{"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 05 ta' Frar, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 05 ta' Frar, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Approvazzjoni tal-Membri fuq il-Guardianship Board", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140205_017a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 17", "L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.47 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 16 li saret nhar it-Tlieta 28 ta' Jannar 2014 ġew konfermati.", "APPROVAZZJONI TAL-mEMBRI FUQ IL-GUARDIANSHIP BOARD", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum se nkunu qegħdin nitkellmu fuq l-approvazzjoni tal-membri maħtura fuq il-Guardianship Board.", "Skont il-liġi l-ġdida dwar il-guardianship, għandu jkun hemm bord appuntat mill-President ta' Malta, fuq il-parir tal-Prim Ministru, liema parir irid jingħata wara konsultazzjoni mas-Social Affairs Committee tal-Kamra tad-Deputati.", "Is-Segretarju tagħna għaddilkom il-curriculum vitae ta' dawn il-membri ħlief ta' wieħed li huwa ta' imħallef għax dan ma ntbagħatx lilna.", "Skont il-liġi, il-Guardianship Board irid ikun kompost minn tliet membri, b'wieħed minnhom irid ikun imħallef jew maġistrat jew inkella persuna li kienet taġixxi bħala mħallef jew maġsitrat, u dan irid jagħmilha ta' president tal-bord.", "Irid ikun hemm membru appuntat wara konsultazzjoni man-National Commission Persons with Disability, wara li din tikkonsulta ma' organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-kamp tal-persuni b'diżabilità u l-membru l-ieħor irid jiġi appuntat wara konsultazzjoni mal-awtorità responsabbli mit-tħaris tad-drittijiet tal-persuni b'diżordnijiet mentali, u wara li jiġu kkonsultati organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-kamp tal-persuni b'diżordni mentali.", "Bażikament hekk irid ikun kompost dan il-bord.", "Mela hemm xi problema fuq xi ħadd minn dawn il-membri?", "MARTHESE PORTELLI: Min-naħa tiegħi m'hemmx problema dwar dawn in-nies.", "THE CHAIRPERSON: Hawn xi ħaddieħor li jixtieq jgħid xi ħaġa fuqhom jew nistgħu nikkonfermawhom?", "Mid-dehra m'hemmx problemi fuqhom u għalhekk nistgħu ngħaddu l-informazzjoni li dan il-Kumitat ma jsib l-ebda oġġezzjoni bil-membri li l-ismijiet tagħhom intbagħtu lilna.", "Issa rridu ngħaddu kopja tar-risposta tagħna lill-Prim Ministru peress li huwa l-Prim Ministru li jrid jagħti l-parir lill-President dwar il-ħatra ta' dan il-bord.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Il-ġimgħa l-oħra ngħatatilna komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill u tal-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni.", "Din il-komunikazzjoni għaddejnilkom kopja tagħha ħalli tkunu tistgħu tarawha u biex naraw jekk hemmx xi ħaġa li dan il-Kumitat jixtieq iżid jew jikkummenta dwarha.", "Qegħdin nitkellmu fuq social security co-ordination bejn il-pajjiżi tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-komunikazzjoni qiegħda tissuġġerixxi li jkun hemm titjib fis-social security co-ordination system tal-Unjoni Ewropea kemm minħabba immigrazzjoni u kemm minħabba negozju ma' third countries u rridu naraw jekk aħniex iktar propensi li jkollna bilateral contracts ma' pajjiżi, kif diġà jsir bħalissa, jew jekk ikunx hemm ftit ta' armonizzazzjoni.", "Il-Gvern Malti bagħat ukoll il-pożizzjoni tiegħu u għaddejnilkom kopja tagħha wkoll.", "Għalkemm il-Gvern qed jara dak li qed jiġi propost u jħoss li dik id-direzzjoni hija milqugħha, jekk għandux ikollna xi ħaġa iktar fuq bażi Ewropea tibqa' il-punt li nħossu li meta jiġu għal social security agreements u negozjar bejn il-pajjiżi, aħjar ikun l-istat membru li jiddeċiedi dawn l-affarijiet strettament ma' stat ieħor.", "Ma nafx jekk hemmx xi ħadd li forsi jixtieq jikkummenta fuq dan is-suġġett.", "Fil-fehma tiegħi naħseb li l-kompetenzi, għalkemm nifhem ukoll għalfejn l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ikunu jixtiequ li jkun hemm iktar harmonisation għax dik hija l-impetus li tagħti l-Unjoni Ewropea, imma naħseb li fejn jidħlu dawn l-agreements għadna daqsxejn 'il bogħod biex naslu għal xi ħaġa li hija komuni għall-pajjiżi kollha.", "Mela fuq din m'hawnx problemi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: F'isem il-kollegi tiegħi xtaqt niġbed ftit l-attenzjoni fuq it-tibdil tal-ġranet li fih jiltaqa' dan il-Kumitat.", "Fil-bidu tlaqna bl-intenzjoni li nibdew niltaqgħu kull nhar ta' Erbgħa imma dan l-aħħar id-dati tbiddlu.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem f'isem l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici li llum qed tieħu post l-Onor.", "Il-problema hi li kulħadd ikollu xi mpenji oħra u ġieli nitilqu bl-idea li se niltaqgħu f'dik il-ġurnata partikolari u mbagħad insibu li se niltaqgħu ġurnata oħra.", "Issa mhux qed inqis il-ġimgħa li għaddiet għax il-ġimgħa li għaddiet ġara każ li fhimnih imma lanqas il-ġranet l-oħra m'għadhomx fissi.", "THE CHAIRPERSON: Ħa ngħidlek x'inhi l-problema u naqbel miegħek għax jien ukoll nixtieq li tibqa' tinżamm dejjem l-istess ġurnata tal-Erbgħa għax inkun naf dejjem li dakinhar għandi l-Kumitat.", "Bdejna bil-problema meta kellna nistiednu lill- Kummissarju tal-Pulizija.", "Għal dik il-laqgħa domna nipprovaw nissaltaw biex jiġi u ma setax jattendi fil-ġurnata tal-Erbgħa.", "Fil-fatt kien ilna l-ġimgħat nipprovaw nagħmluha din il-laqgħa nhar ta' Erbgħa u ma stajniex u għalhekk iddeċidejna li nagħmluha t-Tlieta.", "Din il-ġimgħa l-aġenda ntbagħtet għal nhar it-Tlieta bi żball għax peress li l-Kumitat dejjem jiltaqa' nhar ta' Erbgħa, meta kellna l-Kummissarju hawnehkk, jiena ħadtha for granted li kien l-Erbgħa u għalhekk għedt li l-Kumitat jiltaqa' bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin.", "Ġustament is-Segretarju bagħat l-aġenda għal nhar it-Tlieta mentri jien kont qiegħda nirreferi għall-Erbgħa.", "U kif indunajt għedtlu biex jagħmilha l-Erbgħa.", "Jiena propensa ħafna li nibqa' dejjem bl-istess ġurnata.", "Qabel ma ġejtu intom, kont qiegħda niddiskuti din il-problema ma' żewġ membri oħra.", "Issa jiena ma nixtieqx li l-Kumitat jaqbeż ħafna ġimgħat biex jiltaqa', anzi nixtieq li jiltaqa' jekk jista' jkun kull ġimgħa.", "Li qed jiġri hu li qed ikollna ħafna kumitati, mhux jien biss imma anke intom, u allura qed tkun problema biex insibu ġurnata.", "Aħna parlament żgħir u allura tispiċċa bl-istess nies li jkunu qegħdin jiġu recycled f'kumitati differenti.", "U ma nieħux pjaċir li kumitat li qiegħda mmexxih jien ma nkunx nista' nattendi għalih għax ikolli xi kumitat ieħor.", "Pereżempju kellna l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi u kellna l-Kumitat Permanenti ta' Abbozzi ta' Liġi u għalhekk kultant qiegħda nsibha problema.", "Jekk mhux se nkunu daqxejn flessibbli, għalkemm nixtieq li l-Kumitat tagħna jkun dejjem nhar ta' Erbgħa, se nispiċċaw li jkun hemm ġranet u ġimgħat sħaħ li fihom ma nkunux nistgħu niltaqgħu u b'hekk, is-suġġetti l-oħrajn li nkunu rridu niddiskutu nispiċċaw ma niddiskutuhomx.", "Hija naqra ta' dilemma għalija għax filwaqt li naf li nista' naqbad u nlaqqa' kumitat, nixtieq li jkolli kunsens u nżomm ġurnata fissa imma fl-istess ħin għandi problema reali.", "ROBERT CUTAJAR: Il-Kumitati l-oħra m'għandhomx ġranet fissi?", "THE CHAIRPERSON: Le, m'għandhomx ġranet stipulati.", "Pereżempju, il-ġimgħa l-oħra kont qiegħda fil-House Business Committee u bdejna nipprovaw naraw meta nistgħu nlaqqgħuh.", "Ovvjament l-affarijiet tal-Kamra għandhom ċerta importanza u l-istess, dan il-Kumitat se jkollu jsir xi darbtejn nhar ta' Erbgħa.", "Il-Kumitat tal-Privileġġi kellu jsir wkoll nhar l-Erbgħa u hekk sar.", "U l-kumitati l-oħra m'għandhomx ġranet fissi mentri aħna qisna ħadniha bħala prassi li dejjem nagħmluh nhar ta' Erbgħa.", "B'hekk m'għandhomx dik il-konsistenza li forsi għandna aħna.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Aħna bejnietna pprovajna nsibu soluzzjoni imma d-diffikultà li għandna hija din; jiena qiegħda fuq l-FEUC, l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici għandhom kumitat ieħor li lanqas jiltaqgħu fl-istess ġurnata.", "Aħna nipprovaw nibagħtu s-sostituti tagħna imma meta ma nkunux avżati ħafna minn qabel, ikun diffiċli li ssib sostitut għax jew il-membri jew ikunu msefrin fuq xogħol jew inkella jkollhom xi kumitat ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Qed nifhem sew li l-problema, iktar milli hija l-ġurnata, hija aktar kemm tkunu avżati minn qabel?", "MARTHESE PORTELLI: Naqbel ħafna miegħek u nixtieq li kieku din il-prassi jaddottawha l-kumitati kollha li, bħala regola ġenerali, ikun hemm ġurnata stabbilita li fiha jiltaqgħu.", "Mela aħna dejjem se niltaqgħu nhar ta' Erbgħa u mbagħad jekk ikun hemm xi diffikultà bħalma kellu l-Kummissarju tal-Pulizija, ikollna nagħmlu l-eċċezzjoni.", "Issa l-kumitati l-oħra mhumiex jaddottaw il-prassi tagħna u jiena pprovajt nimponiha min-naħa tiegħi fuq il-kumitat tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li qiegħda nsib kooperazzjoni għax ċerti affarijiet nistgħu nibdluhom.", "Naħseb li kien ta' ġid meta kellna ġurnata fissa.", "Li forsi nista' nissuġġerixxi hu li meta xi ħadd minna ma jkunx jista' jattendi jibgħat is-sostitut tiegħu u meta jkun hemm laqgħat li inti, bħala Chairperson, tħoss li huwa importanti li tattendi għal dik il-laqgħa mill-bidu sal-aħħar imma ma tkunx tista', aħna naqblu bejnietna u nipposponu għal darb'oħra dik il-laqgħa.", "Naqbel miegħek li se jkun hemm laqgħat fejn inti tkun tixtieq li tkun preżenti u li allura, hemmhekk tkun tista' tibgħat sostitut f'dak il-kumitat.", "Napprezza l-fatt li inti nominata fuq ħafna kumitati imma ħaddieħor irid jifhem ukoll li inti tista' tkun f'post wieħed biss f'ħin partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq li nibqgħu nżommu l-Erbgħa bħala l-ġurnata li fiha nlaqqgħu l-Kumitat għax jien sibtha komda għax daħħaltha f'moħħi li l-Erbgħa rridu niġu hawnhekk.", "Li ġara din il-ġimgħa kien bi żvista għax tant kemm-il darba niltaqgħu l-Erbgħa li awtomatiakment għedt li niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla fl-istess ħin u kien żball tiegħi.", "Fil-Kamra għadu kif daħal il-whip u għalhekk nistgħu nagħmlu s-suġġeriment lilu.", "Onor. Abela, qegħdin insibu diffikultà – issa qiegħda ngħid lilek imma la nara lill-Onor.", "David Agius ngħid lilu wkoll – għax aħna dejjem konna nlaqqgħu l-Kumitat nhar ta' Erbgħa.", "Issa qed insib problema għax jien qed ikolli ħafna kumitati, bħalma qed ikollhom sħabi hawnhekk, u li dawn il-kumitati qegħdin jikkonċidu flimkien.", "Nistgħu nissuġġerixxu liż-żewġ whips sabiex nipprovaw li l-kumitati jitlaqqgħu dejjem fi ġranet fissi ħalli ma jaħbtux kollha ġo xulxin?", "U b'hekk kull min għandu kumitat isib ġurnata u ħin biex il-Membri Parlamentari ma jkunux qegħdin jidħlu fix-xogħol ta' kumitati oħra.", "Pereżempju aħna mdorrijin niltaqgħu l-Erbgħa għax ipprovajna nsibu ġurnata li hija tajba għal kulħadd u qegħdin nipprovaw inżommuha.", "Imma peress li kumitati oħra ma jżommux ġurnata fissa, dawn qegħdin jaħbtu flimkien. (off mic)", "THE CHAIRPERSON: Fid-19 ta' dan ix-xahar ma nistgħux inlaqqgħu l-Kumitat tagħna minħabba li hemm il-Kumitat tal-Privileġġi.", "Fit-18 mhux se jkollna laqgħa.", "Mela jien se nwiegħed li se nipprova nkompli nlaqqa' dan il-Kumitat kull nhar ta' Erbgħa u mbagħad jekk ikolli xi kumitat ieħor u nkun naf bih minn qabel, bħalma nafu d-data tal-Kumitat tal-Privileġġi, li se jsir fid-19, allura hemm żgur li aħna mhux se niltaqgħu.", "Jiena se nipprova li kemm jista' jkun inlaqqgħu kull ġimgħa u nlaqqgħu nhar ta' Erbgħa.", "Ħaġa oħra li xtaqt niddiskuti magħkom hija dwar is-suġġetti li għandna niddiskutu f'dan il-Kumitat.", "Aħna kellna lista ta' suġġetti li xtaqna niddiskutu wara xulxin u wieħed mis-suġġetti kien jitratta l-obeżità u l-isports.", "Li kont qiegħda naħseb jien hu li peress li dan il-Kumitat kien jieħu ħsieb ukoll l-aspett tas-saħħa għax ma kienx hemm kumitat ieħor li jitratta dan is-suġġett, allura kien tajjeb li aħna niddiskutu l-obeżità u l-isports.", "Imma issa apparentement se jkun hemm kumitat iddedikat għas-saħħa u għalhekk għandna naraw jekk dan is-suġġett għandniex niddiskutuh aħna jew inkella nipproponuh lill-Kumitat tas-Saħħa ladarba dan jitwaqqaf.", "MARTHESE PORTELLI: Dan il-kumitat se jkun qed jiddiskuti l-istrateġija ħolistika tas-saħħa u l-viżjoni futura tas-saħħa.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "MARTHESE PORTELLI: Naħseb li dan huwa punt validu.", "THE CHAIRPERSON: Rigward is-suġġett tal-organ donation naħseb li nistgħu niddiskutuh f'dan il-Kumitat għax as such hija aktar kwestjoni ta' bioetika.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, se nitkellem mhux għax is-suġġett tal-obeżità u l-isports issuġġerejtu jien imma aħna konna rajnih minn lenti differenti.", "Anke fl-introduzzjoni li kont għamilt dakinhar kont għedt li dan is-suġġett jolqot diversi ministeri.", "Pereżempju żgur li l-qasam tal-edukazzjoni ma jistax jibqa' barra mill-qasam tal-obeżità.", "L-issue tal-obeżità ħadniha f'ambitu aktar wiesa' għax kont semmejt ukoll l-issue tal-kunsill lokali kif ukoll il-qasam tal-edukazzjoni.", "Issa jekk se niddeċiedu hekk jien naċċetta imma aħna konna qed inħarsu lejn dan is-suġġett minn lenti differenti.", "THE CHAIRPERSON: Irridu naraw x'se nagħmlu b'dawn is-suġġeti li għandhom kumitat ieħor.", "Pereżempju, avolja għandek kumitat apposta dwar il-familja, lilna ma neħħewlniex ir-remit li niddiskutu l-familja.", "U għalhekk xtaqt li niddiskutu ftit din l-issue qabel ma niddeċiedu.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Naħseb il-punt li semma' l-Onor.", "Cutajar huwa tajjeb għax jekk se jkun hemm strateġija sħiħa fuq l-obeżità - nifhem li l-Kumitat tas-Saħħa jkun jista' jidħol f'iktar dettall – sta għalina f'dan il-Kumitat li naraw kif se nkunu qegħdin nimplimentawha.", "Jiena naħseb li jista' ikun hemm ukoll diskussjonijiet flimkien għaliex waħda ma teskludix lill-oħra.", "Ovvjament nifhem li ma jagħmilx sens li nkunu qegħdin nagħmlu xogħol doppju għax dan mhu tajjeb għal ħadd.", "Li forsi nistgħu nagħmlu hu li niltaqgħu flimkien bħala żewġ kumitati u noħolqu strateġija dwar x'se jkun ir-remit ta' kull kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Jew inkella naraw min se jkun iċ-chairperson tal-kumitat u ngħidulu li aħna beħsibna nitrattaw dan is-suġġett biex naraw jekk bħala kumitat għandhomx xi ħaġa fuq l-istess linja.", "B'hekk ma jkollniex xogħol doppju.", "ROBERT CUTAJAR: Naqbel miegħek.", "Mill-indikazzjonijiet li ngħatajna, kemm mill-Onor.", "Claudio Grech kif ukoll mill-Ministru Farrugia, jidher li hemm affarijiet li diġà tpoġġew bħala prijorità u dawn jeskludu l-issue tal-obeżità.", "Issa nafu li l-obeżità qiegħda tiswa lill-pajjiż miljuni ta' ewro, bejn €11-il miljun u €19-il miljun minħabba issues marbutin ma' saħħa.", "Dak kien il-ħsieb tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel u jien ukoll nixtieq li niddiskutu dan is-suġġett.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Se nitkellem fuq żewġ affarijiet għax l-ewwel xtaqt ngħid xi ħaġa imma ma rajtnix nagħmillek is-sinjal.", "ETIENNE GRECH: L-ewwel punt huwa fuq il-ħinijiet.", "Jien naħseb li jekk aħna niltaqgħu dejjem nhar ta' Erbgħa jkun aħjar għax kollha kemm aħna naqblu ma' dan is-suġġeriment.", "Ovvjament meta ma nkunux nistgħu nattendu għandna nibagħtu s-sostitut tagħna, avolja inti bħala Chairperson ma tantx tista' tiġi sostitwita.", "THE CHAIRPERSON: Diġà għamiltha darbtejn u ma ħadtx pjaċir għax inkun irrid li nkun preżenti.", "ETIENNE GRECH: Jekk inhu possibbli naqbel li nżommu dejjem id-data tal-Erbgħa.", "Issa dwar il-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa naħseb li suġġetti bħall-obeżità u t-trapjanti tal-organi aktar jaqgħu taħtu, dejjem jekk iseħħ dan il-kumitat u mhux se jkun parti mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "THE CHAIRPERSON: Le, mid-dehra mhux se jiġi parti minn dan il-Kumitat imma se jkun kumitat apparti.", "ETIENNE GRECH: Mela aħna rridu niffokaw fuq issues soċjali u nħallu l-issues tas-saħħa f'idejn dan il-kumitat.", "Veru li jista' jkun hemm overlapping ta' ċerti affarijiet imma pereżempju, l-issue tal-organi hija purament marbuta mas-saħħa u mhux mas-soċjali.", "THE CHAIRPERSON: Jista' jkun li l-issue tat-trapjanti tal-organi tittieħed bħala a bio-ethical issue.", "ETIENNE GRECH: F'dak il-każ il-Kumitat tas-Saħħa jista' jistieden lill-professjonisti fil-bio-etika.", "THE CHAIRPERSON: Granted imma kemm se jagħmlu xi ħaġa bħal din on top of their agenda meta hemm issues ta' saħħa li huma iktar strettament marbutin mal-health rather than ethical?", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li rridu nkunu saqajna mal-art hawnhekk għax ilkoll nafu x'inhu għaddej.", "Jiġifieri naħseb li l-issues ta' Mater Dei u mediċini out of stock se jkunu on top of the agenda u dawn is-suġġetti żgur li mhux se tagħmilhom f'xahar jew xahrejn.", "ETIENNE GRECH: Hemm il-faqar ukoll.", "Għadu kemm ħareġ dokument fuq il-faqar.", "ROBERT CUTAJAR: Dak trattajnih diġà f'dan il-Kumitat u konna ġibna lil Dr Mintoff Bland li għamlitilna preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Jiena naħseb li nkunu qegħdin niżbaljaw jekk naraw li l-issue tal-obeżità b'aċċenn fuq l-isport u anke l-involviment tat-tfal miċ-ċokon bħala xi ħaġa li mhijiex marbuta mas-soċjali.", "MARTHESE PORTELLI: Speċjalment meta fil-bidu tal-laqgaħt ta' dan il-Kumitat konna tkellimna dwar kemm huwa importanti li naraw li s-setturi kollha tas-soċjetà jkunu konxji dwar kemm huwa importanti l-isports.", "Naħseb li huwa importanti li niddiskutu f'dan il-Kumitat dak l-aspett għax kif qal l-Onor.", "Cutajar, minħabba issues pendenti u forsi aktar jaħarqu fis-settur tas-saħħa, dan is-suġġett mhux se jingħata importanza mill-kumitat l-ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Ejjew naraw nistgħux insibu kompromess.", "L-issues li diġà ddeċidejna li niddiskutu meta bdejna l-laqgħat tagħna u li se neħduhom minn aspett differenti milli strettament mas-saħħa, niddiskutuhom u mal-kumitat li se jiddiskuti l-issues tas-saħħa nitkellmu ftit miegħu - imqar Chairperson ma' Chairperson - biex naraw x'se jieħdu huma bħala remit u x'se nieħdu aħna bħala remit.", "Dan għaliex is-saħħa tidħol f'ħafna affarijiet.", "Din hija l-istess bħall-familja, fejn jekk tneħħi l-familja u s-saħħa mis-Social Affairs Commitee, se tkun neħħejt ħafna mill-affarijiet li jista' jiddiskuti dan il-kumitat.", "Meta kont tkellimt u wrejt li ma tantx naqbel li jkun hemm is-saħħa bħala kumitat għalih, kelli dik ir-raġuni f'moħħi għax jekk tibda tneħħilu ħafna affarijiet minnu dan il-kumitat jispiċċa sparpaljat.", "Ma nafx jekk taqblux miegħi, jiġifieri li nieħdu dawn l-aspetti tas-saħħa plus xi ħaġa oħra u niddiskutuhom ġaladarba dawn kienu fuq l-aġenda tagħna sa mill-bidu tal-ħidma tagħna?", "Jew almenu, biex inkunu ċerti li fl-affarijiet li se nagħmlu mil-lum 'il quddiem, speċjalment dawk strettament marbuta mas-saħħa, ma nikkonverġux ma' ħaddieħor ...", "ETIENNE GRECH: Irid ikun hemm komunikazzjoni bejn iċ-chairpersons taż-żewġ kumitati.", "THE CHAIRPERSON: Iva, dik naħseb hija l-aħjar soluzzjoni.", "Issa ħa ndur għall-Green Paper li ħarġet fuq il-faqar.", "Aħna konna ġibna lil Dr Yana Mintoff Bland sabiex titkellem hawnhekk u din kienet għamlitilna preżentazzjoni.", "U aħna konna għedna li meta toħroġ din il-Green Paper nitkellmu ftit fuqha.", "Għalhekk naħseb li fis-session li jmiss – aħna għandna a session out of four fejn nistgħu niddiskutu suġġetti mixxileni - inħarsu ftit lejn din il-Green Paper ħalli naraw is-sustanza li fiha u niddiskutuha bejnietna.", "Naħseb li għandna neħduha pass pass.", "ROBERT CUTAJAR: Jista' ikollna kopja tagħha?", "THE CHAIRPERSON: Suppost li kulħadd għandu waħda.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena qiegħda nifhem li se nerġgħu nistiednu lil min ħejja l-White Paper biex nitkellmu miegħu dwar x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tagħna jew inkella se jagħmlulna preżentazzjoni?", "Il-Green Paper issa qiegħda hemm u naħseb li għandna naqrawha aħna ħalli sakemm in two or three weeks time nerġgħu niltaqgħu fuqha, inkunu qrajniha u ddiskutejniha bejnietna.", "Hekk jew b'hekk dan il-Kumitat mhux bilfors li kull darba jrid iġib in-nies biex jitkellem magħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw aħna x'pożizzjoni se nieħdu fuq dik il-Green Paper għaliex naħseb li min kellu jagħtina preżentazzjoni tahielna.", "U sakemm ma narawx il-bżonn li jerġa' jkollna xi preżentazzjoni oħra, naħseb li issa diskussjoni bejnietna għandu jkun hemm fuq din il-Green Paper.", "ETIENNE GRECH: Eventwalment nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet li jkunu approvati mill-Kumitat kollu.", "MARTHESE PORTELLI: Li kieku kelli nesprimi l-opinjoni tiegħi dwar kif ġie trattat is-suġġett tal-faqar ikolli ngħid li min ġie jagħmel il-preżentazzjoni ma naħsibx li mexa kif kellu jimxi.", "L-ewwel kien hemm ħafna għaġġla biex niltaqgħu mal-konsulenta ħalli tgħidilna bir-riċerka li kienet għamlet fuq ir-rapport, imbagħad ippreżentat rapport li ma kienx komplut u meta tkellimna magħha konna ddiskutejna l-possibilità li naraw ir-rapport meta dan ikun konkluż.", "U allura naħseb li kien inġust fuq il-Kumitat li ġie wżat sempliċement biex ġew qalulna x'qed jagħmlu!", "Naħseb li aħna ltqajna ma' diversi persuni kemm fuq bażi ta' kumitat u kemm fuq bażi individwali, u allura għandna x'noffru u ma naħsibx li jkun sew li issa li ħarġet il-Green Paper, bħala Kumitat niġu injorati.", "Naħseb li bħala Kumitat, bħalma dejjem għamilna, għandna nagħtu l-kontribut tagħna, kontribut li huwa validu imma mhux jiġu fl-aħħar minuta u jgħidulna li hemm it-tali deadline xi nżommu magħha.", "Dawn huma issues importanti u jekk il-konsulenta ma laħqitx ġiet biex tispjegalna l-findings tagħha qabel ma' ġie ppreżentat dan id-dokument, jiena nħoss li seta' ġie mmexxi aħjar min-naħa tal-konsulenta.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: La qed nitkellmu fuq is-suġġett irrid ngħid li mhux aħna biss konna misled imma anke fid-dokument per se hemm affarijiet li huma misleading.", "Għalkemm jien ma qrajtux kollu imma minn dak li smajna fil-media u fil-press conference li saret ma smajna xejn fuq kif fil-preżent il-Kummissjoni Ewropea qiegħda taħdem fuq formula ġdida ta' kif tkejjel il-faqar fil-pajjiżi membri.", "Jidhirli li f'wieħed mid-diskorsi tal-Prim Ministru tal-Ħadd li għadda jew ta' qabel, m'għamel l-ebda riferenza għal kif il-Kummissjoni Ewropea waslet fl-aħħar fażi sabiex tibdel il-mod ta' kif jinħadem il-faqar.", "U allura l-persentaġġi li ssemmew mill-Gvern se jkunu jirriflettu mhux biss il-miżuri li se nieħdu bħala pajjiż imma anke dawn il-workings li qed taħdem fuqhom il-Kummissjoni.", "Naħseb li dan għandu jitniżżel għax jekk illum hemm equation mod, żgur li bil-mod ta' kif ħadmithom issa l-Kummissjoni Ewropea se jbiddel iċ-ċifri u allura dan se jgħin lill-pajjiżna b'mod dirett billi jnaqqas in-numru b'mod sostanzjali.", "THE CHAIRPERSON: Huma kummenti bħal dawn li jridu jiġu diskussi meta nkunu qegħdin niddiskutu l-Green Paper.", "U jekk inħossu bħala Kumitat li nistgħu ngħaddu dawn is-suġġerimenti lill-Kummissjoni jew lill-Ministru, allura naqbdu u ngħadduhom bħala rakkmandazzjonijiet.", "Inħoss li l-metodu ta' kif għandna nimxu jrid ikun wieħed li naqblu fuqu minn qabel għax ġieli ħareġ xi ħaġa minn dan il-Kumitat imma naħseb li huma affarijiet bħal dawn u affarijiet oħra li jinsabu fid-dokument li rridu niddiskutu f'ġurnata allokata apposta għalih.", "Naħseb li ma jistax ikun li toħroġ Green Paper fuq il-faqar u s-Social Affairs Committee ma jiddiskutihiex.", "ETIENNE GRECH: Li xtaqt ngħid huwa li l-Green Paper, wara kollox hija dokument għad-diskussjoni.", "U m'għandix dubju li l-input tagħna għandu jiġi kkonsidrat mill-Ministeru jew minn min huwa l-awtur ta' din il-Green Paper.", "Aħna lesti li nismgħu u kemm jista' jkun nipprovaw inżommu l-unanimità bejnietna, jekk ikun il-każ.", "THE CHAIRPERSON: Jekk nistgħu dejjem tajjeb.", "Li rridu naraw ukoll hu jekk hemmx xi data ta' meta jridu jidħlu r-rakkmandazzjonijiet ħalli naċċertaw ruħna li nlaqqgħu l-Kumitat fil-ħin biex b'hekk nagħtu ċans lil Dr Burmingham ħalli tlestihom u mbagħad nibagħtuhom.", "MARTHESE PORTELLI: Għaddejt il-kumment li għaddejt qabel għax ma nixtieqx li hemm barra jkun hemm il-misconception li s-Social Affairs Committee mhu qed jagħmel xejn meta fil-verità dan il-Kumitat qiegħed jagħmel ħafna xogħol u allura naħseb li x-xogħol tiegħu għandu jiġi rikonoxxut.", "MARTHESE PORTELLI: Li forsi nistgħu nissuġġerixxu, peress li l-Green Paper għandha d-deadline tagħha, hu li fil-laqgħat li jmiss, niffokaw purament fuq il-White Paper biex anke aħna bħala Kumitat, iktar milli jkollna ħafna suġġetti li qegħdin niddiskutuhom u r-rapporti se jingħalqu fuq kollha imma s'issa m'għandniex rapporti magħluqin, inti bħala Chairperson tkun tista' tmur quddiem il-Parlament u turi x-xogħol li għamilna u tgħidilhom x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tagħna fuq il-Green Paper kontra l-faqar.", "THE CHAIRPERSON: Issa li jonqos naraw ftit ma' Dr Burmingham hu meta se nsibu ġurnata biex nagħmluha għax irridu nlaħħqu mad-deadline.", "MARTHESE PORTELLI: Nistgħu nibdew min-nhar l-Erbgħa li ġej.", "THE CHAIRPERSON: Nhar l-Erbgħa x'data jkollna?", "Fid-19 għandna l-kumitat tal-privileġġi.", "Issa nitlob lil Dr Burmingham sabiex tgħidilna ftit fejn waslet fir-rapport fuq il-vjolenza domestika u x'jonqosna nagħmlu biex nagħlquh.", "DR ELAINE BIRMINGHAM (Research Analyst): Ir-rapport qed jiġi drafted.", "Issa qiegħda nistenna li jkun hemm it-typing tas-seduta li għaddiet fejn tkellem il-Kummissarju tal-Pulizija biex inkun nista' indaħħal is-sezzjoni li għandha x'taqsam mal-Pulizija.", "Irridu wkoll nkellmu lil xi ħadd mis-settur tas-saħħa biex ikollna l-perspettiva tagħhom, bħalma kellna min-naħa tal-Pulizija u min-naħa tas-servizzi soċjali.", "Ħadt ukoll il-perspettiva globali u tal-Unjoni Ewropea fejn rajt ftit dawn iċ-ċentri li konna tkellimna fuqhom, fejn prattikament inti għandek ċentru wieħed li fih se tinqeda minn kollox; tista' tagħmel ir-rapport tal-pulizija, ir-rapport mediku u jekk hemm bżonn anke tingħata shelter imqar għal dak il-lejl biss.", "Rajt x'hemm simili f'pajjiżi oħra u dawn jeżistu, għalkemm mhumiex il-ħafna imma hemm ftit pajjiżi li għandhom sistema bħal din.", "Għalhekk aħna nistgħu nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet biex ikollna xi ħaġa simili.", "Ir-rapport miexi u kif ikollna xi ħaġa min-naħa tas-saħħa u nkun nista' indaħħal il-biċċa tal-pulizija, inkun nista' nagħlqu min-naħa tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Min-naħa tas-saħħa qabel bdejna l-Kumitat kont qiegħda nitkellem ftit ma' Dr Burmingham għax il-mistednin li kellna dejjem qalulna li pereżempju marru l-polyclinic u forsi t-tabib li sabu ma riedx jitla' jixhed u fir-rapport ma riedx jikteb x'inhi r-raġuni għalfejn il-persuna marret għandu imma sempliċement iniżżel il-ġrieħi li jkollha.", "Għalhekk irridu naraw jekk jeżistix xi tip ta' protokoll dwar kif jaħdmu s-sistemi ħalli almenu nkunu nafu jekk min qed jiġi hawnhekk u jgħidilna li hemm problema, hijiex problema għax m'hemmx struttura jew inkella hijiex problema bl-istruttura.", "Issa nistgħu ngħidu lill-Ministru biex jibgħat lil xi ħadd mis-settur tal-kura primarja għax naħseb li l-problema hemm qiegħda.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Forsi jkun jista' jiġi d-Direttur jew il-Viċi-Direttur tal-Kura Primarja.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Naħseb li trid tkun persuna addattata.", "Sakemm m'hemmx xi ħaġa oħra li tixtiequ nitkellmu fuqha llum, naħseb li nistgħu nagħlqu din il-laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: Fit-12 niddiskutu l-faqar, la m'għandniex mistednin fuq xi suġġett ieħor.", "Fil-frattemp jilħaq ikollna t-typing tal-laqgħa li kellna mal-Kummissarju tal-Pulizija ħalli inti tkun tista' tlesti dik is-sezzjoni u nilħqu nsibu lil xi ħadd min-naħa tas-saħħa primarja.", "MARTHESE PORTELLI: Irridu noqogħdu attenti dwar it-timeframes tal-Green Paper għax jista' jkun li fis-session li jmiss ma nilħqux niddiskutuha kollha.", "MARTHESE PORTELLI: Ħalli ma nġibux lin-nies hawnhekk u mbagħad ikollna nħassru l-laqgħa.", "Naħseb li jkun aħjar li kieku niċċekkjaw ftit it-timeframes tagħha.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli niċċekkjaw għallinqas meta tiskadi l-Green Paper.", "Issa l-ġimgħa ta' wara hemm xi ġurnata minflok l-Erbgħa biex niltaqgħu ġimagħtejn fuq xulxin ħalli niddiskutu din il-paper?", "Għax wisq nibża' li sakemm Dr Burmingham tilħaq tagħmel id-drafting ta' dak li nkunu qegħdin nirrikmandaw jilħaq jiskadi l-ħin.", "L-Erbgħa 19 mhux se ssir il-laqgħa għax għandi kumitat ieħor.", "Fis-17 ma nistax għax se nkun imsiefra fuq xogħol tal-Gvern u fit-18 hemm il- House Business Committee.", "ROBERT CUTAJAR: L-Erbgħa żgur li le għax aħna jkollna l-laqgħa tal-grupp parlamentari.", "THE CHAIRPERSON: Jekk niltaqgħu t-Tlieta 18 fil-5.00 p.m. tajjeb?", "Imqar nagħmlu siegħa waħda.", "It-Tlieta 18 ġejja Profs.", "Angela Abela imma dakinhar hemm il-House Business Committee wkoll!", "Meta hu l-aħjar għalikom?", "Naħseb li l-House Business Committee mhux se jsir fit-18 filgħaxija imma se jsir kmieni nhar l-Erbgħa biex imbagħad wara jiltaqa' l-Kumitat tal-Abbozzi.", "MARTHESE PORTELLI: Fil-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet aħna jmur deputat skond il-liġi li tkun se tiġi diskussa.", "ROBERT CUTAJAR: Fil-fatt fil-laqgħa li jmiss se tkun preżenti l-Onor.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Claudette Buttigieg se tkun hemmhekk għax il-liġi li se niddiskutu hija tas-Civil Unions.", "Jien ukoll se nkun qiegħda għal dik il-laqgħa.", "Mela jekk aħna niltaqgħu l-Ħamis fis-2.00 p.m. jew fit-3.00 p.m. tajjeb għalikom?", "ROBERT CUTAJAR: Nistgħu t-Tlieta 18 fil-5.00 p.m.?", "THE CHAIRPERSON: Mela nagħmluha t-Tlieta 18 fil-5.00 p.m. Mela se niltaqgħu bħal-lum ġimgħa, li jkun l-Erbgħa 12 fl-istess ħin tal-lum u nerġgħu niltaqgħu t-Tlieta 18 fil-5.00 p.m. u f'dawk iż-żewġ okkażjonijiet se niddiskutu l-Green Paper dwar il-faqar.", "Jekk jista' ikun nipprovaw inlestu f'żewġ sessions peress li Dr Burmingham trid tikteb ir-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "Grazzi.", "Fit-7.27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 5 ta' Frar fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140205_017d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 17", "L-Erbgħa, 05 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.47 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 16 li saret nhar it-Tlieta 28 ta' Jannar 2014 ġew konfermati.", "APPROVAZZJONI TAL-mEMBRI FUQ IL-GUARDIANSHIP BOARD", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali rċieva resumè qasira fuq il-membri li se jifformaw parti mill-Guardianship Board u wara li ġew diskussi fil-Kumitat ma nstab li hemm l-ebda oġġezzjoni għalihom.", "Għaldaqstant ingħatat l-approvazzjoni għall-ħatra tal-membri li se jkunu fuq dan il-bord mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u ċ-Chairperson se tikteb ittra indirizzata lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u l-Anzjanità Attiva kif ukoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex tinformahom bid-deċiżjoni tal-Kumitat.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor.", "Robert Cutajar, f'isem il-Membri tal-Oppożizzjoni ressaq suġġeriment lill-Kumitat sabiex il-laqgħat jerġgħu jibdew isiru f'ġurnata fissa bħalma kien isir fil-bidu.", "Fil-fatt iċ-Chairperson kif ukoll il-Membri l-oħra tal-Kumitat qablu ma' dan is-suġġeriment u kien hemm qbil li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kull meta jkun possibbli, jerġa' jibda jiltaqa' kull nhar ta' Erbgħa minħabba li ħafna mill-Membri jkunu mpenjati f'kumitati oħra.", "Il-Kumitat irreveda s-suġġetti li kien se jiddiskuti fil-laqgħat sussegwenti.", "Fost suġġetti oħra ġie maqbul li fiż-żewġ laqgħat li jmiss il-Kumitat jiddiskuti l-Green Paper against Poverty and Social Exclusion.", "Dr Elaine Burmingham tat rendikont qasir fuq ir-rapport li qiegħda tħejji dwar il-vjolenza domestika.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7.27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 05 ta' Frar fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140205_017m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 18", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mill-Kumitat fuq il-Green Paper Against Poverty and Social Exclusion 2014-2024", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140212_018a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 18", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 18", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.46 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 17 li saret nhar l-Erbgħa 05 ta' Frar 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI MILL-KUMITAT FUQ IL-GREEN PAPER AGAINST POVERTY AND SOCIAL EXCLUSION 2014-2024", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum se nagħmlu diskussjoni fuq il-Green Paper against poverty and social exclusion.", "Ovvjament ta' min jgħid li l-issue tal-faqar mhijiex xi issue ta' xi gvern partikolari imma hija issue li pprovat tiġi indirizzata matul is-snin.", "Ovvjament inħossu li fadal xi jsir fuqha u li kieku ma kienx hekk ma konniex se nkunu fis-sitwazzjoni li qiegħda tpinġilna din il-Green Paper.", "Inħoss li rridu naħdmu flimkien sabiex nipprovaw naraw jekk hemmx xi affarijiet li nistgħu nissuġġerixxu u li mbagħad ngħadduhom lill-Ministru biex inkunu nistgħu naħdmu fuqhom.", "Naħseb li l-enfasi li saret f'din il-Green Paper kienet dik li l-gvernijiet, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, bnew il-welfare state permezz ta' forniment ta' kura, saħħa u edukazzjoni għal kullħadd; kif ukoll forom oħra ta' miżuri soċjali.", "Naħseb li dan huwa statement importanti li juri li din mhijiex issue ta' xi partit jew ieħor, ta' xi gvern jew oppożizzjoni.", "U aktar ma naħdmu flimkien aktar nistgħu nagħmlu l-ġid.", "Naħseb li huwa importanti li nibdew biha din.", "X'ħin bdejt nara l-istatistiċi li joħorġu minn dan ix-xogħol ħassejt li hemm ħafna fuqiex wieħed irid jaħdem, speċjalment fejn jidħlu nies vulnerabbli, bħax-xjuħ u t-tfal, fejn hemmhekk hemm statistiċi li xejn mhuma sbieħ!", "Allura bilfors irridu naħdmu flimkien biex nipprovaw intejbu s-sitwazzjoni.", "Kien hemm ukoll issue ta' kemm se nipprovaw intejbu u f'kemm żmien.", "Naħseb li l-importanti hu li nibdew u li naħdmu b'mod fejn ma jkunx sforz ta' xi ministeru wieħed biss imma jkun sforz kollettiv minn ħafna ministeri.", "Naħseb li din hija issue ta' edukazzjoni daqs kemm hi ta' affarijiet soċjali u daqs kemm hi ta' ġustizzja.", "Naħseb li rridu nibdew billi naraw kulħadd x'jista' joffri.", "Issa se nagħti l-kelma lil min jixtieq jgħid xi ħaġa bħala introduzzjoni fuq dak li se nkunu qegħdin naħdmu fuqu; u mbagħad nistgħu nibdew naraw biċċiet biċċiet minn din il-Green Paper u niddiskutuha.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Jien mistoqsijiet għandi aktar minn kollox.", "Allura llum mhux se jkollna preżentazzjoni?", "Aħna kellna diġa' lil Dr Yana Mintoff Bland way back meta kienet qiegħda taħdem fuq din il-Green Paper sabiex tispjegalna s-sitwazzjoni li kienet qiegħda ssib.", "Imma ovvjament ma kellhiex konklużjonijiet minħabba li kollox kien se jsir aktar tard.", "At this point il-Kumitat ħass li ma kienx lok li nerġgħu nistiednu lil min diġa' stedinna u lil min diġa' tkellem fuq dan ix-xogħol; imma konna se niddiskutu bejnietna biex aħna nagħtu r-rakkommandazzjonijiet tagħna fil-ħin lill-Ministru li qiegħda tieħu ħsieb din il-Green Paper.", "Aħna se nduru din il-Green Paper u se naraw jekk għandniex xi rakkomandazzjonijiet x'nagħmlu bħala Kumitat.", "CLYDE PULI: Jien frankament nifhem li kienet ġiet darb'oħra imma meta ġiet ma kenitx ġiet bir-rapport imma ġiet tisma' biex imbagħad tikteb ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: Ġiet hawnhekk biex tagħtina preżentazzjoni.", "CLYDE PULI: Imma mhux dan ir-rapport għax dan illum ħareġ!", "Jien naħseb li jkun għaqli li jiġi xi ħadd - ma nafx jekk kitbietux waħedha jew kienx hemm nies oħra magħha - li kapaċi jwieġeb għall-mistoqsijiet li jistgħu jsirulu fuq dan ir-rapport.", "Dan għaliex lil hinn mis-suġġerimenti, hemm ċerti affarijiet li wieħed irid jistaqsi dwarhom sabiex jara jekk huwiex qed jifhem sew dak li qed jingħad hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Il-problema hija waħda wkoll ta' loġistika għaliex din il-Green Paper għandha deadline għas-suġġerimenti li huwa sal-20 tax-xahar, li jfisser din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla!", "Allura li konna se nipprovaw nagħmlu huwa li we go through it u iktar milli noqgħodu naraw min kitbu x'ried propjrament ifisser fin-nitty gritty tiegħu, naraw jekk hemmx xi suġġerimenti li nistgħu nagħmlu.", "Pereżempju jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq il-programm nazzjonali għar-riforma naraw jekk hemmx xi affarijiet li naħsbu li nistgħu nissuġġerixxu.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-Green Paper qiegħda hemm biex tiġi moqrija u biex jingħataw is-suġġerimenti.", "U minflok nagħmluhom individwalment nagħmluhom bħala Kumitat.", "Dan huwa Kumitat li jirrapreżenta ...", "ETIENNE GRECH: Meta kien hemm il-launching tagħha kien hemm ovvjament preżentazzjoni.", "CLYDE PULI: Inti kont mistieden?", "ETIENNE GRECH: Kulħadd kien mistieden u kulħadd seta' imur.", "Jien ma rċevejtx invit bħala shadow minister tal-politika soċjali!", "Ħtaft l-opportunità li niġi hawnhekk għaliex għandi xi mistoqsijiet li xtaqt nagħmel.", "U qed nitlob li jkollna espert preżenti mhux biex inkun naf min kitbu dan ir-rapport għaliex jiena naf li hemm Dr Yana Mintoff Bland involuta fih.", "U jista' jkun hemm assistenti oħra, jiġifieri jekk ma tistax tiġi hi jista' jiġi ħaddieħor.", "THE CHAIRPERSON: Is-suġġeriment li ma jkunx hemm xi ħadd li jiġi jagħti preżentazzjoni kien bażikament min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "CLYDE PULI: Mhijiex kwestjoni ta' preżentazzjoni!", "Wieħed jaf jaqraha l-preżentazzjoni imma hemm x'tistaqsi u x'tikkjarifika.", "M'hemmx għalfejn tagħti preżentazzjoni oħra għax dik nistgħu naqrawha.", "S'hemm kollha naslu.", "Jien qrajtu dan ir-rapport u nassumi li intom qrajtuh ukoll.", "Imma għandi xi mistoqsijiet x'nagħmel!", "Dak li qed ngħid.", "Issa jien ma nistax nistaqsihom lilek Sinjura Chairperson!", "Miegħek nista' nagħmel dibattitu u niddiskuti.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "CLYDE PULI: Jien irrid nistaqsi lin-naħa tal-Gvern.", "Aħna, fuq din in-naħa, lil hinn milli qegħdin żewġ partiti, aħna kollha Membri Parlamentari.", "L-irwol tagħna huwa ta' skrutinju u allura ma tistgħux tweġbuni intom fuq din!", "Naturalment intom għandkom l-ideat tagħkom imma l-punt hu li mhux intom qed tippilotawh dan ir-rapport imma huwa l-Gvern.", "Għalhekk hemm bżonn lil xi ħadd quddiem dan il-Kumitat min-naħa tal-Gvern li jkun kapaċi jwieġeb u jikkjarifika ċerti affarijiet li hawnhekk mhumiex daqshekk ċari.", "Jista' jkun li jiġi hawnhekk, jgħid nofs ta' kelma u niċċaraw l-affarijiet mill-ewwel.", "Imbagħad kif jiġu ċċarati dawk l-affarijiet wieħed ikun jista' jagħti s-suġġerimenti tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Il-problema hija waħda; li meta ltaqa' dan il-Kumitat u tkellem fuq kif għandha timxi din is-sessjoni...", "Dik nistgħu nagħmluha fis-sessjoni li jmiss.", "ETIENNE GRECH: Aħna konna ftehmna li se nagħmlu rapport wieħed.", "CLYDE PULI: Iva, mitt darba u elf!", "Biex tagħmel dan ir-rapport qed ngħid li hemm bżonn li jiġi xi ħadd sabiex jirrispondi għal mistoqsijiet li għandna.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett peress li ma konniex nafu at the time meta kienet id-deadline konna għedna li se niddkustu dan is-suġġett illum u nhar it-Tlieta li ġejjin.", "Il-problema hi li d-deadline hija sal-20 tax-xahar.", "CLYDE PULI: L-20 tax-xahar jiġi l-Ħamis.", "CLYDE PULI: Għad hemm ċans!", "Issa naf li Dr Elaine Burmingham tagħmel ħafna xogħol imma mbagħad ma nippretendix li se tintefa' tikteb ir-rakkomandazzjonijiet tagħna f'temp ta' ġurnata!", "Irridu naraw kemm tista' tkun vijabbli li nagħmlu jumejn niddiskutu u mbagħad nagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna within a two day ...", "CLYDE PULI: Jien ma narax li għandha tkun problema!", "L-ewwel nett jekk ngħidu veru li tagħlaq fl-20 ta' Jannar, hawnhekk diġa' ġie dikjarat li din l-istrateġija se toħroġ għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Allura jekk mill-20 ta' Jannar ġentilment jistennew sat-22 ta' Jannar ma naħsibx li se tagħmel xi differenza kbira.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli aħna qegħdin fi Frar!", "CLYDE PULI: Din se toħroġ għall-aħħar ta' din is-sena jew għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Hemm biżżejjed żmien biex isiru l-affarijiet!", "THE CHAIRPERSON: Li jiġi xi ħadd fis-sessjoni tal-lum min-naħa tal-Gvern biex jilluminana fuq xi punti li mhumiex daqshekk ċari mhux se jkollna.", "Jekk jien se nagħmel xi nofs siegħa oħra niddiskuti jekk għandux ikun hawn xi ħadd biex jirrispondi we will be wasting the next half hour!", "CLYDE PULI: Mhux qed ngħidlek li għandu jkun hawn xi ħadd illum imma qiegħed nitolbok b'mod ċar sabiex fis-seduta li jmiss ikollna lil xi ħadd min-naħa tal-Gvern biex jirrispondi.", "Hawnhekk hawn miktub li se nieħdu żewġ seduti fuq din id-diskussjoni.", "THE CHAIRPERSON: Inti se tkun hawn?", "CLYDE PULI: Dażgur li se niġi!", "Fis-seduta li jmiss għandu jkun hawn xi ħadd mill-Gvern sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet li aħna għandna x'nagħmlulu!", "THE CHAIRPERSON: Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni!", "CLYDE PULI: Hawnhekk qiegħed nagħmel talba formali!", "THE CHAIRPERSON: L-idea kienet ibbażata fuq x'naħsbu u iktar minn hekk x'jaħsbu n-nies min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jien għalija ħassejt li kellna nagħmlu diskussjoni u hekk se nagħmlu.", "CLYDE PULI: Jien mhux qed ngħidlek li mhux se nagħmlu diskussjoni imma qed ngħid li hemm punti li jridu jiġu ċċarati.", "THE CHAIRPERSON: Dażgur!", "CLYDE PULI: Irid ikun hawn xi ħadd min-naħa tal-Gvern hawnhekk li jkun jista' jwieġeb għal dawn l-affarijiet!", "Din hija proċedura normali!", "Jiena kont President ta' dan il-Kumitat għal ħames snin!", "Jiġifieri mhux qed nivvintaw ir-rota hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Jien mhux qiegħda ngħid li ma kenitx prattika tajba imma qiegħda ngħid li aħna ħadna din id-deċiżjoni minkejja ż-żmien limitat li għandna u l-fatt li l-Kumitat ħass li min kellu jiġi jitkellem, diġa' ġie jitkellem u allura ma kellniex bżonn nerġgħu nisimgħu lil dak li jkun ġaladarba hawn rapport li safejn naf jien huwa wieħed ċar.", "CLYDE PULI: Hemm affarijiet li mhumiex ċari.", "Nerġa' ngħid li m'hemmx għalfejn jiġi jagħmel preżentazzjoni imma jrid ikun kapaċi jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu!", "THE CHAIRPERSON: Issa naraw x'tip ta' mistoqsijiet hemm.", "Il-mistoqsijiet irrid nagħmilhom lilhom!", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk.", "CLYDE PULI: Nispera li issa ma rridx li jkolli permess dwar x'tip ta' mistoqsija rrid nagħmel?!", "THE CHAIRPERSON: Jaħasra jien mhux qed ngħid hekk!", "Għax inti qiegħda tgħid x'tip ta' mistoqsijiet se jkun hawn!", "THE CHAIRPERSON: Ilna 20 minuta niddiskutu xi ħaġa li...", "CLYDE PULI: U għadek ma kkonfermajtlix jekk hux se ġġib lil xi ħadd jew le l-ġimgħa d-dieħla.", "Nistgħu naqtgħuha?", "THE CHAIRPERSON: Mhux diġa' għidtlek li iva!", "CLYDE PULI: Tajjeb.", "Mela l-ġimgħa d-dieħla se ġġib lil xi ħadd mill-Gvern.", "THE CHAIRPERSON: Għidtlek li m'għandi l-ebda oppożizzjoni dwar dan.", "CLYDE PULI: Le, mhux jekk għandekx problema jew le imma jekk intix se ġġib lil xi ħadd biex iwieġeb l-mistoqsijiet.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli jien li nista' nagħmel hu li nistaqsi biex jiġi xi ħadd min-naħa tal-Gvern il-ġimgħa d-dieħla.", "CLYDE PULI: Naħseb li għandek jedd tagħmel dan!", "THE CHAIRPERSON: Jien nista' ngħidlu biex jiġi imma jekk ikollu xi ħaġa oħra x'jagħmel meta nlaqqgħu l-Kumitat tagħna u ma jkunx jista' jiġi … Allura mhux inwegħdek li nipprova nista'?", "CLYDE PULI: Itlob lill-Ministru sabiex tikkonferma li se tibgħatlek lil xi ħadd!", "THE CHAIRPERSON: Ħu paċenzja imma inti esiġejt li jrid ikun xi ħadd li jista' jirrispondik!", "CLYDE PULI: Ovvjament!", "THE CHAIRPERSON: Allura mhux ovvja li hemm ċerti nies li jistgħu jirrispondu u oħrajn li ma jistgħux?", "Jien qed ngħidlek li se nipprova nġib dawn in-nies hawnhekk biex jirrispondu l-mistoqsijiet tiegħek imma sadanittant nixtieq li niddiskutu din il-Green Paper biex ma naħlux ħin.", "CLYDE PULI: Biex ma naħlux ħin jien se noqgħod fuq il-kelma tiegħek li inti se tipprova u allura se jkolli nassumi li se jiġi xi ħadd.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli ma nerġgħux nibdew diskussjoni mill-bidu!", "CLYDE PULI: Ħa nkun ċar!", "THE CHAIRPERSON: Taf kemm nimxu smooth is-soltu f'dan il-Kumitat?!", "Imma jien se nassumi li inti se tipprova ġġib lil xi ħadd u se nieħu l-kelma tiegħek.", "U għalhekk se jkolli nassumi li jekk ma jiġix xi ħadd mill-Gvern għax kien hemm riluttanza min-naħa tal-Gvern!", "Nistgħu nkomplu għalija!", "THE CHAIRPERSON: Għidli naqra għalfejn għandek dubju li dak li qed ngħidlek jien mhux se nagħmlu?", "Anzi għidtlek li m'għandix dubju minn dak li qiegħda tgħid.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu nkomplu!", "CLYDE PULI: U la m'għandix dubju fuq dak li qed tgħid inti, jekk il-ġimgħa d-dieħla ma jitfaċċja ħadd se neħodha bħala riluttanza min-naħa tal-Gvern.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ma jitfaċċja ħadd il-ġimgħa d-dieħla nista' minn hawn ngħidlek minn issa li se nagħtik raġuni validissima għalfejn dak li jkun ma wasalx biex jiġi!", "Jien se nipprova nġib lil xi ħadd li għandu x'jaqsam direttament ma' din il-Green Paper u li allura jista' jirrispondi l-mistoqsijiet li hemm dwarha.", "Issa jekk dak li jkun ma jasalx biex jiġi jien ngħaddilek ir-raġuni għalfejn ma wasalx biex jiġi.", "CLYDE PULI: Hemm tliet seduti u allura f'waħda minnhom ikun jista' jiġi xi ħadd.", "THE CHAIRPERSON: Żewġ seduti għandna u waħda minnhom hija dik tal-lum.", "CLYDE PULI: Tliet ijiem għandna l-ġimgħa d-dieħla.", "THE CHAIRPERSON: Jiena għal-laqgħat tagħna qiegħda ngħidlek.", "ETIENNE GRECH: Kemm-il darba pprovajna nġibu n-nies u daqqa xi ħadd jgħidlek li ma jistax dakinhar u daqqa l-ieħor jgħidlek li ma jistax darb'oħra.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Meta pprovajna nġibu lill-Kummissarju tal-Pulizija domna xahrejn biex nagħmlu laqgħa miegħu minħabba impenji oħra li kellu.", "ETIENNE GRECH: Ma jidhirlix li aħna nistgħu nagħmlu xi mandat hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi ħadd ieħor li għandu xi ħaġa xi jżid?", "ETIENNE GRECH: Sinjura President, jidher li dan huwa studju li fih xejriet demografiċi dwar kif żoni differenti f'Malta għandhom differenza kemm fl-intensità tal-popolazzjoni kif ukoll fl-età tal-popolazzjoni.", "L-iktar żewġ kategoriji li rridu nindirizzaw huma ovvjament l-iktar żewġ kategoriji vulnerabbli; jiġifieri l-anzjani u t-tfal.", "Ovvjament dejjem se jkun hemm xi żżid u dejjem jista' ikun hemm aktar diskussjonijiet.", "Imma jidher li dan huwa rapport komprensiv.", "Pereżempju qed jingħad li d-definizzjonijiet tal-faqar qegħdin jinbidlu u li l-faqar tista' ssejjaħlu faqar assolut jew faqar relattiv.", "Qed jingħad ukoll li hemm strateġija dwar l-impenn nazzjonali fuq kif nistgħu nikkumbattu din il-problema.", "Fil-fatt il-faqar reġa' qiegħed jgħolli rasu u hemm madwar 20,000 persuna li qegħdin taħt il-linja tal-faqar.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Jiena naħseb li l-aħjar ħaġa li nagħmlu hija li nieħdu biċċa biċċa.", "Nistgħu ngħidu li dan ir-rapport huwa mqassam f'kapitli li biċċiet minnhom jiddeskrivu u mbagħad għandek l-istrateġiji, l-istutturi u l-impenn nazzjonali.", "Naħseb li minn hemm irridu nibdew.", "CLYDE PULI: Però jien se jkolli nirriserva l-kummenti tiegħi għal wara!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri se naħlu session?", "CLYDE PULI: Jiddispjaċini imma hekk se jkolli nagħmel għax mhux se tkun kapaċi tweġibni inti!", "Allura ma nistax nagħmel mod ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Mela jien se ngħid dak li għandi xi ngħid u fil-każ nieqfu hawn.", "Jiena qiegħda nipprova nara kif se nipprovaw nagħmlu xi ħaġa ta' ġid biex flimkien joħroġ ftit tas-sugu.", "Issa jekk se nagħmlu session minn tnejn u għandna sal-ġimgħa d-dieħla biex nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħna, naħseb li se nkunu f'sitwazzjoni li f'dan il-Kumitat qatt ma jkollna normalment, fejn xi ħadd minflok qiegħed jipprova jgħinna nipprogressaw, qiegħed jgħinna biex ma nipprogressawx!", "CLYDE PULI: Ħu paċenzja!", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li mhijiex fl-animu ta' dak li aħna nagħmlu hawn ġew is-soltu!", "CLYDE PULI: Tattribuliex mottivi!", "THE CHAIRPERSON: Mhux inti qiegħed hawn u qiegħed ...", "CLYDE PULI: Lanqas tista' tattribwihomli!", "Oqgħod attenta!", "Ifhimni x'qed ngħid!", "Sħabek fuq dik jagħmlulek xi ksur ta' privileġġ!", "Imma jien mhux se nagħmillek hekk tinkwetax!", "Mhux dak il-mottiv tiegħi!", "Kulma qed ngħid huwa ċar u tond u ċioè li dan huwa suġġett jaħraq u fuq suġġetti jaħarqu oħra f'dan il-Kumitat, - pereżempju meta ġejt tixhed inti fuq l-IVF kien hawn tal-inqas 25 laqgħa - meta xi ħadd ried jitkellem jew jistaqsi dejjem ħallejna l-ispazju kollu biex dak li jkun jitkellem.", "Kulma qed ngħid hu li dan huwa suġġett sensittiv ħafna u rridu naraw li nagħmlu l-aħjar ħaġa biex kif qiegħda tgħid inti niksbu triq li tkun waħda konsenswali.", "Biex nagħmel hekk u biex noħroġ bil-pożizzjoni tiegħi, għandi bżonn nagħmel numru ta' mistoqsijiet.", "Il-Ministru lili, bħala shadow minister tagħha, ma tatni l-ebda preżentazzjoni.", "Meta kellha dik il-laqgħa li qed issemmi inti, fejn kienet qalet li għandha 177 paġna u mbagħad hawnhekk ġiet b'dan id-dokument li fih madwar 70 paġna ma qaltlix biex immur narahom jew biex nistaqsi u niddiskuti.", "U għalhekk qiegħed nuża' dan il-Kumitat biex nagħmel il-mistoqsijiet tiegħi.", "Wara kollox għandi d-dritt nagħmilhom biex nifhem aħjar u biex inkun f'pożizzjoni li nipproponi dak li naħseb li huwa l-aħjar!", "Ma naħsibx li hija xi talba insensata li nagħmel hekk!", "U nassigurak li m'għandi l-ebda mottiv ulterjuri!", "THE CHAIRPERSON: Jien ma naħsibx li qiegħed tagħmel talba insensata!", "Issa jien qed ngħidlek li hemm żewġ affarijiet; inti għedt li għandek xi mistoqsijiet imma minbarra l-mistoqsijiet qiegħda nassumi li għandek xi ħaġa x'toffri fuq għadd ta' punti li hawn f'dan ir-rapport.", "Jiġifieri ma naħsibx li għandek mistoqsijiet biss.", "Nista' nitkellem b'mod ġeneriku u m'għandix problema dwar dan.", "THE CHAIRPERSON: Fuq il-mistoqsijiet nistgħu nistennew sal-ġimgħa d-dieħla.", "Issa qiegħda nistaqsik jekk għandekx xi affarijiet li mhumiex mistoqsijiet li inti tħoss li tista' tagħmel biex flimkien naslu għar-rakkomandazzjonijiet li dan il-Kumitat jista' jagħmel.", "U f'dak il-każ tista' tagħmilhom illum.", "Dak kulma qed ngħidlek jien.", "CLYDE PULI: Le, mhux hekk għedt!", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nibdew għax qegħdin naħlu l-ħin u jiena nobgħod naħli l-ħin!", "CLYDE PULI: Bir-rispett kollu imma issa se tiċċensurani wkoll?!", "THE CHAIRPERSON: Le, m'iniex qiegħda niċċensurak!", "CLYDE PULI: Iva għax qiegħda tgħid li qegħdin naħlu l-ħin għax qed niddiskutu ...", "THE CHAIRPERSON: Qed ngħidlek li tajtek nofs siegħa ċans biex titkellem!", "U at this point irridu naħdmu.", "CLYDE PULI: Jien qed ngħidlek li jekk inti se taqbad paragrafu paragrafu u se tassumi li għax għaddejnih allura jien tajtek l-approvazzjoni li qed naqblu fuq kollox, mhux se jkun il-każ għax jista' jkun hemm xi mistoqsijiet u riservi!", "Dak kien il-punt tiegħi u ma naħsibx li hija xi ħaġa oħra.", "THE CHAIRPERSON: Jien qatt ma jkolli problema b'dawn l-affarijiet.", "ETIENNE GRECH: Il-ġimgħa li għaddiet hekk ftiehma li se nagħmlu u kien hawn preżenti tliet Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qatt ma jkolli problema biex immexxi bl-iktar mod li naġevola lil kull min għandu xi mistoqsijiet jew kummenti.", "U m'għandix problema sabiex ngħid li rridu nerġgħu mmorru lura għax kien hemm xi mistoqsija li ma ġietx imwieġba!", "Safejn naf jien qatt m'għamiltha u m'iniex se nibda bik.", "Issa hawnhekk għandna kapitlu li mhux se noqgħod niddiskrivi u nitkellem fuq id-definizzjonijiet għax f'dan l-istadju r-rakkomandazzjonijiet tagħna mhux se jikkonsistu f'tibdil ta' definizzjonijonijiet imma jridu jkunu mmirati lejn kif se ntejbu s-sitwazzjoni.", "CLYDE PULI: Imma dak li ddeċidejt inti!", "Semmejt waħda minnhom; jista' jitkellem fuq id-definizzjoni tal-fatti!", "Ovvja li jista' jitkellem!", "Hawnhekk, ir-rapport, bħal kull rapport ieħor, qed jassumi one defenition over an other, li wieħed jista' jiddiskutih.", "Dak huwa l-punt tiegħi!", "Hemm x'wieħed jiddiskuti u hemm ukoll x'wieħed jista' jistaqsi.", "THE CHAIRPERSON: Fuq id-definizzjoni għandek mistoqsija jew kontribut?", "Jekk għandek mistoqsija nħalluha għall-ġimgħa d-dieħla u jekk għandek kontribut nagħmluh issa.", "CLYDE PULI: Nista' nagħti kontribut wara li nagħmel il-mistoqsijiet.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela ħalli nibdew mill-istrateġiji.", "Kif għedt xi għaxar minuti ilu; strateġiji, strutturi u impenji nazzjonali.", "Bażikament il-Green Paper qed tgħidilna li kien hemm fi stages differenti appoġġ miż-żewġ naħat, fejn aħna għandna welfare state, strateġiji u strutturi li bdejna nagħmlu matul iż-żmien biex niġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Imma minkejja dan kollu t-tnaqqis fil-faqar u l-esklużjoni soċjali baqgħu fuq l-aġenda għaliex din hija sfida kontinwa għall-pajjiż.", "Saru diversi rapporti, anke rapport nazzjonali dwar l-istrateġija għall-ħarsien soċjali u l-esklużjoni soċjali, li kien għal Malta.", "U kien hemm ukoll struttura dwar il-metodu soċjali miftuħ għall-koordinazzjoni tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Issa għandna dan ir-rapport, li fil-fehma tiegħi, l-aktar ħaġa importanti fih huma l-istatistiċi li joħorġu minnu, kif ukoll dak li aħna nistgħu nagħmlu sabiex intejbu l-pożizzjoni.", "Hawnhekk ovvjament hawn issues li qegħdin jiġu diskussi u naħseb li għandna niddiskutu partijiet minnu biex naraw jekk jistgħux jitlaħħmu aħjar.", "Jiġifieri trid issir diskussjoni fuq il-programm nazzjonali f'din id-direzzjoni.", "Din il-Green Paper titkellem fuq l-istrateġija Ewropea 2020 tal-Unjoni Ewropea.", "Titkellem ukoll fuq x'sar diġa' matul id-diversi snin u naħseb li waħda mill-iktar affarijiet li għandha tinteressana hija dwar liema tip ta' strateġija rridu nilħqu sal-2020.", "Din tinsab f'paġna 22 tal-Green Paper.", "Naħseb li ta' min jiddiskuti l-punti li joħorġu taħt din l-istrateġija.", "Jista' jkun hemm xi mistoqsijiet li joħorġu minn hawnhekk u li allura jkollna nistaqsuhom lil ħaddieħor imma billi nidħlu f'diskussjoni dwarhom ma naħsibx li nagħmlu ħażin.", "Jekk pereżempju għandek punt fuq il-promozzjoni tax-xogħol fejn qegħdin ngħidu li 75% tal-poplu mill-età ta' 20 sa 64 sena għandu jkollhom impjieg, irridu naraw kif dik l-istrateġija tista' tiġi implimentata b'metodi aħjar milli kien hemm sal-lum għax l-għan tagħna huwa li jitnaqqas il-faqar.", "Hemm miri li mhumiex żgħar u li għamluhom b'ħafna mpenn il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-Familja.", "Jien nixtieq li nimxu f'dik id-direzzjoni.", "Jekk qegħdin ngħidu fuq kif se nippromwovu x-xogħol irridu naraw jekk hemmx xi affarijiet li aħna nistgħu nipproponu għal setturi differenti ta' nies.", "Jien nista' nibda billi nagħti ovvjament il-veduti tiegħi.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm strateġija ħolistika u li tħares lejn etajiet minn żgħar sa kbar.", "Naħseb li ma jkunx ħażin li nifirdu ċerti setturi bl-etajiet jew inkella bil-ġeneru biex naraw kif nistgħu ngħinuhom fil-kapaċitajiet tagħhom bħala żgħażagħ jew bħala anzjani jew bħala single jew bħala nisa.", "Naħseb li fl-istrateġija tax-xogħol irridu naraw kif nistgħu ngħinu pockets differenti tas-soċjetà.", "Uħud minnhom diġa' qegħdin jiġu mgħejjuna u kellna Baġit li wera li qegħdin inħeġġu iktar xogħol għall-ommijiet u għal dawk li huma singles.", "Għalhekk irridu naraw ukoll x'nistgħu ntejbu.", "Jien nixtieq nara jekk għallinqas naqblux li għandna narawhom bħala pockets tas-soċjetà ħalli mbagħad nagħtu impetus lil kull pocket biex naraw kif se ntejbu l-promozzjoni tax-xogħol f'dak is-settur.", "Jew inkella għandniex nibqgħu narawhom bħala pocket wieħed minn 20 sa 64 sena li jkollhom impjieg kollha.", "Hija ovvja li aħna nixtiequ li kulħadd ikollu mpjieg u li kemm jista' ikun ħadd ma jibqa' l-art imma kulħadd ikun impenjat f'xogħol li jogħġbu u li jagħtih sodisfazzjon.", "Imma kif se ngħinuhom?", "L-affarijiet li hemm bħalissa u li huma għaddejjin bħala promozzjoni huma biżżejjed jew le?", "Jien naħseb li lejn dik id-direzzjoni rridu nħarsu.", "Nista' nkun naf x'taħsbu intom?", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jien se nsemmi xi ideat tiegħi.", "Ftit tal-ġimgħat ilu konna ddiskutejna x-xogħol prekarju u konna għedna li dan huwa wieħed mill-fenonemi li minħabba fih ċerti familji tant għandhom qligħ baxx li jispiċċaw jaqgħu taħt il-linja tal-faqar.", "Għalhekk nixtieq li f'dan id-dokument ikun hemm aktar suġġerimenti fuq kif nistgħu nsolvu din il-problema.", "Aħna dejjem nisimgħu u dejjem għallmuna li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta kontra l-faqar.", "Imma hawnhekk fuq din il-Green Paper l-unika riferenza li sibt fuq l-edukazzjoni hija fuq paġna 64 fejn qed issir riferenza dwar l-assenteiżmu, l-early school leaving u l-bullying.", "Fil-fatt dawn huma suġġetti li eventwalment aħna suppost li nsemmu.", "Il-bullying qiegħda mniżżla bħala waħda mis-suġġetti li se nitkellmu fuqhom imma kulma nsibu fuqha f'din il-Green Paper huma biss erba' linji.", "Jien kieku nkun nixtieq li nelabora iktar dwar dan il-fenomenu.", "Imbagħad għandek il-fenomenu tal-bullying u l-ischool absenteeism.", "Nista' ngħid li hawn familji li ma jibagħtux lit-tfal tagħhom għall-Form 4 u l-Form 5.", "B'hekk dawn jispiċċaw bla ċertifikati u jmorru jfittxu x-xogħol.", "Imma dawn x'se jsibu bħala xogħol?", "Ovvjament se jsibu xogħol bl-inqas paga possibbli u ħafna drabi xogħol prekarju.", "U nixtieq li jkun hemm iktar dettalji fuq dan is-suġġett.", "Jien ipprovajt infittex u nqalleb biex nara x'hemm fuq l-abbuż mis-servizzi soċjali.", "Sfortunatament rajna wkoll ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq din il-kwestjoni u lilna l-Membri Parlamentari tawna CD dwar l-abbuż li hemm fis-servizzi soċjali.", "U jidher li l-abbuż mis-servizzi soċjali huwa wieħed rampanti.", "Waħda mill-affarijiet li tista' tgħin lill-persuni foqra jew li jaqgħu taħt il-linja tal-faqar hija li tara li s-servizzi soċjali imorru mhux għal min jiflaħ u qed jabbuża minnhom imma li jmorru għal min ma jiflaħx.", "Dawn huma riżorsi limitati.", "Imma qiegħed nipprova nfittex u nara daqsxejn f'din il-Green Paper fejn hemm dettalji dwar kif nistgħu neliminaw l-abbuż fis-servizzi soċjali.", "Naf li diġa' hemm il-fraud unit li jagħmel xogħol tajjeb ukoll imma naħseb li we are still far away from it għaliex xorta qed isir l-abbuż mis-servizzi soċjali.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna.", "Fil-verità naħseb li hemm min ikun qiegħed jieħu mis-sistema meta ma ħaqqux jieħu u mbagħad tispiċċa li min verament għandu bżonn jieħu mis-sistema irid jaqsam ma' min m'għandux bżonn.", "Naħseb li naqbel miegħek hawnhekk għax din hija sitwazzjoni li tista' tikkrea l-faqar għal xi wħud minħabba l-fatt li lil min verament għandu bżonn l-għajnuna ma nkunux nistgħu ngħinuh.", "ETIENNE GRECH: Ovvjament apparti x-xogħol parlamentari tiegħi jiena wkoll tabib tal-familja.", "Kemm-il darba kelli nies li on paper jikkwalifikaw kemm mill-means test għall-benefiċċju tal-mard u kemm għax ikunu jbatu ġenwinament minn xi marda li hemm fuq l-iskeda 5 u xorta waħda ma jgħaddux.", "Imbagħad ikollok każijiet li forsi mhumiex daqshekk ġenwini li jispiċċaw jgħaddu.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li impressjonatni kienet ir-rata ta' riskju ta' faqar qabel u wara t-trasferimenti soċjali.", "Interessanti kif f'pajjiżi differenti l-mod ta' kif jgħin il-gvern tista' tagħmel differenza kbira.", "Pereżempju jekk inħarsu lejn l-Irlanda naraw li r-rata ta' riskju ta' faqar qabel u wara t-trasferimenti soċjali huwa wieħed kbir.", "L-ikbar distinzjoni huwa fil-metodu li jużaw biex jevalwaw u jagħtu dawn it-trasferimenti soċjali.", "X'tip ta' għajnuna soċjali qegħdin jagħtu lin-nies li huma f'riskju ta' faqar u kemm qiegħda tiġi implimentata b'mod tajjeb dik l-għajnuna biex tnaqqas dak ir-riskju?", "Naħseb li ma jkunx ħażin li wieħed iħares lejn l-iktar sistemi li qegħdin jagħmlu distinzjoni bejn qabel u wara s-social benefits biex naraw dawn x'għandhom differenti minn sistemi oħra.", "Għandek ċerti pajjiżi, bħall-Italja, fejn il-benefiċċji soċjali ma tantx jidhru li qegħdin jagħmlu distinzjoni kbira bejn ir-rata ta' qabel ma' jittieħdu u r-rata ta' wara li jittieħdu.", "U allura t-tip ta' benefiċċji soċjali tagħhom ma tantx jidhru li huma xi benfiċċji soċjali li qed jagħtu palata 'l fuq lil min qiegħed imiss il-qiegħ.", "Mentri fl-Irlanda kien hemm ħafna iktar nies li kienu f'riskju ta' faqar u li mbagħad, bis-sistema tal-benefiċċji soċjali tneħħa dak ir-riskju.", "Nerġa' ngħid li naħseb li ma jkunx eżerċizzju ħażin li kieku kellna naraw xi jġiegħel lil dawn is-servizzi soċjali jkunu tajbin b'dan il-mod.", "CLYDE PULI: L-ewwel nett b'mod ġenerali rrid ngħid li dan ir-rapport huwa bażikament desktop analysis ta' numru ta' rapporti u strateġiji oħra lokali u ta' statistika Ewropea, li tagħtik ftit l-istampa tal-affarijiet kif inhuma.", "Ovvjament ikolli ngħid li xi kultant forsi wieħed jista' ma jaqbilx mal-impostament tagħha għax kien hemm xi biċċiet li kienu kultant partiġġjani.", "U mill-vina tal-introduzzjoni tiegħek, Sinjura President, kien hawn kummenti li l-iktar l-aktar wieħed jista' jgħid li kienu partiġġjani u tista' tgħid ukoll li lanqas huma veritieri.", "Importanti li hemm rikonoxximent fejn qabel ma tgħid li se jkolli politika soċjali u li se nagħmel lista sħiħa ta' xewqat, - kif kulħadd ikollu wara kollox – tgħid li trid tikkrea l-ġid.", "F'dak ir-rigward naħseb li kuntrarjament għal dak li jingħad f'dan ir-rapport, fejn qed jingħad x'sibna qabel u x'diżastri kien hemm fil-finanzi, eċċ, wieħed jagħmel tajjeb li jirrikonoxxi li sal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet, l-ekonomija Maltija kienet l-iktar waħda li rat tkabbir fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Din toħroġ mill-istatistika Ewropea imma mbagħad tinqabeż minn dan ir-rapport.", "Ovvjament jekk inżommu dak ir-ritmu ta' tkabbir, u huwa tajjeb li nżommu dak ir-ritmu, aħna jkollna x'inqassmu.", "Imma anke dan lili jinkwetani xi ftit.", "Jekk aħna nitkellmu biss fuq il-faqar dwar x'għandna nqassmu biex nikkompensaw għall-faults tas-sistema, jista' jkun li nkunu qegħdin nagħmlu wkoll disservice kemm lill-Istat kif ukoll lill-individwi.", "Aħna rridu nippromwovu l-awtonomija tal-individwu; fis-sens li kull persuna, lil hinn mir-rispett u d-dinjità li għandek tagħtiha, trid tagħtiha b'mod sħiħ il-kapaċità li timraħ u li tirnexxi skont il-ħiliet tagħha.", "Ovvjament hemm persuni differenti minn oħrajn u li dawn għandhom bżonn appoġġ jew inkella toroq differenti minn ħaddieħor.", "Allura l-isfida tagħna hija li nsibu proprju dawk is-sistemi.", "Ovvjament irridu naraw min verament qiegħed ibati biex nuru empatija u komprensjoni sħiħa miegħu kif ukoll nagħtuh appoġġ sħiħ.", "Ovvjament fuq dawk is-sitt dimensjonijiet li minnhom imbagħad qed jiftħu l-kumplament tal-pjan wieħed ftit għandu ma xiex ma jaqbilx.", "Dawn huma l-istess dimensjonijiet li matul is-snin - meta bdejna nħarsu lejn l-affarijiet b'mod iktar differenti milli wieħed kien iħares lejhom qabel - wieħed kien qiegħed jaħdem fuqhom.", "Jekk qed titkellem fuq dħul, benefiċċji, edukazzjoni, saħħa, servizzi soċjali, impjiegi, kultura jew xogħol, issib li dawn kollha huma affarijiet li kienu qegħdin jiġu mbottati u l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda tinkoraġġik biex timbottahom.", "Fuq dawk li huma oġġettivi strateġiċi wieħed ftit jista' jgħid fuqhom għax ftit hemm tibdil.", "Allura wieħed jista' jaqbel fuqha.", "Il-problema hija fuq id-dettall tal-affarijiet.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq li naslu għall-punt fejn għalkemm l-oġġettivi huma l-ideali, li inti se tarahom fl-intier tagħhom, meta se taqbad il-biċċiet u twaħħalhom flimkien, x'se jkun ir-riżultat?", "Se jkollok sistema edukattiva aħjar, se jkollok housing aħjar.", "Imma kif se naslu għal dawn l-irqaqat naħseb li l-ewwel irridu naraw x'jeżisti diġa' u nippromwovu ideat ġodda fuq kif se naslu.", "Imma l-punt tiegħi hu li wara kważi sena għaddejjin bil-konsultazzjonijiet, jien kont nistenna li anke jekk se nibqgħu fl-istadju tal-Green Paper, tal-inqas il-Gvern, li għandu r-riżorsi u l-konsulenti kellu joħroġ b'numru ta' miżuri aktar konkreti.", "Hemm xi ftit miżuri imma hemm spazju għal ħafna u ħafna iktar.", "Fil-fatt din il-Green Paper hija ftit nieqsa mill-konkret.", "Wieħed seta' jiddiskutihom u jgħid jekk dawn l-oġġettivi, li kważi kważi huma adottati minn dawk ir-rapporti li kont qiegħda ssemmi inti aktar qabel, u li jekk m'iniex sejjer żball jibdew fl-2003, jiġifieri f'dak iż-żmien meta konna deħlin fl-Unjoni Ewropea.", "Imma dawn il-miżuri li qed jipproponi l-Gvern kif jidħlu f'dawn l-oġġettivi?", "Għalhekk wieħed seta' jiddiskuti aktar f'dak is-sens u għaldaqstant naħseb li hawn ftit tan-nuqqas hawnhekk.", "Ovvjament hemm miżuri li bażikament kienu proposti fiż-żewġ programmi elettorali, miżuri li kienu bdew qabel u li qed jitkomplew illum.", "Hawnhekk issemmiet iċ-childcare.", "Ovvjament kulħadd qiegħed jaqbel magħha u rrid ngħid li jien diġa' kelli okkażjoni waqt id-dibattitu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni fil-Baġit li nagħmel il-kritika tiegħi fuq kif ma nistgħux inħallu barra milli nagħtuhom il-faċilità taċ-childcare lil dawk in-nisa li jridu jmorru jistudjaw.", "Jekk aħna rridu – biex ngħaqqad ma' dak li kont qiegħda tgħid inti – ngħollu l-employment rate, min qed jagħmel l-almu tiegħu biex itejjeb il-ħiliet tiegħu ħalli jkun jista' jikkontribwixxi huwa wkoll, ma jistax ikun li nkun jien li nikkastigah u ngħidlu li la qed jistudja mhux se nagħtih aċċess għaċ-childcare.", "Għallinqas sal-lum minn dak li ġie mħabbar fil-Baġit jidher li hemm dawn in-nuqqasijiet jew limitazzjonijiet f'dak li huwa childcare.", "Jekk tgħid lili, waħda mill-affarijiet bl-iktar mod komplet u skjett li nista' ngħidlek mill-ewwel, hija dik li din il-limitazzjoni għandha titneħħa.", "Hemm limitazzjonijiet fuq iċ-childcare li għandhom jitneħħew immedjatament, speċjalment minn xi ħadd li qed jgħid li jrid jikkontribwixxi għalih u għall-familja tiegħu kif ukoll għall-pensjonijiet tal-anzjani tagħna.", "It-tieni nett – xi ħaġa li semmiha wkoll l-Onor.", "Etienne Grech - ma nistax nifhem x'ġara mill-missjoni kontra x-xogħol prekarju!", "Hawnhekk jidher li f'daqqa waħda ma ngħatax dik l-importanza li wieħed kien jistenna li jingħata dan is-suġġett.", "Iktar u iktar meta sa ftit ilu kien hawn għajta qawwija fuqu.", "U rrid ngħid ukoll li jkun tajjeb li niċċaraw darba għal dejjem f'moħħ kulħadd x'ifisser xogħol prekarju għax illum donnu li saret komda ħafna li kull tip ta' xogħol li ma jintgħoġobx nibdew insejħulu xogħol prekarju.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt aħna diġa' għamilna eżerċizzju f'dan il-Kumitat fuq ix-xogħol prekarju u ħriġna rapport qasir proprju fuq dan is-suġġett wara li rċevejna żewġ studji li saru minn unions lokali.", "Aħna għaqqadna dawn iż-żewġ studji u ddiskutejnihom u wara ħriġna sensiela ta' affarijiet li aħna naħsbu li għandhom jitqiesu f'xogħol prekarju.", "Bħalma qed tgħid inti li mhux kollox għandu jitqies bħala xogħol prekarju u mhux kull xogħol li jingħata b'kuntratt qasir huwa xogħol prekarju.", "Għalhekk trid issir distinzjoni.", "CLYDE PULI: Fil-fatt jekk nieħdu dik id-definizzjoni nistgħu ngħidu li Membru Parlamentari għandu xogħol prekarju.", "THE CHAIRPERSON: Eżattament.", "Hemm min għandu xogħol li jieħu ftit sigħat biss imma jitħallas tajjeb ħafna u allura żgur li dak it-tip ta' xogħol ma tistax tqisu bħala xogħol prekarju.", "Aħna konna wasalna għall-konklużjoni li hemm ċerti numru ta' kriterji li għandhom jitqiesu biex wieħed joqrob biex isejjaħ ix-xogħol tiegħu bħala xogħol prekarju.", "CLYDE PULI: Torbothom ukoll mal-edukazzjoni u x-xogħol.", "Fuq l-edukazzjoni, b'sodisfazzjon ninnota li ħafna mill-istrateġiji li kienu miktubin fil-leġiżlatura preċedenti qegħdin jinżammu fl-interità tagħhom bl-oġġetivi b'kollox, inkluż il-curriculum.", "L-Onor.", "Grech semma' l-istrateġija tal-early school leavers, fejn mhux biss l-istrateġija qiegħda tinżamm imma anke l-oġġettivi tagħha.", "F'mistoqsija parlamentari li għamilt jidher li se tinżamm totalment fl-interità tagħha u allura dan jipprovdi ċertu sens ta' kontinwità u ma jagħtix xokkijiet żejda fis-sistema.", "Dak ifisser ukoll li rridu nistennew sa dawk id-dati li kienu mħabbrin f'dawk l-istrateġiji.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li – din tkellimna fuqha diversi drabi u naf li xi kultant mhuwiex faċli - xi kultant trid tippjana ħafna bil-quddiem f'dinja li qiegħda tinbidel bl-iktar mod mgħaġġel minħabba l-globalizzazzjoni imma jrid ikollok skills match tajba bejn dak li l-istudenti qed jistudjaw illum għall-karrieri li se jkunu available fis-snin li ġejjin.", "Inutli li t-tfal jiġu attirati biss bil-karrieri li huma rilevanti llum.", "Għaldaqstant iridu jiġu mħeġġa sabiex imorru lejn karrieri li se jkunu available għaxar snin oħra.", "F'dinja li kontinwament qiegħda tinbidel il-kunċett tal-lifelong learning jibqa' ta' importanza kbira.", "Il-lifelong learning kien twaqqaf dipartiment għalih ftit tas-snin ilu u llum qegħdin naraw madwar 18,000 persuna fis-sena li qegħdin jieħdu xi course ta' taħriġ jew ieħor.", "Importanti li din il-firxa nkomplu nwessgħuha għax it-tagħlim huwa tajjeb intrinsikament.", "Imma apparti dan irridu naraw li dak it-tip ta' taħriġ ikun qed jissarraf f'xi ħaġa oħra.", "Ħalli nagħmel kumment ieħor fuq il-benefiċċji u l-abbuż mis-servizzi soċjali.", "Jiena totalment kontra kull forma ta' abbuż li tista' ssir bis-sistema u dawn l-affarijiet irridu niġġeldulhom bis-serjetà.", "Meta kien twaqqaf – jekk niftakar sew fiż-żmien meta Dr Lawrence Gonzi kien il-Ministru responsabbli mill-politika soċjali - id-dipartiment tal-frodi twaqqaf b'dik l-intenzjoni.", "Niftakar ukoll lil Dr Lawrence Gonzi jgħid li ma nistgħux inkunu over zealous għax anke jekk taqbad għaxra, u tgħid veru qbadthom u ffrankajt il-flus imma jekk qed tkisser imqar familja waħda f'dik il-ġirja, inti tkun għamilt disservice.", "U għalhekk dak il-bilanċ irid isir.", "F'dan is-sens ir-rapport tal-Awditur Ġenerali kellu ċerti statements li setgħu ħolqu daqsxejn ta' għagħa ż-żejjed għax min ma jkunx daħal fil-każ - naħseb li l-mod ta' kif ġew rapportati seta' għamel disservice lis-sistema tal-benefiċċji soċjali – se jispiċċa jaħseb li f'daqqa waħda kulħadd huwa ħalliel u li mhux veru li hemm nies fil-bżonn!", "Imma rridu nifhmu li dawn id-dipartimenti għandhom missjonijiet totalment differenti minn xulxin, kif jingħad ukoll fl-istess rapport.", "Id-dipartiment tal-frodi xogħolu huwa proprju dak li jaqbad il-frodi u jibbilanċja mentri d-dipartiment tas-sigurtà soċjali għandu l-aspett umanitarju li jrid jikkura.", "U jien wisq nibża' li kif ħarġu dawk ir-rapporti u kif ingħatat il-pubbliċità, jiddispjaċini ngħid anke min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Ministru, jista' jkun li d-diskrezzjoni li llum għandhom bil-liġi n-nies tad-dipartiment se jibdew jibżgħu jużawha u se jibdew jibżgħu jerfgħu dak il-piż ma' familja għax se jgħidulek li jekk se jieħdu dak il-pass se jispiċċaw jiġu investigati.", "THE CHAIRPERSON: Nitolbok tikkonkludi ħalli nagħti ċans lil ħaddieħor ukoll.", "CLYDE PULI: Jiena rajt xi ħaġa dwar dawk il-każi u jista' jkun li l-affarijiet mhumiex kollha eżattament kif ikunu qegħdin jiġru.", "Il-punt prinċipali jibqa' li, jekk hemm il-frodi allura rridu nieħdu d-deċiżjonijiet li għandna nieħdu u mbagħad meta nagħtu l-benefiċċji rridu noqogħdu attenti li ma nkunux qegħdin noħolqu dipendenza fuq l-Istat u allura noħolqu inġustizzja oħra kemm mal-persuni li qegħdin isostnu dak il-fatt kif ukoll ma' dawk li ma pprovdejnilhomx l-awtonomija tagħhom bħala individwi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Nixtieq inżid u naħseb li naqbel miegħek hawnhekk li s-servizzi soċjali għandhom ikunu mhux biex dawk li huma fil-bżonn jagħmlu ħajjithom jgħixu fuq il-benefiċċji soċjali imma li ngħinuhom biex eventwalment jidħlu fid-dinja tax-xogħol u huma wkoll ikunu kontributuri.", "Xtaqt insemmi wkoll li fil-professjoni tiegħi ġieli rajt żbalji mid-dipartiment tas-servizzi soċjali fejn ikollok nies li jingħataw il-benefiċċji soċjali u mbagħad jirrealizzaw li dawn ma kenux intitolati għalihom għax il-means test ikun qed juri mod ieħor.", "Din mhux darba jew tnejn ġrat imma naħseb li jien rajtha tiġri mat-12-il darba żgur.", "Dawn ikunu żbalji mid-dipartiment u li minħabba f'hekk ikollhom joqogħdu jerġgħu jġbru l-flus lura li jkunu ngħataw.", "U ħafna drabi dan iseħħ billi jaqtgħulhom parti mill-pagamenti tal-benefiċċji ta' wara.", "Jiena nemmen li din trid tiġi indirizzata u li bħal meta fid-dipartiment tas-saħħa, jekk jiġri xi ħaġa għandek ċerta accountability, fid-dipartiment tas-servizzi soċjali għandu jkun hemm l-istess accountability dwar x'jagħmlu u x'ma jagħmlux l-istaff.", "Nerġa' ngħid li din il-Green Paper fiha 60 paġna b'kollox u hija strateġija tajba avolja hemm ċerti dettalji neqsin.", "Jista' jkun li forsi jissemmew biex eventwalment tkun tista' telabora aktar fuqhom għax dan huwa suġġett vast u meta tiddiskuti l-faqar u tara xi sfidi hemm biex insolvu din il-problema naħseb jien li tista' tagħmel għaxar volumi sħaħ fuqha.", "Pereżempju l-Housing hija waħda mill-affarijiet li taqa' taħt id-dipartiment tas-servizzi soċjali imma hawnhekk m'hawnx imniżżel li għandna ħafna persuni li għandhom djar għal kiri li ma jiddikjarawx taxxa fuqha u li allura ma jħallux lill-kerrejja japplikaw biex jieħdu s-sussidju tal-kera.", "U dik hija waħda mill-affarijiet li trid tiġi indirizzata.", "Fil-fatt mingħalija din issemmiet fl-aħħar Baġit li kellna.", "Imbagħad għandek nies li ma jħallsux il-kera - għax ovvjament trid tipprova taqdi kemm lil-landlord kif ukoll lill-inkwilin - għal sena, sentejn u allura jispiċċaw il-Qorti, bil-konsegwenza li sid il-post jispiċċa ma jitħallasx mill-kerrej.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija fuq l-iskemi għall-persuni b'diżabilità.", "Għadni nara hawn Malta ħafna nies li huma b'diżabilità li ma jistgħux isibu mpjieg.", "Naf li hemm l-ETC kif ukoll programmi tal-Unjoni Ewropea li jagħtu inċentivi billi jħallsu parti mill-paga ta' dawn il-persuni.", "Niftakar ukoll meta kellna f'dan il-Kumitat lill-Onor.", "Franco Mercieca jitkellem, fejn dan kien semmielna li hemm ċerta dar li tieħu ħsieb lill-persuni b'diżabilità u kif din l-ispiża tagħha hija waħda għolja ħafna.", "Meta staqsejnih għalfejn l-ispiża hija daqshekk għolja, kien qalilna li ħafna mill-employees li jieħdu ħsieb lil dawn il-persuni huma stess persuni b'diżabilità.", "Mela wieħed irid jara kif jista' jgħin lill-persuni b'diżabilità billi l-ewwel nett ma jħallihomx id-dar ċiċċi beqqi imma jara li jiġu inklużi fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol.", "Madankollu wieħed irid jifhem ukoll li l-effiċjenza ta' persuna li għandha sieq nieqsa mhijiex se tkun tajba daqs dik ta' persuna li hija b'saħħitha.", "U għalhekk wieħed irid jagħmel riservi għal dawn l-affarijiet.", "Rigward is-single mothers irrid ngħid li din hija kwestjoni li f'għajnejn il-pubbliku hemm daqxejn ta' opinjoni negattiva.", "Jiena personali m'għandix opinjoni daqshekk negattiva lejn is-single mothers għax dawn, illum biċ-childcare centres u b'inizjattivi bħall-breakfast clubs li dalwaqt se jinfetħu fl-iskejjel biex it-tfal imorru aktar kmieni l-iskola biex jieħdu l-breakfast hemmhekk, se tgħin lil dawk il-familji li ma jaffordjawx jagħtu breakfast lit-tfal tagħhom kif ukoll se tgħin biex dawk li jridu jmorru jaħdmu, ikunu jistgħu jaħdmu.", "U s-single mothers għandhom jiġu megħjuna u hemm strateġija sħiħa kif tista' tgħinhom.", "Il-kultura mhijiex dik li ssir single mother biex tieħu l-benefiċċji soċjali imma għandu jkollok l-opportunitajiet kollha biex kemm jista' ikun tkun tista' taħdem.", "L-istrateġija kontra l-faqar hija xi ħaġa li tinvolvi lill-ministeri kollha f'daqqa u mhux xi ħaġa li tolqot biss lill-Ministru responsabbli mis-servizzi soċjal.", "Jiġifieri tolqot ukoll lill-Ministru responsabbli mis-saħħa u lill-Ministru responsabbli mill-ġustizzja u l-qrati.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Mela jekk ikollok persuna li hija s-sors tal-ħobża tal-familja tagħha u din jaqbadha l-ftuq, ovvjament mhux se jkun possibbli għaliha li toħroġ taħdem.", "Issa jekk se tmur l-isptar biex tagħmel l-operazzjoni għandek waiting list twila u għalhekk hawnhekk tidħol l-effiċjenza tad-dipartiment tas-saħħa.", "Apparti minn hekk is-saħħa hija importanti anke billi tipprevjeni l-affarijiet għaliex waħda mill-aktar affarijiet li titfa' n-nies lura milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol hija proprju n-nuqqas ta' saħħa.", "Il-qrati wkoll għandhom x'jaqsmu f'din il-biċċa u wieħed jista' jelabora hawnhekk ukoll.", "Pereżempju għandi nies li kienu jaħdmu f'postijiet ta' kostruzzjoni jew f'siti li fihom isir il-concrete, li huwa xogħol pjuttost perikoluż, u dawn kellhom xi inċident fejn kellhom jaqtgħulhom idejhom barra.", "Dawn in-nies kienu jieħdu l-unemployment benefit imma ma setgħux jieħdu l-kumpens talli weġġgħu fuq il-post tax-xogħol minħabba li jkunu qattgħu 13-il sena sħaħ fil-Qorti biex jaraw kemm huma intitolati li jieħdu kumpens.", "Għalhekk għandek l-effiċjenza tal-Qorti f'dawn il-każijiet li naf li din il-problema qiegħda tiġi indirizzata mill-Kummissjoni li ġiet ifformata.", "U din ukoll għandha x'taqsam mal-mod ta' kif nistgħu neliminaw il-faqar f'pajjiżna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Naqbel magħkom li dawn is-suġġetti nbnew suġġett suġġett, ministeru ministeru u kollha jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom lejn l-istrateġija sabiex jitnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Il-problemi li wieħed ikollu meta jiġi f'Kumitat bħal dan sabiex jagħti s-suġġerimenti tiegħu naħseb li huma tnejn; l-ewwel nett irridu naraw jekk aħniex se niddiskutu d-dokument bħala dokument biex naraw x'faults fih.", "U nista' nasal biex naqbel li kull dokument qatt ma jkun perfett għax jista' ikun li ma jogħġobniex kif ikun mibni jew ix-xeħta li jkun fih.", "U dik hija diffikultà.", "Diffikultà oħra hija fuq jekk aħna hux se nqisu dik bħala importanti.", "Aħna lil dak se nagħtu importanza?", "Se nagħtu każ x'nuqqasijiet fih id-dokument?", "Jew inkella se nagħtu każ tal-affarijiet li semmew iż-żewġ Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra u ċioè se naraw x'inhuma l-problemi fis-sistema biex nipprovaw innaqqsu l-faqar?", "Naħseb li dak għandu jkun l-impetus tagħna, li għandna nimxu fuqu f'dan il-Kumitat meta għandna time constraints u affarijiet oħra.", "Naħseb li l-affarijiet li ġew imsemmija, kemm min-naħa tiegħek, Onor. Puli kif ukoll min-naħa tiegħek, Onor. Grech, huma affarijiet importanti ħafna u nistgħu nelaboraw aktar fuqhom.", "Naħseb li hekk għandna nimxu.", "U dik kienet l-idea tiegħi meta għedt li għandna naraw il-programm nazzjonali tar-riforma u niddiskutuh punt punt.", "Jekk se naraw dan id-dokument x'fih ħażin eċċ. nistgħu ndumu nfetqu fih żmien twil u jkun hemm affarijiet li jkunu ħżiena imma we would be missing the wood for the tree għax dak li naħseb li nistgħu nagħtu rakkmandazzjonijiet fuqhom huma l-punti fejn nistgħu ntejbu.", "Veru li jista' jkun hemm miljun oġġett ieħor li ma naqblux miegħu imma fl-aħħar tal-ġurnata naħseb li l-għan tagħna għandu jkun dak ta' kif se titjieb is-sitwazzjoni.", "Naħseb li meta qegħdin naraw il-promozzjoni tax-xogħol, il-kondizzjonijiet aħjar għall-innovazzjoni, l-objettivi dwar it-tibdil fil-klima minħabba l-effiċjenza fl-enerġija, it-titjib fil-livelli ta' edukazzjoni u kif se nirranġaw l-inklużjoni soċjali, naħseb li għandna naqbdu suġġet suġġett u narawhom ftit bħalma sar f'dan il-Baġit u f'budgets oħra qablu, jiġifieri m'iniex qiegħda nillimita ruħi għal xi budget partikolari ta' xi gvern partikolari.", "Mela rridu naraw x'inhuma l-miżuri li aħna nistgħu nieħdu, lejn xiex irridu nħarsu fejn tidħol l-edukazzjoni u l-promozzjoni tax-xogħol biex intejbu s-sitwazzjoni.", "Inħoss li nistgħu nitkellmu fuq kollox in ġenerali bħalma qbadna diversi punti oħra imma jekk se nitkellmu fuq ix-xogħol irridu naraw x'inhuma dawk ir-rakkmandazzjonijiet li nistgħu nagħmlu.", "CLYDE PULI: Jiena qiegħed nifhem il-punt tiegħek u lanqas mhu qiegħed nikkontesta l-ġenwinità tiegħek, għalkemm irrid nerġa' nirrimarka għat-tieni darba li l-impostament tal-argumenti tiegħek huwa differenti mill-impostament tal-argumenti tad-dokument.", "L-impostament tal-argumenti kif qed tagħmilhom illum u l-impostament tal-Ministru, kull darba li ltqajt magħha, huma differenti wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Imma jiena hekk immexxih dan il-Kumitat!", "Jiena kumpliment qiegħed nagħmillek.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "CLYDE PULI: Il-punt huwa dan; veru li inti qiegħda tgħidli li tixtieq li nidħlu fid-dettal imma huwa veru wkoll - ejja ngħidu li hija kwestjoni ta' simpatija jew antipatija fuq argument – li hawn nuqqas ta' dettal u allura ma naħsibx li nistgħu nitkellmu fuqu.", "Isse jekk tgħidli fuq il-kultura, mhux ovvja li se naqbel fuq il-kultura jekk qed jużaw l-istess policy li għamilna aħna meta jien kont fil-Ministeru tal-Edukazzjoni!", "Iva dik naqbel magħha u diġa' ddiskutejniha.", "Mhux ovvja li se naqbel mal-curriculum nazzjonali jew mal-issue tal-obeżità!", "Dawn huma l-istess strateġiji li għamilna aħna fil-ħames snin li għaddew.", "THE CHAIRPERSON: Il-punt tiegħi huwa li jekk hemm xi blank spots, mela let us fill in those blanks.", "CLYDE PULI: Jista' jkun hemm affarijiet oħrajn imma qed insemmi affarijiet li diġa' saru.", "Inutli nerġa' noqgħod ngħidlek jekk hux se naqbel magħhom - jekk trid li niddiskutuhom niddiskutuhom ukoll - għax huma affarijiet li għamilna aħna.", "Issa forsi jista' jkun hemm bżonn ta' fine tuning imma biċċiet minnhom tant huma riċenti li ma naħsibx li hemm ħafna affarijiet fuqhom.", "Fl-opinjoni tiegħi d-dettal hawnhekk għandu jitla' min-naħa tal-Gvern għax hu għandu l-għodda biex jagħmilhom.", "Jiġifieri din mhijiex kwestjoni ta' pika jew ta' min għandu jagħmel xiex.", "Dan il-Parlament m'għandux ikollu dak it-tip ta' raġunament.", "Ejja nagħtu dak li nistgħu nagħtu u mbagħad inħallu l-Gvern jagħmel l-istrateġija fid-dettal.", "Din hija Green Paper li għażlet li tkun ġenerika.", "Mela l-kummenti tagħna se jkunu ġeneriċi.", "Qiegħda tifhimni?", "THE CHAIRPERSON: Anzi jiena nħossha bil-kontra.", "Din hija Green Paper li nista' nasal biex naqbel miegħek li hija kemmxejn iktar ġenerika milli speċifika u aħna, jekk irridu nagħmlu xi ħaġa ta' ġid, għax għalhekk qegħdin hawn u mhux biex noqogħdu nikkritikaw, irridu nikkritikaw ukoll imma rridu nipprovaw intejbu.", "Il-punt tiegħi huwa li jekk din il-Green Paper hija nieqsa mill-affarijiet speċifiċi, mela ejjew inlaħħmuha u mhux noqogħdu nikkritikawha biss.", "Dak huwa l-punt tiegħi.", "CLYDE PULI: Il-kritika tista' tkun waħda kostruttiva.", "Naħseb li l-kritika li għamilna s'issa kienet waħda kostruttiva.", "Jekk jien qed ngħidlek biex ma teliminax iċ-childcare lil dawk li jistgħu jagħtu kontribut naħseb li nkun qed nagħmillek kritika kostruttiva.", "THE CHAIRPERSON: Hija tajba u fil-fatt niżżiltha bħala punt tajjeb.", "CLYDE PULI: Nista' nżid magħha wkoll.", "Nista' naqbad ma' punt ieħor li kien qed isemmi l-Onor.", "Fil-fatt huwa semma' l-kirjiet li jidħlu mal-kunċett tal-black economy.", "Naħseb li l-kunċett tal-black economy mhux qiegħed jiġi trattat biżżejjed.", "Tgħiduli x'għandu x'jaqsam dan il-kunċett mal-faqar?", "Waħda minnhom għandha x'taqsam għax l-Onor.", "Grech għadu kif semma' l-kirjiet li ma jkunux iddikjarati.", "Mela dak ifisser li jista' jkun li l-istatistika tagħna mhux dejjem tkun qiegħda tirrifletti r-realtà u allura ma nkunux nistgħu nfasslu strateġija tajba.", "Kif hemm fuq i-kirjiet tal-postijiet hemm żgur fuq ix-xogħol.", "Aħna nafu kważi biċ-ċert li ċerti xogħolijiet isiru fil-black economy u allura ma jkunux reġistrati u dawk jistgħu jkunu nies li qed jidhru bħala li mhumiex qegħdin jaħdmu meta fil-fatt ikunu qegħdin jaħdmu.", "U allura l-employment rate tagħna fil-verità tkun ikbar milli fil-fatt tkun qiegħda turi fl-istatistika tagħna.", "Dawn ukoll huma affarijiet li ma jħalluniex nagħmlu strateġija kif suppost.", "ETIENNE GRECH: Nafu li għandna sitwazzjoni hawn Malta fejn ċerti xogħolijiet ġeneralment ma jkunux iridu jagħmluhom il-Maltin u dawn jinkludu xogħolijiet fil-catering jew fil-kostruzzjoni.", "Issa jekk tiġi – u nista' naċċertak li hemm kunsens nazzjonali mill-poplu Malti fuq din il-ħaġa – persuna mill-Unjoni Ewropea biex taħdem f'dawn ix-xogħolijiet m'hemm l-ebda problema, imma jekk ma jkunx hemm la Maltin u lanqas nies mill-Unjoni Ewropea li jridu jaħdmu f'dawn ix-xogħolijiet, min iħaddem ikun jista' jġib il-permess għal nies minn pajjiżi terzi.", "Minħabba f'hekk l-employers li jaħdmu fil-catering, fil-lukandi, fir-restaurants u anke fil-kostruzzjoni jħaddmu nies with very cheap labour.", "Niddubita jekk jaqbżux il-minimum wage.", "Ovvjament irid ikun hemm min jara li kulħadd ikollu l-minimum wage.", "Jiena ngħidlek li bil-minimum wage biss diġa' mhuwiex biżżejjed biex tgħix ħajja diċenti.", "Fil-fatt kemm-il darba semmejna l-kunċett tal-working wage, jiġifieri li jkun hemm ċerta formola li tkun tista' tagħti idea kemm bniedem għandu jaqla' biex ikun jista' jgħix ħajja diċenti, hu u l-familja tiegħu.", "U dawn huma affarijiet li rridu nindirizzawhom.", "THE CHAIRPERSON: Jekk tippermettuli xtaqt ngħid xi ħaġa ladarba qegħdin titkellmu fuq ix-xogħol.", "Ftit ilu kont f'konferenza - bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat – fejn kienet qiegħda ssir diskussjoni interessanti fuq bażi Ewropea dwar il-minimum wages.", "Pereżempju kienu qegħdin jiddiskutu sitwazzjoni li hemm fin-Netherlands, fejn hemmhekk għandek minimum wage differenti għal nies li għandhom 18-il sena u għadhom deħlin fid-dinja tax-xogħol u għal nies li huma daqsxejn ikbar u li allura għandhom 22 sena.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju, min għandu t-tfal żgħar.", "THE CHAIRPERSON: Dik is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri wieħed irid jara affarijiet ta' dan it-tip meta għandek policy ta' kemm trid tħallas għal ċertu xogħol eċċ. Mela dik hija policy ta' min iżommha jew ta' min jibdilha?", "Kif se nagħmlu distinzjoni bejn min qiegħed fuq is-social benefit u min qiegħed fuq il-minimum wage biex nagħtuh imbuttatura ħalli jidħol fid-dinja tax-xogħol?", "Waħda mill-affarijiet li nara - peress li naħdem ħafna ma' nies li qegħdin jisseparaw - hi li dawn in-nies iħossuhom komdi li jgħixu fuq il-benefiċċji soċjali għax jgħidulek li jekk imorru jaħdmu se jaqilgħu ftit aktar milli jaqilgħu bil-benefiċċji soċjali u allura ma tkunx worth it.", "Naħseb li parti mill-istrateġija ta' kif nistgħu neliminawha din diġa' bdejna nagħmluha fil-Baġit għax kellna l-introduzzjoni ta' sistema ta' taraġ, fejn inti tibqa' tieħu 65% mill-benefiċċji soċjali jekk tibda taħdem u mbagħad jonqos ftit u wara ftit jerġa' jonqos ftit aktar.", "U b'dawn l-affarijiet nistgħu nindirizzaw din il-kwestjoni biex nagħtu mbuttatura lil min ma jaħdimx ħalli jibda jaħdem.", "Fil-fehma tiegħi hemm żewġ affarijiet li jaffettwaw din il-kwestjoni.", "L-ewwel għandek din id-diskrepanza li mhijiex daqshekk kbira bejn is-social benefits u l-minimum wage.", "U mbagħad għandek nies oħra li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali u jinsabu komdi għax għandhom ukoll xogħol li mhuwiex dikjarat.", "Mela għandek settur ta' nies li mhumiex jaħdmu għax qegħdin jaqilgħu l-flus mingħand l-Istat u mbagħad għandek settur ieħor ta' nies li minbarra li qegħdin jirċievu l-benefiċċji soċjali għandhom ukoll xogħol li mhuwiex dikjarat.", "Naħseb li t-tnejn huma żewġ areas differenti li rridu nittrattawhom b'mod differenti.", "Waħda mill-affarijiet li l-iktar li nħoss li hija importanti hija dik li jkollna strateġija fejn lil min qiegħed jikkumpensa mas-servizzi soċjali bi flus li ġejjin mix-xogħol, allura rridu naraw li dawk il-flus jiġu dikjarati bħala li ġejjin minn xogħol.", "It-tieni, kif se taqta' dan l-abbuż?", "Naħseb li tista' taqta' dan l-abbuż b'mod intelliġenti jekk dawn in-nies, li l-employability tagħhom mhijiex daqshekk għolja u li l-edukazzjoni tagħhom mhijiex daqshekk għolja, billi tagħtihom struttura ta' edukazzjoni li tkun mhux ta' darba jew ta' sagħtejn kollox imma li tkun on a regular basis, Monday to Friday.", "U dawn ikunu jistgħu jitgħallmu suġġetti bażiċi bħal pereżempju kif japplikaw għal xogħol, kif iħejju ruħhom għall-interview u kif jagħmlu CV.", "Dawn l-affarijiet forsi jidhru bħala ovvji għal min forsi għandu l-iskola imma min m'għandux xogħol u rridu ngħollulu ftit l-employability tiegħu, minbarra li tipprova tgħallmu lingwa jew mezz ieħor ta' kif jikkomunika aħjar, trid tara li dan isir f'ħinijiet fejn min ġenwinament mhuwiex qed jaħdem u qiegħed fuq il-benefiċċji soċjali se jiġi u se jibbenefika minnu.", "Min-naħa l-oħra min mhuwiex fuq il-benefiċċji soċjali għax għandu bżonnhom ma jkunx jista' jibbenefika minn dik is-sistema għax dik is-sistema se tkun f'ħinijiet fejn normalment huwa jkun għax-xogħol.", "Niftakarni kont noqgħod żewġ bibien 'il bogħod minn fejn kienu s-servizzi soċjali u mhux l-ewwel darba li kont nara nies ġejjin biex jagħmlu l-fingerprinting u jirreġistraw b'xi yacht irmonkat mal-karozza tagħhom!", "U mhux l-ewwel darba li kont nara nies mimlijin trab minn fuq s'isfel u jfarfru t-trab minn idejhom biex ipoġġu jdejhom fil-magna tal-fingerprinting!", "Dik il-persuna, l-ewwel nett m'għandhiex bżonn is-servizzi soċjali u t-tieni nett, jekk se jkun hemm sistema ta' edukazzjoni fuq bażi regolari, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, dak li jkun mhux se jkun jista' jirreġistra u jmur għax-xogħol.", "B'hekk is-servizzi soċjali jibqgħu għal min verament iridhom.", "Naħseb li dik hija sistema pożittiva u li tista' tkun tajba għall-promozzjoni tax-xogħol, għall-promozzjoni tad-dikjarar tax-xogħol u tkun qiegħed telimina ċerti abbużi u jkollok sitwazzjoni fejn id-distribuzzjoni tal-ġid tal-Gvern imorru għal min verament għandu bżonn.", "Naħseb li jista' jkollok nies li qegħdin jirreġistraw pereżempju biex ikunu għalliema li tista' tuża l-benefiċċju ta' dan il-proġett biex l-għalliema stess jgħallmu lil nies oħra u allura tkun qiegħed issib xogħol lil dawn l-għalliema wkoll.", "Naħseb li aħna rridu nersqu lejn ċerti affarijiet bħal dawn meta ngħidu li rridu nneħħu l-abbużi, u ċioè billi nnaqqsu min-nies li qegħdin jagħmlu abbuż sfaċċat tas-sistema mhux billi sempliċiment ngħidulhom li din ma tapplikax għalik imma billi nagħmlulhom sistema edukattiva li tagħmel il-ġid minbarra li taqta' l-abbuż.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li dan il-Kumitat għandu jirrakkomandaha.", "CLYDE PULI: Lil hinn mill-abbuż, fl-opinjoni tiegħi xi ħaġa nieqsa hija strateġija ċara dwar ix-xogħol.", "L-ewwel nett għamilna numru ta' snin … Għax fiha vantaġġ li tqabbilha ma' numru ta' pajjiżi imma kultant trid toqgħod attent minnha wkoll li ma tkunx tip ta' one size fits all u tibda tassumi li dak li jgħodd għal ħaddieħor jgħodd għalik ukoll.", "F'dan il-każ rajna li kien hemm employment rate baxxa u allura fl-aħħar snin ħdimna biex ċerti setturi jidħlu fid-dinja tax-xogħol, b'mod partikolari n-nisa u l-anzjani, billi tajnihom tax incentives ħalli jkunu jistgħu jibdew jaħdmu.", "Pereżempju l-anzjani setgħu jibqgħu jieħdu l-pensjoni u l-paga bla ma jkollhom tnaqqis filwaqt li n-nisa setgħu jaħdmu mingħajr ma jħallsu taxxa.", "Ovvjament kellek drive fuq l-edukazzjoni, fejn illum fl-Università għandek iktar nisa milli rġiel li qegħdin jistudjaw.", "Għandek ukoll klima soċjali li nbidlet, fejn dawk li għadhom taħt il-35 sena saret kważi sine qua non għalihom li jkunu qegħdin jaħdmu l-mara u r-raġel.", "Mela d-drive sabiex in-nies jaħdmu iktar - għax kien hemm ġlieda kulturali kbira - saret, ħadmet u qiegħda tirnexxi.", "Ovvjament huwa rari biex jirnexxilek iddaħħal fid-dinja tax-xogħol lil xi ħadd minn ġenerazzjoni oħra u allura wieħed irid jifhem li jrid joħloq iktar xogħol u tipi differenti ta' xogħol, li jkunu qegħdin jakkomodaw lil tipi differenti ta' nies.", "Illum għadha kemm ħarġet statistika li turi li l-qgħad żdied b'750 persuna.", "Mela għandek 750 persuna oħra li qed ifittxu xogħol u dak jurik li li f'dan il-mument l-ekonomija mhux qiegħda toħloq biżżejjed xogħol għal kull min irid jaħdem.", "Il-punt hu li għandek żieda fuq il-postijiet tax-xogħol li mhijiex tkun biżżejjed biex tlaħħaq għal kull min irid jaħdem u għal min aħna, bħala pajjiż, imbottajnih sabiex joħroġ jaħdem.", "Kien għalhekk li aħna dak iż-żmien konna qegħdin ngħidu li jekk inħolqu 20,000 post tax-xogħol fil-ħames snin li għaddew, biex tibqa' b'dik ir-rata ta' qgħad f'dawn il-ħames snin irid jirnexxilek toħloq 30,000 post tax-xogħol għax se jkollok iktar nies li qegħdin jaħdmu.", "THE CHAIRPERSON: Jekk inħolqu!", "CLYDE PULI: Inħolqu għax fil-fatt ikkonfermathom il-UHM.", "Veru li qalet li kien hemm numru minnhom li ħaduhom nies ta' nazzjonalità barranija għax kif qal l-Onor.", "Grech, kien hemm min ma riedx jieħu ċertu tip ta' xogħolijiet imma dik hija xi ħaġa oħra li wieħed irid jindirizza.", "Il-punt hu li dawn in-nies se jidħlu hemmhekk.", "Il-fatt li l-mudell tal-faqar li ntagħżel huwa l-mudell relattiv ifisser li min qed ifittex ix-xogħol u mhux se jidħol fid-dinja tax-xogħol - u allura mhux qed tuża' il-mudell assolut fejn lil dan tgħidlu l-importanti hu li qed tiekol biċċa ħobż u li għandek saqaf fuq rasek eċċ. u qed tqabbel ma' dak is-60% - ifisser li inti, awtomatikament b'dik il-miżura qiegħed titfgħu fil-faqar!", "Skont dan il-mudell u skont din il-Green Paper lil dan inti se titfgħu fil-faqar.", "U allura lil hinn milli nitkellmu fuq persentaġġi, - għax sabiħ li noqogħdu ngħidu li konna r-raba' u issa waqajtu fil-ħames post u li noqogħdu nagħmlu dawn il-battibekki politiċi li ma jiswew xejn - irridu nirrealizzaw li jekk għandek żieda ta' 750 ruħ, dan ifisser li għandek 750 ruħ oħra li mhumiex qegħdin jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, kif aħna, bħala pajjiż nippretendu li għandhom jilħqu.", "Għalhekk żgur li l-istrateġija tax-xogħol hija nieqsa hawnhekk.", "Filwaqt li hemm l-istrateġija nazzjonali għaż-żgħażagħ li jridu jaħdmu, irridu ngħidu li din kienet imnedija qabel l-elezzjoni li għaddiet u li qed tiġi addottata llum.", "Imma anke fuq il-persuni b'diżabilità naħseb li nistgħu nagħtu push ikbar u naraw kif nistgħu lil dawn in-nies indaħħluhom fid-dinja tax-xogħol.", "X'tip ta' appoġġ għandhom bżonn il-persuni b'diżabilità?", "L-anzjan li għadu jiflaħ jaħdem mhux tip imma xogħol irid.", "X'tip ikun fis-sens mhux għax irid ikun tailor made għalih minħabba materji fiżiċi jew mentali.", "Aħna kellna diskussjoni f'dan il-Kumitat stess fuq kif minħabba li qegħdin naqilbu l-istil tal-ekonomija tagħna – fejn illum hemm aċċettazzjoni ta' din l-istil ta' ekonomija mentri qabel kienet tkun ftit mistkerrħa meta tgħid sistema ekonomika neo liberali.", "Imma nistgħu ngħidu li kellna, għad għandna u se jibqa' jkollna din it-tip ta' ekonomija li għandha wkoll il-casualties tagħha – u allura għandek sforz qawwi sabiex immorru iktar lejn knowledge economy, inti se jkollok faxxa isfel li huma iktar unskilled u li għandhom livell aktar baxx ta' edukazzjoni.", "Jista' jkun - u naħseb dan huwa l-main challenge li għandna – li l-ekonomija tikber ħafna u xorta l-ġid ikun qed jinħoloq imma dan ma jiġix distribwit b'mod sew ma' dik il-faxxa t'isfel li qatt ma tilħaq it-tip ta' skills li hemm neċessità għalihom.", "Huwa għalhekk li aħna nieħdu daqqa malajr u ninkwetaw iktar meta tkun qed tagħlaq xi fabbrika tal-manifattura għax dawk huma nies li tkun iktar diffiċli għalihom li jsibu xogħol ieħor.", "Għaldaqstant l-appell tiegħi huwa li meta naħdmu biex inġibu ċertu tip ta' investiment naraw li jkollna mix tajba li toħloq xogħol għal kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: Se jkolli nagħlaq id-diskussjoni hawnhekk u aħna se nerġgħu niltaqgħu nhar it-Tlieta li ġejjin.", "CLYDE PULI: Veru li hemm data imma nitolbok biex tagħmel enfasi qawwija li jiġi xi ħadd dakinhar.", "Dan huwa l-Parlament u jixraqlu d-dinjità tiegħu.", "U min jitla' hawnhekk jitla' biex jixhed.", "Issa jekk ikun hemm bżonn naraw kif niftiehmu u nibdlu d-data.", "Irridu nkunu flessibbli aħna wkoll u naraw li jkollna xi ħadd min-naħa tal-Gvern biex iwieġeb il-mistoqsijiet tagħna.", "THE CHAIRPERSON: M'għandix dubju li se jipprovaw jakkomodawna billi jiġu hawnhekk.", "Inħoss li la din il-Green Paper qiegħda toħroġ mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, aħna nistaqsu lill-Ministru sabiex jew tiġi hi jew inkella tibgħat lil xi ħadd idoneu sabiex iwieġeb il-mistoqsijiet li għandu l-Onor.", "Puli u li jistgħu jinqalgħu mingħand ħaddieħor f'dan il-Kumitat.", "Nagħtuhom id-data u l-ħin u nisperaw li jaslu.", "Imma jekk ikun hemm xi problemi nipprovaw nirranġawhom.", "Nixtieq li nżommu d-data minħabba l-problema taż-żmien.", "CLYDE PULI: Il-laqgħa tista' tkun it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa għax aħna m'aħniex marbutin ma' ħin.", "THE CHAIRPERSON: Għamilniha t-Tlieta għax it-Tnejn se nkun imsiefra u se nasal lura t-Tlieta stess.", "U se nagħmluha fil-5.00 p.m. minħabba li hemm il-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet aktar tard u jiena mistiedna fih u mbagħad l-Erbgħa hemm kumitati oħra.", "CLYDE PULI: Għandek il-Ministru, is-Segretarju Parlamentari jew xi konsulent.", "Jiġifieri xi ħadd ikun jista' jiġi żgur.", "THE CHAIRPERSON: Mhux għalhekk kont qiegħda ngħidlek li m'għandix dubju li xi ħadd se jiġi.", "Jekk għandna bżonn li jiġi xi ħadd, se jkollna lil xi ħadd hawnhekk.", "Issa jekk ma jkunx xi ħadd li jissodisfak, ngħidlek għalfejn ma setax jiġi lil min staqsejna għalih.", "Dak kien il-punt tiegħi u mhux li ma jiġi ħadd.", "Xi ħadd se jiġi imma jekk qed nitolbu li tiġi l-Ministru u mbagħad din ma tkunx tista' tiġi u inti tistaqsini għalfejn ma ġietx, inkun nista' ngħidlek li ma ġietx għall-grazzja tal-argument minħabba li ma setgħetx.", "Jien lanqas irbattek li tiġi l-Ministru bilfors.", "L-importanti li jiġi xi ħadd li jista' iwieġeb.", "THE CHAIRPERSON: M'għandix dubju li jkun jista' jiġi xi ħadd mill-Ministeru.", "Jekk inti se tkun qiegħed hawn minflok xi ħadd minn sħabek, ninformak li l-laqgħa se tkun nhar it-Tlieta fil-5.00 p.m. Grazzi.", "Fit-8.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar 2014 fil-5.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140212_018d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 18", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.46 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "L-Onor.", "Robert Cutajar kien skużat għaliex kellu jagħmel diskors fil-Plenarja.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 17 li saret nhar l-Erbgħa 05 ta' Frar 2014 ġew konfermati.", "dISKUSSJONI MILL-KUMITAT FUQ IL-GREEN PAPER aGAINST POVERTY AND SOCIAL eXCLUSION 2014-2024", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat spjegat kif f'din il-laqgħa l-Membri kellhom jiddiskutu l-Green Paper kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Semmiet kif din mhijiex issue tal-Gvern tal-ġurnata imma hija issue li pprovat tiġi indirizzata matul is-snin li għaddew.", "Tkellmet ukoll fuq il-bżonn li rridu naħdmu lkoll flimkien ħalli jekk hemm xi affarijiet li l-Kumitat jista' jissuġġerixxi għal din il-Green Paper, dawn jiġu mgħoddija lill-Ministru konċernata.", "L-enfasi li saret f'din il-Green Paper hija li Gvernijiet Laburisti u Gvernijiet Nazzjonalisti bnew il-welfare state permezz ta' forniment ta' kura, saħħa u edukazzjoni għal kulħadd u forom oħra ta' miżuri soċjali.", "U dan huwa statement importanti għaliex juri li din mhijiex issue ta' xi partit partikolari, u li allura, aktar ma naħdmu flimkien aktar jista' isir il-ġid.", "Importanti wkoll li jkun hemm sforz minn ħafna ministeri.", "Fil-fehma taċ-Chairperson l-aktar żewġ punti importanti li wieħed jista' isib f'din il-Green Paper hija l-istatistika li toħroġ minnha u dak li aħna nistgħu nagħmlu biex intejbu din il-pożizzjoni.", "L-Onor.", "Clyde Puli saħaq fuq il-punt li għal din id-diskussjoni għandu jkun hawn preżenti l-Ministru Marie Louise Coleiro Preca jew xi espert mill-Ministeru tagħha biex ikun jista' iwieġeb għall-mistoqsijiet li jistgħu jsiru waqt din id-diskussjoni.", "Saħaq ukoll li hu kien se jirriserva l-kummenti tiegħu wara li jiġu mwieġba l-mistoqsijiet li xtaq jagħmel fuq din il-Green Paper.", "L-Onor.", "Etienne Grech semma' xi ideat li kellu fuq din il-Green Paper.", "Semma' kif il-Kumitat ftit taż-żmien ilu kien iddiskuta x-xogħol prekarju u kif dan it-tip ta' xogħol jista' jwassal lil diversi familji fil-faqar.", "U għalhekk ikun tajjeb li f'din il-Green Paper ikun hemm aktar suġġerimenti fuq kif nistgħu nsolvu din il-problema.", "Suġġeriment ieħor hija l-edukazzjoni għax kif dejjem jingħad, l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta kontra l-faqar imma fuq din il-Green Paper hemm biss riferenza waħda fuq l-edukazzjoni.", "Hemm bżonn li jkun hemm aktar elaborazzjoni fuq il-bullying u l-ischool absenteism.", "Suġġeriment ieħor huwa fuq l-abbuż mis-servizzi soċjali fejn jidher li dan l-abbuż huwa wieħed rampanti.", "Xi ħaġa li tista' tgħin lin-nies fil-faqar hija billi s-servizzi soċjali jmorru mhux għal min jiflaħ u għal min qed jabbuża minnhom imma jmorru għal min ma jiflaħx.", "Fl-aħħarnett l-Onor.", "Grech tenna li għandu jkun hemm sforz mill-ministeri kollha sabiex jitnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "L-Onor.", "Clyde Puli qal li bażikament din il-Green Paper hija desktop analysis ta' numru ta' rapporti u strateġiji oħra li kien hawn, kemm lokali kif ukoll dawk Ewropej u li allura din tagħtik stampa tal-affarijiet kif inhuma.", "Qal ukoll li qabel ma tqassam il-ġid trid l-ewwel tikkreah.", "U f'dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li jingħad f'dan ir-rapport, tajjeb li wieħed jirrikonoxxi li sal-ewwel quarter tas-sena li għaddiet l-ekonomija Maltija kienet l-aktar waħda li kellha tkabbir fl-Unjoni Ewropea.", "U dan ħareġ ukoll mill-istatistika Ewropea imma li nqabżet f'dan ir-rapport.", "Importanti li nippromwovu l-awtonomija tal-individwu ħalli dan ikun kapaċi jimraħ u jirnexxi skond il-ħiliet tiegħu.", "Irridu naraw min verament qed ibati u nuru empatija sħiħa miegħu u nagħtuh appoġġ sħiħ.", "Rigward iċ-childcare hemm bżonn li jitneħħew il-limitazzjonijiet li jeżistu f'dan is-servizz ħalli dak li jkun ikollu aktar ċans li joħroġ jaħdem u jikkontribwixxi għall-familja tiegħu.", "Importanti wkoll li ċ-childcare jingħata lil dawk li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom.", "Tajjeb li jiġi nnotat li ħafna mill-istrateġiji li kienu miktubin fil-leġiżlatura l-oħra qegħdin jinżammu fl-intier tagħhom, fosthom il-curriculum u l-istrateġija tal-early school leavers.", "Naturalment dan jipprovdi ċertu sens ta' kontinwità u li ma jagħtix xokkijiet żejda lis-sistema.", "Rigward l-edukazzjoni l-kunċett tal-lifelong learning jibqa' wieħed ta' importanza kbira.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar 2014 fil-5.00 p.m.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140212_018m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 17", "It-Tlieta, 25 ta' Frar 2014 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 25 ta' Frar 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni skont l-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea fuq il-proposta tal-Gvern li jirratifika:-", "Preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 ta' Frar 2014 li nżamm fi Brussell.", "Affarijiet oħra.", "19 ta' Frar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140218_017a_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 19", "It-Tlieta, 18 ta' Frar, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar, 2014 fil-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mill-Kumitat fuq il-Green Paper Against Poverty and Social Exclusion 2014-2024 - Kontinwazzjoni", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140218_019a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 19", "It-Tlieta, 18 ta' Frar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 19", "It-Tlieta, 18 ta' Frar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.30 p.m.", "dISKUSSJONI MILL-KUMITAT FUQ IL-GREEN PAPER aGAINST POVERTY AND SOCIAL eXCLUSION 2014-2024 - kontinwazzjoni", "THE DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Anthony Agius Decelis): Nibda billi niskuża ruħi magħkom minħabba li ġejt ftit tard imma weħilt fit-traffiku.", "Ministru l-ġimgħa l-oħra kellna laqgħa fejn iddiskutejna l-Green Paper li ħejja l-Ministeru tiegħek taħt il-gwida tiegħek.", "U kien hemm ix-xewqa li tagħtu preżentazzjoni u jsiru l-mistoqsijiet fuqha ħalli nidħlu aktar fil-fond ta' din il-Green Paper.", "Nirringrazzja lilek Ministru kif ukoll lill-Professur talli lqajtu l-istedina tagħna u nitlobkom tagħtuna l-preżentazzjoni biex imbagħad il-Membri ta' dan il-Kumitat ikunu jistgħu jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom.", "CLYDE PULI: L-aħħar darba konna għedna li m'hemmx għalfejn issir preżentazzjoni oħra peress li din bażikament kulħadd raha.", "Li għandna bżonn huwa li jkollna aktar kjarifikazzjonijiet fejn ma kienx hemm ftehim bejnietna, aktar u aktar issa li qegħdin nofs siegħa tard.", "Issa forsi l-Ministru trid tgħid xi ħaġa partikolari imma nerġa' ngħid li m'hemmx għalfejn li tagħtina preżentazzjoni dettaljata.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): L-ewwel nett nixtieq nintroduċi lill-Professur Mullard li huwa Konsulent Finanzjarju tal-Gvern u qiegħed ukoll fil-Politika Soċjali.", "Il-forma tal-Green Paper flimkien mal-iżvilupp aħħari tar-riċerka li saret, tal-istudju li sar u anke tal-konsultazzjonijiet kollha li saru mal-pubbliku u NGOs ġew marbuta flimkien minnu u rabathom fuq viżjoni u kunċetti li konna żviluppajna.", "Għaldaqstant huwa xieraq li llum ikun magħna hawnhekk sabiex ikun jista' jagħmel ċerti kjarifikazzjonijiet miegħi.", "Hawnhekk ġibt ukoll preżentazzjoni qasira li xtaqt ngħaddilkom kopja tagħha.", "CLYDE PULI: Sur President, naħseb li suppost l-ewwel napprovaw il-Minuti tal-aħħar laqgħa.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Iva, imma kont se napprovahom fl-aħħar tal-laqgħa.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jien naħseb li jkun worthwhile li jkollkom kopja ta' din il-preżentazzjoni li kont għamilt waqt il-launching tal-Green Paper.", "Jekk tridu nistgħu narawha daqxejn jew inkella nistgħu mmorru mill-ewwel għal dak li għandkom bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Mela l-aħjar li mmorru mill-ewwel għall-mistoqsijiet ħalli ma naħlux ħin.", "Irrid ngħid ukoll b'mod formali li qabel ma bdiet il-laqgħa, intqal b'mod informali li d-deadline għas-suġġerimenti huwa l-20 ta' Frar.", "Għalhekk irrid nagħmilha ċara li jrid ikun hemm deadline għax inkella nibqgħu nkaxkru biex dan id-dokument isir tal-Gvern imma żgur li dan huwa dokument li se jibqa' jevolvi.", "Aħna stess qegħdin ngħidu li l-qasam tal-faqar irid ikun taħt il-lenti l-ħin kollu u jiġi monitored b'mod kontinwu.", "Il-Gvern se jibqa' dejjem miftuħ sabiex jieħu kull kritika, suġġeriment, rakkomandazzjoni u kwalunkwe ħaġa oħra li biha naħsbu li nistgħu ntejbu kemm l-inizjattivi u kemm il-kunċetti meħtieġa biex f'dan il-pajjiż nirriduċu u jekk jista' ikun neqirdu l-faqar.", "Ministru, jekk ma jimpurtax se nagħti l-kelma lill-Onor.", "Membru ħalli jkun jista' jibda jagħmel il-kummenti tiegħu.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Jiena xtaqt nagħmel ftit kummenti ġenerali qabel u mbagħad nidħol f'aktar dettall u nagħmel xi mistoqsijiet dwar xi affarijiet li nixtieq li jiġu ċċarati.", "Ovvjament qed nieħu gost li ċċarajna mill-ewwel dak li tkellimna fuqu b'mod informali qabel bdejna din il-laqgħa dwar id-deadline.", "Dan ifisser li aħna nistgħu nkomplu għaddejjin bid-diskussjoni u bil-mistoqsijiet fuq din il-Green Paper jekk kemm 'il darba ma nlaħħqux, anke minħabba li bdejna nofs siegħa tard.", "Naf li hawn Membri oħra, inkluż iċ-Chairperson, li llum għandha kumitat ieħor filwaqt li inti ovvjament għandek l-impenji tiegħek.", "Għalhekk nirringrazzjak talli se nkunu nistgħu nkomplu bid-diskussjoni fi ġranet oħra.", "L-ewwelnett dak kollu li se nkun qed ngħid u nistaqsi dwaru rridu li jittieħed f'kuntest ta' sensittività sħiħa għal min qed ibati għax finalment, l-għan finali tagħna huwa li min hu verament batut, bħala pajjiż u bħala soċjetà insibu metodi kif ngħinuh.", "U għalhekk wieħed irid jifhem eżatt x'inhi s-sitwazzjoni fis-soċjetà tagħna u rridu nifhmu x'tip ta' faqar qegħdin nitkellmu fuqu għax ovvjament jista' ikun hemm definizzjonijiet differenti imma mbagħad irridu naslu biex insibu s-soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi.", "Jekk ngħaddi għal ftit kummenti fuq il-Green Paper ikolli ngħid li xi kultant, bejn dak li hemm fiha u bejn diskors li jsir min-naħa tal-Gvern - issa ma nafx jekk hux intenzjonalment jew le - tista' tingħata l-impressjoni li fl-aħħar snin Gvern Nazzjonalista ħalla warajh faqar kbir u faqar li huwa ogħla mill-medja Ewropea.", "Tingħata l-impressjoni li Gvern Nazzjonalista ma kellux pjan biex jiġġieled il-faqar filwaqt li Gvern Laburista għandu pjan ġdid sabiex jiġġieled il-faqar.", "Jiena naħseb li din l-impressjoni hija ftit 'il bogħod mir-realtà.", "Il-fatti juru li taħt Gvern Nazzjonalista r-rata ta' riskju ta' faqar bejn l-2005 u l-2010 dejjem baqgħet taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Is-SILC, is-Survey on Income and Living Conditions juri dan u jurih ukoll fil-kuntest li kellek dinja globali - u pajjiżna jifforma parti minnha - li kienet għaddejja minn taqlib kbir.", "Ħin minnhom kien hemm żieda marġinali bejn l-2010 u l-2011 li tista' tattribwixxiha anke għal margin of error imma fl-2012 kellek ukoll tnaqqis.", "Bażikament is-SILC hija metodu ta' kejl ibbażat fuq id-dħul li huwa importanti.", "Allura hawnhekk irridu niċċaraw mill-ewwel - għax ingħatat l-impressjoni li f'dawn l-aħħar ħames snin sar xi diżastru u morna totalment lura - li l-average gross household income żdied minn 16,330 fl-2005 għal 26,764 fl-2012.", "Hemmhekk l-income żdied u dan kien żgur frott is-suċċess ekonomiku li kien qed jagħmel pajjiżna minkejja d-diffikultajiet kbar li kien hawn madwar id-dinja kollha.", "Dan sar għaliex Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kien fassal u ħaddem diversi strateġiji differenti kontra l-faqar li finalment ġew rikonoxxuti minn din l-istess Green Paper.", "Fil-fatt minn kemm ilna li dħalna fl-Ewropa saru madwar ħamsa minn dawn it-tip ta' strateġiji; strateġiji ta' edukazzjoni, il-qafas tal-kurrikulu minimu nazzjonali, l-istrateġija għall-early school leavers li rrid ngħid li mhux biss ġiet addottata bħala strateġija imma anke l-oġġettivi tagħha baqgħu l-istess, edukazzjoni u kura minn kmieni, tluq kmieni mill-iskola, l-istrateġija nazzjonali għaż-żgħażagħ u x-xogħol, il-politika nazzjonali għat-tfal, l-istrateġija għall-anzjani u l-pensjonijiet.", "Mela kellek ħafna mill-istrateġiji li hawnhekk qegħdin jissemmew ukoll u qegħdin jibnu fuqhom.", "Allura altru milli ma kienx hemm strateġiji!", "Tant kien hemm strateġiji tajbin li qegħdin jiġu addottati llum u dik ukoll hija xi ħaġa pożittiva li aħna komplejna nibnu bħala pajjiż fuq dak li sibna.", "Ovvjament irridu ntejbu fejn kien hemm xi ħaġa li ma rnexxietx imma rridu nibnu fuq dak li kien hemm qabel ukoll.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Onor. Puli, jiddispjaċini li kelli niġi issa imma kelli funeral u ma stajtx nasal qabel.", "Issa jiena nixtieq li minflok noqogħdu ngħidu aħna l-affarijiet, nagħmlu l-mistoqsijiet lill-mistiedna tagħna għax fuq kollox dik kienet ir-raġuni għalfejn tlabniha biex tiġi hawnhekk.", "Jiena interessata li nkun naf x'għandek xi tgħid inti imma ġaladarba għandna lill-Ministru hawnhekk nixtieq li għallinqas nistaqsuha l-mistoqsijiet u nħalluha tweġibna.", "Imbagħad inkomplu niddiskutu bejnietna wara.", "CLYDE PULI: Jekk tagħtini ftit ċans nagħti kuntest għall-mistoqsijiet li rrid nagħmel.", "Naħseb li għandu jkolli dik il-libertà u ċjoè li nagħti kuntest għall-mistoqsijiet li se nagħmel!", "THE CHAIRPERSON: Imma nixtieqek tagħmel il-mistoqsija tiegħek.", "CLYDE PULI: Kif kont qed ngħid kien hemm numru ta' miżuri li huwa tajjeb li qegħdin jinżammu llum ukoll.", "Waħda minnhom hija li se nżiedu ċ-childcare centres.", "L-aħħar darba tkellimt – u mhux se nerġa' nitkellem illum – dwar nuqqasijiet fejn m'aħniex nipprovdu childcare centres għal dawk in-nisa li qegħdin jistudjaw.", "Issa kif ġie mħabbar fl-aħħar Baġit din se ssir u għalhekk hija miżura li tajjeb li nimbuttawha biex tidħol ħalli jkollna aktar nies li jagħtu kontribut fid-dinja tax-xogħol.", "Għandek ukoll it-€300 lill-anzjani, it-tax incentives u affarijiet oħrajn.", "Jekk niġi direttament għal din il-Green Paper irrid ngħid li waħda mill-affarijiet li tinkwetani hi li l-istrateġija finali se tkun lesta lejn l-aħħar tas-sena 2015 filwaqt li l-konsultazzjoni fuqha tagħlaq dan ix-xahar.", "Jekk dak ikun il-każ.… Imma jekk dak mhux il-każ se nkunu qisna mingħajr boxxla li tiggwidana f'dak li huwa l-implimentazzjoni ta' diversi policies soċjali.", "U allura wieħed irid jara hemmhekk x'se nkunu qegħdin nagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, jekk jogħġbok ejja għall-mistoqsija.", "CLYDE PULI: Mill-kumplament naħseb li huwa tajjeb li l-Green Paper terġa' tagħmel din l-analiżi dwar fejn qegħdin fl-affarijiet.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa li trid issir kontinwament.", "Min-naħa tiegħi xtaqt li kien hemm aktar leadership fiha, fis-sens li tipproponi ideat ġodda hi stess għax jien għandi l-impressjoni li din il-Green Paper, iktar milli tipproponi affarijiet ġodda hi, aktar qiegħda tistenna mingħand ħaddieħor.", "Fil-fatt ħin minnhom din il-Green Paper tgħid li dan huwa s-sehem tal-Gvern u li minn hawn 'il quddiem se tkun qiegħda tistenna li jgħidulha n-nies u l-NGOs.", "Ħalli ngħaddi biex nagħmel numru ta' mistoqsijiet.", "Hemmhekk Ministru tajtek kuntest tal-ħsebijiet tiegħi fuq din il-Green Paper.", "Professor Mullard huwa wieħed milli kitibha din il-Green Paper hux hekk?", "Kien hemm oħrajn li ħadu sehem fiha?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Fil-verità Professor Mullard kien ukoll iċ-Chairperson tal-Working Group tekniku li ġabar ir-riċerka għall-konsultazzjonijiet kollha flimkien.", "CLYDE PULI: Lil min kien jinkludi aktar?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Kien hemm ovvjament Dr Yana Mintoff, is-Sur Frans Camilleri u numru ta' ekonomisti oħra li m'iniex niftakar isimhom bħalissa.", "Kellna wkoll lis-Sur Mario Vassallo li huwa Soċjoloġista u kien hemm nies oħra minn ġod-dipartimenti tal-Edukazzjoni u s-Saħħa.", "Saru wkoll ħafna konsultazzjonijiet, jiġifieri kien Working Group tekniku li kellu jiġbor kollox fih.", "Allaħares ngħoddu s-sigħat li ttieħdu biex saru l-konsultazzjonijiet, ir-riċerki u l-istudji kollha.", "CLYDE PULI: Ħalli ngħaddi għal mistoqsija oħra.", "Il-programm elettorali tal-Partit Laburista 2013-2018 f'paġna 80, taħt it-titlu \"Naqtgħu l-faqar\", – fil-fatt inti din tagħmilha wkoll fil-presentation tiegħek - f'punt 57 qed jingħad hekk; \"Gvern iggwidat mill-valur tal-ġustizzja soċjali jaħdem attivament biex il-faqar, kemm dak magħruf u kemm dak moħbi, jerġa' jiġi eradikat darba għal dejjem minn pajjiżna.\".", "Imbagħad f'punt 58 tal-istess kapitlu qed jingħad hekk; \"Nagħtu l-akbar importanza lill-ġlieda tal-faqar fost it-tfal, inkluż dak relattiv, biex neqirduh għal kollox u darba għal dejjem.\".", "Ovvjament dan huwa kliem li wieħed ma jistax joġġezzjona għalih.", "Din il-Green Paper li eventwalment trid issir strateġija kontra l-faqar, se tkun qiegħda twassal biex tinżamm din il-wegħda, u ċioè li neqirdu l-faqar għal kollox u darba għal dejjem?", "Jekk naċċettaw il-kalkolu tal-faqar kif qed jiġi definit fl-istess Green Paper – biex ma nħawdux definizzjonijiet – u nikkwantifikaw il-faqar eżatt bl-istess kalkolu ta' bħalissa, jiġifieri dak l-istess kalkolu li qiegħda tagħmel inti, inkun korrett li nassumu li sa tmiem din il-leġiżlatura, jiġifieri sas-sena 2018 se jkun qed jiġi eradikat il-faqar u l-esklużjoni soċjali, jiġifieri minn 88,000 għal bażikament 0 nies foqra?", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nagħtu ċans lill-Ministru twieġeb.", "CLYDE PULI: Ħu paċenzja u ħallini nagħmel il-mistoqsija!", "THE CHAIRPERSON: Le, m'inix se nieħu iktar paċenzja!", "CLYDE PULI: Għamilt nofs siegħa nistennik fil-vojt, nippassiġġja waħdi u nitkellem waħdi!", "Issa agħtini ċans biex nagħmel il-mistoqsijiet!", "THE CHAIRPERSON: Issa jiddispjaċini li xi ħadd mill-familja tiegħi miet fi żmien meta ma kienx propizju għalik!", "CLYDE PULI: Imma stajt tibgħat lil xi ħaddieħor minflokok ħalli nkunu nistgħu nibdew.", "U mhuwiex dak il-punt.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda ngħidlek biex nagħmlu mistoqsija u risposta.", "Agħti ċans lill-Ministru tagħti t-tweġiba tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Puli, agħti ċans lill-Ministru tagħti r-risposta għax nitfilek il-microphone!", "CLYDE PULI: Il-mistoqsijiet li għandi huma kollha relatati ma' dan it-target.", "Issa jekk taħseb li għandek tiċċensurani, iċċensurani!", "THE CHAIRPERSON: Agħti ċans lill-Ministru tirrispondi.", "Aħna ġibna lill-Ministru hawnhekk biex tagħmlilha l-mistoqsijiet.", "CLYDE PULI: Imma għadni għaddej bl-istess mistoqsija u ma tistax tgħidli inti kif inhi l-mistoqsija li rrid nagħmel!", "Jien għadni għaddej bl-istess mistoqsija.", "THE CHAIRPERSON: Agħmlilha l-mistoqsija u agħtiha ċans tirrispondi.", "CLYDE PULI: Se nibqa' ngħid għax għadni għaddej mal-istess mistoqsija.", "THE CHAIRPERSON: Diġà għamiltilha xi tliet mistoqsijiet mill-ewwel 'l hawn!", "CLYDE PULI: Qiegħed nistaqsi fuq it-target stabbilit biex nipprova nirbaħ fil-ħin.", "Imma ma jimportax, jekk tridu li noqogħdu nagħmlu interrogatorju waħda waħda, nagħmluhom hekk ukoll!", "Jien qed nitkellem fuq target stabbilit u ċioè dak ta' żero nies fil-faqar.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, għamel il-mistoqsija għax nitfi l-microphone!", "CLYDE PULI: Meta tħoss li għandek tiċċensurani, iċċensurani!", "Diġà ipprovajt tagħmel hekk l-aħħar darba.", "It-target huwa żero.", "Qegħdin ngħidu li l-faqar se nirradikawh darba għal dejjem f'leġiżlatura.", "Se jintlaħaq dan it-target?", "Jekk qegħdin titkellmu – biex nitfagħha f'dan il-kuntest – fuq 22,000 ruħ li se jinqatgħu minn fuq il-lista tal-faqar sal-aħħar tas-sena 2015 u t-target sal-2018 huwa żero, kemm sena b'sena se jonqos sa dakinhar?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: L-ewwelnett se nagħmel ftit affarijiet ċari fil-kuntest ta' dak li ntqal hawnhekk.", "Green Paper mhijiex dokument tal-Gvern u għalhekk tissejjaħ hekk.", "Issa ladarba titla' quddiem il-Kabinett issir dokument tal-Gvern.", "L-Onor.", "Puli qal li din il-Green Paper donnha li kienet qed tippreżenta s-sehem tal-Gvern u li minn issa 'l quddiem se tħalli f'idejn in-nies.", "CLYDE PULI: X'tgħid il-Green Paper u mhux jien!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Onor. Puli, ħu paċenzja u ħallini nwieġbek.", "Tista' ma taqbilx miegħi imma għallinqas ħallini nispjega.", "Din hija ġabra ta' konsultazzjonijiet, studji u riċerka flimkien u aħna riedna nagħmluha f'kuntest ta' Green Paper biex naraw jekk l-interpretazzjoni ta' dak li qalulna n-nies hijiex dak li xtaqna.", "Imma ovvjament għandek ukoll l-input tal-professjonisti, tal-ispeċjalisti u tal-esperti li permezz ta' din il-Green Paper qed jippreżentaw a number of policy options.", "Mela hawnhekk qatt ma stajna niġu bi Green Paper u nippreżentaw xi ħaġa fatta għax jekk hi xi ħaġa fatta ma tagħtix opzjonijiet.", "Mela riedna nkomplu noħolqu diskussjoni għaliex l-issue tal-faqar mhijiex issue fejn nagħmlu dokument u ngħidu issa daqshekk.", "Fil-fatt anke ladarba jkollna d-dokument u l-policies kollha f'posthom u jkunu qegħdin jiġu implimentati, xorta waħda rridu nibqgħu nimmonitorjaw u nkejlu l-ħin kollu.", "Jekk ma nagħmlux hekk il-faqar jaf ifiġġ rasu f'forom differenti.", "U din żgur li hija xi ħaġa li tgħallimniha mix-xogħol kollu li għamilna u minn dak kollu li osservajna.", "Issa l-Partit Laburista, fil-manifest elettorali tiegħu - l-Onor.", "Puli kkwota l-punti 57 u 58 li jitkellmu fuq il-faqar – qal ċar u tond li gvern ġdid, iggwidat mill-valur tal-ġustizzja soċjali, se jaħdem attivament fuq din il-kwestjoni.", "So we're talking over a process li ma jista' jieqaf qatt għax jekk illum ngħidu li l-faqar eradikajnih u l-għada ma nagħtux kasu aktar, dan se jerġa' jitfaċċa.", "Mela aħna impenjati l-ħin kollu biex dan il-faqar neqirduh u nassiguraw li ma jfiġġ minn imkien.", "Tajjeb ngħidu wkoll kif ġiet din l-issue tal-istrateġija tal-faqar.", "Jiena hawnhekk qiegħda nitkellem fuq il-fatti għax huwa importanti li npoġġu l-fatti f'posthom.", "Dan il-pajjiż ġie mitlub mill-Kummissjoni Ewropea bħala ex ante conditionality marbuta mal-funding period tal-2013-2020 li jagħmel strateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għax il-faqar f'pajjiżna kien qed jiġi mmonitorjat b'tali mod li ż-żieda fir-rata tar-riskju tal-faqar kienet qiegħda tikber inkrimentalment, tant li l-istatistika turina li mill-2006 sal-2012 in-numru ta' persuni f'riskju ta' faqar f'pajjiżna u l-esklużjoni soċjali kibru minn 76,000 fl-2006 għal 93,783 fl-2012.", "Dik tfisser żieda ta' 23.4%.", "Kif kont qiegħda ngħid dan kien qed ikun immonitorjat mill-Kummissjoni Ewropea u lill-Malta għamlitilha din l-ex ante conditionality li bilfors trid tagħmel strateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għax rabtitha mal-funding period għal dan il-perijodu tas-seba' snin li ġejjin.", "Mela li kieku ma kkommettejniex ruħna bħala partit, bl-aspirazzjoni tal-gvern, sabiex neradikaw il-faqar u konna qegħdin nagħmlu l-monitoring tagħha, l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda tagħmel il-monitoring tagħha u kienet qiegħda tgħidilna li se tikkondizzjonalna l-funding tagħna u torbotha ma' din l-istrateġija.", "Tajjeb ngħidu wkoll li meta l-gvern preċedenti ġie mitlub biex jagħti target ta' kemm beħsiebu jnaqqas il-faqar f'pajjiżna sal-2020, dan kien ta t-target ta' 6,500.", "Għalina dak it-target quddiem dawn il-fatturi kollha kien target dgħajjef wisq u qatt ma stajna nieħduh on board.", "U allura, apparti l-iżvilupp ta' din l-istrateġija tal-Green Paper u affarijiet oħra, bdejna mill-ewwel sabiex noħolqu paripassu inizjattivi kontra l-faqar.", "Tajjeb ngħidu li f'pajjiżna għandna wieħed minn kull tliet itfal li huma f'riskju ta' faqar.", "CLYDE PULI: Ministru dan id-dettall nafuh għaliex qiegħed miktub hawnhekk.", "Issa jien għamilt mistoqsija speċifika…", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, biex tagħmel mistoqsija l-ewwel trid tagħti ċans lill-Ministru tirrispondi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Mela l-argumenti mhux jien irrid niżviluppahom?!", "Li kieku kelli bżonn l-għajnuna kont nitlob l-għajnuna.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, agħti ċans lill-Ministru tirrispondi!", "Għandna lill-Ministru bħala mistiedna f'dan il-Kumitat.", "CLYDE PULI: Jiġifieri din għalik mhux qed tieħu fit-tul?!", "THE CHAIRPERSON: Jiena meta xi ħadd inġibu hawnhekk biex jirrispondi u jkun qed jirrispondi, nassumi li qed jagħmel dak li ġibtu għalih.", "CLYDE PULI: Dan ir-rapport jiena qrajtu u qed nassumi li inti għamilt bħali.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bir-rispett kollu qed inwieġeb għaliex stabbilejna ċertu target u dak li qiegħda ngħid huwa marbut mal-mistoqsija li għamiltli.", "Jiena nixtieqek tagħtini l-opportunità nispjega l-affarijiet fil-kuntest ta' fejn wasalna.", "CLYDE PULI: Kont se nasal fuqha dik ukoll imma rrid inkun naf jekk hux se jintlaħaq dak it-target?", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, jekk jogħġbok agħti ċans lill-Ministru tirrispondi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Għaliex wasalna għall-mira ta' 22,000 li żgur se nnaqqsulhom id-degree tal-faqar tagħhom?", "Aħna evalwajna li għandna żewġ gruppi li huma fost l-aktar vulnerabbli f'dan il-pajjiż; il-grupp tat-tfal fejn għandna wieħed minn kull tlieta fir-riskju tal-faqar u l-grupp tal-anzjani fejn għandna wieħed minn kull ħamsa li qegħdin fir-riskju tal-faqar.", "Personalment lanqas naqbel li ngħidulhom li qegħdin fir-riskju tal-faqar u se nispjega għaliex.", "L-istess indikaturi soċjali tagħna mhux qed juruna l-istampa vera tas-sitwazzjoni proprja li għandna.", "Għaliex qiegħda ngħid dan?", "X'inhi l-linja tal-faqar?", "Fejn hi l-benchmark tal-faqar?", "Din hija l-median equivalised income maħduma bis-sistema tal-OECD.", "Il-median equivalised income - u dan issa ġie maħdum mill-ġdid – fl-2012 kien ta' 6,869 u dak huwa l-benchmark tal-poverty line.", "Issa aħna qegħdin nikkalkulaw li qisu qiegħed 7,151.", "Ejja ħalli nieħdu l-benchmark uffiċjali tas-Survey on Income and Living Conditions.", "THE CHAIRPERSON: 7,151 illum il-ġurnata?", "Ejja nieħdu l-benchmark tas-SILC għax dak huwa l-uffiċjali li għandna avolja aħna ħdimnih internament ukoll.", "Issa dak uffiċjali qiegħed €6,869.", "Mela kull min jaqa' taħt is-6,869 mhuwiex fir-riskju tal-faqar imma qiegħed fil-faqar.", "Għandna 13,000 tifel u tifla li jgħixu f'familji li għandhom income ta' €6,500 fis-sena; mela għandna 13,000 tfal li żgur qed jgħixu fil-faqar.", "Imbagħad għandna koppji - u allura trid taqbad iċ-ċifra ta' €6,869 u skont l-OECD ratio trid tagħmlu times 1.5 - li jgħixu bi €8,800 fis-sena.", "Jiġifieri aħna nikkalkolaw li dawk il-koppji suppost għandhom madwar €10,000 biex ikunu mal-benchmark tal-faqar.", "Mela dawk il-koppji li jkunu fuq il-minimum wage u ma jaqilgħux tal-inqas €10,000 qegħdin fil-faqar ukoll għax min imiss mal-€10,000 qiegħed fir-riskju tal-faqar.", "Għandna 3,000 tfal li jgħixu f'familji li jaqilgħu €8,800 fis-sena u dak ifisser li dawn it-tfal ukoll qegħdin fil-faqar.", "Mela hemmhekk diġà qed nitkellmu fuq 16,000 tfal, li filwaqt li jgħidulna li qegħdin f'riskju ta' faqar, meta nużaw ir-rigi kollha, kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-OECD, qed naraw li dawn jaqgħu taħt il-linja tal-faqar.", "Imbagħad għandna 8,000 anzjan li jgħixu b'€6,500 fis-sena u li allura wkoll huma foqra għax jaqgħu taħt is-€6,869.", "Dak huwa l-median equivalised income ppubblikat mis-SILC fl-2012.", "U għalhekk li aħna nitkellmu fuq dawk it-22,000 li huma fil-faqar u mhux fir-riskju tal-faqar.", "Aħna nħobbu nħarsu lejn l-affarijiet kif inhuma u mhux ninħbew minnhom.", "Għamilna sfida kbira magħna nfusna imma ninsabu determinati u mhux qed nibżgħu minnha.", "Filwaqt li f'din il-Green Paper ma ssibx miżuri konkreti, il-miżuri konkreti huma ppreparati u qegħdin nistennew il-feedback ħalli jekk ikun hemm bżonn, nippreparaw iktar.", "Nerġa' ngħid li aħna mhu qed naqtgħu qalbna xejn li t-22,000 f'sentejn - mill-2014 sal-aħħar tal-2015 – innaqqsuhom mentri ħaddieħor kien se jieħu seba' snin biex jinżel għal 6,500!", "Għalina dik iċ-ċifra kienet dgħajfa wisq u mhuwiex impenn qawwi biżżejjed.", "Issa ħalli nikkwota x'irċevejna fit-30 ta' Jannar fuq dik li hija child poverty mill-Unjoni Ewropea biex tkunu tafu x'sibna aħna ma' wiċċna.", "CLYDE PULI: Jekk ma jimpurtax jien se nerġa' niġbed l-attenzjoni.", "Ħalli ngħidlek għaliex għamilna dawk it-targets.", "CLYDE PULI: Jekk m'aħniex se nwieġbu l-mistoqsijiet ...", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena weġibtek issa fuq it-targets.", "CLYDE PULI: Il-mistoqsija ma kenitx fuq it-targets.", "Dik kont għadni lanqas wasalt għaliha imma kont se nistaqsihilek ukoll.", "Imma jimporta naqraha din!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, agħti ċans lill-Ministru biex twieġeb.", "CLYDE PULI: Għamilt mistoqsija ċara li bl-ebda mod mhi qiegħda tiġi mwieġba!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tibżax, jekk ma weġibtekx erġa' għamilha!", "CLYDE PULI: Hekk se jkolli nagħmel!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ħalli ngħidilkom x'ħadna mingħand l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ċ-ċertifikat li għandna mill-Unjoni Ewropea!", "Dawn iridu jitkellmu magħna għax komplew jaraw l-iżvilupp.… (Interruzzjonijiet) Din l-ittra hija datata 30 ta' Jannar u waslet għax kienu qed isegwu dak li konna qegħdin ngħidu issa fuq it-targets il-ġodda li għandna tat-22,000.", "Issa dawn qalulna li jridu jitkellmu magħna għax qed jaraw li hemm a renewed commitment min-naħa tal-Gvern Malti.", "Issa din it-tip ta' CSR xi tfisser?", "Din tfisser ġibda fil-widna għax kif għandna s-CSR fuq l-issue tad-deficit fil-pajjiż, bl-excess deficit procedure, u kif għandna kummenti fuq is-CSR fuq il-pensjonijiet, u din qalha l-gvern preċedenti …", "CLYDE PULI: Ministru, jekk trid li nitkellmu fuq l-excessive deficit procedure nistgħu wkoll imma xorta waħda l-mistoqsija tiegħi għadek ma weġibthiex.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma jien qed inwieġbek u qed ninformak ukoll!", "CLYDE PULI: Le, m'intix tweġibni.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Naħseb li inti trid tkun taf x'qed jgħidulna l-Ewropa ħalli tkun taf f'liema kuntest aħna qegħdin naħdmu.", "Dan mhux qiegħda ngħidu jien biex nitkessaħ imma qiegħda nsemmi l-fatti u jekk tridu nista' nagħtikom kopja tagħha din għax m'hemmx ħabi fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Ministru.", "CLYDE PULI: Jien għadni għaddej fuq din il-mistoqsija u għadni għaddej bil-complaint tiegħi … (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli tista' tistenna sekonda?!", "CLYDE PULI: Sinjura President, sal-ġimgħa li għaddiet inti lanqas kont konvinta li għandek iġġib lil xi ħadd biex nagħmlulu l-mistoqsijiet tant ma kellekx x'tistaqsi!", "U jien għedtlek li kelli ħafna mistoqsijiet x'nagħmel.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli ħu ftit paċenzja.", "Xi darba kont tmexxih inti dan il-Kumitat imma llum jien qiegħda mmexxih.", "CLYDE PULI: Nista' inlesti din il-mistoqsija?", "Jiena kont nagħti spazju lil kulħadd għal numru twal ta' laqgħat.", "Jien għad fadalli x'nistaqsi fuq din il-mistoqsija.", "Għaliex se tiżvijani minn fuqha?", "Għaliex qed tiddejqu twieġbuha din il-mistoqsija?", "Din hija mistoqsija sempliċi.", "Sas-sena 2018 se tilħaq it-target li teradika l-faqar minn pajjiżna?", "Kienet gimmick dik li għamiltu fil-programm elettorali?", "Weġibni iva jew le.", "Din hija mistoqsija sempliċi u qed nistenna risposta sempliċi.", "Sal-2018 it-targets se jintlaħqu jew le?", "U jekk iva kif se jintlaħqu?", "Imbilli tgħidli t-targets tal-gvern preċedenti mhux se tirrispondini għax illum hemm gvern ieħor.", "Il-gvern preċedenti tilef b'36,000 u issa hawn gvern ġdid.", "Tista' tgħidli jekk it-targets humiex se jintlaħqu sal-2018?", "Iva jew le.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, tista' tagħti ċans lil ħaddieħor?!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Kieku qegħdin niddibattu f'każin politiku nifhem din l-attitudni imma mhux hawnhekk!", "(Interruzzjonijiet)", "CLYDE PULI: Mela weġibni b'mod sempiċi!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: M'hemmx mod sempliċi kif tista' twieġeb.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, ħu paċenzja u kkalma daqxejn!", "CLYDE PULI: Jimporta tieqaf tinterrompi?!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Onor. Puli jiena qiegħda ninterrompi?", "CLYDE PULI: Le mhux lilek qed ngħid Ministru.", "THE CHAIRPERSON: Qed nipprova nkellem lill-Ministru u għadek ma waqaftx biex jien nagħmel il-mistoqsija tiegħi!", "CLYDE PULI: Qed nipprova nieħu risposta għax għandi bżonnha biex inkun nista nieħu pożizzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Irrid nagħmel mistoqsija fuq dak li kienet qiegħda ssemmi l-Ministru.", "Jimporta tagħtini ċans?", "Issa mbagħad agħmel il-mistoqsija tiegħek wara.", "CLYDE PULI: Jiġifieri ma tridhiex it-tweġiba tiegħi!", "L-aħħar darba ma ridtx li tiġi l-Ministru u llum ma tridx tisma' it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħi!", "THE CHAIRPERSON: Ħu paċenzja u stenna ftit.", "CLYDE PULI: Din hija forma oħra ta' ċensura.", "THE CHAIRPERSON: Lanqas se nagħti kas li qed tipprova twaqqaf lil dan il-Kumitat milli jmexxi serenament din il-laqgħa!", "CLYDE PULI: M'għandix dubju li m'intix tagħti kas!", "THE CHAIRPERSON: Ministru, inti għadek kif għedtilna li kien hemm dan it-target ta' 6,500 sas-sena 2020 u li issa t-target inbidel għal 22,000 għas-sentejn li ġejjin?", "Qegħdin ngħidu sal-aħħar tas-sena 2015 u se nitkellmu ċar.", "THE CHAIRPERSON: Min jisma' dawn in-numri - jiena l-ewwel waħda – se jsib li hemm diskrepanza tremenda.", "Il-Gvern, b'dak li qiegħed jipproponi jew jistenna biex jiġi propost ħalli kulħadd jagħmel l-almu tiegħu, huwa fattibbli?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Li se nagħmlu huwa dan; l-ewwelnett se nagħmluha ċara.", "Aħna dħalna sew fl-issue u mhux se nagħmluha biex naqdu xi dues mal-Kummissjoni.", "Għalina din mhijiex perċezzjoni imma realtà.", "Mela x'qegħdin ngħidu?", "Jiena spjegajt min huma dawn it-22,000 u għaliex għażilna lilhom.", "Sadanittant, sal-aħħar tal-2015, bil-miżuri li għandna dawn żgur se nkunu tellajnihom mill-faqar għax dawn mhux f'riskju ta' faqar qegħdin imma jinsabu diġa' fil-faqar.", "U diġa' tajt spjegazzjoni għalfejn qed ngħidu li huma fil-faqar.", "Sadanittant mhux inizjattiva waħda se jkun hemm imma se jkun hemm diversi inizjattivi li jibnu fuq xulxin.", "Mela allura t-tama tagħna hi li sal-2015 intellgħu lil dawn it-22,000 'il fuq mil-linja tal-faqar.", "Nista' inserrħilkom raskom li fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin nitkellmu fuq inizjattivi tajbin u jekk veru għandna għal qalbna li ma narawx nies ġenwini jbatu, b'mod speċjali tfal u anzjani li huma l-aktar żewġ gruppi vulnerabbli f'pajjiżna, allura għandna nieħdu gost u għandna nħossuna sodisfatti li qed nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "Nixtieq li nħossuna li we are owning, u kien għalhekk li ħadna dan il-proċess ta' konsultazzjoni fit-tul għax il-faqar mhuwiex ta' min qed ibatih biss imma huwa ta' kulħadd, ta' kull taxpayer, ta' kull negozjant u ta' kull employer.", "Aħna riedna li fuq din immorru flimkien u għalhekk semmejnih \"Ningħaqdu kontra l-faqar\" għax jekk m'aħniex se ningħaqdu flimkien, il-faqar se jibda jfiġġ minn kullimkien u ma rriduhx li jfiġġ.", "Kien proprju għalhekk li wżajna l-kelma qawwija \"neradikaw\" għax teradika meta inti tagħmel xi ħaġa assoluta u biex nagħmluha assoluta rridu nkunu flimkien fuqha; kemm min hu sinjur u kemm min qed ibati.", "Min hu sinjur u għandu biżżejjed biex jgħix u għandu l-mezzi kollha biex jimxi 'l quddiem, irid iħoss u jġorr il-parti tiegħu.", "Għaliex qiegħda ngħid hekk?", "Għax min hu fqir ma joħloqx domanda fil-pajjiż u allura min qiegħed joffri s-supply ma jistax jagħmel supply kemm jixtieq hu biex ikabbar il-profitt.", "Ejja ngħidu għal min qiegħed għall-profitt biss ħalli neskludi nies oħra li jġorru corporate social responsibility, etc. Imma dak ukoll, mingħajr ma jammetti, qed iġorr ir-responsabilità.", "Jiena hawnhekk mhu qiegħda ngħid xejn ta' barra minn hawn u din hi r-raġuni għalfejn aħna mxejna b'dan il-mod u wżajna dan il-proċess biex inġibu lil kulħadd on board.", "Let's get on board u ma ninħlewx in the political fray għax b'dan il-mod mhux se naslu biex noħolqu affarijiet ġenwini imma se noqogħdu nintilfu fuq xulxin, fejn jien ngħid ħaġa, xi ħaddieħor li mhux togħġbu l-biċċa tiegħi se jirrispondi lura, imbagħad jien se nerġa' ngħid xi ħaġa oħra.", "U sadanittant inkunu qegħdin inkissru minflok nibnu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLYDE PULI: Ministru, lil hinn mill-interpretazzjonijiet kollha, jiena għedtlek li m'iniex beħsiebni noqgħod inwieġeb ħafna fuq dak li seħħ qabel, fuq dak li hemm issa, kif u x'fatta u interpretazzjonijiet.… (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, inti l-mistoqsija trid tagħmel u l-Ministru twieġeb.", "CLYDE PULI: Għalfejn se tibqa' tinterrompini!", "Ħu paċenzja!", "THE CHAIRPERSON: Għax lill-Ministru stedinniha biex twieġeb il-mistoqsijiet tagħna.", "Mela allura inti trid tagħmel mistoqsija.", "CLYDE PULI: Mela ħalli lill-Ministru twieġeb l-affarijiet li qiegħed nistaqsiha jien!", "Ħu paċenzja u tibqax tiċċensurani u ttellifni.", "Lil hinn mill-interpretazzjonijiet kollha li, kif qed tgħid inti Ministru, nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux, inti issa għadek kif ammettejt, bin-nuqqas tat-tweġiba tiegħek, li t-targets ta' eradikazzjoni ta' povertà m'intix se tilħaqhom u ma tafx kif!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma m'għandekx dritt tinterpreta u tivvinta l-affarijiet hekk!", "CLYDE PULI: Inti ma weġibtx il-mistoqsija tiegħi u allura jekk tħallili r-risposta vaga se jkolli ninterpretaha jien.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena stennejt li hawnhekk se noħolqu diskussjoni sana u li se tiġi inti 'l quddiem ħalli fejn tara xi grey areas tgħidilna dwarhom.", "CLYDE PULI: Imma trid tweġibna biex noħolqu diskussjoni sana.", "Ħu paċenzja u wieġeb il-mistoqsija tiegħi.", "Il-Ministru mhux qed tagħtina garanzija li sal-2018 - kif wegħdet fil-programm elettorali - se teradika l-faqar.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma għaliex qed tgħid hekk?!", "Ma tafx x'inti tgħid!", "Għamilt statement u fuqu se nagħmillek il-mistoqsija.", "Inti għedt hekk; \"Jiena m'għandix miżuri konkreti f'din il-Green Paper\".", "Bir-rispett kollu imma issa le.", "Ħu paċenzja Onor. Puli!", "CLYDE PULI: Ministru, għidli x'għedt eżattament?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Taf x'għedt.", "Fil-kas isma' ir-recording għax bilfors li ma kontx moħħok hawn!", "CLYDE PULI: Issa nisimgħu r-recording u nġibu t-transcript.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli nitolbok biex tagħmel il-mistoqsija.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Fil-ġimgħat li ġejjin jekk Alla jrid se tisma' bil-miżuri konkreti.", "CLYDE PULI: Mela allura mhux tajjeb qed ngħid?", "Din il-Green Paper ma fihiex miżuri konkreti.", "Allura x'qed tgħidu differenti?", "THE CHAIRPERSON: Għax din hija Green Paper.", "La ma kontx komda li titkellem...", "THE CHAIRPERSON: Ħu paċenzja Onor. Puli!", "CLYDE PULI: Qed nipprova nagħmel mistoqsija!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, ma tistax tagħmel mistoqsija b'dak il-mod lil xi ħadd li ġie hawnhekk bħala mistieden ta' dan il-Kumitat!", "CLYDE PULI: Skużi, kif se tiġi tgħidli int kif irrid nagħmel il-mistoqsija?!", "Ma tridx tiktibili inti l-mistoqsija għal li jista' ikun?!", "Min inti biex tgħidli kif irrid nagħmilha l-mistoqsija?!", "Jien irrid niċċara l-affarijiet.", "Dan x'mod hu kif immexxu kumitat?!", "THE CHAIRPERSON: Irid ikollok ċertu dekor dwar kif tagħmel mistoqsija lill-Ministru!", "CLYDE PULI: Il-Ministru għadha kemm reġgħet ammettiet...", "THE CHAIRPERSON: Agħmel il-mistoqsija għax hawn ħaddieħor li jrid jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "CLYDE PULI: Se nagħmel il-mistoqsija.", "Il-Ministru għadha kif reġgħet ammettiet....", "Ħu paċenzja u rtira dan id-diskors!", "Aqra t-transcript u tara kif qiegħda tgħid li l-miżuri mhumiex qegħdin f'din il-Green Paper imma se tiġi bihom aktar 'il quddiem.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jien ma ġejtx hawnhekk biex naħli ż-żmien.", "CLYDE PULI: Għadek kemm għedt li se tiġi biha 'l quddiem.", "Għax qed tgħid li ħallejt dan iż-żmien biex tiġi bil-miżuri konkreti.… Jien u sħabi wkoll nieħdu gost niddiskutu u rrid ngħidlek li fuq miżuri konkreti tista' tara t-transcript tal-ġimgħa li għaddiet!", "Anke sħabek tan-naħa tal-Gvern bħali qalu!", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, għidlu jissostanzja fejnhom sħabi tan-naħa tal-Gvern li pprovaw jagħtu dik l-impressjoni!", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Hux tara t-transcript!", "Mela hawnhekk ġejna biex noqogħdu qisna ġo ħanut tas-sale u nargumentaw fil-vojt!", "CLYDE PULI: Nista' nagħmel mistoqsija?!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli ejja għall-mistoqsija.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ħafna paroli fil-vojt biex naħlu l-ħin ta' kulħadd!", "CLYDE PULI: Jekk hu hekk għaliex ħriġt biċ-ċifra ta' €10 miljun?!", "L-€10 miljuni fuqiex inhuma bbażati?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Fuq miżuri oħra imma mhux se ngħidlek illum x'inhuma għax hemm proċess…", "CLYDE PULI: Dan li qed nipprova nifhem.", "Huma miżuri ġodda u allura qiegħda taħbili l-informazzjoni.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: U x'naħbilek!", "(Interruzzjonijiet) X'għarukaża!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, ħu paċenzja u ibdel l-attitudni tiegħek.", "CLYDE PULI: Is-somma ta' €10 miljuni huma marbutin ma' dak li diġà tħabbar fil-Baġit?", "Qiegħed nistaqsi għax mhijiex ċara u rrid nipprova nifhem.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: €10 miljuni f'inizjattivi li jekk Alla jrid tkun taf bihom minn hawn u ftit ieħor.", "Serraħ rasek.", "Jekk inti għandek dan l-inkwiet nista' inserraħlek rasek.", "CLYDE PULI: Grazzi talli serraħtli rasi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jekk Alla jrid sal-aħħar tal-2015, kuntrarju għas-6,500 f'seba' snin, se jkun hemm 22,000 f'sentejn li jkunu bdew telgħin sew 'il fuq.", "CLYDE PULI: Jiġifieri dan ifisser li inti għadek qed tikkonsulta u li hawnhekk in-nies u l-Membri Parlamentari raw biss il-Green Paper u li inti, minkejja li qiegħda tikkonsulta, diġà għandek il-miżuri f'moħħok u se tagħmel lilhom lil hinn mill-konsultazzjoni li qiegħda ssir!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Allaħares le!", "U diġà għandna l-miżuri f'posthem.", "Jiena naħseb li ma fhimtx il-Baġit għax ma ndunajtx x'qed jiġri.", "Il-verità hi li l-miżuri kontra l-faqar diġà qegħdin in vigore proprju minn dan il-Baġit.", "Pereżempju nhar is-Sibt li għadda… (Interruzzjonijiet)", "CLYDE PULI: Imma lil hinn minn dan, €10 miljuni se jmorru għal dawk jew għal affarijiet oħra?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Se ngħidlek.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Puli, agħti ċans lill-Ministru tirrispondi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Naħseb li inti tmexxi bil-management by crisis u għalhekk tinsab maħsud!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Għandek €10 miljuni speċifikament għall-faqar, jiġifieri m'għandhom xejn x'jaqsmu mal-Baġit t'issa imma huma €10 miljuni ddedikati sabiex nindirizzaw il-faqar.", "U jekk Alla jrid inkunu nafu aktar fuqhom minn hawn u ftit taż-żmien ieħor.", "Però tajjeb li tkun taf x'għamilna fil-Baġit li għadda u dawn semmejnihom ukoll fil-preżentazzjoni.", "L-ewwelnett fi ftit ġimgħat oħra se jkollna għall-ewwel darba f'pajjiżna daycare centres b'xejn aċċessibbli għal kulħadd biex ninkoraġġixxu lill-ġenituri joħorġu jaħdmu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, se tingħata anke lil dawk li qegħdin jistudjaw u dan qed nagħmluh biex ninkoraġġixxu aktar nisa u rġiel isiru employable.", "Saħansitra għas-single parents ħriġna ammont ta' flus fis-sena bħala inċentivi.", "Is-Sibt li għadda bdejna eżerċizzju sħiħ fejn qed nibagħtu għal min ilu fuq il-benefiċċji għal dawn l-aħħar sentejn u jirreġistra għax-xogħol u qegħdin ninkoraġġuh li jekk jidħol f'impjieg tal-inqas b'income ta' minimum wage jkun jista' abbażi ta' tliet snin nagħtuh tapering of benefits biex ma jinħasadx imma jkollu soft landing.", "Din is-sistema diġà titħaddem f'pajjiżi oħra u ħalliet ċerta riżultat.", "Il-benefiċċju mhuwiex biss għal min kien fuq il-benefiċċju u jaqbad jaħdem imma anke għall-employer.", "U qed nagħmluh biex insaħħu x-xogħol tagħna fil-kuntest ta' training, employability, etc.", "Min jaqbad jaħdem fl-ewwel sena jibda jieħu 65% tal-benefiċċju filwaqt li 25% jeħodhom l-employer u 10% imorru għall-ETC għall-fond tat-taħriġ jew edukazzjoni.", "It-tieni sena jieħu 45% filwaqt li 25% jeħodhom l-employer u l-kumplament għall-ETC għat-taħriġ.", "It-tielet sena jieħu 25% u 25% oħra għall-employer filwaqt li l-kumplament imorru għat-taħriġ.", "Din ukoll qiegħda ssir sabiex tindirizza l-faqar għax qed ninkoraġġixxu lil dak li jkun sabiex jiċċaqlaq u jsib xogħol għaliex nemmnu li bix-xogħol jaqbillek.", "Dik hi l-istorja kollha; bix-xogħol jaqbillek għax tikseb id-dinjità tiegħek, tista' tiekol aħjar u jista' ikollok well-being aħjar, tista' tieħu ħsieb uliedek aħjar u dawn kollha huma miżuri biex tindirizza l-faqar.", "Aħna ma bqajniex nistennew li nlestu l-proċess kollu imma minn qabel ma dħalna fl-uffiċini tal-gvern konna nafu li għandna sitwazzjoni li rridu nindirizzawha.", "U sadanittant qegħdin nagħmlu strateġija għall-għaxar snin li ġejjin, jiġifieri lanqas qegħdin inħarsu biss sal-2020 imma qegħdin immorru lil hinn minn dik ukoll.", "Ovvjament dan għaliex inti trid tippjana.", "Kif diġà għedt aktar qabel inti trid tkompli tevalwa, tagħmel il-monitoring u trid tkun il-ħin kollu għal-lest.", "Trid tkejjel biex jekk għandek policy li minn għalik inti qed timplimenta u biha se tasal imma forsi x'imkien mort ħażin, mhux tinduna meta tkun wasalt mal-ħajt imma tinduna fil-pront ħalli tkun tista' tmur fuq rotta oħra.", "THE CHAIRPERSON: Ministru hawn mistoqsija mingħand l-Onor.", "Ministru, ħalli nibda b'dak li għadek kif spiċċajt bih inti.", "Għadek kif għedt li bix-xogħol jaqbillek u bla dubju ta' xejn ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem.", "Imma ma taħsibx li hemm xi ħaġa li qiegħda tmur waħda kontra l-oħra għal dak li qed tgħid inti llum dwar x'inhuma t-targets tal-Gvern meta mbagħad il-qgħad, bil-mod il-mod qiegħed jgħolli rasu?", "U b'rabta max-xogħol irrid ngħid li l-prekarjat naħseb li jilgħab logħba importanti f'dan id-dokument, għalkemm irrid ngħid li ftit li xejn jissemma' fih.", "Fil-fatt jekk jissemma' darba darbtejn jissemma' ħafna.", "U biex inkunu reali mas-sena 2014 irrid ngħid li l-Gvern kellu l-ewwel test fejn jidħol il-prekarjat u naħseb ukoll li l-ewwel riżultat kien negattiv.", "Inkun reali għal dak li qed tissejjaħ fl-Arrow Pharm meta rajna u smajna wkoll, anke permezz tal-unions, li dak li ġew offruti l-ħaddiema jagħti tifsira vera u proprja ta' x'inhu prekarjat, differenti ferm minn dak li konna nisimgħu qabel Marzu tal-2013?", "Rigward in-numri li semmejt inti, li minn 6,000 f'sentejn se jkun hemm qabża għal 22,000, ma nafx jekk f'dik l-e-mail li inti kkwotajt u li ġibt mill-Kummissjoni Ewropea - nimmaġina li l-Gvern huwa nformat però imkien ma tidher f'dan id-dokument – hemmx imniżżel li l-Unjoni Ewropea se tkun qiegħda tbiddel l-equation ta' kif tikkalkula min qiegħed f'riskju ta' faqar.", "U żgur li din se tkun qiegħda tgħin mhux ftit lill-Gvern sabiex jilħaq il-miżuri tiegħu.", "Qed ngħidlek hekk għax ftit tal-ġimgħat ilu kont fi Brussell u f'laqgħa li kien hemm ħareġ ċar li l-Unjoni Ewropea, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin, se tkun qiegħda tbiddel il-mod ta' kif tikkalkula min qiegħed f'riskju ta' faqar.", "Din ukoll mhijiex qiegħda mniżżla hawnhekk f'dan id-dokument u għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nkunu ċari mal-verità fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħarnett ma nistax ma nsemmix il-garanzija taż-żgħażagħ.", "Ftit tal-ġranet ilu qlajna tbeżbiża mill-Unjoni Ewropea għax pajjiżna kien wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li l-programm tal-Gvern ma kienx għadu wasal għand il-Kummissjoni Ewropea.", "F'mistoqsija parlamentari li jien għamilt ftit tal-ġranet ilu l-Ministru responsabbli mix-xogħol ma weġibnix.", "Imma ma jinkwetakx il-fatt li l-garanzija taż-żgħażagħ tissemma' ftit f'dan id-dokument filwaqt li qegħdin naraw li n-numru ta' żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol qiegħed jgħolli rasu matul dawn l-aħħar tmien xhur?", "Jiena naħseb li dawn l-affarijiet qegħdin jikkontradixxu ftit il-ħidma li qed tipprova tagħmel inti Ministru f'dan id-dokument.", "THE CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "Jiġifieri aħna m'għandniex impenn biex sempliċement nilagħbu biċ-ċifri imma għandna mpenn biex tassew nagħmlu l-bidla.", "ROBERT CUTAJAR: Imma konxji li se tinbidel l-equation?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Bla dubju u mbagħad irridu nirrevedu.", "Fil-fatt se nerġa' ngħid – naħseb li għedtha xi erba' darbiet illum – li aħna se nkomplu nimmonitorjaw u nevalwaw il-ħin kollu.", "Sfortunatament dan is-settur - is-settur soċjali kollu – huwa l-aktar wieħed li l-poplu jinvesti fih permezz tat-taxxi tiegħu u qatt ma jiġi mkejjel.", "Jiġi mkejjel biss b'xi ftit statistika soċjali li toħroġ kull tant żmien.", "Aħna mhux hekk irridu nkejlu imma rridu nkejlu b'tali mod li nkunu nafu li l-policies kollha qegħdin f'posthom u nkunu nafu x'qed iħalli riżultati biex nassiguraw li t-targets tagħna nilħquhom, fis-sens li nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies u anke biex it- taxpayer, li qed iħallas biex jagħmel is-solidarjetà soċjali, ikun jaf eżattament fejn qed imorru flusu.", "Da wn it-tnejn huma fid-dmir tagħna li nagħmluhom.", "Ma naqbilx miegħek fuq l-issue tal-qgħad.", "Jiena ġibt miegħi statistika li ħarġet fis-7 ta' Jannar fuq il-labour force survey maħruġa mill-NSO.", "Iċ-ċifri tal-NSO juru li bejn Lulju u Settembru tal-2013 f'pajjiżna kellna numru record ta' persuni b'impjieg.", "Mela mir-rata ta' 59.7% fil-bidu ta' din il-leġiżlatura morna għal rata ta' ħolqien ta' impjiegi ta' 61.3% sat-tielet kwart tas-sena li għaddiet.", "Din hija statistika uffiċjali tal-NSO.", "Fl-ewwel disa' xhur ta' dan il-Gvern kien hemm żieda ta' 5,302 impjieg filwaqt li fl-istess perijodu tas-sena ta' qabel kien hemm żieda ta' 2,856 impjieg.", "Dan qed nagħmlu like with like.", "ROBERT CUTAJAR: Imma fuq il-qgħad, dan mhuwiex....", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Qed ngħidu mpjiegi wkoll.", "ROBERT CUTAJAR: L-ammonti żdiedu mill-Gvern..…", "THE CHAIRPERSON: Agħtiha ċans tirrispondi Onor. Cutajar.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Dan ifisser li r-rata ta' ħolqien ta' impjiegi taħt din l-amministrazzjoni kienet id-doppju ta' dik li kienet fi żmien gvernijiet preċedenti.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma xorta mhux biżżejjed Ministru.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Iva agħtini ċans inkompliha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dan huwa argument li fl-aħħar mill-aħħar se jbiddel l-argument kollu, fis-sens li jekk qed jinħoloq tant xogħol imma qed jiżdied il-qgħad ifisser - l-argument li dejjem kien isir qabel - li jekk inti ma toħloqx xogħol biżżejjed il-qgħad se jibqa' jiżdied.", "Mela din hija miżura essenzjali għall-argument li qiegħda tagħmel il-Ministru biex fl-aħħar mill-aħħar neradikaw il-faqar.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ejja nieħdu l-argument tagħkom.", "Aħna m'aħniex qegħdin b'idejna fuq żaqqna.", "Għadni kif għedt x'ġie mniedi proprju s-Sibt li għadda, jiġifieri żgur li m'aħniex qegħdin b'idejna fuq żaqqna.", "Sadanittant lanqas niftakarhom kollha imma rrid noqgħod naħsibhom l-ammont ta' inizjattivi li dan il-Gvern qed jagħmel biex iġib l-investiment lejn pajjiżna u biex jiżviluppa l-proġetti.", "U hawn interess kbir f'dan il-pajjiż għall-proġetti u għall-investimenti.", "Din mhijiex xi ħobża li waddabtha fil-forn u wara siegħa mort ħriġtha imma trid iż-żmien biex tiżviluppa.", "Jiena naraha minn daqsxejn ta' request for proposals fis-settur tal-housing soċjali fejn ġew biżibilju nies biex jistaqsu.", "Jien mhux qiegħda ngħid is-settur ekonomiku finanzjarju li jrendi ċertu ammonti ta' profitti imma fuq il-long term beds fejn għamilna request for proposal iktar kmieni matul is-sena li għaddiet u twaddbu 49 offerta.", "Daqshekk hawn interess u għatx biex jinvestu fil-pajjiż.", "M'inix se nsemmi l-oqsma ekonomiċi li qed joħorġu expression of interests u requests for proposals bil-kwantità.", "(Interruzzjonijiet) Agħtuni ftit ċans nispiċċaha din.", "Nofs iż-żieda fl-impjiegi kienet f'xogħol full time b'kuntrast mal-istess perijodu tas-sena li għaddiet, meta terz biss taż-żieda fl-impjiegi kienu full time, jiġifieri jien qiegħda nagħmel like with like fl-impjiegi.", "Imbagħad bejn Lulju u Settembru tal-2013 kien hemm żieda fis-salarji gross ikkomparat ma' Marzu tal-2013.", "Ir-rata tal-qgħad f'pajjiżna llum hija ta' 6.7% u għandna nofs il-qgħad taż-żona Ewropea.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma kemm żdiedet?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ħalli niġi għall-prekarjat.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma Ministru l-punt huwa importanti li nagħmluh għax hawnhekk kollha kemm aħna qegħdin naqblu li fl-aħħar mill-aħħar irridu naħdmu lkoll flimkien biex il-faqar neradikawh.", "Imma rridu nħarsu lejn l-istampa reali.", "Inutli noqogħdu ngħidu li ħloqna ħafna xogħol għax dan il-ħolqien ma' kienx biżżejjed.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Dan għadu bidu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma inti ma tistax lin-nies hemm barra tgħidilhom li dan għadu bidu għax in-nies hemm barra kien hemm min wegħedhom soluzzjoni ta' malajr.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jien ma nafx min wegħedhom soluzzjoni ta' malajr.", "Li naf żgur hu li aħna ħafna iktar impenjati minn qatt xi darba kellu dan il-pajjiż dan l-aħħar.", "Issa fuq l-issue tal-garanzija għaż-żgħażagħ.", "Hawnhekk qed nippreżentaw dokument ta' għaxar snin.", "ROBERT CUTAJAR: U l-Ewropa ma kenitx irċevithom!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Ma rċevietx il-Green Paper?", "THE CHAIRPERSON: Agħtu ċans lill-Ministru tirrispondi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq strateġija ta' gvern sħiħ imma qbadniha fuq ix-xogħol.", "Jien tal-fehma li jekk il-membri tal-Oppożizzjoni jixtiequ jkunu jafu dan id-dettall nistgħu nistiednu lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onor.", "Evarist Bartolo ħalli jagħtikom id-dettalji ta' dak li qed isir fid-dekasteru tiegħu.", "Issemmiet ukoll l-issue tal-prekarjat.", "Hawnhekk ma tistax tieħu l-eċċezzjoni … (Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Le għax qabżitha.", "Il-garanzija taż-żgħażagħ Ministru.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq strateġija ta' għaxar snin.", "ROBERT CUTAJAR: Imma l-Unjoni Ewropea qaltilna ġimagħtejn ilu li d-dokument li kellu jibgħat il-Gvern Malti ma ntbagħatx!", "THE CHAIRPERSON: Agħtu ċans lill-Ministru tirrispondi.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena konvinta li l-Onor.", "Bartolo għandu ħafna risposti.", "Stiednu lill-Ministru Evarist Bartolo, lill-Ministru Godfrey Farrugia u lill-ministri kollha li taħthom taqa' xi parti mill-qasam li fuqu qiegħda titkellem din il-Green Paper biex tkunu tafu d-dettalji aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Il-ġimgħa l-oħra, meta ttieħdet id-deċiżjoni li nsejħu lill-Ministru hawnhekk kienet fuq talba tal-Onor.", "Puli, li qal li kien hemm xi affarijiet li fid-dokument ma kienux ċari u għalhekk xtaq jagħmel xi mistoqsijiet lill-Ministru.", "Bħalma għedna wkoll il-ġimgħa l-oħra, dan is-suġġett tant huwa vast li hemm ministeri varji fih.", "Issa l-Ministru qiegħda hawnhekk fil-kapaċità tagħha u ovvjament tista' tirrispondi għall-mistoqsijiet li jolqtu lilha.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jiena ma nħossx li għandi nagħti dettalji fuq xogħol li qed isir minn dekasteri oħra.", "Li kont naf li se tkun b'dan il-mod żgur ma kenitx tkun problema biex ngħid lill-kollegi tiegħi.", "CLYDE PULI: Jista' ikun li l-kollega tiegħi ġiet misled minħabba li d-dokument jgħid li se jkun across government u policy waħda.", "Allura ovvjament il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-affarijiet l-oħra jidħlu żgur fil-kwestjoni tal-faqar għax kieku ma semmejthiex!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Bla dubju kollox jidħol fil-kuntest tal-faqar.", "L-Onor.", "Robert Cutajar semma' l-issue tal-prekarjat.", "Għalhekk qegħdin nitkellmu fuq income għaliex meta qed nitkellmu fuq dik l-issue tal-income hemmhekk żgur li għandna nies li llum jagħmlu parti mill-working poor.", "Issa xi tfisser il-working poor?", "Il-working poor tfisser li dawn probabilment qegħdin jaħdmu b'xogħol prekarju.", "Pereżempju bħalissa aħna qegħdin niddiskutu fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-issue tal-careworkers fost l-iktar gruppi li sfortunatament ġew esplojtjati matul is-snin.", "Fuq il-prekarjat mhux biċċa rridu ngħidu.", "Aħna għandna wages council orders f'dan il-pajjiż li ilhom mill-1973 ma jiġu aġġornati!", "Mela x'ġara?", "Kuntratti li legalment lanqas tista' tgħidilhom xejn għax marru fuq il-wages council order li l-basic hemmhekk huwa tal-1973, kif ġara fil-każ tal-careworkers.", "Kulma żdiedu mill-1973 lil hawn kien biss bil-COLA, jiġifieri l-għoli tal-ħajja imma l-basic baqa' dejjem l-istess.", "Ara hawnx xi ħadd f'pajjiżna li qed jieħu paga diċenti lejn id-dar li għandu l-basic pay marbuta mal-1973!", "Mela dik ukoll hija kwestjoni oħra li se tiġi indirizzata.", "U hawnhekk ukoll nitlobkom tistiednu lill-Ministru Dalli li hija inkarigata mill-policy dwar il-prekarjat u mill-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "CLYDE PULI: Ministru, suppost li l-istrateġija tgħid kif u dan il-punt kollu.", "Ħadd mhu qed imerik fuq ċerti affarijiet u dan il-punt kollu fuq din!", "Strateġija suppost tgħid kif u tagħti elenku ta' soluzzjonijiet imma din il-Green Paper mhijiex tagħti elenku ta' soluzzjonijiet.", "Staqsejtek jekk sal-2018 intix se tilħaq it-target imma ma weġibtnix.", "Staqsewk fuq il-prekarjat u għedtilna li hawn il-prekarjat imma m'għidtilniex kif se tneħħih.", "Staqsejnik kif se żżid ix-xogħol u għedtilna li mhux inti responsabbli mix-xogħol.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Bir-rispett kollu imma qisu li mhuwiex qiegħed fl-istess kamra miegħi!", "CLYDE PULI: Hemm risposti biex kollha nkunu fuq naħa waħda u niġbdu linja waħda!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Għedtlu wkoll x'qed nagħmlu ġol-istess ministeru imma dan qisu li jrid jisma' lilu nnifsu biss!", "CLYDE PULI: Nixtieq nisma' risposta.", "Anzi nixtieq nisma' iktar lilek tweġibni.", "Kieku tisma' x'qed ngħid jien tkun tista' tweġibni b'mod dirett.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Qed ngħidu wkoll fuq il-kuntratti tal-careworkers ġol-istess ministeru.", "CLYDE PULI: Imma fuq ix-xogħol, fuq il-prekarjat, fuq il-garanzija taż-żgħażagħ u fuq il-miri ma weġibtx!", "Ejja naqilbu ftit is-suġġett għax jekk ikollna xi ftit tar-risposti jista' ikun li nsibu element ta' konverġenza.", "THE CHAIRPERSON: Ħu paċenzja Onor. Puli.", "CLYDE PULI: Huwa importanti li jkun hemm konverġenza fuq element li ma naħsibx li għandu jkun kontroversjali daqskemm qed ikun imma jekk nifhmu lil xulxin jista' ikun li niġbdu l-istess ħabel kollha kemm aħna.", "Finalment min qed ibati qed ibati verament u aħna kollha bl-istess intenzjoni li ngħinuh.", "Imma rridu niftiehmu u meta nagħmlu l-mistoqsijiet ikollna t-tweġibiet.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li ma tantx tkellimna fuq l-anzjani.", "Hawnhekk hawn riferenza, anke fil-preżentazzjoni li għamilt inti Ministru, li smajna ħafna anzjani dan l-aħħar jilmentaw fuqha u ċioè fuq il-mod ta' kif inqasmitilhom is-somma li kellhom jieħdu.", "Taħseb li dawn huma miżuri li qed jgħinu biex tissolva l-problema tal-faqar ġewwa pajjiżna?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: L-ewwelnett dik id-deċiżjoni ma tteħditx b'mod arbitrarju imma saret, kif għedt pubblikament, wara li kellna talbiet minn nies li kienu qed jgħidulna li jippreferu minflok jieħdu dak it-terz tal-COLA.… Fil-fatt qabel l-2008 l-anzjani kienu jieħdu biss żewġ terzi tal-għoli tal-ħajja.", "Mill-2008 lil hawn l-anzjani bdew jieħdu ż-żieda sħiħa imma din ma tingħatalhomx sħiħa kollha mal-pensjoni.", "Żewġ terzi jmorru mal-pensjoni u kien ikun hemm one time payment f'Jannar.", "Issa kellna numru ta' rikjesti fil-ministeru biex dik is-somma, jiġifieri t-terz ta' sena differenza bejn iż-żewġ terzi u s-sħiħa, tinqasmilhom mal-pensjoni kull erba' ġimgħat.", "Aħna x'għamilna?", "Minflok qbadna u ddeċidejna fuq rikjesta ta' numru ta' persuni insistejt biex isir survey xjentifiku u fil-fatt tlabt l-għajnuna ta' Dr Andrew Azzopardi.", "Il-mistoqsijiet kienu maħsuba b'mod xjentifiku biex ma jkunux suġġettivi u r-risposti jkunu b'ċertu mod u sibna li l-maġġoranza jippreferu li din tkun gradata fuq il-pagamenti ta' matul is-sena ta' kull erba' ġimgħat minflok somma ta' darba.", "Ir-rakkomandazzjoni kienet - wara li kien hemm il-konklużjonijiet ta' dan is-survey - li nagħtuhielhom sħiħa ma' kull pensjoni.", "Dik telqet minn hemmhekk għax mhijiex miżura biex tindirizza l-faqar u ħadd ma qal li dik hija miżura biex tindirizza l-faqar.", "Dawn ħadu dak li suppost jieħdu bħala żieda tal-għoli tal-ħajja u allura ma tnaqqsilhom xejn.", "Anzi lill-anzjani ta' bejn il-75 u t-78 sena żidnilhom xi ħaġa għax tajnihom it-€300 fis-sena li kienu jieħdu dawk li kellhom minn 78 sena 'l fuq.", "Aħna dik niżżilniha 'l isfel bi tliet snin; 75, 76, 77.", "ROBERT CUTAJAR: Dik kienet ukoll fl-aħħar Budget ta' Gvern Nazzjonalista li kellu jinżel sa 75 sena.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Imma din issa saret.", "CLYDE PULI: Jiġifieri qed nifhmu sew li s-somma ta' €300 se tibqa' maqsuma?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Aħna għamilna survey xjentifiku u r-rakkomandazzjoni ta' min qabbadna kienet dik.", "U qed ngħidilkom min kien.", "CLYDE PULI: Għax ma' min nitkellem jien u ħafna nies donnhom.… Għalhekk qed nistaqsu fuqha u xejn iktar.", "Jiena ma staqsejtekx jekk huwiex survey.", "Għedtlek se tibqa' jew le?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Jekk saret u saret fuq survey.", "CLYDE PULI: Imma issa weġibni.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sinjura President, ma jistax ikun li l-Onor.", "Puli jikkontrolla l-laqgħa hu u jgħid hu biss!", "CLYDE PULI: Jekk nagħmel mistoqsija mhux tweġiba rrid nistenna?!", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Onor. Puli, tkellem sew ħalli nitkellmu ta' nies ċivili.", "CLYDE PULI: Qed nistaqsik mistoqsija ċara!", "Dak kulma għamilt.", "THE CHAIRPERSON: Se jkolli nispiċċa l-laqgħa għax għandi impenji oħra.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Sinjura President, m'għandix problema li jiena nerġa' niġi f'dan il-Kumitat imma tajjeb li jkun strutturat.", "Jiena kont tal-fehma li se naraw il-pillars tal-Green Paper u nġibu nies oħra wkoll.", "Jiena ċerta li l-kollegi tiegħi jkunu jistgħu jiġu u jispjegaw huma x'qegħdin jagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Li konna qegħdin insibu problema d-darba l-oħra meta ltqajna fuq dan is-suġġett huwa minħabba d-data tas-submissions tal-Green Paper.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: M'għandux ikollna problema.", "L-20 ta' Frar trid tkun hemm imma dan huwa dokument li se jibqa' jevolvi.", "Dan huwa dokument ħaj, jiġifieri kwalunkwe kritika, suġġeriment u rakkomandazzjoni dejjem lesti li nanalizzawha u fejn naraw li nistgħu ndaħħlu xi ħaġa għax toqgħod mal-viżjoni li hemm, din se neħduha.", "Jiena naħseb li lill-Professur Mullard għandna nagħtuh ċans jgħid xi ħaġa.", "ROBERT CUTAJAR: Skużani Ministru.", "Dan li qiegħda tgħid inti j'Alla jiġri għax jidher li jekk se jiġri hekk, u allura li se tibqa' tisma' u tibdel u tevolvi dan id-dokument, inti se tkun l-eċċezzjoni fost il-kumplament tal-Kabinett.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, il-Kumitat tiegħi taf li ma nħobbx nużah biex ngħaddu kummenti u botti kontra xulxin!", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, jien qiegħed naqbel miegħek imma sħabek il-Ministri l-oħra mhux hekk qed jagħmlu!", "Għandek il-każ tal-power station u waħda wara l-oħra.", "THE CHAIRPERSON: Ma nixtieqx li f'dan il-Kumitat nibdew xi trend li s'issa ma kellniex li nużaw dan il-Kumitat biex nitfgħu botti lill-Gvern jew lill-Oppożizzjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "CLYDE PULI: Ħu paċenzja għax dawn allegazzjonijiet!", "Hawnhekk qegħdin fil-Parlament u l-Membri Parlamentari għandhom id-dritt li jesprimu ruħhom kif iħossu huma!", "U ma naħsibx li għandek tkun inti li tibqa' tinsisti li tiċċensura lil xi ħadd.", "Ma naħsibx li għandek tagħmilha din.", "ROBERT CUTAJAR: Fejn ma jogħġbokx twaqqaf inti!", "Fejn huma dawn ir-regolamenti?", "Sinjura President, fejn ma jogħġbokx twaqqaf u din mhux illum biss għamiltha imma ilek tagħmilha żmien.", "THE CHAIRPERSON: S'issa dan il-Kumitat dejjem ipprova jkun kostruttiv u ma nixtieqx li nibdlu t-triq.", "ROBERT CUTAJAR: Imma jien x'għedt ħażin b'daqshekk?", "Kulma għedt hija l-verità.", "THE CHAIRPERSON: Skużawni imma se jkolli nikkonkludi l-laqgħa.", "Nirringrazzja ħafna lill-Ministru u lill-Professor Mullard talli ġew għal din il-laqgħa.", "CLYDE PULI: Se nkunu qed nagħmlu laqgħa oħra?", "THE CHAIRPERSON: Iva, nistgħu nagħmlu laqgħa oħra.", "U jiena m'għandix problema biex niddiskutu.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Għandi xi commitments il-ġimgħa d-dieħla għax se nkun imsiefra.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, qabel ma nxolju l-laqgħa nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li l-Minuti tal-aħħar laqgħa ħallejnihom għall-aħħar.", "Jiena nappella biex inżommu daqxejn iktar kalma.", "Aħna fadlilna ħames snin fil-gvern u m'għandniex għalfejn noqogħdu neħduha daqshekk bi kbira Onor. Puli!", "CLYDE PULI: Onor. Agius Decelis, kalma u mhux hija suġġettiva.", "Jiena nappella biex nitkellmu iktar bis-sens imma dik ukoll hija suġġettiva.", "Ejja ma nagħmlux kummenti suġġettivi.", "(Interruzzjonijiet)", "Għandna żewġ minuti biex forsi nikkonkludu bħan-nies.", "Kien hemm xi oppożizzjoni għal xi parti mill-Minuti tal-aħħar laqgħa?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Aħna l-Minuti lanqas biss ġibnihom għall-attenzjoni għaliex ridt nibda mill-ewwel il-laqgħa biex ma nżommux lill-Ministru hawnhekk.", "Madankollu ma naħsibx li hemm xi oġġezzjoni għalihom.", "THE CHAIRPERSON: Min-naħa tagħkom hawn xi oġġezzjoni għall-Minuti?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu napprovawhom.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 18 li saret nhar l-Erbgħa 12 ta' Frar, 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON: Aħna nerġgħu niltaqgħu nhar l-Erbgħa 26 ta' Frar b'aġenda li titħabbar aktar tard.", "Imbagħad insibu ġurnata oħra sabiex inkomplu niddiskutu dan is-suġġett.", "Fis-6.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140218_019d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 19", "It-Tlieta, 18 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5.30 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 18 li saret nhar l-Erbgħa 12 ta' Frar 2014 ġew konfermati.", "dISKUSSJONI MILL-KUMITAT FUQ IL-GREEN PAPER aGAINST POVERTY AND SOCIAL eXCLUSION 2014-2024 - kontinwazzjoni", "Għal din id-diskussjoni kienet mistiedna l-Ministru Marie Louise Coleiro Preca sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet li kellhom il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali fuq il-Green Paper.", "Kien preżenti wkoll il-Professur Mullard li huwa konsulent finanzjarju tal-Gvern.", "Il-Ministru tat kopja tal-preżentazzjoni li għamlet waqt il-launching tal-Green Paper lill-Membri tal-Kumitat.", "Il-Ministru ġibdet l-attenzjoni tal-Kumitat li għalkemm id-deadline tas-suġġerimenti fuq il-Green Paper kien l-20 ta' Frar, il-qasam tal-faqar se jibqa' monitored il-ħin kollu u għalhekk il-Gvern se jibqa' miftuħ għal kull kritika u suġġerimenti li jistgħu jaslulu sabiex kemm jista' ikun il-faqar jiġi meqrud.", "L-Onor.", "Clyde Puli semma' kif l-għan aħħari ta' kull wieħed u waħda minna huwa li min huwa verament batut, naraw x'nagħmlu biex ngħinuh.", "U għalhekk wieħed irid jifhem eżatt x'inhi s-sitwazzjoni fil-pajjiż u rridu nifhmu x'tip ta' faqar qegħdin nitkellmu fuqu.", "Fuq il-Green Paper qal li din tista' tagħti l-impressjoni li fl-aħħar snin Gvern Nazzjonalista ħalla faqar kbir u ogħla mill-medja Ewropea kif ukoll li l-Gvern Nazzjonalista ma kellux pjan sabiex jiġġieled il-faqar.", "Fl-opinjoni tiegħu din l-impressjoni hija ftit 'il bogħod mir-realtà għaliex Gvern Nazzjonalista kien fassal u ħaddem diversi strateġiji li ġew ukoll rikonoxxuti minn din il-Green Paper.", "L-Onor.", "Puli qal li din il-Green Paper kellha tipproponi affarijiet ġodda, xi ħaġa li mhijiex qiegħda tagħmel u li qisu qiegħda tistenna l-ideat mingħand in-nies.", "Il-Ministru Coleiro Preca ċċarat il-punt li Green Paper mhijiex dokument tal-Gvern imma li mbagħad, ladarba titla' quddiem il-Kabinett issir dokument tal-Gvern.", "Il-Green Paper hija ġabra ta' konsultazzjoni, studju u riċerka.", "Fiha wkoll l-input tal-professjonisti u l-esperti li qegħdin joffru numru ta' policy options.", "L-għan tagħha kien li toħloq id-diskussjoni għaliex l-issue tal-faqar trid tibqa' tiġi monitored kontinwament u li jekk ma nagħmlux hekk il-faqar jista' jfeġġ f'forom differenti.", "Semmiet ukoll kif l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda tagħmel il-monitoring tagħha fuq din l-issue u talbet lill-Malta sabiex tagħmel din l-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u rabtitha mal-funding period għall-perjodu tal-erba' snin li ġejjin.", "Semmiet ukoll kif f'pajjiżna għandna wieħed minn kull tliet itfal li qegħdin f'riskju ta' faqar.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-6.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140218_019m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014 fis-6.45 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni (Kont.)", "19 ta' Frar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140219_003a_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz € 2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.58 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 2 li saret nhar itTlieta, 28 ta' Jannar 2014, ġew ikkonfermati.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): IlKumitat qed jiltaqa' llum biex ikompli jikkonsidra lkaż ta' ksur ta' privileġġ imqajjem millPrim Ministru fisseduta tat-30 ta' Settembru 2013, filkonfront talKap talOppożizzjoni.", "Fillaqgħa li għaddiet, kif jirriżulta millMinuti, ta xxhieda tiegħu lPrim Ministru.", "Skont ilftehim li kellna, peress li ma ġewx indikati xhieda għal-laqgħa tallum millPrim Ministru, innaħa talOppożizzjoni ġiet notifikata li llum jista' jinstema' lKap talOppożizzjoni, li filfatt qiegħed hawn preżenti.", "Għalhekk nixtieq infakkar ilproċedura li se nimxu biha, kif iddeċidejna flewwel laqgħa.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, naħseb li mhux hekk kien ilftehim.", "Ilftehim kien li flewwel seduta jixhed ilPrim Ministru, kif filfatt ġara.", "Din isseduta tħalliet biex ilPrim Ministru u nnaħa talGvern iġibu lprovi li fadlilhom, jew jiddikjaraw li m'għandhomx iżjed provi, u allura naħseb li lewwel … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħallih jispiċċa, ħu paċenzja.", "CHRIS SAID: Dak kien ilftehim li ntlaħaq flaħħar seduta.", "MR SPEAKER: Ħa naqralek eżattament dak li ġie ddikjarat misSedja flaħħar seduta.", "Onor. Said, qed naqra ttraskrizzjoni biex inkunu eżatti.", "F'dik isseduta qabel aġġornajna għedt hekk, u naħseb li korrett:", "\"Ilproċedura mhijiex daqshekk stretta.", "Laħħar darba ftehemna – ikkorreġuni jekk inkun qed niżbalja – jixhed ilPrim Ministru, jekk ikun hemm xi xhieda li jixtieq itella' lPrim Ministru jtellagħhom – ovvjament mhux illum għax isseduta llum kienet għalih – u jagħlaq.", "Imbagħad jibda jixhed ilKap talOppożizzjoni li mbagħad itella' xxhieda tiegħu u jagħlaq.", "Ovvjament ma hemm lebda rabta li jekk wieħed irid jerġa' jtella' xhud … Dik għamilnieha ċara!", "Jekk ilPrim Ministru għandu xi xhieda oħra, isseduta li jmiss se tkun għalhekk.", "Finnuqqas, imbagħad jibda lKap talOppożizzjoni.", "Jekk ilPrim Ministru ma jkunx se jtella' xhieda oħra, jinforma lillIskrivan talKamra biex javża lillKap talOppożizzjoni ħalli jitla' jixhed hu u hekk ma naħlux isseduta.\"", "Effettivament sar ilkomunikat mannaħa tagħkom biex illum jibda jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "Inti għandek xi problema li jixhed ilKap talOppożizzjoni?", "CHRIS SAID: M'għandix problema li jixhed ilKap talOppożizzjoni imma lewwel irid ikun hemm iddikjarazzjoni li m'hemmx iżjed provi minnaħa tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li hija problema, tista' tiġi ddikjarata.", "LOUIS GRECH: Le, flewwel seduta konna ftehemna li ...", "MR SPEAKER: Kollox sew, dik diġà ġiet iddikjarata.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, ħu paċenzja bija.", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, ħa nagħlaq jien.", "LOUIS GRECH: Le, għadni lanqas għedt tiegħi!", "MR SPEAKER: Issa nagħtik ilmicrophone.", "Qed niftiehmu dwar dak li għedt flaħħar seduta?", "Jekk kemmil darba lPrim Ministru, illum, ma jkunx se jtella' xhieda għax m'għandux xhieda x'itella' f'dan listadju, jibda jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, aħna konna qbilna wkoll li żżewġ naħat, kemm minnaħa tagħna kif ukoll minnaħa loħra, jistgħu at any time jirriservaw iddritt li jtellgħu xhieda, jekk ikun hemm ilbżonn.", "Dik il-proċedura konna ddeċidejnieha flewwel seduta.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, jekk tippermettili, naqra millMinuti talewwel seduta:", "\"Wara diskussjoni, ilKumitat qabel ukoll li jibda billi lewwel jixhed ilPrim Ministru li jkollu d-dritt isejjaħ ixxhieda tiegħu, u mbagħad jixhed ilKap talOppożizzjoni li wkoll ikollu ddritt isejjaħ ixxhieda tiegħu.", "IlKumitat ikollu ddritt li jsejjaħ xhieda f'kull stadju.\"", "Onor. Chris Said, agħmel largument tiegħek.", "CHRIS SAID: Ħa nagħmel largument, jekk iħalluni nagħmlu largument.", "MR SPEAKER: Ħadd mhu qed jgħidlek xejn.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, ilpożizzjoni tagħna hija ċara.", "Lewwel ħaġa li trid issir hija li jkun hemm dikjarazzjoni li titniżżel filMinuti fejn ilPrim Ministru jiddikjara li m'għandux iżjed provi.", "Ilftehim kien ċar: li jsejjaħ ixxhieda tiegħu.", "Jekk ma rridux nagħmlu dan, allura għalina mhux aċċettabbli għax, filverità, din hija l-qorti li għażel li jmur fiha lPrim Ministru, qorti li fiha għandu lmaġġoranza.", "Alla jbierek kellna sitwazzjoni fejn dak li qal ilKap talOppożizzjoni filKamra qalu darba, darbtejn, tlieta u iżjed barra.", "IlPrim Ministru kellu ċċans li jieħu lKap talOppożizzjoni quddiem qorti indipendenti, immexxija minn imħallef indipendenti fejn hemmhekk issir ...", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, b'kull rispett, ibqa' fuq largument u tiżvijjax.", "Largument huwa fuq ilproċedura tallum.", "CHRIS SAID: Ġej għall-proċedura, imma minn hemm irrid nitlaq biex nasal għallproċedura.", "MR SPEAKER: Ejjew ħa nimxu dwar x'se nagħmlu llum.", "Ħu paċenzja, agħmel largument.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, largument qed nagħmel, jekk tħallini.", "MR SPEAKER: Qed taqbadli fuq argument ieħor.", "CHRIS SAID: Huwa parti millargument tiegħi, għadni ma kkonkludejtx u ma nistax nifhem kif tasal għallkonklużjoni li largument tiegħi m'għandux x'jaqsam!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Agius, ma tajtekx ilmicrophone.", "CHRIS SAID: Qed nitkellem fuq ilkaż li għandna quddiemna, każ li ġie quddiem din ilqorti fuq għażla talPrim Ministru.", "Iva, dan ilKumitat huwa forma ta' qorti għax ilpoteri li għandu dan ilKumitat huma poteri li jistgħu jwasslu għal sanzjonijiet filkonfront talKap talOppożizzjoni.", "Kienet għażla talPrim Ministru li jiġi f'din u ma jmurx f'qorti indipendenti, għax hawn huwa komdu għax għandu lmaġġoranza.", "MR SPEAKER: Fuq ilproċedura tallum, jekk jogħġbok.", "CHRIS SAID: Ma jimpurtax, ħa nkompli largument.", "Għażel li jiġi fejn għandu maġġoranza; fuq dikjarazzjoni li kienet ġudizzju politiku talKap talOppożizzjoni.", "Illum, nista' ngħid li lPrim Ministru, nhar ilĦadd li għadda f'attività politika ddeċieda li jżomm milli jsiru 1,000 kawża ta' korruzzjoni.", "X'jagħmel ilPrim Ministru jekk ngħid dan?", "(Interruzzjonijiet)", "(Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Dan qiegħed out of order, m'għandu x'jaqsam xejn massuġġett tallum.", "DAVID AGIUS: Onor. Grech, għandu x'jaqsam, mhux li tgħid inti għandu x'jaqsam hawn ġew.", "Ma tiddeċidix inti hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet) Lanqas lilu ma tajt ilkelma, Mr Speaker, imma lili waqqaftni.", "MR SPEAKER: Jekk se tibqa' tindirizza lisSedja b'dan ilmod se jkolli nissospendik.", "DAVID AGIUS: Issospendini, x'affarijiet dawn!", "Lili għedtli li m'għandix dritt u lilu m'għedtlux!", "MR SPEAKER: Lil kulħadd.", "Hawnhekk inġibu ruħna skont irregolamenti.", "Onor. Chris Said, largument tiegħek kien … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Għadni ma spiċċajtx largument.", "MR SPEAKER: IsSedja mhux se tħallik tagħmel argumenti li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan issuġġett.", "CHRIS SAID: Jien waqaft għax waqqaftni inti, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Dażgur li waqqaftek.", "Jien irrid inkun naf mingħandek … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: X'ħin tgħidli, inkompli largument.", "MR SPEAKER: Le, jien se ngħidlek.", "CHRIS SAID: Jiġifieri ma nistax nagħmel largument?", "MR SPEAKER: Iva, se nħallik imma jien qed nippresjedi, jekk jogħġbok.", "Inti llum għamiltli sottomissjoni li ladarba m'hemmx iktar xhieda millPrim Ministru u minnaħa talGvern f'dan listadju, allura lKap talOppożizzjoni mhuwiex f'pożizzjoni li jixhed.", "CHRIS SAID: Definittivament le, u ngħid għaliex.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq akkużi ta' natura kriminali.", "La huma akkużi ta' natura kriminali, aħna nsostnu li lPrim Ministru li ressaq lakkużi kellu jixhed, kif għamel, iġib ixxhieda tiegħu u jiddikjara li m'għandux iżjed xhieda.", "Lakkużat – ilKap talOppożizzjoni, li qed ngħadduh ġuri f'dan ilKumitat – imbagħad ikollu dritt jagħżel li jixhed jew ma jixhidx wara li jingħalqu lprovi ta' min qed jagħmel lakkuża, u jġib ixxhieda tiegħu jekk ikollu.", "Aħna qed nenfasizzaw li ngħaddu għal dak ilpunt meta nnaħa loħra tiddikjara li m'għandhiex iktar provi.", "MR SPEAKER: Ħa nistaqsi nnaħa loħra.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja jekk jogħġbok, nagħmel iddomandi, bħal m'għamilt iddomandi lillOnor.", "Onor. Louis Grech, inti lest tiddikjara li lPrim Ministru m'għandux xhieda f'dan listadju?", "LOUIS GRECH: Jekk qed nitkellmu f'dan listadju huwa mod, imma nirriżervaw iddritt li ntellgħu xhieda iktar 'il quddiem.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Kummiedji!", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, ngħidlek jien kif ftehemna.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, biddovut rispett lejn ilkollegi tagħna, aħna għamilnieha ċara flewwel laqgħa u ġiet ikkonfermata fittieni laqgħa wkoll, ikkwota millewwel laqgħa lOnor.", "Ħa naqra laħħar sentenza:", "\"IlKumitat ikollu d-dritt li jsejjaħ xhieda f'kull stadju.\"", "Ċara iktar minn hekk naħseb ma tistax tkun.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nkompli, jekk jogħġobkom?", "Dan ifisser li f'kull stadju tal-proċeduri ta' dan il-Kumitat … li mhuwiex qorti u naħseb lkoll nafu li r-regoli u l-proċeduri ta' dan il-Parlament ma nbidlux f'dawn l-aħħar għaxar xhur u dak li kien tajjeb qabel id-9 ta' Marzu suppost għadu tajjeb illum.", "IlGvern u lOppożizzjoni qbilna, kif jidher filMinuti talewwel laqgħa u filMinuti tattieni laqgħa, li f'kull stadju, kull naħa – mhux ilGvern biss – jistgħu jtellgħu xhieda.", "Għal-laqgħa tallum, bejn lewwel laqgħa, bejn meta … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, qed jitkellem lOnor.", "IsSedja trid issegwi lil min qed jitkellem.", "CARMELO ABELA: Jiena ma interrompejt lil ħadd.", "Issa jekk min qal Pyongyang irid … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Kompli, jien ngħidlek x'ħin tieqaf.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, dan ilpunt diġà huwa sorvolat għax hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li hu mniżżel fil-Minuti, li f'kull stadju żżewġ naħat jistgħu jtellgħu xhieda.", "Ma nafx għalfejn qed iqum issa dan ilpunt meta diġà bdejna lproċeduri quddiem dan ilKumitat.", "CHRIS SAID: Ma naqbilx ma' dak li qed jgħid lOnor.", "Carmelo Abela għax ilMalti li hu miktub bih ilverbal jew ilMinuti talewwel laqgħa huwa ċar:", "\"… ilKumitat qabel ukoll li jibda billi lewwel jixhed ilPrim Ministru ...\"", "Mela, dik ilparti konkluża.", "\"… li jkollu d-dritt isejjaħ ixxhieda tiegħu, u mbagħad ...\"", "Mela, lewwel irid isejjaħ ixxhieda lPrim Ministru.", "\"… jixhed ilKap talOppożizzjoni li wkoll ikollu ddritt isejjaħ ixxhieda tiegħu.\"", "Laħħar sentenza:", "\"IlKumitat ikollu ...\"", "Aħna lkoll – la lPrim Ministru u lanqas ilKap talOppożizzjoni – ikollna dritt li nsejħu xhieda f'kull stadju.", "Ma tistax tkun iktar ċara.", "Ħa niġi għallewwel parti.", "Lewwel parti hija ċara, ilPrim Ministru xehed, kellu dritt itella' xxhieda tiegħu.", "Issa lPrim Ministru jrid jiddikjara jekk fadallux provi jew le, xi ħaġa li donnu ma tridux … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, jimporta tindirizza lisSedja?", "Skont ilMinuti li għadna kemm approvajna lkoll proprju qabel ma bdejna, hemm ċar li f'każ li ma jiġux indikati lis-Sedja ebda xhieda millPrim Ministru … Ħa niddikjara li l-Prim Ministru, la informani direttament jew permezz tal-Iskrivan jew xi Membru ieħor ta' dan il-Kumitat, li għandu aktar xhieda.", "Bħala Sedja, allura, qed neħodha illi l-Prim Ministru m'għandux aktar xhieda.", "(Interruzzjonijiet) Dik qed ngħidha jien.", "(Interruzzjonijiet) F'każ li ma jiġux indikati xhieda minnaħa talPrim Ministru, ilKumitat qabel – kif għadna kemm approvajna filMinuti – li millaqgħa li jmiss, jiġifieri millum, jibda jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "Jiena naf x'għedt għax għandi ttraskrizzjoni u nerġa' mmur għaliha, u nagħmel referenza għal paġna 12 talewwel laqgħa meta stabbilixxejna l-proċedura dwar kif se nimxu.", "Dakinhar kont għedt:", "\"Ħalli nikkwota artikolu 4 talOrdinanza dwar ilPrivileġġi u sSetgħat talKamra tadDeputati, lartikolu li jittratta ssetgħa talKumitat.", "Artikolu 4 jgħid li at any stage lKamra 'tista' tordna ddehra quddiemha ta' xhieda u anke periti biex jagħtu xxhieda'.", "Ejja ngħidu li lKap talOppożizzjoni jkun xehed, lesta xxhieda tiegħu u qal: Jiena ma baqagħlix iktar provi, m'għandix għalfejn intella' xhieda oħrajn.", "Jekk f'dak listadju dan ilKumitat iħoss ilħtieġa li jerġa' jisma' xhud ieħor, jista' jordna li jitla' xhud ieħor.", "Jien qed ngħid hekk biex ma noqogħdux ninħlew fuq dan iddettall, għax ilKamra fi kwalunkwe stadju, anke flaħħar, tista' tgħid: Jien irrid nerġa' nisma' lillKap talOppożizzjoni.", "U allavolja lKap talOppożizzjoni jkun qal li huwa lest, irid jerġa' jiġi jixhed hawnhekk.", "Għax dan ilKumitat għandu lpoteri billiġi li jordna lillKap talOppożizzjoni jew lillPrim Ministru jerġa' jiġi hawn biex jagħmillu domandi oħrajn.", "U jista' jagħmel hekk at any stage.\"", "Wara li konna ftehmna jien għidt hekk:", "\"Limportanti huwa li din ilKamra bi ħsieb profond imma ċar tagħmel dak li għandha tagħmel flinteress pubbliku.", "Dan huwa lħsieb talliġi, li jsir dak li għandu jsir flinteress pubbliku.", "Jidhirli li, meta darba konna qegħdin niddiskutu dawn ilproċeduri, lOnor.", "Tonio Borg, dak iżżmien kien membru ta' dan ilKumitat – u naħseb li għandu raġun – ilKamra tista' twassal għal proċeduri filqorti imma tista' ma twassalx għal proċeduri filqorti.", "Mela, ejja nimxu bilkawtela, m'għandniex għalfejn nidħlu fiddettall ta' proċedura.", "Jien qed nifhem ilpunt talOnor.", "Said għax kont diġà qajjimtu, li kemm jista' jkun min jibda jagħlaq u mhux lewwel jgħid li se jtella' tliet xhieda, imbagħad itella' tlieta oħra ...\"", "(Interruzzjonijiet)", "\"Imma lKamra dejjem għandha lpoter ...\"", "(Interruzzjonijiet)", "Ħallik millogħob!", "IlKamra dejjem għandha lpoter li terġa' ssejjaħ lil xi ħadd ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Ara min qed jilgħab!", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Mhux ilPrim Ministru, ilKamra!", "Tagħmel differenza!", "F'dan il-każ ilPrim Ministru mhux parti minn dan il-Kumitat.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Qed tilagħbu intom għax għandkom ilmaġġoranza u mingħalikom tistgħu tagħmlu … (Interruzzjonijiet) Dan huwa prinċipju bażiku, Onor. Carmelo Abela, ta' natural justice li lewwel tinstemgħu intom, u tiddikjaraw li m'għandkomx iktar provi!", "Dan hu liktar prinċipju bażiku ta' ġustizzja naturali!", "M'intomx kapaċi timxu maliktar prinċipju bażiku ta' ġustizzja naturali, aħseb u ara f'affarijiet oħra x'tagħmlu!", "Fis-7.08 p.m. l-iSpeaker issospenda l-Kumitat minħabba diżordni.", "Fis-7.13 p.m. il-Kumitat irriżuma.", "MR SPEAKER: Ara li ma jkollix nerġa' nissospendi għax imbagħad ma nerġax niġi!", "Ejjew inġibu ruħna kif suppost.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija problema tagħkom u mhux tiegħi!", "Hawn talba biex membri talmedia jieħdu xi filmati flewwel minuti tallaqgħa.", "Hawn xi oġġezzjoni?", "Ilpermess ingħata.", "MR SPEAKER: Nitlob lillmembri talmedia biex jidħlu filKamra talKumitat biex ikunu jistgħu jieħdu xi filmati għal ftit minuti.", "Fuq ilpunt li qajjimt inti Onor. Chris Said.", "Jien spiċċajt ilbran fejn konna ftehmna li jekk ilKumitat, wara li jkun sema' xxhieda, ikollu bżonn li jerġa' jinstema' xhud ieħor – anke jekk jitqajjem minn xi ħadd minnkom bħala membri talKumitat – biex isiru xi domandi addizzjonali, dan jista' jsir.", "Flaħħar seduta, biex nerġa' nirrikapitola dak li hemm rifless ukoll filMinuti, konna ddikjarajna li f'każ li lPrim Ministru għandu xhieda xi jtella' għandhom ikunu indikati, u f'każ li ma jindika lebda xhud – u ħa nerġa' nirrepeti, la lillIskrivan, u lanqas lili ma ġew indikati xi xhieda minnaħa talPrim Ministru – allura biex ma naħlux ħin, u konna ftehmna fuqha, jibda jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "Din hija rriflessjoni talMinuti.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, naqblu malewwel parti ta' dak li għedt inti, fissens li lPrim Ministru llum kellu jtella' xxhieda tiegħu.", "Aħna li qed nitolbu huwa dikjarazzjoni li lPrim Ministru ma baqagħlux iżjed xhieda!", "Ħalli mbagħad inkunu nistgħu nirregolaw ilpożizzjoni tagħna.", "Diġà spjegajt irraġunijiet għalfejn.", "Anke filMinuti hekk qiegħda.", "Nerġa' naqra:", "\"Wara diskussjoni, ilKumitat qabel ukoll li jibda billi lewwel jixhed ilPrim Ministru ...\"", "Imxejna ma' dak li ġie deċiż flewwel laqgħa.", "\"… li jkollu d-dritt isejjaħ ixxhieda tiegħu, u mbagħad jixhed ilKap talOppożizzjoni ...\"", "Mela, ilKap talOppożizzjoni u xxhieda tiegħu jinstemgħu wara li jkunu nstemgħu lPrim Ministru u xxhieda tiegħu.", "Ċara!", "Ma tistax tkun iktar ċara minn hekk!", "Issa aħna li qed nitolbu, ladarba llum ilPrim Ministru ma ġabx xhieda, hija dikjarazzjoni li tinżel filMinuti li lPrim Ministru ma baqagħlux iżjed xhieda!", "Imbagħad nirregolaw ilpożizzjoni tagħna!", "Però, huwa prinċipju bażiku talġustizzja naturali, li meta inti għandek akkużat, lewwel ikun min qed jakkużah li jġib ixxhieda tiegħu; imbagħad lakkużat jixhed hu, jekk jagħżel li jixhed, għax jista' jagħżel li jixhed jew le.", "Dik hija deċiżjoni li għad trid tittieħed abbażi taxxhieda li se jinġabu.", "Imbagħad itella' xxhieda tiegħu.", "Jista' wkoll jagħżel li ma jġibx xhieda għax jargumenta li m'hemmx każ minn dik ixxhieda li jkun ġab min qed jakkużah.", "Dan huwa wieħed milliktar prinċipji bażiċi talġustizzja naturali!", "Issa jekk ma rridux nimxu malprinċipji bażiċi talġustizzja naturali, ma rridux nimxu malMinuti li ftehmna fuqhom aħna stess, allura … Jien għalhekk qed nitlob dikjarazzjoni ċara li lPrim Ministru ma baqagħlux iżjed xhieda!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Lewwel nett Mr Speaker nixtieq niċċara punt dwar l-istadju talatti meta nkunu filqorti, ċjoè jekk ikun hemm xi dokumenti li jridu jidħlu flatti, għax qed jinstema' ħafna qorti u mhux qorti u similanzi ma' qorti.", "Hawnhekk, dokumenti bħal xi ntqal filKamra hawn xi neċessità li jiġu preżentati bħala atti f'dan listadju?", "Din mhijiex ċara.", "Nixtieq inkun naf x'inhija lpożizzjoni.", "Jekk ikun ilkaż hemm dokumenti li nixtiequ npoġġu bħala dokumenti.", "MR SPEAKER: Ħa nkunu ċari.", "IlPrim Ministru għandu jara jekk fadallux provi jew dokumenti oħra, apparti xxhieda, li jidhirlu li għandu jippreżenta f'dan ilKumitat.", "Naħseb li ddomanda li qed jagħmel lOnor.", "Chris Said, għalkemm din mhijiex qorti u m'aħniex regolati bil-proċedura talqorti, hi x'inhi lpożizzjoni firrigward ta' xhieda li jista' jkun fadallu lPrim Ministru.", "Din hija domanda li tridu taraw minnaħa tagħkom.", "Jekk f'dan listadju lPrim Ministru jħoss u jiddikjara li m'għandux aktar xhieda, nibdew nisimgħu lillOnor.", "Kap talOppożizzjoni.", "LOUIS GRECH: Ejja nagħmlu ftit sens minn dan kollu.", "Aħna qed ngħidu li f'dan listadju le, ilPrim Ministru m'għandux.", "Dik qed niddikjarawha.", "Però xorta, kif qed jgħid l-iSpeaker, dan ilKumitat jirriżerva ddritt li jtella' kwalunkwe xhieda.", "MR SPEAKER: Dik qbilna fuqha filKumitat.", "LOUIS GRECH: Ittieni ħaġa hija li din mhix qorti, nagħmluha ċara; sempliċement hemm ruling ta' prima facie min-naħa tiegħek.", "Irridu naraw kemm dan ilKumitat qed isib ilfatt u lverità tagħha.", "Naħseb li jekk aħna naqblu li nimxu b'dan il-mod, inkomplu għaddejjin u ma jkollniex iktar tħarbit f'dan issens.", "MR SPEAKER: Qed jiġi ddikjarat millOnor.", "Louis Grech – inniżżluha filMinuti jekk jogħġbok – li lPrim Ministru ma fadallux iktar xhieda, salv jekk ilKumitat jiddeċiedi fuq kull parti, kemm min-naħa talPrim Ministru, kif ukoll min-naħa talOppożizzjoni … Ħu paċenzja, ma nerġgħux nagħmlu battibekki!", "IlPrim Ministru kellu jindika xxhieda sallum.", "Illum ma indika l-ebda xhieda, mela m'għandux xhieda!", "Daqshekk!", "Tibda tixhed inti Onor. Kap talOppożizzjoni?", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Irridu niċċaraw jekk hux dak li qal l-Onor.", "Louis Grech jew dak li ġie verbalizzat minnek, għax hemm diskrepanza!", "MR SPEAKER: Dak li ġie verbalizzat minni!", "Għandek oppożizzjoni għal dak li ġie verbalizzat minni?", "Niżżel: qed jiġi ddikjarat millOnor.", "Louis Grech li lPrim Ministru ma fadallux iktar xhieda, salv ilKumitat jiddeċiedi (Interruzzjonijiet) Le, le, ħu paċenzja.", "Aħna qed nitkellmu fuq xhieda, issa niġi għaddokumenti.", "Issa nagħmlu dikjarazzjoni.", "Hawnhekk mhux qegħdin f'qorti fejn noqogħdu nivverbalizzaw … Ħu paċenzja.", "Onor Chris Said, ħa nerġa' nirrepeti dak li qed jiġi … (Interruzzjonijiet)", "DEBORAH SCHEMBRI: Sakemm ikun hemm dik iddistinzjoni m'għandix problema.", "MR SPEAKER: Mela, ilPrim Ministru ma baqagħlux iktar xhieda, għax kieku kellu xhieda kellu jġibhom illum; salv li lKumitat jista' jiddeċiedi li jtella' xxhieda hu, kemm biex jirregola xxhieda talKap talOppożizzjoni u kemm biex jirregola xxhieda talPrim Ministru; salv xi dokumenti li qed tgħaddi lOnor.", "Deborah Schembri, li għandhom jiġu ppreżentati.", "Tista' tgħidilna x'dokumenti huma?", "DEBORAH SCHEMBRI: L-ewwel dokument huwa lestratt misseduta 55 tat30 ta' Settembru 2013.", "MR SPEAKER: Qiegħed għandek?", "DEBORAH SCHEMBRI: Hija kopja tagħna.", "MR SPEAKER: Għax kont ngħidlek ippreżentah issa.", "DEBORAH SCHEMBRI: … u ruling mogħti minnek, Mr Speaker, fisseduta 56 tal1 ta' Ottubru.", "Dawk huma.", "MR SPEAKER: Biex inkunu preċiżi, dak li għadha kif għamlet referenza għalihom … (Interruzzjonijiet) Ħa niddefinixxi dak li jista' jagħmel Kumitat, Onor. Chris Said.", "Lartikolu 120D talOrdnijiet Permanenti jgħid:", "\"IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi għandu jkollu ssetgħa u lawtorità, mingħajr preġudizzju għaddispożizzjonijiet talordni permanenti 164, li jħarrek xhieda u li jordna li jinġiebu dokumenti quddiemu ...\"", "Jiġifieri anke dwar dokumenti, kemm minnaħa talOppożizzjoni u kemm min-naħa talPrim Ministru, jekk hemm xi dokumenti li jridu jtellgħu, dawn ikunu awtorizzati minnaħa talKumitat.", "\"IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi jista' jitlob li lAvukat Ġenerali ...\"", "Qiegħed hawnhekk.", "Mela, ilKumitat huwa regolat biex jagħmel dan blOrdnijiet Permanenti.", "CHRIS SAID: Huwa veru li lKumitat għandu dak lordni permanenti, però, hawnhekk irid iqis innatura talkaż li għandu quddiemu dan ilKumitat u għal xiex jista' jwassal.", "Din hija akkuża li għandha sanzjonijiet ta' natura kriminali.", "La għandha sanzjonijiet ta' natura kriminali, hawn, bla dubju ta' xejn, iridu jidħlu lprinċipji li jirregolaw ilġustizzja naturali f'kull każ.", "Allura, aħna qed insostnu li jekk innaħa loħra … X'inhi ddiffikultà li nnaħa loħra … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja.", "Diġà sar ilverbal li lPrim Ministru ma baqagħlux xhieda.", "Qed terġa' tiftaħ …", "CHRIS SAID: Qed jgħidu li baqgħalhom dokumenti xi jpoġġu!", "MR SPEAKER: Iddokumenti diġà qegħdin ngħidu li għandhom jiġu ppreżentati.", "CHRIS SAID: Għaliex ma jippreżentawhomx?", "Għaliex ma jġibuhomx?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja!", "Ħallik minn Mr Speaker!", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, iddokumenti lKumitat u mhux ilPrim Ministru … Ejja nagħmlu differenza bażika bejn ilPrim Ministru u dan ilKumitat!", "IlPrim Ministru mhux dan ilKumitat!", "LOrdnijiet Permanenti jgħidu ċar li huwa lKumitat, aħna kollha li hawn f'din ilkamra, li qegħdin madwar din ilmejda u li qegħdin f'dan ilKumitat li għandna dritt, u mhux ilPrim Ministru!", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "Mela nimxu biċċa.", "Onor. Deborah Schembri, iddokumenti li trid tippreżenta qegħdin fuqek jew le?", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, għax huma kopja noted u huma lkopja talavukat.", "Jista' jkun hemm dokumenti oħrajn.", "MR SPEAKER: Iddokumenti huma dokumenti talKamra?", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, qed nagħmel id-domandi jien!", "Ħa mmexxi!", "Mela se noqogħdu naħlu lħin?", "MR SPEAKER: Mhux għaddokumenti għidtli?", "Ħa niċċaraha taddokumenti!", "Iddokumenti illi għandek (Interruzzjonijiet) Mela niżżel, dawk nippreżentawhom aħna.", "Għidli liema huma?", "Intellgħuhom aħna.", "CARMELO ABELA: Irruling tiegħek Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Irruling tiegħi naħseb li għandu kulħadd.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kellna estratt misseduta 55 tat30 ta' Settembru u rruling mogħti minnek.", "MR SPEAKER: M'għandekx għalfejn tippreżentahom, nippreżentawhom aħna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jista' jkun hemm dokumenti oħrajn!", "Mhux jista' jkun hemm dokumenti oħrajn!", "Iddokumenti loħrajn ilKumitat jista' jressaqhom!", "Qed nistaqsu mistoqsija ċara: ilPrim Ministru għandu aktar dokumenti xi jressaq?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Iva, għandu dokumenti.", "DAVID AGIUS: Mela jrid iressaqhom illum!", "CARMELO ABELA: Dawn dokumenti millKumitat!", "MR SPEAKER: M'għandekx għalfejn tgħolli leħnek!", "Kulħadd qed jisimgħek hawn!", "Ħu paċenzja!", "DAVID AGIUS: Qed tgħaddu ġuri lillKap talOppożizzjoni!", "Għalhekk!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk ħa terġa' tibda tgħaddi r-rimarki (Interruzzjonijiet) Onor. Deborah Schembri, dawk huma ddokumenti li lPrim Ministru jixtieq jippreżenta qabel ma jagħlaq?", "MR SPEAKER: Qed ninforma lillKumitat li dawk iddokumenti huma parti middokumentazzjoni parlamentari u se jkunu available sakemm nagħlqu din illaqgħa.", "CHRIS SAID: IlPrim Ministru ma fadallux aktar dokumenti u provi?", "CHRIS SAID: Issa jkollna kopja taddokumenti, narawhom, imbagħad nirregolaw ilpożizzjoni tagħna.", "MR SPEAKER: Illum nifhem li lKap talOppożizzjoni mhux se jixhed.", "CHRIS SAID: Ġiet verbalizzata hux hekk?", "CHRIS SAID: Ma jiġux b'iktar.", "Inġibu lprovi tagħna (Interruzzjonijiet) Niddeċiedu aħna x'ħin jixhed!", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, qisek qed tiddubita dak li għandi verbalizzat.", "(Interruzzjonijiet) Terġax tagħmel crossdebate!", "(Interruzzjonijiet) Inutli toqgħod ittella' ttemperatura!", "M'għandix problemi!", "IlPrim Ministru ma fadallux xhieda u ddokumenti huma dawk li rreferiet għalihom lOnor.", "Illum mhuwiex f'pożizzjoni li jitla' lOnor.", "Kap talOppożizzjoni?", "Aħna se nirregolaw ilpożizzjoni tagħna.", "MR SPEAKER: Qed nifhem li llum mhux se jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "Jiddikjaraw, u titħalla seduta għallprovi tagħhom.", "MR SPEAKER: IlKumitat jieqaf hawnhekk u naġġornaw għal ġurnata oħra.", "Fis-7.25 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees priv", "source": "Extracted from 20140219_003d_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 3", "LErbgħa, 19 ta' Frar, 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt, Valletta fis6.58 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, lOnor.", "Għallaqgħa kienu preżenti wkoll idDeputat Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech u lkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 2 li saret fit28 ta' Jannar 2014 kienu kkonfermati.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "LiSpeaker informa lillKumitat illi, skont ilftehim milħuq fillaqgħa preċedenti, peress li lPrim Ministru ma indikax xhieda li xtaq itella' għal din illaqgħa, innaħa talOppożizzjoni ġiet innotifikata li f'din illaqgħa jista' jibda jinstema' lKap talOppożizzjoni.", "Innaħa talOppożizzjoni oġġezzjonat u qalet li ma kienx dak ilftehim iżda li nnaħa talGvern kien għad kellha tiddikjara li lPrim Ministru ma fadallux aktar provi xi jtella'.", "Louis Grech informa lillKumitat li f'dan listadju lPrim Ministru ma fadallux aktar xhieda xi jtella' iżda li lKumitat jirriserva ddritt li jtella' kwalunkwe xhieda aktar 'il quddiem.", "LiSpeaker irrefera għallOrdni Permanenti 120D fejn jgħid li:", "\"IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi għandu jkollu ssetgħa u lawtorità, mingħajr preġudizzju għaddispożizzjonijiet talOrdni Permanenti 164, li jħarrek xhieda u li jordna li jinġiebu dokumenti quddiemu.\"", "Innaħa talOppożizzjoni insistiet illi l-ewwel trid issir dikjarazzjoni minnaħa talGvern li lPrim Ministru m'għandux iktar xhieda xi jtella' u li din titniżżel filMinuti.", "Żied jgħid li mbagħad ilKap talOppożizzjoni ikollu d-dritt jagħżel li jixhed jew ma jidhidx.", "Żiedet tgħid li din ittalba kienet qed tagħmilha abbażi ta' prinċipju bażiku talġustizzja naturali.", "Fis7.08 p.m. liSpeaker issospenda lKumitat minħabba diżordni.", "Fis7.13 p.m. ilKumitat irriżuma.", "LiSpeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva talba mingħand mezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għal ftit minuti waqt illaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "Wara diskussjoni li fiha ħadu sehem ilMembri talKumitat, liSpeaker talab li filMinuti jiġi reġistrat li kien qed jiġi dikjarat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Barranin u Ewropej li lPrim Ministru ma kellux aktar xhieda xi jtella' salv jekk ilKumitat jiddeċiedi xort'oħra, kemm dwar xhieda mitluba minnaħa talGvern kif ukoll minnaħa talOppożizzjoni.", "Fuq talba taliSpeaker lOnor.", "Schembri ikkonfermat li ż-żewġ dokumenti li lPrim Ministru xtaq jippreżenta kienu:", "Estratt misSeduta 55 tat30 ta' Settembru 2013; u", "Ruling tasSedja mogħti f'Seduta 56 tal1 ta' Ottubru 2013", "Innaħa talOppożizzjoni informat lillKumitat li hekk kif ikollha kopja taddokumenti ppreżentati, lOppożizzjoni tkun tista' tirregola lpożizzjoni tagħha.", "Fis7.32 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tkun komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140219_003m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 15", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014 fis-1.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014 fis-1.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "18 ta' Frar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140219_015a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1.07 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 014, li saret nhar it-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba biex il-PBS jieħdu filmat għal ftit minuti.", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Qabel ma mmur fuq ix-xogħol dwar il-mozzjoni għat-tneħħija tal-imħallef, għandna l-kwestjoni tal-Karnival.", "Għandna email, li għandkom kopja tagħha, mibgħuta fit-12 ta' Frar, fejn hemm miktub li t-Tnejn filgħodu fi Pjazza San Ġorġ, għall-ħabta tal-10.15 a.m., ġiet ifformata parata ta' parteċipazzjoni bejn diversi skejjel.", "Wara din il-parata, għall-ħabta tan-12.30 p.m., ikun hemm programm ta' żfin li jispiċċa fis-2.00 p.m. Bażikament, qed nitkellmu it-Tnejn u t-Tlieta, 3 u 4 ta' Marzu, jiġifieri ma nafx kemm hu possibbli – fiżikament – li nidħlu fil-Parlament.", "Din qajjimtha fl-aħħar Kumitat tal-Kamra.", "Nifhem li rridu nieħdu deċiżjoni fuqha, u bdejt biha llum biex nieħdu ħsiebha mill-ewwel.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Konna ħadna deċiżjoni.", "Fil-fatt, il-Whips kellhom jiddiskutuha u jiddeċiedu bejniethom.", "MR SPEAKER: Ma kellix risposta fuqha, u allura bilfors kelli nqajjimha issa.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, naħseb li mil-lat prattiku se tkun problematika.", "MR SPEAKER: Ma tistax tgħaddi mill-bieb.", "Bieb wieħed għandna.", "Mela, neħduha li t-3 u l-4 ta' Marzu l-Parlament ma jiltaqax?", "Jekk fil-każ jinqala' xi ħaġa straordinarja fejn jitħassar kollox min-naħa tal-Karnival, ovvjament wieħed jista' jikkomunika.", "Niġu għal xogħol ieħor.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "LOUIS GRECH: Sur President, ix-xogħol li qegħdin nipproponu huwa li jkun hemm Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trusts u t-Trustees – Abbozz Nru. 32 – li jappartjeni għall-Ministru għall-Finanzi, u li se jibda llum.", "Imbagħad, għandna l-kontinwazzjoni tal-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru. 26 – li huwa wkoll tal-Ministeru għall-Finanzi.", "Nistaqsi kemm fadal kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nistgħu nispiċċawh?", "Din se nħalliha f'idejn iż-żewġ Whips biex jiddeċiedu bejniethom.", "Imbagħad, għandna Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Abbozz Nru. 35 – li se jieħu ħsiebu s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali.", "DAVID AGIUS: X'qed ngħidu li għandna wara l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi?", "LOUIS GRECH: L-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien), Abbozz Nru. 24.", "Dan jaqa' taħt il-Prim Ministru.", "LOUIS GRECH: Imbagħad, hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "DAVID AGIUS: Dak ma jistax isir il-ġimgħa d-dieħla.", "LOUIS GRECH: Mhux għall-ġimgħa d-dieħla, għal wara.", "DAVID AGIUS: Il-ġimgħa d-dieħla x'se nagħmlu?", "LOUIS GRECH: Aħna qed ngħidu li nkomplu l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tfal u Żgħażagħ.", "DAVID AGIUS: Imbagħad?", "Taħseb li dawk se jieħdu tliet seduti?", "LOUIS GRECH: Iva, naħseb li jeħduhom tliet seduti.", "Biex naqbżuhom dawk it-tnejn fil-każ.", "MR SPEAKER: Jekk qed jgħid li x-xogħol tal-ġimgħa d-dieħla bil-kelliema li hemm se nimlew is-seduti kollha, allura mhijiex problema.", "CARMELO ABELA: Fuq l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi nistgħu nagħmlu żewġ seduti mingħajr ma nikkonkluduhom, u fuq tat-Tfal u ż-Żgħażagħ nistgħu nibdewha u naħseb li nikkonkluduha f'seduta waħda.", "Ma naħsibx li għandna bżonn iktar minn seduta waħda.", "DAVID AGIUS: Ngħidu t-Tnejn u t-Tlieta nagħmlu tal-Miżuri tal-Estimi, u l-Erbgħa tat-Tfal u Żgħażagħ, ħalli ma nibdlux, għax mbagħad ikun iktar problema.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Irrid nikkonferma biss mas-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici minħabba tat-Tfal u Żgħażagħ, biex nara jekk hemmx kumitati jew safar ieħor.", "Jiġifieri, minflok, pereżempju, tkun l-Erbgħa, tkun it-Tlieta.", "MR SPEAKER: Nistgħu niċċekkjaw issa stess.", "CARMELO ABELA: Nifhem li fuq tal-Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali dak huwa marbut mal-Vot 16, li inti x-Shadow Minister tiegħu, u allura – rightly so – trid tkun hawnhekk inti.", "MR SPEAKER: Il-ġimgħa ta' wara għandna t-Tnejn u t-Tlieta mhux se niltaqgħu.", "CARMELO ABELA: Qed nitkellmu l-Erbgħa, 5 ta' Marzu.", "Hemm il-possibilità li nibdew tal-Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali.", "LOUIS GRECH: Imbagħad, ngħaddu għax-xogħol li jmiss, li huwa l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali – Abbozz Nru. 36.", "Imbagħad, nipproponi wkoll li nikkonsidraw l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta – Abbozz Nru. 37 – li jappartjeni għall-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazjonali.", "Imbagħad, ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà tal-Ajruport u l-Avjazzjoni Ċivili – Abbozz Nru. 38 – li wkoll jappartjeni għall-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.", "Imbagħad, għandna wkoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti – Abbozz Nru. 21 – tal-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ – Abbozz Nru. 39 – li se jieħu ħsiebu s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja.", "DAVID AGIUS: Aħna għadna intenzjonati li fil-5 ta' Marzu jkollna tal-Ombudsman?", "Deċiża?", "(Interruzzjonijiet) Fil-11 ta' Marzu?", "Fi x'ħin qegħdin ngħidu?", "Mill-5 ta' Marzu mxiet għall-11 ta' Marzu.", "MR SPEAKER: L-Erbgħa m'hemmx kumitat ieħor.", "LOUIS GRECH: Irrid nistaqsi lill-Onor.", "DAVID AGIUS: La qegħdin fuq ix-xogħol tal-Kamra, nixtieq nitkellem rigward il-kumitati.", "Naħseb li peress li issa għandna numru ta' kumitati mhux ħażin – kif inhu tajjeb, jiġifieri mhemmx problema – importanti li nsibu mezz ta' koordinazzjoni aħjar meta jsiru laqgħat, biex ma jkollniex clashes fejn ikollna tnejn jew tliet membri f'kumitati differenti.", "Apparti minn hekk, naħseb importanti wkoll li qabel ma tiġi ffissata data ta' laqgħa, il-membri għall-inqas jiġu informati li se jkun hemm dik id-data, biex ma jiġrilniex bħalma ġralna, jiġifieri toħroġ aġenda u lanqas biss għandna l-Membri tagħha.", "Imma dik għaddiet, solvejniha internament.", "MR SPEAKER: Wieħed jista' jikkoordina mill-ewwel.", "DAVID AGIUS: Irridu nagħmlu naqra struttura li ċ-Chairman jew s-Segretarja tal-kumitat taħseb li b'xi mod nagħmlu link ma' xi ħadd.", "Hemm bżonn li s-segretarji jkollhom lill-Clerk of the House bħala link, jew lil xi ħadd li jgħidu: Nhar it-Tlieta jien se nagħmel laqgħa fil-6.30 p.m, għandi clash?", "Dawn huma l-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Irridu nagħmluha uffiċjali ma' kull kumitat, għax inkella jkollna problema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Naqbel mal-Onor.", "Agius li huwa tajjeb li għandna numru ta' kumitati, imma tajjeb ukoll li nevitaw il-clashes.", "Jekk il-Clerk qed jgħidilna li hemm sistema li għandha track biex naraw li ma jaħbtux, forsi tajjeb jiġu informati l-Whips.", "MR SPEAKER: Aħna nipprovaw kemm jista' jkun niffaċilitaw is-sistema biex tkun koordinata ma' kulħadd.", "Fejn nistgħu ntejbu, intejbu.", "Dik hija l-idea … (Interruzzjonijiet) … kif qed jgħid il-Clerk, tkun available dak il-ħin għaċ-chairmen u għall-Membri.", "DAVID AGIUS: Sur President, punt ieħor.", "Għandna żewġ liġijiet li ilhom mhux ħażin li għaddew u huma tal-Oppożizzjoni – tal-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru. 5) tal-Onor.", "Jason Azzopardi, u l-emenda Kostituzzjonali tal-Onor.", "Jekk forsi wasalna biex nieħdu vot dalwaqt rigward liġi partikolari – il-Miżuri tal-Estimi – jekk jista' jkun ma nħalluhomx 'l isfel fl-aġenda, imma ntellgħuhom ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-vot flimkien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mela, dwar tal-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru. 5) tal-Onor.", "Jason Azzopardi, fil-fatt hawnhekk qed nitkellmu fuq kumitati, u mhux fuq it-Tieni Qari.", "Dan diġà beda, u l-unika ħaġa li fadal hija klawsola waħda minnu biss, fejn kien hemm qbil fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kellu jħejji xi emendi biex, bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, jidħlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ladarba l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jkollu din l-emenda lesta, inkunu nistgħu ndaħħluha f'laqgħa li tkun skedata, u li naturalment ikollha l-istess Membri li kienu qed jiddiskutu dak l-Abbozz għax, kif nafu, il-Membri tal-kumitati jvarjaw bejn liġi u oħra, ovvjament bl-eċċezzjoni taċ-chairman.", "Dwar l-emenda kostituzzjonali, il-ħsieb hu li kif jitlesta l-Abbozz tal-Unjoni Ċivili – li nifhem li issa hemm it-tielet laqgħa diġà skedata – hemm Abbozz ta' Liġi li huwa daqsxejn urġenti li huwa Abbozz Nru. 34 tas-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici, minħabba xi infringements tal-EU.", "Fil-fatt, diġà għadda t-Tieni Qari u qiegħed fi stadju ta' kumitat.", "Jekk nistgħu, nagħmlu lilu qabel.", "Wara, m'hemmx diffikultà li ngħaddu għall-emenda kostituzzjonali kif proposta mill-Onor.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, qed ikun hemm affarijiet f'dan il-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet – speċjalment ilbieraħ – attitudnijiet ta' membri li jipprovaw jiddegradaw membri oħrajn fil-Kumitat, u nixtiqek tinvestiga.", "Ilbieraħ, membru ta' dan il-Kumitat, waqt dan l-istess kumitat, bdiet turi kitba, u turiha lin-nies li kienu preżenti, li naħseb, wara li nġibdet l-attenzjoni anke tas-Sedja, ma ttieħed l-ebda pass.", "Naħseb li dan mhux xieraq għall-ġieħ ta' dan il-Parlament u għall-ġieħ tal-Kumitat.", "Nafu li lbieraħ kienu preżenti numru mhux ħażin ta' nies barra minn dan il-Parlament, u allura iktar u iktar il-Membri għandhom iġibu ruħhom kif għandhom iġibu ruħhom.", "Speċjalment li toqgħod turi karti, tgħollihom ,u fuq dawk il-karti jkollok kitba, mhijiex diċenti u mhijiex xierqa, fl-opinjoni tiegħi, għall-Parlament Malti.", "MR SPEAKER: Ma nafx hawnx xi kummenti min-naħa tal-Onor.", "Dan l-inċident li qed issemmi inti jinvolvi lill-Onor.", "DAVID AGIUS: Qed inġibha a konjizzjoni tiegħek f'dan il-Kumitat għax ġibduli l-attenzjoni lili wkoll.", "MR SPEAKER: Jiġu one to one u nieħu action; m'hemmx problema għalija.", "MR SPEAKER: Ilbieraħ kont konvalexxenti: imma, jekk hemm xi inċident jew xi ħaġa li tixtieq li tiġi riżolta, m'hemm l-ebda problema, javviċinaw lili.", "DAVID AGIUS: Nitolbok li tiġbed l-attenzjoni taċ-Chairman, kif ukoll tal-Onor.", "Helena Dalli, li dawn l-affarijiet fil-kumitati ma jsirux.", "Jekk trid, tista' tara l-filmat ukoll.", "MR SPEAKER: Nitlob iktar detttalji fuqha.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Irrid ngħid li kont qiegħda fil-Kumitat, u dak il-ħin inġibdet l-attenzjoni taċ-Chairman u ġiet ikkjarifikata din il-pożizzjoni.", "MR SPEAKER: Iċ-Chairman ħa action?", "MR SPEAKER: Ma ħax?", "DEBORAH SCHEMBRI: L-Onor.", "Agius qed jgħid li ma ħax xi deċiżjoni partikolari dwarha.", "Jiena qed ngħid li nġibdet l-attenzjoni taċ-Chairman u ġiet riżolta dak il-ħin.", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, naċċertak li, min-naħa tiegħi, jekk ikun hemm xi ħaġa, nieħu action mill-ewwel.", "Mela, niġu mill-ewwel għall-mozzjoni dwar it-tneħħija tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF CARMELO FARRUGIA SACCO", "Fis-seduti qabel ma kellna l-House Business Committee, ovvjament fl-ewwel opportunità tiegħi, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra diversi dokumenti, l-aħħar wieħed kien il-korrispondenza li rċevejt mingħand l-imħallef.", "Kronoloġikament, kienu kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejni u bejn il-Kummissjoni għall-Amminsitrazzjonni tal-Ġustizzja, ovvjament wara r-ruling li tajt u wara l-impeachment motion il-ġdida tal-Prim Ministru.", "Għandkom ukoll ir-ruling, għandkom kollox.", "Imbagħad, hemm korrispondenza li għaddiet bejn l-Uffiċċju tiegħi u l-avukati tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "Irrid nagħmel dawn is-sottomissjonijiet, għax imbagħad intom, bħala House Business Committee, tirregolaw il-pożizzjoni tagħkom.", "Mela, kif emerġew l-affarijiet, jiena tajt ir-ruling fis-Seduta tat-22 ta' Jannar 2014, fejn ġie deċiż, min-naħa tas-Sedja, li l-mozzjoni dak iż-żmien tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kienet waħda nulla.", "Iddeċidejt li hija mejta kompletament, u allura tlabt li ssir il-proċedura li terġa' tiġi intavolata jekk trid tiġi riattivata l-kwestjoni b'mozzjoni ġdida, liema mozzjoni għandha timxi taħt l-istess provvedimenti stabbiliti mil-liġi, inkluż il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Fil-fatt, il-mozzjoni saret l-għada stess għax il-mozzjoni daħlet ftit wara li għamilt ir-ruling, u l-għada stess mort għand il-President tar-Repubblika fejn ippreżentajtlu l-mozzjoni biex nimxi skont dik il-proċedura stabbilita taħt l-Att tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li huwa Kap. 369, biex issir l-investigazzjoni neċessarja abbażi tal-mozzjoni, u ovvjament isir ir-rapport mill-Kummissjoni skont il-proċedura.", "Irċevejt ittra mingħand il-Kummissjoni, u fid-29 ta' Jannar, ktibt lill-President fejn għedtlu:", "\"Ilbieraħ, 28 ta' Jannar 2014, il-Prim Ministru ppreżenta avviż ta' mozzjoni għall-għemil ta' Indirizz lilll-President skont l-artiklu 97 tal-Kostituzzjoni.", "Għalhekk, skont paragrafu (1) tal-artiklu 9 tal-Att dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Kap 369, qiegħed inżomm il-mozzjoni pendenti, u permezz ta' din l-ittra qiegħed niirreferi uffiċjalment lill-Kumissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, kif presjeduta mill-Eċċellenza Tiegħek, sabiex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji u sabiex il-Kummissjoni tagħmel ir-rapport tagħha, skont kif previst fis-subartiklu (4) tal-artiklu 9 tal-imsemmi Kap 369.\"", "Dan kien fid-28 ta' Jannar, jiġifieri l-għada.", "Intom għandkom kopja ta' din l-ittra għax poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Illum hija l-ewwel opportunità tiegħi biex nispjega l-pożizzjoni tiegħi.", "Fil-3 ta' Frar 2014, irċevejt ittra mingħand is-segretarju tal-Kummissjoni, li taqra hekk:", "\"Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tirreferi għall-ittra tiegħek datata 22 ta' Jannar 2014 ...\"", "Ovvjament qed tirreferi għall-ittra tiegħi li ktibt lill-President fid-29 ta' Jannar.", "\"Il-Kummissjoni, wara li eżaminat id-dokumenti annessi mal-ittra tiegħek, hija tal-fehma li, a tenut tal-artiklu 9 subinċiż (5) tal-Kap.", "369, m'għandha xejn x'iżżid mar-rapport tagħha tas-6 ta' Jannar 2014.\"", "Ovvjament, qed tagħmel referenza għar-rapport dwar il-mozzjoni li jiena ddikjarajt nulla fir-ruling tiegħi.", "Permezz tal-Clerk, ktibt fl-4 ta' Frar, jiġifieri l-għada stess, u tlabt kjarifika.", "Hawnhekk se nikkwota:", "\"Inkarigat mill-iSpeaker Anġlu Farrugia ...\"", "– qed jikteb il-Clerk għan-nom tiegħi –", "\"… biex nagħmel referenza għall-ittra tiegħek datata 3 ta' Frar 2014.", "Naħseb li inti ffraintendejt l-ittra tal-iSpeaker Farrugia lill-Kummissjoni u l-portata tad-deċiżjoni mogħtija minnu fis-Seduta Parlamentari 113 tat-28 ta' Jannar 2014, liema Ruling illum huwa materja definittiva u seta' biss jiġi mpunjat fil-Kamra.", "Ir-Ruling mogħti mill-iSpeaker ifisser li l-mozzjoni għal indirizz lill-President għat-tneħħija tal-Imħallef Farrugia Sacco mill-kariga tiegħu kienet mietet definittivament.", "Il-mozzjoni preżenti hija mozzjoni ġdida għal indirizz ieħor, u allura hija distakkata u separata mill-mozzjoni preċedenti.", "Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji rapport ġdid fuq din il-mozzjoni.\"", "Dik kienet il-pożizzjoni tiegħi b'referenza għall-ittra li rċevejt mill-Kummissjoni fil-3 ta' Frar.", "Fis-7 ta' Frar, irċevejt risposta għall-ittra li ktibt lill-Kummissjoni, li intom għandkom kopja għax poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra, li taqra hekk:", "\"Ninsab inkarigata mill-E.T. il-President ta' Malta, f'isem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, biex inwieġeb għall-ittra tal-4 ta' Frar 2014 li bagħat b'inkarigu tiegħek l-Iskrivan tal-Kamra.", "Il-Kummissjoni nnotat il-kontenut tal-imsemmija ittra u hi tal-fehma li r-rapport tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għat-tneħħija tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco mill-kariga tiegħu ta' imħallef, datat 6 ta' Jannar 2014, skont kif previst fis-subartiklu (4) tal-artiklu 9 tal-Kap.", "369, għadu jgħodd u applikabbli għall-mozzjoni ġdida.", "Din hija deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.\"", "Dawn huma l-ittri li ntbagħtu u li ġew skambjati.", "Imbagħad, l-aħħar korrispondenza kienet fil-13 ta' Frar, meta l-Clerk irċieva ittra – u jien għaddejtilkom kopja – mingħand l-avukati tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco, datata 13 ta' Frar 2014, li taqra hekk:", "\"Qegħdin niktbulek għan-nom tal-Imħallef Lino Farruguia Sacco, a tenur tal-artiklu 175 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Ħadna nota tad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-11 ta' Frar 2014.\"", "U hawn elenku ta' dawk li qed nitkellmu fuqhom.", "Imbagħad, l-ittra tkompli hekk:", "\"Hemm numru ta' konsiderazzjonijiet biex, bir-rispett, jiġu sottomessi:", "Fit-28 ta' Jannar 2014, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati iddeċieda ...\"", "U hawn qed jikkwotaw parti mir-ruling tiegħi, fejn għedt li s-Sedja qed tiddeċiedi li din il-mozzjoni hija waħda mejta.", "\"Naturalment, il-Kamra tista', bi qbil, tirriavviva l-mozzjoni, imma tali proċedura tkun ekwivalenti għall-introduzzjoni ta' mozzjoni ġdida, u tkun tirrikjedi l-proċedura kontemplata mil-liġi li terġa' tiġi mill-ġdid segwita.\"", "Imbagħad, l-ittra tkompli hekk:", "\"Għalhekk, il-pożizzjoni tas-Sedja hija li trid tiġi introdotta mozzjoni ġdida li timxi taħt l-istess provvedimenti tal-artiklu 97 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Għalhekk, jemerġi li l-mozzjoni tal-15 ta' Diċembru 2012 hija waħda mejta, li ġiet introdotta waħda ġdida, u li din trid timxi taħt l-istess provvedimenti tal-artiklu 97 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "L-imsemmi artiklu tal-Kostituzzjoni, fis-subartiklu (3) tiegħu jipprovdi:", "(3) Il-Parlament jista' b'liġi jirregola l-proċedura għall-preżentata ta' indirizz u għall-investigazzjoni u prova dwar il-kapaċità jew imġieba ħażina ta' imħallef tal-Qrati Superjuri skont id-dispożizzjonijiet tal-aħħar sub-artiklu qabel dan.", "Il-liġi relevanti hija l-Kap.", "369, u l-artikli applikabbli huma l-artikli 8 u 9.", "L-iSpeaker, a tenur tal-liġi, rrefera l-mozzjoni lill-Kummissjoni.", "Fl-artiklu 9 (3) tal-Kap.", "369, jingħad:", "Dawk l-akkużi, flimkien ma' dik id-dikjarazzjoni, għandhom jiġu notifikati lill-imħallef jew maġistrat, skont il-każ, u l-istess jingħata opportunità raġonevoli li jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub fiż-żmien li jista' jiġi speċifikat mill-Kummissjoni.", "Fl-artiklu 9 (4) jingħad", "(4) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja u tagħmel rapport fuq l-istess lill-iSpeaker.", "Kuntrarjament għal dak li hemm ipprovdut, l-Imħallef Farrugia Sacco QATT ma ġie notifikat u QATT ma ngħata l-opportunità jippreżenta dikjarazzjoni fuq il-mozzjoni il-ġdida.", "Ma saret l-ebda laqgħa.", "Ma saret l-ebda investigazzjoni fuq il-mozzjoni l-ġdida.", "Dan kien proprju l-kliem ta' Mr Speaker fl-ittra tiegħu lill-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2014 u, skont l-ittra tal-4 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni kellha tħejji rapport \"ġdid\" fuq din il-mozzjoni (cioè dik tat-28 ta' Jannar 2014).", "Huwa ovvju li għalhekk l-ittra tal-iSpeaker ġiet fraintiża, inkluż il-portata tad-deċiżjoni mogħtija minnu stess fis-Seduta Parlamentari 113 tat-28 ta' Jannar 2014, minn fejn jemerġi li l-mozzjoni oriġinali mietet definittavement, u li hemm mozzjoni ġdida, u allura hija distakkata u separata mill-mozzjoni preċedenti, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni trid ħejji rapport ġdid fuq din l-aħħar mozzjoni.", "B. L-ittra tas-7 ta' Frar 2014 hija stramba f'diversi aspetti tagħha.", "Issemmi l-applikabilità tal-artiklu 9 (4) tal-Kap 369, u dan l-artiklu jipprovdi hekk:", "(4) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja, u tagħmel rapport fuq l-istess lill-iSpeaker.", "Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jkun jgħid li m'hemmx imġieba ħażina jew li l-imħallef jew maġistrat ma jkollu ebda inkapaċità, ma għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra dwar dak ir-rapport, u ma għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni pendenti quddiem il-Kamra.", "Ukoll jingħad li L-Eċċ Tiegħu l-President ta' Malta inkariga lis-Segretarja tal-Kummissjoni, li wara li nnotat l-ittra tal-4 ta' Frar 2014, kienet tal-fehma li r-rapport li kienet għamlet il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, datat 6 ta' Jannar 2014, skont kif previst fis-sub-artikolu (4) tal-Artikolu 9 tal-Kap 369, għadu jgħodd u applikabbli għall-mozzjoni l-ġdida.", "Għalkemm kien hemm deċiżjoni differenti mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, din kienet deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "L-Imħallef Farrugia Sacco kien mgħarraf li l-President ta' Malta kien preċedentement astjena fl-ewwel mozzjoni, filwaqt li f'din il-mozzjoni mhux qiegħed jastjeni.", "C. Il-mertu tad-deċiżjoni li l-ewwel mozzjoni hija mejta u hija finali.", "Infatti dan ir-Ruling seta' biss jiġi impunjat fil-Kamra tad-Deputati, u mhux mill-Kummissjoni.", "Għal skop aktar akkademiku, issir referenza għar-rapport tal-Professur Refalo u d-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, l-Professur Kevin Aquilina.", "Mir-raġunar ta' dak li kiteb il-Professur Aquilina fil-ħarġa tat-'Times' tas-7 ta' Frar 2014 f'paġna 14, malli l-Parlament jiġi xolt awtomatikament, ix-xogħol u l-mozzjonijiet jaqgħu kollha.", "Mela, l-inkarigu tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja awtomatikament spiċċa b'dan, għalhekk li r-rapport tal-Kummissjoni ma baqgħax aktar operattiv u vinkolanti in bażi għall-massima magħrufa illi \"quod nullum est, nullum produxit effectum\".", "Ukoll, l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jipprovdu li:", "L-istess mozzjoni ma tistax terġa' tiġi proposta fl-istess sessjoni", "Ebda mozzjoni ma għandha tiġi proposta li tkun l-istess fis-sustanza bħal xi mozzjoni li matul is-sessjoni korrenti tkun ġiet deċiża favur jew kontra.", "Għalkemm din kienet Ruling u mhux mozzjoni, l-istess prinċipji huma applikabbli.", "Nisperaw li ma jerġax ikollna lil kulħadd isemmi \"għax Erskine May jgħid hekk\" mingħajr ma jkun hemm indikazzjoni preċiża tal-post fejn jgħid hekk.", "D. Osservajna l-attakk sferrat fil-konfront tal-Imħallef Farrugia Sacco minn xi deputati tal-Partit Nazzjonalista.", "Nirreferu għall-każ ta' Charles Demicoli fejn il-Qorti Ewropea kienet għamlitha ċara li wieħed ma jistax ikun il-Prosekutur u wara l-Ġudikant.", "Kulħadd intitolat għal \"a fair hearing by an independent and impartial tribunal\" b'dawk li qegħdin jagħmlu l-attakki huma \"judex in causa sua\".", "Illi għalhekk jirriżulta ċar li l-Kummissjoni kienet diġà esprimiet ruħha dwar l-ewwel mozzjoni bil-konsegwenzi loġiċi.", "Huwa alkwantu inopportun, jekk mhux ukoll illeġittimu, illi l-materja devoluta mill-iSpeaker għall-istħarriġ terġa' tiġi 'eżaminata' u deċiża mill-istess Kummissjoni li kienet diġà fasslet d-deċiżjoni fuq mozzjoni hekk iddikjarata nulla.", "Il-kors magħżula mill-Kummissjoni ma jidhirx li huwa aċċettabbli f'ebda Stat ta' Dritt.", "Dik il-mozzjoni (tal-15 ta' Diċembru 2012) illum hija mejta, u wieħed bilfors irid jimxi mad-disposti tal-liġi li jirreferixxu għal mozzjoni ġdida.", "Apparti r-Ruling, li huwa ċar ħafna, l-ittra tal-4 ta' Frar 2014 tkompli tikkristallizza l-pożizzjoni.", "Jekk wieħed jimxi mod ieħor ikun qiegħed jikser id-drittijiet fundamentali u kostituzzjonali tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "E. Fl-aħħar nett, ma jistax jonqos li jiġi mfakkar illi d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Kostituzzjoni u Konvenzjoni huma supremi, u fi Stat ta' Dritt dawn għandhom jiġu tutelati dejjem minn kull min hu fdat bil-poter deċiżorju.\"", "Din hija l-ittra li bagħatu l-avukati tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "Imbagħad, jien irċevejt protest ġudizzjarju – li nista' nqassam kopja tiegħu – li ġejt notifikat proprju il-bieraħ bħala notifiku ulterjuri.", "Ovvjament, il-protest mill-Onor.", "Imħallef Farrugia Sacco huwa kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "In-notifiki ulterjuri kienu jiena u s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, li nifhem li rċieva nota tiegħu.", "Dan huwa protest ġudizzjarju tal-Imħallef Carmelino Farrugia Sacco, li jaqra hekk:", "\"Jesponi bir-rispett:", "Illi fuq mera allegazzjoni ta' ċerti ġurnalisti f'artiklu mibjugħ fil-ġurnal Ingliż \"The Times\", l-esponenti ġie implikat bejgħ ta' biljetti tal-logħob Olimpiku f'Sochi; illi, għal din l-aħbar, sija l-allura Prim Ministru Dottor Gonzi, u sija allura l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Simon Busuttil, il-preżent Kap tal-Oppożizzjoni, spontanjament u mingħajr ebda skrutinju tal-veridiċità tal-allegazzjoni, pubblikament u ripetutament talbu r-riżenja minn ġudikant tal-esponent fil-15 ta' Diċembru 2012.", "L-allura Prim Ministru, l-Onorevoli Dottor Lawrence Gonzi, ippreżenta mozzjoni lill-iSpeaker tal-Kamra konsistenti mhux biss minn akkuża bbażata fuq l-imsemmija allegazzjoni, iżda wkoll minn lista oħra ta' akkużi, lkoll konnessi mal-fatt illi l-esponenti ma kienx ottempera ruħu mad-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fis-sena 2007, liema kienet iċċensurat lill-esponenti bil-ksur ta' Kodiċi ta' Etika talli naqas li jirriżenja minn President tal-Kumitat Olimpiku Malti;", "Illi, wara li, fit-28 ta' Jannar 2014, l-iSpeaker tal-Kamra ddikjara li dik il-mozzjoni kienet mejta, fl-istess jum, iktar tard, il-Prim Ministru preżenti ta avviż ta' mozzjoni għall-għemil ta' indirizz lill-President ta' Malta bħala President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, skont l-Artiklu 97 tal-Kostituzzjoni kontra r-rikorrent;", "Illi din intbagħtet mill-Onor.", "Speaker tal-Kamra tad-Deputati lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta, u cioè riferita lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, a tenur tal-Kap 396, l-Artiklu 9 (1), sabiex issir l-investigazzjoni neċċessarja u sabiex il-Kummissjoni tagħmel ir-rapport tagħha; illi jirriżulta li, fit-28 ta' Jannar 2014, l-iSpeaker tal-Kamra kien iddeċieda li l-mozzjoni tal-15 ta' Diċembru 2012 illum hija waħda mejta … u li waħda ġdida tkun tirrikjedi li l-proċedura kontemplata mil-liġi terġa' tiġi mill-ġdid segwita.", "Għalhekk, il-pożizzjoni tas-Sedja kienet li trid tiġi introdotta mozzjoni ġdida li timxi taħt l-istess provvediment tal-Artiklu 97 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Il-liġi relevanti hija l-Kap 369, u l-Artiklu applikabbli huwa l-Artiklu 8 u 9.", "Illi l-Artiklu 9 jimponi li jrid ikun hemm akkużi ċari kontra l-Imħallef, li fuq il-bażi tagħhom ikunu ser jittieħdu u ser isiru l-investigazzjonijiet.", "Ukoll, l-Artiklu 9 (3) tal-Kap 369 jimponi li l-akkużi, flimkien ma' dik id-dikjarazzjoni, għandhom jiġu notifikati lill-Imħallef, u l-istess jingħata opportunità raġjonevoli li jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub fi żmien li jista' jiġi speċifikat mill-Kummissjoni.", "Illi fit-3 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni, komposta mill-istess membri, kitbet lill-iSpeaker fejn iddikjarat li kienet il-fehma tagħha li m'għandha xejn x'iżżid mad-deċiżjoni preċedenti tas-6 ta' Jannar 2014;", "Illi fl-4 ta' Frar 2014, l-iSpeaker tal-Kamra, tramite l-Iskrivan tal-Kamra, bagħat jgħarraf lill-Kummissjoni li, skont ir-Ruling tiegħu, il-mozzjoni oriġinali kienet iddikjarata mejta u li issa hemm mozzjoni ġdida li kellha issegwi l-perkors tagħha skont il-preċetti tal-liġi.", "Għal din l-ittra, l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta (li ma kienx parti fil-proċedura stante l-astensjoni tiegħu) inkariga lis-Segretarja tal-Kummissjoni twieġeb li d-deċiżjoni preċedenti tagħha għadha tgħodd u reża applikabbli anke għall-mozzjoni l-ġdida.", "Ingħad ukoll li din kienet deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni;", "Illi l-esponenti jirrileva l-atteġġjament adottat mill-Kummissjoni jinfranġi l-liġijiet statutorji tant għaliex huwa qatt ma ġie notifikat bil-mozzjoni, qatt ma ġiet kondotta ebda investigazzjoni fuq il-mozzjoni l-ġdida tat-28 ta' Jannar 2014, tant għaliex huwa ma ingħatax l-opportunità ta' smigħ u ta' difiża tiegħu, bi ksur flagranti tad-drittijiet inderogabbli tiegħu, tant għaliex ukoll il-kondotta tal-Kummissjoni sfaċċatament injorat id-direzzjoni lilha mogħtija mill-iSpeaker fl-4 ta' Frar 2014, jiġifieri d-debita investigazzjoni u r-redazzjoni ta' rapport \"ġdid\", u daqstant ieħor għal raġuni ovvja li l-istess Kummissjoni ma setgħetx b'daqqa ta' pinna tirravviva u tirrendi operattiva u vinkolanti deċiżjoni fuq il-mozzjoni l-antika tal-15 ta' Diċembru 2012, hekk iddikjarata \"mejta\";", "Illi wkoll jingħad li l-esponenti ma kien xejn sopriż bl-aġir negattiv u antagonista tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fil-konfront tiegħu għaliex, għalkemm l-esponenti f'erba' okkażjonijiet, (f'seduta tat-18 ta' Marzu 2013, tad-9 ta' Mejju 2013, tas-17 ta' Ġunju 2013 u tat-30 ta' Settembru 2013) kien attira l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li, ġaladarba l-Parlament kien xolt u l-movent tal-mozzjoni kif ukoll spiċċa minn membru parlamentari, l-mozzjoni ma kien baqalha l-ebda leġittimità, l-istess Kummissjoni, bi prepotenza, xorta waħda baqgħet issegwi l-perkors imfassal minnha.", "Meta l-Parlament ġie xolt awtomatikament, ix-xogħol u l-mozzjonijiet jaqgħu kollha.", "Mela, l-inkarigu tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja awtomatikament kien spiċċa, b'dan għalhekk li r-rapport tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ma baqgħax aktar operattiv u vinkolanti in bażi għall-massima magħrufa li \"quod nullum est, nullum produxit effectum\".", "Kien hemm anke okkażjoni fejn kien hemm dikjarazzjoni uffiċjali li tgħid li, bħala stat ta' fatt, il-mozzjoni de quo mhix attwalment fuq l-Aġenda tal-Kamra tad-Deputati.", "Xorta waħda l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ma riditx tisma' b'dan.", "Ma' dan jista' jiżdied il-mod tat-trattament brusk u irraġjonevoli fil-kors tal-proċeduri quddiemha, u fejn saħansitra l-esponenti ġie imċaħħad milli jipproduċi xhieda;", "Illi jirriżulta ċar li l-Kummissjoni kienet diġà esprimiet ruħha dwar l-ewwel mozzjoni bil-konsegwenzi loġiċi.", "Huwa alkwantu inopportun, jekk mhux illeġittimu, illi l-materja devoluta mill-iSpeaker għall-istħarriġ terġa' tiġi 'eżaminata' u deċiża mill-istess Kummissjoni li kienet diġà fasslet d-deċiżjoni fuq mozzjoni hekk iddikjarata nulla.", "Il-kors magħżul mill-Kummissjoni ma jidhirx li huwa aċċettabbli f'ebda Stat ta' Dritt.", "Illi fl-istadju li fih waslet din il-viċenda huwa lampantament ovvju għall-esponenti illi ġew, u għadhom qegħdin jiġu, leżi lilu l-prinċipji fundamentali ta' ġustizzja naturali bi preġudizzju serjissimu għall-jeddijiet kollha tiegħu, anke għaliex, iżda mhux limitatament, ma jista' qatt ikun aċċettabbli fi Stat ta' Dritt illi xi ħadd ikun \"judex in causa propria\", u minn mument għall-ieħor jibdel il-kappell ta' prosekutur għal dak ta' ġudikant.", "Multo magis, imbagħad, meta din l-istess viċenda ġiet daqstant, sa mill-ġenesi tagħha, politiċizzata, u apparentement, bil-konnivenza taż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati; fuq quddiem nett fosthom, id-Deputati tal-Oppożizzjoni;", "Għar-raġunijiet kollha suesposti, l-esponenti, filwaqt li jġib il-premess a formali konjizzjoni tal-intimati, jipprotesta ruħu kontra tagħhom, jinterpellahom sabiex skrupolosament u ġudizzjożament iħarsu d-dettami tal-liġijiet okkorrenti, primarjament il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropeja, u li jittutelaw id-drittijiet fondamentali tiegħu, u għal kull fini u effetti tal-istess liġijiet minn issa jżommhom responsabbli f'dolo, culpa et mora, b'riżerva għal kull dannu lilu talvolta kkaġjonat.", "Bl-ispejjeż.\"", "MR SPEAKER: Din hija kopja tal-protest li għaddejtu wkol Jien min-naħa tiegħi hawnhekk elenkajt kronoloġikament x'ġara mir-Ruling tiegħi 'l quddiem.", "Ovvjament, ir- Ruling kien ċar.", "Id-dikjarazzjoni tiegħi fir-Ruling kienet ċarissima li l-mozzjoni hija mejta.", "Jiena tlabt kjarifika lill-Kummissjoni għaliex ovvjament jiena ppreżentajt l-ittra tiegħi biex nara li jkolli rapport ġdid.", "Il-konsegwenzi huma dawn li huma.", "Id-diskussjoni f'idejkom.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, napprezza l-pożizzjoni tiegħek bħala Speaker.", "Nirrispetta wkoll il-validità tal-argumenti tiegħek: però ma naħsibx li hija kompetenza ta' dan il-Kumitat li jiġġudika l-proċess li użat il-Kummissjoni biex waslet għad-deċiżjoni tagħha.", "Mill-bidu nett, irrid ngħid ukoll, bħala stat ta' fatt, li llum dan il-Kumitat għandu quddiemu deċiżjoni mill-Kummissjoni fuq il-mozzjoni ta' impeachment li ressaq il-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Huwa fatt, mingħajr ma ngħaddi ġudizzju, li dan il-każ partikolari qajjem diskussjoni wiesa' mhux biss mil-lat ta' media politiku, iżda wkoll fost l-esperti tal-liġi kostituzzjonali ta' pajjiżna.", "Fil-fatt, bħala eżempju, kien hemm kummenti ta' Dr Giovanni Bonello f'\"The Times of Malta\" ta' nhar is-Sibt, u ta' Dr Kevin Aquilina f'\"The Malta Today\" tal-lum, li qalu li l-Parlament għandu kull dritt jaqbad u jmexxi f'dan il-każ, iżda li għandu wkoll jeżerċita l-prudenza jekk tinfetaħ kawża kostituzzjonali.", "Huwa fatt ukoll li l-Imħallef ressaq protest ġudizzjarju u anke kiteb ittra dwar kif, fil-fehma tiegħu, dan il-proċess jiksirlu d-drittijiet fundamentali tiegħu ta' smigħ xieraq.", "Il-Grupp Parlamentari tal-Gvern iddiskuta din il-materja internament, u ħadna żewġ deċiżjonijiet.", "L-ewwel deċiżjoni hija li l-Kummissjoni ppronunzjat ruħha, allura aħna rridu nerfgħu l-piż tal-funzjonijiet tagħna.", "It-tieni deċiżjoni kienet li aħna ma jidhrilniex li għandna l-kompetenza li nissendikaw jekk, fi stadju ta' Kummissjoni, ġiex miksur xi dritt jew ieħor.", "Dak għandha tarah il-Qorti jekk l-Imħallef Farrugia Sacco jemmen li l-proċess kien ivvizzjat, u għalhekk iressaq il-każ tiegħu quddiem il-qorti kompetenti.", "Fl-istess waqt, Mr Speaker, nixtieq ngħid li nkunu irresponsabbli, jew inkunu qed nonqsu mir-responsabilità, jekk ninjoraw il-pariri tal-Imħallef Bonello u tal-Professur Aquilina u ma nużawx il-prudenza f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Minbarra l-prudenza, nemmen li għandna nużaw il-buon sens, u l-Parlament m'għandux ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li diffiċli jirrimedja f'każ li l-Qorti tiddeċiedi favur l-Imħallef jekk l-Imħallef Farrugia Sacco jiddeċiedi li jieħu l-każ quddiem il-qorti kompetenti.", "Għalhekk, jien nipproponi li, fis-seduta li jmiss, niddedikaw l-aġenda biex infasslu l-proċeduri li għandna naddottaw.", "Ovvjament, irridu nistudjaw preċedenti li kien hemm fi proċeduri simili bħal dawn, sabiex ma nkunux aħna li noħolqu preċedenti ħżiena.", "Naturalment, fis-seduta li jmiss, irridu nieħdu kull konjizzjoni tas-sitwazzjoni kif tiżviluppa, partikolarment fuq jekk tkunx infetħet kawża kostituzzjonali mill-Imħallef Farrugia Sacco u x'tip ta' kawża tkun.", "Mr Speaker, nemmen li l-ebda individwu m'għandu jsofri minn ksur tad-dritt xieraq minħabba proċess li jsir bl-għaġġla.", "Għalhekk, nerġa' nappella għall-prudenza f'materja daqstant sensittiva u straordinarja hekk kif qed jappellaw l-esperti kostituzzjonali biex nassiguraw li l-proċess fl-intier tiegħu jkun wieħed ġust u skont il-Kostituzzjoni tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Min-naħa tagħna, ovvjament naqsmu l-ħsieb tad-Deputat Prim Ministru, li jidher li l-ilment tal-avukati tal-Imħallef Farrugia Sacco huwa fil-konfront tar-rapport tal-Kummissjoni.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex niġġudikaw ir-rapport tal-Kummissjoni jew is-smigħ kif sar quddiem il-Kummissjoni.", "Aħna lkoll, fl-aħħar mill-aħħar ukoll, servi tal-liġi.", "Il-liġi, fil-Kapitlu 369 fl-Artiklu 9(5), tgħid li, meta jgħaddi r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament, il-Parlament għandu jikkonsidra dak ir-rapport.", "Jekk tippermettili, naqra t-text Ingliż ta' din il-liġi, li jitkellem dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, liema kummissjoni ġiet maħtura permezz tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Dan jgħid hekk:", "F'dan l-istadju, ovvjament, mhijiex tassattiva.", "LOUIS GRECH: Għall-mozzjoni qed tgħid.", "MARIO DE MARCO: Il-mozzjoni u, ovvjament, ir-rapport.", "MR SPEAKER: L-ewwel rapport kien fuq il-mozzjoni l-qadima.", "MARIO DE MARCO: Kollox sew; però t-tieni rapport mhuwiex biss fuq il-mozzjoni oriġinali.", "L-ittra tal-Kummissjoni tgħid ċar li r-rapport tagħha għadu jgħodd, u applikabbli għall-mozzjoni l-ġdida.", "MR SPEAKER: Dak x'qalet il-Kummissjoni.", "MARIO DE MARCO: Sur President, ma nixtieqx nargumenta fuq dan.", "Agħmel il-punt tiegħek.", "MARIO DE MARCO: Il-punt tiegħi – u naħseb anke tal-Gvern – hu li hawnhekk għandna rapport li japplika għall-mozzjoni l-ġdida.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk għandna rapport li, skont il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, japplika għall-mozzjoni l-ġdida.", "Mela, r-rapport għamluh tagħhom ukoll multo magis.", "Jiġifieri, kellna rapport għall-mozzjoni l-qadima, il-mozzjoni l-ġdida marret għand il-Kummissjoni, il-Kummissjoni rat il-mozzjoni l-ġdida u qalet li r-rapport tagħha jgħodd għall-mozzjoni l-ġdida wkoll.", "Jekk l-Imħallef Farrugia Sacco – bir-rispett kollu lejh – u l-avukati tiegħu għandhom xi lment dwar dak ir-rapport tal-Kummissjoni, ovvjament għandhom jagħmluh lill-Kummissjoni, u mhux lilna.", "Aħna llum għandna konferma mill-Kummissjoni li dak li qalu għall-mozzjoni l-antika għadu jgħodd u applikabbli għall-mozzjoni l-ġdida.", "Mhux biss, l-istess Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja qalet li din hija deċiżjoni definittiva għaliha.", "Ma nixtieqx nidħol fil-mertu tal-ittra tal-Imħallef Farrugia Sacco jew tal-avukati legali tiegħu dwar jekk kellux smigħ xieraq, dwar jekk dan imurx kontra l-proċeduri u affarijiet bħal dawn, għax ma naħsibx li sta għalina biex neżaminaw il-proċedura tal-Kummissjoni: però, li hu żgur hu li hawnhekk għandna l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Naħseb li xi ħaġa fil-liġi tifhem għaliex il-Kummissjoni jpoġġu fuqha mħallfin, maġistrati, rappreżentanti tal-Kamra tal-Avukati, kif ukoll il-President tal-Qrati tagħna – jekk m'iniex sejjer żball – jiġifieri element ta' ġudizzju legali naħseb li għandhom.", "Fid-dawl ta' din il-konklużjoni, din in-naħa tal-Kamra – u jien fhimt li anke n-naħa tal-Gvern – fehmet li issa għandna ngħaddu biex nibdew nattivaw il-mozzjoni li l-istess Prim Ministru kien għamel.", "Allura, f'dan l-istadju naħseb li m'għandniex ngħaddu biex nagħmlu laqgħa oħra tal-House Business Committee biex nikkunsidraw kif se nimxu.", "Illum m'hemm l-ebda kawża kostituzzjonali; illum għandna quddiemna rapport li jafferma l-konklużjonijiet preċedenti tiegħu, u li qed jgħid li għadhom japplikaw għall-mozzjoni l-ġdida.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-unika sitwazzjoni, l-unika deċiżjoni u l-unika diskussjoni li rridu nagħmlu hawnhekk hi kif se nimxu 'l quddiem minn hawn 'il quddiem.", "Naħseb ukoll li f'dan l-istadju rridu nibdew niddiskutu l-proċedura tas-smigħ li se jsir, il-lista tax-xhieda min se jismagħhom, u minn hemmhekk irridu nimxu.", "Dan irridu niddiskutu llum, u mhux ngħidu li għandna niltaqgħu darb'oħra u niddiskutu l-proċedura darb'oħra.", "Illum qegħdin hawnhekk biex niddiskutu dan l-istat ta' fatt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: L-Onor. de Marco qed jgħid l-vanġelu skont hu.", "Aħna qed ngħidu li llum iltqajna biex niddiskutu.", "Ma kellniex l-aġenda li naraw il-proċedura.", "Illum qed inqajmu l-punt ta' jekk għandniex niddiskutu l-proċedura ta' kif għandna mmexxu.", "Issa li għedt jien preċiżament kien li s'issa aħna qed ngħidu biex immexxu fuq din il-mozzjoni; però, rridu nagħmlu sessjoni oħra biex naraw, irid ikun hemm smigħ ieħor.", "Din hija kwestjoni serja, kwestjoni ta' ċerta gravità u sensittiva, u wieħed irid jara li ma noħolqux proċeduri u preċedenti li 'l quddiem jistgħu jiġu wżati b'mod ħażin.", "Aħna rridu ż-żmien tagħna biex naraw li l-affarijiet ikunu sewwa.", "It-tieni, jien għedt li l-mozzjoni għandha tkompli titmexxa, għandna naraw kif għandna mmexxu l-mozzjoni u kif għandna nħaddmuha u nattivawha.", "Però, għedt ukoll li, salv li jekk ikun hemm kawża kostituzzjonali, dan il-Kumitat ikun qed jonqos mir-responsabilità jekk ma jagħtix konjizzjoni ta' x'qalu anke esperti kostituzzjonali u anke l-bonsens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mingħajr ma nidħol fl-issue ta' x'għandna nagħmlu jekk ikun hemm rikors kostituzzjonali jew le – għax ladarba m'hemmx rikors kostituzzjonali ma jidhirlix li għandna noqogħdu nagħmlu dibattitu dwar x'jiġri jekk ikun hemm rikors kostituzzjonali … F'dan l-istadju m'hemmx rikors kostituzzjonali.", "Jiġifieri, aħna nistgħu nitkellmu dwar is-sitwazzjoni llum, u mhux x'jista' jew ma jistax ikun għada.", "Mela, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li għandna, dan ir-rapport qed naqblu li se nimxu 'l quddiem fis-smigħ ta' din il-mozzjoni, u allura llum nistgħu nibdew niddiskutu l-proċedura li se naddottaw għas-smigħ ta' din il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: L-unika każ li kien hemm quddiem dan il-Parlament kien l-impeachment motion tal-eks-Imħallef Anton Depasquale.", "Naħseb li ż-żewġ naħat għandkom dedotti mill-proċedura li ġiet stabbilita, hux hekk?", "Jekk taqblu ma' dik il-proċedura … (Interruzzjonijiet) Onor. Grech, jien qed nistaqsi.", "Dik hija proċedura li ġiet imfassla ad hoc għal dik l-impeachment motion.", "Dan ma jfissirx li dik hija l-proċedura li għandha tintuża.", "Tistgħu taqblu fuq proċedura oħra.", "Jekk tibqa' miexja l-mozzjoni, l-Imħallef jista', pereżempju, jiddeċiedi li jiffaċċja l-Plenarja u mhux jiffaċċja l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "Fil-każ ta' Anton Depasquale, dak iż-żmien imħallef, kien hemm seduta fil-Plenarja, u mbagħad il-proċedura għas-smigħ tiegħu tkompliet bil-provi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "Dak kien format li mxew fuqu meta kien hemm dik il-mozzjoni.", "Il-mozzjoni ovvjament hija għad-diskussjoni ta' kif se tagħmlu l-proċedura.", "Jidhirli li l-Iskrivan għaddielkom kopja tax-xogħol li sar f'dik l-impeachment motion.", "Mhuwiex il-mudell li rridu nimxu bilfors fuqu.", "Jista' jkun hemm mudell ieħor, u jien nista' nagħti tliet mudelli issa stess, imma wieħed irid jiddiskuti l-proċedura.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li l-aġenda tal-lum kienet għal kif aħna se naraw kif se mmexxu l-proċedura ta' kif se mmexxu.", "Illum kellna niddiskutu l-każ tal-impeachment tal-Imħallef Farrugia Sacco, u konna għadna ma nafux f'liema stadju ż-żewġ naħat liema pożizzjoni se jieħdu.", "Allura, loġikament, ma stajniex ngħidu li l-laqgħa llum kienet proprju biex niddiskutu t-tmexxija tal-proċedura.", "Issa ddeċidew li għandna mmexxu ż-żewġ naħat, u għalhekk qed nitolbu li jkollna sessjoni oħra.", "Naħseb li jkun bilgħaqal li naraw xi preċedenti kien hemm u liema tip ta' proċedura rridu mmexxu.", "Forsi ma naqblux mal-preċedent li kien hemm.", "Forsi jidhrilna li għandu jkun hemm proċedura differenti.", "It-tieni, is-saying li qal l-Onor. de Marco li taqsam il-bridge meta tiġi għalih m'hemm xejn li jimpedik, minkejja li hemm saying ieħor Ingliż li jgħid li inti tibda tara x'tip ta' bridges se jkollok biex taqsamhom u tantiċipahom.", "U rridu ngħidu b'mod ċar – għalhekk ridna nagħmluha – li għalkemm aħna qed naqblu li nkomplu mmexxu, jkun irresponsabbli min-naħa tagħna li aħna ninjoraw il-kawtela u l-prudenza.", "Naħseb li, għalkemm fil-preżent m'hemmx każ kostituzzjonali, però nkunu ħżiena jekk aħna ninjoraw il-possibilità li jista' jkun hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, irrid nagħmilha ċara li jien lilek ktibtlek u għedtlek biex fil-laqgħa li jmiss tal-House Business Committee … Anzi għedtlek nagħmlu waħda urġenti.", "Tant din imxiet u tant inti wassalt il-kelma li qalulna: Le, ma nagħmluhiex urġenti, nagħmluha llum.", "Is-suġġett kien proprju l-way forward, jiġifieri l-proċedura għall-każ tal-impeachment, u allura n-naħa tal-Gvern kienet taf x'se niddiskutu llum.", "Tant hu hekk li ħarġet Press Release u qaltilna li l-ewwel trid titkellem mal-Grupp Parlamentari u mbagħad tiġi lura tgħidilna x'inhi l-proċedura.", "Jiġifieri, li niġu hawn illum, ħamest ijiem wara li aħna tlabna laqgħa urġenti, u ngħidu li ma konniex nafu llum fuq xiex se niddiskutu, għalija żgur mhuwiex aċċettabbli.", "Għalija r-rispett lejn dan il-Kumitat … Fil-Press Release li ħareġ, il-Gvern qal ċar u tond li se jiġi hawn wara li se jitkellem mal-Grupp Parlamentari tiegħu li kien it-Tnejn, jumejn ilu, u jgħidilna l-proċedura 'l quddiem x'se tkun.", "Jgħidilna l-way forward x'se tkun fuq dan il-każ.", "Jiġifieri d-Deputat Prim Ministru kien jaf li llum se niġu hawn biex naraw x'inhi l-way forward għal dal-każ partikolari.", "It-tieni punt, Mr Speaker, huwa li naħseb li anke aħna rridu nużaw il-kawtela u l-prudenza, u għalhekk – u tkellimnieha fil-pubbliku, u għedna x'qed nistennew mingħand il-Gvern – illum kont nistenna li d-Deputat Prim Ministru jiġi f'dan il-House Business Committee b'mozzjoni, kif kien għamel il-kollega ta' qablu, u jgħidilna bil-miktub xi proċedura se juża.", "Naħseb li jekk irridu li l-affarijiet verament jimxu 'l quddiem u mhux inwaħħluhom u mhux inkaxkru saqajna mal-art, jekk il-Gvern verament irid li nimxu, allura għandu jikteb il-way forward, jagħmel il-mozzjoni ta' kif se nimxu, u nimxu.", "Imma, jekk se noqogħdu nipposponu minn laqgħa għall-oħra, laqgħat ma nagħmluhomx b'urġenza, laqgħat inħalluhom għall-quddiem eċċ., naħseb li nkunu qed nagħtu messaġġ kompletament ħażin li huwa kuntrarju għal dak li qal il-Prim Ministru, jiġifieri li l-affarijiet iridu jiċċaqilqu.", "MR SPEAKER: Nikkonferma li tlabt laqgħa urġenti ħamest ijiem ilu.", "Illum qegħdin hawnhekk, iddiskutejna l-mozzjoni, il-Gvern ħa l-pożizzjoni li se jiddiskuti din il-mozzjoni ...", "LOUIS GRECH: Naħseb li rridu nkunu aktar preċiżi milli qal l-Onor.", "L-ewwel nett, aħna mhux qegħdin hawnhekk biex naraw il-proċedura kif se titmexxa.", "Konna nafu li se niddiskutu l-każ tal-impeachment tal-Imħallef Farrugia Sacco; però, la l-pożizzjoni tagħhom ma kienet ċara, u lanqas tagħna ma kienet ċara.", "Illum għamilnieha ċara.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, jekk jogħġbok, ħadd ma interrompiek.", "Ħalli lil kulħadd jitkellem fil-ħin tiegħu.", "LOUIS GRECH: Aħna llum ġejna hawnhekk biex niddiskutu l-impeachment tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "Fil-fatt, la konna nafu l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni, u lanqas tal-Gvern.", "Illum l-pożizzjoni tagħna għamilnieha ċara.", "Kemm aħna, kif ukoll l-Oppożizzjoni għamlet l-opinjoni tagħha; però, il-proċedura hija xi ħaġa li tqum abbażi li ħadna deċiżjoni llum, u għalhekk aħna rridu li jkun hemm sessjoni oħra.", "Aħna ma ġejniex bl-aġenda tal-lum biex ngħidu l-proċedura kif se tkun.", "Aħna rridu nkunu ċari li l-proċedura li se naddottaw se tkun waħda soda, se tkun waħda li hija ġusta, u se tkun waħda li ma jkun fiha ebda lakuna ġo fiha.", "Għalhekk, irridu sessjoni oħra.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa dwar it-tkaxkir tas-saqajn.", "L-ewwel ħaġa naħseb li, jekk hemm xi ħadd li m'għandux jitkellem li xi ħadd qed ikaxkar saqajh, hija l-Oppożizzjoni.", "Kienet ilha hemm mill-2007 – daqshekk ilu dan il-każ! – u ttieħdet id-deċiżjoni li ssir mozzjoni f'Diċembru tal-2012 meta l-Parlament lanqas kien qed jiffunzjona, u bħala Gvern, aħna – immedjatament wara li l-mozzjoni, kif għedt tajjeb int, Mr Speaker – kienet mejta, dakinhar stess aħna konna ddikjarajna li se nagħmlu mozzjoni.", "Għaldtaqstant, mhux ġust li l-Oppożizzjoni tgħid li aħna qed inkaxkru saqajna wara li ttieħed tant żmien min-naħa tal-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Aħna qed ngħidu li mhux il-każ li l-Oppożizzjoni tgħid li aħna qed inkaxkru saqajna.", "Aħna rridu li jkun hemm proċess li jkun ġust u li jkun fair.", "Iva, irridu proċess li jkun mgħaġġel, però mhux a skapitu li jkollna proċess li verament ikun ta ġustizzja naturali ġusta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ħadd mhu qed jgħid li m'għandniex nirrispettaw id-drittijiet ta' kulħadd, inkluż tal-Imħallef Farrugia Sacco, biex id-diskors ikun ċar għal kulħadd.", "Naqblu li għandu jkun hemm smigħ xieraq għal kulħadd.", "Madankollu, tant naħseb li kien evidenti li llum konna se niddiskutu l-way forward, inkluż il-proċedura li inti bħala President tal-Kamra, Mr Speaker, ukoll ippreżentajtilna, il-preċedent li jeżisti, li hija l-opinjoni, id-dikjarazzjoni jew ir-rapport li kien għamel dak iż-żmien l-iSpeaker tal-Kamra, l-Onor.", "Lawrence Gonzi, fit-22 ta' April 1996, it-titolu tagħha huwa \"Proċedura dwar mozzjoni skont l-artiklu 97, subinċiż (2) tal-Kostituzzjoni\".", "Jiġifieri, jien nimmaġina li inti ppreżentajt dan id-dokument, fost id-dokumenti għall-konsiderazzjoni tagħna llum, preċiżament għaliex l-idea kienet li llum nitkellmu dwar proċedura.", "Jien, l-unika ħaġa li forsi niskanta daqsxejn biha llum … Jien, dment li jkun hemm good faith discussions, nisma'.", "Mela, qbilna dwar il-way forward li se nibqgħu għaddejjin bil-mozzjoni, u rridu naqblu dwar il-proċedura kif se nimxu fuq din il-mozzjoni.", "Fair enough; nirringrazzjaw lill-Bambin, impeachment motions ma jsirux ta' kuljum, imma ma jfissirx li, għax dawn ma jsirux ta' kuljum, m'għandniex nimxu b'mod serju kull darba li jkollna mozzjoni għal impeachment, u ma jfissirx li, għax ma jsirux ta' kuljum, m'hemmx preċedenti għax ir-rapport li ġie mħejji fit-22 ta' April 1996 huwa rapport pjuttost eżawrjenti dwar kif għandna nimxu 'l quddiem biex nittrattaw mozzjoni ta' impeachment.", "Jiġifieri, hawnhekk għandek eżami dettaljat dwar kif nistgħu nimxu dwar din il-mozzjoni tal-impeachment.", "Però, li jinkwetani hawnhekk huwa li, meta ovvjament il-Viċi Prim Ministru jgħidilna: Isma', jekk jiġi ppreżentat rikors kostituzzjonali, qisek kważi kważi diġà qed tgħid minn issa li kollox se jieqaf … Jista' jkun li qed tinftiehem hekk.", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li qed ninftiehem hekk.", "Naħseb li hija ċara li ...", "MR SPEAKER: Lesti l-argument tiegħek, Onorevoli.", "Tagħmilx mistoqsijiet diretti, u mbagħad jirrispondik.", "MARIO DE MARCO: L-importanti li kulħadd … Jien għalhekk qabel għedt let's cross the bridge when we come to it.", "Il-kawtela hekk tirrikjedi.", "Però, l-mod kif tkellimt int qisu kważi kważi diġà ngħata x'wieħed jifhem li, jekk bejn issa u s-seduta li jmiss, ikun hemm rikors kostituzzjonali, aħna nieqfu, ma nagħmlu xejn sakemm tispiċċa dik il-kawża.", "Issa forsi fhimtek ħażin jien.", "Imma nixtieq nifhem x'inhu l-ħsieb tal-Gvern.", "LOUIS GRECH: Bħalma aħna qed nemmnu li intom in good faith, nassumi li intom temmnu li aħna in good faith, u mhux intom biss in good faith, u aħna le.", "LOUIS GRECH: Tajjeb.", "Issa aħna qed ngħidu li trid tkun daqsxejn tgħix fis-sħab jekk ma tassumix li tant kulħadd tkellem fuq kawża kostituzzjonali u aħna ma nsemmuhiex hawnhekk, qisha ma teżistix.", "Ovvjament, kwalunkwe deċiżjoni li aħna għandna nieħdu se tqum.", "Aħna qed ngħidu li tajjeb li wieħed jantiċipa, tajjeb li wieħed jagħmel il-pożizzjoni ċara.", "Aħna qed ngħidu: Ejja naraw jekk hux se jkun hemm … Qed ngħidu li għandna nipproċedu biex naraw kif nattivaw il-mozzjoni, imma ma nistgħux illum … Naħseb li nkunu qed nidħku ftit bina nfusna jekk ngħidu: Isma', f'dan il-każ mhux se jkun hemm kawża.", "Jekk ma jkunx hemm kawża, inkomplu għaddejjin, u jekk ikun hemm kawża, wieħed irid jara x'se jiddeċiedi dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien nixtieq niċċara punt dwar il-pożizzjoni tal-Grupp Parlamentari.", "L-istqarrija li rrefera għaliha l-Onor.", "Agius – jekk niftakar tajjeb, ħarġet nhar is-Sibt filgħodu – kienet tirrigwarda talba li l-Onor.", "Agius għamel biex niltaqgħu b'urġenza, meta diġà kien hemm laqgħa skedata għal-lum f'nofsinhar, imbagħad għamilnieha fis-1.00 p.m. Dan ifisser li l-laqgħa tal-lum kienet diġà skedata, u allura, minħabba diffikultajiet oħrajn, ma stajniex nagħmlu l-laqgħa qabel.", "Però, l-fatt jibqa' dan, li wara l-iżviluppi li kien hemm li inti rreferejt għalihom fil-bidu ta' din il-laqgħa tal-lum fejn, fost l-oħrajn, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra korrispondenza bejnek u l-Kummissjoni, rightly so l-Grupp Parlamentari tan-naħa tal-Gvern kellu jiddiskuti dawn l-iżviluppi ġodda fejn kellek deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-grupp parlamentari sar jaf biha t-Tlieta filgħaxija, meta inti poġġejt dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Grupp Parlamentari tan-naħa tal-Oppożizzjoni kellu l-laqgħa skedata tiegħu għall-Erbgħa.", "Dan mhuwiex sigriet tal-Istat.", "Kulħadd jaf li l-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni jiltaqa' nhar ta' Erbgħa, u li l-grupp parlamentari tal-Gvern jiltaqa' kull nhar ta' Tnejn.", "Allura, kien hemm il-lussu min-naħa tal-Oppożizzjoni li nzerta li l-għada kellhom il-laqgħa skedata diġà, u setgħu jitkellmu fuq l-iżvilupp il-ġdid tal-korrispondenza li kien hemm bejnek u l-Kummissjoni, dak li inti poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Grupp Parlamentari tal-Gvern, kif semma d-Deputat Prim Ministru, iddiskuta din l-issue t-Tnejn fil-laqgħa li kellna.", "Naturalment, illum huwa l-Erbgħa, jiġifieri qed nitkellmu ġurnata u nofs wara li l-grupp parlamentari tal-Gvern iddiskuta din l-issue biex naraw the way forward.", "U l-way forward ġiet spjegata b'mod tajjeb mid-Deputat Prim Ministru li, minkejja l-istorja kollha kif żviluppat, id-deċiżjoni hi li nibqgħu mexjin fuq l-impeachment.", "Issa, biex nibqgħu mexjin, din hija deċiżjoni li ħadna llum.", "Il-proposta hi li fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jmiss niddiskutu, wara li naraw, kif diġà ntqal, il-proċedura jew x'tip ta' proċedura se naddottaw.", "Infakkar li, fil-każ tal-Imħallef Depasquale, ma kenitx l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li ġie deċiż the way forward, imma kienet il-laqgħa suċċessiva.", "Jiġifieri, fl-ewwel laqgħa ġie deċiż li se nimxu fuq l-impeachment ta' dak l-Imħallef, u fil-laqgħa ta' wara saret id-diskussjoni dwar il-proċedura.", "Likewise, illum ġie deċiż li se nimxu fuq l-impeachment tal-Imħallef wara l-iżviluppi li kien hemm il-ġimgħa li għaddiet, u qed nissuġġerixxu, bl-istess mod li ġara fil-każ tal-Imħallef Depasquale, li fil-laqgħa li jmiss, iż-żewġ naħat se jiġu u niddiskutu l-proċedura li se naddottaw f'dan il-każ.", "Naturalment, proviso żgħir li sar li huwa importanti huwa – dak li qal id-Deputat Prim Ministru – li ma nistgħux ninjoraw dak li qed jiġri.", "Inti, Mr Speaker, għamilt referenza għall-protest ġudizzjarju li qassamtilna kopja tiegħu.", "Jien kont qed narah illum għall-ewwel darba.", "Ma nistgħux ninjoraw li jista' jkun hemm żviluppi oħrajn, anke in vista ta' esperti kostituzzjonali, li naħseb li ż-żewġ naħat naqblu li huma esperti kostituzzjonali li wieħed għandu għallinqas jagħti kas dak li qed jgħidu, ħalli mbagħad nibqgħu għaddejjn kif jidhrilna bħala Kumitat.", "Imma, dan l-istat ta' fatt irridu nżommuh quddiem għajnejna fl-eventwalità li niġu għal dak il-bridge li mbagħad irridu naqsmu flimkien.", "Din hija l-pożizzjoni tagħna.", "MR SPEAKER: Jien nixtieq nagħmel il-pożizzjoni tiegħi mill-ewwel.", "Mela, abbażi tad-diskussjoni kif żvolġiet naħseb li l-ewwel ħaġa li trid issir hija – naħseb li taqblu – li jien inpoġġi l-mozzjoni fil-Ktieb tal-Mozzjonijiet biex tkun tista' titla' l-mozzjoni, u li l-persuna konċernata trid tiġi informata li l-mozzjoni tpoġġiet hemmhekk għaliex se tibda l-proċedura fil-konfront tagħha – ovvjament il-persuna konċernata hija l-Imħallef Lino Farrugia Sacco – kif inhi l-proċedura.", "Dik hija l-ewwel proċedura li trid issir, bħalma kien sar ukoll fil-każ tal-eks- Imħallef Anton Depasquale.", "Mela, fil-Motion Book tidħol il-mozzjoni issa, b'mod immedjat, wara dan il-Kumitat, u jien ninforma lill-persuna konċernata li l-mozzjoni daħlet fil-Motion Book u li se tibda l-proċedura.", "Naħseb li dak huwa l-ewwel stadju immedjat.", "CARMELO ABELA: Jien se nistaqsik din biss, Mr Speaker.", "Hemm xi skadenzi?", "Jiġifieri, fil-Motion Book se tidħol b'mod immedjat, mhux kwestjoni ...", "MR SPEAKER: S'issa l-mozzjoni għadha mhijiex fil-Motion Book għaliex s'issa għadha ma daħlitx.", "Allura, qed nitkellmu fuq xi ħaġa li għadha mhijiex qiegħda hemm.", "Biex nitkellmu fuq dak li għandu jsir, l-ewwel trid tidħol il-mozzjoni fil-Motion Book.", "Mela, dik trid tidħol wara dan il-Kumitat, u intom il-Whips tafu x'jiġifieri.", "Il-mozzjoni tidħol fil-Motion Book biex tibda tiskatta l-proċedura.", "Ovvjament, peress li hemm mozzjoni ta' impeachment, jien marbut li ninforma lill-persuna jew persuni konċernati.", "F'dan il-każ, il-persuna konċernata hija l-Imħallef Lino Farrugia Sacco, biex jipprepara u jkun jaf li issa l-mozzjoni daħlet fil-Motion Book u se tibda l-proċedura fil-konfront tiegħu.", "Taqblu ma' dan?", "DAVID AGIUS: Jien naħseb li jkun tajjeb li din il-mozzjoni tinqara fil-Plenarja għaliex s'issa ħadd minna suppost ma jaf x'fiha din il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: S'issa, f'dan l-istadju, Onor. David Agius, kif taf int, motion bħal dik tkun sigrieta.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Imma fil-Ktieb tal-Mozzjonijiet issir pubblika.", "MR SPEAKER: Kollox sew, imma għandu raġun l-Onor.", "Kif tidħol fil-Motion Book, issir pubblika jiġifieri awtomatikament issir pubblika.", "Jien naħseb li għandna nimxu mal-proċedura.", "Il-proċedura hija stabbilita.", "Mela, l-ewwel tidħol il-mozzjoni fil-Motion Book biex inkunu bdejna l-proċedura.", "Ma nistgħux niddiskutu xi ħaġa meta għadha mhijiex imdaħħla.", "Ma nistgħux niddiskutu – b'kull rispett – il-proċedura li se ssir meta l-mozzjoni għadha lanqas qiegħda fil-Motion Book.", "Mela, the first thing that has to be done, b'mod immedjat, hija li llum stess – jekk, ovvjament, il-partijiet jaqblu – il-mozzjoni tidħol fil-Motion Book, u jien nikteb lill-Imħallef li issa l-pożizzjoni hija li l-impeachment motion daħlet fil-Motion Book, u allura se tibda l-proċedura fil-konfront tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Hija proċedura, imma per cortesia, Onor. Grech, nixtieq li … Nifhem li l-Onor.", "Agius qal iva, u nifhem li anke l-Onor.", "Carmelo Abela … Imbagħad, nagħmlu laqgħa biex, wara li jiġi denunzjat hu – irid ikun uffiċjalment denunzjat u l-mozzjoni tidħol fil-Motion Book – niftehmu fuq il-proċedura.", "Din hija l-proċedura li kien għamel dak iż-żmien l-Onor.", "Ma jfissirx li għandna nimxu magħha, hija proċedura.", "L-Imħallef jista' jikteb lura u jgħid li jrid jiffaċċja l-Plenarja, u ma jridx li jiffaċċja l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, l-Imħallef ma jistax jiddeċiedi x'se jagħmel, meta aħna għadna lanqas għednielu x'se nagħmlu.", "MR SPEAKER: B'kull rispett, l-Imħallef jista' jikteb lura u jgħid li dik il-mozzjoni li se tiġi diskussa jrid jiffaċċjaha fil-Plenarja.", "Jista' jagħmilha.", "Din hija waħda mill-għażliet tiegħu, imma dik hija xi ħaġa li m'għandniex għalfejn nidħlu fiha aħna.", "Aħna nimxu mal-proċedura, tidħol fil-Motion Book, u nikteb lill-Imħallef.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, skont il-liġi, aħna ridna neħduha for consideration by the House, jiġifieri, l-ewwel ma rridu nagħmlu hija li ntellgħu din il-mozzjoni fil-Kamra biex nimxu skont il-liġi.", "Jiġifieri, jekk aħna hawnhekk qed nimxu mal-liġi, irridu ntellgħu din il-mozzjoni – wara li tkun fil-Motion Book – fil-Kamra.", "M'hemm l-ebda proċedura oħra li rridu nimxu magħha, u rridu nobdu l-liġi.", "Jien mhux qiegħed hawnhekk biex nikser il-liġi, u ħadd minna mhu qiegħed hawnhekk biex jikser il-liġi.", "MR SPEAKER: Ibqa' ċert li mal-liġi se nimxu, tħabbilx rasek.", "DAVID AGIUS: Ma naħsibx li għandna bżonn għerf li ntellgħu din il-mozzjoni fil-Plenarja.", "Jien naħseb li jekk verament irridu mmexxu l-każ 'il quddiem, nimxu skont il-liġi u ntellgħu din il-mozzjoni, kif sar ukoll fl-impeachment tal-każ tal-Imħallef l-ieħor.", "MR SPEAKER: Trid tidħol fil-Motion Book.", "DAVID AGIUS: Mela tidħol fil-Motion Book, u ma jżommna xejn milli aħna niddeċiedu li din intellgħuha quddiem il-konsiderazzjoni tal-Kamra kollha.", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, wara li tidħol fil-Motion Book, il-persuna konċernata – naħseb li taqbel, hux hekk? – ...", "MR SPEAKER: Għandu jiġi nformat li daħlet il-mozzjoni biex tibda l-proċedura.", "DAVID AGIUS: L-iSpeaker kien kiteb lill-Imħallef wara, jekk tinnota x'kien sar fil-każ ta' qabel.", "MR SPEAKER: Imma x'kiteb hu … Jien nimxi skont il-liġi, tħabbilx rasek.", "Jien il-proċedura nimxi magħha.", "DAVID AGIUS: Jew se niffolowjaw x'ġara fil-każ ta' qabel, jew inkella m'aħniex se niffolowjaw.", "MR SPEAKER: Le, se nimxu mal-liġi, tħabbilx rasek.", "Ma jfissirx li dak li għamel l-iSpeaker dakinhar se nagħmlu jien.", "Jien nagħmel dak li qed tgħid il-liġi.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri aħna qed naqblu ...", "MR SPEAKER: Ikkwotali l-liġi fejn qed tgħid li ...", "DAVID AGIUS: Għadu kif qrahielek il-kollega tiegħi.", "MR SPEAKER: Le, meta tidħol fil-Motion Book ...", "Ma nistgħux niksru dik il-proċedura.", "MR SPEAKER: Dik il-proċedura se ssir.", "Aħna qed nitkellmu fuq il-proċedura meta tidħol fil-Motion Book.", "Mela, tidħol fil-Motion Book ...", "MR SPEAKER: Tidħol fil-Motion Book ...", "DAVID AGIUS: U aħna ntellgħuha mill-ewwel fil-Kamra.", "MR SPEAKER: U jien ninforma lill-persuna konċernata li daħlet fil-Motion Book.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, inti agħmel dawk l-affarijiet kollha li tirrikjedi l-liġi, imbagħad immexxu minn hemm.", "MR SPEAKER: Serraħ moħħok.", "DAVID AGIUS: Irridu naqblu, Mr Speaker, meta allura se tittella' quddiem il-Kamra.", "M'aħniex naqblu proċeduralment.", "MR SPEAKER: Għadha mhijiex fil-Motion Book.", "Trid tidħol fil-Motion Book.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, m'għandhiex x'taqsam qed ngħidlek.", "Meta jkollok każ ta' impeachment, prima facie, għandek il-liġi, u rridu nimxu fuqha.", "Skont il-liġi, irridu ntellgħu dan ir-rapport tal-Kummissjoni to be taken up for consideration by the House.", "U hawnhekk qegħdin aħna biex niddeċiedu d-data għall-inqas ta' meta din se ssir.", "MR SPEAKER: Id-data mhijiex problema, iddeċiedu intom, imma llum se nimxu mal-liġi.", "Tagħmilx referenza li s-Sedja mhux qed timxi mal-liġi, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, naħseb hawnhekk hawn qbil miż-żewġ naħat li din tidħol fil-Motion Book, għax inkella ma tistax tiġi skattata l-proċedura.", "Fis-section li qiegħed jitkellem fuqha, u li diġà tkellimna fuqha, li hija section 9(5), veru li hawn illi \"the motion referred to in section 97(2) of the Constitution shall, together with the report of the Commission, be taken up for the consideration of the House\"; però m'hawnx imniżżel li ma jridx ikun informat il-persuna … Il-biċċa xogħol hi mbagħad jidħlu d-dettami tan-natural justice.", "MR SPEAKER: Naħseb li kulħadd jaqbel li l-persuna konċernata għandha tkun informata.", "Ma naħsibx li hawn xi oppożizzjoni fuq din.", "Issa dwar il-proċedura, dan il-Kumitat jistabbilixxiha.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jien staqsejt dwar x'time frame għax qed nifhem li llum stess se tidħol il-mozzjoni fil-Motion Book, u allura se tkun pubblika.", "Inti – se nuża l-kelma li 'int obbligat' – obbligat tinforma lill-persuna konċernata, li huwa l-imħallef ...", "MR SPEAKER: Naħseb li kulħadd qed jaqbel, hux hekk?", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd li mhux qed jaqbel.", "Għax aħjar hekk, ħalli nniżżluha fil-minuti.", "Kulħadd qed jaqbel li għandu jiġi informat.", "CARMELO ABELA: Naħseb li huwa obbligu tas-Sedja li tagħmel dan ukoll.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din: Hemm xi skadenza li wieħed irid jistenna feedback, jew inkella nistgħu intellgħuha għad-diskussjoni?", "Il-proċedura hija din – trid tidħol fil-Motion Book, se ninforma lill-persuna konċernata, u dan il-Kumitat irid jaqbel fuq proċedura.", "MARIO DE MARCO: Naqblu li l-House Business Committee li jmiss se jkun iddedikat biex inkunu qbilna fuq il-proċedura kollha mill-\"A\" saż-\"Z\", fuq il-lista tax-xhieda, jekk aħniex se niddelegaw is-smigħ tax-xhieda lill Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi jew xi kumitat ieħor jew fil-Plenarja, it-time frames li rridu naħdmu fihom, eċċ.?", "Fil-fatt, Onor. de Marco, il-proċedura, anke fil-każ ta' Anton Depasquale, kienet ġiet deċiża mill-House Business Committee.", "Jiġifieri, hija proċedura speċjali li lkoll tridu taqblu, flimkien mas-Sedja, kif se nimxu.", "LOUIS GRECH: Aħna qed naqblu li fil-laqgħa li jmiss din għandha tkun iddedikata sempliċement għall-attivazzjoni tal-proċedura kif għandha titħaddem.", "MR SPEAKER: Fil-fatt, il-proposta kienet min-naħa tal-Gvern li l-proċedura tiġi maqbula fil-House Business Committee.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nistgħu naqblu fuq ġurnata?", "MR SPEAKER: Qegħdin naqblu li llum se ndaħħalha fil-Motion Book u se tkun pubblika.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, nipproponi li niltaqgħu nhar il-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: Coming Friday, hux hekk?", "DAVID AGIUS: Nistgħu niltaqgħu għada.", "Għada tajjeb ukoll għalina.", "Mr Speaker, m'għandekx diffikultà li niltaqgħu din il-ġimgħa, qabel ma mmorru.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, ħu paċenzja, kollha rridu niftehmu.", "Ġieli domna tliet ġimgħat jew xahar biex laqqgħajna l-kumitat.", "Jien nitlob lil kulħadd jikkoopera ħalli naslu.", "DAVID AGIUS: Anke nagħmluha għada, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Jien dejjem hawn, kif taf int. Mhux jien il-problema.", "Il-partijiet iridu jkunu komdi.", "CARMELO ABELA: Nissuġġerixxu s-27 ta' Frar, meta niġu lura minn barra.", "Qabel is-27 le, għax jien u l-Onor.", "MR SPEAKER: Sakemm naqblu fuq data, nistgħu mmorru fuq żewġ affarijiet oħra żgħar?", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-Kumitat kif kostitwit biex jiddiskuti l-Ombudsplan għandu jiltaqa' fil-11 ta' Marzu fis-6.45 p.m. biex ikompli jiddiskuti l-Ombudsplan u nagħlquha.", "MR SPEAKER: Imbagħad, hemm item oħra dwar l-esibizzjoni permanenti dwar l-istorja tal-Parlamentari ...", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ejja mmorru lura għall-impeachment motion.", "Jien naħseb li għandna niltaqgħu din il-ġimgħa u jagħtuna draft ħalli nilħqu narawha għallinqas.", "Imbagħad, ġimgħa wara nerġgħu niltaqgħu.", "MR SPEAKER: Tridx nagħmlu hekk?", "Jien kont se nissuġġerixxi – ħalli nipprova nsib mod kif nimxu – li jekk il-Membri ma jistgħux jiltaqgħu din il-ġimgħa bħala kumitat, imma għallinqas jekk ikun hemm pjan ta' kif taħsbu –bħala grupp min-naħa tal-Gvern – kif għandu jkun l-abbozz, tgħadduh mill-ewwel ħalli dakinhar ikollkom l-abbozz.", "DAVID AGIUS: Nistgħu niltaqgħu b'dan l-abbozz.", "Għallinqas niltaqgħu fil-House Business Committee nhar il-Ġimgħa, jew nhar is-Sibt, jew nhar il-Ħadd, qabel ma nitilqu.", "MR SPEAKER: Skużani, forsi ma kontx ċar, imma naħseb li kont ċar.", "Jien sempliċement ninforma lill-persuna konċernata li issa dik il-motion qiegħda fil-Motion Book.", "DAVID AGIUS: Li qed nissuġġerixxi, Mr Speaker, huwa 48 siegħa biex il-Gvern jiġi lura għandna b'abbozz, bi draft, ħalli nkun iktar speċifiku; imbagħad, wara dak id-draft, nagħtu ġimgħa ċans għax aħna t-tnejn se nkunu msefrin miegħek fuq xogħol tal-Parlament, u l-ġimgħa ta' wara nerġgħu niltaqgħu hawnhekk u nagħmlu finali.", "Tajjeb hekk?", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, tistgħu għall-inqas tgħaddu abbozz lill-Oppożizzjoni?", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Ħalli nkunu ċari.", "Aħna nistgħu niddraftjaw forma ta' abbozz – li ma jkunx finali ovvjament – jiġifieri dan se jkun skeletru ta' kif jidhrilna li għandna nimxu.", "Imbagħad fis-27 se jkun il-Kumitat proprja li jiddeċiedi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ladarba ma nistgħux niltaqgħu l-Ġimgħa – għax kieku ideali li niltaqgħu forsi l-Ġimgħa – però almenu sa Friday jibagħtulna – nikkommunikaw ma' xulxin – l-abbozz ta' proċedura.", "Allura, b'hekk qed niftehmu li sa Friday aħna jkollna dan l-abbozz; imbagħad qed naqblu wkoll li aħna se niltaqgħu on the 27th.", "Nistgħu niltaqgħu fis-1.00 p.m. on the 27th?", "MR SPEAKER: Fis-1.00 p.m. inkunu għadna fl-ajru.", "L-iktar kmieni għall-4.30 p.m. jew il-5.00 p.m.", "MARIO DE MARCO: Nistgħu nagħmluha l-għada, Friday 28th fis-1.00 p.m.?", "Għiduli intom.", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, inti tajjeb għalik Friday?", "DAVID AGIUS: Jien niġi lura l-Ħadd wara nofsinhar.", "Nitlaq miegħek u niġi l-Ħadd ta' wara.", "LOUIS GRECH: Il-Ġimgħa fis-siegħa.", "MARIO DE MARCO: Mela l-Ġimgħa fis-siegħa, jimporta?", "LOUIS GRECH: Għalija ma jimpurtax.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-Ġimgħa fis-1.00 p.m. tajjeb għalija wkoll.", "MR SPEAKER: Mela nagħmluha fit-28 ta' Frar.", "Issa rrid ninformakom li għandi korrispondenza għaddejja tan-Network Publications li, kif tafu, huwa l-kuntrattur li ġie mqabbad mill-BOV biex jagħmlu l-esibizzjoni permanenti dwar l-istorja Parlamentari.", "Issa qed jistaqsu l-parir tal-House Business Committee – irridu naqblu aħna - dwar il-konsulent jew konsulenti li għandhom jitqabbdu dwar l-istorja biex tkun tista' ssir din il-wirja.", "Allura li qed nitlobkom huwa li for the next sitting nissottomettu ismijiet li intom taħsbu li għandhom ikunu.", "Tajjeb hekk?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Fis-2.33 p.m., il-Kumitat aġġorna għat-28 ta' Frar 2014, fis-1.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140219_015d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-1.07 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 14 li saret fis-27 ta' Jannar 2014 kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "dakinhar, l-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014 kellha tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Trusts u Trustees – Abbozz Nru 32 – Tieni Qari;", "matul il-ġimgħa li tibda t-Tnejn, 24 ta' Frar kellha tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 26 – Tieni Qari; u tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) – Abbozz Nru 24 – Tieni Qari; u", "wara kellhom jibdew id-diskussjonijiet dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Abbozz Nru 35 – Tieni Qari, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Kunsilli Lokali – Abbozz Nru 36 – Tieni Qari; l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta – Abbozz Nru 37 – Tieni Qari; l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ajruport u fl-Avjazzjoni Ċivili – Abbozz Nru 38 – Tieni Qari; l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti – Abbozz Nru 21 – Tieni Qari; u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ – Abbozz Nru 39 – Tieni Qari.", "L-Onor.", "David Agius staqsa f'liema stadju waslet id-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5) - Abbozz Nru 25 - imressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi; u dwar l-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz Nru 18 – imressaq mill-Onor.", "L-Onor.", "Carmelo Abela fakkar lill-Kumitat li dawn iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi kienu qegħdin fi stadju ta' kumitat.", "Fir-rigward tal-Abbozz Nru 25, l-Onor.", "Abela qal li d-diskussjoni kienet diġà bdiet u kien jonqos biss klawsola waħda li bi ftehim fl-istess Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien qed jipprepara emenda dwarha.", "Fir-rigward tal-Abbozz Nru 18, l-Onor.", "Abela informa lill-Kumitat li m'għandux ikun hemm diffikultà li l-Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jgħaddi biex jiddiskuti dan l-Abbozz wara li jgħaddu mill-istadju ta' kumitat l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili – Abbozz Nru 20 – mressaq mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali – Abbozz Nru 34 – imressaq mis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja.", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF CARMELO FARRUGIA SACCO", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li huwa xtaq jagħmel numru ta' sottomissjonijiet ħalli mbagħad iħalli lill-Membri tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex jesprimu l-pożizzjoni tagħhom.", "irrefera għar-ruling li kien ta fis-Seduta tat-22 ta' Jannar 2014 fejn kien ġie deċiż min-naħa tas-Sedja li l-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco li kienet tressqet fil-11-il leġiżlatura kienet mejta u li biex tiġi riavvivata, kien jeħtieġ li terġa' tiġi intavolta mozzjoni ġdida, liema mozzjoni kellha timxi taħt il-provvedimenti stabbiliti mil-liġi;", "irrefera għall-mozzjoni ġdida li ġiet ippreżentata mill-Prim Ministru wara li ngħata r-ruling, liema mozzjoni ġiet mgħoddija lill-President tar-Repubblika bħala President tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita taħt l-Att dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Kap 369) biex issir l-investigazzjoni neċessarja;", "irrefera għal u qara l-ittra datata 29 ta' Jannar 2014 li huwa kien għadda lill-President tar-Repubblika flimkien mal-mozzjoni ppreżentata mill-Prim Ministru fejn il-Kummissjoni ġiet mitluba tagħmel ir-rapport tagħha skont kif previst fis-subartikolu 9(4) tal-Kap 369;", "irrefera għal u qara l-ittra datata 3 ta' Frar 2014 mibgħuta mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fejn is-Sedja ġiet informata li l-Kummissjoni ma kellha xejn x'iżżid mar-rapport tagħha tas-6 ta' Jannar 2014;", "irrefera għal u qara l-ittra datata 4 ta' Frar 2014 li ntbagħtet bi tweġiba għall-ittra sovrastanti fejn il-Kummissjoni ntalbet tinnota li l-mozzjoni ppreżentata mill-Prim Ministru kienet mozzjoni ġdida għal indirizz ieħor u allura distakkata u separata mill-mozzjoni preċedenti u li għalhekk kien meħtieġ li l-Kummissjoni tħejji rapport ġdid; u", "irrefera għal u qara l-ittra datata 7 ta' Frar 2014 mibgħuta mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fejn is-Sedja ġiet informata li l-Kummissjoni hi tal-fehma li r-rapport tagħha tas-6 ta' Jannar 2014 għadu jgħodd u applikabbli għall-mozzjoni ġdida.", "L-Ispeaker irrefera wkoll għal u qara:", "ittra datata 13 ta' Frar 2014 mingħand l-avukati tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco; u", "protest ġudizzjarju datat 17 ta' Frar 2014 u ippreżentat mill-Imħallef Farrugia Sacco kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali informa lill-Kumitat li filwaqt li japprezza l-pożizzjoni li ħadet is-Sedja kif ukoll il-validità tal-argumenti tagħha, il-grupp parlamentari tal-Gvern iddiskuta din il-materja u ttieħdu żewġ deċiżjonijiet.", "L-ewwel deċiżjoni hija li ġaladarba l-Kummissjoni ppronunzjat ruħha, in-naħa tal-Gvern trid terfa' l-piż tal-funzjonijiet tagħha.", "It-tieni deċiżjoni hija li n-naħa tal-Gvern ma jidhrilhiex li hija kompetenza ta' dan il-Kumitat li jissindika jekk fi stadju ta' Kummissjoni ġiex miksur xi dritt għaliex dan għandha tarah il-qorti kompetenti f'każ li tintalab li tagħmel hekk mill-Imħallef Farrugia Sacco.", "Id-Deputat Prim Ministru żied jgħid li kienu jkunu irresponsabbli kieku injoraw il-pariri tal-esperti kostituzzjonali bħal dawk espressi mill-Imħallef Giovanni Bonello u mill-Professur Kevin Aquilina fil-media li qalu li l-Parlament għandu kull dritt jaqbad u jmexxi f'dan il-każ iżda li għandu jeżerċita l-prudenza jekk tinfetaħ kawża kostituzzjonali.", "Qal ukoll li minbarra l-prudenza huwa jemmen li għandu jiġi wżat il-buon sens u l-Parlament m'għandux ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li diffiċli jirrimedjha f'każ li l-qorti tiddeċiedi favur l-Imħallef jekk l-Imħallef Farrugia Sacco jiddeċiedi li jieħu l-każ quddiem il-qorti kompetenti.", "Id-Deputat Prim Ministru ippropona li fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tiġi diskussa l-proċedura li għandha tiġi adottata filwaqt li tittieħed konjizzjoni tas-sitwazzjoni kif tiżviluppa partikolarment jekk tkun infetħet kawża kostituzzjonali mill-Imħallef Farrugia Sacco.", "L-Onor.", "Mario De Marco qabel mad-Deputat Prim Ministru li dan il-Kumitat m'għandux jiġġudika r-rapport tal-Kummissjoni jew is-smigħ kif sar quddiem il-Kummissjoni.", "Huwa rrefera wkoll għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li qalet li r-rapport tagħha japplika għall-mozzjoni l-ġdida u li kull ilment li l-avukati jixtiequ jagħmlu f'dan ir-rigward għandu jiġi indirizzat lill-Kummissjoni u mhux lil dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "De Marco qal li filwaqt li huwa kien qed jifhem li anke n-naħa tal-Gvern kienet qiegħda taqbel li l-mozzjoni tal-Prim Ministru għandha tiġi attivata, l-Oppożizzjoni ma kenitx qiegħda taqbel li d-diskussjoni dwar il-proċedura li għandha tintuża f'dan ir-rigward titħalla għal laqgħa oħra tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u kienet qed issostni li din il-kwestjoni tiġi kkonsidrata mill-Kumitat minnufih.", "L-Onor David Agius għamel referenza għall-korrispondenza li kien bagħat lis-Sedja fejn talab li dan il-Kumitat jiltaqa b'mod urġenti biex jiddiskuti din il-materja, kif ukoll għat-tweġiba li huwa kien irċieva li l-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra setgħet issir illum.", "Huwa qal li għaldaqstant kien qed jistenna li d-Deputat Prim Ministru kellu dakinhar jinforma lill-Kumitat xi proċedura se tintuża.", "Id-Deputat Prim Ministru ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li kien biss illum li l-pożizzjonijiet taż-zewġ naħat fuq din il-materja saru magħrufa u li l-kwestjoni dwar il-proċedura hija xi ħaġa li tqum abbażi ta' tali pożizzjonijiet.", "Huwa għalhekk, żied igħid, li n-naħa tal-Gvern ma kenitx ġiet biex titkellem fuq proċedura u li din kienet ir-raġuni għalfejn qed jingħad li jrid ikun hemm sessjoni oħra biex tiġi diskussa xi proċedura għandha tintuża.", "L-Onor.", "Carmelo Abela irrefera għal dak li qal l-Onor.", "David Agius u semma numru ta' raġunijiet għalfejn il-Kumitat ma setax jiltaqa' qabel.", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li abbażi ta' kif żvolġiet id-diskussjoni huwa kien se jara li b'mod immedjat, il-mozzjoni tidħol fil-Ktieb tal-Mozzjonijiet .", "Żied igħid li hekk kif isir dan, il-mozzjoni ssir pubblika.", "Wara dibattitu, il-Kumitat qabel li fil-laqgħa li jmiss għandha tiġi diskussa xi proċedura għandha tiġi adottata fir-rigward tal-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco.", "XOGĦOL IEĦOR", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-membri tal-Kumitat għal email mibgħuta lill-Iskrivan tal-Kamra mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti dwar attivitajiet konnessi mal-karnival li kienu ippjanati li jsiru fi Pjazza San Ġorġ bejn il-Ġimgħa, 22 ta' Frar u t-Tlieta, l-4 ta' Marzu 2014 u wkoll għaddielhom programm tal-attivitajiet u pjanta ta' fejn se jsiru l-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ.", "Il-Kumitat qabel li għal raġunijiet prattiċi u ta' loġistika, il-Parlament ma kellux jiltaqa' nhar it-Tnejn u t-Tlieta, 3 u 4 ta' Marzu 2014.", "Fuq mistoqsija tal-Onor.", "David Agius, l-Ispeaker informa lill-Kumitat li d-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2014 kellha tkompli nhar it-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 fis-6.45pm.", "Fuq proposta tal-Onor.", "David Agius, il-Kumitat qabel li għandu jkun hemm sistema ta' koordinament bejn iċ-chairpersons u l-iskrivani tal-kumitati parlamentari biex jiġi evitat li jissejħu laqgħat ta' kumitati li fuqhom ikun hemm l-istess Membri.", "L-Onor.", "David Agius għamel referenza għal inċident li nqala' waqt laqgħa tal-Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi ta' nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar 2014 u f'dan ir-rigward talab lill-Ispeaker biex jiġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Luciano Busuttil, Chairperson ta' dan l-istess Kumitat, u tal-Onor.", "Helena Dalli, Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien se jitlob għall-kjarifikazzjonijiet neċessarji u jekk ikun il-każ kien se jieħu azzjoni mill-ewwel.", "L-Ispeaker Farrugia irrefera għall-korrispondenza mibgħuta mingħand Network Publications Ltd datata 17 ta' Frar 2014 fejn kienet qed tintalab l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-espert li għandu jitqabbad biex iħejji l-materjal għall-esibizzjoni dwar l-istorja parlamentari u kostituzzjonali.", "Huwa għalhekk talab lill-Membri sabiex fil-laqgħa li jmiss jagħmlu l-proposti tagħhom.", "Fis-2.33 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014, fis-1.00 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140219_015m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 17", "It-Tlieta, 25 ta' Frar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 17", "It-Tlieta, 25 ta' Frar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 16, li saret nhar il-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne): Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-ittra:", "- Id-Dikjarazzjoni maħruġa wara l-ewwel laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tan-naħa t'Isfel tal-Unjoni Ewropea, li saret f'Ċipru fl-24-25 ta' Jannar 2014, li għaliha attenda l-President tal-Kumitat.", "Din hija dikjarazzjoni maħruġa wara l-ewwel laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tan-naħa t'isfel tal-Ewropa, li saret f'Ċipru fl-24 u fil-25 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Din il-laqgħa saret f'Nikosija, u għaliha kien hemm preżenti l-pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Ewropa li huma membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "U hawnhekk qed nitkellmu fuq il-Portugall, Franza, l-Italja, il-Greċja, Malta, Ċipru, il-Kroazja u l-Islovenja.", "Spanja kienet mistiedna wkoll u huma xtaqu jattendu, imma ma setgħux.", "Matul din il-laqgħa ġie fformat il-grupp għall-pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Unjoni Ewropea sabiex inkunu nistgħu nwasslu aħjar il-pożizzjoni komuni tan-naħa t'isfel tal-Ewropa fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Se npoġġi fuq il-Mejda din l-ittra:", "- Ittra datata d-19 ta' Frar 2014 mingħand il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ta' Ċipru rigward talba mill-Bulgarija u r-Rumanija sabiex jingħaqdu mal-Grupp ta' Stati Membri tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk jattendu l-laqgħat tiegħu ta' qabel kull laqgħa tal-COSAC.", "Relatata mal-ewwel stqarrija, għandna din il-korrispondenza datata d-19 ta' Frar 2014 mingħand il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ta' Ċipru, li bħalissa għandhom il-Presidenza ta' dan il-grupp, rigward talba mill-Bulgarija u mir-Rumanija sabiex jingħaqdu mal-grupp tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tan-Nofsinhar.", "Jiena qed nitlob jekk għandkomx xi kummenti dwar li l-Bulgarija u r-Rumanija jingħaqdu ma' dan il-grupp ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.", "Jien m'iniex konvint kemm il-Bulgarija u r-Rumanija huma parti mis-South tal-Ewropa, imma dawn qegħdin jitolbu li jkunu parti minn dan il-grupp.", "Ma nafx jekk hemmx kummenti mill-Membri ta' dan il-Kumitat dwar x'għandha tkun ir-reazzjoni tagħna bħala founding member tal-Kumitat dwar l-isħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija.", "Jekk m'hawnx kummenti fuq din, jien se neħodha li mhux qed insibu oġġezzjoni li l-Bulgarija u r-Rumanija jingħaqdu ma' dan il-grupp tal-Membri Stati tan-naħa t'isfel tal-Ewropa.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Fl-opinjoni tiegħi, la ġeografikament u lanqas bħala lingwa … u allura naħseb li m'għandhom xejn minn tas-South.", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Jekk tippermettuli, nixtieq ngħaddi kumment, imma mhux se ngħid jekk naqbilx jew le.", "Il-grupp li waqqafna fil-Kumitat tal-Ministri rristrinġejnih ħafna, u waqafna sal-Greċja u Ċipru.", "L-iskop hu li, l-ewwel trid tikkonsolida fejn għandek l-istess għanijiet u l-istess problemi, u mbagħad ħalli tkabbar.", "Jekk se tkabbar mill-bidu se jidħlulek problemi fil-grupp li mhumiex intrinsikament Mediterranji.", "Ir-Rumanija għandha l-problemi tagħha u l-Bulgarija għandha l-problemi tagħha wkoll.", "U allura, tħallux pereżempju lir-Rumanija – u dan nagħmlu bħala kawtela – tuża lill-grupp għal problemi li għandha hi mal-Unjoni Ewropea rigward moviment ta' persuni, u ħafna problemi oħra.", "Il-parir tiegħi hu biex mhux noqogħdu ngħidu minħabba kwestjoni ġeografika u ħafna affarijiet oħra, imma li għall-bidu dan il-grupp għandu jkun ristrett ħalli jissaħħaħ qabel ma jibdew jidħlu oħrajn fuqu.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel miegħek għax, jekk se nkabbruh dan il-grupp, se nitilfu l-iskop tiegħu u se ndgħajfu s-saħħa tan-naħa t'isfel tal-Ewropa.", "Jista' jkun li jkun aħjar li niktbu lill-Presidenza ta' dan il-grupp u ngħidulhom li, fl-opinjoni tagħna, jkun aħjar jekk il-grupp jibqa' ristrett għal pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa, għax dak hu l-iskop tiegħu.", "Għandna dawn iż-żewġ opzjonijiet: jew li min-naħa tagħna ma ngħidu xejn u nħallu l-affarijiet jimxu l-kors tagħhom, jew inkella – kif qed jissuġġerixxi l-Ministru Vella – ninsistu li l-grupp tal-Istati Membri tan-naħa t'isfel tal-Ewropa għandu jinkludi fih stati membri tan-naħa t'isfel tal-Ewropa.", "MARLENE FARRUGIA: Nista' nistaqsi x'kienu r-raġunijiet li poġġew 'il quddiem dawn il-pajjiżi biex jiġġustifikaw it-talba tagħhom?", "THE CHAIRPERSON: M'għandniex dik l-informazzjoni.", "Jien għandi korrispondenza mingħand il-President tal-Kumitat li għadda t-talba tagħhom lilna.", "Nassumi li huma qegħdin jgħidu li bħala membri ġodda fl-Unjoni Ewropea qed iħossu li ma jappartjenu għall-ebda grupp, u li ħassew li dan il-grupp kien l-aktar viċin tagħhom.", "MARLENE FARRUGIA: Hemm gruppi tal-Balkani?", "THE CHAIRPERSON: Magħna hemm il-Kroazja, għax għandha xatt mal-Mediterran, u hemm ukoll l-Islovenja.", "GEORGE VELLA: Naħseb li – bħala triq tan-nofs – huma qegħdin jgħidu \"to be invited to the proceedings of our future meetings\".", "Kieku jien nara jekk dawn jistgħux jiġu bħala osservaturi, u se nagħti r-raġuni għalfejn qed ngħid hekk.", "L-ewwel nett, biex jaraw kif qed jaħdmu l-pajjiżi tal-Mediterran, u t-tieni nett, meta eventwalment – hawnhekk qed insemmu 'l-Balkani, il-Montenegro, is-Serbja, u issa anke l-Albanija, li kollha qegħdin lined up – dawn il-pajjiżi jistgħu jmorru f'dak il-grupp, jew inkella jkunu jistgħu jgħinu lill-grupp tal-Mediterran li, wara kollox, uħud minnhom huma Mediterrranei, biex jittrasmettu x'għaddej f'dak il-grupp tramite l-Bulgarija u r-Rumanija, u jasal għand il-grupp tal-Mediterran.", "Naħseb li wieħed jista' ma jagħtihomx equal status bħall-oħrajn, u allura jkunu hemmhekk bħala osservaturi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: It-talba oriġinali tagħhom kienet minħabba t-two- speed Europe.", "Huma jirrikonoxxu li hemm pajjiżi li huma żviluppati u avvanzati ħafna iktar minn oħrajn, li huma eżempju tagħhom, u dawn il-pajjiżi l-oħra tas-South tal-Mediterran li, fi żmien jew ieħor, dejjem kellhom xi forma ta' diffikultajiet ekonomiċi – għallinqas f'dawn l-aħħar żmenijiet, ħlief aħna – u allura naħseb li qed jaħsbu li qed iħossuhom on board ta' grupp li jista' jkun rappreżentattiv tal-bżonnijiet tagħhom.", "U allura wieħed irid jara x'kienu r-raġunijiet tagħhom, u naħseb li, jekk se jifforma grupp tal-Balkani, dawn ikun ferm iktar posthom hemmhekk u jkunu jistgħu jaħdmu b'koordinament mal-grupp tagħna, li huwa l-grupp tal-Mediterran.", "THE CHAIRPERSON: Qed nifhem li hawn qbil li niktbu lill-President tal-grupp tan-naħa t'isfel tal-Ewropa biex ngħidulu li, min-naħa tagħna, ma nsibu l-ebda oġġezzjoni li r-Rumanija u l-Bulgarija jkunu mistiedna bħala osservaturi għal-laqgħat tal-grupp tan-naħa t'isfel tal-Ewropa.", "Issa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "- Komunikazzjoni datata t-13 ta' Frar 2014 mill-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Barranin u tad-Difiża tal-Kamra tad-Deputati u tas-Senat tal-Italja dwar il-każ taż-żewġ uffiċjali tan-Navy Taljana li ilhom sentejn taħt arrest fl-Indja wara l-għarqa ta' żewġ ċittadini Indjani.", "Kif qed taraw, din hija komunikazzjoni mill-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Barranin u tad-Difiża tal-Kamra tad-Deputati u tas-Senat tal-Italja dwar il-każ taż-żewġ uffiċjali tan-Navy Taljana li ilhom taħt arrest għal dawn l-aħħar sentejn fl-Indja wara inċident li kienu involuti fih bħala parti mill-Forza tan-NU kontra l-piraterija.", "Dawn qed jgħarrfuna bis-sitwazzjoni, u kif din, mhux biss qiegħda taffettwa lill-Italja bħala li huma ċittadini Taljani kif ukoll ċittadini Ewropej, imma anke bħala li huma rappreżentanti ta' missjoni mill-Unjoni Ewropea.", "GEORGE VELLA: Fuq din nixtieq nirrelata lill-Kumitat xi ħaġa pożittiva ħafna li ma ħarġitx fil-pubbliku, imma nista' ngħid li, wara l-laqgħa tal-10 ta' Frar tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, is-Sinjura Emma Bonino, li dik il-ħabta kienet il-Ministru tal-Affarijiet Barranin għall-Italja, għamlet appell imqanqal għall-fatt li dawn iż-żewġ membri tan-Navy Taljana, jiġifieri Massimiliano la Torre u Salvatore Girone – apparti l-fatt li dawn damu 'l fuq minn sentejn sabiex il-każ tagħhom jidher quddiem il-Qorti, u sadanittant marru wkoll l-Italja biex jivvotaw u reġgħu marru lura – dawn kienu qegħdin jiġu akkużati bħallikieku kienu terroristi.", "Din ma setgħetx taċċetta – u kellha miljun raġun, fl-opinjoni tiegħi – li pajjiż tal-Unjoni Ewropea jiġi akkużat minn Qorti Indjana li għandu t-terroristi fih!", "Dak il-ħin jien ġietni idea u, kif spiċċat il-laqgħa, mort mill-ewwel quddiemha u għedtilha li fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hemm tliet pajjiżi mill-Commonwealth.", "Dawn kienu Malta, Ċipru u l-Ingilterra.", "U għedtilha li jien, flimkien ma' Ioannis Kasoulides u William Hague nistgħu niktbu ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Kamalesh Sharma, li huwa hu stess Indjan, sabiex jintervjeni mal-Indja fuq dan il-każ.", "Emma Bonino qaltli li din kienet idea tajba ħafna u li, jekk nistgħu nagħmluha, naqbdu u nagħmluha.", "Fil-fatt, tkellimt ma' Kasoulides ta' Ċipru, u ma' William Hague tal-Ingilterra, u dan ħatafni mill-ewwel, u qalli li kienet idea brillanti u li kien messna ħsibniha aktar qabel.", "Din l-ittra bgħatniha – u jiddispjaċini li m'għandix kopja tagħha hawnhekk.", "Li rrid ngħid hu li Sharma ħa azzjoni mal-Gvern Indjan.", "Issa mhux qed ngħid li dak li ġara minħabba f'hekk, imma r-riżultat hu li l-Qorti Indjana, li kellha tagħti ġudizzju sat-18 ta' Frar, eventwalment iddeċidiet li twaqqa' l-akkuża ta' terroriżmu, u b'hekk neħħiet il-possibilità tal-piena tal-mewt.", "Din kienet xi ħaġa li min-naħa tal-Italja kellna ħafna ringrazzjamenti, u saħansitra l-Ambaxxatur Taljan ġie jirringrazzjana talli ħadna din l-inizjattiva.", "Kienet xi ħaġa li meta konna fil-Kunsill tal-Ministri tal-20, Emma Bonino ġiet tirringrazzjana, kemm lili, kemm lil Hague, eċċ., u kienet l-aħħar ħaġa li qaltilna qabel ma telqet minn hemmhekk.", "Din ridt ngħidha ħalli nkunu nafu li hemmhekk tajna l-kontribut kif stajna; issa, jekk kellux effett dirett jew le, ma nafx, imma naf li s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Sharma ħa passi fuq dik l-ittra.", "Aħna nieħdu pjaċir li jkun hemm interventi bħal dawn li jwasslu għal azzjoni pożittiva mill-Gvern tagħna.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki fuq dan l-item nistgħu ngħaddu għal ittra oħra li rċevejna.", "U għalhekk inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "- Ittra datata s-17 ta' Frar 2014 mill-Viċi President tal-Kummissjoni fejn ta r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tar-Regolament għal Kontinent konness (Kumm(2013)627), li dwaru l-Parlament Malti kien bagħat opinjoni motivata fit-12 ta' Settembru 2013.", "Din hija ittra li rċevejna mingħand il-Viċi President tal-Kummissjoni Šefčovič, fejn ta r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tar-Regolament li fuqu aħna konna ressaqna reasoned opinion minn dan il-Parlament xi ftit tax-xhur ilu.", "Ta' min jgħid li ż-żewġ reasoned opinions li bgħatna ma kenux laħqu t-threshold għall-yellow card, u bagħtulna spjega għalfejn huma jaħsbu li dawn iż-żewġ komunikazzjonijiet għandhom jibqgħu għaddejjin.", "Din il-korrispondenza qiegħda quddiemkom u, jekk għandkom xi kummenti dwarha, tistgħu tressquhom issa.", "Mela, jekk m'hawnx kummenti nistgħu ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum.", "DISKUSSJONI SKONT L-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ IL-PROPOSTA TAL-GVERN LI JIRRATIFIKA TRATTATI / FTEHIMIET", "THE CHAIRPERSON: Illum se niddiskutu numru ta' trattati li jridu jiġu ratifikati mill-Gvern Malti, u li aħna bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej obbligati li niddiskutu.", "L-ewwel trattat huwa dan:", "It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (Arms Trade Treaty)", "Issa nitlob lill-Ministru Vella sabiex jiftaħ id-diskussjoni fuq dan it-Trattat.", "GEORGE VELLA: Sur President, fil-qosor l-iskop tal-Arms Trade Treaty huwa biex jirregola n-negozju internazzjonali f'armi konvenzjonali billi jagħmel common standards, iżid it-trasparenza, u billi jikkumbatti l-ġlieda kontra n-negozju illeċitu tal-armi.", "Jikkontribwixxi wkoll għall-paċi u sigurtà globali billi jipprova jwaqqaf il-bejgħ u n-negozju tal-armamenti lejn reġjuni li fihom hemm il-kunflitti u l-ġlied, u billi jżomm 'il bogħod ċerti abbużi f'dawk li huma d-drittijiet tal-individwu.", "Illum nisimgħu b'ħafna postijiet, b'war lords li jmexxu l-gwerer, bil-pirati u bil-gangs li jissupplixxu l-armi minn pajjiż għall-ieħor.", "L-Att kien addottat fit-2 ta' April tas-sena l-oħra fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York, u t-Trattat infetaħ għall-firma fit-3 ta' Ġunju 2013.", "Malta ffirmat it-Trattat fit-3 ta' Ġunju, u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha ffirmaw.", "Dan irid ratifikazzjoni ta' 50 stat biex jiġi infurzat, u sal-lum hemm 116-il pajjiż li diġà ffirmaw it-Trattat, filwaqt li hemm 11 biss li rratifikawh.", "Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għamel konsultazzjonijiet mal-ministeri l-oħra, fosthom mal-Ministeru għall-Intern, mal-Ministeru tal-Finanzi u mal-OPM, u kollha taw il-kunsens tagħhom u qablu li dan it-Trattat għandu jiġi ffirmat u rratifikat.", "Interessanti l-fatt li dan it-Trattat, biex jiġi implimentat, għandek kompetenza maqsuma.", "Fil-fatt, għandek kompetenza tal-Unjoni Ewropea u kompetenza nazzjonali, jiġifieri għandek żewġ partijiet: l-ewwel irid jiġi ratifikat u maqbul mill-Parlament Ewropew, ħalli minn hemmhekk imur għand il-Kummissjoni biex ikun hemm Council decision li tħalli lill-Istati Membri jirratifikaw f'isem l-Unjoni Ewropea.", "Mela, qegħdin ngħidu li l-Parlament Ewropew jaqbel u qed jirrakkomanda lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni toħroġ Council decision li se tiġi addottata fl-ewwel ġimgħat ta' Marzu, probabbilment fil-laqgħa tas-17 ta' Marzu.", "Fi Brussell hemm working groups li qegħdin jaħdmu fuq il-possibilità li jagħmlu event biex jikkommemoraw il-fatt li se jiġi ratifikat mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.", "Ressaqt dan it-Trattat quddiem il-Kabinett, u kelli qbil li dan jiġi ratifikat, u dan kien fl-4 ta' Frar.", "Importanti li meta qegħdin nitkellmu fuq trattati, aħna għandna żewġ liġijiet prinċipali, waħda minnhom hija r-Ratification of Treaties Act, u l-ieħor huwa Kap 460, l-Att tal-Unjoni Ewropea.", "Il-parir li għandna mingħand l-AĠ huwa li dan l-Att ma jaqax taħt il-Kapitlu 304, jiġifieri r-Ratification of Treaties Act, imma jiġi regolat bil-Kap 460.", "Konna għaddejnih fil-leġislatura l-oħra li, meta għandek Deċiżjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, biex din tidħol fil-liġi Maltija u nagħmluha parti mill-European Union Act – li huwa Kap 460 – kulma jkun hemm bżonn li dan it-Trattat, din il-proposta tiġi quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ħalli tiġi diskussa hawnhekk.", "Imbagħad, jekk kemm-il darba jkun hemm qbil, tingħata l-permess ħalli dan jiġi ratifikat bħala trattat ta' Malta.", "Dik hija l-proċedura; hawnhekk għandna l-parir tal-Avukat Ġenerali, u dan nistgħu nagħmluh.", "Hemm min jgħidlek, jekk il-Parlament Ewropew għadu ma ddeċidiex u ma ħariġx id-deċiżjoni ...?", "Ħadt parir fuq din il-kwestjoni biex ma nistennewx sa darb'oħra, u qaluli li dan jsita' jaqa' taħt dak li jgħidulu b'mod legali provisional application, jiġifieri nistgħu naqblu li jiġi ratifikat dejjem jekk kemm-il darba l-Parlament eventwalment ikun qabel u jagħmel id-deċiżjoni.", "THE CHAIRPERSON: Il-Parlament Ewropew.", "GEORGE VELLA: Dażgur, il-Parlament Ewropew u mhux il-Parlament Malti.", "Fil-qosor, din hija l-kwestjoni kollha.", "Dan huwa trattat li, bħalma għedt fil-bidu, qiegħed hemmhekk biex jikkontrolla l-flow tal-armamenti, u biex ikun hemm commitment aktar trasparenti fit-traspożizzjoni u fl-użu.", "Pereżempju, aħna għandna l-kwestjoni tal-Freeport li rridu noqogħdu attenti x'jista' jgħaddi minnu, u dan jista' jiġi kkontrollat permezz ta' dan l-Arms Trade Treaty.", "Jiena nirrakkomanda li jiġi addottat.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nikkjarifika xi ħaġa – kuntrarju għal xi trattati oħra li rratifikajna, din id-diskussjoni se ssir f'dan il-Kumitat, u mhux se tmur quddiem il-Plenarja.", "Jekk ikun hemm problema se tiġi solvuta hawnhekk u, jekk naqblu bejnietna hawnhekk, allura awtomatikament dan se jkun ratifikat minn dan il-Parlament.", "GEORGE VELLA: Sur President, for record purposes, irrid ngħid li dan jaqa' taħt paragrafu (b) ta' subartikolu 4(2) ta' Kap. 460.", "THE CHAIRPERSON: Hawn aktar kummenti?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hemmx aktar kummenti, se neħodha li dan il-Kumitat qiegħed jaqbel li l-Parlament għandu jaqbel mar-ratifika tal-Arms Trade Treaty kif spjegat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Ngħaddu għall-item li jmiss li huwa:", "Mela hawnhekk il-Kumitat irid jiddiskuti l-11th Internal Agreement dwar il-European Development Fund.", "Dan huwa fond ta' biljuni ta' ewro li jkopri s-snin 2014/2020, u għalhekk issa nistieden lill-Ministru Vella sabiex jiftaħ id-diskussjoni fuq dan is-suġġett.", "GEORGE VELLA: Sur President, id-Development Cooperation Instrument u l-European Development Fund huma l-aktar żewġ strumenti ta' koperazzjoni fuq l-iżvilupp, u huma l-akbar żewġ fondi tal-Unjoni Ewropea li huma ffokati fuq li wieħed iħaffef il-faqar fl-Ewropa.", "L-EDF huwa l-iktar strument li jagħti assistenza, speċjalment lill-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku – magħrufin bħala l-ACP countries – jiġifieri dawk li huma involuti wkoll fil-Cotonou Agreement u l-overseas countries u t-territorji tagħhom.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fid-dettall ta' kif inhu fformat dan il-Fond għax huwa oġġett tekniku, però li rrid ngħid hu li dan huwa separat għal kollox mill-European Union Multiannual Financial Framework.", "Dan il-Fond ma jidħolx f'dak il-Baġit u, bħalma diġà għidt aktar qabel, l-iskop tiegħu huwa li jagħmel poverty alleviation.", "Hemm sistema komplikata mhux ħażin dwar kif wieħed jiddeċiedi.", "Pereżempju, fuq il-European Development Fund il-Kumitat jaġixxi by qualified majority, fejn irid ikollhom mill-inqas 720 vot minn 998, u jrid ikun hemm vot favur mill-inqas minn 14-il Stat Membru.", "Il-blocking minority hija ta' 279 vot, u Malta għandha vot wieħed hemmhekk.", "Eventwalment irid ikun hemm koperazzjoni intergovernmentali, u jrid ikun hemm deċiżjonijiet li jittieħdu barra li, kif diġà għedt, il-management tal-fondi tal-European Development Fund u r-riżorsi tiegħu mhumiex l-istess bħalma huwa l-Baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk qed insemmi d-differenza mill-Multiannual Financial Framework.", "Il-Parlament Ewropew, li għandu co-decision role mal-Kunsill fil-Baġit, f'dan il-każ m'għandux.", "Li hemm hu li kull programming period ikun maqbul billi jkun hemm firma ta' internal agreement bejn l-Istati Membri, u nafu li dan huwa fond li għandu fih €30 biljun fuq perijodu ta' seba' snin.", "Dan kien fih inqas milli kien hemm fil-ftehim ta' qablu, it-10th European Development Fund, u jkopri s-snin 2014/2020.", "Li jinteressana hu li, wara n-negozjati, li ħadu ħafna żmien u kien hemm ħafna li ħadu parti fihom – hawnhekk insellem b'mod speċjali lis-Sinjura Marlene Bonnici, li hija l-Permanent Representative fl-Unjoni Ewropea – hemm dak li jgħidulha l-key, fejn inti jkollok indikazzjoni tal-perċentwal li għandu jħallas pajjiż.", "F'dan il-każ, wara negozjati li saru, Malta minn 0.04% inżilna għal 0.03801% li, bejn wieħed u ieħor, isarraf għal €11,595,330, u li huwa spread out fuq perijodu ta' seba' snin.", "Dik hija s-somma dovuta minn pajjiżna.", "Li kieku ma sarux in-negozjati, konna nitilgħu għal €13,440,000, jiġifieri għandek differenza ta' madwar €2 miljuni.", "L-internal agreement kien iffirmat fl-24 ta' Ġunju fi Brussell, u Malta kienet rappreżentata mill-Permanent Representative tagħna, u kull pajjiż irid japprova l-ftehim skont in-normi kostituzzjonali tiegħu.", "Fil-każ tagħna diġà tkellimna dwar kif jistgħu jsiru.", "U dan jidħol in forza fit-tieni ġurnata tat-tieni xahar wara li jkun hemm ratifikazzjoni ta' qbil fuq dan il-ftehim mill-aħħar membru, jiġifieri jridu jkunu l-membri kollha tal-Unjoni Ewropea li jirratifikaw.", "Irrid ninforma wkoll li fil-Baġit tas-sena 2014, il-Ministru għall-Finanzi diġà pprovda u alloka somma flus taħt Vot 13 tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li titla' għal €943,292 bħala l-kontribuzzjoni tagħna għall-European Development Fund fl-2014.", "U dan kien approvat mill-Parlament.", "Fuq kif jiġi addottat, l-istess ma jidħolx ir-Ratification of Treaties Act.", "Hawnhekk għandna wkoll il-Kap.", "460, bl-istess proċedura bħalma semmejna tal-Arms Trade Treaty, jiġifieri kulma rridu nagħmlu hu li kull pajjiż jgħaddih minn pajjiżu skont il-proċeduri tiegħu.", "Fil-każ tagħna, dan jista' jseħħ taħt paragrafu (b) ta' subartikolu 4(2) ta' Kap. 460 billi, kif qegħdin nagħmlu, inġibu dan l-abbozz għad-diskussjoni quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin wara li jiġi approvat mill-Kabinett.", "Il-mument li jgħaddi minn hawnhekk, iseħħ u hekk ikun ġie ratifikat.", "THE CHAIRPERSON: Hawn kummenti?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx kummenti, se neħodha li qegħdin naqblu li dan il-Kumitat jirrapporta lill-Kamra li ddiskutejnih u konna favur tiegħu.", "L-item li jmiss huwa dan:", "Jien ninsab informat li aħna tlabna lir-rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar sabiex ikunu preżenti għal din il-laqgħa ħalli jkunu jistgħu jagħtuna xi informazzjoni dwar dan il-ftehim, imma dawn ma setgħux jattendu peress li huma msefrin fuq xogħol barra minn Malta.", "U għalhekk talbuna jekk huwiex possibbli li nipposponu d-diskussjoni fuq dan il-ftehim għal laqgħa oħra.", "Naħseb li dan m'hemmx għaġġla għalih, u allura, jekk taqblu, nipposponu dan l-item għal laqgħa oħra.", "GEORGE VELLA: Nistgħu ngħidu li mhux se jkun hemm problemi fuqu dan għax kulma jinvolvi huwa l-koperazzjoni man-Norveġja rigward dik is-sistema magħrufa bħala l-Galileo, il-European Global Navigation Satellite System.", "In-Norveġja għandha ċerti istituzzjonijiet li jgħinu ħafna biex din is-sistema ssir aktar effettiva.", "Imma, jekk qed tgħidu li nħalluha, mela allura nħalluha għal darb'oħra.", "Wara kollox, din, anke jekk tiġi approvata hawnhekk f'dan il-Kumitat, trid imbagħad terġa' tgħaddi għand il-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jagħmel l-istrument tar-ratifika għal dan il-ftehim.", "Imma, fil-każ inħalluha għal iktar tard.", "Irrid ngħid ukoll li dan m'għandu l-ebda implikazzjonijiet legali għal Malta, u lanqas se jkun hemm xi implikazzjonijiet ta' spejjeż jew implikazzjonijiet ekonomiċi.", "Dan benefiċċji biss jista' jkun fih.", "THE CHAIRPERSON: Nieħdu nota tagħha din; imma, peress li hemm xi punti tekniċi li forsi jistgħu jkunu ta' interess anke għall-Membri ta' dan il-Kumitat, nistiednu lir-rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar sabiex ikunu magħna għal laqgħa oħra.", "L-item li jmiss huwa dan:", "Ftehim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Trade Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù.", "Għalhekk, nixtieq nitlob lis-Sur David Sammut, Director International Economic Relations fil-Ministeru għall-Finanzi, sabiex jagħtina l-ispjega tiegħu min-naħa teknika.", "IS-SUR DAVID SAMMUT (Director Internatioanl Economic Relations fil-Ministeru għall-Finanzi): Inizjalment, l-Unjoni Ewropea kienet qed tinnegozja Free Trade Agreement mal-Andean Community; però, meta kienu għaddejjin in-negozjati, kien hemm xi pajjiżi li ma tantx kienu qegħdin jikkooperaw, jew ma tantx kienu qegħdin joffru biżżejjed f'dawn in-negozjati.", "Wara ammont ta' snin, ġie konkluż ftehim li kien qabel it-Trattat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù.", "F'dan it-Trattat, bħal f'kull trattat ieħor kummerċjali, li se jiġri hu li se jkun hemm ftehim biex jitnaqqsu t-tariffi tal-goods li jkunu qegħdin fil-kummerċ bejn iż-żewġ naħat.", "Se jkun hemm ukoll dak li ngħidulu aċċess għal suq akbar għas-servizzi jew għall-investiment, u se jingħata iktar aċċess għas-suq tal-procurement, bħal pereżempju, aċċess għall-kuntratti tal-gvern għaż-żewġ partijiet.", "Apparti minn hekk, dan il-qbil jindirizza wkoll dawk li ngħidulhom bl-Ingliż in-non-tariff barriers, għax ħafna drabi fil-kummerċ naraw it-tariffi, imma jkun hemm ħafna iktar affarijiet li jistgħu jkunu ta' impediment għall-kummerċ.", "Pereżempju, jista' jkun hemm double certification requirements min-naħa tat-third party, jiġifieri aħna qegħdin nesportaw prodott li diġà saru testijiet fuqu, imma mbagħad fil-pajjiż l-ieħor jintalbu li jsiru testijiet addizzjonali fuq il-prodott, u allura se żżid l-ispiża għall-imprenditur u għal min se jimporta.", "Bħalissa diġà hemm provisional application ta' dan it-Trattat, u ġeneralment li jiġri, meta l-Unjoni Ewropea tikkonkludi dan it-tip ta' ftehim, hu li jkun hemm a provisonal application.", "Però, ir-ratifikazzjoni trid issir min-naħa tal-Istati Membri.", "Jekk naraw it-trade flows bejn Malta u dawn iż-żewġ pajjiżi naraw li m'hemmx xi ammonti kbar ta' kummerċ.", "Il-problema hi d-distanza kbira li hemm bejn Malta u l-Kolombja u l-Perù.", "Jekk nieħdu l-perijodu tal-aħħar tliet snin, insibu li l-valur tal-importazzjoni minn dawn iż-żewġ pajjiżi kien ta' madwar €700,000, b'medja ta' madwar €236,000 fis-sena.", "L-esportazzjonijiet kienu ħafna ikbar għax kienu jlaħħqu madwar €3.4 miljun fuq bażi ta' tliet snin, jiġifieri ammont mhux ħażin meta pparagunat mal-importazzjoni.", "Madankollu, nista' ngħid li dak il-valur jista' qed jindika a one-off importanti lejn il-Perù fl-2012.", "Fil-fatt, fl-2012 kien hemm esportazzjonijiet f'ċertu chapter tal-HS Code ta' €3 miljuni, u allura dan se jgħolli l-valur tal-esportazzjoni.", "Min-naħa tagħna naraw li dawn il-free trade agreements, billi tnaqqas it-tariffi u tiftaħ aktar is-suq għas-servizzi u tagħti possibilità ta' investiment, se tkun qiegħed tgħin biex tkabbar il-kummerċ bejn Malta u dawn il-pajjiżi tas-South America.", "Ħalli ngħid xi ħaġa oħra.", "Dan il-liberalisation u tariff reductions ġeneralment ma jsirux fuq kull tariff line bejn iż-żewġ naħat, imma ssir schedule ta' liberalizzazzjoni fuq għaxar snin.", "Wara għaxar snin, ħafna mill-prodotti li se jiġu esportati lejn il-Perù u l-Kolombja, jew inkella dawk importati minn dawn l-istess żewġ pajjiżi, se jkunu at a zero tariff rate.", "Dawn il-pajjiżi huma kkonsidrati bħala pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, jiġifieri mal-EU dawn kienu jibbenefikaw minn ċerti preferenzi minħabba l-general system of preferences tal-EU.", "Issa, ladarba jiġi ffirmat dan il-ftehim, dawk il-preferenzi se jispiċċaw.", "THE CHAIRPERSON: Sur Sammut, hemm xi oqsma fejn il-Perù u l-Kolombja, permezz ta' dan it-Trattat, se jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jikkompetu ma' kumpaniji Maltin li jesportaw lejn partners fl-Ewropa?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Jekk tara t-tip ta' prodotti li nesportaw u nimportaw aħna minn dawn iż-żewġ pajjiżi nsibu li, pereżempju, bħala esportazzjoni qegħdin nitkellmu fuq printed material.", "THE CHAIRPERSON: Li qed nistaqsik jien hu fuq jekk huma jistgħux jikkompetu magħna fl-esportazzjoni tagħna lejn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn għandhom xi prodotti li ħaddieħor se jsibhom orħos jekk iġibuhom mill-Perù milli kieku kellhom iġibuhom minn pajjiżna?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Pereżempju, aħna nimportaw ħafna frott u ħaxix minn hemmhekk, imma bħala industrial goods m'hemmx.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nagħmilha mod ieħor il-mistoqsija: il-Perù u l-Kolombja x'jesportaw l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Probabbilment f'dawn is-setturi huma b'saħħithom ħafna.", "L-agrikoltura hija b'saħħitha ħafna f'dawn iż-żewġ pajjiżi.", "Dawn huma pajjiżi li jipproduċu ċertu frott bħal, pereżempju, il-banana li hija settur importanti għalihom.", "Għandhom ukoll il-kafè.", "Jiġifieri, dawn huma setturi importanti ħafna għalihom.", "Ma neskludix li biż-żmien isiru iktar kompetittivi f'setturi oħra bħal, pereżempju, il-karozzi, imma ovvjament dawn mhumiex setturi li se jaffettwaw lilna.", "Jekk naraw ċerti setturi li huma ta' interess għalina, aħna mhux qegħdin naraw li se jkun hemm xi kompetizzjoni qawwija.", "U naħseb li aktar se nieħdu gwadann mill-importazzjoni li jista' jkollna ma' dawn il-pajjiżi.", "THE CHAIRPERSON: Hawn xi kummenti oħra?", "Jekk m'hemmx kummenti, se neħodha li dan il-Kumitat qiegħed jaqbel li Malta għandha tirratifika t-Trattat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù.", "Sur Sammut, grazzi ħafna tal-ispjega tiegħek.", "Issa ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda tagħna:", "PREŻENTAZZJONI MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW TAL-10 TA' FRAR 2014, LI NŻAMM FI BRUSSELL", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għar-raba' item fuq l-aġenda tagħna li hija preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 ta' Frar, li nżamm fi Brussell.", "Biex tkun aktar faċli għall-Membri ta' dan il-Kumitat, qegħdin ngħaddulkom kopja ta' Press Release mill-istess Kunsill fuq dan is-suġġett.", "Issa nitlob lill-Ministru Vella sabiex jagħtina l-ispjega tiegħu.", "GEORGE VELLA: Hawnhekk ma nistax nidħol fid-dettall ħafna għax, kif qed taraw, l-aġenda kienet b'ħafna dettalji, u diffiċli li wieħed jidħol fihom kollha.", "Quddiemkom għandkom ir-rapport dettaljat.", "Li rrid ngħid hu li, fost l-items li jkunu addottati, għandek ħafna deċiżjonijiet f'dawk li huma human rights policy, industrial cooperation tal-Ewro-Mediterran, djalogu politiku, eċċ. li jgħaddu mill-bidu.", "L-iktar ħaġa importanti hi li qegħdin nitkellmu fuq l-10 ta' Frar, meta s-sitwazzjoni fl-Ukrajna diġà kienet qed tmur għall-agħar.", "Irrid ngħid li fuq l-aġenda kellek l-Eastern Partnership, li fih għandek il-kwestjoni tal-Ukrajna, il-konflitt fis-Sirja, is-Southern Neighbourhood – fejn tkellimna fuq l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija u l-Jemen – imbagħad għandek problema kbira, li wkoll qed taffettwa lil ċerti pajjiżi minħabba l-inkwiet li hemm fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika.", "Fil-bidu, Catherine Ashton tat briefing fuq il-laqgħa li kienet saret fis-Summit tal-partners bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, u nista' ngħid li hemmhekk diġà kien qed jiddomina l-laqgħa d-dibattitu fuq l-Ukrajna.", "Ma ninsewx li ftit ġimgħat qabel kien għadu kemm kellna working lunch mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Lavrov, fejn hemmhekk ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet mar-Russja.", "Imma, ovvjament, il-kwestjoni reġgħet waqgħet fuq l-Ukrajna.", "Jekk tippermettuli, se nikkonċentra l-iktar fuq hemmhekk, għax rigward il-pajjiżi l-oħra …", "Rigward l-Eġittu, kien hemm il-Council conclusions li b'mod ċar urew li m'hemmx wieħed x'iċapċap idejh għar-raġuni li kulħadd beda jagħmel il-kummenti tiegħu fuq in-nuqqas ta' libertà ta' espressjoni rigward x'kien għaddej fl-Eġittu, fis-sens li kien hemm politiċizzazzjoni fis-soċjetà, li ma kienx hemm spazju politiku għal dissenting opinions, kemm qabel u kemm wara r-referendum, eċċ. Kien hemm apprezzament għall-fatt li l-kostituzzjoni l-ġdida kienet titkellem fuq id-drittijiet umani u fuq il-fundamental freedoms, inkluż il-freedom of expression u l-assembly of women's rights; però, fl-istess ħin, fil-prattika kien qed iseħħ dak li huwa kontra din il-kostituzzjoni!", "Fil-fatt, kien hemm min esprima din l-ansjetà.", "Pereżempju, f'paragrafu 9 tal-konklużjonijiet jingħad hekk:", "Għalfejn qegħdin ngħidu li għandhom ikunu salvagwardjati meta fil-fatt diġà mhumiex salvagwardjati?!", "Kien hemm daqsxejn ta' dibattitu mqanqal fuq din il-kwestjoni, u kien hemm kundanni fuq id-disproportionate use of force and live ammunition.", "Anke bħala Unjoni Ewropea, appellajna biex ikun hemm proċess politiku inklussiv, u li jagħtik gvern elett demokratikament u li jkollu wkoll rappreżentanza xierqa tal-opinjonijiet differenti politiċi fil-Parlament.", "Din ma kenitx xi konklużjoni li ma ġietx ikkritikata, anzi kienet kritika ħafna fuq dak li kien għaddej bħalissa, u kien hemm ukoll kundanna fuq is-selective justice fuq in-nies politiċi li huma arrestati.", "Ma jissemma ħadd partikolari, imma r-referenzi huma ċari.", "Imbagħad, wieħed kien qed jawgura li jkollok Eġittu li jkun prosperu, demokratiku, inklussiv u stabbli.", "Rigward il-Libja, kien hemm dibattitu interessanti ħafna, fejn wieħed għamel analiżi u assessment tas-sitwazzjoni, u hemmhekk it-ton kien wieħed ta' simpatija, fis-sens li kien qed jingħad li rridu nagħmlu minn kollox ħalli ngħinu lil dan il-pajjiż.", "L-attenzjoni li jiena ġbidt fl-intervent tiegħi kien fuq li hemm bżonn li jkun hemm aktar preżenza tal-Unjoni Ewropea fil-Libja.", "U dan mhux għax m'hemmx il-preżenza tagħha, ħalli nkunu eżatti.", "Fil-fatt, anke pajjiżi bħall-Istati Uniti qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom; però, jibqa' l-fatt li aktar ma jkun hemm preżenza Ewropea u għajnuna lil-Libja, aktar hemm ċans li ngħinu lill-gvern preżenti sabiex jissorvola l-problemi li qed jiffaċċja.", "Jien mhux se nidħol fuq id-dettalji eżatti, però kien hemm assessment ċar tas-sitwazzjoni.", "Fl-intervent tiegħi għamilt paragun ma' dak li ġara fit-Tuneżija u għedt li fit-Tuneżija kien hemm preżenza Ewropea mhux ħażin, u anke wegħda min-naħa tal-Unjoni Ewropea lit-Tuneżija fuq il-prinċipju tal-more for more, u allura, jekk kemm-il darba dawn jimxu 'l quddiem, se jkollhom aktar għajnuna.", "Għal din ir-raġuni għedt li għandna nagħmlu l-istess mal-Libja.", "Is-sitwazzjoni hija totalment differenti, però: il-fatt hu li kellek it-Tuneżija li qiegħda toqrob lejn ċertu paċi, bil-partit li qed imexxi li kien lest li jitlaq mill-poter u anke lest li jissottometti ruħu għall-vot popolari.", "Kien hemm ukoll qbil fuq il-kostituzzjoni.", "Dak iż-żmien, il-Libja kienet għadha qed tipprepara biex teleġġi 60 ruħ – proċess li sar ftit tal-ġranet ilu – ħalli dawn ikunu n-nies magħżula biex jagħmlu l-kostituzzjoni.", "U l-argument kien li aktar ma l-Unjoni Ewropea tagħmel preżenza u tgħin lil-Libja, aktar ikollna ċans li, kemm jista' jkun malajr, naraw li s-sitwazzjoni tirranġa ruħha.", "La semmejt it-Tuneżija, irrid ngħid li kien hemm il-Council conclusions fuq it-Tuneżija li kienu qed jifirħu lit-Tuneżija minħabba l-pożizzjoni soda li kienu mexjin biha biex jilħqu kompromess fuq il-kostituzzjoni tagħhom.", "Irrid ngħid li wieħed irid jirrealizza li jekk mhux se jkun hemm l-investiment li hemm bżonn isir fit-Tuneżija, biex b'hekk jonqos il-qgħad enormi u n-nuqqas ta' investiment f'dan il-pajjiż, hemm il-biża' li dak li qanqal l-ewwel rewwixta tal-Arab spring jaf jerġa' jitfaċċa, għax għandek ammont enormi ta' żgħażagħ edukati li m'għandhomx xogħol!", "Min qiegħed hemmhekk jgħidlek li t-turiżmu kważi sparixxa għal kollox, u anke l-investiment.", "Għandek ċerti fabbriki li qegħdin jagħlqu u jitilqu, u din hija xi ħaġa li lilna tinkwetana, għax hija xi ħaġa li qiegħda tikkontribwixxi għall-instabbilità fil-Mediterran.", "Rigward il-Jemen, kien hemm ukoll il-Council conclusions fejn wieħed tkellem fuq l-inkwiet li kien għaddej u fil-mod ta' kif dan ġie stabbilit bl-għajnuna tal-Gulf Cooperation Council, fejn kellek inizjattivi li għenu ħalli dak li ġie deċiż meta kien hemm il-President ta' qabel Saleh jitneħħa, illum jidher … Wieħed huwa konxju tal-bżonnijiet umanitarji li għandek f'pajjiż bħal dan fejn, minflok dan il-pajjiż huwa mimli bil-flus, tista' tgħid li huwa wieħed mill-iktar pajjiżi fqar li hemm f'dik l-area.", "Fil-fatt, għandek nofs il-popolazzjoni milqutin minn kriżi umanitarja u għandhom bżonn tal-assistenza, u allura wieħed irid jara kif isib tarf għal madwar miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin li huma milqutin mill-malnutrition.", "L-ironija hi li, f'dak il-lussu kollu u f'dak il-ġid naturali kollu li jeżisti f'dak il-pajjiż … Dan jista' jġib ukoll spustament tal-popolazzjoni biex ifittxu postijiet aħjar.", "Dan fuq il-Jemen.", "Tkellimna wkoll fuq il-kwestjoni tas-Central African Republic li prinċipalment lilna ma tolqotniex, u rrid ngħid li, għalkemm aħna ma stajniex noġġezzjonaw għal dak li qed jiġi propost, ħallejna l-affarijiet għaddejjin, anke meta kien hemm proposta li jkollok preżenza militari fis-Central African Republic.", "Jien, flimkien ma' oħrajn, għamilniha ċara li se naqblu sakemm din id-deċiżjoni tkun koperta minn deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, bħalma għamlet l-Isvezja u postijiet oħra, li fil-fatt wara hekk kienet.", "U allura aħna se nkunu koperti mid-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda jekk kemm-il darba naqblu ma' din il-Common Security and Defence Policy.", "Fil-fatt, ma konniex mitluba biex nikkontribwixxu finanzjarjament, imma li ma nimblokkawx b'xi mod dak li kien qed iseħħ.", "U jien bqajt b'dak il-proviso, u eventwalment ir-riżoluzzjoni ttieħdet u l-għajnuna li kien hemm bżonn tintbagħat intbagħtet ukoll.", "Rigward il-konflitt fis-Sirja, ma naħsibx li se ngħid xi ħaġa ġdida għax diġà kien qed jidher bic-ċar li fi ħdan il-Geneva II li l-affarijiet ma kenux mexjin.", "U, kif jaf kulħadd, eventwalment Lakhdar Brahimi spiċċa ħareġ jiskuża ruħu mal-poplu Sirjan għax ma seta' jagħmel assolutament xejn f'dik is-sitwazzjoni.", "Ir-raġuni kienet waħda sempliċi: kellek in-nies li qed jirrappreżentaw lill-Gvern ta' Assad li marru hemmhekk determinati li ma jiċċaqilqux mill-pożizzjoni li teskludi lill-Assad fi gvern futur, u n-naħa l-oħra li marru determinati wkoll li ma jiċċaqilqux mill-pożizzjoni tagħhom sabiex ikun hemm qbil biex ma jkunx hemm Assad fi gvern futur!", "Il-Council conclusions fuq is-Sirja jirriflettu dan kollu, kif ukoll fuq il-problema li ma konniex mexjin fuq il-kwestjoni tal-eliminazzjoni tal-armi kimiċi.", "Fil-conclusions tas-Sirja, dan kollu kien lamentat, imma l-iktar il-falliment tal-Geneva II Conference.", "Hemm il-problemi li jaf bihom kulħadd, fejn illum għandek in-National Coalition of the Syrian Revolutionary and the Opposition forces li qegħdin flimkien, u min hu min diffiċli tgħid, u kemm huma rappreżentattivi wieħed għandu d-dubji tiegħu.", "Li hemm żgur hu li għandek żvilupp enormi ta' gruppi estremisti fis-Sirja, speċjalment l-ISIL u l-Jabhat al Nusra – li għandhom elementi tal-Al-Qaeda u tat-Talibani fihom – u għalhekk qegħdin iħassbu ħafna lid-dinja tal-Punent, inkluż lill-Unjoni Ewropea.", "Illum, wieħed kważi kważi qed jistaqsi x'inhu l-aħjar bejn li jibqa' r-régime ta' Assad jew dawn l-elementi ġodda biex imexxu!", "Mhux qed ngħid li aħna nippreferu lil Assad, biex inkunu ċari, imma dan id-dubju hemm qiegħed.", "L-importanti hu li fil-conclusions għamilna enfasi enormi fuq il-bżonn li jkun hemm aċċess bla tfixkil ta' xejn għall-għajnuna umanitarja.", "Minkejja l-istorbju kollu li għamilna fuq it-tneħħija tal-armi kimiċi li, kif jaf kulħadd, dawn suppost li tneħħew sal-aħħar ta' Diċembru li għadda, imma għadna lura ħafna għaliex tneħħew biss madwar 10% jew 15% mill-ammont li kien ikkalkolat li hemm.", "Imma għandna wkoll il-fenomenu enormi u ikrah tal-problema umanitarja fejn għandek nies li qegħdin imutu bil-ġuħ, u rajna kif, biex ħarġu ftit nies mid-djar tagħhom, wara li kien hemm riżoluzzjoni tas-Security Council tal-Ġnus Magħquda, dawn kellhom joħorġu taħt l-isparar tal-isnipers!", "Urejna wkoll l-inkwiet tagħna bħala Unjoni Ewropea rigward l-effett diżastruż li qed ikun hemm fuq il-pajjiżi tal-madwar, fosthom il-Ġordan, il-Lebanon u t-Turkija, minħabba r-refuġjati li qed imorru hemmhekk.", "Punt ieħor li ġie underlined kien il-fenomenu tal-ġellieda barranin li qegħdin imorru fis-Sirja, b'uħud minnhom ikunu saħansitra minn pajjiżi Ewropej.", "Issa, jekk dawn hux qed imorru hemm għall-avventura jew għax ikunu ġew indottrinati b'ċertu twemmin diffiċli biex tgħid, imma żgur li dawn huma ta' periklu kbir għax meta jmorru hemmhekk se jiħraxu fit-twemmin tagħhom, u għalhekk huma ta' periklu meta jirritornaw f'pajjiżhom.", "Rigward l-Eastern Partnership, qegħdin nitkellmu fuq il-kwestjoni tar-relazzjoni tal-Unjoni Ewropea li kienet qed tissajjar matul iż-żmien ħalli pajjiżi bħall-Moldova, l-Armenja, il-Belarussja, l-Ażerbajġan u l-Ukrajna joqorbu lejn l-Unjoni Ewropea.", "Kif jaf kulħadd, din mhijiex xi ħaġa li bdiet illum, u hawnhekk nixtieq insemmi xi ħaġa fuq il-kumment redikolu li qed isir min-naħa tal-Oppożizzjoni fejn qed jgħidu li qisu aħna konna li vvintajna ż-żjara minn Viktor Yanukovych f'pajjiżna.", "Meta tlajna aħna fil-Gvern is-sena l-oħra, fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kien qed jiġi diskuss l-Eastern Partnership u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Eastern Partnership.", "U kulħadd kien qed jaħdem biex dawn in-nies, kienu x'kienu, dittaturi u mhumiex, joqorbu lejn l-Ewropa.", "Niftakarni qabel, meta kien hemm il-Friends of Ukraine Meetings, f'eloġji fil-Foreign Affairs Committee, u nassumi li anke l-kollegi tiegħi ta' qabli kienu jattenduhom dawn il-laqgħat, għax din kienet xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea qiegħda timbotta ħalli nattiraw lil dawn il-pajjiżi – fosthom l-Ukrajna li kien l-akbar pajjiż fosthom – lejn l-Unjoni Ewropea, bit-tama li dawn jiffirmaw association agreement u deep and comprehensive free trade area agreement.", "Tant hu hekk li kien ippreparat is-Summit ta' Vilnius ġewwa l-Litwanja ħalli hemmhekk, b'ċeremonja kbira taħt il-Presidenza tal-Litwanja, dawn il-pajjiżi jiffirmaw – biċċiet minnhom fi gradi differenti – it-tqarrib tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li kien f'dan l-isfond li żviluppajt ħbiberija, ikolli ngħid kważi intima, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Leonid Kozhara, li miegħu kont niddiskuti dan is-suġġett.", "U dawn kienu jitolbuna biex aħna nirratifikaw it-trattat ladarba huma jaqblu.", "Imma mbagħad, l-iżviluppi li seħħew urew li meta dawn ġew għas-si u n-no … Illum kulħadd, inkluż fl-Ewropa, qed jgħid mea culpa, mea culpa, mea máxima culpa għax m'għamilniex il-kalkoli sew.", "Issa, tort ta' min mhux se noqgħod nipponta subgħajja lejn xi ħadd.", "Il-pajjiżi Ewropej li ħasbu li din se tkun xi ħaġa faċli, illum qed jammettu li setgħu kienu aktar introspettivi, u setgħu għamlu aktar kalkoli biex jaraw kif dan il-pajjiż, jekk se jersaq aktar lejn l-Ewropa, kif kien se jintlaqat demografikament, politikament u ekonomikament meta tqis ir-relazzjonijiet ta' għexieren ta' snin twal li għandu mar-Russja.", "Ma ninsewx li Kiev kienet il-belt minn fejn beda l-Imperu Russu.", "Apparti minn hekk, dawn għandhom relazzjonijiet mar-Russja rigward negozju u affarijiet oħra.", "Dan qed ngħidu biex ma noqogħdux nirrepetu d-daħka li jien qisni mort hemmhekk … Jien kif wasalt hemmhekk, filgħodu ċempluli minn television hawn Malta u għedtilhom li kollox kien jidher normali.", "Il-belt kienet miexja b'mod normali għall-aħħar, ristoranti miftuħin, it-teatru miftuħ, ħwienet miftuħin u t-traffiku miexi.", "Imma mbagħad tersaq lejn il-pjazza u tara d-demostrazzjonijiet.", "Naħseb minna kollha jien kont l-uniku wieħed li mort fil-pjazza u rajt il-protesti.", "U nista' ngħid li dawn kienu paċifiċi ħafna, bla storbju ta' xejn, u stajt tersaq bil-karozza sa 20 metru 'l bogħod minn fejn kien hemm il-barrikati.", "Hemmhekk stajt tara atmosfera ta' festa, qisek qed tara mass meeting, bin-nies fuq il-palk, u saħansitra qassisin ikantaw fuq il-palk.", "Id-demostrazzjoni tal-bidu kienet waħda paċifika.", "Dan qed ngħidu ħalli ma nibqgħux nipprovaw nakkwistaw brownie points fuq dawn il-ħmerijiet!", "Il-kwestjoni kienet paċifika fil-bidu u, meta konna niltaqgħu, konna qegħdin ngħidu li din hija kwestjoni li wieħed jista' jsolviha għax primarjament kienet kwestjoni ekonomika.", "Kif kien qed jispjega l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tagħhom, meta kienu qegħdin jorbtu li se jieħdu xi għajnuna finanzjarja mhux ħażin mill-International Monetary Fund, l-istess Fond qalilhom li l-ewwel kellhom inaqqsu l-ammonti mill-impjieg pubbliku, inaqqsu mill-ispiża pubblika, ineħħu s-sussidji minn fuq il-biedja, u jagħmlu floating currency.", "U hemmhekk ma kienx Yanukovych li ddeċieda li ma jiffirmax, imma kien il-Gvern ta' Azarov.", "Il-Gvern qallu biex ma jiffirmax għax ma setgħux jagħmlu hekk, u ċ-Chamber of Commerce tal-Ukrajna qaltlu wkoll li ma jaqblilhomx.", "Il-kalkoli ma sarux tajjeb u, meta kien hemm il-Vilnius Summit, Yanukovych qal li eventwalment huma jridu jkomplu f'dan il-pass li joqorbu lejn l-Ewropa, imma riedu li jingħataw aktar ċans.", "Imbagħad, kulħadd jaf li dan mar iċ-Ċina u ġab xi flus għall-port tal-Krimea.", "Wara hemmhekk, mar ir-Russja u offrewlu li jixtrulu l-bonds għal 15-il biljun.", "Is-sitwazzjoni ħżienet u ħżienet sew aktar ma bdew jiqlielu …", "Issa ħalli ngħid x'għamilna aħna.", "Fil-laqgħa tal-10 ta' Frar, diġà kien hemm l-inkwiet serju dwar il-fatt li s-sitwazzjoni kienet ħżienet sew.", "Kien hemm l-inkwiet u, anke fil-final declarations li għamilna fl-10 ta' Frar, kien hemm l-inkwiet u espressjoni iebsa ħafna ta' x'għandu jsir, u li naraw kif se nintervjenu minħabba li s-sitwazzjoni kienet sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Eventwalment, bħalma tafu, fil-famuż lejl fejn mietu għexieren kbar ta' nies, aħna kellna laqgħa u, f'daqqa waħda, għajtitilna Catherine Ashton, u erġajna ltqajna fl-20 tax-xahar.", "Aħna konna kontinwament f'kuntatt dirett mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza u l-Polonja li marru hemmhekk speċifikament biex jipprovaw jitkellmu ma' Yanukovych fuq is-sitwazzjoni.", "U aħna konna bejn ħaltejn x'deċiżjoni se nieħdu.", "Ngħid għalija, minkejja li d-draft conclusions kienu qegħdin jitkellmu fuq sanzjonijiet, aktar min-nofs il-pajjiżi kienu qegħdin jgħidu li għandna noqogħdu attenti għax, aktar ma nagħmlu sanzjonijiet, aktar konna se niżolaw lil Yanukovych u 'l-Gvern tiegħu, u aktar se nbiegħdu 'l-Ukrajna mill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk, kienu qed jgħidulna biex inkunu kawti, għax dejjem kien hemm it-tama li b'xi mod naslu.", "Fl-intervent tiegħi, għamiltha ċara li kemm jista' jkun wieħed irid iżomm lura u li s-sanzjonijiet, filwaqt li naqblu fuqhom u li għandna naraw li dawn jiġu implimentati – dan kien rifless ukoll fid-diċitura tal-Council conclusions – l-iskala tal-implimentazzjoni tagħhom tkun tirrifletti l-iżviluppi jew otherwise tad-diskussjonijiet diplomatiċi li kienu għaddejjin minn dawn it-tliet Ministri sħabna ġewwa Kiev.", "Kien mument kważi ta' ferħ meta waqt il-laqgħa ġie mħabbar li r-Russja aċċettat li tibgħat persuna biex tgħin lit-tliet Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej fid-diskussjonijiet.", "U nista' ngħid li, meta ġiet imħabbra min kienet din il-persuna, kien hemm xi erba' jew ħames ministri tal-affarijiet barranin li kienu jafuha u qalu li kien hemm ċans li l-affarijiet jitranġaw, għax din kienet persuna rispettabbli, serja u li magħha tista' taħdem.", "Kien hemm ftehim fuq numru ta' proposti, fosthom li Yanukovych ma jkomplix aktar wara l-2015, li tiġi lura l-kostituzzjoni tal-2004, u li jkun hemm parlament ġdid.", "Madankollu dan il-ftehim ma ġiex rispettat – mhux qed ngħidu dan b'mod negattiv – għax il-partit ta' Yanukovych stess marru fil-parlament u ħafna minnhom daru kontrih u vvotaw kontra tiegħu, u kien hemm dik l-iżvolta kollha.", "B'hekk dak li suppost kien stabbilit ma ġie stabbilit xejn, għax f'daqqa waħda ġara dak li ġara!", "Bħalma tafu, Yanukovych ġie mwarrab u mbagħad ħarab.", "Meta konna qed nitkellmu, ovvjament kulħadd kien qed jikkundanna l-imwiet, il-vjolenza li kienet qiegħda sseħħ u l-biża' li l-Ukrajna kienet qiegħda toqrob biex tinqasam fi tnejn.", "Kif tafu, fl-Ukrajna għandek il-parti li hija pro-Russian, u l-parti l-oħra li hija pro-West.", "Yanukovych huwa minn Donetsk, li hija fin-naħa tal-Lvant, fejn in-nies jitkellmu r-Russu biss.", "Anke Yanukovych jitkellem ir-Russu u ma tantx jitkellem tajjeb bl-Ukren.", "Imbagħad, kien hemm fatt pożittiv li kien jidher li kien qed ikun hemm dan il-progress ma' dawn it-tliet Ministri tal-Affarijiet Barranin.", "U semmejt dan l-envoy Russu u kien hemm dan il-ftehim.", "Il-punt li għamilt jien kien li għandna nkomplu ninsistu fuq id-djalogu, għax kont nemmen li bid-djalogu nistgħu naslu, u anke li, meta ngħidu li se nagħmlu s-sanzjonijiet, irridu nagħmluha ċara li dawn mhux qed nagħmluhom kontra l-Ukrajna, imma kontra l-oligarchs.", "U semmejna r-restrizzjonijiet ta' visas u ta' assets' freeze ta' nies li b'mod ċar kienu qegħdin bankrolling fuq ħafna minn dawn li kienu qegħdin jipprotestaw fil-pjazez.", "Il-Council conclusions jitkellmu b'mod ċar, u ma jagħmlu ebda riferenza għall-elementi vjolenti u radikali li kien hemm fil-pjazza.", "Hija ħasra li dak li beda b'mod paċifiku spiċċa f'dak il-mod.", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill kienet waħda ta' riluttanza sabiex jiġu imposti s-sanzjonijiet.", "Fil-fatt, nerġa' ngħid li wara d-diskussjoni kien hemm it-terminu fuq li the scale of implementation ivarja skont l-ammont jew otherwise ta' ftehim li jkun hemm.", "U eventwalment hekk ġara.", "Is-sitwazzjoni tal-lum kulħadd jaf x'inhi, u allura li noqogħdu ngħidu għax lil dan konna se nġibuh jagħmel żjara statali hawn Malta, għalija dawn huma cheap politics!", "Se ngħidha ċara u tonda għax jekk se noqogħdu ndaħħlu f'ras in-nies dawn il-ħmerijiet …", "Nista' ngħid li kien hemm żjara li kienet fil-programm ta' dak li kien għaddej fl-Eastern Partnership mal-Unjoni Ewropea, u llum qegħdin nagħmlu l-istess ħaġa mal-Moldova, fejn nista' ngħid li l-Ministru tal-Affaraijiet Barranin, Natalia Gherman, ġejja hawnhekk fis-16 ta' April biex iżżurna.", "Jekk se jinqalgħu l-istess affarijiet, se nerġgħu ngħidu: 'Ara lil min kienu se jġibu?!'", "Mhux talli hekk, imma talli Catherine Ashton qiegħda tgħidilna biex aħna nżuruhom u nagħmlu l-preżenza tagħna ħalli l-poplu hemmhekk jinduna li l-Unjoni Ewropea means business.", "Meta kien ġej Yanukovych u faqqgħet din l-istorja kollha, mill-ewwel għedna, 'X'se nagħmlu?'", "Jien mort għand Catherine Ashton u staqsejtha x'parir tista' tagħtina meta konna qegħdin f'Vilnius, u din qaltli biex inkomplu bl-istess mod ħalli nagħtuhom l-impressjoni li, minkejja kollox, l-Unjoni Ewropea xorta waħda se tibqa' tinnegozja magħhom.", "Id-diskors illum fejn qiegħed?", "L-akkuża li għamel Lavrov – ġustament jew inġustament – kienet minħabba li aħna ħallejnihom barra mid-diskussjonijiet li kienu qed isiru ma' dan il-pajjiż li huwa parti minnhom, kemm ekonomikament, storikament, demografikament, u anke kulturalment.", "U għal din l-akkuża ma kienx hemm risposta.", "Illum, ħafna qegħdin jitkellmu li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea u r-Russja jiddiskutu flimkien x'se jsir mill-Ukrajna għax, ovvjament, ma tistax tiddiskuti waħdek.", "Meta esprimejt opinjoni, jiena għedt li naqbel li jekk se nitkellmu fuq bilateral agreements bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna, ma tidħolx ir-Russja.", "Irridu nitkellmu magħhom, però ma tistax ma tagħmilx diskussjonijiet mar-Russja dwar l-Ukrajna ħalli tara kif se jintlaqat minn kulħadd.", "Dan għedtu anke fil-kontest tal-laqgħa tas-Summit ta' Vilnius meta l-Armenja fl-aħħar minuta ddeċidiet li tmur mal-Customs Union, u dawn ma qalulhiex biex ma tiġix il-Vilnius Summit.", "L-Armenja kienet preżenti minkejja li qalet li mhijiex se tagħmel relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea u li se tmur fil-Customs Union.", "L-Unjoni Ewropea, b'mod intelliġenti, qaltilha li postha huwa madwar il-mejda, u li kienet lesta titkellem mal-Armenja, u anke fil-kontest tal-għażla tagħha li tmur mal-Customs Union, xorta waħda għandna naraw jekk hemmx il-possibilità li b'xi mod naħdmu flimkien biex jiġu implimentati ċerti regoli ta' negozju li forsi jistgħu jiffittjaw fix-xenarju l-ġdid.", "Dan kien il-ftehim fuq l-Ukrajna, fejn minkejja li din kienet se tieqaf, aħna xorta waħda għandna nkomplu nimbottaw.", "Illum l-affarijiet marru oltre.", "Tant hu hekk li llum m'hemmx gvern, u għandek lill-President Oleksandr Turchynov li ġie maħtur temporanjament sakemm isiru l-elezzjonijiet f'Mejju.", "Il-punt tagħna hu li l-ewwel nett għandna nbaxxu rasna għad-deċiżjonijiet sovrani tal-poplu Ukren.", "Wieħed irid joqgħod attent li naraw li min qiegħed jirrappreżenta ruħu jkun veru r-rappreżentant tal-poplu Ukren.", "U qed ngħid hekk għax hemm movimenti li qegħdin jiżviluppaw fin-naħa tal-Lvant tal-Ukrajna li ma nixtiqux li jwasslu sabiex ikun hemm qsim tal-pajjiż, għax dak mhu fl-interess ta' ħadd.", "Fl-istess ħin irridu nipprovaw nagħmlu bħalma qed nagħmlu ma' sħabna fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li, bid-diplomazija u bl-aktar mod faċli, bla ma wieħed jhedded u bla ma wieħed joqgħod juża l-bastun, jipprova jgħin fejn jista'.", "Il-punt l-aktar importanti huwa dan: għandek ir-reazzjoni li wieħed jistenna mir-Russja, u r-Russja mhijiex qiegħda tkun ħelwa bil-mod ta' kif qiegħda tikkummenta fuq din il-kwestjoni li ppreċipitat fl-Ukrajna.", "Ovvjament, politikament qiegħda titfa' l-ħtija fuq l-Ewropa; però, għandek ukoll il-kwestjoni ekonomika ta' falliment imminenti tal-ekonomija tal-Ukrajna.", "Fl-Unjoni Ewropea naf li hemm diskussjonijiet għaddejjin bħalissa sabiex wieħed jipprova jara, flimkien mal-International Monetary Fund, x'pakkett jista' jingħata biex jgħinu.", "Imma hawnhekk ma ninsewx li qegħdin nitkellmu fuq €30 biljun, għax qegħdin nitkellmu fuq pajjiż b'46 miljun ruħ, fejn l-ekonomija tagħhom, speċjalment f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, marret il-baħar.", "U aktar u aktar se tmur il-baħar jekk kemm-il darba r-Russja tuża miżuri restrittivi fuq il-kummerċ, eċċ.", "L-appell li kont għamilt meta tkellimna fl-20 ta' Frar kien li, f'dan ix-xenarju kollu, aħna nistgħu ngħinu.", "U dan irbattu ma' dak li kont għedt meta konna f'Vilnius fil-working dinner, fejn għedt li jekk aħna politikament konna għadna ma wasalniex, imma f'dik li hija l-perċezzjoni tal-pubbliku konna bdejna, fis-sens li l-idea tal-Ewropa fiż-żgħażagħ u lil min irid jiġi lejn l-Ewropa kienet qiegħda hemmhekk.", "Il-punt li għamilt kien li, f'dan ix-xenarju kollu, l-aktar oġġett li nistgħu nagħmlu u li ma jqumx flus huwa proprju dak li niffaċilitaw il-cross border movement tal-persuni, u ma noqogħdux ninsistu fuq visas u fuq dawn l-affarijiet.", "Tinsiex li meta aħna bdejna, konna sibna li l-pajjiżi kollha tal-Ewropa kienu diġà għamlu double taxation agreement mal-Ukrajna, u aħna konna l-uniku pajjiż li kien għadu m'għamilhiex.", "Kien proprju għal dak li tlajt hemmhekk l-ewwel biex nipprovaw nagħmlu dan il-ftehim.", "Naf li qed intawwal fuq dan is-suġġett, imma bħalma tafu, dan huwa suġġett li qiegħed jippreokkupa lil kulħadd.", "Jekk titkellem u tistaqsi tinduna li din ma baqgħetx kwestjoni ta' pajjiż paprtikolari li rridu nġibu lejn l-Ewropa, imma l-biża' kien li t-taqlib f'pajjiż kbir bħal dan, jekk se jkollok gwerra ċivili, jekk se jkollok falliment ekonomiku, u jekk se jkollok inkwiet mar-Russja fuqu, dan kollu kien se jġib inkwiet kbir fl-Ewropa kollha.", "Barra minn hekk, wieħed irid jara jekk dan huwiex se jkollu effett fuq il-pajjiżi l-oħra li baqgħu kommessi għall-Eastern Neighbourhood, fis-sens li l-Armenja għandha l-Customs Union, però għandna żewġ pajjiżi oħra, li huma l-Georgia u l-Moldova, li għadhom jaqdfu 'l quddiem.", "U kien għalhekk li l-ewwel semmejt il-Moldova.", "Diġà kellna l-Friends of Moldova Meeting fl-10 ta' Frar, u għalhekk għedt li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Moldovana qiegħda ddur u trid tiġi hawnhekk biex tara.", "Huma jgħidu li mhumiex pajjiż kbir, imma ovvjament il-Moldova hija ħafna ikbar minna, iżda xorta waħda jinsabu interessati.", "Ħa naraw jekk kemm-il darba r-Russja hijiex se tagħmel miżuri restrittivi biex forsi fejn wasslet lill-Ukrajna, twassal ukoll lill-Moldova u taqtagħlhom qalbhom li jkomplu jimxu 'l quddiem, u aktar u aktar lill-Georgia li għandhom kwestjonijiet ta' frozen conflicts, bħalma għandek fl-Abkhazia u fis-South Ossetia li, jekk iridu jkunu disruptive, jistgħu faċilment jieħdu miżuri ħalli jwaqqfu l-kummerċ.", "Diġà kellna l-kwestjoni tal-famuż Moldovin wine li r-Russja waqqfitu ħalli taffettwalhom in-negozju tagħhom, u l-Ewropa żiedet il-kwoti tagħha ħalli l-inbid tal-Moldova jidħol aktar fl-Ewropa.", "Din hija mossa waħda, u tfakkarni f'dak li kienu għamlu fil-bidu nett ir-Russja.", "L-ewwel darba li kien hemm l-Ukrajna miexja ħalli toqrob għal deep and comprehensive free trade area u association agreement, l-ewwel ma għamlu kienu li imblokkaw in-negozju fuq il-fruntiera bejn l-Ukrajna u r-Russja.", "Dak kien diġà l-ewwel sinjal, u dakinhar li kont Kiev kellhom diġà madwar 60 miljun ta' materjal miżmum fuq il-fruntiera!", "Dawn diġà għamluh mal-Litwanja – mhux biss mal-pajjiżi li deħlin, imma anke ma' dawk li diġà huma membri – fuq id-dairy products, fejn qegħdin jagħmlu ċerti restrizzjonijiet fuqhom.", "Qegħdin iġibu skużi ta' sanitary decrees, eċċ. Is-sitwazzjoni dik hi, u hemm xi ħaġa gravissima.", "Jiena nara li s-sitwazzjoni, issa li hemm il-paċi, fis-sens li m'hemmx dak il-ġlied u dak il-qtil li kien hemm fil-pjazza, wieħed ma jridx joqgħod irewwaħ għax għandek interessi varji.", "Ma ninsewx li anke l-kompożizzjoni tal-partiti prinċipali li għandek hemmhekk, għandek biċċiet minnhom li huma ta' ispirazzjoni Nażista, u għalkemm dawn forsi m'għandhomx daqshekk saħħa, xorta waħda wieħed irid joqgħod attent, għax hemm taħlita ta' ideoloġiji, u ma nistgħux nisforzaw lil ebda pajjiż sabiex jagħmel dak li nixtiequ aħna.", "Irridu nħalluhom fil-libertà u rridu nħalluhom jagħmlu dak li għandhom jagħmlu.", "Jalla jkun hemm parlament li jkun elett demokratikament.", "Li hemm sabiħ hu li anke l-Partit tar-Reġjuni, jiġifieri l-Partit ta' Yanukovych, kien strumentali sabiex jivvota kontra tiegħu biex ma jibqax aktar president, u dan kien strumentali wkoll biex jaqbel li f'Mejju jkun hemm elezzjonijiet ġodda li jkunu pjuttost ħielsa ħalli jkollok gvern li jirrappreżenta lill-poplu kollu.", "Issa xorta jibqa' l-fatt li għandek pajjiż vast ħafna, u jekk tara l-mappa tara l-postijiet fejn hemm appoġġ favur Yanukovych u tara dawk li huma kontra tiegħu, il-Lvant u l-Punent.", "Din hija sitwazzjoni li għall-Ewropa mhi sabiħa xejn, imma m'għandix dubju li l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin se jibqa' jsegwi din l-istorja fit-tul.", "Qabel nieqaf, se nagħmel l-aħħar punt.", "Kien interessanti li fil-laqgħa tal-10 ta' Frar kellna working dinner filgħaxija mal-pajjiżi kandidati, u hemmhekk kien hemm il-preżenza tat-Turkija, kif ukoll il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.", "Dawn kienu qegħdin hemmhekk għal din il-laqgħa, li kienet diġà saret drabi oħra, u fejn f'atmosfera informali wieħed ikun jista' jitkellem fuq il-problemi tiegħu.", "Irrid ngħid li dakinhar il-laqgħa kienet meħuda b'dak li kien seħħ f'Tuzla ġewwa l-Bożnija-Ħerżegovina, u li mbagħad komplew f'Mostar, Sarajevo u postijiet oħra.", "Li kien interessanti hu li dawn il-pajjiżi, bħat-Turkija u s-Serbja, bdew jagħtu l-verżjoni tagħhom u jikkummentaw fuq is-suġġett mill-ottika tagħhom.", "Dan jorbot ma' dak li konna qegħdin nitkellmu dwaru fuq il-Bulgarija u r-Rumanija biex jidħlu f'dan il-grupp, li allura, avolja ma tkunx tappartjeni għal dak ir-reġjun, imma importanti li jkunu pajjiżi minn hemmhekk ħalli jagħtuk il-verżjoni tagħhom, u tkun verżjoni li għandha ċertu valur.", "Nirringrazzjakom u skużawni talli ħadt xi ftit fit-tul.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjawk tal-kummenti dettaljati tiegħek.", "Issa nitlob il-kummenti min-naħa tal-Membri preżenti.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jiena għandi żewġ kummenti żgħar.", "L-ewwel punt għandu x'jaqsam mal-preżenza tal-Unjoni Ewropea fil-Libja.", "X'pożizzjoni qegħdin nieħdu bħala pajjiż f'dan ir-rigward?", "M'hemmx dubju li qegħdin insostnu l-preżenza tal-Unjoni Ewropea fil-Libja, imma qegħdin nipprovaw nagħtu xi input biex nagħtu dimensjoni akbar u direzzjonijiet differenti fir-rigward ta' x'għandha bżonn il-Libja?", "U mbagħad, fir-rigward tal-Ukrajna, taħseb li l-Unjoni Ewropea qiegħda tieħu approach tajjeb issa li spiċċat mill-poter dik il-persuna li kienet qiegħda tmexxi lil dan il-pajjiż?", "X'qed jiġri?", "Inti x'tipprevedi li se jiġri fil-Kunsill tal-Ministri fil-futur?", "Huwa possibbli li ssir elezzjoni paċifika u li minn din l-elezzjoni attwalment joħroġ xi ħadd li jkun aħjar minn dak li kien hemm qabel?", "L-impressjoni li ħadna minn fuq il-mezzi tal-aħbarijiet fuq il-presidenza tiegħu, bil-postijiet tal-flus li kellu, eċċ., li dan kien hemm min kien qed ixebbħu ma' Ceauşescu.", "Naħseb li dan kien bniedem li l-poplu tal-Ukrajna kien jaf fatti dwaru li aħna forsi ma konniex nafuhom.", "Issa, jekk kemm-il darba min se jkun hemm fl-elezzjoni ma jkollux dawn l-affarijiet, jista' jkun li f'dan il-pajjiż ma' jkunx hemm dak li qegħdin nibżgħu dwaru.", "Jiena naħseb li waħda mill-aktar affarijiet li tipperikola hija x-schism u d-displacement tan-nies, jekk ikun hemm gwerra ċivili, li jduru l-Ewropa kollha bl-istess mod kif kellna bil-gwerra fil-Balkani.", "U għalhekk xtaqt nisma' l-kummenti tiegħek fuq dawn iż-żewġ punti.", "GEORGE VELLA: Ma rridx intawwal aktar fuq dan is-suġġett, imma fuq il-kwestjoni tal-Ukrajna se nkomplu nitkellmu.", "L-Ukrajna m'għandhiex biss il-problema politika tagħha, imma din diġà kellha effett negattiv fuq l-ekonomiji, fuq il-currency u l-valur tal-flus, mil-Litwanja sal-Belarussja, il-Polonja u s-Slovakkja li jinsabu mwerwrin mill-ħrib ta' nies li jista' ikun hemm.", "Jien għandi ħbieb tiegħi li huma miżżewġin Ukreni, u li l-ġenituri tagħhom diġà ħarbu minn Kiev u marru l-Polonja, għax beżgħu li s-sitwazzjoni se tkompli teskala.", "Issa, rigward il-lussu ta' Yanukovych, irrid ngħid li nofs jekk mhux tliet kwarti tal-membri fil-parlament huma oligarki, huma nies li stagħnew bil-goff minn fuq ħaġa jew minn fuq oħra!", "Jgħidu li t-tifel ta' Yanukovych, li huwa dentist, tgħidx x'għandu.", "L-istess jgħidu li għandha Yulia Tymoshenko.", "IIlum qed jgħidu li Tymoshenko mhijiex interessata li tkun prim ministru, imma mhux qed jiġi eskluż li toħroġ għal president.", "Imma kulħadd għandu l-akkużi tiegħu fuqu.", "Irrid ngħid li din mhijiex xi ħaġa li tista' ssolviha għax kulħadd qed jagħmilha, imma huwa diffiċli li jkollok kompożizzjoni differenti ta' nies fil-parlament.", "Issa x'se jiġri u lil min se jirrappreżentaw hija xi ħaġa oħra.", "L-uniku bniedem li jissemma li huwa pjuttost nadif huwa Wladimir Klitschko, li huwa boxer u għandu l-partit tal-UDAP.", "S'issa ħadd ma semma xejn fuqu, li speċi huwa xi oligarka, għax il-flus li għamel dan għamilhom mill-boxing.", "Dan kollu jiddependi fuq x'forma se jieħu l-parlament, x'nies se joħorġu għall-elezzjoni, u kif se jsiru l-elezzjonijiet.", "L-Onor.", "Jien qiegħed nipprevedi ħaġa waħda biss: nixtieq li jkun hemm inqas – u qed ngħidha b'sinċerità – pressure kemm mill-Unjoni Ewropea, kemm mill-Istati Uniti, u kif ukoll mir-Russja.", "Nemmen li għandu jkun hemm forma ta' ftehim bejn ir-Russja, l-Amerika u l-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin ngħidu li, jekk se jkollok inkwiet hemmhekk, jaf ixelliflek ir-relazzjonijiet tajbin li hemm bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, kif ukoll bejn l-Amerika u r-Russja.", "Jekk se jittieħdu ċerti stands – u Lavrov qed ikun daqsxejn iebes fil-kummenti li qed jagħmel – hemmhekk se tispiċċa r-relazzjoni li kienet teżisti sal-lum.", "Nemmen li għandna, jekk hemm bżonn – dan il-punt appellajtu u ddaħħal ukoll fil-conclusions – nirrikorru għall-istituzzjonijiet bħall-OSCE, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa, u l-Kunsill tal-Ewropa, li huma lkoll membri tagħhom l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea u r-Russja.", "Fil-fatt, kien hemm qbil ma' Yanukovych u t-tliet ministri li marru hemmhekk, fejn ġie aċċettat li l-investigazzjoni dwar il-qtil insensat li sar u li m'hemm l-ebda spjegazzjoni u ġustifikazzjoni għalih, jiġi investigat mill-Organizzazzjoni, u ssemmiet il-Council of Europe.", "U allura hemmhekk kien hemm xi ħaġa pożittiva, li anke min-naħa ta' Yanukovych dak iż-żmien, mhux biex ngħid li għandu raġun, imma dan kien diġà qed jaqbel taħt pressjoni li jaċċetta dan it-tip ta' ftehim. … Jekk se jkun hemm imbuttar, nista' ngħidha ċara u tonda li ma naqbilx – u din għedtha anke fil-bidu qabel ma kien hemm dik il-vjolenza kollha – li jista' jkollok nies fil-politika li jmorru fuq il-palk u jxewxu lin-nies biex jieħdu triq jew oħra.", "Huwa l-poplu li għandu jiddeċiedi.", "Fuq il-Libja, m'għandix dubju li hawnhekk naqblu mija fil-mija li, aktar ma naraw preżenza tal-Ewropa fil-Libja biex jgħinuhom ħalli jibnu l-istituzzjonijiet tagħhom, ħalli jħarrġu 'l-imħallfin, lis-suldati u 'l-pulizija tagħhom, aktar aħjar.", "Li hemm bżonn isir hemmhekk huwa an institution building.", "Irrid ngħid li fis-6 ta' Marzu hemm laqgħa apposta f'Ruma, fejn se niltaqgħu speċifikament fuq il-Libja ħalli wieħed jiddeċiedi x'azzjoni għandha tittieħed.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-laqgħa hija tal-ministri tal-Affarijiet Barranin?", "GEORGE VELLA: Hekk hu, u l-laqgħa kienet imsejħa minn Emma Bonino; issa hemm il-ministru l-ġdid u l-istorja se tibqa' għaddejja xorta waħda.", "Il-Libja hija xi ħaġa li wieħed dejjem jibqa' jittama li kull ġurnata li jżomm il-gvern ta' Ali Zeidan hija ġurnata li tkompli tissaħħaħ it-tama li l-affarijiet forsi jitranġaw.", "Wieħed irid jgħid li ħafna pajjiżi, inkluż l-Amerika, l-Ingilterra u aħna, fiċ-ċokon tagħna, qegħdin nikkontribwixxu billi nħarrġu lin-nies tagħhom.", "Fil-fatt, din il-konferenza nqisha bħala Donors' Conference, fejn wieħed mhux jagħtiha l-flus għax mhijiex bżonn il-flus, imma li jgħinnha billi jagħtuha t-taħriġ li hemm bżonn.", "Pereżempju, aħna nistgħu noffrulhom li jkollhom tnejn min-nies li jiġu hawnhekk fil-MEDAC ħalli ngħinuhom.", "Nistgħu ngħidulhom li se jkollhom aċċess għal dan l-Istitut tal-Ġustizzja u r-Rule of Law li se nwaqqfu mal-Anti-Terrorism Forum.", "Għada jew pitgħada ġej f'pajjiżna d-Deputy Foreign Minister Libjan, u dan ġej mhux biex noqogħdu npaċpċu, imma għaliex talabna huwa stess biex ikollu aċċess għas-sistemi tagħna ħalli jara kif jaħdem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif inhuma mqassmin u x'jagħmlu u ma jagħmlux.", "Fil-fatt, ippreparajnielu tlitt ijiem li fihom se jitkellem mad-diretturi u mad-diretturi ġenerali ħalli jitgħallem kif inhi d-demokrazija.", "Aħna m'għandniex flus x'nagħtuhom, u lanqas nistgħu ngħidu li se nieħdu eluf ta' suldati biex inħarrġuhom hawnhekk, avolja f'dan il-qasam qegħdin ngħinu wkoll.", "Imma dan huwa wieħed mill-eżempji ta' kif nistgħu ngħinu lil dan il-pajjiż ħalli jissoda, u dan kemm fl-interess tal-poplu Libjan, kif ukoll fl-interess tagħna stess.", "THE CHAIRPERSON: Ministru, nirringrazzjak tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Ngħaddu issa għall-item li jmiss fuq l-aġenda tagħna.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Is-Sur Vella għaddielkom lista ta' dokumenti li għandna quddiem dan il-Kumitat għad-diskussjoni dwar il-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "M'inix qed nipproponi li niddiskutuhom illum; però nixtieq li nistieden lir-Research Analyst tagħna sabiex jingħaqad magħna madwar il-Mejda.", "Jien nixtieq li nieħdu l-prassi li fil-Working Group 1, minflok niddiskutu d-dokumenti kollha, nipproponu numru żgħir ta' dokumenti biex niffokaw fuqhom biss u niddiskutuhom f'aktar dettall.", "Xtaqt li ngħaddu malajr malajr din il-lista, li kemm jien u kemm is-Sur Curmi diġà dorniha ftit, u prima facie ma jdihirx li hemm xi breach ta' sussidjarjetà fihom dawn.", "Imma, ejjew narawhom biex naraw liema nistgħu ngħaddu b'mod faċli, u liema għandna nirreferu għad-diskussjoni fil-Working Group 1.", "Jekk tippermettuli, jiena xtaqt nipproponi li Komunikazzjoni 821, 822 u 824, li jirrigwardjaw ir-Right to be present at trial in criminal proceedings, is-Safeguards for children suspected or accused in criminal proceedings, u fuq il-Legal aid in European arrest warrants proceedings, nirreferuhom għad-diskussjoni f'Working Group 1, u nistiednu lil xi ħadd mill-Uffiċċju tal-Avukat tar-Repubblika sabiex jagħtina spjegazzjoni fuqhom.", "Dwar Komunikazzjoni 813, 001, 860 u 839 fuq it-Tuneżija, fuq il-Guadeloupe, fuq il-Guyana Franċiża u fuq il-Martinique nipproponi li ngħadduhom mingħajr ma jkollna għalfejn nirreferuhom għal Working Group 1.", "L-istess fuq l-894 li għandha x'taqsam man-Novel foods.", "Imbagħad, hemm Komunikazzjoni 930, 937 tal-2013 u s-6, 24 u 32 tal-2014 li kollha jidhru biċ-ċar li m'hemmx breach tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u għalhekk nipproponi li ngħadduhom hawnhekk illum.", "Imbagħad, xtaqt l-opinjoni tagħkom fuq Komunikazzjoni 892 u 893 li għandhom x'jaqsmu mal-cloning tal-annimali, u fuq jekk dawn għandhomx jidħlu fil-food market.", "Hemm ukoll Komunikazzjoni 919 u 920 li għandhom x'jaqsmu mal-emissjonijiet tal-arja.", "Li nixtieq inkun naf mingħandkom hu fuq jekk għandniex nirreferuhom għal Working Group 1.", "U l-aħħar Komunikazzjoni hija 853 li għandha x'taqsam mal-Visas.", "Jekk taqblu, nistgħu ngħaddu dawn it-tmien dokumenti għad-diskussjoni fil-Working Group 1, waqt li d-dokumenti l-oħra neħduhom bħala li qegħdin naqblu li m'hemmx ksur ta' sussidjarjetà.", "Hemm xi kummenti min-naħa tiegħek, Sur Curmi?", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Fuq Komunikazzjoni 919 kelli suspett fuqha.", "Naf żgur li għandna Large combustion plant, imma fuq medium m'inix ċert fuq is-sitwazzjoni ta' Malta, u għalhekk fl-20 ta' Frar kont iċċekkjajt ftit mal-EU Sec, u erġajt iċċekkjajt illum permezz ta' telefonata, u qed nistenna risposta.", "Meta nitħaddtu dwarha darb'oħra, se jkollna risposta fuq kif din se taffettwana.", "Rigward Komunikazzjoni 893 tal-animal cloning, iċċekkjajt ukoll fuqha għax issuspettajt li forsi se jkollna xi ħaġa fuqha, l-aktar minħabba l-market.", "Ma nafx kemm hemm suq għaliha, imma żgur li hemm suq mal-Arġentina.", "Il-UK House of Commons kienet l-unika waħda li kellha reasoned opinion fuqha, u kkummentat dwar din it-trade.", "Jien ċempilt u qaluli li l-pożizzjoni tal-gvern hija waħda favur il-proposta tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri favur li jkun hemm il-ban.", "Dawn mhumiex qegħdin jaraw li hemm xi problemi fuq din, jiġifieri jaqblu mal-pożizzjoni tiegħi.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt insemmi għaliex naħseb li lkoll kemm aħna nistgħu nitgħallmu mill-opinjonijiet tal-UK House of Commons: il-Ministru aċċenna xi ħaġa għax il-Kumitat ma qabilx miegħu, imma fuq din għamel rimarka li tirrigwarda l-kunċett kollu tas-sussidjarjetà.", "Il-punt li ġieli naċċenna għalih jiena, u hawnhekk ġie kkonfermat li hu qal hekk:", "Mela, hu mhux qed jaqbel mal-proposta, imma fl-istess ħin ikompli jgħid hekk:", "Importanti li nagħmlu din id-distinzjoni kif jagħmlu huma fuq is-sussidjarjetà.", "Jista' xi ħaġa ma taqbilx magħha outright u tiċħadha, però fl-istess ħin tirrispetta l-fatt li, jekk din taċċettaha, loġikament tkun aħjar li tittieħed azzjoni fuqha fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRPERSON: Mela, għandna Rakkomandazzjoni 821, 822, 824, 892, 893, 919, 920 u 853 li se nirreferuhom għad-diskussjoni f'Working Group 1.", "L-oħrajn se ngħodduhom bħala li ma jiksrux il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u se nirrapportaw lill-Kamra fuqhom.", "Jekk hemm affarijiet oħra, nisimgħuhom, u jekk m'hemmx, nirringrazzjakom tal-attendenza tagħkom, u nistgħu nagħlqu din il-laqgħa hawnhekk.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.25 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140225_017d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 25 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 16 li saret fit-30 ta' Jannar, 2014 kienu konfermati.", "Il-President ippreżenta din il-korrispondenza:-", "60 Ittra datata d-19 ta' Frar 2014 mingħand il-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej ta' Ċipru rigward talba mill-Bulgarija u r-Rumanija sabiex jingħaqdu mal-Grupp ta' Stati Membri tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jattendu l-laqgħat tiegħu ta' qabel kull laqgħa tal-COSAC.", "Il-Kumitat innota li l-iskop tat-twaqqif ta' dan il-Grupp kien biex jiddiskuti u javvanza kwestjonijiet li jikkonċernaw l-aktar ir-reġjun tan-Nofsinhar u allura kien hemm qbil li l-Bulgarija u r-Rumanija jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala osservaturi.", "61 Id-Dikjarazzjoni maħruġa wara l-ewwel laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tan-naħa t'Isfel tal-Unjoni Ewropa li saret f'Ċipru fl-24-25 ta' Jannar 2014, li għaliha attenda l-President tal-Kumitat.", "62 Komunikazzjoni datata it-13 ta' Frar 2014 mill-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Barranin u tad-Difiża tal-Kamra tad-Deputati u tas-Senat Taljan dwar il-każ taż-żewġ uffiċċjali tan-navy Taljana li ilhom sentejn taħt arrest fl-Indja wara l-għarqa ta' żewġ ċittadini Indjani.", "63 Ittra datata s-17 ta' Frar 2014 mill-Viċi President tal-Kummissjoni fejn ta r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tar-Regolament għal kontinent konness (Kumm(2013)627) li dwaru l-Parlament Malti kien bagħat opinjoni motivata fit-12 ta' Settembru 2013.", "64 Ittri datata t-18 ta' Frar 2014 mill-Viċi President tal-Kummissjoni fejn ta r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tar-Regolament fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (Kumm (2013) 409) li dwaru il-Parlament Malti kien bagħat opinjoni motivata fis-7 ta' Novembru 2013.", "DISKUSSJONI SKONT L-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ IL-PROPOSTA TAL-GVERN LI JIRRATIFIKA TRATTATI/FTEHIM", "It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (Arms Trade Treaty).", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "65 Kopja tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi; u", "66 Kopja tal-Memo lill-Kabinett datat is-27 ta' Jannar 2014 imħejji mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar ir-ratifika ta' dan it-trattat.", "Fl-ispjega tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, fost l-oħrajn, qal li l-għan ta' dan it-trattat huwa li jikkumbatti n-negozju llegali tal-armi, li dan it-trattat kien adottat min-Nazzjonijet Uniti fit-2 ta' April 2013 u li Malta ffirmatu fit-3 ta' Ġunju 2013 wara li l-Ministeru tiegħu kien ikkonsulta mad-diversi ministeri interessati.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika ta' dan it-trattat.", "11th EDF (European Development Fund) Internal Agreement 2014-2020: Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "67 Kopja tal-11th EDF (European Development Fund) Internal Agreement 2014-2020; u", "68 Kopja tal-Memo lill-Kabinett datat id-29 ta' Jannar 2014 imħejji mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar ir-ratifika ta' dan il-ftehim.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin spjega li dan il-fond, flimkien mal-European Cooperation Instrument, huma l-istrumenti ewlenin li permezz tagħhom l-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna għal żvilupp lill-pajjiżi fir-reġjuni tal-Afrika, il-Paċifiku u l-Karibew sabiex jitnaqqas il-faqar u li mill-ammont ta' €30.506 biljun mifruxa fuq seba' snin Malta tikkontribwixxi 0.03801% jew €11,595.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika ta' dan it-trattat.", "Co-operation Agreement on Satellite Navigation between the European Union and its Member States and the Kingdom of Norway: Peress li l-uffiċjali tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni (MCA) kienu msiefra fuq xogħol barra minn Malta, il-Kumitat laqa' t-talba tal-Ministeru għall-Ekonomija, Invertiment u Intrapriżi Żgħar sabiex dan il-ftehim jiġi diskuss f'laqgħa oħra.", "Ftehim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolumbja u l-Peru: Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "69 Kopja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolumbja u l-Peru; u", "70 Kopja tal-Memo lill-Kabinett datat il-25 ta' Frar 2014 imħejji mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar ir-ratifika ta' dan il-ftehim.", "Is-Sur David Sammut, Direttur International Economics Relations fil-Ministeru għall-Finanzi, spjega, fost affarijiet oħra, li l-volum ta' kummerċ bejn Malta u dawn iż-żewġ pajjiżi kien wieħed modest u jikkonċerna l-aktar l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli bħal banana u li l-għan ewlieni ta' dan il-ftehim huwa biex jgħin pajjiżi li għadhom qegħdin jiżvilippaw billi jdaħħal miżuri li jżidu l-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika ta' dan it-trattat.", "PREŻENTAZZJONI MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW TAL-10 TA' FRAR 2014 LI NŻAMM FI BRUSSELL", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin għamel preżentazzjoni dwar id-diversi temi li kienu ġew diskussi fil-Kunsill tal-10 ta' Frar 2014, fosthom is-sitwazzjoni fis-Sirja, l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija u l-Yemen, però l-kwestjoni prinċipali kienet is-sitwazzjoni fl-Ukrajna li kienet diskussa wkoll f'laqgħa urġenti li ssejħet apposta fl-20 ta' Frar 2014 fid-dawl tal-iżviluppi drammatiċi u mdemmija li kienu qegħdin iseħħu.", "Il-Ministru spejga li s-sitwazzjoni kienet kumplessa ħafna u li setgħat taffettwa wkoll ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti mar-Russja minbarra l-prospett ta' gwerra ċivili u/jew qasma fil-pajjiż.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "Sussidjarjetà", "Il-Kumitat ikkonsidra l-għaxar proposti leġislattivi maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hawn taħt indikati u ma rriżultax li kien hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:-", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-proposti leġislattivi li ġejjin, għalkemm prima facie ma dehrux li jiksru l-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom jiġu diskussi fil-Grupp ta' Ħidma I u fil-każ tal-ewwel tliet proposti possibbilment bil-parteċipazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali:-", "Fit-8.25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140225_017m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 26 ta' Frar, 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Frar, 2014 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Informazzjoni dwar policies tal-MEPA li qed jiġu aġġornatin (kont); u", "Affarijiet oħra.", "17 ta' Frar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140226_006a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 26 ta' Frar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 26 ta' Frar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 5 li saret fid-29 ta' Jannar, 2014 ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Ngħaddu għall-korrispondenza.", "l-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: L-ewwel korrispondenza ġejja mingħand l-Executive President ta' Din l-Art Ħelwa, Simone Mizzi, mibgħuta lis-Sur Vincent Cassar, Chairman tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA), datata 30 ta' Jannar – fost l-oħrajn hemm ikkuppjati Madam Chair u l-Membri tal-Kumitat – li tgħid hekk:", "It-tieni korrispondenza ġejja mingħand il-President tal-Malta Water Association, fejn qed jitkeb lili u qed jgħid hekk:", "Waslet ukoll korrispondenza mingħand l-għaqda Guardian of Future Generation li permezz tagħha xtaqu jġibu għall-attenzjoni tal-Kumitat press release maħruġa minnhom fil-11 ta' Diċembru 2013.", "L-aħħar korrespondenza ġejja mingħand il-Ministru Konrad Mizzi.", "Din waslet illum stess, siegħa u nofs ilu, hija ndirizzata lil Madam Chair u tgħid hekk:", "BR, K. Mizzi.\".", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li kull korrispondenza li rċevejna għandha t-toqol tagħna u jixirqilha li tkun fuq l-aġenda fil-laqgħat li ġejjin, ħalli nkunu nistgħu niddedikaw ħafna iktar ħin niddiskutuhom bir-reqqa.", "Jien xtaqt li llum, jekk l-Onor.", "Membri jaqblu miegħi, inkomplu dak li konna qed niddiskutu fl-aħħar laqgħa, jiġifieri l-policies li bħalissa qegħdin ikomplu jinħmew fi ħdan il-MEPA u fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-ippjanar.", "Filwaqt li niddiskutu bejnietna, inkunu nistgħu nisimgħu x'għandhom x'jgħidulna l-NGOs li huma involuti u li lkoll jixtiequ li l-viżjoni tagħhom tkun parti minn din il-politika li qed tinħema f'dan il-waqt.", "Sadanittant l-iSPED – li fl-aħħar laqgħa wkoll tkellimna li minħabba li huwa l-viżjoni iktar fil-wisa' ta' dak li se naraw bħala żvilupp u ppjanar f'dan il-pajjiż – huwa mistenni ferm bil-ħerqa għax il-policies kollha li qed niddiskutu jridu jiġu diskussi fl-isfont ta' x'hemm fil-verità f'dan l-iSPED.", "Membri sabiex jibdew jagħmlu l-mistoqsijiet imbagħad nisimgħu wkoll lill-NGOs.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura Chairperson, filwaqt li naqbel miegħek fuq il-proċedura in kwantu ta' dak li għandna primarjament x'niddiskutu illum, min-naħa l-oħra rrid ninnota li minn dakinhar li dan il-Kumitat iddeċieda li se niddiskutu l-Environmental Impact Assessment (EIA) tal-impjant tal-LNG ġewwa Delimara, jien kont infurmat li l-MEPA għandha l-intenzjoni li tieħu d-deċiżjoni għat-tielet jew ir-raba' ġimgħa ta' Marzu.", "F'dak il-każ jien qed nitlob formalment li llum jew din il-ġimgħa nistabbilixxu d-dati ta' meta dan il-Kumitat se jiddiskuti dan l-EIA għax ikun inutli li dan l-assessment jiġi diskuss mill-Kumitat wara li ssir il-preżentazzjoni, kemm-il darba d-data tkun wara li l-MEPA tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.", "Għalhekk qed nitlob lilek, Sinjura President, biex anke jekk ma tagħtiniex id-dati llum, almenu jkollna d-dati fil-ġranet li ġejjin ħalli d-deċiżjoni ta' dan il-Kumitat ikollha rilevanza inkella d-deċiżjoni ta' dan il-Kumitat issir irrilevanti.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri diġà hemm data meta din se titressaq quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni?", "GEORGE PULLICINO: Id-data komunikata lill-Onor.", "Ryan Callus, li huwa r-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-MEPA hija l-24 ta' Marzu.", "Naf li l-Onor.", "Ryan Callus kien anke f'komunikazzjoni maċ-Chairman tal-MEPA fuq il-kwestjoni tad-data u għalhekk għedt li jew it-tielet jew ir-raba' ġimgħa.", "Li huwa żgur hu li nistenna li dan il-Kumitat jiddiskuti l-EIA dwar dan l-impjant jekk mhux il-ġimgħa d-dieħla, allura ta' wara jew l-aktar l-aktar il-ġimgħa ta' wara dik, inkella assolutament id-deċiżjoni tal-Kumitat tiġi rrilevanti.", "MADAM CHAIR: Jien naqbel miegħek li għandna nistabbilixxu data llum għall-ġurnata meta se niddiskutu l-EIA, però minħabba li l-Onor.", "Konrad Mizzi talab iktar żmien biex ikollu l-istudji kollha f'idejh, jien naħseb li nistgħu nħallu għal dik il-ġimgħa ta' qabel eżatt ma tiġi diskussa fil-MEPA, ħalli ma jkollniex ir-risposta li l-istudji kollha mhumiex in hand.", "JOSEPH M. SAMMUT: Madam Chair, safejn naf jien din hija biss a tentative date, però there was no come-back, jiġifieri ma nistgħux ngħidu li hemm xi data fissa.", "MADAM CHAIR: Però Onor. Sammut, aħna xorta waħda rridu nkunu aġġornati ma' dawn l-istudji.", "JOSEPH M. SAMMUT: Imma ma nistgħux nagħmluha fatta li dik hija d-data, aktar u aktar jekk hemm xi ħadd li qed jitlob iktar żmien.", "MADAM CHAIR: Fuq daqshekk naqbel miegħek, però aħna xorta waħda rridu naġġornaw ruħna ma' dak li qed jiġri u allura naħseb li għandna nagħtu ż-żmien massimu biex l-Onor.", "Konrad Mizzi u l-Ministeru tiegħu jkollhom l-istudji li għandhom bżonn f'idejhom u fl-istess ħin nagħmlu ċert li qabel ma tersaq quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni aħna nkunu ddiskutejniha f'dan il-Kumitat.", "CHARLES BUHAGIAR: Nistgħu nitolbu liċ-Chairman tal-MEPA biex jersaq fuq il-mejda?", "MADAM CHAIR: Iva u nistgħu insejħu wkoll liċ-Chief Executive Officer (CEO) u lill-uffiċjali l-oħra wkoll għax iridu jkunu huma li jdawlulna moħħna dwar dak li qed jiġi ppjanat fejn tidħol policy.", "Il-Perit Vincent Cassar u s-Sur Johann Buttigieg, Chairman u Chief Executive Officer tal-MEPA rispettivament, resqu madwar il-mejda.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed nitkellmu fuq il-permess tal-power station, liema permess qed isegwi l-proċess normali, jiġifieri qed isir rapport li jingħata lill-klijent, imbagħad ikun hemm erba' ġimgħat ċans li fihom dan ikun jista' jirrispondi għalih, imbagħad jitla' bord.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR (Chairman, MEPA): Id-DPAR qiegħed jiġi ffinalizzat.", "Peress li din hija applikazzjoni ta' ċerta portata, ovvjament inkun irrid nara l-esiġenzi li jkun hemm bżonn biex inkunu nistgħu nisimgħuha.", "Minbarra li kif għedt, id-DPAR qiegħed jiġi finalizzat, irridu wkoll inħallu żmien biex dan ngħadduh lill-klijent u jekk hemm objectors ikunu jistgħu wkoll jagħmlu r-reazzjoni tagħhom fuqu.", "Barra minn hekk, minħabba li qed nassumi li se jkun hemm numru ta' nies sostanzjali li jiġu għal dik il-hearing, irridu wkoll nagħmlu arranġamenti aħna biex naraw fejn se nagħmluha.", "Mill-indikazzjonijiet li għandi jien, il-ġimgħa ta' Marzu li tibda fl-24, huwa l-perjodu li fih inkunu nistgħu nagħmlu l-hearing tal-applikazzjoni.", "Jien tajt id-data tal-24 ta' Marzu, li jaħbat it-Tnejn, ħalli nara jekk il-membri tal-bord ikunux disposti biex jattendu għal-laqgħa u l-ewwel indikazzjoni li kelli kienet li l-membri kollha jistgħu jiġu.", "Sussegwentament l-Onor.", "Ryan Callus qal li dik il-ġurnata mhijiex aċċettabbli għalih għax kellu xi commitments oħrajn.", "Id-data ovvjament għedniha lill-membri biss u lil ħadd iżjed imma l-indikazzjoni li għandi jien hi – skont kif iridu jimxu l-proċessi u t-timeframes li għandna – li the first available date għalina hija l-24 ta' Marzu.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma kif tista' tkun l-24 ta' Marzu jekk lanqas għadu ħareġ id-DPAR?", "Illum diġà qegħdin 26 ta' Frar u sal-24 ta' Marzu ma jilħqux jgħaddu l-erba' ġimgħat.", "Jiġifieri żgur li ma jistax jkun l-24 ta' Marzu!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Inti għandek l-objectors li jridu jkunu taw ir-reazzjoni tagħhom sa għaxart ijiem minn meta joħroġ id-Development Permission Application Report (DPAR).", "Teknikament, jekk l-applikant u l-objectors ikunu taw ir-reazzjoni tagħhom on the eleventh day, jista' jitla' on the eleventh day, però bħala prassi nieħdu 21 days biex ngħadduh mill-proċedura.", "Dawk huma t-timeframes bejn wieħed u ieħor ta' kif normalment isir.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, jien naħseb li l-issue hawnhekk hija li aħna niddiskutu f'dan il-Kumitat din il-materja qabel ma tmur quddiem il-MEPA.", "Jiġifieri meta aħna se niktbu lura lill-Ministru Konrad Mizzi, se nagħmulha ċara li d-diskussjoni f'dan il-Kumitat trid issir qabel ma din tmur il-MEPA.", "Issa nagħmlu tentative date u jekk b'xi mod, jew għal xi raġuni, tiġi posposta b'xi jiem – forsi jkun hemm xi studji li jkunu għadhom mhumiex in hand – xorta waħda l-importanti jibqa' li tiġi diskussa hawnhekk fil-preżenza tal-pubbliku u l-NGOs li jkunu interessati qabel ma tersaq formalment quddiem il-MEPA.", "Naqblu fuq dan?", "ONOR GEORGE PULLICINO: Madam Chair, naqbel preċiż miegħek.", "Għalija, l-aktar ħaġa rilevanti mhijiex daqstant il-ġranet, imma li dan il-Kumitat, jekk irid li d-deċiżjoni tiegħu tibqa' rilevanti, id-diskussjoni fi ħdanu ssir qabel ma l-bord tal-MEPA jiddiskutiha.", "Jekk tippermettili xtaqt nagħmel mistoqsija.", "Iċ-Chairman tal-MEPA għadu kemm qal li DPAR għadu qed jiġi finalizzat.", "Jien nifhem li biex id-DPAR qed jiġi finalizzat, bilfors li l-MEPA għandha f'idejha l-EIA finalizzat.", "Sal-lum, l-EIA li ġie diskuss fil-pubbliku mhuwiex dak finalizzat.", "Sal-lum, kif inhi l-proċedura bil-liġi, saret il-konsultazzjoni pubblika fuq l-EIA u jien kont wieħed minn dawk li attendejt għal din is-sessjoni.", "Wara dik is-sessjoni ta' konsultazzjoni, sakemm dik ma kenitx saret biex sempliċement ngħidu li għamilniha, imbagħad il-konsulenti tal-applikant riedu jieħdu konjizzjoni mhux biss ta' x'inqtal fil-consultation meeting, imma anke tal-kitbiet kollha li kien hemm bħala input għal dak l-EIA, u jiffinalizzawh.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija sempliċi: Biex qegħdin fl-istadju li tiffinalizzaw d-DPAR, għandkom f'idejkom diġà bħala Direttorat l-EIA finalizzat?", "Jekk inhu hekk nitlob li dan il-Kumitat ikollu kopja ta' dak l-EIA finalizzat biex niddiskutu l-aħħar verżjoni.", "Irrid nagħmilha ċara li t-talba tiegħi, u li dan il-Kumitat qabel fuqha, hija li niddiskutu l-EIA u mhux li niddiskutu d-DPAR għax id-diskussjoni fuq id-DPAR jagħmilha l-bord tal-MEPA.", "Jien tlabt, u kien hawn qbil miż-żewġ naħat tal-Kumitat, li jkun hawn diskussjoni dwar l-EIA.", "Nerġa' ngħid li biex intom qegħdin f'sitwazzjoni li tiffinalizzaw d-DPAR bilfors li għandkom kopja tal-EIA finalizzat.", "Jekk ir-risposta min-naħa tagħkom tkun li m'għandkomx l-EIA finalizzat, allura fl-opinjoni tiegħi mbagħad verament jitqajjmu mistoqsijiet ta' kif qegħdin tiffinalizzaw id-DPAR meta lanqas għandkom f'idejkom kopja tal-EIA finalizzat.", "Allura nixtieq li ċ-Chairman tal-MEPA jgħidli x'għandha f'idejha l-MEPA biex qegħdin jiffinalizzaw id-DPAR.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Kif taf inti, fl-EIA hemm ċerti stadji, il-kunsultazzjoni pubblika saret u l-konsulenti li għamlu l-EIA huma konxji minn dawk l-affarijiet li tqajjmu waqt il-konsultazzjoni pubblika.", "Iż-żewġ affarijiet qegħdin ikunu iffinalizzati flimkien.", "Aħna ma nistgħux noħorġu DPAR jekk ma jkollniex l-EIA finalizzat.", "It-tnejn qegħdin jimxu flimkien u qegħdin jiġu ffinalizzati.", "L-EIA imbagħad toħroġ bħala parti mid-DPAR.", "ONOR GEORGE PULLICINO: Qed nifhmek sew li d-DPAR qed jiġi ffinalizzat fl-istess ħin li qed jiġi ffinalizzat l-EIA?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Iva.", "Jiġifieri qegħdin jiġu ppreparati fl-istess ħin.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, jien naħseb li għandna nistennew sakemm ikollna l-laqgħa mal-Onor.", "Konrad Mizzi, fejn ikollu l-istudji kollha f'idejh u jkun jista' jagħmlilna l-preżentazzjoni sħiħa.", "Din se ssir qabel il-hearing li se jkun hemm tal-MEPA, imbagħad aħna nkomplu nisimgħu dak kollu li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-MEPA biex tieħu deċiżjoni u l-materja tiġi diskussa fit-tul u fil-fond kemm ikun hemm bżonn fil-waqt tagħha.", "MICHAEL FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Madam Chair, bil-permess tal-Kumitat.", "Hemm żewġ binarji kif din nistgħu nħarsu lejha.", "Jien naħseb li l-aħjar option – imma huwa sta għall-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex jiddeċiedi – hija li ssir seduta fejn fiha jiġu diskussi appuntu dawn ir-rapporti, iż-żewġ naħat jitkellmu u jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom, imbagħad ikun hemm deċiżjoni mill-Kamra.", "Option oħra hija li d-diskussjoni ssir hawnhekk f'dan il-Kumitat.", "Jien naħseb li din il-materja għandha titressaq quddiem il-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra, tittieħed deċiżjoni hemmhekk dwar jekk għandux ikun dan il-Kumitat li jagħmel din id-diskussjoni jew inkella jekk id-diskussjoni għandhiex issir fil-plenarja fejn il-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat.", "Madam Chair, jien nissuġerixxi li din it-talba titressaq għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "MADAM CHAIR: Iva, din it-talba tista' titressaq quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, però madankollu aħna xorta qed nistennew li l-Onor.", "Konrad Mizzi jiġi jagħmlilna l-preżentazzjoni fil-ħin, anke fil-preżenza tal-NGOs u tal-pubbliku.", "L-Onor.", "ONOR GEORGE PULLICINO: Grazzi, Madam Chair.", "Din in-naħa tal-Kamra ma ssib l-ebda diffikultà li jkun hemm diskussjoni fil-plenarja, però dan il-Kumitat kien diġà qabel b'mod unanimu li l-ewwel nett ikun hawn preżentazzjoni u wara ssir diskussjoni fejn fiha jkunu jistgħu jsiru mistoqsijiet lill-esperti li fformulaw l-istudji dwar l-impatt ambjentali b'mod li jkun hemm interattività kemm jista' jkun.", "ONOR GEORGE PULLICINO: Jekk ikunx hemm ukoll diskussjoni fil-plenarja, mhuwiex dan il-Kumitat li jrid jiddeċidi dan imma trid tiġi deċiża fi stanza oħra.", "MADAM CHAIR: Eżatt.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, huwa l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li għandu jieħu din id-deċiżjoni.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "Naħseb li nistgħu nkomplu bl-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "INFORMAZZJONI DWAR POLICIES TAL-MEPA LI QED JIĠU AĠĠORNATI", "MADAM CHAIR: Ħalli nfakkar ftit x'konna qed ngħidu l-aħħar darba.", "Il-MEPA qiegħda tvara policies u aħna konna qed niddiskutuhom fil-preżenza tal-NGOs u konna qed nisimgħu l-punto di vista tagħhom.", "Jien nixtieq li sadanittant l-uffiċjali tal-MEPA jaġġornawna ftit dwar fiex wasal l-iSPED għax l-aħħar darba l-argument kien jekk għandniex inkomplu niddiskutu dawn il-policies meta l-viżjoni iktar wiesgħa għadha mhijiex ippubblikata.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari sabiex jaġġornana ftit dwar fejn wasalna.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-draft tal-iSPED huwa lest u se jkun qed jitressaq quddiem il-Kabinett.", "Fil-fatt diġà tlestiet il-memo u nhar it-Tlieta li ġej jew ta' wara tiġi diskussa, imbagħad toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika fejn ikun hemm perjodu ta' sitt ġimgħat li fih ikun hemm il-possibilità li jsir ir-rispons min-naħa tal-pubbliku in ġenerali fuq l-informazzjoni kollha li jkun hemm.", "Imbagħad niddeċiedu jekk niġux quddiem dan il-Kumitat jew inkella terġax titla' għand il-Gvern biex jagħmel ir-reviżjoni tiegħu.", "Irid isir l-istudju neċċessarju fuq ir-rapport tal-iSPED, imbagħad inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Sadanittant naħseb li tajjeb li wieħed jgħid li sakemm jgħaddi l-iSPED, il-pjan ta' żvilupp għandu in vigore u għal din ir-raġuni, aħna s'issa għadna mexjin fuq il-pjan ta' żvilupp li hemm u ċerti policies li tressqu huma in line kemm mal-iSPED kif ukoll mal-pjan ta' żvilupp.", "Tant hu hekk li l-iSPED huwa d-direzzjoni li l-Gvern qiegħed jgħid li l-pajjiż għandu jieħu direzzjoni fuqu.", "Kull policy li kien hemm, l-objectives tressqu kollha mill-Gvern, l-istess Gvern li attwalment għamel il-viżjoni sas-sena 2020, liema direzzjoni se nkunu mexjin fuqha.", "Apparti minn hekk, naħseb li jkun ukoll interessanti li fuq dawn il-punti, bħala Kumitat tikkunsidraw li hemm numru ta' policies li hemm bżonn jitressqu, ħalli jkunu jistgħu jiġu diskussi hawnhekk biex inkunu nistgħu nibdlu ċerti policies li jenħtieġ li jinbidlu għax huma ħżiena, u dan biex ma jkollniex repetizzjoni ta' dak li ġara fil-passat.", "MADAM CHAIR: Nistieden lis-Sur Johann Buttigieg sabiex jaġġornana dwar xi policies oħra li bħalissa qegħdin jiġu aġġornati biex inkunu nistgħu niddiskutuhom u anke nilqgħu l-input ta' dawk preżenti.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, xtaqt nagħmel mistoqsija fuq dak li qal is-Segretarju Parlamentari.", "Jekk fhinmt sew uża l-kliem \"pjan ta' żvilupp\".", "MICHAEL FARRUGIA: Pjan ta' struttura.", "Farrugia ried jgħid \"pjan ta' struttura\" u mhux \"pjan ta' żvilupp\" u allura effettivament naħseb li dan iqajjem mistoqsija għax huwa qal li l-policies li qed jinħadmu issa jikkombaċjaw kemm max-xogħol tal-iSPED kif ukoll il-pjan ta' struttura.", "Issa hawnhekk wieħed irid jiddeċiedi jekk hux se jiżfen max-xitan jew jekk hux se jiżfen mal-Mulej.", "Żgur li ma tistax tipprova tagħmel iż-żewġ affarijiet f'daqqa!", "Il-policies – u dan huwa l-punt li qajjmet Din l-Art Ħelwa fl-ittra tagħha – iridu joħorġu minn umbrella singola.", "Ma tistax tagħmel policy fejn f'daqqa waħda tirrifletti l-pjan ta' struttura li sar fl-1990 u fl-istess ħin tgħid li dak li qed tistruttura llum bħala policies jirriflettu l-iSPED li għadu qed jiġi fformulat.", "Diġà, fl-opinjoni tiegħi, hemm kontradizzjoni manja li tgħid li dak li qed tibni llum huwa skont dak li għadu ġej – imma ħalli għall-mument inħalluha dik – imma li tgħidli li qed tfassal libsa li hija differenti mil-libsa li kellek fl-1990 u fl-istess ħin tilbes il-libsa li suppost se tilbes ftit tal-ġimgħat oħra.", "Jien sal-1990 kelli piż ta' 50 kilo iktar milli għandi illum – qed ngħid dan b'ċajta – u allura ma tistax tippretendi li dak li nilbes illum huwa dak li kont nilbes fl-1990!", "Fl-opinjoni tiegħi hawnhekk hawn ammissjoni ta' gibda u ma nistgħux ngħixu din il-gibda.", "Il-policies, abbażi ta' xiex huma?", "Abbażi tal-pjan ta' struttura tal-1990 jew abbażi l-iSPED li qed jiġi fformulat?", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk il-moda ma tkunx inbiddlet u qabel kont nilbes size 54 u llum għadni nilbes size 54, la għandi għalfejn nibdel il-qies tal-libsa li nilbes u lanqas nibdel l-istil ta' moda li nkun imdorri bih.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li hawnhekk irridu nagħmlu distinzjoni għax qed nitkellmu b'mod fejn l-affarijiet mhumiex ċari.", "Meta nitkellmu fuq il-pjan ta' struttura jew inkella fuq l-iSPED qed nitkellmu fuq direzzjoni strateġika tal-Gvern.", "Jiġifieri l-Gvern ikun qed jagħti direzzjoni għal kif qed jara l-ekonomija tal-pajjiż tiżviluppa 'l quddiem u jgħid li jrid jikkanalizza l-iżvilupp b'tali mod.", "Jekk, pereżempju, il-Gvern qiegħed jara li se jkun hawn bżonn ta' aktar yacht marinas, fl-iSPED se jgħid dan, imbagħad isiru l-pjanijiet lokali li jirriflettu dak li jrid il-Gvern.", "Dak huwa l-pjan ta' strateġija.", "Il-policies li tagħmel il-MEPA ma jimpinġux kollha fuq l-istrateġija għax hemm minnhom li huma ta' dettall.", "U jien ma narax xi diffikultà li mmexxu fuq dawk il-policies li huma ta' dettall.", "Jiġifieri wieħed irid jagħmel ftit distinzjoni bejn dawk il-policies li huma ta' dettall u ma jeffettwawx l-istrateġija, u policies oħrajn li jeffetwaw l-istrateġija.", "Pereżempju, jien naħseb li jekk għall-argument se nitkellmu fuq policies ta' ċimiterji li ma kenux fl-istructure plan u se jkunu fl-iSPED din id-darba, allura naħseb li għandna nistennew l-iSPED, imma dwar policies oħrajn li jeżistu llum diġà fl-istructure plan, naħseb li… Jien naħseb li rridu nkunu għaqlin biżżejjed li nagħmlu għażla bejn policy u oħra.", "GEORGE PULLICINO: Naqbel preċiżament ma' kull kelma li għadu kemm qal l-Onor.", "Dan kien punt li jien għamilt fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Li hemm differenza huwa – u forsi hawnhekk aktar ma nieqfu nitkellmu aħna, inkluż jien, aktar ikun tajjeb – li l-ittra ta' Din l-Art Ħelwa ma kenitx vaga imma kienet speċifika fejn semmiet il-policies li għandha concern fuqhom għax biex ikunu strutturati irid ikun hemm il-qafas tal-iSPED lest.", "Għalhekk, filwaqt li naqbel perfettament ma' kull kelma li qal l-Onor.", "Buhagiar fl-intervent tiegħu ta' issa, min-naħa l-oħra rridu nżommu f'moħħna l-ittra ta' Din l-Art Ħelwa li fiha mhux biss qalu u ddiskutew il-proċedura imma qalu wkoll liema policies, b'mod speċifiku, qed jirriferu għalihom li ovvjament mhumiex biss il-policies li għadu kemm semma l-Onor.", "Buhagiar li m'hemm l-ebda ħtieġa li jirrispekkjaw il-pjan strateġiku ta' dan il-Gvern, imma hemm lista speċifika – forsi l-President ta' Din l-Art Ħelwa li tinsab preżenti hawnhekk tkun tista' tirrelata fuqha – li dwarhom għandhom concern u li wieħed irid jistenna l-pjan strateġiku biex tfassalhom, mhux għax huwa ħażin li wieħed jaħdem fuqhom, anke jsir ammont ta' xogħol fuqhom, imma definittivament, jekk irridu li finalment l-iSPED jagħti l-impetus għall-policies, il-policies iridu jkunu magħluqa wara li jkun magħluq l-iSPED.", "Jekk fhimt sew, fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat intqal li jrid isir il-proċess tal-iStrategic Environmental Assessment (SEA) fuq l-iSPED.", "(Interruzzjonijiet) Noqogħdu attenti għax m'hemm l-ebda ħtieġa – issa jien m'iniex il-Gvern – li policies li mhumiex rilevanti għall-iSPED, jew li m'hemmx rilevanza strateġika fihom, tgħaddihom SEA.", "Hawnhekk qed naqblu li l-concern ta' Din l-Art Ħelwa hija biex il-proċess jimxi kif suppost, fis-sens li l-ewwel tagħlaq l-iSPED imbagħad il-policies l-oħrajn.", "MADAM CHAIR: Ħalli nisimgħu ftit lis-Sur Buttigieg.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, kif għedt id-darba ta' qabel, din il-policy xorta se tgħaddi through l-SEA screening biex jekk hemm bżonn isir update.", "L-iscreening għal kull policy ssir irrispettivament.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri inti qed isserraħli rasi u qed isserraħ ras Din l-Art Ħelwa li dawk il-policies ma jiġux konklużi qabel ma l-iSPED ikun konkluż u ppubblikat?", "Qed nistaqsi dan biex l-affarijiet ikunu ċari.", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, dawn il-policies imxew fuq il-pjan ta' struttura li għandna bħalissa in vigore u qegħdin in line mal-iSPED.", "MADAM CHAIR: Li aħna għadna ma nafux x'inhu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li se jiġi diskuss, kif qal l-Onor.", "Farrugia, bejn il-ġimgħa d-dieħla u l-ġimgħa ta' wara fil-Kabinett.", "Diġà ġie ppreżentat id-dokument, nafu eżattament x'fih dak id-dokument, kulma jrid huwa l-endorsement tal-Kabinett biex imbagħad joħroġ għall-public consultation.", "Hemmhekk imbagħad ikun hemm is-sitt ġimgħat tal-public consultation, il-kummenti kollha jerġgħu jitilgħu quddiem il-Kabinett tal-Ministri, imbagħad il-Kabinett jew japprova, jew jgħidilna biex inbiddlu u jerġa' jmur għall-approvazzjoni.", "Ladarba jiġi approvat, isir l-SEA screening fuqu u jekk ikun hemm bżonn isir SEA assessment ukoll.", "In parallel hemm dawn il-policies ukoll li mhumiex qegħdin jerġgħu jivvintaw ir-rota mill-ġdid.", "Fil-fatt jien hawnhekk ġibt kopja tal-policy tal-ODZ li ġiet approvata mill-Bord tal-MEPA li se ngħaddihielkom biex kull Membru ta' dan il-Kumitat joqgħod jara bil-kwiet kull policy li hemm fiha u jekk hemm bżonn inġibu wkoll il-policies li kien hemm qabel.", "Ara ma mmorrux nimmaġinaw li dan id-dokument qed jivvinta mill-ġdid ir-rota; dan id-dokument qiegħed hemm bażikament biex jissimplifika u biex jgħin lill-bdiewa.", "Imbagħad hemm il-policies l-oħra li huma tal-hotel height limitations li huma in line mal-iSPED.", "Hemm ix-shooting ranges, il-floor area ratio (FAR) li ovvjament kienet teżisti wkoll qabel, hemm iċ-ċimiterji, hemm il-petrol stations u fireworks factories.", "MADAM CHAIR: Qed nifhmek tajjeb li dawn il-policies huma finalizzati?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, s'issa li hemm finalizzat hija l-ODZ policy biss.", "Il-policies l-oħra għadhom se jibdew il-public consultation.", "MADAM CHAIR: Mela qed naqblu, għax jekk l-iSPED għad fadallu ġimagħtejn oħra u dawn għadhom qed jibdew il-konsultazzjoni tagħhom, mela allura l-konklużjoni tagħhom se tkun wara li aħna nkunu lluminati bi x'fih l-iSPED.", "Jekk qed nifhem tajjeb, l-unika issue li għadha teżisti fuq dak li talbet Din l-Art Ħelwa, huwa l-ODZ policy.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx li l-MEPA ma qabditx u vvintat minn żniedha l-oġġettivi.", "Dawn l-oġġettivi ġew mingħand il-Gvern, jiġifieri l-Gvern jaf eżattament x'inhu fil-pjan ta' struttura, x'inhu fl-iSPED u jaf fejn irid jasal.", "U m'hemm xejn fil-liġi li jgħidlek li wieħed irid jiġi qabel l-ieħor.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, imma filwaqt li aħna nifhmu li l-Gvern, għaliex huwa l-Gvern li qiegħed jippjanta l-way forward, jaf x'hemm fl-iSPED u x'hemm fil-policies, għandna sitwazzjoni fejn min għandu interess ukoll f'dan il-qasam jaf x'hemm fil-policies li qed jiġu moħmija jew ippjantati imma ma jafx sewwa sew x'hemm fl-iSPED.", "U t-talba mill-pubbliku in ġenerali, partikolarment mill-għaqda Din l-Art Ħelwa, hija li sakemm l-iSPED ikun ippubblikat, dawn il-policies ikunu għadhom miftuħin għall-konsultazzjoni pubblika.", "MICHAEL FARRUGIA: Ippermettuli ftit għax naħseb li rridu nagħtu direzzjoni ħalli kulħadd jifhem eżattament x'inhu jiġri.", "Il-Gvern ta l-objectives lill-MEPA u l-MEPA ma qabditx u telqet fuq il-policy u fuq l-objectives.", "L-objectives marru għall-konsultazzjoni pubblika.", "Wara li saret konsultazzjoni pubblika fuq l-objectives, jiġifieri d-direzzjoni li ta l-Gvern lill-MEPA dwar kif għandha timxi, kien hemm ir-rakkmandazzjonijiet u s-suġġerimenti, liema rakkmandazzjonijiet u suġġerimenti l-Bord tal-MEPA, li qed jevalwa dawn il-policies, took them on board, però ma jfissirx li bilfors ried jaqbel ma' dak li kien qed jiġi rakkmandat.", "Wara, id-draft policy ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika u kien hemm numru ta' rakkmandazzjonijiet.", "Il-MEPA tirċievi dawk ir-rakkmandazzjonijiet li jkun hemm u tara jekk għandhiex tibdel jew le d-draft policy tagħha.", "Il-Gvern ukoll jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-Bord tal-MEPA biex jiġu kkunsidrati u wara jiġu għandi, bħala l-persuna responsabbli, fejn jippreżentawli r-rapport u jien irrid, jew naqbel, jew ma naqbilx ma' dak li jkun irrikkmanda l-Bord tal-MEPA.", "S'issa, l-użanza li dejjem ħaddimt kienet li ma nipprova nibdel xejn mid-draft finali li tkun tressqet sakemm dak li jkunu qed jirrikkmandaw ikun in line mal-oġġettivi li ressaq il-Gvern.", "L-iSPED x'inhu?", "L-iSPED huwa l-oġġettivi tal-Gvern fis-setturi kollha li qed iressaq bħala viżjoni lejn foreseable future.", "Jien ma ngħidx li għandna nagħmlu SPED għal 20 sena, imma għandna nagħmlu SPED għal seba' snin għax iċ-ċirkostanzi jinbidlu minn perjodu għal ieħor.", "Dak huwa l-metodu ta' kif jimxu l-affarijiet.", "L-oġġettivi li wieħed se jsibhom fl-iSPED ħarġu wkoll għall-konsultazzjoni pubblika.", "L-oġġettivi ta' fejn aħna sejrin, qegħdin hemmhekk u aħna dejjem qgħadna attenti li la jkunu kollha kontra s-size 54 ta' 20 sena ilu u lanqas kontra l-moda tal-lum ħalli l-libsa li se nkunu qegħdin nilbsu nkunu nistgħu niġġustifikawha kemm bil-pjan strutturali li kien hemm qabel u kemm bl-iSPED li se jkun qed jitressaq.", "Jiġifieri d-direzzjoni li qegħdin nagħtu mhi qed tmur kontra xejn u għalhekk qegħdin ngħidu li l-policies għandhom ikomplu mexjin, imbagħad eventwalment meta niġu għal policies oħrajn li tinbidel id-direzzjoni tal-Gvern, imbagħad dawk jitressqu għada pitgħada.", "Li hu żgur hu li jien ma nistax inkun personalment politikament responsabbli li għandek policies li huma ħżiena u nħallihom hemmhekk għal ġimgħat u xhur oħra meta naf li jekk tidħolli applikazjoni llum tista' jkollha timxi 'l quddiem u hija kontra d-direzzjoni tal-Gvern.", "Ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Il-policy tal-FAR li hemm illum tapplika għal ridges, filwaqt li d-direzzjoni tal-Gvern preżenti hija li ma jkunx hemm FAR fuq ridges.", "Jekk hemm min jippreferi li ma tinbidilx il-policy, inħalluha li min japplika llum ikollu d-dritt jibni fuq ridges kontra d-direzzjoni li jrid jagħti dan il-Gvern, imma mbagħad ma noqogħdux niġu nibku u ngħidu għax hemm FAR fuq ridges għax ikun tard wisq!", "Dan il-Gvern iħoss li huwa l-obbligu tiegħu li jibdel il-policy għax ma jemminx li ċerti policies li hemm għandhom jibqgħu fis-seħħ.", "Jekk ma nagħmlux hekk, naħseb inkunu ħatja aħna li ma ħadniex azzjoni.", "MADAM CHAIR: Nitlob il-kummenti tal-Kumitat u anke nistieden lil dawk l-għaqdiet li jixtiequ jagħmlu xi preżentazzjoni sabiex jersqu madwar il-mejda.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, jien tajt daqqa t'għajn lill-policies u rajt li dawn jeżistu kollha kemm huma diġà, fil-fatt aħna bħala periti nħaddmuhom il-ħin kollu.", "Dawn huma policies li jeżistu u ġew reviewed, jiġifieri mhumiex policies ġodda.", "Allura nixtieq li min-naħa tal-MEPA jagħmlu presentation fejn jispjegaw ftit dawn il-policies għax qed nitkellmu fuq policies li aħna li nħaddmuhom nafu li kienu diġà hemmhekk, imma min ma jħaddimhomx jaħseb li huma affarijiet differenti.", "Naħseb illi kieku dawn il-policies jispjegawhom l-uffiċjali tal-MEPA kulħadd ikun jaf aħjar fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "MADAM CHAIR: Nistgħu nagħmlu spjegazzjoni fil-qosor, però naħseb li jekk nisimgħu il-concerns tal-NGOs, we will streamline where the concerns are ħalli jekk jista' jkun nagħmlu l-aħjar...", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb aħjar jagħmlu l-presentation l-ewwel.", "MADAM CHAIR: Jekk iridu jagħmlu preżentazzjoni jagħmluha konċiża u to the point imbagħad nimxu minn hemm.", "L-Onor.", "Nitolbok tkun konċiż.", "GEORGE PULLICINO: Is-Sur Buttigieg qal li l-policies li ġew abbozzati huma konsistenti mal-iSPED u l-Onor.", "Farrugia qal li l-Gvern ta objectives.", "Safejn naf jien – and I stand to be corrected – sal-lum għadu lanqas jeżisti abbozz ta' SPED.", "Hemm differenza kardinali bejn objectives li jagħti l-Gvern u abbozz ta' SPED.", "Jien ma nafx li jeżisti abbozz ta' SPED.", "Jekk jeżisti abbozz ta' SPED, ma tistax tgħidli li l-MEPA taf bih għax jekk jeżisti tali abbozz u l-policies huma konsistenti miegħu, mhux lili trid tikkonvinċi imma lill-udjenza hemm barra.", "Sal-lum dan għadu mhux ippubblikat.", "Xi ħaġ'oħra li rrid ngħid hija li ħadd m'hu qed jgħid li ma jinbidlux policies sakemm m'għandekx SPED għax kieku, mill-1990 sal-lum, kull meta nbiddlu policies kulħadd seta' jfittex lill-Gvern u jakkużah li l-pjan ta' struttura ma kienx baqa' viġenti għax fl-aħħar 24 sena nbidlu diversi policies.", "Mhux dak hu l-argument.", "L-argument huwa dak li għamel l-Onor.", "Buhagiar iktar kmieni, jiġifieri li mhux kull policy għandha għeruq f'politika strateġika.", "Li ma tistax tagħmel huwa li dak li hu strateġiku, f'daqqa waħda tbiddlu f'policy.", "Dak li ma tistax tagħmel, mhux il-kontra!", "U naħseb li dan kien il-punt prinċipali li ħareġ mill-ittra ta' Din l-Art Ħelwa u jien nippreferi li f'dan l-istadju tintervjeni s-Sinj.", "Mizzi li qed tirrappreżenta lil Din l-Art Ħelwa, jew kwalunkwe persuna oħra li tixtieq tagħmel l-argument.", "MADAM CHAIR: Iva, però qabel ħalli nisimgħu lis-Sur Johann Buttigieg għax xtaq jagħmel kjarifikazzjoni.", "IS-SUR JOHAN BUTTIGIEG: L-abbozz tal-iSPED huwa lest u qiegħed għand il-Gvern.", "L-iSPED ma sarx with a click of a finger imma għamilna ġimgħat bis-Sibtijiet sad-9:00 p.m. niltaqgħu ma' kull Ministeru, kull dipartiment u kull entità tal-Gvern biex naraw il-viżjoni ta' kull aġenzija biex jagħtuna huma, għaż-żmien li ġej, fejn hi l-viżjoni tagħhom.", "Fil-fatt, naħseb li hija l-ewwel darba li qatt iltqajna ma' kull aġenzija li teżisti, kull dipartiment u kull Ministeru u lill-Gvern għaddejnilu numru ta' korrispondenza fejn, pereżempju, fuq marina partikolari kien hemm min kellu ħsieb mod u min kellu ħsieb mod ieħor u aħna lill-Gvern għednilu: Sur Gvern, hawnhekk għandek żewġ entitajiet li qed jitolbu l-istess biċċa art għall-istess skop, issa inti bħala Gvern trid tagħti direzzjoni min se jieħu prijroità fuq xiex.", "MADAM CHAIR: Naħseb fuq dan il-punt aħjar we streamline il-concerns tal-NGOs.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma jien xtaqt inserraħ ras l-Onor.", "Pullicino li l-iSPED, bħala abbozz, huwa lest.", "(Interruzzjonijiet) Imma jrid jiġi deċiż mill-Kabinett l-ewwel!", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, ma rridx inkun polemikuż fuq dan il-punt, però lili ma tistax tikkonvinċini li dan huwa konsistenti mal-iSPED għax biex jien ngħid li \"din\" hija konsistenti ma' \"din\" irrid inkun qed narahom it-tnejn.", "Ma tistax tgħidli li \"dan\" huwa konsistenti ma' \"dan\" meta wieħed minnhom qed iżżommuli taħt il-mejda!", "Kif nista' nikkonkludi jien li t-tnejn huma konsistenti?", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, jew m'aħniex nifthiemu jew inkella m'iniex qed nesprimi ruħi tajjeb.", "Il-Gvern għadda l-oġġettivi tiegħu lill-MEPA għall-policies li kien hemm u dawn huma l-istess oġġettivi li l-Gvern għadda fuq l-iSPED.", "Jekk hemm xi ħadd li qed jaħseb li l-Gvern huwa mħawwad b'mod li lill-MEPA għal policy jagħtiha oġġettivi mod, u fl-iSPED jagħtiha oġġettivi differenti, naħseb li jkunx qed jifhem dan il-Gvern kif qed jaħdem.", "MADAM CHAIR: Onor. Farruguia, jien naħseb li kulħadd qed jifhem, mhux ħadd m'hu qed jifhem.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li mhux qed nifhmu għax hekk jidher minn dak li qed jingħad minn ċerti Membri tal-Kumitat.", "MADAM CHAIR: L-issue prinċipali kienet, li filwaqt li kemm l-uffiċjali tal-MEPA kif ukoll il-Membri tal-Gvern jafu x'inhuma l-oġġettivi tal-Gvern u x'fih l-iSPED għax wasal biex jiġi approvat, mhux kulħadd hemm barra jaf fiex tikkonsisti l-viżjoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "Buhagiar talab biex is-Sur Buttigieg, bħala CEO tal-MEPA, jaġġornana ftit fuq x'tibdiliet qed isiru u f'liema policies ħalli nikkonkludu dan l-item tal-aġenda.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, dak huwa proprju li qed ngħid jien.", "Mhux talli l-Gvern ta lill-MEPA l-istess oġġettivi li ressaq bħala parti mid-diskussjonijiet li kien hemm fil-preparazzjoni tal-iSPED, talli dawk l-oġġettivi ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika; they were public, ma sarux minn wara l-kwinti.", "Tant kienu pubbliċi dawn l-oġġettivi, li kien hemm rispons għalihom; kien hemm min kien favur, kien hemm min kien kontra u kien hemm min ried jirranġahom.", "Imma ma jiġix issa xi ħadd jgħidli li l-oġġettivi tal-Gvern ma jafx x'inhuma!", "Jekk fil-każ ngħadduhom waħda waħda lil min ma jafx x'kienu dawk l-oġġettivi.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Ryan Callus, imbagħad, bil-permess tal-Kumitat nistieden lis-Sinj.", "Simone Mizzi tagħmel il-mistoqsijiet tagħha.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jien m'iniex se nagħmel intervent twil għax din id-diskussjoni ġiet mitluba mill-NGOs u naħseb huwa d-dmir tagħna li nibdew nisimgħu aktar lilhom, però xtaqt nagħmel punt wieħed biss dwar dak li qal is-Segretarju Parlamentari.", "Jien nifhem u napprezza li s-Segretarju Parlamentari qed iżomm bilanċ bejn dak li qed jinħadem f'dawn il-policies u dak li għad joħroġ l-iSPED, imma t-talba hawnhekk hija biex il-pubbliku jkun involut u allura ma naħsibx li huwa ġust li niġu hawnhekk u s-Segretarju Parlamentari jgħidilna biex nafdaw fih għax jaf x'inhu jagħmel.", "Aħna m'aħniex qed ngħidulu li ma jafx x'inhu jagħmel imma qed nitolbuh jiftaħ ftit għall-pubbliku biex ikun involut.", "MICHAEL FARRUGIA: Allura \"konsultazzjoni pubblika\" xi tfisser?!", "RYAN CALLUS: Huwa tajjeb li saret konsultazzjoni pubblika fuq il-policies, imma d-diskussjoni llum mhijiex dwar jekk saritx konsultazzjoni fuq il-policies imma hija dwar il-fatt – u issa se jgħidulna wkoll l-NGOs – li l-NGOs iridu jkunu jafu x'inhi l-istrateġija għax ladarba tkun taf x'inhi l-istrateġija, tkun tista' tagħmel iktar il-pożizzjoni tiegħek ċara a skapitu ta' dawk il-policies differenti.", "Jien se nieqaf hawnhekk għax verament nixtieq nagħti ċans lill-NGOs biex jgħidu dak li jixtiequ.", "MADAM CHAIR: Però qabel nisimgħu lilhom, is-Sur Johann Buttigieg xtaq jispjegalna fil-qosor x'inhuma dawk it-tibdiliet fil-policies in kwestjoni.", "Sur Buttigieg, nitolbok tkun konċiż.", "Ippermettili ftit qabel ma tibda.", "Hawn xi oġġezzjoni mill-Membri tal-Kumitat sabiex kopja tal-\"ODZ Policy and Design Guidance\" li għadha kif ingħatat lilna mis-CEO tal-MEPA, tingħata lill-membri tal-pubbliku preżenti?", "Jien m'għandix oġġezzjoni għax naħseb li aktar ma jkollna input pożittiv u kosruttiv, aktar nimxu 'l quddiem malajr.", "Ma jidhirx li hawn xi oġġezzjoni għalhekk nistgħu ngħaddu kopja lil min jixtieq waħda.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, jekk ma jimpurtax nixtieq nistieden lill-Perit Elizabeth Ellul li kienet iċ-chairperson tal-working committee sabiex tkun tista' tagħti elenku ta' x'kienu dawn it-tibdiliet fil-policies.", "MADAM CHAIR: Nitlob lill-Perit Ellul sabiex tersaq madwar il-mejda.", "Il-Perit Elizabeth Ellul, Deputy Chairperson tal-MEPA, resqet madwar il-mejda.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL (Deputy Chairperson, MEPA): F'April tas-sena l-oħra, grupp ta' tmienja min-nies, fosthom erba' membri mill-MEPA, tnejn mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u membru mill-Malta Tourism Authority (MTA) ġejna assenjati l-oġġettivi biex nagħmlu r-revision tal-ODZ Policy.", "Aħna bażikament rajna l-Agriculture Fund Diversification and Status Policy (AFDS), liema dokument kien fih madwar 200 faċċata u kien ftit hefty biex dak li jkun, speċjalment il-periti, jużawh; il-policy PLP20 (development outside built-up areas) li kienet ilha in vigore mill-1995 u żgur li kellha bżonn ta' revision; u l-iSwimming Pools Policy ODZ li kienet ilha mill-2000 u li wkoll kellha bżonn ta' revision.", "Ħriġna dawn l-oġġettivi tal-Gvern għall-public consultation għal ġimgħatejn u kellna 33 sottomissjoni.", "Wara, aħna rrivedejna dawn l-oġġettivi, ippreparajna l-policy tal-ODZ, tlajna biha l-Bord tal-MEPA biex inġibu permess mingħandhom sabiex noħorġuha għall-public consultation, ħarġet għall-public consultation għal sitt ġimgħat u kellna madwar 100 sottomissjoni.", "Aħna analizzajna dawn is-sottomissjonijiet, emendajna d-draft policy, u erġajna ressaqniha quddiem il-Bord tal-MEPA għad-diskussjoni.", "Saret id-diskussjoni fil-Bord tal-MEPA, irranġajna fejn kellna nirranġaw skont id-direttiva tagħhom u ultimately ġiet approvata minn hemm.", "Bażikament it-tibdiliet huma fuq policies li kienu diġà in vigore.", "L-iktar ħaġa li għamilna kienet li ppruvajna nagħmlu policies li jgħinu lill-bdiewa, fis-sens li ssimplikfikajna l-proċeduri rigward affarijiet bħal consultation, x'jista' jagħmel b'Development Notification Order (DNO) u x'jista' jkun permitted.", "Għamilna wkoll restrizzjonijiet għall-bdiewa.", "Pereżempju, fejn qabel kienet li arable farmer, mhux lifestock farmer, seta' jkollu d-dar tiegħu fil-viċin, bi qbil mal-Bord tal-MEPA, din tneħħiet għax rajna li mhuwiex daqshekk importanti li dan it-tip ta' bidwi jkun joqgħod viċin tal-affarijiet li jħawwel.", "Madam Chair, ma nafx jekk huwiex il-lok li noqogħdu nidħlu fit-tibdiliet tal-policies waħda waħda.", "MADAM CHAIR: Jekk tagħti a general overview biżżejjed, imbagħad we streamline the concerns meta jitkellmu l-NGOs ħalli mmorru direct to the point.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Tajjeb.", "L-aktar ħaġa li bdilna fil-PLP 20 kienet li tajna r-redevelopment ta' dawk il-binjiet li huma permitted u li għandhom ċertu footprint and floor space għax kien hemm każijiet fejn dawn il-binjiet joqogħdu fihom in-nies u jinsabu fi stat perikoluż u minħabba l-fatt li ma setgħux jerġgħu jagħmlu redevelopment kienu jibqgħu jgħixu fihom.", "Tajna wkoll użu għal dawk il-binjiet li huma skedati u li qegħdin fl-ODZ.", "Ovvjament, minħabba li dawn il-binjiet jistgħu jintużaw, wieħed jista' jagħmel rehabilitation tagħhom u anke jagħmlilhom manteniment.", "Għamilna wkoll tibdiliet fil-policy tal-istables, fis-sens li fejn qabel dawn setgħu jkunu tal-ġebel, peress li dehrilna li forsi kien ikun hemm lok ta' abbuż, biddilniha biex issa dawn iridu jkunu tal-injam.", "Dan ovvjament biex ikunu jistgħu aktar jitneħħew faċilment.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, hemm xi ħaġa oħra li ridt iżżid?", "Ma jidhirx li hemm għalhekk nistieden lil dawk ir-rappreżentanti li jixtiequ jagħmlu intervent sabiex jersqu mal-mejda.", "Simone Mizzi, Kap Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa, resqet madwar il-mejda.", "SIMONE MIZZI (Kap Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa): Għat-tieni darba nirringrazzjakom talli stedintuna hawnhekk u din id-darba ninnota li hawn ftehim madwar il-Mejda li l-iSPED trid tiggwida l-oġġettivi tal-Gvern.", "Segretarju Parlamentari xtaqt ngħidlu li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq l-oġġettivi tal-Gvern.", "Aħna m'għandniex dubju li l-Gvern għandu oġġettivi, imma l-oġġettivi jridu jitfasslu mill-istrateġija.", "Jiġifieri aħna qed nitkellmu fuq l-istrateġiji u mhux fuq l-oġġettivi u għandu jiġi rreġistrat li l-pubbliku għandu bżonn ikun jaf minn fejn ġejjin dawn l-oġġettivi.", "Għal dak li qal aktar kmieni s-Segretarju Parlamentari li qabel konna size 54 u issa għadna 54, xtaqt ngħid li l-pezza tad-drapp li qed naqtgħu minnha llum saret iżgħar u l-politika tal-Gvern li jfassal dawn il-policies kollha, għandhom impatt kbir u gravi fuq l-ispazji tal-art u dawk marittimi.", "U l-istudji u l-viżjoni tagħkom fuq dawn l-affarijiet aħna għadna ma nafuhomx.", "Dawn għalina huma affarijiet gravi, l-art li għad m'hemmx bini fuqha qed tiċkien u jekk qabel kien hemm xi policies fejn huma żoni protetti jew buffer zones protetti, u issa hemm strateġija li nibnu fihom, għalina dan mhuwiex aċċettabbli u rridu nkunu nafu l-viżjoni tal-Gvern fejn se ġġibna.", "L-art li hemm mhix mibnija se tkun iżgħar?", "L-ispazji tal-baħar kif se jkunu wżati?", "Xi studji għamilna biex naraw fejn se jkun hemm il-bunkering, il-yacht marinas eċċ?", "Dawn huma l-istudji li rridu naraw u l-viżjoni u l-istrateġija tal-Gvern li toħroġ mill-iSPED.", "Għalhekk Din l-Art Ħelwa qed titlob li l-MEPA ma tapprovax – tista' tistudja u aħna nirrispettaw l-istudji kollha li saru – regolamenti u policies ġodda qabel ma toħroġ l-iSPED.", "Anzi mmoru daqsxejn iżjed 'il bogħod minn hekk u ngħidu li l-ODZ terġa' toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika in light of the fact li l-iSPED għadu ma sarx għax l-ODZ kienet approvata, mhux in tandem, but ahead of time.", "MADAM CHAIR: Jien nifhem il-punt tiegħek li huwa wieħed validissimu, imma kif diġà smajt kemm mill-Onor.", "Buhagiar, hemm ċerti policies li ma jirrikjedux il-preżenza uffiċjali tal-iSPED il-ġdid.", "Hemm ukoll il-punt li ċerti policies tant kienu fjakki għaż-żmien tal-lum – forsi meta saru kienu jikkejterjaw għall-bżonnijiet ta' dak iż-żmien – li kellhom jiġu riveduti.", "Li rrid ngħid huwa li, jekk inti telenkalna dak li għandek f'moħħok inti bħala rappreżentanta ta' NGO, dwar xiex trid tagħmel is-suġġerimenti tiegħek, naħseb li we will be able to streamline more id-diskussjoni ħalli mmorru għad-deċiżjoni jekk għandniex nitolbu aħna wkoll bħala Kumitat li ċerti policies ma jiġux approvati qabel ma joħroġ l-iSPED, jew le.", "Però ma nistgħux nagħmluha a blanket decision għax hemm ċerti policies li bilfors iridu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.", "Jekk tkun iktar speċifika naħseb inkunu nistgħu naslu għal qbil u nkunu nistgħu nikkonkludu l-laqgħa, almenu fuq din il-materja.", "SIMONE MIZZI: Nirringrazzjak, Madam Chair.", "Is-CEO tal-MEPA qal li l-iSPED se toħroġ, hija kważi lesta.", "SIMONE MIZZI: Jien ma nafx x'għaġġla hemm min-naħa tal-Gvern biex japprova ċerti policies f'dawn it-two weeks.", "Jien naħseb li jistgħu jistennew biex toħroġ għall-public consultation.", "Il-FAR għadha lanqas għaddiet imma diġà ġew approvati xi pjanijiet.", "MADAM CHAIR: Se jirrispondik is-Segretarju Parlamentari.", "MICHAEL FARRUGIA: Għar-rigward tal-FAR u l-iSPED nista' ngħid li se jkun hemm diskussjoni fil-Kabinett u se mmorru għal konsultazzjoni pubblika ħalli naraw il-pubbliku in ġenerali x'se jgħid.", "Il-local plan il-ġdid se jkun qiegħed mibni fuq l-iSPED li se jkun qed joħroġ.", "Ovvjament ma tistax tagħmel local plans, fejn kull triq u kull post huwa importanti, jekk ma tkunx taf fejn sejra d-direzzjoni tal-pajjiż.", "Li nista' ngħid huwa li l-programm elettorali kien ċar ħafna dwar lejn liema direzzjoni se nkunu mexjin bħala Gvern, imma jekk għandi policy li tpoġġini mhux fid-direzzjoni li jrid imur dan il-Gvern… Ħalli nerġa' nieħu l-eżempju tal-FAR.", "Jekk il-FAR tgħidlek li inti tista' tibni bini għoli fir-ridges u dan il-Gvern ma jemminx li għandu jkun hemm bini għoli fuq ir-ridges, allura jien għandi noqgħod bilqiegħda, inħalli l-possibilità ta' applikazzjonijiet fejn jidħlu dawn l-affarijiet u nibqa' hekk?", "Perżempju fl-ODZ rajna li fil-passat waħda mill-problemi li kien hemm – u nittama li se nkunu qed nieħdu iktar azzjonijiet fuqhom – kienet li japplikaw għal stable, jibni binja u wara ftit jaqlibha b'mod illegali fl-isbaħ villa.", "Bil-policy l-ġdida qegħdin ngħidu li l-istables iridu jsiru tal-injam ħalli dan l-abbuż jinqata' darba għal dejjem.", "Hawnhekk irrid nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-uffiċjali tal-enforcement tal-MEPA, lill-NGOs u lill-pubbliku in ġenerali tar-rapporti li għamlu ħalli nkunu nistgħu nieħdu azzjoni fuqhom.", "Huwa ħafna aħjar li nipprevjenu biex ma jsirx l-abbuż.", "Dan il-Gvern irid jieħu d-direzzjoni li jipprevjeni l-possibilità tal-abbuż.", "Jekk il-policy inħalluha kif inhi, dak l-abbuż jista' jibqa' hemmhekk għax jekk jinnota xi ħadd minn tal-MEPA, jew mill-NGOs, jew jasal xi rapport, well and good, imma jekk ma jkun hemm xejn minn dan igawdi min ikun abbuża.", "Aħna dan irridu niġġieldu.", "Jiġifieri jekk illum hemm policy li tista' tkun ħażina, ejjew nibdluha.", "X'fiha ħażin li nibdlu?", "Jien qiegħed hemmhekk biex nara li l-affarijiet li huma ħżiena nagħmilhom aħjar.", "Jekk ma tridunix, inħalli kollox għal riħu u nħalli l-abbuż isir!", "SIIMONE MIZZI: Ma naħsibx li l-NGOs qed jgħidu hekk.", "MICHAEL FARRUGIA: Mela ħalluni nbiddel!", "SIMONE MIZZI: Aħna qegħdin ngħidu li l-policies li għandhom impatt notevoli fuq l-użu tal-ftit spazji li baqagħlna, jiġu mfasslin u studjati sew, kemm dawk territorjali kif ukoll dawk marittimi.", "Mizzi, jekk fhimt sew jien lis-Segretarju Parlamentari, jidher li qegħdin tgħidu l-istess ħaġa għax hu qal li policies li jistgħu jippreġudikaw dak li għadek kemm għedt inti, mhumiex se jiġu ffinalizzati qabel mal-iSPED jerġa' joħroġ għall-konsultazzjoni u jkun magħruf ukoll fid-dettall mill-pubbliku.", "Għalhekk naħseb li qed ngħidu l-istess ħaġa.", "SIMONE MIZZI: Imma Madam Chair, l-ODZ policy li għandha impatt tant kbir fuq l-użu tal-art – u nafu kemm għamiltu xogħol u dan napprezzawh – trid toħroġ mill-istrateġija, jiġifieri trid tiġi wara mhux qabel.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-issue li qed issir min-naħa tagħkom, ħalli we streamline the argument…", "MADAM CHAIR: Flimkien mal-istudji li qed jissapportjaw dawk l-oġġettivi li l-Gvern qed jgħid li għandu biex jasal.", "SIMONE MIZZI: Li huma fil-liġi għax fl-iSPED kollha qegħdin hemm.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemmhekk fejn m'aħniex naqblu għax huma qed jgħidu li wara u aħna qed ngħidu bil-kontra.", "MADAM CHAIR: Issa niċċaraw fejn ma naqblux ukoll.", "Għalhekk qegħdin hawn, biex insibu fuq xiex naqblu u nibnu fuqu.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Ejjew nifhmu x'qegħdin ngħidu.", "Policies tal-ODZ hemm diġà.", "Li qed ngħidu huwa li se nirrivedu policies li diġà hemm.", "CHARLES BUHAGIAR: Skont kif qalet il-Perit Ellul, se jirrestrinġu aktar.", "Għar-rigward ta' għalfejn din l-għaġġla għal dawn il-policies, jien nista' ngħid għaliex.", "Jien niġi minn parti rurali ta' Malta u naf li ħafna mill-bdiewa għandhom ħafna proġetti on hold għax iridu jaraw il-policies il-ġodda.", "Jiġifieri hemm ċerta għaġġla għax il-bdiewa llum il-ġurnata jridu jagħmlu ċerti affarijiet fl-għelieqi tagħhom u qed jistennew dawn il-policies.", "Jiena nħoss li ladarba dawn huma policies li qed jirrevedu dak li hemm diġà u m'aħniex qed nagħmluh agħar milli hemm… Jekk hemm xi policy li forsi xi ħadd jidhirlu li se twassal għal xi abbuż, ngħidu liema hija dik il-policy u niddiskutuha, mhix problema, imma ma nistgħux nibqgħu ngħidu b'mod ġenerali biex nistennew l-iSPED u dan kollu għax dawn il-policies se jeffettwaw il-land use.", "Diġà għandna policies li jeffettwaw il-land use u dawn jagħmlu ħafna ħsara.", "Jiena naf għax nipprattika ħafna.", "Dan li hawn hawnhekk illum qed jippermetti ħafna inqas żvilupp inkontrollabbli milli kien isir qabel.", "Jiena naf b'permessi li ħarġu għal stables is-Siġġiewi li llum huma vilel.", "Illum dawn ma jistgħux isiru b'dawn it-tip ta' policies.", "Għaliex m'għandniex nagħmlu dawn il-policies biex l-abbuż innaqqsuh?", "Jekk quddiemna għandna policies li bihom se nirrestrinġu u neliminaw l-abbuż, x'hemm ħażin li mmexxu fuqhom?", "Issa jekk hemm xi wħud minnhom li l-NGOs jew xi ħadd ieħor jidhirlu li għandhom jiġu emendati, ejjew nitħaddtu fuqhom imma mhux nibqgħu nitkellmu b'mod ġenerali għax inkella m'aħna se naslu qatt.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, dak huwa li kont qed ngħid jien.", "Mizzi, jien nistiednek sabiex jekk għandek xi policies f'moħħok li tixtieq li aħna nerġgħu ngħaddu u jekk hemm xi concerns niċċarawhom, dan huwa żmien tajjeb li nagħmluh.", "SIMONE MIZZI: Aħna għamilna lista tagħhom u minn dak iż-żmien 'l hawn ħarġu xi tnejn oħra.", "Aħna li rridu nkunu nafu huwa xi studji u x'viżjoni għandu l-Gvern għal dawn il-policies u kemm se jibni art.", "Infakkarkom f'dak li għedt l-aħħar darba, jiġifieri li wara l-2006 ma kellniex aktar statistika dwar l-użu tal-art u bini kemm fl-ODZ u anke mhux fl-ODZ.", "Nixtiequ li nkunu iktar aġġornati fuqhom għax mingħajr statistika ma nistgħux ngħidu x'se jiġri għall-futur.", "MADAM CHAIR: Onor. Segretarju Parlamentari, nista' nistaqsik jekk dawn humiex se joħorġu mill-iSPED?", "MICHAEL FARRUGIA: Ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Inħass il-bżonn li ssir policy dwar il-firework factories.", "Hemm rapport uffiċjali magħmul mill-Gvern preċedenti, wara numru ta' inċidenti li ġraw, li jikkonkludi li hemm bżonn ikun hawn iktar firework factories f'Malta.", "Bħalissa konna qegħdin niffunzjonaw f'vacuum.", "Issa dan il-Gvern ħass li hemm bżonn li jkun hemm gwida għax meta tressqu l-applikazzjonijiet ma kienx hemm policy ċara fuqhiex jimxu u kellhom japplikaw policies li mhumiex diretti għall-firework factories.", "Għal din ir-raġuni ħassejna li hemm bżonn ikun hemm gwida ċara li jifhimha kulħadd, kemm min huwa dilettant, kemm min ma jaqbilx mal-kmamar tan-nar, kif ukoll il-periti sabiex ikun hemm direzzjoni ta' kif wieħed jista' japplika għalihom.", "Ma tantx għandna fejn nimirħu f'pajjiżna, jiġifieri jekk jistgħu jsiru huma waħdiet anke minħabba l-linja ta' policy li ħriġna.", "Apparti minn hekk, dħalna wkoll fil-health and safety fir-rigward tagħha.", "Mela għandek esperti jgħidulek biex tmur f'ċerta direzzjoni biex ma jinħoloqx periklu iktar milli huwa meħtieġ għad-dilettanti tan-nar, min-naħa l-oħra jekk tħares lejn policy \"A\" tara li tgħidlek mod u jekk tħares lejn policy \"B\" tara li tgħidlek mod ieħor.", "Allura kien hemm ċarezza ta' policy.", "Jekk f'dan il-pajjiż qegħdin naraw problemi li qed jaffaċċjaw il-bdiewa u r-raħħala, ma nagħtuhomx spazju?", "Inħalluhom imutu mewta naturali?", "Jew nagħtuhom dak id-daqsxejn spazju fejn jistgħu jsalvaw?", "Dawn qed jistennew bħal ruħ tal-purgatorju din il-policy titressaq ħalli forsi jsalvaw għal ftit snin oħra.", "Irridu niddeċiedu x'direzzjoni se nieħdu.", "Hawnhekk mill-Gvern ingħatat id-direzzjoni biex mingħajr żvilupp żejjed, nippruvaw nagħtuhom xi ħaġa.", "Li nista' ngħid huwa li bil-policy li se nkunu qegħdin inressqu 'l quddiem, affarijiet li kienu jiġru fil-passat, se nagħlqulhom il-bieb.", "Pereżempju, jekk qegħdin nitkellmu fuq agri-turiżmu, l-enfasi qiegħda li l-prijorità tingħata lil min diġà qiegħed fis-settur.", "Min huwa żviluppatur mhux se jieħu mill-ewwel by right id-dritt li jagħmel agri-turiżmu għax hu mhuwiex parteċipi fis-settur tal-biedja jew bħala raħħal.", "Qegħdin ngħidu wkoll, biex inkompli ma' dak li qalet il-Perit Ellul aktar qabel, li jekk għandek binja diġà eżistenti u se taħdem fuqha, se tingħata l-opportunità li timxi iktar qabel għax se tagħmel refurbishment ta' xi ħaġa li diġà għandek.", "Aħna rridu mmorru fil-kampanja u nibqgħu naraw strutturi qed jaqgħu biċċa biċċa li huma eyesore meta jista' jintuża l-istess ġebel u mingħajr ma tikber il-footprint u mingħajr ma jogħla l-bini – jekk se tgħolli sular trid iċċekken il-binja bin-nofs – tkun tista' tara xi ħaġa li attwalment qiegħda tintuża?", "Irridu niddeċiedu!", "Jekk hawn min hu kontra dawn l-affarijiet, dan il-Gvern mhux kontra tagħhom.", "MADAM CHAIR: Dan mhuwiex każ ta' kontra jew favur, imma huwa każ ta' kif aħna nistgħu noħolqu l-aħjar ambjent possibbli minn dak li fadlilna għax diġà", "nqered ħafna.", "MADAM CHAIR: Jekk isserraħ ras l-NGO li qed tirrapreżenta s-Sinj.", "Simone Mizzi, u anke l-NGOs l-oħrajn, li fil-pjan ta' strateġija li se jkun imniedi fil-ġimgħat li ġejjin, dawn il-concerns qegħdin jiġu ndirizzati, allura naħseb li nkunu wasalna għall-konklużjoni li l-concerns qed jiġu ndirizzati.", "L-argument l-ieħor huwa għalfejn l-ODZ policy ħarġet jew ġiet finalizzata, qabel ma ġie ffinalizzat l-iSPED.", "U hawnhekk nixtieq nagħmillek mistoqsija, Sinj.", "Mizzi.", "Fil-konsultazzjoni in the run-up to the ODZ policy publication, il-kontribut tagħkom bħala NGO, x'kien u x'feedback kellkom?", "SIMONE MIZZI: Aħna studjajnihom u bgħattna s-submission.", "Nafu li s-submission tagħna kienet ġiet aċċettata però ma nafux x'tibdil kien hemm meta reġgħu fasslu l-policy u meta ġiet approvata u nispera li nista' nieħdu kopja miegħi ħalli nkunu nistgħu naqrawha.", "MICHAEL FARRUGIA: Għax kienu għadhom iridu jiġu diskussi hawnhekk.", "SIMONE MIZZI: Għax il-MEPA imbagħad tneħħihom minn fuq il-website tagħha.", "Jiġifieri hemm gap kbira, black hole, minn wara li tiġi approvata policy għax titneħħa minn fuq il-website u aħna ma nkunux nafu fiex waslet.", "SIMONE MIZZI: M'għandix dubju u nirringrazzjak.", "Issa the best use, to my mind, mhux kif qed jgħid il-Ministru \"nippruvaw nagħtuhom xi ħaġa\" għax dak ma jurix li l-ħaġa tkun imfassla sew u magħmula bil-għaqal imma żvilupp ad hoc, magħmul għal min għandu bżonn dak il-mument mingħajr policy u strateġija għall-futur.", "MADAM CHAIR: Li nista' nserraħlek rasek li għalkemm forsi ntużat dik il-kelma pjuttost goffa, dan il-Kumitat se jkun qed jiskrutinja, flimkien magħkom, kif din il-policy se titħaddem fil-prattika.", "Jiġifieri għalkemm il-Ministru qal li \"nagħtu xi ħaġa\", mhux se jkun każ li tagħti xi ħaġa imma se jkun każ, if you look at it from another perspective, ta' għandek binja fir-raba mkissra, imfarrka, kerha u ma jista' jsir xejn biha and it will be rehabilitated to improve the environment.", "Jiġifieri ejjew neħduha minn perspettivi differenti.", "L-importanti hu li f'dan l-punt, ġimagħtejn qabel ma huwa mistenni li joħroġ l-iSPED, almenu dan il-Kumitat jista' jserrħilkom raskom bħala NGOs li se jerġa' jiġi diskuss magħkom fil-pubbliku u nerġgħu nagħtu l-feedback tagħna.", "U dan mhux għall-iSPED biss imma għall-policies kollha li se jkunu qegħdin isegwu mal-ħolqien ta' dan l-iSPED mhux l-inqas l-ODZ policy.", "Naturalment, jekk intom għadkom ma studjajtux id-dokument tajjeb, għandkom u se jkollkom kull ċans biex tagħmlu dan ħalli noħorġu għal pajjiżna l-aħjar politika possibbli, liema politika, jekk ikun hemm bżonn, tiġi aġġornata minn żmien għal żmien skond ir-realtajiet u l-istudji li jiżvolġu matul ż-żmien.", "Ibqgħu ċerti li l-għan tagħna – u naħseb li dan ġej miż-żewġ naħat tal-Kamra – huwa wieħed, u ċioè li ma jkomplix isir l-isfreġju li sar matul iż-żmenijiet u li mill-ftit li fadlilna nagħmlu l-aħjar possibbli.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Fil-fatt jiena sorpriża ħafna bil-kummenti ta' Din l-Art Ħelwa fuq il-policy meta għadhom lanqas biss jafu x'fiha wara li ġiet approvata mill-Bord tal-MEPA.", "Kien hemm insinwazzjonijiet li din il-policy qed tagħti xi urban sprawl u jien nistieden lil Din l-Art Ħelwa jgħiduli eżattament fejn qed jgħidu li hemm urban sprawl għax jien żgur inkun l-ewwel waħda li ma nippermettix dan.", "Jiġifieri dawn l-isweeping statements li jsiru fuq l-ODZ policy meta ma jafux kif ġiet approvata, għalija they are not acceptable.", "Biex inkompli mal-Onor.", "Farrugia ngħid li l-iżvilupp ġdid li ngħata f'din il-policy huwa kollu kemm hu related mal-bdiewa biex nagħtuhom nifs.", "Teżisti kompetizzjoni kbira fil-pajjiż, u jien kelli żewġ esperti mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u kien ikollna ħafna diskussjonijiet magħhom u nista' nserraħ ras Din l-Art Ħelwa li studji saru, anke mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.", "Farrugia, żgur se jkun jista' jsir fuq il-permitted footprint, jew aħjar, il-permitted floor space.", "Għal min ma jafx, id-differenza bejnhom it-tnejn hija li footprint hija l-medda tal-art li tkun diġà minsusa fl-ODZ.", "Issa ċerti każijiet jagħmel iktar sens li minflok il-binja tkun fuq sular wieħed, tkun fuq żewġ sulari u b'hekk tkun qed tillibera iżjed art agrikola.", "Jiġifieri dak il-bilanċ ukoll qiegħed hemm.", "MADAM CHAIR: Il-concern tagħna kien x'qed nifhmu meta qed ngħidu \"nagħtu nifs\".", "Jien konvinta li kulħadd għandu l-istess għan, ċioè li filwaqt li ma nxekklux l-iżvilupp ta' pajjiżna, ma neqirdux dak li baqagħlna għax dak huwa irreplacable u imprezzabbli.", "Jekk aħna qed naqblu fuq dik u naslu f'punt fejn aħna nafdaw lil xulxin, niġu ma' din il-mejda niddiskutu u ma nkunux aggressivi lejn xulxin, anzi nisimgħu b'mod kostruttiv dak li kulħadd għandu xi jgħid, għandna noħorġu bl-aħjar politika.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Grazzi, Sinjura President.", "Jien ma rridx inkun polemikuż fil-konfront tal-Perit Elizabeth Ellul imma mhuwiex aċċettabbli li ġo dan il-Kumitat nasserixxu li NGO ambjentali ma qratx jew ma tafx x'fiha l-policy.", "Dak huwa żball; jew tiġġustifika kif ikkonkludiet li l-NGO ma qratx id-dokument jew inkella noqogħdu lura milli nagħmlu asserzjonijiet bħal dawn.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-affarijiet ma jgħinux fl-iżvilupp tax-xogħol li jrid jagħmel dan il-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Ippermettili ninterrompik ftit.", "Forsi ngħad dak id-diskors għax f'ħin minnhom jien staqsejt lis-Sinjura Mizzi jekk is-suggestions tagħha were taken on board u hi qaltli li kienet għadha ma tafx.", "Jiġifieri għalhekk intqal hekk mhux għax hemm xi nuqqas ta' ftehim bejniethom.", "Jien naħseb li hawnhekk għandna żewġ nisa kapaċissimi li huma wkoll kapaċi jaħdmu flimkien għall-istess għan u jekk jogħġbok ma nippruvawx inxellfu din ir-relazzjoni t-tajba li diġà tidher li hemm.", "GEORGE PULLICINO: Jien m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel hekk, anzi qed nipprova ngħaddi l-kumment biex ikun hemm aktar spirtu ta' koezjoni.", "Mill-ittra ta' Din l-Art Ħelwa jien fhimt li l-concern prinċipali mhuwiex għax il-Gvern, permezz tar-reviżjoni tal-policies, irid idaħħal aktar restraints, biex nuża l-istess kelma li diġà ntużat, imma huwa bil-kontra, jiġifieri li dak li qed jiġi propost fil-policies imur lil hemm minn dak li sal-lum huwa indikat fil-pjan ta' struttura.", "Dan hu l-concern prinċipali u Din l-Art Ħelwa qed titlob biex qabel ma jiġu approvati policies, l-ewwel ikun hemm l-iSPED li jagħti direzzjoni strateġika ħalli l-policies ikunu jirrispekkjaw dik l-istrateġija.", "Naħseb dan hu, fil-qasir, il-kumment li ressqet quddiem din il-Kamra Din l-Art Ħelwa.", "U huwa dak li jrid jiġi diskuss.", "Issa hawnhekk tkellimna – biex nagħti eżempju – fuq il-kwestjoni tal-irziezet u jien nistaqsi kif b'mod prattiku qegħdin nawtorizzaw l-iżvilupp tal-irziezet biex nagħtuhom nifs.", "Għax hawnhekk intqal li jiġi permitted żvilupp sakemm huwa fuq l-istess footprint.", "Imma xi żvilupp?", "Żvilupp li jwassal biex ikun hemm aktar trobbija tal-annimali, jew żvilupp li m'għandu x'jaqsam xejn mat-trobbija tal-annimali u jmur lil hemm minn dak li rridu li jkollna biex naraw li s-settur tat-trobbija tal-annimali ma jmutx?", "Ħalli nkun aktar ċar għax anke fil-media kien hemm dawn it-tip ta' kummenti.", "Tista' l-Perit Elizabeth Ellul tgħidilna bil-bidliet li huma enfasizzati, persuna li llum għandha razzett tal-majjali x'se tkun tista' tagħmel?", "Kif spjegajt jien fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, jien li għamilt 10 snin ministru responsabbli mill-agrikoltura – s'issa kont l-iktar wieħed li domt responsabbli minn dan il-qasam – naf ben tajjeb li s-settur tal-majjali huwa wieħed delikat ħafna u trid toqgħod attent li ma tispiċċax tagħti karotta, b'liema karotta mhux talli ma titimgħux talli tkun il-karotta li effettivament tifga lis-settur għax tagħtih iċ-ċans li jinża' u jwaqqaf l-attività li għandu biex jagħmel attività oħra.", "U allura jien, in kwantu tal-irziezet – għax hawnhekk s'issa smajna dwar l-irziezet – nixtieq inkun naf x'ingħata lilhom bħala spazju u għalxiex jista' jintuza dak l-ispazju.", "Kif il-policy tenfasizza li din l-għajnuna \"biex nagħtuhom xi ħaġa\" – ħalli nuża l-istess kliem – se twassal biex is-settur isaħħaħ lilu nnifsu u mhux jispiċċa joqtol lilu nnifisu?", "Qed ngħid hekk għax jien, li kont ministru responsabbli minn dan il-qasam, naf ben tajjeb x'kienu t-talbiet li kienet qed tagħmel il-koperattiva ta' min irabbi l-majjali.", "Kien hemm operaturi li kienu qegħdin jaraw, speċjalment meta l-prezz taċ-ċereali għola, li l-attività tagħhom ma kenitx aktar vijabbli għall-ispejjeż li kellhom u t-talba tagħhom kienet biex tingħatalhom l-opportunità biex jaqilbu r-razzett tagħhom f'garaxxijiet għall-ismall and medium sized enterprises (SMEs).", "Dawn kienu t-talbiet li kienu saru u naf ben tajjeb li kienu tressqu liż-żewġ partiti qabel l-aħħar elezzjoni.", "U allura issa qed nitolbok tispjegali, speċjalment għall-qasam tat-trobbija tal-majjal, kif il-policy u l-emendi għaliha se jwasslu biex dan is-settur – li nittama huwa kruċjali fl-istrateġija però sal-lum għadni ma nafx x'inhi dik l-istrateġija għax dik toħroġ mill-iSPED – jibqa' jgħix u mhux nispiċċaw nagħtuhom il-karotta li huma jridu biex jinżgħu minn dik l-attività u nispiċċaw biex ngħidu li xi darba f'dan il-pajjiż konna nrabbu l-majjal.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, jien naqbel ma' dak li qalet Din l-Art Ħelwa li għandna noqogħdu attenti biex ma nitkellmux fuq affarijiet li mhumiex maħsuba fi pjan ta' struttura li huma ta' land use li jeffettwaw l-ODZ.", "U għalhekk semmejt iċ-ċimiterji għax dawk qabel ma kenux hemmhekk u issa qed ikunu proposti u naħseb li qabel ma jkollna l-iSPED ma nistgħux nitkellmu fuqhom.", "Però min-naħa l-oħra ma nistgħux inwaqqfu l-iżvilupp.", "Fil-verità aħna nafu li l-bdiewa huma l-akbar difensuri tal-ambjent għax jekk ir-raba ma jinħadimx u jiġi żdingat, allura għandna problema.", "Mela lill-bdiewa bilfors trid tagħtihom iċ-ċans li jkunu kapaċi jaħdmu r-raba tagħhom.", "Problema kbira oħra li għandna fil-qasam tal-bdiewa – u hawnhekk naħseb li jikkonferma l-Onor.", "Pullicino għax kien Ministru – hija li l-biedja llum ma tantx tagħmel profitt, bil-konsegwenza li n-numru ta' full time farmers qegħdin jonqsu u qed jiżdiedu n-numru ta' part-time farmers.", "Jien ma nafx jekk meta għamlu dawn il-policies...", "GEORGE PULLICINO: Għalhekk huwa importanti li jkun hemm l-istudju!", "Effettivament, mid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fl-2004, in-numru ta' full time farmers f'pajjiżna żdied u mhux naqas.", "Għalhekk il-punt li għamilt l-aħħar darba huwa mportanti, fis-sens li aktar milli nieħdu deċiżjonijiet fuq perceptions, importanti li l-istudji jkunu lesti, għax xi kultant l-istudji jagħtuk numri li jbellħuk.", "Kuntrarjament għall-perceptions li xi kultant nibnu fina nfusna, inkluż aħna l-politiċi, in-numri juruk li l-perception li jkollna tkun warped għar-realtà li n-numri jkunu qegħdin jindikawlek.", "CHARLES BUHAGIAR: Onor. Pullicino, ma nafx kemm dan li qed tgħid...", "GEORGE PULLICINO: Dan joħroġ minn statistika tal-NSO.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma l-istatistika li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra ftit taż-żmien ilu mhux hekk kienet tgħid.", "Jien għamilt domanda parlamentari dwar dan u rriżulta li during these past years, il-full time farmers naqsu mhux żdiedu.", "GEORGE PULLICINO: Le, il-full time farmers żdiedu.", "CHARLES BUHAGIAR: Mela forsi tawni informazzjoni ħażina mill-Parlament!", "Imma l-punt lanqas huwa dan.", "Meta niġu proprju għall-irziezet tal-majjali naraw li l-problema hija li meta dħalna fl-Unjoni Ewropea ma bqajniex kompetittivi.", "Dik hija l-verità!", "L-irziezet qegħdin jabbandunawhom mhux għax ir-raħħala ma jridux jagħmlu dik l-attività.", "Dażgur li jridu jagħmluha!", "Mhux dik l-attività jafu jagħmlu biss ħafna minnhom dawn in-nies?!", "Imma jekk mhumiex kompetittivi u għandhom l-irziezet x'se jagħmlu bihom?", "Naħseb li din il-policy trid tħares lejn x'se jsir f'dawn l-irziezet jekk ma jkunux għadhom vijabbli.", "Imma mhux tħalli l-irziezet vojta jekk issa l-industrija spiċċat jew qed tmut!", "Ir-realtà tal-irziezet tal-majjali hija li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin jagħlqu għax bl-importazzjoni tal-majjal f'Malta, dawn in-nies mhux qed ikunu kompetittivi.", "GEORGE PULLICINO: Imma għalhekk huwa importanti li jkollok l-istrateġija.", "F'dan il-pajjiż m'għandekx biss it-trobbija tal-majjal imma għandek ukoll il-qasam tat-trobbija tal-baqar.", "Għandna bejn 12 u 16-il razzett li għadhom viċin żoni urbani u hemm bżonn ikunu rilokati.", "Prijorità li għandu dan il-pajjiż hija li l-irziezet tal-baqar li jridu jkabbru l-attività u wħud minnhom lanqas setgħu japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għax biex jagħmlu dan irid ikollhom il-permess tal-upgrading mill-MEPA u l-MEPA, rightly so, ma kenitx disposta tagħti permessi biex razzett tal-baqar ikompli jikber f'żona urbana… U allura jien, bħala ċittadin u mhux bħala ex Ministru, nistenna li jekk xi ħadd se jindirizza x'jiġri mill-volum tal-irziezet tal-majjal minn operaturi li jridu jżarmaw, l-ewwel jiddiskuti r-riallokazzjoni ta' dawk tal-baqar fl-ispazji tal-irziezet ta' dawk li jridu jagħlqu tal-majjal u l-Gvern irid jiddiskuti skema ta' kumpens mill-operatur tal-qasam tal-ħalib għal ieħor tal-majjal biex mhux nispiċċaw, kif għandi l-biża' li se jiġri, li l-operaturi tal-majjal jridu l-karrotta tad-deheb biex ir-razzett… Irridu nifhmu, Madam Chair, li r-razzett tal-majjal ingħata l-permess fil-kampanja għax ma setax isir f'żona ta' żvilupp.", "U dan biex ma nidħolx fi stejjer interessanti ħafna li għandi xi ngħid fuq kif ċerti nies ottjenew permessi ta' żvilupp ta' vilel fl-ODZ, imbagħad wara marru jilmentaw għax min ilu mill-1963 b'razzett tal-majjal ODZ, f'żona indikata għat-trobbija tal-majjal, irid jestendi.", "Għandi ħafna xi ngħid, kif jafu wħud mill-NGOs li meta kelli ngħidhom għedthom.", "U meta tridu niddiskutuh dan is-suġġett, inkluż quddiem l-operaturi, għax jekk kien hemm settur li ħadem biex baqa' kompetittiv kien dak tal-ħalib.", "Madam Chair, li nista' ngħid huwa li minkejja li pajjiżna daħal fl-Unjoni Eworpea, illum dan il-pajjiż jipproduċi volum ta' iktar ħalib b'inqas baqar u allura b'inqas impatt fuq l-ambjent.", "Il-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib, għax kienet kuraġġjuża… (Interruzzjonijiet) X'għandu x'jaqsam?!", "X'jiġifieri x'għandu x'jaqsam?!", "JOSEPH M. SAMMUT: Jekk se noqogħdu nidħlu fuq l-agrikoltura għaliex ma tgħidx lil dan il-Kumitat… (Interruzzjonijiet) Issa ż-żejjed!", "Jekk se noqogħdu nidħlu fuq x'ġara fl-agrikoltura, jien ma jinteressanix dan.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-ippjanar fis-sens ta' pjan ta' struttura.", "Dawn l-irziezet jinsabu vojta minħabba l-mod kif ġiet imqassma ħażina l-kwota tal-majjal taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "GEORGE PULLICINO: Għandek żball.", "JOSEPH M. SAMMUT: Dażgur li għandi żball!", "Dan id-diskors imissek għamiltu fi żmienek!", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino u Onor. Sammut, jekk jogħġobkom.", "GEORGE PULLICINO: Din id-diskussjoni hija relevantissima għax qed nitkellmu fuq volum li diġà huwa żviluppat f'dan il-pajjiż…", "JOSEPH M. SAMMUT: Hawnhekk qegħdin niddiskutu fuq kif għandhom isiru punti ta' ippjanar u jekk se noqogħdu nsemmu l-kwoti, insejħu l-Ministru konċernat.", "MADAM CHAIR: Bir-rispett kollu lejn il-kollega tiegħi u lejn l-Onor.", "Pullicino, hawnhekk niddiskutu materja relatata mal-iżvilupp.", "Jekk waqt li qegħdin niddiskutu tqajjem dan il-punt dwar kif se jiġu wżati dawn l-irziezet li l-użu tagħhom m'għadux relevanti, ma nara xejn ħażin billi wieħed jagħmel dan il-punt, però minħabba li l-ħin qed jagħfas u nixtiequ li naslu għall-konklużjoniijiet ta' din il-laqgħa, nixtieq nisma' lis-Sinj.", "Mizzi tagħmel l-aħħar intervent tagħha għal-lum, imbagħad lill-Perit Elizabeth Ellul sabiex tagħtina a brief overview ta' dak li konna qegħdin niddiskutu.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, jien ma rridx intawwal.", "L-argument prinċipali tiegħi huwa li ma nistgħux niddiskutu x'jiġri mill-volum li, jew diġà huwa mejjet…", "MADAM CHAIR: Fuq dik diġà qbilna, Onor. Pullicino.", "GEORGE PULLICINO: ...jew il-volum li hemm l-intenzjoni li jispiċċa mejjet għax hemm il-ħsieb li l-operatur illum jgħidlek li aktar huwa vale la pena li jwaqqaf l-attività tiegħu għax issa se jagħtuh permess biex jagħmel garaxxijiet għall-SMEs.", "U sadanittant għandek madwar 16-il razzett tal-baqar li hemm bżonn jiġu rilokati u lil dawn issa ngħidulhom imorru jaraw kif se jsolvu l-problema tagħhom!", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, il-punt ħadnih.", "Mizzi, tixtieq tagħmel xi suġġeriment ieħor?", "SIMONE MIZZI: Madam Chair, jien ma nafx għaliex konna qegħdin nikkonċentraw fuq is-settur tal-biedja għax il-biedja għandha tkompli; l-attività tal-bniedem fil-kampanja trid tkompli ssir.", "Id-domanda tagħna hija jekk it-tfassil tal-ODZ policy – li għadna ma rajniex l-aħħar verżjoni tagħha – huwiex qed jagħmel l-aħjar użu tal-ftit spazji li fadal f'żona li qabel kienet ODZ u li issa saret DZ, u jekk l-użu tal-art għar-residenzi fil-kampanja, mhux l-attivitajiet tal-biedja għax jekk irid ikun hemm farm irid ikun hemm farmer… Imma hemm bżonn li l-farm ikollu villa ta' 250 metru li tkun 100 metru 'l bogħod?", "Jien ma rridx nidħol f'dan id-dettall għax m'iniex qiegħda hawn għal hekk, imma hekk kienet fl-ewwel abbozz; forsi fit-tieni abbozz m'hijiex hekk.", "Jiġifieri din għandna bżonn nerġgħu nirreveduha meta l-NGOs u l-pubbliku jkollhom l-aħħar verżjoni tal-policy f'idejhom.", "Fl-istess ħin, jekk m'hemmx studji demografiċi, soċjali, industrijali, kummerċjali u agrikoli fuq kif se jitqassam l-użu tal-ftit spazju li fadal… Malta hija żgħira wisq u l-art qed tiċkien u m'għandniex inkomplu nagħtu l-art għall-bini.", "Jekk hemm postijiet vojta fl-irħula fejn in-nies jistgħu jgħixu, m'għandniex għalfejn nagħtu art li hija tajba biex inżommu n-nies fil-kampanja eżattament fejn qegħdin jaħdmu, għax imbagħad ikun hemm bżonn triq, drenaġġ, servizzi, strutturi, dawl, rampi, farm shops eċċ. Għalhekk tiġi l-urban sprawl.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li se ssir imma qed ngħidu li hemm riskju li tiġi jekk l-affarijiet ma jkunux ippjanati sew.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Ħa nibda bl-aħħar punt li semmiet is-Sinj.", "Mizzi.", "Rigward il-vilel fil-kampanja, nista' nassigurak li l-policy erġajna rrivedejniha, jiġifieri għamilniha iktar ċara, fis-sens li jekk għandek villa eżistenti u qed toqgħod fiha bil-permessi kollha u hija perikoluża u sal-lum ma stajtx tirranġaha, issa se tkun tista' tirranġaha, però li jkollok villa ġdida fil-kampanja żgur li dan il-policy document mhux se jippermettiha.", "L-unika dar li se nippermettu hija tal-bidwi li huwa livestock farmer meta m'hemmx spazju fil-farm tiegħu fejn jista' jibni d-dar tiegħu għax ovvjament importanti li huwa jkun joqgħod ħdejn il-bhejjem tiegħu.", "Bħala risposta għal dak li qal l-Onor.", "Pullicino, nitolbu jaqra policy 2.3A u 2.3B u naħseb li tiċċaralu ħafna l-inkwiet li għandu fuq l-issues tal-irziezet.", "GEORGE PULLICINO: Perit Ellul, nassigurak li dawn il-policies qrajthom, imma jien tlabtek tispjega, mhux lili imma lill-Kumitat...", "MADAM CHAIR: Qed tispjegalek.", "Il-PERIT ELIZABETH ELLUL: Kont qed nispjegalek u waqqaftni fin-nofs!", "Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Pullicino u lil kull min għandu interess fuq dan li jekk illum għandek pereżempju, żewġ irziezet tal-majjali u t-tnejn qegħdin jipproduċu u qegħdin ibigħu, u wieħed minhom jiddeċiedi li jrid jagħlaq, x'jiġik f'moħħok?", "Mhux ovvju li dak il-bejgħ li kellu dak il-farm issa se jmur fuq l-ieħor?", "Allura l-ieħor se jiżdiedlu l-bejgħ u l-production u ovvjament se jtejjeb ir-razzett tiegħu.", "Jiġifieri s-suq waħdu jipproduċi l-bilanċ u ma nafx għalfejn din il-biżgħa kollha li l-irziezet kollha tal-majjali hawn Malta se jagħlqu.", "Fil-fatt il-koperattiva tal-produtturi tal-majjal stess qalet li qed iżidu fil-produzzjoni u fil-bejgħ tagħhom.", "Naħseb li kif smajthom jien, smajthom int ukoll, Onor. Pullicino.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Perit Casar, tixtieq tagħmel xi sottomissjoni?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Kulma nixtieq nagħmel huwa punt ta' kjarifika fis-sens li r-rappreżentanta ta' Din l-Art Ħelwa qalet li għadhom ma rawx il-policy.", "Irrid ngħid li din il-policy ħarġet għall-public consultation.", "Kien hemm draft li ħarġet for public consultation u minn dak il-public consultation irċevejna lura l-feedback.", "Il-kumitat ra dak il-feedback li kien hemm u rriveda l-policy fejn kien hemm bżonn imbagħad id-dokument tela' quddiem il-Bord tal-MEPA għall-final approval.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri s-sottomissjonijiet ta' Din l-Art Ħelwa ġew taken on board?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Jien qed ngħid li ma kien hemm l-ebda skop ħażin, fis-sens li d-draft neħħejniha minn fuq il-website għax dik kienet spiċċat, saret il-public consultation fuqha, u issa hemm dokument ieħor.", "Dak id-dokument aħna konna obbligati li nagħtuh lill-Ministru u huwa seta', dak kollu li għedna u li approvajna, jaqilbu ta' taħt fuq u jagħmel xi ħaġa totalment differenti.", "Għandu d-dritt kollu li jagħmel dan.", "Aħna konna nafu li dak se jiġi quddiem dan il-Kumitat u hawnhekk issir diskussjoni oħra, jiġifieri ma kien hemm l-ebda intenzjoni min-naħa tagħna li nippruvaw...", "SIMONE MIZZI: Imma dik inti qed tgħidha, jien m'għedthiex.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Inti semmejt il-black hole fis-sens li għadkom ma tafux x'inhi l-final policy u jien qed nagħti r-raġuni għal dan.", "Inti għedt ukoll li m'għadhiex tidher fuq il-website tal-MEPA u jien qed ngħid ir-raġuni għaliex; dik kienet draft, saret il-public consultation fuqha u allura m'hemm l-ebda skop li nħalluha hemmhekk.", "Min kellu jaraha matul dawk is-sitt ġimgħat li kienet hemm, raha u min kellu jagħmel il-kummenti tiegħu, għamilhom.", "MADAM CHAIR: Perit Cassar, jien naħseb li l-NGOs għaddew minn żmien twil ħafna fejn posthom ma' din il-mejda ma kienx jeżisti.", "F'din il-leġiżlatura daħlet il-prassi li l-NGOs ikunu hanwhekk u allura naħseb li qed jieħdu a proactive position għax jibżgħu.", "Jien kważi kważi nħoss ċerta biżgħa u antiċipazzjoni.", "Li nista' nagħmel jien, almenu f'dan il-Kumitat, huwa li nserrħilkom raskom li kollox se jkun fl-apert, kollox se jiġi diskuss.", "Fostna hawn ambjentalisti daqskom, jekk mhux iktar minnkom, u m'aħna se nħallu xejn li jista' jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, jekk ma jimpurtax, xtaqt tweġiba iktar infurmata mill-Perit Ellul fuq x'se jkun awtorizzat – biex tkun on record – f'volumi ta' rziezet eżistenti tal-lum.", "Nixtieq risposta iktar estensiva.", "MADAM CHAIR: Perit, inti qiegħda f'pożizzjoni li tagħti tweġiba?", "Id-dokument jitkellem dwar x'tista' u ma tistax tagħmel jekk m'intix se tibqa' tuża dak il-bini li huwa bil-permessi u li mhux bilfors ikun razzett.", "GEORGE PULLICINO: Le, skużi, m'intix qed twieġeb il-mistoqsija tiegħi.", "Minn dak li qed tgħid qed nifhem li tista' tagħmel żvilupp ieħor fuq dak li diġà għandu permess.", "Imma l-mistoqsija tiegħi mhijiex dik.", "Jien qed nitolbok tispjegali dwar xi żvilupp u x'attività se tkun permessibbli b'bini li sal-lum huwa razzett jekk għada jiddeċiedi li jieqaf jagħmel din l-attività.", "Mhux tgħidli li hemmhekk tista' tagħmel redevelopment!", "Jien qed nistaqsik x'development se jkun aċċettabbli.", "MADAM CHAIR: Ħalli niċċaraha.", "Jiġifieri jekk razzett ma jibqax razzett tal-majjali, għalxiex se jkun jista' jintuża?", "Jista' jkun hemm żvilupp ieħor?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Għalhekk għedtlu li jista' jaqra l-policy.", "GEORGE PULLICINO: Perit, bir-rispett kollu, tgħidlix biex naqra l-policy għax jien diġà rajtha.", "Kulma qed nitolbok hija li lil dan il-Kumitat...", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Mela ħalli naqrahielek jien.", "GEORGE PULLICINO: Mhijiex kwestjoni ta' li taqra l-policy!", "Tista' lil dan il-Kumitat tispjegalu fil-qasir x'inhu dak li huwa awtorizzat ħalli on the record tkun hawn recorded ir-risposta?", "Dak li qed nitlob.", "Il-PERIT ELIZABETH ELLUL: Din il-parti tal-policy tgħid hekk:", "MADAM CHAIR: Qed nifhem sew li kull każ se jittieħed fuq il-mertu tiegħu?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Iva, u għandek il-policy...", "GEORGE PULLICINO: Jiġifieri jekk jien, bħala perit prattikanti, għada niġi quddiem il-MEPA b'applikazzjoni dwar razzett, li sal-ġimgħa l-oħra kellu l-majjali fih, u rrid nagħmel change of use biex minflok nagħmel garaxxijiet għall-SMEs, il-MEPA tgħidli iva?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Qabel ma tiġi għand il-MEPA trid tmur quddiem l-Agriculture Advisory Committee u tiġġustifika għalfejn dan ir-razzett jista' jsir kif qed tgħid inti.", "Ovvjament dan imbagħad jirrikkmanda, ma jiddeċidix hu.", "GEORGE PULLICINO: U x'inhuma l-kriterji ta' dan il-kumitat?", "Il-kriterju huwa li dak iċ-change of use huwa in line ma' produzzjoni agrikola, jew dan il-kumitat jista' jirrikkmanda li ċ-change of use, jiġifieri t-tibdil fl-attività, tista' tkun waħda li tmur lil hemm mill-produzzjoni agrikola?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Li nista' ngħidlek jien s'issa huwa li dan jismu \"Agriculture Advisory Committee\".", "GEORGE PULLICINO: Bir-rispett kollu, però m'intix qed twieġeb il-mistoqsija.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, inti qed taħseb li dan it-tip ta' żvilupp jista' jkun żvilupp industrijali maġenb razzett ieħor f'area agrikola?", "(Interruzzjonijiet) Imma case by case basis, abbażi ta' xiex?", "X'inhuma l-kriterji li għandu jew se jieħu konjizzjoni tagħhom dan il-kumitat?", "(Interruzzjonijiet) M'għandux x'jaqsam!", "Qed nitkellem ċar u tond: X'inhuma l-kriterji li se jaddotta dan il-kumitat?", "Qed nistaqsi dan għax illum hemm int u għada jista' jkun hemm Ċikka u din Ċikka tista' tgħid \"din idea tajba għax miskin dan qed jiddikjara li falla u issa sab partner u r-razzett se jagħmlu garaxxijiet għall-SMEs\".", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, nitolbu x'se jkunu l-kriterji ta' dan il-kumitat u nimxu minn hemm.", "GEORGE PULLICINO: Mhux biss għax dan irid ikun ukoll in congnizance ma' policy oħra li diġà għandha l-MEPA għar-rigward ta' SMEs.", "Għalhekk qed nistaqsi jien.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, jien nista' nserraħlek rasek li aħna se nitolbu l-kriterji li se jimxi fuqhom dan il-kumitat.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, għall-ewwel darba se jitwaqqaf agricultural committee u se jitwaqqaf apposta biex mhux biss f'dan il-każ, imma għal kull każ ieħor li jkun hemm fil-ħidma tal-awtorità li tinkorpora l-ippjanar bħala parti mir-responsabilità tagħha, se jkun qed jiġi kkonsultat il-ħin kollu għal kull applikazzjoni li tidħol.", "L-iskop huwa biex min-naħa tas-settur tal-biedja nkunu qegħdin naċċertaw irwieħna li l-applikazzjoni li tkun qed issir, tkun qed tiġi evalwata mil-lat ta' interess ta' agrikoltura.", "Qed inwaqqfu dan il-kumitat bi skop apposta biex nagħtu importanza lis-settur tal-biedja u n-nies kollha li se jkun hemm fuq dan il-kumitat, safejn naf jien, huma projected li jkunu mid-Dipartiment tal-Biedja mingħajr ebda indħil min-naħa tal-MEPA.", "Dan qed ngħidu biex nikkjarifika min se jkunu n-nies fuq l-agricultural committee.", "GEORGE PULLICINO: Onor. Farrugia, nifhem l-intenzjonijiet li qed tiddikjara imma l-concern tiegħi – u mhux tiegħi biss – huwa abbażi ta' liema kriterji dan il-kumitat se jkun qed jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Jien lanqas jinteressani li noqogħdu niddiskutu l-kompożizzjoni tiegħu għax, mingħajr ma nitfa' ebda dellijiet fuq nies li hemm fid-dipartiment, jista' jkollok nies mid-dipartiment li jifhmu inqas minn nies oħrajn.", "Dan il-kumitat se jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu abbażi ta' kriterji li ngħidu li pereżempju razzett tal-majjali, għada jista' jagħmel applikazzjoni biex isir farm li jrabbi l-faqqiegħ?", "MICHAEL FARRUGIA: Onor. Pullicino, iġġegħelnix inkun politiku għax imbagħad ngħidlek li dak li kisser il-Gvern preċedenti fejn jidħlu l-bdiewa u r-raħħala, dan il-Gvern se jipprova jirranġah.", "MADAM CHAIR: Jekk jista' jkun ma nwaqqgħux id-diskussjoni fil-livell ta' battibekki politiċi.", "GEORGE PULLICINO: Xi kriterji se juża l-kumitat?", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, meta jiġi ffurmat il-kumitat, se nitolbu l-kriterji.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Madam Chair, nirringrazzjak talli tajtni l-opportunità nitkellem.", "Kif għedt inti, huwa riċenti li rappreżentanti ta' għaqdiet u individwi li għandhom interess f'dan il-qasam, kellhom l-opportunità li jsemmgħu l-veduti u suġġerimenti tagħhom u anke kritika kostruttiva f'dan il-qasam li l-għan tagħha huwa li tgħin biex tintlaħaq deċiżjoni finali li tkun fl-interess nazzjonali.", "Mid-diskursata li saret illejla ġbart ħafna punti interessanti li għalija huma awgurju tajjeb li fuqhom tista' tkompli ssir diskussjoni iktar wiesgħa biex id-deċiżjoni finali tkun waħda li ma jkollhiex impatti negattivi, la soċjali, la ekoloġiċi u lanqas finanzjarji; it-tliet pilastri li nħobb nitkellem fuqhom jien.", "Se nitkellem ukoll bit-tagħrif li ġbart illejla għax id-dokumenti li hemm fuq il-mejda ma rajthomx u kien ikun aktar ta' ħsara li kieku ppruvajt naqra issa d-dokument li ġie mgħoddi lir-rappreżentanti tal-għaqdiet aktar kmieni waqt din l-istess laqgħa.", "Jien inħoss li jekk verament hemm rieda ta' diskussjoni wiesgħa, għaliex dawn id-dokumenti tal-MEPA m'għandhomx ikunu online?", "Għaliex l-abbozz li se jkun hemm tal-iSPED m'għandux ikun online biex min għandu interess ġenwin ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu?", "Jekk wieħed joħroġ dokument u jżommu ma' sidru u jgħid li huwa għad-diskussjoni, jista' ma joħroġ dokument xejn.", "MICHAEL FARRUGIA: Ippermettili nagħmel punt żgħir ħalli l-affarijiet ikunu ċari.", "Dan il-policy document li għamlet il-MEPA jkun online wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Kabinett.", "Bħalissa għad m'hemmx approvazzjoni tal-Kabinett u allura ma jistax ikun online.", "Il-mument li l-Kabinett japprova dak id-dokument, se jkun qiegħed online għax se jkun għad-diskussjoni pubblika.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Onor. Segretarju Parlamentari, nirringrazzjak għal din ir-risposta u ngħidlek li allura taqbel miegħi li sakemm dan id-dokument ikun online, ma jistax ikun hemm input tal-istakeholders kollha għax mhux qiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma l-objectives tal-policies li tressqu kienu l-ħin kollu online.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Nirringrazzjak u naqbel miegħek.", "Mela, ħalli nitkellem fuq il-policies.", "Jien naqbel li matul iż-żmien il-policies jinbidlu, jiġu modifikati u jitneħħew.", "Jien illum ninsab irtirat u żgur li m'iniex l-istess bħal meta kelli 18-il sena, imma għadni jien.", "U daqshekk ieħor il-policies.", "Imma jekk hemm policy li wieħed jgħid li hija ħażina, biex jien naqbel miegħu, irrid inkun naf fuq liema bażi ġie deċiż li hija ħażina.", "Mill-aspett soċjali?", "Mill-aspett ekoloġiku?", "Mill-aspett finanzjarju?", "Qabel ma jien ikolli r-raġunijiet tekniċi u xjentifiċi ma nistax ngħid li \"dan\" tajjeb u \"dan\" ħażin.", "Naħseb li dan id-diżgwid – bħalissa ma nistax insib kelma oħra – huwa kollu għax filwaqt li l-policies huma ta' min wieħed iħares lejhom b'mod pożittiv, il-biżgħa hija kif dawn se jiġu implimentati.", "U mill-kummenti li saru madwar din il-mejda llejla fuq ċerti affarijiet, jien nibża'.", "Kien hemm punti pożittivi u kien hemm minnhom li jbeżżgħuni.", "Kif għedt, jien dan id-dokument ma qrajtux; smajt lill-Perit Ellul titkellem fuqu.", "Il-mistoqsijiet li kienu ndirizzati lejn il-Perit Ellul, bir-rispett kollu lejha, kienu tant imbarrazzanti li ma kellhiex risposta għalihom.", "Il-kummenti li ngħataw kienu fuq żvilupp, u żvilupp b'mod dejjaq, mhux żvilupp sostenibbli.", "Għax bejn żvilupp u żvilupp sostenibbli għalija tagħmel differenza biex inkun nista' nikkummenta u naqbel miegħu.", "Ma saret ebda riferenza għall-biodiversità fil-qasam tal-biedja fejn dawn, jew jimxu id f'id jew ikunu għedewwa ta' xulxin.", "Fil-lista li kien hemm fuq il-biedja, ittieħdet in konsiderazzjoni l-Water Framework Directive meta tfasslet din il-policy?", "M'hemm l-ebda riferenza għaliha.", "Ittieħdet in konsiderazzjoni n-Nitrate Directive tal-EU?", "M'hemm l-ebda riferenza għaliha.", "Ittieħdet in konsiderazzjoni jekk dan huwiex viċin Natura 2000 site?", "M'hemm l-ebda riferenza għal dan lanqas.", "U hemm farms u għelieqi li huma within Natura 2000 sites.", "Ittieħed in konsiderazzjoni l-użu tal-kimika, pestiċida, insettiċida u ħerbiċida?", "M'hemm l-ebda riferenza għal dan lanqas.", "Allura jien kif nista' nħares lejn din il-policy u ngħid li hija policy tajba għax se taġevola lis-soċjetà, l-aspett ekonomiku u l-aspett ekoloġiku?", "L-unika ħaġa li kien hemm kienet fuq l-istrutturi, pereżempju l-istallel u ssemmew ukoll il-ħnieżer.", "Jekk se tkabbar bilfors li jkollok il-waste, l-użu tal-ilma, l-abbuż tal-ilma u l-kontaminazzjoni tal-ilma.", "L-Onor.", "Pullicino semma – u intom tafu li jien ma tantx naqbel mal-Onor.", "Pullicino, imma fejn għandu raġun, għandu raġun – iċ-change of use.", "Iċ-change of use kif se jkollu impatt fuq iż-żona li qabel kienet agrikola u issa se jinbidel l-użu tagħha?", "U ċ-change of use x'impatt ekoloġiku, soċjali u finanzarju għandu?", "L-Onor.", "Pullicino qajjem punt ieħor tajjeb.", "Meta ddaħħlet li dawn l-irziezet jistgħu jitkabbru, ittieħdet in konsiderazzjoni l-carrying capacity tas-suq Malti meta dan qiegħed ibbumbardjat bi prezzijiet baxxi li jekk ikabbar hawn Malta l-farm jitmexxa b'telf?", "L-indikazzjoni hija li l-industrija tal-ħnieżer is on the way out u aħna qed nippruvaw inkabbruha!", "U qed nippruvaw inkabbruha bi spejjeż moħbijin li se tħallashom is-soċjetà u se jħallashom l-ambjent.", "Mir-risposti li ngħataw għal mistoqsijiet li saru huwa ovvju li dawn saru mgħaġġlin mingħajr l-input tal-istakeholders kollha u l-istakeholders li ssemmew kienu kollha entitajiet governattivi.", "Imbagħad kien hemm il-kumment mis-Segretarju Parlamentari – jien qed nikkritika b'mod kostruttiv dwar kumment li għadda hu – \"biex forsi nagħtuhom xi ħaġa\".", "Forsi nagħtuhnom xi ħaġa?!", "Mela lil dawn qed nagħmlulhom pjaċir?", "Jekk se nagħtuhom xi ħaġa huwa b'obbligu mhux \"forsi\".", "Jekk \"forsi nagħtuhom xi ħaġa\" allura l-ispejjeż se tħallashom is-soċjetà u l-ambjent.", "Jekk għandhom bżonn jieħdu xi ħaġa, allura huwa obbligu tagħna li nagħtuhielhom.", "Jien imkien ma rajt fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern li jrid jeqred l-ambjent u bir-raġun kollu li wieħed irid jagħmel kontribuzzjoni li l-ambjent tagħna irid jiġi salvagwardjat.", "Veru li hawnhekk forsi se nagħmel diversion, imma rrid ngħid li d-Direttorat tal-Ambjent lanqas biss qiegħed fil-Ministeru għall-Ambjent u dan meta għandna d-deadlines ta' obbligi tal-EU, speċjalment dak il-mostru tal-Water Framework Directive.", "Dawn ħadtuhom in konsiderazzjoni?", "Jekk ħadtuhom, jiena nserraħ moħħi, imma ma jistax xi ħadd sempliċement jgħidli li ħadtuhom in konsiderazzjoni.", "Jien irrid inkun naf biex nara kif għax forsi mhijiex korretta kif inhi.", "Inkella x'inhu l-iskop li niġi hawnhekk?", "Biex nisma' biss?", "Jien irrid nagħmel il-kontribut tiegħi jekk l-istakeholders kollha jridu jaqblu ma' dik il-policy.", "Il-policies nistgħu nbiddluhom any time, any day u hemm bżonn li jinbidlu u hemm bżonn ukoll li wħud minnhom jitneħħew, imma jrid ikun hemm raġuni inkella se nispiċċaw bis-soċjetà u l-ambjent iħallsu għall-iżbalji politiċi u għall-iżbalji tal-MEPA, liema żbalji, wara jkun tard wisq biex nerġgħu nikkoreġuhom u jkunu jiswew iktar għall-poplu.", "Il-kontribut u l-intervent tiegħi kien intenzjonat b'mod pożittiv.", "Jien m'għandi l-ebda interess fil-politika – il-politika ma nifhimx fiha u lanqas jinteressani li nkun nifhem fiha – imma mill-aspett nazzjonali għandi interess kbir għax il-pajjiż sejjer lura u lura u lura fil-qasam ambjentali u soċjali b'riperkussjonijiet finanzjarji kbar għall-poplu.", "Grazzi.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Michael Farrugia, fil-qosor jekk jogħġbok għax għandna ħafna x'niddiskutu.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li eżawrixxejna l-ODZ policy u lanqas għandna fejn inkomplu niddiskutuha darb'oħra!", "MADAM CHAIR: Għadna lanqas biss bdejna!", "MICHAEL FARRUGIA: Niddiskutuha imma m'għandniex għalfejn indumu ad aeternum sejrin biha.", "Jien nista' nassigura lil kulħadd li kemm l-objectives kif ukoll id-direzzjoni li kellha l-MEPA kif ukoll ir-rapporti li kien hemm jirrispettaw l-ambjent.", "Wieħed jista' jħares minn lenti u wieħed jista' iħares minn lenti oħra, imma aħna marbutin li l-ambjent nagħtuh l-attenzjoni u l-prijorità.", "Ħafna mill-policies li saru kienu appuntu għax ma konniex kuntenti bil-mod kif l-ambjent kien qed jiġi trattat u waħda mid-direzzjonijiet li konna mexjin fuqha hija li deċiżjonijiet meħudin fil-passat bil-policies li kienu eżistenti jew li daħlu temporanjament, la l-ambjent fl-ODZ u lanqas fl-ambjent urban ma konna kuntenti bih u ridna nsolvu dawn il-problemi.", "Illlum il-ġurnata naħseb waħda mill-ikbar uġigħ ta' ras li għandha l-MEPA fil-preparazzjoni li għandha anke għaż-żoni urbani fejn jidħol l-ambjent tagħhom, hija biex ma tagħmilx żbalji ta' policies li saru fil-passat, meta l-ibliet u l-irħula tagħna, minn żewġ sulari b'daqqa ta' pinna ddeċidejna li nagħmluhom semi-basement, tliet sulari u penthouse.", "U llum waħda mill-problemi kbar li għandna hija biex nirranġaw dik il-problema ambjentali urbana li nħolqot.", "It-tieni ħaġa nista' nassigura lil kulħadd li waħda mill-affarijiet li għamilna kienet li rajna li fil-kumitati kollha jkun hemm esperti minn setturi li attwalment konna l-iktar li qed nimmiraw.", "Jekk konna qed nitkellmu fuq tal-ODZ ma kenux il-membri tal-MEPA li kienu fuqu, imma kien hemm rappreżentanza min-naħa tas-settur tal-biedja li kienu kontinwament qed jagħtu l-input tagħhom.", "Rajna li kien hemm deficit fl-istrutturi, fosthom li ma kienx jeżisti agricultural committee u proprju waħda mill-affarijiet li qegħdin naħdmu fuqha hija li nagħmlu agricultural committee biex jiġi kkonsultat.", "Kif diġà għedt – forsi qed nirrepeti ruħi imma kultant huwa importanti – aħna ħarisna lejn fejn huma d-difetti u rajna kif nistgħu nsewwu l-problemi li kien hemm.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid li parti mill-bidliet li qed jiġu rrakkmandati mhijiex biex isewwu ħsarat jew difetti li kien hemm fil-policies li kienu jagħtu ċerti possibilitajiet.", "Aħna qegħdin nippruvaw nagħlqu dawk il-possibilitajiet.", "Li żgur nista' ngħid jien huwa li kelli nies – mhux min-naħa ta' NGOs imma minn setturi oħrajn – li ġew qaluli li ma qablux miegħi dwar ċerti policies li se nressqu għax se nirrestrinġuhom.", "Jien ma jiddispjaċinix li se nirrestrinġihom u ma jimpurtax jekk xi ħadd jakkużani li qed nirrestrinġi lil xi ħadd u xi ħadd jakkużani li m'iniex qed nirrestrinġi biżżejjed, imma li żgur wieħed irid jaċċetta huwa li qed nirrestrinġu affarijiet li kienu jeżistu qabel.", "Tistgħu tikkritikawni li m'għamiltx biżżejjed, imma li nħallu l-affarijiet kif kienu qegħdin isiru, huwa inaċċettabbli.", "Uħud minn dawk il-policies huma inaċċettabbli.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Mistoqsija sempliċi ħafna għax jista' ikun li naqblu.", "L-Onor.", "Farrugia jeskludi li dik il-policy tispeċifika bl-aktar mod ċar li dan il-kumitat tal-agrikoltura jkollu kriterji definiti biex l-intenzjonijiet tiegħu jiġu prattikati tajjeb minn dan il-kumitat u mhux tħalli skop jew vojt biex dawn in-nies li jkunu fuq il-kumitat, għax ma jkollhomx kriterji stabbiliti, jispiċċaw jiddeċiedu mhux fid-direzzjoni li jixtiequ huma?", "Is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Id-direzzjoni li se jkun qed jieħu dak il-kumitat se tkun id-direzzjoni tal-Gvern fis-settur tal-biedja u r-raħħala u se jkollhom il-kriterji tagħhom u se jkunu kkonsultati.", "Issa se jkolli ngħid ċerti affarijiet oħrajn li forsi m'għandhomx x'jaqsmu.", "Dwar kull applikazzjoni li tidħol għand il-MEPA, anke jekk m'għandhiex x'taqsam mal-biedja, se jiġi kkonsultat kulħadd.", "Sal-lum, meta tidħol applikazzjoni, case officer jara u jiddeċiedi lil min se jikkonsulta hu.", "Dan il-Gvern mhux kuntent b'dik il-policy u jrid jimxi b'mod li se jagħmel konsultazzjoni ma' kulħadd dwar kull applikazzjoni li tidħol.", "Se ndaħħlu wkoll setturi ġodda.", "Illum il-ġurnata ma konniex nikkonsultaw mad-Dipartiment tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.", "Malli tidħol l-awtorità il-ġdida, dawn se jkunu qed jiġu kkonsultati wkoll.", "Se nkunu qed nikkonsultaw bl-iktar mod wiesgħa mas-setturi l-oħrajn biex inkunu kemm jista' ikun miftuħin.", "L-NGOs u l-pubbliku in ġenerali llum għandhom 21 ġurnata żmien għall-konsultazzjoni u issa se nagħmluha 30 ġurnata għal kulħadd.", "L-ENGOs, fejn qabel riedu jirreġistraw biex attwalment jiġu quddiem il-MEPA biex ikunu jistgħu jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom, bl-awtorità il-ġdida m'għandhomx għalfejn jirreġistraw għax huma awtomatikament meqjusin bħala objectors.", "Din hija l-viżjoni li se nkunu mexjin biha u dawn l-affarijiet kollha li qed insemmu llum wieħed irid jarahom ukoll inline ma' kif il-Gvern se jkun qed jagħmel l-abbozz ta' liġi li jirregola s-settur tal-ippjanar li se tkun parti minn struttura sħiħa ta' one-stop-shop biex nagħmluha iktar sempliċi għan-nies.", "U nagħmulha aktar sempliċi mhux fis-sens li n-nies jieħdu permessi ta' malajr bl-addoċċ, imma fis-sens li lil dak li jkun niffrankawlu li joqgħod imur jiġri minn dipartiment għall-ieħor u l-MEPA tkun tista' timxi b'tali mod li mhux meta applikazzjoni tibda miexja tqum xi awtorità u tgħid li ma ġietx ikkonsultata.", "Pereżempju, illum waħda mill-affarijiet li ħabbarna kienet li għall-major projects, fil-Planning Board tal-MEPA se jkun hemm persuna mill-kunsill lokali, mhux biss biex isemma' leħnu mal-pubbliku imma jkun parti mill-bord u jkollu vot.", "Se nkunu qegħdin naraw li bħalma għamilna b'buona volonta bħala Gvern għax ħassejna li għandna nagħmluha, li l-NGOs nitolbuhom numru ta' persuni u nagħżlu persuna minnhom u jkun qiegħed jidher f'isem rappreżentant tal-Gvern, issa se jkun bi dritt għax l-ENGOs se jkollhom id-dritt li jkollhom persuna nnominata minnhom fuq il-Planning Board tal-MEPA.", "Jiġifieri aħna m'aħniex qed norqdu fuq din il-bidla li rridu nagħmlu.", "Dawn il-policies huma parti mill-bidla kollha li qegħdin naraw li tgħallimna mill-passat u rajna x'sar tajjeb u dak li sar tajjeb se nżommuh u nsaħħuħ, imma dak li hu ħażin ma nistgħux norqdu fuqu u nħalluh ħażin u jidħlulna applikazzjonijiet fuq polices li huma ħżiena, għax jekk nagħmlu hekk inkunu politikament irresponsabbli.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jien qed nifhem li se jiġu sottomessi kriterji għal dan l-Agricultural Advisory Committee u allura nitlob – għax jien ma nifformax parti minn dan il-kumitat – li dawn il-kriterji jiġu sottomessi lil dan il-Kumitat meta fil-futur se niddiskutu l-ODZ policy.", "Dwar uħud mill-fatti li semma s-Sur Baldacchino rrid ngħid li ħafna minnhom jien kont diġà semmejthom fil-Bord tal-MEPA u kont għamilt awtokritika għall-fatt li fil-policy li ngħatat lilna fil-bidu ma kien hemm l-ebda riferenza għad-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Dawn iddaħħlu wara li jien għamilt insistenza....", "MADAM CHAIR: Imma ddaħħlu.", "RYAN CALLUS: Iva ddaħħlu, imma l-importanti mhux li jidħlu fil-policy imma li l-policy tiġi analizzata vis-à-vis d-direttivi tal-Unjoni Ewropea għax id-direttivi mhumiex qegħdin hemmhekk biex ngħidu li qegħdin hemm.", "Għalkemm jien tlabtha kemm-il darba, qatt ma ngħatajt analiżi jew rapport li din l-ODZ policy ġiet ikkunsidrata fid-dawl ta' dawn id-direttivi.", "Jekk forsi l-MEPA għad trid tiġi b'din l-analiżi dakinhar li niddiskutu hawnhekk f'dan il-Kumitat napprezza, però issa għaddew numru ta' ġimgħat mindu jien tlabt din l-analiżi u allura nikkonkludi li din il-policy saret maqtugħa totalment mid-direttivi li għandna tal-Unjoni Ewropea li jorbtuna legalment magħhom.", "L-inkwiet tiegħi hu li llum għandna policy, li issa kważi ġiet finalizzata, li ma tirriflettix liġi li ġiet transposed fil-Liġi Maltija.", "Xtaqt issa nagħmel domanda lis-Segretarju Parlamentari għax il-laqgħa tal-lum u dik ta' qabilha kienet mitluba minn Din l-Art Ħelwa.", "Il-Gvern lest jissospendi numru ta' policies sabiex jitlesta l-iSPED.", "Jiena se nerġa' ngħid – issa b'mod pubbliku – dak li għedt il-ġimgħa li għaddiet fil-Bord tal-MEPA.", "Jiena vvutajt kontra li terġa' tinħareġ policy oħra – f'dan il-każ tax-shooting ranges – għax insistejt, anke b'sens ta' rispett u diċenza lejn dan il-Kumitat li għaddej b'din id-diskussjoni, li kellna nistennew il-laqgħa li ġejja, però l-maġġoranza dehrilha mod ieħor u allura jien ma kellix għażla oħra ħlief li nivvota kontra.", "Jien hawnhekk nixtieq konklużjoni konkreta mill-Gvern.", "Qed nifhem sew li qed jingħad li se nibqgħu mexjin bil-policies nirrumblaw minn fuq l-NGOs, imbagħad isir l-iSPED?", "L-NGOs attendew għal diversi laqgħat ta' dan il-Kumitat u naħseb li kulħadd jistenna li din it-talba tiġi mwieġba.", "Se nerġa' nirrepeti, għax issa hawn is-Segretarju Parlamentari.", "L-iskop tal-laqgħa llum, kif kienet mitluba minn Din l-Art Ħelwa, l-ewwel nett kien il-kwestjoni tal-policy tal-ODZ li ddiskutejniha fid-dettall, però nittama li għad fadal ħafna x'niddiskutu minnha.", "Jien nixtieq dikjarazzjoni min-naħa tas-Segretarju Parlamentari Farrugia jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni jipposponi l-policies li bħalissa għadhom ħerġin mill-Bord tal-MEPA sakemm l-iSPED jiġi finalizzat, anke fid-dawl tal-fatt li smajna, kemm miċ-Chairman tal-MEPA u anke mill-Onor.", "Farrugia stess, li d-draft qiegħed għand il-Gvern u li l-ġimgħa d-dieħla se jitressaq lill-Kabinett.", "MICHAEL FARRUGIA: Se nkunu qegħdin nisimgħu l-kummenti ta' dan il-Kumitat dwar din l-ODZ policy, tiġi ppreżentata lura l-bord, jevalwaha l-Gvern, imbagħad hemmhekk tittieħed id-deċiżjoni jekk għandniex inkomplu nimxu 'l quddiem jew le.", "Jekk l-ODZ policy jirriżulta li tmur kontra l-pjan strutturali, tieqaf sakemm jgħaddi l-iSPED.", "RYAN CALLUS: U fir-rigward tal-policies l-oħra?", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk hemm xi policy li b'xi mod jew ieħor tmur kontra pjan li huwa eżistenti u dak il-pjan jispiċċa meta jidħol l-iSPED, allura f'dak il-każ dik il-policy tieqaf u nisennew l-iSPED.", "(Interruzzjonijiet) Land reclamation qiegħda fil-pjan strutturali eżistenti, veru li m'hemmx riferenza eżatta, imma l-iSPED se jkun qiegħed jirriferi sa 12-il kilometru 'l barra minn pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Kull studju li se jkun hemm bżonn isir, se jkun qed isir.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bħalissa m'għandna l-ebda policy li għandha x'taqsam ma' reklamazzjoni ta' art.", "SIMONE MIZZI: Qed nammirakom li qed tirregolaw, però regulating does not mean permitting.", "Qed tagħmlu sew li qed tagħmlu r-regolamenti għall-firework factories għax hemm bżonn health and safety, imma regulating does not mean permitting and to permit irid ikollkom l-ispatial plans lesti mfasslin bl-istrateġija almenu għal 10 snin.", "Dak huwa l-punt li aħna qegħdin nagħmlu u nixtiequ nkunu nafu jekk intomx se twaqqfu milli tgħaddu iżjed regolamenti sakemm dawn il-pjanijiet ikunu mfasslin.", "MICHAEL FARRUGIA: Dan il-Gvern għadu miexi fuq il-pjan strutturali li kien jeżisti.", "Tant hu hekk li l-Bord tal-MEPA preċedenti, minkejja li l-iSPED suppost kellu jkun lest fl-2012, għamel numru sostanzjali ta' policies u safejn naf jien ftit jew ħadd ma kkritika lilu jew lill-Gvern preċedenti li kienu għaddejjin policies waħda wara l-oħra mingħajr l-iSPED li suppost kellu jitlesta fl-2012.", "Kien hemm numru sostanzjali ta' policies u ħadd ma qal xejn, u għax dan il-Gvern qiegħed jagħmel il-policies abbażi tal-pjan strutturali li għadu eżistenti, qamu l-irwiefen kollha.", "SIMONE MIZZI: Jiddispjaċini però ma nistgħux naqblu miegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Onor. Farrugia, id-differenza miż-żmien li semmejt inti hija li inti tagħmel parti minn Gvern li ddikjara iswed fuq l-abjad li se jirrevedi l-pjan ta' struttura u l-proċess qed isir.", "Jiġifieri d-differenza hi li l-proċess inbeda u intom konxjentement tafu li hemm dan il-proċess għaddej, però fl-istess nifs tkomplu tirrevedu l-policies.", "MICHAEL FARRUGIA: With all due respect, il-Gvern tiegħek għamel l-istess ħaġa.", "Daħħal ruxxmata policies meta kien jaf li skont il-liġi, fl-2012 kellu jagħmel l-iSPED.", "Issa dan il-Gvern miexi fuq l-istess linja.", "Għalfejn qed tikkritikaw lil dan il-Gvern meta għamiltuha intom ukoll?", "MADAM CHAIR: Jekk jogħġobkom, titkellmux flimkien.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Onor. Farrugia, jiena ma nixtieqx naqa' fi ġlieda politika u m'iniex se naqa' fi ġlieda politika, però inti ftit sekondi ilu għedtli li jekk se jkun hemm policies li jmorru kontra xi pjan, se twaqqafhom.", "Issa jien se nikkwota minn paragrafu 1.1 tal-fireworks factory policy li jgħid hekk:", "Mela din hija policy li apparti li hija llegali – u inti taf ħafna iktar minni li l-pjan lokali huwa qafas legali ħafna ogħla minn dawn il-policies li qegħdin joħorġu –.… Hawnhekk hawn miktub iswed fuq l-abjad.", "Din mhijiex policy li ktibtha jien imma hija policy li tfasslet mill-MEPA u hija miexja fuq l-oġġettivi li tajt inti.", "Hawnhekk qed jingħad li malli din tidħol fis-seħħ, iċ-chapters taż-żewġ pjani lokali dwar il-firework factories se jiġu eliminati.", "Dan huwa llegali, però apparti minn dak il-fatt, inti hawnhekk wegħedtna li l-policies li jmorru kontra xi pjan, jiġu sospiżi.", "Din il-fireworks factory se tiġi sospiża sakemm l-iSPED jiġi finalizzat?", "MADAM CHAIR: Simone, jekk jogħġbok, agħmel il-konklużjonijiet tiegħek.", "SIMONE MIZZI: Li qed jiġri hu li l-ambjent fuq din il-mejda sar ballun politiku u aħna ma xtaqniex niġu hawnhekk biex naraw l-ambjent ikun ballun mitfugħ minn naħa għal oħra.", "Qed inħoss ħafna n-nuqqas tal-Ministeru għall-Ambjent għax hawnhekk qed niddiskutu fuq l-ippjanar u m'hawn ħadd qed jagħmel championing tal-ambjent, ħlief l-NGOs.", "Dik hija diskussjoni għal darb'oħra u hija diskussjoni twila, imma l-fatt hu li l-MEPA tieħu l-oġġettivi mingħand il-Ministru responsabbli mill-Ippjanar u se jagħmlu biss rubber stamp għall-iżvilupp.", "U allura min qed jipproteġi s-sostenibilità?", "Dik qed inħossuha u jien qed naraha hawnhekk.", "Il-liġijiet, hemm viżjoni sostenibbli għalihom?", "Dik aħna għadna ma rajnihiex.", "Dan huwa l-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "MICHAEL FARRUGIA: Hawnhekk hawn preżenti l-Aġent Direttur tal-Ambjent, il-Perit Vince Cassar.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, jien għamilt domanda u nixtieq li s-Segretarju Parlamentari jagħtini tweġiba għaliha.", "(Interruzzjonijiet)", "Mizzi, ħalli nagħmlu l-konklużjonijiet tagħna.", "Nirriferi għall-aħħar punt li għamilt li huwa li l-ODZ policy għaddiet.", "Nista' ngħidlek li minn hawnhekk għadu m'għadda xejn, fil-fatt għadna lanqas biss bdejna niddiskutuha għax għadha ma ġietx quddiem dan il-Kumitat.", "Jiġifieri din għad trid tiġi hawnhekk, għad irridu naqrawha, nixtarruha, nagħmlu l-mistoqsijiet u anke s-sottomissjonijiet tagħna.", "Il-konklużjoni li jiena xtaqt nisma' b'mod ċar mis-Segretarju Parlamentari hija jekk hux se jsir kif ġie suġġerit mill-NGO, jiġifieri li l-policies jiġu fformulati u ffinalizzati meta l-iSPED ikun in place.", "U r-risposta tas-Segretarju Parlamentari, għal darba darbtejn, kienet li iva.", "Jekk is-Segretarju Parlamentari llum jaċċertana li dawk il-policies li jista' jkun ma jkunux in line jew li hemm xi dubbju dwar jekk jiffitjawx kif suppost fl-iSPED se jiġu sospiżi sakemm in two weeks time ikollna l-iSPED, nerġgħu niġu hawnhekk, niddiskutuh, nagħtu l-input tagħna, jiġi ffinalizzat, imbagħad il-policies l-oħrajn li huma parti mill-iżvilupp ta' pajjiżna nerġgħu niddiskutuhom waħda waħda f'dan il-Kumitat.", "SIMONE MIZZI: Madam Chair, is-Segretarju Parlamentari qal li l-policies li qegħdin tgħaddu diġà huma inklużi u aħna ma naqblux għax qed ngħidu li għadhom mhumiex inklużi.", "SIMONE MIZZI: Iva, s-Segretarju Parlamentari qal li l-policies li qegħdin tgħaddu huma kollha kkunsidrati fl-istructure plan attwali.", "MADAM CHAIR: Imma għadhom mhumiex finalizzati u lanqas biss ġew għad-diskussjoni quddiem dan il-Kumitat.", "Iridu jgħaddu minn hawnhekk l-ewwel.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta dan il-Kumitat jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu, il-Gvern se jagħrbel dak li jkun qiegħed jingħad u jekk jidher b'mod ċar li jew mhumiex in line mal-liġi jew mhumiex in line mal-istructure plan u awtomatikament jirrispettaw l-oġġettivi tal-Gvern… Fi ftit kliem irridu nħarsu lejn dawn l-affarijiet: Iridu jirrispettaw l-oġġettivi tal-Gvern li ressaq fil-bidu, iridu jirrispettaw il-fatt li m'għandix għalfejn nistenna pjan ieħor bħall-iSPED biex nagħmilhom għax bħalissa, skont il-pjan strutturali, huma in line u li huma mal-liġi.", "Jekk jirrispettaw dawn il-kriterji, m'għandi għalfejn nistenna xejn.", "RYAN CALLUS: U fuq tal-fireworks factory?", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, dwar dak diġà tak risposta għax qallek li dak li huwa llegali....", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li bil-Malti tkellimt.", "Jekk meta jiġu bihom hawnhekk jirriżulta li huma skont l-oġġettivi li ressaq il-Gvern, jekk ma jmorrux kontra l-pjan strutturali li llum huwa eżistenti u għadu fis-seħħ, u jekk ma jmorrux kontra l-liġi, il-policies se jitressqu u jibqgħu mexjin.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jekk imorru kontra l-liġi jfisser li mhux se jkomplu mexjin.", "Jien immur oltre minn dak li kkonkluda s-Segretarju Parlamentari u ngħid li l-għan tagħna hawnhekk mhuwiex biss biex niġu bl-argument li għaliex il-Gvern preċedenti għamel \"hekk\" mela aħna nistgħu nagħmlu \"hekk\" għax two wrongs don't make a right and let's make that very clear.", "Aħna niġu hawnhekk biex insibu l-aħjar mod kif għandna nipproteġu l-iżvilupp ta' pajjiżna milli joħnoq is-sbuħija u dak li huwa tant ta' valur għal pajjiżna.", "Fl-istess ħin ma rridux noħonqu l-iżvilupp ekonomiku u l-bilanċ jista' jinstab jekk kull min jiġi madwar din il-mejda jiġi hawnhekk b'intenzjoni kostruttiva.", "Jien ninnota li kultant nersqu lejn xulxin – forsi l-istess kien jiġri qabel – biex niġġieldu.", "Ħadd mhu se jiġi madwar il-mejda tiegħi hawnhekk biex jiġġieled.", "Hawnhekk kull policy, jekk jista' jkun, trid toħroġ b'kunsens, kulħadd huwa mistieden jagħti l-input tiegħu, però nużaw is-sens komun.", "Irridu niftakru li ż-żmien itir, pajjiżna qiegħed jikkompeti ma' pajjiżi oħra mhux biss fuq livell ekonomiku, imma fuq livell turistiku u livelli oħrajn ukoll u allura kemm jista' jkun irridu inkunu expedient, jiġifieri ma nxekklux milli jittieħdu d-deċiżjonijiet, imma biex jittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ma jfissirx li rridu ninsew dawk l-affarijiet li huma daqshekk importanti, bħalma huma l-istudji li jwasslu għall-konklużjonijiet tagħna.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, jiena lest li nisma', se nisma' lil kulħadd bħalma għamilt dejjem, però fl-aħħar xi ħadd irid jiddeċiedi u hija r-responsabilità tal-persuna li jkun responsabbli minn dan is-settur li jiddeċiedi.", "Biss, nerġa' ngħid li se nkunu qegħdin nisimgħu x'se jkun qed jingħad u ma niddejjaq xejn bil-kritika kostruttiva, pożittiva u anke negattiva.", "Jien lest li nisma', nevalwa ċerti punti li qamu anke llum kemm mis-Sur Baldacchino u anke mis-Sinj.", "Mizzi, però fl-aħħar mill-aħħar xi ħadd irid jiddeċiedi x'inhu fl-aħjar interess tan-nies.", "Jekk pereżempju, inħarsu lejn x'ġara Għawdex fir-rigward ta' fireworks factory naraw li spiċċaw mietu n-nies anke b'policies li kien hemm eżistenti.", "Allura jekk hemm bżonn jinbidlu dawk il-policies, jien nippreferi nibdilhom u niġi kkritikat milli nħallihom kif ikunu bil-konsegwenza li jmutu n-nies.", "MADAM CHAIR: Ngħaddu għall-aħħar item fuq l-aġenda li hija \"Affarijiet oħra\".", "Ma nafx jekk hawnx xi ħadd li mhuwiex bil-ġuħ biżżejjed li jqajjem xi suġġett ieħor għad-diskussjoni!", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nirringrazzja lil kulħadd u naġġorna l-Kumitat.", "Ninfurmakom aktar tard bid-data għal-laqgħa li jmiss.", "Fid-9:02p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140226_006d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 26 ta' Frar, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Onor.", "Ryan Callus u bil-permess tal-Kumitat ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 5 li saret fid-29 ta' Jannar, 2014 kienu konfermati.", "Iċ-Chairperson infurmat lill-Kumitat li l-Kumitat kien irċieva din il-korrispondenza:", "Ittra datata 30 ta' Jannar 2014 mibgħuta mis-Sinj.", "Simone Mizzi, Executive President ta' Din l-Art Ħelwa dwar \"1.", "Email datata 30 ta' Jannar 2014 mibgħuta mis-Sur Dirk De Ketelaere, President tal-Malta Water Association, fejn talbu sabiex jagħmlu preżentazzjoni lill-Kumtiat dwar is-sitwazzjoni tal-ilma f'Malta;", "Email datata 3 ta' Frar 2014 mibgħuta mis-Sur Michael Zammit Cutajar, President tal-Guardian of Future Generation, fejn fiha hemm annessa press release maħruġa minnhom fil-11 ta' Diċembru 2013 li xtaqu li tinġieb għall-attenzjoni tal-Kumitat; u", "Email mibgħuta mill-Onor.", "Konrad Mizzi, Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma, datata 26 ta' Frar, 2014 b'risposta għat-talba li kien għamel l-Onor.", "George Pullicino fil-laqgħa preċedenti.", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat qalet li kull korrespondenza li l-Kumitat irċieva kellha t-toqol tagħha u jixirqilha tkun fuq l-aġenda ta' laqgħat futuri tal-istess Kumitat.", "Rigward ir-risposta tal-Ministru Konrad Mizzi, l-Onor.", "George Pullicino qal li l-Kumitat kellu bżonn li ssirlu l-preżentazzjoni li kien talab hu u jiddiskuti l-Environmental Impact Assessment (EIA) tal-impjant tal-ħażna tal-LNG u l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-LNG ġewwa Delimara qabel mal-MEPA tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha dwar il-kwestjoni.", "Iċ-Chairperson qalet li kellu jingħata ż-żmien massimu sabiex il-Ministru Mizzi u l-Ministeru tiegħu jkollhom l-istudji kollha f'idejhom u fl-istess ħin jkun magħmul ċert li qabel mal-kwestjoni tersaq quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni, il-Kumitat ikun iddiskutiha.", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Ambjent u Simplikazzjoni Amministrattiva ssuġġerixxa li titressaq talba quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra sabiex jiddeċiedi jekk kellhiex issir diskussjoni dwar l-EIA fil-plenarja jew kellhiex issir fil-Kumitat għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "INFORMAZZJONI DWAR POLICIES TAL-MEPA LI QED JIĠU AĠĠORNATI (KONT.)", "Is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Elizabeth Ellul, Chief Executive Officer u Deputy Chairperson tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat fejn spjegaw dwar policies tal-MEPA u anke rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat.", "Is-Sur Johann Buttigieg ippreżenta lill-Kumitat kopja tad-dokument maħruġ mill-MEPA intitolat \"ODZ Policy and Design Guidance, January 2014\" (Dok.", "Fuq talba tal-Onor.", "Ryan Callus, il-Kumitat qabel li jiġu mitluba lill-Agriculture Advisory Committee il-kriterji li se jkun qed jimxi fuqhom.", "Simone Mizzi, rappreżentanta ta' Din l-Art Ħelwa, u s-Sur Alfred Baldacchino, intervjenew fid-diskussjoni u anke għamlu domandi u suġġerimenti in konnessjoni mas-suġġett.", "Fid-9:21 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140226_006m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 16", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014 fl-10.30 a.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014 fl-10.30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Mozzjoni għat-tneħħija mill-kariga tal-Onor.", "Imħallef Carmelo Farrugia Sacco - Proċedura; u", "Affarijiet oħra", "26 ta' Frar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140228_016a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 16", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 16", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.40 a.m.", "PERMESS LILL-MEDIA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kull min hawn f'dan ilKumitat.", "Ninforma lillKumitat li għandi talba biex membri talmedia jiffilmjaw l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.", "Hawn oġġezzjoni?", "(Onor. Membri: No) Nitlob lillmembri talmedia jidħlu filKamra biex jiffilmjaw l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 15, li saret fid19 ta' Frar 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER: Ngħaddu millewwel għaxxogħol talKamra.", "Onor. Carmelo Abela, ma nafx intix f'pożizzjoni li tinforma lillKumitat dwar ixxogħol talKamra għall-ġimgħa ddieħla.", "Ovvjament, ilġimgħa ddieħla għandna ġurnata waħda biss, lErbgħa, u mbagħad inkomplu bħas-soltu lġimgħa ta' wara.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ilġimgħa ddieħla, kif għedt inti, għandna seduta nhar lErbgħa, 5 ta' Marzu.", "Għalkemm laġġornament talKamra sar bl-Abbozz dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) minħabba li hemm laqgħa tal-Kumitat – jew qed tiġi ppjanata laqgħa tal-Kumitat – għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet fuq liġi partikolari li se jkun involut fiha wkoll isSegretarju Parlamentari, nixtiequ li nkomplu l-Abbozz dwar ilMiżuri talEstimi bħala lewwel item fuq laġenda.", "Jidher li hemm xi kelliema miżżewġ naħat, jiġifieri forsi aktar tard ikollna indikazzjoni ta' kemm fadal kelliema min-naħa talOppożizzjoni u nkunu nistgħu nirregolaw ftit ruħna.", "Qed ngħidu li lErbgħa, 5 ta' Marzu, lewwel item se jkun talMiżuri talEstimi minflok tatTfal u żŻgħażagħ.", "Imbagħad, itTnejn, 10 ta' Marzu, nagħmlu tatTfal u żŻgħażagħ.", "Ilħsieb talGvern hu li fuq l-aġenda jittella' l-Abbozz tal-Liġi dwar iżŻwieġ li ġie ppubblikat, jekk m'iniex sejjer żball, madwar ġimagħtejn ilu.", "Jekk dan ma jsirx itTnejn għax ma tkunx spiċċat tażŻgħażagħ, nagħmluha tTlieta, 11 ta' Marzu.", "Imbagħad, lErbgħa, 12 ta' Marzu, naħseb li nkunu wasalna għallkonklużjoni taddibattitu fuq l-Abbozz dwar ilMiżuri talEstimi, jiġifieri b'żewġ seduti oħra – ta' nhar lErbgħa, 5 ta' Marzu, u talErbgħa, 12 ta' Marzu – nimmaġina li nkunu qrobna lejn ilkonklużjoni tal-Abbozz dwar ilMiżuri talEstimi, fejn hemmhekk isir ilwinding up millMinistru għallFinanzi.", "U allura, lErbgħa, 12 ta' Marzu, naħsbu li nkunu lestejna, suġġett għallkelliema li hemm min-naħa talOppożizzjoni.", "M'hemmx xi għaġġla partikolari f'dan issens; imma, millindikazzjoni li għandi, naħseb li nkunu qed noqorbu lejn illista ta' kelliema tażżewġ naħat, u aktarx li f'żewġ seduti oħra nkunu lestejna.", "Dak bażikament għallġimagħtejn li ġejjin f'dawn lerba' seduti li għandna.", "MR SPEAKER: Rigward laġenda kif inhi proposta, ma jidhirx li hemm ...", "CHRIS SAID: Ma jidhirx li hemm problema.", "Luniku ħaġa hi li lemendi dwar lAbbozz ta' Liġi dwar iżŻwieġ għad iridu jiġu diskussi filGrupp, però naħseb li saddata li hemm indikata …", "MR SPEAKER: Hemm spazju biżżejjed.", "CARMELO ABELA: Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar ilKumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi talLiġijiet, anke għax kellna mistoqsijiet min-naħa talOppożizzjoni.", "Ilprijoritajiet talGvern għal dan ilKumitat huma bażikament tlieta bħalissa.", "L-Abbozz dwar lUnjonijiet Ċivili nafu li għadda millistadju ta' kumitat; però, nistennew ftit ieħor ukoll għatTielet Qari.", "Hemm liġi partikolari dwar Materji Kriminali fejn jidher li hemm urġenza anke minħabba raġunijiet tal-Unjoni Ewropea, fejn jista' jkun hemm xi diffikultajiet bħala tranżizzjoni fejn jidħlu proċeduri, eċċ. Listess jista' japplika għalLiġi talKonsumatur, u allura nixtiequ li din ukoll tingħata prijorità minħabba din lissue.", "Naturalment, hemm ukoll lemenda kostituzzjonali li tirrigwarda labbozz ta' liġi li tressaq mill-Onor.", "Claudette Buttigieg, li wkoll nixtiequ nagħtuh prijorità biex jgħaddi minn dan ilKumitat.", "Hemm ukoll abbozz ieħor li tressaq min-naħa talOnor.", "Jason Azzopardi, li bażikament ġie diskuss kollu.", "Dan l-abbozz kien tressaq b'eċċezzjoni ta' klawsola minnhom li qed nistennew feedback dwarha millAvukat Ġenerali, liema feedback s'issa għadu ma wasalx għandi.", "MR SPEAKER: Tqajmet waqt itTieni Qari u ovvjament ...", "CARMELO ABELA: Tqajmet laħħar darba fillaqgħa talKumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u middehra kien hemm xi qbil li tiġi drafted xi klawsola oħra u, kif ikollna dik, ikun fadal klawsola waħda, jiġifieri jkollna bżonn parti minn seduta.", "Jason Azzopardi jaf li ...", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Ovvjament, kien preżenti, u dan sar bi qbil miegħu.", "Dak huwa x-xogħol minnaħa talGvern.", "CHRIS SAID: M'għandniex problemi fuq ilprijoritajiet.", "Ovvjament, jiddependi miċ-Chairman meta jlaqqa' lKumitat, bi ftehim malMembri skont ilkaż, għax dawn ilMembri jinbidlu skont illiġijiet li jkunu, però m'hemmx problemi.", "Lemenda kostituzzjonali naħseb li issa tista' tiġi diskussa flistadju ta' kumitat, biex wara titla' wkoll għatTielet Qari.", "CARMELO ABELA: Jekk nista' nżid biċċa oħra, filfatt qed nipprovaw li nagħmlu l-Abbozz dwar il-Materji Kriminali nhar lErbgħa, 5 ta' Marzu.", "Kien hemm din ilbidla għax dan l-abbozz jinvolvi lisSegretarju Parlamentari, lOnor.", "Jekk se nżommu listess nies, se jkun diffiċli għax dakinhar se nkun imsiefra.", "Mhux problema li lKumitat jsir mingħajri, jista' jkun hemm sostituzzjoni; iżda ridt niġbed l-attenzjoni peress li s-soltu nżommu listess membri.", "MR SPEAKER: Sakemm qed issolvu din, laħħar darba kien hawn lOnor. de Marco u lOnor.", "Agius qajjem ilpunt li flaħħar laqgħa talKumitat dwar lAbbozzi ta' Liġijiet kien inqala' dak linċident bejn lOnor.", "Joseph Cassar u lOnor.", "Helena Dalli fuq kwestjoni li hi elevat karta b'xi kliem fuqha, u jien ġejt mitlub biex ninvestiga l-każ.", "Jien tajt ilkelma li se nara dan ilkaż personalment; rajt ilvideo recording u tlabt ukoll kjarifika mingħand lOnor.", "Għaddejtilkom għassodisfazzjon tagħkom ukoll dak li ġie ddikjarat millOnor.", "Hemm lispjegazzjoni kollha, u għalija lkaż huwa magħluq.", "(Interruzzjonijiet) Se ngħadduhulkom.", "Jien qed ninforma lillKumitat li, għalkemm ilkaż kien diġà ġie deċiż min-naħa taċChairman talKumitat, però bħala President talKamra tajt ilkelma li se nidħol fih personalment.", "Filfatt, jiena tlabt spjegazzjoni mingħand ilMinistru Helena Dalli, u wara lispjegazzjoni ddeċidejt li lkaż issa huwa magħluq, kif huwa spjegat.", "Ovvjament, dejjem nitolbu lkawtela dwar kif nikkomportaw ruħna aħna lkoll, jiġifieri limportanti hu li jkun hemm ilbuon sens f'dak kollu li nkunu qed nagħmlu.", "MARIO DE MARCO: Kemm nifhem daqsxejn lispjegazzjoni li ngħatat.", "MR SPEAKER: Jien dak kollu għaddejtulkom għallbenefiċċju tagħkom, hija spjegazzjoni dettaljata ħafna, fejn huwa spjegat li dak li għamlet ilMinistru għamlitu għax kienet qed turi ċertu sadness dwar dak li kien qed jiġri.", "Però, ovvjament, hija mġieba li ċertament m'iniex ngħid li hija kommendabbli, bħalma ma hux kommendabbli anke meta jiġru ċertu inċidenti filPlenarja fejn wieħed jgħolli gazzetta ́l hawn u gazzetta ́l hemm.", "Jiġifieri, mhux qed ngħid li m'hemmx ġustifikazzjoni ta' xejn, però issa lkaż ġie spjegat u huwa magħluq, m'hemmx x'tispjega iktar.", "Jiena tkellimt malpartijiet, anke jidhirli tkellimt malOnor.", "Kif tafu intom, hemm iddettalji kollha, u naħseb li meta taqra dak kollu li hemm miktub – hemm madwar erba' faċċati x'taqra – ma naħsibx li għandi aktar xi nżid.", "Naħseb li lkaż huwa magħluq; imma jien irrid ninforma lillKamra, to be fair, għax flaħħar laqgħa tajt kelma lillOnor.", "David Agius li se nidħol fiha.", "Agius qiegħed msiefer fuq xogħol barra minn Malta min-naħa talOppożizzjoni, u jkun qed jara wkoll listreaming, u jkun jaf li min-naħa tiegħi dan ixxogħol sar.", "CARMELO ABELA: Xtaqt insaqsi biss jekk l-Oppożizzjoni hijiex f'pożizzjoni li tagħtina indikazzjoni tal-kelliema dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Miżuri talEstimi; anke iktar tard, ma jimpurtax.", "CHRIS SAID: Iktar tard ilWhip jgħaddilek lista ta' kelliema.", "Filfatt, ħadt nota fuqha.", "MR SPEAKER: Ngħaddu għallitem li jmiss.", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF CARMELO FARRUGIA SACCO", "MR SPEAKER: Kif ġie miftiehem flaħħar laqgħa, illum kellna niddiskutu lproċedura li se tintuża firrigward talmozzjoni għattneħħija talImħallef Farrugia Sacco.", "Però, irrid ngħid ukoll x'ġara millaħħar laqgħa sallum.", "Irrid ninforma li sSedja rċeviet ittra mingħand lavukati talImħallef Farrugia Sacco, datata 27 ta' Frar, li tagħmel referenza għarrikors kostituzzjonali – ovvjament dan ħareġ filmedia, u qed ngħaddihulkom ukoll biex ikollkom kopja tiegħu – imressaq millistess Imħallef kontra lPrim Ministru, lAvukat Ġenerali, kif ukoll kontra lKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja.", "Lewwel ħaġa li se nagħmel hija li se naqra littra tas27 ta' Frar 2014, li rċevejt tramite lIskrivan talKamra, u li taqra hekk:", "Qegħdin niktbulek għannom talImħallef Lino Farrugia Sacco a tenur ta' artikolu 175 talOrdnijiet Permanenti talKamra.", "Innotajna li, għalkemm hemm id-dispożizzjonijiet talKostituzzjoni, talKonvenzjoni Ewropea, kif ukoll ir-Ruling ta' Mr Speaker tat28 ta' Jannar 2014, li jippreskrivu dak li għandu jsir dwar ilMozzjoni talOnor Prim Ministru tat28 ta' Jannar 2014, dawn ma ġewx segwiti, u intant, ilKumitat taxXogħol talKamra xorta waħda baqa' għaddej bilproċeduri.", "Kien għalhekk li ġie intavolat Rikors Kostituzzjonali Numru 16 tal2014, debitament notifikat ukoll lil Mr Speaker, kopja ta' liema qiegħda hawn b'kortestija tiġi annessa ma' din littra.", "Wisq raġonevolment, lImħallef Farrugia Sacco jirriżerva minn issa kull dritt ulterjuri li jieħu lkaż tiegħu quddiem ilQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem.", "Insellu għalik.\"", "Din ġiet iffirmata minn Dr Alex Sciberras, Dr David Farrugia Sacco u Dr Stephen Farrugia Sacco.", "Din littra li qed naqra llum irċevejtha proprju lbieraħ, u din hija lewwel okkażjoni fejn jien nista' ninforma lillKamra dwarha.", "Kulħadd jaf li rrikors kostituzzjonali filfatt ġie ppreżentat kif hawn indikat flittra.", "Issa, ovvjament, jien irrid inħalli f'idejkom biex tiddiskutu din ilkorrispondenza u din ittalba f'din littra talavukati talImħallef Farrugia Sacco, anke b'segwitu tarrikors kostituzzjonali.", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali): Mr Speaker, bażikament aħna flaħħar laqgħa konna għedna li kellna nagħmlu abbozz ta' proċedura u kellna nissottomettu dan labbozz għall-Ġimgħa – ma nafx x'inhi preċiżament iddata – u, filfatt, aħna bagħatna dak labbozz.", "Għedna li din hija lproposta ta' kif għandna mmexxu lproċedura fittneħħija talImħallef Farrugia Sacco.", "Però, flistess laqgħa konna għedna wkoll li wieħed irid jiddiskuti lprinċipju talproċedura.", "Imbagħad, aħna f'din ilKamra rridu niddiskutu, flimkien malOppożizzjoni, jekk hemmx qbil dwar il-prinċipju talproċedura.", "Aħna konna semmejna wkoll li, jekk ikun hemm żviluppi ġodda – u konna semmejna wkoll kawżi kostituzzjonali – ikun iktar responsabbli min-naħa tagħna jekk nistennew leżitu ta' din ilkawża, anke lkawża li filfatt qiegħed imsejjaħ fiha lPrim Ministru.", "Lopinjoni tagħna ħadnieha minn diversi opinjonijiet legali li rċevejna, minbarra dawk li ntqalu filpubbliku li jkun iktar prudenti u iktar responsabbli jekk, min-naħa talParlament, min-naħa talKumitat, ikun hemm deċiżjoni wara li tinqata' lkawża kostituzzjonali.", "Min-naħa tagħna, rajna wkoll pariri legali li kienu talistess opinjoni.", "Għalhekk, għalkemm aħna għandna abbozz ta' proċedura li qed ngħidu li għandha tiġi fisseħħ jekk aħna nkomplu mexjin bittneħħija talImħallef Farrugia Sacco, flistess ħin qed ngħidu wkoll li aħna qed nipproponu li tiġi posposta sakemm ikun hemm l-eżitu talkawża kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: Dwar labbozz ta' proċedura li għaddejtu lillOppożizzjoni, tistgħu tgħaddu kopja lillIskrivan talKamra biex ikollna kopja wkoll?", "MARIO DE MARCO: Mr Speaker, napprezza li din mhijiex materja feliċi u mhix materja fejn wieħed jara numru ta' preċedenti.", "Però, qabelxejn, irridu nifhmu li rrikors kostituzzjonali li ġie ppreżentat millImħallef Farrugia Sacco sar essenzjalment biex jattakka ddeċiżjoni talKummissjoni.", "M'hemm lebda ordni li ngħatat s'issa, anke temporanja, millQorti Kostituzzjonali fejn qiegħda titlob lillParlament jieqaf milli jkompli jmexxi lproċeduri tiegħu.", "MR SPEAKER: Mela lQorti tista' żżomm lillParlament?", "MARIO DE MARCO: Ippermettili ftit, Mr Speaker, jekk jogħġbok.", "Jista' jagħmel talba, imbagħad tara lQorti jekk jistax jew le.", "Mela, ħalli nassumu li lQorti ma tistax.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, naħseb taf li lQorti ma tistax.", "MARIO DE MARCO: Qed ngħid illi nkiteb ukoll li forsi wieħed jista' jitlob ilQorti biex twaqqaf ilParlament, imma jien qed nagħti lbenefiċċju tad-dubju lil dak li nkiteb.", "Allura, bħala stat ta' fatt, illum x'għandna quddiemna?", "Għandna deċiżjoni talKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja li qalet li jidhrilha li prima facie kien hemm ksur min-naħa talImħallef Farrugia Sacco.", "Dak irrapport ġie quddiem dan ilKumitat; isSedja kienet kitbet lura lillKummissjoni u qaltilha biex tiċċara lpożizzjoni tagħha; ilKummissjoni reġgħet kitbet lura lisSedja u qaltilha li lpożizzjoni tagħha hija waħda definittiva.", "Birrispett kollu lejn ilpożizzjoni talGvern, aħna għandna hawnhekk rapport talKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja abbażi ta' liema mekkaniżmu tiskatta lproċedura għallkonsiderazzjoni talmozzjoni taħt illiġi.", "Nixtieq infakkar lil dan ilKumitat li lkliem talliġi mhuwiex fakultattiv, ittest talliġi huwa eżekuttiv.", "Ittest talliġi ma jgħidx 'may'; ittest talliġi jgħid 'shall'.", "Allura, hemm obbligu fuq dan ilKumitat li, millmument li jirċievi rrapport millKummissjoni – u salġurnata tallum dak irrapport għadu validu – irid jibda jimxi.", "Jiena nirrispetta lpożizzjoni talImħallef Farrugia Sacco u lavukati tiegħu, però dik ilpożizzjoni qiegħda quddiem ilQorti; ma nafux kemm iddum dik ilpożizzjoni biex tiġi ġġudikata, u m'għandniex kontroll fuqha.", "F'dan listadju aħna rridu nimxu fuq ilbażi li hemm rapport talKummissjoni.", "Ma hemm lebda ordni millQorti biex aħna nieqfu millproċeduri tagħna – apparti lfatt li hemm dubju legali dwar kemm ordni talQorti tista' twaqqaf ilproċedimenti quddiem ilParlament – u allura jiena f'dan listadju naħseb li hija tassattiva – lanqas hija fakultattiva, hija tassattiva taħt illiġi – li aħna rridu nkomplu bilproċeduri tagħna.", "MR SPEAKER: Jien mhux se nagħmel kummenti għalissa għax ma naħsibx li għandi nidħol fiddibattitu.", "Dan huwa xxogħol tagħkom.", "Imma tajjeb infakkar li lParlament jirregola lproċedura hu stess, jiġifieri ċertament li lliġi hija miktuba millParlament, u lParlament jirregola lproċedura tiegħu stess.", "CARMELO ABELA: Xtaqt nagħmel punt żgħir fuq dak li qal lOnor. de Marco.", "Ilpunt li dejjem għamlet in-naħa talGvern kien li lproċedura li trid tiġi segwita trid tkun proċedura korretta u li, bħala Parlament, inkunu mexjin kif għandna nimxu u, kif anke espress diġà diversi drabi, nużaw ilkawtela.", "Irrid infakkar ukoll li aħna, bħala membri ta' din ilKamra, għandna anke ruling ta' Mr Speaker li jgħid li lmozzjoni kif ippreżentata milleks-Prim Ministru mietet, u allura japplika wkoll ilprinċipju talliġi li dak li sar wara li lmozzjoni ġiet iddikjarata mejta spiċċa wkoll.", "U rruling taliSpeaker imur oltre minn hekk, fejn qal li lproċedura trid terġa' tiġi segwita millġdid.", "Jiena, bħala lay person millaspett legali, qed nifhem li hawnhekk għandna – se nuża lkelma \"kontradizzjoni\", jew inkella \"kunflitt\" iktar milli kontradizzjoni – bejn ruling ta' Mr Speaker u l-pożizzjoni talKummissjoni.", "Jien hekk qed nifhimha.", "U allura rruling ta' Mr Speaker jgħid li trid terġa' tiġi segwita millġdid.", "Jiġifieri għandna pożizzjoni ta' Kummissjoni ma' pożizzjoni talPresident talKamra, li naħseb ta' min inżommuh quddiem għajnejna wkoll dan.", "Millaħħar laqgħa 'l hawn, aħna, bħala Gvern, intrabatna li ngħaddu abbozz ta' proċedura, jidhirli salĠimgħa 20 ta' Frar.", "Dan labbozz ta' proċedura għaddejnieh kif qbilna; però issa kien hemm dan liżvilupp talkawża kostituzzjonali.", "Nafu li kien hemm persuni li ċertament jifhmu f'dawn il-materji, li lparir tagħhom huwa li wieħed juża lkawtela, u naħseb li nnaħa talGvern dak li qed tissuġġerixxi.", "Naturalment, ilQorti tieħu lkors tagħha, fissens li tara hi kif jimxu lproċeduri talQorti; però naħseb ikun għaqli li fiċċirkostanzi nużaw ilkawtela.", "MR SPEAKER: Fuq dak li rrefera għalih ilViċi Prim Ministru, irrid nagħmel referenza għal dak li qal l-istess Onor. Louis Grech flaħħar laqgħa talKumitat dwar ixXogħol, fejn qal hekk:", "\"Filfatt, bħala eżempju kien hemm kummenti ta' Dr Giovanni Bonello f'The Times of Malta ta' nhar isSibt, u ta' Dr Kevin Aquilina talMaltaToday tallum li qalu li lParlament għandu kull dritt jaqbad u jmexxi dan ilkaż, iżda li għandu wkoll jeżerċita lprudenza jekk tinfetaħ kawża kostituzzjonali.\"", "Jien għall-preċiżjoni qed nagħmel referenza.", "MARIO DE MARCO: Filwaqt li napprezza lintervent talOnor.", "Carmelo Abela, naħseb irridu nkunu ġusti lejn ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja u lkompożizzjoni tagħha.", "Jiġifieri, jekk naħsbu li lKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja hija komposta minn lay people … Hemm imħuħ legali filKummissjoni, u din toħroġ min-natura talkompożizzjoni tagħha.", "Il-Kummissjoni hija magħmula mill-President talQorti u minn numru ta' mħallfin u maġistrati, flimkien ma' rappreżentanti talKamra talAvukati.", "Naħseb li huma, qabel ma taw ilverdett tagħhom, wara anke rruling talPresident talParlament, ħadu kollox in konsiderazzjoni, u waslu għallkonklużjoni tagħhom fejn, wara ttieni mozzjoni li ġiet ippreżentata, ikkonfermaw irrapport tagħhom, tenut kont talambitu kollu.", "Jiġifieri, ma naħsibx li huwa għaqli li aħna hawn ġew nagħmluha issa ta' imħallfin jew Qorti talAppell fuq ilKummissjoni.", "Naħseb aħna, f'dan listadju, irridu nkunu fidili malliġi.", "Illiġi li waqqfet ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja hija ċarissima.", "Illiġi tgħidlek li, wara li aħna nirċievu rrapport talKummissjoni – jekk nirreferu għal artikolu 9, subinċiż 5 – jgħidlek li lmozzjoni mhux tista', imma għandha – 'shall' – flimkien marrapport talKummissjoni, tiġi kkunsidrata millKamra.", "Meta aħna għandna dan ilkliem talliġi li huwa tassattiv, li lmozzjoni għandha tiġi kkonsidrata millKamra, f'dan listadju rridu nimxu malmozzjoni u marrapport.", "Jekk irridu nkunu fidili ma' dak li stqarrew u kitbu wkoll opinjonisti legali li, flaħħar millaħħar, jibqgħu opinjonisti legali … LImħallef Giovanni Bonello qal:", "Imbagħad ikompli jgħid:", "Bl-istess mod, il-Prof.", "Kevin Aquilina jgħid hekk:", "IlQorti hawnhekk ma waqqfitx lillParlament: hemm rikors li qed jiġi kkonsidrat, fair enough.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu biex naqbdu u nibbuldowżjaw.", "Allaħares dan ilkumitat talKamra jwaqqaf ilproċeduri tiegħu kull darba li jkun hemm rikors kostituzzjonali, għax inkella jkun hemm mod ta' kif wieħed jistultifika lproċess u lħidma talParlament sempliċement billi jsir rikors.", "Naħseb li mxejna bi prudenza, u naħseb li lprudenza f'dan listadju tirrikjedi li nieħdu nota tarrikors; però ma jfissirx li għax ħadna nota tar-rikors hawnhekk, kollox jiffriża ruħu u jieqfu lproċeduri kollha, għax inkella qed nagħtu verament ilfakultà – mhux f'dan ilkaż biss, però anke għallfutur – li jekk xi ħadd irid jistultifika lproċeduri quddiem dan ilParlament, sempliċement isir rikors kostituzzjonali.", "Nafu li lproċeduri filQorti jieħdu lħin tagħhom, u ma naħsibx li hawnhekk qegħdin biex noqogħdu nistennew ilproċeduri filQorti.", "Nieħdu nota kif għamilna, nagħtu lImħallef Farrugia Sacco ukoll iddritt kollu ta' smigħ xieraq quddiem dan ilParlament, iddritt kollu ta' rappreżentanza, iddritt kollu li jtella' xxhieda kollha li jixtieq itella' – dawn huma drittijiet tiegħu, u allaħares inkunu aħna li nxekklu dawn iddrittijiet – però li dan ilKumitat iwaqqaf ilħidma tiegħu għaliex hemm rikors, naħseb inkunu qed noħolqu preċedent żbaljat.", "LOUIS GRECH: Lewwel ħaġa ma naħsibx li lOnor.", "Carmelo Abela qal li m'hemmx imħuħ legali jew ipprova jimplika li m'hemmx.", "Flistess ħin, se naqbad fuq dak li qal lOnor. de Marco, fejn qal li din hija xi ħaġa tassattiva u qal li rridu nsegwu lispirtu talliġi.", "Ovvjament, jekk wieħed irid isegwi lispirtu talliġi, jrid isegwi wkoll ilfatt li inti se tagħti kwalunkwe dritt għallġustizzja naturali li lliġi tagħtik għaddispożizzjoni.", "Barra minn hekk, imbagħad semma li dan ilParlament għandu dritt jiddetermina hu kif se tkun ilproċedura.", "U naħseb jagħmel iktar sens f'dan listadju jekk hemm xi dubju … ejja ngħidu li hemm dubju legali jekk ilKummissjoni mxietx kif suppost jew le.", "Aħna laħħar darba għedna li din mhijiex kompetenza talKumitat.", "Però, imbagħad, ladarba nfetħet kawża kostituzzjonali quddiem ilQorti, fejn lImħallef Farrugia Sacco qed jallega numru ta' affarijiet u hemm xi dubji, aħna naħseb lanqas m'aħna f'pożizzjoni li ngħidu dawk iddubji jekk humiex validi jew le.", "Allura, jekk irridu nirrispettaw lispirtu talliġi, ngħidu li lbuon sens iġiegħlek tasal għall-konklużjoni … u lanqas m'hemm għalfejn inkaxkru saqajna, imma lanqas irid ikollok għaġġla a skapitu ta' kollox.", "Aħna qed ngħidu li jagħmel sens li nsegwu lproċedura normali, mingħajr ma nneħħu lebda awtorità jew saħħa ta' dan ilParlament.", "Jekk ngħidu li lproċess għandu jkun li aħna rridu nimxu, hemm proċedura li aħna qed ngħidu li għandha tiġi implimentata.", "Però, ladarba hemm kawża kostituzzjonali, allura hemm ilpossibbiltà li l-eżitu tagħha jkun li dak ilproċess talKummissjoni ma kienx korrett.", "Allura tkun ħaġa ħażina li eventwalment ikollok żewġ istituzzjonijiet … Għax jista' jkun li aħna nkomplu għaddejjin bilproċedura, u flistess ħin jista' jkollok kawża li tgħidlek li rrapport jew ilproċedura talKummissjoni ma kenux korretti.", "Allura, meta wieħed iqis kollox, naħseb li jagħmel iktar sens, u tkun ħaġa raġunata u responsabbli, jekk f'dan listadju wieħed jistenna x'se jkun leżitu talkawża kostituzzjonali.", "Imbagħad, inkomplu għaddejjin bilproċedura.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naqbel ħafna li lKummissjoni mhijiex magħmula minn lay people, u ovvjament huma kollha nies legali; però, fl-aħħar mill-aħħar, hemm kawża kostituzzjonali li qed tgħid li kien hemm ksur ta' fair hearing, irrispettivament minn xiex u minn min kienet komposta lKummissjoni.", "Naqbel ukoll ma' dak li qal lOnor. de Marco li aħna ma rridux nagħmluha ta' mħallfin dwar dan kollu.", "La rridu nagħmluha ta' mħallfin finnegattiv, u lanqas filpożittiv; ma nistgħux nagħmluha ta' mħallfin.", "IlQorti hija qorti, u hemm separazzjoni talpoteri f'dan ilpajjiż li tmexxi lamministrazzjoni talpajjiż kollu, u din ma rridux ninsewha meta jkun konvenjenti.", "Jien waħda milliktar affarijiet li dejjem nammira flOnor. de Marco hija lprudenza, anke meta jitkellem filParlament.", "Ma nistax nifhem għalfejn ilprudenza f'każ bħal dan, fejn għandek konklużjonijiet li jistgħu jkunu riversibbli … Issa hekk hu lkaż.", "Hu semma lidDekan talFakultà talLiġi, u kkwotah meta qal:", "U naħseb meta tikkunsidra dan kollu fiddawl talliġi li semma – lartikolu 9, subartikolu 5 rigward ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja – veru li hija tassattiva, però lanqas ma hemm timeframe.", "Jiġifieri, jekk ilQorti se tiddeċiedi fuq dan irrapport, irridu naraw liema rapport se jasal quddiem ilParlament, allura naħseb ilprudenza hija liktar ħaġa importanti.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar biex inkompli ma' dak li qal lOnor. de Marco.", "Lewwel ħaġa, fuq ilkwestjoni ta' ksur ta' drittijiet ta' ġustizzja naturali.", "Ma rridux ninsew li dak li se jiddeċiedi, jew qed jiġi mitlub jiddeċiedi dwaru dan ilKumitat, hu li jibda lproċess fejn lImħallef Farrugia Sacco ikollu dritt jixhed hu u jtella' xxhieda li jrid – għaliex ilKummissjoni filproċess li għamlet waslet sa prima facie – biex imbagħad il-materja tiġi quddiem dan ilKumitat, quddiem ilParlament, u hemmhekk isir ilproċess, u allura hemm tidħol lkwestjoni ta' smigħ xieraq, ilkwestjoni tad-dritt li jġib ilprovi tiegħu.", "Ilkwestjoni li jiddefendi lkaż tiegħu quddiem dan ilKumitat tibda proprju malli dan ilKumitat jiddeċiedi kif għandha timxi din ilproċedura, u allura dak largument żgur li ma jreġix.", "Rigward ilkwestjoni talkawża kostituzzjonali, hawnhekk qed inġibu liskuża talkawża kostituzzjonali, u hija ovvja għax dan ilkaż huwa każ li hemm ukoll deadline fuqu, u allaħares joħroġ li qiegħed jittawwal il-proċess biex wieħed jaqbeż ċertu skadenzi, però wieħed għad irid jikkummenta dwar dak.", "Dwar ilkawża kostituzzjonali naqbel malOnor. de Marco li dan joħloq preċedent perikoluż ferm.", "Insa lproċess li qed jagħmel dan ilKumitat; ejja ngħidu li quddiem ilParlament tkun għaddejja jew tiġi proposta liġi, u xi ħadd imur ilQorti Kostituzzjonali u jgħid dik illiġi, meta tgħaddi, se tikser iddrittijiet fundamentali tiegħu talproprjetà, pereżempju, jew ta' xi ħaġa oħra – qed tiġini f'moħħi xi liġi marbuta malkera pereżempju – allura x'jagħmel lParlament?", "Għax hemm xi ħadd li mar ilQorti b'rikors kostituzzjonali, ilParlament jieqaf milli jkompli jiddiskuti dik illiġi?", "Qed nagħti eżempju.", "MR SPEAKER: Imma dan huwa każ differenti.", "CHRIS SAID: Dażgur li każ differenti!", "MR SPEAKER: Għax f'dan ilkaż tista' tattakka liġi filQorti Kostituzzjonali.", "CHRIS SAID: Huwa każ differenti, però xorta waħda li xi ħadd mar quddiem ...", "MR SPEAKER: Mhuwiex ilkaż; hawnhekk qed nitkellmu fuq individwu.", "CHRIS SAID: Ilkwestjoni kollha ddur fuq x'se jiġri jekk dan ilKumitat jiddeċiedi fuq proċedura li għandha tiġi segwita.", "Se jibda proċess fejn, kif qed jipproponi lGvern stess, ikun hemm diskussjoni filPlenarja fejn jitkellmu lPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni, u minn hemmhekk terġa' tiġi filKumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra fejn jibda proċess ta' ġbir ta' xhieda.", "Jiġifieri, definittivament, se jkun qed jingħata smigħ xieraq u ġust lillImħallef f'dan ilproċess.", "MARIO DE MARCO: Ħalli nagħmilha daqsxejn ċara: this is not about Farrugia Sacco.", "Ilpunt li din innaħa talKamra qiegħda tagħmel qed tagħmlu irrispettivament millImħallef Farrugia Sacco, jew hu min hu.", "Jiġifieri, apprezza li kulħadd iħossu skomdu f'pajjiżna meta nitkellmu dwar individwi, speċjalment f'pajjiż żgħir bħal tagħna, speċjalment għalina li nipprattikaw lavukatura.", "Però, irridu noqogħdu attenti millpreċedent li d-deċiżjoni li lGvern qed jissuġġerixxi jista' jkollha f'dan ilkaż u filfutur.", "Insa lkaż odjern, insa hux Farrugia Sacco, hux Borg, hux de Marco, hux Said kunjomu, huwa irrelevanti f'dan listadju.", "Jekk nieħdu lpreċedent li l-proċedura għal mozzjoni ta' impeachment ta' imħallef tieqaf wara li jkun ġie kkonfermat rapport ta' imġieba ħażina min-naħa talKummissjoni jekk ikun hemm rikors kostituzzjonali, ifisser li quddiem din ilKamra qatt mhu se jingħalaq xi proċediment għal mozzjoni ta' impeachment.", "Mr Speaker, inti kont avukat bħali u taf li m'hemm xejn filliġi milli jwaqqaf persuna milli jagħmel rikors kostituzzjonali: hemm min jagħmlu għallikbar raġunijiet ġenwini u onesti, u hemm min ma jagħmlux, imma jużah filproċeduri legali biex jiggwadanja żżmien.", "Jien mhux qed ngħid li huwa hekk f'dan ilkaż.", "MR SPEAKER: Imma ddomanda għalfejn qed tagħmilhieli?", "MARIO DE MARCO: Ippermettili ftit, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Ma nafx għalfejn qed tagħmilli d-domanda.", "MARIO DE MARCO: Mr Speaker, qed nipprova nagħmel argument.", "Nafu li, meta inti tippreżenta rikors kostituzzjonali, m'hemmx għarbiel li jiddetermina jekk tistax jew ma tistax tagħmel kawża jew rikors kostituzzjonali.", "Kull min jippretendi li għandu dritt jista' jippreżenta kawża.", "Kull min jippretendi li jagħmel rikors kostituzzjonali jista' jippreżenta rikors.", "Mhux biss: jekk jitlef dik ilkawża, għandu dritt għall- appell, u jekk jitlef lappell, għandu dritt imur quddiem ilQorti Ewropea.", "Qed nitkellmu dwar proċedura li tista' tieħu mhux xahar, mhux xahrejn, mhux tliet xhur, lanqas sena, imma qed nitkellmu dwar issnin.", "Allura, jekk għallargument lImħallef Farrugia Sacco jew lImħallef Borg, jew de Marco jitlef irrikors kostituzzjonali u jagħmel appell, blistess raġuni li qed tinġieb quddiem din ilKamra, aħna għandna nistennew leżitu talappell, għax listess argument xorta jreġi.", "Ukoll, jekk jitlef lappell, għandu sitt xhur biex imbagħad jagħmel rikors quddiem ilQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem, u allura nistennew sakemm tiġi deċiża lkawża quddiem ilQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem.", "U dan ifisser li ndumu madwar ħames snin jew sitt snin, tispiċċa lLeġiżlatura, u blistess argument ilmozzjoni tmut wara tmiem ta' Leġiżlatura, li jfisser li lebda mħallef ma jista' jiġi impeached.", "Birrispett kollu, jekk aħna nirrispettaw lilna nfusna bħala leġiżlaturi – u din mhijiex kwestjoni ta' dritt, ilproċedura ta' impeachment hija responsabbiltà kbira fuqna – … Jekk xi ħadd hemm barra jaħseb li aħna qed nieħdu gost noqogħdu niddeterminaw u niddiskutu proċeduri ta' impeachment, mhi ħaġa sabiħa xejn.", "Dan bħal ġurat – lebda ġurat ma jieħu gost li għandu jiddeċiedi lfutur ta' persuna, huwa piż u responsabbiltà enormi; però lanqas ma nistgħu naħarbu minn dak ilpiż, lanqas ma nistgħu naħarbu minn dik irresponsabbiltà.", "IlLeġiżlatura ta' qabilna tefgħu responsabbiltà fuqna li rridu niġġudikaw lil ħaddieħor, u allura jiena nemmen li, jekk irridu li verament nieħdu dik irresponsabbiltà bisserjetà u mhux naħarbu minnha, aħna għandna dmir, kif tirrikjedi lliġi, li ladarba wasal dak irrapport quddiemna, għandna nikkonsidrawh u nittrattawh.", "MR SPEAKER: Qabel ma nagħtik ilkelma, Onor. Schembri, peress li segwejt ħafna largumenti talOnor. de Marco, nispostja ddomanda – ovvjament minħabba ddibattitu qed nagħmilha – f'każ li lQorti Kostituzzjonali tgħid li ddrittijiet talImħallef qed jinkisru u limpeachment jkun laħaq ġie diskuss, x'inhi lpożizzjoni?", "Terġa' tagħmel mozzjoni oħra biex iddaħħlu lura?", "LOUIS GRECH: Jiena nemmen li kieku lOnor. de Marco jrid iġib largumenti kontra, kien iġibhom preċiżament listess, jiġifieri din iddarba qed jargumenta li ħażin li jkun hemm … Jien qed nagħtik ilkapaċitajiet legali tiegħek u ngħidha b'wiċċi minn quddiem; però, mhux neċessarjament jagħtuna soluzzjoni għallverità.", "Li qed tgħid inti, kieku qed tgħid bħala preċedent – apparti li aħna m'aħna marbutin blebda preċedent – wieħed jikkwotahom ilpreċedenti, imma mhux ikun marbut bihom.", "Hemm distinzjoni bejn dan ilkaż partikolari li, kif għedt inti, huwa wieħed sensittiv, u wieħed irid joqgħod attent; però jkun preċedent ħażin ukoll – liġi u mhux liġi – jekk ilQorti Kostituzzjonali tgħid li rrapport talKummissjoni kien null and void.", "Aħna nkunu għamilna lproċeduri kollha, imbagħad naslu f'sitwazzjoni fejn għandek catch22, fejn ma nkunux nafu eventwalment x'se jsir.", "Allura rraġuni, jekk mhux neċessarjament il-legalità, tagħtik issaħħa li tgħid nippreferu nistennew leżitu talkawża kostituzzjonali biex inkunu f'pożizzjoni aħjar u nneħħu kwalunkwe dubju.", "Ħalli nkunu aktar preċiżi dwar iż-żmien, għax inti liktar ħaġa li qed tippreokkupak millargument kollu kien iżżmien.", "Hemm fejn inti liktar li bdejt tgħid: Mela dan jekk jieħu hekk, jieħu hekk; jekk jieħu hekk … Inti laħħar darba għedt naqsmu lbridges meta naslu għalihom; issa qed tantiċipa int, u sew tagħmel tantiċipa din iddarba.", "Però, ma tistax, sempliċement għax iżżmien jista' ikun limitat, kif qed tarawh intom, tneħħi proċedura min-nofs li aħna jidhrilna hi aktar ġusta u li fiha iktar buon sens, li hija proċedura iktar razzjonali u wkoll se tkun iktar definittiva biex tagħtik triq ċara fejn trid tmur.", "Għax, jekk aħna se nkunu marbutin biżżmien, allura żżmien huwa argument … Jekk tgħid jaqblilna ngħaġġlu għax minn hawn u sentejn oħra jkun tard wisq għal kwalunkwe impeachment, le mhux korretta; apparti milli ġie quddiem din lamministrazzjoni dan laħħar xahar u nofs, xahrejn, jiġifieri daqshekk ilna għaddejjin b'din ilmozzjoni lġdida li kien hemm, anke birruling li kellu Mr Speaker.", "Meta għamiltu rruling tiegħek Mr Speaker?", "MR SPEAKER: Flaħħar ta' Jannar.", "ONOR LOUIS GRECH: Filverità, meta wieħed jara żżmien li hem, aħna qed ngħaġġluha lproċedura.", "Inti semmejt iżżmien u lkalendarju u kif, jekk jitwal, tista' eventwalment ma titteħidx deċiżjoni għax laffarijiet ikunu nbidlu; però dik ma tfissirx li għax aħna rridu nindirizzaw iżżmien, allura m'għandniex nagħmlu proċedura li jidhrilna li tkun iktar trasparenti, iktar onesta u iktar prudenti.", "Dan huwa largument tagħna.", "Said qal li qed inġibu liskuża talproċess kostituzzjonali.", "Ma naħsibx li qed inġibu lebda skuża; din mhix skuża, hija raġuni, għax proċess kostituzzjonali dwar fair hearing filKummissjoni hija raġuni validissima għas-sens ta' kull tip ta' ġustizzja li teżisti.", "Ġab ukoll largument dwar x'jiġri jekk dan jittieħed bħala precedent, u għandniex nistennew lillQrati meta tkun se tgħaddi xi liġi li tkun se tikser xi dritt kostituzzjonali ta' persuna.", "Birrispett kollu, dan huwa argument li ma jreġi assolutament xejn.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq liġi li tista', possibilment filfutur, tiksirlek iddrittijiet.", "LImħallef Farrugia Sacco – u seta' kien min kien, naqbel malOnor. de Marco – qed jgħid li ddrittijiet tiegħu ġew leżi diġà.", "Jiġifieri, lproċess kostituzzjonali f'dan ilkaż m'huwiex kif qed tpinġih inti fejn qed tgħid li jista' jinqala' f'xi liġi filfutur.", "Iva, ovvjament inħossni skomda nitkellem fuq ittneħħija ta' imħallef jew il-possibbli tneħħija ta' imħallef; imma nħossni skomda wkoll b'sitwazzjoni fejn qed jiġi allegat li lKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja kisret iddrittijiet fundamentali ta' smigħ xieraq ta' persuna.", "Jiġifieri, hemm ħafna skumditajiet differenti.", "Dan ma jwaqqaf xejn, però, milli t-triq talġustizzja tittieħed millbidu salaħħar, b'mod li ma jinkiser lebda dritt, u speċjalment millParlament.", "Jekk ilQorti ssib illi veru ġew ivvjolati ddrittijiet talImħallef Farrugia Sacco, u allura nistgħu nsibu ruħna b'xenarju fejn ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja trid terġa' tibda lproċess millbidu, hemm żewġ options: jista' ikun li rrapport li tagħmel ilKummissjoni jkun wieħed simili għal dak li għandna issa, u jista' jkun rapport totalment differenti, jista' ikun rapport li ma jwassalx għal section 9(5) fejn ikun irid jiġi quddiem ilParlament.", "Imbagħad x'nagħmlu?", "Inkunu neħħejna mħallef, bilkonsegwenza li ma nistgħux nerġgħu nirritornawh lura filpożizzjoni.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa taċċajt meta nitkellmu fuq impeachment ta' imħallef.", "Jiġifieri, lġustizzja trid issir, u sseparation of powers qiegħda hemmhekk biex ilġustizzja ssir.", "Dwar ilkuntest tażżmien, jiddispjaċini – ma tistax, biex tgħaġġel u tlesti kollox, tibqa' miexi.", "Ma ninsewx li lOppożizzjoni, li issa qed tgħidilna li ma fadalx wisq żmien u li lImħallef Farrugia Sacco se jispiċċa biżżmien qabel ma tkun inqatgħet, setgħet ħadet passi dwarha ħafna qabel meta kienet filGvern, għax din hija kwestjoni li ilha għaddejja mill2005.", "Ħadu l-passi flaħħar talLeġiżlatura, issa qed jarawh iżżmien?", "Li kieku ħadu passi filbidu ma konniex inkunu flaħħar minuta taż-żmien li fadallu lImħallef Farrugia Sacco.", "Allura ma naħsibx li tkun ġusta li aħna nistultifikaw ilproċess legali u lproċess talġustizzja minħabba f'hekk.", "MARIO DE MARCO: Ikolli bżonn nerġa' nirrepeti ruħi.", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn malImħallef Farrugia Sacco.", "Ninsabu filbidu ta' leġiżlatura, u largument tiegħi kien ikun listess li kieku għandek imħallef ieħor li letà talirtirar tiegħu hija 20 sena oħra.", "Lissue kollha hawnhekk hija – anke abbażi taddeċiżjoni tiegħek – li lmozzjoni għandha ħajja ta' leġiżlatura ta' ħames snin.", "Jiġifieri, hawnhekk m'għandu x'jaqsam xejn letà talirtirar talImħallef Farrugia Sacco.", "Nerġa' ngħid, seta' jirtira għaxar snin oħra, ilkwestjoni kollha hi li b'dan ilpreċedent se nkunu qegħdin nirrendu totalment mingħajr effett kull proċedura għal mozzjoni ta' impeachment.", "Irridu nkunu daqsxejn prattiċi; flaħħar millaħħar, iddeċiżjoni għal impeachment ma teħodiex ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja.", "Iddeċiżjoni dwar jekk lImħallef Farrugia Sacco, jew imħallef ieħor, għandux ikun impeached jew le, neħduha aħna u ħadd iktar.", "U aħna qed ngħidu li għandna nassiguraw li kull imħallef – hu min hu – ikollu ddritt ta' smigħ xieraq, u rraġuni hi li llista taxxhieda għandha tiġi approvata minn din ilKamra.", "Limħallef – hu min hu – ikollu ddritt, jekk jixtieq, li jkun rappreżentat; limħallef – hu min hu – ikollu ddritt li jagħmel mistoqsijiet lil dawk ixxhieda; limħallef – hu min hu – ikollu ddritt li jġib ukoll illista taxxhieda tiegħu; u limħallef – hu min hu – ikollu ddritt li jagħmel largumenti u ssottomissjonijiet kollha tiegħu quddiem din ilKamra.", "Largument tiegħi jkun jekk din ilKamra – għax, flaħħar millaħħar, dan se jkun preċedent – se taċċetta lpreċedent li, għax hemm rikors kostituzzjonali, ilproċeduri quddiem din ilKamra jieqfu; u aħna nafu li, jekk jien aċċettajt largument li jridu jieqfu għax hemm rikors, ikolli naċċetta largument li jieqfu wkoll għax hemm appell, u jkolli naċċetta li jieqfu wkoll għaliex ikun hemm rikors quddiem ilQorti Ewropea. … Le, għax ilpreċedent huwa preċedent.", "MR SPEAKER: Diġà għamiltu largument.", "MARIO DE MARCO: Ifisser li qegħdin ngħidu li dan ilParlament m'għandu lebda dritt li jmexxi fuq proċedura ta' impeachment.", "MR SPEAKER: Naħseb li largumenti kollha ġew eżawriti.", "Jekk hemm xi ħaġa iżjed minn dak li għedna, nagħti lfloor.", "Jidher li m'hawnx qbil.", "LOUIS GRECH: Blistess mod kif qed jgħid preċedent, ikun preċedent ikrah jekk dan ilKumitat u lParlament jiddeċiedu fuq xi ħaġa, ikomplu jmexxu meta lesperti kollha qed jgħidulna li jkun iktar prudenti jekk nistennew għax mhu se nitilfu xejn millproċedura.", "Kulma qed ngħidu li ladarba tinqata' lkawża kostituzzjonali, inkunu f'pożizzjoni iktar b'saħħitha li mmexxu lproċedura.", "LOUIS GRECH: Imbagħad, lanqas irridu ngħidu li nixtiequ noħolqu preċedent differenti.", "Aħna qegħdin hawn biex naraw li dak li huwa ġust bħala proċedura jsir.", "MR SPEAKER: Mela, trid tgħid xi ħaġa oħra dwar ilmozzjoni, Onor. Said?", "Jekk trid titkellem, għidli.", "CHRIS SAID: Dan ilpreċedent huwa ċar, jiġifieri dan ilpreċedent se jkun qed ineħħi lpoter talParlament darba għal dejjem milli jagħmel impeachment ta' kwalunkwe mħallef.", "M'hemmx dubju li hekk se jiġri.", "Kif spjega tajjeb lOnor. de Marco, huwa preċedent perikoluż li qed ineħħi dritt importanti u check importanti li hemm fuq ilġudikatura li joħroġ millKostituzzjoni u joħroġ milliġi, u li b'dan ilpreċedent qed narmuh u qed ngħidu li dan ifisser li millum 'il quddiem, permezz ta' rikors kostituzzjonali, lebda impeachment ma jkun jista' jsir.", "MR SPEAKER: Kollox sew, largument diġà sar.", "Nistgħu nimxu.", "Trid iżżid xi ħaġa, Onor. Carmelo Abela?", "LOUIS GRECH: M'aħniex qed naqblu ma' dan.", "MR SPEAKER: Huwa ċar li m'hawnx qbil fuq ilmozzjoni.", "CARMELO ABELA: Ħadt gost biddikjarazzjonijiet li 'this is not about Farrugia Sacco', u ttama tiegħi hija li jkun hekk.", "Ilpunt dwar iżżmien huwa dan: ilpreċedent ikrah huwa li mill2007 spiċċajna b'mozzjoni li ġiet iddikjarata misSedja li hija nulla, bilkonsegwenzi kollha tagħha, li kienet ippreżentata madwar il-15 ta' Diċembru 2012.", "Dak huwa preċedent ikrah ħafna.", "S'issa, għadna qatt ma smajna dwar ir-raġunijiet ta' dan, imma dak huwa stat ta' fatt ieħor.", "Ilpunt huwa li diġà għamilna pass iktar milli sar qabel għax ilmozzjoni ppreżentata millPrim Ministru attwali daħlet filMotion Book, jiġifieri lproċess diġà nbeda – xi ħaġa li qatt ma saret.", "Jiġifieri, fuq iżżmien żgur ma jistax ikun hemm xi dubju.", "MR SPEAKER: Daħlet filMotion Book dakinhar stess.", "Ma nagħmlux cross-debate.", "CARMELO ABELA: Hija responsabilità kbira minnaħa tagħna, u għalhekk, għax hija responsabilità kbira minnaħa tagħna, ilbuon sens għandu jipprevali.", "Naħseb dak li qed tissuġġerixxi nnaħa talGvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ilpożizzjoni talGvern hija ċara.", "M'hawnx qbil, u allura lmozzjoni dwar ittneħħija għalissa hija in abeyance sakemm ikun hemm leżitu tal-kawża kostituzzjonali.", "Niġi għal item ieħor; nibqgħu fuq rikorsi kostituzzjonali.", "Ninforma lillKamra – u naħseb dan punt interessanti, imma ma dħaltx fiddibattitu – li, wara li tajt irruling filkonfront taxxhud Tancred Tabone quddiem ilKumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, kien hemm xhud ieħor li attakka rruling tiegħi – kif għandu kull dritt – u saret kawża misSur Frank Sammut kontra lOnor.", "Speaker, ċjoè kontrija, u kontra ċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, wara rruling li tajt dwar ilpreżenza tiegħu quddiem ilKumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Irrid ninforma li sSedja qed tipprepara risposta għal dan irrikors kostituzzjonali.", "Hawnhekk irrid ninforma lKamra li lKumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi waqaf biex jara leżitu għaliex saret ilkawża kostituzzjonali.", "Jason Azzopardi, huwa wkoll filkawża, u din hija lpożizzjoni.", "Niġu għall-Kumitat dwar ilPrivileġġi u għallittra tal-Onor.", "Chris Said tas26 ta' Frar.", "Skużani li ma stajtx nirċevieha qabel għax kont imsiefer fuq delegazzjoni ġewwa lGeorgia, imma rajtha lbieraħ.", "Permezz tagħha ġejt mitlub formalment li, bħala lewwel xhud li jrid jinstema' quddiem ilKumitat dwar ilPrivileġġi kontra lKap talOppożizzjoni, għandu jittella' dDirettur Ġenerali talOLAF, Giovanni Kessler.", "Jiena lħaqt rajtha qabel f'gazzetta għax rajtha f'The Times ukoll; imma littra qed naraha issa.", "Nifhem li hemm bżonn tinstab data għall-Kumitat biex, skont lOrdnijiet Permanenti 120(d)(4), 132(4) u talKap.", "113, iħarrek limsemmi xhud.", "Dejjem, kif diġà tkellimna filKumitat dwar ilPrivileġġi, huwa lKumitat li jħarrek, jiġifieri lKumitat jiddiskuti littra.", "Skont ilMinuti, biex ninforma lillMembri talKumitat, u lftehim li kien hemm, huwa li lewwel jixhed ilPrim Ministru u jġib ixxhieda tiegħu.", "Ilverbal tiegħi kien ċar: ladarba lPrim Ministru ma deherx flaħħar laqgħa bix-xhieda, u allura ma kellux iktar xhieda xi jtella', ovvjament salv li lKumitat jiddeċiedi jtella' xhieda oħra, kellu jixhed lKap talOppożizzjoni.", "Dak kien laħħar ftehim li kien hemm quddiem il-Kumitat talKamra.", "Nifhem ukoll li din littra trid tiġi diskussa quddiem ilKumitat dwar ilPrivileġġi.", "Apparti li lftehim huwa li lewwel jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "Dak kien ilftehim talKumitat.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif għedt inti, din littra niddiskutuha filKumitat dwar ilPrivileġġi, jiġifieri mhux se niddiskuti din littra.", "Din littra nieħdu nota tagħha, u niddiskutuha filKumitat dwar ilPrivileġġi.", "Qed nifhem ukoll li, mingħajr ma nidħol filkontenut ta' din littra, fillaqgħa li jmiss talKumitat dwar ilPrivileġġi jrid jixhed ilKap talOppożizjoni.", "MR SPEAKER: Mhux hekk ilftehim?", "Dik hija lproċedura li ġiet stabbilita.", "Nifhem li jixhed hu, u li jista' itella' xi xhieda oħra.", "CHRIS SAID: Aħna qed ngħidu li lewwel xhud talKap talOppożizzjoni huwa Giovanni Kessler.", "CARMELO ABELA: Wara li jixhed hu.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja?", "CHRIS SAID: Meta niġu għallaqgħa, nimxu skont dak li hemm filMinuti.", "CARMELO ABELA: Wara li jixhed hu, Onor. Said?", "MR SPEAKER: Iva, kollox sew, qegħdin niddiskutu xi ħaġa li hemm ftehim dwarha.", "IlMinuti qegħdin ċari għal darba darbtejn.", "Flaħħar laqgħa, ilKap talOppożizzjoni ma xehedx għax kien hemm ilkwestjoni jekk ilPrim Ministru baqagħlux xhieda, u dan ġie verbalizzat b'mod ċar misSedja.", "Iddarba li jmiss – irridu niftehmu data, għax fuq kollox lanqas iddata ma għandna – jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "Dakinhar tiġi diskussa littra li kiteb lOnor.", "Chris Said, għax jidher li lewwel xhud fillista taxxhieda huwa Dr Kessler.", "Jien mhux qed niddiskuti littra.", "Jien qed ninforma lillKumitat dwar littra li rċevejt.", "CHRIS SAID: IlKap talOppożizzjoni għandu dritt itella' ixxhieda li jrid, u lKumitat ma jistax jgħidlu dak ixxhud ma jistax iġibu.", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, kif taf inti, ilKap talOppożizzjoni jrid jinforma lillKumitat dwar ixxhieda li jixtieq itella'.", "Dwar ittaħrik, ilKumitat jiddeċiedi.", "CHRIS SAID: Infurmajt lillKumitat.", "CHRIS SAID: Inti ċChairman talKumitat, għalhekk informajt lilek.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja li lili trid tinforma?", "Imbagħad niddiskutuha filKumitat.", "Miftehmin, m'għandniex problema.", "Jien qed ninforma lKamra li rċevejtha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk irridu niddiskutu jekk għandux dritt jew le jtella' lil min irid, lanqas issa m'aħna se niddiskutuha.", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, forsi ma kontx ċar, u jista' jkun li ġara huwa li l-Georgia kellna tliet sigħat differenza, u mingħalija rqadt tmien sigħat u fil-fatt kulma rqadt ħames sigħat, jiġifieri jista' jkun li għajjien ukoll.", "Ilpunt huwa dan: littra rċevejtha, u ovvjament irrid ninfurmakom b'dan ix-xogħol talKamra.", "Iżda, huwa kompetenza talKumitat dwar ilPrivileġġi li jiddiskuti lkontenut ta' din littra.", "Dawk iddokumenti ikkonfermahomlna malIskrivan, mhux issa.", "Nirreferi għat-talba biex nqabbdu espert jew esperti biex jitħejja l-materjal talistorja għall-wirja dwar ilParlament Malti.", "Onor. Carmelo Abela u Onor. David Agius … ma nafx jekk għandkomx proposti kif tlabtkom fl-aħħar laqgħa.", "Jekk m'għandkomx ilproposti llum … to be fair m'hawnx lOnor.", "David Agius, u nixtieq li jkun hawn hu wkoll peress li kien hu l-aktar involut.", "Jekk m'hawnx iktar kummenti, nista' nagħlaq illaqgħa.", "Nirringrazzjakom.", "Fil-11.39 a.m., il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014, fis-6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140228_016d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-10.40 a.m.", "L-iSpeaker, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali l-Onor.", "Kien preżenti wkoll l-Onor.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 15 li saret fid-19 ta' Frar 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "Fis-seduta tal-Erbgħa, 5 ta' Marzu 2014 kellha tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 26 – Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi;", "Fis-seduti tat-Tnejn u t-Tlieta, 10 u 11 ta' Marzu tkompli d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) – Abbozz Nru 24 – Tieni Qari – Prim Ministru, u tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ – Abbozz Nru 39 – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja;", "Fis-seduta tal-Erbgħa, 12 ta' Marzu tkompli u possibbilment tagħlaq id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 26 – Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Huwa informa lill-Kumitat li s-segwenti Abbozzi ta' Liġi kienu se jingħataw prijorità mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali – Abbozz Nru 34 - Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Abbozz Nru 31 – Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz Nru 18 – Onor. Claudette Buttigieg;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5) – Abbozz Nru 25 - Onor Jason Azzopardi.", "Kien jonqos biss klawsola waħda għall-konklużjoni tad-diskussjoni fuq dan l-Abbozz li bi ftehim fl-istess Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien qed jipprepara emenda dwarha.", "Fuq il-punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat fejn għamel referenza għal inċident li nqala' waqt laqgħa tal-Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi ta' nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar 2014, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara li kien talab il-kjarifiki neċessarji, u wara d-dikjarazzjoni magħmula mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, huwa kien qed iqis il-każ bħala magħluq.", "Kopja ta' din id-dikjarazzjoni ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kumitat", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF CARMELO FARRUGIA SACCO", "L-iSpeaker irrefera għal u qara ittra datata 27 ta' Frar 2014 li kien irċeva mingħand l-avukati tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco li kienet tagħmel referenza għal rikors kostituzzjonali nru 16 tal-2014.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech informa lill-Kumitat li n-naħa tal-Gvern kienet għaddiet lin-naħa tal-Oppożizzjoni abbozz tal-proċedura li kien qed jiġi propost li tiġi segwita fil-mozzjoni dwar it-tneħħija tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "L-Onor.", "Grech informa wkoll lill-Kumitat li l-pożizzjoni tal-Gvern kienet li fid-dawl tar-rikors kostituzzjonali ppreżentat mill-Imħallef Farrugia Sacco, id-dibattitu fuq il-mozzjoni dwar it-tneħħija tal-istess Imħallef m'għandux jibda qabel ma jkun hemm l-eżitu tal-kawża kostituzzjonali.", "Fuq talba tal-iSpeaker, kopja tal-abbozz ta' proċedura li rrefera għaliha d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, ngħatat lill-Iskrivan tal-Kamra.", "L-Onor.", "Mario de Marco ddikjara li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet li l-Parlament jista' jipproċedi anke meta hemm rikors kostituzzjonali pendenti.", "Wara dibattitu fil-Kumitat li fih ħadu sehem il-membri kollha preżenti, l-iSpeaker iddikjara li ladarba ma kienx hemm qbil fil-pożizzjonijiet meħuda miż-żewġ naħat u ladarba l-pożizzjoni tal-Gvern kienet dik dikjarata, il-mozzjoni dwar it-tneħħija tal-Imħallef Farrugia Sacco, proposta mill-Prim Ministru, kienet se tibqa' in abeyance sakemm ikun hemm l-eżitu tar-rikors kostituzzjonali.", "XOGĦOL IEĦOR", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara r-ruling mogħti mis-Sedja fit-3 ta' Frar 2014 rigward ix-xhieda tas-Sur Tancred Tabone quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, xhud ieħor, is-Sur Frank Sammut, kien ippreżenta rikors kostituzzjonali kontra l-iSpeaker u kontra ċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "L-iSpeaker informa wkoll lill-Kumitat li s-Sedja kienet qed tħejji risposta għal dan ir-rikors kostituzzjonali.", "L-iSpeaker irrefera għal ittra mibgħuta lilu mill-Onor.", "Chris Said fis-26 ta' Frar 2014, li fiha saret talba formali sabiex l-ewwel xhud li jisma' l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi li kien qed jittratta l-każ ta' prima facie ksur ta' privileġġ fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni, ikun id-direttur ġenerali tal-OLAF, Giovanni Kessler.", "L-iSpeaker iddikjara li l-materja kellha tiġi diskussa mill-Kumitat dwar il-Privileġġi fid-dawl tal-ftehim milħuq fl-istess Kumitat.", "Rigward il-punt imqajjem fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra dwar korrispondenza mibgħuta minn Network Publications Ltd datata 17 ta' Frar 2014 fejn kienet qed tintalab l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-espert li għandu jitqabbad biex iħejji l-materjal għall-esibizzjoni dwar l-istorja parlamentari u kostituzzjonali, u t-talba li kienet saret lill-Membri sabiex fil-laqgħa li jmiss iressqu l-proposti tagħhom, l-iSpeaker ippropona li fl-assenza tal-Onor.", "David Agius, dan għandu jsir fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.", "Fil-11.39 a.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014, fis-6.45 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140228_016m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 17", "It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 18", "It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.56 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 16, li saret fit-28 ta' Frar 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Peress li l-Kap tal-Kamra mhux hawn, nistieden lill-Onor.", "Carmelo Abela biex jaġġorna lill-Kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra.", "CARMELO ABELA: Sur President, nibda b'din il-ġimgħa.", "Illum, għandna l-winding up tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien); imbagħad, inkomplu niddiskutu l-Miżuri tal-Estimi.", "Huwa maħsub li dan id-dibattitu jiġi konkluż għada, meta possibbilment ikollna l-votazzjoni wkoll.", "Il-ġimgħa d-dieħla, se jkollna żewġ seduti biss peress li l-Erbgħa, 19 ta' Marzu, hija festa pubblika.", "Il-ħsieb tal-Gvern huwa li nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, flimkien ma' diversi liġijiet dwar l-elezzjoni.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi diġà ġie ppubblikat, u l-ħsieb huwa li nibdewh nhar it-Tnejn u, jekk ikollna bosta kelliema, inkompluh it-Tlieta.", "Fil-każ li t-Tnejn jiġi konkluż, però, it-Tlieta nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ.", "Jiġifieri x-xogħol għal-ġimgħa d-dieħla huwa li t-Tnejn, 17 ta' Marzu, nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u diversi liġijiet dwar l-elezzjoni u, jekk ma jitlestiex it-Tnejn, inkompluh it-Tlieta.", "Jekk it-Tlieta jitlesta, imbagħad nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ.", "L-Erbgħa mbagħad hija festa pubblika, u allura ma nagħmlux seduta.", "MR SPEAKER: Mela, hekk koprejna għada u l-ġimgħa d-dieħla.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Imbagħad, il-ġimgħa ta' wara. il-Gvern qed jikkonsidra li t-Tnejn, 24 ta' Marzu, jekk ma nkunux lestejna ż-żewġ Abbozzi ta' Liġi li semmejt, allura nkomplu fuqhom; iżda, jekk ikunu tlestew, nibdew iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi marbuta mal-Vot 16.", "Qed nirreferi għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Naf li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi finanzjarji u r-rapport annwali tal-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), u allura nistgħu nikkonsidraw li s-seduta tal-Erbgħa, 26 ta' Marzu, niddedikawha għall-OHSA.", "Dik tkun seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat.", "Jekk ikun hemm talba għal vot, kif normalment ikun hemm, allura jittieħed dakinhar stess.", "Sur President, issa bil-permess tal-Kumitat u bil-permess tiegħek, nixtieq inkompli fuq il-ħatra tal-President.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, peress li elenkajt ix-xogħol tal-Kamra għal tliet ġimgħat, qabel ma tkompli ...", "DAVID AGIUS: Ħu paċenzja bija; wara t-18 ta' Marzu x'se jkollna?", "CARMELO ABELA: L-Erbgħa, 19 ta' Marzu, hija festa pubblika.", "Imbagħad, it-Tnejn, 24 ta' Marzu, jekk ma jkunux lesti l-liġijiet l-oħrajn, inkomplu lilhom u, jekk ikunu lesti, nistgħu nibdew iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi marbuta mal-Vot 16, jiġfieri l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "DAVID AGIUS: Mela dawk it-Tnejn u t-Tlieta.", "CARMELO ABELA: Dan skont kemm ikun hemm kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "CARMELO ABELA: Imbagħad, l-Erbgħa, 26 ta' Marzu, peress li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi finanzjarji u r-rapport annwali tal-OHSA, nistgħu nagħmlu lilhom.", "Ovvjament, dejjem jekk ma jkunx hemm diffikultà fuq il-kelliema, fis-sens li forsi l-kelliem ewlieni min-naħa tal-Oppożizzjoni ma jkunx jista'.", "Però, b'mod ġenerali, dak huwa l-ħsieb tagħna.", "Għandkom data għat-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili?", "CARMELO ABELA: Le, għad m'hemmx data.", "DAVID AGIUS: U hemm data għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali?", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb huwa li dak irressquh għada għat-Tielet Qari.", "Dak hemm qbil fuqu.", "Ma jidhirlix li kien hemm problemi fuqu, la fit-Tieni Qari u lanqas fl-istadju ta' Kumitat.", "CARMELO ABELA: Jien ikkonfermajt mas-Segretarja tal-Kumitat li l-emendi huma lesti, u l-Abbozz ta' Liġi jista' jmur għat-Tielet Qari.", "Għaldaqstant, se jkun l-ewwel item fuq l-aġenda ta' għada.", "DAVID AGIUS: Rigward l-oħra għad m'għandniex data?", "CARMELO ABELA: Rigward l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili le, għad m'hemmx data.", "Jekk hemm xi mistoqsijiet, nagħmluhom issa, forsi nagħmlu daqsxejn progress.", "DAVID AGIUS: L-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, li kienet ressqet l-Onor.", "Claudette Buttigieg, mhux se jkun lest għada?", "CARMELO ABELA: Kif anke spjegajt l-aħħar darba, l-Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Onor.", "Jason Azzopardi jidher li wasalna għall-konklużjoni tiegħu.", "Kien hemm xi emendi li wieħed ried jarahom, anke mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, però infurmat li għada se jiġi konkluż.", "Minħabba kwestjoni ta' infringement tal-Unjoni Ewropea, qed nagħtu prijorità lill-Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, u dan se jiġi dibattut għada.", "Iżda kif jitlesta, nibdew l-Abbozz ta' Liġi li ressqet l-Onor.", "DAVID AGIUS: Imbagħad, ovvjament niftehmu meta jitressaq għall-vot finali tiegħu, hux hekk?", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "U, minħabba li hija emenda kostituzzjonali, il-vot finali nistgħu ninkorporawh fis-seduta li tkun iddedikata għall-OHSA.", "B'hekk, il-mira tagħna tkun li jitlesta biex, fis-26 ta' Marzu, imbagħad jittieħed il-vot finali.", "Ovvjament, dejjem jekk ikun hemm qbil li jsir hekk.", "ĦATRA TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-ħatra tal-President tar-Repubblika.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, diġà huwa magħruf li l-Ġimgħa, 4 ta' April 2014, se ssir iċ-ċerimonja tal-ħatra u jittieħed il-ġurament tal-President tar-Repubblika.", "Dik hija xi ħaġa li hija marbuta li ssir bil-Kostituzzjoni ta' Malta, minħabba t-termini ta' ħames snin, eċċ. Naturalment, qabel irid isir dibattitu fuq żewġ mozzjonijiet – il-mozzjoni ta' ringrazzjament lill-President attwali, u l-mozzjoni dwar il-ħatra tal-President il-ġdid.", "Il-Gvern qed jipproni li d-diskussjoni fuq dawn iż-żewġ mozzjonijiet issir it-Tlieta, 1 ta' April.", "Jien rajt x'ġara ħames snin ilu u għaxar snin ilu, u normalment ikunu l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni li jitkellmu fuq dawn iż-żewġ mozzjonijiet.", "Ovvjament, m'hemm xejn bil-miktub, u mhux bilfors isir hekk; imma dejjem hekk sar.", "Il-Ministru Marie Louise Coleiro Preca tixtieq li l-aħħar diskors tagħha fil-Parlament qabel ma tirriżenja tagħmlu t-Tlieta wkoll, jiġifieri fl-istess ġurnata li jitressqu l-mozzjonijiet.", "Ħa nagħmilha ċara: il-Ministru mhux se tieħu sehem fid-dibattitu dwar l-ebda mozzjoni, aktar u aktar dik tal-ħatra tagħha, u lanqas mhi se tkun fil-Kamra waqt il-vot.", "Naf li l-Oppożizzjoni ħarġu stqarrija, u jidher li se jappoġġjawha, u allura mhux se jkun hemm divisions.", "Però, xorta mhux se tkun fil-Kamra meta l-iSpeaker ipoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni.", "Hi xtaqet biss li, wara li jiġu diskussi u jittieħdu l-voti fuq dawn iż-żewġ mozzjonijiet, tagħmel l-aħħar intervent tagħha fil-Kamra bħala Membru Parlamentari u Ministru, u mbagħad tirriżenja ...", "Li nistgħu nagħmlu huwa li fis-seduta tal-1 ta' April nibdew bl-intervent tagħha, imbagħad ngħaddu għall-mozzjonijiet.", "MR SPEAKER: Ejja nimxu kemm jista' jkun mal-proċedura stabbilita.", "CARMELO ABELA: L-issue hija li ġimgħa qabel se tkun imsiefra fuq xogħol.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Hemm diffikultà!", "Jien nipproponi li fl-1 ta' April tagħmel id-diskors tagħha, u mbagħad … (Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Id-diffikultà hjia li l-Prim Ministru se jkun imsiefer.", "DAVID AGIUS: Fit-2 ta' April?", "DAVID AGIUS: U t-Tnejn hi mhix se tkun hawn?", "CARMELO ABELA: It-Tnejn hija festa, il-31 ta' Marzu.", "CARMELO ABELA: U l-ġimgħa ta' qabel se tkun imsiefra fuq xogħol għal ġimgħa sħiħa.", "Għandha żewġ delegazzjonijiet, u mhux se tkun hawn lanqas għal xi seduta minnhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma tistax tagħmel id-diskors tagħha, tagħti l-ittra tar-riżenja, u nagħmlu l-mozzjonijiet, kollox fl-istess seduta?", "Għax hekk, xħin tkun qed tagħmel id-diskors, ir-riżenja tagħha ma tkunx għadha ġiet approvata.", "DAVID AGIUS: Naħseb li jkollna nagħmlu seduta differenti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għaliex imma?", "DAVID AGIUS: Għaliex inti ma tistax tapprova … (Interruzzjonijiet) … Jew filgħodu tibdieha, tieqaf, u nibdew oħra ...", "MR SPEAKER: Mela l-proposta hija li, fis-seduta tal-1 ta' April, wara l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca tagħmel l-aħħar diskors tagħha fil-Parlament.", "Kif tlesti, tippreżenta l-ittra ta' riżenja lis-Sedja, u mbagħad toħroġ mill-Kamra, għax ovvjament minn dak il-ħin hi tkun irriżenjat minn membru parlamentari.", "Dan kollu jiġi minuted u jitniżżel fit-traskrizzjoni b'kollox li rriżenjat mill-Parlament.", "DAVID AGIUS: Jekk ikun hemm xi diffikultà, kemm inwaqqfu s-seduta, nistennew ħames minuti, u nibdew oħra.", "MR SPEAKER: Mhux għalhekk għedtlek li tista' ssir!", "Jiġifieri jekk il-kwestjoni hija ta' sospensjoni, hemm rimedju, mhux problema.", "Imbagħad, l-ewwel li tiġi diskussa hija l-mozzjoni ta' ringrazzjament lill-President attwali qabel ma jittermina l-kariga tiegħu, issir il-votazzjoni fuq dik il-mozzjoni, tiġi ppreżentata l-mozzjoni għan-nomina tal-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca bħala President tar-Repubblika, u din tiġi diskussa mill-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Nifhem li se nżommu mal-prassi li jitkellmu l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "S'issa dejjem hekk sar.", "DAVID AGIUS: Irrid niċċekkja.", "Nagħti risposta filgħodu fuq dan.", "Araw bejnietkom u ddeċiedu intkom bejnietkom.", "Imbagħad wara ssir il-votazzjoni.", "DAVID AGIUS: Sur President, naħseb li dik is-seduta, tkunx l-ewwel jew it-tieni, jiġifieri titkellimx l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca u tieqaf, u mbagħad nibdew oħra, din dejjem għandha tkun iddedikata biss għal din l-okkażjoni.", "Imbagħad, il-Kamra taġġorna.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Fil-fatt, Onor. Agius, jien rajt x'sar f'okkażjonijiet preċedenti u nista' ngħid li dejjem hekk sar; ġew diskussi ż-żewġ mozzjonijiet u l-Kamra aġġornat.", "Fl-aħħar okkażjoni kien hemm l-Onor.", "CARMELO ABELA: Dan ifisser li l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx?", "MR SPEAKER: Le ma jitteħidx.", "Imbagħad, il-Kamra taġġorna għall-4 ta' April.", "CARMELO ABELA: Le, għat-2 ta' April, meta jkollna seduta normali.", "Dakinhar, imbagħad, naġġornaw għall-4 ta' April u tkun is-seduta tal-ħatra uffiċjali.", "MR SPEAKER: Iva, fejn jingħata l-ġurament u tinqara l-Proklama.", "DAVID AGIUS: Il-Ġimgħa, 4 ta' April, iċ-ċerimonja tal-ħatra se tkun filgħaxija jew filgħodu?", "CARMELO ABELA: Ħames snin ilu saret f'nofsinhar; però, għad m'hemm xejn deċiż s'issa.", "Jiġifieri, rigward il-ħin eżatt m'hemmx ftehim.", "DAVID AGIUS: Imma l-Ġimgħa qed ngħidu, hux hekk?", "Probabbli se tkun bħalma sar ħames snin ilu, jew qrib.", "DAVID AGIUS: Dakinhar kien is-Sibt.", "CARMELO ABELA: Iva, kien is-Sibt filgħodu; imma s'issa m'għandix aktar informazzjoni.", "MR SPEAKER: Nofs siegħa kollox.", "M'għandniex indumu aktar minn nofs siegħa.", "Nistgħu nimxu?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Dakinhar se jkollna l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari wkoll, jew se nibdew mill-ewwel bid-diskors tal-Onor.", "CARMELO ABELA: Fl-1 ta' April, mis-6.00 p.m. sas-6.30 p.m., ikollna l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari; fis-6.30 p.m., il-Ministru Coleiro Preca tagħmel l-aħħar diskors tagħha, tagħti l-ittra ta' riżenja li tinqara mill-iSpeaker u jiġi ddikjarat li minn dak il-ħin il-post tagħha ġie vvakat.", "Hi toħroġ mill-Kamra, issir diskussjoni fuq l-ewwel mozzjoni, u mbagħad diskussjoni fuq it-tieni mozzjoni.", "Wara, l-iSpeaker isejjaħ vot, u l-Kamra tiġi aġġornata għat-2 ta' April.", "MR SPEAKER: Tajjeb hekk?", "Nistgħu nimxu għall-Aġenda?", "AFFARIJIET OĦRA", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nitkellem dwar issue li qamet fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: Se tmur fil-Plenarja din it-talba għal diskussjoni, jew se tieqaf fil-Kumitat?", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, jien konxju tat-talba li għamel l-Onor.", "It-tieni, ir-remit tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ma jippermettix tali diskussjoni: però, min-naħa tal-Gvern, m'hemm l-ebda oġġezzjoni li jsir dibattitu fil-Plenarja fuq il-proġett inkwestjoni.", "L-importanti li d-dibattitu jsir qabel ma l-MEPA tiddeċiedi fuq il-proġett partikolari.", "Issa, jekk jien infurmat tajjeb, il-MEPA se tiddeċiedi fl-24 ta' Marzu.", "Jiġifieri, id-dibattitu jrid isir qabel l-24 ta' Marzu.", "Għaldaqstant, nallokaw seduta għal dan il-għan, u l-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, u ma jkunx hemm vot, kif anke ġara fil-passat.", "DAVID AGIUS: Sa fejn naf jien, it-talba tal-Oppożizzjoni kienet li ssir diskussjoni u jkunu mistednin ċerti nies biex jieħdu sehem fid-diskussjoni huma wkoll.", "Dan huwa fir-remit tal-Kumitat.", "DAVID AGIUS: Għaliex?", "CARMELO ABELA: Jekk tara l-Att li waqqaf il-Kumitat innifsu … Qatt ma sar hekk.", "CARMELO ABELA: Le, mhuwiex fir-remit ta' dan il-Kumitat li jsir dan it-tip ta' dibattitu fuq proġett li għadu mhux approvat.", "Lanqas fuq proġett li kien approvat ma kien sar.", "Assolutament mhuwiex fir-remit tiegħu.", "DAVID AGIUS: Minn fejn toħroġ li mhux fir-remit tiegħu?", "Jien rajtu l-Att, u għandi fil-laptop tiegħi wkoll.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk qed jgħid li toħroġ mil-liġi, allura naraw il-liġi.", "DAVID AGIUS: Jekk id-dibattitu jsir fil-Kamra, jkollna d-diffikultà li ma nkunux nistgħu ntellgħu n-nies biex jitkellmu dwar dak is-suġġett.", "Għalhekk għandu jsir fil-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Le, meta fil-Leġiżlatura li għaddiet tlabna li jsir dibattitu, sar fil-Kamra kollha.", "DAVID AGIUS: Imma aħna mhux dibattitu qed nitolbu!", "Aħna qed nitolbu diskussjoni b'nies esperti fuq is-suġġett.", "CARMELO ABELA: Imma din it-tip ta' diskussjoni qed issir diġà.", "Hemm hearings pubbliċi, hemm il-kors normali tal-MEPA, eċċ.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri qed ngħidu li l-Parlament m'għandux jiddibattiha din?", "Anzi qed ngħidu li se nallokaw seduta għaliha.", "DAVID AGIUS: Imma mhux dak li trid l-Oppożizzjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Jekk trid li l-Parlament jiddibattiha, mhux il-Membri Parlamentari jridu jiddibattu?!", "MR SPEAKER: Kollox sew, l-Oppożizzjoni trid li fid-dibattitu jieħdu sehem l-esperti.", "CARMELO ABELA: Diġà qed isir.", "DAVID AGIUS: Fejn qed isir?", "Fil-Parlament?", "CARMELO ABELA: Biex il-Parlament jiddibatti, jridu jkunu l-Membri Parlamentari li jiddibattu!", "DAVID AGIUS: U jistgħu jtellgħu l-esperti.", "CARMELO ABELA: Fil-postijiet fejn hemm l-esperti, diġà qed isir dan.", "DAVID AGIUS: F'kull kumitat jistgħu jitilgħu l-esperti.", "Jiġifieri, issa bħala Gvern qed tgħidu li ma tridux li f'dan il-Kumitat jitilgħu l-esperti?", "CARMELO ABELA: Le, mhux qed ngħid hekk.", "Jien qed ngħid li l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp mhuwiex fir-remit tiegħu li jiddiskuti tali proġett.", "Dan joħroġ mill-Att li jwaqqaf il-Kumitat innifsu.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, nistgħu narawha?", "CARMELO ABELA: Sur President, jekk l-Oppożizzjoni ma tridx tiddibatti fil-Kamra, m'għandniex problema.", "DAVID AGIUS: L-Oppożizzjoni trid li jsir dibattitu fil-Kumitat, ikun hemm l-esperti, u d-Deputati jkunu jistgħu jistaqsuhom.", "MR SPEAKER: Mela l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hija li d-dibattitu jsir fil-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Bir-remit tal-Kumitat dan ma jistax isir!", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni tal-Gvern hija ċara, jiġifieri li d-dibattitu jsir fil-Plenarja.", "Issa hawnhekk għandna l-liġi li twaqqaf dan il-Kumitat.", "Ejja naraw ir-remit tal-Kumitat.", "Trid naqrahomlok, Onor. Agius, jew trid tagħtihom daqqa t'għajn?", "Arahom daqsxejn ħalli ma noqogħdux naqrawhom u nirrepetu.", "DAVID AGIUS: Sur President, il-paragrafu (c) tas-subartikolu (2) tal-artikolu 34 jgħid hekk:", "Issa aħna għandna rapport, u allura dan jista' jiġi diskuss ġo dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, dan il-paragrafu jkompli jgħid hekk:", "CARMELO ABELA: Iva, imma \"plan or policy\" marbutin mal-MEPA u mhux ma' proġett!", "Dan huwa proġett, u mhux pjan jew policy!", "DAVID AGIUS: Mhux l-istess ħaġa, plan or policy?", "CARMELO ABELA: Le, mhux l-istess ħaġa!", "DAVID AGIUS: Mela l-MEPA tagħmel il-policy?!", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-Onor.", "Callus jista' jgħidilna li mhux l-istess ħaġa!", "U l-pjan jew il-policy iridu jkunu fuq issues marbuta mal-MEPA, u mhux fuq proġett.", "Imkien ma tissemma l-kelma proġett.", "Mill-paragrafu (c) joħroġ li dan il-plan or policy li se jkun hemm rigward power station importanti f'pajjiżna għandu jiġi diskuss f'dan il-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Sur President, aħna qed naddottaw l-istess proċedura li ntużat fil-leġiżlatura li għaddiet: anzi, qed immorru oltre.", "Fil-leġiżlatura li għaddiet, l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet talbet li jsir dibattitu fuq l-estensjoni tal-Power Station tal-BWSC u kellha tirrikorri għall-Ordni Permanenti 13, għax il-Gvern ta' dak iż-żmien ma kienx aċċetta.", "U d-dibattitu kien sar għax l-iSpeaker ta' dak iż-żmien kien ta raġun lill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex isir tali dibattitu.", "Issa aħna qed nimxu fuq l-istess stil ta' diskussjoni.", "Anzi, aħna qed immorru oltre minn hekk għax qed ngħidu li dan id-dibattitu għandu jsir mill-ewwel!", "Però, dan mhux fir-remit tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "DAVID AGIUS: Ma kienx fir-remit tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li jmorru esperti, jew inkella nies mis-soċjetà ċivili, u jagħtu l-opinjoni tagħhom, imma aħna xorta qbilna!", "Għax aħna m'għandniex problema!", "Intkom għandkom problema!", "CARMELO ABELA: Qbilna bl-istess mod li qbilna fuq tal-Guardianship!", "DAVID AGIUS: Imma qed tibżgħu, jew għandkom xi diffikultà li din niddiskutuha?", "CARMELO ABELA: Lanqas xejn!", "CARMELO ABELA: Ma hemm l-ebda biża'!", "DAVID AGIUS: Mela għalfejn mhux qed taqblu?", "CARMELO ABELA: M'hemmx bżonn li noħolqu l-preċedent ...", "DAVID AGIUS: Il-bżonn narawh aħna, x'affarijiet dawn!", "CARMELO ABELA: Jien qed ngħid il-bżonn min-naħa tal-Gvern.", "Qed nitkellem għalina jien!", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, ma taqblux li jiġu l-esperti f'dan il-Kumitat u jiddiskutu dan?!", "CARMELO ABELA: Aħna naqblu li jsir dibattitu fil-Plenarja.", "Jekk l-Oppożizzjoni ma tridx li jsir, ma jimpurtax, ma jsirx.", "DAVID AGIUS: Le, aħna rridu kollox!", "Nistgħu nagħmluh dak id-dibattitu, imma għalfejn qed teskludi lill-Oppożizzjoni milli tiddibatti skont kif inhu mniżżel fl-Ordnijiet Permanenti?", "CARMELO ABELA: Dak mhux Ordni Permanenti!", "CARMELO ABELA: Le, dak huwa l-Att li jwaqqaf il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "DAVID AGIUS: Dawn mhux l-Ordnijiet Permanenti?", "CARMELO ABELA: Le, dik hija l-liġi.", "DAVID AGIUS: Terġa'!", "Aktar u aktar la mil-liġi!", "CARMELO ABELA: Il-liġi ma titkellimx fuq proġetti.", "Qatt ma sar hekk, u m'għandux isir hekk.", "MR SPEAKER: M'hawnx qbil!", "Il-Gvern qed jgħid li għandu jsir fil-Plenarja, u l-Oppożizzjoni qiegħda tinsisti li jkun hemm … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jekk qed naqblu li jistgħu jitkellmu l-esperti, m'għandniex diffikultà li jsir fil-Plenarja.", "CARMELO ABELA: Aħna d-dibattitu rriduh għall-Membri Parlamentari.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri qed teskludi li jiġu l-esperti u jitkellmu?", "CARMELO ABELA: L-esperti għandhom kull post ieħor fejn jitkellmu.", "DAVID AGIUS: Ġol-Parlament aħna qed ngħidu!", "Id-Deputati jridu jistaqsu lill-esperti!", "Għalfejn mhux qed tħalluhom jagħmlu dan?", "CARMELO ABELA: Għalfejn il-Parlament għandu jirrepeti proċess li diġà qed isir mill-MEPA?", "Dan huwa proċess li qed isir mill-MEPA fejn l-esperti qed jitkellmu!", "Fuq il-media rajna lil kulħadd jitkellem.", "Ħadd mhu qed iżomm ħalq ħadd!", "DAVID AGIUS: M'għandux x'jaqsam!", "Il-Parlament huwa awtonomu minn kull ħaġa li ssir fil-pajjiż!", "MR SPEAKER: Jien għandi t-traskrizzjoni tal-laqgħa li nżammet fis-26 ta' Frar, fejn kien hemm dan id-diżgwid, u għalhekk din il-kwestjoni ġiet quddiem il-House Business Committee.", "F'din il-laqgħa, iċ-Chairperson qalet hekk:", "\"Iva, din it-talba tista' titressaq quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Madanakollu, aħna xorta qed nistennew li l-Onor.", "Konrad Mizzi jiġi jagħmlilna l-preżentazzjoni fil-ħin, anke fil-preżenza tal-NGOs u tal-pubbliku.\"", "Qed naqra minn paġna 12 tal-estratt tal-laqgħa tas-26 ta' Frar 2014.", "Imbagħad, l-Onor.", "\"Grazzi, Madam Chair.", "Din in-naħa tal-Kamra ma ssib l-ebda diffikultà li jkun hemm diskussjoni fil-Plenarja.", "Però, dan il-Kumitat kien diġà qabel b'mod unanimu li l-ewwel nett ikun hawn preżentazzjoni, u wara ssir diskussjoni fejn fiha jkunu jistgħu jsiru mistoqsijiet lill-esperti li fformulaw l-istudji dwar l-impatt ambjentali, b'mod li jkun hemm interattività kemm jista' jkun.\"", "Imbagħad iċ-Chairperson qalet hekk:", "Din hija l-pożizzjoni tal-Kumitat.", "Qed inqajjimha ħalli nippruvaw nifhmu l-affarijiet.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien naf li kien hemm korrispondenza – naħseb il-kollega tiegħi raha wkoll – u l-Ministru wieġeb li minkejja li, mhux fir-remit tal-Kumitat, m'hemm l-ebda oġġezzjoni li ssir preżentazzjoni.", "Wara rriżulta li mhux preżentazzjoni kienet qed tintalab, iżda tnejn jew tliet seduti biex jiġi ddibattut u diskuss il-proġett, meta dan il-proċess qed isir mill-awtorità kompetenti.", "Mhuwiex il-Parlament li joħroġ il-permessi, imma l-awtorità kompetenti!", "Il-proċess ta' konsultazzjoni u diskussjoni qed isir mill-MEPA, u l-esperti għandhom iċ-ċans jgħidu tagħhom.", "Il-MEPA hija l-awtorità mwaqqfa b'liġi biex tagħmel dan it-tip ta' diskussjonijiet.", "Sakemm issir preżentazzjoni lill-Kumitat fejn il-membri tal-Kumitat jistgħu jistaqsu, m'hemm l-ebda oġġezzjoni, minkejja li mhux fir-remit tal-Kumitat.", "Madanakollu, aħna qed immorru pass oltre u qed ngħidu li aħna lesti li nagħmlu seduta fil-Plenarja, bil-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat, qabel ma l-MEPA tiddeċiedi fl-24 ta' Marzu.", "Ma nafx jekk dan hux aċċettabbli għall-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq proġett importanti ħafna, u li huwa ta' natura nazzjonali.", "Dan mhux permess kwalunkwe; dan huwa permess importanti ħafna.", "Jiġifieri, rridu nifhmu fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qal li dan huwa proċess li qiegħda tagħmlu l-MEPA; iżda, filwaqt li huwa veru li saru laqgħat ta' konsultazzjoni pubblika fir-rigward tal-Environmental Impact Assessment (EIA), ftit tal-jiem ilu ħareġ rapport ieħor tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, u m'hemmx laqgħa oħra pubblika fejn jista' jiġi diskuss bil-kontribut tal-esperti ħlief dakinhar li se jiġi deċiż il-permess.", "Dan huwa rapport importanti ħafna.", "Għaldaqstant, naħseb li l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għandu jkollu dritt li jistaqsi qabel ma tittieħed deċiżjoni.", "Aktar minn hekk, qed nagħti raġuni għalfejn dan il-Kumitat għandu jkollu dritt li jagħmel mistoqsijiet mhux biss lill-politiku – għax ir-rapport mhux il-politiku kitbu – imma lill-esperti.", "Sur President, f'dak li qrajt inti hemm miktub iswed fuq l-abjad li kien hemm qbil fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Allura, kif issa niġu fil-House Business Committee u ngħidu li dak il-qbil – dan huwa mniżżel fil-Minuti wkoll – m'għandux jiġi rispettat?", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "\"Il-Kumitat kien diġà qabel b'mod unanimu li l-ewwel nett ikun hawn preżentazzjoni ...\"", "– Onor. Abela, tista' ssir preżentazzjoni! –", "\"… u wara ssir diskussjoni fejn fiha jkunu jistgħu jsiru mistoqsijiet lill-esperti.\"", "Mela allura, il-mistoqsijiet isiru lill-esperti mhux lill-politiku!", "U ċ-Chairperson, l-Onor.", "Marlene Pullicino, li hija membru tal-Gvern, irrispondiet hekk:", "\"Fuq dak qbilna ...\"", "Imbagħad, l-Onor.", "\"Jekk ikunx hemm ukoll diskussjoni fil-Plenarja ...\"", "– u allura mhux biss diskussjoni fil-Plenarja, imma diskussjoni fil-Plenarja flimkien ma' diskussjoni fil-Kumitat –", "\"… mhuwiex dan il-Kumitat li jrid jiddeċiedi dan, imma trid tiġi deċiża f'istanza oħra.\"", "Iċ-Chairperson terġa' tgħid:", "\"Eżatt.", "Jien m'iniex membru ta' dan il-Kumitat, però ma nistax nifhem kif dan il-qbil bejn iż-żewġ naħat m'għandux jiġi rispettat.", "MR SPEAKER: Onor. Callus, dawk diġà ċċitajthom jien, imma l-pożizzjoni tal-Gvern illum hija li d-diskussjoni ssir fil-Plenarja.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel nett, proċess tal-MEPA huwa proċess tal-MEPA.", "Jekk il-MEPA qed tħoss li hemm bżonn li ssir xi laqgħa pubblika, bħalma qal l-Onor.", "Callus, allura nitolbu jagħmel din it-talba lill-MEPA, li hija l-Awtorità mwaqqfa bil-liġi biex tiddiskuti dan it-tip ta' proġetti.", "Veru, dan huwa proġett ta' importanza nazzjonali; però, daqstant ieħor kien proġett ta' importanza nazzjonali l-proġett tal-estensjoni tal-BWSC.", "Jiġifieri, din mhix xi ħaġa li qed issir l-ewwel darba!", "L-estensjoni tal-Power Station tal-BWSC kienet ġiet diskussa fil-Plenarja għax mhux ir-remit tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li jiddiskutiha, u kien hemm ukoll il-proċess tal-MEPA.", "Ir-remit tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp joħroġ mil-liġi u, kif għedt, mhuwiex fir-remit tiegħu li jiddiskuti proġett, importanti kemm huwa importanti.", "Il-liġi mhux jien għamiltha!", "Fil-Kumitat kien hemm qbil li ssir preżentazzjoni; però wara, l-Onor.", "Pullicino ried li mhux biss ikun hemm preżentazzjoni, imma li jkun hemm ukoll dibattitu ta' tnejn jew tliet laqgħat oħra.", "Il-Ministru qabel li jkun hemm preżentazzjoni, anke jekk dan imur oltre r-remit tal-Kumitat.", "Jiġifieri, hemmhekk diġà aċċettajna li mmorru oltre mir-remit tal-Kumitat biex issir preżentazzjoni.", "Qbilna wkoll li l-Membri u min ikun preżenti jkun jista' jistaqsi; imma, li nagħmlu dibattitu ta' tnejn jew tliet laqgħat biex naraw jekk għandux joħroġ il-permess jew le naħseb li mhuwiex fir-remit tal-Kumitat.", "Għalhekk, il-proposta tal-Gvern hi li nagħmlu dibatittu biex il-Membri jkunu jistgħu jitkellmu, kif sar fil-leġiżlatura li għaddiet wara li issue ġiet imqajma mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, dan huwa kompletament il-kontra ta' dak li qalet iċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat, li hija membru tal-istess Gvern.", "F'paġna 11 insibu li hija qalet hekk:", "\"Jien naħseb li għandna nistennew sakemm ikollna l-laqgħa mal-Onor.", "Konrad Mizzi, fejn ikollu l-istudji kollha f'idejh u jkun jista' jagħmlilna l-preżentazzjoni sħiħa.", "Din se ssir qabel il-hearing li se jkun hemm tal-MEPA; imbagħad aħna nkomplu nisimgħu dak kollu li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-MEPA biex tieħu deċiżjoni, u l-materja tiġi diskussa fit-tul u fil-fond kemm ikun hemm bżonn fil-waqt tagħha.\"", "Jekk fil-House Business Committee se nibdew niddettaw kif jaħdmu l-kumitati tagħna, se jkollna rebus sħiħ!", "Naħseb li dak li jsir f'dak il-Kumitat m'għandux … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Agius, kuntrarjament għal dak li qed tgħid, aħna qed niddiskutu x'għandu jsir minn issa ʼl quddiem proprju għaliex saret talba mill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp lil dan il-Kumitat.", "Jiġifieri, din mhix kwestjoni li aħna niddettaw.", "Il-House Business Committee ġie mitlub minn dan il-Kumitat biex jiddeċiedi.", "DAVID AGIUS: Jiddeċiedi d-data ta' meta jsir id-dibattitu, u mhux li ma jiġix diskuss fil-Kumitat!", "MR SPEAKER: Iva, imma l-Kumitat ma rregolax ruħu hu.", "DAVID AGIUS: Irregola ruħu biex ikun hemm id-dibattitu ġol-Kumitat, u biex, oltre minn dak, ikun hemm dibattitu fil-Plenarja.", "MR SPEAKER: Imma qegħdin hawnhekk għax saret it-talba.", "Issa l-Gvern qed jgħid li għandu jiġi diskuss fil-Plenarja, u intom qed tgħidu li għandu jkun hemm aktar diskussjonijiet fil-Kumitat, imbagħad immorru fil-Plenarja.", "Dik hija l-proposta tagħkom.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq niċċara punt.", "Jien tkellimt kemm maċ-Chairperson, kif ukoll ma' membru min-naħa tal-Gvern ta' dan il-Kumitat, u nista' ngħid li m'hemm l-ebda diskrepanza bejn dak li qed ngħid jien u dak li ntqal fil-Kumitat.", "Il-Ministru aċċetta li ssir preżentazzjoni, minkejja li mhuwiex fir-remit tal-Kumitat.", "Dan il-Kumitat qed jiltaqa' b'regolarità kbira u, jekk se nqabblu kemm iltaqa' fi tmien xhur ma' kemm iltaqa' fil-ħames snin ta' qabel u ta' qabel, insibu li hemm diskrepanza kbira!", "Imma ħalli nżomm mas-suġġett li għandna llum.", "Il-proposta tal-Gvern hija ċara.", "Aħna qbilna li ssir preżentazzjoni f'dak il-Kumitat.", "Però, meta mbagħad membru tal-istess kumitat ried li mhux biss issir preżentazzjoni, imma mmorru oltre minn hekk, il-Gvern qabel li jsir dibattitu fil-Plenarja.", "Pullicino qal li jkun hemm \"preżentazzjoni, u wara ssir diskussjoni fejn fiha jkunu jistgħu jsiru mistoqsijiet lill-esperti li fformulaw l-istudji dwar l-impatt ambjentali b'mod li jkun hemm interattività kemm jista' ikun\", u ċ-Chairperson irrispondiet li taqbel.", "MR SPEAKER: Jien quddiemi għandi l-Minuti li għamlet is-Sinja.", "Anna Brincat, l-Iskrivana tal-Kumitat, u hawnhekk qed jingħad li dwar it-tielet item ta' korrispondenza ġie deċiż li l-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma, jew rappreżentant tiegħu, jagħmel preżentazzjoni f'laqgħa li d-data kellha tiġi stabbilita aktar tard.", "Dak kien il-ftehim skont il-Minuti.", "U dawn ġew ikkonfermati.", "ONOR CARMELO ABELA: Naqblu sakemm kienet preżentazzjoni.", "Però, meta mbagħad riedu dibattitu fuq jekk nissostitwixxux il-MEPA ...", "DAVID AGIUS: Sur President, mhu qed nissostitwixxu lill-ebda MEPA!", "Fil-Kumitat ġie maqbul li jkun hemm diskussjoni u jsiru l-mistoqsijiet.", "U dan il-Kumitat talab lilna biex ngħidulhom meta ssir id-diskussjoni fil-Plenarja, u mhux jekk niddibattux jew le, jew jekk għandux ikun hemm diskussjoni fuq il-preżentazzjoni tal-Ministru jew le.", "MR SPEAKER: Mela żgur li hawn qbil li għandha tiġi diskussa fil-Plenarja, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni, skont dak li qal l-Onor.", "George Pullicino fil-Kumitat, kif ukoll min-naħa tal-Gvern.", "Għalhekk, nistgħu niffissaw id-data għall-Plenarja.", "Ċertament trid tkun qabel l-24 ta' Marzu, peress li jiġi deċiż dakinhar.", "CARMELO ABELA: Dan ifisser li trid issir il-ġimgħa d-dieħla.", "U l-ġimgħa d-dieħla għandna s-17 u t-18 ta' Marzu.", "MR SPEAKER: Ejja nagħmlu d-data.", "CARMELO ABELA: Qabel nagħti data rrid niċċekkja mal-Ministru konċernat.", "Mela naqblu li l-ġimgħa d-dieħla għandha ssir id-diskussjoni fil-Plenarja?", "Ħalli ngħaddu għal xogħol ieħor għax għandna ħafna xogħol x'nagħmlu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Iva, biss mhux qed neskludu li fil-Kumitat jibqa' għaddej ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Dak se jirregola ruħu.", "CARMELO ABELA: Il-Kumitat jibqa' għaddej bix-xogħol tiegħu, u joqgħod fir-remit tiegħu.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "MR SPEAKER: Jien qed nagħmilha ċara li d-diskussjoni fil-Plenarja żgur trid issir.", "Ma naħsibx li hawn xi oġġezzjoni.", "Għaldaqstant, irridu nsibu data li se tkun il-ġimgħa d-dieħla.", "Onor. Agius, id-data se tiġi kkomunikata lilek mill-Onor.", "Carmelo Abela, li se jikkomunika mal-Ministru biex naraw li l-partijiet ikunu preżenti.", "Però żgur li se tkun il-ġimgħa d-dieħla – jew fis-17 ta' Marzu jew fit-18 ta' Marzu, għax id-19 ta' Marzu hija festa pubblika.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, kien hemm ittra min-naħa tal-Onor.", "MR SPEAKER: Iva, dik diġà ddeċidejt fuqha u se ngħaddiha lill-Ombudsman.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, qed ngħidu li dan il-Kumitat jaqbel li tgħaddiha lill-Ombudsman?", "Ovvjament, jien din l-ittra qrajtha mill-gazzetta qabel.", "CARMELO ABELA: Sur President, nista' ninterrompik ftit, jekk jogħġbok?", "CARMELO ABELA: Bħalissa qed issir stqarrija ministerjali fil-Kamra, u suppost li wara li l-Ministru jwieġeb, ma jibqgħux isiru aktar mistoqsijiet.", "Jien nixtieq ningħata l-permess li mmur fil-Kamra ħalli nara jekk hux minnu dan li qed isir.", "MR SPEAKER: Jien ħallejt lid-Deputy Speaker.", "CARMELO ABELA: Iva, imma d-Deputy Speaker irid jimxi mar-ruling tiegħek, mhux qed iwieġeb il-Prim Ministru u jibqgħu jsiru l-mistoqsijiet!", "Mela jista' jkun?!", "Hemm ruling fuqha din.", "CARMELO ABELA: Iva, imma mhux qed jimxi miegħu, bir-rispett kollu.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, jien ma nsib l-ebda diffikultà li tmur fil-Kamra.", "Imma ma nistax noqgħod nieqaf.", "CARMELO ABELA: Sur President, diġà kelli żewġ telefonati li waqt li qed jitkellem il-Ministru qed jibqgħu jsiru l-mistoqsijiet.", "Kif jista' jkun jibqa' jiġi permess li jsiru l-mistoqsijiet?", "DAVID AGIUS: Jekk il-Ministru jaċċetta li jħallihom jagħmlulu l-mistoqsijiet!", "CARMELO ABELA: Is-Sedja qed taċċetta, mhux il-Ministru.", "DAVID AGIUS: Jekk qed iweġibhom, qed jaċċettahom!", "MR SPEAKER: Inti taf daqsi li sakemm ma jkunx hemm Membru li jiġbed l-attenzjoni … (Interruzzjonijiet)", "Se nibqa' miexi daqsxejn, għax inkella mhux se nagħmlu progress.", "L-ittra li rrefera għaliha l-Onor.", "David Agius hija l-ittra li bagħat l-Onor.", "Kulħadd għandu kopja tagħha.", "Jien, kif qrajtha din, ħassejt li fis-sens ta' kontenut seta' ma bagħathilix, seta' bagħatha lill-Ombudsman hu stess.", "Però, ladarba ġiet a konjizzjoni tiegħi, bil-permess tagħkom, jien se ngħaddiha lill-Ombudsman.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, hawnhekk qed jikkwota artikolu 13(4) tal-Att dwar l-Ombudsman.", "Dan isemmi ċar u tond li jrid ikun hemm petizzjoni, u petizzjoni m'hemmx.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, jekk l-Ombudsman jaqra l-ittra u jħoss li m'għandux għalfejn jieħu azzjoni fuqha, allura dik hija deċiżjoni tiegħu, mhux deċiżjoni tal-iSpeaker.", "CARMELO ABELA: Imma l-ittra hija indirizzata lilek, bir-rispett kollu.", "MR SPEAKER: Iva, għalhekk għidtlek li se nibgħatha direttament lill-Ombudsman.", "La bagħatha lili, jien qed naqraha lilkom, tajtkom kopja u se ngħaddiha lill-Ombudsman.", "Niġu issa għall-Ombudsplan.", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Membri li quddiemkom għandkom tliet affarijiet: għandkom kopja riveduta tal-Ombudsplan tas-sena 2014, li ġiet ippreżentata kif miftiehem wara l-laqgħa tas-17 ta' Diċembru, fejn allura kellhom isiru xi tibdiliet li qabel dwarhom dan il-Kumitat meta beda jiġi diskuss l-Ombudsplan; għandkom kopja tar-reazzjoni tal-Ombudsman għar-rimarki li tqajmu fil-laqgħa fuq imsemmija; u għandkom kopja tar-rapport imħejji mill-Ombudsman datat 2014, li tqiegħed minni fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-bieraħ, jiġifieri r-rapport intitolat \"On the strengthening of the Ombudsman institution – A proposal by the Office of the Parliamentary Ombudsman\".", "Ladarba kulħadd għandu l-kopji li tkellimt fuqhom, qabel ma niġi għall-approvazzjoni tal-Ombudsplan, jekk hemm xi reazzjoni jew xi domandi li jridu jsiru fuq dak li għandna quddiemna, dawn jistgħu jsiru, kemm dwar ir-reazzjoni tal-istess Ombudsman wara r-rimarki li saru fl-aħħar laqgħa, kif ukoll dwar il-kopja riveduta tal-istess Ombudsplan tal-2014.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Mr Speaker, jekk tippermettili, se nibda mill-iktar dokument reċenti li għandna quddiemna, għaliex ħareġ meta l-Ombudsman għamel il-Konferenza Stampa, u kelli l-opportunità li nniżżlu minn fuq il-website u naqrah.", "Laqtuni xi affarijiet li forsi nixtieq niċċarawhom xi ftit.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li laqtuni fl-introduzzjoni bażikament hija li l-Ombudsman qed jgħid illi d-Deputat Prim Ministru ħeġġu biex jagħmel dan ir-rapport, li jsir dan l-istudju.", "Forsi jiċċarawlna daqsxejn dan il-punt għaliex, min-naħa l-oħra, il-Ministeru li tmexxi l-Onor.", "Helena Dalli ħareġ dokument ta' konsultazzjoni.", "Dawn l-affarijiet qegħdin jaħdmu flimkien?", "X'qed jiġri eżatt f'dak ir-rigward?", "Naħseb li l-iktar ħaġa li laqtitni hija l-enfasi li qed issir fuq id-drittijiet.", "Naħseb li meta aħna nitkellmu fuq dawk li huma fundamental rights, anke issues fuq livell Ewropew qed niffaċċjaw.", "Ikun tajjeb li l-Ombudsman jispjega daqsxejn lil dan il-Kumitat x'inhi l-veduta tiegħu fuq dan il-punt, għaliex fuq livell Ewropew ukoll qed issir diskussjoni dwar jekk, pereżempju, l-aġenzija Equinet u l-aġenzija FRA għandhomx jingħaqdu flimkien.", "Ħafna drabi dan isir anke minħabba raġunijiet ta' human resources u overlapping.", "Inti taċċenna wkoll għal diversi aġenziji u entitajiet f'Malta fejn inti, jekk m'iniex sejra żball, kont għidt li, fl-aħħar mill-aħħar, l-Ombudsman mhux qiegħed hemmhekk biex jagħmel kampanji edukattivi, imma biex jissorvelja at a much higher level than that.", "Però, inti qed tgħid li għandu jkun hemm body għalih li jkun parti mill-Uffiċċju tal-Ombudsman?", "Forsi tiċċaralna daqsxejn dan il-punt.", "DR. JOSEPH SAID PULLICINO (Ombudsman): Xi żmien ilu kien ġie għandi konsulent għad-Deputat Prim Ministru u qalli li jkun interessat li jkollu suġġerimenti mingħandna fuq kif, fil-fehma tagħna, jista' jiġi żviluppat l-Uffiċċju.", "Dan in vista tal-fatt li fil-Programm Elettorali jintqal espressament li waħda mill-affarijiet li għandhom jiġu kkonsidrati hija t-tisħiħ tal-istituzzjoni.", "Jien għedtlu li kont se nagħmillu proposta; imma, man mano li bdejna nistudjaw l-affarijiet, imbagħad ħareġ id-dokument li jkopri firxa wiesgħa – forsi anke fit-tul ħafna – ta' kif wieħed jaħseb li jista' jiġi żviluppat.", "Huwa dokument ta' konsultazzjoni, mhux dokument ta' attwazzjoni, jiġifieri wieħed jista' jara x'jista' jieħu minnu.", "Ir-rapport se nkunu nistgħu nippubblikawh, u kien informat bih il-konsulent.", "It-tieni parti tad-domanda naħseb tirreferi għall-human rights bħala human rights.", "Hemm żewġ dokumenti, kif taf inti.", "Hemm id-dokument tal-lum, u kien hemm dokument li ħriġna qabel fuq l-istituzzjoni ta' National Human Rights Institution of Malta.", "Dik hija proposta li ilna ħafna nagħmluha; però, issa waslet biex tiġi attwata, u naturalment huwa fir-remit tal-Gvern li jagħżel l-aħjar mod kif tiġi attwata.", "Dik mhix xi ħaġa tagħna.", "Li aħna ssuġġerejna kien biss li dak li jsir isir b'mod li l-istituzzjoni li titwaqqaf tkun istituzzjoni li tikkwalifika għar-rikonoxximent tal-United Nations bħala NHRI fil-grad li suppost li għandha tkun.", "Dwar id-domanda kif inqis jien li d-diskussjoni għandha tkun, jiena naħseb li l-ebda istituzzjoni m'għandha tkun b'mod li tkopri kollox.", "Hawn Malta għandna diversi istituzzjonijiet li jkopru aspetti differenti ta' human rights.", "Pereżempju, jekk nitkellmu fuq diżabilità, għandna ċertu aspett, għandna l-ugwaljanza, tat-tfal … Allura, l-idea tiegħi kienet – din tista' tiġi attwata u tista' ma tiġix – li jkun hemm overseeing body li jikkoordina l-ideat ta' dawn in-nies kollha, u joħroġ policy waħda li tkun body li ma tkunx tinkorpora lil dawn l-istituzzjonijiet.", "Għalina qatt m'aħna favur konverġenza totali ta' dawn l-istituzzjonijiet: irid ikun hemm koordinazzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: U allura taħseb li body ta' dan il-livell, anke minħabba li semmejt ir-rikonoxximent fuq livell internazzjonali, għandu jkun maqtugħ mill-Gvern?", "DR. JOSEPH SAID PULLICINO: Bilfors trid tkun istituzzjoni awtonoma li tkun regolata bil-Prinċipji ta' Pariġi – il-Paris Principles – li tassigura awtonomija kompleta kemm finanzjarja, kemm bħala struttura … Trid tkun simili għall-Ombudsman.", "Jiġifieri, trid tkun fuq livell simili għal dak tal-istituzzjoni tagħna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Issemmi wkoll – xi ħaġa li laqtitni ħafna fid-dokument tiegħek – ir-right to good administration, u li inti qed tgħid li għandha tkun addirittura fil-Kostituzzjoni.", "Nixtieq li forsi tamplifika ftit fuq dan.", "DR. JOSEPH SAID PULLICINO: Id-dritt ta' good administration huwa dritt li llum huwa rikonoxxut universalment bħala dritt.", "Jekk għandux ikun fil-Kostituzzjoni jew le hija l-issue.", "Ladarba fil-Kostituzzjoni Ewropea dan id-dritt huwa espressament rikonoxxut bħala dritt fundamentali bażiku, nikkonsidra li għandu jkun il-bażi tar-reviżjoni tal-Kostituzzjoni.", "Jiena nħoss li l-Kostituzzjoni qiegħda hemmhekk proprju biex tassigura good administration, u allura għandek tibda minn dik.", "Kollox isegwi minn dak id-dritt, għax imbagħad tidħol il-kontabilità tal-amministrazzjoni u r-responsabbiltà tagħha għall-iżbalji u għad-danni li jikkaġunaw l-impjegati tagħha, il-mod kif tiġi vverifikata, u allura jidħlu l-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "Hija struttura waħda li tiddependi kollha min dak id-dritt.", "Illum, fil-Public Administration Act, parti minn dak id-dritt qed jiġi attwat.", "Illum, diġà hemm ċerti elementi tiegħu.", "Pereżempju, illum il-Public Administration Act tagħtik poter eżekuttiv biex inti tmur il-Qorti u tressaq impjegat li ma jkunx mexa sewwa, u għandek id-dritt għar-rimedju mill-Qorti.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Nifhmek perfettament għalxiex qed tgħid għax jien għaddejja minn dan il-proċess; però ma nikkummentax għax huma affarijiet personali.", "Inti ssemmi wkoll illi, fl-aħħar mill-aħħar, tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet; però, dawn ir-rakkomandazzjonijiet sfortunatament – jew fortunatament, kont minn liema naħa tħares lejhom – mhux dejjem jintlaqgħu, u allura inti prattikament qed tissuġġerixxi li tingħata iktar saħħa fil-Parlament billi jkun hemm kumitat li qed jaqbeż għal dak li qed tissuġġerixxi inti.", "DR. JOSEPH SAID PULLICINO: Is-sitwazzjoni llum hija – u hekk nixtiequ li tibqa' – li aħna nirrakkomandaw biss, u ma jkollniex poter eżekuttiv għal raġunijiet li spjegajt f'dawn il-kriterji.", "Naħseb li qatt m'għandu jkun hemm sitwazzjoni fejn l-Ombudsman isir qisu qorti.", "Dak huwa żbaljat; però naqbel ukoll li għandha tingħata saħħa iktar lir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.", "L-esperjenza tagħna kienet, kemm fl-amministrazzjoni preċedenti, u anke f'din l-amministrazzjoni, li r-rakkomandazzjonijiet tagħna fil-maġġor parti kbira tagħhom jiġu milqugħa.", "Ikun hemm diskussjoni – anke f'din l-amministrazzjoni – jgħidulna li ma jaqblux magħna, però jagħmluhom.", "Imbagħad, hemm dawk il-ftit każijiet li jkunu każijiet importanti li ħafna drabi jinvolvu spiża kbira, jinvolvu prinċipji ta' politika ġenerali, li ma jiġux aċċettati.", "Allura, wieħed mis-suġġerimenti f'dan l-istadju hu li meta aħna nibagħtu rapport lill-Parlament – kif għandna dritt nagħmlu – dak ir-rapport jiġi, b'xi mod, ikkonsidrat minn xi kumitat bil-proċedura li tagħżel il-Kamra, u allura jkollok daqsxejn ventilazzjoni tal-issue.", "B'dak il-mod, ir-rapport tagħna jasal sal-ogħla punt li jista' jasal.", "Apparti l-enforcement …", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, xtaqt nitlob lill-Prim Imħallef Emeritus biex forsi jiċċara ftit il-punt li hemm f'paġna 4 tal-Ombudsplan.", "Jien għandi l-verżjoni oriġinali.", "Naf li kien hemm xi tibdil; però qed nikkwota ta' qabel.", "Qed nirreferi għal paragrafu 2.9, fejn l-aħħar sentenza qed tgħid hekk:", "\"Naturalment, però, tul il-kampanja elettorali jkun hemm l-urġenza biex kemm jista' ikun iċ-ċittadin jinqeda malajr.\"", "Xtaqtu jiċċara ftit dan il-punt għax jiena sinċerament, meta rajtu, forsi ma fhimtux biżżejjed, jew inkella addirittura fhimt li forsi kien hemm ċerta pressjoni fuq l-Ombudsman biex jaqta' ċertu każi li kellu quddiemu meta konna f'kampanja elettorali.", "Dan il-kumment jiena ħadtu b'dan il-mod.", "Naturalment, qed nistaqsi biex ikun jista' jiċċara aħjar din is-sentenza.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa dwar ċertu kummenti li mhumiex f'dan ir-rapport; però, ġaladarba għandna l-pjaċir li tkun fostna, xtaqt naqsamhom miegħek u mal-kollegi tiegħi hawnhekk.", "Naħseb li l-Ombudsman kellu jkun iktar kawt fil-kummenti tiegħu, u qed nirreferi b'mod partikolari għall-kumment li kien intqal vis-à-vis il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, fejn, wara li kien hemm il-proposta min-naħa tal-Onor.", "Grech min-naħa tal-Oppożizzjoni, l-Ombudsman ħareġ stqarrija fejn faħħar l-inizjattiva, u qisu għamel appell fl-aħħar tal-istqarrija tiegħu biex ikun hemm qbil dwar dan.", "Għalfejn qed nagħmel din ir-rimarka?", "Konna għadna lanqas bdejna niddiskutu bħala Gvern fuq l-istess mozzjoni li kienet imressqa fil-Kamra.", "Ir-riżultat finali kien li l-Kamra kollha qablet fuq dan il-kumitat, jiġifieri nzerta li ma kienx hemm problemi: però, naħseb li l-Ombudsman għandu jkun iktar kawt meta jesprimi l-opinjoni tiegħu, u speċjalment ma jidħolx qisu fl-arena politika.", "Għax ejja nimmaġinaw li forsi ma kienx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat, u l-Ombudsman ħa side minnhom li setgħet kienet in-naħa tal-Gvern – immaterjali liema naħa – … Ġibt dan l-eżempju għax huwa eżempju li ġara u, fl-opinjoni tiegħi, naħseb li kellu jkun hemm ċerta kawtela qabel isir id-dibattitu, għaliex imbagħad għaddew numru ta' ġimgħat minn meta sar dan id-dibattitu, eċċ.", "L-aħħar kumment huwa marbut mal-finanzi.", "Fl-Ombudsplan li ġie ppreżentat lilna, fit-taqsima tal-aħħar hemm rendikont finanzjarju, u naturalment juri wkoll in-nefqa li l-Ombudsman ikun qed jipproġetta għas-sena li nkunu qegħdin fiha.", "Hawnhekk għandna t-talba – għax hawnhekk għandna miktub fl-aħħar kolonna f'paġna 42 \"requested allocation for 2014\" – u hemm it-talba b'mod globali ta' ftit aktar minn €1 miljun.", "Jiena kont rajt l-estimi finanzjarji għal din is-sena ...", "MR SPEAKER: Naħseb li minn paġna 40 qed taqra.", "CARMELO ABELA: Fuq tiegħi paġna 42.", "Jekk kien hemm xi tibdil ikkumpatini, imbagħad nara dak li konna ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Paġna 41.", "CARMELO ABELA: Jien rajt l-estimi finanzjarji fejn kien hemm l-allokazzjoni ta' € 850,000.", "Forsi jiċċaralna ftit liema hi l-figura.", "Jiġifieri, it-talba kienet mod u naħseb li ngħata mod ieħor.", "Però, marbut ma' din, niftakar li fil-passat kien intqal lil dan il-Kumitat li kien hemm xi flus \"imfaddla\", fis-sens li kienu allokati lill-Uffiċċju tal-Ombudsman, però li, għal xi raġuni jew oħra, il-proġett ma kienx sar u kien hemm il-ħsieb li jsir aktar tard.", "Ma nafx jekk hux qiegħed tard ħafna jien, jiġifieri li dawk kollha kienu saru, jew inkella … Dawk kienu l-mistoqsijiet tiegħi.", "DR. JOSEPH SAID PULLICINO: Ħalli nibda mill-aħħar waħda tal-finanzi.", "Bħala finanzi l-ammont tal-budget li qed nitolbu għola għaliex il-gvern preċedenti allokalna premises oħrajn biex inkunu nistgħu nkabbru u niżviluppaw l-uffiċċju, u allura jinvolvi wkoll spiża kapitali sostanzjali.", "Il-flus li kellna mfaddlin taru għax kellna request mill-Finanzi, indunaw li kellna l-flus imfaddlin bl-għaqal tagħna u ta' qabilna – għax anke Joseph Sammut kien persuna li jfaddal ħafna – u meta ndunaw li kellna daqsxejn imwarrab, qalulna li aħna mhux suppost ikollna flus imwarrbin bħala awtorità, u qalulna, 'Agħtuhomlna' u fil-fatt ħaduhomlna.", "Qalulna, 'Onfqu minnhom għalikom' la allura dawk kienu flus li faddalna aħna.", "Però mbagħad li ġara huwa dan.", "Meta ġejna bil-proposti tagħna għat-tkabbir tal-uffiċċju u ġew approvati, imbagħad naturalment telgħet ir-Recurrent u il-Capital expenditure, u jista' jkollna wkoll bżonn xi ħaġa iktar is-sena d-dieħla.", "Il-proġett beda issa, u naturalment se jkun hemm … Fuq il-finanzi naħseb li qegħdin f'postna.", "It-tieni punt fuq l-affari tal-Kumitat dwar is-Saħħa.", "Tkellimt meta tkellimt fuq il-punt tas-Saħħa mhux għaliex il-proposta saret mill-Oppożizzjoni jew mill-Gvern.", "Tkellimt għaliex dak li ġie ssuġġerit kien jaqa' preċiżament ma' dak li konna ilna nissuġġerixxu aħna – u ma' dak li aħna issa qed nissuġġerixxu wkoll f'dan ir-rapport – li meta jkollna rapport li jkun ta' ċertu entità, għandu jiġi kkonsidrat minn xi Kumitat tal-Kamra.", "Jiġifieri dak li ntqal mill-Onor.", "Grech kien qed jaqbel mal-proposti tagħna, u allura hija ħaġa tajba.", "Jekk hemm xi ħaġa li rridu noqogħdu attenti ħafna minnha hija li ma ninvolvux ruħna b'xi mod, anke remotament, f'argumenti politiċi.", "Però, dan ma jfissirx li wieħed ma jitkellimx: hemm mod u hemm mod kif titkellem.", "Jiena naċċetta jekk wieħed iqis li jiena tkellimt barra, hija opinjoni li nirrispetta; però, ma naħsibx li f'din l-okkażjoni konna ażżardati għax għedna xi ħaġa li effettivament qabel magħha kulħadd – imma dik hija ħaġa oħra.", "Dik hija l-issue kif qed naraha jiena.", "Però, nifhem li wieħed irid joqgħod ħafna attent meta jitkellem fuq affarijiet li jistgħu jaslu … Fil-verità, kollox jista' jasal għal opinjoni politika, anke dan il-ktieb li ppubblikajna.", "Dan il-ktieb li ppubblikajna, jekk wieħed jagħrfu sew, jgħid: 'Imma forsi din ġejja minn x'imkien, jew forsi din hija maħsuba biex tmur x'imkien ieħor'.", "Jiġifieri, fil-verità dan huwa studju li jwassalna għall-opinjoni tagħna li wieħed jista' jaqbel miegħu u jista' le.", "Aħna ma ninfluwenzawx, dik żgur li le.", "L-aħħar mistoqsija kienet fuq il-livell ta' ilmenti waqt il-kampanja elettorali.", "Fir-risposta li għamilna issa għall-kummenti tas-seduta ta' qabel, hemm statistika li turi li din mhix xi ħaġa li ġrat qabel din l-elezzjoni.", "Din tiġri qabel kull elezzjoni, u aħna għamilna statistika żgħira fejn urejna li qabel kull elezzjoni jkun hemm nuqqas qabel u nuqqas immedjatament wara l-elezzjoni, u r-raġuni hija sempliċi ħafna, mhux għaliex ikun hemm xi affarijiet ta' barra mid-dinja, imma għaliex politikament huwa ovvju li bilfors li gvern meta tkun riesqa l-elezzjoni jipprova kemm jista' ikun jgħin lin-nies u jassisti, u wara l-elezzjoni jkun hemm ir-rapport bil-kontra.", "Effettivament, ġara dak li s-soltu jiġri.", "Issa, jekk jibqax isir hekk jew le ma nafx, imma s'issa hekk ġara.", "HELENA DALLI (Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili): Bil-permess tiegħek, jiena xtaqt nagħmel ftit kummenti dwar ir-risposta mill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-aħħar House Business Committee.", "Jiena nixtieq nagħmel referenza għal dak li ntqal mill-Ombudsman fil-media, u anke l-kummenti li kien hemm fil-media min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jiena kont qiegħda hawnhekk nagħmel kritika kostruttiva, u naħseb li dan huwa eżerċizzju importanti.", "Aħna ma noqogħdux niġu hawnhekk biex ngħidu li kollox miexi sew, inkella nkunu qegħdin naħlu l-ħin tiegħek u naħlu l-ħin tagħna.", "Jiena skantajt b'din id-dikjarazzjoni għax nassigura lil Dr. Said Pullicino li jiena b'dak li għidt fl-ebda ħin ma pprovajt inwaqqfu milli jwettaq id-dmir kostituzzjonali tiegħu li jħares iċ-ċittadini minn amministrazzjoni ħażina.", "Proprju bil-maqlub.", "L-għan tiegħi kien li b'dak li għidt niġbed l-attenzjoni għal nuqqasijiet li jidhirli li jeżistu fl-istituzzjoni li ilu jmexxi għal dawn l-aħħar tmien snin, u nuqqasijiet li jidhirli li jtappnu r-reputazzjoni li bniet din l-istituzzjoni fl-imgħoddi.", "Jiġifieri, li tgħid \"no criticism will deter him\" … Anzi, jiena tkellimt biex isir iktar xogħol, u mhux biex inwaqqfek or to deter you from fulfilling your obligation.", "Ma nistax nifhem għalfejn saret din id-dikjarazzjoni.", "U jiena ma naċċettax li, għax tikkritika din l-istituzzjoni u tikxef xi nuqqasijiet, kif wara kollox huwa d-dover u d-dmir ta' dan il-Kumitat li jagħmel, b'hekk inti tkun qed twaqqaf lill-Ombudsman milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu.", "U hawnhekk intenni l-punti li semmejt: pereżempju, li f'dawn l-aħħar snin ma rajniex programmi ta' outreach minn dan l-Uffiċċju, ma smajniex b'kampanji ta' edukazzjoni, ta' tagħrif dwar dan l-Uffiċċju, u ma rajniex jew smajna lil xi ħadd jeduka lill-poplu dwar kif għandu juża dan l-Uffiċċju biex jikseb id-drittijiet tiegħu vis-à-vis l-amministrazzjoni pubblika.", "Għalhekk jiena nerġa' nistaqsi: X'għidt ħażin?", "Fil-media ssemma l-attakk sfrenat fuq l-Ombudsman.", "Din l-Oppożizzjoni qalitha mhux inti.", "Inti għidt li jien qed nipprova nwaqqfek mix-xogħol tiegħek.", "X'għidt ħażin jien meta għidt li jeħtieġ li jogħla sew il-profil pubbliku tal-Uffiċċju tal-Ombudsman?", "Fil-fatt, jiena konkretament ngħid bil-fatti hawnhekk li din l-osservazzjoni tant hi f'lokha li l-Ombudsman innifsu bosta drabi rrikonoxxa dan in-nuqqas.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapporti annwali tiegħu stess tas-sena 2005, pereżempju, f'paġna 30, fir-rapport tal-2006, paġni 11 u 12 u f'paġna 38, fl-2008 f'paġna 34 … Qed indejjaqkom bil-paġni biex ngħid li l-kummenti li għamilt hawnhekk jiena kienu kummenti informati.", "Inti stess kont qed tgħidu dan.", "Fl-2011, f'paġna 40, naraw li inti stess, Sur Ombudsman, stqarrejt li n-nies lanqas biss għadhom jafu bl-istituzzjoni.", "Se nsibu wkoll li kull sena l-Ombudsman jgħid li se jieħu ħsieb itaffi din il-problema, u li se jagħmel ħiltu biex il-Maltin isiru jafu iktar dwar l-istituzzjoni tal-Ombudsman.", "Però, minkejja dan il-kliem, għal snin sħaħ ma sar xejn sabiex jogħla il-profil.", "Nistaqsi jien: Għidt xi ħaġa mhux f'postha meta għidt li hemm bżonn li jogħla sew il-profil pubbliku ta' din l-istituzzjoni?", "Minn informazzjoni li għandi, jirriżulta li fi staff meetings, l-impjegati stess bosta drabi ġibdu l-attenzjoni tal-Ombudsman dwar il-ħtieġa ta' programmi sostnuti ta' outreach fost iċ-ċittadini.", "Però, nafu wkoll li dawn is-suġġerimenti ma ngħatawx widen.", "Allura, bilfors iqumu dubji serji dwar jekk hemmx tassew interess ġenwin li jogħla l-profil pubbliku ta' din l-istituzzjoni.", "Għidt xi ħaġa ħażina meta jien għidt li hemm bżonn li tiżdied il-fiduċja li jgawdi l-Uffiċċju tal-Ombudsman fost il-poplu inġenerali?", "Biżżejjed tħares lejn l-il-ftit mijiet ta' ilmenti li dawn l-aħħar snin tressqu quddiem l-Ombudsman … Dan in-numru huwa xhieda tal-fiduċja li l-poplu Malti għandu f'din l-istituzzjoni.", "Dan f'kuntest ta' mijiet ta' deċiżjonijiet li jittieħdu kuljum fis-settur pubbliku.", "Naqraw u nisimgħu b'ħafna tgergir kontra l-operat tad-dipartimenti u tal-korporazzjonijiet statali.", "Jien ngħid: Possibbli daqshekk ftit nies jafu bl-Ombudsman u għandhom fiduċja li jressqu l-ilmenti tagħhom quddiemu?", "Qed nagħmel mistoqsija appoġġjata bin-numri.", "Nafu l-mijiet ta' problemi li jkun hemm fuq deċiżjonijiet li jittieħdu, u nafu wkoll in-numru ta' ilmenti li jitressqu quddiem l-Ombudsman.", "Nistgħu nqabblu dan ukoll man-numru ta' complaint boards li twaqqfu f'dawn l-aħħar xhur.", "Inħasset il-ħtieġa li jitwaqqfu bordijiet apposta biex jinvestigaw ilmenti ta' inġustizzji li saru ma' impjegati f'postijiet, bħal pereżempju, l-Enemalta, il-Forzi Armati ta' Malta, il-Wasteserv u f'ministeri u dipartimenti tal-Gvern.", "Nafu li tressqu mijiet ta' ilmenti quddiem dawn il-bordijiet.", "L-investigazzjonijiet fuq bosta minnhom tlestew malajr u ma qagħdux ikaxkru x-xhur jekk mhux is-snin!", "Għalhekk qed ngħid konkretament: X'inhi din is-sitwazzjoni?", "Naħseb li dawn huma mistoqsijiet leġittimi li qed nagħmel!", "Allaħares noqogħdu ninterpretaw dan … Aħna rridu nagħmlu kritika kostruttiva, nitgħallmu flimkien, nikbru flimkien, intejbu l-istituzzjonijiet tagħna flimkien.", "Imma, meta nara li f'dawn il-complaint boards li twaqqfu kien hemm dak il-ħemel ta' ilmenti u li dawn kollha nqatgħu, nistaqsi: Għalfejn dawn il-persuni ma ressqux l-ilmenti tagħhom quddiem l-Ombudsman u ressquhom quddiem dawn il-bordijiet?", "Għalhekk ukoll nistaqsi fuq il-profil u fuq il-fiduċja.", "Nerġa' ngħid, bin-numri qiegħda nitkellem!", "Mhux qed nagħmel il-kritika fl-ajru!", "Meta tara dawn il-figuri, u mbagħad tara l-istqarrija li saret min-naħa tal-Ombudsman –fis-sens li b'din il-kritika jien b'xi mod fixkiltu jew waqqaftu milli jħares id-drittijiet taċ-ċittadini – jidhirli li ma tkun qed tagħmel xejn għajr li twarrab minn fuq spallejk ir-responsabbiltà tas-sitwazzjoni!", "Sinċerament, meta jkun hemm stqarrija bħal dik, li qisni għamilt kritika biex nagħlaq ħalq xi ħadd … Għax inti għidt: Xejn ma huwa se jagħlaqli ħalqi.", "Jiddispjaċini ngħid li dan il-pajjiż għadu ma mmaturax to the extent li nindirizzaw il-kritika b'mod li sservi biex intejbu l-affarijiet!", "Mhux qisna nattakkaw lill-messaġġier għax qed jattakana!", "Mela jgħidulna li sar attakk sfrenat, jew inkella jinterpretawni li rrid nagħlaq ħalq xi ħadd!", "Għidt xi ħaġa ħażina jien meta għidt li fil-fehma tiegħi hemm bżonn ta' injezzjoni qawwija ta' ħeġġa, ta' sens ta' inizjattiva, u ta' interess ġenwin biex l-Uffiċċju tal-Ombudsman jilħaq l-għanijiet li għalihom twaqqaf?", "Ma naħsibx li kien hemm għalfejn jieħu għalih għax jien, bħala membru ta' kumitat parlamentari li jiskrutinja l-Uffiċċju tal-Ombudsman, ikkritikajt lil din l-istituzzjoni u elenkajt in-nuqqasijiet li tfaċċaw f'dawn l-aħħar snin fl-operat tagħha!", "Jien fl-ebda ħin ma qajjimt xi dubju jew staqsejt dwar l-imparzjalità, pereżempju, ta' dan l-Uffiċċju!", "Naħseb li kieku għamilt hekk kien ikun hemm problema.", "Fl-ebda mument ma tkellimt dwar il-kwalità tal-investigazzjonijiet li jsiru, jew ikkritikajt ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, bħalma ġieli sar fis-snin l-imgħoddija.", "Fit-tweġiba tiegħu, l-Ombudsman irrefera għal aspetti oħra li jien qajjimt meta tkellimt, u nixtieq ngħaddi xi kummenti dwar dak li wieġeb fuq xi wħud minn dawk il-punti.", "Jien semmejt l-abbuż ripetut fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Fir-risposta tiegħu, l-Ombudsman qal li dawn l-abbużi saru meta kien hemm il-kariga ta' Manager Corporate Affairs, u allura xeħet ir-responsabbiltà ta' dak kollu fuq din il-persuna.", "Qed jgħid li suppost kien dan l-impjegat li jara li dawn l-abbużi ma jsirux.", "L-istorja, Sur Ombudsman, nafha ftit differenti!", "Għandi informazzjoni li, għal snin sħaħ, meta l-Manager Corporate Affairs kien jara li l-karozza tal-uffiċċju kienet qed tagħmel kilometraġġ esaġerat, u meta kien jara l-kontijiet tal-fuel ta' din il-karozza fir-range ta' €500 fix-xahar, kien jiġbed l-attenzjoni ta' Dr Said Pullicino li dawn kienu indikazzjonijiet ċari li kien hemm abbuż fl-użu ta' din il-vettura minn impjegat f'dan l-uffiċċju li jaqa' taħt il-kontroll dirett tal-Ombudsman, u li jieħu ordnijiet biss mingħand l-Ombudsman u mingħand ħadd iktar!", "Jien infurmata wkoll li dan id-diskors il-Manager Corporate Affairs kien jgħidu quddiem ix-xhieda.", "Għalhekk semmejtu.", "Għalhekk jien ngħid li mhux sew li fir-risposta tal-Ombudsman it-tort intefa' fuq dan il-manager!", "Jien infurmata wkoll li, għalkemm l-Ombudsman kien mgħarraf bosta drabi b'dan kollu, ma ttieħdu l-ebda passi!", "Meta kien jiġri hekk, il-Manager, bħala firmatarju tal-ħlasijiet fl-uffiċċju, kien jirrifjuta li jiffirma ċ-ċekkijiet għall-ħlas tal-fuel.", "Dan imbagħad kien wassal lill-Ombudsman biex jinsisti miegħu li ma setax ma jiffirmax dawn il-ħlasijiet!", "Meta inti kont tgħidlu li ma jistax ma jiffirmahomx, kif fir-risposta tiegħek issa qed tgħid li dak il-Manager Corporate Affairs kien responsabbli?!", "Mhuwiex ġust meta dan il-manager imbagħad kien isib ruħu dahru mal-ħajt, u ma kien jifdallu l-ebda għażla għajr li jiffirma għal dawn il-ħlasijiet!", "Issa dan kien dejjem jagħmilha ċara mal-istess Dr Said Pullicino li, fil-fehma tiegħu, kien hemm abbuż fl-użu tal-karozza tal-uffiċċju!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-Uffiċċju tal-Ombudsman li suppost li jara li l-abbużi ma jsirux!", "Mhux sewwa li, fir-risposta li ta, tefa' l-ħtija fuq il-Corporate Manager, meta dan kien imġiegħel jiffirma dawk il-ħlasijiet!", "Mhijiex xi ħaġa tajba li, meta nitkellmu fuq abbużi, nitfgħu l-ħtija fuq xi ħadd li nkunu ġegħelnieh aħna biex jiffirma!", "Il-fatti mbagħad ippruvaw, Sur Ombudsman, li dan il-manager fil-fatt kellu raġun għax fl-2013 Bord tad-Dixxiplina kkonferma li veru kien hemm abbuż fl-użu ta' din il-vettura.", "U dan wara proċess li suppost kellu jdum xahar, imma li, għal xi raġunijiet li ma nafuhomx, dam għaddej sitt xhur!", "Xi żmien wara dan, l-abbużi bl-użu ta' din il-karozza mbagħad komplew ħarġu iktar fil-beraħ b'ritratti li ttieħdu.", "Ta' min ikun jaf jekk ittiħdux passi dixxiplinarji fuq dan it-tieni sett ta' abbużi.", "Jien ngħid li l-Ombudsman għoġbu jixħet ir-responsabbiltà fuq min kien jokkupa l-kariga ta' Manager Corporate Affairs għall-abbuż li kien għaddej.", "Jista' jispjega kif u għaliex dan l-abbuż xorta kompla jsir żmien wara li dan il-manager telaq mill-Uffiċċju?", "Jekk l-Ombudsman qed jimplika li huwa ma ħax passi kontra l-abbuż bil-karozza tal-Uffiċċju għax dawn kienu biss allegazzjonijiet, minkejja li sarlu wkoll rapport bil-miktub li ma kien sar xejn fuqu, kif nistgħu naċċettaw din il-pożizzjoni meta l-funzjoni primarja tiegħu hi li jinvestiga l-allegazzjonijiet fl-ilmenti li jsiru quddiemu?", "Dan ifisser li l-Ombudsman jinvestiga allegazzjonijiet kontra ħaddieħor, iżda allegazzjonijiet kontra l-Uffiċċju tiegħu stess iħallihom għaddejjin?!", "Dwar iż-żmien medju biex jiġu konklużi l-investigazzjonijiet nixtieq ngħid li, flok il-medja mwiegħda ta' 50 jew 60 ġurnata, kien hemm snin meta ż-żmien twal għal 158 ġurnata, 135 ġurnata u 138 ġurnata!", "Jiddispjaċini ngħid li l-Ombudsman ma tana l-ebda spjegazzjoni kredibbli għal dan meta qalilna li l-Uffiċċju tiegħu mhux biss jinvestiga l-ilment, imma wkoll jidħol fil-proċeduri, working practices u jagħti rakkomandazzjonijiet kif dawn jistgħu jitjiebu ħalli ma jerġgħux isiru ilmenti simili!", "L-Ombudsman mhu qed jgħid xejn ġdid hawnhekk, għax minn dejjem hekk kien isir, anke taħt l-Ombudsman ta' qablu!", "Wisq nibża' li r-raġuni vera wara dan id-dewmien hija differenti sew minn dak li qegħdin nisimgħu!", "Hija raġuni li ma tridx wisq biex tasal għaliha meta tara kif operat din l-istituzzjoni f'dawn l-aħħar snin.", "Iżda għallinqas f'dan kollu hemm konsolazzjoni waħda.", "Jidher li għallinqas issa din il-problema qed tiġi rikonoxxuta, u l-Ombudsman innifsu qal li qed jagħraf li hemm ħtieġa li jsir kull sforz biex l-investigazzjoni tintemm fl-iqsar żmien possibbli.", "L-istess diskors jista' jingħad dwar is-sistema tal-Liaison Officers, li f'dawn l-aħħar snin intelqet għal riħha!", "Din is-sistema kważi żżarmat għax, minkejja l-pariri li kienu jagħtuh l-istess impjegati biex isiru laqgħat regolari ma' dawn il-Liaison Officers, ma kienx hemm interess li jsiru dawn il-laqgħat u li jingħataw taħriġ u tagħrif dwar l-irwol tagħhom.", "Minflok, imbagħad nisimgħu li din in-network ġiet fix-xejn minħabba ċaqliq tal-impjegati wara l-elezzjoni.", "Iżda hawn ukoll nara ftit ta' konsolazzjoni għaliex, wara snin sħaħ li fihom ma saret l-ebda laqgħa – jidhirli li l-aħħar laqgħa ma' dawn il-Liaison Officers kienet xi ħames snin ilu – issa sirna nafu b'laqgħa li kellha ssir għalihom fil-5 ta' Marzu.", "Allura, forsi hawnhekk il-kritika serviet għal xi ħaġa!", "Dwar il-konflitt ta' interess bil-ħatra mill-Gvern preċedenti ta' impjegat mill-Uffiċċju tal-Ombudsman fuq il-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura u Trattament jew Kastig Inuman u Degradanti, l-Ombudsman qalilna li ma jara xejn ħażin.", "Però, jien u oħrajn bħali ma naqblux ma' dan!", "Ħatra mogħtija minn Gvern lil persuna li xogħolha huwa li tistħarreġ ilmenti kontra l-istess Gvern, bla ma trid tagħti lok għal tħassib, minkejja li din il-persuna tista' tkun l-iktar persuna serja li nafu.", "Nemmen li min jaħdem fl-Uffiċċju tal-Ombudsman għandu jżomm at arm's length minn kwalunkwe ħatra mill-Gvern biex jevita kull dell li ħatra bħal din tista' ġġib magħha.", "Però, għal xi raġuni, Dr Said Pullicino, skont ir-risposta li tana, jara l-affarijiet minn lenti differenti!", "Dwar ix-xogħol tal-arbitraġġ mill-Ombudsman, nemmen li tkellimna biżżejjed.", "Hawn ukoll Dr Said Pullicino ma jara xejn ħażin, u qal li dan ix-xogħol għamlu – skont ma qal – rarament.", "Però jien, bla ma noqgħod nintilef f'ħafna legaliżmi biex inċajpar is-sitwazzjoni, ngħid li l-Att dwar l-Ombudsman huwa mill-iktar ċar fuq dan il-punt, li l-Ombudsman ma jista' jagħmel ebda xogħol ieħor!", "Il-liġi hija ċarissima fuq dan il-punt!", "Infakkar, però, li kien biss wara xi ħames snin jew sitta li kien ilu fil-kariga li l-Ombudsman ma kompliex jagħmel dan ix-xogħol barrani.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Għad hemm xi arbitraġġi pendenti quddiem Dr Said Pullicino?", "Dwar il-kumment li kien għamel l-Ombudsman fuq l-allegat involviment tal-Imħallef Farrugia Sacco fil-każijiet tal-biljetti għall-Winter Olympics, issa qed naqraw li l-Ombudsman qal li huwa għandu dritt li jsemma leħnu, u li għandu jitħalla jeżerċita d-dritt fundamentali tal-espressjoni.", "Quddiem dawn l-argumenti, jien nixtieq biss infakkar li kienet il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, taħt il-presidenza tal-President tar-Repubblika, li pubblikament qalet li b'dak li għamel l-Ombudsman kien qed jikser il-liġi!", "Nerġa' nfakkar li huma episodji bħal dawn li jimminaw il-fiduċja tal-poplu f'din l-istituzzjoni, u mhux il-kritika leġittima li ssir hawn ġew!", "Ma naħsibx li għandi għalfejn ngħid iżjed dwar dan, minkejja li Dr Said Pullicino jrid jagħti l-impressjoni li ma ġara xejn ħażin meta huwa tkellem pubblikament dwar l-Imħallef Farrugia Sacco.", "Minn dak li wieġeb l-Ombudsman fir-risposta miktuba li tana, jidher issa li hemm il-ħeġġa li l-affarijiet isiru, u jsiru aħjar.", "Għalhekk nibqa' nsostni li l-kritika kostruttiva dejjem hija tajba!", "Għalkemm forsi pubblikament kien hemm ir-reazzjoni li b'dak li għidt jien forsi rrid nagħlaq ħalq xi ħadd jew li huwa attakk feroċi, jidher, minn dak li qed jingħad, li l-affarijiet se jsiru aħjar.", "Jien nemmen li kieku ma ssirx din il-kritika f'dan il-forum, l-affarijiet kienu jibqgħu sejrin kif kienu sejrin, għalkemm issa rridu naraw li dak li qed jingħad li se jitwettaq fil-ġejjieni jsir verament.", "Fuq nota politika, nixtieq ngħid li wara li tkellimt dwar l-Ombudsman xi xahar jew xahrejn ilu, l-Oppożizzjoni ħarġet tgħajjar fil-media li jiena kont għamilt attakk sfrenat fuq l-Uffiċċju tal-Ombudsman, u li kont qed innawwar il-fiduċja f'din l-istituzzjoni.", "Imma, ma nsib assolutament l-ebda problema biex hawnhekk insostni li taħt l-ebda ċirkostanza ma jien lesta li ningħata xi lezzjoni mill-Partit Nazzjonalista fuq dan is-suġġett.", "Infakkar biss f'ħaġa waħda, jiġifieri li attakk sfrenat kontra l-Uffiċċju tal-Ombudsman kien sar fl-2002 meta l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien wasal biex ressaq mozzjoni fil-Parlament kontra l-Ombudsman ta' dak iż-żmien, is-Sur Joseph Sammut, u żgur li kienet azzjoni li nawret u mermret il-fiduċja tal-poplu f'dan l-Uffiċċju.", "U li issa tiġi l-Oppożizzjoni u tgħid li fuq dak li għidt mhu xejn, il-kummenti li saru m'huma xejn għajr eżempju ta' ipokrezija li minn dejjem kienet magħrufa għaliha l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Fil-fatt, ġejt hawnhekk u kkritikajt b'mod kostruttiv biex l-istituzzjoni titjieb, biex insaħħuha; imma, fl-2002, il-Gvern Nazzjonalista ressaq mozzjoni fil-Parlament kontra l-Ombudsman.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ombudsman, inti diġà għamilt ir-reazzjoni għall-kummenti li diġà saru.", "Ovvjament, kien hawn reazzjoni li seħħet forsi wara l-istess laqgħa li kellna; ma nafx tixtieqx tagħmel reazzjoni.", "DR. JOSEPH SAID PULLICINO: Mr Speaker, se nagħmel żewġ punti żgħar, għax dak li għidt għidtu.", "L-unika ħaġa li nixtieq ngħid hija li, anke fl-aħħar seduta li kellna, naċċetta kwalunkwe kritika li ssir min-naħa tal-Kumitat, u qatt m'għamilt ebda rifless li l-Onor.", "Dalli b'xi mod naqset minn dik li hija oġġettività għall-kummenti tiegħi.", "X'qal ħaddieħor fuq id-dibattitu ma jinteressanix.", "Li ngħid biss huwa dan: meta jien semmejt kritika sproporzjonata u żbaljata, ma kontx qed nirreferi għall-Onor.", "Dak li qalet l-Onor.", "Dalli huwa konsegwenza ta' kampanja li saret f'sezzjoni tal-istampa li, ovvjament, għalija kienet inġusta.", "Hawnhekk kellna kritika oġġettiva, irrispondejna għaliha, jien tajt risposta, hemm affarijiet li fuqhom naqblu, u kellna anke affarijiet li pprovokaw ċertu effett u reazzjoni min-naħa tagħna, filwaqt li ċerti affarijiet li għandhom jiġu mtejba, qed jiġu mtejba.", "Jekk tħares lejn il-website tagħna, ssib li llum għanda website ġdida li jmissha saret ħames snin ilu, u din saret fi żmien tliet xhur. ll-website li għandna llum hija website ta' livell għoli u tilħaq lil ħafna nies.", "Qed isiru affarijiet li jmisshom saru qabel, u issa qed isiru.", "Mhux qed ngħid li aħna perfetti; perfetti m'aħniex u hemm ħafna difetti, imma l-verità hija li wieħed ma jistax sempliċement jgħid kemm hemm difetti, imma jrid jgħid ukoll x'se nagħmlu biex nirranġawhom.", "Naħseb li dan qed isir, u se jibqa' jsir anke wara li nkun spiċċajt jien.", "L-unika ħaġa li xtaqt ngħid u nispiċċa biha hi li, fl-aħħar mill-aħħar, l-interess għandu jkun li l-istituzzjoni tavvanza, għax l-istituzzjoni tibqa' tgħix u tissaħħaħ skont kemm insaħħuha aħna, skont in-nies.", "Jekk ma jkunx hemm din il-volontà li tissaħħaħ u timxi 'l quddiem, l-istituzzjoni tmut.", "M'hemmx dubju li l-istituzzjoni bħala istituzzjoni hija istituzzjoni li qed tagħmel il-ġid, għamlet il-ġid, u għandha tibqa' tagħmel il-ġid fil-pajjiż, għax hija buffer tajjeb bejn l-amministrazzjoni u ċ-ċittadin.", "Issa, iktar ma tkun effettiva, iktar aħjar għaċ-ċittadin, u aħna dak li jinteressana.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, jien se nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "MR SPEAKER: It-tielet dokument, hux hekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, l-aħħar wieħed.", "F'paġna 23, hawn imniżżel li saru xi konsultazzjonijiet miegħek mill-Ministeru għall-Intern fl-2012 fejn, fost affarijiet oħra, intqal li għandhom jitħarsu iktar mill-qrib faċilitajiet bħall-ħabs u istituzzjonijiet ta' detention oħrajn.", "Imma, ftit 'l isfel jingħad li din diġà hija parti mill-ġurisdizzjoni tal-kompetenzi tiegħek.", "Jien l-aktar li jinteressawni huma d-detention centres u l-mental institutions, u ngħid għalfejn.", "Minbarra li nieħu ħsieb is-Social Affairs Committee, inħoss li huma żewġ ċentri, żewġ postijiet, fejn dak li jkun huwa vulnerabbli ħafna.", "Barra minn hekk, fid-detention centres ikun hemm nies barranin, u allura x'nagħmlu aħna u x'inhuma l-liġijiet tagħna assolutament ma jafux, waqt li fil-mental institutions għandek il-problema mentali nnifisha li tagħmilhom inqas jafu x'għandhom x'jagħmlu biex jaċċessaw … Fl-own initiative investigations tal-2013, m'inix qed nara li saru – inti ltqajt magħhom fl-2012 – own initiative investigations li għandhom x'jaqsmu ma' dawn is-setturi.", "Issa, jien nixtieq inkun naf jekk fis-snin ta' qabel saritx xi ħaġa through the Ombudsman's own initiative u, jekk le, hemmx il-ħsieb li ssir xi ħaġa.", "Barra minn hekk, nixtieq inkun naf jekk hemmx il-ħsieb ukoll li l-Ombudsman, f'dawn l-istituzzjonijiet partikolari fejn għandek jew barranin jew nies bi problemi mentali, jistax jagħmel xi ħaġa biex għallinqas nuruhom li dawn id-drittijiet tagħhom jeżistu biex, jekk ikun hemm problemi, ikunu jafu bihom.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Sur President, din hija domanda importanti ħafna.", "Fil-verità, dak li hemm fil-ktejjeb jinkludi wkoll ittra li kienet intbagħtet lili mill-Ministeru għall-Intern, b'rakkomandnazzjoni jew talba speċifika li nikkonsidraw li nwaqqfu kummissarju għal dawn id-detained persons.", "Konna ltqajna fuq dak is-suġġett, esprimejt il-fehma li hemm bżonn, jekk isir biżżejjed xogħol – u hemm xogħol x'tagħmel – nassessjaw jekk hemmx workload biżżejjed biex ikun hemm kummissarju għal dawk.", "Konna ħsibna wkoll li mal-kummissarju ndaħħlu wkoll l-Armata, il-Pulizija u s-Security Services biex ikollu workload tajjeb.", "Konna qegħdin nistudjaw fuq din il-proposta mill-Gvern l-ieħor, iżda kellna nieqfu minħabba l-Elezzjoni u minħabba l-politika kif kienet.", "Imma f'dan il-ktejjeb erġajt irrakkomandajt li nissuġġerixxuha u nerġgħu nistudjawha.", "Naħseb li waħda min-nuqqasijiet li għandna hija din.", "Ġieli kellna ilmenti minn persuni li kienu l-ħabs – anke minn persuni li kienu fid-detention centres, imma hemm vojt kbir – speċjalment għad-detention centres – għax għas-saħħa forsi hemm il-Kummissarju tas-Saħħa, u issa hemm tal-Mental Health, imma xorta m'hemmx kopertura biżżejjed.", "Naħseb li dik hija area importanti ħafna, u naħseb li b'daqsxejn studju għandu jkun hemm focus fuqhom.", "Il-vantaġġ ta' dan is-sinjur li għandi maġenbi huwa proprju li huma għandhom focus speċifikat fuq area partikolari.", "Allura dak responsabbli mis-Saħħa, pereżempju, ikollu ilmenti kuljum.", "DEBORAH SCHEMBRI: Rigward l-own initiative, dik tistgħu ...", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Rigward l-own initiative fid-diversi snin li għaddew fuq id-detention centres, għamilna … Konna għamilna wieħed jew tnejn, u għandna tnejn ongoing fuq id-detention centres, imma m'hemmx dak l-iffokar.", "Aħna naqbdu issue.", "Ikollok xi ħadd fuqhom li jista' jmur hemmhekk, u jista' jitlob ir-reazzjoni tan-nies hemmhekk.", "F'dak la għandna l-fakultà u lanqas għandna l-kapaċità, jiġifieri hemm bżonn li jkun hemm dak it-tip ta' focus, imma mhux li ma tajniex kas tagħhom.", "Kellna ilmenti fejn ittrattajna detainees li kienu l-isptar u ma qdewhomx.", "Kellna minn dawn, imma mhux biżżejjed.", "DEBORAH SCHEMBRI: Peress li fis-Social Affairs Committee tal-Parlament fejn għandha x'taqsam l-immigrazzjoni, se nitkellmu dalwaqt fuq id-detention centres, dawn l-ongoing reports li għandkom, hemm xi timeframe partikolari dwarhom, forsi waslu fl-aħħar jew le?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Għandi informazzjoni fuq hekk, u nirrakkomanda wkoll li dak li aħna ssuġġerejna f'dan ir-rapport jiġi diskuss, bħala diskussjoni u bħala punt ta' interess.", "Jekk ikun hemm qbil li għandu jkun hemm dan il-kummissarju, jiena awtomatikament nitlob li jsir, jiġifieri naqbel.", "Dan huwa suġġett biex nagħtu spunt biex nibdewha din il-biċċa xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Mr Speaker, mhux se ntawwal ħafna għax ma tantx inħobb intawwal.", "Nixtieq nagħmel tliet punti żgħar.", "L-ewwel nett, dan l-aħħar issemma t-twaqqif ta' Grieviances Unit mill-Gvern f'uħud mill-Ministeri, u naħseb li nħossni fid-dmir insemmi dan il-punt hawnhekk illum, proprju għaliex minn banda dawn il-units se jkunu – għall-inqas kif ġiet ikkomunikata fl-istqarrija pubblika mill-Gvern stess – qegħdin janalizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, filwaqt li se jkunu qegħdin janalizzaw, fuq il-mertu tagħhom stess, każijiet li l-Ombudsman qatt ma ra jew waslu għandu.", "Dwar l-ewwel punt li se jkunu qegħdin jaraw jew jevalwaw rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, naħseb li aħna lkoll konxji tal-fatt li l-Ombudsman rakkomandazzjonijiet jagħmel, u dawn jistgħu ma jintlaqgħux.", "Naħseb li dan il-punt, u anke l-punt li qed jitwaqqaf unit apposta biex jikkonsidra talbiet tal-pubbliku inġenerali, inħoss bħala Membru Parlamentari, idgħajjef xi ftit l-awtorità tal-Ombudsman.", "Din hija l-fehma tiegħi dwar dan l-eżerċizzju, li jista' jinstema' tajjeb hemm barra minn xi wħud; imma, ġaladarba għandna istituzzjoni li hija waħda kostituzzjonali, mhijiex istituzzjoni li hija appoġġjata b'maġġoranza sempliċi tal-Kamra, anzi trid żewġ terzi.", "Jien ħassejt li għandi nsemmi dan it-tentattiv, għax anke fid-dawl ta' dan id-dokument, fejn – kif jismu hu stess On the Strengthening of the Ombudsman Institution –inħoss li din l-inizjattiva per se ma tgħinx biex jissaħħaħ l-irwol tal-Ombudsman.", "Anzi, nażżarda ngħid li aktar naraha bħala inizjattiva li it bypasses, twarrab mill-ġenb, lill-istituzzjoni tiegħu.", "Allura, forsi jekk xi ħadd, sa qabel ħarġet din l-inizjattiva, kien beħsiebu japplika quddiem l-Ombudsman – meta ngħid l-Ombudsman, mhux il-persuna nnifisha, imma bħala istituzzjoni, bħala rwol, bħala Uffiċċju – din l-inizjattiva setgħet wasslet biex persuni li ħassewhom forsi inġurjati min-numru ta' organizzazzjonijiet jew uffiċċji u dipartimenti tal-Gvern jagħżlu li ma jmorrux għand l-Ombudsman.", "Dan huwa l-ewwel punt tiegħi li ħassejtni fid-dmir li nagħmel illum, anke b'rabta man-numru ta' rakkomandazzjonijiet – li lkoll qegħdin jitkellmu dwarhom – dwar kif għandna nsaħħu, anke għaliex, għal darb'oħra, il-persuni magħżula fuq il-Grieviances Unit huma magħżula minn persuna waħda b'mod politiku, u allura jien, bħala Membru Parlamentari, għandi ħafna aktar fiduċja f'persuna li tgawdi r-rispett u l-fiduċja, nerġa' ngħid, mhux tal-maġġoranza tal-Kamra, imma ta' żewġ terzi tal-Kamra, jiġifieri kważi jrid ikollok il-Kamra kollha li jkollha fiduċja fik.", "Huwa interessanti li l-Ombudsman, fir-risposti tiegħu lil dan il-Kumitat, irrefera għal każ ta' persuna partikolari – m'hemmx għalfejn insemmih - li ressaq ittra quddiem dan l-uffiċċju fl-aħħar seduta li kellna fejn iddiskutejna l-Ombudsplan.", "Jien ma kontx se nsemmih għax ikkonsidrajtu bħala water under the bridge, imma l-kummenti min-naħa tal-Ministru Helena Dalli, fejn ma nikkonsidrax li meta persuna tgħid li l-Ombudsman m'għandux il-kredenzjali neċessarji biex isiru riformi u li l-kunfidenza tal-pubbliku naqset fih, hija kritika kostruttiva.", "Naħseb li wieħed jista' jsib kliem iktar feliċi u newtrali jekk verament jixtieq jagħmel kritika kostruttiva lil din l-istituzzjoni għolja.", "Interessanti li, fir-risposta li ta l-Ombudsman, joħroġ li l-persuna ġiet offruta kariga ta' konsulent mill-istess Ministru, li hija responsabbli mid-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.", "M'hemm xejn ħażin b'dan, imma naħseb li jkun tajjeb kieku fl-aħħar laqgħa din l-informazzjoni bejn il-persuna li ressqet it-talba quddiem dan il-Kumitat u l-istess Ministru, f'din il-Kamra, għall-inqas jiena, stajna nkunu konoxxenti ta' dan il-fatt biex l-affarijiet dejjem ikunu ċari u f'ġieħ it-trasparenza.", "L-aħħar punt li se nagħmel huwa dan.", "Jien ħadt gost naqra dan ir-rapport tal-Ombudsman fejn ittieħdet inizjattiva dwar numru ta' punti.", "Ovvjament, għad irid ikun hemm diskussjoni dwar dawn il-punti, anke forsi f'xi kumitat, jew fil-Plenarja tal-Parlament; imma laqtuni żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, dwar il-kummissarju għall-kunsilli lokali.", "Illum, forsi ilment mal-kunsill ma jintlaqax, imma forsi ma tantx hemm post illum fejn – ikollkom ħafna ilmenti – wieħed jista' jirrikorri għandu jekk iħossu inġurjat mill-istess kunsill.", "U naħseb illum ilkoll nemmnu u naqblu fis-saħħa tal-kunsilli u l-irwol li tajna bid-deċentralizzazzjoni tal-poter, u naħseb li din hija xi ħaġa li, jekk xejn, għandha ssaħħaħ lill-istess kunsilli.", "Qed ninnota wkoll li intom qegħdin tgħidu li għandu jsir studju.", "Dan huwa tajjeb għax irridu naraw ukoll kemm hemm ilmenti li jsiru f'dan ir-rigward.", "L-aħħar punt interessanti huwa dwar il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Konsumatur fejn qed jintalab studju.", "Li huwa interessanti huwa li qed jiġi propost, jew forsi jpoġġi lilna għad-diskussjoni possibilità, li l-Ombudsman ikun jista' janalizza u jinvestiga numru ta' ilmenti li jsiru mhux biss fuq organizzazzjonijeit pubbliċi, iżda wkoll oħrajn mis-settur privat, dejjem ġaladarba dawn joffru servizz, kif qed naqra jien, essenzjali.", "Forsi xi kummenti tiegħek fuq dan l-aħħar punt, imma naħseb fuq fuq huwa dokument li għandna ħafna aktar x'niddiskutu fuqu.", "MR SPEAKER: Ombudsman, forsi tagħmel l-aħħar rimarki konklużivi.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Se nagħmel żewġ punti żgħar.", "Se naqbeż it-tieni punt, għax m'hemmx għalfejn nitkellem fuqu jien.", "Fuq il-Grievances Unit, il-pożizzjoni tiegħi hija ċara.", "Fil-prinċipju m'għandi xejn kontra li amministrazzjoni tipprova tikkoreġi żbalji jew inġustizzji li jkunu saru.", "Dik, on principle, naqbel li jsiru.", "Il-problema hija kif trid issir.", "Niftakar li meta fl-1987 kien hemm il-bidla fil-Gvern, il-Gvern ta' dak iż-żmien għamel il-Kummissarju għall-Inġustizzji, u jien kont wieħed minnhom dak iż-żmien.", "Imbagħad wara li dawk għamlu ma nafx kemm-il elf ilment, qalu li hawnhekk hawn xi ħaġa li m'għandhiex tibqa' kif inhi, u nħolqot l-istituzzjoni tal-Ombudsman.", "Din kienet proprju biex tevita li jkun hemm dan it-tip ta' eżami lura ta' amministrazzjonijiet oħrajn, u tibqa' b'mod oġġettiv u awtonomu l-investigazzjoni tagħha.", "Meta fl-1996 kien hemm bidla fl-amministrazzjoni, il-Gvern ta' dak iż-żmien kien irċeva ħafna ilmenti biex ikun hemm reviżjoni ta' inġustizzji, u l-Gvern qalilhom li hemm l-Ombudsman u għandhom imorru għandu, imma dan ma jeskludix li jsiru dawn it-tip ta' units, u jien m'inix kontra tagħhom.", "Il-problema tagħhom hija kif tiġi organizzata.", "Għax li jista' jiġri huwa li jkun hemm ċirkostanzi fejn tolqot it-trasparenza u l-indipendenza tad-deċiżjoni, u dak li jkun jgħid li dan mhux awtonomu, u jidħlu elementi differenti.", "Pereżempju, jekk ikun hemm eżerċizzju ta' promozzjoni, isir proċess bil-PSC, isir b'ċertu mod regolari, ma narax kif wieħed jista' jattakka dak il-proċess, jiġifieri mhux daqshekk faċli li tgħid, 'Iva, nagħmluh u jkopri kollox'.", "Din hija deċiżjoni politika, u nħalliha f'idejn il-politiċi.", "L-aħħar punt tiegħi huwa dwar il-kummissarji.", "Kif tafu, il-kummissarji għandhom status kważi ta' maġistrat, jiġifieri mhux ħaġa frivola jew tagħmilha malajr li tappunta kummissarju.", "Irid ikun hemm ix-xogħol għalih, u trid tiffoka fuq areas verament importanti.", "L-areas li ssuġġerejna aħna huma importanti, u jirrikjedu li jkun hemm xi ħadd iffokat fuqhom.", "L-istudju li semmejt li għandu jsir huwa proprju jekk jiġġustifikax l-ispiża li biha, bħala uffiċċju, aħna ma jkollniex piż żejjed għax irnexxielna, bir-riżorsi li għandna, nibqgħu nutilizzawhom.", "Bis-servizzi amministrattivi u ta' investigazzjoni nservu lill-kummissarji kollha, jiġifieri jkollok l-ispiża tal-kummissarju as such.", "Dan il-kummissarju nitolbu jien u japprovah il-Prim Ministru: imma, jekk ikun hemm diskussjoni politika dwar jekk ikunx hemm il-bżonn, jekk hux utli jew le li jsir, dan kollu huwa tajjeb.", "Il-Prim Ministru jkun jista' jgħid: Iva, hawn qbil, ta' min tagħmilha din.", "Inkella hu stess jgħidli, u allura mbagħad jien nitolbu.", "L-aħħar punt huwa fuq il-konsumatur.", "Dik hija xi ħaġa li llum fl-Ewropa qed ikollha riżultat qawwi: jekk l-Ombudsman għandux ikollu remit biex jinvestiga wkoll fejn hemm essential service mogħtija minn awtorità jew kumpanija indipendenti, iċ-ċittadin ikollux id-dritt li jmur għand Ombudsman awtonomu.", "L-idea hija li minħabba li jkun hemm privatisation, ħafna nies qed jitilfu din il-protezzjoni.", "Awtomatikament, ikollhom id-dritt ta' konsumatur, imma dan mhux l-istess bħal meta għandek … L-idea hija li, għall-fini biss li jiġi stabbilit jekk hemmx ġustizzja jew le, jekk servizz ingħatax tajjeb jew le – mhux biex jindaħal fl-operat tal-awtorità jew tal-kumpanija – ikun hemm dan ir-remit.", "Again, irid isir studju qabel ma tittieħed deċiżjoni, għax ikollok ċerti effetti fuq id-deċiżjonijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nirringrazzja lill-Membri kollha li ħadu sehem f'dawn il-laqgħat biex ġie diskuss l-Ombudsplan.", "Nifhem li hawn qbil li ssir rakkomandazzjoni lill-Parlament biex japprova l-Ombudsplan 2014, u għalhekk se nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex jiċċirkola t-traskrizzjoni tal-laqgħat li kellna u li fihom ħadu sehem il-Membri biex ġie diskuss l-Ombudsplan, niċċirkolawhom lill-Membri Parlamentari kollha, biex imbagħad titressaq il-mozzjoni għall-eventwali approvazzjoni tal-Ombudsplan fil-Plenarja.", "Nirringrazzjak.", "Ombudsman, tistgħu tirtiraw.", "Ix-xogħol l-ieħor ġie diskuss kollu, u dwar it-talba tal-Kumitat, ovvjament irridu nottjenu d-data dwar meta se tiġi diskussa l-aġenda kif diskussa hawnhekk fil-Kumitat.", "Il-korrispondenza tal-Onor.", "Jason Azzopardi diġà għaddejtha lilek u lill-Iskrivan tal-Kamra biex tgħaddiha lill-iSpeaker.", "Dwar l-aħħar item, l-Ombudsman … Dwar l-esibizzjoni tal-Parlament Malti, nifhem li l-Whips se jitkellmu bejniethom.", "Għaldaqstant, nistgħu naġġornaw.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8.50 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tkun ikkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140311_017d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.56 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 16 li saret fit-28 ta' Frar 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "Fis-seduta tat-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 kellha tkompli d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) – Abbozz Nru 24 – Tieni Qari.", "Fis-seduta tal-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 kellu jitressaq it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali – Abbozz Nru 34, u wara kellha tkompli d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 26 meta huwa maħsub li tali diskussjoni tagħlaq u possibbilment tissejjaħ votazzjoni.", "Fis-seduta tat-Tnejn, 17 ta' Marzu 2014 kellha tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta u diversi liġijiet dwar l-elezzjoni – Abbozz Nru 42.", "Fis-seduta tat-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014 kellha tkompli d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz Nru 42 u li jekk tali diskussjoni tkun għalqet, kellha tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ – Abbozz Nru 39.", "Il-Parlament ma kienx se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 19 ta' Marzu 2014 peress li kienet festa pubblika.", "Fis-seduti tat-Tnejn u t-Tlieta, 24 u 25 ta' Marzu 2014 kellha titkompla d-diskussjoni dwar l-Abbozzi Nri 42 u 39 u li jekk tali diskussjoni tkun għalqet kellha tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Abbozz Nru 35 - u tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali – Abbozz Nru 36.", "Fis-seduta tal-Erbgħa, 26 ta' Marzu 2014 kellhom jiġu diskussi l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014.", "Fuq talba tal-Onor.", "kienet għadha mhix indikata data ta' meta se jitressaq it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili – Abbozz Nru 20;", "it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali – Abbozz Nru 34 – kellu jitressaq l-għada; u", "li minħabba kwestjoni ta' infringement tal-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi kienet se tingħata priorità lid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Abbozz Nru 31 – u wara jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz Nru 18.", "L-Onor.", "Carmelo Abela għamel referenza għall-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp u għat-talba li kienet saret fl-istess Kumitat biex jiġi diskuss il-proġett tal-power station f'Delimara.", "Huwa qal li l-pożizzjoni tal-Gvern kienet li l-Kumitat ma kellux ir-remit li jiddiskuti dan il-proġett u li l-Gvern kien se jalloka seduta fil-plenarja fejn ikun hemm diskussjoni mingħajr vot fuq din il-materja, liema diskussjoni kellha ssir qabel l-24 ta' Marzu meta l-MEPA se tkun qed tieħu deċiżjoni fuq dan il-proġett.", "L-Onor.", "David Agius qal li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet li l-proġett kien jaqa' fir-remit tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp u li minbarra d-diskussjoni fil-plenarja din il-materja għandha tiġi diskussa wkoll fil-Kumitat fejn jistgħu jipparteċipaw l-esperti.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li peress li ma kien hemm ebda oġġezzjoni li ssir diskussjoni fil-plenarja, kien se jkun qed jistenna li wara li l-Onor.", "Carmelo Abela jikkomunika mal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, tiġi indikata data għal seduta parlamentari biex fiha jiġi diskuss il-proġett tal-power station f'Delimara.", "ĦATRA TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "Il-Kumitat qabel li:-", "fis-seduta ta' nhar it-Tlieta l-1 ta' April 2014 is-seduta tibda fis-6.00pm;", "wara l-ħin tal-mistoqsijiet, fis-6.30pm, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u President Nominat l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca tindirizza lill-Kamra għall-aħħar darba u tagħti lill-iSpeaker l-ittra tar-riżenja tagħha minn Membru tal-Kamra tad-Deputati;", "wara li toħroġ mill-Kamra u l-iSpeaker jaqra l-ittra tar-riżenja tagħha, jitressqu u jitqiegħdu għall-vot il-mozzjonijiet dwar ir-ringrazzjament tal-President tar-Repubblika l-ET George Abela u l-mozzjoni dwar il-ħatra tal-President il-ġdid tar-Repubblika; u", "hekk kif tagħlaq id-diskussjoni dwar l-aħħar mozzjoni, il-Kamra tiġi aġġornata għas-seduta tal-Erbgħa, 2 ta' April 2014 bil-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Onor.", "David Agius għamel referenza għal ittra datata 8 ta' Marzu 2014 li s-Sedja kienet irċeviet mingħand l-Onor.", "Jason Azzopardi biex skont l-artikolu 13(4) tal-Att dwar l-Ombudsman, Kap. 385, issir talba lill-Ombudsman ħalli jinvestiga rapporti mill-complaints board tal-Forzi Armati ta' Malta.", "L-Onor Carmelo Abela ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-artikolu 13(4) tal-Kap.", "385 jirreferi għal petizzjoni u li petizzjoni quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra m'hemmx.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien se jgħaddi kopja ta' din il-korrispondenza lill-Ombudsman għall-kummenti tiegħu.", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-Onor.", "Membri li quddiemhom kellhom:", "kopja riveduta tal-Ombudsplan għas-sena 2014 li ġiet ippreżentata kif miftiehem wara l-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tas-17 ta' Diċembru 2013, meta l-Kumitat kien qabel li kellhom isiru xi tibdiliet fl-Ombudsplan 2014 li kien ġie ppreżentat oriġinarjament;", "kopja tat-tweġiba mill-Uffiċċju tal-Ombudsman b'reazzjoni għal rimarki li tqajmu fil-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tas-17 ta' Diċembru 2013; u", "Il-Kumitat stieden lill-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, sabiex jieħu parti fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll ikompli iwieġeb għal xi mistoqsijiet u osservazzjonijiet li jsirulu dwar l-Ombudsplan 2014 kif rivedut, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fis-Seduta 106 tat-13 ta' Jannar 2014.", "Il-Membri kollha preżenti ħadu sehem fid-diskussjoni li saret dwar l-Ombudsplan 2014.", "Wara d-diskussjoni, il-Kumitat qabel li jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2014.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa kellha tiġi ċċirkolata lill-Membri Parlamentari sabiex sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2014.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140311_017m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar id-dokument maħruġ mill-Malta Environment and Planning Authority datat Jannar 2014 intitolat \"ODZ Policy and Design Guidance\".", "4 ta' Marzu 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140312_007a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:48 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret fid-26 ta' Frar, 2014 ġew konfermati.", "Anna Brincat, Skrivana tal-Kumitat, sabiex tgħidilna x'korrispondenza kellna mill-aħħar laqgħa.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Mill-aħħar laqgħa, il-Kumitat irċeva żewġ sottomissjonijiet għall-ODZ policy li ppreżentat il-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) fil-laqgħa preċedenti, waħda mingħand Din l-Art Ħelwa u oħra mingħand is-Sur Alfred E. Baldacchino, però s-Sur Agius, mir-Ramblers' Association talab li jingħata aktar mien sabiex ikun jista' jagħmel sottomissjoni.", "George Pullicino u Madam Chair dwar id-diskussjoni fil-Kumitat rigward il-proġett tal-LNG, bl-aħħar waħda tkun tgħid hekk:", "Kif taf sew, fl-Environment and Development Planning Committee digà gie maqbul li l-EIA tal-proġett tal-LNG jiġi diskuss qabel it-Tnejn 24 ta' Marzu 2014 meta l-MEPA mistennija tiddelibera fuq dan, tant li int kkwotata tgħid \"Naqbel miegħek li għandna nistabilixxu data llum għal ġurnata meta se niddiskutu l-EIA.", "Però, minħabba li l-Onor.", "Konrad Mizzi talab iktar żmien biex ikollu l-istudji kollha f'idejh, jien naħseb li nistgħu nħallu għal dik il-ġimgħa ta' qabel eżatt ma tiġi diskussa fil-MEPA, ħalli ma jkollniex ir-riposta li l-istudji kollha m'għadhomx mhumiex in hand.\"", "Min-naħa tagħna għandna ħtieġa li jkollna għallanqas żewġ sessjonijiet biex neżaminaw dan ir-rapport voluminuż u nistaqsu l-mistoqsijiet rilevanti.", "Għaldaqstant nitolbu li l-Kumitat jiltaqa' nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġej biex jiddiskuti din it-tema kif stipulat digà mill-istess Kumitat.", "Infakkrek li nhar l-Erbgħa, 19 ta' Marzu hija festa pubblika.", "Għaldaqstant nitolbok sabiex tikkonferma dawn id-dati fl-inqas żmien possibbli.", "MADAM CHAIR: Biex nikkummenta dwar il-korrispondenza tal-Onor.", "Pullicino, peress li fl-aħħar laqgħa konna ddeċidejna li se naraw jekk dik il-materja hijiex se tiġi diskussa hawnhekk jew hijiex se tittieħed f'idejn il-House Business Committee (HBC), fil-verità sar hekk u jidher li l-HBC iddeċieda li d-diskussjoni tmur fil-plenarja.", "Ovvjament, Onor. Pullicino, jien daqsek xtaqt li din il-materja tiġi diskussa hawnhekk u allura staqsejt jekk il-HBC għandux il-poter li jagħmel hekk u qaluli li jekk il-HBC jiddeċiedi li dik il-materja tiġi diskussa fil-plenarja allura aħna ma nkunux nistgħu niddiskutuha hawnhekk.", "President, naħseb li ġejt infurmata ħażin.", "Il-HBC ma qalx li din il-materja, ġaladarba tkun diskussa fil-plenarja, ma tiġix diskussa fil-Kumitat.", "Fil-fatt ilbieraħ l-iSpeaker qal li l-Kumitat imexxi lilu nnifsu u d-diskussjoni tista' ssir fil-plenarja.", "Tant hu hekk, li aħna stess, meta ġo dan il-Kumitat qam il-punt, konna għedna ċar u tond li anke din in-naħa tal-Kamra ma teskludix li jkun hemm diskussjoni fil-plenarja u li diskussjoni fil-plenarja ma teskludix diskussjoni fil-Kumitat u viċi versa, jiġifieri jista' jkollok iż-żewġ proċessi għaddejjin fl-istess żmien.", "Ilbieraħ ma kien hemm l-ebda deċiżjoni, la min-naħa tal-HBC u lanqas min-naħa tal-iSpeaker, li tgħid li quddiem dan il-Kumitat m'għandux ikun hemm id-diskussjoni dwar l-Environmental Impact Assessment (EIA) tant li jien infurmat li l-iSpeaker qal ċar u tond li l-Kumitat imexxi lilu nnifsu.", "Fil-fatt, l-unika deċiżjoni li kien hemm fil-HBC kienet li jridu jsibu data meta d-diskussjoni ssir fil-plenarja.", "MADAM CHAIR: Meta jien kellimt lill-iSpeaker u staqsejtu eżattament dak li qed tgħid int, jiġifieri jekk waħda teskludix lill-oħra, it-tweġiba kienet li huwa l-HBC li jidderieġi l-ħidma tal-kumitati.", "Dik kienet it-tweġiba tal-iSpeaker.", "Li nista' nagħmel huwa li nitlob direzzjoni ċara bil-miktub mingħand l-iSpeaker.", "Jekk aħna jkollna direzzjoni ċara bil-miktub mingħand l-iSpeaker, allura dak li qed tgħid int jista' jiġi kkunsidrat, però l-istruzzjonijiet li kelli jien kienu li l-HBC iddeċieda hekk u huwa l-HBC li jiddeċiedi l-ħidma tal-kumitati.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, nirrepeti li l-informazzjoni li għandi jien ma taqbilx ma' tiegħek.", "L-iSpeaker ilbieraħ qal ċar u tond li huwa l-kumitat li jmexxi lilu nnifsu; il-HBC jiddeċiedi s-sessjonijiet tal-plenarja.", "Jien m'għandi l-ebda diffikultà li jkollna pożizzjoni bil-miktub min-naħa tal-iSpeaker iżda l-issue hija l-kwestjoni taż-żmien.", "Illum huwa l-Erbgħa u jien diġà ili nikkomunika b'diversi emails biex ikollna d-dati stabbiliti.", "Irrid ngħid li dan il-Kumitat, b'mod unanimu, qabel li din il-materja tiġi diskussa quddiema tant li din il-pożizzjoni qiegħda mniżżla fil-Minuti, iswed fuq l-abjad, u allura nistenna li dan il-Kumitat ikun koerenti ma' deċiżjonijiet li diġà ħa u jimxi biex jipproċedi ħalli nagħżlu l-ġranet li din in-naħa tal-Kamra qed tissuġġerixxi li jkunu nhar it-Tnejn u Tlieta li ġejjin.", "MADAM CHAIR: Jien nitlob li jissejħu l-Whips ħalli jiddiskutu mal-iSpeaker għax aħna ngħatajna informazzjoni differenti.", "Nista' nassigurak li m'għandi l-ebda problema biex dik il-materja tiġi diskussa hawnhekk, anzi hija x-xewqa tiegħi li dan isir, però l-istruzzjonijiet li kelli dalgħodu – għall-inqas jien hekk fhimt – kienu li HBC decisions overrule the Committee's decision u allura jien baxxejt rasi u kelli naċċetta.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Madam Chair, bażikament ridt nikkonferma l-informazzjoni li għandek inti.", "Apparti minn hekk, il-laqgħa tal-MEPA se tkun fl-24 tax-xahar u ż-żewġ ġranet li jifdal li fihom tista' ssir seduta huma s-17 u t-18 ta' Marzu.", "Huwa żgur li ma jistgħux isiru żewġ seduti għax sa fejn jien infurmat, f'waħda minn dawk il-ġranet se jkun diskuss fil-plenarja s-suġġett li attwalment l-Onor.", "Membru qed jitlob biex jiġi diskuss hawnhekk u ma jistax ikun li nkunu fil-plenarja u nkunu hawnhekk niddiskutu l-istess ħaġa.", "Issa nħallu lill-Whips biex jitkellmu bejniethom kif issuġġerejt inti, Madam Chair, imma ridt inpoġġi għall-attenzjoni ta' dan il-Kumitat li loġistikament huwa impossibbli nagħmlu żewġ seduti biex niddiskutu dik il-biċċa xogħol meta kulma hemm available huma żewġ ġranet u f'waħda minnhom se tkun qed issir diskussjoni dwar din il-materja fil-plenarja.", "Il-Gvern ma jiddejjaqx jitkellem u se jitkellem fuq il-materja, tant li ddeċidejna li d-diskussjoni ssir fil-plenarja appuntu biex nagħtu aktar weight – mhux għax dan il-Kumitat m'għandux weight – lis-suġġett ħalli kulħadd ikun jista' jsemma' leħnu.", "Tant hu hekk li n-naħa tal-Gvern se tressaq hi stess is-suġġett għad-diskussjoni.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Imma l-Kumitat jista' jiltaqa' fi ġranet oħra li mhumiex ġranet normali li fihom isiru seduti.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Filwaqt li nifhem li jista' jkun li l-Kamra tiddeċiedi li fil-plenarja l-EIA jiġi diskuss nhar it-Tlieta li ġej, dan il-Kumitat faċilment jista' jiddelibera li jiltaqa' t-Tnejn filgħodu, jew waranofsinhar, jew filgħaxija, jew it-Tlieta filgħodu jew waranofsinhar ġaladarba s-sessjoni fil-plenarja tibda fis-6:00 p.m. Dan il-Kumitat, bħal kwalunkwe Kumitat ieħor, jista' jiddeċiedi li ma jiltaqax neċessarjament fis-sigħat odjerni tal-plenarja.", "Nirrepeti li l-informazzjoni li għandi jien hija – u ħdejja hawn il-Whip tal-Oppożizzjoni – li l-iSpeaker ma ħax pożizzjoni inkwantu li ġaladarba din il-materja tiġi deliberata fil-plenarja allura hu eskluż milli dan il-Kumitat, li diġà ddeċieda dwar dan b'mod unanimu, jiddiskutiha.", "U bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Farrugia, hemm differenza bejn diskussjoni fil-plenarja u diskussjoni hawnhekk għax hawnhekk, bħalma jsir f'kull Kumitat ieħor, nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet, ikollna r-risposti u nagħmlu aktar mistoqsijiet, filwaqt li ma tridx tkun intelliġenti ħafna biex tassumi li fil-plenarja kulħadd jagħmel l-istatement tiegħu u ma jista' jkun hemm l-ebda mistoqsija.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn dan il-ħabi min-naħa tal-Gvern li f'daqqa waħda, at the last moment, minkejja li kellna pożizzjoni unanima f'dan il-Kumitat li dan is-suġġett jiġi diskuss hawnhekk, biddel il-pożizzjoni tiegħu biex ma niġux niddiskutu l-EIA dwar dan l-impjant hawn ġew.", "President, dwar din il-materja saru diversi laqgħat pubbliċi, inkluż ma' kunsilli lokali.", "Fil-fatt jien infurmat li llum stess, il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa ġie mgħajjat fl-uffiċċju taċ-Chief Executive Officer (CEO) tal-MEPA proprju biex jiddiskutu dan is-suġġett.", "Jien m'għandi ebda diffikultà li jkun hemm laqgħat ta' informazzjoni, imma li qed jippreokkupa lili bħala Deputat fil-Kamra huwa li jsiru laqgħat pubbliċi ma' kumitati ta' kunsilli lokali u ma' nies oħrajn, u f'dan il-Kumitat, li qabel b'mod unanimu li jkollna l-preżentazzjoni li diġà saret lil organizzazzjonijiet oħrajn, ma jsirx dan u ma jkollniex iċ-ċans li nagħmlu d-domandi li rridu.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa pass ikrah ħafna għall-mod kif il-Parlament imexxi lilu nnifsu.", "L-informazzjoni li għandi jien mill-Whip tan-naħa tagħna – li jinsab preżenti ħdejja – hija li ma kien l-ebda deċiżjoni min-naħa tal-iSpeaker fejn ingħad li jekk din id-diskussjoni tmur fil-plenarja allura ma ssirx diskussjoni oħra f'dan il-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, minn dak il-ħin ʼil hawn għamilna kuntatt mal-Whip tan-naħa tal-Gvern u issa se jitkellmu l-Whips bejniethom ħalli naraw x'konklużjoni se jaslu għaliha.", "Jekk ma naslux, jien inkun irrid ir-ruling dirett tal-iSpeaker għax id-direzzjoni li kelli jien kienet dik li stqarrejt magħkom.", "Jien m'għandi l-ebda problema, anzi nixtieq, li din il-materja tersaq quddiem il-Kumitat, però kif inhu d-dover tiegħi, jien irrid nieħu d-direzzjoni kemm tal-HBC kif ukoll tal-iSpeaker.", "L-Onor.", "President, jien ma nafx minn fejn toħroġ din li l-HBC jirregola x-xogħol ta' dan il-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Issa jgħidilna l-iSpeaker.", "RYAN CALLUS: Safejn naf jien, però I stand to be corrected, ġieli kien hemm deċiżjonijiet fejn ħareġ li kull kumitat għandu jirregola lilu nnifsu u allura jekk hemm maġġoranza fi ħdan dak il-Kumitat li taqbel li diskussjoni għandha ssir f'dak il-Kumitat, x'hemm xi jżomm biex dik id-diskussjoni ma ssirx?", "MADAM CHAIR: Dalgħodu għamilt dik il-mistoqsija diretta u t-tweġiba kienet li l-HBC jidderieġi l-ħidma tal-Kumitati.", "Għallinqas jien hekk fhimt.", "RYAN CALLUS: Jien irrid nagħmel riferenza għat-transcripts ta' laqgħat preċedenti ta' dan il-Kumitat u nixtieq naqra verbatim minnhom ħalli nneħħi kull dubju li qatt xi darba kien hemm qbil dwar din il-materja f'dan il-Kumitat.", "Pereżempju, fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat, l-Onor.", "Pullicino kien qal hekk:", "\"Dan il-Kumitat kien diġà qabel b'mod unanimu li l-ewwel nett ikun hawn preżentazzjoni u wara ssir diskussjoni...\"...", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Imma issa marret quddiem il-HBC.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, għandna ż-żewġ Whips preżenti hawnhekk u jistgħu jgħidulna huma.", "Ikkonkludi fil-qosor, Onor. Callus.", "RYAN CALLUS: Onor. Farrugia, jien tajtek ċans titkellem u ma nterrompejtekx; nixtieq li issa jkollok il-paċenzja li wrejt miegħek jien.", "Se nkompli nikkwota minn x'qal l-Onor.", "Pullicino fl-aħħar laqgħa:", "\"...fejn fiha jkunu jistgħu jsiru mistoqsijiet lill-esperti.\".", "U din hi d-differenza kollha, Madam Chair.", "Meta aħna mmorru fil-plenarja d-diskussjoni se tkun biss bejna l-politiċi, però għad hemm numru ta' mistoqsijiet importanti ħafna li rridu nagħmlu għax ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq proġett ta' portata nazzjonali u għandu impatt nazzjonali, jiġifieri jekk għad għandna l-possibilità li fil-ftit jiem li fadal – għax sfortunatament kien hemm għaġġla kbira li d-data tad-deċiżjoni tal-MEPA tingħata kemm jista' jkun malajr imma issa hemm dik id-data u m'hemmx x'tagħmel – huwa importanti li jkollna d-dritt li niddiskutu fuq dawn l-affarijiet.", "Jien ma nistax nifhem kif dan il-Kumitat diġà qabel fuq dan il-punt u…", "MADAM CHAIR: Il-Kumitat se jbaxxi rasu biss jekk il-HBC jew l-iSpeaker jidderiġuna f'direzzjoni oħra, mill-bqija dan il-Kumitat jiddiskutiha.", "L-istruzzjonijet li għandi jien minn min hu responsabbli huma li l-HBC jiddeċiedi hu.", "Jekk mhux il-każ, allura nkunu nistgħu nikkunsidraw li nkomplu b'dak li ftehemna.", "Ħalli jiddiskutu ftit il-Whips però ddumux ħafna għax għandna ħafna x'nagħmlu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Madam Chair, hija l-prassi ta' dan il-Parlament li kull Kumitat jirregola lilu nnifsu u fejn ma jkunx hemm qbil, jew fejn il-President tal-Kumitat jara li ma jistax/tistax jerfa'/terfa' r-responsabilità, jirriferi/tirriferi lill-iSpeaker.", "Aħna, bħala HBC, jekk ikollna talba mingħand xi Kumitat, jew ikun jidhrilna li xi Kumitat għandu ċertu xogħol partikolari, allura għandna l-awtorità li nqabbdu lill-Kumitat jagħmel dak ix-xogħol partikolari, però kull Kumitat jirregola lilu nnifsu.", "Kellna ċirkostanzi fejn il-Parlament ħass li kellhom imorru xi nies quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Liġi bħala xhieda u qbilna u mexxejna.", "Jiġifieri jekk hemm qbil f'dan il-Kumitat dwar kwestjoni, il-HBC ma jidħolx fiha, però jekk inti, Madam Chair, tħoss li m'hawnx qbil u li inti m'intix lesta terfa' r-responsabilità u trid ruling mingħand l-iSpeaker, sta għalik li titlob tali ruling, però li għamilna aħna lbieraħ bħala HBC kien li qbilna li jekk ikun il-ħtieġa li jkun hemm seduta fil-plenarja, jien u l-Whip tal-Gvern niddeċiedu fuq data li fiha l-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu jistgħu jitkellmu fiha.", "Dak kien xogħolna, però x'jagħmel dan il-Kumitat huwa l-Kumitat stess li jiddeċidih u jekk għandu diffikultà, jitlob ruling mingħand l-iSpeaker.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Sinj.", "Jien nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex ukoll inkun nista' nagħti l-veduti tiegħi.", "L-ewwel nett il-HBC huwa dak il-Kumitat li bl-Ordnijiet Permanenti jista' jirregola li kull Kumitat ieħor.", "Dan l-istat ta' fatt joħroġ ċar mill-Ordnijiet Permanenti.", "It-tieni nett, il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp imwaqqaf b'artiklu 34 ta' Kap. 504 m'għandux fir-remit tiegħu li jiddiskuti proġett jew ħaġa oħra marbuta ma' proġett kapitali tal-Gvern.", "Aħna naqblu li dan huwa ta' portata nazzjonali u ta' importanza kbira, kif wara kollox kienu proġetti oħrajn fil-passat.", "L-estensjoni tal-power station ta' Delimara, kien proġett kapitali importanti ta' portata kbira u nazzjonali u ma ġiex diskuss minn dan il-Kumitat.", "Nerġa' nġid li mhuwiex fir-remit ta' dan il-Kumitat, kif jinsab miktub f'artiklu 34 ta' Kap. 504, li jiddiskuti tali proġett.", "U jkun preċedent ikrah li proġett kapitali, importanti kemm hu importanti, jiġi diskuss minn dan il-Kumitat meta mhuwiex fir-remit tiegħu li jagħmel dan.", "Fil-pajjiż għandna awtorità kompetenti li għandha r-regoli tagħha ta' kif issir il-kunsiderazzjoni u d-diskussjoni fuq il-proġetti kapitali.", "Jien nifhem li dan qed isir u jekk mhux qed isir biżżejjed mhux dan il-Kumitat għandu jagħmel dak ix-xogħol imma proprju għandhom jaraw mal-awtorità kompetenti li bil-liġi għandha d-dritt li tagħmel il-konsultazzjonijiet u d-diskussjonijiet u finalment tapprova tali proġett.", "Meta nkitbet ittra mill-Onor.", "Pullicino u naturalment inti, Madam Chair, għaddejt l-ittra lill-Ministru konċernat, il-Ministru konċernat għamilha ċara li minkejja li mhuiwex fir-remit ta' dan il-Kumitat, kien qed jaċċetta li jagħmel il-preżentazzjoni lill-Membri tal-Kumitat f'dal-Kumitat u l-kelma kienet ċara, \"preżentazzjoni\".", "Wara li ġiet moqrija dik l-ittra tal-Ministru hawnhekk irriżulta li l-Membri tal-Kumitat riedu mhux biss preżentazzjoni imma dibattitu ta' tnejn jew tliet seduti oħra biex jiddibattu dwar proġett li dan il-Kumitat m'għandux l-awtorità kompetenti li jiddiskuti – naturalment għax hemm ir-regoli ta' artiklu 34 ta' Kap. 504 li twaqqaf bihom – u allura jekk il-ħsieb huwa li jsir dan it-tip ta' dibattitu hawnhekk, nerġa' ngħid li mhuwiex fir-remit tiegħu.", "Lanqas huwa fir-remit li ssir preżentazzjoni, aħseb u ara li jiġi diskuss f'dak id-dettall u bil-mod kif wieħed xtaq li jiddiskutih!", "Jien ilbieraħ, f'isem il-Gvern, fil-HBC, anke għax issemma hawnhekk li hemm il-possibilità li ssir seduta fil-plenarja, kif ġara anke fil-leġiżlatura li għaddiet fuq talba tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u l-iSpeaker kien ta r-ruling tiegħu li jsir f'dak id-dibattitu, aħna minflok qgħadna nistennew lill-iSpeaker jagħti r-ruling tiegħu, ippropojnejt li qabel il-MEPA tiddiskuti u tasal għall-konklużjoni tagħha fl-24 ta' Marzu – għax jidhirli li fl-24 ta' Marzu l-MEPA se tiddiskuti dan il-proġett – il-Parlament jagħmel diskussjoni fil-plenarja fejn il-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u tkun diskussjoni bla vot kif ġara fil-leġiżlatura li għaddiet fuq proġett kapitali ta' portata kbira u nazzjonali; l-istess ħaġa, xejn aktar u xejn inqas.", "Jien segwejt, anke mill-mezzi ta' komunikazzjoni, u naf li dawn l-opportunitajiet fejn esperti eċċ. jgħidu tagħhom u jistaqsu, kienu hemmhekk.", "Jekk hawn min iħoss li hemm bżonn aktar diskussjoni, fil-każ jirrikorri għand l-awtorità kompetenti biex iżżid dawn it-tip ta' laqgħat, imma mhuwiex il-Kumitat li jiddeċiedi dwar dan.", "Ilbieraħ ma wasalniex għad-data għax ridt niċċekkja mal-Ministru konċernat minħabba impenji li kont naf li se jkollu barra minn Malta u llum irnexxieli nagħmel dawn l-arranġamenti biex il-Ministru jkun hawn proprju nhar it-Tlieta, 18 ta' Marzu, biex il-Kamra, naturalment jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat però m'iniex nara li m'għandux ikun hemm qbil, tagħmel dan id-dibattitu ħalli l-Membri Parlamentari kollha jkollhom iċ-ċans jgħidu tagħhom qabel il-MEPA tiddiskuti biex finalment tiddeċiedi jew tara l-proċedura tagħha.", "Dan ikun eżatt kif ġara fil-leġiżlatura li għaddiet.", "Dik hija l-pożizzjoni min-naħa tagħna.", "Grazzi.", "DAVID AGIUS: Madam Chair, dak li qal il-Whip tal-Oppożizzjoni hija l-pożizzjoni min-naħa tiegħu mhux x'kien deċiż fil-HBC.", "Il-mistoqsija tiegħek kienet x'ġie deċiż fil-HBC.", "Fil-HBC ilbieraħ ġie deċiż li jkun hemm seduta fil-plenarja u d-data naraw meta tkun, però ma kienx eskluż u ma ngħatat ebda direzzjoni biex dan il-Kumitat jiddiskuti jew ma jiddiskutix dak li jrid jiddiskuti dan il-Kumitat.", "Jiġifieri dan il-Kumitat għadu fil-libertà kollha li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu hu u jiddeċiedi jekk ikomplix kif kien miftiehem b'mod unanimu f'dan il-Kumitat jew le.", "Jekk m'hemmx, u ma jkunx hemm, qbil jew ħaġa oħra, imbagħad sta għalik, Madam Chair, biex tidderieġi l-pożizzjoni tiegħek imma l-HBC ma ta l-ebda linja partikolari li għandkom jew m'għandkomx tiddiskutuha.", "Dik id-deċiżjoni nħalluha għal dan il-Kumitat.", "X'jiġri fil-plenarja mbagħad hemm iż-żewġ Whips li fil-HBC jiddeċiedu meta u kif se ssir, però x'jiġri f'dan il-Kumitat hi deċiżjoni ta' dan il-Kumitat u hekk kien deċiż ilbieraħ fil-HBC.", "CARMELO ABELA: Dan li għedt illum għedtu lbieraħ fil-HBC, jiġifieri li dan il-Kumitat ma jistax ma jimxix mar-remit tat-twaqqif tiegħu.", "Huwa ċar li fuq proġett, importanti kemm hu importanti – kien hemm proġetti importanti oħrajn, żgur li dan mhuwiex l-uniku proġett ta' importanza – dan il-Kumitat irid jimxi mal-liġi ta' kif twaqqaf; ma jistax jiddiskuti proġett kapitali, importanti kemm hu importanti.", "Hawnhekk mhux il-MEPA.", "Il-MEPA tagħmel dak ix-xogħol.", "Dan il-Kumitat għandu r-remit tiegħu li jagħmel tali diskussjoni.", "Li l-Membri jagħmlu talba ma fiha xejn ħażin però rridu nimxu skont ir-regoli.", "Nerġa' nfakkar li l-Gvern kien lest jagħmel preżentazzjoni minkejja li mhux fir-remit ta' dan il-Kumitat.", "Stajna għedna mill-ewwel li dan mhux fir-remit tal-Kumitat u ma jsir xejn, però għażilna li nagħmlu preżentazzjoni.", "Imma li mbagħad il-preżentazzjoni nwessugħha għal dibattitu ta' tnejn, tliet seduti eċċ., allura mmorru lura anke milli nagħmlu l-preżentazzjoni.", "Jiġifieri n-naħa tal-Gvern qed tagħmilha ċara li la l-preżentazzjoni u lanqas id-dibattitu li qed jiġi mitlub m'għandu jsir hawnhekk għax noħolqu preċedent ikrah ħafna għall-futur.", "Dan il-Kumitat qatt ma ddiskuta tali proġetti u m'għandux jagħmel dan.", "Ir-remit tal-Kumitat huwa ċar kif huwa stipulat f'artiklu 34 ta' Kap. 504 u għandna nimxu ma' dak.", "Il-proposta tal-Gvern hi li jkollna dibattitu fil-plenarja u l-MEPA għandha tagħti kas ta' dak li jingħad fil-plenarja wkoll.", "DAVID AGIUS: Madam Chair, assolutament ma naqblux ma' dak li qed jgħid il-Gvern.", "Aħna nibqgħu ngħidu li l-Kumitat jidderieġi lilu nnifsu, kif diġà fil-fatt sar.", "Jekk il-Gvern ma jridx jiddiskuti u jekk il-Ministru ma jridx jiġi, dik hija ħaġa oħra, imma hawnhekk il-Parlament mhux il-Gvern, u rridu nagħmlu distinzjoni bejn il-Parlament u l-Gvern.", "Hawnhekk inti għandek l-awtorità li flimkien mal-Membri ta' dan il-Kumitat tiddeċiedu x'tiddiskutu.", "Jekk hemm qbil, f'idejkom, u jekk tridu direzzjoni hemm l-iSpeaker, però li jiġi ordnat min-naħa tal-Gvern xi jsir fil-Parlament mhuwiex aċċettabbli.", "CARMELO ABELA: Madam Chair, ħalli niċċara l-pożizzjoni tagħna għall-aħħar darba.", "Il-Gvern kulma qed jgħid huwa li għandna nħarsu lejn artiklu 34 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 504 minn fejn joħroġ ir-remit ta' dan il-Kumitat.", "M'hemm imkien li dan il-Kumitat jista' jiddiskuti proġett kapitali.", "Fil-fatt dan l-artiklu jgħid hekk:", "\"Il-Kumitat Permanenti għandu:", "(a) jagħmel reviżjoni ta' kull pjan...\",", "– mhux proġett, pjan –", "\"...li jitressaq quddiem il-Kamra tad-Deputati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-Kumitat Permanenti għandu jirrikkmanda lill-Kamra jekk dak il-pjan għandux jiġi approvat, approvat b'emendi jew riġettat;", "(b) jiddiskuti kull rapport riferut lilu mill-Ministru li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' struttura jew kull reviżjoni ta' dak il-pjan;", "(ċ) jiddiskuti kull pjan jew policies oħra riferita lilu mill-Ministru u tirrapporta fuqu lill-Parlament.\".", "Kull ħaġa li toħroġ barra minn dan, dan il-Kumitat m'għandux il-poter bil-liġi li jagħmilha.", "DAVID AGIUS: Madam Chair, nista' nserraħlek rasek li fl-iStanding Orders hemm li kull Kumitat jista' jirregola lilu nnifsu.", "Għandek l-iStanding Orders li jappoġġjawk – diġà għamilna dan f'Kumitati oħrajn – u jgħidu b'mod ċar li l-Kumitat jirregola lilu nnifsu u jekk Kumitat jaqbel li jiddiskuti xi ħaġa, m'hemmx diffikultà li dan jiddiskutiha.", "Aħna għandna Kumitati oħrajn li għandhom remit li però imxejna ʼl barra minnu għax kien hemm il-qbil u l-Kumitat ħass hekk.", "Jiġifieri jekk il-Kumitat iħoss li għandu jimxi bil-kumplament tad-diskussjoni, l-iStanding Orders jagħtuh il-fakultà kollha li jagħmilha.", "CARMELO ABELA: Madam Chair, bil-permess tiegħek, fuq dak li qal il-kollega tiegħi nixtieq ngħid li dan il-Kumitat mhuwiex imwaqqaf bl-iStanding Orders imma bl-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 504.", "DAVID AGIUS: Imma xorta waħda jrid jaħdem skont l-iStanding Orders ta' dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) X'le, le!", "F'dak kollu li jiġri fil-Parlament nimxu skont l-iStanding Orders tal-Parlament u hemm Standing Order li jgħid ċar li kull Kumitat jirregola lilu nnifsu.", "Jekk il-Membri ta' dan il-Kumitat iħossu li għandhom jiddiskutu dak li jridu jiddiskutu, għandhom kull dritt.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hemm għalfejn tinbidel ebda liġi.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, nixtieq infakkar lil dan il-Kumitat li proprju fl-ewwel laqgħa tiegħu f'din il-leġiżlatura kont jien li qajjimt il-punt li dan il-Kumitat hu stabbilit bil-liġi li hija speċifika.", "Dakinhar, il-kumplament tal-Membri tan-naħa tal-Gvern ma qablux ma' dik il-pożizzjoni u għalhekk ninsab sorpriż ħafna li llum, il-Whip tan-naħa tal-Gvern qed jagħmel il-kontro-argument għal dak li dakinhar in-naħa tal-Gvern ma qablitx miegħi dwaru.", "Tant ma kenux qablu miegħi li jien kont kostrett nitlob ruling mingħand l-iSpeaker.", "Fil-fatt l-iSpeaker kien ta ruling fejn qal li minkejja li dan il-Kumitat huwa mwaqqaf bil-liġi, xorta jista' jiddiskuti kwalunkwe materja oħra, tant li dan il-Kumitat minn dakinhar ilu għaddej jiddiskuti materji lil hinn minn dak li huwa ċitat fil-liġi.", "Għaldaqstant aħna komplejna mexjin b'dan il-mod u dejjem urejna d-disponibilità tagħna għad-diskussjoni, anke għax Madam Chair dejjem uriet ix-xewqa li dan il-Kumitat imur oltre u ġieli kellna wkoll diskussjonijiet tête-à-tête u għedtilha li ġaladarba hemm id-deċiżjoni tal-iSpeaker ma nsibu l-ebda diffikultà li jkollna diskussjonijiet oħrajn.", "Għalhekk jiena jiddispjaċini li ġaladarba n-naħa tal-Oppożizzjoni wriet id-disponibilità, u ġaladarba dal-Kumitat, inkluż il-Membri tal-Gvern, qabel b'mod unanimu li ssir preżentazzjoni dwar l-EIA li ġie ppreparat għall-proġett… Jien nixtieq infakkar li l-EIA mhuwiex l-uniku dokument li l-MEPA jkollha quddiemha biex tiddeċiedi applikazzjoni anke nazzjonali.", "Fit-talba tagħna, aħna dejjem konna ċari li rridu niddiskutu l-EIA mhux il-proġett.", "Jien ma nsib l-ebda diffikultà li dan il-Kumitat, jekk jidhirlu mod ieħor, jiddeċiedi mod ieħor, imma mbagħad kulħadd jerfa' r-responsabilità tad-deċiżjoni tiegħu.", "Ġaladarba l-Membri ta' dan il-Kumitat diġà esprimew b'mod unanimu li nimxu, u ġaladarba l-HBC ma qalx kif għandu jitmexxa dan il-Kumitat imma qal biss li dan il-Kumitat imexxi lilu nnifsu, jien lest li llum inpoġġi għall-vot il-mistoqsija quddiem dan il-Kumitat jekk dan il-Kumitat jaqbilx li nhar it-Tnejn li ġej issir preżentazzjoni u wara l-Membri tal-Kumitat ikollhom l-opportunità li jagħmlu l-mistoqsijiet kif kellhom opportunità jagħmlu ċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż.", "Dan il-Parlament mhuwiex il-Gvern u anke kieku l-Ministru Konrad Mizzi ddeċieda li ma jridx jiġi jagħmel preżentazzjoni hawnhekk, il-Kumitat mhuwiex tal-Gvern imma huwa tal-Kamra.", "L-ironija hi li n-naħa tal-Gvern ukoll kienet qablet li għandha ssir din il-preżentazzjoni u jsiru l-mistoqsijiet.", "U jien kont dejjem ċar mhux biss fl-emails li ili nibgħat imma anke meta qajjimt is-suġġett fl-aħħar laqgħa.", "Għedna wkoll li konna disposti nistennew sal-aħħar ġimgħa – u dan qalitu wkoll Madam Chair – u jekk issa l-Membri tal-Gvern jidhrilhom mod ieħor ma ġara xejn, jiddeċiedi dan il-Kumitat.", "Imma nistenna li l-Membri tal-Kumitat ikunu li jiddeċiedu mhux issa jagħmluha ta' Pilatu, jaħslu idejhom u jippretendu li jkun l-iSpeaker li jieħu d-deċiżjoni għalihom!", "Dan il-Kumitat jidderiġi lilu nnifsu u jekk il-Membri tan-naħa tal-Gvern jidhrilhom li m'għandux isir dak li diġà ġie mitfiehem b'mod unanimu, noqgħod għad-deċiżjoni tal-vot, imma mbagħad kulħadd jerfa' r-responsabilità tal-vot tiegħu.", "Kull Deputat għandu l-obbligi fil-Kamra lejn in-nies li eleġġewh u jien nistenna li kulħadd jerfa' dawk l-obbligi.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, we are not inventing the wheel; qed nagħmlu xi ħaġa li saret diġà.", "Jekk l-Oppożizzjoni wants to invent the wheel huwa l-Kumitat li se jiddeċiedi imma jien naħseb li l-Kumitat għandu r-responsabilità, u ma naċċetta l-ebda kritika bil-mod kif għadha kif saret mill-Membri preċedenti, bil-kliem li ntuża, li donnu ried jgħid li dejjem kienet prassi li nimxu b'dan il-mod u dan il-Gvern ma jridx jimxi b'dan il-mod.", "Jien m'iniex se ninżel f'ċertu livell ta' kliem li ntuża, imma min-naħa l-oħra nistenna li jiġi aprezzat il-fatt li dan il-Gvern stess, minflok qagħad jistenna lill-Oppożizzjoni titlob diskussjoni fil-plenarja...", "Jista' l-Onor.", "Farrugia jgħidli fejn jien użajt kliem dispreġġattiv fil-konfront ta' xi ħadd hawnhekk?", "MICHAEL FARRUGIA: Safejn naf jien mhux inti tkellimt qabli!", "DAVID AGIUS: Dażgur li tkellimt jien!", "MADAM CHAIR: Ta' qabel, qabel.", "GEORGE PULLICINO: Mela ħalli nagħmel point of order jien!", "Jista' l-Onor.", "Farrugia jgħidli x'kien id-diskors dispreġġattiv li wżajt jien fil-konfront tiegħu u tal-Membri l-oħrajn tan-naħa tal-Gvern?", "Imma nitolbu jkun speċifiku issa!", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-każ jekk trid nisimgħu r-recording u tisma' kelma b'kelma l-akkużi li bdew isiru qisu li dan il-Gvern ma jridx jisma', ma jridx ħaġa u ma jridx oħra.", "Naħseb li kulħadd sema' l-kliem li ntqal.", "MADAM CHAIR: Onor. Farrugia, jimporta ma nwaqqgħux dan il-Kumitat għar-redikolu u nżommu mas-suġġett?!", "Onor. Pullicino, jekk jogħġbok!", "(Interruzzjonijiet) Jien jinteressani li nikkonkludu din il-parti tal-laqgħa ħalli mmorru fuq it-tieni item tal-aġenda.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien m'għandi l-ebda problema nimxu kif imxejna fil-każ tal-BWSC.", "L-unika differenza li hawn din id-darba hija li minflok ma l-Oppożizzjoni se tressaq il-proposta fil-plenarja, se jkun il-Gvern stess li jmur jiddiskutiha fil-plenarja.", "MADAM CHAIR: Għandkom xi ħaġa oħra x'iżżidu?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Madam Chair.", "L-ewwel nett din mhijiex kwestjoni ta' xi jrid il-Gvern jew xi trid l-Oppożizzjoni.", "Dan huwa Kumitat magħmul minn Membri Parlamentari u jien l-ewwel wieħed li niddefendi d-distinzjoni bejn Gvern u Parlament.", "Din mhijiex kwestjoni ta' Gvern u Oppożizzjoni imma hija kwestjoni ta' Parlament u kwestjoni ta' proġett li l-Gvern irid imexxi 'l quddiem.", "Però huwa ċar ħafna li r-regoli ta' dan il-Kumitat, imwaqqaf b'artiklu 34 ta' Kap. 504, huma ċari ħafna.", "Fl-opinjoni tagħna, li nimxu mod ieħor fuq dan il-proġett, huwa preċedent ikrah.", "Jien segwejt dak li qal l-Onor.", "Pullicino illum kif ukoll dak li kiteb u nispera li jippermettili battuta.", "Hu kien Ministru responsabbli mill-ambjent u jien kont nieħu gost li kieku dawn l-argumenti għamilhom meta kien responsabbli hu u kien iġib dawn it-tip ta' diskussjonijiet f'dan il-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Jien qgħadt nisimgħek; m'għamilt l-ebda point of order!", "GEORGE PULLICINO: Fl-istatement li għamilt aktar kmieni f'din il-laqgħa stess għedt li jien, bħala Membru tal-Oppożizzjoni, fl-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat, kont għedt li dan il-Kumitat għandu jimxi mal-liġi.", "CARMELO ABELA: Naqbel miegħek!", "GEORGE PULLICINO: ...fejn fetaħ id-diskussjoni ta' dan il-Kumitat lil hinn minn dak li hemm fl-artiklu tal-liġi, jien u n-naħa tal-Oppożizzjoni…", "GEORGE PULLICINO: ...bqajna nimxu mad-direzzjoni tal-iSpeaker.", "Jien nixtieq inressaq mozzjoni formali.", "CARMELO ABELA: Imma trid tagħtini ċans nitkellem l-ewwel!", "Għandek raġun.", "MADAM CHAIR: Onor. Abela, ikkonkludi.", "CARMELO ABELA: Il-battuta li kont bdejt nagħmel kienet li kont nieħu gost kieku l-Onor.", "Pullicino ġab dawn l-argumenti meta kien Ministru hu f'leġiżlaturi preċedenti.", "Mhux hekk biss, imma nżid ngħid ukoll li fil-leġiżlatura preċedenti, dan il-Kumitat iltaqa' 12-il darba biss u fil-leġiżlatura ta' qabel dik, iltaqa' disa' darbiet biss.", "Qed ngħid \"biss\" għax s'issa, fi tmien xhur, dan il-Kumitat diġà ltaqa' tmien darbiet, fil-fatt din hija t-tmien laqgħa tiegħu.", "X'differenza kbira bejn il-mod kif qed jaħdem dan il-Kumitat u kif ħadem fil-leġiżlaturi preċedenti meta l-Ministru responsabbli mill-ambjent kien il-kollega tagħna li qiegħed fuq dan il-Kumitat hawnhekk!", "Pullicino għamel riferenza għar-ruling tal-iSpeaker.", "Ir-ruling tal-iSpeaker kien ċar ħafna; dan il-Kumitat għandu jimxi mal-liġi li waqqfitu u barra minn dan, ir-ruling tal-iSpeaker kien fis-sens li d-diskussjoni li inti, Madam Chair, kont qajjimt hawnhekk kenitx tmur kontra l-liġi li waqqfet lil dan il-Kumitat.", "Fir-ruling tiegħu l-iSpeaker kien qal li d-diskussjoni li kienet qamet kienet biex ir-remit ta' dan il-Kumitat isir u jseħħ b'mod tajjeb.", "Imma mhux fuq proġetti, mhux fuq pjan ta' struttura, mhux fuq ir-reviżjoni ta' dak il-pjan ta' struttura!", "Jiġifieri d-diskussjoni li kont bdejt inti, Madam Chair, ma kenitx diskussjoni open ended li ma tispiċċa qatt, imma kienet fid-dawl tar-remit tal-Kumitat innifsu, li jagħmel reviżjoni u jiddiskuti l-pjan u dak kollu li tgħid il-liġi li kkwotajt iktar qabel.", "Ir-ruling tal-iSpeaker kien ċarissimu, fis-sens li d-diskussjoni ma kentix infetħet open ended imma kienet fid-dawl tar-remit tal-istess Kumitat.", "Jiġifieri bir-ruling tiegħu, l-iSpeaker ma fetaħx it-triq li nagħmlu… (Interruzzjonijiet) Aqraw ir-ruling!", "Il-pożizzjoni tan-naħa tal-Gvern hija ċarissima; minkejja li mhux fir-remit ta' dan il-Kumitat li ssir preżentazzjoni, konna aċċettajna li jsir dan.", "Meta mbagħad l-affarijiet żviluppaw b'tali mod li manjiera li l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni – u naf x'inhi l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni imma m'iniex se nidħol fiha hawnhekk – hi li jsir dibattitu li qed isir x'imkien ieħor u nagħmlu repetizzjoni tiegħu hawnhekk, allura l-pożizzjoni inbiddlet, iva.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, jien m'għandix problema nagħmel din il-mozzjoni formalment u se naqraha:", "\"Nitlob li dan il-Kumitat jiddiskuti l-EIA dwar il-proġett tal-Power Station li taħdem bil-LNG u l-ħażna tal-LNG nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġej fil-ħinijiet li jiddeċiedi dan l-istess Kumitat.\".", "MADAM CHAIR: Min jissekonda?", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom kollha tal-kummenti tagħkom.", "Meta jien, bħala chairperson, ħadt dan il-Kumitat f'idejja fil-bidu ta' din il-leġiżlatura, skoprejt Kumitat li kien mejjet u li kien pupazz.", "Meta qrajt x'kienet il-funzjoni tiegħu, li kif qbilna lkoll, toħroġ mil-liġi, kont għedt li l-Kumitat qiegħed hawn għal xejn għax jekk min ikun fil-gvern – hemm min hemm fil-gvern – ma jogħġbux iressqilna l-issues quddiemna, aħna lanqas biss niltaqgħu.", "Dik kienet il-konklużjoni tiegħi.", "Jiġifieri jekk min ikun il-ministru jew segretarju parlamentari jew diriġent tal-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp, jidhirlu li l-policies ma jressaqhomx quddiemna, aħna ma kellna l-ebda jedd li nitolbu biex dawk jitressqu quddiemna.", "Allura jiena, wara li ħallejt ftit taż-żmien sabiex nara jekk humiex se jersqu xi policies jew issues quddiemna, ikkonkludejt li bħal f'leġiżlaturi ta' qabel, dan il-Kumitat jista' jkun hemm prattikament għal xejn.", "Kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, dan il-Kumitat kien jiltaqa' ftit li xejn u meta kien jiltaqa' ma kienx ikollu l-ħila li jidħol f'issues ta' importanza tassew nazzjonali fejn jidħol l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp.", "Allura jien qanqalt mill-ewwel il-kwestjoni u fl-ewwel laqgħa, kif qal tajjeb l-Onor.", "Pullicino, aħna tlabna ruling.", "U fost affarijiet oħra, dan ir-ruling, anke għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna u jsegwina, kien jgħid hekk:", "\"Dan huwa primarjament xi jgħid l-artiklu 34 dwar il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Issa meta wieħed jeżamina dan l-artiklu huwa veru li l-Kumitat Permanenti huwa marbut li jiddiskuti waħda jew oħra kif huma indikati f'artiklu 34 subinċiż (2) (a), (b) u (ċ) imma huwa veru wkoll li l-Kumitat huwa liberu li biex jiddiskuti kull waħda minn dawn, jista' jiftaħ dibattitu b'mod ġenerali biex ikun jista' jmexxi d-diskussjoni kif jidher effettivament li sar fl-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Jidher li dan hu li fil-fatt sar miċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor.", "Marlene Farrugia, meta ssettjat l-aġenda, liema aġenda intbagħtet lill-Membri tal-Kumitat ġranet sew qabel ma ltaqa' dan il-Kumitat.\".", "Mela, b'dak ir-ruling, dan il-Kumitat inbidel minn wieħed li qiegħed hemm għal xejn jew biex idendlu kif jixtieq il-Gvern, għal kumitat li jista' jkun effettiv.", "Apparti minn dak ir-ruling, kien hemm ruling ieħor li kien ta l-iSpeaker Michael Frendo, fejn f'parti minnu jingħad hekk:", "\"Allura jsegwi li xejn ma jwaqqaf lil xi Membru li jikkontesta xi item minnhom...\",", "qed jirriferi għall-items fuq l-aġenda –", "\"...jew jikkontesta li jitqiegħed xi item partikolari fuq l-aġenda li jkun qed jiġi propost, jew anke jipproponi li item jitqiegħed fuq l-aġenda, u li wkoll jitlob vot fuq dan.\".", "Ġaladarba jiena kelli l-konoxxenza ta' dawn iż-żewġ rulings, kien għalhekk li dalgħodu, jien personalment, kellimt lill-iSpeaker u semmejtlu x'kien inkiteb f'dan ir-ruling u ngħatatli l-informazzjoni li għedt fil-bidu ta' din il-laqgħa, jiġifieri li l-HBC jiddeċiedi xorta waħda jekk aħna mmexxux f'dan il-Kumitat jew le.", "Dak kien li qalli l-iSpeaker u għalhekk jien se nerġa' mmur għandu sabiex jagħtini ruling dwar jekk aħna hawn ġew nistgħux nipproċedu bid-deċiżjoni tagħna li tiġi magħmula l-preżentazzjoni u d-diskussjoni hekk kif qabel unanimament il-Kumitat.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, jien nista' faċilment nevitalek li tuża l-ħin tiegħek u tal-iSpeaker biex ikun hemm tali deċiżjoni.", "Jien hawnhekk quddiem dan il-Kumitat poġġejt mozzjoni formali.", "Issa kull wieħed u waħda minna għandna nerfgħu r-responsabilità tagħna.", "Dan il-Kumitat għandu l-jedd u d-dmir li jiddeċiedi hu stess x'jagħmel.", "Issa jien poġġejt mozzjoni formali u nistgħu nieħdu vot.", "Jien m'għandix problema biex noqgħod għad-deċiżjoni ta' dan il-Kumitat.", "M'għandniex għalfejn nibagħtuha għand l-iSpeaker.", "Ma naħslux idejna bħal Pilatu!", "Dan il-Kumitat għandu mozzjoni formali quddiemu u għandna nieħdu vot fuqha.", "Aħna noqogħdu għad-deċiżjoni tal-Membri kollha, imma nieħdu vot mhux ma neħdux vot u ngħaddu d-deċiżjoni għand ħaddieħor!", "Jien niddikjara minn issa li lest li noqgħod għad-deċiżjoni tal-Kumitat kif din in-naħa qagħdet għad-deċiżjoni meta kien hemm rulings oħra.", "Imma dwar dan m'hemmx ħtieġa ta' ruling għax hawn mozzjoni formali.", "Kif dan il-Kumitat iddeċieda qabel, b'mod unanimu, li din it-tema tiġi diskussa hawnhekk, issa jkun dan il-Kumitat ukoll li jerġa' jiddeċiedi permezz ta' vot.", "Naħseb li f'dan l-istadju kull ma tista' tagħmel, Madam Chair, huwa li titlob biex issir votazzjoni fuq il-mozzjoni formali li għadni kif għamilt.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, nemmen li n-naħa tal-Gvern ma jaħslux idejhom; mhumiex Pilati!", "In-naħa tal-Gvern timxi mar-regoli u għaldaqstant taqbel ma' dak li għadek kif għedt inti, li titlob id-direzzjoni tal-iSpeaker, li ma tkunx direzzjoni biss għal-lum, imma għall-mod kif se jkompli jimxi dan il-Kumitat.", "Naħseb li għandna nimxu f'dik id-direzzjoni mingħajr ma noqogħdu ngħidu lil xi ħadd Pilatu jew titli oħra għax ma naħsibx li dan huwa kliem li għandu jintuża f'dan il-Kumitat.", "Jien għalhekk nitlob li jkun hemm direzzjoni biex dan il-Kumitat ikun jaf darba għal dejjem kif għandu jimxi u kif għandu jirregola ruħu.", "TONI BEZZINA: Imma x'inhi l-problema li mmorru għall-vot fuq il-mozzjoni li ppreżenta l-Onor.", "MADAM CHAIR: Jien bdejt billi għedt – u nerġa' nispiċċa b'hekk ukoll – li jien m'għandi l-ebda problema biex din il-materja tiġi diskussa hawnhekk, però dalgħodu, jiena personalment kellimt lil Mr Speaker u hu qalli mod ieħor.", "U jien se ngħaddi biex nitlob għal ruling mingħand l-iSpeaker.", "Jalla r-ruling ikun li aħna nistgħu niddiskutuha hawnhekk għax jien l-iktar waħda li rridha tiġi diskussa hawnhekk, però la lili l-iSpeaker tani direzzjoni mod ieħor, jien m'iniex se nerfa' r-responsabilità li mmur kontra l-kelma tal-iSpeaker.", "Jagħtina ruling bil-miktub u aħna nipproċedu.", "DAVID AGIUS: Madam Chair, qed nifhmek tajjeb li inti se titlob lill-iSpeaker jgħidlek jekk intix in regola jew le li dan il-Kumitat jiddiskuti l-mozzjoni li qed iressaq l-Onor.", "Pullicino, jew inkella dwar dak li kien deċiż u maqbul unanimament f'dan il-Kumitat fis-seduta li għaddiet?", "Nerġa' ngħid li jkun żball kbir ġo dan il-Parlament jekk il-kumitati ma jirregolawx lilhom infushom fejn hemm il-qbil.", "Madam Chair, jekk inti tħoss li hawnhekk għandek maġġoranza biex dawn l-affarijiet jimxu, m'għandek l-ebda diffikultà biex tmexxi imbagħad sta għal ħaddieħor li ma jaqbilx.", "Jekk inti tħoss – u qed tgħidha u għedtha – li f'dan il-Kumitat hawn maġġoranza ċara biex dan il-Kumitat jiddiskuti, jagħmel preżentazzjoni u jtella' l-esperti, allura mexxi.", "Jekk hemm xi ħadd li jrid jisfida din il-maġġoranza, sta għalih u mhux għalik, Madam Chair.", "MADAM CHAIR: Jien kont l-ewwel waħda li ppruvajt inġib iktar awtomonija lil dan il-Kumitat u se nibqa' sal-aħħar nipprova nġib din l-awtonomija lil dan il-Kumitat, però dalgħodu jien kelli direzzjoni mod ieħor u ġaladarba l-iSpeaker lili qalli mod, jien m'iniex se naqbeż il-kelma tiegħu u se nitlob ruling mingħandu.", "Kif l-iSpeaker jagħtina r-ruling – jekk jagħtihulna siegħa oħra jistgħu jiġu l-esperti llejla stess – jien inkun lesta li naċċetta li d-diskussjoni, kif ftehmna lkoll kemm aħna b'mod awtonomu, issir f'dan il-Kumitat, però ma nixtieqx naqbeż l-awtorità tal-iSpeaker.", "DAVID AGIUS: L-importanti li l-iSpeaker ikun jaf eżatt fuq xiex se jagħti ruling.", "L-importanti huwa li naqblu li inti, Madam Chair, se titlob lill-iSpeaker jekk tagħmilx ħażin li bħala chairperson tħalli d-diskussjoni ssir f'dan il-Kumitat kif ġie maqbul unanimament ġo dan il-Kumitat fl-aħħar laqgħa.", "Dan il-Kumitat m'għandu l-ebda dritt li jiddiċiedi li jmur kontra l-liġi.", "Il-liġi hija ċara u r-ruling tal-iSpeaker huwa ċar.", "DAVID AGIUS: Dak mhux inti tiddeċidih imma Madam Chair.", "CARMELO ABELA: Il-liġi mhux jien għamiltha.", "MADAM CHAIR: Jiddeċiedi l-iSpeaker!", "DAVID AGIUS: U anke inti, Madam Chair, għax inti qiegħda hawnhekk f'isem l-iSpeaker.", "CARMELO ABELA: Onor. Agius, jien ma nterrompejtekx.", "Ir-ruling tal-iSpeaker huwa ċar, huwa in line mar-remit ta' dan il-Kumitat u l-Kumitat ma jistax jiddeċiedi li jmur kontra r-remit tat-twaqqif ta' dan il-Kumitat stess.", "Ir-ruling tal-iSpeaker huwa ċar.", "Jekk tridu tressqu l-mozzjoni tal-Onor.", "Pullicino għall-vot, jien nivvota kontriha.", "DAVID AGIUS: Imma inti m'għandekx vot hawnhekk!", "CARMELO ABELA: Jien qed ngħid illi kieku għandi vot, kont nivvota kontra tagħha għax hija kontra l-liġi li waqqfet dan il-Kumitat.", "Huwa preċedent ikrah ħafna li dan il-Kumitat jagħmilha ta' MEPA.", "Għandna l-proċess tal-MEPA li jinsab miexi u min irid jitkellem jew jagħmel xi ħaġa oħra jista' jagħmilha hemmhekk.", "Aħna diġà għedna li jsir kif sar fil-leġiżlatura li għaddiet, xejn iktar u xejn inqas.", "Issa jekk sirna ħafna favur u miftuħin, jiddispjaċini imma misskom għamiltu hekk meta kontu fil-gvern mhux issa.", "L-iskop tal-Oppożizzjoni naf x'inhu u jekk irridu nkomplu niddibattu dan l-iskop, nkompli wkoll!", "MADAM CHAIR: Nixtieq infakkar li sena ilu bl-eżatt, il-poplu neħħa lill-Gvern preċedenti proprju għax ma riedx li dik li taparsi kienet trasparenza tissejjaħ trasparenza.", "Illum hawn Gvern ġdid, trasparenti, li tani s-saħħa mmexxi dan il-Kumitat b'mod li kostantament nagħti leħen, saħansitra anke lill-NGOs.", "L-awtonomija ta' dan il-Kumitat jien irrid insaħħaħha u mhux innaqqasha.", "L-unika raġuni għalfejn jiena se ngħaddi għar-ruling tal-iSpeaker mhijiex għax jien għandi xi dubbju jekk għandhiex tiġi diskussa f'dan il-Kumitat jew le, imma għaliex id-direzzjoni li kelli dalgħodu kienet li ġaladarba fil-HBC ġie deċiż li se tiġi diskussa fil-plenarja, allura ma tiġix diskussa hawnhekk.", "Jekk l-iSpeaker jagħtina ruling ieħor, allura dik il-preżentazzjoni u diskussjoni tkun tista' issir hawnhekk.", "Onor. Pullicino, ma nixtieqx nieħu iktar kummenti għax irrid li mmorru għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, noqogħodu attenti għax dan il-Kumitat diġà ddeċieda fuq dak li għadek kif għedt int.", "MADAM CHAIR: Le, iddeċidejna li rridu niddiskutuha.", "GEORGE PULLICINO: Le, kien hawn Deputat min-naħa tal-Gvern li kien ippropona li jkun hemm diskussjoni fuq din it-tema fil-plenarja u dan il-Kumitat kien iddeċieda li m'hemm xejn li jeskludi waħda minħabba l-oħra u bqajna mexjin.", "Jekk tiftakar sew, Madam Chair, din l-issue ma qamitx fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, imma saret fil-laqgħa ta' qabel tal-aħħar.", "Fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat jien erġajt qajjimtha meta ddiskutejna l-korrispondenza għax kont bgħattlek email oħra u hemmhekk hemm qbil li ġie anke Minuted.", "Inti kont esprimejt ruħek li qed taqbel li fl-aħħar ġimgħa… Madam Chair, jien nifhem id-diriġenza tiegħek, imma issa jien għamilt mozzjoni formali u nistenna li kull wieħed u waħda minnha – u meta rriferejt għal Pilatu, m'għamiltx hekk fis-singular imma fil-kumulattiv, jiġifieri aħna l-ħames Membri kollha ta' dan il-Kumitat – nerfgħu r-responsabilitajiet tagħna.", "Jien lest li noqgħod għall-vot tal-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Għalfejn issa, għandna noqogħdu anke 'l bogħod milli nieħdu vot fuq mozzjoni li saret minn Membru ta' dan l-istess Kumitat?", "Jekk issa lanqas nistgħu nieħdu vot fuq mozzjoni formali, allura ma nafx jekk għandix nagħti aktar mill-ħin tiegħi lil dan il-Kumitat!", "MADAM CHAIR: Waħda mill-ewwel rimarki tiegħi kienet li se mmur għar-ruling tal-iSpeaker ġaladarba kelli direzzjoni mod ieħor.", "Smajtkom u nirringrazzjakom ħafna tar-rimarki tagħkom, però d-deċiżjoni tiegħi tibqa' li mmur għar-ruling tal-iSpeaker.", "Jekk l-iSpeaker jgħidilna li nistgħu nimxu fuq id-deċiżjoni li ħadna li niddiskutu din il-materja, ma nsibx problema ta' xejn li jsir hekk, anzi nixtieq daqskom li jsir dan.", "DAVID AGIUS: Madam Chair, però huwa importanti li l-estratt ta' laqgħa numru 6 li saret fis-26 ta' Frar jingħata lill-iSpeaker.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, jiddispjaċini li se nkun formali, imma xtaqt nitolbok ħaġa waħda biss.", "Jien lest li nonora dak li għadek kemm għedt inti jiġifieri li tmur għad-deċiżjoni tal-iSpeaker, però nitolbok b'mod formali, biex tkun minuted, tgħidilna fuqhiex se titlob lill-iSpeaker jagħti ruling ħalli nkunu ċari u l-iSpeaker ikun jaf eżattament fuqhiex għandu jagħti ruling.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "JOSEPH SAMMUT: Madam Chair, nixtieq niċċara naqra l-pożizzjoni, anke personali għalfejn naqbel mad-deċiżjoni tiegħek li tirriferi għall-iSpeaker u li m'għandux jittieħed vot f'dan l-istadju fuq xi mozzjoni.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Fuq dan il-Kumitat hawn rappreżentati ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Issa l-iskop tal-Kumitat, li huwa regolat b'liġi, huwa li jkun ta' spedizzjoni għax-xogħol tal-Kamra, fis-sens li l-Kamra ma tinħeliex tiddiskuti affarijiet li tista' tiddelega lil dan il-Kumitat.", "Dan ifisser li x-xogħol ta' dan il-Kumitat u x-xogħol tal-Parlament in ġenerali huwa allura regolat bil-HBC skont l-Ordnijiet Permanenti li fost l-oħrajn jgħidu li huwa l-Kumitat li jidderieġi x-xogħol.", "Huwa veru li dan il-Kumitat għandu l-fakultà li jidderieġi x-xogħol tiegħu, però jidderieġi x-xogħol tiegħu meta l-HBC ma jiddeċidix li ċerta materja għandha tiġi diskussa fil-plenarja.", "Għax jekk se jkollna żewġ diskussjonijiet, waħda fil-plenarja u oħra f'dan il-Kumitat, allura se jkollna overlapping.", "MADAM CHAIR: Huwa proprju għalhekk li se nitlob ruling.", "JOSEPH SAMMUT: U huwa proprju għalhekk li jien qed naqbel mad-direzzjoni tiegħek, Madam Chair, li din il-materja għandha tiġi riferuta lill-iSpeaker.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Callus, imbagħad l-Onor.", "Bezzina u daqshekk rimarki.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jien nirrikonoxxi s-sehem tiegħek li twessa' l-irwol ta' dan il-Kumitat u naħseb li hekk ġara fix-xhur li għaddew.", "Inti semmejt il-kwestjoni tat-trasparenza.", "Jien nixtieq li jkun hemm iktar trasparenza, però jekk qatt kien hemm mument f'dan il-Kumitat fejn jista' jkun hemm iktar trasparenza, huwa proprju llum.", "MADAM CHAIR: Hekk hu u hekk se jibqa'.", "RYAN CALLUS: Jien fost l-iżgħar mid-deputati ta' din il-Kamra...", "CARMEL ABELA: U għadek kemm tlajt jiġifieri ma kontx hawn f'leġiżlaturi oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Jalla d-demokrazija parlamentari tirbaħ.", "CARMELO ABELA: Jekk irid jitkellem fuq trasparenza nistgħu nitkellmu kemm irid fuq trasparenza.", "(Interruzzjonijiet) Kemm-il darba ġiet diskussa l-power station?", "MADAM CHAIR: Nitlobkom iżżommu l-kalma.", "Inti għedtli dwar il-passat, però l-passat ma nistax inbiddlu u llum qegħdin fil-preżent.", "Illum, flimkien, fuq din il-mejda, għandna l-opportunità biex f'ġieħ it-trasparenza, fuq xi ħaġa daqstant essenzjali, inkunu trasparenti.", "Jien ma nistax nifhem, Madam Chair, kif fi kwestjoni tant importanti bħal din, x'inhi d-diffikultà tal-Gvern li jkun trasparenti.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Onor. Bezzina, żomm il-kalma, jekk jogħġbok.", "Onor. Abela, jekk jogħġbok!", "(Interruzzjonijiet) Jimporta ġġibu ruħkom ta' irġiel mhux ta' tfal?!", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jien naħseb li huwa importanti li jkun ċar dak li inti se titlob mill-iSpeaker fuqhiex se jagħti ruling ħalli jkun hemm qbil ċar fuq dak li se jintalab għax bejn talba u oħra taf tagħmel differenza kbira.", "Jien inħoss li huwa fid-dmir tiegħek li t-talba li se tagħmel lill-iSpeaker tkun ċara u jkun hemm qbil dwar kif se ssir din it-talba.", "MADAM CHAIR: L-iSpeaker se jkollu transcript ta' dak kollu li ntqal hawnhekk.", "Nerġa' ngħid, naħseb għall-ħames darba, li l-unika diffikultà li teżisti hija jekk aħna nkunux in order, jekk ġaladarba ġiet diskussa fil-HBC u ġie deċiż li d-diskussjoni tmur fil-plenarja, li aħna nkomplu hawnhekk ukoll bil-preżentazzjoni u bid-diskussjoni.", "Sempliċi u ċara!", "Huwa dak li se nitlob jien biex l-iSpeaker jagħtina direzzjoni dwaru.", "Jekk ir-ruling ikun li dan il-Kumitat ikompli bid-diskussjoni dwar dik il-materja, li lkoll qbilna li tista' tiġi diskussa hawnhekk, f'dak il-każ aħna nsibu ġurnata u nkomplu bid-diskussjoni.", "Jekk fir-ruling tiegħu l-iSpeaker jgħidilna li le, għax il-HBC iddeċidiet li din tmur fil-plenarja u allura jkun xogħol dupplikat li ssir hawnhekk, allura f'dak il-każ aħna jkollna nbaxxu rasna.", "Jekk 'il quddiem niddeċiedu li nbiddlu l-liġijiet li waqqfu lil dan il-Kumitat u nivvutaw ħalli jkollna Kumitat li ma jkunx jiddependi daqshekk mill-interpretazzjonijiet tal-mod kif ġie mwaqqaf, allura niddiskutuha u nagħmlu hekk.", "Imma llum ir-responsabilità jien se nitfagħha fuq l-iSpeaker ġaladarba dalgħodu kelli gwida li jien għallinqas fhimt li għandha tkun mod ieħor minn dak li fil-verità xtaqt jien.", "Jien nagħmilha ċara li dejjem xtaqt li tiġi diskussa hawnhekk f'dan il-Kumitat u dan għaliex ma nistax nifhem kif jista' jkollna kumitat \"tal-ambjent u l-iżvilupp tal-ippjanar\" imbagħad ikollna proġett bħal dan u ma nkunux nistgħu niddiskutu l-impatt ambjentali tiegħu.", "Għamilna żmien twil, leġiżlatura wara oħra, fejn ċerti issues mhux talli ma kienux jitressqu quddiem il-Kumitat, talli lanqas fil-plenarja ma kienu jiġu diskussi!", "Jien ma rridx li dawk l-iżbalji li saru fil-leġiżlaturi ta' qabel jiġu ripetuti hawn u għalhekk se nimxi kif suppost, fis-sens li ngħaddiha għand l-iSpeaker, hu jagħtina r-ruling, u skont dak ir-ruling nipproċedu.", "Nirringrazzjakhom.", "Se ngħaddu issa għat-tieni item fuq l-aġenda għax in-nies li għandna hawnhekk jistennewna stordejnihom!", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY DATAT JANNAR 2014 INTITOLAT \"ODZ POLICY AND DESIGN GUIDANCE\"", "MADAM CHAIR: Sakemm kulħadd jipprova jiġbor il-ħsieb ħalli niffukaw ftit fuq dan id-dokument, nixtieq nirrepeti dak li diġà ntqal meta fil-bidu tal-laqgħa semmejna l-korrispondenza, fis-sens li kellna diversi sottomissjonijiet mingħand l-NGOs li kienu mitluba jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom diversi drabi qabel ma dan id-dokument tressaq quddiem il-MEPA.", "Qabel ma nibda d-diskussjoni xtaqt nagħmel mistoqsija lis-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia.", "Jien fhimt sew li dan id-dokument li ġie quddiemna kien tressaq quddiem il-MEPA u ġie approvat?", "Iva jew le?", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt hemm proċess li għaddejna minnu kif inhu stipulat anke fil-liġi fejn l-ewwel kien hemm l-objectives li tressqu min-naħa tal-Gvern, ġew diskussi mill-MEPA Board u eventwalment marru għall-public consultation fejn min kien interessat kellu l-opportunità li jagħmel r-rappreżentazzjonijiet tiegħu.", "Eventwalment meta marret lura quddiem il-MEPA Board, kien hemm kumitat li għamel evalwazzjoni u pprepara draft policy dwar l-ODZ farms, stables, eċċ. Eventwalment erġajna morna għall-public consultation fejn kull min kien interessat għamel il-proposti tiegħu; min ma kienx interessat m'għamilhomx.", "Eventwalment marret quddiem il-MEPA Board fejn ġew evalwati l-kummenti li kienu tressqu u wara, dawn ressquha lill-Gvern biex jagħmel r-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Li nista' ngħid huwa li bħala Gvern, fuq l-ewwel draft policy li kien hemm għamilna…", "Madam Chair, nitlob li nkun skużat għax irrid nindirizza l-plenarja.", "Sadanittant se jkun qed jissostitwixxini l-Onor.", "MADAM CHAIR: Skużat.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, eventwalment dan il-kumitat ressaq il-proposti lili fejn evalwajthom u qed nirriferu, kif titlob il-liġi, lejn dan il-Kumitat billi hija policy li tirrigwardja settur li jolqot is-settur ambjentali biex tkun diskussa f'dan il-Kumitat.", "Jien nistenna li l-Membri ta' dan il-Kumitat jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom u minkejja li mhux suppost jidħlu rakkmandazzjonijiet oħrajn minbarra minn dan il-Kumitat, rakkmandazzjonijiet li ntbagħtu minn persuni lil dan il-Kumitat xorta se jiġu evalwati bħalma se jiġu evalwati l-kummenti li se jsiru llum mill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Mela s'issa m'hemm xejn approvat.", "Eventwalment, li jiġri huwa li r-rapport ta' dan il-kumitat jiġi għandi u bħalma għedt, se nagħti weight lil rakkmandazzjonijiet li hemm minn persuni oħrajn minkejja li wħud naqsu li jagħmluhom meta kien hemm public consultation.", "Illum se nisma' x'inhuma l-kummenti ta' dan il-Kumitat – jekk ma nlestuhomx illum nitlob lil dan il-Kumitat jippreżentali rapport ta' dawk li riedu jitkellmu u ma kellhomx opportunità jagħmlu dan – issir evalwazzjoni tagħhom, imbagħad sta għalija li niddeċiedi what I take on and what I don't take on u finalment issir il-policy uffiċjali.", "MADAM CHAIR: Mistoqsija oħra li naħseb jixtiequ jagħmlu l-Membri qabel ma naqbdu niddiskutu l-policy biċċa biċċa hija xi studji saru biex wasaltu għal dawn is-sottomissjonijiet.", "Hemm xi studji li rriferejtu għalihom?", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, fil-fatt nitlob lill-Perit Elizabeth Ellul li kienet iċ-chairperson li mexxiet dan il-kumitat sabiex tagħti l-istorja kollha ta' x'evalwazzjonijiet u xi studji saru.", "Tista' wkoll tispjega kemm kien importanti l-background tagħha biex tkun fuq dan il-kumitat u eventwalment jinħarġu r-rapporti kemm min-naħa tal-membri tal-MEPA kif ukoll mill-membri min-naħa tal-agrikoltura u anke minn membru min-naħa tas-settur turistiku.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak u nsejjaħ lill-uffiċjali tal-MEPA sabiex jersqu madwar il-mejda.", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-MEPA, il-Perit Elizabeth Ellul, Deputy Chairperson tal-MEPA u s-Sur Sharlot Camilleri, Membru fuq il-Bord tal-MEPA, resqu madwar il-Mejda.", "MADAM CHAIR: Perit Ellul, tista' tgħidilna fil-qosor xi studji, jew għallinqas riferenza għal studji, segwejtu biex inkunu nistgħu nsostnu jew insaħħu l-fehmiet tagħna fuq kull klawsola li hemm issuġġerita minnkom?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL (Deputy Chairperson, MEPA): Ħalli nibda mill-bidu nett.", "Way back fl-aħħar tas-snin tmenin kont case officer mal-MEPA naħdem fuq applikazzjonijiet tal-ODZ.", "Sussegwentement, wara xi 12-il sena naħdem fuqhom, kont tlaqt mill-MEPA però kont intlabt biex nerġa' nippresjedi l-bord li jieħu d-deċiżjonijiet fuq l-ODZ policies – fil-fatt ili mill-2008 sal-lum nippresjedi dan il-bord – jiġifieri nista' ngħid li għandi ftit esperjenza mhux ħażin fuq l-ODZ policies.", "Irrid ngħid li aħna dejjem użajna l-policies li kien hemm in vigore u l-istudji dejjem saru fis-sens li naraw jekk policy hijiex tajba jew ħażina jew jekk għandhiex bżonn arranġamenti.", "Madam Chair, biex nippreċiża dak li kont qed ngħid aktar kmieni.", "Fil-fatt il-policy għaddiet mill-Bord tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri għaddiet mill-Bord tal-MEPA mhux m'għaddietx!", "MICHAEL FARRUGIA: Għaddiet mill-Bord tal-MEPA, ġiet riferuta lili u jiena qed nirriferiha lill-Kumitat għad-diskussjoni.", "Eventwlament tiġi lura għandi bil-kummenti li jsiru min dan il-Kumitat u kif għedt, se nagħti weight lill-kummenti kollha li se jsiru, mhux biss ta' dan il-Kumitat, minkejja li dawn kellhom il-ħin tagħhom biex jagħmluhom.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-MEPA taqbel mar-rapport kollu in toto?", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, dak huwa r-rapport li tressaq għandi kif approvat min-naħa tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: Imma aħna m'aħniex qed naħlu l-ħin hawnhekk meta qed niddiskutuh?", "Fis-sens jekk ikun hemm xi...", "MICHAEL FARRUGIA: Ikun ħela ta' ħin jekk noqogħdu mmorru kelma b'kelma fuq x'hemm fir-rapport.", "MICHAEL FARRUGIA: Kulħadd f'dan il-Kumitat għandu jagħmel il-kummenti tiegħu imma mhux joqogħdu jidħlu klawsola, klawsola.", "Il-kummenti jistgħu jsiru b'tali mod li forsi l-Membi jgħidu fejn jaqblu mar-rapport u jekk iħossux li hemm xi affarijiet minnu li jridu jitneħħew jew anke jiżdiedu.", "MADAM CHAIR: Imma my point is li d-dokument finali għadu mhux lest.", "Dawk il-kummenti jiġu għandi imbagħad jiena nieħu d-deċiżjoni jekk naċċettax il-proposti jew le.", "Jiġifieri d-dokument finali għadu mhux approvat mill-Gvern.", "MICHAEL FARRUGIA: Eżattament.", "MADAM CHAIR: Biex inkunu ċari x'qegħdin nagħmlu hawnhekk illum.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, forsi jiena l-uniku wieħed li kont nagħmel parti minn dan il-Kumitat fil-leġiżlatura preċedenti.", "Dan il-Kumitat dejjem mexa bil-mod – kif qed jgħid is-Segretarju Parlamentari – li l-MEPA, wara li tapprova policy, iġġibha hawnhekk għad-diskussjoni.", "Kien hemm diversi drabi fejn il-policies inbidlu wara li saret tali diskussjoni u l-Gvern preċedenti kien jieħu in konsiderazzjoni dak li jkun intqal f'dan il-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Allura ma kienx ikun jagħmel aktar sens li l-policy tiġi l-ewwel diskussa hawnhekk, imbagħad tersaq għand il-MEPA?", "MADAM CHAIR: Għaliex?", "MICHAEL FARRUGIA: Għax mhux il-MEPA tieħu d-deċiżjoni finali imma l-Ministru responsabbli.", "Il-MEPA tkun iddeċidiet fuq ħaġa, imbagħad tiġi hawn u nerġgħu nbidlulha kollox!", "MICHAEL FARRUGIA: Dak li għamlet il-MEPA huwa li ressqet rapport li approvat hi, imma ma jfissirx li dan huwa d-dokument finali.", "Id-dokument finali, anke skont il-liġi, huwa meta l-Ministru, wara li jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu u jara x'inhi l-politika tal-Gvern, jagħmel il-bidliet li hemm bżonn u japprovah.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-MEPA ma tkunx qed timxi fuq brief li taha l-Gvern imma on its own steam.", "Hux hekk?", "MICHAEL FARRUGIA: Apparti li l-MEPA l-ħin kollu timxi on its own steam, qabel ir-rapport aħħari… Pereżempju, waħda mill-affarijiet li kien hemm kienet li fl-agro-tourism, jekk ikollok xi ħadd li diġà qiegħed attiv, ma kien jissemma l-ebda ammont ta' art li wieħed jista' jagħmel bħala agri-turiżmu, filwaqt li meta jkun hemm xi ħadd li se jidħol ġdid, irid ikollu 60 tomna.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern – u għaddejna l-brief lill-kumitat – hija li min huwa attiv ukoll irid ikollu 60 tomna.", "Jiġifieri jekk intix fis-settur tal-biedja, jekk intix raħħal, jew inkella żviluppatur, xorta waħda jrid ikollok 60 tomna.", "L-unika differenza hija li jekk inti żviluppatur, ma tistax taqbad mil-lum għal għada u tidħol fl-agri-turiżmu.", "Imbagħad forsi l-Perit Ellul tkun tista' titkellem iktar dwar dan.", "MADAM CHAIR: Nirringrazjak.", "Nieħu l-Onor.", "Bezzina, imbagħad tkompli l-Perit Elizabeth Ellul.", "TONI BEZZINA: Jien qed nistenna li niddiskutu klawsola klawsola din il-policy.", "MADAM CHAIR: Hekk se nagħmlu.", "(Interruzzjonijiet)", "TONI BEZZINA: Hekk ftehmna li se nagħmlu l-aħħar darba.", "MADAM CHAIR: Aħna se ngħaddu minn fuq kull klawsola u kulħadd se jgħaddi l-kummenti tiegħu dwarha.", "Il-mistoqsija oriġinali tiegħi kienet xi studji kien hemm.", "Ma rridux ninsew li f'laqgħat oħrajn għedna li dan kellu jiġi diskuss fil-viżjoni wiesgħa tal-iSPED imma l-iSPED għadu mhuwiex f'idejna u għalhekk jien għamilt din il-mistoqsija.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, kulħadd kellu d-dokument f'idejh għal dawn l-aħħar jiem u kulħadd kellu l-opportunità jarah sew.", "Allura jien nistenna li minflok noqogħdu niddiskutu u nagħmlu dibattitu fuq kull klawsola, kulħadd jgħid ma' xiex jaqbel u ma' xiex jaqbilx minn dak li hemm fid-dokument u x'jissuġġerixxi minflok.", "MADAM CHAIR: Onor. Farrugia, nirringrazzjak ħafna, però aħna se nimxu b'dan il-mod.", "Jien se nagħmel round ta' rimarki fuq kull policy mingħajr dibattitu, sempliċement jingħad x'qed jaħseb dak li jkun fuq il-policy u ngħaddu għall-policy ta' wara.", "Se tittieħed nota ta' dak li jkun qed jingħad – naturalment se jkun hemm it-traskrizzjoni tal-laqgħa – u nispera li dak li nkunu qegħdin nissottomettu hawnhekk ma jaqax fuq widnejn torox għax f'dak il-każ inkunu qed naħlu l-ħin.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, nispera li l-proċess tad-diskussjoni tal-ODZ policy f'dan il-Kumitat ikun wieħed serju għax jien ninkwieta meta nisma' kummenti mill-Onor.", "Farrugia fis-sens li m'hemmx għalfejn noqogħdu nduru klawsola klawosla!", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, hawnhekk jien qed immexxi mhux l-Onor.", "Toqgħodx tinkwieta!", "RYAN CALLUS: Naf u konxju ta' dan, però rrid nirreġistra l-punt, anke a fini ta' Minuti, li hawnhekk m'aħniex qegħdin sempliċement nagħtu lip service biex ngħidu ġibna l-ODZ policy quddiem il-Kumitat għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Jekk verament irridu nagħmlu analiżi serja ta' din il-policy, ma nistgħux naqbdu ngħidu li jkun hawn id-diskussjoni skont il-policies li jidher li għandna oġġezzjoni fuqhom.", "MADAM CHAIR: Nassigurak li kemm ilu li nbidel il-Gvern, l-affarijiet inbidlu wkoll.", "Ħalli nibdew.", "Milli stajt nifhem jien, il-Perit Ellul kienet qed tagħtina backdrop tal-esperjenza tagħha biex waslet għal dawn il-konklużjonijiet.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, ejjew inkunu ftit serji!", "Farrugia, imma jien għadni ma smajtx xi studji saru qabel ma saret din il-policy.", "JOSEPH SAMMUT: Onor. Callus, aħna suppost diġà vvutajna fuqhom dawn u li kellna ngħidu għednih.", "Ma nippretendix minnek li tistaqsi lilha biex tagħtik il-policies!", "MADAM CHAIR: Imma xorta jista' jistaqsi, Onor. Sammut.", "JOSEPH SAMMUT: Jistaqsi, imma ma nippretendix li jagħmel mistoqsija meta konna qegħdin fil-kumitat u vvutajna favurihom!", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jien illum qiegħed hawnhekk nissostitwixxi Membru u jekk inħoss li għandi nistaqsi dwar l-istudji, m'għandu jkun hawn ħadd li jgħidli li m'għandix dritt nistaqsi!", "MADAM CHAIR: Naqbel miegħek, fil-fatt staqsejtha jien stess dwar l-istudji.", "Il-Perit Ellul, fil-qosor jekk jogħġbok.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Tliet sentenzi kulma se ngħid.", "Kien hemm studji tal-policies li konna qed nużaw fid-deċiżjonijiet tagħna.", "MADAM CHAIR: U l-impatt li kellhom fuq l-ambjent?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Fuq kollox, kemm fuq l-ambjent kif ukoll fuq l-iżvilupp, l-ekonomija, eċċ. Kellna studju fuq statistika tal-bdiewa u r-raħħala u apparti minn hekk, għamilna konsultazzjonijiet…", "MADAM CHAIR: Jista' jkollna aċċess għal dik l-istatistika?", "Napprezza jekk ikollna kopja ta' xi studji li rriferejtu għalihom.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Nista' nġiblek kaxxa m'għola \"hekk\" jekk trid.", "MADAM CHAIR: Ma jimpurtax, jekk hemm bżonn ġib kaxxa m'għola \"hekk\" ħalli min jitlobna u jistaqsina, apparti milli naqrawhom aħna, inkunu nistgħu ngħadduhomlu.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Mhijiex problema; mill-boot tal-karozza għal fuq din il-mejda, għax inġorrhom miegħi.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "RYAN CALLUS: Imma tistgħu almenu tagħtuna l-ismijiet tal-istudji li saru?", "Din id-domanda diġà għamiltha fil-bord tal-MEPA imma ma ħadtx risposta.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Għandi kaxxa sħiħa!", "RYAN CALLUS: Imma jien nistenna li qabel tintemm id-diskussjoni f'dan il-Kumitat, mhux wara, ningħataw lista kompleta tal-istudji li saru.", "MADAM CHAIR: Se jkollna l-lista u l-informazzjoni kollha neċessarja.", "Nibqa' niġri warajhom sakemm ikollna, tibżax.", "Perit Ellul, għandek xi żżid?", "MADAM CHAIR: Mela nistgħu nibdew bil-kummenti tagħna dwar policy 1.2A.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Għandi xi mistoqsijiet mhux fuq il-policies.", "Nista' nagħmilhom issa jew wara?", "MADAM CHAIR: Agħmilhom wara, ħa ngħaddu l-policies l-ewwel.", "(Interruzzjonijiet) Noqogħdu sa filgħodu jekk hemm bżonn, tikkonfondux.", "Aħna n-nisa mdorrijin għax it-tfal ma jorqdux billejl u aħna noqogħdu magħhom!", "Jien m'għandix problema.", "Hawn kummenti fuq policy 1.2A?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Madam Chair, nixtieq nistaqsi għalxiex, anke fit-title tad-dokument m'hemm ebda riferenza la għall-farms, la għall-agrikoltura u lanqas għall-istalel.", "Hemm xi raġuni partikolari?", "MADAM CHAIR: Fid-dokument hemm sezzjoni sħiħa fuq il-farms u l-agricultural policy.", "MADAM CHAIR: Jekk għandek xi suġġeriment fuq kif għandu jkun it-title, agħmlu issa forsi jiġi addottat.", "L-importanti huwa li fid-dokument jissemmew u hemm ukoll ħafna xi nbidlu.", "Naħseb il-ħin aħjar nużawh biex naraw x'jgħodd u x'ma jgħoddx għal pajjiżna!", "(Interruzzjonijiet) Sfortunatament, bħalissa le.", "Jekk ikun hemm ċans iktar tard, nieħu l-kummenti tagħkom ukoll imma bħalissa għandna ħafna xi rridu ngħaddu.", "Però għad hemm ċans biex tibagħtu s-sottomissjonijiet tagħkom bil-miktub għax għadha ma ġietx approvata mill-Gvern.", "Tistgħu tibagħtu s-sottomissjonijiet illejla stess by email lili jew lill-Iskrivan tal-Kamra.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, il-public consultation issir mhux għall-gost jew biex inkunu għamilniha skont il-liġi imma biex kulħadd jagħmel il-proposti tiegħu f'dak iż-żmien allokat.", "Ma jistax ikun li meta għalaq kollox, nerġgħu niftħu a public consultation.", "MADAM CHAIR: Imma hawnhekk għadu m'għalaqx.", "MICHAEL FARRUGIA: Le, skużi.", "MADAM CHAIR: Mela misskom ġejtu quddiemna qabel m'għalaqtuha, mhux aħna l-aħħar nies li niġu kkonsultati!", "MICHAEL FARRUGIA: Skużani, Madam Chair.", "Id-dokument jiġi riferut hawnhekk biex nisimgħu x'għandhom xi jgħidu l-Membri.", "Jien għandi rispett sħiħ u lest li nerġa' niltaqa' magħhom fl-uffiċċju tiegħi...", "MADAM CHAIR: Mela jekk hemm bżonn erġa' ltaqa' magħhom.", "MICHAEL FARRUGIA: ...imma li nerġgħu nispiċċaw b'another public consultation hawnhekk, is unfair għax inkunu qed nagħtu ċans għal public consultation lil ċerti individwi u mhux lil oħrajn.", "Għalkemm stqarrejt li se nagħti weight lir-rapporti li daħlu lil dan il-Kumitat minn diversi persuni, jekk irrid nista' ma nagħtihomx weight.", "MADAM CHAIR: Imma jekk tagħmel hekk tkun bħall-Gvern ta' qabel.", "Aħna biddilna l-Gvern biex ikollna Gvern aħjar.", "MICHAEL FARRUGIA: Għamiltha b'buona volontà tiegħi.", "MADAM CHAIR: Le, tagħmilha b'dover.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma ma jistax ikun li dan il-Kumitat joqgħod jiddiskuti...", "MADAM CHAIR: Il-public consultation tibqa' ssir sakemm din il-policy għadha plasticine f'idejna għax mid-dehra, din il-policy għadha ma ġietx approvata mill-Gvern u allura, sakemm tiġi approvata mill-Gvern, naħseb li huwa d-dover tal-Gvern li jkompli jisma'.", "Jekk forsi kien hemm xi ħadd li f'dawk il-ħabtiet ma setax jissottometti l-kummenti tiegħu – l-aħħar public consultation saret mill-aħħar ta' Awwissu sal-ewwel ġimgħatejn ta' Settembru li ma naħsibx li huwa żmien eċċezzjonali –…", "RYAN CALLUS: Jien dan kollu kont għedtu fil-Bord tal-MEPA imma baqgħu għaddejjin.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, jien ma jien se niddejjaq xejn li jibqgħu jibagħtuli r-rapporti fl-uffiċċju tiegħi, nistedinhom ikomplu jibagħtu sakemm tittieħed id-deċiżjoni, imma li nerġgħu niġu f'dan il-Kumitat u nerġgħu noqogħdu nagħmlu preżentazzjonijiet u dibattiti ma naħsibx li huwa l-post.", "MADAM CHAIR: Bir-rispett kollu imma xi jsir f'dan il-Kumitat niddeċiedi jien għax jiena ċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Jekk hemm xi NGOs jew individwi li jixtiequ jagħmlu sottomissjoni, jistgħu issa, ġaladarba għalaq id-deadline, jibagħtuhomlna by email u nassigurahom li, sal-aħħar minuta, sakemm tiġi finalizzata din il-policy jgħaddu għand is-Segretarju Parlamentari.", "Dak huwa l-punt li qed nagħmel.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jiġifieri l-NGOs li jiġu hawnhekk jisimgħu din id-diskussjoni u d-deliberazzjonijiet se jkunu hawnhekk biss bħala osservaturi?", "Jekk jitolbu lill-Kumitat biex jagħmlu intervent, mhux se jingħataw dan id-dritt?", "MADAM CHAIR: Risposta ċara ħafna se nagħtik.", "Il-persuni li hawn preżenti llum se jkunu qegħdin isegwu s-suġġerimenti tal-Membri tal-Kumitat.", "M'hemm xejn xi jżommhom milli jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom biex ikomplu jsaħħu, jew ikissru, l-opinjonijiet li nkunu esprimejna aħna.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri mhumiex se jingħataw iċ-ċans li jagħmlu sottomissjonijiet b'mod verbali waqt il-laqgħa.", "MADAM CHAIR: Jekk ikollna ċ-ċans, wara li ngħaddu l-policies kollha, li nagħmlu sessjoni sħiħa għalihom, iva jingħataw.", "Però sadanittant irrid nisma' lill-Membri tal-Kumitat għax ħafna drabi qed jispiċċaw jitkellmu l-inqas.", "Din is-sessjoni se tkun biex aħna nduru policy by policy ħalli nisimgħu s-suġġerimenti u l-opinjonijiet tal-Membri tal-Kumitat.", "In-nies li hawn preżenti għal-laqgħa jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub, però jekk ikun hemm xi policy li dwarha ma jkunx ċar dak li aħna qegħdin niftiehmu bejnietna, f'dak il-kas m'hemm xejn xu jżommna milli nsejħu lill-NGOs mal-mejda.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri jien qed nifhem li wara din id-diskussjoni f'dan il-Kumitat jista' jkun hemm iċ-ċans għall-NGOs biex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom b'mod verbali.", "RYAN CALLUS: Grazzi, Madam Chair.", "MADAM CHAIR: Sadanittant qed nitlob biex min għadu m'għamilx is-sottomissjonijiet tiegħu jagħmilhom bil-miktub.", "JOSEPH SAMMUT: Mela allura aħna l-membri tal-Bord tal-MEPA qegħdin immorru nivvutaw fuq il-policies għalxejn.", "MADAM CHAIR: Dik iddiskutiha mal-Bord tal-MEPA!", "JOSEPH SAMMUT: Imma allura jien nippretendi li jiġi hawnhekk d-Direttorat tal-MEPA kollu għax inkella d-diskussjoni se tiġi one sided.", "(Interruzzjonijet)", "Konsultazzjoni mal-pubbliku.", "Issa jekk issirx waqt il-Bord tal-MEPA, issirx l-iskola tal-Gvern tal-Furjana… (Interruzzjonijiet) Jien meta tlabthom dejjem bagħtu.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien m'għandi l-ebda problema li jiġu.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, jien m'għandix problema li l-membri tal-pubbliku jattendu għal dawn is-seduti, però l-public consultation mal-MEPA ssir biex kulħadd ikollu l-opportunità jagħmel il-konsultazzjoni kollha li hemm bżonn u jagħmel anke r-rakkmandazzjonijiet.", "Wara li jsiru dawn kollha, jien niġi hawnhekk inressaq il-policy mhux biex nisma' lil min kellu l-opportunità kollha jibgħat ir-rakkmandazzjonijiet, imma biex nisma' x'inhi l-opinjoni ta' dan il-Kumitat fuq il-policy li għaddiet mill-MEPA imma li għadha mhijiex tal-Gvern, ħalli nkun nista' niddeċiedi jekk nibqax miexi fuq il-policy ssettjata mill-MEPA jew inkella jekk għandhiex tinbidel fuq ir-rakkmandazzjonijiet li jkolli minn dan il-Kumitat.", "Public consultation kien hemm għal darba darbtejn u min m'għamiltx is-sottomissjonijiet tiegħu, allura problema tiegħu.", "MADAM CHAIR: Jien nifhmek, però filwaqt li n-nies fuq il-Bord tal-MEPA huma magħżulin mill-Gvern, hu min hu, hawnhekk hawn ir-rappreżentanti tal-poplu li ntgħażlu bil-vot tal-poplu u allura l-poplu għandu dritt jitkellem magħhom.", "Jiġifieri jekk hemm bżonn li nerġgħu nisimgħu, se nibqgħu nisimgħu.", "Kif taf l-Iskrivana tal-Kumitat, fil-ġimgħa li għaddiet jien tajt żmien lil min ried jissottometti dak li xtaq jgħid in writing, sabiex jagħmel proprju hekk.", "U jekk għad hemm min ma laħaqx jagħmel dan jista' jibqa' jissottometti għax aħna għadna niddiskutu.", "Jien ħadd m'hu se jikkonvinċini li b'xi mod qed nagħmlu l-ħsara għax nibqgħu nisimgħu sal-aħħar.", "Dan qed isir ħalli nkunu nistgħu nagħġnu l-aħjar policy għal pajjiżna u ma jerġax jiġri kif ġara f'leġiżlaturi oħrajn fejn qridna l-pajjiż.", "Il-ftit li għandna rridu nieħdu ħsiebu daqs id-dawl ta' għajnejna u dan ma nistgħux nagħmluh waħedna, Onor. Farrugia, imma rridu nagħmluh flimkien mal-NGOs u mal-pubbliku in ġenerali li kapaċi jkunu strumentali biex immexxu lil dan il-pajjiż 'il quddiem.", "MICHEAL FARRUGIA: Madam Chair, ħalli niċċara l-affarijiet biex ma nkunx ikkwotat ħażin; noħorġu hemm barra u jsiru statements bl-addoċċ.", "Jien se nkompli nisma' sakemm tittieħed l-aħħar deċiżjoni li hemm bżonn.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien qed nagħti l-opportunità, minkejja li m'għandix għalfejn...", "MADAM CHAIR: Jaħasra tgħidx hekk Onor. Farrugia għax tfakkarni fi żmien in-Nazzjonalisti meta konna nisimgħu hekk!", "MICHAEL FARRUGIA: Jien se nibqa' nisma'… (Interruzzjonijiet) Onor. Callus, tattribwilix kliem li jien m'għedtx.", "Jien għandi rispett lejn il-Kamra u anke lejn in-nies hemm barra u għax għandi rispett għan-nies hemm barra, qabel nieħu deċiżjoni, minkejja li kien hemm public consultation, xorta waħda se nibqa' lest li nirċievi kull rapport li jitressaq quddiemi qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni.", "Dak li ridna nisimgħu.", "MICHAEL FARRUGIA: L-aħħar deċiżjoni, tajjeb jew ħażin, fortunatament jew sfortunatament, hija tiegħi.", "MADAM CHAIR: U aħna qed ngħinuk kemm nifilħu sabiex tkun tista' teħodha.", "MICHAEL FARRUGIA: Li ridt ngħid jien huwa li ma naħsibx li huwa r-remit ta' dan il-Kumitat li minflok b'dibattitu bejn il-Membri li jirrappreżentaw lill-poplu, jispiċċaw b'dibattitu mod ieħor, però huwa sta għalikom li taraw dan.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Farrugia semma li kien hemm żewġ proċessi ta' konsultazzjoni.", "Jien hawnhekk irrid ngħid li l-għada li għalaq il-proċess ta' konsultazzjoni dwar l-oġettivi tal-policy, jiena u l-membri kollha tal-bord kienet intbagħtitilna l-policy lesta bil-kummenti tal-pubbliku.", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, daqshekk kummenti dwar dan; jekk trid tista' tagħmel press release.", "Ngħaddu għall-kummenti dwar il-policies.", "RYAN CALLUS: Imma dan huwa punt importanti dwar il-mod kif tmexxa l-proċess ta' konsultazzjoni.", "MADAM CHAIR: Daqshekk.", "Jekk trid għamel konferenza stampa.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Dawn il-policies li hawn fid-dokument se jkunu qed japplikaw ukoll għall-proġetti tal-Gvern?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Iva, il-policy tapplika għall-proġetti tal-Gvern imma jaf ikun hemm proġetti li ovvjament ma jaqgħux taħt din il-policy.", "Jekk huma proġetti ta' importanza nazzjonali jew inkella ta' importanza strateġika jew ekonomika, din il-policy ovvjament ma tkunx tapplika.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri fejn jidhirlu, il-Gvern se jeżenta proġetti milli jimxu ma' dawn il-policies.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jekk nibnu ajruport ieħor, insa kollox.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawn il-policies mhumiex qegħdin hemmhekk għal ajruport ieħor jew għal Freeport ieħor jew għal proġetti maġġuri, imma qegħdin hemm biex jekk il-Gvern ikun se jibni stables, japplikaw għalihom.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri aħna se npoġġu lill-Gvern 'il fuq mil-liġi?", "Qed ngħid hekk għax l-istess policy 1.2A: National Policy Projects, tgħid hekk:", "Mela dawk il-proġetti li jmorru lil hinn jew kontra din il-policy, se jiġu assessjati fuq il-merti tagħhom.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu hawnhekk li...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bħalma ġara fil-passat.", "Fil-passat kellna tliet dokumenti ħoxnin \"hekk\", imma meta kien hemm proġetti tal-Gvern li kienu ta' mportanza nazzjonali nkluż s-Sewage Treatment Plant, l-Isptar, l-impjant ta' BWSC, eċċ., ġew assessjati fuq il-merti tagħhom mhux fuq din il-policy għax din il-policy ma tapplikax għal dawk it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Ma jidhirx li hawn allura ngħaddu għall-policy 1.2B: Research and Innovation.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt nistaqsi xi tfisser \"stakeholder\"' f'dan il-kuntest?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Xi ħadd li huwa interessat li jagħmel il-proġett, l-importanti li jkollu s-support tal-NGO miegħu.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Iva.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Waħda mill-kritika tiegħi fuq din il-policy kienet in-nuqqas ta' konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Ambjent.", "Kulħadd konxju mill-fatt li l-Gvern se jkun qiegħed jissepara l-ambjent mill-ippjanar – m'iniex se nidħol f'dan ir-remit għaliex kienet waħda mill-proposti li tela' biha l-Gvern tal-lum – u jien, fil-kritika li kont għamilt kont urejt dispjaċir kbir għall-fatt li l-ewwel verżjoni ta' din il-policy ma kellha lanqas biss riferenza waħda għall-konsultazzjoni ma' dik li issa se tkun l-Awtorità tal-Ambjent.", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, inti se tikkummenta fuq 1.2B?", "MADAM CHAIR: Mela ejja għall-punt; fuq l-oħra nistgħu nagħmlu konferenza stampa.", "RYAN CALLUS: Fuqha qed nitkellem għax 1.2B issemmi \"consultation with\".", "Issa jien nipproponi li kull fejn f'din il-policy hawn \"consultation with\", tiddaħħal riferenza għall-Awtorità ġdida dwar l-Ambjent.", "Meta jien għamilt din it-talba, ir-risposta li kelli kienet li ddaħħlu xi żewġ riferenzi f'xi żewġ policies għall-Awtorità dwar l-Ambjent.", "Għalija u għall-Oppożizzjoni dan mhuwiex aċċettabbli.", "Inħossu li din ir-riferenza hija biss lip service wara l-kritika li konna għamilna aħna, u jekk l-Awtorità dwar l-Ambjent tiġi wkoll ikkonsultata u jekk verament il-Gvern se jagħti l-istess weighting, kif wiegħed, lill-Awtorita tal-Ippjanar u l-Awtorità ġdida dwar l-Ambjent, allura l-proposta tagħna hija li kull fejn hemm \"consultation with\" tiddaħħal l-Awtorità dwar l-Ambjent.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, bħala parti mill-proċess tad-demerger li se nkunu qed inħabbru ftit tal-ġimgħat oħra – u se jkun hemm ukoll public consultation fuqha u anke laqgħa mal-Malta Council for Economic and Social Development (MCESD) – se nbiddlu l-proċess.", "Filwaqt li s'issa kull applikazzjoni li tidħol ikun il-case officer li jiddeċiedi ma' min jikkonsulta, issa se jibdew ikunu kkonsultati l-entitajiet kollha li se jkunu mniżżlin u fosthom se jkun hemm l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi.", "Barra minn hekk, se jidħlu wkoll fil-lista ta' consultees numru ta' entitajiet oħra li sal-lum qatt ma kienu jiġu kkonsultati.", "Dan se jsir appuntu biex eventwalment ma jkun hemm l-ebda skuża u ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza fejn xi ħadd jgħid li pereżempju l-Awtorità dwar l-Ambjent ma ġietx ikkonsultata.", "Jiġifieri kull applikazzjoni, ODZ jew le, se tkun qed tiġi riferuta lil kulħadd u wieħed jistenna li jkun hemm ir-rispons minn kulħadd.", "MADAM CHAIR: Se jtul il-proċess jew le?", "MICHAEL FARRUGIA: Filwaqt li llum iċ-ċittadini għandhom 21 ġurnata li fihom jistgħu jagħmlu objection, b'dan it-tibdil, dan il-perjodu se jkun qed jitla' għal 30 ġurnata.", "Fil-każ ta' ODZ, fejn se jkun hemm kumitat tal-agrikoltura li wkoll se jkun qiegħed jiġi nvolut biex jipparteċipa u jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet – li kien għalija nagħmel spjegazzjoni fit-tul fuqha għax irrid inserraħ moħħ kulħadd – filwaqt li sal-lum huwa l-case officer li jiddeċiedi ma' min jikkonsulta, issa se jibda jkun hemm konsultazzjoni miftuħa lejn kulħadd, għandu x'jaqsam jew m'għandux mas-suġġett, biex fl-ebda ħin ma jkun hemm xi ħadd li jgħid li ma ġiex ikkonsultat.", "Nista' ngħid ukoll – din diġà semmejtha barra minn dan il-Parlament – li l-NGOs mhux se jkollhom għalfejn jirreġistraw bħala objectors imma huma kkunsidrati bħala objectors awtomatikament.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri l-Awtorità se taqbad u tinnotifika lil kulħadd malli tidħol l-applikazzjoni.", "MICHAEL FARRUGIA: Pereżempju, sal-lum l-Occupational Health and Safety Authority (OHSA) ma tiġix ikkonsultata.", "Issa, kull applikazzjoni se tkun qed tmur ukoll għand l-OHSA fejn jintalbu jgħidu jekk jaqblux mal-proġett jew le u jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar xi proċeduri jew affarijiet li jridu jittieħdu mill-Planning Board meta joħroġ il-permess.", "Imbagħad se jkun hemm unit apposta li jgħid li l-permess qed joħroġ bit-\"tali\" kundizzjonijiet imressqjin mit-\"tali\" awtorità.", "TONI BEZZINA: U jekk ma jwieġbux fit-30 ġurnata kif hemm stipulat, allura l-MEPA tipproċedi.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, kif jiġri s-soltu.", "RYAN CALLUS: Jien għamilt proposta lis-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia sabiex kull fejn hemm il-kliem \"policy\" u \"consultation\" jiddaħħlu l-kliem \"consultation with the Authority for Environment and Resources\".", "Ġaladarba inti qed tgħidli li hija awtomatikament allura qed nifhem li m'għandekx diffikultà li ssir din l-emenda.", "Tista' tikkonfermali jekk inti m'intix lest tilqa' din il-proposta?", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandi l-ebda problema imma se tkun infurzata mhux fil-policy imma fil-liġi għax policy tista' tinbidel.", "Fil-liġi qed nagħmluha speċifika biex nagħtu bidu għal prassi li nittama li l-ebda Gvern ieħor ma jneħħi.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Hemm xi kriterji stabbiliti miktubin biex proġett ikun ikkunsidrat bħala research and innovation?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta persuna tiġi b'idea ġdida li ma jkunx hemm bħalha u jkollha ENGO li tkun qed tara prattikament il-proċess kollu ħalli ma jkunx hemm xi forma ta' xi abbuż, se nagħtu daqsxejn leeway mill-forma normali biex f'perjodu ta' ħames snin, jekk tkun trid tagħmel xi forma ta' riċerka – u nafu li għandna diġà min huwa nteressat biex jagħmel forma ta' riċerka.… Din kienet proposta li proprju saret mill-ENGOs.", "Ma rridux ninsew li għad irid isir l-iscreening tal-istrategic environment assessment (SEA) fuq dan ir-rapport qabel ma jiġi approvat u r-riferenza tal-Awtorità fil-glossary tirriferi għall-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ambjent u s-suċċessuri tagħha.", "Jiġifieri awtomatikament l-Awtorità hija inkluża.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI (Membru, Bord tal-MEPA): Dwar din il-policy speċjalment ta' riċerka rrid ngħid li din qed tiġi anke mill-Unjoni Ewropea fejn qed tippromwovi riċerka fl-agrikoltura.", "Aħna hawnhekk, apparti mir-Rural Development Plan għal żoni rurali, qed nimplimentawh għall-programm li jmiss u l-ewwel ħames snin huwa l-bażi ta' proġett li jkollu t-tul tiegħu fejn jiġi ffinanzjat.", "Allura qed nippruvaw li through this policy naħsbu għaliha.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, veru li forsi ftit tard però xtaqt li f'isem l-Oppozizzjoni nirringrazzja lill-Kumitat kollu li ħadem fuq din il-policy għax naf li kien hemm ħidma kbira.", "Jien nirrikonoxxi li fil-policy preżenti jeżistu numru ta' loopholes – dawn il-kummenti diġà għamilthom fil-pubbliku – u nixtieq li ntejjeb fuq il-policy li hemm.", "MADAM CHAIR: Għalhekk qegħdin hawnhekk.", "RYAN CALLUS: Hekk hu.", "Meta niġu għall-proġetti ta' riċerka nixtieq li fil-glossary din il-policy jkollha what defines a research project għax wisq nibża' – issa ejjew nitgħallmu mill-passat – li jkun hemm min jitfa' applikazzjoni taħt din il-policy – 1.2B: Research and Innovation – u jekk din il-policy mhux se jkollha qafas b'saħħtu legali, li tiffilterja bis-serjetà xi kwalifika...", "MADAM CHAIR: Jiġifieri inti tixtieq li jkun hemm definizzjoni fil-glossary ta' x'inhi research policy.", "RYAN CALLUS: Hekk hu, u anke x'se tkun id-definizzjoni.", "Se tkun li jkun hemm rakkmandazzjoni mill-Università ta' Malta?", "Se jkun hemm rakkmandazzjoni mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija?", "Naħseb li dan huwa mportanti biex nagħlqu aktar loopholes.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-biżgħa tiegħi hija li jekk niddefinixxu x'inhi riċerka nkunu qed neskludu oħrajn.", "Il-fatt li għamilna li awtomatikament se jkollok ENGO li se tkun qed tipparteċipa u tkun overlooking x'inhu jsir… Naħseb li iktar minn hekk...", "RYAN CALLUS: Ma jfissirx li kull proġett li jsir mill-ENGO, li naf kemm jagħmlu xogħol siewi lejn dan il-pajjiż, jista' jikkwalifika bħala proġett ta' riċerka.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jista' jkun hemm proġett li qed jiġi propost li jsir fiż-żona barra mill-iżvilupp minn għaqda ambjentali, però ma jkunx proġett ta' riċerka.", "Min se jiddetermina jekk hux proġett ta' riċerka jew le?", "Jien m'iniex qed nara salvagwardji kontra dawn il-loopholes għal min jipprova juża din il-policy biex jgħid li għandu proġett ta' riċerka meta ma jkunx proġett ta' riċerka biex jgħaddi xorta minn din u jingħata l-permess.", "Naħseb mhuwiex l-għan ta' dan il-punt ta' dan il-policy.", "Issa jekk intom taqblu miegħi, nissuġġerixxi nagħmlu definizzjoni dwar x'inhu proġett ta' riċerka.", "MADAM CHAIR: Wieħed irid joqgħod attent li fid-definizzjoni ma jiġrix kif qed nissoponi li jista' jiġri li jiġu esklużi oħrajn għax imbagħad wieħed jikkwota din u jgħid li \"dak\" ma jaqax taħt \"din\" id-definizzjoni.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Li ninkwieta ftit dwaru jien hu li 90% ta' organizzazzjonijiet volontarji huma NGOs.", "Pereżempju, kumitati tal-baned, clubs tal-futbol…", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li huwa suġġeriment tajjeb li jkun jkun hemm definizzjoni wiesgħa ta' x'jista' jkun tali proġett.", "Hemm aktar rimarki?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nistgħu ngħaddu għal policy 1.2C: Prohibiting the Proliferation of Vacant Buildings.", "Hawnhekk qed jingħad li jekk ikun hemm xi bini li ma jintużax għal tliet snin fit-30 sena minn wara li joħroġ il-permess, il-bini jitneħħa at the expense of the owner.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jien nifhem l-intenzjoni tajba u ġenwina ta' din il-policy fejn għandek postijiet abbandunati fir-rural, perezempju razzett li ilu ma jintuża għal numru ta' snin...", "MADAM CHAIR: Imma mhux għal dak qed tirriferi din il-policy.", "L-ewwel ħaġa qed nassumu li se joħorġu permessi ODZ, jiġifieri se jkun hemm new buildings li huma f'ODZ.", "Jiġifieri 'l quddiem din jista' jagħti l-kas li taqa' għax ma nkunux ftehemna li se nagħtu permess li se jsir bini ġdid fl-ODZ.", "I'm just drawing your attention to the fact, għax dawn l-affarijiet għad irridu niddiskutuhom.", "TONI BEZZINA: Li jinkwetani naqra hu l-fatt kif se tkun taf li l-post ilu ma jintuża dawk is-snin kollha.", "MADAM CHAIR: Mill-istat li jkun jinsab fih.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Xi ħaġa oħra li tgħid il-policy hija li jrid jintuża għall-iskop li għalih ikun sar.", "Jiġifieri jekk ikun inħareġ permess biex il-post jintuża għal skop \"X\" u jkun qed jintuża għal skop \"Y\", tapplika din ukoll.", "MADAM CHAIR: Imma jekk tkun applikajt għal skop \"X\", dak il-business ikun fallielek u tlabt biex tużah għal xi ħaġa oħra, se jiġi kkunsidrat change of use jew le?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk inti għamilt użu llegalment minn dik il-binja li ġiet approvata, jiġifieri jekk il-permess inħareġ għal stables u minflok stables qed tintuża bħala residenza, wara tliet snin awtomatikament titlef il-permess ta' dik ir-residenza.", "MADAM CHAIR: Hopefully ma jkollniex għalfejn nitkellmu fuqha din.", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nistgħu ngħaddu għal policy 1.2D: Soil Conservation and Monitoring.", "Hawn kummenti?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nistgħu ngħaddu għal policy 1.2E: Utility Services.", "Issa jien hawnhekk xtaqt nistaqsi xi tfisser \"legitimate roads or tracks\".", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jista' jkollok mogħdijiet li mhumiex bil-permess jew approvati.", "Allura hemmhekk billi għandek mogħdija xorta ma tistax tiġi tgħidli li se tgħaddi s-servizz minn taħthom.", "Aħna qed ngħidu li s-servizzi jistgħu jgħaddo minn taħt dak li huwa legali.", "MADAM CHAIR: Allura jekk għandek main road imbagħad għandek mogħdija, x'se tagħmel?", "MADAM CHAIR: Imma ħafna mogħdijiet ilhom hemm minn żmien żemmżemm.", "Kif tafu jekk humiex legali jew le?", "MADAM CHAIR: Tajjeb.", "Ma jidhirx li hawn għalhekk ngħaddu għal policy 1.2F: Protected Species and their Habitats.", "Xi ħadd jispjegali ftit din għax mhijiex ċara.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hawnhekk prattikament qed ngħidu li jekk bl-iżvilupp li se tagħmel hemm xi speċi, jew xi flora jew fawna li hija regolata jew protetta taħt xi direttiva jew liġi, l-ewwel irridu nkunu ċerti li attwalment dik id-direttiva jew liġi qed tiġi osservata u jittieħdu l-miżuri ta' mitigazzjonijiet li hemm bżonn, imbagħad ikun jista' jinħareġ il-permess.", "Biss dan ma japplikax għal fejn huwa water course fejn ovvjament se jkun il-Gvern li jara jekk dik il-water course għandhiex terġa' tiġi upgraded biex attwalment ikun hemm water conservation.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-każ tal-water courses ukoll jista' jkun hemm ambjent partikolari fil-widien, jiġifieri jien nifhem li biex isir tindif ta' widien xorta trid issir applikazzjoni lill-MEPA, kif isir illum, u jkunu jridu jsiru studji biex wieħed jara x'effett se jkun hemm fuq il-habitat tal-proġett.", "GEORGE PULLICINO: Safejn naf jien kien hemm ftehim mal-MEPA li jsiru biss applikazzjonijiet formali wara li jiġi sottomess method statement u tiġi ppreżentata site plan li turi għal kull parti minn dak il-wied kif se jsir l-intervent.", "Kien hemm dan l-understanding li bqajna mexjin bih.", "Qed ngħid hekk għax allaħares id-Dipartiment li hu responsabbli minn dan il-qasam, irid jagħmel applikazzjoni formali għax-xogħol kollu li jkun irid jagħmel.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Naqbel miegħek, fis-sens li fejn hu maintenance programme, iva imma fejn qatt ma kien hemm maintenance programme ma jistax jiġi xi ħadd u jgħidli li se jmur inaddaf it-\"tali\" wied.", "GEORGE PULLICINO: Iva, għandek raġun.", "MADAM CHAIR: U m'aħniex se naqilgħu ħarrub iktar.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna qed nitkellmu fuq maintenance programme ta' wied.", "MADAM CHAIR: Jien mhux fuq il-widien qed inkellmek imma fuq policy 1.2F fejn hemm \"protected wild flora and fauna\".", "Sal-lum għadhom jinqalgħu l-ħarrub.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma ejjew inpoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Il-ħarrub cannot be transplanted, jiġifieri mhumiex bħal-larinġa li nistgħu naqilgħuha u npoġġuha band'oħra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm il-legal notice li tipproteġi dawn it-tip ta' siġar.", "Ma jidhirx li hawn aktar domandi għalhekk nistgħu ngħaddu għal policy 1.2G: Protected Areas, Special Areas of Conservation and Special Protected Areas.", "Jien din naqbel magħha imma naħseb li teskludi kwalunkwe żvilupp li jista' jsir għax kullimkien hemm special areas of conservation.", "Għandna 13% tat-territorju tagħna li hija special area of conservation.", "MADAM CHAIR: Imma jekk se nibnu ODZ kullimkien se jkun hemm adverse impact on it, anke jekk mhux ġo fih.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta inti għandek special area of conservation, awtomatikament tagħmel dak li jgħidulu appropriate assessment.", "Jekk mill-appropriate assessment jirriżulta li l-iżvilupp li se tagħmel b'xi mod jista' negattivament jimpatta dik l-ispeċi jew l-abitat partikolari jew inkella mhux se jkun biex attwalment itejjeb dik l-area, allura dak il-permess ma jistax joħroġ.", "MADAM CHAIR: U min se jiġġudika jew se jiddeċiedi x'impatt se jkollu u jekk l-impatt huwiex pożittiv jew negattiv?", "IS-SUR JOHANN BUTTIEG: Dak joħroġ mill-appropriate assessment.", "MADAM CHAIR: U dan l-assessment min se jagħmlu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ġeneralment ikunu l-konsulenti tal-applikant.", "Ovvjament, dak irid jiġi assessed mill-Environmental Authority li se jkun hemm u jekk ikun hemm breach, din ma tiġix diskussa hawn Malta imma it has to be reported to the European Commission.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jista' jeħel hemm imbagħad?", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Jien fhimt tajjeb li fi kwalunkwe żvilupp, jekk ikun hemm talba għal basement, ir-risposta se tkun iva?", "MADAM CHAIR: Għal-liema policy qed tirriferi?", "GEORGE PULLICINO: Għall-ODZ.", "MADAM CHAIR: Issa la niġu għaliha, niddiskutuha.", "RYAN CALLUS: Biex inkompli mad-domanda tal-Onor.", "MADAM CHAIR: Dik se niddiskutuha la naslu għaliha.", "RYAN CALLUS: Id-domanda tal-Onor.", "Pullicino hija cross cutting, jiġifieri mhijiex fuq policy waħda partikolari.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri kull meta se niġu għall-bini se niddiskutu l-basements?", "Ngħaddu għal policy 1.2H: Protection of Landscape Features.", "Hawn kummenti?", "Ma jidhirx li hawn, però ma nistgħux inkomplu għax irridu mmorru fil-plenarja għax dalwaqt se jittieħed vot.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, jien xtaqt li l-Kumitat almenu jiddeċiedi x'se jiġri ladarba jkun hemm ir-ruling tal-iSpeaker.", "MADAM CHAIR: It-tweġiba diġà tajthielek; jekk ir-ruling tal-iSpeaker jgħid li aħna niddiskutu dik il-materja, allura din tersaq quddiem dan il-kumitat.", "GEORGE PULLICINO: Allura qed nifhem li tkun inti li tistabbilixxi l-ġranet u l-ħin li jiltaqa' dan il-Kumitat qabel l-24 tax-xahar.", "MADAM CHAIR: Iva, però ovvjament irid ikun hemm il-koperazzjoni tal-Ministru għax jien ma nistax nagħmlilkom il-preżentazzjoni jien, għax daqskom naf.", "Żgur li jien se nirsisti għaliha.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, aħna tlabna preżentazzjoni dwar li EIA tal-LNG mhux preżentazzjoni mill-Ministru Konrad Mizzi.", "Qed ngħid dan għax l-EIA la għamlu l-Ministru, la għamlu ċ-chairman tal-Enemalta u lanqas għamlu s-CEO tal-Enemalta.", "L-EIA fuq proġett isir minn kumpanija li tiġi mqabbda biex tiġbor dak id-dokument.", "MADAM CHAIR: Fuq dan il-punt m'aħniex se naqblu.", "Il-Ministru Konrad Mizzi jista' jġib kemm irid esperti u anke intom tistgħu ġġibu l-esperti, però l-Ministru Konrad Mizzi jrid ikun hawn għax jien il-mistoqsijiet lilu rrid nagħmilhom.", "GEORGE PULLICINO: Nispera li l-Ministru Konrad Mizzi ikun dispost li jersaq biex jagħmel dak li talab il-Kumitat u mhux nispiċċaw li bir-risposta, kif kellna indikazzjoni llum fil-Kumitat, li jista' biss nhar it-Tlieta.", "MADAM CHAIR: Dik nixtieq nista' nwieġbek jiena għaliha, imma jien lill-Ministru Konrad Mizzi rrid hawnhekk ħalli nistaqsi lilu.", "Baqagħlna biss ċans biex nagħmlu l-aħħar policy qabel ma mmorru fil-plenarja għall-vot.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Madam Chair, nixtieq nirrimarka li dawn il-policies huma kollha magħmulin to safeguard our environment.", "Qed ngħid dan għax kien hawn xi kummenti li qisna ma tajniex kas tal-ambjent.", "MADAM CHAIR: Jiena nemmnek, imma fil-passat kien hemm ħafna policies li saru to safeguard the environment imma minflok, l-environment komplew għarquh.", "Jiena nirrispettak ħafna u għandi l-ikbar fiduċja fik, però fejn nistgħu ma nħallux loopholes biex ma jerġax jiġri dak li ġara, ejjew naħdmu flimkien ħalli naslu.", "Se jkolli naġġorna din il-laqgħa hawnhekk għax sar il-ħin biex immorru fil-plenarja.", "Navzawkom 'il quddiem meta se nkomplu b'din id-diskussjoni.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:54p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140312_007d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:48p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva l-Onor.", "Ryan Callus, li bil-permess tal-Kumitat ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret fis-26 ta' Frar, 2014 kienu konfermati.", "Iċ-Chairperson infurmat lill-Kumitat li kienet irċieviet din il-korrispondenza:", "Email datata 11 ta' Marzu 2014 mibgħuta mis-Sinj.", "Simone Mizzi għan-nom ta' Din l-Art Ħelwa li fiha ġew mogħtija s-sottomissjonijiet għall-ODZ Policy and Design Guidance, January 2014;", "Email datata 11 ta' Marzu 2014 mibgħuta mis-Sur Agius għan-nom tar-Ramblers' Association fejn fiha talab sabiex jingħata aktar żmien biex ikun jista' jagħmel is-sottomissjonijiet għall-ODZ Policy and Design Guidance, January 2014;", "E-mail datata 10 ta' Marzu 2014 mibgħuta mis-Sur Alfred E. Baldacchino li fiha bagħat is-sottomissjonijiet għall-ODZ Policy and Design Guidance, January 2014; u", "Diversi emails li għaddew bejn l-Onor.", "George Pullicino u Madam Chair dwar id-diskussjoni li kellha mill-Kumitat dwar l-EIA għall-ħażna tal-LNG.", "Iċ-Chairperson spjegat illi kif kien ġie mitlub fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, hija kienet ressqet talba lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra dwar jekk kellhiex issir diskussjoni dwar l-EIA fil-plenarja jew fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Iċ-Chairperson għarrfet lill-Membri li fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien ġie deċiz li d-diskussjoni fuq dan is-suġġett kellha ssir fil-plenarja.", "L-Onor.", "George Pullicino sostna li għalkemm il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ddeċieda li ssir diskussjoni fil-plenarja dwar l-EIA, madanakollu dan ma kienx jeskludi li ssir diskussjoni wkoll fil-Kumitat.", "L-Onor.", "Pullicino fakkar li l-Membri tal-Kumitat, b'mod unanimu kienu qablu li din il-materja tiġi diskussa waqt il-laqgħa tal-istess Kumitat.", "L-Onor.", "David Agius, elenka l-fatt li għalkemm il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jista' jiddelega xogħol lill-Kumitati Permanenti, però kull Kumitat jirregola lilu nnifsu.", "Huwa kompla jgħid li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien iddeċieda li jkun hemm seduta fil-Plenarja imma ma ngħatat ebda direzzjoni oħra jekk ikunx hemm diskussjoni ulterjuri fil-Kumitat Permanenti dwr l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "L-Onor.", "Carmelo Abela, spjega illi skont artiklu 34 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 504 li bih huwa mwaqqaf il-Kumitat, diskussjonijiet dwar proġetti li huma marbuta ma' proġetti kapitali tal-Gvern mhumiex fir-remit tal-Kumitat.", "Abela saħaq li l-Ministru konċernat xorta waħda kien aċċetta li jagħmel preżentazzjoni lill-Membri tal-Kumitat.", "L-Onor.", "George Pullicino ppreżenta mozzjoni li tgħid:", "\"Nitlob li dan il-Kumitat jiddiskuti l-EIA dwar il-proġett tal-Power Station li taħdem bl-LNG u l-ħażna tal-LNG nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġej fil-ħinijiet li jiddeċiedi dan l-istess Kumitat.\"", "L-Onor.", "Toni Bezzina ssekonda.", "Iċ-Chairperson iddeċiedet li għandha titlob ruling mingħand l-iSpeaker dwar jekk il-Kumitat jistax jipproċedi bid-deċiżjoni li ħa fil-laqgħa preċedenti, jiġifieri dik li ssir preżentazzjoni u diskussjoni dwar l-EIA fil-Kumitat hekk kif maqbul mill-Membri tal-Kumitat, wara li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ddeċieda li ssir diskussjoni dwar dan is-suġġett fil-plenarja.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY DATAT JANNAR 2014 INTITOLAT \"ODZ POLICY AND DESIGN GUIDANCE\"", "Is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Elizabeth Ellul, Chief Executive Officer u Deputy Chairperson tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, kif ukoll is-Sur Sharlot Camilleri, Membru fil-Bord tal-istess Awtorità ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat fejn taw spjegazzjoni u rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat dwar id-dokumenti għad-diskussjoni.", "Fil-bidu tad-diskussjoni l-Onor.", "Ryan Callus talab li l-Kumitat jingħata kopja tal-istudji li saret riferenza għalihom fit-tħejjija tad-dokument li kien qed jiġi diskuss.", "Matul id-diskussjoni l-Onor.", "Ryan Callus issuġġerixxa li:", "tiddaħħal definizzjoni tal-kliem \"research project\".", "Fid-8:54 p.m. id-diskussjoni dwar id-dokument ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140312_007m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 20", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Vjolenza Domestika - Diskussjoni ma' Dr Anthony Livori mill-Qasam tal-Kura Primarja", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140312_020a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 20", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 20", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.53 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 19 li saret nhar it-Tlieta 18 ta' Frar 2014 ġew konfermati", "VJOLENZA DOMESTIKA -DISKUSSJONI MA' dR ANTHONY LIVORI MILL-QASAM TAL-KURA PRIMARJA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): It-tieni item fuq l-aġenda tagħna llum hija l-vjolenza domestika u bħala mistieden għandna lil Dr Anthony Livori mill-qasam tal-Kura Primarja.", "Dr Livori nirringrazzjak ħafna talli ġejt magħna llum.", "F'dan il-Kumitat qegħdin nagħmlu sensiela ta' laqgħat – u issa wasalna kważi lejn l-aħħar - biex nipprovaw nidentifikaw xi problemi jista' jkun hemm bejn il-vittmi tal-vjolenza domestika u l-istituzzjonijiet Maltin kif iħarsu lejn is-sistema ħalli naraw x'nistgħu ntejbu.", "Nixtieq infakkrek li din il-laqgħa tiġi trasmessa live permezz tal-internet għalkemm illum mhux se tiġi video recorded.", "Inti għandek xi oġġezzjoni għal dan?", "Tajjeb, mela nistgħu nibdew.", "Min-naħa tiegħek tista' tgħidilna daqsxejn fuq is-servizzi li tagħtu intom fil-qasam tal-kura primarja?", "Ovvjament vittma ta' vjolenza domestika li għaddiet minn xi vjolenza se tiġi għandkom l-ewwel.", "Għandek idea ta' xi statistika fuq kemm jiġu vittmi?", "Tista' tagħtina xenarju ta' kif intom tiġu in touch ma' dawn in-nies?", "DR ANTHONY LIVORI (Qasam tal-Kura Primarja): Aħna niġu in touch ma' dawn il-vittmi meta jippreżentaw ruħhom fiċ-ċentri tas-saħħa wara li jkunu soffrew minn xi abbuż.", "Dawn l-iktar li narawhom aħna huwa mil-lat mediku, fejn naraw jekk għandhomx xi feriti u jkunu jridu wkoll ċertifikati mediċi.", "Imma servizzi proprja maħdumin għalihom m'għandniex.", "Imbagħad, bħala tobba, skont il-klijent u skont il-pazjent, naraw jekk għandniex indaħħlu l-pulizija biex jagħmlu l-biċċa tagħhom u xi kultant indaħħlu wkoll l-Aġenzija Appoġġ.", "Li nista' ngħid hu – u din hija l-opinjoni tiegħi – li ma naħsibx li hemm ħafna awareness mill-istaff taċ-ċentri tas-saħħa fuq kif għandhom jitrattaw każijiet bħal dawn.", "Naħseb li hemm nuqqas ta' informazzjoni f'dan ir-rigward.", "U nazzarda ngħid li ħafna mit-tobba lanqas ikunu jafu eżatt x'servizzi oħra jeżistu u li jistgħu jiggwidaw lejhom lill-pazjenti li jkollhom quddiemhom.", "Naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm din it-tip ta' informazzjoni freely available mal-istaff taċ-ċentri tas-saħħa, speċjalment mat-tobba u n-nurses li jiġu wiċċ imb'wiċċ mal-vittmi.", "THE CHAIRPERSON: Bħala tobba u nurses, mhux as such training partikolari rigward din il-problema għax nista' nifhem li min ikun f'sitwazzjoni ta' vjolenza domestika jista' jkun qed isofri minn diversi aspetti; fosthom vjolenza psikoloġika u vjolenza fiżika.", "U intom aktar tiltaqgħu ma' vjolenza fiżika fil-kura primarja milli ma' xi tip ta' vjolenza oħra.", "THE CHAIRPERSON: Jiġiferi dak li jkun ikollu jgħidlek ftit l-istorja biex inti tasal li tinvistah.", "Naf li ġieli tinqala' problema meta jinkitbu ċertifikati mediċi, għallinqas hekk jgħiduli lili.", "Inti x'tista' tgħidilna dwar dan?", "It-tabib jillimita ruħu għall-ġrieħi li jkun qed jara u affarijiet bħal dawn?", "DR ANTHONY LIVORI: Dak huwa t-training ta' tabib.", "THE CHAIRPERSON: Eżattament.", "U fuq iċ-ċertifikat jitniżżel dak li jkun qallu l-pazjent?", "Jiġiferi jitniżżlu r-raġunijiet li jgħidlu l-pazjent kif spiċċaw fuqu dawk il-ġrieħi jew le?", "DR ANTHONY LIVORI: M'għandniex regoli ġenerali.", "It-tobba professjonisti u kulħadd għandu l-metodu tiegħu, imma jekk ġiet mara - għax ġeneralment nisa jkunu – bi grief jew b'xi ħaġa oħra, iċ-ċertifikat ikollu mniżżel fuqu; \"woman allegedly hit by somebody.", "U dan ikun qisu ċertifikat bħal tal-Qorti, jiġifieri jillimitaw ruħhom s'hemmhekk imma mbagħad, kif għedt inti stess, jaf ikollok l-element psikoloġiku u jaf ikollok l-anzjetà.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li intom tiddikjaraw dak li tkunu qegħdin taraw.", "DR ANTHONY LIVORI: Eżatt, dak li naraw.", "THE CHAIRPERSON: Ġrieħi viżibbli.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi.", "Nagħtu kas li ġie xi ħadd imma ma jgħidlekx li qala' xebgħa.", "Mela din ikollha wiċċha mifqugħ u tgħidlek li waqgħet it-taraġ, li hija l-iktar raġuni normalment mogħtija min-nisa li jkunu abbużati u li ma jkunux iridu juru li kellhom wiċċhom sfrakassat mill-partner jew minn xi ħaddieħor.", "How deep do you dig meta tara xi ħaġa hekk u li inti jkollok suspett li r-raġuni vera hija vjolenza domestika?", "DR ANTHONY LIVORI: L-istess, m'hemm l-ebda prassi fuqha din.", "Kull tabib se jkollu l-metodu tiegħu.", "Madankollu naħseb li l-maġġoranza tat-tobba jidħlu biex jaraw x'inhi r-raġuni meta jkollhom suspett.", "Din l-istess bħal meta jkollok child abuse, ikollok suspett u tidħol fiha.", "Imbagħad, ovvjament jiddependi mill-atteġġjament tal-pazjent u kemm huwa lest li jiftaħ qalbu u jgħidlek l-affarijiet kif inhuma.", "Imma m'hemmx prassi li kulħadd se jimxi magħha.", "Li hemm tajjeb fiċ-ċentri tas-saħħa - b'differenza għall-prattika privata fejn inti qiegħed waħdek – hu li hemm sħabek tobba oħra li tista' toħroġ u titkellem magħhom.", "Imma bħalma tafu dawn il-każijiet huma sensittivi għax jidħlu ħafna affarijiet, fosthom il-kultura u s-sens ta' ħabi biex ma jurux.", "THE CHAIRPERSON: Meta jkollok vittma jew allegata vittma li tiġi u tgħidlek li hi kienet vittma ta' vjolenza domestika, wara li rawha t-tabib u n-nurse, minn dak l-istadju lil hemm xi liaison ma' xi ħadd li jista' jagħtiha l-għajnuna psikoloġika jkun hemm?", "Dan għaliex jekk din il-persuna għadha kif ġiet vittimizzata, u kulħadd jaf li l-kwestjoni tal-vjolenza domestika, meta tasal għall-fiżiku jkun hemm abbuż psikoloġiku rampanti minn ħafna qabel, u allura fil-kura primarja f'pajjiżna, it-tabib jillimita ruħu għall-ġrieħi li jkun qed jara u jipprova jagħmel xi ħaġa dwarhom jew inkella jieħu approach aktar ħolistiku?", "Għandna xi ħaġa simili jew le?", "Hemmhekk inti għandek il-general practitioners u n-nurses u xi professjonisti oħra imma jillimitaw ruħhom fuq il-mard.", "Jekk il-vittma tkun qiegħda tikellem mat-tabib li jkun hemm dak il-ħin u tiftaħ qalbha miegħu, u dan jinduna li kienet għaddejja minn vjolenza domestika jirriferiha għal postijiet oħra.", "Bħalma hemm l-emerġenza hemm il-psychiatric unit biex jara dawn il-każijiet.", "ETIENNE GRECH: Hemm ir-regional centres tas-psychiatric ukoll, bħalma huwa l-Paola Health Mental Clinic.", "DR ANTHONY LIVORI: Iva, imma dawk m'humiex aċċessibbli l-ħin kollu.", "ETIENNE GRECH: Tistgħu tibagħtuhom l-Appoġġ ukoll.", "DR ANTHONY LIVORI: Iva, hekk kont se ngħid jien.", "Ħafna drabi t-tabib x'ħin jitkellem mal-pazjenta u din turi x-xewqa li trid tfittex l-għajnuna, tressaqha mal-Appoġġ imma xorta hemmhekk naħseb li hemm daqsxejn ta' vacuum.", "L-informazzjoni li għandhom il-professjonisti dwar what is really available and how to reach them huwa limitat u ħafna minnhom ikunu on an individual basis ta' dak it-tabib.", "Jiġifieri jien iltqajt ma' każ u ħdimt fuqu u jista' ikun li wara bħala tobba nitkellmu bejnietna fuq dak il-każ partikolari imma ma naħsibx li għandna l-istruttura fil-post.", "THE CHAIRPERSON: Meta l-każ ta' vjolenza jkun abbuż sesswali jew stupru u allura jkun hemm bżonn li tippreserva ċerti provi, kif tipproċedu min-naħa tal-kura primarja?", "Intom taħdmu mal-pulizija?", "DR ANTHONY LIVORI: Jekk tiġi l-vittma mingħajr ma jkunu għadhom ġew informati l-pulizija, ħafna drabi, biex ma ngħidlekx dejjem, l-eżamijiet fuq il-pazjenta ma jsirux mill-general practitioner minħabba l-fatt li jista' jkun hemm xi provi li jridu jinġabru u allura din tiġi riferuta għall-gyneacology department.", "THE CHAIRPERSON: Issa nfetaħ ċentru speċifiku f'Mater Dei.", "Il-general practitioners jafu b'dan iċ-ċentru?", "DR ANTHONY LIVORI: Jien naf bih għax smajt li fetaħ.", "Mingħalija kien hemm xi ċirkolari f'dan ir-rigward imma bħala informazzjoni …", "THE CHAIRPERSON: Il-problema kbira hija fuq l-information on all counts.", "DR ANTHONY LIVORI: Dik naraha nieqsa ħafna għax kultant tiġi f'dilemma anke bħala tabib.", "Tibda tgħid x'se naqbad nagħmel?", "Se nġibilha pulizija jew le?", "U ħafna drabi dawn lanqas ikunu jridu jinvolvu lill-pulizija.", "ETIENNE GRECH: Ma tibagħtulhomx memos lit-tobba?", "DR ANTHONY LIVORI: Ikun hemm memos imma bħalma taf inti Onor. Grech, a memo is just a memo, waħda mill-ħafna memos li tara kuljum quddiemek.", "Din l-istess bħalma jiġrilek filgħodu x'ħin tiftaħ il-kompjuter u ssib mal-50 email and you just go through them.", "THE CHAIRPERSON: Irid ikun hemm seminars apposta fuq il-problema.", "Ġieli jkollok problema wkoll għax ikollok allegata vittma li veru ġiet stuprata jew li nkella sar xi abbuż fuqha, u mhux l-ewwel darba li kellna nies li jmorru ċ-ċentru tas-saħħa biex jagħmlu ċertifikat mediku fuq affarijiet li mhux veru ġraw lilhom biex l-allegat aggressur jeħel iżjed.", "Jiġifieri ssib minn kollox.", "Jekk inti jkollok nies fiċ-ċentru tas-saħħa li ma jkunux qegħdin speċifikament ifittxu ċerta affarijiet, kważi kważi kultant jibqgħu għaddejjin mal-oħrajn.", "ETIENNE GRECH: Jien għamilt żmien fil-polyclinics u fil-fatt, ħafna drabi meta jkun hemm vittmi ta' vjolenza domestika, li ħafna drabi tkun waħda fiżika, l-ewwel ma jmorru huwa l-għassa.", "Imbagħad mill-għassa jgħidulhom biex imorru fiċ-ċentru tas-saħħa biex jagħmlu ċertifikat mediku.", "Ovvjament it-tobba tal-polyclinics iridu jagħmlu ċertifikat u aħna fl-MD course, dejjem ġejna mgħallmin li għandek tniżżel dak li qed tara.", "Issa tgħiduli vittma ma tistax tmur għand it-tabib privat tagħha biex jagħmlilha ċ-ċertifikat?", "Tista' tmur għandu imma f'dan il-każ jista' jkun hemm konflitt ta' interess għax it-tabib tagħha jkun jafha, huwa l-ħabib tagħha u jkun ilu jinviżtaha minn mindu tkun żgħira.", "Veru wkoll li t-tabib se jikteb dak li jara imma ma jkunx newtrali u allura li jmorru għand it-tobba tal-polyclinics kważi kważi hija xi ħaġa pożittiva għax se jkollok tabib li huwa newtrali.", "Jien fil-prattika tiegħi fil-privat ġieli kien hemm ġlieda bejn koppja u l-ewwel jiġi r-raġel biex nagħmillu ċertifikat mediku u nofs siegħa wara tiġi l-mara tiegħu biex nagħmel lilha ċertifikat mediku!", "Issa jekk jien se nitla' l-Qorti se nispiċċa msallab mill-avukat fil-kontro-eżami.", "Fil-polyclinics isiru ħafna ċertifkati mediċi bħalma jsiru fil-privat u din toħloq problema għax jekk inti tabib tal-polyclinic, x'aktarx li tagħmel xi tlieta jew erbgħa ċertifikati fil-ġimgħa.", "U minħabba f'hekk, kull darba li titla' tixhed il-Qorti, tispiċċa titlef ġurnata xogħol.", "Veru li issa hemm is-sistema tal- affidavit imma fil-privat ikollok tħallas għaliha.", "MARTHESE PORTELLI: Għandek ukoll l-iżvantaġġ tal-affidavit.", "ETIENNE GRECH: Ġieli jkun hemm kompilazzjoni ta' evidenza li bilfors trid titla' l-Qorti avolja jkun hemm affidavit.", "MARTHESE PORTELLI: Ikun hemm id-dritt tal-kontro-eżami.", "Pereżempju, jekk tabib għamel affidavit, il-kontro-parti għandu jkollha d-dritt li tistaqsi fuq dak l-affidavit.", "L-istess, bħal meta persuna titla' tixhed viva voce, fejn il-parti l-oħra se jkollha l-opportunità li tistaqsiha wkoll.", "Jiġifieri l-affidavit issolvi parti mill-problema imma ma jsolvihiex kollha.", "ETIENNE GRECH: Il-maġistrat, jekk jara li hemm bżonn ta' kontro-eżami, ħafna drabi jsejjaħlek biex titla' l-Qorti u f'dak il-każ ikollok titla' bilfors.", "Dr Livori qal li hemm nuqqas ta' awareness fit-tobba u n-nurses imma llum 'il ġurnata tista' tgħid li t-tobba kollha qegħdin fl-ispecialist register.", "Issa biex tkun miktub fl-ispecialist register trid tagħmel kors ta' tliet snin u li ħafna drabi jkollok CPDs u ħafna konferenzi.", "DR ANTHONY LIVORI: Kont se nqajjem proprju dak il-punt.", "Aħna l-antiki ftit kien ikollna imma llum il-korsijiet huma strutturati u għandhom 5 snin biex jilħqu GPs, jiġifieri bilfors se jibqgħu jżommu ruħhom alert.", "ETIENNE GRECH: Imma l-antiki għadhom itellgħu l-punti billi jmorru għas-CMEs.", "DR ANTHONY LIVORI: Iva, u għandek lectures b'mod regolari, eċċ.", "ETIENE GRECH: Uħud minnhom ikunu jitrattaw dawn it-temi.", "DR ANTHONY LIVORI: Għalhekk jiena għedt li it's the individual doctor kif jaġixxi u kemm jinteressa ruħu fil-każ.", "THE CHAIRPERSON: Imma m'hemmx xi ħaġa speċifika għal kulħadd, forsi xi seminar li dak li jkun irid jattendi bilfors għalih?", "DR ANTHONY LIVORI: M'għandna xejn as a policy li jekk jiġik każ ta' abbuż trid timxi bejn wieeħd u ieħor ma' dawn il-linji.", "M'hemm xejn li jiggwidak ħalli kulħadd ikun konformi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiena naħseb li bħal kull ħaġa oħra dan il-qasam għandu lok għal evoluzzjoni.", "Sa ftit snin ilu niftakar li fl-Università lanqas kienu jagħtu korsijiet għall-psikoloġisti mentri llum jingħataw.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li qiegħda tevolvi, fejn matul dawn l-aħħar 30 sena bdejna nagħtu ħafna aktar kas.", "Fid-dawl li llum qegħdin nagħtu kas ta' dawn il-problemi, min-naħa tal-amministrazzjoni, intom tagħtu feedback lil xi ħadd biex imbagħad dan ikun jista' ikompli jibni fuqhom?", "Pereżempju, illum kienet xi ħaġa tajba li ġejt hawnhekk biex tagħti l-kummenti tiegħek lil dan il-Kumitat għax imbagħad, bis-saħħa ta' din il-laqgħa, aħna nkunu nistgħu nibnu rapport u nressqu l-proposti tagħna.", "Imma internament, bħala dipartiment tas-saħħa, għandkom xi forum fejn tingħataw l-ispazju ħalli tagħtu l-feedback tagħkom biex b'hekk il-performance tagħna, bħala professjonisti, tkompli tissoda?", "DR ANTHONY LIVORI: Forum as such ma jeżistix.", "Jekk tieħu d-dipartiment tagħna, li huwa dak tal-kura primarja, ovvjament dan għandu liaison mad-dipartimenti l-oħra relatati mas-saħħa.", "Imma l-komunikazzjoni forsi ma tkunx daqshekk tajba bejniethom.", "Il-komunikazzjoni hawn Malta naraha bħala waħda mill-weak points li għandna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Żbaljata meta ngħid li fil-primary healthcare hemm il-Women Clinic?", "Naf li din il-klinika tintuża għal testijiet tal-ġinekoloġija imma tintuża wkoll għal affarijiet bħal dawn?", "DR ANTHONY LIVORI: Naħseb li inti qiegħda tirriferi għall-Well Woman Clinic li hija parti mill-gynae tal-primary healthcare.", "Fiha jattendu l-ispeċjalisti ta' Mater Dei u naħseb li huma aktar geared fuq affarijiet ta' gynaecology.", "Issa mhux qed neskludi l-fatt li jekk tmur mara hemmhekk u tkellimhom fuq xi problema, dawn mhux se jaraw kif jirriferuha fejn hemm bżonn.", "Imma naħseb li l-maġġornaza l-kbira, biex ma ngħidx kollha, l-użu tagħha hija iktar għal dawk in-nisa li għandhom bżonn a gynaecological check.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Is-settur tal-primary healthcare minn dejjem qala' fuq wiċċu minħabba n-numri kbar li jmorru hemmhekk u allura rridu napprezzaw li mhuwiex faċli li taħdem f'dan is-settur.", "Illum il-ġurnata qegħdin taħsbu sabiex forsi dak li qegħdin niddiskutu hawnhekk jiġi nkluż ukoll f'xi tip ta' servizz fil-primary healthcare?", "Il-fatt li llum għedtilna li m'intomx informati daqshekk tajjeb fuq x'qed jiġri f'Mater Dei, naħseb li din minn dejjem kienet issue li ħolqot diskussjoni kbira għax l-id il-leminija u l-id ix-xellugija fis-saħħa ma jafux x'inhuma jagħmlu.", "U għalhekk inħoss minn dak li qed tgħidilna li jekk twaqqaf unit ġdid apposta, xorta milli jidher dik il-problema ma ssolvitx għax il-primary healthcare ma jafx x'qed jiġri f'Mater Dei.", "DR ANTHONY LIVORI: Jiena m'għedtx hekk u jekk ħsibt li għedt hekk, mela forsi ftiehmna ħażin.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dawn in-nies qed jiġu fil-primary healthcare.", "DR ANTHONY LIVORI: Imma l-unit fuq is-sexual abuse għadu kemm ġie mwieled dan l-aħħar.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Iva, imma jekk illum jiġi xi ħadd li ġie abbużat u hemm dan il-unit, irid jibda jintuża.", "Tifhimnix ħażin, jiena qiegħda nkellmek b'rispett kbir imma ma nieħux gost li f'pajjiżna - din tiġri sena wara sena u jkun min ikun fil-gvern - jinħolqu strutturi b'intenzjoni tajba imma mbagħad ir-riżorsi tagħhom ma nużawhomx sew.", "Il-fatt li issa sar dan il-unit, x'jista' jsir fil-fehma tiegħek?", "Ħa nagħmluha mod ieħor; x'jista' jsir fil-fehma tiegħek sabiex fil-primary healthcare jkunu iktar konxji ta' dan il-unit u jibdew jużawh?", "Forsi diġà qed jintuża imma aħna ma nafux in-numri x'inhuma.", "DR ANTHONY LIVORI: Irridu naċċertaw ruħna iktar u iktar li l-komunikazzjoni li nagħmlu minn fuq għal isfel tkun qiegħda tasal u tasal b'mod tajjeb.", "L-għan ta' kulħadd dejjem ikun li jipprova jwassal il-komunikazzjoni b'mod tajjeb.", "Din tieħu ż-żmien għax għandek ħafna nies u professjonisti differenti.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Taħseb li hija kwestjoni biss ta' komunikazzjoni jew, fil-fehma tiegħek, inti bħala tabib ta' ċerta esperjenza taħseb li hija kwestjoni ta' taħriġ ukoll?", "Hawnhekk naħseb li qed ngħidu wkoll tibdil fil-mentalità.", "DR ANTHONY LIVORI: U tibdil fil-kultura.", "Jiġifieri ladarba qegħdin inbiddlu l-kultura u l-mod ta' kif it-tobba u l-vittmi qed jikkomunikaw flimkien fuq dawn l-affarijiet, naħseb li hemmhekk nixtieq li nara xi suġġeriment min-naħa tiegħek għax hawnhekk qed nitkellmu fuq servizz li ġie introdott u li huwa eċċellenti, u għaldaqstant għandna nibdew nużawh tajjeb.", "Forsi tissuġġerilna inti għax naħseb li l-komunikazzjoni qiegħda tieqaf biss at the basic.", "Mela qed ngħidu li hemm dan il-unit imma min qala' xeba' u mar l-għassa se jgħidulu biex imur għand it-tabib jew fiċ-ċentru tas-saħħa, min hemmhekk se jgħidulu biex imur Mater Dei u dan se jispiċċa jaħseb li qed jarawh żejjed u li ħadd ma jrid jisimgħu!", "Issa din tkun biss il-perċezzjoni u ma tkunx ir-realtà.", "Għalhekk naħseb li jkun xieraq li nibdew nisimgħu ftit suġġerimenti fuq kif nistgħu nagħmlu l-ħajja ta' dawn il-vittmi ħarira żgħira inqas martirju milli diġà hi.", "DR ANTHONY LIVORI: Huwa tajjeb li jkollok a one stop shop ħalli jekk jiġrilek xi ħaġa tmur hemmhekk u ssib l-aħjar servizz li tista' tingħata.", "Imma ovvjament l-aħjar servizz mhux se ssibu f'kull dipartiment għax jekk ikun servizz ċentralizzat, minħabba s-sensittività tiegħu, u f'dan il-każ la qed nitkellmu fuq sexual abuse żgur li huwa sensittiv, inħoloq proprju dan il-unit f'Mater Dei.", "Jekk inti bħala tabib rajt lil xi ħadd b'abbuż sesswali, l-aħjar management li jista' jieħu ħsiebu huwa proprju f'dak il-unit.", "Veru li jekk forsi ġie klijent il-Mosta u inti se tirriferih Mater Dei, allura dan għandu l-inkonvenjent li jrid joqgħod imur hemmhekk u forsi jiddejjaq ukoll imma fl-istess ħin hemmhekk tista' toffrilu l-aħjar servizz li tista' tagħtih għax jien m'iniex fully trained fuq dawn l-affarijiet.", "U mhux ħaġa li narah jien biex ma jkollux inkonvjent li jmur Mater Dei meta hemmhekk għandek professjonisti li qegħdin apposta għalhekk.", "Din tiġrilna 'l ħin kollu bħala tobba.", "Jekk jiġi pazjent b'element psikoloġiku għandek tirriferih għand il-psikjatra?", "Le, imma ħafna minnhom, f'ċertu punt trid tasal li tibagħthom għand xi ħadd għax inkella tħossok li qed tonqos.", "THE CHAIRPERSON: Milli qed nisma' matul dawn is-sessions li qegħdin nagħmlu u fil-fatt konna tkellimna fuq ideat anke ma' nies oħra, li qisu hemm bżonn ta' ċentri speċjalizzati għall-vittmi li jbatu minn vjolenza domestika biex dawn ikunu jistgħu jsibu s-servizzi mhux biss ta' saħħa imma anke pulizija u shelter għal dak il-lejl f'post wieħed.", "Hija xi ħaġa li inti taraha bħala pożittiva li jkollok ċentri speċjalizzati bħal dawn?", "DR ANTHONY LIVORI: Naħseb li hija pożittiva ħafna kemm f'dan il-każ kif ukoll f'każijiet oħra.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Tippermettili nistaqsi żewġ mistoqsijiet qosra għax se jkolli mmur f'kumitat ieħor?", "Grazzi.", "Mela bħala primary healthcare, qabel twaqqaf dan il-unit, intom ġejtu kkonsultati fuq l-aħjar mod ta' kif wieħed jista' jagħmilhom dawn l-affarijiet?", "DR ANTHONY LIVORI: Ma naħsibx li nista' nirrispondik jien għas-sempliċi raġuni li jiena ġejt hawnhekk bħala delegat tas-CEO u naturalment, il-konsultazzjonijiet il-kbar se jsiru miegħu.", "Wisq probabli li ġew ikkonsultati imma ma nafx inwieġbek.", "Ħalli nagħmillek l-aħħar mistoqsija.", "Xi ħaġa li smajna f'dan il-Kumitat kienet dik li l-vittmi, minħabba l-biża' tagħhom, ħafna drabi anke l-għassa jgħidu li għandha bżonn tkun iktar intima, aħseb u ara issa li qed nidħlu f'affarijiet iktar personali u eżamijiet aktar dettaljati.", "Il-fatt li dawn issa jridu jmorru Mater Dei u forsi dan iċ-ċentru mhuwiex parti mill-primary healthcare, jista' ikun li se jaffettwa lill-vittmi?", "Lanqas qiegħda nippretendi risposta mingħandek imma l-fatt li dan il-unit tpoġġa f'Mater Dei u l-vittmi hawnhekk qalulna li jħossu li huma qishom biss numri għax ma jingħatawx dik l-attenzjoni partikolari.… Kellna nies li ġew hawnhekk u qalulna li rridu ntejbu xi affarijiet, bħal pereżempju meta jmorru l-għassa jsibu salott fejn ipoġġu u li jingħataw dik it-tip ta' attenzjoni li jħossuhom aktar komdi u mhux isibu dik il-cold desk attitude u ejja ħa mmorru.", "Allura jista' jagħti l-każ li dan il-unit jitpoġġa x'imkien li mhuwiex f'Mater Dei?", "ETIENNE GRECH: Hemmhekk għandek il-gynaecologists 24 hours a day.", "Pereżempju, Dr Livori semma' il-Well Women Clinic fejn għandek il-gynaecologists li jiġu minn Mater Dei.", "Madankollu dawn jiġu darba fil-ġimgħa mentri f'dawn il-każijiet ta' emerġenza, kemm ta' abbuż sesswali, kemm ta' abbuż fiżiku kif ukoll ta' abbuż psikoloġiku trid x'imkien fejn issib l-ispeċjalisti l-ħin kollu.", "Il-health centres għamlu suċċess kbir hawn Malta għax jekk jiġrilek xi ħaġa matul il-lejl, jew inkella jiġrilek xi ħaġa after hours jew xi ħadd irid li jingħata servizz b'xejn, dejjem jista' jsib il-health centres 24 hours a day.", "Ħafna drabi dik il-prattika hija ta' general practice mentri l-ispecialised clinics huma kollha bl-appointments, kemm tal-psikjatri, kemm tal-medical consultants u kif ukoll tal-gynae.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Niskuża ruħi imma se jkolli nħallikom għax irrid imur kumitat ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt nistaqsi żewġ mistoqsijiet oħra.", "Safejn naf jien, meta jkun hemm abbuż fuq it-tfal, hemm dover fuq it-tobba li dawn jagħmlu rapport.", "DR ANTHONY LIVORI: Id-dover tat-tabib fi kwalunkwe każ ta' vjolenza, kemm fuq tfal u kemm fuq kbar…", "THE CHAIRPERSON: Imma għandek dover bil-liġi li jekk tara każ simili quddiemek, inti tirrapporta?", "DR ANTHONY LIVORI: Iva, you lodge a complaint mal-pulizija meta tara ferita suspettuża.", "THE CHAIRPERSON: Fil-każ ta' adulti, l-ewwel għedtlek li jista' jkun li jiġi xi ħadd b'xi ferita jew b'xi tbenġila u li inti jkollok suspett, hemm dan id-dover li joħroġ mil-liġi jew le fuq xi ħadd adult?", "DR ANTHONY LIVORI: Inti qiegħda tgħid li ġie adult bi tbenġila jew b'xi qasma f'idu.…", "THE CHAIRPERSON: Tiġi mara li tgħidlek li waqgħet it-taraġ u sfrakassat wiċċha imma inti, bħala tabib taf li dik il-ferita mhijiex konsonanti ma' waqa' u allura jkollok suspett.", "Hemm dover fuq it-tabib li jirrapporta jew le?", "DR ANTHONY LIVORI: Naħseb li hemmhekk you are duty bound li tirrapporta imma mhijiex xi ħaġa klinika.", "Meta jkollok suspett li din mhux veru waqgħet it-taraġ imma li pereżempju din kellha daqqa ta' injama…", "THE CHAIRPERSON: Id-dover joħroġ mil-liġi bħal tat-tfal?", "DR ANTHONY LIVORI: Safejn naf jien id-dover tal-liġi qiegħed li jekk inti qed tissusspetta li hemm xi ferita u li din ġiet ikkawżata b'mod ħażin, jew jekk ġie xi ħadd b'xi qasma f'żaqqu u nissusspetta li din daqqa ta' sikkina, jiena duty bound li navża lill-pulizija.", "Imbagħad il-pulizija tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.", "Imma ovvjament ħafna drabi dan kollu jorbot fuq dak li qed jgħidlek il-pazjent għax suspetti jkollok bosta drabi.", "ETIENNE GRECH: Allaħares kull tbenġila li tara trid tirrapporta lill-pulizija!", "DR ANTHONY LIVORI: Jekk tiġik mara bi black eye u tgħidlek li ġralha hekk għax waqgħet it-taraġ, inti taf li black eye ma tiġix għax taqa' it-taraġ imma ġeneralment tiġi b'xi daqqa ta' ponn.", "THE CHAIRPERSON: Għadha kemm ħarġet statistika mill-Fundamental Human Rights Agency tal-Unjoni Ewropea fejn qiegħda turi li fl-Ewropa għandna wieħed minn kull tliet adulti nisa li huma vittmi ta' vjolenza domestika.", "Bħala professjonisti, nafu li ma tantx hawn awareness u kultant nibża' li anke mal-professjonisti ma tantx hawn din l-awareness u fejn ikun hemm din l-awareness, we are taking it lightly.", "Irrid nara jekk il-liġi b'xi mod tissalvagwardjax dan l-aspett.", "Waqt li konna qegħdin nitkellmu man-nies li ġew hawnhekk, li kienu vittmi ta' reati ta' vjolenza, kellmuna fuq il-pulizija u fuq l-istituzzjonijiet u qalulna li ġieli kellhom xi complaints fuqhom.", "Inti taf b'xi tip ta' complaints li huma rikorrenti min-nies li jiġu għas-servizzi tagħkom għax jgħidu li dawn mhumiex jingħataw tajjeb?", "U għandkom xi sistema fejn xi ħadd jista' jagħmel l-ilment tiegħu jekk ma jingħatax servizz tajjeb?", "DR ANTHONY LIVORI: Inti qiegħda titkellem fuq ilmenti minn vittmi ta' abbuż.", "Jiena m'iniex aware li jkollna xi lmenti partikolari mill-vittmi.", "Ikun hemm ilmenti fid-dipartiment bħalma jkun hemm fi kwalunkwe dipartiment ieħor.", "Imma f'dak il-każ hemm l-istruttura apposta fejn wieħed jista' jagħmel l-ilment tiegħu u mbagħad dan ikun jista' jiġi segwit u investigat.", "THE CHAIRPERSON: L-istruttura hija waħda kkomplikata?", "Jekk ġiet persuna u ma nqdietx sew xi trid tagħmel biex twassal l-ilment tagħha?", "DR ANTHONY LIVORI: Jiena naħdem il-Mosta Health Centre.", "Issa jekk tiġi persuna hemmhekk u jkollha xi lment, din tista' tagħmlu miegħi jew man-nurse in charge.", "Jekk ma tkunx trid tagħmlu miegħi l-ilment, dan tista' tagħmlu mal-primary healthcare department by telephone jew whatever, jiġifieri fid-dipartiment dirett hemm principal general practitioner li qiegħed apposta fuq dawn l-ilmenti.", "U ħafna drabi l-ilmenti jsiru wkoll permezz tal-website tal-Ministeru għas-Saħħa li mbagħad, min-naħa tagħhom jgħadduh lill-primary healthcare, li jsegwi u jinvestiga dak l-ilment.", "THE CHAIRPERSON: In-nies kif ikunu jafu fejn jistgħu jħallu l-ilmenti tagħhom b'dan il-mod?", "Hemm xi sinjali apposta li huma viżibbli jew iridu jistaqsu mad-desk u jgħidulhom minn hemmhekk xi jridu jagħmlu?", "DR ANTHONY LIVORI: Jekk jistaqsu ovvjament se jgħidulhom imma m'hemmx sinjali.", "Għallinqas safejn naf jien m'hemmx fil-kliniċi.", "Madankollu naħseb li s-sistema tal-ilmenti qiegħda taħdem mhux ħażin għax ikollna lmenti fuq kollox, avolja mhux dejjem ikunu ġustifikati imma aħna kollha ninvestigawhom.", "U għandna sistema apposta ta' kif navżaw lill-klijenti bir-riżultat tal-ilment tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: L-aqwa li dak li jkun ikun jaf li jista' jilmenta jekk ma jingħatax servizz kif suppost.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: L-ewwel kontu qed tgħidu li l-liġi tobbligak li jekk hemm xi ħadd li għandu injury viżibbli u li din x'aktarx ġiet ikkawżata minn ħaddieħor, inti bħala tabib bilfors trid tirrapporta lill-pulizija.", "THE CHAIRPERSON: Kont qiegħda ngħid għal meta tabib jara injury li għalih tista' tkun abbuż fuq minorenni.", "Issa jiena qiegħda nara jekk teżistix min-naħa tagħkom xi prassi simili fuq l-adulti.", "ETIENNE GRECH: Jekk ikollok injury fuq adult, fejn xi ħadd qala' xeba' mingħand xi ħadd.", "Inti trid toqgħod attent għax taf jekk tirrapporta lill-pulizija, kif ir-raġel ta' dik il-mara li qalgħet xeba' jsir jaf li rrapportat lill-pulizija aktar ippattihilha!", "Jiena naħseb li kultant il-vittma ma tkunx daqshekk protetta mill-aggressur tagħha.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel nett, jiena qiegħda nistaqsi biex nara jekk hemmx xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "U t-tieni nett aħna qegħdin inħarsu lejn xi tkun l-aħjar struttura li nistgħu nagħmlu.", "Mela jien ma nistax nippretendi li meta se nkunu qegħdin nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħna bħala Kumitat, se nkunu qegħdin nirrikmandaw li ssir xi ħaġa fil-healthcare u li mbagħad ma tkunx qiegħda tiġi rispekkjata f'aspetti oħra.", "Fil-fatt meta se nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħna, aħna se nagħmlu rakkmandazzjonijiet legali ta' kif tista' tiġi mtejba l-liġi ħalli jekk xi ħadd allegat li sawwat lil xi ħadd, naraw kif nagħmlu xi ħaġa differenti minn dak li hemm illum biex inneħħuh mid-dar.", "Jiġifieri kollox irid jorbot ħaġa ma' oħra.", "ETIENNE GRECH: Jekk inti adult u qlajt daqqa jew xeba' imma ma tridx tipproċedi, dak li jkun għandu jirrispetta wkoll dik id-deċiżjoni.", "MARTHESE PORTELLI: Naħseb li ċ-Chairperson għamlet punt importanti ħafna li ħareġ minn dawn il-laqgħat kollha għax ikun hemm diversi drabi fejn il-vittma tagħżel li ma tridx tipproċedi kontra l-aggressur għaliex tibża' mir-riperkussjonijiet ta' wara.", "U allura naħseb - u hawnhekk fejn naqbel maċ-Chairperson – li l-iskop ta' dan il-Kumitat huwa li naraw kif dak li hemm illum jista' jittejjeb ħalli ntejbuh.", "Huwa minnu li kif qiegħda taħdem is-sistema llum jista' jkun li l-vittma, f'ċerti każijiet, se tiġi iktar vittimizzata, imma rridu naraw x'qed iwassal biex din il-vittma tiġi vitimizzata iktar u rridu naraw x'jista' jsir biex innaqqsu din it-tbatija li għaddejjin minnha.", "Din ħarġet ċara meta ġew ikellmuna grupp ta' nisa kif ukoll grupp ta' rġiel u naħseb li dan huwa l-għan li aħna qegħdin naħdmu għalih.", "THE CHAIRPERSON: Jekk m'hemmx aktar mistoqsijiet nistgħu nagħlqu din il-parti tad-diskussjoni.", "Grazzi ħafna Dr Livori tal-intervent tiegħek.", "DR ANTHONY LIVORI: Grazzi lilkom u nispera li weġibt il-mistoqsijiet li kellkom.", "THE CHAIRPERSON: Iva kellna bżonnu dan l-intervent biex inkunu nistgħu nagħlqu dan l-ispectrum wiesa' ta' nies mill-professjonijiet varji li jaħdmu f'dan il-qasam.", "U għalhekk żgur li ma stajniex inħallu barra l-kura primarja.", "Ovvjament meta se jiġi xi ħadd b'xi ferita, aħna dik se neħdulu ħsiebha 100%.", "U meta l-vittma tkun trid għajnuna partikolari, bħal pereżempju għajnuna psikoloġika, eċċ. li ma nistgħux nagħtuha aħna, hemmhekk se nirriferuh x'imkien fejn ikun jista' jsib din l-għajnuna.", "Apparti minn hekk issa hemm dawn il-units li nistgħu nibagħtuhom fihom.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Issa se nitlob lil Dr Elaina Burmingham sabiex tagħtina preżentazzjoni qasira dwar ir-riċerka li għamlet sabiex inħejju r-rapport tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li ħarġet u li naħseb irridu nagħmlu session fuqha wara li jinkiteb dan ir-rapport sabiex niddiskutuhom bejnietna huwa proprju fuq dawn iċ-ċentri speċjalizzati għall-vjolenza domestika.", "Fil-bidu kont staqsejt lil Dr Burmingham sabiex tagħmel ftit riċerka dwar jekk jeżistux dawn it-tip ta' ċentri f'postijiet barranin, kemm fl-Ewropa u kemm barra mill-Ewropa, biex naraw jekk hemmx affarijiet li nistgħu naddottaw għas-sistema tagħna.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil Dr Burmingham għax-xogħol kollu li qiegħda tagħmel għax bix-xieraq li x-xogħol tagħha jkun jidher ukoll.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Bħala rapport jiena tajt overview ta' dak kollu li smajna fil-Kumitat imma ma dħaltx f'dettall kbir għax fil-leġiżlatura l-oħra kien sar overview tas-suġġett tal-vjolenza domestika.", "U allura f'dan ir-rapport aktar ikkonċentrajt fuq is-servizzi li qed jagħtu l-istituzzjonijiet u kif se ntejbuhom għax smajna l-ilmenti mill-vittmi stess.", "Għalhekk l-għan ta' dan ir-rapport mhux li noqogħdu nerġgħu nidħlu fuq x'inhi l-vjolenza domestika u x'servizzi għandna imma x'irridu nagħmlu biex nagħtu servizz aħjar.", "Hemm numru ta' rakkmandazzjonijiet li naħseb għandna niddiskutu għal dan ir-rapport, fosthom il-fatt li m'għandniex a formal risk assessment tool.", "Dawn il-vittmi, imorru fejn imorru, m'hemmx struttura formali la tat-tabib, la tal-pulizija u kważi kważi lanqas tas-social workers.", "Barra minn Malta ssib għodda apposta fejn lill-vittmi tistaqsihom sett ta' mistoqsijiet u mir-risposti tagħhom tinduna minn xiex għaddejjin.", "Għandek it-24 hour crisis line.", "Hemm il-179 imma dan mhuwiex qed jaqdi l-bżonnijiet ta' dawn il-vittmi għax jekk ċempilt wara l-ħinijiet tal-uffiċċju se jgħidulek li jeżisti dak is-servizz imma bħalissa magħluqin.", "Għandna bżonn ta' xi ħaġa li tkun 24 siegħa mhux biss biex jirrisponduk imma biex joffrulek l-għajnuna dak il-ħin stess u ċioè meta verament għandek bżonnha.", "Mela jekk qiegħda ċċempel mid-dar u tinsab imsakkra f'kamra, bir-raġel qed isabbat barra, inti ma tistax issib lil min jgħidlek bħalissa magħluqin u biex terġa' ċempel l-għada filgħodu fid-9.00!", "Il-website tas-servizzi tal-vjolenza domestika.", "Din il-website hija ġenerika wisq meta tikkomparaha ma' websites ta' servizzi barra minn Malta u ma toffrix biżżejjed informazzjoni.", "Qisek qed tagħti the overview, the aims and the services imma min qed jaraha u m'għandux idea tal-istruttura tal-vjolenza domestika hawn Malta, mhux se jkollu biżżejjed informazzjoni.", "Tara webpages oħrajn barra minn Malta ssib li dawn jgħidulek what you are experiencing; Does he make you feel bad?", "Jiġifieri għandek lista ta' mistoqsijiet li meta qed taqrahom, hu x'inhu l-livell intelettwali tal-persuna, tista' tirrelata ma' dak li qed jistaqsuha.", "Mela jekk inti qed tirrelata ma' xi ħaġa minn dawn li staqsewk, se tirrealizza mingħajr ma trid li, iva, inti vittma ta' vjolenza domestika, anke jekk qatt ma rrealizzajt.", "Għalhekk minn hemm se tara x'tista' tagħmel u fejn tista' tmur għall-għajnuna.", "It-tip ta' ordnijiet ta' protezzjoni li għanda hawn Malta, s'issa mhumiex komparabbli ma' dak li hemm f'pajjiżi oħra.", "Meta se nirratifikaw l-Istanbul Convention, irid ikollna l-emergency barring order li s'issa m'għandniex.", "Din diġà teżisti f'numru ta' pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-emergency barring order tintuża meta jiena ċempilt l-għassa u ġie l-pulizija d-dar, ra li jiena qiegħda verament f'riskju u allura joħroġ ordni dak il-ħin stess sabiex il-perpetrator jinħareġ mid-dar.", "U dik isservi għal żewġ affarijiet; l-ewwel li ħriġt lill-perpetrator u mhux lill-vittma.", "Mela minbarra li din il-persuna hija vittma ta' vjolenza domestika, kellha tispiċċa wkoll bla dar għax kellha titlaq ħabta u sabta mentri l-perpetrator baqa' komdu d-dar.", "It-tieni hi li inti qed toffri protezzjoni lill-vittma dak il-ħin stess u mhux din tagħmel ir-rapport l-għassa u bejn meta sar ir-rapport u meta jinstema' l-każ jew forsi toħroġ ordni ta' protezzjoni mill-Qorti m'għandek l-ebda protezzjoni għall-vittma.", "F'pajjiżi differenti din taħdem xi ftit jew wisq differenti għax hemm min jgħidlek li jrid ikollok livell ta' supretendent biex joħroġ din l-ordni, hemm min jgħidlek li l-vittma ma tistax titlobha hi, hemm min jgħidlek li ddum għal għaxart ijiem u hemm min jgħidlek li ddum għal 14-il ġurnata.", "Jiena naħseb li kull pajjiż jara x'inhi l-aħjar sistema għalih.", "Naħseb li r-review tal-legal aid system hija xi ħaġa imperattiva f'dan l-istadju.", "Smajna ħafna lmenti ta' vittmi li lanqas ikunu jafu x'inhu jiġri u li l-avukati mhumiex jagħtuhom l-informazzjoni fuq il-każijiet tagħhom, jiġifieri hemmhekk naħseb li għandna bżonn ta' review totali.", "Waħda mill-affarijiet li ħsibt fuqha hija li bħalma hawn dipartiment li għandu avukat apposta sabiex jieħu ħsieb il-każijiet ta' child abduction, għaliex m'għandux ikollna avukat impjegat mal-Gvern li jieħu ħsieb dawn il-każijiet ta' vjolenza domestika?", "Mela inti għandek lil xi ħadd li qed jaħdem fuq dawk il-każijiet biss.", "U allura bgħattu għat-taħriġ, qed jieħu ċerta expertise u qed jitgħallem kif għandu jimxi ma' dawn in-nies għax dawn il-vittmi għandhom bżonn lil xi ħadd li, minbarra li qed joffrilhom is-servizz legali, irid ikun jaf kif imur magħhom għax dawn mhumiex vittmi ta' xi reat ċivili, bħal pereżempju kellhom xi jgħidu mal-ġirien tagħhom.", "L-availability ta' psychological services hija xi ħaġa oħra li għandna bżonn nidħlu fiha għax il-waiting list tissemma regolarment.", "Naħseb li dawn il-vittmi ma jaffordjawx li joqogħdu jistennew.", "Min għandu bżonn is-servizzi psikoloġiċi ma jaffordjax li joqgħod jistenna x-xhur.", "Ma nistgħux nippretendu li mara li ilha 25 sena miżżewġa u ssofri xi tip ta' abbuż, jekk din f'daqqa waħda għamlet kuraġġ u marret tirrapporta għandna ngħidulha biex titlaq hi mid-dar!", "Dik il-mara jew dak ir-raġel għandu bżonn xi tip ta' support għax mhijiex faċli li taqbad u tinqala' minn 25 sena żwieġ biex tmur tgħix għal rasek.", "Meta niġu għal dawn iċ-ċentri, ħafna pajjiżi jgħidulhom intervention centres jew emergency centres.", "Jeżistu f'pajjiżi bħall-Latvia, Bulgarija, Canada, l-Amerika u l-Awstralja.", "Rajt partikolarment ċentru tal-Awstrija li aspira ċentri ta' dan it-tip fir-Repubblika Ċeka, fin-Netherlands u f'postijiet oħra.", "Il-Ġermanja l-istess.", "Il-fatt li dawn iċ-ċentri qegħdin jikbru turi li din is-sistema qiegħda taħdem imma aħna ma nistgħux nimmudellaw ruħna wisq fuq kif qegħdin jaħdmu huma.", "Ir-raġuni hi minħabba l-kobor.", "Dawn qegħdin jaħdmu b'mod differenti milli kieku jiena nimmaġina li kellna naħdmu aħna.", "Ma naħsibx li b'wieħed se taħdem għax jekk għandek vittma mis-south, speċjalment jekk din ma tkunx issuq, inutli tagħmlilha ċentru wieħed fil-Mosta għax mhux se tasal.", "U għalhekk irid ikollok numru minnhom li jkunu mxerdin madwar Malta u Għawdex.", "ETIENNE GRECH: Dawn iċ-ċentri jkollhom is-sodod ukoll?", "U barra kif ikunu mqassmin?", "DR ELAINE BURMINGHAM: F'dawn iċ-ċentri għandek tabib, social worker, pulizija, avukat u jkollok ukoll emergency shelter.", "Jiġifieri jekk jiena mort u qed nitlobhom l-għajnuna għax tlaqt mid-dar b'ta' fuqi senduqi, se nsib fejn norqod għal dak il-lejl għax imbagħad l-għada hemm is-social workers li se jsibuli post ġo shelter.", "THE CHAIRPERSON: Idealment, jekk ikun hemm il-kwestjoni tal-emergency barring order, se jkun il-perpetrator li jitlaq mid-dar u għalhekk f'dawn iċ-ċentri mhux se jkollok xi overflow ta' vittmi imma dejjem importanti li jkollok sodod available.", "ETIENNE GRECH: Il-perpetrators irid ikollhom sodda fejn joqogħdu wkoll?", "THE CHAIRPERSON: Il-perpetrator ikollu sodda jew l-għassa jew x'imkien ieħor għax trid taqilgħu mid-dar.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fil-verità tagħmel differenza jekk ikollux bżonn sodda l-perpetrator jew il-vittma.", "U d-differenza hija ovvja li l-vittma għandha bżonn ta' ċerta protezzjoni.", "ETIENNE GRECH: Barra minn Malta, il-perpetrators li jinħarġu mid-dar permezz tal-barring order fejn jispiċċaw?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma daħlux fiha dik.", "Jiena immaġinajt li r-raġuni hi li l-perpetrator jista' jmur għand ommu jew x'imkien ieħor imma l-vittma, jekk se tmur għand ommha, dan se jmur u se jsibha hemmhekk.", "MARTHESE PORTELLI: Mir-riċerka li għamilt inti toħroġ li fejn hemm l-emergency barring orders hemm ukoll l-emergency centres?", "Qiegħda nagħmillek din il-mistoqsija għax it-tnejn li huma qegħdin jindirizzaw l-istess ħaġa.", "L-emergency barring order qiegħda tipproteġi lill-vittma billi żżomm lilha fid-dar u jinħareġ il-perpetrator.", "Imbagħad l-emergency centre qiegħed hemm ukoll biex jgħin lill-vittma.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imma mhux hekk għedt.", "MARTHESE PORTELLI: Mela se jkun hemm tabib, social worker, pulizija u avukat.", "Issa ma naħsibx li dawn se jkunu qegħdin hemm biex jgħinu lill-perpetrator.", "THE CHAIRPERSON: Le, se jkunu hemmhekk biex jgħinu lill-vitma imma ejja ngħidu, għall-grazzja tal-argument, li inti ċempilt għax qiegħda ssofri minn vjolenza domestika ta' tip fiżiku u l-pulizija ordnat emergency barring order.", "Inti xorta trid tagħmel complaint, trid tara tabib minħabba l-ġrieħi li sofrejt u għandek bżonn tas-social worker jew tas-psychologist.", "Aħna qegħdin ngħidu, jekk qed nifhem sew, li f'dawn il-postijiet tmur u ssib is-servizzi kollha li għandek bżonn taħt saqaf wieħed biex ma toqgħodx tiġri minn post għal ieħor.", "MARTHESE PORTELLI: L-ideat huma tajbin ħafna imma jekk illum min ġie jkellimna hawnhekk qalilna li diġà qegħdin jesperjenzaw nuqqas ta' kollaborazzjoni min-naħa tal-pulizija, wisq nibża' li jekk se jkun hemm il-fakultà tal-emergency barring order u l-fakultà tal-emergency centres, uħud mill-pulizija jistgħu jieħdu l-attitudni żbaljata li ma joħorġux l-emergency barring orders għax fl-opinjoni tagħhom hemm l-emergency centre u allura l-vittma tista' tmur hemmhekk.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Li rridu nżommu f'moħħna hu li jekk aħna se naddotaw din it-tip ta' sistema, - almenu milli qrajt u milli naħseb jiena – irid ikollna numru ta' pulizija mħarrġa apposta fuq dan it-tip ta' xogħol biex ikunu jistgħu jaħdmu ma' dawn in-nies.", "Ejja ngħidu li għandek vittma li ċemplet l-għassa.", "Li se jiġri hu li mill-għassa jċemplu l-intervention centre u dawn se jibagħtu pulizijia li jaħdem fuq każijiet ta' vjolenza domestika.", "Li qed nara jien hu li dawn mhux se jibagħtu pulizija li jkun on duty dak il-ħin imma se jibagħtu pulizija li x-xogħol tiegħu qiegħed fuq vjolenza domestika.", "Hemmhekk diġà se tagħmel ħafna differenza għax dan jaf eżattament meta għandu joħroġ emergency barring order, jaf x'għandu jagħmel, jaf x'għandu jara u jaf ukoll x'servizzi oħra jista' joffri lill-vittma għax ikun jagħmel parti minn multidisciplinary team.", "Dan il-pulizija jkun qed jaħdem mat-tabib, mal-psikologu, mas-social worker u mal-avukat.", "Nispera li dik se tagħmel differenza għax il-mind set tagħhom se jkun differenti milli mort f'għassa u sibt kwalunkwe pulizija li nzerta duty dak il-ħin, liema pulizija jkun xeba' jara nies deħlin u ħerġin fuq petty issues u lilek se jqiesek bħala waħda minnhom.", "Dawn it-tip ta' pulizija għandu jkollhom taħriġ apposta.", "ETIENNE GRECH: Huwa importanti li r-risk assessment tool tara l-prijoritajiet ta' dak li jkun għax nimmaġina li d-demand se tkun ħafna.", "Bħalissa f'Malta kemm hawn sodod b'kollox għal dawk li ma jistgħux joqogħdu d-dar?", "THE CHAIRPERSON: Kull dar kienu qalulna kemm għandhom b'mod individwali.", "ETIENNE GRECH: Importanti li tkun taf biex tkun taf jekk xi ħadd huwa f'periklu imminenti u jeħtieġ malajr post f'dawn ix-shelters, ikun jista' jinqeda.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ftit ilu kont qiegħda ngħid liċ-Chairperson li l-Ingilterra għandhom multidisciplinary team jgħidulu l-MARAC, fejn dawn xogħolhom hu li jidentifikaw lill-high risk victims.", "Jiġifieri mhux il-vittmi jmorru għandhom imma huma stess, bl-informazzjoni li jkollhom il-professjonisti differenti, ikunu kapaċi jagħrfu min huma dawn il-high risk victims u jmorru huma joffrulhom is-servizzi.", "ETIENNE GRECH: Imma hemmhekk ma jkunx hemm ksur ta' data protection?", "THE CHAIRPERSON: Dawn nimmaġina li jkollhom sistema apposta.", "Tista' ma tkunx applikabbli għal Malta imma dawn għandhom sistema apposta.", "ETIENNE GRECH: U mbagħad din ir-risk assessment tool tkun f'idejn l-emergency intervention centres?", "THE CHAIRPERSON: Nimmaġina li jkollok tool li it encompasses the different professions li huma rappreżentati f'dak l-intervention centre.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju, illum fid-Domestic Violence Unit tal-Appoġġ jeżisti xi ħaġa simili?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jidhirli li dawn qalulna li m'għandhomx a formal tool għalkemm nimmaġina li għandhom xi tools oħra imma mbagħad trid tara kemm huma formali.", "Li qed nimmaġina jien hu li jkollok tool waħda imma li tkun maqsuma f'sezzjonijiet, fejn kulħadd se jkollu r-risk assessment tiegħu.", "U dan għaliex ir-risk assessment għall-pulizija huwa differenti minn dak ta' ħaddieħor u mbagħad ikollok formula waħda li fiha tiġbor l-informazzjoni kollha li għandek bżonn fuq dik il-vittma.", "U mhux ikollok waħda l-għassa, waħda l-Appoġġ u l-oħra l-health centre imma għandek kollox miġbur flimkien.", "ETIENNE GRECH: B'dan ir-risk assessment tool tkun taf liema huma dawk li forsi qed jesaġeraw xi ftit?", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Bħalma konna qed insemmi ftit ilu, fejn mara tmur b'injury li forsi mhux veru li ġiet ikkawżata minħabba vjolenza domestika.", "DR ELAINE BURMINGHAM: F'dawn l-intervention centres - xi ħaġa li ma sibthiex barra - se jkun hemm bżonn tas-sigurtà fihom għax jekk mara marret tirrapporta lir-raġel tagħha u dan jaf li l-mara se tmur torqod f'dan iċ-ċentru, – għax forsi ma ħariġx emergency barring order - ma trid xejn biex imur ifittixha hemmhekk.", "Mela f'dawn il-postijiet għandek bżonn protezzjoni għall-vittmi imma għandek bżonn ukoll protezzjoni għall-istaff.", "Jekk dawn qegħdin hemmhekk, speċjalment matul il-lejl, irid ikun post li għandu xi tip ta' sigurtà.", "Mela meta naħsbu għall-fondi għal dawn iċ-ċentri, irridu naħsbu wkoll għal dan is-servizz għax huwa importanti ħafna.", "Imbagħad hemm affarijiet oħra li smajnihom meta ġew ikellmuna s-social workers tal-Appoġġ fuq il-Qorti u d-delays tal-kawżi, kif ukoll li l-marixxall joħroġ jgħajjat jekk hemmx min lest li jaħfer.", "Dawn huma affarijiet li jridu jiġu indirizzati b'xi mod jew ieħor.", "Issa rridu naraw kif se nagħmluha.", "Jien mhux se ngħid li rridu nagħtu taħriġ lill-marixxalli imma xi ħaġa trid issir.", "ETIENNE GRECH: Ġeneralment il-marixxalli anke joqogħdu jħabbtu fuq il-bibien...", "SILVIO PARNIS: Jekk il-marixxall irid jagħmel l-affarijiet sew, fuqu trid tmur u twissih.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma jekk il-marixxall dejjem għamel hekk, lanqas huwa t-tort tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li l-problema hi meta jkollok filgħodu l-Qorti Kriminali tas-sezzjoni tal-familja, fejn l-ewwel iridu jinstemgħu l-facile espedizione biex inneħħu ħafna nies mill-kuriduri, u allura dawk li jkunu se jaħfru lil xulxin joħroġ jgħajjat il-marixxall biex huma jidħlu l-ewwel ħalli neħilsuhom kemm jista' ikun malajr.", "U mbagħad jibqgħu għal wara dawk il-każijiet ikkomplikati.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri mhux jimxu każ każ imma joħroġ il-marixxall l-ewwel u jistaqsi min se jaħfer.…", "DR ELAINE BURMINGHAM: Huma qalu li din l-affari tpoġġihom under undue pressure għax il-vittma forsi ma xtaqitx taħfer imma qiegħda f'dak il-kuridur bir-raġel viċin tagħha u allura tħossha kważi kważi intimidata.", "THE CHAIRPERSON: U tispiċċa tgħid ħalli naħfirlu ħalli neħles.", "Din tiġri ta' spiss ħafna, fejn tkun ilek tistenna xi sagħtejn biex tinstema' il-kawża tiegħek, jibda jsir il-ħin u tinduna li dalwaqt se joħorġu t-tfal mill-iskola, u x'ħin joħroġ il-marixxall jistaqsi min se jaħfer nistgħu ndaħħluh issa, din il-mara tiddeċiedi li taħfer ħalli teħles.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Din hija xi ħaġa li rridu nindirizzawha għax hija inġusta li l-vittma tħossha kważi obbligata taħfer għax hemm affarijiet anċillari.", "ETIENNE GRECH: Ġieli kien hemm każijiet ta' vittma ta' vjolenza domestika u ta' perpetrator fl-istess ħin?", "Qiegħed ngħid għal koppja.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Is-social workers stess qalulna li anke bħal statistika trid teħodha at face value għax jekk l-istatistika rdoppjat jista' jkun li l-mara rrapportat lir-raġel, u r-raġel irrapporta lill-mara fuq l-istess każ.", "U din issir ħafna.", "ETIENNE GRECH: Din tar-risk assessment importanti għax it discerns min huwa...", "THE CHAIRPERSON: Anke jekk huma kollha verament vittmi, trid tara wkoll il-livell tal-abbuż.", "ETIENNE GRECH: Eżatt għax hemm tipi differenti ta' vjolenza domestika.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt hija prassi li meta mara tmur l-għassa u tagħmel ir-rapport, il-pulizija jċemplu lill-allegat aggressur.", "U f'dak il-punt l-aggressur jagħti l-verżjoni tiegħu u fil-verżjoni tiegħu jakkuża lill-mara billi jgħid li hi bdiet kollox għax tagħtu daqqa jew whatever.", "F'dak il-punt il-pulizija jrid jagħmel rapport lilha wkoll.", "Hija normalissimma - fil-fatt hija rarità li ma ssirx hekk - li meta jitilgħu quddiem il-Qorti Kriminali fis-sezzjoni tal-familja, ikunu husband against wife and wife against husband.", "Il-kawża tat-tnejn li huma tinstema' fl-istess ħin quddiem il-maġistrat għax il-provi huma identiċi, u ħafna drabi hemmhekk issir problema għax peress li l-mara jkollha każ kontra r-raġel u r-raġel ikollu każ kontra l-mara, li mhux l-ewwel darba li l-vittma tħoss li jkun aħjar li taqbad u taħfer milli allaħares qatt il-maġistrat jaħseb li hi bdiet kollox u b'hekk, minn vittma ta' vjolenza domestika tispiċċa hi bħala l-aggressur!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Iċ-ċans hu li l-vera vittma hija dik li vera tibża' għaliha nnifisha u li tħoss li l-perpetrator huwa l-bully li jista' jagħmel l-arja u li jabbuża mis-sistemi kollha, u li jaf l-ins and outs tal-affarijiet.", "THE CHAIRPERSON: X'inhi l-prassi barra minn Malta?", "Fil-family law u affarijiet relatati mal-familja dejjem inħares l-iktar lejn l-Awstralja għax huma avantgarde imma għandek ukoll postijiet oħra, fosthom l-Ingilterra.", "Meta xi ħadd imur u jagħmel rapport mal-pulizija, dawn x'passi jieħdu?", "Jekk ma jċemplux lill-aggressur tista' tinħoloq problema u allura rridu naraw daqsxejn kif taħdem is-sistema biex nevitaw milli jinħolqu bosta problemi għall-vittmi.", "Lill-vittmi reali qed toħloqilhom problema kbira.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jekk immorru Essex fl-Ingilterra naraw li dawn, ftit tas-snin ilu kienu qalgħu flak kbira għax kien hemm xi mwiet ta' nisa li kienu għamlu numru ta' rapporti mal-pulizija.", "At this point fuq il-website tagħhom qegħdin jgħidu li meta tidħol telefonata, huma jridu jmorru jiċċekkjaw l-affarijiet u li jekk jista' ikun imorru tnejn u mhux wieħed waħdu.", "L-ewwel nett ikellmuhom it-tnejn li huma jekk il-perpetrator ikun qiegħed id-dar u t-tieni jkunu jistgħu jaraw b'għajnejhom stess is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri mhijiex biss kwestjoni ta' telefonata l-għassa għax l-affarijiet jistgħu jkunu bil-kontra.", "THE CHAIRPERSON: Meta jirrapportaw il-każ, kif jipproċedu min-naħa tagħhom?", "Aħna qegħdin nispiċċaw kważi dejjem bil-vittma f'kawża u bil-perpetrator fl-istess kawża li qed tinstema' fl-istess ħin.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma kienx hemm dan it-tip ta' dettall.", "THE CHAIRPERSON: M'għandniex metodu ta' kif jaħdmu?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imorru huma.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Meta qiegħda tgħid li jmorru huma, nimmaġina li qiegħda tirriferi għall-pulizija?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dawn imorru fil-post.", "Mela jekk jien ċempilt u għedtilhom li r-raġel għadu kif tani xebgħa, dawn iridu jinqalgħu mill-għassa u jiġu d-dar tiegħi jew minn fejn qiegħda nċempel.", "U dan jagħmel ħafna sens għax anke jekk dak il-ħin rajtni b'ferita fuq wiċċi, qiegħed taraha b'għajnejk stess u mhux ċempilt u inti qed toqgħod fuq dak li qed ngħidlek jien.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jidhirli li anke f'ħafna postijiet fl-Amerika jagħmlu hekk.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Hemm ħafna, semmejt Essex b'mod partikolari minħabba li dawn issemmew ħafna fil-media minħabba l-inċidenti li nqalgħu għax forsi ma tawx daqshekk kas u rriżulta li seħħew xi mwiet.", "THE CHAIRPERSON: Malta kellna mwiet ukoll.", "Ftit ilu kellna vittma li mietet, jekk m'iniex sejra żball l-Imġarr.", "Din kienet għamlet sensiela ta' rapporti lill-pulizija u spiċċajna li din ġiet maqtula!", "Din mhijiex l-ewwel darba u allura anke aħna, f'din id-daqsxejn ta' gżira rridu noqogħdu attenti.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jidhirli li kienet ħafritlu wkoll.", "Naħseb li it's a very complex chain.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk irridu naraw dawn l-affarijiet.", "Bħala persuna li naħdem f'dan il-kamp nista' ngħid li kelli numru ta' vittmi li jħossuhom huma guilty!", "Ma rridux ninsew li ħafna drabi l-vittma, li ġeneralment tkun il-mara, ikollha wkoll problema għax l-aggressur ikun ilu numru ta' snin iġiegħlha tkun submissive għalih.", "U għalhekk mhux l-ewwel darba li l-vittma tħossha ħatja avolja ma tkun għamlet xejn ħażin hi imma tħossha ħatja għax se tifred il-familja.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Għax l-aggressur ikun darriha b'dak il-mod.", "THE CHAIRPERSON: Dażgur.", "Għandi klijenti li wara snin twal irnexxilna naslu għall-conviction u l-vittma dak il-ħin tinfaqa' tibki għax tgħidli li issa r-raġel tagħha se jispiċċa l-ħabs minħabba fiha!", "Din tispiċċa tgħidli hekk minflok tgħidli li ilha 15-il sena tbati minħabba fih.", "Meta qed insemmu l-maħfra rridu noqogħdu attenti għal dan il-kunċett.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Din tal-maħfra kont sorpriża ħafna meta ġew tal-Appoġġ u qalulna li qed isiru mediation sessions meta hemm każ ta' vjolenza domestika għaddej.", "Mela meta daħlet il-medjazzjoni hawn Malta kellek l-issue li din saret mandatorja mentri barra minn Malta mhijiex hekk.", "Imma l-aktar issue importanti kienet li fejn hemm każ ta' vjolenza domestika ma ssirx il-medjazzjoni għax f'dik il-kamra żgħira għandek power imbalance.", "Jekk jiena ilni 15-il sena niġi abbużata minnek, m'għandi l-ebda ċans f'dik il-kamra tal-medjazzjoni li se nieħu dak li ħaqqni nieħu għax hemm ir-raġel quddiemi, qed iħares lejja u qed jintimidani!", "U għalhekk kont sorpirża ħafna meta qalu li dawn il-każijiet qed isiru xorta waħda.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel perfettament.", "Fil-fatt id-diffikultà kbira li jkolli meta jkun hemm kwestjoni ta' vjolenza domestika hi biex tagħmel xi tip ta' medjazzjoni, u iktar minn hekk huwa żgur diffiċli sabiex tibgħat lil xi ħadd għall-counselling biex jerġgħu jirrikonċiljaw flimkien.", "Jiena nħoss li kieku kelli nagħmilha aktar inkun qiegħda nagħmel disservice milli service.", "L-unika ħaġa fis-sistema tagħna li rridu nkejlu hi li biex taqla' mara minn sistema ta' vjolenza domestika, the quickest way li tista' tagħmilha hija b'separazzjoni bonarja.", "U biex tagħmel separazzjoni bonarja jrid ikun hemm xi forma ta' qsim ta' ideat.", "Tista' tagħmlu permezz ta' ittri u permezz ta' ħafna affarijiet imma sessjoni waħda trid tkun mandatorja biex jinqara l-kuntratt.", "F'dak il-każ ikolli nammetti li l-medjazzjoni mhijiex medjazzjoni imma hija sempliċement il-qari ta' kuntratt.", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-essenza tal-medjazzjoni hi li r-raġel u l-mara qegħdin jiddiskutu flimkien f'kamra, idealment mingħajr avukati, sabiex jaslu għal ftehim jew iwassalhom il-medjatur u l-kuntratt jagħmluh huma.", "Mela qed jaqblu bejniethom x'se jieħdu.", "Meta għandek każ ta' vjolenza domestika, din l-approach ma taħdimx għax inti għandek il-mara li ilha submissive għal numru twil ta' snin ma' raġel li kien vjolenti magħha.", "Iċ-ċans hu li kulma se jitlob se tatihulu u għalhekk tkun qiegħed tagħmel disservizz kbir lilha.", "THE CHAIRPERSON: Il-medjatur, f'dawk il-każijiet - li hija xi ħaġa tajba per se - ma tista' qatt tittella' xhud fil-proċeduri u ġieli tant ikun hemm għajjat u storbju min-naħa l-waħda jew miż-żewġ naħat li l-medjazzjoni jkollha tieqaf.", "Imma l-medjatur ma jistax jitla' jixhed.", "MARTHESE PORTELLI: Xtaqt nagħmel kumment qasir fuq il-findings ta' Essex.", "Il-punti li qajjimt inti kollha joħorġu l-frott minnhom jekk jiġu implimentati sew imma naħseb li waħda mid-diffikultajiet li se nsibu huwa proprju dak biex il-Korp tal-Pulizija, li huwa dixxiplinat u li ilu jaħdem għal tant snin bil-mod ta' kif qed jaħdem, jinbidel mil-lum għal għada u biex jiġu konvinti l-awtoritajiet li din hija t-triq li għandna nieħdu.", "Naħseb li huwa importanti li jekk se nressqu din il-proposta – fejn vittma li tmur tagħmel rapport, il-pulizija m'għandux iċempel lill-perpetrator there and then – jrid ikollna table li turi wħud mill-pajjiżi li jimxu fuq il-proċedura fejn meta l-vittma tagħmel rapport, il-pulizija mhux jinforma lill-perpetrator imma jmur personalment ħalli jara x'ġara u x'ma ġarax.", "Huwa totalment differenti bejn li tirċievi telefonata fejn ir-raġel jgħidlek li sawtitu l-mara jew il-mara tgħidlek li sawwatha r-raġel u bejn li tmur fuq il-post sabiex tara x'inhi s-sitwazzjoni.", "U naħseb li rridu noħorġuha din id-differenza.", "THE CHAIRPERSON: Li konna qegħdin ngħidu hawnhekk u Dr Burmingham aċċennat għalih ukoll huwa kif irridu ngħallmu lill-pulizija fl-għases sabiex jekk se jkollna dawn iċ-ċentri, xogħolhom huwa li jċemplu lill-pulizija li jkun f'dan iċ-ċentru ħalli jieħdu ħsieb dak il-każ.", "Mentri huma jibqgħu jieħdu ħsieb it-traffic accidents, is-serq u l-affarijiet l-oħra li wkoll huma importanti imma li huma totalment differenti mill-każijiet ta' vjolenza domestika.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dawn jistgħu jċemplu l-intervention centre biex jagħtuhom id-dettalji tal-każ u mbagħad imorru minn dan iċ-ċentru.", "Li bdejna ngħidu l-ewwel dwar is-sexual abuse hu li l-każijiet ta' vjolenza domestika mhux kollha se jkunu ta' natura sesswali.", "Mela se jkollok tabib li se jarahom fl-intervention centre u mbagħad jekk jirriżulta li kien hemm sexual abuse, jittieħdu Mater Dei għal aktar investigazzjonijiet.", "U jista' ikun li jkunu akkompanjati minn social worker.", "THE CHAIRPERSON: Wieħed jista' jara wkoll physically x'hemm fiċ-ċentru l-ġdid għax jista' jkun li l-iktar ċentru ċentrali jkun jinkludi fih - bħalma qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg u nasal ħafna sabiex naqbel ma' dak li ssuġġeriet – sezzjoni li jieħu ħsieb il-każijiet ta' sexual assault.", "Jekk se tagħmel numru ta' ċentri żgħar mxerrdin ma' Malta jrid ikollok l-aktar wieħed ċentrali li jkun jinkludi wkoll dan il-unit biex jassessjaw il-każijiet ta' sexual assault u jkollok iktar nies speċifiċi.", "U jekk ikun hemm bżonn dan il-unit jinqala' minn Mater Dei.", "Għalissa qiegħed tajjeb hemmhekk peress li m'għandniex dawn iċ-ċentri imma ladarba jkollna l-istruttura f'postha jkun importanti li naħsbu fuq din il-biċċa.", "Naħseb li l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li naraw kif se naħdmu meta niġu għar-rakkmandazzjonijiet u għall-qari ta' dan ir-rapport.", "Irridu nagħtu ċans biex Dr Burmingham tispiċċa r-rapport għaliex miegħu se jkun hemm numru ta' rakkmandazzjonijiet.", "Naħseb li r-rakkmandazzjonijiet, għalkemm għandna outline tagħhom, ma jistgħux ikunu formalizzati kompletament qabel ma jitlesta r-rapport għax dawn iridu joħorġu proprju mir-rapport.", "Jiġifieri se jkollok ir-rapport u r-rakkmandazzjonijiet in draft form, li jista' jiġi ċċirkolat lill-Membri kollha tal-Kumitat ħalli nkunu nistgħu naqrawh.", "Imbagħad forsi naddottaw is-sistema li ġieli naddottaw f'kumitati barra minn Malta, bħal pereżempju fil-Council of Europe, fejn ngħaddu r-rapport parti parti, naraw jekk ikunx hemm xi affarijiet differenti li wieħed jixtieq iniżżel fihom u jekk naqblu mmexxu punt punt.", "Naħseb l-iktar punti importanti li rridu naħsbu fuqhom huma r-rakkmandazzjonijiet għax ir-rakkmandazzjonijiet huma l-iktar punti ċentrali li se joħorġu.", "Fil-fatt ir-rapport per se, give or take a little, huwa rakkont ta' dak li smajna hawnhekk plus ir-riċerka li tkun saret imma r-rakkmandazzjonijiet naħseb li jridu jiġu diskussi punt punt.", "U jekk xi ħadd ikollu oġġezzjoni jew ikun irid iżid xi ħaġa, inressquha u nieħdu vot fuqhom punt punt.", "Naħseb li hekk għandna nagħmlu.", "MARTHESE PORTELLI: Fuq ir-rakkmandazzjonijiet li forsi nista' nissuġġerixxi hu li at the end of the day everything comes at a price, jiġifieri dawn ir-rakkmandazzjonijiet huma sbieħ u idealment jiġu implimentati kollha kemm huma imma kif nafu trid ammont ta' flus sew biex twettaqhom kollha.", "Li nista' nissuġġerixxi hu li r-rakkmandazzjonijiet nistrutturawhom b'tali mod li the easier ones to implement jitpoġġew fuq nett tal-lista.", "Pereżempju tkellimna dwar il-website u żgur li biex tagħmel update tagħha ma tridx eluf kbar u allura dik nistgħu nagħmluha fuq nett għax hija miżura li bi ftit flus tista' sservi b'mod immedjat.", "THE CHAIRPERSON: Idea tajba ħafna.", "ETIENNE GRECH: Jekk ma jimpurtax nixtieq inżid xi ħaġa jiena wkoll.", "Irridu naraw li r-rakkmandazzjonijiet jaslu fejn għandhom jaslu, jiġifieri għand il-ministeri konċernati.", "THE CHAIRPERSON: L-ideal hu li x'ħin inlestu dan ir-rapport nippreżentawh u jmur quddiem il-poplu għaliex irridu nuru x-xogħol li għamilna.", "U naħseb li nistgħu b'wiċċna minn quddiem ngħidu li dan ix-xogħol ħa ħafna ħin għaliex dħalna fil-fond mhux ħażin tas-suġġett u ħa aspett differenti minn dak li s-soltu niddiksutu dwar il-vjolenza domestika.", "Dr Burmingham, ħaġa oħra li se ngħabbik biha hija li we are looking forward to u l-idea tiegħi hi li nagħmlu dan ix-xogħol ħalli meta niġu biex nirratifikaw l-Istanbul Convention, inkunu ppreparati għaliha.", "We can go through the Istanbul Convention u jekk naraw li hemm xi affarijiet li m'għandniex, we have to deal with them ħalli ndaħħluhom.", "L-Istanbul Convention għandha very high standards.", "ETIENNE GRECH: Nistgħu nagħmlu session fuqha jew issa tard wisq?", "THE CHAIRPERSON: Ma naħsibx li għandna għalfejn nagħmlu session fuqha.", "We can look it up biex naraw li jkollna r-rakkmandazzjonijiet li jkunu jinkorporaw l-affarijiet meħtieġa biex niġu inċim mal-Istanbul Convention.", "Issa l-pass li ġej huwa l-aktar wieħed importanti għax irridu nagħmlu an intensive session.", "U minn issa nixtieq li kulħadd f'dan il-Kumitat ikun preżenti għal din is-session mill-bidu sal-aħħar.", "Għalhekk irridu nsibu ġurnata fejn m'hemmx kumitati oħra għax irridu bis-serjetà noqogħodu bilqiegħda u niddiskutu dawn ir-rakkmandazzjonijiet fid-dettall u b'ċerta responsabilità.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li jkun importanti li aħna, ladarba nistabbilixxu meta se tkun din il-laqgħa, naċċertaw ruħna li ma nkunux fuq kumitati oħra għax illum jiena kont sparpaljata niġri minn kumitat għal ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Jien dejjem ngħid lis-Segretarju tagħna sabiex jiċċekkja mal-Clerk of the House peress li dan qed iżomm speċi ta' djarju tal-kumitati li jkunu se jsiru.", "Fil-fatt qabel m'għamilna l-laqgħa li jmiss għedtlu biex imur jiċċekkja mas-Sur Scicluna ħalli kemm jista' ikun ma naħbtux ma' kumitati oħra.", "Min-naħa tiegħi se ninforma lis-Sur Scicluna li aħna normalment niltaqgħu kull nhar ta' Erbgħa f'dan il-ħin.", "CLAUDETTE BUTIGIEG: Ma nafx xi pjanijiet hemm għall-aġenda tal-laqgħat li ġejjin imma qiegħda nħoss li minħabba d-diskussjoni li kellna fuq issues ta' addozzjoni u anke minħabba li naf li l-foster carers qegħdin jiltaqgħu biex jippreżentaw xi emendi, għandniex bħala Kumitat nibdew nindirizzaw is-suġġett tal-addozzjoni u l-fostering.", "Naf li bħalissa dawn is-suġġetti qegħdin fuq quddiem nett tal-aġenda u anke l-Ministru Marie Louise Coleiro Preca qiegħda taħdem fuqhom.", "THE CHAIRPERSON: L-unika problema li għandi hija li l-kwestjoni tal-fostering u tal-adozzjoni għaliex naħseb li huma aktar suġġetti li għandhom jiġu diskussi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Familja peress li dak huwa kumitat apposta fuq dawk l-affarijiet.", "MARTHESE PORTELLI: Imma naħseb li dawn is-suġġetti għandhom ukoll aspett soċjali.", "THE CHAIRPERSON: Bilfors u tant hu hekk li l-affarijiet relatati mal-familja qabel kienu jaqgħu taħt ir-remit ta' dan il-Kumitat.", "MARTHESE PORTELLI: Allura forsi nistgħu nagħmlu joint session?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li din hija idea tajba.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu.", "Irridu naraw ftit fl-ambitu tal-affarijiet l-oħra li konna qegħdin nagħmlu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Nistgħu nagħmlu suġġeriment - u naħseb li tkun idea tajba – li forsi mqar nagħmlu session waħda flimkien biex naraw l-aktar punti saljenti għax dawn huma issues verament importanti.", "Naf li hemm min diġà qed jiltaqa' fuqhom u fil-fatt jidhirli li l-Ministru Coleiro Preca, nhar is-Sibt se tiltaqa' ma' xi nies li se jaddottaw jew li qegħdin fi proċess ta' addozzjoni.", "U naħseb li jkun tajjeb li nkunu aġġornati ma' dak li qed jiġri.", "THE CHAIRPERSON: Li nista' nissuġġerixxi, ġaladarba qiegħda tagħmel dan is-suġġeriment, hu li jekk tista' għaddili waħda x'tixtieq li jiġi diskuss u mbagħad niddeċiedu fuqha.", "Ovvjament din hija xi ħaġa tajba u se ngħaddi dan is-suġġeriment lill-kumitat l-ieħor biex forsi nipprovaw nagħmlu a joint session.", "Issa se ngħaddi għal xi korrispondenza li rċevejna.", "THE CHAIRPERSON: Mela se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat;", "Email datata 03 ta' Marzu 2014 mibgħuta minn Dr Mario Mifsud, analista forensiku, fejn qed juri x-xewqa li jagħmel taħdita dwar id-drogi tal-abbuż f'Malta.", "Ħalli naqralkom din l-email li rċvejna mingħand Dr Mario Mifsud;", "Qiegħed niktiblek billi inti ċ-Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, sabiex nara tkunux interessati li nagħmlilkom taħdita dwar id-drogi u tal-abbuż li qegħdin jintużaw f'Malta.", "Beħsibni, jekk dejjem taċċetta, nitkellem ftit ukoll fuq il-ħsieb tad-dekriminalizzazzjoni ta' drogi tal-abbuż għal dawk il-persuni li jużaw dawn is-sustanzi għall-użu personali.", "Xi ħaġa żgħira fuqi; jiena analista forensiku li minn żmien għal żmien niġi mqabbad mill-Qorti f'każi ta' sejbien ta' sustanzi suspettati ta' droga tal-abbuż.", "Is-sena li għaddiet spiċċajt id-dottorat tiegħi li għamilt f'King's College London, fejn ir-riċerka tiegħi kienet fuq analiżi dettaljata fuq il-pilloli tal-ecstasy li nqabdu f'Malta f'medda ta' sitt snin u l-użu ta' dawn fil-parties.", "Attendejt u tajt talks fuq drogi tal-abbuż f'konferenzi f'Malta kif ukoll barra minn Malta.", "Fil-mument qiegħed ukoll membru tal-Prison Addiction Rehabilitation Board u ftit taż-żmien ilu ġejt ukoll appuntat membru fuq in-National Commission for Drugs, Alcohol and Other Dependencies.", "Grazzi.", "Dejjem tiegħek", "ETIENNE GRECH: Issa li twaqqaf il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa jista' ikun li dan is-suġġett aktar jiġi diskuss fih milli f'dan il-Kumitat.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena naħseb li Dr Mifsud aktar qed jieħu dan is-suġġett mill-aspett soċjali.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Huwa ovvju li hemm ċerti suġġetti li se jkunu qegħdin jiġu overlapped fuq xulxin.", "Naħseb li dan il-Kumitat – li għandu ċerta portata u li fil-fehma tiegħi, anke storikament għamel ċerti mossi sabiex iressaq rakkmandazzjonijiet importanti – għandu jiltaqa' fuq dan is-suġġett u mbagħad forsi aħna nkunu nistgħu nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa fejn ngħidulu li aħna smajna u nħossu li hemm dan l-aspett tas-saħħa li bħala kumitat għandkom tidħlu fih.", "Bla dubju ta' xejn dan is-suġġett għandu importanza fenomenali.", "THE CHAIRPERSON: Jiena b'kumbinazzjoni ltqajt ma' Dr Mifsud għax kien qiegħed il-Qorti u tkellimna ftit.", "Milli jidher l-aspett soċjali huwa l-aspett li l-aktar jixtieq ikellimna dwaru.", "Jien m'għandix l-intenzjoni - għax ovvjament għandna suġġetti oħra x'niddiskutu - li nagħmel xi sessions twal fuq dan is-suġġett imma nistgħu nagħmlu laqgħa fejn nistednuh u jiġi jkellimna.", "Mhijiex idea ħażina li naraw x'joħroġ u jekk hemm issues ta' saħħa li jidhrilna bħal kumitat li għandu jkun il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa li jittrattahom, allura ngħidulu.", "Imma kif diġà għedt, Dr Mifsud aktar jixtieq jitkellem fuq l-aspett soċjali.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt semma żewġ punti li naħseb verament jaqgħu taħt dan il-Kumitat għax id-dekriminalizzazzjoni hija issue soċjali li rridu nħarsu lejha sew kif ukoll fuq l-istudju li għamel dwar il-pilloli tal-ecstasy.", "Jiġifieri llum il-ġurnata tiltaqa' ma' ħafna żgħażagħ li jgħidulek li jekk ma tieħu xejn, tmur f'party u ma tieħux gost.", "Hemmhekk ukoll qed nidħlu f'mentalità li dan il-Kumitat, fl-opinjoni tiegħi għandu jistħarreġ sew.", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hu li meta kont qiegħda nitkellem ma' Dr Mario Mifsud, kellimni wkoll dwar studju li kien għamel ftit tas-snin ilu li kien jitratta dwar nisa f'sitwazzjoni ta' vjolenza domestika, fejn dawn in-nisa jiġu pimped mir-raġel jew mill-partner tagħhom u li jibqgħu fl-ambjent tal-familja li jkunu fiha għax dan ikun qed jagħtihom id-droga.", "U allura għedtlu, li ġaladarba se jiġi f'dan il-Kumitat u se jitkellem fuq dan is-suġġett, iġib miegħu wkoll dan l-istudju u jkellimna ftit fuqu wkoll.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jidhirli li kellna waħda mill-vittmi ta' Dar Qalb ta' Ġesù li kellha dak il-background.", "THE CHAIRPERSON: Fil-prostituzzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Il-background tagħha kien dak hux hekk?", "Hekk kienet u naħseb li ġaladarba se jiġi f'dan il-Kumitat nagħmlu parti mill-ħin nitkellmu fuq dan is-suġġett ukoll.", "Jiena qed nipprova nara biex nagħmlu din il-laqgħa t-Tnejn minflok l-Erbgħa peress li l-Erbgħa hija vakanza u għalhekk mhux se jiltaqa' il-Parlament.", "Apparti minn hekk fit-18, 19 u 20 se nkun imsiefra fuq xogħol tal-Gvern.", "Issa fis-17 ta' Marzu hemm il-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi li se jiddiskuti l-Private Member's Bill tal-Onor.", "Madankollu dak mhuwiex xi abbozz ta' liġi twil u għalhekk aħna nistgħu nagħmlu l-laqgħa tagħna fis-7.00 p.m. Naħseb li jkun tajjeb jekk ma nitilfux ġimgħa u nsejħu lil Dr Mifsud għal nhar it-Tnejn 17 ta' Marzu u nitkellmu fuq iż-żewġ suġġetti.", "Grazzi.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Marzu fis-7.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140312_020d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 20", "L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.53 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "L-Onor.", "Robert Cutajar kien skużat minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 19 li saret nhar it-Tlieta 18 ta' Frar 2014 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 16 – Email datata 03 ta' Marzu 2014 mibgħuta minn Dr Mario Mifsud, analista forensiku, fejn qed juri x-xewqa li jagħmel taħdita dwar id-drogi tal-abbuż f'Malta.", "VJOLENZA DOMESTIKA - DISKUSSJONI MA' dR ANTHONY LIVORI MILL-QASAM TAL-KURA PRIMARJA", "Dr Anthony Livori mill-qasam tal-kura primarja spjega kif it-tobba fiċ-ċentri tas-saħħa jiġu in touch mal-vittmi tal-vjolenza domestika meta dawn jiġu quddiemhom wara li jkunu soffrew minn xi abbuż.", "Naturalment it-tobba se jħarsu lejhom mil-lat mediku, jiġifieri se jaraw jekk għandhomx xi ferita jew inkella jekk għandhomx bżonn ċertifikat mediku.", "Imma servizzi apposta maħdumin għall-vittmi ta' vjolenza domestika ma jeżistux f'pajjiżna.", "Spjega kif meta jaraw każ ta' vjolenza domestika quddiemhom it-tobba jirreferu l-każ lill-pulizija u xi kultant anke lill-Aġenzija Appoġġ.", "Fl-opinjoni tiegħu ma tantx hemm awareness mill-istaff taċ-ċentri tas-saħħa fuq kif għandhom jindirizzaw dawn il-każijiet.", "U jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni fost it-tobba u n-nurses dwar x'servizzi jeżistu f'dan il-qasam.", "Il-maġġoranza tat-tobba jidħlu biex jaraw aktar fil-fond meta jkollhom xi suspett fuq xi ħaġa imma m'hemmx prassi komuni li kulħadd se jaħdem bl-istess mod.", "Li hemm tajjeb fiċ-ċentri tas-saħħa, meta kkomparat ma' private practise, hija li meta tabib jiġi f'dubju jista' jikkomunika ma' sħabu t-tobba l-oħra.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, ressqet brief qasira dwar kif se jkun imqassam ir-rapport li se jiġi mħejji fuq il-vjolenza domestika.", "Qalet li fir-rapport tat overview ta' dak kollu li nstema' fil-Kumitat imma ma daħlitx f'dettall kbir proprju għaliex fil-leġiżlatura l-oħra kien sar diġa' overview tas-suġġett tal-vjolenza domestika.", "Għaldaqstant f'dan ir-rapport tat aktar importanza lis-servizzi li qed jagħtu l-istituzzjonijiet pubbliċi u kif dawn nistgħu ntejbuhom.", "Fil-fatt l-għan ta' dan ir-rapport mhuwiex dak li noqogħdu nerġgħu nidħlu fuq x'inhi vjolenza domestika u x'servizzi jeżistu f'pajjiżna imma fejn se mmorru biex noffru servizz aħjar.", "Dr Burmingham tat numru ta' rakkomandazzjonijiet li fil-fehma tagħha l-Kumitat għandu jiddiskuti għal dan ir-rapport, fosthom;", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Marzu fis-7.00 p.m.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140312_020m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 21", "It-Tnejn, 17 ta' Marzu, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 17 ta' Marzu, 2014 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni ma' Dr Mario Mifsud dwar id-drogi tal-abbuż li qegħdin jintużaw f'Malta", "Vjolenza domestika u nisa li għandhom il-vizzju tad-droga", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140317_021aa_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 21", "It-Tnejn, 17 ta' Marzu, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 21", "It-Tnejn, 17 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 20 li saret nhar l-Erbgħa 12 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "dISKUSSJONI MA' DR MARIO MIFSUD DWAR ID-DROGI TAL-ABBUŻ LI QEGĦDIN JINTUŻAW F'mALTA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum għandna diskussjoni ma' Dr Mario Mifsud dwar id-drogi u l-abbuż tagħhom f'pajjiżna.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra rċevejna l-korrispondenza proprju fuq din il-laqgħa u l-Kumitat iddeċieda li din hija xi ħaġa importanti u għalhekk iddeċidejna li nagħmlu laqgħa apposta fuq is-suġġett.", "Nirringrazzja lilek Dr Mifsud talli ġejt għal din il-laqgħa u se nagħtik il-floor mill-ewwel biex tressqilna l-preżentazzjoni tiegħek.", "DR MARIO MIFSUD (Espert Forensiku fuq id-Drogi): Nirringrazzjakom ta' din l-istedina u qabel ma nibda se ngħid xi ħaġa żgħira fuqi.", "Jiena ilni f'dan ix-xogħol tal-forensika għal dawn l-aħħar 30 sena, jiġifieri nanalizza d-drogi li jaqbdu l-pulizija u għandi wkoll kuntatti tajbin mas-Sedqa.", "Fil-fatt meta jkun hemm xi tibdil fis-sustanzi ngħaddiha lill-Aġenzija Sedqa.", "Għamilt Masters fil-Forensika u riċentement spiċċajt il-Ph.D fuq l-ecstasy mill-King's Collega London, fejn għamilna riċerka lokali kif ukoll fuq il-qbid tad-droga tal-ecstasy f'Malta mill-parties u mill-akbar ammonti ta' ecstasy li kienet inqabdet fil-pajjiż.", "L-iktar li nixtieq niffoka l-preżentazzjoni tiegħi hija fuq is-sustanzi lokali, li jiena nsejħilhom dawk klassiċi bħall-kokaina, l-eroina u l-kannabis, kif ukoll fuq sustanzi ġodda li deħlin fil-pajjiż.", "Imbagħad wara niffokaw ftit fuq x'qed jiġri bħalissa minħabba l-kannabis.", "Il-kannabis ġiet legalizzata f'Colorado, f'Washington u fl-Urugwaj u għaldaqstant tajjeb ngħidu li dawn qegħdin jiksru l-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda tal-1961 u tal-1971.", "Għaldaqstant jista' ikun hemm xi pajjiż li jfittixhom.", "S'issa għadu ħadd ma ċċaqlaq imma dawn bażikament qegħdin jiksru konvenzjonijiet iffirmati minn pajjiżi oħra.", "Imma donnu hawn din iċ-ċaqliqa biex jagħmlu pressure fuq il-Ġnus Maqgħuda ħalli jipprovaw jagħmlu xi tibdiliet, l-aktar fir-rigward tal-kannabis.", "Imbagħad nixtieq nidħol ftit ukoll fuq il-kwestjoni tad-dekriminalizzazzjoni, jiġifieri jekk 'il quddiem fil-pajjiż ikunx hawn dan il-ħsieb u allura x'jista' jsir, x'inhu obbligat minna u xi tħallina nagħmlu l-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda.", "Issa se nibda bil-preżentazzjoni li ġibt miegħi llum.", "Din l-informazzjoni meħuda mit-2013 tal-UNODC li huwa l-United Nations Office for Drugs and Crime.", "Dawn huma l-aħħar statistiċi u ċ-ċifri huma fil-miljuni.", "Pereżempju l-kannabis tittieħed globalment minn madwar 160 miljun ruħ, l-ecstasy 90 miljun …", "THE CHAIRPERSON: Skużani ftit għax m'iniex qiegħda nifhem.", "Meta ngħidu popolazzjoni ta' 160 miljun qed nirriferu għal dawk li jieħdu l-kannabis?", "Dan huwa punt interessanti għax illum min jagħmel ir-riċerka jaf li ċerta mużika ġġib magħha ċertu tip ta' droga.", "Din hija xi ħaġa li sar ħafna studju fuqha u l-ammonti huma kbar mhux ħażin.", "Fl-Ewropa dawn kienu mqassmin hekk; 85 miljun xi darba wżaw din id-droga llegali u l-kannabis ovvjament tibqa' l-ewwel fil-klassifika.", "Warajha għandek il-kokaina, l-enfetamina u l-ecstasy.", "Issa din l-informazzjoni meħuda wkoll minn rapport riċenti tal-2013 u huwa interessanti għaliex kien hemm żmien fejn l-ecstasy, l-MDMA, kienet daqsxejn qabel il-kokaina.", "Ir-raġuni għalfejn niżlet fl-użu l-ecstasy kien minħabba aktar kontrolli fuq is-sustanzi li jipproduċuha.", "Kien hawn kontroll fl-Ewropa tas-sustanzi li minnhom kienet ssir l-MDMA.", "Ħafna minn dawn is-sustanzi kienu ġejjin miċ-Ċina u minħabba dawn il-kontrolli kien hemm tnaqqis fl-ecstasy.", "Dan il-fatt kellu effett lokali wkoll u jien se ngħaddi mix-xena globali sakemm nidħol bil-mod il-mod għax-xena lokali ħalli b'hekk naraw għaliex qed isiru ċerti affarijiet.", "Dan huwa punt ieħor importanti.", "Kif għedtilkom dawn iċ-ċifri meħudin fl-Ewropa u huma għall-2012 u għall-2013.", "Ir-rata tal-użu tal-kannabis dejjem tibqa' għolja u fil-fatt għandek 2.5 miljun, kokaina 1.1 miljun u mbagħad għandek iċ-ċifri għall-emfetamina, ecstasy u eroina.", "Kien hemm 6,500 imwiet permezz ta' overdose minħabba l-eroina.", "Fl-2012 kien hemm nuqqas ta' mwiet f'overdoses minn din id-droga.", "Jekk imbagħad inħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni Maltija naraw iċ-ċifri ta' kemm inqabdet droga fi grammi bejn l-2007 u l-2011.", "Hawnhekk naraw li l-eroina niżlet xi ftit mentri l-kokaina telgħet.", "Jekk inħarsu lejn l-ecstasy insibu li din niżlet sew minħabba dak il-fenomenu li kellna.", "Kurjuż huwa l-fatt dwar il-khat u din naraha wkoll f'risposti li jingħataw fil-Parlament.", "Il-khat hija xi ħaġa li ġejja mis-Somalja u daħlet f'pajjiżna minħabba s-Somali.", "Il-khat mhijiex droga llegali u allura m'għandhiex tidħol fl-istatistika tad-droga.", "Madankollu fir-risposti li jingħataw fil-Parlament qegħdin dejjem jinkludu l-khat.", "Din kelli kwestjoni sew fuqha fil-Qorti għax il-khat mhijiex sustanza li hija kkontrollata fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda u lanqas hija kkontrollata fil-Liġi Maltija.", "Fil-fatt huma kkontrollati s-sustanzi tagħha imma l-pjanta per se mhijiex ikkontrollata u meta l-pjanta ma tkunx imsemmija fil-liġi, allura awtomatikament il-pjanta ma tistax tikkontrollaha.", "U kien hemm tliet deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell li qalu li din mhijiex ikkontrollata.", "Ħaġa stramba lokali hi li meta tinqabad il-khat, u tinqabad b'xi 22 kilo f'kull bagalja li tiġi, issir inkjesta maġisterjali meta lanqas għandu jsir hekk.", "Nerġa' ngħid li l-khat bdejna narawha kemm ilu li għandna s-Somali magħna.", "Fl-opinjoni tiegħi s-sena d-dieħla mhux se narawha iktar għax ġiet ikkontrollata kemm mill-Ingilterra u kemm mill-Olanda.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Inti għandek l-expertise u allura huwa tajjeb ħafna li qiegħed hawnhekk illum.", "Qiegħda ninnota li l-eroina qiegħda dejjem tonqos imma qiegħda ngħid sew li ħafna mill-heroine addicts illum il-ġurnata huma nies ta' età pjuttost kbira iktar milli ta' età iżgħar?", "DR MARIO MIFSUD: Dak huwa fatt. Fil-fatt jien qiegħed ukoll fuq il-bord tal-ħabs u qed ninnotaw li l-età tiela', jiġifieri jista' jagħti l-każ li l-eroina qiegħda tinżel minħabba f'hekk.", "Imma issa rrid insemmi wkoll li fil-pajjiż donnu hawn dik li nsejħulha normalizzazzjoni ta' ċerti drogi li jintużaw waqt il-parties, fosthom il-kokaina, ir-raża tal-kannabis, l-LSD, eċċ. Tajjeb ngħidu wkoll li l-LSD fil-pajjiż ma tantx għada normali li taraha.", "Imbagħad għandek l-ecstasy li hija party drug u allura qisu qed ikollna xpakkatura fil-pajjiż, fejn għandek dawk id-drogi li jintużaw għall-parties u mbagħad għandek il-junkies li ma nħalluhomx.", "Mela qed ikollna din is-sitwazzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: U hemm kombinazzjoni ta' drogi fejn uħud mill-users qegħdin prattikament iħalltu tipi differenti ta' drogi?", "Qiegħda ngħid tajjeb?", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li se nsemmiha aktar 'il quddiem.", "Dan ngħidulu poly-substance use fejn illum fil-parties issib taħlit ta' sustanzi, kemm legali u kemm dawk illegali.", "L-alkoħol hija l-akbar problema tal-pajjiż imma mbagħad qed naraw xi ħaġa oħra.", "Fil-fatt qiegħed ikollna t-teħid tal-kokaina u l-ecstasy, li huma stimulanti qabel ma jibda xi party biex ikollhom l-enerġija u mbagħad, kif jispiċċa l-party jaqgħu fuq il-kannabis biex inaqqsu l-effetti tal-istimulanti li jkunu ħadu fil-bidu.", "Apparti li mbagħad għandek it-teħid tal-alkoħol u li allura qed ikollok dawn l-affarijiet kollha flimkien.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dan nimmaġina li kważi kważi huwa studju għalih, jiġifieri l-mod ta' kif jitħalltu dawn is-sustanzi biex ikollok dawn l-effetti fuq il-ġisem, fejn filli qed ittellgħu mas-smewwiet u filli qed isabbtu mal-art.", "DR MARIO MIFSUD: Dwar dan konna għamilna studju dettaljat ħafna u kont ġibt anke barranin hawn Malta u għamilna studju partikolari f'party, xi ħaġa li naħseb kienet l-ewwel darba li saret hawn Malta.", "Aħna morna f'dan il-party u staqsejna lil dawk preżenti x'sustanzi qed jużaw.", "Kienu qalulna li mhux se jkollna rispons tajjeb imma kellna rispons pożittiv.", "Li huwa interessanti hu li għandek nies li llum jafu x'inhuma jagħmlu u għalhekk saret in-normalizzazzjoni, fis-sens li jafu meta għandhom jieħdu s-sustanza biex jistimulaw ruħhom ħalli jkunu jifilħu jiżfnu u jafu meta għandhom jieħdu s-sustanzi l-oħra biex ineħħu dak l-effett tal-istimulanti.", "Ovvjament din mhijiex biss xi trend lokali imma narawha wkoll barra l-pajjiż.", "Dawn in-nies ikunu jafu eżattament x'iridu jieħdu biex imbagħad it-Tnejn jidħlu lura għax-xogħol. llum għandek l-internet li huwa sors tajjeb u qawwi ħafna ta' dan il-moviment.", "U nerġa' ngħid li dawn huma affarijiet li qed narawhom lokalment.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Grazzi.", "Għalfejn m'aħniex qegħdin naqsmuhom bejn soft u hard drugs?", "Għaliex mhux qed ikunu kategorizzati dawk id-drogi li tpejjiphom, dawk li tiblahom u dawk li tinjettahom?", "DR MARIO MIFSUD: Il-kwestjoni tas-soft u l-hard drugs ma tantx iddoqqli lili.", "Fil-fatt lanqas il-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda ma tagħmel dan.", "Anzi fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tal-1961 naraw li l-kannabis, il-kokaina u l-eroina qegħdin jiġu amalgamati flimkien.", "Li qed jiġri fil-pajjiż u li qed jiġri f'pajjiżi oħra hu li meta jkollok persuna li tinqabad b'kilo raża tal-kannabis jew b'kilo eroina jew b'kilo kokaina u titla' ġuri u tingħata piena, min jinqabad bil-kannabis qed jingħata piena inqas ħarxa.", "Mentri jekk se nimxu mal-Konvenzjoni suppost li għandna nimxu ma' piena waħda.", "Imma aħna nafu li l-kannabis mhijiex daqshekk perikoluża daqs id-drogi l-oħra u allura nagħtuha pieni inqas.", "Apparti minn hekk il-kannabis hija l-gate drug li minnha twasslek għal sustanzi oħra.", "Kien sar studju fuq dan għax kien hemm min qed jiddubita dan il-fatt u sabu li huwa minnu.", "Xi ħaġa oħra li rrid ngħid – għax l-ewwel ma semmejthiex – huwa li globalment, fl-2008 kien hawn 166 droga ġdida.", "Droga ġdida tfisser li tista' lanqas tkun ikkontrollata fil-pajjiżi, kemm dawk Ewropej, kemm dawk dinjija u kemm lokalment.", "Sa nofs l-2012 dawn is-sustanzi sintetiċi – li ħafna minnhom qed isiru miċ-Ċina – telgħu għal 251!", "Issa dawn il-251 sustanza ġdida li huma psikotropiċi huwa iktar mill-ammont li fihom it-tliet konvenzjonijiet tal-Ġnus Maqgħuda flimkien għax dawn fihom 234 sustanza.", "Mela jekk naqbdu t-tliet konvenzjonijiet tal-Ġnus Magħquda u d-drogi kollha li huma kkontrollati, li Malta u pajjiżi oħra huma firmatarji tagħhom, insibu li hemm b'kollox 234 filwaqt li f'erba snin u nofs l-ammont ta' sustanzi sintetiċi ġodda tela' minn 166 għal 251.", "ANTONY AGIUS DECELIS: Aħna qegħdin nitkellmu fuq il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tal-1961.", "Issa jien m'għamiltx xi riċerka għax jien għandi First Degree in Youth Work u kont għamilt ukoll daqsxejn studju ieħor meta kont qiegħed nagħmel dan l-istudju fil-youth work madwar 15-il sena ilu.", "Il-users inti stess qed tgħid li saru iktar edukati u ma naħsibx li għadhom l-istess users li kienu jibilgħu kollox mingħajr ma jkunu jafu x'inhuma jibilgħu.", "Allura ma taħsibx li din il-Konvenzjoni ġiet outdated illum?", "DR MARIO MIFSUD: Dik kienet waħda mill-affarijiet li iddiskutejt ma' professur Ingliż meta nqalgħet din il-problema.", "Fil-fatt kont ikkorrispondejt ma' dan il-professur fl-Ingilterra stess għax jien kont ħsibt li l-Konvenzjoni għandha tiġi mibdula imma hemm reżistenza qawwija biex din il-Konvenzjoni ma tinbidilx.", "Fil-fatt jaħsbu li nistgħu nibqgħu naħdmu fil-parametri ta' din il-Konvenzjoni.", "Hemm min jgħid ukoll li għandha ssir the Fourth Convention ħalli nieħdu akkont tas-sistemi l-ġodda li kien hawn matul iż-żmien.", "Imma mbagħad meta tiġi għal kif għandek titratta ċerti żgħażagħ li jagħmlu użu mid-droga nsibu li l-Konvenzjoni ma tagħmilx restrizzjonijiet fuq il-pajjiż imma tħalli f'idejn il-pajjiżi rispettivi kif għandhom jikkontrollaw.", "Issa aħna jekk tħares lejn il-liġi tagħna bażikament naraw li morna daqsxejn fl-estrem, fis-sens li jekk persuna tinqabad tkabbar pjanta tal-kannabis, din se tispiċċa l-ħabs jew ma tistax tkabbarha.", "Il-Konvenzjoni ma tobbligagx li tagħmilha, jiġifieri tista' tmur għat-trattament li fil-fatt donnu hawn il-ħsieb li mmorru lejn din it-triq u lejn il-harm reduction.", "Mentri l-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda tmur iktar lejn demand reduction milli lejn harm reduction.", "U bejn dawn it-tnejn hemm differenza għax harm reduction meta inti tipprova tevita milli jkollok tixrid ta' mard mentri demand reduction through education u through treatment billi tipprova tnaqqas il-persuna milli tieħu d-droga.", "L-INCB, li hija l-organu li tieħu ħsieb il-Konvenzjonijiet trid demand reduction, jiġifieri li l-pajjiżi jiffokaw fuq nuqqas ta' domanda mill-user u mbagħad ikun hemm il-harm reduction, fejn ikollok l-għoti ta' siringi biex ma jkunx hemm tixrid ta' mard, eċċ. Ovvjament fil-Parlament iridu jsiru dawn it-tibdiliet fil-liġijiet tagħna.", "Stramba ukoll kif f'pajjiżna għandna żewġ liġijiet fuq id-droga - il-101 u t-31 – mentri f'pajjiżi oħra għandhom liġi waħda li tkopri kollox.", "Jiena naħseb li ġara hekk minħabba li fl-1961 kellna l-Konvenzjoni tan-Narcotics Drugs u allura għamilna l-liġi tal-101 li kienet tikkontrolla r-raża tal-kannabis, l-eroina u l-kokaina.", "Imbagħad fl-1971 saret il-Konvenzjoni tal-Psychotropic Drugs li huma l-MDA jew l-ecstasy biex niftiehmu u dik ikkontrollajniha taħt il-kapitlu 31 tal-liġi ta' Malta.", "Jiġifieri għamilna żewġ liġijiet biex speċi nimxu mal-Konvenzjoni imma f'pajjiżi fl-Ewropa għandhom liġi waħda u s-sustanzi huma miktubin f'liġi waħda u mhux qegħdin maqsumin.", "Imbagħad jekk toqgħod tinnota ssib li għandek il-pieni li huma l-istess, jiġifieri kemm fil-101 u kemm fit-31 huma kważi kważi l-istess.", "Jiena ilni ħafna nippriedka biex jekk jista' jkun ikollna liġi waħda u kollox ikun skedat fiha.", "Problema lokali li għandna wkoll fil-liġijiet Maltin hi li aħna naqsmu d-drogi tagħna fi tnejn; dawk qawwija bħall-eroina u l-kokaina u dawk li jitqiesu bħala ħfief.", "U donnu m'hemmx dak ix-shade of grey in between waqt li pajjiżi oħra jaqsmuhom fi tliet kategoriji u allura b'hekk is-sustanzi tista' tiskalahom iktar aħjar.", "Din hija xi ħaġa li lilna tgħinna għax jekk ikun hemm sustanzi li fil-pajjiż nistgħu niskalawhom mod ieħor, inkunu nistgħu nħalluhom qisu fin-nofs, bħalma jiġri f'pajjiżi oħra Ewropej.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Dr Mifsud xtaqt nagħmillek mistoqsija.", "Meta tara dawn iċ-ċifri, fejn qisu m'hemmx xi pattern stabbli matul dawn l-aħħar 4 jew 5 snin, inti mill-esperjenza tiegħek kif taraha l-istampa ta' pajjiżna meta tikkomparahom ma' pajjiżi oħra fl-Ewropa u fid-dinja?", "Il-fatt li m'hemmx pattern kif tinterpretah inti?", "DR MARIO MIFSUD: Jekk pereżempju tieħu l-cannabis grass tara kif din f'daqqa waħda fl-2009 splodiet 'il fuq u l-ecstasy fl-2010 telgħu għal 42,000.", "Interessanti li f'Malta l-cannabis plants inqatgħu u kważi kważi ma baqgħux ikabbruha l-pjanta lokalment.", "Dan għaliex huwa faċli li nieħdu l-blokka.", "Fil-fatt issa nurikom ritratti ta' kif inhuma l-blokok.", "Issa r-raża tiġi mill-Marokk u allura ma baqax il-lok li tkabbar il-grass.", "Tgħiduli imma kif f'daqqa waħda daħlitilna l-grass?", "Fl-2009 kien hawn qabda kbira ta' grass, fejn kellek mal-450 kilo raża tal-kannabis ippakkjata minn barra.", "Din għal xi raġuni jew oħra l-pulizija ma nterċettawhiex meta kienet dieħla imma qabduha moħbija fuq l-art.", "Jiġifieri wieħed irid iħares lejn dawn iċ-ċifri ta' kemm il-pulizija qed jaqbdu droga.", "Dak l-ammont daqshekk kbir żgur li mhux se jidħollok mill-ajruport imma se jidħollok mill-baħar.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri milli qed tgħid inti, dawn huma li nqabdu hawn Malta u mhux li nqabdu huma u deħlin hawn Malta?", "Jew jinkludu kollox?", "DR MARIO MIFSUD: Jinkludu wkoll li deħlin in transit u dawk li nqabdu waqt li kienu fil-pajjiż.", "Pereżempju dawk l-400 kilo nqabdu waqt li kienu f'pajjiżna u mhux inqabdu waqt li kienu deħlin.", "Jiġifieri jista' ikun li dak l-ammont kollu daħal bil-baħar imma l-pulizija jew ma nterċettawhiex jew inkella interċettawha imma sabuha fuq l-art.", "ROBERT CUTAJAR: Imma allura dak juri li l-pulizija qed ifallu?", "Hija stampa reali tas-sitwazzjoni jew le?", "Qed inkun ftit kritiku f'dan is-sens biex nifhmu aħjar.", "DR MARIO MIFSUD: Irridu nżommu quddiem għajnejna li din hija skwadra li fiha se jkollok tibdil fil-persuni li jifformaw parti minnha.", "Pereżempju jkollok spettur li jilħaq supretendent u mbagħad ikollok supretendent li jilħaq assistant kummissarju.", "U dawn ikollhom ċertu knowledge li min jidħol ġdid minflokhom ma jkollux.", "Tgħiduli allura min ikun se jitlaq ma jagħtix l-informazzjoni lil min ikun se jidħol minfloku?", "Imma sakemm issir dik li ngħidilha c-change of the guard jaf ikollok dawn id-diskrepanzi.", "U dan qed jiġri wkoll fil-Qorti, fejn ikollok ġudikant fuq id-drogi tal-abbuż u dan jingħata promozzjoni.", "Hemmhekk inti qed titlef il-knowledge li dik il-persuna tkun akkwistat matul is-snin u dan mhuwiex xi suġġett faċilissimu sabiex tieħu d-deċiżjonijiet jekk ma tifhimx fit-topic.", "Jien ġieli jkolli ftit ħin u mmur nagħti l-informazzjoni lill-ġudikanti jew lill-pulizija ħalli jieħdu idea ta' kif inhu s-suq.", "Xi ħaġa oħra interessanti hija fuq l-użu lokali.", "Din l-istatistika ġejja minn rapport li ġie ppubblikat lokalment fl-2013.", "Jien mhux se nidħol fuq kif setgħu ħadu din l-istatistika imma nixtieq li jkollna aktar riċerka lokali għax għadna daqxejn batuti fiha.", "Hawn bżonn ta' aktar riċerka profonda imma rridu naħdmu b'li għandna.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Tista' tgħidilna x'inhu l-ammont ta' nies li jagħmlu użu mid-droga f'pajjiżna?", "DR MARIO MIFSUD: Ifhimni ma tistax tgħid kemm hu għax mhux kulħadd se jmur għat-trattament.", "Pereżempju, min hu fuq l-ecstasy bela' pillola u allura mhux se jmurlek għat-trattament.", "L-istess min qiegħed fuq il-kokaina.", "Ara min qiegħed fuq l-eroina se jmur għat-trattament għax għandu bżonn il-methadone.", "U huwa proprju għalhekk li jien qed ngħid li hemm bżonn li ssir ir-riċerka għax donnu aħna qegħdin dejjem naqbdu mal-eroina.", "Għall-eroina għandek bżonn is-siringi u allura mill-ammont ta' siringi meħuda mill-poliklinika jkollok idea ta' kemm għandek użu, avolja mhux kulħadd imur il-poliklinika.", "Jew inkella jkollok grupp li jmorru biex jieħdu l-methadone u allura min hemm tieħu idea.", "Imma l-istess mhux kulħadd imur għall-methadone.", "Rigward id-drogi l-oħra m'għandniex mezz ta' kif naqbduhom jekk ma jmorrux għat-trattament.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri din l-islide qed turina dawk li jmorru b'xi mod jew ieħor għall-għajnuna jew inkella l-metodu li ntuża fis-survey huwa xi ħaġa totalment differenti?", "DR MARIO MIFSUD: Din l-istatistika mogħtija fir-rapport lokali, jiġifieri din hi l-informazzjoni li nippreżentaw lill-European Monitoring for Drug and Drug Addiction fl-Ewropa ...", "THE CHAIRPERSON: Imma fuqiex inhu maħdum?", "DR MARIO MIFSUD: Maħdum fuq riċerka jew fuq l-ammont ta' nies li jmorru għat-trattament.", "Madankollu jiena nħoss li l-istampa hija ħafna ikbar minn hekk.", "Pereżempju min qiegħed fuq l-ecstasy biss mhux se jmurlek għat-trattament.", "Anke min qiegħed fuq il-kannabis taf iħoss li m'għandux għalfejn imur għat-trattament.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri probabilment li r-rata tal-eroina toqrob aktar lejn ir-realtà milli tal-oħrajn peress li min qiegħed fuq l-eroina irid il-methadone.", "DR MARIO MIFSUD: Għalhekk ir-riċerka għandna bżonnha, fis-sens li għandek ħafna nies li qed jieħdulek xi tip ta' droga u aħna ma nafux.", "Għalhekk jien daqsxejn xettiku fuq din l-istatistika.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Min kien is-sors ta' din l-informazzjoni?", "DR MARIO MIFSUD: Le, dan huwa rapport maħruġ mill-Ministeru għas-Servizzi Soċjali imma wisq probabli kellek is-Sedqa u oħrajn involuti fih ukoll.", "Dawn huma l-aġenżiji li jagħtu t-trattament jew li jiġu f'kuntatt mad-drogati u allura jistgħu jiġbru l-istatistika b'dan il-mod.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Il-mistoqsija li xtaqt nasal għaliha hija din; jekk pereżempju nieħdu l-kannabis għandek 3.5% between 15 and 64 years of age.", "Allura din it-3.5% mhux tal-popolazzjoni imma ta' dawk li rrapportaw?", "DR MARIO MIFSUD: Ta' dawk li rrapportaw.", "Ħaġa oħra interessanti hi fejn qed naraw 15 to 64 years… Jiġifieri jista' jagħti l-kas li inti għandek tiffoka fuq dawk iż-żgħażagħ li huma ta' ċertu etajiet u mhux tiffoka fuq grupp wiesa' bħal dak.", "U allura wieħed irid joqgħod attent ħafna fuq din l-istatistika.", "THE CHAIRPERSON: M'hemmx cohorts iktar żgħar?", "Pereżempju 15 to 25 years?", "DR MARIO MIFSUD: Le, m'għandniex lokalment u għalhekk għedt li rridu niffokaw aktar.", "Issa din l-islide daħħaltha għax trid tipprova tifhem l-addict.", "Dan x'għandu?", "Dipendenza fiżika jew dipendenza mentali?", "Jekk se tagħmel liġi, jekk se tibdel liġi, jekk se tagħmel dikriminalizzazzjoni, almenu jrid ikollok idea ta' x'inhuma l-addicts.", "Pereżempju għandek addict li jħossu normali jekk jieħu d-droga u allura dan jiġi hooked fuqha.", "Għandek id-dipendenza fiżika fejn il-ġisem iħoss il-bżonn tad-droga u jekk ma jeħodhiex ikollu l-withdrawal symptoms, fejn jibda jitriegħed jew jogħroq.", "L-eroina hija waħda mid-drogi li tħallilek dawn l-effetti.", "Imbagħad għandek id-dipendenza mentali fejn psikoloġikament tħoss il-bżonn li tieħu d-droga.", "Jien hawnhekk irrid nibgħat il-messaġġ li jekk se niddikriminalizzaw għandna niddikriminalizzaw darba biss?", "Jiġifieri bniedem darba biss jista' jiżbalja?", "Allura jekk persuna jkollha addiction għaċ-ċikkulata, din se ddur fuqha u tgħidilha li darba biss se tagħtiha ċans?!", "Jekk se nagħmlu pass 'il quddiem u allura se niddikriminilizzaw, fejn se nibdew nagħtu ċans lil min jutilizza d-droga u minflok nibagħtuh il-Qorti, se nibagħtuh għat-trattament, se ngħidulu wkoll ara ma jfettilekx tiżbalja t-tieni darba għax nixħtek il-ħabs?!", "Din ma tagħmilx sens għax jekk inti għandek dipendenza fiżika jew mentali, din id-dipendenza mhux darba se tiġik.", "Min ipejjep sigarett mhux se tgħidlu li se tagħtih ġurnata biex jaqta' is-sigaretti għax inkella twaddbu l-ħabs.", "L-addiction hija marda u allura trid titrattaha bħala marda.", "Issa safejn naf jien il-mard ma jiġix trattat fil-Qorti.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq nagħmel punt li aħna hawnhekk mhux qegħdin ngħidu li għandha b'xi mod jew ieħor tiġi trattata bħala att kriminali jekk tiekol iċ-ċikkulata.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiena naqbel ħafna li addictive behaviour hija marda u li inti jista' ikollok ukoll addiction għall-ikel jew għal affarijiet oħra.", "Imma qatt sar xi studju fuq l-irwol tal-pusher f'dan kollu?", "DR MARIO MIFSUD: Mela ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-pusher.", "Aħna nitkellmu ħafna fuq l-overdoses u din ikolli ħafna mistoqsijiet fuqha fil-Qorti.", "Mela għandek wieħed ħiereġ mill-ħabs u xi ħadd jagħtih qartas u dan imut.", "Jekk persuna tieqaf tieħu d-droga, speċjalment l-eroina għax fil-ħabs ikollok l-eroina, kif joħroġ mill-ħabs u jieħu ċertu ammont ta' eroina, dan jaf jaqa' f'overdose.", "Issa overdose tista' isseħħ anke minħabba l-ġenetika tal-persuna.", "Jista' jkollok persuna li ġisimha jkisser id-droga aktar malajr minn ħaddieħor u din hija xi ħaġa ġenetika.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Din hija simili għalmin jikkonsma l-alkoħol?", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq l-istess livelli?", "DR MARIO MIFSUD: Id-differenza hija fuq il-fwied u fuq kif ikissirlek is-sustanzi, jiġifieri l-overdose tista' ssir għax ikollok droga pura, jew għax tkun ilek nieqes mid-droga u mbagħad meta terġa' tieħu, issib sustanza ogħla jew inkella tista' tkun xi ħaġa ġenetika.", "THE CHAIRPERSON: Id-droga tista' trabbi tolleranza għal ċertu ammont?", "U jekk jiġix xorta waħda kkonsidrat bħala overdose jekk bażikament tibdel mingħand min tixtriha u allura l-livell tal-purita jkun aktar minn dik li kont tixtri qabel.", "F'dak il-każ xorta overdose tiġi?", "DR MARIO MIFSUD: Dażgur għax jista' ikollok tibdil fil-purità.", "Is-suq huwa wieħed klandestin.", "Biż-żmien tibda tintebaħ li min ibiegħ id-droga ma tantx jipprova jagħmilha ħażina għax inkella jitlef il-klijenti tiegħu.", "Il-pusher hija dik il-persuna li tħallat u tbiegħ id-droga.", "Issa l-pusher jista' ikun hu stess li qed jabbuża minnha u li allura ibiegħ id-droga biex iżomm il-vizzju tiegħu.", "Kellna każi fejn il-pusher stess jieħu ftit mill-eroina jew mill-kokaina u jżiedha b'xi ħaġa oħra.", "Mela jnaqqsilha mill-purità tagħha biex jieħu ftit mill-qartas għalih.", "Għalhekk il-liġijiet tagħna għandhom jirriflettu dawn l-affarijiet u ċioè il-pieni fis-sentenzi għandhom jirriflettu dak li tkun għamlet il-persuna.", "Jekk għandek pusher u dan għandu problema ta' droga, il-piena għandha tkun differenti minn xi ħadd li nqabad jittraffika ammonti kbar ta' droga.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Biex inkompli ma' dak li qalet iċ-Chairperson, wara li jmut xi ħadd b'overdose, isir post mortem ta' minn fejn xtara d-droga u kemm kienet imħallta?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: U dan jirrifletti fuq dan kollu?", "Pereżempju normalment il-pulizija, meta jmut xi ħadd b'overdose jaraw minn fejn xtara d-droga.", "Imma ħafna drabi jinstab il-qartas li jkollu biss traċċi u allura tkun taf biss li d-droga kienet eroina.", "Imbagħad ikollok it-test tossikoloġiku li jidditermina x'seta' kien l-ammont.", "Issa jien ma tantx naqbel ma' kif qed isiru ċerti implikazzjonijiet fuq l-overdoses għax jista' ikun li l-persuna tkun mardet tant tkun ilha tieħu d-droga u allura tonqos it-tolleranza tagħha għad-droga.", "Għalhekk hemm ħafna fatturi li rridu nħarsu lejhom u mhux sempliċement naraw biss li xi ħadd mar xtara qartas u miet jekk irridu nieħdu deċiżjoni ġusta.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq it-traffikar.", "Altru li taqbad persuna b'pakkett eroina jew kokaina dieħel fil-pajjiż u altru li qed taqbad swallower tal-kapsuli.", "Li kieku jien niġi fuqek u ngħidlek li għandi dawn id-90 kapsula li rridek tiblagħhom biex tibda titraffika d-droga se jkun diffiċli biex taċċetta.", "Imma dawn isibu ċerti nies li jkollhom bżonn il-flus jew li jkollhom xi problema u joffrulhom din il-proposta.", "Kellna nisa tqal li daħħlu d-droga fil-pajjiż.", "Allura dik għandha tingħata piena?", "Issa tistgħu tgħiduli iva, għandha tingħata piena għax daħħlet ammont kbir ta' droga fil-pajjiż.", "Veru dan imma allura fis-sentencing policy ta' Malta - bħalma qed jiġri barra - m'għandux ikun hemm differenza bejn bniedem li daħħal pakkett droga u ieħor li huwa swallower?", "THE CHAIRPERSON: Fil-verità hemm problema bis-sentencing policy għax ma tantx jeżistu sentencing policies.", "DR MARIO MIFSUD: Lili tinkwetanti meta tiġi tgħidli – se nitkellem fuq id-droga – li issa se nibdew nipprovaw niddeċiedu l-piena minn qabel biex niffrankaw milli jitilgħu ġurijiet!", "Ninkwieta meta nisma' dan għax l-ewwel irid ikollok xi forma ta' sentencing policy.", "Irid ikollok din il-forma għax jekk mhux se jkollok xi forma ta' sentencing policy se jidħlulek ħafna fatturi.", "Jaf ikollok avukat fl-AG Office li jiddeċiedi mod u mbagħad ikollok avukat ieħor li jiddeċiedi mod ieħor.", "U dawn qed narawhom lokalment.", "Kellna l-famuż każ tal-kannabis fejn persuna weħlet għaxar snin u nofs fuq 1.65 kg u mbagħad f'ġuri kellna persuna oħra li weħlet tliet snin u nofs fuq 1.8 kg.", "U waħda spiċċat quddiem il-maġistrat u l-oħra spiċċat ġuri.", "Dawn l-affarijiet ma jagħmlux assolutament sens u dan dan jirrifletti l-fatt li f'pajjiżna m'għandniex sentencing policy.", "Jew inkella jkollok persuna li nqabdet bi 80 gramma u teħel tmien snin!", "Jiena mort nistaqsi ħalli nara għalfejn qed jingħataw dawn is-sentenzi għax jekk se nimxu bil-proporzjon u 80 gramma tfisser tmien snin ħabs, kilo droga jfisser li se teħel 80 sena!", "Imma qaluli li għandek topping li ma tistax taqbżu.", "THE CHAIRPERSON: Taħseb li f'topic daqshekk speċifiku, maġistrat jew imħallef għandu jkun megħjun minn xi espert meta jkun se jieħu deċiżjoni?", "DR MARIO MIFSUD: Jiena naħseb li iktar milli jkun megħjun hemm bżonn li nagħmlu gwida biex ma jerġax ikollna xi mħallfin … Ma ninsewx li kellna tliet imħallfin li ġew impeached kollha fuq drogi.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandniex sentencing policy.", "Issa wieħed jista' faċilment jiċċekkja ftit is-sentencing policy li saret l-Ingilterra fuq id-droga u jsegwi lilha għax hemmhekk saret sentencing policy tajba ħafna u jagħtu ammonti kemm fuq traffikar u kemm … Apparti minn hekk inti trid tidħol fil-psikoloġija tiegħu u tara jekk huwiex naive għax jista' jkollok bniedem li ġie misled biex jittraffikalek id-droga.", "Altru li jien għandi l-intenzjoni biex nagħmlu l-att u altru li għamiltu għax veru għandi bżonn il-flus u m'għandix alternattiva oħra.", "Biex inkun onest jiena tkellimt ukoll mal-avukati tal-Attorney General u dawn qaluli li huma joqogħdu attenti li jekk ikollhom swallower ma jagħtuhx piena għolja però xorta din għadha fid-diskrezzjoni tal-Qorti għax m'għandniex sentencing policy.", "U allura mhux ta' b'xejn li kellna dawk is-sentenzi fl-Ewropa li qed jistaqsu kif huwa l-AG Officer li qed jiddeċiedi x'inhu jsir fuq id-droga.", "Għandu jkollna xi forma ta' threshold limits, kemm għall-abbuż, kemm għall-użu u kemm fuq l-ammonti.", "Issa bit-threshold limits jew bil-guidelines mhux se ssolvi l-problema għax kull każ huwa speċifiku u allura trid tarah għalih imma almenu jkollok linja gwida.", "U jekk bniedem jiżvija minnu jew jimxilek 'l hawn jew 'l hemm irid jagħti raġuni għaliex għamel hekk.", "Jien nieħu qatgħa meta jkolli tibdil fil-maġistratura għax ikollok terġa' tgħaddi mill-istess storja.", "Apparti li bħala karattru għandek ġudikanti li huma prohobitionists u għandek ġudikanti li huma harm reductionists jew demand reductionists.", "U allura tara dik id-differenza fil-liġijiet ukoll.", "Issa jekk f'dan il-kontest ma jkollokx kontroll, se jkollok inġustizzja fil-ġustizzja.", "Din hija xi ħaġa li ilni nippriedka fuqha żmien twil għalix f'dan il-pajjiż hemm bżonn li jkollna linja gwida.", "Issa ħalli nkompli bil-preżentazzjoni.", "Se nimxi pass pass fuq id-droga u hawnhekk qed taraw il-kannabis.", "Din il-pjanta m'għadniex narawha lokalment imma fit-tmenijiet konna naqbdu mixtliet kbar.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dawn il-pjanti kienu ħarġuhom ukoll waqt xi purċissjoni!", "DR MARIO MIFSUD: Araw ftit il-liġi tagħna u araw ftit x'qed jiġri barra.", "Issa hawnhekk se nidħol ftit fuq il-Konvenzjonijiet u fuq x'qed jiġri barra.", "Mela għandek il-pjanta femminili u l-pjanta maskili.", "Il-pjanta femminili normalment ikollha aktar THC contents u hemm pajjiżi bħal Franza fejn il-pjanta maskili mhijiex ikkontrollata.", "Fil-fatt din it-tip ta' pjanta maskili jkabbruha biex jagħmlu l-qanneb.", "Imma x'inhu jiġri?", "Hawnhekk qed taraw ritratt ta' pjanta tal-kannabis li hija genetically modified.", "U meta pjanta tkun genetically modified ikollha THC content ogħla, jiġifieri s-sustanza psiko-attiva tkun ogħla.", "DR MARIO MIFSUD: THC hija s-sustanza li finalment hija kkontrollata bil-liġi.", "Xi ħaġa stramba fil-liġi tagħna hi li s-sustanza psikotropika per se mhijiex ikkontrollata.", "Li hija kkontrollata fil-liġi tagħna hija l-pjanta tal-kannabis jew ir-raża tal-pjanta jew parti mill-pjanta.", "Issa dan hawn fatt kurjuż għax waqt li fil-Konvenzjoni tal-1961 hija l-flowering top li hija kkontrollata, il-werqa u l-parti tagħha ta' hawn fuq mhijiex ikkontrollata.", "Mentri f'pajjiżna kollox għandna kkontrollat minbarra l-għeruq.", "THE CHAIRPERSON: Nifhem li dik hija xi ħaġa tajba?", "DR MARIO MIFSUD: Aħna morna fl-estrem.", "Hawnhekk qiegħed nipprova npoġġikom fis-sitwazzjoni lokali.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Li qed nifhem b'dan l-argument hu - u kkoreġini jekk qed nifhem ħażin – li fuq ċerti affarijiet dħalna verament fil-fond tagħhom imma mbagħad fuq affarijiet oħra għad fadlilna x'naħdmu.", "DR MARIO MIFSUD: Eżatt, dik hi s-sitwazzjoni.", "Il-ħaġa stramba hi kif aħna morna daqshekk fl-estrem.", "Tgħiduli mela z-zokk ma fihx THC?", "Il-flowering top tal-kannabis għandna nies li huma kapaċi lokali li jagħmlu l-pjanti tal-kannabis mingħajr iż-żerriegħa, jiġifieri tkun għadha ma ffurmatax iż-żerriegħa għax hemm ikollha l-iktar ammont ta' THC.", "Issa riċentement kelli każ fejn ġabu ż-żerriegħa mill-Olanda li daħħluha fil-pajjiż permezz tal-posta.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri li timporta minn barra ż-żerriegħa mhijiex illegali?", "DR MARIO MIFSUD: Hawn Malta hija llegali wkoll.", "L-għeruq biss mhumiex illegali.", "Fil-fatt jekk naqbad iż-żerriegħa u nkabbarha ġol-laboratorju biex nara jekk hijiex sterilizzata jew le… U ġieli jkollna l-ikel tal-għasafar li miegħu jkollu ż-żerriegħa tal-kannabis imma din tkun steamed biex ma tkunx tista' tinbet.", "Imma aħna jekk insibu ż-żerriegħa mal-pjanta rridu nippruvawha.", "Dak huwa punt interessanti għax strettament inti tkun għadek ma bdejtx il-proċess ta' intenzjoni li tkabbarha għal skopijiet ta' użu.", "Imma dik għalina wkoll hija llegali.", "Din il-persuna nzertat daħlet din it-tip ta' żerriegħa.", "U hawnhekk tistgħu taraw kif tkun blokka tal-kannabis.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Qisha ċikkulata.", "DR MARIO MIFSUD: Dażgur.", "Dik hija l-blokka normali li tidħol fil-pajjiż u kull blokka tiżen 250g.", "Mela meta tinqabad kilo raża jkollhom erba' minn dawn.", "Dawn il-blokok jidħlu mill-Marokk u mbagħad tinqasam biex tinbiegħ fis-suq.", "SILVIO PARNIS: Waħda bħal dik kemm tinbiegħ lokalment?", "DR MARIO MIFSUD: Dawn huma l-karti tal-lubretti li jintużaw biex isiru l-joints u minn kull gramma toħroġ 3 joints.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: U kif jużawha?", "Idewwbuha u jagħmluha fuq it-tabakk normali tas-sigaretti?", "DR MARIO MIFSUD: Kulma jagħmlu hu li jfarrkuha biċċiet u jħalltuha mat-tabakk.", "U għalhekk li llum il-pjanti naqsu minn pajjiżna.", "THE CHAIRPERSON: Il-valur ta' xi ħaġa bħal dik kemm hu u kemm fiha grammi dik il-blokka?", "DR MARIO MIFSUD: Blokka bħal dik tiżen 250g.", "SILVIO PARNIS: U kemm tiswa?", "DR MARIO MIFSUD: Mill-aħħar rapport li ġie ppubblikat ħareġ li kull gramma raża tal-kannabis ir-retail price tagħha kien ta' €17.50.", "SILVIO PARNIS: Hija expensive mhux ħażin.", "DR MARIO MIFSUD: Għandek l-eroina li tinbiegħ €55!", "SILVIO PARNIS: U meta tinqabad id-droga xi jsir minnha?", "DR MARIO MIFSUD: Meta tinqabad xi ammont ta' droga din tiġi ppreżentata fil-Qorti u normalment tibqa' hemmhekk sal-ġuri.", "Wara l-ġuri tittieħed deċiżjoni mill-Qorti stess sabiex issir id-distruzzjoni tagħha.", "U d-distruzzjoni tad-droga ssir quddiem rappreżentanti tal-Qorti stess.", "THE CHAIRPERSON: U tkun miktuba fis-sentenza wkoll.", "DR MARIO MIFSUD: Bl-inċineratur.", "Hemm l-obbligu ta' kif issir id-distruzzjoni tad-droga u normalment din issir permezz tal-ħruq.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Allura jekk ikun hemm xi ħadd li qed ipejjep u jkun hemm xi ħadd ħdejh, dak se jiġi passive smoker?", "DR MARIO MIFSUD: Jaf ikollok effett ukoll imma jiddependi minn kemm tkun qawwija s-sustanza.", "Jekk tkun bil-weraq lokali u jkunu bil-5% THC li huwa l-ammont psikotropiku proper, - allura ma jkunx bil-flowering top li jkollu ammonti għoljin, - il-livelli ta' THC se jkunu baxxi.", "Il-kannabis iħobbu jqassmuha lil xulxin, jiġifieri mhijiex normali li wieħed ipejjep joint waħdu.", "U allura dik oħra; meta jkollok tliet żgħażagħ u dawn ikunu għamlu joint bejniethom u qassmuh, kif se tiddeċiedi xiex u min?!", "SILVIO PARNIS: Liema hi l-aktar droga popolari fost iż-żgħażagħ?", "Il-biċċa hi li llum, minħabba din il-kwestjoni tan-normalisation li qed jiġi qisu aċċettat pattern, fejn l-ewwel trid tieħu l-coke għax huwa stimulant u mbagħad meta tibda tħoss l-effetti negattivi tagħha taqa' fuq il-kannabis biex ikollok soft landing tal-effetti tad-droga, ma tkunx tista' tgħid x'inhi l-preferenza.", "Dawn imorru flimkien u għalhekk ngħidu poly-substance use.", "Din hija xi ħaġa normali u għalhekk huwa diffiċli biex tgħid xi ħaġa hekk.", "Niftakar li kien hemm proposta fejn jekk tinqabad l-ewwel darba bil-kannabis jew bil-kokaina.… Imma liema waħda se tirbaħ?", "Għax normalment jekk tinqabad biż-żewġ sustanzi titqies li għandek l-esperjenza.", "Jiġifieri wieħed irid iżomm dawn l-argumenti f'moħħu għax il-poly-substance use saret xi ħaġa komuni ħafna kemm fl-Ewropa u kemm lokali.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tgħidilna meta l-aħħar li ġie emendat il-Kap 101?", "DR MARIO MIFSUD: Jien ilni ħafna niġġieled biex ikollna l-emendi għal-liġi però qatt ma ġiet emendata.", "Qisu hawn xi biżgħa għall-emendi tal-liġi tad-droga!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma minn xiex taħseb li ġejja l-biżgħa?", "Minħabba li hemm nuqqas ta' informazzjoni fuqha?", "Jiena nimmaġina li fuq din m'hemmx argumenti politiċi?", "Jiġifieri naraha stramba!", "DR MARIO MIFSUD: Il-liġi antika sew għax hija tal-1939 u wasalna fl-2014 u qatt ma biddilna minnha jew inkella pprovajna nbiddlu minnha.", "Jiena naħseb li għax fiha ħafna kimika involuta fiha l-liġi.", "Inti għandek ċerti kimiċi li jista' jkun li l-avukati ma jkunux jifhmu daqshekk fihom jew inkella għax il-liġi hija speċjalizzata ħafna u wieħed irid joqgħod attent.", "Imma biex ngħid il-verità qatt ma sibt raġuni.", "Tkellimt ma' Kanadiżi li jaħsbu li l-AG Office jista' jkollu problema minħabba li għandek ħafna sustanzi kemikali fiha u allura trid toqgħod attent.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiġifieri minn kif għadek kemm għedt din hija xi ħaġa komuni anke f'pajjiżi oħra li ma tantx tinbidel il-liġi?", "DR MARIO MIFSUD: Kellek pajjiżi fejn inbidlet il-liġi imma kellek grupp ad hoc fil-Parlament stess li jagħtu pariri lill-Ministru jew inkella lill-Parlament.", "Hawn Malta m'għandniex hekk imma għandna a national commission li donnha qiegħda hemm fuq problemi tad-droga nazzjonali.", "Imma għal-liġi per se għad m'għandniex dak il-kumitat ad hoc li jista' jagħti parir fuq jekk se tinbidel il-liġi.", "Allura bilfors irid ikollok influss kemm mill-pulizija u kemm mis-Sedqa.", "Imbagħad għandna nuqqas ieħor kbir għax m'għandniex policy fuq id-droga.", "Kienet bdiet fl-2008 imma donnu li erġajna nsejniha.", "Issa milli jidher il-policy se terġa' taqbad.", "Jekk mhux se jkollok policy se tispiċċa b'konflitt bejn il-liġi li se tkun ikkreajt u l-policy tas-Sedqa, tal-Caritas, tal-harm reduction jew tad-demand reduction.", "Jista' jkun – u din niltaqa' magħha – li s-Sedqa tibda tgorr għax din tkun tat il-kura lil xi ħadd u mbagħad dan ix-xi ħadd jiġih każ wara xi 6 snin għax forsi jkun inqabad ikabbar il-kannabis u tispiċċa jkollok twaddbu l-ħabs għax il-liġi hekk tgħid.", "U dawk il-flus li nkunu ntefqu u dawk ir-riżorsi nkunu ħlejnihom għax meta se titfgħu l-ħabs taf joħroġlok minn hemm bil-problema tal-eroina!", "Għalhekk il-pajjiż irid ikollu policy u jrid jiddeċiedi jekk huwiex se jmur lejn harm reduction jew demand reduction u lil dawn in-nies nibagħtuhom għall-kura jew inkella se nkunu prohibitionist u kulmin jinqabad bid-droga nitfgħuh il-ħabs.", "U once li tiddeċiedi mbagħad trid tipproduċi l-policy.", "Il-problema tad-droga qiegħda tiġina total expenditure ta' €5,224,170 fl-2011 u fl-2012 ġietna €5,492,000.", "Għalhekk jekk ma jkollokx policy se tispiċċa bi problema fil-pajjiż.", "Il-policy bilfors trid tkun hemm għax inkella se jkollok problema u qed nispiċċaw nonfqu dawn il-flejjes b'mod ħażin.", "Mela kif kont qed ngħidilkom l-ewwel minn kull gramma toħroġ tliet joints.", "U din ir-raża titħallat mat-tabakk għax donnu li t-tabakk idaħħal aktar it-THC fis-sistema tal-ġisem.", "Din tista' tittieħed ukoll permezz tal-pipa normali li mill-Olanda jinxtraw ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Xorta jħalltulek it-tabakk magħha u trid tkun imnixxfa.", "Issa hawnhekk niżżilt ftit l-effetti x'jistgħu jkunu.", "Jekk se mmorru għad-dikriminalizzazzjoni jaf li l-użu jitla' u din tinkwetani ftit.", "Fil-fatt fil-pajjiż għad m'għandniex kontrolli fuq is-sewqan taħt l-effett tad-droga mentri f'pajjiżi Ewropej oħra diġà kien hemm xi żviluppi f'dan is-sens.", "Fil-fatt għandhom id-drugalyser – bħalma għandna l-breathalyser biex niċċekkjaw min qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol – biex sewwieq jiġi ċċekkjat għad-droga fuq il-post.", "Magħha din tidħol xi ħaġa oħra għax irid ikollok dan it-tip ta' kontroll u l-liġi tagħna trid tikkwantifika l-ammont ta' kemm issib.", "U fuq is-sewqan irridu nagħmlu limit.", "THE CHAIRPERSON: Tista' ma tkunx illegali imma xorta tista' toħloqlok problemi anċillari.", "DR MARIO MIFSUD: Fil-fatt jien ilni nitlob ħafna lill-pulizija sabiex min jinqabad bid-droga titteħidlu awtomatikament il-liċenzja tas-sewqan.", "Fl-Italja diġà issir u allura jekk inti tinqabad tabbuża mid-droga titteħidlek il-liċenzja tas-sewqan għax inti perikoluż fit-toroq.", "Ma nafx għalfejn hawn Malta mhux hekk.", "Għandek ċerti pajjiżi li sal-passaport jeħdulhom.", "Mela inti tista' tiddikriminalizza u fl-istess ħin tnaqqaslu ċerti drittijiet għax jekk dan qed jeħodlok id-droga u ma jridx jimxi dan se jkun ta' periklu għas-soċjetà.", "S'issa għadna niffokaw ħafna fuq l-alkoħol.", "THE CHAIRPERSON: Actually ma tantx tagħmel sens għax jekk inti għandek l-alkoħol li as such mhuwiex illegali, aħseb u ara jekk għandek xi ħaġa li hija llegali.", "Jiġifieri anke jekk ma tkunx dikriminalizzata tagħmel sens ukoll li inti jkollok limit għal min jinqabad, speċjalment jekk suppost din hija xi ħaġa llegali.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Limit fis-sewqan?", "THE CHAIRPERSON: Minħabba s-sewqan.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk inti qbadt persuna u m'hemmx dikriminilizzazzjoni, allura l-argument se jiġi li din qiegħda tagħmel xi ħaġa llegali and that supersedes il-fatt li kien qed isuq.", "THE CHAIRPERSON: It does not supersede għax hemm ir-regolamenti tat-traffiku li qegħdin jiġu miksurin u għandek ir-regolamenti tad-drogi...", "DR MARIO MIFSUD: Jien mhux hekk irrid ngħid.", "Li rrid ngħid hu li jekk inti nqbadt bid-droga, il-liċenzja tas-sewqan tiegħek għandha tiġi rtirata sakemm inti tieqaf minn dak il-vizzju jew tieħu l-kura meħtieġa.", "Jekk inti trid tibqa' tabbuża mid-droga, allura għandek problema u l-problema tista' tkun problema soċjali għal ħaddieħor.", "Din ilni nippriedka fuqha.", "U nerġa' ngħid li għandek pajjiżi li ladarba jaqbdu lil xi ħadd jabbuża mid-droga, jeħdulu l-liċenzja tas-sewqan mill-ewwel.", "Jiġifieri jien nista' nibagħtek għall-kura kemm trid u l-Istat se jħallaslek dik il-kura imma ladarba se nibagħtek għall-kura rrid neħodlok ċerti drittijiet għax inti tista' tkun ta' periklu għas-soċjetà.", "Jekk qed f'party u abbużajt minn xi sustanza, wara se tmur issuq!", "Jiena fl-1995 daħħalt il-breathalyser f'Malta imma meta ġejna biex nagħmlu l-liġi tal-breathalyser u ġibtilhom studji mill-Ingilterra fejn jgħidu li kienu jsiru spot checks bil-breathalyser ma riedux jagħmluha għax ma riedux imorru quddiem xi sala tat-tiġijiet biex iwaqqfu lin-nies li jkunu ħerġin minn dak it-tieġ!", "Imma jekk in-nies li ħerġin mit-tiġijiet mhumiex tajbin biex isuqu, m'għandhomx jitħallew isuqu.", "Sfortunatament il-breathalyser ftit qiegħed jintuża hawn Malta.", "L-unika mod ta' kif qed jintuża l-breathalyser hu li jwaqqfu bniedem li jkun għaddej fit-triq imma dan għandu jintuża f'ċerti postijiet u f'ċerti ħinijiet bħalma jsir f'pajjiżi oħra.", "M'għandekx tistenna li jsir xi accident biex tuża' il-breathalyser.", "Li rrid ngħid hu li hawn ċerti liġijiet li meta niġu biex nagħmluhom, qed ikollna nħallu ħafna loopholes fis-sistema.", "U r-raġuni li mhux ikollna ħafna accidents fit-toroq tagħna hija proprju minħabba d-distanzi qosra li għandna.", "Għalhekk wieħed irid jinnotahom dawn l-affarijiet.", "Dawn huma ftit mid-dipendenzi fiżiċi.", "Riċentement tħabbru l-ewwel imwiet li qed jaħsbu minħabba l-kannabis imma għadhom xettiċi ħafna.", "Din id-droga, għalkemm hija addictive ħafna, ma tantx tikkawża mwiet.", "Issa hawnhekk se nidħlu fil-qasam tal-MDMA jew fil-qasam tal-ecstasy.", "Fil-pajjiż għandna kontroll fuq is-sustanzi tal-MDMA li minnhom issir l-ecstasy sintetika.", "L-MDMA din is-sena se tagħlaq mitt sena.", "Irrid ngħid ukoll li mill-Freeport għaddew sustanzi llegali.", "U għalhekk hemm bżonn ta' investiment fil-laboratorju forensiku għax ilu ħafna ma jingħata investiment.", "Daħlu ammonti konsiderevoli ta' sustanzi li jgħaddu minn pajjiż għal ieħor biex issir din it-tip ta' droga.", "L-ecstasy jew l-MDMA hija kkontrollata bil-Kapitlu 31 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Mir-riċerka li għamilt u anke mill-Europol ħareġ biċ-ċar li dawn il-pilloli huma magħmula b'mod professjonali ħafna.", "Dawn għandhom professional tableting machines u jħobbu jbiddlu l-logos tal-ecstasy minn żmien għal żmien biex juru li għandhom sustanzi ġodda.", "By the way illum ma tistax tibqa' issejħilhom MDMA għax is-sustanzi qed jinbidlu ta' sikwit, speċjalment wara n-nuqqas tal-MDMA.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Mill-esperjenza tiegħek ġieli nstabu laboratorji f'Malta?", "DR MARIO MIFSUD: Laboratorji s'issa ma nstabux imma daqs 7 xhur ilu nstabet l-ewwel tableting machine.", "Din kienet a one punch machine, jiġifieri tipproduċi pillola waħda u taħdem bl-elettriku.", "U ġiet mill-Ingilterra.", "It-taħlit mhuwiex faċli biex isir u jrid ikollok knowledge sew.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għamilt din il-mistoqsija għax l-ironija hi li dan l-aħħar - għax mat-tajjeb imbagħad jidħol il-ħażin - għamilna progress kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-farmaċewtika u mbagħad ikollok dawn it-tip ta' nies …", "DR MARIO MIFSUD: Daqs 6 snin ilu l-Greċja kellha proċess sħiħ għaddej taħt ditta farmaċewtika.", "Apparti minn hekk għandna problema oħra.", "Jekk hawn Malta nsibu laboratorju min se jagħmel il-handling tiegħu?", "Min se jagħmel id-dismantling tiegħu?", "Mhuwiex faċli biex iżżarma laboratorju ta' dan it-tip għax hemmhekk ikollok kimiċi li huma splussivi ħafna.", "L-ecstasy illum hija brand name għax m'għadhiex l-MDMA li konna naraw fit-tmenijiet.", "THE CHAIRPERSON: Jimporta nistaqsik xi ħaġa?", "Jien għamilt ftit studju fuq l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad-droga fl-ewwel sena tiegħi meta kont qiegħda nistudja l-liġi u xi ħaġa li baqgħet f'moħħi kienet l-effett li jħallu fuq il-moħħ drogi differenti.", "Biċċiet minnhom speċi jieklu ċ-ċelloli tal-moħħ u biċċiet minnhom kif tieqaf tużahom terġa' tiġi għan-normal.", "Issa dawn id-drogi li qed nitkellmu fuqhom illum, il-ħsara li jagħmlulek kemm hi permanenti?", "DR MARIO MIFSUD: L-ecstasy jiddependi mis-sustanza li jkun fiha u mill-purità tagħha.", "Il-purità tagħha tvarja sew u dik hija waħda mill-problemi tagħha.", "Riċentement il-purità tbaxxiet minħabba n-nuqqas sintetiku li kien hawn.", "Xi ħaġa oħra fil-liġi Maltija hi fl-appelli tinkiteb il-kelma \"ecstasy\" li as such ma tfisser xejn għax din hija xi ħaġa ġenerika.", "Fil-fatt fil-Kapitolu 31 tissemma s-sustanza u mhux l-ecstasy.", "Imma fl-appelli jgħidu ecstasy.", "Anzi llum qed jiktbu \"sustanza psikotropika\".", "U kif kont qed ngħid trid toqgħod attent ħafna xi tgħid għax dak li jkun jista' jgħidlek; \"Ecstasy x'inhi?\"", "L-ecstasy taħdimlek fuq il-moħħ.", "Din titfa' ċertu sustanza fin-nervituri tal-moħħ.", "Din is-sustanza tissejjaħ is-serotonina li tagħmlek tħossok kuntent u tagħtik dak il-feeling ta' sociability.", "Fil-fatt tintuża anke bħala sostitut tal-alkoħol peress li meta teħodha tagħmlek sociable.", "Fil-bidu tat-tmenijiet meta daħlet din id-droga, l-alkoħol ma kienx parti mill-kultura tar-rave parties għax kienu jassoċjawh mal-vjolenza.", "Fil-fatt l-alkoħol iġib miegħu ċertu ammont ta' vjolenza għax meta bniedem jixrob isir vjolenti wkoll.", "Mentri din id-droga tagħmlek socialable ħafna.", "Imma mbagħad, la jibda jgħaddi l-effett tagħha u l-ġisem ikun kisser dik il-kimika li jkollok fil-moħħ, taqa' f'dawk li ngħidulhom il-mid-week blues.", "U dak li jkun jaħseb li jrid jieħu aktar minn din id-droga biex ineħħi d-dwejjaq li jibda jħoss imma b'dan il-mod aktar tkun qed iddgħajjef lill-moħħ tal-individwu.", "L-Amerikani kienu ħarġu bil-konklużjoni li waħda mill-effetti ta' din id-droga hi li tagħmillek it-toqob fil-moħħ.", "Imma anke l-papers li kienu ħarġu fuq din ġew irtirati.", "THE CHAIRPERSON: Dik niftakarni nitgħallimha u kienu jgħidu li din id-droga tagħmillek toqba fiċ-ċelloli ta' moħħok u qatt ma tkun tista' tirkupra.", "DR MARIO MIFSUD: Imma llum l-isudji m'għadhomx jgħidu hekk.", "Fil-fatt kellna żewġ overdoses u saru liġjiet.", "Issa din hija interessanti.", "Fl-1999 il-Ministru ta' dak iż-żmien, Dr Tonio Borg, meta nqala' l-overdose kien għamel tibdil drastiku fil-liġijiet.", "Probabilment jekk illum kellna mmorru lura konna naraw li dak iż-żmien ma kellniex knowledge fuq dawn l-affarijiet u konna ngħidu li dak li jkun irid jixrob ħafna ilma.", "Imma l-ilma kien qed ineffaħlek il-moħħ u jifqa' r-ras!", "Li kellek bżonn inti huwa ilma bil-melħ biex tnaqqas id-dehydration.", "Dak iż-żmien bdilna l-liġi tar-rave parties u għamilna ħafna kontrolli fihom.", "Imma x'ġara b'dik il-liġi?", "U dejjem hekk jiġri.", "Meta tagħmel liġi tkun qed tikkontrolla x'imkien imma mbagħad tagħti lok għal xi ħaġa oħra.", "Qisu għandek saqqu tal-ilma, li tagħfas punt u jitla' x'imkien ieħor.", "Permezz ta' din il-liġi r-rave parties saru commercial parties.", "Mela r-rave sar xi ħaġa llegali, kienu jsiru f'postijiet differenti biex jevitaw il-pulizija, eċċ. Imma meta r-rave parties saru commercial u dak li jkun ma baqax imur party għar-rave imma biex jissoċjalizza, beda dieħel l-alkoħol mad-droga.", "U allura kellek a dual problem għax għandek l-MDMA fost dawk il-grupp ta' ravers u mbagħad daħal l-alkoħol u drogi oħra.", "Mela permezz tal-liġi, b'mod awtomatiku qisek ikkreajt – u din mhux f'Malta biss ġrat imma anke f'pajjiżi oħra – a legal culture ...", "THE CHAIRPERSON: Saret b'animu pożittiv imma kellna a backlash.", "DR MARIO MIFSUD: U allura l-livell tal-alkoħol żdied f'dawn il-parties ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Insibu rave parties li ma nafux daqshekk bihom imma min irid isibhom jaf fejn ikunu hawn Malta?", "DR MARIO MIFSUD: Mill-informazzjoni li għandi - meta ġibt grupp ta' nies biex nagħmlu dan l-istudju - dawn jeżistu.", "Hawn sew minnhom u min isegwi dawn l-affarijiet ikun jaf bihom.", "Issa naf ukoll li jkun hemm xi gruppi li jsejħu l-għajnuna tal-pulizija biex iduru f'dawn il-parties.", "Imma llum għandek ukoll fenomenu ieħor, fejn l-MDMA jeħduhilek qabel ma jmorru l-parties, l-aktar jekk ikunu jafu li se jkun hemm il-pulizija.", "Mela hemmhekk għandek ukoll il-problema tas-sewqan.", "La jkunu jafu li se jkun hemm il-pulizija dawn jew ma jmorrux jew inkella jeħduha qabel ma jmorru għall-party.", "THE CHAIRPERSON: U l-effett tagħha huwa immedjat?", "DR MARIO MIFSUD: Kif jaslu jkunu diġà steamed.", "Fil-fatt jiena kont ipproponejt li meta l-pulizija jaqbduhom, – bħala medja f'party jinqabdu bejn 52 għal 80 ruħ – aħna jkollna ftehim mal-pulizija biex ikollna catchment area ġod-Depot stess, fejn ikunu jistgħu jsiru intervisti ma' dawn il-users biex inkunu nafu x'sustanzi qegħdin jieħdu.", "B'hekk jekk mhux qed issir riċerka, almenu nkunu nafu jekk humiex qed jitħalltu sustanzi ġodda.", "Qed nipprova nsib mezz kif dawn jistgħu jsiru imma sfortunatament ġejt irrifjutat mill-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien.", "Jiena kelli l-ethical approval minn King's College, fejn dawn qablu mas-sistema li kont se nuża.", "Jekk mhux qiegħda ssir xi forma ta' studju imma almenu tieħu ċerta ammont ta' informazzjoni minn dawk li jinqabdu.", "B'hekk meta inti tagħmel liġi jew xi ħaġa oħra tkun tista' tagħmilha fuq parametri li għandek fil-pajjiż u mhux bl-amment.", "Dak l-iskop tiegħi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Meta tmur f'party u ma ssibu lil ħadd b'pussess, dak li jkun jista' jirrifjuta milli jikkoopera?", "Inti kif se tkun taf jekk dan ħadhiex id-dar jew le?", "Huwa d-dritt tiegħi li nikkoopera magħkom jew nista' nirrifjuta?", "Safejn testendi jdejha l-liġi biex jekk jien nikkoopera ma ninkriminax ruħi?", "DR MARIO MIFSUD: Bażikament il-pulizija jridu jsibu d-droga fuqek biex jaqbduk għax inkella …", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ejja ngħidu li l-pulizija ġew hawnhekk, għamlu t-tiftix tagħhom imma ma sabu lil ħadd bid-droga fuqu … Imma rigward pushers xi jsir?", "DR MARIO MIFSUD: Le, mhux pushers għax jistgħu jkunu users li jkunu se jużawha fil-party.", "Mill-ftit li mort f'dawn il-parties sibt li jkun hemm ħafna li jeħduhom.", "Inti tista' tagħmel riċerka dwar dan biex tkun taf x'qegħdin jieħdu.", "THE CHAIRPERSON: L-ammont ta' droga li wieħed irid ikollu biex jiġi kkonsidrat li mhijiex għall-użu personali tiegħu huwa ammont għoli jew le?", "DR MARIO MIFSUD: Ma jeżistux threshold limits hawn Malta.", "Jiena pproponejt liż-żewġ maġistrati li għandna fuq dawn il-każijiet it-threshold limits Ewropej.", "Kien sar studju through l-MCDA li hija l-European Monitoring for Drug Addiction tal-2005 u dawn kienu taw it-threshold limits tad-drogi bħall-kannabis, eroina u kokaina għal ċerti pajjiżi.", "Issa l-pajjiżi differenti għandhom threshold limits differenti u dan jiddependi skond il-policy ta' dak il-pajjiż u skond jekk huwiex prohibitionist jew le.", "Pereżempju kullħadd irid jiffoka fuq il-Portugall għax donnu dan il-pajjiż għandu the ideal drug system.", "Il-Portugall jagħtik ammont ta' 10 days supply, jiġifieri jekk naqbdek bl-eroina, inti ma jistax ikollok aktar minn 10 grammi fuqek.", "Spanja differenti, fejn hemmhekk l-ammont huwa ta' 30 gramma.", "Imma hawn Malta m'għandniex threshold limits.", "Kif għedt lokalment m'għandna xejn u jien ilni ħafna nipproponi sabiex ikollna threshold limit.", "Issa t-threshold limit ma rridx nagħmlu biex norbot id il-maġistrat imma biex dan ikollu linja gwida għax inti jista' ikollok każ fejn persuna tkun traffikant, tkun taf kemm hu t-threshold limit u ġġorr fuqha dak l-ammont biss ħalli jekk tinqabad tiġi għall-personal use.", "U allura kull każ trid tieħdu għalih imma almenu jkollok sistema fejn għandek threshold.", "Fuq dik għandek il-vantaġġi u l-iżvantaġġi imma xorta jrid ikollok almenu sistema.", "THE CHAIRPERSON: Dr Mifsud fadlilna biss 20 minuta biex nagħlqu din il-laqgħa.", "Forsi nibdew nikkonkludu.", "DR MARIO MIFSUD: Mela ħalli nurikom ftit x'ġara f'parties lokali.", "Waħda mir-riċerki li għamilt bejn l-2006 u l-2011 kienet din; investigajt 18-il party fejn idoqqu electronic dance music, b'deejays popolari ħafna.", "Fil-fatt Malta qiegħda tattira ħafna deejays ta' ċertu fama u hemm ħafna flus involuti.", "F'dawn it-18-il party over 5 years inqabdu 172 ruħ b'sustanzi u pilloli fuqhom.", "Bħala sustanzi kien hemm 238 li kienu maqsumin hekk; 75 pilloli, 83 trab ta' lewn abjad u kannella u 73 b'materjal li jixbaħ ħafna lill-ħaxix imfarrak.", "Mill-analiżi li saru fil-laboratorju rriżulta li 61 kienu pilloli tal-MDMA, 45 kienet kokaina u 75 tal-ħaxix imfarrak kien kannabis.", "Apparti dawk is-sustanzi nstabu wkoll il-mephedrone li hija sustanza sintetika, il-meow meow, il-kaffeina għax din ukoll hija stimulant u l-paracetamol.", "Interressanti l-fatt li jkollok żgħażagħ li minħabba l-peer pressure jużaw il-paracetamol biex taparsi qed jieħdu l-kokaina.", "Instab ukoll il-lignocaine li huwa anestetiku u mhuwiex ikkontrollat bil-liġi.", "Instabet ukoll l-enfetamina u l-ketamina li dan tal-aħħar huwa wkoll anestetiku li dieħel sew fil-pajjiż.", "Għandek ukoll il-JWHO18 li hija ħaxixa sintetika li għadha mhijiex ikkontrollata fil-pajjiż.", "Din il-ħaxixa tixbaħ ħafna lill-kannabis imma hija erba' darbiet aktar qawwija minnha.", "THE CHAIRPERSON: Għal-liema droga qiegħed tirriferi?", "DR MARIO MIFSUD: Il-JWH018 hija ħaxixa sintetika u hija waħda mis-sustanzi li deħlin ġodda fil-pajjiż.", "Għandek imbagħad il-GBH li hija r-rape drug, fejn din għamilna żmien li ma kenitx ikkontrollata mentri issa ġiet ikkontrollata.", "THE CHAIRPERSON: Imma dawn ma kenux misjuba f'dawn il-parties?", "Għax qed tgħid \"sustanzi illegali u mhux misjuba\".", "DR MARIO MIFSUD: Iva kienu misjuba f'dawn il-parties.", "Dik riedet tiġi misjuba.", "Il-GBH li hija r-rape drug, jitfgħuha mad-drinks u kellna xi tliet każi tagħha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għalmin forsi qed isegwina tajjeb ngħidulu li l-argument li trid toqgħod attent x'jitfgħulek fid-drink jgħodd.", "DR MARIO MIFSUD: Morna f'party speċifiku u intervistajna 58 żgħażugħ u żagħżugħa u hemmhekk ħriġna stampa ta' x'inhuma dawn iż-żgħażagħ.", "L-età medja kienet ta' 24.9 sena.", "Bħala edukazzjoni kellhom upper secondary u tertiary level.", "Bħala xogħol kien hemm 7.2% li jaħdmu fulltime u 63% għadhom jgħixu mal-ġenituri.", "Li marru mal-ħbieb kien hemm 59.7%, 4 to 10 groups, gruppi ta' żgħażagħ flimkien u li jmorru party fil-ġimgħa kien hemm 44.8%.", "Ħin fil-party jagħmlu bejn 4 sa 6 sigħat u kien hemm 81.8%.", "Party jibda għal ħabta tal-11 p.m. u bħala żfin jagħmlulek 40% to 80% tal-ħin.", "Bħala nfiq jintefqu medja ta' €60 kull darba apparti li trid tixtri l-biljett.", "Ikollok bejn €100 u jibqa' tiela' sew.", "X'kienu l-analiżi minn dan kollu?", "Xorb alkoħoliku kellek 96.5% u l-età medja ta' meta jibdew jixorbu kienet ta' 15.4 snin.", "Tipjip kellek 60% u l-età medja ta' meta jibdew ipejpju kienet ta' 15.62 snin.", "Drogi llegali kellek 55.2% avolja ma sibnix drogi f'dak il-party partikolari imma seta' kien hemm il-pulizija u allura beżgħu jitkellmu.", "L-iktar li għamlu użu minnha kienet il-kannabis u l-età medja kienet ta' 17.24 snin.", "Ecstasy kellek 50% mentri l-kokaina kellek 46.9% u l-età medja kienet ta' 20.58 snin.", "Fl-istudju li sar kemm f'Amsterdam u kemm f'Hannover jidher li l-età ta' meta jibdew jużaw id-drogi hija kemm kemm aktar baxxa minn pajjiżna.", "L-enfetamina li sibniha wkoll jista' jkun li kienet preżenti minħabba li kien hemm xi turisti għax din ma tantx tinqabad lokalment.", "Kellek l-alca-nitrate li huwa likwidu biex ixommuh u allura jużawh l-isniffers.", "Dan il-likwidu mhuwiex illegali.", "Kellek il-magic mushroom li hija wkoll xi ħaġa barranija u pprovawha hawnhekk imma donnu għadha ftit nieqsa f'pajjiżna.", "Kellek it-nitric oxide jew il-laughing gas, li wkoll ma nsibuhx lokalment.", "Għandek l-LSD li mhijiex daqshekk komuni u s-salvja li mhijiex ikkontrollata.", "Din it-tip ta' salvja fiha l-MDA u tixbaħ lill-MDMA.", "Għandek il-mephedrone u l-GBH.", "Mela dan li għedtilkom huwa snapshot ta' party fl-2010 li huwa cocktail ta' poly substance use.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Cocktail kbir jekk għandek 96.5% li kienu qegħdin jixorbu l-alkoħol, 60.3% ipejpu u mbagħad dak il-persentaġġ li kienu qegħdin jieħdu xi tip jew ieħor ta' droga!", "DR MARIO MIFSUD : Interessanti li fix-xorb għamilna what its called The Audit Screen Tool biex naraw f'liema harm level qegħdin u sibna li bħala harm level għandek roughly xi 62.5% ta' dak l-ammont li qegħdin in severe risk of alcohol consumption.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: U mir-riċerka tagħkom deher li kien hemm dawk li jissejħu binge drinkers?", "DR MARIO MIFSUD: Jien naħseb li anke qabel il-party għax hawn qed nitkellmu fuq very severe drinkers, jiġifieri l-audit screen huwa studju xjentifiku biex naraw b'mod indirett il-persuna f'liema limit tinsab.", "U dik hija l-istampa tas-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt illum mhux jixtrulek drink imma jixtru flixkun mill-ewwel.", "THE CHAIRPERSON: Dr Mifsud, inti semmejtilna affarijiet varji li tixtieq tara li jseħħu, fosthom li jkollna liġi waħda u mhux tnejn, li jkun hawn sentencing policy, eċċ. Imma li kieku kelli ngħidlek x'inhuma l-iktar affarijiet li tixtieq tara f'dan il-kamp li jinbidlu jew li ssir imbuttatura fuqhom, liema taħseb li huma l-aktar urġenti?", "DR MARIO MIFSUD: L-ewwel ħaġa li jkollna policy nazzjonali fuq id-droga.", "Minn hemm irridu nitilqu.", "U l-MCDA qed titlobha din.", "Pressure qiegħda ssir u huwa fl-interess tagħna li nagħmluha għax jekk qed nonfqu €5 miljuni fuq il-problema tad-droga, mela policy irid ikollok.", "Wara li ssir il-policy irridu nirranġaw il-liġi.", "Issa m'hemmx għalfejn tagħmel a total overhaul imma l-liġi tista' tagħmilha tirrifletti ż-żmenijiet tal-lum.", "Imbagħad trid tara l-pajjiż jew il-Membri Parlamentari fejn iridu li jmexxu - wara li jkollhom diskussjonijiet mal-istakeholders kollha – u ċioè jekk aħniex se mmorru għad-dikriminilizzazzjoni jew għal prohibitionalism.", "Sinjura President, se nħallilek kopja tad-definizzjoni tad-dikriminalizzazzjoni.", "Jien fuq dan is-suġġett għandi definizzjoni meħuda mill-MCDA, li huwa body rikonnoxut u fejn qed ngħidu li d-dikriminalizzazzjoni tfisser mhux li d-droga tiġi legali imma li ma tibqax issir speċi mill-Qorti imma tiġi sanctioned soċjalment.", "U hemm diversi tipi ta' sanctions li tista' tagħmel bħal pereżempju, trattament jew it-teħid tal-liċenzja tas-sewqan.", "Bażikament l-MCDA tgħid li d-droga xorta hija a criminal offence imma tiġi an administrative sanction.", "Se nħallilek ukoll parti mil-liġi Portugiża fejn għandek il-konsum, l-akkwist u l-pussess ta' pjanti li huma meqjusa bħala an administrative offence.", "Jekk irridu mmorru fuq dik il-linja wieħed irid jistudja u jara jekk il-ħabs huwiex konduċenti għas-soluzzjoni għax donnu li l-ħabs mhux qed iwassal għall-għan finali fejn nixtiequ naslu.", "Irid ikun hemm xi tip ta' trattament u wieħed irid iħares lejn is-sitwazzjoni kollha biex jipprova jtejjeb l-affarijiet.", "Ġibtlek ukoll id-dokument li tlabtni fuq id-drug use and sexual abuse, fejn konna għamilna xi xogħol mad-Daphne II.", "THE CHAIRPERSON: Dan fuq is-suġġett l-ieħor.", "Imma rigward dan is-suġġett għandek xi dokument partikolari?", "DR MARIO MIFSUD: Jiena għamiltilkom kopja tal-power point stess.", "Dan ir-rapport għandu x'jaqsam ħafna ma' dak li tkellimna fuqu llum għax jinvolvi ħafna drogi.", "L-abbuż sesswali minħabba l-problema tad-drogi hija xi ħaġa li tidħol f'dan is-suġġett ukoll.", "Issa dan huwa leaflet dwar l-abbuż sesswali biex nipprovaw inkunu nafu fuq din il-kwestjoni wkoll.", "Għandna nuqqas serju f'dak li għandu x'jaqsam ma' kemm hawn nisa abbużati sesswalment u li qed jużaw id-drogi.", "THE CHAIRPERSON: Illum se jkollna naqbżu t-tielet item fuq l-aġenda tagħna li kien fuq in-nisa li qegħdin taħt il-vizzju tad-droga imma qiegħda nieħu pjaċir li se tħallilna dan ir-rapport.", "Wisq probabli se jkollna okkażjoni oħra fejn inkunu nistgħu niddiskutuh daqxejn iktar fil-fond.", "Min-naħa tiegħi nixtieq nirringrazzjak mill-qalb tax-xogħol kollu li għamilt matul dawn il-ħafna snin li ilek f'dan is-settur.", "U nirringrazzjak ukoll talli ġejt f'dan il-Kumitat sabiex taqsam magħna l-ħsebijiet tiegħek fuq dan is-suġġett għaliex aħna, ovvjament inkunu rridu nwasslu r-rakkomandazzjonijiet tagħna lill-ministri varji fil-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "Aħna nistgħu naġġornaw din il-laqgħa għal nhar l-Erbgħa 26 ta' Marzu sabiex niddiskutu r-rapport fuq il-vjolenza domestika.", "Dr Elaine Burmingham se tgħaddilna kopja tar-rapport sal-21 ta' Marzu biex aħna jkollna jkollna ftit ġranet ċans ħalli naqrawh.", "Imbagħad fis-26 ta' Marzu xogħolna jkun li niddiskutuh bejnietna ħalli nagħlqu dan is-suġġett u nkunu nistgħu nduru għal xi ħaġa oħra.", "Grazzi ħafna.", "Fit-8:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140317_021d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 21", "It-Tnejn , 17 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-18.52 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 20 li saret nhar l-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "dISKUSSJONI MA' DR MARIO MIFSUD DWAR ID-DROGI TAL-ABBUŻ LI QEGĦDIN JINTUŻAW F'mALTA", "Dr Mario Mifsud li huwa espert forensiku fuq id-drogi li jinstabu f'pajjiżna għamel introduzzjoni qasira dwar ix-xogħol tiegħu f'dan il-kamp.", "Wara ressaq lill-Kumitat il-preżentazzjoni tiegħu dwar id-drogi f'pajjiżna u l-aktar li ffoka kien proprju fuq is-sostanzi lokali, dawk klassiċi kif ukoll dawk ġodda li deħlin fil-pajjiż u x'qiegħed jiġri bħalissa minħabba d-droga tal-Cannabis.", "Punt interessanti kien li min jagħmel ċerta riċerka fuq id-droga jfittex ċertu tip ta' mużika għax din il-mużika ġġib magħha ċertu tip ta' droga.", "Fil-fatt illum fil-parties issib taħtlita ta' sustanzi, kemm dawk legali kif ukoll dawk illegali.", "Fost affarijiet oħra semma' kif illum in-nies li jmorru l-parties jafu x'għandhom jieħdu bħala drogi u huma konxji ħafna tal-effetti tagħhom.", "Tant hu hekk li qabel jibdew il-parties jieħdu l-istimulanti biex ikunu jifilħu jiżfnu u mbagħad kif jispiċċaw miż-żfin jieħdu drogi oħra biex ineħħu l-effett tal-istimulanti.", "U t-Tnejn ikunu jifilħu jidħlu lura għax-xogħol!", "Din mhijiex xi trend ta' pajjiżna biss imma hija trend li qed isseħħ barra wkoll.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l-Cannabis hija l-gate drug li twasslek għal drogi oħra.", "Mela dak li jkun jibda biha u mbagħad imur għal drogi oħra.", "Problema fil-liġi Maltija hija li din taqsam id-drogi f'żewġ sezzjonijiet biss; għandek id-droga l-aktar qawwija u mbagħad għandek l-oħrajn li huma l-ħfief imma donnu li m'hemmx dawk tan-nofs filwaqt li pajjiżi oħra jaqsmuhom fi tliet kategoriji.", "Allura meta jkun hekk inti s-sostanzi tista' tiskalahom aħjar.", "Din tgħinna biex jekk fil-pajjiż ikollna sustanzi li huma fin-nofs inkunu nistgħu neskalawhom kif suppost.", "Sentencing policy fuq id-droga hija importanti għal meta jingħataw is-sentenzi tal-Qorti.", "Huwa importanti li jkun hemm din il-gwida għax jekk mhux se jkollna xi ħaġa simili se noħolqu inġustizzja fil-ġustizzja.", "Nuqqas ieħor fil-pajjiż huwa li m'għandniex policy nazzjonali fuq id-droga.", "Din kienet bdiet fl-2008 imma mbagħad qisha ntesiet u ma tkomplitx.", "Jekk mhux se jkollok policy se tispiċċa b'konflitt bejn il-liġi per se li tkun ikkreajt u l-policy tas-Sedqa, tal-Caritas, tal-Harm Reduction jew tad-Demand Reduction.", "Fl-2011 infaqna €5,224,000 fuq il-problema tad-droga f'pajjiżna u żgur li mhijiex somma żgħira fuq din il-problema.", "Għalhekk jekk ma jkollniex policy se jkollna l-problemi fil-pajjiż.", "L-aktar affarijiet li Dr Mifsud jixtieq li jinbidlu f'dan il-kamp huma li l-ewwel ikun hemm policy nazzjonali tad-droga.", "Wara li ssir il-policy ikun hemm bżonn li titranġa l-liġi biex din tkun tirrifletti ż-żmenijiet tal-lum.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140317_021m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 18", "It-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014 fis-7.30 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.", "Diskussjoni g]all-fini tal-Art.", "Affarijiet oħra.", "17 ta' Marzu 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140318_018a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 18", "It-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 18", "It-Tlieta, 18 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.43 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 17, li saret nhar it-Tlieta, 25 ta' Frar 2014, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne): Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza:", "- Ittri datati l-10 u t-13 ta' Marzu 2014 mibgħuta mill-Viċi President tal-Kummissjoni fejn ta r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tar-Regolament għat-Twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (KUMM(2013)534) u tar-Regolament dwar monitoraġġ, rappurtaġġ u verifikar tal-emissjonijiet tad-dijossidu karbonju mit-trasport marittimu (KUMM (2013) 480), li dwarhom il-Parlament Malti kien bagħat għall-Opinjoni Motivata fit-28 ta' Ottubru 2013 u komunikazzjoni fis-7 ta' Ottubru 2013 rispettivament.", "IS-SITWAZZJONI FL-UKRAJNA", "THE CHAIRPERSON: It-tieni item fuq l-aġenda tagħna hija l-kwestjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.", "Bħalma tafu, f'dawn l-aħħar sigħat qed isiru żviluppi sinjifikanti u mgħaġġla, u waqt li aħna qegħdin nitkellmu hawnhekk, il-President tal-Federazzjoni Russa u l-mexxejja tal-Krimea jidher li ffirmaw – skont rapporti li qed jaslulna – trattat sabiex il-Krimea tingħaqad mar-Russja.", "Għalhekk, irridu niddiskutu dan is-suġġett u l-iżviluppi li qed iseħħu fi ħdan il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea.", "Mela, nistieden lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin sabiex jagħtina update dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u l-pożizzjoni ta' pajjiżna u tal-Unjoni Ewropea.", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, għandi żewġ alternattivi, jiġifieri jew naqra l-istqarrija biex tkun on record, jew inkella mmorru mill-ewwel għad-diskussjoni fuq is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.", "THE CHAIRPERSON: Jekk nistgħu nieħdu din l-istqarrija bħala moqrija u tagħtina kopja tagħha, nibdew mill-ewwel bid-diskussjoni.", "Imma ma nsib l-ebda oġġezzjoni jekk trid taqra l-istqarrija.", "GEORGE VELLA: Naħseb li jkun aħjar jekk naqraha.", "Il-Kriżi fl-Ukrajna", "Sensiela ta' protesti vjolenti, li bdew wara li l-Ukrajna pposponiet l-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea f'Novembru li għadda, wasslu għall-waqgħa tal-gvern tal-President Yanukovych fit-22 ta' Frar.", "Immedjatament wara, ir-Russja għaddiet liġi kontroversjali mill-Parlament Ukren li tippermetti intervent militari Russu fl-Ukrajna.", "Ir-raġuni li ngħatat lill-komunità internazzjonali kienet li tiġi protetta dik il-parti tal-popolazzjoni Ukrena li hija etnikament Russa.", "Diversi inizjattivi minn diversi bnadi, fosthom l-Unjoni Ewropea, għal djalogu mar-Russi sabiex titnaqqas it-tensjoni fir-reġjun fallew, u r-Russja baqgħet għaddejja bil-pjanijiet tagħha.", "Dawn l-iżviluppi wasslu biex tissejjaħ laqgħa ta' emerġenza mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-UE fl-20 ta' Frar 2014 fejn il-pajjiżi membri kkundannaw bil-qawwa il- vjolenza li kienet nibtet sew fl-Ukrajna.", "Jien ingħaqadt mal-Ministri l-oħra kollha fis-sejħa għall-waqfien immedjat tal-atti vjolenti fl-Ukrajna, u għar-rispett totali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem.", "Il-Kunsill sejjaħ ukoll lill-Gvern Ukren ta' dakinhar biex iżomm lura kemm jista' fir-reazzjonijiet tiegħu, u lill-kapijiet tal-Oppożizzjoni biex jitbiegħdu minn dawk li jirrikorru għal azzjonijiet radikali, inkluża l-vjolenza.", "Dakinhar stess, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta' Franza, il-Ġermanja u l-Polonja kienu għadhom fi żjara fi Kiev u ltaqgħu mal-President ta' dak iż-żmien Yanukovych.", "Il-Ministri qablu wkoll li dan id-djalogu jista' jkompli f'fora oħra, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), li r-Russja hi membru tagħhom.", "Għal numru ta' ġranet is-sitwazzjoni ma rat l-ebda żvilupp pożittiv sakemm, fis-27 ta' Frar, ġie mħabbar li se jissejjaħ referendum fuq l-istatus tal-Krimea fis-16 ta' Marzu 2014.", "Sadanittant, ir-Russja kompliet tisħaq li l-preżenza militari tagħha fil-Krimea u r-referendum huma ġustifikati għax imorru skont ix-xewqat li wrew in-nies stess tal-Krimea.", "Fit-3 ta' Marzu 2014, l-istess Kunsill tal-Affarijiet Barranin rega' ltaqa' b'urġenza, u ntlaħaq qbil dwar miżuri restrittivi jew sanzjonijiet fuq l-iffriżar u l-irkupru ta' assi ta' persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għall-miżapproprjazzjoni tal-fondi tal-Istat Ukren u għall-vjolazzjoni tad-drittijiet umani, bil-għan li jissaħħu l-istat ta' dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna.", "Il-Membri tal-Kunsill ikkundannaw bil-qawwa l-vjolazzjoni mhux provokata tas-sovranità u l-integrità territorjali Ukrena mir-Russja u sejħu għall-irtirar tal-forzi armati tagħha lejn l-istazzjonijiet permanenti tagħhom, b'rispett tat-trattati relevanti, fosthom il-Memorandum ta' Budapest, li ġie ffirmat fl-1994 bħala garanzija tas-sovranità tal-Ukrajna.", "L-Unjoni Ewropea sejħet ukoll lir-Russja biex tagħti aċċess immedjat lill-osservaturi internazzjonli.", "Għall-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni mill-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, li sejjaħ referendum fuq il-futur tal-istatus tat-territorju, imur kontra l-Kostituzzjoni Ukrena, u għaldaqstant kien se jkun meqjus illegali.", "Waqt laqgħa urġenti fis-6 ta' Marzu tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern sar appell lir-Russja biex tirtira immedjatament il-forzi armati tagħha mill-Krimea.", "Il-Kapijiet ta' Stat jew Gvern appellaw ukoll lill-Federazzjoni Russa biex tippermetti aċċess immedjat lill-osservaturi internazzjonali.", "Il-Kapijiet ta' Gvern ikkundannaw ukoll id-deċiżjoni mill-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li jsir referendum dwar l-istatus futur tat-territorju tmur kontra l-Kostituzzjoni tal-Ukrajna, u hija għalhekk illegali.", "Fin-nuqqas ta' azzjonijiet xierqa biex tiġi mnaqqsa t-tensjoni min-naħa Russa, il-Kapijiet ta' Stat jew Gvern iddeċidew li l-Unjoni Ewropea tieħu deċiżjoni dwar miżuri addizzjonali, bħal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi u l-kanċellazzjoni tas-Summit UE-Russja.", "Kull pass ulterjuri mir-Russja li jmur kontra l-istabilità tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna jwassal għal konsegwenzi addizzjonali u estensivi għar-relazzjonijiet, f'firxa wiesgħa ta' oqsma ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Russja minn naħa l-oħra.", "Ġie wkoll deċiż li jittieħdu miżuri li jippermettu lill-Ukrajna tibbenefika b'mod sostanzjali mill-vantaġġi offruti fiż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva.", "L-aħħar żviluppi", "Fil-15 ta' Marzu, ir-Russja wżat il-veto sabiex twaqqaf riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda, proposta mill-Istati Uniti, li kienet se tikkundanna l-azzjonijiet tar-Russi fil-Krimea.", "Dawk li intervjenew fil-Kunsill tas-Sigurtà, inkluża ċ-Ċina, bl-eċċezzjoni tar-Russja, appoġġjaw is-sovranità, l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u qablu fuq l-invalidità tar-referendum.", "Iċ-Ċina, li tradizzjonalment tivvota mar-Russi fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, astjeniet milli tivvota.", "Malta ingħaqdet ma' bosta pajjiżi oħra bħala co-sponsor ta' din ir-Riżoluzzjoni.", "Lejlet ir-referendum fil-Krimea fis-16 ta' Marzu, il-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, saħqu mill-ġdid li r-referendum fil-Krimea huwa illegali, illeġittimu, u jmur kontra s-sovranità territorjali tal-Ukrajna.", "Van Rompuy u Barroso qalu li l-Unjoni Ewropea għandha responsabilità li tassigura l-paċi fil-kontinent Ewropew, u li soluzzjoni għall-Ukrajna tista' tintlaħaq biss permezz ta' djalogu kostruttiv bejn l-Ukrajna u r-Russja.", "Fis-16 ta' Marzu, iktar minn disgħin fil-mija ta' dawk li vvotaw fir-referendum għażlu li l-Krimea tingħaqad mar-Russja.", "Il-President Russu qal li se jirrispetta x-xewqat tan-nies fil-Krimea, li ġew espressi b'mod ċar fir-referendum.", "Huwa stmat li ħafna minn dawk li jaħsbu li l-Krimea għandha żżomm l-istatus tagħha ta' qabel ir-referendum, bħalma huma t-Tatari tal-Krimea, ma marrux jivvotaw.", "L-għada stess tar-referendum ta' Marzu, il-Parlament tal-Krimea approva liġi sabiex il-Krimea tingħaqad mar-Russja.", "Is-seċessjoni tal-Krimea mill-Ukrajna b'hekk qed tiġi ffinalizzata.", "Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, waqt laqgħa tal-bieraħ tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, harġet kundanna għar-referendum tal-Krimea, filwaqt li reġa' sar il-punt dwar il-bżonn ta' djalogu mar-Russja u l-Ukrajna.", "Intlaħaq ukoll ftehim dwar miżuri restrittivi fuq individwi mill-Krimea u r-Russja li kellhom rwol attiv sabiex is-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar fil-Krimea.", "L-Istati Membri laqgħu d-deċiżjoni li jiġu ffirmati l-kapitli politiċi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukrajna waqt is-Summit tal-Kapijiet ta' Stat u Gvern fil-21 ta' Marzu.", "L-Unjoni Ewropea se tipprovdi wkoll għajnuna finanzjarja sabiex tirregola l-istabilità makro-finanzjarja tal-pajjiż.", "L-Unjoni Ewropea beħsiebha wkoll taħdem sabiex tassigura l-provvista tal-enerġija lejn l-Ukrajna u lejn l-Ewropa.", "Il-pożizzjoni ta' Malta", "Dwar l-aħħar żviluppi fil-Krimea, Malta taqbel mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li d-deċiżjoni tar-Russja li tintervjeni fil-Krimea tikser it-trattati internazzjonali bħall-Karta tal-Ġnus Magħquda, id-Dikjarazzjoni fuq il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali tal-1970, l-Att Finali tas-CSCE (il-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa) ta' Ħelsinki tal-1975, u l-Memorandum ta' Budapest tal-1994, li jiggarantixxi l-integrità territorjali tal-Ukrajna.", "F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, jikkunsidraw l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa bħala ksur tal-liġi internazzjonali u theddida għall-integrità territorjali tal-Ukrajna bħala Stat sovran.", "Ta' min wieħed isemmi li Malta bagħtet żewġ uffiċjali biex jipparteċipaw fil-missjoni tal-OSCE (Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa).", "Din il-missjoni ġiet imwaqqfa milli tidħol fil-Krimea, u għalhekk l-uffiċjali Maltin kellhom jerġgħu lura Malta.", "Malta ssostni l-irwol kruċjali ta' din l-Organizzazzjoni fit-tfittix ta' possibiltajiet biex titrażżan il-kriżi u tiġi evitata żieda fil-vjolenza.", "Malta temmen li huwa kruċjali li l-Ukrajna żżomm relazzjonijiet mill-qrib mal-Unjoni Ewropea biex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-partijiet kollha fir-riformi politiċi li qed iseħħu.", "Huwa importanti ħafna wkoll li s-sitwazzjoni makro-ekonomika fl-Ukrajna terġa' tissoda malajr kemm jista' jkun.", "Malta laqgħet il-pakkett komprensiv ta' assistenza ekonomika mill-Unjoni Ewropea bil-għan li tinstab soluzzjoni sostenibbli fl-Ukrajna.", "Għal din ir-raġuni, Malta ssostni li tibqa' miftuħa l-possibilità li l-Ukrajna tiffirma kemm Trattat ta' Assoċjazzjoni, kif ukoll Ftehim Komprensiv u Profond ta' Kummerċ Ħieles mal-Unjoni Ewropea.", "Djalogu kontinwu u kostruttiv mal-Ukrajna huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-inklussività fil-livelli kollha tal-gvern mill-awtoritajiet Ukreni, u biex ir-riformi politiċi jkunu msawra b'mod li jilħqu r-reġjuni kollha tal-pajjiż, il-gruppi li jikkostitwixxu l-popolazzjoni, u biex jiġi assikurat ħarsien sħiħ tal-minoritajiet nazzjonali skont il-wegħdiet internazzjonali tal-Ukrajna.", "L-elezzjoni presidenzjali, li se tinżamm fl-Ukrajna fil-25 ta' Mejju, se jkollha rwol important ħafna f'dan ir-rigward.", "Hemm bżonn ukoll li ma nħallux l-iżviluppi fl-Ukrajna ifixkluna mit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi oħra fil-Viċinat tal-Lvant, bħalma huma l-Georgia u l-Moldova.", "Filwaqt li l-Unjoni Ewropea għandha żżomm pożizzjoni soda, anke permezz ta' miżuri restrittivi kif ġew adottati mill-Kunsill tal-Ministri, Malta fl-istess ħin tesprimi l-fehma li d-djalogu mar-Russja jinżamm miftuħ.", "Irridu nevitaw xenarju li jħalli effett negattiv fuq il-kooperazzjoni internazzjonali mar-Russja fuq kwestjonijiet ta' natura globali oħra, bħall-kwestjoni tal-Iran, is-Sirja u l-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani.", "Mela, dik kienet l-istqarrija dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.", "Għandkom aċċess ukoll għal dawk li huma l-Council conclusions tal-General Affairs Council.", "Issa se nagħtikom il-ġist tal-aħħar intervent li għamilt proprju l-bieraħ fi Brussell, u mbagħad wara se ngħidilkom x'kienet il-pożizzjoni finali tal-konklużjonijiet.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li Malta m'għandhiex l-impatt li għandhom pajjiżi kbar, bħall-Italja, Franza u l-Ġermanja, f'dak li huwa kummerċ u negozju bejnhom u bejn ir-Russja.", "Madankollu, esprimejt it-tħassib tagħna dwar il-futur u l-istabilità tal-Ewropa, in-nuqqas ta' rispett tal-ftehim internazzjonali u t-trattati, u n-nuqqas ta' rispett għas-sovranità u l-integrità territorjali.", "Għedt ukoll li m'għandniex nippreġudikaw ir-relazzjonijiet tagħna mar-Russja tal-futur minħabba l-irwol importanti li lagħbet ir-Russja fil-fora internazzjonali f'dawn l-aħħar xhur u sena rigward is-Sirja u l-Iran.", "Għedt li konna qegħdin nittamaw – hoping against hope – li ma jkunx hemm escalation tas-sitwazzjoni, imma konna wkoll iddiżappuntati minħabba dak li kien seħħ sal-bieraħ.", "Iddikjarajt biċ-ċar li aħna naraw li r-referendum huwa llegali u huwa kundannabbli għax, kif diġà għedt fl-istqarrija, dan qiegħed jikser il-Kostituzzjoni Ukrena u jmur kontra l-ftehim ta' Budapest tal-1994, biex ma nsemmix l-Att Finali tas-CSCE ta' Helsinki tal-1975 u l-liġi internazzjonali.", "Għamiltha ċara li kien jidher b'mod ċar li l-Krimea mhijiex se tirritorna lejn l-Ukrajna u li, sa dak il-ħin – konna qegħdin nitkellmu fuq il-bieraħ wara nofsinhar – kien għad tista' titpoġġa l-mistoqsija fuq jekk kemm-il darba r-Russja kenitx se tipproċedi biex tagħmel annexation, jew inkella kenux se jistqarru li jaċċettaw li l-Krimea tkun indipendenti u mhux annexed mar-Russja.", "Dak il-ħin kont qed ngħid li għandna naraw kif nagħmlu biex kemm jista' jkun il-proċess ma jitkompliex, imma tant l-affarijiet qegħdin jiġru minn ħin għall-ieħor li ma tlaħħaqx magħhom.", "Għedt li bħala pajjiż aħna naqblu ħafna li jkun hemm missjoni ta' monitoraġġ mill-OSCE, u din hija importanti ħafna għax ir-Russja hija mdaħħla fiha wkoll.", "Però, għall-bidu kellna l-messaġġ li r-Russja it boycotted b'veto mill-ewwel li ma jkunx hemm din il-missjoni, imma mbagħad eventwalment din aċċettat ukoll.", "Dan huwa punt interessanti ħafna għax, meta kellna laqgħa filgħodu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin il-ġdid Ukren, qam il-punt li huma jkunu jridu li din il-missjoni jkollha mandat li jkollha monitoraġġ fil-Krimea, li huwa immaġinabbli, u aħna qed ngħidulu li short of that, trid taċċetta li tkun missjoni li għallinqas ikollha monitoraġġ fil-parti bħal Donetsk, Kharkiv u Kiev, ħalli tkun hemmhekk qabel ma jidħlu r-Russi, u ħalli jkollna feedback minn hemmhekk ta' x'inhu jiġri.", "Din kienet xi ħaġa diffiċli to send across, u kien hemm ħafna ministri li kienu ddiżappuntati għall-mod ta' kif beda jirrispondi dan il-Ministru l-ġdid tal-Affarijiet Barranin.", "Kif għedt ukoll, aħna ko-firmatarji u co-sponsors tar-Riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda li, sfortunatament, it did not take off.", "Imbagħad, iddikjarajt li aħna qegħdin naqblu ma' dawn it-targeted sanctions, però mhux li jkunu sanzjonijiet ekonomiċi jew ta' natura kummerċjali, ovvjament bir-rispett lejn il-pajjiżi l-oħrajn kbar bħall-Italja u l-Ġermanja li għandhom negozju enormi mar-Russja.", "Aħna qed ngħidu li għandhom ikunu sanzjonijiet li jibagħtu messaġġ politiku, bħal pereżempju, li ma jitkompliex is-summit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja.", "Aħna favur li jkun hemm approach gradwali u moderat għas-sanzjonijiet.", "Il-punt li pprovajt nagħmel, anke wara li ltqajna mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin filgħodu, kien dak li għandna nimbottaw ħalli jkun hemm elett kemm jista' jkun malajr fl-Ukrajna gvern li jkun demokratiku, li jkun rappreżentattiv, u fuq kollox li jkun gvern kompetenti, għaliex s'issa ssemmew ċerti nies li wieħed għadu ma jafx x'inhi l-kompetenza tagħhom.", "Barra minn hekk, l-enfasi kienet li jrid ikun gvern li jiddikjara li jirrispetta d-drittijiet tal-minoritajiet, u li jiddikjara ruħu wkoll kontra l-anti-semitiżmu – għax hemm dan il-moviment ukoll għaddej.", "Interessanti – u semmejtha wkoll – li jridu joqogħdu attenti li dan il-gvern ġdid jipproġetta l-image tiegħu u jagħti assigurazzjonijiet ċari li ħadd minnhom mhu mill-extreme right, li ħadd minnhom mhu Nażista, u ħadd minnhom mhu Faxxista, għax dik hija l-propoganda li qiegħda tagħmel ir-Russja fuq dan il-gvern li hemm illum.", "Għedt ukoll li aħna nissapportjaw kull tip ta' assistenza ekonomika biex nindirizzaw il-problemi finanzjarji li hemm fl-Ukrajna, u li aħna favur li jiġi ffirmat kemm jista' jkun malajr il-kapitli politiċi tal-Association Agreement mal-Ukrajna, u naqblu wkoll li jkun hemm visa facilitation, jiġifieri li jħaffu kemm jista' jkun malajr il-proċess tal-visas bejn in-nies tal-Ukrajna u l-bqijia tal-Ewropa, kif ukoll li jkun hemm people to people contact.", "Ġbidt ukoll l-attenzjoni għall-fatt li issa rridu nikkonċentraw fuq il-Moldova u fuq il-Georgia, għax dawn jafu jkunu huma the next targets!", "Għedt ukoll li naqbel mal-fatt li għandna niffirmaw l-association agreement magħhom u d-deep and comprehensive free trade area kemm jista' jkun malajr.", "Għedt li naqbel mal-lista tal-individwi li kienu mniżżlin, fejn b'kollox hemm 21 persuna li ġejjin mill-Parlament Russu, mill-Parlament tal-Krimea, kif ukoll mill-kamp militari.", "Din il-lista ġiet diskussa għal kważi ġurnata u lejl sħiħ fi ħdan il-COREPER.", "Kulħadd kellu l-pożizzjonijiet tiegħu; però, eventwalment, kien hemm qbil u wasalna fuq ċerti individwi.", "Kien importanti wkoll li wieħed joqgħod attent li ma jersqux wisq lejn Putin, għax fil-każ mmorru mill-ewwel għalih.", "Jekk trid tibqa' żżomm ċerti channels of communication u jibqa' jkollok ma' min titkellem, jiena kważi kważi kont naqbel li jekk jista' jkun ma jkun hemm ħadd mid-Duma għax il-parlamenti jistgħu jitkellmu flimkien; però dak kien a long shot u n-nies tagħna kienu jafu safejn għandhom jaslu, u fil-fatt wasalna għal lista li qabel magħha kulħadd.", "Fil-fatt, meta ġejna għall-Kunsill, nista' ngħid li lanqas kien hemm dibattitu fuq il-lista, għax Catherine Ashton insistiet li din hija l-lista tal-COREPER u li konna diġà qbilna fuqha.", "Mhux qed ngħid li l-Ħamis, meta se jkun hemm il-laqgħa tal-kapijiet tal-Istat, din il-lista ma tistax titwal jew jiżdiedu l-ismijiet fiha.", "Din qed nagħmilha ċara u li m'għandhiex x'taqsam mal-lista li ppubblikaw l-Istati Uniti tal-Amerika.", "Fil-fatt, dawk għandhom lista għalihom, u l-lista tal-Ewropa m'għandha x'taqsam xejn.", "L-aħħar ħaġa li għedt – u din I hold very strongly fuqha – waqt it-tour de table waqt id-diskussjonijiet, kien hemm il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Finlandiż li, fost affarijiet oħra, qalli li jkun interessanti li niddiskutu how we managed to get into this mess.", "Din hija xi ħaġa li għedtha drabi oħra, imma ma ridtx ngħidha daqshekk pubblikament.", "Madanakollu, ħadt l-okkażjoni u għedt li kieku jien forsi ma ngħidx \"how we came into this mess\", imma \"how we came into this situation\".", "Dan huwa każ fejn wieħed m'għandux jiddiskuti mil-lat akkademiku, għax mhuwiex eżerċizzju akkademiku.", "Dan huwa eżerċizzju politiku, u wieħed irid janalizza b'lura, step by step, kif wasalna f'din is-sitwazzjoni ħalli nevitaw l-iżbalji li saru, u b'hekk ma nirrepetuhomx meta niġu għall-każ ta' Georgia u tal-Moldova.", "Illum kulħadd qed jammetti li l-Ewropa kienet naive għax kulħadd ħaseb li se nibqgħu għaddejjin u r-Russja mhijiex se titkellem, imma kif nafu l-affarijiet huma li huma llum.", "Is-sitwazzjoni, anke mill-bieraħ sal-lum, kompliet tmur oltre.", "L-informazzjoni li waslet hija li l-annexation hija fatt tal-Krimea mar-Russja.", "Il-biża' li hemm huwa li l-attenzjoni ddur għan-naħa tal-Lvant tal-Krimea, fejn qegħdin nitkellmu fuq Donetsk u Kharkiv.", "Hemmhekk diġà hemm allegazzjonijiet li l-pulizija qegħdin jaħtfu l-passaporti ta' ċerti persuni, u hemm min qed jibża' u qed jipprova jaħrab lejn il-Belarussja jew lejn ir-Rumanija.", "U allura hemmhekk għandek stat ta' paniku.", "S'issa, minn dak li qed jgħid Putin – u dan ġie ddikjarat fid-diskors li għamel fil-Pjazza l-Ħamra – jidher li m'għandux interess li jaqsam l-Ukrajna, u qed jgħid li l-Ukrajna hija parti minnhom, li l-Ukreni huma ħuthom, u li mhumiex se jkissru dan il-pajjiż.", "Kemm tagħti importanza lil dan id-diskors wieħed irid jarah aktar 'il quddiem; però, Malta s'issa qiegħda f'dan il-kamp u appoġġjajna dawn il-konklużjonijiet.", "Il-konklużjonijiet jgħidu ċar u tond li r-referendum huwa llegali, li mhuwiex demokratiku, u li sar taħt ċirkostanzi li mhumiex aċċettabbli.", "Il-Kunsill jirrakkomanda negozjati bejn l-Ukrajna u r-Russja, jitkellem fuq it-travel restrictions u l-assets freeze u fuq il-lista ta' persuni li ġew addottati f'dan il-Kunsill.", "Kien hemm l-offerta tal-Unjoni Ewropea li tiffaċilita d-djalogu bejn l-Ukrajna u r-Russja, u li jkun hemm djalogu kostruttiv.", "Sa dak il-ħin, anke kif tkellimna aħna, wieħed jipprova jitlob u jħeġġeġ lir-Russja biex ma ssirx l-annexation.", "Hemm daqsxejn tal-inbiħ ukoll għax qed jgħid li, jekk kemm-il darba jiġri hekk u l-affarijiet imorru aktar 'il quddiem, se jkun hemm additional and far-reaching consequences, u għandek il-monitoring mission tal-OSCE li tmur ġewwa l-Ukrajna.", "Il-konklużjonijiet ikomplu billi jħeġġu sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju bejn l-Ukrajna u biex jiġu ffirmati l-association agreements tal-Ukrajna mal-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad, importanti ħafna huwa l-commitment sabiex ikun hemm support ekonomiku u finanzjarju sabiex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ekonomika ħażina ħafna li hemm fl-Ukrajna, liema sitwazzjoni sejra mill-ħażin għall-agħar minn siegħa għall-oħra.", "L-appell hu biex jiġi elett gvern demokratiku u li jkun verament rappreżentattiv tal-Ukrajna kollha, u li jkun hemm daqsxejn ta' assigurazzjoni li l-Ewropa tkun lesta li tgħin lill-Ukrajna jekk kemm-il darba se jkun hemm logħob mal-provvista tal-enerġija li, bħalma nafu, tiddependi kollha mir-Russja.", "Fl-aħħar, jirrakkomandaw li jkun hemm fair and free elections, li jkun hemm preżenza tal-missjoni tal-OSCE u, jekk hemm bżonn, anke tal-Council of Europe, ġewwa l-Ukrajna.", "L-aħħar punt kien li jiġi liberalizzat l-aċċess tal-visas ħalli jkun hemm people to people contact, u li wieħed jassigura dawn l-affarijiet lill-poplu.", "Bejn wieħed u ieħor, dan hu li jinsab għaddej bħalissa.", "Hemm ħafna nuances li wieħed jista' jidħol fihom, imma l-essenza dik hi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nifhem li l-pożizzjoni tal-Gvern għandha tkun konformi mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għax illum, fuq affarijiet barranin, nipprovaw nimxu in line mal-partners Ewropej.", "GEORGE VELLA: Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea tiġi fformata bl-opinjonijiet tal-pajjiżi membri, jiġifieri aħna ma mmorrux hemmhekk b'pożizzjoni lesta diġà.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Dan il-Kumitat mhuwiex biss rappreżentattiv tal-Gvern imma tal-Parlament kollu, u allura naħseb li, bħala Parlament u bħala Kumitat Parlamentari, għandu jkollna l-pożizzjoni tagħna.", "Jien qed nara tliet punti ewlenin li bħala Kumitat għandna naqblu dwarhom.", "L-ewwel nett, irridu nappellaw biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm iktar eskalazzjoni tas-sitwazzjoni, speċjalment fin-naħa tal-Lvant, bħal Donetsk u l-ibliet ta' madwar l-Ukrajna, u dejjem irridu nisħqu li s-soluzzjoni għandha tkun soluzzjoni diplomatika u 'l bogħod minn interventi militari.", "Irridu ngħidu wkoll li nemmnu fil-prinċipji tal-OSCE, u s-sena d-dieħla se niġu għall-anniversarju importanti tal-Helsinki Act, waqt li l-OSCE, fil-Code of Conduct tagħha, għandha b'mod ċar li pajjiż ma jistax jannessa xi territorju ta' pajjiż ieħor.", "Għalhekk, l-appell tagħna għandu jkun biex l-ewwel nett bħala Parlament, imma naħseb li ukoll bħala Gvern, irridu nisħqu li l-prinċipji tal-Code of Conduct tal-OSCE għandhom ikunu osservati minn kulħadd.", "It-tielet ħaġa naħseb li, fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea, nemmen li l-pożizzjoni tagħna għandha tkun ukoll li nħeġġu l-partners tagħna Ewropej ħalli kemm jista' jkun jgħinu lill-poplu Ukren, anke b'mod ekonomiku, għaliex naħseb li l-aktar soluzzjoni li nistgħu noffru hija dik li nsaħħu l-pożizzjoni tal-Gvern Ukren li eventwalment irid ikun elett demokratikament mill-poplu tiegħu.", "Dan għaliex, jekk se jkun hemm Gvern Ukren dgħajjef, se jkun hemm it-tentazzjoni li jkun hemm indħil minn forzi barranin.", "Dawk huma l-punti li naħseb bħala Kumitat għandna naqblu dwarhom, u din għandha tkun il-pożizzjoni tagħna.", "Issa nixtieq niftaħ din id-diskussjoni magħkom, u għalhekk nilqa' il-kummenti tagħkom.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru kemm sinċerament jaħseb li dawn il-miżuri se jkunu effettivi?", "Jekk ir-Russja tiddeċiedi li tagħmel s-sanzjonijiet, kif se tiġi affettwata l-Ewropa?", "GEORGE VELLA: Il-mistoqsijiet li saru huma pertinenti u kulħadd qed jirrifletti fuqhom, u għalhekk meta tkellimt fil-laqgħat li kellna bejnietna, kif ukoll fil-Kunsill, għedt li aħna ma nistgħux ngħidu li mhux se nitkellmu għax din mhux se tħalli impatt kbir fuq l-ekonomija tagħna jew fuq il-kummerċ tagħna.", "Hemm pajjiżi li, jekk kemm-il darba r-Russja tieħu counter measures, taf iġġibhom għarkopptejhom.", "Apparti l-enerġija, jekk ir-Russja jfettlilha tagħlaq il-pipelines li għandhom fl-Ukrajna għall-Ewropa, l-Ewropa trid tara x'se tagħmel biex iġġib l-enerġija.", "Hemm serħan tal-moħħ minħabba l-fatt li r-Russja ma tistax iċċaħħad lilha nnifisha mill-introjtu tal-flus tal-bejgħ tal-gass biex tinki lill-Ewropa.", "U allura hemmhekk għandek bilanċ ta' poter.", "Min-naħa l-oħra, meta wasalna f'dan l-istadju ta' qisu might is right, jidher biċ-ċar li ħadd min-naħa tal-Punent m'għandu l-ħsieb jew l-idea li jkun hemm feet on the ground, jiġifieri żgur li mhux se jkun hemm rispons militari.", "Il-kwestjoni hija li Putin huwa an expert chess player, u rajnih kif lagħab il-kwestjoni tal-Iran u l-kwestjoni tas-Sirja, kif ukoll kif lagħab f'din il-kwestjoni u għamel il-mossa li kellu jagħmel meta kellu jagħmilha.", "Issa, x'se tagħmel l-Ewropa hija xi ħaġa oħra.", "Il-punt li l-aktar qed ibeżża' u qed iħasseb huwa x'se jiġri mill-Georgia u mill-Moldova.", "Il-Georgia diġà għaddiet fl-2008 mill-kwestjoni tal-Abkhazia u tas-South Ossetia.", "U l-Moldova għandha it-Transnistrija li wkoll huma poplu Russu u li, jekk jagħmel bħalma għamlet l-Krimea, dawn se jinqatgħu biċċa biċċa.", "Fil-fatt, diġà hemm rapporti ta' xi incursions fil-limiti tal-Moldova.", "Suppost għandi appuntament mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Moldova li kellha tiġi hawnhekk fil-11 ta' April.", "Ovvjament, ma konniex qegħdin nipprevedu li l-affarijiet se jiżviluppaw b'dan il-mod, u ma niskantax li jiġi kkanċellat kollox minħabba li jridu jikkonċentraw fuq x'se jiġri f'pajjiżhom.", "Madankollu, irid jingħata sinjal lil dawn il-pajjiżi, u għalhekk tkellimna fuq li għandu jkun hemm l-iffirmar kemm jista' jkun malajr tal-association agreement.", "Imma, jekk kemm-il darba r-Russja trid tagħmel bħalma għamlet fil-Krimea, għiduli min se jżommha!", "L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Skużawni li wasalt tard, imma kont qiegħed fil-Plenarja.", "Naħseb li l-Ministru diġà spjega fuq is-sitwazzjoni fil-Krimea.", "Kemm hija legali l-azzjoni li saret fuq il-Krimea fuq livell internazzjonali, u din saret biex il-Krimea tkun stat sovran u indipendenti jew biex tagħmel parti mir-Russja?", "Id-digriet ġie ffirmat biex jiġi annexed?", "GEORGE VELLA: Ir-referendum kien biex jinqata' mill-Ukrajna u jirritornaw, għax huma jgħidu li ngħatat lill-Ukrajna fl-1954 minn Khrushchev, u Putin qal li dan sar bejn tlieta min-nies li ma kenux jafu x'inhuma jagħmlu.", "Issa se jiġi jgħidilna li l-breakdown tas-Soviet Union probabbilment hekk sar ukoll!", "Kien hemm il-possibilità li, għalkemm il-poplu jkun ivvota biex jinqata' mill-Ukrajna, seta' jibqa' in suspension, imma mhux li jiġi annexed mar-Russja.", "Sal-bieraħ, fil-Kunsill konna qegħdin ngħidu li forsi jieqfu hawn; però, fid-Duma diġà kien hemm id-draft bill li kien qed jiġi ppreparat biex tiġi awtorizzata l-annexation.", "Fil-fatt, ġiet iddikjarata li se tiġi annexed magħha, però għad trid tiġi fil-Parlament u ffirmata mill-President tar-Russja, u mbagħad trid tiġi ratifikata mid-Duma.", "Dik hi t-triq li se jieħdu, m'hemmx dubju fuqha.", "GEORGE VELLA: Lanqas l-Unjoni Ewropea mhu se tirrikonoxxi li l-Krimea mhijiex parti mill-Ukrajna.", "U din hija deċiżjoni politika.", "Jekk tirrikonoxxi tkun qed tagħti appoġġ lil referendum li sar b'mod illegali għax il-Kostituzzjoni Ukrena ma tippermettix li reġjun jagħmel referendum jekk mhux bil-permess tal-Kostituzzjoni.", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-punt tal-illegalità huwa l-aktar fuq din.", "GEORGE VELLA: Għandek il-ksur tal-Ftehim ta' Budapest tal-1994 għax l-Ukrajna ċediet il-forza nukleari tagħha u kienet ġiet imwiegħda l-protezzjoni mir-Russja, mill-Ingilterra u minn pajjiż ieħor.", "Imbagħad, għandek l-OSCE Helsinki Act u l-liġi internazzjonali, jiġifieri ma tistax taqbad u tidħol f'pajjiż u tieħdu lura!", "Hemm paper tajba ħafna mill-Ispanjoli fuq din.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tgħid li ma jistax ikollok referendum … Apparti li qed tikser il-liġi kostituzzjonali u l-liġi internazzjonali, però anke fl-ambjent li fih sar ir-referendum, fejn kellek a complete control tal-media u ma kellekx id-dritt ta' min irid jitkellem kontra.", "U r-reporters internazzjonali ma ġewx imdaħħlin.", "Il-missjoni tal-OSCE lanqas ħallewhom jidħlu biex jagħmlu l-monitoraġġ li kellhom jagħmlu, u allura żgur li ċ-ċirkostanzi ma kenux dawk li aħna mdorrijin bihom.", "Se tibqa' tgħid li huwa llegali u mhux leġittimu; imma, so what?!", "LUCIANO BUSUTTIL: Pereżempju, jekk tmur fil-Port ta' Sevastopol kien hemm in-Navy Russa u dik Ukrena.", "Ħaduha r-Russi, jew inkella marret lura?", "GEORGE VELLA: Kien hemm skontru bejn il-baħrin taż-żewġ flotot, li bdew jhedduhom biex iċedu l-armi, u kien hemm xi ġlied żgħir; però, x'inhi s-sitwazzjoni attwali ma tistax tkun taf eżatt minħabba l-media blockage.", "At one stage, kien hemm rapport tal-BBC li kien qed jgħid li nqatel xi ħadd, imma l-verità hija skarsa u ma tistax tgħid x'inhu jiġri fir-realtà.", "Imma m'hemmx dubju li dak il-port huwa f'idejn ir-Russi.", "THE CHAIRPERSON: Hawn aktar kummenti fuq dan is-suġġett?", "(Onor. Membri: No) Mela, nirringrazzja lill-Ministru Vella tal-kummenti ċari ħafna li għaddielna fuq is-sitwazzjoni Ukrena, u m'hemmx dubju li sa għada filgħodu se jkun hemm żviluppi ġodda.", "Jien qiegħed nassumi li se jkollna okkażjonijiet oħra fejn nerġgħu niddiskutu l-Ukrajna f'dan il-Kumitat.", "DISKUSSJONI GĦALL-FINI TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ IR-RATIFIKA TA' TRATTATI / FTEHIMIET", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għas-suġġett li jmiss li huwa d-diskussjoni għall-fini tal-Art.", "Nilqa' magħna għal din id-diskussjoni lis-Sur Ivan Bugeja, mill-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni, u nistiednu sabiex jispjegalna fuq fuq xi jfisser għalina dan il-ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u n-Norveġja.", "IS-SUR IVAN BUGEJA (Uffiċjal mill-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni): Dan huwa ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja fuq is-sistema satellitari tal-Ewropa li jisimha Galileo.", "Bħalissa jeżistu żewġ sistemi satellitari ta' navigazzjoni li huma l-GPS, li hija sistema Amerikana, u l-GLONASS, li hija sistema Russa.", "Kif tafu, dan it-tip ta' sistemi satellitari, speċjalment il-GPS, huma għodda kritika ħafna għat-trasport u li, jekk tieqaf xi sistema minnhom, it-trasport li huwa dipendenti fuqhom jispiċċa jieqaf ukoll.", "Għandek trakkijiet li jaqsmu bejn il-kontinenti, taxis, vapuri, kif ukoll ajruplani li kolha mqabbdin ma' sistema satellitari biex ikunu jafu eżatt fejn qegħdin metru b'metru.", "Għandek ukoll miljuni ta' ċittadini Ewropej u minn madwar id-dinja li jużaw is-sistema tal-GPS jew tal-GLONASS fil-karozza jew inkella fil-mobiles tagħhom.", "Issa dawn is-sistemi, biex jaħdmu, jużaw timing li huwa preċiż ħafna.", "Jiġifieri, dawn is-satelliti jittrasmettu signal li jagħti ħin preċiż ħafna, u dan is-signal jiġi wżat wkoll minn diversi azjendi, industriji u setturi varji, fosthom il-banek.", "Fil-fatt, meta dawn jiġu biex jagħmlu electronic transaction bejniethom, irid ikun hemm tip ta' time stamping ta' meta l-kuntratt ġie effettwat, u allura jrid ikun hemm ħin preċiż.", "Il-banek jużaw dan il-ħin ukoll meta jkunu fl-iStock Exchanges.", "Dawn is-sistemi kollha jaħdmu billi jaqbdu ma' dawn is-sistemi satellitari, li għandhom dawk li jgħidulhom atomic clocks, li huma arloġġi preċiżi ħafna.", "U jekk dawn jieqfu, se jkollok effett kemm fuq it-trasport, kif ukoll fuq l-ekonomija.", "Is-sistemi eżistenti, jiġifieri dik Amerikana tal-GPS u dik Russa tal-GLONASS, huma t-tnejn sistemi militari.", "Dawn iż-żewġ pajjiżi, speċjalment fi żmien ta' konflitt, jistgħu jew iwaqqfuhom għal kollox, jew inkella jwaqqfuhom għall-pubbliku inġenerali u jżommuhom biss għal skopijiet militari.", "L-Ewropa hija konxja ta' dan, u għalhekk, fil-bidu tas-snin 2000 jew ftit qabel, ħarġet b'inizjattiva għal din id-dilemma li jkollha s-sistema satellitari li jsejħulha l-Galileo.", "It-tir tal-Ewropa huwa li din is-sistema ma tkunx sistema militari, imma sistema mmexxija miċ-ċivil.", "Ovvjament, tista' tintuża wkoll mill-militar fl-Ewropa, kif se nispjegalkom aktar 'il quddiem.", "Din is-sistema se tkun kompatibbli u inter-operable mas-sistemi l-oħrajn.", "Ħalli nispjega malajr malajr l-infrastruttura tagħha.", "Sal-2020 din is-sistema se tkun magħmula minn 30 satellita, u se jkun hemm ukoll numru ta' earth stations.", "U huwa proprju hawnhekk fejn tidħol in-Norveġja.", "Bħalissa hemm erba' satelliti in orbita u, sas-sena d-dieħla jew sas-sena ta' wara, mistennijin li jibdew jaħdmu dawn l-erba' satelliti.", "Ladarba jkun hemm il-kostellazzjoni kollha, se jkun hemm coverage tad-dinja kollha, għax din se tkun sistema globali u mhux sistema li tkopri biss l-Ewropa.", "Mela, t-30 satellita se jkopru d-dinja kollha u allura, tkun fejn tkun, mill-Antartika fis-South Pole sa kważi 1,000 kilometru 'l bogħod min-North Pole, se tkun koperta.", "Is-sistemi eżistenti mhumiex accurate daqshekk.", "Kif għedt, huwa hawnhekk fejn tidħol in-Norveġja.", "(Interuzzjonijiet) Iva, aħna se jkollna wkoll is-sistema tal-Galileo, u allura l-mobiles se jkunu operabbli wkoll fuq din is-sistema.", "Pereżempju, il-mobile li għandi jien, fl-ispecifications tiegħu għandu mniżżel li jista' jaħdem kemm bil-GPS u kemm bil-GLONASS, għax dawn is-satelliti qegħdin madwar id-dinja, u allura inti se taqbad ma' waħda jew mal-oħra.", "In-Norveġja ilha parteċipi f'din is-sistema tal-Galileo mill-bidu nett.", "In-Norveġja huwa wieħed mill-pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, u qiegħda tospita żewġ stallazzjonijiet importanti: waħda fis-South Pole fl-Antartika, u l-oħra fuq gżira jisimha Svalbard, li hija l-aktar parti għolja tal-Ewropa, ftit inqas minn 1,000 kilometru min-North Pole.", "Dawn huma żewġ affarijiet li jagħmlu lin-Norveġja u 'l-Ewropa sabiex jikkoperaw flimkien fuq dan il-qasam.", "Dan il-ftehim jifformalizza din il-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan il-pajjiż.", "Huwa ftehim on a very high level, u fil-fatt fih sitt paġni.", "Il-ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, id-drittijiet u l-obbligi kemm tan-Norveġja kif ukoll tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.", "L-aktar li jagħmel aċċenn huwa għal security measures fuq dawn l-istallazzjonijiet.", "Bħala provisions, f'dan il-ftehim għandek provisions fuq radio spectrum, fejn iż-żewġ partijiet qegħdin jgħidu li se jipproteġu l-frekwenzi li jintużaw mis-satelliti.", "Dan ir-radio spectrum huwa mogħti mill-International Telecommunications Union, li hija l-organizzazzjoni tal-United Nations li tagħti l-frekwenzi internazzjonalment.", "Jekk ikun hemm interferenza minn xi pajjiż membru jew min-Norveġja, ovvjament se jħassar is-signal, u jista' jkun li ma jinqabadx ukoll.", "Dan il-ftehim ikopri wkoll dawn is-satellite earth stations li qegħdin f'dawn iż-żewġ partijiet tan-Norveġja, jiffaċilita l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi, u jippermetti l-aċċess kontinwu ta' persuni mill-Unjoni Ewropea jew min-Noverġja li jistgħu jaċċessaw u jaħdmu f'dawn l-impjanti, kif ukoll jiżgura l-protezzjoni tal-faċilitajiet, speċjalment min-naħa tan-Norveġja, fuq theddid internazzjonali u terroriżmu.", "Imbagħad hemm proviżjonijiet li jeżentaw equipment u dokumentazzjoni kunfidenzjali mid-Dwana u l-Pulizija, u koordinazzjoni fuq theddid għas-sigurtà, kemm tal-earth stations kif ukoll tas-sistema per se.", "THE CHAIRPERSON: Bħala Malta jaffettwana b'xi mod dan it-Trattat?", "Imma, bħala Malta fl-Unjoni Ewropea, taffettwana bħala pajjiż parteċipi fil-proġett.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Se nagħmel dawn il-punti aktar bħala kjarifika, ħalli nifhmu eżatt x'se jkun qed jiġri.", "Is-sistema Galileo hija sistema ġdida, u allura, bħal kull sistema oħra, it should undergo heavy testing, speċjalment minħabba li hemm time stamping u ħafna elementi oħra li, at the end of the day, jista' jkollhom riperkussjonijiet anke kuntrattwali.", "X'livell ta' say għandha l-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-testing tagħha?", "Kemm se jkun faċli li min illum qed juża l-GPS jew il-GLONASS ikun jista' jaqleb għas-sistema tal-Galileo?", "Irridu naraw ukoll x'se jkun il-cost – jekk ikun hemm – għall-konsumatur, jew inkella jekk dan il-cost hux se jassorbih kollu s-service provider.", "L-aħħar mistoqsija tiegħi hija fuq jekk inti qed tuża mobile phone, u se jkollok istanzi fejn tista' tkun qed tuża l-GPS u istanzi oħra fejn qed tuża l-Galileo, jekk dawn ma jkollhomx preċiżament l-istess time stamp, tista' toħloqlok problema, speċjalment meta qegħdin nitkellmu fuq kuntratti, shares, transmission of agreements eċċ. Tista' tgħidilna kif se taħdem is-sistema?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Rigward l-ewwel mistoqsija marbuta mat-testing, irrid ngħid li dan il-proġett qiegħda tieħu ħsiebu l-Kummissjoni Ewropea.", "Hija l-leader fih, u hemm ukoll il-European Space Agency, kif ukoll entità stabbilita mill-Unjoni Ewropea, li hija l-awtorità li tieħu ħsieb li tirregola dawn is-satelliti.", "Ilhom jiġu diskussi miżuri ta' sigurtà fuq is-sistema għal dawn l-aħħar għaxar snin, jiġifieri minn qabel ma bdew itellgħu s-satelliti fl-orbita.", "Fil-fatt, hemm ukoll cooperation agreement mal-Istati Uniti biex is-sistemi jkunu inter-operabbli, u għalhekk aħna koperti minn dan il-lat ukoll.", "Rigward il-mistoqsija fuq jekk il-konsumatur hux se jiġi affettwat meta jaqleb mill-GPS jew mill-GLONASS għal fuq il-Galileo, il-land user mhux se jkun affettwat.", "Bħalissa l-mobiles eżistenti ma jistgħux jaċċessaw il-Galileo, però jistgħu jaċċessaw il-GPS u l-GLONASS.", "Imma ma naħsibx li se tkun problema biex tkun taf fejn qiegħed.", "Ladarba jkun hawn il-Galileo, u jkollok mobiles ġodda u GPSs ġodda, se jkollok serħan il-moħħ.", "Ovvjament, il-GPS u l-GLONASS mhux se jieqfu u, safejn naf jien, qatt ma waqqfuhom għax, kif għedt aktar qabel, dawn jitwaqqfu f'każ ta' xi gwerra.", "Fuq il-mistoqsija dwar it-time stamping, irrid ngħid li dan il-ħin preċiż jgħodd kemm għall-Galileo, kif ukoll għall-infrastrutturi l-oħra.", "Il-ħin preċiż qiegħed għal kulħadd, u mhux għal xi sistema jew oħra.", "MARTHESE PORTELLI: Il-ħin preċiż mhux qed joħroġ mis-sistema?", "MARTHESE PORTELLI: Is-sistema tittrasmetti biss il-ħin eżatt?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: The actual time, jiġifieri jekk il-mobiles tagħkom issettjati biex jieħdu l-ħin min-network tat-telefonija mobbli, jekk tagħmluhom ħdejn xulxin, dawn se jaqilbu l-ħin preċiżament fl-istess ħin.", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-Kummissjoni Ewropea, fix-xogħol li qiegħda tagħmel minħabba din is-sistema, qiegħda tieħu miżuri ta' sigurtà?", "Jekk jiena naqbad ma' din is-sistema l-ġdida, ċerti li din is-sistema qed tibgħatli biss l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tiegħi, u mhux qiegħda taċċessa wkoll l-informazzjoni li għandi stored fid-device tiegħi, u allura xi ħadd jista' jaċċessaha permezz ta' din in-network ta' satelliti?", "Is-sistema taħdem billi tibgħat sinjali fejn qiegħed, u jekk jaqbad ma' satellita waħda, mhux se jkollok pożizzjoni.", "Meta taqbad ma' tnejn, tlieta, – għalhekk il-ħin preċiż – il-mobile tiegħek se jara s-sinjali li qed jirċievi minn dawk it-tliet satelliti, u jikkalkula d-distanza bejn il-mobile tiegħek u s-satelliti, u b'hekk ikun jaf fejn qiegħed preċiż.", "Imma le, mhux se jkun jista' jaċċessa l-informazzjoni li jkollok fuq il-mobile tiegħek għax inti se tkun tista' tirċievi biss.", "Din l-istess bħas-satellita tal-istazzjonijiet televiżivi, fejn inti għandek id-dixx fuq il-bejt u tkun qiegħed tirċievi biss.", "THE CHAIRPERSON: Dan mhux se jkun servizz ta' telefonija, imma sempliċement sistema ta' GPS Ewropew.", "LUCIANO BUSUTTIL: Iva, imma l-mistoqsija tiegħi kienet fuq jekk din is-sistema hijiex se tkun simili għal dik li hemm bħalissa, u allura li tibgħat is-sinjali lill-mobile tiegħek biss …", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-mobile juża ħafna applications …", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Din is-sistema kemm se tiswa lill-Unjoni Ewropea?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Preċiżament ma nafx, però se tiġi tiswa l-biljuni biex ittella' s-satelliti.", "Fil-fatt, fl-2005 l-Unjoni Ewropea kellha problemi kbar għax ma setgħetx issib il-fondi li kellha bżonn.", "Imbagħad, kienu ħadu ċerti fondi mill-agrikoltura, jekk qed niftakar sew, u kien hemm ukoll stati membri li taw xi flus minn pajjiżhom b'mod volontarju ħalli s-sistema tkompli għaddejja.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Hija sistema tajba u ideali għax niġu indipendenti mis-sistema Amerikana u mis-sistema Russa; imma kemm se tiswa verament din is-sistema liċ-ċittadin Ewropew?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Bħala flus eżatt ma nafx kemm tiswa lill-Unjoni Ewropea.", "Veru li għandek il-GPS u l-GLONASS …", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-Galileo hija s-sistema per se, imma mbagħad ikollok l-application li tkun trid tixtriha.", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Jekk tixgħel il-mapep ta' entità partikolari fuq mobile Android, se ssibha.", "Issa hawnhekk ma rridux naraw biss mil-lat taċ-ċittadini li se jużawha, imma rridu naraw ukoll is-servizzi l-oħra.", "Għandek servizzi ta' navigazzjoni għall-ajruplani, li dawn irid ikollhom servizz fejn iridu jkunu jafu fejn qegħdin to the centimetre.", "DEO DEBATTISTA: M'għandix dubju mill-kapaċitajiet tagħha, imma fl-interess finanzjarju tal-Ewropa, la diġà għandna s-sistema Amerikana u, bħala Ewropa, aħna daqshekk viċini tal-Amerikani, għalfejn l-Ewropa għandha tagħmel is-sistema tagħha meta dawk il-flus tista' tonfoqhom fuq xi ħaġa oħra?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Il-pajjiżi kienu ħassew il-bżonn ta' sistema tagħhom.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: It-tħassib tagħna dejjem huwa fuq il-flus li se jintefqu; dawn se jgħaddu għand il-konsumatur?", "Forsi mhumiex se jgħaddu fuq il-konsumatur għax, bħal kull sistema teknoloġika oħra, kull tant numru ta' snin, inti trid tagħmel updating.", "Issa, wisq probabbli li at EU level bdew jirraġunaw fuq jekk għandhomx ikomplu jagħtu s-sapport lil sistemi ta' pajjiżi oħra, jew inkella għandhomx joħolqu waħda għalihom.", "Wara ċertu żmien it-teknoloġija tiġi outdated.", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Naħseb li kien il-fatt li dawn huma infrastrutturi militari.", "THE CHAIRPERSON: Sur Bugeja, nirringrazzjak ħafna tal-kontribut tiegħek.", "Irrid infakkarkom li, għalkemm din kienet diskussjoni interessanti, proprjament aħna kellna niddiskutu mhux is-sistema tal-Galileo, imma r-ratifika tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi jekk hawnx xi opinjoni kontrarja għal din ir-ratifikazzjoni ta' dan il-ftehim ħalli, jekk m'hemmx oġġezzjoni, nkun nista' nirrapporta lill-Kamra.", "Fl-aħħarnett, kemm ngħidilkom x'għandna bħala laqgħat għall-ġimgħa d-dieħla.", "Ngħarrafkom li, skont l-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, dan il-Kumitat għandu sal-aħħar ta' dan ix-xahar sabiex jiddiskuti rapport dwar it-tielet laqgħa ta' dan il-Kunsill li nżammet fit-3 u fl-4 ta' Ottubru li għadda.", "Għalhekk nipproponi li nagħmlu laqgħa bħal-lum ġimgħa, 25 ta' Marzu, meta jkollna dan ir-rapport f'idejna.", "Imbagħad, l-Erbgħa rridu niltaqgħu għal Working Group 1.", "Grazzi.", "Fit-8.40 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140318_018d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:43 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Onor.", "Deo Debattista kien sostitut tal-Onor.", "Luciano Busuttil waqt li kien qiegħed jindirizza l-Kamra.", "SKUŻAT: L-Onor.", "Ryan Callus kien fuq xogħol parlamentari fil-Kamra.", "ASSENTI: L-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 17 li saret fil-25 ta' Frar, 2014 kienu konfermati.", "Il-President ippreżenta din il-korrispondenza:-", "71 Ittri datati t-13 u l-10 ta' Marzu 2014 mill-Viċi President tal-Kummissjoni fejn ta r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tar-Regolament għat-Twaqqif tal-Uffiċju al-Prosekutur Pubbliku Ewropew (KUMM(2013)534) u tar-Regolament dwar monitoraġġ, rappurtaġġ u verifikar tal-emissjonijiet tad-dijossidu karbonju mit-trasport marittimu (KUMM (2013) 480) li dwarhom il-Parlament Malti kien bagħat għall-Opinjoni Motivata fit-28 ta' Ottubru 2013 u komunikazzjoni fis-7 ta' Ottubru 2013 rispettivament.", "IS-SITWAZZJONI FL-UKRAJNA", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella, għamel stqarrija dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna fejn, fost affarijiet oħra, ta l-pożizzjoni ta' Malta li kienet taqra hekk:-", "Dwar l-aħħar żviluppi fil-Krimea, Malta taqbel mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li d-deċiżjoni tar-Russia li tintervjeni fil-Krimea tikser it-trattati internazzjonali bħall-Karta tal-Ġnus Magħquda, id-Dikjarazzjoni fuq il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali tal-1970, l-Att Finali tas-CSCE (il-Konferenza dwar is-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa) ta' Ħelsinki tal-1975, u l-Memorandum ta' Budapest tal-1994 li jiggarantixxi l-integrita' territorjali tal-Ukrajna.", "F'dan il-kuntest l-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, jikkunsidraw l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa bħala ksur tal-liġi internazzjonali u theddida għall-integrita' territorjali tal-Ukrajna bħala Stat sovran.", "Ta' min wieħed isemmi li Malta bagħtet żewġ uffiċċjali biex jipparteċipaw fil-missjoni tal-OSCE (Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa).", "Din il-missjoni ġiet imwaqqfa milli tidħol fil-Krimea u għalhekk l-uffiċjali Maltin kellhom jerġgħu lura Malta.", "Malta ssostni r-rwol kruċjali ta' din l-Organizzazzjoni fit-tfittix ta' possibiltajiet biex titrażżan il-kriżi u tiġi evitata żieda fil-vjolenza.", "Malta temmen li huwa kruċjali li l-Ukraina żżomm relazzjonijiet mill-qrib mal-Unjoni Ewropea biex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-partijiet kollha fir-riformi politiċi li qed iseħħu.", "Huwa important ħafna ukoll li s-sitwazzjoni makro-ekonomika fl-Ukraina terġa' tissoda malajr kemm jista' jkun.", "Malta laqghet il-pakkett komprensiv ta' assistenza ekonomika mill-Unjoni Ewropea bil-għan li tinstab soluzzjoni sostenibbli fl-Ukrajna.", "Għal din ir-raġuni, Malta ssostni li tibqa' miftuħa l-possibilta li l-Ukrajna tiffirma kemm Trattat ta' Assoċjazzjoni kif ukoll Ftehim Komprensiv u Profond ta' Kummerċ Ħieles mal-Unjoni Ewropea.", "Djalogu kontinwu u kostruttiv mal-Ukraina huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-inklussivita fil-livelli kollha tal-gvern mill-awtoritajiet Ukreni, u biex ir-riformi politiċi jkunu msawra b'mod li jilħqu r-reġjuni kollha tal-pajjiż, il-gruppi li jikkostitwixxu l-popolazzjoni, u biex jiġi assikurat ħarsien sħiħ tal-minoritajiet nazzjonali skont il-wegħdiet internazzjonali tal-Ukrajna.", "L-elezzjoni presidenzjali li ser tinżamm fl-Ukraina fil-25 ta' Mejju, ser ikollha rwol important ħafna f'dan ir-rigward.", "Hemm bżonn ukoll li ma nħallux l-iżviluppi fl-Ukraina ifixkluna mit-tisħiħ tar-relazzjonijet bejn l-UE u pajjiżi oħra fil-Viċinat tal-Lvant bħal ma huma l-Georgia u l-Moldova.", "Filwaqt li l-Unjoni Ewropea għandha żżomm pożizzjoni soda anki permezz ta'mizuri restrittivi kif ġew adottati mill-Kunsill tal-Ministri, Malta fl-istess ħin tesprimi l-fehma li d-djalogu mar-Russia jinżamm miftuħ.", "Irridu nevitaw xenarju li jħalli effett negattiv fuq il-koperazzjoni internazzjonali mar-Russia fuq kwistjonijiet ta' natura globali oħra bħall-kwistjoni tal-Iran, s-Sirja u l-Proċess ta'Paċi fil-Lvant Nofsani.", "72 Stqarrija sħiħa tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.", "Il-President tal-Kumitat stqarr li għandu jkun hemm qbil fuq dawn it-tliet punti bażiċi:-", "li kellhom jibqgħu jsiru l-isforzi kollha sabiex dan il-konflitt ma jeskalax u sabiex ikomplu l-kuntatti diplomatiċi biex tinstab soluzzjoni paċifika;", "li l-prinċipji tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Ko-operazzjoni fl-Ewropa kontra kull invażjoni ta' stat minn stat ieħor u biex tiġi protetta l-integrità territorjali ta' stat kellhom jiġu rispettati; u", "li l-Ukrajna kellha tiġi megħjuna ekonomikament u anke sabiex tibqa' fit-triq tad-demokrazija, anzi ssaħħaħha.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "DISKUSSJONI GĦALL-FINI TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ IR-RATIFIKA TRATTATI/FTEHIM", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti, li kopja tagħhom kienet diġà tqassmet lill-Membri:-", "74 Kopja tal-pożizzjoni tal-gvern dwar dan l-istess ftehim.", "Is-Sur Ivan Bugeja, uffiċjal mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, spjega li dan kien ftehim ta' ko-operazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja fuq is-sistema satellitari Galileo li tintuża għal diversi skopijiet fosthom, għat-trasport bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art, għall-kummerċ (bħal banek) u fis-sistema tal-mobile phones.", "Is-Sur Bugeja wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-Membri.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika ta' dan il-ftehim u li l-President tal-Kumitat jirrapporta dan lill-Kamra.", "Fit-8.40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140318_018m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 24 ta' Marzu, 2014 fis-6.45 p.m.", "L-Onor Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 24 ta' Marzu, 2014 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Iż-Żwieġ fil-Liġi Kanonika u fil-Liġi Ċivili – Diskussjoni ma' Dr Manwel Schembri.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140324_004a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 4", "It-Tnejn, 24 ta' Marzu, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 4", "It-Tnejn, 24 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "03 li saret nhar l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2013, ġew konfermati.", "IŻ-ŻWIEĠ FIL-LIĠI KANONIKA U FIL-LIĠI ĊIVILI F'PAJJIŻNA – DISKUSSJONI MA' DR MANWEL SCHEMBRI", "THE CHAIRMAN (Onor. Anthony Agius Decelis): Nirringrazzjakom talli erġajtu ġejtu għal din il-laqgħa.", "Kif tafu llum għandna bħala mistieden lil Dr Manwel Schembri li se jispjegalna mill-punto di vista tiegħu ż-żwieġ fil-liġi kanonika u fil-liġi ċivili.", "Dr Schembri għadu kemm laħaq avukat u għalhekk nixtieq nawguralu kull suċċess u nirringrazzjah talli sab il-ħin li jiġi hawnhekk biex jagħtina din l-ispjegazzjoni dwar din il-liġi daqshekk importanti għal pajjiżna.", "DR MANWEL SCHEMBRI (Avukat): Sur President, nirringrazzjak ta' din l-istedina li għamiltli.", "Jien se nipprova nippreżentalkom dak li ktibt fit-teżi li ppreżentajt u li jidher li din intlaqgħet tajjeb.", "Din it-teżi titkellem fuq il-liġi kanonika u fuq il-liġi ċivili f'pajjiżna u turi fejn jaqblu u fejn ma jaqblux ma' xulxin.", "Imbagħad fl-aħħar hemm is-suġġerimenti tiegħi.", "Se nipprova nħalli n-numri kollha barra, jiġifieri l-liġi mhux se noqgħod nikkwotaha.", "Naturalment fit-teżi kkwotatajthom imma hawnhekk mhux se noqgħod nikkwota n-numri tal-partijiet tal-liġi li qed nitkellem fuqha.", "Ħafna drabi aħna nitkellmu fuq iż-żwieġ bil-liġi kanonika u bil-liġi ċivili u nħarsu lejhom bħala li huma kontra xulxin, qisu waħda tħares naħa u l-oħra tħares in-naħa l-oħra.", "Fil-verità, peress li aħna ż-żwieġ tagħna huwa marbut maż-żewġ istituzzjonijiet, meta jkun hemm xi diffikultà - fejn m'hemmx diffikultà kulħadd jibqa' għaddej dritt u lanqas jinduna x'inhu jiġri – ma nkunux nafu liema waħda se napplikaw u ġeneralment nibdew inħarsu lejn l-affarijiet b'mod differenti.", "Tajjeb ngħid li meta ġejt quddiem l-eżaminatur l-ewwel ħaġa li talabni nagħmel fit-teżi tiegħi kienet disclaimer biex nuri li dak li qed nikteb kien mill-punto di vista tiegħi.", "U nipprofessa wkoll li jiena kattoliku prattikanti.", "Se nibda billi niddiskrivi ż-żwieġ kanoniku u mbagħad niddeskrivi l-liġi ċivili u mbagħad naraw ftit fejn dawn qegħdin jaqblu.", "Iż-żwieġ kanoniku huwa marbut mal-kotba mqaddsa milli marbut mal-Knisja.", "Qed ngħid hekk għax il-Knisja kienet tirregola ż-żwieġ għal ħafna żmien imma ddefinitu bħala sagrament fis-seklu 13.", "Kif tafu s-sagramenti huma l-kolonni tal-Knisja.", "Mela sas-seklu 13 kollox kien għaddej dritt għax ma kienx hemm differenza kbira bejn dawn it-tnejn, għalkemm kien hemm xi laqtiet bejn l-Istat u l-Knisja imma dawn kienu jkunu ħafna flimkien u allura waħda kienet tfisser l-oħra.", "Ir-rejiet kienu jemmnu li għandhom setgħa divina ġejja minn Alla u l-Knisja kienet temmen - kif għadha temmen sal-lum - li għandha mandat minn Kristu u allura kien hemm din id-dikotomija.", "Fil-Bibbja mal-ewwel insibu raġel u mara li jwasslu għat-tnissel u allura l-maternità u l-paternità kienu marbutin b'mod naturali f'din l-istituzzjoni li aħna nsejħulha żwieġ.", "F'moħħ legali mal-ewwel jidħol dak li nsejħulu l-fisco legis, fejn ħafna drabi jkun hemm istanzi fejn xi ħaġa fil-verità ma tkunx hekk imma l-liġi tgħid li hi hekk.", "Eżempju ċar hija l-addozzjoni fejn tifel ma jkunx ta' dak il-missier imma l-liġi tgħid li dak huwa missieru.", "U fejn tidħol il-legalità ċivili dejjem se nsibu din ix-xi ħaġa li tikkuntrasta.", "Biblikament għandna raġel wieħed u mara waħda u dik l-unità hija waħda mill-kolonni taż-żwieġ nisrani.", "L-unità tfisser raġel wieħed u mara waħda.", "Naturalment hawnhekk qed nitkellmu fuq raġel u mara.", "U l-fatt li ż-żwieġ ma jinħallx b'mod tekniku jissejjaħ indissolubilità.", "Mela kif għedt aktar kmieni fis-seklu 13 kellna s-sagramentalità taż-żwieġ, jiġifieri sas-seklu 13 il-Knisja ma kenitx titkellem fuq sagrament.", "Sagrament faċilment nistgħu niddiskrevuh bħala sinjal ta' grazzja.", "Din hija l-iktar definizzjoni ħafifa u l-aktar definizzjoni komuni.", "Irridu ngħidu wkoll li qribna ħafna, il-Konċilju Vatikan II - bejn it-62 u l-65 – ma ħarisx lejn iż-żwieġ iktar bħala kuntratt kif kienu jħarsu lejh qabel imma beda jitqies bħala patt jew covenant.", "Allura meta l-Knisja semmiet il-patt ifisser li kellha f'moħħha l-idea tal-patt li għamel Alla ma' Abraham u anke l-patt tat-testment il-ġdid, patt li sar bid-demm ta' Kristu.", "Naturalment din l-idea ta' sagramentalità aktar ħadet il-parti ta' quddiem tas-sagrament skond il-Knisja proprju mill-Konċilju Vatikan II.", "Tajjeb ngħidu li kull żwieġ huwa kuntratt imma mhux kull kuntratt ta' żwieġ huwa sagrament.", "Naħseb li din hija ċara wkoll.", "Bejn l-insara mgħammdin u anke l-protestanti l-uniku żwieġ magħruf mill-Knisja huwa dak sagramentali.", "Jiġifieri jekk iż-żwieġ tal-imgħammdin ma jiġix iċċelebrat fil-Knisja mhuwiex meqjus bħala żwieġ fil-Knisja.", "Naturalment dan iż-żwieġ jinħall biss bil-mewt jew inkella bil-privileġġ Pawlin.", "Il-privileġġ Pawlin huwa meta ż-żwieġ jinħall b'risq il-fidi.", "Il-privileġġ Pawlin huwa meta tnejn li ma jkunux mgħammdin, xi ħadd minnhom jiddeċiedi li jitgħammed u l-parti l-oħra, talli dan tgħammed titilqu.", "F'dak il-każ iż-żwieġ jista' jinħall.", "Ovvjament din hija xi ħaġa marbuta litteralment mal-legalità tal-Knisja.", "Għandna wkoll l-idea tar-ratum et consummatum li nsibuha fiż-żwieġ nisrani.", "\"Ratum\" tfisser validu u \"consummatum\" tfisser li kien hemm il-konsumazzjoni bejn iż-żewġ persuni.", "Din interessanti ħafna għax ir-ratum u l-consummatum hija deskritta wkoll bħala l-erezzjoni, il-penetrazzjoni u l-ejaculation.", "Imbagħad fil-Konċilju Vatikan II żiedu r-raba' komponent li ħoloq diffikultà kbira.", "Fil-gaudium et spes insibu li minbarra dawn it-tlieta, biex żwieġ ikun ikkonsmat irid ikun ikkonsumat in the human manner.", "Din bdiet taqla' ħafna nkwiet anke fit-tribunali tal-Knisja proprju għaliex in the human manner għandha ħafna diskrezzjonijiet.", "Pereżempju tidħol id-diffikultà jekk jintuża l-kontraċettiv.", "Kull diffikultà bħal din, tant qalgħet inkwiet li kull diffikultà li bdiet tinqala' fit-tribunali bdiet tiġi riferita lill-Isqof biex jirriferiha quddiem il-Kongregazzjoni.", "Naturalment iż-żwieġ, anke dak nisrani, jitwettaq permezz tal-kunsens u l-kunsens irid ikun wieħed pubbliku.", "Hemm formalitajiet apposta għax l-effetti taż-żwieġ mhumiex biss privati imma huma wkoll marbutin mas-soċjetà u dawn il-formalitajiet iridu jkunu b'mod naturali kif ukoll b'mod legali.", "Mela l-kunsens irid jingħata b'mod naturali u jrid ikun magħruf ukoll skond il-liġi kanonika.", "Hemm kanoni apposta li jiddeskrivi l-kunsens u jistabilixxi l-ewwel li l-partijiet huma raġel u mara.", "Il-liġi kanonika m'għandhiex l-idea ta' żwieġ bejn l-istess sessi imma dejjem bejn sessi differenti.", "F'dawn il-kanoni hemm ukoll il-mottiv tal-kunsens li jagħtu u jaċċettaw lil xulxin, jiġifieri dan irid ikun miż-żewġ naħat, kemm li tagħti u kemm li taċċetta.", "F'dawn il-kanoni għandek kif jitwettaq l-oġġettiv, jiġifieri li l-patt huwa irrevokabbli u li l-oġġettiv huwa t-twettiq taż-żwieġ; the purpose of establishing marriage.", "L-ewwel m'għedtilkomx li l-liġi kanonika tgħodd għall-kattoliċi għax imbagħad għandek il-Knisja Ortodossa.", "U jingħad li l-liġi kanonika tibda tgħodd għall-kattoliċi meta dawn jagħlqu seba' snin.", "Iż-żwieġ kattoliku jaqa' taħt il-liġi divina, taħt il-liġi kanonika u bla preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet ċivili imma f'dak li għandu x'jaqsam mal-effetti ċivili taż-żwieġ u din hija xi ħaġa li iktar 'il quddiem ngħidilkom għalfejn ħolqot xi diffikultajiet.", "Naturalment hemm restrizzjonijiet li ma jinvalidawx iż-żwieġ imma jeħtieġ il-permess tal-isqof tal-post.", "Fost dawn insibu li żwieġ ma jistax jiġi rikonoxxut bil-liġi ċivili.", "Jiġifieri jekk hemm żwieġ li l-liġi ċivili ma tirrikonoxxihx, dan ma jistax isir ħlief bil-permess tal-isqof tal-post.", "Bil-Malti jfisser li dan jista' isir imma bil-permess.", "Din hija xi ħaġa li tista' tiġi revokata wkoll.", "Hemm projbizzjonijiet għall-kunsens, fosthom meta persuni ma jkollhomx l-użu tar-raġuni suffiċjenti jew inkella jkunu taħt l-effetti tad-droga jew inkella għax ikunu fis-sakra.", "Dawn l-affarijiet naturalment jirrendu ż-żwieġ invalidu.", "Imbagħad għandek persuni bla diskrezzjoni ta' ġudizzju.", "Din ukoll toħloq ħafna diffikultajiet u hawnhekk jidħol ħafna l-qasam tal-psikologi u l-psikjatri.", "Hawnhekk ukoll fit-tribunali jintalbu ħafna drabi rapporti biex jaraw jekk il-persuna kenitx kapaċi tagħti l-kunsens tagħha jew le.", "Naturalment għandek ukoll persuni li ma jistgħux jassumu l-obbligazzjonijiet taż-żwieġ u l-liġi kanonika ssemmi żewġ istanzi li huma n-ninfomania u s-satiriasis.", "Il-liġi kanonika naturalment hija favur iż-żwieġ u din hija importanti ħafna għax fejn ma jiġix ippruvat kontra, kull żwieġ għandu jitqies bħala validu.", "Din qiegħda wkoll fil-liġi ċivili u ċioè li hija favur iż-żwieġ u allura biex iż-żwieġ tgħid li ma jeżistix trid iġġib il-provi.", "Naturalment il-gaudium et spes fil-Vatikan II hija għaqda intima imma stabbilita mill-Ħallieq, li jaqgħu taħt il-liġi tiegħu, b'għeruq fil-patt konjugali li joħroġ mill-kunsens irrevokabbli u personali.", "Naturalment Alla huwa l-awtur taż-żwieġ u dan qed jingħad fil-gaudium et spes li huwa dokument importanti fil-Vatikan II.", "Issa se ngħaddi biex niddeskrivi ftit il-liġi ċivili f'Malta.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta kont qiegħed titkellem dwar il-liġi ċivili kont qed tgħid li n-nisrani jrid jobdi l-liġi kanonika u li l-liġi ċivili qisu li ma titteħidx in konsiderazzjoni.", "F'dak il-każ kont qed titkellem fuq xi kanoni partikolari?", "Għandek indikazzjoni ta' liema kanoni kont qed titkellem fuqu?", "DR MANWEL SCHEMBRI: Fil-kas ngħidlek wara.", "Sas-seklu 16 ftit kien hemm differenza bejn l-Istat u l-Knisja u l-Knisja kienet tirregola ż-żwieġ kollu.", "Fl-edict of Milan 313 - morna ħafna lura hawnhekk - il-populum civium u l-populum fidelium - il-bniedem ċivili u l-bniedem li jemmen - spiċċaw u sar biss il-bniedem.", "Mela bdew iħarsu lejn iż-żwieġ bħala xi ħaġa ekkleżjali biss imma mbagħad, bit-twaqqif ta' stati sovrani nħasset il-ħtieġa taż-żwieġ ċivili.", "U kienet l-Olanda l-ewwel li qamet f'dan ir-rigward fejn kellek il-Kalvinisti li rrifjutaw li jiżżewwġu fil-Knisja Kattolika.", "Fil-fatt dawn bdew jiżżewġu fil-Knisja Kalvinista tagħhom li ma kenitx rikonoxxuta.", "Allura fl-1580 twaqqaf iż-żwieġ ċivili fl-Olanda għax dawn il-Kalvinisti bdew jinjoraw iż-żwieġ kanoniku.", "B'hekk kien se jkun hemm taħwida kbira għax ma kienx se jkun hemm din ir-rabta li kulħadd kien qed jgħid li fih iż-żwieġ.", "Fl-1653 Oliver Cromwell kien ta parir li ż-żwieġ kellu jsir b'kuntratt ċivili.", "Naturalment Cromwell kellu quddiemu lil Enriku VIII li kien qed jiddivorzja u kien qed jipprova jġib l-annulament taż-żwieġ.", "Dan ma rnexxielux u mbagħad ipprova jġib id-divorzju u wasal biex infired minn mal-Knisja.", "U naturalment Cromwell kien tah dan il-parir.", "Imma kien fl-1791 - lanqas 300 sena ilu – li Franza waqqfet b'mod legali ż-żwieġ ċivili.", "U biex ngħid hekk hawnhekk daħal iktar b'mod dettaljat fiż-żwieġ ċivili.", "Fl-1804 kellna l-Kodiċi Napoleonika li waqqfet ukoll iż-żwieġ ċivili u li dan kien il-prototip li wassal għal ħafna pajjiżi oħra sabiex idaħħlu ż-żwieġ tagħhom b'mod ċivili wkoll.", "Naturalment din il-liġi Napoleonika influwenzat lil ħafna nies.", "Il-protestanti, li wkoll għandhom is-sagrament taż-żwieġ, kellhom bilfors jaraw kif se jagħmlu biex isibu metodu ieħor u għalhekk dawn daħħlu wkoll iż-żwieġ ċivili.", "F'Malta ż-żwieġ ċivili daħal fl-1975, jiġifieri sa dakinhar iż-żwieġ kien kollu marbut mal-Knisja.", "Imbagħad fl-1975, meta daħal iż-żwieġ ċivili, rema' kollox.", "Iż-żwieġ ċivili biss kien rikonoxxut f'Malta fl-1975.", "Il-formalitajiet kollha kienu jsiru fir-reġistru taż-żwieġ fil-Belt u kien ikun jonqos biss il-firma.", "Hemmhekk kienu jagħtuna wkoll il-ġurament u l-kunsens.", "Imbagħad il-firma kienet issir fil-Knisja u hawnhekk għandna din id-dikotomija għax għandek il-Knisja u ċ-Ċivil li qed jipprovaw jaħdmu flimkien imma qed jaħdmu b'mod separat.", "Il-Knisja tagħmel iż-żwieġ tagħha, jiġifieri inti tmur u tiżżewweġ fil-Knisja bħalma kien is-soltu, biċ-ċerimonja tal-Knisja u min irid seta' jiżżewweġ biż-żwieġ ċivili.", "Dan iż-żwieġ ċivili ma kienx rikonoxxut mill-gvern u mbagħad il-Knisja tat il-konċessjoni lir-reġistratur tal-gvern sabiex dan ikun jista' jidħol fil-Knisja, ġeneralment fis-sagristija, u hemmhekk jitlob il-firem tal-miżżewwġin li jkunu għadhom kif iżżewwġu biż-żwieġ reliġjuż.", "B'hekk il-formalitajiet kollha jkunu ġew issiġġilati u kien jagħtihom ukoll iċ-ċertifikat.", "Din imbagħad bdiet tikkuppjaha l-Knisja, fejn bdiet toħloq ir-reġistru tagħha u koppja kienet tkun trid tiffirma wkoll u b'hekk bdiet turi li ż-żewġ tipi ta' żweġijiet huma ugwali.", "F'Malta l-liġi għaddiet fit-12 ta' Awwissu, 1975 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru.", "Fl-10 ta' Awwissu, jumejn qabel għaddiet il-liġi fil-Mosta kellna l-inkoronazzjoni tal-Madonna u hemmhekk sar l-ewwel inċident.", "Fil-fatt waqt ir-reċita tal-Kredu kien hemm Monsinjur Philip Calleja – mhu qed ngħid l-ebda sigrieti hawnhekk - li ħareġ karta li kienet tgħid li Malta kontra ż-żwieġ ċivili u minnufih ġew il-pulizija għalih u nqalgħet kommozzjoni sħiħa.", "Minn hawnhekk inħolqot l-ewwel kawża li tkellmet fuq id-drittijiet tal-bniedem għax ma kienx hemm il-freedom of speech u l-freedom of association.", "Dik kienet xi ħaġa li rriżultat minn din il-liġi ċivili.", "Il-liġi stipulat li ż-żweġijiet kollha kellhom jaqgħu taħt din il-liġi u forsi hawnhekk se nantiċipa ftit dak li ktibt aktar tard għax qisu kien hemm l-idea li meta saret il-liġi tad-divorzju ma ddaħħlitx bħala addenda mal-Att taż-Żwieġ Kap 255.", "Fil-liġi ta' Malta għandna l-Att taż-Żwieġ Kap 255 imma meta għamilna l-liġi tad-divorzju ma saritx addenda mal-liġi taż-żwieġ imma din saret barra.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma kenitx tagħmel sens li tiġi mal-Att taż-Żwieġ.", "Kienet tagħmel sens li tiġi f'postha wara s-separazzjoni.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Id-diffikultà naħseb li kienet li min għamilha hemmhekk induna li fl-Att taż-Żwieġ Kap 255 kien hemm miktub li ż-żweġijiet kollha jridu jikkonformaw.", "U allura permezz tagħha l-liġi kanonika kien ikollha tikkonforma mal-liġi tad-divorzju.", "Fil-liġi ċivili taż-żwieġ għandna l-età tal-maġġorenni li kienet ta' 18-il sena u din kienet għadha kif tniżżlet fl-1975.", "U ta' 16-il sena kien hemm il-faċilità li koppja tiżżewweġ jekk ikollha l-awtorità tal-missier.", "Naħseb li din kienet xi ħaġa stramba ħafna.", "Naturalment bil-liġi seta' jiżżewweġ kull min kellu sanity of mind, jiġifieri moħħu tajjeb.", "Il-konsangwinità kienet ipprojbita u kien hemm il-gradi ta' kif din tiġi kkalkulata minħabba ovvjament l-ulied.", "Implicitly hawnhekk iż-żwieġ ċivili diġà qed iwassal għall-ulied, jiġifieri qed jgħid li fiż-żwieġ hemm il-prokreazzjoni għax il-konsangwinità tiġi pprojbita proprju għalhekk.", "Importanti ħafna ngħidu li fil-liġi ċivili m'għandniex definizzjoni ta' x'inhu żwieġ.", "Iż-żwieġ mhuwiex definit u għalkemm jissemmew l-oġġettivi taż-żwieġ dawn m'għandniex x'inhuma.", "Il-poligamija hija pprojbita u għandna artiklu 7(4) li jsemmi l-kelma \"both\" li naturalment tfisser it-tnejn.", "Mela żwieġ bejn tnejn u ma tistax terġa' tiżżewweġ jekk dak iż-żwieġ huwa validu.", "Mela ħalla l-poligamija barra.", "Kollox huwa impliċitu.", "Dan huwa kkoraborat fl-artiklu tad-divorzju wkoll li jitkellem fuq two spouses.", "Hemm in-numru \"tnejn\" li nsibuh ukoll fil-liġi tad-divorzju.", "Hawnhekk għandna l-unika darba fejn jindika li huwa bejn tnejn u allura l-poligamija hija mwarrba.", "Iż-żwieġ ċivili jiddependi għal kollox fuq il-kunsens liberu, li jsir quddiem reġistratur u żewġ xhieda.", "Iż-żwieġ għal-liġi huwa l-kunsens, jiġifieri ż-żwieġ isir permezz tal-kunsens.", "F'din il-liġi għandna wkoll kontroll fuq il-forma taż-żwieġ imma għandna kontroll taż-żwieġ reliġjuż li jrid ikun jikkonforma fis-sustanza mal-forma taż-żwieġ ċivili.", "Jiġifieri hawnhekk is-sustanza hija l-kunsens ukoll, jiġifieri filwaqt li qed jgħid li l-kunsens fil-liġi ċivili huwa dak li jagħmel iż-żwieġ, qed jgħid ukoll li fil-liġi kanonika jrid ikun hekk ukoll.", "Tant il-kunsens fiż-żwieġ huwa importanti li hemm tmien modi fil-liġi stess dwar kif il-kunsens jista' jkun ivvizzjat.", "Artiklu 20 juri kif l-ulied huma wkoll parti miż-żwieġ.", "Naturalment il-liġi tobbliga ż-żweġijiet kollha biex ikunu konformi ma' dan l-att għaż-żwieġ, jiġifieri l-liġi torbot li kull żwieġ li jsir jikkonforma ma' dan l-att.", "Fil-liġi ċivili nsibu li n-non konsumazzjoni taż-żwieġ jista' jannulla ż-żwieġ.", "Issa din hija f'kuntrast mal-liġi kanonika u nitkellmu fuqha iktar 'il quddiem.", "Naturalment naraw kemm l-att fiżiku huwa importanti fil-liġi ċivili.", "Il-liġi ċivili tħares ukoll lejn is-soċjetà mhux biss bħala persuna imma anke bħala numri fejn qed jingħad li \"no children, no society\" u għalkemm mhijiex miktuba imma hija impliċita ħafna.", "Iż-żwieġ ċivili huwa bbażat fuq kunsens validu bejn tnejn li huma indikati bħala husband and wife, jiġifieri bejn raġel u mara.", "Mela filwaqt li ma jiddeskrivix iż-żwieġ u jgħid li jridu jkunu raġel u mara, b'mod li mhux qed jagħti deskrizzjoni taż-żwieġ imma meta jsemmi l-idea ta' husband and wife, qed jitkellem fuq raġel u mara.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fhimtek sew li inti għedt li fil-liġi ċivili għandna n-non consumation li twassal għall-annullament?", "U mbagħad għedt li din tikkuntrasta mal-liġi kanonika?", "Jekk hemm ir-ratum et consummatum kif tikkuntrasta?", "DR MANWEL SCHEMBRI: Għax ir-ratum et consummatum huwa żwieġ li ma jinħallx.", "Issa r-ratum qed ngħidu li huwa żwieġ validu u żwieġ validu jista' jħollu biss il-Papa.", "U dan jidħol fil-protokoll tal-agreement li sar l-ewwel darba.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma fil-Knisja jinħall?", "Fil-Knisja hemm l-annullament, jiġifieri d-dikjarazzjoni tan-nullità skond ir-ratum et consummatum.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Imma hemm il-consummatum mentri hawnhekk qed ngħidu r-ratum biss.", "Ir-ratum meta ż-żwieġ huwa validu u allura ma jinħallx.", "Meta ż-żwieġ huwa ratum et consummatum ma jinħallx ukoll.", "Biex jinħall ir-ratum biss, li mhuwiex consummatum, irid ikun hemm konċessjoni speċjali mill-Papa, dik li tissejjaħ il-Pauline Privilege.", "Huwa rari ħafna li jinħall imma bil-liġi ċivili, jekk ikun non consummatum jinħall b'mod faċli.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Pauline Privilege jikkkuntrasta daqxejn ma' dak li qed jingħad fil-liġi kanonika u ċioè li ż-żwieġ ma jinħallx u li huwa indissollibbli.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hawn min jgħid li dan huwa tip ta' divorzju ekkleżjastiku.", "Taqbel ma' min jgħid hekk?", "DR MANWEL SCHEMBRI: Divorzju ekkleżjastiku le għax id-divorzju fih innifsu huwa meta jħoll żwieġ li m'għadux jaħdem imma żwieġ ratum jista' jkun għadu jaħdem.", "Jiġifieri jekk ikun hemm il-parti fiżika biss nieqsa ma jfissirx li ż-żwieġ spiċċa għall-Knisja.", "Għall-Istat ifisser li spiċċa u allura d-divorzju, f'din il-parti jittieħed b'mod iktar faċli.", "Jekk qed tgħid għall-annullament, il-mod kif iħarsu lejn l-annullament kemm il-Knisja u kemm l-Istat ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Għall-Privileġġ Pawlin qed ngħidlek.", "Hemm min jgħid li speċi ġaladarba ż-żwieġ sar u ż-żwieġ kien validu meta seħħ, u inti ma tistax iġġib dikjarazzjoni tan-nullita peress li ma kienx hemm vizzju fil-kunsens, jekk imbagħad inti dak iż-żwieġ neħħejtu wara, tiġi qisek qed tneħħi żwieġ validu.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Qed nieħu pjaċir li għedt \"qisek\" għax mhux tħoll iż-żwieġ imma tingħata dispensa miż-żwieġ.", "U hemm differenza meta hemm xi ħaġa li tgħid li hija valida imma li qed tingħata dispensa minnha.", "Dan qisu bħal meta qassis jiddeċiedi li ma jistax ikompli bħala qassis u jitlob dispensa.", "U jitlob dispensa mhux għax m'għadux qassis imma biex ma jibqax jeżerċita aktar il-funzjoni ta' qassis.", "THE CHAIRMAN: X'inhuma ċ-ċirkostanzi biex il-Knisja tgħid li dak iż-żwieġ m'għadux jorbot?", "DR MANWEL SCHEMBRI: Il-Knisja ma tgħidx li kien hemm żwieġ li m'għadux jorbot imma tgħid li ma kienx hemm żwieġ u hawnhekk qed nitkellmu fuq l-annullament.", "Din hija d-differenza bejn in-nullità ċivili u d-dikjarazzjoni tan-nullità tal-Knisja.", "In-nullità tal-Knisja meta tiddikjara li dan iż-żwieġ m'eżista qatt u allura m'hemmx xi ħaġa li qed tinħall minnha imma hemm xi ħaġa li kienet tidher li kienet hemm imma li fil-fatt ma kenitx.", "Waqt li l-annullament li jingħata mill-Qorti hija li ż-żwieġ m'għadux jaħdem, li huwa irripparabbli u allura hemmhekk jingħata l-annullità.", "Naturalment issa hemm id-divorzju.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fiċ-ċivil mhux hekk isir.", "Fiċ-ċivil jgħidlek ukoll li dan iż-żwieġ qatt m'eżista minħabba vizzju ta' kunsens.", "Mela żwieġ ma jkunx eżista lanqas fi żwieġ ċivili meta inti tieħu dikjarazzjoni ta' nullità.", "THE CHAIRMAN: Xi jridu jkunu l-ingredjenti biex tkun tista' tgħid li dak iż-żwieġ qatt ma sar?", "DR MANWEL SCHEMBRI: Irid ikun hemm consent li jkun ivvizzjat, jiġifieri jrid ikun hemm xi ħaġa li permezz tagħha ma jkunx jista' jingħata l-kunsens.", "Pereżempju jkollok lil xi ħadd li kien taħt l-effett tad-droga jew inkella kien fis-sakra meta ta l-kunsens tiegħu.", "Il-liġi tgħid ukoll li dak li jidher minn barra huwa assunt li jirrifletti dak li għandek ġewwa, jiġifieri dak li inti qed tagħmel jirrifletti dak li trid.", "Jekk allura jkun hemm l-effett tad-droga jew inkella tas-sokor, dak li jidher minn barra mhux bilfors jirrifletti x'hemm ġewwa u allura jekk ikun hemm il-kunsens li jkun ivvizzjat, iż-żwieġ ma jkunx jgħodd.", "Issa ħalli ngħidu kelma fuq l-agreement li kien sar bejn il-Knisja u l-Istat proprju biex l-affarijiet jiġu ċċarati għaliex qed jiltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet.", "Id-diffikultà kienet dejjem tinqala' meta jkun hemm żwieġ li huwa reliġjuż.", "Fi żwieġ reliġjuż kienu jinqalgħu diffikultajiet għax ħafna affarijiet kienu jingħadu mod u mbagħad dak li jkun qed jiġi sunctioned fil-Knisja jitwaqqa' mill-Istat jew bil-maqlub.", "Anke fil-Protokoll II iddaħħlet l-idea li jekk ikun hemm res judicata x'imkien ħadd ma jista' jmeri lil ħadd.", "U allura jekk tkun iddeċiediet xi ħaġa l-Qorti Ċivili ma jistax imeriha t-tribunal u viċi versa.", "Naħseb li din hija xi ħaġa tajba ħafna.", "L-iktar biċċa xogħol iebsa kienet li tivvalida l-annullament ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Skużani li qed inwaqqfek imma għalfejn qed tgħid li hija xi ħaġa tajba ħafna meta mhijiex tajba u ħolqot ħafna problemi inutli?!", "Meta qed tgħid li jekk hemm ir-res judicata fiċ-ċivil, allura tittieħed res judicata fit-tribunal ekkleżjastiku ma narahiex daqshekk problematika imma għalfejn hija tajba ħafna meta jkun hemm res judicata fit-tribunal ekkleżjastiku?", "DR. MANWEL SCHEMBRI: M'għedtlekx li hija tajba ħafna.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għadek kif għedt hekk issa stess!", "DR MANWEL SCHEMBRI: Mela għedt ħażin.", "Biss li tribunal ma jwaqqax lil ieħor jagħmel sens għax lil dak li jkun ma tħawwdux.", "U fl-opinjoni tiegħi dan jagħmel sens.", "Jekk inti qed titkellem fuq żwieġ wieħed.", "Ara pereżempju, jekk titkellem fuq il-fidi ta' reliġjuż u fuq żwieġ ta' reliġjuż u qed tgħid li diġà għandna sitwazzjoni fejn iż-żwieġ reliġjuż jinħall fil-Qorti Ċivili ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Ħalli ngħidlek għalfejn qed ngħid hekk għax inti fit-tribunal ekkleżjatiku m'għandekx id-drittijiet proċedurali kif inhuma fiċ-ċivil u allura jista' jkollok problema biex tipprova l-każ tiegħek.", "U allura jekk il-każ tiegħek ma tipprovahx, mhux għax fil-verità ma kienx nul ab initio mill-bidu imma għax inti m'intix kapaċi li tipprovah għax pereżempju m'għandekx id-dritt li ssejjaħ ix-xhieda.", "U dawn jitilgħu bilfors bħaċ-ċivil u allura inti ma jkollokx xhieda.", "Imbagħad tinqata' kontrik il-kawża u allura mhuwiex ġust fl-opinjoni tiegħi li mbagħad bilfors il-qrati ċivili jridu joqogħdu ma' dik.", "Għalhekk qed ngħidlek li mhijiex tajba ħafna.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Imma għal dan l-argument li qed tgħid int jiena nistaqsik fuq liema żwieġ qiegħda titkellem?", "Qiegħda titkellem fuq żwieġ ċivili jew inkella fuq żwieġ ekkleżjastiku?", "Jekk qiegħda titkellem fuq żwieġ ekkleżjastiku huwa użurpazzjoni li għandek iż-żwieġ ċivili li jidħol fuqu.", "Qed jużurpa dak li mhuwiex tiegħu għax iż-żwieġ ekkleżjastiku … (Interruzzjonijiet) Għaliex le?", "DEBORAH SCHEMBRI: Għax it-tnejn flimkien imbagħad.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Dak hu l-ħażin u jiena wasalt għal din il-konklużjoni.", "Għalija dan kollu juri li kemm iż-żwieġ ċivili u kemm iż-żwieġ ekkleżjastiku għandhom jeżistu b'mod separat u jekk ma jeżistux b'mod separat qed inħawdu d-dinja.", "Għandna każ li nista' nikkwotah.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mela llum se nagħtuk pjaċir għax fil-Plenarja qed niddiskutu l-arranġament li għamilna mal-Knisja u fejn dawn it-tnejn se jiġu separati.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Nittama li se jiġu separati u mhux wieħed jistenna li l-bans tal-Knisja jridu jaqblu mal-bans tal-Gvern jew bil-maqlub.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qegħdin inneħħu l-addition ta' Protocol II, fejn qegħdin ngħidu li wieħed sar res judicata u wkoll li t-tribunal ekkleżjastiku jieħu preċedenza fuq it-tribunal ...", "DR MANWEL SCHEMBRI: Fuq dik għandi opinjoni wkoll għax jien ma narax preċedenza.", "Jiena nara biss li xi ħadd qed jidħol f'għalqa li mhijiex tiegħu, kemm il-Knisja jekk titkellem fuq affarijiet ċivili u kemm bil-maqlub.", "Jiġifieri jekk dawn ikunu separati, b'mod li għandek lil min irid jiżżewweġ bil-Knisja, dan jiżżewweġ bil-Knisja u jekk hemm min irid l-effetti ċivili tal-gvern, allura jiżżewweġ biċ-ċivil.", "Naħseb li din hija l-unika soluzzjoni għax jekk jiena jinteressani li jekk ikolli diffikultà fiż-żwieġ, allura jkolli annullament min-naħa tal-Knisja, nista' nitolbu fil-Knisja b'dak kollu li jġib miegħu.", "U jekk jien jinteressani li jkolli annullament minħabba l-effetti ċivili, nitolbu min-naħa tal-Gvern.", "Għalija din hi d-diffikultà.", "Sal-lum ħadd ma jista' jiżżewweġ bil-Knisja biss.", "F'Malta każ wieħed biss għandna hekk u ma nafx kif għadda.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux għax as such ma jkunux jistgħu imma għaliex ma jħalluhomx.", "Safejn naf jien m'hemm xejn li jgħidlek li ma tistax.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Hemm qed jingħad li kull żwieġ irid jissottometti għal dan l-att.", "Allura jekk jissottometti għal dan l-att, irid jagħmel it-tnedijiet u jrid jagħmel ir-reġistrazzjoni.", "Jiġifieri meta ffirmat il-Knisja jiena nħoss li biegħet kollox.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena niftakarni nkellem lill-Isqof ukoll dwarha.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn il-Knisja ma tħossx li għandu jsir hekk - anke li kieku tista' tagħmilha – għax ovvjament jekk xi ħadd imur biex jiżżewweġ bil-Knisja biss, din se tgħidlu li jista' jagħmel hekk biex ma jkollux il-problema, bħalma ġieli għamlu llum fejn ikollok nies li mhumiex miżżewġin biċ-ċivil imma joqogħdu flimkien minħabba kwestjoni ta' social services imma mbagħad speċi quddiem Alla kollox sew imma lill-gvern nipprova nieħu li nista' minnu jew inkella nonqos milli nħallas it-taxxi.", "U ovvjament il-Knisja dik ma tkunx tridha.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Jiena dik li ddejjaqni personalment għax dik hija l-għalqa tal-Gvern.", "Mela għandu jkun hu li jilleġisla u jara kif se jagħmel biex dawn ma jidħkux bih.", "Jagħmel hu.", "Għaliex għandha l-Knisja tkun is-safeguard tiegħu jew bil-maqlub, għaliex għandu l-Gvern ikun is-safeguard tal-Knisja!", "Hemm erba' kondizzjonijiet biex ikun hemm reġistrazzjoni ta' sentenza tat-tribunal ekkleżjastiku.", "Mela li tmur il-qorti tal-appell, li jkun hemm ir-right of action and defence u din waħda mid-diffikultajiet li tinħoloq imma jidher li fiċ-ċirkostanzi kollha li kellna f'Malta, s'issa darba biss inqalgħet, fil-każ ta' ċertu wieħed Patrick Calleja li se nitkellmu dwaru aktar 'il quddiem.", "Naturalment jekk ikun żwieġ li sar wara l-11 ta' Awwissu, 1975 irid ikun reġistrat bħala liġi ċivili u ma jridx ikun diġa' res judicata fejn fil-qorti ċivili ma kienx ingħata l-annuallament u hawnhekk ingħata.", "Fuq tal-protokoll ukoll ir-ratum non consummatum, dan il-privileġġ tal-Papa, kien jista' jiġi rreġistrat ukoll mentri qabel ma kienx.", "Issa f'dawn il-protokolli l-kunċett bażiku taż-żwieġ, kemm dak kattoliku u kemm dak ċivili, kienu qrib ħafna ta' xulxin imma naturalment bl-introduzzjoni tad-divorzju l-essenza taż-żwieġ inbidlet min-naħa ċivili u allura tbiegħdu minn xulxin għax l-indissolubilità spiċċat.", "Issa ħalli nitkellmu ftit fuq id-differenzi.", "Diġà għedna li m'hemmx definizzjoni fil-liġi ċivili mentri hemm definizzjoni fil-liġi kanonika.", "U s-sagramentalità hija importanti ħafna fl-opinjoni tiegħi.", "Fil-fatt is-sagramentalità fil-kuntratt ma teżistix għax iċ-ċivil m'għandux x'jaqsam mat-twemmin.", "Hemm ukoll id-diffikultà tal-etaijiet li l-Knisja f'Malta rranġata wkoll għax il-liġi kanonika madwar id-dinja kollha, ħlief għal xi postijiet, fosthom Malta, il-bniet jistgħu jiżżewwġu ta' 14-il sena.", "Fl-aħħar liġi kanonika li saret fl-1983 - kien hemm oħra tal-1917 – kien jingħad li t-tfajliet ta' 14-il sena tista' togħla l-età tagħhom skond kif jiddeċiedu l-konferenzi episkopali.", "U f'Malta, fl-opinjoni tiegħi b'mod tajjeb ħafna, meta l-liġi taż-żwieġ kienet tesiġi li l-età għandha tkun tal-inqas 16-il sena, l-isqfijiet f'Malta għollew l-età tal-bniet ukoll għal 16-il sena u b'hekk ġiet konformi.", "Biss fil-liġijiet hemm din l-emenda min-naħa tal-Knisja u li kieku ma kenitx hemm kien ikun hemm diffikultà.", "Naturalment l-indissolubilità hija differenza kbira għax waħda hija għal dejjem u hija marbuta mal-mewt mentri l-oħra għandek il-liġi tad-divorzju.", "Hemm xi ħaġa interessanti wkoll fejn qed ngħidu l-kwalità tal-persuna.", "Meta nitkellem fuq il-kwalità tal-persuna, xi ħaġa li ma tissemmix fil-liġi ċivili, hija wkoll waħda minn dawk l-affarijiet marbuta mal-kunsens.", "Jekk il-kwalità tal-persuna tkun jew moħbija jew tkun differenti jfisser li hemm xi ħaġa li fil-liġi ċivili ma teżistix imma teżisti fil-liġi kanonika.", "DEBORAH SCHEMBRI: Skużani ftit imma jekk hemm din id-diskrepanza, x'jiġri jekk xi ħadd jieħu din id-dikjarazzjoni ta' nullità mill-Knisja?", "DR MANWEL SCHEMBRI: X'jiġifieri dikjarazzjoni tal-Knisja?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri meta tiġi mbagħad biex tirreġistra dik in-nullità fiċ-ċivil u dik in-nullità fiċ-ċivil ma teżistix ...", "DR MANWEL SCHEMBRI: Tinsiex li huwa jara biss il-proċedura u ma jidħolx fil-merti tal-każ.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma hija diskrepanza antipatika għax tkun qed tannulla ż-żwieġ ċivili fuq bażi li mhi ċivili xejn!", "(Interruzzjonijiet) Il-parti tiegħu hija ċivili li kieku xi ħadd ma marx fit-tribunal imma mar fil-qrati ċivili jaf li ma kienx jottjenih fuq dik il-bażi.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Naħseb min mar fil-liġi ekkleżjastika għaliex iż-żwieġ tiegħu kien wieħed ekkleżjastiku u allura għażel l-għażla t-tajba.", "Jiena għalhekk nemmen fis-separazzjoni tagħhom għax inti qed tfittex - u għandek raġun - fejn jaqbillek.", "U jekk tfittex fejn jaqbillek qed tuża parti li forsi mhijiex tiegħek jew inkella qed tuża parti a skapitu ta' ħaddieħor li ma tistax tuża n-naħa l-oħra.", "Ma nafx jekk weġibtx il-mistoqsija tiegħek?", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva weġibtni.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Ħaġa oħra dwar l-impotenza fiż-żwieġ hi li trid tkun antecedent qabel iż-żwieġ u din ukoll hija xi ħaġa li tannulla ż-żwieġ imma fil-liġi kanonika trid tkun perpetwa.", "Mela filwaqt li fil-liġi ċivili m'hemmx din l-idea ta' perpetwazzjoni, fil-liġi kanonika trid tkun perpetwa.", "Dawn huma d-differenzi li qed nitkellmu fuqhom.", "Ħaġa oħra interessanti hija li min jiżżewweġ biż-żwieġ kanoniku, l-isqof tiegħu marbut li jagħmillu preparazzjoni u din qiegħda wkoll fil-liġi.", "Jiġifieri dawn il-korsijiet ta' Kana mhumiex xi ħaġa li vvintathom id-djoċesi imma huma marbuta mal-liġi taż-żwieġ kanoniku.", "Naturalment fil-liġi ċivili m'hemm xejn minn dan.", "Hemm ukoll is-simulazzjoni, dak li jidher minn barra ma jfissirx dak li hu minn ġewwa.", "Fil-liġi ċivili hemm ħames modi kif inkejlu s-simulazzjoni.", "Is-simulazzjoni fil-liġi ċivili hija marbuta biss ma' xi ħadd li jiżżewweġ biex jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija.", "Jew inkella biex jottjeni work permit jew residence permit.", "Li jiżżewweġ biex ikollu d-dritt li jidħol f'Malta jew inkella biex ikollu d-dritt li jieħu kura medika f'Malta.", "Dawn huma l-ħames ċirkostanzi li fil-liġi ċivili tista' titkellem fuq simulazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Mela ta' 16 il-liġi tqisek bħala persuna matura sabiex tiżżewweġ?", "Allura ma tarahiex bħala kontroversjali li mbagħad il-maturity clause fl-Università hija ta' 23 sena u d-dritt tal-vot tieħdu ta' 18-il sena?", "DR MANWEL SCHEMBRI: Mhux hekk biss imma fil-liġi ċivili torbtok li jekk tkun ta' 16-il sena jrid ikollok il-kunsens tal-ġenituri.", "Jekk imbagħad ma jkollokx il-kunsens tal-ġenituri tista' tottjeni l-kunsens permezz tal-Qorti.", "Imma d-diffikultà qiegħda li qed jgħidlek li ta' 16 inti ma tistax tiddeċiedi għalik innifsek fuq sitwazzjoni bħal din li torbtok b'dan il-mod!", "Interessanti hu li bejn il-liġi kanonika u l-liġi ċivili hemm l-istess tifsira imma li għandek kliem differenti jġiegħlek taħseb.", "Waqt li fil-liġi kanonika għandek il-kelma bl-Ingliż \"deceit\" li tfisser \"qerq\", fil-liġi ċivili għandek il-kelma \"fraud\" li tfisser \"frodi\" u li tista' tfisser ukoll qerq.", "Issa dawn huma l-konklużjonjiet tiegħi.", "L-ewwel konsiderazzjoni li nixtieq nagħmel hija dik li donnu hawn żewġ forom ta' żwieġ imma fl-istess ħin it-tnejn jikkonformaw ma' Chapter 255 tal-liġi.", "Mela filwaqt li qed ngħidu li għandna żewġ forom ta' żweġijiet, fl-istess ħin qed ngħidu li dawn iridu jħarsu lejn triq waħda.", "Jien din inħares lejha bħallikieku qegħdin nitkellmu fuq is-supremazija.", "U għalkemm il-kelma ma togħġobnix, din qiegħda fil-liġi ċivili għax hi li tiddeċiedi kollox u biex tgħaddi jrid ikun hemm it-timbru tagħha.", "Interessanti u stramba li fil-liġi għandna miktub li r-reġistratur jiddeċiedi li jiddikjara ż-żwieġ mhux bħala husband and wife imma bħala man and wife.", "Jiena naħseb li hemmhekk kien hemm lapsus imma xorta waħda hija stramba.", "Jiġifieri waqt li r-raġel se jibqa' raġel, il-mara se ssir wife.", "Din id-diffikultà naħseb li hija kemm xejn stramba imma hemm ukoll differenza kbira, kif tidher fiż-żewġ istituzzjonijiet tal-liġi, fejn waħda hija l-human consent, bir-reġistratur jiddikjarahom raġel u mara mentri fid-dikjarazzjoni ekkleżjastika huwa l-qassis jew inkella min ikun qed jippresjedi li jirċievi dan il-kunsens f'isem il-Knisja.", "Mela hemm din ir-riferenza mal-ewwel għal dak li huwa divin aktar milli għal dak li huwa uman.", "Dawn huma żewġ affarijiet li jidhru fit-tnejn.", "Naturalment għandna t-tnedijiet li huma mitluba mit-tnejn, kemm mill-Knisja u kemm mill-Istat imma jridu jikkonformaw ma' dan l-Istat u tal-Istat fihom ħafna dettalji fil-liġi.", "U naħseb li huma tajbin li jitolbu kif għandhom isiru dawn it-tnedijiet.", "Ir-reġistrazzjoni marbuta mat-tnejn, jiġifieri kemm f'tal-Knisja kif ukoll f'dak tal-Istat.", "Kif naraha jien, il-kappillan jew inkella min jiċċelebra ż-żwieġ, għan-naħa ċivili dan ġie ridott għal nutar jew għal reġistratur pubbliku li għandu oneru kbir li jkun preċiż meta jimla' l-karta tal-għadd taż-żwieġ.", "Hemm affarijiet li nħoss li huma marbutin mal-professjoni nutarili aktar milli mal-kappillan.", "L-affarijiet li jqarrbu dawn iż-żewġ istituzzjonijiet jixhdu wkoll li l-fonti ħafna drabi kienu l-istess.", "Aħna t-tnejn xrobna mil-liġi Rumana u mil-liġi Napoleonika.", "Ħaġa stramba hi li ż-żwieġ reliġjuż jista' jiġi dikjarat null bil-liġi ċivili, jiġifieri għandek żwieġ li huwa totalment reliġjuż u li allura jikkonforma mal-liġi għax il-liġi rabtitu, imma mbagħad din ir-rabta tal-liġi ġiegħlet lil min kien reliġjuż sabiex jagħmel kawża ċivili biex jannullah.", "DEBORAH SCHEMBRI: X'jiġifieri?", "Aħna l-Knisja ma tirrikonoxxix l-annullament li nieħdu mill-Qorti Ċivili.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Mill-Knisja le imma mill-Gvern iva.", "U din hi d-diffikultà!", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri jekk inti tmur fil-Qorti Ċivili ż-żwieġ reliġjuż mhux se tannullahulek.", "Jekk jien iżżewwiġt bil-liġi reliġjuża biss!", "Illum ma nistax niżżewweġ biż-żwieġ reliġjuż u biż-żwieġ ċivili.", "Mela jien iżżewwiġt bil-liġi reliġjuża biss u kkonformajt mal-liġi ċivili ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Inti awtomatikament tkun qed tiżżewweġ bit-tnejn li huma.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Ma tkunx qed tiżżewweġ bit-tnejn.", "Kif naraha jien tkun qed tiżżewweġ bil-liġi reliġjuża u tkun qed tikkonforma għaliex marbut mal-liġi ċivili.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ikunu qed isiru żewġ żweġijiet f'wieħed; iż-żwieġ ċivili u ż-żwieġ reliġjuż u inti tista' titlob annullament fiċ-ċivil u dan jista' jiġi annullat jekk ikun hemm il-bażi.", "Imma ż-żwieġ reliġjuż mhux se jgħidlek li dan japplika għalih ukoll.", "U sal-lum, jekk inti tmur għand it-tribunal ekkleżjastiku u jannullalek iż-żwieġ, inti tista' tmur fl-appellate court taċ-ċivil u dan jirrikonoxxiehulek.", "Mela mhumiex ugwali.", "DR MANUEL SCHEMBRI: Id-diffikultà tiegħi hi dik li ż-żwieġ reliġjuż ikollu ż-żwieġ ċivili.", "Jiena għalija din naraha bħala diffikultà għax jien iżżewwiġt biż-żwieġ reliġjuż mentri l-ieħor ġie mpost fuqi.", "Mela allura kif tiġi tgħidli li min-naħa ċivili jiena neħħejt iż-żwieġ reliġjuż?!", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma nistax nifhmu dan l-argument li qed tagħmel!", "DR MANWEL SCHEMBRI: Ma nistax nifhem għaliex qed tgħid li tiżżewweġ b'żewġ żweġijiet meta aħna ma niżżewwġux b'żewġ żweġijiet.", "Jiena niżżewweġ il-Knisja u l-arċipriet jikteb li jien iżżewwiġt fil-Knisja u mbagħad jibgħat lir-reġistratur.", "Mela kif qiegħda tgħid li żżewwiġt biċ-ċivil?", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma fil-verità, meta inti qed tagħti l-kunsens taż-żwieġ, qed tagħti l-kunsens għaż-żwieġ li huwa sagrament u qed tagħti l-kunsens għaż-żwieġ li għandu effetti ċivili.", "Issa mpost fuqek jew mhux impost fuqek, dak li tkun qed tagħmel.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Hekk qed jgħid il-leġislatur imma għalija mhuwiex hekk!", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma l-leġislatur jgħodd!", "DR MANWEL SCHEMBRI: Il-leġislatur jgħodd imma mhux dejjem għandu raġun!", "Id-dritt taż-żwieġ mhuwiex fil-Kostituzzjoni tagħna.", "La kien fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza u lanqas tar-Republikka imma daħal fl-1987 meta għamilna l-Konvenzjoni Ewropea.", "Jiena naħseb li hija ħasra li mhijiex entrenched fil-Kostituzzjoni tagħna li kulħadd għandu d-dritt li jiżżewweġ.", "Mela nsibuha fil-human rights imma fil-liġi domestika daħlet mit-tieqa biex ngħid hekk.", "Nista' nsemmilkom il-każ klassiku ta' Patrick Calleja kontra l-Avukat Tonio Borg.", "Se ngħidilkom l-istorja fil-qasir biex naraw id-diffikultajiet li nħolqu.", "Patrick Calleja huwa Malti li żżewweġ mara ta' nazzjonalità barranija, jekk ma niżbaljax Eġizzjana jew Libjana.", "Dan iżżewweġ fil-Knisja tal-Ġzira u żżewweġ hemmhekk għax ma setax jagħmel mod ieħor bħala nisrani li ma jiżżewwiġx bil-liġi kanonika.", "Madankollu ma jfissirx li ż-żwieġ tiegħu kien sagrament u din importanti li ngħiduha.", "Sagrament ta' żwieġ ma jingħatax mill-qassis imma jingħata mill-miżżewġin bejniethom.", "Mela l-mara tagħti s-sagrament lir-raġel u viċi versa.", "Issa jekk għandek parti li mhijiex nisranija u allura li mhijiex mgħammda, din m'għandhiex x'tagħti lir-raġel u r-raġel ma jistax jagħtiha għaliex hi ma tistax tirċievi la mhijiex mgħammda.", "Dan kien xorta żwieġ reliġjuż imma ma kienx hemm sagrament.", "Dawn it-tnejn iżżewwġu b'dan iż-żwieġ reliġjuż u wara ċertu żmien il-mara telqet u ħadd ma kien jaf fejn marret.", "Patrick mar l-Amerika u hemmhekk iltaqa' ma' Maltija.", "Wara xi 15-il sena kien qiegħed Boston u talab l-annullament taż-żwieġ tiegħu u fil-fatt ħa l-annullament.", "Dan iddeċieda flimkien mal-mara Maltija li jiġu lura Malta u jissettiljaw hawnhekk imma meta ġew biex jiżżewwġu sabu din id-diffikultà.", "L-ewwelnett meta ġie biex jirreġistra l-annullament li ħa mill-Knisja fl-Amerika, - dan seta' ħadu minn hawn ukoll għax il-Knisja hija universali - l-Imħallef Vincent De Gaetano nduna li Patrick ma kienx prokuratur li jieħu ħsieb l-affarijiet tal-mara li baqgħet ma nstabitx.", "Milli jidher din marret lura lejn pajjiżha u naturalment reġgħet ħadet l-isem Islamiku li kellha u b'hekk ma nstabitx.", "Il-proċeduri ġot-tribunal ekkleżjastiku setgħu jkomplu imma l-Imħallef Vincent De Gaetano, meta applika l-liġi Maltija, induna li din ma kellhiex lil min jieħu ħsiebha u allura ra li kien hemm an unfair trail u ma rreġistrax dan l-annullament li ttieħed bil-Knisja.", "Patrick qal li ma kienx jimporta għax hu kien se jiżżewweġ biss bil-Knisja.", "Imma meta mar biex jiżżewweġ bil-Knisja, din bagħtitu għand il-gvern biex joħroġ it-tnedijiet taż-żwieġ.", "Meta mar biex joħroġ it-tnedijiet qalulu li huwa kien għadu miżżewweġ u allura ma setgħux joħorġulu t-tnedijiet għax f'Malta mhux permessa l-poligamija.", "Dan kien fl-2004, jiġifieri qed nitkellmu fuq 10 snin ilu imma din kienet diffikultà kbira dak iż-żmien u llum ġiet solvuta bid-divorzju.", "Issa ma nafx jekk hijiex xi ħaġa tal-biki jew tad-daħk li l-Knisja bagħtilu jġib id-divorzju biex ikun jista' jiżżewweġ fil-Knisja!", "Din hija xi ħaġa stramba u naħseb li kien l-aktar każ diffikultuż.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid – avolja diġà għedtha aktar qabel – hi li s-soluzzjoni tiegħi hi li jkun hemm separazzjoni totali.", "Din tfisser li min se jiġi biex jiżżewweġ ikollu d-dritt li jiżżewweġ jew biċ-ċivil biss jew bil-liġi ekkleżjastika biss jew inkella jiżżewweġ bit-tnejn li huma.", "L-għażla għandha tkun tiegħu u m'għandu jkun hemm xejn x'jagħfas waħda fuq l-oħra.", "B'hekk jekk xi darba jkun hemm xi diffikultà u din id-diffikultà tkun marbuta maċ-ċivil, ifittex liċ-ċivil u jekk din id-diffikultà tkun marbuta mal-ekkleżjastiku, mela allura jkun jista' ifittex in-naħa ekkleżjastika.", "Naħseb li din għandha tkun l-għażla ta' min irid jiżżewweġ u allura jkun jaf bid-differenza bejn ħaġa u oħra.", "Naturalment kultant nitkellmu fuq nies li jidħlu għaż-żwieġ mingħajr ma jkunu jafu eżatt xi jfisser żwieġ ċivili jew żwieġ ekkleżjastiku.", "Għalhekk jiena nemmen li b'din is-soluzzjoni ta' separazzjoni totali nsolvu forsi ftit iktar każi b'aktar trankwillità.", "Kien hemm min tkellem fuq l-awtonomija, fosthom l-Isqof Scicluna.", "Jiena naħseb li l-awtonomija hija importanti imma trid tiġi wara s-separazzjoni.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq l-awtonomija jekk qabel ma nitkellmux fuq is-separazzjoni.", "Nirringrazzjakom tal-paċenzja li ħadtu biex tisimgħuni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nixtieq nagħmillek xi mistoqsijiet.", "Meta ġiet submitted it-teżi tiegħek?", "DR MANWEL SCHEMBRI: F'Lulju tal-2013.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb.", "Jiġifieri ma setax ikun hemm riferenza forsi f'xi programm elettorali ...", "DR MANWEL SCHEMBRI: L-unika riferenza li hawn tgħid biss li waqt il-preżentazzjoni ta' din it-teżi kienu nfetħu d-diskussjonijiet.", "Suppost li jien kelli ngħaddilek xi ħaġa hux hekk?", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb.", "Kulma xtaqt hu li meta inti tkellimt fuq iż-żwieġ ċivili għedt li fil-kanoni tal-Knisja hemm imniżżel li ma tistax tmur kontra l-preċetti tal-liġi ċivili u jiena xtaqt inkun naf liema kanoni jgħid dan.", "DR MANWEL SCHEMBRI: Mela issa ngħaddilek l-informazzjoni peremzz tal-email.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li kull tip ta' żwieġ irid jgħaddi mill-iskrutinju ta' din il-liġi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Dr Schembri nirringrazzjak tax-xogħol tiegħek u ta' din il-preżentazzjoni għaliex kienet waħda interessanti ħafna.", "Qabel nagħlaq il-laqgħa tal-lum nixtieq ngħid li rċevejna din il-korrispondenza.", "THE CHAIRMAN: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 18 ta' Marzu, 2014 mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Familja mill-European Parliamentary Forum on Population and Development.", "F'din l-ittra qed jitolbuna biex nirratifikaw l-Istanbul Convention, li tajjeb ngħid li bħalissa qiegħda tiġi diskussa f'dan il-Parlament u għalhekk se nkunu in line ma' dak li qed jitolbuna min-naħa tal-Parlament Ewropew.", "Jiena ma fadalli xejn iktar ħlief li nirringrazzjakom talli kontu preżenti għal din il-laqgħa filwaqt li nerġa' nirringrazzja lil Dr Manwel Schembri tax-xogħol li ħa biex għamlilna din il-preżentazzjoni.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li", "għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20140324_004d_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 04", "It-Tnejn, 24 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joe Cassar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 03 li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2013 ġew konfermati.", "Dok 001 Ittra datata 18 ta' Marzu, 2014 mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il- Familja mill-European Parliamentary Forum on Population and Development.", "IŻ-ŻWIEĠ FIL-LIĠI KANONIKA U FIL-LIĠI ĊIVILI F'PAJJIŻNA – DISKUSSJONI MA' DR MANWEL SCHEMBRI", "Dr Schembri ppreżenta lill-Kumitat it-teżi tiegħu li kienet ibbażata fuq il-liġi kanonika u l-liġi ċivili f'Malta.", "Spjega kif f'Malta ħafna drabi nitkellmu fuq iż-żwieġ bil-liġi kanonika u bil-liġi ċivili bħala xi ħaġa li jmorru kontra xulxin għalkemm fil-verità dawn huma marbutin ma' xulxin.", "Żwieġ kanoniku huwa żwieġ marbut mal-kotba mqaddsa iktar milli mal-Knisja.", "Il-Knisja kienet tirregola ż-żwieġ għal ħafna żmien imma ddefinitu bħala sagrament u s-sagramenti huma l-kolonni tal-Knisja Kattolika.", "Naturalment iż-żwieġ nisrani jitwettaq permezz tal-kunsens u l-kunsens irid ikun pubbliku.", "Fil-fatt hemm formola apposta li hija xi ħaġa pubblika għax l-effetti taż- żwieġ mhumiex biss privati imma huma wkoll marbutin mas-soċjetà.", "U dawn il-formalitajiet iridu jkunu b'mod naturali kif ukoll legali.", "Mela l-kunsens irid jingħata b'mod naturali u b'mod ħieles.", "Hemm ukoll kanoni li jiddeskrivi l-kunsens u jistabilixxi l-ewwel il-partijiet; li huma raġel u mara.", "Dan ifisser li l-liġi kanonika m'għandhiex l-idea ta' żwieġ bejn tnejn tal-istess sess imma bejn sessi differenti.", "Iż-żwieġ ċivili f'pajjiżna daħal fl-1975, fejn il-formalitajiet kollha kienu jsiru fir-reġistru taż-żwieġ il-Belt.", "Il-ġurament u l-kunsens kien jingħata hemmhekk ukoll.", "Kien jonqos biss il-firma u din il-firma kienet issir fil-Knisja, ġeneralment fis-sagristija.", "Min ried jiżżewweġ biċ-ċivil kien jiżżewweġ normali fil-knisja u mbagħad il-Knisja tat konċessjoni lir-reġistratur tal-gvern sabiex dan jidħol fis-sagristija u hemmhekk jitlob il-firem tal-miżżewwġin biex jissiġġillaw iż-żwieġ ċivili.", "U mbagħad kien jagħtihom ukoll ċertifikat, xi ħaġa li bdiet tagħmilha wkoll il-Knisja.", "Fl-aħħarnett Dr Schembri ressaq ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu, fosthom dik li jkun hemm separazzjoni totali bejn iż-żwieġ kanoniku u ż-żwieġ ċivli.", "Mela min jiġi biex jiżżewweġ għandu d-dritt li jew jiżżewweġ bil-liġi ċivili biss jew inkella jiżżewweġ bil-liġi ekklesjatika biss jew jekk ikun irid jiżżewweġ bit-tnejn li huma.", "Din għandha tkun l-għażla tal-individwu u m'għandu jkun hemm xejn li jagħfas waħda fuq l-oħra.", "Ġieli jkollok nies li jidħlu għaż-żwieġ mingħajr ma jkunu jafu eżatt xi tfisser żwieġ ċivili u xi jfisser żwieġ ekklesjastiku.", "Għalhekk jekk ikollok seperazzjoni totali bejn dawn iż-żewġ tipi ta' żweġijiet inkunu nistgħu nsolvu ftit iktar każijiet b'iktar trankwillità.", "Kien hemm min tkellem dwar l-awtonomija imma għalkemm din hija importanti ħafna, xorta waħda trid tiġi wara li jkun hemm is-separazzjoni.", "Wieħed ma jistax jitkellem fuq awtonomija jekk ma jitkellimx fuq separazzjoni qabel.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140324_004m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 19", "L-Erbgħa, 14 ta' Mejju 2014 fis-6:30 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Mejju 2014 fis-6:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, u l-Afrika t'Isfel dwar il-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni (7437/08) skont id-disposizzjonijiet tal-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Diskussjoni dwar ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta għall-perjodu Marzu sa Diċembru 2013 skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515).", "Affarijiet oħra.", "9 ta' Mejju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140325_019a_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 22", "It-Tlieta, 25 ta' Marzu, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 25 ta' Marzu, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Detention u Open Centres - Diskussjoni dwar is-sitwazzoni f'Malta", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140325_022a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 22", "It-Tlieta, 25 ta' Marzu, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 22", "It-Tlieta, 25 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 14 li saret nhar it-Tlieta 10 ta' Diċembru 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Għandna xi korrispondenza li se naqrahom malajr.", "Mela nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Email datata 18 ta' Marzu 2014 mibgħuta minn Lynsey Schembri mill-PKF Malta dwar studju li qiegħed jiġi mħejji minn din l-istess għaqda; u", "Rapport dwar studji li saru mill-Ombudsman matul is-snin dwar iċ-ċentri ta' detenzjoni f'pajjiżna.", "Se naqra l-ewwel email li rċevejna mingħand il-PKF Malta fejn dawn qed jgħidulna hekk;", "Bażikament naħseb li huwa tajjeb li jkollna idea ta' x'inhuma l-ħsebijiet kemm tan-nies kif ukoll tal-immigranti dwar xulxin.", "Li għadni m'iniex ċerta hu fuq jekk dan ir-rapport huwiex lest jew għadux qed isir għax fl-ewwel paragrafu qiegħda nieħu l-impressjoni li dan l-istudju għad irid isir u mbagħad fl-aħħar paragrafu qisu qiegħda tingħata l-impressjoni li dan diġà sar.", "Għalhekk ma nistax nifhem jekk is-Sinjura tixtieqx li niltaqgħu magħha biex forsi nagħmlu xi mistoqsijiet fuq l-informazzjoni li rnexxielha tiġbor.", "Avolja qiegħda nissoponi li dan ir-rapport għadu ma sarx.", "Naħseb li l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu hu li niddiskutu mas-Sinjura ħalli jekk dan għadu ma sarx u hemm bżonn l-impetus tagħna, allura aħna nkunu nistgħu nagħtu l-opinjonijiet tagħna.", "Mela nitlob lis-Segretarju tagħna sabiex jagħmel kuntatt magħha ħalli naraw eżatt jekk hux lest dan ir-rapport u kif l-aħjar li mmexxu.", "It-tieni korrispondenza rċvejniha mingħand l-Ombudsman.", "Fil-fatt meta kont qiegħda fil-House Business Committee, kien hemm l-Ombudsman preżenti u għamiltlu mistoqsija fejn bażikament tlabtu jagħtina l-affarijiet kollha li ħadmu fuqhom min-naħa tal-Uffiċċju tiegħu fuq l-immigrazzjoni irregolari.", "U l-Ombudsman bagħatilna dan ir-rapport flimkien ma' din l-ittra li se naqralkom malajr;", "DETENTION U OPEN CENTRES – DISKUSSJONI DWAR IS-SITWAZZJONI F'MALTA", "THE CHAIRPERSON: Kif qed taraw l-Ombudsman bagħatilna trakk dokumenti u hemm ħafna affarijiet li diġà saru u għalhekk ikun tajjeb li aħna nkunu nistgħu naraw dak li diġà sar qabel ma nkomplu bid-diskussjoni tagħna.", "CLAUDETTE BUTTIEGIEG: Ma nafx jekk ġejnix informati jekk dawn id-dokumenti jinstabux online għax l-Ombudsman għadu kemm nieda l-website l-ġdida tiegħu u allura qiegħda nassumi li dan it-tip ta' rapport qiegħed online wkoll.", "B'hekk ma jkollniex għalfejn naħlu dak l-ammont ta' karti biex nagħmlu printout tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Jiena ma nafx jekk huwiex qiegħed online jew le imma dejjem nistgħu niċċekkjaw ftit.", "Però dan mhuwiex dokument wieħed sħiħ imma ġie kkompilat apposta għalina u fih estratti minn ħafna postijiet differenti.", "U allura, sfortunatament se jkollna naħlu xi siġra biex nagħmlu kopja tiegħu biex nagħtuha lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Jiena nħoss li biex niddiskutu d-detention centres bdejna fit-triq it-tajba għaliex morna nagħmlu l-viżiti f'dawn iċ-ċentri imma issa rridu nitkellmu speċifikament fuq id-detention policy ma' min qiegħed jagħmel din il-policy.", "Fl-ewwel laqgħa tagħna konna ġibna lill-Ministru Mallia sabiex ikellimna fuq dan is-suġġett b'mod ġenerali imma issa rridu nisimgħu lil xi ħadd mill-Ministeru ħalli nistaqsu speċifikament fuq id-detention policy u naraw daqxejn x'kien hemm s'issa, x'qiegħed isir u x'beħsiebu jinbidel qabel ma nkunu nistgħu nipproċedu.", "Naħseb li dan ir-rapport li bagħatilna l-Ombudsman se jagħtina ħafna fuqiex naħdmu u nistaqsu in prepration għal meta se jiġi xi ħadd min-naħa tal-Ministeru sabiex ikellimna.", "Min-naħa l-oħra naħseb li fil-laqgħa li jmiss nistgħu nġibu lil xi ħadd mill-bord tal-asylum seekers ħalli nibdew nidħlu ftit aktar fid-dettall dwar il-liġijiet u l-proċeduri.", "Jien ma nafx jekk hemmx xi ħaġa li intom tridu speċifikament iżżidu ma' dan li qiegħda ngħid jiena jew forsi fuq min għandu jiġi jkellimna fil-laqgħa li jmiss.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li huwa importanti ħafna li f'xi ħin fid-diskussjoni tagħna nistiednu lill-NGOs li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam għax huma l-iktar nies li l-immigranti forsi jiftħu iktar qalbhom magħhom u ma jarawhomx bħala forza bħalma jaraw lilna biex ngħid hekk.", "Minn dak li tkellimt jiena mal-NGOs li jaħdmu f'dan is-settur, jidher li dawn għandhom relazzjoni tajba ħafna mal-immigranti u għalhekk dawn in-nies naħseb li għandhom ikunu s-sors ewlieni ta' informazzjoni għax għandhom aċċess iktar seren biex ngħid hekk ma' dawn l-immigranti.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel perfettament miegħek.", "L-Onor.", "CHRIS FEARNE: L-ewwelnett nixtieq niskuża ruħi talli wasalt ftit tard imma kont qiegħed f'kumitat ieħor.", "Ma nafx jekk huwiex possibbli - imma mill-esperjenza tiegħi ta' meta ppilotajt l-MGM - li nitkellmu mar-rappreżentanti tal-immigranti, tar-refuġjati u tan-nies li qegħdin jistennew li jingħataw status ta' ażil għaliex fl-opinjoni tiegħi l-istorja tagħhom hija ħafna differenti milli kultant naħsbu aħna jew mill-mod ta' kif ipinġuha fil-media.", "Huwa tajjeb li niddiskutu mal-NGOs u mal-uffiċjali imma naħseb li l-aktar ħaġa importanti hi to hear it from the horses mouth.", "Loġistikament mhux ċert kif se naħdmuha imma naħseb li nistgħu nagħmluha anke permezz tal- NGOs li jkunu jistgħu jiddentifikaw dawk in-nies li jistgħu jiġu jkellmuna fuq l-esperjenza tagħhom meta ġew biex jgħaddu minn dan il-proċess.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt it-tnejn huma punti validi ħafna u nixtieq infakkarkom ftit fuq meta konna morna nagħmlu l-viżiti fil-closed detention centres kif ukoll fl-open centre.", "Niftakarni nistaqsi li xtaqt li aħna, bħala Kumitat, immorru nitkellmu direttament ma' min qiegħed fis-sitwazzjoni għax proprju l-opinjoni tagħhom u l-opinjoni ta' min ikun qiegħed jara jekk għandhomx joqogħdu hawn jew le jew ta' min qiegħed jagħmel il-policy, huma żewġ opinjonijiet totalment differenti minn xulxin.", "U kienu qaluli li hemm persuni li normalment iħossu li għandhom jitkellmu f'isem xulxin.", "Jekk dawn il-persuni jistgħu jiġu hawnhekk - forsi jkunu eskortati peress li jkunu qegħdin f'detention centre - jew inkella nerġgħu mmorru aħna, inkunu nistgħu nitkellmu ftit magħhom fuq kif għaddew minn dak il-proċess.", "Jiena naħseb li min diġà għadda mill-proċess jista' jagħtina idea ta' kif wieħed jista' jintegra ruħu fis-soċjetà tagħna.", "Mentri min għadu hemm jista' jgħidilna x'qiegħed jagħmel bħalissa.", "Jiena kont qiegħda nitkellem mal-Ministru li qalli li qed isiru xi – u din naħseb li hija importanti ħafna - xogħolijiet ta' refurbishment f'dawn iċ-ċentri ta' detenzjoni.", "Meta morna aħna dawn ix-xogħolijiet kienu għadhom ma bdewx.", "Għalhekk importanti li naraw xi żviluppi kien hemm minn mindu morna aħna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ħalli nagħmel korrezzjoni żgħira.", "Fil-fatt aħna rajna x-xogħol li kien beda jsir fil-Lyster Barracks.", "Is-sular ta' isfel kien qiegħed jiżżarma biex isir it-tibjid u x-xogħolijiet meħtieġa.", "F'dik l-area naturalment ma kienx hemm immigranti u għalhekk nimmaġina li ma ġarax ħsara imma naf li fl-areas l-oħra, fejn kien hemm l-immigranti, ġratilhom il-ħsara.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq ngħid li bagħatitilna Dr Elaine Burmingham, ir-Research Analyst tagħna, u minn hawnhekk nixtieq insellmilha għax tinsab ma tiflaħx imma xorta waħda qiegħda ssegwi din il-laqgħa.", "Dr Burmingham qaltilna li għandna nkellmu lill-Kummissarju għar-Refuġjati fil-laqgħa li jmiss għaliex dan jista' jagħtina insight tas-sitwazzjoni.", "Jiena naħseb li qabel ma nibdew niddiskutu huwa importanti li nħarsu lejn il-liġi tagħna ħalli naraw din xi tgħid fuq id-detenzjoni.", "U allura naħseb li huwa kompitu tagħna li nħarsu lejn il-liġijiet ħalli meta nkunu qegħdin nitkellmu ma' min qiegħed fuq il-liġi, aħna nkunu ppreparati bil-mistoqsijiet tagħna u nagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Min-naħa tiegħi ma naħsibx li għal-lum fadlilna xi affarijiet oħra x'niddiskutu għaliex il-laqgħa tal-lum aktar kienet fuq kif se nistradaw ix-xogħol tagħna milli fuq affarijiet li nistgħu nagħmlu llum peress li għad jonqos li jiġu xi nies ħalli jagħtuna aktar informazzjoni.", "Kif tafu s-Segretarju tagħna tana kopja tal-Minuti Informali tal-viżita li għamilna f'Lyster Barracks u jekk hemm xi ħaġa li xi ħadd irid iżid magħhom jista' jitkellem issa.", "Jiena li nista' ngħid hu li hemm realtà tremendament differenti milli forsi wieħed jobsor meta qatt ma jkun resaq lejn detention centre.", "Kienet xi ħaġa tajba li bħala Kumitat ħadna d-deċiżjoni li mmorru nżuru d-detention centres qabel ma nibdew nitkellmu fuqhom.", "Inħoss li jekk ma tkunx sensittiv għar-realtà vera ta' min qiegħed jgħix f'dawn il-kondizzjonijiet, ftit li xejn tkun tista' titkellem fuqhom.", "Ovvjament aħna qatt ma nistgħu nħossu dak li għaddew minnu dawn in-nies imma għallinqas meta mmorru naraw b'għajnejna stess inkunu f'atmosfera totalment differenti.", "Jien inħoss li s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni hija sfortuna kbira għal min ikun qed jgħixha għaliex hija sitwazzjoni li tibda minn disperazzjoni li jkollu dak li jkun biex isib ħajja aħjar.", "Sfortunatament hemm ħafna kwestjonijiet li aħna rridu nħarsu lejhom għaliex inti għandek persuni bi bżonnijiet differenti.", "Għandek familji li l-bżonnijiet tagħhom huma differenti minn dak ta' individwu waħdu.", "Għandek imbagħad il-minuri li m'hemmx dubju li rridu nieħdu ħsiebhom.", "Il-Ministru qalli li – imbagħad inkunu nistgħu nitkellmu fuq din il-biċċa xogħol ma' min jiġi jirrappreżenta lill-Ministeru - qed isiru sforzi sabiex l-unaccompanied minors ma jibqgħux jiġu detained imma jitpoġġew mal-familji.", "Aħna qegħdin nitolbu wkoll l-għajnuna tal-United Nations u allura rridu nikkombinaw dawn iż-żewġ affarijiet f'daqqa biex mhux issir policy li ma tistax tiġi attwata imma li naħdmu id f'id.", "Rigward din il-biċċa nkunu nistgħu nitkellmu wkoll ma' min jiġi jkellimna f'isem il-Ministeru.", "Xi ħaġa oħra importanti li nħarsu lejha bi preparazzjoni għal-laqgħat li ġejjin, hija dik tal-best practises li jeżistu f'pajjiżi oħrajn.", "Naf li hemm dokumenti varji dwar dan.", "Pereżempju kont qiegħda nara dokument Ingliż imma hemm oħrajn fuq il-best practises fejn tidħol id-detention in general u anke detention speċifika bħal pereżempju l-juvenile detention jew id-detentions tal-unaccompanied minors.", "Jiġifieri jekk aħna niġu ppreparati b'dak il-mod naħseb li nkunu nistgħu nagħmlu biċċa xogħol tajba.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sinjura President, xtaqt insemmi żewġ affarijiet żgħar.", "Jiena naħseb li kien hemm differenza kbira bejn l-ewwel żjara u t-tieni żjara li għamilna fiż-żewġ detention centres.", "Naħseb li l-Kumitat kollu jaqbel li fl-ewwel żjara lanqas ħadd ma kien jaf li morna mentri t-tieni darba saret taf Malta kollha.", "U allura nixtieq li forsi nisimgħu x'kienet id-differenza u għaliex ġara dak li ġara.", "Jiena għadni s'issa ma nistax nifhem għalfejn ġara hekk.", "Xi ħaġa li lili kkonfonditni daqsxejn hu kif saret l-investigazzjoni u sar ir-rapport imma lilna ħadd ma talabna biex nagħtu l-veduta tagħna ta' dak li rajna meta konna qegħdin hemmhekk.", "Ġie mitlub minna sabiex nagħtu statement ta' dak li rajna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Lili ħadd ma talabni xejn.", "THE CHAIRPERSON: Irċevejna email mingħand is-Segretarju tagħna u ntbagħtet lil kulħadd.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Lili ħadd ma talabni biex nagħti statement.", "U safejn naf jien lanqas l-Onor.", "Jason Azzopardi ma rċeviha.", "Jien ma tajt statement lil ħadd.", "THE CHAIRPERSON: Mela rridu naraw x'ġara għax intlabna biex nagħtu statement u jien irċevejtha dik l-email.", "Irridu niċċekkjaw ftit ħalli naraw min irċeviha u min ma rċevihiex.", "Jien min-naħa tiegħi ma ħassejtx li għandi nibgħat statement għax dakinhar kelli xogħol ieħor fil-Qorti u kont wasalt hemmhekk tard.", "Fil-fatt wasalt hemmhekk eżatt x'ħin ħriġtu intom mill-barracks u meta kont se nidħol ħdejkom qaluli li jkun aħjar jekk ma nidħolx.", "U allura min-naħa tiegħi ma stajt nagħti evidenza ta' xejn fuq x'ġara ġewwa.", "Jien kont bl-impressjoni li min kien preżenti ta l-kontribuzzjoni tiegħu.", "Mela rrid nara x'ġara imma lili s-Segretarju bagħat jgħidli żgur biex nagħmilha u safejn naf jien intom kontu copied.", "Jekk m'għandna xejn iktar x'inżidu nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Naħseb li l-aħjar li nħallu f'idejn is-Segretarju sabiex jara mas-Sur Scicluna meta hi l-aħjar data li nistgħu nlaqqgħu l-Kumitat biex kemm jista' ikun ma naħbtux ma' kumitati oħra.", "Grazzi ħafna.", "Fis-7:15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140325_022d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 22", "It-Tlieta , 25 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 14 li saret nhar it-Tlieta, 10 ta' Diċembru 2013 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 17 – Email datata 18 ta' Marzu 2014 mibgħuta minn Lynsey Schembri mill-PKF Malta dwar studju li qiegħed jiġi mħejji minn din l-istess għaqda.", "Dok 18 - Rapport dwar studji li saru mill-Ombudsman matul is-snin dwar iċ-ċentri ta' detenzjoni f'pajjiżna", "Detention u Open Centres - Diskussjoni dwar is-sitwazzoni f'Malta", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat semmiet kif il-Kumitat, biex ikun jista' jiddiskuti d-detention centres beda fit-triq it-tajba meta mar jagħmel xi żjarat proprju f'dawn iċ-ċentri.", "Issa hemm bżonn li jibdew isiru taħditiet speċifiċi ma' min qiegħed iwettaq id- detention policy ħalli l-Kumitat jibda jara x'kien hemm s'issa, x'qed isir issa u x'beħsiebu jinbidel minn dak li hemm s'issa.", "B'hekk dan il-Kumitat ikun jista' jibda jidħol aktar fid-dettall fuq il-liġijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw dan is-suġġett.", "L-Onor.", "Buttigieg semmiet l-importanza li f'xi ħin il-Kumitat għandu jistieden lill-NGOs li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam għaliex dawn l-għaqdiet għandhom relazzjoni tajba ħafna mal-immigranti u għalhekk jistgħu jkunu s-sors ewlieni ta' informazzjoni fuq dan il-qasam.", "L-Onor.", "Chris Fearne staqsa jekk huwiex possibbli li l-Kumitat jitkellem ma' rappreżentanti tal-immigranti li huma refuġjati f'pajjiżna jew li qed jistennew dan l-istatus peress li l-istorja ta' dawn in-nies hija differenti ħafna minn dak li naħsbu aħna jew minn kif ipinġuha fil-media.", "Iċ-Chairperson talbet biex fil-laqgħa li jmiss ikun mistieden ukoll il-Kummissarju għar-Refuġjati.", "Semmiet l-importanza li l-Kumitat iħares lejn il-liġi tagħna biex jara xi tgħid dwar id-detenzjoni.", "Importanti wkoll li l-Kumitat iħares lejn il-best practises li jeżistu f'pajjiżi oħrajn.", "Fl-aħħarnett l-Onor.", "Buttigieg semmiet kif waqt it-tħejjija tar-rapport ta' inkjesta dwar l-inċidenti li nqalqgħu fil-Lyster Barracks ħadd ma avviċina lill-Membri sabiex jagħtu l-veduti tagħhom fuq dak li raw.", "Madankollu ċ-Chairperson irrimarkat li kienet intbagħtet lilhom email mingħand is-Segretarju ta' dan il-Kumitat wara li rċieva talba mingħand il-Bord ta' Inkjesta għall-istatements min-naħa tal-Membri li kienu preżenti għal dik il-viżita.", "U għalhekk talbet lis-Segretarju sabiex isib din l-email.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7:15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140325_022m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 26 ta' Marzu 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Marzu 2014 fis-6:30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Indirizz mill-Kelliem Ewlieni għas-Saħħa l-Onor Claudio Grech.", "Indirizz mil-Ministru għas-Saħħa, l-Onor Godfrey Farrugia.", "Sottomissjonijiet ta' suġġetti li ser jiġu diskussi fil-laqgħat li ġejjin.", "Is-sostenibilità fl-iskema tas-saħħa għall-kulħadd f'Malta u f'Għawdex.", "Affarjiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140326_001a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 26 ta' Marzu, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 1", "L-Erbgħa, 26 ta' Marzu, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43p.m.", "MIĊ-CHAIRMAN", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Merħba lilkom ilkoll f'din l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat ġdid dwar is-Saħħa.", "Qabel ma nibdew, hawn talba sabiex membri tal-media jiġbdu xi filmati tal-ewwel ftit minuti ta' din il-laqgħa.", "Neħodha li hawn permess minn kulħadd u għalhekk nistieden lill-membri tal-media biex jidħlu fil-Kamra.", "Din hija l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat dwar is-Saħħa.", "Nixtieq ngħid li aħna dejjem se nimxu skont kif qed tipproponi l-mozzjoni.", "Jiġifieri li jiġu diskussi policies, rapporti, pjanijiet strateġiċi, ħwejjeġ u materji li għandhom x'jaqsmu mal-infiq kapitali u jiddiskuti u janalizza l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-gvern.", "Ovvjament din il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "Nispera li dejjem ikun hemm qbil bejnietna u aħna lkoll nipprovaw inżommu dejjem qbil bejnietna.", "Jekk allaħares qatt ikun hawn xi sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm qbil, imbagħad f'dak il-każ nistgħu nieħdu vot b'mod demokratiku.", "Nibdew l-aġenda tal-lum l-Erbgħa 26 ta' Marzu, 2014.", "INDIRIZZ MILL-KELLIEM EWLIENI TAL-OPPOŻIZZJONI GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR.", "Din hija ovvjament ġurnata u seduta importanti għall-Oppożizzjoni, u nimmaġina wkoll għas-settur tas-saħħa.", "Għaliex qegħdin nistabilixxu struttura fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż biex tibda tfittex kif aħna nistgħu nħarsu lejn il-qasam tas-saħħa fuq medda iktar fit-tul.", "Tradizzjonalment, is-saħħa kien dejjem settur għall-qalb kull gvern li kien hawn f'dan il-pajjiż, u naħseb anke, għal kull formazzjoni politika li ra dan il-pajjiż.", "Però kien settur li f'ħafna stanzi kien iktar forsi ispirat mill-għanijiet temporanji, mill-għanijiet li jkunu marbutin ma' leġislatura partikolari, ma' programm ta' gvern wieħed - mhux neċessarjament partiġjani - imma ma' programm ta' gvern wieħed li ovvjament, kif nafu lkoll, ikun fuq lifetime ta' ħames snin.", "U l-isfidi li għandna llum hemm qbil tista' tgħid across the board -anke bejn iż-żewġ linji politiċi li għandna f'pajjiżna - li kollha naċċettaw li huma sfidi a lungo termine.", "Sfidi li mhumiex marbutin ma' xi ċirkostanza temporanja, ma' xi ċirkostanza ta' xi ftit żmien jew ta' xi ftit ħin u lanqas huma marbutin mat-timeline li jkun hemm f'leġislatura, it-timeline ta' ħames snin.", "U għalhekk aħna nemmnu li t-twaqqif ta' dan il-kumitat, li kif irreferejt tajjeb inti, Sur President, huwa bbażat fuq l-Ordnijiet Permanenti u li l-mozzjoni ġiet approvata b'mod unanimu mill-Kamra - u hawnhekk nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lin-naħa tal-Gvern li wkoll ivvotat favur it-twaqqif ta' dan il-kumitat permanenti – huwa l-ewwel pass, u huwa pass tajjeb ħafna biex inkunu nistgħu nibdew mexjin 'il quddiem.", "Jiena f'dan il-kuntest mhux se noqgħod nidħol fl-Ordnijiet Permanenti - nimmaġina li kulħadd huwa familjari magħhom - imma se nibda biex niffoka fuq l-aspetti ta' sustanza bħala kumitat.", "U nixtieq nagħmel żewġ rimarki partikolari.", "L-ewwel nett ir-rilevanza ta' dan li qed nagħmlu għas-soċjetà tagħna.", "Is-saħħa hija rilevanti u x-xogħol tagħna fis-saħħa huwa rilevanti, għaliex aħna nkunu qegħdin ninfluwenzaw deċiżjonijiet, ninfluwenzaw programmi, ninfluwenzaw materji illi jolqtu lill-aktar nies vulnerabbli, fl-iktar ħin li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Jiena nemmen li wieħed mill-elementi prinċipali ta' dan il-kumitat – u aħna minn naħa tal-Oppożizzjoni se nkunu qegħdin nimbuttaw ħafna fuq dan is-sens – hu li rridu nagħmlu enfasi dejjem ħafna ikbar fuq kif is-settur tas-saħħa jista' jirrifletti aktar il-ġustizzja soċjali.", "Illum f'pajjiżna għandna persuni li qegħdin ibatu minn ċirkostanzi partikolari.", "Għandna persuni li minħabba l-mod kif inhu strutturat il-qasam tas-saħħa tagħna, dak li għandhom bżonn fl-iktar ħin vulnerabbli, mhumiex qegħdin isibuh, mhumiex qegħdin jieħduh.", "U naħseb huwa l-obbligu tagħna li naraw kif fl-isfida kbira li għandna tas-sostenibilità - li Mr Chairman għoġbu jpoġġiha wkoll bħala item fuq l-aġenda biex tiġi diskussa - irridu naraw kif lil dawn in-nies, filwaqt li nkomplu nżidu l-għajnuna lil dawk li għandhom bżonnha, irridu nsaħħu u nsostnu s-settur tas-saħħa mhux għal-leġislatura waħda, però fuq medda ta' snin.", "It-tieni punt li xtaqt nirrileva huwa li l-politika li aħna pubblikament ilna nisħqu fuqha tista' tgħid minn Novembru li għadda, hija politika ta' kunsens fil-qasam tas-saħħa.", "U l-politika ta' kunsens ma tfissirx li aħna se nabdikaw mir-responsabbiltà tagħna li nagħmlu l-iskrutinju.", "Dak huwa r-rwol tal-Oppożizzjoni.", "U aħna l-Oppożizzjoni se nagħmluh u se nibqgħu nagħmluh bl-iktar mod effettiv possibbli, biex nirrispettaw ukoll l-obbligi u r-responsabbiltajiet li aħna għandna lejn il-Kostituzzjoni.", "Però t-twemmin tagħna li dan is-settur irid jimxi fuq kunsens, ġej mill-fatt li kull deċiżjoni li trid tittieħed f'dan is-settur trid tittieħed u tkun mibnija u xprunata madwar iż-żewġ stakeholders prinċipali li hemm f'dan is-settur.", "Dawn huma l-pazjenti - u nerġa' nagħmel enfasi kbira l-pazjenti b'mod partikolari li huma l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna - u l-impjegati u l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.", "U għalkemm forsi dan li qed ngħid jista' jinstema' ovvju, jista' jinstema' naturali, jista' jinstema' li hu a sort of day-to-day business, fir-realtà jiena nemmen li għal-leġislatura wara oħra, id-deċiżjonijiet f'ħafna istanzi, huma iktar xprunati mill-aspett popolist, mill-aspett tan-numri kif se jintlaħqu, milli mill-aspetti li aħna għandna nassiguraw li s-servizz nazzjonali tas-saħħa jrid ikun hemm għal min għandu l-aktar bżonn, fl-aktar mument vulnerabbli tiegħu.", "Jiena nagħlaq b'żewġ punti.", "Li tagħmel dan il-pass mill-Oppożizzjoni, huwa pass kuraġġjuż.", "Huwa dejjem faċli li mill-Oppożizzjoni tieħu the back seat u toqgħod tikkritika x-xogħol li jagħmel il-gvern.", "U li ma toħroġ bl-ebda idea.", "Li fejn hu tajjeb ma ssemmihx u ssemmi biss, dak li hu ħażin.", "Jiena naħseb dan is-settur, ikun hawn min ikun hawn fih, passat, preżent u futur, se jiffaċċja problemi u se jiffaċċja sfidi kbar.", "Jiena napprezza u nifhem li dan il-gvern qiegħed jirrealizza li dan hu settur li fih ħafna sfidi u li ma kien hemm l-ebda bakketta maġika li biha seta' jbiddel dan is-servizz tas-saħħa overnight.", "U għalhekk l-approach għall-kunsens fuq affarijiet li huma ta' natura importanti, aħna se nkomplu nressquhom u nimbuttawhom 'il quddiem.", "U qed nagħmluh, mhux għaliex huwa xi ħaġa konvenjenti, imma nagħmluh għaliex aħna konvinti li dan huwa l-mod li rridu nimxu.", "Però nappella li dan il-kumitat iservi bħala vejikolu għall-kunsens ġenwin.", "Li dan il-kumitat jittratta l-materji li verament huma rilevanti u li verament qed jolqtu lill-pazjenti u li verament jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tal-pazjenti.", "U li l-operat ta' dan il-kumitat ikun ukoll xprunat mit-trasparenza, xprunat mill-informazzjoni li tingħata b'mod sħiħ, u li ma tingħatax b'ħafna ħela ta' ħin.", "Jiena, għan-nom tal-kollega tiegħi wkoll l-Onor.", "Michael Gonzi, nawgura lil dan il-kumitat u lilek bħala President ta' dan il-Kumitat, li 'k Alla jrid matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, aħna nkunu nistgħu nagħtu riżultat tanġibbli għall-pazjenti u għall-ħaddiema f'dan is-settur.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: L-ewwel nett nirringrazzja lil dan il-kumitat u lill-Onor.", "Claudio Grech li wkoll wera d-disponibilità tal-Oppożizzjoni għal xi ħaġa daqshekk importanti f'pajjiżna.", "Li xtaqt inżid ma' dak li qal l-Onor.", "Grech huwa, li hu semma' li importanti li jkun hemm dejjem il-ġid tal-pazjenti u tal-ħaddiema ta' kull settur li se jagħtu dan is-servizz.", "Biss naħseb li wkoll irridu nżidu saqajn il-Gvern, li huwa dan il-kumitat u l-Oppożizzjoni magħna.", "U r-raġuni hi li għalkemm tista' tiffunzjona bejn il-pazjent u l-ħaddiema, imma peress li aħna se nagħtu s-say tagħna, naħseb aħna rridu nkunu nvoluti wkoll.", "U trid tkun mhux biss taqbel għal kulħadd, imma tadatta għal kulħadd, imma dejjem il-pazjent fiċ-ċentru ta' kollox.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nixtieq ngħaddi kumment jien.", "L-Onor.", "Claudio Grech semma' li l-politika tas-saħħa fiha ħafna sfidi.", "Din qiegħda anke mniżżla fil-mozzjoni u naqbel magħha mija fil-mija.", "Għaliex jiena bħala professjonist mediku nagħraf li dak li konna nipprattikaw 20 sena ilu, huwa differenti ħafna minn dak li qed nipprattikaw illum.", "Illum per eżempju tara ħafna nies anzjani li, bħalma kulħadd jaf, peress li l-popolazzjoni qiegħda tixjieħ, il-mediċini li qed jieħdu qed tiżdied.", "Qabel per eżempju kienu jieħdu tliet mediċini, imma llum il-ġurnata tara ħafna pazjenti per eżempju jieħdu għaxar mediċini f'daqqa.", "U ovvjament bis-saħħa ta' dawn il-mediċini, il-ħajja qed titwal.", "Jiena niftakar li meta kont għadni student, xi 25 sena ilu, fid-Dipartiment tal-Emerġenza, f'nofsinhar jew waranofsinhar konna noqogħdu kwieti naqraw il-kotba.", "Tiftakruh dak iż-żmien intom?", "Jiena niftakru dak iż-żmien.", "Però llum il-ġurnata totalment differenti.", "Jiġifieri l-isfidi ta' dak iż-żmien kienu differenti mill-isfidi tal-lum.", "U għalhekk ovvjament wieħed jaċċetta li l-isfidi huma kbar u m'għandix dubju li l-Ministru għas-Saħħa diġà semma' li kull sena dejjem trid iżżid fil-budget u fin-numru ta' riżorsi li jkun hemm bżonn.", "Issa nistieden lill-Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Godfrey Farrugia, biex jindirizza l-kumitat.", "INDIRIZZ MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA", "GODFREY FARRUGIA (Ministru għas-Saħħa): Qabel xejn, irrid nassigura lill-kollegi tiegħi li dan il-kumitat se jkun vejikolu fejn b'mod oġġettiv se niddiskutu l-oqsma tas-saħħa kollha.", "U għaldaqstant jien, f'isem il-ministeru, qed ngħaddi lill-Kumitat lista ta' 24 topic li jindirizzaw diffikultajiet jew sfidi jew opportunitajiet li jeżistu fil-qasam tas-saħħa.", "Jien ħadt pjaċir ħafna li għall-ewwel laqgħa tal-kumitat għażilt dan is-suġġett, is-sostenibilità u ngħid li kull sfida toħloq opportunità.", "U nemmen li bħalissa pajjiżna qiegħed litteralment f'salib it-toroq.", "Mhux aħna biss, imma bħal ħafna pajjiżi oħrajn.", "Imma hemm bżonn inħarsu mill-qrib iktar u niffokaw kif se nsolvu waħda mill-isfidi li għandna.", "Kull sistema tal-kura tas-saħħa hija assigurata minn tliet affarijiet, hija assigurata minn aċċess ekwu, hija assigurata minn quality assurance u hija assigurata minn sostenibilità.", "Meta nħarsu lejn is-sostenibilità mingħajr ma rridu, irridu inħarsu lejn in-nies, lejn l-HR, lejn il-proċessi, lejn it-teknoloġija, lejn il-faċilitajiet u lejn il-finanzi.", "Jekk se nitkellmu fuq sostenibilità rridu nitkellmu fuq dawn il-ħames punti kruċjali.", "Imma biex tibda tindirizza s-sostenibilità l-ewwel ħaġa trid toħloq pjan nazzjonali ħolistiku li qabel xejn - bħalma għamilna - jgħaqqad iż-żewġ gżejjer f'daqqa u tindirizza dan il-pjan f'ambitu ta' Public Private Health Mix.", "Huwa importanti għax dawn huma sinerġistiċi għat-tnejn.", "F'dawn l-ewwel xhur, aħna bdejna billi attwajna liġi moderna li hija l-Liġi dwar is-Saħħa - il-Health Act - fejn tajna l-għodda ta' decision making fid-dynamics kollha li huma eżistenti fil-qasam tas-saħħa.", "Lil hinn minn hemm għamilna l-costings ta' kull servizz.", "Lil hinn minn dak, rajna l-analiżi tas-snin 2002 sal-2010.", "Rajna x'kienu s-suċċessi u rajna x'kienu d-diffikultajiet waqt dawk is-snin.", "Minn hemmhekk riedna nagħmlu standardisation tagħhom u għamilnihom ma' template li wżaw 65 pajjiż ieħor li huwa l-HIT Report - il-Health Systems in Transition Report.", "Imma parallel miegħu, ħdimna wkoll biex noħolqu pjan strutturat u flessibbli li huwa l-public consultation, li huwa n-National Health Strategic Systems Report, liema pjan se jwassalna lejn dik it-triq fejn wara li ħarisna lejn id-diffikultajiet jew il-karatteristiċi tal-poplu Malti, aħna se nfasslu dik l-istrateġija tant importanti biex ikollna sostenn fis-saħħa.", "Jiddispjaċini ninnota li mis-sena 2000 sas-sena 2013 ma kellniex pjan ta' dan ix-xorta.", "L-aħħar pjan li kellna kien fis-sena 1995 li kien iħares u jfassal il-pjan sas-sena 2000.", "L-istess nista' ngħid għall-Hit Report li l-aħħar wieħed li kien sar kien fl-1999.", "Meta tħares lejn is-sostenibilità, qed tħares lejn il-people process, it-technology facilities u finance.", "Allura qiegħed tħares lejn il-policy maker, qed tħares lejn il-health provider, qed tħares lejn il-practitioner.", "U apparti dan it-trepied għandek trepied ieħor li huma l-unions, l-NGOs u l-pazjenti.", "Mingħajr ma tħares lejn dawn iż-żewġt ikfief ta' miżien ma tistax tibni sostenibilità fis-saħħa, bl-isfidi kif inhuma.", "U l-isfidi tal-karatteristika tal-poplu llum, x'inhuma?", "Jiena naqsamhom f'żewġ affarijiet, l-epidemjoloġija u d-demografija.", "L-epidemjoloġija.", "Illum kulħadd jaf iċ-changing lifestyles li għandna u li minħabba f'hekk għandna standard of living aħjar.", "Imma minħabba f'hekk għandna fertility rate inqas u fl-istess ħin għandna survival rate aħjar.", "U għaldaqstant il-mortality rate hija inqas, allura qegħdin ngħixu aktar.", "Għandna wkoll problemi oħrajn li jaffettwawna b'mod epidemjoloġiku.", "U qed ngħid għall-affarijiet esterni li persuna forsi m'għandhiex totalment iċ-ċans li tibdilhom hi b'mod dirett - għalkemm jistgħu jinbidlu b'mod ieħor imma mhux mill-persuna individwali, miċ-ċittadin fit-triq - u qed nirreferi għall-environmental determinants.", "Liema environmental determinants ukoll ġew ippubblikati fil-Green Paper li għamilna bħala Gvern \"L-istruttura għat-tnaqqis fil-faqar u għal inklużjoni soċjali\".", "Mhux hekk biss, hemm anke affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-epidemjoloġija fejn għandna problema bl-obeżità u problema b'nuqqas ta' eżerċizzju.", "Nafu li bħala mortality rate, l-iktar marda li jmutu biha hija dik kardjovaskulari u warajha tiġi l-marda tal-kanċer.", "Imma meta nħarsu lejn id-demografija, aħna nafu li l-popolazzjoni tagħna qed tixjieħ, għandna l-baby boom ta' wara l-gwerra li rridu niffaċċjaw, u li bħalissa hija popolazzjoni xiħa.", "Nafu li fis-sena 2010 nies sa 'il fuq minn 65 sena kellna 70,000 u fl-2030 se jkollna 100,000 anzjani u għaldaqstant dawn joħolqu sfidi għax se jkollna iktar mard kroniku, iktar mard tal-kanċer, iktar domanda fuq il-mediċina u iktar dipendenza meta niġu għall-kura.", "Dan x'ser jitlob?", "Dan se jitlob ħarsien mill-ġdid lejn il-finanzi.", "Jien għalija kull budget finanzjarju huwa a growth friendly measure.", "Għalija dak huwa xi ħaġa li mingħajr ma trid, joħloq prosperità fl-ekonomija tal-poplu tagħna.", "Poplu b'saħħtu jsarraf f'ekonomija li tkun qiegħda tikber u qegħda trendi.", "U meta nħares lejn il-finanzi, jiena wkoll nerġa' naqsamhom f'żewġ partijiet.", "Nara dik esterna fejn il-Ministru għas-Saħħa jew il-Ministeru għas-Saħħa għandu sehem - imma fl-istess ħin mhux b'mod komplet - fejn ikun hemm kompetizzjoni bejn ministeru u ieħor kif jittieħdu l-fondi nazzjonali.", "Bħalma jkun hemm ukoll kompetizzjoni għal mod kif jittieħdu l-EU co-funded projects.", "Jekk inħarsu lejn l-istħarriġ li ħareġ mill-Hit Report, juri biċ-ċar li fis-sena 2010 Malta nefqet €1,755 per capita, meta l-EU average kien ta' €2,200 per capita.", "Dan ifisser li Malta għandna 5% tal-GDP fejn l-EU average huwa ta' 7.5%.", "U dan jagħtina lok li jfisser li meta niġu għall-budget nazzjonali tagħna, aħna bħala Gvern, mhux qegħdin nagħtu dak is-sehem, l-iktar meta niġu għas-saħħa pubblika.", "Ma jfissirx li meta nħarsu lejn in-nefqa kollha globali – hi kemm hi – mhijiex waħda ġusta.", "Għax irridu naraw u napprezzaw li 34% tan-nefqa pubblika tas-saħħa kollha, hija kollha out-of-pocket.", "34% - jiġifieri terz tan-nefqa pubblika - hija out-of-pocket.", "U din kibret ukoll matul is-snin, fejn fis-sena 2009 – jekk m'iniex sejjer żball – kienet 30% u maż-żmien żdiedet għal 34%.", "Apparti minn hekk, jiena nemmen ħafna li meta niġu għall-aspett intern tal-mod kif isiru l-finanzi, hemm bżonn ikun hemm budgetary frameworks li huma serji, li jħarsu lejn il-budgetary measures li jkunu realistiċi mal-operat u lejn il-capital expenditure.", "Għandu jkun hemm ċertu responsabiltà kif issir u għandna jkollna dawk il-forecasts li they dovetail fi kwalunkwe pjan.", "Jekk ikollok forecasts li litteralment jimminċottjaw jew jiġu minsuġin ma' kull sena, il-forecast kif se tħejji l-pjan tiegħek anke through an NHS Assistant, li wara kollox anke tħares, mhux lejn il-bżonnijiet ta' Malta nnifisha, imma anke tħares lejn l-EU specific recommendations, li wieħed għandu jħares lejhom jew lejn dawk li huma ntitolati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.", "U hawnhekk infakkar li Malta għandha tliet punti dwar EU recommended specifications.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea ġibditilna daqsxejn widnejna u qaltilna li għandna nħarsu iktar lejn il-kura primarja, lejn il-cost & effectiveness u lejn il-moniteraġġ tal-performance tagħna.", "Meta niġi għall-finanzi, irrid inħares ukoll lejn affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-intern.", "Meta ngħid mal-intern, jiġifieri mal-attitudni tan-nies, il-kultura tan-nies li tippreferi tmurlek għas-Saħħa Sekondarja milli tmurlek għas-Saħħa Primarja.", "L-attitudni tan-nies li jfettillha tmur iktar l-Isptar Mater Dei jew għand speċjalista anke fil-privat, qabel ma tfittex il-kura jew tat-tabib privat tagħha jew inkella l-Kura Primarja taċ-Ċentru tas-Saħħa.", "U dan huwa wieħed mill-qofol fejn minnu nistgħu nagħmlu mhux biss cost saving sew, imma l-pazjent jieħu ħafna iktar benefiċċji milli jieħu fil-kura sekondarja.", "Li ġara maż-żmien hu li l-kura sekondarja spiċċat tiġi ssapportjata mill-kura tal-komunità - il-kura primarja - fejn is-sistema għandha tkun totalment bil-maqlub.", "Allura li jiġri hu billi jkun hemm domanda iktar fuq sptar, mingħajr ma trid, jekk ma jkollokx pjan imfassal, tispiċċa titfa' iktar finanzi b'mod fragmentat biex tipprova ssolvi d-domanda żejda li għandek fuq l-isptar għax il-kura primarja mhux soda biżżejjed.", "U din hija waħda mill-attitudni li ma ngħidhiex jien biss, imma jgħiduha ħafna international papers.", "Jgħiduha wkoll PriceWaterhouseCoopers f'rapport li l-gvern preċedenti kkummissjona fl-2012.", "Importanti wkoll li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-kura primarja, sekondarja u dik terzjarja.", "Xi ħaġa li jien ħassejt li kienet nieqsa mhux biss fid-distakk li kien jeżisti bejn management fuq u l-healthcare professional isfel, imma wkoll il-koordinazzjoni ta' dak in-network bejn it-tliet livelli ta' kura biex tgħaqqadhom f'sistema ħolistika waħda.", "Allura meta nħares lejn dan kollu, irrid nara li jkun hemm struttura ta' tibdil intern li b'mod kontinwu jħares lejn il-performance indicators kif suppost, b'mod li jkun hemm kontabilità, b'mod li jkun hemm trasparenza, b'mod li jkun hemm tmexxija miftuħa.", "U mhux hekk biss.", "Li jkun hemm kapaċitajiet mhux biss mill-aspett kliniku, imma anke mill-aspett non-kliniku, u mill-aspett maniġerjali biex ikun jista' jmexxi dan l-istrutturar.", "U jekk veru nemmnu li s-sistema tas-saħħa għandha tkun patient focused u l-pazjent għandu jkollu dik l-esperjenza li hija tant mixtieqa, allura għandna norjentaw is-sistema tas-saħħa lejn il-well-being tal-persuna.", "Fejn il-persuna titgħallem tieħu ħsieb lilha nnifisha stess u tħares iktar lejn il-prevenzjoni, tħares iktar lejn l-iscreening bħala l-għodod li jġibu dak is-suċċess fis-sistema tas-saħħa.", "U hawnhekk tidħol, dik li l-ħin kollu ntenni, l-all society approach.", "Fejn mingħajr ma trid, biex ikollok a patient centric experience irid ikollok public consultation kontinwa u mhux biss political consensus.", "Dan huwa settur fejn s'issa fil-politika tal-ġurnata għandna consensus politiku b'mod assolut.", "Għalkemm ikolli ngħid li jkolli niddeplora ċertu affarijiet li joħolqu ċertu sensazzjonaliżmu ta' xejn b'xejn meta ma jkunux fattwali.", "U hemmhekk jien inħossha bil-kbir, speċjalment meta jien ġej mis-settur tas-saħħa nnifsu.", "U għaldaqstant nixtieq nagħmel appell lill-media biex l-għajdut ma jfissirx li huwa xi ħaġa fattibbli.", "Meta tħares lejn id-deficits li jeżistu fis-sistema tas-saħħa, mingħajr ma trid, trid tagħmel analiżi ta' x'inhuma r-root causes, trid tara kif se tagħmel resolution soda mat-team innifsu, kif se tagħmel transformation in leadership, kif se terġa' timmotiva t-team biex jaħdem, biex b'hekk tkun tista' timplimenta dawk il-miżuri li jwassluna biex ikollna sostenibilità tas-saħħa, mhux fi żmien qasir, imma b'mod terminu ta' long term.", "U allura hemm fejn jidħlu l-istructural reforms li għandhom ikunu flessibbli.", "U għaldaqstant għandhom ikunu dawn l-għodda li jwassluna kif nistgħu nsolvu u kif nistgħu noħolqu dawk l-opportunitajiet.", "Biex b'mod maniġerjali u b'mod kliniku meta niġu għas-sostenibilità tas-saħħa f'pajjiżna naraw kif se noħolqu dik it-triq, dik l-istrateġija li twassalna biex nagħmlu cost savings - li nimmassimizzaw is-servizz, mingħajr ma nnaqqsu r-revenue.", "Fil-fatt aħna naraw li r-revenue għandha tiżdied mhux tonqos.", "Sfidi għandna ħafna u dawn nistgħu narawhom waħda waħda.", "Jien għadni kemm poġġejt fuq il-Mejda tal-Kumitat, lista ta' 24 sfida li pajjiżna għandu.", "Għalissa nieqaf hawnhekk biex nagħti ċans lil ħaddieħor jevolvi l-ħsebijiet tiegħu.", "Jiena aktar tard nixtieq naqsam ma' dan il-kumitat il-mod fejn għandna nimxu meta niġu biex naraw kif se nsolvu flimkien is-sostenibilità fil-qasam tas-saħħa.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi ħadd li kemm jista' ikun fil-qosor, jagħmel xi kummenti oħra?", "Għax imbagħad iktar tard irridu nagħmlu diskussjoni dwar is-sostenibilità.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: L-ewwel nett ngħid prosit lill-Ministru tal-intervent li għamel, fil-fatt ħadt pjaċir ħafna nisimgħu.", "Ħadt gost ukoll, li jidher li din is-sena li għaddiet, ħadem ħafna fuq ir-rapport.", "Għall-bidu imma kont inkwetat li l-Primary Care ma kontx se ssemmih.", "Fil-fatt f'dan il-kumitat hawnhekk, bħala tobba qegħdin....", "GODFREY FARRUGIA: Fil-maġġoranza.", "MICHAEL GONZI: Hawn erbgħa GPs u għidt mhux se ssemmi l-primary care!", "U tirrealizza li għalkemm semmejt ħafna studji, ħafna numri, ħafna statistika, imma l-primary care ma tajtuhx lanqas sold fil-Budget.", "Il-primary care huwa l-qofol - kif naraha jiena - ta' sistemi tas-saħħa li aktar 'il quddiem jekk se jevolvu, il-primary care irid jevolvi magħhom.", "Hemm ħafna problemi li huma assoċjati mal-primary care.", "Ma ninsewx ukoll li l-primary care - fejn jidħlu family doctors u fejn jidħlu community care - jinqasam kważi fi tnejn.", "Hemm primary care li huwa governattiv, jiġifieri għandek dawk il-GPs u s-servizzi li huma assoċjati mal-gvern, u imbagħad għandek is-servizzi fil-privat.", "U naħseb tirrealizza li 60% tan-nies - jekk mhux 70% - jużaw il-privat.", "U l-privat -għalkemm fil-leġislatura preċedenti tajniha daqsxejn spazju - hemm bżonn li tingħata ħafna iktar għajnuna.", "Għax biex nimxu 'il quddiem, naħseb li l-punti kruċjali tas-sistemi tas-saħħa huma l-kura primarja.", "Kif qal l-ispokesperson tal-Oppożizzjoni fuq is-saħħa, aħna lesti li nagħtu consensus across the board.", "Is-saħħa mhijiex xi ħaġa politika.", "Kull leġislatura, jekk hux leġislatura fejn hemm il-Partit Laburista jiġifieri din id-darba jew il-Partit Nazzjonalista darb'oħra, il-problemi tas-saħħa se jintirtu bil-mod il-mod.", "Allura hemm bżonn li jekk aħna se nimxu 'il quddiem fis-saħħa, irid ikun hemm consensus bejn kulħadd.", "Imma ovvjament, f'ċertu affarijiet ma nistgħux noqogħdu lura, fl-opinjoni tiegħi.", "Jiena l-bieraħ mort fid-Dipartiment tal-Emerġenza u ndur kantuniera, u nara ward fil-kuridur.", "Din hija xi ħaġa, li fl-opinjoni tiegħi nixtieq iktar spjegazzjoni u iktar dettalji ta' x'qed jiġri.", "Huwa impossibbli li f'kuridur tikkura l-pazjenti!", "U din hija xi ħaġa li hemm bżonn tiġi diskussa u naraw flimkien kif se nimxu 'il quddiem.", "Jiena nispera li dan il-kumitat ikun open.", "Jiġifieri li ma jkunx hemm affarijiet li nżommu kontra xulxin.", "Aħna lesti li nikkoperaw u lesti wkoll li l-ideat tagħna naqsmuhom flimkien.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "GODFREY FARRUGIA: Qabel xejn ngħid li mill-aspett ta' dan il-Gvern, m'hemmx dubju li l-kura primarja u l-kura komunitarja huma l-pilastri ewlenin meta niġu għas-saħħa.", "U għaldaqstant apparti l-istudji li saru u apparti li wittejna t-triq biex ikollna l-pjan innifsu, diġà bdejna nagħmlu u nniedu ċertu affarijiet.", "U jiena, flimkien ma' sħabi hawnhekk, l-ewwel ħaġa li għedna hija li kwalunkwe għodda li se tingħata lit-tabib li jaħdem fil-kura primarja fis-saħħa pubblika, se nagħtuha wkoll lit-tabib fil-privat.", "Fil-fatt nistgħu narawha anke minn proċessi ta' simplifikazzjoni għal mod ta' kif wieħed jista' jirreferi għall-physiotherapy, għall-bone density - li llum lanqas biss jeżisti stennija fih - għar-radjoloġija u testijiet oħrajn.", "Il-faċilità qegħdin inżiduha anke biex tabib fil-privat ikollu l-istess mezzi biex hu jkun jista' jagħmel screening – għax dik wara kollox hija l-qofol tal-prevenzjoni, il-qofol tal-kura tas-saħħa kollha hi x'inhi - bl-istess uniformità bħalma jista' jagħmel screening tabib fis-saħħa pubblika.", "Imma iktar minn hekk naħseb, li ċ-ċavetta lit-tabib privat se nagħtuhielu - u anke għaldaqstant lit-tabib fis-saħħa pubblika - meta se nagħtuh l-ikbar għodda, iċ-ċans li hu jkollu l-aċċess elettroniku tal-IT għall-medical histories.", "Din se tidħol pass pass u b'mod gradwali meta jidħlu l-e-prescriptions, xi ħaġa li lkoll naqblu dwarha u xi ħaġa li mexjin lejha.", "Id-dritt tal-pazjent biex jagħżel b'mod naturali jekk iridx imur fis-servizz pubbliku jew fis-servizz privat, għandu jibqa.", "Dak huwa dritt tiegħu.", "Imma fl-istess ħin irrid insaħħaħ is-saħħa pubblika biex dawk li qegħdin fil-faxxi vulnerabbli - u l-faxxi vulnerabbli mhumiex dawk il-pazjenti biss fl-aħħar ta' ħajjithom, imma huma wkoll il-pazjenti li jbatu minn mard mentali, huma ċertu pazjenti li jbatu minn dak il-mard rari, li anke din is-sena se noħorġu health policy dwarhom, huma dawk il-pazjenti li forsi qegħdin fil-faxxa ta' taħt nett mill-aspett ekonomiku u għaldaqstant ikunu iktar predisposti għal ċertu kondizzjonijiet ta' mard - ikollhom aċċess ekwu.", "U li jekk ma jridux imorru għand it-tabib privat għax forsi ma jaffordjawx - għalkemm jien naf li ħafna tobba privati jaraw ċertu sezzjonijiet ta' nies minn dan l-aspett b'xejn - u din hija s-sabiħ tas-sistema tas-saħħa f'Malta mill-aspett ta' tabib tal-familja.", "Jiena ninnota b'dispjaċir li taħt il-gvern preċedenti, kien hemm snin fejn il-budgetary framework naqas b'6%.", "U jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm sena oħra, fejn reġa' naqas 2% fuq dak li kien allokat.", "Anke fil-mediċini, kien hemm sena fejn naqas b'16% mis-sena ta' qabel.", "Meta rridu nirrealizzaw li fil-budgetary frameworks kollox jibqa' status quo, kollox jibqa' kif inhu u tagħti servizz kif inhu u taf li l-popolazzjoni qegħda tixjieħ.", "Mela ta' dak li għandek diġà, mingħajr ma tibdlu, mingħajr ma tagħmel l-ebda ameljorament u mingħajr ma żżid l-ebda servizzi li jixtieq, iżżidu minn tal-anqas 5%.", "Meta hemm budgetary framework li diġà kien inqas minn tas-sena ta' qabel, minħabba forsi raġunijiet ekonomiċi li pajjiżna kien daħal fihom, biex b'hekk b'mod ekonomiku nibqgħu fejn aħna..… Imma jien bħalma diġà għedt, jekk tfalli s-saħħa tal-poplu, ifalli kollox u jekk ma nagħtux dik l-attenzjoni li jkollna dak il-budget allokat kif suppost, ma rrendux.", "Fl-2013 aħna kellna budget allokat mill-gvern preċedenti.", "Jiddispjaċini ninnota - u ħadtha bi kbira ma' min jalloka l-budgets - li għalija, għadna mexjin fuq is-sistema antika li ġejja minn gvern wara gvern, li meta tħares lejn il-health outcomes, is-sistema ma tħarisx lejn dak li huwa bżonnjuż, imma tħares lejn dawk li huma konformi mal-EU, lejn dawk li huma konformi ma dak li tgħidilna l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u lejn il-karatteristiċi li għadni kemm semmejt ta' pajjiżna.", "U għaldaqstant il-budget frameworks għandhom ikunu indirizzati hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Onor. Ministru, it-tip ta' spending kif kien qed ikun, accrual jew cash-based?", "U s'issa s-sistema għadha cash based, imma rridu morru lil hinn, la issa nafu anke l-costings tas-servizzi kif inhuma.", "U jien ma nemminx li s-saħħa hija bir bla qiegħ.", "Fis-saħħa, in-nefqa tista' tiddefiniha eżatt kemm għandha tkun, u kapaċi li hemm persuna b'għaqal li tqabbel il-health performance ma' dawk il-flus li għandha bżonn is-saħħa, biex b'hekk inkunu nistgħu noħolqu t-targets tagħna.", "Allura jiena nemmen li s-sistema tas-saħħa għandha tkun waħda fejn iktar għandha tkun on an accrual system milli cash based.", "U jekk irridu naslu lejn x'imkien biex ikollna vera sostenibilità, irridu nersqu 'l hemm.", "Mhuwiex eżerċizzju żgħir għax ifisser li trid tbiddel il-mentalità taċ-ċivil, imma rridu nkunu aħna l-politiċi li nimbuttaw biex iċ-ċivil jasal għal hekk.", "U jekk se nsemmi ċ-ċivil u qiegħed insemmi l-budgetary frameworks, għalija pajjiżna għandu żewġ sfidi oħra kbar - u hawnhekk naħseb huwa l-qofol għal dak li għandu x'jaqsam mas-sostenibilità tas-saħħa - u l-ewwel waħda hija l-governanza, il-mod kif jitmexxew l-entitajiet, l-aspett maniġerjali tagħhom.", "Nemmen li qegħdin ħafna 'il bogħod u hemm bżonn nirristrutturaw is-sistema kemm at macro kif ukoll at micro level.", "U t-tieni sfida hija li nemmen ukoll li għandna ħafna lakuni u ħafna grey areas meta niġu għall-intotalment tas-servizzi.", "Jiġifieri min hu l-insured person li huwa ntitolat għal dawk il-benefiċċji, sija jekk huma servizzi u sija jekk huma mediċinali jew consumables jew pharmaceuticals.", "Hemmhekk irridu naħdmu qatigħ u jrid ikun hemm il-veru political consensus jekk veru rridu naslu biex iċ-ċittadin Malti, it-taxpayer Malti, il-persuna li qed tħallas il-bolla, tieħu dak li ħaqqha fejn dawk li ma jħallsux it-taxxa jew il-bolla – u hawnhekk mhux qed nirreferi għall-Maltin li huma unemployed, etc. imma ċittadini oħrajn li mhux bilfors huma EU Citizens – imma xorta jieħdu ċertu servizzi tas-saħħa b'xejn u kultant iktar bi dritt mill-Malti nnifsu, mill-Malti li jħallas u jikkontribwixxi għal dak.", "Jiġifieri l-entitlement u l-governanza huma importanti.", "Hawnhekk qed nsemmihom fuq fuq bħala parti mis-sostenibilità, imma fihom innifishom hemm diskussjoni sħiħa għalihom.", "Jekk veru irridu nħarsu lejn il-long term aims tas-sitwazzjoni, irridu naraw li veru jkollna an integrated healthcare system.", "Li l-kura primarja - bħalma semmejt inti - tkun il-qofol, il-pern.", "Irridu ndaħħlu l-health technology, jiġifieri qed nitkellem anke fuq l-IT bħala l-muftieħ tas-suċċess ta' sitwazzjoni .....", "MICHAEL GONZI: Jiena naqbel miegħek mija fil-mija, speċjalment fuq health technologies.", "Biss, issa se nagħti punt.", "Aħna ħriġna l-electronic ID.", "Nispera li s-sistemi li se jkun hemm, ma jkunux bħall-electronic ID.", "L-electronic ID għandha t-tajjeb tagħha, imma mhijiex aċċessibbli għal ċertu nies ta' ċertu anzjanità.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt hawn Malta, madwar 30,000 biss għandhom l-e-id.", "MICHAEL GONZI: Jista' jagħti l-kas!", "Imma importanti li s-sistemi jevolvu għal kollox.", "Jiġifieri l-e-id hija tajba għall-government services, imma għall-health services hija .....", "GODFREY FARRUGIA: Jiena nieħu pjaċir ukoll ninnota li fil-Health Act innifisha - issa l-Health Act hija liġi, jiġifieri ħadd ma jista' jagħmel mod ieħor - mhuwiex biss mill-aspett maniġerjali kif għandu jimxi proċess, imma meta tara l-Health Act, anke biex tixtri mediċina llum, trid tagħmel cost benefit analysis.", "U huwa hekk permezz tal-GFLAC kif inhu strutturat, huwa hekk kif permezz tal-Benefits Committee huwa strutturat, trid tgħaddi l-affarijiet fejn servizzi novattivi trid tagħmel il-costs tagħhom u trid tara l-benefiċċji tagħhom, qabel ma tintroduċihom bħala budgetary measure, għax b'hekk tista' tikkwantifika l-affarijiet bir-reqqa.", "Meta niġu għal din is-sitwazzjoni, pajjiżna qiegħed up at a learning curve.", "Ma nimmaġinax li s-sena 2015 se jkun the perfect budget mill-ewwel, imma ftit ftit nemmen, li fis-snin li ġejjin se nersqu lejn dawk il-budgetary frameworks li veru se jħarsu l-interess ta' patient-centric approach.", "Waħda mill-items li nara li hija importanti hija l-best clinical protocols u l-auditing tagħhom.", "X'inhu li jsawwat il-management, biex ikun jista' jimxi?", "Irid jara li t-targets iridu jaslu.", "Għandek skeda tat-targets.", "Jekk ma jkollokx auditing - monitoraġġ - ma tafx fejn inti.", "U għalhekk konna għamilna l-Hit Report, biex naraw pajjiżna fejn hu wara dik il-qabża fl-1999.", "U kienet bis-saħħa t'hekk u bil-best clinical protocols li qegħdin nintroduċu, fejn minkejja li fil-governanza għadna lura, fejn minkejja li fl-entitlement għadna lura u fejn minkejja li għad m'hemmx budgetary framework, diġà bdejna naraw ċertu progress f'ċertu health outcomes u f'ċertu health indices.", "Jiena nemmen ħafna ukoll, li 'il quddiem għandna nħarsu lejn is-sostenibilità tas-saħħa fejn ikun hemm payment for once performance.", "Jiena nemmen ħafna fil-Brownie points u fl-istilel li kont nieħu fl-iskola tan-nuna, għax dawk jimmotivawk u jwassluk fejn għandek tasal.", "U l-istess meta niġu biex inqassmu l-budgetary frameworks bejn speċjalizzazzjoni u oħra.", "Fl-aħħar mill-aħħar – u nerġa' nagħlaq fuq hawnhekk – m'hemmx dubju li l-iktar li se jagħti enfasi dan il-Gvern huwa fuq il-kura primarja u, iktar minn hekk, fuq il-kura komunitarja.", "Hija xi ħaġa li rridu nsaħħu, fejn il-pazjent irridu nħalluh jgħix, kemm jista' ikun fil-komunità fejn jixtieq u fejn kemm jista' ikun jingħata l-health package b'mod komplet lilu, biex b'hekk jinqeda aħjar u jinqeda fejn imdorri li hu jgħix.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ngħaddu għall-item 3 fuq l-aġenda.", "Qabel ma nkomplu - għax tista' tgħid il-Ministru diġà beda u semma' ħafna dwar is-sostenibilità fl-iskema tas-saħħa – però qabel nixtieq niġbor daqsxejn suġġetti mingħand .… L-Onor.", "Ministru diġà tani l-lista tiegħu.", "Onor Claudio Grech, inti għandek xi lista?", "Bħala Oppożizzjoni, għandkom lista ta' titles?", "ONOR CLAUDIO GRECH: Mr Chairman, aħna għandna lista ta' titles li ppubblikajniha.", "Qiegħda hawnhekk u se ngħaddihilek, però hija diġà pubblika.", "Imma naħseb huwa importanti li llum naqblu fuq il-metodu ta' kif dan il-kumitat se jkun qiegħed jagħżel l-items u kif se jkun qed jittrattahom.", "THE CHAIRMAN: Jiena naħseb li l-aħjar mezz hu l-ewwel nett naraw jekk hemmx xi ħaġa in common, għax jekk ikun hemm affarijiet li huma in common inkunu nistgħu nagħżluhom iktar.", "ONOR CLAUDIO GRECH: L-ewwel nett, aħna se nibdew niltaqgħu bil-prassi ta' kull ħmistax?", "Jiġifieri kif isir f'kumitati oħrajn?", "THE CHAIRMAN: Kull tliet ġimgħat.", "ONOR CLAUDIO GRECH: Imma għaliex kull tliet ġimgħat?", "Biex inkopru dawk iż-żewġ listi, għandna sentejn.", "THE CHAIRMAN: L-ewwel nett se nibqgħu sejrin sal-aħħar tal-leġislatura.", "MICHAEL GONZI: Imbagħad nerġgħu nibdew niddiskutu l-ewwel item.", "THE CHAIRMAN: Hemm kumitati oħrajn, per eżempu l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali li kont nieħu sehem fih jien, li kien iqatta' għaxar sessjonijiet fuq l-istess suġġett, imbagħad fl-aħħar joħroġ rapport.", "Jiena u bil-qbil tagħkom - u nittama li jekk xi ħadd għandu xi kumment jgħaddih - jiena mhux l-intenzjoni tiegħi li nagħmlu ħafna seduti fuq l-istess suġġett, imma s-sustanza ta' dan hu li ejja naraw, naqblu jew ma naqblux u nimxu minnufih għal suġġett ieħor mingħajr ma noqogħdu noħorġu rapporti u mhux rapporti.", "ONOR CLAUDIO GRECH: Jiena kont se nissuġġerixxi li minħabba li ovvjament hemm lista twila nużaw il-prassi li niltaqgħu kull 15-il ġurnata u s-suġġett li jintgħażel għal kull seduta ..…", "Jiena naqbel maċ-Chairman li ħafna seduti fuq suġġett wieħed titlef il-fil kompletament ta' xiex tkun qed tiddiskuti.", "Però li jista' jsir hu li nallokaw seduta għal kull suġġett u s-suġġett jintgħażel b'mod alternattiv.", "Fis-sens li darba tagħżel in-naħa tal-Gvern u darba tagħżel in-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Barra minn hekk, qabel kull seduta, iż-żewġ partijiet, jekk aħna fis-seduta li jmiss għall-grazzja tal-argument se nitkellmu fuq ir-riabilitazzjoni ta' min joħroġ mill-isptarijiet, inkunu qed naqblu wkoll lil min se nkunu qed nitolbu jattendi kemm mil-lat ta' uffiċjali tal-gvern kif ukoll mil-lat tal-istakeholders ...…", "THE CHAIRMAN: Naħseb li nistgħu nagħmlu hu, li jien nagħżel suġġett li jkun in common fiż-żewġ listi u nikkomunika mal-Oppożizzjoni jew .....", "ONOR CLAUDIO GRECH: Għalfejn ma naqblux fil-kumitat.", "Jiġifieri inti m'intix qed taqbel mas-sistema li jintgħażlu alternattivament?", "THE CHAIRMAN: Li nagħżlu alternattivament, bħala Gvern għandkom xi oġġezzjoni?", "GODFREY FARRUGIA: Ma nsibx oġġezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nagħmlu hekk mela.", "Mela nolternaw, imma ovvjament inkun irrid nikkomunika mal-Onor.", "Grech. biex tgħidli...", "CLAUDIO GRECH: … liema waħda.", "THE CHAIRMAN: Barra minn hekk, jekk per eżempju jinqala' xi suġġett - jiġri xi ħaġa u jkun hemm topic partikolari li mhux qiegħed imniżżel ma' din il-lista u rridu ndaħħluh - f'dak il-każ nikkomunikaw by e-mail jien u l-Onor Grech, mhux problema.", "CLAUDIO GRECH: Naqbel mhux problema.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri dawn m'hemmx għalfejn numbers .....", "MICHAEL GONZI: Jekk aħna tliet ġimgħat oħra se niddiskutu fuq topic, inkunu rridu niddeċiedu minn qabel lil min se nġibu hawnhekk bħala esperti.", "THE CHAIRMAN: Irrid nikkomunika mal-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Kif isir f'kumitati oħra, intom ikollkom il-lista tagħkom u aħna nagħtu l-lista tagħna tan-nies u nikkomunikaw .....", "THE CHAIRMAN: Tista' tikkomunika miegħi kuljum Onor. Grech.", "Għandek l-e-mail tiegħi u nistgħu nikkomunikaw kuljum.", "Jista' ikun hemm xi affarijiet ngħidlek let's go ahead, jista' ikun hemm bżonn ta' diskussjoni bejnietna, no problem.", "Meta niġu biex ikollna l-mistednin, ovvjament naraw kif niddistribwixxu l-mejda.", "CLAUDIO GRECH: Kif diġà semmejt, naħseb li bħalissa l-iktar suġġett li huwa importanti huwa s-suġġett tar-relazzjonijiet industrijali.", "Fl-opinjoni tagħna, iktar mhu qed jgħaddi ż-żmien, iktar dawn l-issues qegħdin apparentement u viżibbilment joħolqu ċertu konflitti u ċertu tensjoni.", "Aħna nemmnu li dan il-kumitat, minħabba r-role li għandu li jġib l-istakeholders flimkien, jista' jservi wkoll as a platform, jista' jservi bħala bridge li ċertu affarijiet jistgħu jiġu diskussi u probabbilment cleared ukoll fil-kuntest ta' dan il-kumitat.", "Indubjament huwa aspett li qed jolqot lill-ħaddiema u ultimament jispiċċa jolqot lill-pazjenti, u aħna nemmnu li dan huwa l-forum effettiv fejn il-politiċi jistgħu wkoll jagħmlu l-kontribut tagħhom u jipparteċipaw f'diskussjoni li finalment ..…", "Ma rridux ninsew li dan huwa kumitat parlamentari, dan mhuwiex kumitat li jiddeċiedi.", "Jiġifieri dan huwa kumitat li se jiddiskuti u se joħroġ l-ideat u l-perspettivi differenti.", "Finalment id-deċiżjonijiet - kemm f'dan il-kumitat li l-Gvern għandu l-maġġoranza - eżekuttivi bl-ebda mod ma jsiru f'dan il-kumitat, id-deċiżjonijiet eżekuttivi huma dejjem f'idejn l-eżekuttiv.", "U għahekk dak huwa l-ewwel suġġeriment tagħna, li r-relazzjonijiet industrijali jkun l-ewwel suġġett li jiġi diskuss.", "THE CHAIRMAN: Onor. Ministru, taqbel li tliet ġimgħat oħra nitkellmu fuqha, jew tagħżel suġġett int?", "(Interruzzjonijiet)", "Mhijiex problema.", "THE CHAIRMAN: Imbagħad wara jkun it-turn tagħna.", "GODFREY FARRUGIA: Għandna record tajjeb fuq hekk; fuq ir-relazzjonijiet industrijali.", "THE CHAIRMAN: Mela tliet ġimgħat oħra nistgħu nitkellmu fuq dan l-ewwel suġġett, dwar is-sitwazzjoni industrijali.", "GODFREY FARRUGIA: Tliet ġimgħat wara nagħżlu s-suġġett aħna.", "THE CHAIRMAN: Irridu noqgħodu attenti li ma mmorrux ninzertaw fil-vakanzi tal-Għid.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Fis-16 tax-xahar ma nafx inkunux bir-recess.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk jiġri hekk, nagħmluh fil-ġimgħa ta' qabel.", "THE CHAIRMAN: Jekk jinzerta l-Easter recess, nagħmluha ġimgħa qabel.", "GODFREY FARRUGIA: L-aqwa li nkunu infurmati.", "Niġu għar-raba' item fuq l-aġenda.", "IS-SOSTENIBILITÀ FL-ISKEMA TAS-SAĦĦA GĦAL KULĦADD F'MALTA U GĦAWDEX.", "Ministru fuq erba' items.", "Illum semmejt il-public private partnership.", "Però illum qed nibdew nisimgħu kelma oħra ...", "Tista' tgħid kelmtejn fuqha din?", "Semmejt ukoll il-costings tas-services.", "Din tfisser li l-pazjent jibda jirċievi l-kont?", "Ovvjament ma jħallsux.", "Nittama li kulħadd hawnhekk jaqbel li s-saħħa pubblika tibqa' b'xejn.", "Però jekk il-costings jispiċċaw anke għand il-pazjent jew inkella b'xi mod jidhru x'imkien, ikunu jistgħu jiġu skrutinizzati?", "Nixtieq insemmi wkoll il-pożizzjoni ta' dawk in-nies li huma insured minn insurance privata.", "Din għandha tikkontribwixxi xi ħaġa għas-saħħa pubblika għal xi ħadd li huwa assigurat privatament?", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Dik trid diskussjoni waħedha!", "Naħseb li aħjar inħalluha bħala item waħedha.", "Dik hija xi ħaġa li hija interessanti u hija xi ħaġa li fiha diskussjoni.", "Tista' tkun one step iktar 'l quddiem.", "DEO DEBATTISTA: Naqbel miegħu.", "THE CHAIRMAN: Dik mhijiex imniżżla fit-titles.", "Nistgħu nniżżluha wkoll.", "Jista' jkun li niddiskutuha sena oħra.", "DEO DEBATTISTA: Anzi rridu ninċentivaw lin-nies li jagħmlu hekk!", "MICHAEL GONZI: Fuq l-insurances hemm ħafna xi tgħid.", "GODFREY FARRUGIA: B'mod indirett naħseb li hija indirizzata minn naħa tal-Oppożizzjoni, meta wieħed jitkellem fuq entitlement.", "THE CHAIRMAN: Jekk xi darba niġu nagħmlu session fuq l-entitlement, inkunu nistgħu nagħmlu session fuq l-insurances ukoll.", "Il-punt l-ieħor li ridt insemmi huwa li meta ħarist lejn pajjiżi oħra biex nara kemm jonfqu fuq il-primary u s-secondary healthcare, sibt li over the years f'Malta kellna lack kbir bejn in-nefqa fil-primary healthcare mas-secondary healthcare.", "Fis-secondary healthcare nonfqu ħafna iktar minn kemm nonfqu fil-primary!", "Din hija xi ħaġa evidenti ħafna.", "Ma nafx għandekx xi kummenti.", "GODFREY FARRUGIA: Qabel xejn, apparti li jkun hemm il-Public Private Partnership, hemm ukoll il-Public Social Partnership.", "L-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) huma strategic partners; huma sħab fi kwalunkwe sistema tas-saħħa; daqs kemm huma sħab ukoll il-unions.", "Imma fuq aspett differenti.", "Mingħajr il-preżenza tagħhom it-tnejn, ma tistax tasal biex ikollok sistema ta' saħħa li tkun miexja iktar fuq ir-rubini, ħa nitkellem hekk.", "Imma l-Public Social Partnership ilha teżisti, u se tissaħħaħ iktar!", "Bis-saħħa tagħha għandek revenue mod ieħor; għandek revenue li ġej ukoll mill-volontarjat.", "Għandek revenue li tista' tqisu bħala man hours u tista' tagħmlu wkoll b'equation ta' ewro, u li jagħti servizz tas-saħħa.", "Naħseb li l-ikbar Public Social Partnership li jeżisti bħalissa huwa mill-aspett preventiv u mill-aspett ta' Health Promotion.", "Jekk fil-baġit tal-Gvern, fin-nefqa pubblika, jikkwantifika u aħna ngħidu li tagħna huwa baxx, imma fil-fatt tal-Unjoni Ewropea kollha huma baxxi.", "Għax l-Unjoni Ewropea tgħid li meta l-pajjiżi Ewropej iħarsu lejn il-baġit tagħhom, meta jiġu għal Health Promotion u jiġu għal Health Education, jonfqu under 3% of the total budget.", "Imma imbagħad trid tara l-backbone (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Hawn Malta kemm hawn?", "GODFREY FARRUGIA: Taħt it-3% ukoll, bħal pajjiżi l-oħrajn u għandha tiżdied.", "Imma imbagħad trid tara fatturi oħrajn, li mhux kwantifattibbli għal aspett finanzjarju.", "Is-sehem tal-NGOs, in-numru tal-memorandum of agreements li jeżistu bejn is-settur pubbliku u dawn l-NGOs u anke s-sehem ta' ċertu NGOs fejn jagħtu servizz - ċertu NGOs kbar li jagħtu servizz.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn il-kura tas-saħħa tal-kanċer mill-aspett palliative, aħna nafu l-Gvern kemm joffri, imma nafu wkoll kemm NGO partikolari - il-Hospice Movement - x'joffri.", "Meta tikkwantifika x'joffri dak il-grupp u tgħoddu ma' dak tal-Gvern għall-aspett tal-palliative care tal-cancer fejn tpoġġina?", "Tpoġġina t-tieni nett fl-Ewropa mill-aspett ta' palliative care.", "THE CHAIRMAN: Il-Hospice Movement, jirċievi flus mingħand il-Gvern?", "GODFREY FARRUGIA: Dażgur €150,000.", "Hemm numru ta' NGOs li jirċievu flus minn dak l-aspett.", "Dak huwa wieħed minnhom.", "Ma jidhirlix li għandna nħabbru kemm jirċievi l-Hospice Movement, imma l-ġid li qed jagħmel huwa xi ħaġa fenomenali!", "Imma imbagħad, meta tħares lejn il-costings tas-servizzi, u la tkun taf kemm huma kwantifikati s-servizzi… Illum naf kull mediċina kemm tiġini!", "Ħa nitkellem fuq aspett personali, jiena bħala Godfrey.", "Imma din hija xi ħaġa li għadha diskussa u nemmen ħafna fiha.", "Ma nara xejn ħażin billi pazjent jirċievi a non-payable bill – ħa nagħmilha ċara – ngħidulha notable bill mingħalija, fejn pazjent ikun jaf x'qiegħed jieħu ...", "CLAUDIO GRECH: Phantom billing jgħidulu.", "GODFREY FARRUGIA: Hemm kelma oħra.", "THE CHAIRMAN: Meta jkun l-isptar, jew meta qed jieħu l-mediċini?", "GODFREY FARRUGIA: Anke mill-mediċini b'xejn!", "Jgħidlek kemm fil-fatt qed tiswa, fejn ikollok il-prezz tal-mediċina kemm hi.", "Illum il-ġurnata, kif nistgħu nkunu nafu li fl-2010 kull persuna, bejn wieħed u ieħor, kienet tieħu €1,200?", "Għax is-somma globali kienet tinqasam bejn kulħadd.", "Imma, hemm ċertu persuni fejn l-ammont li jieħdu, huwa ħafna iktar minn hekk!", "THE CHAIRMAN: Biex forsi n-nies japprezzaw.", "GODFREY FARRUGIA: Biex persuna tkun iktar konxja tas-servizz b'xejn li qed tingħata.", "Fil-fatt, anke meta nitkellem fuq mediċini, il-kelma \"b'xejn\" qiegħed nipprova anke nneħħiha mill-vokabularju, anke ta' fejn għandek tmur għall-entitlement.", "Jien nemmen li hemmhekk għandek provision of entitled medicine.", "Imma, ma fiha xejn ħażin li kieku jkollok a phantom bill - ħa nuża l-kelma li uża l-Onor.", "Grech - fejn tkun taf il-prezz ta' dik il-mediċina jew il-prezz ta' dak is-servizz li tkun ingħatajt ġol-isptar.", "Semmejt ukoll l-insurances.", "Naf li l-assigurazzjonijiet illum f'Malta huma 2% ta' kemm hija n-nefqa pubblika.", "GODFREY FARRUGIA: Dik tiġi bħala parti mill-out of pocket imma separata minnha.", "Hija 2%, mhijiex xi waħda kbira.", "Irridu inħarsu wkoll, u għalhekk sewwa qal l-Onor.", "Gonzi, lejn il-mod kif nassiguraw lin-nies.", "Aħna sfortunatament nassiguraw lin-nies bil-maqlub ta' pajjiżi oħrajn.", "Fejn nassigurawhom għal marda akuta, imma the minute li tkun kronika jew tkun end of life, m'intix assigurat.", "F'pajjiżi oħra, l-assigurazzjoni tagħhom hija bil-maqlub ta' hekk!", "Imma dak huwa kapitlu ieħor.", "THE CHAIRMAN: Nissuġerixxi li xi darba nagħmlu sessjoni fuqha din.", "GODFREY FARRUGIA: Ifhimni, diskussjonijiet mal-Insurances, anke mill-Ministeru, bdew u għaddejjin b'mod kontinwu.", "Din hija parti milli tħares - qabel ma nitkellmu fuq insurances - mill-aspett ta' entitlement kollu, b'mod wiesa', imbagħad tidħol b'mod iffukat fuq l-insurance.", "Inkella ma tkopriex is-suġġett kollu.", "X'kien ir-raba' punt?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk tara l-costs tal-Primary Health Care ħdejn is-Secondary Health Care, l-ewwel ħaġa taf li Mater Dei waħdu jieħu €227 miljun mill-baġit kollu, jiġifieri jieħu iktar minn nofsu.", "Jekk tara l-Primary Health Care costs, huma mill-inqas fl-Ewropa, mill-aspett pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Għaliex dan?", "GODFREY FARRUGIA: Għaliex tajna iktar importanza lis-saħħa sekondarja.", "Allura, kien hemm żbilanċ enormi…", "Allura, kien hemm żbilanċ enormi bejn l-importanza li ngħatat lill-kura sekondarja għall-importanza li ngħatat lill-kura primarja mill-aspett pubbliku.", "U hawnhekk forsi naqbel ma dak li qal l-Onor.", "Gonzi - peress li wara kollox jien ġej minn dak is-settur - li forsi l-amministrazzjoni preċedenti iktar straħet fuq it-tabib tal-familja privat, għar-raġun li forsi t-tariffi li l-pazjent Malti jħallas lit-tabib tal-familja huma ħafna irħas fejn ta' pajjiżi oħra!", "Irridu niftakru wkoll li meta l-Gvern ipprova jintroduċi l-iskema t-Tabib tal-Familja tal-Għażla Tiegħek 24 siegħa fil-ġimgħa… Niftakarni f'diskussjonijiet ma' Dr Louis Galea, l-eks Ministru tas-Saħħa ta' dak iż-żmien, li kienu fallew fuq nefqa finanzjarja.", "Niftakar ukoll meta kien hemm l-eks Ministru John Dalli, fejn kienu wkoll inbdew u kien hemm il-problemi.", "Joe Cassar, il-Ministru preċedenti, li kien qed jiffaċċja l-istess problemi u bħala tabib tal-familja kont kellimtu għall-mod kif għandu jdaħħal is-sistema, minn dak l-aspett imma b'mod differenti milli kienet qed tiġi stradata.", "Jien b'mod pubbliku nista' ngħid li man-National Health Systems Strategy Report ħiereġ faxxiklu totalment separat għal mod kif il-kura primarja se tkun minsuġa fl-NHSS report.", "Ħaġa li mhux biss se tħares lejn il-health policies kollha, mhux biss se tħares lejn dak li joffru pajjiżi oħrajn, imma se tħares ukoll lejn il-karatteristiċi Maltin.", "U se turi t-triq u l-għodda ta' kif għandna naslu fejn il-kura primarja se nsaħħuha ħafna iktar in a public private partnership.", "THE CHAIRMAN: Dan huwa verissimu.", "Għaliex pereżempju, hawn Malta - u intom li intom General Practitioners ħafna minnkom tafu x'jiġifieri - group practice m'hijiex daqshekk.… In-nies donnhom jekk iridu lil xi tabib partikolari, lilu biss ikunu rridu.", "(Interruzzjonijiet) Allura naħseb li huwa diffiċli li tagħmel 24/7 jekk… (Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Ma nixtieqx nidħol fiha, imma hemm żewġ fatturi importanti; l-continuity of care u l-gatekeeper.", "Dawk huma żewġ affarijiet importanti!", "Il-gatekeeper hija importanti b'mod partikolari meta llum - jiena l-biża' tiegħi bħala Ministru għas-Saħħa hija li l-professjoni medika – huma x'inhuma, anke tobba – jibdew jipprattikaw is-safety netting.", "Jipprattikaw is-safety netting biex jipproteġu lilhom infushom minħabba indemnity, eċċ (Interruzzjonijiet) Dawn narahom iktar importanti mill-group practices innifishom.", "MICHAEL GONZI: Żewġ kummenti jekk ma jimpurtax.", "Hemm min jaqbel mal-group practices.", "Jiena naqbel mal-practice group; li hemm differenza!", "Jien bħalkom kollha, General Practitioner.", "Ili 30 sena GP; hemm familji fejn rajt it-tfal żgħar, imbagħad kibru, iżżewġu, eċċ u bqajt it-tabib tagħhom Jien nibża' li bil-group practices - u hemm ħafna tobba li ma jaqblux miegħi - se jkun komdu għat-tabib u mhux se jkun komdu l-pazjent!", "Mentri bis-sistema ta' practice group - fejn jien għandi l-practice tiegħi u int għandek il-practice tiegħek - u b'sistemi ta' health, information u dawn l-affarijiet, nistgħu nikkolaboraw flimkien!", "Imma m'għandhiex group practice.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri jekk ikollok nurse miegħek, per eżempju?", "GODFREY FARRUGIA: Dik dejjem, imma jkollok loose arrangement bejn tabib u ieħor fl-istess komunità, fejn wieħed jidħol flok ħaddieħor.", "MICHAEL GONZI: Jista' jkun ikolli t-tobba kollha fil-komunità, imma jkunu practice groups.", "Biex tagħmel group practice trid issib it-tobba l-ewwel ħaġa; trid tagħmel setup, eċċ. Jien nibża' li l-costings fuq il-pazjent se jiżdied.", "Imma fuq il-group practice nistgħu nitkellmu iktar 'l quddiem.", "Punt ieħor fuq l-insurances u l-indemnity.", "Ministru, jien naħseb li hemm bżonn li tieħu iktar azzjoni!", "Qed nissuspetta bil-kbir li qed ikun hemm ħafna defensive medicine anke minħabba l-indemnity insurance.", "Dik hija waħda mill-affarijiet li rridu noqgħodu attenti għaliha!", "Ma jistax ikun nara nies li jkollhom headache u jispiċċaw b'CT Scan!", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li għandu bżonn il-General Practitioner, huwa li jkollu protocol mill-Gvern Malti.", "Fuq l-internet jiena nista' nsib protocols kemm irrid, imma rrid ikun hemm protocol mill-Gvern Malti għal kull tabib!", "Naf li fl-Emerġenza hemm il-protocols, imma, nistenna li dawk il-protocols ukoll jintbagħtu lit-tobba kollha ta' Malta, sabiex inkunu nistgħu nimxu kif suppost!", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt għandna nagħmlu xi titolu dwar xi metodi ta' kif, pereżempju l-x-rays ...", "GODFREY FARRUGIA: Pereżempju, jekk tara tal-bone density, il-protokoll ħareġ miegħu.", "Jekk tara tar-radjoloġija, se joħroġ.", "Li qed jiġri fir-radjoloġija hija li qed ikun hemm ħafna ordnijiet ta' x-rays iktar milli suppost; għad-detriment għall-pazjent.", "THE CHAIRMAN: Il-policies ta' kif jiġu mitluba l-affarijiet, per eżempju (Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Imma jekk issa ndaħħlu iktar anke d-digital x-rays, anke f'kull Ċentru tas-Saħħa - u din is-sena se ndaħħlu tnejn oħra f'żewġ Ċentri tas-Saħħa oħra - mela ma jkunx hemm għalfejn ikun hemm dak id-defensive kollu u dak is-safety netting meta niġu għal x-ray.", "Huwa kkalkolat, ma niftakarx bl-amment, li wieħed – għandu jkun – kull 100,000 imut minħabba raġunijiet iatrogenic tal-radiology - tal-x-rays - li jieħu f'ħajtu.", "THE CHAIRMAN: Kull sena?", "GODFREY FARRUGIA: Wieħed minn kull 100,000 deaths.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi ħadd ieħor li jrid jagħti kontribuzzjoni?", "DEO DEBATTISTA: Kumment żgħir u nkompli fuq dak li qal l-Onor.", "Irridu nagħmlu l-protokolli li qed jgħid Dr Gonzi, biss m'għandhomx ikunu għat-tobba biss, imma anke jkunu għall-insurance.", "Biex it-tabib ma jipprattikax defensive medicine, irid li hu jobdi l-protokoll, imbagħad li ġara hija xi ħaġa ...", "MICHAEL GONZI: Jekk hemm protokoll mill-Gvern, u tabib żamm mal-protokoll, bħal kwalunkwe guidelines li għandhom (Interruzzjonijiet)", "DEO DEBATTISTA: Imma Dr Gonzi, aħna rridu li l-insurance wkoll tkun on board!", "Jekk l-insurance ma tkunx on board, lit-tabib ma tagħtihx tort li jagħmel defensive medicine!", "Mhux se noqgħod nikkwota każijiet li qrajt fuq barra minn Malta.", "Imma reċentement barra minn Malta, tabib ta' 23 sena fl-Admission Department tal-Emerġenza kien qed jara ġuvni ta' 18-il sena.", "Dan kellu fever, cough u chest pain, li 99.9% tad-diagnosis kienet chest infection, u hekk għamel.", "Sfortunatament it-tabib kellu jħallas $4.5 miljun, għax imbagħad il-ġurija u l-insurance qalu li t-tabib kien imissu għamillu biopsy.", "Ikun hemm protocols, jiġifieri.", "Jien qed ngħid x'qalet ġurija ġo New York.", "Imma l-insurances iridu jkunu onboard, inkella huwa inutli li nagħmlu l-protocols li imbagħad l-insurance toqgħod tfettaqlek ġo qorti a detriment tal-pazjent u tat-tabib.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Nerġa' mmur lura fuq is-suġġett tas-sostenibilità, għax dak huwa l-item għad-diskussjoni..", "Naħseb huwa importanti li jekk ħa nitrattaw din it-tema, nitrattawha b'mod li jkun tanġibbli u mhux b'mod li nitkellmu b'mod ġeneriku.", "Hemm ħames punti importanti li jien xtaqt nelenka f'dan l-intervent u li nħoss li huma relevanti ħafna fil-kuntest tal-finanzjament tas-servizz tas-saħħa.", "Qabel ma nibda insemmihom, naħseb irridu nibqgħu nisħqu li s-servizz tas-saħħa mhuwiex b'xejn u m'huwiex kollu b'xejn!", "Hawn misnomer enormi, time and again li s-servizz tas-saħħa huwa servizz b'xejn.", "Għandek żewġ terzi li huwa finanzjat mill-Istat u terz ieħor li huwa imħallas mill-individwi b'mod privat.", "Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna li imbagħad jibda jiftaħ ix-xenarju kollu ta' kif is-servizz tas-saħħa tagħna huwa finanzjat.", "Qed ngħid dan għaliex meta titlaq minn dak il-point of departure, immedjatament inti tirrealizza li l-Istat mhux qed iħallas kollox; u l-Istat mhux minn dejjem kien iħallas kollox.", "ONOR GODFREY FARRUGIA: Qatt ma ħallas kollox!", "CLAUDIO GRECH: U qatt ma ħallas kollox!", "Il-kunċett li s-servizz tas-saħħa huwa b'xejn, kollu b'xejn, hemm ċertu servizzi u ċertu trattamenti li jingħataw b'xejn at the point of care.", "Il-kelma \"b'xejn\" ukoll hija ħażin, għax xi ħadd, x'imkien, qed iħallas.", "Aħna s'issa, safejn nafu aħna, dan il-pajjiż m'għandux riżorsi naturali tiegħu, allura x'imkien, xi ħadd, qiegħed iħallas.", "Dak huwa l-kuntest ġenerali ta' dak li se ngħid.", "Allura x'inhuma l-ħames punti?", "L-ewwel nett: naħseb li l-iktar diskussjoni importanti li llejla lanqas bdejna immissuha, hija l-prioritisation tal-finanzjament.", "Fejn ħa jmur il-kitty li ħa jingħata lill-Ministru għas-Saħħa?", "M'għandiex dubju li kull Ministru jkun irid dejjem iktar finanzjament biex ikun jista' jagħmel iktar, mhux biex jonfoq iktar, imma biex jista' jagħmel iktar.", "Għax aħna nafu li jekk ħa tħaddem tajjeb dawk il-flus, għandek kemm għandek - b'mod partikolari knowingly aħna qegħdin below the EU average f'dak li nonfqu per capita u meta tqabbel il-GDP f'pajjiżna ma kemm nonfqu fil-qasam tas-saħħa - kull Ministru għas-Saħħa jara li kull ma ħa jkollu ħa jkun qiegħed jonfqu u jonfqu tajjeb!", "Allura, dak ifisser li għandek ċertu affarijiet li ma tistax tiffinanzjahom!", "Huwa stat ta' fatt, u huwa naturali.", "L-equation minnha nnifisha, il-matematika ta' kif tinħadem, li inti, jekk m'għandekx biżżejjed biex tħallas kollox, allura ċertu affarijiet bilfors mhumiex koperti!", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, Panadols, Paracetamol, eċċ ...", "CLAUDIO GRECH: Issa naslu għalihom.", "Naħseb li d-diskussjoni li jrid ikun hemm hija fuq il-prijoritazzjoni.", "Il-prijoritazzjoni taħdem fuq żewġ binarji, ma taħdimx fuq dimension waħda, ma taħdimx fuq xiex inti tiffinanzja biss, imma taħdem ukoll fuq l-intensità li inti tiffinanzja biha!", "Illum għandna one size fits all. Għandek mudell wieħed, jew inti eleġibbli jew le.", "Hemm il-means testing għat-tieni skeda, li tkun eleġibbli għal xi affarijiet addizzjonali, però, bażikament tieqaf hemmhekk.", "Naħseb jekk irridu verament nibdew nindirizzaw dawn l-issues, ma nistgħux noqgħodu nitkellmu għax is-sostenibilità hija importanti.", "Huwa stat ta' fatt li hija importanti.", "Mhux ħa nindirizzawha bil-budgeting biss, imma jrid ikun iggwidat mill-mod ta' kif aħna ħa nipprijoritazzaw il-finanzjament tagħna.", "Jien nistenna allura li l-Gvern jibda ħiereġ bl-ideat u bil-pjanijiet tiegħu ta' kif din il-prijoritazzjoni se tkun qiegħda issir.", "Għax nisimgħu kundizzjonijiet.", "Kieku l-iStat qed jiffinanzja kollox, kieku m'għandniex għalfejn nagħmlu l-prijoritazzjoni.", "Kieku, pereżempju, il-Community Chest Fund m'għandhiex għalfejn tiffinanzja dawn il-ħafna u ħafna każijiet ta' mard li hija tiffinanzja.", "Allura bilfors - biex inkun ċar qed ngħidha, mhux b'xi forma ta' kritika għal dan il-Gvern - imma din hija s-sistema li tradizzjonalment kienet hekk.", "Hija s-sistema ta' kif evolviet is-servizz tas-saħħa tagħna.", "Li nerġa' ngħid, hija sistema li evolviet fuq il-mudell tas-social welfare li aħna għandna f'dan il-pajjiż.", "It-tieni punt li rrid insemmi wara l-prioritisation huwa l-element tal-innovazzjoni.", "Il-Ministru semma' b'mod tajjeb - u nieħu gost meta jgħid li l-GFLAC qiegħed iħares lejn il-cost benefit analysis ibbażat fuq il-health outcomes - però, ovvjament dan il-proċess irid jimxi!", "Ma nistgħux noqgħodu nimxu bil-lajma fih!", "Kull innovazzjoni jien nemmen, irid ikollna qafas li jinqabel bejn il-partijiet kollha, ta' x'inhuwa u x'jikkwalifika bħala xi ħaġa innovattiva - li s-servizz tas-saħħa għandu jiffinanzja - u dawk li forsi, għalkemm hija innovattiva, is-servizz tas-saħħa m'għandux għalfejn jiffinanzja u m'għandux jiffinanzja kollha!", "Nistgħu wkoll inħarsu lejn dak l-element fejn tidħol l-innovazzjoni.", "Jekk tħares lejn id-dijabete biss pereżempju, jekk wieħed jara l-iżvilupp u l-avvanz li sar fil-mediċini partikolari DPP4 pereżempju, li llum nafu li mhumiex iffinanzjati u hija mediċina li tagħmel differenza enormi fuq il-pazjenti li jbatu mid-dijabete.", "Illum min jaffordjahom, jista' jħallashom, imma min ma jaffordjax, ma jistax iħallas.", "U din hija mediċina li tittratta kundizzjoni li hija koperta fil-formularju tagħna.", "Allura, l-innovazzjoni approvata, li tfittex kemm tfittex – issa jien l-unika wieħed minnkom li miniex tabib, allura nkun irrid lil xi ħadd li jispjegali – meta spjegawli l-impatt, anke ekonomiku, ta' din l-innovazzjoni.", "Hemmhekk tara kemm l-innovazzjoni fl-argument tas-sostenibilità, aħna irridu ...", "THE CHAIRMAN: Però Onor. Grech veru, bħalissa l-Gvern mhux qed jagħtihom b'xejn id-dipeptidyl peptidase 4 inhibitors - id-DPP-4 tad-diabetes, jekk tagħti l-Bisphosphonates, jekk tagħti l-anti-cancer drugs li huma esperimentali, għax uħud minnhom ikunu lanqas huma stabbiliti, dak imbagħad iżżid il-costs?", "CLAUDIO GRECH: Naqbel miegħek.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri tnaqqas minn x'imkien ieħor mela.", "CLAUDIO GRECH: Le, le, l-punt li semma' l-Ministru.", "Għalhekk il-prioritisation.", "Inti trid tħares u tgħid: jekk aħna ħa nagħmlu investiment f'dawn il-mediċini, over a period of time, dak ma jkunx ifisser li jien ħa jkolli impatt ħafna inqas fuq is-sistema tas-saħħa tiegħi biex nitrattah lil dak il-pazjent, jekk jien dik il-mediċina - il-health outcome li semma' l-Ministru - ħa jkun ħafna aħjar?", "Minbarra li ħa jiswini ħafna inqas bħala trattament fis-sistema sekondarja tiegħi, ma jfissirx ukoll li dik il-persuna, ekonomikament, jista' jibqa' jikkontribwixxi iktar u effettivament dak ifisser li jista' jiġġenera iktar tax revenue għall-Gvern?", "Naħseb li huma l-parametri bejnietna, li rridu naqblu.", "THE CHAIRMAN: Però, meta nitkellmu fuq id-DPP 4 inhibitors, meta jien kellimt lill-diabetologist, qaluli li dawk itawwlu ż-żmien sakemm tiġi bżonn l-insulina.", "Ma jagħmlux mirakli!", "Ikun hemm kumitati apposta, nimmaġina Ministru, li jiddeċiedi jekk huwiex cost effective li ċertu mediċini tagħmilhom fil-formularju.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Jekk tippermettuli inkompli.", "Jien l-argument mhuwiex fuq id-DPP-4 biss, l-argument huwa l-innovazzjoni!", "Però aħna, bħala politika ta' innovazzjoni, f'dan il-qasam, dwar x'għandu jiġi ffinanzjat mill-Gvern u kemm għandu jiġi finanzjat, u jekk il-Gvern għandux iħares lejn kif jista' jgħin lil min irid jixtrihom individwalment; dawn huma l-affarijiet li aħna għandna niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Imbagħad taqta' minn x'imkien ieħor?", "Inti tista' targumenta li żżid il-finanzjament tas-servizz tas-saħħa, mhux neċessarjament li taqta'.", "Jista' jkollok fejn taqta' u jista' jkollok fejn iżżid.", "Din is-sena, dan il-Gvern, żied, kif qal il-Ministru, b'ċirka 5%.", "Tajjeb.", "Tajjeb.", "Ma naqqasx minn postijiet oħra!", "Għandek l-element ukoll - it-tielet punt li ridt insemmi - tar-recovery tal-ispejjeż li jkollok minn dawk il-każijiet jew minn dawk il-persuni, kif pereżempju semmejt inti tal-health insurance, ta' kif il-Gvern jista' jagħmel ir-recovery tiegħu.", "Naħseb li politikament huwa element li jirrikjedi ċertu kunsens fuqu.", "U Kumitat bħal dan, jista' effettivament iħalli l-frott.", "Għaliex ir-recovery huwa element u aspett sensittiv ħafna.", "Huwa aspett li jolqot id-definizzjoni tal-insured person x'inhuwa, u tal-entitlement ta' kull insured person jew ta' kull kategorija ta' insured persons.", "Ir-raba' punt huwa l-mod ta' kif naraw is-settur privat tas-saħħa - li jinkludi wkoll ovvjament il-General Practitioners privati - li jkun qed jilgħab, mhux rwol li jsoddu toqba li ma jridx jimla' l-Gvern.", "Imma kif fis-servizz tas-saħħa kollu, l-ewwel nett dawn l-operaturi privati ħa jkunu imħeġġa li jinvestu - għaliex bħal kull settur ieħor, jekk il-Gvern mhux ħa jħeġġek li tinvesti ...", "THE CHAIRMAN: Hemm il-MicroInvestments ...", "Imma biex tagħmel sptar, il-MicroInvest Scheme mhux se jgħinek ħafna.", "Biex tagħmel clinic fit-totalità tagħha, bil-MicroInvest Scheme, l-investiment li tagħmel, mhuwiex neċessarju.", "Imma apparti li s-settur tas-saħħa privat jagħti inċentivi fiskali, però, ikollok ukoll l-inċentiv ta' kif dak is-suq ikun jista' jiġi operat b'mod regolat.", "U tkun qed tikkumplimenta – mhux tikkompeti – dak li jkun qed jagħmel il-Gvern.", "Biex il-Gvern, ikun jista' jgħaddi ċertu servizzi tista' tgħid lock, stock and barrel għand il-privat.", "Il-ħames punt - li huwa l-corollary tagħha - hija l-argumentazzjoni importanti ta' kif dan il-qasam - li sfortunatament matul is-snin, f'ħafna snin, rari ġie ttrattat - l-aspett, kif inpoġġih jien, li s-saħħa għandha tiġi dejjem qabel il-profitt jew il-qligħ finanzjarju ta' kull min qiegħed involut f'dan is-settur.", "Jekk aħna, is-saħħa, ħa tkun suġġetta għal parametri finanzjarji ta' uħud, huwa impossibbli li inti jkollok sistema ta' saħħa sostenibbli!", "THE CHAIRMAN: Anke għal konsulenti?", "CLAUDIO GRECH: Huwa impossibbli.", "Jien qed ngħidlek b'mod ġenerali - tal-operaturi fil-qasam tas-saħħa.", "Ta' kull min jopera fil-qasam tas-saħħa u kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa u għandu interess privat.", "Hawn min suppost jaħdem fl-interessi tal-Gvern biss, hawn min għandu parti interess tal-Gvern u parti privat, u hawn min għandu interessi privati biss.", "Jien, bħala livell ta' politika f'dan l-istadju, li qed ngħid huwa li aħna, din mhix ħa nitrattawha bħala l-kumplimentalità tal-qafas kollu.", "U li ma jkollokx aspetti fejn is-settur tas-saħħa pubbliku qiegħed ibati minħabba l-bżonn li jsir il-profitt fil-qasam privat.", "Il-qasam privat, kif għadni kif semmejt, għandu jagħmel il-profitt tiegħu u għandu wkoll jistruttura l-profitt tiegħu b'mod regolat, b'mod li jikkumplimenta s-settur tas-saħħa.", "Però, is-settur tas-saħħa pubblika – fl-opinjoni tiegħi – qatt ma għandu jkun second class u qatt ma għandu jkun sussidjarju għall-fatt li the dominant factor ikun li jrid isir il-profitt u jrid isir il-qliegħ.", "Dawn huma l-ħames punti tiegħi.", "Biex insemmi punt li staqsejtni inti.", "Biex nirrispondi fuq il-phantom billing.", "Din kienet idea, proposta – ma nafx tiftakarx Sur President –li l-partit fil-Gvern Nazzjonalista ried jintroduċi.", "Però, ma kienetx introdotta minħabba li sfortunatament l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, kienet ħadet attitudni differenti!", "THE CHAIRMAN: Però dak iż-żmien kien hemm xi dokumenti li (Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Le, le, mhux għax ma kienx hemm dokumenti!", "(Interruzzjonijiet) Però, fil-leġislatura li għaddiet kien hemm tentattivi biex ikun hemm qbil li din ma tiġix impenġija…", "Jien x'nista' nagħmel?", "Jien nista' nħallih idaħħal il-phantom billing, imbagħad nuża l-phantom billing bħala l-premessa li l-Gvern beħsiebu jitlob ħlas (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Li mhux il-każ!", "Hekk kien sar mill-Oppożizzjoni Laburista!", "Però, għal darb'oħra, aħna mhux ħa nilagħbu dak il-logħob!", "Jekk se ddaħħal il-phantom billing, aħna m'aħniex ħa nagħmlu scaremongering li se tuża l-phantom billing biex titlob ħlas lin-nies!", "Din hija Oppożizzjoni li taħdem b'mod differenti!", "GODFREY FARRUGIA: Fl-equation tal-phantom billing kien ukoll inbidel il-Ministru.", "Kien hemm Ministru partikolari li kien favur il-phantom billing filwaqt li l-Ministru l-ieħor ma kienx favur il-phantom billing.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Skużi, għax ma nistgħux ma nkunux korretti!", "Dr. Joe Cassar, u nikkwotah issa, però, jekk hemm bżonn inġibuh hawn u jikkonferma hu.", "Għax ma naħsibx li taf iktar minn Dr. Cassar.", "Dr. Joe Cassar kien ried idaħħal il-kunċett tal-phantom billing.", "L-idea kienet bdiet fl-istess Gvern.", "Għax ma kienx hemm gvern qabel Dr. Joe Cassar u gvern wara Dr. Joe Cassar, imma kien hu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Politika Soċjali.", "Dak iż-żmien, kienet bdiet l-idea.", "Kienet bdiet l-idea wkoll - u fil-fatt illum jekk tħares lejn l-estimi finanzjarji tara li kienet daħlet taħt, safejn naf jien, l-eks Ministru John Dalli - li l-element tar-recovery li jdaħħal il-Gvern mill-income tiegħu, imur għal health account.", "Fil-fatt jeżisti health account speċifiku fl-estimi finanzjarji tal-Gvern, fejn jiġi accounted minn fejn qed jiġu l-flus.", "U wara l-eks Ministru Cassar dak iż-żmien ried jintroduċi l-phantom billing.", "Però, l-Oppożizzjoni ma riedetx tikkollabora.", "THE CHAIRMAN: Però kien hemm żmien ukoll, li kien issemma' li pereżempju fil-Kabinett tal-Partit Nazzjonalista kien hemm xi rapporti – mhux qaluha fil-Kabinett – daħlu xi rapporti li kienu jissuġerixxu li s-saħħa (Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: X'kien hemm fil-Kabinett ma nafx!", "THE CHAIRMAN: … ikun hemm xi tip ta' charges.", "CLAUDIO GRECH: Però, qatt ma kien hemm dik id-deċiżjoni.", "Hux hekk?", "Kif jaf il-Ministru, fil-Kabinett jitilgħu ħafna affarijiet ...", "GODFREY FARRUGIA: Fuq il-prioritisation tal-finanzi.", "Id-dħul finanzjarju ħa jkollha prioritisation kif suppost.", "Jekk nimxu fuq il-country specific recommendations, diġà turi l-prijorità fejn għandha tkun.", "U turi li l-prijorità għandha tmur lejn dik tas-saħħa primarja.", "Turi li għandna noħolqu cost and effectiveness, fejn għalkemm ikollna l-baġit hu dak li huwa, imma għandna nimmassimilizzaw, biex minn dik is-somma li jkollna, ikollna valur miżjud.", "Jien se nagħti eżempju.", "Lil hemm mill-karti, anke dħalna fl-operat biex nimmassimilizzaw is-servizz.", "Pereżempju nieħu l-użu tal-MRI fit-twilight hours.", "Il-Gvern illum tiġih €90, fejn qabel l-ispiża kienet tvarja bejn €200 u €300!", "Huwa servizz tajjeb!", "L-istess, fis-servizz tal-IVF.", "Fejn bis-saħħa tiegħu, il-Gvern se jiġġenera wkoll flus fit-twilight hours minn servizz privat li jista' jagħmel bi public-private partnership għax juża s-servizz tiegħu.", "Meta niġu għas-settur tas-saħħa - u semmejna l-public-private health mix - se nsemmi eżempji żgħar fejn aħna, bħala Gvern, anke b'mod sempliċi diġà bdejna nwittu t-triq.", "Aħna l-uniku Ministeru li għandna business friendly contact desk.", "Staqsi lis-settur privat kemm juża dan is-servizz u kemm anke bil-proċessi ta' simplifikazzjoni li qegħdin nintroduċu, plus il-faċilitazzjoni li qed joffri dan is-servizz, is-servizz privat qed jinqeda b'mod iktar adegwat.", "Is-sena l-oħra ma tantx stajt noħroġ offerti ta' public-private health mix, fejn ridt nagħti katarretti jew affarijiet oħrajn.", "Dan għaliex in-nefqa fil-budget initiatives tal-istennija kienet diġà minfuqa waqt l-ewwel tliet xhur tas-sena!", "Għaldaqstant jien kelli l-kontijiet xi nħallas ta' servizz li ingħata fl-ewwel tliet xhur tas-sena tal-2013.", "CLAUDIO GRECH: Imma din is-sena tnaqqsulek mill-waiting list?", "GODFREY FARRUGIA: Tnaqqsu għal waiting list, qabel l-elezzjoni ġenerali.", "CLAUDIO GRECH: Imma saru l-operazzjonijiet?", "GODFREY FARRUGIA: Sintendi li saru operazzjonijiet, imma ma kienx hemm stream lining (Interruzzjonijiet) Jekk qed issemmu katarretti, waħda mill-affarijiet li minkejja li naqqsu l-konsulenti… Aħna rnexxilna, li l-katarretti, minkejja li ma kellniex vot ta' flus għax kien diġà użat fis-sena 2013, fid-disa' xhur l-oħra li kien fadal, irnexxilna nżommuhom l-istess kwota, mingħajr ma nżiedu fuq li kien hemm!", "X'għamilna?", "Żidna l-effiċjenza meta niġu għal best clinical practices!", "Issa, la għandna l-vot ta' flus - u l-Onor.", "Claudio Grech jaf kif il-vot ta' flus tal-istennija ġie imqassam għall-ewwel darba bil-persentaġġi fejn għandhom imorru u hemmhekk turi li diġà bdejna t-triq anke fil-prioritisation anke fl-istennija kif għandna mmorru - tinduna li issa se nibdew innaqqsu mill-istennija pereżempju mill-operazzjoni tal-kataretti b'dak il-mod fuq li hemm.", "Apparti wkoll li kien hemm konsulent nieqes.", "Qed nitkellem biss fuq il-katarretti.", "Meta niġu fuq l-innovazzjoni, il-cost benefits beda; hemm ħafna xogħol xi jsir, imma hija stradata biex kull servizz ġdid huwa introdott b'dak il-mod; anke mediċina ġdida.", "Irridu nkunu nħarsu – u hawnhekk anke nappella lill-Oppożizzjoni – biex meta nkunu qed nagħmlu hekk, inkunu qed inħarsu lejn l-aspett kliniku.", "Meta nkunu qegħdin innaddfu l-formularju minn dawk il-mediċini li huma antikwati u m'għadhomx jintużaw u qegħdin hemmhekk mhux għal raġunijiet kliniċi tajbin għax hemm mediċini iktar moderni u aħjar, ma nkunux qegħdin nagħmlu hekk biex innaqqsu mil-lista tal-formularju, imma nkunu qed nagħmlu hekk biex inżidu mediċini oħrajn ġodda li huma iktar użati u iktar skont il-prattika moderna tal-mediċina.", "CLAUDIO GRECH: Onor. Ministru, huwa punt tajjeb: tista' għal-laqgħa li jmiss tagħti l-lista sħiħa ta' dawk il-mediċini li seħħew (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Għamililhu mistoqsija parlamentari.", "CLAUDIO GRECH: Biex niddiskutuha hawnhekk!", "Nista' nagħmilha kieku.", "THE CHAIRMAN: M'għandiex x'taqsam mas-suġġett.", "CLAUDIO GRECH: Żgur li għandha x'taqsam!", "Hu qed isemmiha.", "GODFREY FARRUGIA: M'għandi xejn x'naħbi!", "CLAUDIO GRECH: Tista' tagħtini l-lista u ma xiex ġew mibdulin?", "GODFREY FARRUGIA: Mhijiex problema!", "CLAUDIO GRECH: F'din il-leġislatura, disa' mediċini qed tgħid biss.", "GODFREY FARRUGIA: Disa' mediċini safejn naf jien f'din il-leġislatura.", "THE CHAIRMAN: Tista' tagħmel mistoqsija parlamentari bil-miktub.", "CLAUDIO GRECH: Iva, imma issa lilu qed nistaqsi Mr Chairman!", "GODFREY FARRUGIA: Safejn naf jien disgħa!", "Ma nafx jekk hux disgħa jew għaxra, imma disgħa.", "CLAUDIO GRECH: Tajjeb però li tieħu nota, ħalli fil-laqgħa li jmiss ikun jista' jissottomettiha.", "GODFREY FARRUGIA: Tinduna li jkun hemm klassi oħra ta' mediċina li hija aħjar minn dawk li hemm!", "Biex nurik b'mod prattiku l-affarijiet kif isiru, u ma jfissirx li kien hemm xi aġenda moħbija biex innaqqsu mill-1,300 mediċina li kien hemm fil-formularju.", "THE CHAIRMAN: Jekk ikun hemm mediċina li pereżempju bdiet tintuża fil-kanċer u ħadd ma jaf is-side effects tagħha għax ma jkunx hemm esperjenza, dik ħa (Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Gvern għaqli bi prijorità, u meta isemmi l-onkoloġija fil-kanċer, u hija fir-rata ta' suċċess … L-ewwel ħaġa, jekk taqbad il-cancer fil-bidu, bħal ma qbadna s'issa mingħalija 135 cancer tal-musrana through the screening, li 17 minnhom kien diġà b'mod overt, u thank their lucky star li aċċettaw l-istedina, jekk taqbad il-cancer b'mod sintomatiku fil-bidu nett minn aspett kirurġiku, għandek kważi success rate li hija għolja ...", "GODFREY FARRUGIA: Issa ngħidlek il-metodu ta' treatment.", "Meta għandek cancer li huwa fir-radjuterapija għandek 40% ċans, meta għandek cancer li huma bl-onkoloġija r-rata hija ħafna inqas ta' success rate mir-radjuterapija.", "L-onkoloġija hija mediċina innovattiva, mediċina li tiswa' ħafna, hija mediċina li mhux bilfors ikollha specifications li huma well defined, ġieli anke jkunu fi grey areas ta' esperimentazzjoni.", "Gvern għaqli u bi trasparenza deherlu li għandu jinvesti iktar meta niġu għar radio isotope treatment, u għar-radjuterapija.", "Għalhekk, bħalissa qegħdin nagħmlu ħilitna biex anke naġġornaw il-magni u jkollna magni tar-radjuterapija, linear accelerators iktar modern milli huma.", "B'hekk niffrankaw u nagħmlu cost savings mill-baġit tal-mediċina li hija low volume high cost, li hija tal-onkoloġija.", "Dik hija raġuni żgħira fejn bi prijorità tista' timxi skont kif inhuma mexjin pajjiżi oħrajn barra minn Malta u b'hekk tiffranka flus, tagħti trattament aħjar, u timxi skond best clinical protocols.", "Meta niġu għall-prijoritazzazzjoni tas-saħħa, innovazzjoni; jien għalija l-innovazzjoni wkoll hija l-IT, m'hemmx dubju, imma jekk irridu vera nħarsu lejn is-sostenibilità, irridu wkoll insemmu l-governanza, l-kordinazzjoni fl-immanniġġjar, sintendi l-promozzjoni edukattiva ta' active life style u healthy living, il-prevenzjoni, ir-riżors uman, li huwa tant bżonnjuż, li jkun imħarreġ kif suppost u speċjalizzat fil-qasam tas-saħħa, għax l-abbilitajiet tiegħu huwa l-mod kif wieħed jista' iwassal.", "Inutli tħares lejn il-pazjent tal-cancer jekk ma jkollokx clinical pathways fejn inti tħares lil pazjent mill-bidu sal-aħħar (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Rigward is-sostenibilità tas-saħħa, xogħol dupplikat.", "Pereżempju, ġieli nara li n-nies ikunu għamlu sett testijiet tad-demm fi klinika minnhom, l-MOP, u jerġgħu jirrepetuha?", "GODFREY FARRUGIA: Fl-IT qiegħda.", "L-iktar li nara xogħol dupplikat huwa meta niġu għal ċertu proċessi ta' paperwork li jsiru fis-sistema tas-saħħa maniġerjali, kemm jekk huwiex procurement, huwa x'inhuwa … Irridu niftakru li l-qasam tas-saħħa half the procurement ta' pajjiżna jsir f'Ministeru wieħed.", "CLAUDIO GRECH: Beda jintuża l-procurement b'mod iktar … id-dynamic purchasing?", "CLAUDIO GRECH: Għaliex b'dak il-mod huma jistgħu jużaw il-framework agreements.", "Il-framework agreements introduċejnihom time based.", "CLAUDIO GRECH: Fuq kemm żmien?", "GODFREY FARRUGIA: Erba' snin.", "GODFREY FARRUGIA: Jew tlieta jew erba' snin.", "Għandna backlog enormi, biex naqilbuhom time based, imma 'l hemmhekk mexjin.", "Nemmen li f'din il-leġislatura se nkunu ħejjejna triq fejn 100% nkunu għamilnihom kollha time based.", "MICHAEL GONZI: Jien xtaqt nagħmel żewġ punti biss.", "Waħda minnhom rigward meta kien ħareġ ir-rapport John Dalli fuq expenses (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Meta qal li kien hemm ħafna affarijiet skaduti u costings (Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Urejthom jien fil-bidu nett.", "MICHAEL GONZI: Waħda miż-żewġ affarijiet ta' inkwiet li għandi f'dak ir-rapport hija li hemm ċertu servizzi li inti tul iż-żmien żidthom.", "Fejn jekk qabel servizz f'St Luke's kien ikun hemm tmienja, illum qed isiru 20 u 30 f'ġurnata.", "Jekk għandek bżonn tuża ċertu apparat li jiswa ċertu ammont ta' flus, ma' dan l-apparat għandek bżonn 70 item ieħor miegħu lest biex jekk għal li jista' jkun jinqala' xi ħaġa waqt il-proċedura ikunu hemm.", "Ġieli, minn dawn is-70 item - li jistgħu wkoll ikunu 40, għax ma nafx kemm - jintużaw biss parti minnhom, ġieli ma jintuża xejn.", "Dawn is-70 items allura, għal kull proċedura - u qed nitkellem fuq 20 proċedura kuljum għal dawn is-snin kollha - bilfors xi darba se tispiċċa l-expiry date tagħhom.", "L-argumentazzjoni ta' dak ir-rapport inkwetani ftit.", "Allura, iktar 'l quddiem dawn is-servizzi minn 20 żgur li jridu jitilgħu għal 30 u 40.", "U jekk jien minn dawn is-70 items minħabba l-expiry date ħa noqgħod innaqqashom, jista' jagħti każ li s-servizz mhux jitjieb imma jsir agħar.", "It-tieni ħaġa li wkoll inkwetatni hija li fis-servizz tas-saħħa bilfors trid tipprepara għal affarijiet li jistgħu jinqalgħulek, ir-risk assessments.", "Tista' ssir traġedja jew diżastru.", "Is-servizz tas-saħħa jrid ikun ippreparat għalihom.", "Pereżempju, irid ikun preparat jekk allaħares qatt it-tanker tal-gass jisplodi!", "THE CHAIRMAN: Jista' jikraxxja ajruplan fuq il-Marsa.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Jista' jikraxxja kullimkien!", "Dawn huma affarijiet li s-servizz tas-saħħa irid ikun preparat għalihom.", "GODFREY FARRUGIA: Jien ma nixtieqx indaħħal politika, imma nistaqsikom ħaġa: kien hemm National Preparedness Plan?", "MICHAEL GONZI: Qed nistaqsi lilek, għax inti Ministru!", "Jien qed nipprepara a National Preparedness Plan fuq affarijiet li huma drastiċi!", "Kull ma wriet jien huwa a Mater Dei national disaster plan u mhux a national preparedness plan għal Malta u Għawdex!", "Qed nagħmilha!", "Qatt ma kien hemm waħda!", "MICHAEL GONZI: Inti l-Ministru, u jidher li f'pajjiżna r-riskji mhux qed innaqqsuhom imma qed inżieduhom b'20 darba iktar.", "Nispera li dak ir-rapport li ħejja u ħafna rapporti oħrajn ma jinfluwenzax, issa li aħna se nkunu ppreparati għal ċertu riskji!", "GODFREY FARRUGIA: Ħa nserraħlek rasek.", "L-ewwel ħaġa, jien bħala Ministru ddistikkajt ruħi mir-rapport ta' John Dalli b'mod komplet.", "Ma jfissirx però li m'hemmx punti li mhumiex validi, bħalma hija fuq governanza, fejn forsi jien nistrada mod u hu jistrada mod ieħor.", "Imma pereżempju l-governanza hija xi ħaġa li hija importanti!", "Imma ejja nibdew mill-inventarju tal-istationery f'Mater Dei li huwa ta' 'l fuq minn miljun.", "Hemm bżonn li jkollok stationery qiegħed hemmhekk għall-entitajiet tas-saħħa, meta tista' tixtri bil-pay per use system skont kemm għandek bżonn kull tliet xhur?", "Qed nitkellmu fuq apparat li għandu x'jaqsam ma' inventarju meta inti mingħand l-industrijalist se ssiblu dejjem.", "Il-karozza tiegħi naf li xi darba se jmurilha l-clutch, imma ma nixtrix clutch sentejn qabel u nżommu hemmhekk, imma mmur nixtrieh meta jmurli u nwaħħlu mill-ewwel!", "Għandna inventarju ta' equipment ta' 'l fuq minn 2 miljuni!", "Dawk il-flus jistgħu jintużaw mod ieħor!", "Niġu għall-equipment innifsu.", "Kont qed issemmi operazzjonijiet (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Punt wieħed fuq il-clutch.", "Jista' jkun li għandek raġun, għax jien ma rajtx ir-rapport.", "Ma nafx kif kienu isiru t-tenders qabel, x'sar fit-tender; imma jekk inti l-karozza tiegħek taħseb li xi darba se jmurilha l-clutch, il-clutch li xtrajt ħames snin ilu se jkun cheaper minn clutch li kieku tixtrih issa?", "Qed nuża analoġija redikola.", "Jekk ma jkollokx il-kuntratt kif sar qabel u t-tendering kif saru u kif kienu miftehma l-affarijiet, jibda qisek qed tixħet xi ħaġa li tgħid: isma', kif xtara clutch, mela kien hemm (Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: Nitkellmu issa fuq il-prosthesis u fuq il-mediċini li n-nefqa tagħhom hija €100 miljun u fuq l-expiry dates tagħhom eċċ. Mela, l-istandardisation tal-equipment innifsu; l-ewwel ħaġa li qegħdin nagħmlu.", "Għalfejn għall-orthopedic surgeons għandu jkun hemm seba' tipi ta' drills li magħhom għandek bżonn 20 jew 30 attachment differenti, kif għidt int?", "Dan meta jista' jkollok wieħed u jaqdi lil kulħadd, milli jkollok dawk l-affarijiet?", "Qegħdin nagħmlu streamlining.", "Qed ngħidlek l-affarijiet kif kienu qegħdin isiru.", "Issa dan m'għamlux l-Onor.", "Joe Cassar, għamluh in-nies li kienu jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Imma la sibna x-xamma tagħhom, mela aħna qegħdin nagħmlu – u hekk għandu jkun – il-kontabilità, l-istream lining tagħhom.", "MICHAEL GONZI: Ministru, punt wieħed biss: l-importanti huwa, la peress li qed tgħid hemm ħames drills ...", "GODFREY FARRUGIA: Sebgħa.", "Issa jekk hemm ħames drills differenti; jista' jagħti l-każ li inti tuża drill għax tgħallimt b'dak id-drill.", "L-importanti huwa li s-servizz u l-kura lill-pazjent f'dak il-ħin, jibqa' tajjeb kif inhu illum u mhux tneħħili dak id-drill u s-servizz jiħżien!", "Dak li jinteressani jien!", "Huwa faċli li ngħid costings u karti u tazzi!", "GODFREY FARRUGIA: Hawnhekk qed tagħmel cost savings!", "MICHAEL GONZI: Imma l-cost savings, meta tiġi għall-kura, mal-pazjent ma tistax timxi bħala accountant.", "GODFREY FARRUGIA: Meta għandek tliet tipi ta' prosthesis tal-irkoppa li l-prezz tagħhom ivarja mill-iżgħar għall-ikbar bi €300 għal kull waħda.", "Bħalma taf twaħħal din, taf twaħħal l-oħra.", "Huma kollha tal-istess standard u taf li dawn, wara ċertu snin ikun hemm l-expiry date tagħhom u jintremew, bħalma intremew.", "THE CHAIRMAN: Kien hemm ħafna nfiq ta' apparat u ta' consumables.", "GODFREY FARRUGIA: Għax ma kienx hemm standardizations.", "Kulħadd jordna bl-addoċċ.", "MICHAEL GONZI: Jista' jkun li l-Ministru għandu raġun.", "GODFREY FARRUGIA: Ma nixtieqx nuża slogans politiċi, imma kien hemm dik l-idea li ma kienx hemm ċertu imħabba lejn ix-xogħol li kien qed jagħmel, biex dak li jkun iħares flus il-poplu kif suppost.", "Imma s-soluzzjoni tagħha tiġi bil-pay-per-use system.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi stimi kemm intremew?", "Jiena pprovajt inġib apparat li jiswa 'il fuq minn €50,000 biex nipprova nerġa' nisterilizzahom ħalli b'hekk ngħid infaqt €50,000 minflok se narmi €300,000.", "Imma m'hemmx garanzija li jekk tagħmel is-second sterilization tagħhom tkun qiegħed tagħmel il-proċedura safe.", "Allura jien ħarist, bħalma qal l-Onor.", "Gonzi, li minkejja li kien hemm dawk l-expiry dates u l-proċedura m'għandhiex garanzija li hija safe, ħarist l-interessi tal-pazjent, insejt u armejthom mingħajr ma użajthom.", "L-importanti huwa dan, il-pay-per-use system.", "Hija sistema li tintuża mal-pajjiżi ċivilizzati kollha tad-dinja.", "Fejn toħroġ offerta li hija time based.", "Toħroġ offerta b'expression of interest għal numru ta' aġenti, biex ifornu dak il-prodott partikolari u inti tagħżel minnhom.", "Meta tagħżel wieħed minnhom, għal dik is-sena, minn dawk l-erba' snin, hu kull tliet xhur ifornik b'ċertu garanziji, bil-mediċina jew bil-prodott li jkollok bżonn.", "GODFREY FARRUGIA: Anke apparat jekk hemm bżonn, u fil-fatt ikun hemm il-maintenance agreements.", "Meta jiġri hekk, l-istock mhux qiegħed għandek, l-istock qiegħed għandu imma inti qed tiggarantixxi dejjem bi tliet xhur minn qabel ....", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri dak li ma jintużax, ikun f'idejh.", "GODFREY FARRUGIA: L-expiry date hija f'idejh.", "Jiġifieri jkollok bżonnu kull tliet xhur u m'għandekx għalfejn tistokkja mediċina għal sena, bħalma kien qed jiġri qabel fejn tiġi ordnata l-mediċina għal sena, u toqgħod iżżommha għandek.", "MICHAEL GONZI: U l-cost tista' tiġik orħos.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, għax inti tajtu timeframe ta' erba' snin.", "Inti tirbaħha minn hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Se tintuża din is-sistema?", "GODFREY FARRUGIA: Is-sistema diġà bdiet tintuża u qed nimxu .… Għalhekk għedtlu naħseb għandna leġislatura sħiħa sakemm inlestu dawk il-kuntratti kollha u l-Onor Grech qalli mela se tagħmlilna x-xogħol għalina meta nkunu fil-gvern ieħor.", "Mela ma smajtux il-kumment tiegħu?", "Dik hija s-sistema li aħna mexjin biha.", "Fejn inti tagħmel il-cost savings tiegħek, fejn flus il-poplu tutilizzahom fis-servizz mingħajr ma toħloq dan l-istock taking.", "Waħda mill-iktar affarijiet raġunati li għamilna - u li xi ħaġa li kienet nieqsa - hija li jkollok anke General Stores li jkun wieħed għal kulħadd.", "Fejn anke mexjin għal post li huwa ċentralizzat.", "Jekk Alla jrid f'April, ikollna ċ-ċans fejn immorru bil-cameras u jalla wkoll l-istess ġurnalista li qiegħed hawnhekk jiġi hemmhekk biex jara l-affarijiet kif se naslu.", "Fejn għall-ewwel darba l-istores se jkunu according to EU standards.", "Għad fadlilna x'nagħmlu - għaliex il-proċess huwa gradwali - imma se niġu wkoll għall-iso-accreditation.", "Kif suppost għandu jkun maħżen tal-mediċini ta' dan it-tip.", "Din hija xi ħaġa naturali.", "Jekk fil-kċina l-mara tad-dar, ikollha l-preserves u daqqa tqegħedhom f'dak il-cupboard u daqqa tqegħedhom f'cupboard ieħor, ma tkunx taf fejn huma.", "Aħseb u ara meta jkollok ċentri ta' imħażen li huma sparpaljati ma' Malta kollha.", "Apparti li kull entità għandha l-maħżen tagħha, mhemmx inter-connectivity permezz ta' IT, u permezz ta' bar coding tkun taf x'għandek in real time.", "Illum anke grocer jew supermarket jaħdem hekk, aħseb u ara jkollok ministeru li jeħodlok chunk kbira minn national funds biex jitħaddem u kwart ta' dak li jieħu, qiegħed jonfqu f'mediċinali.", "Jiġifieri l-proċess tal-procurement, il-proċess tal-purchasing, il-proċess innifsu tal-ħażna, il-proċess tad-distribuzzjoni, se tkun parti mir-riforma strutturata biex naslu biex dawk il-cost savings li nagħmlu, nonfquhom f'servizzi jew f'benefiċċji oħrajn li għandna bżonn f'pajjiżna.", "U dan huwa l-mod, fejn kemm jista' jkun through efficient processes se noħolqu cost savings.", "Se nissimplifikaw l-affarijiet biex noħorġu minn dik il-makna burokratika, li mingħajr ma trid iddaħħal lilna l-politiċi fiċ-ċivil.", "U permezz tas-simplifikazzjoni u permezz li kull dipartiment jitkellem miegħu ...… Illum il-ġurnata s-Central Procurement & Supplies Unit (CPSU), id-Department of Contracts (DOC) u d-Departmental Contracts Committee (DCC) jitkellmu ma' xulxin, qabel lanqas biss kellhom standardization tal-mod kif isir proċess wieħed.", "Wieħed għandu riga mod, l-ieħor għandu riga bl-inches, l-ieħor biċ-ċentimetru, l-istandardizations huma kollha differenti.", "Illum, huma inter-ministerjali u hemm l-istess standard.", "Anke kif jiġi ppreżentat l-istess ħaġa.", "Il-Pharmacy of Your Choice (POYC) u s-Central Procurement & Supplies Unit (CPSU) qegħdin fl-istess ministeru, imma meta jiġu biex jitkellmu fuq il-mediċini u fuq l-ispecifications tagħhom, kienu jitkellmu differenti.", "Mhux talli ma jitkellmux through IT, talli meta jiġu biex jitkellmu on the systems as presented għall-1,300 mediċina, wieħed kien jitkellem bl-\"X\" u l-ieħor jitkellem bil-\"Y\".", "U dawn huma l-proċessi li f'dawn ix-xhur ħdimna, u li mingħajr ma trid, se jgħinu biex se jkun hemm is-sostenibilità long term fil-qasam tas-saħħa.", "Għamilna ħafna spade work.", "THE CHAIRMAN: Onor. Ministru, dawn l-istrateġiji li qed issemmi, ħafna minnhom għamilthom ....", "GODFREY FARRUGIA: Dawn huma proċessi tas-simplifikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Dawn taħseb li jħallu l-effett issa?", "GODFREY FARRUGIA: Dawn huma long term benefits.", "Dawn mhumiex short-term!", "Id-differenza li timxi b'mod fragmentat, li timxi b'mod ta' crisis by management, ikun wieħed li jkun qed jorjenta ruħu ta' where's an immediate solution.", "THE CHAIRMAN: Anke din tal-operazzjoni tal-katarretti, li tħallas il-katarretti privat, hija an immediate solution.", "Il-long term solutions se jħallu long term benefits u hemmhekk fejn qed nissodaw il-qasam tas-saħħa.", "THE CHAIRMAN: Dan bħal meta ddawwar ir-rudder ta' vapur, bħal meta ddawwar l-isteering ta' vapur, idum biex idur.", "Nimmaġina li dawn l-istrateġiji mhux għada se jibdew inaqqsu l-mediċini out of stock, jew se jnaqqsu ....", "GODFREY FARRUGIA: Il-mediċini out of stock qatt ma jistgħu jkunu eliminati.", "Għax waħda minnhom hija minħabba l-iskarsezza internazzjonali u aħna pajjiż żgħir.", "Dik hija l-ikbar sfida li kull gvern ikollu.", "Għax ma ssibx barra minn Malta stess, u jkollok tixtri minn suq nazzjonali.", "MICHAEL GONZI: Importanti li n-nies ikunu jafu liema mediċini ġew discontinued jew li minħabba problemi ta' fabbriki minn barra, irridu nkunu nafu eżattament x'mediċini hemm.", "GODFREY FARRUGIA: Għalhekk illum titla' on line u tkun taf eżatt kemm għandek mediċina f'tal-POYC, u li hija nieqsa minn fuq l-ixkaffa tal-ispiżjar.", "MICHAEL GONZI: Imma ma nkunux nafu r-raġuni għal xiex.", "GODFREY FARRUGIA: Iva hemm miktub.", "Idħol fiha u jgħidlek id-data meta dieħla u kollox.", "Dak huwa eżerċizzju .…", "MICHAEL GONZI: Kollha ssibhom?", "Għandek informazzjoni skorretta.", "THE CHAIRMAN: X'jisimha l-website?", "THE CHAIRMAN: Kulħadd jista' jiċċekkja li qed jgħid il-Ministru.", "GODFREY FARRUGIA: Ħalli niċċara xi ħaġa.", "L-out of stock situation tista' tkun minħabba erba' affarijiet.", "Tista' tkun jew minħabba l-international market jew tista' tkun it-tort tal-gvern minħabba s-CPSU jew il-POYC.", "Tista' tkun ukoll it-tort tal-importatur għax ma jżommx mal-mod tal-kondizzjonijiet kif iġib il-mediċina fil-ħin.", "Dan b'tali mod u manjiera li kien ikollna kuntratti fejn diġá kien maħsub li l-mediċina mhux se jġibha fil-ħin u fejn diġá hemm il-penali miktuba li jiġu parti mill-prezz.", "Issa dik se tinqata' bit-time-based framework kif se jsiru, għax mhux se jibqa' jsir hekk.", "Ir-raba' waħda hi li l-ispiżjar – u b'daqshekk mhu qed ngħid xejn – jew għax jaljena, jew għax ikun għażżien, ma jdaħħalhiex fis-sistema tal-mediċina li jkun ħareġ.", "Allura tkun out of stock għandu, imma l-ispiżjar fil-lokalità l-oħra jkollu.", "Dak ma jfissirx li b'daqshekk il-mediċini huma out of stock, imma hija out of stock għand l-ispiżjar innifsu.", "CLAUDIO GRECH: Imma għall-pazjenti tkun out of stock.", "GODFREY FARRUGIA: Għall-pazjenti hija out of stock, imma fil-POYC ikun hemm.", "CLAUDIO GRECH: Iva forsi jkun hemm ammont żgħir.", "GODFREY FARRUGIA: Agħtini ċans infehmilek.", "Hemm żewġ sistemi.", "Ġieli jkun hemm sitwazzjoni fejn il-mediċina hija b'ammont adegwat.", "Meta l-mediċina tkun skarsa, għax inkunu qegħdin nistennew mingħand l-aġent, nagħmlu ridistribuzzjoni tal-mediċini.", "U din trid tifhimha.", "Meta għandna l-mediċina fil-POYC u jkun hemm spiżjara, li jew jonqsu milli jagħmlu l-ordni on-line, u jmorru hemmhekk darba fil-ġimgħa.", "Aħna nużaw il-courier service għaliha biex inwassluhielhom mill-ewwel fil-ħin.", "U hemm ċertu effiċjenza li meta tara - anke b'mod statistiku - li hija vijabbli.", "CLAUDIO GRECH: Ir-realtà hi li jkun hemm numru ta' mediċini oħra li jekk tiċċekkja ma' numru ta' spiżeriji, tara li mhux waħda, għax Alla jbierek kollha għażżenin dawn, kollha ma jdaħħluhomx!", "GODFREY FARRUGIA: Jien ma għidtx hekk.", "(Interuzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Mhux waħda.", "Jiena qed ngħid li hemm numru ta' mediċini li jkunu out of stock ġimgħa wara oħra, u ma jkunux imniżżlin fil-lista li tidher on-line.", "GODREY FARRUGIA: Mhux veru, niċċelinġjak fuq hekk.", "Mela issa ġibli l-lista u niċċelinġjak fuqha.", "GODFREY FARRUGIA: Bħalma inti ċċelinġjajtni fuq il-mediċini li neħħejna mil-lista għax huma antikwati, jien nista' niċċelinġjak fuq il-lista tal-ispiżeriji li jgħidu li għandhom mediċini li huma out of stock u fil-fatt....", "CLAUDIO GRECH: Se ngħaddihilek.", "Però imbagħad jekk ikunu out of stock trid tkun raġel biżżejjed li tgħid li verament kienu out of stock.", "GODFREY FARRUGIA: Agħtini d-data tagħhom, nimxu mal-out of stock u naraw jekk veru fil-POYC kienux out of stock jew le.", "Nista' nassigurak, li hemm eżerċizzju fejn is-CPSU u l-POYC li jiltaqgħu nhar ta' Ġimgħa b'mod regolari - bdejtha jien u mixja b'mod effiċjenti - fejn qegħdin jitkellmu fuq l-out of stock tal-POYC.", "Biex l-out of stock tas-CPSU jew l-out of stock tal-Isptar Mater Dei jew l-out of stock tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex tal-POYC, dak kollu joħroġ on line u dak li jkun hemmhekk huwa b'mod fattwali ta' xi jkun hemm nieqes fl-istores tal-POYC.", "THE CHAIRMAN: Dik imbagħad insemmuha fl-item tal-affarijiet l-oħra tal-laqgħa li jmiss.", "Nistgħu naġġornaw hawnhekk għaliex sar ħafna ħin u niltaqgħu tliet ġimgħat oħra, però jekk tinzerta li tkun festa nagħmluha ġimgħatejn oħra.", "Fil-laqgħa li jmiss se nitkellmu dwar ir-relazzjoni industrijali, jiġifieri se jkollna diskussjonijiet mal-Unions ewlenin.", "Grazzi.", "Fit-8:50 il-Kumitat ikkonkluda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140326_001d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 26 ta' Marzu 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.43 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għas-Saħħa l-Onor.", "Michael Gonzi u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "PERMESS LILL-MEDIA", "Il-President tal-Kumitat informa lill-membri li kien irċieva talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "INDIRIZZ MILL-KELLIEM EWLIENI TAL-OPPOŻIZZJONI GĦAS-SAĦĦA", "Wara li l-President tal-Kumitat għamel introduzzjoni qasira, stieden lill-Onor Claudio Grech, Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa sabiex jagħti indirizz għal din l-ewwel laqgħa tal-kumitat.", "L-Onor Grech qal li bit-twaqqif tal-Kumitat dwar is-Saħħa, se jkun qed jittratta sfidi li huma relevanti għas-soċjetà.", "Dan għaliex il-membri jkunu jistgħu jittrattaw materji li jolqtu lill-pazjenti, fl-iktar punt ta' vulnerabbli.", "U li dan ifisser differenza fil-ħajja tagħhom.", "INDIRIZZ MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA", "Il-Ministru għas-Saħħa, l-Onor Godfrey Farrugia, għamel preżentazzjoni dwar il-oqsma varji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu.", "Fost oħrajn semma li fil-bidu tal-leġislatura, ġiet ippubblikata Liġi dwar is-Saħħa li hija iktar moderna u li tat għodda għal decision making aħjar, il-HiT report, ir-rata għolja ta' żieda ta' persuni anzjani li minn naħa l-oħra joħolqu żiedu fir-rata ta' mard kroniku u tal-kanċer li wkoll tkabbar id-domanda għall-mediċina, l-aspett finanzjarju u l-kura primarja u sekondarja.", "L-Onor Farrugia semma wkoll li hi x-xewqa tiegħu li fil-futur il-pazjent jitgħallem jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u jħares iktar lejn il-prevenzjoni, milli lejn il-mediċini.", "SOTTOMISSJONIJIET TA' SUĠĠETTI", "LI SER JIĠU DISKUSSI FIL-LAQGĦAT LI ĠEJJIN", "Il-Ministru għas-Saħħa qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:-", "1 Lista ta' suġġetti li jindirizzaw diffikultajiet jew sfidi jew opportunitajiet li jeżistu fil-qasam tas-saħħa biex jiġu diskussi fil-laqgħat li ġejjin.", "L-Onor Claudio Grech, għan-nom tal-Oppożizzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:-", "Dok 2 Dokument intitolat Aġenda Proposta 2014.", "L-Onor.", "Grech issuġġerixxa illi f'kull laqgħa jiġi diskuss suġġett li jintgħażel alternattivament miż-żewġ listi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel ma' din il-proposta.", "IS-SOSTENIBILITÀ FL-ISKEMA TAS-SAĦĦA GĦALL-KULĦADD", "F'MALTA U F'GĦAWDEX", "Il-Ministru għas-Saħħa ta preżentazzjoni dwar is-sostenibilità fl-iskema tas-saħħa għal kulħadd.", "Huwa fisser li biex tibda tindirizza s-sostenibilità l-ewwel irid jinħoloq pjan nazzjonali ħolistiku fejn dan jiġi indirizzat f'ambitu ta' public private health mix.", "U dan irid isir mingħajr ma wieħed iħared lejn il-riżorsi umani, il-proċessi, it-teknoloġija, il-faċilitajiet u lejn il-finanzi.", "Minn naħa tiegħu, l-Onor Claudio Grech elenka l-prijoritazzjoni tal-finanzjament, l-innovazzjoni, ir-recovery tal-ispejjeż, is-settur privat ma' dak li għandu x'jaqsam is-saħħa, u li s-saħħa trid tiġi qabel il-qligħ finanzjarju bħala fundamentali għas-sostenibilità fl-iskema tas-saħħa.", "Wara kien hemm diskussjoni", "Fid-8.55 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 16 ta' April 2014 fis-6:30 pm biex, fost affarijiet oħra, jiddiskuti l-Azzjonijiet Industrijali.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140326_001m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 2 ta' April, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 2 ta' April, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:44 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7 li saret fit-12 ta' Marzu, 2014 ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-korrispondenza, però qabel kemm navża li għal-laqgħa tal-lum, l-Onor.", "Ryan Callus se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Għandna email mibgħuta mis-Sur John Portelli lil Madam Chair, datata 12 ta' Marzu, u tgħid hekk:", "Għandna ittra oħra li waslet ftit tal-ħin ilu li però ġġib id-data tal-1 ta' April indirizzata lili bħala Segretarja tal-Kumitat, mibgħuta mill-Onor.", "Michael Farrugia, li sal-bieraħ kien is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva.", "L-ittra tgħid hekk:", "\"Nixtieq ngħaddilek din l-ittra li rċevejt mingħand il-bord tal-MEPA għall-attenzjoni tal-Membri tal-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u Ippjanar.", "Jien naqbel perfettament mal-kontenut ta' din l-ittra.\".", "L-ittra li qed issir riferenza għaliha hija indirizzata lill-Onor.", "Michael Farrugia, bħala Segretarju Parlamentari għall- għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, mibgħuta mis-Sur Vincent Cassar, Chairman tal-MEPA u tgħid hekk:", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Jien nixtieq nagħmel kumment fuq din il-korrispondenza, imbagħad intom ukoll, bħala Membri tal-Kumitat tkunu tistgħu tagħmlu l-kummenti tagħkom.", "Kif qal tajjeb is-Sur Vincent Cassar, li huwa Chairman tal-MEPA, hija prerogattiva assoluta ta' dan il-Kumitat li jiddeċiedi jekk jismax lin-Non-Governmental Organisations (NGOs) jew le.", "Wieħed mid-doveri ta' dan il-Kumitat huwa li jisma' u li l-kontribut li jikollu mill-NGOs, jgħaddihom lill-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu konoxxenza ta' dak li jkun qed jingħad, u jekk jista' jkun jitpoġġa għal użu tajjeb b'risq il-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jiġifieri rigward il-prerograttiva, kif qal huwa tajjeb, m'hemmx dubju.", "It-tieni punt kien dwar li aħna qegħdin noħolqu diskriminazzjoni bejn l-NGOs li qed jiġu mistiedna, u l-pubbliku.", "Naħseb li jkun tajjeb li s-Sur Vincent Cassar ikun jaf li dawn il-laqgħat, apparti milli huma trasmessi dirett permezz tal-internet, huma wkoll miftuħin għall-pubbliku, jiġifieri kull min jixtieq jattendi hawnhekk huwa ħieles biex jagħmel dan.", "Min ma jkunx jista' jattendi, jista' imbagħad isegwi dak li jkun qiegħed jingħad f'dan il-Kumitat.", "Fl-opinjoni tiegħi ma jsir l-ebda deni lill-pajjiż bil-fatt li dan il-Kumitat jilqa' sottomissjonijiet oħra li forsi ma daħlux waqt il-konsultazzjoni li kienet organizzata mill-MEPA.", "Jiena ma nistax nifhem x'danni jistgħu jsiru lill-pajjiż jekk sakemm din il-policy tiġi finalizzata, nibqgħu nisimgħu lil kulħadd.", "Li nisimgħu lil kulħadd hija xi ħaġa li żgur se twassal għal riżultat aħħari li jista' jkun l-aħjar li jista' jkollna.", "Nixtieq ngħid ukoll li fl-istess waqt li ċ-Chairman tal-MEPA bagħat din il-korrispondenza – u ta' dan jien nirringrazzjah għax ifisser li qed isegwi mill-qrib dak kollu li qed jiġri f'dan il-Kumitat – kellna tweġibiet mill-MEPA għas-sottomissjonijiet li ntbagħtu lilna mill-NGOs dwar din il-policy u li aħna mbagħad konna bgħatnihom lill-MEPA.", "Jiġifieri filwaqt li ċ-Chairman tal-MEPA qed jgħidilna dan, uffiċjali tal-MEPA stess ħadu l-intrigu u r-responsabilità – dan, fil-fehma tiegħi, jagħmilhom unur – u llum il-ġurnata, quddiemna għandna t-tweġibiet għall-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li għamlu l-NGOs.", "U ta' dan jien nirringrazzja lill-uffiċjali tal-MEPA.", "Għandkom xi kummenti xi żżidu ma' dan li qed ngħid jien?", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jien naħseb li billi jkun hawn diskussjoni iktar wiesgħa u fid-dettall dwar din il-policy jew suġġerimenti oħra, ma naħsibx li tkun qed issir xi ħaġa ħażina.", "Jekk xejn, ikun hawn aktar element ta' trasparenza fl-introduzzjoni ta' din l-istess policy.", "MADAM CHAIR: U biex infakkar lil dawk kollha preżenti, allavolja l-konsultazzjoni pubblika u d-diskussjoni aperta saret, min għad fadallu jew qiegħed jiskopri li jixtieq jissottometti xi suġġerimenti, jista' jagħmel dan bil-miktub.", "M'għadx fadlilna ċ-ċans li niġu hawn kif konna fil-bidu, għax iż-żmien qiegħed jagħfas u l-policy trid tiġi mgħoddija minn dan il-Kumitat ħalli tiġi attwata.", "Jiġifieri m'aħniex qed nagħmlu laqgħat sħaħ niddiskutu, imma almenu, kull min għad baqagħlu suġġerrimenti jew kontributi li jistgħu jtejbu r-riżultat aħħari ta' din il-policy, ġie mitlub jagħmel dan bil-miktub.", "U hekk ġara.", "Fil-fatt, fl-aħħar laqgħa kien hawn is-sinjur li jirrapreżenta r-Ramblers' Association li talabna biex jitkellem u għednilu li peress li kellna x-xogħol tal-laqgħa li ried jibqa' għaddej, seta' jagħmel il-mistoqsijiet jew is-suġġerimenti tiegħu bil-miktub.", "Iktar korrispondenza?", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Kif għedt inti, Madam Chair, ftit tal-ħin ilu waslet korrispondenza mingħand il-Perit Elizabeth Ellul li tikkonsisiti fi tliet dokumenti li fihom hemm is-suġġerimenti li saru mis-Sur Alfred Baldacchino, mir-Ramblers' Association u minn Din l-Art Ħelwa, u magħhom hemm il-kummenti tal-MEPA dwar l-istess suġġerimenti.", "MADAM CHAIR: Dan huwa proprju dak li rriferejt għalih ftit tal-minuti ilu u li kif għedt jidher ċar li kien hemm xi misunderstanding għax filwaqt li rċevejna l-ittra li ssemmiet fil-bidu, fil-verità, l-uffiċjali tal-MEPA kkonsultaw bejniethom u taw ir-risposti tagħhom għal dak li talbu l-NGOs.", "Ma naħsibx li għandi aktar xi nżid.", "Jidher li t-tajjeb li kellu joħroġ minn dik il-konsultazzjoni xorta se joħroġ għax hawnhekk, minn hawn u ftit ieħor se nistiednu lill-uffiċjali tal-MEPA jingħaqdu magħna fuq il-mejda tad-diskussjoni, ħalli jkunu jistgħu jispjegaw dak li huma jħossu li għandha tkun risposta għal dak li talbu l-NGOs u ovvjament iwieġbu għad-domandi tagħna l-Membri tal-Kumitat.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, qed nifhem tajjeb li l-MEPA bagħtu xi korrispondenza?", "MADAM CHAIR: Iva, fil-fatt daħlet ftit tal-minuti ilu.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' jkollna kopja tagħha?", "Nistgħu issa ngħaddu għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY DATAT JANNAR 2014 INTITOLAT \"ODZ POLICY AND DESIGN GUIDANCE\".", "MADAM CHAIR: Qabel nibdew nistieden lill-uffiċjali tal-MEPA sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-MEPA, il-Perit Elizabeth Ellul, Deputy Chairperson tal-MEPA u s-Sur Sharlot Camilleri, Membru fuq il-Bord tal-MEPA, resqu madwar il-Mejda.", "MADAM CHAIR: Nitlob lill-Perit Ellul, li bagħtet ir-risposti għad-domandi tal-NGOs sabiex waqt id-diskussjoni, jekk jogħġobha, peress li l-NGOs mhumiex qegħdin mal-mejda biex jitkellmu, tispjega r-risposti tagħha għall-mistoqsijiet relatati ma' dawk is-sezzjonijiet li nkunu qegħdin niddiskutu.", "L-aħħar darba konna wasalna biex nibdew it-tieni parti ta' dan id-dokument li ġġib it-titolu ta' \"Farm Dwellings and Agricultural Buildings.\"", "L-ewwel se naqra l-policy, imbagħad nagħmlu round ta' kummenti.", "Nistieden lis-Sur Johann Buttigieg sabiex jaqra Policy 2.2A: New Farm Dwellings for Livestock Farmers, u jispjegaha ftit, kemm għall-benefiċċju tal-Membri tal-Kumitat kif ukoll għall-benefiċċju ta' min qed isegwina.", "Hawnhekk prattikament qed ngħidu li tista' tiġi approvata residenza għall-farmer basta din tkun fil-konfini tal-farm eżistenti tiegħu, suġġett għal xi kundizzjonijiet.", "MADAM CHAIR: Fil-konfini tal-art jew fil-konfini tal-art mibnija bħala farm?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-konfini tal-farm, ta' fejn iżomm l-annimali, il-bhejjem u l-affarijiet anċillari li jkollu mal-farm.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri apparti mill-post fejn joqogħdu l-bhejjem u fejn forsi jkun hemm l-implements li jkollu bżonn għall-farming, jista' jibni post ġo dik l-art.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Prattikament se tibqa' kif inhi llum.", "Il-kundizzjonijiet huma kif ġejjin:", "Jiġifieri f'dawk il-każijiet fejn ir-residenza qed nagħtuha fil-konfini tal-farm, il-binja tista' tkun sa massimu ta' 250 metru kwadru.", "MADAM CHAIR: Fil-konfini tal-farm.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri din hija binja ġdida ODZ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma fil-konfini ta' farm eżistenti.", "Dan ovvjament huwa suġġett għall-clearances tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, id-Departiment Veterinarju, il-Malta Resources Authority (MRA), u l-Agricultural Advisory Committee u li tkun kompatibbli mal-farm u mal-area tal-madwar.", "Irid ikun hemm ukoll full basement taħt din il-footprint, ir-residenza, u li ovvjament l-aperturi jkunu kompatibbli mal-area in kwestjoni.", "F'każ li r-residenza tkun 'il barra mill-konfini, sa 100 metru 'l bogħod mill-boundary tal-farm, ir-residenza ma tistax tkun ikbar minn 150 metru kwadru u ma tistax tkun f'area li hija, jew archeologically sensitive jew ecologically sensitive, jew area of high landscape value.", "Barra minn hekk bl-ebda mod ma tista' tkun eqreb minn 100 metru minn spiera.", "F'każ li tkun eqreb minn 100 metru minn spiera, bilfors trid tkun imqabbda mad-drenaġġ.", "Fiż-żewġ każijiet ikun irid isir kuntratt notarili bejn l-Awtorità u min ikun qed jinħariġlu l-permess li dik ir-residenza ma tistax tinbigħ waħedha imma trid tinbigħ flimkien mal-farm u l-farm irid jibqa' operational.", "MADAM CHAIR: Li nista' nifhem huwa li b'din il-policy se jkunu jistgħu jinbnew residenzi, anke mhux ġol-konfini ta' farm eżistenti, liema residenzi ma jistgħux ikunu iktar minn 150 metru kwadru, ġaladarba ma jaqgħux taħt il-footprint tal-farm area kollu.", "Qabel ma ngħaddu għall-kummenti tal-Membri tal-Kumitat, tista' tispjegali, mhux għalija imma għal min qiegħed hawn u għal min qed isegwina, x'differenza hemm il-policy li kien hemm s'issa u dak li se tagħti aktar din il-policy bħala bini fuq l-ODZ.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL (Deputy Chairperson, MEPA): Jien hawnhekk għandi dokument li fih hemm kull policy li kien hemm eżistenti u t-tibdil li kien hemm għal kull policy; minn kif kienet għal kif inhi bħalissa.", "MADAM CHAIR: Jista' jkollna kopja ta' dan id-dokument?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Qed ngħaddilek kopja tiegħu issa stess.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "RYAN CALLUS: Però aħjar ikollna xorta waħda spjega tat-tibdil li sar ħalli nkunu speċifiċi.", "MADAM CHAIR: Iva, issa nibdew nispeċifikaw, u l-uffiċjali jkunu jistgħu jispjegawlna għax min qed jismagħna m'għandux id-dokument f'idejh.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Qabel kienet li d-djar jistgħu jinbnew ġol-konfini tal-farm, mentri b'din il-policy, peress li ġieli ma jkunx hemm post ġol-konfini tal-farm proprju – mill-esperjenza li għandi ta' farms li żort normalment ikollhom boundary wall madwaru, ikun kollu mibni u ma jkunx hemm post fejn il-farmer jista' joqgħod – u peress li huwa importanti li l-livestock farmer ikun qed joqgħod viċin tal-bhejjem tiegħu, ftaħniha b'tali mod li l-farmer ikun jista' joqgħod ftit iktar 'il bogħod mill-farm.", "Meta l-bini jkun se jsir ġol-farm, billi dan ikun diġà mibni, deherilna li l-iskedar mhuwiex importanti, però meta l-bini jkun qed isir barra mill-farm, tajna każ l-iskedar u allura ma ħallejniex li din il-binja ssir fuq art skedata.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt nistaqsi għalfejn qed tikkunsidraw il-coloured aluminium għall-aperturi.", "Qabel dan ried ikun injam jew ħadid.", "Hux hekk?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum għandek aluminium li lanqas biss tinduna li m'huwiex injam.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma trid tara li jużaw dak l-aluminium.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: U bħala maintenance naħseb li mhuwiex daqshekk expensive.", "Meta wieħed imur ġo farm mhux se joqgħod jagħti kas il-materjal tal-aperturi; normalment il-farm jarah as a whole.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma aħna mhux fuq farm qed nitkellmu imma fuq ir-residenza.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Imma r-residenza meta tkun ġol-farm.", "Ġieli kellna applikazzjonijiet fejn ikunu xtaqu li jbiddlu l-aperturi mill-injam għall-aluminium għax huwa aktar faċli biex tagħmel il-maintenance.", "Din il-bidla mhijiex se tagħmel effett fil-konfini tal-farm.", "Meta inti għandek ħajt għoli tmien filati, ma naħsibx li se toqgħod tagħti kas il-kulur tal-aperturi ġol-farm!", "CHARLES BUHAGIAR: Imma din tapplika biss għar-residenzi within the farm jew tapplika anke jekk tkun barra?", "L-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Din kienet tqajjmet anke fid-diskussjoni li bħala Dipartiment kellna mal-bdiewa.", "Meta ġejna biex nirristrutturaw f'ċerti farms u ningħataw l-għajnuna anke min-naħa tal-Unjoni Ewropea, sfortunatament il-MEPA ħadet żmien twil ħafna għax qagħdet tidħol f'ċerti kundizzjonijiet marbuta mal-estitika tal-farms u kien hemm min tilef fondi minħabba f'hekk.", "Meta rajna x'inhi r-realtà on the ground, bħal pereżempju li ġo farm tal-majjali l-ġebel irid ikun antik u meta tara li l-bidwi jrid jaħdem ġo post, li ngħiduha kif inhi mhuwiex aċċessibbli għal kulħadd, rajna li kien jagħmel sens li nikkunsidraw alternattivi ta' materjali li llum daħlu fis-suq u li jistgħu jkunu sostitut għall-injam jew għal metodi oħrajn li konna mdorrijin bihom fil-passat, anke għaliex huma aktar flessibbli.", "B'hekk innaqqsu l-burokrazija relatata ma' teħid ta' fondi mill-Unjoni Ewropea u b'hekk ir-raħħal ikun jista' jingħata dawn il-fondi kemm jista' jkun malajr, u fl-istess ħin, dan it-tibdil estetikament mhux se jkollu xi impatt qawwi għax mhumiex se jkunu qegħdin jidhru mill-kampanja imma se jkunu fuq ġewwa tal-binja tal-farm.", "Għalhekk, wara konsultazzjoni anke mal-MEPA, aħna ħassejna li jistgħu jibdew jintużaw materjali li jistgħu jkunu ta' alternattiva għal dak li kien hemm qabel.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: L-użu tal-basements għalxiex se jkun?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għal storage purposes, jiġifieri ma jistax ikun abitabbli.", "TONI BEZZINA: Storage relat mal-funzjoni tal-farm?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jew mal-funzjoni ta' residenza normali, jiġifieri jista' jkun domestic store, jew parti tkun domestic store u parti tkun relatata mal-attività ta' farm.", "MADAM CHAIR: Saru studji biex naraw xi jkun l-impatt fuq il-kampanja tagħna kieku wieħed kellu jassumi li kull min għandu dan it-tip ta' farm se jieħu l-opportunità u jibni 150 metru kwadru sa 100 metru 'l bogħod mill-farm?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma rridux ninsew li din il-policy diġà teżisti.", "Li hemm differenti hija...", "MADAM CHAIR: Li se nibnu 'l barra mill-...", "Li nkomplu nkabbru l-footprint tal-farms iżjed 'il barra?", "Jien nippreferi li jkolli residenza li nista' niddiżinjaha b'tali mod u manjiera li it blends mal-kampanja milli mmur u nagħmel struttura oħra tal-ħadid, kif qed ikollna.", "Ma ninsewx li dawn huma wkoll sussidjati mill-Unjoni Ewropea biex ovvjament jgħinu lill-bdiewa.", "Jiġifieri meta tħares lejn il-kuntest ta' residenza mal-kuntest tal-istrutturi li qed jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, tara li hemm differenza sostanzjali.", "Kull min imur fil-kampanja jarahom dawn l-istrutturi ta' għoli ta' kważi żewġ sulari u nofs jew tliet sulari u li huma tal-ħadid!", "Jien naħseb li bil-mod kif qiegħda fil-policy se tkun tidħol ħafna iktar mal-ambjent milli kieku naqbduha u noħorġuha 'l barra wkoll.", "MADAM CHAIR: Dawn l-istrutturi tal-ħadid li inti qed issemmi, fil-preżent kif inhuma regolati?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Huma regolati permezz tal-iżvilupp normali u dejjem ikollna talbiet biex ngħinu iżjed lill-bdiewa f'dan is-sens u anke l-Unjoni Ewropea tagħmel pressure biex attwalment ngħinuhom.", "MADAM CHAIR: Dawn jitqiesu bħala temporary structures?", "Għalhekk jingħataw permess?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, ma jitqiesux bħala temporary structures.", "MADAM CHAIR: L-impatt viżiv u viżwali fuq il-kampanja huwa pjuttost ħafna iktar ikrah minn dan li qed jiġi propost, imma dan ma jfissirx li għandna nagħmlu xi ħaġa li se tkompli tnaqqar mill-ftit kampanja li għandna!", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Ma ninsewx li dawn id-djar mhumiex se jinbnew fuq areas skedati.", "MADAM CHAIR: Iva, imma suppost għandek razzett antik skedat, jew ta' xi valur u huwa skedat, il-bidwi, jew min qed jopera l-farm, jista' jibni sa 150 metru kwadru, 100 metru 'l bogħod minnu.", "Issa aħna ma rridux ninsew xi jfisser dan bħala valur tal-holding u allura s-sens komun jgħidlek li jekk hemm farmer u jista' jibbenefika minn din l-opportunità, se jeħodha.", "Għandna ħjiel x'se jkun l-impatt viżiv, u anke mhux viżiv, fuq il-kampanja tagħna?", "Jien qed nimmaġina – correct me if I'm wrong; hawnhekk qegħdin għad-diskussjoni – li l-kampanja tagħna se tiġi peppered għax aħna pajjiż żgħir u l-irziezet qegħdin 'l hemm u 'l hawn, u allura jista' jkun li...", "CHARLES BUHAGIAR: Jien jidhirli li sal-lum, dawn it-tip ta' permessi jinħarġu wara li jiġi aċċertat li l-farmer m'għandux dwelling.", "Din mhijiex qiegħda imniżżla fil-policy hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Illum, meta inti tapplika biex ikollok farm u inti fulltime animal breeder, biex tingħata permess ma jridx ikollok diġà dwelling, hu fejn hu d-dwelling.", "Jiġifieri ma jistax ikollok dwelling fir-raħal, u għax għandek razzett 'il barra mir-raħal tapplika biex tagħmel bini ieħor fil-farm.", "Jien qed nistaqsi jekk din il-kundizzjoni għadhiex hemmhekk.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jien naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu naraw hija jekk aħna rridux ngħinu lill-farming enterprise jew le.", "Minn hemmhekk irridu nibdew.", "Jekk qed ngħidu li ma rridux ngħinuhom, allura ma nippermettulhom xejn, anzi nagħlqu l-farms u ngħidu li l-animal husbandary ġol-pajjiż spiċċat.", "Min-naħa l-oħra, if we want to help them naħseb li rridu nagħmlu minn kollox biex inkunu nistgħu ngħinu lis-settur.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma l-punt huwa ftit differenti.", "Naħseb li l-punt li għamlet Madam Chair kien dwar l-impatt li se jkun hemm jekk kull persuna li għandha razzett tal-bhejjem, tapplika għall-bini 'l barra mill-farm.", "Kemm se jkollna minnhom dawn?", "U jien qed nistaqsi jekk din is-sitwazzjoni hijiex se tqum, kemm-il darba l-policy ta' qabel kienet – mhijiex imdaħħla hawnhekk – li tista' tapplika biss għal farm dwelling jekk m'għandekx diġà dwelling x'imkien ieħor u ma kellekx for the past two years.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jien naħseb li biex nieħdu idea rridu nitkellmu fuq numri.", "Madam Chair staqsiet dwar dan u jien nixtieq infakkar li fl-aħħar laqgħa jien tlabt kopja tal-istudji li ġew ikkummissjonati jew li ġew użati biex il-MEPA waslet għal din il-policy.", "Qabel inkompli bid-domandi tiegħi nixtieq risposta għal din it-talba li għamilt ġimgħatejn ilu.", "MADAM CHAIR: Fil-fatt il-Perit Ellul kienet qaltilna li se tagħtihomlna, però la jien u lanqas ħadd mill-Membri ta' dan il-Kumitat għadu ma rahom.", "Għalija, l-iktar ħaġa kruċjali hija x'impatt se jkollha din jekk aħna se ngħidu iva biex din il-policy titmexxa 'l quddiem.", "Tajjeb li aħna ninkoraġġixxu l-animal husbandry, eċċ, imma rridu nillimitaw l-impatt li dan jista' jkollu fuq il-landscape ta' pajjiżna.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Nixtieq nagħmel ħaġa ċara għax qisu ħadd m'hu qed jagħti kasha u hija vera kruċjali.", "At present we have three policies li huma in vigore u li kulħadd qed japplika bihom u jista' jieħu l-permessi bihom.", "U dawn huma reviżjonijiet ta' dawn il-policies.", "Ma nistax nieqaf ngħid li aħna qed nippruvaw nagħmlu better revised policies.", "Meta tistaqsuni kemm hawn farms, jien fuqxiex se nirrispondi?", "Fuq kemm hawn farms illum jew kemm kien hemm sal-bieraħ?", "RYAN CALLUS: Perit Ellul, nifhem li trid tiċċara dan il-punt u għandek kull dritt, però jien m'iniex qed nitkellem fuq il-partijiet tal-policy li kienu diġà hemm, imma qed nitkellem fuq partijiet tal-policy li qegħdin jidħlu ġodda.", "Is-CEO qal li din hija parti minn policy ġdida.", "Hemmhekk fejn trid issir l-analiżi.", "MADAM CHAIR: Imma apparti minn hekk, Onor. Callus, hemm il-punt ukoll li nafu x'ġara f'dawn l-aħħar snin fil-kampanja tagħna u jekk hemm bżonn li nirrivedu fuq linja li mhux ma tħallix dak l-isfreġju, imma ntejbu dak li hemm… Aħna m'aħniex qed ngħidu li jekk inti għandek farm aħna ma rridux li jsir landscaping, irranġar u titjib fil-faċilitajiet, imma qed nistaqsu x'se jkun l-impatt fuq il-landscape tagħna jekk toħroġ din il-policy li jista' jinbena dak l-ammont ta' footprint barra mill-area tal-farm.", "Jien daqskom nixtieq li l-husbandry u l-farming ta' kull xorta jieħu spinta 'l quddiem, imma mhux at the cost li aħna nissagrifikaw il-ftit kampanja li għandna.", "Kif se jiġu stabbiliti l-kriterji biex wieħed ikollu l-provi li l-binja tkun għadha qed tintuża bħala l-farm li għalih ikun inħareġ il-permess?", "M'hemmx għalfejn ngħidu ħafna għax kulħadd jaf li dak li jkun, wara li jkun għamel dak l-investiment ta' residenza, jgħid li l-husbandry m'għadux vijabbli u jwaqqaf dak l-operat.", "Imbagħad x'se jiġri minn dak il-bini?", "Se jitneħħa?", "Se jibqa' hemm?", "RYAN CALLUS: Madam Chair, kif għedt inti, m'hemmx dubju li aħna naqblu li għandna ngħinu lill-livestock farmers fix-xogħol tagħhom, imma importanti li nsibu l-bilanċ.", "Nerġa' ngħid li mingħajr ma l-Kumitat ikun jaf kemm hemm part-time livestock farmers, kemm hemm fulltime livestock farmers, kemm hemm minnhom li diġà għandhom proprjetà tmiss mal-farm u kemm hemm minnhom li m'għandhomx, ma nistgħux naslu għall-konklużjoni dwar x'effett verament se jkun hemm.", "Jien naħseb li mingħajr din l-analiżi huwa diffiċli għal dan il-Kumitat biex joħroġ b'xi konklużjoni għax meta aħna hawnhekk ngħidu iva, se nkunu qegħdin nistradaw x'se jiġri mill-kampanja tagħna.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RODERICK GALDES: Id-data titkellem ċar.", "Fil-pajjiż għandna madwar 110 farms tal-baqar u madwar 90 farms tal-majjal li qegħdin joperaw.", "Dan ma jfissirx li kull wieħed minnhom se jibni dar għalih.", "MADAM CHAIR: Imma jekk ikun hekk, x'se jkun l-impatt?", "RODERICK GALDES: Aħna qed ngħidu li dawk li se jingħataw ċans jibnu d-dar 'il barra mill-farm huma dawk il-farms li huma skedati li huwa ammont minimu ħafna.", "MADAM CHAIR: Mhux neċċessarjament.", "RODERICK GALDES: Ma naħsibx li huwa ġust li nagħmlu dikjarazzjonijiet bħal li se jkun hemm xi impatt fuq il-kampanja minħabba l-farmers u r-raħħala.", "Jekk sar impatt f'dawn l-aħħar snin, ma kienx minħabba l-farmers!", "MADAM CHAIR: Mhux dak huwa l-punt.", "RODERICK GALDES: Imma hija realtà.", "L-impatt sar minħabba nies li japplikaw għall-iswimming pools eċċ. Aħna qed ngħidu li għandna nagħmlu policy li fiha verament ikollna ċ-checks and balances, se nidħlu aħna bħala dipartiment responsabbli li nipprovdu l-informazzjoni li l-applikant huwa verament farmer jew raħħal ġenwin, se nagħtu l-informazzjoni lill-MEPA u se jkun hemm kuntratt li jkun qed jintuża bħala farm.", "Jiġifieri m'aħniex qed ngħidu li se niftħu l-kampanja għal kull min irid jibni!", "Barra minn hekk, irridu nifhmu x'inhu għaddej fl-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea qed tinkoraġġixxi l-young farmer.", "Biex tħajjar young farmer li jkompli għaddej b'dak l-operat ta' animal husbandry jew ta' servizz li qed jagħti lill-agrikoltura Maltija, trid tagħmilhielu faċli li hu jibqa' jaħdem f'dak ix-xogħol.", "U dan mhuwiex xogħol faċli għax meta titkellem man-nies li qegħdin fis-settur tar-raħħala llum tkun taf li dawn qed jikkumbattu minħabba l-kompetizzjoni diretta li għaddejja fis-suq minħabba swieq internazzjonali u li jekk mhux se jkollhom il-faċilitajiet biex jinvestu permezz ta' għajnuniet tal-Unjoni Ewropea, jisfaxxaw fix-xejn.", "Diġà tlifna ħafna minnhom u jien ma naqbilx ma' min jgħid – u saru dikjarazzjonijiet simili anke fil-MEPA stess – li l-agrikoltura m'għandniex bżonnha fil-pajjiż.", "MADAM CHAIR: Anzi bil-maqlub!", "Allaħares ma tkunx hi!", "RODERICK GALDES: Imma allura x'nagħmlu?", "Inkissru lis-settur tal-ħalib li huwa settur tajjeb?", "Lill-operaturi fis-settur tal-majjal li jinsab għaddej minn problemi kbar, se ngħidulhom li m'għandniex bżonnhom?", "Il-kampanja min se jieħu ħsiebha?", "Ħa jieħu ħsiebha l-ispekulatur, jew se jieħu ħsiebha l-bidwi u r-raħħal li bid-difetti u l-limitazzjonijiet li għandhom, ta' kull sena jindukrawhielna u jħalluha fl-istat li hi?", "Allura mhuwiex ġust li ngħidu li se jkun hemm impatt.", "Din il-policy sempliċement qed tgħin lill-young farmers biex ikomplu jsegwu x-xogħlijiet li kienu bdew missirijiethom u jkollna sostenibilità fil-farming.", "Għalhekk hija msejħa farm diversification għax permezz ta' hekk, wieħed jiddiversifika l-agrikoltura.", "Mhux kulħadd se jagħmel dar, imma jekk dak li jkun ikollu bżonn faċilità anċillari biex jibqa' jsostni l-operat tiegħu, trid tagħtih din l-opportunità.", "Ħafna minnhom huma existing farms, jiġifieri jekk jibnu u jaslu biex dak ikun forma ta' investiment, ikun within their compound.", "Fil-każ ta' oħrajn qed ngħidu li se jinbnew 'il barra, u dan biss jekk ikunu skedati.", "Jien ma jidhirlix li hemm xi ammonti kbar ta' farmers li għandhom il-proprjetà skedata.", "Jiġifieri lanqas hu sew li mpenġuha bħala li se jkollha xi impatt fuq il-kampanja!", "Roderick Galdes qal li hawn 110 farm tal-baqar u 90 tal-majjali.", "Jien m'iniex se nikkontesta din l-informazzjoni u se nieħu l-kelma tiegħu, però l-policy tgħid li:", "Jien infurmat li fil-policy ta' qabel kienet li raħħal huwa kkunsidrat tali jekk ikollu 40 annimal.", "Jista' l-Onor.", "Galdes, bħala l-persuna responsabbli minn dan is-settur, jgħidilna x'inhi d-definizzjoni ta' \"livestock breeder\" għad-Dipartiment tal-Agrikoltura?", "RODERICK GALDES: Jista' jirrispondik is-Sur Camilleri.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI (Membru, Bord tal-MEPA): Din il-policy diġà tagħmel riferenza għall-policy tal-agrikoltura li għadha qed tiġi moħmija u qiegħda fi stadju wkoll li titla' għall-konsultazzjoni.", "Hemmhekk il-viżjoni tal-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura għall-10 snin li ġejjin se tkun iktar dettaljata.", "L-idea kienet li ma ndaħħlux ċertu dettall f'din il-policy, imma tidħol f'policy apposta li tirrelata mal-agrikoltura in ġenerali.", "Jiġifieri għalkemm din tirregola l-iżvilupp, il-konsultazzjoni li se jkun hemm mad-Dipartiment se ssir abbażi tal-agricultural policy li l-Ministeru se jkun qed jippubblika.", "MADAM CHAIR: Bħala tweġiba għal dak li staqsa l-Onor.", "Callus, nista' ngħid li fil-glossarju tad-dokument li qed niddiskutu hemm id-definizzjoni ta' \"livestock or animal farming\" u \"livestock unit\".", "Dan biex nagħmluhom ċari anke għal min qed isegwina.", "Fil-fatt hemm li \"livestock or animal farming\":", "(i) human consumption; or", "Imbagħad hemm id-definizzjoni tal-livestock unit fejn hemm riferenza għal tal-ħalib.", "RYAN CALLUS: Però m'hemmx kemm irid ikun in-numru ta' irjus li jrid ikollu.", "MADAM CHAIR: Għalhekk qed ngħidlek, għax inti staqsejt x'għandu jkun in-numru ta' irjus u jien qed ngħid li fil-glossarju m'hemmx din l-informazzjoni.", "RYAN CALLUS: Aħna qed nagħmlu reverse planning.", "Qegħdin tgħidulna li se jkun hawn il-policy tal-agrikoltura, li għadha trid tinħema, u qegħdin infasslu din il-policy.", "Kif jista' dan il-Kumitat jgħaddi ġudizzju fuq ODZ policy li titratta ħafna l-iżvilupp barra miż-żona tal-iżvilupp li wkoll jeffettwa u huwa marbut max-xogħol ta' raħħal u l-bidwi, mingħajr ma nkunu nafu kif il-policy l-ġdida se tispeċifika min jista' jitqies bħala a livestock farmer?", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali): Madam Chair, l-Onor.", "Callus huwa membru tal-bord tal-MEPA u din dehret quddiem l-istess bord u għalhekk kellu kull opportunità li dawn il-mistoqsijiet jagħmilhom fil-bord.", "Jekk diġà għamilhom fil-bord u qed jerġa' jirrepetihom hawnhekk, allura qed jaħli l-ħin ta' din il-Kamra!", "MADAM CHAIR: Onor. Farrugia, I beg to differ; għandu kull dritt jagħmel id-domandi li jrid jagħmel.", "Dan il-Kumitat huwa awtonomu mill-bord tal-MEPA!", "Ryan Callus huwa Membru tal-bord tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: M'għandux x'jaqsam!", "Aħna m'aħniex estensjoni tal-bord tal-MEPA!", "MICHAEL FARRUGIA: Imma bħala membru fuq il-bord tal-MEPA kellu l-opportunità kollha li jqajjem dawn l-affarijiet kollha hemmhekk.", "MADAM CHAIR: Jiddispjaċini imma dan li qed tgħid m'għandux x'jaqsam.", "Aħna qegħdin f'Kumitat fejn kull Membru jista' jqajjem dawk il-mistoqsijiet kollha li jixtieq.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma għalfejn ma qajjimhomx fil-bord tal-MEPA dawn l-affarijiet?", "RYAN CALLUS: Onor. Farrugia, jien fil-bord tal-MEPA tlabt li ningħata kopji tal-istudji, u dawn l-istudji lili qatt ma ngħatawli.", "Dan il-kumment jien għamiltu fil-bord tal-MEPA.", "Issa jekk inti tista' tirrispondi għal din id-domanda, inkun grat lejk.", "MICHAEL FARRUGIA: Missek komplejt tagħfas hemmhekk.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, fuq dan il-punt li qajjem l-Onor.", "Callus, nixtieq ngħid – forsi l-Onor.", "Callus ma jafx – li bħalissa hemm dokument ta' konsultazzjoni pubblika fejn l-Unjoni Ewropea qed tgħidilna li rridu nagħtuha informazzjoni kif se ninvestu €138 miljun fis-seba' snin li ġejjin fuq il-farms u fil-biedja Maltija.", "Dan huwa paripassu ma' dak li qegħdin nagħmlu fuq din il-policy.", "Inutli li aħna nġibu fondi mill-Unjoni Ewropea imbagħad ma nkunux nistgħu nonfquhom għax ħafna mill-farmers tagħna ma jistgħux jagħmlu t-tibdil minħabba l-problema ta' policies li llum m'għadhomx jagħmlu sens!", "Il-politika tal-agrikoltura tinsab fil-Rural Development Plan li ġie ppublikat f'Novembru li għadda u li bħalissa jinsab għall-konsultazzjoni pubblika.", "F'dan id-dokument hemm inkluż il-livestock farmers li huma nvoluti u x'tip ta' għajnuniet se jieħdu.", "Naħseb li dak huwa l-qafas ta' policy li għandu jirregola l-policy marbuta mal-MEPA.", "Min-naħa tal-Unjoni Ewropea aħna għandna l-obbligu li natrezzaw lir-raħħala tagħna biex ikunu konformi mal-ħtiġijiet tal-lum.", "Issa jew se nieħdu dak iċ-ċans, jew inkella jgħaddu seba' snin oħra u ngħidu li tlifna s-settur jew inkella waqajna lura.", "Dan ix-xogħol suppost li sar qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, però qed nagħmluh issa għax hemm bżonn li l-farmers tagħna jiddiversifikaw biex l-agrikoltura Maltija, minflok tieħu d-daqqa li ħadet f'dawn is-seba' snin, nerġgħu nqajjmuha bil-mod il-mod.", "MADAM CHAIR: Żgur li lkoll kemm aħna naqblu li s-settur tal-agrikoltura, inkluż tal-livestock farming, irriduh jimxi 'l quddiem.", "Il-punt mhuwiex jekk aħna rridux investiment f'dan is-settur, imma huwa xi kwalità ta' investiment se jkun permissibbli f'dan is-settur u jekk dak l-investiment, għall-kumplament ta' Malta u Għawdex, ikunx ifisser li l-kampanja tagħna tbati.", "L-issue mhijiex jekk inħallux lir-raħħala jagħmlu dak li hemm bżonn fil-farms tagħhom biex ikunu jistgħu jġibu 'l quddiem il-prodott u l-ventures tagħhom, imma l-argument huwa x'se jkun ifisser mil-lat ta' bini il-fatt li aħna se nippermettu li jkun hemm dan it-tip ta' żvilupp barra mill-farm holdings innifishom meta lanqas biss il-policy tal-agrikoltura m'għadha ġiet deskritta u ffinalizzata.", "Biex wieħed imur 'il quddiem fl-agrikoltura se jkun hemm instances fejn, iva, se jkun hemm bżonn li jsir bini, imma li mhux neċessarjament ikun ta' natura ta' residenza, jista' jkun ikun hemm bżonn ta' żvilupp u investiment ta' makkinarju jew ta' bini fil-farm holdings innifishom.", "Għax hawnhekk qisu qed jingħad li jekk m'aħniex se nippermettu dan, se nkunu qegħdin inxekklu milli l-industrija tar-raħħala tmur 'il quddiem.", "Żgur li aħna ma rridux dan.", "Aħna rridu li l-industrija, on a case-by-case basis tingħata l-ispazju kollu biex timxi 'l quddiem imma fl-istess ħin ma rridux li għax aħna nagħtu blanket policy bħal din nippermettu li l-kampanja tagħna, jew x'baqa' minnha, nikkompromettuha wkoll.", "Irid jinstab bilanċ.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, bir-rispett kollu, il-policy titkellem b'mod ċar u tidħol fis-sistemi kollha tal-agrikoltura u ma nistax nifhem għalfejn qegħdin naqbdu ma' din il-kwestjoni ta' residenza u ngħidu li qed nagħmlu xi blanket statement.", "Jekk wieħed jaqra din il-policy isib li din tidħol anke fil-makkinarju li jkun hemm bżonn u fis-sistemi modernizzati.", "Ħalli nsemmi a case in point li huwa t-tined tal-baqar.", "L-Unjoni Ewropea daħlitilna regolament ċar li l-baqar ma jistgħux jinżammu fl-istat li kienu jinżammu fih qabel.", "Din bdiet fiż-żmien il-Gvern preċedenti u r-raħħala għamlu investiment ta' madwar €10 miljun fuq tined ġodda.", "MADAM CHAIR: Imma hawnhekk qed nitkellmu fuq residenzi sa 100 metru 'l bogħod mill-farm holding mhux fuq tined.", "RODERICK GALDES: Imma inti, Madam Chair, għamilt l-istatement li bħal donnu din il-policy qed tippromwovi residenzi biss.", "Din il-policy fiha ħafna iktar affarijiet; din hija biċċa żgħira minnha.", "MADAM CHAIR: Mija fil-mija u fuq il-parti l-oħra m'aħniex nikkummentaw.", "RODERICK GALDES: Dik il-policy mhijiex se teffettwa s-settur sħiħ b'mod daqshekk qawwi fil-kampanja għax ftit li xejn se jibbenefikaw minnha jekk tara l-ammont ta' farms u l-faċilitajiet li hemm.", "MADAM CHAIR: Kif ikkalkulajtha jiena, din se tkun tfisser 30,000 metru kwadru.", "RODERICK GALDES: L-iktar li tagħfas fuqu l-policy huwa dwar il-ħteġijiet essenzjali, fis-sens li jekk raħħal ikollu bżonn demmiela, ma jridx jistenna ħames snin sakemm il-MEPA tapprovahielu.", "MADAM CHAIR: Mela mhux aħjar neħduhom on a case-by-case basis?", "Aħna ma rridu nxekklu l-ebda livestock farmer milli javvanza fl-iżvilupp tal-farmholding tiegħu.", "Li ma rridux huwa li jkun hemm dawn it-tip ta' żviluppi bħala residenzi 'l barra mill-holding b'tali mod li meta dak it-tip ta' għajxien ma tibqax jinħass bħala feasible u jingħalaq, nibqgħu b'dan il-bini kollu.", "X'se jiġri b'dan il-bini kollu barra mill-livestock holding?", "RODERICK GALDES: Allura x'qegħdin ngħidu?", "Li dak li kien permissibbli bil-policy l-antika issa nneħħuh?", "Għax dan kien permissibbli qabel.", "MADAM CHAIR: M'aħna qed ngħidu li rridu nneħħu l-ebda faċilità.", "Aħna qegħdin nistradaw u nagħżlu dak li kien tajjeb u għamel il-ġid biex nibqgħu nagħmluh u nagħmlu iktar, u nneħħu l-abbuż ta' pereżempju stalel li jinbnew u li jispiċċaw bħala vilel.", "RODERICK GALDES: Imma dik il-problema ġiet indirizzata.", "MADAM CHAIR: Iva, u rridu nindirizzawha iktar.", "RODERICK GALDES: Imma dak mhux tort tal-farmers.", "Dawk li bnew dawk l-istrutturi mhumiex farmers.", "MADAM CHAIR: Assolutament li le.", "Onor. Galdes, tippruvax tagħti l-impressjoni li dan il-Kumitat b'xi mod jew ieħor qed jaqbad it-triq li aħna kontra r-raħħala.", "Jekk aħna kontra kollox, żgur m'aħniex kontra r-raħħala.", "Aħna favur il-farming u r-raħħala imma l-iktar li aħna favur li l-ambjent tagħna jibqa' salvagwardjat u jibqa' għal uliedna u għal ulied uliedna.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jien assolutament favur li ngħinu lir-raħħala.", "Li jinkwketani ftit huwa li fil-policy m'hemm xejn dwar kemm irid ikollok annimali biex tkun iddikjarat farmer.", "Jiġifieri jekk jien ikolli baqra waħda nitqies bħala farmer?", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, ħa nagħmel il-punt tiegħi.", "Barra minn hekk, fil-policy 2.2A m'hemmx – forsi m'iniex naraha jien – li trid tkun ilek registered farmer għal numru ta' snin.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Għax dik qiegħda for consultation mal-Agricultural Department.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri għad trid tiġi stabbilita.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Le, hija diġà eżistenti.", "Ħalli jweġibkom is-Sur Buttigieg.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ejjew nieħdu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Illum teżisti policy.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Id-Dipartiment tal-Agrikoltura għandu policy interna li ma jaf biha ħadd u jarahom on a case-by-case basis.", "Issa li qed jiġri huwa li din il-policy qed tiġi esternalizzata.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kulħadd jista' jistaqsi jekk l-ammont għandux ikun 40, jew 60, 70, 80, 90 jew 100.", "MADAM CHAIR: Imma kieku hemm studji jgħinuna biex niddeċiedu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mela, dik għar-rigward tal-agricultural policy.", "Però ma rridux naraw din il-policy waħedha.", "F'din il-policy qegħdin inneħħu dak li kien permess sal-lum, jiġifieri li min għandu 20 tomna raba' kollha ma' xuxlin, jikkwalifika għal residenza.", "L-abbuż dejjem f'dan is-settur kien mhux fis-settur ta' min għandu l-annimali.", "Mela, kważi kważi l-aħjar huwa li kull Membru ta' dan il-Kumitat jaqra dan id-dokument li issa ilu għandkom mhux ħażin, u tagħmlu d-domandi fuq id-dokument sħiħ, mhux fuq biċċa mill-policy!", "RYAN CALLUS: Bir-rispett kollu, Sur Buttigieg, jien għamilt domanda ċara u sempliċi lilek bħala CEO u saħansitra lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-agrikoltura: Jista' xi ħadd jgħidli d-definizzjoni ta' livestock farmer x'inhi, kemm-il ras ta' annimal irid ikollok?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum x'inhi l-policy?", "RYAN CALLUS: Imma l-policy tal-lum se tinbidel f'din il-policy u din hija l-policy li se tidħol in vigore!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma x'inhi l-policy tal-agrikoltura llum?", "RYAN CALLUS: Jien ma nafx u għalhekk qed nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari li qiegħed hawnhekk.", "Jien qed nesiġi li tingħata ċifra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum il-policy tgħid li jrid ikollok 40 ras.", "Issa jekk bil-policy l-ġdida se tinbidel, allura jfisser li trid tapplika…", "RYAN CALLUS: L-40 qiegħda mniżżla fil-policy preżenti mhux fil-policy l-ġdida.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum m'hemmx policy!", "RYAN CALLUS: Fl-ODZ qed ngħid.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum l-agrikoltura m'għandhiex policy imma hija xi ħaġa interna tad-dipartiment.", "RYAN CALLUS: Sur Buttigieg, jien qed ngħidlek li skont l-aħħar policy tal-ODZ jingħad li l-kriterju jrid ikun 40 milking cows/heads.", "F'din il-policy x'se jkun in-numru?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed nerġa' ngħidlek li d-Dipartiment tal-Agrikoltura...", "RYAN CALLUS: Forsi jista' jweġibni l-Onor.", "MADAM CHAIR: Jista' jispjegalek l-uffiċjal tad-dipartiment.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: L-ewwel ma lħaqtx spiċċajt dak li kont qed ngħid.", "Fil-policy tal-agrikoltura se jkun hemm definizzjoni ta' x'inhu bidwi u ta' x'inhu raħħal li se tkun ibbażata kemm fuq it-turnover, kemm fuq il-produzzjoni kif ukoll fuq in-numru ta' annimali.", "Illum ma nistax ngħid kemm se jkun in-numru ta' annimali u kemm se jkun it-turnover tal-bidwi kif kienu riflessi f'dik il-policy l-antika għax id-dokument għad irid joħroġ għall-public consultation.", "MADAM CHAIR: Aħna nifhmuk imma la aħna ma nafux dan, kif nistgħu nikkalkulaw l-impatt li dan se jkollu fuq l-ambjent?", "Dik hi l-issue tagħna.", "Aħna rridu nagħmlu ġudizzju u nagħtu l-opinjoni tagħna bbażata fuq informazzjoni.", "Għalhekk qed nistaqsukom.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: L-iskop ta' din il-policy kien li tkun flessibbli b'mod li ma tirrestrinġix lis-settur milli jkompli javvanza, imma fl-istess ħin ikun hemm is-safeguards biex is-settur ma jiġix abbużat.", "Aħna wkoll għandna interess li nissalvagwardjaw l-agricultural land, jiġifieri aħna, bħala dipartiment u Ministeru, inħossu li r-responsabilità ta' min għandu jinvesti fl-agrikoltura u min għandu jiġi megħjun, għandha tkun fid-dipartiment.", "Għalhekk, apparti r-rural development policy li semma l-Onor.", "Bħalma għandna n-National Environmental Policy, se jkollna a National Agricultural Policy li se tirregola mhux biss l-iżvilupp li ħiereġ minn din il-policy imma kull tip ta' investiment jew kull mod ta' kif se nippromwovu l-young farmers.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri intom se jkollkom xi forma ta' kummissjoni fejn se jkun hemm kriterji.", "Allura intom tagħżlu każ minn ieħor wara li jiġi approvat mill-MEPA, jew paripassu mal-MEPA?", "Tista' tispjegalna ftit għax importanti li dawn l-affarijiet ikunu ċari.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Is-CEO tal-MEPA qal li bħalissa d-dipartiment għandu internal guidelines.", "Id-differenza tkun li fil-policy il-ġdida din se tkun public u kulħadd se jkun jaf liema huma l-kriterji li permezz tagħhom se jsir l-assessment.", "MADAM CHAIR: Dik li rridu aħna.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Jiġifieri issa se jkollna xi ħaġa li hija pubblika u li kulħadd se jkun jaf ma' liema kriterji se nkunu qed nimxu.", "MADAM CHAIR: Allura ma taħsbux li jkun jagħmel ħafna iktar sens jekk qabel ma tiġi approvata din il-policy, il-policy agrikola tkun diġà żviluppata sal-livell fejn wieħed ikun jista' jikkalkula l-impatt minimu u dak massimu u jinħareġ an average impact assessment?", "S'issa impact assessments m'għandniex.", "Aħna m'għandna l-ebda problema – almenu jiena żgur li le – li nagħtu l-ispazju kollu biex min hu f'dan is-settur ikun jista' jilħaq il-milja u l-potenzjal tiegħu.", "L-issue tagħna hija kif se nkunu nafu jekk dak l-iżvilupp huwiex se jikkomprometti min-naħa l-oħra kemm l-agricultural land tagħna kif ukoll l-ambjent.", "Huwa proprju dak li ma rridux li jsir, mill-bqija li jkollna livestock farmer li jkollu l-faċilità li jkun jista' jaħdem, naqblu magħha lkoll.", "Il-punt tiegħi huwa li jien, bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat, nixtieq li r-raħħala ta' veru – biex nitkellem ċar kif dejjem nagħmel – jingħataw l-ispazju kollu biex ikomplu bl-iżvilupp u bl-investiment tagħhom, però biex aħna nserrħu rasna li policy bħal din tagħti l-frott mixtieq minnha, naħseb li għandha tkun ippubblikata u ffinalizzata meta jkun hemm l-agricultural policy fejn jingħad ċar x'inhuma l-kriterji u kif se jintgħażel każ minn ieħor.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nipprova nifhem il-ġist tad-diskussjoni.", "Ladarba l-policy tal-agrikoltura mhijiex lesta, jien għandi nifhem li se jibqgħu mexjin bl-istess policy li hemm illum biex il-farmers jikkwalifikaw.", "Hux hekk?", "MADAM CHAIR: Onor. Buhagiar, fil-fatt qed jgħidulna li qed tinbidel.", "CHALRES BUHAGIAR: Iva, imma sa ma tinbidel se jibqgħu mexjin fuq li hemm, jiġifieri m'għandux ikun hemm diffikultà.", "MADAM CHAIR: Mela jistgħu jgħidulna fuq dik eżistenti x'impatt se jkun hemm u fejn se jeħduna l-bidliet ħalli almenu wieħed ikun jista' jieħu average assessment ta' x'impatt se jkollu fuq l-ambjent tagħna?", "Imma m'għandna xejn min din l-informazzjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, illum huma għandhom internal policy.", "Issa jien għandi nifhem li jekk din tiġi fis-seħħ qabel ma titħabbar il-policy l-ġdida, se jibqgħu japplikaw il-policy li diġà hemm.", "Jiġifieri jien ma jien qed nara l-ebda diffikultà fiha.", "MADAM CHAIR: Id-diffikultà li qed nara jien hija li mal-present policy, din se jkollha impatt tali, filwaqt li mal-policy li qed tiġi żviluppata jista' jkollha impatt mod ieħor.", "Aħna bħala Kumitat, almenu jien, nixtiequ nkunu nafu x'inhu l-impatt finali fuq l-ambjent.", "Dak hu l-punt tiegħi.", "RODERICK GALDES: Imma Madam Chair, l-ewwel saret mistoqsija dwar jekk hemmx definition.", "Dażgur li hemm!", "Dik taI-40 units ħarġet mill-policy tal-agrikoltura.", "Biex tkun meqjus bħala farmer, irid ikollok 40 ras u dik għadha l-policy.", "Jiġifieri prattikament m'hu se jinbidel xejn.", "Jien ma nafx għalfejn tridu tagħmlu policy ġdida meta aħna għandna commitment li naqqsu l-burokrazija!", "MADAM CHAIR: Intom qed tgħidu li hemm policy ġdida!", "RYAN CALLUS: Onor. Galdes, mela ħalli nagħmillek domanda sussegwenti.", "Fil-policy preżenti hemm 40 milking cows/heads.", "La m'hu se jinbidel xejn, x'inhi r-raġuni li din tneħħiet mid-draft policy li għandna quddiemna llum?", "RODERICK GALDES: Il-MEPA taf li trid tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Agrikoltura, jiġifieri ċertu kliem m'għandhiex għalfejn tgħidu.", "MADAM CHAIR: Le, Onor. Galdes, għandek għalfejn tgħidu u se ngħidlek għaliex.", "RODERICK GALDES: Ġustament tnaqqsu ħafna kliem li kien żejjed u li m'għadux japplika.", "TONI BEZZINA: Le, mhux kliem żejjed!", "MADAM CHAIR: Jekk intom tgħidu li jkun meqjus farmer min għandu 40 heads and more, allura aħna nistgħu nikkalkulaw kemm min dawn il-livestock farmers għandna fil-pajjiż, u allura jekk dawn kollha jieħdu din l-opportunità li jkollhom din il-faċilità – jekk għandhom bżonnha u rridu naraw min għandu bżonnha ħalli nkunu nafu iktar bir-reqqa u bl-eżatt – x'se jkun l-impatt fuq il-pajjiż.", "Aħna dak li rridu nkunu nafu.", "U rridu nkunu nafu dan mhux biex nostakolaw il-mixja 'l quddiem, anzi l-mixja 'l quddiem irriduha tkun ibbilanċjata mal-mixja 'l quddiem tal-ambjent li fis-snin li għaddew sofra ħafna.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, ħalli nagħmel punt ċar ħafna.", "Ir-raġuni għalfejn aħna qegħdin ninsistu fuq in-numru ta' irjus tal-annimali hija proprju biex nipproteġu lir-raħħal ġenwin.", "Fin-nuqqas li ma jkunx hemm din is-salvagwardja u jsiru l-abbużi, se jbati r-raħħal ġenwin.", "Jiġifieri ara ma naħsbux li aħna b'xi mod qegħdin nitkellmu kontra r-raħħal.", "Anzi, aħna qegħdin nitkellmu favur ir-raħħal ġenwin biex ma jsirux abbużi imbagħad jeħel kulħadd.", "Min huwa raħħal ġenwin, ejjew nagħtuh id-drittijiet kollha u jekk hemm bżonn noħorġu għonqna għalih, imma aħna m'aħniex lesti naċċettaw abbuż sabiex ir-raħħal ġenwin ibati.", "Dik hija l-kritika tagħna.", "RODERICK GALDES: Onor. Callus, fejn qed tara xi forma ta' abbuż?", "RYAN CALLUS: Meta m'hemmx imniżżel x'inhu n-numru ta' rjus ifisser li din hija miftuħa għal kulħadd, anke għal persuna li għandha baqra waħda.", "(Interruzzjonijiet) Mela sibhieli fil-policy fejn qed tgħid mod ieħor.", "RODERICK GALDES: Jiġifieri inti qed tgħid li d-Dipartiment tal-Agrikoltura huwa daqshekk irresponsabli li jiddikjara persuna bħala farmer, anke jekk ikollu baqra waħda?!", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Agius Decelis, bil-peress tal-Kumitat.", "Peress li l-Onor.", "Agius Decelis għamel żmien shadowing lil dan is-settur forsi jista' jgħinna.", "Għalija, we are already converging għax jekk se ngħidu minimu ta' 40 ras allura nafu fuqhiex qegħdin nitkellmu u almenu wieħed jista' jikkalkula l-impatt.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Madam Chair, min joqgħod jgħid li farmer jista' jkun persuna li jkollu baqra waħda jew żewġ baqriet, allura ma jafx fuqhiex qed jitkellem għax hemm ħafna spejjeż u regolamenti involuti.", "Minħabba l-economies of scale, diġà għandhom problema kbira r-raħħala tagħna li b'40 baqra ikopru l-ispejjeż, aħseb u ara b'inqas!", "MADAM CHAIR: Nifhmu l-punt tiegħek, imma mhux dak huwa l-punt.", "TONI BEZZINA: Skużani, imma taf li hawn min irabbi baqra waħda jew tnejn għad-delizzju?", "JOSEPH M. SAMMUT: Imma biex trabbi baqra waħda m'għandekx bżonn tkun bidwi għax sa erbat irjus tista' trabbihom bħala pets, minbarra l-majjal.", "TONI BEZZINA: Dak hu li qed nippruvaw ngħidu!", "Hemm bżonn nistabbilixxu x'inhu bidwi proprju u x'inhu part-time farmer.", "Jien jista' jkolli baqra waħda u d-dipartiment awtomatikament jagħtini permess inrabbiha.", "MADAM CHAIR: Il-punt li nifhem li qed naslu għalih huwa li biex aħna nkunu nafu l-impatt ta' din il-policy u nkunu nistgħu ngħidu li moħħna mistrieħ li din il-policy se jkollha riżultat pożittiv għal Malta kif ukoll għal-livestock farmers, irridu nkunu nafu l-minimu ta' x'jikkwalifika bħala livestock farmer biex hu jkun jista' jieħu dan il-permess.", "Jekk nistabbilixxu dan, naħseb li ħadd minna m'għandu problema għax inkunu nistgħu nikkalkulaw l-impatt li se jkun hemm fuq l-ambjent.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri hawnhekk hawn xi ħadd li qed jimmaġina li xi ħadd jista' jkun fulltime farmer jekk ikollu baqra waħda?", "Jekk xi ħadd qed jimmaġina dan allura veru qegħdin nimmaġinaw affarijiet ta' Alice in Wonderland!", "MADAM CHAIR: Hawn min hu fulltime farmer u m'għandu l-ebda baqra!", "TONI BEZZINA: Tista' żżommni milli nrabbi baqra u nkun fulltime farmer?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri tkun qed tiddikjara li qed taqla' l-għajxien tiegħek minn baqra waħda?", "Ejjew inkunu prattiċi!", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jiġifieri hawnhekk hawn min qed jimmaġina li aħna bħala MEPA sempliċement ikollna quddiemna pjanta tal-farm b'kullimkien miftuħ u ma jkollniex il-farm buildings fil-pjanta?", "Dak li hawn min qed jimmaġina?", "MADAM CHAIR: Jekk ma jkollokx il-farm buidlings m'għandekx pjanta.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Meta jien nara l-pjanti, u nara ħafna minnhom, dejjem nara x'inhu l-buildings tal-farm.", "MADAM CHAIR: Għalhekk aħna rridu konverġenza tal-agricultural policy u…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: F'dan is-settur m'hemmx abbuż.", "L-abbuż qiegħed fl-arable land.", "MADAM CHAIR: Imma aħna ma rridux nagħtu lok għall-abbuż.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fejn kien hemm l-abbuż, b'din il-policy ġie ndirizzat.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jekk inħarsu lejn il-policy ta' warajha naraw li din qed tgħid li l-arable farmers neħħejnilhom id-dwellings.", "U dan biex inneħħu l-abbuż.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li n-numru ta' rjus huwa kruċjali li jidħol.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, ma naqbilx u se ngħidlek għalfejn.", "Illum saru ħafna avvanzi bħal pereżempju fis-settur tal-baqar u fejn qabel 60 baqra kienet tagħtina \"tant\" eluf ta' litri, illum jista' jkollna l-istess ammont ta' litri b'50 jew bi 30 baqra.", "Allura jien ma narax għalfejn li dment li jkun hemm iċ-checks and balances min-naħa tad-Dipartiment tal-Agrikoltura li jkunu jafu kemm ħierġa kwota...", "MADAM CHAIR: Iva, imma qed jgħidulna li dawn se jinbidlu.", "RODERICK GALDES: Imma fejn tidħol l-agrikoltura ma tistax tagħmel policy llum u tibqa' magħha, imma trid tara li jkun hemm diversifikazzjoni u dik qegħdin ninsistu fuqha.", "MADAM CHAIR: U naqblu miegħek.", "RODERICK GALDES: Għalhekk irid ikun hemm il-flessibilità.", "L-isfortuna hija li llum għandna ħafna raħħala li jinsabu maqbudin minħabba li l-ODZ is not ODZ, sfortunatament għandhom fondi li se jitilfuhom u diġà ilhom jistennew snin twal quddiem il-MEPA bil-pending applications...", "MADAM CHAIR: U allura għax jibnu residenza se jieħdu l-fondi!", "RODERICK GALDES: Le, mhux minħabba r-residenza.", "Dawn anke minħabba sempliċement demmiela jkollhom problema.", "MADAM CHAIR: Demmiela għandu jkollu, imma aħna qegħdin nitkellmu fuq residenza 100 metru 'l bogħod mill-farm.", "RODERICK GALDES: Mid-diskors li qed isir hawnhekk jidher li hemm min jixtieq itawwal dan il-proċess.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "L-ewwel nett nagħtuk merbħa f'dan il-Kumitat bħala s-Segretarju Parlamentari ġdid responsabbli minn dan il-qasam.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva): Grazzi, Madam Chair.", "Jien ma tantx nifhem fil-baqar, imma nipprova nifhem ftit fil-prattiċità u forsi nista' nagħmel suġġeriment iktar minn kollox prattiku.", "L-ewwel nett naħseb li jekk se noqogħdu naqraw policy ta' 40 faċċata biċċa biċċa, mhux il-€138 miljun li għandna se nilħqu nitilfu imma se nitilfu wkoll il-vot ta' wara u ta' wara u ta' wara.", "Jien naħseb, anzi konvint, li hawnhekk ħadd m'għandu l-intenzjoni li jagħmel hekk.", "Madam Chair, nista' nagħmel suġġeriment prattiku anke peress li għad għandi nofs kappell min-naħa tat-tnaqqis tal-burokrazija?", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li għandna nagħtu opportunità lil kulħadd sabiex jara d-dokument, imbagħad meta jogħġob lis-Sinjorija Tiegħek tlaqqagħna, nagħmlu kummenti fuq id-dokument in ġenerali, imbagħad jekk għandna issues partikolari, nippruvaw nittekiljawhom.", "Jien żgur li m'iniex se nkun tip ta' persuna li noqtol id-diskussjoni, imma jekk se nimxu b'dan ir-rittmu se nagħtu lok, mingħajr ma jien qed nipponta subgħajja lejn ħadd, li fuq kull kelma noqogħdu nfettqu.", "Għaliex ma nippruvawx – mingħalija għamel dan is-suġġeriment ukoll is-Sur Buttigieg – nagħtu l-opportunità lil kulħadd sabiex jara d-dokument fl-intier tiegħu, imbagħad jekk ikun hemm xi issues partikolari li jkunu ta' stumbling block enormi, nittekiljawhom.", "Naturalment dan huwa sta għalik, Madam Chair, jiġifieri bl-ebda mod ma jien qed nużurpa xi poter ta' dan il-Kumitat.", "Imma almenu nimxu għax jekk mhux se nagħmlu hekk l-ewwel nett se nitilfu l-fondi mhux ta' dan il-vot biss imma naħseb anke tal-vot ta' wara, u t-tieni nett qisna lanqas aħna ċerti… Mill-esperjenza tiegħi fil-prattika legali nista' ngħid li ġieli jkun hemm liġi li malli taqra l-ewwel biċċa tagħha tgħid li \"dan\" huwa abjad, imbagħad ikun hemm xi żewġ klawsoli 'l isfel li jġibuhulek iswed jew griż.", "Jiġifieri jien qed nagħmel is-suġġeriment prattiku li naraw id-dokument fl-intier tiegħu u jekk hemm xi punti li huma ta' stumbling block monumentali, imbagħad niddiskutuhom.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak ħafna, Onor. Falzon, però din il-kwestjoni partikolari ta' bini ġdid fl-ODZ hija kruċjali għal dan is-settur li qegħdin niddiskutu bħalissa u anke għal dak li ġej 'il quddiem.", "Il-fondi mhumiex se jintilfu għax dan il-Kumitat se jieħu l-ħin tiegħu biex inkunu ċerti li filwaqt li qed nagħtu spazju għall-iżvilupp agrikolu, inħarsu l-ambjent.", "Kif qed jgħiduli hawnhekk ir-rappreżentanti tal-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura, il-policy agrikola għadha qed tiġi żviluppata, jiġifieri mhuwiex il-każ li għax aħna qed nieħdu l-ħin tagħna fuq dawn il-punti, se ntellfu l-fondi.", "Jiġifieri noqogħdu ftit attenti xi ngħidu biex din ma tintefax fuq dan il-Kumitat.", "Wara kollox, dan il-Kumitat li jista' jagħmel huwa li jissottometti s-suġġerimenti tiegħu, imbagħad sta għall-Gvern biex jiddeċiedi.", "Aħna qegħdin hawn biex nagħtu l-opinjoni tagħna u s'hemmhekk nistgħu naslu, imma ma nistgħux naqbdu nitkellmu inġenerali meta kull punt minn issa 'l quddiem, jista' jkun kruċjali għal dak li se jsir mill-ambjent kollu li fadlilna f'dan il-pajjiż.", "Biżżejjed saret ħerba fl-aħħar snin.", "MICHAEL FALZON: Għal darb'oħra bil-permess tiegħek, Madam Chair.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-fondi se jmorru għar-residenzi imma naħseb ilkoll naqblu… Pereżempju, jekk jien għandi dar tas-Sliema u qlibt farmer bir-razzett f'Ħad-Dingli – nassigurakom li m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel dan – x'hemm ħażin li jien ikolli dwelling Ħad-Dingli jekk dik tkun se tiffaċilitali l-ħajja?", "Il-punt li qed nipprova nagħmel jien huwa biex għall-prattiċità – il-ġurament ta' Segretarju Parlamentari ħadtu siegħa ilu u din il-policy qrajtha malajr wara nofsinhar – u almenu biex nimxu… Madwar din il-mejda hawn qbil li s-settur agrikolu għandna nibżgħu għalih.", "MADAM CHAIR: U ninkorraġġuh.", "MICHAEL FALZON: Jiġifieri s-suġġeriment tiegħi huwa li naraw id-dokument b'mod aktar ħolistiku milli noqogħdu narawh biċċa biċċa.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Kull min kellu x'jissuġġerixxi, issuġġerih u issa se mmorru biex naqraw il-kumplament tad-dokument session session u kulħadd jagħmel il-kummenti tiegħu kemm jista' jkun fil-qosor, imbagħad finalment huwa sta għall-MEPA jew għal min qed jieħu d-deċiżjonijiet fil-każ tar-responsabilità ġdida tal-Onor.", "Id-dover tagħna hawnhekk huwa li niġbdu l-attenzjoni tal-Eżekutiv għal dak li jħassibna.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: L-idea li ma tiddaħħalx f'dan id-dokument kienet biex ikun hemm policy waħda bid-definizzjoni ta' farmer jew raħħal u din tkun fin-National Agricultural Policy li s'issa Malta qatt ma kellha.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: S'issa d-definizzjoni ta' bidwi kienet differenti għal kull skop; għal development policies kienu jużaw definizzjoni mod, għal trasferiment ta' art kienu jużaw definizzjoni oħra, eċċ. L-idea tal-Ministeru hi li anke biex nimplimentaw il-programm elettorali u l-proposti li hemm fih, ikun hemm definizzjoni waħda li kulħadd jimxi biha u allura għandek armonizzazzjoni.", "MADAM CHAIR: Aħna dak li rridu ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-assessment tagħna kif suppost.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Jiġifieri l-idea hi li dik tiġi konkluża u kollox jirriferi għaliha bħalma qed jiġri f'affarijiet oħra.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Din il-policy se tiġi għad-diskussjoni quddiem dan il-Kumitat?", "MADAM CHAIR: Iva, trid tiġi quddiem dan il-Kumitat għax dan il-Kumitat huwa dwar l-ambjent u l-ippjanar.", "TONI BEZZINA: Mela allura li se nagħmlu huwa li se napprovaw din il-policy, liema policy se tkun marbuta ma' policies oħrajn li mhux se jiġu hawn.", "Kieku dawn il-policies ġejjin hawnhekk, kieku forsi nkunu nistgħu ngħidu li mmexxu fuq din, imbagħad jekk ikun hemm problema f'dik il-policy niddiskutuha, imma jekk…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, din il-policy għad trid tgħaddi mill-proċess tal-iStrategic Environment Assessment (SEA).", "MADAM CHAIR: Mela lilna qed iserrħulna rasna.", "Nispera li ħadtu nota ta' dak li ssuġġerejna and we can take it from there.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-iscreening u l-proċess tal-SEA kollu għad irid isir u proprju m'għamilniex l-SEA qabel, biex jekk ikun hemm xi rakkmandazzjonijiet u jinbidlu xi affarijiet, mhux ngħidu li diġà għamilna l-SEA u noqogħdu nerġgħu nbiddlu.", "MADAM CHAIR: Nispera li ħadtu nota ta' dak li qegħdin ngħidu.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta jsiru applications għal farms ġodda, tista' ssir a farm and residence f'daqqa?", "Jiġifieri jekk ikun hemm fulltime farmer u jirriloka l-farm tiegħu minn post għal ieħor u japplika biex jagħmel farm…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Anzi aħna għandna numru ta' farms li qegħdin fl-abitat li rriduhom joħorġu mill-abitat.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri fl-istess waqt jista' jagħmel residence.", "MADAM CHAIR: Mela ngħaddu għal Policy 2.2B: Farm Dwellings for Arable Farmers.", "Sur Buttigieg, spjegalna ftit din il-policy u għidilna wkoll hekk l-Agricultural Advisory Committee twaqqfitx u jekk le, meta se titwaqqaf.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Agricultural Advisory Committee se jitwaqqaf bħala parti mil-liġi tar-riforma tal-awtorità l-ġdida.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri għadha ma twaqfitx.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għax ovvjament ħriġna l-public consultation document li llum qiegħed available online għall-iskrutinju pubbliku u din suppost għandha tiġi diskussa fil-Parlament, bejn wieħed u ieħor, f'Ġunju.", "RODERICK GALDES: Din ukoll hija proposta li kienet suġġerita min-naħa tagħna lill-MEPA biex ikun hemm iktar checks and balances biex kull aplikazzjoni relatata ma' farms tgħaddi taħt l-iskrutinju ta' dan il-kumitat.", "Jiġifieri bħal meta xi ħadd jagħmel applikazzjoni fejn jidħol bini storiku, tidħol il-Heritage Advisory Committee (HAC), fil-każ tal-farmers iridu jgħaddu minn taħt dan il-kumitat biex jassiguraw li dak huwa farmer ġenwin.", "MADAM CHAIR: L-importanti li jkun hemm kriterji ċari għax b'discretional powers nispiċċaw immorru from the frying pan into the fire.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed nippreżentalkom it-terms of reference li se jkollu dan l-Agricultural Advisory Committee.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Din il-klawsola ma tagħmilx riferenza għal kemm għandu jkollok raba'.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qiegħda f'part 6.", "MADAM CHAIR: Hawnhekk hawn \"of an existing building\" jiġifieri mmaterjali jekk għandekx tomna jew tomnejn, jew tlieta jew għaxra.", "Jiena ma nsibx problema dwar conversion ta' dak li diġà jeżisti.", "Li dak li hemm inġibuh estetikament aċċetabbli u kumplimentari għar-raba' tal-madwar u għall-ambjent – għalkemm xorta jrid ikun segwit u kkontrollat – ma narax li hija problema.", "Li diġà hemm nistgħu nirranġawh – u ħalluna mill-aluminium ikkulurit, aqtgħuha minn hemm għax vera ma jixraqx –… (Interruzzjonijiet) Le, allavolja ġol-farms.", "(Interruzzjonijiet) Le, ibqa' ċert li jingħaraf.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nassigurak li ma jingħarafx.", "MADAM CHAIR: Jista' jkun li jkun hemm xi instances fejn bilfors ikollhom jagħmlu aluminium minħabba s-sanità.", "Fejn bilfors ikun prerequisite, m'hemmx x'tagħmel, imma fejn jista' jkun, ma nagħmluhx għax Malta żgħira wisq biex jinħeba dan.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx li llum għandna r-requirements tal-building regulations.", "MADAM CHAIR: F'dawk il-każijiet ma tistax tagħmel mod ieħor u anke fejn tidħol is-sanità, imma fejn nistgħu ma nagħmlux aluminium fil-kampanja.", "F'ġieħ is-sewwa!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għad-domanda tal-Onor.", "Bezzina, irrid ngħid li b'din il-policy wieħed ma jistax jibni residenza ġdida jekk hu arable farmer, anke jekk hu fulltime.", "MADAM CHAIR: Tista' tagħmel conversion ta' li hemm.", "Kif inhi l-policy llum, jekk għandek 20 tomna, din tista' tagħmilha.", "MADAM CHAIR: U dik se titneħħa.", "Jien hawnhekk ma rajthiex li qed titneħħa.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għax jirriferi għal part 6 u part 6 titkellem biss fuq conversion u extensions.", "Allura la m'hemmx \"new dwelling\", ma tistax tagħmlu.", "Dan għamilnih proprju biex naqtgħu l-abbuż li kien isir.", "MADAM CHAIR: Jekk għamiltu hekk, nifirħilkom.", "Jien naħseb li l-aktar issue li għandna ħafna minna li hawn madwar din il-mejda hija kif se niġġustifikaw new buildings in ODZ.", "Jekk dak ikun ġustifikabbli b'avvanz kbir fis-settur tal-agrikoltura u aħna nkunu nistgħu nikkalkulawh u nkunu nafu x'se jkun l-impatt tiegħu fuq l-ambjent… Ibqgħu ċerti li aħna lkoll irridu li jkollna l-agrituriżmu u li jkollna l-prodott tagħna.", "L-issue tagħna hija fejn ikun hemm bini ġdid mhux ġustifikat.", "Li dak li diġà hemm – li ħafna minnu mhux estetikament aċċettabbli għax ħafna mill-farms tagħna qed ikerrħu l-ambjent ħlief għal dawk li huma antiki u għad għandhom il-ġmiel tal-antikità imma m'għandhomx il-kumdità – nagħtuh valur estetiku li jixraq lill-pajjiż, naqblu miegħu ukoll.", "TONI BEZZINA: Qed nifhem li \"existing building\" huwa building bil-permess.", "MADAM CHAIR: Mhux hekk?", "Ngħaddu għal Policy 2.2A li tgħid:", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Dik hija spjegazzjoni tal-paragrafu li qrajt qabel.", "MADAM CHAIR: Tistgħu tispjegawhieli ftit, jekk jogħġobkom?", "Hawnhekk qed nifhem xi ħaġa differenti milli fhimt f'ta' qabel.", "(Interruzzjonijiet) Mela qed tgħiduli li dik tirriferi għal ta' qabel u m'għandhiex x'taqsam ma' din.", "Mela nistgħu ngħaddu għal Policy 2.3A: Existing Livestock Farm Units (including pre-1994 farms).", "Dan bażikament huwa dak li konna qed ngħidu qabel.", "Jien naħseb li mitigation and soft landscaping, bħala kriterju għandu jiġi stabilit on a case-by-case basis.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dejjem hekk ikun hemm fil-każ ta' soft landscaping, naturalment jiddependi mil-location fejn ikun qiegħed u allura d-direttorat tal-ambjent, li għada pitgħada se jkun l-awtorità tal-ambjent, jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu skont il-każ li jkun.", "Għalhekk fil-fatt huwa on a case-by-case basis; għax ma nistax immur ngħid li tliet metri huwa biżżejjed għax ġieli jkollok bżonn 10 metri.", "MADAM CHAIR: That is completely understandable basta l-kreterji, allavolja on a case-by-case basis, ikunu ċari għax inkella jidħol element diskrezzjonarju li intom stess se tkunu tridu tirrispondu għalih.", "TONI BEZZINA: Qabel kien hemm buffer zone ta' 183 metres mill-bini.", "Din spiċċat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dik għadna ma wasalniex għaliha fid-dokument.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Ikkoreġini jekk jiena żbaljat, imma dwar li r-rampa tkun fuq ġewwa, f'din il-policy mhijiex qiegħda filwaqt li fil-policy l-oħra qiegħda.", "Issa hawnhekk mhijiex imniżżla.", "Hemm xi raġuni?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq existing farms, mhux fuq dwellings.", "Dan fuq il-farm building proprju.", "RYAN CALLUS: Existing livestock units, għalhekk m'hemmx.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Eżatt.", "MADAM CHAIR: Ngħaddu għal Policy 2.3B: New or Relocated Livestock Farms.", "Hawnhekk qed ngħidu li fejn hemm livestock farms li għadhom ma jeżistux imma jridu jinħolqu, se jkun hemm permess biex isir dan anke mhux f'dak li hu ODZ.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li jekk il-kriterji li hawn hawnhekk jiġu milqugħa u osservati, jista' jingħata permess.", "Dwar livestock farm li diġà qiegħed hemm, x'se jkun il-kriterju li jistabbilixxi u jiġġustifika li jsir bini ODZ ieħor meta dak il-livestock farm jista' jaqdi l-ħteġijiet, ħlief dak li qiegħed f'raħal jew f'belt?", "(Interruzzjonijiet) Mela tajjeb, tajtni kemm se jkun l-impatt.", "Se naqbdu sebgħa u se noħorġuhom mill-abitat għall-ODZ.", "RYAN CALLUS: Fejn qiegħda fil-policy li dawk li se jkunu relocated iridu jkunu within development zone?", "RYAN CALLUS: Dwar ir-relocation qegħdin naqblu, imma fejn qiegħda fil-policy li dawn il-farms għandhom ikunu fid-development zone biex jiġu relocated?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'għandniex problema li tiġi ċċarata imma hija ovvja li inti tagħmel relocation għax dawk qegħdin within scheme!", "Dak li qiegħed ODZ, qiegħed ODZ.", "Inti ma tmurx tagħmel farm għall-veduta!", "RYAN CALLUS: Jien qed ngħid dan biex innaqsu l-possibilità ta' abbuż.", "MADAM CHAIR: Fuq in-new livestock farms, għandkom f'moħħkom kemm jiflaħ il-pajjiż u x'jippermetti, kemm bħala prodott u anke għal dak li jiflaħ l-ambjent?", "Għax jista' jkun hemm 100 f'sena li jitolbuk jagħmlu livestock farm.", "Hemm xi limitu jew linji gwida?", "RODERICK GALDES: Dan huwa settur li jirregola lilu nnifsu.", "Pereżempju, fil-qasam tal-ħalib, għandhom il-kwota tal-ħalib li tippermettilna l-Unjoni Ewropea, jiġifieri inutli jagħmel farm tal-ħalib u ma jkollux fejn jieħu l-ħalib għax jispiċċa jkun qed jagħmel it-telf.", "MADAM CHAIR: Mela din trid tillimita lilha nnifisha b'dawn ir-regolamenti.", "RODERICK GALDES: L-istess fil-każ tal-majjali li wkoll għandhom il-kwota tagħhom; inutli dak li jkun jibni farm tal-majjali jekk m'hemmx domanda, għax ikun qed jagħmel telf kbir.", "Jiġifieri kull settur għandu l-kontrolli tiegħu u mhuwiex vijabbli għal dak li jkun li jinvesti f'xi ħaġa li mhijiex se trendilu.", "MADAM CHAIR: Tajjeb, weġibtni.", "Jiena, bħala ċ-Chair ta' dan il-Kumitat, li jimpurtani huwa li dak il-bini jkun viżwalment addattat.", "Li jinbidel minn trobbija ta' fniek għal trobbija ta' tjur lilna ma tagħmlilniex differenza, sakemm ir-regolamenti tas-sanità eċċ. ikunu segwiti.", "L-importanti għalina hu li l-ambjent rurali tagħna ma jbatix.", "Jiġifieri jien m'għandix oġġezzjoni għal din.", "Hawn kummenti?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Fejn hemm slaughterhouse, tista' tagħmel retail magħha?", "MADAM CHAIR: Aktar tard hemm imsemmi r-retail.", "F'din le, imma iktar tard qiegħda msemmija.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri jekk għandek slaughterhouse, il-laħam trid toħorġu u tbigħu.", "MADAM CHAIR: Ngħaddu għal Policy 2.5: Agricultural Stores.", "Għal ħafna żmien kellna wħud mir-raħħala u gabillotti li ma kienx ikollhom permess biex jibnu kamra ta' ċertu daqs kif ikun stabbilit fejn ikunu jistgħu jżommu l-farm implements tagħhom.", "Fil-fehma tiegħi dawn għandhom ikollhom il-possibilità li joperaw mill-għalqa tagħhom, però rridu naraw kif se nieħdu ħsieb biex dak l-iżvilupp ċkejken ma jsirx rife.", "Hawnhekk għandna n-numri li jillimitaw kif se jsir dan l-iżvilupp u nixtieq inkun naf jekk għandkomx kummenti dwar dan.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Hawnhekk qed jingħad li biex ikollok agricultural store irid ikollok minimum size of holding ta' 5 tumoli.", "Mill-esperjenza tiegħi fil-prattika, għandna ħafna farmers li għandhom inqas minn 5 tumoli.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li għal kull tomna għandna nagħtu permess għal store, imma naħseb li din għandha tinżel għal bejn 3 u 5 tumoli imma mbagħad l-istore ma jkunx ta' 30m2 metres imma jkun ta' 20m2, jiġifieri iżgħar.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li jekk għandek għalqa żgħira, għandek bżonn tip ta' apparat li huwa ċkejken, imma jekk għandek ħafna għelieqi u għandek ħafna tmim jista' jkun li jkollok bżonn footprint kemm kemm ikbar.", "Ikkoreġuni jekk jien żbaljata, imma xorta waħda wieħed irid jillimita ruħu għal dak li huwa stabbilit bi bżonn skont l-istudji li għamiltu intom u skont x'tiddetta l-agricultural policy dwar x'għandu bżonn ir-raħħal.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Jien m'iniex se nikkontesta l-limits li semma l-Onor.", "Buhagiar, però jekk tinnota, hawnhekk daħlu żewġ thresholds.", "Ma jfissirx li kull min għandu 5 tumoli, awtomatikament se jieħu 30m2.", "Fil-fatt, id-dipartiment se jkun qed jirrikkmanda d-daqs li hemm bżonn.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Hekk hu.", "Il-bidwi, jew min ikun qed jitlob dan it-tip ta' żvilupp, irid jiġġustifika għalfejn għandu bżonn dak id-daqs u jkun id-dipartiment, fuq l-informazzjoni kollha li se jkollu, bħall-produzzjoni, li jiddeċiedi d-daqs u jirrikkmanda biex naraw li l-iżvilupp li qed jintalab huwa ġustifikat għall-bżonn tal-bidwi.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li fuq dan hawn qbil.", "TONI BEZZINA: Li jinkwetana ftit huwa li min għandu 50 jew 60 tomna mhux se jgħaddi b'60 m2 biss.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Hemm il-basement area.", "TONI BEZZINA: Imma min għandu 50 jew 60 tomna għandu bżonn apparat ħafna iktar minn min għandu inqas.", "RODERICK GALDES: Onor. Bezzina, l-istatistika turi li 12-il bidwi biss f'Malta għandhom 60 tomna.", "TONI BEZZINA: Imma allura dawk it-12-il bidwi x'se jagħmlu?", "RODERICK GALDES: Imma trid tagħmel limitu!", "MADAM CHAIR: Jien naħseb illi li wieħed jimxi on a case-by-case basis – dejjem basta jkun hemm kriterji stabbiliti anke għal dawn l-eċċezzjonijiet li għandna – huwa importanti ħafna.", "TONI BEZZINA: Jiena perit prattikanti u kelli każijiet ta' klijenti bi 80 tomna, jitilgħu l-MEPA, ikun hemm iċ-chair tad-Development Control Commission (DCC) u tgħidilhom \"jiddispjaċini, għandkom raġun imma jien marbuta mal-qies\".", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma rridux ninsew li f'ħafna raba' hemm numru ta' kmamar.", "Il-policy tagħti l-faċilità li wieħed iwaqqa' dawk il-kmamar u jikkonglamarahom kollha flimkien u allura ma jibqax b'10 metri hawn, 10 metri hemm u 10 metri band'oħra, imma jiġu magħquda kollha flimkien.", "Dik tagħmel differenza skjetta.", "Ġeneralment fi 80 tomna jkun hemm numru ta' kmamar.", "MADAM CHAIR: U jekk m'hemmx?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Hemm point 6 li qed tgħid:", "Jiġifieri jekk ikun ġustifikat, jista' jiġi kkunsidrat.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Din iż-żieda naħseb li hija pożittiva anke fid-dawl tar-realtajiet li l-bdiewa l-ġodda għandhom illum.", "Ġieli smajna stejjer li kien hemm min irreġistra li għandu ċerti għelieqi u applika fuq kamra, imbagħad reġa' uża l-istess għelieqi.… Kif se tassiguraw li dan ma jsirx?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: L-artijiet qed jiġu constrained fuq il-map server tal-MEPA stess u l-art se tkun marbuta mal-kamra speċifika.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Nixtieq nerġa' inqajjem il-punt ta' holdings iżgħar.", "Mill-istatistika li għandi hawnhekk jirriżulta li għandna 4,490 bidwi li għandhom bejn tomnejn u ħamest itmiem raba'.", "Issa lil dawn b'din il-policy m'aħna se nagħtuhom l-ebda faċilità.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Iktar 'l isfel hemm li min għandu tomna u se jagħmel reservoir....", "CHARLES BUHAGIAR: Le, mhux tomna għax tomna nifhimha.", "Inti qed tgħid li jista' jagħmel pump room.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Imma jrid jagħmel ir-reservoir.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiena naf li anke għal tlett itmiem ikollok bżonn drip irrigation u jkollhom ħafna pajpijiet u l-magni li jaħdmu bihom illi jieħdu ħafna spazju.", "Dawn żgur li għandhom bżonn kamra żgħira.", "MADAM CHAIR: Ma jistgħux isiru taħt l-art dawn il-kmamar ħalli ma jkun jidher xejn?", "CHARLES BUHAGIAR: Ma tistax għax l-ewwel irid ikollok kamra fuq l-art biex tagħmel taħt l-art.", "Jekk m'hemmx kamra fuq l-art ma tistax tagħmel oħra taħt l-art!", "MADAM CHAIR: Le, tista' għax jekk għandek ġiebja se tkun taħt l-art u jekk għandek kamra taħt l-art, issaqqafha.", "CHARLES BUHAGIAR: Hux ma tistax tagħmel kmamar taħt l-art b'din il-policy?", "RODERICK GALDES: Le, il-policy ma tippermettix.", "MADAM CHAIR: Jien qed nissuġġerixxi li jsir dan.", "RODERICK GALDES: Dak kien wieħed mis-suġġerimenti tagħna, però l-MEPA ovvjament mhux kollox tatna!", "TONI BEZZINA: Għalhekk qegħdin hawnhekk, biex nikkonsultaw.", "MADAM CHAIR: Onor. Galdes, dan huwa l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp u rridu nkunu prattiċi.", "L-impatt fuq l-ambjent in ġenerali, partikolarment dak viżiv, huwa paramount għax pajjiżna huwa żgħir u m'għadek tista' tmur imkien li ma tarax bini.", "Jiġifieri inqas kemm naraw bini 'il fuq mill-art, dejjem aħjar.", "Jiġifieri jekk wieħed għandu tomna u għandu bżonn fejn iqiegħed il-mutur tal-ħart u jista' jagħmilha taħt l-art, inħalluh jagħmilha taħt l-art.", "Illum hemm mezzi fejn anke ventilation jista' jkollok.", "Jekk isir hekk, ma jkun hemm ebda impatt fuq il-landscape u dak li jkun ikun qed jinqeda.", "Jista' jkun ukoll li minflok il-kamra tkun m'għola sular fuq l-art, tkun biss tliet filati 'l fuq mil-livell tal-art.", "Dawn huma affarijiet li naħseb ikun tajjeb li wieħed jikkunsidrahom jekk mhumiex diġà kkunsidrati.", "Ngħaddu għal Policy 2.5B: Agricultural Stores for Arable Farming Established before October 1994.", "MADAM CHAIR: Jien hawnhekk ma nsib l-ebda diffikultà dwar dak li hemm u dak li jista' jiġi anke landscaped biex ikun kumplimentari mad-dawrien tagħna. l-issue tiegħi dejjem tibqa' fuq x'se nippermettu bħala bini ġdid u x'se jidher minn dan il-bini ġdid li se nippermettu jsir.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri skont din qed ngħidu li fejn qabel konna nikkunsidraw sal-1967, issa se nieħdu sal-1994.", "MADAM CHAIR: Imma issa rridu noqogħdu attenti li ma nerġgħux inkomplu nżidu bl-amment imbagħad niġu 10 snin oħra u nerġgħu ngħidu li se nagħmluhom, għax inkella lanqas se jibqa' fejn toqgħod labbra fil-kampanja.", "Ngħaddu għal Policy 2.6: Greenhouses.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Li ma nistax nifhem hu kif nitolbu li jkun hemm is-siġar mal-greenhouses.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Dik tneħħiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma x'imkien hawnhekk semmejtu landscaping.", "CHARLES BUHAGIAR: Għax li jkollok greenhouse u tagħmel is-siġar...", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Eżatt.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jien li jinkwetani fil-case-by-case basis huwa x'jiddefinixxi jsirx landscaping jew le.", "TONI BEZZINA: Jekk li tagħmel landscaping maġenb greenhouse huwa problema, għax ma naqbdux u neliminawha?", "MADAM CHAIR: Għax forsi jkun hemm każijiet fejn ma tkunx se tagħmel ħsara.", "RODERICK GALDES: Jista' ikun hemm każijiet fejn tkun tidher kerha mingħajr siġar.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ejjew nieħdu li jkun borderline case.", "Inti trid tasal f'bilanċ fejn tara jekk intix se taċċettaha, jew inkella forsi tista' taċċettaha u jkun hemm ċerti miżuri ta' mitigazzjoni.", "Illum bit-teknoloġija tista' tkun taf eżattament ix-shadow tas-siġar fejn se jirrifletti u jekk hemm bżonn inaqqas greenhouse waħda.....", "TONI BEZZINA: Fil-każ ta' greenhouses naħseb li kważi kważi nistgħu ngħaddu b'Development Notification Order (DNO) il-greenhouses kollha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Diġà neħħejna l-kundizzjoni li jekk ikun fiha inqas minn....", "TONI BEZZINA: Din kważi kważi hija struttura temporanja.", "Jiġifieri jekk nifilħu ngħadduha b'DNO....", "MADAM CHAIR: Nissuġġerixxu li niffaċilitaw il-proċess għall-bdiewa u għal kull min qiegħed f'dan is-settur ħalli jkollhom free space biex jaħdmu, basta jirrispettaw...", "RYAN CALLUS: Forsi għal dan il-għan nistgħu nagħmlu paragun.", "Kien hemm legal notice li permezz tagħha, postijiet ta' fabbriki fil-Malta Industrial Parks (MIP) setgħu jiġu eżentati minn applikazzjoni, jiġifieri jagħmlu biss DNO.", "Jekk aħna nistgħu nivvantaġġjaw…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-ewwel nett dawk huma kontrollati mill-MIP u l-fabbriki huma diġà fuq site li hija zoned għal dawk l-affarijiet.", "RYAN CALLUS: Però dawn huma serer li meta jiġu stallati jistgħu jiġu reversed mingħajr ma jħallu impatt.", "Jien naħseb li b'hekk inkunu qegħdin ngħinu lill-bdiewa li verament huma ġenwini.", "RODERICK GALDES: Onor. Callus, imma xi forma ta' permess irid ikun hemm għar-raġuni li meta huma jiġu biex japplikaw għall-fondi, l-EU titlobhom il-permess.", "TONI BEZZINA: Aħna qed naqblu li jrid ikun hemm ċerta regolamentazzjoni.", "MICHAEL FALZON: Ħadd mhu se jagħmel greenhouse jekk mhux bidwi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk nagħmluha hekk nagħmluha li l-Agricultural Advisory Committee ikun ta l-clearance tiegħu.", "TONI BEZZINA: Japplika għal DNO, però jikkonsulta mal-kumitat.", "RYAN CALLUS: Imma trid tinżel fil-policy.", "MADAM CHAIR: Issa meta jikkonkluduha, jiffinalizzawha.", "Ngħaddu għal Policy 2.7A: Water Reservoirs and Pump Chambers", "Jien personalment naqbel li għandu jkun hemm ġwiebi u li l-pump chambers għandhom ikunu tali li jkollhom l-inqas impatt possibbi, però l-ġwiebi għandhom ikunu mgħottija.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Fil-fatt il-konservazzjoni tal-ilma hija waħda mill-objectives tal-policy agrikola u naħseb tal-Gvern ukoll.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Hawnhekk ħsibna li ma jkunx hemm limitu għall-water storage fejn huwa underground, jiġifieri sakemm il-ġiebja hija mibnija u mgħottija bil-ħamrija u tista' terġa' tintuża, ma nimponux limitu u lanqas qed nimponu wkoll il-permess tal-iżvilupp.", "B'hekk nistgħu – kif qal l-Onor.", "Galdes – niffaċilitaw aċċess għall-fondi.", "Ħallejna biss ċertu limitu ta' size li jista' isir fuq wiċċ l-art għax wieħed japprezza li biex tagħmel ġiebja taħt l-art tinvolvi ħafna spejjeż għat-tqattigħ tal-blat.", "Jiġifieri min għandu holding żgħir imma jrid jagħmel reservoir biex ikun jista' jagħmel l-attività tiegħu, m'aħniex qed nobbligawh jidħol f'dawk l-ispejjeż kbar għax ma jkunx vijabbli.", "Allura qed nippermettu ċertu size żgħir li jkun fih ċertu ammont ta' water storage.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri aħna qed ngħidu li issa l-kamra minn erba' piedi għoli tellajniha għal seba' filati minn wiċċ il-ħamrija.", "U open reservoirs sa għoli ta' erba' piedi se jkunu permissibbli wkoll.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jistgħu jkunu anke mgħottijin.", "MADAM CHAIR: They should, ħalli jekk iridu li jkunu ta' ċertu kobor...", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Imma inkella l-ilma jevapora.", "TONI BEZZINA: Għax konna għamilna żmien fejn konna eliminajna l-ġwiebi minn wiċċ l-art.", "MADAM CHAIR: U mid-dehra kien ħafna diffiċli biex iġibu permess għalihom, xi ħaġa li ma tagħmel l-ebda sens għax water conservation huwa paramount għalina.", "CHARLES BUHAGIAR: Għax jekk se tiriga by gravity, il-ġiebja għandha bżonn tkun għolja.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni li ngħollulhom tant li....", "MADAM CHAIR: Kemm tkun tista' tagħmel irrigation by gravity.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed tissemma l-MEPA fil-policy imma l-MEPA se tispiċċa.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Imma fil-glossary it is defined bħala li tirriferi wkoll għal its successors.", "MADAM CHAIR: Ngħaddu għal Policy 2.7B: Traditional Wind-driven Pumps.", "Ovvjament din naħseb li kollha naqblu magħha għax issebbaħ il-landscape tagħna.", "Ngħaddu għal Policy 2.8: Land for Agricultural Use.", "Hawn xi ħadd għandu xi kummenti dwar din?", "Naħseb li kulħadd jaqbel u jixtieq li l-ewwel għandha nirriċiklaw il-bini li diġà jeżisti.", "Ngħaddu għal Policy 2.9: Land Demarcation, Walls and Gates.", "Il-kumment tiegħi dwar din huwa li fejn jista' ikun, u kemm jista' jkun, ikunu ħitan tas-sejjieħ proprja, għax anke l-franka li tirriżulta meta jitwaqqa' bini, meta tmur fir-raba', jekk ma titgħatthiex bi creepers u bajtar tax-xewk eċċ., xorta tkun għadha daqsxejn… Ħu ħsieb Perit Ellul, tħallihomx jaħarbulek dawn għax importanti.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Irridu napprezzaw li l-ġebel tas-sejjieħ l-antik qed jispiċċa, allura l-idea tagħna kienet li nużaw recycled franka stones, però mhux il-kantun sħiħ.", "Min hu mill-area tas-Siġġiewi jinduna li l-ħitan tas-sejjieħ jirriflettu l-ġebla li hemm taħt u allura jużaw il-franka.", "Aħna qed ngħidu li jekk il-franka tkun imkissra u tinbena kif qed tgħid il-policy, bit-traditional method normali, m'hemm xejn ħażin li inti tuża recycled franka stone.", "MADAM CHAIR: Basta ma nispiċċawx b'xi ħafna ħitan tal-kantun maqtugħ bl-eżatt għax nirrovinaw kullimkien.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Imma dak mhuwiex traditional.", "MADAM CHAIR: Għalhekk qed ngħid jien!", "Diġà naraw ħafna bħalu fil-kampanja.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fuq din il-policy partikolari ma ninsewx li bejn in-naħa ta' fuq ta' Malta u n-naħa t'isfel ta' Malta tqum differenza kbira.", "Il-ħitan tas-sejjieħ fin-naħa ta' fuq ta' Malta huma ġeneralment magħmulin mill-qawwi, filwaqt li fin-naħa t'isfel ta' Malta huma ġeneralment magħmulin mill-franka.", "Jiġifieri jekk inti se tmur titfa' l-franka fin-naħa ta' fuq se jistona, u tant ieħor bil-maqlub.", "Għalhekk il-policy hija miktuba kif inhi miktuba, biex kemm jista' ikun tirrelata skont l-area li tkun fiha.", "MADAM CHAIR: U li tiffaċilità li jsiru dawn il-ħitan tas-sejjieħ għax qabel kien hemm ftit tal-problema biex wieħed jirranġahom, mhux trid tgħaddi minn martirju sħiħ biex tirranġa ħajt tas-sejjieħ!", "Safejn naf jien din qiegħda parti mill-policy u hija importanti ħafna.", "Anzi kważi rridu nagħmlu li wieħed huwa obbligat jirranġa ħajt tas-sejjieħ.", "Anke l-Gvern għandu jkun obbligat li jirranġa dawk li hawn mat-toroq kollha.", "Veru li huma tal-privat, imma b'xi mod jew ieħor irid jinstab kompromess biex dawk il-ħitan tas-sejjieħ li huma mat-toroq, speċjalment tal-kampanja, jitranġaw għax tagħmel differenza kbira għal-landscape tagħna.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum aħna ma nippermettux rubble walls li ma jeżistux bħalissa għax ngħidulhom fragmentation.", "Permezz ta' din il-policy se jkunu permissibbli, basta l-parcel ma jkunx iżgħar minn tomna.", "Qed nifhem tajjeb?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Hekk hu.", "CHARLES BUHAGIAR: F'każ fejn il-parcels huma iżgħar minn tomna, se nippermettu xi tip ta' fence almenu biex nuru l-boundary?", "MADAM CHAIR: Bajtar tax-xewk.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' ikun fence li jkollu climber miegħu, ma jimpurtax.", "MADAM CHAIR: Jew tista' tagħmel fence u xxeblek xi ħaġa.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Barra minn Malta ġeneralment li jsir hu li jagħmlu żewġ posts u jagħmlu wire-fence...", "MADAM CHAIR: U trid ixxeblek xi ħaġa miegħu imma mhux bħalma konna fi żmien l-Ingliżi bil-barbed wire ma' kullimkien.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Paragrafu 3 jgħid:", "CHARLES BUHAGIAR: Però f'dak il-każ m'hemmx area għax l-oħra hija one tumolo.", "Qed tgħidu li gate ma tridx tkun wiesgħa iktar minn tliet metri.", "Mill-esperjenza tagħna, il-country lanes huma dojoq ħafna u fi tliet metri ma jdurx it-tractor żgur.", "MADAM CHAIR: Dik x'differenza tagħmel, jekk tiżdied?", "TONI BEZZINA: Safejn naf jien trid 4.5 metri.", "U rridu naraw it-tip ta' gates li jiġu permessi.", "(Interruzzjonijiet) Imma hemm injam u hemm injam, jiġifieri rridu niddefinixxu ftit għax imbagħad mal-injam jagħmlulek affarijiet oħra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk se mmorru għal 4.5 metri huwa impossibbli li ssir kollha tal-injam; bilfors irid ikollok frame tal-ħadid.", "MADAM CHAIR: Imma jkun mgħotti.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri aħna qed ngħidu li mal-ħajt tas-sejjieħ se jibda jgħaddi bix-xulliel.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dejjem skont fejn tkun located.", "MADAM CHAIR: Diġà qalilna li jekk ikun fin-naħa ta' fuq ikun mod, u jekk fin-naħa t'isfel, ikun mod ieħor.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk qed nitkellmu fuq in-naħa tas-Siġġiewi, l-Imqabba, il-Qrendi....", "TONI BEZZINA: Imma dak fuq it-tip ta' materjal.", "Jien qed nitkellem fuq il-metodu ta' kostruzzjoni.", "TONI BEZZINA: Imma traditional jiġifieri kif għaddej bħalissa?", "Jekk se tuża ġebla riċiklata ma tistax tibni ħajt tas-sejjieħ kif jinbena llum skont il-legal notice.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament inkunu rridu nbiddlu l-legal notice biex tiġi in line ma' din.", "MADAM CHAIR: Ngħaddu issa għal Policy 2.10: Access to Arable Farm Holdings.", "Naħseb li din ilkoll naqblu fuqha.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Ikollna ħafna każi fejn il-ħamrija tkun taflija u jekk tagħmel il-gravel, jitlaq.", "MADAM CHAIR: U jekk tagħmel il-compacted xorta jitlaq meta jixxarrab.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, jitlaq.", "Jiġifieri assolutament ma jservi għal xejn.", "Li inti tagħmel path ġewwa ħamrija, ġo areas taflija bil-gravel, ma jqabbadx.", "MADAM CHAIR: Mela araw x'tissuġġerixxu.", "Intom il-periti hawnhekk.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Fil-fatt konna domna ħafna biex ħriġna b'din il-policy u tkellimna ma' soil conservationists u erġajna bdilna....", "MADAM CHAIR: X'kien ir-riżultat?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Bażikament l-aħħar qbil kien fuq kif ħarġet, but it wasn't an easy policy to formulate.", "MADAM CHAIR: Tagħmel gravel ikbar.", "TONI BEZZINA: Il-gravel se jinżillek u jxammarlek mal-ġnub.", "(Interruzzjonijiet)", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Kien hemm min qalilna li l-grass blocks expensive għall-bdiewa.", "MADAM CHAIR: Jekk inħalluha gravel trid tara wkoll is-size tal-gravel għax hemm il-gravel żgħir imbagħad aktar kbir.", "Jien nimmaġina jekk l-art tkun taflija tagħmel gravel ikbar.", "RYAN CALLUS: Napprezza li dan huwa suġġett diffiċli.", "Li rrid ngħid huwa li l-ewwel nett il-kunsilli lokali mhumiex qed ilaħħqu mat-talbiet għall-manutenzjoni ta' dawn it-toroq u t-tieni nett it-toroq, għall-bdiewa dejjem qed imorru għall-agħar.", "Irridu naraw kif se nsibu l-bilanċ.", "Nammetti li mhuwiex faċli.", "Il-grass blocks huma sbieħ, però forsi huma expensive anke biex tpoġġihom, u l-gravel imur mal-ġenb meta tgħaddi ħafna drabi minn fuqu.", "Veru hija deċiżjoni diffiċli, però naħseb li trid tiġi indirizzata għax hija waħda mill-ikbar concerns tal-bdiewa u r-raħħala.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għar-rigward il-grass blocks ma ninsewx li l-ħaxixa Ingliża hija meqjusa bħala an invasive species.", "Barra minn hekk, hija wkoll xi ħaġa li tirrikjedi ħafna ilma, jiġifieri jekk ma tkunx qed tingħata ħafna ilma se nispiċċaw dejjem ovvjament bil-pattern tal-plastic.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Veru li dwar il-gravel naqbel magħkom li kif jgħaddi ftit taż-żmien dan attwalment se...", "MADAM CHAIR: Jiena personalment xorta mal-gravel naqbel, ma rridx plastic u affarijiet simili fuqu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fir-realtà ma stajniex insibu xi ħaġa aħjar minn...", "TONI BEZZINA: Però bil-gravel teknikament se jkollok il-problemi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Se jkollok bżonn ta' aktar maintenance.", "TONI BEZZINA: Mhux biss.", "Malli dan ixomm naqra ilma se jixxammar.", "Li titfa' il-konkos u tkerrah kullimkien?", "CHARLES BUHAGIAR: L-għelieqi ġieli jkunu qegħdin f'livelli differenti u jkunu quite steep u anke fit-tafal.", "Forget it li se tagħmel il-gravel u ssibu!", "MADAM CHAIR: Imbagħad għandek l-eċċezzjonijiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma din il-policy mhijex qiegħda tagħmel allowance għall-eċċezzjonijiet.", "Jekk ikun hemm li qegħdin fuq it-tafal u allura huwa ovvju li kif se jagħmlu l-gravel se jaqa' l-għada, il-MEPA jistgħu jmorru janalizzaw x'jirrikjedi l-post u jieħdu deċiżjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Però trid tidħol fil-policy li jrid ikun hemm alternative.", "MADAM CHAIR: Iva, naqbel miegħek mija fil-mija.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Fil-bidu konna għamilna li fi clay soils ikun permitted il-grass blocks, però wara public consultation neħħejniha.", "Issa jekk tridu nerġgħu nintroduċuha għall-clay soils...", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li x'imkien għandna nagħmlu li meta jkun hemm każijiet partikolari – jien qed nirriferi għat-tafal – wieħed jikkunsidra l-użu ta' materjali oħrajn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx li dawn il-policies qegħdin hemmhekk biex jagħtu a general guidance, imbagħad ovvjament ikun hemm exceptions.", "(Interruzzjonijiet) Imma dik hija r-responsabilità tal-bord biex jieħu deċiżjoni.", "Bir-rispett kollu, il-bord mhux qiegħed hemmhekk biex ikun rubber stamp!", "MADAM CHAIR: Imma qabel, fi żmien ieħor, hekk konna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-bord qiegħed hemm biex jagħmel id-domandi, ikollu r-risposti imbagħad jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu.", "TONI BEZZINA: Aħna għalhekk qed ninsistu li dawn l-affarijiet ikunu parti mill-policies ħalli ma jkunx rubber stamp.", "RYAN CALLUS: Il-fatt li l-bord ikollu lok ta' għażla, minn banda huwa tajjeb, però xi drabi mhux dejjem tasal għall-unanimità li tixtieq.", "MADAM CHAIR: Imma l-bord ikollu esperti fuq il-qasam partikolari u dawn jistgħu jintalbu jagħmlu rapporti fuq tali lokazzjonijiet u jgħidu x'inhu l-aħjar materjal li għandu jintuża.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Madam Chair, jien naqbel miegħek li hemm bżonn il-flexibility.", "Intom il-MEPA u intom tridu tiddeċiedu.", "RODERICK GALDES: Jien naħseb li għandna ndaħħlu proviso li jgħid li f'każijiet speċifiċi l-bord jista' jieħu deċiżjoni li jikkunsidra materjali differenti.", "MADAM CHAIR: Naqbel, basta ma jkunx hemm abbuż.", "Ngħaddu issa għal Policy 3.2A: New Boutique Wineries.", "MADAM CHAIR: Dawn huma new buildings...", "MADAM CHAIR: Le, jekk inti trid tagħmel winery, suppost li dak li jkun diġà għandu l-bini jew għandu l-bini u tista' tagħmel estensjoni miegħu, imma new buildings in ODZ, għal winery u mhux għal winery, jien ma naqbilx miegħu.", "RODERICK GALDES: Xtaqt ngħid ftit għalfejn inħadmet din il-policy.", "L-inbid huwa wieħed mill-prodotti tat-territorju Malti.", "Is-sussidji tal-EU ġew diversifikati matul is-snin biex kemm jista' ikun inżidu l-ammont ta' dwieli, u żidna l-ammont ta' dwieli għal madwar 10,000 tomna, però sfortunatament is-suq ma ġiex diversifikat kif suppost biex immorru għan-niche product li għandna bżonn.", "MADAM CHAIR: Niche product, jiġifieri fis-sens li l-għenba tkun kibret Malta?", "RODERICK GALDES: Mhux neċessarjament.", "MADAM CHAIR: Ħafna mill-għeneb qed jiġi minn barra.", "RODERICK GALDES: Bħalissa s-settur ma jistax jikkompeti mal-inbid li dieħel minn barra, speċjalment inbid ta' kwalità li jinxtara bi prezz irħis ħafna f'supermarkets.", "Għalhekk jenħtieġ immorru għal xi ħaġa li hemm domanda għaliha, fosthom li jkun hemm inbid organiku u inbid ta' ċerta kwalità relatat mar-reġjun u se ninsistu biex indaħħlu l-marka ta' kwalità fuqu biex tagħtih iktar valur.", "Il-ħsieb tagħna, anke bħala politika tal-argikoltura, hu li mmorru għal niche product u mmorru għal xi ħaġa relatata ma' boutique wineries, biex inti toħloq ukoll heritage trail fil-pajjiż ta' wineries li diġà bdew u kellhom suċċess u jidher li hemmhekk irridu mmorru – m'iniex se nsemmi każijiet partikolari, però tafu li hemm wineries li kellhom suċċess b'dan il-mod – iktar milli mmorru għal xi ħaġa ta' produzzjoni massima – kif niftakru l-wineries il-kbar – li jmorru għal produzzjoni aktar kummerċjali.", "Irridu mmorru għal xi ħaġa li tkun speċifika li tivvalorizza l-prodott tagħna.", "Imma biex il-bdiewa tagħna jmorru għal dak il-qasam, bilfors irid ikollhom il-faċilitajiet ħalli jkunu jistgħu jagħmlu wineries apposta.", "MADAM CHAIR: U l-winery bilfors trid tkun mal-holding ta' fejn hemm id-dwieli?", "RODERICK GALDES: Iva, għax inti trid tkun marbut mat-territorju, inkella ma jkollokx l-iskop partikolari.", "Nistgħu nħarsu pereżempju lejn il-winery li ġiet żviluppata f'Ta' Qali.", "Żgur li 'l hemmhekk irridu mmorru u mhux lejn dak li kellna qabel, li jkollna dik il-massa ta' produzzjoni li, fil-fehma tiegħi, mhijiex qed tikkompeti tajjeb mal-prodotti li hawn fis-suq.", "MADAM CHAIR: U kemm taħseb li l-pajjiż jiflaħ minn dawn?", "RODERICK GALDES: M'aħniex qed naraw li se jkun hemm xi talba qawwija, però il-ħsieb tagħna hu li min se jinvesti f'winery se jinvesti f'xi ħaġa differenti milli għandna bħalissa.", "Bħalissa qed tikber ħafna fis-suq id-domanda għal inbejjed organiċi, m'hemmx biżżejjed supply u Malta tista' tkun ideali għal suq bħal dan.", "TONI BEZZINA: Naqblu li jrid ikollok 20 tomna biex tingħata permess?", "MADAM CHAIR: U tliet ħaddiema fulltime u anke jkun organiku u artiġjanali.", "RODERICK GALDES: Il-konsegwenza li ma mmorrux għal dan li qed jiġi ssuġġerit hija li ħafna bdiewa se jaqilgħu d-dwieli li għandhom għax is-suq mhux se jkampa.", "Kif nafu, riċentement diġà ħadna daqqa qawwija.", "MADAM CHAIR: Mela ħalli niċċaraw il-ħsieb tagħna.", "Intom qed tissuġġerixxu li jekk ikun organiku, artiġjanali, jiġifieri speċifiku għat-territorju u mhux tal-massa....", "RODERICK GALDES Tal-massa diġà huwa catered for.", "MADAM CHAIR: Jien dik hija l-biżgħa tiegħi.", "RODERICK GALDES: Però trid tħalli wkoll li l-eċċess li għandna ta' dwieli, imur għal prodott differenti.", "MADAM CHAIR: U jekk ma jmurx għal prodott differenti mhux se jingħata l-permess għal dawn il-wineries, jiġifieri dan ikun irid iġib feasibility study....", "RODERICK GALDES: Hekk hu.", "Anke r-Rural Development Programme (RDP), il-pjan tagħna tal-agrikoltura min-naħa tal-Unjoni Ewropea, qed jiffinanzja dawn it-tip ta' proġetti biex immorru għal xi ħaġa iktar selettiva u speċifika.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Apparti minn hekk, ma' din hemm ukoll marbut l-employment ta' three fulltime workers.", "MADAM CHAIR: Hekk ikkonvinċejtuni, basta specific, controlled u speċjali, għax mill-bqija ma narax għalfejn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx il-policy tal-bidu, jiġifieri l-1.2.", "Tajjeb ħafna.", "Hawn iktar rimarki?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk ngħaddu għal Policy 3.3: New Buildings for Olive Oil Production.", "Nimmaġina li hawnhekk se noħorġu bl-istess argumenti.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Fhimt sewwa li l-permess tal-winery irid ikun imġedded kull sena?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, kull ma jrid jagħmel dak li jkun hu li jibgħat ir-return tal-impjegati tiegħu lill-awtorità.", "MADAM CHAIR: U kif dan ma jibqax jopera, x'se jiġri minn dak il-building?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Tapplika Policy 1.2, kif għedt qabel.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri appena l-bini jispiċċa jintuża bħala winery, irid jaqa' jew jista' isir change of use tiegħu skont Policy 6?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk tkun xi ħaġa permissibbli bil-policy, tista' tiġi kkunsidrata; m'aħniex se ngħidulu biex iwaqqa' imbagħad nerġgħu nikkunsidraw għax ma jagħmilx sens.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri jekk jien għandi winery, żammejtha għal ħames snin u wara ħames snin niddeċiedi li nżarma, nista' naqlibha għal dwelling għax permissibbli.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, fuq taż-żejt taż-żebbuġa nixtieq ngħid li dan huwa wieħed mill-iktar prodotti li jista' ikun valorizzat.", "Fil-fatt riċentement kellna kok ta' fama internazzjonali li ddeskriva ż-żejt taż-żebbuġa ta' Malta bħala wieħed fost l-aqwa fid-dinja.", "Diġà għandna min qed jinvesti f'dan is-settur u hemm lok li dan ikun wieħed mill-prodotti li aħna nistgħu nagħmlu marketing tiegħu mhux biss għas-suq lokali, imma għal xi forma ta' exports.", "M'aħniex qed naraw li jkun hemm xi kwantitajiet kbar, però il-possibilità qiegħda hemmhekk.", "Allura rridu nagħtu wkoll lill-bdiewa tagħna l-aċċess biex jinvestu f'qasam li jista' jkun vijabbli.", "MADAM CHAIR: Basta jkun artiġjanali mhux nispiċċaw nimpurtaw iż-żebbuġ minn barra biex nagħmlu ż-żejt.", "RODERICK GALDES: Inutli nippromwovu prodotti li għandhom bħalhom l-Italja u forsi jkunu anke orħos minn tagħna.", "Irridu mmorru għal xi ħaġa li hija tagħna.", "MADAM CHAIR: Għalhekk jien dejjem ninsisti għal dak li jkun artiġjanali.", "Il-mass production ma tgħoddx għalina għax ma nistgħux nikkompetu, imma xi ħaġa artiġjanali, aħna nistgħu neċċellaw fiha.", "Nistgħu ngħaddu għal Policy 3.4: New Buildings for Bee Keeping and Honey Production.", "Jien naħseb li din hija niċċa oħra li wieħed għandu jinkoraġġixxi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Irrid ngħid li napprezza li hawnhekk naqas in-numru ta' bee colonies u sar aktar reali għax fil-bidu kienet li jrid ikollok 150 registered bee colonies.", "Mir-riċerka li għamilna aħna, wieħed biss forsi hawn li għandu 150 registered bee colonies u allura kienet tkun policy.…", "MADAM CHAIR: Ngħaddu għal Policy 4.2: Farm Diversification, New Farm Retail Outlets.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES: L-idea tagħna hi li mmorru għal prodotti u esperjenza ġdida anke għat-turisti stess.", "Ejjew ma ninsewx li aħna għandna 1.5 miljun turist li jiġu hawn Malta kull sena u li jridu jduqu jew ikollhom esperjenza ta' xi ħaġa li jipproduċi l-bidwi u r-raħħal Malti.", "Pereżempju, din il-ġimgħa għadna kemm nedejna r-regolamenti tal-ġbejna.", "Il-ġbejna qegħdin nagħmlu marketing tagħha bħala prodott ta' oriġini Maltija u li huwa tagħna.", "Il-ġbejna hija fost l-aktar prodotti li tinbigħ mill-farms tagħna, partikolarment f'Għawdex u allura hemm potenzjal biex din tista'....", "MADAM CHAIR: Mela la tinbigħ dirett mill-farm holding innifsu għalfejn se nagħtu permessi ġodda għal new retail shops?", "RODERICK GALDES: Waħda mill-affarijiet li qed tinsisti fuqha l-Unjoni Ewropea u għalhekk daħħalna dawn ir-regolamenti, hi li fil-każ tal-ġbejna jiddaħħlu ċerti miżuri biex ovvjament jinżammu r-regolamenti dwar is-saħħa sabiex ma jkunx hemm tixrid tad-deni rqiq.", "MADAM CHAIR: Minn fejn tinbiegħ, jew minn fejn tintgħamel?", "RODERICK GALDES: Mit-tnejn; irid ovvjament ikollok area fejn ikun hemm il-preparazzjoni.", "MADAM CHAIR: Imma ma tistax tkun parti mill-farm din?", "RODERICK GALDES: Dawn qed isiru wkoll, però imbagħad jagħmel sens li inti jkollok ix-showcase tal-produtturi li jridu jinvestu.", "MADAM CHAIR: Imma hemm għalfejn ikun hemm aktar bini?", "RODERICK GALDES: Il-bini se jkun ġol-farm stess.", "RODERICK GALDES: L-idea tagħna hi li l-bdiewa u r-raħħala jkollhom ix-showcase tagħhom ta' dak li qed jipproduċu.", "Jekk qed ngħidu \"construction\" allura qed tibni xi ħaġa ġdida.", "Almenu jien hekk nifhimha.", "Jekk inti diġà għandek il-bini u għandek open space ta' farm tradizzjonali u se tibni aktar, mhux neċessarjament se tissalvagwardja l-karattru tal-farm.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed nitkellmu fuq 15m2.", "RODERICK GALDES: Il-countryside tagħna hija simili ħafna għal dik ta' Sqallija.", "MADAM CHAIR: Imma aħna ħafna iżgħar.", "RODERICK GALDES: Jekk tmur Chiaramonte Gulfi issib li dan huwa post li għandhom trail qawwija ta' nies li jbigħu ż-żejt taż-żebbuġa.", "MADAM CHAIR: Jien m'għandix problema ma' dak.", "RODERICK GALDES: Issa jew se mmorru għal xi ħaġa fuq il-post li inti qed tagħmel marketing għat-turisti, jew inkella....", "MADAM CHAIR: Imma inti qed tipparaguna d-daqs ta' Sqallija maċ-ċkejkna Malta.", "Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni dwar din tal-bejgħ tal-prodott Malti, anzi naħseb li għandna naqbdu dik it-triq, imma biex immorru f'dik it-triq ma rridux nirvinaw dawk il-farm holdings li diġà għandna billi nkomplu nibnu ġo fihom.", "RODERICK GALDES: Imma mhux hekk qed ngħidu.", "Dawn se jkunu strutturi żgħar.", "MADAM CHAIR: Din kulħadd jaqbel magħha li nagħmluha, imma importanti li jibqgħu strutturi żgħar mhux imbagħad nibdew nibnu…", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Però hemm ukoll ħafna limitations, fosthom it-ten consolidated tumoli.", "Hemm imbagħad li jrid ikollok aċċess dirett fuq it-triq biex allura ma toħloqx passaġġi ġodda.", "MADAM CHAIR: Aċċess dirett fuq it-triq se tillimita ħafna farms li qegħdin....", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: Imma ma tistax toħloq x'imkien...", "MADAM CHAIR: I get your point and it is a valid point, imma ċerti nies li jiġu għall-esperjenza, jippreferu jaslu ġo farm għand Alla u ommu – kif ngħidu bil-Malti – għax hija esperjenza ta' farm holding vera, milli waħda fuq it-triq.", "Għalhekk trid tara fejn se tagħmilhom.", "IS-SUR SHARLOT CAMILLERI: L-idea kienet li ma noħolqux passaġġi ġodda fl-għelieqi, jiġifieri ridna nħallu dik bħala safeguard.", "Barra minn hekk, biex inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Galdes, l-idea hi li nqassru s-supply chain, jiġifieri lill-bdiewa nagħtuhom il-faċilità li jbigħu huma dirett mill-post u anke jiddiversifikaw fil-prodotti.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri aħna qed ngħidu li jekk għandek għaxar tomniet jagħtik sa 30m2 u l-15m2 huma addizzjonali għat-30m2.", "Se tagħtu wkoll ċans li jsir parking.", "Għandkom f'moħħkom kemm se tagħtu bħala ammont ta' spazju għall-parking?", "MADAM CHAIR: Għax ara kemm se tittieħed art minħabba f'hekk!", "Għandek għalqa li minflok se tagħmilha bil-patata jew whatever, se tkun ħamrija mballta.", "Aħna qed nagħmlu l-kummenti tagħna u se nisimgħu ukoll x'għandhom xi jgħidu l-NGOs, imbagħad sta għalikom li tiddeċiedu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Tal-parking nistgħu nneħħuha.", "MADAM CHAIR: Jien hekk naħseb ukoll.", "Jekk hemm diġà aċċess dirett għat-triq?!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-importanti għalina hu li Transport Malta jgħidu li huwa safe li wieħed jista' jipparkja mal-ġenb.", "MADAM CHAIR: If anything jipparkjaw 'il bogħod u jiġu bil-mixi.", "U jekk hemm farm li qiegħed iktar fid-diżabitat imma jista' jkun hemm aċċess għalih bir-riġel, dan ma jistax ikollu l-istess faċilità li ġol-farm tiegħu jbigħ?", "Mhux li bilfors jibni kamra, imma li jkun jista' jbigħ.", "Mela jekk kif qegħdin tgħiduli, l-liġi llum tgħid li dan jista' jbigħ, għalfejn ħassejtu l-bżonn li tagħtu l-permess li tinbena kamra oħra?", "(Interruzzjonijiet) Ma tistgħux tirregolawha xorta jekk diġà jistgħu jbigħu?", "Qed nagħmilha tal-avukat tax-xitan ħalli nagħmlu l-aħjar ħaġa għar-raħħala, imma bl-inqas impatt fuq l-ambjent.", "Dak huwa l-għan tiegħi mhux biex nagħmlu l-ħajja diffiċli.", "Jekk dan diġà qed isir, nistgħu nirregolawh mingħajr ma jkollna iktar bini?", "Għax se jkollna 30m2 biex nibdew, imbagħad inżidu 15m2 oħra.", "Qed ngħid hekk biex insibu l-bilanċ.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Dak kien l-għan tagħna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawn ħafna minnhom huma fiż-żoni, pereżempju tat-triq li tieħu għall-Imġarr.", "Ħafna minnhom ikunu bil-vann u min jipparkja 'l hemm u min jipparkja 'l hawn.", "Hekk almenu qed jiġu regolarizzati.", "MADAM CHAIR: Imma dawk tal-vann se jibqgħu, m'hawn imkien li se nneħħuhom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma dawn li jbigħu huma l-prodotti tagħhom.", "Mela almenu qed nipprovdulhom faċilità li anke jekk għamlet ix-xita, dawn ikollhom post minn fejn ibigħu.", "MADAM CHAIR: Aħna rridu li huma jkunu jistgħu jbigħu l-prodott tagħhom, imma l-punt hu fejn se taqta' linja.", "TONI BEZZINA: Naħseb li dak li qed jgħidlek l-Onor.", "Buhagiar hu li jekk jien għandi diġà farm u biċċa minnu se nużah bħala retail, hemm għalfejn napplika għal change of use, jew inkella awtomatikament biċċa minnu....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Trid tapplika għal change of use; m'aħniex qed ngħidu li qed tiġi eżentat mill-permess.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Il-policy ta' wara tidħol f'din taċ-change of use.", "MADAM CHAIR: Jiena ċ-change of use ma jdejjaqni xejn, jiena bini ġdid idejjaqni.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Però l-ammont ta' 15m2 hu żgħir ħafna meta tqis li jrid ikollok għaxar tomniet consolidated land.", "RYAN CALLUS: Imma dak fil-każ ta' arable farming għax imbagħad hemm il-livestock farming.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Il-livestock farming jistgħu jagħmluh ġol-curtilage, jiġifieri jkollok il-ħajt tal-farm.", "Meta tgħoddhom kollha f'daqqa tirrealizza li se nieħdu ammont kbir ta' art.", "On a case-by-case basis it's completely justified u nifhimhom 100%, imma if we can come to the same result mingħajr ma nibnu ħafna iktar, ikun aħjar għal kulħadd.", "Malta lanqas se tibqa' mfittxija għal dawn l-affarijiet jekk lanqas biss jibqa' raba'!", "Tridu taraw il-collective result.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-policy għalhekk qiegħda ddisinjata kif inhi ddisinjata u għalhekk imbagħad se jsir l-SEA fuqu biex jekk xi ħaġa tiġi flagged li se jkun hemm impatt....", "MADAM CHAIR: Isserħilna rasna dwar dan?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak huwa xogħol l-SEA.", "Imbagħad il-Gvern irid jieħu deċiżjoni dwar x'se jagħmel b'dak l-istudju; jista' jibqa' għaddej għax qed jieħu deċiżjoni konxja jew inkella jista' jgħid li jrid jirrevedi fuq dik.", "MADAM CHAIR: Għax quddiemna aħna m'għandna l-ebda studju as such dwar x'inhu l-projection u x'se jkun ir-riżultat.", "Issa jekk intom tgħidulna li se timxu kif suppost u bl-SEA u b'kollox, imbagħad ħaġa oħra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna obbligati li nagħmlu dawn l-affarijiet.", "RODERICK GALDES: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq fully-fledged farmers li għandhom diġà qafas u infrastruttura biex jaħdmu.", "M'aħniex qed ngħidu li kull min għandu tomna art se jagħmel retail, jiġifieri ma npinġuhiex daqshekk ħażina s-sitwazzjoni.", "Però wieħed irid jifhem ukoll li dawn iridu jaħdmu f'ODZ, ma jistgħux jaħdmu f'post ieħor.", "Jekk ma jsirx fl-ODZ fejn tridhom jagħmlu dan ix-xogħol jew investiment?", "MADAM CHAIR: Imma jekk diġà jeżisti farm holding u għandu minn fejn ibigħ, għalfejn għandu bilfors jibni 15m2?", "Jekk m'għandux biżżejjed tagħtih, imma jekk diġà għandu?!", "RODERICK GALDES: Jeżistu każijiet fejn persuna tkun trid tagħmel display area ta' ċerti prodotti, bħal pereżempju l-ħalib.", "MADAM CHAIR: Case-by-case basis u lil min hu ġenwin agħtuh, però mhux blanket policy.", "RODERICK GALDES: Aħna hekk qegħdin ngħidu.", "TONI BEZZINA: Kif se nserrħu rasna li dan il-post verament se jintuża għar-retail.", "Irid jippreżenta xi liċenzja?", "MADAM CHAIR: Għax dan jista' jżid 15m2 imbagħad ma jużahx għar-retail.", "RODERICK GALDES: Bħal kull żvilupp ieħor, jekk l-awtorità ikollha rapporti li qed jintuża ħażin, se tieħu passi mill-ewwel u hemm l-infurzar.", "L-istess ħaġa ġara meta saru żviluppi li ma ntużawx għall-iskop li suppost kienu saru.", "U l-istess ħaġa dawn; jekk ikun hemm rapport li qed jintuża ħażin, se tidħol l-awtorità bl-enforcement.", "MADAM CHAIR: Aħna napprezzaw ħafna l-punt tiegħek, imma l-problema dejjem tkun li once li jkunu nbnew, inbnew.", "TONI BEZZINA: U anke biex tidentifikahom, tkun problema.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri wieħed irid joqgħod mhux b'seba' mitt għajn biss imma b'aktar, għax ir-riżultat kollettiv ta' dawn il-policies kollha jien għadni ma nistax nimmaġina x'se jkun.", "One has to be very careful and selective biex jagħti dawn it-tip ta' permessi lill-individwu u għandhom jingħataw biss lill-individwu li veru għandu f'moħħu li jagħmel dan it-tip ta' negozju u żvilupp.", "TONI BEZZINA: Fuq li l-15m2 jintużaw għar-retail, se nagħmluha fil-policy?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-problema hi li ma nafx kif nistgħu ndaħħluha.", "TONI BEZZINA: Pereżempju, bħalma fil-każ tal-wineries hemm li jrid ikollhom tliet ħaddiema, dawn iridu japplikaw għal liċenzja jekk se jagħmlu ħanut.", "Forsi tistgħu tagħmluha li jippreżenta l-liċenzja.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, nistgħu.", "Aħna nnaqqsu l-burokrazija rridu.", "Jiġifieri jekk dawn iridu jħallsu iktar liċenzji u ħafna kummiedji minn dawn, bir-rispett kollu it's going to backfire big time għax il-gabbillott mhux se joqgħod jidħol f'dan ix-xogħol kollu.", "Jien għalhekk qed nagħmel il-punt tiegħi hawnhekk biex min għandu bżonn veru spazju għar-retail, ikollu.", "Kemm ħsibt li se jaqla' mill-ġbejniet?", "(Interruzzjonijiet) Onor. Galdes, jien is-Siġġiewi naħdem u naf.", "RODERICK GALDES: Nassigurak li huwa l-iktar settur vijabbli li hawn bħalissa.", "MADAM CHAIR: Imma min ikun ċkejken ma tridx toqgħod tgħabbih b'liċenzji u ħafna spejjeż żejda, għax inkella taqtagħlu qalbu qabel ma jibda.", "MICHAEL FALZON: Fuq 15m2 żgur li ma tistax tagħmillu xi kundizzjoni li jkollu tliet impjegati.", "MADAM CHAIR: Mhux għalhekk!", "L-espert qed jgħidilna li direct sales diġà huma permissibbli, m'hemmx liċenzji u m'hemmx affarijiet żejda, nissimplifikaw l-affarijiet.", "Aħna li jinteressana hu l-impatt fuq l-ambjent rurali u agrikolu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm każ partikolari int u nieżel in-niżla ta' Marsalforn li kulħadd jaf bih.", "60 sena ilu il-mara li kienet il-bidwija bdiet dan l-imbierek outlet u llum huwa wieħed mill-ikbar imprendituri u għandu 'l fuq minn 200 tomna.", "MADAM CHAIR: Il-punt tiegħi hu li min għadu se jibda ma ngħabbuhx b'liċenzji u b'burokrazija żejda biex jibda jekk qed nippruvaw ninkoraġixxu lill-bidwi jbigħ il-prodott tiegħu b'mod dirett.", "RODERICK GALDES: Nassigurak li l-bdiewa m'għandhom l-ebda interess li jispekulaw fuq l-art tagħhom għax huma għandhom bżonn dak l-ambjent biex ikunu jistgħu jbigħu l-prodott.", "MADAM CHAIR: M'għandix dubju dwar dan għal dak li jirrigwarda l-bdiewa ġenwini.", "RODERICK GALDES: Barra minn hekk, jekk ikun hemm spekulazzjoni, nassigurak li hemm iċ-checks and balances neċessarji biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "Ikun żball li bidwi jispekula mill-oġġett li għandu biex jaħdem bih.", "Ngħaddu għal Policy 4.3A: Conversions to Visitor Attractions", "Jien dwar conversions m'għandix problema.", "CHARLES BUHAGIAR: Jista' dak li jkun ikollu l-għelieqi u jagħmel garden centre b'din il-policy?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jekk inti għandek sa 50m2 tista' tagħmel farm retail fiha.", "Jekk għandek between 50m2 and 150m2 tista' tagħmel farm retail and exhibition educational space imbagħad over 150m2 taqleb għal agro-tourism.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri ma tistax tuża din il-policy jekk ikollok għaxar tomniet raba' b'xi greenhouse u razzett fin-nofs u trid tikkonvertihom f'garden centre.", "Dik tista' ssir b'Policy 6.2 li għad irridu niġu għaliha.", "TONI BEZZINA: Cooking ikun permess fihom?", "Jiġifieri tista' tagħmel ftit tasting fil-post imma mhux issajjar.", "RYAN CALLUS: Biex nibqgħu fuq l-istess argument, allura f'Policy 4.2 huwa permissibbli cooking on site.", "MADAM CHAIR: Mela fuq Policy 4.3B naqblu.", "Ngħaddu għal Policy 4.4: Agro-tourism Accommodation.", "RODERICK GALDES: Kif tafu, matul is-snin dejjem iddiskutejna – kemm dan il-Gvern kif ukoll dak preċedenti – li għandu jkollna xi forma ta' agro-tourism policy f'pajjiżna.", "Meta ġejna biex niddraftjaw din il-policy – u tajna s-sehem tagħna bħala Segretarjat – ħassejna li kellna nkunu konservattivi ħafna, fis-sens li ma ridniex li b'agro-tourism inkunu qed infissru li nagħtu permess lil kull min irid jagħmel lukanda fil-kampanja.", "Allura rajna l-possibilità kif jista' jiġi żviluppat agro-tourism taħt tliet binarji, waħda minnhom hija li dak li jkun irid juża xi farm abbandunat kif hemm tal-majjali fejn għandna madwar 30 minnhom li żarmaw, u b'hekk ikunu jistgħu jsibu xi forma ta' użu għalihom.", "MADAM THE CHAIR: Imma mhux ġdid.", "RODERICK GALDES: Le, biex tagħmel xi ħaġa ġdida jrid ikollok 60 tomna consolidated, li mhumiex ftit.", "Fil-fatt kulma hawn bdiewa li għandhom 60 tomna consolidated, huma sitta biss.", "Binarju ieħor huwa li dak li jkun jirrestawra post antik li ikun abbandunat.", "Barra minn hekk daħħalna provisos bħal li jrid ikun hemm l-infrastruttura meħtieġa.", "Dan għamilnih sabiex nagħtu lok għal ċerti binjiet li jkunu jistgħu jintużaw.", "Pereżempju, case in point, dan l-aħħar il-Gvern ħareġ sejħa ta' interess fuq bini partikolari fl-Imġarr li jista' jiġi żviluppat f'dak is-sens.", "Dan huwa bini li għandu valur storiku, jinsab mitluq u jista' jiġi konvertit fi proġett ta' agro-tourism.", "Jiġifieri għandna xi forma ta' binjiet li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop u l-idea tagħna kienet li nużaw il-bini eżistenti.", "Jien m'iniex qed nara li se jkun hawn xi ammonti kbar ta' proposti għal new agro-tourism complexes għax il-policy ma tantx tagħtik minħabba l-ammont ta' art li hemm bżonn, però l-policy qed tagħti lok lill-bidwi per se, li jekk hu ma jistax jiżviluppa waħdu għax m'għandux il-mezzi finanzjarji, sabiex jidħol f'partnership billi jżewweġ ix-xogħol tiegħu ma' xi ħadd li jkun jista' jgħinu kummerċjalment u anke fl-aspett ta' turiżmu għax il-bidwi ma jistax jagħmel kollox waħdu; huwa jieħu ħsieb l-għalqa u t-tkabbir tal-prodotti tiegħu mbagħad isib sostenn sabiex isir il-proġett.", "Jien naħseb li din hija fost l-iktar policies konservattivi li stajna mmorru għaliha.", "Fil-preżent m'għandna xejn u diġà kellna min ħa xi forma ta' permess għall-agro-tourism, imma issa qed niddefinixxuh u qed ngħidu li għandu jkun proġett li jkun vijabbli bl-inqas ħsara fuq l-ambjent.", "MADAM CHAIR: Fil-fehma tiegħi naħseb li dawk il-binjiet – kemm antiki kif ukoll mhumiex – li jistgħu jintużaw għal dan l-għan għandna niffaċilitawlhom il-proċess u ma nħallulhom l-ebda burokrazija biex ikunu jistgħu jintużaw għal dan l-għan, però illi nagħtu lok għal żviluppi ġodda, anke jekk dak li jkun irid ikollu 60 tomna, meta lanqas biss nafu l-cumulative effect ta' dawn il-policies kollha li aħna qegħdin nintroduċu… Fil-fehma tiegħi, jekk hemm diġà bini eżistenti li jista' jintuża għal dawn l-għanijiet ejjew neżawrixxuh – jinbiegħ, jinxtara, jibdel l-idejn, isir change of use, isir consortium jew għaqda ta' ħbieb jew ta' negozju, whatever – imbagħad nikkunsidraw li jkun hemm bini ieħor, apparti minn dak diġà eżistenti, li it will pepper l-ambjent tagħna.", "Galdes qed jgħid li ftit huma dawk li għandhom 60 tomna, imma hu stess qed jgħid li jista' jkun hemm ħafna individwi li jikkonglomeraw.", "Immaġina jekk għal kull 60 tomna, apparti minn dak li diġà jeżisti, nerġgħu nibnu.", "Jien nixtieqkom li ddawru l-ħsieb tagħkom lejn dik in-naħa.", "Aħna mija fil-mija favur l-agro-tourism u lkoll naqblu li hawn ħafna binjiet li jistgħu jintużaw għal dak l-għan u li dawn għandhom jingħataw kull tip ta' għajnuna biex dawn jinbidlu f'dan it-tip ta' negozju li jista' jġib forma ta' turiżmu li tant għandu bżonn il-pajjiż, imma li issa ngħaddu policy oħra li għal kull 60 tomna, ġiet minn fejn ġiet, se jkun hemm binja oħra… Jien ma nafx il-prodott aħħari \"Malta\" x'se jkun ifisser.", "Kif tafu intom, min imur f'pajjiż għall-agro-tourism jkun jixtieq ikun f'post li jekk jista' jkun, x'ħin iħares mit-tieqa 'l barra, ma jarax bini.", "F'Malta, u issa anke kważi f'Għawdex, ma baqax post fejn tista' tmur u li fih ma tarax bini.", "Immaġinaw jekk din il-policy timmaterjalizza, x'se tkun tfisser.", "Jien naħseb li jekk isir hekk, il-prodott aħħari Malti mhux se jkun dak li aħna nixtiequ.", "Nerġa' nagħmilha ċara li kull bini li jista' jiġi wżat b'dan il-mod, jew fejn diġà hemm bini eżistenti li qed jintuża b'dan il-mod u mhuwiex regolat, ejjew nagħtu l-għajnuna tagħna ħalli dak li jkun jagħti servizz u jagħti wkoll spinta 'l quddiem lil dan is-settur, imma fejn jidħol bini ġdid, jien nissuġġerixxi li naħsbuha darbtejn.", "RODERICK GALDES: Però wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li f'din il-policy, minkejja li qed tgħid li dak li jkun irid ikollu 60 tomna, hemm ukoll ċerti provisos, bħal li jridu jkunu 60 tomna li mhumiex ta' ħsara għall-ambjent....", "MADAM CHAIR: X'tifhem biha \"mhumiex ta' ħsara għall-ambjent\"?", "RODERICK GALDES: Jiġifieri li ma jkunux ġo area skedata.", "Imma jekk aħna se ngħidu le għal kollox....", "MADAM CHAIR: Aħna m'aħniex qed ngħidu le għal kollox, anzi qed ngħidlek iva għal kollox u le għal ħaġa waħda biss!", "RODERICK GALDES: Imma trid tagħti opportunità lil min fil-pajjiż għandu proġett tajjeb li jista' jrendi mhux biss valur miżjud għall-ekonomija....", "MADAM CHAIR: Mela take it at face value meta tiġi quddiemek u agħtih permess.", "Imma mhux tagħmilha li kull min għandu 60 tomna jew jista' jgħaqqad 60 tomna, tagħtih permess!", "RODERICK GALDES: Nassigurak li huma ftit ħafna l-bdiewa li għandhom 60 tomna.", "MADAM CHAIR: Imma jistgħu jgħaqqdu l-holdings tagħhom.", "RODERICK GALDES: Iva, u dak hu l-kunċett, li jrid ikun hemm iktar għaqda għax 'l hemm irridu nmorru.", "Inutli jkollok ħafna mill-kampanja tagħna mitluqa għaliex il-farmers qed jitilqu mix-xogħol u allura m'hemmx min jaħdimha.", "MADAM CHAIR: Imma din m'intix se ssolviha billi tagħmel dan.", "RODERICK GALDES: Imma jekk għandna nies li lesti li jinvestu, kif kien hawn min diġà għamel, fi proġett sostenibbli – issemma każ partikolari f'Għawdex – ma tagħtihomx iċ-ċans jinvestu?", "Jekk irridu nitkellmu fuq l-impatt, irridu ngħidu li l-akbar impatt sar bir-rationalisation mhux b'dawn l-affarijiet!", "MADAM CHAIR: U xbajna nikkundannawh għax hija ħaġa ħażina!", "RODERICK GALDES: Imma jekk immorru għal skop residenzjali mod, u biex nippromwovu l-valur miżjud ta' pajjiżna, mod ieħor!", "Daqskemm tajna għal lukandi!", "MADAM CHAIR: Onor. Galdes, ir-rationalisation hemm għadha u two wrongs don't make a right.", "Jien hawnhekk I have to acknowledge the fact – u kemm-il darba semmejtu – li l-ħsara li saret fis-snin li għaddew hija kbira, imma ma tiġġustifika bl-ebda mod li aħna nkomplu nagħmlu iktar ħsara lill-ambjent!", "Ir-rationalisation se nirriversjawha lura?", "Le, ir-rationalisation għadha hemm u dak li għadu ma nbeniex, f'ħin jew ieħor se jinbena.", "Ġib quddiem għajnejk issa x'se jifdal wara li dak kollu li kien ġie razzjonalizzat mill-Gvern Nazzjonalista jinbena u nkomplu nibnu aħna wkoll kull biċċa li baqa'.", "Dik ġib quddiem għajnejk!", "Kif se tidher Malta meta dan kollu jimmaterjalizza?", "Aħna m'aħniex qed ngħidu biex ma jsirx agro-tourism, anzi qed ngħidu li għandna ninkoraġġuh.", "Hemm ħafna bini eżistenti u hemm fejn jista' jsir congolmeration u landscaping ta' art li jista' jintuża għal dan il-għan mingħajr ma nirvinaw dak li baqgħalna fil-pajjiż.", "Dik hija l-opinjoni tiegħi.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, nassigurak li l-policy mhijiex qiegħda f'dak is-sens u anke l-mod kif se titħaddem ma jistax isir dak li qed tgħid inti.", "MADAM CHAIR: Għaliex le?", "RODERICK GALDES: Għax b'dak id-daqs huwa mpossibbli li tagħmel dak it-tip ta' żvilupp.", "Jekk tara kull proġett li se jiġi rreġistrat f'60 tomna ma ssibx daqstant artijiet biex tagħmel dak l-iżvilupp.", "MADAM CHAIR: Inti stess qed tgħid li tista' tgħaqqad l-artijiet!", "RODERICK GALDES: Imma l-artijiet xorta se jkunu rreġistrati ma' proġett wieħed.", "MADAM CHAIR: Il-fatt jibqa' li għal kull 60 tomna se jkollna building.", "RODERICK GALDES: Le, mhux hekk qed ngħidu.", "MADAM CHAIR: Imma hemm il-potenzjal li jkun hekk.", "RODERICK GALDES: Imma potenzjal żgħir.", "MADAM CHAIR: Imma xorta jeżisti.", "RODERICK GALDES: Inti taħseb li huwa faċli li tgħaqqad lill-bdiewa daqshekk malajr?", "Għadek ma tafx kemm huma konservattivi biex jaslu flimkien!", "TONI BEZZINA: Is-60 tomna jridu jkunu flimkien?", "MADAM CHAIR: Iva, jridu jkunu flimkien.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Il-vantaġġ ta' din hija li bl-agro-tourism se tikkonsolida l-art mhux se tiffragmentaha.", "Jien m'għandi l-ebda problema li fejn jeżisti bini li jista' jintuża għal dan l-għan ngħinuhom u jekk dak il-bini jkollu bżonn ta' estenzjoni żgħira skond dak li ftehemna hawnhekk, nikkonċeduh, imma almenu nibqgħu b'dak il-bini diġà eżistenti mhux nispiċċaw li kull fejn għandna 60 tomna li nistgħu ngħaqqduhom – u believe me ma tistax tgħid safejn naslu – se jkollna bini ieħor fil-kampanja.", "Jien sempliċement qed nagħmel dan l-appell, wara kollox intom se tkunu qegħdin tiddeċiedu.", "Nerġa' ngħid li l-pożizzjoni tiegħi bħala Chair ta' dan il-Kumitat hija li huwa mportanti li nkunu kawti ħafna li nżidu dak il-bini kollu f'areas ODZ u f'areas rurali.", "Jekk aħna qed inbigħu lil pajjiżna bħala destinazzjoni fejn tmur għal agro-tourism ma jkun jagħmel l-ebda sens li wieħed imur għal din l-esperjenza meta kull fejn iħares jara bini.", "Aħna ma nistgħux nipparagunaw irwieħna ma' pajjiżi oħra minħabba ċ-ċokon tagħna.", "Ejjew nagħmlu agro-tourism b'esperjenza differenti u partikolari tagħna u nikkonċentraw biex inġibu lis-settur 'il quddiem b'dik l-ispeċjalizzazzjoni mhux li nibnu kull ma baqgħalna.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri jekk jien napplika għall-agro-tourism, għal kull 60 tomna tagħtini spazju ta' 400 metru, jew nista' napplika darba u rrid nieqaf?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk inti l-istess applikant, darba tista' tapplika.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri ma nistax insib partner…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dażgur li le!", "TONI BEZZINA: Lili li jinkwetani hu li min għandu razzett tal-majjal – li nafu li għaddejjin minn sitwazzjoni diffiċli –....", "MADAM CHAIR: Jalla jużawh ir-razzett tal-majjal.", "Aħjar milli ntellgħu aktar bini!", "TONI BEZZINA: Imma mbagħad nispiċċaw ngħalqu l-irziezet tal-majjali biex ninvestu fl-agro-tourism?", "MADAM CHAIR: Li hemm, jien irridu jintuża.", "Hawn ħafna rziezet tal-majjali li minħabba li sfortunatament fil-leġiżlatura l-oħra nqerdet l-industrija tal-majjali spiċċaw mitluqa u jridu jintużaw.", "Imma niefqu hemm, mhux inkomplu nibnu!", "Anzi għandna ngħinu lil dawn li għandhom l-irziezet tal-majjali ħalli jużawhom, imma mhux nibni iktar!", "MICHAEL FALZON: Hemm ukoll il-kundizzjoni li wieħed irid ikun ilu jopera ħames snin qabel jagħmel l-applikazzjoni.", "MADAM CHAIR: Imma jekk se jinħolqu ġodda.", "MICHAEL FALZON: Xorta waħda.", "MADAM CHAIR: Inti qed tgħid li biex tieħu l-permess trid tkun ilek topera fil-agro-tourism għal ħames snin?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bħala farmer.", "MADAM CHAIR: Imma xorta ma tkunx għadek bdejt topera fl-agro-tourism.", "Ejjew inkunu oġġettivi.", "RODERICK GALDES: Il-ħsieb tal-policy hu li nidderiegu dak l-iżvilupp fil-farms eżistenti mhux fil-farms il-ġodda.", "MADAM CHAIR: Fejn hemm farms tal-majjali jew ta' xi ħaġa oħra li issa m'għadhomx joperaw, naqbel mija fil-mija, anzi naħseb li għandkom tgħinuhom b'mod dirett u tneħħulhom il-burokrazija ħalli jikkonvertu u jmorru f'din il-linja, imma mhux nippruvaw noħolqu kullimkien binjiet, li għalkemm qed tgħidu li diffiċli biex issir għax irid ikun hemm 60 tomna, xorta qed tagħtu permess biex issir!", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jien naħseb li jagħmel sens li għandek binjiet li kienu farms u li issa m'għadhomx jintużaw li jintużaw għal skop ieħor milli nħalluhom eyesore kif inhuma, però fejn m'iniex qed nara salvagwardji huwa fis-sens li f'daqqa waħda dawn l-irziezet se jkollhom potenzjal ġdid.", "MADAM CHAIR: Mhux aħjar milli nħalluhom hemmhekk jaqgħu?!", "RYAN CALLUS: Jien m'iniex qed nirriferi għal dawk imma għal dawk li sal-lum għadhom qed joperaw.", "MADAM CHAIR: Hija affari tagħhom jekk iridu jagħmlu change of use.", "RYAN CALLUS: X'salvagwardji se nagħmlu biex min qed jopera bħalissa u qed jagħti l-kontribut tiegħu fis-settur tal-majjali, b'din il-policy....", "MADAM CHAIR: It's a free market, jiddeċiedu huma!", "RYAN CALLUS: B'din il-policy se nwasslu sabiex min għadu fis-settur tal-majjali, li huwa settur diġà batut, iħalli dak is-settur u jmur fl-agro-tourism.", "MADAM CHAIR: Jekk jirrendilu aktar u jmur aħjar, affari tiegħu.", "RODERICK GALDES: Onor. Callus, imma ejjew naraw minn fejn tlaqna.", "Meta dħalna fl-Unjoni Ewropa lil dawn il-farmers konna għednilhom li l-laħam tagħna mhu se jikkompeti ħadd miegħu u se nibqgħu għaddejjin.", "Meta mbagħad dħalna fl-Ewropa kien hemm ħames snin fejn stajna napplikaw is-safeguard clause biex f'każ ta' diżastru f'dan is-settur nkunu nistgħu nagħfsu l-buttuna u nwaqqfu l-importazzjoni.", "Minflok ma sar hekk, ħallejna l-importazzjoni għaddejja u dawn qalgħu daqqa tant li kien hemm ħafna mill-farmers li lanqas kienu jafu x'se jagħmlu bl-irziezet tagħhom.", "Dan huwa s-settur li writtna aħna u bħalissa qed nippruvaw inqajmuh fuq tiegħu u qed inħeġġuhom sabiex jiddiverisifikaw.", "Jekk m'aħniex se nagħtuhom iċ-ċans sabiex jiddeversifikaw, xorta waħda se jmutu.", "Aħna qegħdin ngħidulhom sabiex jiddiversifikaw fi prodotti oħrajn jew inkella jaraw kif jimmassimizzaw il-potenzjal li għandhom.", "Din tal-majjal jien ma narahiex problema għall-fatt li bħala farms huma l-aktar li jinkwinaw lill-ambjent u allura jagħmel sens li tikkontrolla permezz ta' żviluppi oħrajn li jkunu aktar ambjentalment nodfa.", "Aħna nafu safejn jista' jwassal is-suq u nafu li hemm numru ta' farmers li mhumiex qed ikampaw għax sejrin ħażin u hemm oħrajn li sejrin tajjeb u żgur li dawn m'għandhomx l-interess li jitilqu s-settur tagħhom, però nerġa' ngħid li s-suq jirregola lilu nnifsu.", "Irridu naraw il-kuntest ta' suq Ewropew li dħalna fih u rridu nagħtu xi forma ta' alternattiva lil dawn in-nies sabiex ikunu jistgħu jiddiversifikaw.", "MADAM CHAIR: Jien nappellalkom sabiex tikkunsidraw dawn il-punti li ġew imqajma hawnhekk, però ovvjament id-deċiżjonijiet finalment teħduhom intom; aħna għamilna s-suġġerimenti tagħna.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Fil-każ ta' new building jissemmew l-400 metru kwadru, però ma jissemmiex kemm-il sular wieħed jista' jibni.", "MADAM CHAIR: One storey u basement.", "RYAN CALLUS: Minn fejn toħroġ?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Aħna ma nixtiequx nillimitaw 400 metru kwadru fuq sular wieħed.", "RYAN CALLUS: Mela fuq tnejn?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Mhux bilfors fuq tnejn lanqas; jista' jkollok blocks fuq xulxin.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri għalik huwa aċċettabbli li jkollok żvilupp fl-ODZ ta' tliet sulari?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Ovvju li le!", "RYAN CALLUS: Però fil-policy m'hawn imkien li ma jistax ikollok binja ta' aktar minn żewġ sulari fl-ODZ.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: U m'għandhiex tkun hemm.", "MADAM CHAIR: Jekk pereżempju għandek post fejn kien hemm barriera u se tagħmlu agro-tourism.… Hemm min għandu żvilupp sħiħ ġo barriera.", "Mur is-Siġġiewi u ara.", "RYAN CALLUS: Imma allura nniżżlu \"f'siti bħal barrieri\".", "MADAM CHAIR: Jekk tħossu li aħjar titniżżel allura nissuġġerixxu li titniżżel.", "RYAN CALLUS: B'din il-policy hawn xi ħadd li jista' jwaqqafni jekk jien napplika għal binja ta' tliet sulari?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Dażgur li tista' tapplika.", "Tista' tapplika kemm trid, imma ma tgħaddilekx!", "RYAN CALLUS: Fejn qiegħda mniżżla fil-policy li ma tgħaddilix?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ejjew niftgħu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Bil-policies li għandna llum, kemm-il lukanda ta' erba' jew ħames sulari tajna ġol-ODZ?", "MADAM CHAIR: Allaħares immorru f'dik l-estremità!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma bil-policy kif inhi llum tista' ssir.", "RYAN CALLUS: Sur Buttigieg, jien tlajt Membru Parlamentari mhux biex ngħid x'sar ħażin u nkompli nagħmel bħalu!", "Jien qiegħed hawn biex intejjeb l-affarijiet u li jkun hawn min jgħidli li għaliex diġà sar hekk, allura nkomplu nagħmlu hekk, għalija mhuwiex aċċettabbli.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex intejbu l-affarijiet mhux biex inkomplu nagħmlu l-affarijiet agħar milli huma!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Naqbel miegħek kompletament u l-policy qiegħda miktuba b'tali mod u manjiera li inti trid tara l-kuntest tagħha.", "RYAN CALLUS: Din is-salvagwardja mhijiex qiegħda fil-policy.", "(Interruzzjonijiet) Case-by-case basis tfisser li tagħti l-possibilità għal kollox.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma hekk irid isir għax jekk tkun fi pjanura, sular jaf ikollu mpatt ukoll!", "TONI BEZZINA: Però jekk la tgħaddi din il-policy jien napplika biċċa għal sular, biċċa għal żewġ sulari u biċċa għal tliet sulari, kif se tirregola?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma jekk jien, bħala awtorità, nikteb li ma tistax taqbeż iż-żewġ sulari, awtomatikament ikun ifisser li għandek dritt għal żewġ sulari.", "Dejjem hekk ġiet interpretata.", "RYAN CALLUS: U min-naħa l-oħra tista' tiġi interpretata li tista' tibni aktar minn żewġ sulari.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Ippermettuli niċċaraha ftit.", "Fil-paragrafu 4.4(e) qed jingħad li:", "RYAN CALLUS: Imma tfisser li ma tistax tibni tliet sulari?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Dan ifisser li jekk madwarek għandek 10 sulari kullimkien, iva tista' tagħmel tliet sulari, imma jekk madwarek għandek żewġ sulari, forsi tista' ttella' żewġ sulari, u jekk madwarek għandek sular wieħed, forsi xorta ma tistax ittella' aktar minn sular wieħed.", "Mhux aħjar nimxu on a case-by-case basis kif dejjem imxejna?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-kuntest huwa importantissimu għax hemm ODZ u hemm ODZ.", "Ejjew ma nitfgħux l-ODZ kollha f'keffa waħda għax mhux l-istess.", "Hemm ħafna bini fl-ODZ diġà eżistenti li qiegħed quddiem il-MEPA għas-sanctioning.", "Jekk dak jista' jiġi ssanzjonat u jintuża, anke b'change of use, nużawh u ma nħalluhx ikerraħ l-ambjent u mhux nagħtu blanket permit biex nibnu iktar.", "Iktar minn hekk aħna hawnhekk ma nistgħux nagħmlu.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jien li jinkwetani hu li nispiċċaw li meta titla' applikazzjoni, lil wieħed ngħidulu mod....", "Kif se niddeċiedu?", "Min se jiddeċiedi?", "Jista' jkun hemm abbuż?", "Nibdew nidħlu fl-interessi li fnew lil dan il-pajjiż fil-leġiżlatura li għaddiet u li allaħares qatt jerġgħu jiġu, bħal political pressure u affarijiet simili.", "Kif se nirregolaw biex dawn l-affarijiet ma jsirux?", "RODERICK GALDES: Imma l-abbuż sar meta kellna policies miktuba.", "RYAN CALLUS: Aħseb u ara b'policy mhux miktuba x'se jiġri!", "Hawnhekk m'aħniex tfal żgħar.", "RODERICK GALDES: Min irid jagħmel abbuż.… Kemm-il darba sar abbuż u tafu kemm sar abbuż!", "RYAN CALLUS: Imma aħna qegħdin hawn biex l-abbuż ma jkomplix isir u biex intejbu l-affarijiet.", "RODERICK GALDES: U għalhekk hemm l-awtorità li tirregola dawn l-affarijiet u aħna għandna fiduċja li l-MEPA tieħu l-passi neċessarji jekk ikun hemm xi lok ta' abbuż.", "RYAN CALLUS: Din mhijiex kwestjoni ta' fiduċja imma hija kwestjoni ta' li jekk hemm ċans ta' abbuż, naqtgħulu rasu mill-ewwel.", "MADAM CHAIR: Aħna qed nippruvaw li l-policy tkun tali li kemm jista' jkun ma tħallix lok għall-abbuż, però fl-istess ħin irridu nirregolaw fejn irridu naslu.", "Li tridu taslu intom bejnietkom bħala l-eżekuttiv tal-pajjiż – għax issa intom tridu tiddeċiedu – huwa fejn irridu nwasslu lil Malta.", "Jekk tridu tippromwovu lil Malta bħala ċentru ta' agro-tourism jew iktar u iktar lil Għawdex bħala eko-ġżira, u se nibnu kullimkien, naħseb li tkunu qegħdin tgħidu l-ikbar kontradizzjoni.", "RODERICK GALDES: Ma naħsibx li hu ġust meta ngħidu li qed nibnu kullimkien, anzi wieħed qed jara kemm hi riġida dik il-policy.", "MADAM CHAIR: Mhijiex riġida biżżejjed meta tqis l-ispazju available.", "RODERICK GALDES: Il-fatt li biex tapplika għal agro-tourism irid ikollok 60 tomna, diġà hija ħafna.", "Barra minn hekk għandek il-kuntest tal-area fejn trid tiżviluppaha u anke l-produzzjoni tal-art li qed tieħu minn fuqha.", "Jiġifieri dan mhux xi ħadd qam filgħodu, mar xtara 60 tomna art biex imur japplika għall-agro-tourism!", "Irid ikollok produzzjoni relatata.", "MADAM CHAIR: Mela għandek taż-żebbuġ, tal-inbid u tan-naħal.", "Dawn kollha bil-barka.", "Għoddhom kollha u żid magħhom l-estenzjonijiet għal dak diġà eżistenti, u ara x'se jibqa'.", "Jien l-appell tiegħi huwa sabiex naffaċilitaw u nagħtu direzzjoni lil dan is-settur bis-saħħa, but always keeping in mind fejn irridu nwasslu lill-pajjiż għax l-istudji neċessarji dwar x'jista' jkun ir-riżultat meta dawn il-policies kollha jiġu attwati u jistgħu jagħtu l-frott tagħhom, m'għandniex.", "Aħna qed nippruvaw nimmaġinaw kif nistgħu nipproteġu l-ambjent tagħna u fl-istess ħin nilħqu l-potenzjal li nistgħu nilħqu bħala pajjiż fis-settur agrikolu u setturi oħra.", "L-Onor.", "Buhagiar, l-aħħar kumment qabel ngħaddu għall-policy li jmiss.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, hawnhekk qed nitkellmu fuq massing ta' bini.", "Issa biex joħroġ il-permess irid jitla' quddiem bord u aħna għandna nafdaw lil dawn in-nies li se jkunu fil-bord li se jiddeċiedu b'mod tajjeb għax inkella m'għandna bżonn bord xejn; nagħmlu computer u jiddeċiedi hu!", "Allaħares ma nafdawx il-bordijiet li se jkun hemm.", "Hekk trid tirraġuna!", "MADAM CHAIR: Qed nirraġunaw hekk għax sfortunatament qabel kien hawn esperjenzi ħżiena u ma rridux aktar esperjenzi ħżiena.", "RYAN CALLUS: Jekk tridu tippermettu binjiet ta' tliet sulari fl-ODZ ħalluha kif inhi.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma mbagħad il-bord irid jerfa' r-responsabilità.", "RODERICK GALDES: Onor. Callus, mhuwiex fl-interess tal-agrikoltura li nippromwovu l-ispekulazzjoni, anzi aħna qed niġġielduha.", "Mhuwiex fl-interess tagħna li jkollna, kif kien hemm fil-passat, bini ta' swimming pools, bini ta' rationalisation u bini ta' lukandi; il-bdiewa tagħna jridu il-kampanja.", "Però issa għax il-bidwi jrid jiżviluppa dik in-naqra tiegħu biex ikunu jista' jtejjeb, se ngħidulu le?", "MADAM CHAIR: Imma mhux dak huwa l-punt.", "RYAN CALLUS: Inti taf li f'din il-policy għad hawn permessi s-swimming pools?", "(Interruzzjonijiet) Għandek żball; qabel titkellem aqra l-policy!", "Issa jien xtaqt nagħmel l-aħħar punt.", "Il-Ministru Michael Farrugia għamel il-punt – sfortunatament ma kellux il-paċenzja jibqa' hawnhekk sal-aħħar – li f'dan il-bini għall-farms se jkun possibbli li jintuża l-Floor Area Ratio (FAR).", "MADAM CHAIR: L-uffiċjali qegħdin jiċħdu dan.", "Nistgħu ngħaddu issa għal Policy 5.1A: Animal Sanctuaries.", "Dan ifisser li se jkunu jistgħu jsiru gaġeġ biex ikunu jistgħu jitpoġġew l-annimali fihom, ma' struttura diġà eżistenti.", "Jiġifieri b'din m'aħniex qed nibnu strutturi ġodda.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RODERICK GALDES: Madam Chair, xtaqt nikkummenta ftit dwar din.", "Hawnhekk għandna problema kbira.", "Hemm ħafna annimali li qed jinġabru anke mid-dipartiment stess u m'għandniex faċilitajiet fejn inżommuhom.", "Pereżempju l-SPCA iridu żona fejn jagħmlu santwarju tagħhom.", "MADAM CHAIR: Għalhekk qed ngħidu li nistgħu mmexxu għax l-annimali jridu fejn jgħixu.", "RODERICK GALDES: Għandna wkoll l-Association for Abandoned Animals (AAA) li qed jagħmlu ġid kbir għax qed jindukraw l-annimali minflok iħalluhom jiġru fit-toroq.", "Dawn sfortunatament m'għandhomx l-ispazju minn fejn joperaw, qegħdin fuq saqaf ta' fabbrika li mhuwiex il-post ideali; irid ikollhom post addattat anke skont in-normi u r-regulations li ħarġu dan l-aħħar għall-animal sanctuaries.", "M'aħniex qed naraw li se jkun hemm ħafna NGOs li japplikaw għal din għax kull m'għandna fil-pajjiż huma biss li qed jiġbru dawn it-tip ta' annimali.", "Hemm minnhom li għandhom post addattat u hemm li m'għandhomx u aħna rridu nsibulhom mezz fejn jagħmlu din l-attività.", "MADAM CHAIR: Granted, basta tużaw id-diskrezzjoni u r-rispett.", "Nistgħu ngħaddu għal Policy 5.2: Stables and horse riding facilities/establishments.", "TONI BEZZINA: Tistgħu tgħiduli minn fejn wasaltu għall-konklużjoni li l-istalel tal-injam huma tajbin għal hawn Malta?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jekk huma tajbin għal barra minn Malta, għaliex m'għandhomx ikunu tajbin għal Malta?", "TONI BEZZINA: Minħabba t-tip ta' ikel li jieklu ż-żwiemel apparti mill-fatt li l-injam f'temperatura ta' 40oC se jitla' 60oC.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jistgħu jkunu ventilated.", "TONI BEZZINA: Hemm ukoll iċ-chances li ż-żwiemel jieklu l-injam u allura se jkun hemm periklu minħabba bacteria, l-injam se jżomm iktar sħana u se jżomm iktar bacteria.", "Id-differenza bejn hawn Malta u barra hi li ż-żwiemel ta' barra ma jeklux dried food mentri hawn Malta jieklu dried food.", "Xi studju sar biex ġie deċiż li jintuża l-injam?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jien naf li hawn Malta jintużaw l-istables tal-injam.", "MADAM CHAIR: Forsi hawn xi ħadd minn dawk preżenti li jista' jilluminana ftit dwar dan?", "RODERICK GALDES: Din hija problema li tqajjmet u kien hemm min kellimna fuqha, però r-realtà turi li dak li ġara huwa dan.", "Fis-snin l-imgħoddija kien hemm il-policy tal-istables li kienet tagħti permessi għal physical building u minn physical building spiċċajna b'konglomerazzjoni u kien hemm l-abbuż; bdew japplikaw għal stables u jispiċċaw bungalows.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk għamilna dan, proprju biex ma jsirx dak l-abbuż.", "Riċentement imbagħad ħarġet l-ODZ policy.", "Jien kont fuq il-Bord tal-MEPA u naf li ma kien beda jiġi approvat xejn għax bdew jibżgħu li kull stable se tkun qed tiġi konvertita f'villa.", "Aħna rajna li min hu ġenwin qed jeħel ma' min kien qed jabbuża, u dan mhux sew.", "Għalhekk rajna kif insibu materjal biex dak li jkun ma jkunx jista' jagħmel hekk.", "Bl-injam żgur li mhux se tagħmel bungalow!", "RODERICK GALDES: Imma meta qed ngħidu injam qed nitkellmu fuq struttura li hija reversible, fis-sens li tista' taqbad u taqla' u ma tkunx qed issir xi ħaġa fiżika li tagħti lok għall-abbuż.", "Ejjew naraw li din tirnexxi u ma nagħmlux mod kif ma nħalluhiex taħdem biex nerġgħu mmorru għall-policy li kellna qabel.", "MADAM CHAIR: Jien għalija li għandu jsir huwa redevelopment of existing dwellings, u conservation ta' dak li diġà hemm, imma new stable development in whatever material there is fil-fehma tiegħi you have to control it għax xorta għandhom visual impact fuq l-ambjent.", "RODERICK GALDES: Però irridu nifhmu li hemm ħtieġa li jkun hemm postijiet għaż-żwiemel.", "Diġà għandna problema għax ħadd ma jridhom fit-toroq.", "Allura fejn se nżommuhom?", "MADAM CHAIR: Hemm kwantità ta' stables eżistenti.", "Hemm kwantità ta' stables eżistenti jew buildings li diġa' jeżistu li jiġu konvertiti ??3:02:20??.", "RODERICK GALDES: U xejn ma jżommhom milli jużawhom.", "MADAM CHAIR: Mela ejjew nużaw dawk l-ewwel.", "TONI BEZZINA: Naqblu li l-injam fis-sajf jisħon malajr iktar mill-ġebla u jtella' temperatura qawwija bix-xemx fuqu?", "RODERICK GALDES: Imma llum hawn materjali li jistgħu jintużaw għal dak l-iskop.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, l-abbuż fuq l-istables kien isir għax il-policy kienet tgħid li dak li jkun irid ikollu erbat iżwiemel jew aktar, bil-konsegwenza li dak li jkun kien jagħmel erbat ikmamar u dawn jiġu villa.", "Jiġifieri ma kenux jippermettu stable waħda, li mbagħad ma tistax issir villa.", "MADAM CHAIR: Inti taħseb li kif qiegħda worded iktar se nissalvagwardjaw li ma jkunx hemm dak l-abbuż?", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb il-fatt li nneħħu li jkollok erbat iżwiemel – dik tistieden li jsir l-abbuż – diġà huwa tajjeb.", "MADAM CHAIR: Jiena naħseb li l-iktar li nistgħu nipproteġu l-ambjent li fadlilna hu jekk ikun hemm redevelopment of existing buildings u nneħħu new developments.", "RODERICK GALDES: Imma struttura tal-injam ma tistax issir permanenti, hija xi ħaġa temporanja.", "MADAM CHAIR: Imma by time issir permanenti jew tispiċċa mitluqa u tkerrah kullimkien.", "RODERICK GALDES: Imma l-injam huwa materjal li jista' jinqala'.", "L-importanti li ma jsirx physical building.", "MADAM CHAIR: Dwar dak we totally agree, imma jekk hemm buildings li jistgħu jiġu konvertiti fi stables tajjeb, jekk hemm estenzjoni għall-buildings li diġà jeżistu biex ikun hemm stables u l-frame tkun tal-injam, granted ukoll, imma new developments li huma stables I suggest li we think twice about it.", "Nerġa' nitlobkom tgħoddu dan ma' dak kollu li qed ngħidu li jista' jsir u araw x'se jiġri.", "TONI BEZZINA: Nixtieq nerġa' nistaqsi ma' min ikkonsultajtu li l-istallel jistgħu jsiru tal-injam.", "Ikkonsultajtu ma' veterinarju?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Il-veterinarju tkellimt miegħu jiena stess.", "TONI BEZZINA: U tahielek bil-miktub?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Ma tlabthielux bil-miktub, però tkellimt miegħu jien stess fuq l-istables għax din il-kwestjoni nqalgħet fil-public consultation u kien hemm min qed jgħidilna favur tat-timber u kien hemm min qed jgħidilna kif qed tgħidli inti u allura ħassejtu fid-dmir li nieħu konferma mingħand il-vet.", "TONI BEZZINA: Ma ħassejtx li għandu jkollok din il-garanzija bil-miktub?", "RODERICK GALDES: X'qed tipproponi, Onor. Bezzina?", "TONI BEZZINA: Jekk ma ġiex ikkonsultat veterinarju u jekk m'hemm xejn bil-miktub, allura għandha ssir tali konsultazzjoni.", "RODERICK GALDES: Imma qed tipproponi xi materjali oħra li nistgħu nużaw?", "TONI BEZZINA: U jekk jirriżulta li tkun perikoluża, x'nagħmlu?", "RODERICK GALDES: Perikoluża għalfejn?", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Bezzina qed jgħid li għandna nivverifikaw li bħala materjal ma jagħmilx ħsara lill-annimali.", "MICHAEL FALZON: Li qed jgħid l-Onor.", "Bezzina huwa li fil-klima tagħna, l-injam mhuwiex adatt għaż-żamma tal-annimali u forsi jista' jiġi kkunsidrat materjal ieħor.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "L-importanti għalija hu li jekk jista' ikun ma jsirx aktar bini ma' dak li diġà jeżisti.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri se ssir konsultazzjoni bil-miktub li sserraħ ras kulħadd li l-injam ma jagħmilx ħsara lill-bhejjem.", "MICHAEL FALZON: Huwa fl-interess tal-annimali wkoll li jsir dan.", "Jista' forsi jsir xi forma ta' ventilation li permezz tiegħu ma tiġix ikkawżata tbatija żejda lill-annimali.", "Jiena naħseb li r-rehabilitation ta' bini li għandu ċertu valur huwa ovvju li għandu jkun permess.", "Rigward ir-road network, hemm uħud minnhom, bħal Casa Ippolito ġewwa Birżebbuġa li qiegħda fejn Għar Dalam, li biex tasal għaliha trid tgħaddi minn ġo triq fir-raba'.", "Jien naħseb li dik għandha tikkwalifika biex tiġi rranġanta, biex issa mhux ikun hemm min jgħid li l-permess m'għandux jinħareġ għax m'hemmx aċċess għar-road network.", "Jiġifieri please take this into consideration għax għad fadal eċċezzjonijiet.", "Jiena b'din biss naf, imma jista' jkun li hemm oħrajn.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri qed ngħidu li se naqilbu għall-1978.", "MADAM CHAIR: Aħjar milli nħallu kollox jaqa'!", "Irridu nirranġawhom dawn il-binjiet.", "TONI BEZZINA: Dment li għandha l-100 metru kwadru, kull struttura tista' tinqaleb residential?", "Jiġifieri din il-policy qiegħda tindirizza lil dawk il-binjiet li huma worthy of retention għax ikollhom certain construction.", "MADAM CHAIR: Dawk huma ta' valur storiku kbir.", "Jidher li m'hawnx aktar kummenti dwar din u għalhekk nistgħu ngħaddu għal Policy 6.2B: Rehabilitation and Change of Use of Listed Buildings ODZ.", "Dwar dan jien naħseb li mhux talli m'għandniex nagħmlulhom bsaten fir-roti, talli għandna niffaċilitaw u ninkoraġixxu biex dawn il-listed buildings jiġu riabilitati.", "Naħseb li fuq din naqblu u għalhekk nistgħu ngħaddu għal Policy 6.2C: Redevelopment and Change of Use of Existing Buildings ODZ.", "Jien naqbel li għandna nirranġaw dak li huwa diġà eżistenti għax jekk inħalluhom kif inhuma se jkomplu jkerrhu l-ambjent kollu.", "Veru li wħud minnhom lanqas suppost qegħdin hemmhekk, imma issa hemm qegħdin u jekk nistgħu ntejbulhom l-aesthetic value tagħhom, tkun xi ħaġa pożittiva.", "Li mbagħad ikompli jiżdied il-ġdid minbarra dak li diġà hemm, allura hija xi ħaġa kompletament differenti u nemmen li l-ħsara li saret m'għandhiex tkompli tiżdied.", "CHARLES BUHAGIAR: F'pajjiżna għandna binjiet fil-kampanja li jikkonsistu fi kmamar fejn xulxin.", "Jien naħseb li din il-policy qed tgħid li dawn il-kmamar li qed jaqgħu biċċiet jistgħu jiġu kkonsolidati u jsiru binja waħda.", "MADAM CHAIR: Basta tkun estetikament aċċettabbli, b'landscape kif suppost and better use of resources.", "CHARLES BUHAGIAR: L-importanti li l-footprint li hemm ma tiġix maqbuża.", "MADAM CHAIR: Eżattament.", "U anke li ma jibqgħux koroh għax biċċiet minnhom, għax inbnew bis-serqa u bil-kummiedji, qegħdin koroh.", "Ejjew nirranġawhom għax iktar ma jgħaddi żmien iktar qed nitilfu opportunitajiet li pajjiżna jkun jidher kif jixraqlu.", "TONI BEZZINA: Dejjem qed ngħidu li mal-bini li hemm, qed tagħtih permess ukoll għal basement.", "F'każ ta' bini eżistenti tagħtu permess iħaffru basement ukoll?", "MADAM CHAIR: Jekk estetikament mhux se jkollu impatt u jekk il-fatt li jkollu basement ifisser li se jkun abitabbli, eċċ., why not?", "(Interruzzjonijiet) Il-basement mhux se jkun abitabbli, imma jekk qabel ma kellekx storage space u minħabba f'hekk ma kienx jippermettulek li tgħix fih jew li tużah għal xi ħaġa, u l-basement jaf jiffaċilitalek li tagħmel dan, ma narax għalfejn m'għandux ikun hemm.", "Aħna rridu noqogħdu attenti għall-impatt fuq l-estetika u li we don't take up anymore space.", "Nerġa' nappella biex in the light of all this ma nħallux kemm jista' jkun isir bini ġdid fl-ODZ.", "Ngħaddu issa għal Policy 6.3: Extensions to Existing Dwellings ODZ.", "Din qed titkellem fuq estensjonijiet ta' bini li m'għandux valur arkitettoniku u storiku.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, nista' nerġa' mmur lura għall-policy 6.2C?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ir-raġuni hi li dik il-policy qed titratta buildings not considered as a ruin.", "Għandna każijiet fejn għax bniedem beża' jirranġa dik l-istruttura, ġiet ruined u allura llum tilef id-dritt li attwalment....", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Jiġifieri qed tissuġġerixxi li tibqa' ruin u ma tiġix irranġata?", "Hemm ħafna rziezet li għandhom soqfa mwaqqgħin.", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt li jekk ikun hemm bini storiku li qiegħed fi stat ta' ruin u għad hemm lok li jista' jiġi kkonservat… Nerġa' nieħu l-eżempju ta' Casa Ippolita.", "Jekk wieħed imur hemmhekk illum jara ruin; hemm is-soqfa mwaqqgħin u m'għadhiex iżjed architectural historical building.", "Hawnhekk qed ngħidu li ma jkollhiex valur arkitettoniku u storiku.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien qed ngħid li hemm każijiet fejn bniedem, għax kien law-abiding, ma setax jikkonserva li kellu u allura l-istruttura prattikament waqgħet.", "Li qed ngħid hu li jekk dan kien jidher fl-1978, għaliex m'għandux dritt jerġa' japplika biex jibniha?", "MADAM CHAIR: Jekk hi dar jew kamra antika u terġa' tinbena kif kienet, why not?", "Basta ma nżidux ħmerijiet.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri jekk hemm proprjetà li llum il-ġurnata m'għadhiex teżisti però tidher fir-ritratti tal-1978 tista' terġa' ttellagħha?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Tapplika biex terġa' ttellagħha.", "MADAM CHAIR: Basta bl-estetika kif kienet qabel mhux tkun xi kamra bis-saqaf tal-pjanċi!", "TONI BEZZINA: Li qed ngħidu f'din il-policy hu li jekk illum hemm għalqa li mir-ritratti jkun jidher li fl-1978 kien hemm kamra, allura tista' ttellagħha.", "Jiġifieri dak kollu li kien jidher fl-aerial photos mis-1978 u ta' qabel l-1978 jista' jerġa' jitla' mill-ġdid.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, mhux hekk qed jingħad.", "Trid tkun tidher fir-ritratti tal-1978 u jkun għad hemm prova tagħha.", "Jekk tneħħa kollox, issa m'hemm xejn!", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li jekk kien jidher li kien bini storiku u ta' valur, iva, imma kamra bil-pjanċi, jew kamra bla valur ta' xejn… Jekk tkun kamra antika bil-kileb u x'naf jien....", "RYAN CALLUS: Kif tista' tgħid jekk illum hija ruin!", "MADAM CHAIR: Imma qed tgħidu li jeżistu ritratti.", "RYAN CALLUS: Imma dawk aerial photos, jiġifieri minn fuq.", "MADAM CHAIR: Imma naħseb il-periti, mill-pedamenti jkunu jafu jekk hijiex kamra tal-bieraħt lura jew ta' qabel!", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jrid ikun hemm imqar il-pedament.", "MADAM CHAIR: Inkella f'kemm ili ngħidlek tgħidx kemm issibu li kien hemm kmamar fl-1978!", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux għalhekk qed ngħid!", "MADAM CHAIR: Aħna qed ngħidu li hemm ruin, jiġifieri għad fadal il-pedament.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jiġifieri rridu nbiddlu d-definition ta' \"ruin\".", "MADAM CHAIR: Eżattament.", "Biddlu d-definition ta' \"ruin\" b'mod ċar li trid tkun ruin ta' xi ħaġa ta' valur mhux ta' xi ħaġa kerha daqs is-seba' pesti bis-saqaf tal-konkos.", "Dak eħilsu minnu għax mhux ruin tkun imma abbuż!", "RYAN CALLUS: Id-definition – biex nkunu ċari x'qegħdin nagħmlu – ta' \"ruin\" qiegħda tgħid hekk:", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li l-kelma \"all\" trid titneħħa.", "Aħna b'\"ruin\" ma nifhmux kamra tas-saqaf tal-konkos li waqgħet – dik hija ħerba u eħles minnha – imma nifhmu kamra li għandha 200 sena, 300 sena, baqa' ħajt u ftit pedament u li tkun tidher li hija ruin.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif inhi l-policy, ma tagħtikx għal ruin.", "CHARLES BUHAGIAR: Għalhekk qed ngħidu li għandha tinbidel id-definition.", "MADAM CHAIR: Tridu tispeċifikaw x'inhu \"ruin\".", "TONI BEZZINA: X'jiddetermina li hu ruin?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li nistgħu nagħmlu hu li nneħħu l-kelma \"all\" mid-definition ta\" \"ruin\".", "RODERICK GALDES: Kien hemm ħafna każijiet fil-MEPA fejn ikun hemm ritratt li fih ikun jidher li xi darba kien hemm kamra, irrilevanti jekk hijiex storika jew le.", "Ħafna drabi, jekk dawn il-kmamar ikollhom is-saqaf li jkun spiċċa, il-MEPA tikkunsidra li tħallik terġà tirranġaha, però jekk ikun għad fadal biss l-ewwel żewġ jew tliet filati, jgħidulek li dik m'għadhiex teżisti u trid twaqqagħha.", "Jien naħseb li dan mhuwiex fair għax jekk inti għandek struttura li tixtieq tirranġaha, minflok tapplika biex terġa' tibni waħda ġdida, għandek tingħata ċ-ċans li tagħmel dan.", "TONI BEZZINA: Imma trid tiddefenixxi x'jista' jiġi rranġat.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, jien m'iniex espert tal-Ingliż però jidhirli li \"ruin\" tfisser li jkun għad fadal xi ħaġa.", "Jekk kamra lanqas ikun fadlilha ħajt wieħed, kif nistgħu ngħidu li hija \"ruin\"?!", "Jekk l-intenzjoni tagħkom hija li kull fejn għad fadal imqar il-pedament, terġa' tinbena l-istruttura, allura nħalluha hekk!", "CHARLES BUHAGIAR: Le, hawnhekk qed jingħad li dak kollu li kien jidher fl-1978 u li ma fadlilhomx il-ħitan kollha.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li t-tip ta' kmamar li għandhom jikkwalifikaw bħala \"ruin\" mhux iridu jkunu eżistew fl-1978, imma ħafna qabel.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nistgħu ngħidu li kien jeżistu fl-1958.", "M'għandix problema jien.", "MADAM CHAIR: Intom tridu tispeċifikaw x'tip ta' kmamar tikkunsidraw bħala \"ruin\".", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma hemm numru ta' nies li kellhom proprjetà li jew għax beżgħu...", "MADAM CHAIR: Imma fis-sebgħinijiet taf x'inbena?!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma jimpurtax, nagħmluha data oħra.", "MADAM CHAIR: Nagħmluha ħafna qabel.", "Jien għandi f'moħħi t-tip ta' kmamar sbieħ li hemm in-naħa tas-Siġġiewi u l-Imġarr li għad fadlilhom biss kantuniera, eċċ.", "TONI BEZZINA: Jien naħseb li d-distinzjoni li rridu nagħmlu hawn hi bejn dawk il-kmamar li s-sidien tagħhom ma ħadux ħsiebhom għax beżgħu li jekk japplikaw ma jagħtuhomx biex jirranġawhom u bejn kmamar li llum spiċċaw u jridu jerġgħu jtellgħuhom mill-ġdid.", "MADAM CHAIR: Imma skond ix-\"xi darba\" meta kien.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għalina, any structure li tidher fl-aerial photos tal-1968 nqisuha li hija bil-permess.", "TONI BEZZINA: U li għadha mibnija u għadha hemm.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament.", "MADAM CHAIR: Imma mill-aerial photos tkunu tafu x'tip ta' kamra hi?", "RODERICK GALDES: L-1967 ġiet definita b'deċiżjoni tad-direttur ġenerali li ma rahx ir-realtà li kien hemm, fis-sens ta' kemm kien hemm li nbnew wara l-1967.", "Issa għandna lakuna...", "RYAN CALLUS: Meta ttieħdu l-ewwel aerial photos kompleti li għandkom?", "RODERICK GALDES: Hemm lakuna ta' binjiet li saru wara l-1967 u li ġew meqjusa qishom illegali għax ma nstabux l-permessi tagħhom.", "Naħseb li dan mhux sew.", "TONI BEZZINA: Jien ma naħsibx li l-issue hija d-data imma f'liema stat tkun tinsab il-kamra.", "MADAM CHAIR: Mid-daqs tal-kantun ikun jidher li hemm ċerta antikità.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, hawnhekk qed nitkellmu fuq agricultural store.", "Mhux aħjar dawn nibnuhom minflok dawk li kienu diġà hemm milli mmorru x'imkien ieħor fuq virgin land?", "MADAM CHAIR: Aħna dak li qed ngħidu.", "CHARLES BUHAGIAR: Aħna qed nużaw art li hija diġà committed.", "Jekk hemm prova li diġà kien hemm kamra, allura nerġgħu nibnu lilha.", "U issa xorta se nagħtuhom permess biex jibnu agricultural store.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma ma jistgħux jibnu tnejn, waħda jridu jibnu.", "MADAM CHAIR: Ovvjament.", "TONI BEZZINA: Imma jekk jien diġà jkolli kmamar kemm hu permissibbli u se nsib iktar kmamar li kienu fl-area, se nkompli nżid magħhom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-intenzjoni mhijiex dik.", "MADAM CHAIR: Mela din irridu nikkwalifikawha.", "Jekk inti għandek fdal ta' kamra fuq din l-art li inti tixtieq tagħmel bħala agricultural store, inti se tuża dik il-footprint għal hekk.", "Aħna konna qed ngħidu – jien l-ewwel waħda – li nagħtuhom permess biss jekk tkun antika, imma jekk xorta se nagħtu permess għal agricultural store u hemm ruin li mhuwiex daqshekk antik, allura they should use the same site.", "TONI BEZZINA: Il-problema qabel kienet li jekk ikollok kamra li kienet fil-periklu li taqa' ma jagħtikx permess biex tirranġanaha u jgħidlek biex tneħħiha.", "Issa aħna qed ngħidu li dawk li qed jaqgħu għandhom jiġu rranġati.", "S'hemmhekk kollox sew u huwa għalhekk li qegħdin ngħidu li għandha tiġi definita sew il-kelma \"ruin\".", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li dak li għandu jsir huwa li meta l-MEPA tiġi biex tagħti permess għal agriculture store, tara l-ewwel x'hemm u jekk ikun hemm kamra nofsha mwaqqa' tipperswadi lill-applikant jirranġa lilha l-ewwel.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "Mela ngħaddu għal Policy 6.4: Swimming Pools ODZ.", "Għandkom xi problema b'din?", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Hawnhekk bazikament qed ngħidu li fejn qabel kien jispeċifika d-daqs tal-pool u d-daqs tal-pavimentar u l-ancillary facilities, issa qed nitfgħuhom kollha fl-istess keffa, jiġifieri wieħed jista' jnaqqas mid-daqs tal-pool u jżid l-area l-oħra, basta d-daqs flimkien jibqa' l-istess.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Preżenti hawn ir-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-bdiewa u nitlob lil min minnhom jixtieq jintervjeni sabiex jersaq fuq il-mejda.", "IS-SUR PETER XUEREB (President tal-Għaqda tal-Bdiewa): Aħna bħala bdiewa għandna problema, fis-sens li r-raba' qiegħed imferrex.", "Kieku r-raba' jkun jista' jinbidel minn fuq bidwi għal bidwi ieħor u jiġi blokka kbira, ikun aħjar biex il-bidwi jkun jista' jaħdem f'post wieħed u l-prodotti jkunu taħt għajnejh.", "Jekk tagħmel jumejn ma tmurx lejn għalqa, taf meta tmur, issib il-mard, imma meta tkun taħt għajnejk tinduna li hemm it-traċċi ta' mard u tieħu ħsieb.", "Anke jekk il-bidwi ikun jonqsu l-għodda, jekk ir-raba' jkun f'post wieħed ikun ħafna aktar faċli.", "Jien illum anzjan imma meta kont żgħażugħ kont xtaqt li nieħu r-raba' ta' maġenbi, u stajt kieku nieħdu għax ta' maġenbi ma kienx interessat, imma ma stajtx nagħmel dan għax ma stajtx nagħmlu fuqi u jekk ma jkunx fuqek, m'intix se tinvesti fih.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri inti qed tgħid li biex ir-raba' taqleb minn bidwi għal ieħor hemm diffikultà kbira.", "IS-SUR PETER XUEREB: Xi ħaġa oħra hija li l-bdiewa tal-lum għandhom bżonn fejn jistorjaw iżjed minħabba li għandna iżjed makkinarju u anke rridu fejn naħżnu l-prodotti għax pereżempju, illum bħalissa nkunu ħawwilna l-basal u nbigħuh fix-xitwa li ġejja u allura nkunu rridu fejn naħżnuh.", "Hemm ukoll prodotti oħra li rridu naħżnu bħall-patata.", "Minbarra l-bdiewa, anke r-raħħala għandhom bżonn fejn ipoġġu l-makkinarju u fejn jaħżnu l-magħlef għall-bhejjem.", "Jiġifieri jridu ħafna fejn jaħżnu.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjawk u nirringrazzjaw lill-bdiewa kollha għax allaħares ma kontux intom għax kieku l-ftit kampanja li baqa', telqet ukoll.", "Nirringrazzjawkom talli tieħdu ħsiebha għalina.", "Dawn il-materji li semmejt qed jiġu ndirizzati; naħseb li l-Onor.", "Roderick Galdes diġà qed jippjanta.", "Nirringrazzjawk ħafna talli ġejt hawnhekk u tajtna l-opinjoni tiegħek.", "Kif stajtu tisimgħu aħna hawnhekk qegħdin nippruvaw nsibu bilanċ bejn dak li għandu bżonn il-bidwi biex jopera u jilħaq il-potenzjal tiegħu u dak li jippermetti pajjiżna biex il-biedja tibqa' sostenibbli għax jekk l-ambjent u l-għelieqi jonqsu tant, allura ma nibqgħux inkunu sostenibbli.", "IS-SUR PETER XUEREB: Nista' ngħid li għad hawn bdiewa żgħażagħ li għadhom interessati.", "Fil-fatt meta jkollna l-laqgħat u narahom, lanqas nobsor li hawn dawn iż-żgħażagħ interessati fl-agrikoltura.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjawk.", "Hawn xi ħaddieħor li jrid jagħmel intervent?", "RODERICK GALDES: Dik li semma s-Sur Xuereb dwar l-artijiet, hija xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam ma' din il-policy però qed tiġi ndirizzata mad-Dipartiment tal-Artijiet.", "Nafu li l-problema ta' qbiela u l-mod kif tinqaleb l-art hija relatata wkoll ma' kif se tħalli lil min irid jinvesti sabiex jagħmel dan u l-idea tagħna hija li niffaċilitaw il-proċess u beħsiebna naħdmu fuq sistema differenti.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, aktar kmieni staqsejt kif jistgħu jsiru l-garden centres f'pajjiżna skond din il-policy u kellkom tirriferu għall-policy li titkellem dwar dan aħna u għaddejjin, però ma ssemma xejn.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nistaqsi hija dwar kif inhuma covered b'din il-policy il-bini ta' gaġġeġ għaż-żamma ta' annimali u għasafar kbar.", "IL-PERIT ELIZABETH ELLUL: Iż-żewġ kwestjonijiet huma covered b'policy 6.2C: Redevelopment and Change of Use of Existing Buildings ODZ.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jekk m'hemmx diġà buildings?", "Jekk ikun hemm xi bidwi jew persuna oħra li jkollu l-gaġġeġ tal-annimali u tal-għasafar fl-għelieqi tiegħu, kif jista' jġibilhom permess?", "Bħalissa għandi f'moħħi każ f'Ħal Qormi.", "MADAM CHAIR: Xi ħadd forsi jrid irabbi s-summien għall-kaċċaturi jew il-perniċ biex nitilquhom ħalli nagħmlu staġun ġdid minflok il-kaċċa fir-Rebbiegħa.", "Għal dak hemm bżonn permess?", "Il-PERIT ELIZABETH ELLUL: Jiġifieri ma jkollu l-ebda binja fl-għalqa tiegħu?", "RODERICK GALDES: Normalment jista' jintuża farm eżistenti għal dak l-iskop.", "MADAM CHAIR: Imma jekk m'għandekx farm u għandek għalqa u trid tagħmel il-gaġġeġ, x'għandek bżonn tagħmel?", "RODERICK GALDES: Jekk m'għandux jitqies bħala new farm li taqa' taħt il-policy rilevanti.", "MADAM CHAIR: Imma dak li hu m'hu se jibni xejn, sempliċement se jagħmel gaġġeġ li huma temporary structures.", "RODERICK GALDES: Imma xorta huwa żvilupp.", "MADAM CHAIR: Mela tridu tirregolawha.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb aħjar tieħdu nota u taraw ftit għax dawn il-każi jeżistu.", "RODERICK GALDES: Normalment m'intix se ssib lil xi ħadd li jagħmel gaġġeġ f'għalqa mingħajr ma jkollu farm.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, hawn min hu dilettant.", "MADAM CHAIR: Imma just in case ikun hemm min irid jagħmel hekk, aħsbu fiha.", "Hawn xi ħaddieħor li jixtieq jikkontribwixxi?", "IS-SUR LOUIE NAUDI (Membru, Assoċjazzjoni tal-Bdiewa): Grazzi, Madam Chair.", "Xtaqt nagħti ftit tagħrif dwar uffiċċju li ssettjajna fejn il-bdiewa jkunu jistgħu jiġu biex jitkellmu fuq il-problemi li jkollhom u anke jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq dawn il-policy guidelines.", "Fil-fatt għamilna laqgħat, flimkien mal-Onor.", "Roderick Galdes, fost il-bdiewa fejn apparti aħna kien hemm ukoll il-koperattiva ċentrali li għamlet l-istess ħaġa u bgħatna wkoll ċirkolari.", "Jiġifieri kien hemm proċess sħiħ ta' taħdidiet mal-bdiewa fejn tlabnihom jgħidulna d-diffikultajiet li għandhom sabiex aħna, bħala assoċjazzjoni, nkunu konxji ta' x'inhu dak li qed idejjaqhom.", "Skantajna kemm kien hawn applikazzjonijiet li għal xi raġuni jew oħra kienu mwaħħlin u ħadt gost li l-Onor.", "Roderick Galdes semma li ntilfu opportunitajiet ta' fondi minħabba dawn l-affarijiet.", "Madam Chair, l-għaġġla hija kbira għax dawn għandhom weqfin s'issa għax il-policies...", "MADAM CHAIR: ...għadhom qed jinħmew, anke l-agricultural policy.", "IS-SUR LOUIE NAUDI: Jien ħadt pjaċir li llum għaġġiltu l-proċess għax ovvjament ifisser li issa l-MEPA jistgħu jippubblikaw dawn il-linji gwida.", "MADAM CHAIR: Nisperaw li l-prodott aħħari jkun mibni fuq is-sens komun u l-bżonnijiet.", "IS-SUR LOUIE NAUDI: U forsi s-Segretarju Parlamentari l-ġdid jikkonsidra li jgħaġġilhom.", "MADAM CHAIR: Jissimplifikalna l-proċess għax issa espert!", "IS-SUR LOUIE NAUDI: Jien nitlob li żżommu quddiem għajnejkom l-għaġġla u l-istennija li hemm f'dan is-settur.", "Ħadt pjaċir li tkellem il-President tal-Assoċjazzjoni, is-Sur Peter Xuereb, li wera, għalkemm persważ li intom tafu, kemm il-ħajja tal-bidwi llum mhijiex faċli.", "Dawn jibdew minn kmieni filgħodu qabel ma titla' x-xemx u biċċiet minnhom jibqgħu għaddejjin sa nżul ix-xemx.", "Ħaġa mportanti li forsi ma ssemmietx hija li filwaqt li meta Peter kien għadu żgħir, il-ġenituri tiegħu qalgħuh mill-iskola u wżawh sa minn età żgħira sabiex jgħinhom fil-biedja u ma ħax edukazzjoni u għadda minn dik it-tbatija kbira, it-tfal tiegħu llum huma gradwati u lanqas iridhom jersqu lejn ir-raba'.", "Jien ngħid li hemm bżonn li nattiraw iż-żgħażagħ lejn dan is-settur u huwa fl-interess tal-pajjiż li nagħmlu dan.", "U ż-żgħażagħ li marru l-iskola – u hawnhekk ma rridx ninstema' qisni qed ngħid xi ħaġa kontra l-bdiewa – studjaw u gradwaw u qed jiġu b'ideat ġodda.", "Naħseb li b'differenza għal dak li kien isir qabel, qed jippruvaw jaraw kif nistgħu ndaħħlu dawn l-ideat fis-settur.", "Għalhekk tajjeb li bħala policy l-agrikoltura tibqa' tiżviluppa oltre d-development policy u għalhekk hawn dan il-ħsieb li tiġi żviluppata policy tal-agrikoltura.", "Xtaqt ngħid ukoll li l-għaqdiet ambjentali ħafna drabi jpoġġuna fil-keffa mal-iżviluppaturi u dik lilna tweġġagħna ħafna.", "Jien nixtieq li l-għaqdiet ambjentali jkunu aktar konxji tal-ħteġijiet tal-bdiewa u kif qed tiżviluppa l-biedja fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna m'aħna qed nitolbu xejn li m'għandhomx sħabna fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna m'aħniex kompetittivi u għandu jsir kull sforz biex insiru kompetittivi għax fil-passat, mingħajr ma jieħu għalih ħadd, kien hawn ħafna kliem sbieħ li ħadna €100 miljun għall-biedja, u ħlief bdiewa li spiċċaw ħażin ma rajniex.", "Jiġifieri huwa importanti li issa, mingħajr ma noqogħdu nħarsu lejn naħa jew lejn oħra, nagħmlu ħilitna sabiex naraw li l-biedja tkun kompetittiva.", "Madam Chair, inti kemm-il darba matul din il-laqgħa għedt li Malta hija żgħira u għandna nibżgħu għall-ftit li baqagħna.", "U aħna konxji minn dan.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li aktar milli nkunu kompetittivi f'dak li jista' joffri kull pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea, irridu naqbdu dawk in-niche sectors li jistgħu jagħżlu lil pajjiżna biex joffru prodott speċifiku għal Malta, u naħdmu fuqhom.", "Fejn jidħol spazju, kobor u economies of scale, aħna se nbatu, imma meta aħna nieħdu l-prodott artiġjanali u niżviluppaw f'dak is-sens – u kif qed tgħid inti, illum hawn ħafna żgħażagħ li studjaw is-settur u jafu x'jippermetti l-water supply tagħna u t-temp tagħna – l-agrikoltura sostenibbli, naħseb li nkunu nistgħu nagħtu dak il-prodott li pajjiżna għandu bżonn biex jagħżilna bħala pajjiż anke fl-agrikoltura speċifika u artiġjanali, mingħajr ma nkerrħu u neqirdu l-ftit ambjent li baqagħlna.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom tal-maratona tal-lejla.", "Jalla minn dan li għedna llejla joħroġ dak il-frott li nixtiequ naraw f'pajjiżna.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, hemm xi proċess kif aħna nkunu nafu jekk il-proposti li għamilna f'dan il-Kumitat intlaqgħux jew le?", "Aħna, min-naħa tagħna nixtiequ nkunu nafu liema proposti ntlaqgħu u liema le.", "MADAM CHAIR: Qabel xejn xtaqt nistaqsi lill-Membri tal-Kumitat jekk hawnx qbil biex id-dokumenti li ġew ippreżentati fil-laqgħa jiġu uploaded fuq il-website.", "Ma jidhirx li hawn oġġezzjonijiet.", "Ovvjament dan il-Kumitat se jkollu aċċess għad-dokument aħħari.", "Dan il-Kumitat m'għandux is-saħħa li jagħti ordnijiet, però nisperaw li dan il-ħin prezzjuż li wżajna hawnhekk u l-ħin prezzjuż li wżaw l-NGOs biex jagħtu l-feedback tagħhom iwassal sabiex nagħtu l-aħjar policy għal Malta.", "Jien qed nagħmlilkom dan l-appell għax naħseb li ħadd ma jixtieq li jgħaddu ħames snin oħra, inħarsu lura u ngħidu li aħna konna fuq dak il-Kumitat u konna f'dak il-Gvern li kompla żarma l-ambjent li għad fadal f'pajjiżna.", "TONI BEZZINA: Kif se jkollna l-feedback għall-proposti li għamilna?", "MADAM CHAIR: Kif tiġi finalizzata aħna jkollna kopja tad-dokument u jista' jagħti l-każ li tiġi diskussa fil-Parlament, però ma nafux.", "(Interruzzjonijiet) U l-Gvern joħroġ il-policy without debate.", "Nistgħu aħna nkunu nfurmati b'dak li qed jiġri?", "(Interruzzjonijiet)", "TONI BEZZINA: Jiġifieri intom tistgħu ma tagħtu kas ta' xejn minn dak li għedna hawnhekk u tibqgħu għaddejjin.", "MADAM CHAIR: Il-Ministru jista' jagħmel hekk, però ma naħsibx li jaqbillu jagħmel hekk għax imbagħad ovvjament se jibqa' jaqla' l-bumbardament ad nauseum.", "RODERICK GALDES: Jien ma naħsibx li l-Onor.", "Michael Falzon se jagħmel hekk, anzi ħareġ b'ideat tajbin li se jiġu kkunsidrati wkoll.", "Allaħares għamilna aktar minn tliet sigħat hawnhekk għal xejn!", "MADAM CHAIR: Aħna nappellaw għas-sens komun u ma ninsewx li bħal-lum sena jew ftit iktar, il-poplu għażel li jkollna s-sostenibilità ta' pajjiżna fejn jidħol l-ambjent.", "RODERICK GALDES: Però kellna wkoll manifest fejn tkellimna biex nippromwovu l-biedja.", "MADAM CHAIR: Li tippromwovi l-biedja mhijiex f'kunflitt mas-sostenibilità, anzi mingħajr il-bdiewa m'aħniex sostenibbli biex nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna.", "Niftakru din u nagħlqu biha.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fl-10:27p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140402_008d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 2 ta' April, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:44p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Ryan Callus (sostitut); u l-Onor.", "Roderick Galdes (Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali) (sostitut) kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, u l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, li bil-permess tal-Kumitat ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7 li saret fit-12 ta' Marzu, 2014 kienu konfermati.", "Il-Kumitat ġie nfurmat li ċ-Chairperson tal-Kumitat kienet irċieviet din il-korrispondenza:", "Email datata 12 ta' Marzu mibgħuta mis-Sur John Portelli fejn qed jitlob li l-Malta Organic Agriculture Movement ikun ikkunsidrat bħala membru tal-Agriculture Advisory Committee;", "Ittra datata l-1 ta' April mibgħuta mill-Onor.", "Michael Farrugia bħala Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva fejn talab li tiġi ċirkolata mal-Membri tal-Kumitat ittra mibgħuta lilu mill-Perit Vincent Cassar, Chairman tal-MEPA, li tittratta dwar l-ODZ Policy and Design Guidance; u", "Tliet dokumenti mibgħuta mill-Perit Elizabeth Ellul, Deputy Chairperson tal-MEPA, bil-kummenti tal-MEPA għas-suġġerimenti li għamlu s-Sur Alfred Baldacchino, ir-Ramblers' Association u Din l-Art Ħelwa għall-ODZ Policy and Design Guidance (Dok.", "Madam Chair u l-Membri tal-Kumitat għamlu l-kummenti tagħhom dwar din il-korrispondenza.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY DATAT JANNAR 2014 INTITOLAT \"ODZ POLICY AND DESIGN GUIDANCE\"", "Id-diskussjoni dwar dan id-dokumenti rriżumiet mit-12 ta' Marzu 2014.", "Is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Elizabeth Ellul, Chief Executive Officer u Deputy Chairperson tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, kif ukoll is-Sur Sharlot Camilleri, Membru fil-Bord tal-istess Awtorità ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat fejn taw spjegazzjoni u rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat dwar id-dokument.", "Fil-Laqgħa ħadu sehem ukoll is-Sur Peter Xuereb, President tal-Għaqda tal-Bdiewa u s-Sur Louie Naudi, Membru fl-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa.", "Fuq talba ta' Madam Chair, il-Perit Elizabeth Ellul ippreżentat lill-Kumitat dokument li jinkludi l-policies kollha dwar l-ODZ eżistenti u t-tibdil li hemm suġġerit għall-istess policies (Dok 3); u s-Sur Johann Buttigieg ippreżenta lill-Kumitat kopja tat-terms of reference li se jkollu l-Agricultural Advisory Committee (Dok 4).", "Matul id-diskussjoni saru dawn is-suġġerimenti miċ-Chair u l-Membri tal-Kumitat:", "Madam Chair issuġġerixxiet li fil-Policy 2.2A: New Farm Dwellings for Livestock Farmers għandu jidħol in-numru ta' rjus tal-bhejjem li jrid ikun hemm fil-farm, u fil-Policy 2.5A: New, or Extensions to, Agricultural Stores for Arable Farming, tiġi kkunsidrata l-possibilità li minflok il-kamra li tkun permissibbli tinbena, tkun m'għola sular fuq l-art, tkun biss tliet filati 'l fuq mil-livell tal-art jew inkella taħt l-art.", "L-Onor.", "Ryan Callus issuġġerixxa li fil-Policy 2.3B: New or Relocated Livestock Farms jiġi ċċarat li l-farms għandhom ikunu fid-development zone biex jiġu relocated.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar issuġġerixxa li fil-Policy 2.5: Agricultural Stores, il-minimum size of holding biex ikun jista' jsir store jinżel għal bejn 3 u 5 tumoli u l-istore ma jkunx ta' 30 metru kwadru imma jkun ta' 20 metru kwadru.", "Għal Policy 2.6: Greenhouses saru dawn is-suġġerimenti:", "L-Onor.", "Ryan Callus issuġġerixxa li l-bdiewa jiġu vantaġġjati billi jkunu eżentati milli japplikaw għal serra u minflok, din tkun tista' ssir b'Development Notification Order (DNO).", "Min-naħa tiegħu, is-Sur Johann Buttigieg qal li dan jista' jsir basta l-Agricultural Advisory Committee ikun ta l-clearance tiegħu; u", "L-Onor.", "Charles Buhagiar issuġġerixxa li jiġi regolat il-bini ta' gaġġeġ għall-annimali ta' ċertu daqs minħabba li diġà kienu jeżistu xi każi simili.", "Għal Policy 2.9: Land Demarcation, Walls and Gates, saru dawn is-suġġerimenti:", "Madam Chair issuġġeriet li kemm jista' jkun, fir-raba' jkun hemm ħitan tas-sejjieħ proprju biex ikomplu mal-ambjent; u", "L-Onor.", "Toni Bezzina ssuġġerixxew li l-wisa' tax-xatba, minn tliet metri jitla' għal 4.5 metri biex ikun jista' jdur il-mutur tal-ħart peress li l-mogħdijiet ikunu dojoq wisq.", "Għal Policy 2.10: Access to Arable Farm Holdings, l-Onor.", "Charles Buhagiar issuġġerixxa li fejn ikun hemm każijiet partikolari bħal tafal, jiġi kkunsidrat li jintużaw materjali oħra barra l-gravel, filwaqt li l-Onor.", "Roderick Galdes issuġġerixxa li jiddaħħal proviso li jkun jgħid li f'każijiet speċifiċi l-bord ikun jista' jieħu deċiżjoni li jikkunsidra materjali differenti mill-gravel.", "Għal Policy 4.2: Farm Diversification, New Farm Retail Outlets, saru dawn is-suġġerimenti:", "Madam Chair issuġġeriet li titneħħa l-parti li qed tipprovdi għall-parking; u", "L-Onor.", "Toni Bezzina ssuġġerixxa li tiddaħħal provision li tgħid li min ikun se jagħmel retail outlet ikun irid japplika għal liċenzja u jrid jippreżentaha.", "Għal Policy 4.4: Agro-tourism Accommodation, l-Onor.", "Ryan Callus issuġġerixxa li f'sub-paragrafu 4(b) tiddaħħal il-frażi \"in sites such as quarries\".", "Għal Policy 5.2: Stables and Horse Riding Facilities/Establishments, saru dawn is-suġġerimenti:", "Madam Chair issuġġeriet li jkun hemm redevelopment of existing buildings u jitneħħew new developments ħalli jiġi protett l-ambjent li fadal; u", "L-Onor.", "Toni Bezzina talab li ssir konsultazzjoni u tingħata konferma bil-miktub li l-injam tal-istallel ma jagħmilx ħsara lill-bhejjem fil-klima ta' pajjiżna.", "Għal Policy 6.3: Extensions to Existing Dwellings ODZ, Madam Chair issuġġeriet li tinbidel id-definizzjoni tal-kelma \"ruin\" b'mod li titneħħa minnha l-kelma \"all\".", "Il-Kumitat qabel b'mod unanimu li d-dokumenti li jiġu ppreżentati fil-Kumitat jitpoġġew fuq il-website tal-Parlament.", "Fl-10:27 p.m. id-diskussjoni dwar dan id-dokument intemmet u Madam Chair aġġornat il-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140402_008m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 23", "L-Erbgħa, 09 ta' April, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 09 ta' April, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Vjolenza Domestika – Diskussjoni ma' Dr Malcolm Mifsud mill-Uffiċċju tal-Legal Aid", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140409_023a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 23", "L-Erbgħa, 9 ta' April, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 23", "L-Erbgħa, 9 ta' April, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 21 li saret nhar it-Tnejn 17 ta' Marzu 2014 ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Peress li m'għandniex quorum biex nibdew il-laqgħa tistgħu tikkonfermaw jekk nistgħux nibdew il-laqgħa bil-Membri preżenti?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ma nsibx oġġezzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb mela nistgħu nibdew.", "Fl-aħħar laqgħa li għamilna l-Onor.", "Buttigieg qaltilna li dwar il-kwestjoni tal-Lyster Barracks u l-inċidenti li nqalgħu ma kenitx irċeviet l-email sabiex min kien preżenti jagħti l-istatement tiegħu.", "Għaldaqstant jiena tlabt lis-Segretarju tagħna sabiex iġibli kopja tal-email li ntbagħtet lill-Membri li kienu preżenti għal dik il-viżita u fil-fatt jidher li din l-email intbagħtet kemm lilha u kemm lill-Onor.", "U għalhekk xtaqt insemmi dan il-punt.", "Issa nistgħu ngħaddu mal-ewwel għas-suġġett tal-lum.", "VJOLENZA DOMESTIKA - dISKUSSJONI MA' DR MALCOLM MIFSUD MILL-UFFIĊĊJU TAL-GĦAJNUNA LEGALI", "THE CHAIRPERSON: Rigward il-vjolenza domestika konna wasalna biex nagħlqu dan is-suġġett imma meta konna qegħdin niffinalizzaw ir-rapport irrealizzajna li kien għad fadal xi ftit kwestjonijiet dwar il-legal aid.", "Għaldaqstant iddeċidejna li nistiednu lil xi ħadd min-naħa tal-legal aid sabiex jirrispondi l-mistoqsijiet li kellna.", "Nixtieq navża li din is-seduta se tiġi streamed live on the internet u allura, jekk hemm xi oġġezzjoni dwar dan nitlobkom tavżawna.", "La m'hawnx oġġezzjonijiet nistgħu nibdew billi nistieden lil Dr Malcolm Mifsud mill-Uffiċċju tal-Legal Aid.", "Dr Mifsud dan il-Kumitat mhux qiegħed sempliċement jiddiskuti l-vjolenza domestika mil-lat ta' statistika imma qed jara kif il-vittmi jiġu trattati minn diversi istituzzjonijiet Maltin għax kien qed ikollna ħafna rapporti min-naħa tal-vittmi li ma kenux qed iħossu li l-istituzzjonijiet qegħdin jieqfu magħhom kif suppost.", "Tista' tgħidilna ftit kif inhi l-proċedura ta' meta jkun hemm xi ħadd b'każ ta' vjolenza domestika u jkollu bżonn tal-għajnuna tagħkom?", "DR MALCOLM MIFSUD (Mill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali): Sinjura President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina u li se nagħmel hu li se nispjega kif taħdem is-sistema.", "Bħala uffiċċju aħna nagħtu servizz legali ta' assistenza ta' avukati u nagħtu dan is-servizz meta jkun hemm litigazzjoni, sija f'każijiet kriminali u sija f'każijiet ċivili.", "Meta qiegħed insemmi każijiet ċivili qiegħed nirriferi wkoll għal dawk il-każijiet amministrattivi u kostituzzjonali.", "Issa amministrattivi fis-sens wiesgħa, jiġifieri fid-diversi bordijiet li jkun hemm, fosthom tas-social security u tad-DSS.", "Dawn kollha huma intitolati sabiex jiġu assistiti mill-avukat tal-Għajnuna Legali.", "U ħafna drabi fejn ikun hemm il-vjolenza domestika jkollok każijiet ta' separazzjoni għax ikunu koppji miżżewġin.", "Imbagħad għandek il-kategorija l-oħra li ma jkunux miżżewġin imma jkunu jgħixu flimkien, fejn f'dak il-każ ikollok problemi oħra relatati mal-kura u l-kustodja tat-tfal, mal-aċċess u mal-manteniment.", "Biex ikunu intitolati għal-Għajnuna Legali ma jkunux iridu jaqilgħu aktar mill-paga minima.", "Meta jkollok probabilis causa litigandi jew każijiet ta' separazzjoni dejjem ikollhom din l-għajnuna.", "Qatt ma ltqajt ma' każ fejn ma tajnix il-Għajnuna Legali f'każ ta' separazzjoni.", "Meta jkun hemm kwestjoni ta' dħul nivverfikaw imma l-uniku verifika li nagħmlu hi li l-parti tagħti ġurament li hija taqla' inqas mill-paga minima.", "U jekk ikunu fuq l-għajnuna soċjali nistaqsihom kemm jaqilgħu f'għajnuna soċjali.", "THE CHAIRPERSON: Meta ssir dik id-dikjarazzjoni intom tivverifikawha x'imkien?", "DR MALCOLM MIFSUD: Le, ma ssir l-ebda verifika għax dik id-dikjarazzjoni ssir permezz ta' ġurament.", "Issa meta persuna jkollha proprjetà jew inkella l-komunjoni tal-akkwisti jkun wieħed konsiderevoli … Naturalment meta din tkun soġġetta għall-kawża aħna ma nqisuhiex bħala parti mill-patrimonju.", "Fil-fatt hemm benchmark ta' mhux aktar minn €7,000 bħala assi f'idejhom.", "Każijiet klassiċi f'każijiet ta' separazzjoni huma d-dar, il-karozza u affarijiet hekk.", "Ovvjament meta jiġu biex jagħmlu d-diviżjoni tal-komunjoni tal-akkwisti, dawk ma ngħodduhomx bħala parti mir-rekwiżiti.", "Imma f'dak il-każ aħna nagħtu avukat f'temp ta' jumejn jew tlieta.", "Il-proċedura hi li l-persuna tiġi quddiemi, tgħidli bejn wieħed u ieħor għalfejn għandha bżonn l-avukat tal-Għajnuna Legali u jien nagħmel it-talba quddiem il-Prim' Awla bir-rakkomandazzjoni min-naħa tiegħi bħala avukat tal-Għajnuna Legali sabiex din it-talba tiġi milqugħa.", "U dejjem jilqgħu t-talba li ssir u kif għedt, fi żmien jumejn jew tlieta jingħataw avukat tal-Għajnuna Legali.", "Ovvjament imbagħad sta għalihom biex imorru jagħmlu appuntament mal-avukat li jkun ġie assenjat lilhom.", "Dawn l-avukati huma minn tal-elenku.", "THE CHAIRPERSON: Xi kemm ikun hemm minn dawn il-każijiet li jiġu għall-għajnuna?", "Tista' tagħtina medja f'sena kemm jiġu?", "DR MALCOLM MIFSUD: L-uffiċċju tagħna – u hawnhekk nixtieq ngħid li jien qiegħed waħdi f'dan l-uffiċċju - ma jżommx din l-istatistika imma fl-attwarja, fir-reġistru tal-Qorti, iżommu reġistru.", "Li nista' ngħid hu li jkun hemm mhux ħażin talbiet għall-għajnuna.", "Jiena ngħid li aktar minn 80% huma każijiet ta' family law issues.", "Imbagħad għandek oħrajn fuq kera u fuq affarijiet oħra.", "Imma l-maġġor parti huma fuq separazzjonijiet, manteniment u aċċess għat-tfal.", "Issa meta xi ħadd ikun diġà beda l-proċeduri bl-avukat tiegħu imma mbagħad jispiċċa f'sitwazzjoni finanzjarja prekaraja u allura jkollu bżonn ta' avukat minn tal-Għajnuna Legali, jista' xorta waħda jiġi għandna u aħna nagħtuh avukat minn tagħna.", "Xtaqt ngħid ukoll – biex il-Kumitat ikun informat – li bħalissa għaddejja diskussjoni dwar ir-rilaxx tal-file minħabba li kien hemm avukat partikolari li kien qed joġġezzjona fuq ir-rilaxx tal-file.", "Fl-opinjoni tiegħi, peress li huwa l-Imħallef li jassenja lill-avukat tal-Għajnuna Legali, mela dik għandha titqies bħala ordni tal-Qorti u għalhekk, l-avukat bilfors irid jieħu ħsieb li jagħti l-file lura.", "Imma kif għedtilkom kien hemm każ partikolari fejn avukat kien qed joġġezzjona biex jagħti r-rilaxx tal-file lill-avukat tal-Għajnuna Legali.", "THE CHAIRPERSON: Għax il-persuna ma tkunx tista' tħallsu u għalhekk ikollha bżonn avukat tal-Għajnuna Legali.", "DR MALCOLM MIFSUD: Hemm digriet partikolari fejn qed jgħid li jrid ikun hemm ir-rilaxx tal-file.", "Imbagħad wieħed jista' jmur fil-Kamra tal-Avukati biex ikun hemm a forced release tal-file imma ovvjament din tieħu ż-żmien.", "Dik min-naħa tal-Qorti Ċivili.", "Fil-kriminal teknikament ma jiġux għandi biex jaraw jekk hemmx rekwiżiti imma dejjem imorru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati jekk ikun hemm kawża ta' vjolenza domestika.", "Ħalli nibda nelenka ċerti problemi.", "L-ewwel problema hi meta l-klijenti jsibu li huwa l-maġistrat li jaħtar l-avukat tal-Għajnuna Legali.", "L-avukati tal-elenku għandhom roster u allura kuljum ikollok avukat differenti skond dik ir-roster.", "Jekk xi ħadd imur quddiem il-maġistrat u jitlob avukat tal-Għajnuna Legali, il-maġistrat ikun jaf min hu tal-għassa fuq ir-roster tal-ġurnata u jaħtar dak l-avukat partikolari.", "Fil-kumpilazzjonijiet ma tantx ikun hemm problemi għax kif kulħadd jaf hemm tul ta' żmien li l-kumpilazzjoni ddum u allura dak li jkun jilħaq ikellem u jikkonsulta mal-avukat tiegħu.", "Il-problema meta jkollok dawn is-sommarji għax hemmhekk ma jkollokx ċans.", "Issa l-Qrati, ħafna drabi jiddeferixxu l-kawża, jiġifieri jekk il-Qorti tappunta avukat u l-avukat ma jkunx qiegħed hemm - jekk qiegħed hemm u l-kawża ma tkunx waħda kkomplikata dak li jkun jikkonsulta dak il-ħin stess mal-avukat - jew ma jkunux jistgħu jaqbduh, il-kawża tiġi diferita.", "Allura f'każijiet ta' vjolenza domestika jkollok daqxejn tal-problemi għax jitolbu differiment.", "THE CHAIRPERSON: Jekk xi ħadd ikun imissu fuq ir-roster, dan mhuwiex obbligat li jkun il-Qorti dak il-ħin?", "DR MALCOLM MIFSUD: Jistgħu jkunu quddiem maġistrat jew imħallef ieħor.", "Li naf hu li dawn dejjem ikunu fil-Qorti.", "Issa mhux bilfors li jkunu l-ħin kollu imma ħafna drabi hemm ikunu.", "Il-problema tinħoloq meta f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata jkollok dak il-ġenn fejn kulħadd ikun quddiem xi mħallef jew maġistrat u allura biex taqbad lil dak li jkun iddum xi ftit.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Hemm xi kondizzjonijiet fejn l-avukat ma jingħatax?", "Jiġifieri dan isir b'means testing jew kulħadd jista' japplika għalih?", "DR MALCOLM MIFSUD: Kif spjegajt fil-Qorti Ċivili ma jridx ikollok aktar mill-paga minima bħala dħul u din toħroġ mill-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "U bħala kapital ma tistax taqbeż is-€7,000.", "Fil-Qorti Kriminali, jekk ikun hemm xi ħadd li jitfaċċa mingħajr avukat, il-Qorti tista' tordna li taħtar avukat hi minflok tistenna li jiġi l-avukat ta' dak li jkun.", "U f'dak il-każ mhuwiex rikjest li jsir il-means test.", "Mela jekk Bill Gates jiġi akkużat b'xi ħaġa u dan jitfaċċa l-Qorti mingħajr l-avukat tiegħu, il-Qorti tista' tgħidlu li mhijiex se toqgħod tistenna l-avukat tiegħu imma taħtarlu l-avukat hi.", "Issa fil-Qorti Kriminali għandek l-akkużat u għandek il-parti ċivili.", "U hemmhekk għandek sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika jew ta' xi inċidenti oħra fejn kulħadd imur l-għassa u jagħmel rapport kontra xulxin.", "Għalhekk dak li jkun ikollu d-dritt tal-avukat.", "Il-Kodiċi Kriminali huwa silenzjuz dwar id-dritt tal-avukat tal-Għajnuna Legali għall-parte civile.", "Illum il-Kodiċi Kriminali tgħidlek li l-parte civile, jiġifieri l-vittma, tista' tkun rappreżentata minn avukat.", "Għalkemm hemm din il-lakuna żgħira fejn tgħidlek li għandek dritt għall-avukat tal-Għajnuna Legali… Safejn naf jien – għax ma nkunx fl-awli kollha - qatt ma kelli lmenti ta' xi ħadd li mar quddiem il-maġistrat u l-maġistrat ma tahx id-dritt għall-avukat bħala parte civile.", "Dak id-dritt jingħata imma mhuwiex imniżżel fil-Kodiċi.", "THE CHAIRPERSON: Però dak li jkun jekk ma jitlobx għalih mhux se jingħatalu.", "Jekk l-akkużat jitlà waħdu u forsi ma jafx x'għandu jagħmel biex iġġib avukat tal-Għajnuna Legali, se jkun hemm il-maġistrat li jgħidlu hu xi jrid jagħmel.", "Imma jekk il-vittma ma tafx li tista' titlob għall-avukat tal-Għajnuna Legali, din mingħajru se tkun u mingħajru se tibqa'.", "DR MALCOLM MIFSUD: Eżattament.", "Ovvjament jiġu nies għandi fuq il-Kriminal u jien ngħidilhom biex jgħidu lill-maġistrat li huma għandhom id-dritt tal-avukat.", "Ovvjament ġieli tara nies fl-awla li jkunu qishom mitlufin.", "THE CHAIRPERSON: Inti għedtilna li jinżammu statistiċi ta' meta jintalab l-avukat tal-Għajnuna Legali fil-Qorti Ċivili.", "Issa fil-Qorti Kriminali teżisti xi statistika?", "DR MALCOLM MIFSUD: Xejn għax li jiġri hu li l-kawża sempliċement tiġi verbalizzata.", "Mela jkollok lil xi ħadd li jkun akkużat u dan jitlob għall-għajnuna legali.", "M'hemmx formuli dwar dan imma sempliċement ikun fil-verbal.", "Jiġifieri m'hemmx statistika.", "THE CHAIRPERSON: Aħna meta konna qegħdin nitkellmu ma' vittmi partikolari ta' vjolenza domestika, kien hemm xi affarijiet li speċi kienu ilhom recurring u waħda mid-diffikultajiet li smajna kienet dik li meta jkollhom avukat tal-Għajnuna Legali kienu qed isibuha diffiċli biex jagħmlu kuntatt miegħu.", "Dawn qalulna li huma kienu jħallulu messaġġi jew iċemplulu imma dan qatt ma jċemplilhom lura.", "Din in-nuqqas ta' komunikazzjoni tidher li hija xi ħaġa regolari.", "DR MALCOLM MIFSUD: Fil-fatt jiġu klijenti jgħiduli li pprovaw jaqbdu lit-tali avukat li ġie assenjat lilhom imma ma rnexxilhomx.", "Issa min-naħa tagħna nagħtuhom id-dettalji kollha ta' dak l-avukat.", "Jiġifieri meta jassenjawlhom l-avukat aħna nagħtuhom karta bl-indirizzi t-telephone numbers kollha li jkollu dak l-avukat partikolari.", "Biex inkunu ġusti ħafna drabi l-avukati jkunu available u tkun tista' tagħmel kuntatt magħhom għax jirrispondu l-mobile u ikollhom sistema ta' uffiċċju bis-segretarja li tieħu l-messaġġi jew iċċempel lura lil dak li jkun.", "Imma għandek avukati oħra, li jeżistu mhux biss fl-Għajnuna Legali, li huma aktar diffiċli biex taqbadhom.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri meta jiġu biex jitolbu avukat tal-Għajnuna Legali intom tinformawhom li jekk is-servizz ma jsibuhx tajjeb jistgħu jagħmlu xi tip ta' lment ma' xi ħadd?", "Teżisti din is-sistema jew le?", "Is-sistema taħdem billi l-Qorti taħtar avukat sabiex jassisti lit-tali persuna.", "Issa jekk dak li jkun jiġi għandi għax ikun irid jibdel l-avukat li jkun ġie assenjat lilu, jiena ngħidlu li ma nistax nagħmel xi ħaġa simili għax dak l-avukat ikun ġie maħtur mill-Qorti.", "Ikollok ċirkostanzi fejn il-klijent u l-avukat ma jikklikjawx ma' xulxin u din tiġri mhux biss fis-sistema tal-Għajnuna Legali.", "F'dak il-każ l-unika ħaġa li tista' ssir hu li l-avukat stess jagħmel rikors fil-Prim' Awla u jagħti r-raġunijiet għalfejn ma jistax jassisti lit-tali persuna.", "Jista' jgħid li għandu konflitt ta' interess jew li nkella tah parir u l-klijent tiegħu mhux isegwih, eċċ. U allura jagħmel rikors fejn jgħid li hu u l-klijent tiegħu mhumiex jikkomunikaw b'mod tajjeb.", "THE CHAIRPERSON: Imma jekk il-vittma mhijiex sodisfatta jew inkella għandha xi problema mal-avukat li ġie assenjat lilha, tista' tirrikorri x'imkien biex tressaq l-ilment tagħha?", "Qiegħda ngħid hekk għax biex tagħmel rikors il-Qorti trid avukat u l-avukat li ġie assenjat lilha mhijiex taqbdu u allura ma tistax tuża' l-istess avukat biex tagħmel rikors kontra tiegħu!", "Mela din m'għandhiex way out.", "DR MALCOLM MIFSUD: Hemm il-Kamra tal-Avukati u l-Kummissjoni.", "Mela jekk ikun hemm complaints dwar l-avukat, il-kljient jista' jressaq l-ilment tiegħu mal-Kamra tal-Avukati.", "THE CHAIRPERSON: Imma ħadd ma jgħidilha li tista' tagħmel hekk?", "DR MALCOLM MIFSUD: Jien ngħidilhom jekk jiġu għandi.", "Huma jiġu jgħiduli biex nibdlilhom l-avukat imma din ma nistax nagħmilha għax l-avukat ikun assenjat mill-Qorti.", "THE CHAIRPERSON: Imma tinfurmahom x'jistgħu jagħmlu?", "DR MALCOLM MIFSUD: Jekk ikunu lmenti li jridu jmorru quddiem il-Kummissjoni ngħidilhom biex jiġu hawnhekk il-Palazz, ikellmu lis-Segretarju tal-Kummissjoni jew inkella lill-Kamra tal-Avukati li qiegħda fit-tieni sular tal-Qorti.", "Issa nixtieq ngħid ukoll li mhux ma jidħlux ilmenti imma bl-ammont ta' nies li jiġu għandna, in-numru ta' ilmenti li jidħlu huwa pjuttost żgħir.", "THE CHAIRPERSON: Minn dak li nisimgħu ħafna drabi qisu hemm dak il-feeling li meta jkollok l-avukat tal-Għajnuna Legali huma ma jingħatawx daqshekk attenzjoni daqlikieku kellhom avukat privat.", "Jgħidulek li l-kawżi jdumu aktar u jekk ikunu jridu jsiru xi rikorsi, mhux neċessarjament li jsir dak li wieħed ikun jixtieq u allura s-servizz jinħass li għandu xi nuqqasijiet.", "X'tista' tgħidilna dwar dan?", "DR MALCOLM MIFSUD: Iva, hemm din il-perċezzjoni li l-avukat tal-Għajnuna Legali ma jagħtikx daqshekk attenzjoni daqs kemm jagħtik wieħed li qed tħallas għalih.", "L-ewwel nett is-sistema ġudizzjarja tagħna għandna l-problema tad-dewmien u allura n-nies jibdew jgħidu li qed jiġrilhom hekk għax għandhom avukat tal-Għajnuna Legali u li kieku l-avukat tagħhom kien wieħed privat ma kienux idumu daqshekk.", "Issa jista' jkun li minħabba s-sistema ta' konfużjoni organizzata li hemm il-Qorti, ma tagħmilx differenza jekk inti għandekx avukat tal-Għajnuna Legali jew inkella avukat privat għax is-sistema hi dik li hi.", "Irridu napprezzaw ukoll li l-avukati tal-elenku jirċievu ftit iktar minn €200 fix-xahar u żgur li dan mhuwiex a money earning job!", "Imma jagħmlu dan ix-xogħol biex ikollhom esperjenza u biex ikollhom ċerta exposure.", "Ovvjament din ir-rimarka qiegħda wkoll fir-rapport dwar ir-riforma tal-ġustizzja.", "Jiena ktibt il-kummenti tiegħi dwarha għax inħoss li mhuwiex ġust li wieħed jikkritika biss lill-avukat tal-elenku mingħajr ma japprezza x-xogħol li qed iwettaq.", "Dan mhux qed ngħidu li jkollu kawża waħda u abbanduna dik il-kawża imma jkollu numru sostanzjali ta' klijenti.", "THE CHAIRPERSON: Minbarra l-fatt li rridu nħarsu proprju lejn il-vittma, aħna rridu nħarsu wkoll lejn titjib fis-sistema.", "U allura waħda mill-affarijiet li kont proprju se nistaqsik hija din; bħalissa s-sistema hi dik li jintużaw l-avukati tal-elenku u allura m'hemmx avukati per se f'uffiċċju.", "Issa fil-fehma tiegħek, biex forsi jissolvew ftit minn dawn il-problemi, taqbel li għandu jkun hemm uffiċċju armat b'avukati li jiddedikaw ħinhom biss sabiex jagħtu l-għajnuna legali?", "Jew forsi jkun hemm xi forma ta' soluzzjoni oħra li tista' taħdem?", "Jiġifieri jekk wieħed jara r-rapport tar-riforma tal-ġustizzja jsib li dan jagħtik id-direzzjoni li għandu jkun hemm uffiċċju b'numru ta' avukati full-time imma li jkollok ukoll l-avukati tal-elenku sabiex jagħtu s-servizzi tagħhom.", "L-ewwel jekk ikun hemm uffiċċju tal-Għajnuna Legali nkunu nistgħu nagħmlu rikors il-Qorti biex wieħed ikun intitolat għal din l-għajnuna.", "Dan ikun bħad-dipartimenti l-oħra, jiġifieri bħal tas-social security, fejn jekk inti intitolat għar-relief, mela jien se nagħtik ir-relief.", "Mela jekk xi ħadd ikollu bżonn avukat għax ix-xahar id-dieħel se jidher quddiem il-Qorti Kriminali u nista' nagħtih avukat minn issa ħalli jserraħ moħħu li jista' jitkellem mal-avukat mill-ewwel, tant aħjar għax ma jkunx hemm bżonn ta' rikors il-Qorti imma tkun tista' tassenjalu avukat dak il-ħin stess.", "Tivverifika jekk jikkwalifikax jew le u jekk jikkwalifika taqbad u tgħidlu li l-avukat tiegħu se jkun it-tali.", "Dik naħseb li tgħin ukoll.", "Is-servizzi l-oħra li jista' jkun hemm għandek pereżempju l-back office.", "Ġieli jkun hemm mistoqsijiet parlamentari marbutin mas-servizzi tal-Għajnuna Legali.", "Pereżempju jkollok mistoqsija fuq kemm nagħtu Għajnuna Legali.", "U allura jekk ikun hemm back office fejn jinżammu l-appuntamenti tkun tista' tiġbor din l-informazzjoni.", "Mela jien naf li Dr Malcolm Mifsud se jidher quddiem it-tali maġistrat fit-tali ġurnata u fit-tali ħin.", "U jekk ikun hemm bżonn jipprintjaw ix-sheet tiegħi u jien naf li rrid inkun fit-tali post fit-tali ħin.", "THE CHAIRPERSON: Inti għedtilna li jekk ikollok dan l-uffiċċju xorta waħda jibqgħu l-avukati tal-elenku.", "X'inhi r-raġuni li jekk hemm uffiċċju partikolari xorta se jkollok l-avukati tal-elenku?", "DR MALCOLM MIFSUD: Ma naħsibx li huwa previst li l-Gvern se jimpjega madwar 15-il avukat.", "Li hemm previst f'dan ir-rapport hu li jkun hemm xi ħadd bl-irwol tiegħi bħala Avukat tal-Għajnuna Legali u żewġ assistenti full-time, u mbagħad ikollok madwar 15-il avukat ieħor li jkunu bir-roster.", "Jista' ikun hemm ukoll aktar streamlining ta' min verament għandu bżonn l-avukat tal-Għajnuna Legali.", "Jien inħoss li xi kultant - bħal kull servizz li jingħata mill-Gvern – l-abbuż se jnaqqas mis-servizz li nistgħu nagħtu lill-każijiet ġenwini.", "Jiġifieri xi ħadd li għandu każ pjuttost faċli ma jridx imur għand avukat u minkejja li jkollu pensjoni tajba, minkejja li forsi jaħdem u ma jiddikjarax kemm qed jaqla', dan juża' is-servizz tal-avukat tal-Għajnuna Legali biex jiffranka.", "U allura naħseb li hemm bżonn ta' aktar skrutinju biex tipprova tnaddaf dik is-sezzjoni li qed jabbużaw minn din is-sistema.", "THE CHAIRPERSON: X'penali hemm għal min jinqabad jabbuża?", "DR MALCOLM MIFSUD: Illum ineħħulek l-avukat tal-Għajnuna Legali u trid tħallas dak li tkun iffrankajt.", "Imma fil-Qorti Kriminal, peress li m'hemmx tariffi m'hemmx xi tħallas.", "Issa jekk nadottaw is-sistema Taljana jew ta' pajjiżi oħra fejn dawn jaħtru avukat għax inti għandek id-dritt kostituzzjonali li tkun assistit minn avukat u mbagħad jekk inti tiflaħ tħallsu, tħallsu imma jekk ma tkunx tiflaħ tħallsu, dan jingħata lilek b'xejn.", "THE CHAIRPERSON: F'kelma waħda dan ikun l-avukat tal-għażla tiegħek?", "THE CHAIRPERSON: Is-sistemi li nadottaw aħna ma jippermettulekx li inti jkollok l-avukat tal-għażla tiegħek u li normalment din hija xi ħaġa li fuqha mibnija d-dritt to a fair trial?", "DR MALCOLM MIFSUD: Sa ċertu punt għax kif ġiet interpretata ma tagħmilx differenza jekk l-avukat huwiex tal-għażla tiegħek jew le, l-importanti hu li għandek avukat.", "Ovvjament ma tantx hemm għażla għax inti għandek dawn it-12 jew 15-il avukat tal-elenku skond ir-roster.", "Jerġa' fil-ġurijiet u l-Qorti Kriminali hemm inqas għażla għax jien biss hemm bħala avukat.", "Mela tħobbni jew tobgħodni lili se ssib sakemm ma jkollix konflitt ta' interess.", "F'dak il-każ l-imħallef ikollu jagħżel avukat ieħor.", "Imma dejjem hemm dan id-dibattitu bejn id-dritt kostituzzjonali li tiġi assistit u l-konflitt li inti tidderiġi lill-klijent mod u hu jagħmel mod ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħi dik tiġri kullimkien.", "THE CHAIRPERSON: Fil-kwestjoni tal-vjolenza domestika teżisti xi policy fl-uffiċċju dwar il-medjazzjoni?", "U jekk teżisti x'inhi l-policy?", "DR MALCOLM MIFSUD: Jekk jikkwalifikaw u għandhom avukat iridu jmorru anke għall-medjazzjoni.", "U aħna niftiehmu mal-Qorti tal-Familja biex issir il-medjazzjoni formali u mhux medjazzjoni informali.", "THE CHAIRPERSON: Il-problema li nara jien hi li fejn tidħol vjolenza domestika l-medjazzjoni diffiċli biex tkun favur il-vittma.", "Jiġifieri meta l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali tmur quddiemu vittma, aħna nipprovaw nimbottaw biex jaslu għal separazzjoni bonarja.", "Issa x'inhi normalment it-take li tieħdu intom?", "DR MALCOLM MIFSUD: Dwar is-separazzjoni bonarja hemm ukoll problema oħra fis-sistema għax m'hemmx nutara.", "Mela jekk ikun hemm separazzjoni bonarja m'għandekx problema għax l-avukat tal-Għajnuna Legali se jmur għall-medjazzjoni.", "Imma meta inti taqbeż il-medjazzjoni, dawn se jirreferuhom għand nutar u n-nutar irid iħallsu xi ħadd.", "L-Uffiċċju tal-Għajnnuna Legali m'għandux nutara miegħu u l-avukat jista' jmexxihom sa ċertu punt.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri xi ħadd li verament ma jistax iħallas se jkollu bilfors jagħmel kawża?", "DR MALCOLM MIFSUD: Bilfors għax m'hemmx opzjoni oħra.", "Jekk ma jistgħux jaslu bil-kuntratt u ma jistgħux iħallsu lin-nutar, jien ngħidilhom sabiex iduru ftit u jaraw liema nutar jistgħu jqabbdu għax hemm nutara li għandhom id-dritt tagħhom mod u hemm oħrajn li għandhom id-dritt tagħhom mod ieħor.", "Imma m'hemmx għażla oħra għax imbagħad l-avukat irid isegwi l-każ.", "Imbagħad kemm l-imħallef jinduna bis-sitwazzjoni.", "Dik hi l-problema.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa oħra.", "Min ikun vittma ta' vjolenza domestika u inti tibda tirrealizza li quddiemek għandek xi ħadd li huwa vittma, intom kif tirrelataw ma' servizzi oħra bħal pereżempju dak ta' psychologists jew ta' min jieħu ħsieb ix-shelters?", "DR MALCOLM MIFSUD: Ħafna nies jgħiduli li ġew mibgħutha mill-Appoġġ imma min-naħa tal-Appoġġ ħadd ma jkun kellimni dwar din il-persuna.", "Imbagħad meta tibda l-konversazzjoni tinduna li quddiemek għandek kwestjoni ta' vjolenza domestika.", "U rrid nispjegalhom li fi kwestjoni ta' vjolenza fiżika, l-ewwel ħaġa li jridu jagħmlu hi li jmorru għand il-pulizija għax huma l-pulizija li jistgħu jagħmlu l-arrest u mhux l-avukati.", "Wara li mbagħad imorru għand il-pulizija naraw x'tip ta' azzjoni jixtiequ jieħdu.", "Għandek ċerti pulizija li għadhom ma fehmux li kwerela huwa rapport u li allura m'għandekx bżonn tmur għand avukat biex tagħmel kwerela.", "Din qiegħda tonqos ħafna llum imma qabel meta mara kienet taqla' xebgħa kienu jibagħtuha għand l-avukat biex tagħmel kwerela.", "Dik naqset imma għadha ma' ġietx 100% eradikata.", "U meta jiġu għandi nibgħathom lura u ngħidilhom li kwerela hija sempliċement rapport formali tal-pulizija u għaldaqstant m'għandekx bżonn ittra mingħand avukat.", "Inti kemm tmur l-għassa u tgħidilhom li trid tagħmel rapport.", "U jekk il-kuntistabbli ma jifhmikx tista' tmur għand is-surġent u jekk lanqas dan ma jifhmek tista' tmur għand l-ispettur.", "THE CHAIRPERSON: Il-fatt li trid tmur għand avukat biex tagħmel kwerela żżommhom lura lil dawn in-nies sabiex jagħmluha.", "DR MALCOLM MIFSUD: Aħna m'aħniex pulizija u ma nistgħu narrestaw lil ħadd.", "Li nistgħu nagħmlu aħna hu li nagħtu parir legali u nassistu lill-klijent fil-Qorti.", "THE CHAIRPERSON: Dak jiġri meta jibgħatulek in-nies mill-Appoġġ imma meta jiġi xi ħadd quddiemek għax għandu bżonn avukat tal-Għajnuna Legali u inti tinduna li dan ma marx għand psikologu jew għand family therapist, teżisti xi referral policy?", "DR MALCOLM MIFSUD: Ma ngħidx li nirreferu għand xi ħadd għax jien nipprova nżomm mal-kompitu tagħna u ċioè li nagħtu parir legali.", "Mhuwiex il-kompitu tagħna l-avukati li npoġġuhom madwar mejda biex naraw jekk dawn humiex kompatibbli ma' xulxin jew le.", "Iva nirreferi imma mill-esperjenza tiegħi limitati ħafna.", "Li nagħmel hu li nerġa' nibgħathom għand tal-Appoġġ meta nara li l-persuna mhijiex ċerta jekk għandhiex tieħu l-azzjoni jew le.", "Inti tista' tagħti parir imma meta jgħidulek li huma ma jafux jekk għandhomx jisseparaw jew inkella jgħidulek li le ma jridux jisseparaw, hemmhekk tinduna li dawn qegħdin f'ċerta sitwazzjoni.", "Ovvjament ma nistax neħodha fuqi u ngħidilha li trid tissepara, trid jew ma tridx!", "Ma nistax nagħmel hekk u allura ħafna drabi nirriferihom għand tal-Appoġġ.", "THE CHAIRPERSON: Jekk tiġi persuna quddiemek u inti taraha distressed u li forsi kieku kont f'sitwazzjoni oħra kont tirreferiha għand psikjatra, psikologu jew terapista, tħoss li huwa fil-kompitu tal-avukat tal-Għajnuna Legali li jagħmilha dik?", "DR MALCOLM MIFSUD: Jekk inti tara din is-sitwazzjoni u allura apparti l-problemi legali tara li għandhom problemi oħra tgħidilhom biex imorru għand l-Appoġġ.", "Ovvjament hemm il-kwestjoni tar-relief, jiġifieri hemm ċerti nies li jkunu telqu mid-dar u tinduna li lanqas dħul m'għandhom.", "U jien nagħmlilhom ċertifikat li ġew għandi biex jibdew il-proċeduri tas-separazzjoni.", "B'hekk l-Uffiċċju tas-Social Security ikollhom dan iċ-ċertifikat.", "Imbagħad għandek sitwazzjonijiet oħra fejn id-DSS tas-Social Security jibgħatu għand l-avukat għax ikun irid karta mingħand l-avukat tiegħu biex jgħid li dan ma jgħix ma' ħaddieħor.", "U allura hemm bżonn li dawn is-servizzi jkunu iktar konxji ta' x'qed nagħmlu aħna.", "THE CHAIRPERSON: Kważi kważi hemm problema ukoll minn dawk in-nies għax peress li ma jkollhomx biżżejjed flus ma jkunux jistgħu jitilqu mid-dar.", "U peress li jkunu qegħdin jgħixu taħt l-istess saqaf ma jkunux jistgħu jieħdu social security benefits għax jekk tkun toqgħod taħt l-istess saqaf ma tieħu xejn.", "Hemm min hu vittma ta' vjolenza domestika u lanqas jista' jaċċedi …", "DR MALCOLM MIFSUD: Jien nagħmlilhom ċertifikat li ġew għandi ħalli jkunu jistgħu jibdew il-proċeduri.", "Għalkemm ikollok avukat fi żmien tliet ijiem għallinqas ikunu bdew il-proċess biex ikollhom xi ħaġa żgħira ta' dħul.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi ħaġa fuq kemm għandhom ikunu frekwenti l-laqgħat mal-avukat?", "Jew hemm xi linji gwida għall-avukat biex jekk ikollu quddiemu każ ta' vjolenza domestika dan irid jiltaqa' imqar darba fix-xahar mal-klijent jew klijenta tiegħu?", "Hemm xi linji gwida simili?", "DR MALCOLM MIFSUD: Le, m'hemmx dan it-tip ta' linji gwida.", "THE CHAIRPERSON: U mill-klijenti li tara ġieli ssib lil min jgħidlek bi problemi li jsibu fir-rigward ta' istituzzjonijiet oħra għax ma jkunux qdewhom tajjeb?", "DR MALCOLM MIFSUD: Ovvjament għandek firxa wiesgħa ta' nies.", "Hemm nies li japprezzaw kull tip ta' għajnuna li jirċievu u anke jekk ma jkunux moqdija tajjeb xorta japprezzaw li nqdew fuq xi ħaġa.", "Imbagħad għandek l-estrem l-ieħor li għalihom xejn mhu tajjeb, li tagħmel x'tagħmel xejn mhu apprezzat.", "U għandek ukoll dawk li realment isibu diffikultajiet imma dawn ikunu xi kultant glitches fis-sistema …", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri jsibu diffikultajiet mal-pulizija jew mad- Dipartiment tas-Saħħa jew ma' xi ħaddieħor.", "DR MALCOLM MIFSUD: Eżatt.", "Pereżempju dawn ikunu marru l-għassa imma jħossu li ġew injorati.", "Issa xi kultant li jiġri hu li ma jkunux qegħdin jifhmu s-sitwazzjoni tagħhom.", "Pereżempju jkollok raġel li jkun irid jara t-tifel jew it-tifla tiegħu u jmur l-għassa.", "Imma l-pulizija ma jkunux jistgħu jgħinuh għax fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal ikun hemm imniżżel li l-missier huwa unkown.", "Din hija problema ċivili u l-pulizija mhux se jidħol fiha.", "B'hekk dak li jkun iħoss li l-pulizija mhux qed jagħmel dmiru.", "Allura trid tispjegalu għalfejn il-pulizija ma jistax jaqdih.", "Ikollok dawn is-sitwazzjonijiet varji.", "THE CHAIRPERSON: Ma nafx jekk għandkomx xi mistoqsijiet oħra?", "(Onor. Membri: Le) Mela Dr Mifsud nirringrazzjak tal-intervent tiegħek.", "Grazzi ħafna.", "Bħala t-tielet item fuq l-aġenda tagħna kellna d-diskussjoni fuq l-Annual Report on Domestic Violence maħruġ mill-Kummissjoni.", "Dan ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ġimgħa l-oħra u skond il-liġi għandna terminu ta' madwar 8 ġimgħat biex niddiskutuh.", "Madankollu lilna ma bagħtulniex soft copy ta' dan ir-rapport u allura ma nafx kemm hija idea tajba li niddiskutuh illum peress li kien daqshekk fuq short notice.", "Apparti minn hekk illum għandna ftit tan-nies neqsin u allura naħseb li l-aħjar ħaġa li naqrawh ftit bil-kwiet u niddiskutuh darb'oħra biex verament nagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Sakemm m'għandna xejn iktar x'niddiskutu llum, se nipposponi din id-diskussjoni għal laqgħa oħra, basta nibqgħu within the timeframe li tagħtina l-liġi biex niddiskutuh.", "Min-naħa tagħna niltaqgħu bħal-lum ġimgħa u l-aġenda tiġi mħabbra aktar tard.", "Grazzi.", "Fis-7:27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140409_023d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 23", "L-Erbgħa , 09 ta' April 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-18.40 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 21 li saret nhar it-Tnejn, 17 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "Minħabba li ma kienx hemm quorum biex issir il-laqgħa, ġie deċiż mill-Membri taż-żewġ naħat li kienu preżenti sabiex il-laqgħa tibda xorta waħda.", "Iċ-Chairperson irrimirkat fuq l-aħħar parti tad-diskussjoni preċedenti fejn l-Onor.", "Buttigieg semmiet kif hi u l-Onor.", "Azzopardi ma kenux irċevew l-email dwar it-talba ta' statement fuq l-inċidenti li nqalgħu fil-Lyster Barracks.", "Is-Segretarju tal-Kumitat ħareġ kopja tal-email li kienet intbagħtet lill-Membri li kienu preżenti għal dik il-viżita u jidher li l-email intbagħtet kemm lill-Onor.", "VJOLENZA DOMESTIKA - dISKUSSJONI MA' DR MALCOLM MIFSUD MILL-UFFIĊĊJU TAL-GĦAJNUNA LEGALI", "Dr Malcolm Mifsud ta spjegazzjoni fuq is-sistema tal-għajnuna legali.", "Spjega kif dan l-uffiċċju joffri servizz legali u assistenza ta' avukati.", "Dawn l-avukati jagħtu s-servizzi tagħhom sija meta jkun hemm każijiet kriminali u sija meta jkun hemm każijiet ċivili.", "Fiċ-ċivil fejn ħafna drabi għandek il-vjolenza domestika jkollok każijiet ta' separazzjoni, ta' kura u kustodja jew ta' aċċess għat-tfal kif ukoll għall-manteniment.", "Biex persuna tingħata l-għajnuna legali ma tridx tkun qiegħda taqla' aktar mill-minimum wage.", "L-unika verifika li ssir biex persuna tingħata jew ma tingħatax l-għajnuna legali hija permezz ta' ġurament li l-persuna tieħu fejn tiddikjara li mhijiex taqla' aktar mill-minimum wage.", "Hekk kif issir it-talba għall-għajnuna legali l-avukat jingħata fi żmien jumejn jew tlieta.", "Il-proċedura hi li l-persuna tmur quddiem Dr Mifsud bħala avukat tal-għajnuna legali u tgħidlu għalfejn għandha bżonn l-avukat.", "Imbagħad issir it-talba minn Dr Mifsud quddiem il-Prim'Awla.", "Din it-talba kważi kważi dejjem tiġi milqugħa u jingħata l-avukat tal-għajnuna legali.", "Imbagħad sta għall-persuna biex tmur tagħmel l-appuntament mal-avukat li jkun maħtur lilha.", "Dawn l-avukati huma tal-elenku.", "Il-maġġor parti tan-nies li jitolbu l-għajnuna legali jitolbuha fuq family law issues, jiġifieri fuq separazzjonijiet, manteniment u aċċess għat-tfal.", "Fost il-problemi li jsibu l-klijenti għandek dik li huwa l-Maġistrat li jaħtar l-avukat tal-għajuna legali.", "L-avukati tal-elenku għandhom roster u allura kuljum għandek avukat differenti.", "Rigward complaints li jkollhom il-klijenti dawn jistgħu jagħmluhom jew mal-Kamra tal-Avukati jew inkella mal-Kummissjoni.", "Fl-opinjoni ta' Dr Mifsud hemm bżonn ta' aktar skrutinju biex ma jkunx hemm abbużi minn min juża' dan is-servizz tal-għajnuna legali.", "Problema oħra hija li l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali m'għandux nutara miegħu u allura meta jkun hemm ftehim bonarju bejn il-partijiet u dawn jiġu riferuti għand nutar, l-ispejjeż tan-nutar ikollhom iħallsuhom huma jew inkella jkollhom jitilgħu l-qorti.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7:27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140409_023m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 24", "It-Tnejn, 14 ta' April, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 14 ta' April, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mas-Sur Joseph St John dwar id-Detention Policy f'pajjiżna", "Diskussjoni mal-Kummissarju għar-Refuġjati", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140414_024a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 24", "It-Tnejn, 14 ta' April, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 24", "It-Tnejn, 14 ta' April, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.46 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 22 li saret nhar it-Tlieta 25 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Se nqiegħed fuq il-Mejda din il-Korrispondenza;", "Artikolu u Rapport dwar l-immigrazzjoni irregolari tal-UNHCR intitolat \"Migration: know the facts\" li deher fuq il-gazzetta The Times ta' nhar il-Ħamis, 10 ta' April 2014.", "Quddiemkom illum għandkom dak il-pakkett ta' rapporti li kien bagħatilna l-Ombudsman l-aħħar darba.", "Min mhux qiegħed hawn jew min forsi qiegħed jissostitwixxi lil xi ħadd jgħaddi din il-ġabra ta' rapporti lill-Membri li mhumiex magħna llum ħalli ma noqogħdux nerġgħu nagħmlu aktar kopji peress li dan ir-rapport huwa oħxon mhux ħażin.", "dISKUSSJONI MAs-sur joseph st john dwar id-detention policy f'pajjiŻna", "THE CHAIRPERSON: Illum għandna magħna lis-Sur Joseph St John li se jkellimna fuq id-detention policy f'pajjiżna u għandna magħna wkoll il-Kummissarju għar-Refuġjati.", "Nirringrazzjakom talli ġejtu.", "Nixtieq ngħidilkom li din il-laqgħa tiġi video streamed imma jekk għandkom xi oġġezzjoni għal dan nitlobkom tgħiduli.", "Dan il-Kumitat jifforma parti mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali imma jitratta speċifikament is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari.", "U bħala Kumitat iddeċidejna li niffokaw l-ewwel diskussjonijiet tagħna fuq id-detenzjoni u mbagħad wara nimirħu fuq affarijiet oħra.", "S'issa morna nżuru xi ċentri ta' detenzjoni magħluqa kif ukoll ċentru miftuħ.", "B'hekk stajna naraw b'għajnena stess dawn iċ-ċentri qabel ma nibdew id-diskussjonijiet tagħna għaliex ħassejna li kienet tkun sitwazzjoni totalment differenti li kieku qbadna niddiskutu mingħajr ma żorna dawn il-postijiet.", "Ovvjament għandna bżonn li nkunu nafu daqsxejn iktar fuq x'inhi l-policy.", "Naf li kien hemm xi dokumenti imma ma nafx jekk dawn inbidlux matul is-snin.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN (Rappreżentant mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Il-policy ta' detenzjoni ilha mfassla mill-2005.", "Id-detenzjoni f'pajjiżna hija maqsuma fuq żewġ binarji prinċipali.", "L-ewwelnett id-detenzjoni ssir minħabba li persuna tkun daħlet fil-pajjiż b'mod irregolari u mhux minħabba li tkun għamlet applikazzjoni għall-ażil.", "Il-bażi legali tagħha hija Artiklu 5 tal-Att dwar l-Immigrazzjoni li jagħti definizzjoni ta' min jitqies bħala prohibated migrant, li bażikament hija persuna li tidħol fil-pajjiż mingħajr awtorizzazzjoni.", "Issa l-politika ta' detenzjoni f'Malta tagħti żewġ perjodi massimi ta' detenzjoni; persuna li tkun daħlet irregolarment f'pajjiżna u hija asylum seeker tagħmel l-applikazzjoni tagħha għall-asylum u jekk sa 12-il xahar ma tkunx inqatgħet l-applikazzjoni tagħha, din tinħeles mid-detenzjoni.", "Jekk l-applikazzjoni tagħha tiġi konkluża f'10 xhur u l-persuna tibqa' tiġi rejected, din tista' tibqa' tinżamm f'detenzjoni sa perjodu massimu ta' 18-il xahar.", "Dik hi l-politika li dejjem ħaddan pajjiżna f'dawn il-każijiet.", "Kien hemm ukoll l-eċċezzjonijiet fejn jidħlu persuni vulnerabbli għaliex dawn ma jinżammux f'detenzjoni.", "Naturalment għandek perjodu ta' detenzjoni sakemm isir il-medical screening u mbagħad dik il-persuna tinħeles.", "Naturalment fil-prattika jkollok ċerti vulnerabilitajiet li ma jkunux jidhru mill-ewwel imma joħorġu aktar tard għax ovvjament mhux kollox ikun evidenti mal-ewwel daqqa t'għajn.", "Għandek imbagħad il-kwestjoni tal-minorenni, fejn ikollok uħud minnhom li verament ikunu minorenni u dawn jinħelsu malajr mentri jkollok oħrajn li jkunu dubjużi jew li inkella jkun sar assessment tagħhom u jiġi konkluż li mhumiex minorenni imma huma xorta waħda jibqgħu jsostnu li huma minorenni.", "Mela fil-prattika, minkejja li hemm linja ċara bħala policy, inti xorta waħda se ssib ċerti kumplikazzjonijiet li huma marbuta man-natura tal-influssi.", "Matul is-snin kien hemm kambjamenti fin-nazzjonalità tan-nies li bdew jidħlu f'pajjiżna.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar ftit snin bdejna naraw ħafna iktar nies ġejjin minn diversi areas tas-Somalia u tal-Eritrea.", "U mis-sena li għaddiet bdejna naraw numru akbar ta' minorenni.", "Mela għandek ċerti trends li mal-medda taż-żmien inbiddlu imma bażikament dik hija l-politika ta' detenzjoni li jħaddan pajjiżna.", "THE CHAIRPERSON: Meta qed tgħidilna li rajtu żieda fil-minorenni qed tirriferi għall-unaccompanied minors jew għall-minorenni li jkunu mal-familja?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Fil-fatt l-iktar li żdiedu huma l-unaccompanied minors.", "Rigward minorenni mal-familja, jiġifieri tfal żgħar mal-familja tagħhom ma kienx hemm xi ammonti kbar.", "L-iktar li jkun hemm huma unaccompanied minors.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li d-detenzjoni tiġi amministrata mid-Detention Services, li hija entità separata kemm mill-ħabs kif ukoll minn entitajiet oħra.", "Din il-faċilità hija distinta mill-faċilitajiet korrettivi l-oħra.", "Ovvjament il-ħabs tmur meta tkun ikkommettejt reat kriminali mentri d-detenzjoni hija relatata ma' dħul f'pajjiż b'mod irregolari.", "THE CHAIRPERSON: Meta nitkellmu fuq politika ta' detenzjoni hemm min qed jgħid li m'għandu jkun hemm l-ebda perjodu ta' detenzjoni.", "Ftit ilu kont qed nisma' lil Dr Neil Falzon jitkellem f'isem l-NGO u kien qed jgħid li kieku kien għalihom, min jiġi minn barra l-pajjiż bħala immigrant irregolari u aħna għadna ma nafux jekk dan huwiex illegali jew le, m'għandux jinżamm f'detenzjoni.", "Din ġiet ikkonsidrata u studjata?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: S'issa l-pożizzjoni dejjem kienet dik li Malta għandu jkollha politika ta' detenzjoni.", "Kif għedt aktar qabel il-bażi legali tagħha hija l-Immigration Act.", "Ta' min jgħid ukoll li anke fil-kontest tal-liġi internazzjonali, bħal pereżempju fil-kontest tal-European Convention of Human Rights, minkejja li Malta tilfet każijiet f'dik il-Qorti, il-Konvenzjoni per se ma tgħidlekx li ma tistax tagħmel detenzjoni.", "Fil-fatt din tippermettiha u wieħed mill-grounds tagħha huwa proprju meta jkollok dħul irregolari fil-pajjiż.", "Il-kwestjoni kollha hi li d-detenzjoni trid tibqa' tkun ġustifikata għalfejn qiegħda ssir.", "Pereżempju, wara xahar inkun ġustifikat li nibqa' inżommok fid-detenzjoni għax ma nafx l-identità tiegħek?", "Imma ż-żmien jista' ikun xahrejn jew xahrejn u nofs.", "THE CHAIRPERSON: Imma allura l-każijiet li tilfet Malta kienu partikolarment minħabba ż-żmien ta' detenzjoni?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Kien hemm numru ta' fatturi.", "Pereżempju d-deċiżjoni li inti tiġi detenut toħroġ mill-Principal Immigration Office.", "Issa l-liġi tgħidlek li inti tista' tikkontesta d-detenzjoni tiegħek jekk tħoss li nżammejt għat-tul fid-detenzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li qalet l-ECHR hija li inti m'għandux ikollok biss il-possibilità li tikkontesta t-tul tad-detenzjoni imma anke li tikkontesta d-detenzjoni per se.", "U hemmhekk tagħmel differenza.", "Pereżempju dik hija waħda mill-elementi ewlenin tal-judgements fl-opinjoni tiegħi.", "Imbagħad fuq każijiet individwali jista' jkollok l-issue ta' jekk id-detenzjoni f'dak il-każ partikolari hijiex ġustifikata jew le.", "Pereżempju fl-ewwel każ li kellna ta' Louled Massoud vs Malta kien hemm il-kwestjoni ta' jekk Malta kenitx ġustifikata jew le li żżomm lil dan il-bniedem f'detenzjoni meta l-prospetti li jiġi ritornat lura kienu jidhru baxxi jew negliġibbli.", "U allura wieħed daħħal l-argument jekk fil-fatt dik id-detenzjoni kenitx ġustifikata jew le f'dak il-każ partikolari u jekk kienx hemm sforzi biżżejjed sabiex il-persuna tiġi ritornata.", "Naturalment f'każijiet bħal dawn jista' jkollok xenarji differenti però din il-kwestjoni taċ-challenge għad-detention decision hija waħda mill-fatturi ewlenin.", "THE CHAIRPERSON: Ġaladarba nstab li Malta kienet qiegħda in default peress li ma kienx hemm l-option ta' wieħed jekk għandux id-dritt li jikkontesta d-detenzjoni per se, saret xi ħaġa minn dik id-deċiżjoni lil hawn jew inkella ma sar xejn?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Sal-lum il-liġi għadha ma nbidlitx però id-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin anke mal-Council of Europe rigward proposta sabiex il-liġi Maltija tiġi emendata u b'hekk ikun hemm il-possibilità li wieħed jikkontesta d-detenzjoni nnifisha as opposed mat-tul tad-detenzjoni.", "Imma sal-lum għadha ma ħarġitx.", "THE CHAIRPERSON: Issa meta aħna żorna ċ-ċentri ta' detenzjoni kien hemm lista ta' affarijiet li staqsejna fuqhom.", "Wieħed mill-fatturi huwa ż-żmien ta' detenzjoni imma fattur ieħor huwa kif tiġi trattat meta tkun f'detenzjoni u jiena nħoss li l-policy għandha tħares lejn dan il-fattur ukoll.", "U allura nixtieq nistaqsik jekk hemmx xi guidelines li intom timxu magħhom fuq x'minimum requirements għandu jkollu detention centre.", "Il-policy titkellem xi ftit dwar il-minimum requirements però m'hemmx dettalji daqshekk speċifiċi.", "Fil-prattika d-Detention Services joffru l-akkomodazzjoni bażika bħal ħwejjeġ, ikel, eċċ lil dawk li qegħdin f'detenzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Imma dak x'joffru mentri jien qed immur pass qabel.", "Teżisti policy biex naraw li dak li qegħdin noffru huwiex skond din il-policy jew le?", "Il-policy mhijiex daqshekk dettaljata.", "Madankollu, min-nofs is-sena 2015 se tidħol fis-seħħ ir-Reception Conditions Directive li xi ftit jew wisq se teħodna lejn dik id-direzzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Meta se tidħol fis-seħħ?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Għal nofs is-sena 2015.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju inti kont qed tgħidli li jagħtuhom il-ħwejjeġ, l-ikel u dawn l-affarijiet bażiċi.", "Jiġifieri dawn l-affarijiet jiddeċiduhom mid-Detention Services?", "Bażikament id-Detention Services għandhom kriterji ta' xi jrid jiġi offrut, fis-sens li fil-passat kien sar qbil mal-Ministeru dwar x'inhuma dawk il-material conditions li għandhom jiġu offruti lil dawn in-nies.", "U ovvjament id-Detention Services jimxu mal-linji gwida li kienu ngħataw.", "Bażikament dik hi bħala sistema.", "THE CHAIRPERSON: Meta wieħed iżur id-detention centres jirrealizza mill-ewwel li dawn huma makeshift centres, jiġifieri ma kenux mibnija apposta għal dan il-għan.", "Issa wara dawn is-snin kollha hemm xi intenzjoni li jkun hemm detention centre mibni apposta biex jilqa' fih lil dawn in-nies?", "Qed nistaqsi dan għax ovvjament faċilitajiet mibnija apposta huma differenti minn xi ħaġa li qiegħed tiddobba biha.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Veru li ċ-ċentri ma kenux mibnija sabiex jaqdu dan l-għan imma xi ftit jew wisq ġew adottati għal dan l-iskop.", "Fil-passat qatt ma kien hemm direzzjoni li se jinbena ċentru ta' detenzjoni ġdid.", "Ovvjament fil-futur wieħed irid jara jekk huwiex se jinbena xi ċentru apposta għax ovvjament li jkollok ċentru mibni apposta se jkollok numru ta' benefiċċji.", "L-ewwelnett tkun tista' tissepara lin-nies b'mod iktar flessibbli.", "Tajjeb ngħidu li anke llum, minkejja li ċ-ċentri li għandna ma ġewx mibnija għal dan il-għan, xorta waħda għandek kategoriji differenti seperati minn xulxin bħalma stajtu taraw f'Lyster Barracks.", "Huwa minnu li ma sarx ċentru apposta għalhekk imma fl-istess ħin ħafna mill-objettivi ta' ċentru bħal dak intlaħħqu.", "Naturalment li kieku jkollok premises aktar adegwati għal dak l-iskop, il-prodott finali se jkun aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Meta kellimna lis-Sur Schembri li jieħu ħsieb id-Detention Services qalilna li kienu qed jipprovaw jakkwistaw xi fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex jagħmlu xi xogħolijiet fuq dawn iċ-ċentri.", "Kienet għadha idea imma hemm l-area ta' fejn il-Barracks li hija kbira biżżejjed sabiex wieħed jibni ċentru hemmhekk u ma jkollux għalfejn ibiddel il-post.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: S'issa kienet għadha idea biex ngħid hekk.", "Jiena ilni fil-Ministeru b'funzjonijiet differenti mill-2002 imma mhux minn dejjem kont f'din il-funzjoni li għandi llum.", "Safejn naf jien fil-passat ma jidhirx li kien hemm il-ħsieb biex isir ċentru ta' detenzjoni ġdid.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri il-ħsieb li nipprovaw nakkwistaw xi fondi Ewropew biex dan iċ-ċentru jsir ma kienx hemm?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Jien mhux se ngħid li ma kienx hemm ħsieb għax ovvjament jista' jkun li kien hemm dan il-ħsieb u li jien ma kontx familjari miegħu.", "Madankollu ma nafx b'xi pjanijiet konkreti li kienu saru f'dan is-sens.", "THE CHAIRPERSON: Inti semmejtilna d-detention policy tal-2005.", "Issa mill-2005 sal-lum għaddew kważi għaxar snin u allura, minn dak iż-żmien lil hawn din il-policy qatt ma ġiet updated?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Le, uffiċjalment qatt ma ġiet updated u t-tul ta' detenzjoni baqa' l-istess.", "U minkejja li nbidlu ċ-ċirkostanzi imma d-detention conditions u fuq kollox it-tul ta' detenzjoni u r-raġuni għalfejn wieħed ikun detenut baqgħu l-istess.", "Li nbidel huwa t-tul li wieħed iqatta' fid-detenzjoni minħabba li kien hemm progress fl-asylum determination stage u l-każijiet bdew jinqatgħu qabel.", "B'hekk kien hemm numru akbar ta' nies li ħarġu mid-detenzjoni qabel il-perjodu massimu ta' 12-il xahar.", "Tajjeb ngħid li minkejja li Malta għandha perjodu ta' detenzjoni twil meta kkomparat ma' pajjiżi oħra, - għandek 12-il xahar u 18-il xahar – imma mbagħad għandek numru kbir ta' persuni li ma jagħmlux dak it-tul ta' żmien fid-detenzjoni.", "Jekk inti għandek xi ħadd li l-asylum claim tiegħu tinqatà wara tlett xhur jew erba' xhur, dan se joħroġ mid-detenzjoni ovvjament wara tlieta jew erba' xhur.", "U meta tqis li f'dawn l-aħħar snin kellna asylum recognition rate ta' aktar minn 60%, u ġieli anke laħqet is-70% u iktar, tinduna li fil-verità in-numru ta' nies li joħorġu qabel huwa pjuttost sinifikanti.", "Anzi fil-prattika huma l-maġġoranza.", "THE CHAIRPERSON: Jien kont qed nisma' lill-Ministru jgħid li minn 1,839 applikant, f'perjodu ta' inqas minn tlett xhur ingħataw 1,046 tip ta' protezzjoni differenti.", "Fl-opinjoni tiegħi din mhijiex rata ħażina.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Hawnhekk ovvjament se naqbżu ftit fuq is-suġġett tas-Sur Friggieri imma fil-prattika Malta tagħti ammont kbir ta' protezzjoni sussidjarja minħabba s-sitwazzjoni li teżisti fil-pajjiżi tal-oriġini, speċjalment fis-Somalia u fl-Eritrea.", "THE CHAIRPERSON: Meta nħarsu lejn dokument bħal dan li għandi f'idejja rigward id-detenzjoni naraw li l-policy għandha tkun dettaljata mhux ħażin.", "U meta rajt il-lista u staqsejt fuq l-affarijiet, bħall-kwestjoni tal-capacity u l-occupancy, l-accomodation, x'tip ta' ikel u ilma jingħataw, u x'regime ta' attivitajiet isiru, ma taħsibx li l-policy nazzjonali għandha tidħol f'dan id-dettall?", "Jiena naħseb li mhux biss it-tul ta' żmien għandu jkun parti minn policy soda għall-immigranti irregolari.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Naturalment il-policy li kellna ma kenitx daqstant dettaljata.", "Ovvjament jekk ikun hemm xi ħaġa updated aktar se tkun ta' benefiċċju f'dan il-punt.", "THE CHAIRPERSON: U hemm l-intenzjoni li din tiġi updated?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: S'issa l-ħsieb iktar hu li wieħed jemenda l-leġislazzjoni biex jindirizza l-kwestjonijiet legali dwar id-detenzjoni minħabba l-ECHR judgement.", "Naturalment il-fatt li inti qed tagħti iktar possibiltà li wieħed jikkontesta d-detenzjoni tiegħu, jista' jwassal sabiex ikollok numru ikbar ta' nies li jdumu inqas hemmhekk u allura se jkollok il-benefiċċju li jkollok inqas ċentri ta' detenzjoni mimlijin.", "THE CHAIRPERSON: Bażikament matul dawn l-aħħar snin aħna għedna li dawn in-nies jistgħu jikkontestaw id-detenzjoni tagħhom.", "Tista' tgħidilna kemm għandna bordijiet tal-appell u jekk kienx hemm xi tibdil fihom?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Ovvjament hawnhekk jidħol l-Immigration Appeals Board għax qed nitkellmu fuq detenzjoni u mhux fuq ażil.", "Fil-fatt hemm żewġ chambers tal-Immigration Appeals Board.", "Jekk wieħed iżid il-possibilità li wieħed jikkontesta d-detenzjoni tiegħu, jiġifieri mhux biss it-tul li jagħmel imma anke l-konċett tad-detenzjoni, tista' tikkonsidra li żżid in-numru ta' chambers.", "THE CHAIRPERSON: Mela bħalissa hemm tnejn.", "Inti għamilt distinzjoni bejn min japplika għall-Immigration Appeals Board u min japplika għall-ażil.", "Jiġifieri dawn huma differenti?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Iva, huma separati.", "Li inti tikkontesta d-detenzjoni qiegħed tikkontesta deċiżjoni li saret mill-Principal Immigration Officer fil-kontest tal-Immigration Act.", "Li inti tapplika għall-ażil hija xi ħaġa li qed tagħmilha taħt ir-Refugee's Act Chapter 420 quddiem il-Kummissarju għar-Refuġjati.", "Għalhekk iż-żewġ proċessi huma totalment distinti.", "Tant hu hekk li inti jista' jkollok persuna li daħlet legalment fil-pajjiż u din tagħmel asylum application.", "Din hija xi ħaġa li fil-fatt issir.", "Mhijiex xi ħaġa li tissemma ħafna imma tiġri wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq detenzjoni rridu nżommu bilanċ bejn id-drittijiet umanitarji u d-drittijiet tas-sigurtà tal-pajjiż.", "Issa x'inhu l-proċess biex aħna nassiguraw is-saħħa jekk ikun hemm problema li tista' toħloq a national health issue?", "X'health checks isiru fuq l-immigranti irregolari?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: L-ewwel medical screening isir bażikament malli dawn jidħlu f'pajjiżna.", "Fil-bidu għedt ukoll li f'każ ta' nies vulnerabbli dawn jinħelsu hekk kif isirulhom it-testijiet mediċi.", "Il-medical checks jinkludu b'mod partikolari checks għat-TB u għal xi mard ieħor li huwa potenzjalment infettiv.", "Naturalment minħabba l-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin dawn in-nies, il-kwestjoni ta' saħħa hija waħda importanti ħafna.", "Ovvjament apparti l-kwestjoni ta' saħħa għandek ukoll il-kwestjoni ta' sigurtà.", "Meta inti għandek persuni bla dokumenti ta' xejn, inti mhux se tkun taf minn fejn ġejjin u allura trid tistabilixxi l-identità tagħhom.", "U d-direttiva l-ġdida tal-EU, ir-Reception Conditions Directive, tgħidlek li waħda mir-raġunijiet għalfejn inti tista' żżomm lil xi ħadd f'detenzjoni huwa biex tistabbilixxi l-identità tiegħu.", "Mela għandek qbil li għal perjodu ta' żmien ikun hemm bżonn ta' detenzjoni.", "Li ovvjament m'hemmx qbil fuqu huwa r-regimes differenti fit-tul ta' żmien f'pajjiżi differenti.", "Rigward detenzjoni, speċjalment fil-kontest legali tal-Unjoni Ewropea, għandek żewġ direttivi li jistgħu japplikaw; ir-Reception Conditions Directive li se tiġi fis-seħħ is-sena d-dieħla u r-Returns Directive li bażikament tgħidlek li inti tista' iżżomm lil xi ħadd f'detenzjoni sabiex tirritornah f'pajjiżu.", "THE CHAIRPERSON: U meta tkun qed iżżomm lil xi ħadd biex tirritornah f'pajjiżu dawn it-18-il xahar ma japplikawx?", "Normalment kif inhi s-sistema tagħna bħalissa, ladarba persuna tkun skaditilha l-applikazzjoni tagħha għall-ażil inti tista' tkompli żżommha fid-detenzjoni sakemm tirritornaha lura f'pajjiżha.", "Fil-fatt jekk inti takkwista d-dokumenti tagħha biex tkun tista' tirritornaha, mela tista' taqbad u tirritornaha qabel ma jgħaddu t-18-il xahar kollha.", "THE CHAIRPERSON: Imma jekk ikunu diġà għaddew it-18-il xahar u inti trid tirritornaha lura, tibqa' żżommha fid-detenzjoni?", "Imbagħad teħlisha jekk ikollok id-dokumenti tagħha u tista' terġa' iddaħħalha għal perjodu limitat sakemm tibgħatha lura.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel kont qiegħda nitkellem fuq jekk xi ħadd jinstab li għandu xi ħaġa li mil-lat ta' saħħa tista' tkun ta' problema.", "Wara li jgħaddu dawn it-18-il xahar x'jiġri minnu?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Jekk ikun hemm bżonn li jingħata xi trattament, jingħata t-trattament mediku.", "Inti ma tistax iżżommu fid-detenzjoni aktar minn 18-il xahar minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "F'dak il-każ li tista' tagħmel hu li jekk taf li dan għandu bżonn it-trattament, tibda tagħtih it-trattament.", "Jiġifieri ma jinżammx fid-detenzjoni għal 18-il xahar għax għandu bżonn it-trattament.", "Naturalment dan jittieħed l-isptar u jingħata l-main stream services li hemm bżonn minn hemmhekk, skond il-każ tiegħu x'ikun.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda nassumi li hemm numru ta' affarijiet li tiċċekkjaw għax ħadd mhu se jagħmel check-up ta' kollox.", "Allura jista' jkun hemm xi mard f'pajjiżi oħra li huma differenti minn tagħna u li ma tiċċekkjawx għalihom.", "Issa aħna rridu nieħdu ħsieb ukoll tan-nies tagħna, fosthom is-suldati, il-pulizija u dawk in-nies li jiġu f'kuntatt ma' dawn l-immigranti.", "U allura dawn in-nies jiġu mlaqqma?", "Għandek l-NGOs u tal-Ġiżwiti li jkollhom kuntatt ukoll ma' dawn in-nies.", "Imma l-NGOs u dawn in-nies jidħlu aktar tard fil-proċess.", "U allura l-iktar nies li huma esposti għar-riskju huma n-nies mill-awtoritajiet tas-saħħa, in-nies tal-Armata u l-pulizija għax dawn jiġu f'kuntatt ma' dawn l-immigranti mill-bidu nett.", "Kif għedt l-entitajiet l-oħra jidħlu aktar tard fil-proċess u allura r-riskju tagħhom huwa inqas.", "Mhux se ngħid li m'hemm l-ebda riskju għax qatt ma tista' tgħid li m'hemmx riskju.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda nistaqsik din il-mistoqsija għaliex tkellimt ma' xi ħadd li jifforma parti mill-proċess inizjali u dan qalli li huma jiġu mogħtija ċerta tilqim imma meta dawn imorru lura d-dar jistgħu jkunu carriers ta' xi mard partikolari u l-qraba tagħhom mhumiex imlaqqma.", "B'hekk ikunu qegħdin ipoġġu l-familji tagħhom f'riskju.", "Jiena ma nafx x'inhi l-estensjoni tal-problema imma hija realtà li rridu nieħdu ħsieb tan-nies tagħna wkoll.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Fuq dan il-punt ma tantx nista' nikkumenta wisq għax m'inix espert fil-qasam tas-saħħa u naħseb li l-aħjar li ġġibu lil xi ħadd li għandu l-expertise f'dan il-qasam biex ikun jista' jgħidilkom x'inhuma r-riskji vera.", "Imma nista' ngħidilkom li n-nies li qegħdin f'kuntatt immedjat jiġu mlaqqma.", "THE CHAIRPERSON: In-nies li jieħdu ħsieb l-immigranti fid-detenzjoni huma adegwati?", "Hemm xi ratio partikolari ta' kemm għandek bżonn gwardjani ma' dawn id-detenuti meta kkomparati ma' pajjiżi oħra?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: M'hemmx ratio uffiċjali u fil-verità din ir-ratio tvarja ħafna skond il-perjodu tas-sena.", "Minkejja li n-numru ta' detention officers bejn wieħed u ieħor huwa stabbli, - avolja m'ilux kien sar recruitment biex jiżdied in-nurmu ta' detention officers - xorta waħda r-ratio se jvarja skond kemm jiġu immigranti f'pajjiżna.", "Issa inti m'għandekx garanzija kemm f'sena partikolari se jiġu nies u waħda mill-problemi tal-immigrazzjoni hija preċiżament din, fejn minħabba li qed titkellem fuq xi ħaġa li minnha nnifisha hija irregolari u tiddependi kompletament minn dak li jiġri barra minn Malta, il-kontroll tiegħek fuqha huwa fil-verità limitat ħafna.", "Allura ma tista' qatt tiggarantixxi li se jkun hemm ċerta ratio bejn il-gwardjani u l-immigranti fid-detenzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Huwa minnu li din hija xi ħaġa rregolari u allura ma tistax tikkalkula kemm se jkollok bżonn gwardjani għax jista' ikollok influss qawwi fl-istaġun tas-sajf li mbagħad id-differenza tiġi overwhelming.", "F'dan il-perjodu partikolari dawn il-gwardjani jkunu qegħdin jagħmlu wkoll ammont sostanzjali ta' overtime.", "U f'dawn il-postijiet ma trid xejn biex iqajjmulek xi riots bħalma ġieli kellna.", "Allura aħna qegħdin nieħdu ħsieb din il-problema biex min ikun qed jaħdem hemm ġew ikun alert għal meta tinqala' xi ħaġa simili u mhux dak li jkun ikun imkisser bix-xogħol?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Naturalment kemm jista' jkun wieħed jipprova jagħmel ir-rosters b'tali mod li ma jitfax stress żejjed fuq individwi partikolari.", "Naturalment f'perjodu ta' pressjoni u allura fejn se jkollok ammont ta' overtime se jkollok l-element ta' stress.", "Ovvjament f'każ ta' emerġenza d-Detention Services, kif fil-fatt ġieli ġara anke fil-passat riċenti, ikollu l-għajnuna tal-pulizija, speċjalment f'każ ta' riot.", "Naturalment dik hija the last resort għax il-proċedura tad-Detention Services hi li jipprovaw iżommu l-kalma bil-persważjoni pjuttost milli bl-użu tal-forza.", "L-użu tal-forza, kif naħseb ġie kkonfermat fl-aħħar inċident li nqala', hija verament the last resort u kemm jista' jkun din tintuża' bl-aktar mod minimu possibbli.", "Naturalment, kif qiegħda tgħid tajjeb inti, meta jkollok perjodu ta' influss qawwi, pereżempju fix-xhur ta' Lulju u Awwissu u anke fix-xhur ta' wara, meta jkollok imbagħad in-nies detenuti f'dawn iċ-ċentri, se jkollok ħafna iktar pressure fuq l-uffiċjali tad-Detention Services.", "Naħseb li jkollok kemm ikollok nies dak ix-xenarju huwa inevitabbli minħabba r-raġuni li inti fl-aħħar mill-aħħar you are dealing with something which is impredictable.", "THE CHAIRPERSON: In-nies li jieħdu ħsieb l-immigranti f'dawk iċ-ċentri jingħataw xi forma ta' korsijiet fuq kif għandhom jindirizzaw ċerti sitwazzjonijiet, mhux biss on a security level but also on a humanitarian level?", "Qiegħda ngħid hekk għax jekk inti moħħok iffokat biss fuq li żżomm is-sigurtà, li tipprova tifhem lil xi ħadd minn xiex ikun għadda sakemm wasal f'pajjiżna ma tantx se tagħti kasha.", "Allura aħna, lil dawn in-nies nagħtuhom xi taħriġ speċifiku fuq kif jitrattaw lil xi ħadd li jkun għadda minn trawma bħal dik u li jkun għaddej minn trawma oħra meta jkun qiegħed maqful?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Saru korsijiet imma mhux se ngħid li saru biżżejjed għaliex naħseb li dejjem ikun hemm lok għal titjib.", "Jibqa' l-fatt ukoll li s-sitwazzjoni mhijiex waħda faċli.", "Jiena ngħid li anke jekk tingħata l-edukazzjoni meħtieġa, hemmhekk għandek xenarju li minnu nnifsu, minħabba t-trawma tal-persuna u minħabba s-sitwazzjoni tad-detenzjoni, fejn fl-aħħar mill-aħħar inti għandek persuna li qiegħda hemmhekk kontra r-rieda tagħha, is-sitwazzjoni ma tantx tista' tkun waħda faċli.", "Naturalment li jkollok edukazzjoni tista' tgħin però s-sitwazzjoni tibqa' dik li hi u fuq dak l-aspett naħseb li jista' jsir aktar.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nagħmillek l-aħħar żewġ mistoqsijiet.", "Meta inti għandek nies li bażikament qegħdin hemm ma jagħmlu xejn għal ġranet sħaħ, fl-opinjoni tiegħi anke jekk tkun l-ikbar qaddis, xi darba se taqbiżlek u se tħossok iffrustrat!", "Aħna qegħdin nipprovaw nagħmlu xi inizjattiva biex lil dawn in-nies nimpenjawhom b'xi mod jew ieħor?", "Anke forsi noħolqulhom attivitajiet li lilhom jgħinuhom jintegraw fis-soċjetà Maltija jew inkella li jkunu ta' għajnuna għalihom meta jiġu biex imorru lura.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Il-fatt li n-nies fid-detenzjoni ħafna drabi ma jkollhomx x'jagħmlu hija probabilment l-akbar nuqqas li hemm.", "Hemm pjan biex indaħħlu nies apposta biex jikkreaw attivitajiet, inkluż attivitajiet li huma iktar integration oriented, speċjalment għal dawk li għandhom probabilità kbira li jottjenu l-protezzjoni.", "Fil-verità li inti toffri korsijiet lil dawn n-nies jista' ikun utli wkoll fl-eventwalità li jiġu ritornati lura għax b'hekk jieħdu xi ħaġa magħhom.", "Nerġa' ngħid li naħseb dak kien l-akbar nuqqas li kien hemm fid-detenzjoni.", "Biex inkun għedt kollox kienu saru proġetti fid-detenzjoni li kienu integration oriented u li kienu jinkludu wkoll it-tagħlim tal-Ingliż.", "Madankollu n-numru li għamlu użu minnu ma tantx kien xi wieħed tajjeb.", "Ġieli ġew offruti korsijiet li għal bidu tara ċertu interess imma mbagħad f'daqqa waħda l-interess jintilef.", "THE CHAIRPERSON: Jien mhux qed ngħid li rridu ngħallmuhom xi rocket science għax imbagħad in-numru ta' nies li jattendu se jkun baxx ħafna imma almenu trid tgħallimhom xi ħaġa bażika.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Meta tajna xi korsijiet dejjem ipprovajna nkunu prattiċi.", "Pereżempju t-tagħlim tal-Ingliż hija xi ħaġa bażika u essenzjali għax jekk dawn jixtiequ li xi darba jintegraw f'pajjiż Ewropew jew anke forsi l-Amerika, żgur li jrid ikollhom tagħrif bażiku fil-lingwa Ingliża.", "Aħna ma morniex għal xi ħaġa kkomplikata ż-żejjed imma morna għal xi ħaġa li ħassejna li hija pre-rekwiżita.", "THE CHAIRPERSON: Dawn in-nies ikunu ovvjament għaddejjin minn trawma kbira.", "Normalment dawn jitilqu minn pajjiżhom wara li xi ħadd mill-familjari tagħhom ikun ġie stuprat jew maqtul, jiġifieri t-trawma li jkunu għaddew minnha tkun kbira.", "Issa meta jaslu f'pajjiżna tingħata xi tip ta' għajnuna psikoloġika?", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Hemm aċċess għal dik li hija għajnuna medika li tista' tingħata mill-Awtorità tas-Saħħa.", "Hemm aċċess għall-mainstream services fejn it-tabib tad-Detention Services jirreferi l-każ ta' trawma jew każ ieħor ta' saħħa lill-entitajiet konċernati.", "Fid-Detention Services hemm tabib ġenerali li meta jara li hemm xi problema partikolari, inkluż problemi potenzjalment psikoloġiċi, jirreferi lil dan il-pazjent għall-awtoritajiet tas-saħħa u dan jingħata l-kura fil-mainstream services.", "THE CHAIRPERSON: Li jfisser li dak li jkun forsi jkun diġa' ħalla lill-pajjiżna u l-appuntament tiegħu jkun għadu ma wasalx!", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Naturalment fid-Detention Services huwa diffiċli sabiex ikollok l-ispectrum kollu.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri m'hemmx inhouse treatment?", "Din mhux qed ngħidu li hija xi ħaġa fejn se tpoġġi psikologu għax jista' ikun li xi ħadd jinqalalu xi ħaġa imma hemmhekk għandek nies li kollha għaddejjin minn trawma.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Biex inkun ċar m'hemmx inhouse psychologist.", "Issa li tgħid kollha għaddejjin minn trawma.… Jiena ngħid li hemm każijiet li għandhom element ta' trawma imma mhux se ngħid li kollha huma hekk.", "Naħseb jien li jiddependi ħafna mill-każijiet xi jkunu.", "Imma nerġa' ngħid li m'hemmx inhouse pyschologist services.", "THE CHAIRPERSON: Il-fatt li qegħdin f'detenzjoni u għandek ħafna minnhom li ġew bil-baħar u li forsi raw lil ħaddieħor imut waqt il-vjaġġ tagħhom, naħseb li lanqas jekk tkun tal-ġebel għax xi ftit jew wisq se jaffettwak.", "IS-SUR JOSPEH ST JOHN: Kien hemm min ra traġedji imma kien hemm min kellu vjaġġ tajjeb u ma ra lil ħadd imut meta qasam bil-baħar.", "Kien hemm minnhom li kienu traġedji kbar, fejn għerqu mijiet ta' persuni u kellek oħrajn li kienu smooth sailing.", "Madankollu dan ma jfissirx li wieħed ma jkunx ra trawmi qabel ma wasal biex jagħmel il-vjaġġ bil-baħar, speċjalment fid-deżert.", "THE CHAIRPERSON: Nimmaġina li inti titlaq minn pajjiżek għal xi raġuni.", "IS-SUR JOSEPH ST JOHN: Ir-raġunijiet għalfejn wieħed jitlaq ivarjaw ħafna.", "Għandek nies li jitilqu minn pajjiżi bħas-Somalja ċentrali għax ikunu qed jaħarbu minn sitwazzjoni ta' konflitt.", "U hemmhekk veru qegħdin f'sitwazzjoni diffiċli.", "Għandek min jaħrab mill-Eritrea għax ikun qed jiffaċċja persekuzzjoni.", "Għandek oħrajn li jitilqu minn pajjiżi fejn mhijiex daqshekk kwestjoni ta' persekuzzjoni imma aktar hija kwestjoni ta' economic migration b'mod irregolari.", "Sfortunatament hemm tendenza li wieħed jara l-immigrazzjoni irregolari bħala fenomenu wieħed u bħallikieku għandek grupp ta' nies wieħed.", "Fil-fatt mhuwiex hekk għax għandek nies li ġejjin minn kulturi differenti u minn sitwazzjonijiet totalment differenti minn xulxin.", "Ma naħsibx li tista' tqabbel lil xi ħadd li telaq mill-Ghana ma' xi ħadd li telaq mill-Mogadishu għax f'dawn il-pajjiżi għandek xenarji kompletament differenti.", "Naħseb li wieħed irid iqis dik ukoll.", "U ovvjament se jkollok nies li ġew esposti għal xi trawma.", "Issa għandek trawmi li se jidhru mill-ewwel u allura jkun aktar faċli biex taqbadhom u se jkollok oħrajn li jkunu aktar diffiċli biex tinduna bihom.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak ħafna.", "Issa ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda tagħna u allura nistieden lis-Sur Mario Friggieri, li huwa l-Kummissarju għar-Refuġjati.", "Diskussjoni mal-Kummissarju gĦar-RefuĠjati", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nirringrazzjak talli lqajt l-istedina tagħna.", "Ovvjament hawnhekk qegħdin inħarsu lejn l-immigrazzjoni irregolari minn aspett ieħor u ċioè minn meta dawn in-nies jaslu biex ma jibqgħux aktar immigranti irregolari imma jirregolarizzaw ruħhom.", "Min-naħa tiegħek tista' tgħidilna x'irid jagħmel xi ħadd biex minn immigrant irregolari jiġi rikonoxxut bħala refuġjat?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI (Kummissarju għar-Refuġjati): L-ewwel ħaġa tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn dawk l-immigranti li jiġu bid-dgħajjes - li ġeneralment jiġu mil-Libja - u dawk li jiġu Malta b'xi mod ieħor u li dawn jiġu bil-passaport u bil-visa regolari u mbagħad x'ħin jidħlu f'pajjiżna japplikaw għall-ażil.", "Meta nitkellmu fuq immigrazzjoni irregolari jew fuq applikanti għall-ażil aħna dejjem naħsbu fuq nies li ġejjin mil-Libja bid-dgħajjes imma hemm ukoll il-kategorija l-oħra.", "U qiegħed nagħmel din id-distinzjoni għaliex il-mod ta' kif jaħdem l-uffiċċju huwa min-neċessità differenti.", "Fil-każ ta' dawk li jiġu bid-dgħajjes mil-Libja, billi bħala regola l-maġġoranza tagħhom jgħaddu l-ewwel ġimgħat jekk mhux iktar fid-detenzjoni, il-mod ta' kif isir il-kuntatt magħhom huwa differenti mill-mod ta' kif isir il-kuntatt mal-applikanti għall-ażil li ġew b'mod differenti u li jaqgħu taħt it-tieni kategorija li semmejna.", "Fil-fatt tat-tieni kategorija jkunu huma li jersqu lejn l-uffiċċju tagħna billi jiġu hemmhekk u jgħidulna li jixtiequ japplikaw għall-ażil.", "Ovvjament m'għandekx limitu hawnhekk għax kull wieħed li jidħol bil-Virtu Ferries minn Sqallija jew bl-ajruplan, eċċ huwa a potential asylum seeker u dak m'hemmx mod ieħor kif tagħmilha ħlief li min huwa interessat jaf li għandu jiġi l-uffiċċju.", "U hekk jagħmel.", "L-oħrajn li qegħdin fid-detenzjoni u li allura ma jistgħux jiġu huma, għandna sistema li bdejniha madwar 4 snin ilu u hija waħda mis-sistemi li anke fl-Ewropa stess hija meqjusa bħala the best practise, fejn aħna mmorru u nagħtuhom information sessions.", "Bażikament dan ifisser li naqsmuhom fi gruppi ta' sitta skond in-nazzjonalità tagħhom, u għall kull grupp ta' sitta jkun hemm seba' cultural mediators u tnejn oħra bħala staff.", "Il-gruppi jiġu wieħed wara l-ieħor.", "Meta jidħol grupp l-ewwel ħaġa li nagħmlu hu li nuruhom audio visual presentation li hija available fi 11-il lingwa differenti.", "Mela dawn se jisimgħu informazzjoni dwar il-proċess tal-ażil fil-lingwa tagħhom.", "Hawnhekk irrid ngħid li 80% tal-applikanti huma jew Somali jew Eritreani u dawn jitkellmu waħda minn tliet lingwi.", "Mela b'dawk it-tliet lingwi diġà lqattna 80%.", "Imbagħad għall-20% l-oħra għandek seba' jew tmien lingwi oħra.", "Fiha biss 7 minuti u m'għamilnihiex itwal għax wara li jkunu għadhom ġejjin minn fuq il-baħar ma naħsibx li huwa l-każ li toqgħod timlilhom rashom b'ħafna dettalji li f'dak il-mument ma jkunux daqshekk importanti.", "Wara li jisimgħu din l-audio visual presentation fil-lingwa tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet li jkollhom u għal dan il-għan ikun hemm wieħed mill-istaff u wieħed mill-cultural mediators biex jiffaċilitaw dik il-parti.", "Kif jispiċċaw mill-mistoqsijiet tagħhom nistaqsuhom jekk ikunux iridu japplikaw għall-protezzjoni.", "Kif semmejt tajjeb ħafna inti dawn kollha jkunu telqu minn pajjiżhom għal xi raġuni jew oħra.", "Dik hija l-ewwel ħaġa li ngħidulhom f'din il-preżentazzjoni għaliex żgur li kellhom xi raġuni għalfejn ikunu telqu minn pajjiżhom.", "L-iskop hu eżattament li mbagħad jgħidulna x'inhi din ir-raġuni ħalli jitkompla l-proċess tal-ażil.", "Wara li dawn kollha jkunu jridu japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, għandna cultural mediators oħra għax kull wieħed ikollu cultural mediator għalih, jiġifieri litteralment ikollu lil xi ħadd biex jgħinu jimla' l-applikazzjoni tiegħu.", "L-applikazzjoni ddum kważi siegħa biex timtelà għax għandek erba' paġni d-daqs ta' karta A4.", "On average tieħu siegħa għax jista' jkollok wieħed li ma tantx iddum biex tgħinu jimla' l-applikazzjoni tiegħu u mbagħad jista' jkollok ieħor li jkollu xi tliet nisa u mal-20 tfal li tispiċċa tieħu ammont ta' ħin biex jagħtik biss biss id-dettalji tagħhom.", "Dak huwa l-mod ta' kif naħdmu ma' min qiegħed fid-detenzjoni.", "Naturalment din tieħu ħafna ħin u tirrikjedi ħafna riżorsi għax kif qed ngħid ikollok disa' min-nies involuti biex tagħmel session waħda.", "U f'ġurnata tipika tax-xitwa jirnexxilek tagħmel mas-36 jew 40 persuna.", "Jiġifieri meta wieħed iqis li għandek disa' min-nies għal tmien sigħat paga biex jagħtuhom din l-informazzjoni hija xi ħaġa li tieħu ħafna ħin imma min-naħa l-oħra nħoss li we owe them għax f'dak il-mument l-aktar ħaġa li jkollhom f'rashom hu li issa qegħdin hawnhekk u ma jafux x'se jiġri minnhom.", "THE CHAIRPERSON: Naf li qatt mhu biżżejjed imma milli jidher qegħdin tkampaw ma' numru mhux ħażin ta' applikanti.", "Anke dawn il-cultural mediators naf li jkollok kemm ikollok dejjem se tużahom imma naħseb li qegħdin inċim ma' dak li inti tħoss li huwa numru biżżejjed sabiex tkun tista' taħdem.", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Bħala regola qegħdin inkampaw.", "Li jistgħu jinqalgħu problemi meta jkollok ċerti lingwi speċjali li ma jkollokx interpreti għalihom.", "Imma f'dak il-każ użajna s-sistema tal-video conferencing sabiex nagħmlu l-intervisti, bl-interpretu jkun mill-Ingilterra jew mill-Olanda.", "THE CHAIRPERSON: Meta qed tgħid cultural mediator tista' tgħidilna x'background ikollhom dawn in-nies?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Bħala regola cultural mediator jkun ex-asylum applicant huwa stess jew xi ħadd li tajnih il-protezzjoni u jkun jaf l-Ingliż b'mod tajjeb apparti l-lingwa tiegħu.", "Irridu nħossu li dawn huma nies ta' fiduċja u li kapaċi jżommu l-konfidenzjalità.", "Il-problema li nsibu f'dawn il-każijiet hu li ħafna drabi jkollok turn over qawwi ħafna għax ovvjament ikunu jafu l-Ingliż u jkollhom ċertu livell ta' edukazzjoni.", "U allura jkunu l-ewwel nies li jsibulek xogħol full-time hawn Malta.", "Nitilfu ħafna nies minħabba f'hekk u anke meta niġu għar-resettlements fl-Amerika, fi Franza, fil-Ġermanja jew x'imkien ieħor, dawn ikunu l-ewwel nies li jinħatfu.", "THE CHAIRPERSON: Meta jkollok cultural mediator jgħinhom f'dik il-ġurnata partikolari, dan imbagħad jibqa' isegwihom jew le?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Fil-każ tagħna, fejn nillimitaw ruħna għall-asylum determination, lill-cultural mediators, lill-interprators and so on nużawhom eżattament fl-information session.", "Imbagħad ikollna bżonn tas-servizzi tagħhom meta ssir l-interview iktar 'il quddiem.", "Fil-fatt għandna numru ta' cultural mediators li jkunu kuljum fl-uffiċċju l-Imsida għax dejjem ikollok lil min ġej daqqa għal xi ħaġa u daqqa għal xi ħaġa oħra.", "U allura importanti li jkollna nies li jkunu jafu l-lingwa tagħhom, speċjalment bis-Somalu u bl-Għarbi, ħalli jkunu jistgħu jaqduhom.", "Issa meta se nitkellmu fuq l-applikanti l-oħra, l-istorja f'dak il-każ hija kemmxejn differenti.", "Lil min qiegħed fid-detenzjoni morna nkellmuh aħna u allura nkunu ppreparati għax inkunu nafu lil min se nkellmu.", "Imma għada filgħodu jistgħu jiġu nies mill-Ukrajna jħabbtulna l-bieb u aħna ma jkollniex interpretu.", "Apparti minn hekk il-konoxxenza tagħhom tal-Ingliż tkun minima u għalhekk, ħafna drabi hemmhekk is-sistema taħdem b'mod differenti.", "L-ewwel darba li jiġu għandna, peress li jkunu qegħdin jieħdu l-inizjattiva huma stess, aħna nipprovaw kemm jista' jkun niġbru l-informazzjoni bażika.", "Ħafna drabi dawn ikollhom dokumenti fuqhom, jiġifieri mill-passaport tkun tista' tiġbor l-isem u l-kunjom, meta twieldu, minn fejn huma eżattament u ħaġa jew oħra.", "Issa jekk jirnexxielna niġbru ftit iktar informazzjoni fuqhom niġbruha, l-aktar biex inkunu nafu għalfejn iridu japplikaw.", "Imbagħad ġeneralment nagħtuhom appuntament għal nhar ta' Ġimgħa biex fil-frattemp nilħqu nsibu interpretu u meta jiġu l-Ġimgħa nkomplu bil-proċess u bil-mili tal-application form tagħhom.", "Dak huwa l-ewwel kuntatt li jsir.", "Ovvjament aħna ma nidħlux fit-terminloġija ta' immigrant irregolari jew whatever.", "Kulma hemm fl-antik kien hemm l-asylum seeker u llum inbidlet u saret - minħabba r-recast li kien hemm tal-Qualifications Directive - applicant for international protection.", "Hawnhekk qed indaħħlu wkoll il-protezzjoni sussidjarja bħala protezzjoni internazzjonali u qed ipoġġuha at par kważi mar-refugee status.", "Imma ovvjament fix-xogħol tagħna ma nistgħux ngħaddu mingħajr l-interpreti u l-cultural mediators.", "THE CHAIRPERSON: Allura mbagħad meta xi ħadd japplika u jiġi aċċettat, dan ovvjament jieħu l-istatus ta' refuġjat jew inkella humanitarian status.", "Imma meta dak li jkun tiġi rifjutata l-applikazzjoni tiegħu, x'jiġri minnu minn dak il-punt lil hemm?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Bażikament qabel ma jingħata l-protezzjoni, wara dik l-information session u l-mili tal-preliminary questionnaire, nibagħtu għalih biex nagħmlulu l-interview.", "U nibagħtu għalih kemm jista' ikun malajr.", "THE CHAIRPERSON: Kemm hu l-average time sabiex tipproċessaw l-applikazzjoni?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Pereżempju l-aħħar dgħajsa li daħlet se nibdew l-interviews tagħhom għada stess.", "Issa jekk jidħol is-sajf u jibdew deħlin tliet dgħajjes kuljum, bla ma trid se jkollok backlog.", "Biss li nista' ngħid hu li sal-aħħar tas-sena, - iċ-ċifri li semmejt tant tajjeb inti – minn dawk l-2,008 immigrant li ġew bid-dgħajjes konna diġà għalaqna xi 1,200.", "Sal-aħħar ta' Marzu kważi għalaqna 1,500 u għalkemm għadda ftit aktar żmien imma xorta domna inqas minn erba' xhur.", "Ovvjament ikun hemm każijiet li jaqbżu ċertu ammont ta' żmien għal raġunijiet li huma beyond the control of the Office.", "Eżempju ta' dawn il-każijiet huma l-unaccompanied minors għax dawk jieħdu proċess kompletament differenti.", "Din is-sena s'issa l-aħħar ċifra li kelli hija ta' 118-il ġurnata.", "THE CHAIRPERSON: U jekk dan jiġi rifjutat milli jingħata l-humanitarian status jew dak li jkunu qed jitolbu, jeżisti xi tip ta' appell?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Jien m'għandix x'naqsam miegħu proprjament imma meta noħorġu d-deċiżjoni tagħna nagħtuhom tliet dokumenti.", "Mela l-interview li nagħmlulhom nirrekordjawha u mad-deċiżjoni nagħtuhom ukoll verbatim transcripts ta' dak li jkunu qalu waqt l-interview tagħhom.", "Nagħtuhom ukoll kopja tal-application form li timtelà u li fiha xi 4 paġni.", "Nagħtuhom ukoll oħra li ssir dakinhar tal-interview.", "Mela mit-tliet dokumenti li nagħtuhom mad-deċiżjoni jkun hemm waħda li hija sempliċement deċiżjoni u li din tkun indirizzata lill-Permanent Secretary.", "Fil-fatt l-oriġinali jeħodha l-Ministeru u l-klijent jingħata kopja tagħha.", "Imbagħad ikun hemm it-tieni dokument li huwa l-eligibility memo li fih nagħtu d-dettalji kollha dwar x'irid jagħmel u ma jagħmilx.", "Din qiegħda wkoll tradotta f'ħafna lingwi u bażikament hija komuni għal kulħadd.", "Mela fil-każ li jrid jappella ngħidulu fejn irid jappella, għand min irid jappella, kemm għandu żmien biex jappella u kif l-aħjar li jappella.", "Mela d-dettalji kollha qegħdin f'dik l-ittra.", "It-tielet dokument huwa l-confidential memo li fih nagħtu a motivated decision, jiġifieri nagħtu r-raġunijiet għalfejn wasalna għal dik id-deċiżjoni.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri mad-deċiżjoni tagħtuh ir-raġunijiet għalfejn ma ngħatax l-istatus ta' refuġjat?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Jekk ma tajnihx refugee status nagħtuh ir-raġunijiet u jekk lanqas ma ħaqqu s-subsidiary protection nagħtuh ir-raġunijiet ukoll.", "Mela lil dak li jkun nagħtuh a motivated decision u nagħtuh dawk it-tliet dokumenti li semmejtilkom.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li kull deċiżjoni tagħna hija appellabbli, fis-sens li jekk nagħtu refugee status jista' jappella l-Ministru skond il-liġi u jgħid li mhux qed jaqbel li r-Refugee Commissioner qiegħed jagħti refugee status lil din il-persuna.", "S'issa qatt ma ġrat u nispera li qatt ma tiġri.", "Min jingħata s-subsidiary protection jista' jappella minn dik id-deċiżjoni wkoll għax forsi jkun iħoss li kien ħaqqu li jingħata refugee status.", "Ħafna drabi r-refugee status tagħtik benefiċċji kbar.", "Biżżejjed ngħid li refugee status bażikament tagħmlek Malti ħlief għal tliet affarijiet; m'għandekx iċ-ċittadinanza, m'għandekx il-passaport Malti u ma tistax tivvota fl-elezzjoni.", "Mill-bqija, kemm jekk inhuwa housing, edukazzjoni, saħħa, dawn għandek dritt għalihom bħal kull Malti.", "Dawn huma l-uniċi tliet affarijiet li jagħmlu distinzjoni.", "Jiġifieri inti tista' tagħtih subsidiary protection u dan jgħidlek li mhuwiex kuntent u jkun irid jappella.", "Ovvjament imbagħad għandek dawk kollha li l-każ tagħhom ġie rifjutat u ma ngħataw l-ebda tip ta' protezzjoni, fejn ovvjament dawn jistgħu jappellaw.", "THE CHAIRPERSON: U min ikollu refugee status, jekk ma jingħatax passaport jew kif qegħdin ngħidu drittijiet għal pajjiżi oħra tal-Ewropa, eċċ kif jiġi kkomparat ma' xi ħadd Malti?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Dan mhuwiex ċittadin ta' pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea imma min jingħata s-subsidiary protection għandu d-dritt għall-Convention Travel Document jew għall-Aliens Passport.", "Min jingħata protezzjoni internazzjonali għandu d-dritt għall-passaport li jista' juża sabiex isiefer f'pajjiż ieħor.", "Ovvjament dan jitlob li jekk irid imur f'pajjiż fejn għandu bżonn il-visa, dan ikun jista' japplika għaliha imma bħala regola m'għandux id-dritt li jmur f'pajjiż u jibqa' jgħix fih.", "Jista' imur f'dak il-pajjiż biss bħala viżita.", "Jekk irid idum iktar minn tliet xhur fi Franza pereżempju, irid jagħmel kif konna nagħmlu aħna l-Maltin qabel, u ċioè javviċina l-awtoritajiet lokali u jagħtihom ir-raġuni għalfejn se jagħmel dak iż-żmien fil-pajjiż.", "Il-passaport ma jagħtihx id-dritt li jibqa' fil-pajjiż għal żmien indefinit.", "Dak huwa possibbli forsi għal ċittadin tal-Unjoni Ewropea imma mhux fil-każ tagħhom.", "Naturalment bil-passaport jista' jivjaġġa imma jekk idum aktar milli suppost f'dak il-pajjiż partikolari, l-awtoritajiet għandhom id-dritt li jibagħtuh lura.", "THE CHAIRPERSON: Biex inti titlef l-istatus ta' refuġjat li jkollok, x'irid jiġri?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Hemm il-withdrawal u hemm is-cessation.", "Il-withdrawal tista' isseħħ meta ssir xi ħaġa minn barra.", "Pereżempju, jien bħala Refugee Commissioner niskorpi li t-tali persuna ma qalitx il-verità fil-każ tagħha.", "Jiġifieri qalet li qiegħda tiġi ppersegwitata mentri fil-fatt ma kenitx.", "Din tkun ħadet l-identità ta' xi ħaddieħor, anke permezz ta' cuttings tal-gazzetti li ppreżentat u li dawn ma kenux fuqha imma kienu fuq persuna oħra u tkun anke ħadet l-isem tiegħu.", "Mela f'dak il-każ jien nirtiralu l-protezzjoni li nkun tajtu.", "Imbagħad għandek is-cessation li tista' isseħħ minħabba li s-sitwazzjoni fil-pajjiż minn fejn hu oriġina nbiddlu b'tali mod u manjiera li dan jista' jmur lura f'pajjiżu.", "Jew inkella ġraw xi affarijiet fil-ħajja personali tiegħu li dan ikun lest li jċedi dik il-protezzjoni li ngħata.", "Fil-fatt kien hemm każijiet fejn xi ħadd ingħata refugee status u mbagħad sar ċittadin Malti għax iżżewweġ lil xi ħadd Malti u allura ma jkollux bżonn aktar il-protezzjoni ta' refuġjat.", "Kelli każ ieħor madwar xahrejn ilu fejn persuna iżżewġet persuna oħra tal-istess nazzjonalità tagħha imma li dan kien qiegħed l-Ingilterra u għandu ċ-ċittadinanza Ingliża.", "Għalhekk din marret l-Ingilterra u rranġat sabiex tibqa' hemmhekk.", "Fil-fatt issa se tieħu ċ-ċittadinanza Ingliża u allura rrinunzjat għar-refugee status tagħha.", "Imma dawn il-każijiet huma rari ħafna.", "Kemm il-withdrawal u kemm is-cessation ma tantx huma komuni, jiġifieri jien li naf bihom huma żewġ każijiet; wieħed ta' withdrawal u wieħed ta' cessation.", "Il-withdrawal lanqas sar fi żmieni, sar qabel u s-cessation naf bih u huwa dan li semmejt ftit ilu.", "THE CHAIRPERSON: Meta inti tkun diġà tgħix hawn Malta u tkun qiegħed f'ċentru ta' detenzjoni, inti għedtli li ma jdumux aktar minn tliet xhur biex jipproċessaw l-applikazzjoni tagħhom.", "Jiġifieri tliet xhur idum il-proċess kollu jew inkella sakemm jibda l-proċess?", "Tliet xhur sakemm tinħareġ id-deċiżjoni.", "Dik hija l-medja tagħna.", "Bħalissa hemm 17 u nispera li sa xahar ieħor inkunu 25 b'kollox.", "Huwa importanti ħafna li l-proċess tal-ażil ma tantx itawwal, anke għalihom stess.", "Li japplika xi ħadd diġa' hija xi ħaġa importantissima fil-ħajja tiegħu.", "Dan ikun telaq minn pajjiżu għax iħoss li għandu bżonn tal-protezzjoni minn pajjiż ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Smajt lill-Ministru jgħid li minn 7 avukati żdiedu għal 14 u li minn żewġ appeals board illum hemm sitta.", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Imma hemmhekk qed jitkellem fuq livell ta' appell u mhux fil-livell tal-uffiċċju tiegħi.", "Qabel kien hemm żewġ chambers tal-appell u llum hemm sitta.", "Ir-raġuni prinċipali għaliex saret kienet eżattament biex kif fl-ewwel stanzi l-każijiet ma jdumux ma jiġu deċiżi, daqshekk ieħor fuq livell ta' appell ma tantx idumu biex jiġu deċiżi.", "Ta' min wieħed jgħid li waħda mill-problemi prinċipali fuq livell ta' appell hija li dak li jkun isibha komda li jappella wara li jkun ingħata rejection għax b'hekk jibqa' asylum seeker.", "U jekk jibqa' asylum seeker ovvjament se jibqa' bid-drittijiet li jġib miegħu l-asylum seeker u allura jista' jkun hemm każijiet fejn dak li jkun jappella u mbagħad jisparixxi biex iżomm l-appell miftuħ kemm jista' jkun.", "Biss f'każijiet ġenwini naħseb li huwa importanti ħafna li jekk bniedem tefa' l-appell, dan jinstema' kemm jista' jkun malajr.", "Naħseb li waħda mir-raġunijiet għaliex żdiedu l-kmamar tal-appelli kienu eżattament sabiex il-proċess tal-appell jimxi.", "U jimxi kemm biex min ħaqqu protezzjoni u għal xi raġuni jew oħra ma ngħatax fl-ewwel istanza, jingħata l-protezzjoni fit-tieni stanza, u kemm biex jinqatà l-każ tiegħu ħalli jekk dan m'għandux dritt għall-protezzjoni l-proċess ikun jista' jitkompla fid-direzzjoni li hemm bżonn li jitkompla.", "THE CHAIRPERSON: Mill-affarijiet li qed tgħidilna jidher li hemm ċertu affarijiet li qegħdin f'posthom.", "Issa li kieku kelli ngħidlek x'hemm bżonn li jitjieb, fejn taħseb li nistgħu ntejbu u kieku inti x'ittejjeb?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Xi ħaġa li tgħallimt kemm ilni fuq dan ix-xogħol hu li l-affarijiet qegħdin jinbidlu l-ħin kollu.", "Pereżempju t-taħriġ qatt ma jispiċċa.", "Kien ta' vantaġġ għalina li l-EASO, il-European Asylum Support Office ħoloq il-European Asylum Curriculum, li kien programm ta' taħriġ li bdewh l-Isvediżi u li kien maħsub eżattament sabiex il-case workers ikollhom common training.", "B'hekk ikun iktar possibbli li jsir il-Common European Asylum System – CEAS – ħalli naslu f'punt fejn il-pajjiżi kollha jkunu qegħdin jaħdmu fuq l-istess livell u bl-istess kriterji.", "Dawn issa bdew jagħmlu regional training u fil-fatt se jkun hemm training f'Warsaw u fil-Ġermanja.", "Imma jafu li biex jiġu Malta xi kultant se jsibuha diffiċli minħabba l-flights eċċ, avolja għadhom isiru Malta wkoll.", "L-uffiċċju għandu l-vantaġġ tiegħu għax bħala regola, meta napplika għall-persuna nistaqsihom jekk fadlilhomx xi post wara li jkunu diġà għalqu l-applikazzjonijiet biex jekk ikun fadal post nibgħat persuna oħra.", "L-idea ta' dan it-training suppost huwa li meta dawn imbagħad imorru lura f'pajjiżhom jagħtu t-taħriġ lil ħaddieħor.", "Madankollu aħna ma nagħmlux hekk imma nieħdu l-aħjar taħriġ direttament minn hemmhekk.", "Jien qatt m'għamiltha li wieħed imur hemmhekk għal xi module ta' taħriġ mal-EASO u mbagħad meta jiġi lura jagħti t-taħriġ lill-istaff l-ieħor.", "Jekk nagħmlu training on how to tackle vulnerable people and so on nippreferi li nibgħat tlieta min-nies għal dak it-taħriġ u jeħduh minn ras il-għajn milli jeħduh b'mod indirett.", "B'hekk ikolli tliet case workers li jekk imbagħad jinqalgħu xi każijiet ta' persuni vulnerabbli nkun nista' nitfa' lilhom sabiex jaħdmu fuq dawk il-każijiet.", "Kif qed taraw it-taħriġ qiegħed isir imma ovvjament dejjem nixtieq li jsir aktar.", "U r-raġuni għalfejn ma jsirx aktar ħafna drabi huwa proprju minħabba l-pressure li jkun hemm fuq l-uffiċċju u li allura ma tantx ikollok ħin.", "Hawnhekk irrid ngħid xi ħaġa fuq waħda miċ-ċifri li qed jikkwota l-Ministru dan l-aħħar u li din iċ-ċifra responsabbli jien tagħha għax kont jien li għaddejtha lill-Ministru.", "Kull sena aħna jkollna between 8 to 9 times l-average tal-Unjoni Ewropea bħala asylum applicants.", "Mela jekk wieħed jagħmel kalkolu sempliċi jinduna li jekk f'sena jkollna 2,300 jew 2,400 applikant u għandna 8 times the EU average, mela suppost f'sena għandu jkollna bejn 250 u 300 asylum applicant u mhux ikollna 2,400 asylum applicants!", "Dan jorbot ħafna anke ma' li kien qed jingħad qabel fuq id-detention u fuq ir-reception conditions.", "Dawn it-tnejn ma tistax tisseparahom minn xulxin.", "Meta mbagħad wieħed iqis li fl-Ewropa, minn kull 100 li japplikaw ikun hemm biss 26% jew 27% li jingħataw protezzjoni, mela aħna se nagħmlu 25% ta' 300, li jfisser li rridu nintegraw mal-75 persuna.", "Li kieku qegħdin f'dik is-sitwazzjoni u allura japplikaw 300 fis-sena u wara dan l-eżerċizzju suppost li se jkollna biss 75 li se jiġu integrati, mela l-kumplament tagħhom, jew through AVR jew through forced deportation, dawn se jkollhom imorru lura f'pajjiżhom.", "Li kieku dik hija s-sitwazzjoni Malta tinsab f'sitwazzjoni bellezza.", "Imma meta jkollok 8 times that bħala asylum applicants u bħala nies li ngħataw protezzjoni, ir-recognition rate - kif semma tajjeb ħafna s-Sur St John - mhijiex ta' 26% imma se taqbeż it-80%.", "THE CHAIRPERSON: Allura din id-diskrepanza minn xiex qiegħda tinħoloq?", "Għaliex għandek diskrepanza sostanzjali fir-recognition rate?", "Dan qed jiġri minħabba li aħna aktar lenjanti jew minħabba li pajjiżi oħra huma aktar ebsin minna?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Jekk wieħed jara ċ-ċifri tan-nies li ġew Malta matul is-snin malajr jinduna x'inhi r-raġuni.", "Fuq din il-paġna jekk taraw il-kolonna li qed tirriferi għas-sena 2013 issibu li mis-Somalja kien hemm 999 u mill-Eritrea kien hemm 463.", "Jekk ngħodduhom flimkien se nsibu li mis-Somalja u mill-Eritrea kellna 1,462, li mit-total ta' 2,008 jiġu li għandek kważi 80% li huma mis-Somalja u mill-Eritrea.", "Jekk imbagħad naraw dawn l-aħħar snin in-numru ta' nies li qed jiġu japplikaw mis-Sirja naraw li dan in-numru qed jiżdied.", "Ftit ilu kelli meeting l-EASO u wieħed mill-persuni li tkellem kien Tim Cooper li jieħu ħsieb l-istatistika.", "Fortunatament din id-darba ma semmix lil Malta - għax dejjem Malta tissemma' - imma semma l-Bulgarija.", "U qal li l-Bulgarija s-sena li għaddiet kellhom 98% recognition rate.", "Imma jekk il-Bulgarija daħlulhom ruxxmata nies mis-Sirja għax dik hija l-ewwel art li jistgħu jsibu biex jidħlu fl-Unjoni Ewropa u applikaw għall-ażil fil-Bulgarija, u dawn tawhom kollha l-protezzjoni, ir-recognition rate tagħhom telgħet mal-ewwel għal 98%!", "Pajjiżi oħra li jkollhom ruxxmata applikazzjonijiet jew mill-Western borders jew mir-Russja, speċjalment miċ-Cecnea, u dawn jispiċċaw jagħtuhom kollha rejection se jkollhom bil-maqlub, u se tispiċċa b'90% rejection rate għax ħafna min-nies ikunu minn hemm.", "U għalhekk din mhijiex kwestjoni li we are lenient jew le imma ħafna drabi jkollok dawn iċ-ċifri li ma jiġux spjegati u allura wieħed jista' jieħu dik l-impressjoni.", "THE CHAIRPERSON: Issa meta intom tkunu qegħdin tieħdu ħsieb l-applikazzjonijiet ta' dawn ir-refuġjati nifhem ukoll li hemm il-kwestjoni ta' kif se jintegraw ruħhom fis-soċjetà.", "X'tagħmlu intom sabiex taraw li dawn ikunu ppreparati għall-mod ta' kif ngħixu aħna?", "U x'tippretendu li ssibu miċ-ċentri ta' detenzjoni li ma ssibuhx?", "Fis-sens ta' kontinwità, jiġifieri jekk tibda xi ħaġa miċ-ċentru ta' detenzjoni titkompla min-naħa tagħkom.", "Hemm xi affarijiet li tixtiequ li ssibu min-naħa taċ-ċentri ta' detenzjoni imma huma lacking?", "Naf li din il-mistoqsija hija daqxejn antipatika imma qed nagħmilha għal kawża ġusta.", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Din il-mistoqsija norbotha xi ftit ma' dak li semmejt ftit ilu u ċioè man-numri.", "In-numri huma dawk li huma imma għalija mhux id-detention biss hija problema imma anke r-reception conditions.", "Madankollu t-tnejn marbutin man-numri.", "Ftit ilu għamilt kalkolu li biex wieħed ikollu reception conditions - issa jekk humiex closed jew open centres ma tagħmilx differenza – aċċettabbli jrid ikollna l-area ta' Mount St Joseph fil-Mosta għal 20 darba!", "Mount St Joseph għandu 75 kamra u kull kamra tieħu tnejn min-nies.", "Mela b'kollox jesa' 150 ruħ.", "Biex ikollok post għal 3,000 trid 20 darba l-bini ta' Mount St Joseph.", "Issa jekk imbagħad trid tagħmel ukoll il-klassijiet biex tgħallimhom l-Ingliż, crafts u xi skills oħra, u forsi tagħmel xi kmamar fejn ikun jista' jarahom psikoloġista, ovvjament se nkomplu nżiedu.", "Mela dejjem hemm din il-kwestjoni tal-imberkin numri u din hija xi ħaġa li m'għandniex kontroll fuqha.", "Meta daqs ħames snin ilu kien ġie Thomas Hammarberg f'Malta u mbagħad kien ħareġ ir-rapport tiegħu f'Marzu, tliet xhur wara jien kont qed nagħmel konferenza fuq l-integration u niftakar li kien hemm paragrafu minn dan ir-rapport ta' Thomas Hammarberg li laqatni ħafna.", "Bażikament dan kien qed jgħid li ma nistgħux nistennew li Malta toffri long term integration to all those persons who rightfully so are being given protection minħabba d-daqs ta' Malta.", "Dik il-problema qiegħda hemm u anke Thomas Hammarberg irrikonoxxiha.", "Issa dan ma tantx kien xi wieħed ġeneruż ma' Malta għax ikkritikana ħafna.", "Biss in-numri hemm qegħdin.", "THE CHAIRPERSON: Aħna bħala fondi Ewropej fuq din il-kwestjoni nistgħu nġibu xi ħaġa?", "Jekk aħna rridu ngħinu permezz ta' integrazzjoni eċċ, hemm xi fondi tal-Unjoni Ewropea li huma apposta għalhekk?", "Nistgħu nużawhom?", "IS-SUR MARIO FRIGGIERI: Forsi tajjeb li ngħid mill-ewwel li l-Uffiċċju tiegħi għandna dak li jgħidulu l-asylum determination u allura as such ma nidħlux fil-kwestjoni tal-integrazzjoni.", "Biss meta dak iż-żmien kien ħareġ dan ir-rapport ta' Thomas Hammarberg konna għamilna konferenza u konna semmejniha \"The asylum procedure....and then....what?\"", "Din erġajna rrepetejniha f'Ġunju tas-sena li għaddiet.", "Bażikament l-idea kienet li mela inti għandek lil xi ħadd li applika għall-protezzjoni, u tajnih jew ma tajnihx protezzjoni, imma mbagħad x'se jiġri?", "Ir-realtà hi li min applika għall-protezzjoni u ngħata din il-protezzjoni għandu diversi affarijiet x'jista' jagħmel.", "Jista' jiġi resettled l-Amerika, jista' jiġi reallocated fl-Ewropa jew jista' jiġi integrat f'Malta.", "Mela għandek ħafna possibiltajiet.", "Min ma ngħatax protezzjoni wkoll għandek ħafna possibiltajiet għax jista' jintbagħat lura minn rajh permezz tal-AVR, jista' jmur lura bil-forza u jista' jibqa' Malta.", "L-istudju kien prorprju – biex inpoġġiha daqxejn bil-goff – fuq li ma nagħmlux a mockery out of the asylum procedure u għalhekk huwa importanti ħafna li min ngħata protezzjoni jkollu b'mod konkret il-possibiltà li jintegra ruħu Malta jew barra minn Malta.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħed tgħid li sar studju fuq dan u allura aħna nistgħu narawh dan id-dokument?", "U l-istess għal min suppost li jiġi ritornat, fil-fatt jiġi ritornat.", "Dan kien sar rapport min-naħa tagħna imma billi dan kien iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, ma stajtx nagħmel studju fuq dawk li ngħataw rejection għax ma tistax tuża fondi tal-Unjoni Ewropea għal dawk li ġew rejected.", "Allura żammejna biss għal dawk li ngħataw protezzjoni.", "Jiġifieri għal perjodu ta' tmien xhur, kulmin ġie japplika biex iġedded il-protezzjoni tiegħu u allura kien ilu diġa' minn tal-inqas sena fil-komunità, tajnihom kwestjonarju li ħadmu fuqu s-Sur McKay li kien għamel l-istudju tal-Caritas fuq il-faqar u Dr Charles Pace, soċjologu fl-Università.", "Jien nista' ngħaddilkom kopja tiegħu.", "Dak ta' tliet snin qabel, billi ma kienx iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, stajt nagħmel paragun aħjar għax apparti li kelli xi 800 li kienu bi protezzjoni, kelli madwar 800 oħra li kienu mingħajr protezzjoni.", "B'hekk stajna nagħmlu paragun bejniethom.", "Li ħareġ interessanti minn dawn iż-żewġ studji hu li filwaqt li tliet snin ilu n-numru ta' nies li kellhom protezzjoni u li kienu qed jintegraw ruħhom f'Malta kien baxx ħafna, - hemm raġunijiet għalfejn - sas-sena li għaddiet dan in-numru żdied mhux ħażin.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi raġunijiet għal dan?", "Dan għalih mhux interessat li jintegra ruħu Malta għax ħafna drabi moħħu biss biex imur l-Amerika, eċċ, eċċ. Raġuni oħra li kien hemm u li hija importanti ħafna - u issa din naqset – kienet dik li għall-bidu, b'insistenza ta' ċerti nies, għalkemm kienu b'intenzjoni tajba imma fil-fatt kienu qed jagħmlu żball, fejn dawn bdew qishom jipprovaw li min jittieħed l-Amerika jkunu nies li ma setgħux jintegraw ruħhom Malta.", "U allura l-messaġġ li bdew jgħaddu kien dak biex ma jintegrawx hawn Malta għax inkella ma jmorrux l-Amerika.", "Meta ħareġ b'mod ċar - anke min-naħa tal-Amerikani – li dawn riedu nies li diġa' wrew fil-prattika li kapaċi jintegraw ruħhom f'pajjiż li mhux tal-oriġini tagħhom, allura mbagħad l-effort min-naħa tagħhom beda jiżdied.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom ħafna ta' din il-laqgħa għax kienet interessanti mmens.", "Jiddispjaċini li hawn tliet kwarti mill-Kumitat assenti imma nista' nassigurakom li dawn xorta waħda jaraw x'ikun intqal f'din il-laqgħa għax imbagħad aħna nerġgħu niddiskutu bejnietna biex inkunu nistgħu nagħtu wkoll xi rakkomandazzjonijiet lill-Ministru.", "Il-Kumitat jaġġorna għal data oħra li tiġi mħabbra aktar tard.", "Min-naħa tiegħi se nipprova nara li niltaqgħu f'ġurnata meta jkunu jistgħu l-Membri kollha.", "Naturalment l-uniku mezz kif s'issa konna ddeċidejna li nipprovaw inlaqqgħu l-Kumitat huwa billi niċċekkjaw mas-Sur Raymond Scicluna biex naraw meta jkunu se jsiru l-kumitati l-oħra u b'hekk ma naħbtux magħhom.", "Ovvjament minħabba impenji personali verament diffiċli biex issib lil kulħadd fl-istess ħin u hija ħasra li xi ħadd jispiċċa ma jkunx jista' jiġi.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140414_024d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 24", "It-Tnejn , 14 ta' April 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.46 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 22 li saret nhar it-Tlieta 25 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "Dok 19 Artikolu u Rapport dwar l-immigrazzjoni irregolari tal-UNHCR intitolat \"Migration: know the facts\" li deher fuq il-gazzetta The Times ta' nhar il-Ħamis, 10 ta' April 2014.", "dISKUSSJONI MAs-sur joseph st john dwar id-detention policy f'pajjiŻna", "Is-Sur St John mill-Ministeru tal-Intern spjega kif il-policy ta' detenzjoni ilha li ġiet imfassla f'pajjiżna mill-2005.", "Id-detenzjoni ssir meta persuna tidħol fil-pajjiż b'mod irregolari u l-politika ta' detenzjoni f'Malta tagħti żewġ perjodi massimi ta' detenzjoni.", "Persuna li jkun daħal irregolarment u huwa ayslum seeker jinħeles mid-detenzjoni jekk l-applikazzjoni tiegħu tkun għadha pendenti sa 12-il xahar wara.", "Jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi konkluża fi żmien iqsar minn dan u tiġi rejected, iż-żmien massimu li persuna tista' tagħmel f'detenzjoni huwa ta' 18-il xahar.", "Id-detenzjoni tiġi amministrata mid-Detention Service li hija entità separata mill-ħabs u minn entitajiet oħra.", "S'issa Malta dejjem kellha politika ta' detenzjoni.", "Fil-fatt anke fil-European Convention of Human Rights tippermetti li jkun hemm id-detenzjoni, dejjem sakemm ikun hemm raġuni għalfejn din issir.", "Kien hemm proposta sabiex tiġi emendata l-liġi dwar id-detenzjoni imma s'issa din il-proposta għada ma ħarġitx.", "Il-policy titkellem dwar il-minimum requirements imma ma fihiex dettalji speċifiċi.", "Madankollu għal nofs is-sena 2015 se tidħol fis-seħħ ir-Reception Conditions Directive.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Diskussjoni mal-Kummissarju gĦar-RefuĠjati", "Is-Sur Mario Friggieri, Kummissarju għar-Refuġjati qal li jkun tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn dawk l-immigranti li jiġu bid-dgħajjes, li ġeneralment jiġu mil-Libja, u dawk li jiġu Malta b'xi mod ieħor u li jkollhom il-passaport u l-visa u mbagħad, ladarba jkunu f'pajjiżna japplikaw għall-ażil.", "Spjega li fil-każ ta' dawk li jiġu bid-dgħajjes, billi l-maġġoranza tagħhom jgħaddu l-ewwel ġimgħat fid-detenzjoni, il-kuntatt li jsir bejn l-Uffiċċju tal-Kummissarju u dawn l-immigranti huwa differenti mill-kategorija tan-nies l-oħra.", "Fil-fatt fejn tat-tieni kategorija jkunu huma li jersqu lejn dan l-Uffiċċju, l-oħrajn minħabba li jkunu f'detenzjoni hemm sistema fejn nies minn dan l-Uffiċċju - li bdiet titħaddem madwar erba' snin ilu – jmorru jagħmlulhom information sessions fiċ-ċentru ta' detenzjoni.", "Kull deċiżjoni mogħtija mill-Kummissarju għar-Refuġjati hija appellabbli.", "Jista' jappella l-Ministru għax ma jħossx li t-tali persuna kellha tingħata refugee status.", "Tajjeb ngħidu li din s'issa qatt ma ġrat.", "U jista' jappella wkoll min jingħata subsidiary protection għax forsi jħoss li hu kien ħaqqu jingħata refugee status.", "Ovvjament il-benefiċċji li jingħataw mar-refugee status huma aktar għoljin, fejn prattikament refugee status jagħmlek Malti ħlief għal tliet affarijiet; li m'għandekx iċ-ċittadinanza, li m'għandekx il-passaport u li ma tistax tivvota.", "Imbagħad jistgħu jappellaw dawk kollha li jiġu rejected.", "Status ta' refuġjat jista' jintilef permezz ta' withdrawal jew cessation.", "Aħna għandna l-vantaġġ li l-European Asylum Support Office qiegħed hawn Malta.", "U l-ewwel ħaġa li għamel dan l-Uffiċċju kien il-European Asylum Curriculum li kien programm ta' taħriġ li kienu bdewh l-Isvediżi u li l-iskop tiegħu kien sabiex il-pajjiżi kollha jaħdmu fuq l-istess kriterji.", "Bħala asylum applicants Malta jkollha bejn 8 u 9 darbiet aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140414_024m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' April 2014 fis-6:30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Is-Sitwazzjoni Industrijali fil-Qasam tas-Saħħa.", "Diskussjonijiet mal-Unions ewlenin.", "Affarjiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140416_002a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 16 ta' April, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 16 ta' April, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1 li saret fis-26 ta' Marzu, 2014 ġew konfermati.", "IS-SITWAZZJONI INDUSTRIJALI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA.", "DISKUSSJONIJIET MAL-UNIONS EWLENIN.", "ETIENNE GRECH): Fil-laqgħa tal-lum ħa niltaqgħu biex niddiskutu s-sitwazzjoni industrijali fil-qasam tas-saħħa.", "Fil-fatt stedinna diversi unions u anke associations - li jiena nemmen li wħud minnhom huma utli ħafna - biex jattendu għal din il-laqgħa.", "Aħna stedinna l-Unions ewlenin biss, imma ovvjament jekk hemm xi assoċjazzjonijiet oħra żgħar li jkunu jridu li nikkomunikaw magħhom, huma welcome li jagħmlu dan.", "Nixtieq ninfurmakom ilkoll li l-laqgħa kollha kemm hi se tkun streamed-live bl-awdjo biss.", "Nixtieq nibdew id-diskussjoni billi nsejjaħ l-ewwel lill-Assoċjazzjoni tal-Private Medical Doctors.", "Il-Membri Parlamentari preżenti huma l-Onor.", "Claudio Grech li huwa l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa; jien iċ-Chairman tal-Kumitat, Etienne Grech; hawn preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Minn naħa tal-APFD hawn preżenti Dr Anthony Azzopardi u Dr Jason Bonnici.", "Tixtiequ tagħmlulna xi preżentazzjoni?", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI (President tal-Association of Private Family Doctors (APFD)): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat talli għoġbu jistiedinna biex nagħmlu l-preżentazzjoni tagħna.", "Napprezzawha ħafna għaliex forsi b'hekk nistgħu nwasslu l-ideat tagħna dwar is-sistema tas-saħħa f'Malta.", "Bħala association ilha mwaqqfa kważi għaxar snin.", "Waħda mill-aims tal-association kienet dejjem biex nagħtu kura mill-aħjar lill-pazjenti tagħna.", "Dan kien l-iskop tagħna kważi mill-bidu nett.", "U dejjem qed nagħmlu mill-aħjar għax jidhirilna li dan jagħti iżjed sodisfazzjon lilna.", "U naturalment, iktar ma jkollna faċilitajiet u nistgħu naħdmu mal-pazjent, iktar nistgħu naqdu lill-pazjent tagħna wkoll.", "F'dawn l-aħħar snin, ħafna flus u sforz marru f'Mater Dei - li hija xi ħaġa li naturalment tinftiehem - però jidhrilna li huwa żmien li ninvestu fil-kura primarja.", "Kellna diġà ħafna laqgħat ma' ministri preċedenti u anke ma' uffiċjali għolja tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Għax jidhrilna li dejjem aħjar nimxu b'soft approach milli b'mod ta' konfrontazzjoni.", "Fil-fatt dejjem imxejna hekk u dejjem kellna laqgħat kordjali mmens.", "Fil-fatt, kulħadd deherlu li dak li qed nipproponu aħna, kienet ħaġa ovvja u li tagħmel sens, u dejjem irnexxielna niddubbaw u notjenu titjieb f'dak li nistgħu noffru għall-benefiċċju tal-pazjenti tagħna.", "Nistgħu ngħidu li kull ministru pprova mill-aħjar, u kieku ċ-ċirkostanzi kienu differenti, żgur li konna notjenu iżjed!", "Eżempju ta' dak li kienet tgħid il-Professur Starfield - u li preżentament qed jiġi attwat f'Malta - huwa r-rikjesta tat-test tal-cancer tal-prostata.", "Sa ftit żmien ilu, kien ikollna nibagħtu lill-pazjent għand urologu, u dan kien jieħu l-appuntament wara xi sena.", "Il-lista ta' stennija kienet dejjem titwal.", "Dan iż-żmien, nistgħu ngħiduh aħna, il-lista ta' stennija niżlet ħafna.", "Nista' nsemmi affarijiet oħrajn bħal pereżempju, l-HbA1c, li huwa t-test taz-zokkor; fejn naqqset il-ħin ta' stennija tal-pazjenti; u qegħdin nagħtu injezzjonijiet tal-influwenza fejn it-tabib huma mħallas biss għas-servizz u l-Gvern jipprovdi l-vaccine.", "Però, jidhrilna li nistgħu nagħmlu iżjed!", "Dan qed jiġi rikonoxxut, forsi mhux mid-Dipartiment b'mod uffiċjali, imma b'mod effettiv fil-parti klinika.", "Bħalissa kien hemm għaddejjin tliet kumitati fejn pazjenti li jbatu minn Chronic Obstructive Pulmonary Disease (COPD) kienu qegħdin jippruvaw jibagħtuhom id-dar mill-Isptar forsi ftit qabel, ħalli jserħu naqra mil-load tal-Isptar u daħħlu lilna bħala t-tabib li jkun qiegħed on the receiving end biex ikun jista' jilqa' l-pazjent la darba jmur id-dar.", "Mal-Emerġenza wkoll qegħdin nagħmlu l-istess ħaġa.", "Il-bieraħ kellna laqgħa ma' Mr Ray Gatt, l-Orthopaedic Surgeon, li qed jipproponi li għal bidu jsir proġett pilota fejn pazjenti li jkollhom hip replacements wara jumejn jintbagħtu d-dar imbagħad jiġu segwiti mit-tabib tal-familja u mill-komunità.", "Din mixja wkoll.", "Però jidhrilna li aħna nistgħu nagħmlu ħafna iżjed!", "Aħna fl-assoċjazzjoni tagħna qegħdin 106 tabib, li kollha naħdmu fil-privat biss.", "Il-membri tagħna jaraw 70% tal-ewwel laqgħat fil-kura primarja.", "Din hija figura tal-Gvern.", "Jidhrilna allura li aħna verament gate keepers tas-saħħa.", "Kien hemm dak ir-rapport li ħareġ fi Frar: \"Health Systems in Transition\" fejn kien qed jgħid li l-poplu jħallas 34% tat-total tal-ispiża tas-saħħa f'Malta, u dan huwa tiela.", "CLAUDIO GRECH: Dr Azzopardi, biex nifhem il-persentaġġi, 106 tabib provide the 70%, jew it-tobba kollha li joperaw fil-komunità, jipprovdu s-servizz?", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: It-tobba fil-komunità huma kemm it-tobba tal-privat kif ukoll t-tobba taċ-ċentri tas-Saħħa.", "It-tobba tal-privat jipprovdu 70% tal-kura.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri mhux dawn il-106?", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Il-106.", "Imbagħad hemm ftit tobba li qegħdin jaħdmu mal-Gvern u għandhom Contract B u li jistgħu jaħdmu fil-privat ukoll.", "Però dak, kull ma jmur qed jonqos.", "Kif se ngħid 'l quddiem, it-tobba li jaħdmu mal-Gvern qegħdin 80% taħt Contract A, fejn privat ma jagħmlu xejn, u baqa' dak l-20% biss li jaħdmu fil-privat.", "Dejjem nitkellmu fuq sostenibilità (Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Però tobba fil-komunità, 106 hawn?", "Apparti tal-Contract B?", "Naħseb hawn ħafna iżjed.", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Ejja ngħidu li forsi hemm 20 jew 30 oħra li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni tagħna.", "Nixtiequ dejjem nippruvaw naqblu li r-riżorsi huma limitati u nużawhom mill-aħjar possibbli.", "Dan huwa mod kif jaħdem it-tabib fil-familja.", "It-tabib tal-familja fil-privat ma jistax jaħdem kif tabib jaħdem fl-Isptar, fejn jagħmel it-testijiet kollha possibbli forsi jara jsibx xi ħaġa mhux normali.", "Aħna naħdmu sempliċement biex tikkonferma dijanjosi.", "Jekk il-pazjent iħallas minn butu ma tistax taqbad tbellgħalu u tneffqu ħafna flus!", "Din hija l-filosofija tagħna!", "Naqblu magħha perfettament!", "Sfortunatament, kull meta tissemma' l-kura primarja dejjem jissemmgħu ċ-ċentri tas-saħħa biss.", "Aħna jidhirilna li dan mhux biżżejjed.", "Għaliex mhux kulħadd kuntent li jmur fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Dan speċjalment għaliex tabib tal-familja jipprovdi kontinwità.", "Bħalissa ħierġa suppost is-sistema tal-ID Card system.", "Jidhrilna li dan huwa mod kif niddentifikaw it-tabib tal-familja u allura għandha tiġi sfruttata ħafna iżjed.", "Hemm bżonn naturalment li jkun hemm IT system iżjed robusta!", "Qed nikkwota artiklu mill-gazzetta \"The Guardian\" ta' ftit ġranet ilu, fejn pazjent anzjan qal li jrid il-personal touch speċjalment pazjenti xjuħ.", "L-inizjattiva tat-Tabib tal-Familja Tiegħek, the Doctor of Your Choice, ta' ftit snin ilu, kienet inizjattiva tajba ħafna!", "Għaliex in-nies irid ikollhom tabib tagħhom li jiddentifikaw miegħu.", "F'dan il-mument, il-kura primarja privata hija qawwija u għadha affordable ħafna.", "Jekk jidhrilna li t-tabib tal-familja għandu jiġi mgħejjun, iċ-ċentri tas-saħħa jistgħu forsi bi spirtu ta' iżjed ekwità jgħinu lil dawk in-nies li forsi ma jistgħux jaffordjaw li jmorru privat.", "Jidhrilna li l-investiment fil-kura primarja huwa kruċjali għaliex wieħed mix-xogħol tagħna huwa l-prevenzjoni.", "Kull pazjent li jispiċċa pazjent ta' kardjoligi, stents, bypass, eċċ, ifisser li dan mexa t-triq kollha, saħħtu ma ħax ħsiebha jew ma ħadulhux ħsiebha u spiċċa fejn spiċċa.", "Jiġifieri flok nonfqu miljuni fi stents u affarijiet hekk, nistgħu noffrulu prevenzjoni qabel ma jimrad.", "L-ewwel semmejna li 80% tat-tobba, ħadu contract A. Dan il-Gvern innegozja kondizzjonijiet ġodda u tajbin ħafna għat-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Però, li ġara huwa li ma naħsibx li stennew li 80% se jieħdu contract A, mela privat mhumiex jaħdmu.", "Oħra, it-trainees il-ġodda - dawk li qegħdin jitħarrġu biex isiru speċjalisti fil-family practice - kollha qed imorru fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Mela allura hemm inqas tobba jaħdmu fil-privat.", "Barraminnhekk, it-tobba qegħdin jixjieħu!", "Jidhirilna li bħala Gvern għandu jkollu viżjoni naqra iżjed fit-tul, għaliex ma nistgħux nimxu ħames snin ħames snin, għaliex 20 sena oħra, il-maġġoranza tagħna jkunu waqqfu mix-xogħol!", "Hemm bżonn li l-kura privata issir iktar attraenti, l-inizjattivi għandhom ikunu ppjanati tajjeb u għandha tinkludi din il-biċċa tax-xogħol.", "Ovvjament dan għandu cost.", "Il-cost irid ikun investiment, li kif qed nitkellmu jew tieħdu meta l-pazjent ikun marad u traqqa, jew inkella tipprova tippreveni u żżommu b'saħħtu.", "Aħna għandna ħames jew sitt ideat: waħda li ntejjbu l-expertise u l-motivazzjoni fil-kura privata; protocols, forsi tagħmilha motivazzjoni, forsi jkun hemm fees for service, pereżempju tilqim li jsir fiċ-ċentri tas-saħħa nkunu nistgħu nagħmluhom aħna u smear tests forsi nistgħu nagħmluhom aħna wkoll.", "Jidhrilna li għandna bżonn iktar mod fejn nistgħu naħdmu, dak li jissejjaħ elbow rooms.", "Pereżempju Schedule 5 - il-kartuna s-safra - għalissa jrid jiffirmaha konsulent bilfors.", "Din tieħu ħafna ħin lill-kura sekondarja, lill-konsulenti.", "U finalment jekk jidhirli li pazjent għandu pressjoni għolja u għandu bżonn ċerta mediċini, 99% dan se jiġi konfermat u jiktibilu.", "Imma sadanittant ikun inħela ħin tal-istaff, tal-konsulent u tal-infrastruttura kollha tal-Isptar.", "THE CHAIRMAN: Però Dr Azzopardi, in-naħa tas-South, fejn naħdem jien u Dr Jason Bonnici, għall-blood pressure it's quite easy and quick.", "Tagħmel referral ticket liċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, u xi xahar wara jirċevuha.", "In-naħa l-oħra ta' Malta l-istess?", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Fil-Health Centre tal-Gżira, għandek xi tmien ġimgħat għall-appuntamenti.", "Plus imbagħad xi ġimgħatejn u xahrejn oħra biex toħroġ il-kartuna s-safra.", "Tul żejjed.", "DR JASON BONNICI: Fil-fatt nikkonferma li s-sistema m'hijiex hekk ma kullimkien.", "In-naħat tagħna, kemm nagħmlu ticket of referral u l-pazjent jinqeda mill-ewwel.", "Postijiet oħrajn jibagħtu għal-pazjent, jerġgħu jarawh darba, darbtejn, tlieta, biex jikkonfermaw li għall-pressjoni għolja u imbagħad jingħata l-kartuna s-safra, forsi bl-istess mediċini jew mediċini oħrajn, li huwa differenti minn kif naħdmu aħna.", "U sfortunament tkun qed taħli l-ħin lill-pazjent, li jrid jieħu l-leave biex imur darbtejn tlieta għal xi ħaġa li tista' tinqeda iktar malajr.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk nista' ngħid xi ħaġa, forsi neħilsuha ftit ħafif.", "Mid-diskussjonijiet li kellna f'din l-aħħar sena jirriżulta - anke fil-white paper waqt il-konsultazzjoni pubblika li kellna mal-21 stakeholders li minnhom kien hemm anke intom li ppreżentajtu karta u anke minn naħa tal-membri - li l-way forward għandha tkun li hemm erba' mardiet partikolari, waħda minnhom hija l-pressjoni, l-oħra hija l-ażżma, u l-oħrajn ma niftakarhomx bl-amment.", "Hemm madwar 20 u 25 mediċina li ġew verifikati u anke proposti minn numru ta' tobba, li jistgħu jkunu mediċini li t-tabib tal-familja jista' jkollu l-jedd u d-dritt li jbiddilhom fil-kartuna s-safra, biex b'hekk jissimplifika l-affarijiet.", "Apparti t-test pereżempju li semmejt tal-prostata, hemm testijiet oħrajn li jissimplifikaw il-proċess, bħal tal-bone density, ir-referral tal-fiżjoterapista, ir-referral ukoll ta' kwalunkwe x-ray jekk pazjent irid imur ġo ċentru tas-saħħa.", "Bis-saħħa t'hekk, anke l-waiting time, bħalma waqaf mill-aspett ta' test sempliċi tal-prostata bħala screening, l-istess ġara fil-każ tal-bone density, fejn illum waiting time m'hemm xejn.", "Imma, bħalma għidt sew waqt id-diskors tiegħek, is-suċċess tal-kura primarja, biex żgur inħajjru iktar tobba jibqgħu fis-settur ta' public-private health mix, hu li nagħtu emfasi u ninkoraġixxu lit-tabib imur fis-settur privat.", "Fil-fatt, minn dawk li ggradwaw issa bħala speċjalisti tal-familja, tnejn biss marru fil-privat minn numru ta' madwar 63 f'dawn l-aħħar snin.", "Huwa numru żgħir wisq!", "Naħseb li s-sistema għandha tkun ibbażata fuq żewġ affarijiet.", "Waħda hija l-IT system.", "M'hemmx dubju li l-way forward tal-Gvern, anke mid-diskussjonijiet li kellu l-Ministeru magħkom - u nemmen li l-Onor.", "Fearne se jkompli minn dan l-aspett - hija li bis-sistema tal-e-id u MyHealth, din se tkun l-istess kemm għas-settur pubbliku, kif ukoll għas-settur privat.", "Bil-Myhealth, mingħajr ma trid, se toħloq aċċess għal kull pazjent biex b'hekk mhux biss ikollkom provdut lilkom dak li jsir ġo sptar bħal Mater Dei jew sptar ieħor, bħalma huwa Mount Carmel jew sptar ieħor bħalma huwa Karin Grech Hospital, imma anke l-istess stejjer tagħkom jistgħu jkunu provduti lit-tobba li jkunu hemmhekk.", "Naħseb li ċ-ċavetta li se toħloq dan hija proprju l-e-prescription!", "Bl-introduzzjoni tal-e-prescription fil-fatt se nwasslu biex b'mod gradwali nevolvu għal dak il-proċess.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-ħin qed jagħfas daqsxejn.", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Għandna ninċentivaw il-group practices għaliex b'hekk inkunu nistgħu nkopru l-pazjent 24 siegħa kuljum.", "Jidhrilna li hemm bżonn nibdew naħdmu bi sħab maċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Bħalissa qed naħdmu in parallel.", "Imma jekk jista' jkun mhux in parallel inkunu, imma viċin ta' xulxin.", "Jiġifieri jekk pazjent narah jien, jew rawh miċ-Ċentri tas-Saħħa, jien għandi nkun naf x'ġara u vice-versa.", "B'hekk, il-pazjent jew għax ma jsibniex, jew għax li jrid imur pubbliku, jinqegħda xorta.", "L-aħħar ħaġa nett kienet il-patient registration.", "Din naħseb tmur mal-e-id, għaliex għandha konnotazzjonijiet legali wkoll.", "Għaliex biex tabib joħroġ, irid ikun responsabbli tal-pazjent ta' ġara u x'ma ġarax, irid ikun hemm tabib jiddentifikah il-pazjent.", "Ma jistax il-pazjent jgħid li mar għand Dr Jason Bonnici, ġie għandi, ġie għandek, imbagħad jgħid x'ġara u x'ma ġarax, għaliex legalment ma tagħmilx sens!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHRISTOPHER FEARNE (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa): Grazzi Mr Chairman.", "Jien nixtieq ngħid mill-bidu nett - għax din hija l-ewwel laqgħa li qed nattendi ta' dan il-Kumitat - li dak li sar f'din l-aħħar sena, immexxi mill-Onor.", "Godfrey Farrugia, bħal f'oqsma oħra sar, ħafna u ħafna xogħol - u hawnhekk nirringrazzjah pubblikament tax-xogħol kbir li għamel f'din is-sena – u fil-qasam tal-kura primarja ħa nkompli nibni fuqu.", "Dak kollu li għamel l-Onor.", "Farrugia u t-team tiegħu fl-ewwel sena ta' dan il-Gvern, ħa nkomplu naħdmu fuqu fix-xhur u snin li ġejjin anke bl-għajnuna kontinwa tal-Onor.", "Bla dubju ta' xejn nemmnu li l-qasam primarju huwa importanti ħafna.", "Bħalma tafu intom, aħna f'dawn il-ġranet qegħdin niltaqgħu mal-Assoċjazzjonijiet u mal-Unions kollha li huma involuti f'dan is-settur.", "Għadna ma ltqajniex ma' kulħadd.", "Mal-APFD jidhirli li ħa niltaqħu l-ġimgħa d-dieħla.", "Ħa jkollna ċans li niddiskutu f'naqra iktar dettall mhux biss bħala kumitat parlamentari imma anke bħala Gvern, dawn il-proposti, li ħafna minnhom huma mibnijin fuq dak li għamel l-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Dr Azzopardi semmejt u għamilt ħafna enfasi fuq l-IT system.", "Nieħu gost nisimgħek, għax proprjament sa ftit snin ilu meta jien kont nitkellem fuq l-IT kienu jħarsu lejja qisu qed ngħid xi ħaġa eżoterika, iżda illum, li nisma' lilkom il-professjonisti titkellmu dwar kemm hija importanti t-teknoloġija f'dan il-qasam, ovvjament huwa vitali.", "Anke meta tara barra minn Malta, fejn hemm żviluppi kbar ħafna għaddejjin mhux fuq is-sistemi per sè - għax is-sistemi mort, xtrajthom u implimentajthom - però, iktar fuq l-aspett ta' reġistrazzjoni, li semmejt, u l-aspett tax-sharing tal-informazzjoni.", "Bis-sistema, li fl-opinjoni tiegħi hija l-qofol tal-health care system tagħna, tista' tgħid, li intom għandkom l-għarfien legat kollu tal-informazzjoni tal-pazjent għandkom.", "Imbagħad hemm dik fl-istituzzjonijiet.", "Mhijiex domanda faċli.", "Hija domanda li f'ħafna pajjiżi hemm dibattiti kbar sa liema livell il-pazjent lilek jagħtik il-kunsens safejn inti għandek tikkondividi dik l-informazzjoni u iktar u iktar ma' min u sa liema stadju għandek tikkondividi.", "Forsi kellkom xi diskussjonijiet f'dan is-sens?", "Però, huwa aspett li huwa interessantissimu, b'mod partikolari minħabba l-emfasi li qed tagħmlu fuq is-sistema.", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Importanti ħafna.", "Però, l-ewwel ħaġa, kif semmejt inti, il-pazjent irid jagħtik il-kunsens.", "It-tieni, mhux neċċessarjament tiddivulga kollox!", "Ċertu affarijiet huma bażiċi; jekk jien il-penicillin ma jaqbilx miegħi, dik hija ħaġa importantissima li jkun jaf kulħadd biha!", "Imma jekk jien kelli xi skappatura, mhux bilfors irid ikun jaf kulħadd!", "Hemm informazzjoni u hemm informazzjoni!", "Però, dak li għandu x'jaqsam mal-kura tal-mument tal-pazjent, pereżempju attakk tal-ażżma, huwa importanti li l-isptar jaf kemm-il darba kellu attakki!", "Jekk il-pazjent jagħtini l-permess, ma nsibu l-ebda diffikultà!", "THE CHAIRMAN: Dr Azzopardi, għal li jista' jkun, is-sistema tal-MyHealth li jużaw l-e-id, li anke t-tabib irid ikollu l-e-id, dik taqbel magħha?", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Insibu naqra cumbersome, għaliex il-pazjent irid imur l-Evans u issa Gattard House biex japplika.", "CLAUDIO GRECH: Issa ħa tidħol l-electronic ID.", "Meta ħa jiġi għandek, ħa jiġi bl-electronic ID card.", "DR ANTHONY PAUL AZZOPARDI: Jekk tiġi dik, tissimplika ħafna l-affarijiet!", "CLAUDIO GRECH: Però qabel ma kienx hemm metodu kif setgħet issir differenti.", "Ir-reġistrazzjoni, minħabba li b'mod partikolari għall-finijiet tas-servizzi tas-saħħa qiegħed taqsam l-iktar electronic information sensittiva possibbli li jista' jkollok, ma stajtx tagħmilha billi tapplika online u ma jkollokx ...", "THE CHAIRMAN: Konfidenzjalità.", "Fil-fatt għadna kif smajna li issa qed isiru diskussjonijiet biex anke l-Isptar San Vinċenz ikun jista' jingħaqad, bħala IT, ma' Mater Dei.", "Naħseb li din is-sistema li tuża l-e-id tal-Gvern hija tajba għax kulħadd ikollu, u l-General Practioners ikunu jistgħu jaraw ir-riżultati, l-x-rays, eċċ. L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Hemm ħaġa li lili tinkwetani u fejn anke jien kelli diskussjonijiet mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar meta niġu għall-prevenzjoni u meta niġu għall-iscreening.", "Mill-aspett pubbliku dan isir, u jsir b'mod li jkun hemm moniteraġġ tal-performance tiegħu, eċċ, kif inhija suppost.", "Mill-esperjenza tiegħi personali, u anke ta' tobba oħra fil-privat, jien tal-fehma li din l-istandardisation mhijiex dejjem issir.", "Għalkemm hemm aċċenn ħafna ta' prevenzjoni mit-tobba fil-privat, imma, l-performance tagħha, l-auditing tagħha ma jsirx kif suppost.", "Din hija waħda mill-affarijiet fejn żgur tgħinna biex ikollna health outcomes li jkunu iktar pożittivi milli huma llum.", "Fil-fatt ma jirriflettux l-istampa reali meta aħna imbagħad nagħmlu l-indiċi tagħna u mmorru barra minn Malta.", "THE CHAIRMAN: Grazzi Onor. Farrugia.", "Iktar mistoqsijiet?", "Nirringrazzja lil Dr Anthony Paul Azzopardi.", "MR BERNARD CARUANA (President tal-Malta Union of Psychologists (MUPP)): Se nipprova ma ndumx, għax hemm ħafna nies li għad iridu jitkellmu.", "Bażikament, aħna, bħala assoċjazzjoni u union ilna neżistu mill-1992.", "Qegħdin affiljati mal-European Federation of Psychology Associations, fejn jien ukoll qiegħed fuq il-kumitat eżekuttiv ta' din l-assoċjazzjoni.", "Qegħdin ukoll assoċjati mal-International Union of Psychological Science.", "Bażikament aħna nirrapreżentaw il-psikologi kollha li jaħdmu mal-Gvern.", "Għandna wkoll il-leeway biex niffirmaw il-ftehim kollettiv kif ukoll il-ftehim settorjali.", "Il-psikologi fid-diviżjoni tas-saħħa oriġinarjament kienu jiġu mpjegati f'Mount Carmel Hospital.", "Issa, fil-preżent qegħdin iktar imferxin.", "Bażikament hemm grupp ta' psikologi wkoll li qegħdin jaħdmu fl-Isptar Mater Dei.", "Sfortunament għalissa għad m'hemmx psychological services f'Sant Vincenz de Paule għall-anzjani.", "Hija xi ħaġa li trid tiġi żviluppata wkoll 'l quddiem.", "Ovvjament, at the moment hemmhekk ma jaqax taħt id-Diviżjoni tas-Saħħa, però, is-saħħa u s-saħħa psikoloġika tal-anzjani, hija importanti wkoll.", "Aħna, bħala assoċjazzjoni tal-psikoloġija għandna viżjoni għas-servizzi tal-psikoloġija ħolistika.", "L-eks Ministru Godfrey Farrugia kien jgħid li bażikament kull ministru huwa ministru tas-saħħa.", "Bażikament, fejn tidħol il-psikoloġija nitrattaw ma' ħafna aspetti tal-individwu, kemm fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xogħol u fil-forensika.", "Fil-fatt, għandna psikologi mal-Gvern li jaħdmu fil-forensika, fl-edukazzjoni u fis-saħħa.", "Fl-opinjoni tagħna, aħna ridna naħdmu għal dipartiment wieħed tal-psikoloġija, li jinkorpora dawn l-areas kollha.", "Dan biex l-ewwel nett ma jkunx hemm duplikazzjoni ta' xogħol u wkoll biex in-nies iktar jinqdew malajr u ħolistikament.", "Pereżempju, jekk jien mort bit-tifel fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, mhux imbagħad irrid immur bit-tifel is-CDAU jew iċ-child guidance clinic u naraw it-tifel pereżempju minn tliet aspetti differenti.", "Fl-istess ħin ukoll, ikun hemm data miġbura tal-individwi kollha.", "U f'pajjiż żgħir bħal Malta, fejn is-servizzi pubbliċi huma uniċi u jservu lill-populazzjoni kollha, dik id-data tista' tintuża bħala hub of research anke fl-Ewropa fejn ma jkunx hawn bħala.", "B'hekk tkun tista' tagħmel longitudinous studies u studji oħra għax għandek data qawwija psikoloġika.", "Anke jekk pereżempju qed nitkellmu fuq is-sistema tal-probation, isir profiling, eċċ. Jekk ikollok dipartiment wieħed, jista' jkollok il-profiling ta' persuna minn mindu kienet l-iskola sakemm waslet hemmhekk.", "Dik hija l-viżjoni tagħna tal-psikoloġija.", "Bażikament aħna qegħdin naħdmu f'areas u nidħlu f'areas ġodda.", "THE CHAIRMAN: Mal-Appoġġ għandkom psikoloġisti?", "MR BERNARD CARUANA: Iva, għandna psikoloġisti mal-Appoġġ ukoll.", "Il-bżonnijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa huma kbar.", "Aħna naħsbu li n-numri li hemm bħalissa fid-Diviżjoni tas-Saħħa, mhumiex biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet kollha li jista' jkun hemm.", "Sfortunatament hemm problema ta' spazji u ta' apparat, speċjalment fl-Isptar Mater Dei.", "Ovvjament dawn huma teething problems għax qegħdin fil-bidu ta' dawn is-servizzi l-ġodda.", "Nittamaw li jiġu solvuti biż-żmien.", "Qegħdin nippruvaw noħolqu servizz ta' psikologi fl-Emerġenza.", "Forsi 'l quddiem għandu jkun hemm team ta' psikologi li jkunu jaħdmu around the clock, speċjalment fl-isptar ġenerali.", "B'hekk, jekk tinqala' trawma, jew xi ħaġa, din mhijiex se tinqala' f'ħinijiet tax-xogħol biss, imma tista' tinqala' fi kwalunkwe ħin!", "Qed naħdmu wkoll fuq sistema li diġà qed tiġi in place, u diġà qed inkunu on call, għal dawk in-nies li jidentifikaw pereżempju xi katavru fl-awtopsija u jkunu trawmatizzati.", "Allura ninżlu hemmhekk immedjatament biex nagħtu l-għajnuna li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Għandek xi idea dwar iċ-ċifri ta' kemm hemm psikologi jaħdmu mal-Gvern?", "MR BERNARD CARUANA: Psikologi jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa, bejn psycholgists u psychology assistant hemm xi 50.", "Bażikament psikologi huma dawk li jkunu għamlu l-masters u għamlu sentejn esperjenza u ħadu l-warrant.", "Psychology assistants huma dawk li qed jistennew is-sentejn esperjenza biex jieħdu l-warrant jew inkella jkollhom il-baċellerat biss.", "Din hija xi ħaġa oħra li rridu nindirizzaw.", "Il-kompetenzi li rridu nagħtu lil dawk il-psychology assistants li għad m'għandhomx il-masters, u anke forsi xi taħriġ li nistgħu noffru fid-Diviżjoni tas-Saħħa stess fuq areas speċifiki, jekk mhux areas in ġenerali, biex ikunu jistgħu jagħtu għajnuna f'ċertu areas.", "Mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni hemm madwar ħmistax.", "Fil-Forensika hemm tlieta.", "Meta nitkellmu anke fuq dan id-dipartiment, għaliex pereżempju l-Forensika ma tantx tattira nies, imma jekk pereżempju dak li jkun ma jkollux bżonn jaħdem full-time fil-Forensika imma pereżempju jagħmel jumejn fil-ġimgħa hemmhekk u tlett ijiem f'post ieħor, dak li jkun jitħajjar iktar.", "Mal-Aġenzija Appoġġ hemm ħamsa.", "CLAUDIO GRECH: Minn dawn il-ħamsin?", "Jien qed nagħti l-figuri li jista' jkun li nbiddlu b'xi riżenja f'dawn ix-xahrejn li għaddew.", "Bażikament dik hija l-viżjoni li nixtiequ naraw.", "Viżjoni li ma tinvolviex ħafna eluf ta' liri jew ewro, ma tinvolviex spejjeż kbar imma tinvolvi dedikazzjoni.", "B'dik is-sistema qed naħsbu wkoll on a key psychologist fuq kull individwu li jagħmel servizzi mill-psikoloġija.", "Fejn jekk xi ħadd qed isegwi pereżempju individwu li qiegħed fil-Faċilità Korrettiva jew xi ħadd li qiegħed fl-edukazzjoni, dan jibqa' jsegwih, u jekk għandu bżonn li imbagħad jieħu għajnuna mingħand psikologu ieħor fuq xi ħaġa speċjalizzata, jiġi riferut għal dik il-ħaġa speċjalizzata imma jibqa' jkollu l-key psychologist tiegħu jew tagħha.", "Is-sistema tal-IT hija importanti wkoll f'dan il-qasam.", "Dan biex ikun hemm records sewwa.", "F'din is-sistema qed nikkontemplaw ukoll li 'l quddiem, parallel ma' dak li qed jiġri fil-mediċina, jistgħu jidħlu wkoll il-psikologi privati, li jikkondividu l-files u jkollhom aċċess ukoll għall-files tal-Gvern.", "Din hija ħolma tagħna li nixtiequha issir!", "Bażikament l-issues prinċipali li għandna bħalissa huma l-issues ta' spazju, apparat, u anke ta' xi posts ġodda li hemm bżonn fid-Diviżjoni.", "Fid-Diviżjoni tas-Saħħa għandna ħames managers, l-oħrajn huma kollha psikologi at one rank u m'għandniex il-middle grades mimlija.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "CLAUDIO GRECH: Meta tħarsu lejn l-irwol tagħkom mal-professjonijiet l-oħra, teżisti din il-koeżjoni li bħala grupp you effectively complement each other, jew hija xi ħaġa li forsi qagħad jonqos xi jsir?", "MR BERNARD CARUANA: Aħna naħdmu tajjeb mal-professjonisti kollha, kemm mal-professjonisti li pereżempju qegħdin Mater Dei, ma' konsulenti, tobba, fiżjoterapisti, eċċ; kif ukoll fl-Isptar Monte Carmeli fejn it-tradizzjoni ilha qawwija iktar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Domanda daqsxejn sensittiva, imma turi l-way forward kif għandna nimxu Malta.", "Ir-relazzjoni bejn psikoloġisti u psikoterapisti.", "Taħsbu li hemm ħtieġa li jkun hemm two different bodies: il-psikoterapisti u l-psikologi?", "Jew għandu jkun hemm body wieħed bħala regolatur?", "MR BERNARD CARUANA: Id-differenza bejn psikoloġi u psikoterapisti hija fit-taħriġ.", "Il-psikologi, , huma mħarrġa fix-xjenza tal-psikoloġija, u xi wħud minnhom, il-Counselling and Clinical Psychologists, huma mħarrġa fil-psikoterapija wkoll.", "Il-psikoterapisti, ġeneralment huma mħarrġa f'area ta' psikoterapija.", "Bażikament, kif inhuma kontemplati l-liġijiet li se joħorġu, se jkun hemm a different regulatory body.", "Dan għaliex aħna diġà konna - meta kien hemm il-Ministru tal-Politika Soċjali, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca - bażikament għamilna xi laqgħat mal-Assoċjazzjoni tal-Psikoterapisti u anke mal-Assoċjazzjoni tal-Counsillers biex naħdmu iktar flimkien anke fuq il-liġijiet li se jiġu proposti fil-Parlament.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRISTOPHER FEARNE: Grazzi.", "L-MUPP hija għaqda speċifika ħafna; tirrapreżenta sezzjoni żgħira ħafna tal-impjegati kollha tal-Isptar.", "Din hija xi ħaġa tajba.", "Jien nixtieq nara iżjed professjonijiet li jkollhom rappreżentanza speċifika tagħhom, mingħajr ma ntellef il-meritu tal-unions l-oħrajn li jkunu qegħdin jagħmlu xogħolhom bħala union kollettivi.", "Naħseb li l-assoċjazzjonijiet li jkunu qed jirrapreżentaw kategorija waħda - mhux qed nitkellmu biss fejn jidħlu relazzjonijiet industrijali għax kif kulħadd jaf li fl-għaqda hemm is-saħħa – imma jien nemmen li bħala assoċjazzjoni mhix biss għal qalbha ir-relazzjoni industrijali u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tagħkom, imma li ġġibu forward il-professjoni tagħkom.", "Jien nifirħilkom ta' dan l-impenn li qegħdin tagħmlu, u nixtieq nara wkoll iktar assoċjazzjonijiet li qegħdin jaħdmu b'dan il-mod biex iġibu 'l quddiem il-professjoni tagħhom.", "Nirrepeti, mhux biss fuq azzjoni industrijali imma fi żvilupp tal-professjoni u fis-servizz li tagħtu lill-pazjent.", "MR BERNARD CARUANA: Nirringrazzjak tal-intervent.", "Fil-fatt anke fl-istatut tagħna, nippromovu l-professjoni.", "Jiġifieri mhux biss affarijiet industrjali, imma anke nirrapreżentaw il-bżonnijiet tal-klijenti tagħna bħala professional body.", "Għalhekk, hemm il-kodiċi ta' etika tal-psikologi.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR JOSEF VELLA (Segretarju Ġenerali tal-UĦM): Nirringrazzjak.", "Miegħi għandi lis-Sur Jesmond Bonello li huwa l-President tal-Union; u hawn ukoll is-Sur Jean Paul Gauci, li huwa s-Segretarju tat-Taqsima tas-Saħħa.", "Aħna ħa nkunu qed naqbdu punti diversi li jmissu mal-aspett industrijali u x-xogħol trejdjunistiku li tagħmel il-UĦM fil-qasam tas-saħħa.", "Ħa nkunu qegħdin nitkellmu fuq saħħa u sigurtà, fuq in-nuqqasijiet li niltaqgħu magħhom fejn tidħol komunikazzjoni, konsultazzjoni, rieda u wkoll nuqqas ta' riżorsi.", "Ħa nkunu qed nitkellmu fuq ftehim kollettivi fis-settur u problemi oħra li ltaqgħu magħhom il-ħaddiema fis-settur ukoll u li lilna tawna dan il-feedback biex inwassluh lilkom.", "Ħa nibda mill-qasam tas-saħħa u s-sigurtà.", "Bażikament hawnhekk kellna diversi lmenti li aħna rċevejna mill-membri tagħna.", "Għandek nuqqasijiet ta' lifts, anke fi djar tal-anzjani; li mhux qed isiru fire drills fl-isptarijiet tagħna, bħal Mater Dei; mhux qed isir risk assessment u potenzjalment ħaddiema f'Mater Dei qed jaħdmu f'ambjent li huwa perikoluż u xi kultant jista' jkun hemm anke problema tossika.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż ħafna jitkellmu fuq is-saħħa u s-sigurtà, però s-saħħa u s-sigurtà għadha mhijex fil-vini tagħna!", "Naħseb li l-Gvern irid iwassal messaġġ ċar li ħa tkun prijorità.", "Nafu li fl-aħħar mill-aħħar, kwalunkwe aspett, taqbad minn fejn taqbad, hija kwestjoni ta' flus – dejjem hemm cost.", "Però, irridu noqgħodu attenti li ma nkunux kontradittorji!", "Ma tistax tagħti prijorità u ma jkunx hemm l-investiment neċessarju biex dik l-aġenda, dik l-issue tittella' 'l fuq, fuq l-aġenda.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-qasam tal-saħħa, però din hija problema li nsibu fuq il-postijiet tax-xogħol, anke bħala pajjiż.", "M'għandniex u ma jeżistux pjanijiet ta' kontinġenza, ħlief fl-Isptar Mater Dei.", "Huwa importanti li jkollna pjanijiet ta' kontinġenza.", "Għandna apparat u makkinarju fl-Isptar San Luqa li qed jintuża fl-Outpatients fil-fiżjoterapija, li ilu hemm minn żmien it-tmeninijiet.", "U jista' jkun ukoll anke jitqies bħala makkinarju perikoluż ukoll.", "Naħseb li wieħed m'għandux għalfejn jagħmel l-argument, jerġa' jagħmlu u jerġa' jagħmlu.", "Naħseb li ħafna drabi n-nies hemm barra iridu jaraw ftit riżultati wkoll!", "Hemm swali wkoll f'Karin Grech, pereżempju, li lanqas circuit breaker ma hemm!", "Dawn huma affarijiet neċessarji, suppost li huma bil-liġi u li ovvjament qegħdin hemm anke bħala protezzjoni għall-ħajjet il-ħaddiem u l-pazjent, hu min hu.", "Fl-aħħar mill-aħħar x'ħin tidħol is-saħħa u s-sigurtà, (Interruzzjonijiet)", "Minn naħa tagħna nista' ngħid, li l-laqgħa biex ġbarna dan il-feedback, saret fil-ġimgħatejn li għaddew.", "Skont l-informazzjoni li għandi, hemm xi circuit breakers li għadhom ma sarux!", "Ma naħsibx li kien hemm xi intenzjoni mill-ħaddiema tagħna li jgħiduli li ma kienux saru u li kienu saru.", "Però ovvjament jekk saru u ssewwew, huwa pjaċir u gost tagħna.", "GODFREY FARRUGIA: Anke fil-fiżjoterapija ma kienx hemm!", "IS-SUR JOSEF VELLA: Hekk hu!", "Dawk it-tliet wards partikolari ġie ivvutat vot ta' flus fil-Baġit tal-2014, biex isir refurbishment tagħhom mill-qiegħ, tul din is-sena.", "Tajjeb!", "Mela allura forsi nista' nagħmel check fejn in-noti tiegħi li dawn huma solvuti!", "Fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà ġibdulna l-attenzjoni li anke fejn jidħol is-Central Procurement Unit kien hemm emergency exit li bażikament huwa bieb li jagħti għal erba' sulari isfel u li jekk tiftħu, ma ssib xejn!", "Dawn huma affarijiet li naħseb li la hemm bżonn investimenti u lanqas fondi kbar biex wieħed jimblokka bieb li huwa perikoluż u li ma tisax tuża dak il-bieb bħala ħruġ ta' emerġenza f'din is-sitwazzjoni!", "Ovvjament, imbagħad kif għidt fil-bidu, ħa nkun qiegħed nitkellem fuq nuqqasijiet.", "Pereżempju fejn tidħol konsultazzjoni u deċiżjonijiet diskutibbli għandek nuqqas.", "Mhux l-ewwel darba li l-Union issir taf b'deċiżjonijiet li ministeru jkun ħa, minn fuq il-media.", "Din hija xi ħaġa li bħala Union tinkwetana ħafna!", "Aħna għandna komunikazzjoni miftuħa l-ħin kollu mal-ministeri kollha konċernati, fejn jidħlu s-setturi tagħna.", "Mhux hekk biss, imma nipparteċipaw ukoll fil-proċess ta' djalogu soċjali li jsir fil-pajjiż tagħna.", "Immorru għal-laqgħat tal-MCESD, l-MEUSAC, u li jkun hemm bżonn, u iva, tieħu għalik meta wara dawn is-sigħat kollha ta' diskussjonijiet li jkunu għaddejjin u skambjar ta' ideat, xi kultant ikollok issir taf minn aħbarijiet li ħa jsir xi ħaġa!", "Naħseb li din għandha tinqata'!", "Jien naħseb li d-djalogu soċjali għandu jkun li jmexxi l-media u mhux il-media li tmexxi d-djalogu soċjali!", "Naħseb li dan huwa importanti; iweġġa' lilna li nkunu qegħdin naħdmu fis-settur, u ovvja jurta lill-ħaddiema membri tagħna, li jew jaħsbu li forsi hemm xi aġenda moħbija, u noħolqu kaos u paniku fejn m'għandux għalfejn ikun hemm!", "Qed nitkellmu dwar channels miftuħin u komunikazzjoni.", "Għandna nuqqas ta' komunikazzjoni u nuqqas ta' proċedura.", "Għalkemm il-Public Service Management Code - li huwa l-kodiċi li bih jitmexxa ċ-ċivil u fih 'l fuq minn 400 paġna - il-Union, fuq bażi frekwenti, tintervjeni biex jitranġaw żbalji fil-pagi, fil-promozzjonijiet u fil-progressjoni.", "Kemm-il darba sezzjoni ma jkollhomx idea ta' kif wieħed għandu jipprogressa.", "B'konsegwenza ta' dan, numru ta' agreements idumu ma jitħaddmu xhur jekk mhux snin minħabba nuqqas ta' direzzjoni ewlenija li tmexxi lil dawn il-ħaddiema.", "Apparti minn hekk, kull sezzjoni għandha proċedura għaliha, li twassal biex żewġ ħaddiema tal-istess grad, li daħlu jaħdmu fl-istess ġurnata ma jipprogressawx flimkien.", "Hemm numru ta' professjonisti li jaħdmu wkoll fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, li minħabba nuqqas ta' komunikazzjoni bejn ministeru u ieħor, dawn ma jgawdux mill-ftehim settorali li suppost huma jaqgħu taħtu.", "Aħna, bħala Union ikollna ħafna claims minn dawn it-tip: ta' membri li wieħed qed jaqla' paga mod, u l-ieħor qed jaqla' paga mod ieħor.", "Ħafna drabi anke fl-istess ftehim kollettivi u settorali li nagħmlu aħna, trid taħdimhom biex tivverifika.", "Kieku xi kultant issib xi żball, wieħed jippermetti, għax kulħadd jista' jagħmlu żball, però meta ssib numru ta' salarji li mhumiex maħdumin tajjeb, allura imbagħad tinduna li jista' jkun li ma jafux il-proċedura ta' kif ċertu xogħol irid isir!", "Din hija importanti għaliex jekk jolqtu din is-sitwazzjoni, naħseb li ħafna mill-konflitti li jeżistu, jistgħu jonqsu.", "Din hija xi ħaġa ta' proċedura u li wieħed għandu jindirizzaha.", "Fl-Isptar Karin Grech pereżempju, infetħu swali mil-lum għal għada, u ħaddiema ntalbu biex jassistu f'sala oħra u ma jkunx hemm il-complement bħala staff.", "Ovvjament din ukoll toħloq problema.", "Toħloq problema minn diversi bnadi: waħda; tajjeb li kemm jista' jkun ma mmexxux b'management by crisis.", "Allura tajjeb ukoll li l-unions ikkonċernati jkunu kkonsultati qabel, ħalli jekk hemm xi soluzzjoni x'wieħed jsib u anke l-inklużjoni tal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni fis-soluzzjonijiet tkun qabel u mhux wara!", "Li noqgħodu naqilgħu l-problemi, imbagħad nistennew ħa naraw jekk xi ħadd hux ħa jirreaġixxi għal dik is-sitwazzjoni, imbagħad nistaqsuh x'jaħseb, naħseb li huwa proċess żejjed u li qed intawwluh, meta suppost għandha tiġi l-konsultazzjoni qabel.", "Fejn jidħlu staffing complement, ovvjament li wieħed jagħmel intervent għal ċirkostanza partikolari, wieħed jifhimha Però meta ż-żmien itawwal, għandek sitwazzjoni fejn ħa tonqos il-kwalità, anke bħala servizz lejn il-pazjent.", "Il-pazjent fl-aħħar mill-aħħar, biex jingħata s-servizz, irid ikollu nies li qegħdin iffukati fuq ix-xogħol tagħhom u li verament jistgħu jagħtu l-attenzjoni neċessarja.", "Il-ħaddiema semmewlna problema fuq il-leave tagħhom ikkanċellat minħabba għal darb'oħra tal-istaffing complement.", "Hemm proċeduri li huma ftit kontradittorji.", "Waqt li hemm proċeduri li jirregolaw kif tieħu l-leave u anke x'għandek tieħu fix-xahar ta' Novembru u xi tħalli għal Diċembru, eċċ – fejn m'aħna ngħidu xejn kontra dan – però fl-istess ħin l-istess ħaddiema ma jkunux jistgħu jiġu approvati ċertu leave għaliex ma jkollokx biex taħdem!", "Naħseb li din mhijiex sitwazzjoni feliċi u wkoll tista' ġġib stress fuq il-post tax-xogħol, li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni.", "Nuqqas ta' rieda biex jissolvew l-issues.", "Jidher ċar li hemm nuqqas ta' rieda li jissolvew diversi sitwazzjonijiet li ilhom pendenti 'l fuq minn sena.", "Kemm-il darba din il-Union ikollha laqgħat mad-Dipartiment tas-Saħħa, fejn niġu imwegħda li l-problemi se jkunu solvuti illum qabel għada!", "Infatti, kemm-il darba l-Union toħroġ mil-laqgħa sodisfatta li ntlaħaq kompromess biex il-ħaddiema jieħdu dak li ħaqqhom.", "Però, kemm-il darba dak li jiġi maqbul f'laqgħat fil-verità, ma jiġix implimentat minħabba diversi raġunijiet!", "Ir-raġunijiet li jingħataw ikunu: burokrazija, nuqqas ta' clearance mill-Finanzi, ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol, u l-famuża skuża: din il-ġimgħa ħa tiġi solvuta.", "Aħna, bħala Union, ovvjament tista' tieħu dawn l-iskużi bħala raġunijiet, però, ikun hemm limitu safejn tista' tagħmel dan, u ma tistax tibqa' tirrepeti l-istess ħaġa lill-membri: li din il-ġimgħa ħa tiġi solvuta!", "Ħafna drabi dawn l-issues, minn ġimgħa jiġu estiżi fuq sena!", "Dawn il-problemi jinkludu agreements li ma jiġux implimentati, każijiet individwali u promozzjonijiet jew progressjoni bid-dritt għal ħaddiem!", "Mhux l-ewwel darba li l-union titlob sabiex ħaddiema jingħataw uniformi għaliex id-dipartiment ikun naqas milli jipprovdilhom dan.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq xi ħaġa bażika, xi ħaġa li fis-settur tas-saħħa kulħadd għandu l-uniformi u jrid jaħdem bl-uniformi.", "Jiġifieri mhijiex xi ħaġa li għandha għalfejn tintervjeni l-union.", "Nuqqas ta' riżorsi.", "Jidher li hemm kemm nuqqas ta' riżorsi umani f'diversi professjonijiet, kif ukoll nuqqas ta' equipment.", "Jidher ukoll li d-dipartiment ilu konxju ta' din il-problema u sal-lum għadhom isiru l-istess żbalji li saru snin ilu.", "Eżempju ċar huwa li hemm nuqqas enormi ta' fiżjoterapisti.", "Għalkemm hemm numru konsiderevoli ta' studenti li se jiggwardaw din is-sena, għadha ma ħarġitx call biex isir l-interview eżatt wara l-eżamijiet sabiex dawn jidħlu jaħdmu mill-ewwel malli joħorġu r-riżultati.", "Il-Fiżjoterapisti kullimkien hemm nuqqas tagħhom, mhux kwestjoni ta' post partikolari.", "ONOR CHRISTOPHER FEARNE: Meta se jispiċċaw?", "IS-SUR JOSEF VELLA: Dawn Fiżjoterapisti li se jispiċċaw f'Ġunju.", "Li qed ngħidu hu, li tinħareġ il-call biex tkun tista' issir il-proċedura u tgħaddi minn dak il-proċess, ħalli li tista' tirbaħ tirbaħ u jekk jistgħu jibdew f'Lulju stess.", "Fil-community care fejn dawn il-ħaddiema jagħtu servizz komunitarju lil Malta kollha, hemm Fiżjoterapista u Occupational Therapist wieħed, jiġifieri qegħdin nitkellmu ma' Malta u Għawdex.", "Għalkemm il-management stess kien identifika l-bżonn ta' mill-inqas 3.5 Fiżjoterapisti, li fl-opinjoni tal-union xorta ma kienx biżżejjed, imma almenu kien ikun aħjar mis-sitwazzjoni li għandna llum.", "Fil-primary healthcare hemm nuqqas ta' equipment għall-podoloġisti.", "Dawn ilhom jitolbu tali equipment għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Ovvjament hemm professjonisti li biex jagħtu s-servizz, biex ngħid hekk, jiġġieldu għall-makkinarju biex ikunu jistgħu jaqdu l-pazjent.", "Id-Dental Technology Section m'hemmx biżżejjed benches biex jaħdmu għan-numru ta' ħaddiema li hemm u fl-out-patients tal-Fiżjoterapija hemm nuqqas ta' spazju kif ukoll nuqqas ta' riżorsi.", "Pereżempju hemm ultrasound machine waħda għall-Fiżjoterapisti kollha li toħloqlok konġestjoni u wieħed ma jkunx jista' jaħdem u jagħti s-servizz li hu mixtieq.", "Ngħaddi għall-punt li jmiss li huwa dwar agreements mhux fis-seħħ.", "Ovvjament aħna bħala UĦM jinteressana li nagħmlu l-agreements u nagħlquhom, imma jinteressana wkoll li fl-aħħar mill-aħħar dawn jiġu msarrfin.", "U għalkemm ġew iffirmati talinqas għaxar agreements fis-setturi varji fil-qasam tas-saħħa, il-maġġoranza tagħhom għadhom ma bdewx jitħaddmu fis-sħiħ u dan għalkemm hemm minnhom li ilhom maqbulin 'il fuq minn sena u nofs.", "Għandek eżempju tal-Principal Pharmacy Technicians li għadhom mhux qed igawdu mill-paga tagħhom, għandek l-agreement tal-Allied Health li kienu msejħa Paramediċi li għadu mhux qed jitħaddem fis-sħiħ u eżempju ċar huwa l-ħaddiema li suppost qegħdin fi Skala 7 u sal-lum għadhom fi Skala 8.", "L-agreement tal-Health Inspector ukoll għadu mhux fis-seħħ bis-sħiħ u leġislazzjoni li ilha mill-1977 sal-lum għadha mhux qed titħaddem fis-sħiħ.", "Dan ifisser li ħaddiema li bi dritt għandhom iċ-ċans li jieklu fl-isptar, qegħdin jiġu mċaħħda minnha.", "Xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi, m'għandniex għalfejn suppost nitilfu sigħat niddiskutu.", "Hemm problema enormi biex il-ħaddiema jsibu parking kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Karen Grech, filwaqt li diversi soluzzjonijiet kellhom jinstabu matul is-snin, sal-lum ħadd ma solva din il-problema u għalhekk fl-Isptar Mater Dei issib ħaddiema li jsakkru l-karozza tagħhom quddiem karozzi ta' ħaddiema oħrajn u dan sabiex ikunu jistgħu jidħlu għax-xogħol u jagħtu s-servizz.", "Apparti minn hekk, hemm nuqqas ta' traffic management u l-istaff ġieli jdum nofs siegħa biex jidħol jipparkja l-isptar.", "Naħseb dawn huma affarijiet li jdejqu lin-nies għax ikunu ta' kuljum ....", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq nagħmel point of information żgħir.", "Il-helipad li hemm fl-Isptar Mater Dei li huwa mal-art, dak se jinqaleb f'parking area u se jkun hemm 179 parking spaces.", "IS-SUR JOSEF VELLA: Se jkun hemm l-Isptar l-ieħor ta' Sir Paul Boffa ...", "GODFREY FARRUGIA: Kollox sew, imma l-Isptar Sir Paul Boffa għandu madwaru wkoll u hemm ukoll art elenkata fejn hemm dik ir-roundabout faċċata tal-Isptar Mater Dei li tista' tintuża bħala parking area.", "IS-SUR JOSEF VELLA: F'dan il-punt nista' nagħmel domanda lura ..…", "GODFREY FARRUGIA: Sal-aħħar ta' din is-sena, il-parking area fl-Isptar Mater Dei se tiżdied b'179 parking spaces.", "IS-SUR JOSEF VELLA: U dik l-għalqa li kienet elenkata u darba kienet għall-parking imbagħad kien hemm il-ħsieb li ssir fl-Isptar Monte Carmeli .....", "GODFREY FARRUGIA: Dik hija art riservata biex fl-Isptar Mater Dei jista' ikun hemm estensjoni għaliha, sija jekk ikunx sptar ta' rijabilitazzjoni, sija jekk ikun sptar akut .....", "IS-SUR JOSEF VELLA: Imma l-pjan hekk għadu, li ssir estensjoni tal-Isptar Mater Dei .....", "GODFREY FARRUGIA: Skont il-possibbiltà u d-direzzjoni li jiddeċiedi l-Gvern il-mod kif għandu jkabbar l-Isptar Mater Dei bħala ..… U l-helipad isir fuq il-bejt.", "IS-SUR JOSEF VELLA: Jiġifieri dik l-art ma tistax tiġi kkonsidrata għall-parking?", "GODFREY FARRUGIA: Biex taqleb dik l-art għall-parking tant hija spiża enormi li aktar faċli taqleb il-parking għall-art li semmejtlek jien milli dik, għax hemm ħafna spejjeż li jridu jitħallsu lil terzi minn naħa tad-Dipartiment tal-Artijiet.", "IS-SUR JOSEF VELLA: Le, għax darba kienet intavolata bħala possibbiltà ta' soluzzjoni ....", "U apparti minn hekk, trid tagħmel shuttle bus jew mini van biex ikollok aċċess għall-Isptar Mater Dei għax m'hemmx tunnel.", "Jiġifieri hija spiża oħra.", "IS-SUR JOSEF VELLA: L-aħħar żewġ punti li għandi huma meta jkun hemm transfers bla ebda raġuni li dawn joħolqu ċertu frustrazzjoni fil-ħaddiema.", "F'din l-aħħar sena saru serje ta' trasferimenti bl-iskuża ġenerali li kienu skont l-esiġenza tas-servizz.", "Meta l-union indigat aktar, jidher li l-esiġenza ma kienet esiġenza xejn, iżda sempliċement li dan il-persuna magħżula mingħajr ebda proċedura trasparenti, xi ħadd x'imkien xtaq li jċaqalqu.", "Hawnhekk il-union dejjem insistiet fuq il-proċedura trasparenti bħal dik tal-last in first out jew seniority.", "U naħseb li bħala union għandna nkomplu nisħqu li għandu jkun hemm proċedura li tiggwida dawn it-tip ta' ċaqliq fost il-ħaddiema, biex ovvjament wieħed ikun jaf b'liema deċiżjoni qed issir.", "L-aħħar punt li għandna huwa l-political interference li ma tgħinx f'dawn is-sitwazzjonijiet u dan ovvjament mhux issa jew il-bieraħ, imma din parti mill-kultura tagħna ta' indħil politiku li ma jkunx ġustifikat sabiex sistema li diġà tkun qiegħda tegħreq tkompli titkisser.", "Mhux l-ewwel darba li ħaddiema jirċievu telefonata mingħand membri parlamentari sabiex persuna speċifika titqabbeż f'xi waiting list speċifika.", "Dawn huma affarijiet li f'pajjiżna biss jiġru u ma nistgħux noqogħdu ninħbew warajhom, Però jekk irridu nwasslu messaġġ irridu nwaqqfuhom.", "Agħar minn hekk, mhux l-ewwel darba li persuna li kienet l-Isptar Karen Grech għar-riabilitazzjoni u tkun riabilitat ruħha, tibqa' fl-isptar minħabba li xi ħadd ta ordni biex din tibqa' hemmhekk u mhux talli tibqa' hemmhekk tokkupa sodda, imma peress li mhijiex long term care, din ma titnaqqsilha l-ebda pensjoni.", "IS-SUR JESMOND BONELLO: Dawn huma problemi li mhux każijiet waħda 'l hemm u waħda 'l hawn .....", "THE CHAIRMAN: Grazzi ta' dik il-presentation.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Nirringrazzjak.", "Jekk tkun tista' forsi tgħaddihielna ...", "IS-SUR JESMOND BONELLO: Għaddejniha fuq l-e-mail .....", "THE CHAIRMAN: Mela fil-kas ibgħatha lil kulħadd.", "CLAUDIO GRECH: L-għan tad-diskussjoni tal-lum kien biex nipprovaw naraw jekk hemmx issues li għandhom bżonn jiġu relevati fuq livell ta' importanza.", "Jiġifieri diskussjoni dwar l-aktar affarijiet li intom taraw li għandhom ċertu sustanza.", "Dan biex aħna, tramite dan il-kumitat, insibu consensual ground mhux biss bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, imma wkoll anke magħkom bħala key stakeholders f'dan il-proċess.", "Fil-fatt anke l-istanding orders ta' dan il-kumitat - kif aħna pproponejnihom u kif ġew approvati - huma intiżi li jinvolvu stakeholders bħalkom.", "Fiċ-ċirkostanzi preżenti riedna naraw jekk hemmx xi issues minn dawn li semmejtu intom li taraw li needs urgent attention, needs urgent resolution.", "Tista' tgħid li kollha huma fl-istess livell.", "Però fl-opinjoni tiegħi jien dak forsi kien l-iktar li jinteressani.", "IS-SUR JOSEF VELLA: Ovvjament aħna fir-rwol tagħna trejdunjonistiku, dak li aħna semmejna li għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet diretti tax-xogħol tal-ħaddiema, b'mod speċjali li nkunu ħdimna għalih, qbilna u ffirmajna għalih, dak importanti li jingħata priorità assoluta.", "Għaliex l-ewwel nett il-union dak huwa x-xogħol tagħha u x-xogħol tagħha trid issarrfu, ma tagħmlux biex jibqa' fuq l-ixkaffa.", "U t-tieni nett dak il-ftehim qiegħed hemmhekk.", "Intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex intejbu l-kondizzjonijiet u l-aspirazzjonijiet tal-ħaddiema tagħna, imbagħad se nħalluhom imxenqin bih?", "Jiġifieri x'qed jiġri?", "Qed inkunu lħaqna ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex intejbu s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema professjonisti li qed jagħtu s-servizz, u fl-istess ħin dan qed jispiċċa jibqa' hemmhekk, ma jissarrafx u jiddawwar u minn xi ħaġa pożittiva, issirlek storja negattiva.", "Iva, jiena naħseb li rridu nwasslu messaġġ ċar lill-ħaddiema.", "Li l-ħaddiema għandhom l-obbligi tagħhom, id-dmirijiet tagħhom biex jagħtu servizz ta' kwalità.", "Però l-biċċa tagħhom iriduha wkoll u tajjeb li dik tkun l-iktar priorità li għandha tingħata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHRISTOPHER FEARNE: Bħalma jaf is-Sur Vella, is-Sur Gian Paul Gauci, u s-Sur Bonello, aħna diġà tajna dan il-commitment mal-UĦM, li hija waħda mill-unions ewlenin fil-qasam tas-saħħa.", "Jidhirli li għandkom madwar 1,500 impjegat u tirrappreżentaw 27 kategorija.", "Aħna se nkunu qegħdin naħdmu fil-viċin magħkom, u l-mudell li rridu naħdmu fuqu, huwa dan il-mudell li semmejtu intom li jekk jista' ikun tikkonsultaw u mhux nipprovaw nirrimedjaw.", "Jiġifieri aħna nixtiequ nilqgħu s-suġġerimenti tagħkom mhux meta jkun hemm biss azzjonijiet industrijali.", "Ovvjament irridu nuru rispett reċiproku lejn xulxin, kemm bħala gvern kif ukoll bħala dan il-kumitat tal-Kamra.", "Huwa xi ħaġa utili ħafna li naħdmu lkoll flimkien dejjem, għax bejn il-unions, il-Gvern, il-Parlament, l-Oppożizzjoni u kulħadd, hemm il-pazjent.", "Jiġifieri f'dak kollu li nagħmlu, irridu dejjem inżommu quddiemna l-ġid tal-pazjent.", "Nirringrazzjakom tal-kontribut tagħkom u tax-xogħol kbir li tagħmlu favur il-ħaddiema u favur il-pazjenti Maltin.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-GWU.", "Nitlobkom tintroduċu lilkom infuskom u tgħaddulna daqsxejn l-issues l-iktar importanti li tixtiequ titkellmu dwarhom.", "IS-SUR VICTOR CARACHI (President tal-GWU): Jien is-Sur Victor Carachi President tal-GWU, u on my right għandi lis-Sur Josef Buġeja li huwa d-Deputat Segretarju Ġenerali, kif ukoll il-persuna li jmexxi t-taqsima tal-gvern u entitajiet pubbliċi.", "Ovvjament se jitkellem fuq il-problemi li għandna fis-settur tas-saħħa.", "Allura nħallih ikompli hu u jien nintervjeni meta jkun hemm bżonn.", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Aħna nirrappreżentaw diversi kategoriji ta' ħaddiema u li jew għandna l-maġġoranza fihom, jew qegħdin f'minoranza, imma qegħdin ma' unions oħrajn bħall-nursing aide, health assistants, nurses, għandna ftit, u mifruxin ma' kullimkien.", "Jien ilni fit-taqsima għal dawn l-aħħar tliet snin u se nipprova nsemmi xi problemi li kellna u għandna u fejn naħseb li hemm affarijiet li nistgħu nirranġaw.", "Naħseb waħda mill-iktar problemi li qegħdin niffaċjaw huwa d-dewmien biex jiġu solvuti problemi li jkun hemm qbil dwarhom.", "Pereżempju sentejn ilu konna sibna grupp ta' ħaddiema li ma kellhomx il-kuntratt tagħhom skont il-kriterji stabbiliti tal-PSC.", "Kulħadd qabel, il-ministru preċedenti Dr. Godfrey Farrugia kien qabel - Dr. Christopher Fearne għadna ma ltqajniex miegħu, jiġifieri ma jafx żgur - u s'issa għadhom ma ġewx kif suppost.", "Id-dewmien u l-burokrazija tal-gvern, qed ixekkielna milli nagħmlu ċertu affarijiet.", "Se nitkellem l-iktar fuq il-problemi li qed jiffaċċjaw il-membri tagħna u l-ħaddiema.", "Waħda mill-ikbar problemi li għandna - u konna tkellimniha anke fuq livell tal-Principal Perm Sec, Dr. Godwin Grima - hi li ħafna ħaddiema fis-Settur tas-Saħħa jekk jixtiequ jieħdu l-leave, iridu bilfors isibu lil xi ħadd li jissostitwihom.", "Barra minn hekk, skont il-Ftehim Kollettiv hemm miktub li bejn Novembru u Diċembru jridu jħallu 40 siegħa ta' vacation leave.", "Però minħabba l-problema akuta li hemm ta' leave għal din is-sena u għas-sena d-dieħla, dik il-klawsola ma tgħoddx għall-ħaddiema tas-saħħa.", "CHRISTOPHER FEARNE: X'kategoriji huma li qed issemmi?", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Nursing Aides, Health Assistants, Social Workers, Assistant Careworkers u Careworkers.", "Nurses għandna ftit, jiġifieri naħseb l-MUMN se titkellem fuqha wkoll.", "Barra minn hekk, waħda mill-iktar problemi li qed tinħoloq hi li jeżistu diversi kategoriji ta' ħaddiema li huma Support Workers għan-Nurses, Nursing Aides żewġ skali, Health Assistants, Assistant Careworkers, Careworkers u Social Assistants li jibdew minn Skala 13 għal Skala 18.", "Huma ħaddiema b'ismijiet differenti u kollha jagħmlu l-istess xogħol.", "U din qed toħloq tensjoni kbira għax il-ħlasijiet huma totalment differenti.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq ħames skali, naħseb hemm 'il fuq minn €6,000 fis-sena differenza u kollha jagħmlu l-istess xogħol.", "THE CHAIRMAN: Naturalment hemm dawk li huma mal-gvern u dawk li huma mal-privat.", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Le le, dawn huma kollha ħaddiema tal-gvern.", "Pereżempju aħna għandna kawża li ilha għaddejja madwar tliet snin fejn qegħdin nistaqsu kif hemm Nursing Aides li qegħdin Skala 13 u hemm oħrajn jaslu sa Skala 14.", "Aħna qegħdin ninsistu li l-prinċipju tal-equal pay for job of equal value għandu jgħodd għall-ħaddiema kollha, inkluż anke dawk taċ-ċivil.", "Allavolja l-Qorti tatna raġun, qaltilna li legalment dak il-prinċipju ma jgħoddx għall-gvern.", "GODFREY FARRUGIA: Il-problema hi li hemm ħames kategoriji.", "Hemm dawk li jaħdmu maċ-ċivil, hemm dawk li jaħdmu mal-FMS, hemm dawk li huma IPSL, hemm dawk li huma mal-kuntrattur u hemm dawk li huma self-employed.", "Jista' jkun hemm ħaddiema li jaħdmu spalla ma' spalla, u jkollhom kondizzjoni differenti, għax jaħdmu b'mod differenti minħabba dawn il-ħames kategoriji.", "Imma jista' jkun hemm ukoll problemi fejn ikun hemm ħaddiema fejn jew ikunu qegħdin jaħdmu ċertu job description bi skala inqas jew, agħar minn hekk, bi skala iktar.", "Għandek Skrivan jaħdimlek ta' Driver, allura jkollu paga iktar milli suppost, jew inkella jkollok xi ħadd inqas minn hekk.", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Però l-gradi li semmejt, huma kollha ħaddiema tal-gvern, mhumiex tal-FMS u mhumiex tal-kuntrattur, huma ħaddiema purament ċivili.", "Jiġifieri n-Nursing Aide Skala 13 u Skala 14 huma ħaddiema tal-gvern, il-Health Assistant huwa ħaddiem tal-Gvern, l-Assistant Careworker u l-Careworker huma ħaddiema tal-gvern u s-Social Assistants huma ħaddiema tal-gvern.", "Minbarra dawn, imbagħad hemm ħaddiema tal-FMS u barra dawk jerġa' hemm il-ħaddiema tal-kuntrattur, tal-Careworkers, li għandhom pagi totalment differenti.", "(Interuzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Però dawn li qed issemmi inti, Sur Buġeja, dawn ikunu l-istess grad, jew ikunu gradi differenti forsi f'dawn l-iskali li qed issemmi?", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Le.", "Dwar in-Nursing Aides kien sar agreement fejn kien jgħid, li kull min kien qiegħed attwalment jaħdem, se jitla' sa Skala 13 u l-impjegati l-ġodda, se jitilgħu Skala 14.", "Mela hemmhekk, fl-istess isem, ħloqt żewġ ħaddiema li għandhom l-istess job description u l-istess nomenklatura, però b'pagi differenti.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri żammewha għal dawk il-ħaddiema, għax dak iż-żmien kienu fil-post.", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Hekk hu.", "Jien qajjimt dik il-kwestjoni u għedt la għandhom l-istess isem u l-istess job description, għandhom ikollhom l-istess paga.", "Matul iż-żmenijiet dawk ma baqgħux jiġu ingaġġati u bdew jingaġġaw ħaddiema oħra li jagħmlu l-istess xogħol, imma b'ismijiet differenti u pagi totalment differenti.", "Jiġifieri Social Assistant jagħmel kważi l-istess xogħol ta' Nursing Aide u tal-Health Assistant, u jitħallas totalment differenti.", "Issa aħna ma bdejniex ngħidu li nagħmlu streamlining tal-ħames gradi, imma li nagħmlu t-training needs analysis, naraw xi skills ikollhom bżonn, ngħallmuhom u jitilgħu.", "Għax ħafna minnhom qed jagħmlu l-istess xogħol, però jitħallsu totalment differenti.", "(Interruzzjonijiet)", "GODFREY FARRUGIA: U hawnhekk nieħu l-eżempju tal-prehospital.", "Flimkien magħkom, bħala GWU u l-UĦM, konna qbadna l-Porters u s-sewwieqa tal-ambulanzi u għamilnihom skala waħda.", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Se nsemmiha.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetana ħafna hija li meta konna taħt l-amministrazzjoni preċedenti – u konna llobjajna biex tgħaddi l-legal notice dwar is-self-employed, fejn kienet għaddiet u kienu ġew stabbiliti ħames kriterji minn tmienja – ma stajtx tiġi kkonsidrat bħala self-employed.", "L-istess liġi l-gvern kien qal li din għalih ma tapplikax u li jekk jiksirha, kull ma jeħel huwa multa ta' ġimgħa paga, għal kull sena li jagħmel.", "Aħna nemmnu li biex noħolqu soċjetà bbilanċjata, il-ħaddiema għandhom ikunu trattati kollha ugwali, u m'għandux ikun hemm preferenzi.", "Fil-Ftehim Kollettiv tal-Gvern kien hemm anomaliji u ressaqna lis-settur privat u lis-settur ċivili qrib, fosthom li daħħalna n-notice period li l-ħaddiema tal-gvern ma kellhomx.", "Xi ħaġa oħra li dejjem tħassibna fuqha, huwa l-fatt li meta għandek l-entitajiet bħall-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Carmeli, l-Isptar Sir Paul Boffa, għandek ir-Residenza San Vincenz de Paule, u ċ-ċimiterji, imbagħad tiddiskuti mal-ministeru, tinftiehem u biex jiġu implimentati l-affarijiet, il-communication channel idumu ħafna.", "Meta mmur għand il-membri tiegħi u ngħidilhom li hemm ftehim, imbagħad biex tiġi attwata jgħaddu x-xhur.", "GODFREY FARRUGIA: Ir-raġuni huwa l-proċess.", "Għax wara li jsir ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa - ejja ngħidu mal-Permanent Secretary jew inkella mad-DG HR u forsi anke jekk ikun hemm il-preżenza jew mhux il-preżenza tal-ministeru as such - imbagħad trid tgħaddi mill-proċess l-ieħor.", "Il-proċess li jrid jiġi vverifikat minn naħa tal-Public Service Commission.", "Fejn irid jara dak l-agreement fuq skala wiesa', jara li l-miżura tiegħek ma taffettwax tajjeb jew ħażin agreements oħrajn.", "U dak li qegħdin inwaħlu fil-burokrazija, fil-fatt jeħel hemmhekk u jeħel għand il-Finanzi, biex imbagħad tkun tista' tipproċessa dak il-qbil.", "U għalhekk jittieħdu ħafna xhur qabel ma tiġi attwata s-soluzzjoni.", "Eżempju in point huma tal-Public Ambulance Responders.", "IS-SUR JOSEF BUGEJA: Fil-fatt kont se nsemmiha!", "Il-problema, Onor. Farrugia, tqum meta aħna..… Pereżempju konna ftehemna u għamilna agreement mal-Ministeru tas-Saħħa li n-nies taċ-ċimiterji li jaqilgħu l-oqbra, meta jaqilgħu l-oqbra jieħdu Obnoxious Allowances.", "Ftehemna u kien hemm qbil, imma sal-lum għadu ma ngħatax.", "U meta jibda jingħata dan l-allowance, ma jibdiex jingħata mid-data li ftehemna, imma jibda jingħata minn dik il-ġurnata u ma jkunx retroattiv.", "Allura l-burokrazija tal-gvern qed tintuża biex il-ħaddiema ma jieħdux dak li ħaqqhom.", "U din hi xi ħaġa li hija diġà maqbula, xi ħaġa diġà miftehma.", "Kien hemm agreement li jgħid li mal-għeluq tal-15-il sena, isir kors u jitilgħu skala.", "Kien hemm grupp ta' 200 ruħ.", "Biex sar il-kors lil kulħadd, ħa kważi sentejn.", "Il-ministeru, dak iż-żmien, ma qabadx u qal mal-għeluq tal-15-il sena, l-ewwel grupp jitilgħu, sar it-tieni grupp, allura għaddew sentejn li jfissru żewġ increments.", "Dawn ilna nargumentaw fuqhom.", "Il-ministeru jaqbel magħna.", "Il-PSC qed tgħidilna jien ma nistax immur lura retroattivament.", "Imma finalment il-ħaddiema mhux se jilħqu l-massimu, għax hemm minnhom li jkunu daqsxejn imdaħħla fiż-żmien u mhux se jilħqu l-massimu tagħhom u tiswielhom fil-pensjoni.", "Issa dawn huma agreements stabbiliti u li ġew ipproċessati, mhumiex xi ħaġa li saret illum, imma xi ħaġa li ilha li saret snin kbar.", "Konna dħalna f'diversi diskussjonijiet mal-entitajiet biex nipprovaw nagħmlu streamlining tal-policies.", "Pereżempju kien hemm policy tal-constant watch fl-Isptar Monte Carmeli u kien hemm xi ħaġa differenti fl-Isptar Mater Dei.", "U aħna riedna li tkun re-visited għax ma kenitx adegwata, u li jiġu streamlined flimkien biex naraw l-esiġenzi kemm tal-pazjent kif ukoll tal-impjegat.", "Għax tant hemm shortages, li saħansitra darba minnhom l-Onor.", "Godfrey Farrugia kellu jintervjeni għax kienu qed jitpoġġew nies biex jagħmlu constant watch li ma kienux kwalifikati, għax ma kellhomx nies biżżejjed biex jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Ħaġa oħra li niffaċjaw ta' spiss hu li hemm diversi nies li għalkemm huma fi strutturi differenti, jagħmlu l-istess xogħlijiet.", "Pereżempju għandna s-section tal-Fire Fighters fl-Isptar Mater Dei.", "Madwar tliet ġimgħat ilu ġiet settled, imma fiha kien hemm nies li huma Assistant Tradesmen, Care Workers u Assistant Care Workers li lkoll jagħmlu xogħol ta' Fire Fighter.", "U aħna għedna jekk qegħdin f'section, ejja nagħmlu streamlining tal-affarijiet biex il-gradi jkunu stabbiliti u kulħadd jista' jaspira l-affarijiet.", "Għandna diversi agreements li bħalissa għaddejjin bin-negozjar tagħhom.", "U qed indumu ħafna minħabba li jridu jarawhom il-PAHRO, il-ministeru, il-Ministeru tal-Finanzi u trid tagħmel l-affarijiet kollha.", "Fosthom għandna dak tal-Isterilization Unit tal-Isptar Mater Dei, is-CSSD, għandna tal-fuel procurement u tlabna biex is-sectoral agreement li jirregola n-Nursing Aides, jerġa' jiġi re-visited.", "Kwestjoni oħra li bdejna nsemmu u hija tal-biża' u konna qbadniha anke mal-Onor.", "Farrugia, hi dwar il-category \"A\" allowance li jingħataw il-Care Workers.", "Hemm diversi impjegati, għandek in-Nursing Aides, Health Assistants, Care Workers u Assistant Careworkers.", "Kien sar agreement fejn kien hemm diversi nies li ċċaqalqu mill-caring stream u marru jaħdmu jew f'uffiċini jew fi stores u biex iħajruhom jerġgħu joħorġu fis-swali, kien sar dan il-category \"A\" allowance.", "Dan ma kienx marbut ma' xogħol, imma kien marbut ma' xogħol f'sala u l-grad.", "Matul iż-żmenijiet il-gvern biddel il-gradi, allura spiċċajna li għandek Porter li jieħu l-category \"A\" allowance, qed imexxi pazjent, qed jgħinu ħaddiem ieħor, però ma jieħux l-istess allowance, anzi ma jieħu l-ebda allowance għax l-allowance hija maħduma b'dak il-mod.", "U din qed tfixkel li għandek ħaddiema li qed jingħataw ħlasijiet, mhux bħal ħlasijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Sur Buġeja, nixtieqek tkun iktar ġeneriku fl-issues, mhux issues li jkunu individwali.", "Għandek xi issue ġenerika, per eżempju fejn jidħlu collective agreements?", "IS-SUR JOSEF BUĠEJA: Dawn huma kollha collective agreements.", "Ħloqna xi ħaġa li kienet tajba u li se tgħin lill-pazjent, se tgħin is-servizz u se tgħin lil kulħadd, però għadha ma ġietx implimentata.", "Kienet championed mill-Ministru, imma sal-lum minħabba l-burokrazija tal-Gvern, għadna qed nistennew li dawn il-ħaddiema li għamlu l-interviews, u qed jistennew il-paga u qed jistennew li jibdew id-doveri.", "Imma għadhom sal-lum jistennew biex jiġu implimentati l-affarijiet.", "GODFREY FARRUGIA: Minkejja li ġew l-ambulanzi - għax jien insistejt li l-ambulanzi u l-ħaddiema jkunu hemmhekk fl-istess ħin - jekk id-dipartiment idaħħal dawk it-42 ħaddiem oħra, jiffranka madwar €800,000 fis-sena.", "IS-SUR VICTOR CARACHI: Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq Health & Safety b'mod ġeneriku.", "Għalkemm sar titjib - u nirrikonoxxu li sar titjib anke fid-Dipartiment tas-Saħħa fejn jidħol Health & Safety - konna maqbulin taħt gvern preċedenti, meta ffirmajna l-ftehim kollettiv tal-gvern kollu, li se jsir working group jew taskforce biex nixprunaw il-Permanent Secretaries ħalli l-health & safety jibda jingħata iktar importanza.", "S'issa dan il-working group għadu ma sarx.", "Sejjaħlu working group, taskforce, għadu ma sarx.", "Aħna qed nistennew li jiġi fformat dan il-working group ħalli naraw li bħalma kellna lill-gvern ġie avant garde fuq family friendly measures, l-istess isir fuq health & safety biex anke jixpruna l-private sector.", "THE CHAIRMAN: Fl-isptarijiet kollha?", "IS-SUR VICTOR CARACHI: Le, fil-gvern in ġenerali, inkluż il-health.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "CHRISTOPHER FEARNE: Nirringrazzjakom ħafna li sibtu l-ħin biex tiġu u tispjegawlna l-pożizzjonijiet tagħkom.", "Bħalma tafu, aħna, anke minn naħa tal-Gvern, niddiskutu dawn il-pożizzjonijiet, anke fit-tul u waħda waħda.", "Però nieħu l-punt tagħkom u naħseb dan huwa punt li aħna bħala Gvern irridu nagħfsu fuqu mhux biss fid-Dipartiment tas-Saħħa, imma across the board.", "Li rridu nissimplifikaw il-proċeduri u nnaqqsu l-burokrazija, fosthom fil-mod kif ningaġġaw lin-nies u kif wara li jkunu saru agreements fuq kwestjonijiet anke industrijali, ir-rimedji jiġu esegwiti.", "Naħseb se jkollna bżonn l-għajnuna tagħkom bħala stakeholders importanti ħafna f'dan il-qasam biex it-tibdil li għandu bżonn isir, isir.", "Bħalma tafu intom, aħna għandna wkoll Kummissarju għas-Simplifikazzjoni ta' Proċeduri u għan-Nuqqas ta' Burokrazija, u naħseb dak li qed tgħidu lilna hawnhekk f'dan il-kumitat, tirrepetuh anke lil dan il-Kummissarju li huwa mmexxi mid-Deputat l-Onor.", "Anthony Agius Decelis biex nibdew naħdmu f'dan il-qasam.", "Nassigurakom li l-frustrazzjoni ma tħossuhiex biss intom bħala rappreżentanti tal-ħaddiema, imma anke minn naħa tagħna bħala Gvern.", "Li kif kellu l-okkażjoni anke jgħid Dr. Farrugia, li għadda minn din l-esperjenza matul din l-aħħar sena, aħna nixtiequ nagħmlu iżjed milli kultant tħallina l-burokrazija tal-Gvern.", "Naturalment il-Gvern preżenti qiegħed fir-responsabbiltà tat-tmexxija, allura aħna rridu nkunu li nbiddlu dan il-proċess.", "Però kif diġà għedt, nixtiequ nistennew l-għajnuna tagħkom biex inkunu nistgħu naslu għal soluzzjonijiet iżjed streamlined, li fl-aħħar mill-aħħar, bħalma dejjem ngħidu, iwasslu għal servizz aħjar.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom tal-interventi tagħkom.", "Insejjaħ issa lill-President u Segretarju Ġenerali tal-MAM.", "M'hemmx għalfejn nintroduċu lilna nfusna.", "Għandkom xi issues li tixtiequ .....", "GORDON CARUANA DINGLI (President tal-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja kemm liċ-Chairman kif ukoll lill-membri tal-kumitat li għoġobkom tistednuna llum.", "Miegħi hawn ukoll Dr Martin Balzan, Segretarju tal-MAM u li kien għamel żewġ termini bħala President, qabli.", "Bħala union tat-tobba aħna dejjem lesti niddiskutu s-sistema tas-saħħa, biex kemm jista' jkun insibu mezzi biex intejbuha għall-ġid tal-pazjenti tagħna.", "Bħala trade union, il-MAM taħdem biex tameljora l-kondizzjonjiet tax-xogħol tat-tobba.", "Imma l-MAM hija bbażata fuq sistema tal-BMA, British Medical Association, fejn minbarra li hija trade union hija wkoll Assoċjazzjoni tat-Tobba.", "Jiġifieri aħna naħdmu, u l-MAM tistinka u taħdem biex jiżdied it-taħriġ tat-tobba u jkun hemm iktar taħriġ biex dejjem intejbu l-livell tal-mediċina għall-pazjenti tagħna.", "THE CHAIRMAN: Intom qegħdin listed bħala union?", "GORDON CARUANA DINGLI: Iva, aħna reġistrati bħala trade union.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri tistgħu tieħdu azzjonijiet industrijali wkoll.", "DR MARTIN BALZAN: Għandna l-world record biex tkun taf, Guinness Book of Records!", "GORDON CARUANA DINGLI: Qed niffokaw iktar fuq l-assoċjazzjoni.", "DR MARTIN BALZAN: Il-legal status tagħna huwa ta' trade union.", "THE CHAIRMAN: Skont mistoqsija parlamentari m'intomx l-ewwel, hawnhekk number of directives l-iktar li ħadu l-MUMN għax 45 kien hawn, it-tieni l-UĦM, it-tielet il-GWU u wara l-MAM.", "DR MARTIN BALZAN: Tagħna tkun waħda u tajba.", "GORDON CARUANA DINGLI: Fost l-affarijiet li nnegozjajna fil-passat mal-gvern huwa t-training, l-istaħriġ Huwa parti mill-job description tagħna, kemm għall-konsulenti kif ukoll għat-trainees, dawk li qed jistħarrġu.", "Matul dawn l-aħħar snin ġie stabbilit ukoll il-Foundation Programme.", "Din hija għat-tobba li għadhom kemm iggradwaw u li jagħmlu sentejn fuq din il-Foundation Programme li huwa suċċess kbir.", "Huwa bbażat ukoll u alleat mas-sistema Ingliża.", "U tant huwa suċċess, li t-tobba żgħar m'għadhomx isiefru bħalma kienu qabel u saħansitra anke qed jiġu tobba barranin biex jaħdmu hawn Malta.", "Qed ikollna ħafna barranin li jixtiequ jaħdmu hawn Malta u jistħarrġu hawnhekk.", "CLAUDIO GRECH: Dr. Caruana Dingli, x'inhu l-persentaġġ on average illi qed jibqgħu Malta issa?", "GORDON CARUANA DINGLI: Qed jibqgħu bejn 80 u 90%.", "DR MARTIN BALZAN: Minn informazzjoni li għandna, din is-sena minn kors ta' 104 tabib, 95 minnhom se jibqgħu hawnhekk.", "Jiġifieri din is-sena is a positive record, u naħseb li bħala persentaġġ huwa l-inqas numru ta' tobba li se jsiefru.", "Biex inkun onest, hemm it-tifla tiegħi, hemm tfal ta' diversi konsulenti, naħseb li it works on.", "THE CHAIRMAN: Allura dawn isiefru imbagħad għall-eżami?", "GORDON CARUANA DINGLI: Le, issa dik ġej għaliha wkoll.", "Hemm il-foundation programme tal-ewwel sentejn għat-tobba li għadhom kemm iggradwaw.", "U xi ħaġa pjuttost ġdida hija, li qed jagħmlu t-training biex isiru speċjalisti hawn Malta.", "Per eżempju jien u Mr. Fearne sifirna u studjajna barra biex inkunu speċjalisti.", "Issa bis-sistema li għandna llum, hija parti mill-job description tal-konsulent u tat-trainee, li jistudjaw u jilħqu speċjalisti hawn Malta.", "Jien nemmen ħafna li huwa importanti li jagħmlu ftit żmien barra wkoll, mhux għax Malta mhuwiex post tajjeb, imma biex jaħdmu f'post differenti biex jieħdu ideat differenti u jitgħallmu affarijiet barra mill-mediċini wkoll, għax jitgħallmu jgħixu f'pajjiż differenti.", "Hemm ħafna vantaġġi li jagħmlu ftit taż-żmien barra, imma mhux iż-żmien kollu, bħalma konna nagħmlu aħna.", "Għat-taħriġ u għar-riċerka għandna sistemi ta' merit awards u CME allowance li dawn huma mezzi li jinkoraġixxu iktar studju, riċerka u audit.", "Waħda mill-affarijiet li ddaħlet fl-aħħar agreement hija l-flessibiltà tal-ħinijiet u l-ammont ta' xogħol.", "Dan xi jfisser?", "Jiġifieri jekk tabib irid jaħdem iktar, jista' jaħdem iktar sessions u jitħallas tagħhom.", "U wkoll issa għandna iktar flessibiltà biex isir iktar xogħol tard wara nofsinhar u anke filgħaxija.", "THE CHAIRMAN: Minn meta bdiet din il-flessibiltà?", "GORDON CARUANA DINGLI: Fl-agreement preċedenti l-flessibiltà kienet u issa żdiedet fl-aħħar agreement.", "GORDON CARUANA DINGLI: Hekk hu.", "Hawnhekk irrid infakkar lill-membri tal-kumitat .… (Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Imma jfisser faċilitajiet ħafna aħjar li jagħtu lill-Ministeru tas-Saħħa li jipprovdi s-servizzi.", "(Interuzzjonijiet) Jiġifieri bejnietkom se tieħdu €8 miljun.", "GORDON CARUANA DINGLI: Imma t-tobba jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt u jkun hemm ukoll team li jkunu on call li dawn jaħdmu 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.", "U dawn ma jkunux tobba żgħar, imma hemm numru kbir ta' speċjalisti li jkunu on site, jaħdmu l-ħin kollu.", "Matul dawn l-aħħar snin għandna wkoll konsulenti, speċjalment tal-emerġenza, li jaħdmu sigħat twal fl-isptar, u li jkunu on site.", "THE CHAIRMAN: Intom bħala assoċjazzjoni tikkummentaw fuq il-fatt illi long hours forsi jistgħu jagħmlu ħsara .....", "GORDON CARUANA DINGLI: Din hija l-European Working Time Directive li jinbidlu l-ammont ta' sigħat.", "Imma l-European Working Time Directive għandha massimu ta' sigħat li tabib jista' jaħdem - 48 hours - imma hemm derogations għax ċertu pajjiżi m'għandhomx biżżejjed tobba.", "(Interuzzjoni)", "DR MARTIN BALZAN: Imma l-opt-out huwa fid-direttiva, huwa individwali.", "Imma kieku ma jitteħidx l-opt-out f'ħafna servizzi ta' emerġenza, ma jkollniex tobba biżżejjed.", "Jiġifieri l-opt-out huwa essenzjali għas-servizzi tas-saħħa f'Malta.", "Illum, kif aħna preżenti.", "Aħna nisperaw li meta jiżdied in-numru tat-tobba, l-ewwel ħaġa niġu compliant mal-Working Time Directive u tnejn, il-family work mix tat-tobba ż-żgħar, ma jkunx bħal tal-ġenerazzjoni tagħna, li tqatta' nofs ħajtek taħdem bejn 70 u 80 siegħa fil-ġimgħa.", "THE CHAIRMAN: Bħalissa hawn Malta għandna l-opt-out.", "DR MARTIN BALZAN: Fl-Ewropa kollha hemm l-opt-out, għax l-Ingilterra tagħmel il-veto għall-istess raġuni.", "GORDON CARUANA DINGLI: U f'Malta t-tobba tagħna għandhom l-opt-out.", "GODFREY FARRUGIA: Mill-2016 'il hemm din tista' tibda tirranġa ruħha.", "Il-problema tqum mill-2018 'il hemm fejn jista' ikun hemm it-theddida, li jkun hawn tobba li jkunu unemployed.", "GORDON CARUANA DINGLI: Imbagħad hemm problema oħra.", "Li wkoll jekk tnaqqas is-sigħat, jonqsu s-sigħat tat-training.", "Jiġifieri jekk ikun hemm trainee, jekk jaħdem inqas sigħat, huwa diffiċli jagħmel it-training kollu fis-snin li għandu allokati.", "THE CHAIRMAN: Jekk ikun hemm tabib pereżempju li jgħid minflok irrid nieħu ħames snin biex insir Surgeon, irrid nieħu għaxar snin?", "GORDON CARUANA DINGLI: Hemm kumitat li ta' kull sena, tabib jgħaddi minn eżami, jgħaddi mill-assessment u jekk ma jgħaddix minn dik is-sena jista' jirrepetiha.", "Jiġifieri jkun hemm min ma jagħmilx it-training fis-snin allokati u jdum ftit iżjed.", "Ikun hemm ukoll pereżempju nisa tqal li jaħdmu reduced hours, li mbagħad jieħdu s-snin pro rata skont is-sigħat li jagħmlu.", "Kif wieħed jista' jara hemmx suċċess fis-sistema tas-saħħa.", "Hemm mezzi.", "Hemm statistika li juru l-livell tas-saħħa ta' pajjiż – il-key performance indicators - u nista' insemmi ftit minnhom.", "Pereżempju statistika li ħarġet reċentement fil-Eurostat dwar kemm jgħixu nies li għandhom il-marda tal-kanċer, morna tajjeb ħafna.", "Il-livelli jikkomparaw mal-pajjiżi tajbin tal-Ewropa.", "L-infant mortality u l-life expectancy, dawn huma kollha tajbin.", "(Interruzzjonijiet)", "Nafu li qed jiżdied ix-xogħol li qed isir l-isptar.", "Jekk tara n-numru ta' operazzjonijiet, per eżempju sena wara sena qed jiżdiedu bejn 5% u 10%, jiġifieri dawn huma numri veri.", "Anke customer surveys li jsiru lill-pazjenti, ikollhom riżultati tajbin.", "Fejn huma l-problemi?", "Il-problemi li jissemmew huma l-waiting lists, lis-stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza u n-nuqqas ta' sodod.", "U li allura l-pazjenti jkunu kkurati fil-kurituri.", "Meta taħseb ftit fuqhom dawn it-tliet problemi tinduna li l-problemi huma minħabba d-domanda dejjem qegħda tiżdied.", "Allavolja s-supply - jiġifieri kemm qed isiru operazzjonijiet - qed dejjem tiżdied sena wara sena, id-domanda qed tikber iktar.", "Kif jistgħu jitjiebu u jitnaqqsu dawn il-problemi?", "Veru, jista' jsir titjib fil-management u jkun hemm iktar effiċjenza, imma ninsisti li m'iniex qed nitkellem fuq nies individwali fil-management.", "Għax aħna dejjem nattakkaw il-management, imma aħna qed ngħidu fuq 'strutturi tal-management'.", "Hemm ħafna Managers li jaħdmu u jirsistu, imma dan it-titjib fl-effiċjenza, waħdu mhuwiex biżżejjed.", "Jekk naraw kemm dan il-pajjiż jonfoq fuq is-saħħa, in-numri eżatti huma kontroversjali, imma .… (Interruzzjonijiet)", "L-infiq f'Malta huwa inqas mill-medja tal-Ewropa.", "Aħna qed ngħidu li jekk ikun hemm iktar infiq fuq is-saħħa, dawn il-problemi forsi jonqsu.", "Għax jekk m'għandniex biżżejjed sodod, m'għandniex biżżejjed staff, irridu nonfqu iktar flus biex ..…", "THE CHAIRMAN: Imma ħafna flus qegħdin imorru fis-secondary healthcare u mhux fil-primary healthcare.", "GORDON CARUANA DINGLI: Il-primary healthcare għandha tissaħħaħ.", "Rigward il-prevenzjoni, qed nitkellmu ħafna fuq obeżità u din qed narawha.", "Fil-fatt għadna kemm xtrajna sodda tal-operazzjonijiet li tiflaħ 350kg.", "Dan għax qed ikollna pazjenti li tant huma ħoxnin, li ma nistgħux immidduhom fuq l-imwejjed tal-operazzjoni.", "Hemm bżonn ħafna infiq fil-prevention ukoll.", "Il-kura tal-anzjani hija importanti biex nipprovaw inżommu l-anzjani d-dar mingħajr ma jkollhom bżonn jidħlu ġo sptar, bil-konsegwenza li jokkupaw sodod akuti tal-isptar.", "Nagħlaq billi nsemmi li l-MAM temmen ħafna fl-użu tal-IT.", "U naħseb li rridu nagħtu aktar importanza lill-IT biex ikun hemm komunikazzjoni bejn it-tobba tal-isptar u tal-komunità.", "Imma din għandha tkun two-way, mhux li nkellmu lit-tobba tal-komunità biss, imma jkellmu lilna huma wkoll.", "U bl-IT, tiffaċilità wkoll l-audit u r-riċerka, għax jekk ikollna records aċċessibbli, nistgħu nagħmlu r-riċerka b'mod iktar faċli.", "DR MARTIN BALZAN: Se nipprova nkun sintetiku ħafna.", "Aħna qed ngħidu li minn dak ir-rapport li qed jurina Dr. Farrugia qed nonfqu 6.6%, issa minnu dak, il-poplu Malti qed jaħfer lill-Gvern 2.3%.", "Għax 2% huma out of pocket jew lill-GPs jew lis-settur privat ..… (Interruzzjonijiet) Iva, 2% jiġifieri out of those 6.6%.", "Issa lill-Gvern qed iħallilu about 4%.", "Jiġifieri l-Gvern ikkomparat ma' pajjiżi oħrajn li huma bejn l-8 u t-10, għax l-8.6 huwa l-average ..…", "Jekk aħna llum naraw x'inhuma l-problemi tagħna u tistaqsina x'inhi l-viżjoni tagħna, l-ewwel li nsaqsu hija hemm biżżejjed acute medical beds?", "L-esperti tal-Gvern u l-esperti kollha qed jgħidu li għandna bżonn 400 sodda oħra sal-2030.", "Jiena l-kritika li qed nagħmel pubblikament hi li qed ngħid li hawn ħafna iżjed nies fil-pajjiż milli jirriżulta mill-istatistika uffiċjali.", "Hawn per eżempju 43,000 EU citizens reġistrati għall-European Parliament.", "U dawn tfal ikollhom.", "L-ikbar numru ta' nies non-EU li jaħdmu Malta huma Filippini, huma Ukraini, u mill-Balkani u dawn huma nies li jidhru fis-sistema u dawn kollha jġibu lil missierhom u lil ommhom.", "In-numru ta' nies li qed jużaw is-servizz tas-saħħa huwa ħafna iżjed mill-predictions tal-official population.", "U t-turiżmu - li jikkontribwixxi wkoll - żdied konsistentement u dawn ikollhom l-excess.", "Jiġifieri jekk turist juża servizzi tal-Gvern u juża l-card, l-insurance taħfirlek l-excess, hekk jaħdmu t-travel insurances.", "Id-domanda hija ikbar mis-supply, mela trid iżżid is-supply.", "Għandek problema ta' infrastruttura.", "B'xi mod naħseb li tista', bħalma sar fl-Oncology, bħalma se jsiru f'dawn iż-żewġ sulari, tittepja l-EU funds, it's not easy, imma .… Jiġifieri the first capital expenditure ngħidu b'xi mod tista' tifdih, imma mbagħad għandek il-current expenditure kbir.", "Mela jekk l-Isptar Mater Dei b'1,000 sodda huwa €238 miljun fis-sena, jekk se jkollok 500 sodda oħra - ħalli nitkellmu li ċertu equipment m'hemmx għalfejn tixtrih darbtejn -it's about a €100 million.", "Kif qed ngħidu, il-primary healthcare mhuwiex suffiċjenti.", "IIlum in-numru ta' GPs fil-pajjiż u s-servizzi tal-primary healthcare mhumiex biżżejjed, trid tespandi.", "Veru li jżidulek l-effiċjenza u parti mill-flus iġġibhom lura għax it's cheaper to treat them at a primary healthcare, jiġifieri we strongly believe li fil-primary healthcare hemm fejn tespandi.", "U t-tielet ħaġa, trid tħarreġ in-nies.", "Jiġifieri jkollok tobba biżżejjed, ikollok nurses biżżejjed u paramediċi biżżejjed biex tkun tista' tħaddimhom.", "Imma se neħlu, għaliex se nsibu fejnhom it-2% GDP li mhumiex jintnefqu.", "X'inhi l-problema ta' nies fil-kurituri?", "Dawk huma t-2% li pajjiżi oħra qegħdin jonfquh u li m'għandhomx nies fil-kurituri u m'għandhomx waiting list u li aħna llum m'aħniex nonfqu.", "Jiena li jinkwetani hu, li fid-dokumenti li qed jintbagħtu mill-Ministeru għall-Finanzi u li rajna l-MCESD qed inwegħdu li se nnaqqsu l-expenditure fil-health.", "Jiena naħseb li jekk se nwegħdu hekk, qed inwegħdu lill-poplu Malti li n-nies fil-kuritur se jiżdiedu u li l-waiting lists se jitwalu.", "THE CHAIRMAN: Għal liema dokument qed tirreferi?", "DR MARTIN BALZAN: L-aħħar MCESD li għamel il-Ministru għall-Finanzi xi ġimgħatejn ilu, qalilna x'beħsiebu jibgħat lill-Kummissjoni u kif se jiddijlja mal-excessive deficit procedure.", "Waħda mill-affarijiet li qal hi li qed jipprova jikklempja fuq l-ispiża .…", "Jien ovvjament bħalma qed ngħid lilkom, għedt l-istess lill-Ministru hemmhekk li jekk irridu nsolvu l-problemi tal-waiting lists, jekk irridu nsolvu l-problemi tal-kurituri u tal-infrastruttura, irridu niġu mal-average tal-EU.", "Inkella dawn il-problemi minflok se jonqsu, se jiżdiedu.", "THE CHAIRMAN: Inti temmen li l-primary healthcare tnaqqas l-ammont ta' nies li jkun hemm fid-Dipartiment tal-Emerġenza u l-waiting list?", "DR MARTIN BALZAN: Aħna għedna għat-titjib u l-effiċjenza.", "Waħda mill-affarijiet li qed nitkellmu fuqha hija l-primary healthcare, imma there is a limit, kemm se ddum .… GP illum ma jieħux iktar minn €10.", "Imma jekk inti tmur fi kwalunkwe pajjiż fl-Ewropa, that's not what GPs charge, ħafna iżjed.", "In-numru ta' GPs f'pajjiżna huwa baxx.", "L-infrastruttura li għandhom il-Health Centres, needs to be developed.", "Kif se jkollok iżjed tests fil-Health Centre, se tidħol f'iżjed expenditure.", "Se żżid l-effiċjenza, but it will not cover.", "Pereżempju t-ticket of referral għall-emerġenza.", "Minn audit li sar reċentement jirriżulta li minn dawk il-110,000 li jmorru, 3,000 huma riferuti mit-tobba tal-Health Centre u 20,000 huma riferuti mill-privat.", "Ma rridux ninsew li fil-privat hemm ħafna iżjed tobba mill-Health Centre, u t-tendenza hi li meta bniedem jimrad u jaħseb li għandu xi ħaġa serja, għandu iżjed tendenza li jmur għand it-tabib li jaf.", "Imma over 75,000 l-oħra, huma self-referred.", "Issa veru, jekk bniedem jaqa' żewġ sulari u jikser iż-żewġ saqajn mhux se joqgħod imur għat-ticket of referral.", "Jiġifieri minnhom dawn, mhumiex kollha self-referred.", "Imma hemm iżjed minn nofshom, li mill-esperjenza tagħna naħsbu li mhumiex ġustifikati and they could be handled jekk il-GP privat ikollu iżjed tools biex jaħdem.", "Jiġifieri aċċess għas-servizzi u l-GP tal-Health Centre - kif hemm il-Mosta - ikollu l-x-rays u jkollu aċċess għall-informazzjoni.", "Hemm ukoll il-problema, li issa daħlet fil-mentalità tan-nies li jekk tmur fid-Dipartiment tal-Emerġenza hemmhekk tinqeda aħjar mill-Health Centre.", "U dik trid tiġi tackled mill-politiċi.", "THE CHAIRMAN: Għal li jista' jkun, issa hemm sistema li speċjalisti jaħdmu wara nofsinhar u filgħaxija wkoll?", "DR MARTIN BALZAN: Illum nistgħu ngħidu li l-operating theatres jibqgħu għaddejjin sas-6.00 p.m. u sas-7.00 p.m. u l-out-patients jibqgħu għaddejjin sat-3.00 p.m. u sal-4.00 p.m. Fil-collective agreement tat-tobba hemm, li dawn jistgħu jiġu estiżi għat-8.00 p.m., imma t-tobba ma jaħdmux waħedhom.", "Jiġifieri t-tabib ma jaħdimx waħdu, jaħdem mal-paramediċi kollha, man-nurses, mal-infrastruttura, mal-inġiniera.", "Biex tħaddem it-tobba iżjed, l-infrastruttura qiegħda hemmhekk, imma it's up to the management.", "It-tabib ma jistax jaħdem waħdu, it's very clear.", "U s'issa din għadha ma ġietx implimentata.", "Il-vantaġġ li għandek li ttawwal il-ħinijiet – u dak li qed jiġri barra minn Malta – hi li you can use the existing infrastructure.", "Inti m'għandekx għalfejn tkabbar l-out-patients, għax minflok qed tuża l-istess kmamar għal tmien sigħat, qed tużahom 12-il siegħa.", "Jekk inti għandek CT Scanner, jekk inti kapaċi żżommu 24 siegħa jaħdem … L-MRI qed tibda topera mill-5.00 a.m. Aħjar tuża l-istess equipment iżjed fit-tul milli tixtri żewġ equipments u tħaddem id-doppju nies.", "Dik hija t-tendenza fl-Ewropa biex iżżid l-effiċjenza.", "What we have to keep in mind hu li d-domanda din is-sena hija inqas mis-sena l-oħra, u s-sena ta' wara se terġa' tikber u s-sena ta' wara terġa' tikber.", "Jiġifieri mhux talli hawnhekk l-Onor Fearne għandu problema diffiċli biex ilaħħaq illum, imma he must be aware li minħabba d-demographic shift u l-migration, li qed jiġri hu li despite dak li għamlu gvernijiet preċedenti, id-domanda qed tikber iżjed mir-rata li qed tikber biha s-supply.", "U naħseb se neħlu sa financial sustainability.", "Aħna qed nirrakkomandaw ukoll li l-entitlement jiġi put in question.", "Il-pajjiżi l-iżjed evoluti fl-Ewropa, bħal per eżempju l-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Iskandinavja, jekk inti ma tibqax f'dak il-pajjiż jgħidulek iddeċiedi, fejn se tħallas it-taxxi tiegħek, fejn beħsiebek tieħu t-treatment.", "Ma tistax inti titlaq mir-Renju Unit, tagħmel 50 sena l-Awstralja u tmur ir-Renju Unit qisek mhux int. Ma tistax titlaq minn Norveġja .…", "Jiġifieri parti mill-financial sustainability mhux talli our system is very generous with our citizens - u aħna naqblu magħha - imma fejn hemm pajjiżi evoluti li .… Iddeċiedi, jew dan il-pajjiż jew għidilna fejn se tħallas.", "THE CHAIRMAN: Grazzi tal-proposti.", "Dr. Balzan, jiena bħala tabib ukoll, nara li per eżempju meta nirreferi lin-nies għand ċerti surgeons, dawn ikollhom waiting list ta' xahrejn biex jagħmlu operation u oħrajn ikollhom waiting list ta' sena.", "DR MARTIN BALZAN: Għandek żewġ fatturi.", "Trid tara t-turnover u d-domanda.", "Inti jista' jkollok waiting list twila għax għandek turnover baxxa, jew jista' jkollok waiting list twila għax għandek domanda kbira għas-servizz tiegħek.", "MR GORDON CARUANA DINGLI: Jiena nippreferi nuża l-kelma \"waiting time\" milli l-kelma \"waiting list\".", "Għax jekk jiena qed nistenna operazzjoni, li jinteressani hu kemm se nistenna jiena għaliha, u mhux kemm hemm nies oħrajn qed jistennew l-istess operazzjoni.", "Dik hija d-differenza bejn waiting time u waiting list.", "Irridu niftakru li l-operazzjonijiet mhux kollha l-istess.", "Jekk se tagħmel operazzjoni ta' total knee li ddum forsi siegħa jew sagħtejn, hija differenti mill-hernia li ddum nofs siegħa.", "Jista' jkun li ċerti surgeons għal ċerti operazzjonijiet, in-nies jistennew iktar.", "Ovvjament każijiet ta' cancers ma jistennewx fuq waiting list, jiġifieri aħna nagħmlu dawk l-ewwel u l-operazzjonijiet li mhumiex cancers qegħdin fuq dawn il-waiting times jew waiting lists u jistennew aktar.", "Jiġifieri diffiċli tikkompara surgeon ma' surgeon.", "DR MARTIN BALZAN: Jiena naħdem fil-Mediċina.", "Il-Mediċina hija differenti.", "Il-waiting list tiegħi hija bejn xahrejn u tliet xhur.", "Jien nipprova li pazjent f'one or two visits insolvilu l-problemi kollha, ħalli mbagħad nibagħtu għand il-GP.", "Mhux nibqa' inġibu, inġibu nġibu u l-pazjent ma jkunx jaf fejn qiegħed.", "Il-problema li għandi jien, hi li kif inhi s-sistema tal-appointments, fejn jaraw il-vojt jibqgħu jitfgħulek.", "Jiġifieri jekk Martin Balzan idawwar ir-rota fast, meta jmorru n-nies jagħmlu l-appuntamenti għand ir-reception isaqsu għal min?", "Dak disgħa xhur.", "Balzan kemm għandu?", "U joqogħdu jitfgħuli.", "Jiġifieri jiena l-waiting list ma nistax inġibha inqas minn tliet xhur għaliex kif ninżel taħt it-tliet xhur ikomplu jibagħtu n-nies.", "In-nies jgħidu l-waiting list ta' dak hu ta' disa' xhur, mela ħa mmur għand Dr. Balzan għax il-waiting list tiegħu hi ta' xahrejn jew ta' tliet xhur.", "ONOR CLAUDIO GRECH: Jekk qed tagħmel l-istess xogħol, għaliex hemm min ikollu waiting time itwal?", "DR MARTIN BALZAN: Li qed ngħidlek jien hu li trid tara t-turnover, l-effiċjenza u d-domanda għas-servizzi tiegħek.", "There are people who are more popular and there are specialities fejn il-mard ..… Xi ħaġa li naħseb għandi nissuġġerixxi, per eżempju jiena Speċjalista tal-Pulmun, aħna għandna dik li ngħidulha rapid access.", "Jiġifieri jekk il-General Practitioner jew tabib fid-Dipartiment tal-Emerġenza jaħseb li persuna għandu cancer, għandu linja strutturata x'għandu jagħmel.", "Fl-opinjoni tiegħi għalkemm ħafna GPs .… Illum qiegħda relatively unstructured, jiġifieri għall-każijiet urġenti li huma meritevoli.…", "Fuq is-snin ta' qabel, ngħid il-verità, li lili qatt ma ċempluli politiċi jew ċempluli minn ministeri biex inqabbeż lil xi ħadd.", "Naf x'ngħidilhom kieku jagħmluha, imma .....", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Christopher Fearne forsi jixtieq jgħidilna kelma biex nikkonkludu din id-diskussjoni.", "CHRISTOPHER FEARNE: Illum diġà kellna okkażjoni li niltaqgħu.", "U qed nieħu pjaċir nerġa' narakom għax iġġibuli nostalġija tal-isptar Mater Dei.", "THE CHAIRMAN: Mid-dehra ma' kulħadd iltqajt, Onor. Fearne inti.", "CHRISTOPHER FEARNE: Naħseb importanti ħafna li nibqgħu niltaqgħu.", "L-argument li għamiltu intom it-tnejn f'isem it-tobba, kemm tal-isptarijiet kif ukoll tal-komunità, huma argumenti valida ħafna li diġà kellna ċans niddiskutuhom u jkollna ċans inkomplu niddiskutuhom.", "Jiena naħseb li bħalma għedna dalgħodu wkoll, intom mhux biss union, imma assoċjazzjoni li tridu ġġibu 'il quddiem il-professjonijiet tagħna lkoll.", "Għax aħna nemmnu li Malta għandha tkun dejjem fuq quddiem fis-servizzi tas-saħħa.", "F'challenge li jiena poġġejt quddiemkom biex naħdmu flimkien fuqu dalgħodu – u nirrepetih hawnhekk – hu s-servizz tas-saħħa li diġà huwa tajjeb ħafna, però irridu mmorru – kif jgħidu l-Ingliżi – from good to great.", "U naħseb li bl-għajnuna ta' kulħadd, inkluż tal-Oppożizzjoni - li jiena jidhirli li għandha rwol importanti ħafna x'tagħti f'dan il-qasam - imma kif anke ġieli jgħid il-kollega tiegħi u naqbel preċiżament miegħu li ħafna kwestjonijiet fil-qasam tas-saħħa m'għandhomx ikunu ballun politiku.", "Naħseb jekk naħdmu lkoll flimkien din il-qabża from good to great nistgħu nagħmluha.", "THE CHAIRMAN: Bħala politiċi, id-diskursati u l-proposti li għamiltulna m'għandix dubju li jkunu utili ħafna għalina meta niġu biex nitkellmu bħala parlamentari.", "Grazzi ħafna.", "L-aħħar union huma l-MUMN, m'hemmx għalfejn nintroduċikom.", "Ħalli nibdew billi nisimgħukom tagħmlulna daqsxejn preżentazzjoni dwar l-issues li jolqtu lilkom.", "IS-SUR PAUL PACE (President tal-Maltese Union of Midwives and Nurses (MUMN)): Aħna nirrappreżentaw lin-nurses u l-midwives.", "Dan l-aħħar qed ikollna anke professjonisti oħrajn li qed jidħlu fi ħdan l-MUMN għax ftaħniha riċentement.", "Għandna 'l fuq minn 3,000 membru.", "(Interruzzjonijiet)", "Qabel ma nibdew nitkellmu fuq is-sitwazzjoni industrijali, naħseb irridu nieħdu snapshot ta' dak li qed jiġri llum fil-Health Centres, biex inkunu nistgħu nifhmu wkoll l-azzjonijiet industrijali li qed jittieħdu.", "Aħna naraw li għalkemm sar investiment qawwi bħala finanzi, imma hemm nuqqas ta' viżjoni fil-kura tas-saħħa across the board.", "Mhux se nidħol fil-mertu ta' sptar li diġà inbena b'nuqqas kbir ta' sodod, imma anke fuq il-kura primarja.", "Il-kura primarja mhijiex kwestjoni ta' tabib, GP jew private practice.", "Meta xi ħadd jibgħat wieħed mill-anzjani tagħna f'Health Centre jew l-Isptar Mater Dei minħabba raġuni ta' saħħa, jew inkella għax m'hemmx min jieħu ħsiebhom, ġeneralment in-nuqqasijiet li jsib huma ta' nurses u carers, li huma non eżistenti llum fil-komunità.", "Bqajna bis-sistema tas-snin sebgħin tal-polyclinic.", "Li l-polyclinics qed jagħtu dak li jistgħu bil-GPs u n-nurses li hemm hemmhekk, imma mbagħad meta tiġi għas-support services fejn ikollok anzjani li ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom jew inkella minħabba problemi familjari jew inkella minħabba mard li daħal, ikollhom bżonn assistenza - dawk li ngħidulhom fully dependent patients - illum dik hija nieqsa fis-sistema tas-saħħa tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-MMDNA u l-Comcare?", "IS-SUR PAUL PACE: L-MMDNA li tagħmel hu, li sempliċement tagħmillek xogħol ħafif.", "Ġeneralment taħsillek marid jew tagħti xi injection u titlaq 'il barra.", "IS-SUR COLIN GALEA (Segretarju Ġenerali tal-Maltese Union of Midwives and Nurses (MUMN)): Il-Comcare hija filter għall-MMDNA, jiġifieri l-MMDNA tmur iżżur il-morda fuq li jirrakkomandawlha l-Comcare.", "Filtering minn naħa tal-Gvern biex ikun hemm .....", "IS-SUR PAUL PACE: Outreach hija xi ħaġa differenti.", "Outreach tkun meta jkollok pazjenti li ħarġu wara operazzjoni u tibqa ddewihom, biex tibqa' tieħu ħsiebhom sempliċement minn naħa ta' dmija, eċċ.", "Aħna konna ressaqna anke dokumenti lil Dr. Godfrey Farrugia u issa se nressquhom anke lil Dr. Christropher Fearne u lill-Ministru Konrad Mizzi, fejn rajna l-packages li hemm fil-komunità.", "Hemm tliet tipi ta' packages li jużaw barra minn Malta biex kemm jista' jkun iżommu l-morda verament fid-djar tan-nies, u ma jkollhomx bżonn jaqgħu f'dar residenzjali u lanqas fl-Isptar Mater Dei.", "U hawnhekk il-viżjoni fil-kura primarja li nibqgħu nsemmu l-polyclinic.", "Il-polyclinic mhijiex parti mis-sistema tal-kura primarja tal-komunità.", "Sempliċement nibqgħu nirreferu għalihom, għaliex huma l-uniku komunità li qed taqdina.", "Imma dawk li jmorru fid-djar tan-nies, dak li ngħidulu family health nurse - li tajna kemm-il darba diversi dokumenti fuqu - għadu nieqes f'dan il-pajjiż.", "Kulħadd jaf li qatt ma ħadna in konsiderazzjoni l-elderly generation, u l-problema li hemm.", "U nista' ngħid ukoll li bħala numru ta' sodod li se jkun hemm fih dan l-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija, se jaqdi l-bżonnijiet tagħna għal ċertu żmien.", "Imma se jkollna wkoll sptar tal-Onkoloġija li qed jinbena issa u se jkun żgħir għal numru ta' sodod li għandna bżonn, u li se jkollna bżonn għall-popolazzjoni Maltija.", "Fl-Oncology se jkollok żieda ta' sodod fil-palliative care u sodod oħrajn wkoll, imma on the long term kif qed jiżdied sfortunatament il-mard tal-kanċer, se jkollna l-istess problemi li għandna Mater Dei.", "Sfortunatament meta tinfetaħ xi ħaġa ġdida - għalkemm kif ngħidu dejjem suppost fis-saħħa m'għandux ikun hemm ballun politiku - nieħdu n-nies jaraw il-binja, nieħdu n-nies jaraw kemm hu sabiħ il-post, imma ma nistgħux ngħidu li xi darba sar man power planning ta' dak l-oġġett li qed jinfetaħ.", "Dak jekk niftħu sptar.", "Jekk niftħu sala, aħna bħala union mhux talli ma niġux konsultati, imma ġeneralment nisimgħu fuq l-aħbarijiet bħal ħaddieħor.", "Barra minn hekk ħaġa li ddejjaqna u tweġġagħna, mhux għax sempliċement tkun ta' staffing levels jew għax ma tkunx sempliċement ta' spazju u areas, imma l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-istaff, huma l-problemi kbar ta' faċilitajiet.", "Meta jittieħdu deċiżjonijiet kontroversjali għall-aħħar bħall-famuża deċiżjoni li jinfetħu l-kurituri - li ilhom jinfetħu kemm ilu Mater Dei.", "Kellna saħansitra l-ftuħ tas-Stage 2 Recovery li ttieħed fit-theatre, meta lanqas suppost tinfetaħ hemmhekk.", "Id-Day Care Unit li mtliet bil-pazjenti tal-mediċina u kellna l-kwestjoni tal-Area 2 tal-emerġenza.", "Dawn huma postijiet li kollha saru, nista' ngħid, mingħajr konsultazzjonijiet.", "U issa nitkellem dwar id-direttivi li għandna hemmhekk.", "L-iktar li jweġġgħu mhux lill-Union - għax wara kollox mhix kwestjoni li tweġġa' lill-union jew lill-infermier – imma lill-pazjent għax dawn il-postijiet mhumiex adegwati biex iżommu l-morda.", "Inti meta titfa' n-nurses hemmhekk, anke jekk titfa' kemm suppost, ma jistgħux jaħdmu tajjeb.", "Il-privatezza, id-dinjità u l-kura li aħna mgħallmin nagħtu, ma tistax tagħtiha.", "U b'hekk tisma' l-weġgħa u r-rabja u forsi nkun appasjonat aktar minn ħaddieħor.", "Għax jekk hawn xi professjoni ġol-isptar li litteralment inkunu f'kuntatt mal-marid 24 siegħa kull jum, huma n-nurses u dak il-messaġġ tal-morda aħna nwassluh wkoll.", "L-area tal-kurituri - u li se nitkellem fuqha wkoll aktar tard - kienet ħaġa li qatt ma missha tmisset.", "U mhux sempliċement għax nitfgħu numru ta' nurses fihom.", "L-ewwel ħaġa qatt ma tfajna n-numru ta' nurses fir-ratios li suppost għandhom ikunu stabbiliti.", "Issa iktar 'l quddiem nitkellem fuq ratio, imma lanqas għandek il-facilities minimi għax dawn tant jinfetħu bl-għaġġla.", "U lanqas jekk tiftaħhom bi ppjanar, trid li jkollok il-facilities li għandek ġo sala, bħal skambella u pultruna.", "Biss biss illum meta ngħidu \"titfa' sodda\", il-kwestjoni mhux li titfa' sodda.", "Il-marid irid ħafna iktar minn sodda!", "Jekk ikun medical, trid tniżżlu fuq pultruna, irid ikollok oxygen points, irid ikollok fejn jagħmel ħwejġu, skambelli u dawn l-affarijiet.", "Mhux nispiċċaw bit-tazzi taħt is-sodda, ħwejġu taħt is-sodda, lanqas għandu fejn jiekol, m'għandekx purtiera għal privacy u d-dinjità tal-marid.", "Dawn huma affarijiet li aħna dejjem sħaqna u li qatt ma kellhom isiru f'dan il-punt.", "Ħaġa li qed tiġri wkoll, hija li bħala nurses u union qed nsibu problema li wara 2.30 p.m., meta niġu bżonn il-konsulenti biex jagħmlu ċertu discharges u hekk, ma jkunux available fl-isptar.", "Sfortunatament jibqa' biss it-tobba, dawk li aħna ngħidulhom tal-għassa li jkunu qed jikkaverjaw firms oħra, li ċertu deċiżjonijiet drastiċi jew inkella ta' discharges dawn ma jistgħux jieħdu.", "Għalfejn?", "Għax għandhom raġun, il-prassi qegħda ġo Mater Dei li l-konsulent ta' dik il-firm biss jista' jagħmel discharge.", "Infatti l-Ingilterra u postijiet oħra meta jkun hemm dak li jgħidulu in patient floating fejn litteralment ikollok aħdar, isfar u mbagħad jaqleb għal aħmar skont il-patient bed occupancy ta' dak l-isptar.", "Aħdar meta tkun fi stat normali, kif jibdew jimtlew ikun hemm monitoring ta' monitors fis-swali, fil-kurituri, fejn qed jagħmlu updating every 20 minutes, fejn dawn jagħtuk bed monitoring qawwi tal-isptar kollu.", "Kif imbagħad jaraw li l-bed occupancy qed titlà, jaqleb fuq l-isfar, kif jersaq lejn l-aħmar, il-konsulent anke jekk ikunu l-4.00 p.m jew l-5.00 p.m. ikollhom jitilqu minn fejn ikunu u jagħmlu discharges u dak li hemm bżonn, inkella l-isptar ..… (Interuzzjoni) Imma ġo Mater Dei s'issa għadha qatt ma ġiet delegata, hija waħda mill-affarijiet li tista' tiġri.", "Ħaġa wkoll li nbatu hija fuq human resources.", "Jiġifieri għandna problemi u fejn il-burokrazija tal-Gvern hija tad-daħk.", "Barra minn hekk biex tara xi progress fuq l-HR.… Aħna bħala union qed nagħmlu ħafna xogħol litteralment ta' human resources.", "Jekk fuq xi file trid toqgħod iċċempel lil DG PAHRO, il-Finanzi, l-HR tad-dipartiment, sempliċement biex taqilgħu minn stadju għall-ieħor.", "Xi kultant qishom bi pjaċir.", "Isma' hemm dak il-file, hemm dak il-promotion, ipprova mexxihuli, ipprova aħsibli fuqu, fejn mar dak il-file.", "U jekk ma jsirx hekk, min-naħa tal-Health Division, ma jsirux dawk il-famużi telefonati.", "U xi kultant nista' ngħidlek li meta tara hekk, bħala unions nieħdu aħna abbord u ngħid aħjar nieħu interess jien, inkella l-affari se teħel hemmhekk.", "Dawn huma problemi li aħna nħossu li bdew mill-bidu nett.", "X'ġara?", "Għalfejn għandna daqshekk direttivi?", "Ħalli nagħmel daqsxejn analiżi qabel ma nitkellem fuq id-direttivi stess.", "Għandna sptar li għalkemm ilu mibni 7 snin, tista' tgħid policies u guidelines, direzzjoni mill-management m'hemmx.", "Infatti tidħkux jekk ngħid – m'għandhiex tkun hekk - li ċertu direttivi sempliċement qegħdin biex nagħtu direzzjoni ta' policy jew guidelines x'għandhom jagħmlu n-nurses, għax litteralment hemm vakum.", "Nista' nsemmi ħafna eżempji.", "Jekk iqum konsulent filgħodu u jiddeċiedi li l-feriti tal-pazjenti m'għandhomx jinbidlu fil-polyclinics imma jġibuhom Mater Dei, m'hemm xejn x'iżommu.", "Affarijiet li ġraw dawn, kellna direttivi fuq dawn.", "Jekk iqum konsulent filgħodu u fettilu jrid jagħmel 20 admissions u jaf li m'hemmx sodod Mater Dei, m'hemmx xejn x'iżommu.", "Affarijiet li ġraw.", "Jekk hemm theatre bi slots - għax ngħidu problema tat-teatru - u s-surgeon irid jibqa' għaddej sat-3.00 p.m. meta s-slot tiegħu sas-1.00 p.m. m'hemmx xejn x'iżommu.", "Imbagħad ninqabdu aħna bħala nurses f'dawn il-kontroversji.", "Għalfejn?", "Għax il-manpower planning li għandna hemmhekk ikun sempliċement għal dak ix-xogħol speċifiku.", "(Interuzzjoni)", "THE CHAIRMAN: Imma l-konsulenti ma jkollhomx patients li jkunu bħala emergency?", "IS-SUR PAUL PACE: Le, imbagħad għandek l-electives.", "Għamilna ħabta l-electives intellgħuhom minn ġol-pantry.", "Litteralment jiġuk filgħodu - u lanqas in-nurses ma jkunu jafu bihom - bil-basket f'idejhom.", "Jgħidlek jien bagħatni t-tali professur biex nagħmel it-tali operazzjoni.", "IS-SUR COLIN GALEA: M'hemmx koordinament bejn x'se iddaħħal u x'hemm spazju.", "IS-SUR PAUL PACE: Litteralment intellgħuh minn ġol-kċina, jinża' u jippreparah minn ġol-kċina - minn ġol-pantry tal-ward - imbagħad titlob 'l Alla sakemm qed joperah – fil-vera sens tal-kelma titlob 'l Alla – li tilħaq tiżvojtalek sodda, jekk le, we are stranded.", "Dawk huma .… Imbagħad iddaħħal direttiva biex tagħmel daqsxejn sens li jinqabad l-infermier f'dan it-tip ta' kaos.", "THE CHAIRMAN: Għandkom xi proposti dwar il-management?", "IS-SUR PAUL PACE: Iva, ġej għalihom aktar tard.", "Għandna ċertu direttivi li huma sempliċement to safeguard in-nurses u l-patients from health and safety issues.", "Pereżempju l-iktar ħaġa komuni li niltaqgħu magħha hija jidħol nurse f'sala – l-iktar l-iktar fil-kurituri - u dan ma jsib xejn biex jaħdem.", "La jsib pilloli, la jsib catheters, la jsib pajpijiet, litteralment ma jsib xejn biex jaħdem.", "Iċempillek - ġieli anke bil-lejl – u jgħidlek suppost hawn sitt nurses.", "Illum sbaħna bi tnejn, dan kif se ntellgħu l-pazjenti għall-operations?", "Għandna lista ta' 7 jew 8 min-nies meta aħna qegħdin żewġ nurses biss.", "Dawn min se jtellagħhom?", "Nidħlu f'sitwazzjonijiet l-iktar l-iktar anke fil-kurituri.", "Jgħidulek hawnhekk lanqas pilloli m'hawn biex nagħti lill-pazjenti, dawn se nmur nisraqhom, se niddubahom … Pereżempju kwestjonijiet oħra fil-kurituri jekk imut pazjent.", "Se nkeffnuh fil-kuritur kulħadd jarah.", "Se tagħmel ċerti affarijiet invasive bħal blood transfusion, li hija a highly septic technique ġo kuritur, meta dawk huma ultra clean, jista' pazjent ilaqqat infezjoni?", "Allura spiċċajna b'direttivi biex ma jkeffnux, jew tagħmlux hekk.", "Għax min-naħa tal-isptar qatt ma taw direzzjoni ċara x'policy jew guidelines li tista' tagħti struttura għal dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri dan wara 7 snin ta' Mater Dei, nistgħu ngħidu li lanqas hemm guidelines għalina l-infermiera, li jgħidulek x'għandek tagħmel f'dawn iċ-ċirkostanzi jekk tinqabad fihom.", "Imbagħad għandek direttivi sfortunatament - ma ngħidilhomx dejjem politiċi – għal transfers li saru b'nuqqas ta' ħsieb.", "Issa mhux se noqgħod ngħid politiċi jew mhux politiċi għax xi kultant jitlobhom anke l-individwu.", "Imma x'kien qed jiġri?", "Isir ċaqliq mingħajr dak li jgħidulu replacement.", "Illum sala suppost tisbaħ b'6 min-nies minn filgħodu, u minnhom għandek 2 day nurses.", "2 day nurses ma jeżistux, telaq it-tali, telaq it-tali u ma ġewx replaced, mela dawn qamu b'nurse wieħed jew tnejn ġo sala li suppost għandek sitta min-nies.", "Postijiet jaħarqu bħal Casualty.", "Għandek vakanza ta' 16-il ruħ ġol-emerġenza.", "Ingħatat Area 2 mingħajr ma żidnilhom in-nurses kemm hemm suppost, b'tali mod li issa għandna direttivi wkoll ġol-emerġenza.", "Nista' nsemmi t-teatru.", "Neħħejna nurses ta' esperjenza kbira mit-teatru.", "Tgħidli għax talbu huma, imma almenu nagħmilhom b'tali sens li ma tagħtix skossi lis-servizz, li jekk se jitilqu dawn, inkun kapaċi ndaħħal xi ħaddieħor minn flokhom.", "Hemm available b'tali mod, li ma nagħtix xokkijiet lis-servizz.", "Issa nista' nsemmi Mount Carmel, nista' nsemmi ħafna postijiet.", "Tgħiduli intom bħala union, kif tidħlu fiha?", "Ġeneralment aħna nidħlu fiha mhux għal min ikun qed jinqeda.", "Għax min jinqeda ma jiġix għand il-union, dak imur fejn għandu jmur u jinqeda.", "Aħna li jiġu għandna, il-kumplament min ħalla warajh.", "Dik hi l-problema.", "Tgħidli: aħna nidħlu fiha?", "Aħna nidħlu fiha..", "Dan kulħadd ikollu one bad day, forsi tiġi sick leave jew hekk, imma things stand months on end, il-bniedem jgħejja.", "Ġeneralment nurse għandu tliet triqat.", "Illum nista' nagħmel studju.", "Jew li litteralment jimrad, meta ngħidu burn out ta' vera, iżomm kollox ġo fih u tarah nieżel, li dan lanqas tagħrfu, ma jibqax tajjeb għax-xogħol.", "Jew jiżfoga mal-union u jkun irid id-direttivi u jibda jwerżaq magħna għax abbandunajnih - imbagħad jien niżvoga magħkom - jew jirrikorri għas-sick leave.", "Ma jmurx għand l-union u jirrikorri għas-sick leave.", "L-iktar l-iktar f'postijiet li jaħarqu li l-cancellation of vacation leave ikun sistematiku, jgħidlek jien f'sitt xhur, f'seba' xhur ma' kull ġurnata leave li ktibt, ħasruhieli.", "IS-SUR COLIN GALEA: Dan iwassal għal nuqqas ta' Occupational Health and Safety fl-isptarijiet.", "THE CHAIRMAN: Thank you tal-overview li tajtna fuq is-sistema kif inhi u fuq il-funzjonijiet tal-union tagħkom.", "Nixtieq li nieħdu sehem aħna wkoll fiha din.", "Hemm xi ħadd għandu xi kummenti?", "IS-SUR PAUL PACE: Issa se ngħid x'inhuma d-direttivi li għandna.", "Fil-kurituri għandna għexieren ta' direttivi għan-nurses li jaħdmu hemm, waħda hija li ma jagħtux id-dmija, ma jagħmlux shrouding......", "CLAUDIO GRECH: Dawn irtirajtuhom illum?", "IS-SUR PAUL PACE: Le, aħna li rtirajna, huma dawk li kellna diskussjonijiet ma' Dr Fearne u għandna agreement.", "Ovvjament dawk li m'hemmx qbil fuqhom u l-problemi għadhom hemmhekk, ma rtirajnihomx.", "Aħna li rtirajna xi 7 minnhom ...", "CLAUDIO GRECH: Għax l-impressjoni kienet li rtirajtu kollox.", "IS-SUR PAUL PACE: Dawk li ddiskutejna … issa nsemmi xi uħud li rtirajna.", "Kieku rtirajna kollox ....l-istqarrija tagħna tgħid li numru ta' direttivi.", "Naħseb konna fair .…", "CLAUDIO GRECH: Tajjeb li rtirajtuhom.", "IS-SUR PAUL PACE: Irtirajna mhux għax tajjeb, imma għax sempliċement issa nista' nitkellem fuq l-affarijiet kif kienu.", "Imma mhux għax naqbel li nirtirawhom.", "Għax irridu niftehmu li d-direttivi mhux qegħdin hemm sempliċement to safeguard in-nurses, ħafna minnhom huma safeguard għal marid ukoll.", "Jien faċilment nista' ngħid isma': agħtu d-dmija ġol-kurituri, għaddu l-catheters ġol-kurituri.", "Imma dan qed nagħmlu a skapitu tal-morda.", "Jiġifieri mhux kemm taqbad u tirtirahom.", "Mela qed naħdmu sistema vera ħażina.", "Pazjent għadu dieħel l-emerġenza, freshly admitted.", "Fl-iktar mument li huwa vulnerabbli, il-marid qed ikun fil-kuritur.", "L-iktar mument li huwa kritiku, qed ikun fil-kuritur.", "Fejn hemm nuqqas ta' nurses.", "Il-ftit nurses li hemm, m'għandhomx biex jaħdmu, m'għandhomx servizzi biex jagħtuh.", "Fl-iktar mument li pazjent daħal l-isptar għax huwa marid.", "Jiġifieri rridu nifhmu d-direttivi huma sempliċement magħmula u magħġna b'sistema li qatt ma kellna nirrikorru għalihom, żgur.", "THE CHAIRMAN: Ma taħsibx li d-direttivi se jaffetwaw il-kura tal-pazjent?", "Dan bħal meta fl-airport jekk il-ħaddiema tal-airport jagħmlu direttiva, ovvjament in-nies ma jsiefrux imbagħad.", "IS-SUR COLIN GALEA: Li jiġri mbagħad, meta jkun hemm direttiva biex ċertu pazjenti li għandhom bżonn id-dmija pereżempju, imbagħad isir an extra effort u l-pazjent flok joqgħod fil-kuritur tinstablu sodda fis-sala.", "THE CHAIRMAN: Jekk ikun hemm xi ħadd mejjet fil-kuritur u ma jkeffnuhx.", "Ovvjament jekk ma jkeffnuhx...", "IS-SUR PAUL PACE: Id-direttivi xi kultant ikunu l-istimulu biex il-management jagħmel an extra effort.", "Pereżempju huwa standard practise, li ma' kull 5 pazjenti ikun hemm nurse.", "Allura mbagħad jekk għandna dik id-direttiva, ikun hemm dak l-extra effort mill-management, biex jattwa d-direttivi.", "B'hekk imbagħad għexna bid-direttivi għal snin twal.", "Għax hemm id-direttiva, mhux għax hemm il-bżonn.", "Pereżempju huwa basic requirement li ma' kull 5 pazjenti jrid ikun hemm nurse.", "Immaġinaw għandek 2 nurses, qed idaħħlu l-morda kollha mill-emerġenza.", "Ġieli f'lejl jiddaħħlu fuq 30 marid jew 40 marid.", "Apparti li jridu jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tal-pazjenti li għandhom fis-sala, li jistgħu jkunu critically ill, meta taf li għandek backlog ta' 2 min-nies.", "CHRISTOPHER FEARNE: Jekk tippermettieli nagħmel kumment żgħir, Mr. Chairman.", "Aħna naqblu li at the end of the day, l-importanti l-kura li tingħata lill-pazjent u jekk jista' jkun - u naħseb diġà qed niftehmu bejnietna u r-riżultati forsi diġà bdew jidhru - is-soluzzjonijiet nsibuhom qabel ma jiskalaw .....", "IS-SUR PAUL PACE: Mhux hekk.", "Jekk ikun hemm konsultazzjoni bejn it-tnejn..", "CHRISTOPHER FEARNE: Ma jfissirx li qatt mhu se jkollna tilwim industrijali.", "IS-SUR PAUL PACE: Dan mhux kwistjoni ta' tilwim.", "CHRISTOPHER FEARNE: Imma jekk jista' jkun, ikollna open channels biex dawn l-affarijiet insolvuhom.", "Għax nemmnu li ħafna mill-affarijiet li qegħdin tagħmlu qed tagħmluom in good faith.", "IS-SUR PAUL PACE: Dan mhux qed nagħmlu direttivi biex inżidu fil-paga tan-nurses, mhux qed nagħmlu direttivi a skapitu tal-but tagħna.", "M'għandniex direttivi relatati mal-flus.", "IS-SUR COLIN GALEA: Dan kif qed tgħid inti, meta l-management jiġi fuq il-union u jgħidilha isma' jien għandi din is-sitwazzjoni, se jkolli nagħmel hekk, hekk u hekk.", "Meta aħna qed nifhmu s-sitwazzjoni, jiġifieri qed nifhmu minn qabel, forsi nistgħu nagħtu xi parir fuq l-affarijiet kif se jiġru.", "Allura meta inti ppreparat f'din is-sitwazzjoni, anke kif ġie membru fuqek, qed ikellmek, mhux inti bis-surprises.", "Aħna s-surprises ma tantx inħobbuhom, f'daqqa waħda.", "Allura bniedem ikun avżat, jaf u jista' jimxi, kif għamilna miegħek.", "IS-SUR PAUL PACE: Biss waħda mill-affarijiet li jridu jsiru rigward is-sodod hija żgur li d-discharges iridu jibqgħu jsiru anke wara nofsinhar.", "Hija a stumble block qawwija li rajniha diġà fiż-żewġ sptarijiet, fejn il-patient flow system bid-discharges trid tibqa' għaddejja, u nevitaw ħafna pazjenti fil-kurituri.", "Ħaġa li qed tiġri wkoll hija l-constant watches.", "Il-constant watches biex nagħmluha ċara, ikollok deċiżjoni klinika fejn it-tabib jara li l-pazjent ikun ħafna drabi suwiċidjali u jieħu deċiżjoni li dan ikun under constant watch.", "Dan irid ikollu nurse, ġeneralment ta' esperjenza, li jkun qed jagħmel constant watch not more than one metre away f'Mount Carmel u issa daħlitilna wkoll Mater Dei.", "THE CHAIRMAN: Imma dawn il-constant watches, taħseb li qed isiru iktar milli hemm bżonn?", "IS-SUR PAUL PACE: Din hija deċiżjoni klinika.", "Jien jekk tistaqsu l-opinjoni tiegħi, iva, din hija xi kultant perk, li xi tabib ikollu, biex sempliċement jagħti kura aħjar lil xi pazjent li jkun qed jippreferi iktar mill-oħrajn.", "Imma ma nidħolx fiha għax m'għandix provi, imma hija deċiżjoni klinika.", "Ma jkollnix nurses biex jagħmlu dawn il-constant watches.", "Bir-riżultat li jekk dan jitgħallaq jew jagħmel ħsara lilu nnifsu - għax għalhekk ikun constant watch - dan xi ħadd legally irid ikun responsabbli.", "Għandna direttiva fejn qed ngħidu li la it is beyond us, u la l-complement tan-nurses qiegħed mas-sala kollha, u ma jiżdiedx il-complement tal-constant watches, allura f'dak il-każ jekk huwa l-constant watch tat-tabib, it-tabib irid jerfa' r-responsabiltà.", "Hemm liġi li tgħid li fl-aħħar tal-ġurnata hija r-responsabiltà tat-tabib, u għaldaqstant m'għandux jerfagħha n-nurse għax wara kollox n-nurses ma ntbagħtux għal dawn il-constant watches.", "Tajna direzzjoni li n-nurses meta ma jintbagħtulhomx extra nurses għal dawn il-constant watches .…", "IS-SUR COLIN GALEA: Biex ma ninftehmux ħażin.", "Ma' sala suppost ikun hemm żewġ jew tliet nurses.", "Issa jekk jiġi ordnat constant watch, dak in-nurse ma jistax jitnaqqas milli jkompli jieħu ħsieb il-25 marid ieħor biex titfgħu ma wieħed biss.", "Allura jrid jiġi provdut nurse għall-constant watch.", "Din anke bgħatna petition lill-AG fuqha.", "IS-SUR PAUL PACE: Din taħraq ħafna, li jkollok deċiżjoni ta' tabib fejn dan qed jordna constant watch.", "Jiġifieri għandek l-onus tar-responsabiltà.", "In-nurse tas-sala jċempel lill-management tal-isptar u jgħidlu li hemm tabib li ordnalu constant watch fuq t-tali marid, u għalhekk hemm bżonn iktar nurses.", "Il-management jgħidlu li m'għandux nurses biex jagħtih.", "Mela dan mhux qed jiġi covered.", "Jiġifieri l-kelma constant watch mhix qed tingħata.", "U din ħaġa serja, għax meta trattament ordnat ta' tabib mhux qed jingħata, hija gravissima, għax lanqas noħolmuha li xi ħaġa klinika ordnata għall-marid ma tingħatax.", "Anke jekk ikun hemm pillola out of stock u t-tabib ordnahielu, jien obbligat bil-liġi li nerġa' nċempel lil dak it-tabib, u ngħidlu dik il-pillola out of stock, aħjar titla' biex tiktiblu xi ħaġa oħra li tkun simili.", "Aħna ma nerfgħux responsabbiltà meta treatment ma jingħatax, l-iktar ikun ordnat mit-tabib.", "Bħala constant watch - li hija forma ta' treatment - meta din tiġi ordnata u ma tingħatax, l-obbligazzjoni tagħna ninformaw lit-tabib, isma' dan it-tip ta' trattament mhux qed jingħata.", "Kif jiġri f'affarijiet oħra.", "Kellna direttivi wkoll fit-theatres.", "Theatre official slot times, sfortunatament ma teżistix, bil-problema li aħna ngħidulha over running list.", "Mela jkollok kirurgu li suppost kellu jieqaf fis-1.00 p.m. U jiġi ieħor ikompli fis-2.00 p.m. Dak il-kirurgu ta' 1.00 p.m. baqa' għaddej, bil-konsegwenza li ġie l-ieħor hemmhekk li beda fit-tieni wieħed.", "Imbagħad jgħidu għax mhux qegħdin nurses biżżejjed!", "In-nurses jinqabdu f'din is-sitwazzjoni għax litteralment m'hemmx slot times uffiċjali.", "Il-lista jagħmilha l-konsulent kif jidhirlu hu mingħajr ħadd ma jagħmel supervision tal-ħin li tkun qegħda fil-lista.", "Bil-konsegwenza li jekk illum Mr X fettilu baqa' għaddej bl-operazzjonijiet u tela' Mr Y u ried jibda, trid tara minn fejn se ġġiblu n-nurses għax sempliċement Mr X baqa' għaddej.", "Jiġifieri n-nurses jinqabdu - għax hemmhekk il-management ukoll hemm vakum - x'se jagħmlu litteralment.", "L-iktar u iktar dan l-aħħar, meta ttieħdet id-deċiżjoni li Stage 2 Recovery – pazjent jagħmel stage one recovery fit-teatru imbagħad jinżel fir-Recovery Area - għax ma jkunx hemm sodod fis-sala, dawn jibqgħu hemmhekk fit-teatru.", "Il-pazjent qiegħed fully f'sensih, u dan lanqas jekk jitolbok tazza ilma jew għandu bżonn xi ħaġa, it-theatre mhux equipped li jidħlu n-nies.", "Ukoll deċiżjoni li ttieħdet mingħajr konsultazzjoni.", "Ħafna minn dawn id-deċiżjonijiet li ttieħdu, il-kelma nurse jew konsultazzjoni man-nurse jew kif se tolqot lin-nurse ħazin, qatt ma rawha, qatt ma ġiet mittieħda.", "U hija waħda mill-wegħġat.", "U mbagħad b'hekk jiġru d-direttivi.", "Għax litteralment id-deċiżjoni ma ttieħditx, mhux għax ittiedet ma' stakeholders - għax din mhix kwestjoni ta' stakeholders biss - imma sempliċement għax it-theatre mhux attrezzat biex tagħmel Stage 2 Recovery.", "Imma qed jintuża għalhekk.", "Id-Day Care Unit mhix attrezzata li tieħu pazjenti tal-mediċina.", "Aħna llum nistgħu ngħidu, li dak li ġie ppjanat f'Mater Dei primarjament, fid-diskussjoni ta' qabel il-migration minn St Luke's għal Mater Dei, kif kellha taħdem dik is-sala, kif kellu jaħdem it-teatru, kisser dan it-tip ta' ippjanar fuq crisis management tad-day to day.", "Jiġifieri jekk d-Day Care Unit hija unit li kellhom jinżlu pazjenti tal-ġurnata u minn wara ġurnata, lanqas jorqdu hemm, imma jmorru d-dar, spiċċat bil-pazjenti tal-mediċina jorqdu hemm.", "Jiġifieri facilities m'għandhiex dik is-sala.", "It-theatre m'għandux facilities li jżomm l-morda hemmhekk.", "It-theatre ismu miegħu, topera ruħek, tagħmel ir-Recovery First Stage, tiftaħ għajnejk, tkun stabbli u jniżżluk fis-sala.", "Bil-problemi fis-swali dawn jibqgħulek hemm fuq u n-nurses jinqabdu hemmhekk, litteralment x'se nagħmlu, x'se nagħmlu.", "Sfortunatament meta ma jsibux wens mill-management, il-port of call tkun l-union.", "THE CHAIRMAN: All right hemm il-problema ta' nuqqas ta' sodod li semmejna, li anke tlaħħaq 400, imma bħala union, speċi tieħdu ħsieb in-nurses, imma meta jkun hemm problema biex ma jbatix il-pazjent ma tippruvawx tagħmlu dak id-daqsxejn sagrifiċċju ....", "IS-SUR PAUL PACE: Għax din mhijiex xi ħaġa akuta ta' ġimgħa.", "Pereżempju meta daħlet Stage 2 Recovery, kienet kważi ilha ġimgħa jew ħmistax.", "Qgħadna kwieti, għedna forsi ġiet siegħa ħażina fuq il-pajjiz u tgħid tagħmel sagrifiċċju.", "Meta mbagħad jgħaddi xahar, xahrejn, imbagħad tibda tgħid hawnhekk hawn xi ħaġa ħażina ...", "IS-SUR COLIN GALEA: Xi ħaġa li xtaqt ngħid, insemmu ħafna l-waiting time u l-waiting list.", "Tajjeb li ssolvihom dawn, imma tinsiex li iktar ma topera, trid iktar sodod.", "Jiġifieri qabel ma tipprova tagħmel enfasi biex topera aktar, trid iktar sodod.", "L-istess ħaġa l-casualty.", "Imbilli aħna nnaqqsu l-waiting time tal-casualty u flok tagħmel 8 sigħat tagħmel 3 sigħat, imma mbagħad m'hemmx sodda fejn tmur, inutli, għax jitfgħuk ġo kuritur.", "Qabel innaqqsu l-waiting time tal-casualty u nżidu l-waiting list, ejja ħalli noħolqu iktar soddod għax inkella qed nisparaw lejn saqajna.", "IS-SUR PAUL PACE: Ħalli nkompli fuq dak li qed jgħid il-kollega tiegħi.", "Fl-emerġenza.", "Mela jarak il-konsulent u jarak l-ewwel tabib u t-tieni tabib.", "Imbagħad tagħmel sagħtejn, tliet sigħat tistenna għax irid jiġi jarak it-tabib tal-firm, toqgħod hemm.", "Hemmhekk diġà tellajt sitt sigħat, sebgħa.", "Kif jgħaddu sitt sigħat, sebgħa, trid tagħmel 3 sigħat tistenna s-sodda biex l-bed management jiddeċiedi fejn tmur.", "Tagħmel span ta' ħdax-il siegħa.", "Xi kultant in-nies jgħidulek mort hemm fl-4 ta' filgħodu u 3 min-nies biss kien hemm qabli imma bdew jarawni fis-2.00 p.m.", "Kif qed taraw, dawn huma affarijiet li anke xi kultant nidħak.", "Issemma l-parking ta' Boffa, kullħadd jaf li hemmhekk għandek sptar fejn m'għandekx fejn tipparkja mkien, lanqas tal-familja.", "Nista' nsemmi ħafna affarijiet, biss biss waħda mill-affarijiet li ġrat illum.", "Inbidel is-CEO, dik ukoll dħalna fiha.", "Kienet deċiżjoni li f'daqqa waħda spiċċajna b'żewġt CEOs.", "Wards nqabdu bejn dawn iż-żewġ CEOs u ma kenitx healthy xejn.", "Deċiżjoni mingħajr konsultazzjoni mal-konsulenti u l-istakeholders.", "Infatti hawnhekk qbilna li jkollna CEO wieħed, imma meta nbidlet, sempliċement imbagħad spiċċajna nurses maqbudin fin-nofs, in-no man's land.", "U ħadt pjaċir li llum speċi ġejna back to square one kif konna fl-antik.", "Kellna direttivi Għawdex, u kellna direttivi anke fil-maternità.", "Numru ta' ċesarji eċċessivi u eżuberanti, anke meta ma jkunx hemm sodod għal mothers.", "Dan mhux ma rridux naħdmu, imma jibdew ċertu numru ta' ommijiet għal ħlas fl-istess waqt, meta jafu li m'hemmx sodod għalihom.", "Xi kultant qas delivery suites ma jkollna.(Interuzzonijiet) Jibdewhom u ċertu ċesarji jkunu jistgħu jistennew.", "THE CHAIRMAN: Id-Dipartiment tal-Onkoloġija li għad irid jiftaħ, dak inti ma taqbilx li jkun parti mill-management ta' Mater Dei?", "IS-SUR PAUL PACE: Dik hija stumble block kbira oħra.", "Għala?", "Inti għandek Boffa, struttura sejra tajjeb, m'għandhiex dawk il-problemi li għandu Mater Dei.", "Inti tipprova kemm jista' jkun li l-Isptar Boffa tħallih running smoothly qisu għalih.", "L-iktar imbagħad stumble block kbira kien meta smajna li se jintuza bħala pilot project.", "L-ewwel ħaġa, sptar tal-onkoloġija fejn għandek pazjenti vera vulnerabbli it's not something to put in a pilot mode.", "U jekk għandek sptar sejjer tajjeb, never change a winning horse.", "Barra minn hekk ....", "THE CHAIRMAN: Barra mill-onkoloġija, l-Isptar Boffa għandu d-dermatoloġija ....", "IS-SUR PAUL PACE: Imma 'l quddiem id-dermatoloġija se tispiċċa minn hemmhekk.", "Meta jekk Alla jrid jagħmlu l-migration, id-dermatoloġija mhix se tibqa' parti mill-onkoloġija.", "Dawk li qed tgħid inti, li llum qegħdin parti minn Boffa, se jitilqu minn hemmhekk.", "Tinsiex li għandek 2 wards, ME 2 u Rainbow se jiġu oncology, wara li d-dermatoloġija tidħol hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: U l-oncology hospital m'għandux biżżejjed sodod ukoll?", "IS-SUR PAUL PACE: L-oncology kif qegħdha, għalkemm żidna s-sodod on the long term..", "IS-SUR COLIN GALEA: Fi żmien ħames snin, jerġa' jkollna problema.", "IS-SUR PAUL PACE: L-iktar l-iktar fejn jidħol palliative care, pereżempju.", "Semmejna l-komunità li tibgħat in-nurse d-dar.", "Rajna sistema għal cancer patients, li xi kultant il-familji jagħmlu sagrifiċċju u mirakli biex iżommu lil xi ħadd tal-familja d-dar, meta nafu li mhux qed nagħtuhom dak is-sapport neċessarju.", "Jiġifieri jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-affarijiet jinbidlu mil-lum għal għada u ma jagħmlux sens.", "Din mhux sempliċement konsultazzjoni, trid tavża l-MUMN.", "Ma jarawx the ripple effect u l-konsegwenza ta' dak li ġġib magħha.", "Kellna direttiva wkoll… Tqum filgħodu u litteralment toħroġlok memo … Daħlet prassi issa ..", "CLAUDIO GRECH: Jien għandi ħafna x'nistaqsi kieku.", "Għax aħna l-meeting tal-lum kien purament biex nippruvaw niddentifikaw x'inhi l-iktar issue li hija relevanti fiċ-ċirkostanzi preżenti u li qed toħloq concern għal impjegati li tirrappreżentaw intom.", "Kieku aħna kellna hawnhekk l-istakeholders prinċipali u kieku tista' tiġi ndirizzata issue ...", "IS-SUR PAUL PACE: Ara llum, il-man-power planning huwa nieqes.", "Barra minn hekk ittieħdu deċiżjonijiet kliniċi - u lanqas nażżarda ngħid li mill-management għax xi kultant lanqas taf minn fejn jiġu - li l-infermier inqabad fin-nofs u litteralment ġie ma jafx x'se jagħmel.", "Kif qed taraw, għandna direttivi kważi għax sempliċement għandna sptar li m'hemmx direzzjoni kif għandek taħdem fih.", "Jekk tmur barra minn Malta l-ewwel ma jgħidulek, isma' għandna policies u guidelines għal-konsulenti, policies u guidelines għan-nurses, policies u guidelines għall-physiotherapists .… Kif jaħdem sptar, kif management jagħmel.", "Jien nista' nagħtik breakdown ta' nurses neqsin.", "F'Mater Dei hemm l'fuq minn 140 nurse nieqsa, għandek 25 ġo Għawdex, 25 oħra San Vincenz u hemm 48 ġol-isptar tal-Oncology il-ġdid li se niġu bżonnhom.", "Dan mingħajr ma nsemmu l-investiment li suppost għandu jsir fil-kura primarja.", "Health Centres l-inqas li għandhom, forsi fadall xi 25 nurses oħra.", "Biss meta nsemmu Health Centres, dawk li għandna llum biss, mingħajr ma nagħmlu investiment fil-kura primarja.", "Jiġifieri anke din, nisimgħu l-politiku jgħid li rridu nagħmlu investiment fil-kura primarja.", "Biex tagħmel investiment, trid żewġ affarijiet, nies u flus.", "Qatt ma ġew investiti, għax in-nies jonqsu u l-flus naqsu wkoll bħala baġit.", "Jiġifieri jien li rrid ngħid huwa li hemm 400 nurses short.", "Biss barra li għandek dawn il-problemi, ukoll hemm ċertu prattiċi tax-xogħol li jistgħu jtaffu daqsxejn is-sitwazzjoni li hemm.", "Għandek in-nuqqas ta' sodod ....Infatti inti trid taħdem bit-tnejn", "IS-SUR COLIN GALEA: Wara l-man-power plan hemm in-nuqqas ta' sodod.", "Jekk taħdem fuq dawn it-tnejn, issolvi ħafna problemi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Christopher Fearne jikkonkludi.", "CHRISTOPHER FEARNE: Jien naħseb li l-ispirtu li rridu naħdmu bih hu, li aħna nqisu lilna nfusna partners.", "Jiġifieri mhux qisna se nibdew bħala qegħdin fuq il-mejda u naraw fejn se nilħqu kompromess.", "Jiġifieri mhix kwestjoni li nilħqu kompromess bejnietna, imma kemm jista' jkun naħdmu flimkien biex insolvu l-problemi li hemm.", "Jien naħseb li f'dawn il-ftit ġranet li jiena minn naħa tiegħi ili f'din ir-responsabiltà fuq spallejja, naħseb diġà għamilna progress konsiderevoli u rajna good will min-naħa tagħna u min-naħa tagħkom ukoll.", "U nispera li fil-ġranet u fil-ġimgħat li ġejjin, inkunu nistgħu naħdmu iżjed f'dan ir-rigward.", "Ma jfissirx li mhux se jkollna tilwimiet, però jien naħseb li għandna ħafna iżjed in komuni milli għandna affarijiet li ma narawx għajn m'għajn.", "Fl-aħħar mill-aħħar dejjem irridu naħsbu fil-pazjent, dik ma nixbax ngħidha.", "Nirringrazzjakom talli ġejtu, nirringrazzja lilek Mr Chairman, tal-okkażżjoni u lill-Onor.", "Claudio Grech li qed ikun kostruttiv ħafna fil-mod kif qed jitkellem, speċjalment għall-fatt li llum jiena qiegħed għall-ewwel darba fuq il-kumitat.", "U ukoll li bl-inizjattiva tiegħu qed niltaqgħu llum u se nkomplu niltaqgħu fil-futur.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Naġġornaw għal-laqgħa għal tliet ġimgħat wara l-Easter recess.", "Fid-9:16 il-Kumitat ikkonkluda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140416_002d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 16 ta' April 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.43 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1 li saret fis-26 ta' Marzu, 2014 kienu konfermati.", "IS-SITWAZZJONI INDUSTRIJALI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA.", "DISKUSSJONIJIET MAL-UNIONS EWLENIN.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Anthony Paul Azzopardi u lil Dr Jason Bonnici, President u l-Onor Segretarju rispettivament tal-Association of Private Family Doctors (APFD) biex jagħtu preżentazzjoni dwar ħidmet l-assoċjazzjoni.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Anthony Paul Azzopardi ppreżenta lill-Kumitat:", "Wara huwa ta preżentazzjoni ntitolata:", "Wara, l-kumitat stieden lil Mr Bernard Caruana u lil Ms Audrey Sciberras, President u Viċi-President rispettivament tal-Malta Union of Psychologists (MUPP) fejn Mr Caruana ta preżentazzjoni dwar kif ix-xogħol tal-psikologi jidħol fid-diversi taqsimiet kemm tas-saħħa kif ukoll tal-edukazzjoni.", "Wara s-Sur Jesmond Bonello, is-Sur Josef Vella u s-Sur Gian Paul Gauci, President, Segretarju Ġenerali u Segretarju tal-Qasam tas-Saħħa rispettivament tal-Unjoni Ħaddiema Magħqudin (UĦM) taw preżentazzjoni fuq in-nuqqasijiet li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma membri tal-UĦM, fosthom li ġranet tal-leave jiġu kkanċellati, nuqqas ta' komunikazzjoni bejn il-management u l-UĦM, u nuqqas ta' uniformijiet u equipment.", "Is-Sur Josef Vella ta preżentazzjoni ntitolata:", "Il-President tal-Kumitat stieden ukoll lis-Sur Victor Carachi u lis-Sur Josef Bugeja, President u Deputat Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) biex jitkellmu fuq is-suġġett, u fost oħrajn semmew stream lining ta' policies, category allowances, u kif ħaddiema minn diversi skali jispiċċaw jagħmlu l-istess xogħol.", "Ġew mistiedna wkoll il-Medical Association of Malta (MAM) fejn Mr Gordon Caruana Dingli u Dr Martin Balzan, President u Segretarju rispettivament tal-Assoċjazzjoni, taw preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-tobba fl-Isptar Mater Dei.", "Fost l-oħrajn huma elenkaw il-flessibilità tal-ħinjiet tax-xogħol, il-working-time directive, li għandu jkun hemm titjib fil-management u li l-Primary Health għandha tissaħħaħ.", "Wara l-Kumitat stieden lis-Sur Paul Pace u lis-Sur Colin Galea, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Maltese Union of Midwives and Nurses (MUMN) biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Pace ta rendikont tal-azzjonijiet industrijali li l-MUMN għandha fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll semma n-nuqqasijiet li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom b'mod speċjali l-infermiera.", "Wara kull preżentazzjoni li għamlu l-uffiċjali tal-Unions u tal-Assoċjazzjonijiet, kien hemm diskussjoni.", "Fid-9.16 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140416_002m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 16 ta' April, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 16 ta' April, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta fis-7.06 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 23 li saret nhar l-Erbgħa 9 ta' April 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Se npoġġi din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kumitat;", "THE CHAIRPERSON: It-tieni item fuq l-aġenda tagħna llum hija d-diskussjoni mas-Sinjura Renee Laivera li se tkellimna ftit fuq ir-rapport li ħareġ mill-Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika għas-sena 2013 u Frar 2014.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lis-Sinj.", "Laivera talli qiegħda hawnhekk.", "Nixtieq infakkrek li din il-laqgħa se tiġi audio recorded.", "Issa aħna konna qegħdin naraw daqxejn dan ir-rapport li ħareġ mill-Kummissjoni.", "Imma qabel xejn tista'", "tgħidilna ftit x'inhu l-irwol tiegħek fi ħdan il-Kummissjoni?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA (Vice-Chairperson for the Commission on Domestic Violence): L-irwol tiegħi huwa ta' Deputy Chair fuq il-Kummissjoni.", "Aħna ġejna appuntati s-sena l-oħra u l-irwol tiegħi jiddependi ħafna mid-diskussjonijiet li jkunu għaddejjin.", "Ħafna drabi, peress li għandi background sod fuq il-violence against women, jiena naqsam din l-esperjenza tiegħi f'dan ir-rigward u nagħti l-pariri li jkun hemm bżonn.", "Pereżempju waħda mill-affarijiet li ħdimt ħafna fuqha kienet is-SART (Sexual Assault Response Team), fejn kont fuq il-kumitat u mbagħad il-Ministru – li llum laħqet President ta' Malta - Marie Louise Coleiro Preca ħatritni chair fuq is-SART fl-isptar Mater Dei.", "Nista' ngħid li hemmhekk għamilna ħafna xogħol.", "Bażikament kien hemm diskussjonijiet għaddejjin fir-rigward ta' x'hemm bżonn isir fil-ġbir ta' statistika.", "Jiena fl-irwol tiegħi bħala Chairperson tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza niġi mistiedna sabiex nattendi għall-meetings dwar il-gender against violence mill-European Institute of Gendery Equality, fejn hemmhekk qegħdin jagħmlu database tajba ħafna fuq il-gender based violence fuq il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kollha u qed jaħdmuha bħala mappa.", "Allura għamilna preview u ddiskutejna fit-tul x'indicators hemm bżonn u għamilna meeting preliminarju ħafna dwar x'data għandna bżonn niġbru peress li ma kienx hemm data ta' dan it-tip.", "Kulħadd jiġbor id-data bil-metodu tiegħu tal-pajjiż differenti.", "Allura qed insibuha diffiċli biex naraw the overall picture.", "Saret diskussjoni at EU level fuq kif se nikkoordinaw u bħalissa l-institute qiegħed jiġbor l-administration data, jiġifieri dak li jiġbru d-dipartimenti.", "Aħna konna ffortunati li għandna wkoll il-prevalence survey u allura għandna snapshot tal-2011 fuq x'qed jiġri fir-rigward tad-domestic violence.", "Peress li kulħadd huwa differenti qed jaraw bejn wieħed u ieħor kif jistgħu jikkomparaw din l-admin data mid-dipartimenti.", "Pereżempju l-Pulizija l-iktar li jżommu data għax fil-pajjiżi kollha jżommu r-rapporti li jkollhom u allura l-informazzjoni bażika se tkun simili.", "Mentri mill-qasam tas-saħħa huwa inqas.", "Dawn jibdew jikkomparaw ukoll il-liġijiet, fejn kważi f'ħafna mill-pajjiżi għandek ir-rape legislation u l-istalking legislation.", "U allura jibdew jikkomparaw biex jaraw jekk hijiex gender neutral ...", "THE CHAIRPERSON: Allura intom qed tiddiskutu dawn l-affarijiet magħhom biex taraw kif tistgħu taħdmu flimkien?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Qegħdin niġbru l-informazzjoni wkoll biex bejn wieħed u ieħor ikollna idea fuq x'qed jiġri f'dan ir-rigward.", "Aħna ovvjament qed isir xogħol min-naħa tal-Kummissjoni.", "Ir-research analyst tagħna flimkien maċ-Chairperson tal-Commission marru jkellmu lill-Pulizija u lin-nies tal-Qorti biex naraw b'liema mod nistgħu nagħmlu depository ta' data biex kemm jista' jkun ma jkollniex overlapping.", "Pereżempju jekk aħna nħarsu lejn il-Pulizija jista' jkun li dawn ikunu marru għand l-Appoġġ u allura, jekk aħna ma noqogħdux attenti jista' ikun li nkunu qegħdin niddupplikaw in-numri.", "Anke l-mod ta' kif tinġabar l-informazzjoni.", "Pereżempju, kull darba li jsir rapport dak għandu jiġi nnotat bħala każ wieħed anke jekk tkun l-istess persuna li qed tagħmel aktar minn rapport wieħed?", "Dawk huma l-issues li qed nidħlu fihom.", "THE CHAIRPERSON: Ovvjament dan il-Kumitat ġie mwaqqaf f'Marzu tas-sena l-oħra imma ma rċevejna l-ebda rapporti min-naħa tagħkom.", "U meta s-Segretarju tagħna staqsa dwarhom qalulu li hemm xi rapporti tas-sentejn ta' qabel li għadhom pending.", "X'sar minnhom dawn ir-rapporti u fejn qegħdin?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Fil-fatt qaluli li x'aktarx se tqum din il-mistoqsija u għalhekk tawni l-informazzjoni biex inkun nista' nwieġeb.", "Eventwalment sar a by-annual report tal-2011 u tal-2012 li qatt ma ġie tabled fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għaldaqstant, strictly speaking dan għadu mhuwiex uffiċjali.", "Meta staqsejna dwar dan lill-Permanent Secretary qalilna li dan għadu ma ġiex imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u għalhekk għadu mhuwiex rapport uffiċjali.", "B'hekk ma ġejtx bih illum għaliex qaluli li mhuwiex uffiċjali u li l-ewwel irid jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Michael Farrugia talli ngħaqad magħna għal din il-laqgħa.", "B'hekk l-affarijiet li jistgħu jqumu f'din il-laqgħa nkunu nistgħu nindirizzawhom flimkien u l-Ministru jkun jaf bihom ukoll.", "Jiena ma nistax nifhem għalfejn sar a by-annual report meta l-liġi tgħidlek li dan ir-rapport irid isir kull sena!", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jiena ma nistax ngħid għalfejn ittieħdet dik id-deċiżjoni għax dak iż-żmien kien għadni m'iniex fil-Kummissjoni.", "THE CHAIRPERSON: Mela fuq din ma nformawkx?!", "Fuq din il-biċċa partikolari ma qaluli xejn imma biex inkun ġusta, Miss Joanna Xuereb li kienet iċ-Chairperson preċedenti tal-Kummissjoni, ġiet għall-ewwel laqgħa u tatna l-handover u qaltilna bix-xogħol li kien qiegħed isir u kif irridu mmexxu.", "THE CHAIRPERSON: Almenu din is-sena reġa' sar rapport annwali u nispera li jibqa' isir hekk.", "Dik ridt insemmiha biex inkunu ċari.", "Issa hawnhekk se naraw sezzjoni sezzjoni minn dan ir-rapport, u fil-fatt qiegħda nara xi ħaġa li għandha x'taqsam mas-sotto-kumitati li they were conviened by the Commission.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Mill-Kummissjoni preċedenti imma hux?", "Tista' tgħidli f'liema paġna qegħdin jekk ma jimpurtax?", "THE CHAIRPERSON: Qegħin paġna 11.", "Iva, saru mill-Kummissjoni preċedenti.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Eżattament.", "Issa għandna sotto-kumitati differenti.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Din bħalissa qiegħda taħdem b'mod differenti għax pereżempju għamilna sotto-kumitat fuq is-SART.", "Hawnhekk kellna naħdmu biex nikkoordinaw mal-Ministeru tal-Intern u mal-Ministeru tas-Saħħa, jiġifieri għandek il-Pulizija u l-isptar Mater Dei kif ukoll id-dipartiment tas-saħħa.", "Daħlet ukoll l-Aġenzija Appoġġ permezz tad-DVU u s-servizzi tagħhom biex meta persuna tidħol l-isptar, din issib post apposta u tmur hemmhekk biex tiġi trattata.", "THE CHAIRPERSON: Dak huwa s-sotto-kumitat li hemm issa.", "Issa dan is-sotto-kumitat tas-service development – u f'dan il-Kumitat iddiskutejna għal perjodu twil mhux ħażin is-servizzi li jingħataw – mid-dehra ltaqa' darba biss.", "Tista' tgħidilna għalfejn?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Iċ-Chair kellha meeting mal-Appoġġ – u hawnhekk qed jingħad li kien hemm a meeting with Ms Sina Bugeja - fejn iddiskutiet is-servizzi li jingħataw hemmhekk.", "Din qiegħda f'paġna 7 u hemm ukoll elenku tad-diskussjonijiet li saru.", "THE CHAIRPERSON: Skużani ftit għax paġna 7 ma nistax insibha.", "Ir-rapport li għandi f'idi jibda minn paġna 10.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Għandek raġun għax inti qiegħda tħares in-naħa ta' fuq tal-paġna.", "Mela din qiegħda f'paġna 13 paragrafu 6.3.", "Hemmhekk qed jingħad li saru meetings dwar x'qed jiġri għax skond il-liġi aħna suppost li nissorveljaw ix-xogħol tal-Aġenzija Appoġġ ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri matul dik is-sena saret laqgħa waħda biss?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Le, ma kienx hemm laqgħa waħda biss imma saru diversi.", "Aħna nżommu wkoll kuntatt kontinwu mal-Appoġġ.", "Pereżempju, fuq is-SART kellna ndaħħlu s-social workers magħna biex dawn ikunu hemmhekk 24/7.", "U fil-fatt din ġiet imsemmija fir-raba' bullet.", "Dan għaliex fl-isptar ikunu hemm biss matul il-ġurnata mentri aħna xtaqna li f'dan is-servizz tas-SART ikunu available l-ħin kollu għax inti ma tafx meta se tidħol persuna li tkun ġiet stuprata.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda ngħid hekk għax min jaqra r-rapport jaħseb – u fil-fatt aħna hekk ħsibna - li saret laqgħa waħda fis-17 ta' Lulju u waqaftu hemm.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Dik kienet l-ewwel laqgħa għax imbagħad il-laqgħat baqgħu għaddejjin u l-kuntatt inżamm il-ħin kollu.", "Pereżempju meta aħna konna fil-kumitat tas-SART kien ikollna social worker magħna biex niddiskutu kif se jorganizzaw ruħhom u biex naraw kif se jkollna aktar pulizija.", "Kellna diskussjonijiet ukoll man-nies ta' Mater Dei u għalkemm ma tantx dħalna fid-dettall, kellna diversi diskussjonijiet magħhom biex naraw kif se norganizzaw is-servizzi li se jingħataw biex ma niddupplikawx ix-xogħol għal dik il-povra persuna li tkun għadha kemm għaddiet minn xi trawma.", "THE CHAIRPERSON: Meta kontu qegħdin tħarsu lejn is-servizzi, kontu qed tħarsu biss lejn l-Appoġġ?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Safejn naf jien iċ-Chair kienet marret tara xi bżonnijiet hemm fix-shelters differenti, b'mod partikolari fid-Dar Merħba Bik biex tkun taf eżattament il-feedback tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Għandek idea għamlitx laqgħat man-nies min-naħa tas-Saħħa u min-naħa tal-Pulizija?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Mal-Pulizija saru ħafna.", "Fil-fatt bħalissa qiegħed isir ħafna xogħol mal-Pulizija, fejn qed jingħata ħafna taħriġ u qegħdin niġbru ħafna feedback mingħandhom.", "Jiġifieri apparti li qegħdin nagħtuhom it-taħriġ qegħdin niġbru dan il-feedback biex naraw l-affarijiet mil-lenti tagħhom, xi sfidi jaraw kif ukoll xi problemi jaraw biex aħna, min-naħa tagħna nipprovaw naraw kif se nindirizzawhom.", "Ma ninsewx li dawn huma l-ewwel nies li jiltaqgħu mal-vittma, speċjalment il-pulizija fid-distretti.", "Fid-distretti nħossu li hemm bżonn ħafna iktar taħriġ u li t-taħriġ ikun wieħed kontinwu.", "Taħriġ isir u ilu s-snin isir imma n-nies jinbidlu u allura kull meta jinbidlu n-nies inti trid terġa' tagħti dan it-taħriġ mill-ġdid.", "Nafu li ħafna mill-vittmi jgħidulek li l-pulizija mhux qed jirrispondu għall-bżonnijiet tagħhom.", "Madankollu Dr Yana Micallef Stafrace kellha diversi laqgħat, fosthom anke mal-Kummissarju tal-Pulizija, u issa qed jingħata t-taħriġ lill-pulizija.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk qiegħda nara li saret laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit u mbagħad għandna lista sħiħa ta' x'kienu l-miri ta' dik il-laqgħa.", "Jiena qiegħda nitkellem fuq bullet 6.4.", "Issa jiena qiegħda nħoss li fir-rapport qed ngħidu x'kienu l-miri tal-laqgħat li saru imma mbagħad mhu qed ngħidu xejn fuq x'ħareġ b'mod kostruttiv minn dawn il-laqgħat biex inkunu nistgħu naħdmu fuqhom.", "Din jiena qiegħda naraha nieqsa mir-rapport.", "Meta tkellimna naqra żgħira bejnietna jidher li kulħadd għandu din is-sensazzjoni.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Għandkom biċċa raġun hawnhekk għax issa li qiegħda naqrah qiegħda nifhem xi tridu tgħidu.", "L-idea hi biex insibu soluzzjoni u fil-fatt, f'dan ir-rigward tal-protezzjoni tal-pulizija qabel konna f'sitwazzjoni fejn dan is-servizz jingħata biss lil min hu verament f'sitwazzjoni diffiċli ħafna.", "Il-mira tad-diskussjoni kienet li din il-protezzjoni tingħata mhux biss f'dawk iċ-ċirkostanzi imma anke meta tintalab mill-Appoġġ u li dan is-servizz jingħata bla ħlas.", "Hawn min ma jkunx jiflaħ iħallas imma xorta jkollu bżonn din l-għajnuna.", "Jiġifieri inti trid tħares lejn il-vittma kif qed tħossha u kemm din tkun qiegħda tħoss li hija f'periklu.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri meta qegħdin tgħidu \"the need of police protection for all women and not only for extremely difficult cases to attend court sittings\" intom kontu qegħdin tiddiskutu fuq jekk il-pulizija għandhiex titla' mal-vittmi?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Iddiskutejna mal-Pulizija u safejn naf jien - għallinqas hekk irrapportat iċ-Chairperson - il-Kummissarju qabel li jibgħat il-pulizija mal-vittmi fil-Qorti biex jipproteġuhom hemmhekk.", "U dawn jintbagħtu mhux biss in extremely difficult cases.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri qiegħda tgħid li l-vittmi jiġu eskortati mill-pulizija?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Li jidħlu magħhom il-Qorti, jiġifieri fil-Qorti jkun hemm il-pulizija tipproteġihom.", "THE CHAIRPERSON: Jien għadni qatt ma rajt pulizija l-Qorti jipproteġi lil xi vittma ta' vjolenza domestika!", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jiena waqt il-laqgħa li kellna fil-Kummissjoni kien intqal li dan qed isir.", "THE CHAIRPERSON: Il-pulizija li jkun hemm żgur huma l-ispettur li jkun qed imexxi l-kawża u l-pulizija li jkun qed iqassam ir-riferti imma pulizija li qiegħed speċifikament mal-vittma qatt ma rajt.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jista' jkun li l-każijiet li rajt inti ma kienux ikkonsidrati mill-pulizija bħala extreme difficult cases għax dak iż-żmien kienu qegħdin jaraw biss l-extremely difficult cases.", "Issa aħna qegħdin f'diskussjoni magħhom biex jinkludu lil kulħadd u mhux biss l-extremely difficult cases.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Jiġifieri minn meta kien isir bi ħlas?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Meta kienu jitilgħu magħhom in extremely difficult cases.", "THE CHAIRPERSON: U kienu jħallsu l-vittmi għal dan is-servizz?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Kienu jħallsu n-nies għax il-pulizija kien irid jinqala' għal dak ix-xogħol partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Jekk inti kellek extremely difficult case kont tħallas lill-pulizija biex dan jitla' miegħek?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Hekk fhimtha jien.", "Ovvjament extremely difficult cases hija xi ħaġa suġġettiva għax min se jiddeċiedi x'inhu an extremely difficult case?", "Il-pulizija?", "Tal-Appoġġ?", "Jew il-vittma?", "THE CHAIRPERSON: Jekk qiegħda tingħata against payment il-pulizija għandhom jiġu dejjem!", "Imma jien qatt ma smajtha din.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ma jiġux against payment imma jiġu free of charge.", "Kien hemm problema għaliex aħna għandna fuq il-Kummissjoni lill-Ispettur Louise li bdiet tgħidilna u tispjegalna li huwa diffiċli għall-pulizija biex jagħmlu dan.", "Għalkemm aħna għednilha li rridu nsibu soluzzjoni għaliha din u fil-fatt qegħdin f'diskussjoni biex naraw nistgħux insibu soluzzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Fil-każ niċċekkjaw ftit mal-pulizija wkoll fuqha.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Aħna kellna problema dwar l-istatistika - u tifhimhom l-Appoġġ - minħabba d-data protection.", "Allura issa dħalna f'diskussjonijiet anke mad-Data Protection Commissioner u qalulna biex nipprovaw nintroduċu kif għamlu tad-Drugs Commission fejn jużaw l-aħħar tliet numri biss tal-ID biex inti ma tkunx tista' tiddentifika l-persuna.", "Għalhekk qed nipprovaw noħolqu - għalkemm għadna fil-bidu tagħha - database biex niġbru l-informazzjoni mingħand il-pulizija u mingħand l-Appoġġ.", "Naturalment qegħdin nipprovaw noqogħdu attenti ħalli ma jkollniex overlapping ta' każijiet għaliex hemm ħafna nies li jmorru l-Appoġġ u ma jmorrux għand il-pulizija.", "DEO DEBATTISTA: Id-data lil min qiegħda tipproteġi?", "Hemm xi ħsieb biex isir reġistru ħalli dawk l-irġiel li jinstabu ħatja nkunu nafu min huma u biex kemm jista' ikun din il-ħaġa ma tirrepetix ruħha?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Dik qegħdin narawha bħalissa fi ħdan id-diskussjonijiet li qed isiru fuq l-Istanbul Convention.", "Fil-fatt din il-konvenzjoni diġa' sar l-ewwel qari tagħha kif ukoll għaddiet mit-tieni qari wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali): Hemm l-abbozz tiegħu quddiem il-Parlament u qiegħed ukoll fuq l-aġenda.", "Apparti minn hekk huwa faċli li wieħed jaqbad il-lista u jħabbarha.", "L-unika problema li jkollok hu li ġieli jkun hemm ċirkostanzi fejn jiġi deċiż biex l-ismijiet ma jixxandrux minħabba xi talbiet minn naħa jew oħra.", "Għal dik ir-raġuni - mhux bilfors dejjem - kulmin jinstab ħati jitniżżel, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat, imma jekk ikun hemm talba minn parti u l-Imħallef jiddeċiedi favur, l-isem ma jiġix ippubblikat.", "Ħafna drabi dan iseħħ għal diversi raġunijiet, inkluż problemi li jistgħu jinħolqu fuq it-tfal meta dawn imorru lura l-iskola jew meta jiġu biex jiffaċċjaw lil sħabhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Min jinstab ħati jingħata kura?", "MICHAEL FARRUGIA: Oriġinarjament irridu mmorru lejn il-passi li jmiss.", "Jekk stajtu taraw parti mid-diskussjonijiet li kienu għaddejjin issibu li dawn kienu proprju marbutin ma' x'inhi the way foward għaliex jekk ma nagħmlux hekk inkunu qegħdin sempliċement nitkellmu u daqshekk.", "Nifirħu bl-istatistika li ġbarna imma ma nsolvu l-ebda problema, speċjalment f'każijiet li jkunu ripetuti.", "Jiena naħseb li l-ikbar sfida li għandna mhijiex fuq dak li qed jidhru imma proprju fuq dak li mhumiex jidhru.", "Nista' nitkellem fuq pazjenti li kelli personali, fejn tiġi mara fuqek u tgħidlek biex tagħtiha l-kura imma l-kartuna l-bajda ma tkunx trid li tirċeviha d-dar tagħha għax jekk ir-raġel tagħha jinduna li din marret tiftaħ qalbha mat-tabib joqtolha!", "Dawn l-affarijiet narawhom kontinwament.", "Jiena l-iktar ħaġa li tinkwetani mhumiex il-każi li qed jispiċċaw fil-Qorti imma l-każi li ma jidhrux, fejn dawn qegħdin ibatu fid-dar tagħhom u magħhom qegħdin ibatu wkoll uliedhom.", "Jiena aktar nitħasseb fuq dawk għax l-oħrajn jidhru u jekk ikunu ripetuti wieħed jista' jipprova jagħmel xi ħaġa dwarhom.", "Imma l-akbar problema hija ta' dawk li huma moħbijin.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li s-sensazzjoni li kellu dan il-Kumitat waqt li konna għaddejjin bid-diskussjonijiet fuq il-vjolenza domestika hu li min xi kultant jibda b'xi tip ta' servizz li qed jiġi offrut, jagħmel l-ewwel pass imma mbagħad ma jkomplix għax jiskoraġġixxi ruħu.", "Dik kienet l-uġiegħ ta' ras tagħna.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt waħda mill-problemi l-kbar li għandek hija li l-vittma, ħafna drabi tispiċċa vittma doppjament għax meta tmur tfittex l-għajnuna jibdew iħarsu lejha b'ċerta lenti negattiva.", "Jekk raġel refa' jdejh fuq il-mara tiegħu malajr jibdew jgħidu li din għamlet xi ħaġa ħażina biex sawwatha u bil-kemm ma joħolqux storja sħiħa u jibdew jistaqsuha affarijiet bħallikieku qegħdin jakkużaw lilha li hi għamlet xi ħaġa ħażina!", "U għalhekk, ġara x'ġara, qatt ma tista' tiġġustifika dak li jkun qed jiġri fuq il-vittma.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Ministru, peress li inti għadek kemm ħadt ir-responsabilità ta' din il-ministeru, xtaqt ngħidlek ftit x'konna qegħdin naħdmu fuqu matul din is-sena.", "L-iktar ħaġa prominenti li konna qegħdin niddiskutu kienet fuq kif qegħdin jiġu trattati l-vittimi tal-vjolenza domestika mill-istituzzjonijiet Maltin.", "Fil-fatt wasalna proprju biex noħorġu r-rapport tagħna.", "Issa ħalli nkomplu bid-diskussjoni tagħna.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Dik hija problema għax trid tara kemm ikunu available l-pulizija.", "Jiġifieri meta l-Appoġġ qed jagħtu dan it-taħriġ lill-pulizija, qed jagħtuh lill-pulizija tad-distrett?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jingħata wkoll lill-pulizija tad-distrett, speċjalment lis-surġenti għaliex huma jkunu inkarigati mid-distretti.", "Aħna qegħdin nieħdu l-feedback tagħhom ukoll u issa qegħdin nistudjaw dan il-feeback biex naraw l-isfidi li jsibu l-pulizija.", "Jiena naħseb li jkun għalxejn li nippriedkawlhom jekk imbagħad aħna ma nisimgħux lilhom biex naraw x'qegħdin jiffaċċjaw.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk xtaqt ngħaddi suġġeriment fuq dan ir-rapport għaliex naħseb li dawn l-affarijiet li qiegħda tgħidilna llum għandhom jinkitbu fir-rapport għax huma l-aktar affarijiet importanti li dak li jkun għandu jkun jaf bihom.", "Issa ħalli nkompli naqra.", "Mela bażikament hemmhekk qegħdin naraw ix-xogħol li sar mal-pulizija.", "F'paġna 11 insibu the financial review u qed jingħad li kien hemm xi unutilised funds.", "Tista' tgħidilna għalfejn ma ġewx utilizzati dawn il-fondi?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Dawn kienu allocated a budget għaliex kien hemm il-proġett tal-ESF, u safejn naf jien dawk il-flus li kien għad fadal minn dak il-proġett.", "Ipprovajna nużawhom u fil-fatt għamilna leaflets biex inqassmuhom lill-istudenti tal-Università.", "Intom daqsi tafu x'jiġri f'dawn id-dipartimenti tal-Gvern, fejn kif ma tużax il-fondi li jkollok tispiċċa titlifhom.", "U allura għedna li għandna ngħaġġlu malajr kemm jista' jkun biex nagħmlu the best use out of the funds that we have available għaliex jista' ikun li ma nerġgħux narawhom.", "U kien hemm ir-refreshers week tal-Università u għamilna leaflets partikolarment għaż-żgħażagħ fuq id-date violence u ħriġnihom hemmhekk.", "Jiġifieri pprovajna nutilizzawhom hemmhekk.", "Again hemmhekk iffrankajna fuq l-honoraria għaliex dak il-membru kien ex-officio u allura ma jitħallasx.", "Għamilna mill-aħjar li stajna biex fiż-żmien li kellna wżajna kemm stajna l-fondi li kienu għad-dispożizzjoni tagħna biex noħolqu kemm jista' jkun awareness.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri kien hemm xi fondi tal-Ewropa li ntilfu?", "Bil-maqlub.", "THE CHAIRPERSON: Użajtuhom biex ma titilfuhomx.", "MARTHESE PORTELLI: Ħalli nikkjarifikaw ftit il-punt dwar l-EU funds.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: X'kien qed jiġri fuq l-EU funds ma kienx fiż-żmien li fih konna hemm aħna.", "Aħna sibna li kien hemm dawn il-fondi u pprovajna nużawhom.", "MARTHESE PORTELLI: Issa l-EU funding qiegħed hemmhekk u jista' jibqa' jiġi eżawrit sal-2015.", "Il-fondi tal-perjodu tal-2007 jistgħu jiġu committed sal-2013 u mbagħad in-nefqa tagħhom tista' issir sal-2015.", "Li jista' ikun li ġara f'dan il-proġett hu li jew kien hemm ammont ta' fondi li l-proġett ġie over budgeted u allura kien għad fadal ammont ta' flus li ma ntużawx jew inkella sa dik id-data, il-proġett \"Dignity for Domestic Violence Survivors\" kien għadu għaddej u parti minnu ntużat għall-proġett l-ieħor li għamiltu intom u li ugwalment huwa tajjeb.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Naħseb li l-ewwel alternattiva kienet.", "THE CHAIRPERSON: Li ma nistgħux inkunu nafu daqshekk x'ġara u ma ġarax minħabba li m'għandniex f'idejna r-rapport preċedenti.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Naf li r-rapport fuq il-fondi tal-proġett għalqitu Miss Joanna Xuereb.", "MARTHESE PORTELLI: Imma mhux li l-fondi intilfu għax il-fondi qegħdin hemmhekk u għandhom sal-2015 biex jintefqu.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Dawk li kien għad baqa' mill-proġett aħna għaġġilna kemm stajna biex nużawhom għax sal-aħħar tal-2013, li kieku ma wżajnihomx, il-probabilità kienet tkun li konna nitilfuhom għax kien jiġri bħalma jiġri bil-fondi tal-Gvern.", "U allura dawn kienu jispiċċaw fil-Fond Konsolidat u aħna ma konniex inkunu nistgħu nużawhom.", "MARTHESE PORTELLI: Fil-fatt ġieli jkun hemm fondi tal-Unjoni Ewropea li jkunu ġew allokati għal proġett u mbagħad jiġu trasferiti fuq proġett ieħor ġol-istess ministeru jew ġo ministeru differenti, skond xi jkollu bżonn il-pajjiż f'dak il-mument partikolari.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Aħna wżajna kemm stajna minnhom fuq dawn il-leaflets biex noħolqu awareness qalb iż-żgħażagħ.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri saru xi leaflets għall-istudenti Universitarji?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Għamilnihom għaż-żgħażagħ u kienu leaflets b'mod ġenerali fuq il-Kummissjoni.", "Fil-fatt ma kellniex leaflets fuq il-Kummissjoni, biex dak li jkun isir jaf x'inhi l-Kummissjoni u x'tagħmel.", "Xi ħaġa importanti li xtaqt insemmi – u din ġrat għalhekk naf biha u jiena kont parti minn dan il-proġett – hu li qabel ma kont fil-Kummissjoni kont ġejt imqabbda bl-inkarigu li nkun il-wiċċ ta' dan il-proġett biex nagħmlu awareness raising.", "U konna naħdmu fuq il-media, fuq it-television, fuq ir-radio u ktibt ukoll artikoli fil-gazzetti dwar l-esperjenzi ta' nisa li jkunu għaddew minn din it-trawma.", "Li kien jiġri hu li kull meta konna mmorru – u jiena kont immur regolarment - fuq il-media, l-Aġenzija Appoġġ kienet tintela' bit-telefonati.", "Ovvjament dan kien iseħħ għax jien kont ngħidilhom biex iċemplu fuq in-numru 179 u jitolbu l-għajnuna għaliex dak kien l-iskop ta' dan il-proġett; li nħeġġu lin-nisa joħorġu jitolbu għall-għajnuna.", "U dan għamilnih għax konna nafu minn survey li kien sar li kienu biss 50% tan-nisa li jitkellmu ma' xi ħadd.", "Kien hemm madwar 20% li kienu jmorru għand il-pulizija, oħrajn li kienu jmorru għand avukat, oħrajn li kienu jmorru għand qassis u oħrajn li jiftħu qalbhom ma' xi ħabiba.", "Imma kienu biss 50% li jitkellmu u mhux kollha kienu jagħmlu rapport.", "Allura aħna mbottajna fuq hekk imma mbagħad, u din qiegħda mniżżla hawnhekk ukoll, kull meta jsir awareness raising tinħoloq problema fuq l-Appoġġ għaliex dawn jgħidulna li m'għandhomx riżorsi biżżejjed.", "Jekk m'iniex sejra żball kien sar audit fuq hekk imma ma nafx jekk għadux għaddej.", "Nerġa' ngħid li dawn qalulna li huma ma jkunux jistgħu jlaħħqu mad-demand li jkollhom.", "B'hekk aħna niġu bejn ħaltejn fuq jekk għandniex noħolqu aktar awareness raising biex imbagħad in-nies joqogħdu jistennew fil-waiting list minħabba li ma jkunux jistgħu jingħataw servizz mill-ewwel jew inkella ma noħolqux din id-demand mill-ewwel.", "Fejn se tilħaq il-bilanċ?", "Għaliex aħna finalment wieħed mid-doveri tagħna bil-liġi huwa li noħolqu aktar għarfien.", "THE CHAIRPERSON: Issa meta tattendu għall-konferenzi barra minn Malta, x'iġġibu lura magħkom?", "Pereżempju fuq il-websajt tagħkom tpoġġu xi affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-għarfien?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Aħna l-ewwelnett naqsmu bejnietna dik l-informazzjoni li nkunu ksibna.", "Jiena darba mort f'dawn il-konferenzi fil-vesti tiegħi ta' Kummissarju u meta ġejt lura għedtilhom li attendejt għal dik il-konferenza u għedtilhom x'ġara u ma ġarax.", "Pereżempju meta konna ddiskutejna l-indikaturi kont ġejt lura u għedtilhom li konna qegħdin nagħmlu dawn id-diskussjonijiet biex inkunu aware ta' x'qed jiġri hemmhekk ukoll u nikkoordinaw aktar flimkien.", "Jiġifieri iva, naqsmu l-informazzjoni kemm jista' jkun.", "U jekk ikun hemm xi leaflets interessanti nġibuhom magħna.", "Jekk ikun hemm xi kotba nġibuhom ukoll avolja llum ġeneralment issib kollox online u allura m'għandekx għalfejn toqgħod iġġorr ħafna kotba.", "Wara l-laqgħa ġeneralment dawn ipoġġu kollox online u allura ninformaw lil xulxin x'dokumenti hemm fuq dik il-websajt.", "Pereżempju meta ħdimna fuq is-SART u riedna nagħmlu l-protocols għaliha, kont mort għal konferenza fi Vjenna flimkien mar-research analyst tagħna.", "U parti mill-konferenza kienet preżentazzjoni mid-WHO fuq il-protokolli li wżaw huma.", "Għalhekk iddeċidejna li naqbdu u nużaw lilhom.", "THE CHAIRPERSON: Il-websajt tagħkom fuq il-vjolenza domestika x'issib fiha?", "Jekk inti għandek vittma u din hija waħda minn dawk li ma tmur titkellem ma' ħadd, kemm se ssib informazzjoni fuq x'għandha tagħmel hi jew x'se ssib fuq is-sitwazzjoni tagħha fuq din il-websajt?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ġeneralment fuq il-websajt inpoġġu xi tgħid il-liġi, x'inhuma d-doveri tagħna, min huma l-membri tal-Kummissjoni, min huma l-persuni li tista' tagħmel kuntatt magħhom u fejn għandek iċċempel għall-għajnuna.", "Inpoġġu wkoll ir-rapporti li joħorġu fuq il-websajt tagħna.", "Mela l-vittmi jistgħu jagħmlu kuntatt magħna permezz tal-websajt u mbagħad, ladarba jagħmlu kuntatt mal-Kummissjoni, aħna nidderiġuhom fuq x'għandhom jagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Intom iżżommu statistika ta' kemm ikun hemm clicks fuq il-websajt tagħkom jew inkella ta' kemm ikun hemm nies li jidħlu fiha?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Mhijiex magħmula b'dan il-mod imma nirringrazzjak talli ġbidtli l-attenzjoni għaliex insemmihilhom żgur.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li hija xi ħaġa interessanti li tkun taf kemm qed ifittxu fuqha għaliex il-probabilità hi li la qed ifittxu għax għandhom bżonn l-għajnuna.", "Issa f'paġna 12 insibu xi ħaġa wkoll fuq is-SART (Sexual Assault Response Team).", "Fl-aħħar laqgħa aħna kellna magħna lil Dr Anthony Livori mill-qasam tal-kura primarja u staqsejnih xi affarijiet f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, rigward dan ir-response team Dr Livori qalilna li t-tobba ma tantx għandhom għarfien fuqu.", "Jiena staqsejtu fuq jekk it-tobba humiex informati fuqu ħalli jkunu jistgħu jidderiġu lin-nies għal dan il-unit.", "Tista' tgħidilna x'inhu jsir f'dan ir-rigward?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: L-idea hi li inti jkollok tliet teams u mhux it-tobba kollha, fosthom ġinekoloġisti u support nurses li f'dan il-każ qed insejħulha SART nurse li tkun Mater Dei u li sservi ta' facilitator.", "Se jkollok ukoll is-social workers u l-pulizija.", "U se tkun proprju s-SART nurse li ssejjaħ għal dawn in-nies.", "MICHAEL FARRUGIA: L-argument taċ-Chairperson huwa differenti minn dak li qiegħda ssemmi inti.", "Fil-fatt qiegħda tirriferi għat-tobba fil-komunità.", "Ħafna drabi, sakemm ma tkunx saret xi ħaġa daqshekk aggressiva ma jidħlux il-pulizija imma jidħlu l-qassisin u t-tobba.", "Dawk huma ż-żewġ setturi li jkunu minn tal-ewwel kuntatt ma' dawn in-nies.", "It-tieni kuntatt l-iktar komuni huwa meta mara tgħid li issa ma tiflaħx tissapporti aktar u tmur għand avukat.", "THE CHAIRPERSON: Jekk inti mort għamilt rapport għand il-pulizija, dawn se jibagħtuk il-poliklinika.", "Issa mid-dehra, it-tobba fil-polikliniċi tagħna, li huma l-ewwel punt ta' riferenza għal dawn in-nies, ma jafux biżżejjed x'iridu jagħmlu f'każijiet bħal dawn.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Li ġara kien li sar kuntratt bejn il-Victim Support Malta u l-Ministeru fejn ladarba persuna toħroġ mill-isptar isegwuha huma u jgħinuha fil-bżonnijiet tagħha.", "Dik l-ewwel biċċa l-iktar importanti imma mbagħad, apparti minn hekk …", "MICHAEL FARRUGIA: Skużani ħalli nwaqqfek ftit.", "Il-mistoqsija kienet fuq jekk l-ewwel kuntatt qedx ikun mat-tabib tal-familja.", "Mela insa l-affarijiet l-oħra.", "Jien għax tinteressani l-politika sirt naf li jeżisti s-SART imma n-nies li ma jsegwux il-politika, u l-maġġoranza tagħhom ma jsegwux il-politika, mhux se jkunu jafu kif imorru the acute procedures.", "Mela ħafna drabi se jibagħtuhom l-għassa fejn fl-opinjoni tiegħi hija l-inqas post li għandhom imorru dawn in-nies bħala l-ewwel kuntatt.", "MARTHESE PORTELLI: Meta kien hawn magħna Dr Livori staqsejnih x'jaf fuq dan is-servizz.", "U hu qalilna li sar jaf għaliex tressqet ċirkolari u qraha.", "Il-punt ta' Dr Livori kien li hu qraha ċ-ċirkolari imma kemm se jkollok tobba li jmorru quddiem in-notice board sabiex jaqraw iċ-ċirkolari!", "Allura l-punt kollu kien li jekk saret inizjattiva tajba, huwa importanti li din tiġi kkomunikata ma' min irid jgħin ħalli din tiġi attwata fis-soċjetà.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt se nissuġġerixxi xi ħaġa hawnhekk li ma naħsibx li għandu jagħmilha l-Ministeru imma jekk ikun hemm bżonn jagħmilha wkoll.", "Il-Kummissjoni għandha titkellem mal-Committee for Family Doctors sabiex tiġi organizzata lecture li tkun sponsorjata minn kumpannija tal-mediċini.", "Żgur li dawn il-kumpanniji jieħdu pjaċir li jkollhom kuntatt mat-tobba, bħalma jiġri dejjem f'dawn il-laqgħat tat-tobba.", "Imma minflok imorru jisimgħu fuq dak l-antibiotic jew fuq dak l-anti-depressant, jitkellmu fuq din l-issue.", "Din il-lecture tkun filgħaxija, ħafna drabi tibda minn xi 8.00 p.m. sal-10.00 p.m. Imbagħad wara jista' isir xi reception jew lunch li jkun sponsorjat minn xi kumpannija.", "U ħafna drabi hemmhekk jiġuk it-tobba.", "Jekk ikun hemm bżonn nitkellmu fuq kif nistgħu nagħmluha din.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Fil-fatt suppost li parti mix-xogħol tal-Victim Support Malta hija li tagħmel din l-awareness raising mal-istakeholders kollha.", "Jiġifieri l-Ministeru qed iħallas b'mod regolari, ma niftakarx kemm eżatt, imma l-Victim Support Malta għandha kuntratt sabiex tagħmel it-taħriġ.", "Din suppost li qiegħda ssib il-fondi sabiex nibagħtu t-tobba u n-nurses barra minn Malta ħalli jagħmlu dan it-taħriġ.", "Dawn fil-passat kienu diġa' marru imma s-SART qatt ma twaqqaf.", "Jekk m'iniex sejra żball kien hemm xi żewġ tobba li kienu marru għal dan it-taħriġ imma issa hemm bżonn li jagħmlu upgrade ta' dan it-taħriġ.", "Allura qiegħda tipprova tfittex xi EU funds biex inġibu trainers minn barra ħalli lil dawn in-nies ġodda li qegħdin f'dawn it-teams 24/7 jiġu upgraded.", "Ovvjament suppost li jsir aktar awareness ta' dan is-servizz fost il-pubbliku, jiġifieri mal-istakeholders, mal-parish priests, mat-tobba, speċjalment mal-GPs għax ħafna min-nies imorru għand il-GP tagħhom fuq dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRPERSON: Ħaġa oħra li tinteressani hi li meta inti għandek sexual assault - għax dan it-team huwa proprju fuq sexual assault - se ssib nies li se jkunu għaddew minn date rape imma se ssib ħafna nies oħra li se jkunu għaddew minn sexual assault within marriage.", "U normalment dawn l-affarijiet jibdew ħerġin meta t-tnejn li huma, għal miljun raġuni oħra, ikunu qegħdin jisseparaw għaliex ma jkunux jifilħu iktar u hemmhekk jibda ħiereġ kemm għal snin sħaħ dawn in-nisa jkunu sofrew minn abbuż sesswali.", "X'ħin nistaqsihom għalfejn ġew ninduna li dawn lanqas ikunu ġew minħabba f'hekk imma jkunu ġew għal xi ħaġa oħra!", "Jiġifieri dawn lanqas jirrealizzaw li sexual abuse within the marital context hija xi ħaġa li mhux suppost issir.", "Jekk forsi saret jew qegħdin tagħmluha, tista' tgħidilna kemm hemm impetus min-naħa tagħkom sabiex issir awareness fuq in-nisa miżżewwġin rigward l-abbuż sesswali fiż-żwieġ?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Naqbel miegħek perfettament.", "Ħafna nisa lanqas jafu din xi tfisser għax għadna bl-idea tradizzjonali li ladarba inti mara miżżewġa mela huwa d-dover tiegħek li taqdi l-bżonnijiet tar-raġel mentri l-bżonnijiet tiegħek qishom ma jeżistux!", "F'din is-soċjetà tagħna qisu li l-irġiel biss għandhom il-bżonnijiet tagħhom mentri n-nisa m'għandhomx.", "U għadna bl-idea li l-mara għandha tbaxxi rasha u taqdi l-bżonnijiet tar-raġel.", "Agħar minn hekk, ġew għandi rapporti mingħand avukati li n-nisa li qegħdin f'każ ta' separazzjoni, qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni li biex ir-raġel jagħtihom il-manteniment jitlobhom favuri sesswali!", "U allura dak il-favur sesswali huwa abbuż vili fuqha, u din il-mara, minħabba li għandha bżonn il-manteniment għaliha u għal uliedha, taċċetta li tagħmel dak il-favur!", "Mela dawn l-affarijiet mhux biss isiru fiż-żwieġ imma anke waqt li jkunu qegħdin jisseparaw minn ma' xulxin.", "THE CHAIRPERSON: Punt ieħor li xtaqt insemmi ġaladarba hawn il-Ministru magħna hu li dan l-aħħar qiegħda nara nies li qegħdin fi stat finanzjarju ħażin.", "Mela dawn ikunu qegħdin jisseparaw imma ma jaffordjawx jitilqu mid-dar għax ma jaffordjawx post ieħor u allura jibqgħu d-dar avolja s-sitwazzjoni tkun iddiġenerat to a certain extent.", "Li qed jiġri hu li peress li tkun għadek taħt l-istess saqaf, is-social services ma jidħlux għalik għax trid tkun tlaqt mid-dar biex is-social services jibdew jagħtuk xi benefiċċju, bħal pereżempju r-relief.", "Li qed jiġri hu li dawn qegħdin jibqgħu hemm għax ma jistgħux jitilqu mid-dar minħabba li m'għandhomx flus.", "Dawn lanqas social services ma jkunu qegħdin jieħdu u allura jispiċċaw f'din is-sitwazzjoni fejn jibqgħu taħt l-istess saqaf u mbagħad l-abbuż li diġa' jkun għaddej …", "MICHAEL FARRUGIA: Anzi jien se mmur oltre minn hekk.", "Mill-esperjenza li kelli matul dawn l-aħħar snin rajt li waħda mill-problemi kienet dik li dawn in-nies, avolja jkunu jaħdmu, isibuha diffiċli biex jitilqu jgħixu waħedhom minħabba l-isforz ekonomiku li dan jirrikjedi.", "Meta se ssib post għall-kiri, ħafna drabi trid tagħmel id-deposit u trid tagħmel ċerti xogħolijiet fih.", "Jekk ikollhom it-tfal u jkollhom l-iskola għandhom ċerti bżonnijiet oħra.", "Jiġifieri jkollhom ċertu biża' dwar il-kapaċità tagħhom biex eventwalment imorru għal single parent life.", "U ħafna drabi jibqgħu hemmhekk xorta waħda.", "Issa hawnhekk mhux qed nirriferi biss għall-vjolenza fiżika imma anke għall-vjolenza psikoloġika li ġieli jgħaddu minnha.", "Mela anke jekk ma jkunx hemm vjolenza fiżika jew vjolenza sesswali, xorta waħda jkun hemm vjolenza psikoloġika, li ħafna drabi din it-tip ta' vjolenza nqisha akbar minn tip ta' vjolenzi oħra.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Xi kultant jgħidulek aħjar jaqilgħu daqqa ta' ponn jew inkella jaqilgħu xeba' milli joqgħod ikissirhom kuljum bil-kliem ħażin u kattiv li jgħaddilhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma l-argument hu fuq il-problemi li ħafna drabi jsibu sabiex joħorġu l' barra mid-dar.", "THE CHAIRPERSON: Kemm qiegħda tintuża s-SART?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Diġa' kien hemm sitt każijiet.", "L-aħħar meeting li kellna kien madwar ġimagħtejn ilu u informawni li kienu diġa' daħlu sitt każijiet.", "U jkolli ngħid li kont sorpriża b'dan in-numru meta tqis li dan il-unit ilu mwaqqaf biss ħames jew sitt ġimgħat.", "Dan il-unit twaqqaf fil-bidu ta' Marzu.", "Tista' tgħidilna fiex wasal dan ix-xogħol?", "Min qiegħed f'dan il-kamp jaf kemm l-Istanbul Convention hija importanti u għalhekk imbottajna sabiex din tkun fuq l-aġenda tal-Parlament.", "Aħna diġa' ħdimna fuqha għaliex f'din il-leġislatura daħħalna l-FGM sabiex niġu in line magħha imma ovvjament din hija a very demanding convention u allura żgur li jrid isir ħafna xogħol.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Irridu nħarsu lejn l-istalking u lejn ir-rape u fuq ir-rape għandna bżonn nerġgħu nirredefinixxu xi tfisser għax id-definizzjoni li hemm illum mhijiex tkopri r-realtajiet tal-lum.", "U din ma rridux inħarsu lejha biss mil-lat legali.", "Fil-fatt dawn jitkellmu ħafna fuq l-intersectorial cooperation, jiġifieri mhux kulħadd jaħdem għal rasu imma naħdmu flimkien u nikkoordinaw ix-xogħol biex inkunu iktar effettivi.", "Pereżempju l-idea tas-SART kienet proprju biex dik il-povra mara, meta tkun għaddiet minn dik it-trawma, mhux kull darba jkollha toqgħod tirrepeti dak li tkun għaddiet minnu.", "Rigward l-evidenza għadna qegħdin naħdmu fuqha għax il-laboratorju tal-isptar għadu mhux mgħammar b'apparat apposta biex iżomm l-evidenza b'mod li din tibqa' tgħodd fil-Qorti.", "Aħna qegħdin inħarsu lejn is-servizzi u sa ċertu punt qed inħarsu wkoll lejn il-Victims Directive li se tidħol in vigore s-sena d-dieħla.", "Fil-fatt din il-Victims Directive qiegħda titfa' ċerti responsabilitajiet fuq il-Gvern dwar kif għandu jitratta l-vittmi.", "Jiġifieri għad hemm ħafna xogħol x'isir għaliex aħna għandna biċċa mil-liġi li qiegħda fuq naħa tal-kodiċi u għandek biċċa li qiegħda taħt id-domestic violence.", "Issa jiena ma nafx jekk irridux inħarsu lejn liġi li titkellem fuq violence against women instead of domestic violence biss u ninkorporaw kollox taħtha.", "Dik għadna qed niddiskutuha.", "Ħa nispjega ftit fuq il-violence against women għax din hija miftuħa għal kwalunkwe post, jiġifieri fit-triq, fuq il-post tax-xogħol, fid-dar, eċċ mentri domestic violence hija fil-household.", "THE CHAIRPERSON: Aħna li niddarsu hija l-biċċa fejn qed tgħid against women għax tant ilna ngħidu fuq l-ugwaljanza u fuq li ma jkunx hemm diskriminazzjoni li ma rridux nibdew issa nieħdu over.", "MICHAEL FARRUGIA: Trid toqgħod attent għax bħala leġislaturi, gvern u oppożizzjoni, toħloq problema mhux biss fuq kwestjoni ta' ugwaljanza imma għax inkunu qed naħarbu mir-realtà.", "Dan ifisser li aħna se nagħmlu żewġ liġijiet; waħda fuq il-vjolenza fuq in-nisa u l-oħra fuq il-vjolenza fuq l-irġiel?", "Il-konvenzjoni mhux hekk qiegħda imma titkellem fuq il-vjolenza.", "Il-konvenzjoni titkellem fuq il-vjolenza kontra n-nisa imma …", "MICHAEL FARRUGIA: Meta taqra l-konvenzjoni ssib ukoll ħafna riferenzi għall-irġiel.", "(Interruzzjonijiet) Appuntu.", "Fil-fatt imbagħad tispeċifika u tkompli titkellem f'ħafna partijiet minnha fuq iż-żewġ naħat.", "U allura ma tagħmilx sens li nressqu liġi li tkun fuq il-vjolenza kontra n-nisa imma naħseb li rridu nitkellmu fuq il-vjolenza.", "Fil-fatt interessanti li d-domestic violence titkellem ukoll fuq wara li l-koppja tissepara, kemm jekk ikunu miżżewġin u kemm jekk ikunu qegħdin jgħixu flimkien de facto, u anke jekk ma jkunux qed jgħixu flimkien imma jkunu joħorġu flimkien.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Inti trid tara r-relazzjoni li jkun hemm bejniethom u hemmhekk id-domestic violence.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri dan ix-xogħol għadu fil-bidu.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Saret diskussjoni imma issa rridu nikkonkretizzawha.", "MICHAEL FARRUGIA: F'dawn l-aħħar jiem, bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru tal-Ministru Helena Dalli konna qegħdin nitkellmu biex flimkien inkunu nistgħu naraw il-konvenzjoni.", "Mela rridu naraw il-liġijiet li s'issa qegħdin jaħsbu fuq dik il-konvenzjoni u għandna diġa' liġijiet eżistenti.", "U dawk il-bidliet kollha neċessarji li jista' jkun hemm biex attwalment ikollna liġijiet up to date rridu naraw li jsiru.", "Għax ma jagħmilx sens li jiena nirratifika konvenzjoni biex imbagħad ma nagħmilx il-bidliet kollha li hemm bżonn fil-liġijiet tagħna.", "U allura lkoll flimkien irridu naraw li nkunu nistgħu nbiddlu u nemendaw il-liġijiet kollha li hemm bżonn għaliex s'issa forsi m'aħniex koperti biżżejjed.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jien qiegħda nifhmu l-punt tiegħek dwar it-tip ta' leġislazzjoni li jrid ikollna għax il-konvenzjoni qiegħda tagħmel dik l-enfasi u naħseb li għandna nikkonsidraw dik l-enfasi fuq il-violence against women għax 85% huma nisa li qed jiġu vvjolentati.", "Kif għedtlek il-konvenzjoni titkellem ukoll fuq l-irġiel imma tagħti dak il-messaġġ qawwi, u anke fuq id-domestic violence, bit-titolu li qegħdin nagħtu lil din il-konvenzjoni qed nagħtu messaġġ li l-ikbar problema hija fuq in-nisa.", "U din qed ngħidha għall-konsiderazzjoni tal-Ministru.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-fatt li jista' jkollok raġel wieħed biss f'Malta li qed isofri minn vjolenza domestika jew minn xi forma oħra ta' vjolenza jfisser li inti trid tilleġisla għalih ukoll.", "U allura l-fatt li għandek 85% li huma nisa ma jfissirx li għandek teskludi l-15% l-oħra.", "Għalhekk jekk trid tagħmel liġi ad hoc se tagħmilha fuq l-istess titlu li għandek fil-konvenzjoni.", "Jekk se tagħmel liġi in ġenerali, trid issemmiha l-liġi fuq il-violence against women u ddaħħal id-domestic violence magħha biex iddaħħal it-terminoloġija wżata għax li tħalliha fuq l-ewwel parti u ma ddaħħalx it-tieni parti naħseb li nkunu qed noħolqu abbozz li ma jkunx dak ideali.", "U żgur li min iressaq abbozz bħal dan se jdabbar ħafna kritika fuqu.", "THE CHAIRPERSON: Imbagħad f'dan ir-rapport insibu parti oħra fejn qed titkellmu fuq il-meetings dwar is-service delivery, fejn kellkom laqgħa mas-Sur Joseph Sacco.", "Tista' tgħidilna x'kien l-outcome ta' dik il-laqgħa?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Din għadna fil-bidu tagħha u bdew jaraw ftit x'tip ta' data jżommu l-Qorti.", "L-idea kienet li aħna nkunu d-depositary tad-data dwar il-vjolenza domestika imma għadna rridu nikkonkludu fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Il-laqgħa saret f'Ġunju tas-sena l-oħra …", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Għax l-iżjed li qed tiffoka huma fuq il-pulizija u fuq l-Appoġġ bħalissa.", "THE CHAIRPERSON: Importanti li wieħed jinnota li meta niġu għad-data collection u għall-classification of cases fil-law courts, fil-qrati tal-maġistrati jkollok każijiet sommarji.", "Dan ifisser li jkun hemm każijiet - ħafna drabi jkunu ta' tgħajjir kontra xulxin u min jimbotta lil dak u min joqgħod iċempel lil ieħor kontinwament - ta' vjolenza domestika li jkunu sommarji u dwar dawn m'hemm l-ebda statistika ta' xejn fuqhom.", "Dan jiktiblek fuq il-karta li nagħtu lill-maġistrat bl-akkużi li inti weħilt multa daqshekk and that's it.", "Din imbagħad tintesa' x'imkien.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ma jżommux kopja tagħha?", "THE CHAIRPERSON: Biex tagħmel statistika trid taqbadhom waħda waħda.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Huwa tajjeb li qed tgħidli.", "Issa kif tlesti ngħidilkom x'għandi f'moħħi.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena napprezza ħafna x-xogħol li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni imma fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm riżultati tanġibbli.", "Naħseb li f'dawn it-tip ta' laqgħat lis-Sur Joseph Sacco ridtu tagħtuh eżatt brief fuq x'tip ta' informazzjoni għandha bżonn il-Kummissjoni biex tkun tista' taħdem u s-Sur Sacco, there and then ikun jista' jgħidlek x'għandhom u x'm'għandhomx bħala data.", "Ikun jista' jgħidlek li dik d-data m'għandhomx imma jistgħu jiġbruha jew inkella jgħidlek li dik id-data manwalment biss qiegħda u huwa impossibbli li jagħtukom ir-riżultati tagħha.", "Jista' jgħidlek ukoll li r-raba' option hija li jekk nirranġaw is-sistema tal-IT u l-clerk tal-Qorti tiġi mitluba tirreġistra t-tali dettall ikollna din l-istatistika.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ikun ideali dak li qed tgħid inti.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħalli nżid xi ħaġa oħra ma' dak li qalet l-Onor.", "Jekk fis-sajf tikkomunikaw mal-Università jew mal-KRS sabiex jibagħtulkom numru ta' studenti tal-liġi, dawn ikunu jistgħu jduru l-każijiet li kien hemm fil-Qorti u joħorġulkom l-istatistika neċessarja minn hemmhekk.", "Jistgħu jagħmlu wkoll summary tal-kawżi individwali.", "Xi ħaġa interessanti hi li wieħed jista' jagħmel follow up tagħhom biex jara kemm minnhom spiċċaw f'separazzjoni, eċċ. Hawnhekk ma rridux ninsew ħaġa oħra; semmejna l-vjolenza kontra n-nisa u semmejna l-vjolenza kontra l-irġiel imma llum irridu nitkellmu wkoll fuq vjolenza bejn nisa u nisa u vjolenza bejn irġiel u rġiel.", "Jekk se nitkellmu fuq vjolenza domestika rridu ndaħħlu wkoll is-civil unions u affarijiet oħra u rridu nagħtu kas ta' kif se ndaħħlu dawk l-istrutturi.", "THE CHAIRPERSON: Forsi meta terġgħu titkellmu mas-Sur Sacco jkun tajjeb li tgħidulu li din l-istatistika mhijiex tajba biss sabiex aħna nkunu nafu l-każijiet tal-vjolenza domestika imma hija tajba wkoll għal fuq dan li kontu qegħdin tgħidu u ċioè fuq kif jiġu trattati n-nies meta qegħdin nagħtuhom servizz.", "Għaliex?", "Pereżempju jiena li nattendi ħafna l-Qorti Kriminali tal-Familja nirrealizza li jkun hemm pataflun ta' kawżi li jaqgħu preskritti.", "Dan ifisser li l-pulizija ma tkunx sabet lill-persuna biex tagħtih ir-riferta.", "Ftit ilu tkellimt għax kont ninsab imħassba fuqha u bagħtu daqsxejn ta' follow up report.", "Dan jista' jkun għaliex il-pulizija marru jfittxuh u ma sabuhx u jista' ikun ukoll li xi ħadd joqgħod idur minn dar għal dar.", "Imma lili li qisu kulħadd idur minn dar għal dar u li ma nistgħux insibuh ma ddoqqli xejn.", "Issa jiena ma nieħux pjaċir ngħid ċerti affarijiet imma jekk hemm preskrizzjoni ta' sitt xhur għalfejn iħallu x'ħin jasal il-ħames xahar biex jibdew joħorġu bir-riferti?!", "Jekk inti toħroġ fil-ħames xahar mhux tkun ħlejt ħames xhur?", "Imbagħad se ssibha diffiċli biex f'dak ix-xahar issibu.", "Apparti minn hekk mhumiex jutilizzaw lanqas il-ħinijiet għax mhux ikollhom laison tajjeb mal-vittma.", "Pereżempju l-vittma tista' tgħid lill-pulizija li r-raġel imur kull nhar ta' sibt fil-5.00 p.m. biex jiġbor it-tifel u allura l-pulizija jista' imur dak il-ħin biex jagħtih ir-riferta.", "Imma ma jsirx hekk u allura l-pulizija ma jistax isibu d-dar għax dan ma jkunx hemmhekk.", "U ta' xejn imur ifittxu filgħodu għax ħafna drabi dak il-ħin ikun qiegħed għax-xogħol.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: U jekk irid isibu għaliex ma jsibux fuq ix-xogħol jew meta jispiċċa mix-xogħol jew qabel ma jidħol għax-xogħol!", "THE CHAIRPERSON: Jien meta ġejt bżonn ir-riferta qaluli li sal-4 p.m. jagħmlu!", "Issa sal-4 p.m. ħafna rġiel ikunu għadhom ix-xogħol u allura żgur li m'intix se ssibhom id-dar.", "Apparti minn hekk għandna ħafna rġiel, u anke nisa - imma ejja ngħidu fuq l-irġiel peress li ħafna minnhom ikunu jridu jagħtu l-manteniment - li jirreġistraw għax-xogħol imma Alla jbierek kollha jkunu jaħdmu!", "Mela d-dar mhux se ssibhom u lanqas se ssibhom fejn jaħdmu.", "U allura jekk ma jkunux ħinijiet daqxejn strambi meta jitqassmu r-riferti mhux se jsibuhom, speċjalment jekk iħallu sal-aħħar tax-xahar biex joħorġu jqassmuhom.", "Meta tiġbor l-istatistika ma tridx tiġbor biss fuq x'kien il-każ imma trid tara wkoll jekk il-każ kienx preskritt jew le.", "Dik l-ewwel waħda.", "It-tieni; għalkemm il-liġi tgħidlek li anke jekk il-persuna tkun trid twaqqa' il-każ, il-Qorti tista' tibqa' għaddejja bil-każ, imma l-maġistrat x'ħin jara li t-tnejn li huma qed jaqblu, il-każ xorta jaqa'.", "U mbagħad jiġu wara mingħajr provi.", "Jaslu f'separazzjoni u jkunu se jitilfu t-tfal u dawn il-ħafna affarijiet!", "U nerġgħu niġu koppi.", "Jiġifieri din irridu nagħmlu xi ħaġa dwarha għax l-istatistika tiswa ħafna imma jiddependi x'nitolbu minnha.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li mill-Qorti nitolbu the right and pertinent information.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Imma lill-Qorti ma tistax tgħidilhom sabiex ibiddlu s-sistema tal-IT għall-bżonnijiet tagħna għax is-sistema tal-IT tqum ħafna flus.", "THE CHAIRPERSON: Sistema tal-IT rudimentali li qed tgħid inti l-Qorti.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Nistgħu nitolbuha imma ma jfissirx li se jgħidulna iva.", "THE CHAIRPERSON: Imma għallinqas nistgħu nibdew billi nitolbuha.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jiena nitlob ħafna affarijiet kieku.", "Issa jiena għandi kappell ieħor ta' Kummissarju u waħda mill-government policies, l-MIS, hija dwar what we have to deliver bħala Commission u waħda minnhom hija proprju dik li nagħmlu gender e-quality score index.", "Għaldaqstant tkellimna mal-NSO biex naraw x'għandhom available.", "Waħda mill-affarijiet li għandhom ftit informazzjoni dwarha hija fuq il-gender based fathers u allura konna qed naħsbu nagħmlux proġett hekk kif joħorġu l-funds biex immorru l-Qorti u nħarsu lejn is-sentenzi.", "Bdejna niddiskutu imma dik kienet l-idea inizjali biex mis-sentenzi nibdew noħorġu ċerti patterns …", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk se tuża l-istudenti tal-Università se sservi kemm bħala esperjenza għalihom u anke għall-KRS stess …", "Dan irid ikun proġett bil-fondi ħalli nkunu nistgħu nħallsu lin-nies u nagħtuhom it-taħriġ meħtieġ.", "Nistgħu nsibu studenti Universitarji u nħallsuhom tax-xogħol u tista' tkun fis-sajf ukoll.", "MARTHESE PORTELLI: Finalment aħna għandna mira li rridu nilħquha.", "Issa biex nilħquha jrid ikollna sample abbażi ta' xiex se nkunu qegħdin naħdmu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll fuq is-sistema tal-IT tal-Qorti.", "Issa kulmin huwa fid-dinja tal-IT jaf li once li inti timplimenta sistema tal-IT, din se tkun top notch għal dak il-ħin imma minħabba li t-teknoloġija tinbidel 'il ħin kollu għaliex timxi skond l-esiġenzi tas-soċjetà, wara numru ta' snin dik is-sistema mhux se tibqa' aktar tajba u jkun hemm bżonn li tiġi upgraded.", "Li kieku inkun jien li se nieħu d-deċiżjoni, l-ewwelnett għandek is-suġġeriment li semma' il-Ministru fejn fis-sajf nistgħu nutilizzaw l-istudenti tal-Università.", "Kif qal il-Ministru, din l-opportunità għall-istudenti se sservihom bħala prattika.", "L-istudenti jridu jagħmlu l-work phase wkoll u allura minn hemmhekk jista' jibda jinbena s-sample.", "Ladarba jkollok is-sample f'idejk, tkun tista' tieħu r-riżultat x'se jkun.", "Mela dak jista' jipprovdilkom bażi soda sabiex imbagħad tkunu tistgħu tapplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea biex parti mis-sistema tal-IT tal-Qorti tkun tista' tiġi part-financed mis-sistema tal-EU.", "Jiena naħseb li hekk irridu naħdmu.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Aħna għalhekk tkellimna mal-NSO għaliex huma ovvjament għandhom l-expertise fejn jidħol il-ġbir ta' data u allura rridu naħdmu f'dan ir-rigward.", "Bla dubju ta' xejn aħna nistgħu nużaw lill-istudenti tal-liġi imma jkun tajjeb ukoll li nħallsuhom tax-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu.", "Madankollu din għadha fl-istadji inizjali imma nixtiequ li nkomplu niżviluppawha.", "MICHAEL FARRUGIA: Dawn jitħallsu mill-Università.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Aħna issa nidħlu għad-diskussjoni mal-NSO u naraw kif nistgħu nagħmluha.", "Diġa' kien hemm l-ewwel laqgħa fejn iddiskutejniha ħalli naraw kif se nibdew niżviluppawha.", "Hawn imniżżel li l-mira tal-laqgħa kienet dik to discuss administrative issues relating to the Commission on Domestic Violence.", "X'kienu dawn l-issues u x'ħareġ minnhom?", "Imma x'tip ta' administrative issues kienu u x'ħareġ minnhom?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ġeneralment id-diskussjoni tkun fuq kif se naħdmu, lil min se nikkuntatjaw fil-Ministeru, min se jkun il-contact point tagħna biex niffaċilitaw l-affarijiet, lil min irridu nikkuppjaw, x'irridu nikkuppjaw, eċċ. Bażikament qed nitkellmu fuq affarijiet amministrattivi hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri dawn huma diskussjonijiet speċifiċi mal-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali dwar affarijiet amministrattivi.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Hekk hu, kif se nikkooperaw flimkien biex inżommu kuntatt u jkollna focal point biex ma ndumux ma nieħdu risposta lura.", "Mela allura jkollok punt ta' riferenza fejn inti taf lil min trid tibgħat xi ħaġa u jkollna risposta iktar malajr.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju laqgħat marbutin ma' problemi relatati mas-social security benefits, eċċ, jiġifieri li huma direttament marbutin mal-abbuż domestiku u mas-separazzjonijiet, tkissir ta' familji eċċ. Issa hemm il-ħsieb li jkun hemm laqgħa speċifika fuq xi improvements li jista' ikun hemm?", "Ħalli nagħtik eżempju.", "L-ewwel semmejt dawk in-nisa li qed ikollhom joqogħdu d-dar għax m'għandhomx finanzi biżżejjed biex jitilqu mid-dar tagħhom u dik hija problema.", "Problema oħra hija ta' dawk in-nisa li ġejjin minn households b'assets kbar, bħal pereżempju dawk li joqogħdu ġo xi villa.", "Imma dawn ikollhom l-irġiel tagħhom li jkunu jżommu l-assets kollha u l-bank account kollu f'isimhom.", "Din il-mara tista' tkun qiegħda tiġi msawta u tkun trid titlaq mid-dar imma la għandha flus u lanqas għandha fejn toqgħod.", "U x'ħin tmur is-social security ma jistgħux jagħtuha għax l-assets li jidhru li huma tagħha jkunu kbar.", "Dawn huma problemi relatati ma' xulxin u jridu jiġu diskussi mal-ministeru.", "Imma hemm xi intenzjoni li dawn jingħataw lil dawn in-nisa partikolari għax inti tista' pereżempju toffrilhom servizz ta' benefiċċji soċjali u mbagħad, meta ssir il-firda tal-komunjoni tal-akkwisti, dan il-benefiċċju jiġi rifuż lura.", "Imma almenu sakemm tinqata' l-kawża ma jilħqux imutu bil-ġuħ.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jiena mmur aktar minn hekk.", "Fil-fatt qiegħda niddiskuti mal-legal advisor tagħna fuq xi ħaġa li ilha tinkwetani ħafna.", "Dan għaliex f'każijiet ta' separazzjoni - irrispettivament x'inhi r-raġuni tas-separazzjoni imma ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq każijiet ta' vjolenza domestika - suppost li l-komunjoni hija tat-tnejn.", "Imma sakemm tinqata' il-kawża għandek tliet snin jew erba' snin, sakemm ma ddumx iżjed ukoll, u l-kontroll tagħha jkun kollu f'idejn ir-raġel!", "Jiena kelli każijiet fejn dawn in-nisa jiġu jilmentaw miegħi għax huma għandhom dritt għal nofs l-assi imma xorta ma jkollhomx aċċess għalihom u li r-raġel ikollu tliet avukati mentri l-mara jkollha tinqeda bl-avukat tal-Għajnuna Legali!", "U jiena hawnhekk nistaqsi; hija ġusta l-liġi tagħna meta lill-Qorti ma nagħtuhiex il-poter li tara kemm hemm flus il-bank u kemm hemm flus likwidi u dawn jinqasmu mill-ewwel?", "THE CHAIRPERSON: Li nista' ngħidlek hu li mxejna pass f'din id-direzzjoni għaliex meta kont qiegħda nagħmel id-drafting tad-Divorce Bill u din daħlet taħt is-Civil Code Amendments, jiena kont daħħalt emenda li ġiet aċċettata mill-Parlament u li llum tagħmel parti mil-liġi għax sa dakinhar ma kienx possibbli li mħallef iwaqqaf il-komunjoni tal-akkwisti at any point qabel l-appell.", "Issa minn meta daħlet il-liġi tad-divorzju - mhux għax għandha x'taqsam mad-divorzju - hemm l-availability li jekk inti trid titlob ix-xoljiment tal-komunjoni tal-akkwisti, dak li hemm x'jinqasam, minn meta l-Qorti tagħtik permess, jieqaf il-komunjoni tal-akkwisti.", "Mela jekk inti qiegħda taħdem ma tridx tagħti nofs il-paga lir-raġel imma tista' tutilizzaha u tkun tiegħek minn dak il-ħin 'il quddiem.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: U f'liema stadju tista' tagħmilha din?", "THE CHAIRPERSON: Mill-bidu li tiftaħ il-kawża.", "Din kont daħħaltha fl-abbozz meta għamilt id-drafting tal-liġi tad-divorzju għaliex kont naf li qiegħda toħloq ħafna problemi.", "Kellna nisa li jridu jaħdmu u jaqdfu u rġiel li ma jridux jew inkella bil-kontra, irġiel li jridu jaqdfu u n-nisa li ma jridux, u dawn ma kenux qegħdin jagħmlu hekk b'mod li jidher għax inkella l-mara kienet se teħdilhom nofs il-flus li jaqilgħu jew bil-kontra, ir-raġel kien se jispiċċa jeħdilhom nofshom.", "Dak kien pass 'il quddiem imma li qed tgħid inti jerġa' jmur aktar 'il quddiem u naħseb li rridu naħdmu daqxejn fuqu.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Mhuwiex ġust li filwaqt li r-raġel għandu l-fondi kollha f'idejh, il-mara jkollha tgħix bl-akkarija u tiddependi minnu!", "THE CHAIRPERSON: Din li qed issemmi inti hija problema leġislattiva u allura meta tkun qed titkellem mal-Ministeru u mal-Permanent Secretary tridu tindirizzaw l-affarijiet li fihom jistgħu jgħinuna.", "Veru li xorta jrid ikun hemm bidla fil-liġi jew fil-legal notice imma jrid ikun hemm ukoll bidla fil-policy.", "Biex inkunu ġusti huma jkunu fil-ministeru imma aħna, li nkunu on the ground, naħdmu ma' dawn in-nies, aktar nafu x'inhuma l-intoppi.", "Għalhekk bħala Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika hemm bżonn li turuhom fejn huma dawn il-problemi li qegħdin issibu meta tiffaċċjaw is-social benefits area.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Fil-fatt ħadt nota tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Qabel ma mmur għal punt 8 nixtieq insemmi xi ħaġa oħra.", "Aħna konna qegħdin nagħmlu dawn il-laqgħat u se noħorġu bir-rapport tal-Kumitat.", "Intom qed tgħidu li kellkom xi taħditiet mal-Women Against Violence Europe jew inkella ikkolabborajtu magħhom fil-ġbir tal-informazzjoni.", "Hemm xi ħaġa li aħna nistgħu nutilizzawha min-naħa tagħna?", "Din il-ġbir tal-informazzjoni nistgħu nsibuha x'imkien?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Issibuha fuq il-websajt tagħhom.", "Fil-fatt bħala Kummissjoni jitolbuna ħafna għal din l-informazzjoni għax ikunu qed jagħmlu xi surveys u allura jkollhom bżonn l-informazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: X'tip ta' informazzjoni għandkom fuq is-servizzi?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jiddependi minn x'jitolbuna huma.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tikkumenta ftit fuq dawk il-punti saljenti?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Skużani imma ma niftakarx bl-amment.", "Li kieku kont naf kont niġi ppreparata imma pereżempju jistaqsuk fuq il-liġijiet li għandna u xi jkopru dawn il-liġijiet.", "THE CHAIRPERSON: Ir-riżultati li tagħtuhom intom ikunu wkoll fuq il-websajt tagħkom?", "Jiġifieri jekk nitolbok tagħtini l-informazzjoni li bgħattulhom f'dawn l-aħħar sentejn tkun tista' tipprovdihomlna?", "Huma disponibbli u nkunu nistgħu nagħtukom ir-risposta li tajna lilhom.", "Fil-fatt aħna nżommu kopja tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Dan huwa importanti għalina biex inqabblu dak li sibna aħna meta ġew jitkellmu magħna l-vittmi ma' dak li għandkom intom ħalli naraw jekk naqblux jew le.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Mela nista' nibgħathom lilek dirett?", "THE CHAIRPERSON: Iva, ibagħthom lili u lil Dr Elaine Burmingham li hija r-Research Analyst tagħna peress li hija qiegħda taħdem fuq ir-rapport.", "B'hekk ikollna stampa aħjar u r-rapport ikun aktar komprensiv.", "Jiġifieri la qed isir dan ix-xogħol nistgħu nagħmlu użu minnu.", "Imbagħad qed tgħidu wkoll li;", "Minn din il-laqgħa li saret f'Jannar lil hawn wasaltu x'imkien?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Għadna qed niġbru l-informazzjoni għax il-meetings mas-surġent u mal-pulizija għadhom għaddejjin.", "THE CHAIRPERSON: Intom meta jkollkom laqgħat bħal dawn toħorġu interim reports?", "Intom toħorġu dan ir-rapport li juri l-ħidma tagħkom matul dik is-sena imma meta tagħmlu xogħol bħal dan, toħorġu xi mini report biex turu x-xogħol li jkun sar?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Dawn il-laqgħat ikunu minuted u mbagħad l-outcome tagħhom naraw kif se nutilizzawh biex nagħmlu l-proposti tagħna.", "Pereżempju, jekk jgħidulna li l-liġijiet ma jagħtuhomx il-poteri biex jagħmlu hekk, hekk u hekk, aħna nipprovaw naraw xi proposti leġislattivi nistgħu nressqu u mbagħad nitkellmu at a higher level fejn nuruhom dak li qed iħoss ħaddieħor.", "Imma bħalissa qiegħda tiġi miġbura din l-informazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tgħidilna – għax hawnhekk m'iniex nara jekk kienx hemm jew le – jekk kienx hemm xi policies jew legislative proposals li l-Kummissjoni ressqet matul din is-sena?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Safejn naf jien għadna għaddejjin bid-diskussjonijiet u allura bħalissa qed nagħmlu l-ground work with regards to legislative amendments u għadna qed naraw l-affarijiet fil-kuntest tal-Istanbul Convention.", "F'dak il-kuntest aħna qed ngħidu li jekk aħna se nagħmlu proposals we might as well look at the CAHVIO first biex il-proposti li nressqu jkunu proposti sħaħ u mhux biċċa minn hemm u biċċa minn hawn.", "Waħda mill-issues li lili tinkwetani ħafna hija l-issue tal-perpetrator li jibqa' id-dar mentri nċaqilqu l-familja kollha.", "U xi minn daqqiet it-tfal ikollhom ibiddlu l-iskejjel tagħhom, jitilfu l-ħbieb li jkollhom u l-ħajja soċjali tagħhom tisparixxi.", "Il-pulizija jgħidu li m'għandhomx poter biex joħorġu lill-aggressur mid-dar mentri fil-fatt għandhom dan il-poter għax hekk jgħidulna l-avukati.", "Il-pulizija għandhom il-poter imma mhux qed jużawh għax dik hi l-policy tagħhom.", "U allura aħna niġu bejn ħalltejn hawnhekk; għandhom poter jew m'għandhomx?", "U jekk għandhom għalfejn mhux qed jużawh?", "THE CHAIRPERSON: Il-pulizija hawn Malta għandhom the widest arrest rights fid-dinja imma mbagħad naħseb li huma l-inqas li jużawhom f'każijiet meta jkun hemm bżonn li jużawhom.", "Jiena ma nafx eżattament x'inhi l-policy tagħhom u kemm hi policy adegwata imma hemm bżonn li naraw ftit il-liġi biex nagħtuhom ċerti drittijiet li huma differenti minn dawk li għandhom illum għax għalkemm għandhom power of arrest wiesa' imma mbagħad għandek ċerti ideat dwar kif tirrispondi meta xi ħadd iċempel għall-għajnuna, biex tara jekk hux inti tmur għand il-vittma jew inkella l-vittma tiġi l-għassa, u jekk tmur fuq il-post kif se tagħmel l-assessment ta' dak li rajt.", "Jiġifieri hemm ħafna affarijiet neqsin u aħna min-naħa tagħna, wasalna wkoll sabiex nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: ls-Support Victims Directive tesiġi li jrid isir risk assessment tal-inċident u mbagħad abbażi ta' dak ir-risk assessment tittieħed ċerta azzjoni.", "U again hemmhekk ikollna bżonn il-protokoll biex inkunu nafu kif għandna mmexxu.", "Kif se tagħmel dan ir-risk assessment?", "X'jirriżulta?", "U abbażi tar-riżultat inti tara x'azzjoni se tieħu.", "Dik hija parti mis-Support Victims Directive.", "MARTHESE PORTELLI: Min-naħa tiegħi nixtieq inkompli ma' dak li diġà semmiet iċ-Chairperson.", "L-ewwelnnett nixtieq nirringrazzja lill-Ministru għaliex prattikament kien magħna tul is-seduta kollha u xtaqt nirringrazzja wkoll lilek Sinjura Laivera talli sibt il-ħin biex tiġi hawnhekk u tiddiskuti magħna.", "Jiena se nibda billi nikkwota kumment li għamlet il-Ministru uxxenti Marie Louise Coleiro Preca, fejn fl-introduzzjoni ta' dan ir-rapport hija qalet hekk;", "Dan huwa fatt imma issa naħseb li rridu mmorru pass oltre minn hekk għaliex imbagħad kompliet tgħid hekk;", "Meta rċevejt dan ir-rapport jiena dħalt ftit fid-dettall dwar ir-remit u t-terms of reference li għandha din il-Kummissjoni.", "U nista' ngħid li huma terms of reference vasti u oneri ħafna u magħhom iġibu ħafna xogħol.", "Fil-fatt bħala terms of reference wieħed isib 12-il punt - minn (a) sa (l) - u meta taqrahom tinduna li x-xogħol involut fihom huwa wieħed importanti ħafna.", "Hemm l-awareness li tidhru li diġà qegħdin taħdmu fuqu imma m'hemmx l-awareness biss.", "Bħala Kummissjoni obbligati li tipproponu l-istrateġiji, li tiffaċilitaw id-djalogu bejn il-pubbliku u l-privat, li diġà bdejtu tagħmluh, li toħorġu l-istandards, li toħolqu l-protocols, li tagħmlu t-training, li jkollkom pjan koordinat u diversi affarijiet oħra.", "Meta qrajt iċ-Chairperson's Forward inkwetajt xi ftit meta rajt li l-main focus huwa l-awareness.", "L-awareness huwa tajjeb imma hemm ħafna punti oħra li l-Commission trid tara li jsiru.", "Issa minn numru ta' laqgħat li għamiltu jidher li diġà għamiltu ħafna ground work, fejn ġbartu wkoll ħafna informazzjoni imma qiegħda nħoss li – li qegħdin taħdmu ħafna hija l-verità u dan jidher anke min-numru ta' laqgħat li għamiltu – m'hemmx focus eżatt fuq xiex se tindirizzaw l-ewwel.", "U allura forsi wieħed għandu jpoġġi ftit u jgħid li bħala Kummissjoni għandna dawn l-obbligi kollha imma issa fuqiex se nikkonċentraw l-ewwel?", "X'se nkunu qegħdin nagħlqu l-ewwel?", "Issa tgħidli għalfejn wasalt għal din il-konklużjoni?", "Ħalli nagħtik eżempju.", "Jekk wieħed jara x'qed isir fuq is-SART isib li l-proposta min-naħa tagħkom saret lill-Ministru ta' dak iż-żmien Marie Louise Coleiro Preca fis-7 ta' Awwissu imma mbagħad il-laqgħa ma' Mater Dei saret f'Diċembru!", "Issa jiena konvinta li bejn Awwissu u Diċembru kontu qegħdin taħdmu fuq xogħol ieħor imma forsi hawnhekk wieħed għandu jikkonsidra li jekk bdejtu taħdmu fuq is-SART, u l-Ministru qablet fis-7 ta' Awwissu li dan huwa proġett tajjeb u li tistgħu tmexxu, għalfejm ma' Mater Dei ma ltqajtux mill-ewwel?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Li ġara hu li ma kellniex budget.", "Imbagħad hekk kif kellna l-budget f'idejna stajna mmexxu biex nattwaw dan il-proġett tas-SART.", "MARTHESE PORTELLI: Imma forsi wieħed seta' jibda d-diskussjonijiet anke ma' Mater Dei minn qabel biex jara jekk min-naħa ta' Mater Dei kenux ippreparati.", "Forsi wieħed seta' jaħseb fuq kampanji biex it-tobba jkunu jafu b'dan il-proġett ukoll.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Fuq is-SART kien ilna niddiskutu.", "Fil-fatt jiena ilni fuq il-kumitat tas-SART għal madwar ħames snin imma qatt ma ngħatajna budget.", "U kien proprju meta ngħatajna l-budget li stajna nibdew naħdmu fuqu għax mingħajr flus ma tagħmel xejn.", "MARTHESE PORTELLI: Il-punt tiegħi hu li bejn Awwissu u Diċembru sarux kuntatti ma' Mater Dei?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Aħna dak iż-żmien konna qegħdin nagħmlu l-lobbying biex inġibu l-budget għaliex konna nafu li hekk kif ikollna l-budget inkunu nistgħu mmexxu.", "Ovvjament konna qed niddiskutu wkoll mal-istakeholders involuti.", "Żammejna kuntatt ma' Mater Dei imma mhux mat-top level.", "Konna qed nitkellmu mas-Sur Ray Galea li huwa gynaecologist biex naraw x'se jiġri u ma jiġrix.", "Konna qed niddiskutu mal-Victim Support Malta kif ukoll mal-Pulizija.", "Madankollu qabel ma kellna l-flus f'idejna ma stajna nagħmlu xejn iktar milli niddiskutu u nagħmlu l-lobbying.", "MARTHESE PORTELLI: Fir-rapport toħroġ idea totalment differenti.", "Mir-rapport joħroġ li f'Diċembru sar il-meeting ma' Mater Dei.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Bdejna l-proċess f'Diċembru.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ħa nieħu nota ta' dan il-kumment għax huwa importanti.", "Minn dan ir-rapport ma joħorġux l-affarijiet li għedtilna hawnhekk u ovvjament hemm ħafna iktar xogħol li jrid isir.", "Aħna qegħdin ngħidu li hemm lack of details minn min kiteb ir-rapport u he didn't do any justice to the work that you do għax min ikun qed jaqra dan ir-rapport u ma jkunx magħkom għas-seduti mhux se jkun jaf x'seħħ verament imma se jara biss dak li hemm miktub fir-rapport.", "MARTHESE PORTELLI: Fil-paragrafu dwar l-electoral proposals jidher li qed tiltaqgħu mal-Malta Police Force imma naħseb li hemm nies oħrajn li wieħed għandu jinvolvi wkoll f'dan il-proċess.", "Qiegħda ngħid hekk għaliex aħna, bħala Social Affairs Committee, iltqajna ma' nies kważi mill-kamp kollu; iltqajna ma' vittmi, ma' nies li jissapportjaw il-vittmi, ma' nies li jitilgħu l-Qorti, fosthom il-pulizija u xi kultant kien hemm il-feeling li mhux dejjem wieħed jieħu s-support li jixtieq mingħand il-pulizija.", "Kellna wħud mill-vittmi li qalulna affarijiet xokkanti, fosthom ta' vittma partikolari li marret tagħmel rapport fuq abbuż li sar mir-raġel tagħha u l-pulizija li kien l-għassa ċempel lir-raġel tagħha biex dan ikun jista' joqgħod jissemma' minn taħt it-tieqa dak kollu li kienet qiegħda tirrakkonta l-mara!", "U allura hawnhekk forsi wieħed għandu jinvolvi mhux biss lill-pulizija imma lill-istakeholders l-oħra wkoll.", "Fl-aħħar paragrafu qed jingħad li; \"This proposal aims at collecting data from the Malta Police Force and Aġenzija Appoġġ for the year 2014.\".", "Qiegħda nifhem sew li din hija preċiżament biex bħala Kummissjoni jkollkom idea iktar globalisitika ta' x'qed jiġri eċċ?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Li għandna bħalissa hu li qed niġbru l-administrative data li teżisti diġà skond dak li qed jiġbru l-pulizija u skond dak li qed jiġbru l-Appoġġ and we are trying to harmonize to get an idea.", "MARTHESE PORTELLI: U dik se tiġi integrata mbagħad mal-informazzjoni li tiġbru mil-Law Courts meta dawn jagħtukom l-informazzjoni meħtieġa.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Ovvjament meta aħna qed naraw din, qed naraw biss dak li jiġi rrapportat imma nafu li hemm ħafna oħrajn li mhux qed jiġu rrapportati.", "Imma dik hija kwestjoni oħra u toħroġ minn xi prevelance survey ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt inressaq punt hawnhekk.", "Meta tintbagħat l-akkuża lil min qed jiġi akkużat li għamel xi ħaġa lill-vittma, dik il-vittma ma tkunx taf eżattament għal-liema kawża se tkun qiegħda tidher.", "Fil-fatt il-vittma tingħata biss karta li tgħidilha li trid titla' il-Qorti fit-tali ġurnata u fit-tali ħin.", "Imma għalfejn se tidher ma jgħidulhiex!", "Issa min ikun vittma ta' vjolenza domestika normalment ikollu numru ta' rapporti imma sal-ġurnata li jkollha titla' il-Qorti l-vittma ma tkunx taf fuq liema każ se tidher.", "Il-vittma u l-avukat tagħha m'għandhomx aċċess għal din l-informazzjoni.", "Li jiġri hu li x'ħin jidħlu fl-awla l-avukat imur jistaqsi lill-ispettur, li min-naħa tiegħu dan ikollu booklet - dawn draw għax tant indejquhom nistaqsuhom li issa qed jagħmlulna booklet – bl-akkużi kollha.", "Madankollu din tista' tagħmilha dak il-ħin stess u allura ma jkollokx ċans tipprepara.", "Bħala avukat trid toħroġ barra u tgħid lill-klijenta tiegħek li se jkollha tidher fuq it-tali każ.", "U trid tkun ċerta li l-ħin huwa tajjeb u li d-data tajba għax ħafna drabi jkollhom l-iżbalji, u jekk ikun hemm l-iżbalji l-kawża taqa'!", "B'dawk il-każijiet kollha li jkollha vittma ta' vjolenza domestika tispiċċa li tibda tħawwad każ ma' ieħor.", "Jiġifieri żgur li din mhijiex qiegħda tgħin lill-vittma.", "Għalhekk meta tkunu qegħdin titkellmu mal-pulizija jew ma' xi nies oħra tkellmu wkoll fuq dawn l-affarijiet għax qed jiġru l-ħin kollu.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Jiġifieri inti qiegħda tgħid li l-perpatrator ikun jaf kollox u l-vittma ma tkunx taf?", "THE CHAIRPERSON: Il-perpatrator ikun jaf liema huma l-akkużi li ġie akkużat bihom mentri l-vittma, kulma tkun taf hu meta trid titla' l-Qorti u x'ħin trid tkun hemm biex tixhed kontrih.", "Madankollu ma tkunx taf kontra liema rapport se tkun qiegħda tixhed kontrih u ġieli jkun hemm numru sostanzjali ta' rapporti.", "U tkun taf biss meta jitfaċċa l-avukat filgħodu.", "MARTHESE PORTELLI: Allura lanqas tkun tista' tipprepara lilha nnifisha.", "Pereżempju forsi jkollha rendikont ta' ċerta dati u li kieku tkun taf x'se jkun il-każ ittellagħhom magħha.", "THE CHAIRPERSON: Ġieli jkollhom affarijiet oħra u allura din hija importanti.", "Pereżempju ġieli l-pulizija jinsa jistaqsiha min huma x-xhieda.", "Il-vittma tkun taf li fuq dak il-każ l-avukat tagħha jista' jgħidilha biex ittella' dawk ix-xhieda.", "U jekk le taf tibqa' b'xejn.", "Din tiġri kemm-il darba.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Min joħroġhom dawn in-notices?", "THE CHAIRPERSON: Mill-pulizija joħorġu.", "U allura fuq din il-biċċa l-vittma tkun minn taħt.", "MARTHESE PORTELLI: Bħala SART x'tip ta' statistika jew data qiegħda tinżamm?", "Peress li dan huwa unit ġdid jiena nemmen li huwa aktar faċli li tagħġnu għal dawk il-bżonnijiet partikolari.", "Bħala SART x'tip ta' data qed tħarsu lejha?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: ll-basic details u mbagħad ...", "MARTHESE PORTELLI: Pereżempju, jekk ġiet mara u wżat is-servizzi tas-SART, x'tip ta' informazzjoni tinżamm?", "U din l-informazzjoni tinżamm f'database li jekk wieħed ikollu bżonnha jkun jista' jaċċessaha?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Għalissa kollox qed jinżamm b'mod kunfidenzjali għax ikollna l-ismijiet tagħhom u aħna noqogħdu fuq li tgħid il-vittma lill-pulizija.", "F'dan l-istadju noqogħdu fuq dak li tgħid hi lill-pulizija, lill-gynae u lin-nurse.", "Imma għadna fil-bidu tagħha.", "Il-Victim Support Malta għadu qiegħed jibni din it-tip ta' data u kif se nkunu nistgħu nużawha mingħajr ma nidentifikaw il-persuna.", "MARTHESE PORTELLI: F'paġna 11 tar-rapport insibu l-Financial Review, fejn qed jingħad li l-Kummissjoni kellha budget ta' €25,000.", "Nimmaġina li bejn wieħed u ieħor dan huwa budget ta' sena sħiħa.", "Issa minn dak il-budget tħallsu l-onorarja tal-għaxar membri u taċ-chairperson.", "Imbagħad l-ammont li kien għad fadal użajtuhom biex toperaw bihom.", "Kien hemm ammont ieħor ta' €26,851 li ġew allokati għal proġett ieħor u dawn intużaw għal numru ta' safar li għamiltu f'isem il-Kummissjoni, biex għamiltu l-brochures u biex għamiltu wkoll xi events.", "Użajtuhom ukoll għal konferenza li kontu għamiltu.", "Aħna ffokkajna fuq il-kwestjoni tal-istatistika u kif l-aħjar għandna nimxu fuqha u kif se nikkoordinaw bejnietna.", "Jiġifieri dik kienet konferenza importanti ħafna.", "MARTHESE PORTELLI: Bażikament jiena xtaqt nagħmel suġġeriment żgħir minħabba l-fatt li t-terms of reference tagħkom - kif għedt fil-bidu - huma vasti ħafna u allura huwa faċli li wieħed jintilef ġo fihom.", "Forsi wieħed għandu jaqbad l-Istanbul Convention u jgħid li dik hija l-priorità.", "Jiġifieri rridu u ma rridux irridu nġibu l-leġislazzjoni tagħna up to scratch u wieħed se jkollu jaħdem xi ftit b'lura.", "Mela aħna rridu naraw ix-xogħol li jrid isir u x'se nagħtu bħala priorità.", "Jekk aħna bħala Social Affairs Committee nistgħu ngħinukom f'xi ħaġa we will be more than willing to help.", "Kif semmiet iċ-Chairperson qabel, aħna ltqajna ma' vittmi minn kull qasam; iltqajna mal-NGOs kollha, iltqajna mal-Pulizija u anke mat-tobba, u allura jekk hemm xi mod kif dan il-Kumitat jista' jgħinkom we are willing to do it biex ma jkunx hemm overlapping.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Nieħdu pjaċir jekk nistgħu nirċievu kopja tar-rapport tagħkom ħalli nkunu nistgħu nitgħallmu iżjed mill-esperjenzi tan-nies li ġew jitkellmu magħkom.", "THE CHAIRPERSON: Ridt nagħmel kumment minħabba li xi ħadd min-naħa tal-Kummissjoni qal li huma xtaqu li kieku ġew mistiedna ħalli jitkellmu fuq is-suġġett.", "Ir-raġuni li m'għednilkomx biex tiġu titkellmu magħna għaliex aħna konna qed niddiskutu l-vjolenza domestika mil-lat ta' kif l-istituzzjonijiet kienu qegħdin jitrattaw lill-vittmi.", "Aħna llimitajna s-suġġett għal din il-ħaġa.", "Imma bil-qalb kollha nkunu nistgħu ngħaddulkom kopja tar-rapport li qed inħejju bħala Kumitat.", "Konna wkoll bl-intenzjoni li nipprovaw naħdmu ftit fuq l-Istanbul Convention għax jiena kont bdejt billi pproponejt dan it-topic proprju għaliex inkun ħafna fuq il-Council of Europe, li timbotta ħafna l-Istanbul Convention u nduru pajjiżi differenti biex nagħmlu l-laqgħat tagħna hemmhekk.", "Għalhekk ħassejt li kellna wkoll nibdew nagħmlu dan il-ground work biex nippreparaw għaliha.", "Meta mbagħad ġejna biex nipprovaw naraw x'jonqosna nagħmlu sabiex nilħqu mal-Istanbul Convention … Issa jiena research analyst waħda għandi u din tagħmel ħafna xogħol imma ma stajniex indaħħlu wkoll dan ix-xogħol max-xogħol l-ieħor tal-Kumitat.", "Imma naħseb li tkun interessanti ħafna – ngħid għalija bħala Chairperson u naħseb li anke l-oħrajn jaqblu - li jekk ikun hemm xi laqgħat fuq l-Istanbul Convention, being this such an important convention, li aħna nkunu nistgħu niġu bħala osservaturi f'dak il-kumitat.", "I would be willing to attend biex inkunu nistgħu nibbriġġjaw il-kompetenzi tagħna u ngħinu lil xulxin.", "MARTHESE PORTELLI: Xtaqt inżid punt ieħor dwar it-terms of reference tagħkom.", "Ovvjament intom diġà bdejtu tagħmlu xi proposti.", "Issa kull proposta ġdida tirrikjedi l-flus u allura forsi wieħed jista' jikkonsidra li mas-sett ta' proposti li tkunu qegħdin tressqu, ikun hemm ukoll il-costings ta' dawn il-proposti biex wieħed ikun jista' jieħu idea tagħhom u anke xi human resources se jkun hemm bżonn.", "Il-verità hi li kulħadd jixtieq li jkun hawn l-aħjar imma kollox jiġi at a price u trid lin-nies biex jagħmluhomlok.", "Jekk pereżempju l-pulizija se jkollhom rwol ġdid, wieħed irid jara jekk hemmx biżżejjed pulizija fil-korp u mbagħad forsi jara dak li mhux qed isir b'tant effiċjenza u x'jista' jagħmel biex titjieb l-effiċjenza.", "U dak il-pulizija li jkollu ħin liberu jintuża fuq dawn ix-xogħolijiet.", "Imma importanti li nsemmu kemm se tiġi tiswa tali inizjattiva għax fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li se jkun qiegħed iħallas għalihom.", "Mid-dehra l-aim tal-proġett huwa li jkun hemm servizzi fil-komunità u se jiġu nvoluti l-NGOs u l-kunsilli lokali.", "Dan kien ippreżentat lill-istakeholders fit-3 ta' Diċembru 2013.", "Imma x'kien jikkonsisti?", "Qiegħda nistaqsi għax jista' jkun hemm xi affarijiet li aħna qegħdin naħdmu fuqhom biex ninkluduhom fir-rapport tagħna.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: L-idea ta' dan il-proġett hija biex jipprovaw jagħtu work experience lin-nisa inattivi jew li nkella huma unemployed u b'hekk nagħtuhom ftit self-esteem b'esperjenza ta' xogħol.", "Pereżempju lilna jistaqsuna jekk aħniex lesti li nilqgħuhom u nagħtuhom ċertu tip ta' xogħol, ovvjament skond il-kapaċitajiet li jkollhom, biex ikattru s-self esteem tagħhom.", "Anke dik l-esperjenza ta' xogħol tħeġġiġhom iktar sabiex isibu xogħol fiss.", "Dik kienet l-idea tal-LEAP Project u ċioè biex tgħin lin-nisa ħalli joħorġu jaħdmu u b'hekk joħorġu mill-faqar u mill-problemi l-oħra li jkollhom.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt insemmi l-aħħar ħaġa.", "Kif spiċċajna nħallsu l-onorarja tal-membri uxxenti u tal-membri li hemm bħalissa mill-istess budget ta' sena?", "Jiġifieri dawn tħallsu pro-rata?", "Li ġara hu li l-kumitat inbidel f'nofs is-sena.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri tħallsu pro-rata?", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: L-onorarja qiegħda kull xahar avolja nitħallsu a lump sum.", "Li kien hemm qabel tħallsu l-onorarja tagħhom u tat-tieni grupp tħallsu wkoll pro-rata skond kemm ħadmu matul dik is-sena.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li eżawrejna s-suġġett tal-lum.", "Ovvjament dan huwa suġġett interessanti u l-entużjażmu li hawn f'dan il-Kumitat sabiex isiru dawn l-affarijiet huwa kbir.", "Jiena qiegħda nħoss li l-problema rridu noħorġuha aktar għax ħafna drabi s-soċjetà qisha aktar tpoġġiha taħt it-tapit.", "Kulħadd jaf li hemm din il-problema imma qisu s-soċjetà ma tridx tammetti li qed isseħħ daqshekk f'pajjiżna.", "IS-SINJURA RENEE LAIVERA: Fil-fatt fil-prevelence study ħareġ li hemm madwar 60% tan-nies li qalu li jafu lil xi ħadd li għaddej minn xi problema ta' vjolenza domestika.", "Jiġifieri n-nies jafu li teżisti din il-problema imma ma jkunux iridu jammettu jew inkella jħossu li m'għandhomx jindaħlu f'dawn l-affarijiet.", "Imma dawn in-nies li jkollhom din il-problema għandhom bżonn l-għajnuna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Il-laqgħa hija aġġornata għal data oħra li titħabbar aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:01 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140416_025d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 25", "L-Erbgħa , 16 ta' April 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.06 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Onor.", "Robert Cutajar kien skużat milli jattendi minħabba impenji oħra.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-Ministru Michael Farrugia kien preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 23 li saret nhar l-Erbgħa, 09 ta' April 2014 ġew konfermati.", "Is-Sinjura Renee Laivera, Vice-Chairperson tal-Commission on Domestic Violence tat preżentazzjoni qasira dwar ix-xogħol tagħha.", "Spjegat kif waħda mill-affarijiet li l-aktar ħadmet fuqha kienet is-SART (Sexual Assault Response Team) li ġie mwaqqaf fl-isptar Mater Dei.", "Qalet li fuq dan il-proġett sar ħafna xogħol.", "Iċ-Chairperson Deborah Schembri staqsiet lis-Sinjura Laviera x'sar mir-rapporti tas-snin preċedenti peress li dawn kienu għadhom ma ġewx quddiem il-Kumitat.", "Laviera spjegat li r-rapport tal-2011 u tal-2012 sar a biannual report u qatt ma ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Meta staqsew lill-Ministeru dwar dan intqal lilhom li dan ir-rapport kien għadu fil-Ministeru u għalhekk ma jistax jitqies bħala rapport uffiċjali ladarba ma tpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Iċ-Chairperson ġibdet l-attenzjoni li hemm liġi speċifika li tirrikjedi li r-rapport għandu jitħejja kull sena u għaldaqstant tittama li hekk jibda jsir.", "Wara din l-introduzzjoni qasira l-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali staqsew lis-Sinj.", "Laviera diversi mistoqsijiet dwar siltiet mir-rapport li kien qiegħed jiġi diskuss.", "Dan għaliex kien hemm partijiet minnu li ma kienux daqshekk ċari u għalhekk min ikun qed jaqra l-istess rapport ma jifhimx eżattament x'ikun intqal fih.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:01 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140416_025m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 6", "It-Tnejn, 5 ta' Mejju fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 5 ta' Mejju 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta' Malta", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140505_006a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tnejn, 5 ta' Mejju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 6", "It-Tnejn, 5 ta' Mejju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:05p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 5 li saret fil-15 ta' Jannar, 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Nixtieq ninforma lill-membri preżenti hawnhekk, li din il-laqgħa hija streamed live fuq l-internet u kulħadd qiegħed ukoll suġġett għall-video camera.", "Qabel xejn nixtieq nawgura Happy Birthday lill-Onor.", "Tonio Fenech li qiegħed jakkumpanjana, minkejja li għandu l-birthday.", "Parti mix-xogħol tagħna wkoll.", "Nibdew l-item li jmiss.", "PREŻENTAZZJONI MILL-UFFIĊJALI TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ, INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzja ċ-Chamber of Commerce li din il-preżentazzjoni ġiet wara meeting li jien kelli magħhom waqt li konna qegħdin niddiskutu suġġetti oħra.", "Però qam dan il-punt u jien ħassejt li huwa punt ta' interess għal Malta.", "Kif ukoll punt ta' interess li għandu jitlà wkoll quddiem dan il-kumitat u għall-attenzjoni tal-membri ta' dan il-kumitat u eventwalment għad-diskussjoni forsi iktar 'l quddiem.", "Għalhekk nistieden lill-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, is-Sur David Curmi, il-Viċi President is-Sur Frank Farrugia, is-Direttur Ġenerali is-Sur Kevin J. Borg, Head Policy Development is-Sur Andrè Fenech, Chairman of Fast Moving Consumers Goods Committee is-Sur Norman Aquilina, Chairman Importers Economic Group is-Sur Andrew Mamo, Member of Fast Moving Consumer Goods Committee is-Sur Victor Galea, stakeholder is-Sur Joseph Bugeja u Board Members is-Sur Charles Zahra u s-Sur Tonio Casapinta.", "Nilqagħkom f'dan il-kumitat u nitlobkom sabiex tibdew il-preżentazzjoni tagħkom.", "Wara l-preżentazzjoni, il-membri ta' dan il-kumitat ovvjament ikunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet u l-observations tagħhom.", "IS-SUR DAVID G. CURMI (President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija): Onor. Membri, nirringrazzjakom talli llum tajtuna din l-opportunità biex niġu nippreżentaw il-veduti tagħna dwar din il-materja.", "Nixtieq ngħid li s-Sur Norman Aquilina u s-Sur Victor Galea ma setgħux ikunu magħna, però l-bqija tan-nies li semma' ċ-Chairman qegħdin hawnhekk.", "Jien se nagħmel introduzzjoni qasira ħafna, imbagħad se nistaqsi lis-Sur Keven J. Borg jagħmel preżentazzjoni fuq dan is-suġġett.", "Dan huwa suġġett li l-Kamra ilha titratta ħafna drabi, minn meta dħalna membri tal-EU.", "U ma nistgħux ngħidu, li dejjem konna sodisfatti bir-riżultat tad-diskussjonijiet tagħna.", "Però dan l-aħħar żmien, rajna l-problema qegħda tisserja u ħassejna li għandna nerġgħu niġu nispjegaw għaliex għandna dan il-concern.", "Hemm żewġ punti li nixtieq nagħmel qabel ma ngħaddu għall-preżentazzjoni.", "Aħna bl-ebda mod m'aħna qegħdin nippruvaw inwasslu xi messaġġ li rridu xi tip ta' kontroll fil-portijiet tagħna jew fuq l-affarijiet li qed jidħlu Malta għal skopijiet personali u għal skopijiet mhux kummerċjali.", "Punt ieħor importanti huwa li ma nixtiequx li dan is-suġġett jiġi trattat b'mod egoistiku.", "Fis-sens, għax il-membri tagħna huma mportaturi, qed jintlaqtu ħażin.", "Għax mhuwiex il-każ.", "Aħna naħsbu li hemm ħafna iktar stakeholders li qed jintlaqtu ħażin.", "L-importaturi qed jintlaqtu ħażin għax għandhom kompetizzjoni li hija żleali.", "Imma min veru qed jintlaqat ħażin huwa dak li qed jimmanifattura l-prodotti għal suq Malti u l-Gvern.", "Qed jintlaqat ħażin ukoll il-Gvern, għax fl-opinjoni tagħna hemm leakage li mhuwiex insinifikanti, ta' taxxi, ta' excise duty, ta' eco contribution, li mhijiex qed titħallas u li bis-sistema li nħolqot, jista' jkun ukoll li din qed tiġi evitata.", "Jiġifieri dak huwa l-punt tat-tluq tagħna.", "Aħna kkonċernati għaliex naħsbu li s-sistema, kif qed tiġi mħaddma bħalissa, qed tikkrea kompetizzjoni kompletament inġusta u żleali.", "Jiġifieri mhemmx level playing field bejn l-operatur Malti u dak li qed jiġi biex jagħmel il-kummerċ f'Malta.", "Għandna membri li minħabba li qegħdin jaraw din il-kompetizzjoni żleali mhumiex qed jinvestu fin-negozju tagħhom, fis-settur tagħhom.", "Rajna nuqqas sostanzjali ta' bejgħ ta' prodotti speċifiċi, speċjalment - biex insemmi tnejn biss – ix-xorb u l-għamara.", "Però ma nixtieqx lanqas nagħti l-impressjoni li l-problema hija limitata għal dawk iż-żewġ prodotti biss.", "U ovvjament għandek sitwazzjoni fejn l-operatur Malti qed jaġixxi ma' ċerti regoli, għandu ċertu liċenzji, qed iħallas ċertu taxxi, għandu ċertu spejjeż u minħabba s-sistema kif qed tiġi mħaddma hemm min qed jidħol mit-tieqa biex jikkompeti ma' dawn l-operaturi li qed josservaw il-liġi u r-regoli u b'hekk qed jinħoloq dan l-iżbilanċ.", "Issa dik toħroġ mill-preżentazzjoni.", "Aħna nixtiequ naraw li l-obbligazzjonijiet li trader Malti għandu, jiġu osservati wkoll minn dawk li qed jiġu u joperaw f'pajjiżna.", "Nixtiequ nissalvagwardjaw l-interessi tal-konsumatur, li mhux dejjem qed jiġu ssalvagwardjati, għax hemm ċertu prodotti li ma nafux x'qed jidħol f'Malta u ma nafux il-kwalità tal-prodotti li deħlin.", "Issa nispjegaw kif.", "Ma nixtiequx naraw kompetizzjoni inġusta u nixtiequ li dawk it-taxxi li l-operaturi Maltin qed jiġu mġiegħla jħallsu, jiġu mħallsa wkoll minn operaturi li qed jiġu f'pajjiżna.", "Dan huwa l-background tal-presentation tagħna.", "Hija qasira ħafna.", "In-nies min-naħa tagħna li huma madwar din il-mejda, huma kollha speċjalisti fl-area tagħhom.", "U fejn jien jew s-Sur Kevin Borg m'għandniex l-expertise ta' x'qed jiġri fil-port, għaliex qed jiġri hekk, jien ċert li kull wieħed minna jista' jagħti l-kontribut tiegħu.", "IS-SUR KEVIN J. BORG (Direttur Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriżi u Industrija): Grazzi, Mr Chairman.", "Mela jien nixtieq nibda wkoll bi preambolu li għamel il-President tagħna.", "Jiġifieri min-naħa tagħna bl-ebda mod ma ġejna biex nistaqsu għal xi protectionist measures.", "Aħna bħala Kamra tal-Kummerċ qatt ma konna favur il-protezzjoniżmu u lanqas ma sirna favur il-protezzjoniżmu.", "Jiġifieri aħna ma niddejjqux mill-kompetizzjoni imbasta din tkun kompetizzjoni fair u leali.", "Naħseb li ta' min nitkellmu fuq impressjoni żbaljata li hawn, li għaliex qegħdin fl-Unjoni Ewropea u fis-suq ħieles tal-Unjoni Ewropea, hawn xi sitwazzjoni ta' free for all. Jiġifieri bħal meta taqsam minn Għawdex għal Malta fuq il-vapur ta' Għawdex, biex tkun tista' tgħaddi bi kwalunkwe oġġett li għandek.", "Mhux qed nitkellmu għall-persuni u għall-individual quantities for personal consumption, imma qegħdin nitkellmu fuq trailers u fuq trakkijiet u affarijiet li huma għal natura kummerċjali.", "Però għall-każ tal-free for all nerġa' niġi ftit iktar 'l quddiem.", "Ovvjament ix-xenarju regolatorju f'dawn l-aħħar 10 snin – dan bħala background qed ngħidu – inbiddel miz-żmien li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament aħna qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea kellna regolamentazzjoni tajba u effiċjenti li kienet imħaddma mid-Dwana.", "Mhux neċessarjament qegħdin ngħidu li nerġgħu mmorru għal dawk iż-żmenijiet, għaliex kellha l-problemi tagħha wkoll.", "Biss però wieħed irrid jirrikonoxxi li bħala pajjiż m'għamilniex transizzjoni fejn tidħol l-istituzzjoni tad-Dwana.", "Fejn illum, m'għadhomx permessi border controls ħlief f'eċċezzjonijiet fejn ikun hemm reasonable suspicion, xorta waħda għad għandna \"armata ta' nies\" biex ngħidu hekk, li joperaw fid-dwana, li ma jistgħux jagħmlu border controls.", "Però ma rnexxielnix nimmobilizzaw dawn in-nies f'entità oħra li tkun tista' tagħmel market surveillance effettiv u ovvjament inkunu qegħdin nissalvagwardjaw l-interessi tagħna kif suppost u skont r-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Kif qal is-Sur Curmi qabli, ovvjament din is-sitwazzjoni fiha diversi implikazzjonijiet u forsi ta' min nidħlu ftit ftit fil-qosor fuqhom.", "Għandek l-ewwel nett telf sinifikanti fid-dħul tal-Gvern minn taxxi applikabbli u marbutin mal-kummerċ, bħalma huma l-VAT, l-eco-contribution, is-sisa u anke eventwalment it-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji.", "U ovvjament, fiż-żmenijiet tal-lum tat-targets fiskali ta' EU eċċ, fejn kull sforz huwa meħtieġ biex jitrażżan dan l-iżbilanċ fiskali, dan huwa mportanti.", "Għandek kompetizzjoni nġusta u żleali kif semma' l-President, bejn kumpanniji leġittimi li jsegwu r-regolamenti kollha, u s-so called traders, kif aħna ngħidulhom, li ma jonoraw l-ebda obbligu legali.", "U jista' jkun li llum daħħal f'Malta ċertu oġġett għax sab li huwa tajjeb għalih on the markets, hemm prezz tajjeb għalih u l-għada forsi ġie u qassam xi ħaġa kompletament differenti.", "U allura mhemmx continuity u mhemmx speċjalizzazzjoni u mhemmx lanqas accountability.", "Dawn l-aħħar 10 snin, iċ-Chamber kellha rapporti fuq anything under the sun.", "Minn għamara sa detergents, minn inbejjed, sa alkoħol, sa equipment li tista' tbiegħ.", "You name it u aħna kellna rapporti li dan daħal Malta jew mingħajr dak ir-regolament jew mingħajr ma ħallas dik it-taxxa eċċ.…", "Biss nikkonferma li dawn l-aħħar xhur, din l-aħħar sena, qed ikun hemm increase qawwi ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mal-għamara.", "Jekk nista' nagħmel parentesi żgħira fuq l-għamara, nerġa' mmur għaż-żmien li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Kellek produtturi tal-għamara li biddlu l-businesses tagħhom u għamlu alliances ma' kumpaniji barranin biex jibdew jimpurtaw - għax ovvjament s-survival tagħhom kienet tiddependi fuq hekk - u bnew showrooms ġodda, eċċ.", "Illum qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni fejn operaturi Sqallin qegħdin hawn Malta literally fishing for business.", "Iħallsulek weekend ġo Sqallija, iħallsulek il-hotel, jieħduk tiekol basta inti tmur bil-pjanta tiegħek ġewwa x-showrooms tagħhom, tordna l-għamara u jġibuhielek on the day.", "Però wieħed jistaqsi, din l-għamara jitħallas dazju fuqha u jekk tiġix imwaħħla mill-installers, minn għodda u vehicles.", "Għax aħna smajna stejjer ukoll li jkunu jappartjenu għall-aġent Malti, imma on the side, l-installers tiegħu iwaħħlu għall-operaturi Sqallin wkoll.", "Dawn tip ta' stejjer li smajnihom ukoll u wieħed irid jistaqsi jekk hux kollox in regola.", "Kif qal il-President, wara ċertu żmien li aħna qegħdin nesperjenzaw dawn l-affarijiet kollha, ma jistax jonqos illi jkun hemm tnaqqis fl-investiment kif ukoll tnaqqis f'opportunitajiet ta' xogħol f'dawn is-setturi milqutin.", "Ovvjament smajna l-problemi li qed jiffaċċjaw l-importaturi tal-alkoħol, tal-għamara eċċ u l-investiment f'dawn is-setturi qed jonqos ħafna.", "Wieħed irid isemmi - u għandi f'waħda mill-islides li ġejjin - imma forsi ta' min hawnhekk niftaħ ftit fuqha, ir-riskji fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur li din il-problema ġġib magħha.", "Ejja nibdew bil-labelling.", "Fejn jidħol l-ikel, ġo Malta l-labels iridu jkunu jew bil-Malti jew bl-Ingliż jew bit-Taljan.", "F'supermarkets, wieħed issib, anke baby food li ma jkunx b'label b'wieħed minn dawn it-tliet lingwi.", "Għandek riskju li omm qed tagħti ikel lit-tarbija tagħha, li ovvjament hi mhix infurmata sew x'fih dak il-vażżett jew dak l-ikel.", "Detergents pereżempju, suppost ikunu jew bil-Malti jew bl-Ingliż.", "Ilkoll naħseb ngħaddu minn fejn bottleshops u naraw fliexken li jkunu jew bil-Grieg jew bit-Tork jew you name it u qegħdin hemmhekk esposti kontra l-liġi.", "Għandek affarijiet li huma hazardous bħal żebgħa, thinners eċċ, li outright mhux suppost jidħlu Malta imma ovvjament b'xi mod isibu ruħhom fis-suq Malti.", "Għandek issues ta' handling tal-prodotti.", "Jiġifieri meta jkollok importatur reġistrat li jżomm mar-regoli kollha, li jaf li ma jistax ikollu affarijiet tal-ikel - qed nesaġera - u jkollu affarijiet ta' detergents, eċċ. Wieħed ma jistax jaċċerta li meta xi ħadd li ma jkunx tas-sengħa, kif semmejt qabel, li llum importa xi ħaġa u l-għada mporta xi ħaġa oħra.", "Għandek iċ-chill trail ta' meta jkollok dairy products.", "Xi ħadd li ma jkunx organizzat u tal-affari tiegħu, jekk jikser dik iċ-chill trail, u qed iġib riskju għal min jikkonsma dak id-dairy product.", "Jew jistgħu jkunu pharmaceutical products ukoll, li għandhom wkoll din l-issue taċ-chilling.", "Għandek is-shelf life, li m'hawn ħadd biex jiċċekkja l-prodotti li jidħlu Malta.", "Nafu li hemm regolamenti differenti bejn l-Italja u Malta fuq is-shelf life.", "L-Italja jrid ikollok shelf life itwal biex dak il-prodott jidħol fil-pajjiż.", "U allura qisu hemm dumping ta' prodotti fl-aħħar tas-shelf life tagħhom lejn Malta.", "U x'jiġri wkoll jekk ikun hemm recall?", "Jekk ikun hemm recall ta' prodott mill-fabbrika - nerġgħu nieħdu eżempju ta' dairy products - u jkun oġġett li daħal through the normal channels, l-aġent jieħu ħsieb li dak il-prodott jerġà jinġabar kollu mis-suq.", "Fil-każ li jkun traded b'dan il-mod, ovvjament dan mhu se jkun hemm ħadd li jiġbor lura dak il-prodott għad-dannu tal-konsumatur.", "Wieħed jista' jgħid, 'iva imma dan kollu qed jgħin biex il-prezz lejn il-konsumatur ikun wieħed iktar baxx mis-soltu'.", "Forsi wieħed jista' jasal biex jittollera din il-problema.", "Imma nafu wkoll li l-prezz dejjem ikun ipeggjat viċin ħafna ma' dak il-prodott li jkun daħal under the normal channels, u allura dak li qed jabbuża, qiegħed jieħu għalih, biex ngħid hekk, kważi l-ammont kollu ta' taxxa u affarijiet oħra li qiegħed jiffranka u li suppost qiegħed iħallas għad-dannu wkoll tal-konsumatur.", "Ta' min isemmi wkoll li minħabba din il-kwestjoni, ma nafux eżattament x'inhu u x'mhux dieħel ġo pajjiżna u l-affarijiet li huma pprojbiti li qed jidħlu hawn Malta.", "Jekk nistgħu niġbru ż-żewġ sources minn fejn hu ġej dan l-abbuż, wieħed forsi jista' jgħaqqadhom fi tnejn.", "Waħda li diġà semmejt qabel, li f'dan il-pajjiż għad m'għandniex struttura ta' market surveillance fair u effettiva.", "Issa nitkellem aktar tard dwar dan.", "Kif ukoll ġejja mill-fatt li hemm diskrepanzi f'dawk li huma issues ta' dwana u issues marittimi - biex insejħulhom hekk - li se nispjega aktar x'inhuma.", "Jekk niġu għall-Customs and Maritime issues.", "L-ewwel diskrepanza hija fil-contract of carriage.", "Fejn l-international shipping practise tirrikjedi, li merkanzija tkun backed minn Bill of Lading u ovvjament li jkun hemm il-cargo manifest fuq il-vapur.", "Però fil-każ ta' operatur partikolari, il-contract of carriage huwa covered biss mill-biljett ta' fuq l-vapur.", "U allura dan qed jitlef il-possibiltà ta' audit trail u ta' żamma ta' statistika.", "U hawnhekk niġu niddependu fuq l-Intrastat Form - li kulħadd jaf li hija bbażata fuq self decleration - u jekk għandek l-intenzjoni li tabbuża, ovvjament l-Intrastat Form m'intix se timliha.", "Nafu wkoll li hemm diskrepanza bejn dak li hija statistika Taljana ta' dak li huwa esportat lejn Malta u l-istatistika Maltija ta' dak li huwa mpurtat mill-Italja.", "Jekk m'iniex sejjer żball fl-2012 kien hemm diskrepanza ta' qrib it-€300 miljun.", "Jiġifieri din turi kif il-Gvern, qiegħed jitlef kull tip ta' statistika, apparti dak li fiżikament mhux suppost jidħol ġo pajjiżna.", "(Interuzzjonijiet) Jiġifieri fl-2012 id-diskrepanza ta' kemm l-Italja qalet li esportat lejn Malta u kemm Malta qalet li impurtat mill-Italja, kien hemm differenza ta' 300 miljun Euro.", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Biex niċċara punt ieħor, għal dak li għadu kif semma' s-Sur Keven Borg.", "Għax importanti li niċċarawh.", "Meta qed jaslu ċertu trailers f'Malta, il-fatt huwa li jkunu kkumpanjati minn driver, jiġifieri li huma jidħlu bil-biljett ta' driver u li mhux neċessarjament jeżisti manifest tal-affarijiet li jeżistu fit-trailer.", "Dan huwa l-punt.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq biljett tad-driver, mhux biss jien meta mmur Sqallija bil-karozza tiegħi qed nixtri biljett allura nista' niġi lura bil-karozza tiegħi, imma d-driver li qed isuq trailer u bil-biljett tiegħu qed idaħħal trailer Malta.", "Tajjeb?", "Ħalli nkunu ċari.", "Però x'fih it-trailer, ħadd ma jaf, għax jibqa' ħiereġ mill-port.", "IS-SUR ANDREW W. J. MAMO: Hu qed isuq iż-żiemel, u t-trailer li jiġi warajh, jiġi bħala goods being accompanied.", "TONIO FENECH: Fuq din tat- €300 miljun qed naraha naqra stramba bħala ċifra.", "Għaliex faċilment jista' jkun li qed jiġu ddikjarati 'esportati lejn Malta' u probabilment mhumiex qegħdin jibqgħu Malta.", "Kellna każ l-iktar flagranti meta suppost \"Malta esportat l-armi lejn il-Libja\" u dawn kienu ġejjin mill-Italja effettivament.", "Użaw il-Freeport u marru l-Libja.", "Għax qed naraha naqra ċifra kbira wisq biex din tkun dak li… Nifhem li qed tgħid inti, li hemm element speċjalment jien nafha li qed tiġri f'tal-għamara - għax kienet xi ħaġa li konna qed nippruvaw insegwu - u xi prodotti oħrajn li minn Sqallija, li jiddikjarawhom \"For Export\" u jkunu ġejjin Malta.", "\"For export outside the EU\", allura ma jiċċarġjawx VAT u jkunu ġejjin Malta.", "Għall-Italja, Malta mhijiex export for fiscal purposes .", "IS-SUR KEVIN J. BORG: It-tieni diskrepanza hija fl-intervent tad-dwana fil-Valletta Gateway Terminal jiġifieri fil-Grand Harbour fejn ovvjament jieqfu l-bastimenti li jkunu ġejjin for local consumption ġo Malta.", "L-area kollha hija ddisinjata għall-ħatt ta' merkanzija u taqa' taħt il-kompetenza tal-kontrollur tad-Dwana.", "Ovvjament wieħed jista' jassumi li jekk vapur telaq minn port tal-EU u daħal ġo port Malti li hija fl-EU, il-merkanzija kollha hija in free circulation.", "Però aħna xorta nemmnu li hemm l-obbligu tal-awtoritajiet li jaċċertaw li dak il-cargo attwalment jekk vera tħallsitx it-taxxa dovuta fuqu, tħallasx ukoll il-VAT li huwa EU wide tax, kif ukoll it-taxxa speċifika ta' Malta bħalma hija l-eco-contribution.", "Dan ma jistax ikun li jkollok prodott li telaq mill-Italja u li fuqu jġorr l-eco-contribution u tkun diġà tħallset ġo l-Italja.", "Għax hemmhekk, jekk dan baqa' ħiereġ minn ġol-vapur u ħadd ma waqfu, dik l-eco-contribution kważi kważi tista' tgħid li se jitlifha għal kollox il-Gvern, u se tikkrea unfair competition bejn operatur jew ieħor.", "L-istess nerġgħu ngħidu għall-prodotti li fihom labelling li mhux kif suppost eċċ .", "U t-tielet diskrepanza tiġi fuq il-groupage.", "Jiġifieri skont il-Legal Notice 82 tal-2003, tal-Motor Tractors Regulation, suppost kull groupage trailer li jasal Malta, irid jibqa' sejjer dritt lejn il-container freight station ta' Ħal Far, u hemmhekk jinħatt taħt superviżjoni ta' uffiċjali tad-dwana.", "Issa ovvjament meta dan ma jiġix infurzat, il-groupage operator qed jiffranka ħin prezzjuż kif ukoll ovvjament flus.", "Diġà għidt x'wieħed jista' jiċċekkja, li kieku jkun hemm market surveillance effettiv, u l-leakage li semmejna ta' taxxi.", "Biss forsi ħaġa ta' min jissottolinea u li għadni ma semmejtx fid-dettall, hija l-eco-contribution.", "Jekk ma jħallix audit trail, il-competent authority fejn tidħol l-eco-contribution - li hija l-MEPA - ma jkunx fuq ir-reġistru tagħha, u ma tkunx taf kemm qegħdin jiġu importati f'Malta, oġġetti ta' packaging li huma l-ħġieġ, il-kartun, il-plastic eċċ u ovvjament tiffranka milli tħallas kemm l-eco-contribution, kif ukoll li tħallas il-waste management fees.", "Hemm ukoll l-issues ta' toxic waste ta' żebgħa, dawk il-famużi VOCs, li mhux suppost jidħlu Malta u li somehow isibu ruħhom ukoll fis-suq.", "Biex niġi għall-Way Forward.", "Li qegħda tipproponi ċ-Chamber huwa li jkun hemm analiżi ta' dawk r-regolamenti u proċeduri kollha li llum jirregolaw l-importazzjoni.", "Tfittex x'benefiċċju qed nieħdu minnhom, jekk dawn ġewx superceeded u forsi tkun tista' tneħħihom.", "Però dawk li jibqgħu validi, wieħed irid jara kif jinfurzahom b'mod iktar effettiv.", "Semmejna l-eżempju li jekk m'aħniex qed nieħdu l-benefiċċju mill-groupage, wieħed jikkonsidra li jneħħi dak ir-regolament u allura jkun hemm iktar fair level playing field.", "Qegħdin ukoll nipproponu li jkun hemm multi-departmental authority li din tagħmel market surveillance kemm fiskali kif ukoll qualitative market surveillance jiġifieri ta' standards, CE marking, labelling eċċ. This can come about billi jkun hemm consolidation tar-riżorsi mhux biss tad-Dwana, mhux biss tal-VAT imma ta' dawk l-entitajiet kollha li b'xi mod jew ieħor huma responsabbli li jagħmlu biċċa mis-surveillance.", "Xi tmien snin ilu ċ-Chamber, kellha laqgħa mar-rappreżentanti ta' dawn l-entitajiet kollha.", "U dawn kollha spiċċaw jippuntaw subgħajhom lejn xulxin.", "Inti suppost qed tagħmel dik, inti suppost qed tagħmel l-oħra u kulħadd beda jgħid ukoll li għandu żewġ enforcement officers biss, tnejn kull wieħed u mpossibli li jkun hemm consolidation.", "Allura jrid ikun hemm xi ħaġa multi departamental biex meta xi ħadd imur għand ażjenda, l-għada ma jerġax imur għand dipartiment ieħor u nibqgħu sejrin hekk, imma jkun hemm consolidation.", "Lanqas ma rridu li jkun hemm reactive surveillance.", "Aħna meta fil-passat ġieli għamilna rappreżentazzjonijiet simili, l-għada xi membru jsib xi ħadd wara l-bieb biex jenforza, biex jiċċekkjah.", "Ovvjament because it was the most convenient way għall-enforcement officer li jmur għand xi ħadd li jkun stabbilit.", "Imur għand xi ħadd li għandu kollox by the book u jgħid: \"jien mort, iċċekkjajt u ma sibt xejn.\"", "Imbagħad mar għand l-ieħor u ma sab xejn u allura qisha l-problema ma teżistix.", "Aħna li qed ngħidu huwa, li rridu nsibu dawn il-fly-by-nights.", "Li hemm pattern, li dawn qegħdin jivvjaġġaw b'mod regolari u b'mod, ngħidu aħna, ta' kuljum, u jġibu Malta oġġetti, u li qegħdin jabbużaw.", "Ikun hemm ukoll, dak li semma' l-Onor.", "Li jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn local u foreign authorities fuq jekk fil-fatt tħallsitx VAT ġol-Italja jew ġo Malta.", "Naf li semmejna l-problema tal-għamara, issa jekk fuq dik l-għamara ma tħallsitx VAT, l-guardia di finanza imorru għand dak l-operatur ġo l-Italja biex jaraw għaliex tħallset VAT fuq 50 kċina u mhux fuq 100 kċina.", "U dan ikun jista' jipprovalhom, għax jiftħilhom il-kotba u jgħidilhom: isma' jien begħt 50 kċina l-Italja u 50 oħra begħthom f'Malta u dawn huma l-indirizzi.", "Però imbagħad niddubita jekk ikunx hemm follow up mill-awtoritajiet Taljani biex jaraw jekk il-VAT attwalment tħallsitx vera Malta jew inkella ma tħallset imkien.", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Punt wieħed li nixtiequ nagħmlu hija li mill-informazzjoni li għandna mill-membri tagħna, hija li s-sistema li qed nħaddnu aħna bħala pajjiż ma tistax taħdem viċe-versa.", "Jiġifieri kull membru tagħna li pprova jmur Sqallija, anke ġenwinament b'xi xogħol biex jirritornah lis-suppliers tiegħu, kellu problemi.", "Jiġifieri s-sistema ma taħdimx viċe-versa.", "Allura għalhekk il-periklu li dejjem jingħad li Malta jista' jkollha rapporti ta' infringement procedures fuq il-border controls ma naħsbux li huma validi, għax dan mhuwiex xogħol li dieħel għall-użu personali, imma biċ-ċar huwa xogħol li dieħel b'mod kummerċjali.", "THE CHAIRMAN: Qabel xejn mill-ġdid nerġà nirringrazzjakom ta' din il-preżentazzjoni li għamiltu, żgur kienet ta' interess u naħseb mhux se tkun l-ewwel waħda fuq dan is-suġġett.", "Forsi issa anke nieħdu xi mistoqsijiet mingħandna l-membri u mbagħad anke naraw l-way forward min-naħa tagħna.", "Nixtieq nibda b'xi kummenti.", "Semmejtu l-kwestjoni ta' leakage ta' taxxi u duties oħra, bażikament imbagħad semmejtu l-kwestjoni ta' €300 miljun.", "Naħseb eventwalment forsi wieħed ikun jista' jagħmel anke studju - apparti li waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-way forward li intom qegħdin tissuġġerixxu u li jien ukoll se nkun qiegħed inressaqha għall-approvazzjoni ta' dan l-kumitat - u jara daqsxejn iktar analiżi kemm hi fil-verità reali dik il-figura.", "Anke fuq dak li qal l-Onor.", "Tonio Fenech rigward transit goods, biex naraw fil-verità kemm hi l-problema reali min-naħa ta' hemmhekk.", "Qabel il-preżentazzjoni s-Sur Curmi semma' li hemm xi membri li mhumiex jinvestu minħabba dik il-problema, forsi tkun tista' tgħidilna f'liema setturi l-iktar ....", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Ħalli nagħtikom eżempju wieħed.", "Il-Kamra tirrappreżenta l-parti l-kbira tas-settur li jimporta l-alkoħol, speċjalment l-inbejjed.", "U għandna statistika li nistgħu nipprovdu, li filwaqt li n-numru ta' restoranti f'Malta żdied b'mod sostanzjali, il-bejgħ tal-inbid niżel.", "Lilna qed jgħidulna li aħna aħjar nagħlqu l-imħażen tagħna hawnhekk, u niftħuhom Sqallija u nibdew nibgħatu x-xogħol tagħna minn hemmhekk.", "Allura min qed jaħseb biex jagħmel xi tip ta' investiment f'dak is-settur żgur mhuwiex qed jagħmlu.", "Jekk inti se tipprova ġġib ditta ġdida, jekk inti se tipprova tiftaħ outlet ġdid, jekk inti se tipprova tieħu maħżen ġdid, dawn żgur mhux qed jippruvaw jagħmluh.", "Għax huma kulma qed jaraw huma dwindling sales ta' xi ħaġa, li kif aħna nafu kollha, kull darba li mmorru f'restaurant narawh mimli.", "Hemm xi ħaġa li mhix qegħda tagħmel sens.", "TONIO FENECH: L-analiżi tal-kwestjoni tal-inbid, hija kwestjoni minħabba d-differenza fit-taxxa fuq l-inbid?", "IS-SUR DAVID G CURMI: Naħseb li hemm żewġ problemi.", "Hemm tal-inbid li qed jidħol b'mod illegali u mhux qed jitħallas ...", "TONIO FENECH: Għax deherli li l-problema tal-Whisky, eċċ. naqset.", "Meta raħħasna r-rati tat-taxxa, il-varjazzjoni ma' Sqallija niżlet b'tali mod li llum jekk titla' bil-Catamaran u tniżżel l-alkoħol ma baqgħetx vijabbli.", "Ovvjament trid tibqa' tiġi monitored għax trid tara t-taxxi tagħhom.", "Waħda mill-issues li kont insemmi bħala li rridu iktar surveillance, hu assessment tajjeb ta' kif inhuma impattati fiskalment diversi prodotti fit-territorju Sqalli u kif inhuma impattati Malta.", "Għax minn hemmhekk jistgħu joħorġu d-diskrepanzi wkoll.", "Però qed nifhem li fl-inbid għandna dik it-tip ta' varjazzjoni?", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Fl-inbid jidher li hemm problema pjuttost kbira.", "Aħna nafu, li hemm supply kontinwu u regolari ta' kull ġimgħa ta' inbid li qed jidħol Malta b'dan il-metodu.", "Dak huwa eżempju wieħed.", "L-eżempju l-ieħor li tajna, dak tal-importazzjoni tal-għamara, m'aħniex qed nirreferu – biex inkunu ċari – għal min qed jordna cabinet minn fuq l-internet.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq hekk, imma qed nitkellmu fuq larger scale.", "Li jkollok appartament u xi ħadd jimlieh bl-għamara from A to Z.", "TONIO FENECH: Qed nagħmel din id-domanda għaliex naħseb li lkoll naqblu li ma nistgħux nassumu li kulma qed jidħol minn Sqallija huwa llegali.", "Jista' jkun qed jidħlu prodotti li huma legali, però minħabba d-diskrepanza fit-taxxi bejn Malta u bejn Sqallija jaqbillek l-argument li \"niftaħ id-depot tiegħi fi Sqallija, inħallas it-taxxa hemmhekk u nġibu Malta\".", "U xegħelitli bozza meta s-Sur Curmi għamel dak il-kumment.", "Għax operatur leġittimu Malti, qed jgħid \"meta nagħmel il-workings tiegħi ta' kif nopera, kważi jaqbilli nopera minn Sqallija għal Malta\".", "Mela dik hija a structured issue which can be studied specifically li wieħed jagħmel comparision tajjeb dwar x'inhuma l-issues strutturali, biex wieħed jgħid 'jien jaqbilli nopera minn hemmhekk u mhux minn hawnhekk, anke f'ambjent li mhux evażiv'.", "Għax jekk tgħidli evażiv - qed jevadi t-taxxa - ovvjament hija issue sempliċement ta' infurzar, m'hemmx mod ieħor biex tagħlaqha.", "Imma jekk hija issue strutturali ta' varjanza ta' taxxa kif konna għamilna darba meta għamilna l-istudji magħkom fuq ix-xorb, kien ħareġ li kien hemm varjanza kbira li meta taħdem il-mechanics kien jaqbillek tmur minn Sqallija.", "Jista' ikun li għandna l-istess problema tal-inbid.", "U nafu li għandna inbid lokali li wkoll irridu nipproteġuh f'sens tajjeb.", "Għax huwa ħasra li pajjiż turistiku bħal tagħna, it-turist jagħżel li jixrob inbid ta' Sqallija u mhux inbid Malti, sempliċement minħabba din l-issue strutturali.", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Teżisti problema oħra fuq prodotti li huma subject to eco tax.", "L-aħjar metodu kif timporta t-tablets f'Malta hija billi tordna 1,000 tablet minn Sqallija, għax jidħlu Malta mingħajr ħadd ma jkun jaf.", "Kull tablet, kif tafu, għandu €35 tax bejn wieħed u ieħor, u din qed toħloq problema għal xi membri tagħna li qed jinvestu ħafna f'dak is-settur.", "Jiġifieri mingħajr ma nsemmi ismijiet, kumpaniji li qegħdin fis-settur tat-telekomunikazzjoni jagħmlu investimenti kbar, però imbagħad ma jistgħux jikkompetu fuq il-prezz tal-prodott. €35 taxxa fuq oġġett wieħed, huwa ammont mhuwiex insinifikanti, allura l-eco contribution dejjem toħloq din it-tip ta' problema.", "Sibna wkoll prodotti fuq is-suq fejn kienu qed jinbiegħu lill-konsumatur bi prezz ekwivalenti għall-eco-contribution.", "Jiġifieri aħna għandna l-evidenza tagħha din.", "Dawn it-tip ta' strutturi joħolqu dawn it-tip ta' żbilanċi li l-Malti dejjem qed jiġi żvantaġġat.", "IS-SUR ANDREW W. J. MAMO: L-importaturi ġieli jieħdu riskju li they hijack the VAT number ta' xi ħadd hawn Malta.", "Imbagħad kif jidħlu u jgħaddu mid-Dwana u jaraw li ma waqfuhomx, jaqbdu u jqattgħu d-dokumenti.", "Allura x'jiġri?", "Ikunu ħarġu mill-Italja bħala export, daħlu Malta mingħajr m'huma ddikjarati, allura dawn jistgħu jinbiegħu on a black market.", "U din qed issir mhux fuq l-inbid biss, imma qed issir fuq l-għamara, u qed issir fuq kollox.", "Jiġifieri fuq air-conditioning, fuq kull ħaġa.", "Issa qed nispiċċaw naraw mhux l-għamara biss.", "Illum l-Isqallin qed jispiċċaw jieħdu anke turnkey projects.", "Jiġifieri mhux jissuplixxu l-għamara biss, imma jissuplixxu t-tiles, jissuplixxu kollox, il-gypsum, is-servizzi kollha.", "KARMENU VELLA: Naħseb biex iktar niffukaw fuq dak li qed niddiskutu, irridu nistabilixxu kif qed isiru l-affarijiet.", "Jista' jkun li hemm ċertu importazzjoni ta' prodotti li hija għal kollox legali, però hemm a competitive advantage fuq prezz, fuq taxxa iktar baxxa minn hemm.", "U hemmhekk forsi wieħed jista' jitkellem mal-awtoritajiet u jgħidlu \"jekk dak idaħħal kollox legali, biex jien inkun nista' nikkompeti miegħu, għandi bżonn inbaxxi t-taxxa\".", "Jiġifieri minflok inti tiftaħ il-maħżen hemmhekk għax it-taxxa hemmhekk hija orħos, l-awtorità tista' tbaxxilek it-taxxa hawnhekk biex il-competitive advantage tat-taxxa tagħhom hemmhekk jiġi zero.", "Dan dejjem jekk l-operazzjoni qed issir legali.", "Imbagħad hemm il-parti l-oħra, fejn l-affarijiet qed isiru llegali u l-vantaġġ mhux qed jieħduh għax hemm competitive advantage ta' taxxa orħos, eċċ., imma għax qed jeliminaw it-taxxa kompletament bl-illegalità.", "Intom tafu xi jkun għaddej fis-suq.", "U jien naħseb li l-parti tagħkom jew tal-membri tagħkom minflok li titkellmu in ġenerali.… Jekk jien qiegħed fis-settur tal-mobiles, naf min qed jikkompetili minn Sqallija iktar mill-Italja jew mill-kontinent fuq il-mobiles.", "Allura jien immur dirett u nitlob sorveljanza fuq David Curmi, għax jien persważ li David Curmi qiegħed...…", "U telimina dak li ntqal iktar qabel, li meta tqabbad Enforcement Officer, u tgħidlu mur għamel spezzjoni, dan imur fuq min qiegħed tajjeb u jgħidlek li ma sab xejn.", "Int mhux tgħidlu \"mur\", imma \"mur fuq David Curmi\".", "Ma nafx kemm tista' issir Onor. Fenech?", "TONIO FENECH: Jekk nagħti ftit background, għax ilna nitkellmu fuq dan is-settur, minn meta kont ministru.", "Issa ovvjament m'għadnix hemmhekk.", "U mhux l-ewwel darba - is-Sur Kevin Borg jaf - li dak iż-żmien kien hemm open channel mas-Segretarju Permanenti, li għadu hemmhekk.", "Li malli operatur jgħid li għandu suspett fuq David Curmi li qed idaħħal dawk il-prodotti, issir is-sorveljanza fuqu.", "Ġieli nstab li veru u ġieli nstab li fir-realtà l-affarijiet kienu in regola, jiġifieri mhux dejjem – almenu mill-informazzjoni li kelli jien – kien li mhux hekk.", "Peró ssemmew ċertu punti li lili tqumli d-domanda jekk l-affarijiet li kienu bdew isiru waqfux, u nistaqsi ftit.", "Sa meta kont jien Ministru almenu, il-Catamaran - għax il-problema hija l-Catamaran għax hawnhekk dorna u qatt ma semmejna l-operazzjoni – kien tpoġġa l-obbligu fuqu wkoll li jkollu manifest, li jintbagħat lid-Dwana biex jekk trid tista' tagħżel li twaqqaf numru ta' .…", "Għax inizjalment, meta dħalna fl-Ewropa, id-Dwana kienet twaqqaf kull vettura u kull trailer.", "Hemmhekk l-operaturi tal-Catamaran kienu oġġezzjonaw at an EU level.", "U bdew jgħidu li dan mhux suppost qed inwaqqfu wieħed wieħed.", "Mhux li d-Dwana m'għandhiex dritt twaqqaf, imma mhux li twaqqaf lil kulħadd, qisu kulħadd qiegħed jevadi.", "Allura d-Dwana setgħet twaqqaf at random u tgħid illum int, għada dak, għada dak u tiċċekkja at random.", "Biex dan ikun possibbli, konna obbligajna li jibda jkun hemm il-manifest.", "Biex qabel ma jasal il-Catamaran, issir l-għażla tal-vetturi li jitwaqqfu u mhux sempliċement qisni rajt wiċċ dak u rajt wiċċ l-ieħor, jekk waqqaftux jew le.", "Ma jfissirx li s-sistema kienet qed taħdem perfettament, għax hija mmexxija mill-bnedmin, però dik kienet l-istruttura li suppost konna qed naħdmu biha.", "Konna biddilna wkoll il-liġi tal-VAT.", "Fejn fil-liġi tal-VAT konna tajna d-dritt lill-uffiċjali tal-VAT - għaliex l-evażjoni qed issir fuq il-VAT u mhux fuq id-Dwana u s-Sisa għalhekk id-Dwana ma setgħux jintervjenu fuq kollox - biex meta t-truck joħroġ mill-boundary, at any point jista' jitwaqqaf u tista' issir inspection fuqu.", "Ma nistax ngħid li kienu qed isiru ħafna inspections.", "Jiġifieri jiena dejjem insistejt li jrid ikun hemm iktar, imma dejjem kien hemm xi raġunijiet għaliex mhux hekk.", "Però minn hemmhekk konna bdejna l-proċess - u kienet waħda mill-affarijiet li wasslet għad-deċiżjoni – li kien wasal iż-żmien li d-dipartimenti jiġu amalgamati, biex Uffiċjal tad-Dwana huwa wkoll Uffiċjal tal-VAT.", "U allura ma nibqgħux ngħidu għandna reġiment fid-Dwana li ma jridux imorru fil-VAT – għax kulħadd jaf kif aħna f'dan il-pajjiż, li loġistikament kulħadd irid jibqa' fid-Dwana - imma l-armata tiegħi fid-Dwana qiegħda li nista' ninforza, għax fil-VAT huma ftit inqas u t-taħriġ ta' Spetturi kien differenti minn dak li kien jagħmel dwanier u allura ridna li bl-amalgamation naslu għal hemm.", "Ovvjament huwa proċess, naf li dan il-Gvern qed ikompli fuqu, però waħda mir-raġunijiet kienet proprju biex l-Uffiċjali tad-Dwana għandhom dritt ukoll iwaqqfu u jispezzjonaw taħt il-Liġi tal-VAT.", "Mela mhux qed timxi taħt il-Liġi tad-Dwana, ma jistax jgħidilhom qed taġixxu taħt vires li ma tistgħux, qed taġixxu taħt il-VAT u l-eco contribution.", "Forsi anke bħala kumitat nistgħu nistaqsu lill-Gvern ....", "IS-SUR KEVIN J BORG: Fil-preżenza ta' pulizija jew ta' xi ħadd tal-Armata.", "TONIO FENECH: M'iniex konvint, irridu nivverifikaw.", "Jekk se jarresta ma jistax għax mhuwiex uffiċjali.", "Jista' jwaqqaf, però jekk ikollu bżonn jarresta għax imbagħad instab li huwa kuntrabandu, hemmhekk bilfors trid tissejjaħ il-pulizija Dejjem kellna l-problema tal-pulizija li jgħidulna għax m'aħniex available u kien hemm problema ta' co-ordination, imma teknikament l-Uffiċjal tal-VAT jista' jwaqqaf, m'għandux bżonn il-pulizija miegħu biex iwaqqaf.", "Il-problema qiegħda jekk jiġi biex jarresta.", "Dik il-problema l-Italja jissorvolawha, għax ovvjament tagħhom huma Guardia di Finanzia u allura huma pulizija, aħna m'għandniex dik l-istruttura.", "IS-SUR DAVID G CURMI: Fuq punt li semma' l-Onor.", "Tonio Fenech, l-informazzjoni li għandna hija li dak li jinżel mill-Catamaran jibqa' għaddej.", "Jiġifieri aħna ma nafux x'jinżel u x'jinsab fit-trailer.", "M'għandniex informazzjoni lanqas li qed issir xi tip ta' sorveljanza kif joħroġ mid-Dwana, però se nistaqsi lis-Sur Joe Bugeja li huwa l-espert biex jispjegalna eżattament x'qed jiġri.", "IS-SUR JOE BUGEJA (Rappreżentat tal-Operatur Prinċipali fil-Port): Kif qal l-ex Ministru, dan mhuwiex suġġett ġdid, għax kemm-il darba għamilna laqgħat proprju fuq dan is-suġġett.", "Jien bħala rappreżentant tal-Operatur Prinċipali fil-Port, nistgħu ngħidu li m'għandniex għalfejn nivvintaw xejn għax il-proċeduri kollha, is-sistemi kollha ta' kontroll jeżistu, aħna nsegwuhom u dawn huma effettivi.", "Inti semmejt b'mod speċifiku l-mezz ta' trasport.", "Irridu niftakru li l-issue kienet tali għax il-kwantità tat-trasport skont il-mezz kien żgħir, imma f'dawn l-aħħar snin dan kiber, allura l-problema kibret.", "Jiena nista' nikkonferma li aħna li nsegwu l-proċedura kemm f'dak li huwa Dwana, tal-ħaddiema tax-Xatt, il-proċeduri kollha bid-Dwana, bil-proċeduri proprja ta' x'inhu manifest, ta' x'inhu customs intelligence - li wkoll huma dipartimenti separati fejn isir xogħol ta' importanza kbira - dan jimxi kuljum kontra passenger list - dak il-famuż manifest li għandu jippreżenta - fejn kuntrarju tal-proċedura normali, jelenka biss l-isem tad-driver li qed jakkumpanja jew karozza jew trailer 16.5 metre identiku għal dak li huwa ddikjarat bħala general cargo.", "Il-merkanzija li nħottu aħna, trid tgħaddi mill-proċeduri kollha bid-dikjarazzjonijiet minn qabel.", "Hemm il-gate control ukoll, hemm verifiki wara u hemm il-proċeduri kollha li jaħdmu, inkluż dak li semma' s-Sur Kevin Borg.", "Il-groupage li jmur fil-container freight station - u dwar din aħna wkoll ippreżentajna documented evidence ta' kif isir ix-xogħol – kontra kif ix-xogħol kollu li jasal ma' dan il-mezz ta' trasport.", "Ikkalkolajna u għamilna time and motion study li dan jinżel minn fuq il-vapur, joħroġ mingħajr l-ebda kontroll assolut - minħabba s-sistema li ġiet ikkreata ġol-Port, imma mhux ġol-Port - għax għandna wkoll din l-anomalija partikolari - u fi żmien sitt minuti dan ikun kollu fi triqtu għal kullimkien.", "M'għandna l-ebda informazzjoni ta' verifiki.", "Ovvjament is-suq diġà jindika li jien jaqbilli niġi ma' dak għax ma' dak m'għandix kontroll, li huwa ovvju.", "Aħna favur il-kontroll, favur dak li għandu jitħallas biex ikun hemm a level playing field.", "Din hija s-sitwazzjoni llum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett jiena wkoll nirringrazzja lill-Kamra tal-Kummerċ ta' din il-preżentazzjoni.", "Għalija għallinqas, hija preżentazzjoni importanti ħafna għax qed tolqot direttament fil-laħam il-ħaj mhux biss lir-revenue tal-Gvern, imma iktar u iktar l-għixien ta' min jimporta u l-ħaddiema tiegħu wkoll.", "Għandi xi kummenti u mistoqsijiet li nixtieq nagħmel.", "L-ewwel nett jien inħobb inkun daqsxejn iktar prattiku kif anke kien l-Onor.", "Vella fil-kummenti tiegħu.", "Qed nitkellmu fuq entry point wieħed.", "Bażikament fejn jieqaf il-Catamaran.", "Jien għalija kull skuża għax m'għandniex il-manpower mill-pulizija, m'għandniex manpower minn ħaġa u oħra, għalija huma skużi biss.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq entry point wieħed u allura aħna rridu niffokaw biss fuq id-dħul li jiġi minn dak l-entry point li huwa l-Port il-Kbir fejn jitrakka l-Catamaran.", "Il-Catamaran nafu meta jivjaġġa, meta jidħol u meta joħroġ.", "Jiġifieri naħseb m'hemmx affarijiet li se ssib xi sorpriża li f'daqqa waħda daħal Catamaran u ħadd mhu qed jistennih.", "Jiġifieri nafu l-ħinijiet tiegħu.", "L-issue dwar l-informazzjoni li jkun hemm fuq il-Catamaran.", "Naturalment il-kumpanija li topera taf - għax trid tara jekk hemmx spazju biżżejjed jew le - kemm se jkun hemm vetturi, kemm se jkun hemm trailers, eċċ..", "Din l-informazzjoni diġà qiegħda hemmhekk.", "Jiena at this point ninsa kompletament kważi kważi l-vetturi ż-żgħar.", "Is-Sur Curmi stess semma' li aħna m'aħniex infittxu la lil min qed jordna fuq l-internet u lanqas min tela' b'karozza privata u forsi ġab kaxxa, dik mhux se taffettwa lill-operaturi u naħseb fuq dan qed naqblu.", "Mela l-issue li fadal huma t-trailers.", "Issa ż-żiemel ma jinżilx żiemel waħdu, imma jkollu t-trailer ta' warajh.", "L-iktar ħaġa importanti huwa t-trailer ta' warajh iktar milli ż-żiemel.", "Is-Sur Bugeja semma li jidher li kollox huwa in place bħala liġijiet, eċċ. Jiġifieri suppost, jekk fhimtek tajjeb jien, m'hemmx xi tibdil li nistgħu nagħmlu biex wieħed ifittex ....", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Aħna nġorru 30,000 trailer fis-sena u s-sistema taħdem.", "IS-SUR DAVID G. CURMI: We have to highlight ħaġa importanti ħafna, li s-sistemi huma kollha in place, però hemm eżenzjoni importanti for high speed craft.", "Jiġifieri r-regoli ma japplikawx for high speed crafts u l-Catamaran huwa high speed craft.", "CARMELO ABELA: Imma fil-Port ikun wieqaf.", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Imma jkun ġie b'high speed.", "Allura l-Catamaran huwa eżentat mir-regoli kollha li semma' s-Sur Bugeja.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi raġuni partikolari?", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Le, mhux eżentat minn dawn.", "Il-high speed craft ingħata konċessjoni, għax kien hemm issue fil-passat minħabba l-ħaddiema tax-Xatt, u inġab l-argument ta' 3.5 tons meta skont aħna, ir-regolament internazzjonali anything over 3.5 tons tenħtieġ lashing fuq il-vapur.", "Minħabba dik l-eżenzjoni, waħda bdiet timbotta lill-oħra.", "Jiġifieri l-high speed craft huwa l-mezz tat-trasport, imma meta jasal - kif qed jgħid l-Onorevoli - u l-merkanzija mhux kaxxa inbid f'karozza, imma trailer ta' 16.5 metres b'sitta minnhom neżlin u t-trakkijiet, meta niżlu jista' isir ..…", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Sur Bugeja, jekk ma jimpurtax, irridu niħħajlajtjaw din.", "TONIO FENECH: Dawn it-trailers, teknikament id-Dwana, għandha d-dritt titrattahom bħat-trailers l-oħrajn u twaqqafhom fil-Port u tiftaħhom wieħed wieħed.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Mhux qed ngħid tiftaħhom fil-Port.", "TONIO FENECH: Jew tagħmel il-kontrolli kollha għat-trailers.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Aħna wkoll ikollna t-trailers C Status u s-sistema tas-C Status tippermettilek li inti toħroġ mingħajr problemi, imma għandek il-mekkaniżmu tas-sistemi fejn hemm l-intelligence u hemm il-kontroll qabel toħroġ, in-naħa l-oħra m'għandek xejn.", "CARMELO ABELA: Jien għalhekk xtaqt inkompli fuq dan il-punt.", "TONIO FENECH: Fil-prattika rridu naraw eżattament x'hemm fit-trailer.", "IS-SUR DAVID G CURMI: Is-sistema hija x'hemm fit-trailer.", "CARMELO ABELA: Meta għedt il-Catamaran – u din hi l-mistoqsija l-oħra tiegħi – dawn ikollhom l-informazzjoni ta' kemm hemm karozzi, trailers, etc., u jkunu mogħtija wkoll informazzjoni x'hemm f'kull trailer, jew le?", "Il-liġi tobbliga li inti tkun taf x'qed iġġorr fit-trailer?", "Jiena naħseb anke fl-interess tal-Catamaran stess huwa tajjeb li jkunu jaf x'hemm.", "Per eżempju, xi ħadd se jġib splussiv.", "IS-SUR TONIO CASAPINTA: Dawk ġraw.", "KARMENU VELLA: Jiena naħseb dan il-punt irridu niċċarawh għax hemm interpretazzjoni.", "Ikorreġuni jekk sejjer żball, meta ngħidu dan konna qed nobbligawh li jippreżenta manifest, il-manifest ta' goods for personal use jew for personal … Ejja nieħdu x-xorb.", "Jien għandi t-tifla tiegħi se tiżżewweġ, tellajt vann u xtrajt ix-xorb għat-tieġ tat-tifla tiegħi.", "Lil tal-vapur mhux se nagħtih il-manifest għax dawk niżżilthom jien bħala personal belongings.", "Imma mbagħad għandek żewġ kategoriji oħrajn, jew jien importatur tax-xorb u nibgħat trailer.", "Imbagħad l-abbuż isir li dak it-trailer qata' t-ticket u qisu daħħlu personal goods tiegħu.", "Iktar minn hekk, qed jinħolqu aġenti ta' dak irid tliet kaxxi inbid, dak irid erba' kaxxi Whisky u bejniethom ngħaqqdilhom trailer.", "Jekk aħna lil dan ngħidulu inti trid tagħtina l-manifest, il-manifest niddefinixxih eżatt fuqhiex irid ikun.", "Jekk dan ġej bil-bagoll tiegħu, mhux qed nippretendi li inti tgħidlu għidli x'għandek fil-bagoll għax irrid inniżżlu fil-manifest.", "Imma jekk jara trailer ta' 60 pied jew ta' 40 pied, ma jistax jgħidlu dan personal.", "U kull ġimgħa jitla' tliet darbiet.", "Jiġifieri mbagħad hemm l-interpretazzjoni u s-sens komun .....", "THE CHAIRMAN: Nixtieq inkompli xi ħaġa ma' dak li qal l-Onor.", "Vella, forsi jkollna risposta wkoll.", "F'ħin minnhom, jekk m'iniex sejjer żball, is-Sur Curmi qal li din il-ħaġa tiġri one way, fis-sens li tiġri lejn Malta biss.", "Allura Sqallija x'qed jagħmlu differenti jew x'qegħdin jagħmlu li aħna m'aħniex qegħdin nagħmlu, biex jikkontrollaw din il-problema?", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Sqallija għandhom il-Guardia di Finanzia.", "Dawn għandhom id-dritt li hekk kif tillandja bil-karozza tiegħek hemmhekk jew bit-trailer jew b'vann, iwaqqfuk u jistaqsuk x'għandek fil-vann, għandekx affarijiet x'tiddikjara, kemm għandek cash fuqek.", "THE CHAIRMAN: U dik il-funzjoni f'Malta …", "ONOR CARMELO ABELA: Mhux xorta high-speed vehicle għalihom?", "Imma high speed vehicle hija d-definizzjoni li tajna aħna (Interuzzjonijiet) ....", "Il-punt li qed nipprovaw noħorġu huwa li driver jidħol b'trailer ta' 16.5 metres contents unknown general cargo.", "Din hija l-problema.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Biex nirrispondi liċ-Chairman b'mod sempliċi.", "Minn hawn għal Sqallija l-maġġor parti tat-trailers imorru vojta.", "Jiġifieri huma neżlin Sqallija jkunu declared eżenti, għax huma sejrin biex jgħabbu.", "Lil hawn hija pronunzjata.", "Għax ovvjament lil hawn, xejn ma jiġi vojt, lil hawn jiġi kollox mimli.", "KARMENU VELLA: Il-vantaġġ ta' prezzijiet u critical mass ta' prodotti, minn hemmhekk għal hawnhekk qiegħda.", "Kieku aħna konna kompetittivi fl-inbid kieku taħdem bil-kontra.", "Din ipprovajna nħaddmuha minn hawnhekk għal-Libja.", "Meta tela' vapur bil-goods Maltin fil-Libja – ħalliha li dawk għandhom regoli għalihom – dawn sal-vapur b'kollox żammew, li ma setgħux jagħmluha.", "Għax aħna m'għandna xejn li hu kompetittiv u li jekk jixtruh minn għandna, huma se jiffrankaw.", "Għax kieku tista' issir both ways.", "IS-SUR DAVID CURMI: Però biex nieħdu l-eżempju tal-għamara.", "Li jiġri fl-għamara hu li meta jiġu jagħmlulek l-appartament tiegħek, jinsistu li jitħallsu cash u ovvjament qed jiffrankalek it-18%, allura l-prezz jiġi attraenti ħafna.", "Dik hija l-parti illegali.", "KARMENU VELLA: Jekk ġibt prodott li se jkun parti minn added value ta' a final product ieħor li se jirrendilek il-final product kompetittiv, tgħid qed tirbaħ xi ħaġa.", "Għax mill-gwardarobba kollha, ġibt iċ-ċappetti kompetittivi.", "U għaliex ġibt iċ-ċappetti kompetittivi, il-kumplament li se nagħmel hawn Malta se jkun final product kompetittiv.", "Imma hawnhekk qed nitkellmu fuq il-final product kollu.", "Jiġifieri l-interpretazzjoni fejn hu personal belonging u fejn hu t-trailer li ġej biex jikkompeti mal-business lokali, jien naħseb jekk mhux se nsibu definizzjoni għal dik .…", "IS-SUR FRANK V FARRUGIA (Viċi-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija): Hemm ħafna setturi li qed jintlaqtu.", "Għax qed insemmu ħafna l-għamara.", "Però jekk per eżempju fix-xogħol tiegħi ta' spray booth, qed nitkellem fuq ħafna eluf ta' ewro.", "Jekk tiffrankalu 18% VAT .… Għax hekk qed jiġri, dan jiġi żarmat ġot-trailers u jarmah hawnhekk.", "Imbagħad għandna problema oħra.", "Qed iġibu x-xogħol, imma jekk tinqala' l-ħsara rrid nagħmel tajjeb għaliha jien.", "Għax jiena marbut bir-regoli tal-Unjoni Ewropea li rrid nibqa' nagħti l-garanzija sa sentejn.", "Jiġifieri qed titlef l-istatistika, aħna qed nitilfu x-xogħol, il-Gvern qed jitlef ir-revenue.", "CARMELO ABELA: Ma nafx hux impressjoni tiegħi biss jew le, imma qisu qed nara li m'għandniex ċarezza fuq il-liġijiet tagħna, iktar milli fuq x'hemm miktub imma fuq l-interpretazzjoni u l-attwazzjoni tagħhom.", "Jista' jkun li jkun hemm ħtieġa ta' emenda fil-liġi biex ma naħqrux lilna nfusna bħala pajjiż bla bżonn - u allura forsi wieħed jikkonsidra dik.", "Però jien, anke bħala suġġeriment, xtaqt li jekk il-ħsieb ta' dan il-kumitat huwa li jkompli jiddiskuti dan is-suġġett - u naħseb li ċ-Chairman diġà qal dan fil-bidu - forsi ta' min nistiednu lid-dipartimenti konċernati li jmissu mal-Port u ma' dawn l-affarijiet, biex jagħtu l-istampa tagħhom ta' x'inhu jiġri.", "Naturalment nagħtuhom il-preżentazzjoni tagħkom - li persważ li jafu bil-concerns tagħkom - però for all intents and purposes nistgħu nagħtuhom din il-preżentazzjoni u dak li jkun, jinformahom fuq x'kien diskuss hawnhekk illum.", "Nitolbuhom jiġu lura b'risposti ta' x'qed jiġri u x'għamlu tul is-snin dawn id-dipartimenti u naraw x'soluzzjonijiet joħorġu minn għandhom ukoll.", "Din mhijiex issue li qamet il-bieraħ.", "Issa ilna membri fl-Unjoni Ewropea għaxar snin.", "Is-Sur Curmi stess fl-introduzzjoni tiegħu semma' li kienu saru proposti u diskussjonijiet aktar minn darba.", "Issa jekk dan il-kumitat ikun jista' jingħata - dejjem jekk ikun jista' jingħata minn naħa tagħkom - x'kienu l-proposti tagħkom, forsi b'ċertu dettall u xi tweġibiet ingħatajtu.", "Għax nispera li għallinqas li ngħatajtu tweġibiet ......", "IS-SUR DAVID G. CURMI: Però rridu nżommu f'moħħna wkoll, li meta kiber dan is-servizz kibret il-problema, kif spjega s-Sur Joe Bugeja l-ewwel.", "Qabel il-problema tat-trailers ma kenitx teżisti.", "Issa li hemm volum kbir ta' trailers ġejjin bħala general cargo, u li fil-verità ma nafux x'fihom.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: U kif semma' l-ex Ministru.", "Veru l-Catamaran kien jiġi mingħajr l-ebda manifest, u wara diskussjonijet introduċejna li jrid jippreżenta manifest għall-ewwel darba.", "Ovvjament hemm interpretazzjoni ..… Jiġifieri għamilna passi, imma kiber il-Catamaran u kibret il-problema.", "ONOR TONIO FENECH: Trid taġġorna.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Nista' nagħti eżempju żgħir.", "Il-vapuri tagħna, li jaħdmu fuq in-naħa l-oħra tal-Port fil-Belt, dejjem għandna d-Dwana preżenti hemmhekk u nħallsu għalihom għax it's a customs area.", "Din in-naħa ma jagħmluhiex.", "Aħna qabel ma nibdew inħottu trailer wieħed mill-vapur, iridu jaslu n-nies tax-Xatt.", "U din għalhekk għidna li f'sitt minuti, il-Catamaran iħott u joħroġ, għax in-nies tax-Xatt ma jmorrux fuqu.", "Jiġifieri kollox ma' kollox, hemm combination ta' affarijiet għaliex jagħmel din l-attività iktar attraenti għal affarijiet li qed iwasslu għal affarijiet oħrajn.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Hija ħafna orħos.", "KARMENU VELLA: Bħala way forward.", "Għax aħna anke jekk illum qed ngħidu dan qed jagħti manifest, imma mbagħad jekk ġab trailer fuq ismu u ma tax manifest tiegħu, mela m'għandux manifest reali.", "Qed jagħti manifest, imma mhuwiex manifest reali.", "Aħna x'irridu niksbu għal quddiem?", "Dan ma tistax tgħidlu ġġib xejn.", "Li tista' tagħmel huwa li tgħidlu inti tista' iġġib kemm trid, dment li toqgħod għar-regoli kollha.", "Wara li timpinġi r-regoli kollha fuqu, imbagħad sta għalih jekk jgħid jiena jekk ngħawweġ ir-regoli jaqbilli għax se niffranka.", "Jista' jagħti l-kas li anke bir-regoli se jiffranka - u f'dak il-każ mhux se żżommu jekk dan he is abiding by all rules and regulations u qed jiffranka xorta għax qed jixtri - ma tistax iżżommu.", "Li tista' iżżommu hu jekk jaqta' waħdu meta hu jgħid jiena biex immur noqgħod nixtri u wara li noqgħod għar-regoli kollha, xorta l-prodott tiegħi ġej ogħla milli kieku jien xtrajtu, allura mbagħad jieqaf waħdu.", "Aħna li rridu nagħmlu at this stage hu li wieħed jara li r-regoli kollha li japplikaw għall-genuine importer, japplikaw għal dan.", "Jekk hemm loophole għax dan fast service, jekk hemm loophole għax it-trailer jidħol tliet darbiet fil-ġimgħa u qed iġib personal belongings fuqu, aħna dawk il-loopholes irridu nagħlqu.", "IS-SUR JOSEPH BUGEJA: Nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Il-kunċett ta' manifest f'dak li nifhmu fil-marittimu jkun fih ix-shipper u l-consignee.", "Il-manifest li jintuża f'dan il-mezz ta' trasport m'għandu xejn minn dan, ħlief l-isem tad-driver mhux fuq il-kumpanija li qed timporta, imma l-isem tad-driver li qed jiddikjara l-oġġetti.", "TONIO FENECH: Meta ġiet iddisinjata l-liġi ma kienx hemm dawk it-trailers kbar, jiġifieri trid tiġi aġġornata.", "IS-SUR KEVIN BORG: Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li qal l-Onor.", "U nerġa' mmur għal wieħed mill-way forward recommendations li għandna.", "Irridu naraw, kif għidt inti, li r-regoli kollha li jappartjenu għal xi ħadd li huwa in regola, qed iżomm magħhom jew whatever.", "U minflok naraw li wieħed jitlaq eżatt mal-ieħor, naraw dan jekk għadux kollu validu, biex jekk jista' jinżel, jinżel għal kulħadd, imbasta jkun ekwu għal kulħadd.", "Biex ma jkunx hemm over regulation.", "THE CHAIRMAN: Nerġa' nirringrazzjakom mill-ġdid.", "Kif għedt qabel, nassigurakom li din mhux se tieqaf hawnhekk.", "Se nkun qed nipproponi lill-kumitat - li qisu diġà hemm qbil komuni - sabiex anke minn dan il-kumitat jitħejja rapport magħmul minn esperti fejn hemmhekk se nkun qed nitlob lil dawn l-esperti sabiex anke jinvolvikom b'mod dirett.", "Bażikament li se nkun qed nitlob huwa biex l-ewwel nett jagħmlu analiżi tas-sitwazzjoni, anke minn termini fiskali, kemm hija kbira l-problema u kemm hi mifruxa u x'hemm u x'm'hemmx mil-lat ta' loopholes kemm ekonomiċi u kemm legali.", "Però l-iktar importanti huwa l-courses of actions li wieħed jista' ikun qed jieħu biex imbagħad inkunu nistgħu nipproponuhom ukoll lill-awtoritajiet konċernati.", "Minn hemmhekk inkunu nistgħu nimxu 'il quddiem.", "Minn naħa tagħna nerġa' ngħidilkom li jekk il-kumitat jaqbel inkunu nistgħu mmexxu fuqha.", "TONIO FENECH: Filwaqt li naqbel ma' dan il-punt u naħseb li s-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Abela, li għandna nitolbu lill-entitajiet konċernati li jagħmlu preżentazzjoni lil dan il-kumitat dwar x'inhi s-sitwazzjoni li huma qed jaġixxu fiha, hija importanti.", "THE CHAIRMAN: Il-proposta tiegħi kienet li through dawn il-persuni esperti li se nkunu qed inqabbdu, se jkunu qed jaħdmu direttament waqt l-istadju ta' kumitat.", "Peress li l-kumitat jieqaf sa preżentazzjoni, eventalment l-istess membri li se jkunu qed jieħdu ħsieb dan l-istudju, ikunu qed jevalwaw ukoll l-istess preżentazzjoni li jkunu qed jagħmlu.", "Mela hemm qbil.", "Aħna se nkunu qed ninformawkom x'passi se jittieħdu mill-Kumitat.", "Mill-ġdid nirringrazzjakom.", "Bażikament l-aġenda hija eżawrita u l-kumitat huwa aġġornat.", "Fit-8:13 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140505_006d_fin-2.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 5 ta' Mejju, 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:05 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 5 li saret fil-15 ta' Jannar, 2014 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-UFFIĊJALI TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ, INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur.", "David G. Curmi u lis-Sur.", "Kevin J. Borg President u Direttur Ġenerali rispettivament tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija biex jagħtu preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Curmi introduċa s-suġġett billi elenka li l-iktar li qed jintlaqtu ħażin minn dan l-abbuż huma kemm dawk li qed jimmanifatturaw prodotti għas-suq Malti kif ukoll il-Gvern lokali, minħabba li mhumiex jitħallsu taxxi, eco-contributions u excise duties għall-oġġetti importati.", "Is-Sur Curmi kompla jgħid li l-Kamra tal-Kummerċ tixtieq li tissalvagwardja l-interessi tal-konsumatur u l-operaturi li jiġu f'pajjiżna jħallas t-taxxi bħall-operaturi Maltin.", "Wara s-Sur Kevin J. Borg ta preżentazzjoni intitolata:", "Il-Kamra tal-Kummerċ qegħda għaldaqstant tipproponi li jkun hemm analiżi ta' dawk il-proċeduri u r-regolamenti kollha li jirregolaw l-importazzjoni, li jitwaqqaf multi-departmental authority li tagħmel market surveillance kemm fiskali kif ukoll kwalitattiv u jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn awtoritajiet Maltin u Taljani.", "Is-Sur Joseph Bugeja, Rappreżentat tal-Operatur Prinċipali fil-Port, ta spjegazzjoni tal-proċedura u kontroll li hemm fil-port.", "Minn naħa l-oħra s-Sur Bugeja spjega li kien sar time and motion study li wera li f'sitt minuti, vettura tinżel minn fuq il-catamaran, u toħroġ fi triqitha mingħajr ebda kontrolli.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti, staqsew mistoqsijiet lill-uffiċjali tal-Kamra tal-Kummerċ.", "Is-Sur Frank V. Farrugia Viċi President, u s-Sur Andrew W J Mamo, Chairman, Importers Economic Group tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija intervenew ukoll fid-diskussjoni.", "L-Onor Carmelo Abela ssuġerixxa li fil-laqgħat futuri jiġu mistiedna d-Dipartimenti konċernati biex jagħtu l-verżjonijiet tagħhom u dan biex tinstab soluzzjoni.", "Fuq suġġeriment tal-President tal-Kumitat il-Kumitat qabel li għandu jitħejja rapport li għandu jkunu magħmul minn esperti biex issir analiżi tas-sitwazzjoni - ta' kemm hi kbira u mifruxa l-problema, x'loopholes ekonomiċi u legali jista' jkun hemm, u x'azzjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu biex dawn jiġu pproponuti lill-awtoritajiet konċernati.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm wkoll is-Sur Charles Zahra u s-Sur Tonio Casapinta, membri tal-Bord tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija.", "Fit-8:13 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140505_006m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 18", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Mejju 2014 fl-9.30 a.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Mejju 2014 fl-9.30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "8 ta' Mejju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140509_018a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 18", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Mejju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 18", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Mejju 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.39 a.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 17, li saret fil-11 ta' Marzu 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ħalli nibdew bix-xogħol min-naħa tal-Gvern ħalli b'hekk inkunu nistgħu nqassmu x-xogħol għall-ġimgħa d-dieħla, u forsi anke għal ta' wara.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, nhar l-Erbgħa li għadda aġġornajna l-Kamra għal nhar it-Tnejn, bl-ewwel tliet abbozzi ta' liġi għat-Tielet Qari, jiġifieri ma jidhirlix li hemm diffikultà fuqhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius qiegħed hawn ukoll.", "Kull ma għamilna, Onor. Agius, ikkonfermajna l-Minuti.", "Jekk trid, tista' tagħtihom daqqa t'għajn.", "(Interruzzjonijiet) Le, la bgħatniehom bl-email ma nbidlux, ma tarax!", "Konna se niġu għall-ewwel item li huwa x-xogħol tal-Kamra.", "Carmelo Abela, biex jilluminana ftit fuq ix-xogħol tal-Gvern, kemm għal din il-ġimgħa, kif ukoll għall-ġimgħa ta' wara.", "CARMELO ABELA: Sur President, kif kont bdejt ngħid, nhar l-Erbgħa li għaddew aġġornajna għal nhar it-Tnejn, bl-ewwel tliet abbozzi ta' liġi għat-Tielet Qari.", "Dawn għaddew mill-istadju ta' Kumitat, u allura ma naħsibx li hemm xi diffikultajiet fuqhom.", "Il-ħsieb hu li, jekk jista' ikun, nhar it-Tnejn nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi, dejjem jekk ma jkunx hemm diffikultajiet min-naħa tax-Shadow Minister għall-Finanzi.", "DAVID AGIUS: Diġà hemm problema, għax ix-Shadow Minister għandu Kumitat tal-Kamra, u ma jistax ikun f'żewġ postijiet fl-istess ħin.", "CARMELO ABELA: Jekk hemm dik il-problema, ma jimpurtax, imma kellna niċċekkjaw fuq dan.", "Mela, nhar it-Tnejn nibdew bl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, jiġifieri Abbozz ta' Liġi Nru. 35, li l-emendi tiegħu huma marbutin mal-Vot 16.", "Aħna għandna żewġ abbozzi ta' liġi li huma marbutin ma' dan l-istess Vot 16: Abbozz Nru. 35 li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, kif ukoll l-Abbozz Nru. 36 li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Kif jaf il-kollega tiegħi, l-Onor.", "David Agius, dawn huma t-tnejn marbutin mal-Vot 16 u, għalkemm jitkellmu fuq l-istess emenda, imma irridu nemendaw żewġ liġijiet differenti.", "Ma nafx jekk hemmx xi ħsieb dwar kif nistgħu nitkellmu separatament.", "MR SPEAKER: Ma jistgħux jiġu diskussi simultanjament?", "CARMELO ABELA: Le, imma l-punt huwa li, wisq probabbli, kif jiġri s-soltu, fuq il-kunsilli lokali nespandu ftit aktar u ssir diskussjoni iktar ġenerali, jiġifieri mhux biss fuq l-abbozz ta' liġi nnifsu, mentri fil-każ tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, ma narax li hemm lok.", "DAVID AGIUS: Il-proposta tiegħi, se mai, hi li nibdew bl-Abbozz ta' Liġi Nru 36, imbagħad inkomplu bl-Abbozz ta' Liġi Nru. 35.", "MR SPEAKER: Jiġifieri minflok ma nibdew bl-Abbozz Nru 35, nibdew bl-Abbozz Nru 36, imbagħad wara ngħaddu għall-Abbozz Nru 35.", "CARMELO ABELA: M'għandniex problema min-naħa tagħna.", "MR SPEAKER: Mela nistgħu nagħmlu hekk.", "CARMELO ABELA: Mela, nhar it-Tnejn nibdew bl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali; imbagħad, kif inlestuh, ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet Ġenerali.", "MR SPEAKER: Bħala kelliema taf kif qegħdin?", "CARMELO ABELA: L-Onor.", "Stefan Buontempo, is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam, se jiftaħ id-diskors.", "Imbagħad, ikompli x-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, għandek idea kemm se jkun hemm kelliema, biex inkunu nistgħu naraw kemm għandna bżonn seduti?", "CARMELO ABELA: Naħseb ikun hemm numru ta' kelliema … (Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax, mhux problema.", "MR SPEAKER: Mela, qed nikkalkulaw li nagħmlu żewġ seduti għal żewġ abbozzi, hux hekk?", "MR SPEAKER: Mela, Abbozz Nru 36 u Abbozz Nru 35 se niddiskutuhom il-ġimgħa d-dieħla.", "CARMELO ABELA: Nixtieq kieku nhar it-Tlieta nagħmlu l-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi, u ma jkollniex kumitati marbutin mal-finanzi.", "MR SPEAKER: Qed tgħid li l-Abbozz Nru 46 se nagħmluh t-Tlieta?", "CARMELO ABELA: Iva; imbagħad l-Erbgħa nkomplu bl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsilli.", "DAVID AGIUS: Naħseb it-Tlieta jkollna problema minħabba l-Onor.", "CARMELO ABELA: Nistgħu nagħmluh l-Erbgħa?", "DAVID AGIUS: L-Erbgħa jkollna l-PAC.", "Fil-każ, nagħmluh l-ewwel item għat-Tnejn ta' wara.", "CARMELO ABELA: Monday 19th il-ħsieb kien li nagħmlu d-diskussjoni fuq l-OHSA – ir-rapport u l-estimi tpoġġew – u Monday 19th se nagħmlu d-dibattitu fuq l-OHSA.", "MR SPEAKER: Għax issa waslu l-estimi wkoll, hux hekk?", "DAVID AGIUS: Nistgħu nagħmluha t-Tlieta, jekk trid.", "MR SPEAKER: Qed ngħidu li Monday 19th se nagħmlu d-dibattitu fuq l-OHSA.", "DAVID AGIUS: Imma għandna l-problema li t-Tlieta rridu nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju tat-Taxxi.", "MR SPEAKER: Qed tirreferi għat-Tlieta li ġej.", "DAVID AGIUS: Jekk trid, nistgħu nagħmluha t-Tlieta tal-OHSA.", "M'għandniex problema biex nagħmlu tal-OHSA.", "Jekk irid, nhar it-Tnejn jista' jagħmel tat-Taxxi.", "MR SPEAKER: Jew inkella, jekk it-Tnejn jagħmel tal-OHSA, it-Tlieta jagħmel tat-Taxxi.", "MR SPEAKER: Fl-20 ta' Mejju, hux hekk?", "CARMELO ABELA: Tal-OHSA, fil-każ, nagħmluh it-Tlieta, 20 ta' Mejju.", "Jew inkella nagħmlu l-Att dwar ix-Xandir.", "Imbagħad, hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa.", "DAVID AGIUS: Jekk mhux urġenti tax-Xandir, peress li x-Shadow Minister hu l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, li bħalissa hu impenjat bl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, napprezza li ssir wara l-24.", "Però, jekk hi daqshekk importanti ngħidlu u jiġi; imma rrid nippjanaha għax qiegħed waqt kampanja elettorali.", "CARMELO ABELA: Le, m'hemmx urġenza għaliha.", "Fil-każ, nagħmluha wara l-24 ta' Mejju.", "CARMELO ABELA: L-issue hija fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju tat-Taxxi.", "MR SPEAKER: It-Tlieta mhux possibbli li nagħmluha din?", "CARMELO ABELA: It-Tlieta, 13 ta' Mejju, jidher li mhux possibbli li ssir.", "Forsi nistgħu nagħmluha Monday 19th?", "MR SPEAKER: Mela Monday 19th nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju tat-Taxxi, Abbozz Nru 46.", "CARMELO ABELA: Iva; imbagħad Tuesday 20th nagħmlu tal-OHSA, u Wednesday 21st nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, Abbozz Nru 44.", "Ħalli niċċaraw l-affarijiet għall-ġimgħa d-dieħla.", "Monday 12th May se nibdew bl-Att dwar il-Kunsilli Lokali Nru 36, li nkompluh it-Tlieta, u naħseb li anke l-Erbgħa.", "Il-ġimgħa d-dieħla, It-tliet seduti se jkunu ddedikati għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Att li jemenda l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "CARMELO ABELA: Naħseb li jittieħdu tliet seduti; imbagħad, il-ġimgħa ta' wara, fin-19th se nagħmlu tal-Kummissarju tat-Taxxi, fit-20th se nagħmlu tal-OHSA, u fit-21st Abbozz Nru 44 tal-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa.", "Dak hu x-xogħol għall-15-il ġurnata li ġejjin.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, skont il-pjan tal-Gvern, m'hemmx li l-ġimgħa d-dieħla ssir il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni rigward Ta' Ħaġrat?", "CARMELO ABELA: Dik kont se nsemmiha issa bħala items oħrajn li għandna.", "Hemm żewġ affarijiet li xtaqt insemmi fuq il-mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni.", "Fuq Ta' Ħaġrat, naħseb bl-istqarrija li ħareġ il-Gvern huwa ċar li l-Gvern se jieħu l-azzjoni wara deċiżjoni tal-Kabinett, jiġifieri ma nafx jekk hemmx għalfejn li dan jiġi diskuss.", "DAVID AGIUS: Iva, hemm għalfejn min-naħa tagħna, għax ovvjament id-deċiżjoni tal-Gvern hija, u mhijiex tal-Parlament.", "Aħna għandna mozzjoni, imbagħad il-Gvern jekk ikun irid iressaqha.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, la l-mozzjoni qiegħda hemmhekk, trid tiġi diskussa.", "DAVID AGIUS: Ma jimpurtax, nemendawha u mmexxuha, u d-deċiżjoni li jkun ħa l-Gvern tiġi deċiżjoni parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Essenzjalment, il-mozzjoni qiegħda hemmhekk.", "Nafu li hemm numru ta' ġranet meta għandha tiġi diskussa u deċiża.", "Filwaqt li lqajna d-deċiżjoni tal-Kabinett li se jesproprja l-art, nafu li s'issa l-esproprjazzjoni – almenu safejn nafu aħna – għadha ma saritx.", "Ovvjament, il-mozzjoni tibqa' valida, u għalhekk hemm l-importanza li tiġi diskussa.", "Issa, jekk dakinhar tad-diskussjoni l-Gvern jgħid li laħaq esproprja l-art, kif għidna lbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet, naħseb li s-suġġett jimmerita diskussjoni, anke b'mod ġenerali, apparti speċifiku.", "MR SPEAKER: Jekk qed nifhmek tajjeb, inti qed tistenna li jkun hemm esproprjazzjoni.", "MARIO DE MARCO: Il-mozzjoni titlob għall-esproprjazzjoni ta' art.", "Il-Gvern s'issa ħa deċiżjoni li se jesproprja; però s'issa għadna ma nafux x'sar bejn id-deċiżjoni u l-azzjoni, għax jekk l-esproprjazzjoni għadha ma saritx, xorta waħda jkun importanti li l-mozzjoni tibqa' għaddejja.", "CARMELO ABELA: L-istqarrija tal-Gvern hija ċara li l-esproprjazzjoni se ssir, jiġifieri l-Kabinett ma ddeċidiex li mhux se ssir.", "L-esproprjazzjoni se ssir.", "Il-kollegi min-naħa tal-Oppożizzjoni jafu li jkun hemm bżonn ċerti ġranet biex dan isir, jiġifieri mhux talli l-esproprjazzjoni se ssir, talli l-MEPA ġiet informata biex toħroġ Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni, jiġifieri kien hemm żewġ azzjonijiet.", "Waħda li beda l-proċess ta' esproprjazzjoni, li jieħu numru ta' ġranet – għandi nifhem li dan jista' jifhmu kulħadd – u t-tieni azzjoni hi li l-MEPA ntalbet biex toħroġ Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni.", "Jiena segwejt ukoll dak li qal l-Onor. de Marco fil-Press Conference, fejn xtaq li ssir diskussjoni ġenerali fuq dan; imma ma naħsibx li huwa eżatt dak li titlob il-mozzjoni.", "Jiġifieri, jien ma naħsibx li l-Gvern se jsib oġġezzjoni li ssir diskussjoni ġenerali fuq dan, imma nara li l-mozzjoni ġiet superseded by events.", "Jiġifieri, jekk se jistaqsuni f'dawn il-15-il ġurnata li ġejjin hemmx ħsieb li tiġi diskussa l-mozzjoni, it-tweġiba tiegħi issa hija li le; però, m'iniex neskludi li ssir diskussjoni ġenerali, kif talab anke l-Onor. de Marco fil-Press Conference.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Id-diskussjoni ssir superseded by events kieku l-esproprjazzjoni laħqet saret; imma sal-lum għadha ma saritx.", "Sal-lum hemm dik id-deċiżjoni, u nilqgħu dik id-deċiżjoni.", "M'iniex ngħidha b'sens ta' kritika; però, ladarba l-mozzjoni qed titlob li ssir esproprjazzjoni, naħseb li dik il-mozzjoni trid tiġi diskussa.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, jekk l-esproprjazzjoni tiġi eventwalment enforced in the coming days, nifhmu li l-Oppożizzjoni ...", "MARIO DE MARCO: Imbagħad naraw wara.", "CARMELO ABELA: Il-proċess ta' esproprjazzjoni beda, kif tgħid anke l-istqarrija.", "Jiena nixtieq inġib anoloġija mal-proġett li kien se jsir quddiem il-Kon-Katidral ta' San Ġwann, fejn diġà kienet qiegħda fuq l-aġenda li se jkun diskuss.", "Però, imbagħad kien hemm stqarrija mill-Gvern ta' dak iż-żmien li qal li l-proġett se jieqaf u d-diskussjoni ma saritx għax l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien irrikonoxxiet id-dikjarazzjoni tal-Gvern li l-proġett se jieqaf, u ma qagħadniex nistennew li l-proġett finalment jieqaf, jew ħaġa jew oħra.", "Nerġa' ngħid li m'hemm l-ebda oġġezzjoni li ssir diskussjoni ġenerali fuq dak li talab l-Onor. de Marco fil-Press Conference tal-bieraħ; però, naħseb l-istqarrija tal-Gvern hija ċara ħafna, għax l-esproprjazzjoni se ssir u hemm Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni ta' dak is-sit.", "MR SPEAKER: Huwa importanti li qed terġa' tinforza dak li diġà qal il-Gvern.", "CARMELO ABELA: Hija deċiżjoni tal-Kabinett.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja?", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "EMANUEL MALLIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Jien nifhem il-punt tal-Onor. de Marco.", "Fil-fatt, l-iskop tal-mozzjoni kien li dan il-proġett jieqaf, u d-deċiżjoni tal-Kabinett taqbel ma' dik il-mozzjoni li l-proġett jieqaf.", "Ma naħsibx li l-Oppożizzjoni qed tiddubita li la l-Kabinett iddeċieda b'dan il-mod – u legalment għandu d-dritt li jagħmel hekk – dan se jsir: però naħseb li għandna nistennew biex naraw meta se jsir, li hi kwestjoni ta' ġranet.", "Jien naqbel ukoll mal-Onor. de Marco li m'hemm xejn ħażin li ssir diskussjoni biex fil-futur ma jerġgħux jiġru affarijiet bħal dawn, għax li jkollok permessi viċin postijiet bħal dawn, jiena naħseb li għandna nagħmlu diskussjoni biex din ma terġax tirrepeti ruħha.", "Jiġifieri hemm qbil, u kull ma jonqos hi kwestjoni ta' data.", "CARMELO ABELA: It-tieni ħaġa li xtaqt ngħid fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni li daħlet proprju din il-ġimgħa, hija fuq emenda għall-Kostituzzjoni dwar id-diżabilità.", "Il-kollegi tagħna min-naħa tal-Oppożizzjoni japprezzaw li daħlet din il-ġimgħa, u allura rridu niddiskutuha fil-Grupp Parlamentari ħalli naraw l-eżitu kif se mmexxu fuqha.", "DAVID AGIUS: Se jkollok oħra, Onorevoli.", "Nieħdu gost li l-Oppożizzjoni ma laħqitx għamlitha meta kienet fil-gvern.", "DAVID AGIUS: Le, li mhux qed tagħmlu intom, qed nagħmluh aħna.", "MR SPEAKER: Fuq dak li għadu kif irrimarka l-Onor.", "Carmelo Abela, trid iżżid xi ħaġa?", "DAVID AGIUS: M'għandniex problema li nagħtuhom żmien biżżejjed.", "MR SPEAKER: Naħseb nistgħu nimxu għall-punti l-oħrajn tal-aġenda, u niġi għall-korrispondenza.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fuq il-kumitati permanenti, xtaqna niċċaraw żewġ affarijiet min-naħa tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Mela niċċarawhom issa.", "CARMELO ABELA: Wara li fl-aħħar seduta ġew approvati numru ta' mozzjonijiet fil-Kamra dwar meta se jiltaqa' il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u dwar l-Australia Hall, qed ngħidu li għandna tliet kumitati in a way: il-PAC li jiltaqa' b'mod normali, ieħor fuq Fuel Procurement u l-ieħor fuq l-Australia Hall.", "Fejn tidħol l-Australia Hall, minflok l-Onor.", "Justyne Caruana se jibda jattendi l-Onor.", "Il-bqija mhu se jinbidel xejn ħlief dak it-tibdil li sar fil-mozzjoni.", "DAVID AGIUS: Nassumi li ssir mozzjoni fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Ovvjament, trid issir mozzjoni.", "CARMELO ABELA: M'hemmx għalfejn issir mozzjoni għax din hija replacement.", "Imma tajjeb ninforma lill-Kumitat, biex imbagħad l-iSpeaker jinforma lill-Kamra skont l-iStanding Orders.", "Meta mbagħad il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali jiltaqa' dwar l-Immigrazzjoni Irregolari, minflok l-Onor.", "Christopher Fearne se jidħol l-Onor.", "Dawk huma ż-żewġ tibdiliet li xtaqt niċċara.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, naħseb li inti trid tinforma wkoll dwar il-Working Group.", "DAVID AGIUS: Iva, nista' ninforma dwar il-Working Group.", "Però, la qed nitkellmu fuq il-kumitati, għandna wkoll il-Kumitat dwar il-Privileġġi li ili nitlob għal data meta se jiltaqa'.", "Ma nafx jekk forsi għandniex data għal dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Jien ili nipprova nagħmel data u, kif taf inti, konna wasalna għal data; imma mbagħad kien hemm xi problema min-naħa tal-Onor.", "(Interruzzjonijiet) Għalija mhux problema, jien hawnhekk qiegħed.", "Araw intom meta tridu tiffissaw data għall-kontinwazzjoni dwar il-ksur ta' privileġġ ...", "CARMELO ABELA: Sur President, kif taf inti, konna qbilna għal dik id-data.", "MR SPEAKER: Iva, imma issa dik id-data għaddiet.", "CARMELO ABELA: Jien m'għandix problema għax jiltaqa'.", "Aħna li nafu huwa ...", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, nistgħu niltaqgħu għada?", "CARMELO ABELA: Għada?", "DAVID AGIUS: Għalhekk qed ngħidlek!", "Jiġifieri, jekk m'intomx se tagħtuna data ...", "CARMELO ABELA: Irridu nikkonsultaw mal-Onor.", "Louis Grech, biex naraw jekk jistax.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, nistgħu nikkomunikaw data, jew tikkomunika miegħi data, biex ngħaddiha lin-naħa tal-Oppożizzjoni ħalli nkunu qed naqblu fuqha in the coming days?", "Nitlobkom tikkomunikaw miegħi, jien nikkomunika magħkom, imbagħad inkunu nistgħu naslu għal dan.", "Tajjeb hekk?", "DAVID AGIUS: Sur President, kif taf, min-naħa tagħna saret talba biex f'dak il-Kumitat jiġi jixhed s-Sur Kessler, u naħseb li rridu nagħtuh risposta.", "CARMELO ABELA: Fuq l-ittra, naħseb li l-Kumitat irid jiddiskutiha.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja?!", "CARMELO ABELA: Aħna nafu li fis-seduta li jmiss, il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jixhed.", "MR SPEAKER: Kollox sew, hemm il-Minuti jiggwidawna.", "Però, kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "David Agius, hemm il-korrispondenza li huma jindikaw xhud, u dik trid tiġi diskussa biex naraw l-andament tagħha.", "L-importanti li jien niġi kkomunikat data ħalli mbagħad inkun nista' nikkomunikaha lin-naħa tal-Oppożizzjoni, ħalli b'hekk inkunu nistgħu naslu għal data.", "Mela, nistenna d-data mingħandek, Onor. Carmelo Abela.", "DAVID AGIUS: Min-naħa l-oħra, Sur President, naħseb li ġejt informat li l-Onor.", "Godfrey Farrugia ġie maħtur Chairman tal-Kumitat Informali dwar id-Dijabete.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, nixtieqek tinforma lill-House Business Committee biex inkunu nistgħu naħdmu fuqha wkoll.", "DAVID AGIUS: Sur President, kif taf, fuq inizjattiva tal-Kap tal-Oppożizzjoni, intbagħtet ittra lil kull membru parlamentari biex naraw min jixtieq jipparteċipa f'dan il-kumitat.", "Saret l-ewwel laqgħa informali li fiha l-Onor.", "Godfrey Farrugia ġie magħżul bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat u, jekk m'inix sejjer żball, anke inti kellek tirċievi notifika – jekk mhux diġa' irċevejtha – mingħand l-Onor.", "Godfrey Farrugia biex jinformak b'dan kollu.", "MR SPEAKER: Irċevejtha u fraħtlu.", "Awgurajt lill-Membri kollha għal din l-inizjattiva nobbli, anzi nesprimi min-naħa tal-presidenza tiegħi din l-inizjattiva importanti li ħa dan il-Working Group.", "DAVID AGIUS: Hemm membri miż-żewġ naħat tal-Kamra involuti f'dan il-Working Group.", "MR SPEAKER: Iva, fil-fatt, hemm Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra involuti, u naħseb li huwa Working Group li għandu x'jagħti.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, fil-Minuti ta' din il-laqgħa se jiġi rreġistrat li inti, min-naħa tal-Oppożizzjoni, qed tinformana bl-iżvilupp ta' dan ix-xogħol li sar matul din il-ġimgħa minn naħa ta' dan il-Working Group.", "Nirringrazzjak.", "Nistgħu nimxu għal xogħol ieħor?", "(Onor. Membri: Iva) Nerġa' niġi għall-korrispondenza li saret mill-Onor.", "Kif tafu intom, kelli nagħmel rikapitalizzazzjoni żgħira, għax l-ittra li kienet datata 24 ta' Marzu 2014. kienet mibgħuta mill-Ombudsman bi tweġiba għall-ittra tal-Onor.", "Jason Azzopardi, li kienet datata 8 ta' Marzu 2014, dwar xi każijiet li xtaq jirreferi lill-Ombudsman biex jinvestiga rapporti mill-Complaints Board tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Kif tafu, dakinhar li rreferejt għal din l-ittra f'dan il-Kumitat, kont informajtkom li kont se ngħaddi kopja tal-korrispondenza lill-Ombudsman għall-kummenti tiegħu.", "Effettivament, fl-24 ta' Marzu, l-Ombudsman kitibli ittra ta' ħames faċċati, li għandkom kopja tagħha, fejn għamel referenza li hu ma jista' jagħmel xejn jekk il-Kumitat ma jiddeċidix li jirreferi l-ittra tal-Onor.", "Jason Azzopardi lilu, biex jidħol fil-mertu u jikkonsidraha bħala petizzjoni għall-investigazzjoni.", "Hawn qed nirreferi għat-terminu tal-artikolu 13 tal-Liġi dwar l-Ombudsman, Kap. 385 (4).", "Ovvjament, l-item qiegħda hawnhekk għad-diskussjoni biex wieħed jara jekk dan il-Kumitat għandux, bħala kumitat … L-artikolu 13 jgħid hekk:", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni qiegħda hekk.", "Jien bgħatt ittra lill-Ombudsman għall-informazzjoni, u hu kitibli lura.", "Issa, il-pożizzjoni tagħna hi li dan il-Kumitat irid jiddeċiedi jekk jaqbilx li għandu jirreferi l-ittra tal-Onor.", "Jason Azzopardi lill-Ombudsman għall-investigazzjonijiet meħtieġa, jew għad-direzzjoni, jew għal kwalunkwe ħaġa li jiddeċiedi l-Kumitat.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien, mill-ittra li għandi quddiemi, qed nifhem li l-Ombudsman qed jgħid li l-ittra tal-Onor.", "Azzopardi għan-nom tal-Oppożizzjoni ma tistax ma titqiesx li hi petizzjoni.", "Jiġifieri, naħseb li dak il-punt ġie kkjarifikat, u din hi petizzjoni kif qed jirreferi għaliha l-Ombudsman għal darba, tnejn, tlieta, erbgħa.", "MR SPEAKER: Dik subject to interpretation: però dak hu dwar dak li qed jgħid l-Ombudsman.", "Issa, għid li għandek tgħid inti.", "DAVID AGIUS: It-tieni punt tiegħi hu li min-naħa tagħna bħala Kamra m'għandna l-ebda diffikultà li xi ħaġa ta' dan it-tip tmur għand l-Ombudsman, imbagħad inħallu f'idejh biex jiddeċiedi hu.", "MR SPEAKER: Ħalli nara l-parti l-oħra x'għandha xi tgħid.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, aħna assolutament ma naqblu xejn mal-interpretazzjoni tal-Ombudsman.", "Din li għandna quddiemna mhi l-ebda petizzjoni, u ma narawx il-ħtieġa li din il-materja tmur quddiem l-Ombudsman.", "Jiġifieri, min-naħa tagħna, assolutament ma naqblux li din l-ittra hi petizzjoni, li fl-aħħar mill-aħħar hija opinjoni ta' kollega li nirrispettaw l-opinjoni tiegħu, u ma nħossux li hemm il-ħtieġa li tmur quddiem l-Ombudsman għal xi forma ta' ġudizzju tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Filwaqt li wieħed jista' ikollu opinjoni differenti dwar jekk hijiex petizzjoni jew le, irrid ngħid li l-ittra tal-Ombudsman hija ċarissima.", "Din tgħid li t-terminu \"petizzjoni\" hija waħda għal kollox wiesgħa, li tinkludi kull xorta ta' talba biex tintalab azzjoni.", "Jiġifieri jagħti opinjoni dettaljata, għax tista' tiġi kkonsidrata bħala petizzjoni.", "Essenzjalment, qed jirreferiha f'idejn il-Kumitat tal-Kamra, u nixtieq ngħid li l-ittra ta' Dr. Jason Azzopardi mhi qed titlob xejn ħlief li qed jgħid li din it-talba hija motivata sabiex issaħħaħ lill-Ombudsman, bħala uffiċjal ta' dan il-Parlament bis-setgħat wiesgħa li tagħtih il-liġi, li b'mod imparzjali jinvestiga l-ilmenti taċ-ċittadini.", "Aħna, kull ma qed nitolbu hu li ssir investigazzjoni imparzjali, trasparenti u oġġettiva.", "Ma naħsibx li l-Gvern għandu, b'xi mod jew ieħor, jibża' jew jiddejjaq li jkun hemm investigazzjoni mill-Ombudsman, li wara kollox huwa istituzzjoni appuntata bil-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan mhuwiex xi ħadd parzjali, li ġie appuntat minn gvern ta' naħa jew oħra, imma hija istituzzjoni rikonoxxuta mill-Kostituzzjoni tagħna.", "Issa, jekk aħna bħala parlamentari ma nkunux l-ewwel li nirrikonoxxu l-istituzzjonijiet magħmula u rikonoxxuti fil-Kostituzzjoni tagħna, ma nkunux qed inġibu rispett lejna nfusna.", "It-talba tagħna hi li nneħħu l-partiġjaniżmu min-nofs u f'dan l-istadju nneħħu l-mertu tal-allegazzjoni.", "Għandna istituzzjoni, li huwa l-Ombudsman, u li nirrikonoxxuh iż-żewġ naħat; issa, kull ma qed nitolbu hu li jagħmel investigazzjoni parzjali.", "Issa x'konklużjoni jasal għaliha dak sta għall-Ombudsman; però, naħseb li f'dawn iċ-ċirkostanzi m'hemm xejn ħażin li l-Ombudsman jagħmel l-investigazzjoni tiegħu.", "EMANUEL MALLIA: Nixtieq nassigura lill-Onor.", "Membru li din la hi kwestjoni ta' biża', u lanqas huwa lok li wieħed għandu għalfejn jiddejjaq.", "Aħna lkoll irridu nobdu l-liġi.", "L-Onor.", "Azzopardi aċċenna kemm-il darba li dan kollu qed jitolbu fi sfond ta' ilmenti li hu qed jallega li hemm – jien sal-lum għadni lanqas naf li hemm, imma hu donnu nformat – li xi uffiċjali qegħdin jargumentaw mal-Ombudsman rigward promozzjonijiet.", "Hemmhekk joħroġ ċar li fl-osservanza tal-liġi, l-istitut tal-Ombudsman ma jidħol assolutament xejn.", "Abela, dalgħodu ġejt hawn fl-aħħar minuti u m'għandix l-inkartament: però, jekk hemm bżonn, dan l-inkartament nista' ngħaddih.", "Meta kellek uffiċjal li lill-Ombudsman għaddielu ilment simili – hawn qed nitkellem fuq snin riċenti – l-Ombudsman korrettement wieġbu li hu ma jistax jgħinu, għax ma jistax jinvestiga dak il-każ.", "Il-liġi tistipula – u aħna lkoll irridu nosservaw il-liġi; anzi, biex ngħid hekk, aħna skjavi tal-liġi – li f'dak il-każ l-ilment irid imur tramite l-Kmandant tal-Ministru għall-President tar-Repubblika, u l-Ombudsman ma jidħol assolutament xejn.", "Azzopardi huwa wieħed biex l-Ombudsman jidħol f'arena li l-liġi stess tipprojbih milli jidħol fiha.", "Allura, din mhijiex kwestjoni ta' biża'; lanqas hi kwestjoni li se niddejqu, jew ta' partiġjaniżmu.", "Aħna rridu nosservaw il-liġi, u ma nistgħux inħallu li l-Onor.", "Azzopardi – b'mod indirett, bir-rispett kollu – li, meta ra li mhux qiegħed jasal, imma l-argumentazzjonijiet legali jafhom għax hu avukat bħali, għamel din l-ittra biex tmur għand l-Ombudsman u l-Ombudsman donnu nesa li bħala istitut fi kwestjoni ta' bejn tliet snin, erba' snin ilu, ħa din id-deċiżjoni li hija skont il-liġi.", "Ma jistax ikollok two weights and two measures, u għalhekk aħna qegħdin kontra.", "Jien ma ngħidx li hi petizzjoni, bir-rispett kollu, imma l-Ombudsman ipprova jsalva din is-sitwazzjoni billi jinkludiha, biex b'xi mod ipoġġi tifsira wiesgħa biex din l-ittra, b'xi mod u bit-tiġbid tal-immaġinazzjoni, ġiet tfisser petizzjoni.", "Jien ngħid li aħna kontra tagħha din, u qed nagħti r-raġunijiet għalfejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien smajt lill-abbli kollega jitkellem fuq dan is-suġġett, allura l-loġika hi li wieħed iħalli l-Ombudsman jiddeċiedi.", "Issa, jekk inti m'għandekx fiduċja fl-Ombudsman, taf x'għandek tagħmel, m'iniex se ngħallmek jien: imma, jekk l-Ombudsman qed jgħid b'mod ċar li, skont it-terminu tiegħu, din jista' jinvestigaha għax hija petizzjoni u qal għal darba, tnejn, tlieta, li t-terminu ta' petizzjoni huwa wieħed wiesa', u li jinkludi kull xorta ta' talba li biha tintalab azzjoni.", "Qed jgħid ukoll li l-fehma tiegħu hi li din kienet tkun fost l-aqwa espressjoni ta' verifika tal-aġir tal-amministrazzjoni pubblika mill-organi parlamentari.", "Issa, jekk hemm dan kollu, u inti qed tgħid li m'hemmx diffikultà li hu jinvestiga, ħallih jinvestiga, mbagħad joħroġ bil-konklużjonijiet tiegħu l-Ombudsman!", "Min aħna biex niddeċiedu jekk għandux jiddeċiedi l-Ombudsman?", "Kif qal l-Onor. de Marco, l-Ombudsman hija istituzzjoni ta' dan il-Parlament, maqbula bejn iż-żewġ naħat.", "Din hija in regola li tmur quddiemu, qed jgħid hu stess, u kull ma qed jgħidilna l-Ombudsman, wara li talab l-iSpeaker, huwa li hu jkun jista' jimxi min-naħa ta' dan il-Kumitat.", "Issa, jekk dan il-Kumitat qed iwaqqaf dan il-proċess, li b'mod naturali huwa wkoll dritt li għandna anke b'kelma tal-Ombudsman, naħseb li aħna bħala Deputati, kulħadd irid jerfa' ir-responsabilità tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "EMANUEL MALLIA: Biex inwieġeb lill-Onor.", "Agius, aħna kontra l-ħela ta' żmien.", "Aħna meta nafu li sitwazzjoni legali hija daqstant ċara … Jien tkellimt dwarha fil-Parlament proprju jumejn ilu.", "L-artiklu tal-liġi huwa ċarissimu, li trid timxi skont il-Malta Armed Forces Act (MAFA Act), li, jekk m'iniex sejjer żball, artikolu 160 jitkellem ċar dwar meta jkollok ilmenti simili.", "Mela aħna noqogħdu naqblu magħhom biex naħlu l-ħin?", "Aħna kontra l-burokrazija, u l-ħin tal-Ombudsman u tad-dipartiment tiegħu jiddedikah għall-każijiet, li min jaf kemm għandu … (Interruzzjonijiet) Le, mhux jarah hu, narawh aħna, għax aħna l-liġi nafu naqrawha!", "Issa, jekk intom ma tafux taqrawha, jiddispjaċini.", "Aħna l-liġi nafu naqrawha, anzi aħna qed nagħmlu pjaċir lill-Ombudsman biex ma jaħlix il-ħin u jiddedika dak il-ħin biex jinvestiga l-każijiet li verament għandu jinvestiga.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Kumitat, insejjaħ lill-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nixtieq nagħmel żewġ punti.", "Jiena nemmen li m'għandniex noqogħdu nilagħbu bil-bżallu, kif jgħid il-Malti.", "Dan il-Kumitat m'għandux ir-remit li jiddeċiedi l-mertu tal-petizzjoni.", "Il-Kumitat, skont il-liġi, irid jagħti l-brief lill-Ombudsman ai termini ta' dik il-petizzjoni li jkun irċieva.", "Huwa fatt mhux ikkontestat li l-liġi tuża kelma wiesgħa ħafna ta' x'inhi petizzjoni.", "Huwa fatt mhux ikkontestat li l-ittra tal-Ombudsman tirreferi … (Interruzzjonijiet) L-Ombudsman, inċidentalment, huwa istituzzjoni parlamentari, u inċidentalment, huwa indipendenti.", "Sur President, f'paġna 4 u 5 tal-ittra li l-Ombudsman bagħat lilek, jirreferi erba' darbiet għal dik li rċieva mingħandi bħala 'petizzjoni'.", "Fl-ewwel paragrafu fuq nett, hemm \"ma tistax ma titqiesx li hi petizzjoni fit-termini tal-liġi\".", "Fil-paragrafu hemm \"dik il-petizzjoni għall-investigazzjoni\".", "Fil-paragrafu ta' wara, jintqal \"ninvestiga l-petizzjoni magħmula mill-Onor.", "Fil-paġna ta' wara, insibu \"in-novità tal-każ li ngħatat il-petizzjoni tal-Onor.", "Jiġifieri, m'hemmx dubju dwar jekk hijiex petizzjoni jew le.", "Allaħares inċaħħdu persuna, inċidentalment deputat tal-Kamra, milli jressaq petizzjoni lill-Kumitat!", "Dak hu rigward ta' x'inhu eżattament il-brief li l-Kumitat għandu skont il-Liġi tal-Ombudsman.", "Mhux għax tant għandi għalfejn nindirizza l-punti li qajjem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, però l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qiegħed jiżgwida lil dan il-Kumitat għax hu jaf – u l-Kumitat għandu jkun jaf – li l-subartiklu 160 (2) tal-Liġi dwar il-Forzi Armati ta' Malta, li huwa wkoll ikkwota fil-Parlament – il-verżjoni Ingliża kkwota, mhux il-verżjoni Maltija, għax hemm kunflitt – u l-verżjoni Maltija tipprevali, u l-Ombudsman – u anke l-Ministru jaf – kemm-il darba għamel rappreżentazzjonijiet f'dan is-sens li hija l-verżjoni Maltija li tipprevali, u tant kemm għandha tipprevali li l-Liġi tal-Ombudsman – li saret wara l-Liġi tal-Forzi Armati ta' Malta, għax il-Liġi tal-Forzi Armati ta' Malta, jekk m'inix sejjer żball, saret fl-1970 – fix-schedule 1 tagħha, parti B, jgħid ċar u tond li l-Ombudsman għandu remit, għandu ġurisdizzjoni jirċievi ilmenti dwar, fost oħrajn, promotions jew drittijiet ta' pensjoni tal-uffiċjali jew membri tal-Forzi Armati.", "Jiġifieri, mhuwiex każ jekk għandux ġurisdizzjonijiet jew le; però, f'dan il-każ, lanqas għandi għalfejn nidħol fil-mertu, għax dan il-Kumitat m'għandux ir-remit jiddeċiedi l-mertu tal-petizzjoni, dak il-mertu jarah l-Ombudsman jekk il-Kumitat jagħtih il-brief biex jinvestiga dik il-petizzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: L-ittra li kiteb lili, paġna 4, iċċitajt ukoll it-tielet paragrafu, jagħmilha ċara li, għalkemm wieħed jista' jasal biex jiddiskuti dwar jekk hijiex petizzjoni jew le, però se nikkwota verbatim x'qal l-Ombudsman.", "L-Ombudsman qal hekk:", "\"Fiċ-ċirkostanzi u fin-nuqqas ta' tali referenza speċifika skont dak is-subinċiż, f'dan l-istadju nqis li m'għandix nibda ninvestiga l-petizzjoni magħmula mill-Onor.", "Jason Azzopardi għan-nom tal-Oppożizzjoni.", "U qed jgħid ukoll:", "Kien ikun il-każ għal kollox differenti kieku l-petizzjoni saret mill-Onor.", "Membru għan-nom ta' persuna li tħoss li f'dan il-każ mhuwiex il-każ, l-ittra tiegħek ma kenitx qed tagħmel referenza għal ...\".", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitkellem issa x'kiteb l-Ombudsman u x'inhu l-istadju li jmiss.", "Ladarba hu qed jitlob – u korrettement hekk kellu jagħmel, għaliex huwa marbut bil-liġi – li biex jibda jinvestiga din il-petizzjoni … Mhux problema.", "CARMELO ABELA: M'hemmx qbil minn naħa tal-Gvern ...", "DAVID AGIUS: X'qed jgħid l-Ombudsman u mhux il-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jiena min-naħa tal-Gvern noġġezzjonaw li din hija petizzjoni, u m'aħniex qed naqblu li din hija petizzjoni.", "DAVID AGIUS: Mhux importanti hijiex petizzjoni; x'jgħid l-Ombudsman huwa importanti.", "CARMELO ABELA: Skużani, Mr Speaker.", "Jiena safejn naf jien rappreżentant tal-poplu u membru parlamentari, imma noġġezzjona li l-Onor.", "Agius jippretendi li jpoġġili f'ħalqi diskors li aħna m'aħniex ngħidu, u jekk l-Ombudsman jgħid xi ħaġa, irrid neħodha bħala stat ta' fatt. Dan mhuwiex il-każ, u m'aħniex naqblu.", "DAVID AGIUS: Mela vvota kontrih u neħħih minn hemmhekk.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, jekk jogħġobkom, dawn huma kummenti li mhumiex aċċettabbli.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, l-Ombudsman huwa xi ħadd li l-Gvern ivvota favurih biex ikun l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Mela suppost dan huwa persuna rispettata.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, m'għandniex għalfejn ngħollu leħinna.", "B'daqshekk x'ġara?", "Naqblu miegħu, u jmexxi l-pajjiż l-Ombudsman?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Il-pożizzjoni qiegħda hawnhekk.", "Kulħadd qal li għandu jgħid li l-Ombudsman korrettement irrefera l-ittra lili għal dak li tgħid il-liġi stess.", "Il-Kumitat kollu jrid jiddeċiedi jekk jirreferix din jew le.", "La mhux qegħdin naqblu, se nitlob vot.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, mhux se nitolbok vot, jien se nitolbok ruling fuq din il-ħaġa.", "Jien se nitlob ruling jekk dan il-Kumitat jistax iċaħħad deputat milli jressaq petizzjoni quddiem l-Ombudsman.", "Mr Speaker, jien qed nitolbok ruling biex inti tiddeċiedi jekk dan il-Kumitat jistax iċaħħad deputat milli jwassal petizzjoni, kif ġiet dikjarata mill-istess Ombudsman, quddiem l-istess Ombudsman.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, il-liġi titkellem ċar li meta jkollna sitwazzjoni bħal din – u l-Ombudsman għamilha ċara li dan il-kumitat għandu … – jekk tħossu li għandi nagħmlilkom ir-referenza għaliha, qiegħda ċara li l-Kumitat irid issa jiddeċiedi.", "Il-Kumitat – mhux jien jew int, il-Kumitat – irid jiddeċiedi jekk jirreferix lill-Ombudsman jew le l-ittra tal-Onor.", "Din qiegħda ċara fl-ittra li bgħatt lill-Ombudsman stess.", "Jekk qed titlobni ruling, qed nagħtihulek issa stess, li l-Kumitat irid jiddeċiedi.", "Mhux se noqogħdu naħlu l-ħin nagħtu ruling jekk il-Kumitat jiddeċidix jew le.", "Il-pożizzjoni qiegħda hawnhekk.", "Jidher li m'hawnx qbil, u allura la m'hawnx qbil, għiduli intom kif se naħdmu.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għal paġna 3, fejn f'paġna 3 tal-ittra tal-Ombudsman, paragrafu 4, l-Ombudsman jgħid: 'Fil-fehma tiegħi, dik tkun fost l-aqwa espressjoni ta' verifika tal-aġir tal-amministrazzjoni pubblika mill-organi parlamentari.'", "Mela, l-Ombudsman qed jgħid '… tkun fost l-aqwa forma ta' verifika ...'", "Jien qed nifhem li l-Gvern ma jridx iħalli istituzzjoni parlamentari tagħmel l-aqwa jew fost l-aqwa forma ta' verifika tal-aġir ...", "Azzopardi għażel li jikkwota t-tieni parti ta' dak il-paragrafu.", "Jispetta mbagħad lil dak il-kumitat li f'dak il-waqt jiddeċiedi b'eżerċizzju ħieles fid-diskrezzjoni tiegħu.", "MARIO DE MARCO: Nistgħu mmorru għall-vot.", "MR SPEAKER: Niġu għall-vot.", "Se nressaq il-mistoqsija.", "Dawk li huma favur illi l-ittra tal-Onor.", "Jason Azzopardi tiġi referita lill-Ombudsman biex ikompli jinvestiga?", "Favur huma l-Onor.", "Kontra huma: Il-Ministru Emanuel Mallia, l-Onor.", "Il-proposta kif ippreżentata fil-mistoqsija m'għaddietx.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, nixtieq nagħmel kjarifika.", "Jiena ma kontx hawnhekk mill-bidu, u intom għedtuli għamiltu l-Minuti.", "Imma qed nifhem sew li llum kien hawn sostituzzjonijiet ta' membri ta' dan il-Kumitat?", "DAVID AGIUS: Għax jien ma waslitli l-ebda sostituzzjoni ...", "MR SPEAKER: Ħalli jagħtik id-dettalji l-Clerk of the House.", "DAVID AGIUS: Għax ma qrajnihiex fil-bidu ta' din il-laqgħa.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Meta jkollna sostituzzjoni ...", "DAVID AGIUS: Imma aħna għandna nkunu avżati.", "Jien ma ġejt avżat bl-ebda sostituzzjoni, Mr Speaker, għal dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Jiena ġejt avżat mill-Onor.", "DAVID AGIUS: Safejn smajt jien ftit tas-sekondi ilu, il-Ministru ġie nformat b'dan il-kumitat.", "JASON AZZOPARDI: Jien għandi email bil-miktub.", "L-Iskrivan tal-Kamra …", "MR SPEAKER: Din mhux l-ewwel darba; però, jekk trid nurik l-email, nurihielek issa stess.", "Tellagħlu l-email.", "Dażgur li tara!", "Qed ngħidlek jiena?", "Sakemm insiblek l-email, nistgħu nimxu fuq xogħol ieħor ħalli ma naħlux ħin.", "Jekk jogħġbok, sib l-email.", "Ħalli nimxu għall-esibizzjoni tal-Parlament Malti.", "Għandna ittra tas-17 ta' Frar fejn kontu diġà informati dwar l-esibizzjoni tal-Parlament Malti biex jitħejja l-materjal tal-wirja.", "Jiena kelli tweġiba mill-Onor.", "David Agius li m'hemmx problema li jiġi kkonsultat il-Prof.", "Minn naħa tal-Gvern – mill-Onor.", "Carmelo Abela – kelli tweġiba li għandhom jiġu kkonsultati l-Prof.", "Godfrey Pirotta u l-Prof.", "Din qed niddeċiedu fuqha.", "Intom qed tgħidu li tridu lill-Prof.", "Mangion jiġi kkonsultat u lill-Prof.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li ma ssib l-ebda oġġezzjoni li jkun hemm Henry Frendo, imma tridu tiddeċiedu fuqha għax jien irrid ninforma lin-Network Publications.", "Din hija xi ħaġa ta' bejnietkom.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, din kienet deċiżjoni li ttieħdet f'dan il-kumitat li jkun il-Prof.", "Henry Frendo li għamel biċċa xogħol li ħadd qatt ma qal li kien qed jagħmel xi xogħol li mhux tajjeb.", "Allura, jekk kien qed jagħmel xogħol tajjeb, bir-rispett kollu lejn l-Prof.", "Pirotta u Ray Mangion li qed jagħmlu xogħol tajjeb ukoll ieħor fil-qasam tagħhom, u wkoll anke naf Ray Mangion x'ippubblika għal dan il-Parlament, naħseb li f'din il-biċċa xogħol għandna nkomplu bil-Prof.", "Henry Frendo; imbagħad, jekk ikun hemm każijiet oħrajn li għandu bżonn għajnuna u aktar assistenza u iktar riċerka, nutilizzaw is-servizzi tal-Prof.", "Pirotta u ta' Ray Mangion.", "Naħseb għandha tkun xi ħaġa biex insibu soluzzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, m'hemmx dubju, hija għad-diskussjoni.", "Però, qatt ma kien hemm deċiżjoni li jkun il-Prof.", "Kien hemm suġġeriment.", "DAVID AGIUS: Imma wżajnih anke biex kiteb il-kotba, approvajna l-kotba tiegħu – tat-tfal u kollox – hu għamilhom u kitibhom.", "MR SPEAKER: L-istess ħaġa bħalma ġie wżat ukoll l-Onor.", "Mangion … Il-kwestjoni hi li għandna bżonn naraw on this particular thing min se jkun li għandu jiġi kkonsultat.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwelnett, kif diġa' intqal, ma jidhirli li kien hemm l-ebda qbil li fuq dan it-tip ta' proġett se jaħdem … (Interruzzjonijiet) Biex nagħmluha ċara, ma kienx hemm qbil.", "Għidli meta.", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, kien hemm qbil.", "Fil-fatt, hawnhekk għandek '… jibqa' jiġi kkonsultat għax kien hemm qbil qabel.'", "CARMELO ABELA: Imma min kitibha?", "DAVID AGIUS: Le, konna ddeċidejna f'dan il-kumitat.", "CARMELO ABELA: Għiduli fejn, għax ...", "DAVID AGIUS: Mela siblu l-Minuti ta' meta aħna konna kkonsultajna biex il-Prof.", "Henry Frendo jagħmel ix-xogħol.", "Għamilna ktieb, għamilna DVD, għamilna ħafna xogħol f'dan il-Parlament.", "CARMELO ABELA: Imma m'għandhomx x'jaqsmu ma' din il-biċċa xogħol.", "DAVID AGIUS: Iva, ma' din l-istess biċċa xogħol.", "DAVID AGIUS: Ma' din l-istess biċċa xogħol.", "Għandek din kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Jekk hemm xi problema dwar il-Minuti, naraw il-Minuti.", "Safejn naf jien, qatt ma kien hemm deċiżjoni li għandu jkun il-Prof.", "Henry Frendo jew xi ħaddieħor.", "DAVID AGIUS: Ma jidhirlix li din kienet taħt il-presidenza tiegħek, imma kienet taħt il-presidenza tal-iSpeaker ta' qablek ...", "DAVID AGIUS: Mhux l-istess House Business Committee?", "DAVID AGIUS: X'jiġifieri?", "House Business Commitee jorbot lill-ieħor.", "CARMELO ABELA: Nistgħu nbiddlu d-deċiżjoni.", "DAVID AGIUS: Iva, nistgħu nbiddlu d-deċiżjoni.", "Imma, jekk kien hemm deċiżjoni tal-House Business Committee …", "CARMELO ABELA: Jekk kien hemm deċiżjoni – li ma jidhirx li kien hemm deċiżjoni – ...", "DAVID AGIUS: Kien hemm deċiżjoni tal-House Business Committee.", "Kont hawnhekk jien, kien hawn l-Onor.", "Joe Mizzi, u approvajnih.", "Anzi, kull ħaġa li kien jagħmel il-Prof.", "Henry Frendo konna naqrawha jien u l-Onor.", "Joe Mizzi, neħduha għand il-gruppi rispettivi, u konna naqblu fuqha.", "MR SPEAKER: Ħaġa li għandkom tiddiskutuha.", "Però, jekk il-Gvern qed jinsisti fuq dawk l-ismijiet, dak jarah hu, mhux jien.", "Jiena hawnhekk agħtuni l-ismijiet ħalli nimxi.", "MARIO DE MARCO: Fl-aħħar mill-aħħar, id-deċiżjoni hija ...", "CARMELO ABELA: Id-deċiżjoni hija tal-Kumitat safejn naf jien.", "Jiena naħseb li hawnhekk għandna l-ittra datata 17 ta' Frar fejn il-proġetti li saru fil-passat minn … (Interruzzjonijiet) M'għandix problema, Onor. de Marco.", "L-iSpeaker qajjem l-issue ...", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-Parlament, irrid ngħid li dan l-aħħar kellna laqgħa, u rrid ninforma lill-Kumitat, li l-migration tidher li ħa tibda sal-aħħar ta' Lulju, ħa mmorru għall-Parlament il-ġdid.", "Kellna problema żgħira fuq il-minus 2 level, fejn hemm it-tunnel.", "Konna morna jien, flimkien magħkom, Onor. Agius u Onor. Carmelo Abela, hemm isfel.", "Jidher li xorta l-ispazju ħa noħduh.", "Kull ma hemm huwa li hemm it-train li tibqa' għaddejja li tibqa' dieħla sa ċertu punt biex ikun aċċess għall-pubbliku, imma ħa tkun 'il barra.", "Żammejna l-punt tagħna!", "Hemmhekk għandna bżonnu għal-librerija, għall-arkivji, għall-kumitati tal-Kamra, eċċ. Jidher li x-xogħol f'minus 2 level mhux bilfors ħa jkun lest sa' Lulju; però xorta tista' issir migration, biex nibdew.", "B'hekk, eventwalment, meta niġu lura mir-recess tas-sajf, nisperaw li, sal-aħħar ta' Settembru, inkunu nistgħu nibdew s-seduti fil-Parlament il-ġdid.", "Ovvjament, dan huwa xogħol li għalih irrid nirringrazzja 'l-Whips tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Ovvjament aħna dejjem għaddejjin fuqha, biex kemm jista' jkun dan ix-xogħol isir.", "Niġi issa għas-Sette Giugno.", "Għandkom il-programm?", "Forsi tgħiduli daqsxejn ...", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, dan huwa programm maqbul mal-Kumitat Festi Nazzjonali, għandi nassumi.", "Minn naħa tagħna m'hemmx oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Iva, imma jien inħoss il-ħtieġa li għandkom tagħtuh daqqa t'għajn.", "Tibda fil-5.30 p.m.", "CARMELO ABELA: Fis-6.00 p.m. imbagħad tasal inti, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Tajjeb?", "Nistgħu mmexxu.", "Ngħaddu għall-item li jmiss.", "Rigward Jum l-Ewropa.", "Inħoss li għandi niġbed l-attenzjoni taż-żewġ gruppi li qatt ma nikkommemoraw Jum l-Ewropa fil-Parlament!", "Naħseb li mqar għandna nagħtu kwarta jew nofs siegħa.", "Peress li nzerta li Jum l-Ewropa huwa llum, imma l-ewwel seduta se tkun nhar it-Tnejn, forsi nhar it-Tnejn niddedikaw ħames minuti jew għaxra miż-żewġ naħat u nikkommemoraw Jum l-Ewropa.", "Jekk taqblu, nista' nimxi fuqha, ħalli nkun nista' nipprepara l-programm u l-aġenda.", "Jidher li hawn qbil.", "Dwar l-aħħar item: l-Abozz ta' Liġi dwar l-iStandards.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra għandkom kopja.", "Peress li l-mozzjoni kienet tal-Onor.", "Simon Busuttil meta ppreżenta l-Mozzjoni għall-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards, ma nafx hux il-każ li forsi … Kif se taħdmu fuqha?", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li l-Abbozz ta' Liġi finali huwa lest.", "L-Abbozz ta' Liġi finali għaddejtulkom.", "DAVID AGIUS: Ġie kkoreġut u kollox.", "MR SPEAKER: Iva, kien hemm qbil totali u unanimu mill-kumitat li nippresjedi jien dwar il-Kumitat dwar l-Etika.", "Qed naqblu li dan jista' jiġi ppreżentat.", "MR SPEAKER: Ovvjament, peress li kien hemm il-Private Members' motion tal-Onor.", "Simon Busuttil fuq dan il-każ, irrid inkun naf jekk hux ħa jressaqha l-Gvern jew l-Oppożizzjoni.", "Għadha hemm.", "Taraw fuqha daqsxejn?", "Dak ir-rapport finali tiegħi.", "CARMELO ABELA: Kont se nissuġġerixxi li dan jitressaq mid-Deputat Prim Ministru bħala Kap tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-importanti huwa li jitressaq!", "Imma ma nistax inħalli mozzjoni pendenti.", "DAVID AGIUS: Jien naħseb li għandu jitressaq.", "Ix-xogħol sar miż-żewġ naħat.", "Veru li kienet l-Oppożizzjoni li ressqet l-ewwel proposta ġo dan il-Parlament, però naħseb li għandha tkun imressqa b'mod konġunt.", "Anzi, tkun xi ħaġa sabiħa!", "CARMELO ABELA: Jista' jitressaq mit-tnejn?", "MR SPEAKER: Ċertament!", "Tista' issir: imma we can talk about it.", "CARMELO ABELA: Jien m'għandix oġġezzjoni.", "Kemm wieħed jivverifika l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Jista' jiġi ppreżentat minn wieħed u jiġi ssekondat mill-ieħor.", "Hemm metodu, li tkun b'mod kollettiv.", "Nirringrazzjakom.", "Naġġornaw għal darb'oħra.", "Huwa importanti li jkollna d-data tal-privileġġi li tiġi kkomunikata kemm jista' jkun malajr.", "Grazzi ħafna.", "Fl10.35 a.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140509_018d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU.", "IlĠimgħa, 9 ta' Mejju 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fid9.39 a.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallIntern u sSigurtà Nazzjonali, lOnor.", "Matul illaqgħa kien preżenti wkoll lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 17 li saret fil11 ta' Marzu 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li fis-seduta tat-Tnejn, 12 ta' Mejju 2014, il-Kamra tgħaddi mit-Tielet Qari t-tliet Abbozzi ta' Liġi li ġejjin:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta – Abbozz Nru 37;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – Abbozz Nru 38;", "Abbozz ta' liġi li jemenda l-att dwar il-karta tal-identità u dokumenti oħra tal-identità – Abbozz Nru 43; u", "wara tibda d-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi – Abbozz numru 46.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li jekk id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi Nru 46 tibda nhar it-Tnejn, 12 ta' Mejju, ma kienx se jkun possibbli li x-shadow minister dwar il-finanzi jkun preżenti fil-Kamra għax se jkun qed jattendi laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel dwar il-programm ta' xogħol segwenti:", "is-seduti tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, 12, 13 u 14 ta' Mejju 2014, kellhom jiġu ddedikati għad-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Abbozz Nru 36 – u għad-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet Ġenerali – Abbozz Nru 35;", "fis-seduta tat-Tnejn, 19 ta' Mejju 2014, kellha tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi – Abbozz numru 46;", "fis-seduta tat-Tlieta, 20 ta' Mejju 2014, kellhom jitressqu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kamra l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014; u", "fis-seduta tal-Erbgħa, 21 ta' Mejju 2014, kellha tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa – Abbozz Nru 44.", "Għall-punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar ilmozzjoni ppreżentata millOnor.", "Ryan Callus sabiex jiġu protetti ttempji Ta' Ħaġrat, lOnor.", "Carmelo Abela informa lillKumitat li biddeċiżjoni talKabinett dwar lesproprjazzjoni tal-art li fuqha kien propost żvilupp ħdejn issit Ta' Ħaġrat, dik il-mozzjoni kienet ġiet sorpassata.", "LOppożizzjoni saħqet illi sakemm ma ssirx de facto lesproprazzjoni talart inkwistjoni, lOppożizzjoni kienet ser tibqa' tinsisti li din ilmozzjoni tiġi diskussa.", "Wara diskussjoni fil-Kumitat, ilMinistru Emanuel Mallia u l-Onor.", "Carmelo Abela informaw lillKumitat illi min-naħa tal-Gvern ma kienx hemm oġġezzjoni li 'l quddiem issir diskussjoni in ġenerali dwar issuġġett kif kien talab lOnor.", "Dwar ilmozzjoni talOppożizzjoni, ippreżentata mill-Onor.", "Mario de Marco, li tipproponi emenda Kostituzzjonali favur persuni b'diżabilità – Mozzjoni numru 134 - lOnor.", "Carmelo qal li qabel ikun jista' jieħu pożizzjoni, kien se jistenna li din il-materja tiġi diskussa filgrupp parlamentari tan-naħa tal-Gvern.", "Carmelo Abela informa lillKumitat illi wara li kienu ġew approvati numru ta' mozzjonijiet għal sostituzzjonijiet filKumitati talKamra:", "fillaqgħat talKumitat Permanenti dwar ilKontijiet Pubbliċi fejn ikun qiegħed jiġi diskuss is-suġġett talAustralia Hall jiġifieri l-eżaminazzjoni tal-kuntratt iffirmat bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Malta Shipbuilding datat 20 ta' Awwissu 1979 u l-eżaminazzjoni tal-kuntratt iffirmat bejn il-Malta Shipbuilding u l-Malta Labour Party fit-22 ta' Awwissu 1979, lOnor.", "Silvio Schembri ser ikun qiegħed jissostitwixxi lillOnor.", "fillaqgħat talKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Soċjali fejn ikun qiegħed jiġi diskuss is-suġġett talImmigrazzjoni Irregolari, lOnor.", "Luciano Busuttil ser ikun qiegħed jissostitwixxi lillOnor.", "David Agius staqsa meta ser jerġa' jitlaqqa' lKumitat dwar ilPrivileġġi sabiex ikompli jikkonsidra lkaż ta' ksur ta' privileġġ imressaq millPrim Ministru, lOnor.", "Joseph Muscat, fil-konfront talKap talOppożizzjoni, lOnor.", "LiSpeaker talab lill-Onor Carmelo Abela u l-Onor David Agius biex jikkomunikaw mal-Uffiċċju tiegħu sabiex tinstab data li dwarha jkun hemm qbil miż-żewġ naħat.", "AFFARIJIET OĦRA", "David Agius informa lillKumitat illi fuq proposta talKap talOppożizzjoni, lOnor.", "Simon Busuttil, li ġiet mgħoddija lill-Membri kollha tal-Kamra, twaqqaf grupp ta' ħidma informali bejn Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra biex jittratta s-suġġett taddijabete.", "Huwa informa wkoll lill-Kumitat li dan il-grupp diġa ltaqa' u li fl-istess laqgħa kien intlaħaq qbil li jkun ippresedut millOnor.", "Godfrey Farrugia, li min-naħa tiegħu kellu jikkomunika maliSpeaker dwar ittwaqqif ta' dan ilgrupp ta' ħidma.", "LiSpeaker irringrazzja lillOnor.", "Agius għal din innotifika u esprima lappoġġ tiegħu għal din linizjattiva.", "LiSpeaker Anġlu Farrugia għamel referenza għal ittra datata 8 ta' Marzu 2014 li sSedja kienet irċeviet mingħand lOnor.", "Jason Azzopardi biex skont lartikolu 13(4) talAtt dwar lOmbudsman, Kap. 385, lOmbudsman jinvestiga rapporti dwar allegati inġustizzji filForzi Armati ta' Malta.", "LiSpeaker informa lill-Kumitat li wara li huwa kien għadda kopja ta' din l-ittra lill-Ombudsman għall-kummenti tiegħu, huwa kien irċieva risposta mingħand listess Ombudsman, datata 24 ta' Marzu 2014, li fost affarijiet oħra kienet tgħid li biex l-Ombudsman jidħol filmertu tal-ittra u jikkonsidraha bħala petizzjoni għallinvestigazzjoni, kien meħtieġ ilqbil talKumitat.", "Wara diskussjoni li fiha ħadu sehem l-Onor Carmelo Abela, l-Onor David Agius, l-Onor Mario De Marco, l-Onor Emanuel Mallia u, bil-permess tal-Kumitat, l-Onor Jason Azzopardi, il-Kumitat ma laħaqx ftehim li l-ittra tal-Onor Azzopardi kellha tiġi riferuta lill-Ombudsman.", "David Agius talab ruling dwar jekk ilKumitat jistax iċaħħad Deputat milli jwassal petizzjoni quddiem lOmbudsman.", "Id-deċiżjoni taliSpeaker kienet illi skond l-istess Liġi dwar l-Ombudsman tali deċiżjoni setgħet biss tittieħed millKumitat.", "LiSpeaker iddikjara illi peress li ma kienx hemm qbil huwa kien se jqiegħed il-kwestjoni għall-vot.", "Fl-10.23 p.m. liSpeaker qiegħed ilmistoqsija dwar \"jekk littra talOnor.", "Azzopardi għandhiex tiġi riferuta lillOmbudsman għal aktar investigazzjoni tiegħu\".", "IlKumitat ivvota hekk:", "Ilproposta kif ippreżentata filmistoqsija m'għaddietx.", "LiSpeaker irrefera għattalba li kienet saret minn Network Publications f'ittra tas-17 ta' Frar, 2014, sabiex jiġi deċiż min kien ser ikun lespert li kellu jiġi konsultat dwar il-kontenut talesibizzjoni dwar ilParlament Malti.", "LiSpeaker informa lillKumitat illi l-Whips kienu kkomunikaw miegħu l-għażla tagħhom; lOnor.", "Carmelo Abela kien informah li għandhom ikunu kkonsultati lProf.", "Godfrey Pirotta u lProf.", "Ray Mangion filwaqt li lOnor.", "David Agius kien informah illi ma kienx hemm oġġezzjoni li jkun ikkonsultat ilProf.", "Filwaqt li nnota li ma kienx hemm qbil bejn iżżewġ naħat l-iSpeaker fakkar illi kien jeħtieġ jintlaħaq qbil fuq din il-punt millaktar fis possibbli.", "Dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid, liSpeaker informa lillKumitat illi:", "jidher li lmigrazzjoni lejn ilbinja lġdida ser tibda lejn laħħar ta' Lulju 2014;", "lispazju fillivell 2, jiġifieri tal-ex stazzjon tal-ferrovija, ser ikun allokat kollu lillParlament kif kien mitlub minn dan il-Kumitat stess, bil-ħsieb li f'din il-parti tal-binja jkun hemm illibrerija, larkivju u spazju għal kumitat talKamra, iżda x-xogħol f'dan il-livell aktarx li ma jkunx lest sa Lulju; u li", "ilpjan kien li wara l-waqfa tas-sajf, ilParlament jibda jiltaqa' filbinja lġdida.", "LiSpeaker irringrazzja lillWhips tażżewġ naħat u lillIskrivan talKamra għallħidma tagħhom fuq din il-materja.", "LiSpeaker qassam kopja talprogramm maqbul malKumitat Festi Nazzjonali bi preparament għallkommemorazzjoni tasSette Giugno li kellha ssir fis-6 ta' Ġunju 2014.", "LiSpeaker ġibed lattenzjoni talKumitat illi jkun xieraq li lParlament jibda jfakkar Jum l-Ewropa u peress illi din is-sena Jum lEwropa kien ser jaħbat lgħada sSibt, liSpeaker ippropona li dan isir fisseduta ta' nhar itTnejn, 12 ta' Mejju.", "Il-Kumitat qabel mal-proposta tal-iSpeaker li t-tifkira ssir billi fis-seduta indikata jsiru diskorsi qosra minn kelliem minn kull naħa tal-Kamra.", "LiSpeaker għamel referenza għallabbozz ta' liġi dwar listandards fil-ħajja pubblika li dwaru kien hemm qbil unanimu filKumitat Magħżul li huwa kien jippresjedi.", "LiSpeaker appella liż-żewġ naħat sabiex jilħqu ftehim dwar ilmod kif jista' jitressaq l-ewwel qari ta' dan l-abbozz ta' liġi, inkluż ilpossibilità li jkun imressaq minn naħa tal-Kamra u ssekondat min-naħa l-oħra.", "Fl10.35 a.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140509_018m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tnejn, 12 ta' Mejju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 7", "It-Tnejn, 12 ta' Mejju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:05p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Qabel ma nibdew din il-laqgħa, nixtieq ninformakom li din hija streamed live fuq il-website tal-Parlament kemm b'mod viżiv kif ukoll b'mod bl-audio.", "Hawn xi korrezzjonijiet?", "Il-Ministru għal Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Mr Chairman, li nixtieq nistaqsi huwa fuq il-presentation li saret miċ-Chamber of Commerce dwar l-Abusive Free Movement of Goods.", "THE CHAIRMAN: Qabel xejn nixtieq ngħid għal xiex wasalna għal dik il- preżentazzjoni.", "Jiena kont għaddej b'laqgħat ma' diversi entitajiet u stakeholders fuq issue totalment differenti.", "Waqt laqgħa maċ-Chamber of Commerce qamet din l-issue li għandhom rigward problema li qed jiffaċċjaw huma u l-membri tagħhom.", "U jiena ħassejt li l-ħsebijiet tagħhom għandhom jiġu maqsuma mal-Membri kollha tal-Kumitat.", "Kien għalhekk li tlabthom sabiex jiġu u jagħmlu preżentazzjoni quddiem dan il-Kumitat u ġew taw l-opinjoni tagħhom.", "Aħna, minn-naħa tal-Kumitat, wara li kont ressaqt proposta, qbilna wkoll li s-suġġett jimmeritah iktar attenzjoni.", "U allura ħadna d-deċiżjoni sabiex isir studju fuqu b'diskussjonijiet mal-istakeholders kollha involuti.", "Jiġifieri kemm min qed jintlaqat kif ukoll il parti l-oħra.", "Allura minn-naħa tagħna, ta' Kumitat, se nkunu qegħdin inkomplu d-diskussjoni iktar 'il quddiem.", "Ovvjament min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi, żgur li se tkunu qegħdin tiġu mistiedna sabiex tagħtu l-opinjoni tagħkom.", "Għax, jekk qed isir xi xogħol fuq dik il-linja, wieħed tajjeb li jinforma lill-Kumitat ħalli ma jsirx duplication of work u allura naraw li kulħadd qed imur fl-istess direzzjoni.", "TONIO FENECH: Mr Chairman, innutajt li semmejt li saru numru ta' laqgħat ma' numru ta' stakeholders.", "Xtaqt nistaqsi jekk dawn il-laqgħat humiex qegħdin isiru fil-kapaċità tiegħek ta' Chairman tal-Kumitat?", "Qed niġbed din l-attenzjoni għax naħseb il-Kumitat għandu jkun l-ewwel nett mgħarraf li bħala Chairman qed tagħmel dawn il-laqgħat u, se mai, il-membri jkunu mistiedna.", "Mhux qed ngħidu li m'għandekx tagħmilhom, imma l-korteżija titlob li, jekk qed tmur fil-kapaċità tiegħek ta' Chairman, ovvjament il-Kumitat ikun avżat u jiġu mistiedna wkoll il-membri, biex jattendu.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, dawn il-laqgħat qed nagħmilhom fil-kapaċità tiegħi ta' Chairman.", "F'waħda mil-laqgħat kont informajt lill-Kumitat li se nkun qed niltaqa' mal-istakeholders, bażikament mal-banek.", "Imbagħad nirrapporta biex il-banek jiġu hawnhekk.", "Ma kellix l-impressjoni li xi ħadd minnkom dakinhar kien qalli li jixtieq jattendi, però ma nsib l-ebda problema li fil-laqgħat li jkun hemm, ikun hemm il-mistiedna.", "M'għandi l-ebda problema.", "EDWARD SCICLUNA: Dan huwa xogħol ġdid.", "Dan il-Kumitat twieled 'lbieraħ u x-xogħol tiegħu huwa xogħol ġdida.", "M'għandux x'jaqsam mal-Public Accounts Committee li għandu proċeduri tiegħu u ilu mwaqqaf mill-passat.", "Naħseb li għandu jkun hemm ftehim bil-mod kif irid jaħdem dan il-Kumitat.", "Personalment, nippreferi kieku li, kull min għandu xi jgħid, għandu jiġi hawnhekk u jgħidu.", "Li nkun mistieden u mmur postijiet… Bħal, pereżempju, jiena nieħu mill-Kumitat tal-Ekonomija u Affarijiet Monetarji li kellna fil-Parlament Ewropew.", "L-unika darba li noħorġu mill-Parlament kienet tkun darba fis-sena.", "Għax kienet użanza li l-Kumitat imur fil-Bank Ċentrali Ewropew fejn kien jistedinna.", "Kien ikun hemm ftit membri, u mmorru Frankfurt għal din il-laqgħa.", "Jiena ma nħossx l-ebda oġġezzjoni li, pereżempju, il-Bank Ċentrali jistieden lill-Kumitat darba fis-sena fil-boardroom.", "Però nerġa' ngħid, it is subject for discussion.", "Naħseb li bħala Parlament għandna nżommu l-istatus tiegħu, billi kull min għandu xi ħaġa xi jgħid, għandu jiġi jgħidha hawnhekk.", "Imma biex isiru dawn l-arranġamenti, jekk m'għandux segretarjat, allura probabbilment iċ-chairman qed jispiċċa jagħmel ix-xogħol ta' segretarjat hu u jmur għandhom ħalli jagħmel l-arranġamenti, jiena m'għandix oġġezzjoni.", "Però li għandhom xi jgħidu, irid isir hawnhekk u jiġu minuted hawnhekk.", "Minflok immorru għand dak u għand l-ieħor.", "Bħala parlamentari, din hija istituzzjoni li għandha l-livell tagħha bħal kull parlament nazzjonali Ewropew u anke Amerikan.", "Meta jkollna l-hearings, nibagħtu għan-nies biex nisimgħuhom, aħna nistaqsuhom u niskrutinizzawhom.", "Jew inkella jiġu volontarjament.", "Naħseb li, kemm jista' jkun, il-focus fuq hawn ġew, ma nitilfuhx.", "THE CHAIRMAN: Naqbel perfettament miegħek.", "Żgur li ma sarx hekk.", "Biex nagħmilha ċara ma kenux qegħdin jitkellmu fuq din il-preżentazzjoni.", "Il-laqgħat li kienu saru kienu fuq il-kwestjoni tal-interessi mal-banek.", "Fejn, fl-ewwel laqgħa li kelna hawnhekk, wara li konna ltqajna mal-Bank Ċentrali, kont għedt li se nkun qed nitlob il-banek lokali biex niltaqa' u nara l-views tagħhom, ħalli eventwalment imbagħad issir laqgħa konġunta f'dan il-Parlament.", "Il-ħsieb għadu hekk.", "U dakinhar meta għedt jekk kienx hemm xi ħadd interessat, safejn naf jien, ħadd ma wera x-xewqa li jattendi.", "Imma mhi problema xejn, li fil-laqgħat futuri nibda ninformakom b'mod individwali fuq kull laqgħa sabiex min irid jattendi, jattendi.", "Jiena m'għandi l-ebda problema li nagħmilha.", "TONIO FENECH: Aħna mhux qed nikkritikaw l-affarijiet li saru.", "Naħseb li qegħdin nitkellmu biss, il-mod l-aħjar kif jitmexxa l-Kumitat.", "Xtaqt insemmi wkoll - għax ħassejtha ftit assenti u fil-kumitati kollha ssir – li ġeneralment ikun hemm diskussjoni dwar l-aġenda li se titpoġġa.", "U forsi jekk inti bħal Chairman fil-laqgħa li jmiss, tippreżenta lista tal-ideat tiegħek ta' x'għandu jitpoġġa fuq l-aġenda u l-ewwel parti tkun miftuħa wkoll għal Kumitat li jagħti l-feedback tiegħu.", "Għax jista' jkun hemm items li aħna nixtiequ wkoll li npoġġu fuq l-aġenda.", "Naħseb dak jgħin ukoll fil-mod l-aħjar kif jista' jitmexxa dan il-Kumitat.", "Il-bqija, naqbel ftit ma' dak li qal l-Onor.", "THE CHAIRMAN: Safejn naf jien, l-aġenda titqassam minn qabel.", "TONIO FENECH: Mhux l-item innifisha.", "Imma qed ngħidu: għandna idea ta' topics?", "X'inhuma t-topics li nixtiequ niddiskutu din is-sena?", "Għandu jkun hemm diskussjoni u ngħidu hemm dawn il-ħames jew għaxar topics li nixtiequ niddiskutu.", "Mhux sempliċiment aħna nsiru nafu t-topics ta' nhar it-Tnejn, meta nirċievu l-aġenda.", "Jekk xejn, wieħed ikun jista' jipprepara ruħu għal laqgħat.", "Mhemm l-ebda xkiel li jekk xi ħadd irid ipoġġi xi punt fuq l-aġenda...", "Qed ngħidu d-darba li jmiss, ikollna kwarta diskussjoni tal-aġenda items li qed naraw sal-aħħar tas-sena, jew programm ta' sena.", "Hawn iktar kummenti fuq il-Minuti?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret fil-5 ta' Mejju, 2014 ġew konfermati.", "Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali, sabiex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "JOSEF BONNICI (Gvernatur tal-Bank Ċentrali): Mr Chairman, l-ewwel nett huwa pjaċir tiegħi li qiegħed hawn u nkun nista' nagħti preżentazzjoni dwar xi aspetti - mhux biss fuq ir-rapport - imma wkoll dwar xi żviluppi ekonomiċi u xi forecasts li bħalissa nkunu qegħdin nippreparaw.", "Rigward xi żjara li dan il-Kumitat ikun jista' jagħmel lill-Bank Ċentrali, bil-qalb kollha.", "Forsi nsibu okkażżjoni fejn, speċjalment ikollna xi research topic ta' interess li jkun qed jiġi ppreżentat mill-istaff tal-bank jew xi punti oħra, ikun tajjeb li jkun hemm okkażżjoni kultant żmien li tiġu l-Bank Ċentrali wkoll.", "Bil-qalb kollha.", "Illum, kont se naqsam il-preżentazzjoni f'erba' partijiet ġenerali.", "Waħda fuq il-macro economic situation, xi structural issues dwar l-ekonomija tagħna, xi ftit punti dwar il-banking sector, imbagħad dwar l-operations tal-bank.", "Imbagħad fl-aħħar nagħlaq b'xi ftit forecasts li aħna rridu nippreparaw minn żmien għal żmien.", "Anke għax ikunu parti mill-forecasts tal-ECB li, eventwalment, joħorġu.", "U allura tajjeb li wieħed jara ċerti trends, x'wieħed qed jistenna u kif jiġu built up dawn it-trends.", "M'hemmx dubju li, l-economic stress li kien hemm, naqas sostanzjalment.", "Dan huwa indikatur magħmul minn ħafna indikaturi oħrajn, li juri li l-istress fl-Ewropa qiegħed fl-istess livelli li kien fl-2006/2007, qabel ma kellna l-kriżi.", "Jiġifieri dan huwa indikatur ieħor, li qed juri kemm ersaqna iktar lejn in-normalità meta tiġi għall-istress finanzjarju li kien hawn fl-Ewropa, b'mod partikolari, fil-eurozone.", "L-istess ħaġa toħroġ mir-rati tal-imgħax tal-bonds ta' diversi gvernijiet.", "U wieħed jara kif anke bħall-Greċja u l-Portugal - u b'mod partikolari l-Portugal li dan l-aħħar biegħ il-bonds fis-swieq, kif il-Greċja għamlet ukoll - li r-rati tagħhom niżlu mir-rati enormi li kienu qed jiffaċċjaw sentejn ilu.", "Ir-rati ta' Malta baqgħu pjuttost stabbli u naqsu ftit f'dawn l-aħħar sena, sena u nofs.", "Jiġifieri qegħdin kemm kemm 'il fuq minn Franza.", "Ħaġa ta' interess ukoll hija kif qed timxi l-inflazzjoni.", "Wieħed jista' jara li l-kontribut tal-inflazzjoni fil-eurozone ġejja primarjament mill-pajjiżi li mhumiex stressed, li ma kellhomx problemi finanzjarji u ekonomiċi.", "Dan, sa ċertu punt, huwa sinjal tajjeb.", "Għax juri li dawk il-pajjiżi li huma msejħa stressed, bħal Greċja, Spanja, l-Italja, l-Irlanda, il-Portugal u Ċipru, parti mill-korrezzjoni tal-mekkaniżmu li għaddew minnu, kienet li jkun hemm correction fil-prezzijiet interni fil-pajjiż.", "Dik li nsejħulha internal devaluation.", "Din qed isseħħ, tant li, l-inflazzjoni naqset b'mod radikali mill-kontribut tagħha minn dawn il-pajjiżi.", "Naqset ukoll fil-pajjiżi 'l hekk imsejħa core li ma kellhomx din il-problema, bir-riżultat li l-inflazzjoni qiegħda fuq livell ta' xi 0.7%, - l-aħħar miżura x-xahar li għadda - li huwa livell pjuttost baxx.", "Fis-sens li l-Bank Ċentrali Ewropew, dejjem qed jimmira li tkun viċin it-2% u meta tibda tmur 'il bogħod mit-2%, wieħed ikun qed jibda jikkonsidra x'miżuri jistgħu jittieħdu, għax dik jista' jkollha effetti negattivi speċjalment fuq l-irpiljar ekonomiku.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll, li l-exchange rate - peress li l-euro kienet qed tissaħħaħ għal ċertu żmien - taffettwa wkoll l-inflazjoni 'l isfel.", "Imma rata iktar għolja tal-ewro twassal għal nuqqas ta' kompetittività bir-riżultat li jbatu n-net tax polls, li again, jkollha effett fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Kif qal Mario Draghi, il-President tal-ECB, il-ġimgħa li għaddiet, li kien qed isegwi bir-reqqa x'qed jiġri.", "U jista' jkun li l-ECB ikollha tieħu miżuri iktar wiesgħa biex tiżgura li, kemm jista' jkun, ma jkollniex ewro għolja wisq u ma jkollniex sitwazzjoni fejn inkunu qegħdin noqorbu lejn, mhux deflation, imma iktar lejn livelli inqas ta' inflazzjoni li jħallu little room to manoeuver.", "Jekk ikollok xokk fl-ekonomija li twassal għal xi tnaqqis fil-prezzijiet, wieħed m'għandux buffer hawnhekk li jista' jagħmel tajjeb.", "Għandi żewġ charts.", "Waħda turi kif qiegħda tiela' u nieżla l-inflazzjoni ta' Malta mal-Euro Area average - fluctuating around the euro average - biss bħalissa telgħet ftit iktar.", "Imma kif qegħdin taraw minn din il-graph, hemm tendenza li it overshoots or undershoots the EU average.", "Il-EU average huwa magħmul minn ħafna pajjiżi u hawnhekk għanda pajjiżna, li huwa pajjiż żgħir u bilfors se jkollok xi diverġenzi.", "Ta' min jinnota wkoll li meta nieħdu the 12 month moving average, jibqgħu l-fluctuations, imma jiġu ħafna iktar smoothed.", "U bħalissa qiegħda taħt the 12 month moving average tal-EU average.", "Ikollok ċerti volatilità, kultant marbuta max-xhur tas-sajf li jġibu, pereżempju, ċerti spikes fl-accommodation.", "U kultant ukoll jista' jkun anke l-mod kif tiġi mkejla l-inflazzjoni, tkun qed taqbad spikes li jidhru fuq il-prezzijiet fl-internet, imma mhux bilfors ikunu fl-accommodation tal-lukandi b'mod partikolari.", "Bħalissa, il-growth qed jidher li huwa iktar għoli minn tal-EU average, u ilu hekk għal dawn l-aħħar erba' jew ħames snin li prattikament dejjem jeċċedi l-EU average.", "L-employment, hija statistika mill-iktar pożittiva li turi t-tkattir fl-impjiegi, u illi r-rata ta' tkabbir, hija ogħla minn dik li hemm fil-core countries.", "Jiġifieri din qed twassal biex l-impjiegi jiżdiedu u jkattru l-economic growth.", "L-unemployment qiegħed viċin tal-euro area average, waqt li dawk il-pajjiżi li huma stressed, għalkemm naqsu mill-peak li kienu qegħdin fl-aħħar tal-2013, imma xorta għadhom elevati b'rati għoljin.", "Għażilt li nuri x-share fil-gross value added ta' diversi setturi anke biex nuru l-istructural changes li għaddejjin.", "L-ekonomija Maltija rnexxilha tiddiversifika, u wieħed mill-ewwel jara li fl-2004 kien 'il fuq minn 25%.", "Issa dan jinkludi t-turiżmu.", "Imma mhux it-turiżmu biss, għax fl-istatistika ma tistax toħroġ faċilment it-turiżmu.", "Għax it-trasport mhux it-turisti biss jużawh, il-wholesale and retail mhux it-turisti biss jużah.", "Imma jekk inħarsu lejn dan l-istess settur, \"Food, accommodation, transport, wholesale and retail li jinkludi t-turiżmu\" naraw li kien hemm trend daqsxejn downwards u minn over 25% niżlet għal just over 20% fl-2013.", "Bl-istess mod, il-manifattura kienet just over 15% fl-2004 u fl-2013 qiegħda just over 11%.", "Min-naħa l-oħra, kellna żidied fis-settur tal-arts, entertainment and recreation.", "Hawnhekk fejn għanda l-e-Gaming eċċ. fejn kien hemm żieda sostanzjali bejn l-2006 u l-2008, imbagħad baqa' pjuttost fuq livell għoli.", "Il-financial services, speċjalment l-insurance, kien ukoll qed jikkontribwixxi b'mod iktar għoli.", "Waqt li s-setturi l-oħra information and communication u prof.essional and scientific and technical activities it-tnejn ukoll żiedu l-kontribut tagħhom.", "Naturalment għandek l-avukati u l-accountants fil-prof.essional and technical activities imma għandek ukoll is-settur tas-saħħa, speċjalment dak li għandu x'jaqsam mal-isptarijiet privati eċċ. li kien hemm ċertu espansjoni.", "Din ix-xejra li għaddejja ta' bidla fl-ekonomija, fejn għandek setturi li qed jagħmlu l-bidla u x-share tagħhom qed jonqos u oħrajn li qed jiżdiedu.", "TONIO FENECH: Prof. Bonnici, l-informazzjoni tiegħi hi li però, bħala gross amount dawk is-setturi żdiedu.", "JOSEF BONNICI: Naturalment, il-GDP qed jikber, imma l-kontribut tal-manifattura fil-GDP fejn qabel kien 15%, issa qiegħed madwar il-11 u t-12% bħala kontribuzzjoni tal-GDP.", "Jekk wieħed irid iqabbel id-daqs, wieħed irid iħares lejn iċ-chart l-oħra.", "EDWARD SCICLUNA: Li ma nistax nifhem huwa kif id-decline tal-Manufacturing u tal-Food, transport, wholesale and accommodation - jekk ma tridx - mill-2004 qiegħed xi 5%, u tal-manifattura għandek xi 4%.", "Dawn diġà jagħmlu 9%.", "JOSEF BONNICI: Hawnhekk mhux qed nuru s-setturi kollha.", "Pereżempju, kostruzzjoni …", "EDWARD SCICLUNA: Għax imbagħad l-oħrajn, ma rebħux bid-9%.", "Hemm xi setturi…", "JOSEF BONNICI: Iva, imma l-bidliet ma jkunux daqshekk kbar u kien hemm limitu kemm wieħed jista' jagħmel setturi f'din iċ-chart.", "Pereżempju, għandek il-kostruzzjoni li mhijiex qiegħda hawnhekk.", "Naturalment il-kostruzzjoni kienet iktar għolja, ir-real estate lanqas qiegħed hawnhekk.", "Ma kenitx l-intenzjoni li nagħmlu an exhaustive list.", "Hawnhekk, li ridna nuru huwa li għandek trends 'il fuq u għandek trends 'l isfel u li tirrifleti structural change.", "Fil-fatt, fiċ-chart li jmiss, hawn fuq l-impjiegi.", "Peress li għandna numru ta' nies li jaħdmu dirett fit-turiżmu - jiġifieri wieħed jista' joħroġ linja għat-turiżmu biss - din turi li l-impjiegi baqgħu madwar 8%.", "It-total employment qed jiżdied, l-ammonti qed jiżdiedu, imma bħala sector share baqa' l-istess.", "Il-manifattura naqset ftit u minn 'il fuq minn 16%, qiegħda madwar 12%.", "Imbagħad, għandek is-setturi l-oħra li kull wieħed jidher ftit, imma meta teħodhom kollha f'daqqa, id-diversifikazzjoni fil-fatt tatna ċerta saħħa fil-kriżi reċenti.", "THE CHAIRMAN: Fuq il-manifattura, qed nara li fl-2009 baqgħet stabbli.", "Kien hemm xi ħaġa partikolari li seħħet fl-2009 li setgħet żammet il-manifattura stabbli?", "JOSEF BONNICI: Naħseb li t-tnaqqis li kien hemm qabel, kien iktar minn ċerti kumpaniji li kien għad hemm, pereżempju, xi fabbriki tat-tessuti.", "TONIO FENECH: Fl-2009 kien għad fadal żgur xi fabbriki.", "Hawnhekk kienu għalqu l-antiki kollha, tad-Denim, il-Yorkie Clothing, il-VF.", "Għalhekk kien hemm dik id-dropdown.", "JOSEF BONNICI: Jiġifieri dak it-tnaqqis in terms of jobs, kienu tal-fabbriki li għalqu.", "TONIO FENECH: Mill-kriżi, żammejna li kellna.", "JOSEF BONNICI: Bħala numru ta' impjiegi, huwa sinjal tajjeb ukoll.", "Li l-bidla li tkun qed issir, they upgrade l-kwalità tal-impjiegi.", "Iċ-chart li jmiss tirrigwardja l-unit labour costs.", "Hawnhekk għanda tliet linji, waħda turi ta' Malta, oħra turi l-euro average u l-oħra turi l-istressed countries, Greċja, Spanja, Ċipru, Portugal, l-Italja u l-Irlanda.", "Wieħed jara kif fl-2004/2005 l-istressed countries litteralment qabżu lill-core countries, u allura tilfu l-kompetittività anke mal-pajjiżi interni fil-euro zone.", "Fil-fatt, issa li qegħdin jerġgħu javviċinaw dawk tal-euro zone.", "Naturalment, ta' Malta, qiegħed javviċina l-euro average.", "F'kelma waħda, wieħed qed jgħid we have to watch it f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagi.", "Irridu nżommu relazzjoni mal-produttività, għax inkella jista' jkollok żbilanċ, bħalma ġara fil-każ tal-Greċja u Spanja.", "Fejn il-unit labour costs telgħu b'livelli li kienu counterproductive u wasslu għal kriżi li ffaċċjaw, għax tilfu l-kompetittività.", "Fil-fatt, fiċ-chart li jmiss, ipprovajt naqsam daqsxejn b'setturi differenti.", "Qed naraw li l-Financial and Insurance Activities, għalkemm kien għaddej b'ritmu iktar għoli sal-2008, minn dak iż-żmien 'l hawn, minħabba l-espansjoni fis-settur finanzjarju, il-Unit Labour Costs ġew below the trend.", "Hemm diversi setturi oħra wkoll.", "Jekk tħarsu lejn il-Prof.essional and scientific and technical services, qed javviċina ċertu livell imma għadu under average.", "Bl-istess mod, wieħed jista' jgħid l-istess għall-Information and communciation services li, għalkemm it-trend qiegħda daqsxejn 'il fuq, imma xorta għandek distakk.", "Fiċ-chart li jmiss, għandek il-manifattura.", "Li huwa interessanti li sal-2009, kienet daqs jew iktar minn tal-ekonomija inġenerali.", "Imbagħad kien hemm il-correction li saret, u fil-fatt naqqset u ġiet below the unit labour costs.", "Jiġifieri jista' jkun li l-output ikun qed jiżdied iktar milli jkunu qegħdin jiżdiedu l-pagi u n-numru ta' nies jaħdmu.", "EDWARD SCICLUNA: Il-unit costs tal-ekonomija, paġni 13 u 14, jaqblu imma ma jaqblux ma' dawk ta' paġna 12.", "Jekk tħares lejn total economy, tibda bil-0.6% fl-2004.", "F'din iċ-chart hawn tal-manifattura, imbagħad għandek chart oħra tal-Accommodation, tourism and food services.", "At one point, wieħed jara li kienu għaddejjin b'ritmu above average u li issa qegħda viċin l-average.", "Dawn huma indikaturi tajbin, li naturalment ikollok element ta' correction li jwassal biex settur li ma jkunx qiegħed jiddipartixxi wisq minn dan l-average li qegħdin inħarsu lejh.", "Naħseb din iċ-chart hija interessanti ħafna għax turi l-prof.ittabilità fl-ekonomija Maltija.", "Il-prof.ittabilità fl-ekonomija Maltija f'din iċ-chart qed tindika li hija the second highest wara tal-Irlanda.", "Fil-fatt, l-Irlanda rkuprat ħafna mill-prof.ittabilità li kienet tilfet żmien ilu.", "Min jistaqsi għaliex l-ekonomija tagħna qed tikber, fil-fatt dik hija wieħed mill-fatturi, għaliex qed tikber ukoll.", "Għax il-prof.ittabilità fis-setturi varji baqgħu iżommu ritmu u għandhom ritmu kompetittiv ma' ta' pajjiżi oħra.", "TONIO FENECH: Hemm raġuni għaliex id-data hija tal-2012?", "Għad m'għandniex tal-2013?", "JOSEF BONNICI: Għax ta' pajjiżi oħra, ma jkollniex.", "TONIO FENECH: Minħabba l-komparibilità?", "JOSEF BONNICI: Minħabba l-comparability ma stajniex immorru iktar riċenti.", "Niddependu fuq x'jiġi ppubblikat.", "Dan tradizzjonalment kien dejjem ikun negattiv, imma f'dawn l-aħħar snin - mill-2012 'il quddiem - qed ikun pożittiv.", "Li jindika wkoll żewġ aspetti.", "L-ewwel li għandek l-ekonomija tagħna qed tesporta goods and services b'ritmu aħjar minn qabel, imma jista' jindika wkoll ċertu kajman fil-konsum u allura jkollok inqas importazzjoni.", "Wieħed jistenna, jekk l-ekonomija tirpilja iktar, li jista' jkollok xi trends daqsxejn differenti.", "Bħalissa, jidher tajjeb.", "Il-budgetary position, a key statistics u kif wieħed iqablu ma' ta' pajjiżi oħra.", "Hawnhekk għandna at 60% u -3%.", "60% deficit u -3% u għandek kif il-various countries huma distributed against this target ta' -3% u 60%.", "Malta, qiegħda just above, qiegħda madwar 72% dwar id-debt ratio, imma t-3% qiegħda kemmkemm under qiegħda madwar 2.7%.", "Wieħed jara pajjiżi, pereżempju, li kellhom problemi, anke Ċipru, anke l-Ingilterra li qiegħda fuq livell ta' deficit ta' - 6% u debt ratio ta' 90%.", "Imma mbagħad tara pajjiżi li huma f'pożizzjoni iktar b'saħħitha speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-deficit, il-Ġermanja, l-Awstrija, imbagħad għandek pajjiżi bħad-Danimarka, Svezja, Lussemburgu u oħrajn li huma taħt is-60% debt.", "EDWARD SCICLUNA: Neħħi l-Ġermanja, it-trend hija li iktar ma hu kbir id-deficit, iktar kbir id-dejn.", "JOSEF BONNICI: Hemm tendenza hekk għax ikollok …", "EDWARD SCICLUNA: Il-Ġermanja għandha daqsxejn balance fid-deficit…", "JOSEF BONNICI: Naturalment, dejn ikbar jagħmel pressure fuq id-deficit ukoll.", "The next chart, naħseb li wrejthielkom d-darba l-oħra.", "Imma din, fil-fehma tiegħi, peress li kien hemm xi debate fil-gazzetti ...", "Transfers ma nafx jekk jaqax taħt il-capital.", "JOSEF BONNICI: U xi flows tal-kapital.", "Income flows finanzjarji.", "Li m'għandekx hawnhekk huwa l-kapital, jiġifieri capital flows, imma flows ta' investiment jidħlu taħt il-balance of payments tal-current account, excluding il-capital flows.", "Hawnhekk, f'chart 19, hawn il-lending rates tan-non-financial corporations f'Malta.", "Kif tistgħu taraw, il-lending rates għal non-financial corporations ta' under €1 million tal-SMEs, Malta qiegħda r-raba' l-ogħla wara s-Slovenia, Ċipru u l-Portugal, u well above the euro area average kemm ta' dawk li huma up to €1 million kif ukoll dawk li huma over €1 million.", "Għandi ftit charts oħra li jkomplu jitfgħu daqsxejn dawl fuqha.", "Din hija chart li turi, l-ewwel nett, il-Main Refinancing Operations (MRO) rate fejn qiegħed tal-ECB.", "U wieħed jista' jara kif l-ECB naqset ir-rata għar-raġuni prinċipali li bit-tnaqqis fir-rata, din tistimula l-ekonomija u twassal għat-tkabbir fis-self li jsir fl-ekonomija, li huwa importanti biex l-ekonomija tibqa' tikber.", "Wieħed jara kif qabel il-kriżi bejn Malta u l-MRO, il-gap kienet ta' 2.8% u din twessgħet b'mod sostanzjali fl-2014.", "Waqt li l-pajjiżi li mhumiex stressed bħal-Lussemburgu jew il-Ġermanja, meta naqas l-MRO they followed suit u naqqsu r-rati li huma japplikaw.", "Waqt li, fil-każ ta' pajjiżi oħra, huma żiedu r-rata.", "Aħna bqajna b'rata kważi fissa, ma tiċċaqlaqx, qisha mwaħħla fir-rata ta' round this 5% mark.", "Għandi ftit charts oħrajn li jindikaw il-lending rates.", "Hawnhekk qegħdin nieħdu Spanja, l-Italja, l-Irlanda u Ċipru li dawn żiedu r-rata tagħhom minn meta daħlu fil-kriżi u qegħdin fl-istess livell tagħna.", "Aħna qegħdin kemm kemm iktar aħjar minn dawn il-pajjiżi li semmejt.", "Waqt li l-pajjiżi core inkluż il-Lussemburgu imma jinkludu wkoll l-Awstrija, Belgium, Ġermanja, Finlandja u Franza, segwew ċertu trend set by the ECB.", "Din twassal għal riflessjoni.", "Għaliex f'Malta r-rati tagħna ma jsegwux ċerta trend li hija set mill-ECB u li pajjiżi li mhumiex stressed qegħdin isegwu u l-pajjiżi li huma stressed biss, mhux qegħdin isegwu?", "Din hija mistoqsija li jiena nipprova dejjem inpoġġi u wieħed naħseb irid jara jekk hemmx fatturi li qegħdin iwasslu għal dan ir-riżultat.", "Fiċ-chart li jmiss, wieħed jara li, il-growth fil-bank lending fis-settur privat, għall-ewwel darba f'snin kbar, qiegħed negattiv.", "Dan qiegħed negattiv meta jitqabbel mal-core countries fejn it-tendenza dejjem kienet li aħna nkunu above it.", "Jekk wieħed jara mill-2008 s'issa, ħlief xi żewġ postijiet, dejjem kellna growth rate tal-lending iktar għoli u kellna economic growth iktar għolja wkoll.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Greċja, Spanja u l-Portugal - il-pajjiżi li kienu stressed - dawn marru negative u qegħdin ħafna inqas minna, imma aħna issa qegħdin, sfortunatament, f'livell negattiv.", "EDWARD SCICLUNA: Qed nirreferi għal paġna 23, għal dan id-diagram fejn il-credit growth huwa negattiv.", "Il-point of departure tagħna - billi l-private debt kien wieħed mill-ogħla fl-Ewropa, tant li, fl-Alert Mechanism fl-2012 ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u riedu jagħmlu indepth review dwaru.", "U qalu li huwa għoli, imma since then, sena wara, dan in-negative growth qed iwassal għal dak li qed jgħidulu deleveraging, jiġiferi l-private debt beda jonqos u rawh xi ħaġa pożittiv.", "Aħna, qed narawh pożittiv jew negattiv?", "Min-naħa waħda, wieħed jixtieq li l-growth ikun pożittiv ħalli jkun hemm self iżjed, ħalli jkun hawn.", "Imma jekk il-parti l-kbira kien fil-kostruzzjoni jew f'ażjendi li mhux qegħdin jirrendu u jiġu non-performing loans, il-fatt li qed jonqos il-credit for a while, mhux għal dejjem - allaħares jibqa' sejjer hekk - qed iwassal għal deliveraging.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt, fiċ-chart 23, qed naqsam il-kostruzzjoni għalih.", "U wieħed jara li l-kostruzzjoni issa bdiet tirpilja ftit u m'għadhiex negattiva daqs qabel.", "Xorta qiegħda - 9% u l-lending qiegħed negattiv.", "Imma l-iktar ħaġa ta' tħassib hija li, Other sectors, bħall-Manifattura, l-Accommodation, il-Wholesale and retail, wkoll għall-ewwel darba, niżlu negattivi.", "Jien irrid nikkummenta wkoll fuq l-argument tad-debt ratio tal-private sector debt.", "Għaliex din iċ-ċifra m'iliex li ġiet ippubblikata, ġiet miġbura f'dawn l-aħħar snin, forsi s-sena li għaddiet.", "Meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri ta' Malta, hemm element ta' inter-company loans li t-tendenza hija li jkun hemm inflation daqsxejn ta' din iċ-ċifra għax jagħmlulek pereżempju inter-company loans for tax purposes u din twassal għal an apparent much higher debt than otherwise would be the case.", "Mhux qed ngħid li mhux korrett li jkun hemm correction, imma wieħed irid jifhem li għandek gap ħafna iktar fil-lending rates, għandek growth fil-lending li sar negattiv anke f'dawk is-setturi li kkreaw ħafna iktar ġid bħal manifattura u t-turiżmu.", "Hemm xi ħaġa li s-settur finanzjarju jista' jagħmel iktar, biex jgħin il-pajjiż ikollu iktar growth fil-futur?", "M'aħniex ngħixu f'bozza għalina.", "Jekk wieħed jara pajjiżi oħra, jinduna li hemm ċerti tendenzi li meta jkun hemm excess liquidity fl-ekonomija - bħalma għandna aħna - meta jkollok sitwazzjonijiet fejn ir-rati kullimkien neżlin, dawn jirrispondu wkoll.", "Fil-każ ta' Malta għaliex ma jirrispondux daqshekk.", "Jien kemm-il darba semmejt li naħseb li hemm skop li r-rati - speċjalment għal non-financial companies - ikunu rati iktar kompetittivi, comparable ma' dawk il-pajjiżi li mhumiex stressed.", "Aħna m'aħniex f'pożizzjoni stressed, ċertament.", "Ma nistax nifhem l-argument l-ieħor li joħroġ pereżempju, għaliex hemm xi riskju iktar f'Malta!", "Żgur li m'għandniex ir-riskju li għandhom il-Small and Medium Enterprises (SMEs) fi Spanja; fejn għandhom rati irħas minnha!", "Imbagħad, meta wieħed iħares lejn fattur ieħor …", "Jien naqra l-editorjali fil-gazzetti, bħal kulħadd, eċċ, u xi risposti li jkun hemm, nissorprendi ruħi li ħadd ma jsemmi l-prof.ittabilità.", "Għandi chart fuqha.", "Il-prof.itabbilità fis-settur finanzjarju, hija l-ogħla waħda prattikament fil-euro zone kollu!", "Hemm rati li huma kważi l-iktar għoljin - ir-raba' l-iktar għoljin - però huma out of line ma' the unstressed countries.", "Għandek il-credit qiegħed imur fin-negattiv, anke ta' dawk il-kumpaniji li huma fil-manifattura, fl-akkomodazzjoni, eċċ. U għandek prof.ittabilità li hija b'rati ferm iktar għoljin.", "Jien nifhem li naturalment il-banek iridu jipproteġu l-prof.ittabilità tagħhom, però naħseb ukoll li jekk l-ekonomija ma tikbirx, anke dik il-prof.ittabilità tbati wkoll.", "THE CHAIRMAN: Prof. Bonnici, miċ-chart qed naraw li bejn wieħed u ieħor l-interessi baqgħu kif inhuma, però imbagħad, kif qed turi biċ-chart ta' page 23, il-credit growth to construction qed jikber u qed imur inqas negative.", "Però, ma smajtx ir-raġuni għaliex.", "Jista' jkun forsi minħabba ċerti miżuri - fosthom il-miżura tal-first time buyers - qed ikun hemm allura iktar bejgħ u allura qed tinċentiva iktar lill-ekonomija, speċjalment minn naħa tal-kostruzzjoni?", "Għaliex qed naraw ir-riżultati, però s'issa tal-inqas, imkien għadni ma smajt għaliex waslu dawk ir-riżultati.", "JOSEF BONNICI: Biex wieħed janalizza l-kostruzzjoni, jrid jidħol fis-setturi li ma ġibtx hawnhekk.", "Però, m'hemmx dubju li fis-settur tal-mortgages baqa' l-iktar settur li għandek tkabbir fih.", "Fil-fatt l-uniku tkabbir li hemm fis-settur tal-mortgages.", "Però fis-settur tal-kostruzzjoni u l-bqija, għandek sitwazzjoni fejn qiegħed jiċkien b'rata inqas, imma qed jiċkien.", "Kif qal l-Onor.", "Scicluna, jista' jkun li jkollok correction f'dan is-settur.", "Hija tajba wkoll li jkollok din it-tip ta' correction.", "Però, wieħed irid jgħid li jekk ekonomija ma jkollhiex over all xi setturi oħra li qegħdin jespandu, se tkun diffiċli biex it-tkabbir jilħaq livelli li wieħed qed ibassar.", "Għax aħna nagħmlu t-tbassir tagħna, il-Kummissjoni tagħmel it-tbassir tagħha, u l-IMF tagħmel it-tbassir tagħha.", "Jiġifieri l-periklu huwa li l-lubrikazzjoni li hemm fl-ekonomija finanzjarja, twassal għal constraint fuq aspetti ta' tkattir ekonomiku.", "Wieħed irid jgħid li jista' jkollok correction f'settur.", "Jien naħseb li f'ċertu aspetti, dak li qed naraw fil-kostruzzjoni, u ilu jsir għal dawn l-aħħar sentejn.", "Però naħseb li f'setturi oħra, forsi d-domanda mhijiex hemm?", "Imma jekk id-domanda mhijiex hemm, lanqas ma huwa sinjal tajjeb wisq għat-tkattir ekonomiku!", "EDWARD SCICLUNA: Jien nixtieq li sar iktar analiżi.", "Ma hemm ebda dubju li jista' jsir mill-Bank Ċentrali.", "Imma mhux minnkom biss, imma minn kull Policy Research Unit li għanda, anke mill-Gvern, biex nevalwaw din.", "Safejn naf jien, meta tiġi diżaggregata mhijiex eżatt hekk.", "Pereżempju, il-mortgages, safejn naf jien huma pożittivi xi ħarira below 5%, and they are very strong.", "U ma jidhrux hawnhekk.", "JOSEF BONNICI: Iva, iva, kif għadni kif għidt.", "Lanqas trid li dak li jissellef il-Gvern jitħallat ma' din ukoll.", "JOSEF BONNICI: Hekk hu.", "EDWARD SCICLUNA: Għax kemm jista' jkun, tħares lejn is-settur privat.", "Però, iktar u iktar, trid tħares ukoll jekk hijiex kwestjoni ta' demand jew supply.", "Il-landscape bankarju qiegħed jitbiddel.", "Ir-regulations u l-biża' – sejħilha li trid – tal-banking union, bl-asset quality review, bil-capital requirements li huma fil-pipeline, xorta huwa concern, li l-banek qed idaħħlu l-horns tagħhom ġo qoxorthom u qed jibżgħu jsellfu lill-SMEs u lill-oħrajn.", "Wieħed irid jara wkoll kemm hemm dan il-fattur; ħalli niddistingwu bejn jekk hijiex lack of demand – jiġifieri jekk l-SMEs humiex qed jitolbu dan il-credit - jew inkella lack of supply li l-banek qed jibżgħu jsellfu biex ibaxxu r-riskji tagħhom.", "One or the other ir-rimedju huwa differenti, u hemm bżonn li niddistingwu bejniethom.", "JOSEF BONNICI: Mill-bank lending surveys li jsiru, ma jidhirx li hemm xi lack in demand.", "Mhux xi demand li qed tesplodi, imma domanda hemm!", "Il-concern minn naħa tal-Bank Ċentrali huwa li jekk hemm ċertu ristrutturazzjoni li jrid isir fl-ekonomija tagħna, speċjalment fit-turiżmu, jekk investiment fit-turiżmu jista' jsir b'rati iktar kompetittivi u dan mhux qed iseħħ, meta għandek access liquidity, din hija xi ħaġa li timpinġi skont il-potential growth of the economy.", "Però, m'hemmx dubju li dan analizzajnih iktar fil-fond u għandna split tiegħu.", "Kif qed tgħid inti preċiż, li fil-mortgages baqa' a healthy growth.", "Però, speċjalment fis-setturi tat-turiżmu, tal-manifattura, tal-akkomodazzjoni, eċċ; is-sitwazzjoni xejn ma tidher li hija pożittiva, kif qed juri hawn.", "TONIO FENECH: Xtaqt inqajjem żewġ punti.", "L-ewwel nett, diversi drabi - almenu meta jitkellmu l-banek dwar dan il-punt - iqajjmu b'mod partikolari s-sitwazzjoni partikolari ta' Malta, li d-deposit base tagħhom huwa lokali, allura ma jidħlux daqshekk f'self dirett mill-ECB.", "Li allura jitilfu dak il-potenzjal vantaġġ li jista' jkun hemm, biex huma jiċċaqalqu mar-rati tal-ECB.", "Miegħi kemm-il darba għamlu l-punt, meta riċentament iddiskutejt din il-kwestjoni mal-banek, u jgħidu: the powers that be - ħa nkun qed nużaha b'mod leġġer - il-Bank Ċentrali, il-Gvern, jibdew jagħmlu pressjonijiet fuq il-banek biex ibiddlu l-mudell, the net effect would be li depożitanti Maltin ma jibqalhomx il-banek Maltin bħala alternattiva fejn ipoġġu l-interessi, għax ikollhom ibaxxu l-interessi ħafna iktar milli diġà qegħdin baxxi.", "Allura t-tentazzjoni tkun li flus f'Malta jmorru barra.- ma naħsibx li madwar din il-mejda xi ħadd jixtieq jaraha – biex imorru għas-self dirett mill-ECB u jbiddlu l-mudell tagħhom.", "Kif tirreaġixxi għal din it-tip ta' kumment li qed isir?", "X'taħseb li jistgħu jkunu l-veru soluzzjonijiet?", "It-tieni punt huwa li mill-preżentazzjoni qed joħroġ ċar, li l-credit growth fis-setturi produttivi huwa baxx!", "Għall-ewwel darba qed imur anke fin-negattiv.", "Għalkemm għadu negattiv, qed naraw turn xi ftit fil-kostruzzjoni.", "Fuq livell ekonomiku ma naħsibx li hija l-aħjar ħaġa dak li qed jiġri.", "Nafu li fil-kostruzzjoni, jekk noqgħodu nibnu u ma nbigħu lil ħadd, qed nagħmlu stock, waqt li s-setturi produttivi: il-manifattura, it-turiżmu, il-wholesale u s-setturi l-oħra, huma dawk li effettivament iġibu the long term sustainable growth.", "Dan għaliex illum investiment fil-manifattura, ħa jrendi f'impjiegi; mhux f'dak il-mument biss, imma anke fil-futur.", "Id-domanda tiegħi norbotha ftit ukoll mal-forecasts li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea dwar it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Fejn il-forecast qed tenfasizza li għall-ewwel darba qed tara tkabbir fl-ekonomija tagħna mhux mis-settur tal-esportazzjoni – li huwa preokkupanti peress li qabel it-tkabbir tagħna kien qed ikun export driven - imma mill-konsum intern u mill-proġetti kapitali.", "L-indikazzjoni tad-domanda tas-self ma jidhirx li hemm xi proġetti kapitali kbar ġejjin mis-settur privat u fuq livell nazzjonali, il-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-programm il-ġdid għadhom ma ġewx immaterjalizzati – jiġifieri l-proġetti li qed naraw fuq il-fondi tal-Unjoni Ewropea huma t-trickling ta' dak li kien fadal fil-programm l-antik, li matul is-sena d-dieħlu jibdew jagħlqu.", "Għajr il-proġett tal-power station, li again, kemm minnu se jimmatterjalizza s-sena d-dieħla fil-prattika u x'impatt se jħalli fl-ekonomija dirett, bħala kontribut, wieħed għad irid jara.", "Però, għajr minn hekk, wieħed mhux qed jara dawn il-proġetti kbar oħrajn.", "Ir-retail, f'dawn l-aħħar xhur, rajnih nieżel u mhux tiela'!", "Ġeneralment il-Kummissjoni jew l-ECB jiddiskuti magħkom it-tbassir ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Xi ħaġa, mhux qed tinkwadra!", "JOSEF BONNICI: It-tbassir huwa proċess kompless.", "U iktar tard għandi xi ftit charts li jħarsu lejn aspetti tat-tbassir.", "It-tbassir dejjem huwa tbassir, dejjem hemm element ta' inċertezza dwar dak li qed jiġri.", "Però, minn dak li nistgħu naraw, aħna għandna ċertu expectations dwar anke performance fil-manifattura, fit-turiżmu, eċċ. Però huwa veru li l-Kummissjoni antiċipat ċertu tkabbir fil-konsum; però l-konsum ilu għal diversi quarters, performing below expectations.", "L-istess, mhux differenti wisq, mill-euro zone, li wkoll qegħdin jistennew xi correction fil-konsum.", "Però, naturalment inti qajjimt punt importanti ħafna, dwar minn fejn ġej it-tkabbir.", "Jien naħseb li waħda mill-punti prinċipali, irridu nirrealizzaw - kif urejt iktar kmieni dwar unit labour costs - illi l-kompetituri tagħna, dawn il-pajjiżi li kienu stressed, illum għamlu internal devaluation u qegħdin jaslu f'pożizzjoni fejn se jkunu iktar kompetittivi milli kienu qabel!", "Allura jkollok iktar sfidi, speċjalment fis-settur tat-turiżmu - li huwa importanti - però f'setturi oħra wkoll.", "Allura wieħed irid joqgħod attent jekk jara li l-cost of borrowing f'pajjiżna – għax hemm min jgħid li m'hemmx domanda biżżejjed, kif diġà għidt, imma ma jidhirx mill-banking lending surveys li dan huwa l-każ – però, jekk il-cost tagħna biex wieħed jinvesti jkun xi 2 jew 2.5% iktar għoli milli dak li qed jiffaċċjaw il-kompetituri tagħna, dan naturalment huwa an extra cost li jwassal għal tnaqqis fil-potenzjal tal-pajjiż.", "Dan l-argument tar-rati tal-imgħax, again, urejt drabi oħra li meta tiġi għal rati li jħallsu l-banek, dawn qegħdin in line ma' tal-euro zone, jiġifieri mhumiex rati għoljin!", "Huma rati li (Interruzzjonijiet)", "TONIO FENECH: Dawn huma ekonomiji li għandhom excess liquidity.", "Li għal kull ewro li jkollhom domanda għal self, għandhom tnejn depożitati.", "Jiġifieri qed iħallsu rata li trid tagħmilha times 2.", "JOSEF BONNICI: Din il-ġimgħa kkalkolajna - m'għamilthiex fuq iċ-chart - dak li jsejħulu n-net interest income.", "Inti tkun qed tħares lejn ir-rati li qed iħallsu fuq id-depożiti, u r-rati li qed jaqilgħu fuq is-self tagħhom.", "Mhux eżatti l-ispread...", "JOSEF BONNICI: Qegħdin innaqqsu dak l-ammont li qed iħallsu f'imgħax u nżiedu dak li qed jaqilgħu bħala imgħax (Interruzzjonijiet)", "U nieħduh bħala persentaġġ tal-assets, u nqabluh ma' tal-Ewropa.", "Fil-każ ta' Malta, il-core domestic banks, in-net interest income to total assets huwa 1.94.", "Fil-każ tal-EU banks, tal-EU small domestic banks, huwa 0.9!", "Inti, vera l-argument jgħid li għax għandhom ħafna depożiti, imma (Interruzzjonijiet) qed jużawhom id-deposits, qed jinvestuhom u qed jaqilgħu l-flus minn fuqhom!", "Wieħed irid jara l-kumplessità kollha.", "Din tirrifletti fil-profitti!", "Irridu niftakru li m'aħniex qed ngħixu f'dinja għal rasna.", "Aħna qegħdin parti mill-ewro sistema.", "Il-ewro sistema qed tnaqqas l-imgħax; jista' jkun li tnaqqas iktar; għandha forward guidance u tista' tmur anke għal negative deposit rates!", "Dan ifisser li dawk il-flus li jpoġġu mal-Banek Ċentrali jiġu ntaxxati fuqhom!", "Aħna għandna ħafna flus li jiġu depożitati magħna wkoll!", "Qed nagħmel pressjoni li naħseb li r-rati jistgħu jkunu iktar kompetittivi; u dan ikun ta' ġid għall-ekonomija u tal-banek.", "Ħa ngħid storja vera - mingħajr ma nsemmi ismijiet - ta' żewġ banek, fuq business model.", "Bank żgħir u bank kbir.", "Meta sentejn ilu l-ECB ħareġ it-three year Long-Term Refinancing Operations (LTROs) u ħareġ li tista' jkollok bonds tal-Gvern, tużahom bħala collateral u fuqhom tissellef mingħand l-ECB; kemm il-bank il-kbir u kemm il-bank iż-żgħir għamlu hekk.", "Il-bank kbir x'għamel bihom dawn il-flus?", "Reġa' investihom magħna, at a loss.", "Għamel sena sħiħa, u sa fl-aħħar reġa' ħallashom lura.", "Il-bank iż-żgħir ħareġ ammonti insinjifikanti wkoll, użahom biex jagħmel package iktar attraenti, li llum dawn il-għexieren ta' miljuni li ssellef qegħdin bil-0.25 u taf tonqos iktar, bir-riżultat li l-profitt tiegħu żdied, u l-profit tal-bank il-kbir naqas!", "Ir-responsabilità tiegħi, bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali, huwa li nipponta fejn naħseb li hemm bżonn li wieħed għandu jirfina l-mudelli u s-sistemi ekonomiċi għall-ġid tal-pajjiż.", "Jien naħseb li hemm mod li kif il-mudell li qed jiġi operat … u mhux noqgħodu nbeżżgħu għax il-flus joħorġu u mhux joħorġu … Jien naħseb li l-verità hija – għax dan l-argument jużawh – li jekk inti diġà qed tagħti deposit rates li huma in line mal-Unjoni Ewropea (Interruzzjonijiet)", "JOSEF BONNICI: Anzi forsi r-rati li jitlob jagħmilhom iktar kompetittivi.", "TONIO FENECH: Kif għandek f'ċertu banek żgħar!", "JOSEF BONNICI: Din hija propju il-każ li tajt, ma vvintajtux.", "Ma użajtx ismijiet, imma huwa każ speċifiku, ċert minnu, miċ-ċifri, għax nara ċ-ċifri kollha.", "Fejn għandek li l-bank iż-żgħir il-profitti żdiedulu, u l-profitti tal-bank il-kbir naqqsulu.", "Dan għaliex għamel business model kombinat daqsxejn differenti.", "Jirriżulta li aħna qiegħdin parti mill-eurosistema.", "Però l-banek tagħna mhumiex qed jaġixxu - speċjalment il-banek il-kbar - bħala parti mill-eurosistema.", "Mhux qed jieħdu l-vantaġġ li jistgħu jieħdu.", "Dan jirrikjedi ċertu bidla fil-business model.", "Jekk huma jkunu iktar lesti li jimmodifikaw ċertu aspetti mit-tradizzjoni, dan jista' jkun ta' vantaġġ għall-ekonomija.", "Naturalment, li jkollna banek b'saħħithom huwa tajjeb; li jkollna banek profittabbli huwa tajjeb; li jkollna banek li n-non-performing loans ikunu contained - kif se nitkellem iktar tard - huwa tajjeb; però huwa tajjeb ukoll li s-servizz li jagħtu l-banek biex l-ekonomija tiżviluppa, jkun fil-massimu tiegħu possibbli.", "EDWARD SCICLUNA: Fuq l-andament tal-ekonomija Maltija, l-interpretazzjoni tiegħi hija li dejjem għandna nżommu l-benchmark tagħna mal-Ewropa.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna dawn iċ-charts.", "Però, ta' min ngħid li l-istampa hija tajba, fis-sens li meta niġu għall-unit labour cost, m'hemm l-ebda dubju li għajnejna jkunu jridu jħarsu lejn dawn il-pajjiżi li qed jagħmlu dik li jgħidulha internal devaluation għax qatgħu l-pensjonijiet, qatgħu l-pagi.", "Imma dawk kienu ħafna u ħafna ogħla minn Malta u mill-Ġermanja, eċċ!", "U għalhekk tilfu l-kompetittività u spiċċaw fejn spiċċaw, f'xifer ta' falliment!", "Li huwa minnu huwa li huma kkontrollaw b'sagrifiċċju kbar u b'cost soċjali kbir, biex waqqgħu l-unit labour cost.", "Jiġifieri għal kull ewro li jipproduċu, il-cost ta' salarju waqqgħuh.", "Però, fl-aħħar resqu lejn tagħna u tal-Ġermanja.", "Issa sta għal Malta li tara li l-produttività tpatti għal żidied fis-salarji biex aħna ma nitilfux il-kompetittività.", "Però, ma nistgħux ngħidu miċ-chart t'hawnhekk, li din tlifniha.", "Meta niġu għal-lending - u qegħdin ngħidu kemm hija allarmanti għax qiegħda negattiva - m'hija allarmanti xejn.", "Jiena mhux nikkompara ruħi mal-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Portugal, l-Italja u l-Irlanda.", "Dawn għaddejjin minn kriżijiet kbar u lanqas ma għandi għalfejn nikkompara, jekk waqa' s-self li dawk il-pajjiżi fis-setturi produttivi.", "Jien se nikkompara ruħi mal-Ġermanja, l-Olanda, mal-Awstrija, mal-Lussemburgu, mal-Fillandja, ma' Franza.", "Insibu li l-lending fis-settur privat, fin-nofs tal-2013 waqa' negattiv!", "Dan qed narawh f'paġna 22.", "Li aħna waqajna negattiv bħalhom, m'iniex qed ngħidlek li hija ħaġa tajba jew ħaġa ħażina, irrid nevalwaha, però we are in the company of Germany, Netherlands, Austria and Luxembourg.", "M'aħniex qegħdin f'sitwazzjoni agħar minnhom!", "Jekk hijiex kwestjoni ta' deleveraging jew le, jekk hijiex kwestjoni li l-banek Ewropej qed jibżgħu jsellfu, ma nafx, imma wieħed għandu jidħol fid-dettall.", "Però, qabel ma wieħed jallarma ruħu u jgħid ara f'Malta sar negattiv; le, jara li l-Ġermanja, l-Olanda, Lussemburgu u l-Awstrija flimkien l-index tagħhom sar negattiv f'nofs is-sena, ma' tagħna!", "Hemm xi fenomenu li wieħed irid jistudja u jara għaliex dan huwa l-każ.", "Għal dak li huwa l-futur.", "Ejja ngħiduha kif inhi, sabiħ it-tbassir li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel għal pajjiżna.", "Hija xi ħaġa li nieħdu gost biha, huwa għaliex hemm raġunijiet ta' investiment li fil-fatt se jkun qawwi.", "U għalkemm qed ngħidu li mhux tal-privat: mela ta' min huwa?", "Meta inti tinvesti fl-enerġija se tidħol f'network ta' linkages mal-ekonomija kollha.", "Jekk int se twaqqa' l-cost tal-enerġija lis-settur tal-households, kif ukoll is-settur privat tal-business, dan se jgħinhom biex jixprunaw ruħhom.", "Ma nistgħux ngħidu: dan l-investiment huwa xi ħaġa tal-Enemalta jew xi ħaġa tal-Gvern!", "Wieħed irid ipoġġi kollox fil-proporzjon tiegħu.", "Dwar ir-retailing, l-istess; illum qiegħed neżamina r-retailing.", "L-NSO qed jgħidu li r-retailing huwa negattiv.", "Li fejn jidħlu affarijiet li huma materjali u tarahom, bħal ma huwa l-ikel, ix-xorb, eċċ, huwa qed jiżdied in a very healthy rate ta' 3.5%!", "Niġu għal karozzi, fl-ewwel kwart, żdiedu b'24%.", "Huwa veru li kien żmien tal-kwart ta' qabel, fejn ir-reġistrazzjonijiet kienu baxxi.", "Imma l-punt huwa li fejn jidħlu affarijiet li tista' tarahom u tmisshom b'idejk, qed jidhru; fejn affarijiet li qed jidħlu bl-internet jew jistgħu jiġu under estimated, ma nafux.", "Però hemmhekk għandna underestimation.", "Kieku din tispiċċa l-unika ekonomija fid-dinja li hija tal-mirakli: il-konsum nieżel, l-esportazzjoni nieżla, l-investiment nieżel u kollox nieżel; mela l-Prodott Gross Domestiku (GPD) minn fejn qed jitla'?", "U l-pagi u l-impjiegi?", "Min huwa daqshekk miġnun li jimpjega n-nies, sena wara sena, b'5,000 impjiegi full-time, to do what?", "Mela xi ħaġa, incomes hemm, domanda hemm, u x-xogħol għaddej!", "Jekk wieħed isemmi s-settur pubbliku hemm 1,200 veru minn dawn il-5,000; imma l-kumplament huwa settur privat!", "Għandna ċertu dubji li aħna, sew bħala istituzzjonijiet, il-Gvern, Bank Ċentrali, u oħrajn, ta' min insaqsu daqsxejn dwar ċertu data li b'xi mod jew ieħor mhijiex qiegħda tikkombaċi.", "Hemm xi ħaġa li jien, mill-esperjenza tiegħi ngħid li ma tagħmilx sens!", "THE CHAIRMAN: Prof., ridt ngħidlek li f'ħin minnhom għidt li l-konsum kien below expectations, forsi fit-tliet snin ta' qabel.", "Però, il-figuri imbagħad qed juru li issa qisu qed jirranġa ruħu u l-konsum qed jiżdied, speċjalment il-konsum lokali.", "X'taħseb li kienet ir-raġuni?", "Forsi nuqqas ta' ċertezza jew forsi n-nies kienu qed jibżgħu jonfqu?", "Jew qed taraw xi raġunijiet oħra?", "Għax issa tal-inqas qed jiżdied il-konsum.", "JOSEF BONNICI: Hemm żewġ aspetti: waħda kemm kienet reali li naqas.", "Kif semma' l-Ministru tal-Finanzi, jista' jkun li l-miżura li konna qed nieħdu, ma kienetx qed tirrifletti kollox.", "Però, m'hemmx dubju wkoll li għandek 5,000 iktar nies qed jaħdmu, żdiedu l-impjiegi, id-dħul żdied, u s-sitwazzjoni internazzjonali ġiet iktar stabbli.", "Meta kellek sitwazzjoni fejn kien hemm diskussjoni dwar jekk il-eurozone tisfaxxax, jekk pajjiż jispiċċax ifalli, bħal Greċja; u kellek sitwazzjoni ta' ċertu inkwiet, naturalment it-tendenza kienet - mhux f'Malta biss, imma kienet fl-Ewropa kollha, anke fl-Ingilterra - li l-konsum baqa' lura.", "Dak li jkun beda jipposponi ċertu infieq, speċjalment in durable goods; pereżempju karozzi, affarijiet ta' appliances, eċċ. Fejn wieħed seta' ekonomizza, ekonomizza.", "Din naturalment waslet ukoll għall-GDP f'livelli inqas.", "Milli qed naraw, qed nistennew li l-konsum, bħal dak tal-eurozone li qegħda quite in line miegħu, qed naraw ċertu irpiljar li probabbli tidher f'dawn is-sena, is-sentejn li ġejjin.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, qed nara li fadal ftit slides mhux ħażin.", "Forsi nistgħu ngħadduhom kollha, imbagħad il-kummenti nieħduhom kollha f'daqqa wara?", "JOSEF BONNICI: Dwar is-settur bankarju, għandna core domestic banks, non core u international banks.", "Għandi tabella li urejtkom is-sena li għaddiet, però hemm xi ftit bidliet.", "Jekk naraw it-total banks, illum qed ilaħħqu 697% tal-GDP; sena ilu dawn kienu madwar 788%.", "Kien hemm daqsxejn ta' bidla li ġejja primarjament mill-international banks, u din ġejja primarjament minħabba ċertu ristrutturar li għamlu dawn l-international banks.", "Kien hemm ċertu consolidation tal-balance sheets tagħhom.", "Ċerti banek iddeċidew li ma jżommux daqshekk kapital hawnhekk, għax riedu jsaħħu postijiet oħra.", "U għandek din il-bidla li qed issir.", "Imma jekk wieħed iħares lejn din it-tabella, wieħed jara li l-capital ratio qiegħed tajjeb, qiegħed at 14.9%, is-sena li għaddiet kien 14.3%, jiġifieri il-kapital tal-banek żdied.", "Il-profittabilità qiegħda 19.9% tal-core banks, li jekk tqabbilha ma' tal-Unjoni Ewropea hija 5.8%.", "Jiġifieri return on equity u return on assets similarly hija kif semmejt qabel, hija ħafna iktar għolja.", "Is-settur bankarju huwa settur b'saħħtu, settur li huwa profitabbli, settur li għandu l-kapital tajjeb.", "Speċjalment il-core banks, għandhom performance li titqabbel tajjeb b'mod pożittiv ma' dik, u anzi aħjar minn dik tal-EU average.", "Is-sena li għaddiet, biddilna Banking Regulation 09.", "Din ħarġitha l-MFSA, però fil-Joint Financial Stability Board - li beda jiltaqa' fil-bidu tas-sena li għaddiet u issa huwa parti mil-Liġi tal-Bank Ċentrali - innutajna li għal ċertu żmien kien hemm żieda fin-non-performing loans, speċjalment mas-setturi li għandhom x'jaqsmu ma' kostruzzjoni u proprjetà.", "Fil-fatt, fl-aħħar tas-sena li għaddiet saru emendi għal Banking Regulation 09 - xi ħaġa li kemm jien, kemm iċ-Chairman tal-MFSA, kif ukoll il-predeċessur tiegħi Michael C Bonello konna ilna ngħidu - li l-banek ikunu qegħdin tajjeb, jekk they retain parti mill-profitti tagħhom biex isaħħu l-buffers.", "Din fil-fatt hekk qed tagħmel; biex dawn in-non-performing loans li kien hemm, ikun hemm buffers b'mod partikolari li jittrattaw dan l-aspett.", "L-istess ħaġa wkoll ċertu definitions li kien hemm.", "Kien hemm varjazzjoni fuq kif jiddefenixxu non-performing loan.", "Din illum ġiet stabbilita mill-EBA, u introduċejna definizzjonijiet li huma iktar aġġornati.", "Similarament l-idea hija li l-banek jirrikonoxxu t-telf meta jsir u mhux ikun hemm forebearings li wieħed jipposponi b'xi vot.", "Allura għandu jkun hemm governance structures aħjar u risk management framework u reporting systems aħjar.", "Dawn huma bidliet mhux żgħar li saru u bidliet li finalment isaħħu s-settur bankarju.", "L-outcome huwa li jkollhom coverage ratio aħjar, u jkollhom buffers aħjar għal dak li jista' jinqala'.", "Dwar l-operazzjonijiet tal-Bank Ċentrali.", "Naturalment, xogħolna huwa li nipprovdu parir indipendenti fuq l-Economic and Financial Policy.", "Saru wkoll emendi fis-Central Bank of Malta Act u ġie introdott Deputy Governor dwar il-Financial Stability.", "Twaqqaf il-Joint Financial Stability Board, in association mal-MFSA, li beda jaħdem u jiltaqa' prattikament kull xahar fejn jiġi diskuss is-settur finanzjarju u x'ikun hemm bżonn isir biex wieħed isaħħaħ u jżommu under observation.", "Il-bank ukoll għandu rwol kbira fil-payment system, li jkun hemm a smooth functioning payment system.", "U finalment irid jimmaniġġja r-riżorsi tiegħu.", "Fil-fatt hawnhekk għandi ftit charts dwar l-annual profit tal-bank, imqabbel ma' a 10 year moving average.", "Kif wieħed jara, fl-2012, kellna peak, u s-sena li għaddiet kien hemm daqsxejn tnaqqis minn dak il-peak.", "Is-sena ta' qabel kienet an all time high.", "Din hija influwenzata ħafna mir-rati tal-imgħax inqas li kien hawn internazzjonalment, li dawn jaffetwaw ir-return fuq l-investiments.", "Huwa interessanti li minn mindu dħalna fil-eurozone, il-profitt tal-bank kien dejjem above average.", "Billi huwa parti mill-ewrosistema, il-Bank Ċentrali qed ukoll jiġi mħaddem b'mod biex jutilizza dan il-fatt bl-aktar mod effettiv, biex anke l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu jsaħħaħha.", "Din iċ-chart li jmiss hija l-ammonti ta' surplus li l-bank jgħaddi lill-Gvern.", "Din is-sena huma stmat li se jgħaddi €50 miljun, wara li jkun għamel provisions għar-riżervi u għall-buffers tiegħu; u wara li jkun ħa ħsieb ukoll l-ispejjeż tiegħu.", "Din ukoll hija waħda mill-iktar livelli għoljin – kif tistgħu taraw f'din it-tabella – li tqabbel ukoll mat-10 year moving average.", "L-interest income li l-bank qed jaqla, juri wkoll li qegħdin mal-medja.", "In part għaliex meta jimmaturaw ċertu investimenti, fejn tinvestihom tinvestihom b'rati inqas, u dan jaffettwa wkoll.", "Però, il-livell baqa' livell healthy u aħna qed nagħmlu minn kollox biex inżommu kemm jista' jkun id-dħul tal-bank fuq livell komparabbli mas-sena ta' qabel.", "Din l-aħħar chart turi r-reserves and provisions.", "Wieħed jista' jara - speċjalment fl-aħħar sentejn - kemm saħħaħna r-riżervi u l-provisions.", "Fl-2012 b'iktar minn €25 miljun u fl-2013 b'madwar €16-il miljun.", "Jiġifieri minbarra l-bank jaqla' flus biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tiegħu, u minbarra l-€50 miljun li għadda lill-Gvern, irnexxilu wkoll, f'dawn is-sentejn jgħaddi madwar €40 miljun għar-riżervi tiegħu, li jsaħħu l-pożizzjoni tal-bank fl-investimenti tiegħu.", "Dwar it-tbassir u l-aħħar erba' charts li għandi, ta' min wieħed iqatta' xi żewġ minuti dwarhom.", "Jekk wieħed jara l-euroarea forecasts, dawn kienu ferm inqas minna, u qegħdin bil-mod il-mod jilħqu l-livell tagħna.", "It-tbassir li qed naraw għal Malta huwa li jibqgħu madwar 2.4 u 2.5 range.", "Issa l-forecast huwa magħmul billi jkun hemm forecasts dwar l-investiment, dwar l-exports, fuq it-turiżmu, fuq il-konsum, u fuq il-manifattura, eċċ. Din hija a summary of what we are expecting.", "Naturalment, tbassir jibqa' tbassir, u jista' jiġi nfluwenzat minn aspetti li ma jistgħux jiġu antiċipati.", "Hawnhekk, jekk hawn lezzjoni, qed turi li l-euroarea qiegħda ħierġa mir-reċessjoni li kellha, u bil-mod il-mod qiegħda titjieb; fejn sal-2016 se tilħaq kważi l-livell li qed nantiċipaw.", "Waqt li aħna għandna ritmu ta' 2.5% u 2.3%; però donnu li ma nistgħux immorru 'l fuq iktar minn dan.", "Ma jidhirx li hemm raġunijiet li wieħed jista' jasal għal dan.", "Din hija waħda mir-raġunijiet li jien dejjem qed insostni li jekk hemm xi aspetti fl-ekonomija tagħna li jistgħu jippromovu l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku, dan huwa importanti għax finalment igawdi l-pajjiż kollu!", "L-investment ratios huwa bħala persentaġġ mill-GDP.", "Dan huwa wieħed mill-iktar diffiċli biex wieħed ibassar, u jara kif ivarja, fejn hawnhekk għandek it-total u l-privat.", "Naturalment id-differenza tkun mis-settur pubbliku.", "F'dan l-istadju, fl-2014 u fl-2015 qegħdin naraw ċertu żieda fl-investiment.", "Fl-2016, s'issa, għad m'għandniex iktar informazzjoni li wieħed jista' jikkalkola jekk ikunx hemm żieda iktar jew le.", "Tal-2016 għadha preliminari sew.", "Però, naturalment, dan l-eżerċizzju jkun irid isir, għax huwa parti mit-tbassir tal-ECB, bħalma tagħmel it-tbassir tagħha wkoll il-Kummissjoni.", "U huwa in line, bejn wieħed u ieħor.", "Pjuttost aħna daqsxejn iktar pożittivi meta tiġi għall-investiment minn dawk li qed naraw.", "Dan naturalment għax aħna għandna għarfien tal-ekonomija iktar mill-qrib, u meta wieħed ibassar minn Brussel, forsi ma jkunx qed jara d-dettalji kollha.", "Jekk tħares lejn l-aħħar għaxar snin, naturalment għandek trend ta' tnaqqis, li ġejja in parti wkoll għaliex il-manifattura naqqset daqsxejn l-importanza tagħha bħala persentaġġ tal-GDP.", "L-investiment fil-manifattura, ħafna drabi huwa more capital intensive milli investiment fis-servizzi.", "Allura għandek structural change għaddejja li tista' ukoll twassal għal investiment ratio li huwa daqxejn inqas.", "Din hija chart ta' kif qed inbassru l-employment.", "Għandek l-impjiegi full-time u l-impjiegi li huma l-head count.", "Id-differenza bejniethom naturalment hija l-part-time.", "Hemm ċertu żieda fil-part-time li allura twassal għal żieda fl-employment totali.", "Din iċ-chart hija waħda mill-iktar kruċjali; għaliex din tiddefenixxi l-potenzjal tat-tkabbir ekonomiku ta' Malta; speċjalment minn aspett ta' labour market.", "Wieħed jara żewġ linji.", "Waħda hija bbażata fuq il-Labour Force Survey, li tuża l-commission u li fil-fatt qed ibassru li l-labour force tagħna, taf tonqos fis-snin, speċjalment 'l quddiem, sal-2016.", "Filwaqt l-istima li qed juża l-Bank Ċentrali hija bbażata fuq pool ta' ħaddiema minn 15 sa 75, speċjalment minħabba l-età tal-irtirar li qiegħda bil-mod il-mod tiżdied, sa 65, allura se jkollok pool ikbar.", "Kif ukoll l-inward migration.", "Kif jaf kulħadd għandna diversi setturi, bħat-turiżmu, eċċ, li għandhom persentaġġ ukoll relevanti ta' ħaddiema li qed jaħdmu li ġejjin minn barra.", "Aħna inħossu li t-tbassir tal-Kummissjoni dwar il-labour supply qed ikunu konservattivi wisq, u qed jinjoraw daqsxejn l-influss li jista' jkollna fejn ikun hemm bżonn li allura mhux bottle neck għandna, imma għandna possibbilitajiet ta' iktar tkattir ekonomiku.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Dwar il-qagħda tas-sitwazzjoni tal-employment.", "Ovvjament irrid nesprimi li waqt li veru għandna tkabbir ta' employment fl-ekonomija tagħna, però qed nibdew ninnutaw ukoll - forsi ma tantx ingħatat emfasi fil-preżentazzjoni, għalkemm hemm slide 9 - li qed nibdew nidħlu fiż-żona ta' anke kif l-Unjoni Ewropea tkejjel l-unemployment, fejn qed naraw żieda.", "Waqt li qabel konna qed inkunu fuq il-medja iktar ta' 6.2%, issa qed nersqu iktar lejn is-7%, 6.7%, 6.8%.", "Anke tlifna ċertu pożizzjonijiet mir-raba' l-aħjar fl-Ewropa, issa qegħdin is-sitta l-aħjar fl-Ewropa.", "Ma jfissirx li hija sitwazzjoni allarmanti, però, nibqgħu nenfasizzaw, anke bħala Oppożizzjoni, li jrid ikun hemm iktar attenzjoni għas-settur tax-xogħol innifsu.", "Fuq il-potenzjal, jien naqbel mal-analiżi tal-Gvernatur.", "Ma naħsibx li se naraw tnaqqis kif qed tara l-Kummissjoni Ewropea.", "Però, ngħid li l-Gvern hawnhekk irid joqgħod attent!", "Li jkolli l-Ministru għax-Xogħol - biex inkun fair mhux il-Ministru għall-Finanzi - li f'kull programm li qed ikun qiegħed jitkellem fuq il-media, inħoss li qed idaħħal din il-xenophobia kontra l-ħaddiema barranin li qed jaħdmu f'pajjiżna qishom qed jieħdu x-xogħol tal-Maltin u rridu naraw x'se nagħmlu biex dak li qed jagħmlu huma, jibdew jagħmluh il-Maltin.", "Nafu li llum l-ekonomija tagħna hija ekonomija miftuħa, għandna setturi li bilfors jattiraw ċertu speċjalizzazzjonijiet minn barranin.", "Huwa tajjeb li jkunu jistgħu jagħmluhom il-Maltin, imma lanqas m'għandna ndaħħlu is-sentiment fil-poplu Malti li qisu ħażin li għandna l-barranin jaħdmu fl-ekonomija tagħna, għaliex jekk indaħħlu dan is-sentiment, din il-projection li qed jara l-Bank Ċentrali effettivament ma timmaterjalizzax ruħha għaliex il-potenzjal tar-riżorsa interna mhijiex biżżejjed.", "Ir-realtà fiżjonomika ta' xi twieldu fil-passat u għax għandna kbar illum, hija realtà li ma nistgħux naħarbu minnha.", "Huwa tajjeb li anke l-Gvern qed jagħmel sforz biex jidħlu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, jiġifieri dak huwa pożittiv.", "Però l-ekonomija tagħna trid tibqa' waħda dinamika biżżejjed li tibqa' miftuħa għal dawn ir-realtajiet.", "Xtaqt nagħmel dak il-kumment għaliex qed inħoss li qed tintuża wisq, anke fuq livell hemm barra, u nibża' li jkollha konsegwenzi ħżiena anke fuq tkabbir fil-futur jekk noqogħdu nitkellmu b'dan il-mod.", "Dwar is-settur tax-xogħol innifsu.", "Ovvjament ir-rata tal-qgħad qed tiġi nnotata li qiegħda tiżdied.", "Mill-analiżi tal-Bank, fejn qed jara l-potenzjal li jistgħu jiżdiedu l-impjiegi f'pajjiżna?", "Min-naħa tal-Gvern qed naraw ħafna sforzi biex iħajjru aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, però r-realtà hi li ftit rajna inizjattivi f'dawn l-aħħar xhur ta' ekonomiji ġodda jew inizjattivi ġodda biex ikabbru s-supply jew aħjar id-domanda għax-xogħol, għaliex jinħolqu setturi ekonomiċi ġodda.", "Mill-analiżi tal-Bank Ċentrali qed taraw xi setturi li forsi dan il-Gvern jista' jiffoka iktar fuqhom?", "THE CHAIRMAN: Jekk tippermettili, naħseb jekk naqblu, nistaqsu l-mistoqsijiet kollha f'daqqa, ħalli mbagħad Professor Bonnici jkun jista' jirrispondi.", "EDWARD SCICLUNA: Għandi mistoqsija u rimarka.", "Nibda bil-mistoqsija.", "Il-Kummissjoni dan l-aħħar ħarġet l-Ispring Forecast.", "Milli niftakar, ir-rata tal-qgħad tas-sena li għaddiet kienet 6.5% u l-forecast tagħha żammietu l-istess, 6.5%, 6.5%, 6.5%.", "Jiġifieri din li qed jirrimarkaw l-Oppożizzjoni li qed jaraw il-qgħad jiżdied, il-Kummissjoni mhijiex qiegħda taraha.", "Jekk il-Bank Ċentrali jagħmilx il-forecast tiegħu indipendentement u f'dan il-każ x'kien?", "Nixtieq nagħmel clarification dwar il-barranin.", "Jien m'iniex hawnhekk biex niddefendi lill-Ministru għax-Xogħol, però niftakar ċar, li hu kien qiegħed jenfasizza għall-fatt li hija ħasra li żgħażagħ li għandhom l-opportunitajiet hawnhekk u li qed jinħolqu l-opportunitajiet quddiemhom ma jistgħux jeħduhom, għaliex qed imorru jirreġistraw għal xogħol li ma jeżistix.", "Semma' il-każ ta' pump attendants.", "Hemm madwar 300 persuna jirreġistraw għal pump attendant, forsi jkun hemm bżonn ta' wieħed jew tnejn ma' Malta kollha.", "Imma ejja ninsew il-pump attendants.", "Anzi l-Prim Ministru għamilha ċara li kumpaniji li ma jsibux in-know-how, in-nies f'pajjiżna, huma mistiedna biex iġibu n-nies minn barra, ħalli dik l-intrapriża tirnexxi.", "Tant li anke aħna - fil-fatt saret mistoqsija parlamentari mix-Shadow Minister, l-Onor.", "Tonio Fenech - dwar il-fatt li jekk il-15% taxxa, jekk estendejnihiex f'xi settur ieħor.", "Fil-fatt estendejniha fl-avjazzjoni.", "Mela meta ma jkollniex personnel hawnhekk u nkunu rridu nattirawhom lejn pajjiżna, anke noffrulhom special tax biex inġibuhom, għaliex f'pajjiżna ma jkunx hawn bħalhom.", "Jiġifieri żgur li m'għandniex xenophobia għaliex ġejjin il-barranin, u se jeħdulna x-xogħol!", "Xejn minn dan.", "They are welcome, però hija ħasra li t-tfal tagħna jibqgħu jittrenjaw ruħhom għal xogħol tal-passat.", "Mhux qed jindunaw li l-intrapriżi, il-businesses tal-lum iridu types of skills, lingwi u affarijiet oħrajn, li parti minn dik is-sezzjoni li qed joħorġu mill-istituzzjonijiet edukattivi, sfortunatament - jekk hux mill-ġenituri, minnhom, ma nafux - qegħdin jiġu orjentati lejn il-passat milli lejn il-futur.", "U hija ħasra, iva, jekk tara ħafna żgħażagħ barranin li qegħdin jaħdmu f'intrapriżi u taf li hemm oħrajn bla xogħol u tixtieq li kieku kemm jista' jkun dawn japplikaw bħalhom u jingħataw dak ix-xogħol.", "Fuq l-unemployment għandi dik il-mistoqsija li għaddejtlek.", "THE CHAIRMAN: Minn-naħa tiegħi wkoll l-istess, xtaqt nagħmel mistoqsija u ngħaddi kumment.", "Fil-fatt xtaqt nikkummenta fuq dak li qal l-Onor.", "Tonio Fenech għaliex iktar kien kumment fuq il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u naħseb li l-Prof.", "Bonnici ma jistax jirrispondi fuqu.", "Però xtaqt nenfasizza ukoll minn naħa tiegħi.", "Naħseb il-messaġġ - kif anke spjega l-Ministru għall-Finanzi - mhuwiex għaliex il-ħaddiema barranin qegħdin jaħdmu hawn Malta, iżda speċjalment huwa messaġġ lill-istudenti u lin-nies li jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, sabiex jaraw x'opportunitajiet qiegħda toħloq l-ekonomija.", "Fil-fatt waħda mill-miżuri li anke dan il-Gvern ħabbar fuq il-Budget hija dik tal-employability index.", "Fejn nafu, li għandek setturi - kif fil-fatt urew dawn iċ-charts - bħal pereżempju l-gaming, fejn qegħdin jespandu, il-value added tagħhom huwa kbir u l-pagi huma tajbin.", "U nafu wkoll li persentaġġ kbir tal-ħaddiema li jaħdmu f'din l-industrija huma barranin.", "M'għandna xejn kontrihom.", "Però ġaladarba qegħdin joperaw hawn Malta, naħseb kulħadd japprezza u jifhem li l-ewwel preferenza, jekk hemm ammont ta' nies li jistgħu jitħarrġu sabiex jibbenefikaw ukoll minn din l-industrija, għandu tkun għall-nies Maltin.", "Għaliex m'għandniex nagħmlu dan?", "Jiġifieri naħseb il-messaġġ tal-Ministru għall-Edukazzjoni dejjem kien f'dik il-linja.", "U xtaqt niċċarah ukoll biex żgur ikun hemm politika ċara minn naħa anke tal-Gvern li m'hemmx din it-tip ta' politika kontra l-barranin li jaħdmu hawn Malta.", "Però l-prijorità ovvjament tkun, bħalma jgħidu, charity begins at home u preferibbilment il-Maltin ikunu qed jaħdmu wkoll f'dik l-industrija.", "Minn-naħa ta' mistoqsija.", "Il-Bank Ċentrali, anke fid-definizzjoni tiegħu, hemm li huwa jipprovdi independent advice ukoll fuq Economic, Financial & Fiscal Policy.", "Rajt nuqqas fil-preżentazzjoni fuq effetti ta' miżuri li l-Gvern ħa fil-Budget.", "Fosthom pereżempju nsemmi l-kwistjoni taċ-Childcare Centres u miżuri oħrajn.", "Xtaqt nistaqsi jekk il-Bank Ċentrali għamilx xi tip ta' working paper sabiex jara l-impatt ta' dawn il-miżuri fuq l-ekonomija?", "Pereżempju s-sena l-oħra, jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm madwar disa' working papers fuq suġġetti varji, fosthom inflazzjoni, il-pensjonijiet, eċċ. Xtaqt nistaqsi jekk is-Central Bank għamilx studju wkoll fuq miżuri ewlenin li ħa l-Gvern fil-Budget?", "Fosthom il-miżura taċ-Childcare Centres u anke r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, speċjalment x'se jkun l-impatt fuq l-ekonomija ta' dawn il-miżuri, in vista li s-sena d-dieħla din il-miżura se tkun estiża anke għas-settur ekonomiku, għas-settur finanzjarju u għan-nies li jaħdmu fil-kummerċ?", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: L-ewwel ħaġa fl-annual reports inti semmejt li l-improvement of other countries qed tagħti competetive disadvantage lilna bħala pajjiż.", "Fil-fatt ir-ritmu f'diversi setturi qiegħed imajna, anke fejn jidħol il-job creation il-forecast juri li minn 3.1% fl-2014 se jinżel għal 2.1%, jiġifieri t-trends qegħdin ukoll on the decrease.", "Nixtieq ukoll telabora iktar l-explanation tiegħek meta tgħid li we are losing competitive edge.", "Ħaġa oħra.", "Forsi wkoll tirreferi għar-rapport li ħareġ f'The Independent matul il-ġimgħa li għaddiet, fejn qiegħed juri wkoll li l-Korporazzjoni Enemalta suppost kellha tgħaddi lill-Gvern €110 miljun imma li m'għaddiethomx.", "Forsi wkoll qed tagħmlu l-analiżi tagħkom vis-à-vis id-deficit rate.", "THE CHAIRMAN: Il-Prof.", "JOSEF BONNICI: Ħa nibda b'ordni kronoloġika.", "Hemm żewġ aspetti.", "L-ewwel nett in the recent past l-ekonomija tagħna lejn xiex kienet qiegħda tmur?", "M'hemmx dubju li kienet qed tmur iktar lejn servizzi.", "Servizzi li jużaw l-internet, servizzi finanzjarji, servizzi tal-insurance, servizzi tal-aviation, servizzi mediċi - għax ma rridux ninsew li Malta qed tipprovdi servizzi mediċi pereżempju lil-Libja, li jiġu ħafna hawn Malta għal ċertu medical treatment - servizzi tal-edukazzjoni, għandna ħafna, mhux studenti biss, però anke adulti li jiġu jitgħallmu.", "Jiġifieri, dawn huma areas li naħseb jien il-passat riċenti tagħna diġà uriena li huma the expansionary sectors.", "Però naħseb li wieħed irid iħares ukoll lejn investimenti oħrajn li jżidu l-valur miżjud.", "Jiġifieri jekk hux fil-manifattura, pereżempju.", "Anke kumpaniji li qegħdin preżenti jew li jridu jespandu jew kumpaniji ġodda.", "Importanti ħafna li waqt li kif issemma' nistgħu aħna qed ikollna kompetizzjoni aktar - jiena m'għidtx preċiż li qed nitilfu l-competitive edge - qed ngħid li we have to watch it.", "Għaliex il-pajjiżi li kienu ħafna incompetitive, qegħdin joqorbu għall-istess kompetittività tagħna.", "Waħda mill-mistoqsija li ġiet qisha indirettament minn diversi membri, hi dwar x'jista' jsir biex inżidu l-produttività fil-pajjiż.", "U jiena naħseb li hawnhekk l-iskills tan-nies – u hemm ċertu skills mismatch m'hemmx dubju - huma bejn dawk li qed jirreġistraw u x-xogħol li hawn available.", "U iktar u iktar, dawk li se jispiċċaw mill-iskola jew mill-Università, u the requirements li hawn.", "Hawnhekk naħseb jien, hawn lok fejn ikun hawn iktar active labour market policy biex tipprovdi gwida aħjar, anke lil dawk li se jispiċċaw jew se jistudjaw, kif ukoll għal min qiegħed jirreġistra fejn jistgħu jkollhom iktar opportunitajiet.", "Jiġifieri this kind of active labour market policy barra minn Malta, speċjalment f'pajjiżi Skandinavi, ipprovawha u ħadmet u waslet biex neħħiet ċertu friction li jkollok fis-suq tax-xogħol li jwassal għal performance iktar baxxa milli jista' jkollok.", "Hemm punt ieħor ukoll dwar il-parteċipazzjoni.", "Jien naħseb li kellna żidied sinifikanti fil-parteċipazzjoni fl-aħħar snin kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel.", "Għaliex irridu niftakru li l-higher retirement age qed iżżid ukoll il-participation rate tal-irġiel u apparti minn hekk, hemm skemi li jipprovdu, biex min jirtira, jista' jibqa' jaħdem mingħajr ma jitlef ċertu benefiċċji, eċċ. Naħseb li kull ma jkun hemm li jinkoraġġixxi l-work ethic u l-kunċett li wieħed jista' jipparteċipa fid-dinja ekonomika, huwa ta' benefiċċju kbir.", "Fil-parteċipazzjoni tan-nisa naħseb saru passi kbar.", "Però naħseb jekk tħares lejn pajjiżi barra minn Malta, speċjalment il-pajjiżi Nordiċi u tal-Ewropa ta' Fuq, hemm element ta' flessibilità li forsi wieħed irid jikkonsidra iktar mill-qrib.", "Flexible working arrangements li jkunu supervised properly biex ma jsirx abbuż, però fl-istess ħin ipoġġu l-persuna f'pożizzjoni li iktar jista' jipparteċipa waqt li jkun qed jaqdi doveri oħrajn, speċjalment tal-familja, eċċ. Naħseb hemmhekk għalkemm sar titjib kbir, jista' jsir ferm iktar rigward dan.", "Naħseb ukoll hemm aspetti tal-edukazzjoni universitarja, li kultant l-istudenti meta jidħlu, forsi ma jkunux konxji biżżejjed ta' x'tip ta' okkupazzjonijiet huma l-iktar likely li jkollok fis-setturi li qed jikbru: fis-settur finanzjarju, fis-setturi tal-internet, ta' e-gaming, etc. U waqt li wieħed dejjem irid iħalli l-għażla f'idejn l-istudent, imma wieħed irid ikollu sistema li wkoll tiftaħ għajnejn dak li jkun, lejn xiex jista' jagħżel.", "Jiġifieri dawn naħseb huma punti, it's not an exhaustive list, però naħseb li dan .…", "Issemma' ukoll jekk il-Bank Ċentrali ħax into account l-aspetti tal-Budget.", "Iva, aħna fil-forecast tagħna qegħdin nintegraw l-effett tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ta' miżuri oħrajn.", "Dawn huma parti mill-forecast tagħna.", "Anke jekk tħares lejn il-GDP growth u l-inflazzjonijiet tal-forecast, eċċ. li dawn kellhom effett, naturalment pożittiv.", "Però wieħed irid jifhem ukoll li meta wieħed jagħmel forecasts qiegħed ibassar pereżempju b'rata ta' exchange, li fil-każ tagħna tkun stabbilita mill-forecast tal-ECB.", "Ir-rata tal-exchange taffettwa ħafna lil Malta.", "Fis-sens li taffettwa l-kompetittività tagħna.", "Jekk hux fit-turiżmu, jekk hux fl-esportazzjoni, jekk hux ukoll fir-rata tal-inflazzjoni għax jekk il-ewro titla', ir-rata tal-inflazzjoni hemm tendenza li tonqos.", "Rigward il-forecast tagħna, tal-Commission, tal-ECB u tal-IMF, jiena naħseb li l-forecasts l-iktar dettaljati huma tal-Bank Ċentrali.", "Dan għax għandna mudell ekonometriku dettaljat, li jħares lejn l-istruttura tal-ekonomija u ssir analiżi fil-fond fuq is-setturi kollha.", "U naħseb ukoll li l-iktar wieħed li fih element ta' dettalji u ta' ħsieb.", "Kultant ir-riżorsi tal-Commission u l-IMF iridu jifirxuhom fuq ħafna pajjiżi, però jibqgħu forecasts.", "Hemm perikli għal dawn il-forecasts, u hemm kemm l-upside risks kif ukoll id-downside risks.", "L-upside risks, jiġifieri li l-forecasts ikunu aħjar, jekk l-ekonomija, speċjalment ta' barra, tikber b'rata iktar mgħaġġla.", "Però d-downside risks jista' jkollok sitwazzjonijiet li jwasslu għal ċertu effetti negattivi, speċjalment f'dak li jolqot l-ekonomija tagħna.", "Jien naf, pereżempju tista' taffettwana kriżi fir-reġjun.", "Ma jidhirx li hu hekk, imma dawn huma aspetti li jistgħu jaffettwaw.", "Jiġifieri l-forecasts dejjem ikollhom ċertu margin of error u wieħed irid jirrispetta l-fatt li ħadd m'għandu crystal ball komplet.", "Dwar il-Korporazzjoni Enemalta.", "Aħna nagħmlu forecast sew tal-Korporazzjoni Enemalta, anke b'kuntatti diretti.", "Jiġifieri jittieħdu into account il-performance tagħha u kif inhi sejra.", "Jiġifieri ma nistax ngħid jekk il-forecasts jinkludux din l-aħħar issue.", "Però aħna ħadna l-informazzjoni kollha, kemm mingħand il-finanzi li jkollhom iċ-ċifri dwar dan l-aspett, kif ukoll mill-Korporazzjoni Enemalta.", "Jiġifieri ma naħsibx li dik hija xi ħaġa li se tbiddel dawn il-forecasts b'mod daqshekk ..…", "Naħseb irrispondejt kollox, forsi jekk ħallejt xi ħaġa, fil-każ għiduli.", "THE CHAIRMAN: Għall-mistoqsija li għamiltlek ...", "TONIO FENECH: Jekk se ssaqsi mistoqsija, Mr Chairman, ser terġa' tiftaħ lil kulħadd.", "Inti għamilt ruling, illi kulħadd jagħmel l-aħħar intervent.", "Jekk se tagħmel intervent, jien għandi intervent ieħor.", "THE CHAIRMAN: Se niċċara l-mistoqsija li għamilt, għax ma rrispondini xejn fuq hekk.", "Rigward mistoqsija li għamiltlek fuq l-istudji dwar il-miżuri tal-Budget, fejn inti semmejt li l-miżuri tal-Budget, iva, saru studji fuqhom u kellhom effett pożittiv.", "Ġaladarba saru dawn l-istudji, hemm xi raġuni għaliex ma ġewx ippubblikati mill-Bank Ċentrali, forsi bħalma jkunu ppubblikati rapporti oħrajn?", "Jekk għandkom, allura għaliex ma tippubblikawhomx?", "JOSEF BONNICI: Biex nippreċiża, ma jkunx sar studju fuq kull miżura.", "Imma meta nagħmlu l-forecasts, nieħduhom l-impatt tagħhom into account.", "Jiġifieri ma nistax ngħidlek għandi paper dwar din il-miżura u dik il-miżura.", "THE CHAIRMAN: Biex niftehmu, studju fuq il-miżura tat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma sarx?", "JOSEF BONNICI: Li sar huwa stima tal-impatt fuq l-inflazzjoni tal-pajjiż u dik ittieħdet għax aħna rridu nagħmlu forecast tal-inflation ukoll lill-ECB.", "Irrid ngħid il-mod kif isiru l-forecasts.", "L-ECB jappunta żewġ Banek Ċentrali oħrajn bħala peer group li jidħlu fuq il-forecasts kollha.", "Jekk ikollhom xi mistoqsijiet, kif ikunu saru xi affarijiet għax ikunu unclear, naturalment ikun hemm exchange of views u wieħed irid jispjega kull ħaġa li tkun ittieħdet fil-forecast.", "Imma paper dwar dak is-suġġett as such, ma tkunx saret.", "Sakemm ma tkunx xi ħaġa ta' natura iktar wiesgħa, pereżempju potential growth.", "Kellna diskussjonijiet kemm mal-Ministeru għall-Finanzi u differenzi mal-Commission.", "Il-Commission ħarġet bi stimi tal-potential growth, li kienu ferm inqas milli konna qed naraw.", "Aħna ma qbilniex, ktibna lill-Commission, tlabna spjegazzjoni, huma tawna spjegazzjoni, għamlu xi ftit reviżjoni, però għadna qed nistennew x'se jiġri fil-forecast round li ġej jekk huma hux se jirrevedu.", "Il-parti kbira hija dik il-labour force survey projection li wrejtkom li huma qegħdin jieħdu bħala forecast tal-labour market position.", "THE CHAIRMAN: Skużani se nerġa' nagħfas daqsxejn fuqha.", "Però naħseb ilkoll naqblu li l-miżura tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kienet waħda mill-ikbar miżuri, speċjalment fuq it-tkabbir ekonomiku u anke għall-konsum stess intern.", "Jekk qed nifhem sew li saret din il-working paper, huwa possibbli li minn-naħa tal-Bank Ċentrali jkollna kopja ta' din il-working paper?", "Pereżempju jiena nara diversi working papers li jiġu ppubblikati wkoll fl-istess website tas-Central Bank.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li tkun saret.", "Nikkoreġi ruħi għax irrid niċċekkja, però ma naħsibx li saret working paper.", "Aħna meta nagħmlu working paper issir preżentazzjoni lill-Bank, lil diversi economic sections tal-bank, ġieli nistiednu anke lill-Ministru għall-Finanzi u forsi 'il quddiem nistiednu lil dan il-kumitat ukoll, però ma saritx paper speċifika dwar dak.", "Li saret huwa meta fil-forecasts jikkalkulaw l-impatt li huma jkunu qed jaraw fuq l-HICP ....", "THE CHAIRMAN: Jista' forsi jkollna kopja, anke għall-evalwazzjoni ta' dan il-kumitat?", "JOSEF BONNICI: Li nista' ngħid huwa li nista' ngħidilkom l-istima tagħna x'kienet fuq l-effett .… Però dokument ma sarx f'dan il-każ.", "Ma kienx hemm bżonn isir studju dettaljat bħala working paper.", "Li jkun sar huwa li nħadmet l-effett tagħha fuq l-inflazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Napprezza jekk forsi tkun tista' tgħaddielna kopja tal-effett tiegħu.", "Jekk l-Onor.", "Debono trid tifsira dwar il-€100 miljun fuq il-Korporazzjoni Enemalta, jien lest li nagħtihielha.", "Però jekk ma tridhiex, jiġifieri.…", "KRISTY DEBONO: Napprezza ħafna explanation minn għandek, Onor. Ministru.", "EDWARD SCICLUNA: Li rrid ngħid huwa - u dan mhux ġara din is-sena jew is-sena ta' qabel - li meta korporazzjoni kbira bħalma hi l-Korporazzjoni Enemalta tkun qiegħda tiċċarġja għall-fuel tagħha li jinkorpora s-sisa u qed tiġborha, però ma tgħaddihiex lill-Gvern, din għandha obbligu li tgħaddiha fil-futur qarib, ma jistax ikun ma tgħaddihom qatt.", "Għax l-ewwel nett taffettwa l-finanzi tal-Gvern f'dak li hu dejn.", "Għaliex il-Gvern ikollu jissellef iżjed għaliex kellu jieħu €100 miljun, u ma ħadhomx.", "U allura jkollu jissellifhom.", "Dak se jkollu effett negattiv fuq id-dejn.", "Però meta niġu għad-deficit u d-deficit kif qiegħed jiġi stmat u kkalkolat mill-Kummissjoni u mill-Eurostat, jiġifieri fuq l-accrual basis, dak jiġi assumed li tħallas.", "Jiġifieri jiġi accrued, qisu daħal u allura d-deficit jekk kellu jinżel niżel, jiġifieri jekk il-€100 miljun tagħmilhom li tħallsu, allura d-deficit jinżel.", "Ma jistax, bħalma xi ħadd ipprova jirraġuna għal kuntrarju, jitla' d-deficit.", "Meta dawn jitħallsu, id-deficit jibqa' kif inhu għax kienu diġà accrued.", "Li jimpruwvja huwa d-dejn.", "Jiġifieri meta issa d-deal tax-Shangai Electric isir mal-Korporazzjoni Enemalta u bl-injection ta' dawk il-€100 miljun jitħallsu d-djun li għandhom lejn il-Gvern, li jiġri hu li d-dejn jinżel b'€100 miljun għaliex ikun daħal flow fil-kaxxa tal-Gvern.", "F'dak li huwa accrued, jekk id-deficit kien ta' 2.8%, jibqa' dak li hu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi tal-ispjegazzjoni.", "TONIO FENECH: Biex niċċara.", "L-ewwel informazzjoni li għandi hi li fi żmien qasir irid jitħallas dak l-ammont u mhux jgħaddu s-snin.", "Minn €110 miljun jekk qed nifhem sew, diġà hemm madwar €60 miljun li għaddew iktar minn 12-il xahar fuqhom u terġa' żdiedu ...", "EDWARD SCICLUNA: Imma tħallas.", "TONIO FENECH: Kif telgħu għal €110 miljun?", "Le tħallsu.", "TONIO FENECH: Is-sitwazzjoni fil-Korporazzjoni Enemalta, issa jekk raħħasna l-kontijiet u jekk qed ngħidu li l-ammont minn €60 miljun issa tela' għal ħafna iktar, tant li l-ammont issa tela' għal €110 miljun, jiena nibda nippreokkupa ruħi dwar il-veru sitwazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Ta' x'qed jiġri u l-impatt li dan qed ikollu fuq il-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li issa ser immorru 'l barra mis-suġġett!", "Bħala Chairman, tajt il-fakultà li tistaqsi mistoqsija u tiġi mwieġba.", "Jekk tridu niftħu dibattitu fuq il-Korporazzjoni Enemalta niftħuh, mhux problema, però naħseb hija out of the scope lejn il-preżentazzjoni tal-lum.", "KRISTY DEBONO: Imma naħseb for the sake of transparency, hemm bżonn tweġiba ċara.", "THE CHAIRMAN: Jekk tridu li jkun punt fuq l-aġenda għal-laqgħa tal-kumitat li jmiss m'għandi l-ebda problema.", "Però naħseb tapprezzaw li m'għandha x'taqsam assolutament xejn ma' din il-preżentazzjoni....", "TONIO FENECH: Naħseb li għandha tkun item fuq l-aġenda.", "Id-diskrepanza bejn id-dejn u d-deficit, naħseb hija xi ħaġa preokkupanti.", "THE CHAIRMAN: Ipproponuha fuq .… M'għandi l-ebda problema li titla' fuq l-aġenda.", "THE CHAIRMAN: Mela neħduha bħala proposta.", "Nitlob lis-Segretarja biex jekk jogħġobha tniżżilha bħala proposta għal diskussjoni fil-futur.", "Jekk m'hawnx iktar kummenti, nirringrazzja lill-Governor ta' din il-preżentazzjoni wiesgħa u interessanti li ta lil dan il-kumitat.", "Żgur li se jkun hemm okkażżjonijiet oħra fejn inkunu qed nerġgħu niltaqgħu u naħseb ladarba ngħalaq dan il-punt, nistgħu ngħidu li l-aġenda hija eżawrita u naġġornaw il-laqgħa ta' dan il-kumitat għal ġurnata oħra.", "Fit-8:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140512_007d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 12 ta' Mejju, 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor Edward Scicluna, l-Onor Charles Buhagiar, l-Onor Kristy Debono u l-Onor Tonio Fenech.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor Carmelo Abela.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Fuq punt imqajjem mill-Ministru tal-Finanzi dwar jekk hux se titkompla d-diskussjoni fuq il-preżentazzjoni \"Abuse in Free Movement of Goods\" li saret mill-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, fil-laqgħa preċedenti, il-President ikkonferma li l-Kumitat kien qabel li iktar 'il quddiem se jkun hemm iktar laqgħat dwar dan is-suġġett.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret fil-5 ta' Mejju, 2014 kienu konfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "Fuq żewġ punti imqajma mill-Onor Tonio Fenech, il-Kumitat qabel li:-", "meta l-President tal-Kumitat ikollu laqgħat informali in konnessjoni max-xogħol tal-Kumitat, il-membri tal-Kumitat ikunu nformati, u", "li fil-bidu tal-laqgħa li jmiss, ikun hemm diskussjoni dwar is-suġġetti li l-membri jixtiequ li jiġu diskussi fil-laqgħat li ġejjin tal-kumitat.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Il-Prof Bonnici ta' preżentazzjoni intitolata:", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew il-mistoqsijiet tagħhom lill-Prof Bonnici.", "Fit-7:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140512_007m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar lit-Tnejn, 19 ta' Mejju, 2014 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar id-dokument maħruġ mill-Malta Environment and Planning Authority datat Diċembru 2013 intitolat \"Fireworks Factory Complexes Policy\".", "12 ta' Mejju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140519_009a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8, li saret fit-2 ta' April 2014, ġew ikkonfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nitlob lis-Segretarja sabiex taqra l-korrispondenza.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT: Fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, ġie ppreżentat lili dokument, naturalment for onward transmission liċ-Chair, mill-Manager tal-għaqda 'Flimkien għal Ambjent Aħjar'.", "Huwa qed jitlob li dan is-suġġett jiġi diskuss fil-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Fil-fatt, at this stage nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex din it-talba, u talbiet oħra li kellna minn għaqdiet bħal pereżempju l-Water Association, jitpoġġew fuq l-aġenda.", "Tistgħu taħsbu ftit dwarha, u niddeċiedu fl-aħħar tal-laqgħa meta niġu biex nistabbilixxu l-aġenda.", "Aktar korrispondenza?", "SKRIVANA TAL-KUMITAT: Mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat, irċevejt korrispondenza mingħand is-Sinj.", "Simone Mizzi dwar it-talba li kienet saret minn dan il-Kumitat sabiex jiġu ppreżentati l-istudji li saret riferenza għalihom meta kienet qed tiġi mħejjija l-ODZ Policy.", "Jien erġajt ktibt liċ-Chief Executive Officer (CEO) tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) u lill-Perit Elizabeth Ellul, fejn fakkarthom x'kien talab il-Kumitat.", "Ir-risposta li ngħatajt kienet din:", "\"Filwaqt li nixtieq nirringrazzjak tal-email, id-diskussjoni fuq din il-policy issa hija magħluqa.\"", "Wara li nfurmajt lil Madam Chair bir-risposta, jien erġajt ktibt lill-Perit Ellul, fejn għedtilha hekk:", "\"Qed niktiblek fuq struzzjonijiet ta' Madam Chair sabiex, sal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, li se ssir nhar it-Tnejn, 19 ta' Mejju, inti tilħaq tibgħat lill-Kumitat id-dokumenti mitluba mill-istess Kumitat fil-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014.\"", "Erġajt bgħatt reminder dalgħodu, però s'issa d-dokumenti għadhom ma waslux.", "MADAM CHAIR: Nitlob lis-Sur Johann Buttigieg, is-CEO tal-MEPA, sabiex ifehemna ftit il-pożizzjoni x'inhi.", "Jidher li qed jgħaddilna l-istudji mitluba, u għaldaqstant jien nitlob lis-Segretarja sabiex tinforma lil dawk l-NGOs li huma nteressati jagħtu daqqa t'għajn lil dawn l-istudji.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Madam Chair, fl-aħħar laqgħa konna tlabna xi kjarifiki dwar il-policy li konna qed niddiskutu.", "Nistgħu niġu nfurmati kif bqajna fuqhom?", "MADAM CHAIR: Għalxiex qed tirreferi b'mod speċifiku?", "TONI BEZZINA: Fil-Minuti li għadna kif approvajna hemm elenkati t-talbiet li saru, fosthom waħda li għamilt jien dwar l-istalel.", "Jien xtaqt li jkollna update dwar kif bqajna fuqhom.", "MADAM CHAIR: Fil-fatt, s'issa m'għandniex updates.", "Malli jkollna l-updates, ngħadduhomlkom.", "Nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi timeframes biex aħna jkollna dawn l-updates.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Madam Chair, li rridu niddeċiedu jekk id-diskussjoni fuq dik il-policy għalqitx jew le.", "Hawnhekk tiġi għad-diskussjoni, u safejn naf jien id-diskussjoni ngħalqet.", "Imma jekk ingħalqet, qiegħda fuq l-aġenda?", "Mhux qiegħda fuq l-aġenda?", "Jekk se noqogħdu b'dan it-tip ta' titubar, nistgħu qatt ma nagħmlu xejn.", "MADAM CHAIR: Min-naħa tagħna m'hemm l-ebda titubar.", "Aħna nagħmlu l-mistoqsijiet u nistennew ir-risposti; nitolbu studji u nistennew li jiġu ppreżentati; nitolbu kjarifika u nistennew li nirċievu dik il-kjarifika.", "Aħna m'għandniex poteri eżekuttivi; dawk il-poteri qegħdin għandkom.", "Però, jekk aħna nkunu tlabna li jkun hemm ċerti emendi għal policy li nkunu qattajna s-sigħat niddiskutu, inkunu nixtiequ nkunu nafu jekk fid-dokument finali dawk l-emendi ġewx imdaħħla bħala parti mill-policy jew le, u jekk le, għaliex.", "Id-diskussjoni nafu li ngħalqet: fil-fatt, ingħalqet fl-aħħar laqgħa meta domna hawnhekk sal-10:30 p.m. biex aħna norqmu l-policy mill-aħjar li nistgħu.", "Però, fl-aħħar mill-aħħar, tagħna kienu biss suġġerimenti: x'sar fil-verità, u kif inhi l-aħħar verzjoni finali ta' din il-policy, aħna sal-lum għadna ma nafux.", "MICHAEL FALZON: Allura nista' nissuġġerixxi li almenu naraw x'kienu l-punti u xi ħadd jikteb?", "Il-Minuti issa qed narawhom; jiġifieri, jekk xi ħadd se jitlobni kjarifika issa, se nkun qed naħli l-ħin ta' dan il-Kumitat jew nipprova ngħaddi lill-Kumitat biż-żmien jekk nipprova nirrispondi.", "U jien m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħmel dan.", "MADAM CHAIR: Qed jgħiduli li ntbagħtet kopja tat-transcript tal-aħħar laqgħa.", "Jien naħseb li l-iktar ħaġa li tagħmel sens hija li, jekk l-ODZ policy hija finalizzata u magħluqa, ikollna kopja tagħha ħalli aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-ġudizzju tagħna dwar jekk l-emendi li ssuġġerejna daħlux jew le.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandniex poteri eżekuttivi, aħna nistgħu biss nissuġġerixxu.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-fatt, jien nixtieq nistaqsi jekk hijiex finalizzata, għax safejn naf jien għadha mhijiex finalizzata.", "MADAM CHAIR: Dak hu li qed nistaqsu aħna.", "CHARLES BUHAGIAR: Hawnhekk preżenti hawn is-CEO tal-MEPA, u nistgħu nistaqsu lilu.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, jekk jogħġbok ersaq mal-Mejda ħalli tkun tista' tagħtina r-risposta inti.", "Is-Sur Johann Buttigieg resaq madwar il-Mejda.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Kif infurmajtkom anke fil-proċess tal-Kumitat, wara li ddiskutejna flimkien mal-Ministru l-emendi li kien hemm bżonn, issa beda l-proċess tal-iStrategic Environmental Assessment (SEA) screening.", "Kif jiġi konkluż dan l-iscreening, jiġi ddeterminat jekk għandux bżonn SEA audit jew le.", "F'każ li jkollu bżonn SEA audit, allura jrid isir l-SEA; f'każ li ma jkollux bżonn, allura tkun tista' tiġi finalised the policy at that stage.", "Biss, ma nistgħux niffinalizzaw il-policy qabel ma jkun ġie konkluż l-SEA screening.", "MADAM CHAIR: Qiegħed f'pożizzjoni li twieġeb għal dak li staqsiena l-Onor.", "Bezzina, jiġifieri jekk l-emendi li ssuġġerejna u li qegħdin imsemmijin fit-transcript li ntbagħtilkom, humiex parti jew le?", "M'intix obbligat li twieġeb, għax jekk għadha fil-proċess li tingħalaq, forsi m'intix f'pożizzjoni li twieġeb.", "Imma jekk inti f'pożizzjoni, forsi tista' tweġibna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li nista' ninforma lill-Onor.", "Bezzina huwa li, kif anke talab hu, ġibna l-pożizzjoni tal-veterinarju tal-Gvern vis-à-vis l-istalel, bil-miktub.", "Il-veterinarju kkonferma li l-istalel jistgħu jsiru tal-injam; però, wara diskussjonijiet li kellna, qegħdin nagħmlu xi emendi biex nieħdu on board dak li ntqal f'dan il-Kumitat, u allura jkun hemm policy li tindika eżattament dak li tqajjem f'dan il-Kumitat, kif ukoll dak li qal il-veterinarju vis-à-vis l-well being tal-annimali.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lis-Segretarju Parlamentari sabiex jibda d-diskussjoni dwar l-item li għandna llum fuq l-aġenda.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY, DATAT DIĊEMBRU 2013, INTITOLAT \"FIREWORKS FACTORY COMPLEXES POLICY\"", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, qabel nibda nixtieq niċċara l-pożizzjoni tiegħi.", "Irrid ngħid li jien kont iċ-Chairman tal-Working Committee li ħejja din il-policy, u xtaqt li nagħmel dan l-istatement on the record sabiex kulħadd ikun jaf minn fejn tlaqt.", "Dak kien fiż-żmien qabel ma jien ngħatajt il-kariga li għandi llum, u kont il-persuna li kkoordinat il-ħidma.", "Niġi għall-policy innifisha, u forsi nagħmel introduzzjoni jew spjega qasira.", "Il-policy hija dokument li jistabbilixxi għal dawk li huma kmamar tan-nar ġodda, u anke għall-upgrading ta' kmamar eżistenti.", "Mal-policy hemm tliet annexes: l-ewwel waħda hija dwar regolamenti tal-Protezzjoni Ċivili, it-tieni hija dwar il-kundizzjonijiet tal-Pulizija – dawn it-tnejn huma marbutin mal-liċenzjar – u t-tielet titkellem dwar l-użu ta' ċerti siġar li jkunu wkoll fire resistants – peress li l-policy titkellem ħafna dwar landscaping u blending, u allura sar studju anke dwar dan.", "Li wieħed irid jinnota mill-bidu nett huwa li, bħala annexes, dawn mhumiex parti integrali mill-policy – għax ovvjament il-policy titkellem fuq ippjanar – imma, minħabba l-importanza tagħhom, huma annessi magħha.", "Ovvjament, mhumiex parti integrali minħabba li jikkkonċernaw awtoritajiet differenti, u allura jistgħu jinbidlu minn dawk l-istess awtoritajiet.", "Ta' min jgħid li sal-lum m'għandniex policy kumplessiva li titkellem dwar kmamar tan-nar, imma hemm riferenza għall-kmamar tan-nar f'żewġ policies, il-Pjan tal-Majjistral u l-Gozo and Comino Local Plan.", "Fil-policy hemm definizzjoni ta' fiex tikkonsisti kamra tan-nar – aktar minn kamra tan-nar, huwa kumpless – li effettivament tfisser post fejn jiġi manifatturat u maħżun in-nar, sew jekk hu lest, sew jekk hu fil-proċess li jiġi finished.", "Fireworks factories inġenerali huwa magħmul minn numru ta' kmamar li jsejħulhom \"processing rooms\", fejn hemmhekk isir ix-xogħol u għandek l-aspett ta' ħażna, dak li huwa magħruf aħjar bħala l-magazin.", "Imbagħad, il-policy tgħaddi biex issemmi lista ta' areas fejn ma jistgħux isiru kmamar tan-nar – qed ngħidu li huma esklużi areas ta' importanza ekoloġika, siti li huma ta' importanza xjentifika livell 1 u 2, siti li huma ta' importanza arkeoloġika class A u class B, areas ta' konservazzjoni, u special protection areas.", "F'dawn il-postijiet, mhuwiex permess li jkun hemm dan it-tip ta' żvilupp.", "Hemm ukoll ċerti areas li għandhom jitqiesu fuq il-merti tagħhom.", "Sal-lum, il-liġi ssemmi esklużjoni ta' 183 metru minn triq pubblika fejn tgħaddi vettura bil-mutur b'mod regolari, jew inkella inhabited area li huwa post li jew jgħixu fih, jew li kapaċi jgħixu fih, 100 persuna.", "F'din il-policy, minbarra l-esklużjoni legali, il-Kumitat deherlu li għandu jkun hemm esklużjonijiet oħra, bħal postijiet li huma ddisinjati għal industrial purposes.", "Sal-lum, teknikament tista' tagħmel kamra tan-nar appoġġ ma' fabbrika li tħaddem 1,000 ruħ, jew ma' dar tax-xjuħ, jew ma' skola.", "Aħna qed ngħidu li dawn għandhom jiġu esklużi.", "Qed neskludu wkoll postijiet fejn jiġi maħżun il-fuel, impjanti tar-reverse osmosis, sub-stations u impjanti; effettivament qed ngħidu li għandhom jiġi esklużi postijiet fejn hemm faċilitajiet ta' infrastruttura.", "Minbarra dawn l-esklużjonijiet li qed tagħmel il-policy – u li jmorru oltre dak li jirrikjedi Kapitlu 33 tal-Liġijiet ta' Malta u s-subsidiary legislation tiegħu – qed ngħidu wkoll li dawn huma postijiet li m'għandhomx jitqiesu bħala favorevoli għall-bini tal-kmamar tan-nar.", "Qed nagħmluha ċara wkoll li l-għoli ta' bini għandu jkun ta' sular wieħed, li dejjem għandu jħares lejn l-iktar livell baxx u li, minbarra l-użu tas-signage, il-post għandu jibblendja kemm jista' jkun sew, u ma jkunx jikkuntrasta mal-viżwal tal-madwar.", "Ngħidu wkoll li għandu jkun hemm visual mitigation, landscaping, u nagħmlu riferenza wkoll għal annex 3 li jitkellem dwar siġar li huma Maltin, imma li huma wkoll fire resistant.", "Li hawn ukoll fil-policy huwa li mhijiex qed tħares lejn id-disinn li forsi kien imdorri bih kulħadd fl-antik, jiġifieri li jagħmel il-magazin u l-blast wall fl-istess miżura, imma qed tissuġġerixxi li d-disinn ikun site-specific, fis-sens li, fejn wieħed jista' jkollu protezzjoni jew mitigazzjoni aħjar, anke viżwali minħabba n-natura tas-sit innifsu, allura wieħed għandu jmur għal dak it-tip ta' disinn.", "Ovvjament, fejn wieħed iżid safety measures, qed ngħidu li dan għandu jikkombaċa mal-landascape iktar milli ovvjament issir xi ħaġa li stands out.", "Il-policy qed tgħid ukoll li qabel ma applikazzjoni tidħol għand il-MEPA, il-pjanta ta' kamra tan-nar għandha tmur quddiem kumitat tekniku li anke jkun jista' jiggwida disinn ta' kamra tan-nar.", "Huwa suġġett partikolari, u allura qed ngħidu li wieħed mhux sempliċement mar għand perit u għamillu pjanta ta' kamra tan-nar – m'iniex qed ngħd li l-periti mhumiex kapaċi jagħmlu pjanta ta' kamra tan-nar – imma jrid ikun hemm ukoll il-pariri tekniċi tal-Pulizija, tas-Civil Protection u ta' oħrajn.", "Nitkellmu wkoll fuq dak li huwa upgrading ta' fabbriki liċenzjati.", "Ovvjament, il-policy m'għandha l-ebda intenzjoni li tneħħi l-liċenzji ta' dawk li hemm diġà; imma, jekk ikun hemm kamra eżistenti u tkun mibnija b'tali mod, u xi ħadd ikun irid jagħmel upgrading tagħha, wieħed ma jistax jgħid li għax 40 sena ilu bena hekk, allura trid tibqa' hekk.", "Jekk se ssir estensjoni, allura dan irid isir skont ir-regolamenti ġodda, u trid tmur għand il-kumitat tekniku biex jagħtik parir dwar kif għandek tagħmilha biex jiġi evitat kemm jista' jkun il-periklu.", "Ovvjament, irridu nagħmluha ċara li bl-ebda mod m'aħna qegħdin nillegalizzaw xi ħaġa li tista' tkun li hija illegali fl-istat li hija llum.", "U l-aħħar punt li fiha l-policy hija d-designation ta' safety buffer zones, fejn qed ngħidu li l-kmamar tan-nar – fil-fatt, din toħroġ mil-liġi – għandhom ikollhom is-safety buffer zone li tipprovdi l-liġi, fejn hemmhekk l-iżvilupp għandu jkun limitat għal xi ħaġa li fl-istess ħin, minbarra l-aspett ta' periklu u ta' ħarsien tal-ambjent, fl-istess ħin ma jippreġudikax il-liċenzja.", "Ngħid xi ħaġa qasira fuq l-annexes.", "Waqt li kien għaddej b'dan l-eżerċizzju, l-Kumitat ħa l-opportunità u għamilna update tal-annexes li effettivament huma r-regolamenti: wieħed, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ġie aġġornat sew f'dak li huwa signage, sew f'dak li huwa daqs ta' reservoir, kif ukoll f'dak li huwa tindif u affarijiet oħra; ieħor, tal-Pulizija, li huwa aktar komprensiv – fil-fatt fih 24 punt, fosthom it-tip ta' fire extinguisher u affarijiet oħra; u ieħor, li jitkellem dwar fire resistance and scaping, fejn qed nindikaw x'tip ta' siġar għandhom jintużaw bħala landscaping madwar kmamar tan-nar.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li wieħed żgur jaqbel li hemm bżonn dan it-tip ta' policies, għax s'issa – safejn naf jien – il-MEPA ma kellha xejn policies.", "Mill-esperjenza tiegħi ta' perit, naf kemm ikollna problemi meta napplikaw.", "Importanti li jkollna dawn il-policies għax, noqogħdu niftaħru kemm nafu naħdmu n-nar, imbagħad, ħafna drabi tiġi biex tapplika għall-permess, u l-MEPA ma tagħtikx permess.", "Jekk mhux se jkollna dan it-tip ta' policies, se nispiċċaw li l-kmamar tan-nar jonqsu, id-dilettanti jaħdmu fil-kmamar li jifdal, bil-konsegwenza – u inti, Madam Chair, taf, għax inti midħla ta' dawn l-affarijiet – li l-periklu jikber għax ikollok iktar nies jaħdmu f'inqas kmamar; jidhirli li Għawdex kamra tan-nar waħda biss għad fadal.", "L-issues li jqumu fuq il-kmamar tan-nar naħseb li huma tnejn: waħda hija l-location – u naħseb li huwa tajjeb li dan qed jindirizza din l-issue, għax dejjem hija diffikultà kbira meta d-dilettanti jiġu biex ifittxu locations adattati fejn se jsibu dan t-tip ta' locations, peress li qabel ma kienx hemm parametri fejn tista' tagħmel dawn il-kmamar tan-nar – u t-tieni hija l-mod kif tibni l-kmamar tan-nar, għar-raġuni li, f'ħafna inċidenti li jsiru fil-kmamar tan-nar, in-nies iweġġgħu mhux għax jinħarqu, imma għax jintradmu bid-debris tal-bini.", "Jiġifieri, għalkemm l-Onor.", "Falzon qal li ma daħlux f'issues ta' disinn, naħseb li huwa importanti li nagħtu instructions lil min ikun qed jibni l-kmamar tan-nar dwar kif jinbnew is-soqfa tal-kmamar, li dawn ikunu lightwieght biex jekk ittir il-kamra, ma jkollniex il-problema li ħafna drabi jkollna llum.", "Issa, xtaqt nagħmel xi kummenti dwar din il-policy.", "Din il-policy mhijiex qed tħares lejn dawk li diġà kellhom permess għal kamra tan-nar, id-djar u l-iżvilupp resaq lejhom, u issa ma jistgħux jibqgħu jimmanifatturaw aktar ġo fihom.", "Dawn se nagħtuhom ċans imorru x'imkien ieħor biex jaħdmu n-nar?", "Pereżempju, fil-każ ta' petrol stations, il-policy taħseb biex dawk li qegħdin qalb l-abitat fiż-żona urbana jkunu jistgħu jiġu relocated f'postijiet oħrajn.", "Dawk il-firework factories li qabel kienu viċin l-abitat u llum m'għadux isir xogħol fihom – qed tiġini f'moħħi bħalissa, għax qiegħda fid-distrett tiegħi, Ħad-Dingli – se jiġu kkunsidrati biex jingħataw sites oħra, bħalma ġara fil-każ tal-petrol stations?", "Dwar dan ma titkellimx il-policy.", "MICHAEL FALZON: Fuq in-natura tal-bini, kien hemm ħafna diskussjoni fil-Kumitat, u kien hemm mix tajjeb ħafn: kien hemm is-Sur Natalino Bezzina, min-naħa tas-Civil Protection – u nixtieq nirringrazzjah tal-ħidma tiegħu – u kien hemm ukoll nies min-naħa tal-Armata, min-naħa tal-Pulizija u min-naħa tal-Għaqda Piroteknika, partikolarment mis-Segretarju tal-għaqda, Charlie Briffa.", "L-iktar ħaġa li dehret li tagħmel sens hija li d-disinn ikun site-specific, fis-sens li jista' jkollok postijiet fejn għandek ċerti diżlivelli – jien, minbarra li kont iċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat, kulħadd jaf li jien midħla ta' dawn l-affarijiet, u naħseb li nifhem ftit fis-suġġett – u fejn, pereżempju, l-magazin konna mdorrijin li nibnu ħajt madwaru biex inżommuh ġewwa, il-fiżika tgħallimna li l-isplużjoni minn x'imkien se toħroġ, u allura, jekk inti tixxantjah, effettivament kulma tkun trid tagħmel huwa li tibni ħajt quddiem.", "Dwar soqfa collapsible jew le, kien hemm diversi ħsibijiet: il-ħsieb prinċipali jidher li kien li, fejn taħdem, jista' jkun saqaf li jkun lightweight, imma m'għandux ikun hekk fejn taħżen.", "Imma dik ħallejniha, għax ovvjament id-daqs tal-art li jkollok se jiddetta ħafna.", "Quddiemi hawn tliet periti, u ċert li tafu iktar minni li dik se tagħmel differenza.", "Inkwantu għal min spiċċa li l-kamra tan-nar tiegħu llum mhijiex qiegħda skont il-parametri legali, il-policy titkellem dwar ippjanar.", "Bħala Working Committee qgħadna attenti ħafna li ma nkunux aħna li nindikaw siti fejn jistgħu jsiru kmamar tan-nar.", "Ovvjament, hemm il-parametri stabbiliti fejn jistgħu jsiru u fejn ma jistgħux.", "Hemm parametri stabbiliti anke b'żieda ma' dak li tgħid il-liġi u, jekk wieħed jidentifika sit, għallinqas issa għandu policy li jista' japplika taħtha.", "Imma ma dħalniex biex aħna nagħmlu relocation, għax ma stajniex.", "Ma tistax tgħid li ta' Ħad-Dingli tilef il-kamra, jew ta' Ħal Balzan wasal biex jitlef il-kamra, ejjew nagħtuh sit \"hawnhekk\".", "Jiġifieri, bħala Working Committee ma dħalniex f'dak l-aspett.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri mhux se jkun hemm limitu fuq il-kmamar tan-nar li jistgħu jibnew?", "MICHAEL FALZON: L-ewwel nett, ma naħsibx li tista' taqbad u tagħmel numri bl-addoċċ, u tagħmel capping.", "Hemm il-parametri, bħal li għandek tmur 'il bogħod minn industrial zone, 'il bogħod minn sptar, u 'l bogħod minn old people's home – u trid tħarishom.", "Sal-lum, teknikament tista' tagħmel kamra tan-nar appoġġ ma' old people's home jekk ma jkollhiex 100 resident ġo fiha, u tista' anke tmur tibni waħda ħdejn Mater Dei – mhux għax se joħroġ il-permess – għax m'għandekx 100 ruħ reġistrati hemmhekk.", "Dawn huma kollha konsiderazzjonijiet ġodda li ħadna.", "Ħadna wkoll konsiderazzjoni ta' industrial zone.", "Onor. Buhagiar, napprezza li mhijiex se tkun faċli; imma, bħala Working Committee – u xi kultant lanqas kien faċli li naqblu bejnietna – emminna li, jekk se nagħmlu xi ħaġa, rridu nagħmluha tajba.", "CHARLES BUHAGIAR: U rigward l-aċċess għall-kamra?", "Naturalment, dan huwa importanti ħafna.", "MICHAEL FALZON: Hija wkoll speċifikata f'annexes 1 u 2 li jitkellmu dwar il-minimum width; in-neċessità li jkollok l-ilma jdur mal-kamra; li jkollok ġiebja li, jekk jista' jkun, tkun fil-bidu; li jkollok manhole minn fejn tkun tista' timla, f'każ ta' bżonn, fire engine; li jkollok fire extinguishers; li jkollok faċilitajiet ta' tindif moderni; u affarijiet oħra ta' liċenzjar.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri kmamar tan-nar eżistenti li għandhom problemi ta' aċċess mhumiex se jiġu indirizzati?", "MICHAEL FALZON: Safejn naf jien, illum ma fadalx kmamar tan-nar li għandhom problema ta' aċċess.", "Kien hemm tal-Għargħur, imma dawn kienu xtraw biċċa mit-triq, u wessgħuha.", "(Interruzzjonijiet) Ta' Ħaż-Żebbuġ, għandhom żgur il-wisgħa legali għax kieku s-Civil Protection Department (CPD) u l-Pulizija ma jġeddulhomx il-liċenzja.", "TONI BEZZINA: F'kaz ta' sanzjonar ta' kmamar eżistenti, dawn il-policies japplikaw wkoll?", "MICHAEL FALZON: Sanzjonar f'liema sens?", "TONI BEZZINA: Pereżempju, għandek kamra tan-nar u tkun trid tissanzjona l-kamra kif inhi mibnija llum.", "Din trid iġġibha in regola ma' dawn ir-regolamenti?", "MICHAEL FALZON: Qed tirreferi għal xi kumpless li forsi jkollu xi kamra mibnija mhux kif suppost?", "TONI BEZZINA: Ġieli jkunu nqalgħu inċidenti fejn tkun taret kamra, bniedem forsi ma jkunx jaf li jrid applika biex jerġa' jtellagħha, u jkun hemm ...", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, paragrafu 4 jgħid li \"upgrading of existing, and alterations to, and/or additions is acceptable\": jiġifieri, llum b'din il-policy qed naċċettaw li jiġu sanzjonati, sakemm ovvjament ikunu jissodisfaw ir-regolamenti.", "Din l-iktar li qamet kienet għal Għawdex, għax għal Għawdex ma kienx hemm policy fuq kmamar tan-nar.", "Imma, fil-policy ta' Għawdex u Kemmuna, kien hemm riferenza, u għal xi raġuni għamlet żmien tiġi nterpretata li, jekk se tagħmel reconstruction, tkun qisek qed tapplika mill-ġdid.", "Imbagħad, kienu jikkwotaw il-pjan ta' Għawdex li kien jgħid li ma tistax tagħmel aktar ġodda.", "Din tagħmilha ċara li \"requests for the reconstruction of existing fireworks factory facilities will be considered as an upgrading\", jiġifieri mhux qisek qed tapplika għal fabbrika ġdida.", "TONI BEZZINA: U anke to sanction reconstruction, tiġi kkunsidrata hekk?", "TONI BEZZINA: Allura, f'dak il-każ, trid tħaffer ġibjun maġenbha?", "MICHAEL FALZON: Le, jekk il-post huwa liċenzjat, il-policy m'għandhiex l-iskop li tneħħi l-liċenzja lil xi ħadd.", "ONOR TONI BEZZINA: Imma, jekk għandek kamra tan-nar, se tmur tqatta' maġenb kamra tan-nar?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Irridu nagħmlu distinzjoni bejn x'qed tissanzjona.", "Jekk qed tissanzjona kamra li hija parti minn kumpless mod, għax il-kumpless huwa liċenzjat, u inti tissanzjona biss dik il-kamra partikolari; imma, jekk qed tissanzjona l-kumpless kollu, allura trid tiġi in line mal-policy għax, ovvjament, inti llum qed tissanzjona, u llum hemm din il-policy in place.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma hemm każi ta' kumplessi illegali?", "MICHAEL FALZON: Nitlob lil Alla li m'hemmx.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk hemm, m'aħniex infurmati bihom.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri ma naħsibx li hemm.", "TONI BEZZINA: As such, m'aħniex qed nitkellmu fuq kumplessi illegali.", "Jien qed ngħid li jkun hemm kumpless li ġo fih ikollok kamra li tkun iċċaqilqet ftit minn fejn kienet mibnija qabel.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Irridu nagħmlu distinzjoni bejn kamra u kumpless.", "Jekk huwa ta' periklu – u din kienet ukoll l-opinjoni tal-Working Commitee – allura ovvjament hemm ġustifikazzjoni għalfejn ma ssirx; imma jekk hemm il-ħtieġa li għaliex tant hija importanti li għandu jkun hemm supply ta' ilma, allura iva rridu nitolbu li dik tkun parti integrali mill-proposta.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, parti mill-iskop tal-Kumitat kien preċiżament għal dawn l-affarijiet.", "Kien hemm diskussjoni dwar dan, u ma tantx konna qed nifhmu ħafna lil xulxin fil-Kumitat tal-MEPA Board.", "Aħna qed ngħidu li rridu nagħmlu kumplessi iktar safe.", "Jekk wieħed se jagħmel mixing room, għaliex m'għandux jagħmel mixing room suret in-nies?", "Il-feeling fil-working group kien – qed nitkellem fuq feeling, u mhux fuq policy, u ħafna minnhom jinsabu preżenti hawnhekk, u jistgħu jikkonfermaw dan – li dawk li għandhom kamra li mhijiex qiegħda kif suppost, imma li hija within the precincts, għandna naraw kif nirregolarizzawhom u nagħmluhom iktar safe.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri, ejjew ngħidu li kien hemm kamra tan-nar li sfortunatament kien hemm inċident u l-maġġoranza tagħha taret: qed nifhem tajjeb li din se tiġi kkunsidrata li qisha qed tinbena mill-ġdid, u allura trid timxi mas-safety guidelines ta' din il-policy?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għandha tiġi meqjusa daqslikieku qed tagħmel upgrading, mhux daqslikieku qed tagħmel kumpless ġdid.", "MICHAEL FALZON: L-aħħar sentenza ta' paragrafu 4.1 tagħmilha ċara għax qed tgħid li \"requests for the reconstruction of existing licensed fireworks factory facilities will be considered as an upgrading of the previous facilities.\"", "Jiġifieri, qed nagħmluha ċara li qed nitkellmu fuq the upgrading of the previous facilities, preċiżament biex nevitaw l-interpretazzjoni li kien hemm fosthom fil-każijiet ta' Għawdex.", "Imbagħad, hekk ukoll li \"this does not apply to illegally built structures\", jiġifieri mhux għax kellek erba' mħażen illegali, allaħares qatt xi ħadd kellu inċident, allura tgħid li huwa upgrading u terġa' tibnihom b'mod illegali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx li din il-policy hija ddisinjata biex, kemm jista' jkun, nagħmlu l-fireworks factories tagħna ħafna iktar safe milli huma llum – dak huwa l-iskop prinċipali – u nagħmlu ċert li dawn jkunu f'żoni li huma ideali għalihom.", "TONI BEZZINA: Rigward fees biex jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet, biex ma naqtgħux qalb lil min japplika, hemm xi struttura li se tiġi applikata?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, l-istruttura hija dik eżistenti.", "Kif tafu, il-fees ġew ridotti wara li konna għamilna reviżjonijiet tagħhom, u ovvjament allura japplikaw il-fees li hemm fil-legal notice relattiva.", "TONI BEZZINA: Però, peress li dawn ikunu sites kbar, hemm ċans li forsi jiġu applikati, bħalma jkun hemm f'ċerti proġetti, engineering fees ...?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, dawk qed nieħdu into consideration kif għandha tiġi applikata x-schedule tal-fees fejn qed ngħidu li fejn m'hemmx strutturi, jiġi applikat l-engineering works, filwaqt li fejn hemm strutturi jew affarijiet anċillari, allura tapplika l-iskeda relattiva.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri se tkun magħmula ċar li jiġu kkunsidrati hekk?", "Qed ngħid dan per esperjenza, għax kelli każijiet fejn kien hemm eluf kbar ta' ewro.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, se tkun ċara.", "TONI BEZZINA: Importanti li ma nagħmlux ammonti ta' fees li jkunu tali li jaqtgħu qalb dak li jkun li jipprova jirregolarizza ruħu.", "MADAM CHAIR: Punt tajjeb.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Kieku kelli ngħid li barriera hija sit tajjeb jew ideali biex fiha tinbena fireworks factory – qed ngħid dan wara diskussjoni li kellna fil-Bord tal-MEPA – għadu l-Gvern bil-ħsieb li barriera hija sit ideali fejn jista' jinbena kumpless tan-nar?", "MICHAEL FALZON: M'hijiex eskluża.", "Jidher li kien hemm żmien fejn kien qed jiġi eskluż li jkun hemm kamra tan-nar f'barriera: però issa dan mhux qed jiġi eskluż.", "Fil-passat, qisu kien hemm thinking għal xi żmien li dawn ma jiġux ikkunsidrati, però l-policy mhijiex qed teskludihom – barriera taf tkun l-aqwa post. Ovvjament, irid ikun hemm il-kundizzjonijiet l-oħra tad-distanza u oħrajn.", "RYAN CALLUS: F'Malta għandna siti fejn hemm konċentrazzjoni ta' barrieri.", "Inti tara l-possibilità jew l-eventwalità li jkun hemm konċentrazzjoni ta' kumplessi ta' kmamar tan-nar f'siti bħal dawn?", "Jiġifieri, l-konklużjoni tiegħi wara dan il-ħsieb huwa li siti bħal dawn jistgħu jwasslu għal konċentrazzjoni ta' kmamar tan-nar.", "Tista' tgħidli x'inhu l-ħsieb tiegħek dwar dan?", "MICHAEL FALZON: Il-policy ma teskludix dawn is-siti, għalkemm ovvjament hemm il-kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati, fosthom dik tad-distanza.", "Kien hemm diskussjoni fil-passat anke jekk għandniex nagħmlu maħżen jew kamra tan-nar kbira jew nazzjonali f'Ħad-Dingli, xi ħaġa li ħadd ma qabel magħha.", "RYAN CALLUS: M'iniex qed nipproponi li jsir hekk.", "MICHAEL FALZON: Għalija, sakemm qegħdin fid-distanzi neċessarji, u qegħdin jirrispettaw dak li tipprovdi l-policy u dak li tipprovdi l-liġi, personalment ma niddejjaqx li jkunu ħdejn xulxin.", "Id-daqs ta' Malta huwa dak li hu, u mhux bilfors teskludiha.", "Ovvjament, min-naħa l-oħra trid toqgħod attent li ma jkunx hemm il-possibilità li jkollok inċident li jinfirex – id-domino effect.", "TONI BEZZINA: Imma barriera mhux iktar problema għall-blast?", "MICHAEL FALZON: Għal min ikun ġewwa, iva.", "TONI BEZZINA: Meta jinqalgħu l-inċidenti l-iktar li jweġġgħu huma n-nies li jkunu ġewwa, mhux in-nies li jkunu barra.", "Jekk se nitfgħuhom ġo barriera, jekk qabel, meta jkun hemm inċident, minn ħamsa jweġġgħu tlieta, issa se jweġġgħu l-ħamsa li huma.", "MADAM CHAIR: Jekk hawn xi esperti li jixtiequ jgħaddu l-kummenti tagħhom jew jagħmlu xi mistoqsijiet, nistedinhom jersqu mal-Mejda.", "IS-SUR CHARLES BRIFFA (Segretarju, Għaqda Piroteknika): Barriera tista' tintuża għal storage, imma ma tistax tkun xi 10 sulari fond, trid tkun forsi 25 pied, inkella l-umdu li jkun hemm jagħmel il-ħsara.", "Naturalment, trid tkun ta' ċertu kobor; ma jistax ikollok l-istorage ġo barriera, u taħdem hemm ukoll!", "TONI BEZZINA: Jiġifieri, jekk qed nifhem sewwa, għall-istorage tajba, però mhux għall-manifattura tan-nar.", "IS-SUR CHARLIS BRIFFA: Skont il-kobor.", "Pereżempju, ix-Xwieki ġol-Għargħur hemm barriera enormi, u kien hemm żewġ fabbriki tan-nar ġo fiha.", "Ma tistax tkun kompatta, għax irid ikun hemm id-distanzi: imma, bħala storage, barriera tajba għax għandek l-blast walls lesti.", "RYAN CALLUS: Però jien hawnhekk qed nara argument konfliġġenti għax, minn banda qegħdin ngħidu li qegħdin nimxu fit-triq li nneħħu l-blast wall, u fl-istess ħin qegħdin niġġustifikaw l-ilqugħ tal-barrieri għax iservu bħala blast wall.", "Issa jien m'iniex espert, però hija domanda leġittima li, meta nikkonsidra dak l-argument u dan, nara li wieħed imur kontra l-ieħor.", "IS-SUR CHARLES BRIFFA: Lanqas xejn.", "Ħitan ta' barriera jirreżistu kollox, filwaqt li ħitan mibnijin malajr ittajjarhom.", "Ħitan ta' barriera, li speċjalment ikunu mirdumin bl-għelieqi mad-dawra, m'int se tagħmlilhom qatt xejn.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri, l-blast wall qiegħed hemm biex, meta ssir l-isplużjoni …", "Għalhekk qiegħed il-blast wall.", "Jista' jkun hemm postijiet fejn ikun hemm bżonn blast wall.", "IS-SUR CHARLES BRIFFA: Jista' jkun hemm post fejn ikun hemm blast wall fuq naħa waħda biex ma jitfax 'l hemm.", "Tista' ssib sit li jkollu sies, u warajh isiru l-kmamar u l-istorage.", "Għalhekk, trid l-ewwel tara l-post, għax tista' tmur fuq post u tgħid li mhuwiex suitable.", "Jiġifieri, mhux bilfors li għax post ikollu d-distanzi se jkun tajjeb.", "Għalhekk se jkun hemm il-kumitat.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, meta kien hemm id-diskussjoni, l-esperti tal-Armata qalu li, aktar milli blast containment għal meta jkun hemm splużjoni, illum aktar jaħsbu fuq blast direction.", "Jiġifieri trid tipprova tidderieġi iktar milli you try to contain.", "Kif għadu kif qal is-Sur Briffa, jaf ikollok post fejn is-sit innifsu jagħtik l-ilqugħ hu: jekk ikollok diżlivelli, allura jkun qisu għandek tliet siti, u kulma tkun trid tagħmel huma biss ilqugħ quddiem.", "IS-SUR JOSEF CAMILLERI (President, Għaqda Piroteknika): Jien naħseb li tal-barrieri m'għandniex neskluduha, imma lanqas għandna naħdmu fuqha li jkun hemm kmamar tan-nar, għax l-esperjenza turina li, fejn ikun hemm il-ftuħ, il-blast jiġri.", "Jekk tkun ġo barriera, u jkun hemm 10 min-nies jaħdmu, dawn se jmutu kollha għax ħadd mhu se jitla' minn ġo ħofra.", "Aħna konna ġġelidna anke r-regolament li jkun hemm fence, għax dan kien ta' dannu kbir għalina minħabba li, jekk jinqala' inċident, bniedem kien qed isibu ta' ostakolu meta jkun qed jipprova jiskappa.", "Jien la ngħid 'Iva' u lanqas ngħid 'Le'; imma, jekk jista' jkun, nevitawha, għax fil-beraħ jista' jkun hemm min jiskappa f'każ ta' inċident, però minn hemm isfel ma jiskappa ħadd.", "IS-SUR CHARLES BRIFFA: Sakemm ma jkunx qed jintuża biss għal storage.", "IS-SUR JOSEF CAMILLERI: Imma, jekk se tagħti permess għal kamra tan-nar, mhux se jagħmel storage biss!", "MADAM CHAIR: Ħafna inċidenti jsiru waqt li jkun qed jinħatt i-xogħol.", "MICHAEL FALZON: Għalhekk aħna, bħala Kumitat, l-aktar ħaġa li rajna kienet li l-permess ikun kemm jista' jkun site-specific.", "Ovvjament, is-sit fih innifsu jiddettalek id-disinn, iktar milli tagħmel disinn, imbagħad bilfors tiffitjah fih.", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, aktar mid-disinn, jien aktar xtaqt nistaqsi dwar il-materjal tal-kostruzzjoni.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, dak ukoll huwa marbut ma' parti mid-disinn.", "Hawn ħafna thinkings differenti dwar dan.", "Ma rridx inkun tekniku ħafna, imma pereżempju, jista' jkollok kmamar mibnija b'tali mod li jkollok ħajt minnhom li jkun collapsible li jarmi 'l hawn, u ħajt ieħor tal-kamra jkun collapsible li jarmi 'l hemm.", "Illum drajna li l-kmamar nibnuhom kwadri; imma jista' jkun ikun jagħmel aktar sens li nagħmluhom djamant, waħda mal-oħra, għar-raġuni li … Tista' tagħmel – u m'iniex qed ngħidlek li se nagħmlu hekk – erba' workshops żgħar imissu ma' xulxin li jkollhom salib b'saħħtu, u mbagħad jarmu kontra xulxin jekk allaħares qatt jinqala' xi ħaġa.", "Jiġifieri, anke fejn jidħol id-design, it-thinking kien li tmur ukoll site-specific.", "Dwar is-soqfa, hawn ħafna diskussjonijiet.", "Għandhom ikunu collapsible jew le?", "Kellna inċidenti fejn mietu nies għax saqaf kien tqil u waqa' fuqhom: però mbagħad, min-naħa l-oħra, l-general agreement qisu kien li l-magazin ikollu saqaf b'saħħtu biex, jekk jinqala' xi ħaġa mill-working area, ma jtirx xi ħaġa fuq magazin u l-isplużjoni tikber, filwaqt li l-working area jkollha saqaf li jkun eħfef.", "MADAM CHAIR: U d-disinn min se jiddeċiedih?", "Is-soltu, meta nagħmlu applikazzjoni għal xi binja ġdida, ikollna l-perit individwali tagħna.", "Hemm xi periti esperti fuq dan il-qasam li se jiggwidaw lill-periti?", "Hemm xi linji gwida għall-periti?", "MICHAEL FALZON: Ovvjament, wieħed irid ikollu l-perit tiegħu; imma mbagħad, paragrafu 3.3.4 jgħid li għandu jkun hemm an ad hoc technical committee, li jkun magħmul minn nies esperti f'dan il-qasam li jiggwidaw lil min ikun qed jagħmel l-applikazzjoni.", "MADAM CHAIR: At what stage jidħlu dawn?", "MICHAEL FALZON: Qabel ma tidħol l-applikazzjoni.", "TONI BEZZINA: Qed isir xi studju dwar x'inhu t-tip ta' disinn u materjal li l-aħjar li jintuża?", "MICHAEL FALZON: Kif għedt, hawn diversi thoughts, imma l-iktar ħaġa …", "TONI BEZZINA: … li, pereżempju, ngħidu li hawn \"dawn\" l-ispeċifikazzjonijiet, u kemm jista' jkun trid timxi magħhom.", "MICHAEL FALZON: Jien mort f'diversi kmamar tan-nar barranin, u kollox jiddependi mis-sit.", "Fejn għandek siti kbar, tkun tista' tagħmel ċerti affarijiet, imma fejn għandek siti żgħar… M'ilux mort rajt kamra tan-nar ħdejn Foggia li qiegħda mibnija fuq 76 tomna!", "TONI BEZZINA: Imma jien qed ngħid fis-sens ta' jekk kamra hux aħjar li tinbena kwadra jew djamant.", "MICHAEL FALZON: Dak il-kumitat se jkun proprjament xogħlu li jara jekk, pereżempju, kamra kif għandha tkun mibnija fiċ-ċirkostanzi li jkun hemm, jew kif għandu l-aħjar ikun mibni tali workshop.", "Ovvjament, dan dejjem irid isir flimkien mal-perit, jiġifieri m'aħniex se neħdulhom xogħolhom il-periti!", "Għalhekk, dan it-tip ta' pjanti ġeneralment tagħmilhom għar-repubblika!", "TONI BEZZINA: Ovvjament, il-perit ma jkunx jifhem f'kollox.", "MICHAEL FALZON: U l-iskop ta' dan il-kumitat tekniku huwa preċiżament sabiex jiggwida f'din il-linja.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Aħna, bħala Oppożizzjoni, nirrikonoxxu ħafna li f'dan il-qasam – u żgur li dwar dan l-Onor.", "Falzon jaqbel miegħi – għandu jkun hemm kemm jista' jkun kunsens, u kien apposta li qgħadna kawti ħafna fil-kummenti tagħna.", "Issa, meta niġu għal dan il-kumitat tekniku, għalkemm jien m'għandi l-ebda dubju mill-kompetenza tal-Onor.", "Falzon – u din diġà semmejtha waqt il-laqgħa tal-Bord tal-MEPA – għandna suġġerimenti dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat.", "Jien dakinhar kont issuġġerejt li f'din il-policy, minbarra li jtħalla f'idejn il-Ministru sabiex jaħtar il-kumitat fuq parametri tekniċi, kellna mmorru pass oltre, u nniżżlu li għandu jinkludi fih Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili, l-Għaqda Piroteknika u l-MEPA.", "Jien naħseb li dan huwa salvagward tajjeb ħafna, għax għandna nevitaw li jkun hemm xi ħadd li jabbuża mill-poteri tiegħu u jappunta nies sempliċement biex ikun appuntahom, jew għax ikunu viċin tiegħu.", "Jien naħseb li naqblu li mhux dak għandu jkun il-kriterju tal-għażla, imma għandu jkun il-kompetenza, u naħseb li l-kompetenza toħroġ minn dawn l-istituzzjonijiet kollha.", "Din ir-rakkomandazzjoni se tintlaqa'?", "Forsi jekk mhux f'din il-policy, se ssir xi legal notice, jew forsi se tiġi nkluża fil-liġi li se tissepara l-Ambjent mill-Ippjanar?", "MICHAEL FALZON: Din kienet materja li ddiskutejniha fit-tul fil-Bord, kif ukoll fil-Working Committee, jiġifieri oriġinarjament kien hemm anke ħsibijiet li għandna ninkludu lil min se nindikaw.", "It-thinking kien li f'policy li titkellem dwar l-ippjanar – u rrid inserraħlek rasek li m'hemm l-ebda intenzjoni li xi ħadd jabbuża – ma jkunx tajjeb li inti torbot lil min se jkun hemm f'dan il-kumitat.", "Meta l-Working Committee ġie biex iressaq il-policy t-tieni darba – u l-Onor.", "Callus jaf tajjeb li kien hemm diversi suġġerimenti mill-pubbliku li dan il-Working Committee ħadhom on board – ħass li ma jkunx floku li jsir hekk.", "Li żidna dakinhar huwa li ridna nagħmluha ċara li qed nitkellmu fuq technical committee, u allura żidna l-kelma \"technical\", u konna għamilniha ċara wkoll li dan il-kumitat will have the role of \"guiding proponents on the technical parameters\".", "Jiġifieri, l-unika kompetenza li se jkollu dan il-kumitat hija biss fuq il-parametri tekniċi in kwantu \"to examine design and take into account operational considerations\".", "Jiġifieri, bl-ebda mod dan il-kumitat mhu se jiddeċiedi hu joħroġx permess lil xi ħadd jew le, jew li jiddeċiedi hu jekk jilliċenzjax ...", "TONI BEZZINA: Imma se nibbażaw fuq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.", "MICHAEL FALZON: Imma biss fuq it-technical parameters, u qed nerġgħu nillimitawha \"to examine design and take into account operational circumstances\".", "Jiġifieri, bl-ebda mod m'hu se jidħol fuq jekk toħroġx liċenzja jew le.", "Jiġifieri jekk dan il-kumitat mhux se jagħtik il-clearance tiegħu, ma tistax tmexxi quddiem il-MEPA bl-applikazzjoni tiegħek.", "Issa d-domanda tagħna hija waħda ċara: Il-Gvern għandu xi oġġezzjoni li l-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat tkun tinkludi dawn li semmejna, u ċioè l-Pulizija, il-Forzi Armati, il-Protezzjoni Ċivili, l-Assoċjazzjoni tal-Għaqda Piroteknika u l-MEPA?", "MICHAEL FALZON: Ma naħsibx li għandha tkun problema li nagħmlu \"shall include\".", "L-unika ħaġa li ma xtaqniex – u l-Onor.", "Callus kien preżenti meta ddiskutejna dan – huwa li norbtu idejn l-Eżekuttiv, hu min hu fl-eżekuttiv.", "Ma naħsibx li hemm xi diffikultà, anke fl-irwol ta' eżekuttiv m'għandhiex tkun ta' diffikultà.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li l-ewwel nett irridu nagħmlu differenza bejn ippjanar u l-bini.", "L-ippjanar huwa li inti tagħti permess f'post speċifiku biex tinbena l-kamra tan-nar.", "MICHAEL FALZON: Dak ma jidħolx fih dan il-kumitat.", "L-oħra mbagħad tittratta building regulations, jiġifieri kif tibniha, u m'għandhiex tidħol fiha l-MEPA, għax il-MEPA ma tidħolx fuq kif tinbena kamra.", "Aħna qed nagħmlu dawn ir-regolamenti dwar kmamar tan-nar għax huma perikolużi minħabba li jkun fihom l-isplussivi, imma hawn ħafna affarijiet oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi u l-MEPA ma tidħolx fuq il-mod ta' kif jinbnew.", "Jiġifieri l-MEPA, jew x'se jkun jisimha l-organizazzjoni l-ġdida, m'għandhiex tidħol fuq issues dwar kif tinbena kamra tan-nar.", "Il-MEPA tagħti deċiżjoni fuq jekk taqbilx jew le fuq il-location, imma kif tinbena mhijiex kwestjoni ta' planning.", "Jien nifhem il-punt li wieħed irid iġib il-clearances mingħand is-Civil Protection u mingħand il-Pulizija, fost l-oħrajn, bħala consultees għal dak li jkun qed jagħmel, u ma nsibux problema dwar dan.", "Se mai, għandu jkun hemm consultees, imma mhux li l-MEPA jindaħlu fuq kif tinbena l-kamra.", "Fejn tidħol il-MEPA biex tibni kamra?", "MADAM CHAIR: Onor. Buhagiar, hawnhekk ma naqbilx miegħek.", "Jien naħseb li l-MEPA tidħol fl-ippjanar, u anke fuq x'effett se jkollu dak il-bini fuq l-ambjent ta' madwaru.", "Għalhekk fil-fatt hija \"an environmental authority\".", "Jiġifieri, ma nistgħux nifirdu ż-żewġ affarijiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Naqblu, imma mhux fuq kif tibniha.", "Dak huwa building, u se mai allura jidħlu l-building regulations.", "RYAN CALLUS: Meta jien issuġġerejt il-persuni li għandhom ikunu fuq il-kumitat, ma kontx qed neskludi li l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari jkollu s-setgħa jaħtar persuni oħrajn fuq dan il-kumitat, u hemmhekk fejn nifhem il-punt tal-Onor.", "Falzon għax, ovvjament, irrid ikun hemm ukoll id-direzzjoni politika.", "Però, l-policy stess qed tgħid \"on technical parameters\", u allura iktar u iktar għandu jkun hemm in-nies kompetenti.", "Aħna qgħadna ħafna ħafna attenti biex din il-kwestjoni u l-policy ma ndaħħlux politika fiha, għax m'għandux ikun; però, issa rridu nibqgħu sejrin b'din l-attitudni sat-tmiem tagħha, u jekk allura dan il-kumitat ikun kompost b'mod li ma jirriflettix min f'dan il-pajjiż għandu l-awtoritajiet neċessarji f'idejh … Pereżempju, ssemmiet il-MEPA: però, hemm il-Forzi Armati u l-Pulizija li fasslu l-annexes li hemm ma' din il-policy, jiġifieri iktar u iktar għandhom ikunu ...", "CHARLES BUHAGIAR: Isiru consultations magħhom.", "Illum il-ġurnata, hekk isir, għaliex meta nagħmlu applikazzjoni għand il-MEPA, tmur għall-consultation għand dawk id-dipartimenti li huma kkonċernati.", "RYAN CALLUS: Onor. Buhagiar, inti taf iktar minni għax inti perit – allavolja jien qiegħed fuq il-Bord tal-MEPA – li f'consultation wieħed ta l-opinjoni tiegħu u waqaf hemm.", "X'poteri u x'say iktar ikollu dak li jkun kieku jkun jagħmel parti minn dak il-kumitat!", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jekk is-Civil Protection jgħidu li \"din\" ma tistax ssir fejn ikun qed jingħad, ma ssirx.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri, Onor. Buhagiar, li qed tgħid li jkollhom say fuq jekk il-ħajt jinbeniex tal-ġebel jew tal-bricks jew tal-karti?", "MADAM CHAIR: Jien ma nara xejn ħażin li l-MEPA tkun irrappreżentata fil-bord tekniku.", "Jekk għandha ssir konsultazzjoni, għandha ssir dak il-ħin, u mhux joqogħdu xi tliet xhur jiġru u minn post għall-ieħor biex ikollna r-risposti.", "IS-SUR CHARLES BRIFFA: Kif inhuma l-affarijiet illum, xorta wieħed irid imur għand is-Civil Protection u l-AFM, jiġifieri jekk ikunu flimkien aktar iħaffu.", "L-importanti li jmorru fuq is-site.", "RYAN CALLUS: Hekk hu.", "Ikun ħafna aħjar jekk ikunu madwar mejda jiddiskutu għax, meta dak li jkun ikun biss konsulent u jagħti l-kummenti tiegħu għal proposta li tkun intbagħtitlu, jekk il-proposta wara tinbidel, ma jkunx infurmat.", "IS-SUR CHARLES BRIFFA: Flimkien mal-perit tal-applikant.", "M'għandi l-ebda oġġezzjoni għal dan li qed jiġi ssuġġerit, u nassigura minn issa li nżidu li \"the said ad hoc technical committee\" – anke biex inserraħ moħħ l-Onor.", "MADAM CHAIR: Eċċellenti.", "Jekk m'hawnx aktar kummenti, nistgħu nikkonkludu fuq dini t-togħma tajba ta' qbil.", "TONI BEZZINA: Xejn xejn tevita l-ġiri min-naħa għall-oħra; tmur darba, u jew tgħaddi jew ma tgħaddix.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "Is-Sur Baldacchino jixtieq jagħmel xi punti, u nitolbu jersaq madwar il-Mejda.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Grazzi, Madam Chair, u nsellem lill-Membri kollha tal-Kumitat.", "Xtaqt nagħmel ftit punti ta' kjarifika, u forsi xi suġġeriment.", "B'riferenza għall-ilma, huwa tajjeb li kull waħda minn dawn il-binjiet se jkollha reservoir.", "Imma jien qed nissuġġerixxi jekk huwiex possibbli li jiżdied magħha li l-ilma jinġabar minn fuq il-footprint tas-site minħabba li, jekk ma jinġabarx minn hemm, se jinżel 'l isfel, eċċ. Jiġifieri, apparti li jkollhom reservoir biex jiġbor l-ilma, il-footprint tal-post jgħin biex ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dik hija standard condition f'kull permess li jinħareġ.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jien nieħu l-kelma tiegħek; imma jekk tkun ċara naħseb li jkun aħjar.", "It-tieni ħaġa li xtaqt insemmi wkoll tagħmel riferenza għall-ilma.", "Jien nimmaġina li dan qed jirreferi għal waste water.", "Jista' jkun hemm ukoll indikazzjoni u kundizzjoni ta' kif dan għandu jsir?", "Għax dak li jkun jista' jiftaħlu u joħroġ, u dan ikun fih il-kimika, jiġifieri l-impatt fuq il-biodiversità se tkun konċentrata.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, annex 2 titkellem ċar li għandu jkun hemm ablution utensils and facilities.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Imma kif se jitneħħa mill-post?", "MICHAEL FALZON: Ix-xogħol tan-nar, il-kimika tiegħu hija t-trab, u ovvjament l-iktar li jista' jkollok għall-mixing room, li xorta waħda huwa ammont minimu.", "Dawn irid ikollhom sistema – fejn qabel ma kienx hemm – li teżisti f'ħafna postijiet fejn dak l-ilma jkun jista' jinġabar u jkun dispost.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Issa, jekk ikun hemm xi ħadd li jfettillu ma jarmihx ...?", "MICHAEL FALZON: Dan huwa wieħed mit-titjib li hemm fl-annexes.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jiġifieri, hemm kundizzjonijiet dwar kif għandu jitneħħa, għax kulma hemm huwa biss \"removal\"?", "Għaliex ġiet speċifikata \"good quality\"?", "Jista' jkun hemm agricultural land li ma tkunx good quality, imma xorta tkun tajba bħala agricultural land.", "F'dak il-paragrafu, hemm ukoll li jingħata fuq parir tad-Dipartiment tal-Agrikoltura.", "Waħda mill-affarijiet li lili tkiddni hija – naħseb kollha tafu li l-enfasi tiegħi huwa fuq il-biodiversità – li m'hemm l-ebda riferenza għall-Ministeru tal-Ambjent.", "Issa, ħafna minn dawn is-siti li mhumiex \"good quality agricultural land\" jistgħu jkunu jkun rich in biodiversity, għalkemm mhux neċessarjament ikunu skedati jew inklużi f'livelli 1 jew 2 tal-iskedar.", "L-iskedar imur iktar fuq l-ippjanar, mentri habitat ta' biodiversità jmur iktar fuq in-natura.", "Allura, għaliex f'paragrafu 2.2.3, fejn hemm li se jkun hemm konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Agrikoltura, ma jidħolx ukoll li għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-Ministeru tal-Ambjent?", "U b'riferenza anke ma' din, f'policies oħra tal-MEPA – jekk m'iniex sejjer żball, għax tant ilni naqra policies li qed nitħawwadhom! – tal-petrol stations hemm referenza għall-MEPA li, sal-lum l-ġurnata, għandha żewġ friegħi, fuq ambjent u fuq ippjanar, imma li eventwalment – wieħed jittama li tkun illum qabel għada – l-ambjent se jinqata'.", "Fil-policies l-oħra tal-petrol stations, hemm riferenza li eventwalment tkopri wkoll l-input ta' environment and resource authority.", "Kif inhi bħalissa, hemm riferenza biss għall-MEPA, jiġifieri meta jinfirdu, speċi ma jkunx hemm indikazzjoni kif, dejjem skont din il-policy ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien m'għandi l-ebda problema li tiżdied; però, biex inserraħ moħħ is-Sur Baldacchino, il-proċedura llum hija li prattikament f'kull applikazzjoni għal dak li jirrigwarda ODZ, jiġi kkonsultat l-Environmental Protection Directorate u, bis-sistema fil-liġi, se tkun li għal kull applikazzjoni, kull dipartiment se jiġi kkonsultat.", "Jiġifieri, biex żgur ma jkun hemm l-ebda Case Officer li jinsa lil xi dipartiment ...", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Bħalma jissemma d-Dipartiment tal-Agrikoltura f'paragrafu 3.2.3, għandu jissemma wkoll id-direttorat jew l-awtorità tal-ambjent biex issaħħaħ idejn kulħadd.", "MICHAEL FALZON: Ovvjament, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li hija ODZ, jiġifieri allaħares tkun within a development zone!", "Jiġifieri, dik hija awtomatika anke fil-liġi li qed tiġi proposta, li bilfors irid ikun hemm … Jien ma nsibx problema dwar din.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Onor. Falzon, din torbot ma' dak li kontu qegħdin tiddiskutu aktar kmieni dwar il-punt li qejjem l-Onor.", "Callus, li l-kompożizzjoni ta' dak il-kumitat, aktar ma jkun wiesa', aktar ikun aħjar.", "Wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx, però huwa fatt li kull tip ta' ippjanar se jkollu impatt, kbir jew żgħir, fuq il-biodiversità.", "Meta jkun hemm id-diskussjoni ta' dawn l-esperti fuq dan il-kumitat, jekk se jkun hemm l-espert tal-biodiversità nieqes mid-diskussjoni li jkun hemm għaddejja dak il-ħin, ma jkunx hemm input minn din il-viżjoni, u allura dan jista' jgħin biex isaħħaħ id-diskussjoni, fis-sens li jekk fil-kumitat ikun hemm riferenza – kif iddiskutejtu aktar qabel intom – ta' dawk l-esperti, naħseb li jkunu aktar trasparenti l-affarijiet.", "Mistoqsija oħra li għandi hija dwar il-widien.", "Jien ma naħsibx li l-widien kollha jaqgħu taħt livell 1 jew 2 tal-iskedar; hemm xi widien li ma jaqgħux, speċjalment dawk li huma importanti għall-ġbir tal-ilma, għalkemm il-widien kollha jiġbru l-ilma, min ħafna u min ftit.", "Il-widien f'dawk is-siti li huma msemmijin f'paragrafi 3.2.1 u 3.3.3 huma koperti kollha, jew huma koperti biss dawk li huma skedati level 1 u level 2?", "MICHAEL FALZON: Għandek ovvjament dawk li jaqgħu taħt paragrafu 3.2.1 u 3.2.3 li huma skedati, u l-oħrajn huma on a case-by-case basis.", "Dawk li huma skedati huma protetti totalment, u l-oħrajn huma ...", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jiġifieri xorta huma koperti.", "MICHAEL FALZON: Ma nistax ngħidlek kollha kemm huma, għax ma nixtieqx nagħmel statements kategoriċi; imma …", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Għax wied huwa dejjem importanti.", "MICHAEL FALZON: Naqbel miegħek li wied huwa importanti: biss, dawk li huma skedati huma protetti totalment.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Il-widien huma kollha mportanti, kemm mill-hydrological aspect tal-ilma, kif ukoll mill-aspett ta' biodiversità.", "Ġeneralment, fuq in-naħa tal-wied ikun hemm il-macchia, u l-macchia mhux kollha jkunu qegħdin fil-livelli li huma msemmija f'paragrafu 2.", "Jiġifieri, jien qed nara li, filwaqt li \"good quality agricultural land\" hija inkluża, \"good habitat\" – bħal macchia u widien – mhuwiex inkluż.", "Jien inħalli f'idejkom fuq dan il-punt.", "Punt pożittiv kien il-fatt tal-landscaping li kien hemm riferenza għall-fatt li s-siġar li jintużaw huma indiġeni: però, jien xtaqt nistaqsi jekk dan hux qed jelimina s-siġar eżotiċi kollha.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Mela allura s-suġġeriment tiegħi huwa li, peress li dawn il-kmamar tan-nar se jkunu fir-rural, fejn għandek ambjent u biodiversità sinjura, is-siġar ikunu from local stock, minflok ma jiġu mpurtati.", "Qed ngħid dan minħabba żewġ raġunijiet – it-tielet waħda, dik tal-ekonomija, inħalliha barra – li huma l-aspett ta' introduzzjoni ta' speċi invażivi jekk ikunu impurtati, u l-aspett ta' pollution of the gene pool li hija obbligu tal-EU acquis.", "Jiġifieri, jekk hawnhekk issir enfasi li dawn ikunu indiġeni, imma grown from local stock …", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, hawn l-espert tal-MEPA dwar is-siġar, u jista' jgħidilna hu.", "IS-SUR JONATHAN HENWOOD (Senior Environment Officer, MEPA): L-enfasi qiegħda diġà fil-Guidelines on trees, shrubs and plants.", "Fil-fatt, dawn il-linji gwida jgħidu li idealment ikunu from local stock.", "Jekk tkun qiegħda rripetuta, ssaħħaħha biex iktar ikun faċli li wieħed jonora l-obbligi li għandu bħala pajjiż ...", "IS-SUR JONATHAN HENWOOD: Jien m'għandix problema ...", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Dawn jikbru bħall-oħrajn jekk ikollhom l-ilma; bl-ilma jikbru mil-lum għal għada.", "IS-SUR JONATHAN HENWOOD: Idealment, ikun hemm is-sistema ta' tagging fuq is-siġar.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: M'hemmx għalfejn tagging; jekk tiġi inkluża bħala kundizzjoni, you are on the safe side, kemm min-naħa ta' ippjanar, kif ukoll min-naħa ta' ambjent.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li hija idea tajba.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Mistoqsija tal-aħħar hija dwar kummenti tal-MEPA li hemm fl-annexe dwar kummenti tan-nies li jgħidu li they are \"not a planning policy issue\".", "Jien napprezza li l-policy mhux neċessarjament tkun tal-MEPA; imma meta jkun każ bħal dak, the final permit li din tista' topera f'idejn min se jkun?", "Sfortunatament, fil-passat kien hemm każ fejn il-MEPA approvat, l-applikant ma ġabx il-clearances mill-entitajiet governattivi oħra, ħaseb li għandu l-permess u pproċeda ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma inti kif taf li kull permess dejjem jingħata bil-patt li jiġu safeguarded third party rights and other permits.", "Waħda mir-reviews li qed nagħmlu proprju fuq l-Att per se huwa li l-awtorità ġdida tkun a one-stop-shop biex l-awtorità toħroġ il-liċenzji, u wieħed b'hekk ikollu dokument wieħed li jkun jinkludi l-liċenzji u l-kundizzjonijiet ta' kull dipartiment f'dokument wieħed.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Onor. Falzon, forsi tippermettili nagħmel suġġeriment finali.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm, bħalma hemm f'ċerti liġijiet u avviżi legali tal-Gvern, li l-permess li joħroġ min-naħa tal-MEPA għall-bini ma jeżentax lill-applikant milli jakkwista permessi neċessarji oħra għall-operazzjoni tal-attività.", "MICHAEL FALZON: F'dan il-każ, nista' nassigurak miljun fil-mija għax, biex kull kamra tan-nar ikollha l-liċenzja tagħha mġedda … L-ewwel nett, huwa l-Kummissarju tal-Pulizija li jilliċenzja l-operat li trid tiġġedded kull sena.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Imma dak from a safety point of view; però, hemm affarijiet oħra mil-lat ta' ambjent, ippjanar …", "MICHAEL FALZON: Kull sena, kull post tan-nar liċenzjat ikollu spezzjoni biex jara jekk hux qiegħed up to standard min-naħa ta' Civil Protection, Armata u Pulizija.", "Kull post tan-nar liċenzjat, biex joħroġ l-oxidizer – li huwa l-materjal li bih irid jaħdem – irid bilfors jissodisfa dawk it-tliet kundizzjonijiet, u jrid ikollu l-go ahead minn tliet awtoritajiet.", "Il-MEPA hija l-awtorità li se tagħti l-permess għall-iżvilupp; però, nista' nserraħlek moħħok li, għal dak li jirrigwarda l-operat, jeżistu tliet liġijiet separati li jagħmluha ċara li l-operat huwa ggwidat ukoll minn permessi oħrajn.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Grazzi.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak, Sur Baldacchino.", "Jekk m'hawnx aktar kummenti, nagħlqu d-diskussjoni.", "Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw, kemm bħala Chairperson ta' dan il-kumitat, kif ukoll bħala liċenzjata tan-nar, f'isem dawk kollha li m'humiex qegħdin hawn u dejjem xtaqu li dan is-settur jiġi mhux biss rikonoxxut, imma regolarizzat, ħalli s-safety tal-artiġjani tan-nar tkun aktar assigurata.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Madam Chair, ippermettili naqbeż ftit fuq il-kwestjoni li semmejt fil-bidu rigward il-punt tal-istalel.", "Jistgħu l-uffiċjali tal-MEPA jgħaddulna kopja tar-rakkomandazzjoni tal-veterinarju ħalli narawha?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux problema, nistgħu ngħaddulek kopja.", "MADAM CHAIR: Mela l-Kumitat se jkollu kopja, għalkemm jidher li din għadha qed tiġi analizzata, għax għadhom ma waslux għad-deċiżjoni finali.", "Sur Buttigieg, tista' jekk jogħġbok tagħtina xi informazzjoni dwar fiex jikkonsistu l-istudji li jew ippreżentati fil-bidu tal-laqgħa?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawn huma lista ta' deċizjonijiet tal-MEPA, ċensiment tal-agrikoltura u xi dokumenti oħrajn li ggwidaw biex tiġi finalizzata l-ODZ policy.", "MADAM CHAIR: Għandkom il-ħsieb li tippreżentaw xi studji oħra aktar 'il quddiem?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm ħafna iktar studji, imma bħalissa qegħdin jintużaw, ovvjament, bħala parti mill-SEA.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Xtaqt li, qabel ma nagħlaq, nistaqsi jekk hawnx il-permess tal-Kumitat sabiex inpoġġi fuq l-aġenda għad-diskussjoni dawk l-items li xtaqu li jiġu diskussi dawk l-għaqdiet li kienu kitbulna.", "Infakkar lill-Kumitat li kien ingħata ruling mill-iSpeaker fejn qal li mhux bilfors inkunu nistgħu niddiskutu materja li ma tiġix riferuta lilna bħala policy min-naħa tas-Segretarju Parlamentari, u għaldaqstant għandi bżonn il-permess tagħkom biex jien nitlob lir-rappreżentanti tal-Water Association u tal-għaqdiet l-oħrajn li kienu talbu biex jiġu jitkellmu magħna.", "Infakkar ukoll li, skont l-istess ruling, jekk ma jkunx hemm qbil unanimu, jien ma nistax ngħid lir-rappreżentanti ta' dawn l-NGOs biex jiġu hawnhekk jitkellmu magħna.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nagħmilha ftit aktar ċara.", "F'laqgħat oħra semmejt korrispondenza fejn, bħala Kumitat, ġejna mitluba niltaqgħu mal-Water Association, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, u l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, li kollha jixtiequ jiddiskutu xi materja parikolari magħna.", "Jien ma nara xejn ħażin li jsir dan – kollha enerġija pożittiva din – però jekk taħsbu li hemm bżonn li niddeċiedu bejnietna … Jekk irridu Malta aħjar, irridu niltaqgħu u nisimgħu.", "Issa f'idejkom.", "Nistgħu, pereżempju, niddeċiedu li l-ewwel laqgħa nagħmluha ma' Flimkien għal Ambjent Aħjar, u l-laqgħa ta' wara niltaqgħu mal-Water Association.", "Nistgħu minflok, ninvolvuhom f'xi wieħed mill-items li jkollna 'l quddiem fuq l-aġenda meta jkollna policy riferuta lilna, u flimkien ma' dik il-policy niddiskutu xi ħaġa oħra.", "Basta mbagħad ma toqogħdux tgergru li nżommkom bl-overtime, għax indumu!", "TONI BEZZINA: Aħna għalina mhix problema.", "MADAM CHAIR: Onor. Sammut, għalik hemm xi problema?", "JOSEPH SAMMUT: Xtaqt kieku nitkellem ftit mal-kollegi tiegħi qabel nagħti risposta.", "MADAM CHAIR: Hawnhekk jiena u l-Onor.", "Buhagiar il-kollegi tiegħek, u l-Onor.", "JOSEPH SAMMUT: Basta jkun hawn xi tip ta' timeframe.", "MADAM CHAIR: Nista' nserraħlek rasek li se jkun hemm timeframe.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, imma jridu jgħidulna fuqhiex iridu jitkellmu magħna, jiġifieri rridu nkunu nafu x'inhu s-suġġett.", "MADAM CHAIR: Jekk intom tagħtuni l-go ahead biex naċċetta li niltaqgħu magħhom, the next step would be li jien niktbilhom u nitlobhom jagħtuna l-aġenda li jridu jiddiskutu magħna.", "Imbagħad, aħna napprovaw jew le dik l-aġenda.", "Jien ma naħsibx li tirrifletti sabiħ fuq dan il-Kumitat jekk aħna għandna din il-faċilità li, jekk naqblu unanimament li niltaqgħu magħhom, aħna nirrifjutaw li niltaqgħu magħhom.", "La hi tajba għal Malta Aħjar, u lanqas għall-Enerġija Pożittiva!", "Fil-ħajja, rridu niddeċiedu xi rridu.", "Jew trasparenza u konsultazzjoni, jew le.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, min-naħa tiegħi m'għandi l-ebda diffikultà li niltaqgħu u nisimgħu.", "L-unika ħaġa li rrid nagħmel ċar huwa li dawn huma laqgħat totalment informali, u bl-ebda mod ma jistgħu jintuzaw biex iwaqqfu proċeduri jew jinstallaw proċeduri, jew b'xi mod jew ieħor iżommu milli jitwettaq il-programm, tajjeb jew ħażin, li għandu l-Gvern tal-ġurnata.", "MADAM CHAIR: Naqbel miegħek.", "MICHAEL FALZON: Jien m'għandi ebda problema li niltaqa' ma' kulħadd u nisma' lil kulħadd; imma rridu nagħmluha ċarissima li jistgħu jgħidulna fuqxiex iridu jitkellmu, imma bl-ebda mod ma jippretendu li, għax qed niltaqgħu magħhom, qed inwaqqfu xi parti mill-proċess li huwa diġà stabbilit.", "MADAM CHAIR: Dan il-Kumitat m'għandux is-saħħa li jwaqqaf l-ebda proċess.", "Hawnhekk qegħdin biex nitfgħu enerġija tajba, u nisimgħu suġġerimenti.", "Onor. Falzon, naħseb importanti li dan il-Kumitat jismagħhom u jilqagħhom għax, meta nkunu fil-Plenarja, ma nistgħux nagħmlu dan.", "Jiġifieri, billi nieħdu suġġerimenti pożittivi aħna m'aħna se nitilfu xejn.", "Nirringrazzjakom u nixtieqilkom il-lejl it-tajjeb.", "Tiġu nfurmati bid-data tal-laqgħa li jmiss aktar 'l quddiem.", "Fit-8:04 p.m., il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140519_009d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Mejju, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Joseph Sammut, u l-Onor.", "Ryan Callus (sostitut) kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva,li bil-permess tal-Kumitat ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8 li saret fit-2 ta' April, 2014 kienu konfermati.", "Il-Kumitat ġie nfurmat li ċ-Chairperson tal-Kumitat kienet irċieviet korrispondenza mingħand is-Sinjura Simone Mizzi, f'isem Din l-Art Ħelwa, fejn staqsiet għal kopja tal-istudji li għamlet il-MEPA waqt li kienet qed titħejja l-ODZ policy u li kienu ssemmew fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat mill-Perit Elizabeth Ellul.", "Il-Kumitat kiteb lura jinforma lis-Sinjura Mizzi li kopja ta' dawn l-istudji li ssemmew kienu diġà ġew mitluba min-naħa tal-Kumitat però ma kenux intbagħtu.", "Is-Sur Johann Buttigieg, li kien preżenti għal-laqgħa, ippreżenta lill-Kumitat lista ta' deċizjonijiet tal-MEPA, ċensiment tal-agrikoltura u xi dokumenti oħrajn li ntużaw bħala gwida sabiex tiġi finalizzata l-ODZ Policy.", "Il-Kumitat ġie nfurmat ukoll li fl-aħħar tal-laqgħa preċedenti, il-Manager tal-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar ippreżenta lil Madam Chair dokument intitolat \"Report on a Cement Silo Development\" u talab li dan is-suġġett jiġi diskuss fil-Kumitat.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY DATAT DIĊEMBRU 2013 INTITOLAT \"FIREWORKS FACTORY COMPLEXES POLICY\"", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u s-Sur Jonathan Henwood (Senior Environment Officer), ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat fejn taw spjegazzjoni u rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat dwar id-dokument.", "Fil-Laqgħa ħadu sehem ukoll is-Sur Josef Camilleri, President tal-Għaqda Piroteknika, is-Sur Charles Briffa, Segretarju tal-Għaqda Piroteknika, u s-Sur Alfred E. Baldacchino.", "Matul id-diskussjoni l-Onor.", "Ryan Callus issuġġerixxa li l-kompożizzjoni tal-\"ad hoc technical committee\" jkun jinkludi lill-Pulizija, lill-Forzi Armati, lill-Protezzjoni Ċivili, lill-Assoċjazzjoni tal-Għaqda Piroteknika u lill-MEPA.", "L-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, qal li ma kellhiex tkun problema sabiex jidħlu l-kliem \"shall include\" fil-paragrafu rilevanti.", "Id-diskussjoni dwar dan id-dokument intemmet.", "B'riferenza għall-aħħar laqgħa tal-Kumitat, l-Onor.", "Toni Bezzina talab li l-uffiċjali tal-MEPA jgħaddu lill-Kumitat kopja tar-rakkmandazzjoni tal-veterinarju dwar il-materjal li huwa safe biex jintuża fil-kostruzzjoni tal-istallel.", "Fl-aħħar tal-Laqgħa Madam Chair staqsiet jekk il-Membri tal-Kumitat kenux jaqblu – u dan wara r-ruling mogħti mill-iSpeaker fejn fih qal li materja li ma tiġix riferuta lill-Kumitat bħala policy min-naħa tas-Segretarju Parlamentari għandha bżonn il-qbil tal-Membri kollha tal-Kumitat sabiex tiġi diskussa – li għal-laqgħat li jmiss tpoġġi għad-diskussjoni fuq l-aġenda dawk l-items li kienu ġew suġġeriti minn xi għaqdiet li kienu kitbu lill-Kumitat bit-talba tagħhom, u ċioè l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, il-Malta Water Association, u Flimkien għal Ambjent Aħjar.", "Il-Membri tal-Kumitat qablu li l-Kumitat jagħmel laqgħat fejn jiġu mistiedna dawn l-assoċjazzjonijiet, bil-kundizzjoni li l-Kumitat ikun jaf minn qabel il-materja li l-istess għaqdiet ikunu jridu jiddiskutu.", "Fit-8:04 p.m. Madam Chair aġġornat il-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140519_009m_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 19", "L-Erbgħa, 21 ta' Mejju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 21 ta' Mejju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 18, li saret nhar it-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014, kienu kkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA, L-ISTATI MEMBRI, U L-AFRIKA T'ISFEL DWAR IL-KUMMERĊ, L-IŻVILUPP U L-KOPERAZZJONI (7437/08), SKONT ID-DISPOSIZZJONIJIET TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Luciano Busuttil): Ninforma lill-Membri kollha li din il-laqgħa qiegħda tiġi webcasted fuq il-website tal-Parlament, u għalhekk nistaqsikom jekk hawnx oġġezzjoni għal dan.", "(Onor. Membri: No) Mela, jidher li m'hawnx oġġezzjonijiet, u għalhekk nistgħu ngħaddu mill-ewwel għas-suġġett tal-lum.", "Din hija l-ewwel sessjoni ta' dan il-Kumitat li se tiġi ppresjeduta minni, u għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk nipprovaw insibu xi forma ta' kunsens dwar meta nistgħu niltaqgħu biex ikollna l-istess rutina ta' meta nlaqqgħu l-Kumitat.", "Jien kont se nissuġġerixxi li nżommu l-istess ġranet li fihom jiltaqa' il-Parlament, u ċjoè it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa.", "Ma nafx jekk nhar ta' Erbgħa hijiex ġurnata idonea għal kulħadd.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq dan il-Kumitat, għax imbagħad għandna wkoll il-Working Groups.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Working Groups nistgħu naqbdu u nagħmluhom f'din il-ġurnata wkoll, għax m'hemmx għalfejn niltaqgħu kull ġimgħa fuqhom.", "THE CHAIRPERSON: Ma jidhirx li hemm daqshekk xogħol biex wieħed ikollu l-obbligu li jiltaqa' kull ġimgħa.", "Tajjeb.", "Mela, llum għandna diskussjoni dwar il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, u l-Afrika t'Isfel dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni (7437/08), skont id-disposizzjonijiet tal-Art.", "4(2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan it-Trattat u d-dokumenti relatati rċevejnihom fil-5 ta' Mejju, u diġà tqassmu lill-Membri.", "Għandna wkoll il-Memo li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin bagħat lill-Kabinett, u jidher li r-rakkomandazzjoni hija favur ir-ratifika.", "Hemm xi rimarki?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Min-naħa tiegħi, le; imma ma nafx jekk hawnx xi ħadd min-naħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li jista' jagħtina xi spjegazzjoni ħafifa.", "THE CHAIRPERSON: Il-Ministru jinsab imsiefer, imma naħseb li hawn xi ħadd min-naħa tal-Ministeru.", "IS-SINJURA SHARON SCICLUNA (Assistent Direttur fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin): Tixtiequ xi spjegazzjoni?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna qrajniha, imma forsi hemm xi punti li ma jirriżultawx mill-Memo u li tixtieq tiġbdilna l-attenzjoni tagħhom.", "IS-SINJURA SHARON SCICLUNA: Le, ma jidhirx li hemm.", "Meta sirna membri fl-Unjoni Ewropea, dan il-ftehim kien diġà ilu fis-seħħ mill-1999.", "Il-ftehim oriġinali kellu klawsola li tgħid li dan kellu jiġi rivedut kull ħames snin u, jekk mhux sejra żball, fl-2008 saret din ir-reviżjoni u saru xi emendi għall-ftehim oriġinali.", "Ir-ratifikazzjoni hija għall-emendi li saru fir-reviżjoni.", "Għamilna konsultazzjonijiet ma' diversi Ministeri, flimkien mal-AĠ, and we have the AG's clearance on this ratification.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Kont se nistaqsik x'inhi l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, għax din hija importanti ħafna.", "IS-SINJURA SHARON SCICLUNA: Din ġiet cleared minnu.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Naħseb li nistgħu napprovawh għax mid-diskussjoni jidher li hemm qbil.", "Hemm xi rimarki oħra dwar ir-ratifika ta' dan il-ftehim?", "(Onor. Membri: No) Mela se nirrapporta lill-Kamra b'dan il-qbil.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERIJODU MARZU SA DIĊEMBRU 2013, SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-item li jmiss u ċjoè id-diskussjoni fuq ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għall-perijodu minn Marzu sa Diċembru 2013, skont Sub-artiklu (2) tal-Artiklu 7 tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515).", "Dan ir-rapport ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-25 ta' Marzu 2014 skont l-artiklu 7(2).", "Għandna magħna biex ikellmuna fuq dan is-suġġett lil Dr Raymond Xerri, Kap tad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, u lis-Sur Franklin Mamo, Membru tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "DR RAYMOND XERRI (Kap tad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta): Il-Ministru bħalissa jinsab imsiefer fuq xogħol.", "Skont l-Att 20 tal-2011, dan ir-rapport irid jitressaq kull sena quddiem dan il-Kumitat biex jiġi diskuss ix-xogħol li jkun sar kemm mill-Kunsill, kif ukoll mid-Direttorat, matul is-sena ta' qabel.", "Dan joħroġ ukoll mil-Laqgħa li saret f'Ottubru tas-sena li għaddiet f'pajjiżna.", "F'din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi li jolqtu lill-Maltin ta' barra.", "Hemm diversi temi fir-rapport li d-Direttorat qed jagħmel ħiltu kollha biex jipprova jsolvi ħalli jtejjeb il-qagħda tal-Maltin li jgħixu barra.", "Hemm diversi proġetti li bħalissa qed isir xogħol fuqhom, fosthom il-website tal-Kunsill, kif ukoll il-units biometriċi li jagħtu servizz lill-Maltin li jgħixu barra biex jiġihom ħafna irħas il-passaport tagħhom meta dawn ikollhom bżonn jagħmluh.", "Dawk huma żewġ proġetti li bħalissa qegħdin naħdmu fuqhom.", "Apparti minn hekk, hemm ukoll il-preparazzjoni għall-Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, li se ssir f'April tas-sena d-dieħla.", "Bħalissa l-preparamenti jinsabu għaddejjin in full swing hawn Malta u, ovvjament, il-Kunsill se jkun iċ-ċentru ta' din il-konvenzjoni minħabba li, meta saret l-aħħar l-Konvenzjoni fl-2010, il-Kunsill kien għadu ma jeżistix.", "Issa llum il-Kunsill huwa fiċ-ċentru għax huwa parti mill-Kumitat Organizzattiv ta' din il-Konvenzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-items li huma indikati f'dan ir-rapport huma l-items li ġew diskussi?", "THE CHAIRPERSON: Qed nara item 8 li huwa fuq it-tagħlim tal-lingwa Maltija barra minn Malta.", "Fl-2010 kelli esperjenza meta kont iltqajt mal-Maltin li jgħixu fl-Awstralja, fil-Victoria, u huma stess kienu wrew ix-xewqa sabiex ikollhom aċċess għal kotba bil-Malti ħalli l-ilsien Malti ma jintilifx mal-ġenerazzjoni tagħhom.", "Milli jidher, it-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet ta' Maltin ma tantx għandhom interess fil-kultura u fil-lingwa Maltija.", "Issa, dan il-Kunsill qiegħed jieħu ħsieb dawn ix-xewqat u bżonnijiet?", "DR RAYMOND XERRI: Il-Kunsill – issa s-Sur Mamo jkun jista' jitkellem dwaru aħjar għax huwa Kunsillier fih – qiegħed jiddiskuti wkoll din it-tema; però x-xogħol tad-Direttorat huwa li jassigura li fejn hemm skejjel tal-Malti barra minn pajjiżna – hemm diversi skejjel tal-Malti f'pajjiżi oħra, fosthom fl-Awstralja, fil-Kanada, fil-Belġju, fil-Lussemburgu u f'Londra – ikun hemm sforz mal-Gvern Malti biex ikollna proġetti pilota ħalli jintbagħtu għalliema tal-Malti f'dawn l-iskejjel.", "Diġà hemm għalliema lokali minn hemmhekk stess; però, saret talba biex ikun hemm għalliema minn Malta ħalli jgħallmu l-Malti f'dawn l-iskejjel.", "Hemm ħafna loġistika warajha din, u hemm ukoll il-baġit li jrid jiġi ppjanat għalihom.", "Għalhekk, id-Direttorat bħalissa qiegħed jaħdem flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni fuq il-bażi ta' dan il-proġett pilota.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwel nett, xtaqt ngħid prosit lil min kiteb dan ir-rapport għax irnexxielu jqassar l-affarijiet b'mod konċiż, dirett u li jinftiehem b'Malti tajjeb.", "Ngħidilkom prosit ukoll talli wżajtu l-lingwa Maltija, għax is-soltu dejjem ikollna rapporti bl-Ingliż li, xi kultant, ikollok bżonn dizzjunarju speċjali biex tifhmu!", "Jiġifieri, minn dak il-lat jidher li sar ħafna progress.", "Qed nara li tqajmu ħafna punti hawnhekk, u li ħafna minn dawn il-punti huma punti ambizzjużi ħafna.", "Ovvjament, mhux qed nippretendu li dawn jintlaħqu mill-ewwel għaliex inti għandek proċess, imma naħseb li rnexxilkom taqbdu proċess tajjeb ħafna u rnexxilkom iġġibu l-membri kollha tal-Kumitat biex jibdew, l-ewwel nett, jiddiskutu l-items varji, u mbagħad biex jipprovaw jaslu għas-sustanza.", "Punt partikolari li xtaqt ftit kjarifika fuqu huwa dwar il-miżuri ta' suċċessjoni internazzjonali.", "Hawnhekk qed issemmu tliet konvenzjonijiet, u jien qed neħodha li dawn huma mill-Hague Convention.", "Issa, hemm numru minnhom li naħseb aħna diġà qegħdin parti minnhom billi, meta dħalna fl-Unjoni Ewropea, dħalna f'numru minn dawn il-konvenzjonijiet b'mod awtomatiku.", "Imma, ma nafx jekk kienx hemm proċess fl-aħħar erba' snin biex dawk li ma konniex għadna dħalna fihom, inkunu nistgħu effettivament nidħlu fihom.", "Barra minn hekk, hemm direttiva fuq is-Suċċessjoni tal-Unjoni Ewropea li ma nafx kemm tolqot preċiżament lil dawn il-konvenzjonijiet.", "Però, f'Awwissu tal-2015 din se tiġi fis-seħħ.", "Naħseb li din hija xi ħaġa tajba ħafna għax tolqot il-kwestjoni tal-conflict of laws, jiġifieri l-kwestjoni tad-dritt privat internazzjonali, speċjalment fuq kif taqsam il-beni ta' djar u proprjetà.", "Issa hawnhekk rajt li qiegħda tiġi mfassla memo lill-Kabinett; imma jkun tajjeb li wieħed josserva li l-Ministeru għall-Ġustizzja bħalissa jinsab għaddej b'eżerċizzju biex jevalwa t-trattati li ġew iffirmati minn Malta u li għadhom ma ġewx irratifikati.", "Hawnhekk forsi jkun tajjeb li wieħed jikteb lill-Hague Convention jew jara l-librett li fih għandek min daħal u min ma daħalx, biex naraw x'inhu l-impatt tagħha.", "Din titlob li jkun hemm xi ħadd speċjalizzat fuqha.", "IS-SUR FRANKLIN MAMO (Membru tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta): L-opinjonijiet tiegħi hawnhekk huma tiegħi personali u mhux bilfors li jirriflettu l-ħsieb tal-Kunsil,l kif ukoll tal-organizzazzjoni li jiena naħdem magħha.", "Din tas-suċċessjoni kont ippreżentajtha jiena stess fil-Kunsill.", "U, kif intqal tajjeb hawnhekk, hemm regolament Ewropew li jirregola s-suċċessjoni minħabba li qed jiżdiedu l-kwestjonijiet ta' kunflitt ta' interess fost persuni li għandhom proprjetà f'aktar minn stat membru wieħed.", "Jien ukoll attiv fl-Għaqda tal-Maltin fil-Belġju, u li ġara kien li Malta kienet ivvotat kontra dan ir-regolament; imma dan xorta għadda għax Malta kienet out- voted.", "Hija ħasra li sa dak iż-żmien l-organizzazzjoni tagħna kienet għadha ma ġietx imwaqqfa.", "Illum aħna nvoluti fil-MEUSAC, u allura meta ġiet ippreparata l-pożizzjoni tal-Gvern Malti, ittieħdet aktar il-perspettiva lokali, li kienet kuntrarja.", "Xi ħadd bħali li għandu proprjetà immobbli f'Malta u fil-pajjiż fejn noqgħod, huwa konxju tad-diffikultajiet li jeżistu, u xi kultant se jibda jistaqsi fejn se jagħmel it-testment tiegħu.", "Aħna konna nkunu aktar favur dan ir-regolament.", "Issa l-affarijiet huma kif inhuma, ir-regolament għadda u, kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici, ir-regolament se jidħol fis-seħħ f'Awwissu tal-2015.", "U aħna xtaqna li l-affarijiet jibqgħu on track biex meta jasal id-deadline kollox ikun f'postu ħalli jibda jaħdem.", "It-tliet konvenzjonijiet li semmejt hemm tnejn minnhom li huma tal-Hague Convention on Private Law, mentri t-tielet waħda hija tal-Kunsill tal-Ewropa.", "L-ewwel waħda hija koperta mir-regolament, u tgħid li t-testment tiegħek huwa validu fejn inti tkun residenti regolari.", "Imma, ħsibna li jkun tajjeb li l-Gvern Malti jidħol parti minnha, għax għandek Maltin li mhumiex biss fl-Unjoni Ewropea, u li m'għandhomx biss proprjetà f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.", "U għalhekk importanti li kollox ikun kopert.", "Pereżempju, dwar l-ewwel Konvenzjoni, l-Awstralja hija pajjiż firmatarju, mentri l-oħrajn mhumiex.", "It-tielet waħda hija interessanti wkoll għax iddaħħal il-kunċett tat-testment olografiku.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Meta qed tgħid li \"l-oħrajn mhumiex\", trid tfisser li l-Awstralja mhijiex firmatarja tat-tnejn l-oħra?", "IS-SUR FRANKLIN MAMO: Hekk hu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Kanada u l-Amerika?", "IS-SUR FRANKLIN MAMO: Le, la l-Kanada u lanqas l-Istati Uniti.", "IS-SUR FRANKLIN MAMO: Ma jidhirlix.", "Il-kunċett tagħha din huwa biex dak li jkun ikun kopert ukoll f'pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.", "It-tielet waħda tkopri wkoll il-kwestjonijiet ta' testmenti olografiċi, dawk li ma jkunux innotarizzati u insinwati, u li kultant jinqalgħu f'każijiet ta' emerġenza.", "U dan se jġib lil Malta in line ma' prattiċi oħrajn fl-Unjoni Eworpea, kif ukoll ma' dawk barra mill-Unjoni Ewropea.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien qed nara li qed teħduha bis-serjetà ħafna.", "Naħseb li għandha tkun ta' prijorità u, minħabba din id-deadline, forsi titla' xi ftit 'il fuq fl-aġenda.", "Naf li għandkom id-diffikultajiet, imma forsi wieħed jagħtiha mbuttatura aktar 'il fuq biex titla' għax din issolvi numru ta' problemi, speċjalment għall-Maltin tal-Awstralja minħabba proprjetà li jkollhom hawn Malta u kif se jaqsmu testmenti olografiċi.", "Aħna konna għamilna emendi għal din il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Fl-2004, konna għamilna l-unica carta – jekk qed insemmi l-waħda t-tajba – u suppost li konna qegħdin in line anke fuq il-passaport olografiku.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nirringrazzjakom.", "Minn din id-diskussjoni jidher li hemm qbil dwar dan il-kontenut tar-rapport u dwar il-miżuri li qegħdin jittieħdu fuqu.", "Għaldaqstant, nistaqsi jekk hemmx qbil li nirrapporta lill-Kamra f'dan is-sens?", "Nirringrazzjakom.", "Qabel ma nagħlqu d-diskussjoni tagħna, kemm ngħidilkom biss li għadni kif ġejt informat li fostna se jkun hawn delegazzjoni ta' erba' Parlamentari mill-Knesset, u għalhekk ġejna mitluba nagħmlu laqgħa magħhom nhar it-Tlieta, 17 ta' Ġunju, fis-6.45 p.m.", "JOSEPH SAMMUT: Nitlob li dakinhar niġi skużat minħabba li se nkun imsiefer.", "THE CHAIRPERSON: Ikun tajjeb li nagħmlu laqgħa magħhom peress li l-Lvant Nofsani dejjem ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għalija tajjeb.", "Imbagħad nitlob lis-Segretarju sabiex jerġa' ifakkarna fiha din il-laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: Ifakkarna żgur.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, jien se nkun qiegħed nieħu postok fil-COSAC, u b'hekk ma nistax nattendi.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nistgħu nkunu informati jekk hux se ssir diskussjoni ma' dawn in-nies ħalli naraw x'tip ta' aġenda se jkollna?", "THE CHAIRPERSON: Naturalment, irridu naraw it-topics li se jiġu diskussi, għax jien ukoll sirt naf b'din il-laqgħa issa stess.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk huwa possibbli nistgħu nakkwistaw position paper?", "Xtaqt li l-position paper, jekk hu possibbli, tkun qiegħda f'idejna bħala Deputati, u niddiskutu ftit x'se niddiskutu magħhom.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri dawn mhux ġejjin bħala Foreign Affairs Committee sħiħ?", "Però, irridu nkunu daqsxejn kawti wkoll fuq xiex se nitkellmu.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.11 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140521_019d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 21 ta' Mejju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "George Vella (imsiefer fuq xogħol tal-Gvern), l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 18 li saret fit-18 ta' Marzu, 2014 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI, U L-AFRIKA T'ISFEL DWAR IL-KUMMERĊ, ŻVILUPP U KOPERAZZJONI (7437/08) SKONT ID-DISPOSIZZJONIJIET TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti, li kopja tagħhom kienet diġà tqassmet lill-Membri:-", "75 Kopja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, u l-Afrika t'Isfel dwar il-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni (7437/08); u", "76 Kopja tal-Memo lill-Kabinett magħmul mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar dan l-istess ftehim.", "Il-Kumitat iddiskuta dan il-ftehim u ħadet sehem ukoll is-Sinj.", "Sharon Scicluna, Assistent Direttur fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika ta' dan il-ftehim u li l-President tal-Kumitat jirrapporta dan il-qbil lill-Kamra.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERJODU MARZU SA DIĊEMBRU 2013 SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti, li kopja tagħhom kienet diġà tqassmet lill-Membri:-", "77 Kopja tar-Rapport Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għall-perjodu Marzu sa Diċembru 2013; u", "78 Kopja tar-Rapport ta' Progress fir-rigward tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li saru fil-laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li nżammet fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2013.", "Il-Kumitat iddiskuta dawn id-dokumenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 7 (2) tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515) fejn ħadu sehem ukoll Dr Raymond Xerri, Kap tad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u s-Sur Franklin Mamo, Membru tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "Il-Kumitat innota s-sottomissjonijiet li saru fir-Rapport Annwali għall-perjodu Marzu-Diċembru 2013, li kopja tiegħu diġà kienet tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-iSpeaker fil-25 ta' Marzu 2013, u l-Kumitat kien sodisfatt bir-rakkomandazzjonijiet li saru u bl-azzjoni li kienet qiegħda tittieħed sabiex jiġu indirizzati l-kwestjonijiet li jolqtu l-Maltin li jgħixu barra minn Malta li tqajmu fil-laqgħa tal-Kunsill li nżammet f'Malta fit3- u l-4 ta' Ottubru 2013.", "Fis-7.11 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140521_019m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 8", "It-Tnejn, 2 ta' Ġunju fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Ġunju 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Alfred Camilleri dwar l-operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-iStabbilità Finanzjarja Ewropea, skont l-Att dwar il-Parteċipazzjoni u l-Għoti ta' Appoġġ għall-iStabbiltà Finanzjarja skont il-Mekkaniżmu ta' Stabbilta Ewropea (Kap 523).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140602_008a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 8", "It-Tnejn, 2 ta' Ġunju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 8", "It-Tnejn, 2 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m", "TONIO FENECH: Fil-minuti hawn imniżżel li fil-bidu ta' din il-laqgħa se niddiskutu x'suġġetti aħna l-membri nixtiequ li jiġu diskussi fil-laqgħat tal-Kumitat li ġejjin.", "Għandek l-intenzjoni li tagħmilha llum?", "Jew qed tipproponi li nagħmluha fil-laqgħa li jmiss?", "Kif tixtieq inti, billi għal-lum jidher li għandna preżentazzjoni twila.", "THE CHAIRMAN: Nissuġġerixxi li l-ewwel naraw kemm se jittieħed ħin għall-preżentazzjoni.", "Imbagħad, jekk ikun għad fadal ħin, niddiskutu xi suġġetti li tridu li jkollna fuq l-aġenda għall-ġejjieni.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7, li saret fit-12 ta' Mejju 2014, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN: Irċevejna korrispondenza mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, li kollha suppost għandkom kopja tagħha.", "Waqt il-preżentazzjoni li kien tana l-Gvernatur fl-aħħar laqgħa, kont staqsejtu jekk il-Bank Ċentrali kienx għamel xi studju dwar l-impatt li l-miżura tat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma seta' kellha fuq l-ekonomija ta' Malta.", "Dakinhar kien infurmani li kien saret analiżi, imma mhux studju separat.", "Kont tlabtu sabiex jippreżenta din l-analiżi lill-Kumitat, biex jekk il-kumitat iħoss li jrid jiddiskutu dan is-suġġett ftit iktar fid-dettall, ikollna rapport tal-Bank Ċentrali.", "Għalhekk, bil-permess tal-Kumitat, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Ngħaddu għall-ewwel punt fuq l-aġenda:", "L-OPERAT TAL-MEKKANIŻMU U TAL-FAĊILITÀ GĦALL-ISTABBILTÀ FINANZJARJA EWROPEA SKONT L-ATT DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI U L-GĦOTI TA' APPOĠĠ GĦALL-ISTABBILTÀ FINANZJARJA, SKONT IL-MEKKANIŻMU TA' STABBILTÀ EWROPEA (KAP 523).", "THE CHAIRMAN: Nistieden lis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, sabiex jagħtina preżentazzjoni dwar l-\"Operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-Istabbiltà Finanzjarja Ewropea skont l-Att dwar il-Parteċipazzjoni u l-Għoti ta' Appoġġ għall-Istabbiltà Finanzjarja, skont il-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropea.\"", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi): Grazzi, Sur Chairman.", "F'din il-preżentazzjoni se nagħti overview ġenerali dwar iż-żewġ mekkaniżmi ta' stabbiltà, għax tajjeb li ngħid li fuq livell Ewropew hemm il-mekkaniżmu transitorju u l-mekkaniżmu permanenti, u li t-tnejn li huma kienu ġew approvati b'Att fil-Parlament Malti.", "Din hi l-ewwel okkażjoni li qed nagħti preżentazzjoni fuq dan is-suġġett, u mhux biss se nagħti rendikont b'mod estensiv ta' x'sar minn dawn iż-żewġ mekkaniżmi, imma se nidħol ukoll fil-każ ta' Malta bħala shareholder, l-istruttura u l-programmi li l-mekkaniżmi servew, il-bailouts, u x'għajnuniet ingħataw.", "Wara, se niddiskutu l-impatt li dawn il-mekkaniżmi kellhom u għandhom fuqna bħala pajjiż, u kif jaħdmu differenti minn xulxin.", "Irridu napprezzaw li dawn iż-żewġ mekkaniżmi saru f'kuntest ta' kriżi finanzjarja u ekonomika, u l-iskop kien li ddaħħal iktar stabbiltà fil-qasam ekonomiku u finanzjarju Ewropew, speċjalment fil-pajjiżi taż-Żona Ewro.", "Il-mekkaniżmu transitorju huwa l-European Financial Stability Facility (EFSF), filwaqt li l-mekkaniżmu permanenti huwa l-European Stability Mechanism (ESM).", "Ma' dawn it-tnejn kien hemm mekkaniżmu ieħor, il-European Financial Stability Mechanism (EFSM), li hawnhekk m'aħniex se nitkellmu fuqu għaliex kien mekkaniżmu li kellu lending capacity ta' madwar €60 biljun, u li kien qed jiġi ffinanzjat minn fondi Ewropej, u b'hekk ma kienx jinċidi fuq il-finanzi pubbliċi Maltin.", "Bħala mekkaniżmi, it-tnejn huma mħaddmin b'kollaborazzjoni sħiħa fuq il-mudell tal-International Monetary Fund (IMF).", "Dawn il-mekkaniżmi jiffaċilitaw is-self lill-pajjiżi, ix-xiri ta' stocks jew bonds direttament maħruġa mill-gvernijiet, ix-xiri ta' bonds ta' strumenti finanzjarji mis-suq miftuħ – dak li ngħidulu secondary market – programmi ta' prekawzjoni – meta pajjiż ikollu diffikultà jew inkella bħala prevenzjoni – kif ukoll ir-rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju u ta' istituzzjonijiet finanzjarji.", "Għad hemm dibattitu sħiħ, speċjalment fl-ESM, jekk għandux jidħol biex jirrikapitalizza u jinvesti fil-banek b'mod dirett.", "Irridu napprezzaw li, meta din il-faċilità tħaddmet – bħal fil-każ ta' Spanja fejn daħlu l-banek – l-arranġament kien li l-mekkaniżmu jislef lill-gvern, u l-gvern isostni l-qasam bankarju.", "Imma s'issa dawn iż-żewġ mekkaniżmi dejjem ħadmu tramite l-gvern.", "L-interface huwa dejjem mal-gvern tal-pajjiż rispettiv.", "Huwa importanti li wieħed japprezzaha u jifhimha.", "L-EFSF twaqqaf fis-7 ta' Ġunju 2010.", "Irridu napprezzaw li l-kriżi finanzjarja bdiet fl-2008, imma l-ewwel movimenti bdew fl-2007, għalkemm l- veru karga tal-kriżi kienet fl-2009 u fl-2010, għax l-ewwel kien hemm l-intervent fil-Greċja, fejn kien hemm il-bilateral loans, imbagħad inħolqot l-EFSF għax kien hemm pajjiżi oħra bi problemi.", "Fit-28 ta' Novembru 2010, kien hemm l-ewwel programm ta' €85 biljun li kien ta assistenza lill-Irlanda, u fis-17 ta' Mejju 2011, ingħata programm ta' għajnuna ta' €78 biljun lill-Portugall.", "Fl-20 ta' Ġunju, il-kapaċità effettiva li l-EFSF jislef żdiedet u, minħabba n-natura tal-kriżi u minħabba li dak iż-żmien il-kriżi kienet għadha qiegħda żżid, tlaqna b'lending capacity ta' €240 biljun.", "Illum, is-sitwazzjoni fis-swieq hija totalment differenti u kalma meta pparagunata mat-tensjoni kbira li kien hemm dak iż-żmien.", "Is-sens ta' kriżi kienet sostanzjali, u kienet qiegħda tinċidi ħafna fuq il-Ministeri tal-Finanzi u l-Banek Ċentrali.", "Biex tapprezzaw iktar is-sens ta' urġenza li kien hemm fit-twaqqif tal-EFSF, kien hemm numru ta' laqgħat b'mod regolari u li ħafna minnhom ġieli ssejħu għall-għarrieda fost uffiċjali tal-Ministeri tal-Finanzi, uffiċjali oħrajn, u fost il-Ministri tal-Finanzi, kif ukoll fuq livell ta' kap ta' stat.", "Fis-26 ta' Ottubru 2011, il-Greċja ngħatat it-tieni programm ta' għajnuna ta' self bilaterali li kien għadda b'Att fil-Parlament, fejn kull pajjiż kellu jislef lill-Greċja.", "Dan kien proċess cumbersome u ried jinstab mekkaniżmu li jkun iktar ħafif u flessibbli u li jilqa' għal kull emerġenza li setgħet tinqala'.", "Biex tiġi indirizzata problema, ma jistgħux jittieħdu numru ta' ġimgħat jew xhur, għaliex is-swieq u l-kriżijiet ma jistennewx, u f'ħakka t'għajn problema tista' tiggrava bis-serjetà.", "Fit-2 ta' Frar 2012, kien hemm l-inizjalar tat-Trattat tal-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà, li huwa l-mekkaniżmu permanenti li għandna llum, u li se jibqa' long-term.", "Fl-14 ta' Marzu 2012, kellna t-tieni programm ta' għajnuna lill-Greċja u, fl-20 ta' Lulju 2012, ingħata l-programm ta' assistenza lil Spanja għas-settur bankarju.", "L-ESM ġiet inawgurata fit-8 ta' Ottubru tal-istess sena u, bħala għajnuna lill-banek, Spanja ġiet mogħtija €100 biljun.", "Fl-2013, l-ESM ħarġet fis-swieq, peress li l-ESM taħdem fuq sistema ta' kapital, imma l-fondi tagħha tiġborhom mis-suq.", "Wara, kellna l-programm ta' għajnuna lil Ċipru ta' €9 biljuni.", "Fl-2014, il-Latvja ssieħbet fiż-Żona Ewro.", "Issa, kull pajjiż li jissieħeb fiż-Żona Ewro m'għandux għażla, u hu marbut li jissieħeb fl-ESM u jikkontribwixxi għall-kapital.", "Iktar riċenti, l-Irlanda ħarġet mill-programm with a clean sheet, fis-sens li lanqas precautional programme ma kellhom, u fit-18 ta' Mejju 2014 il-Portugall iddeċieda li joħroġ mill-programm bl-istess mod.", "TONIO FENECH: Meta l-Portugall ħarġet mill-programm, waqfet tissellef mill-EFSF u bdiet tħallas lura?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Le, għadhom ma bdewx iħallsu lura, għax m'għandhomx precautionary programme u qed jissellfu mis-suq.", "F'din l-islide qed taraw id-distinzjonijiet ewlenin li hemm bejn l-EFSF u l-ESM, u se nirriflettu ftit dwar id-differenza kardinali bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.", "Bħala pajjiż, għandna interess fit-tnejn; imma, istituzzjoni minnhom laqtitna sostanzjalment differenti mill-oħra.", "L-EFSF hija kumpanija privata taħt il-Liġi tal-Lussemburgu, u mwaqqfa bi trattat bejn il-pajjiżi membri taż-Żona Ewro.", "Kien mekkaniżmu temporanju u nħoloq ta' malajr meta l-kriżi kienet l-iktar serja, biex ikun hemm strument jew għodda li tista' taħdem biha.", "L-EFSF qiegħed fi transizzjoni, u xi darba għad irid jispiċċa.", "Huwa sostnut mill-garanziji tal-gvernijiet u, fil-każ tagħna, pprovdejna madwar €700 miljun garanziji lil dan il-mekkaniżmu.", "L-ESM huwa mekkaniżmu permanenti, u hemm struttura iktar soda ta' subscribed capital, paid-in capital, u callable capital.", "Fil-każ tal-EFSF, minn €440 biljun sellef €192 biljun.", "Ma sellifhomx kollha, filwaqt li fil-każ tal-ESM, il-kapaċità li jsellef u programmi ta' għajnuna kienu ta' €500 biljun.", "Id-differenza sostanzjali għalina bħala pajjiż hija waħda … (Interruzzjonijiet)", "X'inhu l-vantaġġ ta' istituzzjoni minn oħra?", "Iż-żewġ istituzzjonijiet għamlu xogħol tajjeb.", "Bit-tajjeb u l-ħażin kollu li kellu, fil-mument li l-iktar li kien hemm bżonn, il-mekkaniżmu transitorju laqa' għall-kriżi u kien jaħdem.", "Min-naħa l-oħra, in-negattiv kien li, għal kull €1 self li ta, din tqassmet fost il-pajjiżi, għax ingħatat abbażi tal-garanziji lill-pajjiżi membri tal-mekkaniżmu, li affetwa d-dejn tal-pajjiżi.", "Il-loans li tat l-EFSF ġew re-routed għad-dejn ta' kull pajjiż, u aħna, bħala pajjiż, għandna ammont ta' dejn li b'mod regolari qed jiżdied mad-dejn tagħna, minħabba li dan il-mekkaniżmu jaħdem abbażi tal-garanziji li aħna bħala pajjiż tajna lill-mekkaniżmu.", "L-ESM m'għandhiex din il-problema għax hi bbażata fuq shareholding, u allura m'hemmx il-problema li meta pajjiż jidħol fi programm jew inkella jitfassal programm, jagħti l-għajnuna lill-pajjiżi li jkollhom bżonn.", "U hemmhekk, la jinċidi fuq id-deficit u lanqas fuq id-dejn tal-pajjiż.", "Fil-każ tal-EFSF, jinċidi biss fuq il-volum tad-dejn.", "Dawn iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom rating għoli ħafna u, kull meta ħarġu fis-suq, dejjem irnexxilhom jiġbru, mhux biss għal dak li talbu, imma ħafna iktar ukoll!", "Li hemm vantaġġ hu li dawn iż-żewġ istituzzjonijiet, bil-gvernijiet taż-Żona Ewro warajhom, qed jissellfu b'rati li huma kompetittivi u kważi baxxi, u m'hemmx wisq riskji, għax huma robusti u ħarġu strumenti li huma attraenti ħafna għall-investituri.", "Meta dawn l-istituzzjonijiet ħarġu biex jissellfu mis-suq, qatt ma sabu problema, u din għenet biex tiġi mmansata l-kriżi li konna għaddejjin minnha, u l-fatt li huma strumenti effettivi li meta tiġi bżonnhom issibhom tat sens ta' iktar sigurtà kemm lis-suq kif ukoll lill-pajjiżi membri, għax issa hemm fuq xiex taqa', u hemm xi jsostnik.", "Bħala struttura, l-ESM tieħu ħsieb l-affarijiet kollha tal-EFSF.", "Dan għaliex l-EFSF huwa strument transitorju, u m'hemmx management structure.", "L-istruttura organizzattiva tal-ESM issostni u tħaddem dawk l-affarijiet kollha li hemm bżonn fejn jidħol l-EFSF.", "Il-Bord tal-Gvernaturi huwa bħala organu ta' deċiżjonijiet kemm għall-EFSF kif ukoll għall-ESM, u huwa dejjem magħmul mill-Ministri tal-Finanzi.", "Il-laqgħa tal-ministri taż-Żona Ewro tkun tikkoinċidi mal-laqgħa tal-Eurogroup, għax huma l-istess nies.", "Imbagħad, hemm il-Bord tad-Diretturi, li huma l-kapijiet tal-ministeri tal-finanzi.", "Fil-każ ta' Malta, il-Ministru huwa l-Gvernatur u jiena d-Direttur, għaliex l-uffiċjali li huma diretturi huma l-istess nies li qegħdin fil-Kumitat tal-Finanzi u l-Ekonomija.", "Hemm koinċidenza mħaddma b'dak il-mod, kif ukoll, li d-direttur huwa l-alternate tal-ministru, u jista' jaħdem minflok il-ministru, u kull pajjiż għandu uffiċjali li huma maħtura f'din il-pożizzjoni.", "Fil-kapaċita tiegħi bħala Direttur, kont membru tal-Compensation Committee, fejn għamilt madwar sentejn, u reċentement inħtart bħala ċ-Chairperson tal-istess kumitat.", "(Interruzzjonijiet) Iktar tard dan ix-xahar, se jkun hemm l-Annual General Meeting, biex jiġu approvati l-Annual Reports u l-Audited Accounts, li mbagħad jiġu sottomessi quddiem il-Parlament.", "L-ESM għandha ċertu immunitajiet u, billi hi istituzzjoni internazzjonali, il-ħaddiema jgawdu minn ċertu privileġġi u immunitajiet.", "Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dalwaqt irid jippubblika Avviż Legali biex jestendi dawn il-privileġġi w immunitajiet għat-territorju Malti.", "Kif aċċennajt qabel, hemm dibattitu sħiħ, u għad m'hemmx qbil dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek.", "Minkejja li sar xi progress, ir-rikapitalizzazzjoni diretta dejjem saret tramite l-gvern.", "Dan għaliex kemm l-EFSF, kif ukoll l-ESM, qatt ma taw u ma jagħtux programmi mingħajr ma jkun hemm conditionality.", "Ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet huma riformi strutturali f'kull qasam tal-ħajja, kemm f'dak li huwa ekonomiku, kif ukoll dak li huwa soċjali.", "Hawnhekk, qegħdin nitkellmu dwar kull fejn ikun hemm din it-tip ta' għajnuna.", "Din it-tip ta' għajnuna ma tiġix mingħajr ma jkollha ċertu irbit.", "U dan l-irbit huma dawn il-kundizzjonijiet.", "Bħala proċedura, il-pajjiż li jkollu bżonn l-għajnuna tal-ESM irid jagħmel applikazzjoni lill-gvernaturi.", "Għalhekk hemm din il-koinċidenza u l-overlap bejn il-Ministru għall-Finanzi – speċjalment taż-Żona Ewro – u l-Bord tal-Gvernaturi, sabiex il-Ministri għall-Finanzi ma jkunux sajmin minn dak li jkun qed jiġri f'pajjiż li eventwalment jitlob l-għajnuna.", "Normalment, qabel pajjiż jitlob għall-għajnuna, ikun diġà suġġett ta' diskussjoni diversi drabi, u żgur li l-ebda Ministru mhu se jmur f'laqgħa u jiskopri li pajjiż \"X\" għandu bżonn l-għajnuna!", "Għalhekk hemm dan l-arranġament ta' overlap.", "Wara li tiġi sottomessa l-applikazzjoni lill-gvernaturi, il-Kummissjoni, flimkien mal-ECB, tassessja l-qagħda finanzjarja, ekonomika u d-dejn tal-pajjiż applikant.", "Abbażi ta' hekk, il-Bord tal-Gvernaturi imbagħad jiddeċiedi jekk għandhiex tingħata għajnuna jew le.", "Il-mument li jkun hemm deċiżjoni pożittiva, jiskatta l-mekkaniżmu fejn it-trojka – il-Kummissjoni, l-ECB u l-IMF – jitkellmu mal-pajjiż applikant u jinnegozjaw il-programm ta' għajnuna.", "In-negozjati ġieli kienu iebsin ħafna, u ġieli kienu inqas iebsin, għax ħafna drabi jiddependi mit-tip ta' kondizzjonijiet li jkunu qegħdin jintalbu għal dik it-tip ta' għajnuna.", "Jitfassal il-programm, ikun hemm Memorandum of Understanding li jiġi approvat mill-Bord tal-Gvernaturi; imbagħad, wara li jiġi ffirmat, il-programm jibda jitwettaq.", "B'mod regolari u f'kull laqgħa tal-Eurogroup, lill-Ministri jingħatalhom rendikont dwar it-twettiq tal-programm ta' għajnuna li jkunu approvaw, peress li ħafna drabi jkun hemm bżonn ta' deċiżjonijiet addizzjonali jew varjazzjonijiet f'dak li jkun sar.", "Il-liġi torbotna li għall-inqas darba fis-sena rridu niġu hawnhekk u nagħtu rendikont ta' dak li jkun sar u, bħala istituzzjoni, marbutin li meta jkunu approvati l-Annual Report u l-Audit Accounts, jiġu ppreżentati lill-Parlament.", "Aħna obbligati wkoll li nagħtu dan ir-rapport lill-Awditur Ġenerali, għaliex għandna interess mill-qrib fiż-żewġ mekkaniżmi, għax f'wieħed għandna shareholding u d-deċiżjonijiet li jittieħdu hemmhekk, u allura għandna parti mir-responsabilità tagħhom, u fl-ieħor, kif spjegajt, hemm l-istruttura ta' garanziji li tkun qed tissarraf kull meta tingħata loan.", "Bħala struttura ta' backup taż-żewġ istituzzjonijiet, fl-EFSF hemm struttura ta' garanziji, li ngħidulha credit enhancement.", "F'numru ta' pajjiżi fiż-Żona Ewro hemm il-problema ta' credit rating differenti, jiġifieri min hu triple A rated u min hu rated inqas minn daqshekk.", "Il-garanzija mhux ta' kulħadd tiswa l-istess, u hija meqjusa ta' li hi.", "Biex induru mal-problema tal-credit rating, fil-każ tal-EFSF, għal kull ewro rridu nipprovdu €1.65 bħala garanzija.", "Ix-shareholding jinħadem bil-key tal-ECB, peress li bħala istituzzjoni kienet twaqqfet f'sitwazzjoni ta' kriżi u d-deċiżjonijiet riedu jittieħdu b'ċerta għaġġla, għax hekk kien hemm bżonn, u f'dak il-kontest l-iktar ħaġa konvenjenti u prattika li setgħet issir, u l-unika riga effettiva li kien hemm, kien ix-shareholding fl-ECB tal-pajjiżi membri.", "Fil-każ tal-ESM, din saret f'kondizzjonijiet iktar kalmi u iktar maħsuba, fejn il-pressjonijiet li kien hemm ġew indirizzati u l-għajnuniet li kellhom bżonn il-pajjiżi kienu ngħataw, u hekk il-kriżi bdiet tiġi mmaniġġjata aħjar.", "L-ESM għandha kapital ta' kważi €702 biljun, li minnhom 'il fuq minn €80 biljun huwa mħallas, u l-kumplament jista' jintalab skont il-bżonn.", "EDWARD SCICLUNA: Fid-diskussjoni li kien hemm fuq id-differenza bejn id-deficit u d-dejn u l-istock-flow adjustment, kien hemm €60 miljun jew ftit fuqhom li x-shadow minister staqsieni kif qatt ma rrapportajnihom.", "Din kienet prevista li titħallas, bħalma se jkollha titħallas – jekk m'iniex sejjer żball – fl-2015.", "F'din l-islide qed naraw il-progress tal-ħlas mill-pajjiżi bħala paid-in capital u, f'Ottubru 2013, qed naraw li kienu tħallsu €65 biljun, u din niżlet fl-istock-flow u għolliet id-dejn over and above mil-livell tad-deficit.", "Din kienet waħda li kkontribwiet għall-fatt li d-dejn żdied b'ammont iżjed mid-deficit.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Bħala debt re-routing, is-sena li għaddiet kien hemm €36.5 miljuni, jiġifieri garanziji li ssarrfu min-naħa tal-EFSF u li għaddew fuq id-dejn tagħna.", "Imbagħad, kellna €23 miljun … (Interruzzjonijiet) Hemm is-self lill-Portugall, lill-Irlanda u lill-Greċja li għadhom għaddejjin.", "TONIO FENECH: Għax ma jkunx tħallas l-ammont kollu tagħhom …", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Darba fix-xahar, nirċievu rendikont tal-garanziji li jkunu ssarrfu min-naħa tal-EFSF, u s-sehem tagħna jingħadd mad-dejn tagħna.", "Is-sena li għaddiet, kien hemm €36.5 miljun – li huwa bħal debt re-routing – imbagħad kellna nagħtu l-kontribuzzjoni tal-kapital tagħna lill-ESM.", "Fil-każ tal-ESM, kien hemm żewġ instalments tal-paid-in capital li ġew aċċellerati skont il-ftehim.", "THE CHAIRMAN: Hawnhekk qed tirreferi li d-differenza li l-Ministru tkellem fuqha hija minħabba li din ma tniżżlitx fid-deficit, filwaqt li tniżżlet fid-dejn?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Tidħol fid-dejn.", "TONIO FENECH: Is-€36 miljun, qed tgħid.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: L-EFSF ma tolqotx id-deficit imma tolqot id-dejn, u li jiġri hu li jkun hemm ammonti ta' garanziji li jissarrfu u li jolqtu d-dejn u ma jolqtux id-deficit.", "Allura, jista' jkun hemm deficit inqas u dejn iktar.", "F'dan il-każ, kellna €36 miljun EFSF debt re-routing u €23 miljun paid-in capital lill-ESM.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, it-total ta' €60 miljun ma jkunx inkluż fid-deficit?", "TONIO FENECH: Jiġifieri, fl-ESM il-kapital jidħol fid-dejn?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Iva, għax aħna qegħdin insellfuhom.", "TONIO FENECH: Il-parti tas-self.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Aħna m'għandniex xi stock ta' flus x'imkien, xi kexxun mimli bil-flus u noħorġu minnu l-miljuni; la qegħdin naħdmu bid-deficit, il-kapital li qegħdin inħallsu lill-ESM irridu nissellfu għalih, u ladarba nissellfu, jiżdied d-dejn.", "Imma hekk jinħadem ix-shareholding fl-ESM.", "TONIO FENECH: Ma nafx kif kienet deċiża finalment, imma sakemm jien kont għadni Ministru, kemm-il darba tlabna għal kjarifika ta' x'kien se jiġri u jekk tidħolx fid-dejn.", "L-argument hu li dawn qed jiġu investiti fl-istrument.", "Suppost in-net impact fid-dejn huwa zero, imma jekk qed tgħidli li l-Eurostat iddeċidew li xorta ...", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Id-dejn jittieħed bħala gross fil-pubblikazzjoni tal-Eurostat, u jniżżluh bħala Memorandum Item: Intergovernmental Lending in the Context of the Financial Crisis, u f'dan il-każ idaħħlu l-loan tagħna lill-Greċja, kif ukoll l-ammont tal-EFSF, id-debt re-routing.", "F'din iċ-ċifra mhemmx shareholding.", "Din jeħduha inkonsiderazzjoni meta l-Kummissjoni tiġi biex tassessja l-livell tad-dejn.", "Dik kienet il-kjarifika li konna tlabna u li kienu kkonċedewlna.", "Fil-każ tagħna, l-argument li dejjem ġibna kien li Malta għandha impatt kbir, għalkemm issa s-Slovenja għaddietna bi 3.3%.", "THE CHAIRMAN: Meta l-Eurostat tikkwota l-persentaġġ tad-dejn as a percentage of GDP, dak qed jiġi inkluż, imbagħad jitneħħa meta l-Kummissjoni tqis il-livell tal-piż tad-dejn?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Meta l-Kummissjoni tħares lejn il-piż tad-dejn, dak tieħdu inkonsiderazjoni u tikkwalifikah.", "TONIO FENECH: Ma timponilekx li tnaqqas dak il-proporzjon, jekk mhux 'il fuq minn 60%.", "Imma dak il-porzjon ma jinħadimlekx bil-kalkolu ta' kemm titnaqqas kull sena.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fil-one-twentieth rule irid jitnaqqas dejjem.", "Id-differenza hi li ż-żieda fid-dejn ġejja mill-EFSF u, f'dak il-każ, hemm a big mitigating factor.", "Kieku m'hemmx deficit, id-dejn jiżdied biss minħabba l-EFSF; imma hemm ċirkostanza differenti, fejn hemm deficit u d-dejn qed jiżdied.", "KARMENU VELLA: Fir-realtà, l-ikbar impatt fuq pajjiżna huwa li, filwaqt li normalment niddejnu, u dak li niddejnu qed indawru u nkabbru l-ekonomija bih, dan id-dejn mhu qed jikkontribwixxi xejn għat-tkabbir ta' pajjiżna.", "TONIO FENECH: L-Ewropa għandha bżonn l-istabbiltà biex l-ekonomija tikber.", "Ma nistgħux inkunu daqshekk simplistiċi u ngħidu 'Malta biss'.", "KARMENU VELLA: Differenza li elenkajt bejn l-ESM u l-EFSF kienet li, filwaqt li wieħed jimpinġi fuq id-dejn tagħna, l-ieħor ma jimpinġix.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Jimpinġu għall-kapital biss, għax la investejna fl-ESM, il-kapital jidħol fid-dejn.", "Għax jekk tissellef biex tinvesti ma jkunx hemm flus, imma l-għajnuna li tagħti l-ESM lis-self eċċ., dawk mhux bħall-EFSF, li jimpinġu fuq d-dejn.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb li ċċarajtha.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fil-każ tal-ESM, hemm benchmark ta' 11.4% bejn il-paid-in u s-subscribed capital.", "Dan jinżamm 11.4%.", "Imbagħad, hemm benchmark ieħor li l-paid-in capital mad-dejn tal-ESM ma jridx ikun inqas minn 15%.", "Jiġifieri, jekk il-kapital imħallas bħala ratio tad-dejn tal-ESM jinżel inqas min 15%, allura jkun hemm talba għal kapital addizzjonali.", "THE CHAIRMAN: Malta kif tirrankja mal-pajjiżi jekk nikkonsidraw l-ammont li qed nagħtu fuq iż-żewġ strumenti u l-persentaġġ tal-GDP tagħna?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fl-aħħar pubblikazzjoni, Malta kienet 3.1% bħala perċentwal tal-GDP.", "THE CHAIRMAN: Jekk tikkomparah mal-Ġermanja?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Il-Ġermanja qegħdin 2.4%.", "THE CHAIRMAN: L-argument li Malta hija żgħira u qed tikkontribwixxi inqas fil-verità huwa kompletament bil-maqlub.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: F'dawn l-istituzzjonijiet, iktar ma tkun żgħir, iktar il-perċentwal ikun għoli.", "Fil-fatt, issa s-Slovenja qabżitna u qiegħda 3.3%, u jekk naraw il-pajjiżi li huma relattivament żgħar, ukoll għandhom ratios kemm kemm ogħla.", "Imma tagħna huwa għoli ħafna.", "EDWARD SCICLUNA: Jiena ngħid bil-kontra tas-siġġijiet fil-Parlament, għax relattivament forsi għad-daqs tagħna, kien ikollna żewġ siġġijiet, imma llum għandna sitta, filwaqt li kieku kollox relattiv, il-Ġermanja kien ikollhom 200, minflok il-100 siġġu li għandhom illum.", "F'dan il-każ, ħadmet kontrina.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Meta ġejna għax-shareholding, fil-każ tal-ESM inħolqot capital key kemm kemm differenti.", "Għal dawk il-pajjiżi li jikkwalifikaw għall-istructural funding, intuża l-istess benchmark tal-75%, imma fil-każ ta' dawk il-pajjiżi li – mhux f'dan il-perijodu finanzjarju, imma ta' qabel – kienu taħt il-75%, kien hemm perijodu ta' transizzjoni.", "Fil-każ tagħna, sal-2020 se ngawdu minn dan il-perijodu, imma dawk it-€13-il miljun li mhux se nagħtu issa, irridu nagħtuhom dakinhar.", "Din l-islide turi l-programmi li tħaddmu kemm mill-EFSF kif ukoll mill-ESM.", "Il-kontribuzzjonijiet huma minn diversi sorsi, jiġifieri l-programm tal-Irlanda ma kienx kollu ffinanzjat mill-EFSF jew mill-ESM, imma kien hemm ukoll l-IMF, u kien hemm każijiet fejn kien hemm il-bilateral loans, bħal fil-każ tal-Greċja.", "Fil-każ tal-Irlanda, mill-EFSF intużaw €17-il biljun, fil-każ tal-Portugall intużaw €26 biljun, fil-każ tal-Greċja kien hemm żewġ programmi ta' €144 u €139 biljun, fil-każ ta' Spanja €41 biljun, u fil-każ ta' Ċipru kien hemm programm ta' €9 biljun, imma ntużaw €4.7 biljun.", "Fil-każ tal-Greċja, €144 biljun huma l-committed u ġew użati €139.9 biljun.", "THE CHAIRMAN: It-total taż-żewġ programmi huwa ta' €144 biljun?", "IS-SUR CHARLES ABELA: L-ewwel programm ġie kkanċellat, u l-fondi li ma ġewx użati, ġew użati fit-tieni programm.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Issa, hawn sensiela ta' slides fejn kull slide turi l-programm b'xi dettalji saljenti inklużi.", "Fil-każ tal-programm Irlandiż, dan kellu assistenza finanzjarja ta' €85 biljun, il-Portugall kellu assistenza finanzjarja ta' €78 biljun u, fil-każ tal-Greċja, kellu kważi €145 biljun.", "Fil-każ tal-programm Spanjol, kellu assistenza finanzjarja ta' €100 biljun, u €9 biljuni fil-każ tal-programm Ċiprijott.", "THE CHAIRMAN: Jidher li hemm koordinament kemm mal-IMF, kif ukoll ma' setturi l-oħra, minħabba li l-programm ikun equally spread.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Il-programmi dejjem jinħadmu u jiġu evalwati mill-IMF, l-ECB u l-Kummissjoni, jew kif inhuma magħrufa t-Trojka.", "Kull għajnuna għandha l-prezz tagħha, u l-ESM taħdem b'din l-istruttura li ġejja: base rate, commitment fee, service fee, u l-marġini tal-qligħ.", "Fil-każ tal-EFSF, fejn jidħol dak li huwa creditor status, kulħadd huwa ndaqs.", "Fil-każ tal-ESM, hemm il-preferred creditor status, fl-eventwalità li jkun hemm telf ta' dak li jiġi misluf.", "Biex twaqqfu dawn iż-żewġ istituzzjonijiet, kif ukoll fil-każ tas-self bilaterali lill-Greċja, kellhom jgħaddu tliet liġijiet mill-Parlament Malti, waħda għal kull darba.", "Kull pajjiż fiż-Żona Ewro huwa eleġibbli għal għajnuna jekk ikollu bżonnha.", "Fil-każ tal-ESM, konna kkjarifikajna, anke permezz ta' ittri legali li kienu ġew annessi mal-Att, u konna ġibna l-garanzija li kull pajjiż, inkluż aħna, jekk Allaħares qatt – u jien ngħid Allaħares qatt – ikollu bżonn, jingħata l-għajnuna.", "F'din l-islide qed naraw tabella dwar l-exposure ta' Malta lill-EFSF u l-investiment, u meta tħallas il-paid-in capital lill-ESM.", "Fil-każ tal-EFSF, id-dejn li laqat lilna, kif ukoll is-self lill-Greċja, kien hemm total ta' €230 miljun, li jinkludi wkoll l-aħħar rapport mill-EFSF tat-23 ta' April 2014.", "Minn meta ġiet ippubblikata l-istatistika tal-Eurostat għad-data li fiha ffinalizzajniha, din baqgħet għaddejja.", "F'dawn ix-xahar u nofs, kien hemm ammont tal-EFSF li laqatna, u qiegħed ukoll irrapportat.", "Meta naraw il-ħlas tax-shares tal-ESM, fl-2013 saru t-third u l-fourth instalments.", "L-iskop kien li jiġi aċċellerat il-paid-in capital biex, kemm jista' jkun, l-ESM tilħaq il-maturità tagħha kmieni.", "EDWARD SCICLUNA: Ir-riżorsi li ħarġu huma ta' 4.01%.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fiż-żewġ slides li jmiss hawn il-korrezzjoni temporanja tax-share capital tal-ESM kif spjegajt.", "Bħala paid-in capital hemm €13.8-il miljun li se jitħallsu fl-2020, u l-pajjiżi li kienu taħt il-75% ngħataw perijodu ta' transizzjoni, u għandhom bħala deferred payment.", "L-aħħar żewġ slides huma l-Bond Issuance tal-ESM u tal-EFSF li saru sal-lum, bid-dettalji finanzjarji ta' kull bond.", "Dik kienet ħarsa estensiva għal dak li ġara f'dawn il-mekkaniżmi.", "Ippruvajna nkunu kemm jista' ikun exhaustive għaliex, fil-verità, id-dettall huwa kbir.", "THE CHAIRMAN: Sur Camilleri, tista' tgħaddilna kopja tal-lista ta' kemm hi l-contribution tal-pajjiż tagħna kkomparat ma' pajjiżi oħra?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Dik l-informazzjoni qegħda f'waħda mill-islides.", "Hawnhekk hawn ukoll kopja tal-iNewsRelease tal-Eurostat tat-23 ta' April 2014 dwar l-Excessive Deficit Procedure fejn jippubblikaw ukoll dak li laqat lill-pajjiżi.", "EDWARD SCICLUNA: Bħala konklużjoni, u jekk ma jinbidel xejn, tista' tgħidilna kemm baqa' biex inħallsu instalments?", "Jekk il-paid-in capital jibqa' dak li hu, fl-2020 irridu nħallsu €13.8 miljun, u fl-2014 u l-2015 mhu se nħallsu xejn?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Jekk ma jkunx hemm deċiżjoni li l-paid-in capital jiżdied, l-EFSF għadha għaddejja u dan ifisser li, kull meta jinġibdu l-flus mill-EFSF u jkollna return b'mod regolari, jinċidi fuq id-dejn tagħna.", "EDWARD SCICLUNA: X'inhuma d-diskussjonijiet fil-Banking Union?", "L-ESM se tintuża biex jagħmel tajjeb bħala back stop għall-European Resolution Fund.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: S'issa għad m'hemmx dan it-tip ta' deċiżjonijiet, u m'hemm l-ebda qbil li l-ESM jintuża bħala back stop għall-gvernijiet u għall-banek.", "Id-diskussjoni li semmejt kienet dwar jekk l-ESM tistax tintuża bħala direct capitalization, fejn hemm deċiżjoni mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-Heads of State u mill-Gvern fil-Kunsill ta' Ġunju 2012.", "Kienu saru ħafna diskussjonijiet.", "Direct capitalization tfisser li ma jgħaddix mill-gvernijiet.", "Issa, jekk ma jgħaddix mill-gvernijiet, ma jkunx hemm programm bil-kondizzjonijiet.", "Id-diskussjoni għadha għaddejja, u għad m'hemmx qbil.", "THE CHAIRMAN: Jekk hawn xi membri forsi jixtiequ jsaqsu xi domandi … L-Onor Tonio Fenech.", "TONIO FENECH: X'qed naraw bħala viżibilità fil-programm, minbarra l-Portugall u l-Irlanda li ħarġu?", "U x'inhi s-sitwazzjoni tal-Greċja?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fil-Greċja saret evalwazzjoni, ingħalqet u ngħataw it-tranche, imma l-programm u l-evalwazzjonijiet għadhom għaddejjin u għadhom miftuħa.", "Hemm ħafna kondizzjonijiet, u qed jitwettaq ħafna mill-programm.", "TONIO FENECH: Jidhirli li l-banek fi Spanja kien stmat li kellhom bżonn €100 biljun.", "Kemm ittieħed u jekk hemmx il-ħsieb li jkompli jittieħed, jew jekk hux dak l-ammont finali li kellha bżonn Spanja?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: S'issa Spanja ħadet €41 biljun.", "TONIO FENECH: Imma fid-diskussjoni x'qed jirriżulta, li se jieqfu u li m'għandhomx bżonn iktar?", "Għax teknikament ħarġu mill-programm, għaliex kull ma kellhom bżonn kienu l-banek.", "Jew żammew il-faċilità miftuħa?", "IS-SUR CHARLES ABELA: Fl-1 ta' Jannar għalqet il-faċilità li jistgħu jiġbdu iktar.", "TONIO FENECH: Jiġifieri, ma jistgħux jiġbdu aktar?", "Il-facility tal-ESM għalqet fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "TONIO FENECH: L-EFSF hija strument temporanju, imma tista' qatt tiġi taken over mill-ESM?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Le, m'hemmx il-ħsieb.", "Il-ħsieb hu li jħallu l-programmi li hemm jiġu phased out, u mbagħad jingħalqu.", "KARMENU VELLA: Hemm pajjiżi, bħall-Greċja, li ħadu l-bilateral loans qabel ma twaqqaf l-EFSF, imbagħad reġgħu ħadu loans mill-EFSF.", "F'dan il-każ, liema dejn se jibda jinqata' l-ewwel?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Irridu nidħlu fil-maturità tad-dejn tal-Greċja, imma jidhirli li kien hemm diskussjoni fuq hekk fil-Parlament, u konna estendejniha u naqqasna l-interessi.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'iniex sejjer żball, għamilniha għal għaxar snin.", "KARMENU VELLA: Hemm xi ħsieb li jsir xi tip ta' loan restructuring biex dawn it-tliet channels jiġu miġburin f'waħda?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Le, s'issa m'hemm xejn.", "S'issa d-diskussjonijiet huma fuq l-implimentazzjoni tal-programm, u fuq kemm hu effettiv l-implimentazzjoni tal-programm.", "KARMENU VELLA: Peress li qed nitkellmu fuq l-ESM u li l-pajjiżi għandhom shareholding, investiment, eċċ., ir-returns qed ikunu pożittivi?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Għalissa għandna audit report li hu kunfidenzjali; imma, kif jiġi approvat, jista' jiġi fil-Parlament.", "Imma s'issa huwa pożittiv, iva.", "KARMENU VELLA: Dawn il-mekkaniżmi twaqqfu biex jagħtu l-għajnuna f'każijiet ta' kriżi.", "Jekk pajjiżi bħall-Irlanda, il-Portugall u l-Greċja, li issa ħarġu minn din il-kriżi, hemm xi ħsieb li dawn jintużaw bħala vitamini minflok mediċina?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: S'issa m'hemm l-ebda ħsieb ta' din in-natura. għax ir-remit tal-ESM huwa ċar, u biex jinbidel trid l-unanimità, għax huwa trattat intergovernattiv.", "THE CHAIRMAN: Iktar bħala sigurtà milli ta' stimulus.", "(Interruzzjoni)", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Ma jżomm xejn lill-pajjiżi membri li jiddiskutu, imma s'issa m'hemmx dak il-punt ta' emerġenza.", "EDWARD SCICLUNA: L-istabbiltà finanzjarja, as a whole.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'hawnx iżjed mistoqsijiet mill-membri, f'isem il-Kumitat, Sur Camilleri, nixtieq nirringrazzjak ta' din il-preżentazzjoni.", "Nirringrazzja wkoll lis-Sur Ivan Carl Saliba, kif ukoll lis-Sur Charles Abela, talli taw sehemhom fil-kumitat.", "Mill-ġdid nirringrazzjakom tal-preżentazzjoni ferm utili li tajtu lil dan il-kumitat u naħseb li 'l quddiem ikun hemm żgur iktar opportunitajiet li niltaqgħu fuq affarijiet oħrajn.", "Nirringrazzjakom.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN: Inkomplu niddiskutu x'punti għandna npoġġu fuq l-aġenda għal-laqgħat li jmiss, kif ġie ssuġġerit wkoll mill-Onor.", "Nixtieq nagħmilha ċara li fl-ewwel laqgħa konna diġà ddiskutejna x'suġġetti għandna npoġġu għad-diskussjoni f'dan il-kumitat, imma nħasset il-ħtieġa li nerġgħu nressqu xi punti oħra.", "Kif għedt dakinhar, jiena m'għandi l-ebda problema li l-punti li tressqu intom jiġu diskussi.", "Irid irressaq korrispondenza li rċieva l-Ispeaker mingħand il-kumpanija Virtù Ferries, fejn qed jilmentaw dwar preżentazzjoni li għamlu l-Kamra tal-Kummerċ lil dan il-Kumitat, u qed jitolbu sabiex jiġu mistiedna f'laqgħa tal-kumitat sabiex iressqu l-veduti tagħhom.", "Safejn naf jien, f'dik il-laqgħa kont għamiltha ċara li konna se nitkellmu mal-istakeholders kollha f'laqgħat oħra.", "Min-naħa l-oħra, m'għandi l-ebda problema biex nistiednu wkoll lil din il-kumpanija, ġaladarba talbu huma stess sabiex jiġu u jippreżentaw il-veduti tagħha.", "Ma nafx jekk hawnx xi problema minn xi membru fil-Kumitat.", "Fil-każ, nissuġġerixxi li nikkoordinaw ukoll meeting magħhom.", "TONIO FENECH: Ma naħsibx li għandha tkun problema; imma, fil-laqgħa tal-Kumitat konna tkellimna wkoll fuq kemm hu importanti li nisimgħu wkoll il-pożizzjoni tal-gvern dwar kif qed iħares lejn din il-materja, u x'inhu jagħmel il-gvern biex jikkontrolla s-sitwazzjoni.", "Filwaqt li ma nsibx oġġezzjoni li jkunu mistiedna l-Virtù Ferries, imma għandu jkun hemm ukoll preżentazzjoni min-naħa tal-Gvern, mid-Dwana, mis-Segretarju Permanenti u jgħidulna kif qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Anzi aħna se mmorru pass oltre minn hekk, u se nitolbu lil dan il-kumitat sabiex iħejji rapport.", "Il-preżentazzjoni tal-Virtù Ferries tmur lil hinn minn dik tal-Ministeru tal-Finanzi, fejn se jkunu qed jiġu mitluba sabiex iressqu jew jagħmlu preżentazzjoni ta' x'inhu jsir fuq din l-issue.", "Jiġifieri, waħda ma jfissirx li teskludi lill-oħra.", "EDWARD SCICLUNA: S'intendi l-affarijiet ma jmorrux hekk: tal-Virtù Ferries jiġu għax talbu laqgħa huma, u aħna għedna iva.", "Imma, idealment ikun suġġett wieħed u jiġi kulħadd, jiġifieri jkun hawn il-Kamra tal-Kummerċ, kif ukoll il-Virtù Ferries – la nafu min huma d-dissenting opinions – u l-Gvern min-naħa l-oħra, bħalma qed jgħid l-Onor.", "Fenech, u jitkellmu kollha.", "Tkun laqgħa waħda fejn nidħlu fil-fond tas-suġġett u nipprovaw li, kemm jista' jkun, nisimgħu l-opinjoni ta' kulħadd.", "Jekk ikun hemm bżonn żewġ laqgħat, nitolbu żewġ laqgħat; imma kemm jista' jkun, iż-żewġ partijiet ikunu flimkien.", "Għandi wkoll xi opinjonijiet dwar it-timetable tal-Kumitat.", "S'intendi, minn żmien għal żmien dejjem jinqalgħu affarijiet, u allura aħna għandna ninkluduhom.", "Imma wasal iż-żmien li naraw daqsxejn il-kalendarju ekonomiku ta' pajjiżna, speċjalment fl-economic semester.", "Il-Kummissjoni żżommhom id-dati, u l-economic semester huwa ċar daqs il-kristall: hemm it-tkabbir ekonomiku, ir-rapport, imbagħad f'Ottubru l-Gvern irid jagħmel il-pre-budget, u allura hemm kalendarju.", "Illum ħarġu wkoll il-country-specific recommendations.", "Dawn jidħlu fil-kalendarju tagħna, u aħna mbagħad nirranġaw il-laqgħat.", "Irridu naraw liema huma l-iktar salient documents jew events li aħna ngħidu iva; dawn iridu jiġu quddiem il-Kumitat u niddibattuhom.", "Imbagħad, s'intendi ,tibda timla'.", "Naraw, pereżempju, meta l-Bank Ċentrali joħroġ ir-Rapport Annwali, li hi event importanti, u rapporti oħrajn simili.", "Ma jfissirx li kull event irridu bilfors nagħmlu laqgħa dwarha, imma nibdew niġbru u nimlew b'affarijiet li joħorġu minn żmien għal żmien.", "THE CHAIRMAN: Kif qed jissuġġerixxi l-Ministru tal-Finanzi, naraw li jinġabar economic calendar fejn ninkludu d-dati tal-Budget u xi dokumenti oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea, speċjalment fejn ikollha x'taqsam Malta.", "Anke rapporti bħal tal-Bank Ċentrali, u forsi ninkludu wkoll tal-MFSA u xi istituzzjonijiet oħra li taħsbu li għandna ninkludu.", "TONIO FENECH: Jiena l-ewwel nett naqbel perfettament mal-Ministru.", "Imma, il-punt li nixtieq inqajjem hu li teżisti timetable finanzjarja u, jekk irridu nkunu relevanti, għandna nimxu xi ftit jew wisq magħha, għax nispiċċaw niddiskutu affarijiet li jkun għadda ż-żmien minn fuqhom.", "Fuq dan l-isfond, materja li nixtieq li tkun diskussa – u nittama li tkun item fuq l-aġenda li jmiss – hi proprju l-Economic Forecast tal-Kummissjoni, kif ukoll il-kwistjoni tal-qagħda tad-dejn, fejn tingħata spjegazzjoni dettaljata lil dan il-Kumitat dwar is-sitwazzjoni u d-diskrepanzi.", "Dan l-aħħar, fil-gazzetti kien hemm ukoll rapport mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar tibdil li se jsir fil-mod kif tinħadem il-GDP.", "Dan il-kumitat għandu jiġi aġġornat dwar it-tibdil fil-metodoloġija, fejn jidher li se jkollha xi impatt, u importanti li jkun hemm diskussjoni mal-Kumitat biex nifhmu x'bidliet se jsiru.", "THE CHAIRMAN: Metodoloġija kif jinħadem il-GDP qed tgħid?", "TONIO FENECH: Fir-rapport issemma li hemm xi bidliet li jridu jsiru. fejn jidħol kejl ġdid ta' numru ta' aspetti, inkluż anke ta' attività ekonomika, mhux neċessarjament legali.", "Fil-fatt, issemmew il-prostituzzjoni u l-ekonomija s-sewda.", "Importanti li jkollna preżentazzjoni teknika qabel wieħed jikkummenta dwar dawn it-tibdiliet.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed tissuġġerixxi li l-Ministeru tal-Finanzi ...", "TONIO FENECH: M'hemmx bżonn jiġu l-istakeholders kollha.", "Peress li din hi issue teknika, naħseb l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu jippreżentaha.", "KARMENU VELLA: Kien hemm anke kummenti ta' pajjiżi oħra dwar kif l-ekonomija s-sewda qed tikkontribwixxi għall-GDP tagħhom, u ssemmew ċertu setturi.", "Imma li nafu hu li hemm kejl tal-pajjiżi kollha u, jekk m'iniex sejjer żball, il-kejl ta' Malta kien ta' madwar 26%.", "Jiġifieri din se tkun tassattiva għall-pajjiżi kollha, jew se jintgħażel pajjiż?", "TONIO FENECH: Għalhekk nixtieq li tingħata spjegazzjoni.", "EDWARD SCICLUNA: L-ewwel nett, hemm affarijiet li jikkonċernaw l-ESA 2010, fejn anke nbidlet is-sistema gwida ta' kif titkejjel l-ekonomija fejn kemm il-United Nations, kif ukoll il-pajjiżi Ewropej, joħorġu l-istatistika tagħhom.", "Qabel ma niġu għas-setturi llegali, ċertu kumpaniji li qabel Malta ma kenitx tkejjel il-GDP jew il-flows tagħhom issa ġew inklużi wkoll.", "Bir-riżultat tal-ESA 2010, l-Ingilterra se tiżdied b'2%, għax il-militar u Research & Development ġew inklużi wkoll.", "L-iktar li ġibdu l-headlines kienu żewġ setturi llegali partikolari, imma, minbarra hekk, hemm tibdil ieħor li bħala kumitat għandna nkunu familjari miegħu, għax se jiġi affettwat il-GDP tal-manifattura u tal-kumpaniji tan-negozju.", "Bħala pajjiż, il-militar u l-R&D ma tantx laqtuna: imma hemm pajjiżi oħrajn li ġew milquta u jistgħu jgħadduna, għax kienu underestimated f'dan l-aspett.", "Jiġifieri, din mhijiex xi ħaġa li aħna nżidu 1%, u ħaddieħor iżid 3%.", "Iva, ta' min nistiednu lill-NSO biex jelenkaw it-tibdil li sar u li se jaffettwa l-GDP.", "THE CHAIRMAN: Hija issue li għandna niddiskutuha malajr ovvjament in vista tal-Budget.", "Jien nissuġġerixxi wkoll li l-laqgħa mal-Virtù Ferries għandna neħilsuha fl-ewwel opportunità, u naraw il-way forward min-naħa tal-Gvern.", "Item oħra li għandha tiġi inkluża hi kif se tibda titkejjel il-GDP li hija ta' ċertu importanza.", "Sadanittant inkunu lħaqna ġbarna l-kalendarju tal-istituzzjonijiet li semmejna qabel, u nkunu nistgħu nfasslu programm ilkoll flimkien.", "Biex nagħmilha ċara, dan ma jeskludix li jekk tqum xi ħaġa urġenti, ma tkunx tista' tiġi diskussa quddiem il-Kumitat.", "TONIO FENECH: Fl-aħħar laqgħa, l-Oppożizzjoni talbet għal preżentazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja u d-diskrepanza tal-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi, din għandha tkun skedata għal-laqgħa li jmiss, meta jkunu mistednin il-Virtù Ferries u l-NSO.", "THE CHAIRMAN: Diskrepanza ta' xiex?", "TONIO FENECH: Diskrepanza tad-deficit u tad-dejn.", "EDWARD SCICLUNA: Dawn il-preżentazzjonijiet jistgħu isiru f'laqgħa waħda, fejn l-NSO jagħtuna tifsira dwar l-istock flow adjustment.", "Naqbel mal-Oppożizzjoni li l-ispjegazzjoni tkun ċara, għax dawn il-mistoqsijiet kollha ma kenux isiru kieku l-inewsletter tal-NSO kienet ċara, għaliex l-istock flow adjustment huwa dokument uffiċjali dwar il-finanzi tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Se nitlob ukoll lill-NSO sabiex, minbarra li tingħata spjegazzjoni ta' kif se tinħadem il-GDP, tagħti wkoll spjegazzjoni tad-diskrepanza li kienet ġiet ippreżentata bejn id-deficit u d-dejn.", "TONIO FENECH: Jiena fhimt li d-diskrepanza mhijiex stock flow adjustment biss, imma hemm ammonti li l-gvern għandu jirċievi minn entitajiet.", "Jiena ma nafx x'dettall jiġi mgħoddi lill-NSO; imma, jekk għandha d-disclosure ta' kollox, allura tajjeb li l-NSO tkun tista' tagħmel din il-preżentazzjoni.", "Għalkemm jien xorta nippreferi li din il-preżentazzjoni tingħata mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, għax hu responsabbli u mhux l-NSO peress li l-NSO tirrapporta biss.", "Jistgħu jiġu msejħa t-tnejn, biex inkunu nistgħu nagħmlu d-domandi lil min nixtiequ.", "EDWARD SCICLUNA: Il-kelma \"diskrepanza\" ġiet ivvintata mill-Oppożizzjoni għax l-istock flow adjustments ilhom jafu bihom għal dawn l-aħħar 25 sena, qegħdin fl-istatistika tal-pajjiż, jiġu ppubblikati kull sena, u din is-sena ġew ippubblikati bħas-snin ta' qabel.", "EDWARD SCICLUNA: L-Oppożizzjoni qed jgħidulha diskrepanza, għax daħħluha f'moħħhom li jekk id-deficit ikun, pereżempju, ta' €200 miljun, id-dejn għandu jitla' b'€200 miljun.", "Min qal hekk?", "Aħna nafu li hemm financial flows li jżidu u jnaqqsu mid-dejn, over and above … Dan huwa l-istock flow adjustment.", "La l-NSO irrappurtat hekk, u mhux il-Ministeru għall-Finanzi, allura jfehmuna huma kif waslu għalihom.", "TONIO FENECH: Onor. Ministru, min jgħaddiha l-informazzjoni lill-Istatistika, mhux il-Ministeru għall-Finanzi?", "THE CHAIRMAN: F'dan l-istadju għandu jkollna lill-NSO u jispjegawlna huma, ġaladarba hi statistika maħruġa mill-NSO.", "Jekk imbagħad il-Kumitat ma jkunx kuntent bl-ispjegazzjoni li tagħtina l-NSO, imbagħad naraw the way forward ta' kif nistgħu nestendu l-affarijiet.", "Imma ma naħsibx li għandna nkabbru ċertu affarijiet.", "TONIO FENECH: Aħna nibqgħu nżommu r-riżerva tagħna.", "Jekk il-Ministeru għall-Finanzi qed jibża' jispjega l-pożizzjoni tiegħu, m'għandniex problema, u we take note.", "Imma aħna formalment qed nitolbu li ningħataw spjegazzjoni dettaljata.", "Nista' nuża l-kelma \"differenza\", imma xorta nistenna tifsira mill-Ministeru għall-Finanzi.", "Jekk iridu, l-NSO jistgħu jispjegaw l-pożizzjoni tagħhom; imma aħna lill-Ministeru għall-Finanzi irridu nisimgħu għax hu responsabbli mid-dejn u d-deficit ta' pajjiżna, u mhux l-NSO.", "Dak huwa l-punt.", "Jekk il-Gvern ma jridx jagħtina spjegazzjoni għax se tispjega l-NSO, nagħmlu d-domandi lill-NSO, imma fejn mhumiex kapaċi jirrispondu, issir laqgħa ieħor u jgħidulna l-Ministeru.", "THE CHAIRMAN: Jiena hawnhekk mhux qed nirrappreżenta l-Gvern per se, imma, bħala Chairman ta' dan il-Kumitat, inħoss li l-mistoqsijiet għandhom jitpoġġew lill-NSO.", "Imma dan ma jwaqqaf xejn li, jekk xi membru tal-kumitat ma jkunx kuntent bil-mistoqsijiet jew bit-tweġibiet li jagħtu l-uffiċjali tal-NSO, fl-ewwel laqgħa ta' wara, jiġu mgħajta l-entitajiet li hemm bżonn.", "Imma, nerġa' nirrepeti biex inkun ċar, l-ewwel ejja nibdew bl-entità li ppubblikat l-istatistika.", "TONIO FENECH: Mela aħna niġu biex noqogħdu naħlu s-seduti?", "THE CHAIRMAN: Din mhijiex kwestjoni li \"taħli\", għax bejn ġimgħa għall-oħra mhux se tagħmel xi differenza.", "MARIO DE MARCO: L-importanti li nkunu prattiċi.", "Aħna mhux qed ngħidu li ma jiġux l-uffiċjali tal-NSO; imma, meta l-NSO jagħtuna l-preżentazzjoni, jkun preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti, għaliex qed nantiċipaw li se jkun hemm mistoqsijiet li jkollhom bżonn kjarifika.", "Il-loġika u l-prattiċità tgħid li, filwaqt li l-mistoqsijiet jiġu mwieġba mill-NSO, imma s-Segretarju Permanenti jkun preżenti għal qualsiasi kjarifika li jkun hemm bżonn.", "Ma naħsibx li tkun problema biex is-Sur Camilleri jkun preżenti meta jsiru l-mistoqsijiet lill-NSO.", "EDWARD SCICLUNA: Jiena m'għandi problemi ta' xejn li jkunu mistiedna dawn iż-żewġ entitajiet fejn, min-naħa tal-Gvern, bħala finanzjament pubbliku hemm it-Teżor – li huwa l-cash register – u li dak li jidħol jgħaddihom lill-NSO biex imbagħad jiġu ppubblikati.", "M'għandi l-ebda oġġezzjoni li jkun hawn l-uffiċjali tat-Teżor meta jagħtu l-preżentazzjoni tagħhom l-NSO.", "Li qed ngħid hu li din hija riflessjoni tal-finanzi tal-Gvern, u jekk hemm xi mistoqsija, kif u għalfejn żdiedet b'20 jew bi 30, l-uffiċjali tal-Istatistika jew tat-Teżor ikunu jistgħu jagħtu r-risposta tagħhom.", "TONIO FENECH: Naqblu.", "THE CHAIRMAN: Aħna se nkunu qed nitolbu lill-NSO biex jagħtuna preżentazzjoni, filwaqt li nitolbu wkoll lid-DG tat-Teżor biex ikun preżenti biex, jekk xi membri jkunu jridu jagħmlu xi mistoqsijiet f'dan ir-rigward, ikun jista' jirrispondihom ukoll min-naħa tat-Teżor.", "Qbilna lkoll fuq dan il-punt?", "Ma jidhirx li hawn iktar kummenti.", "L-aġenda hi eżawrita.", "Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom hawnhekk, u naġġornaw għal-laqgħa li jmiss.", "Fit-8:00 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140602_008d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Ġunju, 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna, l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 7 li saret fit-12 ta' Mejju, 2014 kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li kien irċieva din il-korrispondenza mill-Modelling and Research Office tal-Bank Ċentrali ta' Malta:", "L-OPERAT TAL-MEKKANIŻMU U TAL-FAĊILITÀ GĦALL-ISTABILITÀ FINANZJARJA EWROPEA, SKONT L-ATT DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI U L-GĦOTI TA' APPOĠĠ GĦALL-ISTABILITÀ FINANZJARJA SKONT IL-MEKKANIŻMU TA' STABILITÀ EWROPEA (KAP 523).", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Is-Sur Camilleri ta' preżentazzjoni ntitolata:", "Waqt id-diskussjoni s-Sur Camilleri ppreżenta lill-Kumitat:", "Wara l-preżentazzjoni, il-membri preżenti staqsew il-mistoqsijiet tagħhom lis-Sur Alfred Camilleri.", "Ħa sehem ukoll is-Sur Charles Abela, Senior Financial Analyst mill-Ministeru għall-Finanzi.", "Kien hemm preżenti s-Sur Ivan Carl Saliba, Director (Research Office).", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat informa lill-membri dwar korrispondenza li kien irċieva l-Ispeaker, fejn il-kumpanija Virtu Ferries Ltd qed tilmenta dwar preżentazzjoni illi l-Kamra tal-Kummerċ kienet tat lill-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel li fil-laqgħa li jmiss, rappreżentanti tal-Virtu Ferries jiġu mistiedna biex jippreżentaw il-veduti tagħhom.", "Wara suġġeriment mill-Ministru tal-Finanzi, il-Kumitat qabel li għandu jinġabar economic calendar kemm dak lokali kif ukoll tal-Kummissjoni Ewopreja biex il-kumitat ikun jista' jippjana l-laqgħat u jiddiskuti suġġetti relevanti.", "Fuq talba tal-Onor.", "Tonio Fenech, il-President tal-Kumitat ippropona li fil-laqgħa li jmiss, għandha ssir preżentazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar tibdil li se jsir fil-metodoloġija ta' kif tinħadem il-GDP.", "Fit-7:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140602_008m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 5", "It-Tlieta, 03 ta' Ġunju 2014 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 03 ta' Ġunju 2014 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140603_005a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 5", "It-Tlieta, 3 ta' Ġunju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 5", "It-Tlieta, 3 ta' Ġunju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.38 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "04 li saret nhar it-Tnejn 24 ta' Marzu, 2014, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Anthony Agius Decelis): L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa.", "Qabel nibdew is-suġġett tal-lum nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza:", "Email datata 03 ta' Ġunju, 2014 mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Familja mis-Segretarju tal-European and Foreign Affairs Committee dwar talba ta' laqgħa konġunta bejn dawn il-Kumitati flimkien mal-Israeli Knesset Delegation li se tkun f'pajjiżna bejn l-17 u d-19 ta' Ġunju, 2014.", "THE CHAIRMAN: Illum għandna magħna lil Dr Ruth Farrugia u lit-tim tagħha li se jagħtuna preżentazzjoni fuq iċ-Child Protection Act.", "Nirringrazzjawkom talli sibtu l-ħin sabiex tiġu hawnhekk u tagħtuna din l-ispjegazzjoni.", "Qabel tibdew nixtieq navżakom li din il-laqgħa se tkun qiegħda tiġi streamed live fuq il-website tal-Parlament.", "Dr Farrugia tista' tibda bil-preżentazzjoni tiegħek.", "Grazzi.", "Nafu li għandkom ħafna x'tagħmlu u għalhekk napprezzaw ħafna li tajtuna l-ispazju sabiex nispjegaw dan l-abbozz ta' liġi u sabiex nagħtukom ftit background fuqu.", "Aħna lestejnilkom pakkett li fih se ssibu background fuq dan l-abbozz, il-metodoloġija li wżajna, id-dokument ta' konsultazzjoni u l-liġi nnifisha li se nagħmel riferenza għaliha.", "F'Lulju tas-sena li għaddiet il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, illum il-President ta' Malta, waqqfet kummissjoni nazzjonali fuq l-iżvilupp tal-politika u l-istrateġija għat-tfal.", "Parti mix-xogħol ta' din il-kummissjoni kien proprju dak li tħejji abbozz ta' liġi dwar it-tfal, dik li qed insejħulha ċ-Children's Act.", "Ġie deċiż li l-prijorità f'dan l-Att - li huwa twil ħafna u se jkun fih mill-inqas tmien kapitoli – għandha tingħata lill-ewwel parti tiegħu li se tkun qiegħda tiffoka fuq il-protezzjoni tat-tfal.", "Ix-xogħol beda f'Awwissu 2013 u d-drafting team iltaqà għall-ewwel darba sabiex niddeċiedu kif se nfasslu dan l-abbozz.", "L-idea kienet li nużaw konsultazzjoni wiesgħa kemm jista' jkun ma' dawk il-persuni li jużaw il-liġi kif inhi llum ħalli nkunu nistgħu nifhmu mingħandhom x'inhu jaħdem u x'mhux qed jaħdem biex inkunu nistgħu nħejju abbozz aktar idoneu għaż-żmien tal-lum.", "Fit-13 ta' April, 2014 ippreżentajna l-abbozz li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "U allura din kienet ta' prijorità għall-kummissjoni u kienet ukoll deliberable fil-manifest tal-Gvern bħala parti miċ-Children's Act.", "Issa se nlaqqakom malajr mat-team li kellna.", "Għandna lil Dr John Axiaq li ġej mid-Dipartiment tas-Social Welfare Standards.", "Il-kap ta' dak iż-żmien, Dr Sandra Hili Vassallo tatna ħafna appoġġ u aċċettat li Dr John Axiaq ikun jifforma parti mit-team.", "Dr Rodianne Caruana llejla qiegħda fil-private practise tagħha u allura ma setgħetx tkun magħna hawnhekk.", "Ms Daniela Debono hija studenta tal-liġi fl-Università u tinsab fl-aħħar sena tagħha.", "U nista' ngħid li tat kontribut kbir ħafna lit-team bħala segretarja.", "Dak iż-żmien kienet qiegħda tagħmel teżi li għadha kif ippreżentat dwar il-mandatory reporting u għalhekk kienet utli ħafna għal dan il-grupp.", "Ms Nadia Fiott ġejja mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li l-Avukat Ġenerali tana ħafna appoġġ u ppermetta sabiex Dr Fiott tkun fit-team magħna.", "Ms Yvonne Mallia li tat is-social work input tagħha u li ma konna nagħmlu xejn mingħajrha.", "Ms Mallia ġejja mill-Appoġġ, issa mill-SFWS.", "Il-kap tagħha dak iż-żmien kienet Ms Sina Bugeja li wkoll tatna ħafna appoġġ.", "Imbagħad għandna lil Ms Juliana Scerri Ferrante li hija konsulent mal-Ministeru fuq iċ-Children and Young Persons Advisory Board u kienet ukoll membru tal-Kummissjoni.", "Illum Ms Scerri Ferrante tinsab imsiefra u għalhekk ma setgħetx tkun magħna.", "Id-drafting team tagħna ħejja l-abbozz u mbagħad kien hemm ir-review tiegħu mill-Kummissjoni.", "Aħna tlabna li jkun hemm review minn persuni li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-proċess.", "Kien hemm erbgħa imma wieħed minnhom ma setax minħabba t-timeframe li kellna.", "It-tlieta l-oħra ġejjin mill-prattika privata u huma Dr Albert Libreri li jaħdem ħafna fil-kamp tal-familja, Dr Evelyn Caruana Demajo li hija wkoll visiting lecturer fl-Università u Dr Tatiane Scicluna Cassar li hija child advocate u tgħallem ukoll fl-Università.", "Kien hemm ħafna u ħafna support mill-core team tal-Kummissjoni.", "Illum għandna lil Angie biss magħna però hemm diversi persuni oħra li taw il-kontribut tagħhom, fosthom Elaine Micallef li tat ħafna sostenn lit-team u lill-Ministeru kollu kemm hu.", "Il-metodoloġija li ntużat hija s-segwenti; għamilna literature view bħal kull biċċa riċerka li tagħmel, ħarisna lejn il-leġislazzjoni lokali, inkluż l-abbozzi li kienu saru qabel.", "Fil-fatt kien hemm diversi abbozzi oħra li kienu ġew impoġġija fuq l-ixkaffa, speċjalment l-abbozz li sar fis-sena 2000.", "Rajna wkoll il-leġislazzjoni ta' barra u għażilna biċċiet minnha li deherilna li kienu pertinenti għax-xogħol tagħna.", "Il-judgements kollha tal-European Court of Human Rights li kienu intiżi għal Malta speċifikatament tajna kas tagħhom.", "Rajna wkoll ruxxmata teżijiet mill-Università, sija mill-kamp tal-liġi kif ukoll mill-kamp tas-social work u tas-sociology, numru ta' papers akkademiċi u ovvjament saret ukoll il-konsultazzjoni, li se nsemmiha dalwaqt.", "Id-drafting sar f'żewġ fażijiet; l-ewwel iltqajna bħala grupp u ddeċidejna kif se naħdmu u mbagħad infridna u wara erġajna ltqajna flimkien.", "Dak kien mezz kif nagħmlu ftit double checking għax il-ħin kollu konna konxji li mhux se noħorġu b'xi prodott perfett għax dan ma jistax ikun imma pprovajna ntejbu l-ħin kollu dak li konna qed nagħmlu.", "Ir-review diġà semmejtha.", "Rigward il-konsultazzjoni għandkom pubblikazzjoni ntitolata \"The Voice of the Child\".", "Aħna ddeċidejna li minflok ma noqgħodu bilqiegħda u nfasslu l-liġi, iddeċidejna li nistaqsu lis-service users x'dehrilhom mill-proċess.", "Il-care orders ilhom mill-mid eighties.", "Fil-fatt fl-1985 diġà kellna l-Care Orders Act li kienet qiegħda taħdem u aħna ridna nkunu nafu t-tfal kif ħassewhom dwar l-ordnijiet tal-ħarsien, dwar il-ġenituri tagħhom u dwar il-persuni li jieħdu ħsiebhom, jiġifieri l-foster carers u l-persuni in residential care kif ukoll il-professjonisti.", "U allura dak li hemm hemm ġew huwa l-frott tal-intervisti kollha li għamilna one to one, tal-focus groups u anke tal-larger consultations li saru.", "Dawn kienu l-highlights li ħarġu mill-konsultazzjoni u se nsemmihom malajr għax illum suppost li ġejna hawnhekk biex nitkellmu fuq il-liġi imma huwa importanti wkoll li nagħmel il-punt li l-liġi hija r-risposta għal dak li ħareġ mill-konsultazzjoni.", "Pereżempju kien hemm ftehim li ċ-childcare proceedings isiru f'qafas ta' Qorti.", "In-nies u anke t-tfal ma kenux kuntenti bis-sistema amministrattiva li għandna llum.", "Fil-fatt it-tfal urew ix-xewqa li jkunu nvoluti fil-proċess kollu kemm hu u li jkunu jafu għalfejn ittieħdu ċerta deċizjonijiet.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, tagħtuni permess sabiex insejjaħ lill-Kap tal-Qorti ħalli jiġi ħdejja mal-Mejda ħalli nkun nista' nikkonsultah?", "DR RUTH FARRUGIA: It-tielet highlight kienet dik li kemm il-ġenituri kif ukoll it-tfal urew ix-xewqa li jkollhom iktar aċċess għall-awtoritajiet li jieħdu deċiżjonijiet fil-ħajja tat-tfal.", "It-tfal urew ix-xewqa li jkollhom iktar kuntatt u aċċess għas-social worker għax f'moħħhom din hija l-iktar persuna importanti peress li għandha r-responsabilità tagħhom.", "Il-ġenituri wrew ix-xewqa li jkunu pprovduti b'aktar informazzjoni u appoġġ kemm qabel kif ukoll wara li t-tfal jittieħdu.", "Il-bżonn ta' interventi aktar f'waqthom kif ukoll ix-xewqa tat-tfal li jkollhom placement stabbli.", "Din ħarġet b'mod ċar ħafna.", "Li jżommu kuntatt kemm mal-familja tagħhom kif ukoll ma' ħuthom u mal-familja estiża tagħhom.", "L-opinjoni tal-professjonisti hija dik li l-familja għandha bżonn ta' sapport idoneu u adegwat.", "Il-bżonn ta' aktar kjarezza u trasparenza fil-proċess.", "U l-idea li l-proċess ta' child protection għandu jiġi faċilitat minn xi ħadd indipendenti.", "Din hija xi ħaġa li ilha tingħad minn ħafna ministri sussegwenti għaliex din m'għandhiex tkun xi ħaġa li tiġi deċiża minn ministru jew minn ministeru.", "Meta taħseb fuqha ssib li din ġiet hekk b'kumbinazzjoni għax il-liġi Maltija tal-careorders ħadet il-liġi Ingliża bħala eżempju imma l-Ingliżi kellhom il-local authority mentri hawn Malta ma kellniex local authority fl-1985 u allura ddeċidew li jagħmlu lill-ministru.", "Rigward il-proċess nixtieq nirringrazzja lil Daniela, li għamlet il-kaxxi kollha li qed taraw u li se nispjega x'inhuma.", "Il-biċċa ta' fuq hija t-timeline, l-options li hemm available u taħt hemm l-erba' affarijiet l-iktar importanti li jiffidjaw f'dawk il-partijiet tal-proċess u kif dawn jaffettwaw lit-tfal.", "L-ewwel waħda hija l-mandatory reporting.", "L-ewwel suġġeriment li hemm fil-liġi huwa li kwalunkwe persuna li taħdem mat-tfal, sija jekk hi mħallsa u sija jekk le, u li tiġi f'kuntatt mat-tfal li qegħdin f'periklu jew li għandhom bżonn il-kura u l-protezzjoni, għandha d-dover skond il-liġi li tagħmel ir-rapport liċ-Child Protection Services jew lill-Pulizija malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn jumejn.", "Qegħdin nissuġġerixxu wkoll li jkun hemm piena għal min ma jagħmilx dan ir-rapport jew għal min jagħmel rapport malizzjuż.", "Bl-ebda mod ma rridu nies li jagħmlu rapporti malizzjużi.", "Huwa dover mhux biss morali imma anke legali li fejn hemm tfal li qegħdin in potential or actual significant harm isir rapport minn dawk il-persuni li jaħdmu magħhom.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq iċ-ċittadin li mhux qed jaħdem mat-tfal, għalkemm dak ukoll għandu dover morali, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk il-persuni li jaħdmu mat-tfal.", "Ladarba jidħol rapport aħna qed ngħidu li jekk dan daħal għand il-pulizija, mela għandu jiġi kkomunikat liċ-Child Protection Services malajr kemm jista' jkun u mhux aktar minn 24 siegħa.", "It-tendenza hi li n-nies jew imorru ċ-Child Protection Services jew inkella għand il-Pulizija.", "Però aħna xtaqna li l-entità nkarigata minn dan tkun iċ-Child Protection Services, li se tkun parti mill-Qorti u li se tkun qiegħda żżomm iċ-child protection register, li llum ma jeżistix.", "Mela jekk inti tagħmel rapport fuq it-tfal u ma jiġri xejn, u terġà tagħmel ir-rapport u jibqa' ma jsir xejn … M'hemmx track records ta' dawn l-affarijiet.", "Issa permezz taċ-child protection register se tkun taf x'ġara fil-passat u kemm-il darba kien hemm rapporti suspettużi fuq it-tfal.", "Iċ-Child Protection Services għandhom bżonn jagħtu kas ta' dawn ir-rapporti malajr u jieħdu azzjoni malajr ħafna.", "Issa dawn li qed taraw hawnhekk huma t-tip ta' azzjonijiet li jistgħu jittieħdu.", "Mela jistgħu jieħdu aktar azzjoni u qed taraw menu sħiħ.", "Jekk pereżempju r-rapport sar b'malizzja jirriferu r-rapport lill-pulizija biex imbagħad jista' ikun hemm investigazzjoni kriminali.", "Jista' jkun li jkollhom bżonn jagħmlu rispons ta' emerġenza u jista' jkun li ma jagħtux aktar kas tar-rapport għax ma jkunx hemm provi imma xorta waħda tibqa' fiċ-child protection register.", "Jekk hemm bżonn ta' aktar azzjoni u jkunu jridu jisimgħu lit-tfal, iridu jagħtu support services kemm lit-tfal kif ukoll lill-familja, jekk ikun hemm familja.", "Iridu jagħmlu l-applikazzjoni lill-Qorti għal xi tip ta' child protection order - li se nsemmi liema huma – u mbagħad iridu jidentifikaw x'tip ta' out of home care hemm bżonn.", "Dan jista' jingħata lil xi membri oħra tal-familja, però jekk dan isir, il-Qorti trid tagħti kas li t-tfal, kemm jista' ikun jinżammu flimkien f'każ li jkun hemm l-aħwa.", "U jekk hemm ġenitur li għadu minuri, dan jinżamm mat-tfal kemm jista' jkun u tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet partikolari tat-tfal.", "Dawn qed insemmuhom għaliex ħarġu wkoll mill-konsultazzjoni.", "It-tfal semmew ħafna kemm ħaduha bi kbira li tneħħew minn ma' ħuthom u li tqiegħdu f'postijiet differenti.", "Jekk hemm emerġenza jista' jkun li s-CPS tmur il-Qorti u titlob emergency order.", "Jekk tant hija urġenti li m'hemmx ċans biex din issir, allura s-CPS tista' tintervjeni mill-ewwel u tieħu ħsieb hi ta' dak it-tifel.", "Imma mbagħad sa mhux aktar minn 24 siegħa trid tinforma lill-Qorti u l-Qorti trid tissana dak l-order jew le.", "Fil-fatt illum hekk isir, jiġifieri aħna mhu qed inċaqalqu xejn kbir.", "L-emergency order hija valida għal 15-il ġurnata imma tista' tirrinovaha u trid tingħata notifika lil kulmin hu konċernat.", "Dan huwa l-menu taċ-child protection orders li qed nissuġġerixxu.", "Again ħafna minnhom diġà jeżistu.", "L-emergency order ma jeżistix, l-immediate removal diġà semmejtu u permezz tas-supervision order qed insaħħu l-poter tas-social worker.", "Jista' jkun li t-tifel joqgħod id-dar però hemm bżonn li jkun hemm supervision miegħu waqt li qiegħed id-dar.", "Din tagħti poter lis-social worker biex tidħol id-dar u tagħmel dak is-supervision.", "Imbagħad għandek il-parental treatment order.", "Nafu li l-Parlament, fuq inizjattiva tal-Ministru tal-Ġustizzja, għadu kif daħħal emenda fejn il-corporal punishment sar att kriminali.", "Imma jista' ikun li xorta jkollok ġenituri li jużaw il-corporal punishment.", "Issa aħna ma rridux li dik il-persuna tispiċċa l-ħabs u daqshekk imma rridu li dik il-persuna titgħallem kif taġixxi mat-tfal tagħha.", "U allura qed ngħidu li l-parental treatment order huwa mod ta' kif il-ġenitur jitgħallem jirranġa l-aġir tiegħu biex ikollu relazzjoni tajba mat-tfal tiegħu.", "Qiegħda nsemmi s-swat imma hemm ħafna affarijiet oħra.", "Il-care order diġà teżisti u r-removal order hija in combination mad-Domestic Violence Act.", "Kif għedt diġà jeżisti r-removal order, fejn qed ngħidu li min jagħmel il-vjolenza għandu jkun hu li joħroġ mid-dar u mhux bil-kontra.", "Il-care order tista' tinħareġ mill-Qorti f'diversi xenarji li huma kollha msemmijin fil-liġi; fejn hemm defiċjenzi serji fil-kura ta' kuljum li jirċievu t-tfal, fil-kuntatt personali li t-tifel għandu mal-familja tiegħu, fejn il-ġenituri ma jarawx li t-tifel tagħhom qed jirċievi trattament speċjalizzat li jista' jkun li għandu bżonn, speċjalment jekk ma jkunx jiflaħ jew għax ikollu xi diżabilità, fejn is-saħħa jew l-iżvilupp tat-tifel ma jkunux imħarsa għax il-ġenituri tiegħu ma jridux jew ma jistgħux jieħdu responsabiltà, fejn it-tifel qed ifittex l-ażil u qiegħed waħdu, xi ħaġa li ġiet inkorporata taħt ir-Refugee's Act.", "Aħna kulma għamilna hu li daħħalniha f'dan il-qafas u żidna wkoll is-sezzjoni li diġà qiegħda fil-Care Orders Act però li ma kenitx tintuża għax ma kienx hemm post li fih setgħu jmorru t-tfal.", "Dan jitratta tfal li jesebixxu challenging behavior li jistgħu jew iweġġgħu lilhom infushom jew lil oħrajn.", "Hemmhekk qed ngħidu li dawk it-tfal għandhom jaqgħu wkoll taħt care order u jrid ikun hemm rispons partikolari għalihom.", "Meta jinħareġ il-care order il-Qorti għandha tagħti kas ta' kif ir-relazzjonijiet jistgħu jiġu mantnuti jew imsaħħa għax l-għan ewlieni huwa li t-tfal, jekk jista' jkun imorru lura mal-ġenituri jew mal-familja tagħhom.", "Issa fejn il-Qorti tordna li t-tfal jittieħdu minn mal-ġenituri tagħhom, allura għandhom isiru l-isforzi kollha biex kull trawma li jista' jkun hemm fuq it-tfal titnaqqas.", "Pereżempju waqt il-konsultazzjoni t-tfal qalulna kemm ħaduha bi kbira li waqt li kienu l-iskola ġew il-pulizija għalihom u ħaduhom magħhom mingħajr ma kellhom iċ-ċans li jsellmu lil ħuthom jew li jieħdu l-affarijiet mill-kamra tas-sodda tagħhom.", "Dawn huma affarijiet żgħar imma għalihom ifissru ħafna.", "Qed nissuġġerixxu li l-Qorti tadotta ċ-Children's House Model, li huwa mudell Skandinavu, li beda fl-Iżlanda u nfirex ma' ħafna mill-Ewropa.", "Il-punt kollu hawnhekk hu li x-xhieda tat-tfal dwar dak kollu li għaddew minnu tittieħed f'seduta waħda.", "It-tfal jiġu intervistati minn persuna mħarrġa u l-mistoqsijiet mill-professjonisti l-oħra kollha, ikunu min ikunu, isiru tramite din il-persuna.", "It-tifel ikun f'kamra waħdu u l-persuna li qiegħda tintervistah ikollha earpiece, bil-persuni l-oħra jkunu wara a two way mirror u jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom minn hemmhekk.", "L-intervista kollha tiġi videoed u tkun tista' tintuża fil-kawża.", "Imma t-tifel ma jgħaddix mit-trawma ta' intervisti ripetuti kif isir ħafna drabi llum, kemm min-nies mediċi, kemm mill-avukati, eċċ.", "Rigward l-asylum seeking child jingħata l-psycho social care anke qabel ma tinħareġ l-ordni.", "Parti mill-emergency order jew mill-care order għandha tkun li s-CPS tagħmel assessment għall-bżonnijiet tat-tfal f'dak li aħna qegħdin insejħulu r-residential assessment centre.", "Dan ma jeżistix illum però naħsbu li biex tkun taf x'inhu l-aħjar placement għat-tfal hemm bżonn li inti tqattà ftit ħin magħhom.", "Is-suġġeriment fil-liġi huwa ta' 15-il ġurnata u din tapplika wkoll għall-unaccompanied asylum seeking children, fejn f'dak il-kontest tista' tiġi stabbilita wkoll l-età tagħhom.", "Fil-fatt l-età hija waħda mill-ikbar problemi li hemm fil-kuntest tat-tfal li qegħdin ifittxu l-ażil imma għandek ukoll is-saħħa tagħhom u s-psycho social care li għandhom bżonn.", "The child partecipation hija kruċjali għas-suċċess ta' din l-affari kollha u tibda mill-ewwel smigħ, fejn jinstemgħu wkoll fiċ-Children's House Model.", "Aħna qed nipproponu tip ta' medjazzjoni li għandha tiffaċilità l-mod ta' kif jinstemgħu t-tfal u l-persuni l-oħra fil-każ.", "Fil-proċeduri t-tfal jiġu dejjem mistiedna sabiex jieħdu sehem fih u hija b'għażla tagħhom jekk jiddeċiedu li ma jieħdux sehem.", "Hawnhekk qegħdin naqilbu ftit il-premessa.", "F'emergency order jew f'care order it-tfal jittieħdu f'dan ir-residential assessment centre biex jiġi determinat l-aħjar care plan għalihom u jkun hemm dawn ir-review proceedings.", "Dan jibqa' validu - kif għandna sal-lum - sakemm it-tifel jagħlaq l-età ta' 18-il sena jew sakemm jiġi mwaqqaf.", "U meta tiġi deċiża mill-Qorti jekk twaqqafx jew tvarjax iċ-Child Protection Order, il-Qorti tikkonsidra diversi affarijiet.", "Aħna għamilnilha bħal check list li għandha ssegwi magħha.", "Mela l-Qorti se tara x'inhi s-sitwazzjoni tal-ġenituri, se tara jekk il-ġenituri jistgħux jipprovdu kura adegwata għal uliedhom, se tara jistgħux jagħtu sigurtà lit-tfal tagħhom u se tara jistgħux jirrispondu għall-bżonnijiet tat-tfal partikolari.", "Se tara wkoll l-ammont taż-żmien li t-tifel se jkun għamel fil-kura u l-attachment li jkun hemm bejn it-tifel u l-persuna li tkun ħadet ħsiebu.", "Xi ħaġa li tiġri ta' spiss u anke smajniha fil-konsultazzjoni li għamilna hija dik li l-ġenituri pereżempju jagħmlu programm biex jegħlbu l-vizzju tad-droga, u forsi jdumu sentejn biex jiġu f'tagħhom, u ladarba jiġu f'tagħhom jippretendu li jistgħu jaqbdu u jieħdu t-tfal magħhom lejn id-dar.", "Imma f'dawk is-sentejn jista' ikun li t-tfal ikunu għamlu relazzjoni sinifikanti ħafna ma' persuni oħra u allura l-Qorti trid tħares lejn dawn l-affarijiet ukoll u trid tara x'inhu l-aħjar interess tat-tfal.", "Mela din mhijiex xi ħaġa awtomatika.", "L-intervisti li jsiru lit-tfal il-Qorti trid tara li dawn isiru minn persuni mħarrġa f'dan ix-xogħol.", "F'każ ta' tfal li qed ifittxu l-ażil għandek il-linguistic and cultural sensitivity għax inkella mhux se niftiehemu.", "Fil-Qorti jridu jinżammu r-records tal-intervista u jekk it-tifel jiddeċiedi li ma jridx jiġi intervistat, irid jitniżżel dan ukoll għax l-ewwel punt hu li kull tifel u tifla għandhom id-dritt li jinstemgħu.", "Hija l-eċċezzjoni u mhux r-regola li ma jinstemgħux.", "Iridu jsiru l-isforzi kollha biex iżommu l-konfidenzjalità ta' dak li jgħidu t-tfal.", "Is-CPS, il-Qorti u min jaġixxi fl-aħjar interess tat-tfal irid jinforma u jispjega lit-tfal - skond il-maturità ta' dak it-tifel jew tifla - xi proċeduri ttieħdu u r-raġunijiet għala ttieħdu, xi proċeduri oħra li qegħdin jissemmgħu u d-dritt tat-tfal li jikkonsultaw mal-avukat tat-tfal u jagħtuhom kwalunkwe informazzjoni oħra.", "Kif semmejna fil-bidu waħda mill-highlights kienet li t-tfal iridu jkunu jafu x'inhu jiġri mill-bidu sal-aħħar.", "Għallinqas ngħidulhom bihom l-affarijiet.", "Issa aħna mhux qed ngħidu li jekk iridu xi ħaġa rridu nagħmluha bilfors imma qed ngħidu li jekk tittieħed deċizjoni jew jekk hemm proposta fuq it-tfal, allura rridu nżommuhom up to date b'dak li jkun qed jiġri.", "Kull deċiżjoni relatata maċ-child protection order hija motivata mill-best interest principle u pprovajna nagħmlu lista ta' x'tinvolvi din.", "Din hija wġiegħ ta' ras għal kulħadd madwar id-dinja u pprovajna nniżżlu ftit punti ukoll bit-tama li ngħinu lill-Qorti meta din tkun qiegħda tivverifika l-issues li għandha tagħti kas.", "Il-volontary placements illum il-ġurnata qegħdin għal dawk li ma jkunux taħt care order.", "Din tfisser li jkollok ġenituri li t-tfal tagħhom ma jkunux meħuda bil-forza imma jiddeċiedu huma stess li jqiegħdu lit-tfal tagħhom in residential care.", "B'hekk ma joħroġx care order.", "F'dak il-kas il-ġenituri jista' jdurilhom fi kwalunkwe ħin u jieħdu t-tfal tagħhom lura.", "Aħna qed ngħidu li f'dak il-każ il-Qorti għandha tidħol xorta waħda f'dawn il-każijiet.", "Jien nixtieq inkun naf x'care plan hemm għat-tfal għax jekk diġà bdejt kura mat-tfal u mbagħad f'temp ta' ġimgħa jerġa' idurlek u tkun trid tieħu t-tfal lura, dan jista' ma jkunx ta' ġid għalihom.", "Fuq il-volontary placements qed ngħidu li għandu jkun hemm care plan u care review bl-istess mod u bl-istess timeframes.", "Il-prinċipju għandu jkun li kull tifel huwa individwu u allura kull tifel jew tifla għandhom jiġu eżaminati u l-Qorti tista' tiġi motivata bil-best interest principle, bil-wellbeing u bir-rikkonoxximent li l-Istat għandu r-responsabilità partikolari biex jipprovdi l-ispecial care and assistance.", "Din ġiet meħuda mill-United Nations Convention on the Rights of the Child u nħossu li hija l-leitmotif f'dan il-proċess kollu.", "Hija r-responsabilità tal-Istat sabiex jekk it-tfal ma jistgħux joqogħdu mal-ġenituri tagħhom, ikun hu li jidħol responsabbli għalihom.", "Fuq it-timeframes kellna ħafna konsultazzjoni mas-social worker li kienet fit-tim tagħna biex naraw x'inhu raġonevoli u x'mhuwiex.", "It-28 ġurnata diġà qegħdin hemm fil-Care Order's Act, u allura hawnhekk ukoll ma vvintajna xejn iktar oneruż, iktar tal-bidu fejn hemm it-two days u l-emergency.", "Jekk hemm tifel li qed juri mġieba li turi li se jqiegħed lilu nnifsu jew lil ħaddieħor f'periklu, allura l-gwardjan se jiġi għalih u jrid jieħu passi immedjati biex it-tifel jiġi mpoġġi x'imkien sikur.", "Però jekk lit-tifel titteħidlu l-libertà l-Qorti għandha d-dover li tagħmel follow up.", "B'hekk dan it-tifel mhux jitqiegħed x'imkien u jintesa imma jkun hemm care plan apposta għalih.", "Aħna qed nissuġġerixxu li din għandha tkun fi ħdan il-Qorti tal-Familja għaliex hija proprju issue tal-familja.", "It-tfal u anke l-ġenituri qalu li din hija issue tal-familja u għalhekk qegħdin ngħidu li għandha tkun parti mill-Family Court, però l-imħallfin li jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet iridu jieħdu ħsieb biss l-issues marbuta maċ-child protection.", "Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti għandha tkun esklussiva għal dak li għandu x'jaqsam mal-issue, review, termination and ancillary matters related to child protection orders.", "Il-Qorti tista' tawtorizza care order u tara l-implimentazzjoni tagħha.", "Il-Qorti tkun ippreseduta minn imħallef imma dan għandu jkun assistit minn żewġ membri taċ-child care advisory group.", "Aħna għedna li dan għandu jkollu żewġ advisors, jiġifieri se tkun bejn Qorti u Tribunal.", "U dan għednih għaliex ħassejna l-importanza li l-Qorti, fi ħdan il-Family Court, għandu jkollha l-għajnuna li fil-fatt llum għandha.", "Dawn in-nies li jkunu ġejjin minn background partikolari jistgħu jgħinu biex il-Qorti tasal għal konklużjoni informata ħafna.", "Qed ngħidu wkoll li l-Qorti għandha żżomm l-istess kompożizzjoni.", "Mela jekk jiġi tifel quddiemha trid tibqa' issegwi lil dak it-tifel.", "Qegħdin nipproponu żewġ imħallfin għax għandna iktar minn 400 care order bħalissa!", "Jiġifieri jekk għandek review kull sitt xhur u għandek ukoll l-emergency orders li joħorġu, bl-ewwel bring up isir wara tliet xhur, fiżikament għadna qegħdin nipprovaw inqassmu l-ġranet kif se jaħdmu.", "Idealment ikun l-istess imħallef li jara l-istess tfal u mhux darba jarahom imħallef wieħed u darb'oħra jarahom imħallef ieħor.", "Dawn l-imħallfin għandhom bżonn taħriġ partikolari biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Ix-xhieda tinstemà mill-imħallef u ma jkunx hemm farming out tagħha, jiġifieri t-tifel ma jħossx - kif ilmentaw magħna - li l-imħallef qed jisma' lil xi ħaddieħor u mhux jagħti kas ta' dak li qed jgħid hu.", "It-tifel ikollu d-dritt li jinstema' in camera għax forsi ma jħossux komdu li jinstemà l-Qorti.", "Qed nissuġġerixxu li jkun hemm sitt membri tal-advisory group, li jistgħu daqqa jkunu ma' imħallef wieħed u daqqa jkunu ma' imħallef ieħor.", "Qed ngħidu li għandu jkun hemm sejħa pubblika u dħalna fid-dettall ta' kif għandhom jintagħżlu dawn in-nies tal-advisory group.", "Anke l-mod ta' kif issir l-interview tagħhom hija xi ħaġa importanti ħafna għax dawn jistgħu verament jaffettwaw l-andament tal-ġustizzja fir-rigward ta' dawn it-tfal.", "Dwar il-proċeduri fil-Qorti għedna li jekk hemm pereżempju tifel li għandu bżonn careorder f'Għawdex, hija l-Qorti li għandha tmur Għawdex u mhux it-tifel jinżel Malta.", "Din hija xi ħaġa li lmentaw fuqha t-tfal f'Għawdex għax qalulna li jispiċċaw jitilfu l-iskola biex jidhru quddiem il-bord tat-tfal f'Malta.", "Il-mod ta' kif l-imħallef għandu jikkonsulta; għalkemm id-deċiżjoni finali hija tal-imħallef, xorta waħda jrid jagħti kas tal-opinjoni tal-advisors, u fejn ma jaqbilx magħhom irid jispjega għalfejn mhux qed jaqbel magħhom.", "Min jieħu sehem fil-proċeduri jista' jibbenefika mill-għajnuna legali u qiegħda nieħu gost li se jkun hemm xi titjib fis-sistema tal-Għajnuna Legali għax f'dan il-każ se jkun hemm bżonn li jingħata legal aid partikolari.", "It-tfal se jiġu assenjati awtomatikament avuktat tat-tfal sakemm dawn ma jirrifjutawx din l-offerta.", "Is-smiegħ jiġi appuntat fi żmien five working days minn meta tidħol l-applikazzjoni.", "U hemm lista ta' nies li għandhom jiġu mistiedna.", "Il-Qorti għandha sebat ijiem mid-data tal-ewwel smiegħ u dawn li qed taraw hawnhekk huma t-timeframes li għandha l-Juvenile Court taħt Chapter 287 u taċ-Children and Young Persons Care Orders Board taħt Chapter 285.", "Jiġifieri m'aħna nagħmlu xejn spettakolari.", "Din tar-records żidniha aħna, fejn qed ngħidu li r-records kollha li għandhom x'jaqsmu maċ-child protection process għandhom jinżammu mill-inqas 25 sena minn mindu t-tifel jagħlaq 18-il sena.", "Dak ukoll kien ilment li smajna ħafna fuqu għaliex riedu jkunu jafu jekk għandhomx aċċess għal dak li jkun qed jiġri lilhom.", "Iċ-Child Court Services qed nimmaġinawha b'dan il-mod; iċ-child protection u ċ-child advocate semmejnihom diġà u mbagħad għandek iċ-child protection mediator u l-guardian li għadna ma semmejnihomx.", "L-ewwel ħaġa hi li għandu jiġi appuntat avukat biex jassisti lit-tfal - dan se jkun iċ-child advocate - sakemm it-tfal ma jkunux iridu mod ieħor.", "Jiġi appuntat ukoll guardian li se jieħu ħsieb l-interessi tat-tfal, jiġifieri l-avukat se jieħu ħsieb ix-xewqat tat-tfal u l-guardian se jħares lejn l-interessi tagħhom.", "Imbagħad għandek iċ-child protection mediator.", "Issa ħalli nispjega ftit għalfejn għamilna dan l-irwol.", "Ħafna drabi l-care conferences, illum imsejħin case conferences, jiġu chaired minn social worker u s-social worker jiġi identifikat bħala l-buddy, li qiegħed iżomm ma' naħa jew ma' oħra.", "Din il-persuna se tkun kompletament indipendenti u newtrali, u se tipprova tpaċi ż-żewġ naħat.", "L-istruttura tal-medjatur diġà teżisti fi ħdan il-Family Court, u kulma għamilna hu li żviluppajniha għaċ-child protection però hija fuq l-istess idea ta' medjatur.", "In-notifiki biex ma naħlux il-ħin tal-partijiet se ssir seduta stante bid-data tal-case conferencing u ċ-child protection mediator irid jismagħhom f'dak iż-żmien u jrid jara jistax jasal magħhom jew le.", "Hemm lista ta' affarijiet li qed nistennew li ċ-child protection mediator ikollu bħala valuri u kwalifiki.", "Il-medjatur irid ikollu l-għajnuna fil-Qorti, jiġifieri aħna qed nimmaġinaw li se jkun hemm clerk tal-Qorti li se jassisti lill-medjatur.", "Se jkun hemm diversi affarijiet amministrattivi li jrid jagħmel, speċjalment għall-appuntamenti u l-verbali biex jagħmel kuntatt man-nies, biex jara xi ħlasijiet iridu jsiru u dawn l-affarijiet kollha.", "Xi ħaġa importanti għall-medjatur hija li jrid jinforma lill-partijiet li mhux se jittieħed ġurament għax kull ħaġa li tiġi ppreżentata se tingħata lill-Qorti u se tkun il-Qorti li tiddeċiedi x'ġara.", "Mela l-mejdatur qiegħed hemm purament biex jgħin lin-nies jaslu għal konklużjoni aċċettabbli għal kull naħa.", "Il-guardian irid jiġi appuntat minn panel maħtur mill-Family Court.", "Qed ngħidu wkoll li dan għandu jkun imparzjali, matur, li jkollu esperjenza mat-tfal, li jkollu abilità li jikkomunika mat-tfal u jassessjahom, li jipparteċipa fit-taħriġ u li jkun preżenti sabiex jassisti lit-tfal jew jekk it-tfal ma jridux li jkunu preżenti huma, allura jkun hu li jirrappreżentahom.", "Hemm ukoll lista ta' affarijiet li qegħdin nistennew li l-dan il-gwardjan jagħmel.", "Hemm iċ-child advocate - fejn aħna qed nipproponu li dan għandu jitqiegħed fil-liġi – li għandu jiġi appuntat sabiex jirrapreżenta lit-tfal u li jżomm din ir-relazzjoni ta' avukat u klijent.", "Dan se jkollu dawn ir-responsabiltajiet; li jara x'inhuma x-xewqat tat-tfal, li jinformahom bid-drittijiet tagħhom u li jispjegalhom il-proċeduri li jkunu se jittieħdu u li jagħtihom it-taħriġ meħtieġ.", "Fil-care conference jista' jkun hemm sensiela ta' persuni.", "Aħna niżżilna tmienja, li jidhru ħafna imma l-Qorti tista' tiddeċiedi li ma tinkludihomx kollha.", "Jekk espert jiġi mitlub sabiex jagħti informazzjoni lill-Qorti, irid ikun hemm raġuni valida biex dan ma jmurx il-Qorti.", "U forsi jkun hemm ukoll xi piena jekk ma jidhirx il-Qorti mingħajr ġustifikazzjoni għax ħafna drabi t-tfal jispiċċaw imorru l-Qorti imma l-proċess ma jkunx jista' jibqa' għaddej.", "Mill-outcome tal-care conference għandek żewġ opzjonijiet; jew jiftiehmu fuq il-care plan u f'dak il-każ il-mediator jissottomettih lill-Qorti flimkien mar-rapport u l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Jew inkella, jekk il-care plan ifalli jew inkella jekk ma jkunx hemm care plan, il-Qorti trid tiddeċiedi hi x'għandu jsir u f'dak il-każ tista' timponi restrizzjonijiet dwar kif jistgħu jiltaqgħu l-ġenituri u t-tfal.", "Ovvjament trid tagħti raġuni meta tagħmel hekk.", "Din hija xi ħaġa li semmewha t-tfal għax ħafna drabi ma jkunux jafu għala ma jistgħux jaraw lill-ġenituri tagħhom jew lin-nanna jew liz-zija jew lil ħuthom.", "Qed ngħidu li din tar-restrizzjonijiet għandha tkun biss meta l-Qorti tkun konvinta li hija ta' detriment għat-tfal.", "Ir-review irid isir mhux inqas minn tlitt xhur sakemm mhijiex manifestament fl-aħjar interess tat-tfal.", "Għamilna lista tal-affarijiet li għandu jinkludi l-care plan u din ħadniha mill-best practise tas-social workers.", "Illum magħna hawn social workers u żgur li dawn huma familjari ma' ħafna mill-affarijiet li niżżilna hawnhekk.", "Aħna ħassejna l-bżonn li ninkluduhom ukoll fl-abbozz u qed ngħidu li l-ewwel review għandu jsir fi żmien tlitt xhur però mbagħad, sussegwentement qlibna għal kull sitt xhur li hija l-prassi taċ-Children and Young Persons Advisory Board illum.", "Ovvjament jekk jiġri xi ħaġa fi żmien dawk is-sitt xhur wieħed dejjem jista' jitlob li jinstemà qabel dak iż-żmien.", "Ir-review għandha tkun faċilitata wkoll mill-medjatur u fejn m'hemmx kontestazzjoni l-Qorti tista' tawtorizza l-implimentazzjoni tar-rakkmandazzjonijiet.", "Fejn hemm rakkmandazzjonijiet il-Qorti għandha tismà lil kulħadd u tara hi jekk għandhiex tkompli bihom jew le.", "Jista' jkun li dan huwa konċett ġdid li l-Qorti tirrakkmanda li jkun hemm shared responsability, jiġifieri jista' jkun li l-ġenituri iżommu biċċa mir-responsabilità fuq uliedhom u din tiġi bi sħab mal-persuni l-oħra li jkunu se jieħdu ħsieb it-tfal.", "Jekk aħna qegħdin nimxu lejn ri-integrazzjoni, mela allura rridu naraw li jkun hemm dan ix-shared parenting.", "Jista' jkun ukoll li meta t-tfal ikunu in foster care, u l-foster care ikun ilu għaddej għal aktar minn four care reviews, jiġifieri qed ngħidu 21 xahar, mela hemmhekk għandek il-permanenza u allura l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal jistgħu jitqiesu li qed jieħdu ħsiebhom b'mod permanenti.", "Dak ma jfissirx li qed jingħataw parental authority fuq it-tfal.", "Fil-fatt aħna speċifikajna x'inhuma l-acts of ordinary and extraordinary administration għat-tfal, jiġifieri jekk it-tifel irid imur għand dentist għal check up dik hija day to day administration imma jekk it-tifel għandu bżonn surgery dik tiġi extraordinary administration.", "U f'dawk il-każijiet il-persuna bl-awtorità fuq it-tfal trid tieħu dik id-deċiżjoni, li f'dan il-każ tiġi l-Qorti.", "Imma dawk il-persuni with permanent foster care ikollhom iktar leeway.", "Kollox huwa spjegat fl-abbozz.", "Wieħed jista' jappella minn dak li tgħid il-Qorti u din hija xi ħaġa li llum ma teżistix.", "Illum m'hemmx mod ta' kif tista' tappella mill-care orders board.", "U allura qed nagħtu mezz kif dan ikun jista' isir u għalhekk qed nissuġġerixxu li jkun hemm a fast track appeal system peress li hawnhekk qed nitkellmu fuq it-tfal.", "It-termini kollha qegħdin fuq dik il-lista li qed taraw.", "Jista' jkun li l-Qorti tiddeċiedi li t-tifel taħt child protection order jiġi freed for adoption u f'dak il-każ il-persuni li għandhom interess jistgħu jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom.", "Inti jista' jkollok adoptors li diġà huma identifikati u jista' ma jkollokx.", "Il-ġenituri jiġu mgħarrfa bil-proċess tal-adozzjoni li qed jiġi msemmi, u jekk il-ġenituri jaqblu li jkun hemm il-freeing, aħna qed nissuġġerixxi li l-Qorti tirriferi lill-ġenituri għall-councelling, fejn ikollhom session waħda biex jifhmu - b'hekk ma jiġux wara jgħidu li ma fehmux - eżattament il-portata ta' dan il-proċess.", "Qabel ma jingħata d-digriet l-imħallef irid ikun ċert u jkun komdu li kulħadd qed jifhem eżattament x'inhu jiġri.", "Il-Qorti tista' wkoll tiddeċiedi li minkejja li l-ġenituri ma jridux ikunu kompliċi fil-freeing, kif se mai qiegħda llum il-liġi, xorta waħda tgħid li t-tfal għandhom jiġu adottati.", "F'dak il-każ dak li għandhom xi jgħidu t-tfal għandu jingħata attenzjoni kbira.", "Qegħdin nissuġġerixxu li l-open adoption tiġi mwessa' u miftuħa daqsxejn aktar billi jista' jkun li jkun hemm kuntatt fiżiku mal-membri tal-familja.", "Pereżempju jista' jkun li n-nanna għad għandna interess f'dak li qed jagħmel in-neputi tagħha li ġie adottat ġo familja oħra.", "Din mhux suppost li jkollha kuntatt mat-tifel imma huwa ta' ġid għat-tifel li jżomm kuntatt magħha.", "U allura aħna qed ngħidu li m'għandniex nagħlqu l-konċett tal-adozzjoni, fejn dak il-bieb ingħalaq kompletament għax jista' jkun li għat-tifel ikun jaqbillu li jżomm ċerta kuntatti.", "Dak huwa s-suġġeriment tagħna.", "Jista' jkun ukoll li t-tifel iħoss li l-open adoption mhijiex fl-aħjar interess tiegħu.", "Dik l-idea setgħet kienet tajba meta huwa kellu għaxar snin imma issa, li għandu 16-il sena qed jinqalgħu ħafna problemi u ntoppi u allura l-Qorti trid tisma' kollox u trid tara jekk għandhiex tittermina dak l-arranġament.", "Meta t-tifel jitqiegħed f'out of home care l-Istat għandu din ir-responsabiltà u l-practical responsibility li llum qiegħda f'idejn il-Ministru se timxi f'idejn il-guardian għax xi ħadd irid ikun responsabbli minn dak it-tifel.", "Aħna qed ngħidu li għandu jkun il-guardian li jieħu f'idejh din ir-responsabilità.", "Dik il-persuna awtorizzata li tagħmel l-atti ordinarji ta' amministrazzjoni, il-Qorti tista' tawtorizzaha sabiex tagħmel ukoll xi atti straordinarji.", "U dan jista' isir permezz ta' care plan jew wara applikazzjoni.", "Fejn ikun hemm emerġenza ovvjament jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa imma dejjem trid tiġi informata kemm jista' ikun malajr il-Qorti.", "Semmejna x'inhuma l-extraordinary acts of administration u dawn jinkludu meta t-tifel ikun se jsiefer barra minn Malta, meta ddaħħlu ġo skola jew inkella meta se tbiddillu l-iskola jew ir-reliġjon tiegħu.", "Dawn huma ftit eżempji.", "Semmejna r-responsabiltajiet tal-Istat u b'kollox għandna żewġ slides bihom għaliex ridna nuru biċ-ċar x'responsabilità għandu l-Istat lejn dawn it-tfal li għandhom bżonnijiet partikolari ħafna.", "Issa nifhem u napprezza li ħafna minnhom jistgħu jkunu ta' piż finanzjarju fuq l-Istat imma in the long term, down the line dawn jagħmlu sens għax naħseb kulħadd jifhem li ħafna drabi dawk it-tfal li joħorġu minn institutional care jkollhom bżonn ta' kura mod ieħor.", "U aħna qed nipprovaw nikkreaw sistema li tappoġġjahom mill-bidu.", "Niżżilna wkoll x'inhuma r-responsabilitajiet tas-social worker.", "Mela ħalli nsemmi fil-qosor x'inhuma l-highlights tal-liġi.", "Aħna qed ngħidu li l-care order għandha titneħħa mir-responsabilità tal-Ministru u tmur fi ħdan il-Qorti.", "B'hekk ikollna ppjanar aħjar, inforzar aħjar u proċeduri tal-appelli li llum ma jeżistux.", "Hemm il-proposta għall-introduzzjoni ta' konċetti totalment ġodda ta' mandatory reporting, child protection register, permanent foster care, freeing for adoption u shared parenting.", "Dawk illum mhumiex fil-liġi.", "L-għażla ta' iktar minn ordni waħda li tirrispondi għall-bżonnijiet tat-tfal u għall-familji tagħhom.", "Għandek ukoll din ir-regulation ta' volontary placements, it-twaqqif ta' child court services li fi ħdanha se jkollha ċ-child protection service, iċ-child advocate, iċ-child protection mediator u l-guardian taħt l-awtorità tal-imħallef, flimkien ma' żewġ professional advisors.", "Qed ngħidu li għandu jkun hemm iċ-child assessments centre u c-children's house biex innaqqsu t-trawma fuq it-tfal fil-proċess investigattiv.", "Matul dan il-proċess kollu t-tfal huma assigurati drittjiet ta' parteċipazzjoni kif se mai għandhom id-dritt taħt il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda.", "Il-ġenituri wkoll għandhom id-drittijiet tagħhom rispettati fit-termini tal-European Convention on Human Rights u l-Istat għandu jonora l-committments tiegħu taħt is-CRC.", "Din hija l-ewwel darba li l-liġi ġiet imfassla b'mod li qiegħda tirrispondi direttament għall-feedback ta' dawk in-nies li tikkonċernahom b'mod dirett.", "U kien għalhekk li bdejna bil-konsultazzjoni.", "Il-liġi tipprova turi eżattament min hu responsabbli ta' xiex u toħloq mekkaniżmi għal redress.", "Hija rispettuża ħafna għar-regoli tal-ġustizzja u l-obbligazzjonijiet u ċertament se ssaħħaħ dak il-committment tal-Istat biex jagħmel iċ-Children's Act.", "Min-naħa tiegħi nirringrazzjakom ta' din l-opportunità sabiex naqsam magħkom iċ-Child Protection Bill.", "Issa jekk għandkom bżonn ta' iktar kjarifiki jew rakkmandazzjonijiet tistgħu tgħiduli issa jew inkella tibagħtuli email fuq dak l-indirizz elettroniku li qed taraw hawnhekk.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn xi mistoqsijiet min-naħa tal-Membri?", "L-Onor.", "JOE CASSAR: L-ewwelnett nixtieq ngħidlek prosit ta' dan ix-xogħol kollu li għamiltu għaliex naħseb li huwa importanti ħafna.", "Jiena xtaqt nagħmillek din il-mistoqsija; il-liġi għandha tħares lejn il-professjonalità u t-taħriġ serju tal-Qorti?", "Il-liġi għandha parametri ċari fuq kulmin se jkun qiegħed fil-Qorti, inkluż tal-imħallfin li jridu jkunu mħarrġa f'dan il-qasam tant ikkumplikat?", "Bħalma taf tajjeb inti wkoll Dr Farrugia, dawn huma deċiżjonijiet delikati ħafna u qatt ma jkunu plain sailing kif tixtieqhom.", "Dan ifisser li jrid ikollok persuni mħarrġa anke f'istituti li jistgħu jħarsu verament dan is-suġġett daqshekk delikat u b'hekk ikollna moħħna mistrieħ anke bħala pajjiż li min qiegħed f'dak il-post, qiegħed hemm verament b'dedikazzjoni.", "Nispera li din se tkun qiegħda tiġi kkontemplata fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet żgħar imma qabel xejn nixtieq ngħidlek grazzi ta' dan ir-rapport għaliex verament huwa rapport tajjeb.", "Mela aħna qegħdin ngħidu li kull persuna li jkollha suspett li b'xi mod jew ieħor għandha tifel jew tifla li hija suġġetta għal xi forma ta' abbuż, din tista' tagħmel rapport jew lis-CPS jew lill-Pulizija.", "Imma x'inhu l-irwol tat-tifel jew tifla?", "Qiegħda ngħid hekk għax jista' ikun li jkollok tifel jew tifla li jkunu jixtiequ jagħmlu dan ir-rapport.", "Issa milli qiegħda nara l-liġi per se ma tikkontemplax sabiex dak it-tifel jew tifla jkunu jistgħu jagħmlu huma stess dan ir-rapport lis-CPS.", "U x'se tkun ir-relazzjoni bejn is-CPS u l-Pulizija?", "Ġaladarba rapport jista' jsir kemm lis-CPS u kemm lill-Pulizija, x'se tkun ir-relazzjoni bejniethom?", "Jiġifieri jekk persuna tmur tagħmel rapport lill-pulizija, x'se tkun l-ewwel azzjoni li se tkun qiegħda tieħu l-pulizija?", "Se tirrapporta hi stess lis-CPS biex is-CPS tieħu l-miżuri jew il-pulizija, għal rasha, tista' tibda bil-proċeduri kif jidhrilha li huwa xieraq?", "Kif semmejtu tant tajjeb kemm inti u kemm l-Onor.", "Cassar, hawnhekk għandek bżonn li jingħata t-taħriġ.", "Jiena nemmen li l-pulizija f'dan ir-rigward għandhom bżonn ta' taħriġ qawwi għax sfortuntament jistgħu jiġu ffaċċjati b'sitwazzjonijiet varji.", "Allura x'inhu intiż li jingħata bħala taħriġ lill-pulizija?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JOE CASSAR: Dan huwa suġġett li jekk ma twaqqfunix nibqa' għaddej!", "Issa ħalli l-ewwel nagħmel kjarifika 'l għala se nagħmel din il-mistoqsija.", "Jien dejjem ikkontendejt li waħda mill-problemi fl-aġenzija Appoġġ hija dik li fi ħdanha għandha ċ-Child Protection Services, li tagħti servizz terapewtiku.", "Jiena nemmen li fil-kontest li għandek a flowing of social workers and psychologists li jmorru minn post għal ieħor, in a way hija healthy għax inkella jista' ikollok burnout.", "Imma meta għandek Child Protection Services u għandek persuni li qed jagħtu xogħol terapewtiku fl-istess binja u fl-istess qasam, jiena naħseb li dik tista' toħloq diżgwid.", "Din żgur li nista' ngħidha mill-esperjenza għax nara tfal u żgħażagħ li jitfixklu meta għandek lil xi ħadd li qiegħed jagħmillek it-terapija, li allura tibda tħossok moħħok mistrieħ miegħu għax tħoss li tista' tafda ċerti affarijiet li ma jistgħux jintużaw kontrik.", "Mentri fiċ-Child Protection Services kull ħaġa li tgħid għandhom jittieħdu l-passi fuqha.", "Jiena nemmen li għandu jkun hemm differenza bejn iċ-Child Protection bħala investigative body u t-therapeutic services and they should never mingle together, anke bħala ħaddiema.", "Fil-mument li ddawwar il-ħaddiema se jkollok nies li jgħaddu għaxar snin u jgħidu ara dak it-tali ħadli lill-ħija!", "Dawk huma r-realtaijiet!", "Nispera li fil-liġi hemm din il-forma ta' kontemplazzjoni li inti forsi qiegħda tifhimni imma ftit nies kienu fehemu dak li ridt ngħid meta tkellimt fuqha.", "DR RUTH FARRUGIA: Se nibda mill-aħħar punt tal-Onor.", "Cassar għax verament qegħdin on the same page hawnhekk.", "Iva, aħna qed nissuġġerixxu li s-CPS għandu jinqala' kompletament 'il barra mill-Appoġġ u jitqiegħed fil-Qorti għax ma jistax ikun li f'daqqa waħda għandek persuna li qiegħda tagħmel investigazzjoni u mbagħad din issir il-ħabib tiegħek u tipprova tgħinek.", "U għalhekk l-abbozz qiegħed jissuġġerixxi proprju dan; li ċ-Child Protection Services jitneħħa mill-Appoġġ u s-social workers ikunu part miċ-Child Court Services.", "Se nwieġeb issa fuq il-mistoqsija l-oħra tal-Onor.", "Cassar dwar it-taħriġ.", "Aħna qed ngħidu li dan għandu jibqa' jingħata l-ħin kollu.", "U qed ngħidu li t-taħriġ għandu jingħata wkoll lill-imħallfin.", "Kull persuna li se jkollha x'taqsam mat-tfal irid ikollha taħriġ apposta u qed ngħidu li din għandha tkun parti mit-terms of reference tal-job description.", "Jekk ma taċċettax li tagħmel it-taħriġ mela tidħolx għaliha.", "Semmejt ukoll it-tħassib tagħna li t-tfal jiġu intervistati min-nies li mhumiex sensittivi biżżejjed għall-bżonnijiet ta' dawn it-tfal partikolari.", "U għalhekk qed nissuġġerixxu li jintuża dan il-mudell Skandinavu li jissejjaħ Children's House fejn it-tfal jiġu intervistati darba minn persuna li taf x'inhi tagħmel.", "Għall-mistoqsija li għamlet l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici dwar jekk it-tfal jistgħux jagħmlu rapport irrid ngħid li iva, it-tfal jistgħu jagħmlu huma stess ir-rapport.", "Kulħadd jista' jagħmel rapport imma dik is-section tal-mandatory reporting qiegħed għal min jaħdem mat-tfal.", "Anke llum tifel jista' jmur jagħmel rapport.", "Fl-abbozz qed ngħidu li huwa d-dover ta' dawk li jaħdmu mat-tfal li jagħmlu rapport u jekk ma jagħmluhx se jkun hemm il-konsegwenzi.", "In kwantu r-relazzjoni bejn is-CPS u l-pulizija nixtieq nirringrazzjak talli qajjimt din l-issue għax aħna daħħalna l-pulizija fil-kredu peress li llum il-ġurnata ħafna nies jagħmlu riferenza għall-pulizija.", "Dik hija d-drawwa u ma nistgħux ma nagħtux kasha.", "Idealment imorru direttament għand iċ-Child Protection u għalhekk qed ngħidu li f'każ li jmorru jagħmlu rapport għand il-pulizija, il-pulizija għandhom 24 siegħa ċans - preferibilment inqas – sabiex jirriferu l-każ lis-CPS.", "Jekk tgħaddi l-liġi mhux se jibqgħu jieħdu ħsieb il-pulizija imma se jkunu tas-CPS għax huma n-nies imħarrġa fuq kif għandhom jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Ministru ma nafx tridx tagħmel il-conclusion remarks tiegħek?", "OWEN BONNICI: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirrinrazzjak talli tajtni l-opportunità sabiex niddiskutu liġi bħal din.", "Jiena dejjem għedt li t-tfal huma l-għeżeż ħaġa li għandna fis-soċjetà tagħna u għalhekk l-ewwel ħaġa li rridu niddiskutu hija l-protezzjoni tat-tfal.", "Naħseb li din hija l-prijorità ewlenija tagħna.", "Semmejna bosta affarijiet, fosthom li jitħaffu l-kawżi, eċċ imma l-protezzjoni tat-tfal hija xi ħaġa fundamentali.", "Huwa ta' unur kbir li intom bħala esperti qegħdin tħarsu lejn il-Qorti b'din il-fiduċja.", "Ġenwinament ngħid li huwa ta' unur għalina li naħdmu fis-settur ġudizzjarju li minn tant entitajiet li jeżistu, intom dehrilkom li l-aħjar triq li dawn il-proċeduri għandhom jieħdu hija proprju dik tal-Qorti.", "U qed ngħid hekk għaliex aħna nafu li minn studji li saru jirriżulta li hemm inqas min-nofs il-poplu li għandu fiduċja fil-Qrati u din hija xi ħaġa li tinkwetana.", "Għandek biss 45% tal-poplu li għandu fiduċja fl-isituzzjonijiet tal-Qrati u bħala Gvern, aħna rridu ntellgħuha.", "Għalhekk meta naraw esperti tal-livell tagħkom tgħidulna li s-soluzzjoni għalikom hi dik li dak li bħalissa qed isir barra mill-Qorti għandu jittieħed fil-Qorti, żgur li hija xi ħaġa pożittiva.", "Irrid ngħid ukoll li mit-taħditiet li kelli ma' Dr Farrugia privatament rriżulta li anke l-ġudikatura ġiet ikkonsultata u tat il-proposti tagħha.", "Nafu li l-ġudikatura tiġi kkritikata, issa jien mhux qiegħed hawn biex nagħmilha tal-avukat tal-ġudikanti għax mhuwiex dak l-irwol tiegħi imma rridu nirrikonoxxu wkoll li f'kamp bħal dan il-ġudikatura kkooperat bis-sħiħ magħkom u tat ukoll is-suġġerimenti tagħha.", "Naturalment hawnhekk qed naraw abbozz ta' liġi li jitkellem fuq fejn irridu naslu.", "Issa t-triq biex tasal fejn tixtieq hija mimlija ostakoli u ovvjament l-arti tagħna hija l-arti tal-possibbli, fejn irridu nagħmlu dak li nixiequ nagħmlu fil-kontest li nafu li m'għandniex but infinit.", "Għandna riżorsi limitati u għalhekk irridu nimmassimizzaw ir-riżorsi tagħna.", "Jiena naħseb li rridu nimxu lejn dan l-ottimu.", "Issa jekk tgħiduli nistgħux naslu hemmhekk mill-ewwel naħseb li r-riżorsi tagħna ma jippermettux dan imma l-fatt li nafu li rridu naslu hemmhekk diġà qed jagħtina l-possibilità li nimmiraw lejn dak ix-xenarju.", "Naturalment l-iktar constraint mhuwiex fil-liġi għax il-liġi qiegħda hemmhekk u nista' ngħid li għandkom ħafna ideat tajbin.", "Jien personalment naqbel ma' ħafna minnhom u naħseb li m'hemmx punt wieħed li ma qbiltx miegħu.", "Naturalment biex timplimenta dan kollu hija storja oħra.", "U forsi biex wieħed japprezza ftit x'qed ngħid se nieħu l-opportunità li nispjega x'qed nagħmlu aħna biex nindirizzaw l-issues li hemm.", "Issemma l-punt li jkun hemm żewġ imħallfin li jiġu appuntati sabiex jisimgħu dawn it-tip ta' kawżi.", "Naturalment kull imħallef jiswa l-flus għaliex dan għandu l-indipendenza u l-imparzjalità garantita mill-Kostituzzjoni.", "Issa allaħares ma kienx hekk imma naturalment kollox għandu l-prezz tiegħu.", "Fil-fatt kull ġudikant għandu dritt għall-istaff tiegħu li jikkonsistu mix-xufier tal-karozza, il-hall clerk u d-deputat tiegħu.", "Ovvjament din ma toħroġ mill-ebda liġi imma kull ġudikant għandu dan il-pakkett.", "Jekk tgħodd is-salarji tagħhom issib li fuq żewġ ġudikanti diġà għandek somma konsiderevoli.", "Imma dan kollu jfisser li għandna naqtgħu qalbna?", "Ifisser li rridu nżommu f'moħħna li hawn dawn l-isfidi li rridu negħlbuhom.", "Sfida oħra hija l-ispazju tal-Qorti.", "Kif tafu l-Qorti tal-Familja diġà hija żgħira ħafna u din hija xi ħaġa li tinkwetana.", "Il-Gvern qiegħed jagħmel in-negozjati sabiex jakkwista proprjetà qrib il-Qorti u b'hekk niksbu aktar spazju.", "Naturalment il-flus irridu nużawhom b'responsabilità u għalhekk qegħdin nipprovaw ninnegozjaw prezz tajjeb.", "Fil-fatt hemm żewġ proprjetajiet li bdejna ninnegozjaw fuqhom u jidher li se naslu fuq waħda minnhom.", "Din il-proprjetà hija viċin ħafna tal-Qorti u allura tagħtina l-opportunità li nirbħu l-ispazju għax kif qegħdin illum il-Qorti tinsab ippakkjata u m'hemmx spazju fejn tikber aktar.", "Hemm ukoll diffikultà ta' spazju biex nagħtu l-uffiċini għall-ġudikanti għax jekk se tagħmel żewġ imħallfin trid tagħtihom ukoll l-uffiċini għalihom u għall-ħaddiema tagħhom.", "Jekk Alla jrid sa qabel is-sajf - ħalli ma nagħtix timelines li mbagħad inkun marbut magħhom - se niftħu l-Judiciary Buildings fi Strada Stretta, li hija proprjetà li ġiet irrinovata mill-Gvern u li ġiet tiswina aktar minn €1 miljun però se sservi sabiex l-imħallfin tagħna jkollhom uffiċini li jixirqilhom.", "Illum hemm sigrieti żgħar ħafna, speċjalment fil-maġistratura.", "U allura b'din il-binja l-ġudikanti se jkollhom uffiċini li jixirqilhom fis-soċjetà tal-lum.", "Bis-saħħa ta' din il-binja, apparti li se nagħtu aktar dinjità lix-xogħol tal-ġudikatura, se nirbħu wkoll l-ispazju fil-bini prinċipali.", "U bis-saħħa ta' dak l-ispazju se nkunu nistgħu nħarsu wkoll lejn l-espansjoni fin-numri tal-ġudikanti.", "Kif inhi llum jekk ma nbiddlu xejn, ma nistgħux inżidu n-numri tal- ġudikanti.", "Ma nistgħux nagħmlu sigrieti ġodda għax qegħdin full house.", "Imma bis-saħħa tal-binja tal-ġudikanti se nirbħu iktar spazju.", "Jekk jirnexxielna ninnegozjaw fuq dik il-proprjetà li qiegħda qrib il-Qorti, apparti milli nagħtu spazju lill-ġudikanti u lill-ħaddiema tagħhom, inkunu nistgħu nagħtu wkoll spazju għal awli ġodda.", "U allura jkollna iktar flessibilità.", "Fuq din tal-awli rrid nistqarr magħkom li huwa ta' dwejjaq kbir għalija li kulħadd jilmenta li m'hemmx biżżejjed awli imma mbagħad jekk immur fis-2.00 p.m. insib kullimkien ċimiterju!", "Fuq din irrid nuri d-dispjaċir tiegħi.", "Issa mhux qed ngħid li l-kawżi għandhom jibdew fid-9.00 a.m. u jispiċċaw fil-5.00 p.m. għax hemm ukoll imħallfin li jibqgħu jaħdmu għal ħinijiet twal.", "Pereżempju din il-ġimgħa kellna każ fejn il-Maġistrat Bugeja baqa' għaddej jisma' il-kawża sas-2.00 a.m..", "Imma rridu ngħidu li filwaqt li nilmentaw li m'hemmx biżżejjed awli, donnu dawn l-awli jintużaw part-time.", "U allura naħseb li jekk inkunu aktar flessibbli fl-operat tagħna, inkunu nistgħu nużaw l-ispazji li għandna b'mod aħjar.", "Hemm ġranet li jintużaw iktar minn ġranet oħra, jiġifieri jekk tmur it-Tnejn u l-Ġimgħa differenti milli jekk tmur it-Tlieta, l-Erbgħa jew il-Ħamis.", "Naħseb li b'diskussjoni matura nistgħu noqogħdu bilqiegħda mal-istakeholders ewlenin u forsi nagħmlu timetable aħjar tal-użu tal-awli u jekk qed ngħidu li għandna problemi tal-awli nhar ta' Ħamis u l-għada l-Ġimgħa jkun hemm vojt fl-użu tagħhom, inkunu nistgħu nużawhom sal-massimu tagħhom fiż-żewġ ġranet.", "B'hekk biss nistgħu nwettqu dan li qed tipproponi inti Dr Farrugia.", "Ovvjament qed ngħid hekk mhux biex naqta' qalb dak li jkun imma biex nuri x'inhuma l-isfidi li għandna quddiemna.", "Bl-istess mod huwa tajjeb li nagħtu t-taħriġ lill-ġudikanti però jekk se nagħtuhom it-taħriġ dak il-ħin mhux se jintuża biex jinqatgħu l-kawżi.", "Meta nitkellmu fuq l-ippjanar ta' kemm għandna bżonn ġudikanti rridu nagħtu kas ukoll tal-ħin li jridu biex jitħarrġu.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn hemm il-kawżi li jridu jgħaġġlu iktar u rridu nagħtu aktar input biex jinqatgħu iktar kawżi.", "Għalhekk biex nagħtu t-taħriġ kif suppost irridu ndaħħlu wkoll dak il-fattur fl-ippjanar li nagħmlu dwar il-qtugħ tal-kawżi.", "Dr Farrugia pproponiet li jkun hemm żewġ imħallfin speċjalizzati fil-protezzjoni tat-tfal.", "Naturalment l-ispeċjalizzazzjoni hija ideali imma din ukoll għandha l-ispejjeż tagħha għax il-fatt li inti qed tispeċjalizza f'settur ifisser li lill-pajjiż se tiswilu l-flus.", "Din hija xi ħaġa tajba u l' hemm irridu mmorru għax għadna ftit lura imma jekk Alla jrid, jekk nibqgħu sejrin bil-pass li sejrin bih naslu wkoll.", "B'hekk l-ispeċjalizzazzjoni ma tkunx biss fis-settur soċjali imma tkun ukoll f'oqsma bħal-liġi marittima u l-patents.", "Għaliex le?", "Għaliex m'għandniex naslu eventwalment biex ikollna qorti tal-kummerċ?", "Għadna qegħdin f'dik il-fażi fejn qed nibnu l-pedamenti.", "Bdejna nibnu l-pedament u rridu naslu f'dak il-livell ħalli nkomplu nibnu fuqu.", "Essenzjalment jiena naħseb li kollox idur ma' xulxin u hemm bżonn li ndaħħlu konċetti ġodda fl-operat tagħna.", "Allura jekk pereżempju għandna dawn il-proposti, huwa possibbli li s-smiegħ ta' dawn il-kawżi jsir f'post iktar 'il bogħod mill-Qorti?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija.", "Jekk jiġri hekk se jkollna l-appoġġ tal-istakeholders ewlenin biex forsi anke s-seduti jibdew jinstemgħu fl-4.00 p.m. għax l-urġenza hekk titlob?", "Se jkollna l-appoġġ tal-istakeholders biex dan isir?", "Qiegħed nagħmel dawn il-mistoqsijiet sabiex nistimula dibattitu f'dan is-settur u nirriflettu dwar il-ħtieġa li jekk se nagħtu termini qosra u nippretendu li l-liġi tapplika b'mod spedjenti, l-istakeholders iridu japprezzaw ukoll u jridu jkunu aktar flessibbli fix-xogħol tagħhom.", "Irridu bidla kulturali sabiex naslu f'dak il-livell u jekk inti għandek digriet li trid tagħtih f'numru ta' ġranet bilfors li trid tbiddel il-prattiċi tax-xogħol.", "U allura j'alla li f'oqsma delikati bħalma hu dak tat-tfal ikun hemm qbil sabiex ċerti prattiċi jinbidlu.", "Issa jien bħala Ministru ma nistax nordna lill-membri tal-ġudikatura fi x'ħin jaħdmu, u alla ħares ikolli dak id-dritt.", "Għaldaqstant irridu nidħlu f'taħdidiet kordjali - kif dejjem kien hemm għax dejjem kelli taħdidiet eċċellenti mal-membri tal-ġudikatura – ħalli naslu f'dak il-livell.", "Biex nikkonkludi rrid ngħid li dak li qiegħda tgħid Dr Farrugia jippreżenta sfida, kemm mil-lat ta' liġi u kemm mil-lat tal-istruttura tal-Qorti li trid tagħti s-soluzzjoni biex dawn isiru.", "U hija sfida wkoll sabiex inbiddlu ċerti prattiċi li jekk mhux se jinbidlu se jibqgħu biss fuq il-karta.", "Jekk aħna qed ngħidu li każ irid jinstema' malajr u jispiċċa malajr, dak ifisser li jekk hemm bżonn is-seduti jibqgħu sejrin wara l-ħin li llum imdorrijin bihom.", "Nistgħu naslu bħala pajjiż sabiex nagħmlu hekk almenu f'dan il-qasam?", "Ejjew ninsew il-ġlied fuq l-għelieqi u l-proprjetajiet, imma fuq dawn kapaċi bħala pajjiż naslu sabiex inbiddlu ċerti prattiċi?", "U napprezza ħafna jekk inti, Dr Farrugia tgħinni biex fit-taħdidiet tiegħek mal-istakeholders, apparti r-riformi li hawn fuq din il-liġi, tgħin ukoll biex ikun hemm riformi fil-mod ta' kif naħdmu ħalli dawn l-affarijiet jitwettqu bis-serjetà.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi Ministru.", "Insejjaħ lil Dr Farrugia biex tagħmel l-aħħar kummenti tagħha.", "DR RUTH FARRUGIA: Ministru nirringrazzjak ta' dan il-feedback għax naħseb li hija verament kritika kostruttiva u din napprezzaha ħafna.", "Xtaqt ngħidlek li l-fiduċja li bħala team għandna fil-Qorti mhijiex biss tagħna imma ħarġet ukoll mill-konsultazzjoni li għamilna.", "In-nies li kkonsultajna magħhom ma kenux parti mill-persentaġġ li semmejt inti għax dawn qed jistennew xi ħaġa oħra mis-sistema li għandhom bħalissa u dik ix-xi ħaġa qed ifittxuha fil-Qorti.", "Huma jaħsbu li l-ġustizzja għalihom tista' tiġi mill-Qorti u aħna ħadna gost biha u għalhekk aħna fiduċjuzi.", "Dwar il-post m'hemmx għalfejn li l-binja tkun il-Belt.", "Fil-fatt illum iċ-Children and Young Persons Advisory Board jiltaqà St Venera.", "Tkun xi ħaġa sabiħa li jkun il-Belt għax l-istrutturi kollha tal-Qorti diġà qegħdin il-Belt imma mhijiex xi ħaġa sine qua non.", "Dwar il-ħinijiet irrid ngħid li wieħed mis-suġġerimenti kien proprju dak li s-seduti jsiru fil-ħin meta t-tfal jispiċċaw mill-iskola għaliex l-għan kollu tal-liġi hi li din iddur madwar il-bżonnijiet tat-tfal.", "Fil-konsultazzjoni t-tfal tgħidx kemm ilmentaw għaliex jispiċċaw jaħlu ġurnata skola biex imorru quddiem il-bord.", "Għalhekk din trid tkun Qorti partikolari ħafna.", "Pereżempju hemm pajjiżi Nordiċi li għandhom ġurnata waħda fil-ġimgħa li jiddedikaw nofstanhar għat-tfal biss.", "B'hekk ma jkunx hemm kawżi tal-kbar biex it-tfal ma jidħlux f'ambjent fejn jaraw il-kbar jiġġieldu.", "Mela l-kawżi li jikkonċernaw lit-tfal biss isiru darba nofstanhar fil-ġimgħa.", "Din żgur ma tqumx iktar flus imma hija kwestjoni ta' timetabling.", "Jekk l-Erbgħa wara nofsinhar jew it-Tnejn wara nofsinhar hemm il-vojt, mela dakinhar jinstemgħu dawn il-kawżi.", "Naħseb li b'rieda tajba hemm ħafna affarijiet li jistgħu jsiru.", "Jiena napprezza li hemm l-ispejjeż involuti f'dak li ssuġġerejna però waħda mill-affarijiet li ddeċidejna qabel ma bdejna nabbozzaw kienet dik li aħna rridu nipprovaw inraqqgħu biex nagħmlu abbozz li jista' jgħaddi jew inkella rridu nagħmlu abbozz kif jixraq lit-tfal?", "U ddeċidejna li nagħmlu tal-aħħar.", "Dik hi l-ispjegazzjoni u naf li inti Ministru tifhimha ħafna u li kieku kellek il-miljuni li hemm bżonn kont tagħtihomlna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi Dr Farrugia lilek u lit-team tiegħek.", "Grazzi lil kulħadd u għal-lum nistgħu naġġornaw din il-laqgħa.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-7:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20140603_005d_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 05", "It-Tlieta, 03 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.38 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joe Cassar u l-Onor.", "Għal din il-laqgħa kien preżenti l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 04 li saret nhar it-Tnejn 24 ta' Marzu, 2014, ġew konfermati.", "Dok 002 - Email datata 03 ta' Ġunju, 2014 mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Familja mis-Segretarju tal-European and Foreign Affairs Committee dwar talba ta' laqgħa konġunta bejn dawn il-Kumitati flimkien mal-Israeli Knesset Delegation li se tkun f'pajjiżna bejn l-17 u d-19 ta' Ġunju, 2014.", "Dr Ruth Farrugia (Chairperson for the National Commission for Child Policy and Strategy) ressqet il-preżentazzjoni tagħha dwar dan is-suġġett.", "Spjegat kif f'Lulju tas-sena li għaddiet il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali kienet waqqfet kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp tal-politika u l-istrateġija għat-tfal.", "Parti mix-xogħol ta' din il-kummissjoni kien proprju dak li tħejji abbozz ta' liġi dwar it-tfal.", "Ix-xogħol fuq id-drafting ta' din il-liġi beda f'Awwissu 2013.", "L-idea kienet li ssir konsultazzjoni wiesgħa kemm jista' jkun ma' dawk li jużaw il-liġi kif inhi llum biex jinħoloq abbozz aktar idoneu għaż-żmien tal-lum.", "Fit-13 ta' April 2014 ġie ppreżentat dan l-abbozz u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Membri preżenti, kif ukoll il-Ministru Bonnici għamlu diversi mistoqsijiet lil Dr Farrugia dwar id-drafting ta' din il-liġi.", "Min-naħa tagħha Dr Farrugia ppreżentat lill-Kumitat dawn id-dokumenti;", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-7:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140603_005m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 4 ta' Ġunju 2014 fis-6:30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Preżentazzjoni minn Dr. Christopher Barbara, Clinical Chairman fid-Dipartiment tal-Patoloġija.", "Affarjiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140604_003a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret fis-16 ta' April, 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Ngħaddu għall-ewwel item ta' din il-laqgħa, policies biex nillimitaw l-infezzjonijiet fl-isptarijiet, Hospital Acquired Infections.", "Se jkollna preżentazzjoni minn Dr. Christopher Barbara li huwa l-Clinical Chairman fid-Dipartiment tal-Patoloġija.", "Ippruvajna nġibu wkoll lil Dr. Michael Borg però kien qiegħed imsiefer.", "Għandna wkoll lill-Infection Control Nurse is-Sur Noel Abela.", "Se jagħmlulna presentation li m'għandix dubju tkun interessanti ħafna.", "Tista' tibda Dr Barbara.", "POLICIES TO LIMIT HOSPITAL ACQUIRED INFECTIONS.", "DR CHRISTOPHER BARBARA (Clinical Chairman fid-Dipartment tal-Patoloġija): Nirringrazzjakom tal-istedina.", "Jien qiegħed hawn f'isem Dr Michael A. Borg, il-Kap tat-Taqsima tal-Hospital Infection Control ġewwa l-iSptar Mater Dei, u se ngħidilkom fuq infezzjonijiet li huma assoċjati ma' kura ġewwa sptar.", "U l-ewwel informazzjoni li se nagħti huwa li l-isptarijiet kollha tal-Ewropa għamlu l-Hospital Acquired Infections as a Point Prevelance Survey.", "Jiġifieri li ġara hu, li ħadu perjodu - ħadu tliet perjodu infatti - li kienu Settembru/Ottubru 2011, April/Mejju 2012 u reġgħu Settembru/Ottubru 2012 u raw l-infezzjonijiet kollha li kien hemm f'ħafna sptarijiet madwar l-Ewropa.", "U dan ġie rrapportat f'dan is-survey li jinsab fil-website tal-European Centre for Disease Control li huwa l-ECDC.", "U jekk naraw id-data li għandna hawnhekk fuq din l-islide, nistgħu naraw li fejn hemm il-vleġġa l-kbira, qegħda tindika fejn qegħdin l-isptarijiet Maltin.", "Issa kif tista' tgħid what is expected?", "Huma raw kif l-isptarijiet huma mqassmin, hemm tertiary care, secondary care, etc u fil-każ ta' Malta, qed nieħdu l-isptarijiet li kollha huma tertiary care.", "Għaliex jekk għandek sptar b'ħafna sodod jista' jkollok a different hospital acquired infection rate.", "U ħadu what is expected from every country skont l-isptarijiet li għandhom, u ħadu wkoll il-verità.", "U fl-każ tagħna, what is observed qiegħed xi 4.6%, jekk mhux sejjer żball.", "Jiġifieri l-4.6% hija r-rata li persuna li daħlet fi sptar ħadet xi infezzjoni minħabba l-mikrobi li jkun hemm ġo sptarijiet, fl-arja u fit-trabijiet eċċ. Iktar ma nżommuha baxxa, dejjem iktar aħjar.", "Sintendi diffiċli biex telemina l-infezzjoni kompletament, però għal pajjiż tagħna kienu qed jissuspettaw xi 6% u aħna qegħdin 4.6%.", "Però mhux kollox ward u żahar, kif tidher preċiż f'din is-slide ....", "CLAUDIO GRECH: Nerġa' nieħdok ftit lura.", "Il-gradwatorja - għax din qisha forma ta' gradwatorja jekk qed nara sew jien - fejn qed tqabbel, hux hekk, l-expected ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: L-expected skont il-Health Service li joffri dak l-isptar li hemm f'dak il-pajjiż ....", "CLAUDIO GRECH: U dak li huwa observed.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Hekk hu.", "Kull każ li qiegħed l-isptar u x'infezzjonijiet ikollhom at a particular site.", "CLAUDIO GRECH: Jien naħseb li hija l-gradwatorja tal-istandard deviation.", "Jiġifieri bejn l-observed u l-expected.", "Hekk hi?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jekk tagħtini ċans għas-slide li jmiss, se nispjegalek ftit ieħor.", "MICHAEL GONZI: Is-sampling li jkunu ttieħdu, jkunu ttieħdu mill-pazjenti kollha f'ċertu mument u f'ċertu perjodu?", "F'dawk il-perjodi li semmejt, u fuq il-pazjenti kollha f'dawk l-isptarijiet.", "Per eżempju, hawn Malta ħadnihom minn Mater Dei, Gozo General Hospital u St James Hospital, kollha kkombinati flimkien.", "Jiġifieri kellna kwantità kbira ta' pazjenti nfettati.", "Issa għal Malta, hospital acquired infections by hospital size - peress li Mater Dei għandu 'l fuq minn 800 sodda - mela l-expected prevelance għandu jkun somewhere between 5% and 8%.", "Aħna qegħdin 4.6%, però jekk tara t-trend ta' pajjiżi oħra, tara l-istandard deviation kif inhi.", "Għandek pajjiżi li huma tajbin ħafna u they are close to 0% u għandek pajjiżi li huma ħafna out of the trend and they are 17%.", "Li f'dan il-każ jidher li sejrin mhux ħażin.", "Però kieku kellna nikkomparaw - din qatt ma saret point prevelance għall-pajjiżi kollha, jiġifieri ma nistgħux nikkomparaw minn qabel - mid-data li għandna aħna, diġà jidher li kull sena qed immorru aħjar mis-sena ta' qabel.", "CHRIS FEARNE: Iddefinejt x'inhuma l-HAIs?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Iva, għandna l-full definitions li huma kumplikati ħafna li jibdew minn superficial skin infections, sa deep organ infections.", "CLAUDIO GRECH: Dawn ikopru kollox?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Dawn ikopru kull tip ta' infezzjoni, f'dawn l-isptarijiet kollha, fl-Ewropa kollha.", "MICHAEL GONZI: Kien hemm xi statistika oħra fuq carrier state?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: F'dan il-każ le.", "Ngħidilkom x'qed nagħmlu llum lil kulmin jidħol il-casualty, u ngħidlek għaliex wasalna għal hekk.", "Din hija s-sitwazzjoni kif aħna bħala hospital acquired infections qegħdin ġewwa Mater Dei.", "THE CHAIRMAN: Din għall-isptarijiet kollha, jew għall-isptar ta' Malta?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Fejn għandi bl-aħmar, huwa dak li huwa relatat ma' Malta, jiġfieri għandna an 800 or over bed hospital u it's a tertiary hospital.", "Il-ħodor hija l-mean u l-line fejn huwa l-4.7%, huwa tagħna preċiż.", "Imma qed nippruvaw naslu għaliha.", "Kieku nikkomparaw kif konna ftit snin ilu u kif qegħdin illum, diġà qed navvanzaw ħafna.", "ONOR MICHAEL GONZI: Bħala primary health care...", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Le, dan is-survey sar fuq sptarijiet kollha anke fuq dawk li jaraw primary health care u ma tistax tikkompara.", "Tinsiex tagħna huwa tertiary, allura f'dan il-każ m'għandniex.", "Issa ħalli mmorru daqsxejn fuq mikrobu li jgħidulu Staphylococcus aureus.", "Dan huwa mikrobu li jinstab fit-trabijiet, jinstab kullimkien, it's ubiquitous.", "Jekk tiskrinja l-imnieħer ta' popolazzjoni kollha li hi healthy, se ssib dan l-mikrobu f'terz tan-nies.", "Il-problema hija li over the years tant qed nużaw il-penicillin and many other antibiotics, li dan il-mikrobu, kull darba li jimmultiplika, il-mikrobu that survives the antibiotic jibqa' ħaj, u aħna qed neqirdu l-mikrobu li hu sensittiv għall-antibiotic.", "Allura jibqagħlek dak il-mikrobu li hu reżistenti.", "Infatti fl-antik konna nużaw il-Penbritin, imma illum allaħares tużah, għax għalxejn.", "Bl-użu tajjeb fi żmien Fleming, ara kemm kien juża l-penicillins, illum we have newer classes.", "Dan għandu l-kapaċità to spread in epidemic proportions għaliex jikkolonizza ħafna l-ġilda, jeħel ħafna mal-ġilda u jikkawża infezzjonijiet.", "F'kull pajjiż qed naraw, kemm minn dan il-mikrobu Staph aureos - li jinstab fit-trab - huwa methicillin resistant, kemm hawn reżistenza ta' dan il-mikrobu.", "U sfortunatament qegħdin nindunaw li Malta xi 80% jew kważi 80% tal-Staph aureus kollu li jinstab fl-arja jew fuq il-ġilda, eċċ huwa reżistenti għall-methicillin, huwa MRSA.", "Mentri f'ħafna pajjiżi Nordiċi bħal Danimarka, l-Islanda, in-Norveġja eċċ, l-MRSA rate tagħhom hija kważi żero.", "U dan kważi dejjem jirrelata ma' ħafna affarijiet, jirrelata mal-użu tal-antibiotics u jirrelata mal-practises tagħna ġewwa l-isptar u wkoll aħna li naħdmu fil-health, fuq ħasil ta' idejn, eċċ Biex jekk hemm pazjent li għandu dan il-mikrobu, aħna ma nittrażmettuhx lil ħaddieħor.", "Jiġifieri l-persentaġġ ta' Staph aureos li huwa methicillin resistant huwa close to 80% fil-pajjiż tagħna.", "CLAUDIO GRECH: Allura dan it-80% dejjem kien kostanti, jew dan jinbidel imbagħad mat-trends tal-antibiotics ukoll?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jinbidel minn sena għal sena.", "Jinbidel bl-attenzjoni li qed nieħdu ħsieb aħna, bħala mpjegati tas-saħħa.", "Bħala kemm hu kapaċi l-poplu in ġenerali jaħsel idejh minn oġġett għall-ieħor, u l-użu tal-antibiotics.", "CHRIS FEARNE: It-80% mhux l-infection rate ...Jiġifieri m'għandix x'jaqsam kemm jaħslu idejhom in-nies.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: It-80% huwa kemm hemm Staph aureus kollha.", "CHRIS FEARNE: Jiġifieri m'għandix x'jaqsam kemm jaħslu idejhom in-nies", "Imma iktar mhu se jkollok nies li jkunu traskurati, iktar ma jużaw antibiotics, iktar l-MRSA se jinfirex.", "CHRIS FEARNE: Imma m'għandix taqsam ma' ħasil, għax mhux infezzjoni.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Le, iktar se tinfirex l-infezzjoni.", "Dan it-80% qed ngħidu persentaġġ mill-iStaph aureos kollu li hu reżistenti għall-antibiotics u tal-popolazzjoni tal-Staph aureus hawn Malta.", "CHRIS FEARNE: Naturalment ftit snin ilu kien żero issa telà ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Hekk hu.", "Telà, imma nixtieq nara jekk Dr Michael Borg semmix f'liema sena.", "Għaliex minn hawn u ftit ieħor, se ngħidilkom kemm irnexxielna nerġgħu nibdew inniżżluha.", "Jiġifieri hawnhekk indunajna li Malta dejjem qed jiżdied l-MRSA bħala persentaġġ. u kif għamilna hekk, bdejna nieħdu prekawzjonijiet, kif nistgħu naraw mill-media, eċċ biex dan jerġà jibda jinżel.", "U milli jidher, beda jkollna riżultati.", "MICHAEL GONZI: Bejn meta konna f'St Luke's Hospital u qegħdin issa f'Mater Dei bil-proċeduri kollha li għamiltu u dawn l-affarijiet, kien hemm trend għolja, trend baxxa jew plateau?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Għandi slide preċiż tal-MRSA minn mindu konna St Luke's Hospital sakemm ġejna Mater Dei.", "IS-SUR NOEL ABELA (Infection Control Nurse): Minn St Lukes għal hawn, għamilna ċertu interventions, bħal hand hygiene.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Se tindunaw li oriġinarjament, meta tlaqna minn St. Luke's Hospital għal Mater Dei, l-MRSA baqa' l-istess, u huma l-interventions li għamlu d-differenza.", "Wara li ħarġet din l-istatistika ta' kemm għandna MRSA mill-Staph aureus kollha, sintendi bdew ħerġin dawn il-komunikazzjonijiet.", "L-MRSA qed jgħidulu virus li mhuwiex virus, huwa bacteria, imma this is common language biex ngħid hekk.", "Però Mark Spranger, li huwa d-Direttur tal-EU, qalilna sintendi we have to make sure minħabba din il-high incidence, biex nippruvaw naraw kif nistgħu nniżżluha.", "GODFREY FARRUGIA: Qegħdin nitkellmu fuq Mater Dei jew qegħdin anke ninkludu l-Gozo General Hospital?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Qed ninkludu l-Gozo General Hospital u St. James Hospital, kollha f'daqqa.", "Però hawnhekk issa qed ngħidu Staph aureus ta' Malta kollha u l-persentaġġ ta' xi 80% li huwa methicillin resistant.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri t-80% huwa indikatur ta' kemm għandek mill-popolazzjoni which is at risk imbagħad due to contact, jew le?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Dak huwa persentaġġ ta' dan il-mikrobu li huwa reżistenti.", "Jiġifieri minn dan il-mikrobu kollu li jinstab fit-trabijiet eċċ, 80% minnu llum qed insibu li huwa reżistenti.", "Ħalli mmorru għal studju ieħor li sar mill-ECDC ukoll u dawn ħadu infezzjonijiet li - hawnhekk donnu Dr Michael Borg ma niżżilx minn fejn hi meħuda - huma meħudin mill-blood cultures.", "Dan huwa EARSS survey fejn qed jaraw l-infezzjonijiet li hemm fid-demm tal-pazjent - id-demm tal-pazjent huwa suppost sterili u ma jkollux mikrobi però kultant bniedem ikollu dawn l-infezzjonijiet ngħidilhom septicimia jew bacteraemia eċċ - u qed naraw l-MRSA situations minn ġewwa l-blood cultures.", "U qed insibu li f'Malta l-persentaġġ ta' methicillin resistant Staph aereus fil-blood cultures, huwa ta' 48%.", "Jiġifieri qed naraw, li dan il-mikrobu li jinsab fit-trabijiet eċċ, jista' jidħol fid-demm u jista' jikkawża infezzjoni.", "Issa biex inkun ċar.", "Ħafna drabi jista' jkollok kontaminazzjoni inti u tieħu l-kampjun.", "Jiġifieri jekk inti daħħalt il-labra - u llum għandna lil Mr Abela li jista' jurina daqsxejn kif jista' jkollna kontaminazzjoni eċċ - u ma kontx sterilizzajt il-ġilda vera kif suppost bit-teknika, jista' mikrobu li hemm jew fl-arja jew fuq idejn tat-tabib jew fuq il-ġilda tal-pazjent, tidħol u tinfetta.", "Però xorta qed jindika li aħna, wara l-Portugal, għandna rata għolja ta' MRSA fil-blood cultures tagħna.", "Dan tat-2012, sentejn ilu.", "THE CHAIRMAN: Dan il-mikrobu avolja jkun fid-demm, ma jagħmel xejn normalment.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Fid-demm le, fid-demm jista' jikkawża septicimia, sakemm ma jkunx hemm kontaminazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri dawn huma pazjenti li huma morda, morda bis-septicimia, normalment ikunu ITU cases, ħadtulhom id-demm u sibtuhom fejn normalment il-mikrobu huwa MRSA …", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jew fis-swali ..", "IS-SUR NOEL ABELA: Però kif qed jgħid Dr Barbara, fuq contamination trid tara naqra.", "Għax aħna kull MRSA bacteraemia li jkollna, nagħmlu dak li ngħidulha root cause analysis jiġifieri f'kelma waħda naraw naqra kif seta' ġara.", "U dak jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju trid tara l-blood test, is-CRP pereżempju li jurik jekk hemmx infection jew le, il-white cells, l-ESR.", "Irridu nħarsu lejn dawk kollha.", "Għax jista' jkun contamination.", "Għax jekk dan ma kellux pereżempju deni u jkollu CRP normali, 99% ikun contamination speċjalment jekk ikun kiber bi flixkun wieħed, għax dawk hemm żewgt ifliexken, wieħed aerobic u l-ieħor unaerobic.", "ONOR MICHAEL GONZI: Imma intom tkunu ħadtu l-blood culture mhux għas-survey imma ....", "Jekk il-pazjent qed juri sintomi ta' infezzjoni ....", "ONOR MICHAEL GONZI: Sintomi ta' infezzjoni, probabbilment il-blood test ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Is-survey jgħid li l-blood cultures kollha li ttieħdu u kemm nstabu MRSA fihom, out of all the blood culture …", "IS-SUR NOEL ABELA: Jista' jkun li minnhom kien hemm li huma kkontaminati.", "THE CHAIRMAN: Il-blood cultures jista' jkun li jittieħdu għal min għandu fever...", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Ikun hemm raġuni għalfejn jittieħed blood culture.", "IS-SUR NOEL ABELA: Huwa protocol meta għandhom jittieħu blood culture jew le.", "Jiġifieri għandna policy.", "CHRIS FEARNE: Of all positive bloodcultures jew mill-blood cultures kollha li jittieħdu?", "Kważi nofshom MRSA.", "ONOR MICHAEL GONZI: U ħriġtu bejn wieħed u ieħor kemm seta' kien hemm kontaminazzjoni ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Però mhijiex ippubblikata fis-survey tal-EU.", "Però aħna għamilna root cause analysis li dieħel fiha hawnhekk, li saret f'Jannar 2011, biex nippruvaw niddentifikaw x'inhuma l-kawżi u nindirizzawhom.", "IS-SUR NOEL ABELA: Biex naraw jekk hemmx contamination jew le.", "MRSA bacteraema per 10,000 bed days, jiġifieri minn dan l-ammont ta' nies li damu l-isptar, għal ċertu ġranet, jidhirli 10 days, u għandek ammont ta' pazjenti.", "Qed naraw kemm kellek każijiet ta' bacteraemia f'dan il-każ, li ħafna drabi hija close to 2.", "Għandna data mill-2006 li tibqa' ġejja riċenti s'issa.", "Issa tinsewx, aħna fl-2008 imxejna mill-Isptar San Luqa u morna Mater Dei, naħseb April 2008 xi ħaġa hekk l-kolonna.", "Jien kont qed nistenna li f'daqqa waħda meta mmorru ġewwa Mater Dei, l-ammont ta' MRSA se jibda jinżel, mentri fil-fatt sa January 2010, baqa' l-istess ammont preċiż.", "ONOR MICHAEL GONZI: X'inhi r-raġuni?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Ir-raġuni huwa kif dan ikollok l-MRSA.", "Jiġifieri l-MRSA mhuwiex ġol-bini, mhuwiex ġol-kamra, imma huwa n-nies li qed jittrasmettuha u kemm qed jintużaw antibijotiċi fil-pajjiz.", "Hawnhekk qed tidher ċara kemm li noqogħdu nnadfu l-ħitan u hekk, m'għamlu differenza ta' xejn.", "Għax minn mindu morna minn binja antika għal bini totalment ġdid, l-MRSA baqa' l-istess.", "Però kif imbagħad l-Infection Control bdew jagħmlu kampanja fuq kif kull tabib, kull infermier għandu jaħsel idejh bejn pazjent u ieħor, bdejna naraw li dan niżel minn kważi 2 għal 1.5%, li hija l-ewwel tarġa li qed naraw.", "U meta għamlu r-root cause analysis biex jaraw il-Venflon li qed indaħħlu f'kull pazjent - u għandna hawnhekk, biex is-Sur Abela jurina kif suppost issir it-teknika – u jekk it-teknika ma tintużax bil-preċiż, inti tista' tintroduċi mikrobu li hemm fl-arja u ddaħħlu fil-pazjent u tikkawża infezzjoni fid-demm tal-pazjent.", "U kif għamilna din ir-root cause analysis u ppubblikajna r-riżultat mal-Health Care Workers kollha, erġajna għamilna n-nies li jaħdmu fl-isptarijiet u anke fil-privat ukoll, konxji ta' kif jiġi trasmess dan il-mikrobu.", "Reġgħu ħadu jew qagħdu aktar attenti, u reġà kellna tarġa oħra 'l isfel.", "Jiġifieri l-edukazzjoni ta' kif jinxtered dan l-mikrobu, qed tgħallimna kif aħna għandna nippruvaw innaqqsu wkoll.", "Minn hemmhekk ukoll indunajna, kemm dawn il-labar li ndaħħlu fil-pazjenti biex inqabdulhom id-drips li huma l-peripheral lines, li jekk tħallihom għal iktar minn tlett ijiem, dawn fuq il-ġilda stess ta' kull pazjent se nsibu lis-Staphylacoccus aureus.", "U dawn se jikkolonizzaw dan il-pastik u se jidħlu fid-demm u jikkawżaw infezzjoni.", "Ħriġna protokoll u line care intiative, kif għandek idaħħal il-line u l-prekawzjonijiet kollha.", "L-iscrubbing qabel idaħħalha, kemm għandu jdum, li wara tlett ijiem għandu jinbidel, kif ukoll x'tip ta' lines għandek iddaħħal fil-pazjent.", "Jiġiferi dawn huma kollha protokols li ġew ippubblikati biex it-tabib u l-infermier jaċċerta ruħu li din l-infezzjoni mhux se tidħol fid-demm.", "U wara li saru dawn il-line care intiatives niżlet tarġa kbira .… u kellna effetti vera kbar hawnhekk.....", "IS-SUR NOEL ABELA: L-ikbar effett kienet fuq il-line.", "Speċjalment fir-renal patients, li naħseb kellhom 50% tal-MRSA.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Minn hawnhekk ngħid grazzi kbira lill-Health Care Workers kollha.", "Għaliex bdejna ngħidu minħabba l-infermiera u kellna wkoll daqsxejn battibekki mal-Unions għax il-Union bdiet tgħidilna li ma jistax ikun li kuljum joqogħdu jiċċekkjaw kull line.", "Imma fl-aħħar daħlet ukoll fin-Nursing Report u l-Unions fehmuha wkoll.", "U fir-report kif għandna hawhekk, timmarka PVC yes or no u qed jindikaw il-colour, l-VIP score eċċ, scoring ta' jistax ikun hemm infezzjoni jew le, to put it very simply.", "B'dik, illum inżilna ħafna.", "U kważi minn 2 inżilna inqas minn 1.", "Jiġifieri niżżilnihom, kif qalilna l-Onor.", "Fearne, b'iktar min-nofs dawn l-affarijiet.", "U mhux għax biddilna l-bini, imma għaliex ħadna teknika aħjar u konna ħafna iktar xjentifiċi fil-mod kif qed noperaw.", "GODFREY FARRUGIA: Nafu li Mater Dei huwa ffortunat għax għandu unit li huwa a clean area ħafna u li s'issa għadu qatt ma ntuża għall-preparation tal-infusion rips innifishom, bin-negative u bil-positive pressure.", "U din hija xi ħaġa li se tiġi varata.", "Will it help directly or indirectly to upgrade further dan is-suċċess li qed jinkiseb bħalissa?", "Però jekk ma nbiddlux il-kultura tal-impjegati li hemm fl-isptar, li bejn kull pazjent iridu jaħslu idejhom u qabel kull insertion jużaw it-teknika kif qed ngħidulhom, kif isir il-ħasil tal-idejn, li jekk għandek tilbes l-ingwanti, hemm mod kif tilbisha l-ingwanta, mhux b'mod traskurat li tkun missejtha minn barra imbagħad ilbistha, għax inkella xorta se jibqa' jkollok il-kontaminazzjoni.", "Kif qed naraw, niżżilna r-rata tal-infezzjonijiet iktar min-nofs, b'dawn l-affarijiet ta' teknika, li huma sempliċi u mingħajr ma jqumu flus.", "IS-SUR NOEL ABELA: U b'ħafna training ukoll.", "Pereżempju fir-Renal Unit għamilna video apposta biex ngħallmu lin-nurses kif jaċċessaw is-Central Line jew il-PICC line.", "GODFREY FARRUGIA: Imma l-fatt li jkollhom il-mediċina diġà mħallta, ma jħalltuhiex ġos-sala - insa l-cost savings li jsiru, għax il-mediċina ma taħlihiex kollha u tista' tużaha anke fuq patients differenti - il-fatt li inti allura għandek deliverable li huwa totalment sterile and you are going to inject it into the patient b'mod sterili, dik tagħmel differenza jew le?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Tagħmel differenza żgur.", "Ma nistax ngħidlek kemm se tagħmel id-differenza, għax irridu nkejluha wara li ssir.", "Jien mort inżurhom dawn il-postijiet mal-ispiżjara, u għandhom entużjażmu kbir ...", "IS-SUR NOEL ABELA: Però xorta jiddependi min qed jużah.", "Għax inti għandek ħafna affarijiet li jiġu sterili.", "Pereżempu dawn il-Venflons sterile, jekk dan mhux se jiftaħha kif suppost u se jikkontaminaha b'idejh, inutli li din tkun sterili.", "GODFREY FARRUGIA: Iva, imma dawk huma oġġetti li jintużaw fis-sala, mhux b'mod sterili.", "GODFREY FARRUGIA: Jekk nintroduċuh sterili, għandna ċans?", "ONOR MICHAEL GONZI: Saru courses speċifiċi lin-nurses fuq dawn it-technicalites?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Iva, u għadna għaddejjin.", "Dan huwa parti mill-kors u għalhekk ġibnih hawn.", "IS-SUR NOEL ABELA: Dan kif japplikaw id-dressing.", "Din hija sterile, suppost kollox ovvjament.", "Kif jaċċessaw il-line Importanti ħafna li jiddisinfettaw hawn, għax kif għedtlek jekk dan sterile u missejtu b'idejk, ikkontaminajtu.", "Kif se ddaħħal l-mediċina, se tinfettaħ.", "Dan it-training ilna nagħmluh dawn is-snin kollha.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U on going, jibqa' għaddej .....", "THE CHAIRMAN: X'tip ta' gloves jużaw?", "Jekk hux sterile gloves jew non-sterile?", "Għax dik tagħmel differenza fil-cost.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Dik tagħmel parti mill-protokoll.", "IS-SUR NOEL ABELA: Fil-fatt għadni kemm ippreżentajt lill-membri tal-Kumitat, policy fuq central intravenous catheter u hemm kollox.", "Għax anke policies għandna ....", "MICHAEL GONZI: U dawn jgħoddu wkoll għal pacemakers, fejn jidħlu lines u dawn l-affarijiet.", "IS-SUR NOEL ABELA: Training għal kollox.", "Anzi biex ngħidlek għandna infecton control nurse li kważi tista' tgħid qegħda fulltime fuq training u fuq dawn l-affarijiet.", "MICHAEL GONZI: Fuq il-ħwejjeġ tal-impjegati, nursing, il-lab coats, il-bluża, anything, does it effect the spread of MRSA?", "IS-SUR NOEL ABELA: Yes, imma ma tantx hemm evidenza.", "It is by contact però sintendi, aħna għandna d-dress code policy fl-isptar, u jekk miniex sejjer żball illum reġgħet ħarġet u ġiet updated.", "L-indafa u l-uniformi turi s-serjetà, però ċerti mikrobi se jimxu mal-ħwejjeġ, però mhux se tkun daqshekk effettiva daqs il-ħasil tal-idejn.", "Però xorta tgħin ....", "IS-SUR NOEL ABELA: Għidnilhom biex jilbsu labels aħna u l-uniformi jżommuha nadifa.", "ONOR DEO DEBATTISTA: Jiġifieri dan it-tip ta' training, on lines, central u peripheral lines .....", "DEO DEBATTISTA: Nagħmlu mod ITU nurse, doctor, phlemobotist, kollha jieħdu dan it-training.", "U kulma jagħmlu hu li jaħslu idejhom bejn pazjent u ieħor biex tagħmel peripheral line ....?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Skont ix-xogħol tiegħek x'inhu.", "DEO DEBATTISTA: Jekk patient daħal l-endoscopy u se jagħmlulu Venflon biex jagħmlulu l-colonoscopy, x'jagħmel it-tabib?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Il-persuna li tagħmel il-line, trid tkun compliant u taf it-teknika li trid tuża.", "Aħna llum, il-phlebotomist, kull min idaħħal lines u anke l-foundation programme doctors, kollha nagħmlulhom qisu competency test.", "Biex quddiemna narawh kif qed jagħmilha u naraw li t-teknika li qed juża, hija preċiż fuq dak il-protocol li tajnieh.", "IS-SUR NOEL ABELA: Pereżempju bħalissa dan il-competency test qed isir fuq it-tobba tal-emerġenza, kif idaħlu cannula.", "DEO DEBATTISTA: Inti semmejt il-ħwejjeġ, jiġifieri t-tobba ma jilbsux ingravati, pereżempju?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Waħda mill-affarijiet .....", "DEO DEBATTISTA: Dan juri li t-tobba bl-ingravati jxerrdu l-mard.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Ħloqna policy .… U li jkunu mxammrin.", "THE CHAIRMAN: Waqt l-operation il-maskla ...dik f'liema stat..", "Il-maskla taħseb li qed tippreventja infections jew ...?", "IS-SUR NOEL ABELA: Il-maskla għadha tgħodd, però ovvjament apparti dik hemm ikar affarijiet importanti.", "Skin preparation tal-pazjent, meta u kemm jingħataw antibiotics - suppost jingħataw bejn 30 to 60 minues prior operation.", "THE CHAIRMAN: In-nasal swabs tagħmluhom?", "Lil min tiddeċiedu li tagħmluhom?", "IS-SUR NOEL ABELA: Dak bdejna dan l-eżerċizzju tliet xhur ilu qisu.", "Kuljum għandna team ta' care workers, għallimnihom kif jieħdu nasal swabs u kif jipplatjawhom ukoll, għax jużaw plates apposta li huma selective għall-MRSA u in 18 hours jagħtuk riżultat jekk huwiex pożittiv jew le.", "THE CHAIRMAN: Imma pereżempju l-ħaddiema tal-wards?", "IS-SUR NOEL ABELA: Il-ħaddiema tal-wards għadna ma nagħmluhomx regolari u r-raġuni hija li aħna aktar nenfasizzaw fuq prattiċi sempliċi bħalma hi ta' hygiene.", "Għax jekk niskrinjak illum u ġejt negative, imbagħad skrinjajtek l-għada, se noqgħod niskrinjak kuljum .....Però jekk ikun hemm ovvjament post bħall-ITU tal-babies u naraw li hemm increase, mhux l-ewwel darba li għamilna l-iscreening tal-istaff.", "MICHAEL GONZI: U jekk issibuhom positive mbagħad?", "IS-SUR NOEL ABELA: Jekk insibuhom positive, għandna treatment.", "Bħalma nagħtu treatment lill-pazjenti, nagħtu treatment lill-istaff.", "THE CHAIRMAN: Tagħtuhom leave?", "Li nagħmlu hu li l-ewwel 48 hours ma jagħmlux invasive procedures.", "Għax wara 48 hours, it-treatment ikun diġà qed jaħdem fuq l-MRSA fl-imnieħer ....", "DEO DEBATTISTA: Naf li ġejt ftit tard u forsi ddiskutejtuha, kif jikkompara l-MRSA ma' pajjiżi oħra Ewropej?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Dik għidniha fl-ewwel biċċa, però ġejjin għaliha.", "DEO DEBATTISTA: Kif jikkompara ma' sptarijiet Ewropej?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Aħna mhux Staph aureus biss, imma qed ngħid hospital acquried infection, qegħdin 4.6% ta' infezzjonijiet ta' nies li daħlu l-isptar.", "DEO DEBATTISTA: U ladarba tilħqu l-plateau .....?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Il-plateau ma lħaqnihx.", "Diġà qegħdin within the median u hemm ħafna pajjiżi oħra li qegħdin agħar minna, però fl-istess ħin dejjem nibqgħu nippruvaw nimpruvjaw.", "IS-SUR NOEL ABELA: L-ewwel target kien u għadu li nnaqsu l-MRSA bacteraemia.", "Għax dawk huma l-iktar importanti.", "Però issa qed nagħmlu n-nasal carriage ukoll u l-għan tiegħu huwa to remove the source.", "Bħalma qed jagħmlu l-Iskandinivi.", "Għalhekk l-Iskandinivi għandhom less than 1%, għax għandhom dik li jgħidulu search and destroy policy.", "ONOR MICHAEL GONZI: Kelli xi klijenti li post operation - speċjalment ċertu tip ta' operations - kienu qed jistaqsuhom jekk kellomx infezzjonijiet 10 days after the operation.", "Din hija parti ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Dik hija l-point prevalance study li konna qed nagħmlu.", "Dik hija kkummissjonata mill-ECDC, Centre for Disease Control Ewropea u s-CAPGs u qed jagħmluha l-Ewropa kollha.", "U aħna qed nagħmluha fl-isptarijiet tagħna hawn Malta wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar question, issa mhux fuq l-MRSA se nitkellem, imma fuq mikrobu ieħor li speċjalment jaffettwa post operation, dak il-famuż flesh eating streptococcus, dak qatt kellna minnu hawn Malta?", "U kemm ikollna kull sena?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Iva, żgur u jkollna regolari.", "Statistika m'għandniex għaliex dak mhux se ssib ħafna carriers minnu.", "M'għandniex studju fuqu, però occasionally dan jgħolli rasu u jerġà jibda jkollna każijiet f'Mater Dei.", "THE CHAIRMAN: U ma tistax tieħu passi biex ma jkomplix jinxtered dan?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Diffiċli.", "Ħadd ma rnexxielu jeqirdu għax dak huwa commensal fuq il-ġilda u għaliex kultant, ikun hawn nies li huma carriers, qed iġorru l-mikrobu, u ma nafux għaliex f'daqqa waħda jibda jikkawża dak it-toxin kollu.", "Ma nafux għaliex f'daqqa waħda jikkawża però ..… Infatti l-Amerika kull tabib tal-familja li jmur għand familja għandhom point of care test, throat swab u jaraw għandux group A streptococcus.", "Però l-kultura fl-Ewropa għadha ma bdietx.", "THE CHAIRMAN: Hawn Malta, kif inhi t-trend ta' dan il-flesh eating streptococcus?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Bħal pajjiżi oħra.", "Mhux xi ħaġa li ngħid li dan ġej mill-isptar, dan tista' ssibu fil-komunità u jista' jinzerta fuq kull kwalunkwe persuna.", "GODFREY FARRUGIA: Jien li ma fhimtx, ħaġa waħda.", "Meta niġu għall-iscreening tal-Health Care Professionals, b'mod partikolari n-nurses li jagħmlu l-IV lines, jekk nafu li hemm special niches, pereżempju l-ITU u s-SCBU eċċ, għalfejn ma jsirx screening regolari, imma niskrinjaw biss meta jkun hemm an increase in incidence?", "Jekk nieħdu mill-aspett prattiku biex inqabbel, bil-liġi we screen food handlers every year.", "Nagħmlulhom is-swabs.", "Inkella ma jkunux jistgħu jidħlu għal-liċenzja tal-food handling.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq il-komunità.", "Mhux l-ewwel darba li on simple screening tinduna li huma carriers u twaqqaf food handlers mill-kċina, f'dak il-każ.", "Hawnhekk fl-isptar Mater Dei biex nimpruvjaw is-servizz, għalfejn m'aħniex noħolqu dawk in-niche groups - mhux lil kulħadd għax impossibbli - mhux qed ngħid immorru l-iSptar San Vincenz jew immorru kull medical ward, imma mmorru l-ITU, is-SCBU, it-theatre nurses, għalfejn we don't regularly screen them?", "IS-SUR NOEL ABELA: Però to be fair, jekk tieħu l-ITU, darba minnhom għamilna more than 500 days without MRSA bacteraemia, u issa dan l-aħħar għamilna over 300 days without MRSA bacteraemia.", "(Interruzzjoni) ...", "Li qed ngħidlek jien li, all right tiskrinjahom, però r-riżultati qed narawhom xorta, allavolja mhux qed niskrinjaw il-health careworkers on a regular basis.", "CLAUDIO GRECH: Però, forsi din tkun ġejja mis-sub culture li jkollok imbagħad fl-ITU nniffsu?", "Jiġifieri mis-sub culture tal-health care professionals?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Għax jekk ikollok bniedem ikkolonizzat, u qiegħed il-ħin kollu ma' ħaddieħor, l-ieħor se jiġi kolonizzat ukoll u ....", "IS-SUR NOEL ABELA: Imma biex ngħid hekk, irid idaħħal subgħajh f'imnieħru, u jmisslek pazjent .....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Però, over the last years f'scientific papers qed jgħidulek li mhuwiex rakkomandat li toqgħod tiskrinja.", "Għaliex jekk jiena skrinjajt lil xi ħadd illum u l-għada dan ltaqà ma' pazjent li kien MRSA positive, jiena naħseb li huwa negattiv u reġà kkolonizza ruħu.", "Infatti llum lanqas il-food handlers m'għadha fil-liġi li jibqgħu jiskrinjawhom.", "(Interruzzjoni)", "IS-SUR NOEL ABELA: Imma għalhekk nenfasizzaw fuq ċertu practises.", "Jew b'prattika tajba jekk tagħmel central line tajjeb, jew peripheral line tajjeb kif suppost, allavolja jkollu l-MRSA, xorta mhux se tikkontaminah lilu ....", "GODFREY FARRUGIA: Allura dik hija waħda mir-raġunijiet għalfejn in-nurses ġieli ntbagħtu bl-uniformi d-dar fit-triq?", "Għandha x'taqsam magħha din il-biċċa tax-xogħol?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Le, jien ma naqbilx li nurses imorru d-dar bl-uniformi u tmur kontra d-dress code policy tal-isptar.", "Però kif rajna, mill-ambjent, mill-uniformi u mill-ħitan eċċ, l-MRSA ma tantx jaffettwah dan biss.", "Però ma ninsewx li mhux l-MRSA biss jistgħu jkunu infezzjonijiet, jista' jkun hemm ħafna infezzjonijiet oħra.", "Jiġifieri l-uniformi u d-dixxiplina, xorta naqbel magħha jien.", "MICHAEL GONZI: Biex inserħu l-irjus in-nies, u wkoll dawk li qegħdin jisimgħuna.", "Dawk l-impjegati, in-nurses, kulħadd min imur l-isptar, u mbagħad imorru lura għall-komunità jew id-dar tagħhom jew it-tfal tagħhom jew il-ġenituri tagħhom, x'riskji għandhom dawn in-nies issa meta jiġu in contact magħhom?", "L-MRSA huwa mikrobu li jikkawża infezzjonijiet fejn xi ħadd ikun immunosuppressed jew debboli, jew inkella saritlu xi operazzjoni u saritlu xi inċiżjoni eċċ. Allura fejn ikollu ferita tista' tiġi infettata.", "Jew daħħaltlu catheter - li huwa pipe tal-pipi - jew ġo xi vina eċċ, u dik tinfettalu.", "F'dawn il-każijiet.", "Li jkollok l-MRSA d-dar, m'għandek konsegwenza ta' xejn.", "Bħalma ssib it-trab id-dar.", "Infatti se nuri dalwaqt kemm għandna MRSA fil-komunità, fid-djar ....", "X'inizjattivi ħadu l-Infection Control Unit?", "Hawnhekk hawn is-Sur Noel Abela li jista' jgħidilna li fuq il-peripheral lines, kull Venflon jew kull labbra li qed indaħħlu biex inqabbdu d-drip jew nagħtu xi mediċina lill-pazjent, qed tingħata VIP score documentation.", "Jiġifieri l-infermiera jibqgħu jsegwu fejn hemm il-peripheral line u jaraw hemm xi ħmura, hemm xi deni eċċ ...", "Emendajniha, għax aħna forsi bl-entużjażmu li kellna, għamilniha daqsxejn goffa din il-biċċa xogħol, u flimkien mal-MUMN tkellimniha u għamilniha daqsxejn iktar qasira fin-nursing report.", "Però barra l-linja periferika, li hija fil-vina mill-idejn jew mis-saqajn eċċ, jista' jkollok central lines li jistgħu jdumu ġo pazjent għal ħafna iżjed żmien.", "Jekk ikollok pazjent qed jieħu chemotherapy jew qiegħed l-ITU eċċ., biex ma toqgħodx tbiddilu din il-labbra kontinwament, indaħlulu central line.", "CHRIS FEARNE: Fuq din tal-MUMN, jiġfieri l-MUMN għal xi żmien kienu qed joġġezjonaw li n-nurses jiċċekkjaw biex jaraw hemmx infezzjoni?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Hekk hu.", "U kellna industrial action biex ma nagħmluhiex ....", "IS-SUR NOEL ABELA: Issa suppost qegħda on a daily basis.", "Però to be fair jekk tara sptarijiet barra, bħall-Ingilterra whatever, il-VIP score – li hija tip ta' score fejn se tgħinnek biex you identify early infections ..", "CHRIS FEARNE: Jiġifieri l-MUMN għadhom qed joġġezzjonaw li n-nurses jaraw u jiċċekkjaw aktar minn darba kuljum?", "CHRIS FEARNE: Għaliex qed joġġezzjonaw li jaraw ....?", "IS-SUR NOEL ABELA: Ir-raġuni li qed jgħidu hi li n-nurses għandhom ħafna x'jagħmlu, u ma jistax ikun jiċċekjaw iktar minn darba,", "CHRIS FEARNE: Dan mhux parti essenzjali mix-xogħol tan-nurse?", "Fil-fatt il-form ma kenitx hekk, kif qegħda hawn.", "MICHAEL GONZI: Imma għax iridu jittestjaw, jew kemm iħarsu lejha?", "Jew li għandek ħafna affarijiet li trid tikteb fuq il-formola, allura qed titlef mill-kura tal-pazjent?....", "IS-SUR NOEL ABELA: Il-formola l-oriġinali kienet a tick form.", "Jiġifieri you just tick.", "U jekk tkun se tagħti xi mediċina fil-vina, biex tifhmuni, suppost kif se tagħti se tħares lejha, u se tistaqsi lill-pazjent ukoll: isma' qed tħoss xi uġigħ?", "Jekk ikun qed iħoss xi uġigħ, hemm xi ħaġa li it's not right.", "Barra minn Malta jagħmluha ma' kull change of shift.", "Waqt li qed jieħdu over, dawk li għandhom peripheral cannula se jiċċekkjawha.", "Sfortunatament x'qed jiġri?", "Meta ma ssirx, se jbatu l-pazjenti.", "Jispiċċaw bil-phlebitis - li hi forma ta' infection - u ovvjament it can lead to a bacteraemia as well.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Li għandha mortalità.", "IS-SUR NOEL ABELA: Għax jekk il-pazjent għandu scale colonisation with MRSA, ovvjament jekk din se tiġi kolonizzata, imbagħad se tmur tagħti IV, ovvjament l-MRSA ....", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri wara li għamiltu din il-proċedura, rajtu a difference, a drastic difference ....(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri kien hemm improvement sew biha din?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: L-ikbar tarġa li kellna.", "IS-SUR NOEL ABELA: Mhux peripheral biss, imma anke central.", "Pereżempju fir-Renal naqqasnihom sew .....", "MICHAEL GONZI: Imma l-ammonti tas-central huma inqas minn dawk il-peripheral lines .....", "IS-SUR NOEL ABELA: Inqas imma imbagħad għandek iktar riskji.", "Għandek iktar chances ta' bacteraemia.", "Central lines nagħmlu 1000 per year.", "Venflon ħafna iktar .… Imma ovjament anke dik ttekkiljajna.", "Għax sirna nafu wkoll li pereżempju kull pazjent li jidħol fl-A&E jagħmlulu cannula.", "Imbagħad meta għamilna d-drive, issa qed inaqqsuhom l-insertions.", "Meta jidħol pazjent trid tistaqsi: għandu bżonn cannula, nista' nagħtih xi ħaġa oħra, oral, jew absorb bilfors.", "Kellhom policy, kienet routine li kulmin jidħol .....", "MICHAEL GONZI: Imma just in case jinqalà emerġenza, ikollhom a line miftuħa biex jingħata l-kura.", "Anke dik li jħalluha iktar, jgħidulek \"inħalluha just in case\".", "Għax inti jekk ikollok infection waħda, it can lead to bacteraemia ...", "ONOR.MICHAEL GONZI: L-inkwiet kien li jekk ikun hemm persuna li jkollha xi ħass ħażin u dawn l-affarijiet, ikolli linja biex inkun nista' ngħaddi d-drugs jew whatever mil-line ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U l-lines li qed indaħħlu llum, sintendi jqumu iktar flus.", "Għax huma kollha packed, pakkett iqumlek €50 mill-inqas.", "Però jekk nonfoq €50 u niffranka dawk l-antibiotics kollha, u wkoll li l-pazjent se jkun aħjar u jmur id-dar qabel, I think it's money well spent.", "GODFREY FARRUGIA: Bl-istess studju, qegħdin nikkonsidraw ukoll il-prosthesis jew il-pace makers, dawk l-interventi fl-operazzjonijiet fejn kultant jispiċċaw - b'mod partikolari fil-pace makers, ma tantx kellna suċċess - b'infezzjonijiet u b'effett ta' hekk ikollna ...", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri kien hemm żieda fil-pace makers...?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Se nagħti data fuq il-cardiac operations, għax kellna problemi.", "IS-SUR NOEL ABELA: Imma għamilna intervention kbira fuqu.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Għadna nagħmlu r-root cause analysis ....", "GODFREY FARRUGIA: Il-figuri li qed tagħtu hawnhekk, jinkludu dawn ukoll, il-prosthesis u l-pace makers eċċ....?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Hawnhekk qegħdin ngħidu mill-blood cultures kollha li jkollna.", "MICHAEL GONZI: U bħala pace makers dejjem kien MRSA, ma kienx hemm mikrobi oħrajn ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Kien hemm oħrajn, għandna d-data.", "Morganella eċċ. Kellna ħafna mikrobi ....", "IS-SUR NOEL ABELA: Però għamilna ħafna interventions fuq practises, fuq procedure u rnexxielna u kważi eliminajnihom.", "U issa ilna ma jkollna każ.", "THECHAIRMAN: Nitlob daqsxejn lill-membri biex inaqqsu kemm kemm il-frekwenza tal-mistoqsijiet.", "Għax diġà għaddiet siegħa u mid-dehra hemm ħafna slides oħra x'nistgħu naraw.", "Ma niddejjaqx li nistaqsu l-mistoqsijiet imma ...", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Morna u qed nimxu, jiġifieri dawn mhux affarijiet li vvintajnihom aħna.", "The Institute for Healthcare Improvement, li tagħti ħafna protokols b'riżultati tajbin ta' kif għandek tnaqqas l-infezzjonijiet u s-central lines kollha, għamilna protokols b'dan l-IHI care bundle, ippubblikati u tinstab bħala policy ġewwa Mater Dei.", "Kif ukoll in-nies li jmorru għad-dialysis fir-Renal Unit, minflok qed nużaw il-Vas Cath qed nużaw tunnelled lines, li qisu għandha sheet, biex kemm jista' jkun l-infezzjoni ma tidħolx fid-demm tal-pazjent, u tista' żżommha għal daqsxejn perjodu itwal.", "Mela f'din l-islide qed naraw riżultati daqsxejn interessanti.", "Qed naraw il-bacteraemias li kellna mill-2011 sal-2013, maqsumin tliet xhur, tliet xhur.", "Kif qed naraw hemm dawk li huma assoċjati mar-Renal Unit - u taraw kemm kellna infezzjonijiet mir-Renal Unit – u l-oħrajn huma l-peripheral lines, li huwa dak il-venflon dieħel fl-idejn, imbagħad għandek is-central line li huwa dawk li jidħol fl-għonq.", "Kif qed taraw, fl-2011 ara x'kwantità ta' infezzjonijiet kellna!", "Sfortunatament f'din l-islide ma jidhirx x'għandna fuq il-vertical axis - imma naħseb li huma n-number of cases.", "Però kif bdejna nużaw dawn l-inizjattivi u daħħalna l-protokols tal-Institute for Healthcare Improvement, qed naraw kif over the years bdew neżlin u bqajna biss bir-Renal at this stage.", "Dan qed nittekkiljawh billi biddilnilhom is-sistema tal-vas cath.", "Jiġifieri nisperaw li forsi darb'oħra, jekk inkunu mistiednin, ngħidulkom li qegħdin żero, xi darba.", "Imma nispera li 'l hemm mexjin.", "Imma bil-koperazzjoni tal-health care workers, mis-central line u mill-peripheral line qed ninżlu għax-xejn għax-xejn.", "Però kellna ftit infezzjonijiet in the third quarter ta' 2013, però probabilment kellna xi sors.", "By source wkoll, qed naraw li hemm ħafna li huma Other.", "Hemm każijiet oħra ta' MRSA bacteraemia li mhumiex mill-peripheral, renal u central lines imma jistgħu jkunu superficial infections, amputations, eċċ li setgħu kkawżaw il-bacteraemia.", "Però t-trend qegħda, li minn sena għall-oħra, l-MRSA nieżla.", "Jiġifieri l-protokols kollha li qed nużaw, qed jaħdmu ħafna.", "Jiġifieri dak l-għaraq kollu li għaraqna biex naslu hawnhekk, qed ikollna riżultati tajbin.", "Mhuwiex il-bini, mhuwiex l-istruttura, naħseb lanqas huwa l-gown li qed nilbsu, imma huwa t-teknika li qed nużaw.", "Issa minn xi tliet xhur ilu, bdejna nisskrinjaw il-każijiet kollha li qed jidħlu fil-casualty, bl-MRSA.", "U mill-2011 bdejna naraw kemm qed jidħlu MRSA ġewwa l-emerġenza.", "Mela hawnhekk biex nuri li l-MRSA mhuwiex problema tal-isptar biss, imma minn ftit snin 'l hawn, qed tkun fil-komunità wkoll.", "Jiġifieri l-użu tal-antibiotics qed jikkawża l-iStaph aureus fil-persuni fil-komunità, li qed isir ukoll MRSA.", "U d-differenza kif qed taraw, hija kbira.", "Jiġifieri probabilment dak li aħna llum qed nagħmlu fl-isptar, irridu nibdew nagħmluh fil-komunità wkoll, biex nerġgħu nnaqqsuh milli jinxtered fil-komunità.", "Għandna l-Eurobarometer fuq Antimicrobial Resistance, ir-reżistenza għall-antibiotiċi.", "Dan sar f'Ġunju 2013, u ppublikat f'Novembru.", "U kieku kellek tistaqsi lill-poplu Malti kemm ħa antibiotics fl-aħħar 12-il xahar insibu li 48% - li aħna t-top u n-number one fl-Ewropa - ħadu xi antibiotic fl-aħħar sena.", "Li it doesn't help us a lot fil-ġlieda tagħna kontra l-infezzjonijiet.", "Għax ifisser li l-mikrobi llum drawhom l-antibiotics u qed joħolqu reżistenza.", "Kieku nikkomparaw ma' pajjiżi Nordiċi - pereżempju, l-Isvezja, l-Polonja - għandhom 26% jew 24%.", "Jiġifieri saret kultura.", "Il-Mediterran u s-South tal-Ewropa, qisna kollha mdorrijin nieħdu l-antibiotics għall-inqas ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Naċċertak li minn din is-sena 'l hawn, naħseb din se tonqos.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Se tagħmel differenza.", "U għalhekk qed nagħmlu din il-pubbliċità fuqha.", "THE CHAIRMAN: Għaliex issa f'daqqa waħda, ħarġet tal-indemnity u minħabba f'hekk l-ispiżjara saru iktar strict fl-għoti ta' mediċini billi dejjem jirrikjedu r-riċetti.", "M'għandix dubju li se jkun hemm inqas użu ta' antibiotics għal xejn.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U din hija l-kampanja li qed nagħmlu mal-pubbliku u mat-tobba wkoll, biex ma nagħtux antibiotics għal xejn.", "DEO DEBATTISTA: Malta kif tikkompara bħala complications ta' specific infections għal dawk li ma jkunux ingħataw anke antibiotics?", "Pereżempju jekk inti tikkompara l-otitis media f'Malta ma' otitis media fl-Olanda, issib li f'Malta l-complications ta' cereberral abscess secondary to otitis media hija kważi xejn, biss f'pajjiżi fejn ma jużawx antibiotics, bħal Olanda, issib l-inċidenza ta' increase ta' cereberral abscess.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Preċiż.", "Jiena naħseb li hawn Malta ffortunati illi l-pazjenti dejjem għandhom it-tabib ma ġenbhom, jekk iridu tabib, malajr se jsibuh.", "Għandhom il-family doctor li għandhom relazzjoni tajba miegħu, u t-tabib jista' jagħti l-antibiotics fejn hu indikat, però.", "Hemm ħafna każijiet li huwa indikat sore throat, abscesses eċċ. Però għaliex for flu and common cold għandna nagħtu an antibiotic, sakemm il-pazjent mhuwiex toxic?", "Għax imbagħad niġu fil-group a streptococcus, allura dak li jkun, joqgħod attent u jagħti l-antibiotics.", "Imma jekk il-pazjent m'għandux deni u jidher li dan huwa virus - dakinhar fil-gazzetta kien hemm żball li semmew li l-MRSA huwa virus, għall-virus ma tagħmel xejn bl-antibiotic - jew għandu riħ komuni minn virus, allura aħna qed ngħidu li jekk jista' jkun ma nagħtux antibiotics.", "Però kif qed jgħid l-Onor.", "Deo Debattista, importanti li fejn hu ndikat imbagħad, it-tabib Malti naċċertak li għandu l-esperjenza u jaf liema antibiotic għandu jagħti.", "Dawn huma affarijiet importanti.", "L-agħar ħaġa kienet li meta fl-antik kien ikollna l-pazjent imur għand tal-grocer u jgħidlu: jien taf x'ħadt, dak l-antibiotic, ħu bħalu, għax mort tajjeb.", "M'għandniex nagħmlu hekk.", "Imma għandna mmorru għand it-tabib, għandu jagħmel ir-riċetta, u l-ispiżjar ma jagħtix l-antibiotic jekk m'għandux ir-riċetta.", "Naħseb li jekk nimxu hekk, se jkollna differenza kbira.", "DEO DEBATTISTA: Qed ngħid dan taf għaliex?", "Peress li kienet saret dik il-kampanja kollha kontra l-antibiotics - li hi tajba....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Mhux kontra proprja, imma l-użu tajjeb tal-antibiotics.", "L-antibiotics huma tajbin u jsalvaw il-ħajja tan-nies.", "DEO DEBATTISTA: Wieħed mill-billboards kien, qabel ma tidħol l-isptar u kien jagħtik messaġġ li kontra l-antibiotics, kif titlà t-telgħa....Qed ngħidlek xi tliet snin ilu ....", "Jien qed ngħid dan biex il-messaġġ ma jasalx għand il-pazjent li jaħseb li l-antibiotics huma ħżiena.", "U taf x'inhi r-raġuni għaliex qed ngħidha?", "Għaliex pazjenta partikolari, meta ħadet dak il-messaġġ, kellha infezzjoni f'widnejha u stenniet li jgħaddi waħdu.", "Li ġara hu li wara sitt ijiem, it-tifel tagħha ta' sitt snin sabha unconscious.", "B'riżulat li spiċċat tliet ġimgħat fl-ITU.", "U minħabba l-antibiotics li kellha bżonn, il-pazjenta ħarġitilha d-dijabete.", "Jiġifieri l-messaġġ irid ikun, l-użu tajjeb tal-antibiotics u mhux li l-antibiotics huma ħziena u jagħmlu l-MRSA.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Dak huwa l-messaġġ li rridu ngħaddu.", "Grech, grupp A streptococcus, Strep pyogenes jista' jibda b'daqsxejn sore throat.", "U b'ebda mod m'aħna ngħidu li sore throat m'għandekx tagħti antibiotic, imma trid tkun selettiv u intelliġenti biżżejjed biex tara liema każijiet għandek tagħti u liema m'għandekx tagħti.", "Kieku nikkomparaw Malta mal-Ewropa għal sore throat, 30% mill-Maltin jagħtu antibiotic, filwaqt li fl-Ewropa, 11% jagħtu antibiotic.", "CHRIS FEARNE: Ħudu paċenzja għax bejnietkom qegħdin taqblu imma qegħdin tgħiduha b'mod differenti.", "Meta inti tgħid 30% tan-nies jieħdu antibiotic, mhux għax qed jagħtiha t-tabib, imma għax xi wħud minnhom qed imorru jeħduha over the counter mingħajr prescription.", "Jew kienu, qabel ma sar dan l-istudju.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jista' jkun ukoll.", "CHRIS FEARNE: Jiġifieri naħseb il-messaġġ li rridu nagħtu - ara taqbilx miegħi għax inti l-espert fuqha din l-biċċa xogħol – illi l-antibiotics għandhom jittieħdu biss bir-riċetta tat-tabib.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Preċiż.", "CHRIS FEARNE: Imma meta t-tabib jindika li hemm bżonn l-antibiotic, għandu jittieħed kif indikat.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U jieħu l-kors kollu, mhux jieħu jumejn u jieqaf, għax imbagħad toħroġlok iktar reżistenza.", "CLAUDIO GRECH: Però dik il-prevalenza li għandek fl-użu tal-antibiotics, allura dik ma jfissirx b'mod awtomatiku li t-tobba qegħdin jippreskrivu aktar antibiotics?", "Fis-sens, għaliex jekk wieħed jieħu l-argument, għax qisu l-argument li qiegħed isir huwa, li l-pazjent iqum, jiddeċiedi li jmur għand l-ispizjar u jgħidlu: agħtini dawk għax dawk jgħaddili bihom.", "Jien naħseb li hemm ukoll l-argument, li t-tobba, fil-prattika tagħhom, biex jipprattikaw ukoll to an extent an element of sort of protective medicine, ikunu qegħdin jagħmlu l-preskrizzjoni huma.", "Jiġifieri ma naħsibx li ġejja biss min-naħa tal-pazjent.", "Jiġifieri li l-pazjent jagħmel self-prescriptions.", "IS-SUR NOEL ABELA: Hemm l-issue tal-blind prescribing, li t-tabib jagħti l-antibiotics mingħajr ma jieħu swab test.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Però jien naħseb, li mis-sena d-dieħla, is-sitwazzjoni għandha tirranġa ħafna, bil-kampanja li qegħdin nagħmlu.", "Però nieħu l-punt tal-Onor.", "Debattista, li m'aħniex qed ngħidu li l-antibiotics huma ħżiena, imma qed ngħidu l-użu tajjeb tal-antibiotics.", "MICHAEL GONZI: Din tal-użu tajjeb tal-antibiotics, ilna nisimgħuha żmien.", "U dejjem neħlu aħna t-tobba, speċjalment il-GPs privati meta ...", "CLAUDIO GRECH: Għax twaħħlu f'kulħadd, barra fikom!", "MICHAEL GONZI: Le, le, il-punt huwa, li aħna l-private GPs neħlu fuq li nagħmlu prescriptions ta' ħafna antibiotics għalxejn.", "Meta jekk tanalizza wkoll x'joħroġ mill-isptar, tibda tinduna li xi kultant anke minn hemm isiru prescriptions tal-antibiotics għalxejn.", "Biex inkunu (Interruzzjonijiet) Minuta ħalli nlesti l-argument ...", "DEO DEBATTISTA: Aħna l-GPs nikellmu fuq pazjenti mhux statistika ....", "MICHAEL GONZI: Jekk aħna ilna ngħidu fuq din l-biċċa xogħol tal-antibiotics li qed jiġu prescribed minn barra, m'għamiltux xi tip ta' audit jew ħsibtu fuq xi tip ta' audit jew fuq xi ħaġa, biex din tiġi prevented?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Minn din l-istatistika, taħt il-heading From a medical prescription f'Malta - ma nafx liema sena, imma riċenti - 77% ħadu r-riċetta tat-tabib u ġabu l-mediċina bir-riċetta tat-tabib.", "Kieku tieħu xi 4 snin qabel, naqqset b'2%, jiġifieri t-tobba qed jippreskrivu inqas.", "Però taħt il-heading \"Administered by a medical practitioner\" tfisser li din ingħatat il-mediċina jew b'injection id-dar jew ġo sptar eċċ. fejn għandek 21%.", "Għandek 1% ta' nies li jkun baqgħalhom antibiotic id-dar, għax ma kienux ħadu l-kors kollu, u jerġgħu jieħdu l-istess antibiotic.", "Imbagħad 1% oħra - imma din riċenti, għax kieku mmorru numru ta' snin ilu, insibu ħafna iktar - li ma ngħatawx riċetta mit-tabib u xorta ħadu l-antibiotic.", "Imbagħad għandek ftit li ma jiftakrux.", "Imma t-trend qegħda, li qegħdin jonqsu n-nies li qed jieħdu mediċini mingħajr ir-riċetta tat-tabib.", "THE CHAIRMAN: U dak għal kullimkien?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Għal Malta din.", "Sptar jew komunità, minn kullimken.", "Jiġifieri hija xi ħaġa tajba li 21% tal-prescriptions qed joħorġu mill-medical practioners", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U qed jingħataw minnu stess.", "MICHAEL GONZI: Għax hawn mhux qed jingħad li dawk il-prescriptions huma ħżiena .…", "Jista' jkun li ngħataw mill-isptar by injection.", "CLAUDIO GRECH: U dak jikkonferma l-punt li għadni kemm għamilt.", "MICHAEL GONZI: Jikkonferma l-punt li l-prescriptions kienu tajbin hemmhekk.", "DEO DEBATTISTA: Imma xorta għadek ma weġibtnix.", "Jekk għandniex inqas complications f'Malta minn pajjiżi oħra?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Ifhimni, dik trid tara l-complications għal kull każ li jkun.", "Dik l-istatistika ta' complications, nistgħu naqbdu pereżempju otitis media u nagħmlu studju fuqu.", "Illum għandna database tajba fil-patoloġija.", "Jiġifieri we have to look into it, u nistgħu infittxuhom.", "Dawn huma każijiet interessanti u tista' ma tispiċċa qatt u tippublika kemm trid bid-data li hemm.", "ONOR CHRIS FEARNE: Ikkoreġini jekk jiena żbaljat.", "L-agħar problema tal-MRSA – għax l-MRSA tgħix fuq il-ġilda – mhux l-antibiotics biss li nieħdu minn ħalqna, imma l-creams li nitfgħu.", "U dawk kważi qatt ma jkunu prescribed.", "Għax ikollok stoċċ id-dar, ikun ilu għandek xi għaxar snin, u kulħadd jieħu bl-addoċċ.", "(Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: Ilhom numru ta' snin sħaħ fuq il-Fucidine cream.", "L-ispiżeriji, anke bil-free prescription, bil-kartuna r-roża, m'għadhomx jagħtu Fucidines.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Le, inqata' mill-formolarja.", "Qtajnih, which is a very good move u issa l-ispiżjara mhux qegħdin jagħtuh jekk ma tagħtihomx ir-riċetta.", "Naħseb li mexjin pass 'il quddiem ħafna.", "ONOR CHRIS FEARNE: Però xorta għad hawn ħafna nies li jkollhom id-dar.", "Jiena naħseb li issa l-kampanja tagħna llum trid tiffokka fuq kif tużah.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jiġifieri hija l-kultura li rridu nbiddlu.", "Hemmhekk jinfirex dan il-mikrobu. .", "Issa peress li qed naraw - u intom qed taqblu miegħi - li hemm ħafna minn dawn l-infezzjonijiet.", "Issa kull admission screening - jiġifieri dan xogħol kbir għalina fil-laboratorju u fl-Infection Control - kull każ li qed jiġi admitted fil-Mediċina, fil-Kirurġija u fl-Orthopeadic Wards, qed nagħmlulu nasal swab - jiġifieri tiċpisa minn imnieħru - biex naraw hemmhekk daħalx bl-MRSA mill-komunità.", "Biex fil-każ dan il-pazjent ma nħalluhx jitħallat fis-swali tal-isptar.", "MICHAEL GONZI: Il-costs ta' dawn l-analiżi, is-surveys u dawn l-affarijiet, dawn qed iħallashom il-Gvern Malti jew hija parti minn proġett tal-Unjoni Ewropea?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Id-data li għandna kollha, inkluż l-admission screening, huwa proġett Malti.", "Għaliex ultimately se niffranka l-flus jiena.", "MICHAEL GONZI: U kemm ilu għaddej dan il-proġett, bejn wieħed u ieħor?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: L-iscreening ta' kull min dieħel, ilu tliet xhur.", "Għaliex b'hekk qed niffrankaw infezzjonijiet ġo l-isptar milli dawn jiġu trażmessi.", "Mill-2013 ilu li jsir.", "Hawnhekk fejn annunċjajna li se nibdewha u bdejniha xi tliet xhur ilu.", "U kull pazjent li nsibuh bl-MRSA, ma nħalluhx jitħallat ma' nies oħra u nagħtuh it-trattament.", "Però nerġa' mmur lura, biex ma ninsewx il-ħaġa oriġinali.", "L-iktar ħaġa li ma tqumx flus u sempliċi biex ma jitteħidx l-MRSA huwa l-ħasil tal-idejn.", "(Interruzzjoni) U li jkun hemm is-sapun u l-handwash jew alcohol rub.", "CLAUDIO GRECH: Dr Barbara l-ġimgħa l-oħra ma kienx hemm sapun hux hekk?", "(Interruzzjonijiet)", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Kultant qed ikollna nuqqas ta' sapun.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk naraw din is-slide, mill-2010 sal-2013 qed naraw kemm nies jaħslu jdejhom qabel ma jmorru fuq pazjent u wara.", "Għaliex?", "Għaliex jekk inti taħsel idejk qabel, se tipprevjeni milli inti tagħti infezzjoni lill-pazjent.", "Jekk taħsel idejk wara, ifisser li inti ma tridx tieħu l-mikrobu miegħek id-dar.", "U qegħdin nindunaw li ħafna mill-infermiera, mit-tobba eċċ, l-iktar li jaħslu jdejhom wara, milli qabel.", "Aħna nixtiequ li jaħslu jdejhom qabel u wara.", "Ir-rata ta' kemm jaħslu jdejhom qabel kienet 40% u rnexxielna ntellgħuha għal xi 55% u nixtiequha titla' ħafna u ħafna iktar.", "U wara telgħet minn 55% għal 65%.", "DEO DEBATTISTA: Issa ħa nieħu l-punt li qal l-Onor Claudio Grech.", "Inti liema l-iktar li tara effettiv, l-użu tas-sapun jew l-alkoħol?", "IS-SUR NOEL ABELA: L-alkoħol.", "IS-SUR NOEL ABELA: L-alkoħol.", "Però f'ċertu każijiet meta jkollok gastroenteritis dak sapun trid tuża, ma tistax tuża alkoħol.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Bħala mechanical wash.", "CLAUDIO GRECH: Jekk ikun hemm in-norovirus, x'inhu l-aħjar?", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Jekk ikun hemm in-norovirus - bħalma kien hemm il-ġimgħa l-oħra – is-sapun.", "ONOR MICHAEL GONZI: U jekk tuża l-ingwanti biss?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Ingwanti jistgħu jagħtuk a false sense of security.", "Li inti taħseb li m'intix infettat meta tkun missejt ma' ħafna affarijiet.", "IS-SUR NOEL ABELA: Non-sterile, mhumiex 100% proof Jista' jkollok micro holes fl-ingwanti, li ma tarahomx b'għajnejk u xorta jgħaddi.", "Fil-fatt l-ingwanti trid toqgħod attent, mhux kemm tilbishom u tneħħihom.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Din issa hawnhekk qed nuri - naqra mea culpa - li l-iktar li jaħslu jdejhom huma l-infermiera u t-tobba jaħslu inqas idejhom.", "Hemm min juża l-wash u hemm min juża r-rub.", "Ħafna nies jħobbu ħafna jużaw ir-rub.", "Ħafna minnhom jaraw li l-Infection Control mhux daqshekk importanti, però mexjin bil-mod.", "Iva llum f'kull daħla ta' sala, ma' kull trolley ġol-isptar u ma' kull sodda għandna.", "IS-SUR NOEL ABELA:Jiġifieri m'hemmx skużi.", "MICHAEL GONZI: Għaliex dan?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Għax il-kultura Maltija għadha ma nbiddlitx.", "Mhux Malta biss, is-south tal-Ewropa, jekk tmur Spanja, il-Portugal, in-naħa t'isfel tal-Italja nsibu l-istess ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Jekk inti ma tkunx għamilt kuntatt ma' pazjent..", "(Interruzzjonijiet)", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Imma inti sakemm ftaħt il-bieb tas-sala, missejt il-pum tal-bieb, għandek il-mikrobu f'idejk.", "Jekk ma taħsilx idejk tista' tittrasmettih.", "Il-ħasil tal-idejn għandha tkun part and parcel tal-kultura tagħna.", "Ukoll mingħajr ma tajt id-data hawnhekk, għandna d-data ta' kull sala.", "Illum qed nagħmlu sentinella ħalli naraw fis-swali min qed jaħsel idejh u min mhux qed jaħsel idejh.", "IS-SUR NOEL ABELA: Dawn nagħtu feedback fuqhom lil kull sala.", "Biex ikunu jafu fejn qegħdin.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U d-data għandna kollha u ta' kull sala.", "Biex ngħallmu lil dak li jkun: isma' fis-sala tiegħek għandek bżonn improvement.", "U tajna xi premju għall-iktar sala li marret tajjeb.", "CLAUDIO GRECH: Dik li kont se nistaqsik.", "Ejja nieħdu l-aħjar swali, tagħmel ir-rabta bejn il-prattiċi li jkunu qed jagħmlu u d-dixxiplina?", "IS-SUR NOEL ABELA: U min imexxi s-sala wkoll.", "Jekk għandek Nursing Officer li huwa żiemel u leader, se tara inqas mill-ewwel.", "Jiena naf, min huwa in charge ta' sala, anke jekk jara konsulent ma jużax il-hand rub, tmur u tgħidlu.", "Tgħidlu: isma' please għamel il-hand rub.", "THE CHAIRMAN: Għandek l-ismijiet tas-swali?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Le, ma tajnihomx apposta biex ma nħammġux ismijiet ta' swali.", "Però kull sala li marret tajjeb jew marret ħażin informajnihom bir-riżultat li ġabu.", "U huma jafu fejn qegħdin, compared mal-oħrajn.", "U s-swali li marru tajjeb, tajnihom premju talli marru tajjeb.", "U dan naraw kemm il-pazjent se jmur aħjar, jekk huma jaħslu jdejhom.", "Aħna semmejna ħafna fuq l-MRSA, imma għandna problemi oħrajn ta' mikrobi oħrajn li huma iktar perikolużi.", "U dan huwa mikrobu wkoll li jinstab fuq il-ġilda li jikkawża infezzjonijiet fil-pulmum, fid-demm eċċ. Jekk taraw dan ir-riżultat, kull antibiotiku li hemm, huwa reżistenti, ħlief wieħed li huwa l-colistin, il-ħames wieħed.", "U sfortunatament għad tasal xi ġurnata - u din mingħajr ma nallarma lil ħadd - li jkollna mikrobu li jkun reżistenti għal kollox.", "Għalhekk irridu dejjem nilqgħu.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Il-VRSA dejjem qed ikollna daqsxejn improvement.", "Imma hemm ċerti postijiet bħal Ġappun, pereżempju, li qed jiżdiedu ħafna.", "U llum bin-nies kif jivvjaġġaw eċċ, jista' jidħolok ċertu mikrobu, bħalma daħlilna dan.", "Dan daħlilna minn pajjiż ieħor.", "Illi f'daqqa waħda ma kellniex..", "F'din l-islide hawn l-istatistika ta' Carbapenemase producers hawn Malta, li qegħdin in an endemic situation.", "Però kieku kellna nħarsu kif kien l-Klebsiella pneumoniae li huwa reżistenti, fis-sena Jannar 2011 ma kellna xejn, f'daqqa waħda ġara xi ħaġa li daħal xi pazjent li kellu dan il-mikrobu, u nfirex.", "U bqajna naraw dan il-mikrobu jinfirex fost il-pazjenti Maltin.", "Fl-ITU eċċ.", "Jiġifieri importanti li biex dan ma jkomplix jinfirex, il-ħasil tal-idejn li semmejna qabel.", "U meta erġajna bdejna niskrinjaw lil kulħadd li dieħel l-ITU eċċ. u nieħdu azzjonijiet, reġgħu bdew jonqsu l-każijiet.", "Irridu noqogħdu sentinella l-ħin kollu.", "IS-SUR NOEL ABELA: Dawn li qed taraw fuq l-islide huma żewġ sites, rectal u clinical.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: L-infections li huma ċ-ċelesti huma l-clinical u għandek il-ħomor li huma r-rectal swabs, li huma carriers biss.", "MICHAEL GONZI: Kemm għandek impjegati jaħdmu miegħek?", "Biex tagħmel dan ix-xogħol kollu.", "IS-SUR NOEL ABELA: Aħna bħala Infection Control qegħdin 11 b'kollox.", "Però Infection Control Nurses qegħdin ħamsa.", "Għandna ħamsa li mhumiex full-time lanqas.", "Għandna waħda kważi full-time tista' tgħid fuq ITU theatres, waħda full-time fuq ir-renal u mbagħad hemm jiena nikkaverja s-surgical u għandna oħra tikkaverja l-medical.", "Full-time jiena biss u mbagħad l-oħrajn qegħdin on reduced hours.", "Però l-ħin kollu on going.", "Il-ħin kollu għaddejjin, ma nieqfux.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: U l-kampjuni li jittieħdu, iridu jinħadmu fil-laboratorju wkoll.", "IS-SUR NOEL ABELA: Però l-vantaġġ li bil-kampjuni li qed nieħdu, mhux qed insiru is-sensitivities.", "Just għandek il-plate… (Interruzzjonijiet)", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Aħna qed naraw jekk pazjent hux MRSA positive jew le.", "Mhux qed nagħmlu l-full works kollha.", "Kemm nagħmlulu screening, biex almenu nkunu nafu li pazjent ma nħalltuhx ma' ieħor.", "MICHAEL GONZI: Għandek xi ideat fejn l-organizzazzjoni tal-isptar - kif qegħdin hawnhekk u għandna l-ministru hawnhekk - tista' tissaħħaħ biex inti tikkaverja iktar x-xogħol tiegħek?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jiena iktar ma jkun hemm nies, iktar nistgħu nidħlu f'proġetti.", "MICHAEL GONZI: Pereżempju, inti għandek erbgħa min-nies li jittajpjaw biss ir-riżultati tal-blood test lit-tobba tal-GP.", "Meta inti dawk l-erbgħa min-nies tista' tużahom għall-affarijiet tiegħek.", "U dawk ir-riżultati jintbagħtu by e-mail, jew aħna jkollna access għal IT tal-isptar.", "Hemm xi pjanijiet għaliha din?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Din hija xi ħaġa li qed nipprovaw naħdmu fuqha.", "Bażikament, preżentiment, it-tobba tal-familja, mhux bħall-isptar, ma jordnawx b'mod elettroniku, u għaldaqstant ir-riżultat qed nibagħtuhomlu bil-posta.", "Issa fl-era teknoloġika li għandna llum, naħseb li bħalma tabib fl-isptar jista' jara r-riżultati tal-pazjenti tiegħu, it-tabib tal-familja jista' jara tal-pazjent tiegħu wkoll.", "Il-problema li għandna, u diġà tkellimniha mal-Ministeru tas-Sustainability ....", "THE CHAIRMAN: Dr Barbara issa nitkellmu fuqha aktar tard, għaliex għandi komunikazzjoni fuqha.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Mela nirrispondik minn hawn u ftit ieħor.", "Mela ħa nkomplu fuq din.", "Mela peress li qed naraw li hemm ħafna mikrobi li llum huma reżistenti għal dawn il-carbapenem antibiotics.", "Dawn huma l-bombi l-kbar, l-antibiotics il-qawwijin li nużawhom fl-ITU eċċ. Fil-fatt taraw li jintużaw l-iktar fl-ITU, fil-mediċina u fil-kirurġija.", "Minn mindu bdejna nagħmlu iktar awareness biex innaqqsu daqsxejn l-użu tal-carbapenemase, qed naraw li fl-2012 bdew jonqsu mill-mediċina u mis-surgery.", "Għaliex it-tobba bdew jindunaw li aħjar joqogħdu lura, biex meta jiġu bżonnhom iktar, isibuhom.", "S'intendi fl-ITU jkun hemm nies li qegħdin nipprovaw insalvawlhom ħajjithom, allura you have to use your big guns.", "Jiġifieri hemmhekk tippretendi li ma jistax jonqos il-konsum tagħha.", "Però f'postijiet oħra qed naraw li ma tantx jintużaw.", "Mikrobu ieħor, clostridium difficile, huwa mikrobu li jagħmel speċi ta' gastroenteritis.", "Jiġifieri dak li jkun ikollu d-diarrhea u msarnu u dan jirriżulta għaliex nużaw ħafna antibiotics qawwijin.", "Kif qed taraw fuq l-islide, this is a cumulative incidence, għalhekk qiegħed tiela' 'l fuq fiċ-chart.", "Però kieku tara mill-2010 li huwa l-blu sal- 2013 li huwa l-aħmar, taraw kif qed jonqos il-clostridium difficile.", "Jiġifieri din li t-tobba, in-nies id-dar eċċ - però hawnhekk l-iktar it-tobba - li qed jużaw inqas antibijotiċi qed taħdem ħafna u qed ikollna riżultati tajbin.", "Jiġifieri mhux qed inħambqu għalxejn actually.", "ONOR DEO DEBATTISTA: Ifhimni dan huwa contributing factor li nużaw.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Din hija xi ħaġa tal-isptar.", "ONOR DEO DEBATTISTA: Imma kemm huwa contributing factor, il-fatt li ilu ma jiġi żviluppat familja ġdida ta' antibiotics mit-tmeninijiet?", "Allura hija xi ħaġa evoluttiva li l-bacterium isir iktar reżistenti.", "Despite li qed nużaw inqas.", "Jiġifieri jiena naħseb li anke l-kumpanniji tal-mediċini, iridu jipproduċu familji ġodda ta' antibijotiċi.", "Hemmhekk naqbel miegħek u naħseb li għandhom jitfgħu l-flus hemmhekk, biex aħna jkollna antibijotiċi ġodda.", "Fil-fatt qed naraw li qed innaqqsu ħafna minnhom, għaliex qed jaraw li mhux hemm qegħdin il-flus.", "Madwar l-Ewropa kollha ħadu ċertu postijiet, fejn hemm infezzjonijiet tal-kirurġija.", "Hawnhekk ħadna cardiac operations, fejn qed naraw li Malta għandna problemi b'superficial incisional infections, kif ukoll deep incisional u ftit organ/space.", "Iktar ma jkunu organ/space u deep, iktar ikunu serji l-infezzjonijiet.", "Hawnhekk qed naraw u qed nagħmlu root cause analysis għaliex hemm dawn l-infezzjonijiet kollha hawn Malta.", "Naħseb Sur Abela, din diġà saret.", "U qed naraw li t-teknika li qed tintuża, għandna nimpruvjaw ħafna fuqha.", "Per eżempju, kif semmielna Dr Farrugia qabel, jekk għandna area fejn hemm laminar flow, fejn għandek tiftaħ il-pack taħt il-laminar flow, għandna nkunu vera riġidi li hemm jinfetaħ u mhux f'post ieħor.", "Jiġifieri huma qawwijin.", "MICHAEL GONZI: Jekk jiena qed nitkellem fuq cardiac u qed nitkellem fuq angioplasty, jiġifieri għandek pazjent daħal, għandu wound fil-groin u ħareġ 'il barra.", "Dawk jiġu jgħoddu magħhom?", "Jew pacemaker fejn inti għandek ...…", "MICHAEL GONZI: Jiġifieri fejn jidħlu angios u pacemakers, lanqas huma mniżżlin hemmhekk.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Hekk hu.", "IS-SUR NOEL ABELA: Għamilna root cause analysis fit-theatres biex naraw eżatt x'qed jiġri.", "Anke fl-Orthopaedics fil-fatt.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Però dak is-sabiħ.", "Li wara li nagħmlu r-root cause analysis u naraw x'inhi, aħna mbagħad nagħtu l-pariri x'għandu jsir u dan jerġa' jonqos.", "ONOR CHRIS FEARNE: Però meta niġu għal tal-orthopeadic, jidhirli li dawn m'humiex clinical.", "Dawn huma minn routine swabs u sibtu minnhom li kienu colonised.", "(Interruzzjonijiet)", "Dawn mhumiex infezzjonijiet.", "Dawn kolonizzazzjonijiet u mhux infezzjonijiet.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jista' jkun colonisation ....", "ONOR CHRIS FEARNE: Għax kumbinazzjoni rajt lil min għamel l-istudy.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jiena safejn naf jien, ma ħadu l-ebda swab għal dan l-istudju biss.", "Imma forsi lilna ma qalulniex.", "Dan kien studju li sar mill-Ortopedija u dawn kienu swabs apposta.", "(Interruzzjonijiet)", "Jiġifieri nispera li l-affarijiet tranġaw.", "Jiġifieri fit-theatres fejn għamilna audit.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Still aħna fejn nsibu dawn, ir-root cause analysis, mal-ewwel nippruvaw nerġgħu naqtgħu ras il-mikrobu biex ma jinfetax.", "ONOR DEO DEBATTISTA: Imma qabel ma tikkonkludi, il-graph ta' qabel - li rrefera għaliha l-Onor Chris Fearne - il-pajjiżi l-oħrajn użaw l-istess teknika?", "IS-SUR NOEL ABELA: L-oħrajn huma infezzjonjiet ta' vera dawn .....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jista' jkun li ma użawx l-istess teknika bħall-oħrajn.", "Jiġifieri din iċ-chart minn hemm meħuda.", "Issa jekk użawha bħala HST, bħala studju tagħha, allura huwa biased kontrina dan, qed tifhem.", "L-MRSA niżlet b'50%.", "U ma għedtx niżżilniha, imma niżluha l-kollegi tiegħi t-tobba, l-infermiera u l-poplu li llum qed nedukawh iktar fuq il-ħasil tal-idejn u l-iġjene.", "Yes we have, għax kif rajna huwa 4.6% Jiġifieri naqqasna ħafna u kieku tikkompara sptar Malti ma' sptar barra minn Malta, we compare very well.", "U nista' nżid li minn tliet xhur 'il hawn, bdejna l-iscreening ukoll u niżolaw.", "Jiġifieri qed jieħdu ħafna azzjonijiet biex nerġgħu nnaqqsu.", "Issa l-problemi li baqgħalna niffaċċjaw.", "Għalkemm irnexxielna nniżżluh b'50%, ma nserrħux moħħna li m'għandniex problema.", "The problem is still there, u kif naljenaw ftit rasna, mal-ewwel jerġgħu jitilgħu.", "U naħseb li this is being addressed, anke mal-ispiżjara u fil-komunità.", "Fearne, ma kienx hemm il-comparision mal-pajjiżi l-oħrajn.", "Dawk id-dokumenti kollha li għandkom, huma policies li kollha ħarġu f'dawn l-aħħar snin.", "Il-ħin kollu nibnu policy ġdida u jekk naraw li hemm xi ħaġa li nistgħu neqirdu mikrobu billi nagħmlu xi ħaġa, inżiduha fil-policy biex dejjem nirbħu din il-battalja.", "Jiġifieri nagħtu iktar awtorità lill-Infection Control biex lit-tobba nkunu nistgħu nagħtuhom iktar power biex l-antibiotics ma jużawhx u jużawh biss fejn huwa indikat.", "Qatt ma għedna li l-antibiotic huwa ħażin, l-antibiotic isalva l-ħajja tan-nies.", "Però l-użu tajjeb tal-antibiotic, mhux mill-pazjent li jippreskrivi lilu nnifsu, imma li jmur għand it-tabib u għand il-kirurgu u għandha tkun the mainstay of our future naħseb.", "U b'hekk nibdew nirbħu l-battalja kontra l-mikrobu għaliex inkella jirbaħ hu.", "THE CHAIRMAN: Jekk ma jimpurtax.", "Dik taraha bħala l-\"key\", jew pereżempju li n-nies jmorru jixtru l-antibiotic mingħand l-ispiżjara?", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Illi tabib, jekk għandek l-influwenza jew viral infection u jagħti antibiotic nikkundannawh, li pazjent jieħu antibiotic mingħajr ma jkun tah riċetta t-tabib, għaliex sab xi ħaġa fil-medicine chest nikkundannawha.", "U mbagħad għandek l-annimali wkoll.", "Il-veterinarji wkoll jużaw kwantità ta' antibiotiċi li jibqgħu ..… (Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: Fuq dawn ir-reports - li huma interessanti – dawn intom ifformolajtuhom?", "Jew ikun hemm xi template?", "Qed nara n-nursing report, imbagħad rajt xi reports oħrajn, central venous, catheter.", "Dawn intom ifformolajtuhom jew hija xi ħaġa mill-WHO, EU jew .....", "IS-SUR NOEL ABELA: Għandna l-First Surgery Safety Checklist hija tad-WHO.", "Ovvjament il-policies noħorġuhom aħna, u naddattawhom għalina u jkollna wkoll consultation ma' sptarijiet barra.", "Pereżempju, ikollna twinning.", "Bħalissa għandna twinning programme ma' sptar ġo Birmingham fejn anke tlajna u naraw l-isptar tagħhom.", "Is-sena l-oħra morna naraw l-isptarijiet fl-Olanda wkoll, biex naraw x'qed jużaw.", "Aħna bħala infection control qed nitkellem issa.", "MICHAEL GONZI: Imbagħad dawn il-karti jiġu fil-file tal-pazjent?", "Ikun hemm review tagħhom wara?", "IS-SUR NOEL ABELA: Il-form qegħda maqsuma hekk, għandek insertion u mbagħad għandek il-maintenance.", "L-insertion se timtela' fit-theatre u mbagħad għandek il-maintenance", "MICHAEL GONZI: Hi qegħda as such, biex in-nurse jgħid: isma' jiena għamilt .… (Interruzzjonijiet) Mhijiex se tiġi mitluba minn nursing officer.", "IS-SUR NOEL ABELA: No. Imbagħad għandek il-maintenance form.", "Il-maintenance form issir fis-sala jew fl-ITU, fejn ikun.", "Pereżempju, għandek Catheter: Site inspected: yes or no: day one u tkompli.", "Għandek sa two weeks u mbagħad jekk timtela', tista' tuża oħra.", "Għalhekk importanti din id-documentation.", "THE CHAIRMAN: Għandkom xi submissions oħra, Dr Barbara?", "Hemm xi questions oħra?", "Mela Dr Chris Fearne jixtieq jgħid xi ħaġa.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel nies nirringrazzja kemm lilek Dr Barbara kif ukoll lis-Sur Noel Abela.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Grazzi tal-istedina, f'isem Dr Borg ukoll.", "Għaliex għamel ħafna xogħol, imma mhux qiegħed hawn.", "CHRIS FEARNE: L-istaff kollu tagħkom u tal-laboratorji, li jagħmlu eluf ta' testijiet kuljum.", "Lil Infection Control tax-xogħol kbir li tagħmlu u tal-paċenzja li tieħdu b'ħafna minnha.", "Lil Dr Borg naturalment, u n-nurses tiegħek kollha, it-tobba u n-nurses kollha fl-isptarijiet tagħna.", "Bla dubju ta' xejn ix-xogħol li tagħmlu intom, qiegħed isalva l-ħajjiet tan-nies.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda dubju li l-flus li qegħdin jintnefqu minnkom huma flus, kif għedt int cost its worth spent.", "Naturalment il-Hospital Acquired Infections, huma xi ħaġa li jdejqu lil kulħadd għaliex ħafna drabi hija xi ħaġa li meta nanalizzaw, ħafna minnhom huma preventable.", "Jiġifieri tajjeb li dejjem jitniżżlu fin-numri tagħhom.", "Forsi punt ta' min isemmi wkoll - mhux fil-kuntest ta' sptarijiet imma fil-kontest tal-MRSA u forsi alludejna naqra għalih imma forsi għal benefiċċju ta' min qed jismagħna ta' min nirrepetuh - hu li jekk inti bdejt tieħu antibiotic komplih għal ħamest ijiem jew sakemm qallek it-tabib.", "Għaliex jekk inti jgħaddilek wara jumejn, u twaqqfu, imbagħad wara jumejn jerġa' jaqbdek, qiegħed iżżid ir-reżistenza.", "Din hija waħda mill-problemi li għandna u li forsi nuqqas tagħna t-tobba li ma ngħallmux lill-pazjenti biżżejjed, li l-antibiotic mhux biss sakemm jgħaddulek is-sintomi trid tieħdu, imma trid tieħdu għaż-żmien kollu.", "Jiena nerġa' nirringrazzjakom tal-ħin li sibtu hawnhekk, imma l-aktar tax-xogħol kbir li qegħdin tagħmlu.", "Nawguralkom iżjed xogħol, anzi inqas xogħol għaliex ikollna inqas infezzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Però Dr Barbara titlaqx għalissa.", "Għaliex issa se ngħaddu għal item oħra.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN: Bażikament irċevejt ittra datata 28 ta' Mejju 2014 mingħand l-Association of Private Family Doctors u nixtieq nagħmel a couple of minutes nitkellmu daqsxejn fuqha f'dan il-kumitat.", "Kulħadd suppost għandu kopja.", "Mela nista' naqraha malajr għaliex m'hijiex twila ħafna.", "U vera għaliex it-tobba tal-familja jdumu xi 10 days biex jirċievu r-riżultat bil-posta.", "Dan bażikament qed jgħidilna li hemm xi Eur60,000 biex GPs ikunu jistgħu jikkonnettjaw mar-riżultati tal-isptar, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' radiology.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Jiena jekk triduni nirrispondi.", "Jiġifieri m'għandix x'taqsam ma' Hospital Acquired Infections.", "MICHAEL GONZI: L-iktar ħaġa importanti hija, kemm hija importanti għad-dipartiment tiegħek u għalina l-GPs li din is-sistema tiġi in place?", "Meta qed ngħid \"għalina\", mhux għalija personali imma biex ikollna aċċess għar-riżultat mal-ewwel.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Għaliex issa xjaħt ġewwa l-isptar u niftakar is-sistema meta l-isptar konna nużaw u noħorġu l-karti, il-pink forms.", "Illum fis-swali m'għadhomx jirċievu r-riżultati, imma qed jaraw kollox fuq il-PC.", "Qed naraw id-differenza bejn dakinhar u llum.", "L-iktar ħaġa importanti hi li d-data hija preċiża u eżatta.", "Fl-antik, pazjent kien jinkwieta li r-riżultat li se jirċievi, m'humiex tiegħu u din kienet tkun inkwiet kbir.", "Illum jekk qed nagħtikom din l-istatistika naf li hija 100% preċiża għaliex ir-request għamilha t-tabib b'mod elettroniku, il-kampjun skanjawh u bis-sistema tal-IT qegħda tgħinek biex inti qed tara r-riżultat in real time, dak il-ħin.", "Issa jekk aħna nistgħu, li b'din il-biċċa xogħol ngħinu lit-tobba tal-familja u ngħinu lil San Vinċenz, għax naf li għaddej proġett ieħor biex San Vinċenz jidħlu f'din is-sistema.", "Rome was not built in one day, imma qed nipprovaw ngħinu li tidħol fi strutturi oħrajn.", "Issa jekk immorru għat-tobba tal-familja, bħala prinċipju naqbel 100%.", "Issa jekk nużaw xi sistema ta' myHealth li diġà kellna, jew jekk nużawx il-VPN - u l-VPN qaluli li tiswa xi Eur200 - qed nikkalkolaw li hawn 300 tabib tal-familja, mela qed ngħidu li xi ħaġa hekk iċ-ċifra, li semma' hawnhekk.", "Jiena l-IT person li għandna llum, fejn fl-antik konna qed ngħidu this will work, illum qed ngħidu li this will not work.", "U kien hemm issues oħra li semmewli, li hija d-data protection u li ma jixtiequx li t-tabib tal-familja jkun jista' jara r-riżultati ta' kulħadd.", "Allura li semmejna huwa illi l-Ministry for Home Affairs, illum se jdaħħlu sistema ta' identity cards kollha biċ-chip, li jekk it-tabib tal-familja jkollu card reader jista' jdaħħal il-card tiegħu, u l-card tal-pazjent, u bl-awtorità tal-pazjent, jista' jara r-riżultati dak il-ħin, in real time, ta' dak il-pazjent.", "Se tinvolvi daqsxejn ta' flus.", "Naħseb li l-Onor Claudio Grech, jista' jgħid daqsxejn fuq IT jekk tinvolvix VPN jew mhux VPN.", "Aħna xtaqna li ssir qabel.", "Semmihieli Onor. Michael Falzon għaliex xtaqha ħafna din is-sistema wkoll.", "U kien hemm il-Principal Permanent Secretary magħna wkoll dakinhar, fejn kollha wrew ix-xewqa li mmorru għal dik is-sistema.", "Jiena more milli niffranka four clerks, se jkolli data aħjar u l-pazjent se jinqeda dak il-ħin.", "THE CHAIRMAN: Kien hemm rappreżentant tar-radiology ukoll?", "Għaliex aħna mhux patology biss qed ngħidu, anke l-x-rays.", "Imma din hija xi ħaġa li jiena dejjem xtaqt, li wara li qed nagħmlu dan ix-xogħol kollu, nixtieq li l-pazjent jinqeda aħjar, fl-aħħar mill-aħħar.", "Però jekk kulħadd jara fuq wara tal-ID card tiegħu, hemm erba' numri li huma l-verification number.", "Qisu bħal meta għandek il-credit card għandek is-security number.", "Aħna għedna li jekk inti ddaħħal dawk l-erba' numri, għaliex jagħtihom il-pazjent lit-tabib, in the meantime it-tabib u l-pazjent, jista' jinqeda minn għada minflok jistenna s-sentejn sakemm nenroljaw din il-biċċa.", "Hemmhekk qegħdin, f'dik is-sitwazzjoni.", "Minn dak iż-żmien, l-Onor.", "Farrugia inbidel u sar Ministru tas-Social Policy.", "L-Onor Michael Falzon qatt ma qalilna li mhux se jkompliha.", "Però kellna dawn l-issues tad-data protection u tal-VPN, u allura rridu nsolvu dawn, qabel nistgħu nkomplu.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi kummenti oħra?", "CLAUDIO GRECH: Jiena minħabba li naf daqsxejn fuqha through my previous experiences, illum it-tests jinġabru kollha fil-laboratory information system.", "Jekk m'iniex sejjer żball isiru mas-6.7 miljun test fis-sena bejn wieħed u ieħor.", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Sitt elef kull jum.", "CLAUDIO GRECH: Issa dawk it-tests qegħdin miġburin u marbutin mal-pazjent.", "Jiġifieri dawk minn kwalunkwe post li inti trid li jkollok aċċess għalihom, dawk qegħdin aċċessibbli.", "Is-sistema u l-kumplikazzjoni - u magħhom Onor. Etienne Grech hemm ukoll ir-radiology images - hi l-limitazzjoni tiġi fuq min se jaċċessa dik l-informazzjoni.", "Is-sistema li hemm illum, hija li bis-sistema tal-myHealth, it-tabib permezz tal-eID, jista' jaċċessa għal partijiet minn din l-informazzjoni.", "Issa l-issue tal-VPN.", "Il-VPN m'għandix x'taqsam.", "Il-VPN huwa l-mod ta' kif qed tikkommunika, li hija xi ħaġa kompletament sekondarja.", "M'għandix dubju jiena li kull tabib jaffordja jagħmel Eur200 VPN hu u jaqdi lill-pazjenti aħjar.", "The point is li s-sistema trid tiġi addottata biex inti tassigura li t-tabib jaċċessa biss l-informazzjoni ta' dak il-pazjent li jagħtih il-permess li jaċċessa l-informazzjoni tiegħu.", "CLAUDIO GRECH: Imma żomm ftit.", "Għaliex hemm ID cards u hemm the electronic ID cards.", "The electronic ID card, kif għedt tajjeb ħafna inti, meta ġiet ikkuntrattata, ġiet ikkuntrattata b'ċippa fuqha, u b'dik iċ-ċippa fuqha tista' taċċedi għal health record.", "Hemm mekkaniżmu ta' kif taċċedi għal health record.", "Ġaladarba dik tkun rolled out, imbagħad, jista' jsir dan l-aċċess.", "Kif qed ngħidu li l-pazjent imur għand l-GP, u l-GP ikollu mekkaniżmu ta' kif ikun jista' jaċċessa there and than that specific health record.", "Dik tista' wkoll tindirizzaha bis-sistema tal-lum.", "Però l-gvern irid jieħu ċertu deċiżjonijiet, li huma marbutin mar-reġistrazzjoni tal-pazjent.", "U kif nafu r-reġistrazzjoni tal-pazjent kienet ħolqot ħafna kontroversja fl-2009.", "Għaliex?", "Għaliex illum jekk pazjent jirreġistra ma' GP, bis-sistema minnha nnfisha tista' tiffaċilità li jekk huwa reġistrat ma' GP, dak il-GP jista' jaċċessa l-informazzjoni kollha tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Li tagħmel l-e-ID hija diffiċli għaliex trid toqgħod tmur .....", "CLAUDIO GRECH: Imma dik hija reġistrazzjoni.", "Dak huwa l-proċess tar- reġistrazzjoni.", "Inti llum, teknoloġikament dan kollu tista' tagħmlu.", "Għaliex?", "Għaliex it-tests ilhom jinżammu, safejn naf jien, mill-2007, Ġunju – Lulji 2007 jekk m'iniex sejjer żball, meta bdiet is-sistema.", "The point is whether irid ikun hemm ir-reġistrazzjoni tal-pazjent mat-tabib jew mal-GP.", "U dik kif nafu fl-2009 il-gvern preċedenti ried jagħmilha, u kien hemm issues u raġunijiet kbar marbutin ....", "DR CHRISTOPHER BARBARA: Qisu hemm sistema oħra kif nistgħu.", "Għaliex inti jista' jkun, jekk jiena pazjent u mmur bl-ID card tiegħi għand tabib ieħor, dan jekk jew idaħħalha fil-card reader jew idaħħal dan in-numru, it-tabib l-ieħor jista' jaċċessa r-riżultat.", "CLAUDIO GRECH: Imma l-aqwa bil-kunsens tal-pazjent.", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL GONZI: L-electronic ID li hemm bħalissa, il-myHealth bħalissa huwa metodu ta' reġistrazzjoni tal-pazjent.", "THE CHAIRMAN: Huwa metodu, veru, imma xi 30,000 biss għandhom l-e-ID hawn Malta.", "Għaliex din is-sistema, m'għandix għalxiex tidħol mar-reġistrazzjoni tal-pazjent.", "Għaliex is-sistema automatically ħa tirreġistrak mal-GP tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin u se jikkonkludi daqsxejn Dr Chris Fearne.", "CHRIS FEARNE: Bla dubju ta' xejn, aħna bħala gvern irridu li l-informazzjoni tal-pazjent tkun available lill-pazjent u tkun available lit-tabib fil-komunità.", "Bla dubju ta' xejn irriduha, u m'hemm ebda dubju li l-metodu elettroniku jrid jidħol.", "Però s-sitwazzjoni hija naqra iżjed ikkomplikata minn hekk u issa se ngħidilkom għalfejn.", "L-ewwel nies din il-kwestjoni tal-myHealth tal-e-ID mhijiex qegħda taħdem u r-raġuni hi li apparti li għad hemm tobba li mhumiex reġistrati, hemm ħafna pazjenti mhumiex reġistrati.", "Biex tirreġistra, is-sistema hija naqra kkomplikata u allura mhijiex qegħda taħdem.", "Il-kwestjoni taċ-chip fuq l-ID setgħet kienet soluzzjoni, però issa daħlet il-Cross Border Directive u qegħdin f'diskussjoni mal-partners tagħna Ewropej u mal-Commission, li l-mod kif indaħħlu l-aċċessibilità tad-data tal-pazjent trid tkun trasferibbli anke jekk il-pazjent imur barra minn Malta.", "Jiġifieri dan irid ikun hemm seamless integration mal-Ewropa kollha.", "Jiġifieri din mhijiex kwestjoni li aħna ngħidu ħa ndaħħlu din is-sistema.", "U s-sistema taċ-ċippi mhux jaqbel magħha kulħadd fl-Ewropa.", "Jidher li the way foward se tkun l-M Health u mhux il-myHealth, il-Mobile Health.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea qed jinvestu biljuni f'din is-sistema biex jiżviluppaw it-teknoloġija fuq il-mobile.", "Jiġifieri jkun hemm app u minn din l-app tkun tista' taċċessa inti l-informazzjoni tiegħek u tagħti l-permession li jaraha t-tabib.", "Din hija xi ħaġa li qegħdin nistudjaw bħala gvern.", "Qegħdin nistudjawha anke mal-commission u naturalment xi ħaġa li nixtiequ li ssir.", "Aħna ma nistgħux nagħmlu sistema, u mbagħad sentejn oħra, il-commission tgħidilna li din irridu nbidluha għaliex mhijiex konformi mal-EU registration.", "Il-EU registration fuqha din dieħla dalwaqt, u qed nikkontribwixxu attivament fiha u naturalment meta tasal, we are committed li nagħmluha din.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li nistgħu naġġornaw il-laqgħa.", "Nirringrazzja lil membri kollha.", "Fit-8:50 il-Kumitat ikkonkluda."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140604_003d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 4 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.43 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Michael Gonzi kienu preżenti.", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret fis-16 ta' April, 2014 kienu konfermati.", "Il-Kumitat stieden lil Dr Christopher Barbara Clinical Chairman fid-Dipartment tal-Patoloġija u lis-Sur Noel Abela Infection Control Nurse fl-Isptar Mater Dei, biex jagħtu preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Barbara ppreżenta lill-Kumitat:", "Bil-permess tal-Kumitat is-Sur Abela ppreżenta lill-Kumitat:", "7 Policies u formoli li jintużaw min-nurses fl-Isptar Mater Dei biex jiġi kkontrollat it-tixrid ta' infections.", "Il-membri preżenti staqsew mistoqsijiet lill-esperti preżenti.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat informa lill-membri li kien irċieva din il-korrispondenza:", "8 Ittra datata 28 ta' Mejju 2014 mibgħuta minn Dr. Anthony P. Azzopardi, President tal-Association of Private Family Doctors (APFD) dwar aċċess għall-MDH database lit-tobba privati.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn bil-permess tal-Kumitat, intervjena wkoll Dr Christopher Barbara.", "Fit-8.35 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140604_003m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Ġunju 2014 fil-11.00 a.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Ġunju 2014 fil-11.00 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni (Kont.)", "4 ta' Ġunju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140606_004a_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 4", "IlĠimgħa, 6 ta' Ġunju, 2014", "Stampat flUffiċċju talIskrivan", "Prezz € 2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "Laqgħa Nru 4", "IlĠimgħa, 6 ta' Ġunju, 2014", "IlKumitat iltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fil11.11 a.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 3 li saret nhar lErbgħa, 19 ta' Frar 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba biex ikun hawn filmati talewwel ftit minuti ta' din illaqgħa.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "MR SPEAKER: IlKumitat qiegħed jiltaqa' llum biex inkomplu nikkonsidraw ilkaż talksur ta' privileġġ imqajjem millPrim Ministru fisSeduta 55 tat30 ta' Settembru 2013 filkonfront talKap talOppożizzjoni.", "Fillaqgħa li għaddiet innaħa talOppożizzjoni rrimarkat li qabel ma tara lpożizzjoni tagħha dwar ixxhieda talKap talOppożizzjoni jew ixxhieda tiegħu, ilPrim Ministru kellu jiddikjara – kif filfatt ġie ddikjarat – li ma kellux iktar xhieda xi jtella'.", "Dan ġie rreġistrat ukoll minnaħa tadDeputat Prim Ministru, lOnor.", "Louis Grech, li ddikjara li lPrim Ministru ma kellux xhieda xi jtella' salv jekk ilKumitat – konna għamilna dik issalvagwardja – jiddeċiedi xort'oħra, kemm dwar ixxhieda mitluba minnaħa talGvern kif ukoll minnaħa talOppożizzjoni.", "Deborah Schembri minnaħa tagħha kkonfermat li żżewġ dokumenti li lPrim Ministru kien qed jippreżenta bħala parti middokumentazzjoni talprovi f'dan ilKumitat kienu lestratt ta' seduta 55 tat30 ta' Settembru 2013 kif ukoll irruling tasSedja fl1 ta' Ottubru 2013.", "Filfrattemp, qiegħed ngħaddilkom ittra li rċevejt mingħand lOnor.", "Chris Said li tmur lura għas26 ta' Frar 2014 fejn indika li lOppożizzjoni kienet lesta tibda lproċess u tressaq ixxhieda tagħha.", "Tistgħu tagħtuha daqqa t'għajn.", "Lewwel xhud li kellu jiġi msejjaħ, dejjem kif qed jindika f'dik littra lOnor.", "Chris Said, huwa sSur Giovanni Kessler, li huwa ddirettur talOLAF.", "Chris Said talab iddettalji tasseduta meta jista' jsir issmigħ tasSur Giovanni Kessler.", "Qabel nibdew irrid ngħid li dak li qed ngħid jiena huwa kollu indikat fillista taddokumenti li ġiet imqassma lilkom.", "Onor. Chris Said u Onor. David Agius, peress li lillKap talOppożizzjoni mhux qed narah hawnhekk, nistaqsikom jekk għandkomx rimarki.", "CHRIS SAID: Biex niffaċilitaw laffarijiet.", "IlKap talOppożizzjoni mhux se jixhed għax dak li kellu jgħid qalu fisseduta; ittranscripts kollha ġew ippreżentati.", "Kulma rrid niċċekkja huwa jekk ittranscript ta' seduta 60 tad9 ta' Ottubru huwiex qiegħed quddiem dan ilKumitat.", "MR SPEAKER: Iva, qiegħed f'idejna.", "Inti qed tpoġġi ttranscript?", "CHRIS SAID: Diġà qiegħed hemm.", "MR SPEAKER: Mela inti qed tiddikjara li lKap talOppożizzjoni ma jridx jixhed, mhux se jixhed, għażel li ma jixhidx.", "M'għandu xejn xi jżid ma' dak li qal filParlament.", "MR SPEAKER: Qabel ma ngħidu x'għandu xi jżid … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Qed tpoġġu lkliem f'ħalqi!", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, Dr Lia, ma tajtekx iddritt li tikellem.", "CHRIS SAID: Qed tpoġġu lkliem f'ħalqi.", "Stajtu ressaqtuh intom bħala xhud u għamiltulu lmistoqsijiet.", "MR SPEAKER: Qed nagħmillek iddomandi ħalli nkun nista' nirregola xxogħol.", "Lewwel punt li rridu niċċaraw huwa dan.", "Inti qed tiddikjara għannom talKap talOppożizzjoni – li mhux qed narah hawnhekk – li mhux se jixhed, għażel li ma jixhidx f'dawn ilproċeduri.", "CHRIS SAID: Joqgħod fuq dak li qal fisseduta.", "MR SPEAKER: Tajjeb, joqgħod fuq dak li qal fisseduta.", "Mela din se nirreġistrawha filMinuti.", "Agħti daqqa t'għajn littranscript ta' dik isseduta ħalli nikkonfemraw li qegħdin nitkellmu fuq listess ħaġa, Onor. Chris Said.", "CHRIS SAID: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Inti qed tiddikjara wkoll li lKap talOppożizzjoni m'għandux xi jżid ma' dak li diġà qal f'seduta 60.", "CHRIS SAID: Fisseduti talPlenarja, għax mhux seduta waħda.", "MR SPEAKER: Kollox sew, dak li qal fisseduti.", "CHRIS SAID: Fisseduti talPlenarja.", "MR SPEAKER: Mela inti qed tikkonferma li ttranscript huwa korrett.", "CHRIS SAID: Ta' dik isseduta iva; loħrajn diġà huma ppreżentati.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali): Jien qed nifhem sew li lOnor.", "Said qed jgħid li lKap talOppożizzjoni ma jixtieqx jagħti xxhieda tiegħu f'dan ilKumitat għax qal jagħżel, jippreferi … Imma din kienet kwestjoni ta' għażla?", "Jekk kienet kwestjoni ta' għażla, jiġifieri lPrim Ministru wkoll seta' jkun f'pożizzjoni li jagħżel?", "Ma konniex nafu dak iżżmien.", "Sa fejn naf jien – u inti hawnhekk trid tiddereġini, Mr Speaker – kien hawn deċiżjoni dwar x'tip ta' proċedura rridu nadottaw.", "Hawnhekk għandna lMinuti talewwel laqgħa; inti qed tgħid li lewwel jixhed ilPrim Ministru – diġà kellna dibattitu jekk għandux jixhed lewwel ilPrim Ministru jew ilKap talOppożizzjoni – imbagħad ġie kkwotat ilkaż li kien hemm ta' Dr Alfred Sant filkonfront ta' Dr Austin Gatt u ddeċidejna li iva, ilPrim Ministru jagħti lewwel xhieda, imbagħad iġib ixxhieda li jkollu bżonn iressaq.", "Imbagħad ilKap talOppożizzjoni jagħti xxhieda tiegħu u jġib ixxhieda tiegħu.", "Din iddeċiżjoni reġgħet ġiet ikkonfermata fittieni laqgħa, Mr Speaker, fejn inti ddeċidejt li din kienet ilkonklużjoni dwar ilproċedura li għandha tiġi adottata.", "Filfatt f'ħin minnhom lOnor.", "Said kien qal:", "\"Mr Speaker, jekk tippermettili naqra millMinuti talewwel seduta.", "Wara diskussjoni, ilKumitat qabel ukoll li jibda billi lewwel jixhed ilPrim Ministru, li jkollu dritt isejjaħ ixxhieda tiegħu, imbagħad jixhed ilKap talOppożizzjoni li wkoll ikollu ddritt isejjaħ ixxhieda.", "IlKumitat ikollu dritt li jsejjaħ ixxhieda f'kull stadju.\"", "Hekk ġie maqbul, u ġie maqbul minn kulħadd.", "Allura issa qed nifhmu li dik ilproċedura m'għadhiex iktar fisseħħ?", "MR SPEAKER: Lewwel ħaġa, dak li qed tgħid inti, Onor. Deputat Prim Ministru, huwa korrett.", "IlMinuti qegħdin ċari u dak huwa kif kellna nimxu.", "Illum lOppożizzjoni tibda listadju taxxhieda tagħha, u lOnor.", "Chris Said qed jiddikjara għannom talKap talOppożizzjoni – u bħalma qed nismagħha jien, qed tismagħha int u qed jismagħha kulħadd – li lKap talOppożizzjoni qed jagħżel li ma jagħtix iddepożizzjoni tiegħu, u qed jikkonferma wkoll li se joqgħod fuq dak li diġà qal filPlenarja f'dan irrigward.", "LOUIS GRECH: Ilmistoqsija tiegħi mhux hekk kienet, Mr Speaker.", "Mela lPrim Ministru kien obbligat li jiġi jixhed għax ma kellux għażla … Hekk kienet?", "CHRIS SAID: Ħadd mhu obbligat.", "LOUIS GRECH: Sa fejn naf jien kien obbligat.", "Aħna konna … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Louis Grech, mingħajr ma noqgħod nidħol f'din ilkwestjoni … Ħu paċenzja, Onor. David Agius, ejja nimxu b'mod mhux biss ċivili, imma li niftiehmu.", "LOUIS GRECH: Ċivili qegħdin.", "MR SPEAKER: U ċivili dejjem għandna nkunu.", "Jien ma naħsibx li għandna nidħlu f'dak li qed tgħid inti, lgħażla talPrim Ministru o meno, fissens li hawnhekk qegħdin nittrattaw lallegazzjoni ta' ksur ta' privileġġ filkonfront talKap talOppożizzjoni, li ddeċieda li jieħu din ilpożizzjoni.", "M'iniex qiegħed ngħid li kellu jew ma kellux jagħmel hekk.", "Dik mhux se nidħol fiha.", "Illum ġejna mgħarrfa li ma jridx jagħti ddepożizzjoni tiegħu.", "Forsi kieku lPrim Ministru ried li ma jixhidx, stajna niddiskutuha imma dakinhar ma kenitx issue.", "Illum għandna din lissue.", "IlKap talOppożizzjoni llum qed jgħid, tramite lOnor.", "Chris Said, li qed jagħżel li ma jixhidx.", "CHRIS SAID: Li joqgħod fuq dak li qal filPlenarja.", "MR SPEAKER: Din hija lpożizzjoni li għandna llum, Onor. Louis Grech.", "Bilpermess, nista' nagħti lmicrophone lil Dr Lia, ilkonsulent legali talPrim Ministru.", "DR PAUL LIA: Allura se jiġi u jissoġġetta ruħu għal kontroeżami, jekk din qed jagħmilha bħala xxhieda tiegħu?", "IlKap talOppożizzjoni mhux qed jixhed, qed joqgħod fuq dak li qal filPlenarja.", "Dak li qal filPlenarja huwa ddokumentat u aħna qegħdin hawn fuq dak li qal ilKap talOppożizzjoni filPlenarja.", "IlKap talOppożizzjoni hawnhekk huwa akkużat; għandu ddritt li ma jixhidx u qed jerġa' jtenni dak li qal filPlenarja.", "Issa nġibu lprovi tagħna biex nissostanzjaw dak li għedna filPlenarja.", "DR PAUL LIA: Biex inkun ċar.", "IlKap talOppożizzjoni, lOnor.", "Simon Busuttil, ma jridx jiġi u jissoġġetta ruħu għaddomandi minnaħa talGvern.", "CHRIS SAID: M'hemmx kontroeżami xi jsir għaliex ma xehedx.", "MR SPEAKER: Naħseb li qiegħda ċara, Dr Lia.", "CHRIS SAID: Naħseb li taf iżjed minni li ma tistax tagħmel kontroeżami lil xi ħadd li ma xehedx.", "MR SPEAKER: Kollox sew, qiegħda ċara.", "Dr Lia, ġustament, staqsa dik iddomanda, u għalhekk isSedja tatu lpermess.", "Ilpożizzjoni qiegħda ċara: ilKap talOppożizzjoni mhux se jixhed u allura mhux se jkun soġġett għal kontroeżami.", "Bħalma ġew ippreżentati dokumenti minnaħa talPrim Ministru, huwa qed jippreżenta dokument li fih dak li qal hu stess filPlenarja.", "LOUIS GRECH: Birrispett kollu, Mr Speaker, ma naħsibx li hija kwestjoni li qed jippreżenta dokument jew le.", "Hawnhekk kien hawn proċedura li aħna lkoll qbilna magħha bħala Kumitat.", "Ma naħsibx li jien stajt inċaqlaq ilgoal posts u ngħid li lproċedura mhijiex se tibqa' hekk jew ngħid li xxhieda talPrim Ministru hija dak li qal filParlament filPlenarja.", "Naħseb li bażikament din ilproċedura saret biex wieħed jasal għallverità.", "LOUIS GRECH: U ladarba qbilna kollha, ma naħsibx li issa wieħed jista' jċaqlaq ilgoal posts f'nofs ilproċess.", "MR SPEAKER: Onor. Louis Grech, dan ilpunt sar u qed niddibattuh.", "Kif taf inti, flaħħar seduta sSedja staqsiet jekk illum hux se jixhed ilKap talOppożizzjoni u aġġornajna biex lOppożizzjoni tirregola ruħha.", "Jekk tara lMinuti ...", "LOUIS GRECH: Dik mhijiex deċiżjoni.", "Jien rajthom ilMinuti, Mr Speaker.", "Aħna għedna li qed nistennew lillKap talOppożizzjoni jagħti xxhieda tiegħu.", "Huma kienu qalu li meta aħna nikkonfermaw li la għandna dokumenti u lanqas xhieda oħra, allura mbagħad ilKap talOppożizzjoni jagħti xxhieda tiegħu.", "CHRIS SAID: Mhux korrett idDeputat Prim Ministru.", "FilMinuti hawn ċar:", "\"Żied jgħid li mbagħad ilKap talOppożizzjoni jkollu dritt jagħżel li jixhed jew li ma jixhidx\".", "Hekk qiegħda filMinuti.", "CHRIS SAID: Imma, skużi, kont ċar fisseduta loħra.", "Allaħares wasalna f'dan listadju li intom tridu bilfors iġġiegħlu lil xi ħadd, li hawnhekk hu akkużat, li jixhed!", "LOUIS GRECH: Le, naċċertak.", "CHRIS SAID: Hekk donnok qed tagħmel!", "Intom ġibtu xxhieda tagħkom; issa xxhieda tagħna nirregolawha aħna.", "LOUIS GRECH: Mela, aħna stajna nirregolaw...", "CHRIS SAID: Dażgur li stajt tirregola xxhieda tiegħek.", "Inti ddeċidejt li ...", "LOUIS GRECH: Mhux bħala Kumitat qegħdin?", "Intom iddeċidejtu ...", "LOUIS GRECH: Ilproċedura mhux millKumitat saret?", "IlKumitat iddeċieda.", "Intom iddeċidejtu liema xhieda għandkom iġġibu u ġibtu lillPrim Ministru.", "Issa niddeċiedu aħna liema xhieda għandna nġibu.", "LOUIS GRECH: Jien m'iniex nidħol filkwestjoni ta' dik ixxhieda.", "Jien qed ngħid li bħala Kumitat qbilna fuq proċedura.", "CHRIS SAID: Ilproċedura li qbilna fuqha kienet … (Interruzjonijiet)", "MR SPEAKER: Mela, ser inkomplu minn fejn ħallejna.", "Ilproċedura li ġiet stabbilita filKumitat kienet li lewwel tingħalaq parti, imbagħad tibda lparti loħra.", "Chris Said, ilKap talOppożizzjoni qed jiddikjara li mhux se jixhed.", "Irregolamenti talKamra – jekk tistgħu tgħaddu kopja lillOnor.", "Louis Grech biex jara artiklu 120B – jgħidu li lKumitat huwa empowered li jħarrek ixxhieda li jkunu indikati millKumitat.", "F'dan ilkaż, ladarba mhux se jixhed ilKap talOppożizzjoni – u, fuq domanda ġusta ta' Dr Lia ladarba mhux se jixhed allura mhux se jkun soġġett għal kontroeżami – issa rridu nimxu minn hemmhekk.", "Imbagħad flaħħar jiddeċiedi lKumitat.", "Jekk intom issa għandkom xi xhieda oħra … (Interruzzjonijiet) LOnor.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Mr Speaker.", "Din illum qed nisimgħu biha.", "Illum qed nisimgħu li lKap talOppożizzjoni ma jridx jixhed.", "CHRIS SAID: Jimporta nikkoreġik?", "Qed nagħmlu listatement illum għax illum kellna nagħmluh listatement; ma stajniex nagħmluh flaħħar seduta.", "Flaħħar seduta – qiegħda filMinuti – tajna indikazzjoni li se tittieħed deċiżjoni jekk jixhed jew ma jixhidx.", "CARMELO ABELA: M'għedt xejn differenti.", "MR SPEAKER: Illum, uffiċjalment, b'mod ċar, qed jiġi ddikjarat li lKap talOppożizzjoni mhux se jixhed.", "CARMELO ABELA: M'għedt xejn differenti.", "LOUIS GRECH: U lproċedura li qbilna fuqha mhux se tiġi segwita!", "MR SPEAKER: Skont ilproċedura li qbilna dwarha, illum ġejna infurmati …", "CHRIS SAID: Mela, limputat ma jġibx ixxhieda tiegħu?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Said, ilproċedura m'għandekx għalfejn tiddiskutiha ma' Dr Lia.", "Ma nistgħux naħdmu jekk toqogħdu … Indirizza lisSedja.", "CHRIS SAID: Nindirizzak qiegħed.", "Birrispett kollu, qed twaqqaf lili...", "Bħalissa kien qed jitkellem lOnor.", "LOUIS GRECH: Jien qed ngħid li lproċedura li qbilna magħha lkoll mhijiex se ssir.", "CHRIS SAID: Le, anzi ma' dik ilproċedura mexjin!", "CHRIS SAID: Għandek żball, ma' dik ilproċedura mexjin.", "Ilproċedura li qbilna magħha lkoll kienet...", "LOUIS GRECH: M'aħniex qed nimxu ma' dik ilproċedura!", "CHRIS SAID: Mr Speaker, ilproċedura li qbilna magħha lkoll kienet li lewwel jixhed ilPrim Ministru u jġib ilprovi tiegħu bħala lpersuna li qed takkuża, bħala lpersuna li talbet li jittieħdu proċeduri filkonfront talKap talOppożizzjoni; meta jingħalqu lprovi talPrim Ministru – u lPrim Ministru għażel li jixhed hu biss u ma jġibx provi oħra, għażla tiegħu, irrispettajnieha and we did not question it – jixhed ilKap talOppożizzjoni – dejjem jekk se jixhed – imbagħad iġib ilprovi tiegħu.", "Dik hi lproċedura.", "LOUIS GRECH: Għallpreċiżjoni, mhux 'dejjem jekk se jixhed', ilproċedura naħseb li kienet ċara filMinuti, inkella dawn ilMinuti huma irrelevanti għallproċess kollu.", "Għandek ilMinuti talewwel laqgħa u tattieni laqgħa u jekk wieħed jarahom fiddettall jidher ċar u tond li ma jgħidux 'jekk jidhirlu' jew 'jekk jixtieq' ilPrim Ministru jew ilKap talOppożizzjoni.", "CHRIS SAID: Ikollu dritt jagħżel li jixhed jew ma jixhidx.", "CARMELO ABELA: Jien ġejt interrott minnaħa loħra, Mr Speaker, meta llum għedt stat ta' fatt li kien ikkonfermat millOnor.", "Illum sirna nafu li lKap talOppożizzjoni qed jagħżel li ma jixhidx.", "Issa jien mhux se noqgħod ninterpreta dan.", "MR SPEAKER: Għednieha xi tliet darbiet diġà.", "CARMELO ABELA: Imma biex nagħmluha ċara.", "MR SPEAKER: Ċarissima qiegħda!", "CARMELO ABELA: Dan imur kontra dak li dan ilKumitat qabel dwaru għal darba darbtejn.", "FilMinuti li kkonfermajna llum, m'hemmx qbil talKumitat; fihom hemm irrapportat xi ntqal minnaħa talOppożizzjoni kif hemm ukoll x'intqal minnaħa talGvern.", "Mhux kwestjoni ta' \"ilKumitat qabel\".", "IlMinuti fihom rappurtaġġ filqosor ta' x'qalet naħa u x'qalet oħra, mhux neċessarjament iżżewġ naħat qed jaqblu fuq dak li ntqal.", "Imma fuq xi punti qbilna speċjalment filMinuti talewwel laqgħa ta' dan ilKumitat fil31 ta' Ottubru 2013, fejn laħħar paragrafu, Mr Speaker, jekk tippermettili nikkwota, jgħid:", "\"Wara diskussjoni lKumitat qabel ukoll li jibda billi lewwel jixhed ilPrim Ministru li jkollu ddritt li jsejjaħ ixxhieda tiegħu u mbagħad jixhed ilKap talOppożizzjoni li wkoll ikollu ddritt li jsejjaħ ixxhieda tiegħu.", "IlKumitat ikollu ddritt li jsejjaħ xhieda f'kull stadju.\"", "Dan huwa lqbil ikkonfermat miżżewġ naħat talKamra.", "U dan mhuwiex ikkontestat.", "CARMELO ABELA: Imma llum għandna stat ta' fatt totalment differenti li mhuwiex maqbul.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: Filwaqt li lKap talOppożizzjoni qed jagħżel li jsostni dak li qal – u filfatt għandna ddokumenti ta' dak li ntqal filKamra li qed neħduhom bħala dokumenti ta' dan ilkumitat u m'għandix diffikultà għax dawn huma dokumenti uffiċjali u pubbliċi – jien bħala Membru talKumitat qed niġi mċaħħad milli nistaqsi lillKap talOppożizzjoni biex jissostanzja dak li qal.", "U rrid infakkar li lKap talOppożizzjoni nstab prima facie ħati skont irregoli talKamra u skont irruling tiegħek, Mr Speaker, li kien ukoll ikkonfermat millKamra.", "Hawnhekk ilKap talOppożizzjoni mhuwiex ilvittma, imma dak li għamel lakkuża serja fuq ilPrim Ministru.", "Se mai lvittma huwa lPrim Ministru u mhux ilKap talOppożizzjoni.", "IlKap talOppożizzjoni nstab ħati prima facie ta' ksur ta' privileġġ u ġejna f'dan ilKumitat proprju konsegwenza ta' dak li ġara.", "Jiena llum inħossni sorpriż u skantat li dan ilKumitat mhux ser ikollu ċċans li jistaqsi lillKap talOppożizzjoni kif wasal għal dak li qal u li jipprovdi lprovi, hard evidence, ta' dak li qal.", "CHRIS SAID: Naħseb li birrispett kollu lejn lOnor.", "MR SPEAKER: Nimxu malprinċipju u mhux noqogħdu nagħmlu lbattibekki!", "CHRIS SAID: Jien għadni lanqas bdejt!", "Allura nieqaf?", "CHRIS SAID: Għadni lanqas biss ftaħt ħalqi u qed tgħidli biex nimxi malprinċipju.", "Jekk tridni nieqaf, nieqaf Mr Speaker!", "MR SPEAKER: Qed nirriferi għal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Anzi ħossok ħieles li tagħmel largumenti kollha.", "CHRIS SAID: Hekk se nagħmel.", "Abela mhux qiegħed jikkonstata li hawnhekk għandna proċeduri ta' natura kriminali.", "Hawn għandna akkużat li riżultat talproċeduri jista' jispiċċa lħabs.", "Hawn ilGvern qed jipprova jibgħat lillKap talOppożizzjoni lħabs!", "Dawk huma lkonsegwenzi!", "(Interruzzjonijiet) Araw x'inhuma lkonsegwenzi taddeċiżjonijiet ta' dan ilKumitat u tkunu tafu!", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja.", "Hawnehkk m'hawnx ħabs u mhux ħabs.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq....", "CHRIS SAID: Mr Speaker, irriżultat ta' ħtija f'dan ilkaż jista' jwassal … (Interruzjonijiet) Mela waqqgħu lkaż!", "Hawnhekk hawn akkużat, iva akkużat.", "U la huwa akkużat, u hawn proċeduri ta' natura kriminali, irridu nimxu blistess prinċipji ta' ġustizzja naturali li timxi bihom qorti kriminali.", "Hawnhekk dak li għamel lakkuża jrid iġib ilprovi lewwel, u hekk qbilna u hekk imxejna.", "IlPrim Ministru ġab ilprovi li kienu xxhieda tiegħu u ddokumenti, u waqaf hemm.", "Qal li m'għandux aktar provi.", "Għaddejna għattieni stadju talprovi talakkużat.", "Lakkużat, f'kull stadju, għandu ddritt li ma jixhidx.", "MR SPEAKER: U issa ġie ddikjarat li mhux se jixhed.", "CHRIS SAID: Hawn lakkużat iddikjara li mhuwiex se jixhed, però se jġib ilprovi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Dr Lia, jekk jogħġbok, tinterrompix għax inkella ma nieqfu qatt.", "CHRIS SAID: Issa nuruk jekk għandniex provi!", "Lakkużat qed jgħid ukoll li dak li ried jgħid qalu filPlenarja.", "U issa se nissostanzjawh bixxhieda li se nġibu minn hawn 'il quddiem.", "Aħna għandna lista ta' xhieda, imma lewwel xhud li qed nitolbu li jitla' huwa sSur Giovanni Kessler, idDirettur talOLAF.", "Dan għamilnieh b'ittra, u jien naħseb li dan ilKumitat għandu jiddeċiedi biex fillaqgħa li jmiss jiġi jixhed isSur Giovanni Kessler, u mbagħad inkomplu bixxhieda tagħna.", "MR SPEAKER: Mela ħalli nibdew minn hemmhekk.", "Issa huwa ċar li lKap talOppożizzjoni mhux se jixhed, iddeċieda li ma jixhidx.", "LOUIS GRECH: Sur President, huwa inaċċettabbli għalina dak li qal lOnor.", "Said li aħna qegħdin hawn biex nibagħtu lillKap talOppożizzjoni – għax huwa lakkużat – ilħabs.", "Din hija inaċċettabbli u assolutament ma nistgħux naċċettaw dak ittip ta' diskors!", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, irid jgħidilna għaliex mhuwiex aċċettabbli, għax dawk huma lkonsegwenzi.", "Issa jekk irid jiċħadha, iwaqqa' lkaż.", "MR SPEAKER: Jiena naħseb li dak li qed jgħid lOnor.", "Louis Grech huwa ċar, li lGvern m'għandu lebda ħsieb li dawn ilproċeduri jwasslu … Però ovvjament inti għamilt irrimarka tiegħek u issa nimxu għallbiċċa li jmiss, ixxhieda talOppożizzjoni.", "Fosthom hemm littra biex jiġi mħarrek isSur Giovanni Kessler.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Mela issa llaqgħa se tiġi sospiża għal ftit minuti qabel ngħaddu għallkwestjoni taxxhieda tasSur Giovanni Kessler.", "Fil11.40 a.m. ilKumitat ġie sospiż u rriżuma fil11.47 a.m.", "MR SPEAKER: Mela sseduta se tkompli wara dik issospensjoni ta' ftit minuti.", "Niġu għallittra talOnor.", "Chris Said fejn hemm talba minnaħa talOppożizzjoni sabiex lewwel xhud talKap talOppożizzjoni jkun isSur Giovanni Kessler.", "LOUIS GRECH: Għalkemm aħna ma naqblux li kellha tinkiser ilproċedura li adottajna, biex inħaffu lproċess qed ngħidu li jekk se naqblu li jkun hemm ixxhieda minnaħa talKap talOppożizzjoni, allura rridu li jkun hemm illista taxxhieda li ser jitligħu.", "MR SPEAKER: Intom għandkom lista taxxhieda?", "LOUIS GRECH: Irridu wkoll li xxhieda li tingħata tkun rilevanti għal dak li ġie ddikjarat, jiġifieri dak li ntqal filPlenarja u li ħadna bħala xxhieda talKap talOppożizzjoni, u tkun limitata għallkaż talksur talprivileġġ.", "Jiġifieri rridu naraw illista taxxhieda, inkluż liskop u rrilevanza tagħhom.", "CHRIS SAID: Birrispett kollu, jidher li nnaħa talGvern qed tipprova żżommna milli nġibu xxhieda li għandna nġibu f'dan ilkaż!", "(Interruzzjonijiet) Iva.", "Meta nġibu xxhieda, isiru lmistoqsijiet li huma rilevanti għal dan ilkaż.", "Imma m'iniex obbligat li niddikjara minn qabel min se jkunu xxhieda; nibda nġib ixxhieda u x'ħin nara li għandi biżżejjed nieqaf hemm.", "Jekk nara li xhud mhuwiex rilevanti ma nġibux.", "Jekk se tipprovaw tikkondizzjonaw minn qabel liema xhieda għandna nġibu u rrilevanza tagħhom, ifisser li qed tipprovaw iżżommuna milli nġibu xxhieda li għandna nġibu.", "LOUIS GRECH: Sur President, din hija ttieni darba li qed jgħid affarijiet inaċċettabbli għalina għax ma jistax ipoġġi ...", "CHRIS SAID: Onor. Deputat Prim Ministru, huwa inaċċettabbli lmod kif qed tipprova....", "LOUIS GRECH: Inti largument tiegħek għamiltu, issa ħalli lili nagħmel tiegħi.", "Ma nistgħux naċċettaw li qed jimputa affarijiet li mhumiex qegħdin hemm.", "Aħna staqsejna għal dak li staqsa hu meta kien se jitla' jixhed ilPrim Ministru, meta talab biex nagħtuh illista taxxhieda, biex ngħidulu jekk aħniex se nġibu xhieda oħra u biex nagħtuh lista tagħhom.", "Aħna għednielu li m'għandniex aktar xhieda u li kieku kellna xxhieda konna se nagħtuh illista u ddokumenti.", "Aħna issa qed nadottaw listess proċedura li adotta hu dakinhar.", "U tagħmel sens li jekk aħna se niltaqgħu rridu nkunu nafu llista taxxhieda li hemm.", "Għalina jistgħu jġibu kemm iridu għax mhux qed nillimitaw innumru ta' xhieda li jistgħu jġibu.", "DAVID AGIUS: Ħalli nagħmluha ċara.", "Ma nkisret lebda proċedura.", "Dawn ilMinuti tista' taqrahom Mr Speaker, u jekk taħseb li nkisret xi proċedura għidilna.", "Però aħna ma naraw li nkisret lebda proċedura stabbilita skont dawn ittliet settijiet ta' Minuti li għandna quddiemna hawnhekk, talewwel laqgħa, tattieni u tattielet.", "U mhux kif qal idDeputat Prim Ministru.", "Ma nkisret lebda proċedura u allura nkomplu b'dak li ftehemna.", "Issa jmiss li nnaħa talOppożizzjoni ttella' xxhieda tagħha f'isem ilKap talOppożizzjoni, u nimxu minn hemm.", "MR SPEAKER: Onor. Said, għattalba li għamel lOnor.", "Louis Grech sabiex tindikaw illista taxxhieda....", "CHRIS SAID: M'għandix problema li nindika llista taxxhieda.", "MR SPEAKER: U rrilevanza ta' kull xhud.", "CHRIS SAID: Irrilevanza narawha aħna x'ħin niġu għaxxhud.", "MR SPEAKER: Kollox sew, imma kif taf inti trid tgħid li dak ixxhud tridu biex tinġieb din ilprova, dak ixxhud tridu biex tinġieb dik ilprova … F'dan issens qed ngħid.", "CHRIS SAID: Jien nagħti llista taxxhieda li beħsiebni nħarrek.", "Ovvjament filbidu m'iniex se nillimita ruħi li ma jkollix iddritt li, jekk ikun hemm ilbżonn, intella' lil xi ħadd ieħor.", "Però m'għandix problema nagħti llista taxxhieda li diġà għandna f'moħħna li għandna bżonn intellgħu f'dan ilkaż.", "MR SPEAKER: Għandek illista hawnhekk?", "CHRIS SAID: Le, m'għandix hawnhekk.", "MR SPEAKER: Tista' sasseduta li jmiss tlesti llista taxxhieda u jekk tista' – ovvjament naħseb li inti tifhem x'qed ngħid – tindika xi prova se ġġib b'kull xhud?", "CHRIS SAID: Bilqalb kollha.", "M'għandix problema.", "MR SPEAKER: Jien qed ngħid li pereżempju tindika lil Anġlu Farrugia biex tipprova li huwa liSpeaker talKamra; lil Paul Lia biex tipprova li huwa avukat … Inti qed tifhimni għax avukat ta' esperjenza kbira u m'għandix għalfejn nagħmel dawn laffarijiet ovvji.", "CHRIS SAID: Tinkwetax, ninkludi rraġuni għalfejn qed jiġu msejħa.", "MR SPEAKER: Mela għasseduta li jmiss – ħalli naqblu – ser ikollna llista ta' xhieda li tinkludi wkoll lil Giovanni Kessler, li se jkun wieħed mixxhieda hux hekk?", "CHRIS SAID: Anzi tlabna biex ikun lewwel wieħed!", "MR SPEAKER: Iva, imma se jkun fillista totali … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Jiġifieri mhux se nibdew bixxhieda ta' Giovanni Kessler fisseduta li jmiss?", "MR SPEAKER: Ilpożizzjoni tannaħa talGvern qiegħda ...", "DAVID AGIUS: Mhux hekk qbilna, Sur President!", "Hawn xi mkien filMinuti li għandna nagħtu llista?", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Jiġifieri nnaħa talGvern qed tgħidilna li jekk ikun hemm xi xhud li flopinjoni tagħhom mhuwiex rilevanti se jgħidulna li ma nistgħux inġibuh?!", "Jgħidulna ċar u tond!", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed jagħtu lindikazzjoni.", "MR SPEAKER: Ħalli nirrispondi jien!", "Le, ma saret lebda dikjarazzjoni minn ħadd li qed issir oġġezzjoni li jixhed isSur Giovanni Kessler.", "Qed ngħidha biex nagħmilha ċara.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jiġifieri f'dan ilKumitat ma nistgħux naqblu li fillaqgħa li jmiss jitla' sSur Giovanni Kessler, sallaqgħa li jmiss minnaħa tagħna nagħtu wkoll lista ta' xhieda oħrajn u nkomplu għaddejjin?", "MR SPEAKER: Hawn qbil li bħala lewwel xhud jitla' sSur Giovanni Kessler?", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, lewwel nett mhu minnu xejn dak li qed tgħid innaħa talOppożizzjoni.", "M'aħniex nimxu malproċedura maqbula, u kkwotajt u mhux se nerġa' nikkwota.", "Dan tista' tarah inti, Mr Speaker.", "DAVID AGIUS: Mela filkaż nitlob ruling.", "Nitlob ruling jekk hux qed nimxu skont ilproċedura.", "CARMELO ABELA: M'aħniex nimxu skont ilproċedura.", "DAVID AGIUS: Mhux li tgħid inti.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Hawn m'aħniex qed naqblu ...", "CARMELO ABELA: Mhux ovvja li m'aħniex qed naqblu jekk qed tgħid … (Interruzzjonijiet) Agħtini ċans nitkellem.", "CHRIS SAID: Hawn m'aħniex qed naqblu.", "La mhux qed naqblu, nitolbu ruling u naraw.", "CARMELO ABELA: Agħtini ċans nitkellem.", "Jien tlabt ilpermess lilliSpeaker u tani lpermess biex nitkellem.", "MR SPEAKER: Inutli noqogħdu ninħlew fuq argumenti li … LOnor.", "Louis Grech diġà ddikjara li rridu nimxu 'l quddiem u rridu nkunu aktar effiċjenti f'din ilproċedura.", "CARMELO ABELA: Tlabt ilpermess lilliSpeaker u tani lpermess biex nitkellem u jekk jogħġbok nixtieq inkompli nitkellem, ġaladarba liSpeaker tani lpermess.", "Aħna qbilna li lewwel se jixhed ilPrim Ministru u mbagħad ixxhieda tiegħu jekk ikun hemm, jixhed ilKap talOppożizzjoni u mbagħad ixxhieda tiegħu.", "Dan hu li qbilna dwaru.", "MR SPEAKER: Kompli agħmel largument, għalkemm diġà għamiltu.", "CARMELO ABELA: Għax innaħa loħra ġew b'argumenti … (Interruzzjonijiet) Issa llum minnaħa talOppożizzjoni, Mr Speaker, biddlu dak li qbilna fuqu flewwel laqgħa.", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Jien tlabt ilpermess lilliSpeaker biex nitkellem.", "Tkunx arroganti u tibqa' titkellem waqt li qed nitkellem jien.", "Jien kont kalm biżżejjed li nisma' lilek u lillOnor.", "Agius u issa tlabt ilpermess lilliSpeaker biex inkun nista' nitkellem.", "MR SPEAKER: Kollox sew, kompli u indirizza lisSedja.", "CARMELO ABELA: Dan ilftehim morna lura minnu, jgħid x'jgħid kulħadd.", "Dan huwa miktub u maqbul.", "Issa jekk ma jaqblux, affari tagħhom, imma dan huwa miktub.", "Huma biddlu lmod ta' kif qbilna.", "Aħna qed nagħmlu din ittalba fiċċirkostanzi lġodda tallum, Mr Speaker.", "Qed ngħidu li għandu jkollna llista sħiħa – inkluż blewwel isem li għandna littra dwaru – ta' dawk ixxhieda li lOppożizzjoni tixtieq li jitilgħu jixhdu, birrelevanza u liskop ta' kull wieħed u waħda minnhom.", "Dan diġà ġie spjegat.", "CARMELO ABELA: Fillaqgħa li jmiss imbagħad nitkellmu fuq dan kollu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "CHRIS SAID: Le, ladarba nnaħa talGvern qed tieħu dan latteġġjament aħna lewwel nett, qed nitolbu ruling mingħandek dwar jekk aħniex qed nimxu skont ilproċedura, u ttieni nett ninsistu li m'għandniex nagħtu llista taxxhieda, imma nġibu xxhieda li jkun hemm bżonn minn seduta għalloħra, skont ilproċess u skont ilbżonn.", "Jiġifieri int qed tgħid li ttella' xhieda to the surprise ta' kulħadd, mingħajr ma nkunu nafu minn qabel?", "CHRIS SAID: Navżaw minn seduta għalloħra.", "MR SPEAKER: Ħa nkunu ċari.", "DAVID AGIUS: Aħna avżajna dwar isSur Giovanni Kessler fis26 ta' Frar.", "Issa qegħdin f'Ġunju!", "Avżajna tliet xhur qabel!", "CHRIS SAID: Navżaw minn seduta għalloħra.", "MR SPEAKER: Mela inti qed tgħid li m'intix se tipprovdi llista.", "DAVID AGIUS: Nipprovdu llista li għandna bżonn nipprovdu.", "CHRIS SAID: Se nipprovdu llista li se nibdew biha imma mhux se tkun illista … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Mela se jkollna lista għallinqas.", "Allura se nimxu hekk: se tippreparaw illista fejn tindikaw irrelevanza ta' kull xhud ħalli lparti loħra tkun ippreparata billi tkun taf liema xhieda ser jidhru fillaqgħa li jmiss u jkunu jistgħu jippreparaw iddomandi.", "DAVID AGIUS: Ngħidulkom minn qabel.", "Mhux f'kull Kumitat nimxu hekk?", "MR SPEAKER: Dr Lia, bilpermess talKumitat.", "DR PAUL LIA: Dak hu lpunt li kont se nagħmel.", "Inti għandek esperjenza filqorti, taf x'jiġifieri.", "Limħallef ma jippermettix li jittellgħu xhieda biex jagħmlu prova ta' xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam.", "Għalhekk irrelevanza.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Irruling għadek tinsisti fuqu?", "DAVID AGIUS: Jekk nimxu kif qed tgħid inti m'għandniex għalfejn.", "LOUIS GRECH: Meta staqsejtuna jekk ilPrim Ministru għandux aktar xhieda xi jġib, jekk ma niżbaljax – wieħed jista' jara lMinuti – kien ġie deċiż li jekk għandu xi xhieda jrid jgħidhom dak ilħin u jekk għandu xi dokumenti jrid jippreżentahom dak ilħin.", "Ma kienx hemm ilpossibbiltà li jġibhom wara.", "Infatti, meta qam ilkaż li lPrim Ministru jista' jkun li jġib xi xhieda wara, qalu li ma jistax isir hekk; ma jistax itella' xhieda oħra fi stadju ieħor, ilKumitat biss jista' jiddeċiedi li jġib xhieda fi stadju ieħor.", "MR SPEAKER: Dejjem ilKumitat.", "Irid ikun hawn qbil.", "LOUIS GRECH: Iva, dejjem ilKumitat.", "U qbilna għax aċċettajna li la kellu aktar xhieda u lanqas dokumenti.", "U naħseb dik hi lproċedura li wieħed għandu juża.", "MR SPEAKER: Ħalli nirrikapitolaw kollox, biex inkunu qegħdin niftiehmu.", "Jidher li issa wasalna biex inkunu nistgħu nistradaw kif ser nimxu.", "IlKap talOppożizzjoni ovvajment irid jipprepara llista taxxhieda li hu beħsiebu jtella' u rrelevanza ta' kull xhud; dik illista għandha tkun għandna kemm jista' jkun kmieni ħalli kulħadd ikun jista' jipprepara ddomandi.", "Imbagħad irridu niddeċiedu kif se nimxu fisseduti segwenti.", "Jiġifieri min se jixhed lewwel, ittieni, ittielet eċċ. LOnor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, lista li ma tkunx eżawrjenti hija lista inutli għaliex lidea tallista hi biex tkun taf kull min se jixhed.", "Meta tkellimna għannaħa talPrim Ministru u għedna li għandu jkun hemm din illista jew inkella ngħidu li m'hemmx xhieda … (Interruzzjonijiet) Għax ixxhieda li jitressqu wara jridu jkunu bilpermess talKumitat.", "Allura biex ikollna equality of arms, listess għandu japplika għannaħa talOppożizzjoni.", "Illista għandha tkun eżawrjenti; jekk imbagħad ikunu jridu jtellgħu lil xi ħadd wara, għandu jsir bilpermess talKumitat, inkella llista hi biex jidħku bina f'wiċċna u aħna ngħidulhom \"grazzi\", għax hekk inkunu qegħdin nagħmlu jekk aħna naċċettaw hekk, li ma naħsibx li huwa aċċettabbli.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, kif jipprovaw idawru dak li hemm miktub!", "Se nikkwota millMinuti:", "\"Innaħa talGvern ġiet mitluba sabiex tinnotifika lillIskrivan talKamra dwar jekk ilPrim Ministru kienx se jtella' xi xhieda minnaħa tiegħu għallaqgħa li jmiss.\"", "Imkien ma insistejna li lPrim Ministru jagħti lista taxxhieda.", "Li kien hemm, u kien hemm qbil dwaru huwa illi jekk ilPrim Ministru għasseduta ta' wara li jkun xehed … Mela lPrim Ministru ġie hawn u xehed, u ovvjament kien baqagħlu dritt itella' xxhieda.", "Li tlabna huwa li jinnotifikana kienx se jġib xhieda fisseduta ta' wara.", "Ma tlabniex min se jkunu xxhieda.", "Ma tlabniex kemm se jkollu xhieda.", "Kellu dritt iġib kemm irid.", "Jiġifieri li jgħidu li aħna insistejna li lPrim Ministru jagħti lista taxxhieda u li lPrim Ministru jgħid għalfejn se jtella' dawk ixxhieda, ikunu qed jipprovaw ipoġġu lkliem f'ħalqna għaliex dan ma ntqal qatt.", "Aħna kellna sitwazzjoni fejn min qed jakkuża kellu ddritt li jġib ixxhieda tiegħu.", "Dan ġie u xehed.", "Aħna staqsejnieh jekk hux se jġib xhieda fisseduta li jmiss, u jekk se jġib xhieda oħra fisseduta li jmiss jgħidilna min se jkunu.", "Però ma llimitajniehx li ma jġibx f'seduti ta' wara.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, ġej għal punt importanti.", "Issa ġejna flistadju taxxhieda talakkużat u hawn ġew kulmin għandu background legali jaf lakkużat xi drittijiet għandu fejn jidħlu dawn ilproċeduri.", "Jekk ilKap talOppożizzjoni kien se jixhed, kellu jibda hu bħalma jiġri f'qorti kriminali.", "Jekk lakkużat ikun se jixhed, hu jrid jibda, ma jistax jixhed wara xxhieda tiegħu.", "U hawn se nużaw listess proċedura.", "Mela għandu ddritt jibda hu flistadju talakkużat, jiġifieri jkun lewwel xhud taddifiża.", "CHRIS SAID: Però ddifiża għandha dritt… (Interruzzjonijiet) Le, m'għamilniex bilmaqlub.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux diġà qbilna.", "Birrispett kollu, qed nipprovaw indawru laffarijiet.", "Ilproblema hi li issa, Alla jbierek, f'dan listadju lGvern irid lillOppożizzjoni tagħti llista eżawrjenti taxxhieda u tagħti rrelevanza!", "Le, m'aħniex se nagħtu lista eżawrjenti, għax ħadd ma jista' jiddettalna lmod kif se mmexxu ddifiża tagħna.", "Iddifiża tagħna nafu aħna kif se mmexxuha, ilprovi li għandna bżonn inġibu nafuhom aħna.", "Ovvajment jista' jiġi xhud u jkun biżżejjed, u lanqas ikollna għalfejn insejħu żewġ xhieda oħra li nkunu indikajna.", "MR SPEAKER: Tirtira xxhieda loħra.", "CHRIS SAID: Jien finalment indikazzjoni għandi ta' dak li se jgħidu xxhieda; ma nafx x'se jgħidu hawnhekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Indikazzjoni qed nitolbu.", "CHRIS SAID: Le, lindikazzjoni se nagħtihielek imma torbotnix li llista taxxhieda tiegħi tkun eżawrjenti.", "U meta tgħidu li aħna tlabna lista eżawrjenti taxxhieda u liskop ta' kull xhud, dan mhux veru.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux qbilna, Dr Lia.", "Hawnhekk saret dikjarazzjoni.", "Li ngħidu li qbilna … Għax issa rriżulta li mhux hekk.", "Jiġifieri ma nippruvawx nibdlu laffarijiet.", "LOUIS GRECH: Naħseb li lOnor.", "Said mhux korrett, u se ngħidlek għaliex.", "Aħna konna għedna li lPrim Ministru għandu dritt iġib ixxhieda tiegħu, imbagħad aħna konna għedna li f'dan listadju – jekk niftakar ilkliem preċiż li kont għedt jien – mhuwiex se jġib xhieda.", "Intom kontu għedtu: Le, ilPrim Ministru jrid iġib lista sħiħa issa għax imbagħad ilKumitat biss ikun jista' jġib xhieda oħra, u mhux ilPrim Ministru.", "Jien kont għedt li m'hemmx f'dan listadju.", "Dan jew għandu xhieda jew m'għandux.", "Issa aħna qed napplikaw listess argument tagħkom.", "Agħtuna lista għax ma tistgħux tgħidulna \"fi stadju ieħor\" bħalma… (Interruzzjonijiet) Le, anke talPrim Ministru f'dan listadju.", "DAVID AGIUS: Issa wasalna flistadju li ntellgħu lprovi aħna.", "(Interruzzjonijiet) Intom xi problema għandkom?", "LOUIS GRECH: Aħna m'għandniex problema li tagħtuna lista.", "DAVID AGIUS: Araw naqblux.", "Ejja nsibu soluzzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Qiegħda ċara ssoluzzjoni.", "LOUIS GRECH: X'inhi ssoluzzjoni?", "DAVID AGIUS: Fillaqgħa li jmiss jitla' jixhed isSur Giovanni Kessler, sa dik illaqgħa aħna nagħtu… (Interruzzjonijiet) Qed tara!", "Se jibdew ma jaqblux, se jkunu negattivi!", "Lewwel nett dan ilKumitat itella' lisSur Giovanni Kessler li ilna tliet xhur li għednielkom bih u allura mhux sorpriża; ittieni, sadanittant minnaħa tagħna nagħtukom ukoll lista ta' nies … (Interruzzjonijiet) Issa titkellimx meta qed nitkellem jien, Onor. Abela.", "MR SPEAKER: M'għandek għalfejn titfixkel.", "DAVID AGIUS: Mhux se nitfixkel, tibżax, imdorri.", "Qabel illaqgħa li jmiss nagħtuhom lista talpersuni li se jkunu qed jixhdu; dawk li jidhrilna li nistgħu nagħtu f'dan listadju ħalli naraw x'joħroġ minn dawn ixxhieda.", "Jekk ikun hemm bżonn li jkun hemm nies oħrajn, jiġu informati well ahead.", "BisSur Giovanni Kessler kienu jafu tliet xhur qabel.", "CHRIS SAID: Erba' xhur ilu!", "DAVID AGIUS: Hekk hu, minn Frar.", "Jiġifieri finalment żgur li m'aħna se naraw lebda sorpriżi, fissens li jiġi xi ħadd biex jixhed...", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, kemm tista' tagħtina llista malajr, jekk jogħġbok?", "CHRIS SAID: Illista lesta u nista' ngħidhielek, kważi nafha blamment.", "Mhux se tkun eżawrjenti għax jista' jkun li ninsa xi ismijiet.", "MR SPEAKER: Tista' tgħidilna min huma?", "CHRIS SAID: Lex Kummissarju John Rizzo, linvestigaturi li kien hemm miegħu, jiġifieri lAssistent Kummissarju Michael Cassar u lispettur – illum ma nafx xi grade għandu però dak iżżmien naħseb li kien Spettur – Anġlu Gafà.", "MR SPEAKER: LIspettur Anġlu Gafà.", "DAVID AGIUS: Però llum mhux spettur naħseb.", "MR SPEAKER: Ilpersuna hija Anġlu Gafà.", "CHRIS SAID: Dawk li qed niftakar blamment, però hemm lista ta' xi tmienja jew disa' persuni.", "MR SPEAKER: Mela għandna tliet uffiċjali jew ex uffiċjali.", "CHRIS SAID: Aħna beħsiebna nimxu b'dan ilmod: lewwel jixhed isSur Giovanni Kessler, imbagħad jiġu linvestigaturi li kienu qed jinvestigaw ilkaż.", "MR SPEAKER: IsSur Giovanni Kessler li investaga minnaħa talOLAF.", "Wara ntellgħu lisSur Peter Paul Zammit.", "MR SPEAKER: IlKummissarju preżenti Peter Paul Zammit.", "CHRIS SAID: Eżatt.", "Imbagħad inkomplu b'xhieda oħra.", "MR SPEAKER: Mela diġà qed jiġu ddikjarati ħames xhieda.", "LOUIS GRECH: Hu qal li se jagħtik lista…", "DAVID AGIUS: U se nżidu.", "MR SPEAKER: Mela dawn ilħames xhieda żgur.", "DAVID AGIUS: B'dawn għandek tliet laqgħat.", "MR SPEAKER: Iva, jien għalhekk għamilt dik iddomanda.", "DEBORAH SCHEMBRI: Liskop talprova tagħhom jista' jgħidulna?", "CHRIS SAID: Mhux ovvja!", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhijiex ovvja.", "Qed nistaqsi x'inhi għax mhix ovvja.", "MR SPEAKER: Jien smajtu jgħid li dawn huma luffiċjali li investigaw, hux hekk?", "CHRIS SAID: Liskop wara kull xhud se tkun dejjem biex jipprovaw lallegazzjoni talKap talOppożizzjoni, full stop.", "Dik se tkun u ħadd ma jista' jgħidli li mhux hekk.", "DR PAUL LIA: Jiġifieri sSur Kessler se jixhed fuq kif ilPrim Ministru ndaħal lillPulizija.", "CHRIS SAID: IsSur Kessler se jixhed biex jipprova ċerti fatti li mbagħad ikomplu jiġu pprovati.", "Hija ħolqa ta' provi li jiġu pprovati waħda wara loħra.", "DAVID AGIUS: Imbagħad meta jkun hawn isSur Kessler tkun taf x'jgħid!", "Mela dawk huma xxhieda.", "Onor. Said, bilpermess talKumitat jista' Dr Lia jgħid …", "CHRIS SAID: F'intervista li ta sSur Kessler diġà għamel listess allegazzjoni li għamel ilKap talOppożizzjoni u ħadd ma ħa passi kontrih.", "IsSur Kessler f'intervista qal: Kien hemm indħil politiku.", "Issa sSur Kessler jiġi u jgħidilna għaliex qal hekk f'dik lintervista.", "MR SPEAKER: Għadu kmieni biex nagħmlu rrimarki.", "DR PAUL LIA: Ilkaż li għandu quddiemu dan ilKumitat...", "CHRIS SAID: Qalha f'intervista u ġiet ikkwotata millgazzetti Maltin però ma ħadtu lebda passi kontra sSur Kessler!", "DR PAUL LIA: Ilkaż li għandu quddiemu dan ilKumitat huwa lallegazzjoni talKap talOppożizzjoni li lPrim Ministru ndaħal lillPulizija f'Malta.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DR PAUL LIA: Jekk isSur Kessler se jixhed fuq hekk huwa ammissibbli, jekk mhux se jixhed fuq hekk, m'għandux jiġi ammess biex joqgħod jaħlilna lħin.", "DAVID AGIUS: Fuq hekk se jixhed.", "Ħadd mhu se jaħli lħin.", "Ma tiddeċidix inti, jekk jogħġbok, Dr Lia, jekk naħlux ilħin hawn ġew.", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, Onor. David Agius.", "CHRIS SAID: Qed idejjaqkom wisq li se jiġi!", "Jekk mhux qed idejjaqkom, ejja nġibuh fillaqgħa li ġejja!", "(Interruzzjonijiet)", "Illum ħadna ssorpriża li lKap talOppożizzjoni qed jiddejjaq jixhed għax m'għandux biex jissostanzja ...", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Ma jistax jgħaddi dawk ittip ta' kummenti hawn ġew.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, nixtieqek tiġbed lattenzjoni ta' Dr Lia li aħna ma nġibu lil ħadd biex jaħli lħin.", "Qiegħed jallega li aħna bħala Oppożizzjoni qed inġibu nnies biex jaħlu lħin ta' dan ilKumitat.", "MR SPEAKER: Hawnhekk ħadd ma jaħli lħin ta' ħadd.", "Jien ma smajtux u kieku qal hekk kont nikkoreġih.", "DAVID AGIUS: On mic qalha.", "Issa jekk trid, isimgħu.", "MR SPEAKER: Ma nafx, jien ma smajtux, però hawnhekk ma naħlu lħin ta' ħadd.", "Mela lproċedura li se nimxu hija din.", "Għandna dawn ixxhieda u xhieda oħra.", "Onor. Said lesti llista taxxhieda kemm jista' jkun malajr; ovvjament tista' ma tagħmilx illista kollha, kif qed tgħid inti.", "Diġà ddikjarajt li ser tinkludi lisSur Giovanni Kessler wkoll.", "Tajjeb.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Mhux se naqbel li nagħti lista eżawrjenti.", "DAVID AGIUS: Ma qalhiex on mic.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ngħaddu biex niftiehmu għasseduta li jmiss.", "Niftiehmu fuq data kemm jista' jkun malajr.", "(Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Inti ser tagħti ruling, hux hekk, Mr Speaker?", "MR SPEAKER: Onor. Agius, għadek tinsisti fuq irruling?", "DAVID AGIUS: La se nimxu b'dan ilmetodu m'għandniex għalfejn.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Ilmetodu li għadu kif spjega Mr Speaker issa.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri se jkollna lista eżawrjenti...", "LiSpeaker ma qalx hekk.", "CHRIS SAID: LiSpeaker ma qalx hekk.", "CARMELO ABELA: Aħna minnaħa talGvern qed ninsistu fuq hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Ma jimpurtax, Mr Speaker, jgħidu li jridu.", "Għandhom dritt jgħidu li jridu.", "Aħna se nimxu fuq li tgħidilna int, Mr Speaker.", "CARMELO ABELA: Minnaħa talGvern qed ninsistu għal lista eżawrjenti bliskop u rrelevanza ta' kull xhud, u daqshekk.", "MR SPEAKER: Jien qed nifhem, Onor. Chris Said – ikkoreġini, jekk mhux qed nifhem tajjeb – li se tagħmel illista kemm jista' jkun malajr f'dawn ilġranet li ġejjin.", "Diġà semmejt xi ħames xhieda li huma uffiċjali jew ex uffiċjali talPulizija, inkluż persuna li diġà indikajt b'ittra ta' Frar li għadda li tridu ttellgħu wkoll, isSur Giovanni Kessler.", "Nifhem li kemm jista' jkun malajr se jkollna din illista li se tkun, più o meno, illista talKap talOppożizzjoni.", "CHRIS SAID: Mhux ser nintrabtu li jissejħu dawk biss.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, aħna diġà tajna ...(Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Hawnhekk mhux bħala Kap talOppożizzjoni, bħala Kumitat qed nitkellmu.", "DAVID AGIUS: Le, mhux bħala Kumitat, aħna.", "LOUIS GRECH: Bħala Kumitat jistgħu jitolbu li jtellgħu xhieda oħra fi stadju ulterjuri, imma f'dan listadju xxhieda talKap talOppożizzjoni … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, aħna naqblu ma' dak li għedt inti.", "MR SPEAKER: Ejja nistradaw laffarijiet sew.", "Se jkollna lista li kemm jista' jkun se tkun illista ta' xhieda li se jtella' lKap talOppożizzjoni.", "IlKumitat, x'ħin ikollu din illista, irid iħarrek ixxhieda.", "DAVID AGIUS: Flebda Kumitat ma tingħata lista eżawrjenti.", "Bħalissa għaddej ilKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi li għandu lista ta' xi mitt ruħ bħala xhieda, imma qatt ma ntalbet lista eżawrjenti.", "MR SPEAKER: Naf, imma aħna biex inkunu ...", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, inti trid tiddefendi lil din innaħa talKamra.", "M'hemm imkien flOrdnijiet Permanenti tagħna li għandna bżonn nagħtu lista eżawrjenti.", "Din xi ħadd ivvintaha llum.", "MR SPEAKER: Jien se nimxi malproċedura li hi stabbilita flOrdnijiet Permanenti.", "Ħadd m'għandu għalfejn jinkwieta.", "M'għandekx għalfejn tiġbidli lattenzjoni, għax hekk se nimxi.", "Però, kemm jista' jkun irridu nkunu prattiċi.", "Dik hija xi ħaġa li nistieden lil kulħadd li jagħmel, mingħajr ma nagħmlu ħafna argumentazzjonijiet fuq ħafna affarijiet.", "Issa niftiehmu fuq data.", "Jekk jista' jkun illista għandha tkun għandna kmieni biżżejjed sabiex inkunu nistgħu nħarrku lpersuna għasseduta li jmiss.", "Tajjeb?", "Kif qal lOnor.", "Louis Grech, naqblu li għandna nkunu expedient f'dawn ilproċeduri.", "Illista taħseb li tagħtihieli fi żmien tlieta jew erbat ijiem?", "MR SPEAKER: B'hekk inkun nista' ngħaddiha lillmembri talKumitat.", "Mela hawn qbil li se tgħaddi llista lisSedja u jien ngħaddiha lillmembri talKumitat fliqsar żmien, filġranet li ġejjin.", "Niġu għaddata.", "Illum is6 ta' Ġunju; kemm hu possibbli li niltaqgħu fit23 jew fl24 ta' Ġunju?", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, jekk aħna se jkollna llista u sSedja jew ilKumitat se jgħaddi biex millewwel jibda jsejjaħ ixxhieda, flebda stadju mhu se jkun hemm diskussjoni dwar jekk dawn ixxhieda għandhomx ikunu ammissibbli jew le?", "DAVID AGIUS: Dażgur li le, allaħares!", "DEBORAH SCHEMBRI: Tini ċans, imbagħad tkellem.", "DAVID AGIUS: Mela qegħdin ilQorti issa?!", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma nafx kemmil seduta ilkom tgħidu li din qorti ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk ma jaqbiżx fuqi, inkompli!", "Deborah Schembri għandha dritt tagħmel ilpunt tagħha.", "Kompli, jekk jogħġbok.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien qed ngħid li jekk, skont kif qed nifhem issa, malli se jkun hemm illista taxxhieda se nibdew insejħu lixxhieda, allura mhux se jkun hemm punt fejn dan ilKumitat jiddiskuti rrelevanza taxxhud biex imbagħad insejħulu.", "Jien qed nifhem li minn din innaħa talKamra – għallinqas dak hu lintendiment – rridu naraw irrelevanza għax inkella għalxejn se jkollna llista taxxhieda.", "DAVID AGIUS: Tista' tisma' nnaħa tagħna wkoll, Mr Speaker?", "Flebda Kumitat ma tintalab irrelavanza tiegħu meta jittella' xhud jew jittella' xi ħadd quddiem Kumitat.", "FilKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi hemm 50 jew 60 persuna li telgħu jixhdu, u qatt – qatt! – ma ntalbet irrelevanza tagħhom.", "Jiġifieri jekk se nimxu differenti f'dan ilKumitat irridu nimxu differenti f'kull kumitat.", "MR SPEAKER: Se nimxu skont ilproċeduri talOrdnijiet Permanenti.", "Qegħdin ċari u hemm diversi rulings.", "Serraħ moħħok, Onor. Deborah Schembri, li kif ikolli llista se ngħaddihielkom.", "Jekk ikun hemm xi oġġezzjoni għal xi xhud, ma jimpurtax, qajmuha filKumitat u tiġi diskussa filKumitat.", "Tajjeb hekk?", "LOUIS GRECH: Minnaħa tiegħek, Mr Speaker, kont ivverbalizzajt jekk għandhiex tkun lista eżawrjenti meta kien hemm ilPrim Ministru.", "Jekk mhux hekk, ikkoreġini.", "Imma nitolbok li salmeeting li ġej tmur lura u tara lMinuti tallaqgħat li kien hemm u tara jekk kienx hemm deċiżjoni li lPrim Ministru ma jkollux ilpossibilità li jsejjaħ xhieda fi stadji oħrajn.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, din hija xi ħaġa differenti li qed jgħid.", "Fi stadju ieħor tista' ...", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, lOnor.", "Louis Grech għamel stedina lisSedja.", "Jien listedina aċċettajtha, mhux problema.", "Issa trid tgħid xi ħaġa fuq din listedina?", "CHRIS SAID: Ovvjament, dik kienet hekk għaliex ilPrim Ministru kellu ċċans ...", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, m'għandekx għalfejn tgħidli x'inhu ovvju.", "Aħna miftehmin.", "Issa ejjew niftiehmu fuq iddata.", "Tajjeb fit23 ta' Ġunju?", "Importanti li kemm jista' jkun ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Fit23 ta' Ġunju jien personalment se nkun imsiefra.", "MR SPEAKER: Le, jekk se tkun imsiefra ma nagħmluhiex f'dik iddata.", "Inti membru talKumitat u bilfors trid tkun hawn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Però lWhip qed jgħidli li probabbilment se nkun qiegħda hawn!", "LOUIS GRECH: Jien irrid niċċekkja jekk hux se nkun qiegħed Malta għax għandna lGeneral Affairs Council.", "MR SPEAKER: Iċċekkja ftit u agħtina risposta.", "Mela ħalli nagħtu żewġ tentative dates, jekk jogħġobkom.", "Jew it23 ta' Ġunju jew inkella l1 ta' Lulju, li jkun itTlieta, ilġimgħa ta' wara.", "DAVID AGIUS: Għaliex mhux fil25 ta' Ġunju?", "MR SPEAKER: Għax għandi laqgħa ma' talGRECO, li ġejjin hawn Malta.", "Allura mbagħad naslu għallġimgħa ta' wara, l1 ta' Lulju, li jkun itTlieta.", "(Interruzzjonijiet) Fit30 ta' Ġunju?", "Nagħtu żewġ tentative dates: it23 ta' Ġunju u t30 ta' Ġunju?", "(Interruzzjonijiet)", "DEBORAH SCHEMBRI: Int se tiċċekkja għat23 ta' Ġunju, Onor. Grech?", "LOUIS GRECH: Nista' ngħidilkom minn issa għax għadni kif ħadt ilkonferma ...", "Mela fit30 ta' Ġunju, fis6.30 p.m. tajjeb għalik, Onor. Deborah Schembri?", "Lanqas?", "Nistgħu nagħmluha lĦamis, it3 ta' Lulju, fil11.00 a.m. jew wara nofsinhar?", "CARMELO ABELA: Nagħmluha wara nofsinhar.", "MR SPEAKER: Kollox sew, mhux problema għalija għax jien hawn inkun.", "Nagħmluha fil5.00 p.m.?", "CARMELO ABELA: Inkella nagħmluha fl4 ta' Lulju, filgħodu.", "MR SPEAKER: Mhux problema għal ġurnata.", "Nagħmluha lĠimgħa, għax ikun għadu ġej minn barra.", "Minn fejn trid tiġi?", "(Off mic) Għandek vjaġġ twil.", "DAVID AGIUS: Nagħmluha lġimgħa ta' qabel, fis27 ta' Ġunju?", "MR SPEAKER: Dakinhar ma nistax jien.", "DAVID AGIUS: Mela nagħmluha fl4 ta' Lulju.", "MR SPEAKER: Fl4 ta' Lulju tajjeb.", "Nagħmluha fl10.00 a.m.?", "CARMELO ABELA: Tajjeb.", "DAVID AGIUS: Mela bħala lewwel xhud se jkollna lisSur Giovanni Kessler.", "(Interruzzjonijiet) Mela għalxiex se nagħmluha llaqgħa?", "MR SPEAKER: Se tagħtini llista ta' min tixtiequ bħala xhieda, u se ngħaddiha millewwel.", "Ilna li għednielkom mis27 ta' Frar.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Mr Speaker, aħna se niġu hawn biex nieħdu vot ħalli naraw min għandu jixhed u ma jixhedx?!", "MR SPEAKER: Inti ddikjarajt diġà li dwar isSur Giovanni Kessler trid tagħmel ilprova …", "CHRIS SAID: X'inhi lproblema li jiġi fit3 jew fl4 ta' Lulju?", "Aħna niddeċiedu liema xhieda nġibu!", "Ixxhieda huma talKap talOppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Issa mhux listadju ta' Kumitat … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, inutli toqgħod tgħaddi rrimarki.", "CHRIS SAID: Iddifiża tiddeċiedi x'xhieda għandha ġġib u f'liema ordni għandha ġġibhom!", "MR SPEAKER: Ħalli naqtgħuha llum din.", "(Interruzzjonijiet) Fillista se jkun hemm isSur Giovanni Kessler.", "MR SPEAKER: Mela wara li lKumitat ikollu llista rridu niddeċiedu … Huma jridu li lewwel xhud ikun isSur Giovanni Kessler.", "DAVID AGIUS: Irrispettivament minn min hemm warajh.", "Jiġifieri aħna se niltaqgħu biex naraw illista?", "DAVID AGIUS: Filkaż niltaqgħu għada filgħodu.", "(Interruzzjonijiet)", "Dr Lia, irrelevanza ddikjaraha lOnor.", "Chris Said, li qal li huwa relevanti biex issir ilprova ta' dak li qal ilKap talOppożizzjoni filParlament.", "Tant hu hekk li rrimarkajt inti li xi mkien f'xi gazzetta qal xi ħaġa, eċċ. Issa lpunt qiegħed hawn.", "Bilpermess talKumitat, Dr Lia.", "DR PAUL LIA: Jien ma nafx x'inhi lproċedura ta' hawnhekk.", "Jekk imbagħad jibdew isirulu mistoqsijiet fuq affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu malkaż imma fuq każijiet oħra ...", "MR SPEAKER: Imbagħad nirregola jien bħala Sedja.", "DR PAUL LIA: Biex inkunu ċari, mhux ngħidu li għax dan ġie hawn, jista' jixhed fuqiex irid.", "DR PAUL LIA: U taf ilproċedura wkoll.", "DAVID AGIUS: Taf kif nimxu f'kull kumitat ta' hawn ġew.", "MR SPEAKER: Kif se nagħmlu biex niddeċiedu?", "IlKumitat irid jiddeċiedi.", "DAVID AGIUS: Le, Mr Speaker, deċiżjoni issa!", "B'hekk fillaqgħa li jmiss inkunu nafu li lewwel xhud tagħna huwa sSur Giovanni Kessler.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nissuġġerixxi li lkelliema talOppożizzjoni jiktbulna x'irridu ngħidu u ngħiduhulek!", "DAVID AGIUS: Nagħmlu lpożizzjoni tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħa nirregola jien!", "Kemm se tgħaddihieli malajr din illista?", "CHRIS SAID: Fi żmien erbat ijiem.", "MR SPEAKER: Mela għaddihieli, imbagħad jien nikkomunikaha malMembri kollha.", "Jekk ikun hemm xi żvilupp fuq kif se nimxu dwar dan, imbagħad insejħu laqgħa qabel Lulju.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, għalina mhuwiex aċċettabbli li nagħmlu laqgħa biex fiha joġġezzjonaw għal xi xhud, jew li jiddeċiedu huma x'xhieda tista' ġġib jew ma tistax iġġib iddifiża!", "Aħna qegħdin flistadju talprovi taddifiża.", "DAVID AGIUS: Issa lewwel xhud tagħna jrid ikun isSur Giovanni Kessler.", "Jekk ilGvern għandu xi diffikultà dwar dan, jiddikjaraha.", "Aħna qbilna fuq l4 ta' Lulju biex jiġi sSur Giovanni Kessler bħala lewwel xhud u warajh jiġu lkumplament tallista li għandna aħna.", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, ilkaż huwa ċar.", "Lewwel xhud tagħkom huwa sSur Giovanni Kessler.", "DAVID AGIUS: Li se jixhed fl4 ta' Lulju.", "MR SPEAKER: LOppożizzjoni ġustament qiegħda tinsisti li jixhed fl4 ta' Lulju.", "Tajjeb?", "Issa lMembri tannaħa talGvern għandhom kull dritt li jekk wara li jaraw illista jkollhom xi diffikultà, jinformawni u jien nikkomunika magħkom millewwel.", "Mela miftehmin li fi żmien erbat ijiem tgħaddili llista u li lKumitat huwa aġġornat għall4 ta' Lulju.", "Nirringrazzjakom.", "F'12.22 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar ilĠimgħa, 4 ta' Lulju 2014, fl10.00 a.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees priv", "source": "Extracted from 20140606_004d_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 4", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Ġunju, 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt, Valletta fil11.11 a.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, lOnor.", "Għallaqgħa kienu preżenti wkoll idDeputat Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech u lkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 3 li saret fid19 ta' Frar 2014 kienu kkonfermati.", "LiSpeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva talba mingħand il-mezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għall-ewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "L-iSpeaker għadda lill-Membri kopja tal-ittra datata 26 ta' Frar 2014 li huwa kien irċieva mingħand l-Onor.", "Chris Said fejn fiha l-Oppożizzjoni indikat illi l-ewwel xhud tagħha quddiem il-Kumitat kellu jkun is-Sur Giovanni Kessler, Direttur Ġenerali tal-OLAF.", "L-Onor.", "Chris Said informa lill-Kumitat li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx ser jixhed għaliex dak li kellu jgħid qalu fil-Plenarja liema traskrizzjonijiet jinkludu dak tas-Seduta nru.", "60 tad-9 ta' Ottubru 2014 meta ġiet diskussa l-mozzjoni ppreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar ir-Ruling mogħti mis-Sedja fis-Seduta nru.", "56 tal-1 ta' Ottubru 2013 kif ukoll fi traskrizzjonijiet oħra li diġa ġew preżentati lill-Kumitat f'laqgħat preċedenti tal-Kumitat.", "L-Onor.", "Said qal ukoll li l-Oppożizzjoni kienet se tkun qed tissostanzja dak li ngħad fil-plenarja bix-xhieda li kienet se ttella'.", "L-Onor.", "Carmelo Abela oġġezzjonaw għal dak li qal l-Onor.", "Said għaliex dan ma kienx skond il-ftehim milħuq fl-istess Kumitat dwar il-Privileġġi liema ftehim joħroġ mill-Minuti tal-Laqgħa nru.", "1 tal-31 ta' Ottubru 2013 li kien jgħid hekk:", "\"Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel ukoll li jibda billi l-ewwel jixhed il-Prim Ministru li jkollu d-dritt isejjaħ ix-xhieda tiegħu, u mbagħad jixhed il-Kap tal-Oppożizzjoni li wkoll ikollu d-dritt isejjaħ ix-xhieda tiegħu.", "Il-Kumitat ikollu d-dritt li jsejjaħ xhieda f'kull stadju.\"", "Fil-11.40 a.m. id-diskussjoni fil-Kumitat ġiet sospiża u rriżumiet fil-11.47 a.m.", "L-Onor Louis Grech informa lill-Kumitat li għalkemm in-naħa tal-Gvern ma kenitx qiegħda taqbel li tinkiser il-proċedura adottata mill-Kumitat, madankollu biex jitħaffef il-proċess kienet qed taqbel li l-Kumitat jibda jisma' x-xhieda min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni bil-kundizzjoni li tingħata l-lista eżawrenti tax-xhieda li kien beħsiebu jtella' l-Kap tal-Oppożizzjoni u li x-xhieda mgħajjta jkunu relevanti għal dak li ntqal fil-plenarja li ttieħed bħala x-xhieda tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Wara dibattitu dwar jekk l-Oppożizzjoni kinitx tenuta tagħti lista eżawrjenti tax-xhieda tagħha, l-Onor.", "Chris Said talbu ruling dwar jekk il-Kumitat kienx qiegħed jimxi skont il-proċedura.", "L-iSpeaker ippropona illi l-Oppożizzjoni tibgħat lista ta' xhieda bir-relevanza ta' kull xhud lill-Uffiċċju tal-iSpeaker sabiex tiġi komunikata lill-Membri kollha ħalli b'hekk il-parti l-oħra dejjem ikollha l-opportunità tipprepara d-domandi qabel dawn l-istess xhieda jidhru quddiem il-Kumitat.", "L-Onor Chris Said qal l-Oppożizzjoni kienet se tkun qed tipprovdi din l-informazzjoni.", "Huwa żied jgħid li l-ħsieb tal-Oppożizzjoni kien li l-ewwel jixhed id-Direttur Ġenerali tal-OLAF u wara jissejħu numru ta' xhieda li kellhom jiġu inklużi fil-lista li kellha tintbagħat.", "Huwa indika s-segwenti persuni:", "l-ex Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo;", "l-investigaturi li kienu miegħu li jinkludu l-Assistenti Kummissarji Andrew Sejchell u Michael Cassar u l-ispettur Angelo Gafà;", "il-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit; u", "xhieda oħra", "L-Onor.", "Agius informa lill-Kumitat li l-Oppożizzjoni ma kenitx ser tinsisti għar-ruling sakemm il-Kumitat jimxi ma' kif kien qiegħed jipproponi l-iSpeaker.", "L-Onor.", "Louis Grech talab lill-iSpeaker sabiex sal-laqgħa li jmiss jivverifika x'kien ġie vverbalizzat mill-istess Sedja dwar jekk kienx hemm deċiżjoni li l-Prim Ministru kellux il-possibiltà li jsejjaħ xhieda fi stadji oħrajn.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li fil-laqgħa li jmiss kien se jissejjaħ is-Sur Giovanni Kessler biex jagħti x-xhieda tiegħu.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien se jkun qed jgħaddilhom il-lista tax-xhieda li kellha tinbagħat mill-Oppożizzjoni u li jekk ikun hemm xi diffikultà huwa kien se jkun qed jikkomunika magħhom b'mod immedjat.", "F'12.22 p.m. ilKumitat aġġorna għall-4 ta' Lulju 2014 fl-10.00 ta' filgħodu.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140606_004m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 19", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju 2014 fis-6.45 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 9 ta' Ġunju 2014 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "6 ta' Ġunju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140609_019a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 19", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 19", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.47 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 18, li saret fid-9 ta' Mejju 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ngħaddu mill-ewwel għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, bħala xogħol tal-Kamra, kif kulħadd jaf, illum qed nagħmlu l-Estimi tal-Awtorità tad-Djar.", "Skont qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, mhux se jittieħed il-vot illum fl-aħħar tas-seduta.", "Għada, se jkollna seduta filgħodu fejn se niddiskutu l-Estimi Finanzjarji tal-Korporazzjoni Enemalta, waqt li fis-seduta ta' filgħaxija se jkollna l-vot mhux biss fuq il-Korporazzjoni Enemalta, imma anke fuq erba' awtoritajiet u korporazzjonijiet oħra.", "Jiġifieri, għada filgħaxija fid-9.00 p.m., ikollna l-vot fuq il-Korporazzjoni Enemalta, fuq il-Housing, fuq l-ETC, fuq il-MEPA, u anke fuq l-OHSA.", "L-Erbgħa, 11 ta' Ġunju, bħala aġenda nixtiequ li nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali, Emenda nru.", "Jekk naraw li jkun tlesta dan l-abbozz ta' liġi, minħabba li forsi ma jkunx hemm numru ta' kelliema biżżejjed għas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, il-ħsieb min-naħa tal-Gvern hu li nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni, Abbozz nru.", "52, li huwa pilotat mill-Ministru tal-Ġustizzja, l-Onor.", "Owen Bonnici, li huma żewġ liġijiet marbutin.", "MR SPEAKER: Dawk għal din il-ġimgħa?", "Rigward il-ġimgħa d-dieħla, għas-16 u s-17 ta' Ġunju, diġa' tkellimna ż-żewġ Whips u, fis-16 ta' Ġunju, se jkollna l-Estimi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u fis-17 ta' Ġunju jkollna l-Water Services Corporation.", "MR SPEAKER: Seduta waħda għal kull awtorità?", "It-Tnejn, 16 ta' Ġunju, se jkollna l-Estimi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu; it-Tlieta, 17 ta' Ġunju, l-Water Services Corporation u, wara d-dibattitu, jekk jintalab il-vot – kif normalment qed jiġri – ma titteħidx il-votazzjoni dakinhar, imma tiġi maqbula data sussegwenti għalihom.", "MR SPEAKER: U rigward l-Erbgħa?", "CARMELO ABELA: L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, jekk ikun possibbli, ngħaddu għal xi abbozz ta' liġi ieħor, primarjament l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.", "Però, jekk dan ma jkunx possibbli, nistgħu nikkonsidraw li nagħmlu xi diskussjoni, fosthom anke fuq xi mozzjoni tal-Oppożizzjoni, jew inkella diskussjoni bla vot kif konna anke tkellimna fl-aħħar House Business Committee, li ssir diskussjoni dwar kif nistgħu nħarsu bl-aħjar mod possibbli l-wirt storiku ta' pajjiżna, kif kien ġie anke suġġerit min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jekk qed nifhem sew, se ssir diskussjoni fuq il-Mozzjoni nru.", "124 tal-Onor.", "CARMELO ABELA: Peress li dak li hemm fil-Mozzjoni kien diġà ġie antiċipat fid-deċiżjoni tal-Kabinett, ma naħsibx li hemm għalfejn niddiskutu l-Mozzjoni, imma nistgħu nagħmlu diskussjoni.", "Jiġifieri, ma jkunx hemm mozzjoni u ssir diskussjoni fuq dan is-suġġett partikolari li konna anke semmejna fl-aħħar House Business Committee.", "Jekk se jkun hemm insistenza li xorta tiġi diskussa l-Mozzjoni, naturalment wieħed jimxi b'dan il-mod li niddiskutu l-Mozzjoni nru.", "Il-punt hu li, peress li fis-sustanza dak li hemm fil-Mozzjoni ġara de facto minħabba deċiżjoni tal-Kabinett, wieħed jista' ma jibqax iġedded din il-Mozzjoni u taqa', imma xorta nagħmlu dik it-tip ta' diskussjoni.", "Dan dejjem jekk ikun hemm qbil man-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Filwaqt li jidher li nstabet soluzzjoni, però għadna ma nafux jekk hux se tiġi esproprjata l-art jew le.", "Anke biex neħilsu mill-Mozzjoni wkoll, il-parir tiegħi huwa li titqajjem il-Mozzjoni, imbagħad, se mai, jekk ikun hemm bżonn, fil-kors tad-diskussjoni tiġi rtirata, ratifikata jew forsi emendata l-Mozzjoni.", "Is-suġġeriment tagħna hu li l-Mozzjoni tinfetaħ għad-diskussjoni, il-Gvern jispjega dak li għamel, anke wara li tiġi ppreżentata l-Mozzjoni, niftħu d-diskussjoni u jekk hemm bżonn, anke forsi ż-żewġ naħat jaqblu fuq bidla fil-Mozzjoni għax ikun hemm qbil fuq il-konklużjoni dwar x'irridu nagħmlu preċiżament biex nikkonservaw il-wirt storiku tagħna.", "Naħseb dan ikun mod għaqli u ta' eżempju ta' kif iż-żewġ naħat tal-Kamra jistgħu jaslu għal ftehim, preċiżament biex dawn l-affarijiet – mingħajr ma nagħti tort lil ħadd – ma jerġgħux jiġru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Żewġ modi ta' kif il-Mozzjoni ntajruha huma li jew ma tibqax tiġġedded, jew inkella t-tieni option hi li mmorru għad-diskussjoni u naraw x'jiġri fid-dibattitu.", "M'għandix problema fuq dan, jiġifieri, fil-każ għat-18 ta' Ġunju nistgħu nressqu l-Mozzjoni nru.", "124, u naturalment naraw kif tiżviluppa d-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Il-Clerk of the House qed jgħid li, f'każ li jkun hemm xi forma ta' ftehim, qabel trid tiġi ppreparata l-emenda b'mod konġunt.", "Naħseb li dan huwa importanti.", "CARMELO ABELA: Fuq dik nista' ninforma iktar 'il quddiem.", "MARIO DE MARCO: Apparti l-mozzjoni li qed nitkellmu dwarha, hemm xi mozzjonijiet oħrajn li aħna għandna, fosthom dwar emenda kostituzzjonali.", "CARMELO ABELA: Nistgħu nagħmluha għall-ġimgħa ta' wara?", "MARIO DE MARCO: Għall-ġimgħa ta' wara.", "CARMELO ABELA: Fuq il-Mozzjoni nikkummenta wara, jekk ma jimpurtax.", "MR SPEAKER: Mela, l-Mozzjoni tal-Onor.", "Ryan Callus qiegħda għat-18 ta' Ġunju.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Issa, rigward il-ġimgħa ta' wara.", "CARMELO ABELA: Fit-23 ta' Ġunju hemm qbil – għax tkellimna jien u l-Onor.", "Il-ħsieb hu li wara jsiru t-tliet votazzjonijiet l-oħrajn fuq l-MTA, il-Water Services Corporation u l-Heritage.", "Però, fuq jekk issirx il-votazzjoni dakinhar jew le nagħti risposta iktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: L-intenzjoni hi li dakinhar li nagħmlu l-Heritage nieħdu l-vot, għax ma tagħmilx sens li terġa' ...", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Imma nixtieq li ningħata ftit żmien biex nikkonferma.", "DAVID AGIUS: Fil-każ, inbiddlu d-data tal-Heritage.", "Imma l-intenzjoni hi li dakinhar li tagħlaq dik il-liġi, nieħdu l-votazzjoni tat-tlieta l-oħra ta' qabel.", "Dwar it-Tlieta, 24 ta' Ġunju, nixtieq nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Responsabbiltà Fiskali, Abbozz nru.", "L-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, nixtiequ wkoll nagħmlu xi abbozzi ta' liġi oħra, imma forsi, minflok ngħid liema huma – għax għal dan għad fadal ġimgħatejn, tlieta ċans – tajjeb li forsi ninforma ftit li, qabel nieqfu għall-vaganzi tas-sajf, hemm numru ta' liġijiet li nixtiequ ngħaddu li wħud minnhom diġà huma ppubblikati, waqt li oħrajn għadhom mhumiex ippubblikati.", "Waħda minn dawk li huma diġà ippubblikati huwa l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi Dixxiplinati biex ikunu jistgħu jingħaqdu f'union.", "Fil-fatt, dik hija ippubblikata, u l-Abbozz huwa nru.", "55, li ppilotah il-Ministru Manuel Mallia.", "Imbagħad, hemm żewġ abbozzi ta' liġi li jaqgħu taħt il-Ministru Joe Mizzi, li huma fuq il-Blata Kontinentali u fuq l-Ibħra Territorjali, u jidher li hemm emendi żgħar għalihom.", "Dawn l-abbozzi huma intiżi biex niġu in line mad-direttivi u konvenzjonijiet internazzjonali, jiġifieri m'hemmx xi tibdil partikolari fihom.", "Imbagħad, hemm xi emendi oħrajn għall-Kodiċi Ċivili li għadu ma sarx lanqas l-Ewwel Qari tagħhom; però jien qed ngħid li dawn nixtiequ ngħadduhom qabel immorru għall-vaganzi tas-sajf.", "Ovvjament, trid issir il-proċedura parlamentari kollha, inkluż is-sebat ijiem li qbilna li nagħtu għal kull abbozz ta' liġi.", "Hemm ukoll Abbozz ta' Liġi dwar il-qasam tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, li ma jidhirlix li lanqas sar l-Ewwel Qari tiegħu.", "B'mod ġenerali, dawk huma l-abbozzi ta' liġi li nixtiequ ngħaddu qabel il-vaganzi tas-sajf.", "Jekk tippermettili, nixtieq nagħmel rimarka fuq il-mistoqsija tal-Onor.", "De Marco fejn jidħlu l-mozzjonijiet li qed jiġu proposti mill-Oppożizzjoni, biex anke nemendaw il-Kostituzzjoni.", "MR SPEAKER: Hemm diversi issa, hux hekk?", "Però, filwaqt li napprezzaw li jiġu proposti dawn il-mozzjonijiet li jemendaw il-Kostituzzjoni, aħna nafu wkoll li l-ogħla liġi tal-pajjiż hija l-Kostituzzjoni, u allura ma naħsbux li huwa l-ideali li noqogħdu nemendawha bil-biċċiet.", "Hemm ukoll il-Konvenzjoni Kostituzzjonali li tinsab għaddejja bħalissa.", "Issa, jekk hux diskussjonijiet eċċ., wieħed jara fuq dan; imma, naħseb li l-aħjar ħaġa hi li l-Kostituzzjoni, minflok nemendawha bil-biċċiet, ikun hemm emendi, inkluż dawn li ressqu l-Oppożizzjoni.", "Aħna assolutament m'għandniex problema li dawn jiġu kkonsidrati b'mod qawwi; imma, n-naħa tal-Gvern ma taħsibx li huwa ideali li nemendaw il-Kostituzzjoni biċċa biċċa.", "MR SPEAKER: Qed tgħid li għalissa dawn ma jiġux diskussi?", "CARMELO ABELA: Mhuwiex ideali li l-Kostituzzjoni tiġi emendata bil-biċċiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Carmelo Abela, ma nistax naqbel miegħu, għax aħna ma nafux f'liema stadju waslet jew se tibda jew se tispiċċa l-Konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni.", "Ma naħsibx li huwa fair li mozzjoni li hija Private Members' Bill għandha tibqa' kważi mġedda sine die, sakemm xi darba tingħalaq il-Konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni.", "Dawn iż-żewġ emendi huma relattivament żgħar, iżda ta' sinifikat.", "Jiġifieri, m'aħniex qed nipprovaw noħolqu xi emendi drastiċi tal-Kostituzzjoni.", "Li kieku qed nipprovaw nagħmlu xi widespread amendment, nista' nifhem l-argument tal-kollega tiegħi.", "Però, ladarba dawn huma emendi relattivament żgħar, ma naħsibx li għandhom joqogħdu jistennew il-Konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni.", "Irridu nkunu prattiċi.", "Dawn huma emendi li naħseb hemm kunsens dwarhom bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ma naħsibx li hemm xi problemi dwarhom; mela, let's move forward u nagħmluhom, biex imbagħad, meta ssir il-Konvenzjoni – li nimmaġina se jkollha impatt li huwa iktar widespread – dik id-diskussjoni tkun qiegħda hemmhekk.", "Però, ma nistgħux inżommu żewġ Private Members' Bills biex jemendaw il-Kostituzzjoni b'dan il-mod li, wara kollox, m'hemmx kontroversja fuqhom u, jekk jiena fhimt sew, hemm anke qbil min-naħa l-oħra, biex noqogħdu nistennew xi ħaġa oħra li għad m'għandniex data realistika dwarha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jiena ma dħaltx fuq is-sustanza dwar jekk hemmx qbil jew le fuqhom.", "Li qed ngħid hu li l-ħsieb tal-Gvern hu li l-emendi għall-Kostituzzjoni ma joqogħdux isiru bil-biċċiet.", "Jekk l-Oppożizzjoni, fiż-żmien li ġej, se tissuġġerixxi aktar emendi għall-Kostituzzjoni, aħna nkunu nixtiequ li dawn ukoll ikunu inklużi f'dawn id-diskussjonijiet.", "Jiġifieri, m'għandniex problema b'dan assolutament.", "Imma l-Gvern iħoss li ma jkunx ideali li nemendaw piecemeal l-ogħla liġi ta' pajjiżna.", "Dak huwa dak li qed ngħidu.", "Naturalment, dan it-tip ta' diskussjonijiet u l-mozzjonijiet li tressqu jkunu parti integrali mid-diskussjoni li qed issir biex nemendaw anke l-Kostituzzjoni.", "MARIO DE MARCO: L-Oppożizzjoni f'dan l-istadju m'għandhiex intenzjoni li fil-futur immedjat tressaq xi emendi oħrajn għall-Kostituzzjoni, u allura naħseb huwa għaqli li nimxu 'l quddiem fuq dawn li jinsabu fuq il-Motion Book tal-Kamra tad-Deputati.", "MR SPEAKER: Nistgħu naslu għal xi forma ta' ftehim fuqhom dawn?", "CARMELO ABELA: Il-pożizzjoni tal-Gvern illum hija din, jiġifieri aktar minn hekk ma nistax ngħid.", "Jiġifieri, din hija pożizzjoni tal-Gvern li ġiet diskussa.", "MR SPEAKER: Imma tista' teħodha lura għand il-Gvern.", "CARMELO ABELA: Jien qed ngħid li l-pożizzjoni sal-lum hija din.", "Ma jiena qed neskludi xejn aktar: imma, sal-lum, il-pożizzjoni tal-Gvern hija din.", "MR SPEAKER: In-natura tal-emendi li hemm huma dawk li huma.", "CARMELO ABELA: Jekk jieħu suġġett minnhom, l-Gvern stess ukoll għandu suġġeriment għal emendi oħrajn għall-istess Kostituzzjoni.", "MARIO DE MARCO: Li mhumiex qegħdin fuq l-aġenda.", "CARMELO ABELA: Le, mhumiex qegħdin fuq l-aġenda għax hemm il-Konvenzjoni Kostituzzjonali li l-Gvern qed jaħdem fuqha biex isiru l-emendi kostituzzjonali.", "Jiġifieri, il-pożizzjoni tal-Gvern illum hija din.", "Mhux qed neskludi li għada tista' tinbidel; imma, sal-lum, hija din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ejja nkunu prattiċi.", "Data għall-bidu tal-Konvenzjoni għad m'għandniex, u targets sa meta se tingħalaq il-Konvenzjoni għad m'għandniex.", "Huwa tajjeb li jkollna Konvenzjoni fejn niddiskutu u nagħmlu emenda iktar ħolistika għall-Konvenzjoni; imma, b'din il-mozzjoni mhuwiex se jkollna impatt fuq dan.", "Dawn l-emendi mhumiex kontroversjali, huma relattivament żgħar.", "Però, huma kbar fl-impatt li jista' ikollhom.", "Naħseb li din għandna niddiskutuha anke b'rispett lejn id-deputati.", "Issa, jekk humiex in-naħa tal-Gvern, humiex in-naħa tal-Oppożizzjoni, ġejjin minn fejn ġejjin, il-fatt hu li deputat ħa din l-inizjattiva, u naħseb irridu nirrispettawhom dawn l-inizjattivi u mhux inqegħduhom on the back burner għaliex xi darba, f'data li għadna ma nafuhiex, se jkollna konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni.", "Nagħlaq billi nagħmel appell lin-naħa tal-Gvern biex tieħu in konsiderazzjoni dan li qed ngħidu, u biex, sal-House Business Committee meeting li jmiss, ikollna data għad-diskussjoni ta' dawn il-proposti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, meta kellna proposti minn membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra, dawn dejjem ingħataw l-ispazju kollu, u hekk għandu jkun.", "Kellna Bills li għaddew li kienu proposti mill-Oppożizzjoni, u proposti anke minn backbencher tal-Gvern.", "Jiġifieri, il-Gvern wera bil-fatti li jemmen li l-inizjattivi tal-membri parlamentari m'għandniex għalfejn naqtgħuhom barra.", "Il-ħsieb mhuwiex dak: il-ħsieb huwa li l-Kostituzzjoni ma tiġix emendata piecemeal.", "Naħseb li hawnhekk iż-żewġ naħat nistgħu naqblu fuq dan.", "Naf li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hija differenti minħabba li hawn dawn iż-żewġ proposti; però, il-Gvern … (Interruzzjonijiet) Iva, diġà għamilna.", "Issa li għandna waħda … tnejn, u għalhekk staqsejt jekk hemmx ħsieb li jitressqu oħrajn fil-futur.", "Ħadd mhu qed jgħid li l-Oppożizzjoni mhux qed tagħmel dmirha, jew mhux qed tagħmel sew li tressaq dawn il-mozzjonijiet.", "Ħadd mhu qed jgħid li dawn m'għandhomx jiġu kkonsidrati.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern illum hija li, fejn jidħlu emendi kostituzzjonali, għandna neħduhom b'mod sħiħ.", "Però, jidher li hemm diverġenzi fuq dan.", "Jien qed ngħid li l-pożizzjoni tal-Gvern illum hija din, u ma nistax niddipartixxi minn din il-pożizzjoni tal-Gvern.", "MR SPEAKER: Però issa sar l-appell min-naħa tal-Onor. de Marco.", "CARMELO ABELA: Aħna nisimgħu l-appelli kollha, imma ma jistax jippretendi li llum jiena ngħid li se nbiddlu din il-pożizzjoni.", "Nieħu nota ta' dak li jintqal mill-Oppożizzjoni u, naturalment, inwassal lura lill-kollegi tiegħi.", "Imma, iktar minn hekk, ma nistax immur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Nixtieq infakkar ukoll lill-kollegi tiegħi li fil-Parlament hemm ukoll ġurnata li hija ddedikata għal xogħol mill-Oppożizzjoni, u allura ma jistax il-Gvern jiġi jgħidilna li għaliex hija emenda kostituzzjonali, dik ma nagħmluhiex u, jekk ma tkunx emenda kostituzzjonali, nagħmluha.", "Kellna emendi kostituzzjonali u dan l-argument ma tressaqx, u jiena naħseb li għandna nħallu kull deputat fil-libertà tiegħu li jressaq dak li jixtieq iressaq f'dan il-Parlament.", "Parti minn xogħol id-deputat hu li jressaq l-emendi li jħoss li hemm bżonn iressaq, kemm għall-Kostituzzjoni, kif ukoll għal-liġijiet tal-pajjiż.", "Jekk il-Gvern, imbagħad, bil-maġġoranza tiegħu jrid jivvota kontra jew ma japprovax dik il-liġi partikolari u dik l-emenda partikolari, sta għalih; imma ma jistax iwaqqaf ix-xogħol tal-Oppożizzjoni billi jgħid li ma nagħmluhiex, ma nagħmluhiex dakinhar, u noqogħdu nġebbdu.", "Aħna għandna ġranet li huma speċifiċi wkoll għal xogħol tal-Oppożizzjoni.", "L-Oppożizzjoni, apparti li hemm liġijiet li tlabna li jinbidlu, hemm liġi oħra li aħna tlabna li tinbidel b'Mozzjoni nru.", "136, li wkoll nistgħu niddiskutu u li ma smajt xejn dwarha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-kwestjoni naħseb ma tistax tittieħed barra mill-kuntest ta' dak li aħna qegħdin nipprovaw nagħmlu bħala Kostituzzjoni intiera.", "Li kieku dak l-argument mhux qiegħed hemmhekk, nara r-raġunar min-naħa l-oħra b'mod differenti; imma, inti għandek il-fatt li għandek Kostituzzjoni li se tiġi emendata f'ambitu aktar wiesgħa.", "Qed isir l-argument min-naħa l-oħra li l-emendi proposti fil-mozzjoni huma żgħar, u allura nistgħu nagħmluhom.", "Aktar ma jkunu żgħar, iktar m'għandekx tagħmilhom, għax inti trid tarahom ukoll f'ambitu aktar wiesa', u huwa f'dak id-dawl l-argument tal-Gvern.", "Aħna rridu li nagħmlu kollox f'daqqa, inkluż dawn.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li dawn niskartawhom, imma li għandna nipposponuhom għal meta jkollna diskussjoni aktar wiesgħa biex il-Kostituzzjoni tagħna mhux tiġi mraqqa', qisna qed inraqqgħu l-pannu 'l hemm u 'l hawn, imma nagħmlu xi ħaġa intiera.", "Naħseb l-argument huwa wieħed solidu.", "DAVID AGIUS: Ma nistgħux!", "Assolutament ma naqblux ma' dan.", "Allura, jekk il-Kostituzzjoni ddum tliet snin biex tiġi emendata, dawn idumu tliet snin biex jidħlu meta huma ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi, u meta hemm qbil dwarhom?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ejja naqblu li llum m'aħniex naqblu fuq din il-biċċa xogħol.", "Jiġifieri, l-pożizzjoni tal-Gvern hi li, fejn jidħlu emendi kostituzzjonali, dawn għandhom isiru b'mod sħiħ.", "Ħadt nota ta' dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni vis-à-vis dawn l-emendi li qed jissuġġerixxu għall-Kostituzzjoni.", "MR SPEAKER: Speċjalment għall-fatt li għandek il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni li ma jidhirx li hemm emendi oħrajn.", "CARMELO ABELA: Le le, imma anke jekk ikun hemm, aħna mhux se niddejqu.", "Ix-xogħol qed isir fuq il-Konvenzjoni fejn il-Gvern diġa' qed jissuġġerixxi l-emendi tiegħu.", "MARIO DE MARCO: M'għandix dubju li x-xogħol qed isir.", "Però, lanqas tgħid għandna data li fl-1 ta' Ottubru se jkun hemm il-Konvenzjoni!", "CARMELO ABELA: Jien qed ngħid li għal-lum aktar minn hekk ma nistgħux naslu.", "Ejja ngħidu li m'aħniex naqblu, u hemm pożizzjonijiet differenti fuq dan.", "Jiena se nieħu nota ta' dak li qed tgħid in-naħa tal-Oppożizzjoni, se nirreferi lura lill-Grupp Parlamentari tiegħi, u fil-laqgħa li jmiss nagħti r-reazzjoni tiegħi.", "DAVID AGIUS: X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-mozzjoni l-oħra, il-Private Members' Bill tal-Oppożizzjoni?", "MR SPEAKER: Liema waħda, Onor. Agius?", "DAVID AGIUS: Għandna mozzjoni nru.", "136 tal-Onor.", "Claudio Grech, dwar pazjenti li jingħataw għażla li jieħdu l-kura skont ir-regolamenti dwar il-Kura tas-Saħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien li nista' ngħid fuq dan hu li l-ewwel nett is-sustanza ta' din il-mozzjoni tinsab ukoll fil-programm elettorali tal-Gvern, u dan jieħu ż-żmien tiegħu biex jitwettaq.", "Li nista' ngħid hu li qed nistenna feedback min-naħa tal-ministeru konċernat fuq dan, u naturalment nittama li fil-laqgħa li jmiss ikolli l-pożizzjoni min-naħa tal-ministeru konċernat.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, u dwar il-Bill li għandek inti wkoll, hemm xi ħsieb fuqu?", "MR SPEAKER: Għadu ma ġiex ippubblikat.", "Naħseb li l-Onor.", "Agius qed jirreferi għall-Parliamentary Service Act.", "CARMELO ABELA: Safejn naf jien, dan qed issir translation tiegħu.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern hija li, kif issir it-traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti, m'għandniex problema li mmorru għall-pubblikazzjoni l-ewwel u qabel kollox, imbagħad naslu naturalment għad-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Hemm xi rimarki oħrajn fuq ix-xogħol tal-Kamra?", "Naħseb li għandna cover tajjeb.", "Issa nistgħu ngħaddu għal affarijiet oħrajn.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: L-ewwel ħaġa, mill-ewwel se mmur fuq il-bini l-ġdid tal-Parlament u fuq id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tintuża l-Armata għas-sigurtà.", "S'issa, dejjem kellna membri tal-Armata biex titħaddem is-sistema tas-sigurtà fil-Parlament.", "Intom taqblu li għandna napprovaw li tibqa' tintuża l-Armata biex titħaddem is-sistema tas-sigurtà, kemm fuq is-security camera control, kif ukoll fuq ħruġ u l-aċċess tal-control cards, u anke l-għassa mal-binja fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum?", "Jien irrid l-approvazzjoni ta' dan il-Kumitat biex inkun nista' nimxi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Min-naħa tal-Oppożizzjoni, hemm il-qbil.", "MR SPEAKER: Ovvjament, nirringrazzjakom, għax l-option l-oħra kienet li mmorru għal kumpanija privata, li ma naħsibx li huwa ideali, imma jien irrid inkun ċar ħafna.", "Imbagħad għandna wkoll il-kwestjoni tal-arkivjar fil-bini l-ġdid.", "Il-binja hija moderna.", "Dalgħodu kien hawn l-Onor.", "Carmelo Abela, u ddiskutejna li nagħmlu delegazzjoni parlamentari flimkien biex immorru on site ħalli naraw l-affarijiet fiżikament, dak li aħna għandna nutilizzaw bħala Parlament.", "Hemm xi xogħol li jista' jkun ma jkunx lest sa Settembru, imma huwa xogħol sekondarju, u mhux daqshekk importanti biex inkunu nistgħu naħdmu.", "Dwar l-arkivjar għandna bżonn dak li jgħidulu moveable shelving.", "Tridu tapprezzaw li f'dan il-Palazz tal-Gran Mastru għandek ħafna affarijiet fejn taqbad u tpoġġi, imma f'binja ġdida x-shelving huwa problema kbira, u allura għandna bżonn ta' moveable shelving biex jintuża għall-arkivju.", "Jien qed nipproponi li naraw li jkun hemm fondi għal dan il-moveable shelving, u peress li diġà hemm kuntratt eżistenti bejn il-Bank of Valletta u n-Network Publications – għax il-Bank of Valletta daħlet biex tisponsorja għal diversi snin l-exhibition li tkellimna diġà fuqha – aħna niktbu lill-Bank of Valletta biex jisponsorjana f'dawn il-moveable shelving.", "Qed nitkellmu fuq €50,000.", "DEBORAH SCHEMBRI: Forsi m'inix nifhem jien, imma l-arkivjar u l-exhibition x'għandhom x'jaqsmu ma' xulxin?", "MR SPEAKER: Xejn m'għandu x'jaqsam.", "Jiena semmejt il-Bank of Valletta peress li dan il-bank daħal biex jisponsorja l-exhibition.", "M'għandha x'taqsam xejn, Onor. Schembri.", "Forsi spjegajt ruħi ħażin; imma, apparti minn dan, jien qed nitkellem fuq arkivjar li jiġi student jew jiġi any person li jkun irid jara l-atti jew id-dibattiti.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri inti, Mr Speaker, qed tinforma, jew trid lill-Kumitat jagħti l-go ahead biex tikteb lill-Bank of Valletta biex ikunu jistgħu jisponsorjaw dan l-arkivjar?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Jekk hemm xi ħsieb ieħor għiduli, imma jien ġietni dik f'moħħi, u xtaqt niddiskutiha magħkom.", "Naħseb li għandna naslu.", "Qed nitkellmu fuq madwar ...", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, imma jien m'għandix €50,000!", "Jiena sempliċement staqsejt jekk hemmx xi ideat oħrajn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Allura dawn ma kenux ġew taken into consideration fi stadji oħra?", "MR SPEAKER: Le, le, naċċertak li ħafna affarijiet ma ġewx taken in consideration.", "When you go into detail, imbagħad tibda tara affarijiet li ma ġiex maħsub għalihom.", "Anyway, ejja nimxu, jiġifieri din għandna bżonnha.", "Hemm affarijiet oħrajn, bħall-parkeġġ tal-membri tal-Parlament, u ssemma anke l-bar tal-Parlament.", "Jiena naħseb li għandna norganizzaw laqgħa mal-GHRC kemm jista' ikun malajr – nipprova nagħmilha by the end of June, beginning of July – u fiha jkun hemm delegazzjoni qawwija miż-żewġ naħat tal-Kamra – Gvern u Oppożizzjoni – biex nimxu.", "Issa niġi għar-Rapport dwar l-Awtonomija Amministrattiva li ppreżentat is-Sedja fis-Seduta tal-21 ta' Mejju, li tagħha għandkom kopja.", "Jiena nixtieq li taraw daqsxejn ir-rapport għaliex irrid niddiskutih magħkom.", "Illum għandkom kopja tar-rapport, u nixtieq li by the next sitting ikollna r-reaction tagħkom għalih.", "Huwa rapport studjat sew ħafna.", "Nista' naċċertakom li għamilna xogħol mill-Kummissjoni li ħdimna fuqha.", "Naħseb għandna nimxu 'l quddiem – ovvjament b'diskussjoni – u fejn hemm x'wieħed jara u ma jarax intom tridu tgħidulna.", "Miegħu hemm ukoll l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Parliamentary Service Act.", "Ovvjament, ir-rapport huwa importanti, anke kif se titqassam is-sistema, kif titħaddem l-awtonomija, u l-mudelli ta' awtonomija – għax hemm diversi mudelli wkoll.", "Imbagħad, hemm l-abbozz li wieħed irid jarah.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq naqra iktar żmien mil-laqgħa li jmiss.", "MR SPEAKER: Kont qed nittama li fil-laqgħa li jmiss ikun hemm reazzjoni tajba; imma, jekk qed tgħidu li hemm bżonn iktar żmien ...", "CARMELO ABELA: Li nista' ngħid huwa li r-rapport huwa rapport tajjeb.", "Hemm bażi soda fejn wieħed jiddiskuti.", "Assolutament mhuwiex xi ħaġa li wieħed għandu jiskartaha.", "Dik hija xi ħaġa ċerta, imma ma nistax ngħid iktar minn hekk.", "Hemm bżonn li jkun hemm iktar diskussjoni interna fi ħdan il-Grupp Parlamentari.", "MR SPEAKER: Hawn irridu niddeċiedu nimxux jew le … (Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Biex nagħti reazzjoni iktar iddettaljata għandi bżonn iktar żmien għad-diskussjoni.", "Nissolleċita li ma ndumux ħafna fuqu dan ir-rapport.", "Nista' ngħidilkom li kien hemm reazzjoni diġà, anke min-naħa tal-Gvern, wara d-diskors tas-Sette Giugno.", "Naħseb li issa għandna nikkomplementaw din billi nimxu 'l quddiem.", "Niġu wkoll għall-esibizzjoni dwar il-Parlament Malti li, kif għidt lill-Onor.", "Deborah Schembri, m'għandha x'taqsam xejn mal-ixkaffar li semmejt aktar kmieni.", "Nixtieq infakkar fit-talba li kienet saret minn Network Publications.", "Fl-ittra datata 17 ta' Frar, li konna diġà tkellimna fuqha, intalab il-parir tal-Kumitat dwar min għandha tkun il-persuna, espert jew esperti li jiġu kkonsultati dwar il-materjal tal-esibizzjoni dwar il-Parlament.", "Fil-laqgħa tal-Kumitat, kien hemm ir-reazzjoni tal-Onor.", "Carmelo Abela min-naħa tal-Gvern, fejn qal li għandhom jiġu kkonsultati tnejn min-nies, u ssemmew il-Professur Godfrey Pirotta u l-Professur Ray Mangion.", "Min-naħa tal-Onor.", "Ħadd ma jista' jibqa' jistenna.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien semmejtu għax il-Professur Henry Frendo, kif hawn din l-ittra tgħid, u nikkwota minnha:", "Imbagħad tkompli hekk:", "Ovvjament, aħna fix-xogħol kollu li sar bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, qatt ma kien hemm problemi, u allura ma nħossux għalfejn għandna ngħidu lil xi ħadd ieħor.", "Diġà għamel biċċa xogħol tajba, mingħajr problemi bejn iż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Minn naħa tiegħi nista' nitkellem fuq il-Profs Ray Mangion, li barra li huwa storiku u ovvjament għandu degrees fl-istorja, eċċ, huwa wkoll professur fil-liġi.", "Għandek iż-żewġ affarijiet li qegħdin jiġu kombaċati fis-soluzzjoni li hija taż-żewġ naturi, kemm l-istorja u kemm il-liġi.", "Jiena m'għandi xejn kontra l-Profs Henry Frendo, imma naħseb li meta tiġi għal żewġ professjonijiet f'waħda, u għandek lil xi ħadd li huwa kwalifikatissimu fiż-żewġ professjonijiet, allura nħoss li l-Profs Ray Mangion ikun iktar adattat u jista' jagħmel biċċa xogħol ċertament tajba.", "Dan kien imqabbad biex jagħmel anke xogħlijiet oħra.", "Fil-fatt, ftit ilu kelli ċ-ċans nara l-kotba li kiteb għall-Ordnijiet Permanenti tal-Parlament, li huma żewġ volumi voluminużi sewwa.", "Naf kemm lill-Profs Frendo – li qed jiġi ssuġġerit mhux min-naħa tal-Oppożizzjoni, però min-naħa ta' Network Publications Ltd – u inzertajt li naf lil Dr Ray Mangion, mhux biss għax huwa Ħamruniż bħali, però għax huwa parti mill-Fakultà tal-Liġi.", "Huwa lecturer full-time l-Università fil-Fakultà tal-Liġi.", "Din mhijiex kwestjoni dwar jekk xi ħadd huwiex aħjar mill-ieħor.", "Fil-fehma tiegħi, ladarba l-Profs Henry Frendo diġà kien qed jiġi utilizzat – u napprezza r-raġuni għaliex m'għandux jiġi utilizzat – forsi idealment nistgħu nżewġu l-kompetenzi tagħhom rispettivi?", "M'għandix dubju li l-Profs Frendo għandu kompetenza eċċellenti, li nafuha diġà għax diġà għamel xogħol għall-Parlament, kif taf is-Sedja stess.", "Ray Mangion m'għandix dubju li għandu l-kompetenzi tiegħu.", "Huwa persuna li jaf sew l-istorja u jaf il-liġi sew.", "Frankament, naħseb li forsi jistgħu jikkomplementaw lil xulxin.", "Minflok ma noqgħodu nippruvaw naraw min huwa aħjar mill-ieħor, jew min huwa agħar mill-ieħor, ejja naraw daqsxejn jistgħux jaħdmu flimkien.", "B'hekk forsi jkollna xi ħaġa li tirrispetta lit-tnejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Mr Speaker.", "Ir-raġunijiet huma dawn, Mr Speaker.", "L-ewwel nett, irrid nagħmilha ċara li għandi rispett lejn il-Profs Frendo, u mhijiex kwestjoni ta' min huwa l-aqwa.", "Bla dubju ta' xejn huwa persuna validissima, u bl-ebda mod dak li qed ngħidu ma jirrifletti fuq il-persuna tal-Professur Frendo.", "Però, skont Network Publications Ltd, dan intuża minnhom stess għal materjal edukattiv, eċċ. (Interruzzjonijiet) M'għandix problema.", "Network Publications Ltd hija kumpanija privata, u tista' … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Hawnhekk nikkorreġih!", "Kien fil-House Business Committee tas-snin li għaddew li kien tela' l-isem tal-Profs Henry Frendo, li kien ġie approvat miż-żewġ naħat.", "Mexxejna fuq ix-xogħol tiegħu bil-patt u l-kundizzjoni li kull ħaġa li ssir, tinkiteb minn min tinkiteb, tiġi quddiemna, narawha ż-żewġ naħat tal-Kamra, imbagħad immexxu.", "L-għażla tal-Profs Henry Frendo kienet bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra!", "MR SPEAKER: Dik kollox sew x'ġara dakinhar.", "CARMELO ABELA: M'għandix problema.", "MR SPEAKER: Imma issa rridu niddeċiedu f'din il-leġiżlatura.", "CARMELO ABELA: Skont kif nifhem it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu, huma għażlu lilu.", "M'għandix problema b'dan.", "Naturalment, naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "David Agius li kull ħaġa li ssir, jagħmilha min jagħmilha, trid titla' hawnhekk, u insistenja fuq dan anke aħna.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, irrispettivament jekk issirx mill-Profs.", "Frendo jew inkella minn xi ħadd ieħor.", "CARMELO ABELA: Irrispettivament minn min għamilha.", "Jagħmilha min jagħmilha.", "CARMELO ABELA: Issa, għalfejn iż-żewġ ismijiet li tajt fl-email tiegħi, li huma ta' Godfrey Pirotta u Ray Mangion?", "Ir-raġuni hija li l-ewwel nett il-ktieb li għandna fuq l-istorja tal-Parlament, li sar fi żmien l-iSpeaker Anton Tabone, kien inkiteb proprju minn Godfrey Pirotta.", "Imbagħad, Speakers suċċessivi, inkuż inti, imma jidhirli anke l-iSpeaker Louis Galea, kienu għamlu użu mis-servizzi ta' Dr Ray Mangion.", "Dik hija l-ġustifikazzjoni għalfejn dawn iż-żewġ ismijiet.", "Aħna nafu wkoll li l-eks- Speaker Michael Frendo għadu fil-Fundazzjoni, u allura naħseb … (Interruzzjonijiet) Hemm il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta, hux hekk?", "Skont ir-regoli li rajna, naħseb li m'għandux ikun hemm.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ejja naqtgħuha!", "DAVID AGIUS: M'għandux x'jaqsam!", "Il-Fondazzjoni m'għandhiex x'taqsam.", "CARMELO ABELA: Jekk il-Fondazzjoni m'għandhiex x'taqsam, però jien inħoss li għandna nevitaw li … (Interruzzjonijiet) Għandha x'taqsam, qed nitkellmu fuq il-Parlament Malti!", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni tal-Gvern hija li l-Profs Frendo m'għandux ikun hemm, jew li għandu jkun hemm?", "CARMELO ABELA: Il-Gvern ta żewġ ismijiet: Godfrey Pirotta u Ray Mangion.", "MR SPEAKER: L-Oppożizzjoni għadha tinsisti, minn naħa tagħha, li jkun hemm il-Profs Frendo?", "Ħa naqtgħuha din!", "MARIO DE MARCO: Għax mhux qed nara raġuni għalfejn m'għandux ikun hemm hemmhekk!", "Onestament, jien ma narax għaliex għandna nidħlu fiha aħna.", "MR SPEAKER: Hekk hu!", "MARIO DE MARCO: Frankament, jidhirli li Network Publications Ltd huma kompetenti biżżejjed biex jagħżlu huma.", "Lilna għandu jinteressana l-istandard tar-riċerki, u mhux jekk għandux jagħmilhom Ray Mangion, Henry Frendo, Godfrey Pirotta jew xi ħadd ieħor.", "CARMELO ABELA: Network Publications Ltd ma jiddettawx huma.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bir-rispett kollu, naħseb li meta qegħdin nitkellmu fuq dawn it-tlieta min-nies, qegħdin nitkellmu fuq il-kompetenza tagħhom biex jagħmlu biċċa xogħol, u dwar min naħsbu li huwa l-aħjar fis-suġġett.", "Fil-fatt, meta qiegħda nitkellem fuq xi ħadd bħal Ray Mangion … (Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri għalik il-Profs Frendo huwa inkompetenti?", "U ejja!", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux qed ngħid li huwa inkompetenti!", "CARMELO ABELA: Ħadd ma qal hekk!", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien fl-ebda ħin ma għidt li huwa inkompetenti!", "Jien qed ngħid li fil-fehma tiegħi għandek lil Ray Mangion li huwa kompetenti fiż-żewġ oqsma li f'dan il-kompitu jitwaħħdu f'wieħed.", "Is-Sedja tissuġġerixxi – ovvjament, tistgħu taqblu jew ma taqblux – li lil Network Publications Ltd niktbulha fejn ngħidu li din ġiet diskussa llum, u kważi ġiet eżawrita fis-sens li n-naħa tal-Gvern qed jinsistu li l-esperti għandhom ikunu Godfrey Pirotta u Ray Mangion, filwaqt li min-naħa tal-Oppożizzjoni qed jinsistu li m'għandux jiġi eskluż il-Professur Henry Frendo mit-team.", "(Interruzzjonijiet) Jew Henry Frendo u Mangion, jew it-tlieta li huma!", "Imbagħad naraw ir-reazzjoni ta' Network Publications Ltd fuq din.", "Imbagħad, jekk hemm bżonn, nieħdu deċiżjoni.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Aħna bħala Parlament nafu lill-Bank of Valletta bħala sponsor.", "Bir-rispett kollu, jekk fil-każ se nikkorrispondu, allura nibdew nikkorrispondu biss mal-Bank of Valletta.", "Aħna ma dħalniex fil-kwestjoni ta' lil min iqabbad il-Bank of Valletta.", "Qed jagħmlu pressure Network Publications Ltd għar-raġunijiet tagħhom.", "Meta għidnilhom: Xi jżommkom milli tagħmlu din il-wirja anke f'dan il-Parlament, qalulna: M'hemm xejn xi jżommna.", "Però, sadanittant, għadna ma wasalna mkien.", "Se mai, fil-każ niktbu lill-Bank of Valletta, għax aħna lil Network Publications Ltd ma nafuhomx!", "Mhumiex imqabbda mill-Parlament.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern hija ċara.", "MR SPEAKER: Fuq dak il-punt naqblu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Ejja nkunu ġusti.", "Iż-żewġ naħat – u nirrepeti li ż-żewġ naħat – inkluż is-Sedja, qatt ma kellna diffikultajiet bix-xogħolijiet li wettqu f'dan il-Parlament Network Publications Ltd., irrispettivament minn min qabbadhom u ma qabbadhomx.", "Ix-xogħol li ħareġ kien jingħata lilna, narawh, fejn kien hemm bżonn nirranġaw, irranġajna, fejn hemm bżonn inbiddlu, biddilna, u, jekk kellna xi kliem li xtaqna nibdlu, biddluh.", "Dan dejjem bi qbil bejn iż-żewġ naħat, u mxejna.", "Jien naħseb li m'għandniex għalfejn inkabbru din l-istorja kollha.", "Jekk min-naħa tal-Gvern ġew proposti l-ismijiet ta' Godfrey Pirotta u Ray Mangion, bir-rispett kollu, jersqu quddiemhom, jutilizzaw is-servizzi tagħhom, u jekk iridu jibqgħu jużaw is-servizzi tal-Profs Henry Frendo, jużawhom ukoll, mhux problema.", "MR SPEAKER: Taqblu li għandi nikteb lil Network Publications Ltd?", "Biex nirrispondi l-ittra … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Finalment, jikteb min jikteb, irid jerġa' jiġi għandna.", "MR SPEAKER: Jien nixtieq li intom tiddeċiedu.", "Se nikteb lil Network Publications Ltd b'risposta għal din l-ittra tal-14 ta' Frar 2014, fejn ngħidilhom li l-pożizzjoni hija din li għadna kemm iddiskutejna.", "Imbagħad, jiddeċiedu huma.", "Jekk jieħdu pożizzjoni li għandhom imorru għal Henry Frendo, nerġa' niġi hawnhekk, filwaqt li kemm-il darba tkun għall-oħrajn, nerġa' niġi hawnhekk ukoll.", "Imbagħad, niddeċiedu.", "Xtaqt nsemmi nsemmi suġġett jaħraq ftit għall-eks-Membri Parlamentari – imma nixtieq niddiskutiha – fuq l-użu tal-titolu 'Onorevoli' mill-eks-Membri Parlamentari.", "Kienet saret talba għall-opinjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol mill-Uffiċċju tal-Kabinett dwar din il-materja.", "Dan wara li saret talba f'dan is-sens mill-Assoċjazzjoni tal-eks-Membri Parlamentari lill-Prim Ministru.", "Għandna d-dokument hawnhekk.", "L-ittra, li kienet intbagħtet fl-4 ta' Novembru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-Iskrivan tal-Kamra, kienet tgħid hekk:", "\"Fuq struzzjonijiet mingħand is-Segretarju tal-Kabinett, qed irressaq għall-attenzjoni tiegħek it-talba dwar l-onorifiċenza lill-Membri Parlamentari li saret f'ittra ta' nhar l-24 ta' Lulju 2013 lill-Onor.", "Prim Ministru mill-Assoċjazzjoni tal-eks- Membri Parlamentari Maltin.", "F'din l-ittra, l-Assoċjazzjoni qed tisħaq li għal kull Membru Parlamentari li jtemm il-karriera tiegħu mill-Parlament għandu jibqa' rikonoxxut għall-ħidma tiegħu lejn il-pajjiż, u għaldaqstant jibqa' jżomm it-titlu tal-onorifiċenza.", "Hija x-xewqa tal-Gvern li din it-talba titressaq għall-konsiderazzjoni u veduti tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar ix-Xogħol tal-Kamra (House Business).", "F'dan ir-rigward, jien ġejt awtorizzata li ngħaddilek kopja ta' Memorandum ...\"", "Tawna l-Memo tal-Kabinett.", "Imbagħad, hemm id-dokumentazzjoni kollha.", "Xi ħadd staqsa x'inhija l-pożizzjoni.", "Għandek lista pajjiż pajjiż.", "Hemm fejn huma hekk rikonoxxuti, u hemm fejn mhumiex.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, qed nifhem sew li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Kabinett, jew għadha ma ttieħdetx?", "Il-Kabinett għadda l-materjal lilna biex nikkonsidrawh aħna.", "Qed ngħid sew?", "Id-deċiżjoni hija f'idejna.", "Aħna rridu niddeċiedu.", "Ovvjament, mhux qed ngħidilkom biex tiddeċiedu issa.", "Aħna rridu nagħtu opinjoni biex naslu jekk għandniex nimxu għal din il-linja li l-onorifiċenza tibqa' hemmhekk.", "Dik hija l-istorja.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Id-dokumentazzjoni li bagħatulna dwar il-pożizzjoni ta' pajjiżi barranin hija meħuda mill-Wikipedia, li ma tantx hija eżattament l-iktar source li wieħed normalment ...", "MR SPEAKER: Ovvjament, jekk hemm materjal ieħor narawh.", "DEBORAH SCHEMBRI: Pereżempju, l-Italja kienu tħaddtu fuqha ftit tas-snin ilu, però wieħed irid joqgħod attent dwar minn fejn ġejja l-onorifiċenza.", "Pereżempju, hawn Malta ġejja minn proklama, imma l-Italja ma kenitx ġejja minn proklama.", "Naħseb li tagħmel ukoll distinzjoni minn fejn tinbeda li inti jkollok it-titolu ta' 'Onorevoli'.", "Hemm il-Kanada u l-Awstralja li l-membri tal-parlament jibqgħu jissejħu 'Onorevoli' anke meta jispiċċaw.", "Litteralment hija skont x'jiddeċiedi il-pajjiż lil min jagħti unur u ta' xiex.", "Hemm min jgħid ala Amerikana, li jgħidlek li t-titolu qisu qed jagħtik xi ħaġa iktar minn ċittadin normali, and they look down upon it.", "Ma naħsibx li hija l-prassi f'pajjiżi tal-Commonwealth.", "Jiena naħseb li ma jagħmel ħsara lil ħadd li min ikun serva fil-Parlament, li hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jibqa' jġorr it-titolu.", "Fl-istess ħin, tagħti ċerta importanza lil kull min serva lill-pajjiż.", "Il-'President Emeritu' huwa l-unika persuna li tista' ġġorr it-titolu b'liġi, u mhux sempliċement bi prassi.", "Il-Prim Imħallef bi prassi.", "Hemm differenza wkoll bejniethom.", "Litteralment, din hija issue ta' aħna x'naħsbu li għandha tkun.", "Fil-fehma umli tiegħi, ma nara xejn ħażin, u naħseb li hija xi ħaġa sabiħa li min ikun serva lill-pajjiż jibqa' jiġi onorifikat bit-titolu.", "MR SPEAKER: Naħseb li fuq din il-ħaġa għandna nagħmlu forma ta' rapport, studju bejnietna u naraw daqsxejn kif se naħdmu, biex imbagħad naslu għal konklużjoni.", "Din tal-Prim Imħallef u tal-President kollha bdew meta qatt ma kien hemm xejn.", "Minn naħa tiegħi, jista' ma jsir xejn minn dan.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Aħna l-forum żbaljat biex niddeċiedu din il-ħaġa.", "Hemm min jgħidlek li għandna interess vestit.", "Kważi kważi nħossni skomdu li nkunu aħna li niddiskutu din.", "Naħseb li din kważi kważi għandha tkun deċiżjoni tal-Eżekuttiv iktar milli deċiżjoni tagħna bħala parlamentari.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, l-Eżekuttiv mhux qed jgħid biex aħna nieħdu deċiżjoni għalihom, imma li nagħtu opinjoni, imbagħad jiddeċiedi hu.", "Huwa l-Eżekuttiv li se jiddeċiedi.", "Aħna għandna l-kompitu li naslu f'xi forma ta' opinjoni li l-Eżekuttiv jgħid: Isma', il-House Business Committee qed jgħid li 'Iva, għandhom jibqgħu rikonoxxuti u msejħa Onorevoli minkejja li ma baqgħux fil-Parlament'.", "Sempliċi.", "Imbagħad jara hu.", "L-Eżekuttiv finalment jista' jgħid: Isma', grazzi tal-opinjoni tagħkom, imma ma naqbilx, jew naqbel.", "Inħalluha għalissa, forsi wieħed jilħaq jara.", "Kif qalet l-Onor.", "Deborah Schembri hemm pajjiżi oħra li jirrikonoxxuha, u l-lista mhijiex eżawrita.", "Naċċertak, Onor. Deborah Schembri, li l-pożizzjoni tal-pajjiżi Ewropej diġà għamilniha.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jekk in-naħa tal-Oppożizzjoni forsi tixtieq iktar żmien jew le ...", "MR SPEAKER: Jekk nistgħu, neħilsuha issa.", "MARIO DE MARCO: Fir-rigward ta' dak li kitbet is-Sa Marie-Lourdes Grech dwar x'inhija l-prassi fil-kontinent, x'inhija forsi l-prassi fil-Commonwealth, eċċ, fir-realtà għandek rapport żgħir.", "Ħalli jkollna informazzjoni dwar xi jsir u ma sarx.", "Niktbulha immedjatament.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bir-rispett kollu, jien qrajtu dak il-Memorandum li kitbet.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, imma meta f'xi ħaġa uffiċjali tikkwota verbatim mill-Wikipedia, ma nafx.", "(Interruzzjonijiet) Iva, ikkwotat, għaliex jien rajt il-Wikipedia kollu u hemm is-sentenza eżatta!", "MR SPEAKER: Onor. Deborah Schembri, għandkom fiduċja fis-Sedja li tfittex daqsxejn hi u tara?", "DEBORAH SCHEMBRI: Fis-Sedja għandi kemm trid, imma ma jidhirlix li bil-mod kif il-persuna kitbet, ittrattatu b'mod dinjituż das-suġġett!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Naħseb li, kif qal l-Onor. de Marco, hawnhekk se nkunu qed nitkellmu fuqna għada pitgħada.", "Jekk ikun xi ħadd indipendenti minn dan il-House Business Committee,naħseb li jkun aħjar.", "M'għandna l-ebda diffikultà min-naħa tagħna li tkun inti li tgħidilna li tkun għamilt riċerka, u hawn dawn il-fatti.", "Naħseb li nħossni daqsxejn iktar komdu.", "Għall-informazzjoni tiegħek, l-iSpeaker Emeritu … (Interruzzjonijiet) Onor. de Marco, tal-imħallef, għax qed naraha issa, il-liġi titkellem biss li dan ikun Onorevoli meta jkun in office.", "Qiegħda b'liġi.", "Il-ġudikatura bejniethom għamlu internal policy jew regolamentazzjoni interna, li mhijiex liġi, fejn huma taw lilhom infushom li meta tispiċċa minn imħallef tibqa' tiġi indirizzat bħala Sur Imħallef, imma mhux Onorevoli.", "Huma ddeċidew bejniethom, però din ma nidħolx fiha jien.", "Fuq tal-imħallfin qed ngħid.", "Tħallu f'idejja?", "Irrid nimxi ftit iktar u nitkellem fuq l-ingaġġ ta' Research Analyst.", "Importanti li nagħmlu dan il-punt.", "Għall-aħħar sejħa ta' ingaġġ ta' Research Analyst ma applika ħadd.", "Hemm dawk li għaddew, imma xorta ma aċċettawx l-impjieg.", "Dik kienet il-pożizzjoni.", "Is-salarju meta applikaw kienu jafuh.", "Għaldaqstant erġajna ġibna l-permess biex din id-darba jerġgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet għal persuni minn barra s-Servizz Pubbliku.", "Din is-sejħa issa ġiet ippubblikata u tagħlaq fis-27 ta' Ġunju.", "Għaldaqstant, jekk se nimxu bħalma għamilna fl-aħħar sejħa, inkunu rridu niddeċiedu min se jkunu l-Membri Parlamentari biex ikunu fuq il-Bord tal-Għażla.", "Dik hija l-proċedura, għalhekk qed inqajjimha.", "Dejjem jekk irridu nkomplu b'din il-proċedura, u nifhem li għandna nkomplu b'din il-proċedura.", "Huwa importanti li tittieħed deċiżjoni peress li jkun hemm il-membri tal-Parlament f'dan il-Bord, għax irridu niktbu lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għad-dispensa skont l-Artiklu li hemm tal-Public Service Commission Management Code.", "CARMELO ABELA: Nistgħu nagħtuk risposta issa.", "Fl-aħħar bord tal-għażla konna ż-żewġ Whips.", "Mhux se niktellem għall-kollega tiegħi.", "MR SPEAKER: Daqshekk hu.", "Ikun hemm iż-żewġ Whips.", "Aħna nafu li, sakemm jinħatar il-Bord tal-Għażla u jasal għall-konklużjoni, jafu jgħaddu x-xhur.", "Il-Parlament ma jistax jieqaf u ma jkollniex ix-xogħol jimxi, u allura avviċinajna lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex naraw jekk jistax isib temporarjament, sakemm isir dan il-proċess kollu, secondment fuq bażi temporanja.", "Ix-xogħol ma nistax inħallih wieqaf.", "Dan għamilnih biex kemm jista' jkun ikollna mill-ewwel Research Analyst fl-uffiċċju tagħna.", "Sfortunatament, ġejna infurmati li dan is-secondment ta' persuna ma setax isir, minħabba li anke min-naħa tagħhom kellhom nuqqas ta' staff f'dan il-livell.", "In-nuqqas jidher li qiegħed on all wings.", "Bħala soluzzjoni ġie ssuġġerit lilna li ningaġġaw – dejjem qed nitkellmu fuq bażi temporanja sakemm issir l-għażla mill-Bord – studenti universitarji li jkunu waslu biex jiggradwaw jew li jkunu għadhom kif iggradwaw.", "Għal dan il-għan ġejna referuti lis-servizzi tal-MEDAC, li hija d-Diplomatic Institute tal-Mediterran.", "Il-proposta ġiet milqugħa.", "Tlabna l-permess tal-Ministru għall-Finanzi biex inkunu nistgħu nimpjegaw għall-inqas żewġ persuni li ggradwaw, jew li għadhom qed jistudjaw biex ikunu jistgħu jidħlu temporanjament, sakemm jidħlu dawn fuq bażi permanenti.", "MR SPEAKER: Fuq id-diplomazija, li huwa suġġett relatat mal-iskop ta' Research Analyst.", "DAVID AGIUS: Però, nassumi li min se jintagħżel irid jiġi quddiem tnejn min-nies bħalna li narawh.", "Qed nitkellmu fuq bażi ta' xahar, xahrejn, tliet xhur.", "DAVID AGIUS: Nistgħu niltaqgħu magħhom u nkellmuhom?", "MR SPEAKER: Ċertament.", "Kif ikollna l-istudenti, u jalla jkollna!", "DAVID AGIUS: Biex il-proċess jibqa' miexi, u mhux terġa' tiġi għandna hawnhekk, jekk hemm sitta u se nagħżlu tnejn minnhom ...", "MR SPEAKER: Jekk jagħtuna tnejn, tarawhom u tkellmuhom.", "DAVID AGIUS: Narawhom, inkellmuhom u nagħtukom il-go ahead.", "Ikollok l-approvazzjoni tal-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "Hemm xi ħaġa oħra?", "Xtaqtek forsi tagħtina progress dwar petizzonijiet online.", "Il-Parlament Malti qed jikkonsidrahom, qed jagħmel studju jew xi ħaġa dwar dan?", "MR SPEAKER: Din qamet wara li kien hemm l-Aġġornament tal-Onor.", "Robert Cutajar, li ħadt pjaċir nisimgħu għaliex huma kollha punti progressivi biex ikollna Parlament aħjar.", "Aħna diġà bdejna naraw fuq kif nistgħu naħdmu fuqha din.", "Jekk tagħtuni ċans, għax hemm ħafna affarijiet għaddejjin, forsi sal-laqgħa li jmiss ikolli xi materjal dwar dan ukoll li nkun nista' nagħtikom.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, qed isir xogħol fuqha ...", "Grazzi ħafna.", "Mela, nistgħu nieqfu hawn.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal data li tiġi deċiża aktar tard.", "Grazzi.", "Fis7.46 p.m., ilKumitat aġġornat għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140609_019d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 9 ta' Ġunju 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 18 li saret fid9 ta' Mejju 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "It-Tlieta, 10 ta' Ġunju 2014, isiru żewġ seduti li fihom jitressqu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kamra l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2014.", "Jekk mat-tmiem tad-diskussjoni fuq dawk l-estimi, fis-seduta ta' filgħaxija, tintalab votazzjoni, din kellha tittieħed f'dik is-seduta u wara jittieħdu l-votazzjonijiet l-oħra li kienu ġew differiti f'seduti preċedenti, ċjoè l-votazzjonijiet fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2014, l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2014, l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2014 u l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2014.", "L-Erbgħa, 11 ta' Ġunju 2014, tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali (Emenda Nru 2) – Abbozz Nru 53 – u wara tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni, Abbozz Nru 52.", "It-Tnejn, 16 ta' Ġunju 2014, jitressqu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kamra l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awotorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2014.", "Jekk fi tmiem id-diskussjoni tintalab votazzjoni, din kellha tittieħed f'seduta oħra skont kif jiġi miftiehem aktar tard.", "It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2014, jitressqu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kamra l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2014.", "Jekk fi tmiem id-diskussjoni tintalab votazzjoni, din kellha tittieħed f'seduta oħra skont kif jiġi miftiehem aktar tard.", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2014, issir diskussjoni ġenerali fil-Kamra dwar il-ħarsien tal-wirt storiku nazzjonali, fid-dawl tal-mozzjoni numru 124 imressqa mill-Onor.", "Ryan Callus dwar il-ħarsien tat-tempji Ta' Ħaġrat u fid-dawl ukoll tad-deċiżjoni tal-Kabinett li ssir esproprjazzjoni tal-art in kwestjoni.", "It-Tnejn, 23 ta' Ġunju 2014, jitressqu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kamra l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' Heritage Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2014.", "Jekk fi tmiem id-diskussjoni tintalab votazzjoni, din kellha tittieħed f'dik is-seduta u wara jittieħdu l-votazzjonijiet l-oħra li kienu ġew differiti f'seduti preċedenti, ċjoè l-votazzjonijiet fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2014 u l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2014, pero' dan l-arranġament dwar il-votazzjonijiet kien għad kellu jiġi konfermat.", "It-Tlieta, 24 ta' Ġunju 2014, tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Responsabbiltà Fiskali, Abbozz Nru 49.", "Qabel ma l-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf, il-Kamra tkun approvat l-Abbozz ta' Liġi dwar Diversi Liġijiet fil-qasam tas-Sħubija fi Trade Union ta' Forzi Dixxiplinati – Abbozz Nru 55 – l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Blata Kontinentali – Abbozz Nru 50 – l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa – Abbozz Nru 51 - flimkien ma' abbozzi oħra ta' liġi li jipproponu emendi għall-Kodiċi Ċivili u emendi konnessi mal-qasam tal-familja u s-solidarjetà soċjali, liema abbozzi għadhom mhumiex ippubblikati.", "Wara diskussjoni fil-Kumitat, l-Onor.", "Mario de Marco qablu li jikkomunikaw bejniethom dwar liema forma għandha tieħu d-diskussjoni dwar il-ħarsien tal-wirt storiku.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Mario de Marco dwar il-Mozzjonijiet privati li jipproponu emendi għall-Kostituzzjoni, ċjoè Mozzjoni Nru 125 – ippreżentata mill-Onor.", "Mario de Marco stess – u Mozzjoni Nru 134 – ippreżentata mill-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern huwa li l-Kostituzzjoni idealment tkun emendata b'mod komprensiv, anke fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-Konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni.", "L-Onor.", "Mario de Marco esprima nuqqas ta' qbil ma' din il-pożizzjoni tal-Gvern u appella biex ladarba s'issa mhuwiex magħruf f'liema stadju waslet il-Konvenzjoni msemmija, l-emendi proposti fil-Mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni msemmija jitmexxew 'il quddiem u li sal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra tiġi indikata data għad-diskussjoni ta' dawn il-Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li kien qed jieħu nota tar-rimarki li saru u li kien se jirreferi lura lill-grupp parlamentari tal-Gvern sabiex fil-laqgħa li jmiss ikun jista' jagħti r-reazzjoni tal-Gvern għall-punti mqajma.", "L-Onor.", "David Agius fakkar lill-Kumitat li apparti l-mozzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor de Marco, hemm ukoll il-Mozzjoni Nru 136 imressqa mill-Onor.", "Claudio Grech dwar l-għażla li għandhom jingħataw il-pazjenti li jieħdu l-kura tas-saħħa li huma intitolati għaliha skont ir-regolamenti dwar kura tas-saħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali.", "B'referenza għal Mozzjoni Nru 136, l-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li filwaqt li fis-sustanza tagħha din il-Mozzjoni kienet inkluża fil-programm elettorali tal-Gvern, kien qed jistenna feedback min-naħa tal-Ministeru kkonċernat.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius l-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika kienu qed isiru l-preparamenti biex jiġi ppubblikat.", "L-Onor.", "Carmelo Abela li l-Gvern ma kellux problema li hekk kif issir it-traduzzjoni, dan l-Abbozz jiġi pubblikat biex imbagħad ikun jista' jibda jiġi diskuss.", "AFFARIJIET OĦRA", "B'referenza għall-bini tal-Parlament il-ġdid:-", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien laħaq ftehim mal-Whips sabiex sal-bidu ta' Lulju delegazzjoni parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tiltaqa' mal-Grand Harbour Regeneration Committee (GHRC) u żżur il-bini tal-Parlament il-ġdid ħalli jiġi assigurat li sa Settembru jkunu lesti dawk il-partijiet tal-binja li huma essenzjali sabiex il-Parlament ikun jista' jiffunzjona tajjeb meta jerġa' jiltaqa' wara l-vaganzi tas-sajf, u sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal diversi kwestjonijiet li kienu għadhom pendenti, bħall-parkeġġ tal-membri parlamentari.", "Il-Kumitat qabel mal-proposta tal-iSpeaker li jibqa' jintuża s-servizz tal-Armata għall-aspett tas-sigurtà.", "Il-Kumitat qabel li l-iSpeaker għandu jesplora l-possibilità li l-Bank of Valletta jisponsorja x-xiri ta' moveable shelving għal skopijiet ta' arkivjar tad-dokumenti parlamentari fil-binja l-ġdida.", "L-iSpeaker irrefera għar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Awtonomija Amministrattiva għall-Parlament Malti li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mis-Sedja fil-21 ta' Mejju 2014 u l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz Parlamentari u talab lill-Membri biex jekk huwa possibbli, l-Kumitat jibda jiddiskutih mil-laqgħa li jmiss.", "L-Onor.", "Carmelo Abela osserva li n-naħa tal-Gvern kienet tinħtieġ aktar żmien sabiex tkun tista' tagħti r-reazzjonijiet tagħha.", "L-iSpeaker fakkar fittalba li kienet saret minn Network Publications f'ittra tas-17 ta' Frar, 2014, sabiex jiġi deċiż min kien ser ikun lespert li kellu jiġi kkonsultat dwar il-kontenut talesibizzjoni dwar ilParlament Malti.", "Wara li saret diskussjoni dwar din il-materja, liSpeaker informa lillKumitat illi fid-dawl tal-fatt li baqa' ma ntlaħaqx qbil bejn iż-żewġ naħat, kien se jikteb lura lil Network Publications u jinformahom li l-pożizzjoni tal-Gvern hija li għandhom ikunu kkonsultati lProf.", "Godfrey Pirotta u lProf.", "Ray Mangion filwaqt li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hija li għandu jkun ikkonsultat ilProf.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Assoċjazzjoni tal-eks membri parlamentari kienet ressqet talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex it-titlu \"Onorevoli\" jibqa' jintuża mill-eks membri parlamentari, u qara ittra mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-Iskrivan tal-Kamra fl-4 ta' Novembru 2013, fejn ġiet espressa x-xewqa tal-Gvern li din it-talba titressaq għall-konsiderazzjoni u l-veduti tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-Kumitat qabel mal-proposta tal-iSpeaker li s-Sedja tirriċerka l-prattika f'pajjiżi oħra, inkluż pajjiżi tal-Commonwealth.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li fid-dawl tal-fatt li wara l-aħħar sejħa biex jimtlew postijiet vakanti mal-Parlament fil-kariga ta' Research Analysts, ħadd mill-erba' kandidati li kienu għaddew mill-eżami m'aċċetta l-impieg, kienet ħarġet sejħa oħra li din id-darba kienet miftuħa għal persuni minn barra s-servizz pubbliku, liema sejħa tagħlaq fis-27 ta' Ġunju 2014.", "Il-Kumitat iddeċieda li jżomm il-proċedura segwita s'issa li l-Whips ikunu membri fil-bord tal-għażla tal-kandidati.", "F'dan il-kontest, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li sabiex ix-xogħol jibqa' għaddej sakemm jiġi konkluż dan il-proċess, kien intlaħaq arranġament mal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC) fi ħdan l-Università ta' Malta sabiex jiġu identifikati u ngaġġati fuq bażi temporanja gradwati jew studenti li waslu biex jiggradwaw li jkunu interessati fil-kariga ta' Research Analyst mal-Parlament.", "Il-Kumitat qabel ma' dan l-arranġament u ddeċieda li ż-żewġ Whips għandhom jingħataw l-opportunità li jintervistaw lil dawn il-kandidati.", "Għall-punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar petizzjonijiet online, li dwarhom kienet saret diskussjoni f'laqgħa preċedenti, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien għaddej xogħol ta' riċerka dwar sistemi li jistgħu jiġu adottati f'dan ir-rigward.", "Fis7.46 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140609_019m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 20", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2014 fis-6:30 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2014 fis-6:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-Ftehim ta' Akkwist Konġunt għall-Akkwist ta' Kontromiżuri Mediċi skont id-Deċiżjoni 1082/2013/UE għall-fini tad-dispożizzjonijiet tal-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Affarijiet oħra.", "Korrispondenza datata t-2 ta' Ġujnu 2014 mill-Parlament Olandiż dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fir-rigward ta' ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi;", "Korrispondenza datata t-3 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament Olandiż dwar il-proċedura tal-yellow card f'każ li jiġi indikat ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà b'referenza partikolari għall-proposta leġislattiva għat-Twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;", "Korripondenza datata d-29 ta' April 2014 mill-House of Commons dwar Art.", "5 ta' Protokoll 2n tat-Trattat ta' Lisbona fejn il-Kummissjoni obbligata tagħti ġustifikazzjoni li proposta leġislattiva tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "10 ta' Ġunju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140618_020a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Ryan Callus kien fuq xogħol parlamentari fil-Kamra.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 19 li saret fil-21 ta' Mejju, 2014 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-FTEHIM TA' AKKWIST KONĠUNT GĦALL-AKKWIST TA' KONTROMIŻURI MEDIĊI SKONT ID-DEĊIŻJONI 1082/2013/UE GĦALL-FINI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti, li kopja tagħhom kienet diġà tqassmet lill-Membri:-", "79 Kopja tal-Ftehim ta' Akkwist Konġunt għall-Akkwist ta' Kontromiżuri Mediċi skont id-Deċiżjoni 1082/2013/UE.", "80 Kopja tal-Memo lill-Kabinett magħmul mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa dwar dan l-istess ftehim.", "L-Onor.", "Chris Fearne, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, għamel preżentazzjoni fil-qosor dwar l-għanijiet u l-effetti ta' dan il-ftehim.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika tal-Ftehim ta' Akkwist Konġunt għall-Akkwist ta' Kontromiżuri Mediċi skont id-Deċiżjoni 1082/2013/UE u li l-President tal-Kumitat jirrapporta dan il-qbil lill-Kamra.", "AFFARIJIET OĦRA", "Korrispondenza datata t-2 ta' Ġujnu 2014 mill-Parlament Olandiż dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fir-rigward ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.", "Il-Kumitat innotat li l-Parlament Olandiż kien qiegħed jipproponi li ssir sottomissjoni lill-Kummissarju De Gucht sabiex il-Free Trade Agreements (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi ma jibqgħux jitqiesu bħala kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni imma jibdew jitqiesu bħala shared competence biex b'hekk ikunu jridu jiġu ratifikati mill-Parlamenti Nazzjonali u dan minħabba li dan it-tip ta' ftehim jinkludi aspetti bħal, pereżempju, servizzi u trasport, li huma kompetenza tal-Istati Membri.", "Il-Kumitat qies ukoll il-veduti tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar f'dan ir-rigward.", "Il-Kumitat qabel li l-President tal-Kumitat jiffirma din is-sottomissjoni kif diġà kienu għamlu sittax-il President ta' Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej minn erbatgħax-il Stat Membru.", "81 Ittra datata t-2 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament Olandiż flimkien ma' abbozz ta' ittra indirizzata lill-Kummissarju De Gucht (iffirmata wkoll mill-Onor.", "Luciano Busuttil għan-nom tal-Kumitat) dwar il-free trade agreements bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.", "82 Kopja tal-kummenti tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar il-free trade agreements.", "Korrispondenza datata t-3 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament Olandiż lill-Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-proċedura tal-yellow card f'każ li jiġi indikat ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà fejn saret referenza partikolari għall-proposta leġislattiva għat-Twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.", "83 Ittra datata t-3 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament Olandiż indirizzata lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tħaddim tal-proċedura tal-yellow card fil-kuntest tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Il-Kumitat innotat l-ittra li l-Parlament Olandiż bagħat lill-Viċi President tal-Kummissjoni dwar (a) il-mod kif f'ċerti każi, minkejja li jkunu ntbagħtu biżżejjed opinjonijiet motivati mill-Parlamenti Nazzjonali biex tiskatta l-yellow card, il-Kummissjoni baqgħat ma' rreveditx il-proposta leġislattiva kif ukoll dwar il-mod diżappuntanti kif il-Kummissjoni kienet irreaġixxiet għall-oġġezzjonijiet u l-kummenti li għamlu l-Parlamenti Nazzjonali bħal fil-każ tat-Twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – li l-Parlament Malti wkoll kien bagħat opinjoni motivata dwarha – u (b) it-talba sabiex l-arranġament politiku li kien intlaħaq fl-2009 jiġi rivedut biex il-proċedura tal-yellow card titħaddem aħjar għas-salvagwardja tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Il-Kumitat qabel li din l-ittra tinġieb għall-attenzjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Korripondenza datata d-29 ta' April 2014 mill-President tal-Kumitat ta' Skrutinju tal-Affarijiet Ewropej tal-House of Commons dwar Art.", "5 ta' Protokoll 2 tat-Trattat ta' Lisbona fejn il-Kummissjoni għandha l-obbligu tagħti ġustifikazzjoni li proposta leġislattiva tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "84 Ittra datata d-29 ta' April 2014 li l-President tal-Kumitat ta' Skrutinju tal-Affarijiet Ewropej tal-House of Commons bagħat lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej dwar it-tħaddim tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Il-Kumitat ra l-kontenut ta' din l-ittra u qabel li jinforma lill-awtur tagħha li l-Kumitat kien ħa nota tagħha u li jikkonsidraha f'każ li jkun hemm bżonn tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward.", "Abbozz ta' ittra indirizzata lill-President (il-ġdid) tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jitwaqqaf working grupp li jkun jinkludi rappreżentanti mill-Kummissjoni, Parlamenti Nazzjonali u tal-Istituzzjonijiet tal-UE sabiex jara kif jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fil-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Kumitat osserva li ma setax ma jaqbilx mat-tisħiħ tar-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fil-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea filwaqt li nnota li dan l-abbozz diġà kien ġie ffirmat minn 23-il kumitat ta' 17-il Stat Membru.", "Il-Kumitat qabel li ċ-Chairman jiffirma din l-ittra f'isem il-Kumitat.", "85 Abbozz ta' ittra li l-Parlament Olandiż ippropona li tintbagħat lill-President (il-ġdid) tal-Kummissjoni dwar tisħiħ tar-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fil-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li ġie iffirmat mill-Onor.", "Luciano Busuttil għan-nom tal-Kumitat.", "Sussidjarjetà", "Il-Kumitat ikkonsidra t-tliet proposti leġislattivi maħruġa mill-Kummissjoni hawn taħt indikati u ma rriżultax li kien hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:-", "Fis-7.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140618_020m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 26", "L-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, 2014 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni fuq ir-Rapport dwar il-Vjolenza Domestika", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140625_026a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 26", "L-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 26", "L-Erbgħa, 25 ta' Ġunju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti tal-aħħar laqgħa?", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, xtaqt niġbidlek l-attenzjoni li fl-aħħar laqgħa jiena kont skużat.", "Jiġifieri kemm jitniżżel fil-Minuti li kont skużat.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela nitlob li jiġu rranġati l-Minuti u mbagħad nikkonfermawhom darb'oħra.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 25 li saret nhar l-Erbgħa 16 ta' April 2014 ma ġewx konfermati.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat din l-informazzjoni;", "Numru ta' nominazzjonijiet għall-post vakanti ta' membru fi ħdan il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.", "Dawn tathomli llum stess il-Ministu Helena Dalli u jikkonsistu minn numru ta' nominazzjonijiet mis-settur tal-volontarjat sabiex jokkupaw il-postijiet vakanti fil-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.", "Bażikament dawn se ngħaddihom lis-Segretarju tal-Kumitat biex jagħmel kopja tagħhom u jgħaddihomlna peress li rridu niddiskutuhom at a later stage.", "U issa nistgħu ngħaddu għas-suġġett tal-lum.", "Diskussjoni fuq ir-rapport dwar il-vjolenza domestika", "THE CHAIRPERSON: Illum għandna niddiskutu r-rapport dwar il-vjolenza domestika li ġie mħejji minn dan il-Kumitat.", "Nixtieq nibda billi nirringrazzja lil Dr Elaine Burmingham li ħadmet fuq dan ir-rapport u minħabba problema li kellha fil-kompjuter tagħha kellha terġa' iddaħħal ir-revisions li kienet għamlet!", "Din għaddejt minnha jien ukoll darb'oħra u nista' nassigurakom li mhi pjaċevoli xejn.", "U għalhekk nixtieq nirringrazzjaha mill-qalb tax-xogħol kollu li għamlet fuq dan ir-rapport.", "Ovvjament jiena qiegħda nassumi li kulħadd qrah dan ir-rapport.", "Tajjeb ngħid ukoll li rċevejna xi suġġerimenti mingħand l-Onor.", "Robert Cutajar u dawn se niddiskutuhom waqt li nkunu qegħdin naraw dan ir-rapport.", "L-ewwel nett xtaqt ngħid li r-rapport huwa dettaljat ħafna u l-ftit korrezzjonijiet li rridu nagħmlu mhumiex se jbiddlu s-sostanza tiegħu imma qegħdin nagħmluhom biex sempliċement ikollna rapport aktar komplet.", "L-ewwel ħaġa li qiegħda ninnota u ma nafx jekk intom taqblux miegħi huwa fuq it-titolu ta' dan ir-rapport.", "Jiena naħseb li jrid jitbiddel ftit għax ma naħsibx li aħna tkellimna biss fuq is-servizzi mogħtija lill-vittmi.", "L-idea kienet li naraw kif dawn jiġu trattati mill-istituzzjonijiet u mhux sempliċement x'servizz jingħata.", "Għalhekk jiena tal-opinjoni li għandna nsibu titolu li jirrefletti daqsxejn iktar dak li konna qegħdin nagħmlu aħna.", "U forsi nistgħu ngħidu; \"Vjolenza Domestika – Kif jiġu trattati l-vittmi tal-vjolenza domestika mill-istituzzjonijiet Maltin\".", "U forsi nistgħu nżiedu wkoll \"u kemm huma effettivi s-servizzi li jingħataw\" avolja ma nixtieqx li nagħmlu titolu daqshekk twil.", "X'taħsbu?", "MARTHESE PORTELLI: Nistgħu ngħidu \"Vjolenza Domestika: Is-sistema preżenti\".", "B'dan il-mod inkunu qegħdin nisimgħu lil kulħadd, kemm lil vittmi u kemm lil dawk li qed joffru s-servizz.", "Imbagħad forsi nistgħu nagħmlu sub heading bir-rakkomandazzjonijiet.", "ROBERT CUTAJAR: Biex inżid ma' dak li qalet l-Onor.", "Portelli x'imkien forsi tidħol l-istorja jew l-istampa …", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-istampa jew ħarsa attwali ...", "ROBERT CUTAJAR: Jiena naħseb li x-xogħol li għamlet Dr Burmingham jidħol fil-fond aktar minn hekk.", "B'dak li ġie diskuss hawnhekk matul din l-aħħar sena naħseb li tajna ħarsa lejn l-istampa kollha; ħarisna lejn il-vittmi u ħarisna wkoll lejn is-servizzi li jingħataw.", "Kien hemm diversi stejjer li missejna u għalhekk naħseb li bejn wieħed u ieħor missejna l-istampa kollha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma nafx huwiex il-każ li niddiskutu t-titolu fl-aħħar għax qisek li meta tiġi biex tikkonkludi xi ħaġa, it-titolu joħroġ waħdu.", "THE CHAIRPERSON: Mhux problema għalija.", "Nistgħu nagħmlu hekk mela.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Xi ħaġa aħjar forsi tista' tinqala'.", "Dak li qed nissuġġerixxi.", "Kull punt f'dan ir-rapport għandu numru u allura nistgħu nibdew punt punt u jekk ikun hemm xi ħadd li jixtieq iżid xi ħaġa ma' dak il-punt partikolari jgħidli u niddiskutuh.", "Tajjeb?", "Mela fl-introduzzjoni nsibu Punt 1.1: \"Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali\".", "Ma naħsibx li hemm x'inbiddlu fih dan il-paragrafu għax kull ma jinkludi huma l-ismijiet tal-Membri fi ħdan il-Kumitat tagħna.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Fuq dan il-punt xtaqt nagħmel mistoqsija.", "Minħabba li l-Onor.", "Etienne Grech m'għadux jifforma parti minn dan il-Kumitat nixtieq inkun naf jekk għandniex indaħħlu nota f'dan ir-rigward?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma kien preżenti matul id-diskussjoni.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Waqt id-diskussjonijiet kollha kien preżenti.", "MARTHESE PORTELLI: Iva, imma hawnhekk qed ngħidu min huma l-Membri li jservu fuq dan il-Kumitat.", "U allura jekk se jiġi ppreżentat issa rridu nsemmu wkoll lill-Onor.", "Godfrey Farrugia u mbagħad ħdejn ismu nagħmlu stilla u nniżżlu nota li l-Onor.", "Godfrey Farrugia daħal fit-tali data u li qablu kien hemm l-Onor.", "Etienne Grech li kien preżenti għal laqgħat kollha li għandhom x'jaqsmu mal-vjolenza domestika.", "THE CHAIRPERSON: Allura jrid jidħol l-isem tal-Onor.", "Farrugia hawnhekk ukoll.", "Punt 1.2: Laqgħat.", "F'dan il-paragrafu hawn imniżżel ma' min ilqtajna sabiex setgħet issir din il-preżentazzjoni.", "Hawn ukoll riferenza għal-laqgħa li morna nagħmlu fid-Dar Qalb ta' Ġesù u li l-Aġenzija Sapport kienet mistiedna sabiex tattendi waħda mil-laqgħat imma ħadd min-naħa tagħhom m'attenda.", "Barra minn hekk hawn indikat fejn jista' jinstab ir-recording bl-audio jew bil-visual tal-laqgħat ta' dan il-Kumitat ħalli min ikun irid isegwi x'intqal ikun jista' jagħmel dan.", "U din naħseb li hija xi ħaġa tajba ħafna.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Qabel xejn xtaqt ngħid xi ħaġa fuq is-suġġerimenti li bgħatt jien.", "Dawk is-suġġerimenti kienu jirriflettu l-pożizzjoni tagħna t-tlieta f'isem l-Oppożizzjoni għaliex fl-email insejt ngħidha.", "Issa f'punt 1.2 ma nafx nistgħux inniżżlu n-numru ta' laqgħat li għamilna niddiskutu dan is-suġġett u b'hekk inkunu aktar preċiżi.", "THE CHAIRPERSON: M'għandix oġġezzjoni għal dan.", "ROBERT CUTAJAR: Din aktar hija xi ħaġa ta' informazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Inniżżlu kemm saru laqgħat.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, biex ma jkunx hemm punt negattiv, nistgħu ngħidu li l-Aġenzija Sapport kienet mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat biss mingħajr ma ngħidu għal liema laqgħat?", "Aħna steddinihom u mbagħad jekk ikun hemm xi ħadd li jkollu interess li jistaqsi kemm attendew, jaraw huma.", "ROBERT CUTAJAR: Imma l-input tagħhom mhux qiegħed hemm.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ngħidu li kienu mistiedna biss u nieqfu hemm.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li kieku kien jidher ikrah fuq il-Kumitat li dawn speċi kellhom xi jgħidu u aħna ma semmejnihom imkien!", "Kien imisshom ġew fl-aħħar mill-aħħar!", "Fuq kollox kien l-obbligu tagħhom li jattendu.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Qed ngħid hekk biex ma jkunx hemm punti negattivi.", "MARTHESE PORTELLI: Forsi nistgħu nilħqu kompromess; jien naqbel li ngħidu li steddinihom u naqbel ukoll li ngħidu li dawn ma kienux preżenti.", "Imma mbagħad nistgħu ndaħħlu nota fejn ngħidu li l-Kumitat xorta lest li jilqa' kwalunkwe suġġerimenti li jistgħu jpoġġu għada pitgħada quddiemu.", "Imma nerġa' ngħid xorta naħseb li għandha tiġi kjarfikata li dawn ma tawniex feedback.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li l-kliem nistgħu nbiddluh ftit.", "Forsi nistgħu ngħidu li l-Aġenzija Sapport kienet mistiedna imma sfortunatament ħadd ma kien f'pożizzjoni li jattendi għal laqgħa tal-Kumitat.", "B'hekk tinstema' a bit milder imma xorta naqbel li għandna nagħmluha ċara li ma ġewx.", "Jekk ma nagħmlux hekk se joħroġ ir-rapport u se jidher li qisu aħna ma steddinihomx.", "THE CHAIRPERSON: L-unika ħaġa li dejqitni kienet li safejn naf jien dawn lanqas risposta ma tawna!", "Jekk xi ħadd irrisponda u bagħat jgħidilna li ma jistgħux jiġu dakinhar, aħna forsi stajna nakkomodawhom darb'oħra imma dawn totalment injoraw l-invit!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Meta ħareġ l-invit qalulna li se jibagħtu lil xi ħadd imma qatt ma kkonfermaw lil min se jibagħtu.", "U dakinhar fil-fatt ma ġie ħadd!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Li kieku ma rrispondewx kien jiġini d-dubju fuq jekk irċevewx l-invit tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Jien nifhem il-punt li sar u normalment inħobb inkun moderata, imma meta xi ħadd qed nitolbuh jiġi u s-soltu jkunu dawn in-nies li jgergru li m'għandhomx fejn isemmgħu leħinhom … Jiddispjaċini!", "Għandek l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż li qed tgħidlek biex tiġi titkellem u tgħidilna x'inhuma l-problemi, jibagħtu jgħidulna li se jibagħtu lil xi ħadd u mbagħad ma jitfaċċa ħadd!", "Allura ma naħsibx li għandna nagħmlulhom xi favuri.", "MARTHESE PORTELLI: Lanqas talbu għal xi data alternattiva?", "Ma talbu xejn!", "Portelli li għandna nniżżlu li aħna miftuħin biex nisimgħu lil min irid jagħti s-suġġerimenti tiegħu u b'hekk intaffuha ftit imma ma naħsibx li għandna nniżżluhom b'xi mod li jista' jiġi xi ħadd fid-dubju li dawn forsi setgħu ġew u aħna ma smajnihomx!", "Għax imbagħad tkun inġusta fuqna li għamilna dan ix-xogħol!", "Ħalli nkompli mir-rapport.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex norbot ma' dak li qal l-ewwel l-Onor.", "Cutajar, jiena naħseb li fl-ewwel paragrafu tal-1.3 ikun tajjeb li ngħidu n-numru ta' laqgħat li għamilna niddiskutu dan is-suġġett.", "Qiegħed hemmhekk diġà?", "Fil-1.3 qed ngħidu li fil-leġiżlatura li għaddiet il-Kumitat iddedika numru ta' laqgħat eċċ imma mhux qed ngħidu kemm kienu l-laqgħat.", "Setgħu kienu sitta u setgħu kienu 600!", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-unika raġuni hi li n-numru ta' laqgħat kienu tniżżlu fir-rapport ta' qabel u allura xtaqt li ma nirrepetix dak li kien diġà tniżżel fir-rapport preċedenti.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ir-rapport li kien sar fil-leġiżlatura l-oħra fuq il-vjolenza domestika.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Imbilli niftħu brackets u nagħmlu 15 jew 20 mhu se jiġri xejn.", "THE CHAIRPERSON: Aħna qed nitkellmu fuq dan ir-rapport partikolari.", "Għalkemm naqbel - u hemm xi punt li niżżiltu apposta biex niddiskutuh hawnhekk – li din it-tema kienet ġiet diskussa fil-leġiżlatura li għaddiet, id-direzzjoni ta' dak ir-rapport u ta' dik id-diskussjoni kienu differenti minn dik li għandna llum!", "Jiena kont rajtu dak ir-rapport u aktar kien jikkonċentra fuq il-kwestjoni ta' kemm hemm u ta' x'servizzi jistgħu jiġu offruti; imma iktar ta' x'hemm u x'ma hemmx.", "Ma kenitx diskussjoni ta' xi problemi qegħdin jinqalgħu jew kif nistgħu nsolvuhom.", "Ma naħsibx li t-tnejn huma l-istess għax għalkemm għandhom l-istess kappa tal-vjolenza domestika, huma totalment separati minn xulxin.", "Meta niġu biex insemmu kemm għamilna u kemm iddedikajna ħin jew laqgħat għal din id-diskussjoni, qed nillimitaw ruħna għal dan ir-rapport u għal din il-leġiżlatura.", "U allura naħseb li għandha tidħol f'dak it-terminu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Naħseb li kien hemm xi misunderstanding.", "Inti qiegħda tgħid għal-leġiżlatura li għaddiet.", "Għalhekk nirtira dak li għedt.", "THE CHAIRPERSON: Ridt inżid biss li fl-aħħar paragrafu hawn imniżżel hekk; \"Minħabba li s-suġġett diġà ġie trattat f'rapport ieħor,\" u għalhekk inħoss li għandna nniżżlu dan il-kliem; \"Minħabba li s-suġġett tal-vjolenza domestika in ġenerali ġie trattat f'rapport ieħor, dan ir-rapport mhux se jirrepeti dak li diġà ntqal.\".", "B'hekk inkunu aktar ċari li dak kien rapport b'mod ġenerali mentri dan huwa rapport aktar speċifiku.", "Hawnhekk mhux qiegħda ngħid li kien inqas jew aktar validu imma sempliċement li n-natura taż-żewġ rapporti hija differenti.", "Taqblu li nżiedu dan il-kliem?", "Hemm xi ħadd ieħor li għandu xi emenda għall-punt 1.3?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Skużani imma ġietni idea għat-titolu.", "X'taħsbu li kieku kellna nagħmluh hekk; \"Vjolenza Domestika – Vittmi u Servizzi\"?", "B'hekk inkunu koprejna ż-żewġ aspetti ta' dan ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela s'issa dan se jkun it-titolu tar-rapport; \"Vjolenza Domestika – Vittmi u Servizzi\".", "ROBERT CUTAJAR: B'riferenza għas-suġġerimenti li bgħatt jien xtaqt nieħu l-ewwel punt li għandu x'jaqsam mal-preżentazzjoni li għamlulna tal-Girl Guides.", "Nistgħu ngħidu hawnhekk li grazzi wkoll għal dak l-istħarriġ li ġie ppreżentat lilna aħna rajna l-input taż-żgħażagħ?", "Prattikament jiena rrid niġbed l-attenzjoni f'isem sħabi li hawnhekk rajna l-input taż-żagħżagħ.", "Mela aħna mhux biss morna għal dawk li huma involuti direttament f'dan is-suġġett imma rajna wkoll x'jaħsbu ż-żgħażagħ fuq dan is-suġġett u x'inhi l-perċezzjoni tagħhom.", "Tal-inqas ikun imsemmi fl-iskop tar-rapport li aħna rajna wkoll mhux biss dawk li huma involuti direttament imma rajna liż-żgħażagħ u hawn ukoll il-vuċi tagħhom fuq kif jaħsbuha fuq dan is-suġġett.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: F'punt 1.2 jissemmew il-Malta Girl Guides u ż-żgħażagħ li jiffurmaw parti minn dak il-grupp.", "Jiġifieri qegħdin nagħtuhom rikonoxximent għax-xogħol li għamlu.", "THE CHAIRPERSON: Punt 1.3 iktar huwa fuq l-iskop u d-direzzjoni tar-rapport u allura nistgħu naraw indaħħluhiex x'imkien ieħor.", "Imma jien m'għandix problema li ngħidu li ż-żgħażagħ taw l-input tagħhom.", "\"Punt 2: Is-servizzi li jingħataw lill-vittmi ta' vjolenza domestika\".", "Imbagħad għandek \"Punt 2.1: Servizzi Soċjali\".", "Hawnhekk hawn xi ħaġa teknika fejn fl-opinjoni tiegħi l-kwotazzjonijiet bl-Ingliż iridu jiġu tradotti bil-Malti peress li dan huwa dokument bil-Malti.", "DR ELAINE BURMINGHAM: S'issa fil-pubblikazzjonijiet l-oħra qatt m'għamilna hekk imma jekk triduh hekk ma nsibx problema.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li għandhom jitħallew kif inhuma oriġinali, peress li min qalhom kien qed jitkellem bl-Ingliż imma mbagħad nagħmlu t-traduzzjoni tagħhom bil-Malti fil-brackets.", "Pereżempju meta għamilna r-rapport tal-Family Studies, li kienet pubblikazzjoni f'forma ta' ktieb … Ġaladarba r-rapport huwa bil-Malti, titħalla kif inhi oriġinarjament u ċioè bl-Ingliż imma mbagħad fil-brackets tiġi tradotta bil-Malti.", "Dik hija xi ħaġa teknika.", "Imbagħad fis-seba' paragrafu qed jingħad li meta l-vittmi jmorru jirrappurtaw, il-pulizija ġieli javżwawhom li se jkissru l-familja u jħarbtu lit-tfal.", "Issa jiena naħseb li aktar milli nużaw il-kelma \"javżawhom\", għandna nużaw il-kelma \"wissihom\" jew \"għarrafhom\".", "Il-kelma trid tkun tirrifletti aktar dak il-ħsieb u allura naħseb li aktar \"wissihom\" trid tiġi.", "Fl-aħħar parti ta' dak il-paragrafu hawn imniżżel li dawn it-tip ta' kummenti qanqlu dubji dwar kemm il-każijiet ta' vjolenza domestika qed jittieħdu bis-serjetà minn ċerti pulizija.", "Ma nafx taqblux miegħi li kieku kellna nżiedu dan il-kliem; \"u jqanqlu dubji serji wkoll kemm huma mħarrġa fuq is-suġġett u fuq kif wieħed għandu jirrelata mal-allegat/allegata vittma\"?", "Naħseb li l-uniku punt ta' sostanza li għandi x'nikkummenta fuqu dwar il-punt li jirrigwardja s-servizzi soċjali hija dwar il-perijodu twil ta' stennija għall-psikologu fis-servizz soċjali tal-Aġenzija Appoġġ.", "Kien hemm min qal li trid iddum tistenna ħafna għall-psikologu meta tmur għand l-Aġenzija Appoġġ.", "Ma jidhirlix li f'din il-parti fejn qed insemmu l-Aġenzija Appoġġ hawn imniżżel fuq il-psikologu.", "X'imkien lejn l-aħħar kien hemm punt fuq il-psikologi u l-istennija għall-psikologi imma hawnhekk mhu qed jissemma xejn.", "Naħseb li trid tidħol x'imkien din biex min ikun qed jaqra jkun jaf li dik hija problema speċifikament fl-Aġenzija Appoġġ.", "Dik ħarġet ukoll meta konna qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Il-bqija tajjeb, m'għandi xejn iktar xi ngħid.", "Hawn xi ħadd minnkom li għandu xi kummenti fuq Punt 2.1?", "Ħa mmorru għal Punt 2.2: Il-Pulizija.", "Fit-tieni paragrafu fl-aħħar linja qed ngħidu li kien hemm każijiet fejn jekk dak li jkun ma jsibx dak il-pulizija partikolari, jerġa' imur lura d-dar mingħajr ma jagħmel ir-rapport.", "Naħseb li l-ġist tagħha hi li dawn ikunu qed ifittxu dak il-pulizija partikolari għax jafu li dak il-pulizija se jgħinhom!", "L-idea kienet li hemm pulizija tajbin u li jekk ma tinzertax dak il-pulizija partikolari fl-għassa jkollok titlaq 'l hemm għax l-oħrajn ma jkunux se jgħinuk.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, naħseb li se nkunu qegħdin nagħtu impressjoni ħażina wisq tal-Korp tal-Pulizija!", "Ma nistgħux niġġeneralizzaw daqshekk!", "Li nifgħu blunt statements bħal dan naħseb li nkunu qed nagħtu impressjoni ħażina wisq tal-pulizija.", "Hemm min hu tajjeb u forsi hemm min huwa inqas tajjeb.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Bħala statement dak kien li ntqal lilna mill-vittmi, jiġifieri mhijiex xi ħaġa li ġbidniha aħna.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Allura norbtuha man-numru ta' nies li kellhom din l-esperjenza ħalli min jaqra dan ir-rapport ma jaħsibx li din hija l-istampa in ġenerali.", "Jekk ir-riċerka kienet magħmula fuq numru ta' vittmi, huwa dak in-numru ta' vittmi li qed jixhdu dan.", "Imma ma jfissirx li dawk il-vittmi li ma ġewx hawnhekk huma wkoll għandhom din l-impressjoni.", "Mhuwiex ġust fuq dawk il-pulizija li jagħmlu xogħolhom, li nagħtu stampa ħażina tal-pulizija kollha!", "Jiena nħoss li hija negattiva wisq li nitfgħu blunt statement bħal dan!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Però jekk tara l-bidu ta' dak il-paragrafu tara li hemm min qed jgħid li sab ħafna għajnuna mill-pulizija li sab l-għassa u hemm min ma sab għajnuna ta' xejn.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt dik li kont se ngħid jiena.", "Dik hija parti li lili interessatni ħafna għax għamilt ukoll diskors fil-Parlament proprju marbut magħha.", "U nħoss li iva, kien hemm min qal min sab lil min jgħinu, però jekk tiftakru sew il-ġist ta' kif intqalet, din kienet proprju intqalet kif qiegħda tiġi rrapportata hawnhekk.", "Jiena naħseb li nkunu qed nonqsu lill-vittmi jekk ma ngħiduhiex hekk; li l-vittmi qalulna speċifikament li jiddependi lil min issib l-għassa!", "Din hija r-realtà u ejjew ma nkunux too nice about it għax din hija realtà kerha!", "THE CHAIRPERSON: Jien, li l-problemi tal-vittmi mal-pulizija narahom on a daily basis, meta qrajt ir-rapport flimkien ma' Dr Burmingham, ħsibt li kienet preċiża ma' dak li qalulna l-vittmi li ġew ikellmuna.", "U naħseb ukoll li kieku kellhom jiġu aktar vittmi jkellmuna konna nisimgħu ħafna iktar problemi milli fil-fatt smajna għax iktar ma tisma' iktar se ssib kemm din l-area hija daqxejn ta' sore point.", "Meta qrajt ir-rapport rajt li l-ewwel ħaġa li jingħad fih hija proprju li l-perspettiva li għandhom il-vittmi fuq il-pulizija hija waħda varjata.", "Issib min jgħid li jsib ħafna għajnuna mill-pulizija tal-għassa, u ssib oħrajn li jgħidu li ma sabu l-ebda għajnuna.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Imma mbagħad tajna eżempji ta' affarijiet negattivi u ma tajniex eżempji ta' affarijiet pożittivi!", "Allura meta tkompli taqra, filwaqt li se ssib eżempji ta' affarijiet negattivi, ma ssib xejn eżempji ta' affarijiet pożittivi.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Però naħseb li l-affarijiet pożittivi huma proprju dawk l-affarijiet li għandhom isiru u allura ma nistgħux nagħtuhom il-prosit proprju għax qed jagħmlu xogħolhom.", "Aħna rridu naraw fejn hemm in-nuqqas biex nirranġawh!", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien inħoss li jekk se nsemmu affarijiet negattivi nistgħu nagħtuhom positive feedback u ngħidulhom li fit-tali affarijiet sejrin tajjeb imma fit-tali affarijiet tistgħu tirranġawhom.", "B'hekk inkunu iktar bilanċati.", "THE CHAIRPERSON: Sinċerament naħseb li l-affarijiet li qegħdin hawn u li nqtalu lilna jkun tajjeb li nsemmuhom.", "Jekk hemm xi affarijiet partikolari li nistgħu niftakru fihom li ntqalu favur jew li huma tajbin u li għandna ndaħħluhom, nistgħu nagħmlu hekk ukoll.", "Pereżempju ftakart li kien hemm min qal li xi kultant issib lil xi ħadd li jkun tajjeb, li speċi tant jgħinek is-soltu li jekk se tmur l-għassa u ma ssibx lilu, terġa' tmur lura d-dar.", "Jekk hemm xi suġġeriment jew xi statement partikolari, nistgħu niddiskutuh ħalli nkunu ġusti ma' kulħadd.", "Jien m'għandi l-ebda intenzjoni li nagħti xi stampa oħra minn dik li ntqalet lilna hawn ġew.", "Imma biex inkun għedt kollox ma naħsibx li l-istampa hija daqshekk negattiva għax ħsibt li se tkun aktar minn hekk.", "Jien inħossni li f'dan il-Kumitat, fuq dan is-suġġett qegħdin daqxejn qisna walking on thin ice għax għalkemm huwa tajjeb li tirrikonoxxi meta jsir xogħol tajjeb mill-pulizija u min-nies li jaħdmu f'servizzi oħra, jiena naħseb li jekk aħna qegħdin hawnhekk biex intaptpu fuq dahar in-nies u daqshekk, allura qegħdin hawn għal xejn!", "F'dan is-settur hemm ħafna u ħafna xi jsir u għamilna dan ix-xogħol kollu proprju biex min jaqra dan ir-rapport jirrealizza x'hemm bżonn li jsir!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Barra minn hekk, biex nissostanzja dak li qed tgħid inti, Sinjura President, ma ninsewx ukoll li minn meta bdejna naħdmu fuq dan ir-rapport sal-lum, għamilna xi ħaġa importanti ħafna f'dan il-Parlament u ċioè irratifikajna l-Istanbul Convention.", "Naħseb li nkunu qed nagħmlu pass lura jekk ma niffaċċjawx dak il-fatt.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Bla dubju ta' xejn naqbel li n-negative feedback nistgħu nsemmuh u ngħidulhom li għandhom fejn itejbu imma jien inħoss li tista' tagħtina iktar kredibilità jekk ikun hemm positive feedback li nistgħu ngħadduh ukoll.", "Allura aħna niġu oġġettivament qegħdin naraw l-istampa b'mod kostruttiv.", "THE CHAIRPERSON: Jien ukoll qiegħda nipprova naħseb f'xi ħaġa pożittiva imma bħalissa mhu qed jiġini xejn f'moħħi.", "Qiegħda nipprova niftakar f'xi affarijiet li setgħu qalulna.", "Dak li ntqal u qiegħed hawn qiegħda niftakru forsi għax għadni kif qrajtu imma ma nistax niftakar f'affarijiet oħra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien naħseb li l-ewwel nett hawnhekk hawn rakkont ta' dak li tkellem fuqu min ġie quddiem dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: U għalhekk il-Kumitat ma jistax jiddipartixxi minnu.", "Dik inqtalet bħala stat ta' fatt u wieħed irid jirrapportaha.", "It-tendenza hi li min ikun għadda minn dawn is-sitwazzjonijiet se jsemmi d-diffikultajiet li għadda minnhom iktar milli jsemmi l-aspetti pożittivi.", "Fl-opinjoni tiegħi - filwaqt li ma kontx preżenti għal dawn il-laqgħat - u mill-esperjenza ta' rapporti oħrajn li għamilna fil-passat, ikun tajjeb li jitniżżel dak li ntqal lilna.", "Issa ma jfissirx li l-Kumitat qed jagħmilhom tiegħu imma huma esperjenzi li ntqalu lill-Kumitat.", "Iktar 'il quddiem jiġu wkoll rakkomandazzjonijiet, u affarijiet oħra li l-Kumitat jista' jagħmilhom tiegħu, imma naħseb li dan il-paragrafu kif inhu għandu jibqa' hekk.", "L-ewwel ħaġa qed jgħid li hemm pulizija li l-vittmi jħossuhom komdi magħhom.", "Imma nafu li r-realtà mhux kollha hekk.", "Hawnhekk żgur li hawn lok ta' titjib mill-pulizija fl-għases li huma l-ewwel postijiet minn fejn tingħata l-għajnuna.", "Mhux b'disprezz lejn il-pulizija jew b'nuqqas lejn il-pulizija imma dawn għandhom bżonn ta' iktar taħriġ.", "U din jammetuha l-pulizija stess.", "Naħseb li jekk dan inqtal minn persuni li dehru quddiem il-Kumitat, allura għandna nħalluha kif inhi.", "Dan ma jfissirx li l-Kumitat qed jagħmel tiegħu dan id-diskors jew li inkella qed jgħid xi ħaġa kontra l-pulizija!", "Xejn minn dan!", "Imma qed isir rakkont ta' dak li ntqal quddiemu.", "L-istampa hija griża; la hija sewda u lanqas hija bajda.", "Fil-fatt hemm pulizija li jagħtu sehemhom għax jafu kif għandhom jindirizzaw dawn il-problemi u hemm oħrajn li ma jafux kif jindirizzawhom dawn il-problemi u forsi jindirizzawhom b'mod żbaljat ukoll.", "Allura naħseb li dan li nqtal, ma tantx nistgħu nbiddluh għax mhijiex kwestjoni ta' opinjoni tal-Kumitat imma hija esperjenza ta' min għadda minnhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena naħseb li aħna rridu nitilqu mill-punt ta' għalfejn qiegħed isir dan id-dokument.", "Id-dokument qiegħed isir speċifikament biex naraw kif se ntejbu lil min qiegħed jiġi abbużat mill-vjolenza domestika.", "Anke fin-natura tiegħu stess, qegħdin nammettu li l-iskop tar-rapport huwa proprju għaliex hemm x'wieħed jirranġa.", "Allura, għalkemm hemm punti dwar affarijiet li qed isiru u qed isiru tajjeb, ma jistax ikollna dokument li nsemmu x'inhuwa tajjeb għaliex l-iskop tiegħu huwa li naraw kif se nirranġaw dak li mhux qiegħed isir kif suppost.", "Naħseb ukoll li l-Onor.", "Abela għamel punt tajjeb ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Qisu l-maġġoranza tal-Membri jaqblu li dan il-paragrafu għandna nħalluh kif inhu.", "Huwa importanti li ngħidu li dan li hawn miktub huwa dak li qalulna l-vittmi li ġew jitkellmu magħna u allura mhuwiex neċessarjament dak li naħsbu aħna, speċjalment meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq x'qal ħaddieħor.", "Għalkemm hawnhekk forsi m'inix se nogħġob ħafna lill-Onor.", "Decelis imma naħseb li kien xi punti li tqajjmu waqt id-diskussjonijiet tagħna u li jien ma rajthomx u naħseb li dawn huma importanti.", "Qiegħda nirreferi għall-punt li rajtu iktar tard imdaħħal taħt is-sistema legali imma li fil-fatt hija problema li timbet mis-servizzi tal-pulizija.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għal meta joħorġu ċ-charges tard u mbagħad jispiċċaw ma jkunux fil-ħin biex l-aggressuri jiġu notifikati.", "Ir-raġuni li ngħatat iktar tard ma kenitx din u nixtieq li għallinqas ikun hemm riferenza għall-fatt li l-pulizija, meta joħorġu ċ-charges tard, u joħorġuhom tard ħafna għax normalment hemm preskrizzjoni ta' sitt xhur u dawn qishom jibdew joħorġu bir-riferti mar-raba' jew mal-ħames xahar!", "Meta jsir hekk jispiċċaw li xi kultant ma jkunux fil-ħin biex jiġu notifikati l-aggressuri.", "U allura meta tmur il-Qorti jkollok riferta negattiva għax ma jkunux laħqu sabuhom.", "Jekk inti domt xahrejn tfittex u ma mortx kuljum, jew mort xahar qabel biss biex tfittex lit-tali persuna, forsi tmur id-dar biss meta din matul il-ġurnata tkun ix-xogħol … Jekk inti għandek sitt xhur biex issibu mod imma jekk toħroġ tfittxu fl-aħħar ftit mod ieħor.", "Kien hemm riferenza għal din taħt l-affarijiet legali imma naħseb li trid issir riferenza għaliha anke taħt l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija għax iċ-charges huma joħorġu bihom!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nagħmluha darbtejn?", "THE CHAIRPERSON: Jekk fil-każ, as I go along infittixha biex nara eżattament x'inkiteb taħt l-affarijiet legali.", "(Interruzzjonijiet)", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma kenitx unika għax kien hemm affarijiet oħra marbutin magħha.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Naħseb li din għandha tidħol taħt tal-pulizija.", "Pereżempju inti jkollok lil xi ħadd li mar għamel rapport u damu erba' xhur jew ħames xhur biex ħarġu ċ-charges, imbagħad jibda l-proċess.", "Jekk il-proċess se jibda tard, il-kawża se terġa' ddum biex issir.", "Huma ċ-charges u n-notifika li jridu joħorġu, imma jekk inti ħriġtha fil-ħames xahar, se tibda tgħodd minn dik id-data 'l quddiem.", "Jiġifieri ara kemm se jitwal iż-żmien minn meta ġie kommess ir-reat għal meta jitilgħu quddiem il-Qorti!", "Din tagħti ħafna arja lill-aggressur li għal sitta, seba' u tmien xhur ħadd ma jkun kellmu u qallu xejn!", "F'dak il-perijodu inti għandek vittmi li għadhom kontinwament qegħdin jissubixxu aggressjonijiet qisu xejn mhu xejn.", "Naħseb li importanti li ngħidu wkoll li dan il-fatt li ċ-charges joħorġu tard qed iwassal biex l-aggressur jaħseb li l-id tal-liġi mhux se tilħqu.", "U ħafna minnhom lanqas biss jagħtu każ, u allura sadanittant ma nkunux qegħdin nipproteġu kif suppost lill-vittma.", "Jekk iċ-charges joħorġu kmieni, dan kollu nistgħu neliminawh.", "U għalhekk naħseb li għandha tidħol taħt tal-pulizija.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: F'paġna 7 tar-rapport, isfel nett hemm dak li qalet Dr Roberta Lepre, fejn din qed turi l-frustrazzjoni tagħha għall-fatt li bħala prassi ġenerali l-aggressur ma jiġix arrestat.", "Naħseb li wara dan il-paragrafu, li jkompli f'paġna 8, wieħed jista' jżid sentenza oħra u jsemmi dak li qiegħda tgħid inti.", "Naħseb li tista' issir sentenza li forsi tagħmel riferenza għal xi ħaġa oħra li hemm iktar 'il quddiem fis-sistema legali.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Ħalli ngħidlek għalfejn ma naqbilx miegħek.", "Ma naqbilx għax l-arrest li qed titkellem fuqu Dr Lepre huwa meta jsir ir-reat, inti tmur tagħmel assessment ta' dak li ġara u tarresta dak il-ħin stess!", "Meta qed ngħidu joħorġu charges hija għall-Qorti at a later stage u allura mhijiex eżattament xi ħaġa li tiġri fl-istess ħin.", "Però naħseb li jrid jidħol dan il-punt.", "Kont għamilt punt ieħor però sibtu iktar tard ukoll.", "Hemm ukoll riferiment li naħseb li jrid isir għad-dati ħżiena li jitniżżlu fuq l-att tal-akkuża.", "Jekk jitniżżlu d-dati ħżiena fl-att tal-akkuża naħseb li jrid jiġi elaborat dan il-punt u jrid jidħol taħt il-punti li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija peress li huma joħorġu bl-att tal-akkuża.", "(Interruzzjonijiet) Irrid nara peress li huma l-pulizija li joħorġu biċ-charges …", "CARMELO ABELA: Parti mis-sistema legali.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jien ipprovajt insemmi dak li jsir fl-għases fil-parti li għandha x'taqsam mal-pulizija għaliex huma qisu li għandhom kuntatt dirett mal-vittma.", "(Interruzzjonijiet) Iva, is-sistema legali tinkludihom ukoll u allura kien xi ftit diffiċli …", "THE CHAIRPERSON: Mela allura jekk inti ħdimt b'dak il-mod nistgħu nħalluha kif inhi imma nżiduha wkoll mal-parti li għandha x'taqsam mas-sistema legali.", "X'imkien fil-bidu rridu nagħmlu riferenza għall-fatt li hawnhekk hawn affarijiet li jistgħu jirrelataw mal-funzjoni tal-pulizija jew inkella fil-parti tal-pulizija nagħmlu nota li tirrelata mal-affarijiet li jiltaqgħu magħhom il-pulizija fl-għases u l-kumplament nagħmluha mas-sistema legali.", "Għal min ikun qed jaqra r-rapport irridu nagħmlu linja waħda x'imkien fejn ngħidulu li l-kuntatt mal-għassa se npoġġuh hawnhekk mentri l-affarijiet l-oħra relatati mal-pulizija se jidħlu taħt is-sistema legali.", "B'hekk għallinqas, ġaladarba tkun taf il-ħsieb li bih ikun miktub, tkun tista' tasal għaliha aħjar.", "Ridt inkun ċerta li meta naslu fis-sistema legali nagħmlu l-punt li dan jista' jwassal sabiex l-akkużat jispiċċa jinħeles minħabba żball tal-pulizija.", "Abbinata ma' xi ħaġa oħra li ktibna fir-rakkomandazzjonijiet u kumbinazzjoni kont qiegħda nitkellem fuqha l-bieraħ mal-Ministru Bonnici, hija li fis-sistema legali tagħna, meta jkun hemm vittma li għandha l-kawża tagħha se tinstema', din tiġi notifikata li għandha l-kawża tagħha fit-tali data imma ma tiġix notifikata għal liema kawża se tkun qiegħda tidher!", "Ma tiġix notifikata!", "Din tniżżlet fir-rapport tagħna.", "U abbinat magħha hemm ukoll il-każ li jekk ikollok żball fiċ-charges, peress li l-vittma ma tkunx rathom iċ-charges, jista' jagħti l-każ li x'ħin titla' il-Qorti l-każ kollu jaqa'!", "Irridu nkunu ċerti li joħroġ dak il-punt.", "Ma jimpurtax jekk ikun fis-sistema legali basta joħroġ.", "Dawn iż-żewġ affarijiet li semmejt huma abbinati ma' xulxin.", "Hemm xi ħadd li jrid iżid xi ħaġa fuq il-parti li għandha x'taqsam mal-pulizija?", "Tajjeb mela nistgħu nkomplu.", "Punt 2.3: Iċ-ċentri tas-Saħħa: Min-naħa tiegħi ma jidhirlix li hemm xi affarijiet li rrid inbiddel hawnhekk.", "Intom għandkom xi emendi?", "Mela din il-parti nħalluha kif inhi.", "Punt 2.4: Residenzi: Hawnhekk bdejna dan il-paragrafu b'dan il-kliem \"Mara u uliedha li jkunu vittmi ta' vjolenza domestika...\".", "Jien ma stajtx niftakar fuq jekk għandniex servizzi ta' shelter għall-irġiel.", "Ma jidhirlix li jeżisti xi wieħed imma ma kontx ċerta fuqha.", "DR ELAINE BURMINGHAM: L-uniċi shelters li jeżistu huma Dar Merħba Bik, Dar Qalb ta' Ġesù u Għabex.", "THE CHAIRPERSON: U dawn iżommu biss in-nisa.", "Dik hi r-raġuni li niżżilt il-kliem \"mara u uliedha\" għaliex għalihom biss jeżistu shelters.", "THE CHAIRPERSON: Mela x'imkien fir-rakkomandazzjonijiet tagħna rridu nniżżlu li għandu jkun hemm imqar shelter wieħed għall-irġiel għax anke l-irġiel jistgħu jkunu vittmi ta' vjolenza domestika!", "U huma wkoll jistgħu jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom!", "DR ELAINE BURMINGHAM: Eżatt.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt din semmiha l-Onor.", "Cutajar fl-email tiegħu.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, jien għamilt riferenza għall-uniku media li rrapportat dik il-laqgħa partikolari li fiha kien mistieden is-Sur Aquilina.", "Forsi hemmhekk wieħed jista' jieħu l-ġist ta' dak li qalilna dakinhar.", "Fl-email tiegħi bgħatt ukoll il-link tal-inews għax kienet l-unika media li rrapportat dik il-laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: L-email li bagħat l-Onor.", "Cutajar f'isem l-Oppożizzjoni kienet bażikament qed tgħid li mkien m'hemm riferenza għall-vjolenza domestika fuq l-irġiel bħala l-vittmi.", "U li jekk wieħed jara r-rapport jingħata l-impressjoni li f'pajjiżna teżisti biss vjolenza domestika fil-konfront tan-nisa.", "Huwa minnu li l-maġġoranza assoluta tal-vittmi huma nisa imma nemmen li r-rapport ikun jagħmel aktar sens li kieku jkun hemm imqar riferenza għall-irġiel bħala vittmi wkoll.", "Imbagħad ifakkarna wkoll fil-laqgħa li kellna mas-Sur Aquilina u qed jagħtina din il-link tal-inews.", "Kumment żgħir li xtaqt nagħmel hu li f'ħafna mir-rapport il-persuna li qed tiġi aggredita hija mniżżla bħala l-vittma u l-persuna li qed taggredixxi hija mniżżla bħala l-aggressur.", "Ma nafx hijiex sitwazzjoni feliċi li bil-Malti l-vittma tinstema' bħala femminili mentri l-aggressur jinstema' bħala maskili imma kif nafu vittma tista' tkun kemm raġel u kemm mara u l-istess aggressur, jista' ikun raġel u tista' tkun mara.", "U għalhekk mhux għax kellna xi diskriminazzjoni fir-rapport.", "CARMELO ABELA: Meta ngħidu vittma qed ngħidu kemm għal vittma mara u kemm għal vittma raġel.", "L-istess fuq l-aggressur, jista' ikun raġel u tista' tkun mara.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fil-fatt qgħadt attenta ħafna li kemm jista' jkun jintużaw dawk iż-żewġ kelmiet li bil-Malti huma gender neutral!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: In all fairness, peress li l-kwotazzjonijiet li ttieħdu, ittieħdu kollha minn min ġie hawnhekk, dawn kollha kienu nisa.", "Jidhirli li s-Sur Aquilina wkoll kellu kontribuzzjoni x'jagħti min-naħa tal-irġiel u mill-esperjenzi tagħhom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li għandna nniżżlu li s-Sur Aqulina qalilna li vittma raġel jistħi jmur l-għassa għax jibża' li jiġi redikolat.", "THE CHAIRPERSON: Kien hemm affarijiet li qalilna li nistgħu nagħmlu aċċenn għalihom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: U nkunu qegħdin nonqsu ftit f'dak ir-rigward jekk ma nsemmuhomx.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Is-Sur Aquilina, meta staqsejnih - u naħseb li fil-fatt kienet ir-raġuni li ma niżżilthiex - x'feedback għandu hu fuq il-pulizija, kien qalilna li min-naħa tal-irġiel m'għadhom problema ta' xejn mal-pulizija għax is-servizz jingħatalhom kollu.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Però dik għandha titniżżel għax qed tgħid ħafna!", "Jekk mara vittma tmur għand il-pulizija għandha problema imma jekk raġel vittma jmur għand il-pulizija m'għandux problema.", "Madankollu raġel ma jmurx l-għassa għax jistħi li jiġi redikolat.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Indaħħluha fil-parti li għandha x'taqsam mal-pulizija.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li għandu jkun hemm paragrafu żgħir proprju fil-parti fejn qed nitkellmu fuq il-vittmi.", "Għandna ngħidu li għalkemm b'mod ġeneriku u assolut, aħna qegħdin nirriferu għan-nisa bħala vittmi … Jiena għadni ġejja minn summit f'Londra li kien proprju fuq is-sexual violence u l-impatt li għamel raġel vittma meta qam biex jgħid l-istorja tiegħu werwer lil kulħadd!", "Meta tisma' mingħand raġel storja ta' dan it-tip titkexkex!", "Il-mara titqies bħala the weakest of the two sexes, u allura kważi fil-mentalità ta' ċerti nies hija awtomatikament vittma, imma meta tisma' raġel b'liema mod ikun umiljat u titneħħilu d-dinjità tiegħu, żgur li hija xi ħaġa b'saħħitha ħafna!", "Naħseb li nkunu ġusti iktar jekk ninkludu paragrafu f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt hawnhekk kellna biss lis-Sur Aquilina li tkellem fuq l-irġiel u naħseb li nkunu qed nuru ċertu rispett lejh għax hu kellu l-kuraġġ li jiġi jitkellem fuq xi ħaġa bħal din.", "Fil-fatt ħadd m'għandu kuraġġ jitkellem fuqha din.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ridt ngħid ukoll li f'dik il-laqgħa partikolari kien hawn preżenti u ta l-kontribut tiegħu l-Onor.", "Fil-fatt semma' esperjenzi li għadda minnhom hu bħala tabib, fejn proprju l-irġiel imorru jkellmuh bil-problemi tagħhom għaliex jafdawh bħala tabib.", "Debattista ta l-kontribut validu tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li dik għandha tidħol f'dan ir-rapport.", "Naqbel ukoll mal-Onor.", "Buttigieg għaliex aħna ħadniha for granted kważi li sibna problema mal-vittmi nisa meta jirrelataw mal-pulizija u allura ħsibna li se tkun ovvjament problema għall-vittmi rġiel u kważi konna sorpriżi meta s-Sur Aquilina qalilna li ma jsibux problema!", "It does say a lot li mara ssib problema mentri raġel ma jsibx problema u li mbagħad raġel jistħi jmur jagħmel rapport.", "Naħseb li dik trid titniżżel x'imkien.", "Imbagħad ovvjament fir-rakkmandazzjonijiet nagħmlu l-fatt li għandu jkun hemm imqar shelter żgħir għall-irġiel avolja ma nafux x'domanda hawn għal dan it-tip ta' shelter.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Xi tip ta' servizz għandu jingħata għax bħalissa s-servizzi li jeżistu kollha jaqdu l-bżonnijiet tan-nisa.", "THE CHAIRPERSON: Jew għallinqas forsi għandu jsir studju żgħir biex naraw jekk hawnx bżonn shelters għall-irġiel qabel ma ninvestu f'shelter simili.", "Jekk inti tagħmel shelter għall-irġiel imma mbagħad ħadd ma jmur fih lanqas ħaqq li tagħmlu.", "Għandu jkun hemm servizz jekk hemm domanda u għalhekk naħseb li l-ewwel hemm bżonn li naraw jekk hemmx domanda!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sakemm ma nagħmlux proprju rakkomandazzjoni li għandha ssir kampanja edukattiva fuq x'inhi l-vjolenza fuq l-irġiel.", "Il-vjolenza fuq l-irġiel tista' tkun differenti ferm!", "Fil-fatt is-Sur Aquilina semmih dan fil-preżentazzjoni li għamlilna.", "ROBERT CUTAJAR: Waqt li qiegħed nara r-rapport ftakart li dakinhar fil-laqgħa mas-Sur Aquilina kien hemm xi ħin fejn intefa' l-mikrofonu u allura jista' jkun hemm ċerti battuti li ma ġewx recorded!", "L-Onor.", "Buttigieg qiegħda tgħid sew imma ftakart f'din il-biċċa x'ħin kont qed nara r-rapport.", "Anke dak li qal l-Onor.", "Dr Burmingham inti għandek it-transcript?", "Kien hemm ħin sostanzjali fejn il-mikrofonu kien mitfi.", "ROBERT CUTAJAR: Fir-rapport kien identifikat dan il-fatt.", "DR ELAINE BURMINGHAM: U dak li ntqal dak il-ħin la għandna on record u lanqas fir-records personali li ttieħdu ma jistgħu jitniżżlu fir-rapport.", "ROBERT CUTAJAR: Però hemm xi affarijiet li ssemmew u li jistgħu jidħlu f'dan ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: Mela naraw jekk hemmx affarijiet li jistgħu jitniżżlu fir-rapport.", "Jekk dawn nistgħu ndaħħluhom, naraw li jidħlu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Però jekk ma nistgħux nirrapportaw eżatt x'inqtal lilna, ovvjament b'rispett lejn min ġie jkellimna, naraw nistgħux indaħħluhom bħala rakkomandazzjonijiet tagħna.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Bla dubju, jekk aħna nagħmlu xi rakkomandazzjonijiet nistgħu ngħadduhom imma ovvjament dak li ma kienx recorded aħna ma nistgħux nikkommettuh on paper sempliċement għax għandna records tiegħu.", "ROBERT CUTAJAR: Naqblu.", "Filwaqt li napprezza dak kollu li għamiltu, min-naħa tagħna bħala deputati, minkejja li dan id-diskors ma ġiex recorded fuq talba tal-mistieden li kellna, xorta waħda nafu b'dik is-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "U allura naħseb li nkunu qegħdin nonqsu - mingħajr ma nikkwotaw li dik qalha Ċikku jew Peppi – jekk ma nsemmuhiex.", "Bħala deputati għandna l-obbligu li jekk hemm lista ta' rakkomandazzjonijiet, filwaqt li nifhem dak li qiegħda tgħid inti, din indaħħluha bħala waħda mir-rakkomandazzjonijiet tagħna mingħajr ma nikkwotaw min qalha.", "THE CHAIRPERSON: Aħna ovvjament għamilna diskussjoni u għandna kull dritt li nagħmlu diskussjoni dwar dak kollu li nqtal quddiemna.", "F'parti mid-diskussjoni li qegħdin nagħmlu qegħdin nirrealizzaw li hemm din it-tip ta' problema.", "La l-kliem tiegħu mhux qiegħed imniżżel aħna ma nistgħux nikkwotawh però nistgħu ngħidu li l-ewwel nett il-problemi kollha li jiltaqgħu magħhom in-nisa jista' jkun li mhumiex l-istess problemi li jiltaqgħu magħhom l-irġiel meta jmorru għand il-pulizija.", "Dan nistgħu nikkonstatawh minn dak kollu li smajna.", "Hemm ukoll l-element ta' mistħija min-naħa tar-raġel meta jmur jirrapporta u din hija xi ħaġa differenti minn dak li tħoss mara.", "Dan proprju jista' jkun minħabba l-expectations tas-soċjetà fuq l-istrength u l-karattru tar-raġel.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nistgħu nipproponu li jsir studju iktar fil-fond ħalli jkun hemm iktar każijiet li jiġu studjati qabel ma jieħdu dawn ir-rakkomandazzjonijiet on board?", "Qed ngħid hekk għax forsi n-numru ta' persuni li aħna ddiskutejna magħhom ma kienx kbir u rappreżentattiv biżżejjed biex ikun hemm stampa ġenerali.", "Allura aħna nirrakkomandaw li għandu jkun hemm studju iktar fil-fond biex jaraw iktar każijiet għax forsi mhux l-irġiel kollha jħossuhom hekk u forsi mhux in-nisa kollha jħossuhom hekk.", "Mela aktar ma jkun hemm rappreżentanza kbira li tista' tiġi studjata, aktar jista' jkun hemm rakkomandazzjonijiet validi għaliex ikunu qed jirriflettu iktar is-sitwazzjoni attwali.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naqbel li għandu jkun hemm studju li jħares lejn ċerti aspetti aktar fil-fond u li jkun iħares minn naħa tal-irġiel jew minn naħa tan-nisa jew inkella b'mod globali.", "Nistgħu nagħmlu rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tal-Familja fi ħdan l-Università ta' Malta, li huwa mmexxi mill-Profs Angela Abela, sabiex jieħdu din l-inizjattiva on board u jipprovaw jagħmlu studju aktar approfondit dwar forsi kif iħossuhom u xi rakkomandazzjonijiet jistgħu joħorġu bihom min-naħa tagħhom.", "Għalkemm naħseb li n-nies li rajna hawnhekk u n-nies li rajna f'Dar Qalb ta' Ġesù huma sample rappreżentattiv.", "Ovvjament aħna mhux qed nidħlu f'xi stħarriġ xjentifiku u żgur li ma kienx hekk!", "Dak li għamilna aħna aktar kien kwalitattiv milli kwantitattiv!", "Imma jien, mill-esperjenza li għandi bħala avukat tal-familja, naħseb li ħafna mill-affarijiet insibuhom as we go along.", "Inħoss li xorta għandu mnejn jekk isir studju jaf joħroġ iktar affarijiet minn dak li ħriġna aħna.", "Għalkemm naħseb li dan ir-rapport huwa pjuttost estensiv għax għamilna x-xhur nitkellmu fuqu b'ċertu dettall.", "Imma ma jkunx ħażin li f'dan l-ambitu, iktar ma jkollok studji u iktar ma jkollok studji vasti, iktar nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Naħseb li hija rakkomandazzjoni tajba.", "Jekk triduh aħna għadna kemm ħriġna ktieb fuq kif l-adoloxxenti jirrelataw mal-ġenituri tagħhom hawn Malta.", "Dan għaliex meta sar studju fl-Ewropa sabu li l-mod ta' kif jirrelataw iż-żgħażagħ tagħna mal-ġenituri tagħhom pajjiżna kważi ġie fl-aħħar fil-lista!", "Jiġifieri m'hemmx relazzjoni daqshekk tajba jew miftuħa bejn il-ġenituri u l-adoloxxenti.", "Għamilna wkoll studju li sar fuq bażi ta' sentejn, fejn rajna madwar 98 familja differenti, li huma destressed, fosthom jinkludu nies li għaddejjin minn separazzjonijiet, eċċ mid-Departement of Family Studies fl-Università ta' Malta.", "Kien hemm Profs Angela Abela, Dr Ruth Farrugia, jien u psikologa li ħdimna fuq dan il-ktejjeb.", "U nista' ngħid li ħarġu ħafna affarijiet interessanti.", "Jekk xi ħaġa simili tkun tista' issir fuq din il-bażi naħseb li tkun rakkomandazzjoni tajba wkoll u għalhekk hemm bżonn li nniżżluha.", "Rigward ir-residenzi xtaqt ngħid ukoll li meta konna qegħdin nitkellmu u niktbu dwar ir-residenzi, f'paġna 10 kien hemm sinjura li qalet hekk: \"it seems like I am destined to struggle until the children are old enough to stay at home alone.\"", "Din il-mara kienet qiegħda titkellem fuq il-fatt li m'għandhiex faċilità ta' child care centre.", "Naħseb li b'xi mod, il-fatt li llum il-ġurnata dan is-servizz jeżisti għall-ommijiet li jridu jaħdmu, u allura din il-problema permezz ta' dawn is-servizzi ġodda ġiet sorvolata, ikun tajjeb li nsemmu xi ħaġa fir-rapport.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Però fil-kuntest ta' kif intqalet u fil-kuntest tad- Dar Qalb ta' Ġesù ma ninsewx ukoll li huma jixtiequ jwaqqfu - u naf li qegħdin fl-aħħar parti tal-proċess - child care service għalihom.", "Naħseb li fuq dak it-tip ta' servizz kienu qegħdin jitkellmu magħna.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt aktar tard kont se nagħmel rakkomandazzjoni addizzjonali sabiex bħalma l-Gvern qed jagħti għajnuna in ġenerali fiċ-child care, naraw nistgħux nagħmlu rakkomandazzjoni biex kemm Dar Qalb ta' Ġesù u anke fejn tidħol Merħba Bik ikollhom din iċ-child care facility li mhijiex qiegħda tintuża ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Qiegħda tintuża mir-residenti.", "Il-problema tagħhom hija – għax kumbinazzjoni għadni kif erġajt mort Dar Merħba Bik u l-President ta' Malta għadha kif fetħet l-open area tat-tfal li hija armata b'outdoor gym u għandhom kollox – li ma jistgħux iħallu t-tfal hemmhekk sakemm huma jmorru jaħdmu.", "Din hija d-dilemma kbira li għandhom.", "THE CHAIRPERSON: Għal dik qiegħda ngħid.", "Jien qiegħda nitkellem fuq child care facility li mhux tintuża bħala child care facility u ċioè fejn inti tista' tħalli t-tfal hemmhekk sakemm tmur għax-xogħol.", "Jekk il-Gvern qiegħed jagħti għajnuna lill-ommijiet u qed iħallas iċ-child care tat-tfal, irridu nagħmlu rakkomandazzjoni biex din l-għajnuna tiġi estiża wkoll għal dawk iċ-child care facilities li jeżistu f'dawn ix-shelters.", "Jekk il-Gvern ikun lest li jħallas lil min jaħdem fihom, dawn ikunu jistgħu jiffunzjonaw.", "Meta morna naraw ix-shelter tad-Dar Qalb ta' Ġesù qabditni għafsa ta' qalb għax verament hemm child care centre tal-meravilja.", "U dan jinsab totalment magħluq!", "Hija ħasra!", "Iktar tard imbagħad nagħmlu dak il-punt.", "Peress li waħda mill-problemi hija li dawn in-nies normalment se jsibu ruħhom f'shelter għax għandhom problema finanzjarja, jekk għallinqas il-Gvern issa qed jipprovdi child care b'xejn u dawn jistgħu jagħmlu użu minnu, għalkemm din mhijiex l-aħjar option għax mhijiex qiegħda inhouse, imma dejjem għandhom fejn iħalluhom x'imkien!", "Jekk is-Sinjura hawnhekk qiegħda tgħid li \"it seems like I am destined to struggle until the children are old enough to stay at home alone\" naħseb li ċ-child care b'xejn b'xi mod se ttaffi din il-problema.", "Naħseb li trid issir riferenza hawnhekk għax issa, minn mindu morna nkellmu lis-sinjuri s-sitwazzjoni taċ-child care qiegħda b'xi mod tiġi rimedjata.", "Mela nistgħu ngħidu li hemm child care services li jistgħu jiġu pprovduti inhouse u jkun tajjeb li minn dawn isir użu aħjar.", "Parzjalment din ukoll ġiet rimedjata għax illum bis-sistema l-ġdida, fejn inti, jekk tmur taħdem u tkun fuq il-benefiċċji soċjali se tieħu parti mill-benefiċċji soċjali.", "B'hekk mela jekk toħroġ taħdem mhux se tieħu €400 biss daqs kemm se tieħu li kieku bqajt id-dar!", "Mela minn meta kellimniha sar progress u nkunu qegħdin nonqsu jekk – issa m'aħniex ngħidu li sar kollox tajjeb – ma ngħidux li kien hemm a positive improvement.", "Għandkom xi ħaġa oħra li tixtiequ żżidu fuq din il-parti?", "Mela rigward is-sistema legali jrid jiżdied dak il-paragrafu żgħir biex nagħtu dik l-ispjegazzjoni.", "Issa meta qiegħda ngħid paragrafu żgħir ma rridx infisser xi tlitt kwarti ta' paġna imma żewġ linji kollox.", "Xi ħaġa li naħseb kont fhimtha ħażin hija marbuta ma' dak li kien qalilna Dr Mifsud min-naħa tal-Għajnuna Legali.", "Niftakar li meta kont staqsejtu jekk il-vittma tistax tkun rappreżentata, safejn naf jien kien qalilna li l-parte civile mhijiex rappreżentata u m'għandhiex dritt tkun rappreżentata.", "Safejn naf jien m'għandhiex dritt tkun rappreżentata bil-legal aid, però hawnhekk qed jingħad li l-vittma trid titlob għall-għajnuna legali biex din tingħatalha.", "Safejn naf jien lanqas jekk titlob għaliha m'għandha dritt għaliha.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nerġa' niċċekkja t-transcript imma jien hekk fhimtu, li din għandha d-dritt għall-għajnuna legali.", "Il-punt kien li meta inti l-aggressur, is-sistema tgħidlek li għandek dritt għall-għajnuna legali imma meta inti parte civile, ħadd ma jgħidlek xejn u allura kulħadd jassumi li m'għandekx dritt.", "U d-diskussjoni kienet kif il-vittma m'għandhiex tkun mgħarrfa bħalma jkun mgħarraf l-aggressur.", "THE CHAIRPERSON: Mela fhimt ħażin.", "DR ELAINE BURMINGHAM: I stand to be corrected imma issa niċċekkja mad-debate.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien nissuġġerixxi li nniżżlu rakkomandazzjoni oħra; li kemm il-vittma kif ukoll l-aggressur nagħtuhom il-lista tad- drittijiet tagħhom.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fil-fatt jekk taraw paġna 17 punt nru 7 qed ngħidu li \"il-vittma li tkun parte civile f'kawża għandha tiġi infurmata bid-dritt li jkollha avukat tal-Għajnuna Legali\".", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "L-istess ħaġa li qegħdin ngħidu aħna.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Tajjeb.", "THE CHAIRPERSON: Jien kont fhimtha totalment ħażin.", "Kelli xi ħaġa differenti f'moħħi u għalhekk ridt nistaqsi għax ma kontx ċerta.", "Hawn xi ħaġa li forsi xtaqtu żżidu?", "Naħseb li dan il-punt kien miktub tajjeb ħafna.", "Onor. Buttigieg kellek xi ħaġa oħra x'iżżid mal-parti li għandha x'taqsam mas-sistema legali?", "Punt 3: Il-Perspettiva tal-vittma tal-Vjolenza Domestika.", "Naħseb li fejn għandna nżidu xi ħaġa fuq l-irġiel għandha tidħol hawnhekk.", "Ovvjament fejn hemm il-kwotazzjonijiet bl-Ingliż irridu nagħmluhom bil-Malti wkoll.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Din il-biċċa naħseb li kienet l-iktar waħda li konna fidili magħha.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt kienet waħda mill-affarijiet li konna qbilna fuqha biex tiżdied mir-rapport kif kien se jiġi ppreżentat.", "Naħseb li kien importanti li min jaqra dan ir-rapport jieħu l-feel tal-problema kif tinħass mill-vittma wkoll.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa importanti u naħseb li ġiet imqiegħda tajjeb ħafna.", "Punt 4.1: Il-Konvenzjoni ta' Istanbul.", "Din trid tiġi aġġornata għaliex b'ferħ kbir irridu ngħidu li sakemm ktibna r-rapport irratifikajna din il-Konvenzjoni.", "Għandi ferħ kbir li rnexxilna nirratifikaw din il-Konvenzjoni!", "DR ELAINE BURMINGHAM: U tispiċċa wkoll ir-rakkomandazzjoni sabiex isir studju dwar x'hemm bżonn li jsir qabel ma tiġi rratifikata.", "THE CHAIRPERSON: Iva, imma naħseb li x'ħin naslu fiha trid tinbidel ftit.", "Irridu niktbu meta rratifikajniha.", "Hawnhekk hawn miktub li bħalissa hemm tmien pajjiżi mentri fil-fatt hemm madwar 12.", "Inqabżu wkoll għaxar ratifikazzjonijiet biex din tiġi fis-seħħ u fil-fatt issa se tiġi fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu.", "Din hija aħbar tajba ħafna għal kull min għamel sforzi kbar biex din tirnexxi.", "Nista' ngħid hekk għax fil-Kunsill tal-Ewropa, il-grupp tiegħi kien proprju l-grupp li ppilota din il-Konvenzjoni; u ħadmu fuq li ħadmu fuqha.", "Ovvjament bdew minn qabel ma kont jien f'dan il-grupp.", "Fil-fatt ilhom jaħdmu fuqha madwar tlitt snin.", "Dawn qegħdin jaħdmu b'serjetà kbira.", "Naħseb li hija xi ħaġa sabiħa ħafna!", "Ovvjament fejn qed ngħidu li \"Il-Ministru Helena Dalli, fi stqarrija li għamlet fis-26 ta' Novembru...\" trid tiġi mibdula issa.", "Hemm xi ħaġa oħra li tridu ddaħħlu fil-4.1?", "Mela ngħaddu għall-punt li jmiss.", "Punt 4.2: Ordnijiet ta' Protezzjoni.", "Hawnhekk ukoll m'għandix x'inżid.", "Intom għandkom xi ħaġa xi żżidu?", "Punt 4.3: Ċentri ta' Intervenzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Il-kelma \"intervenzjoni\" qiegħda naraha stramba.", "THE CHAIRPERSON: Anke jien.", "Din hekk tingħad?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Aħna s-soltu ngħidu \"intervent\" imma \"ċentri ta' invertent\" tinstema' stramba.", "THE CHAIRPERSON: X'irridu ngħidu proprjament?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Eżatt.", "Forsi nistgħu niċċekkjaw ftit, anke mal-uffiċċju tal-editing section ħalli naraw jekk isibux kelma daqsxejn aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li dan it-titolu jrid jitwal b'xi mod imma l-kelma \"intervenzjoni\" ma naħsibx li teżisti.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jew inħalluha \"intervention centres\" bl-Ingliż jekk ma nsibux il-kelma addatta bil-Malti.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex inkun onesta nippreferiha li tiġi \"intervention centres\".", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Jien m'għandi xejn iktar x'inżid fuq dik il-parti.", "Intom għandkom xi ħaġa?", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li għandha terġa' issir riferenza bl-istess mod f'dik ir-rakkomandazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Punt 5: Rakkomandazzjonijiet.", "L-ewwel nett naħseb li għandna biex inħossuna kburin li għamilna dan ix-xogħol kollu u ħriġna b'rakkomandazzjonijiet vera tajbin u numerużi.", "Fl-opinjoni tiegħi kien hemm bżonnhom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-ironija hi li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li qed nagħmlu hawnhekk jaqgħu wkoll taħt l-Istanbul Convention.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Hemm diversi affarijiet.", "Forsi allura qabel ma nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet nuru li aħna nafu li l-Istanbul Convention qiegħda tagħmilhom.", "Aħna hawnhekk dawn ħriġna bihom qabel ma rratifikajna din il-Konvenzjoni.", "Forsi nistgħu ngħidu li in line mal-Istanbul Convention hemm rakkomandazzjonijiet li hawnhekk qegħdin nagħmluhom filwaqt li hemm oħrajn li nħossu li forsi jistgħu jtejbu s-sitwazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt li konna se nagħmlu - imma kienet wisq outside our remit għax kienet wisq kbira l-biċċa xogħol - hu li konna se nħarsu lejn x'hemm nieqes fil-liġi tagħna li hemm fl-Istanbul Convention.", "Imma ħassejna li dik kienet task kbira wisq biex sempliċement naqbdu u nagħmluha qisu b'mod frivolu.", "Imma naħseb li fejn semmejna l-Istanbul Convention ngħidu li hemm affarijiet li filwaqt li konna qegħdin niddiskutu rrealizzajna li hemm affarijiet li huma neqsin u li jinsabu fl-Istanbul Convention.", "Allura, bħala konsegwenza ta' dan, se jkun hemm rakkomandazzjonijiet li llum il-ġurnata, ġaladarba rratifikajna din il-Konvenzjoni, se nirrealizzaw li biex niġu in line magħha rridu nagħmluhom ukoll.", "Però dawn ir-rakkomndazzjonijiet nistgħu nħalluhom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex inkunu ċari wkoll fuq tal-Istanbul Convention, kien hemm affarijiet li għalkemm bħala pajjiż ma konniex irratifikajna, konna diġà qegħdin nagħmluhom filwaqt li hemm oħrajn li għad irridu nagħmluhom.", "Allura naħseb li tajjeb li nuru li l-bidla kienet qiegħda ssir imma issa se nkunu qegħdin nifformalizzawha.", "U allura issa se jkollna ma xiex nimxu.", "THE CHAIRPERSON: L-Istanbul Convention hija konvenzjoni oneruża ħafna fuq il-pajjiżi.", "Naħseb li kieku wieħed kellu joqgħod jistenna sabiex kull ħaġa li hemm fl-Istanbul Convention issir, ħadd ma kien jirratifikaha.", "Mhux aħna ma konniex se nirratifikawha imma ħadd ma kien jirratifikaha!", "Meta kont għamilt dan il-punt fil-Kunsill tal-Ewropa konna ddeċidejna li għandna nirratifikawha biex ikollna target li rridu nilħqu.", "U naħseb li dik kienet l-idea.", "Naħseb li ta' min jgħid li bdejna dan ir-rapport u fl-ewwel paragrafu nistgħu nsemmu l-Istanbul Convention u ngħidu li konna f'sitwazzjoni fejn ma kellniex din il-Konvenzjoni rratifikata, u li allura parti minn dak li ġiegħelna naħdmu fuq dan ir-rapport kien proprju għaliex ridna niġu in line ma' dak li tgħid l-Istanbul Convention.", "Imbagħad ngħidu li issa li rratifikajniha, se nibqgħu naħdmu għax filwaqt li ċerti affarijiet ilħaqnihom, hemm affarijiet oħra li għadna ma lħaqnihomx.", "Barra minn hekk nagħmlu r-rakkomandazzjoni fl-aħħar li dawk issa rridu naslu għalihom bl-Istanbul Convention.", "Issa ejjew nibdew naraw ir-rakkomandazzjonijiet u naraw jekk għandniex x'inżidu magħhom.", "Naħseb li r-rakkomandazzjonijiet għandna nduruhom waħda waħda.", "Rakkomandazzjoni Nru 1: Il-vittmi għandhom jingħataw kopja tal-att tal-akkuża sabiex ikunu informati liema każ se jkun qed jinstema' u sabiex jekk ikun hemm xi żball jilħaq jiġi kkoreġut.\".", "Din ir-rakkomandazzjoni konna qegħdin nitkellmu fuqha l-ewwel.", "U naħseb li hawnhekk irridu nżiedu dan il-kliem; \"Dan sabiex ma jkunx hemm każijiet fejn l-akkużat jinħeles minħabba xi problema teknika.\".", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nixtieq nipproponi li nagħmlu sezzjonijiet għal kull qasam li semmejna għax hawnhekk daqqa nitkellmu fuq il-vittma, daqqa fuq il-Qorti, daqqa fuq il-pulizija u mbagħad nerġgħu mmorru fuq il-vittma, eċċ.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Kien hemm raġuni għalfejn imxejna b'dan il-mod.", "Kif semmejt fl-ewwel paragrafu d-deċiżjoni kienet li nibdew l-ewwel b'dawk li jistgħu jsiru bl-inqas finanzi possibbli u bl-inqas problemi u fl-inqas żmien possibbli.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Pereżempju rakkomandazzjoni Nru 7 fejn qed jingħad li l-vittma tingħatalha l-informazzjoni u li jkollha d-dritt għall-avukat hija xi ħaġa relatata mal-vittma.", "Mela allura nistgħu niġbru dawk il-punti relatati mal-vittmi għalihom; dawk relatati mal-Qorti niġbruhom għalihom, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li jagħmel sens hekk.", "Jekk it doesn't cost much money u huma kollha relatati mal-vittma, allura nagħmluhom u nibdlulhom is-sekwenza.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Imma se niggruppjaw kollox?", "Anke li hemm fl-aħħar li għandhom x'jaqsmu mal-vittmi?", "THE CHAIRPERSON: Le imma li l-vittma tingħata kopja tal-att tal-akkuża ma tiswiex flus.", "U lanqas li l-vittma tiġi infurmata bid-dritt tal-avukat.", "Inti hemmhekk qiegħed biss tinformaha u allura hija xi ħaġa li ma tiswiex flus.", "Allura jekk qishom fl-istess ilma u ma jiswewx wisq flus ...", "DR ELAINE BURMINGHAM: Bħal pereżempju rakkomadnazzjoni Nru 22 fejn qed jingħad li l-vittmi għandhom jingħataw l-għajnuna proviżorja mid-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali hija relatata mal-vittmi imma tiswa' l-flus.", "Allura dik se tiċċaqlaq?", "U lanqas qiegħda ngħid biex niggruppjawhom vittmi u mhux vittmi, imma jekk jistgħu jiġu taħt xulxin biex min ikun qed jaqra jarahom taħt xulxin naħseb li jkun aħjar.", "M'hemmx sekwenza partikolari fejn se ngħidu li dawk jgħoddu għall-vittmi għax li kieku kont nipproponi xi ħaġa differenti.", "U xorta ma naħsibx li għandna nagħmlu hekk għax ikun hemm dawk li they cross borders between each other.", "Imma jekk għandek xi ħaġa bħal din, li xorta ma tiswiex flus u li nistgħu niggruppjawhom flimkien, min ikun qed jaqra, se jkun jista' isegwi aħjar u hija xi ħaġa li tista' issir.", "Ma naħsibx li hija problema.", "Rakkomandazzjoni oħra; \"Il-Qorti għandha tagħmel seduta qabel ma tiddeċiedi fuq il-kwestjonijiet pendente lite.\"", "Din hija importanti ħafna u naħseb li hija rakkommandazzjoni li trid issir.", "Rakkomandazzjoni oħra; \"Il-pulizija għandu jkollha żmien sa meta jsiru l-istudji mwiegħda u l-quite rooms fl-għases.", "Il-Kumitat għandu jiġi aġġornat bl-iżviluppi.\".", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Aħna qed nirreferu għad-deadline hawnhekk u allura naħseb li rridu ndaħħlu din il-kelma fil-brackets għax meta qed tgħid \"żmien\" m'għandekx dak il-feeling ta' deadline.", "Qed nifhimha sew jien?", "THE CHAIRPERSON: Żmien sa meta jsiru l-istudji.", "Pereżempju żmien sa meta jsiru l-istudji u fil-brackets nagħmlu \"deadline\".", "B'hekk naħseb li niċċarawha.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Rakkomandazzjoni oħra; \"Il-vittmi ta' vjolenza domestika għandhom jiġu mistoqsija mill-pulizija jekk għandhomx xhieda li jistgħu jittellgħu fil-kawża.\".", "Din hija tajba, però meta kont qed naqra l-punt marbut mal-pulizija mkien ma ħarġet din il-problema.", "Naħseb li hemm bżonn li nsemmu xi ħaġa fuqha għaliex hija problema reali.", "Qatt għadni ma kelli kawża fejn il-pulizija jieħdu r-rapport u jistaqsu lill-vittma jekk għandhomx xhieda!", "Allura inti tmur tagħmel ir-rapport, titla' il-Qorti u mbagħad dakinhar jistaqsuk jekk għandekx xhieda!", "U inti ma tkunx taf li tista' ittella' xhud.", "Għal darb'oħra nerġa' ngħid li fl-istramaġġoranza tal-każijiet naħseb li din hija problematika.", "U naħseb li qatt ma ġiet għandi vittma b'rapport ta' vjolenza domestika u din ikollha x-xhieda mniżżlin fir-rapport!", "Dejjem kelli nikteb lill-ispettur biex ngħidlu li f'dan il-każ hemm xhud.", "Naħseb li din hija xi ħaġa sempliċi; kemm jistaqsuhom jekk għandhomx xhud għax il-vittmi ma jkunux jafu b'dawn l-affarijiet.", "L-uniċi nies li jkunu jafu huma dawk li jkunu xebgħu ġejjin u sejrin il-Qorti.", "Imbagħad il-vittma ma jkollhiex xhieda u l-kawża tagħha taqa' għax ma jkollhiex provi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Onor. Buttigieg, rigward il-kelma \"żmien\" li konna qed nitkellmu fuqha l-ewwel, x'taħseb jekk ngħidu li \"il-pulizija jrid ikollha żmien stipulat li fih isiru l-istudji mwiegħda\"?", "Dik hi l-kelma eżatta!", "THE CHAIRPERSON: Rakkomandazzjoni oħra; Il-Qorti għandu jkollha politika bil-miktub dwar meta m'għandhiex tingħata sentenza sospiża.\".", "Jiena naħseb li rridu ngħidu xi ħaġa dwar sentencing policy in ġenerali għax tinstema' li qisha l-liġi qed tagħti dritt li qed teħodulha l-Qorti b'policy partikolari meta m'għandekx tagħmilha!", "Jekk xi ħadd għandu jneħħi sentenza sospiża milli tingħata, dan għandu jkun il-Parlament u mhux il-Qorti!", "Il-Qorti għandu jkollha sentencing policy in ġenerali.", "Meta jkollok maġistrat li jisma' il-kawżi tal-familja, fejn għallinqas taf li jekk inti normalment fuq xi ħaġa partikolari se teħel dik il-piena, il-każ li jmiss fuq l-istess reat, bejn wieħed u ieħor se jieħu dik l-istess punizzjoni u mhux ħafna drabi ma tkunx taf fejn qiegħed.", "Naħseb li iktar milli meta m'għandhiex tingħata sentenza sospiża, aktar hija sentencing policy.", "Peress li naf għal liema kont qiegħda tirreferi meta ktibt din ir-rakkomandazzjoni għax kien hemm vittmi li qalulna; \"Mela sewwa, dan qisu xejn mhu xejn għax jerġa' jmur lura d-dar u terġa' ssibu ma' wiċċek!\".", "U allura naħseb li jrid jingħad hekk; \"Il-Qorti għandu jkollha sentencing policy li tirrefletti s-serjetà tal-każijiet ta' vjolenza domestika u l-perikli li jiltaqgħu miegħu l-vittmi meta l-aggressur jerġa' jkun taħt l-istess saqaf magħhom.\"", "B'hekk m'aħniex qed ngħidu li ma tingħatax sentenza sospiża imma għallinqas nuru t-tħassib tagħna.", "Ma nafx jekk taqblux magħha?", "Dr Burmingham tista' terġa' taqraha waħda?", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Il-Qorti għandu jkollha sentencing policy li tirrefletti s-serjetà tal-każijiet ta' vjolenza domestika u l-perikli li jiltaqgħu miegħu l-vittmi meta l-aggressur jerġa' jkun taħt l-istess saqaf magħhom.\"", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Punt li semmejt l-ewwel inti fuq li sentencing policy trid toħroġ mill-Parlament.", "THE CHAIRPERSON: Le, sentencing policy toħroġ mill-ġudikant.", "Hawnhekk kienet qed tgħid fuq meta m'għandhiex tingħata sentenza sospiża.", "Jekk qed ngħidu fuq meta m'għandhiex tingħata sentenza sospiża dik trid toħroġ mill-Parlament għax tkun qiegħed tibdel il-liġi mentri sentencing policy meta tgħid li normalment jekk każ ikollu dik il-gravità ma nagħtihx imma jekk tkun ta' din il-gravità nagħtiha għax l-imħallef għandu leeway safejn jista' jasal.", "Dan għandu a miminum u a maximum safejn jista' jagħti.", "Allura jekk inti tgħid li ta' tali gravità normalment se jieħu din it-tip ta' sentenza, mela din it-tip ta' gravità għandu jieħu din it-tip ta' sentenza.", "Rakkomandazzjoni Nru 6; \"Kif joħroġ l-att ta' akkuża, il-Pulizija għandhom joħorġu bin-notifiki mill-ewwel ħalli jkollhom biżżejjed ċans li jsibu lill-akkużat.", "Jekk ma jsibuhx, għandhom jikkuntattjaw lill-vittma sabiex tiggwidhom fuq fejn jistgħu jsibu lill-akkużat.\".", "Din nistgħu nħalluha kif inhi għax tajba qiegħda.", "Għalhekk imbagħad tirrelata ma' dik li għidtilkom aktar qabel u ċioè li jekk fil-fatt ma toħroġx mill-ewwel jista' ikun hemm il-problemi.", "Dik għandha tkun speċi ta' precursor ta' din ir-rakkomandazzjoni fin-naħa l-oħra.", "Fil-fatt m'hemmx differenza.", "Rakkomandazzjoni 8: \"Il-pulizija għandu jkollha politika miktuba dwar l-arrest u dwar il-proviżjoni ta' assistenza jew protezzjoni lill-vittmi ta' vjolenza domestika.\"", "Naħseb li biha din qed nolqtu l-musmar fuq rasu għax l-arrest ma jintużax sew.", "U saret riferenza għaliha aktar qabel.", "Se nibqa' naqra r-rakkomandazzjonijiet sakemm ma twaqqfuniex fuq xi ħaġa.", "Rakkomandazzjoni 9: \"Il-vittmi ta' vjolenza domestika għandu jkollhom link diretta mit-telefon ċellulari għall-awtorità konċernata.", "Fir-Renju Unit dan in-numru huwa pprovdut mill-MARAC u ma jiġix reklamat.\"", "Naħseb li fejn qed jiġi pprovdut m'għandhiex tkun fir-rakkomandazzjoni imma għandha tidħol fil-parti fejn tkellimna fuq il-MARAC aktar qabel.", "Rakkomandazzjoni 10: \"Għandu jkun hemm sit tal-internet li jkun iktar user friendly u li jagħti informazzjoni komprensiva lill-vittmi ta' vjolenza domestika.\"", "Rakkomandazzjoni 11: \"Studju tal-Konvenzjoni ta' Istanbul sabiex jiġu identifikati l-miżuri kollha li hemm bżonn jiġu attwati issa li ġiet irratifikata l-Konvenzjoni.\"", "Hawnhekk nistgħu nkomplu ngħidu; \"Dan biex jikkumplimenta x-xogħol li diġà sar in view of ratification.\"", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk tħalliha hekk kif emendajtha inti, fl-aħħar mill-aħħar se nsibu li hemm affarijiet li diġà saru u hemm affarijiet li għad iridu jsiru jew inkella prassi li trid tinbidel xi ftit.", "U allura awtomatikament imbagħad se joħroġ sew ix-xogħol.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Rakkomandazzjoni 13: \"Tiġi żviluppata risk assessment tool formali għall-ħaddiema li jiġu f'kuntatt ma' vittmi ta' vjolenza domestika.", "Din ir-risk assessment tool għandha tinkorpora fiha l-informazzjoni kollha li jistgħu jiġu bżonn ħaddiema minn organizzazzjonijiet differenti sabiex il-vittma ma tiġix mistoqsija l-istess affarijiet għal numru ta' drabi.\"", "Rakkomandazzjoni 14: \"Reviżjoni tas-sistema tal-medjazzjoni f'każijiet ta' vjolenza domestika sabiex jiġu protetti l-vittmi.\".", "Hawnhekk se nieqaf daqsxejn għax għandna daqxejn ta' problema li kienet ħarġet ukoll meta konna qegħdin niddiskutu r-rapport.", "Fil-fatt meta jkun hemm medjazzjoni s-sistema tagħna hi li inti tmur mal-avukati tiegħek – kemm il-vittma u kemm l-aggressur – għall-medjazjoni.", "F'dak ix-xenarju, għalkemm hemm vittma u hemm aggressur, inti mhux qed tħares lejhom bħala vittma u aggressur imma bħala żewġ partijiet li qegħdin jisseparaw.", "Imma r-realtà hi li xi ħadd minnhom huwa l-vittma u xi ħadd minnhom huwa l-aggressur f'xenarju ta' separazzjoni minħabba vjolenza domestika!", "In-nies li ġew hawnhekk qalulna li meta inti tkun f'dik il-kamra jagħtik ferħ ta' ġenn x'ħin issib ruħek quddiem l-aggressur!", "Nafu li dan mhuwiex l-aqwa setting li jista' jkollok!", "Min-naħa l-oħra, u din nista' ngħidha bħala avukat, l-unika drabi fejn ma nħobbx ngħid lill-vittmi biex jipprovaw jirrikonċiljaw – li hija differenti minn medjazzjoni – hija proprju fejn hemm vjolenza domestika!", "Naħseb li rridu nagħmlu distinzjoni bejn proċess ta' rikonċiljazzjoni u proċess ta' medjazzjoni.", "Sfortunatament, fil-liġi tagħna, hemm mishmash tagħhom it-tnejn!", "Taħt il-liġi tagħna l-medjatur huwa rikonċiljatur qabel mhu medjatur.", "U din hija totalment ħażina.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Allura minn dak li qed tgħid inti, forsi għandna ngħidu li hemm bżonn li ssir reviżjoni tas-sistema tal-medjazzjoni f'każijiet ta' vjolenza domestika ħalli ssir distinzjoni ċara bejn medjazzjoni u rikonċiljazzjoni.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Il-problema hi li meta tagħmel il-kors ta' medjatur, waħda mill-affarijiet li jgħidulek hi li f'każijiet ta' vjolenza domestika l-medjazzjoni lanqas suppost li ssir!", "Il-punt kruċjali tal-medjazzjoni hi li l-partijiet se jaslu għal agreement bejniethom b'dak li jipproponu huma stess.", "Issa inti meta għandek vittma u aggressur, għandek persuna li mdorrija tiddomina fuq il-persuna l-oħra, u għandek vittma li qiegħda magħluqa f'kamra żgħira mal-aggressur tagħha u allura din tkun lesta li ċċedi kollox!", "Mela hemmhekk għandek power imbalance u allura l-medjazzjonijiet ma jaħdmux f'dak il-każ.", "THE CHAIRPERSON: U din hi l-problema li qiegħda nara jien.", "Għalhekk ridt niddiskutiha ħafna iktar fil-fond għax dak li qiegħda tgħid Dr Burmingham huwa fil-fatt dak li jiġi rakkomandat, jiġifieri li inti lanqas biss tagħmel medjazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, mill-esperjenza professjonali ngħid li l-opzjoni l-oħra hija agħar sa ċertu punt!", "Dan għaliex jekk inti m'intix se tagħmel medjazzjoni se jkollok tmur għal kawża.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma nistgħux nirrakommandaw is-sistema kif kienet qabel, fejn l-agreement isir bejn l-avukati mingħajr ma l-partijiet iridu jmorru ġo dik il-kamra mal-medjatur?", "Qed nitkellem dejjem dwar każijiet ta' vjolenza domestika hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Iva, u naħseb li lejn x'imkien hekk irridu naslu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Kif kienu qabel fil-każijiet ta' vjolenza domestika biss, fejn inti you don't air your dirty laundry fil-Qorti u lanqas tiġi f'dik is-sitwazzjoni fejn qiegħda ġo kamra żgħira magħluqa mal-aggressur tiegħek.", "THE CHAIRPERSON: Dik li rrid proprjament nasal għaliha!", "Imma rrid nispjega għalfejn.", "Għalkemm jien naqbel ħafna li hemmhekk għandek a power struggle, speċjalment meta inti jkollok aggressur li normalment ikun dominanti, imma anke l-fatt li l-persuna l-oħra, li normalment hija l-vittma, waslet sabiex tieħu l-pass tas-separazzjoni, hemmhekk mhux se jkunu f'sitwazzjoni ugwali ta' power.", "Anzi totalment bil-kontra jkunu.", "Fl-istess ħin, l-unika opzjoni oħra - jekk ma nsolvuhiex – fil-preżent hija li inti tmur għal kawża, li jfisser li għandek xi sitt snin minn tal-inqas tiela' u nieżel il-Qorti!", "Apparti minn hekk tkun għadek bil-komunijoni tal-akkwisti mdendla sakemm ma twaqqafhiex għax minn mindu għamilna l-emendi taż-żmien tad-divorzju għamilna li tista' titwaqqaf f'nofs kawża imma li inti tibqa' imbagħad dan iż-żmien kollu tiffaċċja l-aggressur kull tant żmien, tiela' u nieżla l-Qorti, fl-opinjoni tiegħi hija agħar.", "Naħseb li hawnhekk irridu ngħidu li r-rakkomandazzjoni tagħna għandha tkun li mhux ma ssirx fuq separazzjoni jew ma jkunx hemm lok għal separazzjoni bonarja imma li din ma tobbligax lin-nies li qed jitolbu separazzjoni meta r-raġuni għal dik is-separazzjoni tkun vjolenza domestika.", "Ma tobbligahomx li jitilgħu huma għal medjazzjoni imma li s-separazzjoni bonarja ssir permezz ta' kuntratt bejn l-avukati mentri huma jitilgħu biss biex jinqara l-kuntratt.", "Din hija xi ħaġa li llum tista' ssir.", "Fil-fatt illum għandek l-għażla meta tagħmel medjazzjoni; jew li tmur għal medjazzjoni jew inkella jekk tkun qbilt diġà u jkollok il-kuntratt, il-ġurnata li tmur quddiem il-medjatur sempliċement biex jaqra dak il-kuntratt biex jara jekk inti l-ewwel nett fhimtux u t-tieni jekk taċċettahx kif inhu.", "Jien naħseb li sa ċertu punt din l-għażla diġà teżisti.", "Inti tista' tagħmilha mingħajr ma tmur għall-medjazzjoni.", "Irridu naraw eżatt x'irridu nipproponu u naħseb li huwa importanti li ma nobbligawhomx biex jitilgħu medjazzjoni għax illum tista' wkoll tagħmilha permezz ta' kuntratt.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li ma jitilgħux lanqas darba biex jinqara l-kuntratt?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Allura għalfejn ma nirrakkomandawx li l-vittmi jridu jkunu konxji tal-għażliet li jistgħu jagħmlu meta jiġu biex jidħlu l-Qorti.", "L-opzjonijiet għandhom ikunu hemmhekk u għandhom ikunu ċari.", "U fejn hemm bżonn li jiġu ċċarati għandhom jiġu ċċarati.", "Ma nafx huwiex il-maġistrat li jiċċarahom dawn l-affarijiet għax ma nifhimx kif isiru legalment imma l-biċċa l-kbira ma tkunx taf x'opzjonijiet għandek u allura taħseb li din hija l-unika triq li għandek.", "THE CHAIRPERSON: Jew inkella, alternettivament nistgħu nagħmlu rakkomandazzjoni lill-membri tal-professjoni legali li fejn jidħlu każijiet ta' vjolenza domestika, preferibbilment jagħmlu separazzjoni bonarja mingħajr ma tiġi diskussa waqt medjazzjoni billi n-negozjati jsiru bil-kitba.", "Naħseb li dak l-aħjar li nistgħu nagħmlu u ċioè issir rakkommandazzjoni lill-professjoni legali, li fejn ikun hemm kwestjoni ta' separazzjoni minħabba vjolenza domestika … (Interruzzjonijiet)", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li s-sentenza għandna nħalluha kif inhi għax aħna qegħdin nitkellmu fuq ir-reviżjoni tagħha.", "Inti qiegħda tgħid li se tibqa' kif inhi u mbagħad ikunu l-avukati li jippreżentaw l-opzjonijiet.", "THE CHAIRPERSON: Dan għaliex l-opzjoni teżisti imma ħafna drabi xorta waħda ma ssirx l-għażla.", "(Interruzzjonijiet)", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għax il-vittmi ma jkunux jafu.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "L-avukati qishom jaqbdu u jiftħu l-medjazzjoni mill-ewwel.", "U allura naħseb li għandha ssir rakkommandazzjoni biex ikun hemm din l-opzjoni għax fuq kollox diġà teżisti.", "Pereżempju jien nagħmilha.", "Ma neħodhomx hemm jekk naf li għandi power imbalance.", "Imma naħseb li l-avukati għandhom ikunu daqsxejn iktar konxji tagħha għax il-każijiet ta' vjolenza domestika mhux kulħadd jeħodhom bl-istess mod.", "Ikollok min bħali u bħal ħafna oħrajn li jaħdmu fil-kamp tal-familja u jagħmluha imma mbagħad għandek oħrajn li jaħdmu fil-kamp kummerċjali u jagħmlu xi ftit medjazzjoni għas-separazzjonijiet u hemm oħrajn li jaħdmu fil-kamp tal-kriminal u wara jagħmlulek ftit każijiet ta' separazzjonijiet.", "U allura ma jkunux daqshekk konxji tagħha l-ħaġa.", "Dr Burmingham tista' terġa' taqraha ftit dik is-sentenza?", "DR ELAINE BURMINGHAM: \"Li ma jkunux obbligati li jidhru quddiem il-medjatur u li n-negozjati jsiru bil-kitba bejn l-avukati.\".", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Din hemm bżonn li tiġi pin pointed bħala rakkomandazzjoni.", "Ma naħsibx li reviżjoni tas-sistema tal-medjazzjoni f'każi ta' vjolenza domestika sabiex jiġu protetti l-vittmi trid tiġi magħmulha b'dan il-mod.", "Issa qiegħda ngħid hekk mhux għax m'hemmx bżonn ta' reviżjoni fis-sistema tal-medjazzjoni.", "Anzi naħseb li r-reviżjoni hija bżonnjuża ħafna, speċjalment biex nifirdu r-rikonċiljazzjoni mill-medjazzjoni għax dawn suppost qatt ma kellhom ikunu flimkien għax huma żewġ affarijiet differenti.", "Rakkomandazzjoni oħra: \"Is-sistema ta' ordnijiet ta' protezzjoni jinħarġu mingħajr dewmien.\"", "Din oħra: \"L-avukati għandhom jirċievu informazzjoni u taħriġ dwar l-użu tal-ordnijiet ta' protezzjoni.\".", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Kważi kważi dik tal-medjazzjoni tista' tidħol ma' din.", "THE CHAIRPERSON: Imma huma differenti.", "Forsi jistgħu jiġu wara xulxin peress li qed jitkellmu fuq l-avukati.", "Rakkomandazzjoni oħra: \"It-tobba għandhom jingħataw taħriġ fuq kif jidentifikaw vittmi ta' vjolenza domestika u kif jirrelataw magħhom.\"", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Teżisti għodda li ħarġet fil-Global Summit li forsi wieħed jista' jirrakkomanda li tiġi addattata f'dan il-każ.", "Din qiegħda proprja sabiex tgħinek tidentifika vittmi ta' vjolenza sesswali b'mod partikolari.", "Naħseb li partijiet minnha jistgħu jintużaw hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu nagħmlu riferenza għalih u narawh ftit.", "Rakkomandazzjoni oħra: \"Reviżjoni tas-sistema tal-assistenza legali sabiex ikun żgurat li l-vittmi jingħataw l-informazzjoni kollha li jkollhom bżonn u li jiġi offrut lilhom servizz b'dinjità.\"", "Naħseb li għandna nżiedu magħha li \"Is-sistema tal-assistenza legali għandha tkun magħmulha minn full-timers\" għax għalkemm tkellimna fuqha ma niżżilnihiex bħala rakkommandazzjoni.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dik kienet rakkomandazzjoni li għamel Dr Mifsud stess.", "U fil-fatt hawn miktub li \"L-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali saħaq li għandu jkun hemm uffiċċju b'numru ta' avukati li jaħdmu full-time.\".", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu imma mbagħad insejna nniżżluha bħala fir-rakkommandazzjonijiet.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma niżżilnihiex għaliex proprju kienet rakkommandazzjoni tiegħu.", "Imma jekk tridu nistgħu nagħmluha bħala rakkomandazzjoni tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li għandha ssir rakkommandazzjoni tagħna.", "Waqt li qegħdin nitkellmu fuq din nixtieq ngħaddi xi kummenti qosra.", "Naf li barra minn Malta - fl-Amerika ssir żgur - jkollok persuna kwalifikata, normalment tkun akkademika imma li tkun taħdem fil-qrati, u din ikollha sett ta' studenti interessati fil-liġi tal-familja li fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom, jiġu mqabbda jgħinu lil nies bi problema ta' vjolenza domestika bħallikieku huma tal-Għajnuna Legali biex ikollhom an extra help in the legal office.", "Din barra taħdem ħafna għax ikollok ħafna studenti entjużjasti li jixtiequ jgħinu u jkomplu jitgħallmu fl-istess ħin.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Kieku jien ma nispeċifikax li jkunu studenti imma nagħmlu rakkomandazzjoni sabiex ikollna full-time legal aid, fejn idealment ikollok bħal roster b'numru ta' avukati li b'obbligu jridu jagħmlu dan it-tip ta' servizz full time for an amount of time.", "THE CHAIRPERSON: Normalment inti jkollok dritt tal-avukat tal-għażla tiegħek imma fl-Għajnuna Legali m'għandekx.", "Safejn naf jien hemm pajjiżi fejn inti tista' tagħżel l-avukat tiegħek imma mbagħad dak ikun imħallas bħala tal-Għajnuna Legali.", "Li nara daqsxejn ta' problema biha din hu minħabba l-fatt li l-ħlas normalment tkun miżerja, u min ikun l-iktar li jagħmel dawn il-każijiet jispiċċa inundated bil-każijiet tal-Għajnuna Legali.", "(Pawża) Mela ddeċidejna li jkun aħjar li kieku nżidu l-pagi tal-avukati tal-Għajnuna Legali u nagħmluhom full-time ħalli n-nies ikollhom servizz aħjar!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li hekk aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Napprezza l-appoġġ tagħkom.", "Mela qed ngħidu full-timers b'paga diċenti.", "Rakkomandazzjoni oħra; \"Inqas dewmien fil-każijiet li jkunu qed jinstemgħu l-Qorti u protezzjoni għall-vittmi fil-perijodu minn meta jsir ir-rapport sa meta jinstema' l-każ.\".", "Oħra; \"Taħriġ iktar intensiv għall-pulizija sabiex isiru aktar sensittivi għall-vittmi li jmorru jitolbuhom l-għajnuna.\".", "ROBERT CUTAJAR: Hawnhekk għandna rakkomandazzjonijiet Nru. 3, 6, 8, 20 u 21 li huma marbutin mal-pulizija.", "U allura naħseb li jkun aħjar li kieku dawn forsi jiġu taħt xulxin biex qisna ma nibdewx suġġett u mbagħad inkomplu fuq suġġett ieħor biex imbagħad nerġgħu mmorru fuq is-suġġett ta' qabel …", "THE CHAIRPERSON: L-idea li ħadna - u din konna ddeċidejniha diġà - hi li nagħmluhom in order ta' x'nonfqu l-inqas għal x'nonfqu l-iktar biex iseħħu.", "Ovvjament ħafna minnhom dawn iridu jsiru b'ċertu ammont ta' flus u se nieħdu dawk li kważi ma trid l-ebda finanzi biex twettaqhom għal dawk li għandhom bżonn ħafna flus.", "Fejn hemm dawk li jaqgħu qishom fl-istess bracket se nabbinawhom flimkien imma dawk li ma jaqgħux fl-istess bracket se nħalluhom kif inhuma.", "ROBERT CUTAJAR: Fl-opinjoni tiegħi, fejn jidħlu l-pulizija hija l-aktar issue sensittiva.", "Pereżempju meta kellna l-Kummissarju tal-Pulizija hawnhekk niftakar li kien tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta' spazju.", "Veru li f'rakkomandazzjoni Nru 3 qed ngħidu li għandu jkun hemm il-quite rooms fl-għases, però naħseb li fejn m'hemmx l-ispazju, il-pulizija trid tara biex b'xi mod issib dan l-ispazju.", "Jekk niftakru sew ir-raġuni li ta l-Kummissarju għaliex ma jistax jagħti t-taħriġ lill-pulizija kienet minħabba li m'għandux spazju.", "L-issue ta' nuqqas ta' spazju dakinhar kien semmiha.", "Jien kont elenkajtlu wkoll il-possibilità li wieħed jista' jagħmel seminars ta' taħriġ f'lukandi jew f'postijiet oħra u hu kien qalli li mhux possibbli jew ra li mhijiex daqshekk vijabbli.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li b'naqra iktar buona volontà u kreattività jistgħu jsiru dawn.", "(Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Naqbel.", "Jien qed ngħid li forsi għandha tingħata priorità aktar l-issue tal-ispazju minħabba t-taħriġ tal-pulizija.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Kien hemm żewġ issues ta' spazju.", "ROBERT CUTAJAR: Il-Kummissarju qed jgħid li l-pulizija kollha għandhom jingħataw taħriġ.", "CARMELO ABELA: Imma ma jistgħux imorru għat-taħriġ kollha fl-istess ħin!", "ROBERT CUTAJAR: Dak kien il-kliem tal-Kummissarju.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt ġbidnilu l-attenzjoni li hemm diversi swali li jistgħu jintużaw għal dan il-għan.", "U niftakar li konna semmejna l-kunsilli lokali.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt kont se nagħmel rakkommandazzjoni oħra ma' dik li diġà għandna.", "Il-Kummissarju qal li t-taħriġ hemm bżonn li jingħata lil kull pulizija, jiġifieri għandna bżonn nagħtu t-taħriġ lill-2,000 ruħ.", "Imma li l-pulizija tal-Kavallerija u l-pulizija tal-għassa tal-Qawra se jiltaqgħu mal-istess ammont ta' vittmi ta' vjolenza domestika ma nistax nifhimha!", "Hemm sezzjonijiet tal-pulizija li għandek tagħtihom priorità, b'mod speċjali lill-pulizija tal-għases.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, jien m'għandi xejn kontra li l-pulizija kollha jieħdu t-taħriġ imma żgur li mhuwiex possibbli li l-pulizija jieħdu t-taħriġ kollha f'daqqa.", "Trid issir roster ta' 50, 50 pereżempju għax inti l-għases trid tibqa' iżżommhom miftuħin xorta waħda.", "Ma tistax tibgħat lil kulħadd f'daqqa għax Malta mhux se tieqaf biex jitħarrġu l-2,000 pulizija biex imbagħad dawn ikomplu x-xogħol tagħhom l-għada!", "Il-proposta għandha tkun li ssir roster ta' numru ta' pulizija biex isirilhom it-taħriġ.", "Issa jekk il-Kummissarju m'għandux sala fejn jagħmlilhom it-taħriġ nistgħu nissuġġerixxu l-kamra l-kbira fejn jiltaqgħu l-kumitati.", "Nitolbu permess mingħand l-iSpeaker tal-Kamra u jkunu jistgħu jużaw lilha.", "THE CHAIRPERSON: Irridu ngħidu li l-ewwel nies li għandhom imorru għat-taħriġ huma l-pulizija tal-għassa u mbagħad, as they go along, it-taħriġ isir fost il-pulizija l-oħra wkoll.", "Imma naħseb li soluzzjoni tista' tinstab għax il-bżonn tant huwa kbir li għandna negħlbu kull ostaklu li nistgħu nsibu.", "CARMELO ABELA: Qed ngħidu li dan għandu jsir biex isiru aktar sensittivi.", "THE CHAIRPERSON: U biex din tkun kompleta għal kollox il-Kummissarju jista' jmur ukoll għal-lectures ħalli jkun żgur li l-Korp kollu jkun sensittiv għal din il-problema!", "Aktar ma nissensibilizzaw lil min ikun 'il fuq, iktar nissensibilizzaw lil min ikun 'l isfel!", "Rakkomandazzjoni oħra: \"Għandu jkun hemm printer f'kull għassa.\".", "CARMELO ABELA: Jiġifieri bħalissa m'għandhomx?!", "U din importanti u ma tantx tiswa' flus!", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-issue tal-printer f'kull għassa veru tinstema' redikola imma ma ninsewx f'liema kuntest konna għidniha!", "Aħna konna għedna li għandha tingħata kopja tar-rapport lill-vittma.", "Jien kont ġbidt l-attenzjoni lill-Kummissarju minħabba li dan ir-rapport kien jinkiteb bl-idejn u l-vittma ma tingħatax kopja tar-rapport li jkun ħa l-pulizija.", "U l-Kummissarju qalilna li ma tingħatax kopja tar-rapport għax m'għandhomx printer f'kull għassa!", "THE CHAIRPERSON: Dakinhar ma kontx preżenti għal-laqgħa minħabba li kelli mpenji oħra imma jiddispjaċini ħafna li kont assenti u naħseb li kieku kont preżenti l-laqgħa kienet tkun ħafna itwal għax kelli ħafna affarijiet li xtaqt insemmi.", "Imma veru li hemm pulizija li xi kultant jiktbu fuq il-karti però b'mod ġenerali r-rapporti jittieħdu fuq is-sistema tal-kompjuter.", "U hekk għandu jkun.", "Imma mbagħad inti ma tingħatax kopja tar-rapport, lanqas jekk tmur aktar tard ma jagħtuk kopja u allura ma tkunx taf x'intqal minn ħaddieħor.", "Din hija redikola għax jekk imbagħad jitlobha l-avukat …", "DR ELAINE BURMINGHAM: Meta kont għamilt rapport ta' dak il-hit and run accident li kelli fil-Lister Barracks kelli nħallas €7.50 biex ningħata kopja tar-rapport!", "Issa jekk inti għandek vittma ta' vjolenza domestika, li diġà għandha problemi finanzjari, u li forsi din tkun għamlet iktar minn rapport wieħed, kemm-il darba se jkollha tħallas?", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li nsejt insemmi fuq il-pulizija imma żgur irridu nsemmuha għax issir il-ħin kollu hija li kemm-il darba tmur vittma ta' vjolenza domestika biex tagħmel rapport, il-pulizija jibagħtuha tagħmel kwerela għand avukat!", "(Interruzzjonijiet) Din issemmiet fir-rapport?", "Ma rajthiex imniżżla.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Niftakar li ssemmiet fil-laqgħat.", "THE CHAIRPERSON: Jien qrajtu kollu r-rapport u ma jidhirlix li rajtha.", "Dr Burmingham ara li dan il-punt jinżel x'imkien għax tant hija rampanti din il-prattika li rridu nagħmlu aċċenn għaliha.", "Għandu jkun hemm rakkommandazzjoni speċifika fejn ngħidu li mhuwiex neċċessarju li tintalab kwerela għax ħafna vittmi m'għandhomx biex iħallsu għall-kwerela!", "Jekk tmur għand avukat, trid tħallas għaliha.", "Rakkomandazzjoni oħra: \"Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu jagħti għajnuna proviżorja lil vittmi li għandhom familja sinjura u li ma jistgħux jitilqu mid-dar għax jispiċċaw b'xejn minħabba li l-flus ikunu f'isem l-aggressur.", "Din it-tip ta' għajnuna tista' anke tingħata bil-kundizzjoni li l-benefiċċju jiġi rifuż meta jinqasmu l-assi.\"", "Oħra: \"Il-Gvern għandu jidħol f'arranġament max-shelters li għandhom il-faċilitajiet ta' ċentri ta' matul il-jum tat-tfal sabiex jipprovdilhom il-finanzi li għandhom bżonn biex jiftħu u jħaddmu dawn iċ-ċentri.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin ngħinu lill-vittmi jerġgħu lura fid-dinja tax-xogħol filwaqt li nipprovdu ambjent sikur għat-tfal u serħan tal-moħħ għall-vittmi.\"", "Din diġà konna għedniha.", "Issa qabel ma ngħaddi għall-aħħar waħda jkolli ngħid li ma semmejniex ir-rakkomandazzjoni li jibdew jinħarġu emergency barring orders.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jien semmejt is-sistema tal-ordnijiet ta' protezzjoni minflok ma semmejthom kollha individwalment.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu ngħidu li din tinkludi wkoll l-emergency barring order?", "THE CHAIRPERSON: Irridu nniżżlu wkoll rakkommandazzjoni li f'każ ta' separazzjoni bonarja nagħtu servizz ta' nutar meta jkun hemm l-Għajnuna Legali.", "Dan għaliex qegħdin f'sitwazzjoni fejn biex issir separazzjoni bonarja permezz tal-Għajnuna Legali, il-partijiet iridu jmorru għand nutar u jħallsu minn buthom.", "Issa dawn ma jkollhomx flus biex iħallsuh u allura jispiċċaw imorru kawża!", "U din veru ma tagħmilx sens għax lill-Istat tiswilu ħafna iktar biex issir kawża, bl-assistenti ġudizzjarji, bl-imħallfin, eċċ milli kieku kellu jħallas nutar tal-Gvern.", "Għalhekk din trid issir ukoll.", "Rakkomandazzjoni oħra: \"Twaqqif ta' intervention centre li jkollu tim multi dixxiplinarju dedikat u mħarreġ sabiex ikun jista' joffri l-għajnuna mmedjata li jkollha bżonn vittma ta' vjolenza domestika li tkun telqet minn sitwazzjoni abbużiva.\"", "Issa naħseb li rridu neliminaw din is-sentenza li ġejja: \"Dan it-tip ta' ċentru diġà twaqqaf f'Mater Dei għal każijiet ta' abbuż sesswali\" għax dik mhijiex parti mir-rakkommandazzjoni tagħna.", "Imbagħad din tkompli hekk: \"Hemm bżonn li jitwaqqfu numru żgħir ta' ċentri f'Malta u Għawdex sabiex joffru s-servizz tagħhom lill-vittmi ta' kull tip ta' vjolenza domestika.\"", "(Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Fil-fatt niżżiltha fit-25 jien.", "Tista' tidħol magħha?", "THE CHAIRPERSON: Għal liema qiegħed tirriferi?", "ROBERT CUTAJAR: Fuq tal-irġiel.", "THE CHAIRPERSON: Tal-irġiel tista' tiġi wara.", "Aħna konna ddiskutejna li jekk pereżempju mqar ikollna tlieta f'Malta u wieħed f'Għawdex ikun biżżejjed.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq xi għaxra minnhom dawn.", "Jekk ikollok tlieta f'Malta; wieħed fis-South, wieħed fis-Centre u ieħor fin-North, u wieħed f'Għawdex ikunu biżżejjed.", "Jekk xi ħadd imur l-għassa dejjem jista' ikun hemm xi ħadd li jwasslu fiċ-ċentru u miċ-ċentru jwassluh lura.", "M'hemmx bżonn li jkollna miljun post. Imbagħad din ir-rakkomandazzjoni tkompli hekk: \"… sabiex joffru s-servizzi tagħhom lill-vittmi ta' kull tip ta' vjolenza domestika.", "F'dawn iċ-ċentri wieħed isib is-servizzi ta' tabib, pulizija, psikolgu, avukat, infermiera u ħaddiema soċjali.", "Dan iċ-ċentru għandu jkollu anke parti żgħira fejn vittma tista' tiġi akkomodata matul il-lejl sabiex ma jkollhiex terġa' lura d-dar wara xi inċident vjolenti.", "Il-vittma tingħata kull għajnuna possibbli hekk kif tirrapporta l-abbuż, imbagħad tkompli tingħata l-għajnuna li jkollha bżonn, inkluż li jinstabilha post f'shelter sabiex ma tibqax issofri l-abbuż\".", "Naħseb li l-culmination ta' dan ir-rapport hija proprju f'din ir-rakkomandazzjoni.", "U dan nixtieq nisħaq ħafna fuqu.", "Nhar it-Tnejn se nagħmel aġġornament fil-Kamra u se nitkellem proprju fuq dan ir-rapport.", "U rridu nżiedu dik il-biċċa fuq l-irġiel.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt nagħmel riferenza x'imkien - kont aċċennajt għaliha diġà – minħabba l-fatt li jkollok każijiet fejn jew għax l-għassa tkun magħluqa jew minħabba xi ħaġa oħra, dak li jkun imur ifittex l-għajnuna mill-kunsill lokali.", "U allura nixtieq inkun naf nistgħux nagħmlu xi ħaġa biex il-ħaddiema tal-kunsilli lokali jingħataw xi forma ta' taħriġ ukoll.", "Filwaqt li qed ngħidu li għandna nagħtu taħriġ lill-pulizija u lit-tobba, almenu jkun hemm xi forma ta' booklet jew mezz ta' informazzjoni ieħor sabiex l-istaff tal-kunsill ikunu aktar konxji fuq kif għandhom jindirizzaw dawn il-każijiet.", "Forsi rċevew telefonata jew xi ħaġa.", "Issa ħalliha li ma tiġrix kuljum imma naħseb li jkun tajjeb li ssir riferenza diretta għall-kunsilli lokali.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Nistgħu forsi nirrakkomandaw li jinħareġ xi information booklet bħal dak li nħareġ fuq l-abbużi fuq it-tfal u li ġie mqassam fl-iskejjel.", "Ovvjament dan ikun disponibbli fil-kunsilli lokali.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "DR ELAINE BURMINGHAM: B'hekk l-istaff ikunu jafu x'fih jekk xi ħadd iċempel fuq każ ta' vjolenza domestika.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk jiena xtaqt indaħħal rakkomandazzjoni oħra li tgħid hekk: \"Kampanja edukattiva fuq il-vjolenza domestika, li tinkludi l-ħruġ ta' booklets li jistgħu jitqassmu wkoll bl-għajnuna mill-Kunsilli Lokali.\".", "Għandna bżonn rakkommandazzjoni dwar li jkun hemm security fil-Qorti tal-Familja għax dan huwa importanti.", "Fil-kamp tal-medjazzjoni hemm security.", "Ftit ilu kellna raġel li qabad jagħti lill-mara f'nofs it-taraġ hekk kif ħarġu mill-awla!", "L-imħallef qiegħda tisimgħu jgħajjat u jwerżaq u qiegħda tisma' lill-mara twerżaq u ħadd ma jista' jiċċaqlaq għax ma kienx hemm pulizija!", "Għalhekk għandu jkun hemm security x'imkien isfel.", "Fil-qorti l-kbira mimli pulizija telgħin jixhdu, eċċ mentri fil-Qorti tal-Familja xejn għax illum il-ġurnata x-xhieda tal-pulizija qed tingħata b'affidavit u allura ma jkunx hemm il-preżenza tal-pulizija!", "Huwa importanti wkoll li f'kull għassa jkun hemm indikazzjoni miktuba b'mod ċar u kbir li turi wieħed x'għandu jagħmel jekk ma jinqedix tajjeb fl-għassa!", "In-nies ma jafux li hemm is-sezzjoni tal-affarijiet interni li magħha jistgħu jħallu l-ilment tagħhom.", "Apparti minn hekk din tgħin ukoll sabiex il-pulizija jagħmlu xogħolhom aħjar għaliex jafu li n-nies, malli jidħlu fl-għassa se jaraw din it-tabella fejn huma jistgħu jirrapportaw jekk ma jinqdewx tajjeb.", "(Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Forsi din tista' tinżel ukoll fil-booklet.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt.", "Min-naħa tiegħi ma fadalli xejn aktar x'inżid.", "ROBERT CUTAJAR: Kif se tidħol hawnhekk l-issue tal-vjolenza domestika fuq l-irġiel?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Aħna għedna li se ndaħħluha fil-perspettiva tal-vittmi ta' vjolenza domestika … (Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Bħala rakkommandazzjoni?", "Se nara kif nista' indaħħalha f'section 3.", "ROBERT CUTAJAR: Imma mhux bħala rakkomandazzjoni?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Bħala rakkommandazzjoni se ngħidu li għandu jkun hemm shelter li jipprovdi servizz għall-vittmi rġiel!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri aħna se nagħmluha li għandu jkun hemm shelter jew inkella se nagħmluha kif ftiehmna l-ewwel, u ċioè li għandu jkun hemm studju biex naraw x'domanda hemm għal dan ix-shelter u mbagħad skond id-domanda li jkollna mmexxu?", "(Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Imma din ma tidħolx bħala rakkommandazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Tidħol bħala rakkommandazzjoni għax qed ngħidu li għandu jsir studju biex naraw x'inhi d-domanda.", "U mbagħad jekk naraw li hemm domanda, isir ix-shelter għall-irġiel.", "ROBERT CUTAJAR: Naqbel.", "THE CHAIRPERSON: Jista' jkun li ma jkunx hemm domanda għalih.", "U jien għandi d-dubji tiegħi kemm hemm domanda.", "ROBERT CUTAJAR: Naqbel.", "Imma milli smajna hawnhekk jista' ikun li jkun hemm.", "THE CHAIRPERSON: Jista' jkun imma jista' jkun li ma jirrikorrux għalih ukoll.", "ROBERT CUTAJAR: Tajjeb.", "L-aħħar punt u nkun lest.", "X'imkien se ssir riferenza mqar ta' żewġ linji fuq ir-rapport tal-Girl Guides?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fuq tal-Girl Guides ittieħdet xi informazzjoni minn paġna 8 u 9 tad-debate, jiġifieri ħadt informazzjoni minn dak li qalulna huma.", "ROBERT CUTAJAR: Imma hemm riferenza għar-rapport tagħhom?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Hemm riferenza għall-fatt li ġew ikellmuna u anke għaż-żgħażagħ li tawna l-preżentazzjoni.", "ROBERT CUTAJAR: X'paġna qiegħda din?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Paġna 8 u 9 tad-debate.", "Pereżempju huma semmew il-biżgħa tal-vittma mill-perpetrator, li dan jispiċċa jagħtiha xeba' oħra meta din tmur tagħmillu rapport l-għassa u l-pulizija jmorru d-dar.", "ROBERT CUTAJAR: Nistgħu ngħidu li dan ħareġ minn dak ir-rapport?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jien m'għamiltx hekk għax din ħarġet minn bosta postijiet differenti.", "ROBERT CUTAJAR: Jien qiegħed ninsisti fuqha – ħalli nkun ċar - din għaliex ikolli kuntatt magħhom bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli miż-żgħażagħ, u jekk niġi għad-diskors tagħhom għallinqas ikun hemm imsemmi x-xogħol tagħhom.", "L-istess bħalma kkwotajna minn diversi entitajiet oħra.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Id-dibattitu qrajtu u kien hemm affarijiet li daħlu fir-rapport.", "Issa jekk triduni ngħid xi ħaġa ...", "THE CHAIRPERSON: Jekk ikun hemm affarijiet speċifiċi li ħarġu minn dak li qalulna huma naħseb li jkun sew li nagħmlu riferenza żgħira għalihom.", "THE CHAIRPERSON: Is-Segretarju tagħna qed jiġbidli l-attenzjoni għal artikolu li deher fil-gazzetta \"The Sunday Times\" tal-15 ta' Ġunju li għadda, intitolat \"Man victim tells of wife's abuse.\".", "Naħseb li dan l-artiklu jista' ikun ta' għajnuna biex noħorġu l-perspettiva tal-irġiel u biex nieħdu xi kwotazzjoni minnu ħalli nibbilanċjaw ftit iż-żewġ perspettivi.", "ROBERT CUTAJAR: Tajjeb.", "THE CHAIRPERSON: Dak kollox għal-lum.", "Kienet sessjoni twila imma naħseb li kienet laqgħa tajba ħafna.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140625_026d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 26", "L-Erbgħa, 25 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "L-Onor.", "Silvio Parnis kien skużat milli jattendi minħabba impenji oħra.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 25 li saret nhar l-Erbgħa, 16 ta' April 2014 ma ġewx konfermati.", "Dok 022 Numru ta' nominazzjonijiet għall-post vakanti ta' membru fi ħdan il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.", "Diskussjoni fuq ir-rapport dwar il-vjolenza domestika", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri spjegat kif dan ir-rapport li sar mir-Research Analyst tal-Kumitat, Dr Elaine Burmingham, huwa wieħed dettaljat ħafna u li l-affarijiet żgħar li kien hemm bżonn li jinbidlu fih ma kienux se jbiddlu mis-sustanza tiegħu imma sempliċement kienu se jagħmluh aktar komplet.", "Ir-rapport ittieħed paragrafu paragrafu u fejn kien hemm bżonn ta' xi tibdil jew ta' xi spjegazzjoni aktar ċara din ġiet imdaħħla.", "L-Onor.", "Robert Cutajar bagħat lill-Kumitat xi suġġerimenti fuq dan ir-rapport f'isem l-Oppożizzjoni u dawn ittieħdu in konsiderazzjoni waqt l-istess diskussjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140625_026m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 20", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ġunju 2014 f'nofsinhar.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Ġunju 2014 f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "26 ta' Ġunju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140627_020a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 20", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ġunju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 20", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ġunju 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, f'12.06 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 19, li saret fid-9 ta' Ġunju 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-ħsieb tal-Gvern għall-ġimgħa d-dieħla huwa li, naturalment, niltaqgħu nhar it-Tnejn, 30 ta' Ġunju, b'dak li aġġornajna bih nhar l-Erbgħa, fejn kien hemm żewġ liġijiet pilotati mill-Ministru Joe Mizzi fuq l-istess suġġett, l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Blata Kontinentali u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa.", "Dawn huma emendi konsegwenzjali biex niġu anke in line mal-United Nations Convention on the Law of the Sea (UNCLOS), u hemm xi direttivi oħrajn internazzjonali; allura l-liġi tagħna qed tiġi emendata f'dan is-sens.", "DAVID AGIUS: Jimporta jekk ikollna brief dwarha min-naħa tal-Gvern ħalli ma jkollniex tibdil?", "DAVID AGIUS: Qed ngħid hekk ħalli ma jkunx hemm misunderstanding tal-klawsola xi tfisser eżatt.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, aħna dejjem qed nitkellmu dwar l-Abbozz dwar il-Blata Kontinentali, hux hekk?", "DAVID AGIUS: L-Abbozzi nri.", "50 u 51.", "CARMELO ABELA: Se ngħid lill-Ministru Joe Mizzi biex jikkuntattja lill-Onor.", "Agius, imbagħad lill-Onor.", "Toni Bezzina.", "DAVID AGIUS: Il-Ministru Joe Mizzi lili u lill-Onor.", "Toni Bezzina kellu jibgħatilna brief bil-miktub.", "CARMELO ABELA: Fuq dawn l-Abbozzi nri.", "50 u 51, se nagħmlu kif xtaq l-Onor.", "Agius, u l-Ministru Joe Mizzi se jgħaddilhom dan il-brief.", "Nista' ngħid u nikkonferma formalment li dak huwa l-ħsieb, għax ovvjament inkunu ddiskutejna dan l-aspett.", "Il-ħsieb hu biex niġu in line mar-regoli internazzjonali, u l-UNCLOS b'mod partikolari.", "MR SPEAKER: Imma aħjar tgħaddu l-brief ħalli kulħadd ikun ippreparat.", "Is-seduta meta ssir?", "DAVID AGIUS: Ma nafx ikollniex problema min-naħa tagħna.", "Jekk ma jkollniex diffikultajiet kbar, nistgħu mmexxu.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk hux se nitlob wisq jew le.", "50 fih madwar sitt klawsoli, u l-Abbozz nru.", "51 fih inqas klawsoli.", "Ma nafx ikunx hemm diffikultà min-naħa tal-Oppożizzjoni li, wara kull Tieni Qari, nagħmlu l-Kumitat fil-Kamra kollha.", "Naturalment, subject li jaraw il-brief li tiġi pprovduta mill-Ministeru.", "DAVID AGIUS: Jekk ma jkollniex diffikultà dwar il-brief, nistgħu mmexxu bil-Kumitat ukoll fil-Plenarja.", "MR SPEAKER: Jiġifieri aħna qed ngħidu li fit-30 ta' Ġunju nagħmlu kemm it-Tieni Qari u kemm il-Kumitat fil-Plenarja?", "DAVID AGIUS: Dejjem subject li ma jkunx hemm diffikultajiet dwar il-brief.", "Jiġifieri, aktar ma jasal malajr, iktar aħjar.", "CARMELO ABELA: Dawn tant huma żgħar li jien, min-naħa tiegħi, m'għandix kelliema ħlief lill-Ministru.", "Ma nafx jekk hux se jkun hemm xi kelliem ieħor, u allura wisq probabbli naslu wkoll li dakinhar inkunu nistgħu nagħmlu wkoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni, jew l-Abbozz ta' Liġi dwar ix-Xandir.", "DAVID AGIUS: Dwar l-Abozz dwar ix-Xandir m'għandniex diffikultà, u dwar l-Abbozz tal-Interpretazzjoni lanqas.", "Però, trid tgħidli minn issa ħalli jkun hemm il-kelliem available.", "MR SPEAKER: Mela, qed ngħidu li jekk is-seduta tat-30 ta' Ġunju tispiċċa kmieni, nimxu għall-item l-ieħor li jkun l-Abbozz dwar ix-Xandir l-ewwel?", "CARMELO ABELA: L-ewwel nagħmlu l-Abbozz dwar ix-Xandir, u wara nagħmlu l-Abbozz dwar l-Interpretazzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, kemm taħseb li għandna bżonn seduti?", "CARMELO ABELA: Dawn huma emendi żgħar, u wisq probabbli … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Fl-Abbozz ta' Liġi dwar l-Interpretazzjoni, se jkollna xi ħaġa min-naħa tagħna, jiġifieri hemmhekk ...", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, l-ewwel se nibdew bl-Abbozz dwar ix-Xandir.", "Nibdew bl-Abbozz dwar ix-Xandir; imbagħad warajh nagħmlu tal-Interpretazzjoni.", "CARMELO ABELA: Mela, t-tielet item ikun l-Abbozz ta' Liġi dwar ix-Xandir, u warajh ikun hemm l-Abbozz ta' Liġi tal-Interpretazzjoni.", "Wisq probabbli, nieqfu sal-Abbozz ta' Liġi dwar ix-Xandir; imma, just in case, aħjar ikunu kollha fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Mela, dik qed ngħidu għat-30 ta' Ġunju.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Fl-1 ta' Lulju, kif anke tkellimna b'mod informali, se nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi nru.", "49 dwar ir-Responsabbiltà Fiskali, li huwa pilotat mill-Ministru Edward Scicluna.", "Jekk ma jitlestiex dakinhar – ikun fadal forsi ftit kelliema jew il-winding-up – inkompluh il-ġimgħa ta' wara.", "Fl-1 ta' Lulju, l-Abbozz ta' Liġi nru.", "49 dwar ir-Responsabbiltà Fiskali għandu jieħu s-seduta kollha.", "Jekk ma jitlestiex, ma jimpurtax, u nkomplu l-ġimgħa ta' wara.", "Fit-2 ta' Lulju, daħlet il-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Ombudsman.", "L-Oppożizzjoni jixtiequ li din tiġi diskussa malajr kemm jista' jkun.", "M'għandniex diffikultà li tiġi diskussa malajr kemm jista' jkun u, jekk hija aċċettabbli anke għall-Oppożizzjoni, it-2 ta' Lulju tkun seduta waħda fuq din il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Ħalli nara daqsxejn x'jgħidu n-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Irrid niċċekkja mal-kelliema; però naħseb m'għandux ikun hemm diffikultà.", "CARMELO ABELA: Mela, is-seduta tat-2 ta' Lulju tkun iddedikata kollha għal din il-mozzjoni, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq għall-Oppożizzjoni għax hija mozzjoni tagħhom.", "Dak huwa x-xogħol għall-ġimgħa d-dieħla.", "MR SPEAKER: Issa, rigward il-ġimgħa tas-7 ta' Lulju.", "CARMELO ABELA: Il-ġimgħa ta' wara, kif għidt inti Mr Speaker li tibda fis-7 ta' Lulju, il-proposta tagħna hi li jkun hemm dibattitu bla vot u bla mozzjoni fuq ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2013, liema rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru Leo Brincat meta kien hemm id-dibattitu fuq il-Waste Management Plan.", "Naf li għadda kopja lill-membri tal-Oppożizzjoni biex isir dibattitu fuqu.", "DAVID AGIUS: Iva, m'għandniex diffikultà.", "Jiena tkellimt mal-kelliema tagħna u, fis-7 ta' Lulju, m'għandniex diffikultà li nagħmlu dan id-debate bla vot.", "CARMELO ABELA: Il-ħin jinqasam indaqs bil-ftuħ u l-għeluq għan-naħa tal-Gvern, imma ma jidhirx li hemm xi problema fuq dan.", "Fit-8 ta' Lulju, ix-xewqa tan-naħa tal-Gvern hi li niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi nru.", "58 li jemenda l-Kodiċi Ċivili, liema abbozz ġie ippubblikat riċentement.", "Din hija emenda żgħira.", "MR SPEAKER: Jidhirli li dan l-Abbozz ġie ppreżentat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "L-iskop ta' dan l-abbozz huwa konsegwenzjali ta' emendi li saru għall-istess Kodiċi Ċivili fejn tidħol l-Unjoni Ċivili.", "Ir-raġuni hija waħda teknika li l-formola ma tistax tinbidel, kif qed jgħid anke l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u allura jkollha tiġi emendata l-liġi biex jinbidel iċ-ċertifikat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): Tidħol schedule appożita mal-liġi biex ma jkollhomx problemi meta jmorru jagħmlu registration, għax qed jinqalgħu problemi prattiċi li, għalkemm il-liġi qiegħda hemmhekk, però l-formolarju ma jistgħux jiddipartixxu minnu għax dak huwa l-formolarju.", "DAVID AGIUS: Imma l-formolarju qiegħed fil-liġi wkoll, għalkemm għadni ma rajthiex.", "MR SPEAKER: Hija emenda konsegwenzjali.", "CARMELO ABELA: Il-formola, kif qed jgħid l-Onor.", "Agius, hija parti mill-Abbozz ta' Liġi li se jitressaq.", "DAVID AGIUS: Imma parti mill-abbozz.", "Allura jridu jżidu oħra biex tikkejterja … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Kemm narawha u nagħtik risposta fuqha, għax għadna ma ddiskutejnihiex.", "Però, ma jidhirx li għandu jkun hemm problemi.", "MR SPEAKER: Il-proposta tal-Onor.", "Dik se tieħu seduta?", "CARMELO ABELA: Jista' jkun li ma tiħux seduta.", "Il-proposta tagħna hija li niddiskutu abbozz ieħor li għadu mhux ippubblikat.", "Però, għadni kif tkellimt mal-Ministru Chris Cardona, u llum se jara li jmexxih malajr kemm jista' ikun.", "Naf li dan l-abbozz għadda għand l-Oppożizzjoni għax l-Onor.", "Mario de Marco u tah l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali u d-Diżinni, li sar l-Ewwel Qari tiegħu nhar l-Erbgħa.", "Dan bażikament jittratta fuq il-patents.", "Jekk ma jkunx hemm diffikultà min-naħa tal-Oppożizzjoni, nixtiequ li niddiskutu dan l-abbozz fit-8 ta' Lulju.", "DAVID AGIUS: Ovvjament, irridu ninformaw lill-Grupp Parlamentari, u nkellimkom lura.", "CARMELO ABELA: Qed ngħid l-iktar għal dik ir-raġuni tas-seven days.", "DAVID AGIUS: Dwar is-seven days mhux se jkun hemm problema jekk kemm-il darba l-Onor. de Marco u l-Grupp ma jkollniex diffikultà.", "MR SPEAKER: Nistgħu niddiskutuha wara li jiltaqa' l-Grupp Parlamentari.", "DAVID AGIUS: Nagħtikom risposta llum stess jew għada.", "CARMELO ABELA: Anke hawnhekk, fil-każ ta' dawn iż-żewġ abbozzi, jekk ma jkunx hemm diffikultajiet min-naħa tal-Oppożizzjoni, kemm fuq is-sustanza u anke forsi bħala ħin, nistgħu nagħmlu l-Kumitat tagħhom fil-Kamra, speċjalment għall-Kodiċi Ċivili, għax jekk niftakar tajjeb, kull ma hemm tnejn jew tliet klawsoli bi Klawsola 1 li hija t-Titolu.", "DAVID AGIUS: Ma jkunx hemm diffikultà jekk m'għandniex diffikultà bħala liġi, jew xi emendi li rridu nagħmlu aħna li jkunu għadhom mhumiex lesti.", "MR SPEAKER: Rigward id-9 ta' Lulju?", "CARMELO ABELA: Jekk l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Responsabbiltrà Fiskali ma jkunx għadu lest, forsi nistgħu nagħmlu l-ewwel ftit minuti fid-9 ta' Lulju biex nikkonkluduh ħalli, jekk ma tkunx tlestiet f'seduta waħda, inkunu nistgħu nkompluha jew fit-8 jew fid-9 ta' Lulju.", "Tkun item just in case ma tkunx tlestiet fis-seduta għax, jekk ikun hemm kelliema oħrajn, ovvjament tieħu aktar ħin.", "MR SPEAKER: U fil-każ tieħu d-9 ta' Lulju wkoll?", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Jew it-8 ta' Lulju – naraw ftit fiex inkunu wasalna.", "Imbagħad, hemm Abbozz ta' Liġi nru.", "57 li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Emenda nru.", "5, li tressaq l-Ewwel Qari tiegħu mill-Onor.", "Justyne Caruana, f'isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, fejn qed jiżdiedu l-pieni għal min jagħmel reati kontra xi anzjan.", "Naf li kien hemm diskussjoni, anke mal-Oppożizzjoni, min-naħa tal-Onor.", "Justyne Caruana fuq dan is-suġġett.", "Naturalment, subject li l-Oppożizzjoni ma ssibx diffikultà, inkunu nistgħu nagħmlu din id-diskussjoni.", "Mr Speaker, dan huwa x-xogħol għal dawn il-15-il ġurnata li ġejjin.", "MR SPEAKER: Mela, s'issa koprejna l-ġimgħa d-dieħla u ta' warajha.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Se nieqaf ftit biex ngħid x'inhi x-xewqa tal-Gvern qabel ir-recess għall-vaganzi tas-sajf, għax s'issa semmejna diversi liġijiet.", "Għandna erba' liġijiet li wħud minnhom diġà għamilt referenza għalihom, li nixtiequ li jgħaddu qabel nieqfu għall-vaganzi tas-sajf.", "Tnejn minnhom diġà semmejnihom: dik tal-Patents tal-Ministru Chris Cardona, u tal-Kodiċi Ċivili minħabba l-formolarju.", "Wieħed minnhom hu l-Abbozz ta' Liġi biex jipprovdi għat-Trasferiment tal-Assi, Drittijiet, Debiti u Obbligazzjonijiet tal-Korporazzjoni Enemalta, li l-Ewwel Qari tiegħu ġie ppreżentat mill-Ministru Owen Bonnici, f'isem il-Ministru Konrad Mizzi, u liema abbozz għadu mhux ippubblikat.", "Naturalment, intrabatt mal-Oppożizzjoni li nosservaw żgur is-seven days.", "DAVID AGIUS: Dwar din tas-seven days, għaddulna kopja biex nilħqu niddeċiedu ftit.", "MR SPEAKER: Jien naħseb li hekk l-aħjar, kif qed jgħid l-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-punt hu li għadhom qed iħarsu lejn xi emendi.", "DAVID AGIUS: Kif tkun lesta, għadduhielna ħalli nilħqu nieħdu deċiżjoni.", "Meta jkolli deċiżjoni, nkun nista' mmexxi.", "CARMELO ABELA: Imbagħad, għandna wkoll l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti, li se jiġi ppubblikat illum.", "Naturalment, mhux qed nistenna risposta issa fuqhom.", "DAVID AGIUS: Għadha sħuna għax għadha kif ħarġet, u jidher ukoll li se tibqa' sħuna għax naħseb li fiha affarijiet li mhumiex daqshekk straight.", "MR SPEAKER: Inti taf li, għalkemm se jkollna l-House Business Committee, I make sure li tkun fuq il-Mejda.", "Ma nistax nintrabat li niddiskutuha sa qabel ma naġġornaw.", "Imma, se narawha u, jekk ma jkunx hemm diffikultà, immexxu.", "DAVID AGIUS: Imma ma rridx nintrabat qabel ma nitkellmuha fil-Grupp Parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela qed jgħid li l-intenzjoni tal-Gvern hi li, qabel ma nieqfu għas-summer recess, we go through it.", "Dawk huma l-aħħar tnejn, hux hekk, Onor. Abela?", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk hemmx xi mistoqsijiet min-naħa tal-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-mistoqsija tiegħi hija rigward il-Liġi dwar l-iStandards tal-Ħajja Pubblika.", "MR SPEAKER: Kont se nagħmel domanda hawnhekk.", "DAVID AGIUS: Jiena nixtieq li nibdew qabel ngħaddu għar-recess tas-sajf, u għallinqas jitkellmu żewġ kelliema mingħajr ma nagħlquha, ħalli nagħtu ħjiel ta' x'fiha anke għad-dibattitu pubbliku, speċjalment wara x-xogħol kollu li għamlu kemm in-naħa tal-Oppożizzjoni u anke min-naħa tal-Gvern.", "Mhux qed ngħidlek nagħlquha, imma jibda l-ħsieb, jibda d-debate.", "Forsi jkollna wkoll ħjiel anke dwar fejn waslet il-Liġi mniżżla bħala Mozzjoni nru.", "149 tal-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Mario de Marco dwar Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana.", "Ma nafx jekk għandux informazzjoni dwar fejn wasal, jekk hux qiegħed għall-pubblikazzjoni jew għat-translation.", "Jiena informat li ngħatat bil-Malti u bl-Ingliż.", "MR SPEAKER: L-Iskrivan tal-Kamra.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Għadni kif ġejt informat mit-Translation Unit tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li sabu daqsxejn diffikultà bit-translation, u jixtiequ jiċċekkjawha.", "DAVID AGIUS: Nifhem allura li qegħdin fil-proċess.", "IS-SUR RAYMOND SCICLUNA: Hekk hu.", "Dalgħodu kellimt lill-Onor.", "Robert Cutajar u qalli biex dejjem tinżamm il-verżjoni bil-Malti bħala l-bażi.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fil-fatt, min-naħa tal-Gvern sar l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards.", "Il-mozzjoni ppreżentata mill-Onor.", "Robert Cutajar dwar l-obeżità sar l-Ewwel Qari tagħha wkoll.", "Ovvjament, trid issir it-translation u ċ-checking min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Justice Unit u, kif ikun pubbliku, naturalment il-ħsieb tal-Gvern hu li, kif nidħlu lura, niddiskutuh.", "DAVID AGIUS: Imma nifhem li intom għandkom kopja.", "CARMELO ABELA: Imma li ġie ppubblikat bit-translation.", "DAVID AGIUS: Imma għandkom kopja?", "CARMELO ABELA: Iva, għandna.", "Għall-informazzjoni anke ta' dan il-Kumitat, il-ministeru konċernat – jew il-ministeri konċernati, għax għandek dak tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni, li jridu jaħdmu flimkien – qed iħarsu lejn dan l-abbozz diġà.", "Min-naħa tal-Gvern bdiet il-ħidma fuqu b'mod intern u, naturalment, il-ħsieb hu li jitla' għad-diskussjoni later on this year.", "Mhux qed inwiegħed li se jitla' qabel.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, għandek xi ħaġa oħra inti?", "Mela, tridx immorru għal xogħol ieħor.", "Il-programm ta' xogħol għall-ġimgħatejn li ġejjin jidher li qiegħed in place.", "DAVID AGIUS: Kellu jkollna risposta wkoll rigward il-liġijiet min-naħa tagħna li jirrigwardaw il-Kostituzzjoni.", "Dan tkellimna fuqu fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Fil-mozzjonijiet nri.", "125 u 134 qed ikollna proposti għal emendi kostituzzjonali.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern hi l-istess kif kienet l-aħħar darba, jiġifieri li nippreferu li l-emendi kostituzzjonali jiġu kkonsidrati – u għandhom jiġu kkonsidrati – fil-Konvenzjoni ta' Emendi Kostituzzjonali.", "Dan igħodd għal kull emenda, tiġi minn fejn tiġi, anke min-naħa tal-Gvern – għax il-Gvern diġà għandu numru ta' emendi fil-ħsieb tiegħu – però m'aħniex se rressquhom għax proprju jridu jidħlu bl-istess mod li għidna fl-aħħar laqgħa, jiġifieri jiġu għall-konsiderazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, u għalhekk il-Gvern qed joqgħod lura milli hu stess jippreżenta emendi għall-Kostituzzjoni.", "L-istess li għidt l-aħħar darba għadu jgħodd anke llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: F'din iċ-ċirkostanza, jien irrid nirreferi lura, imbagħad nitkellmu fil-House Business Committee li jmiss, jew inkella f'deċiżjoni li tista' tieħu l-Oppożizzjoni.", "Rigward il-mozzjoni Nru 136 – tal-pazjenti li jingħataw l-għażla li jieħdu l-kura tas-saħħa, għax dik issa ilha minn Mejju – forsi nagħtuhom naqra brief.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fuq din, min-naħa tal-Gvern, din hija waħda mill-proposti elettorali tal-Gvern stess; jiġifieri żgur li fuq is-sustanza ma jidhirx li hemm diffikultà.", "Li qed jiġri bħalissa huwa dak li għidt l-aħħar darba wkoll, li l-ministeru konċernat qed jaħdem fuq dan is-suġġett.", "DAVID AGIUS: Se jkollna target date jew le?", "Jiġifieri, qabel ir-recess tas-sajf ma nibdewhiex?", "DAVID AGIUS: Jista' jkun hemm xi kuntatt bejn il-Ministeru tas-Saħħa u ...", "CARMELO ABELA: Jiena nintrabat li nitkellem ma' min hu konċernat min-naħa tal-ministeru.", "DAVID AGIUS: Kif taf, ilha mit-13 ta' Mejju.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jekk tippermettili, inkun nista' nitkellem mal-Onor.", "Christopher Fearne fuqha b'mod partikolari, naraw daqsxejn waħda x-xogħol min-naħa tagħhom fejn wasal, u nkun nista' ninforma lil dan il-Kumitat f'laqgħa oħra li jkollna.", "MR SPEAKER: Mela nistgħu nimxu għal xogħol ieħor.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Nixtieq nagħmel referenza mill-ewwel fuq il-kwestjoni tal-Parlament Malti u l-esibizzjoni dwar il-Parlament Malti, fejn għadna ma ħadniex deċiżjoni dwar l-esperti li għandhom jikkontribwixxu.", "Irċevejt ittra mingħand Network Publications tal-11 ta' Ġunju, dwar l-esperti li għandhom jiġu kkonsultati għall-materjal tal-esibizzjoni dwar il-Parlament Malti.", "Ovvjament, jien ħallejtha għal-lum.", "Din l-ittra mibgħuta lili tgħid hekk:", "\"Għandi f'idejja l-e-mail li ntbagħtet ilbieraħ fuq is-suġġett ta' liema esperti għandhom jiġu mqabbda in konnessjoni mal-wirja dwar il-Parlament, li se ssir fil-pjan terren tal-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Wara li evalwajna t-tliet esperti innominati mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni, nemmnu li jkun ideali li jiġu nvoluti t-tliet storiċi li huma.", "Ir-raġunament tagħna għal din l-għażla huwa sempliċi.", "Dan huwa proġett nazzjonali fuq skala kbira – u li dan ix-xogħol isir biss minn storiku wieħed ikun prattikament impossibbli meta jikkonsidra li dan ikollu xogħol u proġetti oħrajn għaddejjin fl-istess ħin.", "Ir-rakkomandazzjoni tiegħi hija li jiġi maħtur kumitat ifformat minnek, Dr Farrugia, mis-Sur Ray Scicluna u minni, sabiex ikun jista' jiggwida kif meħtieġ.", "Ovvjament, qabel ma jibda x-xogħol innifsu, jkollna bżonn l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra tal-kitba li se tintuża fil-wirja.", "Nemmen li din hija soluzzjoni adegwata għal din il-problema.\"", "Dan qed jgħid x'soluzzjoni qed jara hu.", "Ovvjament, irridu niddeċiedu għax iż-żmien għaddej.", "Irridu nagħmlu wkoll site inspection flimkien fil-Parlament il-ġdid, u diġà ddeċidejna fuqha.", "Dan anke biex naraw ix-xogħol, u li dak li suppost qed jitlesta – li nisperaw li qed jitlesta, għaliex suppost li għandna nidħlu f'Settembru, jekk ma nispiċċawx nagħmlu xi xahrejn oħra hawnhekk – issa naraw l-affarijiet.", "Fuq din irridu niddeċiedu.", "Il-Gvern qed jgħid li l-pożizzjoni hi li l-esperti għandhom ikunu l-Professur Ray Mangion u l-Professur Godfrey Pirotta.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li għandu jkun hemm ukoll il-Professur Henry Frendo.", "Is-soluzzjoni ta' dan hi li jkun hemm kumitat, imbagħad jiddeċiedi hu.", "Araw intom, jiena la se nieħu pożizzjoni 'l hemm u lanqas 'l hawn.", "Intom tridu taraw x'inhu l-aħjar biex nimxu.", "Però din illum irridu naqtgħuha għax ilha għaddejja.", "U, iktar u iktar, kellna laqgħat anke ma' tal-Bank of Valletta biex tipprova ġġib sponsorship għall-arkivji, imma dik se nitkellem fuqha iktar tard.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-pożizzjoni tagħna ma nbidlitx mill-aħħar laqgħa.", "Il-kuntratt tal-Parlament qiegħed mal-Bank of Valletta, jiġifieri aħna fil-każ nibdew nitkellmu biss mal-Bank of Valletta.", "Jien mhux qed ngħid il-kuntratt ma' min hu, għax ċert li mal-Bank of Valletta.", "Jiena kelli laqgħa mal-Bank of Valletta proprju matul din il-ġimgħa, u se niġi għaliha.", "CARMELO ABELA: F'dan il-Kumitat, xhur ilu, konna qbilna ż-żewġ naħat tal-Kamra li d-dokumentazzjoni kollha se titla' hawnhekk, jiġifieri dak l-agreement għadu hemmhekk, u aħna, min-naħa tagħna, nixtiequ li jibqa' hemmhekk.", "MR SPEAKER: Se niddeċiedu l-persuni min se jkunu.", "CARMELO ABELA: Il-pożizzjoni tagħna ma nbidlitx, semmejna lill-Professur Ray Mangion u 'l-Professur Godfrey Pirotta.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena ma nħossx li għandi niġi lura minn deċiżjoni li mhux ħadniha f'din il-leġiżlatura, imma fil-leġiżlatura l-oħra, jiġifieri kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li għandu jkun il-Professur Henry Frendo.", "Mill-banda l-oħra, m'għandix diffikultà li jiżdiedu miegħu ż-żewġ persuni li qed issemmi n-naħa tal-Gvern.", "Jien naħseb li flimkien jistgħu jaħdmu, jagħmlu x-xogħol tagħhom u, jekk kemm-il darba n-Network Publications irid jaħdem mat-tlieta li huma, m'għandix diffikultà u mmexxu bi tliet esperti.", "MR SPEAKER: Jekk m'hawnx qbil li għandu jkun hemm tliet esperti, x'se nagħmel jien?", "CARMELO ABELA: Jiġifieri għidt li l-pożizzjoni tagħna ma nbidlitx.", "MR SPEAKER: Agħmilha ċara: il-Gvern qed jgħid li fil-lista m'għandux ikun hemm il-Professur Henry Frendo.", "Ċara qiegħda.", "CARMELO ABELA: Naturalment, xejn personali kontra l-persuna, imma r-raġunijiet tajthom fil-kumitat li għadda.", "MR SPEAKER: Jiena din irridha tinqata' llum, u ngħid għaliex.", "Matul din il-ġimgħa, kelli laqgħa fejn kelli delegazzjoni mill-Bank of Valletta.", "Kif tafu, intom awtorizzajtuni fl-aħħar seduta li nipprova nġib sponsorship fuq dak ir-rolling shelving għall-arkivjar għaliex, kif tafu, il-bini huwa tal-ħġieġ u ma tista' twaħħal xejn miegħu.", "Kollox trid tirranġa fejn tpoġġi.", "Dawn morna tajjeb magħhom, jiġifieri se jagħtuna risposta għax m'għandhomx biżżejjed flus din is-sena.", "Imma, ovvjament, f'Ottubru jkollhom il-budget u jiddeċiedu fuqha, u nisperaw li jkollna eżitu pożittiv.", "Min-naħa l-oħra qed jgħidu li l-kwestjoni tal-esperti li se jagħmlu x-xogħol fuq l-istorja parlamentari ma tistax tibqa' tiġi posposta, u allura llum jiena nixtieq li tittieħed deċiżjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-proposta min-naħa tagħna hija ċara, għandhom jaħdmu t-tliet esperti flimkien.", "Aħna m'għandna għalfejn inneħħu lil ħadd.", "Nemmnu fit-tliet esperti, huma kapaċi, ix-xogħol tagħhom se jitla' quddiemna, se narawh, napprovawh, imbagħad immexxu.", "Jekk għan-naħa tal-Gvern din mhijiex a middle way kif nistgħu nsolvu l-affarijiet, id-deċiżjoni hija tal-Gvern jekk iridx ineħħi lill-Professur Henry Frendo minn dak li diġà għamel.", "Jiena se nerġa' nistaqsi.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, l-opinjoni hija opinjoni.", "Id-deċiżjoni se tittieħed minn hawnhekk.", "Hawnhekk qed jaqrali l-ittra fuq dak li qed tgħid inti, Onor. Agius.", "Ovvjament, is-Sur Formosa ma setax jibda l-proġett fuq l-istorja qabel ma l-Professur Henry Frendo – f'dan il-każ, kien qed jgħid dan way back fi Frar – jiġi kkonfermat minna jew le, jiġifieri mill-House Business Committee.", "Hu kien qed jagħti opinjoni.", "Se nistaqsi għall-aħħar darba.", "Mhux qed nagħmel qisu bħala auction, imma għandi ħafna x'nagħmel u nixtieq li mmexxu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jiena, li xtaqt nikkummenta l-ewwel ħaġa, naħseb li proċeduralment is-Sur John Formosa, fil-kapaċità tiegħu in rappreżentanza ta' din il-kumpanija, ma kellu l-ebda locus standi li jikteb lilek, Mr Speaker, għaliex dan ix-xogħol huwa tal-Bank of Valletta, li hija entità li mbagħad tqabbad lil min trid hi.", "Jiġifieri, ma naħsibx li hija korretta.", "Però, għandna xi ħaġa quddiemna li – naqbel miegħek – irridu niddeċiduha.", "It-tieni ħaġa: il-pożizzjoni tagħna hija dik li hi.", "Aħna minn-naħa tagħna – u hawnhekk nagħmel appell lill-Oppożizzjoni – għandna nħalluha f'idejk, Mr Speaker, li tara inti x'inhu l-aħjar, jekk hu l-każ.", "DAVID AGIUS: M'għandniex diffikultà li jiddeċiedi l-iSpeaker.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Għandna nbaxxu rasna għad-deċiżjoni li jieħu l- iSpeaker.", "MR SPEAKER: Mela, jien qed neħodha li se tħalluha f'idejja biex imbagħad nara jien.", "Fuq dik miftehmin.", "Rigward il-bini l-ġdid tal-Parlament, jien diġà kelli laqgħa mal-Bank of Valletta, preċiżament mas-CEO, is-Sur Charles Borg, dwar il-possibbiltà ta' għajnuna għax-xiri ta' dawk li ngħidulhom high storage moveable shelving.", "Ovvjament, qed nitkellmu fuq €50,000, fejn tlabt li, bħalma daħlu għal tal-exhibition, ikun interessanti wkoll li dak li jkun, wara l-exhibition, jinżel jagħmel daqsxejn ta' riċerka, jara x-shelving ukoll tal-Bank of Valletta u, ladarba qed jisponsorjaw, nimxu minn hemmhekk.", "L-idea ntgħoġbot, però rrid ninformakom li s-Sur Borg informani li dawn ikollhom culture budget, u dan il-budget ta' din is-sena tal-BOV diġà hu meħud sew, anzi kważi qiegħed jinfetaħ.", "By October ikollhom budget ġdid u se jikkonsidrawha.", "Nittamaw li din ix-shelving tkun ukoll inkluża fil-pakkett.", "Kif awtorizzajtuni intom ukoll fl-aħħar seduta, aħna ltqajna mar-rappreżentant tal-Armata minħabba l-kwestjoni tas-security tal-bini l-ġdid tal-Parlament, fejn ġew informati li huma għandhom jibqgħu responsabbli mis-sigurtà tal-binja tal-Parlament.", "Irridu niftehmu fuq data kemm jista' jkun malajr biex nagħmlu laqgħa on site.", "Jiena nipproponi li tkun għall-bidu ta' Lulju għax m'iniex kuntent bil-mod kif qed jiżviluppaw ċerti affarijiet fil-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Agħtuni data u nagħmluha.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jiena niġi lura fit-3 ta' Lulju, u nixtieq inkun preżenti għal din il-visit.", "Jekk fil-każ, nagħmluha fil-ġimgħa li tibda fis-7 ta' Lulju, jekk mhux problema għall-Kumitat.", "MR SPEAKER: Jiena l-ħin kollu hawnhekk; jiġifieri għiduli, nitlaqgħu hawnhekk, u niġi magħkom.", "DAVID AGIUS: Jien m'għandix diffikultà.", "Għiduli meta, u nagħmluha.", "MR SPEAKER: Fis-7 jew fit-8 ta' Lulju?", "DAVID AGIUS: Nistgħu nagħmluha fis-7 ta' Lulju, m'għandix diffikultà.", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju, fl-10.00 a.m.", "DEBORAH SCHEMBRI: Hemm xi programm ta' prijoritajiet tal-Presidenza Taljana dakinhar.", "Ma nafx jekk xi ħadd ikunx se jattendi.", "Però, jekk inti mistiedna u trid tiġi, nagħmluha ħin ieħor.", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, jekk inti mhux tajjeb għalik, nirranġaw il-ħin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk nagħmluha fil-11.00 a.m. ikun aħjar.", "MR SPEAKER: Jekk trid, nagħmluha fil-11.30 a.m.", "CARMELO ABELA: Fil-11.30 am. le għax ikollna l-Grupp Parlamentari.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nagħmluha fil-11.00 a.m. Tajjeb għalikom?", "MR SPEAKER: M'għandniex indumu aktar minn nofs siegħa, kemm naraw ċerti affarijiet.", "DAVID AGIUS: U min se jkun preżenti?", "MR SPEAKER: Jiena, flimkien ma' membri tal-Kumitat.", "DAVID AGIUS: Le, mhux min-naħa tagħna qed ngħid.", "MR SPEAKER: Issa nirranġaw.", "DAVID AGIUS: Imma se niltaqgħu mal-uffiċjali t'hemmhekk?", "Ħalli f'idejja.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, once li qegħdin fuq il-Parlament il-ġdid, l-intenzjoni tal-Gvern hi li ovvjament se nipprovaw nieqfu mill-Parlament issa qabel is-sajf; ejja ngħidu sal-aħħar ta' Lulju.", "It-tir tagħna hu li, jekk jista' jkun, il-Parlament jieqaf għall-vaganzi tas-sajf fil-ġimgħa li tibda fil-21 ta' Lulju, dejjem jekk inlestu x-xogħol li l-Gvern jixtieq li jlesti.", "Jekk le, immorru anke għall-ġimgħa ta' wara.", "Però, hija konswetudni li qrib il-Festa tal-Indipendenza l-Parlament jerġa' jibda.", "MR SPEAKER: Naħseb wara għax qatt ma bdejna qabel.", "Inzerta li l-Festa tal-Indipendenza ġejja l-Ħadd 21 ta' Settembru, u allura t-Tnejn ta' wara jiġi t-22 ta' Settembru, li huwa qrib wisq, anke fiċ-ċirkostanzi li l-Parlament irid jiċċaqlaq minn dan il-bini għall-binja l-ġdida.", "Naturalment, irridu nagħtu anke daqsxejn ċans lill-istaff jissetilja.", "L-intenzjoni hi li nibdew aktar tard f'Ottubru ħalli l-Parlament ikun issetilja fil-post il-ġdid.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, naqbżu Settembru, u l-ewwel Monday, li jkun 6th October?", "CARMELO ABELA: Le, anke ftit aktar tard biex l-istaff ikun ġarr u forsi anke jieħu ħsieb xi teething problems li jista' jkun hemm.", "Irridu nipprovaw is-sistemi u nagħmlu l-migration kollha.", "Allura, minħabba ċ-ċirkostanzi qed nikkonsidraw li nibdew ftit aktar tard mis-soltu.", "Se nitlob ukoll b'daqsxejn mod formali biex, filwaqt li nġorru minn hawnhekk, iċ-Chamber li qed tintuża bħalissa tibqa' in operation ħalli, just in case ikollna xi diffikultajiet fis-sala l-oħra, il-Parlament jiltaqa' xorta fid-data li jaġġorna għaliha.", "Jiġifieri, jiltaqa' f'din is-sala just in case ikun hemm xi diffikultajiet in-naħa l-oħra.", "MR SPEAKER: Nista' ninformak b'mod immedjat li diġà għamilna l-arranġament biex il-Plenarja tibqa' għaddejja.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena din qed nismagħha l-ewwel darba rigward li nidħlu lura f'Ottubru.", "Ovvjament, irridu nżommu f'moħħna wkoll esiġenzi oħrajn biex imbagħad ma niġux f'diffikultà, speċjalment minħabba l-Budget.", "Min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni, ma rridu ntellfu l-ebda xogħol, għax il-migration hija biċċa xogħol diffiċli.", "MR SPEAKER: Din l-ewwel darba li se ssir f'90 sena.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "Nistgħu nagħtu target meta jkun intenzjonat li jiftaħ il-Parlament il-ġdid wara l-visit li nagħmlu biex kulħadd għallinqas ikun ra x-xogħol fejn wasal.", "(Interruzjonijiet) Target kemm għall-Parlament il-ġdid bħala ftuħ tiegħu, u anke meta nibdew bħala seduta, jiġifieri naħseb li huma t-tnejn differenti.", "MR SPEAKER: Irridu napprezzaw li fl-istorja ta' dan il-pajjiż din hija l-ewwel darba li se jkun hemm Parlament li mhuwiex parti mill-Palazz.", "Jiġifieri, hemm problemi ta' migration, infrastruttura, u rridu naraw li x-xogħol isir in time.", "Hemm ma nafx kemm-il kuntratt u, bejn wieħed u ieħor, qed jaħdmu 80 ħaddiem kuljum biex nilħqu max-xogħol.", "Jiena ovvjament ħassejt – u qed napprezza li ż-żewġ naħat qed jaqblu, kemm fl-aħħar seduta li kellna, u anke llum – li kellna niftehmu fuq data biex immorru flimkien biex on site inkunu nafu li l-affarijiet qegħdin mexjin in the right way.", "Fl-eventwalità – kif qal l-Onor.", "Carmelo Abela, u jidhirli ssemmiet ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni – li jiġri xi ħaġa li ma tkunx lesta l-Plenarja li se naħdmu fiha hemmhekk, jien diġà għamilt arranġament li hawnhekk jibqa' jintuża bħala plenarja.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, bħala apparat ta' recording minn hawnhekk mhux se jintmiss, la tal-Plenarja u lanqas tal-Kumitati?", "Jew qed nitkellmu biss fuq il-Plenarja?", "MR SPEAKER: Tal-Plenarja żgur; però, hawnhekk se naċċertak li se nħalli wkoll ...", "DAVID AGIUS: Ħalli, jekk ikollna bżonn nagħmlu xi kumitat, bħal pereżempju, l-House Business Committee, ikun jista' isir.", "MR SPEAKER: Għaliex bħala contingency trid issir …", "Issa, ħalli niġi għal suġġett li ma tantx ħadna pjaċir niddiskutuh, imma rridu niġu għalih.", "Qed nirreferi għall-ittra li kont qrajt fil-laqgħa preċedenti fejn l-Assoċjazzjoni ta' eks-Membri Parlamentari xtaqu li jżommu l-onorifiċenza, bħalma jżommu l-Imħallfin, il-Prim Imħallef u kulħadd.", "Intom lili tajtuni l-fakultà li nagħmel riċerka, u jien I am coming back bir-riċerka.", "Qed ngħaddulkom hawnhekk riżultat dwar din il-materja.", "Hawnhekk għandkom ir-riċerka.", "Forsi r-riċerka tistgħu tħalluha għal-lejla qabel torqdu, għax hemm ħafna x'taqra.", "Li nista' ngħid jien huwa li, fost il-pajjiżi Ewropej, l-uniku pajjiż – probabbli għax, bħall-Ingliżi, għandhom il-monarkija – huwa Spanja fejn, kemm il-Kungress u kemm is-Senat Spanjol, l-eks-membri jżommu t-titolu.", "Fir-rigward tal-Commonwealth, il-Kanada jidher li hemm xi ħaġa; imma, minn 20 risposta li rċevejna bl-għajnuna tal-Commonwealth Parliamentary Association, huwa biss in-Niġerja, għal kull bon fini, u l-Malawi, fejn l-eks-membri jżommu t-titolu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mr Speaker, li xtaqt ngħid dwar il-Kanada huwa li huwa biss is-Senat, jiġifieri t-Tieni Kamra, li jżommu t-titolu, waqt li fil-każ tal-oħrajn is-sitwazzjoni hi kif inhi Malta.", "MR SPEAKER: Aħna għandna Kamra waħda, jiġifieri d-deċiżjoni hija f'idejkom.", "Issa taraw ir-riċerka, mbagħad wara nerġgħu niddiskutuha.", "Ovvjament, kif qed jgħid il-Clerk of the House, aħna ma nistgħux nieħdu deċiżjoni.", "Huwa l-Eżekuttiv li jrid jagħti deċiżjoni fuq dan, jiġifieri l-Gvern, imma l-opinjoni tagħna tkun qiegħda hemmhekk.", "Hemm xi ħaġa oħra li għandkom x'tgħiduli, biex fil-każ naġġornaw?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, xtaqtek tgħidilna jekk kienx hemm żvilupp rigward il-petizzjonijiet online.", "MR SPEAKER: Għandek raġun.", "Dik għadna għaddejjin biha … Għamilna ħafna xogħol, Onor. Agius, nista' nikkonfermalek li għadna għaddejjin, iżda għad m'għandix il-konklużjonijiet fuq din.", "Agħtuni ftit aktar ħin għax għandi bżonn aktar ħin biex inkun nista' nagħtikom rapport konkret.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fuq dan is-suġġett, in-naħa tal-Gvern konna għamilna data u, minħabba ċerti raġunijiet, kellna nikkanċellawha.", "Imma, aħna xtaqna nitkellmu informalment man-naħa tal-Oppożizzjoni fuq numru ta' emendi għall-iStanding orders.", "Din il-laqgħa se nipprovaw nagħmluha fil-jiem li ġejjin, naturalment meta kulħadd ikun jista', ħalli informalment nitkellmu qabel ma nippreżentaw il-mozzjoni li temenda wħud mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Nista' ngħid ukoll li l-intenzjoni tal-Gvern hija li nittrattaw l-issue tal-petizzjonijiet bħala parti minn dawn l-emendi, u allura dak ix-xogħol li qed tagħmel inti, Mr Speaker, jaqa' tajjeb ħafna ma' dak li n-naħa tal-Gvern tixtieq tipproponi anke bħala emendi għall-Ordnijiet Permanenti.", "L-issue tal-petizzjoni se tkun parti importanti mill-emendi li nixtiequ nitkellmu dwarhom, anke b'mod informali l-ewwel mal-Oppożizzjoni.", "Allura, l-istudju li qed tagħmel inti, Mr Speaker, jaqa' tajjeb ħafna ma' dak il-ħsieb li aħna għandna.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk m'hawnx iktar kummenti, naħseb nistgħu naġġornaw … Jekk nistgħu naslu għall-opinjoni mill-ewwel, naslu għall-opinjoni mill-ewwel.", "Għalija mhux problema.", "Onor. de Marco, I was very clean fuqha, jiġifieri m'għamiltx domanda addizzjonali fuq l-imħallfin.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif qed jgħid l-Onor. de Marco, il-maġġoranza huma le aktar milli iva.", "Kif għedt inti tajjeb ukoll, mhux deċiżjoni ta' dan il-Kumitat, imma l-Eżekuttiv talab opinjoni ta' dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Dejjem fuq il-parlamentari qed nitkellmu.", "DAVID AGIUS: Jekk nippreżentaw lill-Eżekuttiv dan ir-rapport, naħseb jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "MR SPEAKER: Jekk taqblu, ir-riċerka nista' ngħaddiha mill-ewwel lill-Eżekuttiv.", "DAVID AGIUS: Ngħaddu dan ir-rapport li għamilt int lill-Eżekuttiv, u nħallu f'idejh.", "CARMELO ABELA: Li l-Eżekuttiv ikollu din ir-riċerka huwa tajjeb: però naħseb huwa importanti wkoll li, ladarba din issa ġiet għandna, anke internament bejnietna nitkellmuha ftit.", "Però, mhemm l-ebda diffikultà li din tgħaddi għand l-Eżekuttiv.", "Aħna se nerġgħu niltaqgħu qabel ma nispiċċaw, jiġifieri inutli ngħidilkom gawdu s-sajf.", "Grazzi lil kull min ħa sehem f'din il-laqgħa.", "Fis-12.47 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140627_020d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ġunju 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, f'", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 19 li saret fid9 ta' Ġunju 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "It-Tnejn, 30 ta' Ġunju 2014, tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Blata Kontinentali – Abbozz Nru 50 – u tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa – Abbozz Nru 51.", "Fuq talba tal-Onor.", "Abela biex jekk tagħlaq id-diskussjoni, il-Kamra tgħaddi minnufih biex tikkonsidra fi stadju ta' kumitat dawn iż-żewġ abbozzi ta' liġi, l-Onor.", "David Agius qal li m'għandu jkun hemm ebda problema sakemm il-Membri tal-Oppożizzjoni jsibu ebda diffikultà bil-kontenut tal-brief li kellu jingħatalhom dwar l-istess abbozzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abelo żied jgħid li jekk ix-xogħol indikat hawn fuq jgħaddi kollu, il-Kamra tgħaddi biex tibda tiddiskuti t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Abbozz Nru 47 – u tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Abbozz Nru 52.", "It-Tlieta, 1 ta' Lulju 2014, tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Responsabbiltà Fiskali – Abbozz Nru 49 – u jekk ma tagħlaqx id-diskussjoni tkompli f'seduta fil-ġimgħa ta' wara.", "L-Erbgħa, 2 ta' Lulju 2014, il-Kamra tiddiskuti l-Mozzjoni 153 ippreżentata mill-Onor.", "Jason Azzopardi fir-rigward ta' investigazzjoni mill-Ombudsman dwar ilmenti minn uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta in konnessjoni ma' promozzjonijiet fl-Armata.", "Il-Kumitat qabel li l-ħin tad-diskussjoni kellu jinqasam indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni bl-introduzzjoni u l-għeluq għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "It-Tnejn, 7 ta' Lulju 2014, issir diskussjoni mingħajr vot fuq ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2013 li kien imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Numru 154 tas-27 ta' Mejju 2014 mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima.", "Il-Kumitat qabel li l-ħin tad-diskussjoni kellu jinqasam indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni bl-introduzzjoni u l-għeluq għan-naħa tal-Gvern.", "It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2014, tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Abbozz Nru 58 – u tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Privattivi Industrijali u d-Disinni, Kap. 417 u biex jipprovdi dwar materji anċillari jew li għandhom x'jaqsmu miegħu, liema abbozz kien għadu mhux ippubblikat – Mozzjoni 154.", "Il-Kumitat qabel li tiġi kkonsidrata l-possibbiltà li d-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat ta' dawn iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi ssir fil-Plenarja minflok fil-Kumitat Permanenti.", "Jekk id-diskussjoni fuq dawn iż-żewġ abbozzi tagħlaq, tkompli d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Responsabbiltà Fiskali – Abbozz Nru 49 – dejjem sakemm dan l-abbozz ta' liġi ma jkunx diġà għadda minn dan l-istadju.", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014, tkompli d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Responsabbiltà Fiskali – Abbozz Nru 49 – u f'każ li din id-diskussjoni tkun diġà għalqet jew tagħlaq waqt din is-seduta, tibda d-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru. 5) - Abbozz Nru 57.", "Qabel ma l-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf, il-Kamra tkun approvat l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Privattivi Industrijali u d-Disinni, Kap. 417 u biex jipprovdi dwar materji anċillari jew li għandhom x'jaqsmu miegħu, l-Abbozz ta' Liġi biex jipprovdi għat-trasferiment tal-assi, drittijiet, debiti u obbligazzjonijiet tal-Korporazzjoni Enemalta, u l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti – Abbozz Nru 59.", "L-Onor.", "David Agius staqsa fiex wasal il-proċess dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika u ssuġġerixxa li qabel ma l-Parlament jieqaf għar-recess tas-sajf, id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tkun bdiet.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius, Mr Speaker informa lill-Kumitat li kienu qed isiru l-preparamenti biex jiġi ppubblikat l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (biex titnaqqas l-Obeżità) ippreżentat mill-Onor.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa kienu diġà qed iħarsu lejn dan l-Abbozz u l-ħsieb tal-Gvern kien li d-diskussjoni tibda wara r-recess tas-sajf.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar il-mozzjonijiet privati li jipproponu emendi għall-Kostituzzjoni, ċjoè Mozzjoni Nru 125 – ippreżentata mill-Onor.", "Mario de Marco– u Mozzjoni Nru 134 – ippreżentata mill-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-pożizzjoni tal-Gvern kienet għadha l-istess, jiġifieri li l-Gvern kien tal-fehma l-Kostituzzjoni tkun emendata b'mod komprensiv, anke fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-Konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni u li allura dawn l-emendi kellhom jiġu kkonsidrati flimkien ma' xi emendi li l-Gvern kien beħsiebu jressaq, kif ukoll ma' xi emendi oħra li jistgħu jiġu proposti, jiġu minn fejn jiġu.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li kien se jirreferi l-materja lura lill-grupp parlamentari tiegħu.", "L-Onor.", "David Agius staqsa meta hemm il-ħsieb li tibda d-diskussjoni dwar il-Mozzjoni Nru 136 imressqa mill-Onor.", "Claudio Grech dwar l-għażla li għandhom jingħataw il-pazjenti li jieħdu l-kura tas-saħħa li huma intitolati għaliha skont ir-regolamenti dwar kura tas-saħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li filwaqt li l-Gvern ma kienx qed jara li hemm xi diffikultà f'dan ir-rigward peress li fis-sustanza tagħha din il-Mozzjoni kienet anke inkluża fil-programm elettorali tal-Gvern, huwa ma kienx qed jara li din il-mozzjoni tiġi diskussa qabel ma l-Parlament jieqaf għar-recess tas-sajf iżda ntrabat li jitkellem mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne biex ikun jista' jagħti aktar informazzjoni f'laqgħa oħra ta' dan il-Kumitat.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker irrefera għattalba li kienet saret minn Network Publications f'ittra tas-17 ta' Frar, 2014, dwar lespert li kellu jiġi kkonsultat dwar il-kontenut talesibizzjoni dwar ilParlament Malti, u qara ittra oħra mibgħuta mill-istess Network Publications datata 11 ta' Ġunju 2014 fejn kien qed jiġi propost li jkun hemm kumitat ippresedut mill-iSpeaker sabiex jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji filwaqt li jiġu kkonsultati tliet esperti: ilProf.", "Ray Mangion u lProf.", "Wara diskussjoni l-Kumitat qabel li d-deċiżjoni dwar din il-materja titħalla f'idejn l-iSpeaker.", "B'referenza għall-bini l-ġdid tal-Parlament:-", "l-iSpeaker informa lill-Kumitat li kellu laqgħa mas-Sur Charles Borg, CEO tal-Bank of Valletta dwar il-possibilità li l-Bank of Valletta jisponsorja x-xiri ta' moveable shelving li kien hemm bżonn għal skopijiet ta' arkivjar tad-dokumenti parlamentari;", "l-iSpeaker informa lill-Kumitat li saret laqgħa ma' uffiċjal tal-Forzi Armati ta' Malta wara li l-Kumitat kien iddeċieda li kellu jibqa' jintuża s-servizz tal-Armata f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizz ta' sigurtà; u", "il-Kumitat qabel li nhar it-Tnejn 7 ta' Lulju 2014 fil-11.00 a.m. jagħmel żjara fis-sit il-ġdid.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern huwa li l-Parlament jieqaf għall-vaganzi tas-Sajf matul il-ġimgħa li tibda fil-21 ta' Lulju 2014 u li jerġa' jibda jiltaqa' aktar tard mis-6 ta' Ottubru 2014, fid-dawl li possibilment se jkun qed jiltaqa' fil-binja l-ġdida.", "F'dan il-kuntest l-Onor.", "Abela talab li l-faċilitajiet preżenti fil-Palazz jinżammu operabbli f'każ li jinqalgħu xi diffikultajiet.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Uffiċċju tiegħu kien diġà ħa nota ta' dan u kienu saru l-arranġamenti biex il-faċilitajiet preżenti jibqgħu operabbli f'każ li jkun hemm bżonn li l-plenarja jew il-kumitati jibqgħu jiltaqgħu fil-Palazz.", "Fuq il-materja mqajma fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat rigward ittra mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-Iskrivan tal-Kamra datata 4 ta' Novembru 2013 dwar talba li kienet saret mill-Assoċjazzjoni tal-eks membri parlamentari lill-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex it-titlu \"Onorevoli\" jibqa' jintuża mill-eks membri parlamentari, l-iSpeaker qassam lill-Membri informazzjoni li ċ-Ċentru Ewropew għar-Riċerka u Dokumentazzjoni Parlamentari (ECPRD) kien ġabar mingħand ir-Rappreżentanti tal-Parlamenti Nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew u mill-Uffiċċju Ingliż tal-Commonwealth Parliamentary Association.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li l-materja kellha tiġi diskussa internament fil-gruppi parlamentari qabel ma tingħata opinjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Għall-punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar petizzjonijiet online, li dwarhom kienet saret diskussjoni f'laqgħa preċedenti, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien għaddej xogħol ta' riċerka dwar sistemi li jistgħu jiġu adottati f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li n-naħa tal-Gvern kienet beħsiebha tiddiskuti mal-Oppożizzjoni emendi għall-Ordnijiet Permanenti u li l-materja tal-petizzjonijiet kienet se tifforma parti importanti mill-istess emendi; għaldaqstant, l-istudju li kien qed isir mill-Uffiċċju tal-iSpeaker kellu jkun utli f'dan il-kuntest.", "Fis12.47 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140627_020m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Lulju, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Sports u Obeżità", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140702_027a_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 4", "It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2014 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 8 ta' Lulju 2014 fis-7:00 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Is-sitwazzjoni tal-faċilitajiet tal-kura tas-Saħħa Mentali għat-tfal.", "Mistiedna numru ta' esperti fil-qasam.", "Affarjiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140708_004a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tlieta, 8 ta' Lulju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tlieta, 8 ta' Lulju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fl-4 ta' Ġunju, 2014 ġew konfermati.", "IS-SITWAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET TAL-KURA TAS-SAĦĦA MENTALI GĦAT-TFAL", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Niġu għat-tieni item tal-laqgħa.", "Tistgħu tiġu hawnhekk, jekk jogħġobkom.", "Tixtiequ tagħmlulna xi presentation?", "DR CLIFTON GRIMA (Chief Operating Officer Mount Carmel Hospital): L-ewwel nett nirringrazzjakom li tajtuna din l-opportunità li niġu hawnhekk u nitkellmu fuq dan is-suġġett tant delikat.", "Suġġett li jaffettwa lis-soċjetà Maltija in ġenerali.", "Kulħadd jaf kemm il-qasam tas-saħħa mentali huwa wieħed delikat, aktar u aktar meta wieħed iħares lejn it-tfal.", "It-tfal li min-natura tal-bniedem huma tant vulnerabbli u allura wieħed irid joqgħod ferm aktar attent.", "Kif jgħidu l-Ingliżi it is everyone's business.", "Ovvjament is-saħħa mentali - speċjalment fejn jidħlu t-tfal u l-adolexxenti - hija ta' importanza kbira u jkollha impatt konsiderevoli u ta' sinifikanza kemm fuq il-ħajja tagħhom u anke fuq il-ħajja ta' dawk ta' madwarhom; jiġifieri l-familji tagħhom u dawk li b'xi mod jew ieħor ikollhom interaction ma' dawn l-istess tfal u adolexxenti.", "Jekk ma noqogħdux attenti u ma nieħdux ħsieb il-kura tas-saħħa mentali tal-istess tfal, naslu f'sitwazzjoni fejn bħala soċjetà se nkunu qegħdin inbatu.", "Se nkunu qegħdin inbatu minħabba li l-istess tfal ma jilħqux il-potenzjal tagħhom - they don't fulfil their full potential - ikollok poor educational attainment, ikollok physical and mental ill health u wieħed irid iħares ukoll lejn is-social behaviour.", "Irridu nħarsu wkoll lejn il-futur ta' dawn it-tfal.", "Anke meta wieħed iħares lejn il-link li hemm marbuta - u li llum il-ġurnata hija ppruvata wkoll – bejn id-disorders li jkunu fuq it-tfal u l-Mental Health Development.", "Jekk dawn it-tfal u l-adolexxenti ma jkollhomx l-għajnuna neċessarja u jekk wieħed ma jittekiljax dawn il-problemi llum l-ġurnata - wara kollox dawn huma t-tfal tagħna, l-adolexxenti tagħna, prodotti tas-soċjetà Maltija - nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn għada pitgħada se jkun hemm problemi anke f'dak li għandu x'jaqsam bħala xogħol, bħala productivity fil-ħajja ta' dawn in-nies, u anke l-kontribuzzjoni, wara kollox, lejn il-pajjiż.", "Wara kollox irridu nibżgħu, proprju għal future generations.", "U rridu noqogħdu attenti u proprju nipprevjenu li għada pitgħada, il-famuża stigma, il-famuża social exclusion u l-problemi kollha assoċjati magħha, billi nagħtu l-kura tal-aqwa kwalità u l-aqwa servizz lit-tfal u l-adolexxenti.", "Meta wieħed jitkellem fuq dan kollu, hemm il-bżonn li jkun hemm aktar awareness.", "Din hija xi ħaġa li tinħass fil-pajjiż.", "Hemm bżonn aktar awareness dwar is-saħħa mentali in ġenerali, kif ukoll fuq is-saħħa mentali f'dak li għandu x'jaqsam ma' tfal u adolexxenti.", "Issa se jkun hawn Dr Stephanie Xuereb li se tkun qed tagħmlilkom presentation bil-power point.", "DR STEPHANIE XUEREB (Consultant in Public Health): Inkludejt din is-slide bażikament biex nuri li għalkemm hawnhekk s'issa hawn nies li jirrappreżentaw il-Mental Health Services, basically it is everybody's business.", "Hemmhekk għandek 52.", "Issa meta qed naraw il-figuri, hemm ħafna affarijiet interessanti li wieħed irid jinnota.", "Għax meta imbagħad tara l-length of stay - kemm se jdumu ġol-isptar - hemmhekk vera interessanti.", "Għaliex?", "Għax il-functional disorder, iktar hemm trend li se jidħlu u se jerġgħu joħorġu, fi żmien iktar qasir.", "CLAUDIO GRECH: Dawk huma 52 individwu, jew 52 admissions?", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri jista' jkollok persuna li tkun ġiet ammessa aktar minn darba fil-52?", "Fejn għandek conduct disorder jew personality issues, kemm minn dawk it-tfal ġejjin minn care orders?", "DR STEPHANIE XUEREB: Li kien hemm association hija li dawk li ġejjin minn care order, l-iktar li se jkollom length of stay twila.", "DEBORAH SCHEMBRI: Bħala numru?", "DR STEPHANIE XUEREB: Bħala numru ma niftakarx, mingħalija xi 4 boys u 3 girls.", "Also we can say that the \"functional\", iva qed jerġgħu jmorru lura d-dar jew fil-komunità, imma ftit mill-conduct qed ikollhom length of stays twal.", "Jiġifieri fil-conduct disorder, length of stay inqas minn 40 ġurnata, hija rarità.", "Ħafna minnhom għandhom length of stay twila.", "Naħseb li l-unika mezz biex inħarsu lejn is-saħħa u l-mental well-being tat-tfal huwa li nifhmu li it is a whole spectrum of services that we need to have in place.", "THE CHAIRMAN: Il-policy hija nklussiva?", "Speċjalment dawk li għandhom conduct disorder ma' dawk li għandhom depression, pereżempju?", "Jew inkella jekk għandhom conduct disorder fejn tidħol skola, jibagħtuhom ġo skola normali?", "The Young People's Unit hija f'dik it-triq li tagħti għal Mount Carmel Hospital.", "Hemm numru ta' djar u l-Young People's Unit hija waħda minnhom.", "Għandha ground floor u first floor.", "Fil-ground floor hemm tmien sodod u nżommu t-tfal sa 11 years of age – prepuberty - imbagħad fuq, hemm 8 sodod oħra, u nżommu l-adolescent boys.", "Veru bħalissa hemm faċilità - hemm classroom u hemm teacher - imma dawn tfal li diġà meta kienu fil-klassi, meta kienu l-iskola, kien hemm ċertu problemi.", "Jiġifieri rridu nagħtuhom aktar attenzjoni minn oħrajn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta jkunu qegħdin Mount Carmel, jattendu skola fejn kienu jmorru, biex niftehmu?", "Jew skola oħra fil-viċinanza, jew ma jmorrux, jibqgħu hemmhekk?", "DR STEPHANIE XUEREB: Hemm min imur skola, imma hemm min joqgħod hemmhekk ukoll.", "Hemm faċilità ta' classroom u jiġu t-teachers għal min se joqgħod hemm, imma hemm min imur l-iskola fejn kien, bit-transport provdut.", "DEBORAH SCHEMBRI: U x'inhi l-policy?", "Min imur skola u min ma jmurx skola?", "DR ANTON GRECH: Skont il-behaviour u l-clinical conditions li jkollu.", "Jekk għandek tifel b'depression, b'riskju li jagħmel suwiċidju, mhux se tibagħtu skola, iġġiblu teacher.", "Imma jekk għandek tifel li għandu mainly behavioral problems u qed tagħtih programm ta' behaviour, idejalment tinkludi l-iskola li jkun fiha.", "Jiddependi mill-każ x'ikun.", "DR STEPHANIE XUEREB: Rajna numru ta' options ta' kif nistgħu noffru inpatient treatments.", "U bażikament kien hemm erba' options.", "L-ewwel waħda hija li nibqgħu bl-istess binja li semmejt, 8 sodod fuq u 8 sodod isfel, u l-iktar l-iktar forsi nagħmlu xi refurbishment żgħir fiha.", "Illum l-ġurnata jien semmejt tfal under 11 years li huma mixed gender, u semmejt l-adoloscent boys u ma semmejtx l-adoloscent girls.", "(Interuzzjonijiet)", "ANTON GRECH: Iż-żgħar iva u l-kbar skont.", "Fis-sens li kif inhuma l-bedrooIs-Sinj. jekk tinzerta jkollok tfajla, tista' tagħmilha waħedha, ddaħħalha hemm, imma ħafna drabi ma jkunx hemm post għal tfajla u jispiċċaw mixed boys u girls.", "U f'dik l-età ma tkunx tista ....", "Ukoll, biex ngħid hekk, jekk is-sodod ma jintużawx tajjeb għan-nies il-proprja, jista' jkollok kemm ikollok sodod.", "Għax jekk se tużahom bħala residenza għat-tfal, minflok tibgħat lit-tfal fil-komunità, trid numru ferm ikbar minn hekk.", "L-admissions kif għedt, ikunu qosra.", "U mbagħad ikun hemm il-multi disciplinary team li jibda jaħdem viċin mal-komunità with a step down approach, biex pazjent ikun jista' jmur lura fil-komunità.", "Hawnhekk issa se nagħti l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni dwar children and adoloscent with serious emotional and behavioural problems.", "Mhux waħda kollha ħġieġ, għax kollox se jinkiser.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta kont għaddejja bl-islide ta' qabel, kont qed tgħid għandna bżonn step down approach, għandna bżonn hekk u għandna bżonn hekk.", "Jiġifieri jista' jkun li għal ċertu livell ta' behaviour mhemmx, għal ċertu livell ta' challenging behaviour.", "U għalhekk qed ikollna dawk l-adolexxenti li qed idumu Mount Carmel għax m'għandhom imkien fejn imorru.", "CLAUDIO GRECH: Dr Xuereb grazzi u interessanti.", "Jien l-iktar ħaġa għalxiex tlabt biex din is-seduta issir, ma kenitx to get an academic or your professional background fuq dan.", "Jien tlabt fuq x'inhu jiġri u x'inhuma l-faċilitajiet llum u l-assessment tal-faċilitajiet llum.", "Taf il-ġenesi ta' din is-seduta x'kienet u jiena sorpriż li tkunu tafu l-ġenesi ta' meeting bħal dan u ma tagħmlux referenza għaliha, qisu ma ġara xejn.", "Qisu ġejna hawn, għamilna preżentazzjoni u mxejna.", "Jiġifieri dawk l-affarijiet kollha li qed jiġru llum, u li ġraw riċentement, do they fit, in your proposed template?", "And what are we going to do to prevent a similar situation bħal dik li għadha kemm ġrat?", "CLAUDIO GRECH: Tista' tgħidli l-wards x'inhuma?", "Għax jiena qed ngħidlek x'tajtna hemmhekk.", "Għax ma nistax inkun naf data li ma ppreżentajtx.", "Għax xorta qed ikollna każijiet fejn il-ward tkun mimlija.", "Dak li se nagħmlu.", "So that is why we are saying, għandna programm tajjeb, għandna livell ta' kura tajba, imma ħalli niffokaw il-kura tagħna għal min għandu bżonn.", "Imbagħad nitkellmu ma' Ministeri oħra.", "Infatti diġà hemm kumitat ma' ministeri oħra fejn qed nitkellmu speċi ta' kif dawn it-tfal se jmorru fil-komunità.", "Ma nafx x'inhuma l-veduti ta' Dr Grech.", "DR ANTON GRECH: Is-sitwazzjoni preżenti qegħda hekk.", "Għall-adolexxenti, ħdejn Mount Carmel hemm il-Young People's Unit, li hija dar b'żewġ sulari, isfel joqogħdu ż-żgħar u fuq joqogħdu l-kbar.", "U mhijiex tkun biżżejjed.", "Ir-raġunijiet huma tnejn, waħda għaliex in-numru ta' pazjenti huma ikbar milli fil-fatt hi d-dar, u mhux biss bħala numerical numbers.", "Pereżempju, jekk trid iddaħħal tfajla u hemm ċertu ammont ta' subien, allavolja għandek sodda vojta, imma jekk dik is-sodda vojta se tkun f'kamra mas-subien, ma tistax iddaħħalha fiha.", "Jiġifieri għalhekk l-Adult Wards qed jiġu wżati wkoll.", "Issa r-raġunijiet huma jew għax jista' jkun ma jkunx hemm post u r-raġuni l-oħra tista' tkun raġuni klinika.", "Għaliex fil-YPU mhemmx security biżżejjed.", "U ċertu kondizzjonijiet hemm bżonn li jkollhom secure environment.", "Pereżempju, jekk xi ħadd ikun highly suicidal, diffiċli tafdah fit-tieni sular, għax jista' jaqbiżlek mit-tieqa, jew hekk.", "Jekk tara n-numru ta' dawk li jkollhom psychiatric problems - jiġifieri severe depression jew skiżofrenja - qisu huwa terz ta' dawn iż-żgħażagħ u t-tfal kollha li qed jidħlu.", "Hemm numru tajjeb ta' tfal li jkunu waqt kriżi, jiġifieri b'mainly behavioural problems, u mhux jiddaħħlu f'Mount Carmel għal xejn.", "Pereżempju tifel għamel outburst u qata' idejh.", "Ħafna drabi jkunu attempts of self harm, u jidħlu Mount Carmel għal observation.", "Il-kriżi tmur, u malli jiġi biex imur lura fil-komunità, m'hemmx fejn tieħdu, għaliex ma jkunx hemm ambjent fejn tfal b'behavioural problems can cope.", "Biċċiet minnhom ikollhom serious behavioural problems bħal użu tad-drogi, diġà diversi każijiet mal-puliżija, eċċ. Allura peress li Mount Carmel qisu l-unika post fil-pajjiż fejn qiegħed iżommhom, jeħlu hemm, b'detriment għalihom, because you are medicalising the problem which is medical plus min għandu a psychiatric conditon m/hemmx spazju biżżejjed għalih.", "Però barra hekk, irid ikun hemm setup ieħor li jista' jieħu ħsieb żgħażagħ with these behavioral problems.", "Għax inkella se nibqgħu nduru.", "CHRIS FEARNE: Biex niċċara.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu, li over the years, żviluppat din l-YPU.", "DR ANTON GRECH: Le, il-YPU ilha snin, ilha xi 15-il sena jew iktar.", "Fil-bidu kienet sular wieħed, imbagħad fl-2012 infetaħ is-sular ta' fuq.", "CHRIS FEARNE: U din kienet intenzjonata għal pazjenti tfal li għandhom problemi ....", "DR ANTON GRECH: Kienet intenzjonata għal dawk li aħna ngħidulhom functional psychiatric conditions.", "CHRIS FEARNE: Però spiċċajtu tieħdu l-care orders, more or less ....", "DR ANTON GRECH: Care orders u hemm min ikun ukoll cerebral palsy.", "Għandna mental retardation …", "CHRIS FEARNE: Dan għax bażikament m'hemmx fejn imorru.", "DR ANTON GRECH: Jidħlu waqt kriżi psikjatrika, imbagħad ma jkunx hemm fejn imorru lura.", "Jew ikun hemm familji li that they cannot cope anymore, imbagħad once li jdaħluhom l-isptar, ma jaċċettawhomx lura, jew … Din xi ħaġa li żviluppat over the years.", "CHRIS FEARNE: Kif il-YPU ġiet żviluppata għall-kura ta' tfal bi problemi terapewtiċi, ma kienx hemm żvilupp għal tfal oħrajn li kellhom dawn il-problemi ta' behaviour?", "Jew kien hemm attentati ....", "CHRIS FEARNE: Intom parti mill-popolazzjoni tagħkom qegħdin teħduha, għax suppost ikun hemm post ieħor.", "DR ANTON GRECH: Għax mhemmx post ieħor fejn jeħduhom.", "Ħadd ma jeħodhom, eċċ … Jiġifieri waħda mill-problemi li bħala mental health service qed .… Imma llum qed niffokaw fuq it-tfal.", "CLAUDIO GRECH: Imma issa x'qed jiġri?", "Żgur naqblu li s-soluzzjoni mhux li npoġġuhom Mount Carmel u mhux bħalma ġara f'dan il-każ riċenti partikolari.", "Dik mhix is-soluzzjoni.", "Għax kieku naħseb il-Kummissarju għas-Saħħa ma kienx jieħu l-azzjoni biex dan it-tifel ma jibqax hemmhekk.", "Naħseb dak huwa stat ta' fatt għax kieku kien jgħidli: ma tafx x'inti tgħid, dak irrid joqgħod hemmhekk.", "DR ANTON GRECH: Jekk nista' nispjega ftit.", "CLAUDIO GRECH: Issa wieġeb kollox f'daqqa.", "Il-mistoqsija tiegħi hi what is happening today, x'qed jiġri?", "F'Settembru li għadda - hemm rapport tal-Kummissarju – fejn kien hemm każ ieħor li kien hemm xi problemi oħrajn bih.", "U kien hemm announcement min-naħa tal-Gvern li twaqqaf xi working group u dawn kellhom jagħtu xi rakkomandazzjonijiet?", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet saru?", "U jekk saru, x'inhuma?", "U x'sar minnhom?", "DR ANTON GRECH: Preżentament li qed jiġri, kif għedna, hemm problema li qed tkun on two parallel lines.", "Għaddej working group bejn the Ministries of Health, Social Policy and Education biex jaraw kif l-aħjar jiġu dealt with dawn il-problemi li għandna with behavioural problems, u li aħna qed nipparteċipaw fih bħala Health.", "U l-Mental Health Services qed jaħdem biex nagħmlu din il-faċilità li tkun qed taħdem purament fuq mental problems.", "CHRIS FEARNE: Aħna għandna programm u qed naħdmu fuqu, però nixtieq nisma' lill-Kummissarju tas-Saħħa u l-Kummissarju għat-Tfal u hawn xi nies oħra preżenti għal din il-laqgħa.", "Nixtieq nisma' l-veduti tagħhom qabel ma ngħid .....", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt nistgħu nkomplu dan is-suġġett anke fuq l-intervent li jmiss għax għandna lil xi ħadd mill-YPU wkoll.", "CLAUDIO GRECH: Ma rrispondejtnix għall-mistoqsijiet tiegħi.", "Il-fatt li qed tgħidli li se ssir il-faċilità, tista' tispjegali x'faċilità se ssir?", "DR CLIFTON GRIMA: Jekk nista' nagħmel intervent.", "Wieħed ma jistax iħares lejn il-problema billi jelimina lill-oħra.", "Fis-sens li qegħdin ngħidu - aħna tkellimna kif anke tkellimt inti - għandek 1/3 u għandek 2/3.", "The proper care and the best possible care for the 1/3 ma tistax tagħtihielhom, jekk inti titraskura ż-żewġ terzi l-oħrajn.", "Infatti bdejna xogħol kif diġà tkellmu l-kollegi tiegħi, anke mar-rappreżentanti ta' ministeri oħra proprju sabiex naħdmu in that direction.", "Jekk m'aħniex se naħdmu in that direction, jekk intellgħu iktar sulari fil-famuża YPU, xorta se nibqgħu b'dawn il-problemi.", "CLAUDIO GRECH: Mhux jekk ittellgħu iktar sulari, jien qed ngħidlek, għidli x'qed jiġri.", "S'issa l-unika ħaġa li għedtuli hija working group.", "F'Settembru li għadda, sena ilu, wara rapport li ħareġ il-Kummissarju lejliet il-21 ta' Settembru, jekk mhux sejjer żball, qal li ser isir il-working group.", "Jien li qed nistaqsi huwa, issa jekk mhu qed isir xejn, għiduli mhu qed isir xejn qed niddiskutu biss.", "Meta qed titkellmu fuq il-faċilità li ttellgħu l-erba' options, x'qed jiġri factually on the ground?", "X'qed jiġri?", "Jiġifieri jien dan li jinteressani, u n-nies hemm barra, dan li jinteressahom.", "CHRIS FEARNE: Ħu paċenzja Onorevoli, dan jien nkun nista' nirrispondih imma nixtieq nisma' lill-Kummissarju responsabbli.", "(Interuzzjoni)", "CLAUDIO GRECH: Jien qed nistaqsi ....", "CHRIS FEARNE: Dawn huma deċisjonijiet politiċi.", "CLAUDIO GRECH: M'għandux x'jaqsam.", "Ħa nisimgħuhom jitkellmu.", "CLAUDIO GRECH: Għaliex huma finalment in charge.", "CHRIS FEARNE: Inti invitajthom, u issa ma tridx tismagħhom jitkellmu!", "Ħa ntuhom ċans jitkellmu, Onor Grech, imbagħad nagħmlu d-diskorsi tagħna fl-aħħar.", "(Interuzzjonijiet)", "CLAUDIO GRECH: Jien qed nagħmel il-mistoqsijiet tiegħi, issa jekk ma jridux jiġu ....Jien qed nagħmel l-mistoqsijiet, jekk ma jridux jiġu mwieġba ma jiġux mwieġba.", "Imma l-mistoqsijiet għandi dritt nagħmilhom lil kulmin ikun qiegħed hawn.", "Ma tistax tiggwidani inti u tgħidli inti lil min nagħmilhom.", "THE CHAIRMAN:Imma inti taf li r-restraint tal-ħinijiet huma dawk li huma.", "CLAUDIO GRECH: Imma jiġifieri din mhux materja importanti li ndumu fuqha?", "Jien qed nagħmel il-mistoqsijiet, jekk xi ħadd ma jridx jirrispondini jgħidli ma nistax nirrispondik.", "Dak li qed nistaqsi.", "Imma ħadd ma jista' jiġi jgħidli li ma tistax tagħmel mistoqsijiet.", "Huwa d-dritt tiegħi li nagħmel mistoqijiet u huwa obbligu tiegħi li nagħmilhom il-mistoqsijiet.", "Inkella ġejna hawn biex nisimgħu mhux biex nagħmlu l-mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: Imma tinsix inti għamilta l-lista tan-nies.", "Stedint ħafna nies u imbagħad tagħmel nofs siegħa sħiħa tagħmel il-mistoqsijiet.", "Trid tagħti ċans.", "Hemm xi ħaġa li trid twieġeb?", "CLAUDIO GRECH: Ma ġietx imwieġba.", "M'hemmx deċizjoni fuq faċilità.", "Dak li qed ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Barra mill-isptar, ovvjament it-tfal u l-adolexxenti għandhom ic-Child Guidance Clinic, dawk kif inhuma mmexxijin, mill-psikjatri li huma speċjalizzati fit-tfal?", "U l-waiting list tagħhom kif inhuma?", "DR ANTON GRECH: Dawn huma clinics, u hemm 3 psikjatri mill-konsulenti li għandhom special interests in child's psychiatry u kollha għandhom multi disciplinary team.", "Jiġifieri l-psychologist, occupational therapist u social workers li jaħdmu magħhom.", "(Interuzzjoni)", "Bħala waiting list, hemm ammont ta' tul.", "Però għandna sistema li kull tabib li jara li l-każ tiegħu jrid ċertu urġenza, jikkuntattja lil wieħed minn dawn it-tliet psikjatri u b'discussion bejniethom, jekk jaraw li hu urġenti, jiddaħħal il-Child Guidance Clinic li qegħda ħdejn St Lukes.", "CLAUDIO GRECH: Hemm xi standard li qed timxu miegħu fuq it-trattament taċ-child and adoloscents?", "Aħna f'Malta li nużaw ġeneralment huma dawk li jgħidulhom NICE guidelines.", "Li huma an international set of guidelines li napplikaw mhux għat-tfal biss, imma għal across the spectrum.", "CLAUDIO GRECH: U qed tibbażaw il-policy tagħkom fuqha, hux hekk?", "Qed timxu magħhom.", "DR ANTON GRECH: Bħala treatment, in-NICE guidelines huma what you do in depression or what you do in ADHD u nużaw lilhom bħala guidelines.", "MICHAEL GONZI: In-nurses li jaħdmu miegħek, kollha huma speċjalizzati fil-psychiatry?", "DR ANTON GRECH: Le, in-nurses huma combination.", "L-ispeċjalizzazzjoni tal-psikjatrija, hija ħaġa relattivament riċenti.", "MICHAEL GONZI: Dawk in-nurses li jaħdmu mal-adolexxenti, dawk mhumiex speċjalizzati?", "DR ANTON GRECH: Għandek il-general nursing - SRNs u SENs - u dan l-aħħar snin qed ikun hemm il-BSc in Psychiatric Nursing.", "Jiġifieri hemm minnhom li għandhom il-B.Sc però għad mhemmx numru biżżejjed.", "Il-policy qiegħda, li kemm jista' jkun in-nurses - anke minn diġà qed jaħdem hemm - ngħinuhom biex jieħdu t-training u noffrulhom leave u inċentivi.", "Però m'hemmx cohort sħiħ.", "Mhux kulħadd huwa speċjalizzat.", "MICHAEL GONZI: Kien hemm xi nurses li kienu speċjalizzati u b'ċertu esperjenzi, li talbu li jiġu transfered minn MCH, li jitilqu minn ..…", "DR ANTON GRECH: Qed tgħid nurses li huma speċjalizzati u li kienu jaħdmu xi mkien ieħor?", "MICHAEL GONZI: Nurses li huma speċjalizzati jew li kienu jaħdmu Mount Carmel, u kien ilhom ċertu żmien u jew talbu li jiġu transferred jew ..…", "DR ANTON GRECH: Transfered 'l barra minn MCH?", "Safejn naf jiena, le.", "DR STEPHANIE XUEREB: Jekk huma psychiatric nurses, bilfors iridu jaħdmu within mental health services.", "So I mean ma jistgħux jaħdmu ġo sptar akut, għax their specialisation is mental health.", "Jekk marru fil-komunità, xorta within mental health, xorta baqgħu jagħtu servizz...", "MICHAEL GONZI: Dawk in-nurses speċjalizzati li kienu Mount Carmel, u li marru l-Outpatients jew l-istess fil-Mental Health, kif ġew replaced dawn?", "Jiġifieri minn nurses minn Mater Dei?", "DR STEPHANIE XUEREB: Il-cohort ta' psychiatric nurses, jiddependi mill-cohort ta' studenti li jkunu daħlu fl-Università.", "I mean some of them, speċjalment tfajliet li eventwalment joħorġu bil-perjodu ta' maternity leave jew parental leave, nippruvaw li jkollna placements tagħhom bħala studenti to try and entice them to work with us.", "MICHAEL GONZI: Kemm hu l-persentaġġ bejn specialised nurses li huma psychiatric nurses u nurses li mhumiex speċjalizzati?", "MICHAEL GONZI: 90% mhumiex u 10% speċjalizzati.", "Dawk id-90% kif jiġu trained to handle pazjenti li jkunu aggressivi?", "DR ANTON GRECH: Hemm kors li jgħidulu Train The Trainer.", "Xi tliet snin ilu kien hemm grupp ta' nurses li ġew ittrenjati, mhux kif biss jiħħendiljaw pazjent li jkun hekk – jgħidulha de escalation - imma how to train other nurses.", "U hemm dik is-sistema.", "MICHAEL GONZI: Għax kien hemm każijiet, fejn kien hemm xi nurses li ma kenux jafu how to handle aggressive patients.", "Hemm training għal psychiatric nurses li huma speċjalizzati ma' adolexxenti li jbatu minn bulimia, anorexia u li jiġu admitted Mount Carmel?", "MICHAEL GONZI: M'hemmx specialisation fuq dan il-unit.", "DR ANTON GRECH: Għalkemm issa fuq eating disorders hemm il-unit ta' Kenn għal Saħħtek, li min jaħdem ġo fih, qed jieħu training kemm Malta kif ukoll fl-Italja.", "MICHAEL GONZI: Bejn wieħed u ieħor, kemm hemm nurses li qed jiġu trained fuq eating disorders?", "DR ANTON GRECH: Fuq Kenn għal Saħħtek nista' ngħid.", "Se jkun hemm shift ta' bejn wieħed u ieħor 8 nurses u 8 care workers, u kollha qed jingħataw training.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Fil-fatt skada l-ħin għal ewwel grupp, u issa nixtieq nistieden lis-Sinjura Marion Saliba, Nursing Officer responsabbli mill-YPU.", "MICHAEL GONZI: X'esperjenza għandek u kemm ilek taħdem il-YPU?", "MARION SALIBA: Fil-YPU ilni 18-il sena naħdem, u bħala mental health ili 'l fuq minn 20 sena.", "Tara l-iżvilupp tal-YPU minn mindu beda, sal-lum.", "Naqbel ħafna ma' dak li ppreżentaw ta' qabli, li l-main issue u l-problemi tal-YPU llum, huma li qed naħlu ħafna sodod b'ħafna bed blockers, għax aħna għandna dawk li huma conduct disorders u li fil-komunità m'għandniex an other alternative placement għalihom, u allura dawk huma li qed iwaħħlu s-servizz tal-YPU.", "Allura hija dik l-main issue tagħna.", "Irridu ħafna manpower ukoll.", "Fis-sens li jrid ikun hemm a multi disciplinary team, li jrid ikun tajjeb biex jaħdem ma' dawn it-tip ta' żgħażagħ.", "THE CHAIRMAN: Bħalissa kemm hemm nies fil-YPU, li taħseb li posthom huwa x'imkien ieħor?", "Pereżempju, posthom huwa f'xi dar tad-diżabilità, li minħabba f'hekk ikunu qed jibblokkaw is-sodod.", "MARION SALIBA: Disabled as such, m'għandix llum.", "Ara kieku kellimtni xahar ilu, kont ngħidlek differenti.", "Imma conduct disorders għandna, jiġifieri dawk it-tfal li għandhom aggressive behaviour imma as such m'għandhomx bżonn ta' kura mentali, imma għandhom bżonn a safer environment u iktar specialized care biex tgħinhom jintegraw lura fis-soċjetà iktar.", "Faċilitajiet iktar minn naħa tal-edukazzjoni, biex nagħtuhom iktar għajnuniet, jiġifieri mhux mal-mainstream education.", "Pjanijiet u edukazzjoni ftit iktar individualized għalihom u opportunitajiet iktar għalihom.", "CLAUDIO GRECH: Kemm ikollok bħala ratio on average?", "MARION SALIBA: Bħalissa għandna bejn ħaIs-Sinj.a u sitta li huma ta' problema kbira.", "MARION SALIBA: Minn dawk li għandna bħalissa.", "MARION SALIBA:Minn dawk li hemm illum, mhux minn dawk li daħlu u ħarġu.", "Minn dawk li għandna preżenti bħalissa.", "Kemm għandek nursing staff b'kollox on a fulltime basis.", "MARION SALIBA: Fuq fulltime basis, isfel għandna jaħdmu tnejn ma tmienja - 2 is to 8 - u fuq jaħdmu żewġ nurses, nursing aid u care worker, jew another nurse.", "Għax fuq għandhom iktar challenging behaviour u affarijiet oħra.", "CLAUDIO GRECH: Jieħdu training speċjalizzat?", "Speċjalment how to handle dawn it-tip ta' tfal?", "MARION SALIBA: Jintuża t-training li semma' Dr Grech.", "Jekk xi ħadd jixtieq jagħmel xi ħaġa personali, jista' ukoll.", "Imma t-training li jingħata, huwa dak it-tip ta' training li huwa mandatory.", "CHRIS FEARNE: Jien nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil Is-Sinj.", "Saliba għax intom u n-nurses li jaħdmu miegħek, tagħmlu ħafna xogħol tajjeb.", "Minkejja li over the years ma kellkomx it-training li wieħed kultant jippriedka li għandu jkun hemm, mhu tort tagħkom xejn.", "U minkejja li l-faċilitajiet huma limitati – jiena kelli okkażjoni li mmur inżur il-YPU xi ġranet ilu u r-riżorsi huma limitati ħafna - qegħdin tagħmlu ħafna xogħol tajjeb.", "Jiġifieri nixtieq li anke dan il-kumitat jirrikonoxxi dan ix-xogħol li tagħmlu intom.", "Nirringrazzjakom.", "MARION SALIBA: Napprezza ħafna.", "Għax dak biss huwa l-unika inkuraġġiment tagħna.", "CHRIS FEARNE: Jien naf li ħajjitkom hekk tqattgħuha, naf li għandkom ħafna tfal b'challenging behaviour u tagħmlu ħafna magħhom.", "Għax kultant il-kritika tiġi faċli.", "Imma we are very aware li qegħdin tagħmlu xogħol diffiċli ħafna, u qegħdin tagħmluh tajjeb ħafna.", "Nixtiequ - u dak huwa l-għan tagħna - li ngħinukom biex tagħmlu xogħolkom, jekk jista' jkun aħjar u biex nagħtukom iktar riżorsi.", "U naħseb li matul dan il-kumitat se jkollna okkażżjoni ngħidu kif nistgħu nagħmluh dan.", "Nirringrazzjak.", "MICHAEL GONZI: Kif hawn il-Ministru u għal dak li qal, inti bl-esperjenza li għandek x'tixtieq li jsir iktar milli qed tagħmel bħalissa?", "Għandek l-opportunità li taħtfu lill-Ministru.", "Aħna hawn qegħdin kumitat, u li tgħid inti, aħna bilfors rridu naqblu.", "MARION SALIBA: Maż-żmien ix-xogħol inbidel.", "Ix-xogħol jurik li trid ħafna iktar, kemm nies u kemm ambjent aħjar.", "Trid ambjent differenti kbir fejn ikollok fejn taqsam, fejn ikollok fejn tifrex.", "Trid ħafna nies, trid input kbir.", "Jiġifieri rridu ħafna nies u riżorsi – kemm ta' nies kif ukoll strutturali - u ambjent.", "Trid art, tibni mill-ġdid.", "Xi ħaġa apposta ppjanata għal dawn il-ħafna diffikultajiet u gruppi differenti ta' diffikultajiet li qed ikollna.", "MICHAEL GONZI: Inti minn dawk l-options, naħseb it-tieni jew it-tielet option li qed taqbel magħha.", "MARION SALIB: Whatever it is, maż-żmien qed naraw li qed ikollna firxa kbira.", "Il-problemi qed jinbidlu u qed jiżdiedu u qed jinbidlu maż-żmien.", "Is-soċjetà qed tinbidel.", "Jekk qabel kien hemm ċertu social problems li kienu qed jiffaċċjaw ta' ċertu età, illum qed jitfaċċaw f'età aktar iżgħar.", "Jiġifieri inti trid taħdem għalihom ukoll.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri intom ġieli tkunu mimlijin, full up?", "MARION SALIBA: Mimlijin?", "MICHAEL GONZI: Ġieli ma tkunux mimlijin?", "Ġieli ma nkunux il-full 8 fuq u l-full 8 isfel.", "Ġieli nkunu mimlijin u ħafna drabi nkunu mimlijin 8 u 8.", "U ġieli nkunu mimlijin fil-boys u ma nkunux mimlijin fil-girls.", "MICHAEL GONZI: Meta tkunu mimlijin, imbagħad ikollkom iddaħħlu lil xi ħadd fil-ward b'aggresive behaviour, x'tagħmlu?", "MARION SALIBA: Dik hija il-problema again.", "Imbagħad hemmhekk trid tara l-management kif se jirranġa.", "Imbagħad jinqalgħu ħafna problemi ta' kritika u affarijiet hekk.", "Li n-nies ta' hemm barra ma jkunux jafu eżatt is-sitwazzjoni ta' hemm ġew, u għalxiex qed jiġri hekk.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lis-Sinjura Marion Saliba.", "Ħadna pjaċir nisimgħuk.", "Nixtieq nisma' lis-Sinjura Maryanne Bonello li hija Acting Chief Nursing Manager Mental Health Services.", "Tista' tiġi hawnhekk.", "Tixtieq tgħidilna dwar l-esperjenzi tiegħek dwar is-sitwazzjonijiet tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mentali tat-tfal u l-adolexxenti.", "MARYANNE BONELLO: Jien hemmhekk ilni madwar 26 sena.", "Hemm xi affarijiet li jistgħu jitranġaw.", "Jiġifieri maż-żmien dejjem impruvjajna, dejjem nistgħu nirranġaw ħafna mill-affarijiet.", "Jiġifieri maż-żmien dejjem tara x'tista' tevolvi u tirranġa kemm tista', biex il-kura tas-saħħa mentali, speċjalment fit-tfal li għandhom ċertu dinjità u vulnerabbilità, timxi aktar 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Meta n-nurses jiġu biex jittrattaw żgħażagħ li jkollhom conduct disorder - ikunu trained sintendi għax trid tkun taf kif taġixxi - is that a stressful experience?", "MARYANNE BONELLO: Ħafna drabi iva, għax irid ikollok ċertu paċenzja għall-approach tiegħek mal-individwu.", "Għandek tfal li trid tifhimhom, trid tara l-mod kif se titkellem magħhom, kif se taġixxi magħhom skont il-behaviour tagħhom.", "Ħafna sitwazzjonijiet trid tagħmel ħafna counselling magħhom.", "Trid titkellem ħafna.", "Se jeħdulek ċertu ħin u paċenzja.", "MICHAEL GONZI: Jekk għandek 90% mhux imħarrġin u għandek 10% imħarrġin bħala psychiatric nurses, mela għandek ammont li mhux imħarrġin żgur.", "MARYANNE BONELLO: Ħafna drabi bħala taħriġ tan-nurse bażiku, ikun dejjem imħarreġ.", "MICHAEL GONZI: Hemm naqra differenza bejniethom.", "MARYANNE BONELLO: Iva, imma mbagħad se tiġi trained, mill-esperjenza.", "Inti se jkollok ongoing training, once li inti tkun mat-tfal.", "Anke qabel ma tmur mat-tfal inti qisek tiġi trained iktar.", "Anke on the whole fis-sitwazzjoni tal-ward, hemm l-NO, iċ-charge nurse li se titkellem mal-istaff il-ġdid, li tagħtih ċertu informazzjoni.", "MICHAEL GONZI: Kemm hemm NO's taħt idejk?", "MARYANNE BONELLO: Bħala charge nurses għandi xi 15.", "MICHAEL GONZI: Ħmistax.", "Issa jekk għandek 10 minn 90%, kemm huma ttrenjati bħala psychiatric nurse dawn l-NOs?", "MICHAEL GONZI: Mhux kollha.", "MARYANNE BONELLO: Mhux kollha, imma ħafna minnhom qed jieħdu training fil-Mental Health bħala B.Sc., u aħna jkollna inservice training ukoll għaddej.", "Matul is-snin, min ma jagħżilx li jieħu degree, hemm ongoing training għaddej ukoll.", "From time to time ikollna ħafna Practise Development Nurses li jorganizzaw u jikkordinaw certain training.", "Mhux id-degree bażikament li se tagħmlek ittrenjat, imma l-esperjenza imbagħad how you deal.", "Jiena dejjem emmint fiha l-esperjenza tal-bniedem u l-approach speċjalment ma' dawn it-tip ta' tfal.", "CLAUDIO GRECH: Dwar in-nursing treatment, b'mod partikolari mat-tfal u maż-żgħażagħ, bħalissa hemm xi pjanijiet għaddejjin, biex ikun hemm skill set forsi iktar speċjalizzat biex jingħata training aktar frekwenti, aktar regolari, anke lil min ikun se jidħol as a new nurse f'dak it-tip ta' treatment?", "MARYANNE BONELLO: Dik naraha importanti ħafna.", "Fejn jidħlu t-tfal bażikament, trid tara x'tip ta' staff għandek, għax mhux kulħadd ikollu ċerta prattiċi li tista' taħdem mat-tfal.", "Jiġifieri jrid ikollok ċertu paċenzja, pereżempju li inti tifhimhom, the way you approach them, kif tikkontrollhom.", "Hemm il-contact disorders, li jrid ikollok iktar paċenzja biex tifhimhom.", "U trid tara x'inhu għaddej.", "Jiġifieri hemm ħafna links ġo xulxin, imma mhux kulħadd ikun… Għalhekk qisek tagħraf… Imbagħad bħalma qed ngħidu wkoll, l-esperjenza li jkollok biż-żmien, jaf ikollok xi ħadd ġdid, new beginner imma kulħadd lest li jitgħallem.", "Għalhekk importanti li jkollhom it-training, u dejjem jistaqsu, hemm ħaġa llinkjata ma' oħra.", "We are a multi disciplinary team, jiġifieri barra n-nurses, għandek l-OTs, il-psychologist, is-social workers, jiġifieri dejjem isaqsu biex jitgħallmu.", "CLAUDIO GRECH: Bħala complement - peress li inti tieħu ħsieb in-nursing structure kollu tal-isptar Mount Carmel - is it in line mal-istandards li suppost hemm, fejn qed jiġu trattati t-tfal?", "MARYANNE BONELLO: Bħala ratio huwa tajjeb.", "Fejn għandna l-conduct disorders kważi nkunu ħaIs-Sinj.a.", "Imbagħad barra n-nurses, jista' jkollok tifel jew tifla li għandu l-carer miegħu.", "Għandek it-teacher, għandek l-LSAs, il-psychologist.", "THE CHAIRMAN: Il-Health Centres u t-tobba tal-familja, jekk jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' tifel li għamel xi ħaġa li hija a psychiatric emergency, għalissa m'hemmx mezz ħlief bl-użu tal-karti - tal-Mental Health Act rivedut issa – m'hemmx mod kif bniedem jiġi admitted f'Mount Carmel?", "Jekk pereżempju jkollok tifel li huwa suicidal, it-tabib tal-familja ma jistax jagħmel referral ticket normali u jibagħtu Mount Carmel?", "MARYANNE BONELLO: Ġieli jkun hemm consultation qabel ma' team sħiħ li jkun magħmul minn tobba, consultants, u jaraw x'inhu l-aħjar għalih.", "Hemm ħafna links, mhux qbadt u daħħalt it-tifel.", "Trid tara qabel.", "Qisek għandek ħafna consultations before he is admitted.", "THE CHAIRMAN: Issa nsaqsiha lil Dr Cachia.", "Għax kif staqsejtha ħarist lejn Dr Cachia u għedt issa nwaħħalha lilu wkoll.", "CLAUDIO GRECH: L-iżvilupp tal-kura fil-komunità għal dawn it-tfal fir-rigward ta' nursing, x'qed jiġri?", "Issa ovvjament this is part of our legislation u suppost aħna qegħdin nimbuttaw li din it-tip ta' kura, kemm jista' jkun, tibqa' fuq livell ta' komunità.", "Have you set the structures, issa li l-liġi dieħla into force in full iktar tard din is-sena?", "MR MARYANNE BONELLO: Aħna l-aim tagħna hu li we integrate everyone to the community.", "Għaddejjin bit-taħdidiet u d-diskussjonijiet, imma mexjin mhux ħażin.", "Hemm recruitment, hemm staff identifikat diġà, bħala nursing?", "MR MARYANNE BONELLO: Aħna l-Mental Health Services qegħdin bħala team, and we are discussing certain issues.", "CLAUDIO GRECH: Imma tista' forsi telabora ftit ieħor?", "Din se tkun xi ħaġa li se tagħmel differenza kbira.", "MARYANNE BONELLO: Qed naħsbu ħafna affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Ma' min?", "Mal-administration ta' Mount Carmel?", "MARYANNE BONELLO: Eżatt mal-administration.", "CLAUDIO GRECH: Imma tanġibbli, x'se tkunu qegħdin tagħmlu, from a nursing point of view?", "Mhux mil-lat ġenerali.", "Bħala riżorsi pereżempju kemm beħsiebkom tallokaw?", "MARYANNE BONELLO: It depends, ma nistax nagħtik .… nimxu mal-pjanijiet li għandna.", "CLAUDIO GRECH: Imma pjanijiet, jiġifieri issa...Naħseb wasaltu?", "MARYANNE BONELLO: Il-pjanijiet imbagħad jiġu attwati.", "Qegħdin bħala team ....", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lis-Sinjura Maryanne Bonello.", "Issa nistieden lil Dr John Cachia, Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Anzjani u Dr Miriam Camilleri tista' takkumpanjah għax qegħda fl-istess team u hija ċ-Chairperson tal-Public Health Medicine.", "Dr Cachia jien segwejt ħafna lectures tiegħek u dejjem kienu tajbin ħafna.", "Tista' tgħidilna daqsxejn - m'għandix dubju li inti dejjem tkun iċċarġjat b'ħafna informazzjoni u taf l-affarijiet sew - xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mentali tat-tfal?", "DR JOHN CACHIA (Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Anzjani): Nirringrazzjakom ta' din l-opportunità.", "Ħalli nibda mit-titlu.", "Għaliex it-titlu huwa \"Is-sitwazzjoni fil-faċilità ta' kura tas-saħħa mentali għat-tfal\".", "Però, naħseb li jekk ma naqbdux dan is-suġġett u niftħuh mill-ewwel, u nammettu li l-kura klinika hija biss the tip of the iceberg - il-quċċata ta' iceberg - m'aħniex qed naqbdu l-barri minn qrunu fis-sitwazzjoni li qegħdin nittekkiljaw.", "Din hija sitwazzjoni li qed iġġib fuq is-sistema, il-pajjiż u dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "Dak li għandek fl-YPU, huwa rifless ta' x'qed jiġri fis-soċjetà Maltija.", "U għalfejn qed ngħid dan.", "Għaliex jekk wieħed iħares lejn l-istejjer individwali ta' dawn it-tfal - kif jien għandi vizzju nagħmel - u tibda tara minn xiex għaddew dawn it-tfal li jiġu bżonn dawn it-tip ta' servizzi, tibda tinduna - u qed nieħu gost li hawn iċ-Chairperson tas-Social Affairs Committee għaliex naħseb li rridu nitkellmu very straight forward fuq dawn it-tip ta' issues - x'qed jiġri fil-familji tagħna, x'qed jiġri fis-sitwazzjoni tad-droga, tal-vjolenza domestika, ta' vjolenza fuq in-nies, ta' vjolenza fuq it-tfal, ta' prostituzzjoni ta' tfal, il-logħob tal-azzard, ix-xorb, l-alkoħol, l-użura.", "Imbagħad immur fuq il-qasam edukattiv u nara x'qed jiġri fuq l-early school leavers, tfal li ma jispiċċawx l-iskola, tfal li dejjem barra mill-klassi, il-bullying, is-cyber bullying, it-tfal li jispiċċaw bla ħiliet fit-tarf tas-sistema edukattiva.", "U ovvjament meta imbagħad wieħed ikabbar kemm kemm waħda x-xefaq u jmur mit-tfal għal youths u young adults, jibda jinduna li l-Faċilitajiet Korrettivi ta' Kordin jibdew jimtlew b'dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet, biex ma nsemmix l-unemployment u l-under employment jew in-no employment.", "U d-droga, kriminalità, eċċ.", "Jekk wieħed iħares lejn il-qafas ta' fuq xiex qed nitkellmu dwaru, il-YPU waħdu, jekk niżolawh u niffokaw fuqu biss, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu żball tattiku serju ħafna.", "U dan huwa l-appell tiegħi lilkom bħala l-membri parlamentari, li din trid tkun a holistic approach from a society point of view, biż-żewġ naħat qegħdin naqblu li aħna l-professjonisti, intom at the political end, jiġri x'jiġri at the political divide f'din it-tip ta' sitwazzjoni, irridu nkunu flimkien.", "Jien jiġifieri nieħu tliet eżempji żgħar ta' outcomes, li wieħed iħares lejn din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Dik il-persuna ta' 25 sena li f'10 snin ħadmet 3 ijiem.", "Nieħu l-eżempju ta' persuna ta' 14-il sena li ila ma tmur skola sentejn.", "Nieħu żagħżugħ ta' 14 jew 16-il sena, li meta tgħidlu fejn joqgħod, jgħidlek li m'għandux indirizz, u ma jridx imur lura lejn id-dar ta' ommu u missieru.", "ONOR CHRISTOPHER FEARNE: Dawn ma messhomx ikunu fi sptar mentali!", "DR JOHN CACHIA: Eżattament.", "Imma dan hu li qed niddiljaw bih.", "Dawn huma eżempji li jien ltqajt magħhom f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Li huwa ovvju li mhux posthom ġo sptar mentali dawn.", "Imma s-saqaf, il-platt sħun, is-sodda, l-akkoljenza ta' dawn hija biss .… U hawn fejn jien ningħaqad miegħek, Mr Chairman, u naħseb l-Onor Fearne u ċert min-naħa tal-Oppożizzjoni wkoll, li nirringrazzja lin-nies li jaħdmu ma' dawn in-nies, talli kuljum lil dawn in-nies joffrulhom platt sħun u sodda, u saqaf.", "U nirrepeti x'tħobb tgħid id-Dottoressa ta' maġenbi, li jagħtuhom l-imħabba li jista' jkun li qatt ma sabu f'ħajjithom dawn it-tfal u ż-żgħażagħ.", "U naħseb illi jekk nibdew minn dan il-lat uman, għax dawn Maltin, la barranin, la refuġjati, la asylum seekers, dawn Maltin.", "Setgħu kienu.", "Imma dawn Maltin bħalna, fis-soċjetà Maltija, dawn prodott tas-soċjetà tagħna.", "Allura dawn in-nies, mitlufin fis-soċjetà.", "Jien meta xi ħadd jispiċċa fuq il-media fuq kriminalità jew għax ġara xi ħaġa l-YPU, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu disservizz lilna nfusna, jekk naħsbu li se nittekkiljaw din s-sitwazzjoni b'dan il-mod.", "U allura meta jien nitkellem b'dan il-mod, f'isem dawn il-persuni, nipprova nkun il-vuċi ta' dawn il-persuni - kif fid-dover li nkun permezz tal-liġi - u ngħid li l-YPU ma jistax jibqa' jakkomoda ukoll il-problemi li għandna hemm ta' conduct disorder, ta' social problems, ta' challenging behaviour.", "Ma nafx għadx fadal, jidhirli għad fadal ukoll.", "(Interuzzjonijiet) Għax kiber jew qasam it-triq.", "Ejja nkunu ċari fuqhiex qegħdin nitkellmu.", "Din il-ħallata ballata ma tagħmel ġid lil ħadd, l-inqas lil dawn it-tfal.", "It-tieni punt huwa li ġol-YPU nnifsu, kif diġà ntqal, m'hemmx faċilità approprijata fejn inti tista' de escalate safely żagħżugħ li għandu behaviour vjolenti jew behaviour aggressiva.", "Għaliex l-ispazju huwa meħud b'nies li m'għandhomx ikunu hemm, imma għandhom ikunu x'imkien ieħor.", "Issa ngħid x'naħseb li għandu jiġri.", "Jien allura, bħala Kummissarju, filwaqt li jien kontra li jkun hemm tfal jew żgħażagħ fil-wards tal-adulti, ikolli ngħid li minħabba s-sitwazzjoni kif żviluppat u evolvit - mhux illum u 'lbieraħ ta', imma over the last few years - hemm bżonn li jekk ikollna bżonn inpoġġu żagħżugħ, tifel fil-ward tal-adulti biex nipproteġu lilu u lill-oħrajn, dan irid ikun għall-inqas żmien possibbli, bil-protezzjoni kollha possibbli ġo dak il-ward u wkoll li l-multi disciplinary assessments – u din għamilt enfasi ħafna fuqha riċentement ukoll fl-aħħar episodju li kellna – iridu ikunu iktar spiss u regolari.", "Naf li qed isir.", "Kont preżenti meta kien qed isir, u rajt issues qed jiġu tackled.", "U l-management ikollu pro-active approach biex jagħfas fuq din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Però jekk m'aħniex se ngħinnu biex we defunction minn dak li m'għandniex bżonn u m'għandniex meħtieġ, iridu nagħtu options oħra.", "U x'inhuma l-options?", "Nemmen, kif tkellmu hawnhekk, bil-kwestjoni tal-acute psychosis.", "Hawnhekk jien se nkun ftit iktar provokattiv f'isem dawn in-nies, u nemmen li an acute psychiatric situation should probably be best dealt with - fiċ-ċirkostanzi ta' Malta llum - in an acute hospital.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li nieħdu a bold step u ngħidu acute pediatric hospital - ħalli nibdew minn tfal u adolexxenti - an acute episode of psychosis in a child, in an adoloscent u jista' jkun li wasal iż-żmien li nagħmlu riflessjoni u ngħidu: isma' wasal iż-żmien li nieħdu dawn il-bold steps.", "Jien il-psikjatrija akuta ġo sptar ġenerali, esperjenzajtha fl-1980, meta jien bħala student tal-mediċina mort Glasgow, u dak iż-żmien diġà kellhom an acute psychiatry in a general hospital environment.", "Ikun hemm ward, bħalma għandna l-psychiatric unit .", "(Interuzzjoni)", "Jiddispjaċini - ħalli nkun ċar u skjett - imma trid tiffunzjona kif suppost bħala acute psychiatric service.", "Issa jekk għandniex nibdew bit-tfal, issa wieħed irid jara ftit.", "Naf li hemm min ma jaqbilx miegħi fuq dan is-suġġett, però jien ngħid, wasal iż-żmien li nagħmlu din it-tip ta' riflessjoni f'dan il-pajjiż?", "THE CHAIRMAN: U l-idea hi għat-tfal jew għall-kbar?", "DR JOHN CACHIA: Eventwalment nibdew bit-tfal.", "Però jien ngħid li wasal iż-żmien għax meta tissiftja u tara x'qed jiġri fil-psikjatrija, huma numri żgħar li jkollhom acute psychiatric issues.", "L-episodji ta' acute psychiatry li għandhom bżonn intensive attention, jiġifieri li għandu bżonn MRI, CT Scan u testijiet mediċi u eċċ ..… Importanti li wieħed jibda ....", "MICHAEL GONZI: Inti qed tissuġerixxi li jkun hemm an acute psychiatric unit barra Mount Carmel, jiġifieri jkun Mater Dei.", "Għaliex?", "(Interruzzjonijiet)", "DR JOHN CACHIA: Fil-ward tat-tfal ikun hemm kamra armata għal dawn it-tip ta' tfal.", "Ikollok in-nies imħarrġa li jkunu kapaċi jagħmlu an acute psychiatric service.", "MICHAEL GONZI: Imma jekk għandek in-nies ittrenjati fl-acute psychiatry f'Mount Carmel?", "DR JOHN CACHIA: Jekk inti qed titkellem fuq acute psychiatry tat-tfal, acute psychiatry tat-tfal hija speċjalità on its own.", "Għandi espert fil-pedjatrija quddiemi...", "MICHAEL GONZI: Ma nistax nimmaġina li jkollu ward hemmhekk ...", "Ma nazzardax ngħid in-numri, però way back kellna projections ta' 4 to 8 beds, maximum.", "Ejja npoġġuha fuq il-mejda bħala option, m'għandix diffikultà jien.", "Innaqqsu l-istigma, intajru ċertu affarijiet min-nofs, nagħmlu ċertu issues ta' integrazzjoni tal-psikjatrija in mainstream medicine ukoll.", "Għax naħseb li wasal iż-żmien li nitkellmu b'dawn it-tip ta' provokazzjoni kważi.", "Imbagħad għandna bżonn it-tieni fażi.", "Dak li qed jiġri llum ġewwa l-YPU.", "Jiġifieri rridu naraw ir-riabilitazzjoni.", "Ir-riabilitazzjoni attiva, li tieħu ħsieb li dawn it-tfal with challenging behaviour.", "U r-revolving door approach, pereżempju, hemm Fejda, hemm St Joan Antide u s-servizzi tal-aġenziji Support u Appoġġ, li jagħtu dan it-tip ta' servizz fil-komunità lit-tfajliet.", "Imma pereżempju m'hemmx biżżejjed għall-boys f'dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Trid tara r-revolving door situation, fejn dawn it-tfal b'challenging behaviour li għandhom bżonn riabilitazzjoni attiva, ma jibqgħux f'dak l-ambjent.", "It-tielet hija l-kwestjoni ta' transizzjoni.", "Out of home living għal dawk it-tfal li ma jridux imorru lura d-dar, għax d-dar tivvelinalhom il-ħajjithom.", "Iġġibhom agħar minn dak li huma.", "U hemmhekk naħseb li naqblu żgur, li l-kwestjoni ta' life skills, kwestjoni ta' edukazzjoni, kwestjoni ta' employability at a join up approach at a social, health, education, employment, and security level.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qed titkellem fuq tfal li ma jixtiequx imorru lura d-dar għaliex hemm sitwazzjoni li mhijiex tajba d-dar.", "Which to me means li għandek tfal li għandhom bżonn protection u allura għandhom bżonn care order.", "Għax care order għandek care, protection or control.", "Li tinkwetani li mbagħad issib li min qiegħed b'care order, u qiegħed jiġi jerġa' mpoġġi f'Mount Carmel.", "DR JOHN CACHIA: Hekk hu.", "DEBORAH SCHEMBRI: U dak qed idum iktar, bħala żmien, minn nies oħrajn.", "Dawn, in the first place, mhux suppost qegħdin hemmhekk, però jekk se nibagħtuhom fejn suppost, imbagħad minn hemm, qed jerġgħu jibgħatuhom ukoll Mount Carmel.", "Jiġifieri hemm mumble jumble sħiħa.", "DR JOHN CACHIA: Eżatt.", "Is-sitwazzjoni hija li inti għandek ċertu affarijiet li żviluppaw b'tali mod in a social environment.", "Miniex kompetenti biex nitkellem fuq dak l-att soċjali, però forsi jkun hemm ħaddieħor jifhem iktar minni.", "Però nemmen li fl-issues soċjali hawnhekk, qed niddiljaw mal-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli ta' din is-soċjetà.", "Naħseb li jkollok risposta mingħand persuna ta' 19-il sena li qattgħet kważi nofs għomorha ġewwa Mount Carmel, li tgħidlek jien irrid ngħix fuq ir-relief.", "Tfajla ta' 19-il sena!", "Din it-tip ta' deċiżjoni li hija issue oħra, li wieħed irid jibda jħares lejha.", "Irrid ngħid ħaġa oħra.", "'Ilbieraħ filgħaxija kien hemm il-BBQ tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.", "U dawn it-tfal li qed nitkellmu fuqhom, tal-YPU, kienu hemm, enjoying theIs-Sinj.elves daqslikieku kienu t-tfal tiegħi u tiegħek.", "Dawn iż-żgħażagħ li qed nitkellmu dwarhom, kienu hemm, enjoying theIs-Sinj.elves, qishom parti mill-komunità.", "Ejja ma noqogħdux niddemonizzaw is-sitwazzjoni.", "Ejja nkunu saqajna mal-art.", "Naraw dawn iż-żgħażagħ, dawn it-tfal x'għandhom bżonn, naraw l-iskills u l-opportunitajiet li tilfu.", "Jiena dejjem hekk ngħid, li kieku dawk kienu t-tfal tiegħi li għaddew minn dak li għaddew dawk it-tfal, jista' jkun li forsi jagħmlu agħar minnhom.", "THE CHAIRMAN: Dr Cachia jekk ikollok pazjent li qiegħed il-YPU, u skont il-psikjatri u t-tobba jista' jiġi discharged.", "U fejn se jiġi discharged, jekk id-dar fejn irid imur hija disturbata, forsi single mother, forsi tieħu d-droga, dak x'jiġri mill-każ imbagħad?", "DR JOHN CACHIA: Hemmhekk insellem ħafna lin-nies li jaħdmu fil-qasam soċjali għaliex qabel ma jkun hemm a safe environment fejn dak it-tifel jew żagħżugħ jista' jmur, dak it-tifel jinżamm.", "Din hi l-problema.", "Il-problema hija l-iżbokk.", "Dejjem is-sitwazzjoni hija l-iżbokk tajjeb, biex dawn it-tfal u żgħażagħ jingħataw dak li għandhom bżonn.", "THE CHAIRMAN: Imma minbarra l-YPU, m'hemmx pereżempju post ieħor?", "It-tfajliet għandhom pereżempju Fejda, St Joan Antide.", "Imma dawn uħud minnhom, bħal ta' St Joan Antide ma jifilħux għalihom,", "THE CHAIRMAN:L-NGOs m'għandhomx djar?", "DR JOHN CACHIA: St Joan Antide huwa parti minn Sapport.", "Ħalli npoġġiha ċara.", "Hemm is-sorijiet li kienu jieħdu ħsieb dawn it-tfal meta kienu ħafna iktar żgħar.", "Imma hemm uħud mit-tfajliet li meta kibru, saru iktar challenging, u għandek issues fejn għandek diffikulta fejn se tieħu ħsiebhom.", "MICHAEL GONZI: It-tfal li jkunu l-YPU, kif jgħadduha l-ġurnata.", "DR JOHN CACHIA: Jien li nista' ngħid huwa dan.", "Hemm diversi sitwazzjonijiet li rajt b'għajnejja.", "Jien nista' ngħid dak li rajt b'għajnejja, jien noqgħod ħafna fuq dak li nara b'għajnejja.", "Nisma', għidli li trid, però mbagħad immur u nara b'għajnejja.", "Pereżempju, 'lbieraħ uħud minnhom rajthom fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu.", "Uħud minnhom naf li jmorru l-iskola.", "Kont l-occupational therapy, u kienu qegħdin hemm, jagħmlu, jagħtu sehemhom, u jippreparaw il-mementos - għax għandhom konferenza ġejja - u jwaħħlu u jagħmlu.", "Però naħseb il-kwestjoni kollha hija programmi ta' iktar intensità biex dawn it-tfal, joħorġu l-ħiliet u l-iskills tagħhom.", "Jiena nemmen bil-ħiliet, skills u employability.", "MICHAEL GONZI: Faċli ngħiduhom dawn.", "Imma ma' dawn it-tfal, dawn il-ħiliet, l-iskills, dawn qed jiġu tackled ma' dawn it-tfal?", "DR JOHN CACHIA: Għandna bżonn iżjed, definitely.", "MICHAEL GONZI: OK għandna bżonn iżjed, imma llum x'qed nagħmlu?", "DR JOHN CACHIA: Within the resources available, naħseb li ċertu nies qed jagħmlu l-mirakli.", "Anzi, jiena l-ewwel wieħed li ngħidlek li within the resources available qed isiru l-mirakli, però f'ċertu areas, we are beyond miracles.", "Hemm bżonn li ċertu issues jiġu tackled.", "L-iżbokk - nerġa' nirrepeti - ta' dawn iż-żgħażagħ biex ikollhom a safe environment fejn ikunu, ma nistgħux naħarbu minnha.", "MICHAEL GONZI: Jekk dawn imbagħad jiġu integrati mal-familja - hopefully - hemm riżorsi biex dawn jiġu followed imbagħad fil-komunità, biex l-affarijiet ma jerġgħux jiggravaw?", "Speċjalment ikollok tfal li jagħmlu self harm jew li jkunu aggressive.", "Imma tista' ma tkunx fil-familja, jista' jkun bullying fl-iskola.", "DR JOHN CACHIA: Fil-fatt il-liġi dwar is-Saħħa Mentali, tersaq lejn dak is-suġġett mill-punto di vista ta' responsible carer.", "Tgħidli mhux kollha għandhom il-ġenituri dawn.", "Imma jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri is not the best person to be the responsable carer ta' dak iż-żagħżugħ.", "Bil-mod il-mod, wieħed irid jibda jevolvi dak il-kunċett mil-liġi tas-Saħħa Mentali, biex wieħed jara in the best interest ta' dawn iż-żgħażagħ, pereżempju, min hu l-aħjar responsible carer għalihom.", "Eventwalment wieħed irid jiddiskutiha wkoll fuq livell soċjali u naraw naqra kif se taħdem il-liġi tal-Guardianship, u kemm se nkunu nistgħu ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ b'guardianship, once li jkunu għalqu t-18-il sena.", "Għax inutli nagħmlu l-care orders, biex imbagħad kif jagħlqu t-18-il sena, nagħlqu l-file u l-problema qisha spiċċat.", "Inbidlet diġà l-kwestjoni tal-guardianship.", "Il-kwestjoni li tinkwetani jien hija din, dik li tifla jew tifel li qed jiġi segwit mill-YPU, Appoġġ, eċċ kif jagħlaq it-18-il sena nagħlqu l-file u nitfgħuh fil-qiegħ, biex naraw the next problem.", "Dan it-tifel għadu bil-problemi meta għalaq it-18 jew id-19-il sena u hemmhekk, f'dak l-interphase, f'dik it-transition, irridu nieħdu ħsiebha sew, it-transition to adulthood, għax imbagħad hemmhekk fejn jispiċċaw bil-kwestjonijiet ta' kriminalità, ħabs, eċċ.", "CLAUDIO GRECH: Speċifikatament fuq il-faċilitaijiet li għandna llum, biex jilqgħu lit-tfal ġo fihom, dawn illum huma konformi mal-provvediment tal-leġislazzjoni?", "U mil-lat tiegħek, x'qiegħed isir biex forsi nkunu nistgħu nagħmlu dan l-alignment?", "Jien l-Uffiċċju tiegħek narah mhux biss bħala a watchdog, però wkoll dan l-aħħar anke ħadt iktar ir-role li taħdem għal alignment; li hemm ċertu bars ta' kwalità, li idealment we not just tick the boxes but you assist the care providers to reach that bar, biex imbagħad flimkien ngħolluh daqsxejn oħra dak il-bar.", "Dak finalment l-outcome li qed infittxu.", "Għax jien naqbel perfettament kif bdejt inti, that we have to look holistically, eċċ, but we are into lay session focusing on something very very specific bil-limitazzjonijiet kollha tal-ħin li għandna.", "So, minn dak li assessjajt s'issa - għax inti wieħed mill-iktar li tista' tassessja għax you touch first hand on a day to day basis - are they in line with legislation b'mod partikolari mal-aspett ta' liċenzjar?", "U forsi x'qed isir vis-à-vis l-alignment li hemm bżonn li jkollna?", "DR JOHN CACHIA: Għar-rigward tal-liċenzjar, dak hemm is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika li għandha r-responsabilità li tara hi.", "Jien ir-responsabiltà tiegħi li nara, li anke s-Supretendenza tagħmel il-mira.", "U hemmhekk se nkun qiegħed inħares lejha wkoll.", "Rigward dak li tgħid il-liġi, naħseb li jkollna time-out room u de escalation facility within a YPU setup, will go a long way, biex niffaċilitaw - almenu b'mod temporanju - is-sitwazzjoni li għandna f'idejna bħalissa.", "(Interuzzjoni) Hemm, imma l-kwestjoni mhix safe biżżejjed biex tista' żżomm persuna li għandha disruptive behaviour esaġerat.", "Jien naħseb li l-fatt li jkollna nirrikorru għall-wards tal-adulti to contain ċertu tip ta' sitwazzjonijiet, naħseb li hija xi ħaġa li jekk nagħmlu riflessjoni interna nistgħu nippruvaw nsibu soluzzjoni għaliha din.", "Kif qal Dr Grech, ma tistax tagħmilha fuq, għax jekk għandek sitwazzjoni fejn bniedem iqiegħed ikun disruptive għall-kumplament tal-unit.", "Però nemmen li jekk nippruvaw noħolqu dan it-tip ta' ambjent, inkunu qed napproċjaw kemm kemm iżjed.", "Il-liġi tgħid li ma nistgħux nibqgħu f'sitwazzjoni fejn min għandu bżonn social care, jiġifieri saqaf, platt sħun u sodda, imma mhux kura psikjatrika, m'għandux ikun ġo sptar mentali.", "THE CHAIRMAN: Din l-istess ħaġa, tapplika għal Mater Dei wkoll.", "DR JOHN CACHIA: Ifhimni, din hi l-issue kollha.", "L-ewwel żewġ issues li rridu naġixxu fuqhom, huma dawn iż-żewġ issues.", "Ħaġa temporanja għax il-pjanijiet l-oħrajn huma sbieħ ħafna u ejja nimxu lejhom.", "U t-tieni waħda hija li min m'għandux problemi ta' saħħa mentali, m'għandux ikun f'ambjent li hu kopert bil-liġi tas-saħħa mentali.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Dr Cachia.", "Nistieden issa lis-Sinjura Helen D'Amato.", "Kummissarju għat-Tfal.", "HELEN D'AMATO (Kummissarju għat-Tfal): Jien l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom.", "Jien għamilt ċertu ammont ta' żmien Membru Parlamentari u Chairperson ukoll.", "Jien nixtieq nirringrazzjakom li qajjimtu dan it-topic, għaliex huwa issue mportanti ħafna u li ħafna drabi nisimgħuhom fil-gazzetti, meta xi ħadd jobromlu u jgħid hemm tfal in adult wards.", "It-tfal in adult wards, huma problema għat-tfal u mhux għas-sistema.", "U allura jien nemmen li rridu naraw għaliex ikun hemm dawn it-tfal fl-adult wards.", "Jiena naf li intom kollha tafu taqraw, u allura din il-presentation tista' tingħata lilkom u nippreferi li nagħmlu diskussjoni iktar hekk, viva voce biex aħna nitkellmu verament x'inhija l-problema.", "Wara dak li smajna minn preżentazzjonijiet differenti, nixtieq li aħna niffukaw verament fejn hi l-problema.", "L-ewwel nett din mhijiex a health issue.", "Jekk aħna se nieqfu fuqha bħala \"a health issue\" allura hemmhekk se nfallu żgur.", "Għax tant hemm players li jridu jissapportjaw din l-issue, li mportanti li din l-issue tittieħed - bħalma diġà ntqal anke min-naħa ta' strateġija kif spjegat Dr Stephanie Xuereb u kif qal il-Kummissarju Cachia - bħala a social, health, education and environmental issue.", "Għaliex dawn it-tfal li għandna l-ikbar concern dwarhom.", "Jien ma ngħidx problema għax il-problema tibda mill-ambjent li huma jitrabbew fih.", "Mela allura hemmhekk irridu nibdew b'early identification.", "Early identification li trid issir allura mill-antenatal clinics.", "Jiġifieri issa m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar mental health hospital, imma qed nitkellmu dwar antenatal clinics.", "Imma minn x'imkien irridu nibdew.", "Jiġifieri early identification trid issir as early as possible, even before the child is even born, biex naraw jekk hemmx concern għal dawn it-tfal, li jistgħu jiffaċċjaw.", "U għalhekk jien semmejt environmental.", "Not as in open spaces u siġar, imma the family environment, li huma qegħdin jiġu esposti għalih.", "It-tfal li l-iktar għandna concerns għalihom, x'inhi l-problema tagħhom basically?", "Basically il-concerns tagħna huma għax għandhom nuqqas ta' attachment, nuqqas ta' care, nuqqas ta' mħabba u nuqqas ta' attenzjoni along the way.", "Dawn ikunu esposti għall-elf ħaġa, li jekk lilna lkoll tiġborna kollha f'borża, lanqas esperjenzajna kwart ....", "CHRIS FEARNE: Inti qed titkellem għat-tfal li għandhom problemi psikjatriċi jew qed titkellem għat-tfal li għandhom problemi functional?", "HELEN D'AMATO: Issa ngħidlek.", "Irridu nagħmlu separazzjoni bejn it-tfal li għandhom problemi psikjatriċi u li allura jien nemmen li għandu jkun hemm an acute unit in an acute hospital.", "Għax jien meta jkolli an acute problem fit-tfal li tkun qed titratta qalbhom jew żaqqhom jew sieqhom, neħodhom Mater Dei.", "U allura hekk qed titratta ....", "CHRIS FEARNE: Jekk ikollhom problema fil-ġilda tmur Boffa.", "Imma billi jkollok sptar mhux ġo Mater Dei, mhux xorta?", "Issa jien qegħda hawn biex nagħti r-recommendations u mbagħad mhux neċessarjament nkunu qed naqblu fuq kollox.", "Imma jien nemminha dik.", "Nemmen ukoll li għandna jkollna a Crisis Intervention Unit.", "Jien nemmen li għandna bżonn ikollna a Crisis Intervention Team li jiddilja wkoll mat-tfal.", "Però naturalment irid ikun hemm training apposta għalih.", "Dawk l-erbatax-il tfal fejn għandek conduct disorder u personality disorder.", "Li huma dawk it-tfal, li ħafna drabi qed isibu ruħhom li ma jirċievux dik il-kura li għandhom bżonn.", "Għax mhux neċessarjament hija l-kura medika li għandhom bżonn, imma għandhom bżonn il-protezzjoni.", "Protezzjoni mil-lat aktar soċjali milli mediku.", "Jista' jkun li f'mumenti jkollhom bżonn kura medika għaliex bil-mod ta' kif jimmanifestaw u jġibu ruħhom, allura jkollhom bżonn calming down, biex ngħid hekk, u jista' jkollhom ukoll comorbidity.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li t-tfal kollha ma jistax jkollhom ukoll comorbidity.", "Imma l-ikbar problema li għandna hi kif se nagħtu l-kura lil dawn it-tfal li għandhom conduct u personality disorder.", "U għalhekk jien bdejt bl-early intervention.", "Għaliex dawn it-tfal, li finalment se jimmanifestaw ruħhom at age 10, 11, 12 bil-conduct disorder, tkun ilha ġejja magħhom għal ħafna snin, u kważi kważi wieħed jista' jipprevedi li jista' jkun li dawn ....", "CHRIS FEARNE: Qed nieħu ħafna pjaċir li qed tagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Kemm ilek Kummissarju għat-Tfal?", "HELEN D'AMATO: Kważi 4 snin issa.", "CHRIS FEARNE: Kemm ilek li għamilthom dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "Meta għamilthom l-ewwel darba?", "HELEN D'AMATO: Għamilthom fl-2012.", "HELEN D'AMATO: Żdiedet il-YPU.", "CHRIS FEARNE: Il-YPU żdiedet fl-2012.", "Jiġifieri qabel il-YPU, jew wara?", "HELEN D'AMATO: Aħna bħala Kummissarju għat-Tfal, konna għamilna research, u naqra investigation ukoll, għax kien hemm il-każ ta' tfal li kienu ttieħdu anke minħabba li kellhom konflitt mal-liġi.", "Allura mbagħad ħarġu issues differenti għax naturalment dawn it-tfal meta jibdew imissu, jibdew imissu ma' kullimkien.", "Kienu żdiedu s-sodod fil-YPU, u anke beda jingħata a preventive programme f'Fejda u anke St. Jeanne Antide.", "Irridu niftakru li kemm Fejda kif ukoll St Jeanne Antide huma proprju faċilitjiet li jipprovdu għal tfal with behavioural disorder.", "Jiġifieri t-tfajliet hemmhekk jekk taqbadhom b'early intervention...", "CHRIS FEARNE: Il-YPU huwa functional.", "Jiġifieri l-conduct disorders.", "Jiġifieri x'kien sar fuq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħek?", "Kienet infetħet dar oħra?", "HELEN D'AMATO: Le, ma nfetħitx dar.", "CHRIS FEARNE: Imma tajjeb li tiċċara wkoll.", "(Interuzzjonijiet)", "HELEN D'AMATO: Jien nixtieq nkompli għax jien dan id-diskors mhux illum qed ngħidu, jien għedtu u se nibqa' ngħidu.", "Iktar minn hekk ma nistax ngħid.", "Jekk intom tmorru tfittxu l-Annual Reports tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, għandkom issibuhom hemm.", "Jiġifieri hawnhekk mhux qegħda nkun u nipprova nitfa' xi dell li l-affarijiet ma sarux f'dawn l-aħħar sena u tliet xhur.", "Biex nagħmluha ċara daqs il-kristall.", "Jien għedthom, nibqa' ngħiduhom u jekk hemm bżonn, nibqa' ngħidhom.", "Jiġifieri jien hawnhekk ġejt biex nagħti l-veduti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "U jien dejjem għedtu dan id-diskors, li meta qegħdin inħarsu lejn dawn it-tfal, irridu nibdew mill-early intervention.", "U għalhekk jien qed ngħid li filwaqt li dan huwa tajjeb li jiġi diskuss hawnhekk, però din id-discussion has to be much much wider.", "THE CHAIRMAN: Early intervention hija mportanti ħafna.", "Fil-fatt fl-esperjenza li għandi jien fil-qasam tal-psikjatrija bħala tabib tal-familja, ħafna drabi l-karattru tat-tfal iż-żgħar, li eventually later on in life joħorġulhom problemi mentali sija ta' depression, sija ta' skiżofrenja, obsessive compulsary disorder, eċċ, il-premorbid personality tagħhom, tkun diġà identifiable.", "Però hawn Malta, għandna xi ħaġa biex inkunu nistgħu niddentifikaw lil dawn it-tfal bħalma pereżempju hi d-dyslexia?", "Għax illum qegħdin jiżdiedu l-metodi kif tista' tinduna liema huma l-persuni li għandhom id-dyslexia.", "HELEN D'AMATO: Għandna.", "Għaliex anke through the Education Division, fejn inti parti mis-servizzi fil-qasam edukattiv huwa l-early intervention.", "Early intervention tat-tfal qabel ma jidħlu l-iskola.", "THE CHAIRMAN: Issa fiċ-Child Guidance Clinic, tliet psikjatri hemm.", "HELEN D'AMATO: Jien mhux qed ngħidlek li l-affarijiet jimxu fuq ir-rubini, jew imxew, jew kienu jimxu jew m'għadhomx jimxu.", "Jien qed ngħidlek li hemm dan is-servizz within the Education Division li huwa ta' early intervention.", "Li jippruvaw jinqabdu t-tfal, qabel ma biss jibdew l-iskola.", "Jiġifieri dan is-servizz irid ikompli jiżdied għax irrid is-sapport, naturalment taċ-Child Guidance.", "U allura hawnhekk niġi għas-servizzi ta' child guidance wkoll.", "Hemmhekk hemm nies li qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna u wieħed irid iħares lejn in-numri u lejn l-ammont ta' nies li hemm bżonn biex jagħtu s-servizz.", "Nerġa' lura għal dawk it-tfal.", "Għal dawk l-14 – ippermettuli li nibqa' ninsisti fuq dawk l-erbatax.", "Għaliex hemmhekk għandna tfal li m'għandhomx bżonn ikunu ġewwa Mount Carmel.", "Li għandhom bżonn - fil-fehma lajka tiegħi għax jien m'iniex persuna medika - meta wieħed jara l-każijiet kif ikunu żviluppaw, minn fejn ġew dawn it-tfal li ħafna minnhom - m'għandix statistika waħda b'waħda - però jien li niltaqa' ma' uħud minnhom għax jien immur ġewwa l-YPU u niltaqa' magħhom u ġieli kont anke preżenti waqt case conferences tagħhom, dawn it-tfal issib li huma ġejjin minn ambjent diffiċli ħafna …", "THE CHAIRMAN: Uħud minnhom bil-care order.", "HELEN D'AMATO: Uħud minnhom bil-care order, imma mhux neċessarjament.", "Però kważi kollha ġejjin from an institutional background.", "Jekk stess m'għandhomx care order per se, imma jkunu ġejjin minn homes, minn institutional care.", "Jiġifieri hemmhekk fejn aħna rridu nagħtu ħafna input.", "Aħna, bħala Uffiċċju, nixtiequ nirrakkomandaw li jkun hemm a three tier step down facility, li tkun qegħda tagħti servizzi intensivi skont il-bżonn tat-tfal f'mumenti differenti.", "Li huma jinżlu minn waħda għall-oħra, to get them back into the community.", "U hemm fejn qegħda l-problema.", "Għax meta dawn it-tfal, wara li jkunu ngħataw l-għajnuna f'dik il-fażi akuta li jkollhom bżonn għajnuna medika, meta jiġu to go back into the community ..", "Inti għedt single mothers.", "Jiġifieri aħna fuq dawn it-tfal qegħdin nitkellmu li jippreżentaw din il-problema.", "Jiġiferi tfal li għandhom a medical condition ta' mental ill health imma għandhom is-sapport tal-familja, hemmhekk għandek bżonn faċilità li jingħataw l-għajnuna fil-mument li l-problema tkun fl-aktar fażi akuta tagħha, imma mbagħad they have a way out.", "U jien inħobb ngħid - forsi hawn ġew hawn min jgħid li semagħni ngħidha elf darba - pinġuhuli kif għandu jkun dan il-post, għaliex tant kull każ huwa każ għalih, li kultant li jkollok faċiltà, ukoll ma jirnexxilekx.", "U f'moħħi għandi tfal partikolari, li tipprova tagħtihom, imma l-bżonnijiet tagħhom tant huma partikolari li kważi kważi trid tpinġih għalihom din il-faċilità, lil dawn it-tfal.", "Jiġifieri ħafna mhumiex - m'għandniex mijiet - imma kull wieħed u waħda minnhom, hija persuna importanti.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak ħafna Kummissarju għat-Tfal għall-kontribut tiegħek.", "Nixtieq nisma' issa l-presentation tas-Sinj.", "DOLORES GAUCI: Grazzi tal-istedina tagħkom.", "Jien se nkompli nibni fuq dak li qalu l-ispeakers ta' qabli.", "Forsi l-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid huwa li meta qed nitkellmu fuq tfal illi jiġu kkurati ġewwa Mount Carmel Hospital - kemm fil-YPU u kemm meta jkun hemm bżonn jidħlu fl-adult wards - qed nitkellmu fuq persentaġġ żgħir ħafna ta' tfal li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li rridu nirrikonoxxuha.", "Jekk aħna nħarsu lejn studji li saru barra minn Malta, naraw li 70% tal-problemi ta' saħħa mentali joħorġu waqt l-adoloxxenza.", "Għandek 20% tat-tfal u l-adolexxenti għandhom problema ta' saħħa mentali.", "Jekk naraw minn din lis-slide, id-disruptive behaviour, li hija l-iktar area ta' patoloġija li tinkwieta lil ħafna nies, tibda minn età verament żgħira.", "Qed nitkellmu fuq l-età ta' tliet snin.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li kważi kważi din l-imġieba tibda toħroġ, fl-età tal-kindergarten.", "U naħseb li dawn huma aspetti tal-mard mentali li wieħed irid jieħu notice tagħhom sew.", "Wieħed irid jara wkoll għalfejn importanti li jkun hemm interventions effettivi fit-tfal u fl-adolexxenti.", "Għaliex wieħed jista' jagħmel l-iscreening, jista' jagħmel ukoll interventi kmieni biżżejjed li persuna m'għandhiex għalfejn tispiċċa li tidħol l-isptar, kemm jista' jkun.", "Jekk ikun hemm bżonn jidħol, imma jekk wieħed jagħmel l-interventions tiegħu kmieni biżżejjed, jista' jevita li persuna tiġi hospitalized.", "U wkoll li inti tkun qiegħed tnaqqas l-impairment ta' dik il-persuna aktar ma jgħaddi ż-żmien, plus li wkoll tkun qed tnaqqas il-cost fis-sistema tas-saħħa u allura qed tagħmel is-sustainability tas-sistema tas-saħħa.", "Sħabi li tkellmu qabli, kollha kienu qed jitkellmu fuq is-servizzi tas-saħħa mentali li jeżistu bħalissa....", "DEBORAH SCHEMBRI: Inti qed tgħid fuq early intervention.", "Allura x'inhu s-suġġeriment, li jsir screening at a very early age għal kulħadd?", "DOLORES GAUCI: Le, li qed nissuġerixxi - u issa hopefully toħroġ aktar 'l quddiem - hija li rridu nieħdu – u ssemmiet qabel – li l-edukazzjoni tingħata rwol importanti.", "Meta inti għandek tfal li qegħdin f'kindergarten, qegħdin fil-primarji … Jien dan l-aħħar kont qegħda fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, fejn hemmhekk – issa jiena l-background tiegħi huwa social worker, u ilni xi 30 sena u rajt problemi u problemi serjissimi - il-problemi li hemm, vera tħokk rasek.", "Qed nara lill-Onorevoli jħokk rasu u verament tħokk rasek.", "Ġismek jitlagħlek xewk xewk, għax hemm problemi kbar ta' tfal żgħar u li hemm bżonn li wieħed jippikjahom minn dik l-età.", "Għax inkella l-ebda sodda mhi se tkun biżżejjed fil-Mount Carmel jew fil-Mater Dei jew anywhere else.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-mistoqsija tiegħi kienet kif se tippikjhom?", "DOLORES GAUCI: Nippikjawhom billi inti teduka lill-edukaturi.", "Għandek it-teachers, għandek il-councillors, għandek l-ischool psychologist.", "Inti hemmhekk għandek area ta' saħħa, kważi kważi, li qegħda moħbija fis-sistema edukattiva.", "U dawk in-nies, jekk ikollhom training biżżejjed ikunu jistgħu jippikkjaw.", "Ma naħsibx li nkunu qegħdin nagħmlu ġustizzja lill-Ministeru tas-Saħħa, li ngħabbuh bir-responsabiltà totali, li jkollu dan l-ambjent f'idejh biss.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma taħsibx li hija area speċifika wisq?", "Jiena avukat u xi kultant jiġi xi ħadd għandi u nibda ninduna li għandu problema.", "Imma anke bit-training kollu mhux ta' psikjatra, ma nistax ngħinnu jien.", "DOLORES GAUCI: Inti tirreferih.", "Imma meta għandek skola, fl-iskola għandek il-psycho social services.", "Jiġifieri hemmhekk għandek educational psychologists, għandek il-councillors, għandek il-guidance teachers.", "What they will need is, more training, li jingħata mill-Mental Health Services, biex dawn ikunu aktar skilled.", "U wkoll, biex tidħol din il-mentalità fl-iskola, li jekk hemm tifel li l-imġieba tiegħu ġol-klassi mhux dik mistennija, ma tgħidx \"dan mhux responsabiltà tiegħi iktar imma sar responsabiltà tas-Saħħa Mentali, taċ-child guidance clinic\", imma l-iskola terfa' ftit minn dik ir-responsabiltà u lil dak it-tifel u dik it-tifla, kemm jista' jkun jinżamm fl-ambjent li qiegħed fih.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jista' jkun – m'għandix idea għax ma nifhimx u l-area tiegħi mhijiex psikoloġija u lanqas l-edukazzjoni – li preżentament ikun hemm misdiagnosis u dawn it-tfal nagħtuhom LSA għax naħsbu li għandhom xi ħaġa.", "DOLORES GAUCI: Jien naqbel miegħek.", "Fil-fatt wara nofsinhar kelli meeting mal-Ministru tal-Edukazzjoni u konna qegħdin niddiskutu din il-biċċa xogħol tal-LSAs.", "Jien nemmen ħafna li jista' jkollok tfal li għandhom bżonn ta' ftit għajnuna u iva, għandha bżonn tidħol l-LSA.", "Però mal-LSA trid tidħol an individualized educational programme għal dak it-tifel, biex naraw kif se nrawmuh milli jkollu l-LSA miegħu.", "Dan bħal home tuition.", "Bla dubju jekk inti għandek tifla jew tifel li għandu school phobia, l-ewwel ma trid tibda tagħmel, tagħtih l-edukazzjoni ġo daru.", "Imma kemm se ddum tagħtih l-edukazzjoni ġo daru?", "Kemm se ddum tibgħat it-teacher ġo daru?", "Irrid ikun hemm pjan li huwa strutturat, li huwa magħmul minn diversi professjonisti biex iwasslu lil dak it-tifel jew dik it-tifla, u jindirizzaw il-problema tagħhom.", "U fl-aħħar mill-aħħar imorru fl-ambjent naturali tagħhom li hija l-iskola.", "U għalhekk nara li l-linkages bejn il-Mental Health Services, il-Public Health mal-Edukazzjoni, hija kruċjali.", "Bħalissa qaluli li hemm 1,300 tifel u tifla li jattendu ċ-Child Guidance Clinic.", "Dawn ivarjaw mill-età ta' sena u 10 xhur sa 16-il sena.", "Dawn it-tfal mhumiex biss klijenti taċ-Child Guidance Clinic, imma dawn huma studenti.", "Mela dawn qegħdin ukoll jużaw is-servizzi tal-edukazzjoni.", "Dawn probabbli huma klijenti tal-Appoġġ, tas-Sedqa, tas-Social Services in ġenerali.", "Jista' jkun ukoll li jkunu klijenti tal-Justice Services, il-Youth Justice.", "U qisu kulħadd jaħdem fis-silo tiegħu.", "Il-health jaħdem fis-silo tiegħu, l-education jaħdem fis-silo tiegħu, u l-youth justice jaħdem fis-silo tiegħu.", "Kulħadd jaħdem fis-silo tiegħu.", "Meta kieku jkun hemm some sort of a - jien qed insemmiha fil-presentation tiegħi – four tiered method of care, fejn kulħadd ikollu l-ġurisdizzjoni tiegħu, imma fl-aħħar mill-aħħar tkun qed tagħmel stampa totali, mhux biċċiet 'l hemm u 'l hawn skont it-territorju tiegħi x'ikun.", "Pereżempju ssemma' qabel ukoll li fl-iskejjel għandek l-ispecialised teaIs-Sinj. li jagħtu interventi fuq autism, fuq ADHD, fuq social, emotional, behavioural problems.", "Meta qed nitkellmu fuq social, emotional, behavioural problems qed nitkellmu fuq il-conduct disorders.", "Minn hemmhekk ikunu diġà qegħdin jibdew jagħtu l-attenzjoni u dawn ikunu qegħdin jissapportjaw lit-teachers biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jinżammu fil-klassi u fl-area illi hija naturali għalihom.", "Jien waħda mill-affarijiet li dejjem nisħaq u ilni nisħaq snin twal, hija li m'hemmx a National Mental Health Policy in place li hija miktuba u strutturata.", "U naturalment li mbagħad ikun hemm a child and adoloscent Mental Health Policy bħala parti minn dik il-policy.", "THE CHAIRMAN: Imma fil-Liġi tal-Mental Health il-ġdida, hemm section?", "DOLORES GAUCI: Imma mhux il-policy.", "Il-policy għadha mhijiex miktuba.", "Ħadd għadu ma qagħad bilqiegħda, flimkien mal-istakeholders kollha neċessarji, u tinkiteb il-policy.", "Għax imbagħad out of that policy, jinkitbu l-istrateġiji.", "U l-istrateġiji li jintużaw mis-saħħa, l-istrateġiji li jintużaw mill-education, l-istrateġiji li jintużaw mill-youth justice u b'hekk tiġi cascading.", "Allura iktar nkunu nistgħu nagħmlu sens għalfejn illum il-ġurnata għandek tfal li għandhom bżonn jidħlu ġo adult ward, għax inti tkun ġibt lil kulħadd flimkien u tkun għamilt l-istudju neċessarji tiegħek.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar Mental Health policy, l-aħħar waħda li kien hemm?", "Bħala parti wkoll mill-fatt li jrid ikun hemm l-istrateġiji, hemm bżonn li jkun hemm policy li tgħid li wieħed irid jaħdem flimkien.", "Jekk mhux se jkun hemm xi mkien miktub illi tgħid li d-diversi ministeri, id-diversi aġenziji, u d-diversi entitajiet jaħdmu id f'id flimkien, din qatt mhi se ssir.", "U għal iskapitu tat-tfal li ġejjin minn very disfunctional families, not out of their own fault imma minħabba kif qalet il-Kummissarju għat-Tfal the environment they are born in.", "Ħadd minnhom ma xtaq li jitwieled f'dak l-ambjent, imma f'dak l-ambjent twieled.", "Allura jien il-concern tiegħi tkun li meta kulħadd qed jaħdem fis-silos għandek disintegrated services u allura dik hija waħda mill-issue li wieħed għandu bżonn li jindirizza biex ikun aktar effettiv u aċċessibbli.", "Kieku x'nixtieq nara.", "Nixtieq nara li jkun hemm viżjoni li tħares lejn l-integrazzjoni ta' array ta' statutory, volontary u community services.", "Li wieħed jiddefinixxi wkoll Child Mental Health bħala xi ħaġa li hija kemm tal-individwu kif ukoll li hija xi ħaġa soċjali.", "U allura l-fondazzjoni tagħha hija kemm fil-personal development kif ukoll fis-social development.", "U r-recognition ta' social aspects ta' mental health, li hija parti mill-Public Health.", "Naturalment l-istrateġiji jrid ikollhom quality principles.", "L-Onor.", "Grech kien qed isemmi fuq il-prinċipji, li jrid ikun hemm quality principles, iridu jkunu horizontal across all stakeholders.", "U nixtieq li hawnhekk nagħmel enfasi fuq l-NGOs.", "L-NGOs play an important part and I think li l-istituzzjonijiet iridu jagħmlu aktar użu aħjar mill-NGOs.", "U li jkun hemm a redesigning tas-servizzi li hemm preżenti.", "Irid ikun hemm ukoll mapping tas-servizzi varji li jeżistu bħalissa f'Malta.", "Kemm li qegħdin jiġu pprovduti mis-saħħa, kif ukoll dawk li qegħdin jiġu pprovduti mill-education, mill-justice kif ukoll mis-social services.", "U dan irid isir regolari.", "Kif diġà għedt, jista' jkun hemm mudell ta' kura li jieħu 4 tiers, fejn il-YPU u dawk is-servizzi vera speċjalizzati jkun the 4th tier.", "Imma qabel ma tifel, tifla jasal in that 4th tier, irid jgħaddi minn proċess minn kmieni qabel.", "Naħseb waħda mill-issues li hemm bżonn li tiġi tackled hija – u forsi inti bħala avukat tirrealizza aktar – l-issue tal-età.", "Għandek iċ-Child Guidance Clinic, u l-YPU, qishom bejn 16 u mbagħad itellgħu għal 17-il sena.", "Imbagħad hemm postijiet oħrajn li huma ta' 16 years, hemm oħrajn jgħidulek le it's 18 years biss.", "Hemm konfużjoni fejn tidħol l-età, u naħseb l-issue tal-età għandha tiġi ndirizzata.", "Għax kulħadd jifhem l-età li jixtieq jifhem hu, jew li mingħalih qiegħed jifhem hu.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm iktar services involvment u li kif diġà għedt, hemm bżonn li jkun hemm iktar collaboration.", "Hemm bżonn ta' aktar workforce fil-livelli kollha u li dan ikun ittrenjat u ittrenjat tajjeb.", "Hemm bżonn li jkun hemm standards ta' training li wieħed ikun jista' jkollu.", "Recommendations qegħdin hemmhekk.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid \"Children are our present and future.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Sinjura Dolores Gauci.", "Nixtieq issa lis-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Is-Sur Charles Messina, naħseb l-iktar wieħed li għandu l-esperjenza u apparti milli smajt lil ħafna minnhom jitkellmu, x'taħseb fuq is-sitwazzjoni tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mentali fit-tfal.", "IS-SUR CHARLES MESSINA (Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman): Kif smajt, il-kura hija quite adequate, imma ovvjament hemm ħafna x'wieħed irid jagħmel fuqha.", "Dik hija, partikolarment.", "Dr Cachia żgur li huwa l-persuna li l-iktar li jaf fuq is-suġġett.", "Jien bħala Commissioner for Health imma mhux mental health hija outside my limit, sakemm ma jkunx hemm ....", "THE CHAIRMAN: Imma hemm ċertu overlapping ukoll.", "THE CHAIRMAN: Ġieli jkollok pereżempju - forsi mhux fit-tfal allavolja fl-adoloscents ukoll - alkoħoliżmu fl-adolexxenti, 14 years old .....", "IS-SUR CHARLES MESSINA: Mhux fir-remit tagħna fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri intom qatt ma kellkom każijiet fejn kien hemm xi … Ovvjament, kif jaħdem l-Ombudsman, xi ħadd irid jiġi jagħmel ilment magħkom, nifhem jien, hux hekk?", "Jew jinizjalaw ..…", "IS-SUR CHARLES MESSINA: Bħala mental health qatt ma kellna.", "Lanqas kemm ilni hemmhekk jiena - f'dawn l-aħħar kważi sentejn - qatt ma kien hemm complaint kontra Mount Carmel or any mental health issues.", "U bħala issue, meta ħadt xi ħaġa on my own intiative - bħalma għamiltx xi suġġetti - ma jidhirlix li hemm lok, għax hemm Dr Cachia proprju li qed jagħmel dan ix-xogħol huwa.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nagħmlu round, u kulħadd jgħaddi l-kumment tiegħu.", "CLAUDIO GRECH: L-ewwel nett xtaqt nirringrazzja lil kulmin attenda llejla.", "Iżda mhux biss.", "Għax ovvjament min attenda hawnhekk, hu biss it-top management tal-funzjonijiet diversi li hemm f'dan il-qasam.", "Kif wieħed jista' jifhem - għalkemm ma kellniex ħafna ħin f'dawn is-sagħtejn - immedjatament jirrealizza s-sensittività tas-suġġett - il-kura tas-saħħa mentali - però aktar u aktar, jirrealizza d-dedikazzjoni li hemm bżonn biex ovvjament wieħed ikun jista' jittratta dan is-settur b'mod addattat u b'mod iffokat.", "Speċifikatament, l-issue li tlabna li tiġi ttrattata llum kienet il-faċilitajiet dedikati b'mod speċjali għat-tfal.", "Jien naħseb li huwa settur li nagħmlu ħażin jekk illum nieqfu fuqu.", "Huwa settur u qasam, li għalkemm dawk in-numri hemmhekk mhumiex xi numri fenomenali meta wieħed iqabbilhom maċ-ċifri li naraw regolarment, kull wieħed minn dawk il-każijiet huwa storja li ħafna minnhom ikunu stejjer ikkumplikati.", "Jien wara li nqala' dak il-każ li ssemma' ftit tal-ġimgħat ilu, kellmuni żewġ ġenituri oħrajn li kienu għaddew mill-istess esperjenza bit-tfal tagħhom.", "U jien għedtha pubblikament li din mhijiex problema t'issa, din mhijiex problema li żviluppat taħt din il-leġislatura, però hija problema li evolviet matul iż-żmien u li kien hemm istanzi fejn l-istess li ġara ftit tal-ġimgħat ilu, ġrat ukoll taħt il-leġislatura li għaddiet.", "U definittivament id-domandi tiegħi ma kenux intiżi biex jagħmlu xi punt politiku, għax kieku ma għamilnix din is-seduta llejla, imma konna nużaw fora differenti.", "Però naħseb li ħareġ ċar hu, li hemm qisu qbil komuni fuq ċertu affarijiet li għandhom isiru.", "Jidher ukoll li hemm il-kunsens bejn il-partijiet kollha li għandu jingħata prijorita lil dan is-suġġett.", "Hemm ukoll il-qbil li minkejja li n-numri ta' dawn il-każijiet huma żgħar, aħna għandna l-obbligu li nagħtuhom l-importanza neċessarja.", "Naħseb li jkun tajjeb u għaqli jekk il-kumitat jiġbor l-komunalità bejn ir-rakkomandazzjonijet li saru, bejn l-punti saljenti li ssemmew, u li forsi tista' tittieħed azzjoni fuqhom.", "Għaliex finalment l-għan ta' dak li qed nagħmlu hawn mhuwiex li niġu biex nisimgħu sempliċement it-teorija, nisimgħu l-aspett akkademiku tas-suġġett, però li jkun hawn eżitu, ikun hawn outcome, żgħir kemm hu żgħir, ta' dak li qed jiġi diskuss.", "Jien għalija jibqa' l-fatt, li jekk aħna bħala pajjiż m'aħniex kapaċi li nindirizzaw dawn iċ-ċirkostanzi b'mod partikolari meta huma tant numri żgħar, huma numri li huma maniġibbli, jien ngħid, kif għedt dakinhar meta kont tkellimt dwar dan is-suġġett, li huwa failure kollettiv.", "U nerġa' nisħaq li bħala Oppożizzjoni aħna se nkunu qed nappoġġjaw kull inizjattiva li se tittieħed.", "Fis-sens li llum b'mod aktar gwidat, mill-preżentazzjonjiet li kellna.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Onor. Grech.", "Kemm ngħaddi daqsxejn kumment jien qabel ma jkomplu l-membri l-oħra.", "IS-SUR CHARLES MESSINA: Jien ftit ilu kont għamilt report on my own intiative fuq ix-xogħol tas-CDAU u taċ-Child Guidance Clinic, u minnu ħareġ li hemm nuqqas kbir ta' psychologists kemm clinical, kemm educational kif ukoll councilling.", "Forsi din taffettwa u tista' tgħin ukoll fiċ-ċirkostanzi.", "THE CHAIRMAN: L-ewwel nett jien nixtieq - ħadt il-punt tiegħek, Mr Messina – nirringrazzja lill-mistiedna kollha, u lill-kontributuri kollha.", "Kien hemm żewġ punti li mpressjonawni u li kienu take home messages għalija.", "L-ewwel punt huwa tal-early intervention.", "Early intervention huwa mportanti u min-naħa politika, nemmen li għandhom jiżdiedu r-riżorsi.", "M'għandix dubju li kulma jmur, il-ministeri nvoluti se jżidu dawn l-affarijiet.", "Kif qal il-mistieden Mr Messina stess, iridu jiżdiedu r-riżorsi umani ta' psikoloġi u rridu nsaħħu l-Primary Health Care.", "Il-punt l-ieħor li impressjonani ħafna, huma l-options ta' kif l-inpatient treatment tal-adolexxenti u tfal jista' jittejjeb.", "U hawnhekk hawn l-4 options li huma interessanti ħafna.", "U dawn huma affarijiet illi bl-enerġija tagħna, bil-kunsens u b'rieda tajba rridu nippruvaw nilħquhom biex ikollna servizz tajjeb.", "In-numri huma żgħar, vera, imma kull numru huwa mportanti.", "Anke kieku għal wieħed biss, aħseb u ara għal dawk in-numri li qegħdin naraw hemmhekk.", "Nippruvaw ngħinuhom biex jintegraw ruħhom fis-soċjetà u jkunu parti mill-kura li nagħtu lil kulħadd.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-ewwel nett nirringrazzjakom jien ukoll, talli kollha ġejtu tajtu l-kontribut tagħkom, għax jien waħda minn dawn in-nies li nemmen ħafna f'integrated approaches, jiġifieri tkun fiex tkun.", "Unfortunately fis-soċjetà dejjem tispeċjalizza u aktar ma tispeċjalizza aktar titbiegħed minn xulxin.", "U spiċċajna kulħadd jieħu approach spezzettat, meta jien naħseb li fil-verità rridu niġu f'daqqa.", "U anke mill-fatt li jien bħala ċ-Chairperson tas-Social Affairs Committee - bħalma qal is-Sinjur - hemm ċertu aspetti soċjali li jinkwetawni ħafna.", "Barra minn dak l-aspett, ukoll bħala avukat jien jinkwetani ħafna l-area tal-mental health.", "Biss biss f'uffiċċju wieħed, tiegħi, f'sena kelli ħames każijiet ta' tfal suicidal in their teens, minn nies li l-parents tagħhom qegħdin jisseparaw.", "Jiġifieri jekk tgħidli, liema hi l-iktar aspett li beżżagħni fil-professjoni tiegħi hi, meta niġi wiċċ imb wiċċ ma' dawn is-sitwazzjonijiet sfortunati ta' żgħażagħ li l-mod ta' kif qed ngħixu u l-mod ta' kif qegħdin jinkisru l-familji tagħna qed taffettwahom ħafna.", "L-aspett l-ieħor huwa t-tfal bil-care orders li jispiċċaw ukoll, bħalma qegħdin ngħidu, f'xi istituzzjonijiet.", "Naħseb li ċ-ċirku huwa wieħed vizjuż, u li rridu b'xi mod naqtgħuh.", "Jien inħoss ukoll li dan l-approach integrat, għandu jkun fuq livell ta' ministeri u ta' policy inklussiva.", "Għax jien nemmen ħafna li trid tibda minn policy tajba.", "Għax jekk ma jkollox policy tajba, kulħadd jista' jkun sejjer f'direzzjoni li mhux neċessarjament tkun l-istess direzzjoni, u allura mportanti li jkollna dik id-direzzjoni.", "U forsi kumitati bħal dan - għax ovvjament nemmen ħafna fix-xogħol li jsir fil-kumitati - jkun qiegħed hemm biex jurina fejn għandna forsi nuqqasijiet, biex il-Ministri tagħna jkunu jistgħu jaħdmu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "CHRIS FEARNE: Grazzi.", "L-ewwel nies nixtieq ngħid li llum erġajna ndunajna kemm hu mportanti dan il-kumitat.", "Jiġifieri nirringrazzja lil kulmin attenda u kulmin huwa fuq dan il-kumitat tax-xogħol li qed isir.", "Nirringrazzja lill-kelliema kollha għax tgħallimt ħafna minnhom.", "Nirringrazzja wkoll - u ningħaqad mal-Onor.", "Grech - lill-ħaddiema kollha tal-isptarijiet tagħna speċjalment fil-qasam tas-saħħa mentali li jagħmlu ħafna xogħol.", "Jien ilni tliet xhur issa f'din ir-responsabiltà.", "Għadni fil-honeymoon, baqgħali xi erbat ijiem oħra honeymoon.", "Naf li l-Onor Grech kemm-il darba qal, li din mhijiex kwestjoni li bdiet issa, u li ġrat anke f'amministrazzjoni preċedenti meta kellna każijiet ta' tfal li nżammu f'adult ward.", "Però jien ma neħodhiex bħala skuża din, li dawk li ġraw qabel ma jfissirx li nistgħu niġġustifikaw li jiġru issa.", "Jien ċert, u qed ngħidha ċar u tond, li under my watch se nagħmel minn kollox biex ma tibqax tiġri din il-biċċa xogħol.", "Però l-problema hija iżjed wiesgħa mill-YPU, issa nitkellem fuq il-YPU nnifisha.", "Irridu nkunu ċerti li s-servizzi li nagħtu u li noffru .… Għax noffru ħafna servizzi.", "Hemm ħafna tobba tajbin, hemm ħafna professjonisti li jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Imma rridu nkunu ċerti li n-nies jafu li dawn is-servizzi qegħdin hemm.", "Għax għandna ħafna.", "Jien ngħid li għad għandna ħafna tfal, għad għandna ħafna żgħażagħ li qegħdin isofru waħedhom u qegħdin ibatu waħedhom.", "Jiġifieri li jkollna tfal b'depression, kważi ħafna nies ma jemmnux li din hija xi ħaġa li għandha bżonn il-kura.", "Jiġifieri jiena naħseb li dik għandha tkun parti kbira mix-xogħol li rridu nagħmlu biex nibdew nittekiljaw il-problema tal-mard jew tal-problemi ta' saħħa mentali fit-tfal.", "Il-Kummissarju semma' wkoll - u naħseb importanti immens, narawha mhux biss fil-qasam tal-kura mentali imma across the board imma f'dan il-każ iżjed importanti - it-transizzjoni tal-kura bejn l-adolexxenti u l-adulti.", "Ħafna drabi jibqgħu mal-istess professjonisti, biex inkun fair f'Malta, imma jekk rridu jgħaddu minn team għal għand team ieħor, irid ikun hemm dak il-face to face handover.", "Ma jistax ikun li tifel għalaq 18-il sena, tfajla għalqet 18-il sena u jrid ikollha 30 sena, qabel ma terġa' tiffaċċja l-kura tagħha.", "Specifically fuq il-YPU, x'se nagħmlu?", "Il-YPU kif għedt qabel, kelli okkażżjoni li mmur naraha f'dawn l-aħħar ġranet.", "Kont mort snin ilu u erġajt mort dawn l-aħħar ġranet.", "Hija sitwazzjoni li hija intollerabbli, m'hemmx kelma oħra.", "Irridu u bdejna nieħdu azzjoni biex niċċaqalqu.", "L-ewwel nett, kif anke semmiet Dr Stephanie fil-bidu, inħoloq kumitat interministerjali bejn is-saħħa, l-edukazzjoni u s-social services.", "U naħseb li rridu ndaħħlu wkoll anke l-emigration services, għax għandna xi 40% taż-żgħażagħ li qegħdin jidħlu fil-YPU li huma emigranti.", "Xorta rridu nagħtuhom l-kura, daqskemm nagħtu lil kwalunkwe pazjent, imma naħseb li rrid jkollna input min-naħa tal-emigration services.", "Dan l-interministerial committee qiegħed jiddentifika l-bżonn ta' faċilita li mhijiex ġo Mount Carmel u li titratta dawn iż-żgħażagħ u t-tfal li għandhom problemi ta' behaviour u li mhumiex posthom ġo Mount Carmel.", "Dan qed nagħmluh.", "Għandna xi binjiet f'moħħna u qegħdin niddentifikaw liema hu l-iżjed wieħed li se jkun propizju li nużaw, biex nibdew nagħtu s-servizzi lil dawn it-tfal ġo istituzzjoni - jekk irridu nsejħulha istituzzjoni - imma ġo post differenti.", "Fuq il-YPU nnifsu ħadna d-deċiżjoni li nkabbru.", "Jiġifieri se jkollna tliet units.", "Se jkollna unit li huwa għat-tfal ta' taħt il-ħdax-il sena għas-subien u l-bniet flimkien.", "Dan se jkollu faċilitajiet ta' klassi u affarijiet oħrajn ukoll.", "Se jkollna unit ieħor li jkun maqsum bejn tnejn għall-adolexxenti sa 18-il sena, nofsu għas-subien u nofsu għal bniet.", "Naturalment dan jinvolvi flus.", "Ikkostjajnieh u m'aħniex se nkunu nistgħu nagħmluh fl-2014, imma qegħdin b'diskussjonijiet mal-Ministru tal-Finanzi biex indaħluh bħala line item għal-baġit tas-sena d-dieħla biex inkunu nistgħu nagħmluh is-sena d-dieħla.", "Jinvolvi wkoll iżjed nies imħarrġa.", "Mill-kumitat tallum ħareġ kemm huwa diffiċli biex issib nies li huma mħarrġin kif wieħed ikun jixtieq.", "U kultant inkunu rridu nutilizzaw nies li għaddew mill-esperjenza u li t-tagħlim tagħhom ġabuh mit-tbatija li għaddew huma stess, sakemm tgħallmu.", "U ta' dan jiena nirringrazzjahom.", "Però f'dan il-qasam irridu wkoll, apparti li nżidu l-infrastruttura, inżidu l-manpower.", "Mhux biss nurses, imma occupational therapists u psychologists għax lil dawn it-tfal, irridu nagħtuhom il-multi disciplinary team bħalma nagħtu lill-adulti.", "Dan kollu bdejna nagħmluh, qed nagħmluh, u l-commitment tiegħi hu li jsir.", "U li ma jkollniex iżjed sitwazzjonijiet fejn xi drabi jkun hemm każijiet - u naħseb li kemm Dr Cachia kif ukoll Dr Grech jikkonfermaw wkoll - fejn ċertu adolexxenti jkunu treated aħjar ġo adult ward.", "Huma rari, imma jista' jkun.", "Jiġifieri fejn ma jkunx hemm dawk il-każi li huwa clinically indicated, m'għandux ikun hemm każijiet fejn inpoġġu tfal ġo sptar mentali tal-kbar għax m'għandniex wiesa' għalihom.", "Din hija xi ħaġa li ċert li l-Oppożizzjoni diġà esprimieta u se tkun qed taħdem magħna, xi ħaġa li aħna committed li nagħmluha as soon as possible.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-membri kollha, bħalma nirringrazzja lill-mistiednin kollha.", "Naġġornaw il-laqgħa għal wara r-recess tas-sajf.", "Fid-9.20 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140708_004d_saha.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.07 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Deborah Schembri (sostitut) kienu preżenti.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li kien irċieva din il-korrispondenza:", "9 Korrispondenza datata 18 ta' Ġunju, 2014 mingħand Dr Michael Borg, Chairman tal-Infection Control Committee, dwar punti li tqajmu dwar Power Point Presentation fil-Laqgħa 4.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fl-4 ta' Ġunju, 2014 kienu konfermati.", "IS-SITWAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET TAL-KURA TAS-SAĦĦA MENTALI GĦAT-TFAL", "Marion Saliba Nursing Officer responsabbli mill-Young Peoples' Unit, lis-Sinj.", "Marianne Bonello A/Chief Nursing Manager Mental Health Services, lil Dr John Cachia Kummissarju għas-Saħħa u l-Anzjani, lis-Sinj.", "Helen D'Amato, Kummissarju għat-Tfal, lis-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman u lis-Sinj.", "Dolores Gauci biex jagħtu preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Bil-permess tal-Kumitat, Dr Stephanie Xuereb tat preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Bil-permess tal-Kumitat, il-Kummisarju għat-Tfal tat preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sinj, Dolores Gauci tat preżentazzjoni lill-Kumitat intitolata:", "Il-membri preżenti staqsew mistoqsijiet lill-esperti preżenti u wara kien hemm diskussjoni.", "Kiem hemm preżenti ukoll Dr Miriam Camilleri, Chairman, Public Health Medicine.", "Fid-9.20 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20140708_004m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 21", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014 fis-6:45 pm", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-E.T. Giovanni Umberto de Vito, Ambaxxatur tal-Italja għal Malta, dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Italja tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu Lulju sa Diċembru 2014.", "Affarijiet oħra.", "20 ta' Ġunju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140709_021a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 20, li saret nhar il-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2014, ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. GIOVANNI UMBERTO DE VITO, AMBAXXATUR TAL-ITALJA GĦAL MALTA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA TAL-ITALJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERIJODU LULJU SA DIĊEMBRU 2014", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Se nqiegħed fuq il-Mejda din l-ittra:", "- Ittra tal-President tal-Parlament Ewropew lill-iSpeaker dwar il-Programm Leġislattiv tal-Kummissjoni għall-2014, liema ittra ġiet mgħoddija lil dan il-Kumitat.", "Hemm xi kummenti fuq din l-ittra?", "(Onor. Membri: Le) Issa fadlilna xi rakkomandazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sussidjarjetà.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Irridu nitkellmu żgur fuq Rakkomandazzjoni COM 2013/884, imma din nixtieq inħalliha għall-aħħar għax qabel irrid ngħid xi ħaġa oħra.", "Rakkomandazzjoni COM 2014/334 hija waħda straight forward u titkellem fuq is-suq intern tal-Earth observation satellite data for commercial purposes.", "Din m'hemmx mod ieħor ħlief li sseħħ fuq livell Ewropew, u allura m'hemmx kwestjoni ta' sussidjarjetà.", "Rakkomandazzjoni COM 2014/340 hija l-istess bħal ta' qabilha, u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Procedural guarantees li għandhom x'jaqsmu ma' investigazzjonijiet tal-OLAF.", "Din hija xi ħaġa inter-istituzzjonali, u hawnhekk għandek żewġ bullet points li jgħidu hekk:", "Hawnhekk għandna l-istess ħaġa u, by definition, din hija xi ħaġa li taqa' fil-kompetenza tal-Unjoni Ewropea.", "Rakkomandazzjoni COM 2014/367 titkellem fuq programm diġà eżistenti, il-programm ta' inter-operabilità, u għal darb'oħra, by definition, hemm bżonn l-intervent tal-Unjoni Ewropea għalih.", "Mela, nistgħu ngħaddu għal Rakkomandazzjoni 2013/884 li mhijiex daqshekk straightforward.", "Ikolli ngħid li r-rapport tiegħi ċċombaha perfettament din għax għadna kemm irċevejna l-feedback min-naħa tal-Ministeru.", "By definition hawnhekk ukoll nistgħu ngħidu li m'hemmx kwestjoni ta' sussidjarjetà fuq livell ta' sussidjarjetà per se, u r-raġuni hi li din hija legal framework għal customs infringements and sections, jiġifieri l-azzjoni min-naħa tal-Unjoni Eworpea jiġġustifikaha.", "Issa jien se nqassmilkom reasoned opinions minn xi parlamenti nazzjonali u, kif qed taraw, id-deadline tagħha din huwa l-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Din hija r-reasoned opinion tal-iSwedish Parliament, imma l-aktar li nixtieq li tagħtu kas huwa r-reasoned opinion tas-Senat tar-Repubblika Ċeka.", "Se nqassmilkom ukoll il-pożizzjoni li rċevejna min-naħa tal-Ministeru, fejn kif qed taraw għandna risposta pjuttost twila, imma minnha jiena slitt żewġ paragrafi li huma ta' rilevanza għalina.", "L-ewwel paragrafu huwa highlighted bl-aħdar, u hemmhekk qed jgħidu dak li kont għedt jien fir-rapport, u ċjoè, li jagħmel sens li jkollok azzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea, però trid tara l-extent tal-proposta, jiġifieri trid tara jekk hijiex bżonnjuża u jekk hijiex legalment aċċettabbli.", "Min-naħa tal-Ministeru, qablu li se jkun hemm benefiċċji minnha, speċjalment fejn tidħol il-kreazzjoni ta' level playing field; però, fl-istess ħin, on the negative side, qegħdin jgħidu li din se tneħħi ċerta flessibilità, u li din se tkun riġida ż-żejjed fuq l-iStati Membri.", "Il-paragrafu highlighted bl-orange huwa dak li forsi nistgħu nibnu xi ħaġa fuqu.", "Hemmhekk qegħdin nitkellmu aktar fuq il-kwestjoni tal-proporzjonalità milli fuq is-sussidjarjetà.", "MARTHESE PORTELLI: Naqbel ma' din il-pożizzjoni.", "Issa, jekk tħarsu lejn l-opinjoni tar-Repubblika Ċeka taraw li mmarkajtilkom paragrafu 4, u hemmhekk qegħdin jgħidu hekk:", "Forsi nistgħu nibnu xi ħaġa minn din u mill-oħra, u mbagħad din tintbagħat bħala opinjoni.", "IS-SUR JOHN VELLA (Is-Segretarju tal-Kumitat): M'għandniex deadline għaliha.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Però, ma tkunx idea ħażina li sal-aħħar tax-xahar nipprovaw inlestuha u nibbażawha fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Il-mistoqsija hawnhekk mhijiex parti mir-reasoned opinion.", "Iċ-Ċeki bagħtu reasoned opinion …", "JOSEPH SAMMUT: Ma naħsibx li għandna nimponu deadlines fuqna nfusna jekk għandna l-libertà tal-ħin, ħalli jkollna risposta li tkun kif għandha tkun.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-deadline tar-reasoned opinion mhux aħna nimponuh … (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: L-istess pożizzjoni li ħa l-Gvern.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Il-Gvern qed iħalli f'idejna.", "Aħna qegħdin nikkonsultaw miegħu, imma aħna rridu niddeċiedu jekk hux se nitfgħuha bħala reasoned opinion jew le.", "Aħna qed nindirizzaw il-kwestjoni tal-proporzjonalità; però, il-kwestjoni tal-proporzjonalità taqa' taħt il-kwestjoni tas-sussidjarjetà.", "Forsi, jekk niċċekkjaw liċ-Ċeki, naraw li dawn bagħtu din l-opinjoni ...", "MARTHESE PORTELLI: I would play it safe u nibagħtha, ħalli tiġi injorata, imma almenu tkun qiegħda hemmhekk.", "JOSEPH SAMMUT: Għalhekk qed ngħid li għandna nieħdu l-ħin tagħna biex naraw x'għandha tkun il-pożizzjoni tagħna qabel ma nikkommettu ruħna.", "MARTHESE PORTELLI: Il-31 ta' Lulju hija d-deadline.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk qiegħed nifhem tajjeb il-pożizzjoni tal-Parlament Svediż, dawn qed jgħidu li din iktar hija xi ħaġa li taqa' taħt il-liġi kriminali, u allura probabilment qed jgħidu li f'dan is-sens jidħol il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għalkemm tant hija fil-qosor li l-argument trid testrapolah ftit.", "THE CHAIRPERSON: Paragrafu 4 taċ-Ċeki u l-oħra qishom qed jgħidu l-istess ħaġa.", "JOSEPH SAMMUT: Huma identiċi ħafna.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Però, qed jagħmluha ċara fil-4 li qed jibbażaw fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità, anke jekk qed jużaw il-format tar-reasoned opinion.", "Mela dawn qed jagħmlu reasoned opinion, però qed jgħidu li m'għandhomx dubju li l-prinċipju tas-sussidjarjetà ġie osservat.", "Naħseb li aħna nistgħu nkunu teknikament aktar korretti u ngħidu li fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità … u allura m'għandniex time limit.", "Però, kif kont qed ngħid qabel, ma nagħmlux ħażin li l-pożizzjoni tagħna nwassluha fi żmien raġonevoli.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb wisq.", "Mela, jekk ma fadalx aktar affarijiet x'niddiskutu, nistgħu naġġornaw għal data li tiġi kkomunikata lilkom aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.10 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140709_021d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:55 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 20 li saret fit-18 ta' Ġunju, 2014 kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. GIOVANNI UMBERTO DE VITO, AMBAXXATUR TAL-ITALJA GĦAL MALTA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA TAL-ITALJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERJODU LULJU SA DIĊEMBRU 2014.", "L-E.T. Giovanni Umberto de Vito, Ambaxxatur tal-Italja għal Malta, għamel preżentazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur minn Lulju sa Diċembru 2014 li bħala slogan għandu 'Ewropa – Bidu Ġdid'.", "Fost il-prijoritajiet li semma l-Ambaxxatur kien hemm l-immigrazzjoni irregolari; it-tkabbir ekonomiku meħtieġ biex jinħolqu l-impjiegi speċjalment għaż-żgħażagħ; is-sigurtà, l-ekonomija u d-demokrazija fil-pajjiżi tal-Mediterran; id-djalogu mal-pajjiżi tal-Afrika tal-Lvant, tal-Punent u ta' Fuq meqjusa pajjiżi ta' transit jew ta' oriġini tal-maġġoranza tal-immigranti irregolari li jaqsmu għal Malta u l-Italja, kif ukoll il-ħidma li trid issir sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibdew iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea b'aktar fiduċja ħalli titreġġa' lura dik it-tendenza ewroxettika li tant ħarġet fid-deher fir-riżultati tal-aħħar elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "L-Ambaxxatur informa lill-Kumitat li uffiċjal Malti kien jinsab l-Italja sabiex jieħu esperjenza fix-xogħol konness mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-fatt li fl-2017 Malta kienet se tieħu dan l-inkarigu.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "87 Ittra tal-President tal-Parlament Ewropew lill-iSpeaker dwar il-Programm Leġislattiv tal-Kummissjoni għall-2014, liema ittra ġiet mgħoddija lil dan il-Kumitat.", "Il-Kumitat innota li skont il-Protokoll mehmuż mat-Trattat, il-Parlamenti Nazzjonali diġà jikkontribwixxu kemm billi jeżaminaw ċerti proposti leġislattivi mil-lat ta' sussidjarjetà kif ukoll billi jagħmlu sottomissjonijiet fuq kwalunkwe proposta leġislattiva jew dokument ieħor f'forma ta' djalogu politiku, liema sottomissjonijiet jintbagħtu lill-Presidenti tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.", "Madankollu, il-Kumitat ma setax ma jaqbilx mal-fehma tal-President tal-Parlament Ewropew sabiex ikun hemm aktar kollaborazzjoni bejn il-Parlamenti Nazzjonali u l-Parlament Ewropew.", "Sussidjarjetà", "Il-Kumitat ikkonsidra erba' proposti leġislattivi maħruġa mill-Kummissjoni hawn taħt indikati u ma rriżultax li kien hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattati dwar l-Unjoni Ewropea u l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, madankollu fil-każ tal-proposta Kum(2013)884 il-Kumitat qabel li tintbagħat ittra lill-Kummissjoni f'forma ta' djalogu politiku fejn jiġi komunikat it-tħassib ta' Malta fuq kwestjonijiet ta' proporzjonalità kif espressi fl-email tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali datata t-8 ta' Lulju 2014.", "88 Kopja ta' email datata t-8 ta' Lulju 2014 mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali dwar kwestjonijiet ta' proprozjonalità fir-rigward tal-proposta leġislattiva Kum(2013)884.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140709_021m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 27", "L-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 25 li saret nhar l-Erbgħa 16 ta' April 2014 ġew konfermati; u", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 26 li saret nhar l-Erbgħa 25 ta' Ġunju 2014 ġew konfermati.", "l-isports u l-obeżità", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): It-tieni item fuq l-aġenda tagħna hija d-diskussjoni dwar l-isports u l-obeżità.", "Hawnhekk irrid ngħid li fil-bidu tal-laqgħat tagħna konna ddeċidejna li wieħed mis-suġġetti li għandna niddiskutu kellu jkun proprju dak tal-isports u l-obeżità.", "Però dan issa se jibda jiġi diskuss fil-Plenarja minħabba li se ssir xi liġi f'dan ir-rigward.", "U allura naħseb li jkun għaqli jekk dan is-suġġett naqbżuh ladarba se jiġi diskuss fil-Plenarja u ngħaddu għas-suġġett li jmiss.", "Dan is-suġġett kien ipproponih l-Onor.", "Robert Cutajar imma bi qbil miegħu ddeċidejna li naqbżuh.", "Mela jekk hemm qbil nistgħu ngħaddu biex niddiskutu s-suġġett li jmiss.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, nikkonferma li tkellimt miegħek u qbilna li dan is-suġġett għalissa naqbżuh.", "Fil-fatt bħala Oppożizzjoni ppreżentajna dan l-abbozz ta' liġi li fl-aħħar ġimgħatejn tela' fuq l-aġenda tal-Gvern u allura, ladarba se jkun qiegħed jiġi diskuss fil-Plenarja m'hemmx għalfejn niddiskutuh hawnhekk ukoll għax inkella nkunu qegħdin nirrepetu.", "DONAZZJONI TAL-ORGANI", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu mill-ewwel għat-tielet item fuq l-aġenda tagħna li huwa d-diskussjoni fuq id-donazzjoni tal-organi.", "Is-Segretarju tagħna ħejjielna kopji ta' xi materjal li sab minn fuq l-internet dwar dan is-suġġett tad-donazzjoni tal-organi.", "Li se nagħmlu llum hu li se naqsmu xi ftit ħsibijiet bejnietna ħalli naraw kif l-aħjar li mmexxu fuq dan is-suġġett.", "Jien tal-idea li niddiskutu ftit lil min nistgħu nibagħtu għalih għad-diskussjoni u naraw ukoll kif se tiżvolġi d-diskussjoni u x'irridu niddiskutu, biex imbagħad meta nerġgħu nibdew bil-laqgħat tagħna wara l-vakanzi tas-sajf, inkunu nistgħu navżaw lil min ġej minn issa biex ikun jista' jħejji ruħu aħjar.", "Ovvjament jekk se ngħidu lill-Biotics Committee biex jiġi jkellimna, tagħmel differenza jekk ngħidulu minn issa li f'Ottubru għandu jiġi f'dan il-Kumitat milli kieku kellna ngħidulu biss ġimgħa qabel.", "Kif tafu dan mhuwiex xi suġġett frivolu u għalhekk tkun idea tajba li nkunu nafu lil min se nsejħu biex b'hekk ikun jista' jipprepara ruħu.", "L-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu hu li ngħaddu round ta' ħsebijiet bejnietna biex naraw x'naħsbu u biex ukoll nibdew nistradaw id-diskussjoni.", "Min-naħa tiegħi nixtieq ngħid li d-donazzjoni tal-organi huwa suġġett delikat ħafna għax jidħlu fih ħafna aspetti.", "Għandek l-aspett kulturali, l-aspett mediku, l-aspett etiku, eċċ. Id-donazzjoni tal-organi f'pajjiżi differenti għandhom leġislazzjoni differenti.", "Għandek pajjiżi b'liġijiet stretti, fejn jekk inti ma tiddeċidix minn jeddek li you opt out, awtomatikament issir donatur u hekk kif tmut ikunu jistgħu jeħdulek l-organi.", "Hemm pajjiżi oħra li għalkemm għandhom l-opt out clause, din hija aktar leggera.", "Hemm pajjiżi oħra li jħallu n-next of kin sabiex jiddeċiedu x'isir mill-organi tal-mejjet.", "Jiġifieri anke min għandu l-opt out clause għandu opt out clauses differenti; uħud minnhom huma hard u wħud minnhom huma soft.", "Naħseb li dik ċertament hija xi ħaġa li se toħroġ fid-diskussjoni tagħna.", "Hemm imbagħad pajjiżi li għandhom l-opt in clauses, fejn inti mhux issir donatur awtomatikament imma trid toffri lilek innifsek bħala donatur.", "Meta jkollok l-opt in clauses hemm ukoll il-kwestjoni ta' f'liema stadju tista' tagħmilha.", "Pereżempju hemm pajjiżi fejn jekk inti donatur titniżżel fil-liċenzja tas-sewqan u trid iġġorrha dejjem miegħek.", "Hemm pajjiżi oħra fejn inti titniżżel fuq reġistru apposta.", "Pajjiżi differenti jagħmlu studji differenti wkoll u għalhekk wasal iż-żmien biex aħna, bħala Parlament, niddiskutu dan is-suġġett ukoll.", "Naħseb li wasal iż-żmien li hawn Malta jkollna liġi partikolari dwar id-donazzjoni tal-organi u dak kollu anċillari magħha.", "Trid tkun xi ħaġa studjata għax jekk inti tagħmilha mingħajr l-istudji neċessarji mal-istakeholders varji, tispiċċa jkollok oppożizzjoni għaliha mingħajr forsi dak li jkun ma jkun qiegħed jagħmel oppożizzjoni valida imma sempliċement ikun qed jopponi għax ma jkunx ikkonsulta jew ikun ikkonsulta ta' malajr.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nara x'taħsbu intom qabel ma naraw lil min għandna nistiednu għal din id-diskussjoni.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Fil-fatt meta kont Ministru kont diġà bdejt naħdem fuqha din flimkien mal-Onor.", "Fl-opinjoni tiegħi l-Onor.", "Grech għandu jkun wieħed mill-kelliema li għandu jkun preżenti għal din id-diskussjoni għaliex ġabar informazzjoni mhux ħażin fuq dan is-suġġett.", "Kieku kelli nagħmel lista bin-nies li għandi nistieden żgur li kont inniżżel lill-membri ta' kumitat apposta fl-Isptar Mater Dei li jħares lejn id-donazzjoni tal-organi.", "Hemm ukoll Profs.", "Mallia li llum huwa konsulent.", "Ma nafx jekk hemmx ukoll Dr Zarb Adami imma anke jekk mhuwiex f'dan il-kumitat xorta naħseb li għandna nistednuh ħalli jagħtina l-veduti tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Jekk se nħares mill-aspett ta' bio-etika ma nistgħux inħallu barra lil Dr Pierre Mallia.", "Billi d-donazzjoni tal-organi jinvolvu wkoll is-saħħa pubblika bla ma trid ikollok iddaħħal id-DGs tal-Ministeru tas-Saħħa u lill-Public Health Superintendent Dr Zammit.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn in-nies li semmejt iridu jkunu hawnhekk żgur biex jagħtuna idea.", "Jien l-iktar li jinkwetawni mhux l-opting out jew l-opting in clause.", "L-ewwel ħaġa rridu nagħmlu liġi b'għajnejna miftuħa u ma nħarsux biss lejn Mater Dei bħala l-uniku sptar li jista' jagħmel dawn l-affarijiet imma rridu nħarsu wkoll lejn l-isptarijiet privati.", "Illum mexjin f'direzzjoni fejn jista' jkollna wkoll sptarijiet privati hawnhekk u l-liġi trid tkun komprensiva tant li ma tħarisx biss mill-aspett governattiv imma tħares ukoll mill-aspett ta' public private health mix.", "U dik naħseb hija importanti ferm.", "Meta nħares lejn id-donazzjoni tal-organi, mingħajr ma rrid niftakar fid-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-ħajja.", "Dawn huma żewġ kunċetti li mingħajr ma trid se jidħlu fid-diskussjonijiet tagħna.", "Irridu nħarsu wkoll lejn id-donazzjoni ta' parti minn organu u d-donazzjoni ta' organu sħiħ.", "Mhux hekk biss imma rridu nħarsu wkoll lejn jekk l-organu huwiex ġej minn persuna ħajja jew minn persuna mejta.", "Hawnhekk l-aspetti fil-liġi jridu jkunu differenti.", "Jien nerġa' immur oltre minn hekk għaliex naħseb li l-liġi Maltija għandha tkun iktar b'għajnejha miftuħa u ffokata fuq fejn jidħol il-cloning.", "Jekk qed inħarsu lejn id-definizzjoni ta' organu, irridu nħarsu wkoll lejn id-definizzjoni ta' tessut.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Jekk tara liġijiet internezzjonali tara li dawn jgħidulek li organu vijabbli jrid ikollu n-nervituri u s-sistema vaskulari tiegħu tajbin, eċċ. Imma llum tista' tisraq tissue u bis-saħħa ta' hekk tagħmel il-cloning.", "U jekk m'hawnx il-mezzi biex nagħmlu dan f'Malta, illum aħna parti mill-Unjoni Ewropea u jista' jkun hemm mezzi ta' traffikar ta' dan it-tissue biex isir il-cloning barra minn pajjiżna.", "Jiena nixtieq li nħarsu 'l bogħod fuq din il-kwestjoni.", "M'hemmx dubju li meta tagħmel donazzjoni jrid ikun hemm a free informal consent u m'hemmx dubju wkoll li ma jridx ikun hemm a financial gain fuq donazzjoni.", "Jekk ikun hemm a financial gain jew xi kumpens mod ieħor wieħed għandu jqis dik id-donazzjoni bħala illeċita u offiża kriminali.", "Għandu jkun hemm exceptional cases u naħseb li l-panel ta' esperti għandhom jgħinuna liema jistgħu jkunu l-exceptional cases li l-Istat għandu jintervjeni fuqhom għalkemm forsi ma jkunx hemm the informal consent.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm dawk il-każijiet uniċi li jkunu …", "Apparti minn hekk jekk se nagħmlu liġi rridu nħarsu lejn dak li huwa domestiku u lejn dak li huwa estern.", "Fil-fatt aħna għandna ħafna pazjenti li nibagħtuhom barra minn Malta għall-organ donation ta' pulmun.", "S'issa kellna tnejn; wieħed fl-2012 u l-ieħor fl-2013.", "Dawn ma ngħatawx pulmun Malti imma pulmun Taljan u l-operazzjoni saret barra minn Malta wkoll.", "Għalhekk irridu naraw kif aħna - b'mod partikolari fl-EU mat-28 stat membru - se niffitjaw fil-policy tal-EU meta niġu għad-donazzjoni tal-organi.", "U lanqas għandna nħarsu biss lejn il-membri tal-Unjoni Ewropea.", "Jien diġà għamilt aċċenn meta kien hawn l-Israel Delegation mistiedna fil-Foreign Affairs Committee.", "Dan il-pajjiż kien interessat għall-iskambji tal-organi u għalhekk jien ma rridx inħares lejn il-kwestjoni bħalma hi llum, jiġifieri skambju bejn l-Ingilterra u l-Italja biss imma l-liġi għandha tkun wiesgħa li jekk ikun hemm bżonn anke mmorru għal stati oħra li magħhom jista' ikollna dawn il-bilateral relations marbutin mad-donazzjoni tal-organi.", "Hawnhekk għandek a fine edge għaliex għalkemm aħna ngħidu li l-bniedem m'għandux jagħmel gwadann finanzjarju jew jieħu vantaġġ minn din il-kwestjoni, ikolli nammetti li mil-lat prattiku, bħala nazzjon, peress li aħna għandna aktar persuni li joffru d-donazzjoni tal-organi aktar milli għandna demand għalina stess, dejjem għandna l-excess u dejjem nispiċċaw nagħtuhom lil pajjiżi oħra.", "There is no formal agreement ta' xi bartering imma m'hemmx dubju li aħna nieħdu an added value mingħand dawn il-pajjiżi.", "U hemmhekk fejn forsi għandhom jidħlu l-exceptional cases għall-added value lin-nazzjon b'mod ħolistiku għaliex jista' jieħu servizzi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kura u s-saħħa ta' pazjenti Maltin meta jkun hemm donazzjoni tal-organi.", "L-aspett li aħna nagħtu parti minn dawn id-donazzjonijiet tal-organi bħala karità għandha dejjem tibqa' u anke l-aspett ta' dinjità għandu dejjem jibqa' hemhekk.", "THE CHAIRPERSON: Imma nkun qiegħda ngħid sew meta ngħid li għandna waiting list ta' aktar minn 100 persuna hawn Malta biex jieħdu xi organu?", "GODFREY FARRUGIA: Jekk hemm 10 pazjenti u aħna jkollna 20 organu ma jfissirx li dawn kollha huma tajbin għax trid tara jekk dak l-organu jkunx jaqbel mal-pazjent.", "Jekk mhux sejjer żball pajjiżna huwa t-tieni l-aktar pajjiż per capita fl-Unjoni Ewropea li nagħtu donazzjoni tal-organi.", "Jekk m'aħniex it-tieni żgur li aħna one of the top countries.", "Minna jiggwadanjaw ħafna t-Taljani u l-Ingliżi.", "Min-naħa tiegħi naħseb li għandna nfittxu dawk in-nitty gritties żgħar fejn it-traffikar tal-organi hija offiża kriminali.", "Naħseb li fuq dik irridu nagħfsu ħafna.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Qabel ma nikkumenta fuq dan is-suġġett nixtieq nisma' ftit l-esperti x'għandhom xi jgħidu.", "Napprezza ħafna dak li qal l-Onor.", "Godfrey Farrugia li ġej mill-qasam tal-mediċina u allura seta' jagħtina l-esperjenza tiegħu bħala tabib u bħala prattikant tal-mediċina.", "Imma ma naħsibx li f'dan l-istadju nista' nikkumenta u nħoss li nkun prużuntuza jekk nagħmel xi suġġerimenti.", "Ovvjament hemm dawk is-suġġerimenti bażiċi u ovvji għal kulħadd, fosthom dak li rridu noqogħdu attenti ħafna għat-traffikar tal-organi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ovvjament jien ftit għandi x'inżid ma' dak li qalet l-Onor.", "Portelli filwaqt li napprezza l-intervent li għamel l-Onor.", "Naħseb li jien ukoll irrid nifhem ftit iktar fuq dak li tkellem.", "L-ewwelnett miċ-ċifri li tana joħroġ biċ-ċar il-valur tas-solidarjetà li għandu l-poplu Malti ma' pajjiżi oħra.", "Fil-fatt qegħdin nikklassifikaw mal-ewwel tlett postijiet bħala donazzjoni tal-organi.", "U ma dan norbot ukoll l-importanza li nifhmu sew x'qegħdin ngħidu għaliex hemm l-aspett u l-valur tal-ħajja fin-nofs.", "Min-naħa tiegħi nixtieq nifhem kif taħdem is-sistema tal-waiting list u forsi jista' jkollna għad-dispożizzjoni tagħna dak li tkellem fuqu l-Onor.", "Farrugia meta għamel riferenza għat-Taljani u għall-Ingliżi.", "Jeżisti diġà xi forma ta' agreement mal-Gvernijiet Taljani jew Ingliżi?", "GODFREY FARRUGIA: Hemm kumitat li jimxi bi gwidi internazzjonali li huma bbażati l-aktar fuq l-etika u kif għedtilkom iċ-Chairperson tiegħu hija Dr Bridget Gafa, li mill-aspett legali taf kollox dwar id-donazzjoni tal-organi.", "Min-naħa l-oħra l-bilanċ irid ikun mill-Public Health.", "Għalfejn semmejt il-Public Health?", "Irid ikollok ukoll metodu ta' trasport għal dawn l-organi biex dawn jaslu fi stat tajjeb.", "Hija sfortuna li qegħdin fl-2014 u għad m'għandniex qafas legali f'dan ir-rigward.", "Għalhekk din trid tkun xi ħaġa ġdida.", "ROBERT CUTAJAR: Għalfejn qed igawdu t-Taljani u l-Ingliżi?", "Għalfejn mhux pereżempju l-Islovenja jew xi pajjiż ieħor?", "GODFREY FARRUGIA: Għax s'issa l-health agreements saru ma' dawn il-pajjiżi, b'mod partikolari mal-Ingilterra.", "Fil-fatt ilna mis-snin sebgħin bl-Ingliżi jagħtuna in kind numru ta' każijiet kull sena u li kieku dawn kellna nagħmluhom minn butna kienu jiġu jiswew il-miljuni.", "ROBERT CUTAJAR: L-issue tal-organi qiegħda fl-equation ukoll?", "GODFREY FARRUGIA: Le, mhijiex.", "Jekk qiegħda fl-equation se jfisser mingħjar ma trid li l-Gvern qed jagħmel qisu l-bartering!", "U allura rridu noqogħdu attenti kif se niddefinixxu l-kliem legali biex ma niġux nidhru li qegħdin nieħdu l-organi taċ-ċittadini tagħna u nagħmlu bargaining bihom ma' stat ieħor.", "Aħna dawn nagħtuhom b'xejn u jiġu huma għalihom.", "Imbagħad meta aħna jkollna bżonn – peress li t-tissue type ta' ċittadin Ingliż jew ċittadin Taljan jaqbel ħafna ma' dak Malti - huma jagħtuna tagħhom b'xejn.", "Imma jekk taħdem is-somom aħna nagħtuhom iktar milli nirċievu mingħand it-tnejn li huma.", "Issa għalfejn nagħtu lil dawk iż-żewġ pajjiżi?", "Ovvjament minħabba li l-air transport huwa aċċessibbli ħafna, fejn għandek titjiriet darbtejn kuljum u allura jkun faċli li tqiegħed dawn l-organi fuq titjira kummerċjali u twassalulhom f'ħin qasir.", "Pereżempju, meta għamilt l-istess offerta lill-Israel, dawn qalulna li kienu lesti li jiġu bl-ajruplani militari għalihom tant huma prezzjużi li jkollhom l-organi, avolja hemm il-bogħod.", "ROBERT CUTAJAR: Bil-permess ta' dan il-Kumitat nixtieq li forsi hawnhekk nistiednu pazjent li qed jistenna biex jingħata organu, donatur kif ukoll benefattur ta' organu.", "B'hekk inkunu ħadna prattikament l-istampa kollha għax nisimgħu x'għandu xi jgħid pazjent li bħalissa qed jistenna organu, u allura nkunu nistgħu nifhmu l-anzjetà li jkun għaddej minnha …", "THE CHAIRPERSON: Din is-sistema kienu għamluha wkoll fil-Bio-Ethics Committee madwar tmien snin ilu, fejn kienu ġew identifikati nies partikolari biex jitkellmu fuq dan is-suġġett.", "U nista' ngħid li kienet idea tajba.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS: Jiena wkoll apprezzajt il-mod ħolistiku ta' kif l-Onor.", "Farrugia ħares lejn dawn l-aspetti tad-donazzjoni tal-organi.", "Li nixtieq inżid hu li aħna rridu nħarsu wkoll lejn is-sapport psikoloġiku li qegħdin jieħdu dawn il-klijenti u l-familjari tagħhom.", "Irridu nħarsu wkoll lejn ir-riabilitazzjoni li kull klijent ikollu bżonn wara li jingħata xi organu, fejn naħseb li hemmhekk għandna lok fejn intejbu.", "Irridu naraw ukoll is-sapport li qegħdin nagħtu pre u post the event.", "Nixtieq nara jekk għandniex marketing compaign tajba biżżejjed u jekk aħniex kuntenti bl-awareness li għandna dwar kif wieħed jista' isir donor.", "U fuq dan l-aspett naħseb li rridu navviċinaw lis-support group li jeżisti f'dan il-qasam.", "Ninsab ċert li dan is-support group ikun more than willing li jagħtina l-għajnuna tiegħu f'dan ir-rigward.", "Jiena naħseb li dawn għandhom first hand information fuq dawn l-affarijiet u jkunu jistgħu jagħtuna l-esperjenzi li jgħaddu minnhom dawn in-nies u l-maħbubin tagħhom.", "Jiena nħoss li fis-sistema tagħna nagħmlu l-almu tagħna għal dak li huwa l-event mediku imma mbagħad mhux dejjem nagħtu s-sapport psikoloġiku meħtieġ.", "Għaldaqstant naħseb li rridu neżaminaw dan il-każ biex jekk ikun hemm bżonn ta' iktar investiment ħalli jingħata l-post rehabilitation u l-psychological support, naraw li dan jingħata billi nkomplu ninvestu f'dak il-unit.", "GODFREY FARRUGIA: Irridu nkunu konxji wkoll tad-donazzjoni tal-isperma u d-donazzjoni tal-ova għaliex s'issa m'hemmx liġi dwarha.", "Naf li fil-passat saret f'Malta imma ma nafx jekk għadhiex issir fil-preżent.", "U għalhekk, jekk se nitkellmu fuq id-donazzjoni rridu nidħlu wkoll fuq it-tissue u rridu nħarsu wkoll mill-angolu tad-donazzjoni tal-isperma jew tal-ova għax dik tista' tiftaħ il-bieb beraħ f'kamp ieħor.", "U mbagħad kif għedt aktar qabel għandek ukoll il-cloning.", "THE CHAIRPERSON: Biex inżid ma' dak li qal l-Onor.", "Farrugia rrid ngħid li meta qed ngħidu li m'għandux ikun hemm ħlas, dik hija xi across board.", "Anke skond l-EU Directives m'għandux ikun hemm ħlas.", "Però imbagħad f'ħafna postijiet huwa permessibbli l-kumpens tax-xogħol li tkun tlift sakemm inti tkun mort l-isptar biex tagħti l-organu tiegħek bħala donazzjoni.", "Hemm distinzjoni netta bejn li inti titħallas għall-organu u bejn kumpens għax-xogħol li tkun tlift sakemm għamilt l-operazzjoni biex tagħti l-organu tiegħek lil ħaddieħor.", "GODFREY FARRUGIA: Għandek ukoll it-trasfużjoni tad-demm li wkoll huwa donazzjoni.", "Mela aħna rridu naraw x'jeżisti minn dak il-qafas meta niġu għad-donazzjoni tad-demm.", "Irridu nħarsu kemm lejn il-pazjent kif ukoll lejn il-fatt li aħna għandna bank tad-demm wieħed u għalkemm dan iforni lill-isptar pubbliku, iforni wkoll lil dawk privati.", "Fil-fatt dan il-bank iforni lill-isptarjiet privati b'xejn meta inti għandek ċerta spejjeż biex tirraffina d-demm ħalli jkun jista' jingħata lil ħaddieħor.", "Allura l-Gvern għandu jitħallas ta' din l-ispiża li jagħmel meta l-privat, meta niġu għal blood donation iżommlok €800 tal-blood transfusion u d-demm ikun irċevih b'xejn mingħand il-Gvern?", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Jien jinteressani ħafna l-aspett bio-etiku - anke minħabba l-background ta' studju li kont għamilt – u jekk ikollna ċerti liġijiet, l-aktar dik tal-opt out laws, ikun hemm min jinkwieta li jekk ikun qiegħed imut u jkun qiegħed fuq il-magni, dan ma jingħatax il-kura kollha ħalli jkunu jistgħu jeħdulu l-organi tiegħu.", "Hemm min din il-ħaġa tinkwetah u allura l-liġi trid isserraħ moħħ dak li jkun.", "Jien naf li fl-2010 il-Bio-Ethics Consultative Committee għamel rapport fuq id-donazzjoni tal-organi u bħalissa qiegħed jaħdem ukoll fuq l-istess organ donations skond in-nies.", "Dan ir-rapport huwa disponibbli fuq l-internet u kulħadd jista' iniżżel kopja tiegħu.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien kont rajt studju dwar ċerti annimali li jieħdu l-organi tagħhom biex jużawhom fuq in-nies għax ikunu kompatibbli.", "U allura ma nafx jekk għandniex nidħlu f'din il-kwestjoni wkoll. (off mic)", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett irridu naraw jekk aħniex se niddiskutu l-organ donation biss jew inkella l-organ and tissue donation.", "GODFREY FARRUGIA: Skond id-definizzjoni li se nagħtu għax inti għandek parts of an organ or a whole organ … (off mic)", "THE CHAIRPERSON: Meta oriġinarjament konna qegħdin niddiskutu konna għedna li se nitrattaw id-donazzjoni tal-organi.", "Issa jekk se niftħuha biex niddiskutu dawn l-affarijiet kollha … Jekk se nidħlu fl-organ and tissue donation naħseb li se nkunu qegħdin ninkludu r-remit kollu. (off mic) Mela aħna se nikkuntattjaw lil dawn il-persuni li semmejna biex navżawhom li meta se nidħlu lura mill-vakanzi tas-sajf se nkunu qegħdin insejħulhom sabiex jagħtuna preżentazzjoni fuq dan is-suġġett.", "B'hekk jilħqu jippreparaw sew għal din id-diskussjoni.", "Naħseb li Dr Bridget Gafa tkun tista' tagħtina background tajjeb ħafna fuq dan is-suġġett u allura nistgħu nibdew minnha.", "Dr Bridget Gafa hija l-legal officer ta' Mater Dei.", "Issa jekk tkunu tafu b'xi nies oħra li nistgħu nistiednu nitlobkom biex tgħadduhom hawnhekk ħalli nkunu nistgħu nagħtuhom pre-avviż daqsxejn twil u b'hekk inkunu nistgħu niddiskutu xi ħaġa sewwa.", "Quddiemkom għandkom dawk il-karti li għaddilkom is-Segretarju tagħna.", "Grazzi.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Matul dawn ix-xhur aħna konna ddiskutejna l-vjolenza domestika u ħarisna lejn il-vittmi u s-servizzi li jingħataw.", "Kif tafu ħejjejna wkoll l-ewwel rapport tagħna fuq dan is-suġġett u llum nistgħu nippreżentawh lil dan il-Kumitat għax huwa finalizzat.", "Fl-aħħar sessjoni kien hemm xi emendi żgħar xi jsiru imma issa lest u suppost li kulħadd għandu kopja tiegħu.", "Issa l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu hu li nagħmlu lista ta' dawk in-nies li rridu ngħaddulhom kopja tiegħu.", "Ovvjament irridu nagħtu kopja lil kulmin ġie jkellimna hawnhekk fuq dan is-suġġett.", "U mbagħad nagħmlu lista bejnietna biex naraw lil min aktar nistgħu nibagħtulu kopja.", "Konna rċevejna wkoll ammont ta' curriculum vitaes mis-settur tal-volontarjat u llum irċevejt il-korrispondenza biex naraw jekk napprovawx il-membri li ġew magħżula fuq dan il-kunsill.", "Id-dieħla nistgħu niltaqgħu żgur u allura din il-biċċa xogħol nistgħu nagħmluha d-dieħla.", "Se tkun sessjoni qasira u sadanittant nilħaq ngħaddilkom il-lista tal-persuni li ġew magħżula minn dawk il-CVs li konna tajnikom kopja tagħhom l-aħħar darba.", "U b'hekk aħna nkunu nistgħu nagħtu l-approvazzjoni tagħna fuq il-membri li ġew magħżula.", "U fl-aħħarnett nixtieq nerġa' infakkarkom li jekk tafu b'xi nies li jistgħu jiġu jkellmuna fuq is-suġġett tad-donazzjoni tal-organi tistgħu tgħadduhom ukoll il-ġimgħa d-dieħla.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140716_027d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 27", "L-Erbgħa, 16 ta' Lulju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg kienu skużati milli jattendu minħabba impenji oħra.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 25 li saret nhar l-Erbgħa 16 ta' April 2014 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 26 li saret nhar l-Erbgħa 25 ta' Ġunju 2014 ġew konfermati.", "l-isports u l-obeżità", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri spjegat kif fil-bidu tiegħu dan il-Kumitat kien iddeċieda numru ta' suġġetti li għandu jiddiskuti u wieħed minnhom kien proprju dak tal-isports u l-obeżità.", "Madankollu, minħabba li dan is-suġġett se jibda jiġi diskuss fil-Plenarja, iċ-Chairperson talbet jekk hemmx qbil bejn il-Membri tal-Kumitat sabiex dan is-suġġett jinqabeż u jibda jiġi diskuss suġġett ieħor minfloku.", "Il-Membri preżenti qablu mal-proposta taċ-Chairperson u għalhekk il-Kumitat mar fuq is-suġġett li jmiss.", "DONAZZJONI TAL-ORGANI", "Iċ-Chairperson spjegat kif is-suġġett li jmiss kien dak tad-donazzjoni tal-organi.", "Ipproponiet ukoll li f'din il-laqgħa l-Membri jaqsmu xi ħsebijiet biex jaraw kif l-aħjar li jmexxu fuq is-suġġett.", "Iċ-Chairperson kienet tal-opinjoni li l-ewwel jiġi diskuss min jista' jintalab biex jidher quddiem dan il-Kumitat biex jagħti l-veduti tiegħu kif ukoll il-mod ta' kif għandha tiżvolġi din id-diskussjoni.", "B'hekk wara l-vakanzi tas-sajf il-Kumitat ikun jista' jibda mill-ewwel bil-laqgħat tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Apparti minn hekk min se jiġi mistieden ikun jista' jiġi avżat minn issa ħalli jkollu żmien biżżejjed biex jiġi ppreparat.", "Iċ-Chairperson semmiet kif dan is-suġġett huwa wieħed delikat ħafna għaliex jidħlu fih ħafna aspetti, fosthom l-aspett kulturali, l-aspett mediku u l-aspett etiku fost l-oħrajn.", "Kompliet ittenni kif pajjiżi differenti għandhom leġislazzjonijiet differenti fuq id-donazzjoni tal-organi.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia semma kif fl-isptar Mater Dei jeżisti kumitat apposta fuq id-donazzjoni tal-organi u għalhekk żgur li dan il-kumitat għandu jiġi mistieden biex jitkellem proprju fuq dan is-suġġett.", "Dr Bridget Gafa hija ċ-Chair ta' dan il-kumitat.", "L-Onor.", "Farrugia ppropona wkoll li għandu jiġi mistieden l-Onor.", "Etienne Grech peress li dan ġabar ħafna informazzjoni fuq is-suġġett.", "Persuna oħra li għandha tiġi mistiedna hija Dr Zammit li huwa l-Public Health Superintendent.", "L-Onor.", "Farrugia sostna kif m'għandniex inħarsu biss lejn id-donazzjoni tal-organi bħala xi ħaġa li tista' issir biss f'Mater Dei għaliex dawn jistgħu jsiru wkoll fi sptarijiet privati.", "Qal li fuq dan is-suġġett irridu nħarsu lejn żewġ aspetti; id-donazzjoni ta' parti minn organu u d-donazzjoni ta' organu sħiħ.", "Irridu nidħlu wkoll fuq l-aspett tal-cloning kif ukoll fuq l-isperm u l-ova donation u anke l-blood donation.", "L-Onor.", "Farrugia semma kif jekk se nagħmlu liġi li tirregola d-donazzjoni tal-organi rridu nħarsu lejn dak li huwa domestiku u lejn dak li huwa estern.", "Spjega kif hawn Malta jkollna pazjenti li jintbagħtu barra minn Malta għad-donazzjoni ta' xi organu, fosthom l-Italja u l-Ingilterra.", "Għalhekk irridu naraw kif se niffittjaw fil-policy tal-EU fuq dan il-qasam.", "Madankollu rridu nħarsu wkoll lejn pajjiżi oħra li mhumiex fl-Unjoni Ewropea għaliex anke ma' dawn il-pajjiżi jista' jkollna rabtiet tajba.", "Semma kif pajjiżna għandu eċċess ta' donazzjoni ta' organi u li dawn jispiċċaw jingħataw lil pajjiżi barranin.", "Naturalment m'hemm l-ebda ftehim formali fuq dawn id-donazzjonijiet imma pajjiżna jieħu an added value permezz ta' servizzi oħra marbuta mal-kura tas-saħħa li jirċievi bħala nazzjon.", "U fl-aħħarnett spjega kif pajjiżna huwa minn ta' quddiem nett fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mad-donazzjonijiet tal-organi.", "L-Onor.", "Marthese Portelli xtaqet tisma' ftit l-esperti x'għandhom xi jgħidu fuq dan is-suġġett qabel tkun tista' tgħaddi xi suġġerimenti.", "Ovvjament semmiet li hemm suġġerimenti bażiċi u ovvji għal kulħadd marbuta ma' dan is-suġġett, fosthom it-traffikar tal-organi.", "L-Onor.", "Robert Cutajar staqsa jekk jeżistix diġa' xi ftehim bejn Malta u pajjiżi barranin dwar id-donazzjoni tal-organi.", "Xtaq li jifhem aħjar kif taħdem is-sistema tal-waiting lists.", "U fl-opinjoni tiegħu quddiem dan il-Kumitat għandhom jiġu xi pazjenti li bħalissa qed jistennew xi organu kif ukoll donaturi u pazjenti li diġa' rċevew xi organu biex b'hekk nisimgħu l-ħsebijiet tagħhom.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis spjega kif dawn il-pazjenti kif ukoll id-donaturi u l-familji tagħhom għandhom jingħataw assistenza psikoloġika.", "Barra minn hekk il-Kumitat għandu jħares ukoll lejn ir-riabilitazzjoni li kull pazjent għandu bżonn kif ukoll għandu jħares lejn is-support li qed jingħataw qabel u wara l-intervent tagħhom dawn l-istess pazjenti.", "Xtaq ukoll li l-Kumitat jara jekk hemmx marketing campaign biżżejjed u fuq jekk hemmx biżżejjed awareness dwar kif dak li jkun isir donatur tal-organi.", "Tajjeb ukoll li l-Kumitat javviċina lit-Transplant Support Group Malta sabiex jiġi jagħti l-veduti tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "Iċ-Chairperson ħabbret li r-rapport fuq il-vjolenza domestika li l-Kumitat kien ħadem fuqu matul dawn l-aħħar xhur issa ġie finalizzat u tqassmet kopja tiegħu lil kull Membru preżenti.", "Kopja ta' dan ir-rapport għandha tintbagħat lil kulmin ġie jagħti s-sehem tiegħu fuq dan is-suġġett kif ukoll lil kulmin jaħdem f'dan il-qasam.", "Fis-7:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140716_027m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 22", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju 2014 fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 21 ta' Lulju 2014 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni għall-fini tad-dispożizzjonijiet tal-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika mill-Gvern ta' dawn il-ftehim:-", "il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fuq naħa u l-Istat ta' Israel min-naħa l-oħra;", "tliet Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova, Georgia u Ukrajna – iffirmati fis-27 ta' Ġunju 2014.", "16 ta' Lulju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140717_022a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 20", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 20", "L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 19, li saret fil-21 ta' Mejju 2014, ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-FTEHIM TA' AKKWIST KONĠUNT GĦALL-AKKWIST TA' KONTROMIŻURI MEDIĊI, SKONT ID-DEĊIŻJONI 1082/2013/UE, GĦALL-FINI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Luciano Busuttil): Ninforma lill-Membri li din il-laqgħa qiegħda tiġi webcasted fuq il-website tal-Parlament, u għalhekk, skont il-linji gwida stabbiliti, nixtieq nistaqsi jekk hawnx oġġezzjonijiet għal dan.", "Mela, l-ewwel item tagħna llum hija d-diskussjoni dwar il-Ftehim ta' Akkwist Konġunt għall-Akkwist ta' Kontromiżuri Mediċi, skont id-deċiżjoni 1082/2013/UE, għall-fini tad-dispożizzjonijiet ta' artiklu 4(2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Kopji ta' dan il-Ftehim, flimkien mal-memo, tqassmu diġà lilkom.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor.", "Christopher Fearne, sabiex jispjegalna l-għanijiet u l-effetti ta' dan il-Ftehim.", "CHRISTOPHER FEARNE (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa): Sur President, naħseb li dan huwa ftehim importanti, u l-għan tiegħu huwa biex, jekk xi darba jerġa' jkun hawn biża' ta' xi pandemija tal-influwenza – kif xi darba jew oħra sfortunatament jiġri – ma ninqabdux f'sitwazzjoni fejn ma nkunux nistgħu nsibu l-vaċċin neċessarju biex inkunu nistgħu nkopru parti sostanzjali tal-poplu mill-effetti tal-influwenza f'pajjiżna.", "Il-vaċċin għall-influwenza jinbidel minn sena għal oħra, skont l-istrain tal-influwenza li jkun hemm matul dik is-sena.", "Meta jkun hemm biża' ta' pandemija, bħalma ġara fl-2009 meta kien hemm il-bird flu, il-pajjiżi tad-dinja kollha jkunu jridu konsenja akbar minn dan il-vaċċin, u l-manifatturi li jkunu diġà qegħdin f'sitwazzjoni li jipprovdu provvista limitata, jibdew jagħmlu kondizzjonijiet, fosthom li jgħollu l-prezzijiet ta' dan il-vaċċin u jitfgħu liability ta' xi side effects fuq il-konsumatur minflok fuqhom.", "Apparti minn hekk, lanqas ikun hemm garanzija ta' akkwist.", "Hekk kien ġara fl-2009 fejn, dak iż-żmien, il-Gvern Malti kien bata ħafna sabiex isib il-vaċċin li kellu bżonn.", "Il-Kummissjoni, fuq suġġeriment tal-EPSCO, il-Kunsill tas-Saħħa, ħaseb biex jagħmel arranġamenti għal joint procurement volontarju.", "B'hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jidħlu fi ftehim mal-Kummissjoni jew ma' Stati Membri oħra biex il-procurement ta' vaċċini f'każ ta' pandemija jkun ċentralizzat, jiġifieri tagħmlu l-Kummissjoni Ewropea, u kull pajjiż ikollu r-riżerva tiegħu garantita, bi prezz li jkun miftiehem jew innegozjat mill-Unjoni Ewropea, b'kondizzjonijiet li jkunu vantaġġjużi għax ma jkunx hemm il-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.", "Il-ftehim – li qed nipproponi lill-Parlament sabiex jagħtini l-permess li niffirmah – ma jorbotniex, u allura at any stage nistgħu nirtiraw minnu, u nħallsu biss mhux skont kemm inkunu ordnajna, imma skont kemm nużaw.", "Fil-fatt, hemm klawsola apposta li tgħid li nistgħu nirritornaw lura l-vaċċini li ma nużawx.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dik hija l-aħjar ħaġa, għax tista' tirritornahom lura, u għalhekk jiena ngħid li it is a good agreement.", "M'għandi l-ebda diffikultà fuqu, u naħseb li sar xogħol tajjeb u li għandna mmexxu.", "CHRISTOPHER FEARNE: Nirringrazzjakom.", "Mela, pitgħada nirrapporta lill-Parlament, għax għada tiela' Luxembourg u pitgħada nkun nista' niffirma l-letter of intent.", "THE CHAIRPERSON: Jekk tagħtuni l-permess, forsi nkun nista' nirrapporta llum stess.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Se tirrapporta pitgħada?", "CHRISTOPHER FEARNE: Jien għada tiela' Luxembourg u pitgħada niffirma l-letter of intent.", "THE CHAIRPERSON: L-aħjar ħaġa hu li nitolbu l-permess tal-Kamra biex nirrapportaw.", "Hawn qbil jew xi riżervi dwar ir-ratifika ta' dan il-ftehim?", "(Onor. Membri: No) Mela, nista' nirrapporta dan lill-Kamra.", "Ngħaddu issa għal Affarijiet Oħra.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza:", "- Ittra datata t-2 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament Olandiż, flimkien ma' abbozz ta' ittra indirizzata lill-Kummissarju De Gucht (iffirmata wkoll mill-Onor.", "Luciano Busuttil għan-nom tal-Kumitat), dwar il-Free Trade Agreements bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.", "- Kopja tal-kummenti tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar dwar il-Free Trade Agreements.", "Hawnhekk qiegħda tiġi sottoposta sottomissjoni lill-Kummissarju De Gucht sabiex il-Free Trade Agreements (FTAs) bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi ma jibqgħux jitqiesu bħala kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni, imma jibdew jitqiesu bħala shared competence, biex b'hekk ikunu jridu jiġu ratifikati mill-Parlamenti Nazzjonali, u dan minħabba li dan it-tip ta' ftehim jinkludi aspetti bħal, pereżempju, servizzi u trasport, li huma kompetenza tal-Istati Membri.", "Hawnhekk qegħdin nintalbu nkunu co-signatories, u għandna wkoll il-veduti tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar li huma mehmuża.", "Hawn xi rimarki?", "IS-SUR JOHN VELLA (Segretarju tal-Kumitat): Kien hemm diġà xi 11-il firmatarju għaliha.", "U, min-naħa tagħna ġibna daqsxejn parir …", "THE CHAIRPERSON: U l-parir kien?", "IS-SUR JOHN VELLA: Li jkunu jridu jdaħħluna fil-proċess.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hija ftit konfuża.", "X'inhi l-linja gwida fuq dan il-punt tar-Research Analyst li s-soltu jassistina?", "Jiena ngħid li għandna niffirmawha u mmexxu.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk qed nara 14-il firmatarju, u mhux 11.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOHN VELLA: Jien kont qiegħed ngħidlek bħala supplementary.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed jgħidu għall-COSAC meeting li għadda, li sar bejn il-15 u s-17 ta' Ġunju.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li tista' tiffirmaha.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li nistgħu niffirmawha ħalli nagħtu iktar poter lill-Parlament biex jagħmel skrutinju.", "Issa se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "- Ittra datata t-3 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament Olandiż, indirizzata lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, dwar it-tħaddim tal-proċedura tal-yellow card fil-kuntest tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Din hija korrispondenza mill-Parlament Olandiż dwar il-proċedura tal-yellow card f'każ li jiġi indikat ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u saret referenza partikolari għall-proposta leġislattiva għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.", "Hawnhekk qed naraw kif il-Parlament Olandiż bagħat ittra lill-Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-mod kif, f'ċerti każi, minkejja li jkunu ntbagħtu biżżejjed opinjonijiet motivati mill-parlamenti nazzjonali biex tiskatta l-yellow card, il-Kummissjoni baqgħet ma rrevedietx il-proposta leġislattiva, kif ukoll dwar il-mod diżappuntanti kif il-Kummissjoni kienet irreaġixxiet għall-oġġezzjonijiet u l-kummenti li għamlu l-Parlamenti Nazzjonali bħal fil-każ tat-Twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – li l-Parlament Malti wkoll kien bagħat opinjoni motivata dwarha – u t-talba sabiex l-arranġament politiku li kien intlaħaq fl-2009 jiġi rivedut biex il-proċedura tal-yellow card titħaddem aħjar għas-salvagwardja tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Hemm xi rimarki dwar dan?", "Naħseb li għandna niktbu ittra li fiha ngħidu li aħna naħsbuha l-istess, u li allura qegħdin nikkondividu l-opinjonijiet tagħhom.", "Naħseb li kopja ta' din l-ittra għandha tintbagħat ukoll lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex ikun jaf biha.", "Nissuġġerixxi li l-Ministru għall-Ġustizzja għandu jkun aware minn dak li rċevejna u mill-pożizzjoni li qegħdin nieħdu.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel miegħek perfettament.", "Issa se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat din il-korrispondenza:", "- Ittra datata d-29 ta' April 2014 li l-President tal-Kumitat ta' Skrutinju tal-Affarijiet Ewropej tal-House of Commons bagħat lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej dwar it-tħaddim tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Iċ-Chairman tal-European Scrutiny Committee qed iqajjem il-punt li f'xi każi l-Kummissjoni mhijiex tinkludi fl-Abbozz ta' proposta leġislattiva statement dettaljat li jiġġustifika l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità taħt Art.", "5 tal-Protokoll 2 tat-Trattat ta' Lisbona biex leġislazzjoni bħal din tkun tista' tiġi ddikjarata nulla mill-Qorti Ewropea.", "Hawn qiegħda tintalab l-opinjoni ta' dan il-Kumitat fuq dan ix-xenarju.", "Għandna biex naslu għal opinjoni fuq dan?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar trid tiġi tested mid-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea aktar milli wieħed jaħseb x'jista' jiġri.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li għandna ngħidulu li aħna ħadna nota tal-ittra li bagħat, u li se nibqgħu nżommu s-suġġett taħt għajnejna, filwaqt li se nibqgħu nżommu kuntatt miegħu għal dak li nħossu li jkun relevanti għaż-żewġ naħat.", "THE CHAIRPERSON: Eżatt, għax ma nistgħux ngħidulu \"Iva, hekk hu\".", "Naħseb dik hija l-aħjar pożizzjoni li għandna nieħdu.", "Issa għandna wkoll:", "- Abbozz ta' ittra indirizzata lill-President (il-ġdid) tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jitwaqqaf working group li jkun jinkludi rappreżentanti mill-Kummissjoni, Parlamenti Nazzjonali u tal-Istituzzjonijiet tal-UE, sabiex jara kif jissaħħaħ l-irwol tal-Parlamenti Nazzjonali fil-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Dan l-abbozz ta' din l-ittra diġà ġie ffirmat minn 23 kumitat ta' 17-il Stat Membru.", "Naħseb li bħala parlament nazzjonali ma nistgħux ma naqblux ġaladarba jiġi msaħħaħ l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fil-mod ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea.", "Hemm xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Hawn qbil sabiex niffirma din l-ittra għan-nom ta' dan il-Kumitat?", "THE CHAIRPERSON: Issa għandna tliet proposti leġislattivi maħruġa mill-Kummissjoni, u dawn huma:", "Għalhekk nitlob lis-Sur Kenneth Curmi sabiex jagħtina spjega ħafifa fuq dawn il-proposti leġislattivi.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Proposta 246 hija l-aktar waħda straight forward.", "It is repealing the Council Directive, u r-raġuni kienet li kien hemm kumitat jismu \"Scientific Committee on Food\" li ġie replaced mill-\"European Food Safety Authority\", l-EFSA.", "U għal din ir-raġuni hemm bżonn li dik id-direttiva tiġi repealed.", "Fil-fatt, lanqas biss jagħtu ġustifikazzjoni fuqha.", "Proposta 164 kienet fuq il-Union Code on Visas u torbot ma' dak li kellna fuq it-touring visas.", "Bażikament, din saret biex tiffaċilita lil qraba ta' ċittadini Ewropej biex ikunu jistgħu jżuru lil qrabathom.", "Din hija xi ħaġa li bilfors għandha bżonn il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea.", "IS-SUR KENNETH CURMI: L-aħħar waħda hija proposta 258.", "Mela hawnhekk, l-ewwel kellna direttiva u riedu jagħmluha f'regolament, u din hija applikabbli direttament fuq dawk l-appliances burning gaseous fuels.", "L-iskop baqa' l-istess.", "Kien hemm differenzi żgħar fil-miżuri; però din kellha x'taqsam ukoll man-New Legislative Framework biex jarmonizzaw dawn il-prodotti minħabba safety requirements, u li allura issa se jkunu l-istess madwar l-Unjoni.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandix diffikultà fuq il-prinċipju.", "L-unika ħaġa li qiegħda fuq moħħi bħalissa hija l-bidla legali minn direttiva għal regolament, u li allura dan se jwassal sabiex ċerti artikoli jidħlu immedjatament bħala parti mil-leġislazzjoni Maltija.", "Dan ifisser li taħt id-Direttiva kien hemm xi affarijiet li jista' jkun li aħna konna, jew kellna xi possibilità li jkollna, ċerta libertà fuq kif se ndaħħluhom.", "Naħseb li jagħmel tajjeb jekk il-gvern jagħtina l-pożizzjoni tiegħu fuqha din, speċjalment jekk kemm-il darba aħniex se nolqtu lil xi industrija lokali, kemm tal-importazzjoni kif ukoll – u prinċipalment – tal-manifattura.", "THE CHAIRPERSON: Dan jekk id-Direttiva ma kenitx tapplika in toto.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma issa r-Regolament jiġi awtomatikament parti mil-leġislazzjoni nazzjonali, jiġifieri għandek dan l-inkarigu, jekk tara li m'hemm xejn, allura nimxu.", "Jekk tara li hemm xi ħaġa u hemm red line, allura għandna naqblu li ssir ittra li fiha nuru l-opinjoni tagħna.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Fil-fatt, kont qed nipprevedi dan il-punt, u għalhekk se niċċekkja għax il-Kummissjoni stess qiegħda tindirizzah dan f'paġna 10 u 11 billi qiegħda tgħid li diġà ma kienx hemm flessibilità fit-transposition tad-Direttiva, u għal dik ir-raġuni fir-Regolament mhux se jkun hemm cost fit-transposition.", "Però, jibqa' l-fatt li rrid niċċekkja biex nara jekk hemmx nuqqas ta' libertà.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ma fadalx affarijiet oħra, nistgħu naġġornaw.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna se niltaqgħu bħal-lum ġimagħtejn?", "THE CHAIRPERSON: Hekk suppost.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.00 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140718_020d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 22", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 22", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 21, li saret nhar il-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2014, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Luciano Busuttil): Nibda billi nippreżenta din l-email fuq il-Mejda:", "- Email li l-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, bagħat lill-Membri ta' dan il-Kumitat fis-16 ta' Lulju 2014 sabiex jinstabu mezzi kif il-Membri Parlamentari Ewropej ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat meta jiġu diskussi materji meqjusa ta' interess għalihom.", "Dan jista' isir billi jew jinstabu dati konvenjenti għaż-żewġ naħat, jew inkella billi tali laqgħat isiru permezz tal-video conferencing.", "Nilqa' magħna lil Dr Therese Comodini Cachia, Membru Parlamentari Ewropew, u nirringrazzjaha talli ġiet tonorana bil-preżenza tagħha.", "Naħseb li għandna nwieġbu din l-email, fis-sens li l-Kumitat iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej fix-xogħol ta' dan il-Kumitat, u li għandhom isiru sforzi miż-żewġ naħat sabiex tiġi ffaċilitata tali parteċipazzjoni.", "F'dan il-kuntest, jien informat li l-binja l-ġdida tal-Parlament se tkun mgħammra bil-faċilitajiet tal-video conferencing.", "Jekk taqblu, nibgħat din il-proposta lil Dr Alfred Sant, u naturalment nikkopja lil kull Membru Parlamentari Ewropej u Malti biex il-laqgħat inkunu nistgħu nagħmluhom permezz tal-video conferencing.", "Dan għaliex jien informat li biex jipparteċipaw il-Membri Parlamentari Ewropej, aħna jkollna nagħmlu l-laqgħat tagħna nhar ta' Ġimgħa wara nofsinhar.", "THERESE COMODINI CACHIA (Membru Parlamentari Ewropew): Normalment inkunu Malta l-aktar nhar ta' Ġimgħa; imma nifhem li għalikom il-Ġimgħa wara nofsinhar ikun diffiċli biex tagħmlu laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: Nemmen li anke l-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jagħmlu xogħol ta' kostitwenza lokalment, u allura peress li għandhom ġurnata waħda biss hawn Malta, ma naħsibx li għandha tkun xi ħaġa kbira biex nagħmlu dan it-tip ta' laqgħat permezz tal-video conferencing.", "Dawn mhumiex xi ħaġa ġdida, u ġieli wżajnihom qabel.", "DISKUSSJONI GĦALL-FINI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR IR-RATIFIKA MILL-GVERN TA' ERBA' FTEHIMIET", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel Ftehim li għandna għad-diskussjoni huwa \"Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, u l-Istat ta' Iżrael\".", "F'dan ir-rigward, tqassam memo mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, li kien approvat mill-Kabinett.", "Nifhem li minn dan it-tip ta' ftehim se jibbenefikaw kemm il-passiġġieri u kemm il-linji tal-ajru minħabba aktar kompetizzjoni, aktar destinazzjonijiet u aktar sigurtà.", "Fil-fatt, l-Unjoni Ewropea diġà għamlet ftehim simili ma' numru ta' pajjiżi ġirien, kif ukoll mal-Kanada u mal-Istati Uniti.", "Magħna għandna lis-Sinjura Lucienne Meilak, Direttur fil-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, sabiex ġentilment tispjegalna l-għanijiet u l-effetti ta' dan il-Ftehim.", "Imbagħad wara, nistieden lill-Membri biex jagħmlu l-kummenti u l-mistoqsijiet tagħhom.", "LUCIENNE MEILAK (Direttur fil-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura): Sur President, dan il-Ftehim jagħmel il-flights bejn l-Iżrael u l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea possibbli permezz ta' direct flights.", "Bħalma tafu, fl-assenza ta' bilateral agreement bejn pajjiż u ieħor, ħlief għal dawk li huma membri tal-Unjoni Ewropea, irid ikun hemm xi forma ta' ftehim ieħor.", "At a European level, l-Unjoni Ewropea, speċjalment wara l-judgement tal-open skies tal-2002, qiegħda tgħid lill-Istati Membri li l-bilateral agreements li għandhom ma' terzi pajjiżi jridu jiġu in line mal-leġislazzjoni fil-qasam tat-trasport.", "U l-Unjoni Ewropea qabdet hi stess tinnegozja billi titlob il-mandat mill-pajjiżi membri sabiex tinnegozja ftehim mal-pajjiżi terzi.", "Fost il-pajjiżi nsibu l-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika u oħrajn, li madwar sena ilu Malta għamlet ir-ratifikazzjoni tagħhom.", "Jiena kont ġejt hawnhekk dakinhar biex nispjega fuqhom, u issa wasal iż-żmien tal-Iżrael.", "Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Ministri tat-Trasport on the margins of the TTE ta' Ġunju 2013, u issa wasal il-waqt li Malta tagħmel ir-ratifika tiegħu.", "We do not really have a choice, jiġifieri la ffirmajniha, issa hemm dan il-proċess li rridu nsegwuh.", "It liberalises and creates the possibility li jkun hemm flights diretti minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għall-Iżrael, kemm jekk il-linja tal-ajru hija established mill-Iżrael jew fl-Istati Membri, u d-destinazzjoni tkun dejjem l-Iżrael u l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.", "Għandek ukoll liberalisation in prices għax m'għandekx restrizzjonijiet.", "Il-ftehim huwa a EuroMed agreement, it is a non-definite one, jiġifieri there is no time limit, imma ovvjament hemm ħafna checks and balances, bħal pereżempju, a reason for termination, a reason for complaint, eċċ. Qed jikkontempla affarijiet li they can go out of line, fosthom il-prezzijiet.", "Hemm ħaġa li tinteressa lil Malta b'mod partikolari, u din hija l-air traffic.", "Bħala air traffic Malta hija membru sħiħ fil-Blue Med Functional Air Space Block, u għadna kemm iffirmajna ftehim bejn il-Blue Med u l-Iżrael biex ikun hemm iktar koperazzjoni f'dan il-qasam tal-air traffic management mal-Iżrael u b'hekk jitjiebu r-rotot biex isiru savings fuq rotot, eċċ. Malta, at this point in time, m'għandhiex direct flights lejn l-Iżrael scheduled on a frequent basis, u allura din hija opportunità għax qiegħda toħloq dan il-framework.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: B'mod konkret xtaqt ftit aktar informazzjoni hawnhekk.", "Nimmaġina li din il-memo ppreparata mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura saret ukoll bl-għajnuna tiegħek.", "Issa, fil-paġna ta' wara, li qiegħda titkellem fuq l-economic and financial issues, qiegħda tagħmel referenza għas-Single European Sky and Open Skies vision.", "Imbagħad tkompli tgħid hekk:", "Naħseb li llum hemm il-possibilità ta' direct flight bejn Malta u Iżreal, qiegħed ngħid sew?", "LUCIENNE MEILAK: Mhux neċessarjament.", "Mingħajr xi ftehim in place, mhux neċessarjament li jkun il-każ.", "Pereżempju, l-Iżrael tkun qiegħda tesiġi li tkun taf il-linja tal-ajru minn Malta kemm se tkun qiegħda tagħmel flights.", "Pereżempju, Malta, fl-assenza ta' EU agreements, jista' ikollha bilateral agreements.", "Kull pajjiż membru suppost qed jirrevedi dawk kollha wara l-judgement tal-Open Skies, għax il-ftehim tipiku ma' pajjiżi terzi jew bejn il-pajjiżi kellu limitu.", "Pereżempju, fiż-żmien tal-flag airline, kellek dik il-flag airline biss, u dawk il-punti biss f'dak il-pajjiż l-ieħor, jiġifieri limitu fuq in-numru ta' titjiriet, limitu ta' frekwenza, pricing, controls, limits in freedom u li allura ma tistax tmur f'pajjiż ieħor wara, u affarijiet bħal dawn.", "Kien hemm ħafna regolamenti li sa dakinhar, fl-2002, kienu fuq computerised-based systems u li kienu tipikament affarijiet li wieħed isib fil-KSAs.", "Issa, hemm designated clauses u dawn iridu jsibu posthom either in revised agreements bejn pajjiż u pajjiż terz, jekk ikun il-każ, jiġifieri one to one, jew inkella at a block level mal-pajjiż terz u li, f'dan il-każ, huwa l-EuroMed Agreement.", "RYAN CALLUS: Ladarba dan il-ftehim jiġi fis-seħħ, any company can have the right to have direct access flights, qiegħed nifhem sew?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "JOSEPH SAMMUT: Qiegħed nifhmek sew li din ir-rotta ġiet liberalizzata?", "LUCIENNE MEILAK: Permezz ta' dan il-Ftehim, meta jiġi fis-seħħ, iva, tiġi liberalizzata.", "JOSEPH SAMMUT: Din għandha x'taqsam mal-passiġġiera biss, jew hija miftuħa għat-trasport tal-merkanzija wkoll u affarijiet oħra?", "LUCIENNE MEILAK: Safejn naf jien, any flights, jiġifieri mhux neċessarjament passiġġieri.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "Il-Ftehim u r-ratifika ta' dan il-Ftehim kif se jindirizza d-data tal-passiġġieri?", "Jiġifieri, l-passenger data u l-passenger details se jkunu mgħoddija lill-ajruport jew lill-awtorità Iżraeljana bl-istess mod li kieku jgħaddu lil Malta jekk jiġi ajruplan mill-EU?", "U t-tieni mistoqsija; l-Airline Safety Regulations u t-Travel Safety Regulations għall-passiġġieri huma EU standard safety regulations, jew inkella non-EU standard jekk ikun ajruplan mhux tal-EU?", "Imma, kif għedt, irrid niċċekkja eżatt fejn tissemma din, għax jista' ikun fil-preambolu.", "Bħala PNR qed jingħad hekk:", "Permezz ta' dan it-tip ta' ftehim, qegħdin ngħollu lill-Iżrael għal livelli Ewropej, u għandu l-istess għan li għandna aħna fil-Blue Med u l-FAD, u ċjoè li ntejbu s-sigurtà.", "Aħna nafu li l-passiġġieri tagħna – bħalma nafu tajjeb, sfortunatament, b'din id-diżgrazzja li seħħet – they go oltre the EU confines, u allura l-EU tipprova kemm jista' jkun testendi l-livelli tagħha ta' safety and security, as well as data protection, to third states.", "THE CHAIRPERSON: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: Le) Sinjura Meilak, nirringrazzjak tal-interventi tiegħek.", "Issa nistaqsi jekk hawnx qbil favur ir-ratifika ta' dan il-ftehim.", "(Onor. Membri: Iva) Mela, se nirrapporta dan lill-Kamra.", "Issa għandna tliet ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-European Energy Community u l-Istati Membri tagħhom, u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, li kienu ffirmati fis-27 ta' Ġunju 2014.", "Dwar dawn tqassam memo mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li kien approvat mill-Kabinett.", "Ninsab informat li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u d-Direttur Ġenerali inkarigata minn dan il-qasam jinsabu msiefra fuq xogħol tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.", "Il-pożizzjoni ta' Malta dejjem kienet favur it-tkabbir, sakemm il-pajjiżi applikanti jissodisfaw il-kondizzjonijiet marbuta mas-sħubija tal-Unjoni Ewropea.", "Dan il-ftehim ta' assoċjazzjoni jagħti bidu għal proċess sabiex il-pajjiżi firmatarji jagħmlu r-riformi meħtieġa sabiex politikament u ekonomikament jintegraw gradwalment fis-sistemi tal-Unjoni Ewropea.", "Hawn xi kummenti dwar dan?", "(Onor. Membri: Le) Mela, nistaqsi jekk hawnx qbil fuq ir-ratifika ta' dawn it-tliet ftehimiet ta' assoċjazzjoni.", "(Onor. Membri: Iva) Għaldaqstant, se nirrapporta dan lill-Kamra.", "Naħseb li l-aġenda hija eżawrita.", "Fadal xi ħaġa oħra?", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Il-proposta leġislattiva Kumm(2014)382 hija proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta' minuri mhux akkumpanjati minn ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru.", "Din il-proposta tindirizza l-ambigwità li hemm bħalissa fuq il-proviżjoni ta' tfal minuri mhux akkumpanjati u li m'għandhomx familja jew qraba fit-territorju tal-istat membru fejn jinsabu.", "Din qiegħda tipprova tiċċara liema stat membru għandu jieħu r-responsabilità sabiex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'każijiet simili.", "Napprezzaw li din hija proposta importanti, speċjalment għalina għax għandna ħafna każijiet simili.", "Jiena kkonsultajt mal-Gvern, li qalulna li dalwaqt se jibdew il-pożizzjoni uffiċjali tagħhom fuq din il-proposta, imma fl-istess ħin qalulna li huma jaraw li din se tkun ta' ġid.", "Fil-paragrafu ta' qabel tal-aħħar tal-konklużjonijiet, qed naċċenna għall-pożizzjoni tal-Gvern, fejn qed jgħidu li, skont l-assessment preliminari fuq din il-proposta, jidher li, apparti li din se tkun fl-interess tal-minuri stess, ma jidhirx li se tkun ta' burden żejjed, anzi hemm ċans li se tnaqqas il-burden minn fuq Malta.", "MARTHESE PORTELLI: Għalfejn se tnaqqas il-burden minn fuqna?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Jitnaqqas fuq l-Unjoni Ewropea għax ma jkunx hemm double applications.", "Fil-fatt, fl-aħħar sentenza qed ngħid li xi ħadd li jagħmel applikazzjoni f'Malta, ma jkunx jista' japplika … Naħseb li jridu jgħidu hu li l-burden jitnaqqas għax ikun hemm forma ta' informazzjoni, u allura inti tkun taf x'applikazzjonijiet ingħataw f'pajjiżi oħra.", "Din isservi wkoll biex ma jkunx hemm abbuż mis-sistema għax inkella minuri jista' jqatta' iktar żmien milli jista' fl-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt, il-Prim Ministru stess tkellem dwar il-minuri mhux akkumpanjati u l-protezzjoni li wieħed irid jagħti lil dawn il-minuri.", "Naħseb li l-ewwel u qabel kollox, qabel ma nkunu nistgħu nagħtu l-opinjoni tagħna, irridu naraw x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern u x'deċiżjoni se jieħu f'dan ir-rigward.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Naqbel perfettament ma' din il-pożizzjoni, u mill-ewwel iċċarajt il-pożizzjoni tiegħi.", "Tajjeb ngħid ukoll li jien staqsejt fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u weġbuni li bħala prinċipju ta' sussidjaretà, x'aktarx mhux se jkun hemm problema.", "THE CHAIRPERSON: U lil min staqsejt?", "L-EU Affairs tagħhom jiċċekkjaw mal-Ministeri konċernati, però l-punt huwa li, min-naħa ta' prinċipju ta' sussidjarjetà, ma naħsibx li se jkun hemm problemi.", "Imbagħad, ta' min jara l-proposta fl-istadju ta' skrutinju.", "Importanti li nispjega ftit dan il-fatt.", "Kif qed taraw, hemm dan il-paragrafu 4 li huwa maqsum f'numru ta' punti.", "F'paragrafu 4(a) qed jingħad li minuri mhux akkumpanjat li japplika fl-istat membru preżenti, dak l-istat membru jrid jieħu ħsieb li jeżamina tali applikazzjoni.", "Din toħroġ mir-ruling tal-Qorti tal-Ġustizzja li kien hemm qabel.", "F'paragrafu 4(b), imbagħad, insibu l-provision li tgħid li fejn il-minuri huwa preżenti mingħajr ma jkun għamel applikazzjoni, l-istat membru għandu joffri l-possibilità lil dan il-minuri sabiex jagħmel l-applikazzjoni tiegħu hemmhekk.", "Din tiġi mogħtija f'dan il-każ, imma jridu jaraw l-ewwel l-aħjar interessi tal-minuri qabel ma tittieħed deċiżjoni.", "F'każ li l-minuri jiddeċiedi li ma jagħmilx applikazzjoni ġdida fl-istat membru preżenti, ir-responsabilità taqa' fuq l-istat membru fejn tkun saret l-aħħar applikazzjoni.", "Fi ftit kliem, dak huwa l-ġist ta' din il-proposta.", "U allura ħadd ma jkun jista' jabbuża.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Peress li d-deadline hija t-22 ta' Settembru, importanti li tikkoordinaw magħna b'email u, anke jekk ma jkunx se jitlaqqa' l-Kumitat, din niddiskutuha bejnietna.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ikun hemm bżonn, inlaqqgħuh il-Kumitat.", "MARTHESE PORTELLI: Din trid tiġi a konjizzjoni tal-Gvern u rridu nuruh li d-deadline hija t-22 ta' Settembru.", "Għalhekk, il-Gvern irid jilħaq jibgħat il-feedback tiegħu qabel.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nikkomunikaw direttament bħala Parlament mal-Gvern, jiġifieri mal-Ministeru konċernat, u ngħidulu li aħna qegħdin nistennew il-pożizzjoni uffiċjali biex inkunu nistgħu nieħdu konjizzjoni tagħha.", "(Interruzzjonijiet)", "THERESE COMODINI CACHIA: Tidher li din hija emenda fuq liġi li diġà ġiet aċċettata; però, naħseb li huwa wkoll importanti li tagħtu l-pożizzjoni tal-Gvern lis-sitt MEPs.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb aħjar nirreferu.", "THERESE COMODINI CACHIA: Hemm ħafna mistoqsijiet li wieħed jista' jagħmel fuqha din.", "(Interruzzjonijiet)", "MARTHESE PORTELLI: Granted, imma aħna qegħdin hawn biex intejbu l-affarijiet.", "U naħseb li rridu nagħmlu deadline u ngħidu li, minn hawn 'il quddiem, dawn irridu nagħtuhom fil-ħin.", "Jekk se nibqgħu nagħmlu hekk, dak id-deadline qatt mhu se nilħquh.", "Mela, ejjew nibdew a clean slate bil-ġodda, għax inkella għalxejn qegħdin niġu niltaqgħu hawnhekk niddiskutu fuq is-sussidjarjetà meta d-deadline tagħhom ikun diġà skada!", "THE CHAIRPERSON: Fil-każ niltaqgħu jekk inkunu wasalna ...", "MARTHESE PORTELLI: Il-problema mhijiex dik!", "THE CHAIRPERSON: Nirreferu lill-Kabinett, Gvern u Oppożizzjoni; imbagħad ikollna l-pożizzjoni tal-Gvern u, jekk hemm bżonn, niltaqgħu.", "MARTHESE PORTELLI: Jien għadni ma fhimtx eżatt fejn qiegħda l-problema.", "Meta nirċevuhom dawn?", "Meta nirċievu din il-komunikazzjoni, il-Gvern ikun informat bihom mill-ewwel?", "IS-SUR JOHN VELLA (Segretarju tal-Kumitat): Din hi l-proċedura parlamentari.", "MARTHESE PORTELLI: Il-proċedura hija żbaljata għax dejjem qed inkunu behind the deadline!", "Irridu naraw fejn qiegħda l-problema.", "(Interruzzjonijiet) I rest my case … Il-biċċa hi li, kemm ilni niġi f'dan il-Kumitat, kważi qatt ...", "MARTHESE PORTELLI: … kważi qatt ma rnexxielna nissottomettu l-veduta tagħna skont id-deadline.", "Kważi kollha jitilgħu hawnhekk, u s-subsidiarity deadline tkun diġà skadiet!", "Tgħidlix fuq din għax din hija l-eċċezzjoni.", "Ħafna minnhom hekk kienu.", "Jien nixtieq naraw x'nistgħu nagħmlu biex l-eżerċizzju verament ikun wieħed utli.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Kien hawn ammont sostanzjali li kienu within the deadline għax ħafna minnhom nagħmilhom jien waħdi!", "Jien irrid nagħmel ir-rapporti kollha waħdi.", "MARTHESE PORTELLI: Il-punt mhuwiex li tagħmilhom inti jew li ma tagħmilhomx inti …", "IS-SUR KENNETH CURMI: Min-naħa tiegħi, sa hemmhekk nista' nasal.", "Issa min-naħa tal-memorandum tal-Gvern, dik hija xi ħaġa separata.", "Jekk qed tirreferi għall-memorandum tal-Gvern ...", "MARTHESE PORTELLI: Inti tieħu parir – ikkoreġini jekk jiena żbaljata – mingħand il-Gvern biex tara x'inhi l-pożizzjoni tiegħu.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Mhux dejjem nagħmel hekk.", "MARTHESE PORTELLI: Aħna rridu nkunu ċerti wkoll li l-Gvern qed jiġi informat bihom dawn, u li jkollu biżżejjed żmien biex jirrispondi.", "Jista' xi ħadd jispjegali eżatt x'inhi l-proċedura, u kif jiġi nnotifikat il-Gvern li jrid jitfa' r-risposta tiegħu?", "THE CHAIRPERSON: To make things clear, għax qiegħed naqraha issa din … (Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed jingħad hekk:", "Mela, hawnhekk qed ngħidu li, jekk għandek minuri mhux akkompanjat li m'għandux persuni tal-familja tiegħu fl-ebda stat membru fl-Unjoni Ewropea, u dan japplika Malta u l-Italja, jekk preżentament qiegħed fl-Italja, mela l-Italja hija responsabbli tiegħu u mhux Malta.", "IS-SUR JOHN VELLA (Segretarju tal-Kumitat): Dawn aħna nirċevuhom at the same time li jirċevihom il-Gvern, u jibdew jaħdmu t-tnejn fuqhom.", "At this stage, Kenneth … mingħand il-Gvern għax jaf li l-pożizzjoni tiegħu fuq in-nitty-gritty tagħha se tieħu fit-tul, biex jgħidlu x'inhi l-pożizzjoni tiegħu abbażi tas-sussidjarjetà biss.", "Imbagħad, il-mertu tal-kontenut niddiskutuh at scrutiny level.", "Imma almenu naraw jekk għandhiex dritt tilleġisla f'din l-area jew le, għax fil-każ tieqaf hemmhekk għax m'hemmx kwestjonijiet.", "MARTHESE PORTELLI: Dak li kelli bżonn inkun naf.", "IS-SUR JOHN VELLA: Mhux li l-Gvern qed jistenna mingħandna, imma huwa informat u qed jaħdem.", "MARTHESE PORTELLI: Meta qiegħed jiġi informat il-Gvern?", "Aħna, bħala Parlament, flimkien mal-Gvern, qegħdin inkunu nafu b'dawn l-affarijiet bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin.", "Mela, bħala Kumitat, naħseb li għandna d-dover u l-obbligu li, jekk naraw li l-Gvern għadu ma taniex risposti jew direzzjoni, aħna niġbdulu l-attenzjoni dwar dan.", "IS-SUR JOHN VELLA: Dejjem jekk tkun area li jista' jilleġisla fiha.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Jiena l-ewwel nara r-rapport, u mbagħad, jekk nara li hemm bżonn, nikkonsulta magħhom.", "Jiġifieri, din mhijiex xi ħaġa awtomatika.", "Biex tkun awtomatika, trid tkun proċedura fejn il-Gvern awtomatikament jibgħat …", "THERESE COMODINI CACHIA: Però, hemm żewġ kwestjonijiet li rridu noqogħdu attenti minnhom meta niġu biex nagħmlu l-konklużjonjiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Il-fatt li l-Kummissjoni tidher li qed tgħid li din l-emenda ħierġa minn din id-Deċiżjoni, u allura jista' jkun li t-test ta' sussidjarjetà naqbżuh u nissodisfawh.", "U t-tieni mistoqsija hija fuq jekk l-emenda tieqafx biss ma' dak li qalet il-Qorti, jew inkella hux se tagħti iżjed.", "Naħseb li dik hija mistoqsija li l-Gvern irid iwieġeb.", "THE CHAIRPERSON: Fl-opinjoni tiegħi, l-aħjar ħaġa li nagħmlu hi li fuq din nagħmlu referenza lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ninformawh bid-data tad-deadline, u ngħidulu li għandu jagħtina il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern f'ħin raġonevoli biex aħna jkollna ċans naraw dik il-pożizzjoni.", "IS-SUR JOHN VELLA: Fir-rigward ta' xiex il-pożizzjoni?", "THE CHAIRPERSON: Fuq din, għax s'issa għad m'għandniex il-pożizzjoni tal-Gvern fuqha.", "IS-SUR JOHN VELLA: Iva, għandna.", "THE CHAIRPERSON: Le, m'għandniex il-pożizzjoni uffiċjali.", "MARTHESE PORTELLI: M'għandniex uffiċjali.", "JOSEPH SAMMUT: Jekk dan il-minuri jidħol l-Italja, u jgħidlek li ma jridx japplika taħt l-Italja avolja qiegħed l-Italja għax l-interessi tiegħu huma li jiġi Malta, kif se nispiċċaw aħna?", "Se nispiċċaw b'kulħadd jiġi hawnhekk?!", "Din irridu kjarifika fuqha.", "MARTHESE PORTELLI: Hemm żewġ issues li jridu jiġu indirizzati.", "L-ewwel issue hija jekk l-Unjoni Ewropea tistax tilleġisla abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Jekk niddeċiedu li iva, l-Unjoni Ewropea għandha d-dritt; imbagħad aħna, bħala pajjiż membru, għandna nuru l-concerns tagħna fuq x'se jiġi leġislat u kif se jiġi leġislat.", "Dawk huma ż-żewġ issues li rridu nindirizzaw.", "Min-naħa tiegħi, fhimtkom.", "Min-naħa tagħna, kulma rridu nagħmlu – u naqbel miegħek, Sur President - hu li nitolbu lill-Gvern biex jikkonferma li hu qed jgħid li the principle of subsidiarity is not being breached minħabba n-natura tal-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Ikollna pożizzjoni uffiċjali għax hawnhekk qed nitkellmu bħala Parlament ...", "IS-SUR JOHN VELLA: Se jkollna fuq il-kontenut, imma at a later stage, għax mhuwiex mertu ta' issa.", "THE CHAIRPERSON: Għaliex mhuwiex mertu ta' issa?", "IS-SUR JOHN VELLA: Hawnhekk qegħdin nistaqsu jekk f'din il-biċċa tax-xogħol l-Unjoni Ewropea tistax iddaħħal imneħirha jew inkella hijiex kompetenza tal-Istati Membri biss.", "Dak li qegħdin ngħidu.", "MARTHESE PORTELLI: Din hemm two tiers għaliha.", "IS-SUR JOHN VELLA: Ladarba qiegħda tiġi aċċettata – għax hija shared competence – li tista' tilleġisla, imbagħad how far it goes u dawn l-affarijiet kollha niġu għalihom waqt l-iskrutinju u jkollna wkoll il-pożizzjoni tal-Gvern, li jkun ħa din il-proposta fil-working groups meħtieġa, u naraw għalxiex qed joġġezzjona, u dawn jibqa' jiġġelidhom at various stages.", "Imbagħad, aħna naraw jekk naqblux ma' dik il-pożizzjoni tal-Gvern u naraw jekk għamilx a good case for Malta, jew inkella jistax imur beyond jew jistax iżid kondizzjonijiet x'jista' jirreżisti.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, is-sentenza li qrajt inti tapplika biss għal minuri li għamlu iżjed minn applikazzjoni waħda.", "Naħseb li l-iskrutinju tal-kontenut irid isir mill-Gvern u, anke bħala Membri Parlamentari Ewropej, għandna nkunu nafu bil-pożizzjoni finali tal-Gvern jekk irridu nivvotaw fuqha barra.", "Anke jekk tissepara ż-żewġ issues, il-mertu minn sempliċiment jekk l-Unjoni Eworpea għandhiex id-dritt tilleġisla direttament, u inti qiegħda tgħidilna li iva, xorta naħseb li at this stage din għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat jew lill-Gvern biex naraw jekk jaqbilx mal-prinċipju li l-Unjoni għandha tilleġisla direttament u, jekk għandha tilleġisla direttament, liema se jkunu l-kriterji u l-goal posts.", "Kif qegħdin bħalissa, qegħdin mingħajr goal posts.", "Jien ma naħsibx li għandu jkun fuq kollox, aktar u aktar meta aħna qegħdin fil-bidu, u allura kulmin dieħel, dieħel fuq pajjiżna u fuq l-Italja!", "Irridu naraw jekk il-Gvern huwiex se jaċċetta l-prinċipju in toto jew inkella huwiex se jaċċetta biss parti minnu.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Jekk qed nifhem tajjeb, il-problema qiegħda fuq li l-pożizzjoni uffiċjali għadha ma waslitx.", "Veru li l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern ma waslitx … Din hija l-opinjoni personali tiegħi, imma minn dejjem hekk kienet, minħabba li aħna nirċevuha fl-istess żmien li jirċeviha l-Gvern, u d-deadline hija ta' tmien ġimgħat minn meta nirċevuha, dawn iridu jagħmlu l-memorandum fi żmien erba' ġimgħat.", "MARTHESE PORTELLI: Minn meta nirċievu din, aħna għandna tmien ġimgħat sabiex ngħidu jekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandux jiġi osservat jew le.", "Kemm hemm żmien biex il-Gvern jitfa' l-pożizzjoni tiegħu, mhux fuq sussidjarjetà?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Fuq kollox.", "MARTHESE PORTELLI: Jekk il-Gvern jgħid li 'Iva, l-Unjoni Ewropea tista' tilleġisla', imma jgħid ukoll li bħala Gvern għandu dawn il-concerns, kemm għandu żmien biex jintavola dawk il-concerns tiegħu?", "IS-SUR KENNETH CURMI: M'għandux, u dak il-punt kollu!", "Jien nistaqsih għax …", "MARTHESE PORTELLI: Mhijiex dik il-mistoqsija tiegħi, għax inkella qegħdin f'sitwazzjoni fejn aħna, bħala Parlament, naħdmu għal rasna, u l-Gvern qiegħed jaħdem għal rasu, u kulħadd qiegħed jaħlu l-ħin!", "Mhijiex dik il-mistoqsija tiegħi.", "Aħna qegħdin hawn biex l-affarijiet nagħmluhom aħjar, u dak li qabel ma sarx sew, naraw kif se nagħmlu biex nagħmluh sew.", "Mela t-tmien ġimgħat ftehmna fuqhom, u dak huwa d-deadline tagħna bħala Parlament.", "Issa, hawnhekk qed nitkellmu fuq sussidjarjetà biss.", "Ġieli nkunu nistgħu nitfgħu wkoll l-opinjonijiet tagħna dwar x'qed jikkonċernana.", "Issa, bħala Parlament, x'inhu t-timeframe biex inweġbuha dik?", "Jew inkella jvarjaw bejn liġi u oħra?", "IS-SUR JOHN VELLA: Rigward l-iskrutinju, l-Parlament tagħna għandu sistema li ma jaġixxix on his own initiative … Jista' għax il-Com document qiegħed f'idejh u jirċevih fl-istess żmien li jirċevih il-Gvern; però, minħabba r-riżorsi u mitt elf ħaġa oħra, addotajna sistema fejn nistennew lill-Gvern sabiex jagħmel id-detailed position tiegħu li se jieħu meta jitla' fil-Kunsill.", "U l-Parlament jagħmel il-funzjoni tiegħu billi jagħmel skrutinju tal-Gvern fuq il-pożizzjoni li jkun se jieħu.", "Jekk jaqbel mal-pożizzjoni, u l-Gvern ikun qed jiddefendi s-sitwazzjoni ta' Malta b'mod tajjeb u aħna naqblu, ngħidu li l-Gvern qed jagħmel xogħlu sew, jew inkella ngħidu li nixtiquh li jżid hekk jew hekk.", "MARTHESE PORTELLI: Issa aħna, bħala FEAC, ġieli kellna ċirkostanzi fejn l-opinjoni tal-Gvern tasal għandna tard.", "Mhux qed ngħid li qed isir issa hekk jew qabel, imma qiegħda nagħmel sweeping statement across the board.", "Li nistgħu nagħmlu bħala FEAC huwa dan, għax inti għandek differenza bejn liġi u liġi.", "Jekk tgħidli liema hi l-aktar importanti bejn din il-liġi tal-unaccompanied minors u l-liġi fuq is-satellita li se tiġi stallata, jiena ngħidlek li aktar se taffettwa lil Malta l-liġi tal-unaccompanied minors milli tas-satellita.", "Aħna, bħala FEAC, nistgħu ngħinu lill-Gvern u niddereġuh għal liema liġijiet għandu jagħti prijorità u, jekk hemm bżonn, nibagħtulu reminders.", "Fuq kollox, irridu ngħidu wkoll li l-Gvern ikun inundated by requests.", "Jiena hawnhekk qiegħda nissuġġerixxi xi ħaġa biex …", "Naħseb li kieku jkun hemm ftit koordinament bejnietna kollha, għax illum m'hemmx.", "Aħna għandna lilek li tiġi hawnhekk u tikoordinana, mentri l-Gvern m'għandux lil min qiegħed jikkoordina lill-Ministeri kollha.", "Jekk hemm proċedura li sal-lum qatt ma kienet tajba – anke meta konna aħna fil-gvern, jiġifieri jiena mhux qed ngħid li issa jew qabel – u aħna nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex inkunu aktar effettivi … Mela, id-deċiżjoni hi li aħna qegħdin naqblu li l-EU tista' tilleġisla, imma fil-frattemp irridu nibdew nikkoordinaw mal-Gvern biex jagħtina l-pożizzjoni tiegħu u l-concerns li għandu fuq il-kontenut.", "Lanqas m'hemm l-expertise.", "Darba minnhom, kellna waħda fuq il-pollen u l-honey!", "(Interruzzjonijiet) Ftehmna.", "THE CHAIRPERSON: B'din l-emenda m'hemmx ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, żguri minnha din mija fil-mija?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Fil-prinċipju tas-sussidjarjetà qatt ma tista' tkun mija fil-mija għax fil-fatt dawn ma jaqblux bejniethom.", "It is a matter of interpretation bħal kull ħaġa oħra leġislattiva, u allura għandek interpretazzjoni legali.", "IS-SUR JOHN VELLA: Ħafna affarijiet huma shared competence.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Iva, shared competence, jiġifieri hemm ċans li jkun hemm sussidjarjetà.", "Barra minn hekk, irrid nara pajjiżi oħra …", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nitkellmu fuq din l-emenda; li tapplika għall-ażil f'dak il-pajjiż fejn il-minuri jkun preżenti.", "Mela: aħna qed ngħidu li jekk il-minuri jkun preżenti f'Malta u jagħmel applikazzjoni hawnhekk, imma mbagħad b'xi mod sab ruħu l-Italja u hemmhekk ma jagħmilx applikazzjoni għall-ażil, se jfisser li l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu se tiġi deċiża f'Malta peress li hawnhekk kienet l-aħħar applikazzjoni tiegħu?", "Min jiddeċiedi?", "U għalhekk qed ngħid li rridu naraw x'inhu l-aħjar interess tal-minuri.", "Allura aħna mija fil-mija li m'hemmx breach ta' sussidjarjetà?", "JOSEPH SAMMUT: Dan hu l-punt li qed ngħid jien: jekk qegħdin naslu li hija kwestjoni ta' sussidjarjetà, x'inhuma l-goal posts tagħna?", "Kemm huwa applikabbli dan il-prinċipju?", "U, għalkemm qed ngħidu li huwa applikabbli, kemm se nħalluh wiesa'?", "Dan il-punt li nixtieq kjarifika fuqu mill-Gvern.", "THE CHAIRPERSON: L-istakeholders li għandhom l-expertise fuq it-tfal, fuq l-ażil, eċċ. tawh …", "THERESE COMODINI CACHIA: Hemm kwestjoni oħra għax, jekk qed jgħidu li l-pożizzjoni hija bbażata fuq id-deċiżjoni tal-ECJ, l-unika kwotazzjoni li għandna hawnhekk ta' dik id-deċiżjoni hija verament limitata, għax qed tirreferi biss għal minuri li japplika f'aktar minn stat wieħed, mentri m'għandniex idea ta' x'inhi l-emenda.", "U allura dik irridu narawha, għax sussidjarjetà biex niġi in line mal-ECJ judgement ngħaddiha, imma sussidjarjetà biex inġebbed l-ECJ judgement …", "THE CHAIRPERSON: Min se japplika għall-minuri?", "JOSEPH SAMMUT: Dan huwa l-punt li jrid jiġi ċċarat f'dan l-istadju.", "Għalkemm qegħdin naqblu li hemm element ta' sussidjarjetà u aċċettajnih, f'liema parametri se naddottawh?", "Naħseb li din hija l-ewwel deċiżjoni li trid tittieħed, u mbagħad nidħlu fil-mertu ta' jekk naċċettawx jew le.", "IS-SUR JOHN VELLA: Il-Ministeru tal-EU Affairs esprima ruħu fl-email li bagħat u qalilna li as far as subsidiarity is concerned, m'hemmx.", "MARTHESE PORTELLI: Il-punt tal-Onor.", "Comodini Cachia huwa speċifiku.", "THE CHAIRPERSON: Onestament, m'inix komdu li ngħid li m'hemmx breach ta' sussidjarjetà, u daqshekk.", "MARTHESE PORTELLI: L-email li rċevejt mingħand il-Ministeru tal-EU Affairs kienet tirreferi għall-judgement li tat il-Qorti Ewropea jew għall-punti kollha li hawn hawnhekk?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Jiena dejjem qed nitkellem fuq il-proposta.", "L-ECJ huwa l-premessa u l-bażi tar-raġunament tal-Kummissjoni, imma jiena nistaqsi fuq il-proposta.", "THE CHAIRPERSON: Jien mhux se nerfa' responsabilità tagħha din!", "RYAN CALLUS: Għandna s-serħan tal-moħħ li l-pożizzjoni li għaddiet mill-EU Affairs Directorate tal-Foreign Affairs hija endorsed mill-Gvern tal-ġurnata?", "Dik tagħmel id-differenza kollha.", "Nifhem li inti m'intix espert f'kollox, għax ħadd mhu espert f'kollox, u ma nagħtikx tort li tinsab f'din id-dilemma!", "Imma aħna, meta se nivvotaw u l-fatt li m'għandniex il-pożizzjoni finali tal-Gvern, jien se nikkonkludi li l-pożizzjoni li tressqet quddiem dan il-Kumitat mill-EU Affairs Directorate tal-Foreign Affairs m'għandhiex il-barka tal-Gvern tal-ġurnata għax, li kieku kellha, hawnhekk ma kienx ikollna miktub li Malta's position has not yet been forwarded.", "Tajjeb li nkunu ċari u li r-rakkomandazzjoni li ressaqt inti lil dan il-Kumitat hija sempliċement tal-Foreign Affairs bħala direttorat.", "THERESE COMODINI CACHIA: Ma jimpurtax li l-Gvern jgħid li se jġebbed f'dan il-każ, għax hekk huwa fl-interess tal-minuri; imma għallinqas aħna rridu nkunu nafu …", "THE CHAIRPERSON: Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li l-feeling li ħadt hawnhekk hu li ħadd mhu komdu li jaqbad u jgħid b'mod ħafif li m'hemmx ksur ta' sussidjarjetà.", "Jien għandi diversi dubji.", "Il-pożizzjoni tal-Kumitat għandha tkun li hemm diversi dubji li m'għandniex risposta tagħhom, speċjalment in vista tal-fatt li m'hemmx pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern, u qegħdin nistennew mill-iktar fis possibbli li jkollna din il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern u l-assigurazzjoni minn stakeholders u esperti oħra, kif ukoll pariri legali li jista' jagħtina l-Avukat Ġenerali fuqha din il-ħaġa, biex inkunu nistgħu nifformolaw l-opinjoni tagħna fuq jekk hemmx ksur ta' sussidjarjetà jew le.", "Ngħid għalija jien, għandi diversi dubji li qed jisplodu f'moħħi, u għandi diversi mistoqsijiet li żgur mhux qed nippretendi li tista' tirrispondihom inti.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Meta ngħid li Malta's position and the government has not yet forwarded his official position inkun qed nuża' dak l-islot – ma nafx jekk hux qed nużah ħażin – biex nirreferi li ma nkunux għadna rċevejna l-memorandum.", "Ma jfissirx li r-risposta … Jien neħodha li dik il-pożizzjoni għandha weight.", "THE CHAIRPERSON: Dawn mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jew mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Jiena nuża l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej biex hu jfittex il-memo, imma jien ovvjament mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li nistgħu naġġornaw hawnhekk għal-lum la m'għandniex aktar affarijiet x'niddiskutu.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-7.45 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140721_022d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 21 ta' Lulju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:55 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Ryan Callus, l-Onor Marthese Portelli u l-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Membru Parlamentari Ewropew Dr Therese Comodini Cachia.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 21 li saret fid-9 ta' Lulju, 2014 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI GĦALL-FINI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR IR-RATIFIKA MILL-GVERN TA' DAWN L-ERBA' FTEHIM:-", "il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, u l-Istat ta' Israel.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dan il-ftehim kif ukoll il-memorandum magħmul mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastrutturadatat u approvat mill-Kabinett, li kienu diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Membri tal-Kumitat.", "Mid-diskussjoni, li ħadet sehem fiha s-Sinj.", "Lucienne Meilak, Direttur fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ħareġ ċar li dan il-ftehim kien se jkun ta' benefiċċju kemm għall-passiġġieri kif ukoll għal-linji tal-ajru billi jkun hemm aktar kompetizzjoni, jiżdiedu d-destinazzjonijiet u titjieb is-sigurtà u kien innotat li fil-fatt l-Unjoni Ewropea diġà kienet għamlet ftehim simili ma' numru ta' pajjiżi ġirien kif ukoll mal-Kanada u l-Istati Uniti.", "Għaldaqstant, il-Kumitat unanimament qabel mar-ratifika mill-Gvern ta' dan il-ftehim.", "89 Kopja tal-memorandum magħmul mill-Minsteru għat-Trasport u l-Infrastruttura datat it-23 ta' Ġunju 2014 li kien approvat mill-Kabinett dwar il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, u l-Istat ta' Israel.", "tliet Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-European Atomic Energy Community u l-Istati Membri tagħhom, u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna li kienu iffirmati fis-27 ta' Ġunju 2014.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn it-tliet ftehim kif ukoll il-memorandum magħmul mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u approvat mill-Kabinett, li kienu diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Membri tal-Kumitat, fil-każ tal-ftehim, kopja elettronika peress li kienu voluminużi ħafna.", "90 Kopja tal-memorandum lill-Kabinett magħmul mill-Minsteru għall-Affarijiet Barranin datat l-10 ta' Lulju 2014 dwar it-tliet ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna.", "Il-Kumitat unanimament qabel mar-ratifika mill-Gvern ta' dawn it-tliet ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna.", "Kien hemm qbil li l-President tal-Kumitat jirrapporta lill-Kamra li l-Kumitat kien favur ir-ratifika ta' dawn l-erba' ftehim u li kopja tagħhom stampata titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AFFARIJIET OĦRA", "Korrispondenza:- Email li l-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, bagħat lill-Membri ta' dan il-Kumitat fis-16 ta' Lulju 2014 sabiex jinstabu mezzi kif il-Membri Parlamentari Ewropej ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat meta jiġu diskussi materji meqjusa ta' interess għalihom.", "Il-Kumitat qabel li jwieġeb din l-email billi jaqbel, anzi jħeġġeġ, li l-Membri Parlamentari Ewropej Maltin jipparteċipaw fix-xogħol ta' dan il-Kumitat u liema parteċipazzjoni kellha tiġi faċilitata anke permezz ta' video-conferencing, liema faċilitajiet kienu se jiġu pprovduti fil-binja l-ġdida tal-Parlament.", "Il-Kumitat qabel ukoll li din it-tweġiba titwassal lill-Membri Parlamentari Ewropej Maltin kollha.", "91 Email li l-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, bagħat lill-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej fis-16 ta' Lulju 2014 dwar il-parteċipazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej fil-laqgħat tal-istess Kumitat.", "Sussidjarjetà", "Il-Kumitat ikkonsidra l-proposta leġislattiva Kumm(2014)382 - Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta' minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru – u filwaqt li nnota li fil-pożizzjoni preliminari kkomunikata mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej jingħad li din il-proposta m'għandhix implikazzjonijiet mil-lat ta' sussidjarjetà, il-Kumitat, fid-dawl tas-suġġett ittrattat, talab li l-Gvern jgħaddilu mill-aktar fis il-pożizzjoni uffiċċjali fuq dan id-dokument ħalli l-Kumitat ikun f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni informata fuqu.", "92 Ir-rapport tar-research analyst tal-Kumitat fuq il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta' minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru (Kumm(2014)382) – data ta' skadenza 22 ta' Settembru 2014.", "Fis-7.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140721_022m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 28", "It-Tlieta, 22 ta' Lulju, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Lulju, 2014 fis-8.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Approvazzjoni tal-Membri fi ħdan il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140722_028a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 28", "It-Tlieta, 22 ta' Lulju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 28", "It-Tlieta, 22 ta' Lulju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-8.10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 27 li saret nhar l-Erbgħa 16 ta' Lulju 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (L-Onor.", "Deborah Schembri): Irċevejna din il-korrispondenza:", "Ittra datata 21 ta' Lulju, 2014 mingħand l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fejn qed tistieden lill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali għall-\"Annual Children's Rights Course Rights 4U\".", "Email datata 15 ta' Lulju, 2014 mingħand l-Uffiċċju tal-Punt Fokali għall-Persuni b'Diżabilità fejn qed jitolbu laqgħa mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "APPROVAZZJONI TAL-KUNSILL MALTI GĦAS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT", "THE CHAIRPERSON: It-tieni item fuq l-aġenda tagħna hija l-approvazzjoni tal-membri fi ħdan il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.", "Suppost li rċevejtu mingħand is-Segretarju tagħna l-korrispondenza li bagħtilna l-Professur Kenneth Wain, Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Kien hemm membru wieħed li ma ġiex ikkontestat.", "Il-lista tal-membri li ġew rakkomandati hija din; Ms Claudia Taylor-East, Ms Doris Bingley, Dr Noel Camilleri, Mr Ian Azzopardi, Mr Ray Mercieca, Mr Nathan Farrugia, Mr Edward Gruppetta, Ms Gertrude Buttigieg u Ms Gemma Sirol.", "Ingħatajna wkoll brief fuq dawn il-persuni magħżula.", "Min-naħa tiegħi nixtieq inkun naf jekk għandkomx xi kummenti fuq xi ħadd minnhom jew inkella aħniex naqblu ma' dawn in-nominazzjonijiet?", "(Onor. Membri: le) Tajjeb mela la m'hawnx oġġezzjonijiet nitlob lis-Segretarju sabiex jikteb lill-Ministru u jgħarrafha bl-approvazzjoni tagħna għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRPERSON: Issa bħalma rajtu fil-korrispondenza tal-lum irċevejna email mingħand Ms Christina Barbara, Segretarja tal-Focal Point for the Rights of Persons with Disability, fejn fost affarijiet oħra qaltilna li dan l-uffiċċju għandu bżonn jiltaqa' mill-aktar fis possibbli maċ-Chairpersons tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, mal-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Qed jgħidulna li jridu jiltaqgħu magħna sabiex ikellmuna dwar l-irwol ewlieni tal-Focal Point u dwar xi questionnaires li qegħdin jintbagħtu bħalissa għall-iState Report għall-UNCRPD li jrid ikun lest sa Settembru, 2014.", "Fil-fatt magħna għandna n-nies li jaħdmu f'dan l-uffiċċju sabiex ikellmuna.", "Nirringrazzja lis-Sur Darmanin u lil Ms Barbara talli ġew hawnhekk.", "Nixtieq li qabel ma titkellmu tgħidulna ftit min intom u x'pożizzjoni għandkom f'dan l-uffiċċju.", "Nixtieq navżakom ukoll li din il-laqgħa qiegħda tiġi rrekordjata kemm b'mod viżiv kif ukoll permezz tal-audio u għalhekk jekk għandkom xi oġġezzjoni nitlobkom tinformawni.", "(Interruzzjonijiet) Sorry I didn't know you were English speaking.", "MS CHRISTINA BARBARA (Segretarja): U jiena s-segretarja.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hija fuq il-korrispondenza li rċevejna mingħand l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Fil-fatt qegħdin jgħidulna li se terġa' tiġi organizzata l-\"Annual Children's Rights Course Rights 4U\" li hija inizjattiva fuq l-awareness tad-drittijiet tat-tfal.", "Din se tkun fit-18 ta' Awwissu u għalhekk irridu naraw ftit min minna jista' imur.", "Jien nixtieq immur però sfortunatament se nkun imsiefra u għalhekk napprezza jekk xi ħadd minnkom jista' jattendi.", "MARTHESE PORTELLI: S'issa jien nista' immur.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "L-Onor.", "Agius Decelis qed jgħid li jista' jattendi wkoll.", "Grazzi.", "Mela għal-lum nistgħu nieqfu hawn imma qabel xejn nixtieq inserraħ moħħ il-Membri ta' dan il-Kumitat li sakemm ma tinqalax xi ħaġa gravi m'għandix il-ħsieb li nlaqqa' il-Kumitat fil-vakanzi tas-sajf.", "Għaldaqstant aħna nerġgħu niltaqgħu f'Ottubru li ġej.", "Nixtieq is-sajf it-tajjeb lil kulħadd.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-8:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20140722_028d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 28", "It-Tlieta, 22 ta' Lulju 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-8.10 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "L-Onor.", "Robert Cutajar ġie skużat.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 27 li saret nhar l-Erbgħa, 16 ta' Lulju 2014 ġew konfermati.", "Dok 023 Ittra datata 21 ta' Lulju, 2014 mingħand l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fejn qed tistieden lill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali għall-\"Annual Children's Rights Course Rights 4U\".", "Dok 024 Email datata 15 ta' Lulju, 2014 mingħand l-Uffiċċju tal-Punt Fokali għall-Persuni b'Diżabilità fejn qed jitolbu laqgħa mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "APPROVAZZJONI TAL-KUNSILL MALTI GĦAS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri qrat il-lista tal-membri li ġew rakkomandati sabiex jifformaw parti minn dan il-kunsill.", "Il-membri huma Ms Claudia Taylor-East, Ms Doris Bingley, Dr Noel Camilleri, Mr Ian Azzopardi, Mr Ray Mercieca, Mr Nathan Farrugia, Mr Edward Gruppetta, Ms Gertrude Buttigieg u Ms Gemma Sirol.", "Min-naħa tal-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għal dawn in-nomini u għalhekk ġew approvati kollha.", "Iċ-Chairperson talbet lis-Segretarju sabiex tintbagħat ittra lill-Ministru sabiex tiġi avżata li r-rakkomandazzjonijiet qegħdin jiġu milqugħa mill-Kumitat.", "AFFARIJIET OĦRA", "Iċ-Chairperson informat lill-Kumitat b'korrispondenza li rċieva mingħand l-uffiċċju tal-Punt Fokali għall-Persuni b'Diżabilità.", "Dawn xtaqu jiltaqgħu mal-Kumitat biex jagħtu spjegazzjoni qasira tax-xogħol li se jkunu qegħdin jagħmlu.", "Fil-fatt kienu preżenti għal din il-laqgħa s-Sur Emannuel Darmanin li huwa l-Manager tal-Focal Point, Ms Rhoda Garland Research Analyst mal-istess uffiċċju u Ms Christina Barbara li hija s-Segretarja.", "Is-Sur Darmanin spjega kif l-Uffiċċju tal-Punt Fokali għall-Persuni b'Diżabilità ġie mwaqqaf fl-aħħar ġimgħa ta' April u l-għan tiegħu hu li jara li l-Gvern jimplimenta l-United Nations Convention for the Right of Persons with Disability.", "L-ewwel priorità tiegħu hi li jħejji state report għall-UNCRPD u dan irid ikun lest sa Novembru tal-2014.", "Wara kien hemm diskussjoni", "Fid-8:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140722_028m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "Il-Ħamis, 31 ta' Lulju 2014 fil-11.30 a.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 31 ta' Lulju 2014 fil-11.30 a.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni (Kont.)", "25 ta' Lulju 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140731_005a_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 5", "Il-Ħamis, 31 ta' Lulju, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz € 2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "Laqgħa Nru 5", "It-Ħamis, 31 ta' Lulju, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-11.36 a.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 4 li saret nhar ilĠimgħa, 6 ta' Ġunju 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba biex jidħlu membri talmedia.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "MR SPEAKER: IlKumitat qed jiltaqa' llum biex ikompli jikkunsidra lkaż talksur ta' privileġġ imqajjem millOnor.", "Prim Ministru fisseduta 55 tat2 ta' Settembru 2013, filkonfront talKap talOppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Rigward ilMinuti, fejn għedna li ħa naġġornaw għall4 ta' Lulju, naħseb li jkun għaqli li nagħmlu nota żgħira u ngħidu li qed niltaqgħu llum minħabba li kien hawn dan ilftehim, ħalli ħadd ma jgħid li hawn xi Minuti neqsin minn din illaqgħa għallaqgħa li qed nagħmlu llum.", "MR SPEAKER: Għamilt sew!", "Hekk hu!", "Ilposponiment tallaqgħa għallum kien riżultat ta' komunikazzjoni u ftehim bejn iżżewġ naħat.", "Qabel ma nibdew ixxogħol tallum, nirreferi għattalba li għamel lOnor.", "Louis Grech fillaqgħa li għaddiet sabiex immur lura għal dak li ntqal fillaqgħat preċedenti u nara jekk kienx hemm deċiżjoni dwar jekk ilPrim Ministru kellux ilpossibbiltà li jsejjaħ xhieda fi stadji oħra.", "Filfatt, għallinformazzjoni talMembri kollha, fillaqgħa numru 3 konna vverbalizzajna: \"li lPrim Ministru ma kellux aktar xhieda xi jtella' salv jekk ilKumitat jiddeċiedi xort'oħra, kemm dwar xhieda mitluba minnaħa talGvern kif ukoll minnaħa talOppożizzjoni\".", "Dik kienet iddeċiżjoni u qiegħed nagħmilha għallpreċiżjoni, biex inkunu nistgħu nimxu.", "Għalhekk qed ngħaddi kopja talMinuti u ttraskrizzjoni eżatt ta' dak li qed nirreferi għalih, li ġie vverbalizzat fuq ftehim malOnor.", "Filfolder għandkom issibu wkoll – importanti – korrispondenza li sSedja rċeviet mingħand isSur John Dalli datata 17 ta' Ġunju 2014.", "Filqosor, flittra tasSur Dalli kien hemm żewġ punti importanti.", "Lewwel nett huwa talab li jipparteċipa fixxogħol talKumitat meta jkun qed jixhed isSur Giovanni Kessler.", "Flittra qal li dan qed jagħmlu biex ikun jista' jikkonfrontah.", "Ittieni nett, flittra talab ukoll li meta jiġi flistadju li jixhed quddiem dan ilKumitat, isSur Kessler għandu jippreżenta diversi dokumenti.", "F'dik littra, li għandkom kopja tagħha filfolder, hemm illista ta' dawn iddokumenti li sSur John Dalli qed jitlob li sSur Kessler għandu jippreżenta.", "For what it is worth, dik hija littra; issa niġu għaliha wkoll.", "Għalissa qed nagħmel rikapitolazzjoni ta' dak kollu li ġara, għax kif tafu intom, għaddiet korrispondenza mindu ltqajna laħħar u ovvjament jien irrid ninforma b'dan kollu lillmembri talKumitat; mhux se nżommhom biex noqgħod naqrahom jien biss imma huma wkoll għallkonsum tagħkom.", "Fillaqgħa li għaddiet minnaħa talOppożizzjoni – kien hawn lOnor.", "Chris Said – ġie ddikjarat li lKap talOppożizzjoni ma kienx se jixhed peress li ma kellu xejn xi jżid ma' dak li diġà huwa kien qal filPlenarja.", "Jekk niftakar sew, lOnor.", "Said qal ukoll li permezz ta' xhieda li huwa se jtella' minnaħa talOppożizzjoni kien se jissostanzja dak li ngħad filPlenarja minnaħa talOnor.", "Imbagħad ovvjament kien hemm illista, li kellna problema dwarha, li issa ġiet.", "Fil11 ta' Ġunju 2014 għaddejt lillMembri kollha llista li ġiet mibgħuta millOnor.", "Kien hemm ukoll littra tas26 ta' Frar, fejn jingħad li lewwel xhud kellu jkun isSur Giovanni Kessler.", "Ovvjament kulħadd jaf għalfejn isSur Giovanni Kessler ma ġiex fl4 ta' Lulju!", "Ħassarna llaqgħa għax isSur Kessler kitibli ittra minn qabel fejn għamilha ċara li mhux ġej, allura ovvjament ma kenitx tagħmel sens li niltaqgħu mingħajr isSur Kessler meta kellu jkun lewwel xhud.", "Peress illi fl4 ta' Lulju ma ltqajniex, allura kellna niltaqgħu llum.", "CHRIS SAID: Sur President, biex inkunu korretti; mhux hekk!", "Mhux għal dik irraġuni tħassret, imma għaddiet korrispondenza, kien hemm talba minnaħa talGvern u aħna aċċettajna.", "Onor. Said, huwa veru li kien hemm talba minħabba li kien weġġa' Dr Lia u kien indispost.", "CHRIS SAID: Inzerta wkoll li ...", "Però, li kieku kien ħa jiġi Dr Kessler, allura konna naraw kif se nagħmlu.", "Imma kien hemm dik ilproblema wkoll.", "Irrid ngħid imma li flittra tiegħu Dr Kessler għamilha ċara li mhux se jkun … Kif qed tgħid inti Onor. Said, dawn linformazzjonijiet they crossed b'mod li aħna xorta ma stajniex niltaqgħu.", "Filfolder għandkom ukoll ittra tasSur Kessler tat2 ta' Lulju li ħarġet anke filmedia.", "IsSedja m'għandhiex kontroll, u tagħmilha ċara li ma kenitx parti millfatt li littra ħarġet filmedia.", "Qed ngħaddilkom ukoll korrispondenza mingħand isSur Kessler tal24 ta' Lulju fejn indika li ma kienx possibbli għalih li jattendi għallaqgħa tallum, peress li aħna erġajna ktibnielu biex jidher illum.", "Però, indikalna li huwa dispost li jiġi fit2 jew 3, jew fil15, 16 jew 17 ta' Ottubru li ġej; imbagħad naraw daqsxejn ilKumitat kif jista' jaħdem.", "Fit2 u t3 ta' Ottubru jien, lOnor.", "Carmelo Abela se nkunu msefrin fuq xogħol talParlament.", "Iddati loħra wieħed irid jarahom.", "Għaldaqstant f'dan listadju nitlob li għalissa taraw iddati, imbagħad niddiskutuha wara.", "Kif tafu wkoll, wara li lKumitat ġie infurmat li sSur Kessler ma setax jattendi għallaqgħa tallum, allura ġie msejjaħ isSur John Rizzo bħala ttieni xhud li jidher fuq illista ppreżentata minnaħa talOppożizzjoni.", "CHRIS SAID: Sur President, tridx naraw tasSur Kessler u naqblu, allura, biex anke sSedja tkun tista' tagħmel ilpreparamenti meħtieġa għal laqgħa f'waħda minn dawk ittliet dati?", "MR SPEAKER: Mhux problema għalija iżda hemm affarijiet oħrajn li xtaqt nittraxxja qabel.", "MR SPEAKER: Jien u miexi għallParlament – għax kelli noħroġ salParlament ilġdid, nittawwal, taf inti, nagħmel passiġġata u nara laffarijiet – iltqajt masSur Rizzo tiela' minnaħa loħra, li huwa ttieni xhud tagħkom Onor. Said, u naħseb li diġà qiegħed hawn.", "To be fair, ma nħobbx inħalli nies jistennew ħafna hawnhekk.", "Qabel ma ngħaddi biex nibdew nisimgħu lixxhud, nitlob lillKumitat jinfurmani jekk għandniex nimxu – naħseb li hekk għandna nagħmlu – fuq illinji gwida dwar ixxhieda li kienu ġew approvati millKumitat dwar ixXogħol talKamra firrigward talKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi.", "Xtaqt niġbed lattenzjoni li din ilproċedura kienet ġiet adottata wkoll millKumitat għallAffarijiet Barranin u Ewropej, pereżempju, filkonfront ta' xhieda li kienu ssejħu quddiem dan ilKumitat.", "Ovvjament jingħata ġurament.", "Ilpersuna li tkun qed tixhed tista' tagħżel hi li ma tkunx live streamed; ovvjament joħroġ laudio u tinstema', imma tista' tagħżel li ma tkunx video streamed, ma tidhirx.", "Ovvjament isSur Rizzo jafu kulħadd, imma mbagħad hija affari tiegħu!", "Din hija waħda millaffarijiet li xtaqt li niddeċiedu fuqha.", "Ninforma lillKumitat ukoll li fuq talba talOnor.", "Carmelo Abela għandkom għaddispożizzjoni tagħkom ukoll kopja taxxhieda li sSur Rizzo ta filkawża quddiem ilMaġistrat Anthony Vella filkawża Spettur Ferris kontra Silvio Zammit.", "Għandkom?", "Għadduhielhom mela.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali): Sur President jien għandi rikjesta li ddepożizzjoni talQorti talKummissarju John Rizzo li rrefera għaliha lKap talOppożizzjoni, issir parti millatti ta' dawn ilproċeduri.", "MR SPEAKER: Filfatt, ħa ngħaddi kopja millewwel.", "Mela hemmhekk – qabel ma ngħajjat lisSur Rizzo – għandkom ixxhieda li kien ta listess John Rizzo, dak iżżmien filkapaċità tiegħu bħala Kummissarju, filkawża kontra lpersuna ta' Silvio Zammit quddiem ilMaġistrat kompilatur Anthony Vella.", "Jekk taqblu nsejjaħ lisSur Rizzo biex jingħaqad magħna madwar ilmejda biex jagħti xxhieda tiegħu.", "Għalhekk nitlob lillIskrivan talKamra biex jgħidlu jidħol u jagħtih ilġurament.", "Qabel ma jibda jixhed ħa nagħtih ilkawteli kollha – jekk taqblu – li qegħdin filguidelines li tkellimt fuqhom.", "Quddiemkom għandkom ukoll illinji gwida dwar video streaming.", "Bonġu Sur Rizzo.", "Nixtieq nispjegalek ċertu linji gwida li huma adottati filproċedura talkumitati parlamentari.", "CARMELO ABELA: Bilpermess talKumitat, jista' lAvukat Pawlu Lia jagħmel rimarki fuq illinji gwida li għadek kif semmejt?", "LAVUKAT PAWLU LIA: Qed nara li dak seta' kien japplika għallKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi.", "F'dan ilkaż partikolari hawnhekk qisna għandna – kif dejjem isostnu – akkuża u difiża; u hemm proċeduri li normalment aħna nafuhom ilkoll, talqorti.", "FilKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi, iktar qisha tip ta' investigazzjoni milli akkuża u difiża.", "Allura hawnhekk kien jagħmel sens li jitla' xhud, jagħmel listatement tiegħu u jitkellem, għax qiegħed b'xi mod jispjega ruħu u jiġġustifika lazzjonijiet tiegħu filproċess.", "Filkaż li għandna quddiemna, ma naħsibx li għandu jkun permess li jitla' xhud u jgħidilna li jrid hu!", "Naħseb li għandna nillimitaw ruħna għaddomandi li jagħmlu nnaħa li tellgħuh, u naturalment (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ovvjament ilprima facie ksur ta' privileġġ huwa huwa dak li hu.", "Qabel xejn Sur Rizzo kont qed nispjegalek li lewwel ħaġa llinji gwida jagħtuk iddritt li, jekk trid, ikollok lassistenza legali.", "Naf li għandek esperjenza biżżejjed, imma ridt ngħidlek li għandek dritt għallassistenza legali, però ttweġibiet trid tagħtihom inti.", "Għandek twieġeb iddomandi li jsirulek kemm jista' jkun b'mod preċiż, sħiħ – u m'hemmx għalfejn ngħidlek ilkelma – onest.", "Jekk tagħżel li ma tweġibx, jew tħoss li b'xi risposta tista' tinkrimina ruħek, ovvjament tinforma lisSedja.", "Jekk inti toġġezzjona, però, għal xi domanda li ssirlek minn xi membru talKumitat – tajjeb li tkun taf li lKumitat huwa kompost millOnor.", "Chris Said, li huma lMembri li jistgħu jagħmlulek iddomandi, u ovvjament hemm inkluż jiena bħala President talKumitat – dik imbagħad hija deċiżjoni li tgħaddi għandi biex nara liema deċiżjoni torbot lillKumitat.", "Dawn huma llinji gwida li qbilna fuqhom fuq kwestjonijiet preċedenti.", "Kull Membru jista' joġġezzjona għal xi mistoqsija li tkun saret lil xhud, f'liema każ imbagħad ixxhud għandu jirtira sakemm nieħdu ddeċiżjoni dwar din ilkwestjoni.", "Ninfurmak ukoll li din illaqgħa bħalissa qiegħda tiġi video streamed b'mod dirett.", "Inti għandek dritt, minn issa stess, li tagħżel jekk trid li ma tkunx video streamed.", "Dik hija deċiżjoni tiegħek; ħudha inti u issa stess tista' tgħidli li ma tixtieqx tkun video streamed.", "Qiegħed nagħmilhielek ċara.", "ISSUR JOHN RIZZO: Ma rridx immur kontra proċeduri.", "Nixtieq nimxi in line malproċedura tagħkom.", "MR SPEAKER: Le, le, jien għidthielek din għaliex għandek iddritt.", "ISSUR JOHN RIZZO: Nifhem, u grazzi talli qed tinfurmani, però, ma nixtieqx immur kontra lproċedura tagħkom normali u nista' nadatta.", "MR SPEAKER: Tibqa' kif inhi.", "ISSUR JOHN RIZZO: M'għandix problema.", "Assistenza ta' avukat ma naħsibx li għandi bżonn.", "MR SPEAKER: Qabel ma nibdew, Onor. Said qegħdin naqblu mallinji gwida kif dejjem imxejna f'kull kumitat u naqblu li huma applikabbli għallproċeduri, u li ġew spjegati lixxhud?", "(Interruzzjonijiet) Iva, jiena fhimtu lil Dr Lia; iddomandi li jsiru għandhom isiru fuq irraġuni għalfejn qegħdin hawnhekk u mhux biex jagħmel rakkont.", "(Interruzzjonijiet) Iva, kollox sew, imma dik għal kull xhud.", "LAVUKAT PAWLU LIA: Għaliex dan ixxhud ilproċedura jafha, imma xhieda oħra ma nafx.", "Ibqa' ċert li sSedja hija konxja minn dan!", "Jingħata lġurament lisSur Rizzo.", "ISSUR JOHN RIZZO: Jiena John Rizzo naħlef li ngħid issewwa, issewwa kollu u xejn ħlief issewwa.", "Hekk Alla jgħinni.", "CHRIS SAID: Grazzi Sur President.", "Sur Rizzo hawn inti ġejt imsejjaħ tixhed fuq dan ilkaż.", "Taf x'inhuwa lkaż.", "Allura, lewwel mistoqsija hija: spjegalna ftit inti kif dħalt flinvestigazzjoni u x'kien linvolviment dirett tiegħek f'din linvestigazzjoni?", "ISSUR JOHN RIZZO: Jien kont ġejt avviċinat millAvukat Ġenerali way back in midOctober, xi ħaġa fuq l20 ta' Ottubru, fejn infurmani li kien irċieva rapport ta' investigazzjoni mingħand lOLAF.", "LOLAF hija organizzazzjoni ta' investigazzjoni kontra lfrodi talUnjoni Ewropea.", "Infurmani li kienet saret investigazzjoni dwar allegazzjoni ta' bribery filkonfront ta' persuni Maltin, fosthom lex Kummissarju talUnjoni Ewropea, isSur John Dalli.", "Involuti wkoll isSur Silvio Zammit, business man minn Ta' Sliema u Dr Gayle Kimberley, li hija avukata.", "DAVID AGIUS: Semmejt iddata tal20 ta' Ottubru, ta' liema sena?", "Skużani.", "CHRIS SAID: Ċert li 2013?", "Niskuża ruħi.", "Kelli ħafna investigazzjonijiet; talImħallef … Niskuża ruħi.", "CHRIS SAID: Le, le, just biex toħroġ tajjeb!", "Iddati qegħdin hemm.", "ISSUR JOHN RIZZO: Niskuża ruħi, nirtiraha, 2012!", "Żgur li ma kellix intenzjoni ...", "Infurmani li kien irċieva dan irrapport; kien hemm ukoll xi rakkomandazzjonijiet f'dan irrapport.", "Dak iżżmien qalli biex prima facie nimxu accordingly.", "Għedtlu no, jien inħoss li għandi ninvestigah afresh dan ilkaż biex ovvjament nasal għallġudizzju tiegħi.", "LAvukat Ġenerali qabel miegħi.", "Għedtlu jagħtini ċans għallinqas naqra rrapport.", "Filverità qrajt irrapport, organizzajt investigating team (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Skużani Sur Rizzo.", "Naħseb talcameras m'għandhomx joqogħdu sseduta kollha.", "Anzi, ikkorreġini għax ma nafx irregoli.", "Irregoli talqorti nafhom, imma ...", "MR SPEAKER: Dawn huma teknikalitajiet tagħna.", "ISSUR JOHN RIZZO: Organizzajt investigating team kompost midDeputat Kummissarju, isSur Joe Cachia, lAssistent Kummissarju Michael Cassar, dak iżżmien inkarigat mittaqsima talfrodi, kif ukoll wieħed millispetturi tattaqsima talfrodi, isSur Angelo Gafà, biex jassistuni f'din linvestigazzjoni.", "Erġajt mort lura għand lAvukat Ġenerali u għedtlu li jien kont lest li niddiskuti lkaż wara li kont qrajtu.", "Niftakar li għamilna meeting fluffiċċju tiegħi u qbilna li dan ilkaż għandu jiġi investigat afresh, qabel ma tittieħed xi tip ta' azzjoni minnaħa talpulizija Maltija.", "MR SPEAKER: U hekk għamilt inti.", "ISSUR JOHN RIZZO: U hekk għamilt.", "Imma jien ridt ngħid ukoll wara li kont ġejt approached millAvukat Ġenerali biex nipproċedi, erġajt għedtlu: tini ċans ħa naqrah, u wara li naqrah imbagħad I get back to you.", "Hekk għamilt, u qbilna li lway forward għandha tkun li ninvestiga millġdid.", "Filverità, nista' ngħid li dan ilkaż erġajna għexnieh millbidu nett tiegħu!", "Meta ngħid li għexnieh millbidu nett tiegħu, kellimna għal diversi drabi, kultant iktar minn darba, lillpersuni kkonċernati, partikolarment ittliet persuni kkonċernati, u diversi xhieda oħra li b'xi mod kienu jistgħu jitfgħu dawl ieħor fuq ilkaż inkwistjoni.", "Erġajna kellimna wkoll irrappreżentanti barranin li kienu involuti, ilkumpanija Swedish Match u lESTOC.", "Mort ukoll ilheadquarters talOLAF ġewwa Brussell u interrogajt lillinvestigaturi kollha li kienu investigaw ilkaż ukoll minnaħa talOLAF.", "Ovvjament, wara li kelli dan kollu, għamilt diversi arresti u għamilt ukoll diversi konfronti fittfittxija għallverità, biex dejjem nipprova u noħroġ ilverità kollha.", "Ma kienx każ ħafif, kien każ tqil ħafna.", "MR SPEAKER: Fiex wasalt imbagħad?", "ISSUR JOHN RIZZO: Linvestigazzjonijiet tista' tgħid li kważi kienu konklużi minnaħa tiegħi.", "Però meta jien – filverità wara li linvestigating team – tkellimna malAvukat Ġenerali, konna qbilna wkoll li għandhom jittieħdu passi kriminali filkonfront ta' Silvio Zammit u dak iżżmien ukoll filkonfront ta' John Dalli.", "Irrid ngħid ukoll però, qabel ma jien ressaqt lil John Dalli kont xtaqt ukoll nerġa' nkellmu fuq xi punti żgħar li xtaqt nikkjarifika wkoll miegħu.", "Però, jien qatt ma kelli dak iċċans.", "Irraġuni warajha kienet li dak iżżmien is-Sur John Dalli kien imsiefer u aħna konna qed nirċievu, mingħand lavukat tiegħu Dr Stephen Tonna Lowell, ċertifikat wara lieħor fejn dan jiddikjara li hu ma kienx f'pożizzjoni li jivvjaġġa minħabba lkundizzjoni ta' saħħa tiegħu, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika.", "Sussegwentement spiċċajna pproċedejna kriminalment kontra sSur Silvio Zammit.", "IsSur Dalli, jekk niftakar sew, kien ġie lura lejn Malta flaħħar ta' Marzu, jekk m'iniex sejjer żball, fil-bidu ta' April tal2013.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li jien bħala Kummissarju talPulizija spiċċajt milluffiċċju tiegħi fit12 ta' April 2013, u allura qatt ma kelli dak iċċans li nerġa' nkellem lisSur Dalli, meta ġejt replaced millKummissarju Peter Paul Zammit.", "Hu ovvjament huwa għamel linvestigazzjoni u ddikjarazzjonijiet tiegħu li ħass li kellu jagħmel.", "MR SPEAKER: Għamilt sew, għax rakkont huwa rakkont.", "Hekk għandna rriassunt kollu.", "CHRIS SAID: Sur Rizzo, ħa mmur lura għal meta għedtilna li ġie għandek lAvukat Ġenerali fl20 ta' Ottubru 2012.", "Qabel dik iddata kont dħalt f'dan ilkaż?", "Xi ħadd kien kellmek fuq dan ilkaż?", "ISSUR JOHN RIZZO: Iva, kien kellimni listess Avukat Ġenerali meta kien talabni nġiblu call profiles fuq talba li kien hemm minn OLAF; biex immur għand isservice provider u nġibulu … Proprjament kellmu lissur Michael Cassar.", "Però, isSur Michael Cassar kien qed jinfurmani b'dak kollu li … Jien, wara li kkonsultajt malAvukat Ġenerali u ħadt ilparir tiegħu jekk nagħmlux sew li nġibuhom, ilparir talAvukat Ġenerali kien: iva, ipproċedu.", "Aħna hekk għamilna u tajna rriżultati li tawna sservice providers lillistess Avukat Ġenerali.", "CHRIS SAID: Jiġifieri kont involut f'din listanza (Interruzzjonijiet)", "Tgħidlix x'kienu, ma kinux u għal xiex!", "(Interruzzjonijiet) Le, qatt!", "CHRIS SAID: F'Ottubru ġie lAvukat Ġenerali għandek b'rapport.", "Tak irrapport talOLAF jew irrapport talOLAF u rapport li għamel hu?", "ISSUR JOHN RIZZO: Irrapport talOLAF żgur.", "Jista' jkun li kien hemm xi letter minute minnaħa tiegħu dwar x'ġara u x'ma ġarax.", "Jista' jkun, ma niftakarx 100%.", "Ismagħni, illum ili ma nara lfile talPulizija.", "Kollox qiegħed filfile talPulizija.", "ISSUR JOHN RIZZO: Li qed nipprova ngħid, dan kollox recorded filfile.", "Said irid iżomm f'rasu li llum qed nitkellem millmemorja u ma kellix aċċess għallfile talPulizija.", "MR SPEAKER: Skużani Onor. Said.", "Min kellmek, min ċempillek; kollox recorded qiegħed.", "ISSUR JOHN RIZZO: Dażgur, li kellna meeting malAvukat u meta kien ilmeeting hemm recorded filfile.", "CHRIS SAID: Inti għedt li wara li waqqaft linvestigating team, għamilt meeting fluffiċċju tiegħek, rajt irrapport u rajt iddokumenti li tak lAvukat Ġenerali.", "Wara li kont tlabtu żmien biex tarah, erġajt għamilt meeting malAvukat Ġenerali.", "Meta tgħid meeting malUffiċċju talAvukat Ġenerali, malAvukat Ġenerali nnifsu Dr Peter Grech, jew ma' rappreżentant.", "ISSUR JOHN RIZZO: MalAvukat Ġenerali nnifsu, Dr Peter Grech, u jekk m'iniex sejjer żball ma' Dr Donatella Frendo Dimech.", "Kien sar fluffiċċju tiegħi.", "CHRIS SAID: Fluffiċċju tiegħek.", "F'dak ilmeeting qbiltu li terġgħu tagħmlu ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Jien għedtilhom ilpożizzjoni tiegħi!", "Għedtilhom: jien, qabel ma nipproċedi kontra xi ħadd nixtieq nerġa' nagħmel investigazzjoni afresh; jien irrid inkun konvint minn dak li nkun se nagħmel; at the end of the day jien ħa nipproċedi; u jekk ħa nipproċedi rrid inkun konvint minn dak li ħa nagħmel!", "MR SPEAKER: U hekk għamilt!", "ISSUR JOHN RIZZO: U hekk għamilt!", "Qatt ma kelli oġġezzjoni għal dan!", "Anzi, qablu miegħi!", "CHRIS SAID: Meta tgħid qablu miegħek, qablu miegħek lUffiċċju talAvukat Ġenerali.", "Biex nerġgħu niġu għatteam investigattiv; itteam investigattiv kien immexxi minnek, hux hekk?", "ISSUR JOHN RIZZO: Itteam investigattiv kien immexxi minni, iva.", "CHRIS SAID: U linvestigazzjoni mexxejtha inti personalment.", "ISSUR JOHN RIZZO: Tista' tgħid hekk, iva.", "Ovvjament kienu miegħi lħin kollu.", "CHRIS SAID: Blgħajnuna taloħrajn ukoll.", "CHRIS SAID: Jekk loħrajn kienu jiġbru informazzjoni (Interruzzjonijiet)", "ISSUR JOHN RIZZO: Loperations forsi m'għamilthomx jien fissens li ma mortx għamilt ittfittxijiet jien.", "CHRIS SAID: … kienu jaslu għandek.", "ISSUR JOHN RIZZO: Però, linvestigazzjoni per sè, linterrogazzjoni taxxhieda saret kollha fluffiċċju tiegħi u kollha ġiet irrekordjata.", "ISSUR JOHN RIZZO: Ilkontroll tagħha assolut!", "CHRIS SAID: Tikkonferma li kontu inti, idDeputat Kummissarju Cachia, lAssistent Kummissarju Cassar u lIspettur Anġlu Gafà.", "ISSUR JOHN RIZZO: Preċiż.", "CHRIS SAID: Issa inti għedtilna wkoll li: \"kellimna lpersuni kkonċernati\".", "Semmejtilna tliet persuni li inti għamilt linvestigazzjoni fuqhom u kellimt numru ta' persuni oħra u tajt lista ta' persuni li tkellimt magħhom.", "MalKap talOLAF, isSur Kessler, inti tkellimt?", "CHRIS SAID: Tkellimt biex iġġib iżjed informazzjoni jew biex tara eżatt x'kien ġara u għaliex waslu għal ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Ridt nikkonferma jekk dak kollu li kien hemm firrapport hux kollu minnu, jekk hux eżatt, jekk hemmx x'jemendaw, u jekk hemmx affarijiet oħra li jiena għandi nkun nafhom; mhux lilu biss, talmembri kollha involuti f'dik linvestigazzjoni.", "CHRIS SAID: Itteam tiegħu li kien involut.", "ISSUR JOHN RIZZO: Itteam tiegħu kollu.", "CHRIS SAID: Itteam tiegħu li kien involut, jekk kien hemm ħames persuni involuti flinvestigazzjoni, inti kellimthom kollha.", "ISSUR JOHN RIZZO: Preċiż.", "CHRIS SAID: Jiġifieri in a nutshell intom ma qgħadtux fuq dak li ddeċidiet lOLAF.", "Għedtlek, erġajt għamilt linvestigazzjoni millbidu nett.", "MR SPEAKER: Din diġà qalha, ħalli nimxu, qalha darbtejn.", "Għamilt linvestigazzjoni millbidu nett inkluż masSur Kessler.", "CHRIS SAID: Mhux miegħek ilkwestjoni.", "Għedtilna li ħadtu deċiżjoni li tmexxu, li toħorġu lakkużi kriminali filkonfront ta' Zammit u filkonfront tasSur Dalli.", "Abbażi ta' xiex ħadtuhom dawk iddeċiżjonijiet?", "ISSUR JOHN RIZZO: Wara li tkellimt, ilprovi, levidenza kollha miġbura millinvestigazzjoni tiegħi, taking into consideration linvestigazzjoni li għamlu lOLAF u rriżultati talinvestigazzjonijiet tagħhom; iddiskutejthom fiddettall malmembri taluffiċċju talAvukat Ġenerali u lAvukat Ġenerali nnifsu bħal m'għedtlek, issenior officer tiegħu Dr Donatella Frendo Dimech.", "Wara li ddiskutejna, għal darba darbtejn, għax għandi impressjoni ma kienx meeting wieħed, ġie deċiż li aħna nipproċedu kif semmejt.", "CHRIS SAID: Lakkużi li ħarġu filkonfront ta' Zammit kulħadd jaf x'inhuma għax huma pubbliċi.", "X'akkużi kontu ddeċidejtu li se toħorġu filkonfront tasSur Dalli?", "ISSUR JOHN RIZZO: Again, aħna konna se nagħtuh li hu kien jaf dak kollu li kien għaddej.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Għalliskop ta' din linkjesta, relevanti.", "Inti qiegħed hawn biex ikun hemm iddomanda ċara…", "ISSUR JOHN RIZZO: Imma ma nafx issections talliġi...", "MR SPEAKER: Le, mhux inti, għallMembri.", "Irraġunijiet ta' dan prima facie ksur ta' privileġġ huwa jekk kienx hemm indħil jew le filkonfront tiegħek jew minn xi ħadd, xi ħadd millpolitika, huma min huma.", "ISSUR JOHN RIZZO: Għedtha pubblikament, għedtha filgazzetti u nerġa' nirrepetiha hawnhekk, le, qatt!", "CHRIS SAID: Sur President, issa niġi għaliha.", "Iddeċiżjoni finali li tmexxi fuq dan ilkaż ta' min kienet?", "ISSUR JOHN RIZZO: Jien qed naħseb talinvestigating team imma rrid ngħid ukoll għax kienet se taqbiżli, għandi limpressjoni li f'dawn ilmeetings kelli wieħed millinvestigating team, għandi limpressjoni sSur Michael Cassar, li dakinhar kien imsiefer fuq xogħol f'xi konferenzi.", "Naħseb li kien assenti fiżżewġ meetings għax kien fuq xogħol barra.", "Ilbqija din kienet kollha deċiżjoni talmembri kollha li konna qegħdin nieħdu sehem f'dan ilmeeting.", "Jiġifieri talPulizija u talAvukat Ġenerali.", "CHRIS SAID: Ilparir talAvukat Ġenerali, jew inkella ddeċiżjoni talAvukat Ġenerali, li jaqbel magħkom, kienet bilkelma waqt dawn ilmeetings jew ingħatat bilmiktub?", "ISSUR JOHN RIZZO: Kienet bilkelma waqt dawn ilmeetings u sussegwentement aħna wkoll kellna rrapport tagħna, għamilna rrapport tagħna, għaddejnieh ukoll lillAvukat Ġenerali, għamilnielu lpunti kollha li konna ddiskutejna bħala evidenza li aħna konna ġbarna filkonfront talpersuni kollha kkonċernati, għamilna rrakkomandazzjonijiet tagħna u sussegwentement kien għamilhielna in writing biex nipproċedu kemm filkonfront tasSur Dalli kif ukoll filkonfront tasSur Zammit.", "CHRIS SAID: Mela, lAvukat Ġenerali takom in writing biex tipproċedu kontra dawn iżżewġ persuni.", "ISSUR JOHN RIZZO: Limpressjoni li għandi, iva, kienet in writing filfile uffiċjali talKorp talPulizija.", "CHRIS SAID: Sakemm domt inti Kummissarju għedtilna sa nofs April bejn wieħed u ieħor ...", "MR SPEAKER: Sat12 ta' April qal.", "ISSUR JOHN RIZZO: Mingħalija 12 ta' April, Friday kien.", "CHRIS SAID: Millgazzetti nkunu nafu.", "Sa dik ilġurnata, inti rċevejt xi deċiżjoni kuntrarja mingħand lAvukat Ġenerali?", "ISSUR JOHN RIZZO: Irrid niċċara lpożizzjoni, jekk ma jimpurtax, mhux se neħdilkom ħafna ħin.", "Jien suppost għadni filKorp talPulizija.", "Qiegħed sekondat, trasferit, naqdi ddoveri tiegħi fidDipartiment talProtezzjoni Ċivili.", "CHRIS SAID: Spiċċajt minn Kummissarju.", "ISSUR JOHN RIZZO: Minn Kummissarju, imma għadni membru talKorp u għandi rrank ta' Former Commissioner; biex inkun onest ma' kulħadd.", "CHRIS SAID: Meta spiċċajt millkariga ta' Kummissarju qegħdin nitkellmu, mhux spiċċajtx millKorp jew le.", "ISSUR JOHN RIZZO: Għandi rank ta' Former Commissioner.", "Sa dik iddata, it12 ta' April 2013, din ilpożizzjoni talAvukat Ġenerali li kien tak bilmiktub biex tmexxu kontra dawn iżżewġ persuni, f'xi stadju kienet inbidlet jew ġiet deċiżjoni oħra bilmiktub kontra dak li kien takom qabel?", "ISSUR JOHN RIZZO: LAvukat Ġenerali?", "Ilpożizzjoni kienet li ma stajniex nipproċedu kontra sSur Dalli minħabba li sSur Dalli kien qiegħed imsiefer ġewwa Brussell u ma kienx f'qgħada ta' saħħa li jista' jirritorna lura.", "CHRIS SAID: Proprju għal dak kont ġej, għarraġuni għalfejn kontra sSur Zammit ħarġu lakkużi u bdew ilproċeduri lqorti u kontra sSur Dalli ma nħarġux.", "Inti diġà spjegajt filqosor għalfejn.", "F'dan ilperijodu ma stajtx titlob biex isSur Dalli jiġi lura, jew jinġab lura?", "ISSUR JOHN RIZZO: Kont naf, konna qegħdin nikkomunikaw ilħin kollu.", "CHRIS SAID: Qiegħed biss nistaqsik.", "ISSUR JOHN RIZZO: Niskuża ruħi.", "CHRIS SAID: Mhux qed nikkontesta ddeċiżjoni tiegħek.", "ISSUR JOHN RIZZO: Jekk forsi nstmajt li … ma kienx dak ilħsieb tiegħi.", "Nista' ngħidilkom li aħna konna – iktar minni kien lIspettur, għax bħal m'għedtikom, kont inħalli loperations iktar f'idejn lIspettur Anġlu Gafà – f'kuntatt ilħin kollu ma' Dr Stephen Tonna Lowell.", "Dr Stephen Tonna Lowell kien iżommna informati permezz ta' emails kif ukoll ċertifikati mediċi li kienu qed joħorġu minn tabib ġewwa Brussell.", "Għandi kopja ta' wieħed minnhom għax żammejt kopja ta' wieħed minnhom fejn qed jiċċertifika li mhux f'pożizzjoni ta' saħħa kemm fiżika kif ukoll psikoloġika ...", "CHRIS SAID: Qiegħda għandek din ilkopja?", "ISSUR JOHN RIZZO: Waħda minnhom għandi, iva, żammejtha.", "CHRIS SAID: Tista' tippreżentahielna?", "MR SPEAKER: Jekk hu xhud għandu dritt jippreżenta.", "Fuq din ilmistoqsija li għadu kif għamillek lOnor.", "Chris Said, se tistaqsik isSedja; ilfatt li kien hemm din iddeċiżjoni, ma stajtx tippreżenta lakkużi b'ċitazzjoni, pereżempju?", "ISSUR JOHN RIZZO: Tista', ġieli għamilniehom, imma f'każ bħal dan, u lejliet elezzjoni, ma naħsibx li hija ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Jien qed ngħidlek għalxiex żgur … First and foremost ma ħassejtx li kien ilkaż għax kont naf li sSur Dalli xi darba jew oħra jrid jiġi.", "Aħna qatt ma ġejna informati li dan kien maħrub minn Malta.", "Aħna konna informati li dan ma jistax jivvjaġġa minħabba kwestjoni ta' saħħa, jiġifieri ma kenitx kwestjoni li dan maħrub.", "Aħna nużaw dik issistema, Mr Speaker, bħalma taf inti meta bniedem ikun maħrub iktar minn kollox.", "Dan ma kienx ilkaż.", "Secondly, dan xi darba jew oħra kien ġej.", "Ma naħsibx ukoll li kienet tkun etika minnaħa tiegħi, każ li kien sa ċertu punt qiegħed fillimelight, li nipproċedi biċċitazzjoni lejliet elezzjoni.", "Keep in mind li qed nitkellem fittliet xhur talaħħar meta hawnhekk, dak iżżmien, ilPrim Ministru kien ħabbar ukoll iddata …", "MR SPEAKER: Dik irrisposta tiegħek.", "ISSUR JOHN RIZZO: Ma naħsibx li kienet, flopinjoni tiegħi, etika li nipproċedi; hekk ħassejt.", "Issa tajjeb jew ħażin nerfa' rresponsabbiltà.", "CHRIS SAID: Marbut magħha, inti ħadtha din iddeċiżjoni, ma kien hemm ħadd ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Jiena waħdi ħadtha din iddeċiżjoni.", "CHRIS SAID: Kien hemm xi politiku li qallek ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Le, għax ma ħassejtx li dan huwa każ li nippreżentawh biċċitazzjoni.", "Nippreżentaw biċċitazzjoni xi każ żgħir, mhux bribery ta' Kummissarju talUnjoni Ewropea f'ġieħ ilmiżerikordja, qas qatt m'għamilnieha filKorp talPulizija!", "CHRIS SAID: Ilmistoqsija hija din: f'dan ilperijodu – għedtilna diġà u kkonfermajt li kont inti u terfa' rresponsabbiltà ta' dik iddeċiżjoni u tajt irraġunijiet għalfejn ma ħriġtx biċċitazzjoni kif staqsiek Mr Speaker u għalfejn ma tlabtx li dan jinġab minn barra għax, skont inti u hekk hu, inti kont taf li dan mhux maħrub imma kien qiegħed biċċertifikati f'pajjiż ieħor u kontu tafu fejn qiegħed u kontu f'kuntatt malavukat tiegħu – kien hemm xi ħadd millawtoritajiet talamministrazzjoni Nazzjonalista li stiednek jew instigak biex lil Dalli ġġibu minn barra?", "CHRIS SAID: Kien hemm xi ħadd millamministrazzjoni Nazzjonalista ta' dak iżżmien, għax kien għadu Gvern Nazzjonalista, li instigak biex ma tipproċedix kontrih waqt ilkampanja elettorali?", "Din kienet xi ħaġa tagħna lPulizija.", "MR SPEAKER: Diġà qal li taċċitazzjoni refagħha hu.", "ISSUR JOHN RIZZO: Min jaf ilproċeduri ta' kif nimxu filKorp, meta nippreżentaw xi ħaġa biċċitazzjoni, lewwel nett tkun xi ħaġa żgħira u, ittieni, iktar u iktar flassenza ta' xi ħadd meta jkun maħrub, li dan ma kienx ilkaż li maħrub.", "Dan it's a question ta' xahar, xahrejn sakemm ikun jista' jkun f'pożizzjoni li jista' jivvjaġġa.", "Jien, personali, qatt ma rajt dik ilħtieġa li nippreżenta ċitazzjoni imma ppreferejt li nistenna.", "Għedt ukoll filbidu, u importanti li wieħed iżommha f'rasu din, li xtaqt nikkjarafika wkoll punt ieħor qabel ma nipproċedi lqorti.", "ISSUR JOHN RIZZO: Biex inkun iktar ċar għal xiex ma ppreżentajtx iċċitazzjoni.", "MR SPEAKER: Xtaqt terġa' tkellmu.", "ISSUR JOHN RIZZO: Kif dejjem għamilna.", "Aħna qabel ma mmorru bi bniedem ilqorti, dejjem nippreferu nerġgħu nkellmuh.", "CHRIS SAID: Ħa nagħmel laħħar mistoqsija fuq din ilparti ta' qabel lelezzjoni ġenerali, imbagħad niġi għal wara.", "Laħħar mistoqsija hija din, inti kategorikament għedt le għal żewġ mistoqsijiet li ma kellek lil ħadd li qallek, li stiednek, biex lisSur Dalli tipprova ġġibu Malta, jew li ma tiħux passi kontrih minħabba lelezzjoni.", "Kien hemm xi ħadd millamministrazzjoni Nazzjonalista li kien qed jinstigak biex tressqu qabel lelezzjoni?", "Aħna konna numru bħala ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Jien li kont ilkap; qatt – u xbajt ngħidha – u ħadd ma kellimni b'xi mod jew biex jgħidli x'għandi nagħmel f'din linvestigazzjoni.", "CHRIS SAID: Xi ħadd millinvestigation team, minn dawn ittliet persuni loħra li semmejna, xi darba rrappurtalek li xi ħadd kellmu?", "CHRIS SAID: Ħa mmorru għal...", "MR SPEAKER: Xi ħadd millpolitiċi.", "CHRIS SAID: Dejjem qed nirreferi għal xi ħadd millamministrazzjoni talGvern Nazzjonalista jew minn madwar ilgvern, biex ma noqgħodx nidħol f'iżjed dettalji jew nies la rrisposta hija kategorikament le.", "CHRIS SAID: Ħa mmorru għal wara lelezzjoni.", "Saret lelezzjoni, inbidel ilgvern, għadda ftit żmien u sSur Dalli ġie lura Malta.", "Inti, kif ġejt informat li sSur Dalli ġie lura Malta?", "CHRIS SAID: Inti għedtilna li dan ġie lura Malta flaħħar ta' Marzu, ilbidu ta' April, jekk niftakar sew filbidu taxxhieda tiegħek, u inti kien fadallek biss ftit żmien biex tispiċċa millkariga ta' Kummissarju u ma lħaqtx għamilt ilproċeduri li kellek tagħmel hux hekk?", "ISSUR JOHN RIZZO: Preċiż.", "CHRIS SAID: Meta sirt taf li sSur Dalli qiegħed Malta?", "ISSUR JOHN RIZZO: Filverità sirt naf li kellu jiġi Malta, mhux li kien Malta.", "CHRIS SAID: Li kellu jiġi Malta, jiġifieri inti qatt ma ġejt infurmat millavukat tiegħu li dan wasal.", "CHRIS SAID: Filwaqt li lavukat tiegħu qabel kien qed jinfurmak regolarment biċċertifikati eċċ. ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Jekk jogħġbok, ħa nkun iktar kien qed jinforma lillIspettur Gafà u lIspettur Gafà … anke kif tindika dik lemail.", "MR SPEAKER: Intom m'għandkomx xi proċedura, dan li qed jistaqsi lOnor.", "Said, ta' report arrivals jew xi ħaġa?", "Dik ma spiċċatx maxSchengen?", "MR SPEAKER: Mod mhux uffiċjali ma kellekx?", "ISSUR JOHN RIZZO: Illum m'hemmx kontroll fuq persuni deħlin Malta.", "Qed nistaqsi għax snin ilu konna naħdmu hekk.", "ISSUR JOHN RIZZO: Kont naf li kellu jidħol imma ma kontx naf li daħal eżatt, dik ma kontx naf.", "CHRIS SAID: Laħħar mistoqsija fuq dan ilpunt.", "Fixxhieda tiegħek filqorti quddiem ilMaġistrat Anthony Vella fis26 ta' Settembru 2013 filkaż Pulizija kontra Silvio Zammit li aħna ngħatajna kopja tagħha, f'punt minnhom inti tgħid li kellek pressjoni, f'iżjed minn istanza waħda, imma meta tiġborhom ifissru li kellek pressjoni u tuża lkliem millmedia u millParlament.", "Millmedia nifhmuha għax lartikli, x'kienet qed tgħid ilmedia fuq ilkaż eċċ. Imma meta qed tgħid kellek pressjoni millParlament, x'ridt tfisser biha?", "ISSUR JOHN RIZZO: Fixxhieda tiegħi, waqt li kont qed nitkellem, kont qed nitkellem fuq din ittip ta' pressure li jkollu investigatur biex jgħaġġel linvestigazzjoni ta' din listatura.", "Iva, ilmedia, kif intom żgur tiftakru, tista' tgħid ta' kuljum kienet tibbumbardja; anke filParlament, fisseduti parlamentari u qiegħed intella' wħud minnhom għallinformazzjoni tagħkom.", "MR SPEAKER: Agħmel referenza għalihom millewwel.", "ISSUR JOHN RIZZO: Iva, nista' nagħmel referenza għalihom, stqarrija millOnor.", "Lawrence Gonzi, stqarrija minn Dr Joseph Muscat, Kap talOppożizzjoni, erġajna stqarrija minn Dr Lawrence Gonzi, stqarrija minn Dr Franco Debono, Dr Franco Debono, erġajna Dr Franco Debono, dawn dejjem jistaqsu x'sar minnha din linvestigazzjoni.", "X'inhi lpożizzjoni tasSur John Dalli?", "Irridu nkunu nafu fiex waslu linvestigazzjonijiet.", "Għaliex dan tkeċċa?", "Din hi ttip ta' pressure li jiena kont għaddej biha f'din linvestigazzjoni.", "CHRIS SAID: Jiġifieri meta tgħid...", "ISSUR JOHN RIZZO: Ħu paċenzja, ħalli nkompli ngħidlek ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Erġajna Dr Franco Debono.", "CHRIS SAID: Jiġifieri meta tgħid...", "ISSUR JOHN RIZZO: Ħu paċenzja, ħalli nkompli ngħidlek kemmil darba ssemmiet linvestigazzjoni filParlament.", "CHRIS SAID: Skużani, kompli.", "MR SPEAKER: Agħmel referenza għaddata jekk jogħġbok.", "ISSUR JOHN RIZZO: Erġajna Dr Franco Debono, ovvjament kull darba jidħol liSpeaker ukoll, erġajna Dr Franco Debono, Dr Franco Debono, Dr Lawrence Gonzi, Dr Franco Debono, Dr Alfred Sant, ilPrim Ministru, liSpeaker, Dr George Vella; nista' nesibihom.", "MR SPEAKER: Kollox sew, għandek kopja ħalli nagħtu kopja lil kulħadd?", "CHRIS SAID: Meta kont qed tgħid pressjoni millParlament, kont qed tifhem mistoqsijiet jew dibattitu li kien hemm filParlament fuq ilkaż.", "ISSUR JOHN RIZZO: … b'mod ġenerali u filmedia.", "Jiena b'mod ġenerali kont qed nitkellem.", "CHRIS SAID: Ilmedia kulħadd jaf x'kienet qed tagħmel.", "ISSUR JOHN RIZZO: Ridt nuri wkoll li ma kenitx biss ilmedia li kellha linteress taloutcome talinvestigazzjonijiet li konna qed nagħmlu.", "Kien hemm dak ittip ta' mhux pressure, imma qisha daqsxejn għaġla għallinvestigazzjoni biex naraw eżatt x'inhu leżitu.", "CHRIS SAID: Minħabba lkaż x'kien u anke minħabba żżmien ta' meta ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Minħabba nnatura talkaż x'kien, minħabba li dan spiċċa kellu jirriżenja, laħaq Kummissarju ieħor, kien hemm dawn liżviluppi kollha u l Membri, forsi biddritt kollu, birraġun kollu, bdew jistaqsu x'sar minnha linvestigazzjoni, x'inhu jsir eċċ. Ovvjament, jiena li kont on the other side, li kont għaddej full speed ahead, lanqas kont immur iddar … mingħajr ma trid tħossha fuq spallejk.", "CHRIS SAID: Imma mhux pressjoni li xi ħadd ġie jkellmek jew ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Jien qatt m'għedt hekk!", "Jien kont ċar filqorti, imma ovvjament kulħadd jieħu biċċa minn hawn biċċa minn hemm, jipprovaw … Jien dejjem kont ċar, b'mod ġenerali, għedt li lParlament, lanqas semmejt lil ħadd.", "Illum, skużani li semmejt lismijiet, qatt ma kienet lintenzjoni tiegħi li nsemmi lismijiet imma ridt nipprova li jiena …", "MR SPEAKER: Sur Rizzo m'għandekx għalfejn tiskuża ruħek.", "CHRIS SAID: Ħadtha li qed tixhed fuq ilfatti.", "Laħħar sett ta' mistoqsijiet.", "Inti ġejt imneħħi minn Kummissarju fit12 ta' April.", "Sur Rizzo, irriżenjat jew talbuk tirriżenja?", "MR SPEAKER: Din, again, b'kull rispett … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Żgur li għandha x'taqsam, ħafna għandha x'taqsam!", "DAVID AGIUS: Inħossu li għandha x'taqsam.", "Agħmilha ddomanda.", "Ara inti, irrispondi kif tħossok komdu, jekk tħossok komdu li tirrispondiha.", "DAVID AGIUS: M'għandix dubju li jħossu komdu!", "ISSUR JOHN RIZZO: Tiddereġini sSedja.", "Jien qiegħed hawn biex ngħin u nikkopera.", "Chris Said għamel domanda, inti trid tkun komdu tirrispondiha.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, mhux kwestjoni ta' kumdità.", "Hawnhekk xhud jista' ma ...", "ISSUR JOHN RIZZO: Filbidu għedt li filpożizzjoni tiegħi għadni ...", "MR SPEAKER: Sat12 ta' April kien Kummissarju.", "ISSUR JOHN RIZZO: … anke llum, għadni bħala membru talKorp, għandi rrank ta' Former Commission, imma ġejt mitlub biex inservi fidDipartiment talProtezzjoni Ċivili, u ma nibqax inservi bħala Kummissarju filKorp.", "Mhux mitlub, ġejt ordnat!", "CHRIS SAID: Ġejt ordnat biex isservi fidDipartiment talProtezzjoni Ċivili.", "ISSUR JOHN RIZZO: Inħarġet ukoll ordni bilmiktub mingħand ilPrim Ministru.", "CHRIS SAID: Filfatt kont se nsaqsik min kellmek u ta' min kienet iddeċiżjoni.", "Weġibtni inti, kienet talPrim Ministru.", "CHRIS SAID: Irċevejtha bilmiktub mingħand ilPrim Ministru?", "ISSUR JOHN RIZZO: Lewwel kelli diskussjonijiet verbali.", "CHRIS SAID: Ma' min kienu ddiskussjonijiet verbali?", "CHRIS SAID: Luffiċjali loħra li kienu fitteam investigattiv miegħek, semmejthom ittlieta b'isimhom, x'sar minnhom?", "Inti spiċċajt minn Kummissarju u mort fidDipartiment talProtezzjoni Ċivili, ġejt ordnat biex tmur fidDipartiment talProtezzjoni Ċivili.", "ISSIR JOHN RIZZO: IdDeputat Kummissarju llum, sa fejn naf jien, qiegħed inkarigat bħala Kap talAkkademja talPulizija, għandi limpressjoni li Michael Cassar illum huwa ċchief tasSecurity Service u lIspettur Gafà jservi wkoll fidDipartiment tasServizzi Sigrieti.", "CHRIS SAID: Jiġifieri sussegwentement tliet membri li kienu flinvestigation team spiċċaw minn posthom u llum kollha qegħdin f'postijiet oħra bħalma qiegħed inti.", "ISSUR JOHN RIZZO: Preċiżament.", "CHRIS SAID: Inti spiċċajt fit12 ta' April.", "Mit12 ta' April sa meta spiċċa millkariga ta' Kummissarju sSur Peter Paul Zammit, xi darba bagħat għalik jew iltqajtu xi mkien u kellmek fuq dan ilkaż biex jara inti fejn kont wasalt, tagħtih hand over, tgħidlu x'kienu lkonklużjonijiet tiegħek, eċċ.?", "CHRIS SAID: Jiġifieri sSur Peter Paul Zammit qatt ma kellmek fuq dan ilkaż.", "CHRIS SAID: Taf x'kienet irraġuni tattneħħija tiegħek minn Kummissarju?", "Ingħatajt raġuni?", "MR SPEAKER: Mhux diġà qalha din?", "Qal li ġie ordnat.", "Imbagħad iddefendih, imma ħallih jirrispondi!", "MR SPEAKER: Jien qed nara rrelevanza.", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Mhux kwestjoni ta' kumdità, kwestjoni ta' relevanza jew le.", "DAVID AGIUS: Relevanza għax fiddiskussjonijiet tqajmu rraġunijiet għaliex tneħħa.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Ara kemm hija relevanti, kollox idur fuq dan ilpunt.", "Fuq dan ilpunt idur kollox!", "MR SPEAKER: Ħa nagħmel domanda jiena.", "DAVID AGIUS: Jimporta nħalluh iwieġeb?", "CHRIS SAID: Jekk isSedja ma tridx tħallina nagħmlu lmistoqsijiet tagħna … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Mela ħallih iwieġeb Mr Speaker!", "CHRIS SAID: Għalfejn mistoqsija bħal din tidħlu finnofs u ma tħalluhx iwieġeb?", "MR SPEAKER: Ma nidħol xejn finnofs.", "CHRIS SAID: Kulħadd qabeż finnofs biex ma jweġibx; waħda milliktar mistoqsijiet relevanti!", "Liktar mistoqsija relevanti li mxejna lejha u kif ġejna għaliha kulħadd ried jaqbeż finnofs, inkluż isSedja, u jgħid li irrelevanti.", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja!", "Le, mhux ilkaż.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ejja nħalluh iwieġeb, għandna fiduċja fixxhud.", "MR SPEAKER: Ixxhud miexi korrettement.", "CARMELO ABELA: Naħseb li, anke skont illinji gwida u kif għedt inti filbidu, Mr Speaker, kull Membru talKumitat jista' jqajjem oġġezzjoni dwar irrelevanza jew le talmistoqsija.", "Aħna qed nitolbu għarrelevanza u qed nitolbu wkoll jekk hemmx allegazzjoni minnaħa talmistoqsija li qed issir millOnor.", "MR SPEAKER: Onor. Said, kemm tgħid irrelevanza taddomanda li għamilt, u nimxu.", "CHRIS SAID Mr Speaker, hija ovvja għalfejn għamilt iddomanda.", "Hawnhekk s'issa ħarġu lfatti kollha kif ġie investigat dan ilkaż li xehed bilġurament isSur Rizzo; fatt ieħor ġdid li ħareġ issa hu li f'iktar minn sena filkariga ta' Kummissarju talPulizija sSur Peter Paul Zammit qatt ma kellmu fuq dan ilkaż li kien qed jinvestiga.", "MR SPEAKER: Dik irrispondiha.", "Irriżulta li dan ġie ordnat jispiċċa minn Kummissarju u ġie ordnat imur post ieħor.", "Ħarġet mixxhieda.", "Issa qed nistaqsi ngħatax raġuni minn min ordnalu biex jibdel ilpost tiegħu.", "Iwieġeb din iddomanda.", "IsSedja qed tiddeċiedi fuqha!", "Ara Sur Rizzo, inti, fiddiskussjoni li kellek malPrim Ministru – għax inti tkellimt malPrim Ministru fuq irrole lġdid li kellek – ġiet diskussa raġuni għalfejn qed jitterminak, għalfejn ħa din iddeċiżjoni.", "Issemma lkaż ta' John Dalli?", "Tista' tgħidilna?", "ISSUR JOHN RIZZO: Le, jien lillOnor.", "Prim Ministru tlabtu rraġuni għalfejn kienet qed tittieħed din iddeċiżjoni filkonfront tiegħi.", "Irraġuni li tani – anzi bagħat jgħidli li taħti lKorp mexa 'l quddiem, dak kollu li jien fhimt millPrim Ministru – kienet li kien qed ineħħini minn hemm peress li kont ili tnaxil sena, u tnaxil sena it's a long time!", "Filfatt anke esprimiha fiddikjarazzjoni filpress release meta spiċċajt jien.", "Jien dak ilħin għalija, biex inkun onest, forsi ma rajthiex spjegazzjoni raġunata, imma dan ma niddeċidihx jien, din hija xi ħaġa talPrim Ministru.", "IlPrim Ministru ħass li għandu bżonn isservizzi tiegħi fidDipartiment talProtezzjoni Ċivili, u jien ovvjament bħala public officer dejjem obdejt.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti, inqas minn xahar wara lelezzjoni bagħat għalik ilPrim Ministru u qallek: inti kont tajjeb, mexxejt ilKorp 'il quddiem, għamilt tnaxil sena, tnaxil sena huma ħafna, se mmexxuk post ieħor.", "ISSUR JOHN RIZZO: Ara, biex inkun iktar preċiż dwar iddata, jien ġejt infurmat itTnejn ta' wara lGħid.", "Fit12 għedna li spiċċajna, kien ilĠimgħa.", "Ġejt infurmat Monday 8th sabiex nidher għand ilPrim Ministru tTlieta fis7.00 p.m. ItTlieta, wara li jien u lPrim Ministru kellna meeting twil, mort lura ddar b'dak li qalli lPrim Ministru, bi ftehim bejnietna li nerġgħu niltaqgħu filviċin ħalli nagħtih risposta fuq dak li kien offrieli.", "Erġajt irċevejt telefonata, din iddarba mingħand isSur Keith Schembri, għandi limpressjoni li kien ilĦamis filgħaxija, qalli: niltaqgħu għada lOPM filgħodu f'xi ttmienja.", "Mort hemmhekk, u sSur Schembri infurmani b'dak kollu li infurmani u mhux ilPrim Ministru.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti fit8 ta' April kont diġà ġejt infurmat millPrim Ministru li se tispiċċa minn Kummissarju talPulizija?", "ISSUR JOHN RIZZO: Fit8 ta' April?", "CHRIS SAID: Imbagħad ħarġet filpubbliku lĠimgħa, 12 (Interruzzjonijiet)", "ISSUR JOHN RIZZO: Ħu paċenzja, għax ma niftakarx iddati blamment, itTlieta.", "CHRIS SAID: Imbagħad ilĠimgħa ta' wara, 12 ta' April, ħarġet filmedia.", "ISSUR JOHN RIZZO: Iva, fis7.00 p.m. Kelli laqgħa twila malPrim Ministru, li damet iżjed minn siegħa.", "CHRIS SAID: Laħħar mistoqsija: xi tħoss li kienet irraġuni prinċipali tattneħħija tiegħek?", "ISSUR JOHN RIZZO: Għax kont ili tnaxil sena!", "Iktar minn tnaxil sena!", "Għallinqas din hija lispjegazzjoni uffiċjali.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem sew li inti mxejt sew filKorp?", "IlPrim Ministru qallek li mxejt sew filKorp u xorta qallek li għandek tiċċaqlaq.", "ISSUR JOHN RIZZO: Mhux jien għedtha!", "Jien dejjem nemmen li ppruvajt naqdi ddoveri tiegħi blaktar mod integru, onest u serju.", "Dan naħseb jixhduh ilmembri kollha talKorp.", "Dejjem tajt eżempji tajba filKorp talPulizija.", "Nista' ngħid li dejjem ħadt promozzjonijiet taħt diversi amministrazzjonijiet.", "Qatt ma kelli din ittip ta' esperjenza, kienet lewwel darba.", "Ħassejtha ftit, għax kienet lewwel darba.", "Imma lunika raġuni kienet li kont ili tnaxil sena u bħal speċi lPrim Ministru forsi xtaq demm ġdid.", "Qatt ma ngħatajt raġuni għax jien għamilt hekk, jew għax jien nqast hawn u għax jien hekk!", "Ma nistax ngħid affarijiet oħra.", "Dik hija rrisposta li għandi, u rrid noqgħod magħha!", "DAVID AGIUS: Imma kellek laqgħa twila malPrim Ministru.", "ISSUR JOHN RIZZO: Iva, kelli laqgħa twila.", "DAVID AGIUS: Meta ngħidu twila, x'tifhem?", "DAVID AGIUS: 'Il fuq minn siegħa!", "Ma tkellimtux fuq każi partikolari f'dik issiegħa?", "ISSUR JOHN RIZZO: Fuq każi partikolari le.", "Lesta lOppożizzjoni?", "Għalissa daqshekk.", "MR SPEAKER: Nistgħu nimxu.", "Grazzi Sur Rizzo.", "Hawn iktar rimarki millmembri talKumitat?", "M'hawnx iktar domandi.", "Sur Rizzo, nirringrazzjak.", "ISSUR JOHN RIZZO: Nirringrazzja lilkom.", "Jiddispjaċini jekk forsi ma kontx ċar f'xi ħaġa.", "CHRIS SAID: Kont ċarissimu!", "Ma stajtx kontx ċar iżjed minn hekk!", "ISSUR JOHN RIZZO: Nirringrazzjakom.", "MR SPEAKER: Ilġurnata ttajba!", "Nimxu biċċa oħra.", "Għandna żżewġ ittri tasSur Kessler fejn għandna ddati.", "Hemm xi ċans li nagħmlu data?", "Huwa qed jagħti ddisponibilità tiegħu.", "It2 u t3 ta' Ottubru, li huma out of the question, għax jien mhux se nkun hawnhekk, ħa nkun qiegħed fuq xogħol talCommonwealth u se jkolli miegħi kemm lillOnor.", "David Agius; żgur li le.", "(Interruzzjonijiet) Mhux kontroll tiegħi Onor. Chris Said.", "Għandna l15, 16 u 17 ta' Ottubru.", "Nistgħu naraw il15, 16 u 17?", "CHRIS SAID: Naħseb li biex inġibuh minn barra lisSur Kessler bilfors irridu nagħtuh preavviż.", "Naħseb li tajjeb li din ilġimgħa niddeċiedu dwar iddata.", "Jien m'għandix problemi f'dawk iddati.", "MR SPEAKER: Ħa nissuġġerixxi li tkun il15.", "Tkun ġurnata parlamentari, tkun lErbgħa.", "Inkunu ftaħna lParlament jekk Alla jrid.", "Dalgħodu kont hemmhekk, mort nara xxogħlijiet.", "Imma ejja ngħidu li kollox ħa jimxi … Again, fingers crossed!", "(Interruzzjonijiet) Dejjem nistgħu niltaqgħu hawn jekk jinqala' xi ħaġa għax ħa jibqa' xorta.", "LErbgħa 15 ta' Ottubru.", "Tajjeb?", "Filgħodu, jew forsi wara nofsinhar kmieni.", "Filgħodu laħjar.", "Għidli?", "LOUIS GRECH: Għal nofsinhar?", "MR SPEAKER: Għal nofsinhar.", "Tajjeb?", "(Off mic) Ħu paċenzja, ibqa' ċert li mhux se jkollok problema kif ħa jinżel isSur Kessler.", "(Off mic) Ma talabni xejn.", "Ħudu ħsieb daqsxejn.", "Nirringrazzjakom.", "Jekk inhuwa possibbli, iżżewġ Whips ma jaħarbux.", "CHRIS SAID: Nagħmel avviż li maxxhieda se nkun qiegħed inżid żewġ xhieda oħra.", "Ħa nibgħat ittra.", "MR SPEAKER: Li ssemma' llum.", "LAssistent Kummissarju.", "CHRIS SAID: Li kien Deputat Kummissarju, u lAġent Kummissarju tallum.", "Ovvjament isSur Cachia għaliex illum lewwel darba li ssemma' li kien flinvestigating team.", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, qabel ma titilqu, ejja ngħidu li lisSur Kessler ngħajtulu għall15 ta' Ottubru u jinqala' xi ħaġa li jerġa' ma jiġiniex hawnhekk ...", "CHRIS SAID: Jekk jiġri hekk ngħaddu għal xhud ieħor.", "F'dak il-każ nista' niddikjara minn issa li jkun isSur Michael Cassar.", "MR SPEAKER: Tajjeb hekk.", "Grazzi ħafna.", "F'12.37 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar lErbgħa, 15 ta' Ottubru 2014, f'12.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees priv", "source": "Extracted from 20140731_005d_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 5", "Il-Ħamis, 31 ta' Lulju, 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fil11.36 a.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, lOnor.", "Louis Grech, il-Ministru għat-Turiżmu, lOnor.", "Għallaqgħa kienu preżenti wkoll idDeputat Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech u lkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 4 li saret fis6 ta' Ġunju 2014 kienu kkonfermati.", "LIspeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva talba mingħand il-mezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għall-ewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex jisma' x-xhieda tat-tieni xhud fil-lista ppreżentata mill-Oppożizzjoni, l-ex Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur John Rizzo.", "L-Ispeaker għamel referenza għat-talba li għamel l-Onor.", "Louis Grech fil-laqgħa preċedenti sabiex jivverifika jekk fil-laqgħat li għaddew kienx hemm deċiżjoni li l-Prim Ministru ma jkunx jista' jsejjaħ xhieda fi stadji oħrajn.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li f'laqgħa 3 ġie vverbalizzat li \"ilPrim Ministru ma kellux aktar xhieda xi jtella' salv jekk ilKumitat jiddeċiedi xort'oħra, kemm dwar xhieda mitluba minnaħa talGvern kif ukoll minnaħa talOppożizzjoni\" u għadda kopja tal-Minuti kif ukoll tat-traskrizzjoni fejn ġie vverbalizzat dan il-ftehim lill-Onor.", "L-iSpeaker għadda lill-Membri wkoll kopja ta':", "korrispondenza mibgħuta mis-Sur Giovanni Kessler datata, 2 ta' Lulju 2014, 24 ta' Lulju 2014 u 29 ta' Lulju 2014;", "il-linji gwida għax-xhieda li ġew approvati mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra fir-rigward tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi;", "il-linji gwida dwar video streaming tal-laqgħat tal-Kumitati tal-Kamra; u", "ix-xhieda mogħtija fil-Qorti mis-Sur John Rizzo quddiem il-Maġistrat Dr Anthony J. Vella fil-kawża \"Spettur Ferris vs Silvio Zammit\".", "Fuq proposta tad-Deputat Prim Ministru l-Kumitat qabel illi x-xhieda mogħtija fil-Qorti mis-Sur John Rizzo quddiem il-Maġistrat Dr Anthony J. Vella tkun tifforma parti mill-Minuti ta' dan il-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel illi l-linji gwida għax-xhieda fir-rigward tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi għandhom japplikaw għall-proċedura ta' smigħ tax-xhieda fil-Kumitat dwar il-Privileġġi.", "Is-Sur John Rizzo ġie msejjaħ fil-Kamra sabiex jagħti x-xhieda tiegħu u ngħata l-ġurament.", "L-Ispeaker informa lis-Sur Rizzo dwar id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-linji gwida dwar xhieda li ġew adottati mill-Kumitat, inkluż id-dritt għall-assistenza legali u li ma jweġibx mistoqsijiet li bihom jista' jinkrimina ruħu, u infurmah ukoll illi kellu d-dritt jagħżel illi x-xhieda tiegħu ma tkunx video-streamed.", "Is-Sur Rizzo ma kellux oġġezzjoni li x-xhieda tiegħu tkun video-streamed.", "Matul ix-xhieda tiegħu, is-Sur Rizzo ppreżenta:", "kopja ta' ċertifikat mediku tas-Sur John Dalli mibgħut mill-Avukat tiegħu Dr Stephen Tonna Lowell lill-Ispettur Angelo Gafà fit-18 ta' Jannar 2013; u", "estratti minn numru ta' seduti parlamentari fejn fihom saret referenza għall-każ tas-Sur John Dalli.", "Wara li l-Ispeaker ivverifika li ma kienx aktar domandi, is-Sur Rizzo intalab jirtira mill-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel li għandu jiltaqa' nhar il-15 ta' Ottubru 2014 sabiex jisma' x-xhieda tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, is-Sur Giovanni Kessler u li fl-assenza tas-Sur Kessler, għandu jidher is-Sur Michael Cassar, Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta.", "L-Onor.", "Chris Said avża illi mal-lista tax-xhieda li huwa kien ippreżenta kien qiegħed iżid lill-Aġent Kummissarju, is-Sur Ray Zammit u lill-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, is-Sur Joseph Cachia.", "F'12.37 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 15 ta' Ottubru 2014 f'nofsinhar.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140731_005m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 21", "L-Erbgħa, 1 ta' Ottubru 2014 fis-6.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 1 ta' Ottubru 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "30 ta' Settembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141001_021a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 1 ta' Ottubru 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 21", "L-Erbgħa, 1 ta' Ottubru 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.51 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa numru 20, li saret fis27 ta' Ġunju 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba minn diversi membri tal-media biex jidħlu.", "Jistgħu?", "(Onor. Membri: Iva) Il-membri tal-media jistgħu jidħlu.", "Ilpermess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Nistieden lin-naħa tal-Gvern biex, jekk jogħġobha, tagħmel ir-rimarki tagħha fuq ix-xogħol tagħha.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Nirringrazzjak, Sur President.", "Aħna qed nipproponu li l-liġijiet li jingħataw prijorità fix-xahar ta' Ottubru jkunu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Abbozz nru 65, il-kontinwazzjoni tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti – Abbozz nru 59, Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income – Abbozz numru 64, Abbozz ta' Liġi biex Korpi Dixxiplinati jissieħbu f'Union – Abbozz numru 55, Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien tat-Tfal – Abbozz numru 45, Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Counselling – Abbozz numru 48, u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Refuġjati – Abbozz numru 56.", "Għax-xahar ta' Novembru, nipproponu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Istil ta' Ħajja Sana – Abbozz numru 62.", "Qed nipproponu li dan jiġi diskuss il-Ħamis, 6 ta' Novembru.", "Fil-bidu ta' Diċembru, huwa maħsub ukoll li ngħaddu l-mozzjoni tal-Onor.", "Claudio Grech dwar il-Pazjenti u s-Saħħa.", "Nistgħu nimxu fuq ix-xogħol propost tal-Gvern?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Kemm nifhem sew: aħna s'issa ddiskutejna numru ta' abbozzi ta' liġijiet li se jiġu diskussi f'Ottubru.", "L-Abbozz ta' Liġi nru 62 qed jiġi propost għal Novembru.", "Ladarba d-Deputat Prim Ministru qed jgħid li l-Mozzjoni dwar is-Saħħa se tkun għal Diċembru, il-kumplament tax-xahar ta' Novembru qed jiġi allokat għall-Baġit?", "LOUIS GRECH: S'issa għadna ma ddeċidejniex preċiż.", "Ġeneralment, f'Novembru jkun hemm il-Baġit; imma, wieħed irid jara l-andament kif ikun sejjer dak iż-żmien, u mbagħad inkunu nistgħu nagħtu programm iktar preċiż.", "MARIO DE MARCO: Però, dak li ddiskutejna aħna suppost se jsir fl-ewwel ħames ġimgħat wara li jerġa' jiftaħ il-Parlament wara r-recess tas-sajf?", "LOUIS GRECH: Hekk huwa.", "Hekk huwa ppjanat.", "Jekk ikun hemm xi tibdil, imbagħad nerġgħu niġu hawn.", "DAVID AGIUS: Rigward l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, m'għandniex data?", "Għas-sena d-dieħla din?", "LOUIS GRECH: Huwa ppjanat li nagħmluha din is-sena, però għadna ma nafux id-data preċiż.", "Jista' jkun li tkun f'Diċembru.", "DAVID AGIUS: Nafu li Diċembru l-ewwel ġimagħtejn biss ikollna.", "Kważi kważi lanqas nagħmluhom, għax wara l-festa tar-Repubblika ftit ġranet ikun hemm.", "LOUIS GRECH: Ippjanat li sa Diċembru ikun beda żgur.", "MARIO DE MARCO: Mingħajr ma nuri diżrispett lejn il-mozzjonijiet l-oħra, però naħseb li, jekk kellna nagħmlu ordni ta' prijoritajiet, se mai l-ewwel mozzjoni li għandha tiġi diskussa hija preċiżament dik.", "Irridu nagħtu messaġġ bħala deputati u bħala Kamra dwar l-imġiba xierqa.", "Fil-fehma tiegħi, din għandha tiġi diskussa qabel il-mozzjonijiet l-oħra.", "Mhux qed ngħid li l-mozzjonijiet l-oħra ma jiġux dibattuti; però, l-ewwel mozzjoni li għandha tiġi dibattuta għandha preċiżament tkun dik dwar l-imġiba xierqa.", "LOUIS GRECH: Fil-fatt, it-tnejn qed naqblu li hija prijorità; sempliċement aħna qed ngħidu li xorta konna se niddiskutuha.", "Se niddiskutuha bejn Novembru u Diċembru flok f'Ottubru.", "MARIO DE MARCO: Nista' nissuġġerixxi li, flok ma ngħidu li fis-6 ta' Novembru jiġi dibattut l-Abbozz numru 62, se mai, dakinhar tiġi diskussa l-mozzjoni dwar l-Imġiba Xierqa fil-Ħajja Pubblika?", "MR SPEAKER: Jiġifieri, qed tissuġġerixxi li flok l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Istil ta' Ħajja Sana, tidħol il-mozzjoni l-oħra?", "MARIO DE MARCO: L-oħra tiġi diskussa wkoll din is-sena, però l-ewwel waħda tiġi … (Interruzzjonijiet) Imma din imressqa konġuntivament.", "Iva, naħseb li, bħala prijorità, nixtiequ nibdew b'din.", "Aħna se naraw li din il-mozzjoni konġunta nipprovaw nagħmluha f'Novembru.", "Fuq hekk għandna qbil ukoll.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem sew li l-ewwel Abbozz ta' Liġi li se niftħu bih huwa dak dwar is-Sigurtà Soċjali?", "MARIO DE MARCO: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Jien għandi naqra diffikultà li t-tieni item ikun l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti.", "Irridu nifhmu li d-Deputat min-naħa tagħna li xtaq jitkellem ikun preżenti wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq ngħid li m'għandniex diffikultà li nitkellmu fuq punti ta' natura prattika.", "Qed nippruvaw insegwu l-ordni li fihom id-Deputat Prim Ministru ta indikazzjoni fuq liġijiet.", "L-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali huwa l-ewwel item fuq l-aġenda.", "Rigward tal-Finanzjament tal-Partiti, naf li kien għadu in possession l-Onor.", "S'issa tkellem wieħed minn kull naħa.", "Ikompli l-intervent tiegħu l-Onor.", "Chris Said, imbagħad ikomplu interventi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nifhem li hemm persuna li jista' jkun ma jkunx dispost li jkun preżenti.", "Din nistgħu nifhmuha u nistgħu niddiskutu fuqha, m'għandniex problema.", "Se mai ma nimmaġinax li dan l-Abbozz se jingħalaq f'seduta waħda.", "Il-punt huwa li fit-13 ta' Ottubru se nibdew bl-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali.", "Jekk dan jitlesta, it-tieni item se jkun tal-Finanzjament tal-Partiti.", "Dan mhux biex jitlesta mill-bidu sal-aħħar, imma għal raġuni prattika għaliex il-Ministru għall-Finanzi se jkun imsiefer fl-ewwel żewġ seduti, tat-Tnejn u tat-Tlieta.", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, definittivament se nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Ċara.", "Nimxu fuq xogħol ieħor.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: L-item li jmiss huwa l-Ombudsplan tal-2015.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li, fil-15 ta' Settembru 2014, l-Ombudsman ippreżentali kopja tal-Ombudsplan għas-sena 2015.", "Se nqiegħed id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel opportunità, li se tkun fis-seduta li ġejja.", "Dan id-dokument irid jiġi diskuss minn dan il-Kumitat qabel ma jiġi approvat mill-Kamra.", "Għalhekk ħudu nota li rridu nsibu data biex dan il-Kumitat ikun jista' jiddiskuti dan l-Ombudsplan 2015.", "Rigward l-esibizzjoni dwar il-Parlament Malti, fl-aħħar laqgħa kien intlaħaq qbil li s-Sedja għandha tkun hi li tieħu deċiżjoni dwar l-esperti li għandhom jiġu kkonsultati.", "Qed ninfurmakom li fl-1 ta' Awwissu jiena ktibt lil Network Publications fejn avżajthom li l-esperti li għandhom jiġu mqabbda huma l-Professur Henry Frendo, il-Professur Raymond Mangion u l-Professur Godfrey Pirotta.", "Nhar il-31 ta' Lulju kont għaddejtilkom din l-informazzjoni qabel ma bgħatt l-ittra lill-imsemmija Network Publications.", "Għandkom id-dokumenti.", "Peress li l-kuntratt mal-Bank of Valletta fuq din l-esibizzjoni sar mal-Fondazzjoni Parlament ta' Malta, ġustament il-Bank of Valletta jixtiequ li l-approvazzjoni dwar il-kontenut tal-esibizzjoni tingħata lilhom b'mod uffiċjali mill-Fondazzjoni.", "Għalhekk, se nara li din il-Fondazzjoni titlaqqa' kemm jista' jkun malajr.", "Nieħu ħsieb jien biex inlaqqa' l-Fondazzjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, l-unika ħaġa li nżommu – kif dejjem żammejna – hija li anything li joħroġ biex ikun ippubblikat u miktub, jingħata liż-żewġ naħat, kif dejjem għamilna, u nżommu l-istess proċedura kif ħdimna s'issa.", "Ibqa' ċert li hekk se jsir.", "Għandna wkoll l-item li konna ddiskutejna dwar l-użu tal-kelma 'Onorevoli' lill-eks-Membri Parlamentari.", "Fl-aħħar laqgħa, għaddejtilkom kopja tar-riċerka li saret min-naħa tal-Uffiċċju tiegħi dwar l-użu tat-titolu 'Onorevoli' lil eks- Membri Parlamentari.", "Kemm in-naħa tal-Gvern, kif ukoll tal-Oppożizzjoni, kellhom jiddiskutu man-naħat rispettivi.", "Nitlobkom għal xi reazzjonijiet li jista' jkollkom qabel ma tintbagħat risposta lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MARIO DE MARCO: Aħna, f'xi żmien jew ieħor, se nkunu eks-deputati.", "Barra minn hekk, jekk wieħed jara dak l-eżami komparattiv li għamilt int, wieħed jara li hija l-eċċezzjoni fejn it-titolu jinżamm wara li wieħed jispiċċa minn deputat.", "Naħseb li allura m'hemmx raġuni għaliex immorru b'mod kuntrarju għat-trend u nużaw it-titolu wara li wieħed jispiċċa mill-kariga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Se nieħu ħsieb li nikteb lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Kabinett fuq dan li tkellimna fuqu.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, jiġifieri dak li kien maqbul qabel, jiġifieri li l-gruppi parlamentari niddiskutuha, u allura qed neħduha li d-diskussjoni saret u li r-reazzjoni tagħna hija din, min-naħa taż-żewġ naħat?", "Hawn qbil fuqha.", "Nimxu għall-item li jmiss, rigward ir-Research Analyst.", "Fil-laqgħa tad-9 ta' Ġunju, konna qbilna li, sakemm jiġu ingaġġati Research Analysts li għalihom saret sejħa pubblika, il-Parlament iġib l-approvazzjoni meħtieġa sabiex juża s-servizzi b'mod temporanju, għal perijodu ta' sitt xhur, ta' eks-studenti tal-MEDAC, il-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies.", "Fil-25 ta' Awwissu, ġew intervistati sitt kandidati li applikaw, li minnhom intagħżlu tnejn li huma s-Sur Andrè Vella u s-Sur Simon Dalli.", "Dan il-Bord kont qed nippresjedih jien, u l-membri tal-għażla kienu l-Onor.", "Carmelo Abela u oħrajn.", "Ninfurmakom li l-persuni msemmija diġà ġew ingaġġati, u beda x-xogħol.", "Imnalla daħlu għax diġà bdejna nagħmlu clearance u mexjin.", "Diġà bdew jagħtu kontribuzzjoni siewja f'dak li għandu x'jaqsam ma' skrutinju ta' proposti Ewropej.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur President, dawn ikunu jistgħu jgħinu lid-deputati fil-ħidma tagħhom ukoll?", "Jekk xi ħadd ikun se jagħmel speech, jista' jmur għand dawn ir-Research Analysts biex jitlobhom l-għajnuna ħalli jkun jista' jagħmel ir-riċerka u jiffaċilitawlu r-riċerka?", "Din se tkun għas-servizz tal-Kamra kollha?", "MR SPEAKER: L-idea dik hija, imma bħalissa għandna backlog ta' diversi dokumenti.", "Tifhem li qed nipprova nagħmel minn kollox biex kemm jista' jkun niġi upstream.", "LOUIS GRECH: Però, bħala funzjoni, mhijiex eskluża.", "MR SPEAKER: Mhijiex eskluża.", "Anzi dak li qed tgħid qiegħda hemmhekk, u hija waħda mill-prijoritajiet li kull parlamentari għandu jkollu dan l-aċċess.", "MARIO DE MARCO: Naħseb li naqbel mal-Onor.", "Agius Decelis li din hija prijorità li tibqa'.", "Jekk irridu li l-Parlament tagħna jagħmel qabża fil-kwalità, fid-diskussjoni li jien u d-Deputat Prim Ministru jkollna, hemm bżonn li nagħtu l-għodda wkoll lid-deputati tagħna biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw.", "Illum il-ġurnata, il-liġijiet li niddiskutu fil-Parlament, l-avviżi legali li jiġu ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament qed isiru dejjem iktar speċjalizzati.", "Ovvjament, jekk aħna rridu ngħaddu l-aħjar liġijiet minn dan il-Parlament, allura huwa essenzjali li nagħtu lid-deputati l-għodda neċessarji.", "Dan ifisser li r-Research Analysts għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tad-deputati.", "Jekk id-deputati ma jkollhomx ir-Research Analysts preżenti magħhom, għandu jkun hemm pool ta' Research Analysts li huma preċiżament għad-dispożizzjoni tad-deputat, fejn jista' jmur u jitlobhom riċerka fuq punti li jkunu se jiġu analizzati fil-Parlament.", "Għall-inqas bdejna li, sakemm jiġu ingaġġati, għandna tnejn temporanji.", "Però, hemm il-backlog li rridu nindirizzawh.", "Hemm backlog għal kulħadd!", "Din hija kwestjoni ta' baġit ukoll, imma qegħdin naqblu.", "LOUIS GRECH: Naħseb li l-Onor. de Marco sempliċement qed jgħid li din għandha tkun strutturata, għandha tkun riforma parlamentari, għandha tkun waħda mir-riformi li aħna wkoll diġà tkellimniha kemm miegħek, Sur President, u anke mal-Onor. de Marco.", "Hija waħda mill-affarijiet li eventwalment nantiċipaw li trid issir biex verament ikollna Parlament effettiv.", "MR SPEAKER: Fil-fatt, jien ippreżentajt fil-Kamra l-Parliamentary Service Bill, biex wieħed ikun jista' jitkellem ukoll fuq ir-riforma u l-awtonomija.", "Niġu issa għall-Parlament taż-Żgħażagħ.", "Fit-18 ta' Settembru, il-Parlament iltaqa' u laqqa' lill-Parlament taż-Żgħażagħ.", "Din saret attività annwali fil-kalendarju tal-Parlament.", "Ninforma lill-membri preżenti li għat-tielet sena konsekuttiva, fuq inizjattiva tal-Università ta' Malta, ġiet organizzata wkoll f'dan il-Parlament l-attività Science in the House, li issa saret popolari u li nfetħet mid-Deputy Speaker, l-Onor.", "Ċensu Galea, fil-25 ta' Settembru.", "Waqt din l-attività, ir-riċerkaturi kellhom l-opportunità jispjegaw lill-membri preżenti dwar il-ħidma tagħhom.", "Kif isir is-soltu, din l-informazzjoni ġiet esibita permezz ta' posters fil-Kamra tal-Kumitat, u se tibqa' għall-wiri matul l-attività wkoll tan-Notte Bianca s-Sibt li ġej.", "Hija xi ħaġa importanti li l-pubbliku jidħol hawnhekk u jara dan ix-xogħol li diġà sar.", "Nimxi fuq suġġett ieħor, in-Notte Bianca.", "Bħaż-żmien li għadda, din is-sena wkoll il-Parlament se jkun miftuħ waqt l-attività Notte Bianca.", "Din is-sena se ssir fl-4 ta' Ottubru.", "La l-Whips u lanqas jien ma aħna se nkunu preżenti.", "Id-Deputy Speaker se jkun preżenti.", "Aħna għandna mmorru konferenza tal-Commonwealth.", "Il-Parlament se jkun miftuħ għall-pubbliku, u se jkun hemm ukoll l-Onor.", "Ċensu Galea.", "Huwa importanti li jkun hemm min idawwar lill-membri tal-pubbliku mal-Parlament.", "Niġi għal xi ħaġa issa li diġà kkomunikajt maż-żewġ naħat tal-Kamra, il-Parliamentary Television Channel.", "Ikkomunikajt magħkom xi xahar u nofs ilu, u rċevejt ir-risposti mingħand l-Onor.", "David Agius li min-naħa tal-Oppożizzjoni kien hemm approvazzjoni li nistgħu nibqgħu mexjin.", "Min-naħa tal-Onor.", "Carmelo Abela wkoll infurmani li fuq dak li huwa live streaming kollox sew, imma fuq iċ-Channel iridu jitkellmu daqsxejn biex naraw l-affarijiet li jkun hemm bżonn.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Carmelo Abela rrispondieni li, fil-prinċipju, fuq ix-xandir viżiv, inkluż dak televiżiv, m'hemmx problema.", "Fuq hawn naqblu, imma jixtieq li jingħata kopja tal-agreements tas-service providers u informazzjoni dwar jekk hemmx kummerċjalizzazzjoni ta' kanal televiżiv għal meta l-Parlament jiltaqa' fil-bini l-ġdid.", "Nista' ninforma lil kulħadd preżenti li mhemm l-ebda kummerċjalizzazzjoni ta' dan l-istazzjon televiżiv.", "Nixtieq ngħid lill-Kumitat li kellna diskussjonijiet matul dan is-sajf prattikament kollu biex nippruvaw naslu għal xi forma ta' ftehim fejn, apparti li l-kanal ma jkunx kummerċjalizzat, lanqas għalina ma jkun jinvolvi spejjeż.", "Għadni kif ġej minn konferenza tal-iSmall Nations, fejn kull pajjiż għandu l-istazzjon televiżiv tiegħu, inkluż il-Lussemburgu u l-Iżlanda, li jkunu kanali fejn jixxandru b'mod dirett il-laqgħat tal-Plenarja u tal-Kumitati.", "F'dan ix-xandir jista' jkun hemm ukoll programmi parlamentari bil-preżenza u l-attività taż-żewġ gruppi.", "Nista' ngħid li rrid nenfasizza li wasal żgur iż-żmien li l-Parlament ikollu l-istazzjon televiżiv tiegħu.", "Kif diġà għidt, kelli laqgħat ma' żewġ kumpaniji ewlenin, il-Go u l-Melita.", "Nixtieq inħabbar li fid-diskussjonijiet jien dejjem enfasizzajt li dan huwa servizz li qed jingħata lill-kumpanija jew kumpaniji – u se jkun an added value għal dik il-kumpanija – li qed joffru servizz lill-klijenti tagħhom li jkollhom il-faċilità li jsegwu lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "B'dan il-mod, dawk li m'għandhomx il-kapaċità li joqogħdu jilagħbu mal-Internet, fosthom eluf ta' anzjani u morda, ikollhom il-faċilità li jsegwuna fuq il-kanal tat-televiżjoni.", "Irrid ngħid li enfasizzajt dan il-punt.", "La jien qed nitkellem fuq servizz, enfasizzajt li dan għandu jingħata b'xejn lill-Parlament.", "Nixtieq inħabbar lill-Kumitat li wasalna ma' kumpanija waħda minnhom, il-kumpanija Go, sabiex huma joffru dan is-servizz mingħajr spejjeż addizzjonali min-naħa tagħna.", "Dan is-servizz allura se jkun – ovvjament jekk taqblu – xi ħaġa offruta lill-pubbliku Malti u Għawdxi, fejn il-Go għandhom is-sistema magħrufa bħala Interactive.", "Id-diskussjoni wasslet biex anke l-ispiża ta' dan l-apparat li jrid jintuża biex huma jidħlu fis-sistema tal-Interactive joħorġuha huma wkoll.", "Ovvjament, jien issa rrid li l-ewwel nett naqblu fuq il-prinċipju, u naraw ukoll li jiġu emendati l-Ordnijiet Permanenti peress li dawn jitkellmu biss fuq radju u fuq frekwenza partikolari li tbiddlet xi xhur ilu.", "Irridu ndaħħlu fl-Ordnijiet Permanenti li l-Parlament għandu jkollu l-istazzjon televiżiv tiegħu.", "Irridu ndaħħlu wkoll li l-Parlament, bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ma jkunx suġġett ta' awtorità, imma hu jkun jirregola lilu nnifsu.", "Kif tafu intom, liċenzja għat-televiżjoni toħroġ taħt l-Awtorità tax-Xandir.", "F'dan il-każ, il-Parlament ma jistax ikun suġġett ta' awtorità biex toħroġ liċenzja, imma għandna nirregolaw lilna nfusna.", "Mhux qed ngħidilkom biex tbiddlu issa l-Ordnijiet Permanenti; imma jiena diġà ħadt il-pariri legali kollha.", "Ovvjament, nista' nagħmel draft tal-Ordni Permanenti, imma naħseb li aħjar li niltaqgħu flimkien.", "Il-punt huwa li għall-inqas qed naqblu wkoll li nitilqu mill-ewwel fuq il-live streaming meta nimxu minn dan il-Parlament għall-Parlament il-ġdid u, sakemm ikun hemm qbil fuq kif għandhom jiġu emendati l-Ordnijiet Permanenti, għall-inqas ikun hemm b'mod temporanju t-trasmissjoni fuq it-televiżjoni.", "Rigward gwidi, irrid ngħid li għandu raġun l-Onor.", "Carmelo Abela meta kitibli li jixtieq li jkun hemm guidelines.", "Qiegħed ngħaddilkom memo dwar din il-materja – li jinkludi t-televiżjoni – li ġie ppreparat mill-Uffiċċju tiegħi, u li huwa bbażat fuq il-linji gwida li kienu ġew approvati minn dan il-Kumitat fil-leġiżlatura li għaddiet.", "Dawn il-linji gwida huma mibnija fuq kif imxew parlamenti oħra, fosthom il-House of Commons, il-Parlament ta' New Zealand, u oħrajn.", "Nifhem li wieħed jista' jitkellem fuqhom: però, huma tajbin ħafna għaliex fejn, pereżempju, jkun hemm storbju fil-Parlament, ikollok grave disorder, il-camera ma tibqax fuq fejn hemm id-disorder, imma tiffoka fuq l-iSpeaker.", "Qed nagħti eżempju.", "Hemm ħafna linji gwida biex wieħed ikun korrett u etikament ikun qed jimxi tajjeb.", "Jekk, pereżempju, qed jitkellem l-Onor.", "Agius Decelis, ikollu camera fuqu.", "Hemm diversi linji gwida.", "Naħseb li b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu pass.", "Għall-inqas mill-korrispondenza li għaddejna, kemm ir-risposta li tani l-Onor.", "David Agius, kif ukoll fir-risposta li tani l-Onor.", "Carmelo Abela, qegħdin naqblu żgur fil-prinċipju li għandna nimxu għal-live streaming b'mod immedjat, u naqblu wkoll fil-prinċipju li għandu jkollna l-istazzjon televiżiv.", "Però rridu naqblu wkoll – u din hija importanti ħafna – u qed nitkellem issa fuq aspett legali għall-ġenerazzjonijiet futuri ta' dan il-Parlament, li jrid ikun hemm ordni permanenti li jiddefinixxi l-istazzjon televiżiv parlamentari.", "Tinsewx li dan se jkun stazzjon televiżiv tal-Parlament, u allura ma jkunx suġġett ta' liġi, imma jkun qed jiskrutinja lilu nnifsu.", "Dan bħalma għandhom il-House of Commons, fejn għandek l-istazzjon, għandek l-iSpeaker li huwa parti mill-Bord flimkien ma' oħrajn, editing, eċċ. Dan huwa dettall li mhux qed nippretendi li niddiskutuh issa.", "Illum nixtieq li naqblu però li, fl-eventwalità li l-Parlament jimxi minn hawnhekk għall-Parlament il-ġdid, dakinhar li aħna mmorru, il-Parlament il-ġdid jitlaq bil-Plenarja live streaming u jkollu t-televiżjoni tiegħu b'mod temporanju sakemm imbagħad naqblu fuq l-affarijiet l-oħra.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien kont preżenti wkoll f'dan il-Kumitat meta bdejna nagħmlu l-video u audio live streaming, u għall-bidu wkoll kellna ċerta eżitazzjoni sakemm finalment għamilna r-regoli li għandna llum.", "Kemm ilu għaddej fil-kumitati l-video streaming, naħseb li ma kellniex ilment wieħed.", "Kellna sigħat ta' trasmissjoni ta' kumitati.", "Naħseb li dak għalija huwa bażi.", "Issa, ovvjament se nagħmlu upgrade għat-televiżjoni, u allura naħseb li l-ewwel nett għandna nżommu l-istess livell li qed inżommu llum.", "Naħseb li ż-żewġ naħat jissorveljaw xi jkun għaddej, u naħseb li l-esperjenza urietna li s'issa l-affarijiet imxew pożittivament.", "Xtaqt nikkjarifika l-punt numru 6 ta' dawn il-gwidi.", "Tista' tispjegali ftit x'għandek f'moħħok, Sur President, meta għidt li:", "Din qed ngħidu li, meta jitkellem xi ħadd, mhux se jkun hu li jidher, imma anke min ikun ħdejh?", "Jew qed ngħidu li m'għandux ikollna wide angle shots of the Plenary?", "Jien naħseb li l-iktar ħaġa li sal-lum żammejna dejjem kienet li dejjem tiġi inkwadrata l-persuna li tkun qed titkellem, filwaqt li, meta jitkellem iċ-Chairman, dan dejjem jieħu l-preċedenza, u meta jkollok żewġ naħat li qegħdin ikellmu lil xulxin, jiftaħ wide angle.", "MR SPEAKER: Din hija għad-diskussjoni, Onor. David Agius.", "Nistgħu nirranġawha.", "Jien imxejt fuqha minħabba li l-House of Commons Broadcasting Committee kienu għamlu rules of coverage, u fosthom kienu għamlu din.", "Din tfajtha hemmhekk, u ovvjament nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux.", "Dawn huma linji gwida.", "Hemm ħafna punti li żgur se naqblu fuqhom, imbagħad se jkun hemm oħrajn għad-diskussjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-bqija li, min-naħa tagħna, m'għandna l-ebda diffikultà li jkollna tibdil fl-Ordnijiet Permanenti.", "Ovvjament, bi qbil bejn iż-żewġ naħat, nistgħu mmexxu anke mingħajr l-Ordni Permanenti.", "Il-prassi li nirregolaw lilna nfusna qiegħda hemm; allura, naqblu wkoll li jekk hemm bżonn nibdew b'mod temporanju.", "Jekk kemm-il darba ż-żewġ naħat – jew naħa minnhom – tħoss li dan l-istazzjon mhux qed jimxi b'mod ġust bejn iż-żewġ naħat, nitkellmu miegħek u niġbdulek l-attenzjoni.", "Il-bqija naqblu, iva, li għandna mmexxu fuq dan l-aspett.", "LOUIS GRECH: Fil-prinċipju naqblu.", "Però, nixtieq li jekk għandek xi emendi għall-Ordnijiet Permanenti, tagħtina l-abbozz tagħhom ħalli narawhom.", "MR SPEAKER: Mela nipprepara l-abbozz u ngħaddihulkom.", "L-importanti hu li għall-inqas naqblu fuq il-live streaming, u nistgħu nimxu mill-ewwel seduta meta mmorru hemmhekk.", "Nimxi għall-item li jmiss, li huwa l-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Illum irċevejt ittra wara nofsinhar mingħand il-Ministru Joe Mizzi, li se naqraha:", "\"Għażiż Mr Speaker,", "Għadni kif irċevejt ittra mingħand id-diriġenti tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC), li fiha ġejt informat li l-kuntrattur responsabbli mill-bini tal-Parlament il-ġdid ma onorax l-obbligi tiegħu li jlesti x-xogħol sal-aħħar ta' Settembru 2014.", "Il-kuntrattur kien intalab jgħaddilna rapport dettaljat dwar il-programm ta' xogħlijiet.", "Minn dan ir-rapport, li wasal għandi llum, jidher biċ-ċar li ħafna mix-xogħlijiet li suppost kellhom jitlestew sal-aħħar ta' Settembru, waqgħu lura.", "Dan minkejja li l-kuntrattur, BIB Joint Venture, li ngħata din ir-responsabbiltà taħt Gvern preċedenti, kien iddikjara bil-miktub, f'Awwissu li għadda, li x-xogħol wasal fi stadju avvanzat, u jinsab viċin it-tlestija tiegħu.", "Il-kuntrattur kien iddikjara wkoll li x-xogħlijiet li jkun għad baqa' wara din id-data jkunu xogħlijiet żgħar li bl-ebda mod ma jaffettwaw ix-xogħol tal-Parlament, u kien għalhekk li l-pjan kien li l-Parlament jibda jiltaqa' fil-binja l-ġdida wara l-vaganzi tas-sajf.", "Fid-dawl tal-fatt li issa din id-data ma ġietx rispettata, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, mil-lum stess, se tibda timponi multi lill-kuntrattur.", "Quddiem din is-sitwazzjoni, fejn illejla l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra se jingħataw dettalji dwar fiex waslu x-xogħlijiet pendenti, għandha tittieħed in konsiderazzjoni d-deċiżjoni dwar meta l-Parlament se jkun jista' jiltaqa' fil-bini l-ġdid.\"", "Magħha hemm ukoll stqarrija li ħarġet ftit wara, u hemm l-ittra ta' Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, bħala Chairman tal-GHRC, mibgħuta lil Dr Peter Fenech u ċ-Chairperson tal-BIB JV.", "Magħha hemm ukoll l-ittra tal-Avukat Peter Fenech, għan-nom tal-BIB JV, tal-15 ta' Awwissu, mibgħuta lil Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.", "Kif irċevejt din l-ittra, ovvjament inkludejtha mill-ewwel għax-xogħol li għandna quddiem dan il-Kumitat.", "Ir-reazzjoni immedjata tiegħi hija li, b'kull rispett lejn min irid jispjega u ma jispjegax, jien hawnhekk qiegħed bħala Speaker tal-Kamra, u la darba għandi l-konferma tal-Ministru responsabbli mix-xogħlijiet li l-Parlament mhuwiex lest, aħna ma nistgħux nibdew bil-migration u nibdew naħdmu hemmhekk mis-seduta tat-13 ta' Ottubru.", "Fl-opinjoni tiegħi, ma naħsibx li nistgħu mmorru f'post li għadu mhux lest.", "Kienet xi ħaġa tajba li ħadna prekawzjoni u żammejna hawnhekk dejjem lest għal kull eventwalità.", "L-eventwalità fil-fatt ġiet, u fit-13 ta' Ottubru ma għandna l-ebda għażla ħlief li nkomplu x-xogħol fil-Kamra tal-Parlament hawnhekk.", "Imbagħad naraw fuq id-data.", "Ma naħsibx li aħna nistgħu, bir-rispett kollu lejn dak li kiteb il-Ministru, nesploraw data.", "Nesplora data meta nara li x-xogħol lest!", "Din hija għad-diskussjoni.", "MARIO DE MARCO: Iva, però naħseb li l-House Business Committee għandu dritt li jisma' r-raġuni għaliex dan il-parlament il-ġdid waqa' lura.", "Mhijiex kwestjoni ta' kurżità.", "Huwa tajjeb li hawn il-bini hawnhekk, li ovvjament baqa' attrezzat u jista' jilqagħna fit-13 ta' Ottubru; però, naħseb li huwa sew ukoll li jkollna ħjiel ta' għaliex ma ntlaħqux id-deadlines u l-commitments li ġew iddikjarati ripetutament, anke minn dan il-Gvern.", "Irridu niftakru li, sa Frar ta' din is-sena, kien ġie ddikjarat mill-GHRC li xejn ma kien inbidel mill-commitments li l-parlament ikun lest għal wara s-summer recess.", "Jekk m'iniex sejjer żball f'Lulju ta' din is-sena, d-DOI kienet ħarġet stqarrija tal-istess Ministeru li qal li l-Ministeru qed jissorvelja x-xogħlijiet mill-iktar mod viċin sabiex jiġi assigurat li x-xogħol jitlesta sal-aħħar tas-sajf.", "Jiena mhux qed nagħmel dan il-punt biex nipprova nagħmel xi punti politiċi, kif ippruvat tagħmel l-istqarrija tad-DOI ta' dalgħodu, li ppruvat tagħti t-tort lill-Gvern preċedenti.", "M'iniex qiegħed hawnhekk biex nagħti tort lill-ebda gvern; però, naħseb li aħna, bħala membri tal-Kumitat u aħna bħala rappreżentanti tad-deputati l-oħra, jixirqilna spjegazzjoni ta' f'liema stadju wasal jew ma wasalx il-parlament li suppost qiegħed jiġi ssorveljat biex il-kuntratturi jesegwixxu on time.", "LOUIS GRECH: Aħna m'għandniex problema li min hu responsabbli jiġi hawnhekk u jagħti spjegazzjoni u dettalji iktar ċari għaliex kien hemm dan id-dewmien.", "Ir-raġuni li qed tidher ċara, anke f'dan l-istatement u f'dawn l-ittri li hawn, hija li inti kellek kuntratturi li ma żammewx mad-dati li kien hemm previsti, u huwa għalhekk li se jeħlu l-multa.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li din ilha ġejja, u mhux sempliċement hija xi ħaġa li bdiet minn Frar li għadda.", "Id-dewmien ilu iktar minn sentejn.", "Suppost – sa fejn naf jien u jekk niftakar tajjeb – l-ewwel data li kellu jitlesta l-parlament kienet f'Novembru tal-2012, imbagħad ġiet posposta, u issa reġgħet ġiet posposta.", "Naqbel miegħek li ta' min wieħed jara f'liema stadju qiegħed il-parlament ħalli jkollna idea aħjar dwar meta aħna nistgħu nidħlu.", "Allura nissuġġerixxi li fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat, min hu responsabbli jiġi quddiem dan il-Kumitat u jagħti spjegazzjoni lill-membri ta' hawnhekk.", "MARIO DE MARCO: Jien kelli l-impressjoni li l-ispjegazzjoni kienet se tingħata llum.", "Jekk wieħed jaqra l-ittra li ntbagħtet lill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura, l-Onor.", "Joe Mizzi, huwa stess offra li … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Hekk taqra l-ittra.", "MARIO DE MARCO: Allura jien nippretendi li quddiem dan il-Kumitat se jkun hawn rappreżentant tal-GHRC.", "MR SPEAKER: Imma tifhem ukoll li huwa l-Kumitat li jrid jordna li dan jiġi.", "MARIO DE MARCO: Għandi stqarrija tad-DOI li tgħid li dan il-Kumitat se jkun qed jiltaqa' llum u se jingħata dettalji mill-GHRC ta' fiex waslu x-xogħlijiet.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, m'hemmx dubju dwar dak li qed tgħid.", "Hekk taqra l-ittra.", "Imma inti tifhem ukoll li aħna rridu niddeċiedu li nordnaw lil dak li jkun biex jiġi.", "Però, kont nippretendi li rappreżentant tal-GHRC ikun hawn barra jistenna, ħalli mbagħad id-deċiżjoni tkun tagħna nisimgħuhx jew le.", "Dan il-parlament suppost se jkun inawagurat fit-12 ta' Ottubru, u niġu llum, toħroġ stqarrija tad-DOI biex tgħidilna li dan mhux lest, u l-istess stqarrija tgħid li se tingħata spjegazzjoni lill-House Business Committee.", "Jiena, bħala membru tal-Kumitat – u naħseb li anke membri tal-Istampa – ġejna hawnhekk biex nisimgħu l-ispjegazzjoni.", "Imma r-rappreżentant tal-GHRC mhuwiex hawnhekk, minkejja dak li tgħid l-istqarrija tad-DOI.", "Bir-rispett kollu, kont nippreferi li d-deċiżjoni neħduha aħna dwar nisimgħuhx jew le.", "MR SPEAKER: Id-deċiżjoni hija f'idejna.", "Nieħdu d-deċiżjoni kif se nagħmlu.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Qbilna li aħna rridu nisimgħu lir-rappreżentant.", "Jiġi hawnhekk u jagħti spjegazzjoni.", "MARIO DE MARCO: Imma għal-lum, issa!", "Skont kif ħarġet mill-istqarrija tad-DOI!", "DAVID AGIUS: Inkella l-istqarrija tad-DOI ma kellhomx jiktbuha kif kitbuha!", "MARIO DE MARCO: Niddeċiedu hawnhekk issa jekk nisimgħuhx jew le; però, għandu jkun hawnhekk dan il-ħin.", "CARMELO ABELA: Sur President, nista' ngħid xi ħaġa jekk ma jimpurtax?", "L-ewwel nett, għandna nagħmlu distinzjoni bejn l-istqarrija tad-DOI u l-ittra indirizzata lil Mr Speaker mill-Ministru responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura.", "Mal-ittra mibgħuta lil Mr Speaker hemm żewġ ittri annessi, waħda l-commitment li qed jagħti l-kuntrattur jew il-konsorzju ta' kuntratturi fil-15 ta' Awwissu 2014, fejn qed jgħid b'mod ċar li d-data tat-30 ta' Settembru, għal numru ta' affarijiet, mhux se tiġi rispettata.", "Naturalment, issemma wkoll li se jkun hemm xogħlijiet oħrajn li se jkunu konklużi f'Ottubru.", "Però, id-data tat-30 ta' Settembru huwa evidenti li anke hawnhekk ma nżammitx.", "L-istqarrija tad-DOI hija differenti, u m'għandhiex tkun marbuta mal-ittra lil Mr Speaker u ż-żewġ ittri li jien għamilt referenza għalihom.", "Naħseb li tajjeb wieħed jgħid ukoll, għall-informazzjoni ta' dan il-Kumitat, li inti, Sur President, kif ukoll membri ta' dan il-Kumitat, flimkien anke mal-Iskrivan tal-Kamra, morna fuq is-sit numru ta' drabi, anke matul dan is-sajf.", "Naħseb li nistgħu nixhdu aħna li konna preżenti miegħek, Sur President, li meta kien hemm anke preżenza tal-kuntratturi u min jitkellem f'isem il-konsorzju, kellna assigurazzjonijiet fuq ċerti xogħlijiet.", "Imbagħad immorru visit ta' wara, u dawn l-assigurazzjonijiet ma jibqgħux preżenti.", "Jgħidulna li se jitlesta ċertu xogħol, imbagħad jgħidulna li l-affarijiet inbidlu mill-aħħar darba li morna, u nispiċċaw b'xogħol li mhux se jkun komplut.", "Din baqgħet tiġri mid-dehra!", "L-istqarrija tad-DOI li ħareġ il-Gvern hija separata mill-ittra li bagħat lil Mr Speaker il-Ministru Joe Mizzi, fejn anness magħha kien hemm dawk iż-żewġ ittri l-oħrajn – fejn kien hemm primarjament commitment sat-30 ta' Settembru, u naturalment imbagħad l-ittra l-oħra, li għandha d-data tal-bieraħ, li nassumi li ntbagħtet ilbieraħ miċ-Chairman u mis-CEO tal-GHRC.", "Naħseb li huwa evidenti li dan huwa dak li qed jgħidulna dawn l-ittri li x-xogħol ma tlestiex.", "Irrid ngħid ukoll li assolutament m'għandi l-ebda oġġezzjoni li jkollna rappreżentanti tal-GHRC hawnhekk li jgħidulna f'iktar dettall ix-xogħol li fadal, ix-xogħol li waqa' lura, skont ma juru dawn l-ittri annessi mal-ittra tal-Ministru Mizzi indirizzata lilek, Mr Speaker.", "Assolutament m'għandix oġġezzjoni li jkollna iktar dettall dwar x'waqa' lura bħala xogħol.", "Jekk kellhomx ikunu hawnhekk jew le, ma nafx jekk l-iSpeaker għamilx abbokkament ma' xi ħadd.", "MR SPEAKER: Nista' ninforma lill-Kumitat li, pereżempju, l-għamara tat-tielet sular għadha ma waslitx.", "Għall-Plenarja żgur għandna bżonnha biex inkunu bilqiegħda u jkollna siġġu u l-apparat, imma dawn kienu għadhom mhumiex fuq il-post.", "Sal-bieraħ, dawn ma kenux imwaħħlin.", "Nifhem u naħseb li għandna ningħataw spjegazzjoni minn min għandu r-responsabbiltà li jagħmel ix-xogħol.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nistgħu nħarsu ftit lejn l-ittra?", "Forsi t-teknikalitajiet li hemm fl-ittra tal-15 ta' Awwissu ma nifhmuhomx; imma, pereżempju, hawn għandna PBO 33A building eċċ. li jidher li dawn ma nżammux lanqas.", "Ma naħsibx li hija biss kwestjoni biss ta'għamara, imma hemm affarijiet oħrajn iktar minn dak li semma Mr Speaker.", "MARIO DE MARCO: Għalhekk l-informazzjoni hija tajba għax, jekk wieħed jara l-ittra tal-15 ta' Awwissu li ġiet annessa mal-ittra tal-Ministru, l-ittra lill-GHRC tal-15 ta' Awwissu 2014 tal-BIB JV tgħid:", "Hawnhekk stess huma qed jgħidu li, jekk ma tasalx l-għamara u l-panelling by Nominated Supply Uniform, huma ma jkunux jistgħu jżommu l-commitment tagħhom.", "Però, f'dan l-istadju, ma jinteressanix ta' min hu t-tort.", "Din hija xi ħaġa li għandha tagħmel il-GHRC u l-Gvern li, fl-istqarrija tad-9 ta Lulju tal-Ministeru tal-Infrastruttura, kien qed jassigura li jkun hemm monitoraġġ qawwi tax-xogħol li kien qed isir biex \"jassigura li x-xogħol ma jkomplix jaqa' lura\".", "S'issa, kulma għandna hawnhekk, bħala Membri tal-Kumitat tal-Kamra, huwa li l-GHRC ħareġ notice of delay.", "Din id-delay kemm se tkun twila?", "Ġurnata, ġimgħa, xahar, xahrejn?", "Dan li jinteressani.", "F'dan l-istadju aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk bħala tribunal ta' arbitraġġ jew qorti, jiġifieri m'iniex qiegħed hawnhekk biex ngħid it-tort ta' Ċikku jew ta' Peppu.", "Però jien jinteressani bħala Membru ta' dan il-Kumitat li nkun naf id-delay ta' kemm hu.", "Għalhekk nippretendi li għandu jkun hawn hawnhekk rappreżentant tal-GHRC biex jgħidilna dan id-delay kemm hu previst li jkun.", "MR SPEAKER: Qabel ma ngħaddi l-kelma lilek, Onor. Louis Grech, ħalli nirrikapitola ċerti affarijiet.", "Aħna, fis-sajf, morna mhux inqas minn tliet darbiet; dejjem kont assistit mill-Onor.", "David Agius u mill-Onor.", "Aħna la qegħdin hawnhekk biex naraw għalfejn ma sarx ix-xogħol, u lanqas ta' min hu t-tort.", "Kif korrettement qed jgħid l-Onor De Marco, il-kwestjoni hija kemm naħsbu li se jdum ix-xogħol biex ikun lest.", "Minn dak li ġbart f'dawn il-ġranet, diġà għedtlek li żgur trid tkun lesta l-plenarja.", "Ejja ngħidu li l-uffiċċju tiegħi mhux se jkun lest, jew l-uffiċċju ta' xi ħadd, imma l-plenarja trid tkun lesta biex taħdem minn hemmhekk, u trid tkun lesta kompletament b'dak kollu li hemm bżonn.", "Din għadha mhijiex lesta, u apparti li tkun lesta, trid tkun tested u commissioned.", "Ladarba għandna din il-problema, int qed tistaqsi, u hemmhekk qed nistaqsi: Meta se jkun lest ix-xogħol?", "Ħa nitkellem b'mod frank, naħseb li qabel Diċembru, tliet xhur oħra, fl-opinjoni tiegħi, lanqas għandna għalfejn naħsbu fuq data.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, irrespettivament mid-data, naħseb li huwa punt validu li aħna rridu nkunu nafu x'wassal għad-dewmien.", "Però ma naħsibx li hemm ir-rappreżentant tal-Bord li rrifjuta jew ma xtaqx li jiġi.", "Naħseb li kien sta għalina, jew sta għas-Sedja, li tgħajjat lil dan l-individwu biex jiġi.", "Ma naħsibx li hija kwestjoni li jaqbad u jippreżenta ruħu hawn.", "Naħseb, veru, ta' min insejħulu għal-laqgħa li jmiss, u fil-laqgħa li jmiss irid jagħti rendikont.", "MR SPEAKER: Mhux jiġi biss, u jġib id-dokumentazzjoni.", "LOUIS GRECH: Iġib id-dokumentazzjoni, u dokumentazzjoni mhux sempliċiment għaliex l-aħħar dewmien, imma rridu nkunu nafu wkoll l-istorja.", "MARIO DE MARCO: Illum, għal raġuni jew oħra, m'għandniex rappreżentant tal-GHRC; però, dan il-Kumitat għandu x-xorti li għandu fih rappreżentanti tal-Gvern u li fl-aħħar mill-aħħar, il-Ministeru għall-Infrastruttura, skont l-istqarrija tad-DOI datata 8 ta' Lulju, qed jgħid li qed jagħmel monitoraġġ biex jassigura li x-xogħol ma jkomplix jaqa' lura.", "Jidher li l-monitoraġġ kien qed isir mhux biss min-naħa tal-GHRC, però anke min-naħa tal-Ministeru għall-Infrastruttura.", "Li nixtieq huwa li, fl-assenza tar-rappreżentant tal-GHRC, in-naħa tal-Gvern tista' tagħtina indikazzjoni jekk huwiex se jkun lest within a week, a month, or two months' time.", "Dan li nixtieq inkun naf.", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li dan huwa relevanti li l-ewwel qed tgħid li mhux sta għalina li niġġudikaw, imbagħad fl-istess waqt titlob dan.", "Inkun irresponsabbli jekk ngħidlek minn hawnhekk li se jkun lest xahar ieħor jew xahrejn oħra.", "Huma n-nies responsabbli, ir-rappreżentant li għidna li jkun hawn fil-laqgħa li ġejja, li jrid jagħtina spjegazzjoni tal-istate of affairs.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li nagħtik indikazzjoni.", "Diġà kien hemm indikazzjoni li sat-30 ta' Settembru kellu jkun lest ix-xogħol.", "Ix-xogħol mhuwiex lest.", "Issa ta' min hu t-tort wieħed irid jidħol fiha; però, mhux deħlin hawnhekk fiha.", "Imbilli nagħti indikazzjoni li eventwalment ma tfisser xejn, ma naħsibx li jagħmel sens.", "Naħseb il-mod korrett li għandna nimxu bih dan il-Kumitat hu li jitlob li jkun jaf preċiżament għaliex kien hemm dak id-dewmien.", "Tajjeb li jiġi rappreżentant u jispjega fid-dettall mhux sempliċiment dan id-dewmien, imma rridu nkunu nafu l-istorja.", "Però, inutli tgħid min-naħa tal-Gvern nagħtu indikazzjoni għax naħseb li jkun eżerċizzju bla sens jekk nipprova nagħti indikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, niskanta, għax l-Onor.", "Kollega jaf li fil-Press Release intqal li l-House Business Committee se jkun qed jiltaqa' llum u se jingħata dettalji mill-Grand Harbour Rehabilitation Corporation ta' fiex waslu x-xogħlijiet, biex tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar data meta l-Parlament se jkun jista' jiċċaqlaq għall-bini l-ġdid.", "Din stqarrija tal-Gvern.", "Jekk dik mhux biżżejjed, il-kollega tiegħek, il-Ministru Joe Mizzi, f'ittra lill-iSpeaker jgħid:", "\"… quddiem din is-sitwazzjoni, fejn illejla l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra se jingħata dettalji ta' fiex waslu x-xogħlijiet pendenti, u għandha tittieħed inkonsiderazzjoni deċiżjoni dwar meta l-Parlament se jkun jista' jibda jiltaqa' fil-bini ġdid.\"", "Dan huwa li ddeċidiet id-DOI x'se jiġri fil-House Business Committee wkoll, u min-naħa l-oħra l-Ministru Mizzi qed jgħidilna li se ningħataw dettalji dwar fiex waslu x-xogħlijiet pendenti.", "Se mai, il-Ministru missu jew kien hawn hu, jew ordna rappreżentanti tiegħu biex ikunu hawn, ħalli aħna, jekk jidhrilna bħala Kumitat li għandna ngħajtulhom, ngħajtulhom.", "Sabiħa din, jiġifieri jiġi l-poplu Malti u Għawdxi kollu li għandu stqarrija tal-Gvern li tgħidlu li llejla hemm House Business Committee u se ningħataw dettalji mill-Grand Harbour Rehabilitation Corporation, responsabbiltà tal-Ministru Joe Mizzi.", "Kien l-istess Ministru li kiteb lill-iSpeaker u qallu li llejla se ningħataw dettalji.", "Imbagħad niġu hawn u la għandna lill-Ministru, la għandna lill-GHRC, u lanqas għandna d-dettalji!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ma nixtieqx noħloq polemika u kontroversja bla bżonn; però, jekk hemm bżonn, mhux se niddejjaq.", "(Interruzzjonijiet) Jien smajt bil-kwiet u nixtieq ningħata l-possibilità nitkellem.", "Il-completion date li kellha l-GHRC kienet Novembru 2012.", "Mhux 2014, imma sentejn ilu.", "Sentejn ilu, il-GHRC kellha commitment mingħand il-kuntratturi li jitlesta f'Novembru tal-2012.", "Ġiet ikkwotata l-istqarrija ta' Lulju ta' din is-sena.", "Huwa minnu li l-Gvern il-ġdid irid li jekk għandek proġett, jibda u taf meta se jitlesta.", "Dan suppost tlesta f'Novembru tal-2012, u dan il-proġett ma tlestiex.", "Għal dan il-Gvern mhuwiex aċċettabbli li suppost hemm timeframe u ma jinżammx, u allura – ġustament – kien hemm il-monitoraġġ li semma l-Onor. de Marco biex għall-inqas ma ndumux għaxar snin oħra biex jitlesta dan il-proġett partikolari.", "Il-punt l-ieħor huwa dwar timeframes.", "Mr Speaker, jien semmejt l-esperjenza fejn jiena, inti, l-Onor.", "Agius, u anke l-Iskrivan tal-Kamra, morna numru ta' drabi u smajna lill-kuntratturi preżenti tal-consortium jagħtuna dati ta' meta se jkun lest ċertu xogħol, ta' meta se jaslu ċerti affarijiet.", "Imbagħad, immorru d-darba ta' wara u jinbidlu l-commitments tagħhom stess għax jgħidulna falliet kumpanija minn barra, għax sar xogħol fuq disinji ħżiena, u għax trid tinqata' ġebla u għadha mhijiex lesta.", "L-istqarrija tad-DOI hija separata mill-ittra indirizzata lil Mr Speaker u li anness magħha kien hemm iż-żewġ ittri l-oħra.", "Id-dettalji huma fl-ittri li għandna annessi, primarjament tal-15 ta' Awwissu, miktuba u ffirmata mill-Avukat Peter Fenech f'isem l-BIB JV, li huwa l-consortium tal-kuntratturi, u indirizzata liċ-Chairman tal-GHRC.", "Hawnhekk ta dettalji ta' affarijiet li kellhom jitlestew u d-dati sa meta kellhom ikunu lesti primarjament sat-30 ta' Settembru:", "It-30 ta' Settembru kien ilbieraħ u, kif nafu lkoll kemm aħna, ma ġie handed xejn.", "Hemm affarijiet oħrajn li kellhom jitlestew sa Ottubru tal-2014, u għandna d-dettalji tagħhom imsemmijin hawnhekk.", "Għandna wkoll dettalji oħra li jinsabu fil-paragrafu ta' qabel tal-aħħar, fejn hemm l-indikazzjonijiet tagħhom in bold.", "Aħna lkoll qed naqblu li, jekk dawn id-dettalji mhux biżżejjed u rridu iktar dettalji, iva, ejja nġibuhom hawnhekk u jfehmuna x'inhi PBO 3-3a, PBO 8 eċċ. u naraw id-dettalji, kif ukoll jgħidulna wkoll il-commitments li ntrabtu magħhom il-kuntratturi diversi drabi u ma semmewhomx.", "Tal-għamara, li semmejt inti Mr Speaker – ħa niftehmu ċar: l-għamara fil-Parlament il-ġdid mhux iġġib mejda, u kollox magħluq.", "Bil-mod kif inhu ppjanat il-Parlament il-ġdid, l-għamara hija parti mill-għeluq, jiġifieri inkluż il-wiring kollu u l-panels kollha li għadhom mikxufin.", "L-għamara hija parti mill-għeluq tal-bini, mhux għalaqt il-bini kollu mbagħad daħħalt l-għamara, is-siġġijiet u l-imwejjed, u fejn terfa' l-files u affarijiet minn dawn; jiġifieri, l-cupboards huma parti mill-għeluq, u dik hija l-għamara.", "Dak huwa l-kunċett li fuqu hija ppjanata din l-għamara; jiġifieri, mhux sempliċiment ngħidu għax m'hemmx siġġu u m'hemmx mejda.", "Ħaġa oħra, l-IT kollu li hemm li huwa kollu ġdid, irid ikun tested.", "Ma nistgħux nirriskjaw li nibdew niltaqgħu fil-Parlament u ma nafux jekk jistax jinqala' xi ħaġa waqt seduta parlamentari.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li huwa l-każ li niddiskutu dan issa.", "CARMELO ABELA: Naqbel mal-kollegi kollha hawnhekk li, jekk irridu iktar dettalji, apparti d-dettalji li għandna fl-ittra li kienet annessa mal-ittra indirizzata lil Mr Speaker, nistiednu lil dawn il-persuni u jagħtuna iktar dettalji.", "Però, għandna ċerti dettalji hawnhekk, ma nistgħux ngħidu li m'għandniex.", "(Interruzzjonijiet) Mela l-ittra tal-15 ta' Awwissu ma qrajthiex?", "MARIO DE MARCO: Mr Speaker, ħu paċenzja bija għax forsi we are missing the forest for the trees.", "L-ittra tad-DOI tgħid ċar li l-House Business Committee se jkun qed jiltaqa' llum, u se jingħata dettalji.", "U tgħid minn min se jingħataw id-dettalji – mill-Grand Harbour Rehabilitation Committee – ta' fiex waslu x-xogħlijiet biex tkun tista' tittieħed deċiżjoni.", "Id-DOI hawnhekk ħareġ stqarrija, stqarrija tal-Gvern li aħna se nkunu qegħdin niltaqgħu llum u li se ningħataw id-dettalji, mhux permezz ta' korrispondenza, imma d-DOI qed jgħid speċifikament – mill-Grand Harbour Rehabilitation Committee.", "Nixtieq inkun naf min ta struzzjonijiet lill-GHRC biex ma jiġux hawnhekk illejla.", "CARMELO ABELA: Id-dettalji qegħdin fl-ittra.", "Jekk id-dettalji tal-ittra mhumiex biżżejjed, naqbdu ngħidu u jiġu huma.", "MARIO DE MARCO: Le, se jingħataw dettalji mill-Grand Harbour Rehabilitation Committee.", "Tinsulentax l-intelliġenza tagħna u tal-media!", "Ma naħsibx li l-ġurnalisti ġew hawnhekk … (Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Jien nixtieq nifhem biss min tahom struzzjonijiet biex ma jiġux hawnhekk.", "MR SPEAKER: Ma nagħmlux cross-debate.", "Huwa l-Kumitat li jordna biex bniedem jiġi jixhed quddiem il-Kumitat.", "Ma jistax xi ħadd jaqbad … (Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Is-Sedja tat struzzjonijiet biex ma jiġux hawnhekk?", "MR SPEAKER: Le, mhux is-Sedja.", "Qed ngħid li huwa l-Kumitat li jordna lil min se jiġi quddiemu.", "MARIO DE MARCO: Mhux dak il-punt tiegħi.", "Jien nixtieq inkun naf għaliex ma hawn ħadd mill-GHRC.", "Xi ħadd qalilhom biex ma jiġux, u nixtieq inkun naf min qalilhom biex ma jiġux.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ma naħsibx li għandek dritt tagħmel dik l-assunzjoni dwar jekk xi ħadd tax struzzjonijiet.", "Int qed tgħid li trid tkun taf min ta struzzjonijiet.", "MARIO DE MARCO: Għax hija kontradittorja mal-istqarrija tad-DOI.", "LOUIS GRECH: M'hemm xejn kontradittorju.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jekk tippermettili, il-punt qiegħed li, fil-verità, kien hemm dewmien fix-xogħol, u allura ma nistgħux nidħlu fid-data li kienet prevista.", "(Interruzzjonijiet) Mill-2012 suppost ilu lest!", "CARMELO ABELA: Sentejn ilu suppost infetaħ u bdejna naħdmu fih.", "LOUIS GRECH: Jekk verament irridu nkunu nafu l-punt tiegħek dwar x'inhi r-raġuni tad-dewmien, faċli: meta jkun hemm il-laqgħa li ġejja, wieħed iġib rappreżentant u jagħtina l-ispjegazzjonijiet kollha, u allura wieħed ikun jaf għaliex kien hemm dan id-dewmien.", "Anzi, nitolbuh jagħtina storja sħiħa tad-dewmien kemm ilu hemm.", "Jidhirli li qatt ma kien hemm imposti penali fuq il-kuntratturi qabel.", "Din hija l-ewwel darba li, safejn naf jien, kien hemm imposti multi.", "Inti eventwalment qed tirreferi sempliċiment għall-fatt li ma hawn ħadd, l-ebda rappreżentant, u assumejt li xi ħadd ta struzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhi qiegħda ċara xejn.", "Mhemm xejn ċar.", "DAVID AGIUS: Jien hekk fhimtha, li se jingħataw id-dettalji llum.", "CARMELO ABELA: Id-dettalji qegħdin hawn fl-ittri.", "LOUIS GRECH: Le, mhux hekk biss.", "Li kieku s-Sedja llum talbet li jiġi rappreżentant, ma naħsibx li kien ikun hemm diffikultà.", "Possibbilment, kien hemm misunderstanding bejn x'kien qed jiġi mistenni li jsir u x'sar.", "MR SPEAKER: Il-Kumitat jordna min jiġi u ma jiġix hawn.", "L-istqarrija tad-DOI mhijiex il-problema tal-Kumitat; dik jaraha min kitibha u min qalha.", "Jien qed ngħid li hawnhekk il-Kumitat jiddeċiedi jekk jiġix xi ħadd quddiemu jew le.", "Il-pożizzjoni qiegħda li qed naqblu li għandu jiġi xi ħadd tal-GHRC biex jispjega l-fatti, u qed ngħidu li għandu jkun hemm id-dokumentazzjoni u, jekk se naqblu, irridu naqblu li għandu jiġi quddiem dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, diġà qbilna fuqha.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena għal darba, tnejn, tlieta mort il-Parlament miegħek u mal-Onor.", "Kollega; għal darba, tnejn, tlieta smajt lill-Ministru jgħid li dan huwa on track; u għal darba, tnejn, tlieta qalilhom li se nżommu d-deadlines.", "Aħna kellna pprogrammat li niftħu l-Parlament fit-12 ta' Ottubru, u issa niġu llum, l-1 ta' Ottubru, u jgħidilna le, mhux se niftħu l-Parlament hemmhekk.", "Dan meta ilna minn Frar ngħidu li kollox miexi sew.", "F'Lulju qalulna li kollox miexi sew; sa ftit tal-ġranet ilu, kollox miexi sew, kollox according to the deadline; il-Ministru jiġi preżenti magħna u qalilna bil-kelma tiegħu li se jinfetaħ u se nżommu mad-deadline.", "Imbagħad, niġi hawnhekk illum, għaxart ijiem qabel, u ngħidu, 'Le, mhux se jinfetaħ'!", "Imbagħad jiġi d-DOI u jgħidli li llejla stieden ruħu b'idejh il-GHRC f'dan il-House Business Committee, mingħajr ma ntalab li jiġi.", "U jiġi l-Ministru u jgħid ukoll li llejla se ningħataw spjegazzjoni: imbagħad niġu hawn u, la jkollna spjegazzjoni, anzi nipprovaw inwaħħlu f'sentejn ilu!", "Naħseb li r-rispett lejn dan il-Parlament irid ikun iktar minn hekk.", "Ir-rispett irid ikun li, jekk mar l-iSpeaker fil-parlament u talab deadline, dawk l-affarijiet nimxu magħhom, u mhux niġu hawnhekk u nużaw il-ħin tagħna biex nagħmlu l-programm tal-ftuħ, min ġej jitkellem u min mhux ġej, u x'se jinfetaħ u mhux se jinfetaħ.", "Dan ir-rispett li għandna lejn il-Parlament Malti?", "Bir-rispett kollu, Mr Speaker, naħseb li hu ta' disprezz lejn dan il-Parlament li nagħtu informazzjoni … (Interruzzjonijiet) Huwa inaċċettabbli li jiena, f'isem l-Oppożizzjoni, immur fil-Parlament il-ġdid, ningħata indikazzjonijiet ċari, il-Ministru joħroġ stqarrija wara li nżuruh jiena, inti, Mr Speaker, u l-Onor.", "Carmelo Abela bħala Whip tal-Gvern, fejn jgħidilna li kollox on track u li, wara li jgħaddi s-sajf, se nidħlu fil-Parlament il-ġdid, niġu għaxart ijiem qabel u jgħidilna: Sorry, il-kuntratturi ma żammewx mad-deadline.", "Min hu responsabbli?", "Il-kuntrattur, il-Parlament jew il-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Parlament żgur mhux responsabbli, lanqas għad-data.", "DAVID AGIUS: Għalhekk!", "Naħseb inutli li nġibu lil dawn in-nies quddiemna għax, bir-rispett kollu, m'għandix fiduċja li, min-naħa tal-Gvern, se jżommu ma' din id-data.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, dawn l-istess kuntratturi ma żammewx id-data taħt Gvern Nazzjonalista f'Novembru 2012.", "Dawn l-istess kuntratturi, l-istess persuna li titkellem f'isem il-kuntratturi, ma nbidel ħadd minnhom, l-istess persuni li kienu inkarigati mill-proġett bħala xogħol li qalu lill-Gvern preċedenti li sa Novembru 2012 kellhom ikunu lesti.", "Dawn huma l-istess persuni li baqgħu jagħtu u jibdlu d-deadlines il-ħin kollu.", "Anzi, jien ngħid li x-xogħol mexa ħafna minn kif kien f'Novembru tal-2012 meta suppost kellu jkun komplut, lest, inawgurat u bdejna fih.", "Dawn il-kuntratturi baqgħu jibdlu darba waħda wara l-oħra u, kif qal tajjeb l-Onor.", "Agius, jiena, inti, Mr Speaker, u l-Onor.", "Agius morna numru ta' drabi u, darba waħda wara l-oħra, jibdlu t-timeframes li jkunu tawna fiż-żjara ta' qabel għax inqala' xi ħaġa differenti.", "Jiena persważ li kien hemm monitoraġġ qawwi; imma jekk il-kuntratturi baqgħu jibdlu d-dati u t-timeframes, dak kellhom iwieġbu għalih f'Novembru 2012.", "Issa, kif qal id-Deputat Prim Ministru, dawn ma ġewx imwaħħla penali min-Novembru 2012 meta taw il-kelma li se jkun komplut dan il-Parlament.", "Dawn ingħataw data oħra tat-30 ta' Settembru, fejn kellhom jagħmlu handing over tal-uffiċini u affarijiet oħrajn kompluti – u, biex inkunu fair, hemm id-dettalji annessi mal-ittra mibgħuta lilek – u, ladarba dawn ma lestewx, il-Gvern iddeċieda li jimponi penali, skont l-istqarrija tad-DOI u kif hemm miktub fl-ittra tal-Ministru indirizzata lilek, Mr Speaker.", "MARIO DE MARCO: Nerġa' ngħid, l-iskop tagħna bħala Kumitat mhuwiex qiegħed biex niġġudikaw it-tort ta' min kien, jew ta' min hu, minkejja l-assigurazzjoni li kien ta l-Ministru għall-Infrastruttura li x-xogħol mhux se jaqa' lura.", "L-assigurazzjoni mhux jiena tajtha, l-assigurazzjoni ta l-Ministru għall-Infrastruttura fl-istqarrija tiegħu tat-8 ta' Lulju.", "Però, din hija sekondarja f'dan l-istadju.", "Lanqas qiegħed hawnhekk biex nagħti xi tort lill-Ministru għall-Infrastruttura li għoġbu hu stess jagħti din l-assigurazzjoni.", "Jien qiegħed hawnhekk, qed nilmenta, għax fl-ittra lilek, Mr Speaker, bħala Speaker ta' din il-Kamra, l-istess Ministru għall-Infrastruttura kkonkluda hekk:", "\"Quddiem din is-sitwazzjoni fejn illejla l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra se jingħata dettalji dwar fiex waslu x-xogħlijiet pendenti, għandha tittieħed in konsiderazzjoni d-deċiżjoni dwar meta l-Parlament se jkun jista' jibda jiltaqa' fil-bini l-ġdid.\"", "Abbażi ta' dawn id-dettalji li kellu jagħtina l-Ministru jew rappreżentant tiegħu, jew il-GHRC – għax ovvjament dawn jgħidulna li dan baqagħlu xahar jew baqagħlu tliet xhur – aħna bħala Kumitat, kif konna ddeċidejna qabel is-sajf li konna se niftħu hemmhekk fit-13 ta' Ottubru, inkunu nistgħu nieħdu deċiżjoni biex ngħidu li se jibda jiltaqa' hemmhekk, għall-argument, fit-12 ta' Jannar.", "Għalhekk, illejla suppost kien hawn rappreżentant, u dan m'għidtux jien.", "Jidher li l-Ministeru għall-Infrastruttura jħobb jgħid ħafna affarijiet, imma hawnhekk hu stess fl-ittra … (Interruzzjonijiet) Hu qalha mhux aħna; hu fl-ittra tiegħu – I read and I quote!", "Mela, l-ewwel kien hemm stqarrija tal-Gvern, u fl-istess ġurnata bagħatlek ittra fejn qed jgħid li se jagħtina dettalji biex aħna nistgħu nieħdu deċiżjoni dwar meta.", "Nerġa' ngħid, nixtieq nifhem għaliex ma hawn ħadd biex jagħtina dettalji minkejja l-ittra li hu bagħatlek.", "Għalhekk qed nassumi li xi ħadd qallu biex ma jiġix, għax hu stess qed jgħidlek li jew hu jew xi ħadd mill-Ministeru tiegħu se jkunu qegħdin hawnhekk biex jagħtuna d-dettalji biex aħna nieħdu deċiżjoni abbażi ta' dawk id-dettalji.", "Nimmaġina li l-Ministru għall-Infrastruttura huwa bniedem tal-affari tiegħu u, kieku ma qallu ħadd biex ma jiġix, kien se jkun hawnhekk kif tak il-kelma fl-ittra tiegħu.", "Ovvjament, jiena ġejt hawnhekk u qrajt l-ittra.", "Huwa l-Kumitat li jidderieġi wara li nieħdu konjizzjoni tal-ittra.", "Issa l-fatt li ma hawn ħadd…", "MARIO DE MARCO: Inti għidtilhom biex ma jiġux?", "MARIO DE MARCO: Mela, minkejja l-fatt li s-Sedja ma kkomunikatx mal-Ministeru …", "MR SPEAKER: Ma kelli l-ebda kuntatt mal-Ministru.", "MARIO DE MARCO: Kollox sew, jiġifieri mhux inti għidtilhom biex ma jiġux.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ma kellimtux.", "Mela, minkejja l-ittra ...", "MR SPEAKER: Il-punt hu li inti qisek qed tagħmel allegazzjoni fuq is-Sedja.", "Ma jien qed nagħmel l-ebda allegazzjoni.", "Qed nistaqsi biex nifhem.", "Int qed tipprova tinsinwa li s-Sedja setgħet qalet lil xi ħadd biex ma jiġix hawn.", "Mhuwiex il-każ, Onor. de Marco, toqgħodx tinkwieta.", "MARIO DE MARCO: L-ittra hija ċara.", "Ara biss taħseb li din in-naħa qed tipprova titfa' xi dell fuq is-Sedja.", "Din in-naħa qed tipprova tifhem is-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Id-domanda għamiltha lili, u allura se nirrispondik.", "Inserraħ moħħ l-Onor.", "Mario de Marco li jien ma kelli l-ebda kuntatt mal-Ministru Mizzi wara li kiteb din l-ittra.", "Però jiena, bħala Speaker, ladarba ġiet din l-ittra għandi, fid-dover tiegħi niġi quddiem dan il-Kumitat, u l-Kumitat irid imexxi.", "Il-protezzjoni tal-Kumitat hija kollettiva.", "Il-Kumitat irid imexxi fuq din l-ittra.", "X'kiteb id-DOI, x'ħareġ id-DOI, il-kontenut huwa the right …", "MR SPEAKER: Qegħdin naqblu li dan il-Kumitat għandu jisma' lill-GHRC?", "MARIO DE MARCO: Qegħdin naqblu li għandna nisimgħu lill-GHRC.", "Però kien ikun aħjar kieku kien hawn xi ħadd u niddeċiedu dak il-ħin.", "MR SPEAKER: Ħa nistaqsi lilek, Onor. de Marco: X'differenza se tagħmel?", "Wara li qrajna l-kontenut, li hu żgur hu li ma nistgħux nimxu għall-Parlament il-ġdid fit-13 ta' Ottubru.", "Biżżejjed ngħidlek dak li naf jien u dak li qed tisma', anke meta taqra l-ittra, li mhuwiex fiżikament possibbli.", "X'differenza se tagħmel jekk lil dan nisimgħuhx illum jew il-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara biex jagħtina data għal tliet xhur oħra?", "MARIO DE MARCO: Mela, d-differenza kienet tkun – u d-differenza fehmha korrettement il-Ministru Joe Mizzi – li, abbażi ta' dawn id-dettalji nkunu nistgħu nħabbru data ġdida biex nidħlu fil-Parlament il-ġdid.", "Nerġa' ngħid, suppost fit-12 ta' Ottubru kien hemm l-opening.", "MR SPEAKER: Dik irridu ninsewha issa.", "MARIO DE MARCO: Kollox sew: imma aħna se nibqgħu bħan-nies fiċ-ċirkolu ta' Dante, anime in sospeso?", "Skużani, naħseb li għandna dritt li nkunu nafu.", "MR SPEAKER: Mela m'għandniex dritt!", "Imma m'aħniex se nistabbilixxuha llum.", "MARIO DE MARCO: Il-Ministru Joe Mizzi, korrettement, deherlu li kellu jiġi hawnhekk biex jagħtina dettalji biex inkunu nistgħu nistabbilixxu data ġdida, imma dan ma nistgħux nagħmluh għax, għal xi raġuni jew oħra, jew somebody overrode l-Onor.", "Joe Mizzi ddeċieda li ma jiġix minkejja l-ittra tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, assolutament niċħad l-allegazzjoni li qed issir min-naħa l-oħra.", "Ħadd ma ta struzzjonijiet lil ħadd biex ma jiġix.", "Se mai, il-mistoqsija għandha ssir jekk ġewx mistiedna biex jiġu hawn.", "(Interruzzjonijiet) Rajt l-ittra, u anness mal-ittra indirizzata lilek, Mr Speaker, hemm żewġ ittri, waħda minnhom tagħti d-dettalji.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħid fuq dik ukoll jekk ningħata ċ-ċans.", "Aħna qed ngħidu li għandna bżonn inkunu nafu iktar dettalji, u qed naqblu fuqha.", "Ma nafx għalfejn … (Interruzzjonijiet) Issa nitkellmu fuq dik.", "Dan il-Kumitat għandu bil-miktub li l-kuntratturi, kuntrarju għal x'kien jiġri qabel … (Interruzzjonijiet) Skużi, għamilt allegazzjonijiet fuqna, u issa ma tippermettilix nitkellem?!", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, nista' ningħata ċans, jekk jogħġobkom?", "Xi ħadd, f'isem il-kuntratturi, l-Avukat Peter Fenech, li kif jaf kulħadd huwa rappreżentant ta' dan il-consortium, ta bil-miktub meta se jkun lest il-Parlament wara li x-xogħol waqa' lura.", "Diġà kellu jkun lest f'Novembru 2012, ħalli din ma ninsewhiex.", "L-istess persuna, l-Avukat Peter Fenech, li qed jitkellem f'isem il-consortium tal-kuntratturi, kull darba li ltqajna miegħu fil-preżenza tiegħek, Mr Speaker, u ta' membri oħrajn u tal-Ministru wkoll, kien qed jagħti d-dati, u dawn id-dati, fid-drabi ta' wara, kienu qed jinbidlu.", "Kull darba, daqqa għax hekk u daqqa għax hekk.", "DAVID AGIUS: Skużi, għalfejn fit-8 ta' Lulju, intqal li l-bini tal-parlament huwa fi stat avvanzat?", "Din dikjarazzjoni tal-Ministru.", "CARMELO ABELA: Għax hekk kien qed jgħid il-consortium.", "Kien qed jidħak bina u bil-poplu Malti l-Ministru.", "CARMELO ABELA: Kien qed jidħak bina l-consortium u min qed jirrappreżentah, u bikom, li għedtu li f'Novembru tal-2012 suppost kellu jkun lest!", "MR SPEAKER: Ejja nagħlquha.", "DAVID AGIUS: Skużani, Mr Speaker, għandna stqarrija li nħarġet wara li jiena, inti u l-Onor.", "Kollega morna fil-Parlament l-ġdid, fejn jingħad:", "\"Iktar kmieni llum, il-Ministru għat-Trasport, Joe Mizzi, flimkien mal-iSpeaker u maż-żewġ Membri tan-naħat tal-Kamra dwar l-affarijiet tax-xogħol tal-Kamra, l-Iskrivan tal-Kamra u komponent miċ-Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni żaru l-proġett tal-Parlament il-ġdid li jinsab fi stadju avvanzat ta' kostruzzjoni.\"", "\"Hu mistenni li l-kuntratturi se jkunu qed jonoraw l-obbligi li jlestu l-proġett fiż-żmien stipulat\"", "biex il-Parlament ikun jista' jiltaqa' minn dik il-binja wara l-vaganzi.", "Imma l-kuntratturi ma waslux!", "DAVID AGIUS: Mela għalfejn issa, fi tliet xhur, dan it-tibdil kollu?", "Fi tliet xhur, m'għandniex naraw li dawn l-affarijiet isiru?", "CARMELO ABELA: Nistaqsu lil Dr Peter Fenech!", "DAVID AGIUS: Nistaqsu lill-Ministru!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Mr Speaker, naħseb li l-punt ġie eżawrit.", "Ejja nissimplifikaw l-affarijiet.", "Ejja naqblu f'data meta ġejjin hawnhekk ir-rappreżentanti biex jagħtu r-raġunijiet tagħhom għaliex ix-xogħol waqa' lura, u nimxu 'l quddiem minn hemm, għax inkella se noqogħdu nduru fl-istess ċirku.", "MR SPEAKER: Naħseb li għandna naqblu fuq din.", "Qed naqblu li għandhom jiġu jispjegaw lil dan il-Kumitat.", "MARIO DE MARCO: Qabel dwarha l-Onor.", "Joe Mizzi u d-DOI, imma, għal xi raġuni jew oħra, reġgħu marru minn dak il-qbil.", "Għandna d-dettalji fiż-żewġ ittri annessi hawnhekk.", "MARIO DE MARCO: Onor. Abela, taf taqra bil-Malti.", "CARMELO ABELA: Naf naqra bil-Malti, u nifhem l-allegazzjonijiet inġusti li qed isiru min-naħa l-oħra.", "Allegazzjonijiet inġusti meta suppost kellu jkun lest f'Novembru tal-2012.", "DAVID AGIUS: Skużi, Mr Speaker, fl-istqarrija tal-Gvern, li se nikkwota verbatim tat-8 ta' Lulju, jingħad hekk:", "\"Illum il-ġurnata ...\"", "– jiġifieri, 'Insewh il-passat!' –", "\"… il-Ministeru għat-Trasport u l- Infrastruttura qed jassigura li jkun hemm monitoraġġ qawwi tax-xogħol li qed isir, kemm biex ma jsirux iżjed żbalji, kif ukoll biex jassigura li x-xogħol ma jkomplix jaqa' lura iżjed milli diġà waqa'.\"", "Jiġifieri qed nagħmlu monitoraġġ qawwi …", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, hekk sar għax kieku qegħdin iktar lura.", "DAVID AGIUS: Jimporta nitkellem, jekk jogħġbok?", "Onor. Kollega, mela inti biss tista' titkellem?", "Ħalli lil ħaddieħor jitkellem, jew kultant, fejn ma jdoqqlokx, tipprova tinterrompi?", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, ejja ħa nagħlquha.", "DAVID AGIUS: M'għandekx il-kelma!", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, dan punt ġdid li hawnhekk għandna assigurazzjoni, hemm direzzjoni ċara li ma semmejthiex.", "Din linja oħra, min-naħa tal-Ministeru li:", "\"… jiġu assigurati l-commitments li saru, u jiġu amministrati b'tali mod li l-affarijiet isiru f'perijodu raġjonevoli rispettabbli, b'mod li jiġi assigurat ...\"", "Fejn huma dawn l-assigurazzjonijiet?", "CARMELO ABELA: Dan ma sarx u qed jeħlu l-penali.", "MR SPEAKER: Dawn huma domandi saljenti biex isiru lill-persuni meta jiġu hawnhekk biex jispjegaw.", "L-aħħar kelma se ngħaddiha lid-Deputat Prim Ministru għax qed inkunu ripetittivi żżejjed.", "LOUIS GRECH: L-Oppożizzjoni l-ewwel bdiet billi qalet li mhijiex qiegħda hawnhekk biex tiġġudika, u mhijiex qiegħda hawn biex tieħu punti politiċi: imma naħseb qed tagħmel preċiżament il-kuntrarju.", "L-Oppożizzjoni kulma trid punti politiċi.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili, jekk ma jimpurtax, ħallejtek bil-kwiet u m'għidt xejn.", "Jekk aħna rridu naqbdu fuq punt politiku, naraw ukoll l-istorja kollha tat-teatru, naraw ukoll l-istorja kollha tal-bini tal-Parlament.", "Wieħed jara fejn kien hemm deadlines li ma ntlaħqux u jara għaliex ma ntlaħqux.", "Naraw x'għamlet l-Oppożizzjoni meta kienet fil-Gvern biex jiġu rispettati dawk id-deadlines.", "Aħna x'għamilna?", "Fil-fatt, għidna li kellhom isiru deadlines, dawk id-deadlines ma ntlaħqux, illum qed ngħidu li rridu nkunu nafu iktar biex inkunu għall-inqas nistgħu nistabbilixxu – hekk qalilna l-Onor. de Marco – data, u naħseb li dak huwa l-punt prinċipali.", "Jekk dak huwa l-punt prinċipali, mela llum kulma rridu ngħidu, jekk naqblu fuqha, li jridu jiġu r-rappreżentanti u jagħtuna rendikont għaliex ma laħħqux ma' dawk id-deadlines.", "Irridu nkunu nafu l-istorja kollha ta' dan il-proġett, u wieħed jitlaq minn hemm u wieħed ikun jista' jistabbilixxi data għal meta nkunu nistgħu ngħidu nimxu 'l quddiem.", "MR SPEAKER: Nistgħu nimxu fuq data kemm jista' jkun malajr biex nisimgħu l-persuni li għandna nisimgħu?", "MARIO DE MARCO: Dan id-dibattitu kollu tal-lum seta' kien evitat kieku ġie xi ħadd hawnhekk u ta spjegazzjoni.", "Dik l-unika ħaġa li naħseb kienet tagħmel sens illum.", "MR SPEAKER: Issa ejja naqblu fuq data.", "Il-Kumitat qed jaqbel li għandu jkun hawn ir-rappreżentanti.", "Tal-GHRC biss se nitolbu jiġu?", "Mela nistiednu liċ-Chairman tal-GHRC u jiddeċiedi hu lil min iġib miegħu.", "Naqblu fuq data kemm jista' jkun malajr?", "It-13 ta' Ottubru tajjeb?", "MARIO DE MARCO: Iva, tajjeb.", "MR SPEAKER: Mela, il-Kumitat hu aġġornat għat-13 ta' Ottubru fis-6.30 p.m. Mela, fit-13 ta' Ottubru, jitħarrek iċ-Chairman tal-GHRC.", "MARIO DE MARCO: Mhux jitħarrek, jiġi.", "MR SPEAKER: Jitħarrek.", "Aħna se ngħidulu biex jiġi, il-Kumitat.", "MARIO DE MARCO: U rappreżentant tal-Ministeru.", "MR SPEAKER: U rappreżentant tal-Ministeru.", "Mela, iċ-Chairman tal-GHRC u rappreżentant tal-Ministeru.", "LOUIS GRECH: Naħseb li punt li tajjeb jiġi nnotat u minuted hu li ma kien hemm l-ebda struzzjoni min-naħa tagħna biex ma jiġix individwu jew ieħor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, lanqas huwa etiku li xi ħadd jistieden ruħu b'idejh b'invit tad-DOI.", "Id-DOI m'għandu qatt f'dan il-pajjiż it overrules lil dan il-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ma sarx hekk.", "DAVID AGIUS: Hekk sar, miktuba.", "MR SPEAKER: Bħala punt ta' proċedura, il-Kumitat jiddeċiedi min jiġi quddiemu.", "DAVID AGIUS: Il-Kumitat jiddeċiedi min jiġi quddiemu, u mhux jiġi xi ħadd jgħidilna li se jiġi hu.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, naqbel miegħek li l-Kumitat jiddeċiedi; però, ma naqbilx ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "DAVID AGIUS: Skużi, dak li qed ngħid jien huwa dak li hawn miktub f'din l-istqarrija, verbatim, miktuba.", "CARMELO ABELA: Kif qed tinterpretaha inti.", "MR SPEAKER: Il-Kumitat huwa aġġornat għas-seduta tat-13 ta' Ottubru.", "Grazzi.", "Fit8.18 p.m., ilKumitat aġġorna għal nhar itTnejn, 13 ta' Ottubru 2014, fis6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141001_021d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU.", "LErbgħa, 1 ta' Ottubru 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis6.51 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 20 li saret fis27 ta' Ġunju 2014 kienu kkonfermati.", "LIspeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva diversi talbiet mingħand ilmezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għallewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "XOGĦOL TALKAMRA", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, lOnor.", "Louis Grech, informa lill-Kumitat li llista ta' prijoritajiet li għandu lGvern għaxxahar ta' Ottubru hekk kif il-Parlament jerġa' jibda jiltaqa' wara l-waqfa tas-sajf fit-13 ta' Ottubru, hija kif ġej:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar isSigurtà Soċjali – Abbozz Nru 65;", "Abbozz ta' Liġi dwar ilfinanzjament ta' Partiti Politiċi – Abbozz Nru 59 (kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar itTaxxa fuq lIncome – Abbozz Nru 64;", "Abbozz ta' Liġi dwar Diversi Liġijiet filqasam tasSħubija fi Trade Union ta' Forzi Dixxiplinati – Abbozz Nru 55;", "Abbozz ta' Liġi dwar ilĦarsien tatTfal (Ħarsien Barra midDar) – Abbozz Nru 45;", "Abbozz ta' Liġi dwar ilProfessjoni talCounselling – Abbozz Nru 48; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar irRefuġjati – Abbozz Nru 56.", "Grech qal ukoll li huwa ppjanat li lAbbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas lObeżità), Abbozz Nru 62, jiġi diskuss nhar ilĦamis, 6 ta' Novembru, filwaqt li lMozzjoni Nru 136 ippreżentata millOnor.", "Claudio Grech dwar lgħażla ta' pazjenti li jieħdu lkura tassaħħa li huma intitolati għaliha skont ir­regolamenti dwar kura tassaħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali għandha tiġi diskussa f'Diċembru.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius, id-Deputat Prim Ministru qal li l-Gvern se jipprova jara li d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika, Abbozz Nru 63 jibda jiġi diskuss fix-xahar ta' Novembru.", "Abela informa lill-Kumitat li abbażi tal-informazzjoni mogħtija mid-Deputat Prim Ministru aktar kmieni fil-Kumitat:", "is-Seduti ta' nhar itTnejn u t-Tlieta, 13 u 14 ta' Ottubru, se jkunu allokati l-ewwel għad-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar isSigurtà Soċjali, Abbozz Nru 65, u jekk id-diskussjoni tintemm titkompla d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari talAbbozz ta' Liġi dwar ilfinanzjament ta' Partiti Politiċi, Abbozz Nru 59, liema diskussjoni mhux previst li tagħlaq f'seduta waħda; u", "fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Ottubru, tibda d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda lAtt dwar itTaxxa fuq lIncome, Abbozz Nru 64.", "AFFARIJIET OĦRA", "LIspeaker informa lillKumitat illi nhar il15 ta' Settembru lOmbudsman ippreżentalu kopja talOmbudsplan għassena 2015 liema dokument ser jitqiegħed fuq ilMejda talKamra hekk kif ilParlament jerġa' jiltaqa' fit-13 ta' Ottubru.", "Huwa qassam kopja ta' dan iddokument lillMembri preżenti u informa lill-Kumitat li hemm bżonn li tinstab data għad-diskussjoni mill-istess Kumitat dwar l-Ombudsplan għas-sena 2015 biex sussegwentement ikun jista' jitqiegħed għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "LIspeaker informa lillKumitat illi wara lftehim li ntlaħaq fillaqgħa preċedenti fl1 ta' Awwissu 2014 huwa kiteb lil Network Publications fejn infurmahom illi lesperti li għandhom jiġu kkonsultati dwar lesibizzjoni dwar ilParlament Malti huma lProf.", "Kopja ta' din ilkorrispondenza ġiet mgħoddija lillMembri.", "Peress li lkuntratt dwar lesibizzjoni sar bejn ilBank of Valletta u lFondazzjoni Parlament ta' Malta, lIspeaker informa lill-Kumitat illi kien beħsiebu jlaqqa' lFondazzjoni sabiex min-naħa tagħha tkun tista' tagħti lapprovazzjoni meħtieġa dwar ilkontenut talesibizzjoni.", "Fuq il-materja mqajma fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat rigward ittra mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-Iskrivan tal-Kamra datata 4 ta' Novembru 2013 dwar talba li kienet saret mill-Assoċjazzjoni tal-eks membri parlamentari lill-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex it-titlu 'Onorevoli' jibqa' jintuża mill-ex membri parlamentari, il-Kumitat esprima l-opinjoni li dan ittitolu m'għandux jibqa' jintuża wara li Membru jtemm ilkariga tiegħu filParlament.", "Għaldaqstant lIspeaker informa lillKumitat illi kienet ser tintbagħat risposta lillUffiċċju talPrim Ministru f'dan issens.", "lIspeaker informa lillKumitat illi skont qbil milħuq fillaqgħa tad9 ta' Ġunju 2014 ġew ingaġġati żewġ research analysts fuq bażi temporanja bl-għajnuna tal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC) fi ħdan l-Università ta' Malta.", "LIspeaker informa lillMembri dwar numru ta' attivitajiet annwali li saru jew li kienu ser isiru fil-bini tal-Parlament, u ċjoè:", "ilParlament tażŻgħażagħ, li ltaqa' fit-18 ta' Settembru;", "l-attività msejħa Science in the House organizzata fuq inizjattiva talUniversità ta' Malta li nfetħet midDeputy Speaker talKamra fil25 ta' Settembru; u", "lattività tanNotte Bianca li kellha ssir nhar isSibt, 4 ta' Ottubru.", "LIspeaker ħeġġeġ lill-Membri miżżewġ naħat tal-Kamra sabiex ikunu preżenti ħalli jiltaqgħu malmembri talpubbliku li jkunu qed iżuru lParlament waqt din l-attività.", "LIspeaker irrefera għallittra tiegħu dwar ilparliamentary TV channel tal1 ta' Settembru 2014 u għarrisposti li rċieva mingħand ilWhips dwar din il-materja fejn ġie espress qbil fil-prinċipju dwar xandir viżiv.", "Kopja ta' din il-korrispondenza tqassmet lill-Membri.", "Huwa informa lill-Kumitat li kellu laqgħat malkumpaniji li huma f'pożizzjoni li joffru dan isservizz u li matul l-istess lagħat kien qed jemfasizza li tali servizz kellu jingħata mingħajr ma l-Parlament jinkorri spejjeż.", "L-Ispeaker Farrugia irrefera wkoll għar-rekwiżit li tali servizz ikun regolarizzat u f'dan is-sens ippropona li jsiru l-emendi neċessarji fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u li l-Kumitat jikkonsidera numru ta' linji gwida li ġew ippreparati mill-Uffiċċju tiegħu u li tqassmu lill-Membri.", "Id-Deputat Prim Ministru ppropona li l-Uffiċċju tal-Ispeaker jipprepara wkoll abbozz tal-emendi neċessarji għall-Ordnijiet Permanenti talKamra.", "LIspeaker qara u għadda lill-Membri kopja ta' ittra li huwa kien irċieva dakinhar millOnor.", "Joe Mizzi, Ministru għatTrasport u l-Infrastruttura dwar l-istadju li kienu waslu fih ix-xogħlijiet filbini lġdid talParlament.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li għallaqgħa li jmiss jiġu msejħa ċChairman talGrand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) u rappreżentant mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura biex jidhru quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Fit8.18 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar itTnejn, 13 ta' Ottubru 2014 fis6.45 p.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141001_021m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 23", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Ottubru 2014 fit-3:00 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Ottubru 2014 fit-3:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-E.T. Miroslav Lajcak, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tas-Slovakia.", "Affarijiet oħra.", "2 ta' Ottubru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20141010_023a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 23", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Ottubru 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 23", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Ottubru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-3.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 22, li saret fil-21 ta' Lulju 2014, ġew ikkonfermati.", "LAQGĦA MAL-L-E.T. MIROSLAV LAJČÁK, DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAS-SLOVAKKJA", "Fit-3.55 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20141010_023d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 10 ta' Ottubru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-3:00 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marlene Farrugia, l-Onor Marthese Portelli u l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 22 li saret fil-21 ta' Lulju, 2014, kienu konfermati.", "LAQGĦA MAL-E.T. MIROSLAV LAJCAK, DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAS-SLOVAKJA", "Fl-introduzzjoni tiegħu, il-President tal-Kumitat aċċenna, fost l-oħrajn, għall-kooperazzjoni bejn Malta u s-Slovakja fid-dawl tal-fatt li Malta se tkun qegħda tieħu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea eżatt mingħand is-Slovakja kif ukoll għall-problemi fi ħdan l-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-qagħad u n-nuqqas ta' tkabbir ekonomiku, id-dehra kemmxejn negattiva tal-Unjoni f'għajnejn iċ-ċittadini li qiegħda tagħti lok għall-Ewro-xettiċiżmu u l-dawmien ta' partiti estremi.", "Fl-intervent inizjali tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Slovak, semma li fil-Presidenza tagħha għall-perjodu Lulju-Diċembru 2016, is-Slovakja kienet se tindirizza problemi konkreti, fosthom, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; l-inklużjoni u koeżjoni soċjali; l-immaniġġjar tal-ilma kemm bħala riżors u kemm dak li jirriżulta mill-għargħar; l-iżvilupp tal-blue economy; it-titjib tal-immaġini tal-Unjoni Ewropea f'għajnejn iċ-ċittadini billi tindirizza l-bżonnijiet reali tagħhom; in-neighbourhood policies u l-partnerships kemm fl-Ewropa tal-Lvant u anke fil-Mediterran kif ukoll il-politka tat-tkabbir.", "Huwa żied li filwaqt li l-pajjiżi membri kellhom jirrispettaw ir-regoli finanzjarji sabiex ma tirrepetix ruħha l-kriżi wieħed kellu joqgħod attent li ma jiġux introdotti standards għoljin wisq, anke fir-rigward tal-ambjent, li jnaffru l-industrija u l-investiment mill-Ewropa.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-3.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20141010_023m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 5", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Etienne Grech, President tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2014 fis-6:30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Indirizz mill-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Dr Tonio Borg.", "Diskussjoni.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141013_005a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fit-8 ta' Lulju, 2014 ġew konfermati.", "INDIRIZZ MILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦAS-SAĦĦA DR TONIO BORG", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Nistiednu lill-Kummissarju Ewropew tas-Saħħa, Dr Tonio Borg lid-Deputy Director General, is-Sur Martin Seychell u s-Sur Joseph Scerri u s-Sur Karl Scerri, Members of Cabinet.", "L-ewwel nett merħba.", "Tajjeb li ninformak li l-Kumitat qiegħed jiġi streamed-live fuq l-internet, kemm bħala sound kif ukoll bħala video.", "Nixtieq nisimgħu l-indirizz min-naħa tiegħek bħala Kummissarju Ewropew dwar is-Saħħa, speċjalment fejn hemm diversi topics li jaffettwaw lilna l-Maltin.", "Qabel xejn irrid ngħid li hawn talba mill-media sabiex jieħdu filmati tal-ewwel ftit minuti ta' din il-laqgħa.", "Il-permess qed jingħata u għalhekk nistieden lill-membri tal-media sabiex jidħlu fil-Kamra.", "DR TONIO BORG (Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Saħħa): Grazzi, Sur President, Onorevoli Membri.", "Huwa pjaċir għaliha u b'spirtu nostalġiku li qed niġu lura fil-Parlament Malti.", "Għalkemm fadalli ftit ġimgħat oħra f'din il-kariga, però ma ġejtx hawnhekk biex noqgħod ngħid x'għamilt f'dawn is-sentejn għaliex mhux dak huwa l-iskop ta' din il-laqgħa.", "L-iskop ta' din il-laqgħa hu biex naraw x'qed tagħmel l-Unjoni Ewropea fil-kamp tas-saħħa u b'mod partikolari kif Malta tista' tibbenefika - kif diġà qegħda tibbenefika - mill-miżuri, fondi u azzjonijiet li l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari, tagħmel fil-qasam tas-saħħa.", "Kieku kellek isaqsini, Sur President, x'inhi l-iktar kwestjoni taħraq bħalissa, ngħidlek il-virus tal-Ebola.", "U nixtieq ngħid xi ħaġa dwarha wkoll.", "Għalkemm minn informazzjoni li għandna, it-tama hi li fil-pajjiżi Afrikani l-iżolament donnu qiegħed jiżdied għalkemm mhux jonqsu l-każijiet.", "Allura t-tama hi li forsi issa l-curve tibda niżla, għalkemm mhux tisparixxi.", "Din tinteressana għaliex iktar ma tiġi kkontenuta fil-pajjiżi tal-Guinea u Sierra Leonne u l-Liberja, inqas hemm ċans li tinfirex f'postijiet oħra.", "Imma kieku kellek tgħidli liema hija l-iktar kwestjoni long term u li taħraq fl-Unjoni Ewropea u li dejjem tkun fuq l-aġenda f'kull laqgħa li nagħmlu tal-ministri tas-saħħa - l-Onor.", "Fearne jaf għaliex dejjem jattendi għal dawn il-laqgħat - hija s-sostenibbilità fil-futur tas-sistema tas-saħħa.", "Ovvjament min laħaq ċerta riformi, jista' jilqa' għall-isfida iktar aħjar minn dawk il-pajjiżi li dejjem jipposponu l-bidliet u r-riformi.", "U ma tridx tkun xi professur f'dawn l-affarijiet, biex tinduna li t-trend demografiku huwa tali, illi l-ispiża fis-saħħa qegħda tiżdied, qegħdin ngħixu iktar, però mhux neċessarjament qegħdin ngħixu iktar f'saħħitna.", "U allura qed naraw dan il-fenomenu ta' pressjoni kbira fuq is-sistema tal-pensjonijiet, kif ukoll pressjoni kbira fuq is-sistemi tas-saħħa.", "Għalhekk jinħarġu l-country specific recommendations taħt ir-regoli ekonomiċi tal-economic governance.", "Bħala Kummissjoni Ewropea, m'għandniex dritt li nindaħlu lill-gvernijiet kif jorganizzaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom.", "Id-dimensjoni tas-sussidjarjetà fil-qasam tas-saħħa hija għolja ħafna, tant hu hekk li l-ministri tas-saħħa tal-Ewropa, darbtejn fis-sena biss jiltaqgħu biex jieħdu deċiżjonijiet.", "Il-pajjiżi li għandhom il-bail-out, jinħarġilhom dawk li ngħidulhom rakkomandazzjonijiet li jridu jwettquhom bilfors u l-pajjiżi l-oħra ikollhom rakkomandazzjonijiet oħra li jsegwu, però ma jkollhomx x'jaqsmu mas-sitwazzjoni finanzjarja attwali.", "Il-Ġermanja xorta waħda tirċievi l-country specific recommendations dwar is-saħħa għalkemm żgur li m'għandhiex bżonn bail-out.", "Qed ngħid hekk, għaliex pajjiżna hu wieħed minn sittax li għandu l-country specific recommendation.", "Jiġifieri llum hemm 16-il pajjiż fl-Ewropa, li taħt ir-regoli tal-Economic Governance jissuġġerulhom li jagħmlu ċertu affarijiet.", "Imma mhux għaliex għandhom problemi llum.", "Inklużi wkoll hemm il-Ġermanja u l-Awstrija.", "Issa tista' ssemmi żewġ pajjiżi iktar finanzjarjament sodi minn hekk?", "Imma xorta waħda jirċievu l-country specific recommendations.", "Għaliex jekk ma jsirux riformi, jista' jkun hemm problemi fil-futur.", "Fil-fatt jiena, Sur President, meta jistaqsuni, jekk is-sistema tas-saħħa hijiex sostenibbli, ngħidilhom li l-ebda sistema tas-saħħa fl-Ewropa m'hi sostenibbli sakemm ma tiġix riformata.", "Issa kif isiru r-riformi, tibqa' deċiżjoni sovrana ta' gvern sovran fl-Unjoni Ewropea.", "Però nistgħu nieħdu ħjiel minn dak li qalet il-Kummissjoni fl-Economic Governance dwar Malta – u nsemmu lil Malta b'mod partikolari - li pereżempju, ma nkunux daqshekk iċċentrati fuq l-isptar.", "Irrid ngħid li dawn ir-rakkomandazzjonijiet, mhux din is-sena biss saru, imma saru wkoll fi snin l-imgħoddija.", "Iktar għandna nikkonċentraw fuq il-Kura Primarja u fuq il-prevenzjoni.", "Jekk naraw statistika tal-budgets nazzjonali fuq is-saħħa tal-gvernijiet kollha tal-Unjoni Ewropea, 3% tmur fuq il-prevenzjoni u 97% tmur fuq il-kura.", "Inkompli ngħid x'hemm fil-country specific recommendations ta' Malta, li huma simili għal dak li hemm f'pajjiżi oħrajn.", "Rakkomandazzjonijiet oħra huma li jkun hemm prattiċi iktar moderni ta' ġestjoni u ta' procurement, l-inkoraġġiment tal-kura fil-komunità u l-kura primarja li diġà semmejt.", "Issa biex tasal għal dawn l-iskopijiet, il-gvern nazzjonali jrid jiddeċiedi.", "Jiġifieri kif se titnaqqas l-ispiża?", "M'hemmx formola maġika.", "U jekk ma tnaqqasx l-ispiża, kif dak li qed tonfoq illum, tista' tużah b'mod aħjar.", "Hemm tool kit fejn tista' tagħżel għodda differenti u tagħżel x'inhu l-aħjar għall-pajjiż tiegħek.", "Pereżempju, il-prevenzjoni żgurissimu tnaqqas l-ispiża.", "Ħa nagħtikom ċifra waħda.", "It-target tal-Kummissjoni hija li fil-ħames snin li ġejjin, l-ammont ta' nies li jpejpu fl-Unjoni Ewropea, irid jonqos b'2%.", "Jiġifieri jridu jieqfu jpejpu 2.4-il miljun persuna.", "Jekk tagħmel il-kalkoli, dan xi jfisser bħala tfaddil għall-gvernijiet?", "Dan ifisser li l-gvernijiet ma jkollhomx għalfejn jikkuraw nies b'mard li għandu x'jaqsam mat-tipjip, u żżid magħhom wkoll kemm persuna li kienet tpejjep issa sa tuża dak t-tifdil tagħha biex tonfoqhom jew fi ħwejjeġ jew biex tiekol barra.", "Persuna tista' tfaddal dawk il-flus ukoll, imma l-probabbiltà hija li tonfoqhom, u dan ifisser mhux miljuni, imma biljuni ta' Ewro li jew jiffrankahom il-gvern u jinvestihom f'affarijiet ekonomiċi oħrajn, jew fi proġetti tiegħu, jew jagħti ħajja ġdida b'influss ġdid fl-ekonomija.", "Qed ngħid dan, għaliex meta kont qiegħed nippromwovi d-direttiva tat-tabakk - u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-awtoritajiet Maltin għas-sapport li dejjem sibt fil-kwestjoni tat-tabakk, u mbagħad se ngħid xi ħaġa dwarha iktar tard - kien hemm l-argument, li jekk jonqsu n-nies milli jpejpu, allura se jiżdied il-qgħad fl-industrija tat-tabakk.", "Jien miniex neskludi li jekk ikun hemm inqas tipjip, iġġib din il-konsegwenza, però konvenjentament kulħadd jinsa kemm se jsir iktar tifdil jekk jonqsu n-nies milli jpejpu.", "Apparti l-fatt li jiena Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u mhux għat-tipjip!", "Jiġifieri bl-istess argument allura jiena suppost li nippromwovi t-tipjip, ħalli jiżdied ix-xogħol fl-industrija tat-tabakk.", "Imma li jkollna membri b'saħħithom fis-soċjetà, huwa valur fih innifsu.", "Jekk nippromwovu dan il-valur, ifisser ukoll li se niffrankaw, għaliex ikun hemm inqas assenteiżmu fuq il-post tax-xogħol u ma jkollniex għalfejn nikkuraw ċertu mard.", "Issa aħna għamilna żewġ affarijiet dwar is-sistema tas-saħħa.", "F'April tal-2014 ħriġna komunikazzjoni fuq il-website tagħna, dwar kif is-sistemi tas-saħħa jkunu iktar aċċessibbli billi ġbarna esperjenzi minn pajjiżi differenti.", "Aħna f'Malta m'għandniex din il-problema, imma hemm pajjiżi li l-aċċessibilità għas-saħħa tiddependi minn jekk persuna tkunx taħdem jew le.", "Jiġifieri sistema purament ta' insurance.", "Kif ukoll dwar kif is-sistemi jistgħu jkunu iktar resilient.", "Li allura meta jkun hemm kriżi finanzjarja, ma taqlax id-daqqa li s-soltu taqla', u kemm dawn is-sistemi tas-saħħa huma effettivi.", "Għaliex qed insemmi dawn it-tliet affarijiet u b'mod partikolari għal dak li hija effikaċi?", "Għaliex jiena nħobb ngħid, li fl-qasam tas-saħħa, l-Unjoni Ewropea mhijiex unjoni.", "Jiġifieri hemm wisq diverġenzi bejn pajjiżi membri f'dik li hija saħħa.", "Pereżempju, f'dak li hija life expectancy, f'dik li hija infant mortality, f'dak li huwa wkoll tipjip.", "Pereżempju, il-Ġreċja 40% tan-nies ipejpu, mentri l-average tal-EU hija ta' 26% jew 28%.", "U għalkemm il-gap ħdejn l-ugwaljanzi naqas overall, li jinkwetak huwa li f'ċertu socio-economic groups baxxi, il-gap ma naqas xejn.", "Xi ħaġa li tinkwetak mil-lat soċjali.", "Raġuni għaliex fil-qasam tas-saħħa m'aħniex unjoni hi li l-Kummissjoni m'għandhiex is-saħħa li għandu pereżempju, il-Kummissarju tal-Kompetittività, fejn għandu exclusive jurisdiction u competence.", "Jiena hawnhekk mhux qed ngħid li l-Kummissjoni Ewropea għandha jkollha l-poter li tordna lill-gvernijiet x'jagħmlu fil-qasam tas-saħħa, imma jekk irridu nnaqqsu din l-ugwaljanza, xi ftit iktar poteri jrid ikun hemm.", "Allura nużaw dak li hija soft law, li ma nordnalekx x'tagħmel imma nippubblika statistika dwar rapport ta' progress fil-qasam tal-obeżità jew inkella fil-qasam tat-tipjip.", "It-tipjip u l-obeżità.", "Bħala tipjip, Malta m'aħniex qegħdin ħażin, għax bħala kontroll tat-tabakk qegħdin fis-seba' post minn xi 28, jew iktar.", "Fil-qasam tal-obeżità, kif se ngħid 'il quddiem u kif se nerġa' nirrepeti fil-working group tad-diabete, qegħdin ftit ħażin, speċjalment f'dik li hija obeżità tat-tfal.", "Is-sena li għaddiet introduċejna panel ta' esperti, li joffru pariri b'xejn lill-gvernijiet fuq bażi volontarja proprju dwar is-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa.", "Din l-inizjattiva damet ma qabdet, minħabba li l-pariri li kienu jingħataw kellhom ikunu bilfors pubbliċi.", "Issa forsi gvern ma jkunx irid juri li qed jitlob parir fuq suġġett partikolari.", "Allura riċentement intervenejt biex saħħaħna l-provvedimenti tal-konfidenzjalità, sabiex jekk gvern ikun jixtieq parir fuq primary care, jista' ma jgħidx lil kulħadd.", "Minn mindu neħħejna din ir-regola kien hemm pajjiżi li talbu pariri dwar suġġetti differenti.", "Qabel ma ngħaddi l-kelma lis-Sur Martin Seychell, Deputy Director General tas-SANCO li bħala Malti jokkupa l-ogħla kariga fiċ-Ċivil Ewropew, se nitkellem dwar l-istrumenti finanzjarji li jeżistu fejn gvern jista' jibbenefika direttament minn fondi Ewropej.", "Dawn huma tlieta.", "L-ewwel hemm il-Health Programme, li jaqa' direttament taħti.", "Għas-seba' snin li ġejjin, hemm madwar Eur460 miljun għal proġetti li jista' japplika għalihom kulħadd, kemm il-privat kif ukoll il-gvern.", "Imma cross-border jingħataw preferenza.", "Dan ifisser jekk proġett isir ma' Sqallija jew inkella mal-Italja, jew inkella ditta Franċiża ma' ditta Maltija, tingħata l-preferenza.", "Biex nagħti eżempju, l-e-Health.", "Min ikollu proġett tajjeb dwar l-e-Health, dan jista' jiġi ffinanzjat.", "Dan meta objettiv fl-Unjoni Ewropea hi li tiżdied l-użu tal-e-Health.", "It-tieni strument finanzjarju huwa l-fond strutturali.", "Il-fondi strutturali ġeneralment jitfasslu skont xi jkun irid il-gvern tal-istati membri.", "Malta bbenefikat, f'ħames proġetti.", "L-ikbar proġett, u l-iktar wieħed li għandu spiża, huwa l-bini ta' sptar onkoloġiku taħt il-European Regional Development Fund fejn ġew stanzjati Eur48.8-il miljun taħt il-programm tal-2007 u l-2013 għall-Mater Dei Hospital Oncology Centre.", "Mhux se insemmi mill-2014 'l quddiem, għaliex dak qiegħed jiġi nnegozjat u pprogrammat mal-gvern Malti.", "Però taħt il-budget li għadu kif spiċċa, hemm Eur48.8 miljun co-financing li huwa għoli ħafna, qiegħed 85% ma' 15%.", "Il-proġetti l-oħrajn li jiswew madwar Eur4 miljun huma mal-Università ta' Malta, apparat fl-isptar ta' Għawdex u fl-isptar ta' Malta, u sodod ġodda f'ward partikolari fil-Mater Dei.", "Uħud minnhom bdew u oħrajn se jibdew u dawn għal total ta' xi Eur64 miljun taħt il-budget tas-saħħa għall-2014, li hija xi ħaġa pożittiva.", "Għaliex qed insemmi l-fondi strutturali?", "Nifhem li politikament - jien kont ministru għal 16-il sena u nofs - kulħadd jippreferi proġetti viżibbli bħal toroq jew tarmak, għalhekk fil-qasam tas-saħħa tajjeb li nibqgħu nużawhom dawn il-fondi strutturali, għaliex huma ukoll available għall-proġetti infrastrutturali.", "Ta' min ifakkar li d-dimensjoni tas-saħħa fil-fondi strutturali jistgħu jnaqqsu l-inugwaljanzi li hemm fil-qasam tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea.", "It-tielet fond li jeżisti huwa tar-riċerka u l-innovazzjoni li hu wieħed mill-ftit budgets fl-Unjoni Ewropea li ma ġiex imnaqqas, imma anzi kien hemm żieda.", "Għas-seba' snin li ġejjin, għar-riċerka kollha ġew stanzjati Eur80 biljun, li qed ninsistu li parti sew minnhom jkunu ddedikati għas-saħħa.", "Fil-fatt qrib l-10% - jiġifieri qed nitkellmu kważi Eur8 biljuni - se jmorru għal proġetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa.", "Hawnhekk m'hemmx numerus clausus, jiġifieri mhux għax Malta żgħira, allura tieħu inqas minn ħaddieħor, imma l-pajjiżi l-kbar jkollhom iktar riżorsi finanzjarji u umani biex iressqu 'l quddiem il-proġetti tagħhom.", "Mhux għax Malta żgħira jkollha nofs proġett u l-Ġermanja jkollha 20.", "M'hemmx din ir-regola.", "Jekk ikun proġett tajjeb jiġi ffinanzjat.", "Kif nafu hemm section fl-Università ta' Malta, li tiddedika ruħha dwar ir-riċerka.", "Ippermettuli ngħid xi ħaġa dwar il-mard kroniku li qiegħed jiżdied mhux għaliex jittieħed, imma minħabba li qed ngħixu iktar.", "Id-dimenzja qed tiżdied għax iktar ma ngħixu, iktar hemm ċans li niżviluppaw ċertu mard kroniku.", "Fil-fatt statistika pożittivi dwar is-sistema tas-saħħa f'Malta hi li għandna waħda, mill-ogħla rati ta' life expectancy fl-Ewropa u f'dik li hi healthy life expectancy, jidhirli qegħdin fl-ewwel post ma' xi pajjiż ieħor.", "Jiġifieri għandna sistema tas-saħħa, li bid-difetti kollha tagħha - bħalma għandha kull sistema – tiffunzjona.", "Dan ma jfissirx li rridu nistrieħu fuq dak li għandna, u ma nibżgħux għaliha u kif se niffinanzjawha fil-futur.", "Imma għandna problemi wkoll.", "Wara din il-laqgħa se nindirizza l-Grupp Parlamentari ta' Ħidma fuq id-Dijabete u tinkwieta meta nara li ċ-ċifra tal-Maltin li għandhom id-dijabete hija ta' 9.5%.", "M'hijiex l-ogħla rata għax dik qegħda fil-Portugal.", "Aħna għamilna summit fejn ipprovajna noħolqu kuxjenza iktar politika dwar l-erba' fatturi li joħolqu l-mard kroniku.", "Jiġifieri hemm ċertu mard kroniku li tista' jew tevitah jew għallinqas tipposponih, inkluż id-Diabetes Type 2 imma hemm mard ieħor ukoll, inkluż il-cancer.", "It-target tal-Unjoni Ewropea hi li sal-2020 l-inċidenza tal-cancer jonqos bi 15%.", "Naħseb li hija fattibbli, għaliex fl-għaxar snin li għaddew, il-cancer naqas b'xi 10%.", "L-erba' fatturi li rridu nindirizzaw huma n-nutrizzjoni, in-nuqqas ta' attività fiżika, il-konsum tat-tabakk u l-konsum jew l-abbuż tal-alkoħol.", "Malta naf li diġà qed tipparteċipa f'din il-joint action bħala konsegwenza tas-summit li sar f'April dwar il-mard kroniku u li hemm miljuni dedikati għaliha.", "Din hi parti mis-sostenibbiltà, għaliex iktar ma nattakkaw il-mard kroniku u nipprevjenuh flok nikkurawh, iktar aħjar.", "Meta attendejt kungress dwar id-dijabete fl-Awstralja, kien hemm kelliem li qal li hemm żewġ soluzzjonijiet jekk ikollok vit iqattar.", "Jew l-iktar soluzzjoni faċli li tpoġġi barmil taħt l-vit li qed iqattar jew il-vera soluzzjoni li tipprova tara minn fejn qed iqattar u tagħlaqha.", "Xi kultant bl-iżviluppi li jsiru fil-mediċina, fil-medical divide u f'kollox, naqgħu fit-tentazzjoni, li bħala policy holders nagħtu l-mediċina tal-pressjoni milli nieħdu biżżejjed miżuri biex jekk jista' jkun, ma nimirdux bil-pressjoni, jew li ma taqbdekx id-dijabete ta' 40 sena, kif qed jiġri fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa.", "Id-dijabete mhux biss qed tiżdied fin-numru, imma wkoll qed ibatu minnha dwak ta' età iżgħar.", "Dan huwa portafoll verament tal-poplu, għaliex jinteressa lil kulħadd u kulħadd jifhem xi ftit fih għaliex kulħadd għandu s-saħħa tal-ħajja.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "IS-SUR MARTIN SEYCHELL (Deputy Director General): Kif qal il-Kummissarju, se nelabora ftit iktar fuq il-fondi tal-programm tas-saħħa, għaliex huwa direttament taħt ir-responsabbiltà tas-servizzi tagħna.", "Dan mhux wieħed mill-programmi l-kbar tal-Unjoni Ewropea.", "Għandu madwar budget ta' Eur50 miljun fis-sena, però ċertament fl-aħħar snin qegħdin nagħtu iktar importanza għal dawk li huma azzjonijiet konġunti.", "Fejn primarjament l-awtoritajiet tal-istati membri jiddentifikaw problema komuni li għandhom kollha.", "U jekk jista' jkun, ħafna mit-28 pajjiż jaħdmu flimkien biex ikun hemm skambju ta' informazzjoni, u jinvolvu wkoll stakeholders oħrajn.", "Waħda mill-ikbar joint actions kienet fil-fatt, kif semma' l-Kummissarju, fuq il-mard kroniku.", "Ħadna l-marda tad-dijabete bħala eżempju ta' mard kroniku tipiku ħafna, biex anke naraw x'inhuma l-aħjar prattiċi.", "L-islogan li nużaw huwa li l-best practices jsiru standard practices.", "L-Ewropa hemm vantaġġ kbir li għandha l-istrutturi kollha mil-livell tekniku sal-livell politiku, biex fejn niddeċiedu li hemm problema komuni, naraw kif nistgħu nsolvuha flimkien.", "U ħafna drabi sibna li hemm lok fejn tista' titgħallem minn affarijiet li ma rnexxewx, aħseb u ara minn affarijiet li rnexxew.", "Imbagħad hemm programmi oħra li semma' l-Kummissarju li huma aktar sustanzjali.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi membri li jixtiequ forsi li jsaqsu jew jiddiskutu xi ħaġa?", "DEO DEBATTISTA: Fuq ir-riċerka.", "Semmejt il-kwestjoni tal-Ebola.", "Peress li issa hawn din il-biża' ta' epidemija, jekk l-Unjoni hux beħsiebha li tara li ssir iktar riċerka ħalli jinstab fejqan għal din il-marda.", "Mhux ladarba tgħaddi din il-kondizzjoni, din il-biża', jerġa' kollox back to square one, u billi huma pajjiżi Afrikani, jibqgħu jgawdu l-epidemija tal-Ebola għas-snin li ġejjin.", "Grazzi.", "TONIO BORG: Grazzi għaliex xtaqt insemmija, imma nsejt.", "Iva, hemm proġetti diġà għaddejjin iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea dwar l-Ebola.", "Fil-fatt hemm tnejn li huma żguri wieħed tal-Oxford University u l-ieħor tal-kumpanija Glaxo flimkien ma' istitut Amerikan.", "Imma għadhom ma waslux fl-istadju ta' clinical trials għall-bnedmin, u allura mhumiex approvati mill-European Medicines Agency (EMA) - l-aġenzija li tapprova l-mediċini – li għamlet task force biex kemm jista' jkun tiffaċilita l-proċess anke għaliex huwa etikament aċċettabbli li meta jkun hemm emerġenza, bil-kunsens tal-persuna nnifisha, jistgħu jsiru dawk li jgħidulhom emergency clinical trials.", "Fil-fatt m'ilux fl-Ewropa għaddejna regolament dwar il-verifiki ta' testijiet kliniċi tal-mediċina.", "Hemm provvediment proprju dwar l-emerġenza, li jgħid li meta tkun dahrek mal-ħajt, bil-kunsens tal-pazjent, tista' tipprovahom.", "L-istess bħal meta jintużaw persuni taħt l-età fil-provi kliniċi, basta tkun għal benefiċċju tagħhom.", "Il-previżjoni hi li s-sena d-dieħla jista' ikollna vaccine kontra l-Ebona fuq is-suq u jkun jista' jintuża.", "Imma għad irridu naraw għax għadu mhux approvat.", "Irrid nerġa' ngħid u nirrepeti dak li għedt f'Brussel u li qalu esperti oħrajn.", "It-tixrid tal-Ebola fl-Unjoni Ewropea, tibqa' low risk.", "Dan ma jfissirx zero risk jew li ma jkollniex każijiet, imma li l-każijiet jinfirxu, tibqa' low risk.", "Dan minħabba l-istandards għoljin ta' saħħa u ta' iġjene li għandna u li niżolaw biex ma jinxteridx.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Nixtieq li nsaqsu l-mistoqsijiet waħda xullxin u mbagħad tweġibhom kollha f'daqqa wara, jekk jogħġbok.", "MICHAEL GONZI: L-ewwel domanda hi għalfejn meta jkun hemm mediċina ġdida, l-ewwel tiġi approvata mill-Food and Drug Administration (FDA), imbagħad tiġi approvata wara mill-European Medicine's Authority?", "Fis-saħħa dejjem joħorġu mediċini ġodda.", "Jiġifieri mediċini għal cancer, mediċini għad-dijabete.", "Ħafna minnhom jiswew ħafna flus u sakemm jidħlu fil-pajjiż, xi kultant jieħdu ż-żmien.", "Il-Kummissjoni qatt ma ħasbet biex tgħin speċifikament liċ-ċittadini fix-xiri ta' ċertu mediċini li ħafna minnhom jiswew ħafna flus?", "Jista' jkun ukoll li ma jkunux għadhom daħlu la fil-formolarju tal-gvern, u lanqas ta' gvernijiet oħrajn, u fl-istess ħin iċ-ċittadin Malti tal-Unjoni Ewropea jista' jkollu diffikultà kbira biex ikompli t-trattament.", "U grazzi għal Community Chest Fund xi kultant ikollhom ċertu perjodu ta' trattament f'Malta.", "CLAUDIO GRECH: Dr Borg xtaqt nistaqsi fuq il-cross-border directive.", "Tista' tindika kif ġiet implimentata u trasposta mal-membri stati?", "U mill-esperjenza ta' kemm ilha li ġiet trasposta, kif qed tarawha li qed taħdem?", "Jiġifieri fil-verità, qegħda taħdem kif kien oriġinarjament intenzjonat li tkun fl-interess dirett tal-pazjent?", "THE CHAIRMAN: Kemm nistaqsi daqsxejn mistoqsija waħda jien.", "Meta l-gvern jipprokura xi mediċini, jista' jkun li jiġu iktar expensive, milli jekk pereżempju, spiżerija privata tixtri dik il-mediċina?", "Hemm xi differenza?", "TONIO BORG: Ħa nibda mill-prezzijiet tal-mediċina, għaliex dan l-aħħar din kienet ukoll diskussa mill-ministri.", "Ġiet żviluppata mediċina għall-Hepatitis C. Biex nagħti eżempju, il-Hepatitis C hija komunissima fil-ħabsijiet.", "Niftakar meta kont indur il-ħabsijiet, ma nafx kemm kien ikun hemm infettati!", "Però din il-kura mhux biss hija għalja, imma bħala prezz tvarja minn post għal ieħor.", "Jiġifieri fl-Afrika ta' Fuq tqum, ma nafx, xi Eur900 u fil-Ġermanja Eur58,000.", "Ġie kkalkulat li kieku kellna napplikaw il-prezzijiet tal-Ewropa biex nittrattaw lil kull min għandu l-Hepatitis C, tammonta għal xi Eur200 biljun!", "Wieħed mill-Kunsilli tal-Ministri tas-Saħħa ta' Franza, ħa l-inizjattiva biex iqajjem dan is-suġġett li hu suġġett fil-kompetenza esklussiva tal-istati membri.", "Imma għallinqas sar l-ewwel tentattiv biex wieħed jiskambja ftit l-opinjonijiet u anke l-informazzjoni.", "Għaliex jekk pereżempju l-Gvern Malti jkun jaf li l-Gvern Franċiż u l-Gvern Ġermaniż qegħdin jiddiskuti din il-problema u x'qed joffrulu, ikun jista' jittratta iktar ma' min jixtri biex iġib prezz tajjeb.", "Għalkemm għadu fil-bidu tagħha, għamilna - u hawnhekk il-Gvern Malti kemm taħt il-Ministru Farrugia kif ukoll taħt is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Fearne, issapportjawni ħafna - il-joint procurement agreement.", "Jiġifieri għall-ewwel darba taħt il-Cross-Border Health Threat Directive - mhux il-Cross Border Health Directive - fejn taħtha twaqqaf il-Health Security Committee qed jieħu ħsieb il-kwestjoni tal-Ebola u huwa possibbli li pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea fuq bażi purament volontarja, joħorġu tender flimkien.", "Malta ffirmat dan il-ftehim, imma ma jfissirx li obbligata li kull darba li jkun hemm joint procurement ta' vaccine, bilfors trid tipparteċipa fih.", "U l-vaccine huwa limitat għall-mard li jinxtered cross-border u pereżempju, ma japplikax għad-dijabete.", "Dan il-ftehim għadu fil-fażi inizjali, imma nemmen li se jġib żewġ affarijiet pożittivi, li jiggarantixxi, speċjalment għall-pajjiżi żgħar u medji, is-supply tal-vaccines u t-tieni ħaġa li iktar ma nkunu magħqudin, inqas hemm ċans li l-prezz ikun spekulattiv.", "Għalkemm ma kontx Ministru tas-Saħħa, imma meta kont fil-kabinett niftakar meta kien hawn l-għidut tal-Avian Flu, u ma stajnix insibu vaccines.", "Imnalla li l-Olanda kienu qalulna iva, għaliex probabbli kienu jisirquna ħajjin fil-kummerċ internazzjonali.", "Dwar l-FDA u l-EMA.", "Kif tafu bħalissa qed jiġi diskuss it-Transatlantic Trade Investment Partnership (TTIP), il-Free Trade Agreement mal-Istati Uniti.", "Waħda mill-kwestjonijiet li qed tiġi diskussa, huwa kif nagħmlu l-proċeduri kemm jista' jkun l-istess.", "Xorta waħda se jkun hemm l-EMA u l-FDA, imma ma jfissirx li għaliex l-EMA tirrikonoxxi mediċina mal-ewwel, l-FDA għandha tirrikonoxxiha wkoll u bil-maqlub.", "Imma jekk kumpanija se tapplika quddiem l-EMA, imbagħad tuża l-istess karti u l-istess dokumenti biex tapplika quddiem l-FDA.", "Ħalli wieħed jiffaċilita l-progress.", "Issa jiena nisma' kritika li ġieli l-EMA tapprova jew l-EMA ma tapprovax dak li tapprova l-FDA.", "Jista' jkun li veru l-EMA xi kultant hija iktar iebsa.", "Ma ninsewx li l-EMA hija indipendenti minn dan il-lat.", "Jiġifieri qisu bħal meta kont il-ministru tal-MEPA jiena, responsabbli politikament għaliha, imma ma nistax nindaħlilhom x'jagħmlu.", "Dwar il-Cross-Border Health Directive.", "Qegħda miexja bil-mod u hemm min diġà approvaha kompletament, bħal Gvern Malti.", "Hemm xi affarijiet żgħar li qed jiġu diskussi mal-gvern biex tkun 100%, imma ħdejn ħaddieħor, bħala pajjiż imxejna ħafna.", "Hemm min applika parzjalment u hemm pajjiż wieħed li nbdew il-proċess ta' infringement kontrih, għax qal li se japplika tliet snin oħra, meta dan huwa frott tal-case law tal-Qorti Ewropea u kien hemm transition period biex pajjiż seta japplika.", "Qed nikkalkolaw li 1% ta' dawk eliġibbli, fil-fatt se jużawha.", "L-ewwel ħaġa din id-direttiva hija xi ħaġa pożittiva u żżid id-drittijiet.", "Jiġifieri jekk illum tgħaddi d-direttiva, tista' tmur f'pajjiż ieħor - ħafna drabi wara li ġġib il-permess tal-awtoritajiet ta' pajjiżek – tħallas imbagħad tiġi reimbursed skont it-tariffi ta' pajjiżek.", "Mela jekk Malti jmur il-Ġermanja biex jagħmel operazzjoni, irid iħallas hu.", "Jekk ikollu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet Maltin, jieħu reimbursement skont kemm kienet tiġi dik l-operazzjoni, kieku għamilha f'Malta.", "Jiġifieri l-gvern tal-pajjiż ta' dak iċ-ċittadin li jsiefer, mhux se joħroġ iktar milli kieku ta dak is-servizz f'pajjiżu stess.", "Kien hemm ċertu problemi u ċertu ostakoli fil-bidu, imma naħseb li dan huwa dritt ġdid li għad irid jiġi żviluppat.", "Hu importanti li f'kull pajjiż, tingħata informazzjoni xierqa lil dawk il-pazjenti li jridu jużaw minn dan id-dritt.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjawk Dr Tonio Borg.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel ħaġa nirringrazzja lill-Kummissarju Borg tal-unur li għamiltilna li lqajt l-istedina tagħna biex tiġi tindirizza dan il-Kumitat fil-Parlament Malti.", "Ovvjament m'intix novizz fil-Parlament Malti, inti veteran ħafna iżjed minnha.", "Naħseb fuq din il-mejda miniex se ngħidlek li inti l-iktar wieħed anzjan, imma l-iżjed wieħed ta' esperjenza u ta' maturità.", "Jiena f'dawn il-ftit xhur li ilni Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, kelli l-okkażjoni li naħdem miegħek f'numru ta' drabi, kemm f'Malta - għaliex inti wkoll żortna fil-ministeru ftit tax-xhur ilu - kif ukoll fi Brussel u f'bliet kapitali Ewropej fejn kien ikun hemm il-Kunsill tas-Saħħa.", "Irrid ngħid li tgħallimt ħafna mingħandek u ta' dan grat.", "U bħala Gvern Malti - għalkemm m'intix qiegħed fuq il-kummissjoni biex tirrappreżenta lil Malta - dejjem ħadem tajjeb ħafna miegħek u ta' dan nirringrazzjak.", "Fil-fatt il-Ħamis li ġej, se nerġgħu nkunu flimkien, għal-laqgħa li sejjaħt inti u l-president, li hija ministru Taljana, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill, biex nitkellmu fuq il-kwestjoni tal-Ebola.", "Il-kwestjoni tal-Ebola lilna tinkwetana ħafna u neħduha b'serjetà kbira.", "F'din il-laqgħa fi Brussel, se jkunu diskussi modi kif nistgħu naħdmu flimkien biex innaqqsu kemm jista' jkun il-perikli għan-nies tagħna, kif ukoll biex nipproteġu kemm nistgħu l-ħaddiema tas-saħħa tagħna li jekk jinqala' xi każ tal-Ebola jridu jkunu huma li jiffaċċjawh.", "Irridu naħdmu flimkien biex naraw kif nistgħu nilqgħu u nittrattaw każijiet tal-Ebola, jekk titfaċċa f'pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea, għaliex it-trattament tal-Ebola mhux biss huwa kompetenza nazzjonali, imma wkoll fuq livell Ewropej.", "Inti semmejt ukoll il-country specific recommendations u semmejt li kif fil-każ ta' Malta il-kummissjoni highlighted b'mod sew il-Kura Primarja.", "Jiena ħadt pjaċir nisimgħek tagħmel dik l-anoloġija tal-vit li jqattar.", "Li aħjar issewwi l-vit, milli tagħmel barmil taħtu biex joqgħod jilqa' l-ilma.", "Fil-fatt fil-Kura Primarja, hekk qegħdin nippruvaw nagħmlu.", "Se nkun qed nagħti rapport kif f'dawn l-aħħar ġimgħat bdejna servizz li qed insejħulu Life Style Clinics.", "Fejn f'numru ta' kliniċi - bħalissa hemm San Ġwann, l-Imsida, il-Gżira u Ħaż-Żabbar u se jkun oħrajn iktar 'l quddiem - pazjenti b'appuntament, u mhux riferuti minn tabib, qed ikollhom ħin ta' kważi siegħa ma' nurse imħarrġa apposta, biex tagħtihom pariri ta' kif għandhom jgħixu aħjar.", "X'għandhom jieklu, x'għandhom jagħmlu biex ibegħdu u jnaqqsu l-mard.", "Jidhrilna li qegħdin nieħdu eżatt din l-anoloġija li semmejt inti, li minflok qegħdin biss nikkuraw il-mard meta jinqala', imma qed nagħmlu ħilitna biex nnaqqsu kemm jista' jkun milli l-mard jinqala'.", "Fil-Kura Primarja żidna wkoll servizz fejn dawk il-pazjenti li jieħdu l-warfarin jistgħu jkollhom testing u jingħataw ir-riżultat tat-test dak il-ħin stess fiċ-Ċentru tas-Saħħa mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru Mater Dei.", "Din tindirizza waħda mill-country specific recommendations li semmejt inti.", "Żiedna u saħħaħna wkoll is-servizz ta' midwives fil-komunità.", "B'dan is-servizz ġdid, diġà kellna 'l fuq minn 2,000 omm ġdida li kellha żjarat ta' midwife f'darha.", "Qed indaħħlu - u f'dan ix-xahar li ġej se jibdew jaħdmu u joperaw - żewġ magni diġitali tal-X-Rays, waħda f'Raħal Ġdid u l-oħra fil-Furjana, bil-plaster clinics magħhom.", "Biex pazjent, jekk ikun hemm il-ħtieġa li jieħu x-ray, m'hemmx għalfejn imur Mater Dei imma jista' jieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa stess u jkollu r-riżultat dak il-ħin minn esperti f'Mater Dei u jieħu l-kura dak il-ħin stess.", "Qegħdin naħdmu wkoll biex nagħtu aktar saħħa lit-tobba tal-familja.", "Dan naturalment m'aħniex qed nagħmluh billi nittraskuraw Mater Dei, għaliex Mater Dei huwa importanti ħafna għalina, huwa l-flag ship tagħna huwa l-aircraft carrier tal-kura tas-saħħa tagħna.", "Qed naħdmu ħafna u meta qed ngħid qed naħdmu, mhux qed ngħid li x-xemx telgħet meta tela' l-Partit Laburista fil-Gvern, biex inkunu onesti.", "Żgur ma telgħatx f'dawn l-aħħar sitt xhur li ili Segretarju Parlamentari jien.", "Meta ngħid qed naħdmu, ninkludi miegħi lill-Onor.", "Godfrey Farrugia u l-ministri kollha li kien hawn qabilna u li nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu.", "F'dawn l-aħħar xhur naqqasna ħafna l-waiting lists, pereżempju tal-MRI.", "Minn sentejn naqqasniha għal sitt ġimgħat, sempliċement billi żiedna ħafna aktar numru ta' MRIs li qegħdin isiru kuljum.", "Naqqasna l-lista ta' stennija tal-kataretti u t-3,300 li sibna f'Marzu tas-sena li għaddiet, niżilniha għal anqas minn 2,000.", "Il-listi ta' stennija għall-angiograms minn sentejn, naqqasniha għal ġimgħa.", "Jiġifieri dan qed isir waqt li qegħdin nilqgħu għal country specific recommendations li semmejt int.", "Naqqasna wkoll il-mediċini out-of-stock.", "Minn 130, il-ġimgħa l-oħra kellna żewġ mediċini biss out-of-stock fil-polyclinics.", "Dan kollu qed isir b'ħidma kollettiva kif qed ngħid u wkoll biex nilqgħu għal country specific recommendations li semmejt inti.", "Żdiedu n-numru ta' nurses u din is-sena se nkunu żidna 250 nurse.", "Qegħdin naħdmu tajjeb mal-Unions ukoll.", "Semmejt id-dijabete, li hija waħda mill-iżjed pjagi li hawn madwar l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid - u issa wara din il-laqgħa hawn laqgħa tal-kumitat tad-dijabete - u nieħu pjaċir li għalkemm jien m'iniex membru, inkun nista' nsegwi x'qed jingħad.", "Żidna - grazzi anke tal-inizjattiva li ħa l-kumitat tad-dijabete - in-numru ta' sticks li jużaw it-tfal ta' taħt it-18-il sena u fi żmien li ġejjin se nestenduha għal kulħadd, biex it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu screening kif suppost.", "Qed insemmi screening u inti semmejt il-Cross Border Research.", "Wasal fi tmiemu proġett li sar bejn Malta u Sqallija biex isir programm ta' kif wieħed janalizza r-riskju tal-breast cancer, persuna persuna, u dan bil-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu li qed isir, Kummissarju Borg, bil-ħidma nerġa' ngħid ta' kulħadd, l-aktar tal-professjonisti tajbin li għandna fil-qasam tas-saħħa.", "L-aħħar punt u nagħlaq hawn.", "Semmejt il-joint procurement tal-vaccines.", "Inti taf li aħna tajnik l-appoġġ kollu tagħna, u bi pjaċir ngħid li prattikament l-istati membri kollha tal-EU qablu miegħu u iffirmaw dan il-joint procurement.", "Nixtiequ narawh estiż anke fuq mediċini u fuq affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu magħhom.", "Jiġifieri mhux biss tieqaf fuq il-vaċin tal-influwenza imma jekk jista' jkun jiġi estiż anke għall-mediċini oħrajn.", "Din tkun waħda mill-affarijiet li jkollna ċans niddiskutu miegħek anke fil-ġranet li ġejjin, anke fil-każ tal-Ebola.", "Nerġa' nirringrazzjak ħafna talli għoġbok tattendi.", "Nerġa' nirrepeti li d-diskussjonijiet li kellna u li għad irid ikollna miegħek, dejjem kienu ta' frott kbir u ħallew ġid kbir għal pajjiżna.", "Nawguralek, għax-xhur li fadallek fil-ħidma ta' Kummissarju Ewropew.", "THE CHAIRMAN: Grazzi lill-Onor.", "Chris Fearne, nirringrazzja lill-membri kollha li ħadu sehem f'din il-laqgħa.", "Nirringrazzja lill-Kummissarju Borg u lit-team tiegħu kollu ta' din il-laqgħa verament kordjali.", "Tgħallimna ħafna u qsamna l-idejat tagħna flimkien.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-7.50 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141013_005d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI", "Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Michael Gonzi u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fit-8 ta' Lulju, 2014 kienu konfermati.", "INDIRIZZ MILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦAS-SAĦĦA", "Il-Kumitat stieden lill-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Dr Tonio Borg u lis-Sur Martin Seychell Deputy Director General fid-Direttorat Ġenerali tal-Health and Consumer Policy (SANCO) fil-Kummissjoni Ewropea biex jindirizzaw lill-Kumitat.", "Bil-permess tal-Kumitat, waqt il-laqgħa ġie ċċirkolat:", "13 \"Taking stock of EU Public Health, Food Safety, Animal and Plant Health\" Policy Achievements 2010 - 2014, maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea.", "Ilmembri tal-media li kienu preżenti ingħataw permess sabiex jieħdu filmati u ritratti tal-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.", "Waqt id-diskors tiegħu Dr Tonio Borg elenka diversi suġġetti kif il-Kummissjoni għas-Saħħa tista' tkun ta' għajnuna lil Malta.", "Fost l-oħrajn huwa semma' s-sostennibilità tar-riforma fis-saħħa, l-aċċessibilità fis-sistema tas-saħħa, il-Cross Border Health Directive, l-e-Health, il-Kumitat ta' esperti li jgħinu lill-membri stati tal-Unjoni Ewropea, il-fondi strutturali, id-direttiva tat-tabakk u l-virus tal-Ebola.", "Waqt il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll is-Sur Joseph Scerri u s-Sur Karl Scerri, Membri tal-Kabinet tal-Kummissarju Borg", "Fit-7.50 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati iżjed tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141013_005m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 22", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 22", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.16 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru. 021, li saret fl1 ta' Ottubru 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Qabel ma nibdew laġenda, nixtieq nistieden linnaħa talGvern biex jagħmlu rrimarki tagħhom fuq ixxogħol talKamra.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, millaħħar laqgħa talKumitat taxXogħol talKamra m'hemmx tibdil fejn jirrigwarda prijorità talliġijiet.", "Lunika bidla li hemm hija li issa kellna liżvilupp li llum ġiet ippreżentata mozzjoni millOnor.", "George Pullicino u millOnor.", "IlGvern iħoss li għandu jagħti prijorità lil din ilmozzjoni, u allura, b'mod formali minnaħa talGvern, qed ngħidu li ddiskussjoni fuq din ilmozzjoni ta' seduta waħda ssir itTnejn, 20 ta' Ottubru, fis6.30 p.m., bilftuħ u lgħeluq għannaħa talOppożizzjoni.", "Kif tħabbar anke filmedia llum, kienet lintenzjoni talGvern li ssir stqarrija ministerjali nhar ilErbgħa, 15 ta' Ottubru.", "Fiddawl taċċirkostanzi kif żviluppaw, m'hemmx lok għal din listqarrija minħabba li ddibattitu se jsir nhar itTnejn, 20 ta' Ottubru.", "Filfatt, informalment kont informajt lillWhip talOppożizzjoni dwar din listqarrija; imbagħad, ħarġet anke filmedia u, wara dak li qal ilPrim Ministru dalgħodu, allura m'hemmx lok li nhar lErbgħa nagħmlu din l-istqarrija, imma nagħmlu ddibattitu nhar itTnejn, 20 ta' Ottubru, fis6.30 p.m. Kif diġà għidt, seduta waħda, bilftuħ u l-għeluq għannaħa talOppożizzjoni.", "MARIO DE MARCO: Nissuġġerixxi li din is-seduta ssir mingħajr aġġornament, u allura nieħdu lħin talaġġornament għal din il-mozzjoni.", "CARMELO ABELA: M'hemmx oġġezzjoni minnaħa talGvern.", "Naturalment, ilħin jinqasam indaqs bejn iżżewġ naħat.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem li lvot jittieħed fid9.30 p.m.", "CARMELO ABELA: Jekk se jkun hemm votazzjoni, iva.", "MR SPEAKER: Mela, fuq dik ftehmna wkoll.", "Hemm iktar rimarki fuq xogħol talKamra?", "AFFARIJIET OĦRA", "BINI L-ĠDID TAL-PARLAMENT", "MR SPEAKER: Qabel ma nkomplu, ninforma lill-Kumitat li rċevejt diversi talbiet mingħand ilmezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għallewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Hawn permess biex ilmedia jidħlu?", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Niġu għal xogħol ieħor, ilbinja ġdida għall-Parlament.", "Kif qbilna flaħħar laqgħa li kellna fl1 ta' Ottubru, ilKumitat sejjaħ liċChairman talGHRC, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, sabiex jagħti informazzjoni dwar u f'liema stadju wasal ixxogħol fuq ilbinja lġdida talParlament.", "Wara li jispjegalna, ngħaddu għad-domandi li jista' jkollhom ilMembri ta' dan ilKumitat.", "MARIO DE MARCO: Qed nifhem li se jkun preżenti wkoll ilMinistru Joe Mizzi?", "Konna għamilna listess talba lillMinistru Joe Mizzi sabiex jibgħat lirrappreżentant talMinisteru għatTrasport u Infrastruttura sabiex, jekk ikun ilkaż, jagħti iktar informazzjoni.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri, hawn irrappreżentant talMinisteru?", "MR SPEAKER: Naf li hawn Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.", "MARIO DE MARCO: Però, hu mhuwiex ir-rappreżentant talMinisteru.", "Dr Zrinzo Azzopardi huwa rappreżentant talGHRC.", "MR SPEAKER: Kollox sew, inti qed tagħmel domanda ġustament.", "Ma nafx jekk hawnx rappreżentant talMinisteru.", "Jien ma nafhomx irrappreżentanti talMinisteri.", "MARIO DE MARCO: Jekk nistgħu, naraw li jkun hawn rappreżentant talMinisteru.", "DAVID AGIUS: Kif għidna filMinuti.", "Fil-Minuti hemm li jkun hawn rappreżentant talMinisteru għatTrasport u Infrastruttura biex jidher quddiem ilKumitat.", "MR SPEAKER: IlMinuti jgħidu hekk:", "\"LiSpeaker qara u għadda lillMembri kopja talittra li huwa kien irċieva dakinhar millOnor.", "Joe Mizzi, Ministru għatTrasport u Infrastruttura, dwar listadju li kienu waslu fih ixxogħlijiet filbini lġdid talParlament.", "Wara diskussjoni, ilKumitat qabel li, għallaqgħa li jmiss, jiġu msejħa ċChairman talGrand Harbour Regeneration Corporation u rappreżentant millMinisteru għatTrasport u Infrastruttura, biex jidhru quddiem ilKumitat dwar ixXogħol talKamra\".", "Korrettement, sewwa qed tgħid.", "Hawnhekk żgur hawn Dr Stefan Zrinzo Azzopardi … Sadanittant, sakemm forsi jidher irrappreżentant talMinisteru, nistgħu nipproċedu biex ma naħlux ħin talKamra?", "MARIO DE MARCO: M'għandi lebda intenzjoni li naħli lħin talKamra, assolutament; imma importanti li jkollna rappreżentant tal-Ministeru.", "Jista' xi ħadd jikkomunika malOnor.", "Joe Mizzi?", "MR SPEAKER: Mela, jekk taqblu, nitlob lil Dr Stefan Zrinzo Azzopardi biex jingħaqad magħna madwar ilMejda biex ikun jista' jagħmel dak li ġie mitlub millKumitat.", "Dr Zrinzo Azzopardi, jekk jogħġbok.", "Nifhem li ħdejk għandek lisSur Paris.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Chairman, GHRC): Ġentilment qed nitlob li jkun hawn preżenti sSur Paris għal żewġ raġunijiet.", "IsSur Paris huwa lKap Eżekuttiv, u allura dday to day running, kemm talproġett, kif ukoll talKorporazzjoni hija vestita f'idejh.", "Oltre dan, naħseb li sSur Paris jaf ikun iktar idoneu biex jagħti ċerti dettalji jew iwieġeb ċerti domandi tekniċi li forsi jistgħu jsiru millMembri talKamra.", "MR SPEAKER: Taqblu li sSur Paris għandu jkun hawnhekk?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Mr Speaker, lewwel nett, nixtieq nippreċiża li linvit biex ilKorporazzjoni tattendi – kif rappreżentata minni u misSur Paris – u tidher quddiem din ilKamra wasal flaħħar talġimgħa.", "Peress li filmedia kien hemm xi kummenti għalfejn ma konniex preżenti, ngħid li lewwel darba li ġejna mistednin kien proprju għal din isseduta.", "Bilpermess talKamra, ħejjejna Power Point presentation.", "Lidea hija biex forsi nkunu nistgħu nsegwu ftit iktar.", "Nistgħu ngħaddulkom kopja.", "F'din ilpreżentazzjoni, se nkunu qegħdin nagħtu overview minn fejn telaq dan ilproġett, fejn wasalna u 'l fejn se nkunu sejrin bixxogħlijiet.", "Dan ilproġett beda fl2008, meta kien hemm ilproject intent minnaħa talGvern.", "Fl2009, kellna lħatra tal-uffiċċju ta' Renzo Piano bħala periti.", "Bejn l2009 u l-2010 inħarġu ttenders taxxogħlijiet.", "Fl2010, ilkumpanija internazzjonali Bovis kienet magħżula bħala lProject Management company.", "Din il-kumpanija għadha tagħti parzjalment isservizzi sallum.", "Kienet maħtura wkoll ilkumpanija internazzjonali Arup, li hija lkumpanija responsabbli millengineering consultancy.", "Bejn l2009 u l2010 kienet ġiet sottomessa lapplikazzjoni talMEPA.", "Bejn l2010 u l-2012 ingħataw ilpackages li huma ttenders differenti relatati maxxogħlijiet.", "Fl2010, kien inħareġ ilpermess \"mobilization of the site\", u kien beda jsir ċertu xogħol ta' drilling flart.", "Filfatt, kellhom isiru boreholes filfond għassistema ġeotermika, skavar flOpera House, u ttwaqqigħ talbini li kien hemm filPjazza Helsien, inkluż Bieb ilBelt kif kien qabel.", "Beda ttħaffir, u mbagħad beda xxogħol ta' restawr talOpera House li llum iservi bħala Pjazza Teatru Rjal.", "Hawnhekk qegħdin naraw xi ritratti taxxogħlijiet li kienu għaddejjin fl2010.", "Fl2011, tkompla xxogħol ta' tħaffir f'dak li jissejjaħ issubstructure talparlament, jiġifieri listruttura li fuqha nbnew ilpedamenti talparlament.", "Hawnhekk nixtieq niġbed lattenzjoni li din kienet waħda milliktar xogħlijiet delikati peress li linġiniera responsabbli kienu ordnaw diversi piles talconcrete biex jissaħħaħ ilblat peress li taħt ilparlament hemm dak li kien ittrain station jew inkella dak li kien jissejjaħ ilYellow Garage.", "Filfatt, għandek preparation of foundations and substructural work, restoration of facade in Republic Street of the Opera House, u mbagħad, eventwalment, kien hemm iż-żieda ta' xogħol li ma kienx oriġinarjament previst, li kien ittwaqqigħ talbini li kien proprjetà talBank of Valletta, kif ukoll talGħassa talPulizija, is-sit fejn illum hemm Pjazza Teatru Rjal.", "Hemmhekk ukoll kien żdied ixxogħol li titħaffer dik ilpjazza kollha.", "Dan hu fejn illum hemm ilfaċilitajiet kollha relatati ma' Pjazza Teatru Rjal.", "Fisslide li jmiss se naraw xogħlijiet li kienu għaddejjin matul issena 2011.", "Filfatt, wieħed jista' jara kemm xogħlijiet filpedamenti talparlament, kif ukoll xogħol ta' restawr taħt Casa Cassar li llum tifforma parti millkumpless ta' Pjazza Teatru Rjal.", "Jidhru wkoll lewwel pilastri li jinsabu fillivell talpjan terran talparlament.", "Matul l2011 rajna lconcrete tiela' f'dik li hija core 5, dik ilparti fejn illum hija miksija bilġebel tħares lejn iddaħla talBelt, kif ukoll ilġenb li jagħti għal fuq dak ittaraġ li middaħla talBelt iwassal għall-bini tasCentral Bank.", "L2012 kellha tkun issena meta oriġinarjament kellu jitlesta dan ilproġett.", "Filfatt, ilMaster Programme talBovis, jiġifieri talProject Managers ta' dan ilproġett, kien jindika li dawn ixxogħlijiet kollha kellhom jitlestew sa Diċembru tal-2012.", "Kien għaddej ukoll xogħol relatat malbini ta' kolonni, u kien hemm iktar xogħol fuq livell strutturali f'dak li għandu x'jaqsam malbinja per se talParlament.", "Kien sar a soft opening ta' Pjazza Teatru Rjal: però, kien għad fadal ħafna xogħlijiet, liema xogħlijiet kienu tterminaw f'Ġunju tassena ta' wara, jiġifieri fl2013.", "Fisslide li jmiss qed naraw ritratti li juru fejn kienu waslu xxogħlijiet fi Pjazza Teatru Rjal, kif ukoll tidher waħda millinternals talparlament, dawk ittwieqi f'wieħed millkuriduri fejn kien wasal ixxogħol.", "Hemmhekk jidher li ssoffitti kienu għadhom ma sarux, kien għad fadal ħafna xogħol biex jgħaddu ħafna servizzi, xogħlijiet li baqgħu għaddejjin matul l2013.", "F'dan isslide tal2012, għandek dak li llum huwa lġenb talbinja talParlament, loffice block, li jagħti għal fuq ittaraġ, li middaħla ta' Bieb ilBelt twassal għasCentral Bank.", "Jidher ukoll dak ilblat li llum huwa mgħotti blisteel blade, fejn illum stess bdew ixxogħlijiet biex jeħel linclined lift li jagħti għal ġodditch.", "Iktar 'il barra hemm wieħed millġnub taddaħla ta' Bieb ilBelt.", "Ngħaddu issa għassena 2013, fejn hemmhekk kienu nbdew xi xogħlijiet fillivell tadditch, tkompla ilpavimentar maddawra talparlament, tlestiet lOpera House, u beda xxogħol ta' finishing u internal glazing finnaħa talparlament.", "Bdiet titwaħħal ilġebla, imbagħad tkomplew itturġien li jagħtu minn dik li kienet Freedom Square għall-Bank Ċentrali, kif ukoll minn dik innaħa għannaħa talġnien li hemm innaħa ta' St John Cavalier ta' Hastings.", "Beda wkoll dak li jissejjaħ issecond fix talmechanical and engineering services, xogħlijiet li nistgħu ngħidu li kienu waslu qrib ittmiem tagħhom lejn issena l2013, u li tkomplew ukoll matul issena 2014.", "Minnofs din issena 'l quddiem, nista' nitkellem fuq lesperjenza personali tiegħi, peress li lħatra tiegħi ta' Chairman kienet għal ħabta talaħħar ta' Mejju tal2013.", "Ippermettuli ngħid kif kienet issitwazzjoni talproġett dak iżżmien.", "Dak iżżmien, ftit wara li dan ilHouse Business Committee kien żar ilparlament u kien sar smigħ quddiem din ilKamra, jien kont ġejt maħtur bħala Chairman, u kellhom jittieħdu diversi deċiżjonijiet minħabba diversi diffikultjaiet li kienu qegħdin jiġu ffaċċjati.", "Lewwel nett, kien hemm deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu meta nħtart Chairman, flimkien masSur Paris, Kap Eżekuttiv, minħabba li lGvern għażel li xxogħlijiet fidditch ma jitkomplewx peress li dak iżżmien ilcost reports kienu qegħdin jindikaw li lproġett kien se jaqbeż s€87 miljun.", "Barra minn hekk, kien hemm diffikultajiet serji rigward ilparti talproġett fejn tirrigwardja lġebla.", "Kien hemm diffikultjaiet u diskussjonijiet għaddejjin malkuntrattur Filiberti, li huwa lkuntrattur Taljan responsabbli millġebla talfaċċata, li kien qed jiffaċċja diffikultajiet serji biex ikompli għaddej bixxogħol tiegħu.", "Dak iżżmien ukoll kienet qamet ilmistoqsija jekk ilbarriera li kienet intgħażlet millGvern kenitx se tagħti biżżejjed ġebla biex jitlestew dawn ixxogħlijiet.", "Din ilkwestjoni damet għaddejja għal ftit tażżmien mhux ħażin, u kienet ta' preġudizzju fuq ilprogramm taxxogħol b'mod inġenerali, tant li llivell ta' produttività f'dak iżżmien kien wieħed baxx.", "Kien ilu baxx għal diversi xhur, però dik issitwazzjoni kompliet tnaqqas loutput talkuntratturi.", "Minn hemmhekk, anke blintervent talBovis, konna bdejna naraw fiddettall malkuntratturi fejn se naslu u kif nistgħu naslu biex inwasslu dan ilproġett għattlestija.", "Filfatt, kien ġie kkalkolat minnaħa talBovis li lproġett seta' jitlesta sad29 ta' Mejju tal2014, iżda dik iddata, minkejja lprogrammar li kien sar millProject Managers inkarigati millGvern u l-Bovis, din ilmira ma kenitx intlaħqet, u ovvjament dejjem konna qegħdin naraw diversi dettalji dwar fejn konna qegħdin noqorbu.", "L2014 kienet issena fejn ilkuntratturi bdew biex jagħmlu their final completion ta' dan ilproġett.", "Meta wieħed iqis illevel of standard ta' livell għoli ħafna li rrikjeda lperit ta' dan ilproġett, wieħed irid jgħid li rrate of production, irrate of output ma kenitx daqskemm wieħed kien qed jipprevedi, anke jekk kienu għaddejjin ixxogħlijiet ta' second and third fixes talmechanical and engineering services, ta' twaħħil talġebla kemm minn ġewwa, kif ukoll minn barra, it-tiling, tarraised flooring, tal-internal glazing u cladding filparlament u listaircases.", "F'ċerti partijiet, beda jinqala' liscaffolding, beda jsir ixxogħol ta' parquet li wassalna biex tard fissajf bdiet teħel lgħamara – li aktar tard nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet dwarha – kif ukoll beda xogħol ta' partitioning.", "Liktar xogħol li ħa żmien kien ittkomplija talfinishing taċChamber innifsu.", "Filfatt, fisslide li jmiss qegħdin naraw xi ritratti taċChamber kif jinsab, ritratt tatterrace li hemm fillivell taliSpeaker, xogħlijiet li għaddejjin fuq ilbridges li jgħaqqdu żżewġ binjiet, kif ukoll iddaħla.", "Anke hemmhekk ixxogħol huwa ferm avvanzat.", "Però, nifhem li liskop ta' din illaqgħa jirrigwardja lKamra, ilbini talparlament iktar milli lproġett inġenerali.", "Irrid ngħid li ċChamber kienet waħda milliktar areas li ħadet ħin, iktar milli kien qed jiġi previst minnaħa talProject Managers.", "Minkejja ddiversi tentattivi li kienu qed isiru biex jitlesta dan ixxogħol, dejjem kien hemm issues li xxogħol kien qiegħed jaqa' lura minħabba ddisinn li kellha u ttip ta' xogħol li kellu jsir fiha.", "F'din lislide ġbarna numru ta' raġunijiet għala, filfehma tagħna, dan ilproġett ma mexiex maddati jew maliskadenzi li kienu qed jissemmew, fosthom u mhux b'inqas liskadenza tat30 ta' Settembru li kienet promessa millkuntratturi, kif komunikata lilna permezz ta' ittra datata 15 ta' Awissu.", "Filfehma tagħna – ovvjament dan wara analiżi min-nies kollha involuti minn naħa ta' GHRC, flimkien malkonsulenti kollha li ġew appuntati f'dan ilproġett – diversi delays kienu anke minħabba lfatt tassistema li ġiet utilizzata f'dan ilproġett biex isir ixxogħol.", "Filwaqt li fi proġetti oħrajn għandek sitwazzjoni fejn prattikament b'mod, biex ngħid hekk, kollokju, ilperit ilesti ddisinji kollha, f'dan ilproġett ilperit responsabbli ħejja dak li jgħidulhom iddesign intent, però ddesigns per se li fuqhom ilkuntratturi kellhom jaħdmu bħala construction drawings, dawk kellhom isiru millkuntratturi nfushom.", "Din hija sistema – li minn kif jgħiduli mhijiex użata b'mod regolari f'pajjiżna – hija sistema differenti minn dak li jaħdmu biha lkuntratturi solitament, u hija waħda millaffarijiet li naħseb ilkuntratturi jqisu bħala challenge, anke jekk kien indikat fittenders li dan kellu jsir.", "Jidher li din ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed, bilkonsegwenza li ttieħed ferm aktar ħin biex ikun hemm loutput meħtieġ.", "LUffiċċju ta' Renzo Piano ħadem bi stil innovattiv; ilkuntratturi tagħna qatt ma kellhom lopportunità jaħdmu ma' perit bħalma hu Renzo Piano; u allura kien hemm element ta' learning curve.", "Forsi lkontro-argument ta' dan hu li l-kuntratturi Taljani li ħadmu wkoll ma' Renzo Piano xorta waħda ma ddeliverjawx birrata li wegħdu li kienu se jiddeliverjaw.", "Xi ħaġa oħra li nnotajna – u din ippreokkupatna għaliex jidher li tista' tkun problema mhux f'dan ilproġett biss, iżda f'diversi xogħlijiet infrastrutturali – huwa li meta jkollok ilħolqien ta' consortia fejn grupp ta' kumpaniji jitfgħu flimkien tender, meta jiġu biex jimplimentaw ixxogħlijiet mhux neċessarjament jaħdmu bħala consortium, iżda jispiċċaw jaħdmu b'mod individwali.", "Tant hu hekk li jkolli nirrimarka li sCEO talGHRC kellu f'diversi okkażjonijiet, fuq livell personali, jintervjeni biex jiġu riżolti differenzi bejn ilkuntratturi dwar kif kellhom iwettqu dan ixxogħol.", "Il-GHRC ma kellha ebda responsabbiltà tagħmel dan, iżda kienet irresponsabbiltà talkuntratturi nfushom.", "Biex naraw ilproġett jimxi 'l quddiem, isSur Paris, flimkien matteam kollu talGHRC u blgħajnuna talkonsulenti involuti, kellna naraw flimkien kif insolvu problemi maħluqa bejn ilkuntratturi nfushom, xi ħaġa li fiha nnfisha wkoll ħliet ħafna żmien.", "Innotajna wkoll li diversi kuntratturi kienu qegħdin idumu ma jipprokuraw u jakkwistaw ilmaterjali li jkollhom bżonn.", "Apparti minn dan, kellna numru ta' kuntratturi – fosthom ilUnifor, li hija kumpanija Taljana – li kienet ġiet identifikata bħala a nominated subcontractor, jiġifieri lperit talproġett kien talab lillministru responsabbli ta' dak iżżmien biex jindika lillkuntratturi li ħadmu dakinhar, li kellha tagħmel lgħamara, u din ilkumpanija ma rrispettatx iddeadlines li kienet tatna.", "Din kienet waħda mirraġunijiet prinċipali għalfejn ilmira li konna qegħdin nitkellmu dwarha ma ntlaħqitx.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetana – u li naħseb li kellha tittieħed azzjoni dwarha – kienet ukoll ilfatt illi hemm il-mentalità jew l-użanza li, jekk iddeadline ma tintlaħaqx, ma ġara xejn, inġedduha għal darb'oħra.", "Però, din iddarba ddeċiżjoni kienet li jiġu implimentati lmulti għallkuntratturi li ma waslux.", "Flislides li jmiss se nkunu qegħdin nagħtu overview ta' liema xogħlijiet fadal biex dan ilproġett jitlesta.", "Membri għadhom kopja talpresentation, allura jistgħu jarawha iktar komodament – jekk wieħed iħares lejn loffice area fillivelli 1, 2 u 3, prattikament fadal jitlesta xxogħol fillivell talbejt, viċin lUffiċċju taliSpeaker.", "Hemm dik itterrazza kbira għaddejjin bilpavimentar, però dan miexi b'ritmu relattivament tajjeb.", "Għad fadal ħafna xogħol ta' fixed furniture u ta' partitions li waqa' lura minħabba nuqqas ta' supply minn dan ilkuntrattur Unifor.", "Minnaħa ta' mechanical & electrical, fadal biċċa xogħol importanti ħafna li qegħdin nagħtuha importanza kbira, li huwa ttesting and commissioning, li permezz tiegħu naċċertaw li dak kollu li sar, sar skont ma ġie miftiehem blistandards meħtieġa.", "Hemm xogħol ta' fire doors, illivell talbridges, hemm xogħol ukoll talħġieġ, u xogħlijiet oħrajn relatati ma' faċilitajiet oħrajn.", "Però, uħud minn dawn huma f'livell, biex ngħid hekk, avvanzat ħafna li kważi tista' tgħidlu f'livell ta' snagging.", "F'każijiet oħrajn, għad fadal xogħol sostanzjali xi jsir, prinċipalment għaliex għad fadal materjal x'jitwassal on site.", "Jekk wieħed iħares lejn ilground floor level, għandna linternal u lexternal soffits, dawk issoffitti li jridu jitwaħħlu fiddaħla talparlament, u timber acoustic panels.", "Hemmhekk hemm diffikultà li rriżultat minn works inspection report jindika li wieħed missoffitti li twaħħal ma ġiex aċċettat millperit, u se jkollu jerġa' jsir millġdid.", "Hemm xogħlijiet ta' faċilitajiet oħrajn f'dak illivell, u listess – bħal kull sular ieħor – għad fadal ilkwestjoni ta' testing and commissioning li min-naħa tagħna qegħdin nesiġu li jsir b'serjetà kbira, speċjalment minħabba listandards ta' teknoloġija u ta' equipment li ġie magħżul fittenders, li jagħti aktar faċilitajiet għattħaddim aħjar talKamra.", "Dan huwa ta' livell ferm aktar għoli, u allura ovvjament dan ilproċess ta' testing and commissioning jieħu aktar ħin u aktar attenzjoni.", "Dan ixxogħol qed isir minn kumpanija Griega li jisimha Telmaco SA.", "Irrid ngħid ukoll li, fejn jidħol xogħol ta' testing and commissioning, ilGHRC qiegħda regolarment tiltaqa' malIskrivan talKamra u listaff talKamra biex flimkien naraw li dak li huwa meħtieġ millKamra jintlaħaq.", "Diġà hemm impjegat min-naħa talKamra li qiegħed f'diskussjoni mattekniċi biex wieħed jibda jifhem aħjar ittħaddim tal-apparat, anke blgħajnuna talMITA, li diġà bdiet tidħol fixxogħol relatat malIT u xogħlijiet relattivi oħra ma' dawk issistemi.", "Fillower ground floor li huwa llivell, biex ngħid hekk, filminus 1, li jiġi 'l isfel millivell tattriq iżda fejn hemm dik ilbitħa fillower garden, se jkun hemm luffiċini talistaff li jgħin ixxogħol talKamra.", "Hemmhekk rajna progress sostanzjali f'dawn laħħar ġranet; però, ovvjament, fadal xi dettalji importanti biex dak ixxogħol jingħalaq.", "Liktar xogħol li għadu lura hu talkuntrattur Taljan Michele Filiberti li għad fadallu xogħol ta' twaħħil ta' ġebla fuq ilcores 1, 2 u 3.", "Huma dawk liktar li għadhom lura.", "Dawn jiġu dik ilparti li għadha tidher mikxufa bilconcrete li tħares lejn St James Cavalier u lejn Pjazza Teatru Rjal.", "Prattikament ilkisi ta' dak ilcore għadu flistadji inizjali tiegħu, tant li lġimgħa li għaddiet kulma kien sar kien li nbena lmekkaniżmu li bih tibda tittella' lġebla.", "Rigward xogħlijiet fuq livell aktar wiesa', biex ngħid hekk, maddawra talparlament, irrid ngħid li likbar biċċa xogħol li għad fadal huwa li jsir illift li jikkollega dditch mallivell ta' Triq irRepubblika, kif ukoll iżżewġ lifts li hemm li jagħtu għasSt John's Cavalier u sSt.", "Rigward iċChamber li sservi bħala lKamra tadDeputati, illum informawna f'laqgħa li kellna filpreżenza talMinistru Joe Mizzi li xxogħol talġebla, ħlief għal xi ħames jew sitt individual units x'jeħlu, hija prattikament lesta.", "Minn hemmhekk, irid jibda lproċess li jeħlu luċuħ taddesks talparlamentari, iddawra talewwel sular fejn se tpoġġi lPress, issiġġijiet talKamra, kif ukoll ilfire doors, ilbibien li jagħtu għal barra.", "Hemm ukoll lisky light screens li qegħdin fillivell tassaqaf, fadal xi aċċessorji oħrajn, u filKamra liktar li hemm xogħol huwa ta' testing and commissioning, anke minħabba lcongress system li ntgħażlet.", "Illum stess, kif diġà għedt, kellna laqgħa malkuntratturi, flimkien malħafna laqgħat li kellna magħhom f'dawn ilġimgħat u xhur.", "Nixtieq niġbed lattenzjoni ta' din ilKamra li lGHRC, għal din laħħar sena, kien ikollha mhux biss weekly meetings, imma f'ċerti ċirkostanzi anke daily meetings fejn, kif diġà għedt, għenna lillkuntratturi jsolvu ċerti problemi li kellhom bejniethom.", "Rajna ġurnata b'ġurnata fejn qegħdin neħlu flaffarijiet, rajna li nimmonitorjaw kontinwament fejn kienu sejrin laffarijiet, u kellna diskussjonijiet kontinwi għaliex aħna mxejna bilfilosofija li dan ilproġett jista' jitlesta jekk ikun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn ilkuntratturi flimkien malGHRC li it is overseeing dan ilproġett.", "Loutput talkuntratturi hu dak li hu; però, ovvjament, meta fil15 ta' Awissu kkomunikaw magħna ddata tat30 ta' Settembru, hemmhekk kienet iċċirkostanza li permezz tagħha aħna stajna nimponu lpenali.", "Peress li dak li kien marbut bilmiktub ma ġiex delivered, fit30 ta' Settembru stess, meta kien evidenti li dak li kien ġie mwiegħed millkuntratturi ma ngħatax, dakinhar stess kienet saret innotifika formali skont ilkuntratti biex minn hemmhekk bdew jiddekorru lpenali skont ilkuntratti li kienu ġew iffirmati.", "Sussegwenti għal dik iddata, ilĦamis li għadda, ilGHRC ingħatat informazzjoni bilmiktub fejn ilkuntratturi taw linja ġenerali meta jaraw li jistgħu jlestu xxogħlijiet tagħhom.", "In vista talfatt li aħna diġà konna ġejna rinfaċċjati b'ittra b'data fiha, ħassejna li dik littra kellha tiġi supported b'ħafna iktar dokumentazzjoni minn dik li kienet diġà ingħatat.", "Filfatt, min-naħa tagħna sar exercise fejn rajna dak li għad fadal xi jsir; però aħna tlabna lillkuntratturi li jikkomunikawlna din illista iktar kmieni llum, ġimgħa b'ġimgħa u ġurnata b'ġurnata, dwar liema xogħlijiet se jkunu lesti.", "Hemm dati li aħna qegħdin nistaqsu fuqhom, u allura tlabna iktar informazzjoni dwarhom.", "Filfatt, aktar kmieni wara nofsinhar, kellna laqgħa, filpreżenza talMinistru Joe Mizzi, fejn iddiskutejna laffarijiet li fadal isiru, indikajna li m'aħniex sodisfatti b'ċertu output, tlabnihom jgħidulna fejn qed isibu diffikultà, jekk hemm, biex jaslu fixxogħlijiet, biex minn hemmhekk inkunu f'sitwazzjoni ferm aktar ċara dwar fejn se naslu u ma naslux.", "Nerġa' intenni li waħda millaffarijiet li qed iżżomm lura kienet anke ddelivery talfixed furniture.", "Għaliex qegħdin nagħmlu enfasi fuq ilkwestjoni talfixed furniture?", "Ta' min jispjega – forsi għal min mhuwiex familjari ma' din ilbinja – li lgħamara li ntgħażlet mhijiex għamara li tlesti lkamra u mbagħad iddaħħal għamara, bħalma jsir solitament, imma lgħamara li ntgħażlet hija parti middisinn anke talistruttura, tant li ċerta għamara, per eżempju fillivell taliSpeaker, prattikament mhux biss isservi ta' għamara għallużu ta' uffiċċju, imma wkoll tagħlaq ċerti servizzi talairconditioning.", "Allura mhux sempliċement għalaqt ilkamra u jonqsok skrivanija, imma xxogħol kważi strutturali għadu mhux lest għaliex għandek din lgħamara nieqsa.", "Dan spjegajtu biex forsi wieħed jifhem għalfejn inġibdet lattenzjoni li mhux se naslu għat30 ta' Settembru meta ngħatajna linformazzjoni li lgħamara fillivell taluffiċini tiegħek, Mr Speaker, mhijiex se titwassal millUnifor.", "Dawn kienu qalulna li kienet on time u se tasal għal Settembru; imma mbagħad, ġimgħa qabel, kellna komunikazzjoni uffiċjali li mhux se tintbagħat.", "Fiddawl ta' dan, aħna se nkomplu għaddejjin bilmod kif qegħdin insegwu, u anke qegħdin nistennew dan ilfeedback mingħand ilkuntratturi.", "Aħna insistejna malkuntratturi li dan ilfeedback irid jasal millaktar fis possibbli.", "Iżda, mhux hekk biss, għaliex qegħdin naraw li xxogħol jibqa' għaddej b'rata iktar produttiva.", "Irrid ngħid li f'dawn laħħar weekends kien hemm xogħol għaddej.", "Ilpożizzjoni talGHRC hija li, ġaladarba ddata tat30 ta' Settembru fuq loffice block ma ġietx rispettata, aħna qegħdin ninsistu li hemm lok ta' breach taddelivery date, u allura qegħdin ninsistu fuq dawk ilklawsoli relattivi għallpenali.", "Aħna ovvjament nistgħu nkomplu nżommu, kif għamilna f'dawn laħħar ġimgħat, lilliSkrivan talKamra informat bi żviluppi li jkunu għaddejjin rigward ittlestija taxxogħlijiet.", "MR SPEAKER: Għandek dokument ieħor li trid tagħmel referenza għalih?", "Għax hawn għandna żewġ dokumenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa niġu għaddomandi talMembri.", "MARIO DE MARCO: Skont lupdated programme of works li tawkom, meta hi ddata prevista għallcompletion?", "DR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Kif għidt iktar kmieni, aħna għadna qegħdin naraw dan ilprogramm li għadu mhux finalizzat.", "Hemm diversi domandi, u ma nħossx li jkun korrett jekk jiena nikkomunika data, peress li għad hemm diversi domandi li dik iddata jista' jkun li għadha mhijiex stabbilita.", "Naħseb li hemm bżonn iktar żmien biex niċċaraw ċerti affarijiet qabel ma nagħtu data preċiża dwar meta nistgħu naslu.", "MARIO DE MARCO: Napprezza.", "Ilbieraħ suppost inawgurajna lbini talParlament ilġdid.", "Jiġifieri, aħna lkoll kellna fiddiary lħin tentattiv, li kien suppost fis6.30 p.m.", "MR SPEAKER: Naħseb li linviti ma lħaqtx ħriġthom.", "MARIO DE MARCO: Le, m'għandix dubju.", "Ilpunt tiegħi hu, mingħajr ma noqogħdu nippontaw subgħajna lejn ħadd, li qed nitkellmu fuqu huwa delay ta' xahar, qed nitkellmu fuq delay ta' xahrejn, qed nitkellmu fuq delay ta' tliet xhur, qed nitkellmu fuq issena ddieħla?", "Hawnhekk qegħdin wara ddata li suppost tlesta, u mhux kważi tlesta.", "Forsi veru li f'dan listadju ma tistgħux tagħtuna ddata fissa għaliex qed tirrevedu lupdated programme of works, imma almenu tgħidulna skont ilkuntratturi sa meta huma qed jgħidu li lbini se jkun lest.", "Ħalliha li forsi intom ma taċċettawhiex; però intom hawnhekk stess qegħdin tgħidulna li, bħala way forward, illum il-kuntrattur submitted an updated programme of works.", "Li nixtieq inkun naf hu meta dan ilbini għandu jkun komplet skont lupdated programme of works talkuntratturi.", "Ittieni nett, millesperjenza tagħkom u anke bħala Gvern, x'inhi ddata li intom qegħdin tippretendu li lbini għandu jkun handed over biex dan ilParlament ikun jista' jibda jopera millbini lġdid?", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali): Jiena għandi żewġ punti x'nagħmel.", "Lewwel punt hu li filverità lewwel data li kellu jkun lest ilparlament kien fl2012, u ovvjament listess raġunijiet li kien hemm li qed jagħti ċChairman talGHRC huma listess raġunijiet li kien hemm dak iżżmien.", "Ittieni punt: diġa' ngħatajna spjegazzjoni li huwa diffiċli f'dan listadju li ċ-Chairman jagħti rendikont preċiż jew jagħti data, li wara kollox tista' tkun fażulla wkoll.", "Spjega li jippreferi li jkun hemm data li tkun ibbażata fuq affarijiet li huma iktar preċiżi milli nerġgħu niġu fis-sitwazzjoni li din iddata terġa' ma tintlaħaqx, u nerġgħu niġu għallistess ħaġa li qegħdin ngħidu llum.", "Ejja nassumu li dan jgħidilna li se nidħlu hemm fl1 ta' Jannar, jew qalulu hekk huma, kif filfatt diġà ġara.", "Ikun inutli li xi ħadd jgħid li lkuntratturi tawh data tal1 ta' Jannar tassena ddieħla.", "Ilkuntratturi diġà taw iddata tat30 ta' Settembru, però ma waslux.", "Ma naħsibx li jkun għaqli li nagħmlu hekk f'dan ilmument, għax ikun inutli li tikkommetti ruħek biex imbagħad jerġa' jiġri dak li diġà ġara.", "Anke kieku stess jagħti risposta u jgħid li nixtiequ nidħlu xahrejn, tliet xhur oħra jew erba' xhur oħra, imma jekk dawn se jerġgħu jagħmlu listess żball li għamlu qabel li jagħtu commitment ta' data tat30 ta' Settembru mbagħad ma jwettquhiex, allura inutli.", "MR SPEAKER: IlMinistru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Jiena lMinistru responsabbli, u naħseb li għandi dritt nirrispondi għal xi ineżattezzi.", "Tajjeb ngħid li jiena, kif ħadt irresponsabbiltà, sibt li lGvern kien tilef ilkontroll fejn jidħlu proġetti kapitali u ttoroq, u jiena bdejt minn hemmhekk.", "Wieħed millproġetti kapitali huwa proprju lparlament, u anke lproġett ta' Bormla.", "Ovvjament, jien ridt nibda minn hemmhekk biex nara x'inhi ssitwazzjoni dwar il-bini talparlament.", "Din mhux ħlomtha, għax anke rrapport tattelfa talpartit li kien filGvern kien għamilha ċara.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jimporta nżommu fuq issuġġett?", "Jekk irridu nkunu politiċi, nafu nkunu politiċi; jekk irridu nagħmlu ddomandi lillMinistru, nafu nagħmluhom politiċi.", "Imma ejja nżommu massuġġett li għandna llum.", "Laħjar li nibdew middokument li għandna ppubblikat millistess Ministru fit8 ta' Lulju li għadda, meta qalilna li kollox huwa on track.", "Dan mhux jien għedtu, imma lMinistru, li qal li kollox lest u li f'100 ġurnata oħra konna se nidħlu.", "Allura naħseb li għandna nibdew minn hemmhekk, għaliex hawnhekk qegħdin filParlament u f'dan ilKumitat biex nitkellmu dwar ilParlament.", "Onor. Mizzi, ħu paċenzja.", "JOE MIZZI: Nieħu paċenzja għax lili tajtni lkelma biex nitkellem, u lil ħaddieħor … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Mhux problema, se nagħtik ilkelma.", "Kompli, Onor. Mizzi.", "JOE MIZZI: Skużani, jkolli nuża lfrażi \"min qed jigdeb, mhux sewwa jigdeb\".", "Jien qatt m'għedt 100 ġurnata.", "Sibli levidenza fejn jien għedt 100 ġurnata.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ibqa' għaddej blispjegazzjoni.", "JOE MIZZI: Għax dan il-ħafna gideb lillPress …", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk ikun hemm xi ħaġa, naraha jiena.", "Jekk jogħġbok, kompli, Onor. Mizzi.", "JOE MIZZI: Jiena sibt din issitwazzjoni.", "Jiena x'għamilt bħala Ministru?", "Bħala Ministru, jiena qabbadt lillGHRC biex, flimkien mal-advisors tiegħi wkoll, naraw x'inhi ssitwazzjoni ta' dan ilproġett.", "Sibna li ma nafux kemm intnefqu flus, u li lanqas kien hemm pjan biex laffarijiet jimxu.", "Ħadd ma jaf fejn se jibda u fejn se jispiċċa.", "Kellna sitwazzjoni fejn iwaħħlu laffarijiet u jerġgħu jaqilgħuhom, u ta' dan ixxogħol jitħallsu lperiti wkoll.", "Rajna kif se mmexxu 'l quddiem, u dan ħa żżmien.", "Kif diġà spjega Dr. Zrinzo Azzopardi, wasalna biex flaħħar millaħħar skoprejna li, jekk mhux se nikkontrollaw, mhux talli kif imwiegħed li se jkun on target, talli anke lPerit ta' Renzo Piano stess qal li dik iddata tal2012 qatt ma setgħet tintlaħaq.", "IlGvern preċedenti baqa' jinsisti li se jlesti lParlament fl2012, meta kien jaf li dan ma kienx possibbli.", "Rigward spejjeż kif kien stipulat, sibna li m'għandna direzzjoni ta' xejn, m'għandna kontroll ta' xejn filfinanzi, u skoprejna li diġà konna qbiżna b'€10 miljun.", "Li kieku ma ħadniex prekawzjonijiet biex nikkontrollaw ilproġett u naraw kif norganizzaw ħalli xxogħol jibda miexi, kieku ma mexa xejn.", "Dik lewwel ħaġa li għamilna.", "Niftakar li kont ġejt quddiem dan ilKumitat taxXogħol talKamra.", "Lewwel darba li ġejt hawnhekk ma tantx stajt nitkellem – ovvjament – biex nara intom xi tridu bħala Parlament, u biex naraw kif dak ilbini jista' jitwettaq.", "Ovvjament, ma kien hemm lebda kontroll, u lGHRC daħlu flispejjeż.", "Saħansitra kellna konsegwenzi anke sa ftit xhur ilu.", "Sa ftit taxxhur ilu, kelli nqabbad awditur internazzjonali għaliex issitwazzjoni kienet waħda mwiegħra, u ħadd ma kien jaf fejn hu qiegħed.", "Sa kellhom jiġu fluffiċċju tiegħi, u min kien qed imexxi lproġett – u dan jista' jixhdu ċChairman stess talGHRC – lanqas kien kapaċi jagħtih informazzjoni.", "Kellna sitwazzjoni fejn lil dan l-awditur ma setgħux jagħtuh informazzjoni dwar kif intnefqu l-flus u kif saru laffarijiet.", "Din hija s-sitwazzjoni talbiki li sibna aħna.", "Jiena mbagħad ridt nara kif ilproġett se mmexxuh 'il quddiem biex ikun jista' jitlesta; ridna nikkontrollaw ilfinanzi – kif ikkontrollajna – u rajna wkoll li lperiti ma jeħdux ħlas iktar milli suppost.", "Konna iebsin magħhom, imma rajna li hemm bżonn li lproġett jimxi 'il quddiem, u għalhekk bdejna mmexxu il-proġett 'il quddiem u nikkontrollaw laffarijiet.", "Ġara li, fis27 ta' Ġunju, ilHouse Business Committee iddeċieda li lParlament jinfetaħ wara lvaganzi tassajf.", "Kollega ma ndenjax ruħu dakinhar jistedinni lili bħala Ministru hawnhekk filKumitat.", "(Interruzzjonijiet) Le skużi, jien lillWhip talOppożizzjoni qed ngħid, għax ilWhip talOppożizzjoni dakinhar ma ħassx li kelli nkun hawnhekk laħħar darba.", "MR SPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok kompli indirizza lili.", "DAVID AGIUS: Skużi, inti stess stedint lilek innifsek kontra rregolamenti talKamra.", "X'affarijiet dawn!", "Inti lanqas kellek iddiċenza li tistaqsi lilek innifsek biex tiġi hawnhekk.", "X'għarukaża!", "Anzi taf kif inhuma laffarijiet!", "JOE MIZZI: Dażgur li naf kif inhuma laffarijiet!", "MR SPEAKER: Onor. Ministru, jekk jogħġbok, kompli indirizza lili.", "Toqgħodx tagħmel cross debate, lili trid tindirizza hawnhekk!", "JOE MIZZI: Mr Speaker, hawnhekk għandi t-transcript tallaqgħa talKumitat dwar ixXogħol talKamra ta' meta dan ilKumitat iddeċieda li lParlament ilġdid jiftaħ wara lvaganzi tassajf.", "Fit8 ta' Lulju, meta lKumitat kien ġie jżur ilParlament biex jara ssitwazzjoni kif kienet, jien kont ħriġt stqarrija, li se naqra ħalli ma joqogħdux jivvintaw laffarijiet.", "Din listqarrija tgħid hekk:", "\"Aktar kmieni llum, ilMinistru għatTrasport u lInfrastruttura, lOnor.", "Joe Mizzi, flimkien maliSpeaker talKamra tarRappreżentanti, membri miżżewġ naħat talKamra filKumitat dwar ixXogħol talKamra u liSkrivan talKamra, akkumpanjati miċChairman talKorporazzjoni tarRiġenerazzjoni talPort ilKbir, żaru lproġett talParlament ilġdid li jinsab fi stadju avvanzat ta' kostruzzjoni.\"", "Ma ninsewx li dan suppost kellu jkun lest fl2012, imma f'dan ilperijodu kellna kaos, u kien wara li kkontrollajna laffarijiet li mexxejnih 'il quddiem.", "X'qalet iktar listqarrija?", "Listqarrija kompliet tgħid hekk:", "\"Huwa mistenni li lkuntratturi se jkunu qed jonoraw lobbligu tagħhom li jlestu lproġett fiż-żmien stipulat biex ilParlament jibda jiltaqa' minn din ilbinja wara lvaganzi tassajf.\"", "Għaliex qed jgħid wara lvaganzi tassajf?", "Għaliex dan ilKumitat ried li lParlament jiftħu wara lvaganzi tassajf.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Ministru, jekk jogħġbok.", "Ħu paċenzja, Onor. Agius, għaliex anke sSedja għandha xi tgħid; imma lewwel ilesti lMinistru.", "JOE MIZZI: Dan grazzi għall-interventi immedjati li saru flewwel ġranet talamministrazzjoni lġdida min-naħa talMinistru għatTrasport u lInfrastruttura, b'kollaborazzjoni malGHRC, li hija lentità governattiva responsabbli minn dan ilproġett.", "Imma ħalli nkompli nikkwota millistqarrija li tgħid hekk:", "\"Tajjeb wieħed ifakkar li Gvern ġdid iffaċċja sfidi kbar marbuta ma' dan ilproġett, fosthom li nstab li lproġett la kien on budget u lanqas kien on target.", "Dan ilGvern sab ukoll nuqqasijiet serji ta' spazju.", "Barra minn hekk, kien hemm aspetti filproġett fejn ilGvern kellu jara kif se jagħmel finanzjament separat, fosthom għallFoss, kif ukoll għaddaħla talBelt Valletta.", "Illum ilġurnata lMinistru għatTrasport u lInfrastruttura qed jassigura li jkun hemm monitoraġġ qawwi taxxogħol li qed isir kemm biex ma jsirux iżjed żbalji, kif ukoll biex jassigura li xxogħol ma jkomplix jaqa' lura iżjed milli diġà waqa' flamministrazzjoni preċedenti.\"", "Mela jiena x'assigurajt?", "Hemmhekk hemm ċar x'assigurajt jien.", "Hemm direzzjoni ċara min-naħa talMinistru għatTrasport u lInfrastruttura li jiġu assigurati lcommitments li saru, u li jiġu amministrati b'tali mod li laffarijiet isiru f'perijodu raġjonevoli u rispettabbli b'mod li jiġi wkoll assigurat li lispiża ma tkomplix togħla.", "Wara li rajt issitwazzjoni kif kienet, kont għamilt dikjarazzjoni u, kif wegħedt jien hemmhekk, tlabt ilpermess talGHRC biex, malkumpanija li qed tieħu ħsieb, tgħidilna xxogħol kif se jimxi 'l quddiem.", "Dawn spjegawlna, kif tafu intom, għax kienu spjegaw lilkom ukoll.", "Jiena tlabthom biex jagħtuhomlna bilmiktub, u hawn iċ-Chairman tal-GHRC li jista' jgħid li kitbu ittra fejn ma spjegawx dak li suppost kienu qablu miegħu.", "Jiena erġajt tlabt liċChairman biex jerġa' jirreferihom biex jagħmlulna bilmiktub ittargets li qegħdin jgħidu huma.", "Dawn tawhomlna bilmiktub, għandi kopja tagħhom, u tajnikom waħda fil15 ta' Awwissu, fejn jgħidu kif se jmexxu 'l quddiem.", "Dik hija ċara u tonda.", "Mela, dak li wegħedt jien għamiltu, u bqajt nosserva x'inhu jiġri u ma jiġrix biex inkunu nistgħu mmexxu laffarijiet 'il quddiem.", "X'ġara?", "Fit22 ta' Settembru, lKumitat taxXogħol talKamra ddeċieda li lParlament jinfetaħ fit12 ta' Ottubru.", "Filgazzetta ngħad li lParlament ilġdid se jiġi inawgurat fit12 ta' Ottubru.", "Ilgazzetta li għandi jien hi \"InNazzjon\" tat23 ta' Settembru.", "MR SPEAKER: Kollox sew, Onor. Mizzi.", "Lesti li għandek tgħid, għaliex isSedja għandha xi tgħid fuq dan.", "JOE MIZZI: Nerġa' ngħid li dak ittarget m'inix responsabbli għalih jien.", "Kulħadd għandu dritt jagħmel target u dik għaddiet.", "X'ġara?", "Filftehim li għamlu, huma ntrabtu li fit30 ta' Settembru luffiċini jkunu lesti.", "Meta fit30 ta' Settembru ma kienux lesti, allura talgħemil tagħhom jien ridt inwaħħalhom ilmulti.", "Kieku m'għamilnihiex bilmiktub biex dawn jaraw li mmexxu 'l quddiem bilproġett, kieku lanqas konna naslu biex infittxuhom għaddanni.", "Jien informajtkom b'din issitwazzjoni, u bgħattilkom iddokumenti – li ma waslux dakinhar imma, bi żvista, waslu lgħada filgħodu.", "Imma aħna bdejna nwaħħlu lmulti hemmhekk.", "Jiena flebda mod ma ttardjajt ilproġett talParlament, u lanqas ilGHRC.", "Irrid ngħid li dawn huma listess kuntratturi li ġew magħżula millGvern preċedenti.", "Ittender għalloose furniture kienet ingħatat b'direct order, jekk m'inix sejjer żball, ta' €340,000, u rigward ilfurniture loħra li suppost waslet on time u ma waslitx, ilkuntrattur kien ġie tailor- made, jiġifieri ntqal li lgħamara, pereżempju, trid tkun ta' Ċikku, allura bilfors inti trid tagħti ttender lil Ċikku.", "Dan kien Renzo Piano, u tajjeb li dawn tkunu tafuhom.", "Issa x'ġara?", "Ta' Ċikku mhux qed jasal.", "Dan mhux aħna!", "Jiena dan sibtu ma' wiċċi; imma, minkejja dan ittħarbit kollu li sibt, u minkejja li suppost kien lest fl2012, jiena ridt nesiġi biex ixxogħol talParlament jibqa' miexi 'il quddiem b'inqas spejjeż, u hekk ġara.", "Skont iddikjarazzjoni tagħhom, dawn finishing biss kien għad fadlilhom; imma huma ntrabtu, u allura issa jridu jħallsu għal dik iddeċiżjoni li ħadu li suppost kellhom ilestu.", "Però, flebda mument ma waqaf xi ħaġa minħabba fina bħala Gvern jew bħala GHRC; anzi, pjuttost li dawn huma konsegwenzi taddeċiżjonijiet li kien hemm qabel.", "Issa x'inhi ssitwazzjoni llum?", "Jien illum stess kelli laqgħa, flimkien maċChairman talGHRC u masSur Paris, fluffiċċju tiegħi, lewwel nett biex jien nara x'inhuma lħsebijiet tagħhom.", "Jiena ma ħriġtx kuntent lanqas, u għalhekk ma jistgħux jagħtu data llum.", "B'dak li qalu huma, jien ma ħriġtx kuntent.", "Issa, qed nerġgħu nistennew risposta biex forsi wieħed ikollu xi target date.", "Wieħed bilfors kellu jerġa' jevalwa l-affarijiet biex naraw kif se mmexxu 'l quddiem.", "Ovvjament, irresponsabbiltà tagħna hija li naraw li, kemm jista' ikun, ixxogħol immexxuh 'il quddiem u kif għandu jkun, u hekk għamilna.", "Fejn kien hemm nuqqasijiet, għidnihom ċar u tond.", "Jien għidtilkom ċar u tond anke mill-istqarrija, li jien se nkun adamanti u li se nesiġi laffarijiet, u hekk għamilna.", "Imma flebda mument aħna ma waqqajna xxogħol talParlament lura.", "Mhu veru xejn, u dawn huma kollha insinwazzjonijiet.", "Mela llum jien qed nagħtikom stampa ċara tassitwazzjoni kif inhi.", "Issitwazzjoni bħalissa hi li jien illum kelli laqgħa flimkien maċChairman talGHRC u mannies responsabbli hemmhekk, qalulna x'jaħsbu li hemm nuqqas, aħna qed naħsbu li hemm iktar nuqqasijiet, u jkun wara li niżnu dawn l-affarijiet li nkunu nistgħu noħorġu b'data.", "MR SPEAKER: Qabel ma nagħti lkelma lillOnor. de Marco, nixtieq nirrimarka xi affarijiet għallkorrettezza.", "L-Onor Mizzi semma li lHouse Business Committee għamel iddata.", "JOE MIZZI: Skont ilgazzetta.", "MR SPEAKER: Ilgazzetti jgħidu ħafna affarijiet!", "Jiena xi jsir hawn jinteressani.", "MillMinuti ta' dik illaqgħa li semmejt, Onor. Ministru, fis27 ta' Ġunju, ġara li lOnor.", "Carmelo Abela, għannaħa talGvern, informa lillKumitat li lħsieb talGvern huwa li lParlament jieqaf għallvaganzi tassajf fil21 ta' Lulju, u jerġa' jibda jiltaqa' iktar tard fis6 ta' Ottubru.", "Imbagħad, ġie eventwalment it13 ta' Ottubru, fiddawl possibbilment li se jkun qed jiltaqa' filbinja lġdida.", "(Interruzzjonijiet) Imma, jiena nixtieq inkun korrett f'dan li qed ngħid.", "Carmelo Abela talab li lfaċilitajiet preżenti filPalazz jibqgħu jinżammu operabbli f'każ li jinqalgħu xi diffikultajiet.", "Jien informajt lillKumitat li lUffiċċju tiegħi kien diġà ħa nota ta' dan, u kienu saru arranġamenti biex ilfaċilitajiet preżenti jibqgħu operabbli f'każ li jkun hemm bżonn li lPlenarja jew ilKumitat jibqa' jiltaqa' f'dan ilPalazz, u hekk ġara.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Ministru, nirringrazzjak talispjegazzjoni u taxxogħol li qed tagħmel, u issa nagħti lkelma lillOnor.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jimporta jekk nitolbok tgħid lillMinistru Mizzi kif għandu jġib ruħu f'dan ilKumitat?", "Qed jgħid li jien qiegħed hawnhekk biex insaħħan issiġġu.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Mela dan jiġi hawnhekk biex jagħmel dan ittip ta' diskors quddiem ilmedia preżenti!", "MR SPEAKER: Onor. Ministru, ħallejtek titkellem: issa oqgħod daqsxejn kwiet ħalli nkun nista' nisma' lillOnor.", "MARIO DE MARCO: Huwa inaċċettabbli li jiġi hawnhekk ilMinistru Joe Mizzi u jipprova jitfa' t-tort fuq kulħadd.", "Birrispett kollu, jekk wieħed jara dik listqarrija jsib li hu stess assuma rresponsabbiltà li jimmonitorja xxogħol.", "Hu stess qal li lkuntratturi kienu qed jagħtuh lassigurazzjonijiet li xxogħol se jkun tlesta sabiex, wara lvaganzi tassajf, ilParlament jibda jiltaqa' filparlament ilġdid.", "(Interruzzjonijiet) Aqra listqarrija tiegħek stess!", "Aqra lbidu talistqarrija tiegħek stess, Onor. Mizzi!", "Jekk trid tgħaddihieli biex naqrahielek, ma nsibx diffikultà.", "Iddata tat12 ta' Ottubru la vvintaha lOnor.", "David Agius, la vvintajtha jiena, u lanqas ivvintatha sSedja.", "Iddata aħna ħadniha fuq assigurazzjoni li ta lGvern.", "Jiġifieri, jien nista' nerġa' naqra listqarrija tadDOI tat8 ta' Lulju, li tgħid hekk:", "\"Huwa mistenni li lkuntratturi se jkunu qegħdin jonoraw lobbligi tagħhom li jlestu lproġett fiż-żmien stipulat biex ilParlament jibda jiltaqa' minn din ilbinja wara lvaganzi tassajf.", "Dan grazzi għallinterventi immedjati li saru flewwel ġranet talamministrazzjoni lġdida min-naħa talMinisteru.\"", "Birrispett kollu, jiġifieri lOnor.", "Mizzi kien tajjeb, kien pront biex jgħid li grazzi għalih dak kollu kien se jsir, u issa, għax illum qegħdin hawnhekk fit13 ta' Ottubru, lanqas mhu kapaċi jagħtina data meta lParlament se jibda jiltaqa' filparlament ilġdid!", "Illum, it-13 ta' Ottubru, lanqas kapaċi jagħtina data!", "Issa, f'daqqa waħda, m'hu grazzi xejn għalih, huwa tort kollu ta' ħaddieħor ħlief tiegħu!", "Ma jimpurtax; jien li jinteressani ħaġa waħda.", "Dan ilParlament, kif kulħadd jaf – ħlief forsi lMinistru Mizzi – kellu jiġi inawgurat fit12 ta' Ottubru fis6.30 p.m, jiġifieri fiddata u lħin li konna ddiskutejna hawnhekk filHouse Business Committee.", "Allavolja hawn fil-Kumitat kellna rappreżentanti talGvern, però lMinistru responsabbli donnu ma kienx jaf b'din linawgurazzjoni.", "Jiġifieri, konna se mmorru kulħadd għallinawgurazzjoni, ħlief ilMinistru Mizzi.", "X'qed nipprova ngħid?", "Jiena nixtieq inkun naf: ilGvern ħareġ stqarrija fl1 ta' Ottubru, meta lParlament ilġdid kellu jiġi inawgurat fit12 ta' Ottubru, jiġifieri 11il ġurnata qabel iddata talinawgurazzjoni.", "Jista' lMinistru jgħidilna meta lewwel li nduna li dawn ixxogħlijiet kollha – li għadni semmejt biss nofshom – ma kenux se jitlestew f'għaxart ijiem?", "Jista' jgħidilna lOnor.", "Joe Mizzi meta nduna għallewwel darba li linawgurazzjoni tat12 ta' Ottubru ma kienx possibbli li jilħaqha?", "U kemm dam lOnor.", "Joe Mizzi biex jinforma lisSedja li l-parlament il-ġdid ma kienx se jiġi inawgurat fit12 ta' Ottubru?", "Għax jien jinteressani nkun naf.", "Jiena naħseb li lġurnalisti warajna jixtiequ jkunu jafu meta kien jaf lewwel darba lOnor.", "Joe Mizzi li essenzjalment linawgurazzjoni tat12 ta' Ottubru kienet biss ħolma.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Mr Speaker.", "Nixtieq li, bilkalma kollha, nagħmel irrimarki tiegħi u xi mistoqsijiet liċChairman, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, li nirringrazzjah, u anke lisSur Chris Paris u lillmembri kollha, talħidma tagħhom li qed jagħmlu, kif ukoll lillMinistru Joe Mizzi blimpenn tiegħu f'dan ilproġett.", "Lewwel nett, naħseb li qed nagħmlu din iddiskussjoni sentejn tard.", "Sentejn tard għax filpreżentazzjoni li għamlilna ċChairman … (Interruzzjonijiet) L-għan talkollegi talOppożizzjoni – li persuna minnhom kienet anke Ministru fi ħdan dak ilGvern – hu li jfarfru rresponsabbiltà minn fuqhom u jitfgħuha fuq ħaddieħor intortament.", "Ilcompletion of parliament – mhux ta' kamra jew tnejn, imma talparlament – kellha tkun by December 2012, u għalhekk qed ngħid li qed nagħmlu din iddiskussjoni sentejn tard.", "Bovis kienu dawk li ġew maħtura millbidu nett mill-amministrazzjoni preċedenti li bdiet dan ilproġett, u suppost kellna niltaqgħu filParlament ilġdid sentejn ilu.", "Mela, qed nagħmlu din iddiskussjoni sentejn tard.", "Mhux biss, hawnhekk jiena nixtieq nistaqsi licChairman – li naturalment nifhem li beda lejn laħħar ta' Mejju 2013, kif qalilna hu – jekk kienx hemm indikazzjonijiet – għand ilGHRC jew x'imkien ieħor – dwar xi data meta suppost kellu jinfetaħ.", "Peress li ddata ta' Diċembru 2012 ma nżammitx, allura suppost iddata talftuħ kellha tkun, jekk mhux f'Diċembru tal-2012, forsi ftit qabel lelezzjoni 2013 li saret f'Marzu.", "Nixtieq nistaqsih jekk kienx hemm xi ittri li ntbagħtu lillkuntratturi responsabbli minn dan ilproġett fejn ilGvern preċedenti, kif naħseb jagħtih ilpoter ilkuntratt iffirmat minnu, … (Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Liskop ta' din illaqgħa … (Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Mela dak li qed ngħid mhux qed idoqqlok għal widnejk?", "Lanqas diċenza tisimgħu m'għandkom.", "MARIO DE MARCO: Xejn minn dan.", "Point of order qed nagħmel, mhux qed ninterrompik.", "MARIO DE MARCO: IlMinistru Joe Mizzi qal f'ittra indirizzata lilek, Sur President, li llejla lKumitat taxXogħol talKamra se jingħata dettalji dwar fiex waslu xxogħlijiet pendenti, u li f'dan l-istess Kumitat għandha tittieħed in konsiderazzjoni ddeċiżjoni dwar meta lParlament se jkun jista' jibda jiltaqa' filbini lġdid.", "Hawnhekk iddiskussjoni kollha hija biex aħna bħala Kumitat, abbażi ta' dak li suppost kellu jgħidilna lOnor.", "Joe Mizzi, niddeċiedu meta se nibdew niltaqgħu filbini talparlament lġdid.", "MR SPEAKER: Imma wara li smajna rrappreżentazzjoni ta' Dr Stefan Zrinzo saret referenza għaddata, allura inti qiegħed in order.", "Imma, jekk se niġi interrott, se ndum iktar, u nifhem li lOppożizzjoni għandha kull interess li ttellef dak li qed ngħid għax ma tridx li nnies jisimgħu, u ma tridx li lġurnalisti jirrealizzaw li kien ilGvern Nazzjonalista li ntrabat malkuntrattur li f'Diċembru 2012 kellu jkun komplut ilparlament, u allura kellna nibdew – kif nifhem jien – filbidu tassena 2013 filparlament ilġdid.", "Qed nistaqsi jekk il-Gvern preċedenti imponiex multi, peress li ddata ta' Diċembru 2012 ma kenitx nżammet.", "Issa aħna smajna wkoll numru ta' diffikultajiet li nqalgħu malkuntratturi diversi.", "Dak ġie rrapportat lilna llejla b'mod iddettaljat, u nirringrazzjah talpreżentazzjoni.", "Jirriżulta ċar li lkuntratturi kull darba bdew ibiddlu lgoalposts.", "Issa aħna għandna wkoll ilpreżentazzjoni birritratti.", "Għandna aħna, għandhom ilġurnalisti, u min segwa seta' jara wkoll safejn kienu waslu xxogħlijiet salaħħar tal2012.", "Kienu għadhom lura ħafna ħafna.", "Meta nqabblu salaħħar tassena 2012 ma' fejn wasalna issa, jirriżulta li wasalna ħafna biex dan ilproġett ikun lest.", "Jiġifieri, li kieku baqa' l-Gvern lieħor, illum għadna ħafna lura.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nagħmel kumment.", "Nixtieq inżomm isserjetà … (Interruzzjonijiet) Naf li għandhom kull interess li jtellfu.", "Iddata oriġinali kienet Diċembru 2012.", "Ma kontux kapaċi tispiċċaw proġett wieħed filħin u mingħajr ma tonfqu iktar flus.", "Dik ilkapaċità!", "Issa għandna Gvern li jimxi b'mod differenti … (Interruzzjonijiet) Mr Speaker, din għandu jirtiraha!", "Jien lumoriżmu nħobbu, imma din għandu jirtiraha, għax hawnhekk għandna nindirizzaw lil xulxin b'rispett!", "MR SPEAKER: Onor. Mario De Marco, jekk jogħġbok, nikkontrollaw ilmod kif nindirizzaw lil xulxin.", "CARMELO ABELA: Qed iddejjaqkom tal2012?!", "U allura lmistoqsija tiegħi dwar ilpreżentazzjoni hija – u għandi dritt nistaqsi fuqha – u qed nistaqsi: Kien hemm multi li ġew imposti missena 2012 sallum?", "Aħna nafu millistqarrija li saret li, proprju flaħħar ta' Settembru tal-2014, bdew jiġu imposti multi fuq ilkuntratturi minħabba li lkuntratturi ntrabtu bilmiktub li se jżommu ma' data, u effettivament ma żammewx magħha.", "Fil-presentation saru dikjarazzjonijiet miċChairman fuq loutput talkuntratturi.", "Minkejja lisforzi kollha li saru millMinisteru u millGHRC, ilkuntratturi għal raġunijiet differenti baqgħu ma jwasslux l-affarijiet.", "Primarjament, issemma lkuntrattur Taljan Filiberti.", "Suppost dan kellu jkun inawgurat u lest f'Diċembru 2012, imma lġebla għadha qed tinqata' u, sa ftit taxxhur ilu, kien għad għandna ddubji jekk għadhiex qed tinqata', jew inkella jekk sempliċement għadha ma waslitx hawn Malta.", "Ikollna spjegazzjoni aktar 'il quddiem.", "Jiena naħseb li rridu nirrikonoxxu li sar ħafna xogħol f'din issena; imma lkuntratturi baqgħu, għar-raġunijiet tagħhom, min għal ħaġa u min għal oħra, ma jwasslux laffarijiet minkejja li ntrabtu b'data.", "Naħseb li hija flokha lprudenza li tiġi murija millGHRC li jieħdu with a pinch of salt ċerti dikjarazzjonijiet talkuntratturi, u naħseb li huwa inutli li noqogħdu nippruvaw insibu data biex imbagħad nippuntaw subgħajna b'mod kif jaqblilna u ninsew addirittura li dan kellu jkun lest f'Diċembru tal-2012.", "Naħseb li din hija ħaġa skorretta.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jien nixtieq nippreċiża żewġ affarijiet biex inwieġeb għallkumment talOnor.", "Jien ninsab infurmat li, għalkemm ġieli ħarġu notices formali li kien hemm delays, però qatt ma ttieħdu lpassi – qabel it30 ta' Settembru – fejn ġie indikat b'mod ċar li se jiġu imposti lpenali hekk kif ikkuntrattati fittenders.", "Irrid nippreċiża wkoll li lfinal date kienet qed timxi minn darba għalloħra skont irrapport li kienu jippreparaw ilProject Managers tal-Bovis.", "Meta kien hemm ilkwestjoni talinawgurazzjoni, aħna konna tlabna li jkun hemm a written commitment tattlestija.", "Jiġifieri, ma ddependejniex fuq loutput talkuntratturi li verbalment kienu jagħmlu ċerti assikurazzjonijiet, u b'hekk, fil15 ta' Awwissu 2014, ntbagħtet littra li safejn naf jien ġiet ippreżentata lil dan ilKumitat tramite korrispondenza malOnor.", "Joe Mizzi.", "Hawn forsi nista' nfakkar ftit lillOnor.", "Membri x'kien fiha.", "Mr Speaker, dawn indikawlna lpractical completion taluffiċini sat30 ta' Settembru, u hemmhekk kien hemm indikati wkoll liema packages kellhom ikunu lesti.", "Kienu semmew ukoll li ċerti xogħlijiet jitlestew salaħħar ta' Ottubru, u dik kienet xi ħaġa li konna aware minnha; però kien ilpractical completion taluffiċini talParlament li tqies importanti.", "Waħda millaffarijiet li għamilna b'mod aktar intense – u forsi Mr Speaker, u anke lIskrivan talKamra, jistgħu jikkonfermaw – kienet ilkoordinazzjoni u llaqgħat ferm spissi bejn listruttura talParlament malGHRC, għaliex aħna konna wasalna anke biex nippjanaw flimkien ittrasferiment talaffarijiet minnaħa għalloħra.", "Peress li konna dħalna anke f'dawk iddettalji, bilfors li konna qegħdin regolarment ninfurmaw x'inhu jiġri u ma jiġrix, naraw x'kien loutput, anke bilpreżenza ta' staff talParlament li kien qed jiġi jsegwi x'kien qiegħed jiġri.", "Mela, peress li kellna diversi assikurazzjonijiet filpassat, aħna tlabna li jkunu bilmiktub.", "Aħna ħadna lpariri mingħand illegali u nnies tekniċi li qed jieħu ħsieb ilcontract management, li qalulna li, abbażi ta' dik littra, stajna mbagħad immexxu biex nimponu għallewwel darba lpenali.", "Hawn irrid nippreċiża li forsi f'dan listadju jkun għadu prematur li hawnhekk illum, it-13 ta' Ottubru, wieħed jgħid data meta huwa envisaged li jitlestew dawn ixxogħljiet.", "Naħseb li dan m'għandux isir qabel ma jsiru ċertu assikurazzjonijiet f'iktar dettall minnaħa talkuntratturi.", "Dan qegħdin nagħmluh blakbar responsabbiltà; però, blistess responsabbiltà kbira qegħdin kontinwament naraw malkuntratturi, nevalwaw kull biċċa xogħol li ssir, biex minn hemmhekk aħna naslu għal sitwazzjoni li b'aktar ċertezza nkunu nafu meta se jitlestew dawn ixxogħljiet.", "Aħna qed inżommu ferm malpożizzjoni tagħna u, għal dak li wegħdu li se jagħtuna sat30 September, huma qegħdin in default.", "Jekk dak li wegħduna sat30 ta' Ottubru ma jasalx ukoll, inpoġġuhom in default, u jkomplu jeħlu aktar penali.", "Dik hija lpożizzjoni minnaħa tagħna.", "TONY AGIUS DECELIS: Sur President, jien qiegħed nara li hemm żewġ kurrenti: ilkurrent talkuntrattur li, iktar ma jdum, iktar se jeħel penali, u lkurrent lieħor li dan, iktar ma nagħmluh malajr, iktar se nkunu nistgħu nżanżnuh malajr.", "Jien naħseb li jekk aħna nibqgħu ninsistu fuq data, jista' jkun hemm ilperiklu li nergġħu ngħaddu minn dan tallum.", "Nistgħu wkoll nagħtu data 'l bogħod biex imbagħad ngħidu kemm konna kapaċi nlestuh aktar malajr, u allura ma naħsibx li hija daqshekk intelliġenti li noqogħdu nippressaw fuq data.", "Ilmistoqsija tiegħi hija jekk ilpenalitajiet humiex se jibqgħu jiġu imposti sakemm dan ilproġett jitlesta.", "Dan ifisser li aktar mhu se jdum dan, aħna bħala stat inqas se jiġi jiswiena flus għax iktar se jħallsu penali, u allura ssomma li lGvern se jkollu jħallas se tkun iktar żgħira.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk ilpenalitajiet humiex qed jingħataw lil xi kumpanija waħda, jew inkella humiex jingħataw lillkumpaniji kollha li ma waslux biex jiddeliverjaw isservizzi tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hemm xi risposta għal din iddomanda?", "JOE MIZZI: Ħalli nibda nirrispondi jien, imbagħad ikompli lparti teknika.", "Jien, filbidu ta' Settembru, inġibditli lattenzjoni li manpower ma kienx qed ikun hemm biżżejjed.", "Ġbidt lattenzjoni taċChairman, u lmanpower bdew iżiduh.", "Konna nafu eżatt li ma waslux għaddelivery taluffiċini fit30 ta' Settembru, u hemmhekk stajna nieħdu passi, u ħadna passi skond ilkitba.", "Infatti, għalhekk infurmajtkom li hemmhekk se nieħdu passi għax kienu marbutin sat30 ta' Settembru.", "Dik hija ssitwazzjoni.", "Barra minn dan, irrid ngħid ukoll li jien irrid li dan ilproġett ikun lest kemm jista' jkun malajr, u jkun lest kif għandu jkun.", "Liskop tagħna dak hu, u għalhekk jien kont sħaqt u qed nenforza laffarijiet biex jimxu 'l quddiem, u qed nimmoniterja biex dawn laffarijiet jimxu blinqas spejjeż.", "Aħna rridu li mmexxu.", "Dik hija responsabbiltà tiegħi, u dak hu li jiena għamilt.", "Issa lkwestjoni tallum hija li aħna qed naraw x'qed jgħidu li jonqos isir bħala finishing touches – u rajna wkoll permezz talGHRC u nnies tagħna x'jidhrilna li jonqos – u lill-kuntratturi se ngħaddulhom din l-informazzjoni biex huma jagħmlu rreazzjoni tagħhom, u jkunu jistgħu jgħidulna: Dan naħsbu li sa xahar u nofs, xahrejn oħra jkun lesti.", "Issa, jekk hemm bżonn norbothom ukoll, imma sa hemm nista' nimxi jien.", "Imbagħad, nesiġi jien li nerġa' nimmoniterjahom, nerġà nagħfashom biex huma jimxu ma' dik iddata.", "Imma din hi ssitwazzjoni, din hija rrealtà.", "Fejn jidħlu multi, aħjar jitkellem iċChairman u jispjega huwa x'inhi ssitwazzjoni.", "Lanqas jien ma nieħu pjaċir noqgħod inwaħħal ilmulti.", "Jien irrid li xxogħol ikun lest u jkun kif għandu jkun: imma, jekk xi ħadd ma jżommx mallinja, we mean business.", "Aħna qed nagħtu linja gwida, u min mhux se jasal malcommitment li għamel għandu deterrent and we mean business.", "Ma jistax ikun li ħaddiem, jekk jidħol tard għaxxogħol, ilaqqatha fuq rasu, jaqtgħulu mill-paga, waqt li mbagħad dawn jibqgħu għaddejjin qisu xejn mhu xejn.", "Mela allura llinja gwida tajniha wkoll fejn jidħlu proġetti bħal dawn u, jekk ma żżommx mallinja, aħna qed nurukom li għandkom deterrent.", "Jekk ikollhom deterrent, minnhom infushom se jibdew jgħaġġlu, għax jibdew jeħlu lmulti u jaraw li laffarijiet aħna qed nagħmluhom bisserjetà.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Għarrimarki li għamel lOnor.", "Membri jifhmu ftit aħjar kif ħadem dan ilproġett, jien filprezentazzjoni tiegħi semmejt diffikultajiet fost iljoint ventures.", "Prattikament, dan ilproġett inħadem b'sistema ta' packages, ossia kuntratti differenti għal xogħlijiet differenti.", "Dawn intrebħu minn joint ventures differenti, ħafna minnhom jisimhom BIB – għal Bieb ilBelt – magħmulin minn kumpaniji differenti skond ilqasam li fih kien hemm dik ilkwestjoni partikolari.", "Meta ħriġna default notice fit30 ta' Settembru, aħna għamilna referenza għal dawk ilpackages li, filfehma tagħna, kellhom ikunu lesti sat30 ta' Settembru.", "Lil dawk ilgruppi ta' kumpaniji, ossia dawk iljoint ventures li kienu ħadu dawk ilpackages, għarrafnihom li qegħdin tard u ovvjament, skont ilfehma tagħna, meta joħorġu s-certificates of payment, inkunu qegħdin nieħdu in konsiderazzjoni lfatt li hemm kwestjoni ta' default u hemm ilpenali imposti.", "Is-sistema li ntużat rigward kuntratti kienet dik ta' FIDIC contract u mhux ilkuntratt li normalment jintuża midDipartiment talKuntratti.", "Skont dan ilFIDIC contract, iddelay penalty hija ta' 0.1% talcontract value, li ma taqbiżx ilmassimu ta' 1%.", "Issa, jekk dak ilpackage partikolari huwa €5 miljun, inti teħel 0.1%, però ma jaqbiżx il1%.", "Jiġifieri, f'dan ilkaż, aħna listima tagħna, skont ilpackages li qegħdin in default, hi ta' madwar €20,000 kuljum għall-packages kollha.", "MARIO DE MARCO: Jien insib totalment inaċċettabbli li, minkejja stqarrija talMinisteru tatTrasport u Infrastruttura, fejn hu stess qed jgħid li qed jassigura li jkun hemm moniteraġġ qawwi taxxogħol li qed isir, kemm biex ma jsirux iżjed żbalji, kif ukoll biex jassigura li xxogħol ma jaqax lura, minkejja stqarrija talistess Ministeru talInfrastruttura li jgħid li hemm direzzjoni ċara minnaħa talMinisteru tatTrasport li jiġu assigurati lcommitments li saru, illum it-13 ta' Ottubru, ilGHRC u lMinisteru talInfrastruttua mhumiex f'pożizzjoni li jagħtu lil dan ilKumitat data – anke indikattiva – ta' meta lbini talparlament lġdid se jkun lest.", "Hawn m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq proġett li qiegħed f'nofs landament tiegħu, imma qed nitkellmu dwar proġett li suppost illum dan ilKumitat qiegħed jiltaqa' ġo fih.", "Jiġifieri, jien nippretendi li, birrispett kollu, ilMinistru Joe Mizzi almenu jagħtina data.", "Jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex nitkellmu dwar penali jew nuqqas ta' penali, jew kemm se jeħlu penali lkuntratturi.", "IlMinistru Joe Mizzi ta lassikurazzjoni tiegħu li suppost hemm commitments li se jiġu rispettati, smajna r-raġunijiet għaliex waqgħu lura, smajna li lgħamara ma waslitx jew whatever – it's all besides the point għax aħna jinteressana ġurnata ġdida meta lparlament se jkun lest.", "MR SPEAKER: IlMinistru Mizzi.", "JOE MIZZI: Jien inkun irresponsabbli jekk nagħti garanzija, bħalma sar fl-2012, meta ntqal li kellu jkun lest, u wara sibna dak li sibna.", "Jien m'iniex se nkun irresponsabbli u ngħid data, bħalma ġara meta kien hemm diġà perit ta' Renzo Piano li kien qed jgħid li huwa impossibbli li jseħħ.", "Kulħadd jgħid li impossibli li jseħħ, imma dak iċżmien kien ġie deċiż li kellu jkun lest f'2012, kollox on target bl-ispejjeż b'kollox.", "Jien le, jien sibt ma' wiċċi spejjeż li huma fenomenali.", "MR SPEAKER: Dik diġà spjegajtha.", "JOE MIZZI: Jiena se nkun adamanti ma' dawk ilkuntratturi li ntgħażlu minn Gvern preċedenti li jidhru li ma żammewx għal darba, darbtejn, tliet darbiet, erbgħa ma' dak li jgħidu.", "Se nkun hekk biex huma jlestu kemm jista' jkun ixxogħol malajr.", "Se nibqa' nkun adamanti u, sakemm huma ma jimxux ma' dak ilcommitment li taw, iva, aħna naraw li jeħlu lmulti.", "Issa, x'għamilna aħna fissitwazzjoni tallum?", "Għalhekk qed ngħid li jiena m'iniex irresponsabbli bħal ħaddieħor.", "Jien qed nesiġi, flimkien malGHRC – u llum iltaqjna magħhom, huma qed jgħidulna x'jaħsbu li jonqos isir, u aħna, minnaħa tagħna, rajna li hemm affarijiet iktar milli qed jaħsbu huma – li mil-lista li tajna, huma jgħidulna ddata.", "Imbagħad ngħidilkom jien.", "MR SPEAKER: Issa dik kulħadd semagħha.", "LOUIS GRECH: Jien insibu stramb il-mod kif lOnor. de Marco qed jipprova jdawwar kollox.", "Illum iltqajna biex inkunu nafu rraġunijiet għaliex kien hemm dewmien fittlestija talparlament.", "Għedna se nsejħu nnies responsabbli biex dawn jagħtu spjegazzjoni ċara.", "Dawn taw lispjegazzjoni u, barra li semmew li kien hemm dati oħra li ġejjin lura mill2012, qalu wkoll li kien hemm listess kuntratturi ta' qabel li huma responsabbli għaddewmien.", "L-Onor de Marco f'daqqa waħda jgħid li ma jrid jippunta subgħajh lejn ħadd, imma filverità qed jippunta subgħajh ħafna, u qed jgħid li hu kulma jrid ikun jaf hu meta se jitlesta.", "Dan meta għandu risposta definittiva minnaħa ta' nies kompetenti li qed jgħidu li f'dan listadju, peress li diġà ngdimna, huma ma jistgħux jagħtu risposta definittiva.", "Ovvjament, kieku jagħtu risposta definittiva fuq dik ilbażi li qal illum kienu jkunu irresponsabbli; imma lOnor.", "Mario de Marco bilfors irid jikkommetti lillMinistru jew lillKumitat biex jagħtu data, biex imbagħad, jekk din iddata ma tagħmilx sens, allura nerġgħu niġu hawn u ngħidu għaliex ma saritx fiżżmien stipulat.", "Jagħmel ħafna iktar sens ilmod kif spjegawha huma, li qalu li lewwel ħaġa dawn huma l-kuntratturi li kien hemm qabel, u hemm il-problema talġebla u talgħamara … (Interruzzjonijiet) Dan mhux luniku proġett li sar dewmien fih, imma inti l-ewwel tgħid li ma tridx tieħu political points, imma qed tieħu ħafna political points.", "Kieku jgħidli data llum, jien kont ngħid li dan ma tantx huwa ta' fiduċja u ta' serjetà meta ma jafx preċiżament ilproblemi meta jistgħu jiġu solvuti.", "Jien inkun sorpriż ħafna kieku ġew illum u qalulna dak li qalulna llum, u jerġgħu jagħtuna data.", "Qabel sar proċess fejn qalu li lkuntratturi taw deadlines li għandhom isiru.", "Dawk iddeadlines li kienu fit30 ta' Settembru ma wettquhomx, bħalma ssib fi kwalunkwe proġett ieħor.", "Issa llum jafu, millesperjenza li kien hemm, li kienet esperjenza ħażina li ma jistgħux jagħtu deadline, jiġifieri għalija kien ikun inaċċettabbli jekk, fuq dik ilbażi li għandhom illum, jiġu jgħidulna data li tista' ma titwettaqx.", "Jekk veru trid tkun taf data li hija realistika, għallinqas ħallihom iġibu l-informazzjoni mitluba mingħand ilkuntratturi, u mhux tippretendi li jiġu jagħmlu eżerċizzju banali u inutli sempliċement għax inti għedt hekk minħabba li hawn ilġurnalisti.", "Filverità, jiena qed nassumi li dan kollu qed isir minnaħa tiegħek minħabba lġurnalisti, għax kieku inti tkun taf … (Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek għaliex!", "Issa insa 'lMinistru Mizzi, ċChairman u lexpertise tiegħu li s'issa għadhom mhumiex komdi birrisposti tagħhom, anke bilġustifikazzjoni li tawhom.", "Ovvjament, min kien f'bord ta' dak ittip jaf li mhux se jidħol jgħid xi ħaġa ttieni darba quddiem dan ilKumitat.", "Jista' jagħtik indikazzjoni, imma lindikazzjoni … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Aħna morna tliet darbiet ilparlament, u … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER : Onor. Mizzi, jiena ma tajtekx ilkelma, u lanqas lilek, Onor. Agius!", "LOUIS GRECH: Issa nisperaw li jkollna din linformazzjoni malajr kemm jista' jkun, tiġi quddiem dan ilKumitat, u intom tgħidulna data fuq bażi serja u fuq bażi li nistgħu noqogħdu fuqha.", "Mhux noqogħdu nerġgħu niġu għal li jista' jkun hawnhekk, biex ilkuntratturi forsi ma jwettqux.", "Intom, meta jkollkom linformazzjoni korretta, tiġu quddiem dan ilKumitat u tagħtuna data iktar fissa u stabbilita.", "MARIO DE MARCO: Sentenza waħda.", "Kulma se nagħmel se nikkwota.", "Joe Mizzi, fl1 ta' Ottubru, kitiblek fejn qallek hekk:", "\"Quddiem din issitwazzjoni, fejn illejla lKumitat taxXogħol talKamra se jingħata dettalji dwar fiex waslu xxogħlijiet pendenti, għandha tittieħed in konsiderazzjoni ddeċiżjoni dwar meta lParlament se jkun jista' jibda jiltaqa' filbini lġdid.\"", "Jiġifieri, mhux jien, lOnor.", "Joe Mizzi qalilna li se jiġi u jagħtina data.", "M'intomx taċċettaw din issitwazzjoni.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq niġbed lattenzjoni fuq ilkwestjoni ta' kapaċità lewwel nett.", "(Interruzzjonijiet) Ġabuh \"The Times\" lintervent tiegħek.", "Tiegħi ma tantx – lanqas ismi ma ġabu!", "Jien nikkwota lMinuti li approvajna llum, jiġifieri talaħħar laqgħa, fejn għal-lum jingħad li lKumitat kellu jara fiex wasal ix-xogħol.", "Illum sar dan irrapport fuq listadju talbini ġdid talparlament minn min stedinna hawnhekk.", "Dak kien ixxogħol talKumitat hawnhekk illum, u dan hu li sar.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jien nippretendi li terġa' tgħajjat lillMinistru u lillGHRC fi żmien raġonevoli.", "Għandna niddeċiedu aħna bħala Kumitat biex jgħidulna meta għallinqas.", "Xahar ieħor mod, ġimgħa oħra mod ieħor.", "Għallinqas ikollna data.", "MR SPEAKER: Hawn qbil millKumitat talKamra li jkollna komunikazzjoni miċChairman tal-GHRC u millMinistru ħalli aħna nkunu nistgħu nippjanaw laqgħa oħra.", "Grazzi ħafna.", "Tistgħu tirtiraw millKamra.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Xtaqt nagħmel referenza għal suġġett ieħor fuq laġenda dwar rappreżentant ġdid talparlament filParlament Ewropew.", "Kien hemm lestensjoni għasSinjorina Pauline Abela sa April tal-2014.", "Aħna konna ddiskutejna diġà li għandu jiġi appuntat rappreżentant għatterminu li jmiss, u konna qbilna li għandha toħroġ sejħa interna miftuħa għallistaff talParlament.", "Filfatt, hemm żewġ persuni li huma: isSur Kenneth Curmi, u reġgħet applikat dik li diġà kien hemm qabel, jiġifieri sSinjorina Pauline Abela.", "Issa, ovvjament, kien kont diġà ltqajt malWhips, konna wasalna li intom tagħtuni risposta, għax ovvjament irridu naraw.", "Konna ddiskutejna wkoll kif se nagħmlu, jekk għandniex nalternaw.", "Jien naħseb li għandna nimxu fuqha din ...", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili ngħid kelma … Kien hemm deċiżjoni li ttieħdet li jkollna rappreżentant tagħna fi Brussell li jkun millistaff talParlament u li ssir on a rotation basis.", "Kien tajjeb li ħriġna biex naraw min hu interessat għax, li kieku ma kien hemm ħadd u listess persuna li kienet diġà hemmhekk uriet interess, kienet tibqa' hi.", "Imma, ġaladarba kien hemm deċiżjoni li din il-ħaġa ssir by rotation, u hemm persuna ġdida li wriet interess, naħseb li jkun fair li nkomplu blistess deċiżjoni li kienet ittieħdet.", "Naturalment, imbagħad naraw issena ta' wara.", "DAVID AGIUS: Jien nixtieq nistaqsi jekk iżżewġ persuni għadhomx interessati ttnejn li huma li jitilgħu.", "MR SPEAKER: Ovvjament, isSur Kenneth Curmi huwa interessat għaliex kien applika qabel issajf.", "Rigward isSinjorina Pauline Abela, staqsejt lillClerk biex jiċċekkja magħha.", "Kienet diġà ilha hemmhekk, u kellha estensjoni.", "Hi qalet li hi xorta għadha interessata.", "Jiġifieri, issa araw intom jekk nerġgħux inpoġġu lisSinjorina Pauline Abela, jew inkella nagħtux ċans lisSur Kenneth Curmi.", "CARMELO ABELA: Iddeċiżjoni li kienet ittieħdet filpassat li għandu jkun hemm rotation talistaff għandna nżommu magħha.", "MR SPEAKER: Nixtieq li jkolli lkunsens talKumitat.", "DAVID AGIUS: Nixtieq nikkonsulta, imbagħad nerġgħu niġu għandek.", "MR SPEAKER: Tifhem li ma nistgħux indumu ħafna.", "CARMELO ABELA: Minnaħa tagħna m'hemmx għalfejn nikkonsultaw.", "Iddeċiżjoni tagħna hija li jkun hemm rotazzjoni fost listaff, kif kienet ittieħdet filpassat.", "MR SPEAKER: Jiġifieri li jmur Kenneth Curmi.", "Mela, nistenna minnaħa tagħkom.", "Nimxu issa għallmozzjoni dwar ittneħħija talImħallef Farrugia Sacco.", "Nifhem li din ilmozzjoni għandha tiġi meqjusa bħal skadiet u nneħħuha millMotion Book.", "Nixtiequ nirreġistraw li ġara dak kollu li kien tbassar li se jiġri millOppożizzjoni!", "MR SPEAKER: Issa nimxi għallAbbozz ta' Liġi dwar isServizz Parlamentari.", "Fillaqgħa tad9 ta' Ġunju, kont ressaqt għaddiskussjoni rapport talKummissjoni dwar lAwtonomija Amministrattiva talParlament Malti, u abbozz ta' liġi li tpoġġew fuq ilMejda talKamra fil21 ta' Mejju 2014.", "Innaħa talGvern kienet talbet aktar żmien biex tkun tista' tagħti rreazzjonijiet tagħha.", "Nitlob lillKumitat biex jiftiehem fuq data għaddiskussjoni ta' dan irrapport u talabbozz imsemmi.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri, lOppożizzjoni taw irreazzjoni tagħhom għal dan lAbbozz jew le?", "DAVID AGIUS: Kienet irreġistrata li bħala prinċipju naqblu, imma hemm dettalji li nixtiequ nidħlu fihom u naraw.", "CARMELO ABELA: Listess aħna.", "Aħna bħala awtonomija m'għandniex problema, imma kif se naslu għaliha?", "DAVID AGIUS: Ma jfissirx li naqblu ma' kull klawsola li hemm filBill.", "CARMELO ABELA: Qed nagħmel din ilmistoqsija għax … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Dakinhar kontu tlabtu intom, u aħna ma konniex tkellimna.", "MR SPEAKER: Irridu nsibu ħin biex jiġi diskuss.", "Din bħallOmbudsplan, irridu nsibu ħin filKumitat.", "CARMELO ABELA: Nista' nagħmel suġġeriment?", "Nistgħu niltaqgħu informalment miegħek, m'hemmx għalfejn filpubbliku.", "Rigward lOmbudsplan 2015, infakkar li hemm bżonn insibu data.", "Dwar dak li qajjem lMinistru Louis Grech wara li għaddejt linji gwidi dwar ilvideo streaming talParlamentary debates, jien kont wgħedt li se nagħmel ittieni draft, u issa se ngħaddi kopja tiegħu.", "Filfolder hemm ilguidelines emendati, u hemm ukoll liStanding Order fejn jidħol dak kollu li tkellimna fuqu dwar ilvideo streaming, television, eċċ. Imbagħad, inħalliha għalikom biex tiddeċiedu.", "CARMELO ABELA: Nagħtu risposta aktar tard fuq dan.", "MR SPEAKER: Mela, nistgħu naġġornaw.", "Iddata tallaqgħa li jmiss tiġi kkomunikata aktar tard.", "Grazzi.", "Fid8.50 p.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141013_022d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis7.16 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali lOnor.", "Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, l-Onor Joe Mizzi, u l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 21 li saret fl-1 ta' Ottubru 2014 kienu kkonfermati.", "LIspeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva diversi talbiet mingħand ilmezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għallewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-Gvern ħass li għandu jagħti prijorità lill-Mozzjoni 164 dwar il-bini ta' power station ġdida, ippreżentata mill-Onor.", "George Pullicino dakinhar stess, u għalhekk il-ħsieb kien li din il-Mozzjoni tiġi diskussa f'seduta waħda nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru 2014.", "Huwa żied jgħid li fid-dawl taċ-ċirkostanzi kif żviluppaw, l-istqarrija li kien beħsiebu jagħmel il-Gvern fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa 17 ta' Ottubru dwar l-istess suġġett, ma kenitx se ssir.", "Il-Kumitat qabel li l-ħin tal-aġġornament tas-seduta tal-20 ta' Ottubru ma jitteħidx sabiex il-ħin tad-diskussjoni jitwal b'nofs siegħa, u li l-ħin kellu jinqasam indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq ikunu għall-Oppożizzjoni.", "Fil-każ li tintalab votazzjoni, din għandha tittieħed fi tmiem id-diskussjoni fid-9.30 p.m.", "AFFARIJIET OĦRA", "Bini l-ġdid tal-Parlament", "Skont ftehim milħuq fil-laqgħa tal-1 ta' Ottubru 2014, l-Ispeaker Anġlu Farrugia stieden liċ-Chairman tal-Grand Harbour Rehabilitation Corporation (GHRC), Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, sabiex jingħaqad mal-Membri madwar il-mejda biex jindirizza lill-Kumitat u jagħti dettalji dwar f'liema stadju waslu fih ix-xogħlijiet filbini lġdid talParlament.", "Dr Zrinzo Azzopardi kien assistit mis-Sur Chris Paris, Chief Executive Officer tal-GHRC.", "Wara preżentazzjoni mogħtija minn Dr Zrinzo Azzopardi, li kopja tagħha tqassmet lill-Membri, il-Kumitat iddiskuta l-materja inkwistjoni u saru numru ta' mistoqsijiet lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u liċ-Chairman tal-GHRC.", "Fuq proposta tad-Deputat Prim Ministru l-Onor.", "Louis Grech li l-Membri tal-Kumitat jinżammu aġġornati hekk kif l-evalwazzjonijiet neċessarji jkunu lesti, u fuq proposta tal-Onor.", "David Agius li dan għandu jsir fi żmien raġonevoli, il-Kumitat qabel li l-persuni mistiedna għal-laqgħa kellhom jerġgħu jindirizzaw lill-Kumitat fuq din il-materja f'laqgħa aktar 'il qudiem sabiex jaġġornaw lill-Membri bl-iżviluppi li jkunu seħħew.", "Rappreżentant tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew u Istituzzjonijiet oħra", "L-Ispeaker Farrugia informa lill-Kumitat li kif maqbul f'laqgħa preċedenti tal-istess Kumitat, kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet interna minn fost il-ħaddiema tal-Parlament sabiex tintgħażel persuna biex tassumi l-kariga ta' rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell.", "L-Ispeaker informa lill-Membri li għal din il-kariga kienu applikaw żewġ impjegati: is-Sinj.", "Pauline Abela, Assistent Skrivan tal-Kamra li kienet tokkupa din il-kariga bejn Frar 2013 u April 2014, u s-Sur Kenneth Curmi, Research Analyst.", "L-Onor.", "Carmelo Abela ppropona li, fid-dawl tal-fatt li meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-proċess tal-għażla għal din il-pożizzjoni fil-11-il Leġiżlatura kien hemm il-ħsieb li jkun hemm element ta' rotazzjoni fl-għażla tar-rappreżentant, għandu jkun appuntat is-Sur Kenneth Curmi.", "L-Onor.", "David Agius talab li d-deċiżjoni tiġi posposta biex ikun jista' jikkonsulta dwar din il-materja.", "Mozzjoni dwar it-tneħħija tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li l-Mozzjoni Nru 88 ippreżentata mill-Prim Ministru fid-19 ta' Frar 2014 dwar it-tneħħija tal-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco kienet meqjusa bħala li hija dekaduta.", "Rapport u Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtonomija Amministrattiva tal-Parlament", "L-Ispeaker irrefera għar-rapport u l-abbozz ta' liġi dwar l-awtonomija amministrattiva tal-Parlament li kien ġie ppreparat mill-Uffiċċju tal-Ispeaker u li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 152 tal-21 ta' Mejju 2014.", "Huwa fakkar lill-Membri li fid-9 ta' Ġunju 2014 dan ir-rapport flimkien mal-abbozz ta' liġi kien ġie ppreżentat lil dan il-Kumitat għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Fuq proposta tal-Onor.", "Carmelo Abela l-Kumitat qabel li f'dan l-istadju l-Ispeaker u l-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra jiltaqgħu b'mod informali sabiex jiddiskutu r-rapport u l-abbozz.", "L-Ispeaker fakkar illi trid tinstab data sabiex jiġi diskuss l-Ombudsplan għas-sena 2015.", "Xandir tal-ħidma tal-Parlament", "Wara d-diskussjoni fil-Kumitat fil-laqgħa preċedenti dwar ix-xandir tal-ħidma tal-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qassam abbozz aġġornat ta' linji gwida li jirregolaw ix-xandir awdjoviżiv tal-ħidma parlamentari.", "Ukoll fuq talba li saret mid-Deputat Prim Ministru fil-laqgħa preċedenti, l-Ispeaker għadda lill-Membri abbozz ta' emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li jirregola x-xandir fuq radju, televiżjoni, l-internet u mezzi oħra kif il-Kamra jista' jidhrilha xierqa.", "Fid8.50 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141013_022m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 6", "LErbgħa, 15 ta' Ottubru, 2014", "Stampat flUffiċċju talIskrivan", "Prezz € 2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "Laqgħa Nru 6", "LErbgħa, 15 ta' Ottubru, 2014", "IlKumitat iltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fil11.09 a.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 005 li saret fil31 ta' Lulju 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER: Qabel ma nibdew għandi talba millmedia biex jittieħdu filmati u ritratti talewwel ftit minuti tallaqgħa.", "Hawn oġġezzjoni?", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "MR SPEAKER: IlKumitat qiegħed jiltaqa' llum biex inkomplu nikkunsidraw ilkaż ta' ksur ta' privileġġ li kien imqajjem millPrim Ministru filkonfront talKap talOppożizzjoni fisseduta 55 tat30 ta' Settembru tassena loħra.", "Kif tafu wkoll, għal laqgħa tallum kien mgħajjat idDirettur Ġenerali talOLAF, isSur Giovanni Kessler, li kif tafu millkorrispondenza eċċ. li bgħattilkom, mhux se jkun quddiem dan ilKumitat; mhux se jidher; ma ġiex; mhux qiegħed hawn.", "Filfolder, għandkom issibu lkorrispondenza kollha li għaddiet bejn luffiċċju tiegħi u sSur Giovanni Kessler u se nirreferi għalihom kronoloġikament.", "Mhux se noqgħod naqrahom, għandkom ilpakkett hemmhekk.", "Ovvjament, nixtieq li dawn ikunu pubbliċi biex kulħadd ikun jaf x'inhu jsir bejn dan luffiċċju u sSur Giovanni Kessler.", "Hemm ittra tat18 ta' Ġunju 2014 mingħand lAġent Skrivan talKamra lisSur Kessler fejn intalab jidher quddiem ilKumitat fillaqgħa skedata għall4 ta' Lulju.", "Imbagħad, għandkom ittra tat2 ta' Lulju 2014 mingħand isSur Kessler fejn hu elenka dawk ilfatti li hu jħoss jistgħu jkunu ta' relevanza għallKumitat u fejn qal li huwa jibqa' dispost li jidher quddiem ilKumitat f'xi laqgħa sussegwenti; dan qalilna li hu lest li jiġi hawnhekk.", "Imbagħad, hemm korrispondenza bejn luffiċċju tiegħi u sSur Kessler datata 30 ta' Ġunju u 3 ta' Settembru 2014 fejn luffiċċju tasSur Kessler ġie nnotifikat li lKumitat kien qed jaqbel dwar iddata li tana hu tal15 ta' Ottubru 2014 – li hija llum – liema data kienet issuġġerita millistess uffiċċju tasSur Kessler.", "Imbagħad, hemm ittra tas16 ta' Settembru 2014 mingħand isSur Kessler fejn hu jirreferi għallittra tat2 ta' Lulju u jgħid li m'għandu xejn xi jżid malkontenut ta' dik littra u listess ittra għandha titqies, skont hu, bħala xxhieda tiegħu.", "Hu għalaq billi qal li jħoss li għaldaqstant ma kienx baqa' raġuni għaliex jidher quddiem dan ilKumitat.", "Dawn kollha qegħdin għandkom.", "Mela, lewwel tana ddata, imbagħad qalilna li m'għandux għalfejn jidher.", "Imbagħad, għandkom littra datata 2 ta' Ottubru 2014 mingħandi lisSur Kessler, ktibtha jien personali, fejn ġie kkomunikat lilu ddeċiżjoni ċara talKumitat li ltaqa' fil31 ta' Lulju li sSur Kessler kien mistenni jidher quddiem dan ilKumitat; din kienet littra tiegħi.", "Imbagħad irċevejt laħħar ittra li hi komunikazzjoni tasSur Kessler tal10 ta' Ottubru 2014 fejn hu, għal darb'oħra, jgħid li dak li qal flittra tat2 ta' Lulju għandu jiġi kkonsidrat bħala xxhieda tiegħu u li għaldaqstant qed jerġa' jissuġġerixxi li lpreżenza tiegħu quddiem dan ilKumitat mhijiex meħtieġa.", "Mela, għandkom ilkronoloġija talkorrispondenza kollha li ovvjament għandkom ukoll kopja tagħha, imma nitlob irreazzjoni tagħkom għal dak li qed jgħid isSur Kessler, speċjalment flaħħar ittra li kitibli, biex naraw kif se nipproċedu filkonfront ta' dan ixxhud.", "CHRIS SAID: Sur President, ovvjament, aħna nibqgħu nsostnu li għandna nisimgħu lil dan ixxhud b'kull mezz, jiġifieri jekk ikunx preżenti hawn jew jekk ikunx video conferencing, dak naraw xi jkun jaqbel; però, flaħħar ittra tiegħu, isSur Kessler stess qiegħed jagħmel referenza għallawtorizzazzjoni li għandu bżonn minnaħa talKummissjoni Ewropea.", "Nitlob lilek, Sur President, bħala Chairman ta' dan ilKumitat u bħala President talKamra, li tikteb lillPresident talKummissjoni u tinfurmah li dan ilKumitat għandu bżonn li jisma' xxhieda tasSur Kessler.", "MR SPEAKER: Lewwel qalli se nagħtik iddata, u issa qalhieli!", "CHRIS SAID: Iva, imma qed nara laħħar ittra li kiteb, u allura qed nitlob li inti tikteb direttament lillPresident talKummissjoni biex jagħti din lawtorizzazzjoni; flaħħar millaħħar, jaqa' taħtu.", "MR SPEAKER: Flaħħar ittra qed jagħmilhieli ċara li xtaq li ma jiġix.", "Hekk qed nara jiena, imma ħalli nara rreazzjoni li hawn.", "LOUIS GRECH: Sur President, naħseb li bgħattna għalih darba darbtejn; flaħħar ittra għamilthielu ċara li hu mistenni u tixtieq li jidher quddiem dan ilKumitat.", "MR SPEAKER: Kienet deċiżjoni talKumitat.", "LOUIS GRECH: Hu, għal darba darbtejn – filfatt, fis16 ta' Settembru u fl10 ta' Ottubru – qalilna li m'għandux iktar xi jżid malkontenut talittra tat2 ta' Lulju.", "Naħseb inutli li wieħed ikompli jsostni, b'xi mod jew ieħor, li terġa' tiktiblu biex jerġa' jgħidlek li dak li se jgħid diġà qiegħed f'dik littra.", "Naħseb li nafu rrisposta li nistennew mingħandu.", "Għalhekk, nassumi li m'għandna bżonn xejn iktar u nieħdu dik littra bħala xxhieda tiegħu.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti qed tgħid li littra li kiteb għandha tkun ixxhieda tiegħu?", "LOUIS GRECH: Hekk qed jitlob.", "CHRIS SAID: Int qed taqbel li hekk.", "Le, aħna ma naqblux!", "Aħna nsostnu li għandu jixhed, issa b'liema mezz nistgħu naqblu bejnietna; jekk hija diffiċli biex isib jumejn biex jiġi tista' ssir anke by video conferencing, m'għandix problema.", "LOUIS GRECH: Le, ma qalx li hija diffikultà.", "CHRIS SAID: Naf li ma qalx hekk imma jien qed nara lkorrispondenza u flaħħar ittra donnu qed isib diffikultà:", "Minn dak li qal hu stess f'dik littra, qed nitlob lil Mr Speaker biex jikteb hu lillPresident talKummissjoni u jgħidlu li dan ilKumitat qed jinsisti li jagħti xxhieda.", "LOUIS GRECH: Jidhirli li diġà qiegħed jagħmilha ċara, naħseb li lKummissjoni qed iżżommu mhijiex irraġuni prinċipali; qed jgħid ċar u tond li ma jixtieqx jidher quddiem dan ilKumitat.", "Ma jixtieq jidher la b'mod dirett u lanqas b'mod indirett, la jiġi hawn u lanqas b'video conferencing għax hu jkompli jsostni li m'għandux iktar xi jżid ma' dik littra li tat2 ta' Lulju.", "MR SPEAKER: Reazzjonijiet.", "DAVID AGIUS: Sur President, jekk isSur Kessler qed iħoss hekk, ma jfissirx li aħna bħala Kumitat inħossu bħalu.", "Aħna nħossu li għandna iktar mistoqsijiet x'nagħmlu u allura qegħdin nitolbu lilek biex inti, jekk hu qed jgħid li jrid lawtorizzazzjoni millKummissjoni Ewropea, tikteb lillPresident talKummissjoni – għax bħala parlament nazzjonali għandna lawtorità ngħidu x'qed jiġri lillPresident talKummissjoni Ewropea – u nitolbuh biex hu jagħtih ilgoahead biex jiġi.", "MR SPEAKER: Qabel ma nkomplu, jekk taraw ilpakkett talkorrispondenza li għandkom, Onor. David Agius, Onor. Chris Said, hu jrid lawtorizzazzjoni mingħand ilKummissjoni billi nibagħtulu ddomandi kollha li ser jiġu mistoqsija, mhux sempliċiment awtorizzazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Irrispondejtu.", "Irrispondejt kollox imma nixtieq nippreċiża.", "Flemail tat8 ta' Awwissu – ovvjament dejjem nikkorrispondi jekk mhux dirett, permezz talIskrivan talKamra – qal hekk:", "Mela, irid iddomandi u ssuġġett relatat maddomanda.", "Jiġifieri – jien qed ngħidlek x'qal – jekk tagħmillu domanda, imbagħad tgħidlu li għandek domanda oħra, se jgħidlek dik ma tajthilix, mhux se nirrispondiha.", "Dik lawtorizzazzjoni li jrid.", "LOUIS GRECH: Lawtorizzazzjoni mhijiex fuq ilkwestjoni jekk għandux jiġi hawn jew le imma fuq ir-risposta.", "Hu qed jgħidlek to reply, fuq ilkontenut.", "Mhux qed jgħid jekk għandux bżonn ilpermess talKummissjoni biex jiġi hawnhekk.", "Naħseb li jekk irid awtorizzazzjoni millKummissjoni jfittixha hu.", "MR SPEAKER: Ma kienx ilkaż li għandu bżonn lawtorizzazzjoni biex jiġi għax hu tana data millewwel.", "Forsi ma spjegajtx biżżejjed, għalhekk ridt naqralkom din littra.", "Hu jrid li jkollu lawtorizzazzjoni wara li jkun jaf iddomandi kollha li se jiġu ppreżentati millmembri ta' dan ilKumitat.", "LOUIS GRECH: Mela xi ħadd jgħidlek x'se tagħmel!", "CHRIS SAID: Konna għednielu fuq xiex se jixhed.", "DAVID AGIUS: Sur President, dan huwa civil servant talUnjoni Ewropea, għandu bżonn lawtorizzazzjoni mingħand ilPresident tiegħu; qegħdin nitolbuk biex inti, bħala logħla uffiċjal ta' dan ilParlament, ġentilment, jekk m'hawnx oġġezzjoni, tikteb lillPresident talKummissjoni u tgħidlu: iscivil servant tiegħek qed jgħid hekk.", "Aħna bħala Kumitat, bħala Parlament Malti, għandna bżonnu biex jiġi jixhed f'dan ilkaż.", "Diġà tajnieh ittopics, awtorizzah u ibagħtu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, m'aħniex qed niftiehmu u wisq nibża' li lOnor.", "Agius ma fehemx ilkontenut talittra.", "Hu mhux qed jitlob awtorizzazzjoni millKummissjoni Ewropea biex jiġi jixhed.", "Hu qed jgħidilna … (Interruzzjonijiet) Agħti ċans, aqra ttielet paragrafu, hu qed jgħidlek: agħtini ttopics minn qabel, qed jirreferi speċifikament … (Interruzzjonijiet) Agħtini ċans, Onor. Agius, inti tkellimt, issa nitkellem jien.", "Hu qed jgħid: agħtini ttopics, hu qed jirreferi b'mod speċifiku għaddomandi.", "Issa, lewwel nett irridu niddeċiedu jekk proċeduralment għandniex nagħtu ddomanda minn qabel għax, kif jaħdem dan ilKumitat, qatt ma jagħti ddomandi minn qabel lixxhud.", "Ittieni nett, lawtorizzazzjoni m'għandhiex tkun – anke jekk lIspeaker jilqa' ttalba tiegħek – biex jiġi jixhed, għax hu mhux qed jitolbok li jiġi jixhed.", "LOUIS GRECH: Biex jirrispondi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Hu jrid talba minnaħa tagħna biddomandi kollha li intom tixtiequ tagħmlulu għax dan huwa xhud li, wara kollox, triduh intom.", "CHRIS SAID: Sur President, nissuġġerixxi u nitlob li tikteb lillPresident talKummissjoni Ewropea biex jawtorizzah jiġi jixhed dwar linvestigazzjoni ta' John Dalli.", "LOUIS GRECH: Hu mhux qed jistaqsi jekk għandux awtorizzazzjoni biex jixhed għax diġà kien qalilna li …", "DAVID AGIUS: Mhux hu kien qalha.", "LOUIS GRECH: Iva, hu kien qalha.", "DAVID AGIUS: Mhux hu kien qalha.", "LOUIS GRECH: D'Ambrosio kien qalha.", "DAVID AGIUS: Mela mhux hu qalha!", "(Interruzzjonijiet) Issa għandna littra tasSur Kessler.", "MR SPEAKER: Apparti littra, ħa nirreferikom – għax aħjar nimxu ma' dak li għandna stabbilit skont ilproċedura ta' dan ilKumitat … (Interruzzjonijiet) Agħtuni ċans!", "DAVID AGIUS: Ma triduhx jiġi hawn!", "(Interruzzjonijiet) Mela ħallih jiktibha!", "LOUIS GRECH: M'għandux x'jaqsam ilPresident talKummissjoni.", "MR SPEAKER: Mhijiex problema.", "M'għandniex għalfejn nagħmlu din irreazzjoni għax għandna kollox hawn.", "Kif għadu kemm qal ilMinistru Edward Zammit Lewis, x'inhi lproċedura f'dan ilKumitat?", "Dan ilKumitat għandu proċedura stabbilita.", "Kif tafu, aħna għandna lGuide for witnesses appearing before the Public Accounts Committee li huma applikabbli għal dan ilKumitat.", "Jekk nieħdu lparagrafu 15 ta' dawn ilguidelines jgħid hekk:", "Fuq xiex qegħdin nitkellmu?", "Qegħdin nitkellmu fuq ksur ta' privileġġ eċċ.", "Imma ma jgħidx li għandna nagħtuh iddomandi.", "Mela, dak li qed jitlob isSur Kessler – li nagħtuh iddomandi – ma jistax jiġi acceded to.", "Jekk jiġi hawn u nistaqsuh fuq xi ħaġa li ma jkunx awtorizzat fuqha, iwieġeb u jgħid m'iniex awtorizzat li nwieġeb fuqha.", "MR SPEAKER: Ilpunt qiegħed hawn, dan ktibnielu għal darba, darbtejn, tlieta għax issa tlift ilfil ta' kemmil darba rrispondejt; u dan ma ġiex.", "Qed jgħid li dak li jrid jgħid qalu flittra tat2 ta' Lulju.", "Hawn żewġ reazzjonijiet.", "Hawn reazzjoni talOppożizzjoni li qed tgħid li dan ilKumitat għandu jawtorizzani nikteb lillPresident talKummissjoni u ngħidlu li aħna xorta rriduh lisSur Kessler.", "Mhux hekk qed tgħidu?", "Biex jagħtuh ilpermess.", "LOUIS GRECH: Biex jagħtuh ilpermess li jiġi.", "CHRIS SAID: Le, mhux hekk qed ngħidu.", "Aħna qed ngħidu li aħna xorta għandna bżonnu bħala xhud minkejja li nnaħa talGvern qed taqbel li lkontenut ta' dik littra għandu jittieħed bħala xxhieda tasSur Kessler, u biex naslu biex jiġi, qed nitolbu lilek – in vista ta' dak li kiteb fittielet paragrafu – biex tikkomunika direttament malPresident talKummissjoni biex jawtorizzah jixhed.", "MR SPEAKER: To be fair, hu talabni biex anke nagħtih iddomandi.", "MR SPEAKER: Ejjew naqrawha flimkien.", "(Interruzzjonijiet) Nafu naqraw blIngliż!", "CHRIS SAID: Laħħar ittra tiegħu:", "Ittopics mhumiex iddomandi.", "Veru li qabel jista' jkun li lassistent tiegħu ta intenzjoni oħra però hu, Kessler, flaħħar ittra li kiteb li hija littra tal10 ta' Ottubru jekk m'iniex sejjer żball – li ovvjament it supersedes ilkorrispondenza ta' qabel – qed jgħid:", "Issa aħna qed ngħidu, li tikteb lilu u jekk hemm bżonn lillPresident talKummissjoni u tgħidlu x'se jkunu ttopics.", "Issa jekk jiġi hawn u nistaqsuh jekk lIngilterra xtratx illaħam minn ma nafx fejn, jista' jgħidlek dan ittopic ma kienx kopert u għandu dritt li ma jweġibx.", "Ittopics li se nistaqsuh fuqhom huma linvestigazzjonijiet tiegħu talOLAF.", "Nitolbuh iġib lawtorizzazzjoni fuq dak ittopic u flistess ħin titlob lillPresident talKummissjoni biex jagħtih dik lawtorizzazzjoni.", "MR SPEAKER: Araw intom għax din ...", "DAVID AGIUS: Allaħares naċċettaw dak li qed jgħid Kessler hawnhekk għax kull xhud li ntellgħu taf x'jibda jagħmlilna?", "Jibda jiktibhomlna u jgħidilna dak li hemm miktub.", "MR SPEAKER: Le, mhux ilkaż.", "DAVID AGIUS: Le mhux ilkaż?", "MR SPEAKER: Le, mhux ilkaż u ngħidlek għaliex.", "Ilproċedura f'każ ta' xhud Malti hi li lParlament jista' jawtorizza larrest tiegħu u jinġieb hawnhekk.", "Filkaż ta' xhud barrani, ilKumitat mhuwiex awtorizzat.", "DAVID AGIUS: Lewwel nett mhuwiex barrani huwa Ewropew u, ittieni nett, huwa civil servant talKummissjoni Ewropea li Malta hija ġurisdizzjoni tagħna wkoll.", "(Interruzzjonijiet)", "Meta jinqala' xi ħaġa proċedurali jkolli nirrispondi millewwel.", "Din hija xi ħaġa ta' proċedura.", "David Agius, korrettement, qed jagħmel statement u għandu raġun jagħmlu; però filkaż ta' xhud Malti, le, ma jistax isir għax xhud Malti jekk ma jiġix ...", "DAVID AGIUS: Sur President, kien hemm min kellu lintenzjoni li jarrestah lisSur Kessler kieku ġie hawn!", "MR SPEAKER: Dik ħalliha issa!", "(Interruzzjonijiet) M'għedt xejn, Onor. Grech.", "LOUIS GRECH: Mela dak li qed jgħid hu.", "DAVID AGIUS: Għalhekk.", "CHRIS SAID: Dak li inti u lGvern tiegħek aċċettajtu bħala xhieda ftit talminuti ilu qalha.", "LOUIS GRECH: Flistess ittra dan qal:", "Imbagħad, ikompli jgħid li għaldaqstant mhux qed jara nneċessità li hu jiġi jagħti xxhieda tiegħu.", "DAVID AGIUS: Sur President, dak kien hemm korrispondenza maluffiċċju talIspeaker, magħna; aħna nagħmlu ddomandi!", "LOUIS GRECH: Ittopics mhux aħna tajniehomlu?", "DAVID AGIUS: U aħna nagħmlu ttopics.", "(Interruzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inutli toqogħdu tagħmlu cross debate.", "Ejjew nimxu skont x'tgħid ilproċedura.", "F'każ ta' xhud li ma jridx jitla' quddiem dan ilKumitat u jgħix Malta, dan ilKumitat għandu lpoter li jawtorizza li jinġieb quddiemu.", "S'hawnhekk miftehmin.", "Jekk huwiex Ewropew, barrani, għalija Ewropew u mhux Ewropew, barra minn Malta qiegħed.", "Dan ilKumitat għandu poter jordna li sSur Kessler jinġieb hawnhekk b'arrest għax qiegħed jisfida lordni talKumitat?", "Le, m'għandux.", "Aħna pprovajna b'mod ġentili, diplomatiku eċċ. biex dan jiġi hawnhekk u rrispondiena b'kull tip ta' komunikazzjoni; sa tana data – hu tana data, ma tajthielux jien iddata – tal15 ta' Ottubru, akkomodajnieh u tajnieh iddata.", "Reġa' beda jikkorrispondi li kiteb dik littra, u ma kitibx dik littra … eċċ. Flaħħar, wasal biex qal:", "Ittopics kollha għaddejniehomlu, jiġifieri ssuġġett għalfejn intalab minn dan ilKumitat biex jiġi ngħata.", "Aqraw littri, hemm ilpakkett u jiena nixtieq li dawn ikunu pubbliċi – tajjeb? – ħalli kulħadd ikun jaf x'qed isir f'dan ilKumitat għax inħoss li ttrasparenza għandha tkun ilħin kollu.", "Tajjeb.", "Mela, hu qed jgħid li lKummissjoni trid tawtorizzah biex jirrispondi.", "X'qed jgħid?", "Dak li inti għedtli – għalfejn irid jiġi hawn – għalija dak diġà rrispondejtu.", "Dan x'qed jgħid hawnhekk.", "Irrid irreazzjoni tagħkom.", "Kien hemm diversi reazzjonijiet, mhux se noqogħdu nirrepetu.", "David Agius, ġustament, staqsa x'jiġri jekk ikollok xhud li jikteb u jgħidlek: dik levidenza tiegħi.", "Filkaż ta' xhud Malti le.", "Xhud Malti ma jistax jagħmilha.", "Xhud barrani jista' jagħmilha?", "Le, m'għandux jagħmilha, għandu jiġi.", "Fiddawl talfatt li dan bagħatha, għandna poter li dan inġibuh 'l hawn?", "Din listorja kollha.", "Ara taqblux, ħalli nkunu korretti.", "Naħseb li legalment jiena diġà korrett, li dan ilKumitat jieħu parir legali dwar ilpożizzjoni ta' xhud barrani jew Ewropew li qed jirrifjuta li jiġi hawn, jew qed isib kull raġuni biex ma jiġix.", "DAVID AGIUS: Sur President, hu qed jitlob li jkollu lpermess mingħand ilKummissjoni Ewropea; \"to grant me the authorisation\".", "CHRIS SAID: Aħna qed nitolbuk li tikteb inti.", "X'inhi lproblema li tikteb inti għannom talKumitat … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk tawtorizzawni, Onor. Said …", "CHRIS SAID: Aħna nawtorizzawk.", "MR SPEAKER: IlKumitat irid jawtorizzani.", "CHRIS SAID: Iva, aħna nawtorizzawk.", "Aħna qed nawtorizzawk, anzi għamlilna ttalba u ovvjament naqblu magħha la għamlilna ttalba, li inti, in vista tattielet paragrafu talittra tiegħu, tikteb lillPresident talKummissjoni.", "X'fiha ħażin billi inti tikteb lillPresident talKummissjoni biex jawtorizzah jiġi u jixhed fuq dak li tlabnieh?", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li hekk qed jitlob.", "Onor. Said, hu qed jgħid li jrid ikun jaf ittopics; ittopics diġà tajniehomlu, jiġifieri anke kieku kellna nadottaw dan issuġġeriment li qed tgħidu intom, lewwel ħaġa li trid issir hi li aħna nagħtuh ittopics.", "Wara li jingħata ttopics, hu jitlob awtorizzazzjoni mingħand ilKummissjoni biex jirrispondi.", "MR SPEAKER: Kont tajthomlu diġà ttopics.", "LOUIS GRECH: \"… to be able to reply\", mhux biex jiġi.", "Jekk taqra littra sew, huwa jgħid: agħtini ttopics jekk hemm xi ħaġa iktar milli għedtuli qabel – għax dak ilġist ta' kollox – u jekk ikun hemm xi ħaġa, jien immur lura għand ilKummissjoni u jagħtuni lawtorizzazzjoni jekk għandix nirrispondi jew le, minħabba li lkaż hu li hu; imma mhux qed jgħid li jrid xi awtorizzazzjoni biex jiġi Malta jew aħna qed ngħidu biex ma jiġix Malta.", "Dan darba, darbtejn, tliet darbiet tlabnieh biex jiġi Malta.", "Hu qed jgħid, agħtuni ttopics jekk għandkom topics ġodda.", "Jekk għandna topics ġodda iktar minn dak li tajnieh qabel, ngħiduhomlu biex ikun jista' jirrispondi.", "MR SPEAKER: LOppożizzjoni trid li jiena nikteb lillKummissjoni … (Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Mhux hekk qed jgħid!", "MR SPEAKER: Le, lOppożizzjoni.", "CHRIS SAID: X'qed ngħidu aħna.", "Intom mhux qed taqblu li lIspeaker jikteb lillKummissjoni, ma jimpurtax.", "Tiġi recorded li intom mhux qed taqblu li lIspeaker jikteb lillKummissjoni.", "LOUIS GRECH: Mhux hekk qed ngħidu.", "CHRIS SAID: Hekk qed tgħidu għax kieku qbilna diġà u għalaqna lkaż u mxejna.", "LOUIS GRECH: Ara lloġika talittra li semmejt int … (Interruzzjonijiet) Ippermettili, Onor. Said.", "CHRIS SAID: Onor. Viċi Prim Ministru, naf x'qed ngħid.", "Aħna qegħdin nitolbu lillIspeaker jikteb lillPresident talKummissjoni ...", "LOUIS GRECH: Mhux hekk qed jitolbok.", "CHRIS SAID: Ma jinteressanix x'qed jitlob Kessler!", "Jien li jinteressani hu li jiġi hawn; u la jinteressani li jiġi hawn qed nitlob lillIspeaker jikteb lillPresident talKummissjoni, jgħidlu x'ġara s'issa, u jgħidlu: x'irridu nagħmlu aħna biex dan jiġi jixhed?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ara naqblux, ħalli nimxu għax se neħlu, għandi xhud hawn barra by the way, ma noqogħdux ninħlew fuq proċedura.", "Proċeduralment, kif nafha jien, jidher li għandna problema peress li mhux Malti.", "Taqblu li nieħu parir legali mbagħad inkun nista' nimxi minn hemmhekk anke fuq dan li qed nitkellmu?", "DAVID AGIUS: Nista' nara kopja talguidelines li kkwotajt minnhom?", "Huma guidelines magħmulin millParlament hux hekk?", "Mhux b'liġi.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja!", "DAVID AGIUS: Jiġifieri guidelines jistgħu jinbidlu.", "(Interruzzjonijiet) Kemm qed tirrabja Sur Grech illum?", "X'jitlagħlek illum Sur Grech!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Ilguidelines huma approvati millKumitat dwar ixXogħol talKamra biex nimxu fuqhom.", "CHRIS SAID: Aħna qed nerġgħu nsostnu li, minkejja dak kollu li ġara s'issa – ħalli ma noqgħodx biss fuq littra ta' Kessler – innaħa talGvern qed taqbel li għandha tittieħed bħala xhieda littra li bagħat, u dik aħna qed naqblu li għandha tittieħed bħala xhieda ...", "MR SPEAKER: Ħalli nivverbalizza, ittnejn taqblu li dik tkun parti mixxhieda.", "CHRIS SAID: Iva, huwa dokument li qed jittieħed bħala xhieda.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jiġi rreġistrat iddokument flatti.", "CHRIS SAID: Iva, qbilna, però għad hemm numru ta' mistoqsijiet oħra li aħna nixtiequ nagħmlu.", "MEMBRU: Li huma?", "CHRIS SAID: X'ħin niġu biex nagħmluhom nagħmluhom, relatati malkaż, relatati maxxhieda tiegħu biex jamplifika fuq dak li kiteb f'dik littra.", "Xhud jista' JG sentenza imma fuq dik issentenza tista' tagħmillu għaxar mistoqsijiet oħra.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: U għandek dritt li tagħmilhom.", "CHRIS SAID: U għandi dritt li nagħmilhom.", "In vista ta' dak li ġara s'issa, fejn allura jidher li dan qed jgħid \"dak li kelli ngħid għedtu u m'għandix iżjed xi nżid\".", "MR SPEAKER: Dik qalha tliet darbiet.", "CHRIS SAID: Aħna qed ngħidu: irridu nagħmlulek iżjed mistoqsijiet.", "In vista ta' dan, qegħdin nitolbu lilek, Sur President, biex tikteb lillPresident talKummissjoni, tispjegalu x'ġara u tispjegalu li aħna dan ixxhud irriduh u biex jieħu lpassi minnaħa tiegħu biex dan jiġi.", "Flaħħar millaħħar, int qisek għandek civil servant hawnhekk u tikteb lillhead tiegħu biex ilhead jibagħtu jixhed jew jieħu lpassi li hemm bżonn biex jagħti linformazzjoni.", "LOUIS GRECH: Naħseb li lewwel ...", "CHRIS SAID: Din in vista talfatt li kieku kien Malti, kif qed jgħid Mr Speaker …", "MR SPEAKER: M'għandi lebda problema, kieku kien Malti diġà qiegħed hawn quddiemi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Issitwazzjoni hija differenti.", "LOUIS GRECH: Sur President, naħseb trid tieħu lparir legali biex tara jekk tistax titlob … (Interruzzjonijiet) Ittieni, aħna m'għandna xejn kontra li jiġi hawnhekk u nkomplu bixxhieda.", "Għamilnieha ċara darba, darbtejn, tliet darbiet; però hija ċara wkoll minn dan li qed jgħid, li qabel ma jiddeċiedi li jiġi Malta, hu jrid ikun jaf ilmistoqsijiet u ttopics kollha li inti tistaqsih u probabbilment jerġa' jirrispondik bilmiktub.", "DAVID AGIUS: Dan se jiġi Malta!", "Dan għada pitgħada se jiġi Malta jew bilvideo conferencing!", "MR SPEAKER: Anke fuq ilvideo conferencing ilproċedura hija li trid tkun preżenti, apparti dik, dik ħaġa oħra.", "(Interruzzjonijiet) In ogni caso, dik imbagħad niddiskutuha.", "Żgur li qegħdin naqblu – għax għandna lguidelines – li ddomandi, jekk jitlobhom, ma nistgħux nagħtuhomlu u qiegħda ċara filguidelines, miktuba li ma tistax, not acceded, però ttopics tajniehomlu għal darba, darbtejn, tlieta; però qegħdin naqblu li nieħu parir legali.", "CHRIS SAID: Ħa nagħmel punt ieħor ħalli nipprovaw nissimplifikaw, jekk ikun hemm bżonn nispeċifikaw iżjed mingħajr ma nagħmlu lmistoqsijiet diretti, fuq xiex irriduh jitkellem, imbagħad nagħmluha.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex se nibagħtlu domandi imma jista' jkun li jekk ikollna indikazzjoni millKummissjoni u tgħidilna le, tridu tagħtuh ittopics għax ovvjament dan huwa xhud ...", "LOUIS GRECH: Ittopics diġà qegħdin hemm però jista' jkun li jkollok bżonn xi ħaġa iktar milli hemm imniżżla.", "Aħna qed ngħidu li nagħtu linja ġenerali ...", "CHRIS SAID: Aħna tajnieh topic sentenza waħda, jiġifieri aħna għednielu rriduk tixhed ...", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Mhu veru xejn li hu ma jafx fuq xiex irid jixhed għax kieku ma rrilaxxax littra datata 2 ta' Lulju ta' din issena fejn b'mod speċifiku ta line of events.", "Li ma jafx fuq xiex se jixhed, u inti tajt topics mhux domandi, mhuwiex ilkaż.", "CHRIS SAID: Le, mhux qed ngħid li ma jafx.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ittieni nett, naħseb li dan se jiġi lura, qed nantiċipa b'mod kunfidenti, u se jitolbok iddomandi.", "Ittielet nett, xi ħaġa li jrid jara Mr Speaker, u miegħu aħna lMembri fuq dan ilKumitat, hija jekk nistgħux nagħtuh iddomandi.", "Jekk lIspeaker, kif tajjeb qed jissenjalalna, qed jgħidilna li proċeduralment se nkunu skorretti jekk nagħtuh iddomandi, irridu neżaminawha, għax jekk se jitlobna ddomandi, se niġu hawn, niffaċċjaw sitwazzjoni oħra fejn se ngħidu: irridu nagħtuk iddomandi però ma nistgħux nagħtuhomlok.", "MR SPEAKER: Abbażi talittra li qed jagħmel referenza għaliha kull darba tat2 ta' Lulju, flaħħar ittra li kiteb lili jgħid hekk:", "Ittopic kien ilksur ta' privileġġ.", "Dan qed jgħid li: ittopic nafu, dak li tajtni, irrispondejtek, m'għandix għalfejn nidher; però, fuq dak li qed jgħid lOnor.", "Chris Said u li qegħdin naqblu minnaħa talOnor.", "Membri talKumitat, nieħu lparir legali dwarha.", "CHRIS SAID: Imbagħad, jekk ikun hemm bżonn nagħtu indikazzjoni eżatt xi rridu mingħandu, nagħmluha wkoll u nibgħatuhielu bilmiktub.", "MR SPEAKER: Noqogħdu attenti għax inkella nkunu qegħdin nagħmlu diskriminazzjoni maxxhieda loħra.", "OWEN BONNICI: Ma rridx li niġu f'sitwazzjoni li Malti jiġi f'pożizzjoni agħar minn xi ħadd mhux Malti.", "LOUIS GRECH: Għandek anomalija hawnhekk.", "OWEN BONNICI: Għax ilguidelines jgħidu…", "CHRIS SAID: Imma lIspeaker qed jgħidilna li ma jistax jisfurzah jiġi.", "LOUIS GRECH: Imma lanqas tista' tagħtih ilmistoqsijiet u tikkrea anomalija.", "OWEN BONNICI: Jekk nimxu malguidelines, ittopics … (Interruzzjonijiet), Onor. Said, jiena naqbel imma rridu nimxu malguidelines.", "Nagħtuh ilmistoqsijiet minn qabel, imbagħad jirrispondihom milluffiċċju.", "MR SPEAKER: Jidher li fehem għax flaħħar beda jgħid topics.", "Dalgħodu kont qiegħed f'komunikazzjoni dwar din ilbiċċa xogħol biex nara x'nistgħu nagħmlu proċeduralment u, filfatt għadni kemm irċevejt ilparir legali u nista' naqrah – ħabat tajjeb li daħal issa.", "Ilparir legali għadni ma nafx x'inhu, se naqrah magħkom:", "\"Nagħmel referenza għallemail tiegħek tat3 ta' Ottubru dwar korrispondenza ...\"", "MEMBRU: X'kienet ilmistoqsija?", "MR SPEAKER: Ilmistoqsija hija dwar ilproċedura li għandu jimxi magħha lKumitat meta barrani ma jkunx jista' jiġi hawnhekk jew ma jridx jiġi hawnhekk.", "Dik hija xi ħaġa li qajjimha, anke jekk forsi mingħajr ma jaf, lOnor.", "DAVID AGIUS: Mingħajr ma naf ukoll?", "MR SPEAKER: Le, mhux bla ma taf għax ma rridx ...", "DAVID AGIUS: Qiegħed hawn biex insaħħan issiġġu; qiegħed hawn għax ma nafx naqra; qiegħed hawn għax ma nafx laffarijiet!", "Mr Speaker, issa għandi bżonn ilprotezzjoni tiegħek!", "MR SPEAKER: Le, tiħux għalik!", "Int kont qed tistaqsi xhud Malti jistax jibgħat ittra u ma jiġix hawn, mingħajr ma taf li hemm punt ta' proċedura.", "Anzi għandi rispett kbir lejk u nirringrazzjak taxxogħol li tagħmel filParlament.", "\"Nagħmel referenza għallemail tiegħek tat3 ta' Ottubru dwar ilkorrispondenza li għaddiet bejn lOnor.", "Speaker talKamra tadDeputati u Dr Giovanni Kessler.", "IlKumitat talKamra għandu lpoter filliġi li jsejjaħ u jisma' qualsiasi persuna li jidhirlu li tkun utli għannom u għallgħan talinvestigazzjoni tiegħu.", "Dan ilpoter, sfortunatament, huwa limitat minn konsiderazzjonijiet prattiċi u cjoè, li meta persuna tinstab barra minn Malta linvit talKamra biex persuna tagħti xxhieda quddiemha, ma jkunx hemm mezz filliġi kif tista' tiġi esegwita, dan billi lKamra tkun għal dan ilgħan trid tesegwixxi lordni tagħna barra tterritorju ta' Malta.", "Ma naħsibx li hemm lebda dispożizzjoni filliġi Maltija li tippermetti li dan isir.", "Inselli għalik,\"", "Ilparir qiegħed hemm.", "Ilpożizzjoni hija littra hija parti millprovi.", "CHRIS SAID: Wara li ttieħed ilparir legali, biex nissimplifikaw laffarijiet u nimxu biex nipprovaw nagħlqu lkaż, ħa nagħmlu ttopics addizzjonali li rridu mingħandu, nibagħtuhomlok u ibgħathom inti.", "Said qed jgħid li se jipprepara abbozz ta' topics li ma kenux marbuta malkaż, li ma kenux koperti ma' li għedna s'issa, imbagħad aħna nibagħtuhom lisSur Kessler, u sSur Kessler jirrispondi.", "MR SPEAKER: Mela, qegħdin naqblu.", "Nistgħu nimxu biċċa oħra.", "Dawn huma pubbliċi.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Birriżerva li jarahom ilKumitat.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja?", "Kif ftehemna flaħħar laqgħa, illum sejjaħna xxhud li kien indikat millOppożizzjoni.", "Ixxhud huwa sSur Michael Cassar, li huwa dDirettur tasServizzi tasSigurtà ta' Malta.", "LIskrivan, jekk jogħġbu, isejjaħlu biex jingħaqad magħna madwar ilmejda u jibda jagħti xxhieda tiegħu.", "Qiegħed inpoġġi għaddispożizzjoni tagħkom ixxhieda li ta sSur Cassar filQorti talMagistrati quddiem ilMaġistrat Dr Anthony J. Vella filkaż Pulizija (Spettur Angelo Gafa') kontra Silvio Zammit.", "Nitlob lIskrivan jagħti lġurament lisSur Cassar.", "ISSUR MICHAEL CASSAR (Direttur, Servizzi ta' Sigurtà ta' Malta): Jiena, Michael Cassar, naħlef li ngħid issewwa, issewwa kollu u xejn ħlief issewwa, hekk Alla jgħinni.", "MR SPEAKER: Sur Cassar, qabel ma tibda tixhed, bħal m'għamilt ukoll meta tela' hawnhekk isSur Rizzo, lex Kummissarju, hemm linji gwida li kopja tagħhom jidhirli diġà ntbagħtitlek permezz ta' email.", "In poche parole, ħa naqrahomlok malajr:", "Inti għandek dritt għallassistenza legali, iżda trid tkun inti li twieġeb għaddomandi li jsirulek.", "Inti għandek twieġeb iddomandi li jsiru b'mod preċiż, sħiħ u onest.", "Ixxogħol tiegħek taf x'inhu.", "Inti tista' tagħżel li ma tweġibx jekk tħoss li xi risposta tista' tinkriminak, ma nafx x'jista' jinkriminak lilek; ilkorrettezza talħajja kulħadd jafha.", "Suġġett għaddispożizzjoni preċedenti, jekk xhud joġġezzjona li jwieġeb għal xi domanda minn Membru talKumitat, huwa obbligat li jirrispondi sakemm ilMembru talKumitat – jiġifieri kwalunkwe Membru inkluż jien – ma jitlobx li lkwestjoni tiġi riferuta lili, għal deċiżjoni dwar ilmaterja, liema deċiżjoni torbot lillKumitat.", "Jekk toġġezjona għal xi domanda, din tiġi referuta lili, imbagħad jiena nieħu deċiżjoni fuqha jekk tirrispondix jew le.", "Kull Membru jista' joġġezzjona għal xi mistoqsija li tkun saret lil xhud – jiġifieri jekk ikun hemm xi problema fuq xi domanda – nista' nordna li jekk ikun hawn xi barranin jirtiraw sakemm ilkwestjoni tiġi riżolta.", "Ninfurmak li din illaqgħa qiegħda tiġi video streamed b'mod dirett; jekk trid – dik lgħażla tiegħek – tista' tagħżel li ma tiġix video streamed filħin li tkun qed tagħti xxhieda tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Le le, ilvuċi tibqa' hemmhekk, jiġifieri mhux se tagħmel differenza.", "Innies qegħdin jaraw fejn qiegħed u se jaraw lilna, u nistgħu nimxu.", "M'għandniex problema, però rrid ngħarrfu bih dan iddritt.", "Nistgħu nibdew bixxhieda.", "CHRIS SAID: Sur Cassar, inti kont xehedt fit18 ta' Diċembru 2012 filkawża lPulizija vs Silvio Zammit; għandna ttranscript tagħha hawnhekk biex ma noqgħodx nidħol fiddettalji ta' kif kont involut, x'investigazzjonijiet saru, eċċ. Tikkonferma dik ixxhieda u lkontenut tagħha?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Iva, nikkonferma.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, biex ma noqgħodx nidħol f'kif saret linvestigazzjoni ...", "MR SPEAKER: Le, agħmel iddomandi fuq ixxhieda.", "IsSur Cassar, li huwa persuna ta' esperjenza kbira, jaf li ta xxhieda u x'inhi xxhieda, però għamel referenza ...", "CHRIS SAID: Għarrecords għax inkella tiġi … Sur Cassar, inti kont involut flinvestigazzjoni.", "Min kienu lpersuni li kontu involuti f'din linvestigazzjoni?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Flinvestigazzjoni konna lKummissarju u lex Kummissarju John Rizzo, idDeputat Kummissarju Joe Cachia, jiena, u lIspettur Angelo Gafà.", "CHRIS SAID: Linvestigazzjoni kif bdejtuha?", "X'wassal biex bdejtu linvestigazzjoni?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Linvestigazzjoni proprja bdiet wara li ġie lAvukat Ġenerali dDepot fluffiċċju tasSur John Rizzo u kellu meeting hemmhekk, fejn kien ippreżenta kopja tarrapport li kienu għamlu lOLAF u fejn Dr Peter Grech kien qalilna – għax jien kont preżenti hemmhekk – li hu qara rrapport fiddettall, studjah u filkonfront tasSur Silvio Zammit kien ċar li kien hemm trading in influence, però filkaż talOnor.", "John Dalli u ta' Dr Gayle Kimberley riedu jsiru linvestigazzjonijiet.", "CHRIS SAID: U intom x'għamiltu?", "Qgħadtu fuq dak li qalilkom lAvukat Ġenerali jew għamiltu investigazzjonijiet ġodda?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Le, ovvjament għamilna investigazzjoni ġdida daqslikieku ma kienx hemm irrapport.", "Ovvjament irrapport rajnieh u wieħed jieħdu bilforzi ...", "CHRIS SAID: Irrapport serviekom bħala guidelines għallinvestigazzjoni lġdida.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Mhux se ngħid serva bħala guidelines; irrapport kien biċċa informazzjoni tajba.", "CHRIS SAID: Però ma qgħadtux fuq irrapport.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Le, għax jekk se tagħmel investigazzjoni ġdida se tagħmilha ...", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Kollha flimkien dejjem kellimniehom.", "Jiġifieri ma' kull min kellimtu kontu preżenti b'dan linvestigating team ta' erba' minn nies.", "Inti fixxhieda tiegħek li tajt quddiem ilQorti talMaġistrati spjegajt lil min kellimtu, x'irriżultalkom, eċċ., dak mhux se nidħlu fih għaliex qiegħed spjegat fiddettall.", "Għamiltu din linvestigazzjoni, nista' nsejħilha ġdida, millbidu, hux hekk?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Hekk hu.", "Ġdida ma kenitx għaliex għamluha ...", "CHRIS SAID: Kellek irrapport talOLAF, ġie lAvukat Ġenerali u intom iddeċidejtu li tagħmlu investigazzjoni b'din linformazzjoni.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Ovvjament ħadna kopja kull wieħed tarrapport, qrajna rrapport, studjajna rrapport individwalment, imbagħad we put our heads together u bdejna linvestigazzjoni.", "CHRIS SAID: Ilkonklużjonijiet tagħkom x'kienu?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Irrid ngħid li dakinhar li sar ilmeeting malAvukat Ġenerali – the way forward li kellha tittieħed f'dan ilkaż – jiena kont Strasbourg fuq meeting talMONEYVAL.", "CHRIS SAID: Wara li għamiltu linvestigazzjonijiet.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Linvestigazzjoni kienet spiċċat jew waslet flaħħar, ħa ngħid hekk.", "CHRIS SAID: U erġajtu ltqajtu malAvukat Ġenerali u inti ma kontx preżenti.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Iltaqgħu.", "CHRIS SAID: Għax inti dakinhar kont imsiefer.", "U meta tgħid iltaqgħu, ittliet membri loħra talinvestigating team?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Eżattament.", "U hemmhekk ġie deċiż li kellu jitressaq isSur Silvio Zammit, però jien ma kontx parti minn dik iddeċiżjoni.", "Dawn huma ddeċidewha.", "CHRIS SAID: Inti ma kontx hemmhekk?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Dażgur.", "Filfatt kelli struzzjonijiet mingħand isSur Rizzo biex inressqu separatament.", "CHRIS SAID: Lillpersuni li kontu se tressqu?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Hekk hu.", "U nibdew misSur Silvio Zammit; u filfatt konna ressaqna lisSur Silvio Zammit immedjatament wara li qalli biex inressaq.", "CHRIS SAID: U fuq ilpersuni loħrajn x'ġara?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: IsSur Dalli niftakar li kien siefer u beda jibgħat ċertifikati u aħna bdejna nsegwu malavukat tiegħu meta se jiġi, fejn qiegħed, eċċ.", "CHRIS SAID: U għaliex kontu qegħdin issegwu?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Għaliex jidher li sSur John Rizzo kien għad fadallu jkellmu fuq xi affarijiet oħrajn li qal li kellu pendenti qabel inressquh.", "CHRIS SAID: Kienet ittieħdet iddeċiżjoni li se jitressaq?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Jiena dik limpressjoni kelli tasSur Rizzo, però sSur Rizzo kien jidher li jrid ikellmu, voldieri ma kinux ikkonkludew li se jressqu u qed ngħid \"ikkonkludew\" għaliex jiena ma kontx parti middeċiżjoni.", "CHRIS SAID: Għaliex inti ma kontx hemmhekk.", "CHRIS SAID: Imbagħad x'ġara f'dak ilperijodu?", "Jiġifieri intom bqajtu ssegwu għaliex kellkom kuntatti malavukat tiegħu u kienu qed jiġu prodotti ċertifikati mediċi.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Dak kien qed jieħu ħsiebhom lIspettur Angelo Gafà u jiena kont inkun informat.", "CHRIS SAID: Kif ġiet żblukkata ssitwazzjoni?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Dan dam jagħmel ċertifikati, imbagħad jidhirli xi żmien f'Marzu – però hawnhekk m'iniex preċiż fiżżminijiet għaliex jiena kemm kont inkun informat x'sar u ma sarx, jekk ġiex ċertifikat ieħor, jekk ġiex hu – finalment ġejt informat illi kien ġie lura Malta.", "CHRIS SAID: U x'għamilt inti meta ġie Malta?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Jiena m'għamilt xejn.", "Minn wara li ressaqna lisSur Silvio Zammit imbagħad relattivament jiena m'għamilt xejn hemmhekk; ma bqajtx involut.", "CHRIS SAID: Għaliex ma bqajtx involut?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Għaliex imbagħad kien hemm iċċertifikati mediċi allura lisSur Dalli la stajna nkellmuh … ma stajna nagħmlu xejn, u sussegwenti għal dik imbagħad meta nbidlet lamministrazzjoni sSur John Rizzo ma tanix struzzjonijiet x'għandi nagħmel.", "Meta nbidlet lamministrazzjoni u kien għad hemm isSur Rizzo Kummissarju, ilfile għadda għandu, imma ma tanix struzzjonijiet, gwida, ta' x'nista' nagħmel, jew x'se nagħti struzzjonijiet, li għandi nagħmel.", "U sussegwenti għal dik meta kien hemm Kummissarju ieħor, niftakar li darba jiena mort biex inkellmu u biex nagħti briefing u handover ta' affarijiet u każijiet li kien hemm peress li jien kont spiċċajt millEconomic Crimes, u ma tantx wera interess, fissens illi mbagħad nitkellmu dak ilħin, u ma reġax kellimni, u ma kellimtux.", "CHRIS SAID: Jiġifieri lKummissarju li ġie wara sSur John Rizzo – illum ex Kummissarju wkoll, isSur Peter Paul Zammit – lilek qatt ma kellmek fuq dan ilkaż?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Le, lili qatt ma kellimni.", "CHRIS SAID: Qatt ma talbek informazzjoni?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Le, però wieħed irid jgħid ukoll li kien hemm lIspettur Angelo Gafà li kien għadu hemmhekk.", "Jiena lilek qed nistaqsi għaliex staqsejnieha listess ...", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Xtaqt ngħidha għallpreċiżjoni.", "CHRIS SAID: IsSur John Rizzo fixxhieda tiegħu qal illi intom, wara li għamiltu linvestigazzjoni, għamiltu rapport.", "CHRIS SAID: U ffirmajtuh lerbgħa li intom?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Le, jien le.", "CHRIS SAID: Għaliex ma ffirmajtux?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Għaliex jiena ma kontx hemmhekk fiddeċiżjoni u ma ffirmajtux.", "Ma nistax ngħid li m'hemm xejn li għamilt u ma ffirmajtx b'xi protesta jew xi ħaġa, imma ma kontx parti minn dik iddeċiżjoni.", "Irrapport nista' ngħid li kważi ġie drafted millIspettur Angelo Gafà u segwejtu u editjajtu jiena.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti tajt linput tiegħek biex irrapport wasal fejn wasal.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Hekk hu, però mbagħad fejn ma kontx hemmhekk jiena dak ħallejtu kif kien u ħassejt illi la ma kontx hemmhekk, ma kellix niffirma għalih.", "Naħseb dak luniku rapport.", "CHRIS SAID: Wara dak irrapport li sar millinvestigating team, jiġifieri rrapport tagħkom mhux irrapport talOLAF, taf x'pożizzjoni ħa lAvukat Ġenerali?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Nista' nagħmel referenza jekk tridu, jekk għandi lpermess tagħkom.", "MR SPEAKER: Naħseb hawn ilpermess, mhux problema.", "Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom.", "IlMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "OWEN BONNICI (Ministru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ittalba x'inhi?", "Li jiġi moqri lparir talAG?", "Għaliex imbagħad hawnhekk se nidħlu fi kwestjoni oħra.", "CHRIS SAID: Għaliex?", "MR SPEAKER: Onor. Said, iddomanda li staqsejt lixxhud …", "CHRIS SAID: LisSur John Rizzo kont staqsejtu u qalilna: lAG, għamilnieha in writing biex nipproċedu kemm filkonfront tasSur John Dalli kif ukoll filkonfront tasSur Zammit.", "Din diġà ntqalet hawnhekk misSur Rizzo.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Onestament ma naħsibx li jiena liktar bniedem idoneu li nitkellem dwar dan ilparir, meta jien kont lunika persuna li ma kontx preżenti.", "MR SPEAKER: Inti ma kontx preżenti.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Però dan ilparir li għandi huwa a brief, mhux xi ntqal, miktub eżatt, lanqas huwa kelma b'kelma ...", "CHRIS SAID: Min għamel ilbrief?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Min għamel din ilparti tarrapport ...", "CHRIS SAID: Ilbrief min għamlu?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Din żgur għamilha Angelo Gafà.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri inti se tixhed fuq x'kiteb Angelo Gafà.", "Tridu li nsemmuhom?", "CHRIS SAID: M'hemmx għalfejn.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Sussegwentement hemmhekk kien tressaq ilQorti …", "Inti taf parir bilmiktub ...", "Voldieri sussegwenti għal dak ilmeeting ...", "CHRIS SAID: Żewġ meetings – hux hekk – li inti kont imsiefer fihom ittnejn, milli qrajt flewwel sentenza.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Hekk hu.", "Sussegwenti għal dak ilparir, ilKummissarju kien għad irid ikellem lisSur John Dalli.", "CHRIS SAID: F'dawk ilmeetings kien hemm qbil li joħorġu ċcharges hux hekk?", "CHRIS SAID: Inti taf jekk dak li hemm hemmhekk ġiex ikkonfermat bilmiktub millAG?", "CHRIS SAID: U inti ma dħalt f'xejn iżjed minn dakinhar 'il quddiem.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Mhux ma dħalt xejn, xehedt u hemm irrapport u kollox.", "CHRIS SAID: Jiġifieri ridt infisser ...", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Iddeċiżjoni ta' jekk jitressaqx jew le mis6 ta' Diċembru 'l hemm; le ma dħaltx.", "CHRIS SAID: U minkejja li mort biex tagħti lhandover lil Peter Paul Zammit....", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Mort nawguralu, mort ngħidlu li kelli dik linvestigazzjoni ...", "CHRIS SAID: U ma kellmek qatt kemm dam Kummissarju fuq dan ilkaż.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Fuq dan ilkaż le.", "Ovvjament kellu lil ħaddieħor lil min ikellem.", "MR SPEAKER: Hawn iktar domandi?", "Onor. Said, ikkwota … (Interruzzjonijiet)", "CHRIS SAID: Qed nirreferi għal dak li qara, xejn iżjed.", "CHRIS SAID: Jista' jħallilna kopja?", "MR SPEAKER: Jekk huwa parti millfile ma jistax jaqilgħu.", "CHRIS SAID: Le le mhux jaqilgħu, kopja ta' dik ilparti.", "OWEN BONNICI: Iddiffikultà tiegħi, kif jiġri f'kull proċeduri fejn ikun hemm affarijiet ta' dan ittip, speċjalment filkamp penali, irridu nipproteġu lkunfidenzjalità talAvukat Ġenerali.", "Jiena dak lunika interess li għandi.", "Jiġifieri ma rridux niġu f'sitwazzjoni fejn gvern – hu min hu, stajna konna aħna, jista' ikun gvern ieħor qabilna u warajna – jitlob parir millAG u mbagħad dak ilparir jispiċċa jiġi ppubblikat.", "Filfatt kien hemm anke ruling tiegħek, Mr Speaker, li jirregola b'mod ċar ...", "MR SPEAKER: Hekk hu, tajtu ruling, irruling qiegħed ċar.", "OWEN BONNICI: Ċarissimu.", "Dr Said qiegħed jitlob ....", "CHRIS SAID: Dan huwa brief bilmiktub li hemm ...", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Ilparir tiegħi li ma qbiltx – u m'għandix għalfejn ma ngħidhiex – kienet li bilprovi li kellna, flopinjoni tiegħi ma kienx ikollna final conviction jekk isSur Dalli kellu jitressaq waħdu.", "U jien dejjem tgħallimt li jekk inti konvint li mhux se jkollok final conviction m'għandekx tressaq ilQorti lbniedem in the first place.", "Flimkien masSur Silvio Zammit kienet storja oħra, imma waħdu flopinjoni tiegħi … Once li tressaq isSur Silvio Zammit, ma kellniex każ kontra sSur John Dalli.", "MR SPEAKER: Hawn domandi għasSur Michael Cassar?", "CHRIS SAID: Qed nifhem sew Sur Cassar li lparir tiegħek kien jekk tressaq lisSur Silvio Zammit u sSur John Dalli flimkien, hemm każ?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Le, għaliex wieħed jorbot lillieħor.", "Jekk tressaq lisSur Silvio Zammit waħdu u sSur John Dalli waħdu m'hemmx każ; imma jekk tressaqhom ittnejn flimkien kien hemm każ prima facie.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Prima facie għadek filbidu nett.", "Aħna qed nitkellmu dwar final conviction għax minn prima facie tgħaddi ħafna każijiet li sakemm jaslu għallfinal decision ...", "DR PAUL LIA: Bażikament qed tgħid kien ikun futili li tressqu waħdu.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Eżattament.", "U din għedtha mhux xi żmien wara, qabel dik iddeċiżjoni.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri qed nifhem sew li inti kont qed taqbel li jkunu charged isSur John Dalli u sSur Silvio Zammit flimkien?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, m'għandniex għalfejn nagħmlu … Imxejna tajjeb ħafna ...", "DR PAUL LIA: Ma qabilx li tressqu separatament.", "MR SPEAKER: Sur Cassar, erġa' spjega lpunt li għadu kif staqsiek lOnor.", "David Agius ħalli jiġi ċċarat.", "IsSur Zammit tressaq u sSur Dalli ma tressaqx.", "Inti għamilt kumment x'kellek f'rasek inti.", "Tista' terġa' tirrepetih biex jiġi spjegat aħjar?", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Filkonfront tasSur John Dalli, circumstantial evidence, ma kien hemm xejn fattibbli u b'li kien hemm mhux prima facie għaliex prima facie nerġa' nirrepeti hija xi ħaġa … flopinjoni tiegħi ma kienx hemm biex ikollok a final conviction, qatt ma kien se jkun hemm, u din mhux għedtha wara, din għedtha f'NovemberDecember, early December 2012.", "Jekk m'iniex sejjer żball, din qiegħda dokumentata wkoll.", "CHRIS SAID: Allura lparir tiegħek kien li jitressqu flimkien.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Ilparir tiegħi … imma aħna konna team.", "CHRIS SAID: Kollox sew, imma lparir tiegħek kien li sSur John Dalli u sSur Silvio Zammit jitressqu flimkien.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Lopinjoni, ejja ngħidulha opinjoni.", "CHRIS SAID: Lopinjoni tiegħek kienet ...", "MR SPEAKER: Kienet din lopinjoni, li inti kont tippreferi li jressquhom flimkien.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Jekk se jersqu, iressquhom flimkien għaliex waħdu sSur John Dalli ...", "CHRIS SAID: .… kienet diffiċli ...", "MR SPEAKER: Hawn iktar domandi?", "CHRIS SAID: Dwar dik ilparti ...?", "MR SPEAKER: Dik issa nitkellmu dwarha.", "Mela nitlob lixxhud joħroġ millKamra.", "Nirringrazzjawk Sur Cassar.", "Nitolbok tistenna barra millKamra.", "Ixxhud, isSur Michael Cassar, irtira millkamra talkumitat.", "OWEN BONNICI: Qed nipprova nkun ċar f'dak li ngħid, forsi mhux dejjem jirnexxili.", "Jien qed ngħid li jekk se nitolbu xi dokumentazzjoni li qara minnha sSur Cassar ...", "Qabel ma tkompli, hemm irruling tiegħi fuq ilkwestjoni ta' meta lAvukat Ġenerali jagħti parir.", "Irruling qiegħed ċar ħafna.", "Però xxhud għamel referenza millfile tiegħu u qalha.", "Ittalba qiegħda jekk dik ilparti li rrefera għaliha lOnor.", "Hemm qiegħda ddomanda.", "MR SPEAKER: Jiena diġà għandi lħsieb tiegħi dwarha.", "CHRIS SAID: Għaliex kull meta xhud – u bażikament din tgħallimnieha filQorti – jaqra minn dokument, ixxhud jista' jiġi mitlub jippreżentah.", "OWEN BONNICI: Jekk tippermettuli nagħmel ilkumment, I'm very clinical.", "Jekk jien għandi rapport u qrajt minn paġna 2, però filbqija talpaġni hemm referenza għallparir talAvukat Ġenerali, ittalba tiegħi hi li in linea anke marrulings u malbonsens.", "Ma jiġix ippreżentat ilkumplament tarrapport.", "Dak li qed ngħid.", "CHRIS SAID: Jien qed ngħid jiġi ppreżentat biss dak ilbrief li għamel Angelo Gafà wara ...", "OWEN BONNICI: Imma jekk ilbrief ta' Angelo Gafà fih referenza ċara għallparir talAvukat Ġenerali ...", "CHRIS SAID: Ilparir talAvukat Ġenerali diġà xehed fuqu sSur John Rizzo u kkonferma li hemm parir bilmiktub.", "Jien m'iniex qed nitlob ilparir bilmiktub talAvukat Ġenerali, imma jekk jiġi hawn xhud u jgħid \"jien lAvukat Ġenerali tani parir biex nagħmel...\", ma jistax jgħidha allura?", "OWEN BONNICI: Dik jista' jgħidha, imma jien li qed ngħid huwa … (Interruzzjonijiet) Ħudu paċenzja, għal quddiem iktar milli għal dan ilkaż, jekk firrapport hemm pereżempju referenza inskritt, riproduzzjoni talparir talAvukat Ġenerali, hemmhekk għandi problema jien, dak li qed ngħid.", "MR SPEAKER: F'dak ilkaż għandek irruling tiegħi.", "M'għandek lebda problema għaliex diġà hemm ruling.", "CHRIS SAID: Jekk huwa Angelo Gafà li fissummary talkaż qed jgħid x'qallu lAvukat Ġenerali, dak mhuwiex ilparir talAvukat Ġenerali, dak qed jgħid Angelo Gafà x'qallu lAvukat Ġenerali.", "OWEN BONNICI: Le, jekk qed jagħmel sommarju talparir talAvukat Ġenerali ...", "CHRIS SAID: Minn dak li qara ma jidhirx li hemm sommarju ta' dak li għamel lAvukat Ġenerali, però anke kieku hemm sommarju ta' dak li qallu lAvukat Ġenerali u huwa f'dokument li qed jagħmel Angelo Gafà, dak iddokument għandna dritt għalih.", "OWEN BONNICI: Ippermettuli daqsxejn ħalli nispeċifikaw ftit biex ma niġix interpretat jew immiżinterpretat li b'xi mod irrid naħbi xi ħaġa.", "Jiena biex nimxi korrettement kemm flinteress ta' dan ilGvern, fissens ta' governanza talpajjiż u anke ta' gvernijiet li jistgħu jiġu 'l quddiem u li ġew qabel.", "Għaliex?", "Jiena nista' ntella' lil xi ħadd ngħidlu: Eddie Fenech Adami x'parir kien talbek dakinhar fl1991?", "Jiġifieri laffarijiet irridu nagħmluhom sewwa għax ilhemm ilkunfidenzjalità talavukat u ddritt talavukat li meta jagħti lparir ikun fillibertà li jagħti laħjar parir li jidhirlu.", "Jien qed ngħid li jekk firrapport li qed jiġi mitlub jesebixxi sSur Cassar millOnor.", "Said hemm riproduzzjoni ta' xi parir talAvukat Ġenerali ta' issa, ta' qabel, talquddiem jew ma nafx min, nużaw ilkawtela.", "Ovvjament jirregola lIspeaker.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja!", "Jien diġà tajt ruling li, jekk m'iniex sejjer żball, kien intalab millKumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi.", "OWEN BONNICI: Imma jara lIspeaker u għandi fiduċja fih illi jimxu laffarijiet kif suppost.", "CHRIS SAID: Birrispett kollu, jien m'iniex qed nitlob ilparir talAvukat Ġenerali – għalkemm ma naqbilx li lAvukat Ġenerali jekk jagħti parir fuq xi ħaġa m'għandniex dritt inkunu nafu x'parir ta, għaliex allura kulħadd jista' jagħti lparir li jrid u ħadd ma jkun jaf x'parir ta – però dik hija kwestjoni ...", "OWEN BONNICI: Allaħares!", "CHRIS SAID: LIspeaker għadu kemm tana parir ta' avukat.", "OWEN BONNICI: Kollox sew, imma dak mhuwiex lAvukat Ġenerali.", "CHRIS SAID: LAvukat Ġenerali mhux lavukat talGvern, mhux xorta?", "(Interruzzjonijiet) Mela hemm differenza bejn avukat u avukat?", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "IsSur Cassar xehed, dak li kellu jixhed xehedu, dak li kellu jgħid qalu, dak li qed jagħmel referenza għalih lOnor.", "Chris Said qalu middokument li kellu; issa ttalba talOnor.", "Said hija li minn dak li għamel referenza għalih ...", "CHRIS SAID: … dak li kkwota minnu jkollna kopja tiegħu.", "OWEN BONNICI: Jien qed nipproponi, biex nimxu 'l quddiem, li dak iddokument li għamel referenza għalih ...", "Said qed jitlob mhux li jesebixxi dik ilparti li xehed minnha, imma ddokument kollu.", "CHRIS SAID: Qed nitlob li tiġi esebita lparti tassommarju li għamel.", "Dan ikkwota estensivament millkonklużjonijiet talinvestigating team li kienu ffirmati minn Angelo Gafà.", "Jien qed nitlob li jkollna kopja ta' dak issommarju li għamel Angelo Gafà.", "OWEN BONNICI: M'hemmx diffikultà, ħlief jekk fissommarju hemm riproduzzjoni talparir talAvukat Ġenerali.", "MR SPEAKER: Dwar ilparir talAvukat Ġenerali, biex nagħmilha ċara, hemm ruling tasSedja u ma jistax ikun parti middokumentazzjoni.", "OWEN BONNICI: Flinteress nazzjonali talpajjiż!", "MR SPEAKER: U dan huwa bbażat mhux biss fuq irruling tiegħi, hemm rulings oħrajn talHouse of Commons, eċċ. Issa hawnhekk qegħdin filParlament.", "Sejjaħ lixxhud, isSur Michael Cassar.", "OWEN BONNICI: Mr Speaker, jien qed nipproponi li ddokument tarah inti biex tara jekk hemmx xi partijiet minnu in vista tarruling tiegħek ...", "Ixxhud, isSur Michael Cassar, reġa' ġie mgħajjat filkamra.", "Sadanittant qegħdin naqblu li xxhieda li għadu kif għamel referenza għaliha lOnor.", "Tajjeb?", "Sur Cassar, nitolbok tagħmilli kopja minn fejn ikkwotajt inti meta rrispondejt iddomanda talOnor.", "Chris Said, meta ftaħt ilfile jew dak li kellek hemmhekk, biex naraha jien; imbagħad jiena skont irruling li għandna, nara jekk tistax tifforma parti middokumenti.", "ISSUR MICHAEL CASSAR: Nista' nħalliha issa jekk trid.", "MR SPEAKER: Iva, ħallihieli jekk jogħġbok.", "Xogħol ieħor għallum m'għandniex iktar.", "Irridu nagħmlu data għal laqgħa li jmiss u sadanittant Onor. Chris Said jekk ikollok xi ħaġa fuq ilkwestjoni tasSur Kessler għaddihielna ħalli nimxu minn hemmhekk.", "Nistgħu nagħmlu data jekk jogħġobkom?", "Ovvjament jekk se nerġgħu nagħmlu tentattiv … Sadanittant intom għandkom xhud ieħor ħalli għallinqas nimxu?", "IsSur Joe Cachia huwa xxhud lieħor biex ikun mistieden għallaqgħa li jmiss ta' dan ilKumitat.", "Jien se nipprova nħalli perijodu ħalli tilħaq tipprepara xi topics u nkunu nistgħu nikkomunikawhom.", "Jien qed nipproponi li llaqgħa li jmiss tkun lErbgħa, 26 ta' Novembru għaliex naf li hawn issafar.", "Tajjeb għalikom?", "Niltaqgħu listess ħin bħallum?", "Mela llaqgħa li jmiss se tkun lErbgħa, 26 ta' Novembru 2014, fil11.00 a.m.", "F'12.25 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar lErbgħa, 26 ta' Novembru 2014 fil11.00 a.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees priv", "source": "Extracted from 20141015_006d_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 6", "L-Erbgħa, 15 ta' Ottubru 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fil11.09 a.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, lOnor.", "Louis Grech, il-Ministru għall-Ġustizzja, lOnor.", "Owen Bonnici (Membru sostitut), il-Ministru għat-Turiżmu, lOnor.", "Għallaqgħa kienu preżenti wkoll idDeputat Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech u lkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 5 li saret fil31 ta' Lulju 2014 kienu kkonfermati.", "LIspeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva talba mingħand il-mezzi talmedia biex jingħataw permess jittieħdu filmati u ritratti għall-ewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "L-Ispeaker qassam kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn l-uffiċċju tiegħu u dak tas-Sur Kessler dwar ix-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat:", "Ittra datata 18 ta' Ġunju 2014 mingħand l-Aġent Skrivan tal-Kamra;", "Ittra datata 2 ta' Lulju 2014 mingħand is-Sur Kessler;", "Korrispondenza bejn l-Iskrivan tal-Kamra u l-uffiċċju tas-Sur Kessler bejn it-30 ta' Ġunju u t-3 ta' Settembru 2014;", "Ittra datata 16 ta' Settembru 2014 mingħand is-Sur Kessler;", "Ittra datata 2 ta' Ottubru 2014 mis-Sedja; u", "Ittra datata 10 ta' Ottubru 2014 mingħand is-Sur Kessler.", "Il-Kumitat qabel illi din il-korrispondenza għandha ssir pubblika.", "Fid-dawl ta' din il-korrispondenza u l-fatt li s-Sur Kessler baqa' ma deherx quddiem il-Kumitat l-Onor.", "Chris Said sostna li s-Sur Kessler għandu jinstema' b'kull mezz, inkluż video-conferencing, u talab lill-Ispeaker sabiex jikteb lill-President tal-Kummissjoni Ewropea sabiex is-Sur Kessler jingħata l-approvazzjoni meħtieġa sabiex jidher quddiem il-Kumitat.", "L-Onor.", "Louis Grech ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-approvazzjoni li saret referenza għaliha mis-Sur Kessler fil-korrispondenza tiegħu kienet fis-sens li huwa kien qed jitlob li jingħata s-suġġetti u l-materji li kienu se jkopru l-mistoqsijiet li kien beħsiebu jagħmillu l-Kumitat min qabel u dan sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tawtorizzah li jirrispondi tali domandi.", "Il-Kumitat qabel illi l-kontenut tal-ittra tat-2 ta' Lulju 2014 mingħand is-Sur Kessler għandha titqies bħala parti mix-xhieda mogħtija lill-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel ukoll illi skont il-linji gwida għax-xhieda quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi liema linji gwida ġew adottati mill-Kumitat dwar il-Privileġġi fis-smigħ tax-xhieda f'dan il-każ, is-Sur Kessler ma setax jingħata l-mistoqsijiet li ser isirulu minn qabel.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien għadu kif irċieva parir mingħand il-konsulent legali tiegħu dwar x'saħħa għandu kumitat parlamentari li jordna d-dehra quddiemu ta' xhieda li jinsabu barra minn Malta.", "Huwa informa lill-Kumitat li fl-opinjoni tal-konsulent legali, m'hemm l-ebda disposizzjoni fil-liġi Maltija li tippermetti li dan isir.", "Wara diskussjoni l-Kumitat qabel illi l-Oppożizzjoni kellha tipprepara lista ta' materji li kienet beħsiebha tistaqsi dwarhom lis-Sur Kessler, u li din l-informazzjoni kellha tintbagħat lis-Sur Kessler wara li tkun ġiet mgħoddija lill-Membri tal-Kumitat.", "Skont ftehim milħuq fil-laqgħa preċedenti, fl-assenza tas-Sur Giovanni Kessler li kien mgħajjat għal din il-laqgħa, il-Kumitat kellu jisma' x-xhieda tat-tielet xhud fil-lista ppreżentata mill-Oppożizzjoni, id-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta s-Sur Michael Cassar .", "L-Ispeaker qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri tal-Kumitat kopja tax-xhieda mogħtija fil-Qorti mis-Sur Michael Cassar quddiem il-Maġistrat Dr Anthony J. Vella.", "Il-Kumitat qabel li din ix-xhieda tkun tifforma parti mid-dokumenti ta' dan il-Kumitat.", "Is-Sur Michael Cassar ġie msejjaħ fil-Kamra sabiex jagħti x-xhieda tiegħu u ngħata l-ġurament.", "L-Ispeaker informa lis-Sur Cassar dwar id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-linji gwida dwar xhieda li ġew adottati mill-Kumitat, inkluż id-dritt għall-assistenza legali u li ma jweġibx mistoqsijiet li bihom jista' jinkrimina ruħu, u infurmah ukoll illi kellu d-dritt jagħżel illi x-xhieda tiegħu ma tkunx video-streamed.", "Is-Sur Cassar ma kellux oġġezzjoni li x-xhieda tiegħu tkun video-streamed.", "Fix-xhieda tiegħu s-Sur Cassar qara estratt mir-rapport tat-team investigattiv, miktub mill-Ispettur Angelò Gafà u editjat mis-Sur Cassar.", "L-Onor.", "Chris Said talab illi jkollu kopja ta' dan l-estratt.", "Fi tmiem ix-xhieda tiegħu, is-Sur Cassar ġie mitlub jirtira mill-kamra sabiex il-Kumitat jiddeċiedi jekk ix-xhud għandux jgħaddi kopja tal-estratt moqri.", "Il-Kumitat qabel illi s-Sur Cassar għandu jgħaddi kopja tal-estratt lill-Ispeaker sabiex abbażi ta' rulings preċedenti jiddeċiedi jekk dan jistax isir parti mid-dokumenti tal-Kumitat.", "Ix-xhud reġa' ġie mgħajjat fil-kamra u ntalab jgħaddi kopja tal-estratt inkwistjoni lill-Ispeaker.", "Il-Kumitat qabel li għal-laqgħa li jmiss għandu jidher is-Sur Joseph Cachia, Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija.", "F'12.25 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 fil-11.00 a.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141015_006m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tnejn, 27 ta' Ottubru, 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar lit-Tnejn, 27 ta' Ottubru, 2014 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar id-dokument maħruġ mill-Malta Environment and Planning Authority datat Awwissu 2014 intitolat \"Petrol Stations Policy\"; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Għaqda \"Flimkien għal Ambjent Aħjar\" dwar il-kwestjoni tal-bini ta' Cement Silo u li tinkludi rapport imħejji minn Dr. Julian Mamo MD, PhD u Dr. John Paul Cauchi MD, MSc intitolat \"Report on a Cement Silo Development – A Public Health Perspective\" u rapport imħejji minn Dr. Ramiro Cali-Corleo MD MSc intitolat \"Health Impact Review on the Proposed Cement Silo at the Kordin Terminal\".", "15 ta' Ottubru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20141027_010a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tnejn, 27 ta' Ottubru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 10", "It-Tnejn, 27 ta' Ottubru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:48 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 9, li saret fid-19 ta' Mejju 2014, kienu ikkonfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Insellmikom u nagħtu bidu għal din il-laqgħa billi naraw il-korrispondenza li kellna.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT: Aktar kmieni llum, intbagħtet email lil Madam Chair mingħand il-Perit Patrick Camilleri, li kellha annessa magħha ittra li tgħid hekk:", "MADAM CHAIR: Ir-reazzjoni tiegħi għal din il-korrispondenza kienet li nitlob lill-Perit Camilleri sabiex, jekk għandu interess, jiġi hawnhekk illejla, u jkun jista' jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu u jiċċara l-issues li qajjem mal-esperti li għandna min-naħa tal-MEPA, kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari nnifsu.", "Sadanittant, aktar kmieni, aħna konna qassamna diġà kopja tal-fuel policy li se niddiskutu llejla, kif ukoll kopja tal-korrispondenza li kellna fir-rigward tal-kwestjoni tas-cement silos qrib il-ħażna tal-qamħ.", "Nistgħu issa ngħaddu għall-ewwel item li għandna fuq l-aġenda llejla.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY, DATAT AWWISSU 2014, INTITOLAT \"PETROL STATIONS POLICY\"", "MADAM CHAIR: Jien nissuġġerixxi li nistiednu mal-ewwel lill-uffiċjali tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "Il-Perit Vincent Cassar, Chairman, is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer, u l-Perit Frans Mallia, Assistant Planning Director, min-naħa tal-MEPA, ingħaqdu madwar il-Mejda.", "MADAM CHAIR: Minħabba li d-dokument li għandna għad-diskussjoni kien diġà ġie mqassam lill-Membri tal-Kumitat, kif ukoll lill-għaqdiet kollha li wrew interess, xtaqt li mill-ewwel immorru billi s-CEO tal-MEPA jiddeskrivilna x'inhi d-differenza bejn dak li kien jirregola din il-materja qabel, u dak li se jkollna issa.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (CEO, MEPA): Għal dak li jirrigwarda fuel stations, il-policies qabel kienu dawk li hemm fil-Pjan ta' Struttura: ma kellna ebda policy ad hoc li tirregola l-fuel stations.", "Il-policy kienet tgħid li tista' tinbena fuel station basta jkun hemm ġustifikazzjoni, u allura, kif rajna fil-passat, infetħu ċerti petrol stations li forsi mhumiex qegħdin f'area li wieħed jixtieq li jkunu fiha.", "B'din il-policy, qegħdin nifhmu l-bżonn ta' rilokazzjoni ta' petrol stations li qegħdin fil-qalba tar-raħal, biex ovvjament inkunu nistgħu nagħtu liċ-ċentri tal-irħula tagħna ħajja aħjar.", "Però, fl-istess ħin ma rridux li jiġu mibnija petrol stations f'nofs area fil-baħħ, fejn ovvjament jista' jkollhom l-impatt tagħhom.", "B'din il-policy qegħdin nirregolaw il-parametri u qegħdin ngħidu x'inhuma d-distanzi li wieħed irid jissalvagwardja.", "Qegħdin ngħidu li relocation f'area outside development zone (ODZ) tista' ssir biss jekk din hija relocation minn petrol station fil-qalba tar-raħal; mill-bqija, petrol stations ġodda jistgħu jinfetħu biss jew f'industrial areas, jew f'areas of containment (AOCs), jew just opposite, jew inkella f'areas li huma designated għal open storage areas.", "Fil-policy, hemm elenkata l-lista tal-postijiet li semmejt.", "MADAM CHAIR: Hawn domandi min-naħa tal-Membri tal-Kumitat?", "Kulħadd qabel ma' din il-policy?", "Jekk hawn xi ħadd mill-pubbliku preżenti li jixtieq jitkellem, jista' jingħaqad magħna fuq il-Mejda.", "IS-SUR PAUL AGIUS DELICATA (CEO, Gasco Energy Ltd): L-ewwel nett, jiddispjaċina li dħalna tard – biex ngħid hekk at the eleventh hour – u napprezza ħafna li qegħdin tisimgħuna.", "Aħna qegħdin nifhmu li meta saret din il-policy kienet qed tittieħed into consideration – and rightly so – il-fuels tradizzjonali, jiġifieri petrol, diesel, and so on and so forth.", "Bħala kumpannija aħna kellna l-idea li nkunu nistgħu niżviluppaw depots minn fejn in-nies ikunu jistgħu jixtru ċ-ċilindri.", "Issa, jien m'iniex qiegħed ngħid li ma naqbilx mal-policy li anke ċ-ċilindri jistgħu jinbiegħu mill-petrol stations; iżda nafu wkoll li hemm ħafna petrol stations li, minħabba s-safety distances, ma jistgħux jakkomodaw iċ-ċilindri għaliex m'hemmx spazju fiżiku.", "Barra minn hekk, f'ħafna villaġġi, il-petrol stations mhumiex qegħdin located f'post komdu għan-nies biex jinqdew minn dan il-utility.", "Allura t-talba tagħna hija li, jekk jogħġobhom il-Membri tal-Kumitat, jikkunsidraw ukoll li, f'ċerti każi partikolari, jkun jista' jiġi kkunsidrat żvilupp versu sales depots – ma rridx ngħidilhom ħwienet għaliex ħanut ikun magħluq u, fil-każ tal-gass, ma jistax ikun magħluq – li jkunu located 'il barra mill-villaġġ minħabba s-safety issues, imma fl-istess ħin within reach ta' dawk in-nies li jkunu jixtiequ jinqdew.", "Nixtieq ngħid li dan il-prodott huwa mfittex min-nies inġenerali, inkluż minn dawk li mhux dejjem ikollhom il-faċilità tat-trasport, u allura jkun utli għalihom li jsibu jixtru dan il-prodott minn post li ma jkunx 'il bogħod ħafna, u petrol station ġieli tkun 'il bogħod mill-villaġġ.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Sur Buttigieg, kif tirreaġixxi?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-fatt, fil-ġimgħat li għaddew, jien kelli meeting magħhom fejn ma ħadniex into consideration din ir-request li jkollok gas cylinder depot apparti mill-fuel station normali.", "Li ħadna into consideration kienet li jkun hemm fuel station li minnha wieħed ikun jista' jbigħ diversi tipi ta' fuels, inkluż gass u elettriku, u jekk ikun hemm avvanzi oħrajn fit-teknoloġija, l-policy tippermetti li, jekk ikun hemm introduzzjonijiet ta' materji ġodda, dawn jiġu kkunsidrati, imma dejjem fil-kuntest ta' fuel station kif nafuha tradizzjonali, mhux packaged fuel fejn ikollok yard, u jkollok żewġ jew tliet trakkijiet, u minn hemmhekk isir il-bejgħ ta' fuel.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, jekk qed nifhmek sewwa, dak li qed jitlob is-Sur Agius Delicata ma jistax jiġi kkunsidrat.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ħadnihiex into consideration fil-policy.", "MADAM CHAIR: Hemm il-ħsieb li teħduha into consideration, issa li xi ħadd ġibdilkom l-attenzjoni li din tista' tkun soluzzjoni oħra biex, minflok tifrex is-supply stations ta' fuels differenti, tiġborhom f'lok wieħed?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Din lanqas biss ġiet diskussa, la fil-working group u lanqas mal-Bord tal-MEPA, u ovvjament inkunu rridu naraw ħafna affarijiet, fosthom safety distances eċċ, għax jista' jkun li, meta taqbeż ċerti thresholds, jaf ikollna sites oħrajn li jaqgħu taħt is-Seveso Directive, u allura rridu naraw fuqiex qegħdin nitkellmu.", "Altru qed titkellem fuq biċċa disturbed land viċin l-ischeme,u tfajt outlet ta' trakk, u altru għandek 50 tunnellata ta' gass.", "MADAM CHAIR: Jekk il-Membri tal-Kumitat jaqblu, aħna nirrakkomandaw li din tiġi studjata biex, jekk hemm il-possibilità, wieħed jikkunsidraha.", "F'dan il-punt, ovvjament, ma tistgħux tagħtu risposta, għax m'hemmx l-istudji neċessarji biex aħna nkunu nistgħu ngħidu li din se ssir.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Għandhom isiru wkoll studji rigward safety, u kif jistgħu jiġu affettwati r-residenti tal-viċin ukoll.", "MADAM CHAIR: Ovvjament.", "Jiġifieri, s-Sur Agius Delicata ma ġiex hawn għalxejn, għax almenu serva biex isiru l-istudji li hemm bżonn biex din tkun tista' ssir.", "Ovvjament, din tkun ta' vantaġġ għal kulħadd, għax ma jkunx hemm il-bżonn li nifirxu ħafna fuel depots ma' kullimkien, però hemm ċerti parametri li wieħed irid jirrispetta.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Meta ngħidu li l-petrol stations se jkunu fl-outskirts tal-villaġġ, qegħdin jittieħdu into consideration l-iskejjel u l-playgrounds li jinsabu fl-outskirts tal-villaġġ, peress li nafu li dawn jistgħu jikkaġunaw mard?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-policy hija ċara ħafna, fis-sens li tgħid li jrid ikun hemm distanza minima ta' 15-il metru għal dawk li se jiġu relocated 'il barra miż-żona tal-iżvilupp, u distanza massima ta' 500 metru mill-official scheme.", "Ovvjament, binjiet li fihom ċertu ammont ta' attività, inkluż studenti eċċ, dawk jitqiesu bħala parti mill-ischeme, jiġifieri żgur li ħadd m'hu se jitħalla jagħmel pompa tal-petrol eżatt ħdejn skola.", "IL-PERIT FRANS MALLIA (Assistant Planning Director, MEPA): Madam Chair, l-ewwel nett, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-kumitat interdixxiplinarju li kkontribwixxa biex tiġi fformulata din il-policy.", "Dawn huma l-Perit Lucienne Stafrace mill-MEPA, is-Sur Bernard Ferry, is-Sur Patrick Mifsud, l-Inġinier Simon Scicluna, u l-Inġinier Charles Buttigieg mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, is-Sur David Sutton minn Transport Malta u s-Sur Natalino Bezzina mis-Civil Protection Department.", "Nirringrazzja lil dawn il-persuni kollha għall-kontribut li taw.", "Fil-każ tal-aspett tas-saħħa, il-policy tikkontempla li jsiru ċerti consultations ma' bodies li dehrilna li kienu rilevanti għal din il-materja.", "Skont din il-policy, fuq applikazzjonijiet inġenerali issa se jkun hemm konsultazzjoni ma' 16-il dipartiment jew aġenziji tal-Gvern li huma indikati li jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom fl-assessment tal-applikazzjonijiet, u safejn naf jien, id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali huwa wieħed minnhom.", "Jiġifieri, f'kull applikazzjoni li tidħol, dak se jkun wieħed mill-partijiet identifikati biex jagħti l-kontribut tiegħu biex tiġi assessed l-applikazzjoni rilevanti.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nafu li ħafna mill-ħsara ssir l-iktar meta jkun hemm il-bowser qiegħed jimla t-tank taħt l-art, għaliex l-arja li toħroġ minn hemmhekk hija l-iktar li tagħmel ħsara, u b'mod partikolari tista' tikkaġuna l-leukemia.", "Hemm xi prekawzjonijiet ta' distanza għall-ħaddiema stess li jkunu hemmhekk biex din ma tkunx qrib il-pompi nfushom?", "IL-PERIT FRANS MALLIA: Iktar milli distanza, l-idea hija li kemm jista' jkun ma jsirx leakage ta' fuel in the atmosphere.", "U dan lanqas huwa fl-interess ta' min qed jiddilja fil-fuel għaliex fir-realtà jkun qed jitlef il-fuel fl-arja, u żgur li mhux se jiġġenera l-flus.", "Jiġifieri, aħna nafu li hemm teknoloġiji fejn inti tista' tittrasferixxi fuel minn naħa għal oħra bl-inqas telfien possibbli ta' fuel, u allura dak jissarraf ukoll f'benefiċċji ta' saħħa, sew għall-ħaddiema li hemm fuq is-site, kemm għall-komunità li jkun hemm, sew fil-viċin kif ukoll fil-bogħod, u anke għal min ikun qed jimla l-vettura tiegħu bil-fuel.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Ir-rapport fuq l-istudju li se jsir rigward il-ħażna ta' gass, li ssuġġerixxa s-Sur Agius Delicata, se jersaq quddiem dan il-Kumitat meta jitlesta biex jiġi diskuss?", "MADAM CHAIR: Naturalment, jekk se jkun hemm aġġustament jew addendum, irid jersaq quddiem dan il-Kumitat.", "TONI BEZZINA: Fil-policy hemm riferenza għal \"new or upgrading fuel stations\", u anke \"the introduction of facilities\".", "Din qed tirreferi għal jekk tkun trid issir lukanda, restaurant jew affarijiet simili, jew qed tirreferi għal facilities partikolari relatati ma' pompa tal-petrol?", "IL-PERIT FRANS MALLIA: Meta qed insemmu faċilitajiet anċillari, qed nirreferu għal dawk il-faċilitajiet li ġeneralment wieħed jassoċċja ma' fuel stations, bħal pereżempju, tibdil ta' tyres, jew bejgħ ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-vetturi.", "Ovvjament, wieħed ma jridx jinsa wkoll li, apparti din il-policy, hemm policies oħrajn li ma jistgħux jitwarrbu, jiġifieri meta tkun qed tassessja trid tara wkoll il-kompatibilità sew fl-istess kumpless, kif ukoll ir-relazzjoni ta' dak l-intervent ma' dak li qed jiġri madwar.", "Dak jibqa' japplika għal din il-policy.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Hemm riferenza għal kemm hu l-massimu ta' art li jista' jintuża meta ssir relocation ta' fuel station f'ODZ?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: F'din il-policy m'hemmx, u l-Bord tal-MEPA kien għamel suġġeriment lis-Segretarju Parlamentari biex din tkun ta' 3,000 metru kwadru.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jiġifieri qed nifhem sew li r-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-MEPA li r-relocation ta' fuel stations fl-ODZ tkun limitata għal 3,000 square metres ma ntlaqgħetx?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għaliex s'issa s-Segretarju Parlamentari għadu se jieħu l-kummenti ta' dan il-Kumitat, kif ukoll tal-Bord tal-MEPA, imbagħad ovvjament jieħu deċiżjoni.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri, għadha qed tiġi kkonsidrata.", "RYAN CALLUS: Jien qed nifhem li hawnhekk qegħdin niddiskutu l-policy wara l-input tal-Bord tal-MEPA.", "Jiġifieri din ma kellhiex tkun imdaħħla qabel tiġi hawnhekk?", "Għax kif inhi, mingħajr il-kummenti tal-Bord tal-MEPA, m'hijiex qed tirrifletti dak il-proċess.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux bilfors li jkun hemm il-kummenti tal-Bord tal-MEPA.", "Il-kummenti tal-Bord tal-MEPA fuq il-policy kienu tnejn, din tat-3,000 metru kwadru u ...", "MADAM CHAIR: Onor. Callus, jiena nifhem li dan id-dokument, li qed naraw draft quddiemna, sar wara li kien hemm konsultazzjonijiet mhux biss mal-Bord tal-MEPA, imma anke ma' bodies oħrajn, jiġifieri għad irid jiġi mirqum.", "Id-dokument qiegħed quddiemna biex aħna nagħtu l-feedback tagħna.", "Issa, jekk hemm kwestjonijiet bħal din tad-daqs tal-art f'każ ta' rilokazzjoni – li huwa punt importantissimu, u naqbel miegħek – wieħed għadu qed jiddiskutihom.", "Jiġifieri, jekk inti tħoss li għandek tissuġġerixxi b'mod formali, daqs mod ieħor, inti liberu biex tagħmel dan issa, qabel ma jiġi konkluż il-proċess.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk ma jimpurtax, se naqra testwalment x'kien qal il-Bord tal-MEPA:", "Jiġifieri, l-punt tal-Bord tal-MEPA kien proprju li m'għandhomx ikunu iktar kbar minn 3,000 metri kwadri.", "RYAN CALLUS: Nista' nissuġġerrixxi biex eżerċizzji bħal dawn, fil-futur ikunu jinkludu l-feedback tal-Bord tal-MEPA?", "Jien inzertajt naf għax qiegħed fuq il-Bord tal-MEPA, imma għal min mhuwiex, ikun tajjeb għalih li kieku ...", "MADAM CHAIR: Iktar suġġerimenti jew kummenti?", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Mingħajr dubju, din il-policy kien hemm bżonnha u għandha l-lat pożittiv tagħha, għaliex petrol stations li qegħdin f'nofs iċ-ċentri soċjali għandhom ċertu impatt negattiv li jista' jkun kbir iktar milli huwa mixtieq.", "Jiġifieri, minn dak l-aspett m'hemmx x'wieħed jikkummenta; però, jiddispjaċini ngħid li hemm ċerti nuqqasijiet.", "Dan id-dokument kien intbagħat lilna qabel il-waqfa tas-sajf, u kont qrajtu u studjajtu sew.", "Bħalma ġara anke fil-każ tal-kmamar tan-nar, hemm ċerta lakuna li qisu l-biodiversità ma tissemma assolutament xejn.", "F'din il-policy għandek enfasi fuq l-ippjanar, li jien ma nidħolx fiha għax ma nifhimx fiha, imma min-nies li semma s-Sur Mallia, ma jidher li hemm ħadd li ġej mill-qasam tal-biodiversità li jista' jagħti s-sehem tiegħu.", "Pereżempju, r-rapport ma jagħmel ebda riferenza għall-petrol stations li qegħdin f'ODZs li għandhom riżorsi naturali bħall-ilma – u nafu kif, b'daqsxejn xita bħal tal-lum, il-widien kif jgħaddu, speċjalment meta jkollok petrol station li qiegħda f'ħalq ta' wied, bil-materjal jinġarr kollu fil-wied, bl-impatt tagħhom fuq il-biodiversità.", "Hemm ukoll materjal li jkun waste: nafu li l-petrol stations, speċjalment il-ġodda, ikollhom apparat ta' ħasil ta' karozzi u anke tiswijiet u żjut, u għandu jkun hemm il-mod ta' kif dawn se jiġu indirizzati.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm ukoll enfasi fuq il-landscaping tal-petrol station.", "Il-landscaping, speċjalment meta qiegħda f'ODZ, jista' jkollu impatt negattiv kbir, jekk tkun biswit, jew ġo, Natura 2000 site.", "Sfortunatament, donnu li dawn l-affarijiet mhumiex ta' interess għall-MEPA, minkejja li r-responsabilità tal-biodiversità qiegħda f'idejha.", "Dawn għalija juru ċertu nuqqas ta' għarfien, li jiġu bypassed darba wara l-oħra: rajnihom f'tal-kmamar tan-nar, u rajnihom ukoll f'tal-petrol stations.", "Għaliex, meta l-pajjiż għandu dawn l-obbligi, u huwa tant żgħir u allura l-impatti jista' jkunu tant kbar, ma jkunx hemm iktar riferenza speċifika għall-użu ta' riżorsi naturali li jkun hemm bżonn, f'dan il-każ mill-petrol stations, fejn ikun jingħad li dawn se jintużaw b'mod sostanzjali?", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi x'inhi l-viżjoni tal-MEPA vis-à-vis impatti negattivi li proġetti bħal dawn se jkollhom fuq il-biodiversità lokali, u anke vis-à-vis l-obbligi nazzjonali u internazzjonali.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak, Sur Baldacchino.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Xtaqt niċċara punt dwar dak li qal is-Sur Baldacchino.", "Kemm din il-policy, kif ukoll il-policy tal-kmamar tan-nar, fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma tippermetti li jsiru attivitajiet ġo siti Natura 2000; anzi, dan huwa eskluż totalment.", "Mhux talli hekk, talli huma esklużi wkoll mil-level 1 u level 2.", "Jiġifieri, din li ngħidu li b'din il-policy qegħdin napprovaw xi petrol station ġo level 1 jew level 2 jew Natura 2000 site mhuwiex minnu.", "Barra minn hekk, il-policy tagħmilha ċara fejn jistgħu jsiru u fejn ma jistgħux isiru.", "Lanqas fuq ridge ma tista' tagħmel petrol station, aħseb u ara fil-wied!", "MADAM CHAIR: Però, jekk fhimt sew, il-punt tas-Sur Baldacchino kien ir-rispett lejn il-biodiversità u r-riżorsi naturali tagħna, u kif se nħarsu dawn l-attributes naturali li għandna fil-kampanja u fl-irħula tagħna kull fejn jista' jkollna żviluppi ta' din ix-xorta.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, hemm l-istandards li huma stabbiliti taħt il-Malta Resources Authority (MRA).", "L-MRA tagħmel standards mhux biss ta' kif għandha tkun il-petrol station, imma x'tip ta' recovery systems għandu jkun hemm, kif għandhom jinħażnu l-affarijiet, u anke kif għandu jsir it-trasportazzjoni tal-iskart, u dan tal-aħħar huwa regolat mill-MEPA.", "MADAM CHAIR: U meta dan ma jsirx, min huwa inkarigat biex jinforza?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-MRA hija responsabbli li tinforza l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' operation.", "Barra minn hekk, ikun hemm bżonn ukoll ta' operational permit mill-MEPA, fejn allura hemm kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa.", "MADAM CHAIR: Naturalment, biex jiġu mġedda l-permessi, eċċ. Is-Sur Mallia.", "IL-PERIT FRANS MALLIA: Is-Sur Baldacchino qal li l-biodiversità did not feature fil-policy.", "L-ewwel nett, nixtieq niċċara li n-nies li kienu involuti fit-tfassil tal-policy ma kenux biss in-nies li kienu fuq il-Kumitat, imma kien hemm nies oħra, li kienu jinkludu nies mid-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Ambjent, u li abbażi tagħhom inbidlet il-policy.", "Pereżempju, section 4.3, waħda mill-kriterji li tissemma għar-rilokazzjoni ta' petrol station hija … Fil-policy hemm kriterji iebsin ħafna, u fil-fatt qed jingħad li min qed ifittex sit għal petrol station ma jistax imur għal dawn l-areas:", "Hawhekk qed naraw biċ-ċar li siti li għandhom karatteristiċi jew habitats ambjentali ġew factored speċifikament fil-policy.", "Dwar il-landscaping, hemm sezzjoni 8 li titkellem dwar \"Other General Design Considerations\", u f'sub-section 8.6 hemm riferenza ċara għal-landscaping u jingħad ukoll x'tip ta' siġar wieħed irid juża biex, apparti li jsebbaħ iktar, ikunu ta' tali speċi li, jekk allaħares qatt jiġri inċident, is-siġar ma jaqbdux.", "Barra minn hekk, section 9 \"Safety in use\" titkellem dwar konsultazzjoni li trid issir mad-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Ambjent.", "Jiġifieri, altru milli hemm ikkontemplat biex wieħed ma jintervjeniex bla bżonn fuq areas, speċjalment l-iktar li huma sensittivi.", "Nenfasizza wkoll f'section 4.5(b) hemm imsemmija l-areas li huma precluded u li, at the point of departure, wieħed lanqas jista' jħares lejhom għal dan it-tip ta' żvilupp.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Ma jidhirx li hawn, u għalhekk ngħaddu għat-tieni item li għandna fuq l-aġenda.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TALBA LI SARET MILL-GĦAQDA \"FLIMKIEN GĦAL AMBJENT AĦJAR\" DWAR IL-KWESTJONI TAL-BINI TA' CEMENT SILO, U LI TINKLUDI RAPPORT IMĦEJJI MINN DR. JULIAN MAMO MD, PhD U DR. JOHN PAUL CAUCHI MD, MSC, INTITOLAT \"REPORT ON A CEMENT SILO DEVELOPMENT – A PUBLIC HEALTH PERSPECTIVE\", U RAPPORT IMĦEJJI MINN DR. RAMIRO CALÌ-CORLEO MD, MSC, INTITOLAT \"HEALTH IMPACT REVIEW ON THE PROPOSED CEMENT SILO AT THE KORDIN TERMINAL\"", "MADAM CHAIR: Nistieden lil dawk min-naħa tal-pubbliku li jixtiequ jagħmlu l-intervent tagħhom fuq din il-materja sabiex jersqu madwar il-Mejda.", "ASTRID VELLA (Flimkien għal Ambjent Aħjar): Naħseb li kull min huwa hawn huwa familjari ma' dan il-każ fejn ingħata l-go-ahead – ma nistax ngħid 'permess' għax permess ma kienx hemm, u lanqas kien hemm talba.", "Dan huwa grain silo li nbena u ġie komplut fil-Port il-Kbir mingħajr qatt ma kien hemm talba għal permess.", "L-inkwiet kbir tagħna huwa li dan inbena biss 5.6 metri 'l bogħod mill-grain silo – u quddiemkom għandkom żewġ rapporti magħmula mit-tobba li eżaminaw il-każ – u l-espert tal-istess żviluppaturi ammetta li ma jistax ikun hemm garanzija li ma jkunx hemm tniġġiż tal-qamħ mis-siment.", "Ma tistax tingħata garanzija.", "It-tobba, Dr. Julian Mamo u l-kollega tiegħu, enfasizzaw ħafna li kull ma hemm bżonn huwa trace contamination.", "JOSEPH M. SAMMUT: Sinjura President, safejn naf jien, dwar dan ħareġ permess mill-MEPA, u aħna m'aħniex qorti biex niġġudikaw.", "Jiġifieri jien ma nistax nifhem ir-rilevanza li aħna niddiskutu permessi: hemm il-qrati, isir appell quddiem il-qrati skont il-proċess stabbilit mil-liġi, u nimxu minn hemmhekk.", "Ma nistax nifhem aħna ...", "MADAM CHAIR: Onor. Sammut, dan huwa Kumitat għall-Ambjent u l-Iżvilupp tal-Ippjanar.", "Din hija kwestjoni ambjentali u ta' saħħa, u allura dan il-Kumitat għandu jisma' lil min huwa kkonċernat fuq is-saħħa u fuq l-impatt ambjentali, u anke lil min jirregola żvilupp ta' dan it-tip f'pajjiżna.", "JOSEPH M. SAMMUT: Mela, għal kull boun fini irrid nivverbalizza li hemm permess, huwa ġġudikat, u aħna hawnhekk m'aħniex qorti.", "Naqbel miegħek, u nifhem u napprezza li nistgħu hawnhekk nirraġunaw; però, meta jkun fl-istadju fejn ikun għadu ma ġiex approvat.", "Ladarba jkun approvat, il-proċedura hija l-Qorti.", "Hawnhekk aħna qegħdin nidħlu f'parametri fejn awtorità tat permess.", "Il-liġi speċifikament tgħid fejn wieħed irid imur f'każijiet bħal dawn.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak tal-intervent tiegħek, però jien nixtieq li aħna nisimgħu x'inhuma l-kwestjonijiet li qegħdin jinkwetaw lil dawk l-għaqdiet mhux governattivi li l-interess tagħhom huwa s-saħħa tal-pubbliku.", "Jien naħseb li, jekk hemm bżonn, dan il-Kumitat jintervjeni u jagħmel il-parti tiegħu, imbagħad dak jiżdied ma' dak li qed isir fil-Qorti.", "Nirringrazzjak.", "Tista' tkompli.", "ASTRID VELLA: Se naqra biċċa żgħira biss mir-rapport, li tgħid hekk:", "Dan il-grain silo huwa s-silo li jforni 70% tal-qamħ li jintuża biex isir il-ħobż f'Malta u Għawdex.", "Fir-rapport hawn spjegat saħansitra d-direzzjoni tar-riħ, kif ir-riħ jista' jtajjar dawn il-frak tas-siment direttament għal ġol-conveyer belt tal-qamħ.", "Dan ovvjament huwa l-ikbar inkwiet għas-saħħa tagħna, speċjalment tat-tfal u x-xjuħ.", "It-tieni ħaġa hija li hemm implikazzjonijiet oħrajn.", "Pereżempju, hemm talba li l-ħobża Maltija tkun rikonoxxuta bħala prodott Malti, li hija xi ħaġa li naħseb li kulħadd jixtieq u li għandna nkunu kburin biha.", "Kif nistgħu nippretendu li din it-talba tiġi milqugħa jekk jiġu jagħmlu spezzjoni u jaraw din is-sitwazzjoni?", "Aħna niftaħru bil-port tagħna li huwa ġojjell tad-dinja, fejn jidħlu daqshekk vapuri tat-turisti, u minflok jaraw silo tas-siment!", "Dawn huma kollha implikazzjonijiet, u nħossu li dan qatt ma suppost tħalla jibda jopera hemmhekk, għalkemm kien diġà mibni, allavolja mingħajr permess.", "Ir-raġuni li tħalla jopera mingħajr permess hija magħrufa; imma għaliex ma tteħdux passi?", "Fejn hija l-accountability ta' min iffirma ittra informali li tat il-go-ahead għal dan is-silo biex jinbena?", "Naħseb li għedt biżżejjed.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Nistieden issa lir-rappreżentanti tal-MEPA sabiex jispjegaw ftit x'inhi s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għar-rigward l-issues li qajjmet is-Sinj.", "Vella, ma rridux ninsew li fil-proċess tal-applikazzjoni għall-environmental permit ...", "MADAM CHAIR: Ħalli nibdew minn hawn, dan għandu permess jew le?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għandu permess, liema permess ġie kkunsidrat mill-Bord tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri dan kien sar bla permess, imbagħad ġie regolarizzat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għandu operational permit biex ikun jista' jopera.", "Meta għamilna diskussjoni u konsultazzjoni mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, li hija l-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk hemmx impatt jew le, u wara li sar environmental health assessment, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ta l-go-ahead tiegħu biex l-impjant ikun jista' jopera.", "Kien wara li sar dan il-proċess li l-Awtorità approvat l-operational permit tiegħu.", "Wieħed ma jistax jippretendi li l-operational aspects ta' grain terminal, li m'humiex up to the standards tal-lum, iwaqqaf il-proċess ta' the best available technology li għandna għar-rigward ta' dan is-cement silo.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-grain terminal mhuwiex up to standard, u l-MEPA taf.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhijiex il-kompetenza tal-MEPA biex tidħol fl-environmental health issues; għal dak hemm l-awtorità kompetenti.", "MADAM CHAIR: Li hija l-Awtorità tas-Saħħa.", "Imma, fil-mod kif inhuwa ppjanat u żviluppat il-grain terminal, nimmaġina li parti mill-istruttura tiegħu għandha tkun tali li tħares li elementi ta' saħħa ma jkunux kompromessi.", "Qed nifhem sew li, fejn jidħol ippjanar u żvilupp, dan għandu kollox skont il-liġi?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għaliex huwa impjant antik.", "Ma ninsewx li l-grain terminal ilu mwaqqaf żmien ilu, u minn dak iż-żmien sal-lum ...", "MADAM CHAIR: Imma allura grain terminal li qiegħed iforni tliet kwarti ta' Malta bil-ħobż, m'hemmx mod kif nippruvaw inġibuh in line ma' dak li jitolbu r-regolamenti li jħarsu s-saħħa tan-nies?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhijiex il-kompetenza tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: Ir-risposta hija understandable, imma issa nappella lilek, Segretarju Parlamentari, ħalli ssolvielna l-problemi.", "MICHAEL FALZON: Jien noqgħod kwiet kemm jista' jkun!", "Il-punt li qed jipprova jagħmel is-CEO – u anke jien, ovvjament, bħala l-persuna politikament responsabbli mill-MEPA – huwa li l-permess qiegħed hemm, u l-MEPA mxiet mal-kundizzjonijiet li setgħu ġew indikati minn dak li huwa environmental health.", "Naħseb li qed jipprova jgħid is-CEO huwa li l-MEPA m'għandhiex il-kompitu li tidħol fl-operat tal-grain terminal.", "M'iniex qed ngħid li hu tajjeb jew ħażin, qed ngħid stat ta' fatt.", "MADAM CHAIR: Jien qed nifhmek; però issa qed niffaċċjaw problema fejn għandna grain terminal antik li forsi ma aġġornax ruħu fis-servizzi li qed jagħmel, u allura jista' jkun kompromess fejn jidħlu punti ta' saħħa; ma' ġenbu għandu cement silo li huwa skont il-liġi, imma ħdejn xulxin jistgħu jikkompromettu s-saħħa tal-poplu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, mhuwiex biss skont il-liġi, imma huwa the best available technology li teżisti, jiġifieri ma tistax tmur iżjed minn hekk.", "MADAM CHAIR: Fhimtek, imma jibqa' l-fatt li hemm grain terminal, u dan kien hemm qabel.", "Jiġifieri, l-fatt li dan huwa qrib ma ġietx ikkunsidrata meta ngħata l-permess?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ġie kkunsidrat fl-environmental health assessment.", "MADAM CHAIR: U dak ingħata.", "Issa llum il-ġurnata l-problema li qed naffaċċjaw aħna hija li l-grain terminal għandu bżonn jattrezza ruħu biex iħares l-interessi tas-saħħa ta' min qed jagħmel użu mis-servizzi tiegħu.", "Qed ngħid hekk biex inkun naf kif se nistradaw l-azzjoni.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fir-realtà, mhijiex biss l-issue ta' siment; hemm issue ta' droppings tal-ħamiem, hemm issues ta' kif jitgħabba u jinħatt il-materjal.", "Jekk tħares lejn ċerti ritratti ...", "MADAM CHAIR: Tal-materjal jiġifieri tad-dqiq?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament, għax l-impjant tas-siment minn imkien – anke minn spezzjonijiet li għamilna – ma toħroġ traba minnu, għax it is fully enclosed.", "MADAM CHAIR: Allura dawn ir-rapporti li juru inkwiet …", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien m'iniex kompetenti biex nara dawn l-affarijiet; naħseb li l-awtorità kompetenti rathom dawk ir-rapporti.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Minkejja li aħna qegħdin fl-Oppożizzjoni, naħseb li ġaladarba dan il-punt ġie quddiem dan il-Kumitat, ma nistgħux nagħlqu għajnejna.", "Għalhekk, Madam Chair, jien nissuġġerixxi li għandek tikteb lill-persuni responsabbli fil-Ministeru tas-Saħħa sabiex jaraw li l-grain terminal x'qiegħed jissupplixxi, u li mhemmx problemi mil-lat ta' saħħa.", "Naħseb li nkunu qed nonqsu mir-responsabilità tagħna jekk, wara li smajna b'dan il-każ, inħallu kollox għaddej.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak u naqbel miegħek li ma nistgħux inħallu kollox għaddej, minkejja li qiegħda quddiem il-Qorti, kif qal l-Onor.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, bil-permess tal-Kumitat.", "Jien nifhem il-punt li qajjem il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Sammut, u nifhem ukoll lill-uffiċjali tal-MEPA; però, ma nistax nifhem kif id-Dipartiment tas-Saħħa ħalla terminal tal-qamħ jopera b'dan il-mod.", "Minkejja l-affarijiet l-oħra li semmejt li huma ta' żvantaġġ, m'hemmx dubju li s-siment huwa tossiku mill-iktar livell għoli li jeżisti.", "Bħal kwalunkwe ħaġa ġdida, meta jkollok silo tas-siment, fil-bidu kollox jiffunzjona tajjeb, bħalma kien il-grain terminal silo li ffunzjona tajjeb fi-bidu tiegħu, u llum għandu l-iżvilupp tiegħu.", "Ir-riskju li traċċi tas-siment jispiċċaw fil-qamħ 'il quddiem jista' jkun li jkun jeżisti.", "Jien ma nistax nifhem kif dan is-silo tas-cement tħalla jopera u ngħatalu l-permess, u fl-istess ħin is-silo tal-qamħ ma ġiex aġġornat għal dak li huwa meħtieġ.", "Dan ifisser li llum il-ġurnata id-dqiq li qegħdin nieklu aħna, mhux biss huwa kontaminat mis-siment biss, jekk jinqala' l-każ, imma anke minn ħafna affarijiet oħrajn li kollha huma ta' dannu għal saħħitna.", "Din hija l-ewwel darba li attendejt għal dan il-Kumitat, imma nibqa' nsostni li kull wieħed u waħda minnkom tridu taraw quddiemkom l-ambjent ta' saħħa tal-bniedem, għaliex if health fails, everything else fails.", "Dan huwa punt importanti, mhux biss mill-aspett ambjentali, imma wkoll mill-aspett ta' prosperità ekonomika u soċjali ta' pajjiżna.", "L-iktar ħaġa li ma ssemmietx, u li tikkonċentra ruħha fejn jidħlu heavy metals, huma fil-breast milk.", "Hemmhekk hemm fejn nistgħu nagħmlu dannu lit-tfal tagħna, meta mingħalina nkunu qegħdin nagħtu l-ħalib tal-omm għax hija xi ħaġa tajba.", "Il-heavy metals jikkonċentraw ruħhom fil-bniedem, u f'każ ta' mara, 'il quddiem jistgħu jingħataw lit-trabi permezz tal-ħalib tal-omm, u b'hekk inkunu qegħdin naffetwaw fl-infanzja l-imħuħ ta' ġenerazzjonijiet ta' nies futuri.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: L-environmental permit tas-cement silo għandu skadenza?", "TONI BEZZINA: Jiġifieri kull erba' snin se jiġi checked, u allura jrid jara li jżomm ċerti standards, għax wara erba' snin jkun irid jerġa' jiġġeddidlu l-permess.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Hawn aktar kummenti jew mistoqsijiet mill-Membri?", "Ma jidhirx li hawn, u għalhekk nistieden lis-Sinj.", "Vella sabiex tagħmel ir-rimarki tagħha.", "ASTRID VELLA: Madam Chair, li nixtieq inżid huwa li kulħadd jaf li l-grain silo għandu ċerti nuqqasijiet; però l-fatt huwa li, bil-modernizzar kollu li wieħed jista' jagħmel, grain silo ma jistax jiġi magħluq u ssiġillat, imma jrid jibqa' vventilat, u dan minħabba l-periklu ta' combustion.", "Dan huwa fatt tekniku, u allura dejjem se jkun hemm ir-riskju ta' kontaminazzjoni minkejja l-best practice.", "Issa hawn Malta nafu x'implimentazzjoni għandna ta' standards!", "Kif intqal, nibdew bi standards għoljin, imbagħad … Insemmi każ fejn il-Ministru għall-Ambjent Daniż, meta fuq il-BBC staqsewh għaliex ma implimentawx ċerti miżuri, qal li dan sar għaliex dawn il-miżuri jibqgħu dejjem subject to human error u, jekk jibqa' l-iċken riskju li l-istandards ma jiġux irrispettati, mhuwiex lest li jesponi lill-populazzjoni għal dak ir-riskju.", "Issa din id-Danimarka, u aħna nafu li hawn Malta m'għandniex dak is-sens ta' moniteraġġ kif għandhom id-Danimarka.", "Lanqas xejn!", "Issa, hawnhekk kontu qegħdin tgħidu li dan l-impjant huwa \"state of the art\", u li jrid jitjieb huwa l-grain silo.", "M'huwiex possibbli, u qed jammettiha l-konsulent tas-cement silo stess!", "MADAM CHAIR: Allura this is calling into question id-deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa li approva dan l-iżvilupp!", "Jiġifieri hu qed jammetti li l-possibilità hija riskju reali, and he is disclaiming pecuniary damages.", "GODFREY FARRUGIA: Madam Chair, ma nafx jekk huwiex possibbli, imma jien qed nipproponi li din titla' quddiem il-Council for Health skont il-Health Act, u tiġi diskussa hemmhekk.", "MADAM CHAIR: Minn min huwa magħmul dan il-Kunsill, u x'inhuma l-kompetenzi tiegħu?", "GODFREY FARRUGIA: Dan il-kunsill huwa magħmul mill-Ministru responsabbli u min-nies tekniċi, u jista' jsejjaħ quddiemu wkoll persuni speċjalizzati fil-qasam sabiex jagħtu pariri dwar kif is-saħħa tal-bniedem tista' tiġi affettwata, u d-deċiżjoni tagħhom tkun waħda imparzjali u bbażata fuq xjenza u fuq valuri li jħarsu l-interess tal-bniedem, meta jkun hemm sitwazzjonijiet bħal dawn.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Meta ħareġ l-environmental permit, l-Health kienu kkonsultati?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, kienu kkonsultati.", "GODFREY FARRUGIA: Jien ma nafx taħt liema Ministru sar dan, u ma nafx jekk kienx meta kont Ministru jien; però, hemm mod u manjiera kif isir dan.", "Il-mod kif opera l-Ministeru għas-Saħħa biex jagħti permess għal xi ħaġa li mhijiex loġika mill-aspett ta' Direttorat tal-Ambjent, kif naraha jien illum bħala tabib u bħala Membru Parlamentari.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ir-risposta ġiet bħala parti minn continuous consultation mal-Environmental Health Directorate.", "MADAM CHAIR: Il-go-ahead ingħata mill-Environmental Health Directorate.", "Jekk dan kien diġà jeżisti u s-silo ingħata permess ...", "GODFREY FARRUGIA: Imma l-Environmental Health Directorate għandu l-mezzi kif deċiżjoni jista' jeħodha b'ħafna iktar good sense, iktar milli sens komun, u għandu l-għodod kif jista' jasal għalihom.", "U għodda minnhom hija l-Health Council.", "MADAM CHAIR: Imma d-deċiżjoni issa ttieħdet, Onor. Farrugia.", "Aħna, bħala Kumitat, l-iktar li nistgħu nagħmlu, kif diġà ssuġġerixxa l-Onor.", "Callus u ssuġġerejt inti, huwa li nitkbu lill-Environmental Health Directorate u lill-Kunsill tas-Saħħa – for what it's worth, għax issa fatta – biex naraw kif aħna nistgħu nirranġaw din is-sitwazzjoni.", "TONI BEZZINA: Madam Chair, l-argument tiegħi huwa kif qed tgħid inti: jekk hemm xi difett dwar kif jiddeċiedi l-Environmental Health Directorate ...", "MADAM CHAIR: … nitfgħu dawl fuq dak id-difett għax, bħalma r-riżultat ta' dak id-difett huwa dan li qed naraw illum, jista' jerġa' jsir l-istess żball fi ħwejjeġ oħra li għad iridu jiġu approvati iktar 'l quddiem.", "Il-MEPA tkun qed tagħmel xogħolha, l-Environmental Health Directorate forsi mingħalih li jkun qed jagħmel xogħlu, però flimkien jidher li r-riżultat mhuwiex dak li wieħed jixtieq.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, xtaqt ngħid żewġ affarijiet: l-ewwel waħda hija li s-Sinj.", "Vella, f'isem l-għaqda 'Flimkien għal Ambjent Aħjar', kellha kull dritt tappella mid-deċiżjoni li ngħatat għax kienu preżenti hemmhekk u għamlu l-oġġezzjonijiet tagħhom, u t-tieni hija li wieħed irid jara l-attivitajiet li qed isiru llum u li ilhom isiru għal snin twal ġol-Port.", "Bl-attivitajiet li hemm u bil-mod kif qed joperaw, ma jagħmel l-ebda differenza jekk hemmx is-cement silo jew le.", "Mhijiex ġustifikazzjoni u wieħed m'għandux idoqq il-qniepen; imma ma ninsewx li jeżisti cement silo ieħor madwar 500 metru 'l bogħod, hemm ukoll minn fejn jitgħabba l-iscrap kollu li joħroġ, flimkien ma' attivitajiet l-oħrajn li hemm mad-dawra.", "Meta tara dan kollu x'impatt jista' jkollu fuq il-grain terminal, huwa l-grain terminal li jrid jiġi upgraded.", "MADAM CHAIR: U l-grain terminal kien qabilhom kollha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, kien hemm ħafna attivitajiet li kienu hemm qabel, bħal, pereżempju, x-Shipbuilding fejn isir is-sandblasting.", "Dan lanqas huwa 50 metru 'l bogħod mill-grain terminal.", "U l-heavy metals li jkun fih is-sandblasting huma ħafna agħar mis-cement silo!", "Jiġifieri, li hemm bżonn huwa li naraw li jiġi upgraded l-grain terminal.", "MADAM CHAIR: Il-punt tiegħek ħadnih.", "L-Onor.", "MADAM CHAIR: Jien naħseb li d-direzzjoni ta' dan il-Kumitat għandha tkun li tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet tas-Saħħa li jista' jkun hemm kontaminazzjoni serja tad-dqiq li minnu qiegħed jiekol minnu kważi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Aħna nagħmlu dik l-osservazzjoni, u niġbdulhom l-attenzjoni bħala Kumitat li nieħdu r-responsabilità ta' dak li skoprejna u qed niddiskutu illum, imbagħad irid jieħu ħsiebha s-settur tas-Saħħa min-naħa ta' regulation and regularisation, mhux aħna.", "TONI BEZZINA: Kif qed jgħid is-Sur Buttigieg, jidher li hemm kontaminazzjoni minn ħafna sorsi.", "MADAM CHAIR: Iva, kif qed jgħid is-Sur Buttigieg, hemm kontaminazzjoni minn ħafna affarijiet.", "Il-potenzjal ta' dan is-silo, bħala an extra contaminant over and above dak li diġà hemm, jeżisti; imma, jekk dan il-grain terminal għandu bżonn jattrezza ruħu biex jew jikkontrolla l-kontaminazzjoni possibbli li jista' jkun hemm – jew jirriloka ruħu – ma nafx, għax jien m'iniex kompetenti biżżejjed biex nagħti direzzjoni fuq materja bħal din.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR (Chairman, MEPA): Il-problema tal-grain terminal hija li għandu l-conveyer belts li huma miftuħin għall-arja.", "Jiġifieri dak li qalet is-Sinjura Vella, li fis-silo stess irid ikollok il-ventilazzjoni, huwa minnu.", "Il-ventilazzjoni tista' tikkontrollaha, imma l-problema hija li meta jkun qed isir il-loading minn fuq il-vapur għal ġos-silo, il-conveyer belts huma miftuħin għall-arja, għall-elementi kollha, u anke kif semma xi ħadd, għall-ħamiem.", "Jekk is-sistema mhijex se tkun magħluqa, u allura ma tħallix dawn l-affarijiet kollha jidħlu fuq il-qamħ, huwa inutli.", "Is-cement silo huwa a sealed system; is-siment jgħaddi minn ġol-pajpijiet, l-extraction issir minn ġol-vapur through il-pajpijiet.", "Veru li jista' jagħti l-kas li jkun hemm xi siment li joħroġ barra, għax jista' jkollok difetti u ħafna affarijiet oħra ...", "Ir-rapporti jidentifikaw il-mument fejn is-siment jinħatt għal fuq it-trakkijiet.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Meta jinħatt fuq it-trakkijiet ukoll hija through a closed system, u hemm il-parametri u r-rekwiżiti kollha li għandhom bżonn jagħmlu biex ma jkunx hemm siment li joħroġ barra.", "MADAM CHAIR: Il-grain terminal għandu liċenzja perpetwa biex jopera?", "Jew tiġġedded ukoll?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhuwiex regolat minna.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri mhux min-naħa tal-iżvilupp.", "MADAM CHAIR: Mela naħseb li hemmhekk irridu immorru.", "Jekk dan qiegħed jopera b'dawn il-perikli u nuqqas ta' ħsieb, kif nistgħu aħna nġibuh in line ma' dak li titlob is-sitwazzjoni u s-saħħa llum?", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, il-punt jibqa' li, bħala fatt, il-MEPA – u ma jien qed niġġustifika xejn jekk hemm x'niġġustifika, u lanqas nikkundanna jekk hemm x'nikkundanna – mhijiex kwestjoni tagħha.", "MADAM CHAIR: F'dan il-punt hekk jidher.", "Daħlet il-MEPA għax ingħata permess għal silo ieħor li kien jopera bla permess, imbagħad ġie regolarizzat.", "Issa llum smajna x'għandha xi tgħid il-MEPA.", "Jidher li hemm elementi oħra li jistgħu jkunu ħafna iktar tossiċi u gravi, però ma jiġġustifikax li żidna magħhom meta l-grain silo qiegħed hemmhekk.", "Naħseb li l-punt hawnhekk huwa li għandna nagħmlu l-isforzi tagħna biex aħna nġibu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet tas-Saħħa li din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' teżisti jekk aħna rridu nieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu tagħna.", "Hawn aktar kummenti?", "Ma jidhirx li hawn, u għalhekk nirringrazzjakom.", "Aktar 'il quddiem navżawkom meta se ssir laqgħa oħra.", "Il-korrispondenza li se tintbagħat lill-awtoritajiet tas-Saħħa fuq dan ir-rigward nibagħtuhielkom fil-jiem li ġejjin sabiex tagħtuna s-suġġerimenti tagħkom, u aħna nibagħtuha qabel il-laqgħa li jmiss.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fit-7:49 p.m., il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20141027_010d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 27 ta' Ottubru, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:48p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Joseph Sammut, u l-Onor.", "Ryan Callus (sostitut) kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, u l-Onor.", "Godfrey Farrugia, li bil-permess tal-Kumitat ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs u rappreżentanti ta' Gasco Energy Limited.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 9 li saret fid-19 ta' Mejju, 2014 ġew konfermati.", "Il-Kumitat ġie infurmat li aktar kmieni dakinhar stess Madam Chair kienet irċieviet korrispondenza mingħand il-Perit Patrick Camilleri, għan-nom ta' Gasco Energy Limited, rigward il-Fuel Service Stations Policy.", "B'risposta għal din l-ittra, Madam Chair stiednet lill-Perit Camilleri sabiex jattendi l-laqgħa tal-lum fejn kellha tiġi diskussa proprju din il-policy.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT MAĦRUĠ MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY DATAT AWWISSU 2014 INTITOLAT \"PETROL STATIONS POLICY\"", "Il-Perit Vincent Cassar u s-Sur Johann Buttigieg, Chairman u Chief Executive Officer tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, kif ukoll il-Perit Frans Mallia, Assistant Planning Director fl-istess Awtorità, ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat fejn taw spjegazzjoni u rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat dwar id-dokument.", "Fil-Laqgħa ħadu sehem ukoll is-Sur Paul Agius Delicata, Chief Executive Officer ta' Gasco Energy Limited, u s-Sur Alfred E. Baldacchino.", "Fuq suġġeriment ta' Madam Chair, il-Kumitat qabel li l-proposta tas-Sur Agius Delicata tiġi studjata min-naħa tal-MEPA sabiex jiġi kkunsidrat jekk teżistix il-possibilità li tiġi inkluża fil-policy.", "L-Onor.", "Ryan Callus issuġġerixxa li fil-futur, draft policies li jersqu quddiem il-Kumitat għad-diskussjoni jkunu jinkludu l-feedback tal-Bord tal-MEPA għall-kummenti li jkunu saru fl-istadju tal-konsultazzjoni.", "Id-diskussjoni dwar dan id-dokument intemmet.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TALBA LI SARET MILL-GĦAQDA \"FLIMKIEN GĦAL AMBJENT AĦJAR\" DWAR IL-KWESTJONI TAL-BINI TA' CEMENT SILO U LI TINKLUDI RAPPORT IMĦEJJI MINN DR. JULIAN MAMO MD, PH.D U DR. JOHN PAUL CAUCHI MD, MSC INTITOLAT \"REPORT ON A CEMENT SILO DEVELOPMENT – A PUBLIC HEALTH PERSPECTIVE\" U RAPPORT IMĦEJJI MINN DR. RAMIRO CALI-CORLEO MD MSC INTITOLAT \"HEALTH IMPACT REVIEW ON THE PROPOSED CEMENT SILO AT THE KORDIN TERMINAL\"", "Is-Sinjura Astrid Vella mill-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar ġiet mistiedna tagħmel preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "L-Onor.", "Joseph Sammut qajjem il-punt li ladarba permess ikun approvat mill-MEPA, il-proċedura għall-appell minnu hija li wieħed imur il-Qorti mhux quddiem il-Kumitat.", "Madam Chair qalet li peress li din kienet issue ambjentali hija xtaqet li l-Kumitat jisma' x'kellhom xi jgħidu dawk kollha interessati.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia ssuġġerixxa li l-materja dwar il-possibilment kontaminazzjoni tal-qamħ titla' għad-diskussjoni quddiem il-Council for Health, u dan skont dak li tgħid il-Liġi dwar is-Saħħa.", "Fuq suġġeriment ta' Madam Chair, il-Kumitat qabel li tinġibed l-attenzjoni tal-awtortajiet tas-saħħa għal dak li ntqal fil-laqgħa, u ċjoè li jista' jkun hemm kontimaninazzjoni serja tad-dqiq li minnu qiegħed jiekol kważi l-poplu Malti u Għawdxi kollu u li s-sitwazzjoni riedet tiġi rimedjata.", "Madam Chair aġġornat il-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20141027_010m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 04 ta' Novembru, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 04 ta' Novembru, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Child Protection Act (Out of Home Care) 2014 – Preżentazzjoni mis-Sur Alexander Tortell, Operations Director for AWAS.", "Aġġornament miċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fuq laqgħa mal-UN subcomittee on the Prevention of Torture.", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141104_029a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 4 ta' Novembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 29", "It-Tlieta, 4 ta' Novembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 22 li saret nhar it-Tlieta 25 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Irċivejna din il-korrispondenza;", "Email datata 28 ta' Ottubru, 2014 mingħand il-United Nations High Commissioner for Refugees (Malta Office) fejn qed tintalab li ssir laqgħa mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "CHILD PROTECTION ACT (OUT OF HOME cARE) 2014 – pREŻENTAZZJONI MIS-SUR ALEXANDER TORTELL, OPERATIONS DIRECTOR FOR AWAS", "THE CHAIRPERSON: Is-suġġett tagħna llum huwa ċ-Child Protection Act - Out of Homecare 2014, fejn se tingħatalna preżentazzjoni mis-Sur Alexander Tortell, Operation Director tal-AWAS.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil kulħadd talli qegħdin hawnhekk.", "Napprezzaw ħafna l-fatt li ridtu tkellmu lil dan il-Kumitat ħalli taġġornawna ftit fuq dawn l-affarijiet u għalhekk se nagħti mill-ewwel il-kelma lilek Sur Tortell.", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL (Operations Director AWAS): Sinjura President, nirringrazzja lil dan il-Kumitat talli lqajtu l-istedina tagħna.", "Ir-raġuni li għaliha xtaqna niltaqgħu mal-Kumitat kienet li billi dan l-Abbozz ta' Liġi, fost affarijiet oħra, jitkellem fuq is-servizzi lill-minuri mhux akkumpanjati, aħna deherilna li jista' jkun utli li nespandu ftit fuq il-kuntest tal-minuri mhux akkumpanjati u li jkollkom ukoll il-veduti tagħna fuq din il-leġiżlazzjoni.", "Aħna aġenzija pubblika fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u rregolati mis-subidsiary legislation 217.11.", "Fost affarijiet oħra dan l-avviż legali jgħid li fil-funzjoni tagħna, aħna noffru servizzi partikolari lill-kategoriji ta' persuni identifikati bħala vulnerabbli.", "U l-minuri mhux akkumpanjati jaqgħu proprju taħt il-policy kurrenti tal-persuni vulnerabbli.", "Minuri mhux akkumpanjat huwa persuna taħt it-18-il sena, li wasal waħdu hawnhekk u li jittieħed fil-kura sakemm jittieħed fil-kura ta' persuna adulta u responsabbli għalih bil-liġi jew bil-custom.", "Din hija d-definizzjoni fl-Att dwar ir-Refuġjati.", "Hawnhekk għandkom ftit statistika li kif qed taraw, fl-2013 ir-realtà tal-minuri mhux akkumpanjati kienet waħda sinifikanti mmens.", "Fil-fatt kien hemm 567 persuna li ġew riferuti lilna u li dawn jammontaw għal ftit iktar minn 25% tal-wasliet tal-immigranti kollha f'Malta!", "Dan kien numru għoli ħafna u li ħoloq pressjoni kbira fuq is-servizzi tagħna.", "Din is-sena, minkejja li n-numru totali ta' wasliet kien inqas, kellna wkoll numru mhux ħażin ta' referrals ta' persuni li qed jgħidu li huma minuri mhux akkumpanjati.", "U minn dawn ħarġu 74 care order.", "Din hija l-proċedura li hemm fis-seħħ dwar il-minuri mhux akkumpanjati.", "Sas-sajf il-pulizija tal-immigrazzjoni kienet tirriferilna dawk il-persuni li jgħidu li huma minuri u aħna konna nagħmlulhom stħarriġ tal-età permezz ta' proċeduri partikolari.", "Waqt li jkunu qed jagħmlu dawn il-proċeduri jkunu għadhom fiċ-ċentri magħluqa jistennew il-clearance mediku.", "Ladarba kien jiġi stabbilit li persuna hija taħt it-18-il sena konna nirrakkomandaw lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali sabiex jinħareġ care order u l-persuna tintbagħat ġo open centre partikolari għaż-żgħażagħ.", "Minn dan is-sajf li għadda bdejna npoġġu fis-seħħ il-policy li t-tfal mhux akkumpanjati u familji bi tfal akkumpanjati ma jitqiegħdux f'detenzjoni.", "Dan hu l-proċess li bħalissa qegħdin naħdmu bih.", "X'servizzi noffru lil minuri mhux akkumpanjati?", "Aħna noffru servizz ta' assessjar u ta' stħarriġ tal-età.", "L-għaqdiet mhux governattivi ftit xhur ilu qalu li dan il-proċess tjieb ħafna fil-kwalità u fiż-żmien.", "Fil-fatt qabel kien idum iktar.", "Naħseb li hija xi ħaġa interessanti u tajba għalina u għal dan is-servizz li għandna konferma indipendenti, u ċioè mill-NGOs, fejn dawn qed jgħidu li dan il-proċess tjieb ħafna.", "Rigward ir-reġim tal-care orders aħna niltaqgħu regolarment maċ-Child and Young Person Advisory Board dwar kull care order li jkun hemm.", "U kull care order, wara li jiġi ffirmat u l-persuna tittieħed taħt care order, ikun hemm care plans apposta bħalma għandha kwalunkwe persuna oħra taħt care order.", "Ovvjament il-bżonnijiet huma differenti ħafna u anke l-volum għax f'ġurnata waħda kapaċi joħorġu mat-30 care order!", "Il-care order f'dan is-sens huwa ftit differenti mill-care orders l-oħra.", "Fiċ-ċentri miftuħa nagħtu - dak li l-liġi l-ġdida tgħid - phsyco-social care.", "Iċ-ċentri miftuħa għal tfal minuri mhux akkumpanjati għandhom iktar dimensjoni ta' kura psiko-soċjali.", "Sentejn ilu nidejna wkoll servizz ġdid li huwa l-Care Team, li huwa magħmul minn social workers u community workers, fejn l-iskop tiegħu hu li joffri din il-kura psiko-soċjali.", "F'dawn il-ġimgħat bdiet ir-regolazzjoni mid-Dipartiment tas-Social Welfare and Standards fuq id-djar tal-minuri mhux akkumpanjati.", "Aħna ovvjament immexxu wkoll l-open centres għall-adulti.", "Il-liġi tal-care orders li għada fis-seħħ - waħda mil-leġiżlazzjoni sussidjarja - timponi fuq id-Dipartiment li jkun hu bħala regolatur tad-djar tat-tfal.", "U anke aħna, f'dan is-sens, noffru s-servizz tad-djar tat-tfal li huma minuri mhux akkumpanjati.", "X'inhuma l-isfidi l-iktar importanti?", "Dawn li qed taraw imniżżlin hawnhekk, għalkemm mhumiex f'ordni ta' importanza huma l-isfidi prinċipali.", "Għandek il-missing minors, fejn qegħdin nakkomodaw tfal li forsi l-ħsieb tagħhom ma kienx oriġinarjament li jiġu Malta, li għandhom il-familji tagħhom fl-Ewropa u li qed jipprovaw jagħmlu minn kollox biex jingħaqdu magħhom.", "Kemm jista' jkun, l-iskop tagħna hu li kull tifel u tifla taħt care order, li qiegħed fil-kura tagħna, jidħol fl-edukazzjoni.", "Dan ovvjament huwa obbligatorju skont il-liġi tagħna.", "Issa dan mhuwiex faċli għax jista' jkollok tifel jew tifla ta' 14 jew 15-il sena li qatt ma marru skola.", "F'dak il-każ ma tistax tpoġġihom fil-Form 4 jew Form 5 ma' tfal oħra.", "B'hekk ikollok ssib a tailor made solution għalihom.", "Flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Ministeru għall-Edukazzjoni bdejna an induction programme għal minuri taħt care order, ħalli niffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' din it-tailor made solution fil-care plan tat-tifel jew tat-tifla.", "THE CHAIRPERSON: Allura s'issa x'qiegħed jingħata?", "Inti għedtilna li qiegħda tiġi fformolata a tailor made solution imma s'issa x'ingħata?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: S'issa lil dawn it-tfal inpoġġuhom fil-klassi ma' tfal tal-età tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Minkejja li ma jkunu qegħdin jifhmu xejn?!", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Imbagħad ikollhom għajnuna fiċ-ċentru tal-lingwa, fejn għandna appoġġ minn peripatetic teacher, li jagħmel speċi ta' follow up fuq dak li jkunu qed jitgħallmu fl-iskola.", "Evidentament dan mhux biżżejjed!", "Kif qed tgħid inti, mhux bilfors li jkunu qed jifhmu imma dawn imorru għal ftit lezzjonijiet u mbagħad flimkien mal-heads tal-iskola naraw safejn jistgħu jaslu.", "L-importanti hu li jidħlu fis-sistema.", "Irridu ngħidu wkoll li għandna stejjer ta' suċċess bħal pereżempju tfal li rnexxilhom imorru l-MCAST u anke l-Università.", "THE CHAIRPERSON: Skużani li qed ninterrompik imma nkun irrid nagħmilhom dawn il-mistoqsijiet.", "Hemm xi ħadd li qed jagħmel moniteraġġ ta' dawn it-tfal li qed imorru fl-iskejjel fi klassijiet tal-etajiet tagħhom?", "X'qed joħroġ minnu?", "Qiegħda tirnexxi din il-biċċa xogħol?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Dak isir mill-Advisory Board, fejn jitlob ir-rapporti min-naħa tagħna biex jara l-care plan f'dak li għandu x'jaqsam mal-edukazzjoni.", "U jara jekk kienx ta' suċċess jew le u jindikalna x'għandna nagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Fuq bażi individwali?", "THE CHAIRPERSON: Imma b'mod ġenerali kemm hija ta' suċċess din it-tip ta' edukazzjoni li qed nagħtuhom?", "U hemm xi ħadd li qed jissorvelja?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Le, aħna deherilna li din mhijiex ta' suċċess biżżejjed.", "U kien għalhekk li dħalna għal din il-kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Aġenzija Żgħażagħ ħalli ngħollu ċ-ċansijiet ta' suċċess.", "In-numru ta' tfal taħt is-16-il sena dejjem huwa ħafna inqas minn dawk li huma ikbar.", "Iktar ikollna tfal 'il fuq minn 16-il sena.", "Aħna nemmnu li l-iktar ħaġa li nistgħu nagħtuhom għal dak iż-żmien li jkunu Malta hija l-edukazzjoni u allura nipprovaw kemm jista' jkun negħlbu dawn il-limitazzjonijiet kbar ħafna ta' lingwa u ta' kultura.", "Essenzjalment irridu nżommuhom milli jipprovaw jaħdmu għax dawn ikunu jridu jaħdmu biex jibagħtu l-flus lura d-dar tagħhom.", "Allura s-sixteen plus huwa l-intervent li nagħmlu.", "Pereżempju dan l-aħħar kellna numru ta' tfal li sabu x-xogħol u flimkien mal-awtoritajiet kompetenti rajna li dawn ma kienux qegħdin jiġu sfruttati, li mhux qed jaqgħu fil-prekarjat u li l-health and safety regulations fil-konfront tagħhom qegħdin jiġu rispettati.", "Fuq iċ-challanging behaviour irridu ngħidu li aħna qegħdin nakkomodaw tfal li jkunu ġejjin minn żoni ta' gwerra u li jkunu raw affarijiet li t-tfal qatt m'għandhom jaraw.", "Dan jista' jirrifletti ruħu f'imġieba diffiċli fuq residenti oħra u fuq l-istaff.", "Fil-fehma tagħna u anke tal-Advisory Board tifel jew tifla b'din l-imġieba diffiċli u li qiegħda taħt care order, l-unika soluzzjoni għalihom mhijiex biss is-sistema kriminali.", "Eventwalment, jekk ikun hemm bżonn, dik tkun waħda mill-outcomes imma aħna nipprovaw li kemm jista' jkun nevitawha.", "Dwar l-issue tal-guardianship se nitkellem fuqha iktar 'il quddiem imma dan hu min qed jirrapreżenta l-interessi tat-tfal.", "Din hija area fejn din il-liġi l-ġdida għamlet pass 'il quddiem u għalhekk irrid nidħol fiha ftit aktar fid-dettall.", "Flimkien ma' ħafna stakeholders qegħdin naħdmu wkoll fuq il-family chasing fejn jekk hemm xi ħadd li għandu l-familja tiegħu qiegħda Franza, aħna rridu noqogħdu attenti li jekk se ssir l-unifikazzjoni tal-familja, ma nkunux qegħdin nidħlu f'xi forma ta' traffikar ta' tfal.", "B'hekk kemm jista' ikun irridu naċċertaw - permezz tal-għajnuna tal-International Organisation for Migration (IOM) li għandha uffiċċji kważi fil-pajjiżi kollha rilevanti għalina - li jekk isir eżerċizzju ta' riunifikazzjoni tal-familja, din tkun verament il-familja tagħhom.", "Ovvjament huwa importanti li t-tfal, jekk hu possibbli, ma jibqgħux taħt il-care order f'Malta imma nagħqduhom flimkien mal-familja tagħhom.", "Hemm l-issue wkoll tad-detention tat-tfal u tal-minuri akkumpanjati u mhux akkumpanjati li din is-sena naħseb li ġiet riżolta permezz ta' policy ġdida u b'hekk dawn ma jiġux detenuti.", "Ngħaddu issa għall-qalba tal-preżentazzjoni tagħna.", "Aħna naqblu li l-liġi preżenti tal-care orders ġiet overtaken minn ċerti events.", "Mingħalija din saret fl-1985 meta l-minuri mhux akkumpanjati u l-flows tal-immigrazzjoni kienu għadhom mhumiex realtà f'pajjiżna.", "Allura aħna naqblu li din għandu jsir reviżjoni tagħha.", "Hemm ħafna aspetti tal-liġi li m'għandhomx x'jaqsmu ma' minuri mhux akkumpanjati imma m'iniex se nidħol fihom.", "Ovvjament din il-liġi trid tkun waħda organika.", "Kif għedt qabel, fl-opinjoni tiegħi, is-saħħa ta' din il-liġi hu proprju fil-fatt li l-minuri huwa l-protagonist fiha.", "Saret konsultazzjoni mat-tfal infushom qabel ma nkitbet il-liġi.", "Il-viżjoni u l-problemi li jiffaċċjaw it-tfal taħt care order, anke dawk immigranti, ġie rifless f'din il-liġi għax dawn it-tfal ġew konsultati.", "Fil-kuntest speċifiku tagħna, naħseb li dan għandu jiġi rifless billi jkun hemm iktar tisħiħ tal-guardianship.", "Dan ikun xi ħadd li jitkellem u li jirrapreżenta l-aħjar interessi tat-tifel jew tat-tifla fil-kuntest tal-ażil fl-interview mal-Kummissarju għar-Refuġjati u fl-affarijiet l-oħra kollha.", "Huwa importanti li l-legal guardian ikun jirrapreżenta lit-tfal f'kollox.", "Naħseb li dak huwa pass importanti 'l quddiem u li tajjeb li nappoġġawh.", "Fl-opinjoni tiegħi l-liġi qiegħda tagħmel tentattiv sabiex tagħmel mainstreaming l-issue tal-minuri mhux akkumpanjati.", "Personalment naqbel ħafna mal-mainstreaming u din taħdem tajjeb ħafna fi kważi kull settur imma naħseb li l-mainstreaming hija iktar linked mal-integrazzjoni, fil-kuntest tagħna.", "Hawnhekk qagħdna ftit fil-kamp tar-reception u mhux tant ta' integrazzjoni.", "Jien inħoss li llum, speċjalment wara l-wasliet tas-sena l-oħra, hawn ħafna aktar awareness, kuxjenza u interess fis-suġġett tal-minuri mhux akkumpanjati.", "Jiena naħseb li kważi kważi din timmerita liġi għaliha, fejn il-proċess kollu jiġi lleġiżlat mill-wasla tagħhom.", "Qisu li l-minuri mhux akkumpanjati daħlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi - li huwa pass ħafna 'l quddiem - mill-Kap 285 imma naħseb li hemm ħafna affarijiet li għadhom mhumiex fil-liġi.", "U allura din il-liġi għandha tinfetaħ ftit iktar ħalli tassorbi dawn l-issues tal-minuri mhux akkumpanjati jew inkella għandu jiġi kkunsidrat li ssir liġi għaliha.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tgħidilna b'mod speċifiku ċerti issues li żgur li mhumiex qegħdin hemmhekk u li allura hemm bżonn li ssir iktar ħidma fuqhom?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Għandek pereżempju l-age assessment.", "Waħda mill-NGOs prinċipali x-xahar li għadda ħarġet rapport.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-Aditus Foundation li fiha hemm NGOs oħra bħall-GRS.", "Aħna nagħmlu l-age assessment imma jonqos qafas legali li jkun all encompassing, li pereżempju jitratta b'mod espliċitu l-appell mill-age assessment.", "Għalkemm ovvjament l-appell mhux aħna nieħdu ħsiebu, imma jiena nara li huwa importanti li l-utenti tas-servizzi tagħna jkollhom id-dritt tal-appell mid-deċiżjonijiet tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi li kieku jkun hemm aktar diskussjoni nkunu nistgħu ndaħħlu fil-liġi l-proċess kollu tal-minuri mhux akkumpanjati, mill-bidu sal-aħħar.", "Naħseb li llum wasal iż-żmien li nibdew nikkonsidrawha din.", "Ejja nqiegħdu din l-idea fuq il-mejda.", "Għandna biżżejjed esperjenza u prattika u għandna wkoll l-esperti meħtieġa.", "Apparti aħna hemm is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.", "L-aħħar punt f'din il-preżentazzjoni hu fuq kif il-liġi titkellem fuq ir-residential assessment centre.", "Fil-parti tal-liġi fejn hemm id-definizzjonijiet m'hemmx id-definizzjoni tar-residential assessment centre.", "U mhuwiex kompletament ċar għalija x'inhi, però anke minn preżentazzjonijiet li attendejt għalihom, qisu kien hemm il-kunċett taċ-children's homes.", "Dan qisu l-mudell Skandinavu taċ-children's home.", "Aħna qisu iktar qegħdin noperaw f'kamp ieħor, mhux tant iċ-children's home li normalment huwa iktar użat għall-vittmi ta' abbużi sesswali imma aħna qegħdin fil-kamp tal-asylum reception.", "U fl-opinjoni tiegħi hemmhekk għandu jibqa'.", "Iċ-children's home għandu jkun ir-reception centre speċifiku għall-minuri taħt care order, regolat mil-liġi, mid-Department of Social Welfare Standards, taħt l-iskrutinji tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-NGOs lokali u internazzjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi l-minuri mhux akkumpanjati għandhom jibqgħu fl-istream tar-reception centres sakemm jasal il-mument li jaqa' l-care order u jkun sar ix-xogħol fil-care plan tagħhom dwar l-integrazzjoni tagħhom.", "Jiġifieri meta t-tifel jew it-tifla jkollhom 17-il sena nibdew ix-xogħol magħhom biex naraw x'se jiġri meta jagħlqu 18-il sena.", "U hawnhekk għandna żewġ xenarji; jew inti l-istatus tiegħek li jingħatalek se jidħol fis-seħħ … Dan għaliex il-minuri mhux akkumpanjati kurrentament huma kollha protetti sa 18-il sena, però malli jagħlqu 18-il sena jew jiskatta l-mekkaniżmu tal-asylum procedure li jkunu għamlu, jew inkella jirriżulta li huma rejected fejn allura f'dak il-każ l-outcomes ikunu totalment differenti.", "Jien ma narax il-bżonn li noħolqu struttura oħra imma għandna nsaħħu l-istruttura preżenti permezz tal-prinċipju l-iktar importanti u ċioè li l-interess tat-tifel jew tat-tifla jkun primarju, billi jkollna guardianship procedure aħjar milli għandna bħalissa.", "Il-minuri mhux akkumpanjati għandhom jibqgħu fl-istream tal-migration reception ħalli mbagħad eventwalment jekk imorru f'open centre, il-culture shock ma tkunx daqshekk kbira għalihom.", "Jekk ikunu ġoċ-children's home aktar protett, iktar iżolat, dawn se jerġgħu jesperjenzaw culture shock meta jagħlqu 18-il sena.", "Naħseb li dan għandu jkun proċess gradwali, li jibda minn reception u open centre għall-adulti, u minn hemmhekk imbagħad min huwa intitolat għall-integrazzjoni jidħol fl-istreams tal-integrazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Allura kemm ilha fis-seħħ din il-liġi, ir-residential assessment centre għadu fejn kien?", "Il-liġi proposta għadha fit-Tieni Qari.", "(Interruzzjonijiet) Mingħalija kienet ippreżentatha Dr Ruth Farrugia ftit tax-xhur ilu.", "Aħna ovvjament qed nagħtu l-feedback tagħna bħala service provider.", "Bejn wieħed u ieħor dik kienet il-preżentazzjoni tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Inti għedtilna li f'Awwissu nbidlet il-policy.", "Kemm ilha li nbidlet din il-policy l-affarijiet baqgħu kif kienu qabel f'dak li għandu x'jaqsam mal-wasla tal-immigranti minuri mhux akkumpanjati?", "Wara li ddaħħlet dik il-policy, li ttrattajniha f'Awwissu, il-minuri mhux akkumpanjati u l-familji bi tfal minuri m'għadhomx jitqiegħdu f'detenzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Mela x'qed jiġri minnhom?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Aħna qed inpoġġuhom fl-open centres.", "Għall-ewwel tlett ijiem, sakemm jitlesta l-age assessment u l-health clearance, ikunu iżolati minn mar-residenti oħra li diġà jkunu medically cleared.", "Imbagħad ladarba l-age assessment u l-medical clearance jkunu forthcoming, min jinstab li huwa verament minuri permezz tal-age assessment, ikompli t-traġġit tiegħu fl-open centres.", "Naturalment l-oħrajn jintbagħtu fil-closed centres.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri minuri li ma jkunx akkumpanjat u li jiġi cleared healthwise jmur ġo open centre mal-kbar?", "Imur f'open centre taż-żgħażagħ.", "L-open centres tal-minuri aħna nsejħulhom open centres ukoll.", "Jekk dak iż-żagħżugħ jinstab li huwa minuri nagħmlu talba biex jinħareġ il-care order.", "U kif joħroġ il-care order imur ġol-open centre li huwa għat-tfal.", "THE CHAIRPERSON: Dan huwa l-istess post li qed tgħid li għandhom ikunu fih jekk ikollhom residential assessment centre?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Aħna diġà qed noperaw residential assessment centre imma taħt isem ieħor.", "Jiġifieri l-istruttura diġà qiegħda hemmhekk.", "Il-fatt li m'hemmx definizzjoni ta' residential assessment centre …", "THE CHAIRPERSON: Imma huwa l-ekwivalenti għal dan l-open centre li qed issemmi?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Probabbli imma mhijiex daqshekk ċara.", "CHRIS FEARNE: Min jieħu ħsieb l-open centre?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Aħna bħala AWAS.", "Din is-sena għamilna intake mhux ħażin u s-sena d-dieħla se jkollna intake akbar.", "Imma ċ-ċentri tal-minuri għandhom coverage round the clock.", "Dawk kienu ċ-ċentri miftuħa li kellhom il-coverage li l-iktar kellu bżonn.", "THE CHAIRPERSON: Il-faċilitajiet li toperaw intom għall-open centres taż-żgħażagħ huwa dak il-post li ġejna nżuru aħna bħala Kumitat?", "Ma niftakarx jekk kontux żortu ċ-ċentri tal-minuri.", "THE CHAIRPERSON: Iva, konna żornihom.", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Attwalment għandna tlieta.", "Naħseb iċ-ċentru li żortu intom huwa dak medium sized u mbagħad għandna żewġt idjar ħafna iżgħar li kienu d-djar li bdejna bihom.", "Imma meta s-sena l-oħra splodew il-flows tal-minuri kellna niftħu faċilità oħra ta' malajr biex nindirizzaw dak in-numru ta' unprecedented minors li daħlu f'pajjiżna fi żmien verament qasir.", "L-isfida l-kbira hija meta jkollok ħafna utenti ġodda within a matter of weeks.", "THE CHAIRPERSON: Kif tindirizzawha din il-problema?", "Nassumi li hemm ċertu numru ta' nies li jaħdmu magħhom u li mbagħad meta jiġu ħafna utenti f'daqqa żżiedu l-istaff.", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Din is-sena kellna nħallu ħafna affarijiet oħra biex nikkonċentraw fuq il-minuri mhux akkumpanjati.", "Iddirezzjonajna r-riżorsi kollha li kien hemm bżonn lejn il-minuri mhux akkumpanjati.", "Ovvjament batew affarijiet oħra, però dak kien il-bżonn urġenti tal-mument!", "Għal diversi xhur, fosthom fix-xhur tas-sajf, tajna ħafna u ħafna importanza lit-tfal.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Kontu qegħdin tgħidulna li din iċ-Child Protection Act għadha qiegħda tinħema.", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Diversi drabi l-awturi tal-liġi u min ħadem fuqha qalu li huwa importanti li issa jkun hemm diskussjoni.", "Minbarra dik id-diskussjoni aħna deherilna wkoll li kellna niġu hawnhekk ħalli nagħtu l-ideat tagħna lill-Parlament.", "THE CHAIRPERSON: L-importanti hu li nkun naf li meta jasal dak iż-żmien, jekk ma tkunux għamiltuha diġà, tkunu lesti li tagħmlu dan l-impenn.", "Jiena dejjem nemmen li meta liġi tiġi msawwra fuq l-esperjenzi ta' nies li jkunu qegħdin jgħixu din is-sitwazzjoni on a daily basis, se jkollok liġi li aktar tista' fattwalment tiġi fis-seħħ mingħajr problemi u li dak li rridu nwettqu fil-fatt jitwettaq.", "Hemm aktar mistoqsijiet?", "CHRIS FEARNE: Għandkom xi esperjenzi ta' tfal li integraw ruħhom fis-soċjetà Maltija?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Iva, għandna tfal li komplew bl-istudji tagħhom.", "At this point, kif kont qed ngħid, li xi ħadd jieħu l-edukazzjoni wara l-perijodu obbligatorju u ma jibdiex jaħdem mill-ewwel wara li jagħlaq is-16, għalina dak huwa suċċess kbir!", "Fil-fatt huwa diffiċli ħafna biex tikkonvinċi lil xi ħadd li jekk irid jgħix fl-Ewropa, l-aħjar ċansijiet għalih huma li jkollu ftit edukazzjoni.", "Imma għandna każijiet ta' persuni li komplew bl-istudji tagħhom.", "Hemm ukoll imbagħad il-minuri li għalqu t-18-il sena, waqa' l-care order tagħhom u baqgħu hawnhekk u daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Jiġifieri, iva hemm stejjer ta' suċċess.", "CHRIS FEARNE: Fostering jeżisti?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Il-fostering u l-adozzjoni mhumiex f'idejna.", "Normalment it-tfal iridu jkunu ħafna iżgħar għall-adozzjoni mit-tfal li għandna aħna.", "It-tfal li nieħdu ħsieb aħna jkollhom 15 u 16-il sena.", "Jien għandi l-impressjoni - però I stand to be corrected u naħseb li iktar jistgħu jirrispondu min-naħa tal-Appoġġ, il-Fostering Unit u l-Adoption Unit - li hemm potenzjal hemmhekk li huwa untapped.", "Imma kif diġà għedt aħna qegħdin fuq in-naħa l-oħra.", "Il-conern tagħna huwa li kemm jista' jkun l-immigranti, jekk ikun hemm interess għal fostering u adoption, min jidħol għaliha jkun osserva l-liġi kollha u mhux ikun fostering informali u llegali ta' tfal fl-open centres.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt fir-rigward tal-adoption hemm aktar hurdles legali milli ħaġa oħra għax irid ikollok il-kunsens tal-ġenituri fost l-oħrajn.", "Erħilu li over eleven ikollok bżonn il-kunsens tal-minuri wkoll imma fir-rigward tal-adoptions se jkollok dan il-hurdle.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Għandek diversi issues legali marbuntin mal- adozzjonijiet filwaqt li fil-fostering għandek issues differenti.", "Għalhekk wieħed irid jagħmel distinzjoni bejniethom.", "Min-naħa tiegħi m'għandix mistoqsijiet x'nagħmel lill-mistednin li għandna quddiemna għax jiena kont il-kelliem ewlieni fuq dan il-qasam u allura kont nikkomunika ta' spiss ma' dawn in-nies.", "Li nista' ngħid hu li wieħed għandu japprezza x-xogħol li jagħmlu.", "Bla dubju ta' xejn wieħed għandu jirringrazzjahom tal-ħidma tagħhom.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna tal-interess li wrejtu biex tiġu hawnhekk u tkellmuna fuq din il-liġi.", "Min-naħa tagħna, meta niltaqgħu ma' nies bħalkom inkunu qegħdin nieħdu l-għajnuna kollha biex anke meta naslu fuq din il-liġi u jsir it-titjib li hemm bżonn fl-istadju tat-Tieni Qari, inkunu nistgħu nagħtu rakkomandazzjonijiet fuq l-istess linji ta' dak li kontu rrakkontajtulna intom stess.", "Ovvjament nirringrazzja lilkom u lil nies bħalkom, li jagħmlu ħafna xogħol ma' dawn l-immigranti irregolari minuri u li jkunu ġejjin minn ħafna problemi.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li semmejtu fil-bidu kienet fuq il-psycho-social care.", "X'tip ta' kura tingħata f'dan ir-rigward?", "Normalment meta nitkellmu mal-Appoġġ u ma' nies li jagħtu din it-tip ta' kura, li tinkludi psikologi, eċċ, insibu problema ta' waiting list u problema ta' dewmien.", "Allura x'tip ta' kura tingħata f'dawn il-każijiet u kemm iddum biex tibda tingħata?", "Xi kultant ngħidu li t-tali persuna għandha bżonn l-għajnuna tal-psikologi imma mbagħad l-ewwel appuntament ikun wisq il-bogħod.", "Allura kif qiegħda tingħata din l-għajnuna?", "SARAH BORDA BONDIN (Service Manager AWAS): Għandna team żgħir ta' social workers u welfare officers li jaraw il-bżonnijiet bażiċi li jkun hemm.", "Però kif qed tgħid inti, meta jkun hemm bżonn ta' counselling jew ta' servizzi ta' psikologu, ikollna nirriferu barra mill-aġenzija għal dak li nsejħulhom il-mainstream services.", "Aħna niġu mgħejjuna wkoll mill-advisory boards.", "Sometimes we look through a reccomandation tas-social worker mal-advisory boards u nkunu nistgħu nqabdu psikologu privat għal numru ta' sessjonijiet limitati u li jkunu speċifikament mogħtija lil minuri akkumpanjat partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Taraw li bil-mainstream services qegħdin taqdu l-bżonnijiet ta' dawn in-nies?", "SARAH BORDA BONDIN: Kif għedt inti, iddur fejn iddur hemm il-waiting lists u aħna nemmnu li m'għandniex niddiskriminaw b'mod pożittiv, fis-sens li jekk hemm waiting list, dawk li jużaw is-servizzi tagħna jaqbżu dik il-waiting list!", "Nemmnu li dik tkun diskriminazzjoni pożittiva li m'għandhiex isseħħ.", "THE CHAIRPERSON: Minflok dawn in-nies jingħataw il-mainstream services taħsbu li jkun aħjar li jkun hemm sistema fejn ikollkom nies aktar speċjalizzati fil-kura ta' dawn in-nies li għandhom ċerti problemi distinti minn tan-nies li jkunu normalment in the mainstream?", "SARAH BORDA BONDIN: Huwa tajjeb li jidħlu fil-mainstream services għax kif qegħdin ngħidu, jekk qed nitkellmu fuq ġuvni ta' 16-il sena, dan ma tistax tibqa' tipproteġih ħafna aktar għax imbagħad meta jagħlaq it-18-il sena se jieħu xokk għax kull fejn imur dejjem se jidħol fil-mainstream services.", "Però tajjeb ukoll li jkun hemm kura bażika mogħtija internament.", "Tkellimtu ħafna fuq il-fatt li jkun hemm a cultural shock just before 18 and right after 18.", "Qatt kien hemm rakkomandazzjonijiet min-naħa tagħkom biex dawn l-affarijiet isiru gradwalment, u allura jekk inti jkollok ċertu servizz, mhux jinqatalek mill-ewwel biex ma tieħux dak ix-xokk?", "Qatt kien hemm xi rakkomandazzjoni f'dan is-sens?", "IS-SUR ALEXANDER TORTELL: Fil-care plan - meta l-persuna tkun se tagħlaq it-18-il sena - jittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li din il-persuna rridu nippreparawha kemm nistgħu.", "Ovvjament inti ma tistax tippreparaha kompletament però tista' tagħmililha daqsxejn iktar faċli għaliha li dik il-kura aktar intensiva li kien hemm qabel it-18-il sena, issa se tispiċċa u se tmur x'imkien ieħor.", "Flimkien mal-advisory board, aħna nippreparaw iż-żgħażagħ għal dak il-mument, li ovvjament mhuwiex mument faċli għalihom.", "Mill-banda l-oħra, is-service users tagħna huma reżiljenti ħafna.", "Fil-fatt dawn kienu survivors ta' gwerer, survivors tad-deżert tas-Sahara, survivors tal-baħar Mediterran u survivors ta' ħafna tbatija.", "Naħseb jien li għandhom ukoll ir-riżorsi interni u fil-komunitajiet tagħhom biex b'rieda qawwija ħajjithom tkun suċċess!", "Il-culture shock hemm ikun imma mill-banda l-oħra naħseb li hemm ukoll affarijiet li nistgħu nitgħallmu minnhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Issa qabel nagħlaq il-laqgħa tal-lum nixtieq naġġorna lill-Kumitat fuq żewġ laqgħat li jien attendejt għalihom.", "AĠĠORNAMENT MIĊ-CHAIRPERSON DWAR IS-SUB COMMITTEE ON PREVENTION OF TORTURE (SPT) AND THE NATIONAL PREVENTIVE MECHANISM (NPM)", "Min-naħa ta' Malta konna preżenti jiena, l-Onor.", "Dan is-sotto-kumitat ma ġiex hawnhekk biex joqogħdu jippuntaw subagħjhom lejna imma iktar biex jgħinuna.", "Ma kenitx kwestjoni ta' kritika u konfrontazzjoni imma kienet kwestjoni ta' kooperazzjoni biex inkunu nistgħu naħdmu id f'id.", "Għamlu ċertu ammont ta' visits lill-NGOs u lir-rappreżentanti minn entitajiet differenti biex jivverifikaw fuq il-kwestjoni ta' tortura u l-prevenzjoni ta' tortura hawn Malta.", "Dawn kienu attivi ħafna waqt li kienu qegħdin hawnhekk.", "Qalulna wkoll fejn għandna nirranġaw xi ftit u qalulna li xi kultant in-National Preventive Mechanism ta' Malta ma tieħux rwol pro-attiv imma iktar tara x'ikun qed jiġri u tikkummenta.", "Tkellimna fuq l-importanza li nedukaw lill-poplu u li nwessgħu l-iskop, iktar milli nitkellmu ħafna fuq l-immigrazzjoni irregolari.", "Hemm aspetti oħra, fosthom il-ħabsijiet u t-tfal, jiġifieri rridu niftħu aktar dan il-kunċett biex indaħħlu iktar nies.", "Bażikament ma kienx hemm xi affarijiet kbar li kienu pinpointed lilna, però qalulna li se jagħmlu rapport u dan ikun available għall-ministri.", "AĠĠORNAMENT MIĊ-CHAIRPERSON FUQ IL-MEETING OF CHAIRPERSONS OF THE COMMITTEES ON FUNDAMENTAL RIGHTS", "DEBORAH SCHEMBRI: Kien hemm laqgħa oħra, din id-darba taċ-Chairpersons of the Committees on Fundamental Rights u li attendejna għaliha f'Ruma l-Onor.", "Jason Azzopardi u jien.", "Hemmhekk it-tnejn li aħna għamilna l-punti tagħna favur l-issues li nitrattaw l-iktar magħhom f'pajjiżna u wrejna għalfejn huwa importanti li aħna nkunu meqjusin bħala parti mill-Ewropa, mhux biss fejn jaqbel lil ċerti pajjiżi imma dejjem, u allura kemm huwa importanti li meta nitrattaw il-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari nsibu l-għajnuna meħtieġa, li mhijiex biss għajnuna fi flus imma f'diversi metodi oħra.", "Nista' ngħid li kienet laqgħa verament tajba f'ħafna aspetti.", "Minn dakinhar sal-lum reġa' kelli laqgħa oħra fil-Marokk u din id-darba kien hemm preżenti miegħi l-Onor.", "Hawnhekk l-istess il-pożizzjoni ta' Malta tajniha iktar importanza u pprovajna kemm jista' jkun - kemm waqt il-laqgħat u kemm waqt il-breaks u l-ikliet li jkollna – li nsibu aktar għajnuna minn pajjiżi bħalna, qrib tagħna, speċjalment fil-Mediterran, ħalli jkollna aktar koordinazzjoni bejnietna biex forsi fl-aħħar jisimgħuna.", "Naħseb li b'mod ġenerali, meta mmorru għal dawn il-laqgħat, dejjem naqtgħu figura tajba.", "Immur ma' min immur dejjem jidher li leħinna jkun qiegħed jasal għand aktar nies.", "U naħseb li fl-aħħar mill-aħħar dawn huma eżerċizzji tajbin għal Malta.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20141104_029d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 29", "It-Tlieta, 4 ta' Novembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.05 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg ġiet skużata.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 22 li saret nhar it-Tlieta, 25 ta' Marzu 2014 ġew konfermati.", "Dok 025 Email datata 28 ta' Ottubru, 2014 mingħand il-United Nations High Commissioner for Refugees (Malta Office) fejn qed tintalab li ssir laqgħa mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "CHILD PROTECTION ACT (OUT OF HOME cARE) 2014 –pREŻENTAZZJONI MIS-SUR ALEXANDER TORTELL, OPERATIONS DIRECTOR FOR AWAS", "Is-Sur Alexander Tortell, Operations Director for AWAS ippreżenta lill-Kumitat din il-preżentazzjoni;", "Is-Sur Tortell spjega li r-raġuni tal-laqgħa mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet proprju għaliex dan l-abbozz ta' liġi, fost affarijiet oħra, jitkellem fuq is-servizzi lil minuri mhux akkumpanjati.", "U għaldaqstant tkun xi ħaġa tajba li jespandu ftit dwar il-kuntest tal-minuri mhux akkumpanjati u li jagħtu lill-Kumitat il-veduti tagħhom fuq din il-leġiżlazzjoni.", "L-AWAS hija aġenzija pubblika fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u waħda mill-funzjonijiet tagħha hija proprju dik li toffri servizzi partikolari lil kategorija ta' persuni li huma identifikati bħala vulnerabbli.", "U ovvjament il-minuri mhux akkumpanjati jaqgħu taħt din il-kategorija ta' nies.", "Id-definizzjoni ta' minuri mhux akkumpanjati hija għal dawk il-persuni li għadhom taħt it-18-il sena u li jaslu f'pajjiżna waħedhom.", "Dawn il-persuni jittieħdu fil-kura ta' persuna adulta u li hija responsabbli għaliha bil-liġi jew \"by custom\".", "Il-proċedura li hemm fis-seħħ dwar il-minuri mhux akkumpanjati hija s-segwenti; sas-sajf li għadda l-pulizija tal-emigrazzjoni kienet tirriferi lill-AWAS dawk il-persuni li jgħidu li huma minuri, u l-AWAS tagħmel stħarriġ tal-età permezz ta' proċeduri partikolari.", "Waqt dawn il-proċeduri l-persuni inkwestjoni jinżammu fiċ-ċentri magħluqa.", "Hekk kif tiġi stabbilita l-età bħala AWAS jirrakkomandaw lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali sabiex jinħareġ care order u l-persuna tintbagħat ġo open centre għaż-żgħażagħ.", "Issa minn dan is-sajf inbdiet policy oħra fejn it-tfal mhux akkumpanjati u familji bi tfal akkumpanjati ma jitqiegħdux aktar f'detenzjoni.", "L-aktar sfidi importanti f'dan il-qasam huma s-segwenti;", "Minuri mitlufa; l-AWAS qegħdin jakkomodaw tfal li l-ħsieb tagħhom ma kienx dak li jiġu Malta u li dawn għandhom il-familji tagħhom x'imkien ieħor fl-Ewropa.", "U għalhekk isir minn kollox biex dawn jingħaqdu mal-familji rispettivi tagħhom.", "Edukazzjoni/Xogħol legali; li tingħata edukazzjoni lil dawk it-tfal li għadhom taħt is-16-il sena.", "U dawk li qegħdin jaħdmu jsiru l-ispezzjonijiet biex jiġi aċċertat li qegħdin f'xogħol legali.", "Challenging behaviour; l-AWAS qegħdin jakkomodaw tfal li ġejjin minn żoni ta' gwerer u li allura raw affarijiet li bħala tfal qatt ma messhom raw.", "Dan jista' jirrifletti ruħu f'imġieba diffiċli kemm mar-residenti l-oħra kif ukoll mal-Maltin.", "Guardianship; hawnhekk tidħol l-issue ta' min se jkun qiegħed jirrapreżenta l-interessi ta' dawn it-tfal mhux akkumpanjati.", "Fil-fatt din il-liġi l-ġdida qiegħda tagħmel pass 'il quddiem f'dan ir-rigward.", "Family tracing; l-AWAS flimkien ma' ħafna stakeholders oħra qiegħda taħdem ħafna fuq din l-isfida.", "Detention; l-issue tad-detentzjoni tat-tfal.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AĠĠORNAMENT MIĊ-CHAIRPERSON DWAR IS-SUB COMMITTEE ON PREVENTION OF TORTURE (SPT) AND THE NATIONAL PREVENTIVE MECHANISM (NPM)", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor.", "Magħha, min-naħa ta' Malta kienu preżenti wkoll l-Onor.", "Il-Membri fi ħdan dan is-sub-committee ma ġewx f'pajjiżna biex joqogħdu jippontaw subgħajhom imma aktar biex jagħtu l-għajnuna tagħhom u allura ma kenitx kwestjoni ta' kritika u konfrontazzjoni imma kienet kwestjoni ta' kooperazzjoni u ta' ħidma flimkien.", "Waqt li kien f'pajjiżna dan is-sub-committee kien attiv ħafna, fejn inġibdet l-attenzjoni fuq fejn irridu nirranġaw u ntqal ukoll li xi kultant, in-National Preventive Mechanism ta' Malta mhux qiegħda tieħu rwol proattiv imma aktar qiegħda tara dak li qed iseħħ u tikkumenta fuqu.", "Imma bażikament ma kienx hemm xi affarijiet kbar li riedu jagħmlu enfażi fuqhom.", "Dawn qalu li se jagħmlu rapport li kien se jkun available għall-Ministri.", "AĠĠORNAMENT MIĊ-CHAIRPERSON FUQ IL-MEETING OF CHAIRPERSONS OF THE COMMITTEES ON FUNDAMENTAL RIGHTS", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali informat lill-Kumitat li kienet attendiet għal laqgħa taċ-Chairpersons għall-Kumitati fuq id-Drittijiet Fundamentali f'Ruma flimkien mal-Onor.", "Kemm l-Onor.", "Azzopardi ressqu l-punti tagħhom favur l-issues li jiġu trattati l-aktar f'pajjiżna u wrew għalfejn huwa importanti li pajjiżna jiġi meqjus bħala parti mill-Ewropa mhux biss fejn jaqbel lil ċerti pajjiżi imma dejjem, u allura kemm huwa importanti li meta nitrattaw il-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari nsibu l-għajnuna meħtieġa.", "Din il-laqgħa kienet waħda tajba fuq ħafna aspetti.", "Iċ-Chairperson kellha wkoll laqgħa oħra flimkien mal-Onor.", "Claudette Buttigieg fil-Marokk, fejn il-pożizzjoni ta' Malta ngħatat aktar importanza biex fl-aħħar leħen Malta jiġi mismugħ.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141104_029m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 23", "Il-Ħamis, 6 ta' Novembru 2014 fin-12.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 6 ta' Novembru 2014 fin-12.30 p.m.fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "3 ta' Novembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141106_023a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 23", "Il-Ħamis, 6 ta' Novembru 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 23", "Il-Ħamis, 6 ta' Novembru 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fin-12.35 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 22, li saret fit-13 ta' Ottubru 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk hux se jkunu fuq l-aġenda jew le, però bħala matters arising għandna biex nagħmlu data għall-Ombudsplan, ħalli nkunu nistgħu nagħmluha.", "MR SPEAKER: Dik daħħaltha.", "CARMELO ABELA: U minħabba l-issue ta' rappreżentant tal-Parlament Malti.", "MR SPEAKER: Dik issa nagħmluha mill-ewwel.", "U, bħala matters arising, kont se nagħmel ukoll id-data tal-Kumitat tal-Privileġġi, imma sibna li dakinhar se nkunu fuq delegazzjoni parlamentari barra minn Malta – se nkun qed immexxiha jien – u allura jkollna nispustjaw id-data għal aktar tard f'Novembru.", "Rigward ix-xogħol tal-Gvern hawn rimarki?", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Ix-xogħol li qed naraw għall-ġimgħat li ġejjin huwa li l-ewwel nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi, Abbozz nru.", "59, tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "MR SPEAKER: Dik tkompli nhar it-Tnejn, hux hekk?", "LOUIS GRECH: Hekk hu.", "Imbagħad hemm Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Counselling, Abbozz nru.", "48, tal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "MR SPEAKER: It-Tnejn nagħlquha tal-Finanzjament?", "LOUIS GRECH: Jekk ma nagħlqux ma' waħda, imbagħad it-Tlieta nkomplu għaddejjin biha.", "Imbagħad inkomplu fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (biex titnaqqas l-Obesità), Abozz nru.", "62, li bdejna l-bieraħ; imbagħad inkomplu għaddejjin bl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati, Abbozz nru.", "56, tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Fis-17 ta' Novembru, se jkollna l-Baġit.", "Għandna wkoll Abbozz ta' Liġi dwar l-identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess, Abbozz nru.", "70, tal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.", "MR SPEAKER: Dik titla' bħala order ta' prijoritajiet.", "Sadanittant, sakemm jiġi l-Onor.", "David Agius, nixtieq forsi nagħti briefing dwar il-kwestjoni tal-Baġit.", "Dawn huma kwestjonijiet li huma standard.", "LOUIS GRECH: Għamilna tibdila għaliex l-Onor.", "Marthese Portelli ma tistax tagħmilha fid-data li konna ppjanajna, u jien biddilt id-data tiegħi mill-1 ta' Diċembru għat-28 ta' Novembru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Onor. Agius, għadna se nibdew, sempliċement għaddejna l-Minuti.", "Kien hemm daqsxejn ta' briefing fuq ix-xogħol tal-Gvern fejn, nhar it-Tnejn, se nkomplu bl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi, u mbagħad, jekk inlestu dan, ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (biex titnaqqas l-Obeżità).", "DAVID AGIUS: Ma naħsibx li nlestuh it-Tlieta.", "Jiġifieri, lanqas it-Tlieta ma nlestuh?", "LOUIS GRECH: Jiġifieri, lanqas l-Erbgħa ma nlestuh ...", "MR SPEAKER: It-Tnejn mhux se nlestuh żgur.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, jekk nitkellmu aħna biss qed ngħid.", "Jekk għandkom kelliema intom ukoll, iktar u ma iktar ma nlestuhx.", "CARMELO ABELA: Apparti l-winding-up, għandna membru li bħalissa huwa in possession.", "Ma nafx kemm fadallu.ħin.", "Imbagħad, ovvjament, għandna l-winding-up li hemm qbil dwaru li jkun ta' siegħa minflok ta' nofs siegħa.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, dik diġà kważi seduta.", "CARMELO ABELA: Għandek siegħa u nofs.", "Iktar milli n-numru ta' kelliema, forsi xtaqt indikazzjoni dwar in-numru ta' sigħat għad-dibattitu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "David Agius qed jgħidilna li baqagħlu numru ta' kelliema.", "Jista' jgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm baqagħlu?", "DAVID AGIUS: Ma staqsejtx l-ammont ta' ħin li għandu kull kelliem; imma, bejn wieħed u ieħor, fadal bejn seba' u tmien kelliema.", "Teħdunix verbatim, għax qed ngħid mill-memorja.", "MR SPEAKER: Tista' tinforma lill-Kumitat jekk it-Tlieta hux se jitla' l-istess abbozz?", "CARMELO ABELA: It-Tnejn u t-Tlieta naraw ftit.", "It-Tnejn żgur aġġornajna għalih hekk.", "Jiddependi wkoll forsi l-eżitu ta' jekk ikunx sar qbil jew le.", "CARMELO ABELA: Jekk hux se jkun hemm talba għal votazzjoni jew le.", "DAVID AGIUS: Aħna favur din il-liġi, jiġifieri l-pożizzjoni hi li l-Grupp Parlamentari ddikjara li huwa favur, jiġifieri li m'hemmx vot.", "Ikun hemm il-vot normali mingħajr division.", "CARMELO ABELA: Mhux se jkun hemm division … Mela, wisq probabbli, it-Tnejn jew it-Tlieta nkomplu bl-istess abbozz u, fil-każ, wara nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Counselling.", "MR SPEAKER: Ħalli nkunu ċari.", "Monday u Tuesday se nkomplu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi.", "DAVID AGIUS: Nixtiequ li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Counselling isir il-ġimgħa ta' wara.", "Dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (biex titnaqqas l-Obesità) m'għandniex problema.", "MR SPEAKER: Mela, Monday u Tuesday nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi, u l-Erbgħa jitla' l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (biex titnaqqas l-Obeżità)", "DAVID AGIUS: Imbagħad, l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Counselling m'għandniex problema li nagħmluha l-ġimgħa ta' wara, fit-18 jew fid-19 ta' Novembru.", "CARMELO ABELA: Jekk l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti ma nlestuhx it-Tlieta, inkompluh l-Erbgħa wkoll.", "Imbagħad, wara nkomplu l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (biex titnaqqas l-Obeżità).", "Mela, jekk fil-każ ma nlestuhx it-Tlieta, inkompluh l-Erbgħa.", "Issa nistgħu ngħaddu għal xogħol ieħor.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Qabel ma nibdew nitkellmu fuq il-Baġit, nixtieq nagħmel dawn is-sottomissjonijiet li jirrigwardaw il-Baġit ta' kull sena; imma, ovvjament, se nitkellem fuq ta' din is-sena dwar l-arranġament tal-media.", "Irrid nagħmel dawn l-osservazzjonijiet biex inkunu qed naqblu fuqhom mill-ewwel dwar l-arranġament tal-media.", "Nifhem li hawn qbil li l-arranġamenti li saru dejjem għall-media in konnessjoni mas-seduti tal-Baġit jiġu applikati wkoll din is-sena.", "Mela nibda biex ngħid hekk:", "- L-ewwel ikun hemm it-trażmissjoni diretta tad-dikjarazzjoni finanzjarja.", "Mela, fis-17 ta' Novembru, jkun hemm tal-media.", "- Imbagħad, ikun hemm l-istess għat-tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni u għar-replika tal-Prim Ministru.", "- Fis-sala tal-Parlament ikun hemm biss il-cameras tal-PBS, u l-istess PBS irid jagħti l-clean feed lil kull stazzjon televiżiv li jkun jixtieq ixandar dawn is-seduti.", "- Li l-PBS jagħti clean feed lil kull service provider li jkun jixtieq ixandar dawn is-seduti online.", "- Li l-Uffiċċju tagħna, jiġifieri tal-Parlament, nagħmlu l-arranġamenti neċessarji, bħalma għamilna s-sena l-oħra, biex waqt it-trażmissjonijiet ikun hemm servizz għall-persuni neqsin mis-smigħ.", "- Li fil-bidu tat-tliet seduti msemmija – il-qari tal-Baġit, it-tweġiba ta-Kap tal-Oppożizzjoni, u r-replika tal-Prim Ministru – fotografi u cameramen jitħallew jidħlu fl-ewwel ftit minuti, kif isir issoltu, jew minn wara s-siġġu tiegħi jew minn quddiem fil-parti tal-iStrangers' Gallery.", "Irrid inkun naf ukoll min-naħa taż-żewġ gruppi, kemm min-naħa tal-Gvern, kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, dwar fejn se jsiru l-Press Conferences.", "Ħalli nibdew fuq l-ewwel waħda: dwar l-arranġament tal-media, naqblu li nużaw l-istess arranġament li mxejna bih preċedentement?", "(Onor. Membri: Iva) Dawn huma l-istandards, imma rrid nerġa' indaħħalhom.", "Irridu naraw qabel ma nibdew ix-xogħol kif se jsir, fejn se jsiru l-Konferenzi Stampi min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni, u rigward il-biljetti biex jidħlu n-nies fis-sala.", "Ovvjament, is-sala tesa' kemm tesa', naqsmuhom bin-nofs, ngħadduhom lill-Whips, imbagħad tieħdu ħsieb intom.", "Hekk se nimxi.", "Tajjeb hekk?", "(Onor. Membri: Iva) Jiġifieri, 80 u 80, jew kemm hemm … (Interruzzjonijiet) S'issa ma talbux ħafna.", "Mela, nibdew b'40; imbagħad, jekk ikun hemm iktar domanda, naqsmuhom bin-nofs.", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk?!", "Naqblu fuq hekk, Onor. Agius?", "Jekk naqbżu l-limitu tagħna, nikkonsultaw lil xulxin.", "Ninforma wkoll lill-Membri li l-Uffiċċju laqa' t-talba sabiex il-kamra tal-kumitati ż-żgħira għandha tinbidel fi Press Room.", "Dan bħalma għamilna l-aħħar darba, li kienet suċċess kbir.", "Huwa tajjeb li jkun hemm il-faċilità ta' Press Room għall-ġurnalisti kollha, għall-membri tal-media biex ikunu jistgħu jsegwu dak li jkun għaddej fil-Kamra waqt is-seduti.", "Ovvjament, ikun hemm il-monitor u jkollhom il-faċilità li għamilna s-sena l-oħra – u nerġgħu nirrepetuha din is-sena – tal-wi-fi, biex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-press rooms rispettivi tagħhom.", "DAVID AGIUS: Din li qegħdin fiha?", "MR SPEAKER: Din waħda minnhom.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, imbagħad din ma tkunx available għal … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Irridu naħdmu hekk.", "Din kienet l-aħjar waħda fejn nistgħu naħdmu.", "Naħseb dawk huma l-punti saljenti li xtaqt nagħmel referenza għalihom qabel ma nibdew niddiskutu kif se naħdmu fil-Baġit.", "Qegħdin naqblu fuq dawn il-punti?", "Tajjeb.", "LOUIS GRECH: Rigward il-voti tal-Ministeri, hawn abbozz ta' programm li għandu kulħadd.", "L-uniku tibdila li kien hemm wara d-diskussjonijiet li saru bejn il-Whips kienet li, fil-każ tal-ministeru tiegħi, minflok issir fl-1 ta' Diċembru, issir ġimgħa qabel għaliex se jkun hemm l-Onor.", "Aħna biddilna dik id-data tiegħi, li kellha ssir fl-1 ta' Diċembru, għat-28 ta' Novembru.", "DAVID AGIUS: Nirringrazzjakom.", "Jiena l-unika problema li fadalli hija rigward il-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa.", "Għandi diffikultà biex nagħmluha fis-27 ta' Novembru.", "Nistgħu nitkellmuha wara l-laqgħa, jiġifieri m'hemmx għalfejn tagħtuni risposta llum.", "LOUIS GRECH: Nissuġġerixxi li titkellmuha wara l-laqgħa.", "DAVID AGIUS: Ma stajtx insib metodu kif insolviha.", "MR SPEAKER: Hawnhekk qed nara li fl-24 u fil-25 ta' Novembru qiegħed vojt.", "LOUIS GRECH: Le, għandek Opposition day u Government day.", "MR SPEAKER: Skużawni, qiegħda isfel.", "DAVID AGIUS: Wieħed mis-suġġerimenti jkun forsi naqilbuha ma' tat-2 ta' Diċembru, fejn hemm tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, jew xi ħaġa oħra.", "MR SPEAKER: Tistgħu tikkonsultaw bejnietkom?", "Mela, qed naqblu fuq din?", "(Onor. Membri: Iva) Mela, nistgħu nimxu.", "Onor. David Agius, l-aħħar darba kellek tikkonsulta dwar rappreżentant ġdid tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew.", "Il-Gvern qed jgħid li qiegħed jinnomina bħala Research Analyst lil Kenneth Curmi biex ikun ir-rappreżentant il-ġdid tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew.", "MR SPEAKER: Kollox sew, hawn qbil.", "LOUIS GRECH: Hawn qbil bejn kulħadd?", "DAVID AGIUS: Ikkonsultajna u mexxejna.", "MR SPEAKER: Mela, Kenneth Curmi huwa l-persuna li se jkun ir-Rappreżentant ġdid tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew.", "Rigward l-Ombudsplan, infakkar li kien hemm bżonn li tinstab data għad-diskussjoni.", "Nixtieq ikolli data issa.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: M'għandix data: però forsi inti tista' tissuġġerixxi waħda.", "Nissuġġeriha issa stess.", "DAVID AGIUS: Kif qegħdin fuq id-dati, ħalli ma nitfixklux, rigward data għall-Kumitat ta' Privileġġi ...", "MR SPEAKER: Se nqajjimha.", "Se jkollna mmissuha għaliex hemm id-delegazzjoni tas-Sawdi.", "Tal-Privileġġi rridu nneħħuha mill-24 jew il-25 ta' Novembru.", "Fis-26, inkunu għadna ma wasalniex minn barra.", "Din se tkun delegazzjoni parlamentari komposta miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq invit tal-Parlament tas-Sawdi u anke tal-awtoritajiet, jiġifieri rridu nsibu data.", "DAVID AGIUS: M'għandniex problema li niltaqgħu waqt iż-żmien tal-Baġit.", "MR SPEAKER: Għalija mhux problema.", "DAVID AGIUS: Jekk nagħmluha għas-27 ta' Novembru, m'hemmx problema min-naħa tagħna.", "Aħjar milli kieku nagħmluha fit-28 għaliex imbagħad ikun hemm id-diskussjoni dwar il-Ministeru għal Għawdex.", "MR SPEAKER: Mhux problema, jekk trid, nistgħu nagħmluha fis-27 ta' Novembru.", "L-Onor.", "David Agius qed jgħid li għalih din tista' issir l-għada.", "LOUIS GRECH: Sur President, intom tkunu ġejtu minn barra?", "MR SPEAKER: Iva, inkunu se naslu filgħaxija.", "Aħna konna għedna li se niltaqgħu dakinhar f'xi l-11.00 a.m..", "Tajjeb għalik, Onor. Deborah Schembri?", "Kollox sew, mela niltaqgħu fis-27 ta' Novembru fil-11.00 a.m. Onor. David Agius, għalik kollox sew?", "DAVID AGIUS: M'għandux ikun hemm problema.", "MR SPEAKER: Mela, nifhem li kollox sew.", "Issa niġu għad-data tal-Ombudsplan.", "Jekk nagħmluha t-Tlieta, it-2 ta' Diċembru, tajjeb għalikom?", "DAVID AGIUS: X'ħin, filgħaxija?", "Għaliex filgħaxija hemm il-Baġit, irridu noqogħdu attenti.", "MR SPEAKER: Jiena kont qed nissuġġerixxi li nagħmluha wara nofsinhar, għall-ħabta tal-4.00 p.m. Imbagħad, jekk taraw li għandna bżonn nerġgħu nagħmlu seduta oħra, nagħmluha, imma għallinqas nibdew.", "LOUIS GRECH: Jew inħalluha għall-ġimgħa ta' wara.", "MR SPEAKER: Nistgħu nagħmluha l-ġimgħa ta' wara, mhux problema.", "DAVID AGIUS: L-Ombudsplan fit-2 ta' Diċembru tajjeb għalina.", "MR SPEAKER: Mela, nagħmluha fit-2 ta' Diċembru?", "CARMELO ABELA: Kif għidt inti, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Jien qed nissuġġeriha biex ma nħallux ħafna xogħol b'lura.", "Nagħmluha fl-4.00 p.m.?", "Tajjeb nimxu hekk?", "Mela, ftehemna li tal-Ombudsplan nagħmluha fit-2 ta' Diċembru fl-4.00 p.m.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kulma rrid nagħmel fuq tal-Ombudsplan huwa li niċċekkja ftit mal-Ministru peress li, min-naħa tagħna, jkollna sostituzzjoni.", "Jiena kelli niltaqa' flimkien maż-żewġ Whips, jew naraw kif se niltaqgħu, biex niddiskutu dwar l-awtonomija amministrattiva tal-Parlament.", "DAVID AGIUS: Se niffissaw data, Mr Speaker.", "DAVID AGIUS: Bejn wieħed u ieħor, meta għandna nieqfu għar-recess tal-Milied?", "MR SPEAKER: Nistgħu niltaqgħu fl-1 ta' Diċembru?", "DAVID AGIUS: Iva; fi x'ħin?", "MR SPEAKER: Inkunu hawnhekk kollha kemm aħna.", "Niltaqgħu fil-5.30 p.m. tajjeb?", "(Onor. Membri: Iva) Kollox sew, mela niltaqgħu fil-5.30 p.m.", "Fl-aħħar laqgħa li kellna fl-1 ta' Ottubru, kont informajt li, hekk kif il-Parlament jiċċaqlaq, jekk Alla jrid, fil-binja l-ġdida – jiġifieri dik kwestjoni ta' meta niċċaqilqu – jibda jxandar permezz tat-televiżjoni … (Interruzzjonijiet) … Onor. de Marco, tajjeb kultant ikollna xi battuta.", "Lili qaluli li aħjar tidħak.", "Jiena nieħu pjaċir nidħak … Mela, jiena informajtkom li s-Sedja dan l-aħħar kienet għaddejja b'diskussjonijiet ma' kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, kemm mal-Melita, kif ukoll mal-GO.", "Biex ninfurmakom, is-Sedja waslet fi ftehim mal-GO, u ġie konkluż.", "Se ngħaddilkom kopja – ovvjament, biex iżżommuha għalikom, u mhux biex toħroġ fil-beraħ, għax din hija xi ħaġa kummerċjali fis-sens li wieħed irid joqgħod attent.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kompetizzjoni, allura ma naħsibx li għalissa għandu jkun pubbliku.", "Irrid l-approvazzjoni tagħkom biex inkun nista' niġi għall-iffirmar tal-istess ftehim, li huwa ftehim tajjeb u nistedinkom tarawh.", "Li nista' ngħidilkom hu li l-Parlament mhu se joħroġ xejn mil-lat finanzjarju.", "Hemm dak il-ftehim, hemm l-arranġament ma' din il-kumpanija, ġie emendat diversi drabi min-naħa tiegħi, ħalli nkun dejjem qed nipproteġi 100% l-istituzzjoni.", "Agħtuh daqqa t'għajn, però, kemm jista' ikun, come back to me ħalli niffirmaw.", "Konna qbilna wkoll li minbarra li nirrevedu l-guidelines dwar il-video streaming, għandna wkoll naħsbu biex nemendaw l-Ordnijiet Permanenti tagħna biex jipprovdu għat-trażmissjoni tal-Parlament, mhux biss tar-radju, imma wkoll tal-viżiv.", "Fil-fatt, għaddejtilkom draft tal-linji gwida, u nitlob li, għall-inqas, you come back to me fuqhom, għax issa rridu niċċaqilqu.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Nixtieq ninforma wkoll lill-Kumitat li l-Parlament se jkollu l-ewwel karozza li taħdem bl-elettriku, u se ssir ċerimonja nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla.", "Aħna nemmnu li għandna nagħtu eżempju wkoll f'dak li huwa użu ta' enerġija nadifa.", "Il-Ministru Joe Mizzi se jikkonsenja din il-vettura lili.", "Ovvjament, jiena nixtieq li jkun hemm preżenza – jekk tkunu disponibbli – min-naħa tagħkom it-tnejn.", "CARMELO ABELA: Noqogħdu kollha fiha dik?", "MR SPEAKER: Mhijiex xi karozza żgħira.", "Se tkun karozza 5-seater.", "Il-karozza se nħalluha fil-bitħa, jgħaddili ċ-ċwievet, u mbagħad insuquha.", "DAVID AGIUS: Din donation mill-Gvern lill-Parlament, Mr Speaker?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Il-Ministru Joe Mizzi xtaq li jgħaddielna karozza.", "Ovvjament, kien hemm ftehim fuq kif għandha tkun il-karozza, anke minħabba x-xogħol tagħna, jiġifieri tkun daqsxejn kbira li tintuża fil-Parlament il-ġdid.", "Għax, kif taf inti, meta jkollok is-seduti, jkollok bżonn karozza biex forsi twassal xi nies malajr.", "Din tikkomplementa anke mal-bini l-ġdid tal-Parlament, għaliex il-bini l-ġdid, kif tafu intom, se jkollu t-teknoloġija infrastrutturali b'tali mod biex ikun hemm inqas konsum ta' enerġija.", "LOUIS GRECH: Tajjeb, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Garanzija fuq il-vettura?", "Onor. de Marco, illum veru qed nieħu pjaċir bik għaliex għandek id-daqquqa.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nifformalizzaw ukoll xi ħaġa dwar kumitati permanenti li tkellimniha ftit informalment dwarha ż-żewġ Whips.", "Għandna lill-Onor.", "Deborah Schembri, li hija ċ-Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u lill-Onor.", "Etienne Grech, li huwa ċ-Chairperson tal-Kumitat dwar is-Saħħa.", "Se jkun hemm diskussjoni dwar organ donation u, peress li ż-żewġ kumitati jinteressahom dan is-suġġett – u jidher li hemm qbil informali bejn dan, imma jkun tajjeb li nifformalizzawh hawnhekk – iż-żewġ kumitati se jiltaqgħu f'session konġunta għal numru ta' laqgħat.", "Naturalment, jiftehmu bejniethom iż-żewġ naħat tal-Kamra biex nagħtu l-go-ahead liż-żewġ kumitati biex, b'mod konġunt, jagħmlu din it-tip ta' laqgħa.", "Naturalment, jiftehmu fuq ġranet meta jkunu jistgħu u l-ħinijiet, kif jiġri ssoltu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: M'għandna l-ebda diffikultà.", "Ovvjament, hija idea tajba li ż-żewġ kumitati jingħaqdu flimkien, u tajjeb li nagħmluha hawnhekk fil-kumitati, għaliex inkella jkollna diffikultà biex tikkoordina lill-Membri.", "Ma xtaqniex li jkun hemm laqgħat li jitħassru, u għalhekk tkellimna qabel.", "Ovvjament, aħna m'għandniex diffikultà dwar inizjattivi bħal dawn ġaladarba jkollna ftehim, minħabba li għandek numru iktar ta' deputati li jkunu jridu jiġu f'dak il-kumitat partikolari.", "Tajjeb wieħed jifhem li issa li se jkollok żewġ kumitati f'wieħed, il-quorum u affarijiet oħra relatati jiġu ovvjament pro rata, biex dejjem ikun hemm rappreżentanza kemm jista' ikun taż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: Tiġi, kif qed jgħidli l-Iskrivan tal-Kamra, il-quorum minflok tlieta jiġi sitta.", "Jidher li hawn qbil.", "Dan huwa ġest importanti.", "Jiena wieħed minn dawk li dejjem tajt xogħol ta' volontarjat fit-Transplant Group mill-fondazzjoni tagħha, li hija xi ħaġa nobbli għal kulħadd.", "DAVID AGIUS: U hemm suġġetti naqra iktar delikati wkoll minn hekk.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Diġà ikollok diffikultà meta tkun qed tlaqqa' kumitat wieħed, aħseb u ara żewġ kumitati.", "Però, nixtieq li jkun hemm ftit sforz.", "Ilu madwar sena maħsub li ssir laqgħa dwar dan is-suġġett fil-Kumitat tiegħi.", "Jiena nlaqqa' l-Kumitat – sakemm ma nkunx imsiefra fuq xogħol tal-Gvern – every single Wednesday, jiġifieri kull ġimgħa nlaqqa' il-Kumitat, u mal-Onor.", "Etienne Grech urejt ix-xewqa li nibqa' hekk, ovvjament biex ma jkollix kumitati missing.", "Nixtieq li jkun hemm naqra sforz bejn iż-żewġ naħat għaliex, anke min-naħa tagħna, kultant ikollna problema b'nies li ma jkunux jistgħu, allura mbagħad l-oġġett jibqa' jitwal.", "Naħseb li aktar ma tkun kompatta u naqbdu u naraw l-issue fil-kompletezza tagħha, ...", "MR SPEAKER: Naħseb li, minħabba l-importanza tagħha, għandha tiġi diskussa wkoll fil-grupp parlamentari rispettiv, biex il-membri jkunu stradati sew.", "Hawn xi items oħra?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Fl-aħħar laqgħa, fuq proposta tiegħi u anke tal-Onor.", "Louis Grech, il-Kumitat qabel li l-persuni mistiedna għal-laqgħa li għaddiet jerġgħu jindirizzaw il-Kumitat biex jaġġornaw lill-membri dwar l-iżvilupp tal-binja l-ġdida tal-Parlament.", "MR SPEAKER: Hemm xi ħaġa oħra minbarra din?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, bgħattlek ukoll kopja ta' korrispondenza li għaddiet min-naħa tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, fejn qed jitqiesu li l-mistoqsijiet parlamentari huma propaganda politika.", "Jiena rċevejt tweġiba – u inti wkoll kont qiegħed f'din ir-risposta – li meta Deputat jagħmel mistoqsija parlamentari dwar il-lokalità tiegħu u jgħaddiha lill-kunsill lokali, ma jidhirlix li dik m'għandhiex titqassam lill-membri ta' dak il-kunsill lokali għaliex, kif qiegħda f'din il-korrispondenza li hawn hawnhekk, u din id-direttiva li ngħatat min-naħa tad-Direttur jew inkella ta' min kiteb – Mary Muscat, Monitoring Officer fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali – qed jingħad li dawn m'għandhomx jitqassmu lill-kunsilliera lokali.", "Jiena naħseb li, anke permezz tiegħek, Mr Speaker, min-naħa tiegħek f'dan il-Parlament għandna nagħmlu l-pożizzjoni tagħna.", "Il-Parlamentari għandu kull dritt iqassam dak li għandu jqassam.", "DAVID AGIUS: Is-sitwazzjoni hi li d-Deputat jgħaddiha lill-kunsill lokali u, kif dejjem sar, is-Segretarju Eżekuttiv iqassamhom lil kulħadd.", "Issa, dik qed jgħidu biex ma jqassmuhiex għax hija propaganda politika.", "Jiena ma nafx b'liema immaġinazzjoni naslu li mistoqsija parlamentari tkun propaganda politika.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, trid tgħid xi ħaġa fuqha din?", "CARMELO ABELA: Aktar milli fuq li l-mistoqsija parlamentari qed tiġi meqjusa bħala propaganda politika, xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-mod ta' kif qed titqassam.", "L-Onorevoli in kwestjoni xtaq – se nuża l-kelma \"juża\" – juża l-istaff tal-kunsilli, kif fhimt jiena, biex iqassmu ċerti affarijiet.", "Jiġifieri, hu għandu kull dritt – kif ġieli għamilt jiena – li jibgħat forsi ittra lill-kunsill lokali partikolari: Isma', jien għamilt din il-mistoqsija.", "MR SPEAKER: Jiena diġà rajtha din.", "Sakemm qed nitkellmu fuq mistoqsija parlamentari, dik mhijiex natura politika.", "Mistoqsija parlamentari hija x-xogħol tal-Parlament.", "Naħseb, kif qed tgħid inti, Onor. Carmelo Abela, jista' ikun hemm korrispondenza oħra.", "Min kiteb l-ittra f'isem il-kunsill, naħseb li kellu joqgħod attent li l-mistoqsijiet parlamentari mhumiex inklużi bħala propaganda politika.", "Il-mistoqsijiet parlamentari huma xogħol tal-Parlament.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, fit-tweġiba, għamluha ċara li mhux hekk.", "It-tweġiba tad-Direttur ...", "Rigward iż-żjara tal-Parlament – għax wasalna biex naraw il-parlament il-ġdid – naħseb li għandna niftehmu ġurnata kemm jista' ikun malajr biex naraw ix-xogħol li qed isir.", "DAVID AGIUS: Se mmorru aħna jew ġejjin huma?", "MR SPEAKER: Le, immorru aħna wkoll.", "Naħseb għandna mmorru waħda aħna.", "DAVID AGIUS: Aħna l-ewwel se mmorru hemmhekk, jew inkella se jiġu huma hawnhekk, imbagħad immorru aħna?", "MR SPEAKER: Naħseb l-ewwel immorru aħna, Onor. Agius, għax ilna nisimgħu issa.", "Immorru waħda, u mbagħad, ħalli nerġgħu nisimgħu.", "DAVID AGIUS: Għaliex fl-aħħar laqgħa konna bqajna li jiġu hawn ħalli jaġġornawna.", "MARIO DE MARCO: Isir aġġornament.", "MR SPEAKER: Jiena qed nissuġġerixxi li fiżikament immorru hemmhekk; imbagħad, ħalli jkun hemm laqgħa ta' aġġornament.", "Naħseb aħjar hekk.", "(Interruzzjonijiet) Mela le!", "Ngħidilkom issa stess.", "Tajjeb għalikom jekk immorru fid-19 ta' Diċembru, filgħodu?", "Inħallu l-ġimgħatejn tal-Baġit jgħaddu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena ma nkunx nista' dakinhar għax għandi l-kawżi.", "MR SPEAKER: Tajjeb għalikom jekk nagħmluha l-Ġimgħa, 5 ta' Diċembru, f'nofsinhar?", "(Onor. Membri: Iva) Hemm xi items oħra?", "(Onor. Membri: No) Grazzi lil kulħadd.", "Fis1.08 p.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141106_023d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 2014 fis-6:30pm", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:", "Diskussjoni mal-Oftalmologu l-Onor.", "Diskussjoni mat-Transplant Support Group Malta; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141112_006a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "DISKUSSJONI MAL-OFTALMOLOGU L-ONOR.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum għandna laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Fil-fatt kien hemm deċiżjoni - li ttieħdet u ġiet issanata fil-House Business Committee - sabiex dawn iż-żewġ Kumitati jitlaqqgħu f'daqqa peress li n-natura tas-suġġett tinteressa liż-żewġ Kumitati.", "Is-suġġett tad-donazzjoni tal-organi kien ġie ssuġġerit mill-Onor.", "Etienne Grech meta kien għadu jifforma parti mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u allura qabel ma twaqqaf il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Għaldaqstant ħassejna li tkun xi ħaġa tajba li niddiskutu dan is-suġġett flimkien.", "Din hi l-ewwel laqgħa li fiha se nibdew nisimgħu lill-istakeholders x'għandhom xi jgħidulna proprju fuq dan is-suġġett.", "Għandna lista ta' nies li se jkunu qegħdin jiġu mistiedna biex jagħtu l-opinjoni tagħhom f'dan il-Kumitat imma m'aħniex se nimxu b'xi ordni partikolari peress li mhux kulħadd ikun jista' jiġi f'ċerti dati.", "Għalhekk kull min għandu jiġi se jkun qed jiġi msejjaħ biex jidher quddiem il-Kumitat fil-ġimgħat li ġejjin.", "Se nibdew id-diskussjoni tal-lum mal-Onor.", "Franco Mercieca u warajh se jkollna rappreżentanti mit-Transplant Support Group (Malta).", "Meta qed ngħidu li se nkunu qegħdin nitkellmu ma' stakeholders differenti, se nkunu qegħdin nitkellmu ma' nies li huma interessati fis-suġġett, kemm min-naħa ta' etika, kemm min-naħa ta' mediċina, kif ukoll ma' nies li jaħdmu proprju f'dan il-qasam.", "Kien proprju għalhekk li stedinna lill-Onor.", "Franco Mercieca għaliex bħala oftalmologu, huwa wieħed minn dawk il-persuni li jagħmlu t-trapjanti tal-cornea tal-għajn.", "Onor. Mercieca nitolbok tagħtina idea dwar ix-xogħol tiegħek bħala oftalmologu.", "FRANCO MERCIECA (Oftalmologu): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina li għamiltuli.", "Li nista' ngħid hu li f'Mater Dei għandna eye bank żgħir li ilna bih mill-2005.", "L-apparat kien ingħata b'donazzjoni mil-Lion's Club disa' snin ilu u għandna persuna li kienet ġiet appuntata bid-dmir li tieħu ħsieb dan l-eye bank.", "Sfortunatament illum il-ġurnata din il-persuna għandha xogħol ieħor u allura m'għandhiex ċans tiddedika ħin daqskemm nixtiequ aħna.", "THE CHAIRPERSON: Ippermettili nwaqqfek ftit.", "Nixtieqek iżżomm quddiem għajnejk li hawnhekk mhux kulħadd tabib jew jifhem fil-mediċina u għalhekk nitolbok tispjegalna ftit x'inhu dan l-eye bank ħalli nifhmu aħjar dan is-suġġett.", "FRANCO MERCIECA: L-eye bank huwa post fejn jinżammu l-cornea u l-isclera.", "Ħalli nagħti spjegazzjoni tal-għajn.", "L-għajn hija organu ta' madwar 2.5 cm fejn għandek l-abjad tal-għajn li hija l-isclera u the front li hija l-cornea.", "L-aktar parti li nużaw għat-trapjant hija l-cornea, dik il-parti li għandek il-kulur warajha, li hija l-aktar parti importanti.", "Imma aħna nużaw ukoll l-isclera għal proċeduri differenti, bħal pereżempju fil-glaucoma surgery, fl-enucleation u f'surgeries oħra.", "Il-cornea hija struttura delikata ħafna u huwa importanti li tkun ċara biex naraw.", "Fil-fatt ftit huma konxji li hemm struttura quddiem il-kulur ta' għajnejna, u dan il-kulur huwa differenti għal kulħadd.", "Hemm a clear structure li hija kontinwa mal-abjad u hija magħmula b'tali mod li hija trasparenti.", "Issa biex tibqa' trasparenti għandek numru ta' ċelloli fuq wara ta' din l-istruttura tal-cornea.", "Aħna nitwieldu b'ammont partikolari ta' ċelloli imma biż-żmien dan in-numru jonqos.", "Dawn iċ-ċelloli huma partikolari għax ma jistgħux jimmultipplikaw.", "Bħala eye bank, waħda mill-iktar affarijiet importanti għalina hija li naraw li l-cornea tkun ċara u naraw x'ikun in-numru ta' dawn iċ-ċelloli.", "Nafu li rridu a certain number of cells biex inkunu nistgħu nużaw din il-cornea for transplantation.", "It-threshold huwa ta' bejn 1,500 u 2,000 ċellola per square millimetre u għandna apparat partikolari li kien inxtara mil-Lion's Club li jagħtik is-cell count.", "Dan ma kienx available qabel mentri llum il-ġurnata, kull pazjent li jkollu corneal transplant ngħaddulu dik il-cornea minn dan l-apparat biex inkunu nafu eżatt jekk din il-cornea hijiex vijabbli jew le biex nużawha.", "Kif għedt dan huwa apparat importanti ħafna għax b'hekk inkunu nistgħu nużaw kull cornea li jkollna.", "Fil-fatt nistgħu nużaw cornea ta' pazjent li għandu 20 sena u nistgħu nużaw cornea ta' pazjent li għandu 80 sena!", "Hawnhekk age is not the factor għax neżaminaw il-cornea biex inkunu nafu jekk il-cornea hijiex tajba jew le.", "Meta bdejna b'dan il-proġett fl-2005 kellna ħafna nies fuq il-waiting list u kellna lil din il-persuna li bgħattniha għat-taħriġ ġewwa Manchester biex titgħallem fuq ir-retrieval.", "Ir-retrieval tfisser li tmur fuq id-donor u tieħu l-għajnejn u tagħmel il-preparazzjoni tal-corneal scleral button biex nippreżervawha.", "Hemm diversi metodi li jintużaw bħala storage però aħna nużaw il-4 degree cold storage technique għar-raġuni li huwa aktar sempliċi u less manpower dependent għax nitfgħu l-cornea f'ċertu likwidu li huwa l-Optisol u npoġġuha fil-fridge.", "Din tkun tista' tintuża bejn għaxart ijiem u ġimagħtejn.", "Jekk trid tkun organizzat tajjeb tista' tagħmel organ culture method biex tkun tista' testendi l-life time tal-cornea b'xahar.", "Din tirrikjedi li jkollok a biologist employed full-time, li jkollok incubators, li jkollok ħafna blood tests u ħafna testijiet oħra fuq il-culture medium.", "Tirrikjedi li tagħmel ħafna interventions fuq il-cornea biex tara jekk iċ-ċelloli baqgħux tajbin jew le, jiġifieri it is much more labour intensive.", "THE CHAIRPERSON: Preżentement dan l-organ culture method ma jintużax f'pajjiżna.", "FRANCO MERCIECA: Le, ma nagħmluhx hawn Malta.", "L-organ culture method huwa l-iktar metodu li jiġi wżat fl-Ewropa.", "Fil-fatt meta tara l-eye banks fl-Ewropa ssib li l-iktar li jużaw huwa l-organ culture method mentri l-cold storage technique hija wżata l-aktar fl-Amerika.", "L-Amerika ma jużawx l-organ culture method imma jużaw il-cold storage technique.", "Jekk naraw liema metodu l-aktar li jintuża biex isiru t-trapjanti tal-corneas madwar id-dinja nsibu, li huwa l-cold storage technique l-aktar li jiġi wżat.", "Sa ħames snin wara li bdejna b'dan il-proġett konna neħħejna l-waiting list kollha imma, sfortunatament daħlet il-problema tal-waiting list tal-katarretti u din il-persuna li kienet involuta fl-eye retrieval, eċċ. ġiet involuta biex torganizza l-waiting list tal-katarretti u għalhekk ma baqgħetx iffokata fuq il-proġett.", "B'hekk issa erġajna għandna waiting list ta' madwar 40 pazjent għall-corneal transplant.", "Xi ħaġa importanti li tkunu tafu biha hi li jista' ikollok multi-organ donors.", "Fil-fatt aħna jkollna 10 jew 12 multi-organ donors kull sena, fejn dawn jiġu certified brain dead u jiġu certified that they can be donors.", "(Interruzzjonijiet) Madankollu mhux kollha jispiċċaw donaturi, jiġifieri jkollok wieħed jew tnejn minnhom li jsibu li għandhom il-hepatitis jew xi marda oħra u għalhekk ma jkunux jistgħu jkunu donaturi.", "Kont qed ngħid li bħala multi-organ donors aħna nieħdu l-corneas kollha però l-kwestjoni hi li m'għandniex bżonn li jkollna multi-organ donors u m'għandniex għalfejn ikollna living donors.", "Dan għaliex il-corneas nistgħu neħduhom mill-cadaveric donors, jiġifieri minn pazjent li jkun mejjet.", "Fi żmien 24 siegħa minn wara l-mewt tiegħu tista' teħodlu l-corneas għax ikunu tajbin biex jiġu trapjantati.", "Dik il-persuna li kienet taħdem fuq dawn l-affarijiet kienet tfittex madwar l-isptar kollu u kienet tagħmel il-promotion u b'hekk kien ikollna ħafna donaturi.", "Il-problema tal-organ donation hija l-awareness għax għandek ħafna nies li ma jkunux aware li huma jistgħu jkunu donaturi.", "Għal dik ir-raġuni nitilfu ħafna potential donors on a daily basis għax il-qraba ma jkunux jafu li dak li jkun jista' jkun donatur u allura qatt ma jiġi offrut dik il-possibilità.", "Jiena naħseb li llum qegħdin hawnhekk proprju biex nipprovaw nibnu leġiżlazzjoni ħalli naqbdu iktar fix-xibka dawn il-potential donors ħalli nkopru iktar nies li qegħdin jistennew għal organ transplantation.", "Illum il-ġurnata l-organ transplantation hija a very successful treatment u iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se titjieb għax l-immunosuppression hija tajba ħafna.", "Il-mediċini li jintużaw biex pazjent jaċċetta dak l-organu huma tajbin ħafna u għalhekk huwa importanti ħafna li jkollna aktar donaturi ħalli nkunu nistgħu nagħmlu t-transplantations.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Taħseb li l-liġi se tagħmel differenza fuq l-awareness?", "MICHAEL GONZI: Jekk ma jkunx hemm liġi imma jkun hemm aktar awareness mhux xorta se jkollna l-istess effett?", "FRANCO MERCIECA: Aħna m'għedniex x'se nagħmlu jew x'nistgħu nagħmlu s'issa.", "Issa jien ma nafx x'għandek f'moħħok inti!", "MICHAEL GONZI: Hawnhekk suppost qegħdin nitkellmu fuq liġi u jien irrid nara x'differenza se tagħmel din il-liġi!", "FRANCO MERCIECA: Jekk trid nista' ngħidilkom x'nistgħu nagħmlu biex ikollna differenza kbira.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Mercieca, is-sistema li hemm bħalissa ilha li daħlet fis-seħħ mill-2005 u intom qegħdin taħdmu biha?", "THE CHAIRPERSON: Għandek xi suġġerimenti kif tista' żżid in-numru ta' donaturi permezz tal-liġi aktar milli b'aktar awareness?", "Qiegħda ngħid hekk għax il-liġi tinkorpora ħafna affarijiet, imma legalment hemm xi ħaġa li inti taħseb li biha tista' iżżid l-ammont ta' cadaveric donors?", "Hemm xi metodu li taħseb li jista' jgħin?", "FRANCO MERCIECA: Bħalissa għandna s-sistema tas-soft opt-in, jiġifieri dak li jkun matul ħajtu jgħid li jixtieq ikun donatur u għalhekk jimla' id-donor card u jista' ma jgħid lil ħadd.", "Ngħidu li hija soft opt-in għar-raġuni li l-qraba xorta għandhom the final say.", "Mela jekk jiena mitt u kont għedt li ridt inkun donatur, xorta waħda l-mara tiegħi tista' tgħid li hi ma kenitx taf u għalhekk tista' ma taqbilx mal-organ donation.", "B'hekk l-organi tiegħi ma jintużawx u huwa għalhekk li it is a soft opt-in system.", "Issa x'naħseb jien li nistgħu nagħmlu biex inżidu d-donaturi?", "Hemm diversi metodi.", "Pereżempju nistgħu nagħmluha obbligatorja li kull min iġedded l-identity card jew id-driving licence jew inkella min imur japplika għall-European Entitlement Insurance Card, bil-liġi jkun hemm il-mistoqsija: \"do you want to be a donor?\"", "B'dan il-mod you are targeting every single individual on a personal basis u mhux qed tagħmel mass campaigns li jaħdmu għal ftit żmien imma l-effett tagħhom jgħaddi mill-ewwel.", "Jekk tagħmel leġiżlazzjoni li ma' kull identity card, ma' kull driving licence u ma' kull insurance card tiġi mistoqsi dik il-mistoqsija u tirreġistra x-xewqa tiegħek, inti se tilħaq lil ħafna aktar nies.", "Dak huwa metodu wieħed li jiena nemmen ħafna fih.", "Barra minn hekk tista' tagħmel dak li l-Amerikani jużaw ħafna li hija r-required request system.", "Fejn nurses fl-ITU, jew fl-isptar, huma obbligati li jinformaw lit-Transplant Unit meta pazjent imut ħalli t-transplant coordinator jiċċertifika jekk dak il-pazjent huwiex a potential donor or not.", "THE CHAIRPERSON: Inkun qiegħda ngħid sew meta ngħid li xi ħaġa bħar-required request system trid tkun abbinata mas-sistema obbligatorja tal-opt-in jew tal-opt-out?", "FRANCO MERCIECA: Dawn bilfors opt-in iridu jkunu.", "Inti qed iżżomm l-informed consent u qed issaħħaħ l-awareness tal-informed consent.", "It-tnejn qed iżżid l-awareness u qed iżżid il-possibilità li dawn in-nies jistgħu jkunu donaturi.", "ETIENNE GRECH: Onor. Mercieca, inti taf b'każijiet fejn kellhom donor card u dawn mietu f'Mater Dei imma ma tteħdulhomx il-corneas?", "Xtaqt nagħmillek ukoll mistoqsija teknika, fis-sens li biex tipprevjeni r-rejection tal-cornea, apparti t-taqtir tal-isteroids, tista' tuża xi ħaġa oħra?", "U kif tissuġġerixxi li jistgħu jikkomunikaw bejniethom dawk in-nies li nafu li jridu jagħtu l-organi tagħhom?", "Inti għedt li biex jittieħdu l-corneas mhux bilfors li pazjenti jkunu brain dead imma jista' ikollok lil xi ħadd li miet id-dar tiegħu.", "Allura x'sistema tista' tintuża biex wieħed ikun jista' jikkoordina, għax mid-dehra hemm problema ta' procurement u fil-fatt għedtilna li meta kien hemm dik il-persuna li kienet iddur fl-isptar biex tara min irid isir donaturm il-waiting list kienet tneħħiet mentri issa, peress li din qiegħda aktar iffokata fuq il-katarretti, il-waiting list reġgħet żdiedet.", "Taħseb li għandu jkun hemm xi team apposta li, apparti milli jżomm id-databases, jara min irid ikun donatur meta jkun qiegħed fl-isptar u allura meta pazjent imut jiġu avżati n-nurses u t-team biex jittieħdu l-organi ta' dak id-donatur?", "FRANCO MERCIECA: L-ewwelnett rarament tispiċċa fl-ITU bid-donor card fuqek.", "ETIENNE GRECH: Mhux għall-ITU biss għax għall-corneas jistgħu jkunu f'ward normali.", "FRANCO MERCIECA: Rarament iżżomm id-donor card fuqek però kien hemm każijiet fejn kellhom id-donor card u l-qraba rrifjutaw li jagħtu l-organi tal-pazjent.", "Però din mhijiex ir-regola imma hija l-eċċezzjoni.", "Naħseb li minbarra li jkollok id-donor card, irid ikun hemm reġistru li tista' taċċessah faċilment u li fih ikollok imniżżel lil min jixtieq ikun donatur.", "Bis-sistema tal-identity card tkun faċli għax jista' jkollok fuqha li inti tixtieq tkun donatur.", "Aħna għandna vantaġġ kbir fuq pajjiżi oħra għax għandna l-identity card.", "Ma naħsibx li hawn ħafna pajjiżi li għandhom l-identity card u għalhekk jista' ikun faċli ħafna li fuqha tniżżel jekk tridx tkun donatur jew le.", "ETIENNE GRECH: Imma skont liema organu tixtieq tagħti għax jista' jkun organu speċifiku.", "FRANCO MERCIECA: Tista' tidħol f'iktar dettall u tgħid pereżempju li ma tridx tagħti l-għajnejn imma trid tagħti l-kliewi biss.", "Jiġifieri tista' tidħol f'dak id-dettall imma naħseb li as a starter importanti li nużaw il-kunċett tal-identity card għax għandna dak il-vantaġġ li faċilment nistgħu nużawh.", "THE CHAIRPERSON: Jista' dejjem ikollok identity card fejn tgħid jekk tridx tkun donatur jew le u mbagħad ikun hemm reġistru fejn ikollok id-dettalji kollha.", "ETIENNE GRECH: Importanti li l-isptar ikun jaf x'inhu jiġri fir-reġistru.", "FRANCO MERCIECA: Naħseb li kull sistema li tagħmel, - ir-required request system, tal-identity cards jew tal-opt-out system - jekk ma jkollokx team ta' transplant coordinators li qegħdin hemmhekk jaħdmu fuqha biss, l-ebda leġiżlazzjoni mhi se tagħmel effett.", "Naħseb li jekk se nagħmlu leġiżlazzjoni fuq l-organ donation, l-effett se jdum sakemm indumu nitkellmu fuqha u sakemm il-gazzetti jibqgħu jirrapportaw fuqha.", "Hemmhekk se jiżdiedu d-donaturi għax se jkun hemm dik l-awareness imma mbagħad jgħaddu xahrejn u nerġgħu niġu koppi!", "Jiena naħseb li importanti li jkollna transplant coordinators li jkunu fuq hekk biss.", "Safejn naf jien diġà għandna tliet persuni li qegħdin jieħdu ħsieb it-transplants, imma dan mhux biżżejjed.", "In-nies li jkollok, iridu jkunu mħarrġa biex jagħmlu counselling tajjeb għax dawn se jkollhom jiffaċċjaw familji li jkunu se jitilfu jew li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom.", "Jekk qed jitkellmu ma' familja li se jitilfu lil xi ħadd għażiż għalihom hija aktar problema għax jekk jagħtu l-consent tagħhom biex il-pazjent ikun donatur, it-trattament li se jingħata se jkun totalment differenti minn dik il-minuta 'l quddiem għax dawn ikunu jridu jagħtuh iktar fluids eċċ, biex iżommu l-organi tiegħu jaħdmu u fl-istess ħin dan se jkollu a cerebral edema u jmur iktar għall-agħar.", "Għalhekk il-counselling importanti ħafna f'kull sistema li nagħmlu.", "It-transplant coordinators iridu jkunu mħarrġa fuq il-counselling biex ikunu jistgħu jagħtu pariri siewja lill-qraba biex inżidu iktar iċ-ċans li jkunu donaturi.", "THE CHAIRPERSON: Waħda mill-biżgħat tan-nies inġenerali hija li jekk pazjent huwa organ donor, jista' jkun li min-naħa tal-isptar ma jieħdux ħsiebu biżżejjed, peress li se jittieħdulu l-organi.", "Dik hija biża' reali li għandhom in-nies.", "Issa tista' tkun biża' infondata, imma issa qed tgħidilna li t-trattament ta' min se jkun donatur huwa differenti minn ta' pazjenti oħra.", "Tista' telabora ftit aktar fuqha din?", "FRANCO MERCIECA: Ladarba pazjent jiġi ċertifikat li huwa brain death jistgħu jidħlu ċerta sitwazzjonijiet fejn il-qraba ma jaċċettawx li dan jista' jkun donatur u li f'dak l-istadju se jkollok bidla fit-trattament li jingħata ħalli tibda tipprepara dak il-ġisem għad-donazzjoni.", "Jekk min ikun daħal fid-dettall u jkun hemm ċans li dan il-pazjent jirpilja, dak iċ-ċans dejjem se jonqos meta jinbeda t-trattament għax inti se tagħtih iktar fluids fil-ġisem u allura se jkollok iktar ilma madwar il-moħħ.", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li l-ikbar biża' li għandhom in-nies hi li għadhom ma jafux eżattament xi tfisser brain death.", "Meta l-qraba jidħlu fejn il-vittma u jaraw qalbu għadha tħabbat, jaħsbu li għadu ħaj u allura ma jkunux jistgħu jipperċepixxu kif it-tobba qalulhom li l-pazjent huwa mejjet!", "Għan-nies, il-fatt li qed jarawh jieħu n-nifs u li għandu qalbu tħabbat ifisser li għadu ħaj.", "Għalhekk naħseb li min-naħa tagħna rridu nispjegaw iktar xi tfisser brain death u dan għandna nagħmluh bħala Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena xtaqt nagħmel xi mistoqsijiet biex nifhem aktar it-terminoloġija.", "Issa ma nafx jekk għandix nindirizzahom lilek Onor. Mercieca jew inkella lil xi kelliem ieħor li se jkollna fuq il-panel.", "Kont qiegħda naqra ftit qabel ma ġejt hawnhekk fuq x'isiru fi stati membri oħra.", "Hemm il-punt tad-definition of death xi tfisser u l-punt tal-brain stem death xi tfisser u għalija, li m'iniex ġejja mill-qasam mediku, id-differenza hija xi ftit imċajpra.", "Qrajt fuq l-organ transplantation u qrajt ukoll fuq il-xenotransplantation.", "Madankollu ma nafx x'inhi d-differenza bejn it-tnejn.", "FRANCO MERCIECA: Xeno li ġejjin mill-annimali hux?", "THE CHAIRPERSON: Onor. Mercieca tippreferi li jagħmlulek il-mistoqsijiet kollha f'salt u mbagħad twieġeb wara jew inkella nieħdu mistoqsija mistoqsija?", "DEO DEBATTISTA: Brain stem death hija parti minn brain dead, fejn irid ikollok il-cranial nerves li ħerġin mill-brain stem mejtin.", "Jew inkella jrid ikollok l-ispontaneous respiration.", "Mela jekk m'għandekx spontaneous respiration, il-brain stem li tirregola l-heart beat, ir-respiration, il-blood pressure … Meta jkollok brain dead isiru numru ta' testijiet minn żewġ neurologists jew inkella minn tabib espert who is accustomed to ITU.", "Dawn fuq perjodu ta' 48 siegħa – dawn isiru indipendenti minn xulxin - jiċċertifikaw li l-pazjent m'għandu l-ebda ħajja ħierġa mill-moħħ, inkluż il-brain stem.", "Jiġifieri kif titfi l-magna mhux kapaċi jieħu n-nifs, mhux kapaċi jżomm il-heart beat u l-cranial nerves ma jurux ir-reflexes normali u lanqas ikollu l-gag reflexes, il-corneal reflexes, Doll's eye movement.", "Hemm ħafna tipi ta' testijiet li jsiru minn żewġ tobba differenti u indipendenti minn xulxin.", "Allura hemmhekk għandek speċi ta' rutina li jridu jagħmlu f'każijiet bħal dawn.", "FRANCO MERCIECA: U dawn it-testijiet isiru f'timeframes differenti, pereżempju kull sagħtejn.", "DEO DEBATTISTA: U l-pazjent ikun off medication, jiġifieri ma jistax ikun qed jingħata l-atropine jew xi forma ta' medikazzjoni oħra li b'xi mod tista' tistimula lill-pazjent.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Xtaqt nistaqsik żewġ affarijiet.", "Is-success rate tad-donation fl-isptar kif inhi?", "Issibu problemi meta pereżempju jmut xi ħadd l-ITU u tkunu tridu tiġbru l-corneas?", "FRANCO MERCIECA: Xi jgħidu bħala qraba jiġifieri?", "MICHAEL GONZI: Iva bħala qraba, bħala persentaġġ.", "Issa ngħidlek għalfejn qiegħed ngħid hekk għax l-idea tal-ID card hija tajba.", "FRANCO MERCIECA: Naħseb li din il-mistoqsija jista' jirrispondiha xi ħadd minnkom aħjar minni għax jien ma mmurx fuq il-familji.", "Jiġifieri jien qed ngħid minn dak li nisma'.", "Naħseb hawn min jista' jirrispondi aħjar.", "MICHAEL GONZI: Għaliex semma' l-ID card?", "Jien irrid nara s-success rate.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qiegħed nistaqsi b'mod ġenerali.", "Jekk pereżempju jkun hemm pazjent l-ITU, nassumi li min hu responsabbli se jistaqsi lill-qraba tiegħu biex jiġbor il-cornea.", "Issa kemm hi s-success rate f'dak il-każ?", "Imma hemm a higher risk li jgħidulek le għax jibżgħu minħabba l-apparenza tal-katavru.", "MICHAEL GONZI: Pereżempju kemm ikun hemm li ssaqsihom għall-cornea u jagħtuha, l-isptar?", "Qed ngħid hekk, għax jekk tagħmilha abbinata mal-ID card, li hija idea tajba, hemm bżonn li ssir liġi, mhux hekk?", "U fuq l-ID card irid ikun hemm xi sinjal biex it-tabib ikun jaf li l-pazjent huwa donatur.", "Li jkollok reġistru huwa aktar importanti.", "Li rrid ngħid jien hu li huwa aktar faċli li dawn l-affarijiet tagħmilhom fl-isptar għalkemm fil-privat huwa ftit aktar diffiċli.", "Ma nafx it-tobba l-oħra jaħsbuhiex bħali.", "THE CHAIRPERSON: Iva, għandek bżonn liġi biex tagħmel dawn l-affarijiet.", "Għandek sistemi differenti b'leġiżlazzjonijiet differenti.", "Fil-fatt hemm min iżomm reġistru, mhux biss tad-donaturi imma anke ta' liema parti mill-ġisem lesti li jagħti bħala donazzjoni.", "U din hija importanti wkoll għax jista' ikun li jien irrid nagħti b'donazzjoni l-kliewi tiegħi imma ma rridx nagħti xi ħaġa oħra.", "L-Onor.", "CHRIS FEARNE (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa): Onor. Mercieca fil-bidu smajtek tgħid li hemm 40 ruħ jistennew għal corneal transplant.", "Dawn kollha din is-sena żdiedu?", "FRANCO MERCIECA: Le, dawn akkumulaw fl-aħħar tliet snin jew erba' snin.", "Sal-2010 konna kważi neħħejna l-waiting list kollha imma mbagħad, bil-mod il-mod reġgħet bdiet tikber.", "THE CHAIRPERSON: Fil-kors ta' dawn il-laqgħat se jkollna nies minn speċjalizzazzjonijiet differenti u minn areas differenti.", "Jiena nixtieq li kemm jista' ikun nistaqsu fuq l-għajnejn lill-Onor.", "Franco Mercieca għaliex ovvjament imbagħad se jkollna nies differenti li nistgħu nagħmlulhom mistoqsijiet iktar speċifiċi fuq l-areas tagħhom.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jien mistoqsija waħda għandi; meta tara t-trend tad-domanda li jkun hemm għat-trapjanti, kemm hi medjament fis-sena?", "FRANCO MERCIECA: Jiena nikkalkula li jekk nagħmlu bejn 20 u 25 corneal transplants fis-sena nkunu koperti.", "Meta konna lħaqna dak l-optimum level kont nagħmel bejn 20 u 25 fis-sena mentri llum qed nagħmlu bejn 8 u 10 grafts fis-sena.", "U din mhijiex aċċettabbli.", "THE CHAIRPERSON: Bħalma jaf kulħadd jiena m'iniex persuna medika imma naf li ċerti organi mhux dejjem jaqblu mal-ġisem li jkollu bżonnhom.", "Din tapplika wkoll għall-corneas?", "FRANCO MERCIECA: Fil-corneas differenti għax din hija struttura avascular, jiġifieri m'għandekx blood supply fiha u allura r-risk of rejection hija ħafna aktar baxxa.", "Fil-fatt ma nagħmlux l-HLA typing bħalma jsir fil-kliewi, fil-qalb, eċċ. Issa biex immur għall-mistoqsija li għamel aktar qabel l-Onor.", "Etienne Grech, irrid ngħid li iva, hemm sitwazzjonijiet fejn nagħtu systemic immunosuppression lil dawk li jkollhom vascularization tal-cornea.", "Meta r-recipient, jiġifieri dak li se jieħu l-cornea jkollu ħafna vini fil-cornea li qed jikbru fejn mhux suppost, aktar se jkollu r-riskju li l-ġisem jinduna li dik il-cornea is a foreign antigen u għalhekk ikollu r-riskju ta' rejection.", "B'hekk nużaw il-mycophenolate.", "ETIENNE GRECH: Mela biex nipprovaw insolvu din il-problema tal-40 persuna li hemm fil-waiting list tal-corneal transplant, - li ovvjament il-cornea tagħhom hija mtappna u allura dawn kważi ma jkunu jaraw xejn - apparti milli jkollna t-transplant coordinators aktar preżenti fl-isptar, taħseb li hemm xi metodu ieħor li bih nistgħu nżiedu l-availability tal-corneas?", "ETIENNE GRECH: Jekk inbiddlu l-legislation u nagħmlu l-opt-in system u xi ħadd ikollu fuq l-ID card li jrid iħalli l-organi tiegħu, meta ma jkunx brain dead xorta tista' teħodlu l-corneas biss?", "Ovvjament sakemm ma jintużax metodu ġdid li qed jintuża fi Spanja fejn jerġgħu jibdew is-CPR u jieħdu l-organi li jkunu second class.", "Imma ejja ngħidu li xi ħadd miet id-dar u t-tabib tal-familja ċċertifikah li huwa mejjet, it-transplant coordinators iridu joħorġu mill-isptar u jmorru d-dar tiegħu?", "FRANCO MERCIECA: Bħala cornea t-transplant coordinator jista' jmur id-dar tal-mejjet u jieħu l-għajnejn mid-dar stess.", "Jiġifieri m'hemmx bżonn li jkun fl-isptar.", "ETIENNE GRECH: Ovvjament hemm bżonn li jkollna dawn in-nies speċjalizzati.", "FRANCO MERCIECA: Dażgur.", "Aħna diġà għandna persuna mħarrġa fuq dan ix-xogħol u hemm tabib ieħor li ġie mħarreġ ukoll fuq dan ix-xogħol imma mhuwiex qiegħed iffukat fuq hekk biss.", "ETIENNE GRECH: Ovvjament hemm bżonn li nsaħħu dan it-team.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: S'issa m'għedna xejn fuq ir-recipient ta' dawn l-organi u għalhekk forsi jkun tajjeb li ngħidu xi ħaġa fuqhom għax meta nitkellmu fuq persuna mejta u li neħdulha l-organi tagħha tinstema' verament makabra.", "Imma jkun tajjeb li ngħidu min huma n-nies li jirċievu l-cornea, x'kondizzjonijiet għandhom dawn in-nies u kif titjib ħajjithom meta jirċievu dan l-organu.", "FRANCO MERCIECA: Dawk li jkunu qed jaraw b'għajn waħda għax ikollhom il-cornea mhux ċara, meta jirċievu dan l-organu se jkunu qishom ħadu ħajja ġdida.", "Dawn litteralment qishom qegħdin jerġgħu jibdew jgħixu.", "L-aktar sitwazzjonijiet komuni fiż-żgħażagħ huma l-corneal dystrophies, liema kondizzjonijiet mhux bilfors ikunu jintirtu imma jkunu twieldu bihom.", "U hemm lista ta' kondizzjonijiet oħra.", "Għandna familji bi specific distrophy, li aħna ngħidulha l-cranial distrophy, u dawn jinsabu n-naħa taż-Żurrieq.", "Fil-fatt hemm familji kbar li għandhom din il-kondizzjoni u jispiċċaw ikollhom bżonn corneal transplantation to keep on going with their life.", "Ħafna minnhom jispiċċaw affettwati in their working age group, u allura importanti li jkollhom dan it-trattament.", "Imbagħad għandek kondizzjoni oħra li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda ssir komuni.", "Din tissejjaħ il-keratoconus ectasia, li again tikkawża ċpar u l-pazjent ikollu jilbes il-contact lenses.", "Ġieli jispiċċaw lanqas ikunu jistgħu jittolleraw il-contact lenses u għalhekk ikun hemm bżonn li nibdlulhom il-curvature tal-cornea biex inġibuhom tolleranti għall-contact lenses.", "Pereżempju jkollna ħafna infections mill-contact lenses li jispiċċaw b'tebgħa fuq il-cornea u għalhekk ikollhom bżonn trapjant.", "Hemm kondizzjonijiet li jiżviluppaw hekk kif tibda tikber, fejn il-cornea ma tibqax tiffunzjona minħabba li titlef aktar ċelloli milli suppost.", "Kif qed taraw hemm ħafna kondizzjonijiet li jaffettwaw l-għajnejn.", "U ġieli noħolqu xi kondizzjoni aħna stess.", "Pereżempju jkollok post cataract surgery, fejn forsi tmur xi ħaġa ħażina waqt l-operazzjoni u nispiċċaw bil-cornea li ma tibqax tiffunzjona wara li dak li jkun ikun ħa battikata bl-operazzjoni.", "Qabel meta s-surgery kienet tirrikjedi ħafna punti, eċċ. kien ikun hemm aktar minn dawn il-problemi mentri llum il-ġurnata, nirringrazzjaw lill-Mulej dawn il-problemi huma ħafna inqas.", "Imma xorta waħda hemm ir-riskju.", "Ovvjament ir-recovery tagħhom is a long haul għax mhumiex bħal operazzjonijiet oħra.", "Pereżempju tal-katarretti jibdew jaraw aħjar mill-għada, mentri dawn l-operazzjonijiet idumu ħafna aktar biex jaraw riżultat imm għalihom xorta waħda huma raġġ ta' tama.", "Bħalissa spiċċajna nagħmlu dawk li jkunu veru fi stat ħażin u mhux qed nagħmlu l-cold cases.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien nixtieq inkun naf jekk iċ-Ċentru tal-Oftalmoloġija tagħna huwiex qed jaħdem ma' xi ċentru ieħor fl-Ewropa jew madwar id-dinja.", "Nixtieq inkun naf jekk bħala pajjiż qattx ingħatajna donazzjonijiet tal-corneas minn pajjiż ieħor jew inkella, jekk se nagħmlu din il-kampanja tal-ID cards u jkollna iktar corneas milli għandna bżonn fis-suq lokali, x'se jsir minnhom dawn?", "Għandna unit b'saħħtu biżżejjed biex ikun jista' jagħti s-sapport meħtieġ lill-qraba tal-pazjent li jkunu qed jaraw lill-maħbub tagħhom jitqatta' għall-ispare parts?", "Nistgħu nsaħħuh dan il-unit?", "Naqblu li għandna ndaħħlu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex nibdew a long term strategy biex l-organ donation tkun parti minn xi syllabus għall-istudenti tagħna?", "Inti jrid ikollok bidla fil-kultura, jiġifieri mhux se tmur f'supermarket u f'daqqa waħda rajt prodott u xtrajtu imma trid tkun mentalment ippreparat li meta se jiġri dak il-fatt, inti trid tagħżel u tagħmel dawk id-deċiżjonijiet.", "FRANCO MERCIECA: Mistoqsijiet interessanti ħafna.", "L-ewwel nett nixtieq ngħid li bħala multi-organ donations f'Malta m'aħniex f'sitwazzjoni ħażina, anzi qegħdin kważi mat-top five avolja għandna s-soft opt-in system.", "Meta tikkomparana ma' Spanja li għandhom l-aħjar rata ta' donazzjonijiet u għandhom l-opt-out system, pajjiżna mhuwiex daqshekk f'qagħda ħażina.", "Ħafna jgħidu li Spanja għandhom rata tajba għar-raġuni li m'għandhomx liġi fuq il-crash helmets u allura jkollhom ħafna aktar motor vehicle accidents, li jirriżultaw in young deaths u allura jkollhom aktar donaturi.", "Imma apparti dik, bis-sistema tagħna xorta għandna a high donation rate.", "Fil-fatt għandna bejn 20 to 25 per million population, jiġifieri għandna rata tajba ħafna.", "Rigward il-mistoqsija tiegħek fuq it-transfer of corneas bejn pajjiż u ieħor, nista' ngħidlek li jekk l-eye bank tagħna jiġi reġistrat u jaqa' taħt ir-regoli ta' eye banks oħrajn Ewropej, li jirrikjedu ċertu tip ta' investiment .… Fil-fatt bħalissa għaddejjin bid-diskussjonijiet biex nagħmlu investiment fl-eye bank ħalli jkollna eye bank kif nixtiequ aħna u mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu t-transfers.", "Imma s'issa qatt ma saru transfers.", "ETIENNE GRECH: Rigward organi oħra saru?", "FRANCO MERCIECA: Transfers ta' organi oħra saru imma tal-corneas qatt s'issa.", "Mill-banda l-oħra nista' ngħidlek li ġieli ġibna corneas minn American eye banks u dawn saru fil-privat.", "Illum il-ġurnata tista' tħallas fee u ġġib cornea minn barra u l-kwalità tagħhom hija tajba ħafna.", "Avolja jkollok il-flight u jdumu ġejjin jumejn jew tlieta, xorta waħda jkollok kwalità tajba ta' cornea u li inti tkun tista' tużaha.", "Nispera li niġu f'sitwazzjoni fejn ikollna surplus ta' organi għax jekk ikollna surplus u jkollna eye bank reġistrat, ovvjament inkunu net contributors u forsi nkunu nistgħu ngħinu lin-North Africa jekk jirranġaw is-sitwazzjoni politika tagħhom.", "Fil-fatt dawn m'għandhomx eye banks u lanqas għandhom kultura ta' donazzjonijiet ta' organi.", "Dawn għandhom shortage kbir ta' organi għax m'hemmx sistema ta' organ donation u pazjent li għandu bżonn cornea jispiċċa jagħma!", "THE CHAIRPERSON: Inti għedtilna li qegħdin tagħmlu l-aktar gravi.", "Issa dawn l-40 persuna fuq il-waiting list huma l-aktar gravi jew huma persuni li għandhom bżonn dik l-operazzjoni?", "FRANCO MERCIECA: Le, huma dawk li għandhom bżonn.", "It's a realistic figure ta' dawk li għandhom bżonn, però nista' ngħidlek li tnejn, tlieta minnhom huma in dire need of a corneal transplant.", "Min-naħa l-oħra nista' ngħidlek ukoll li ċerti corneas, aktar ma ddum tistenna biex tagħmel it-transplant aktar se jkollhom riskju akbar ta' rejection!", "Dan bħal meta għandek pazjent li qed jistenna kidney transplant, fejn dan il-pazjent jista' jilħaq jgħaddi għad-dinja l-oħra qabel ma jieħu l-kidney transplant jew il-heart transplant.", "Issa fil-każ tal-cornea mhux se jmut imma ovvjament jista' jagħma u jista' jiġi f'sitwazzjoni fejn jekk tagħmillu t-transplant din ma tirnexxix għar-raġuni li jkollok aktar riskju ta' rejection.", "Għaldaqstant l-ideali hu li tagħmel it-transplant in the right moment.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: X'taħseb li hemm bżonn fl-Ophtalmic Department fejn taħdem inti biex din ir-rata tiżdied?", "FRANCO MERCIECA: Kulma għandna bżonn li jkollna huwa bidla fil-leġiżlazzjoni li semmejt qabel u ċioè tar-required request jew tal-ID card obbligatorja jew tal-opt-out system ħalli nkabbru l-ammont ta' donazzjonijiet u li jkollna wkoll transplant coordinators iddedikati għal hekk biss.", "Jekk ma nagħmlux transplant coordinators kull leġiżlazzjoni li se nagħmlu se tkun ta' xejn.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Mercieca nirringrazzjawk tal-intervent tiegħek.", "Issa nistgħu ngħaddu għall-mistednin l-oħra li għandna magħna llum.", "Diskussjoni mat-Transplant Support Group (Malta)", "THE CHAIRPERSON: Nilqgħu mal-Mejda lir-rappreżentanti tat-Transplant Support Group (Malta).", "Magħna hawn il-President, is-Sur Alfred Debattista, lis-Sur Anthony Dalli li huwa t-Teżorier, lis-Sur Paul Sapiano li huwa l-Assistent Segretarju, lis-Sur Tony Bugeja li huwa membru u lis-Sur Paul Calleja li huwa transplant coordinator.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA (President tat-Transplant Support Group (Malta)): Jiena heart transplantee u issa ilni 15-il sena b'qalb ta' donatur.", "U mill-istess donatur tiegħi s-Sur Tony Bugeja għandu kilwa wkoll.", "Aħna għandna ħafna informazzjoni x'naqsmu magħkom u nistgħu nelaboraw fuq ħafna punti li smajna hawnhekk illum.", "THE CHAIRPERSON: Qabel nibdew niddiskutu nixtieq ninformakom li din il-laqgħa qiegħda tiġi trasmessa live fuq l-internet imma jekk m'għandkomx oġġezzjoni nistgħu nibqgħu mexjin.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Anzi, aktar aħjar.", "Semmejna l-awareness u naħseb li huwa importanti li jkun hawn l-awareness.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna talli ġejtu hawnhekk u tax-xogħol li tagħmlu.", "Ovvjament aħna qegħdin inħarsu biex naraw kif nistgħu nagħmlu improvements b'mod legali u allura dak li se tgħidulna intom jista' jgħinna ħafna sabiex insawwru policy li mbagħad tispiċċa liġi.", "Nixtieq li tgħiduli ftit bħala grupp x'qegħdin tagħmlu bħalissa.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Fil-fatt ftit tax-xhur ilu konna ltqajna mal-Ministru tas-Saħħa ta' dak iż-żmien u konna tkellimna wkoll mal-Onor.", "Etienne Grech fejn tajnih briefing żgħir fuq id-donor card.", "Issa hawnhekk nixtieq ngħaddilkom din il-brief żgħira flimkien ma' donor card u xi tagħrif ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Mela mbagħad ngħaddu kopja ta' din l-informazzjoni lil kull min qiegħed hawnhekk.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Dan il-grupp waqqaftu jiena wara l-esperjenza li kelli.", "Jiena għaddejt mit-trawma ta' sentejn stennija għal trapjant filwaqt li kelli biss sitt xhur ħajja!", "Imbagħad meta t-trapjant irnexxa, l-ewwel xewqa tiegħi - u ta' kulħadd wara kollox – kienet li nkun naf min kien id-donatur tiegħi.", "Ovvjament trid tħalli ċertu żmien jgħaddi għax trid tara li l-familja tad-donatur tkun tixtieq li dan isir.", "F'din il-biċċa tidħol ċerta kunfidenzjalità għax hawn min jieħu pjaċir li jara l-ġid li sar minn dik id-donazzjoni u jkun hawn oħrajn li jgħidulek li dak li kellhom jagħmlu għamluh, issa jridu joqogħdu għall-kwiet.", "Naturalment inti trid tirrispetta kull idea.", "Minbarra aħna tal-kumitat, il-membri tagħna kollha kienu rċevew organi differenti.", "L-iskop hu li meta niġu msejħa għall-għajnuna mit-tobba, fuq dak il-pazjent li qed jistenna trapjant imur xi ħadd li jkun diġà irċieva l-istess trapjant li qed jistenna dak il-pazjent.", "B'hekk dan ikollu aktar komunikazzjoni diretta għax min qed ikellmu jifhem minn xiex ikun għaddej.", "L-iskop tagħna hu li nwasslu lill-pazjent għal dan it-trapjant rilassat u konxju minn dak li se jgħaddi minnu, xi ħaġa li fi żmieni u qabli ma kenitx teżisti.", "Dik kienet ix-xewqa tiegħi u r-raġuni għalfejn waqqaft dan il-grupp.", "Fil-fatt il-miri tagħna tagħna huma tnejn prinċipalment; waħda li nkunu ta' għajnuna u ta' sapport kontinwu ma' dawk kollha li jew irċevew trapjant diġà jew li qegħdin jistennew li jsir trapjant, kemm lokalment kif ukoll barra l-pajjiż.", "Din l-għajnuna nestenduha wkoll għall-familjari tagħhom għaliex nafu li - bħalma kien fil-każ tiegħi - tal-familja jkunu qed ibatu daqsek b'din it-trawma ta' stennija.", "U t-tieni ħaġa kienet li nwaqqfu dan il-grupp biex nimlew dan il-vojt li kien hawn, fejn ħadd ma jaf minn xiex se jgħaddi f'affarijiet bħal dawn.", "Żmien ilu aħna konna ressaqna proposti fuq x'nixtiequ li naraw li jsir f'din il-liġi kkontemplata li ilna s-snin nokorbu għaliha u nirringrazzja lil Alla fl-aħħar jidher li se naslu.", "Aħna ma nagħmlu xejn ta' barra minn hawn u li mhux diġà qed isir barra.", "Fil-fatt dejjem ħdimna fuq konswetudni Ewropea.", "Jekk qed taraw brochure hawnhekk jew donor card, dawn mhuma xejn differenti minn dak li jsir barra minn Malta.", "Issemmew xi beżgħat li jkollhom ċerti persuni fejn jibdew jaħsbu jekk ikunux mietu tassew qabel me jeħdulhom l-organi jew inkella jekk ikunu waslu fit-tarf, it-tobba xorta waħda jipprovawx isalvawlhom ħajjithom.", "Din hija parti importanti mill-brochure li nużaw għar-registration u hawnhekk għandkom the informed consent li aħna nemmnu fiha bħala grupp.", "Nemmnu fiha mhux għax m'hawnx options oħra imma għaliex inħossu li għall-ambjent ta' pajjiżna, bħala pajjiż reliġjuż, jista' ikun li sistemi oħra mhumiex addattati għalina.", "Pereżempju ssemmiet l-opt-out system.", "Issa jien mhux qed ngħid li din mhijiex tajba imma saret fl-Ewropa minħabba d-domanda kbira li teżisti ta' pazjenti li qegħdin jistennew organu.", "Fl-esperjenza ta' 15-il sena li ilna naħdmu ma ħassejniex s'issa li bl-opt-out system jew mingħajrha se tagħmel xi differenza fuq l-availability ta' organi li jista' ikun hawn.", "Issemmiet l-awareness u din hija xi ħaġa importanti wkoll.", "Id-donor card hija tajba għax il-problema tinqala' minħabba li ħafna nies jgħidu – u għandhom raġun – x'jiġifieri li jien f'ħajti wrejt xewqa espressa liberament sabiex inkun donatur u mbagħad jiġi xi ħadd tal-familja u jdawwar dik ix-xewqa tiegħi!", "Din irridu nikklassifikawha ftit.", "Hemm differenza bejn bniedem li jgħid \"le\" għal xi raġuni ovvja u bniedem ieħor li jgħid sempliċement \"le\" għax ma jaqbilx.", "Aħna ffaċċjajna żewġ problemi li jistgħu jiġġustifikaw għalfejn familja toġġezzjona għad-donazzjoni; waħda hija li l-persuna li għamlet id-donor card, daqskemm hija liberu li tagħmilha, daqshekk ieħor hija libera li ma tibqax bħala donatur.", "Li jiġri hu li ħafna drabi tgħid lil tal-familja biss u allura huma biss tal-familja li jistgħu jikkonfermawha.", "U t-tieni hi li jkollok nies li fl-intervall ikunu biddlu r-reliġjon tagħhom, fosthom tal-Jehova's Witnesses, li ma jaċċettawx dawn it-trapjanti.", "Il-problema hi li dawn iż-żewġ affarijiet ma jiġux għand min għandu jkun jafhom, imma jibqgħu magħrufin fil-familja biss.", "Issa anke fejn hemm l-opt-out system, it-tobba jkunu aktar komdi legalment li jekk jistgħu jkollhom il-kunsens tal-familja.", "Meta nitkellmu aħna dejjem nipprovaw insemmu d-distinzjoni li teżisti bejn pajjiżna u pajjiżi oħra.", "Inti ma tistax tagħmel paragun bejn il-kobor ta' pajjiżi kbar - fejn ħadd ma jaf lil ħadd – u Malta li tant aħna żgħar.", "F'Malta meta jkollok talba mingħand xi ħadd għax ikun irid jiltaqa' mal-familja tad-donatur, dan jiġi għandek bis-santa tal-mejjet għax ikun mar il-funeral tiegħu!", "Aħna tant aħna żgħar bħala pajjiż li m'hemmx dik id-diffikultà ta' kuntatt.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda nifhem sew li intom kontra l-opt-out system u favur l-opt-in system?", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Le, aħna m'aħniex kontra imma qed nissuġġerixxu dak li esperjenzajna aħna matul dawn is-snin kollha.", "THE CHAIRPERSON: Għandkom pożizzjoni fuq liema miż-żewġ major options tippreferu?", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Aħna nippreferu l-informed consent.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri l-opt-in system.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: L-informed consent tagħtik ċans tistaqsi l-mistoqsijiet biex tneħħi kull biżà li jkollok.", "Imbagħad wara tagħmel ir-reġistrazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) L-importanti hu li d-donor card stess turik xi trid tagħmel.", "Hawnhekk kif qed taraw għandek \"informa lil tal-familja bid-deċiżjoni tiegħek\".", "Mela jekk l-aħħar kelma se tkun tal-ġenituri, tal-mara jew ta' xi ħadd ieħor mill-familja, x'sugu għandha din?!", "Id-differenza hi li jekk ma teżistix donor card u fl-ITU qed tiffaċċja familja f'mument daqshekk traġiku, se tpoġġihom daharhom mal-ħajt u se tagħmlilhom il-ħajja diffiċli mentri jekk se turihom li dan kien donatur u għandu d-donor card mhux se jiddeċiedu huma imma se jbierku dik id-deċiżjoni.", "ETIENNE GRECH: Jekk se nużaw is-sistema tal-ID card, nimmaġina li intom għandkom il-firem ukoll tagħhom li qed jiġu maħżuna x'imkien.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Le, aħna ma nżommux din id-data minħabba d-data protection.", "ETIENNE GRECH: Jekk se nużaw tal-ID cards irridu nerġgħu nibdew kollox mill-ġdid.", "THE CHAIRPERSON: Is-sistema trid tinbeda mill-ġdid.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Ħalli nagħtik eżempju.", "Aħna minn dawn nirċievu medja ta' 2,000 kull sena, jiġifieri bħala perċentwali ninsabu minn ta' quddiem nett fl-Ewropa.", "Fil-fatt Sweden qiegħda l-ewwel u aħna t-tieni.", "Imma dawn meta ngħoddhom fl-aħħar tax-xahar, ngħoddhom biex inżomm statistika biss, li issa ilni niġborha mill-2008, u mbagħad naħraqhom għax dik l-informazzjoni ġiet għandi sempliċement biex timtelà id-donor card.", "U ladarba timtela' id-donor card dik l-informazzjoni trid tispiċċa.", "Bħala l-legal advisor tagħna għandna lil Mr Speaker, li huwa ħabib antik fil-Korp tal-Pulizija.", "Għandna wkoll lill-Professur Agius fuq l-etika, jiġifieri aħna naħdmu bl-etika professjonali, bil-kunfidenzjalità u bid-data protection.", "Li m'għandniex huwa backing legali ta' dak kollu li riedna nagħmlu matul dawn is-snin kollha, għal dawn in-nies voluntiera, fejn aħna naħdmu mid-djar tagħna għax m'għandniex uffiċċju .…", "THE CHAIRPERSON: Meta xi ħadd jimla' din il-karta u jkollu d-donor card imma wara ċertu żmien jitlifha u jibqa' ma jiġix għandkom biex tagħtuh oħra, x'jiġri?", "Jintesa' li huwa donatur?", "M'hemm imkien li turi.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Għalhekk il-familja importanti.", "Jekk id-donor card mhijiex available, importanti li l-familja tkun taf bix-xewqa tiegħu.", "Id-donor card hija mezz iżda mhijiex kollox.", "Fil-każ tiegħi partikolari u ta' oħrajn, id-donatur tiegħi li minnu ħadt il-qalb għalija, ħadna wkoll żewġ corneas, żewġ kliewi u l-fwied tiegħu ġie maqsum bejn żewġ Taljani.", "Issa dan ma kellux donor card imma meta l-mamà tiegħu ffaċjawha, ġiet daharha mal-ħajt għax ma kellux donor card fuqu, imma oħtu qalet lill-ommha li ħuha dejjem kellu dik ix-xewqa jekk kemm-il darba jiġi nieqes.", "U allura ommu bierket ix-xewqa tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Sistema bħalma ġie ssuġġerit li jkun hemm fl-ID cards hija xi ħaġa iktar permanenti.", "Jiena għamilt id-donor card meta kelli 19-il sena imma f'dan iż-żmien kollu ma nafx kemm-il kartiera u portmoni tlift u din id-donor card m'għandix idea fejn spiċċat.", "Meta inti jkollok xi ħaġa iktar permanenti bħalma hi l-ID card, inti se tiġi f'sitwazzjoni fejn għandek kważi donor card imma hija xi ħaġa uffiċjali u hija permanenti wkoll.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Fil-fatt id-donor card hija l-ewwel punt li semmejna fis-suġġerimenti tagħna u aħna qed ngħidu li din għandu jkollha backing legali.", "Ladarba bniedem jimliha u jiffirmaha on his own free will, din għandu jkollha backing legali.", "Aħna ma rridux li bniedem, għax ma jaqbilx ma' dik ix-xewqa, jispiċċa jħassar il-fehma ta' min ikun għamel hekk b'mod liberu.", "THE CHAIRPERSON: Iva, nista' nifhimha.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Dik għandha bżonn tkun ċara fil-liġi u allura jekk ma jkunx hemm raġuni valida ħadd m'għandu jħassar xewqa ta' bniedem li liberament ikun jaf x'qed jagħmel.", "Aħna tlabna wkoll li fid-database tal-ID cards ikun hemm inkluż min hu donor.", "THE CHAIRPERSON: Dik ukoll hija suġġeriment li intom qegħdin tagħmlu.", "ETIENNE GRECH: Intom għandkom specific donors, jiġifieri donaturi li jkunu jixtiequ jagħtu xi parti partikolari mill-ġisem tagħhom?", "Pereżempju fuq id-donor card għandkom imniżżel li t-tali jrid jagħti kilwa imma ma jridx jagħti għajnejh?", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Id-donor card fiha żewġ options; jew li kull parti li hija tajba biex tiġi trapjantata għandha tintuża jew inkella hawn min jgħidlek li lest li jagħti kull parti minbarra l-għajnejn.", "U dik l-għażla tiġi rispettata u fuq id-donor card tiġi speċifikata.", "Fuqha jkollok ukoll contact person lil min nistgħu nikkuntattjaw f'każ ta' emerġenza.", "L-għajn hawn min hu superstizzjuż fuqha imma inti trid tirrispetta dik ix-xewqa wkoll.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA (Membru tat-Transplant Support Group (Malta)): Il-liġi se tkopri l-aspetti kollha tat-transplantation?", "THE CHAIRPERSON: Il-liġi għad trid tinbena wara li nkunu ddiskutejna l-affarijiet.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Donor recognition, jekk huwiex living donor jew inkella cadaveric donor, jekk huwiex procurement jew allocation, dawn kollha se jidħlu fiha jew inkella hemm aspetti professjonali li se jibqgħu professjonali?", "ETIENNE GRECH: L-ewwel nett diġà hemm liġi fuq it-trapjanti u hemm erba' legal notices li bażikament jirregolaw l-istandards, fejn tista' ssir l-organ transplantation u t-traceability għax inti meta jkollok organ trid tibqa' issegwih għal ċertu ammont ta' żmien.", "Mela liġi diġà hemm, però hemm ħafna dettalji li semmejt inti, fosthom l-allocation fuq il-procurement, jekk huwiex opt-in jew opt-out system, x'inhi d-definition of death, eċċ. li huma kollha neqsin mil-liġi.", "Meta nduru lil kulħadd u ssir il-White Paper, ikollna idea komprensiva dwar x'irridu nagħmlu u x'ma rridux nagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: L-idea ta' dan il-Kumitat hi li naraw l-istakeholders min huma ħalli nġibuhom hawnhekk biex jitkellmu magħna u jgħidulna mil-lat tagħhom x'inhu l-aħjar, x'hemm nieqes u xi jħossu li huma l-bżonnijiet biex imbagħad kemm jista' ikun aħna nibnu l-opinjoni ta' dawn iż-żewġ kumitati f'daqqa u ngħadduha lill-Ministeru.", "B'hekk inkunu nistgħu nifformolaw White Paper li tiġi diskussa mill-poplu u mbagħad issir liġi.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Ma nafx hux se jkun hemm xogħol doppju, fis-sens li jiena għadni kif għamilt teżi fuq l-allocation of organs, u qabbilt lil Malta mal-Amerka u mal-Ewropa.", "Inzerta li eżaminatur minn tiegħi kien Dr Zarb Adami u dan stess issuġġerixxa li għandha ssir taskforce biex niddiskutu l-allokazzjoni tal-organi għal Malta.", "Għalhekk għadni ma nafx jekk huwiex se jkun hemm xogħol hemm u xogħol hawn.", "Dik il-mistoqsija li ridt nagħmel.", "THE CHAIRPERSON: Aħna f'dan il-Kumitat qegħdin nipprovaw naraw l-aspett kollu ta' din l-affari, jiġifieri minn hawnhekk imbagħad inkunu rridu nimxu biex nagħtu l-parir ta' dawn il-kumitati fuq numru ta' affarijiet.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Imma għadna lura, fis-sens li għad iridu jibdew jiddiskutu Mater Dei.", "Jekk se jsir kumitat hawnhekk m'hemmx għalfejn li jsir kumitat ieħor hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Imma dan huwa Kumitat Parlamentari u l-liġi toħroġ minn din l-istituzzjoni.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Aħna għad irridu nibdew hemmhekk.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: L-iskop hawnhekk hu li l-perspettivi tagħkom tkunu tistgħu tgħadduhom biex imbagħad iż-żewġ kumitati jkunu jistgħu jikkonsidrawhom.", "Punt li forsi ma nafx qattx iddiskutejtuh intom huwa l-kunċett tal-advanced directive, jiġifieri tal-living will, li daħlet f'diversi pajjiżi u tista' tgħid li jipprovdi għal dak kollu li jikkonċerna lilkom.", "L-aspetti li semmejt inti huma aspetti reali imma naħseb li l-approach li qed tieħdu intom, fis-sens li qed teħduha pass pass … Li l-ewwel tistrutturaw u timbuttaw l-informed consent imma mingħajr ma teskludu li l-presumed consent system tiddaħħal, naħseb li dik hija fl-opinjoni tagħna bħala Partit Nazzjonalista l-approach li għandna ninvestu fiha.", "Dan mingħajr ma neskludu l-oħra.", "Fil-verità naħseb li l-aktar element importanti llum jibqa' l-punt li semma' l-Onor.", "Anke meta tara l-esperjenza ta' pajjiżi barranin, jiena rajt il-presentation tiegħek u qiegħed isir dan il-punt, fejn l-aktar element kruċjali hija l-infrastruttura, jiġifieri l-post, l-apparat u n-nies.", "Kif semma' l-Onor.", "Grech, veru li teżisti leġiżlazzjoni, li kienet għamlet transposition tad-direttiva u kien hemm ukoll aġġornament tagħha, però fil-verità il-leġiżlazzjoni tħalli lok biex tagħmel ir-regolamentazzjoni bbażata fuq dik il-leġiżlazzjoni.", "U naħseb li kieku intom tkunu tistgħu tartikolaw il-pożizzjoni tagħkom fejn tgħidulna b'liema mod tixtiequ taraw l-informed consent illeġiżlata, tkunu tistgħu tissottomettuha liċ-Chairpersons bil-miktub.", "Jiena nemmen li esperjenza daqskom ħadd m'għandu.", "Issa intom forsi ma tarawhiex mil-lat legalistiku imma tarawha aktar mil-lat uman u naħseb li minn hemmhekk irridu nibdew.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Jekk tippermettili aħna informati sew kemm fuq l-informed consent kif ukoll fuq l-opt-out system.", "Issa mhux għax m'aħniex qed nirrakkomandawha allura ma nafux fuqha imma mill-esperjenza li wrietna f'dawn l-14-il sena kemm ilna mwaqqfin rajna li aħna mhux inbatu min-nuqqas ta' organi għax m'hawnx l-opt-out system jew għax m'hawnx il-living will.", "Fil-fatt ftit tas-snin ilu għamilna national survey fejn 94% li rrispondew qalulna li huma jew għandhom id-donor card, jew jekk m'għandhomx donor card xorta waħda jaqblu mas-sistema u lesti li jagħtu l-organi tagħhom.", "Hawnhekk issemmiet ħafna l-awareness u din hija importanti.", "Aħna nemmnu ħafna fuq l-awareness.", "Dalgħodu kont għand il-General Soft Drinks nagħti talk lil 200 ruħ.", "Qed immorru wkoll fl-iskejjel kollha u fil-fabbriki, jiġifieri min jaħseb li m'hawnx biżżejjed awareness mhuwiex korrett.", "Aħna nagħmlu wkoll programmi kontinwi bir-ripetizzjonijiet, kemm fuq ir-rajdu, televiżjoni, gazzetti u intervisti.", "Aħna jiġu anke d-dar biex jintervistawna u jiffiljmjaw, jiġifieri ma nħossux li l-awareness mhijiex qiegħda hemmhekk.", "Ħafna drabi jgħiduli li jkun ilhom ħafna biex jagħmlu d-donor card u dan ikun ifisser li jkunu jafu biha.", "Mela li jkun hemm huwa daqsxejn ta' traskuraġni.", "Issa fuq l-opt-out system, fejn l-Istat qed jassumi li ladarba ma rċeviex bil-miktub li t-tali ma jridx ikun donatur, allura qiegħed jieħdu li huwa donatur, aħna ma nixtiequx li tkun b'dan il-mod.", "ETIENNE GRECH: Però hemm is-soft opt-out system ukoll fejn ir-relatives jiġu ...", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Nixtieq niċċara ftit punti hawnhekk.", "Dan il-Kumitat huwa Kumitat Parlamentari u x-xogħol tiegħu hu li jiġbor l-evidenza ta' x'inhi l-opinjoni tal-pubbliku u tal-istakeholders kollha, fosthom ta' NGOs bħalkom u bħalma hu l-Profs Mercieca, biex imbagħad fl-aħħar tad-deliberazzjoni tiegħu jagħmel rapport.", "Il-Gvern ukoll qiegħed jaħdem fuq din il-kwistjoni u fix-xhur li ġejjin se noħorġu White Paper.", "Għandi wkoll indikazzjoni li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tgħin f'dan il-proċess u hekk għandu jkun għax din ma naħsibx li hija xi ħaġa partiġġjana.", "Ir-rapport li joħroġ dan il-Kumitat se jkollu piż kbir fid-deċiżjoni ta' kif qed nipproponu l-White Paper tal-Gvern.", "U l-White Paper se tkun miftuħa għal konsultazzjoni oħra, jiġifieri eventwalment il-liġi tiġi wara li jagħlaq il-perijodu tal-konsultazzjoni fuq il-White Paper.", "Aħna qegħdin nistmaw li sal-aħħar tas-sena x-xogħol ta' dan il-Kumitat għandu jkun konkluż biex fil-bidu tas-sena d-dieħla noħorġu l-White Paper u forsi sas-sajf li ġej inkunu nistgħu nippreżentaw il-liġi quddiem il-Parlament.", "Naturalment il-Parlament jgħaddi l-liġi imma x-xogħol li qegħdin tagħmlu intom bħala NGOs u dak ix-xogħol li semmejt inti Sur Bugeja, anke ma' professjonisti fl-isptar Mater Dei, se jkun qiegħed jgħin biex nifformaw l-opinjoni tagħna.", "Għalhekk id-diskussjoni fil-pajjiż hija importanti, kemm fil-gazzetti, fis-seminars, fil-media u anke hawnhekk fil-Parlament.", "Id-diskussjoni trid tkun wiesa' kemm jista' ikun u trid tkun mifruxa kemm jista' ikun.", "Aħna mhux qed ngħaġġluha imma qed nagħmluha bil-galbu.", "Ovvjament irid ikollna t-time limit tagħha u fil-fatt qegħdin nistmaw li sal-aħħar ta' din is-sena l-Kumitat ilesti r-rapport tiegħu biex fil-bidu tas-sena d-dieħla noħorġu l-White Paper.", "Imbagħad wara jkun hemm xahrejn ta' konsultazzjoni u wara l-konsultazzjoni nippreżentaw il-liġi fil-Parlament.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Xi ħaġa oħra li rrid ngħid hu li apparti l-ID cards għandek ukoll id-driving licences imma ovvjament mhux kulħadd isuq mentri ID card għandu kulħadd.", "Xi ħaġa oħra li ssuġġerejna biex inkomplu ngħinu lill-awtorità ħalli din ikollha ready made information hija li anke fil-file li jkollu l-pazjent l-isptar, mal-ID card ikun hemm nota li huwa donatur.", "L-idea hi li min qed jitratta ma' bniedem li ħajtu se tispiċċa jkun diġà informat mill-file tiegħu li dak huwa donatur.", "B'hekk meta dak li jkun jiffaċċja lill-familjari tal-pazjent, li dawn jistgħu jkunu daqsxejn diżullużi minħabba l-mument ikrah li jkunu għaddejjin minnu, ikollu d-donor card jew l-ID card jew inkella l-file tiegħu.", "Jiġifieri għandu ħafna affarijiet li bihom jista' jipprova jikkonvinċi - jekk hemm bżonn - lill-qraba tad-donatur li dik kienet ix-xewqa tiegħu.", "DEO DEBATTISTA: Kważi iktar din għax meta pazjent ġie l-isptar u wera li fil-file tiegħu … Qabel dik konna nużawha fil-gynae.", "ETIENNE GRECH: Imma t-transplant coordinators iridu jieħdu l-messaġġ għax huma se jagħmlu l-harvesting tal-organi.", "IS-SUR PAUL CALLEJA (Transplant Coordinator): Jiena naqbel ħafna mas-Sur Debattista u fil-fatt kont se ngħid li kull pazjent li jidħol l-isptar għandu jinfetaħlu file.", "Bħalissa l-file qiegħed fuq il-karta imma 'l quddiem dan se jsir b'mod elettroniku.", "Waħda mill-mistoqsijiet li għandha ssir lill-pazjent hija jekk iridx ikun donatur jew le ħalli 'l quddiem, meta l-file tiegħu jsir b'mod elettroniku, kif iddaħħal in-numru tal-ID card tiegħu titla' pop up li tgħidlek jekk huwiex donatur jew le.", "Din hija xi ħaġa sempliċi ħafna.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Jista' ikun diġà donatur u jkun biss qed jikkonferma.", "IS-SUR PAUL CALLEJA: Kif qiegħda l-liġi bħalissa t-transplant coordinators m'għandhom l-ebda jedd li jmorru l-ITU biex jaraw jekk hemmx brain deads jew le.", "Dak huwa xogħol tal-anestetista li jieħu ħsieb il-pazjenti hemmhekk u aħna ma nistgħu nidħlu fl-ebda mod qabel ma jkollna l-consent mingħand il-membri tal-familja tal-mejjet.", "Ir-raġuni wara din hija, biex il-preżenza tagħna ma toħloqx dubju fost il-qraba fejn dawn jibdew jaħsbu li aħna qed inħarsu lejn il-mejjet bħala donatur u mhux bħala pazjent li qed nieħdu ħsiebu biex insalvawlu ħajtu.", "Kif qiegħda bħalissa hi li ladarba dak li jkun jiġi dikjarat brain death, tiġi ffirmata l-consent u mbagħad hemmhekk jidħlu l-coordinators.", "Imma ma jistgħux jidħlu qabel.", "Spanja għandhom sistema differenti.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Naħseb li wieħed irid jara l-isforzi kbar li tagħmlu intom u jien ġieli kelli kuntatt magħkom.", "Issa dan kollu li qed issemmu huwa kollu tajjeb imma jekk m'aħniex se nagħmlu reklamar tajjeb biex in-nies ikollhom għarfien ta' dak li qed tagħmlu tkun qiegħda tinħela ħafna enerġija ta' xejn.", "Ir-reklamar irid ikun b'tali mod li verament iġiegħel lin-nies jifhmu u jħossu l-bżonn ta' din il-karità.", "Jekk dan ma jsirx ikun qed jinħela l-ħin.", "Jiena naħseb li rridu naraw kif wieħed jista' jagħmel dan ir-reklamar.", "Naraw ħafna tipi ta' reklami u xi kultant dan isir ukoll min-naħa tad- Dipartiment tas-Saħħa.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Fil-fatt ftit tas-snin ilu għamilna billboards ma' Malta kollha u hemmhekk konna rajna boost fiha.", "SILVIO PARNIS: L-effett tal-media llum jinbidel minn ġimgħa għal ġimgħa jew minn xahar għal xahar.", "U allura wieħed irid jara x'inhu l-iktar reklamar effettiv fejn in-nies ikollhom għarfien fuq ix-xogħol li qegħdin tagħmlu intom.", "Jiena naħseb li l-iktar reklamar effettiv huwa t-televiżjoni u wieħed irid jagħmel ir-reklamar b'mod attraenti għan-nies.", "Dak kollu li qegħdin ngħidu hawnhekk huwa tajjeb li jidħol fil-liġi imma jekk mhux se jkun hemm għarfien permezz tal-media … Jien illum persważ li tistgħu ġġibu fondi mill-Unjoni Ewropea biex tagħmlu r-reklamar fuq is-saħħa u jekk dan isir naħseb li x-xogħol tagħkom jirdoppja u jkun hemm riżultati aktar pożittivi.", "Intom ġejtu hawnhekk b'mod volontarju u l-ħidma tagħkom hija volontarja imma b'daqsxejn iktar għarfien u forsi b'daqsxejn aktar ħidma din tista' tkun aktar strateġija pożittiva.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Din żgur li hija xi ħaġa li tgħin.", "Issa aħna għandna sezzjoni ġewwa Għawdex u dan l-aħħar is-Sovereign Military Order of Malta Volunteers bdew iduru parroċċa parroċċa.", "Xi ħaġa importanti hi li għandna kollaborazzjoni diretta mal-Blood Transfusion Centre.", "Fil-fatt aħna qed nirreklamaw id-demm għax dan ukoll huwa organu u jintuża ħafna fit-trapjanti.", "U prattikament kull min qiegħed imur jagħti d-demm qiegħed jirreġistra wkoll bħala donor.", "Mela b'hekk qegħdin nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jista' jintuża iktar minn metodu wieħed.", "Fil-fatt inti semmejt din tad-driving licence, tal-file tal-isptar u tal-ID card.", "Però huwa importanti li kwalunkwe sistema li nużaw, kemm l-opt-in system jew l-opt-out system, dak li jkun għandu jiġi informat dejjem.", "Dik il-persuna li tiġi biex tiffirma jekk hux se tagħti l-organi tagħha jew le, huwa importanti ħafna li tkun informata kif suppost bil-pass li tkun se tieħu.", "Meta semmejt l-allocation, jien kont diġà għamilt rapportage s-sena li għaddiet u għad irridu nerġgħu niltaqgħu mal-esperti f'dan il-qasam, fosthom ma' Dr Zarb Adami.", "U jekk tista' tibgħatilna xi informazzjoni dwar ix-xogħol tiegħek fuq l-allocation aħna żgur li nieħdu pjaċir.", "Issa jekk m'inix sejjer żball kien hemm ħaddieħor li għamel studju simili?", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Naħseb li għalija qiegħed tgħid.", "ETIENNE GRECH: Aħna dejjem napprezzaw, naqraw u napprezzaw dawn l-istudji li jsiru.", "Meta konna tkellimna ma' Dr Zarb Adami – fil-preżenza tat-Transplant Support Group (Malta) - konna għedna li l-guidelines fil-criteria, kemm jekk ġejjin minn life jew minn cadaveric organ donors, iridu jiġu determinati mir-Renal Committee jew minn speċjalisti li jkunu approvati mid-Direttur Ġenerali.", "Bħalissa, jekk m'inix sejjer żball, huwa proprju r-Renal Committee li jiddeċidihom dawn l-affarijiet.", "Wieħed jista' jiddefinixxi wkoll x'se tkun il-pożizzjoni legali meta niġu biex nagħmlu d-drafting tal-liġi.", "Issa intom, bħala Transplant Support Group (Malta) taqblu li l-aħħar deċiżjoni għandha tkun tal-qraba jew inkella tal-individwu?", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Jekk l-aħħar deċiżjoni tkun tal-familjari m'għandekx għalfejn tagħmel donor card!", "Id-deċiżjoni mhijiex tal-membri tal-familja imma hija ta' dak l-individwu.", "Aħna noġġezzjonaw mhux dwar x'taħseb il-familja għax għandha dritt ...", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri intom jekk taraw sitwazzjoni fejn persuna għandha saħħa legali li tista' tintuża d-donor card jew l-ID card imma l-qraba qed joġġezzjonaw, l-organi jittieħdu xorta waħda?", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Aħna qed ngħidu li l-kelma tiegħu għandha tiġi onorata.", "Dażgur!", "Sakemm ma jkunx hemm raġuni valida.", "Semmejna żewġ possibilitajiet.", "Li ma rridux aħna hu li ma tkunx konvalidata x-xewqa tad-donor sempliċement għaliex inti taf li l-qraba ma jaqblux għalihom personali.", "Inti għandek dritt tgħid le għalik innifsek, imma għandek dritt tgħid le għal min freely offra li jkun donatur?", "ETIENNE GRECH: Għax inti l-ewwel għedt li l-membri tal-familja jridu jkunu jafu dwar id-donor card, mela allura l-membri tal-familja għandhom rwol.", "THE CHAIRPERSON: Bħalissa iktar u iktar.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Imma jiena għedt li l-membri tal-familja għandhom ikunu jafu mhux biex jiddeċiedu huma imma biex jekk il-card ma tinstabx, huma jkunu jafu verbalment - bħalma kien fil-każ tiegħi – li l-pazjent huwa willing.", "ETIENNE GRECH: Intom taqblu li jkun hemm reġistru?", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Jekk tagħmilha fuq l-ID card ma jaqbillekx tagħmel reġistru għax bir-reġistru, meta jmut trid toqgħod terġa' taqtgħu minn fuqu …", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Ħalli niddefinuha.", "THE CHAIRPERSON: llum bit-teknoloġija informatika m'għandhiex tkun kwestjoni …", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Ir-reġistru kien jeżisti fl-ITU imma tant imutu nies u ħadd ma jinforma lil tar-reġistru u xebbiet jiżżewġu u jibdlu kunjomhom u ma javżawhom xejn li kważi kważi sar xi ħaġa fażulla!", "THE CHAIRPERSON: L-idea tar-reġistru mhijiex biex inti tkun taf min irid ikun donatur jew le imma biex ġaladarba tkun taf min hu donatur b'mezzi oħrajn, inti tikkonsulta r-reġistru għad-dettalji.", "L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: Nixtieq ngħaddi punt fuq dak li qal l-Onor.", "Silvio Parnis dwar il-mass advertising.", "Huwa importanti x-xogħol li qed tagħmlu intom, fejn qed tmorru fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xogħol biex tgħaddu l-messaġġ lin-nies imma bis-sistema tal-ID card jew tad-driving licence inti qed tistaqsi lil kull persuna u qed tistaqsiha personalment u mhux on a mass level.", "B'hekk se tkun aktar effettiv.", "Dak huwa l-punt kruċjali.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Dażgur!", "FRANCO MERCIECA: Hemmhekk inti m'intix qed titlef potential donors u dak huwa l-punt tiegħi.", "Inti hawnhekk semmejt ukoll l-opt-out system.", "Trid tkun daqsxejn iebes fuq l-opt-out għax qed tgħid li l-Istat huwa l-owner tal-organi, eċċ. però min jagħmel l-opt-out system, il-maġġor parti ħlief għall-Awstrija għax dawk għandhom a hard opt-out system, kull persuna tiġi mistoqsija jekk tridx tkun donatur jew le.", "Aħna bl-ID card qed ngħidu l-kontra għax qed nistaqsu fuq l-opt-in u mhux fuq l-opt-out.", "THE CHAIRPERSON: Imma sakemm inti tistaqsi dejjem opt-in.", "ETIENNE GRECH: Opt-out trid issir bilfors kampanja ta' għarfien fuqha.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Fl-opt-out system ir-reġistru ma jinkludix lil min irid imma lill-objectors.", "FRANCO MERCIECA: Però l-aktar mudell użat illum il-ġurnata, fejn il-pajjiżi qed jagħmlu l-opt-out system, qed jagħmlu żewġ reġistri; reġistru ta' min huwa bl-opt-in u reġistru ta' min huwa bl-opt-out.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Imma għax għandhom domanda kbira li mhuwiex il-każ ta' Malta.", "FRANCO MERCIECA: Qiegħda ssir kampanja biex kulħadd ikun jaf bil-possibilità u kulħadd jiġi mistoqsi.", "THE CHAIRPERSON: Jekk inti tiġi mistoqsi mela it's an opt-in.", "Tkun f'liema forma tkun il-mistoqsija, jekk inti tiġi mistoqsi, mela you're opting for something.", "Jiġifieri anke jekk insejħula opt-out, once li inti tistaqsi it's an opt-in.", "If it is presumed, u mbagħad min irid imur jgħid li ma jridx ikun donatur għax hekk irid, mela dik hija l-opt-out system.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri jekk tgħid opt-out system u tagħmel sistema li tkun accompanied by a massive campaign biex tilħaq lil kulħadd u tistaqsi lin-nies, ma tibqax aktar opt-out!", "THE CHAIRPERSON: Malli tistaqsihom ma tibqax aktar opt-out system.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Imma again, il-pożizzjoni ta' Malta ma tikkompara xejn ma' dik ta' pajjiżi barranin!", "Hawnhekk huwa faċli mmens li tagħmel kuntatt minħabba ċ-ċokon tagħna.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Ħalli nitkellem daqsxejn fuq il-prattika ta' kif taħdem Malta.", "L-awareness hawn Malta hija kbira; tant hija kbira li rari jkollna donatur li l-familja tiegħu jgħidulna le!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq brain deads.", "Tant hija rari li hemm min – nies professjonali li jaħdmu fil-Mater Dei - ma jaqbilx li nagħmlu reġistru.", "U allura kważi tal-opt-out u tal-opt-in se jżiedu ħafna xogħol u jagħmluha aktar diffiċli.", "ETIENNE GRECH: Fil-każ tal-corneas tagħmel sens imma?", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Tal-corneas m'għandekx għalfejn ikollok brain dead.", "Jista' jkollok dawk li huma multi-organ donors, imma l-iktar ammont ta' corneas li jirċievu tal-Oftalmoloġija huma min-nies li huma diġà mejta u mhux brain dead.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt qrajt l-artiklu ta' Marion Lauri u John Zarb Adami, fejn dawn kienu għamlu studju dwar kemm hawn nies f'Malta li jekk ikunu brain dead jaċċettaw li jkunu donaturi u l-biċċa l-kbira tagħhom qalu li jkunu jridu.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Fuq dan il-punt importanti ħafna l-approach kif isir minn ċerti tobba.", "Kulħadd tabib tajjeb imma mbagħad mhux kulħadd għandu l-kariżma li jagħraf kif għandu jaffaċċja lil dik il-persuna li tkun għaddejja minn mument diffiċli.", "Persuna li ma kellhiex donor card u tixtieq li tgħidlek iva, inti trid tagħraf kif se tavviċinaha.", "Fl-ITU jkollok nies li jkunu ilhom hemmhekk ġranet sħaħ u anke ġimgħat!", "Meta jaraw li l-ħajja qiegħda tonqos isir dak l-approach.", "L-importanti hu li l-approach isir b'mod li dak li jkun jifhem dik il-persuna minn xiex tkun għaddejja.", "Imma nerġa' ngħid li mhux kulħadd għandu l-kariżma li jwassal il-messaġġ tajjeb.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Pereżempju jien u Paul irċevejna taħriġ speċjali fuq kif għandna navviċinaw il-familja.", "Imma kif taħdem hawn Malta s-sistema hija differenti.", "Hawn Malta huma l-Intensivists li jaħdmu l-ITU li jagħmlu l-kuntatt mal-familja u jġibu r-risposta tagħhom.", "Qabel ma jġibu l-yes jew in-no l-koordinatur ma jistax jinżel jiltaqa' mal-familja!", "Jekk ir-risposta tkun fin-negattiv ma jsiru l-ebda kuntatti mal-koordinaturi.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li nagħmlu x'nagħmlu, kwalunkwe sistema li se nużaw, kull individwu għandu jkollu d-dritt li jħassar dik id-deċiżjoni li jkun ħa.", "Dak huwa l-punt.", "Jekk se nagħmluha fuq l-ID card jew fuq xi ħaġa oħra, għandu jkun hemm l-option li llum għidt \"iva\" u għada ngħid \"le\".", "L-iktar ħaġa li t-Transplant Support Group (Malta) qed jiddejjaq minnha hija dik li jkollok bniedem li għandu x-xewqa li jagħti l-organi tiegħu imma meta jkun brain dead, il-qraba tiegħu ma jkunux iridu jagħtu l-kunsens!", "Hemmhekk qiegħda l-problema, jekk il-qraba jgħidu li ma jridux jagħtu kunsens u aħna nkunu nafu x'kienet ix-xewqa tal-pazjent f'ħajtu.", "THE CHAIRPERSON: Iż-żewġ affarijiet li għadek kif semmejt issa kollha juru l-preferenza li x-xewqa tad-donatur jew preżunt donatur għandha tkun rispettata!", "Waħda mill-affarijiet li ddejjaqni wkoll fis-sistema li hemm bħalissa, irrispettivament minn kemm għandna donaturi jew le, hija li jekk id-donatur ma jkunx ħa pożizzjoni u meta jkun brain dead il-familja tiegħu tieħu pożizzjoni favur id-donazzjoni, jista' jkun li hemmhekk ukoll qiegħed tmur kontra x-xewqa ta' dak id-donatur.", "U għalhekk hija importanti li jkollok liġi.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Fil-fatt insibu li jkun hemm pazjenti li huma brain dead, li dawn qatt ma jkunu ddiskutew il-kwestjoni tad-donazzjoni, u meta jkellmu lill-qraba dawn jaċċettaw u jgħidu iva.", "ETIENNE GRECH: Ma ninsewx ukoll il-futur u hawnhekk qiegħed nirriferi għall-cadaveric donation.", "Fil-futur jista' jkun hemm każi fejn tieħu l-organi ta' bniedem li forsi jkunu second class organs ...", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Int qed tgħid għall-marginal donors.", "ETIENNE GRECH: Fejn pereżempju xi ħadd jidħol l-isptar u jmut, imbagħad wara jerġgħu jibdew ir-resuscitation fuqu, peress li jkun diġà definit bħala mejjet.", "IS-SUR PAUL CALLEJA: Aħna bħalissa nutilizzaw donation after brain dead.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Bħalissa hemm biċċa etika fuqha din barra minn pajjiżna, fejn hemm tobba li jgħidu li żewġ minuti minn x'ħin tieqaf il-qalb tista' tieħu l-organi.", "Imbagħad hemm speċjalisti oħra li jgħidu li ma tista' qatt ma tmurx in favour of the dead rule, u allura qegħdin jgħidu li ma tista' qatt tkun ċert minn x'ħin tieqaf il-qalb li l-moħħ ma jerġax jieħu l-ħajja.", "ETIENNE GRECH: Però dak huwa l-unika mezz kif tista' iżżid l-organi.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Fil-fatt Dr Zarb Adami qiegħed jaħdem ħafna fuqha din is-sitwazzjoni imma m'hemm l-ebda consensus fl-ebda pajjiż fuq kemm trid tħalli ħin jgħaddi minn x'ħin tieqaf il-qalb.", "Hemm min jgħid ħames minuti huma biżżejjed.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt Dr Zarb Adami kien qalli li meta niġu għad-definition of death m'hemm l-ebda definizzjoni cast in stone imma l-liġi tgħidlek li għandek tħalliha f'idejn l-esperti ta' dak iż-żmien sabiex jiddeċiedu huma.", "THE CHAIRPERSON: Meta tabbina l-liġi u x-xjenza inti dejjem għandek ix-xjenza li qiegħda tiġri 'l quddiem mentri għal-liġi huwa diffiċli biex tlaħħaq max-xjenza.", "Allura fuq ċerti affarijiet trid tħalli leeway fil-liġi biex il-mediċina tkun tista' tieħu l-aħjar prattiċi jew l-aħħar affarijiet li jkunu żviluppaw.", "Dejjem hemm il-problema legali fejn tidħol il-liġi u l-mediċina.", "Għalhekk fuq ċerti affarijiet trid tħalli leeway biex jekk ikun hemm avvanzi fix-xjenza, ma jkunx hemm il-liġi li qed iżżommok lura milli tpoġġi dawk l-avvanzi.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Milli qed tgħidu intom indunajt li ħafna mill-pazjenti, u anke l-qraba tagħhom, ma jirrifjutawx li jagħtu donazzjoni tal-organi.", "Allura għalfejn se nipprovaw inġiegħluhom jagħmlu din l-affari?", "Issa intom eżattament xi tridu?", "Fuqiex triduna naħdmu?", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Il-prinċipju fundamentali huwa li x-xewqa tal-pazjent, liema xewqa jkun għamilha matul ħajtu b'mod liberu ...", "DEO DEBATTISTA: Imma din diġà hija rari li ma sseħħx.", "THE CHAIRPERSON: Imma kif inhi issa jista' jkun li x-xewqa tal-pazjent mhijiex qed tiġi onorata.", "L-ewwel nett, jekk għandek pazjent li qatt ma wera x-xewqa favur jew kontra d-donazzjoni, xi ħadd ieħor se jieħu deċiżjoni li huwa qatt ma kellu ċ-ċans li jagħmel.", "U t-tieni, jekk inti għandek pazjent li ma riedx ikun donatur imma l-qraba tiegħu jridu, dan se jispiċċa jkun donatur mingħajr ma jrid, u jekk għandek pazjent li ried ikun donatur imma l-qraba tiegħu ma jridux, ix-xewqa tiegħu xorta mhijiex se tiġi onorata.", "Għalhekk mingħajr il-liġi mhux se jkollna din iċ-ċertezza.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Sinjura President, jekk ma niżbaljax il-liġi tgħidlek li l-proprjetà tal-mejjet hija tal-werrieta.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Jiġifieri l-werrieta għandhom say.", "Importanti li l-qraba jkunu informati tajjeb u li ma jgħidux \"le\" sempliċement għax ma jaqblux mas-sistema.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq affarijiet li l-liġi tista' tirregolahom b'ċerta mod.", "X'inhu tal-werrieta u x'inhu tal-Istat jiġi determinat bil-liġi tas-suċċessjoni.", "Dawn l-affarijiet kollha hemm liġijiet apposta għalihom.", "X'inhi l-liġi tas-suċċessjoni?", "Il-liġi tas-suċċessjoni qiegħda hemm biex ix-xewqa tal-persuna that will be dead tiġi kkalkulata, u mhux biss ikkalkolata imma biex dak li tkun xtaqet iseħħ.", "Huwa għalhekk li nagħmlu testment minn qabel ma mmutu.", "Issa jekk dik il-will tkun fuq x'se jsir mill-ġisem tiegħek jew minn partijiet minnu, dik ukoll għandha tiġi onorata.", "Il-problema hi li anke biex ikollok dawn it-tip ta' affarijiet irid ikollok il-liġi li tkoprihom.", "Mela kif inti tqassam ġidek għandek it-testment tiegħek, u allura kif inti trid li ġismek jiġi trattat wara mewtek għandu jkun hemmhekk b'liġi wkoll.", "Mingħajr liġi se nibqgħu nimxu fuq kif naħsbu - il-qraba jew l-Istat – li inti xtaqt tagħmel dik ix-xi ħaġa partikolari.", "Mentri b'liġi aħna nkunu qegħdin niddisponu mill-ġisem tiegħek bil-mezz li tixtieq int. Issa jekk trid tkun altruwist u trid tagħti ħajja mill-ġdid lil ħaddieħor permezz tad-donazzjoni tal-organi, inti għandek kull dritt li tagħmel hekk!", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Hawn min ikun irid jinħaraq jew inkella li jintefa' fil-baħar!", "THE CHAIRPERSON: L-importanti hu li aħna dejjem nagħtu importanza kbira lir-rieda tal-persuna, kemm jekk tkun favur u kemm jekk tkun kontra.", "Dak huwa s-sabiħ li inti jkollok liġi fuq l-organ donation.", "Is-sabiħ tagħha mhuwiex li tiġbor aktar organi biss u fuq din nixtieq nenfasizza ftit.", "Fil-fatt hawn min jaħseb li aħna għandna bżonn liġi forsi biex ikollna aktar organi disponibbli!", "Aħna qegħdin ngħidu li din il-liġi hija bżonnjuża – għallinqas jiena qiegħda nsostni hekk – mhux biss biex ikollok metodu fuq kif ikollok iktar organi imma primarjament biex ix-xewqa tal-persuna li tkun mietet tiġi salvagwardjata!", "Bħalissa dan mhuwiex possibbli u dejjem għandek inċertezza!", "IS-SUR PAUL CALLEJA: Huwa minnu li bħala refusals ikunu minimi.", "Fil-fatt l-aħħar refusal li kien hemm kien madwar sena u nofs ilu.", "Imma naħseb li l-awareness se tgħin lill-qraba f'dak il-perijodu kritiku, li meta qed jaraw lill-qarib tagħhom prattikament mejjet, jieħdu deċiżjoni favorevoli għad-deċiżjoni li jkun ħa l-qarib tagħhom matul ħajtu.", "DEO DEBATTISTA: M'għandniex dubju li se nżidu l-awareness imma jien naħseb li jekk aħna se ninforzaw se nispiċċaw innaqqsu d-donazzjoni tal-organi.", "Ir-raġuni hi li bħalissa ma tantx hemm nies li jirrifjutaw.", "Issa jekk se noqogħdu nidħlu fil-meritu tad-dritt li għandek se nkunu qegħdin speċi niskoraġġixxu lin-nies milli jkunu donaturi.", "THE CHAIRPERSON: Ma naħsibx.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Ma naqbilx mal-Onor.", "Debattista għaliex huwa tajjeb li jkun hemm id-dritt ħieles tal-individwu li jagħmel l-għażla tiegħu dwar x'għandu jiġri minn ġismu wara mewtu.", "Fuq din qegħdin naqblu.", "Imma l-liġi stess - u għalhekk huwa importanti li jkollna liġi - toħloq ownership fuq ix-xewqa tal-mejjet.", "Mhux hekk biss imma toħloq ukoll responsabilità fuq il-health care provider u toħloq responsabilità biex l-istess organu - skont protokolli li nispera li huma stabbiliti b'mod xjentifiku – jkun jista' imur għand min jirċevih.", "Din il-katina għandha tkun bħal kwalunkwe value supplied chain oħra, fejn għandha l-added value tagħha u l-added value se jiġi bis-saħħa tal-liġi għax tiżgura li f'kull stadju tal-proċess għandek l-ownership u r-responsabilità mill-health care provider għal mod ta' kif jiġi trażmess l-organu.", "Jiena nemmen li f'din il-liġi rridu ndaħħlu l-element tal-organ trafficking.", "Dan huwa fattur importanti u m'hemmx dubju li għandu jkun hemm addendum għalih għax jista' jagħti l-każ li aħna nimxu b'mod konxjenzjuż u bl-affarijiet kif suppost imma jista' jkun li għada pitgħada l-organ trafficking tkun in voga jew tibda ssir bil-moħbi hawnhekk.", "U għalhekk din irridu naħsbu għaliha bis-serjetà.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Anke fuq ir-reklamar għalkemm fuq avviż legali minnhom jiġi pprojbit ir-reklamar biex wieħed jagħti l-organi.", "Tajjeb li hawnhekk insemmu wkoll il-live donors.", "Għamilna ħafna diskussjonijiet fuq il-brain dead u fuq il-cadaveric donors imma rridu wkoll nirregolaw, permezz tal-liġi, il-live donors.", "Irridu niftakru wkoll li jekk persuna ddeċidiet li tagħti xi organu lil xi qarib tagħha … Avolja hemmhekk għandek lil-LOTAC, il-Life Organ Transplant Advisory Committee, imma dan m'għandux saħħa legali.", "Għalhekk irridu naraw x'se nagħmlu biex nagħtu saħħa legali lil-LOTAC.", "Nistgħu nikkonsidraw li dan il-kumitat ma nagħmluhx biss għal-live organ transplantation imma anke għall-cadaveric organ transplantations; jiġifieri għaż-żewġ tipi ta' organ transplantations u jkun ukoll l-advisory committee għall-allocation u għall-problemi li jistgħu jinqalgħu.", "Però xtaqt nisma' x'inhi l-pożizzjoni tagħkom dwar meta persuna tkun se tagħti organu lil xi ħadd tistax tħabbar lil min tixtieq tagħtihom u jekk tistax tagħtihom lil xi ħadd li jiġi minnha.", "IS-SUR PAUL CALLEJA: Kif qegħdin bħalissa, jekk hemm xi ħadd li jixtieq jagħti kilwa lil xi ħadd tal-familja tiegħu, dan jista' jagħmlu liberalment, basta jkunu jiġu minn xulxin b'mod dirett.", "Jekk ma jkunux diretti imma tiġi stabbilita li hemm relazzjoni ta' ħbiberija bejniethom, dik it-talba trid tgħaddi mil-LOTAC.", "ETIENNE GRECH: Imma taqblu li l-LOTAC għandu jingħata saħħa legali?", "IS-SUR PAUL CALLEJA: Dażgur!", "Il-LOTAC għandu jingħata saħħa legali għax id-deċiżjonijiet minn hemm joħorġu.", "Fil-fatt qabel ma nibdew ninvestigaw il-pazjent l-ewwel irid jgħaddi mil-LOTAC u huwa dan il-kumitat li jrid jgħid \"iva\" jew \"le\".", "Hemm aspett ieħor li ma semmejnihx u ċioè is-samaritan donors li biż-żmien dawn qed jiżdiedu.", "Dawn ikunu persuni li jkunu jixtiequ jagħtu kilwa lill-ewwel pazjent li jkun hemm fuq il-lista.", "THE CHAIRPERSON: L-iktar problematika tkun meta inti għandek lil xi ħadd li ma jiġix minnek b'mod dirett u inti tkun tixtieq tagħtih kilwa imma ma tkunx tista' taqbad u tgħid li tippreferi lit-tali persuna biex tagħtiha kilwa.", "IS-SUR PAUL CALLEJA: Irid jiġi stabbilit jekk hemmx relationship bejniethom.", "ETIENNE GRECH: Għalhekk xtaqt l-opinjoni tagħkom; jekk persuna trid tagħti xi organu, din tista' tagħtiha lil min trid?", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju kien hemm każ ta' dik it-tfajla li għamlet dan ir-reklam u kien hemm xi tmien persuni li rrispondewha.", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Reklam issa m'għadux aċċettabbli.", "THE CHAIRPERSON: Reklam mhuwiex aċċettabbli.", "Imma ejja ngħidu li hemm xi ħadd u dan jgħid li jixtieq jagħti organu minn tiegħu lil Ċikku.", "Dak jista' jagħmel hekk?", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: Jista'.", "Jekk il-LOTAC jistabilixxi li dan għandu relazzjoni ma' din il-persuna, allura hemmhekk jista' jagħtih l-organu.", "THE CHAIRPERSON: U jekk ma jkollux relazzjoni?", "IS-SUR ANTHONY BUGEJA: F'dak il-każ il-LOTAC ma jaċċettax.", "F'Malta m'għandniex liġi imma għandna policy.", "Barra minn Malta hemm liġi li jekk ma jkunx hemm prova ta' xi relazzjoni bejniethom, dik it-talba ma tiġix aċċettata.", "Hawn Malta kellna każijiet fejn kien hemm min qal li huma ħbieb imma huwa diffiċli xi kultant għal-LOTAC biex jistabilixxu ċerti punti.", "Pereżempju kif se jistabilixxi jekk kienx hemm flus involuti?", "ETIENNE GRECH: Jista' jieħu l-flus ta' xahar sick leave pereżempju.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Sinjura President, kif semmejt l-ewwel inti, kien hemm dak il-każ li ssemma fil-gazzetti.", "U dak l-approach kien ħażin.", "Aħna kellna problema l-ewwel biex nikkonvinċu lill-pazjenti li qed jistennew kilwa li mhux għax għandek il-flus allura se tinqeda malajr.", "Imma mbagħad dik il-kwestjoni ċċarat 'il quddiem u minnha ħareġ li l-Ewropa taċċetta kumpens għal living donor mhux għax dan ta organu minn tiegħu imma biex tikkompensah għall-ħin li tilef mix-xogħol peress li jkollu jagħmel xi ġimagħtejn l-isptar.", "THE CHAIRPERSON: L-idea li inti jkollok din il-limitazzjoni u li allura inti ma tistax tagħti direttament lil xi ħadd l-organu tiegħek huwa proprju biex nevitaw l-organ trafficking.", "Issa hemm min jaqbel u hemm min ma jaqbilx.", "Imma dan huwa metodu kif inti tista' tipprova telimina l-fatt li xi ħadd ikun qiegħed jgħaddi l-flus lil xi ħadd biex jagħtih organu.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: It-titolu għadni m'iniex ċert dwaru għaliex jien nixtieq inħares daqsxejn aktar 'il bogħod minn hekk.", "Aħna nafu li għandna sistema ta' organi f'Malta imma rridu naħsbu wkoll lejn il-fatt li fil-viċin se jkollna wkoll it-tissue transplants.", "GODFREY FARRUGIA: Barra minn hekk għandna nidħlu wkoll fuq l-iskin, l-istem cells u billi se jkollna l-Oncology Centre, irridu nħarsu wkoll lejn it-tissue typing – 'l hemm mill-blood transfusion - biex jekk ikun hemm pazjenti li jkollhom bżonn il-bone marrow transplant, din tkun tista' ssir ukoll f'Malta.", "Il-liġi rridu nħarsu lejha b'mod naqra iktar wiesa' u mhux inħarsu biss lejn id-donazzjoni tal-organi konvenzjonali li nafu bihom.", "Oltre minn hekk, aħna rridu nkunu lesti għan-novità li daħlet fl-Ewropa f'ċerti ċentri ta' eċċellenza u li allura jiena nemmen li aħna għandna nkunu wkoll minn ta' quddiem meta niġu għal dawn l-affarijiet.", "Għalhekk nemmen li l-liġi għandha tifrex b'mod iktar wiesa'.", "THE CHAIRPERSON: Jidher li m'hawnx aktar mistoqsijiet u għaldaqstant nirringrazzjakom ħafna tal-interventi tagħkom.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Nispera li konna ta' għajnuna.", "Din hija xi ħaġa li ilna ħafna nistennewha.", "THE CHAIRPERSON: Ovvjament meta tkun qed titkellem fuq dawn it-tip ta' suġġetti, min-naħa huma suġġetti speċifiċi għaliex huma mediċi imma għandhom ukoll element soċjali u element uman.", "Allura rridu nwaħħdu l-professjonijiet diversi.", "Fl-aħħar mill-aħħar din hija kwestjoni legali u mhuwiex faċli li tilleġisla fuq xi ħaġa li hija xjentifika.", "Nitlobkom tiskużawna li xi kultant ikollna xi mistoqsijiet tekniċi.", "Aħna nsostnu dak li qal l-Onor.", "Etienne Grech, u ċioè li jekk inti ħdimt u għamilt it-teżi tiegħek, tkun xi ħaġa tajba li aħna nkunu nistgħu nħarsu lejn dak ix-xogħol speċifiku u jkun tajjeb ukoll li nkunu nistgħu ndaħħluha fid-dokumenti li jkollna f'dan il-Kumitat.", "Fil-każ li intom tħossu li hemm xi affarijiet oħra li aħna ma staqsejnikomx fuqhom u tkunu tridu tgħadduhomlna, tistgħu tagħmlu dan bil-qalb kollha.", "Nirringrazzjakom ħafna tax-xogħol siewi li tagħmlu.", "IS-SUR ALFRED DEBATTISTA: Grazzi tal-ħin li tajtuna u jekk hemm xi ħaġa li nistgħu nkunu ta' għajnuna 'l quddiem nitlobkom tgħidulna.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Min-naħa tagħna se nipprovaw inlaqqgħu l-Kumitat nhar ta' Erbgħa u dwar dan hemm qbil ukoll mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Grazzi lil kulħadd.", "Fit-8:38 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141112_006d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Michael Gonzi kienu preżenti.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "DISKUSSJONI MAL-OFTALMOLOGU L-ONOR.", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Franco Mercieca, Oftalmologu biex jagħti preżentazzjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi.", "L-Onor.", "Mercieca ta bidu għall-preżentazzjoni tiegħu billi spjega b'ċertu dettall il-funzjoni tal-Eye Bank li ilu mwaqqaf mill-2005 fl-Isptar Mater Dei.", "Huwa kompla jisħaq dwar kif f'Malta jrid ikun hawn iktar għarfien fost in-nies biex jingħataw iktar organi.", "L-Onor.", "Mercieca kompla jfisser il-bżonn ta' iktar Transplant Coordinators u l-ħtieġa ta' Councillors speċjalment fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei biex jagħtu pariri lill-qraba tad-donatur.", "Huwa sostna wkoll li jekk f'Malta issir leġislazzjoni ikun iktar faċli sabiex donatur ikun jista' jagħti l-organi tiegħu wara mewtu, skont ix-xewqa tiegħu", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "DISKUSSJONI MAT-TRANSPLANT SUPPORT GROUP (MALTA)", "Wara l-intervent tal-Onor.", "Franco Mercieca, il-Kumitat stieden lis-Sur Alfred Debattista, President tat-Transplant Support Group biex ikompli jagħti iktar tagħrif dwar id-donazzjonijiet u t-trapjanti tal-organi li jsiru f'Malta.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Debattista ppreżenta lill-Kumitat:", "10 Dokument intitolat \"Organ Donation for Transplantation\" flimkien ma' brochures u applikazzjoni għad-Donors Card.", "Is-Sur Debattista fisser il-ħtieġa li f'Malta jkun hawn sistema uffiċjali li tindika kull min jixtieq li jagħti l-organi tiegħu.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Anthony Bugeja Membru, is-Sur Paul Calleja Transplant Coordinator u s-Sur Paul Sapiano, Assistent Segretarju tat-Transplant Support Group ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Kien hemm preżenti wkoll is-Sur Antony Dalli Teżorier.", "Fit-8:38 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141112_006m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresiediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: Iċ-Chairman l-Onor.", "Etienne Grech, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "DISKUSSJONI MAL-OFTALMOLOGU L-ONOR.", "Il-Kumitat stieden lill-Onor.", "Franco Mercieca, Oftalmologu biex jagħti preżentazzjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi.", "L-Onor.", "Mercieca ta bidu għall-preżentazzjoni tiegħu billi spjega b'ċertu dettall il-funzjoni tal-Eye Bank fl-Isptar Mater Dei li ilu mwaqqaf mill-2005.", "Huwa kompla jisħaq dwar kif f'Malta jrid ikun hawn iktar għarfien fost in-nies biex jingħataw iktar organi.", "L-Onor Mercieca kompla jfisser il-bżonn ta' iktar Transplant Coordinators u l-ħtieġa ta' Councillors, speċjalment fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei biex jagħtu pariri lill-qraba tad-donatur.", "Huwa sostna wkoll li jekk f'Malta ssir leġiżlazzjoni jkun iktar faċli sabiex donatur ikun jista' jagħti l-organi tiegħu wara mewtu, skont ix-xewqa tiegħu.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "DISKUSSJONI MAT-TRANSPLANT SUPPORT GROUP (MALTA)", "Wara l-intervent tal-Onor.", "Franco Mercieca, il-Kumitat stieden lis-Sur Alfred Debattista, President tat-Transplant Support Group (Malta) biex ikompli jagħti iktar tagħrif dwar id-donazzjonijiet u t-trapjanti tal-organi li jsiru f'Malta.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Debattista ppreżenta lill-Kumitat:", "Dok 27 Dokument intitolat \"Organ Donation for Transplantation\" flimkien ma' brochures u applikazzjoni għad-Donors Card.", "Is-Sur Debattista fisser il-ħtieġa li f'Malta jkun hawn sistema uffiċjali li tindika kull min jixtieq jagħti l-organi tiegħu.", "Bil-permess tal-Kumitat, is-Sur Anthony Bugeja Membru, is-Sur Paul Calleja Transplant Coordinator u s-Sur Paul Sapiano, Assistent Segretarju tat-Transplant Support Group (Malta) ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Kien hemm preżenti wkoll is-Sur Antony Dalli Teżorier.", "Fid-8:38 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20141112_030m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 2014 fis-7:00pm", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2014 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-Minuti;", "Diskussjoni dwar it-Tfassil ta' Leġislazzjoni dwar it-Trapjanti ta' Organi Kontinwazzjoni; u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141119_007a_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:15 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6 li saret fit-12 ta' Novembru, 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI – KONT.", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Nagħti merħba lil kull min hu preżenti għal din il-laqgħa.", "Ninsabu mexjin ġmielna b'dawn il-laqgħat fejn qed niddiskutu t-trapjanti tal-organi u t-tessuti.", "Imma ovvjament apparti milli naraw l-aspett mediku irridu naraw ukoll l-aspett legali.", "Fil-fatt illum għandna magħna lil Dr Bridget Gafà li hija Avukat fid-Dipartiment tas-Saħħa.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak talli lqajt l-istedina tagħna u rrid ninformak li dan il-Kumitat qiegħed jiġi streamed live fuq l-internet, kemm bħala audio kif ukoll bħala video.", "Bħalissa diġà għandna xi legal notices kif ukoll Kapitolu dwar l-Organ and Tissue Transplants imma ovvjament hemm xi affarijiet li mhumiex koperti b'dawn il-liġijiet.", "Dr Gafà tista' forsi tagħtina daqsxejn ħjiel u pariri dwar x'fihom il-legal notices u x'fiha l-leġiżlazzjoni eżistenti.", "U tista' forsi tgħidilna x'vojt hemm u x'taħseb li aħna, bħalha Kumitat Parlamentari, nistgħu nżidu aktar magħhom meta niġu biex nagħmlu r-rapport tagħna u aktar 'il quddiem x'ħin niġu biex nagħmlu leġiżlazzjoni?", "DR BRIDGET GAFÀ (Avukat fid-Dipartiment tas-Saħħa): Ħalli nibda billi nagħti overview ta' x'għandna eżistenti bħala reġim legali f'Malta.", "L-Att prinċipali huwa l-Human Blood & Transplants Act li daħal fis-seħħ fl-2006.", "Taħt dan l-Att hemm tliet Avviżi Legali prinċipali li huma l-Human Tissues and Cells (Coding Processing, Preservation, Storage and Distribution) Regulations li huwa l-Avviż Legali Nru 337 tal-2007, hemm it-Tissues and Cells (Quality & Safety) Regulations li huwa l-Avviż Legali Nru 271 tal-2006 u hemm l-Organ Transplant (Quality and Safety) Regulations li huwa l-Avviż Legali Nru 345 tal-2012.", "THE CHAIRMAN: Kien hemm legal notice oħra li ħarġet m'ilux?", "DR BRIDGET GAFÀ: Iva, hemm żewġ legal notices oħra; Legal Notice No. 262 of 2014 u Legal Notice No. 222 of 2014.", "Dawn daħlu bħala schedule għaliex aħna ħsibna li biex noqogħdu nemendaw l-Att prinċipali, irridu noqogħdu mmorru quddiem il-Parlament u permezz ta' schedule - annexe to the main Act – stajna nevitaw milli mmorru quddiem il-Parlament.", "B'hekk għamilna t-tibdiliet meħtieġa permezz ta' legal notice.", "Fil-liġi tagħna hemm distinzjoni bejn id-demm u t-tissues and cells.", "U fir-reġim - għalkemm hemm ħafna similiritajiet bħal pereżempju għandek il-Licensing Authority li huwa s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika - għandek l-obbligu ta' moniteraġġ, l-obbligu ta' data collection u storage of data u traceability.", "Dawn huma parametri li ssibhom applikabbli kemm għad-demm, kif ukoll għat-tissues and cells.", "Però imbagħad hemm affarijiet li ssibhom fid-demm mentri fejn jidħlu t-tissues and cells dawn ġew mogħtija a different hue.", "Pereżempju d-donazzjoni għad-demm hija volontarja – m'hemmx ħlas - u m'hemmx eċċezzjoni għaliha.", "Biss fejn jidħlu tissues and cells, għalkemm il-liġi tgħidlek li jrid ikun volontarju u bla ħlas, tagħti lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika d-dritt - il-vires - li jagħmel guidelines sabiex id-donatur ikollu d-dritt li jiġbor il-loss of income u spejjeż oħra marbuta ma' dik id-donazzjoni.", "Safejn naf jien illum, dawn il-guidelines għadhom ma sarux.", "Però importanti li jsiru għaliex - jiena membru wkoll fuq il-LOTAC - ikollna numru sostanzjali ta' life donors li jersqu sabiex jagħtu donazzjoni.", "U waħda mill-prime concerns tad-donaturi hija kemm se jdumu barra mix-xogħol u kemm se tqumilhom fi flus.", "Jiġifieri kieku jkollna dawn il-linji gwida jkun hemm aktar trasparenza.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-liġi llum tagħtih id-dritt li jagħmilhom.", "Jiġifieri ladarba jsiru, diġà jkun hemm il-qafas legali għalihom.", "U ladarba jidħlu, jkunu awtomatikament ipso jure, jiġifieri jkollhom il-forza tal-liġi.", "Id-donaturi jkunu jafu eżatt what is expected of them u x'jistgħu jiġbru bħala flus, u neliminaw li jkollok under handed means ta' kif jgħaddu l-flus.", "Dan għaliex wieħed ma jistax jeskludi li l-flus qed jgħaddu u allura, b'hekk inkunu qegħdin nirregolaw din l-area.", "Xi ħaġa li għandna nieqsa fil-liġi tagħna hija d-donor card.", "Illum id-donor card hija xi ħaġa li ssibha hemm barra u hemm nies li għandhom waħda imma sal-lum għad m'għandhiex saħħa legali.", "Sal-lum persuna li tidħol l-isptar b'donor card u tmut u tiġi declared brain dead, il-clinician ma jistax jaqbad u jieħu l-organi tagħha imma jrid idur fuq il-qraba tagħha sabiex jara xi jridu jagħmlu.", "U l-qraba llum, being heirs at law, jistgħu jiddeċiedu li d-donazzjoni ma ssirx.", "Jiġifieri dik id-donor card importanti li nagħtuha saħħa legali biex the last wishes of the deceased jiġu rispettati.", "F'pajjiżna m'għandniex an advanced will.", "THE CHAIRMAN: Bħala liġijiet, dawn huma xi ħaġa separata mill-organ jew tissue transplant jew inkella huma amalgamati flimkien?", "DR BRIDGET GAFÀ: Le, jidħlu regolamenti.", "Għandhom regolamenti li joħorġu taħt l-istatute.", "Hemm il-main act bħalma għandna aħna, imma mbagħad joħorġu mil-liġi permezz ta' regolamenti fejn jingħataw għarfien legali.", "Illum importanti li jkun hemm dan l-għarfien.", "Illum il-ġurnata, f'pajjiżna fl-Isptar Mater Dei hemm a licenced facility, imma mkien m'hemm eskluż li jkollok applikazzjonijiet għal-licenced facilities.", "Diġà hemm dak l-għarfien.", "Imma importanti li jkun hemm id-database.", "Illum id-data collection qiegħda hemmhekk, però issir in a haphazard way.", "Importanti li jkun hemm a database biex tkun taf min huma d-donaturi.", "U meta jkollna għarfien legali tad-donor card, ikollna l-informazzjoni u tkun tista' issir taf min huma d-donaturi.", "THE CHAIRMAN: Tista' tuża ID card minflok donor card jew inkella xi ħaġa oħra?", "DR BRIDGET GAFÀ: Billi organ donation hija meqjusa bħala xi ħaġa eċċezzjonali, importanti li l-consent tkun a positive consent.", "Issa l-ID card mhux se tgħidlek xi jrid it-tali.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jimplika the consent, unless it is expressly said so.", "Kif nara l-liġijiet tagħna llum naħseb li they are all encompassing.", "In-nuqqasijiet qegħdin f'dan l-għarfien tad-donor card għaliex jekk saret traceability, qiegħda hemmhekk.", "Jiġifieri l-liġijiet tagħna jkopru varjeta ta' xenarji differenti.", "Li għandna nieqes hu dak li semmejt aktar qabel u jiena rriċerkajt leġiżlazzjonijiet barranin.", "Hemmhekk biss qegħdin neħlu.", "Irridu wkoll nagħtu definizzjoni ta' x'inhu brain dead u dik trid tidħol ukoll fil-liġi.", "F'Malta din diġà isseħħ.", "(Interuzzjonijiet) Diġà jsir hekk.", "Diġà għandek lista tad-donaturi u għandek lista tal-organi li huma disponibbli u n-nies li jikkwalifikaw – skont parametri mediċi – jieħdu l-organu.", "Mela dik diġà qiegħda tiġi applikata u ma nħossx li għandu jkun hemm leġiżlazzjoni fuqha għax inkella wisq nibżà li l-clinical discretion tal-clinicians tibda titnaqqar u nħoss li f'dan il-kamp il-clinician għandu jkollu d-diskrezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Tista' pereżempju fil-leġiżlazzjoni tgħid li tagħti l-poter lill-Kumitat jew lir-Renal Unit jew lis-Supretendent tas-Saħħa jew liċ-Chief Medical Officer biex ikun jista' jiddeċiedi hu dwar l-allokazzjoni tal-organi?", "DR BRIDGET GAFÀ: L-allokazzjoni m'għandhiex issir mill-amministrazzjoni.", "Iċ-Chief Medical Officer huwa kappell amministrattiv.", "Il-clinicians bejniethom jiddeċiedu lil min għandhom jallokaw dak l-organu.", "Kellna pazjenti li kienu jissodisfaw il-criteria għall-allokazzjoni on one day u ġimgħa wara ma kienux għax kien hemm deterjorament tas-saħħa u għalhekk ma kienux fit għat-trapjant.", "It is so flexible imma l-liġi mhijiex daqshekk flessibbli.", "THE CHAIRMAN: Id-definition ta' brain dead, - peress li tvarja u hemm opinjonijiet differenti dwarha - minflok tiddefiniha fil-liġi, tista' tgħid pereżempju li din għandha titħalla f'idejn nies li huma clinicians u li huma approvati mid-Dipartiment tas-Saħħa?", "DR BRIDGET GAFÀ: Il-liġijiet li rajt jien, pereżempju dik Ingliża u dik Awstraljana, jgħidu li jrid ikollok two clinicans who agree li l-persuna hija brain dead.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jagħmluha apposta in regulations għax il-kamp mediku jinbidel kontinwament.", "Jekk tagħmilha f'main Act, u jkun hemm bidla fix-xjenza u kollox, se tispiċċa teħel.", "Sakemm tgħaddi mill-Parlament dik se tiġi sorpassata!", "Allura permezz ta' legal notices inħaffu aktar.", "Għalhekk naħseb li dawn iż-żidied, jekk nistgħu ndaħħluhom f'avviż legali, ikun aħjar milli noqogħdu ndaħħluhom f'Att prinċipali.", "B'hekk ikollna aktar flessibilità.", "DEBORAH SCHEMBRI: Inkun qiegħda ngħid sew li fuq il-kunċett ta' \"death\" u \"brain death\" hemm diversi konsiderazzjonijiet etiċi, tant li anke fil-livell tal-Unjoni Ewropea għadhom ma ħadux pożizzjoni fuqha?", "DR BRIDGET GAFÀ: Eżattament.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri inti qiegħda tissuġġerixxi li jkun hemm definizzjoni jew li ma jkunx hemm definizzjoni?", "DR BRIDGET GAFÀ: Jiena qiegħda ngħid li d-definition ta' brain dead trid issir b'tali mod li tagħti dritt lill-kliniku – anzi mhux wieħed imma tnejn biex wieħed ikollu serħan il-moħħ li dejjem għandu spalla fuqiex iserraħ …", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri as such ma jkunx hemm definizzjoni?", "DR BRIDGET GAFÀ: Le, għax id-definizzjoni hija fil-kamp mediku u m'għandhiex tkun fil-kamp legali.", "(Interruzzjonijiet) Iva.", "Fl-allokazzjoni għandu jkun hemm kriterji mediċi u trid tgħid li għandu jkun hemm equality in the distribution u tieqaf hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Il-LOTAC jidħol ħafna fl-allokazzjoni tal-live donors, speċjalment meta jkun hemm …", "DR BRIDGET GAFÀ: Il-LOTAC ma jidħolx fl-allokazzjoni imma jidħol fl-assessment tad-donaturi.", "Aħna bħala LOTAC naraw li jkun sar il-psychological assessment tad-donatur biex naraw li huwa sano di mente, li jaf x'qed jagħmel, li ġie hemmhekk volontarjament u li mhux subject to pressure.", "Kien hemm nies li rrifjutajnihom għax pereżempju they were too giving to the point li they were psychologically mhux daqshekk bilanċjati u aħna hemmhekk deherilna li xi ħadd għamlilhom xi pressjoni.", "B'hekk ma konniex daqshekk komdi imma dawn kienu żewġ każijiet rari.", "Però aħna naraw li jsir il-psychological assessment u naraw li ma jkunx hemm flus involuti.", "THE CHAIRMAN: Taħseb li l-LOTAC għandu jingħata saħħa legali?", "U dan irid ikun within a structure għax bħalissa l-LOTAC huwa daqsxejn ġo vakuum fuq lil min għandu jirrispondi; jekk għandux ikun l-Isptar Mater Dei jew inkella jekk għandux ikun il-Ministeru.", "Fl-opinjoni tiegħi m'għandux ikun l-Isptar Mater Dei imma għandu jkun higher up.", "THE CHAIRMAN: Pereżempju jekk xi sptar privat jirnexxielu jġib il-permess mingħand is-Supretendent tas-Saħħa, - ovvjament fil-futur qed nitkellem - il-LOTAC irid ikollu s-saħħa legali li jagħti l-pariri tiegħu anke fi sptar privat u mhux biss fl-Isptar Mater Dei.", "DR BRIDGET GAFÀ: Għalhekk ma nħossx li l-LOTAC għandu jirrispondi lill-Isptar Mater Dei imma għandu jirrispondi lill-Ministeru.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk fhimtek sew l-ewwel kont qiegħda tgħidilna li l-liġi kif inhi, tkopri ħafna mix-scenario tal-organ donation.", "Imma jidher minn dak li qrajt jiena li pereżempju m'hemmx legality dwar jekk għandux ikollna an opt-in system jew an opt-out system.", "Din titħaddem imma as such mhijiex xi ħaġa legali.", "DR BRIDGET GAFÀ: Għalhekk l-ewwel semmejt id-donor card.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri l-liġi diġà għandha xi ħaġa li jirrikjedu l-European standards, li jkollok one type of system in your legislation.", "Jiena l-ewwel ħaġa li għedt kienet li għandu jkun hemm għarfien legali tad-donor card because that is a positive way biex turi li it is an opt-in system.", "U hemmhekk mhux qed nassumu x'ried id-donatur.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma inti qiegħda teħodha bħala xi ħaġa ovvja li għandha tkun opt-in system, hux hekk?", "DR BRIDGET GAFÀ: Iva, għaliex jien qiegħda ngħid li din hija xi ħaġa exceptional.", "Ma nistgħux ngħidu għaliex din il-persuna ma qalet xejn, mela nimplikaw li qiegħda tgħid \"iva\"!", "Jiena qed ngħid li persuna trid tgħid espressament \"iva, irrid nagħti\" biex jien naċċetta li neħdilha l-organi.", "Fil-fatt lill-minuri lanqas neħdulhom sakemm ma jkunux siblings u tkun life saving.", "Daqshekk neħduha bis-serjetà.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-fatt meta jkollok lil xi ħadd li mhuwiex kapaċi - in the sense of legal capacity – jieħu deċiżjoni għalih innifsu, xi jsir f'dak il-każ?", "Pereżempju għandek il-minuri u l-persuni ...", "DR BRIDGET GAFÀ: U taħt id-donor card trid tidħol din.", "Min għandu jkollu d-donor card, lil min għandna naċċettaw bid-donor card u min m'għandux ikollu.", "Lanqas definizzjoni fuq il-minuri m'għandna.", "Pereżempju l-liġi Ingliża tgħidlek li possibbilment għandek tmur fuq il-Fraser competence, 17 or 18 years.", "U jridu jkunu jew il-ġenituri jew a Court of Law li jgħidulna li nistgħu neħdulhom l-organi.", "Dik hija nieqsa wkoll fil-liġijiet tagħna.", "Jien bid-donor card għandi f'moħħi li nolqothom kollha dawn ix-xenarji; who is entitled for the donor card, x'għandu jkollha u l-legal ramifications li joħorġu minnha.", "DEBORAH SCHEMBRI: U bħalissa għandna wkoll lakuna fl-Advance Directive, li fil-liġi tagħna m'għandniex.", "U hemm diffikultà kbira anke li kieku kellna nagħmlu analoġija ma' xi ħaġa oħra għax fil-verità ma tantx hemm affarijiet li tista' tagħmel analoġija magħhom.", "Imbagħad għandek il-kwestjoni tal-fatt li inti trid tmur il-Qorti biex iġġib permess and that it is very incumbent.", "Kellna nies li taw organi in a will, jiġifieri I have come across wills fejn qalulna hekk imma by the time li t-testment jinfetaħ jilħaq jgħaddi ż-żmien u l-organu ma jibqax tajjeb għad-donazzjoni.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dr Gafà, hemm xi mudelli li inti tipproponi li għandna nsegwu?", "Jien ma naħsibx li hemm għalfejn nivvintaw ir-rota kull darba.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Pereżempju tista' tgħidilna li t-tali pajjiżi għandhom mudelli aħjar minn ta' pajjiżi oħra u allura jekk aħna se nibnu mudell ikun jaqblilna li nsegwu din it-tip ta' prattika?", "DR BRIDGET GAFÀ: Jien qatt ma addottajt mudell imma dejjem rajt x'joffru l-Ingliżi u nieħu minn hemmhekk u nara x'toffri l-Liġi Awstraljana - which is very progressive - u nieħu minn hemmhekk ukoll.", "Jiġifieri qatt m'għedt ħa nara x'għamlu l-Ingilterra u nadatta fuqhom imma nieħu minn hawn u nieħu minn hemm.", "Jiena qrajt il-Liġi Ingliża u qrajt ukoll dik Awstraljana li hija progressiva mmens.", "THE CHAIRMAN: Liema sistema għandhom fl-Awstralja?", "DR BRIDGET GAFÀ: L-Awstralja għandhom id-donor card.", "Fejn jidħlu finanzi mhumiex daqshekk rigorużi imma mbagħad huma rigorużi ħafna fejn jidħol is-psychological assessment.", "U tant huma rigorużi f'dan il-qasam li bniedem kważi jaqtgħulu qalbu!", "Tant jgħadduh minn turment fuq l-assessment psikoloġiku li x'ħin rajtha bdejt ngħid li kieku kellna ngħaddu lid-donaturi tagħna minn din is-sistema nkunu prattikament qegħdin ngħidulhom biex ma jagħmlux donazzjoni!", "THE CHAIRMAN: Inti għedt li biex id-donaturi jagħtu l-organi jkunu jistgħu jitħallsu tat-time-off li jieħdu.", "Dik diġà qiegħda fil-legal notices li hawn preżenti hux hekk?", "DR BRIDGET GAFÀ: Le, il-liġi tagħna tagħti lis-Superintendent of Public Health id-dritt li jagħmel guidelines biex ikopri dak ix-scenario però ma ndirizzatx dak ix-scenario.", "DR BRIDGET GAFÀ: Ir-reklamar huwa pprojbit fil-liġi tagħna.", "Jiġifieri ma tistax tirreklama.", "THE CHAIRMAN: Pereżempju l-aħħar darba kont qed nara artikolu fuq is-cerebral situation, meta jkollok tfal li jitwieldu b'anencephaly.", "Ovvjament Dr Fearne iktar jifhem f'dawn l-affarijiet imma kemm ikollna minn dawn it-twelid kull sena?", "DR BRIDGET GAFÀ: Dawn jitwieldu bla moħħ hux hekk?", "Anke jekk għandekx tieħu tissues and cells minn embryos or fetuses.", "F'dan il-każ jidħlu ħafna kwestjonijiet etiċi u morali.", "Tista' toqgħod bilqiegħda u tikteb liġi u tgħaddiha imma tant hemm ethical u moral issues li qabel ma ssolvi lilhom jien ma nazzardax immur fuq il-legali.", "THE CHAIRMAN: U inti għedt li jkun tajjeb li l-Advance Directives jiġu amalgamati mal-istess liġi.", "DR BRIDGET GAFÀ: Nindirizzawhom fejn jidħlu d-donor cards.", "THE CHAIRMAN: Pereżempju l-użu tal-istem cells hija xi ħaġa oħra u forsi se tgħidli x'għandha x'taqsam din mal-organ transplantations?", "Imma llum l-istem cells jistgħu jużawhom biex iwaħħluhom fil-qalb meta xi ħadd ikollu r-reserve tal-cardiac muscle li qed jonqos ħafna u kważi jkun qed ikollu heart failure minħabba f'hekk.", "U nimmaġina li m'hemm xejn bħalissa li jirregola l-użu tal-istem cells fil-Liġi Maltija?", "DR BRIDGET GAFÀ: They are cells u fil-liġi għandna t-Tissues and Cells, jiġifieri għandna regolamentazzjoni.", "DR BRIDGET GAFÀ: Iva, permezz tad-definizzjoni taċ-ċelloli.", "THE CHAIRMAN: Imbagħad hemm l-Embryo Protection Act li nimmaġina li tkopri wkoll il-gametes?", "THE CHAIRMAN: Allura, il-gametes huma koperti b'xi ħaġa oħra?", "DR BRIDGET GAFÀ: Iva, huma koperti permezz tat-Tissues and Cells.", "DEBORAH SCHEMBRI: Rigward il-xenotransplantation ma naħsibx li f'pajjiżna għandna liġi li tipprojbixxiha?", "Però fl-2003 id-dipartiment kien għamel protocol u kien indirizzaha.", "Madankollu ma nafx jekk dan il-protocol ġiex fis-seħħ imma I remember drafting this protocol u waħda mill-clauses kienet il-xenotransplantation.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kont qed naqra rigward l-additional protocol tal-Oviedo Convention fuq l-organ transplantation u qrajt x'imkien li aħna ma konniex iffirmajnih.", "Għandek idea jekk sal-lum aħna ffirmajniex dan il-protocol?", "DR BRIDGET GAFÀ: Ma naħsibx.", "Żgur li għamilna transposition tad-direttivi kollha.", "Dan l-aħħar kellna numru ta' transpositions imma ma naħsibx li ffirmajnih.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-protocol addizzjonali fuq l-organ transplantation mal-Oviedo Convention.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar legal notice ta' din is-sena fuqiex kienet?", "DR BRIDGET GAFÀ: Dawk għandna schedule.", "U dħalna iktar fid-dettall fuq il-finanzi, l-advertising, id-data collection, il-monitoring, it-traceability, eċċ.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: Le) Ma jidhirx li hawn iktar mistoqsijiet u għaldaqstant nirringrazzjak tal-input tiegħek Dr Gafà.", "Nirringrazzjawk ħafna tal-pariri li tajtna.", "Dr Zammit, kif spjegatilna Dr Gafà, fuq il-legal notices diġà hemm li inti għandek rwol importanti fir-regolazzjoni ta' fejn isiru l-istandards.", "Tista' tgħidilna iktar dwar l-irwol tas-Superintendent of Public Health fl-Organ and Tissue Transplantation?", "DR RICHARD ZAMMIT (Superintendent of Public Health): Ir-remit tiegħi bażikament huwa dwar standards u licensing, u l-organs huma parti minn dawk li jgħidulhom substances of human origin.", "Mela għandek il-blood, tissues and cells u issa għandna wkoll l-organs.", "Inti għandek tissues li għandhom x'jaqsmu ma' human origin, għandek id-demm li issa ilna ħafna nagħmlu l-blood transfusions u għandek ukoll l-organi.", "Jiġifieri għandek spectrum sħiħ, inkluż ukoll l-IVF.", "Minn mindu dħalna fl-Ewropa we have transposed id-direttivi kollha fil-legal notices tagħna.", "F'kelma waħda għandna framework li qiegħed jitħaddem.", "Mingħalija fl-2004 ħriġna l-ewwel liċenzja għal blood establishment tagħna.", "Kull meta jkun hemm a clinical setting li għandu x'jaqsam mas-substances of human origin, – bil-lingwa Ewropea dan jgħidulu an establishment – se jkollok il-licensee u se jkollok ir-responsible person.", "Nieħdu pereżempju l-blood transfusion, inti għandek il-licensee u għandek ir-responsible person u dan il-mudell jirreplika ruħu fit-tissues and cells, fl-IVF u fl-organs ukoll.", "Waqt li kont qed nisma' lil Dr Gafà twieġeb għall-mistoqsijiet tagħkom ridt ngħidilkom li fil-privat, at this point in time, mhux talli ma jsirux organ transplants imma talli it is prohibited.", "Jiġifieri l-liċenzja li toħroġ kull sena wara li jsiru l-inspections, eċċ. għandek definit li l-organ transplantation ma tistax issir.", "U din ilha żmien.", "DEBORAH SCHEMBRI: Inti qed tgħid li fuq il-liċenzja li tinħareġ ikun hemm miktub hekk?", "Jew fil-liġi jkun hemm miktub hekk?", "DR RICHARD ZAMMIT: Le, fil-liċenzja.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma jista' ikun by policy jekk mhijiex qiegħda fil-liġi?", "Għax inti għedtielna li mhijiex legali.", "Inti għedtielna li għadha prohibited.", "Jiġifieri jekk 'il quddiem we need to re-visit u ngħidu l-istandards evolvew u għandna l-private hospitals li huma ta' ċertu grad … Pereżempju bħalissa qegħdin nikkonsidraw li nagħtu an ITU licence fil-privat ukoll.", "Veru li mhijiex kbira din u hija wkoll ristretta fl-iskop tagħha.", "CLAUDIO GRECH: Apparti l-organi, hemm stabbilimenti li huma liċenzjati fuq tissues oħrajn?", "DR RICHARD ZAMMIT: Iva, għandna.", "CLAUDIO GRECH: U kemm hawn?", "DR RICHARD ZAMMIT: L-Onor.", "Mingħalija bħalissa għandna tnejn jekk mhux tlieta.", "(Interruzzjonijiet) Imma dawn mhumiex Malta.", "Mingħalija dawn qegħdin fil-Belġju, fil-UK u hemm xi pajjiż ieħor.", "Il-mudell Ewropew hu li f'kull pajjiż ikun hemm a competent authority u li we all link up billi jkollna meetings regolari.", "Fil-fatt il-Maltin imorru għal dawn il-laqgħat u niltaqgħu mal-counterparts tagħna.", "Hemm website, CIRCA, li hija an European network fejn għalkemm it is password protected, il-pubbliku jista' xorta jidħol fiha sa ċertu punt.", "U jekk bħala Licensing Authority jien jew id-delegati tiegħi jkollna xi query fuq xi establishment barra minn Malta, ikun hemm in-network.", "Din importanti minħabba l-organi.", "Bħal jekk pereżempju jkun hemm xi ħadd li ta organu u ħadd ma nduna li dan kellu l-Hepatitis B. Din hija marda fid-demm u li jekk tagħti xi organu tista' tiġi infettat b'din il-marda.", "Jekk pereżempju Malti jagħti organu u ħadd ma nduna li d-donatur għandu l-Hepatitis B, u parti mill-organi tiegħu jew tagħha jmorru l-Italja, joħorġu alert mill-ewwel and all the European Competent Authorities jiġu alerted b'din is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri għandna sistema, at the European level - minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea - which is working fine.", "U l-Organ Transplant (Quality & Safety) Regulations li semmiet Dr Gafà tidħol f'dan il-qafas ta' substances of human origin.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: X'inhu l-protokoll li bih timxu qabel ma tieħdu l-organi biex taraw jekk it-tali pazjent għandux xi tip ta' mard li jittieħed?", "Kif jista' xi ħadd, wara li tagħmlu dawn it-testijiet, ma jiġix intraċċat jekk kienx ibati minn xi waħda minn dawn il-mard?", "Għaliex traceability?", "Minħabba dak li qed tgħid inti.", "Jekk allaħares qatt ikun hemm a serious adverse event jew inkella reaction, din hija waħda minnhom.", "Rari tiġri.", "Qabel ma jkun hemm organ transplant isiru a whole battery of tests u l-clinicians jibqgħu għaddejjin bit-testijiet.", "Jekk imma allaħares qatt, ikun hemm xi ħaġa li ħadd ma nduna biha u jkun hemm alert, għandek imniżżel hawnhekk li fl-establishment irid ikun hemm reporting SOPs.", "Jekk tidħlu fil-website tad-Direttorat tal-iStandards taraw li għandek proforma – u konna għamilna seminars żmien ilu and maybe we need to re-visit and re-do them again - fejn kull establishment jidħol fil-website, jagħmel ir-report tiegħu u jirrapporta lilna bħala Licensing Authority.", "Jiġifieri minbarra li rridu noqogħdu attenti li l-proċessi tagħna jkunu intatti, ma nieħdux pjaċir nagħmlu alert minn Malta at the European level.", "Allura noqogħdu ħafna attenti from the patient's point of view u anke għall-brand ta' Malta bħala healthcare system.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: X'tip ta' testijiet isiru biex taslu fil-punt li tiċċertifikaw li donatur m'għandux mard infettiv?", "DR RICHARD ZAMMIT: Il-European Union tagħmillek ċertu testijiet li huma mandatorji, fosthom għall-HIV, Hepatitis B u Hepatitis C. Ix-xjenza dejjem tevolvi u dawn huma l-minimum set required, jiġifieri ma żżomm lil ħadd milli jagħmel ċerti affarijiet oħra.", "Nixtieq ngħidilkom storja żgħira.", "Kien hemm pazjent li miet u dan kien donatur.", "Għalhekk użaw il-cornea tiegħu biex jagħmlu corneal transplant fuq pazjent ieħor li kien b'saħħtu.", "Wara xahar, xahrejn il-pazjent li rċieva l-cornea - li hija kkunsidrata bħala dead tissue għax ma tantx għandek viable cells - ħarġitlu adenocarcinoma.", "Imbagħad ħarġet alert billi t-tissues u l-organs ta' dan id-donatur kienu mifruxin mal-Ewropa kollha.", "(Interruzzjonijiet)", "DEO DEBATTISTA: Kien hemm każ ieħor hekk u dan kien ta' melanoma.", "Ħadd ma nduna li d-donatur kellu melanoma, sar trapjant tal-kliewi u l-pazjent sfortunatament tfaċċatlu melanoma fil-kilwa!", "Dan kien fuq l-immunosuppressants u kien hemm flare-up u l-melanoma mill-kliewi nfirxet ma' kullimkien.", "Din rari ħafna u li seħħet madwar għaxar snin ilu fl-Italja.", "F'pajjiżi ġewwa l-Ewropa stess, anke kilwa ta' patient with Hepatitis B, in certain cases … (Interruzzjonijiet) Fil-fatt hawnhekk irrid nagħmel enfasi; naħseb l-iktar ħaġa li rridu nenfasizzaw fuqha - u qed nitkellem bħala tabib - f'Malta hi li rridu nżiedu l-cadaveric donors.", "Għaliex?", "L-għatx li hawn bħalissa għall-organi huwa minħabba li s-supply mhux qiegħda tlaħħaq mad-demand.", "Forsi rridu nitkellmu iktar mal-clinicians u ngħidu li bħala tobba, in our quest to make sure li x-xogħol tagħna jirnexxi, irridu noqogħdu attenti li ma nieħdux organi mingħand persuni li għandhom ċertu ammont ta' żmien, bħal ngħidu aħna mingħand dawk li għandhom mas-60 sena.", "Barra minn Malta anke minn ta' 65 u 70 sena jieħdu l-organi għax il-kwalità tal-ħajja ta' persuna tinbidel totalment meta tirċievi t-trapjant.", "Dan filli jkollok persuna li qiegħda tmur tliet darbiet, erba' darbiet f'ġimgħa biex tagħmel id-dialysis u filli tagħtiha l-kilwa li għandha bżonn u din terġa' tieħu l-ħajja.", "U dawn it-tip ta' pazjenti ma jistgħux jistennew.", "Jekk tħallihom għaxar snin dawn jistgħu jmutu u jkunu għadhom fuq il-waiting list.", "Il-waiting list li għandna għat-trapjanti tal-kliewi mhijiex kbira, but it is our most expensive waiting list li għandna.", "Issa forsi tgħiduli imma jien, bħala Superintendent x'jinteressani mill-expenses?", "Jekk il-healthcare system ma tkunx sustainable, għalxejn inkun hemm jien biex nipprova noħroġ il-liċenzji.", "Jekk inti għandek pazjent u tagħtih kilwa se tkun qiegħed tiffranka t-trattament tad-dialysis kollha.", "U naqbel mal-President Emeritus George Abela li kien ħareġ bl-idea - waħda minnhom to augment organ donation - li ż-żgħażagħ tagħna, - nafu kemm il-Maltin huma ġenerużi u ż-żgħażagħ ħafna iktar minna - malli toħorġilhom id-driving licence jiktbu fuqha jekk humiex donors jew le.", "Issa mbagħad sta għal dan il-Kumitat li jagħmel il-legal framework to give it recognition bħala liġi, bħalma qalet Dr Gafà.", "CLAUDIO GRECH: Jiena naħseb li lil hinn mill-eżitu ta' dan il-Kumitat, ilkoll kemm aħna nafu li bħalissa tinsab għaddejja l-mass role out tal-electronic ID cards il-ġodda.", "Tikkonsidrawx intom bħala Dipartiment tas-Saħħa li f'dan il-proċess li għaddej bħalissa tistgħux – dan ma jsirx kull tliet snin, erba' snin, imma jsir qisu darba kull għaxra, 15-il sena – tintegraw l-isforzi tagħkom direttament f'dan il-proċess peress li hemmhekk għandek il-persuna li qed tmur hemmhekk direttament?", "Għax sakemm jitlesta l-eżitu ta' dan il-Kumitat u sakemm imbagħad toħroġ u tgħaddi l-White Paper u jgħaddu l-kummenti kollha, il-mass role out tkun saret.", "Barra minn hekk, fiċ-ċippa li fiha l-eletronic ID card, hemm ukoll spazju fejn tista' tinnotifika jekk il-persuna partikolari tridx tagħmel donazzjoni, apparti d-dettalji tal-blood type tagħha.", "DR RICHARD ZAMMIT: We can be clever about it u ma noqogħdux nivvintaw xi ħaġa oħra.", "CLAUDIO GRECH: U issa huwa ċ-ċans għax il-cost ikun zero.", "Jiġifieri l-Gvern kull m'għandu jingaġġa hija persuna minn naħa tagħkom li tkun qiegħda hemmhekk biex twassal dan il-messaġġ.", "DR RICHARD ZAMMIT: Dak il-ħin irid jagħti l-kunsens?", "CLAUDIO GRECH: Dak il-ħin stess.", "U li jekk forsi se jsiru 300,000 jew 400,000 role out, jekk taqbad 1% biss diġà għandek 3,000 persuna.", "Meta l-aħħar darba konna qed inkellmu lill-Onor.", "Mercieca, jekk fhimt tajjeb, hemm madwar 40 persuna fuq il-waiting list.", "U jekk nagħmlu differenza lil dawn l-40 persuna biss, diġà naħseb li nkunu għamilna ħafna iktar minn kull White Paper li nistgħu noħorġu.", "Ma nafx forsi tikkonsidrax li titkellimha maċ-Chief Medical Officer jew mal-PS u mal-Ministru?", "DR RICHARD ZAMMIT: Hekk hu.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll kif bniedem jagħti l-kunsens tiegħu.", "Jiena bħala persuna, u anke bħala regolatur, basically I need to make sure li jkun hemm ċerta equity.", "Fil-fatt għamilt daqsxejn ta' riċerka qabel ma ġejt hawnhekk u dħalt f'ċertu sites biex nara at the European level and at the most developed countries, min għandu l-opt-in u min għandu l-opt-out system.", "Minn 31 li ġbart għandek 21 li awtomatikament iqisu lil kull persuna bħala opt-in.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq il-presumed consent u jien dik naqbel magħha ħafna u se ngħid għaliex.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "The Belgium system hija interessanti ħafna.", "Naħseb li hija waħda mill-iktar antiki għax ilha ħafna teżisti.", "Jiena ngħid le, lili ħadd ma jmissni and I opt-out.", "Imma s-CMO – li qiegħed warajja - ma jagħmel xejn u ma jgħid xejn.", "Mela allura huwa se jiġi kkonsidrat bħala opting in.", "Jekk allaħares qatt jien u s-CMO nimirdu bil-kliewi, ikun hemm sistema fejn ikun hemm ċertu weighing factors fejn is-CMO, li għażel l-opt-in, jiġi ppreferut.", "DR RICHARD ZAMMIT: Irid ikun hemm legal framework.", "Jekk se nagħżlu xi tip ta' legal framework, jien personali kieku mmur għall-opt-out system biex tgħin lin-nies jiddeċiedu jkunu ġenerużi.", "Jekk jinqala' każ fil-familja tiegħek, min ikun ġeneruż li kollettivament jikkontribwixxi bid-donazzjonijiet, mela trid tittieħed inkonsiderazzjoni l-allokazzjoni tal-organu li jkollu bżonn.", "U l-Belġju hekk jagħmlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għandi xi ftit mistoqsijiet li xtaqt nagħmel.", "L-ewwel waħda li xtaqt nistaqsik hija fuq meta kont qed tgħidilna dwar l-HIV, il-Hepatitis B u l-Hepatitis C. Aħna meta għamilna t-transposition tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, dawk id-direttivi kienu jkopru the minimum standard.", "Kien hemm instances fejn tejjibna fuq dawn il-minimum standards jew inkella we transposed them kif kienu?", "Jien hawnhekk għandi l-legal framework, fejn bħala Licensing Authority jiena noħroġ il-liċenzja.", "Biex jiena noħroġ il-liċenzja jrid ikun hemm il-minimum standard.", "It-tobba li jeżaminaw il-każ, eċċ. m'hemm xejn xi jżommhom u ninsab ċert li jagħmlu ħafna aktar.", "Pereżempju għandek il-Hepatitis, li bħalma nafu l-lista dejjem tikber qiegħda.", "Fil-fatt għandek il-Hepatitis F, Hepatitis G, etc. jiġifieri żgur li bl-avvanzi fix-xjenza, se nibqgħu navvanzaw u se nagħmlu ħafna aktar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri jekk aħna għall-grazzja tal-argument – jekk qed nifhem sew – irridu nżidu mal-instances ta' precautionary measures nistgħu, però għadna m'għamilnihiex at the level of legislation.", "Jista' ikun li intom ma ħassejtux il-bżonn imma we can do it if we want to.", "Fil-fatt jekk immorru għal-L.N. 345 of 2012, Organ Transplant Regulations (Quality & Safety) hemm testijiet għall-HIV, HCV u HBV.", "Jekk immorru għax-schedules, hemm il-Part A fejn għandek il-Minimum Data Set, jiġifieri minbarra li jkollok dawn it-testijiet li semmejt, irid ikollok past, present u history of transmissible diseases, cancer, bħalma qegħdin ngħidu, cause of death u ħafna affarijiet oħra.", "Fil-Part B Complementary data set għandek oħrajn, fejn tieħu ċertu imaging tests, CT Scans u MRI biex tara jekk dak l-organu joqgħodx fiżikament.", "DEBORAH SCHEMBRI: U dawn kollha diġà huma eżistenti?", "But according to case by case diġà qegħdin hemmhekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-mistoqsija l-oħra li kelli hija rigward l-opt-out.", "Jiena kostantament nipprova nikkonsidra ż-żewġ options tal-opt-in u l-opt-out.", "U l-unika problema reali li għandi bl-opt-out hija l-informed consent.", "Kif tikkumbaċa l-kunċett tal-informed consent mal-opt-out system?", "Jiena dik l-unika diffikultà li għandi.", "Jiġifieri jekk ksibt xi metodu kif tikkumbaċahom flimkien, please let me know għax inħoss li l-opt-out system għandha xi ħaġa definittiva nieqsa u li fil-fehma tiegħi din hija kruċjali.", "Għalija it's a deal-breaker!", "Qegħdin ngħixu flimkien f'soċjetà fejn kulħadd jikkontribwixxi to this collective goodness.", "Allura this collective contribution li nistgħu nagħmlu individually, wara l-mewt tagħna, we are generously offering ourselves for this collective good u għalhekk jiena nifhimha li m'għandekx bżonn l-informal consent.", "Imma ovvjament jien m'iniex bniedem legali.", "THE CHAIRMAN: Xorta waħda, mingħajr ma jkunu nformawk matul ħajtek?", "DR RICHARD ZAMMIT: Jekk ikun hemm il-legal framework u jien immut, if I don't opt-out, they can harvest the good things li għadhom ħajjin fija.", "THE CHAIRMAN: Li qiegħed ngħid hu li matul ħajtek ikun qiegħed b'xi mod jasallek il-messaġġ li inti tista' tagħżel jekk tridx tkun donatur jew le.", "Dik il-kampanja hija importanti.", "DR RICHARD ZAMMIT: Irid ikun hemm kampanja imma li tkun a collective informed consent.", "DEBORAH SCHEMBRI: Inti bil-metodu li qed tgħidilna m'intix qed tagħti importanza lill-kunsens tal-individwu.", "Allura mistoqsija oħra li ssegwi hija din; Jekk allura jkollok individwu li espressament wera x-xewqa li ma jkunx donatur, la inti oriġinarjament m'intix tagħti piż lix-xewqa tal-persuna, x'jiġri mbagħad wara?", "Jiġifieri jekk inti għandek persuna li speċifikament qalet li ma tridx tkun donatur, inti wara se tinjora kompletament dik ix-xewqa?", "DEBORAH SCHEMBRI: Ir-raġunament tiegħi huwa dan.", "Inti għedt li irrispettivament mill-kunsens tal-persuna ...", "DR RICHARD ZAMMIT: Le, mhux hekk għedt.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, għedt li kulħadd ġewwa.", "DR RICHARD ZAMMIT: Kulħadd huwa ġewwa sakemm inti ma toħroġx.", "DEBORAH SCHEMBRI: Eżatt.", "Jiġifieri inti m'intix tagħti piż lill-kunsens tal-persuna.", "M'intix tagħti piż lill-kunsens tiegħu għax awtomatikament qed tqisu li daħal fiha.", "DR RICHARD ZAMMIT: Imma hawnhekk qiegħda tidħol fil-filosofija.", "CLAUDIO GRECH: Jekk wieħed jara pereżempju l-mudell ta' Spanja, li huwa bbażat fuq an opt-out system, imma it is a soft opt-out, fejn il-qraba jistgħu wkoll … L-opt-out ifisser li if at any point in time tul il-ħajja ta' persuna din tagħtik xi forma ta' indikazzjoni f'numru ta' każijiet, anke b'mod verbali lit-tabib tagħha, mela din titqies bħala opt-out.", "Dak huwa l-kunċett tal-presumed consent.", "Però fl-assenza ta' xi forma ta' indikazzjoni jew ħjiel li l-persuna xtaqet tagħti l-organi tagħha … (Interruzzjonijiet) You are considered in.", "DR RICHARD ZAMMIT: Issa daħħaltuni f'diffikultà filosofika għaliex inti donnok qed tindika li because I opted out, jekk ikolli bżonn xi organu se niġi penalizzat.", "Din qisha s-sistema Belġjana.", "Jiġifieri għax jien għandi a strong individual consent f'moħħi, u ngħid li ma rridx lil min imissni, se niġi penalizzat jekk jien ikolli bżonn ta' organu!", "THE CHAIRMAN: Ma rridux nieħdu dik il-pożizzjoni.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu biss.", "DR RICHARD ZAMMIT: Le, jien qed nitkellem hekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-concern tiegħi bl-opt-out huwa bil-kunsens.", "DR RICHARD ZAMMIT: Għandek raġun.", "Din mhijiex issue li xi ħadd dejjem se joqgħod jaħseb fuqha.", "Jien li qed ngħid hu li jekk għal sistema opt-out mhuwiex neċessarju li jkollok kunsens, imma huwa preżunt, jista' xi ħadd li qatt ma ħaseb fuqha aħna se nippreżumu li dan qal iva.", "U allura l-kunsens proprja tiegħu m'aħniex qed nagħtuh piż.", "Id-diffikultà tiegħi hi li jekk aħna m'aħniex nagħtuh piż, meta fil-fatt jgħid li hu ma jridx, għalfejn qed nagħtuh il-piż?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li rridu noqogħdu attenti li ma nbeżżgħux lin-nies.", "Mill-kelliema li smajna, anke dawk li ġew l-aħħar darba, nafu fiċ-ċert li kważi rari ssib lil min jirrifjuta li jkun donatur.", "Kważi rari.", "Semmejna l-ID card u li noqogħdu nagħmlu l-kuntratti.", "Fl-opinjoni tiegħi ejjew ma noħolqux biżà li tkun donatur!", "Meta tkun ta' età żgħira u m'għandekx concept sħiħ ta' xi tfisser donazzjoni tal-organi – u ħafna nies hekk jaħsbu – tibda taħseb li inti tkun għadek m'intix mejjet u diġà jibdew jeħdulek l-organi tiegħek.", "Irridu noqogħdu attenti li mhux minn sitwazzjoni fejn kulħadd huwa donatur, speċjalment meta jkunu fl-ITU … U għalhekk rari li jkollna n-nurse in charge mill-harvesting li se ssib lil xi ħadd li he or she opts-out jew jirrifjutaw.", "Ma rridux immorru għal sitwazzjoni fejn tmur fuq xi ħadd ta' 18-il sena u tgħidlu jekk iridx jagħti l-organi tiegħu meta jkun fl-ITU għax dan se jgħidlek: \"X'nagħmel?!", "Jeħduli għajnejja u nkun għadni ħaj?!\"", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti.", "Anke dwar din tal-ID card noqogħdu ftit attenti.", "Jiena qabel hekk kont naħseb.", "Kont naħseb li nilleġiżlawha u tiġi faċli mentri rridu noqogħdu attenti.", "Jekk ma nagħmlux kampanja qawwija u informattiva ta' xi tfisser brain dead … Irridu noqogħdu attenti għax ħafna nies jaħsbu li meta inti għadek fuq il-makni jfisser li għadek ħaj jew li xi darba tista' tiġi lura.", "Ħafna nies għadhom ma fehmux li meta inti tkun brain dead m'intix ġej lura!", "THE CHAIRMAN: Però meta t-Transplant Support Group urewna d-donor cards u kif dawn jingħataw, qalulna li magħha jagħtuhom ukoll leaflet u inti tiffirma parti mil-leaflet.", "Jien qrajthom kollha l-mistoqsijiet u t-tweġibiet.", "Pereżempju jekk inti tkun fl-ITU t-tobba xorta jkomplu jagħmlu mill-aħjar tagħhom biex iħalluk ħaj?", "Dik qiegħda mniżżla hemmhekk ukoll.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, sewwa qed tgħid.", "THE CHAIRMAN: Jekk qed nifhem sew, jekk tkun opt-in, iktar qed tibża'...", "DEO DEBATTISTA: B'mod legali li qed tgħid l-Onor.", "Schembri hu li jekk inti speċifikament you opt-out iva, imma mhux noqgħod inġibek fid-dubju ħalli mbagħad inġiegħlek ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena m'iniex qed ngħid la bil-biżà … U l-aħħar darba anke jiena alludejt għal din il-ħaġa li qed tgħid inti u ċioè tal-misconceptions li forsi hawn.", "Għalhekk jiena naħseb li ma' kull liġi li nistgħu nagħmlu, żgur li għandna bżonn l-input min-naħa edukattiva dwar x'inhi s-sitwazzjoni.", "Għalkemm jiena nixtieq ħafna li ngħaddu liġi u nkabbru l-ammont ta' nies li jkunu donaturi, naħseb li rridu nkabbru l-ammont ta' nies billi jkollna iktar nies konxji u iktar nies li jkunu lesti li jkunu donaturi.", "Però m'iniex lesta nkabbar dan il-pool ta' donaturi b'nies li ma jafux x'qed jiġri u l-kunsens tagħhom naqbdu u nippreżumuh.", "B'dan il-mod ikollna aktar nies imma mhux għax verament ikunu qed jifhmu u jagħtu l-kunsens tagħhom.", "Hemmhekk fejn jiena għandi t-tħassib tiegħi.", "Ejjew inkabbru l-pool tad-donaturi b'nies li verament iridu jkunu donaturi.", "Fid-dinja tal-lum qegħdin dejjem immorru għal politika – aħna qegħdin nersqu dejjem lejn liġijiet u lejn sistemi fejn il-kunsens tal-bniedem - fejn inti tkun taf għal xiex dieħel u taċċetta inti li tidħol għaliha.", "Din dejjem qiegħda tingħata aktar importanza u mhux inqas.", "Allura aħna ma nistgħux, sempliċement biex ikollna iktar organi, neliminaw dik il-fażi.", "Ejja ngħallmu lin-nies biex ikunu jafu x'qegħdin jagħtu u li jkunu lesti li jagħtuh.", "Dak hu l-punt tiegħi.", "DR RICHARD ZAMMIT: I can re-visit dak li għedt.", "I tend to presumably believe in the opt-out system għax tant hemm qabża fil-kwalità tal-pazjent at the individual level li jekk hemm kadavru, u jaħasra se tidfnu, m'inti se tieħu xejn minnu.", "Imma nifhem ukoll il-legal argument li we are living in a very secular age, anzi in an individualistic age, fejn l-individwu għandu d-dritt li jagħżel jekk iridx ikun opting-in jew opting-out.", "Jiġifieri se ssib min jgħidlek \"intom min intom li tagħmlu liġi fejn qed tippreżumu li jien irrid l-opt-in jekk inti qatt ma għidtli biha?!\"", "THE CHAIRMAN: Se jkun hawn ukoll konsultazzjoni pubblika.", "Imma allura jrid ikun hemm kampanja, bħalma qegħdin ngħidu, biex niċċaraw dawn l-affarijiet.", "DEBORAH SCHEMBRI: F'dan l-eżerċizzju kollu li qegħdin nagħmlu jiena qiegħda kostantament nipprova nifforma opinjoni għax għalkemm għandi f'moħħi x'irrid, kważi kważi qisni qiegħda nipprova nsib lil xi ħadd li jgħidli li l-opt-out system hija waħda li nistgħu nikkombaċawha.", "L-uniku ħaġa li stajt naħseb li tista' tmur mal-opt-out system huwa l-fatt li inti legalment għandek quddiemek kadavru li ma jieħux deċiżjonijiet u irrispettivament minn opt-in, opt-out, eċċ., dan mhuwiex persuna ħajja li tista' tieħu deċiżjoni.", "Mela minn dak il-punt 'il quddiem inti tista' tkun suġġett għal deċiżjonijiet minn ħaddieħor għax proprju m'għadekx teżisti.", "Minħabba kwestjoni ta' human dignity, il-fatt li aħna nagħtu wkoll piż f'affarijiet oħra u f'leġiżlazzjonijiet oħra, fejn jiena nieħu deċiżjonijiet għal wara mewti, bħas-suċċessjoni, allura mbagħad wieħed irid jara kemm minn dawn l-affarijiet se jingħaqdu ma' xulxin.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dr Zammit, qatt xi darba kien hemm re-evaluation tas-sistema tagħna?", "U relatata ma' din il-mistoqsija, ġieli kien hemm xi studenti li għamlu t-teżi tagħhom fuq dan is-suġġett partikolari to re-evaluate x'qed nagħmlu u x'qed jipproponu?", "Għaliex intom l-esperti f'dan il-qasam u allura intom l-iktar li tistgħu tgħidulna.", "Aħna f'dan is-suġġett spettaturi u mhux protagonisti.", "Għalhekk intom tistgħu tgħidulna li jekk nirranġaw dik is-sistema nkunu f'sitwazzjoni ferm aħjar milli qegħdin illum.", "DR RICHARD ZAMMIT: Ma tantx qiegħed f'pożizzjoni li nista' nagħtik tweġiba għax jien qiegħed from the regulatory point of view.", "Issa ilni kważi 11-il xahar bħala Superintendent Public Health imma kemm ilni tabib fl-administration, dejjem kont fuq ir-regulatory side.", "Ma jfissirx li m'għandix l-ideat tiegħi.", "Aħna bħala tobba u anke bħala nurses nafu li dawn in-nies jerġgħu jitwieldu mill-ġdid meta jirċievu t-trapjant.", "Meta pazjent tagħtih kilwa wara li jkun għamel 5 snin jew 10 snin fuq id-dialysis ...", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ħalli nkun naqra xewka; qegħdin nisimgħu li ma tantx kien hemm każijiet li rrifjutaw li jkunu donaturi, mela jekk nagħmlu din il-kampanja kollha u nonfqu dawn il-flus kollha, x'inhi l-probabilità li se nkabbru n-numru ta' donaturi?", "Għax jekk qatt ma tlifna donaturi, mela l-maximum capacity ta' organi li nistgħu nirċievu kważi diġà lħaqniha.", "Qed nifhem sew jew le?", "Jiġifieri din il-kampanja kollha li se nagħmlu biex in-nies isiru aktar konxji, kemm se tkun il-probabilità li nkabbru l-persentaġġ tan-nies li se jsiru donaturi u allura din il-waiting list tispiċċa?", "Għax jekk ħadd ma jirrifjuta, mela l-maximum capacity ilħaqniha għax kulħadd jagħti meta nitolbuh.", "DR RICHARD ZAMMIT: Inti semmejt id-donaturi.", "Jien għandi issue fuq il-living donors.", "Jien personali ma nħosshiex li hija fair - issa se nerġgħu niġu on the individual level - li pereżempju jien ikolli bżonn kilwa u ndur fuq ħija u ngħidlu; \"Hi, naħseb li dalwaqt se mmut\" għax b'xi mod jew ieħor se jasal il-messaġġ li jekk hu ma jagħtinix kilwa, jien se mmut u jkun qisu qatilni.", "Allura mhux aħjar - mhux qed ngħid li għandna neliminaw il-living donors għax jista' jkun hemm każijiet fejn ikollok tagħmel użu minnhom - jekk ikollna an increased harvest of cadaveric good quality organs of 60 or 65 tissues, cells, etc. so that we would eliminate this coercive psychological pressure on living people li huma bħalna?", "Huwa minnu li dak li jkun se jkun kuntent għax ta donazzjoni ta' organu imma li titlef kilwa minn tnejn trid tkun vera ġeneruż!", "Meta mmut jien, m'għandix għalfejn inkun ġeneruż u jistgħu jieħdu l-organi li jridu.", "Dak huwa argument ieħor fejn nistgħu ngħidu għal opt-out.", "MR CHAIRMAN: Dr Zammit, l-ewwelnett anke fil-futur jista' jkun li jittieħdu l-organi minn persuni li għadhom kemm mietu.", "U din issir fi Spanja, fejn wara li pazjent ikun iddikjarat mejjet, jerġgħu jibdew is-CPR biex ikunu jistgħu jieħdu l-organi.", "Imbagħad apparti minn hekk, jistgħu jittieħdu organi oħra.", "Illum il-ġurnata nafu li anke l-ġilda tista' tittieħed.", "Tista' teħodha mill-cadaveric dead u mhux mill-brain dead.", "Dr Zammit jien nixtieq nistaqsik xi affarijiet dwar il-blood transfusion.", "Dawk l-issues kollha huma koperti bil-liġijiet?", "Hemmhekk għandek il-European Union fejn ma tistax tiċċajta għax jekk tagħmel żball tinħareġ alert u tikxef għajnek mal-EU.", "Konna dejjem hekk u mhux issa biss.", "THE CHAIRMAN: Dwar l-HLA typing u d-DNA typing nafu li hemm min qiegħed jistudja fuq id-DNAs tan-nies imma hemm xi liġi li tirregolaha din?", "DR RICHARD ZAMMIT: Tagħna jiġifieri?", "Irid ikollhom il-consent biex jagħmlu studju fuq samples jew tissues jew fuq cadaveric dead.", "Anke pereżempju aħna t-tobba meta konna nagħmlu l-anatomy study ...", "DR RICHARD ZAMMIT: Kont ngħallmek?", "Bħala studenti niftakruhom l-organi jinażammu f'ħafna fliexken u hekk", "THE CHAIRMAN: L-Ingilterra, għandhom l-Anatomy Act, dik tissuġġeriha għal hawn Malta?", "Pereżempju, Bristol kien hemm studju fejn il-ġenituri ndunaw li qed jagħmlu ċerti studji fuq il-kanċer tal-leukemia cell biex jaraw id-DNA fuq it-tfal tagħhom mingħajr ma jitolbu għall-kunsens tagħhom.", "L-aktar li ħassewha mhux għall-istudju u l-outcomes li kienu ta' benefiċċju b'mod kollettiv imma għall-fatt li ħadd ma qalilhom xejn.", "THE CHAIRMAN: Il-liġijiet ta' Malta preżentament jirregolaw il-kunsens tan-nies jew sempliċement tiffirma karta u tuża d-Data Protection Act?", "Nagħmlu mod hemm xi ħadd irid jistudja d-DNAs u joqgħod jagħmel id-DNA profiles ...", "DR RICHARD ZAMMIT: Ma naħsibx.", "Dejjem hekk.", "Fil-fatt hemm l-Ethics Board li qabel ma student jagħmel teżi, irid jagħmel il-proposals tiegħu u dawn jiġu adjudicated.", "Jiġifieri dak li konna nagħmlu fiż-żmien meta aħna konna studenti, illum l-ġurnata lanqas biss jimmaġinawh.", "The consent is taken very seriousely għax illum 'il ġurnata l-individwu fis-soċjetà tagħna għandu poteri li xi kultant qed iġiegħluna nkunu individwalisti.", "THE CHAIRMAN: Hawn Malta ma jeżistix bank tal-HLA typing.", "Imma dan jista' isir?", "DR RICHARD ZAMMIT: Jien m'inix from the service provider point of view, imma meta tiġi biex tagħmel organ transplantation, eċċ, għandna protokolli mal-Italja biex l-organi li aħna ma nużawx, nibagħtuhom l-Italja jew inkella jġibu team apposta minn hemm u jneħħuhom huma stess.", "Fil-fatt jiddependi kif taqlaha l-kilwa għax irid ikollok ir-renal artery and the vein intact inkella ma jkollokx ma' fejn twaħħal.", "Għalhekk jiġi team hawnhekk u jeħduhom Ruma jew fejn ikollhom bżonn.", "And we get something in return, fejn imbagħad jagħmlulna pulmonary, liver or heart transplant li hawnhekk huma diffiċli biex isiru minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Imma hemm lok li hawn Malta ikollna an HLA bank?", "Inti mid-demm tkun taf l-HLA profile tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Huwa possibbli li jiżdiedu t-transplant co-ordinators?", "Spanja hija mudell Ewropew u hija meqjusa bħala mudell tajjeb għax hija based on practical basis.", "Fi Spanja, at each ITU għandek a national co-ordinator tal-organs fejn dawn in-nies ikunu mħarrġa apposta.", "Aħna bgħatna wkoll Maltin jitħarrġu Spanja.", "Hemm ukoll dak li jgħidulu l-EUSTITE, il-European Network for Tissues and Cells, li naħseb kont wieħed minn tal-bidu li mort - mhux bħala organ transplant – biex nagħmel il-kors.", "Issa qegħdin nibagħtu lin-nies tagħna kull sena ħalli jitħarrġu fuq kif ikellmu lin-nies.", "F'dik is-sitwazzjoni ta' kriżi trid tkellimhom u turi real concern fuq is-sitwazzjoni kritika tal-għeżież tagħhom u kif minn dik is-sitwazzjoni jista' joħroġ il-ġid.", "U ġeneralment jirnexxielna.", "Irridu nagħmlu protokolls u nwessgħu d-donazzjonijiet tagħna.", "Veru li mhux dejjem hekk imma llum 'il ġurnata a 65 year old ikun għadu in good shape u jkun jista' jagħtik organu.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Aħna ngħidulhom the young old.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tkellimna fuq il-fatt li ġieli jkollna organi li forsi minħabba l-kumpattibilità tagħhom, ma nkunux nistgħu nużawhom aħna u allura ngħadduhom lit-Taljani jew lil xi pajjiż ieħor.", "X'agreements għandna ma' pajjiżi oħra biex jagħtuna tagħhom?", "Inti għedt li on return jagħmlulna ċertu tip ta' operazzjonijiet jew trapjanti li ma nagħmlux hawnhekk.", "DR RICHARD ZAMMIT: Aħna nibagħtu lill-pazjent hemmhekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri meta inti qed tgħid tibgħat lill-pazjent biex jagħmel l-operazzjoni, mhux biss għax trid issir l-operazzjoni hemmhekk imma anke biex jieħu l-organu?", "DR RICHARD ZAMMIT: Eżatt, biex jieħu l-organi.", "THE CHAIRMAN: Hemm Maltin li jieħdu organi mill-Ingilterra jew mill-Italja?", "DR RICHARD ZAMMIT: Fil-fatt madwar sentejn ilu kien hemm xi UK tabloid li fiha qalu li l-fwied tagħhom qed jeħduhom il-Maltin!", "THE CHAIRMAN: Imma dik suppost hekk qiegħda, give and take.", "Imma xi kultant dawn it-tabloids jiktbu għas-sensazzjonaliżmu.", "L-aħħar każ li kellna jekk niftakar sew kien ta' raġel Malti li bgħatnih Palermo ġo ċentru li qiegħed in collaboration with USA u għamilna liver, lung and heart transplant.", "U din l-operazzjoni kienet suċċess.", "Jiġifieri għandna dan it-tip ta' ftehim, fejn it-tobba tagħna jitħarrġu barra biex imbagħad iġibu n-knowhow u n-network magħhom.", "THE CHAIRMAN: Jekk hawn Malta m'għandniex il-faċilità li nagħmlu t-trapjant tal-pulmun, għalfejn għandhom jinħlew?", "Aħjar jintbagħtu l-Italja biex jużawhom huma.", "DEO DEBATTISTA: Anke small bowel transplant issir fil-King's. Il-Maltin jitilgħu għall-ismall bowel transplant hemmhekk.", "Fil-fatt hemmhekk isiru trapjanti li qishom tal-fantaxjenza għax biex tagħmel l-ismall bowel transplant hija xi ħaġa kbira ħafna.", "THE CHAIRMAN: Dr Richard Zammit grazzi ħafna tal-input tiegħek.", "Ħadna pjaċir ħafna niddiskutu miegħek.", "Issa nistieden lil Dr Dennis Vella Baldacchino li huwa ċ-Chief Medical Officer.", "Kif kont qed tisma' aħna qegħdin nitkellmu fuq it-tfassil ta' leġiżlazzjoni dwar it-trapjanti tal-organi.", "L-ewwel nett l-irwol tiegħek huwa differenti minn tas-Superintendent of Public Health.", "X'inhu l-irwol tiegħek fejn jidħlu l-organ and tissue transplantation?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Dan l-irwol issa ilni nokkupah għal dan l-aħħar xahar, so I am still fresh in finding myself.", "L-irwol tiegħi bħala CMO qiegħed iktar bħala policy direction u bħala strateġija, jiġifieri as such m'inix qiegħed fuq l-operat.", "Smajna ħafna informazzjoni hawnhekk għaddejja u ovvjament hemm ħafna iktar x'isir f'dan ir-rigward.", "L-irwol tiegħi se jkun iktar li nara kif se nsaħħu l-proċeduri u l-policies li għandna, biex dejjem naraw kif nistgħu ntejbu l-proċess.", "THE CHAIRMAN: X'inhi l-opinjoni tiegħek u l-pariri tiegħek fuq kif għandna ntejbu dan il-proċess?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Jiena segwejt il-kollegi ta' qabli u nista' ngħid li taw ħafna informazzjoni valida.", "Bħala background se nibda bl-esperjenza tiegħi bħala tabib.", "L-issue hi li għandna żewġ pożizzjonijiet; hemm dawk in-nies li jridu l-opt-in, li b'kunsens infurmat jiddeċiedu li jidħlu fis-sistema tad-donor cards u b'hekk meta jiġu nieqsa jagħtu xi organi minn tagħhom.", "Ovvjament in-numri huma dawk li huma.", "Kif semma' Dr Zammit stess, jien se nitkellem mill-aspett ta' tabib fix-xogħol tiegħi inġenerali, apparti l-irwol tiegħi.", "Għandna diversi persuni li jbatu bil-kliewi u għandna oħrajn li jbatu bil-pulmun.", "Ilkoll kemm aħna nafu li d-domanda hija akbar mis-supply.", "Kif rajna matul id-diskussjoni għandek ammont ta' nies li huma informati u li b'mod pożittiv jixtiequ jħallu l-organi tagħhom għal ħaddieħor.", "Jekk qed naraw li m'aħniex qed inlaħħqu mad-domanda li għandna u hemm - jien mhux bħala cost qed nitkellem - nies li qed ibatu … Din semmiha wkoll Dr Zammit.", "Nafu wkoll li meta pazjent tagħtih organu dan se ttejjiblu l-ħajja tiegħu b'mod sostanzjali.", "Se tara titjib mhux biss fil-pazjent imma anke fin-nies ta' madwaru.", "Issa biex bniedem imur għad-dialysis kemm se jdum barra mix-xogħol?", "Apparti l-komplikazzjonijiet li din il-proċedura tinvolvi u l-pressure li se jkollok fuq l-isptar.", "Jekk is-supply li għandna mhijiex tkun biżżejjed, irridu naraw għalfejn mhux qed tlaħħaq.", "Iva jsiru ħafna kampanji imma ninkwieta meta nħares lejn ir-radar tiegħi tan-nies tal-komunità.", "Jista' jkun li l-kampanja li qegħdin nagħmlu mhux qed twassal at the grassroots u jista' jkun li l-konċett m'aħniex qed inwassluh kif irridu.", "Forsi qiegħda tkun assoċjata mal-aspett bombastiku tal-organ donation.", "Kif smajt fid-dikussjonijiet teżisti ċerta biżgħa fuqha.", "Għalhekk hemm bżonn li din il-kampanja nwassluha b'mod pożittiv u rridu nibdew mill-iskejjel infissrulhom x'inhi organ donation u x'titjib tista' tagħmel meta tkun donatur.", "Trid tispjegah sewwa dan il-kunċett.", "Waqt li kont qiegħed nisma' din il-laqgħa bdejt naħseb fuq ċerti affarijiet bħall-biża', il-lack of information, il-lack of informed knowledgable information, eċċ. Jista' jkun li bl-opt-in system ma nġibux in-numri li rridu.", "Jista' jkun li dan tort tagħna b'mod kollettiv minħabba l-metodu ta' kif qed nagħmlu l-kampanja.", "Xi kultant forsi nisimgħu xi ħaġa fuq il-media u hemmhekk tagħmel ftit fejn terġa' tispikka.", "THE CHAIRMAN: Dr Vella Baldacchino jidher li minn studji li saru, hawn Malta tista' tieħu l-organi minn live donors u minn cadeveric cardiac deaths.", "Mill-pool ta' brain deads ir-relatives kważi kollha jaċċettaw li jagħtu l-organi.", "Tagħmel x'tagħmel, jekk tużax l-opt-in jew l-opt-out system, jekk tużax is-soft jew il-hard system, dawk diġà kollha jħallu l-frott.", "M'għandix iċ-ċifri f'idi biex inkun nista' nikkollabora dak li qed tgħid inti.", "THE CHAIRMAN: Minn studji li saru hekk jidher.", "Però xorta tista' permezz ta' kampanja ta' edukazzjoni żżid il-live donors u żżid ukoll l-organi mill-cardiac deaths.", "Fil-fatt jekk mhux qed niżbalja tista' tieħu wkoll xi tissues mill-cardiac deaths.", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Hekk hu.", "Għalhekk semmejt – kif semma' wkoll Dr Richard Zammit - il-konċett tal-live donors.", "Dan huwa oġġett nobbli.", "Imma fin-nuqqas li jagħtu consent, meta jaraw lil xi ħadd minn qrabathom li jkun sejjer lura, se jkollhom pressure psikoloġika fuqhom u anke jekk ma jkunux xtaqu jagħtu, ġenwinament jibżgħu li jekk bniedem imut dan se jkun it-tort tagħhom!", "Issa jekk jien inħares lejn l-għażla l-oħra tal-opt-out, jien qed nara li hemm il-punto di partenza.", "Again mhux l-Istat jew il-liġi li tiddetta li inti tkun opt-out, imma permezz tal-edukazzjoni inti tiġi informat.", "Din hija xi ħaġa li dejjem nisħaq fuqha.", "Jekk in-nies ma jafux eżatt, u mhux dawk biss li jkunu nvoluti bħala pazjenti fl-isptar imma anke dawk in-nies hemm barra li llum qegħdin jgħixu ħajja b'saħħithom u li m'għandhom moħħ xejn fil-mard.", "Jekk aħna m'aħniex se nwasslu l-messaġġ fuq il-konċett tal-organ donation u l-benefiċċji ta' dan il-ġest … U qabel ma nibdew il-konċett tal-opt-out, kemm jista' jkun irid ikun hemm dak il-baseline knowledge available.", "Bil-konċett tal-opt-out qed iżżid il-possibilità tas-supply.", "Naturalment wara l-mewt tiegħek tagħti l-possibilità lill-qraba biex ikunu jistgħu jagħlqu dak il-kapitolu.", "Il-bniedem ikun miet imma warajh ikun ħalla lill-qraba tiegħu li jkunu mweġġgħin bit-telfa tiegħu.", "Kif nafuha fil-mediċina, anke meta xi ħadd jintilef, sakemm dak il-ġisem ma jinstabx u jindifen, dak il-kapitolu jibqa' ma jingħalaqx.", "Jien dejjem nitfa' l-enfasi tal-informazzjoni li trid tasal korretta.", "Jekk ma tħalliex il-possibilità li l-qraba jridu jagħlqu dik il-ġerħa kerha ta' wara l-mewt inħoss li s-soft opt-out tkun waħda mill-possibilitajiet prattiċi.", "Dejjem għax nemmen fl-esperjenza tagħna bħala tobba li l-qraba jkunu jridu jagħlqu dak il-kapitolu.", "Mhux għax il-pazjent ddeċieda hu - li għandna stima lejn dik ukoll - imma għax warajh ikun ħalla lill-qraba.", "Issa jista' jkun li aħna ma nfurmajnihomx u jista' jkun li ma jkunux jafu li minn dik id-donazzjoni li se jagħti dak il-kadavru, se jkunu qegħdin jgħinu biex ħaddieħor jgħix.", "U għalhekk inħoss li l-edukazzjoni trid tkun il-pilastru prinċipali ta' kull azzjoni li aħna nistgħu nieħdu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qed nitkellmu fuq il-qraba, allura x'inhi l-opinjoni tiegħek fuq li kieku l-qraba ma kellhom say ta' xejn?", "Jiġifieri being an opt-in or an opt-out, imma ejja ngħidu li opt-in għall-grazzja tal-argument u l-qraba m'għandhomx dritt li wara l-mewt tal-pazjent jibdlu d-deċiżjoni tiegħu?", "Jien issa ormai ppreżentajt il-fatt li jien għalija importanti l-kunsens.", "Imma iktar milli importanti l-kunsens biss, importanti li ma nkunx qed nikkonsenti għalxejn.", "Fis-sens li jekk jien irridha, imbagħad ma jiġix ħaddieħor wara u jċaħħadni minn dak li ridt nagħti jien lil ħaddieħor.", "Li ddejjaqni hija a soft option u li xi ħadd jista' jibdel l-opinjoni tiegħi.", "Issa normalment ikollok ideat differenti imma jekk għandek opt-in u allura jien ridt nagħti, idejjaqni l-fatt li xi ħadd jibdel l-opinjoni tiegħi u nispiċċa ma nkunx donatur.", "Jekk inti għandek kwestjoni ta' opt-out u inti jista' jkun li qatt ma ħsibt fiha, allura qegħdin ngħidu li l-kunsens tal-persuna mhuwiex daqshekk importanti.", "Imbagħad jista' jkollok lil xi ħadd li jgħid li ma kenitx fi ħsiebu, imma issa mejjet u rridu nagħtu.", "Fl-opt-in il-fatt li inti għażilt u ħadt deċiżjoni, tajt il-kunsens tiegħek u taf x'qed tagħmel imma li xorta jista' jiġi xi ħadd wara mewtek u jibdel id-deċiżjoni tiegħek, - kif qegħdin bħalissa l-pożizzjoni tagħna – kif tħossha din?", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li iktar bil-kontra jiġri, jiġifieri li l-pazjent ikun awtomatikament irid u l-qraba jgħidu le.", "U t-tieni li xtaqt nistaqsi għax veru huwa argument tajjeb; min ma jkollux qraba, x'jiġri?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Bħall-emigranti pereżempju.", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Dawn huma punti li forsi ma jkunux ċari.", "Meta qed nitkellem kif qed nitkellem, mela jien se nitkellem bħala tabib, bħala Dennis, bħala CMO wkoll imma ħalli nirrifletu fuq l-opinjoni tiegħi personali.", "Il-pazjent huwa importanti.", "Id-dritt tiegħu għalija huwa sagrosant.", "Anke jekk se jirrifjuta t-trattament.", "Il-pazjent għandu dritt jirrifjuta t-trattament sakemm jaf x'inhu jagħmel u sakemm ikun jaf l-impatt x'se jkun.", "Imma jien tkellimt fuq punt ieħor u fil-fatt se nitkellem fuq l-esperjenza.", "Qed nara unit, il-unit mhux il-bniedem stand alone, dak il-pazjent.", "Dak il-pazjent qed jgħix f'armonija, fil-ħajja ġenerali mal-familja tiegħu, mal-partner tiegħu, mat-tfal tiegħu jew mal-ġenituri tiegħu.", "U hawnhekk nerġa' insemmi l-punt li semmejt qabel u ċioè l-edukazzjoni.", "Jien xi kultant nassumi li ma nasalx u allura nkun irrid nispjega aħjar għax irrid inkun ċert li n-nies qegħdin jifhmu.", "Inħoss li jekk l-edukazzjoni tagħna saret kif suppost, mhux se nsibu oppożizzjoni jew tibdil fil-fehma ta' dak li jkun xtaq l-individwu.", "Għax għalfejn ikun hemm it-tibdil?", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-mistoqsija tiegħi hija iktar diretta minn hekk.", "Mhux taħsibx li se jkun hemm imma għandux ikun hemm dik l-option?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Jien mhux qed nantiċipa li jekk in-nies huma informati dwar il-benefiċċju u hemm l-express consent tal-individwu, il-qraba se jbiddlu dik il-fehma.", "U jbiddlu dik il-fehma għalxiex?", "Biex iżommu l-katavru intatt?", "U għalhekk trid tipprova tifhem jekk ikun hemm ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma għandna nagħtuhom dan iċ-ċans?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Ħalli ngħidlek għalfejn.", "Jiena fil-bidu semmejt li jrid jingħalaq il-kapitolu u l-grief.", "Meta bniedem imut, hemm proċess ieħor psikoloġiku, li mhux jien se niddettah.", "U mhux qed nara li l-qraba għandhom ibiddlu.", "Imma jekk jien se nkun tassattiv u ngħid \"le, ma jistgħux\", x'impatt jista' jkollu?", "Jista' jkun li jkun minimu u jista' jkun li jkun temporanju.", "X'impatt jista' jkollha dik id-deċiżjoni li ngħidu l-jedd tal-individwu kien importanti u l-opinjoni tal-qraba ma jreġix?", "Jien qed naħseb fuq dak l-aspett ta' katina magħquda, fejn il-bniedem mhuwiex stand alone waħdu u x'impatt jista' jkollu fuq the psychological debriefing tan-nies li jridu jagħlqu l-kapitolu?", "M'għandix ir-risposta eżatta u allura biex inkun kif nixtieq, ngħidlek li iva, il-qraba m'għandux ikollhom say.", "Imma nibża' li meta l-qraba m'għandhomx say, jista' jkun hemm aspett ieħor negattiv fuq dawk li bil-Malti huma s-survivors tiegħu.", "Jien qed ngħid li jista' jkun hemm dimensjoni oħra u li fiċ-ċirkostanzi - għallinqas fil-kultura tagħna jien xorta ngħid li aħna għadna komunità well-knit together - jista' jkun hemm impatt negattiv meta bniedem qed jinforzaha u dan jista' jwassal għal aktar dewmien biex il-qraba tiegħu jirkupraw minn dak l-aspett negattiv.", "Issa hawnhekk qed nurik in-naħa l-oħra tal-munita.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ngħid sew li f'ħafna mit-trapjanti, dak l-organu jkun l-uniku mezz kif inti tista' ssalva l-ħajja ta' dik il-persuna?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Mija fil-mija.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri inti għandek bilanċ fejn fuq naħa minnhom għandek it-trawma psikoloġika minħabba l-mewt ta' dik il-persuna u fuq in-naħa l-oħra għandek il-fatt li qed issalva ħajja ta' persuna.", "Jekk dak l-intervent ma jsirx, meta d-donatur ikun xtaq li jagħti l-organi tiegħu, se jkollok loss of life fil-bilanċ.", "Allura dan mhuwiex ukoll parti mill-fatt li aħna nifformaw parti minn soċjetà?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Naqbel miegħek mija fil-mija, imma għalhekk bdejtlek bil-punt tal-edukazzjoni.", "Irridu nfiehmu eżatt x'inhi l-proċedura u din mhijiex xi ħaġa sempliċi.", "Tista' għalija tkun xi ħaġa sempliċi u ngħaddi minnha, imma hawn ħafna nies li jidħlu fl-aspett patoloġiku u mbagħad jibqgħu għaddejjin bil-konsegwenzi.", "Mhijiex deċiżjoni ħafifa li ngħidlek iva jew le.", "Nemmen li jekk aħna, matul il-proċess nispjegaw il-kultura tagħna u nibdew anke minn età żgħira, nemmen li kapaċi nirbħu dak in-negativissimu li jien qed ngħidlek li jien qed naħdem kontrih.", "DEO DEBATTISTA: Min ma jkollux qraba, min jiddeċiedi għalih?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: M'għandix risposta għal dik il-mistoqsija.", "DEO DEBATTISTA: Qed nistaqsik biex fil-każ nilleġislaw għaliha wkoll.", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Jekk m'għandekx qraba, xorta bħala Chief Medical Officer nidħol fiha biex isir il-proċess tad-difna tal-individwu.", "Mela hawnhekk ukoll jista' jintuża l-istess metodu fejn tintuża persuna għall-iskop ta' donazzjoni meta d-donatur ma jkollux qraba.", "DEO DEBATTISTA: Meħudha for granted.", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Ma kellix dik l-okkażjoni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ħalli forsi nagħti parti mir-risposta; il-fatt li l-qraba għandhom say tinbet mill-fatt li huma l-eredi tal-persuna.", "Aħna għandna kwestjoni ta' interstate succession ukoll fil-liġijiet tagħna u dan jgħodd għal meta ma jkollokx qraba.", "Mela inti dejjem se jkollok eredi.", "Dan jista' ikun il-Gvern.", "Mela jien qiegħda nassumi li ssegwi l-istess kwestjoni tal-eredità.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri jekk ikun hemm każ ta' persuna li tkun brain dead, qiegħda l-ITU u hija a potential donor u m'għandhiex qraba, avolja s'issa qatt ma kien hemm imma li kieku jkun hemm, bħala amministratur ...", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Kieku kellu jkun hemm każ bħal dan, l-esperjenza tiegħi se tkun limitata u mill-ewwel se nfittex l-għajnuna legali.", "Nimmaġina li se mmorru għand l-AG għall-kunsens ukoll u minn hemmhekk ma narax li se jkun hemm oġġezzjoni biex il-proċess jimxi.", "DEO DEBATTISTA: Ħalli nikkoreġik ftit; inti ma tistax tirrifjuta kull tip ta' trattament.", "Inti l-ewwel għedt li pazjent jista' jirrifjuta t-trattament imma mhux kull tip ta' trattament jista' jirrifjutah.", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Mhux qed insegwik.", "DEO DEBATTISTA: Għax inti għedt li pazjent jista' jirrifjuta t-trattament imma jekk ikun locked-in syndrome, fost oħrajn, ma jistax jirrifjuta t-trattament.", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nistaqsi mistoqsija fuq binarju differenti.", "Issir kollaborazzjoni mal-Euro Transplant bħala pajjiż?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Safejn naf jien iva.", "CLAUDIO GRECH: Fuq liema livell?", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Jien il-counterpart tiegħi - li xtaqtu jkun preżenti imma qaluli li se jiġi mistieden f'seduta oħra - huwa Dr Joe Zarb Adami, li huwa the focal person tagħna fuq dawn l-affarijiet.", "Kif għedtlek safejn naf jien isir.", "DR DENNIS VELLA BALDACCHINO: Iva, permezz ta' Dr Zarb Adami.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: Le) Dr Dennis Vella Baldacchino nirringrazzjawk ħafna u napprezzaw l-input tiegħek.", "Kienet diskussjoni interessanti ħafna.", "Qabel ma nagħlaq il-laqgħa nixtieq nagħmel dan il-punt.", "Minħabba li nixtiequ li dawn il-laqgħat ikun jaf bihom il-poplu ħalli żgur tkun diskussjoni wiesa', nixtieq li nagħmlu stqarrija maħruġa mill-Onor.", "Deborah Schembri u jiena bħala Chairpersons ta' dawn iż-żewġ kumitati li issa huma konġunti f'dan l-att.", "L-istqarrija tgħid hekk:", "\"Leġiżlazzjoni dwar it-Trapjanti tal-Organi u t-Tessuti.", "Iċ-Chairpersons tal-Kumitati Permanenti tal-Parlament, dak tas-Saħħa l-Onor.", "Etienne Grech u tal-Affarijiet Soċjali l-Onor.", "Deborah Schembri, nedew sensiela ta' laqgħat bejn Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra u b'mod konġunt se jiddiskutu u janalizzaw it-temi kollha relatati mat-trapjant tal-organi u tessuti.", "Dawn sejrin isiru billi jiġu wkoll mistiedna l-istakeholders kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-qasam, inklużi l-Organ Donation Support Group, psikoloġi u esperti tal-bijoetika, il-LOTAC Committee u esperti mediċi u legali f'dan il-qasam flimkien mal-amministraturi tal-isptarijiet pubbliċi.", "Fejn tidħol leġiżlazzjoni ġdida, f'dan il-qasam tant delikat l-opinjonijiet jiġu trattati mingħajr politika partiġġjana.", "Wara li jintemmu dawn il-laqgħat fl-aħħar ta' din is-sena se jitħejja rapport bir-rakkomandazzjoni li jkun hemm qbil demokratiku dwarhom fuq it-trapjanti tal-organi u tessuti mill-perspettiva legali.", "Pari passu mar-rapport mill-Kumitati Parlamentari se tiġi mħejjija White Paper dwar dan is-suġġett mill-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa li għandha tkun lesta fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Dejjem se jinżamm il-prinċipju li ssir konsultazzjoni wiesgħa mal-poplu, apparti minn mal-esperti u l-organizzazzjonijiet.", "Wara li joħorġu ż-żewġ dokumenti ssir konsultazzjoni pubblika li primarjament jiġu spjegati u diskussi l-options tal-modi kif isir dan l-att nobbli tad-donazzjoni tal-organi jew tessuti kemm fil-ħajja (live donor) u anke wara l-mewt ta' persuna (cadaveric donor).", "L-għażla tal-mod prattiku jrid ikun dejjem b'mod li n-nies f'ħajjithom ikunu infurmati fuq kollox dwar l-għoti tal-organi wara l-mewt u r-rwol tad-deċiżjonijiet kemm tad-donatur f'ħajtu u tal-persuni li jiġu minnu wara mewtu.", "Iridu jiġu kjarifikati xi misconceptions dwar dan l-att nobbli.", "Il-modi li jintgħażlu jridu jkunu konformi mal-kultura u l-etika tal-lum tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija.", "Leġiżlazzjoni waħedha ma tkunx biżżejjed jekk ma jsirux preparamenti importanti bħal Transplant Co-Ordinating Teams ibbażati fl-Isptar Mater Dei li jistgħu jżommu database ta' persuni li jixtiequ jħallu l-organi jew tessuti wara mewthom.", "Dan il-proċess għandu jdum numru ta' ġimgħat fejn imbagħad l-eżitu jgħaddi mill-Kabinett tal-Gvern u jiġu abbozzati liġijiet jew emendi ġodda sa madwar nofs is-sena 2015, fejn imbagħad jiġu ppreżentati fil-Parlament għad-diskussjoni fl-istadji kollha sakemm il-leġiżlazzjoni l-ġdida tiġi ffirmata mill-President u tiġi fis-seħħ.\"", "Hemm xi oġġezzjoni li noħorġu din l-istqarrija?", "CLAUDIO GRECH: Ma nistgħux nagħmlu oġġezzjoni għax din hija storja tagħkom.", "MR CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistgħu naġġornaw il-laqgħa u nerġgħu niltaqgħu nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla fis-6.30 p.m. għal-laqgħa oħra konġunta.", "Fit-8:38 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141119_007d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:15 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Michael Gonzi u l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Is-Sur Andre Vella, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kien preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 6 li saret nhar l-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI - KONTINWAZZJONI", "Dr Brigitte Gafa (Lawyer with Health Department) tat overview tar-regime ta' regolamentazzjoni li teżisti f'Malta fuq dak li għandu x'jaqsam mad-donazzjoni tal-organi.", "Spjegat kif fil-liġi Maltija hemm distinzjoni bejn id-demm u tissues and cells.", "Xi ħaġa nieqsa fil-liġi tagħna hija d-donor card u għalhekk huwa importanti ħafna li din tingħata saħħa legali ħalli b'hekk l-aħħar xewqat tal-persuna defunta jiġu rispettati.", "Dr Gafa stqarret li l-liġijiet tagħna huma all encompassing u l-unika nuqqas li għandna huwa proprju fuq tad-donor card peress li din m'għandhiex il-backing tal-liġi.", "Importanti li jkollna definizzjoni ċara ta' xi tfisser \"brain death\" u li din id-definizzjoni tidħol fil-liġijiet tagħna.", "Fl-aħħarnett Dr Gafa ssuġġeriet li wasal iż-żmien li l-LOTAC jingħata backing legali u jkollu struttura lil min jirrispondi.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Dr Richard Zammit (Superintendent of Public Health) spjega kif ir-remit tiegħu huwa marbut mal-istandards u l-licensing.", "Spjega kif id-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu ma' blood transfusion, organs and IVF ġew transposed fil-legal notices ta' pajjiżna u għaldaqstant għandna framework li qiegħed jitħaddem.", "Spjega kif meta jkollok a clinical setting li għandu x'jaqsam mas-substances of human origins dan jissejjaħ \"an establishment\" bil-lingwa Ewropea.", "Imbagħad għandek il-licensee u r-responsible person f'kull establishment.", "Fil-fatt fl-2004 inħarġet l-ewwel liċenzja għal blood establishment f'Malta.", "Attwalment fil-privat mhuwiex permess bil-liġi li jsiru organ transplants.", "Dr Zammit spjega kif f'kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea għandek il-competent authority, li mbagħad dawn jiltaqgħu regolarment għal meetings mal-counterparts tagħhom u teżisti website apposta li tissejjaħ is-CIRCA, fejn jekk il-licensing authority ikollha xi query fuq xi establishment tkun tista' tfittex fuq din in-network.", "Jekk pereżempju persuna tat l-organi tagħha u jinstab li din kellha l-Hepatitis B jew xi marda oħra tinħareġ alert mill-ewwel u jiġu avżati l-competent authorities kollha fl-Unjoni Ewropea.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Dr Dennis Vella Baldacchino (Chief Medical Officer) spjega kif l-irwol tiegħu huwa bħala policy direction u bħala strateġija.", "L-irwol tiegħu f'din is-sitwazzjoni hija li jara kif se jsaħħaħ il-proċeduri diġà eżistenti biex dejjem naraw kif intejbu dan il-proċess.", "Fl-opinjoni ta' Dr Vella Baldacchino jista' ikun li dan il-kunċett ta' organ donation mhux qed inwassluh biżżejjed fil-komunità tagħna.", "U għaldaqstant hemm bżonn ta' kampanji pożittivi fejn jiġi spjegat eżattament x'inhi d-donazzjoni tal-organi u l-ġid kbir li wieħed ikun qed jagħmel meta jkun donatur.", "Dawn il-kampanji hemm bżonn li jibdew ukoll mill-iskejjel għax hemm barra hemm nuqqas ta' informed information.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "STQARRIJA MIĊ-CHAIRPERSONS", "Iċ-Chairpersons tal-Kumitati Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u dak dwar is-Saħħa ħarġu stqarrija intitolata \"Leġiżlazzjoni dwar it-trapjanti tal-organi u t-tessuti\".", "Fit-8:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141119_007m_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 7 li saret nhar l-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI – KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum se nkomplu d-diskussjoni tagħna dwar it-tfassil ta' leġiżlazzjoni fuq it-trapjanti tal-organi u stedinna għal din il-laqgħa rappreżentanti mill-MUMN u lil Dr Joseph Zarb Adami.", "Ir-rappreżentanti tal-MUMN kienu avżati b'din il-laqgħa u x'ħin kellha tibda imma s'issa għadhom ma tfaċċawx.", "Għaldaqstant se ngħaddu mill-ewwel għat-tieni mistieden tagħna u ċioè għal Dr Joe Zarb Adami.", "Jiena nixtieq nirringrazzjak ħafna talli lqajt l-istedina tagħna.", "Bħalma taf bħalissa għaddejjin b'numru ta' laqgħat biex inkunu nafu daqsxejn iktar dwar dan is-suġġett u b'hekk inkunu f'pożizzjoni aħjar sabiex noħorġu White Paper għall-konsultazzjoni u sussegwentament inkunu nistgħu nkomplu bil-leġiżlazzjoni li nixtiequ nfasslu.", "Qabel ngħaddilek il-mikrofonu nixtieq navżak li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live fuq il-websajt tal-Parlament.", "Fid-diskussjoni tagħna ltqajna ma' diversi aspetti li jistgħu joħorġu mid-donazzjoni tal-organi.", "Inti wieħed mill-aktar esponenti li għandek expertise f'dan is-suġġett u għalhekk nixtiequk tagħtina idea ta' kif qiegħda titmexxa bħalissa d-donazzjoni tal-organi u x'taħseb inti li hemm nieqes f'dak li qegħdin nagħmlu bħalissa.", "Dan għaliex anke minn artikli li ktibt inti stess, jidher li inti wkoll kont qiegħed tagħmel dan l-istħarriġ diversi snin ilu.", "U allura nixtiequ nkunu nafu x'inhi l-opinjoni tiegħek fuq is-suġġett.", "DR JOE ZARB ADAMI (Clinical Director): Fl-1983 sar l-ewwel trapjant ta' kilwa f'Malta u dan it-trapjant sar minn bniedem ħaj għal fuq bniedem ieħor ħaj.", "Fil-bidu tal-1984 sar l-ewwel trapjant minn fuq katavru għal fuq bniedem ħaj.", "Issa biex dan it-trapjant seta' isir, - u dan l-intervent sar minn professur barrani - kien hemm bżonn li nistabilixxu metodu ta' kif tiddikjara persuna mejta.", "Dan għaliex biex il-katavru jkun tajjeb ħalli minnu nieħdu l-organi li rridu hemm bżonn li l-qalb tibqa' tħabbat biex tippompja d-demm fil-kilwa f'dan il-każ, u din tibqa' ħajja.", "Aħna wżajna l-kriterji ta' Harvard li kienu żviluppati għaxar snin qabel u dawn kienu ġew aċċettati mill-Ingilterra b'deċiżjoni taż-żewġ royal colleges flimkien.", "Fil-fatt dawn qalu li dawn huma t-testijiet li se jiġu wżati mill-professjonisti Ingliżi biex jiddikjaraw lil xi ħadd bħala brain dead.", "U aħna addattajna lilhom.", "Minbarra li addattajna dawk il-kriterji, din id-dikjarazzjoni ġiet aċċettata mill-maġistrat inkwirenti, fejn dan aċċetta mhux biss id-dikjarazzjoni tal-brain dead imma aċċetta wkoll id-dikjarazzjoni tal-mewt u tana l-permess sabiex naqilgħu l-kliewi minn katavru.", "Il-maġistrat ma daħalx fil-biċċa fuq jekk dan kienx mejjet jew le imma ħalliha f'idejn it-tobba biex jiddikjaraw il-mewt tiegħu.", "Minn dak iż-żmien lil hawn l-affarijiet pjuttost baqgħu mexjin fuq l-istess binarju.", "U llum wasalna biex qed isiru bejn 12 u 15-il trapjant tal-kliewi fis-sena.", "U qed ikollna d-donazzjoni ta' madwar tmien katavri fis-sena u jsiru madwar 15-il trapjant f'Malta u daqshekk ieħor ta' trapjanti minn organi Maltin li jingħataw lil pajjiżi barranin.", "Imbilli aħna ma nagħmlux liver transplants, dawn nagħtuhom - bil-permess tal-qraba - lil sptarijiet li għandna kuntatt magħhom kemm fl-Ingilterra u kemm fl-Italja.", "U fejn ma jkollnix kliewi li huma aċċettati mill-Maltin minħabba li ma jkunux f'kondizzjoni perfetta jew il-grupp ma jkunx jaqbel, inkella għax ma jkollniex is-size eżatt, jiġifieri minn tarbija għal adult jew minn adult għal tarbija, dawn ukoll jintbagħtu barra.", "Daqs sentejn ilu, wara kuntatt li għamilna ma' istituzzjonijiet f'Palermo, sar l-ewwel trapjant tal-pulmun fuq pazjent Malti.", "Dan it-trapjant sar Palermo u minn dakinhar sar ieħor b'suċċess u ieħor li falla.", "L-Ingilterra toffrilna li tagħmel b'xejn trapjanti tal-fwied fuq ċittadini Maltin.", "Fil-fatt isiru sitta fis-sena minn dawn it-trapjanti.", "L-Ingliżi dejjem offrewlna l-organi u l-cost tal-operazzjonijiet b'xejn.", "Kien hemm artikli fil-gazzetti fejn kienu qed jakkużaw l-Irlanda ta' Fuq, lil Malta, lil Ċipru u lil Greċja li konna qegħdin nieħdu organi Ingliżi għaċ-ċittadini Maltin.", "Għaldaqstant għamilna kuntatt mal-Ingilterra u rranġajna biex meta jkollna l-fwied disponibbli noffruh lilhom u fil-fatt dawn jinżlu għalih.", "Aħna sirna nqassmu wieħed lit-Taljani u ieħor lill-Ingliżi.", "L-Italja ħadet 'il fuq minn 90 organu minn Malta.", "Meta nitolbu lill-qraba biex jagħtuna l-organi nużaw is-sistema li ngħidulha l-opt-in, jiġifieri nistaqsu lill-qraba - wara li ninformawhom li l-qarib tagħhom m'għadux ħaj - biex jagħtuna permess ħalli neħdulu l-organi.", "U 95% tan-nies li nistaqsu jagħtuna risposta pożittiva.", "Is-sena l-oħra Transplant Europe, tal-Kunsill tal-Ewropa, ippubblikat ir-rati tal-organ donations fl-Ewropa u hemmhekk rajna li Malta tinsab fuq quddiem nett, b'rata ta' 30 kull miljun.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħid li fl-1996 sar l-ewwel trapjant minn katavru għal fuq pazjent ħaj.", "Bħala trapjanti tal-qalb qed isiru bejn wieħed fis-sena għal wieħed kull sentejn u allura hawnhekk nistgħu qegħdin niġu deskilled fuq dan it-tip ta' trapjant.", "THE CHAIRPERSON: Il-perċentwal ta' 5% ta' dawk il-qraba li ma jaċċettawx li jagħtu l-organi, huma fil-fatt il-qraba li ma jaċċettawx jew inkella jkun hemm xi struzzjonijiet mill-mejjet f'ħajtu, at one stage in his life, li ma jkunx irid jagħti l-organi tiegħu?", "DR JOE ZARB ADAMI: Is-soltu l-instructions ikunu favur id-donazzjoni u mhux kontra.", "Hemm statistika li ġiet ippubblikata li turi li hemm gruppi ta' persuni li ma jkunux iridu jagħtu l-organi tagħhom, fosthom insibu nies bl-uniformi bħal suldati u nies tas-sigurtà.", "Dawn huma grupp ovvju li ma jridux jagħtu u r-raġuni għalxiex ma nafhiex!", "THE CHAIRPERSON: Sar studju fuq dawn in-nies f'pajjiżna?", "DR JOE ZARB ADAMI: Sar studju hawn Malta, li huwa ppublikat, mill-Viċi Rettur Mary Anne Lauri.", "Kien hemm studju ieħor mill-Unjoni Ewropea fejn instab li Malta u Sweden għandhom l-ogħla rata taċ-ċittadini tagħhom li jafu li bid-donazzjoni hemm il-possibilità li ssalva ħajja.", "U jidher li għalkemm qatt ma kellna fondi biex nagħmlu PR, bħal pajjiżi oħra, xorta wasalna ħafna u kellna esperjenza pożittiva ħafna.", "Fil-fatt, xi minn daqqiet in-nies jiġu huma fuqna u mhux immorru aħna fuqhom!", "THE CHAIRPERSON: Meta ngħidu li aħna għandna din is-sistema tal-opt-in, skoprejna as we went along li mbilli n-nies jagħmlu d-donor card, din mhijiex xi ħaġa definittiva biex meta jmutu jkunu jistgħu jeħdulhom l-organi, għax xorta waħda jistaqsu lill-qraba tagħhom u l-aħħar kelma tkun dik tal-qraba.", "Allura inti ma tħossx li din hija ta' diskrepanza mal-fatt li normalment aħna, fejn tidħol il-mediċina u allura d-dinjità tal-persuna, tirrikjedi li inti tagħti l-kunsens tiegħek imma aħna qed inwarrbu minn dan il-kunċett?", "DR JOE ZARB ADAMI: Dejjem jista' jkun hemm dokument notarili li jagħti saħħa lid-donor card fejn wieħed jesprimi x-xewqa tiegħu li jagħti l-organi wara li jkun mejjet.", "Din nużawha ħafna meta jingħata l-katavru għall-istudju.", "Dan l-aħħar kien hemm każ ukoll fil-gazzetta The Times.", "(Interruzzjonijiet) Barra minn Malta jiġu reġistrati dawn ix-xewqat u aħna wkoll għandna reġistru.", "CHRIS FEARNE: Aħna għandna organ register?", "DR JOE ZARB ADAMI: Iva, imma dan mhuwiex uffiċjali.", "Issa din il-query hija interessanti.", "Jien ilni naħdem f'dan il-qasam għal 30 sena u din il-problema għalina hija waħda teoretika għax qatt ma kellna esperjenza fejn konna nafu li xi ħadd li llum sar katavru u li meta kien ħaj xtaq jagħti l-organi tiegħu imma tal-familja marru kontra r-rieda tiegħu.", "Anzi aħna nipprovaw inbiegħu d-donor card bħala xi ħaġa li persuna qed turi x-xewqa tagħha li tagħti l-organi, biex meta l-familjari jkunu ffaċċati bit-telfa u jkun hemm dawk l-emozzjonijiet kollha, għalihom tkun ħafna aktar faċli li jgħidu iva u jaċċettaw ix-xewqa tal-qarib tagħhom.", "Pereżempju kellna każ ta' żewġt itfal li ttajjru b'karozza u l-ġenituri ma kienux ċerti fuq din il-biċċa imma l-aħwa daru fuq il-ġenituri tagħhom u qalulhom li oħthom dejjem riedet tagħti l-organi tagħha.", "U kienu t-tfal li kkonvinċew lill-ġenituri.", "Jiġifieri l-fatt li hemm donor card, għalkemm m'għandhiex saħħa legali, se toħloq dibattitu fil-familji fuq dan is-suġġett.", "CHRIS FEARNE: Intom jekk ikun hemm xi ħadd qiegħed l-ITU u tiddeċiedu skont il-Harvard criteria li huwa brain dead.", "Għandkom aċċess biex taraw ir-reġistru ta' min għandu donor card?", "DR JOE ZARB ADAMI: Le, u dik hi l-problema!", "Hemm reġistru u la għandna aċċess għalih u lanqas għandna n-nies biex jaħdmu fuqu.", "In-nies li għandna huma kollha volontiera.", "Ħafna minnhom huma tat-Transplant Support Group, u xi ftit minnhom huma s-segretarji tagħna.", "CHRIS FEARNE: Aħna għandna transplant coordinators?", "DR JOE ZARB ADAMI: Għandna madwar erbgħa transplant coordinators.", "CHRIS FEARNE: U dawn jaħdmu fid-dipartiment?", "ETIENNE GRECH: U jintużaw ukoll għall-corneas?", "DR JOE ZARB ADAMI: It-transplant coordinators jikkoordinaw fuq kollox.", "THE CHAIRPERSON: Jekk aħna għandna reġistru li mhuwiex aċċessibbli, il-fatt li inti tkun urejt ix-xewqa tiegħek b'att notarili ma tantx se jbiddel is-sitwazzjoni!", "DR JOE ZARB ADAMI: Biex inkunu prattiċi, dak il-ħin dejjem fdajna fil-kunsens tal-familja.", "THE CHAIRPERSON: Issa minbarra l-fatt li inti għandek ammont ta' organi u aħna nixtiequ dejjem inżiduh dan l-ammont, jiena nħoss li hemm ukoll il-kwestjoni tal-kunsens, li xi kultant, ġaladarba qegħdin nottjenuhom l-organi, qisu qegħdin inpoġġuha daqxejn fil-ġenb din għax dak il-kunsens tal-mejjet, bih u mingħajru, qegħdin ninqdew u l-organi qegħdin jaslu għandna.", "Madankollu jiena nħoss li f'dan il-kuntest hija xi ħaġa importanti ħafna li we opt għall-kunsens li jkun ċar minħabba d-dinjità tal-persuna ...", "DR JOE ZARB ADAMI: Jista' jkun li ma naqblux u inti qisek qiegħda timplika xi ħaġa hawnhekk.", "Is-sistema mhijiex biss li jingħata l-permess waqt l-emozjoni.", "Ejja ngħidu li xi ħadd miet u dan l-ewwel jgħidu li ma jridux jagħtu imma mbagħad idawru l-opinjoni u jkunu jridu jagħtu.", "Jiġifieri ma jkunx konsistenti fi kliemhom.", "Permezz tad-donor card, bil-kalma kollha u mingħajr pressjoni ta' ħadd, in-nies jiffirmawha u jgħidu lil qrabathom li ffirmawha.", "Allura hemmhekk għandek deċiżjoni li ttieħdet mhux b'dak l-eċċitament għax se jidhru tajbin quddiem in-nies u se jidhru bħala ġenerużi.", "Dik id-deċiżjoni tittieħed minn dik il-persuna waqt li tkun waħedha u mbagħad tinforma lil sħabha jew lil tal-familja bid-deċiżjoni li tkun ħadet.", "U aħna hekk qed nipprovaw inbiegħuha d-donor card.", "Aħna qed ngħidulhom biex jiddeċiedu fil-privatezza u fil-kalma għax aħna ma rridux nieħdu l-organi billi noqogħdu nagħmlu t-teatrini magħhom!", "THE CHAIRPERSON: Jien l-unika ħaġa li kont qiegħda nimplika hu li tajjeb li jkollna aktar donor cards u aktar nies li jagħtu l-kunsens tagħhom.", "Li qiegħda nistaqsi fuqha hija fuq dawk in-nies li m'għandhomx donation card u li jista' jkun li xtaqu jagħmluha imma they never got around to doing it.", "DR JOE ZARB ADAMI: Imma if they did not get around to a card, jekk xtaqu li jagħtu l-organi tagħhom żgur li tkellmu ma' sħabhom jew ma' tal-familja tagħhom.", "Dak li nsibu aħna; it has become a subject li mal-mewt jiġi diskuss fil-familja.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri ma ssibux nies li ma jkunux iddiskutew mal-familja tagħhom u allura l-familja tagħhom, indipendentement mill-pożizzjoni li seta' kellhom imma li qatt ma esprimewha ma' tal-familja, dawn jispiċċaw jieħdu d-deċiżjoni minflokhom?", "DR JOE ZARB ADAMI: Hija possibbili u fil-fatt fattibbli għax ikun hemm nies li ma nkunux nafu x'kienet ix-xewqa tagħhom imma mbagħad jinterpretawha.", "Pereżempju darba kien hemm deputat kummissarju tal-pulizija li miet u t-tfal tiegħu ma xtaqux li l-katavru ta' missierhom jispiċċa mqatta' imma ommhom ikkonvinċithom b'dan ir-raġunament; qaltilhom li missierhom dejjem kien ġeneruż, allura issa f'mewtu ma jridx ikun ġeneruż?!", "U dan ir-raġunament dawwar il-ħsieb tat-tfal ukoll.", "Jiġifieri dawn id-dibattiti bilfors isiru u mhux kulħadd jaqbel li jingħataw l-organi.", "Fil-fatt meta aħna naraw li m'hemmx qbil ma nkomplux nagħfsu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Aħna ħsibna li l-ewwel nagħmlu White Paper u mbagħad noħorġu liġi fuq dan is-suġġett.", "Min-naħa tiegħek x'punti tixtieq tara fil-leġiżlazzjoni biex inkunu nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni milli hi llum?", "DR JOE ZARB ADAMI: Onestament naraha stramba li tilleġisla 30 sena wara li beda l-proċess!", "U intom dak li qed tagħmlu.", "Aħna ilna li bdejna bit-trapjanti 30 sena ilu.", "Issa jekk il-leġiżlazzjoni qiegħda tikkontempla l-opt-in system lili din ma togħġobnix u se ngħid għalfejn.", "Aħna għandna riżultati tajbin bil-ġenerożità tal-familji.", "Min irid l-opt-out, jiġifieri jekk xi ħadd ma jkunx irreġistra l-oġġezzjoni tiegħu, issa b'impożizzjoni leġiżlattiva se ttellgħu t-theatre u se teħodlu l-organi!", "Naturalment id-dinja tinbidel u hemm possibilità li jkun hemm ċentri oħra li jistgħu jagħmlu l-affarijiet mod ieħor.", "Meta aħna bdejna u komplejna, użajna l-professjonalità tagħna u wżajna ċertu standards.", "U allura avolja mejjet dan jidħol fit-theatre qisu għadu ħaj u l-organu jitneħħa taħt kondizzjonijiet ta' sterilità bħallikieku l-mejjet għadu ħaj.", "Dawn l-affarijiet ma ġewx imponuti minn xi liġi imma kienu riflessjoni tal-istandards professjonali tagħna.", "Il-prassi ġġib hekk u b'hekk ġew stabbiliti dawn l-istandards.", "Issa biż-żmien dawn il-prassi jiġu challenged u jista' jkun li jkun hemm postijiet oħra fejn jistgħu jagħmlu t-trapjanti, bħal ngħidu aħna fi sptarijiet privati u għalhekk iva, ir-regolamentazzjoni hija importanti.", "Barra minn hekk, hemm biża' kbir fuq it-traffikar tal-organi, speċjalment tal-corneas għax biex taqla' l-kliewi l-ġisem irid ikun għadu b'qalbu tħabbat imma ħadd mhu se jwaqqaf lil xi technician fil-kamra mortwarja milli jaqla' l-corneas u jbiegħhom!", "Allura jrid ikollna ċerta regolamentazzjoni fuq dawn l-affarijiet, regolamentazzjoni anke fuq kif għandha tiġi ppreservata kilwa ladarba din tkun inqalgħet u fuq kif min se jieħu dik il-kilwa, speċjalment jekk min se jirċeviha huwa barrani, ikollu ċerta garanzija li din inġarret f'kondizzjonijiet tajba u min se jwaħħal se jpoġġi xi ħaġa li għadha taħdem u mhux tkun mejta għax ħallewha tisħon.", "Min-naħa tagħna diġà bdejna b'dawn il-preparazzjonijiet.", "L-ewwel ħaġa kien hemm id-direttiva tal-Unjoni Ewropea u aħna għamilna minn kollox biex inkunu naqblu magħha.", "Barra minn hekk, jiena kont project leader ta' proġett tal-Unjoni Ewropea jismu Accord fejn għamilna twinning mal-Italja biex inħarrġu lin-nies tagħna fuq kif jagħmlu quality control fuq ix-xogħol li qed nagħmlu aħna u biex is-sanità tiżviluppa team biex jagħti l-liċenzji.", "Dawn diġà ġew imħarrġa barra u diġà ġew nies Malta biex jagħmlu rapport fuq is-sistemi tagħna.", "Għalhekk aħna żgur li m'aħniex kontra r-regolamentazzjoni għaliex il-professjonalità għandha ċerta saħħa imma l-leġiżlazzjoni għandha saħħa akbar.", "ETIENNE GRECH: Għandek ukoll il-legal notices.", "DR JOE ZARB ADAMI: Il-legal notices ġew wara d-direttiva Ewropea.", "Mela nistgħu ngħidu li f'29 sena ma sar xejn!", "CHRIS FEARNE: Apparti minn hekk f'Marzu ta' din is-sena kellha tiġi ffirmata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa f'Santiago de Compostela …", "DR JOE ZARB ADAMI: Dik hija fuq it-traffikar tal-organi.", "CHRIS FEARNE: Inti għedt li Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta' donation per capita imma mbagħad għandna xi 85 ruħ jistennew kilwa.", "Kif nikkomparaw bħala rata b'dawn in-nies fuq il-waiting list biex jieħdu kilwa mal-kumplament tal-organi l-oħra?", "DR JOE ZARB ADAMI: Jikkomparaw ħażin ħafna għax aħna, kulmin ikun fuq il-makna tal-kliewi npoġġuh fuq il-waiting list.", "Jekk tara l-prattika barra minn Malta ssib li dawn ma jpoġġuhomx fuq il-lista għax jekk ma jkollhomx arterji tajbin ifisser li dawn mhumiex tajbin għat-trapjant.", "U allura ma joqogħdux jittamawhom ta' xejn.", "Imma huwa minnu li aħna għandna ammont kbir ta' nies fuq il-waiting list fejn ħaddieħor u għandna wkoll numru kbir ta' nies li jmutu fuq il-waiting list u għalhekk nidhru fost l-agħar pajjiżi fl-Ewropa!", "Dan għaliex jekk ikollok ħafna nies fuq il-waiting list xi ftit minnhom se jmutu u se jidher li hemm ħafna nies li qed imutu waqt li jkunu fuq il-waiting list.", "Imma dan huwa kollu logħob bin-numri.", "THE CHAIRPERSON: Mela dan ifisser li anke li kieku hemm kilwa li tista' tiġi ttrappjantata, jekk dak li jkun ikollu arterji ħżiena, ma jkunux jistgħu jagħmlulu t-trapjant!", "DR JOE ZARB ADAMI: Eżatt.", "Jekk inti għandek fan tajjeb imma għandek il-plakka tiegħu ma taħdimx, mela l-fan mhux se jaħdimlek.", "L-istess il-kilwa, din irid ikollha supply tajba ta' demm.", "Meta se twaħħal il-kilwa fil-ġisem tal-pazjent, inti se tqabbad pajp ma' pajp.", "Għandek pajp tal-arterja u pajp tal-vina.", "Issa jekk il-pajp tal-pazjent ma jkunx tajjeb, il-kilwa mhux se taħdem.", "Issa kull wieħed minna jaf nies li m'għamilnilux trapjant u dawn se jgħidu li qbiżnihom jew li għamilnilhom xi ħaġa!", "Il-pazjent ikun jaf x'ġara imma ma jkunx qal lil tal-familja tiegħu.", "U allura jkun hemm ħafna diżappunti u jispiċċaw iwaħħlu fina.", "ETIENNE GRECH: Jien nixtieq nagħmillek ħames mistoqsijiet.", "L-ewwel mistoqsija; fil-leġiżlazzjoni li qegħdin nipproponu, id-definition of death għandha titniżżel kemm tal-cardiac dead kif ukoll tal-brain dead jew għandha titħalla f'idejn l-esperti?", "Qed nistaqsi peress li d-definizzjoni tagħha titbiddel minn żmien għal żmien.", "It-tieni mistoqsija; temmen li d-donor card għandha tingħata saħħa legali u ċioè taqbel li għandna nilleġislaw fuq l-opt-in method?", "Jekk le, inti taqbel li għandna nilleġislaw fuq l-opt-out method?", "Issa f'dan il-każ m'hemmx għalfejn nużaw id-donor card imma nistgħu nużaw l-ID card jew ir-reġistru jew il-file tal-isptar jew inkella d-driving licence.", "Imma dak li jkun se jkollu l-opportunità li jgħid \"le\".", "Mistoqsija oħra; bħalissa l-allocation tal-organi qiegħda f'idejn ir-Renal Committee.", "Issa inti taħseb li dan għandu jingħata xi saħħa legali?", "Mistoqsija oħra; il-Live Organ Transplant Advisory Committee (LOTAC) qiegħed hemm biex jiddeċiedi fuq dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' live donors, eċċ. Taħseb li dan għandu jingħata saħħa legali?", "Dan qiegħed hemm għal Mater Dei imma jekk fil-futur ikun hemm sptarijiet privati li forsi jibdew jagħmlu t-trapjanti wkoll, speċjalment tal-corneas, ovvjament irid ikun hemm xi ħadd hemm ukoll għax dawn iridu jeħduhom minn fuq persuna mejta u mhux ħajja.", "DR JOE ZARB ADAMI: Ġieli jiġu nies minn barra u jgħidulek li huma kuġini u jridu jagħmlu live transplant.", "ETIENNE GRECH: Issa darba kont kellimtek u għedtli li fi Spanja jistgħu jieħdu l-organi anke minn cardiac deaths.", "Pereżempju jidħol xi ħadd with a car accident or with something else u jiġi ddikjarat mejjet.", "Kif jiġi dikjarat mejjet jerġgħu jibdew is-CPR fuqu biex jeħdulu l-organi li mbagħad dawk jiġu second class organs.", "Din qed naħsbu fil-futur imma taħseb li għandna naħsbu għal din l-eventwalità minn issa u minħabba f'hekk nilleġiżlawha bl-opt-in jew bl-opt-out?", "DR JOE ZARB ADAMI: Naqbel miegħek fid-definizzjoni Inġliża meta għaddew il-liġi fuq il-brain death, fejn din kienet ibbażata fuq current scientific knowledge għaliex għalkemm avukat jista' jikteb dak li qallu t-tabib, ma naħsibx li avukat se jazzarda jgħid jekk dak huwiex mejjet jew le.", "Allura naħseb li biex inkunu korretti għandha tkun according to current scientific knowledge.", "Kieku jien irrid inkun korrett naħseb li kont nagħmel proposta lil grupp ta' tobba, fejn ngħidilhom li aħna magħqudin flimkien qegħdin ngħidu li se naċċettaw bħala current scientific knowledge dawn il-criteria.", "Ovvjament se nkunu qegħdin nikkuppjaw lil xi ħadd ieħor minn barra imma that would establish a legal framework.", "Fuq id-donor card jien m'inix kontra li jkollna legal recognition tagħha imma jekk ikollha legal recognition irid ikun hemm serjetà u ċerta witnessing tal-kliem biex ma jkunx hemm min qed jiffroda u jivvinta l-affarijiet billi jgħid li l-mejjet qal \"iva\" meta l-mejjet ma jistax imeri dak li qed jingħad!", "Għalhekk irid ikun hemm ċerti kontrolli.", "ETIENNE GRECH: Jekk xi ħadd jgħid \"iva\" matul ħajtu, permezz tad-donor card, lanqas il-qraba tiegħu ma jkunu jistgħu jdawwru dik ix-xewqa.", "DR JOE ZARB ADAMI: Fuq l-opt-in jew l-opt-out irrid ngħid li aħna għandna sistema li qiegħda taħdem.", "Issa Onor. Grech, immaġina li missierek miet l-ITU u inti ġejt biex tarah u aħna t-tobba, għax għandna s-saħħa legali, iddeċidejna li ntellgħuh fit-theatre u neħdulu l-kliewi!", "Dan ma jsirx hekk imma kulħadd jerġa' jistaqsi lil tal-familja.", "(Interruzzjonijiet) Bis-soft opt-out jew bil-hard opt-out, għidulha li tridu, xorta ħadd ma jissogra jaqbad u jieħu kilwa jew organu ieħor minn katavru mingħajr il-kunsens tal-familja għax il-liġijiet jgħidu ħaġa u l-bnedmin jagħmlu oħra!", "Morru Spanja jew Franza u taraw xi jgħidu.", "Din il-liġi tal-opt-in jew tal-opt-out niddubita - jekk tidħol - kemm se tbiddel l-affarijiet!", "THE CHAIRPERSON: Però l-ewwel x'ħin konna qed nitkellmu ...", "DR JOE ZARB ADAMI: Imma b'din taf x'qed tgħid?!", "Inti qed tgħid li mhux qed tafda fil-ġenerożità tan-nies meta dawn diġà tawk prova tal-ġenerożità tagħhom meta għandna l-ogħla rata ta' donazzjonijiet fl-Ewropa.", "Issa jekk tagħmilha din il-liġi se tkun qiegħda tgħid pubblikament li aħna mhux qed napprezzaw il-ġenerożità tagħkom!", "THE CHAIRPERSON: Inti qed tgħid jekk nagħmlu liġi bl-opt-out system.", "DR JOE ZARB ADAMI: Jekk tagħmel liġi tal-opt-out għax biha se tagħmel impożizzjoni legali!", "THE CHAIRPERSON: Għax l-ewwel, x'ħin kont qed titkellem inti għedt jekk nagħmlu liġi bl-opt-in mentri naħseb ridt tgħid jekk nagħmlu liġi bl-opt-out.", "DEO DEBATTISTA: Jiena naqbel ma' dak li qed jgħid Dr Zarb Adami għaliex naħseb li noqogħdu nisforzaw lin-nies meta lil dawk kollha li tkellimna magħhom kollha wrew li l-Maltin huma ġenerużi ħafna, b'din il-liġi kważi kważi se ġġibhom fid-dubju ...", "THE CHAIRPERSON: Aħna mhux qed ngħidu li se nagħmlu liġi bl-opt-out imma qegħdin niddiskutu biex naraw x'inhi l-aħjar liġi li nistgħu nagħmlu.", "Fl-ebda ħin m'għedna li jekk se nagħmlu liġi, din se tkun bl-opt-out.", "U aħna qegħdin nitkellmu mal-professjonisti fuq dan is-suġġett, inkluż ma' Dr Zarb Adami, biex naraw fejn nistgħu ntejbu fuq dak li diġà hemm illum.", "Bħalissa qed naraw jekk fil-fatt għandux ikun hemm l-opt-out system.", "Jekk naraw li l-opt-out mhijiex deċiżjoni tajba għax forsi tbeżża' lil dak li jkun jew inkella jidher li l-kunsens mhux qed jittieħed, aħna bħala membri f'dawn iż-żewġ kumitati konġunti nistgħu ngħidu li m'għandhiex tkun bl-opt-out system.", "DR JOE ZARB ADAMI: Jeżisti argument li t-Transplant Support Group jafu bih għax ġieli semgħuh u ċioè li kulħadd jixtieq li jkun hemm iktar donazzjonijiet u li ċerti nies jaħsbu li aħna mitluqin u mhux qed nitolbu biżżejjed għall-organi.", "Tista' tagħmlilna obbligu lilna li naħdmu fil-qasam tal-kura intensiva sabiex nitolbu l-kunsens tal-familja meta jkun hemm organi tajbin.", "Dawn jaħsbu li aħna ma sibnilhomx kilwa għat-trapjant għax qed nittraskuraw.", "Issa nistgħu forsi nsolvu dik il-problema mod ieħor.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jekk qed nifhmek sew l-evidenza u l-esperjenza turi li sal-lum hemm a degree of success fil-mod ta' kif is-sistema tas-saħħa titratta din il-materja u jekk qed nifhmek tajjeb ir-rakkomandazzjonijiet li qiegħed tipprova tressaq inti, mhuwiex xi regime aktar ristrett ta' kif għandhom isiru d-donazzjonijiet, imma aktar qed tinsisti fuq livell ta' tisħiħ ta' standards, fuq livell ta' risk management u fuq livell ta' protezzjoni kontra l-abbużi u t-traffikar tal-organi kif ukoll tisħiħ tal-infrastruttura.", "Jiena naħseb li inti qed tgħid b'mod aktar tekniku dak li qalulna tat-Transplant Support Group.", "Fil-fatt it-Transplant Support Group kien ċar ħafna fuq li l-impożizzjoni mhux neċessarjament se twassal għal aktar donazzjonijiet.", "Hux tajjeb qiegħed nifhmek?", "DR JOE ZARB ADAMI: Iva, tajjeb qed tifhem.", "ETIENNE GRECH: Xtaqtek tirrispondini l-aħħar mistoqsija li għamiltlek fuq it-trapjanti tal-corneas.", "Pereżempju l-Onor.", "Franco Mercieca informana li hemm waiting list ta' xi madwar 40 ruħ li qed jistennew għat-trapjant tal-cornea u jekk fhimtu sew qal ukoll li l-problema kienet minħabba li t-transplant coordinators mhux ikollhom ċans biex jaraw minn fejn se jiġu harvested dawn il-corneas.", "Issa jkun hemm nies li jkollhom donor card u li jmutu ġo sala tal-isptar u ħadd ma jkun jaf li kellhom ix-xewqa li jagħtu xi organu.", "Mercieca qal lili b'din il-waiting list forsi konna nsibulu l-corneas li għandu bżonn!", "Imma jien ma kontx naf biha.", "Id-donazzjoni tal-corneas mis-swali, safejn naf jien, hija kważi nil!", "ETIENNE GRECH: Imma jekk ikun hemm bniedem li għandu donor card u dan imut ġewwa sala, jekk ikun hemm transplant coordinator kif suppost u jkollok sistema ...", "DR JOE ZARB ADAMI: X'jiġifieri \"jekk ikun hemm\"?!", "Aħna diġà hemm erba' transplant coordinators imħarrġa professjonalment, imma ovvjament xi ħadd irid ikellimhom lil dawn biex jgħidilhom x'inhu mistenni minnhom.", "ETIENNE GRECH: In-nurses jinformawhom?", "DR JOE ZARB ADAMI: Jinformawhom jew in-nurse jew it-tabib.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri jekk ikun hemm database jew reġistru li jkun jiffunzjona sew u li fuqu jkollok imniżżel dawk in-nies li għandhom id-donor card …", "DR JOE ZARB ADAMI: Jekk ikollok reġistru tan-nies li jridu jagħtu l-organi u tan-nies li ġew iddikjarati mejtin dak il-ħin jista' ikollok an alert system.", "THE CHAIRPERSON: Inti f'waħda mill-artikli tiegħek ktibt li speċi hemm problema minħabba l-lack of cooperation from other doctors that fail to alert ITU personnel.", "Allura r-required request issolviha dik il-problema?", "DR JOE ZARB ADAMI: Fl-ITU ma naħsibx li hemm nuqqas ta' entużjasmu biex jintalbu dawn l-affarijiet.", "Rigward ir-required requests jista' jew jirita jew ifakkrek fiha d-dover.", "Dan kulħadd jaf li m'għandux isuq b'veloċità qawwija u kulħadd jaf li hemm it-traffic signs biex iwaqqfuk.", "Jiġifieri din għandha l-iżvantaġġi u l-vantaġġi tagħha.", "Fis-swali jew mid-djar inti tista' taqla' l-corneas imma sfortunatament għad m'għandniex dik il-penetrazzjoni.", "Jiena kont tajt xi żewġ lectures lill-GPs u konna tajna wkoll xi handouts imma again, waħda mill-affarijiet li jista' jagħmel il-Gvern hu li jagħti l-fondi biex ikun hemm PR fuq dan is-suġġett.", "Dan qatt ma ntefaq sold wieħed fuq dawn l-affarijiet!", "L-unika propaganda li kellna kienet jew fuq l-RTK għax kien offrilna xi ħaġa jew inkella b'xi Farsons Foundation.", "Il-bqija kważi ma kellna xejn!", "ETIENNE GRECH: Hemm lok li jiżdiedu l-availabilities tal-corneas?", "DR JOE ZARB ADAMI: Dażgur!", "Li kieku konna nafu li hemm 40 persuna fuq il-waiting list konna nistaqsu mhux lin-nies li jmutu fl-ITU fuq il-magni u li allura jkunu tajbin biex teħdilhom il-kliewi imma nkunu nistgħu nistaqsu lill-qraba tal-pazjenti l-oħra li jmutu.", "ETIENNE GRECH: Eżatt.", "DR JOE ZARB ADAMI: Imma l-informazzjoni li għandek inti ma waslitx għandi!", "ETIENNE GRECH: U barra minn hekk hemm l-eye bank ukoll li jista' jaħżen il-corneas.", "Issa fil-bidu tad-diskors tiegħek inti għedt li hemm agreements ma' pajjiżi oħra dwar l-iskambju ta' organi ma' xulxin.", "DR JOE ZARB ADAMI: Naħseb li aħjar ninformakom aħjar fuq dak l-agreement għax dak l-agreement mhuwiex perfett lanqas.", "ETIENNE GRECH: Fis-sens li jekk ikun hemm corneas żejda hawn Malta dawn jistgħu jingħataw lil xi pajjiż ieħor b'dan l-agreement?", "Ladarba l-Inġliżi jagħmlulna t-trapjant tal-fwied fuq il-pazjenti tagħna, jiena ninterpretaha li għandi d-dritt li nibgħat il-fwied l-Ingilterra.", "Issa dak mhuwiex surplus.", "L-unika ħaġa li jagħtuna lura t-Taljani hu li jekk ikollna lil xi ħadd li kellu an acute rejection of liver jew an acute death of the liver, bħal meta xi ħadd bela' ħafna valenu u tilef il-liver, dawn jagħmlulna t-trapjant b'mod immedjat.", "Jekk ikollna pazjenti hekk it-Taljani jagħtuna prijorità għax dan il-pazjent ma jistax jistenna.", "Ara xi ħadd bil-kliewi jista' jistenna għax għandna magna imma tal-liver m'għandniex.", "Xi ħaġa oħra li joffrulna hi li jekk ikollna pazjenti diffiċli ħafna biex tqabbel organu magħhom, jew inkella tkun għamilt kilwa fuq xi ħadd u din tiġi riġettata mill-ġisem u aħna nafu li dan għandu ħafna antibodies u allura jkun diffiċli biex tqabbillu waħda, it-Taljani jgħinuna biex isibulna kilwa mill-Italja kollha.", "Imma huma jixtiequ li aħna nibdew nagħmlu l-HLA typing.", "Din hija xi ħaġa li kien imissna ħdimna aktar fuqha.", "(Interruzzjonijiet) Issa hemm xi ftit flus mill-Unjoni Ewropea li jistgħu jintużaw għal dan l-għan imma fil-frattemp nistgħu nixtru s-servizz u allura nkunu nistgħu ngħinu fit-trapjanti li jsiru ta' kuljum għax inkunu nistgħu nipprovaw insibu a better match għalihom.", "U jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu nammettu li jekk inħarsu lejn kemm jibqgħu ħajjin il-kliewi wara li nwaħħluhom fil-pazjent insibu li m'aħniex neċċellaw.", "THE CHAIRPERSON: Minħabba li ma jkunux imqabblin tajjeb?", "DR JOE ZARB ADAMI: Le, mhuwiex tajjeb biżżejjed.", "DR JOE ZARB ADAMI: Bl-HLA typing tkun qiegħed tqabbel il-karattru taċ-ċelloli l-bojod ta' min se jirċievi l-kilwa ma' dak li se jagħtih il-kilwa.", "Aħna llum nqabblu ċ-ċelloli l-ħomor imma llum qegħdin iqabblu wkoll iċ-ċelloli l-bojod.", "U jekk tqabbel iċ-ċelloli l-ħomor u ċ-ċelloli l-bojod se jkollok riżultat aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Għandek idea ta' kemm imutu nies sakemm dawn ikunu għadhom jistennew lil xi donatur?", "DR JOE ZARB ADAMI: Għandek nies li qed imutu u qatt ma kien se jkollhom donatur għax ikollhom il-pajpijiet ħżiena u għandek nies oħra li qed imutu waqt li qed jistennew kilwa.", "Jien m'għandix din id-data għax ma nieħux ħsieb il-pazjenti li huma morda bil-kliewi.", "Fil-fatt jien narahom biss wara t-trapjant imma pajjiżi oħra jkollhom numru sostanzjali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Grazzi ħafna.", "Taħseb li allura għandna niffokaw aktar l-attenzjoni tagħna fuq ir-reġistru?", "U qiegħda nistaqsi dan għax diġà smajna darb'oħra li dan ir-reġistru mhuwiex uffiċjali u qisu allura m'hemmx daqshekk trasparenza fih.", "Inti għadek kemm weġibt lil Dr Grech fejn għedtlu li għalkemm mhuwiex faċli biex tagħmilha xorta waħda tista' toħloq alert system.", "Allura taħseb li għandna naħdmu aktar fuq din id-direzzjoni milli fuq xi direzzjoni oħra?", "Aħna kellna wkoll proposta li forsi meta mmorru biex inġeddu l-karta tal-identità tagħna jistaqsuna jekk irridux inkunu donaturi tal-organi.", "Inti x'taħseb fuq din l-idea?", "DR JOE ZARB ADAMI: Id-driving licence Inġliża fuq wara tagħha għandha consent form biex tagħti l-organi imma din ilna nitkellmu fuqha s-snin!", "Fuq il-mistoqsija l-oħra inkwetajtni ftit meta wżajt il-kelma \"trasparenza\".", "Meta tkun fuq l-organ register se tgħina biex insibu lil min se jagħti.", "It-trasparenza hija importanti meta qed nitkellmu fuq l-allocation.", "Il-morda li qed jistennew kilwa jridu jkunu ċerti li huma kien imisshom u mhux kien hemm xi ħadd li qabiżhom.", "Hemm fejn għandna bżonn li nkunu ċari fit-trasparenza għax sal-lum naħdmu b'sistema fuq kemm ilek fuq id-dialysis biex tistenna kilwa.", "Mill-Amerika ħareġ argument li t-trapjant għandu jsir fuq l-iktar wieħed li għandu ċans li jirnexxi u mhux fuq kemm ilu jistenna.", "Dan għaliex jekk ikun hemm pazjent mkagħbar u li ilu jistenna u lil dan tagħtih kilwa, xorta għandek il-probabilità li jmut minn problemi oħra.", "Naturalment it-trasparenza hija kważi impossibbli għax trid turi kif ħadt ċerta deċiżjonijiet li n-nies ma jifhmux.", "Nirringrazzjaw lil Alla s'issa qatt ma kellna problemi kbar imma jista' jkollna.", "U allura li jkun hemm leġiżlazzjoni - jekk huwa possibbli – fuq kif għandha ssir din l-allokazzjoni …", "ETIENNE GRECH: Imma xorta titħalla f'idejn ir-Renal Committee?", "DR JOE ZARB ADAMI: Jiddependi fuq kemm għandek fiduċja fir-Renal Committee.", "THE CHAIRPERSON: Inti taħseb li għandu jkun hemm liġi apposta jew li din tkun definita fil-liġi?", "DR JOE ZARB ADAMI: Ħa ngħidu hekk, għandu jkun hemm ammont ta' oversight.", "Issa jekk tiġix liġi jew regolament ...", "ETIENNE GRECH: Inti taqbel li għandu jingħata l-poter lil xi kumitat partikolari?", "DR JOE ZARB ADAMI: Imbilli tagħti l-poter lil xi kumitat, xorta jrid ikollok ir-regolamenti fuq min se tpoġġi fuqu.", "Ħalli ngħidilkom bi problema li kellna fil-bidu.", "Mela kellna tabib li beda jagħti parir lil pazjent tiegħu li kellu bżonn kilwa mingħand ħuħ u mbagħad beda jagħti l-istess parir lil ħuħ!", "Mela hemmhekk għandek clash of loyalties.", "Dan se jkun leali lejn min se jirċievi l-organu u forsi mhux se jgħid il-verità kollha lill-ieħor jew inkella se jipprova jikkonvinċi lid-donatur biex il-pazjent tiegħu jibqa' ħaj?", "Dawn l-affarijiet jistgħu jkunu parti mir-regolamenti għax huma affarijiet li jinqalgħu.", "Rigward l-unrelated donation, l-Ingliżi kienu jgħidu li jistgħu jagħtu biss lil dawk li huma genetically related.", "ETIENNE GRECH: Imma jagħmlu trapjanti minn live persons?", "DR JOE ZARB ADAMI: Iva, minn fuq live u jagħmlulek ċerta kontrolli.", "Imbagħad bdew jagħmlu kumitat speċjali biex jagħti l-permess.", "ETIENNE GRECH: Aħna għandna l-LOTAC.", "DR JOE ZARB ADAMI: Immaġina jiġi xi ħadd mil-Libja u jgħidlek li t-tali huwa l-kuġin tiegħu u li jixtieq jagħtih organu.", "Inti lil dan se tieħdu fuq kelmtu?", "Għaddew xi flus minn taħt?", "Anke f'Malta jista' jkollok ħaddiem u min qed iħaddmu jitolbu jagħtih kilwa.", "U din ġrat.", "Meta konna fuq il-Bioethics Committee Dr Micallef Stafrace kien qajjem punt fejn qal li meta jkun hemm komunità ta' patrijiet jgħixu flimkien, il-komunità tagħhom hija kważi aktar b'saħħitha mill-ġenetika.", "U allura f'dak il-każ se ċċaħħad lil xi ħadd milli jagħti organu?", "Hawn Malta kien hawn moviment biex id-donazzjoni tal-organi ssir ukoll minn unrelated and unknown persons bħala att ta' ġenerożità.", "Se tippermettiha jew se twaqqafha?", "U dik il-kilwa għand min se tmur?", "F'dak il-każ hemm numru ta' issues li jridu jiġu diskussi.", "DEO DEBATTISTA: Kif inhi s-sistema bħalissa?", "Intom timxu bl-HLA typing jew inkella skont min hemm fuq il-lista?", "DR JOE ZARB ADAMI: Jiena m'iniex espert fuq din il-biċċa għax jien għandi x'naqsam fuq il-parti minn fejn se nġibu l-kilwa.", "U allura ma nistax nidħol fuq in-naħa li tqassam il-kliewi.", "Imma milli nisma' din hija bbażata fuq kemm ilek fuq il-magna tal-kliewi.", "Madankollu m'iniex ċert fuqha.", "DEO DEBATTISTA: HLA typing li huwa kompatibbli ma' wieħed li qiegħed fil-qiegħ tal-lista jispiċċa jeħodha hu l-kilwa?", "DR JOE ZARB ADAMI: Le, ma nagħmlux hekk.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri d-demm lanqas jintbagħat barra biex tara l-HLA typing tiegħu?", "Imma jagħmlu something else biex jaraw jekk hemmx antibodies.", "Hemm ħafna tipi ta' cross matching li jrid isir.", "DEO DEBATTISTA: Imma l-iktar kompatibbli …", "DR JOE ZARB ADAMI: Ma nagħmluhiex għax m'aħniex kompleti fl-iktar wieħed kompatibbli.", "Fil-fatt hemmhekk għandna toqba.", "THE CHAIRPERSON: Meta hopefully jibda jsir l-HLA typing, jista' jkun li l-mod ta' kif jitqassmu l-kliewi jkollu bżonn li jinbidel għal min l-iktar huwa kompatibbli biex hemmhekk tkun tista' tagħmel l-aktar ġid.", "DR JOE ZARB ADAMI: Fl-Amerika qed jipprovaw jagħmlu xi ħaġa differenti milli qed tagħmel ...", "THE CHAIRPERSON: Ikollna probabbli nersqu iktar lejn dik l-esperjenza Amerikana jekk ikun hemm l-HLA typing.", "DR JOE ZARB ADAMI: Xi ħadd bħalkom irid ikun.", "Irid ikollna sistema li mhux biss taqdi dak li għandna bżonn imma li jkollha wkoll il-fiduċja tan-nies.", "Li kieku hekk ir-riżultati tal-elezzjonijiet jistgħu joħorġu ħafna iktar malajr imma ma joħorġux malajr għax kulħadd irid jara x'qed isir biex jaċċetta r-riżultat.", "Mela inti trid xi ħaġa li mhux biss tkun tajba imma li n-nies ta' madwarek ma jidħlux f'kontroversja.", "THE CHAIRPERSON: Imma li qed nipprova ngħid hu li ta' xejn ikollok HLA typing biex tara ma' min l-iktar inti kompatibbli u fejn tista' tagħmel l-iktar ġid jekk imbagħad is-sistema tibqa' skond il-lista wara xulxin, it wouldn't make any sense.", "DR JOE ZARB ADAMI: Ma tagħmilx sens.", "U iva, naqbel miegħek.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "DR JOE ZARB ADAMI: Jiena kont ikkoreġejt teżi ta' xi ħadd li għamel dak l-argument u għadni sal-lum inħares lejn l-argument!", "L-argument għadu għaddej u fl-opinjoni tiegħi nitgħallmu mill-esperjenza.", "L-opinjoni tiegħi x'tiswa?!", "Inti jrid ikollok l-evidenza.", "Irid ikollna l-evidenza għax għalxejn ngħidu li aħna favur dik ix-xi ħaġa għax jista' jkun li l-evidenza turi bil-maqlub.", "ETIENNE GRECH: Il-problemi li jistgħu jinqalgħu dwar l-allocation u l-problemi li jistgħu jinqalgħu f'sitwazzjonijiet fejn għandek live donor, inti qed tagħtina parir li għandna nkunu kompleti u exhaustive jew speċi li jkun hemm guidelines biss u mbagħad nħallu f'idejn il-LOTAC jew ir-Renal Committee?", "DR JOE ZARB ADAMI: Tista' tieħu ħsieb waħda jew l-oħra jew inkella tista' torbot lil kulħadd, jew inkella tista' tagħmel terms of reference li jridu jiġu ppubblikati biex in-nies ikunu jafu bihom.", "There are ways of doing it imma importanti li tkun trasparenti għan-nies għax l-agħar ħaġa li jista' jiġrilna hu li jidħol id-dubju fis-sistema li qed nużaw.", "Hemmhekk imbagħad min jgħidlek għax għandu l-ħabib, min jgħidlek għax għandu l-ħabiba u jkollna ħafna ġlied!", "ETIENNE GRECH: Fl-opinjoni tiegħek huwa diffiċli ħafna hawn Malta li jittieħdu l-organi ta' persuni li jkunu mietu b'cardiac death?", "DR JOE ZARB ADAMI: L-Ingilterra għandha 37% tad-donazzjonijiet tagħha li ġejjin b'dan il-mod u l-Belġju 60%.", "Hemm kontroversja għaddejja u tkellimt man-neurologists u l-tal-bioetiċi fuqha.", "Meta jkollok pazjent li waqqfitlu qalbu, inti se tmur malajr kemm jista' ikun fil-casualty biex tipprova tirrixxuxitah billi tippompja l-qalb biex id-demm jibqa' tiela' għall-moħħ.", "Aħna nieqfu meta l-qalb ma terġax tibda taħdem u wara nofs siegħa jew siegħa tgħid li l-pazjent mhux se jerġa' jieħu l-ħajja.", "Issa meta tieqaf tippompja l-moħħ ma jmutx mill-ewwel imma għandu bejn ħames minuti u għaxar minuti ħaj.", "Mela allura meta se tibda taqla' l-kliewi minn fuq dik il-persuna mejta?", "Wara ħames minuti jew wara għaxra?", "Meta għandek fiduċja li l-pazjent huwa veru mejjet?", "Wara ħames minuti jew wara għaxra?", "Ovvjament aktar ma ddum tistenna aktar se tkun ċert li l-pazjent mejjet.", "Imma mbagħad, aktar ma ddum, inqas se jkunu tajbin l-organi!", "U fuq dik irridu nagħmlu ħafna edukazzjoni.", "Se nirriskjaw il-programm l-ieħor li għandna bħalissa biex nagħmlu din l-edukazzjoni?", "Naturalment in-nies se jibdew jitħawwdu għax se jgħidulek li mhux se jagħtuhom ċans jaqlgħulhom il-kliewi fi żmien ħames minuti jekk f'dak il-ħin ikunu għadhom mhumiex ċerti jekk huma mietux jew le!", "Jiġifieri jiena li qed nippromwovi din l-idea għadni xi ftit konfuż u mhux sigur fuqha.", "Barra minn hekk għandna problema oħra.", "Meta dawn jaqilgħu l-kliewi jdumu ma jaħdmu u allura lin-nies jgħidulhom li dawn huma organi diffiċli.", "Issa Malta nesportaw ħafna minn dawn l-organi għax kif il-pazjent ikun jaf li l-organu li se nagħtuh mhuwiex perfett, jiġifieri li dan għandu fuq is-60 sena jew inkella kellu ftit tal-pressjoni, il-ġisem mhux se jaċċetta dak l-organu.", "U allura wisq nibżgħu li se nagħmlu dan ix-xogħol kollu ta' xejn.", "Jekk ma nippreparawx it-triq sew, se nagħmlu ħafna xogħol ta' xejn.", "Li trid tagħmel hu li tieqaf tagħmel is-CPR, tistenna ħames minuti jew għaxar minuti, imbagħad terġa' tibda, issib tabib jew kirurgu biex idaħħal pipe ġol-groin tal-mejjet, viċin il-kilwa, u hemmhekk iwaddab ilma kiesaħ biex il-kilwa tkessaħha waqt li tkun għadha fil-ġisem.", "Imbagħad trid tieħu l-permess mingħand il-familjari tal-mejjet u mingħand il-maġistrat.", "Wara li ġġib dawn il-permessi trid ittellgħu fit-theatre biex tieħu l-kilwa.", "Kif qed taraw hemm ħafna affarijiet xi jsiru.", "Issa jiena m'iniex lest li fil-problemi li għandna l-casualty illum nidħlu f'din ix-xalata għax se nispiċċaw inweġġgħu lil xi ħadd li forsi seta' ġie trattat jew inkella se nagħmlu xi ħaġa ħażina.", "ETIENNE GRECH: Imma dan huwa l-unika lok minn fejn jistgħu jiżdiedu l-organi hawn Malta.", "DR JOE ZARB ADAMI: Iva, dak li sabu pajjiżi oħra.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju l-organi disponibbli mill-brain deaths huma 95%.… Imma safejn naf jien anke l-ġilda tista' tintuża għat-trapjanti hux hekk?", "DR JOE ZARB ADAMI: Kollox jista' jintuża.", "Tista' tuża l-heart valves, il-pituitarity, l-għadam u ċ-ċelloli imma jrid ikollna l-banking of tissues and cells.", "Issa parti minn dawn il-flus li deħlin għall-HLA typing jistgħu jwassluna sa dak il-livell.", "Imma għadna 30 sena lura!", "ETIENNE GRECH: Il-liġi għandha tgħin fiha din?", "DR JOE ZARB ADAMI: Il-liġi għandha toqgħod attenta sabiex tiżgura li ma jsirx traffikar jew użu ħażin ta' dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRPERSON: X'inhi d-diffikultà li rridu negħlbu biex ikollna aktar tipi ta' organi li nistgħu nagħmlu użu minnhom u li bħalissa m'aħniex nużawhom?", "DR JOE ZARB ADAMI: Pereżempju, qabel ma mmut nixtieq nara trapjant tal-fwied.", "Qabel kont ngħid li nixtieq nara trapjant tal-qalb imma issa dik ilha li saret mill-1996.", "Il-fwied huwa organu kbir u l-pajpijiet tiegħu qegħdin fuq wara.", "Apparti minn hekk il-pajpijiet li trid twaħħal magħhom qegħdin fil-fond u allura teknikament hija operazzjoni diffiċli ħafna.", "Aħna kulma jkollna sitt pazjenti biss fis-sena ta' dan it-tip.", "Issa lil min se nħarrġu se jirnexxilu jżomm l-iskills tiegħu meta dan se jkun qed jara biss sitt pazjenti fis-sena jew inkella jkun jaqblilna li l-pazjent nibagħtuh barra għand xi ħadd li qed jagħmel tnejn kuljum?", "THE CHAIRPERSON: Il-problema mela hija waħda teknika.", "DR JOE ZARB ADAMI: Hemm numru ta' problemi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dan l-arranġament mhux biss mal-Ingilterra qed isir imma anke mal-Italja?", "DR JOE ZARB ADAMI: Mal-Italja ftit li xejn għax it-Taljani jiċċarġjawna mhux ħażin!", "THE CHAIRPERSON: Il-problema allura hija waħda ta' numri u ta' kif se nżommu l-iskills u l-expertise.", "DR JOE ZARB ADAMI: Dan għaliex anke jekk aħna nibagħtu lil xi ħadd għat-taħriġ, irridu naraw kif dan imbagħad se jżomm dawk l-iskills għaliex din hija teknika diffiċli ħafna.", "Fil-fatt biex twaħħal liver huwa ħafna aktar diffiċli milli biex twaħħal qalb jew kliewi.", "THE CHAIRPERSON: Dawk l-organi li aħna m'aħniex nużaw nistgħu nesportawhom biex imbagħad jekk ħaddieħor ikollu xi surplus ta' organi li nużaw aħna, ikun jista' jgħaddihomlna?", "DR JOE ZARB ADAMI: Le ma tantx jagħtuna lura.", "Issa aħna dejjem ngħidu li pazjent Ċiniż jew Ġappuniż jew ikun x'ikun, għandu l-mara u għandu t-tfal u għalhekk għandu jingħata …", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri jekk ikollna reġistru u jiena ngħid li rrid nagħti l-fwied jew irrid nagħti organu li hawn Malta ma nagħmlux trapjant tiegħu, meta toħroġ l-alert system jaraw x'irrid nagħti jien u jmexxu?", "DR JOE ZARB ADAMI: Anke jekk inti ma tgħidilniex, meta jkun hemm organi li mhux se nużawhom aħna nagħmlu kuntatti kemm nistgħu biex naraw jekk hemmx xi ħadd fl-Ewropa li għandu bżonnhom.", "THE CHAIRPERSON: Imma tridu tkunu qlajtuhom l-ewwel.", "DR JOE ZARB ADAMI: Le, ħafna drabi ninformawhom qabel ma naqilgħuhom.", "THE CHAIRPERSON: X'inhuma l-organi li aħna naqilgħu biex nużawhom?", "DR JOE ZARB ADAMI: L-aktar organi li jintużaw ta' spiss huma l-qalb, il-fwied, il-pulmun, il-pancreas, il-kliewi u l-corneas.", "THE CHAIRPERSON: Din hija quite a longer list minn dak li aħna nagħmlu hawn Malta.", "DR JOE ZARB ADAMI: U ġieli jkollna tim mill-Ingilterra u tim minn Malta u biex tikkoordina tkun problema kbira.", "THE CHAIRPERSON: F'wieħed mill-artikli tiegħek inti għedt li rridu noqogħdu attenti għax jekk indaħħlu l-opt-out system nistgħu nġiegħlu lil dak li jkun sabiex imur kontra tagħha u allura nispiċċaw nagħmlu aktar ħsara milli ġid.", "DR JOE ZARB ADAMI: Dik hi l-biża' tiegħi.", "Ħsibt li xi ħadd minnkom se jgħidli li minn 31 pajjiż tal-Ewropa kien hemm tant pajjiżi li kellhom jużaw dik is-sistema għax l-ewwel waħda falliet.", "U dawn għalkemm jużaw it-tieni sistema kollox l-istess bħalma nagħmlu aħna jagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri s-sistema li għandhom hija aktar a soft opt-out system li teqreb ħafna lejn l-opt-in.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri l-qraba jidħlu wkoll?", "DR JOE ZARB ADAMI: Kif diġà għedtlek immaġina naqbdu lill-missierek u ntellgħuh fit-theatre għax ma sibnix li hu oġġezzjona mingħajr m'għednilek!", "THE CHAIRPERSON: Li kieku jkollna sistema - ejja ngħidu li ssir fl-ID card jew fid-donor card – fejn inti jekk trid tagħti l-organi tiegħek tgħidilna \"iva\" u jekk ma tridx tagħti tgħidilna \"le\".", "Ovvjament inti dejjem trid tkun informat għaliex din hija an informed consent.", "DR JOE ZARB ADAMI: Inti bħala bniedma responsabbli għal-leġiżlazzjoni trid tkun ċerta li dak li hemm miktub fuq il-karta huwa minnu u mhux frodi!", "THE CHAIRPERSON: Iva, imma dejjem qed nitkellmu fuq jekk wieħed għandux jgħid \"iva, irrid nagħti l-organi tiegħi\" jew strettament \"le, ma rridx nagħti l-organi tiegħi\".", "Kumbinazzjoni konna qegħdin niddiskutu jekk jistax ikun hemm option oħra fejn inti tiddeċiedi li tħalli din id-deċiżjoni f'idejn il-qraba tiegħek.", "DR JOE ZARB ADAMI: Irid ikollok sistema elettronika robusta, li s'issa jien għadni qatt ma rajt hawn Malta!", "THE CHAIRPERSON: Qatt ma kellna waħda bħal din fuq dan is-suġġett.", "Jiġifieri naħseb inti qed titkellem fuq sistema ġenerali hux hekk?", "DR JOE ZARB ADAMI: Jiena darba mort inħares lejn ir-reġistru elettorali u sibt li ismi kien imniżżel bħala Zarbkuzin!", "U allura meta tara dawn l-affarijiet titwaħħax ftit.", "THE CHAIRPERSON: Jidher li m'hawnx aktar mistoqsijiet u għalhekk Dr Zarb Adami nixtieq nirringrazzjak tal-intervent tiegħek.", "Importanti għalina li nieħdu kemm jista' jkun feedback min-nies professjonisti mis-setturi varji għaliex bħalma għedt inti, jista' jkun li s-settur tiegħek iwasslek sa ċertu punt u allura mbagħad ikollna nitkellmu ma' ħaddieħor.", "Ovvjament hawnhekk irrid nenfasizza li meta l-Gvern qed jgħid li rridu nagħmlu xi ħaġa fuq dan is-suġġett, żgur li m'għandniex l-intenzjoni li ngħidu li se nagħmlu l-opt-out system għax bħalissa l-opt-in system mhux qiegħda taħdem.", "Aħna jekk hemm opt-in system imma din mhijiex leġislata u forsi jekk nagħmlu reġistru nistgħu ntejbu l-affarijiet, se nipprovaw naraw l-options kollha biex imbagħad dawn iż-żewġ kumitati flimkien ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom wara li jkunu semgħu lil kulħadd.", "DR JOE ZARB ADAMI: Jiena kont konxju tar-responsabilità ta' dak li tkellimt fuqu imma intom għandkom the final say u għalhekk għandkom responsabilità kbira.", "ETIENNE GRECH: Hemm xi pajjiż fl-Ewropa li m'għandux leġiżlazzjoni?", "DR JOE ZARB ADAMI: Pereżempju ċerti pajjiżi li qegħdin joħorġu minn wara l-purtiera tal-ħadid jgħidulek li jridu jagħmlu l-leġiżlazzjoni imma l-ministri tagħhom jibżgħu mill-leġiżlazzjoni u allura ma jsir xejn!", "Aħna, f'Malta, nirringrazzjaw lil Alla li bla leġiżlazzjoni imma bis-saħħa tal-professjonaliżmu tan-nies involuti f'dan il-qasam, imxejna mingħajr skandli kbar għal 30 sena sħaħ.", "THE CHAIRPERSON: Importanti li dik l-esperjenza nħalluha dejjem pożittiva u li nassiguraw ruħna li l-leġiżlazzjoni ma toħloqx ostakoli imma tkompli ttejjeb is-sistema.", "Jiena naqbel ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Claudio Grech dwar li forsi rridu nsaħħu l-infrastruttura aktar milli rridu nbiddlu l-affarijiet.", "Imma d-deċiżjoni finali mhijiex tagħna, għalkemm aħna nistgħu nagħtu l-opinjoni tagħna.", "Fil-fatt warajna se jkun hemm konsultazzjoni wiesa' u meta jkollok konsultazzjoni wiesa' se tisma' u tħoss il-polz tal-poplu.", "Issa l-poplu mhux dejjem huwa professjonist fil-kamp li nkunu qed niddiskutu u allura wieħed irid iwieżen iż-żewġ affarijiet flimkien u mbagħad fl-aħħar mill-aħħar tittieħed id-deċiżjoni finali mill-Kabinett.", "DR JOE ZARB ADAMI: Mhux il-Kabinett se jkun li qed jieħu d-deċiżjoni imma se tkunu intom bħala rappreżentanti ta' din il-Kamra.", "ETIENNE GRECH: Eżatt għax wara l-Kabinett se jkun hemm il-Parlament innifsu li se jiddiskuti dan is-suġġett.", "THE CHAIRPERSON: Dr Zarb Adami nirringrazzjak tal-intervent tiegħek.", "Dan il-Kumitat konġunt se jerġa' jiltaqa' bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha titħabbar aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141126_008d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kien hemm preżenti wkoll: Il-President tal-Kumitat l-Onor Deborah Schembri, l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Is-Sur Andre Vella, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kien preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 7 li saret nhar l-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, infurmat lill-membri li l-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) kienu mistiedna biex jieħdu sehem fil-laqgħa u anke aċċettaw li jattendu, imma sakemm spiċċat il-laqgħa dawn baqgħu ma attendewx għal laqgħa.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI – KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lil Dr Joe Zarb Adami biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-tfassil ta' leġiżlazzjoni dwar it-trapjanti ta' organi.", "Dr Zarb Adami beda l-intervent tiegħu billi ta rendikont tas-sitwazzjoni tat-trapjanti f'Malta.", "Huwa nforma lill-Kumitat li bħalissa, meta l-qraba jiġu avviċinati biex jagħtu l-organi tal-qarib tagħhom, tintuża s-sistema opt-in u minn dawk kollha li jiġu avviċinati 95% jaċċettaw li jagħtu l-organi.", "Spjega kif fl-1983 sar l-ewwel trapjant ta' kilwa hawn Malta u din ittieħdet minn bniedem ħaj għal fuq bniedem ieħor ħaj.", "Imbagħad fl-1984 sar l-ewwel trapjant minn kadavru għal persuna ħajja.", "Illum qed isiru bejn 12 u 15-il trapjant tal-kliewi fis-sena u jsiru l-istess ammont ta' trapjanti minn organi Maltin fuq pazjenti barranin.", "Madwar sentejn ilu, wara kuntatti li saru ma' istituzzjonijiet f'Palermo, sar l-ewwel trapjant ta' pulmun fuq pazjent Malti.", "Dr Zarb Adami informa kif l-Ingilterra toffri lil Malta biex tagħmel trapjanti tal-fwied fuq ċittadini Maltin b'xejn.", "Għaldaqstant sar arranġament biex meta jkun hemm fwied disponibbli noffruh lilhom jew lit-Taljani.", "Fil-fatt l-Italja ħadet 'il fuq minn 90 organu minn Malta.", "Fl-1996 sar l-ewwel trapjant tal-qalb minn katavru għal pazjent ħaj.", "Minn dawn it-trapjanti jsiru madwar wieħed fis-sena u minħabba li mhux qed isiru ta' spiss jista' jkun li niġu deskilled.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Fit-7:47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141126_008m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni sabiex tingħata aktar informazzjoni fid-dettall dwar l-issues ambjentali u ta' saħħa li potenzjalment jista' jkun hemm fir-rigward tal-iżvilupp tas-silo tas-siment fil-viċinanzi ta' Kordin Grain Terminal.", "21 ta' Novembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20141126_011a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 11", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru.10 li saret fis-27 ta' Ottubru 2014, ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "DISKUSSJONI SABIEX TINGĦATA AKTAR INFORMAZZJONI FID-DETTALL DWAR L-ISSUES AMBJENTALI U TA' SAĦĦA LI POTENZJALMENT JISTA' JKUN HEMM FIR-RIGWARD TAL-IŻVILUPP TAS-SILO TAS-SIMENT FIL-VIĊINANZI TA' KORDIN GRAIN TERMINAL", "MADAM CHAIR: Min ta daqqa t'għajn lill-minuti jew sema' l-live streaming tal-laqgħa li għaddiet, jaf li ħarġu ċerti issues fejn it was put into question jekk teżistix il-possibilità li jkun hemm kontaminazzjoni tad-dqiq minħabba l-fatt li hemm dan is-cement silo jopera daqshekk viċin ta' Kordin Grain Terminal (KGT).", "Għalhekk huwa fid-dover tagħna li nistħarrġu iktar dawn il-possibilitajiet.", "Fil-fatt preżenti għal din il-laqgħa hawn l-istakeholders kif ukoll d-Direttorat tas-Saħħa.", "Irrid infakkar li hawnhekk mhuwiex qorti u aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex naqtgħu l-irjus, imma qegħdin hawnhekk biex jekk hemm issue nkunu nistgħu nindirizzawha u anke nagħtu s-serħan tal-moħħ li l-poplu jistenna minna bħala Parlamentari.", "Nixtieq nibda billi mill-ewwel nistieden lir-rappreżentnati ta' KGT sabiex jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "Warajhom ikunu jistgħu jagħmlu l-istess, ir-rappreżentanti tas-cement silo, imbagħad id-Direttorat tas-Saħħa jkun jista' jagħtina l-feedback dwar l-istess materja u wara niftħu għad-diskussjoni.", "Ninfurmakom li din il-laqgħa hija live streamed fuq il-website tal-Parlament.", "IS-SUR ALEX AGIUS (Chief Executive Officer, KGT): Jien ili l-KGT sa mill-1990 u għandi esperjenza tajba ħafna tal-post u tal-industrija.", "Se nibda billi nagħti preżentazzjoni dwar Kordin.", "Jien segwejt x'intqal fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat u nista' ngħid li ntqalu ħafna żballji u affarijiet li mhumiex korretti.", "Għalhekk illum xtaqt li niċċara dawn il-punti ħalli kulħadd ikun jaf il-verità kollha.", "MADAM CHAIR: Fil-verità, min segwa x'ġara fl-aħħar laqgħa jaf li waħda mill-issues l-iktar li bdiet titqajjem hija jekk KGT huwiex qed jopera b'mod li jiggarantixxi s-safety tal-prodott li suppost qiegħed jitqassam minnu.", "Jien naħseb li dak huwa li llum irridu niċċaraw.", "IS-SUR ALEX AGIUS: Se niċċara l-punt li ssemma ħafna drabi minn diversi nies, u ċioè li KGT huwa outdated u li jopera b'conveyer belts miftuħin, u se nagħti wkoll spjegazzjoni dwar l-operat għax hemm ħafna diskors li ntqal li huwa żballjat.", "Se nibda billi nagħmel powerpoint presentation qasira ta' madwar sitt minuti dwar KGT għaliex huma ftit in-nies li jafu l-verità dwaru.", "KGT huwa silo tal-Gvern li ilu jopera mill-1989.", "Sar prinċipalment bi skop għal transhipment u anke għal-lokal u jaqdi l-bżonnijiet kemm ta' vapuri żgħar kif ukoll dawk kbar.", "Li qegħdin taraw fuq l-iscreen huwa Panamax dieħel fit-terminal.", "Dan huwa vapur li jlaħħaq madwar 70,000 tunnellata.", "Dawn it-tip ta' vapuri jidħlu Malta biex jużaw Malta kemm bħala hub… Ġieli jidħlu vapuri biex minnhom inkunu nistgħu ngħabbu vapuri oħrajn iżgħar ħalli jkunu jistgħu jmorru, pereżempju l-Italja.", "Li qed naraw issa hija l-control room fejn jiġi operat KGT kollu u jkun il-ħin kollu f'kuntatt mal-vapuri.", "Issa qegħdin naraw SKT iħott vapur.", "Waħda mill-affarijiet li ssemmiet fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat hija dwar il-conveyer belts u jekk dawn għandhomx ikunu magħluqin jew miftuħa.", "Issemma li KGT huwa outdated għax il-conveyer belts huma miftuħin.", "Irrid ngħid li biex tħott vapur bilfors irid ikollok stiva miftuħa.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq vapuri kbar bi stivi kbar immens.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq silo tas-siment fejn inti tista' tħott vapur bil-magħluq; vapur tal-ġwież bilfors irid jinħatt bl-istiva miftuħa.", "F'din l-istampa qegħdin naraw l-operat għaddej bil-komunikazzjoni mal-control room.", "Il-crane li qed iħott dan il-vapur itella' madwar 1,200 tunnella fis-siegħa.", "Dan huwa apparat li nbena dak iż-żmien, liema apparat illum m'għadux jintuża għax ħadd m'għadu jonfoq daqshekk flus f'din it-tip ta' infrastruttura.", "Illum jinbena apparat simili b'rata ta' speed ħafna inqas minn tagħna.", "Issa qed naraw conveyer belts fejn fihom jinġarr l-unloader u qed taraw ix-xogħol dieħel fis-silo.", "Bħalma qed taraw, is-silo huwa kbir immens, fil-fatt jesa' 90,000 tunnellata.", "L-impjant ma jidhirx kif qed jidher, jiġifieri nadif, għaliex konna qed nieħdu dan il-filmat, imma dejjem ikun hekk.", "Jien nistedinkom sabiex tiġu u taraw b'għajnejkom stess.", "Issa qed naraw il-ġwież tiela' minn ġol-vapur għal ġos-silos.", "Hemm 30 silo – dan huwa wieħed minnhom – u bħala daqs huma massivi.", "Hawnhekk qegħdin naraw il-ġwież għaddej minn fuq il-conveyer belt.", "KGT tħott ġwież li jinkludi l-wheat.", "Pereżempju, hawnhekk qed naraw trakk tal-Federated Mills li jiġi jgħabbi l-qamħ biex meta jmur ġol-Federated Mills ikun jista' jgħaddi minn proċess sabiex isir dqiq.", "Jiġifieri aħna nħottu r-raw material.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jkun hemm mumenti fejn il-qamħ huwa fil-miftuħ.", "IS-SUR ALEX AGIUS: Il-ħatt dejjem irid ikun fil-miftuħ, u kif qegħdin taraw, anke biex tgħabbi t-trakkijiet, irid ikun fil-miftuħ.", "Issa qed naraw trakk jitgħabba; jintiżen qabel ma jidħol u jerġa' jintiżen eżattament kif joħroġ.", "Id-differenza fil-piż tkun kemm ikun itgħabba ġwież.", "Qed naraw issa truck loading station li qiegħed level 8, in-naħa ta' Kordin, fejn il-ġwież minn ġos-silo qed jitgħabba għat-truck loading station.", "Jiġifieri dak huwa għal-lokal.", "Issa rigward is-cement silo l-ewwel nett irrid ngħid li dan huwa biss ħames metri bogħod mill-conveyer belt ta' KGT.", "Kif qegħdin taraw, l-area fejn seta' jsir cement silo hija waħda vasta, però ntagħżel li jinbena madwar ħames metri bogħod mill-conveyer belts ta' KGT.", "MADAM CHAIR: Rigward is-cement silo issa jitkellmu r-rappreżentanti li hawn preżenti.", "Inti għidilna l-informazzjoni li tirrigwarda l-mod kif qed toperaw intom.", "IS-SUR ALEX AGIUS: Hawnhekk qegħdin naraw il-conveyer belts; ix-shaded area bl-aħmar huwa s-cement silo u x-shaded area bl-aħdar hija KGT.", "Hawnhekk qegħdin taraw silos oħra madwar l-Ewropa u dan sabiex tkunu tistgħu taraw is-similitajiet li jeżistu bejn dan is-silo u silos oħra fl-Ewropa.", "Issa qegħdin taraw vapur ieħor qed jitgħabba bil-ġwież u kif tistgħu tinnutaw, dan bilfors irid ikun miftuħ.", "L-istess nista' ngħid għall-conveyer belt system.", "Id-differenza bejn conveyer belt system miftuħa u oħra magħluqa hija biss biex il-ġwież ma jixxarrabx bl-ilma.", "Conveyer belt dejjem se tkun miftuħa minn taħt.", "Inutli tissiġilla conveyer belt meta ma tistax tissiġilla vapur jew trakk waqt l-operat tat-tnejn.", "Ġiet iffurmata fit-30 ta' Ġunju 1989.", "Il-Gvern iffirma ftehim mal-kumpanija, bħala operating agreement fejn KGT Co. Ltd. ħadet l-operat ta' dan l-impjant.", "KGT tinsab f'level 3 Magazine Wharf li huwa ideali sabiex tħott, tgħabbi u taħżen dan it-tip ta' ġwież.", "Il-baħar huwa fond madwar 16-il metru u allura nistgħu ndaħħlu vapuri ta' ċertu kobor.", "Hija l-unika struttura f'Malta li tista' tagħmel din it-tip ta' attività; huwa l-uniku silo tal-ġwież f'Malta.", "Ovvjament aħna għandna r-responsabilità li naraw li nżommu l-impjant b'mod li jista' jaħdem tajjeb, fi stat tajjeb, u li ma jkunx hemm problemi għax inkella jieqaf kompletament is-suq lokali.", "Aħna regolati by a trading licence u b'food safety commission certificate.", "Ovvjament dak li huwa għall-animal consumption fl-aħħar mill-aħħar xorta se jittiekel min-nies.", "Il-grains huma wżati kemm għas-swieq lokali kif ukoll għal dawk barranin.", "Meta nbena, il-Gvern nefaq madwar €30 miljun fuq l-infrastruttura ta' KGT.", "Bħala infrastruttura u apparat jintużaw il-Bühler, li huma r-Rolls Royce ta' dan l-apparat u huma n-numru wieħed fl-Ewropa fejn jidħol dan it-tip ta' impjant; hija kumpanija Ġermaniża li għandha 'l fuq minn 150 sena esperjenza f'dan it-tip ta' impjanti.", "Għalkemm fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat, ħafna qalu li hija outdated, nista' nassigurakom li mhuwiex il-każ u għadu ħadd ma ġie hemmhekk jara b'għajnejh jekk huwiex outdated.", "Jien nistieden lil kull min irid sabiex jiġi u jara b'għajnejh.", "Fl-aħħar ħames snin KGT nefaq 'il fuq minn €4 miljun f'upgrading ta' apparat, health standards, management systems and good trading practice.", "Dawn mhumiex requirements obbligatorji fuqna, però nagħmluhom minn jeddna għax nemmnu li għandna nżommu standard għoli.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri l-ebda awtorità f'Malta, lanqas l-Awtorità għas-Saħħa ma tiġi perjodikament biex tara.", "IS-SUR ALEX AGIUS: Iva, jiġu perjodikament jaraw.", "MADAM CHAIR: L-Awtorità għas-Saħħa.", "IS-SUR ALEX AGIUS: L-Awtorità għas-Saħħa tiġi u ċ-ċertifikati li għandna mingħand l-Awtorità għas-Saħħa huma tajbin immens.", "MADAM CHAIR: Jieħdu kampjuni tad-dqiq, anke...", "IS-SUR ALEX AGIUS: Aħna mhux dqiq ikollna, imma ġwież.", "MADAM CHAIR: Minn wara li beda jopera s-cement silo li qed nitħaddtu dwaru, nafu li hemmhekk kienu diġà jeżistu industriji oħra li setgħu jkunu polluters.", "Xtaqt inkun naf jekk kenux jittieħdu kampjuni, jekk humiex jittieħdu kampjuni u x'inhu r-riżultat ta' dawn il-kampjuni.", "IS-SUR ALEX AGIUS: Mill-informazzjoni li għandi, l-awtoritajiet jiġu jaraw l-operat ta' KGT però ma ssirx analisi fuq il-ġwież.", "Meta darba minnhom ġie pinpointed minn rappreżentanti fl-Ewropa il-punt dwar il-ħamiem, li ssemma wkoll hawnhekk, għamilna investiment kbir ħafna fejn jidħol spikes f'areas kritiċi biex inkunu ċerti li m'għandniex periklu u m'aħniex nipperikolaw il-saħħa.", "Dawn rawhom l-awtoritajiet u rawhom ukoll nies li ġew mill-Ewropa, jiġifieri m'hemm l-ebda problema dwarhom.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri lanqas il-Malta Environment and Planning Authority (MEPA), meta ġiet biex iġġedded l-operations permit, ma sabet problema.", "Rigward dak li ntqal li KGT huwa outdated ikun inutli li ngħidilkom jien li mhuwiex għax wara kollox ma tistgħux temmnu lili jew lil xi ħadd li nista' nqabbad jien.", "Għalhekk aħna morna għand l-aktar nies esperti fl-Ewropa, li huma Bühler, u tlabna sabiex jiġu Malta u b'mod totalment indipendenti jagħmlu rapport dwar il-kundizzjoni ta' KGT, kemm għal dak li huwa apparat kif ukoll għal dak li huwa operat.", "U dan li għandi f'idejja huwa ċertifikat li ngħata lil KGT, liema ċertifikat huwa intatt, ma ntmiss xejn minnu u huwa maħluf minn nutara.", "Jekk xi irid kopja ta' dan id-dokumenti inkun nista' nagħtih waħda.", "Il-persuna li għamlet dan iċ-ċertifikat b'ġurament, għandha aktar minn 25 sena esperjenza ma' Bühler.", "Naħseb li dan huwa ċertifikat ċarissimu minn nies li huma esperti fis-suq.", "Imbagħad ikompli jgħid:", "Din hija issue li ssemmiet, jiġifieri jekk il-conveyor belt għandux ikun closed sabiex wieħed jelimina l-kontaminazzjoni.", "Ikompli jgħid:", "L-iktar ħaġa inkwetanti f'dan ir-rapport huwa fejn jingħad li:", "Bħala standards, Bühler tawna ċertifikat li aħna ninsabu on equal technical level, if not higher, with other similar European grain terminals.", "Jiġifieri l-età tal-impjant m'għandha x'taqsam assolutament xejn.", "Aħna nvestejna miljuni ta' liri f'KGT biex inkunu ċerti li nżommuh fl-istandard li jinsab fih.", "Nafu li huwa l-uniku silo f'Malta u nħoss li għandna responsabilitajiet kbar, kemm lejn il-klijenti tagħna biex inżommuh għaddej, kif ukoll lejn il-klijenti fejn jispiċċa l-prodott, ovvjament minħabba s-saħħa.", "Apparti minn hekk KGT jaqa' taħt il-Food Safety Act, 2002 fejn artiklu 13 (1) jgħid hekk:", "Din hija responsabilità tagħna.", "MADAM CHAIR: U intom hekk għamiltu?", "IS-SUR ALEX AGIUS: Iva, aħna hekk għamilna u se nispjega kif.", "Illum hija wkoll responsabilità tagħkom li tafu biha.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "IS-SUR ALEX AGIUS: Se nirriferi ftit għall-istakeholders ta' KGT biex tifhmu aħjar għalxiex se niġi għall-punti li se nsemmi aktar 'il quddiem.", "Niġi issa għal UC Ltd.", "B'dak li se ngħid minn hawn u ftit ieħor, se tifhmu eżattament għalxiex qed nagħmel riferenza għal dawn il-kumpaniji.", "UC Ltd. is a Maltese limited liability company, ix-shareholders huma Maltin, ġiet stabilita f'April 2012 u kienet responsabbli mill-kostruzzjoni u mill-operat tas-cement silo.", "Issa se nispjega eżattament dak li ġara minħabba l-obbligi li għandna aħna lejn il-Food Safety Act.", "Ħadna l-passi mill-ewwel min-naħa tagħna, bħala KGT, mal-MEPA għax dak l-impjant kien qed jinbena mingħajr permess.", "Hawnhekk, min-naħa tagħna qam paniku sħiħ għax ovvjament fhimna x'kien se jiġri, li mainly tikkonċerna s-saħħa tan-nies.", "F'idejja għandi l-ittra li bgħatna lil Dr. Ray Busuttil u l-acknowledgment li rċevejna mis-Superintendant of Public Health, li jaqa' taħt il-Ministeru għas-Saħħa.", "F'din il-laqgħa deher ċar li kien għadu ma sarx studju waqt il-bini ta' dan is-cement silo dwar x'impatt se jkun hemm mis-cement silo li kien qed jinbena ħdejn KGT.", "Jiġifieri lanqas sar risk assessment, u dak kollu li seta' sar, sar b'mod iżolat u qatt ma ġie kkunsidrat li hemm a food plant less than five meters away.", "F'dan l-istadju aħna ma kellniex informazzjoni dwar min kien qed jagħmel dawn ix-xogħlijiet, konna nafu biss li l-art fejn kien qed isir is-cement silo hija mikrija lil VGT u allura l-unika ħaġa li stajna nirrikorru għaliha kienet li nagħmlu kawża kontra VGT.", "Dan kien l-istadju li fih sirna nafu li hemm imdaħħlin fiha UC Ltd. u allura kellna nerġgħu nirrikorru l-Qorti fl-10 ta' Jannar 2013.", "Mela għandna l-Qorti li qed tgħid li l-kostruzzjoni ma kenitx qed tagħmlilna ħsara u wkoll li l-fatt li l-health authority ma ħadet ebda passi kien sinjal li ma hemm ebda periklu.", "Jien kelli wkoll meeting ma' Dr. Ian Stafrace, dak iż-żmien CEO tal-MEPA, li qalli li ma kienx hemm bżonn permess biex jinbena dan is-silo.", "Jien kont oġġezzjonajt u għedt li dan ma setax ikun għax anke kważi biex tagħmel ventilatur għandek bżonn permess, aħseb u ara biex tinbi silo!", "Però dan ikkonferma li s-silo m'għandux bżonn permess.", "Dan huwa każ li mill-bidu nett kellu jiġi trattat b'serjetà mill-Gvern, li jinkludu d-dipartimenti tas-saħħa pubblika u l-MEPA.", "Ir-riskju li jkollok cement silo bieb u għatba ma' silos tal-qamħ kellha tiġi trattata qabel sar il-proġett u b'hekk qed immorru kontra xi ħaġa li qalet il-Qorti.", "Jidher li r-rikorrenti bagħtet ittra lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika datata 5 ta' Diċembru 2012, fejn esprimiet il-preokupazzjoni tagħha għall-proġett li kienet se tagħmel l-intimata u talbet l-intervent tad-dipartiment, però m'hemmx indikazzjoni li d-Dipartiment ħa xi passi dwar dan l-ilment.", "F'laqgħa li jien kelli, flimkien mal-avukati tagħna u xi nies oħra, ma' Mario Cassar mid-Dipartiment tas-Saħħa sena wara, ġie konfermat li f'dik is-sena ma sar assolutament xejn dwar l-ittra li konna bgħatna aħna.", "Jiġifieri l-Qorti hawnhekk qed isserraħ fuq id-Dipartiment tas-Saħħa, u d-Dipartiment tas-Saħħa m'għamel assolutament xejn!", "Ġraw ukoll xi stramberiji oħra.", "Jiġifieri f'dan id-dokument il-MEPA għamlitha ċara li hemm bżonn ta' kordinazzjoni bejn is-cement silo u KGT meta jkun hemm vapur tas-siment – jidher li konna qegħdin nippruvaw innaqqsu l-ħsara – mentri fid-dokument finali, li huwa d-dokument li għadda mill-Bord tal-MEPA, din il-klawsola sparixxiet.", "Jekk tistaqsuni għalfejn, ngħidilkom li sinċerament ma nafx.", "Dr. Mamo u Dr. Cauchi huma żewġ tobba li qabbadna aħna sabiex iħejju rapporti dwar il-perikli kollha li jeżistu minn dan is-cement silo.", "Jiġifieri l-konsulent li qabbdu UC Ltd. stess qed jammetti li din is-sitwazzjoni ma nistgħux naħarbu minnha.", "Għalija, hawnhekk hawn konfużjoni sħiħa; il-MEPA qed tgħid min għandu suppost jagħmel xiex, ħadd m'hu qed jagħmel ebda analisi biex jara jekk hijiex issir kontaminazzjoni u hemm konfużjoni dwar jekk hijiex se ssir mill-awtorità jew mill-operatur.", "Dan huwa l-istat li ninsabu fih!", "Naħseb li ma tantx hemm wisq xi tgħid meta tara dan id-diskors!", "Jiġifieri għandek l-esperti tagħna li qegħdin jgħidu l-periklu li jeżisti meta wieħed jieħu dan it-tip ta' materjal tossiku, espert min-naħa ta' UC Ltd. li qed jgħid li wieħed ma jistax jelimina l-fatt li l-qamħ jitħallat mas-siment, u għandek lil Bühler li qed jgħidu li hija ġennata li sar hemmhekk u li ma jistgħux jifhmu kif sar cement silo so close li contamination is unavoidable.", "Il-World Health Origanisation (WHO) għamlet analisi dwar ir-riskji kbar li jeżistu meta wieħed jikkonsma siment ma' ġwież u nstab li l-perikli huma kbar.", "Din hija xi ħaġa li tindunax biha meta teħodha, però timpatta kemm fuq it-tfal tagħna kif ukoll fuq in-nies in ġenerali, u l-effett tagħha mhuwiex immedjat imma ndumu ħafna biex nindunaw bih.", "Hawnhekk irrid infakkarkom li dan huwa impjant tal-Gvern u jien m'għandi xejn x'naqla' minnu.", "Dan huwa impjant li jiena, bħala CEO ta' KGT, irrid nara li mmexxih bil-mod li suppost għandi mmexxih.", "Id-doveri tiegħi, kemm min-naħa tal-liġi bħala Food Safety Act, kif ukoll bħala prodott lin-nies, għamilthom kif suppost.", "Jista' jkun li r-risk assessment li sar għal UC Ltd. huwa tajjeb.… Jien nammetti li bħala cement silo, huwa state of the art u ta' standard għoli, però li jien kontra huwa l-post fejn sar; within five meters of KGT.", "Ma jeżistix apparat li jista' jinduna li hemm heavy metals ġol-grain u allura aħna bilfors obbligati li nsegwu l-precaution principle.", "Nagħlaq billi nikkwota issa lill-Onor.", "Godfrey Farrugia, ex Ministru għas-Saħħa, meta waqt l-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat tal-Kamra qal li \"if health fails, then everything else fails\".", "Nirringrazzjakom.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Nitlob issa lir-rappreżentant ta' UC Ltd. sabiex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "L-AVUKAT PAUL LIA (Rappreżentant legali ta' UC Ltd): L-ewwel premessa hija li lilna kull ma għedtulna fl-ittra kien biss sabiex nattendu għal-laqgħa.", "Ħadd ma qalilna li se jkun hawn preżentazzjoni b'indictment fuq il-kumpanija tagħna u ħadd ma nfurmana xi stajna nagħmlu u ma nagħmlux.", "Għalhekk aħna ħsibna biss li ridtu xi informazzjoni li kontu se tistaqsu dwarha.", "Jien qed ngħid dan bħala premessa.", "MADAM CHAIR: Kellek kull ħin u kull ċans biex tistaqsi jekk kellekx...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Kellna invit biex nattendu.", "MADAM CHAIR: Iva, però kellek kull żmien u kull ħin sabiex tipprepara ruħek biex tkun f'pożizzjoni li sserraħ ras dan il-Kumitat li minn dak li qed naħsbu, m'hemm xejn.", "Li jinteressa lilna hawnhekk, peress li aħna responsabbli tas-saħħa pubblika għaliex aħna parlamentari, huwa li naraw kif se nserrħu rasna u ras il-poplu Malti.", "Jiġifieri jekk intom taħsbu li m'intomx ippreparati, ma jkun ġara xejn, nagħmlu laqgħa oħra u tagħmlu l-preżentazzjoni tagħkom dakinhar.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Le, se nwieġbu.", "B'mod tekniku u iktar dettaljat ikun jista' jwieġeb u jitkellem aħjar is-Sur Carabott, li huwa direttur tal-kumpanija, però intqal ħafna fuq kif jopera s-silo tal-qamħ u aħna ġibna xi ritratti biex nuru l-mod kif dan il-grain terminal jagħti kas is-saħħa.", "Nibdew bil-grit blasting.", "Hawnhekk għandi ritratti li juru li maġemb is-silo tal-qamħ, mhux tad-dqiq għax dak qiegħed in-naħa l-oħra fejn hemm iċ-ċumnija tal-power station eżatt ma' fejn jinħażen id-dqiq, hemm pile upon pile ta' grit ta' Palumbo.", "Dan kollu qiegħed ameanable li jikkontamina l-conveyor belts mikxufin – dawn huma kollha heavy metals – għax itiru fl-arja.", "MADAM CHAIR: Ippermettili minuta ħalli min qed jismagħna jkun jista' jifhem.", "Dawn tal-grit blasting u pollutors oħra kienu diġà hemm.", "Imma allura kif tara li huwa ġustifikat li meta kien hemm l-għażla, ifeġġ cement silo ħames metri 'l bogħod mill-grain terminal?", "IS-SUR ETIENNE CARABOTT (Direttur ta' UC Ltd): Tal-ħames metri wkoll hija questionable.", "MADAM CHAIR: Tibżax.", "Issa ikkontestawha.", "Jien ma kejjiltx, qed nitkellem fuq dak li qed jintqal hanhekk.", "Li ma nistgħux nifhmu aħna hawnhekk huwa illi jekk diġà kellna post li kien threatened b'kontaminazzjoni ta' din ix-xorta li intom tajjeb ħafna qed turuna, kif nistgħu aħna qatt naċċettaw li kemm min-naħa tal-MEPA kif ukoll min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa, ingħata l-permess biex inżidu l-potenzjal ta' kontaminazzjoni.", "Qed ngħid \"potenzjal\" għaliex mid-dehra qatt ma ttieħdu kampjuni.", "Jien staqsejt jekk itteħdux kampjuni qabel u issa u ma kellix risposta.", "Forsi jirrisponduna d-Direttorat għas-Saħħa.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Ħalli nkunu ċari.", "Fl-area tal-port il-kontaminazzjoni għaddejja l-ħin kollu.", "Jien trabbejt madwar il-port u naf x'jiġifieri l-power station, iċ-ċmieni tal-vapuri, is-silos tas-Central Cement ftit 'il bogħod li għalkemm ma jidhrux immedjatament, imma as the crow flies… U bl-irjieħ, is-siment itir minn dawk is-silos u jmur fuq il-conveyor belts u fuq l-areas fejn hemm il-grain terminal… (Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Intom ħames metri 'l bogħod qegħdin!", "L-AVUKAT PAUL LIA: Le, m'aħniex ħames metri 'l bogħod u hemm differenza kbira.", "Is-silos tas-Central Cement huma miftuħin, iħottu miftuħin, jgħabbu miftuħin, jimmanniġjaw kollox miftuħin; itajru d-dħaħen...", "MADAM CHAIR: Jiġifieri wara din il-laqgħa aħna se nkunu f'pożizzjoni li naraw għalfejn dawn qegħdin itajru?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Le, jien se nipprova ngħid x'inkwinament kontinwu hemm u KGT qatt ma tkellmu u meta issa hemm silo totalment magħluq, li lanqas traba waħda ma toħroġ minnu – u issa nistiedinkom sabiex jekk ikollkom pjaċir tiġu tarawh jopera – inqala' dan kollu.", "GODFREY FARRUGIA: Dak inti qed tgħidu.", "L-esperti mhumiex qed jgħiduh dan.", "MADAM CHAIR: S'issa, milli nista' nifhem jien, mill-mistoqsija li għamilt dwar jekk kienx hemm kampjuni qabel u kampjuni issa… Għax il-kontaminazzjoni se tkun nanometre, mikroskopika, la se naraha jien u lanqas se tarawha intom.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Ma kienx hemm.", "MADAM CHAIR: Imma intom kellkom esperti li ħadu kampjuni?", "Jekk kien hemm kampjuni mill-ġwież – forsi d-Direttorat tas-Saħħa jistgħu jgħinuna f'din – li jikkonfermawlna li m'hemmx kontaminazzjoni, aħna llum nitilqu minn hawn b'moħħna mistrieħ totalment.", "Jien m'għandix dubju li intom qed toperaw tajjeb.", "MADAM CHAIR: Imma jekk hemm kontaminazzjoni diġà mal-grain terminal, xorta waħda… Aħna issa qegħdin fil-gvern u allura aħna responsabbli.", "Jien issa ninsab responsabbli minn dan il-Kumitat u rrid it-tweġibiet għan-nies għax huwa d-dover tiegħi li nagħmel dan.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Ħalli nipprova nwieġeb u nipprova nispjega x'hemm il-ħin kollu għaddej hemmhekk u qatt ma tkellmu u meta hemm operazzjoni li minn dan kollu m'hemm xejn, inqala' dan il-pogrom.", "U issa ngħid għaliex inqala' dan il-pogrom, imma ppermettili ħalli nispiċċa l-punti.", "MADAM CHAIR: Se nagħtik ċans tispiċċa l-punti tiegħek, però hawnhekk l-argument huwa illi kieku llum, wara li titkellmu intom, jiġi d-Direttorat tas-Saħħa u jgħidilna biex inserrħu rasna għax mill-kampjuni li qed jittieħdu b'mod regolari meta jiġu biex iġeddulhom l-operational permit, huwa kollox sew, din l-issue ma tinqalax.", "Però jidher ċar, għallinqas s'issa, forsi jiġi xi ħadd jikkontradixxini, li la kienu jittieħdu kampjuni qabel, kif qed tgħid tajjeb inti, u lanqas qed jittieħdu kampjuni issa.", "Jekk issa mhux qed jittieħdu kampjuni, aħna ma nafux id-differenza, però nafu żgur, mir-riċerka u minn dawk l-istudji li għamiltu intom stess, li ċ-ċans li jkun hemm iktar kontaminazzjoni jeżisti u jeżisti bil-kbir.", "U allura aħna responsabbli li kemm jista' jkun ma nżidux iktar kontaminazzjoni.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Ma naqblux.", "MADAM CHAIR: Imma aħna provi rridu.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Hawnhekk qed nuri l-annimali fil-conveyor belts li qatt ma taw kashom.", "Pereżempju, KGT qatt ma ddejjqu jniżżlu tractor minn fuq building site ġol-istiva biex il-qmuħ u ċ-ċereali jġorruhom bih bil-ħmieġ kollu… Araw it-tractor nieżel ġol-istiva.", "Min imbagħad juża d-dmugħ...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imbagħad ikkummenta!", "MADAM CHAIR: Tajtek ċans.", "S'issa l-argument għadu li hemm ħafna ħmieġ u allura jiġġustifika li nżidu miegħu, liema argument ma jreġix.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Le, tpoġġilix kliem f'ħalqi.", "Dik m'għedthiex u m'iniex se ngħidha.", "MADAM CHAIR: Jien irrid serħan il-moħħ ta' min qiegħed jiekol minn dan il-ġwież li aħna qed nipprovdu lill-pajjiż.", "Jien la għandi minn KGT u lanqas minnek, imma għandi ħafna minn nies għax inħossni responsabbli ta' dak li qed jiġri.", "U hemmhekk nixtiequ nserrħu rasna aħna.", "Jekk kien hemm kontaminazzjoni qabel u l-MEPA u d-Direttorat għas-Saħħa għalqu għajnejhom għal dik il-kontanimazzjoni kollha tul dak iż-żmien, xorta ma jiġġustifikax li l-kontaminazzjoni tkompli tiġi permessa u tkompli tiżdied!", "Jien nistiednek tkompli tagħmel l-argumenti tiegħek, però il-fatt li kien hemm...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Dawn mhux argumenti; s'issa qed nagħmel punti ta' fatt. L-argumenti se nagħmilhom wara.", "MADAM CHAIR: Minkejja l-punti ta' fatt li qed tagħmel, u li kollha huma validissimi, jibqa' l-fatt li jekk il-kontaminazzjoni se żżid, xi ħaġa li għad irridu nippruvawha, għandna problema.", "Jekk ma nippruvawx dik, la jien m'għandi argument, la int m'għandek argument u lanqas s-Sur Agius m'għandu argument!", "L-AVUKAT PAUL LIA: S'issa m'iniex qed nargumenta.", "Hawnhekk qed nuri x'hemm fil-baħar maġemb il-qmuħ.", "MADAM CHAIR: Dawn naħseb lid-Direttorat tas-Saħħa rridu ngħadduhom issa.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Għadduhom lil min tridu!", "Il-ħmieġ u l-mod kif they handle il-qmuħ…", "L-AVUKAT PAUL LIA: Issa qed nurikom post fejn il-qamħ isir dqiq; biċ-ċumnija tal-power station maġembu.", "Din hija l-operazzjoni ta' KGT.", "IS-SUR ETIENNE CARABOTT: Fil-preżentazzjoni ta' KGT rajna mara bil-make up u issa qed naraw l-istess mara però waqt il-faċendi!", "Dik hija l-istess operation; dawn kif sibnihom aħna, u l-oħrajn kif riedu juruhomlna s-sinjuri!", "It-trakkijiet u l-vapuri b'dak il-mod jitgħabbew, kif jidher f'dawn ir-ritratti!", "MADAM CHAIR: Il-fatt li KGT hija tal-Gvern ukoll tpoġġi iktar responsabilità fuqna.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Dawn jgħaddu bil-gaffa minn fuq il-postijiet tal-kostruzzjoni.", "Issa hawnhekk għandna ritratt uniku!", "Godfrey Farrugia, sabiex immorru narawh flimkien iħott u jgħabbi.", "F'dan ir-ritratt qed iħott is-siment; minn ġo vapur magħluq joħroġ pipe jidħol ġol-moll, hemm sistema apposta, u jibqa' tiela ġos-silo.", "Dawl tax-xemx ma jarax, trab ma joħroġx u assolutament m'hemm ebda kontiminazzjoni ta' xejn.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija: Jekk hemm dan l-ambjent kollu fil-port li sfortunatament ma tantx tista' teliminah kif ġieb u laħaq għax aħna għandna port wieħed żgħir u rrid nagħmlu kollox f'żona ristretta… Biżżejjed ngħidu li l-istess moll ilu jintuża għall-ħatt anke ta' xkejjer tas-siment minn żmien żemżem u qatt ma lmentaw.", "Dawn kienu jkunu xkejjer tas-siument kollha trab u mhux bħas-silo li huwa ermitikament magħluq.", "Dak il-moll mhuwiex ta' KGT imma jintuża għall-handling ta' diversi cargoes, kemm cargo li jħammeġ, kif rajna fir-ritratti, kif ukoll cargo li jtajjar it-trab.", "Is-silo ta' UC Ltd la jħammeġ u lanqas itajjar trab għax għandu sistema modernissima u konformi mar-regoli kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Jien nawgura li KGT ma jagħmlux kampanja sħiħa kontra UC Ltd. biex jagħlquha, imma jagħmlu kampanja biex huma jiġu konformi ma' sistemi moderni – safejn naf jien kien dan l-aħħar li bdew l-operazzjonijiet biex jagħmlu environmental permit għax lanqas dan ma kellhom – u jinsistu biex is-silos l-oħra li hemm li bir-riħ regolarment itajjru s-siment għal fuqhom għax qegħdin tefa' ta' ġebla 'l bogħod… U joġġezzjonaw pereżempju wkoll għall-grit blasting li jsir ma' ġembhom.", "Ma nafx kemm jistgħu joġġezzjonaw għall-power station għax din kienet neċċessità – issa nizzu ħajr 'l Alla se tagħlaq u jien mill-Marsa u anke għal hekk nieħu pjaċir naraha tagħlaq – u għal operazzjonijiet oħra kontinwi fil-port li ma tistax teliminahom.", "Allura s-soluzzjoni trid tiġi minnhom, u s-soluzzjoni hija li huma jaddottaw sistemi moderni fejn il-conveyor belts ikunu magħluqin, u hemm sistemi li jistgħu jkunu magħluqin.", "Rigward il-ħatt tal-vapur, huwa veru li jkun hemm, però l-moll jesa bastiment wieħed biss u allura meta jħott il-vapur ta' KGT...", "IS-SUR ETIENNE CARABOTT: Qed nuri ritratti ta' diversi kumpaniji li għamlu enclosed conveyor belts.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Forsi nagħmlulhom ftit xogħolhom ukoll ħalli forsi jitħajjru jadottaw sistemi iktar moderni u iktar iġeniċi.", "Kont qed ngħid li l-moll huwa wieħed żgħir u jista' jorbot fih bastiment wieħed, jiġifieri meta jkun hemm il-bastiment tas-siment qed iħott ma jistax ikun hemm bastiment taċ-ċereali qed iħott ukoll għax ma joqgħodx.", "U l-istess meta jkun hemm bastiment taċ-ċereali qed iħott, ma jistax ikun hemm bastiment tas-siment għax ma joqgħodx.", "Dan apparti li l-bastiment tas-siment ikun magħluq u nadif iktar minn taċ-ċereali!", "U s-siment ma jinħattx kuljum; jiġi bastiment, iħott, u daqshekk.", "Jiġifieri m'hemmx kontaminazzjoni ulterjuri.", "Jien nifhem li analisi li ssir minn tabib tkun waħda xjentifika u tidentifika l-problemi kollha li tista' timmaġina… Jekk taqra l-literature li jkun hemm f'sempliċement kaxxa Panadol, ukoll issib il-contra-indications, imma b'daqshekk ma jfissirx li ma teħux Panadol!", "GODFREY FARRUGIA: Imma hemm il-cautions.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Iva, hemm il-cautions u trid teħodhom imma m'għandhomx ikunu li telimina dak kollu li hemm madwar il-grain terminal, imma li l-grain terminal ikun modern u addaddat għaż-żmenijiet tal-lum biex jevita r-riskji li jista' jkun hemm mill-arja in ġenerali u tuża t-teknoloġija u l-mezzi moderni kollha biex kemm jista' jkun telimina r-riskji.", "Meta jien kont żgħir, it-tabib u ommi kienu jagħmluli t-termometru bil-merkurju ġo ħalqi.", "Issa aħna nafu li jekk tibla' l-merkurju, joqtlok u jekk tagħmel analisi xjentifika tal-merkurju u x'jikkaġuna fil-ġisem tal-bniedem, naħseb li ma nispiċċaw qatt, imma ma jfissirx li t-termometru bil-merkurju li kien jintuża ma setax jintuża; kien jintuża with caution.", "L-istess għaċ-ċilindri tal-gass.", "Il-gass huwa perikoluż imma kulħadd għandu ċilindru tal-gass fid-dar tiegħu!", "GODFREY FARRUGIA: Imma fil-best practices hemm l-istandards ta' protokolli ta' distanzi u d-distanza hawnhekk mhijiex waħda meqjusa.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Jien sinċerament ma nafx liema protokoll qed tikkwota f'dan il-każ, però...", "MADAM CHAIR: Aħna hawnhekk nistaqsu għax in-nies qed jistaqsu.", "Jekk kien hemm diġà dawn il-perikli kollha, u intom qed tallegaw li l-impjant ta' KGT mhuwiex up to standard...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imma l-issue mhijiex dik.", "MADAM CHAIR: L-issue hija kif meta l-ġwież għadu qiegħed f'dan il-periklu li qed issemmi inti, ingħata permess, biex isir cement silo ieħor, b'żieda mal-periklu li diġà jeżisti, ħames jew għaxar metri 'l bogħod!", "Minn rapport li ppreżentat l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, jidher li esperti mqabbdin minnkom stess qalu li huwa kważi impossibbli li ma jkunx hemm kontaminazzjoni.", "U allura aħna, dan l-inkwiet x'irriduh?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Qisek qed tgħid li l-ġara bniet maġenbek u daħħlet ċilindru tal-gass.", "U allura dan l-inkwiet xi tridu inti?", "Jekk hemm ċilindru tal-gass ieħor, hemm potenzjalment periklu ieħor.", "MADAN CHAIR: Imma mid-dehra, dan mhux potenzjalment.", "Jekk f'dan il-Kumitat nistabilixxu, permezz ta' esperti, li m'hemmx periklu u kontaminazzjoni, the issue....", "L-AVUKAT PAUL LIA: Fir-rapporti tagħna ma kienx hemm statistika fuq silos tas-siment.", "L-istatistika li nġiebet dwar l-inġestjoni tas-siment mhijiex dwar silos, imma dwar fabbriki li jimmanifatturaw il-materja prima tas-siment, jiġifieri jagħmlu s-siment mhux jaħżnuh b'mod ermetiku.", "Jiġifieri jekk wieħed iħares lejn dawk ir-rapporti sew, jara li mhumiex qed jitkellmu fuq silos imma qed jitkellmu fuq il-produzzjoni tas-siment.", "MADAM CHAIR: Ma nistax nikkontesta dak li qed tgħid inti, però jista' jkun li jkun hawn esperti oħra li aktar tard ikunu jistgħu jikkontestaw dak li qed tgħid inti.", "L-istudji li ġew ippreżentati lil dan il-Kumitat jidhru li saru minn nies kompetenti.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imma l-istudji ma jgħidux li dak is-silo qed joħloq periklu, imma qed jgħidu li jekk tibla' s-siment, jagħmillek il-ħsara.", "Iċ-ċereali jinħaslu, jitqaxxru....", "MADAM CHAIR: M'għandux x'jaqsam!", "Milli jidher u milli qed nifhmu, dawk l-esperti qed jgħidu illi li ma jkunx hemm kontaminazzjoni, ġaladarba ġie stabbilit silo daqshekk fil-qrib, huwa kważi impossibbli.", "Issa aħna, bħala Kumitat, li rridu nkunu nafu huwa… Dan huwa silo tal-Gvern, il-Gvern huwa responsabbli minnu u minnu qed joħroġ il-ġwież li jforni Malta kollha, kulħadd qed jiekol minnu...", "L-AVUKAT PAUL LIA: U m'hemmx kontaminazzjoni min-naħa tas-silo tagħna, mija fil-mija.", "MADAM CHAIR: Jiena ma nistax ngħid li m'hemmx kontaminazzjoni.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imma aħna nistgħu ngħiduh mija fil-mija.", "MADAM CHAIR: Imma għandek il-provi?", "Għandkom kampjuni li forsi l-oħrajn m'għandhomx u li forsi bihom tista' sserħilna rasna?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Nistgħu ngħiduh mija fil-mija għax ebda traba ma toħroġ u nistedinkom tiġi taraw.", "Lill-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar kont stedintha sabiex tiġi tara kif issir l-operazzjoni.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Ta' ħaddieħor mhumiex microscopic u l-ħin kollu għaddejjin.", "MADAM CHAIR: Imma l-ħsara ssir minn din il-microscopic particle.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Jekk tippermettili, ngħid għalfejn inqalgħet din l-issue.", "Hawn Malta l-pajjiż ilu raffrontat b'monopolju fil-bejgħ tas-siment għal madwar 35 jew 40 sena u kulħadd kien komdu f'dak il-monopolju.", "F'daqqa waħda, fl-2012 kien hemm min ħa l-intrigu li jagħmel silo modern – u nerġa' hawnhekk nistedinkom sabiex min irid imur jarah – li ġie f'kompetizzjoni ma' ħaddieħor u li qed iġib siment ta' kwalità bi prezzijiet orħos.", "Fil-fatt, appena bdew il-produzzjoni, is-siment roħos.", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin joħolqu ċerta sitwazzjoni.", "MADAM CHAIR: Avukat, jien nemmen li fatturi ekonomiċi għandhom ikunu meqjusa u meqjusa sewwa, però ħdejn is-saħħa tal-bniedem ma joqgħod xejn.", "J'Alla jkollna 20 silo u jkollna....", "L-AVUKAT PAUL LIA: Dawn huma l-oġġezzjonijiet għall-kumpanija tal-klijenti tiegħi!", "MADAM CHAIR: J'Alla jkollna l-kompetizzjoni.....", "L-AVUKAT PAUL LIA: Il-kompetizzjoni biss hija l-oġġezzjoni għall-klijenti tiegħi.", "MADAM CHAIR: Aħna li jinteressana huwa jekk hemmx kontaminazzjoni tal-ġwież li qed tiekol minnu Malta kollha, jew le.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Min-naħa tagħna żgur li m'hemmx.", "MADAM CHAIR: Jekk ir-rapporti tagħna – għallinqas li rajna – qegħdin jagħtuna ħjiel li hemm kontaminazzjoni, aħna bilfors irridu ninvestigaw.", "Lili tajtni ħafna ritratti li huma validissimi u nirringrazzjak, però...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Jien nistedinkom tiġu taraw.", "MADAM CHAIR: Mhux biżżejjed li niġu naraw.", "Li rridu aħna u li se jkollna nsegwu bilfors minn dan il-Kumitat....", "L-AVUKAT PAUL LIA: Aħna għandna environmental permit li safejn naf jien, mill-port kollu aħna biss għandna għax fuqna imponewh, għalkemm issa qed jimponuh ukoll fuq KGT.", "Il-kompetituri tagħna, is-Central Cement, m'għandhomx environmental permit u niddubita kemm hu possibbli għalihom bl-impjant li għandhom li jottjenuh, imma aħna għandna environmental permit, jiswa ħafna biex iżżommu up to standard, biċ-checking, bl-apparat u l-analisi kontinwa li jkun hemm.", "L-environmental permit jiġi rinovat minn żmien għal żmien bil-kontrolli kollha li jista' ikun hemm, huma kollha… U mhux up to EU standard għax fil-fatt waħda mill-oġġezzjonijiet li kellna mal-MEPA kienet li mponew restrizzjonijiet aktar min-normal tagħhom.", "MADAM CHAIR: Imma intom mhux kif toperaw intom waħedkom imma kif toperaw fl-ambitu ta' dak li hemm ħdejkom.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Nerġa' ngħid li l-kontrolli li mponew fuqna l-MEPA kienu iktar iebsa milli pereżempju huwa permess fl-EU.", "MADAM CHAIR: Jiena m'għandix l-inqas dubju fil-kompetenza tagħkom, però li rridu nkunu nafu aħna huwa jekk hemmx dubju li hemm kontaminazzjoni.", "Jekk jibqa' dubju li hemm kontaminazzjoni aktar milli kien hemm, se jintefa' dell ikrah fuq għalfejn ingħata permess biex jiġi operat dan is-silo meta nafu li l-ġwież qiegħed jiġi manifatturat u mwassal bil-mod kif qiegħed.", "Aħna li jimpurtana hawnhekk huwa li n-nies hemm barra jieħdu prodott li huwa nadif kemm jista' ikun, mhux inżidu mal-ħmieġ li kellu diġà ġo fih.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, qabel xejn irrid ngħid xi ħaġa fuq kwestjoni ta' proċedura.", "Il-partijiet li hawn quddiemna llum ġew mitluba jkunu preżenti u parti in kwestjoni għażlu li jagħmlu preżentazzjoni kif għamlu.", "Huwa tajjeb u hekk għandu jkun, imma biex dan il-Kumitat jeżamina fil-fond naħseb – u hekk se nipproponi li għandu jsir – li l-parti l-oħra tagħmel ukoll preżentazzjoni.", "Issa jien ma nafx jekk dan ma sarx tort ta' min jippresjedi, tas-Segreterjat tal-Parlament jew tagħhom, imma l-fatt hu li ma saritx preżentazzjoni.", "Jiena, bħala Membru ta' dan il-Kumitat, nippretendi li għandi ningħata stampa sħiħa.", "Kellna preżentazzjoni tajba ħafna minn KGT u issa nistenna li l-parti l-oħra tagħmel preżentazzjoni bil-fatti kif jidhrilha hi, però nistenna li jkolli l-informazzjoni li se nsemmi.", "L-ewwel nett ikun tajjeb li l-preżentazzjoni li saret illum ikollna kopja stampata tagħha u fil-preżentazzjoni li għandha ssir mill-parti l-oħra jkollna stampat id-dokumenti tal-MEPA in kwantu tad-Development Permission Application Report (DPAR) li tlesta, id-deċiżjoni tal-MEPA u jekk jeżisti environmental permit, ikollna d-dokumentazzjoni tiegħu u tat-tħejjija tiegħu.", "Din hija t-tip ta' informazzjoni li jiena, bħala Membru ta' dan il-Kumitat, nemmen li għandu jkollna, biex imbagħad dan il-Kumitat ikun jista' jagħmel il-mistoqsijiet li jħoss li għandu jagħmel lil kulħadd.", "Jien hawnhekk diġà għandi miktuba 12-il mistoqsija li rrid nagħmel.", "(Interruzzjonijiet) Le, jiena nagħmel il-mistoqsijiet fil-mument li jkolli l-informazzjoni sħiħa.", "Dan il-Kumitat ikun jista' jiddiskuti u jagħmel il-mistoqsijiet meta l-partijiet jippreżentaw l-informazzjoni sħiħa.", "Pereżempju huwa tajjeb li l-Avukat Lia ippreżenta r-ritratti, però jien irrid narahom fil-kuntest ta' dak li qed jgħid hu b'mod spjegat.", "Wara li jkolli dik l-informazzjoni kollha, nagħmel il-mistoqsijiet anke abbażi ta' dak li jkun ġie trażmess lilna.", "Jien naħseb li dan huwa l-mod kif għandu jiffunzjona dan il-Kumitat.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak, Onor. Pullicino, u naqbel miegħek.", "Irrid ngħid li meta aħna bgħattna għall-istakeholders biex jiġu għal din il-laqgħa ta' dan il-Kumitat, ma bgħatniex għalihom biex jiġu hawnhekk jieħdu l-kafè, imma biex dawn jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom u sabiex ikunu ppreparati jirrispondu għad-domandi li nagħmlulhom.", "Kien hemm żmien biżżejjed biex setgħu jagħmlu komunikazzjoni mal-Parlament u anke miegħi, jekk riedu, u jistaqsu li jridu.", "Min qara t-transcript tal-laqgħa preċedenti, seta' jifhem li minn dak li ntqal dakinhar kien proprju dak li aħna konna se nkunu qegħdin nitolbu.", "Anke mill-agenda item tal-laqgħa tal-lum kien ċar li dak huwa li konna qegħdin nitolbu.", "Jiġifieri dik l-informazzjoni li talab l-Onor.", "Pullicino rridha dokumentata u miġbura ħalli aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna b'mod aktar infurmat, però naħseb li llum xorta waħda għandna nkomplu nisimgħu ħalli għallinqas ikollna parti minn dak ix-xogħol lest.", "Ma jfissirx li m'aħniex se nerġgħu niltaqgħu biex naraw kif se nipproċedu fuq dan il-każ.", "Sakemm jien ma jkollix il-kampjuni li juru li m'hemmx kontaminazzjoni b'dak li qed jiġi allegat li jista' ikun hemm minn dawk l-esperti li ssottomettew dawk l-istudji, ma nistax inserraħ rasi.", "Jiġifieri hemmhekk irridu mmorru.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA (Rappreżentant legali ta' KGT): Għall-korrettezza rrid ngħid li aħna kulma ntbagħtilna kienet biss korrispondenza li tgħidilna biex nattendu u ħadd ma qalilna biex nagħmlu preżentazzjoni.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Lanqas lilna.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Imma aħna xorta għamilna preżentazzjoni.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Pullicino li għandna nitolbu lil UC Ltd. sabiex jagħmlu preżentazzjoni dwar il-mod...", "MADAM CHAIR: Onor. Buhagiar, qed jgħidulna li jekk nistaqsuhom, iweġbuna.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma naħseb li jridu jagħmlu preżentazzjoni għax ikun utli tal-mod kif taħdem is-sistema tagħhom, għax huma qed jgħidu li għandhom sistema li taħdem b'mod perfett u dan kollu… (Interruzzjonijiet) Imma jien ma kontx preżenti għall-presentation tal-MEPA.", "MADAM CHAIR: Hawnhekk nipprattikaw id-demokrazija u jekk il-Membri jitolbu għal preżentazzjoni, allura hekk isir, però...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Però aħna m'aħniex kumpanija pubblika u l-fondi huma tagħna mhux tal-poplu.", "MADAM CHAIR: Aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex noħorġu permessi jew biex inkunu minflok xi qorti, imma qegħdin hawnhekk sabiex nistabilixxu jekk hemmx periklu għas-saħħa pubblika jew le.", "Naħseb ukoll li għandna nsejħu madwar il-mejda l-awtoritajiet tas-saħħa biex jgħidulna kif ħarġu l-permess sabiex dawn joperaw.", "Jien kont tal-idea li nisma' lill-Avukat Delia, insejħu lill-awtoritajiet tas-saħħa magħna hawnhekk, niġbru l-informazzjoni kollha u f'laqgħa oħra – jekk hemm bżonn – ilkoll kemm aħna nlestu l-mistoqsijiet tagħna u nkunu nistgħu nistaqsu meta kulħadd ikollu ċ-ċans ikun iktar armat biex ikun jista' jagħtina r-risposti li nispera li jkunu ppreparati għalihom.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Li tridu tistaqsuna, aħna ppreparati li nweġbukom illum.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, xorta waħda naħseb li għandhom jagħtu presentation ta' kif jaħdem dan is-silo għax fuq hekk huwa bbażat kollox.", "Huma qegħdin jinsistu li dan is-silo jaħdem b'mod perfett; jagħmlu presentation u juruna kif jaħdem!", "Li jgħidulna li għamlu preżentazzjoni lill-MEPA mhux biżżejjed, għax jien ma kontx fil-MEPA meta għamlu dan.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "Mela fl-aħħar se nitolbukom biex tagħmlulna preżentazzjoni formali in print.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Imma aħna m'aħniex a public company bi flus....", "MADAM CHAIR: Fhimtek, imma jkollna bżonn preżentazzjoni in print għax il-Membri ta' dan il-Kumitat hekk qegħdin jitolbu.", "Nitlob lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa u lil Dott. Christine Baluci ħalli almenu nistabilixxu.… Sadanittant tista' titkellem Avukat Delia.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Madam Chair, jiena ħsibt li se niġi hawnhekk biex nagħmel enfasi u preżentazzjoni mill-parti legali, però il-kollega tiegħi għoġbu jieħu stunts fejn qed jgħid li assolutament m'hemmx trab – irrepetiha diversi drabi – u li assolutament ma toħroġx partiċella waħda.", "Dan huwa rapport tagħhom stess.", "Ikompli jgħid:", "Dan huwa diametrikament oppost għal dik il-partiċella waħda li l-Avukat Lia ġie hawnhekk quddiemkom – nirringrazzjaw 'l Alla mhux taħt ġurament – biex jgħid li mhi se taħrab qatt.", "MADAM CHAIR: Avukat Delia, aħna għalhekk qegħdin hawnhekk illum.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Però dak ir-rapport huwa dwar fabbrika tas-siment.", "MADAM CHAIR: Ħudu paċenzja, hawnhekk m'aħniex qegħdin il-Qorti.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Ir-rapport ikompli jgħid li:", "Dak huwa l-paragrafu li jaqa' taħt \"predicted impacts\".", "Se naqra issa x'jgħid ir-rapport fil-konklużjoni tiegħu.", "Nerġa' ngħid li dan huwa rapport tagħhom mhux tagħna.", "Jekk jistgħu jfehmuna kif minn din ma toħroġx partiċella waħda....", "L-AVUKAT PAUL LIA: Dak rapport fuq fabbrika tas-siment f'third world country!", "MADAM CHAIR: Issa ħalli nisma' lis-Sur Rapa u lil Dott. Baluci.", "Meta fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat jien bdejt nistaqsi lill-MEPA kif u fuq liema bażi ħareġ dan l-operational permit u x'monitoraġġ qed isir biex dan l-operational permit jibqa' in vigore… Sakemm KGT għadu hemmhekk il-ġwież jista' jiġi kkontaminat, jiġifieri t-tnejn flimkien jistgħu joħolqu dan l-inkonvenjent gravi lejn is-saħħa pubblika.", "L-ewwel ħaġa li nixtiequ nkunu nafu hu jekk intomx moħħkom mistrieħ li ħareġ dan il-permess biex jopera u kif tistgħu sserħulna rasna li meta ħareġ kien hemm il-monitoraġġ li jeskludi l-possibilità li s-saħħa pubblika verament qiegħda tiġi effettwata.", "Għax jekk aħna nserrħu rasna li m'hemmx kontaminazzjoni li mhux qed jiġi effettwat il-ħobż li qed nieklu jew li l-prodotti tal-ġwież m'għandhomx aktar kontaminazzjoni, kif qed jiġi nsinwat, iktar milli kien hemm qabel, m'għandniex problema.", "IS-SUR JOSEPH RAPA (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa): Jiena ssejjaħt biex nattendi dan il-Kumitat bħala Segretarju Permanenti.", "Peress li fil-kuntest tal-Public Health Act vestita fl-uffiċjal tal-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika hemm ċertu livell ta' awtonomija fl-operat, naħseb ikun iktar f'waqtu u appropriate li nkun assistit mir-residential specialist, Dr. Baluci, sabiex tkun tista' tagħti aktar dettall kif l-uffiċċju tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika segwa l-iżviluppi, u allura anke l-involviment tiegħu permezz ta' talbiet li għamel biex isiru studji tekniċi, fuq l-operat in kwestjoni.", "CHRISTINE BALUCI (Resident Specialist fid-Direttorat tal-Ambjent għas-Saħħa Ambjentali): Jiena qiegħda hawnhekk nirrappreżenta lid-Direttur, is-Sur Clive Tonna, li bħalissa jinsab imsiefer.", "L-ewwel nett nixtieq niċċara l-punt li l-permess ma joħroġx mingħandna.", "Li ġara hu li f'Ottubru 2013 ġejna avviċinati mill-MEPA għax kienu rċevew l-applikazzjoni għall-environmental permit u talbuna biex.…", "CHRISTINE BALUCI: Iva, jiġifieri qabel ma ħareġ...", "MADAM CHAIR: Nitlob lis-Sur Buttigieg sabiex, jekk jogħġbu, jiġi madwar il-Mejda.", "Sur Buttigieg, Dott. Baluci qaltilna, kif ġie stabbilit anke fil-laqgħa preċedenti, li permess mill-MEPA, as such, qatt ma kien hemm għaliex kull ma għandhom huwa operational permit li ġie maħruġ mid-Direttorat tas-Saħħa.", "CHRISTINE BALUCI: Aħna rajna r-rapport li ġie commissioned minn KGT, studjajnih, għamilna r-rapport tagħna u għandna wkoll espert, is-Sur Louis Vella, li ġie maħtur ad hoc għal din l-investigazzjoni u bdejna naraw x'inhi s-sitwazzjoni.", "Waħda mir-recommendations li tlabna lir-rappreżentanti tal-MEPA kienet li jsir a risk assessment għax ovvjament hemm potenzjal ta' ħsara minn kontaminazzjoni ta' siment, imma trid tkun taf x'inhu l-livell tal-kontaminazzjoni.", "MADAM CHAIR: Ir-risk assessment min għamlu?", "Għamlitu l-MEPA jew UC Ltd.?", "CHRISTINE BALUCI: Aħna tlabna lill-MEPA u l-MEPA skont il-proċeduri tagħha…", "MADAM CHAIR: U għamluh UC Ltd.", "CHRISTINE BALUCI: Din hija d-differenza bejn hazard u… Hazard hija l-ħaġa li tagħmel il-ħsara; il-virus tal-Ebola joqtlok filwaqt li r-riskju huwa li jkollok kuntatt minnha and the actual health outcomes.", "Aħna ppretendejna li għandu jkun hemm a risk assessment u fil-verità dan sar u bagħtuhulna.", "MADAM CHAIR: U kontu sodisfatti bih?", "Anke s-Sur Louis Vella, fir-rapport tiegħu, għamel a mini risk assessment ukoll.", "Bl-ebda mod ma tista' tgħid li r-riskju huwa żero għax huwa impossibbli, lanqas li r-riskju li xi ħadd minna taqbdu l-Ebola hawnhekk ma tista' tgħid li assolutament mhuwiex hemm għax ir-riskji jeżistu.", "MADAM CHAIR: Qatt ittieħdu kampjuni mill-esperti tas-Sanità biex jaraw jekk hemmx kontaminazzjoni sinifikanti?", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li d-domanda li qed tagħmel inti, Madam Chairperson, hija diffiċli biex tkun risposta.", "MADAM CHAIR: Issa naraw jekk tirrispondihiex jew le!", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nispjega għalfejn.", "Jekk fhimt tajjeb, UC Ltd. qalu li hemm ażjenda oħra li wkoll taħżen is-siment u jekk tieħu kampjun ma tkunx taf minn fejn ġejja l-kontaminazzjoni, jekk hux minn tagħhom jew minn ta' qabel.", "L-AVUKAT PAUL LIA: U lanqas tkun taf jekk iċ-ċereali ġewx kontaminati minn barra.", "MADAM CHAIR: Imma l-problema hija proprju li m'hemmx baseline; la nafu jekk ġiex kontaminat minn barra, la nafu l-livell ta' kontaminazzjoni li kien hemm qabel u lanqas nafu l-contamination levels li hemm issa.", "U sadanittant il-permessi xorta għadhom ħerġin.", "Jiġifieri qegħdin infornu lil Malta bil-ġwież u ħadd ma jindenja ruħu jara x'qegħdin nitimgħu lin-nies?!", "Lanqas id-Direttorat tas-Saħħa?!", "Bilfors tinkwieta meta tisma' dawn l-affarijiet!", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kontaminazzjoni mis-siment, biex ma nwessgħux id-diskussjoni.", "Fil-port hemm tnejn li jaħdmu s-siment u allura ma nafux minn fejn ġejja l-kontaminazzjoni.", "Jiġifieri mhuwiex daqshekk faċli biex tiddeċiedi.", "MADAM CHAIR: Ħalli nkomplu nisimgħu ftit lil Dott. Baluci.", "Minn meta beda jopera, peress li ma kellniex baseline statistics ta' x'kellna qabel, nafu jekk il-ħobż jew il-prodotti l-oħra, issa humiex iktar kontaminati jew le?", "Veru għandna għalfejn ninkwetaw, jew le?", "CHRISTINE BALUCI: Bdejna nagħmlu sampling programme tad-dqiq li jsir Malta, jiġifieri dqiq maħdum, imma l-interpretazzjoni ta' dawn ir-riżultati se jkunu diffiċli ħafna għaliex jekk inti taqbad ċomb jew heavy metal ma tkunx taf jekk ġietx mill-pajjiż of origin.", "Jiġifieri huwa diffiċli ħafna.", "MADAM CHAIR: Imma l-livell stabbilit huwa ta' periklu?", "CHRISTINE BALUCI: M'għandniex livelli.", "MADAM CHAIR: Mela – biex nifhmu sew ħalli anke min qed isegwina jkun jaf – livelli ta' tossiċi ġod-dqiq m'għandniex.", "CHRISTINE BALUCI: Qegħdin isiru.", "MADAM CHAIR: Livelli ta' x'kien hemm qabel m'għandniex, però livelli ta' tossiċi issa u jekk humiex qegħdin f'livelli li jistgħu jikkawżaw a noteable effect on public health, sal-lum m'għandniex.", "IS-SUR JOSEPH RAPA: Però qalet li qegħdin isiru.", "MADAM CHAIR: Għandkom xi timeframe għal dan?", "MADAM CHAIR: Forsi tgħidilna meta nbeda u jekk għandkomx xi timeframe biex ikollkom ir-riżultati.", "CHRISTINE BALUCI: Dik ma nistax nirrispondiha jiena għax hemm dipartiment ieħor.", "Aħna issa se nagħtu ċans biex tinġabar l-informazzjoni kollha, imbagħad nerġgħu niltaqgħu.", "What we want to establish is li jekk hemm xi nuqqasijiet, dawn jiġu indirizzati biex aħna jkollna the final results għax mhuwiex l-interess tagħna li nagħlqu l-ebda operat.", "CHRISTINE BALUCI: Id-direttur ikun f'pożizzjoni aħjar li jara an open view.", "Li għamilna aħna kienu l-istudji tagħna bir-risk assessment b'kollox u kif intqal minn ħafna madwar din il-mejda, sibna li r-riskju ta' emissjonijiet mill-operations huma very, very, very low, speċjalment meta tikkunsidra l-potenzjal – għax lanqas qed ngħidu li hemm contamination – ta' kontaminazzjoni minn operaturi oħra, inkluż it-traffiku u l-cruiseliner.", "Il-problema f'pajjiżna hi li għandna kunflitt ta' użu.", "Aħna pajjiż żgħir; il-grain terminal għandu bżonn il-port, il-cruiseliners għandhom bżonn il-port, u s-cement unloading għandhom bżonn il-port.", "L-iktar mod li nistgħu naslu bih huwa li l-permitting ikun strinġenti ħafna.", "Fil-fatt meta l-MEPA ġew u wrewna d-draft permitting conditions u talbuna r-rakkmandazzjonijiet, aħna għamilna iżjed rakkmandazzjonijiet, fosthom li \"detailed monitoring mitigation and emergency control measures for UC Ltd. operation must be clearly set out in the permitting condition\".", "CHRISTINE BALUCI: Naħseb li dik aħjar....", "L-AVUKAT PAUL LIA: Nassigurak li ġennewna!", "(re MEPA – write to MEPA when inviting them remind them)(MADAM CHAIR: Fil-preżentazzjoni li se tlestu għal-laqgħa li jmiss, jekk jogħġobkom araw li jkollna informazzjoni dwar meta marru u xi jfisser il-monitoring għalikom.", "Nerġa' ngħid li jekk ngħidu li sar monitoring għax xi ħadd mar jagħmel żjara u ra n-nadif, allura mhuwiex biżżejjed għax il-kontaminazzjoni ma tarahiex; tkun hemmhekk u ma tarahiex.", "CHRISTINE BALUCI: L-air monitoring equipment ikejlu affarijiet li ma tarahomx.", "MADAM CHAIR: Għalhekk qed ngħid.", "Kampjuni tad-dqiq jew tal-ġwież ittieħdu?", "Iva jew le.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-permess jirregola lil UC Ltd. mhux lil KGT u aħna ilna iktar minn sena u nofs nitolbu lil KGT japplikaw għal environmental permit.", "MADAM CHAIR: Jiena hawnhekk illum quddiemi għandi lid-Direttorat tas-Saħħa li huwa responsabbli.", "Jekk hemm ċans li KGT – jew seta' kien min kien – jista' ikun li qed isofru kontaminazzjoni u għandu r-responsabilità li jieħu passi u ma jeħux, jiena nistenna li d-Direttorat tas-Saħħa jkollu strutturi tali – li forsi għadhom ma jeżistux – li aħna nkunu nistgħu nsegwu dak li qed jiġri, għax billi nagħmlu kundizzjonijiet ta' permess, jekk dawn ma jiġux segwiti, ikunu qegħdin hemmhekk għalxejn u l-poplu jkun qiegħed ibati għalxejn.", "L-AVUKAT PAUL LIA: U l-operaturi l-oħra?", "Il-mod kif joperaw l-operaturi l-oħra tas-siment, iħammġu nofs il-port.", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux dawk ukoll?", "Issa billi tagħmel monitoring…", "MADAM CHAIR: Ta' kollox irid isir monitoring.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Jekk se ssib it-traċċi tas-siment kif qal l-Onor.", "MADAM CHAIR: Hawnhekk mhux Qorti, anzi fejn ma waslux il-Qorti u l-MEPA...", "L-AVUKAT PAUL LIA: Le, il-Qorti waslet; iddeċidiet tliet darbiet kontrihom.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Avukati, aħna rridu deċiżjoni favur il-poplu u kontra ħadd.", "Aħna minn dak jinteressana.", "Kif aħna nserrħu rasna li hemm deċiżjoni li ffavorixxiet il-poplu, jiġifieri li l-health authorities għamlu xogħolhom bl-istrutturi li għandhom – għax ma jistgħux jagħmlu mirakli – li l-MEPA qed tagħmel xogħolha bl-istrutturi li għandha, u li kulħadd qed jagħmel xogħlu, aħna nkunu kuntenti.", "Aħna ma rridux inħossuna responsabbli li stajna nagħmlu xi ħaġa fil-mument u m'għamilnihiex.", "Nistieden lil Dott. Baluci tkompli għax diġà qtajtilha kliemha xi tliet darbiet!", "CHRISTINE BALUCI: Safejn naf jien, min-naħa tagħna monitoring tal-grain ma sarx.", "Skont dak li naf jien, imma forsi jkun jista' jirrispondi aħjar id-Direttur f'laqgħa oħra – l-onus ta' monitoring ta' safety ta' ikel huwa tal-operatur li qed jagħmel dak il-prodott.", "MADAM CHAIR: U fil-fatt jiena staqsejthom ħafna drabi.", "CHRISTINE BALUCI: U hemm proċess, anke skont regolamenti tal-EU, dwar kif jittieħdu samples.", "MADAM CHAIR: Allura intom, bħala Direttorat tas-Saħħa, jekk se terġgħu ġġeddu operational permit...", "CHRISTINE BALUCI: Le, aħna ma ħriġniex operational permit.", "MADAM CHAIR: Mela min tahom il-permess?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Huma m'għandhomx; għalihom qed tgħid.", "Jien naħseb li Dott. Baluci għamlet punt tajjeb.", "Huma jridu juruna x'monitoring, kontrolli u sampling qegħdin jagħmlu ħalli nkunu nistgħu naraw x'ġara.", "MADAM CHAIR: Aħna li jinteressana hu li jkollna l-kampjuni li juru li m'hemmx kontaminazzjoni.", "Min hu fid-dover li jagħmilhom wara li nlestu x-xogħol li għandu jagħmel dan il-Kumitat, se jagħmilhom, u jekk hemm passi li jridu jittieħdu biex il-kontaminazzjoni nimmitagwha, jekk ikun possibbli, nimmitigawha.", "CHRISTINE BALUCI: Ir-raġuni li aħna ddeċidejna li nagħmlu monitoring sample tad-dqiq li huwa available għall-konsumatur, jiġifieri on the shelf, hija għax dak huwa dak li attwalment qed jiġi espost għalih il-pubbliku.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Li mhuwiex kollu prodott Malta.", "CHRISTINE BALUCI: Aħna qed nippruvaw nieħdu...", "MADAM CHAIR: Imma jekk ikun ġie packaged banda u qiegħed f'ħanut li qiegħed band'oħra bħal pereżempju, fil-Marsa taħt il-power station...", "CHRISTINE BALUCI: Is-sampling programme isir billi jkun hemm random sampling programme u jkun representative, jiġifieri hemm proċedura xjentifika fuq din.", "MADAM CHAIR: Tajjeb li ċċarajniha għax min qed jismagħna ma jkunx jaf.", "CHRISTINE BALUCI: Fil-proċess li jsir biex minn grain isir dqiq, hemm proċessi bħal washing, etc. li jista' jnaqqas jew ikun sors ieħor ta' kontaminazzjoni.", "Għalhekk aħna ddeċidejna li bħala public health safeguards nittestjaw id-dqiq kif ikun mixtri mill-mara tad-dar.", "MADAM CHAIR: U sodisfatti b'dak li sibtu?", "CHRISTINE BALUCI: Ir-riżultati għadhom ma ħarġux.", "Is-sampling programme beda l-ġimgħa li għaddiet.", "MADAM CHAIR: UC Ltd. kemm ilhom joperaw?", "L-AVUKAT PAUL LIA: Is-silos tas-siment l-oħra ilhom joperaw aktar minn 40 sena.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Aħna ilna madwar seba' xhur.", "MADAM CHAIR: Mela 40 sena u seba' xhur ilna biex nagħmlu din il-biċċa tax-xogħol!", "Nistgħu nisimgħu lil Dott. Grech?", "GODFREY GRECH (Konsulent, KGT): Jien konsulent dwar fejn jidħlu hygiene and food safety.", "Jiena naħseb li s-sitwazzjoni saret waħda kumplessa ħafna għax il-punto di partenza tagħna dejjem kien il-precautionary principle.", "F'Diċembru 2012 aħna nnotifikajna li se jkun hemm żvilupp li mhux suppost ikun hemm, next to a grain terminal.", "Kieku l-passi ttieħdu minn dak il-lat, kienet tkun sempliċi ħafna għax kienu joħorġu l-permessi kif suppost, isir l-environmental impact assessment kif suppost u jkollkom il-ħin kollu biex tagħmlu l-verifikazzjonijiet kollha li hemm bżonn.", "MADAM CHAIR: Dott. Grech, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "GODFREY GRECH: Skużani.", "Kif saret it-timeline, jiġifieri l-ewwel sar ix-xogħol imbagħad ħareġ l-operational permit, ovvjament poġġiet is-sitwazzjoni f'mod li l-investiment sar u allura jmiss l-operational permit.", "Hija kumplessa biex wieħed jiċċekkja x'ġara għal ħafna raġunijiet.", "Jekk id-dqiq ikun għadda minn aktar proċessi u allura jkun mexa f'ħafna postijiet, il-possibilità li jinstab li d-dqiq ikun oriġinarjament ġie kontaminat mis-cement silo li qiegħed ħames metri bogħod, tintilef għax l-istudju jkun sar kumpless wisq.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri inti taqbel li fl-istudju li jsir, is-sample għandu jkun tal-ġwież innifsu.", "GODFREY GRECH: Aħna għamilna l-istudji tagħna wkoll, mhux analisi, imma studji ta' kif wieħed jista' jagħmel dawn l-analisi.", "Il-heavy metal traces huma żgħar ħafna u l-istrumenti mhumiex sensittivi biżżejjed biex jaqbduhom fuq il-ġwież u għalhekk aħna, since December 2012, lgħabna l-logħba tal-precautionary principle because we are in the unknown and they believe....", "MADAM CHAIR: Ġie esplorat il-fatt li kampjun jintbagħat barra forsi aħna m'għandniex it-teknoloġija neċessarja?", "GODFREY GRECH: It's difficult għaliex dawn huma traces.", "Daqshekk ilna niġġieldu din il-kawża.", "Għaliex issa wasalna fl-istat fejn se nippruvaw nagħmlu l-analisi kumplessi li forsi ma jwassluna mkien?", "Almenu jien hekk qed nimmaġina.", "Dawn il-heavy metals jakkumulaw fil-ġisem, jiġifieri ħadt ftit illum, ħadt ftit għada, ħadt ftit pitgħada u l-health problems issibhom wara.", "Il-pożizzjoni tagħna dejjem kienet li m'għandniex għalfejn inżidu l-kontaminazzjoni li diġà hemm fil-port b'dik li toħroġ mis-cement silo li issa qiegħed ħames metri 'l bogħod minn KGT.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, naħseb huwa importanti ħafna f'dan l-istadju li ninfurmaw lis-Sedja li KGT qatt ma daħlu appell mid-deċiżjoni tal-MEPA.", "Huwa importanti li din tkun recorded.", "MADAM CHAIR: Jiena naħseb li f'dan l-istadju għandna nitolbu bil-miktub li jkollna l-informazzjoni kollha miġbura, kemm dak li intom għedtu llum kif ukoll dak li forsi jixtieq iżid is-Sur Clive Tonna u kull min hu konċernat ħalli jkollna x'sar s'issa, x'se jsir u t-timeframe li fih se jsir f'dak li huwa monitoraġġ.", "It-tabib hawnhekk għamel osservazzjoni dwar il-possibilità li aħna nkunu nafu darba għal dejjem jekk hemmx kontaminazzjoni sinifikanti jew le u qal li huwa kważi impossibbli li tkun taf, speċjalment meta hemm dawk il-kontaminanti kollha.", "CHRISTINE BALUCI: Għalhekk aħna ddeċidejna li t-test nagħmluh fuq dqiq direttament...", "MADAM CHAIR: Imma l-argument li għamel Dott. Grech huwa li we all know li fil-verità, minn ġwież sakemm isir dqiq, jista' ikun hemm tibdil.", "CHRISTINE BALUCI: Jien m'iniex qed ngħid li se ninterpretaw minn fejn ġejja l-kontaminazzjoni, imma jekk ma nsibux kontaminazzjoni hemm EU threshold level għaċ-ċomb u għall-affarijiet.", "MADAM CHAIR: Imma almenu jkollna dak stabbilit.", "CHRISTINE BALUCI: Eżatt.", "Jien ma nafx kif operat ta' ikel jista' jevadi other potential contamination.", "GODFREY GRECH: Jien kont qed nitkellem b'mod speċifiku fuq il-każ li s-cement silo jinsab fejn KGT.", "F'Diċembru 2012 konna qegħdin naraw il-pedamenti and since then bdejna ngħidu lill-awtoritajiet li kienet se ssir xi ħaġa li potenzjalment tista' iżżid il-periklu tal-public health.", "Illum diġà għaddew sentejn minn dakinhar.", "MADAM CHAIR: Il-problema li probabbli se tqum u se tidher anke meta l-Membri tal-Kumitat se jistaqsu meta jkollna l-preżentazzjonijiet f'idejna, hija li jekk ma jkollniex fatti li juru – u jien studjajt il-mediċina bħalek, jiġifieri naf li l-effett m'intix se tarah illum jew għada u t-trace elements jistgħu jagħmlu effett daqs l-ikbar bomba atomika u jistgħu jeqirdu bniedem – li hemm effett sostanzjali – forsi jkunu jistgħu jgħidulna meta jagħmlu l-analisi tagħhom għalkemm hemm dik il-problema li semmejt inti bejn il-gwież u d-dqiq – ikun diffiċli ħafna biex we get the right people to get the right action taken.", "Aħna, li jinteressana hu li jekk stess kien hemm kontaminazzjoni, ma żżidx, imma jekk ma nistgħux nippruvawha għax lanqas baseline samples m'għandna, ikun diffiċli ħafna għalina.", "GODFREY GRECH: Il-kawżi tagħna kienu dejjem kontra ż-zoning tal-port għax iż-zoning tal-port għandu jeżisti mhux bħalma ġara f'dan il-każ li non food ġie eżattament ma' food.", "Irridu nagħmlu mezz sabiex iż-zoning tal-port jibda' jseħħ, almenu mil-lum 'il quddiem biex ma jkunx hemm xi cement silo ieħor fuq in-naħa l-oħra ta' KGT li jibda' jopera.", "MADAM CHAIR: Hemm xi ħsibijiet li dan jiġi indirizzat?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bir-rispett kollu, filwaqt li aħna jinteressana li ma jkunx hemm kontaminazzjoni iżjed, jinteressana wkoll li l-kontaminazzjoni titnaqqas...", "MADAM CHAIR: Titneħħa jekk jista' jkun!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li qed tagħmel il-MEPA huwa li proprju ġġib lil kulħadd on board biex ikollu environmental permit u jagħmel upgrading għall-istandards tal-lum.", "MADAM CHAIR: U x'passi ħadtu biex dawn ikollhom environmental permit?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għidnilhom kemm-il darba u issa wasalna biex nibdew proċeduri legali kontra KGT jekk se jibqgħu ma jeħdux passi… (Interruzzjonijiet) Le, għedtlek li se nibdew!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li diġà avżajnikom.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm bżonn nesibixxuhom; m'għandix problema.", "MADAM CHAIR: Allura jien nitlob li jsir rapport mill-MEPA dwar x'sar fir-rigward ta' din il-problema.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'għandi l-ebda problema biex nagħmel dan.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Madam Chair, jien nitlob li kull min qed jagħmel allegazzjoni falza jintalab jissostanzjaha, jirtiraha, jew inkella jittieħdu passi kontrih.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Avukat Delia, nistiednek tieħu passi kontrija!", "MADAM CHAIR: Avukat Delia, hawnhekk qegħdin fil-Parlament.", "(Interruzzjonijiet)", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: M'għandhiex x'taqsam il-libertà tal-kelma Avukat Lia!", "Jekk qed jingħad li KGT, soċjetà li hija tal-Gvern, ġiet imwissija, allura jurina fejn ġiet imwissija!", "MADAM CHAIR: Daħħluha f'raskom li aħna qegħdin hawnhekk mhux biex insallbu lil xulxin imma biex insolvu din il-problema.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Imma għandkom dritt għall-informazzjoni korretta, Sinjura President.", "MADAM CHAIR: Qed nitlobha u se nibqa' nitlobha sakemm ikollna dak kollu neċċessarju biex anke sħabi jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u aħna nressqu r-rapport tagħna lill-plenarja biex jekk hemm bżonn jittieħdu xi miżuri…", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Jien m'għandix diffikultà kif qed titħaddem din is-sede, anzi naħseb li qed titħaddem tajjeb ħafna.", "Id-diffikultà tiegħi hija fejn isiru allegazzjonijiet mingħajr bażi.", "MADAM CHAIR: Il-MEPA se jintalbu b'mod formali sabiex jagħtuna s-sequence of events ta' kif qed jiġi trattat dan il-każ, mhux biex ngħaddu ġudizzju, imma biex naraw fejn huma n-nuqqasijiet fis-sistema, forsi…", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Is-Sur Buttigieg għadu kif qal li l-interess tagħhom hu li jnaqqsu l-inkwinazzjoni, allura jgħidilna kif il-fatt li tħalla jsir il-bini tas-cement silo naqset din l-inkwinazzjoni.", "Jgħidilna!", "Imma mhux jgħidilna x'qed jagħmel jew x'qal li għamel, imma x'għamel fuq dik!", "MADAM CHAIR: Issa jgħidilna.", "Sur Buttigieg, fir-rapport tiegħek qed tkun mitlub tagħtina dawn id-dettalji.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Madam Chair, xtaqt nistaqsi jekk is-cement silos l-oħra intalbux jagħmlu environmental permit.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, intalbu jagħmlu environmental permit.", "Bħalissa għaddejjin f'diskussjonijiet magħhom biex jagħmlu upgrade totali tal-impjant tagħhom, u nfurmawni li qegħdin fl-aħħar fażijiet biex jagħmlu upgrade totali u qed jippreparaw l-applikazzjonijiet.", "MADAM CHAIR: U z-zoning tal-port għall-użu speċifiku fejn...?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-port huwa responsabilità ta' Transport Malta.", "Il-MEPA tagħmel iz-zoning tal-port in kwantu ta' port activities.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: No, because it is too strategic biex tiġi trattata fl-iSPED.", "Nirringrazzjakom.", "Ma nafx jekk il-Membri jridux jagħmlu aktar domandi llum, però jien se nieħu l-parir tal-Onor.", "Buhagiar u nitlob l-informazzjoni kollha.", "GEORGE PULLICINO: Jien nitlob lis-Sinjuri ta' UC Ltd. sabiex fis-seduta li jmiss jagħmlulna preżentazzjoni u jinkorporaw l-evidenza viżwali li wrew fi spjega.", "Anzi, jien nippreferi li aħna jkollna l-kopja stampata tal-preżentazzjoni li se jagħmlu, qabel fil-fatt jagħmluha.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għandix problema, imma nixtieq li nagħmel kummenti abbażi tal-informazzjoni kollha.", "Nitlob ukoll lis-CEO tal-MEPA sabiex iġib l-evidenza tal-argumenti li għamel hawnhekk u kwalunkwe dokumentazzjoni li taf tkun ta' interess għall-Membri ta' dan il-Kumitat, imbagħad nagħmlu mistoqsijiet li hemm bżonn.", "Madam Chair, nixtieq ukoll nissolleva punt importanti ieħor ta' proċedura.", "Dan il-Kumitat irid jistabilixxi l-mod ta' kif se jottempora ruħu.", "Aħna qegħdin niddiskutu l-ewwel u qabel kollox jekk hemmx problema li ħareġ dak il-permess imbagħad immorru biex naraw il-kwestjoni tal-kontaminazzjoni ta' KGT, irrispettivament mill-operazzjoni ta' UC Ltd.?", "Jew inkella se nżommu l-kontaminazzjoni bħala s-suġġett u l-attur prinċipali?", "Naħseb li l-Kumitat hemm bżonn li jistabilixxi proċedura.", "L-opinjoni tiegħi hija li dan il-Kumitat għandu l-ewwel jistabilixxi l-permess ta' UC Ltd., il-proċedura tiegħu u, iva jew le, il-kontaminazzjoni li toħroġ minn dak l-operat.", "Jekk imbagħad irridu nitkellmu fuq il-kontaminazzjoni versu KGT, naħseb li għandna neħduha in konsiderazzjoni, imma fi stadju ieħor.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, biex inwieġbek aħna ġejna mitluba minn non governmental organisation (NGO) sabiex inġibu għall-attenzjoni tal-pubbliku din il-kwestjoni.", "L-inkwiet li għandna u li nixtiequ nsolvu u nneħħu mill-moħħ tal-pubbliku huwa li m'hemmx kontaminazzjoni u li qed jittieħdu l-passi kollha neċċessarji fejn jidħol monitoraġġ eċċ. Però fil-frattemp wieħed bilfors irid jistaqsi kif fir-run up, meta dan ma ġiex stabilit – ilha topera seba' xhur u għad m'hemmx fuqhiex naqgħu bħala studji biex jistabilixxu jekk hemmx kontinamazzjoni jew le – bilfors li se jiġu magħmula domandi, bħalma smajtuna nistaqsu diġà, kemm dwar kif il-MEPA tat permessi, kemm dwar il-Ministeru għat-Trasport li kif qed jgħid is-CEO huwa nkarigat mill-Port il-Kbir, kif ukoll dwar kif dawn setgħu jaħdmu aħjar flimkien mad-Direttorat għas-Saħħa sabiex lanqas periklu ta' kontaminazzjoni ma jkun hemm, aħseb u ara kontaminazzjoni nnifsha!", "Aħna dak li rridu nistabilixxu f'dan il-Kumitat.", "Jien irripetejt dan għal ħafna drabi u naħseb li toħroġ ċara sabiex kull min se jlesti xi preżentazzjoni jkun jaf li aħna hemm irridu mmorru.", "Nerġa' nfakkarkom li hawnhekk m'aħniex qorti.", "Aħna hawnhekk irridu naraw li jekk hemm xi flaws fl-istituzzjonijiet, kif ħadmu b'mod individwali jew flimkien, neliminawhom ħalli l-poplu ma jkunx qed ibati minn saħħtu fuq xi ħaġa li stajna nipprevjenu u ma nħalluhiex isseħħ.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Sinjura President.", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex nitkellem fuq proċedura.", "Naħseb li l-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Pullicino kienet f'waqtha u huwa tajjeb li l-Kumitat ikun ċar fuq il-proċedura tiegħu.", "Jien ovvjament m'iniex se nidħol fil-mertu ta' dak li nqtal, anke għax ma segwejtx il-ħin kollu minħabba li kont qed niġri minn kumitat għal ieħor u anke fil-Kamra fejn għaddej xogħol ieħor.", "Naħseb li għall-mistoqsija ġusta tal-Onor.", "Pullicino tajjeb li naraw x'jgħid Kapitlu 504 tal-Liġijiet ta' Malta li proprju jitkellem dwar dan u jgħid x'inhu r-remit ta' dan il-Kumitat.", "Fil-fatt Artiklu 34 ta' dan il-Kapitlu, jgħid hekk:", "(1) Għandu jkun hemm Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li għandu jkun magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kamra, li minnhom tlieta jkunu membri li jappoġġaw lill-Gvern, u li minn fosthom wieħed jinħatar bħala Chairman u li t-tnejn l-oħra jkunu membri magħżula mill-Oppożizzjoni.", "(2) Il-Kumitat Permanenti għandu:", "(a) jagħmel reviżjoni ta' kull pjan li jitressaq quddiem il-Kamra tad-Deputati skont id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-Kumitat Permanenti għandu jirrakkomanda lill-Kamra jekk dak il-pjan għandux jiġi approvat, approvat b'emendi jew riġettat;", "(b) jiddiskuti kull rapport riferut lilu mill-Ministru li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' struttura jew kull reviżjoni ta' dak il-pjan;", "(ċ) jiddiskutu kull pjan jew policies oħra riferita lilu mill-Ministru u tirrapporta fuqu lill-Parlament.", "Dan ir-rapport jista' jinkludi wkoll kull opinjoni li ma jaqblux dwar il-pjan jew policies.", "Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tal-imsemmi rapport u għandu jibgħat irrapport lill-Awtorità għall-konsiderazzjoni tagħha fid-determinazzjoni mill-Awtorità tal-pjan jew policy jekk l-imsemmi pjan jew policy tkun għadha ma ġietx approvata mill-Awtorità:", "Iżda meta l-imsemmi Kumitat Permanenti jonqos milli jirrapporta lill-Parlament fil-perjodu li għalih kien mitlub li jagħmel dan, il-Ministru jista' jitlob lill-Awtorità tiffinalizza l-imsemmi pjan jew policy, u l-Ministru jista' wkoll japprova l-imsemmi pjan jew policy kif mgħoddija lilu mill-Awtorità.", "Jien ngħid li dak kollu li dan il-Kumitat jagħmel oltre minn dan, huwa kontra l-Liġi.", "Dan il-Kumitat mhuwiex qorti fuq deċizjoni tal-MEPA.", "Jien naħseb li dan huwa preċedent li wieħed irid joqgħod attent minnu.", "Naqblu u ma naqblux magħha – huwa immaterjali, irrilevanti u m'iniex se nidħol fil-mertu; għalhekk għedt li se nitkellem biss fuq proċedura – il-MEPA għaddiet mill-proċedura tagħha u ddeċidiet kif iddeċidiet.", "Li dan il-Kumitat jagħmel din id-diskussjoni wieħed jista', ngħid jien, jittolleraha għalkemm tmur kontra dak li l-Kumitat għandu l-obbligu li jagħmel permezz ta' Kapitlu 504 li proprju waqqaf lil dan l-istess Kumitat.", "Għalhekk hija ġustifikata ħafna l-mistoqsija tal-Onor.", "Jiġifieri se ngħidu li l-permess ma kellux joħroġ?", "Mela dan il-Kumitat huwa qorti fuq il-MEPA?", "MADAM CHAIR: Ħadd ma qal hekk!", "CARMELO ABELA: Imma mill-ftit diskussjoni u battibekki 'l hemm u 'l hawn li segwejt jien, wieħed jista' jifhem dak li qed ngħid jien issa.", "Ir-risposta għall-mistoqsija ġustifikatissima tal-Onor.", "Pullicino qiegħda fil-Liġi li waqqfet lil dan il-Kumitat.", "Oltre minn hekk, dan il-Kumitat m'għandu ebda poter, għax il-Liġi ma tagħtihx.", "Issa jien m'iniex qed ngħid jekk għandux jibqa' hekk jew le, imma sakemm il-Liġi hija dik, ma dak irridu nimxu.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Infakkar li dan mhux huwa intervent minn Membru li mhux biss huwa l-Whip tal-Gvern imma huwa wkoll l-ispokesperson tal-Gvern.", "CARMELO ABELA: Jien qed nitkellem biss fuq dak li tgħid il-Liġi; hawnhekk m'iniex qed nitkellem f'isem il-Gvern, imma f'isem il-Liġi u s-sewwa!", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak ħafna, Onor. Abela.", "Nerġa' ngħid li aħna ntlabna mill-NGOs sabiex ninvestigaw din il-kwestjoni u aħna hekk għamilna.", "L-ebda Membru tal-Kumitat ma oġġezzjona għal dan u jekk issa aħna qed niġu mitlubin minnek sabiex ma niddiskutux din il-materja, allura...", "MADAM CHAIR: Mela x'qed tissuġġerixxi li nagħmlu?", "CARMELO ABELA: Jien m'iniex fuq il-Liġi u ħadd m'huwa fuq il-Liġi.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, mija fil-mija.", "CARMELO ABELA: Jien napprezza x-xogħol li jagħmlu l-NGOs biex iħarsu l-ambjent u jien l-ewwel wieħed...", "MADAM CHAIR: Imma inti qed twaqqaf lil dan il-Kumitat milli jisma' din il-kwestjoni.", "Ċara u tonda!", "Ġejt hawnhekk biex twaqqaf il-ħidma ta' dan il-Kumitat!", "CARMELO ABELA: Sinjura President, l-ewwel nett qed nitolbok tagħtini ċans nispjega ruħi u biex ma tpoġġilix kliem f'ħalqi!", "MADAM CHAIR: Sġjega ruħek kemm trid imma ġejt hawnhekk biex twaqqaf ix-xogħol ta' dan il-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Jien il-permess biex nintervjeni biss fejn tidħol proċedura fuq mistoqsija ġustifikata tal-Onor.", "MADAM CHAIR: Il-proċedura hija li jekk ħadd mill-Membri tal-Kumtiat ma joġġezzjona, il-materja setgħet tiġi diskussa.", "Fil-każ nitolbu ruling mill-iSpeaker.", "CARMELO ABELA: L-iSpeaker diġà ta ruling fuq ix-xogħol ta' dan il-Kumitat.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan il-Kumitat m'għandux jisma'…", "MADAM CHAIR: Nitlob li jinqara' r-ruling.", "CARMELO ABELA: Agħtini ċans nispjega ftit għax qed tpoġġi f'ħalqi kliem li jien m'għedtx.", "Jien ma ġejtx hawn biex inwaqqaf lil xi ħadd.", "Jien smajt mistoqsija ġustifikata tal-Onor.", "Pullicino u dak li jiggwida lil dan il-Kumitat huwa dak li waqqfu, jiġifieri Kapitlu 504 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Inti għamilt allegazzjoni fuqi li jien nixtieq li ma tkunx...", "MADAM CHAIR: Mhux allegazzjoni imma stat ta' fatt. Ġejt hawn u għedt li qegħdin nagħmlu xi ħaġa li mhijiex skont il-liġi.", "CARMELO ABELA: Il-liġi kulħadd jaf jaqraha.", "MADAM CHAIR: Inti ġejt hawnhekk biex tgħidilna li l-Kumitat qed jiddiskuti xi ħaġa li mhux suppost qed jiddiskutiha.", "CARMELO ABELA: Jien ġejt hawnhekk għax smajt lill-Onor.", "Pullicino jagħmel mistoqsija ġustifikata, u biex ngħin lil dan il-Kumitat jasal...", "MADAM CHAIR: Il-mistoqsija tal-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-mistoqsija tal-Onor.", "Pullicino kienet jekk dan il-Kumitat jistax jiddedieċi fuq permess li l-MEPA ħarġet b'mod legali.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Filwaqt li napprezza li qed tapprezza l-punt tiegħi, naħseb li jkun tajjeb li nispjega mill-ġdid dak li tlabt jien versu l-proċedura.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan il-Kumitat huwa ultra vires li jiddiskuti dan.", "Xejn minn dan.", "L-unika ħaġa li għedt jien hija li għandna nistabilixxu proċedura ta' kif se niddiskutu.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel ħaġa li għandu jiddiskuti dan il-Kumitat mhuwiex daqstant il-permess fih innifsu, imma l-operazzjoni ta' UC Ltd.", "Jien jidhirli li t-talba tal-NGOs kienet versu l-operazzjoni ta' UC Ltd.", "Jekk imbagħad bħala Kumitat irridu mmorru oltre u neżaminaw il-kontaminazzjoni possibbli li jista' jkun hemm, jien ma nsib l-ebda diffikultà.", "Li jdejjaqni hu li kellna talba biex nitrattaw operazzjoni partikolari, u issa, f'daqqa waħda, ftaħniha mingħajr ma trattajna dak li ġejna mitlubin nittrattaw.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel għandna nagħmlu dik, imbagħad jekk abbażi ta' dik id-diskussjoni joħorġu punti oħrajn, nitrattawhom.", "Jien ma nsib l-ebda diffikultà li dan il-Kumitat jitrattahom u ma naħsibx li b'hekk inkunu ulta vires.", "Hija kwestjoni tal-mod kif se nipproċedu, xejn iktar minn hekk.", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, ma nafx jekk it-tweġiba tiegħi dwar kif se nimxu hijiex ċara.", "GEORGE PULLICINO: Jekk se nimxu in line ma' dan li qed nissuġerixxi jien, allura ma nsib l-ebda diffikultà.", "MADAM CHAIR: Mhux diġà tkellimna li se nimxu in line ma' dak li ftehmna bejnietna?", "Is-Segretarju Parlamentari Falzon.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Madam Chair, grazzi tal-opportunità.", "Jien ovvjament m'iniex se nitkellem bħala kelliem tal-Gvern imma bħala l-persuna responsabbli mill-MEPA u se nitkellem biss fuq proċedura għax jien ma nifhimx fil-kontaminazzjoni.", "Jien qgħadt hawn u segwejt kollox.", "L-ewwel nett naħseb li spiċċajna f'sitwazzjoni fejn żewġ kumpaniji qed iwaddbu akkużi lil xulxin u qisu dan il-Kumitat huwa l-qorti li se jiddeċiedi min huwa tajjeb u min huwa ħażin.", "L-iskop għandu jkun li jekk hemm xi ħaġa ħażina, minflok noqogħdu naraw min huwa ħażin u min huwa tajjeb, naraw x'inhu ħażin.", "MADAM CHAIR: Hekk qed ngħidu.", "MICHAEL FALZON: Donnu li qegħdin naqblu fuq tliet punti u naħseb li minnhom irridu nieħdu l-ispunt.", "Qegħdin naqblu li hemm problema li għandna mixed use fil-port, qegħdin naqblu li jista' jkun hemm kontaminazzjoni, mhux biss minn sors wieħed imma minn diversi sorsi, u qegħdin naqblu li se jippruvaw isiru ftit analisi almenu tad-dqiq.", "Qegħdin issa f'dubju jekk mill-analisi kollha li nagħmlu, anke jekk nibagħtu s-samples barra, kemm aħna fil-fatt nistgħu ngħidu li minn \"dak\", \"dak\", jew l-\"ieħor\".", "Jien naħseb li aktar milli nispiċċaw f'qorti, hawnhekk għandna naraw kif se nimxu 'l quddiem.", "Rigward il-kwestjoni tal-proċedura ħadd m'hu qed jgħid biex ma niddiskutux, imma rridu nkunu ċarisssimi li dan il-Kumitat mhuwiex qorti tal-appell ta' permessi li toħroġ il-MEPA.", "Hawnehkk qed nitkellem fuq ir-responsabilità tad-dekasteru tiegħi.", "Dan il-Kumitat mhuwiex qorti tal-appell għall-permessi tal-MEPA għax inkella nispiċċaw fis-circus li kull min irid jeżamina jew jappella għal permess tal-MEPA jiġi hawnhekk u minflok ma nkunu qed nagħtu servizz lin-nies hemm barra, nispiċċaw – u din hija l-opinjoni umilissima tiegħi u qed nirriferi biss għall-proċedura – nużaw lil dan il-Kumitat – u m'iniex qed ngħid għal dan il-każ biex ħadd ma jifhimni ħażin – bħala circus bil-mod li meta ma teħux li trid mill-MEPA u titlef ukoll l-appell, tiġi hawnhekk!", "Jien naħseb li l-iskop ta' dan il-Kumitat huwa li fejn nistgħu ntejbu, intejbu.", "Jien ma nħossx li għandi niġi hawnhekk u noqgħod nisma' l-interessi kummerċjali ta' kumpaniji u wisq inqas għandna nużaw dan il-post bħala appell ieħor minn permess tal-MEPA.", "Għar-rigward tal-kumplament, Madam Chair, inħalli f'idejn is-Sedja, kif dejjem għamilt.", "Ovvjament ejjew niddiskutu, imma ejjew ikollna direzzjoni ċara għax inkella nispiċċaw li kulħadd jiġi hawn – u m'iniex qed ngħid għal dawn preżenti – anke fuq gallinar tat-tiġieġ li wieħed ikun għamel fuq il-bejt!", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak u nserraħlek rasek li l-interess tagħna huwa s-saħħa pubblika u l-interess ambjentali li jaqa' taħt ir-remit ta' dan il-Kumitat.", "Aħna jinteressana li jekk hemm hazard fis-saħħa pubblika, ġejja minn fejn ġejja, nindirizzawha.", "Aħna la jinteressana li nkunu qorti, kif qed jiġi allegat, u lanqas jinteressana li nindaħlu f'dak li tiddeċiedi l-MEPA.", "L-AVUKAT PAUL LIA: Però inqala' kollox wara li tilfu l-kawżi l-qorti u wara li ħaddieħor kellu jraħħas il-prezzijiet biex jikkompeti.", "L-AVUKAT ADRIAN DELIA: Naħseb li l-Avukat Lia mhux qed jirrealizza li l-NGOs ġabu din il-kwestjoni hawnhekk mhux aħna.", "Aħna ġejna biss bħala mistednin.", "MADAM CHAIR: Aħna qegħdin hawnhekk għax tinteressana s-saħħa pubblika.", "J'alla li minn dak li qed naħsbu m'hemm xejn u nserrħu rasna, din tingħalaq u ma jkollna l-ebda diffikultà.", "Naħseb li kulħadd għandu x'jagħmel u jippreferi li qiegħed id-dar jistrieħ bħalissa.", "Qabel ma aħna nserrħu rasna li d-dover tagħna għamilnih, anke bħala Kumitat… Infakkar biss li meta kellna inċidenza simili, f'ruling li kien ta, l-iSpeaker kien qal hekk:", "\"Issa meta wieħed jeżamina dan l-artiklu huwa veru li l-Kumitat Permanenti huwa marbut li jiddiskuti waħda jew oħra kif huma indikati f'artiklu 34 subinċiż (2) (a), (b) u (ċ) imma huwa veru wkoll li l-Kumitat huwa liberu li biex jiddiskuti kull waħda minn dawn, jista' jiftaħ dibattitu b'mod ġenerali biex ikun jista' jmexxi d-diskussjoni kif jidher effettivament li sar fl-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Jidher li dan hu li fil-fatt sar miċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor.", "Marlene Farrugia, meta ssettjat l-aġenda, liema aġenda intbagħtet lill-Membri tal-Kumitat ġranet sew qabel ma ltaqa' dan il-Kumitat.", "Il-vjolazzjoni ta' artiklu 34 allura jseħħ biss meta jkun hemm rapport jew rakkomandazzjoni li jmorru kontra r-remit tal-istess artiklu 34.", "F'dan il-każ kienet l-ewwel laqgħa tal-istess Kumitat u kif wieħed jista' jara u jifhem minn dak li qal l-istess Onor. George Pullicino, jidher li f'dak li għandu x'jaqsam mal-persuni li ġew mistiedna huwa ma kienx qed isib problema imma kien qed jitlob ruling dwar x'għandu x'jiddiskuti b'mod konkret l-istess Kumitat.", "Għaldaqstant ma jidhirx li hawnhekk kien hawn vjolazzjoni tal-artiklu 34 ladarba l-Kumitat m'għamilx xi proposti jew ma marx kontra dak li huwa indikat fil-liġi li twaqqaf dan il-Kumitat permanenti.", "Anzi kif qalet l-istess Chairperson, l-Onor.", "Marlene Farrugia, li kienet qed tagħmel huwa – u nikkwota:", "\"Jien kont qed nitlob kontribut u kontribuzzjoni ferm importanti u ferm effettiv tal-NGOs\".", "Dan ifisser li biex wieħed ikun jista' jasal għal kwalunkwe eventwalità dwar dak li għalih twaqqaf l-istess Kumitat taħt dak li huwa definit f'artiklu 34, ma jeskludix li fl-aġenda jkun hemm li l-membri tal-Kumitat jiddiskutu ma' NGOs jew ma' persuni esperti biex ikunu jistgħu jaslu f'waħda jew l-oħra minn dak li huwa indikat f'artiklu 34(2) ta' dan il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Ovvjament wieħed irid joqgħod attent kemm jista' jkun li jevita li jkun hemm problemi bejn il-partijiet u diżgwid dwar l-istess aġenda.", "Hija prerogattiva tal-istess Chairman li jkun responsabbli mill-mod kif imexxi dan il-Kumitat u kif jgħid tajjeb l-istess Erskine May f'paġni 795 u 796 tat-23 edizzjoni tal-istess ħarġa tiegħu, fejn jgħid – u nikkwota:", "Però dan ma jfissirx li ċ-Chairperson m'għandux b'xi mod jasal f'consensus mal-Membri tal- Kumitat dwar it-tfassil tal-aġenda u li jkun hemm ftehim jew almenu kunsens bejn il-membri kollha biex ikun hemm andament aħjar fix-xogħol tal-istess Kumitat permanenti.", "Għalhekk il-bonsens f'dan ir-rigward huwa mitlub mill-partijiet kollha, għaliex kif tirrimarka din is-Sedja u kif ġie rimarkat f'diversi rulings oħra preċedenti, fil-kumitati kollha permanenti flaħħar", "mill-aħħar huwa l-bonsens li jirbaħ u mhux il-ktieb tar-regoli u l-prassi, li ċertament huma l-pedamenti li fuqhom jinbena l-aħjar andament tal-istess xogħol ta' dan il-Kumitat.\".", "Għaldaqstant jien se naġġorna hawnhekk.", "Nerġgħu niltaqgħu bil-preżentazzjonijiet li ġew mitluba minnkom mill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Tiġu avżati meta se jkollna l-laqgħa li jmiss u nitlob li kulħadd jiġi ppreparat.", "Nagħlaq billi nerġa' ngħid li l-interess tagħna mhuwiex li nkunu qorti imma li npoġġu l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi l-ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:45p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20141126_011d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia (sostitut) kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, li bil-permess tal-Kumitat ħa sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti mill-Ministeru għas-Saħħa, mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA), minn Kordin Grain Terminal, minn UC Limited, kif ukoll rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 10 li saret fis-27 ta' Ottubru, 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI SABIEX TINGĦATA AKTAR INFORMAZZJONI FID-DETTALL DWAR L-ISSUES AMBJENTALI U TA' SAĦĦA LI POTENZJALMENT JISTA' JKUN HEMM FIR-RIGWARD TAL-IŻVILUPP TAS-SILO TAS-SIMENT FIL-VIĊINANZI TA' KORDIN GRAIN TERMINAL (KGT)", "Wara introduzzjoni miċ-Chairperson tal-Kumitat, is-Sur Alex Agius, Chief Executive Officer ta' KGT għamel preżentazzjoni (Dok.", "6) dwar il-mod li bih jaħdem it-terminal.", "L-Avukat Paul Lia, rappreżentant legali ta' UC Ltd., ukoll ippreżenta ritratti (Dok.", "7) u xi dokumenti oħra (Dok.", "Fuq talba tal-Onor.", "Charles Buhagiar, Madam Chair talbet sabiex fil-Laqgħa li jmiss tal-Kumitat issir preżentazzjoni minn UC Limited, liema preżentazzjoni tkun tinkludi d-dokumenti tal-MEPA in kwantu tad-Development Permission Application Report (DPAR) li tlesta, id-deċiżjoni tal-MEPA u jekk teżisti, kopja tal-environmental permit u tat-tħejjija tiegħu.", "Madam Chair talbet ukoll li kopja stampata ta' din il-preżentazzjoni tkun għand il-Membri tal-Kumitat qabel il-Laqgħa li jmiss li fiha se jkompli jiġi diskuss dan is-suġġett sabiex l-istess Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom b'mod aktar infurmat.", "Madam Chair talbet lill-MEPA sabiex b'mod formali jagħtu s-sequence of events ta' kif qed jiġi trattat il-każ ta' fejn intqal li l-Awtorità trid iġġib lil kulħadd on board sabiex ikollu environmental permit u jaġġorna għall-istandards tallum.", "L-Onor.", "George Pullicino talab sabiex tinġab evidenza tal-argumenti kollha li saru mis-Sur Johann Buttigieg, CEO tal-MEPA, kif ukoll kwalunkwe dokumentazzjoni li tista' tkun ta' interess għall-Membri tal-Kumitat dwar is-suġġett.", "Madam Chair aġġornat il-Kumitat għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard sabiex tkompli tiġi diskussa din il-materja.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20141126_011m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2014 f'12.00 p.m. (Nofsinhar)", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2014 f'12.00 p.m. (nofsinhar) fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni (Kont.)", "18 ta' Novembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141127_007a_priv.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 24", "It-Tlieta, 2 ta' Diċembru 2014 fl-4.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Diċembru 2014 fl-4.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Affarijiet oħra", "14 ta' Novembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141202_024a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 24", "It-Tlieta, 2 ta' Diċembru 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 24", "It-Tlieta, 2 ta' Diċembru 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.14 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 23, li saret fis-6 ta' Novembru 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Qabel ma ngħaddi għall-aġenda, nistieden lin-naħa tal-Gvern biex tagħmel ir-rimarki fuq ix-Xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, din il-ġimgħa huwa mistenni li d-diskussjoni fuq il-Baġit tiġi konkluża.", "Fil-fatt, għandna sal-Ħamis, 4 ta' Diċembru, bis-seduti ta' Kumitat ta' Provvista biex il-Baġit jiġi approvat.", "Is-seduti li jkun fadal qabel il-waqfa għal żmien il-Milied huma t-Tlieta, 9 ta' Diċembru u l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru – għax it-Tnejn, 8 ta' Diċembru, hija festa – u l-ġimgħa ta' wara, li jkunu t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, 15, 16 u 17 ta' Diċembru rispettivament.", "Il-ħsieb huwa li l-Parlament fis-17 ta' Diċembru jieqaf għall-vaganzi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena.", "MR SPEAKER: L-aħħar seduta hija fis-17 ta' Diċembru?", "CARMELO ABELA: Iva, l-aħħar seduta ta' din is-sena se tkun fis-17 ta' Diċembru.", "Dak huwa l-pjan għall-inqas.", "Fis-seduti tad-9 u tal-10 ta' Diċembru, il-ħsieb hu li nibdew tliet liġijiet li huma ta' prijorità għall-Gvern.", "Wieħed hu l-Abbozz ta' Liġi Nru 75 li jemenda l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor.", "Bażikament dan huwa b'emenda żgħira fl-isem tal-Awtorità dwar il-Logħob.", "DAVID AGIUS: Nista' ngħid li m'għandniex problema, u nistgħu nimxu fuqu.", "MR SPEAKER: Dan niddiskutuh fid-9 ta' Diċembru?", "DAVID AGIUS: Suppost mhuwiex twil ħafna.", "CARMELO ABELA: Le, l-isem biss se jinbidel.", "Kulma hemm hija klawsola żgħira biex isir il-bdil tal-isem.", "Għandna wkoll il-ħsieb li, jekk nistgħu, mhux biss nibdew, imma anke nispiċċaw l-Abbozz ta' Liġi Nru 76 dwar id-Dipendenza fuq id-Droga; però, ovvjament, dan jiddependi fuq kemm ikun hemm kelliema, u fuq l-eżitu ta' din id-diskussjoni.", "Abbozz ta' Liġi ieħor li jidher li hemm ċerta urġenza dwaru huwa dak li ġie ppubblikat illum, Abbozz ta' Liġi Nru 77, li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati).", "Bażikament, għalkemm dan l-Abbozz ta' Liġi għandu dan it-titlu, mhux qed jitkellem fuq self lokali, imma huwa esiġenza li aħna bħala pajjiż intrabatna li nagħmlu snin ilu mal-Unjoni Ewropea biex aħna nkunu nistgħu nsellfu lil pajjiżi oħrajn, kif għamilna fil-każ tal-Greċja.", "Dak huwa requirement li aħna bħala pajjiż intrabatna li nagħmlu; però, għal dan ikollna niġu l-Parlament.", "Sur President, ma' dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi, m'iniex neskludi li jkun hemm xi abbozz ta' liġi ieħor li jkun daqsxejn ta' prijorita qabel nieqfu għall-Milied.", "Forsi llejla jew għada nkun nista' anke nkellem informalment lill-Onor.", "Agius dwar abbozz ta' liġi li ġibduli l-attenzjoni għalih, li mhuwiex abbozz ta' portata kbira, jiġifieri huwa abbozz pjuttost żgħir.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, wieħed minnhom mhuwiex qiegħed fil-lista li għandi quddiemi, hux hekk?", "CARMELO ABELA: Le, għandek raġun.", "Fil-fatt, tnejn minnhom qegħdin fil-lista, waqt li wieħed minnhom ġie ppubblikat illum wara nofsinhar.", "CARMELO ABELA: Però, hemm ukoll ir-raba' wieħed li ġibduli l-attenzjoni dwaru llum wara nofsinhar.", "MR SPEAKER: Dan għadu mhux ippubblikat lanqas?", "CARMELO ABELA: Mhux ippubblikat, però nassigura li huma emendi żgħar.", "MR SPEAKER: Dak huwa x-xogħol li l-Gvern ikollu sal-aħħar seduta.", "CARMELO ABELA: Barra minn hekk, għandna l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-Ministru Emanuel Mallia.", "Kif diġà ntqal, il-ħsieb tal-Gvern huwa li l-inkjesta li għaddejja minn tliet eks-ġudikanti tiġi ippubblikata immedjatament kif tkun konkluża u, hekk kif joħroġ ir-rapport, ikun hemm id-dibattitu li qed titlob il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Rigward l-Abbozz ta' Liġi Nru 75 – l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – m'għandniex diffikultà.", "Nistgħu nagħmluh meta jixtieq il-Gvern.", "Imbagħad li nista' ngħid dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) huwa li nibdewh, imma ma nafx jekk inkunux f'pożizzjoni li nikkonkluduh il-ġimgħa ta' wara għax se jkollna xi nies li huma fuq dan is-suġġett partikolari li se jkunu msefrin.", "Nibdewh żgur, jiġifieri d-diskussjoni tinfetaħ żgur.", "Rigward l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali, rrid intella' l-proposta fil-Grupp Parlamentari u niġi lura.", "Dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, kif intqal, id-deċiżjoni tal-Gvern hi li jrid jistenna l-konklużjoni tal-inkjesta; imma, aħna nixtiequ li tkun dibattuta aktar malajr.", "Ovvjament, jien se rressaq anke din id-deċizjoni lill-Grupp Parlamentari.", "Jekk ikollna l-ħin disponibbli, nixtieq ukoll li nkomplu l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità) li bdejnieh diġà, u naħseb li m'hemmx diffikultà bejn iż-żewġ naħat li nkompluh.", "Safejn niftakar ukoll, id-Deputat Prim Ministru kien qalilna li l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika kellna nibdewh f'Novembru, imma ma bdejniehx.", "Ma jimpurtax, imma naħseb li għall-inqas għandna nibdewh qabel ma naġġornaw għall-vaganzi tal-Milied.", "Mhux qed nitlob li nagħlqu d-diskussjoni, imma għall-inqas inkunu ftaħna d-dibattitu.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, fuq ix-xogħol tal-ġimgħa d-dieħla qed naqblu?", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, qed jiftakar tajjeb dak li kien intqal hawnhekk mid-Deputat Prim Ministru.", "Ir-raġuni ewlenija hi l-kwestjoni tas-seduti kif ġew.", "Għandna ħmistax-il ġurnata fuq il-Baġit: jiġifieri, jekk nibdewhiex qabel nieqfu, ma nistax ngħidlu minn issa.", "DAVID AGIUS: Speċjalment fit-tieni ġimgħa, jiġifieri fil-15, 16 u 17 ta' Diċembru ...", "CARMELO ABELA: Ma nistax ngħidlek issa għax, ovvjament, irrid nikkonsulta mad-Deputat Prim Ministru, li finalment irid iressaqha hu.", "(Interruzzjonijiet) Le, anzi, nista' ngħidlek issa għax naf li se jkun imsiefer!", "Fil-fatt, fil-15, fis-16 u fis-17 ta' Diċembru se jkun imsiefer.", "DAVID AGIUS: Ma jistax jiftaħ id-diskussjoni l-ġimgħa d-dieħla, u mbagħad inkompluha l-ġimgħa ta' wara?", "Forsi nistgħu nibdewha fid-9 jew fl-10 ta' Diċembru, għax l-Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor huwa qasir, u fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) nistgħu nagħmlu seduta ...", "CARMELO ABELA: Imbagħad inkellem lilek.", "CARMELO ABELA: Rigward l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità) – għalkemm, kif qed jgħid, m'hemmx problema u hemm numru ta' kelliema miż-żewġ naħat – naħseb li se jkollna problema biex indaħħluha at this point.", "Però, ċertament li f'Jannar inkompluha, għax hija diskussjoni li dwarha hemm interess miż-żewġ naħat tal-Kamra, u m'hemmx problema biex inkompluha.", "Din hija kwestjoni ta' timing ta' seduti, u assolutament m'hemmx issues oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jekk kemm il-darba mbagħad ikollna l-konklużjoni tar-rapport tal-inkjesta, se nerġgħu niltaqgħu bħala House Business Committee biex niddeċiedu d-dati tas-seduti?", "MR SPEAKER: F'kelma waħda, jekk l-inkjesta tiġi konkluża l-ġimgħa d-dieħla, il-ġimgħa ta' wara tressaqha?", "DAVID AGIUS: Jien fhimt li l-Prim Ministru qal li għandha 15-il ġurnata biex tkun lesta.", "CARMELO ABELA: Imma l-15-il ġurnata għaddejjin.", "DAVID AGIUS: Għalhekk fadal ġimgħa oħra biss.", "Jien naħseb li, kif ġara dejjem, ikun hemm seduta waħda li fiha tiġi diskussa din il-mozzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq għall-Oppożizzjoni, minħabba li hija mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Għalhekk qed nitkellmu, għax jista' jkun li l-Oppożizzjoni titlob aktar minn seduta waħda, jew għall-inqas seduta itwal.", "CARMELO ABELA: Nitkellmu fuq dan, imma naħseb li l-prassi ta' seduta waħda għandna nżommuha.", "Issa, jekk tkunx estiża b'nofsiegħa jew siegħa hija xi ħaġa oħra.", "DAVID AGIUS: Li qed ngħid jien hu jekk hux se nieħdu deċiżjoni ta' House Business Committee, li mbagħad naqblu bejnietna u nagħmlu data, jew inkella ...", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb hu li niddiskutuha mill-ewwel.", "Jiġifieri, mhux noqogħdu nistennew ġimgħa jew ħmistax-il ġurnata għax imbagħad jasal ir-recess.", "Jiġifieri, l-ħsieb hu li tiġi diskussa mill-ewwel.", "MR SPEAKER: Allura fil-15, fis-16 u fis-17 ta' Diċembru x'se jiġi diskuss?", "CARMELO ABELA: Jien semmejt tliet liġijiet, u potenzjalment jista' jkun hemm ukoll ir-raba' liġi.", "MR SPEAKER: Dak huwa x-xogħol tal-Kamra.", "CARMELO ABELA: Dak huwa bħala liġijiet.", "Naturalment, hemm ukoll il-mozzjoni li jien semmejt diġà, u li, kif ikun ippubblikat ir-rapport tal-inkjesta, hemm commitment li tiġi dibattuta mill-ewwel.", "(Interruzzjonijiet) Mill-ewwel, jiġifieri mhux se nistennew ġranet.", "DAVID AGIUS: Nassumi li anke l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika u l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità), jekk ikollna fejn.", "CARMELO ABELA: Dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika rrid nistaqsi lid-Deputat Prim Ministru, u dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar Ħajja Sana, jekk ikollna ċ-ċans, inkompluh.", "DAVID AGIUS: Nagħlqu d-diskussjoni dwaru …", "CARMELO ABELA: Jew inkompluha, għax naħseb li hemm diversi kelliema.", "MR SPEAKER: Allura miftehmin fuq dan?", "Imbagħad, dejjem titkellmu bejnietkom.", "DAVID AGIUS: Irid jifhem ukoll li, jekk ir-rapport ikun konkluż, niddiskutu l-mozzjoni mill-ewwel.", "Però, ovvjament, irid ikun hemm ħin biżżejjed għall-Oppożizzjoni biex tilħaq tanalizza r-rapport.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nixtieq inqajjem il-punt li fil-Kamra tal-Kumitati saret Press Conference min-naħa tal-Ministru għall-Finanzi, li ovvjament la kont naf biha jien bħala Whip u lanqas l-Oppożizzjoni.", "Naħseb li jkun tajjeb li għall-inqas tagħtina direzzjoni dwar dan.", "Deputat għandu kull fakultà li jagħmel dan għax huwa deputat ta' din il-Kamra; imma li Ministru tal-Gvern jagħmel Press Conference ġo kamra tal-Parlament mingħajr ma l-Oppożizzjoni tkun informata hija xi ħaġa li xtaqt direzzjoni min-naħa tiegħek dwarha.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li għandna ntawlu fuqha din.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ministru huwa wkoll Membru ta' din il-Kamra.", "Mela, jien din dħalt fiha, u tajt instructions li l-ewwel irrid niġi informat jien biex inkun nista' nagħti l-go-ahead u ninformaw aħna lill-Whips.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili, biex nagħmluha ċara, il-Ministru ma qabadx u sab kamra miftuħa u daħal fiha.", "MR SPEAKER: Le, jien m'għidtx hekk.", "DAVID AGIUS: Lanqas jien ma rrid ngħid hekk.", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, jien m'għamilt l-ebda rimarka fuq dan.", "Minn issa ʼl quddiem, l-iSpeaker għandu jkun l-ewwel wieħed li jkun jaf.", "Nagħmel arranġament jien u ninformakom.", "DAVID AGIUS: L-aħħar punt … mhux se ntawlu.", "Jien nifhem li deputat bħala deputat jista' juża l-Parlament u l-kmamar tal-Parlament biex jagħmel Press Conference, u nifhimha wkoll meta fil-Baġit iż-żewġ naħat jagħmlu press conferences hawn ġew, jew inkella jagħtu kumment.", "Però, naħseb li għandna nieħdu ftit direzzjoni fuq il-fatt li Ministru jagħmel Press Conference fil-bini tal-Parlament dwar xi ħaġa relatata mal-Ministeru partikolari.", "MR SPEAKER: Kif diġà għidtlek, mil-lum ʼil quddiem wieħed għandu jinforma lili, u mbagħad, ladarba jien nagħti l-go-ahead, ninforma lilkom it-tnejn bħala Whips.", "Nirringrazzjak.", "Niġu issa għall-Ombudsplan 2015.", "PERMESS LILL-MEDIA", "MR SPEAKER: Onor. Membri, issibu oġġezzjoni jekk persuna tal-Press tieħu xi ritratt?", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Nistieden lilll-Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, bħala l-Ombudsman, biex jieħu parti fil-Kumitat.", "Bil-permess tagħkom, nitlob lilu, u anke lill-Kummissarji li għandu preżenti – hawnhekk qed nara lit-tlieta li huma – biex jersqu lejn il-Mejda.", "Il-Kumitat stieden lill-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, kif ukoll lill-Perit David Pace, Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, lill-Prof.", "Charles Farrugia, Kummissarju għall-Edukazzjoni, u lis-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa, sabiex jieħdu parti fid-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2015, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fl-20 ta' Ottubru 2014.", "MR SPEAKER: Nistieden lilek, Ombudsman, biex tagħmel kummenti b'mod ġenerali, u mbagħad tkun tista' twieġeb għall-mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsiru dwar l-Ombudsplan 2015.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO (Ombudsman): Grazzi, Sur President.", "L-ewwel nett, nirringrazzjakom talli qed tisimgħu lili, u anke lill-Kummissarji.", "Il-Kummissarji li issa tafuhom huma l-Prof.", "Charles Farrugia, Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Perit David Pace, Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, u s-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa.", "Se nitkellem fil-qosor għax nippreferi nagħmel sempliċement żewġ statements.", "Nifhem li l-Ombudsplan kien għandkom, qrajtuh u m'hemmx għalfejn noqogħdu nirrepetu dak li hemm.", "Se nagħmel biss żewġ punti żgħar.", "L-iskop prinċipali ta' din il-laqgħa huwa biex jiġi approvat l-Ombudsplan tas-sena d-dieħla.", "Jekk tajtu daqqa t'għajn lill-istatements, essenzjalment sibtu li l-figura tan-nefqa rikorrenti baqgħet l-istess.", "Naħseb li qed nagħmlu l-istess, jew xogħol aħjar, b'inqas flus.", "Ma żidniex il-complement u ż-żieda fin-nefqa rikorrenti bażikament hija dovuta għal żieda fis-salarji.", "Però, hemm – u dan għandi nirrelevah – żieda fl-ispiża kapitali.", "Din hija dovuta għal diversi fatturi.", "L-ewwel fattur prinċipali huwa l-estensjoni tal-uffiċċju.", "Aħna għandna żewġ proprjetajiet allokati lilna mill-Gvern preċedenti, imma l-Gvern tal-lum allokalna l-fondi biex inkomplu x-xogħlijiet.", "Ix-xogħlijiet issa huma avvanzati ħafna, u nispera li jispiċċaw kompletament sa Marzu tas-sena d-dieħla.", "B'riżultat ta' dan, għandu jkollna uffiċċji moderni u funzjonali, u anke hemm daqsxejn spazju għal espansjoni, jekk ikun hemm il-bżonn.", "Parti oħra min-nefqa hija dovuta għax is-sena d-dieħla huwa maħsub li f'Malta jkollna organizzata l-laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsmen tal-Mediterran, u allura tlabna allokazzjoni ta' fondi għal dik il-laqgħa.", "Hemm ukoll żieda fin-nefqa kapitali f'dak li huwa bini għaliex waħda mill-proposti li qed nagħmlu – u naħseb li anke din hija a konjizzjoni tagħkom – huwa t-twaqqif f'Malta ta' Istitut tal-Ombudsman għall-istudju tal-liġi tal-Ombudsman, li jkun indirizzat bħala postgraduate course għal studenti prinċipalment ġejjin mill-Mediterran.", "Il-ħsieb hu li dawn ikunu mħarrġa għal sena sħiħa hawn Malta u jakkwistaw postgraduate course ta' M.A., biex fir-reġjun tal-Mediterran ikun hemm post fejn in-nies ikunu jistgħu jiġu mħarrġa fid-dritt tal-Ombudsman, kif wkoll – u dan ikun forsi aktar importanti – fid-dritt ta' amministrazzjoni pubblika tajba.", "Dan il-proġett għandu l-approvazzjoni tal-Gvern u, xi xahar ilu, jien irċevejt l-approvazzjoni tal-Prim Ministru għal dan il-proġett, u anke ittra ta' inkoraġġiment u assigurazzjoni li, jekk ikun hemm bżonn assistenza finanzjarja, wieħed jara x'hemm bżonn u jipproċedi.", "Jien diġà għamilt ħafna kuntatti barra minn Malta fuq is-suġġett.", "Naturalment, bid-diskors kulħadd jaqbel, kulħadd ikun favorevoli, imma meta mbagħad niġu għall-brass tacks – biex joħorġu l-flus – ikollna l-problema ta' minn fejn se jiġu l-fondi.", "Nittama li, fi żmien ftit xhur oħra, jkollna eżitu pożittiv fuq dan u jkun jista' jiġi realizzat, ħalli parti mill-bini li għandna llum ikun jista' jiġi allokat għal dan it-tip ta' istitut.", "Il-bqija, bħala nefqa tal-Ombudsplan, m'għandix aktar xi nżid għax qegħdin nagħmlu dak li nistgħu biex ma nżidux in-nefqa.", "Din l-okkażjoni hija kważi l-unika okkażjoni li għandu l-Ombudsman li matul is-sena jiltaqa' mal-membri tal-Parlament.", "Kważi kważi, hija prattika jew konswetudni li fl-Ombudsplan jiġu indikati xi kwestjonijiet li l-Ombudsman jidhirlu li għandhom jiġu indirizzati, biex dawn jiġu ventilati anke f'dan il-Kumitat.", "Naturalment, jien lest li nagħmel skambju ta' ideat fuq dawn is-suġġetti li qajjimt f'dak id-dokument; però, dawn huma ideat li rressaq għall-konsiderazzjoni tagħkom sempliċement għax jien inqis li l-Ombudsman illum qisu l-kuxjenza tal-amministrazzjoni pubblika.", "Jekk hemm xi ħaġa li jidhirlu li hemm x'tirranġa fiha, jagħmel proposta u daqshekk, imbagħad m'għandux funzjoni lil hinn minn hemm għax ir-riżultat huwa f'idejn il-politiku.", "Se nieqaf hawn ħalli ma nikkomplika l-ħajja ta' ħadd, u nistieden il-kummenti li tixtiequ tagħmlu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn mistoqsijiet, osservazzjonijiet jew punti?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Fl-ammont ta' finanzi li jingħata l-uffiċċju tiegħek, hemm inklużi aktar fondi biex kummissarji oħrajn jiżdiedu mal-uffiċċju tiegħek, jew jekk ikun il-każ, dan irid jiżdied ad hoc?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Kif taf, il-liġi tipprovdi li, jekk hemm il-ħtieġa ta' kummissarju – dik irrid nidentifikaha jien, naturalment fuq dak li naraw fil-pajjiż – nissottometti t-talba tiegħi lill-Prim Ministru, u l-Prim Ministru jew jaqbel jew ma jaqbilx miegħi.", "Jekk jaqbel miegħi, imbagħad ngħaddu għall-ħatra.", "Huwa f'dak il-mument li jqum il-bżonn li jinstabu fondi għal dik il-persuna li tkun se tokkupa l-kariga ta' kummissarju.", "Naturalment, iċ-ċirkostanza finanzjarja hija importanti ħafna għaliex l-import ta' kummissarju ġdid qisu ekwivalenti għal meta tagħmel maġistrat ġdid, jiġifieri jrid ikollok anke sodisfazzjon li l-workload tiegħu jkun adegwat u li jkollu biżżejjed firxa ta' ġurisdizzjoni biex jiġġustifika dik in-nomina.", "Rigward it-tliet kummissarji li għandi llum, nista' ngħid li jien sodisfatt bihom għaliex mhux biss kien hemm żieda fin-numru, imma anke l-kwalità tar-rapporti tjiebet minħabba l-esperjenza teknika tagħhom.", "Jiġifieri, jien kuntent li s-sistema qed taħdem, u qed taħdem tajjeb.", "Biex inżidu oħrajn – u jien issuġġerejt li jista' jkun hemm il-każ – l-ewwel irid isir dan l-istudju biex naraw jekk dan ikunx vale la pena.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri jien, pereżempju, nista' nitlob lilek li tara jekk hemmx lok li fl-uffiċċju tiegħi jkun hemm kummissarju relatat mal-kunsilli lokali ta' pajjiżna, bid-diversi stadji ta' diffikultajiet li jista' jkun hemm bejn ċittadin u kunsill, bejn kunsill u dipartiment, u ħafna affarijiet oħrajn?", "Illum il-kunsilli lokali huma mifruxin madwar Malta u Għawdex u, ovvjament, l-aspettattivi qegħdin hemmhekk.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-kunsilli lokali jagħmlu parti minn waħda minn tliet areas indikati biex isir dan l-eżerċizzju.", "Se nirrakkomanda wkoll il-possibilità ta' kummissarju għal persuni f'detenzjoni – jiġifieri għall-forzi tas-sigurtà u postijiet ta' detenzjoni li jinkludu l-Armata, il-Korp tal-Pulizija, id-Detention Services u postijiet fejn hemm nies maqfulin – u kummissarju għall-konsumatur.", "Dawn huma t-tliet areas li huma indikati, imma s'issa huma biss suġġerimenti.", "Naħseb li huwa utli li dan jiġi propost u evalwat biex, meta jiġi evalwat, inkunu nafu jekk dawn l-affarijiet għandhomx isiru.", "Il-proposta għal kummissarju għal dawk li qegħdin fil-Forzi Armati kienet saret mill-Gvern ta' qabel.", "Fil-fatt, jien kont qed nikkonsidraha, imma mbagħad ġiet l-Elezzjoni u ma sar xejn.", "Però, huwa suġġeriment li jagħmel sens f'ħafna affarijiet għaliex il-Kummissarju għall-Forzi Armati – li jeżisti fl-Ewropa kollha – għandu jkun persuna speċjalizzata, persuna li taf il-mentalità tal-Armata, tal-Pulizija u tas-Servizzi ta' Detenzjoni, u tajjeb li jkun hemm speċjalizzazzjoni fiha.", "Dan qed ngħidu għax, ngħid għalija jien – ilni seba' snin issa, u kważi spiċċajt – filwaqt li mhux bilfors ikollok in-know-how tas-suġġett fil-qasam partikolari.", "Huwa tajjeb li jkun hemm daqsxejn speċjalizzazzjoni, basta jkun hemm biżżejjed materjal biex tgħid: Iva, dan se nappuntah għax se jkun hemm biżżejjed xogħol.", "DAVID AGIUS: L-aħħar mistoqsija min-naħa tiegħi hija din: Dan il-proċess tibdieh inti bħala Uffiċċju, jew inkella jkollok talba mill-Parlament jew minn xi istituzzjoni oħra?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Jien nista' nagħmlu kif għamilt fil-qasam ta' dawn it-tliet sinjuri, u mxejna b'mod regolari.", "Però, ovvjament, jekk ikolli talba mill-Parlament jew miż-żewġ partiti, whatever, u jkun hemm is-saħħa warajha, naturalment tkun aktar faċli għalija biex ngħid li din il-ħaġa nagħmluha.", "Nista' ngħid li l-idea tal-uffiċċju kif żviluppa, li qed jaħdem b'mod integrat u mingħajr ebda istituzzjonijiet, kulħadd jiddependi minn xulxin b'konsultazzjoni miegħi, fil-verità mhux qed tiswiena spiża żejda – neħħi s-Segretarja, xi affarijiet żgħar u l-paga tal-kummissarji.", "Barra minn dan, għandek il-vantaġġ li għandek pool ta' nies li qed jaħdmu fuq l-istess sistemi bl-istess metodi investigattivi.", "Nagħmlu rapporti bl-istess mod u, jekk ikun hemm bżonn nikkonsultaw, nikkonsultaw.", "Aħna bejnietna sibna vantaġġ kbir fiha din għax, fl-aħħar mill-aħħar, jien ma nindaħlilhomx fl-aspett tekniku.", "Dak jiddeċiduh huma, ma nidħol fiha xejn.", "Jien nidħol jekk ikun hemm xi problema ta' organizzazzjoni fl-uffiċċju, tal-investigazzjoni u biex jinterpretaw il-liġi tal-Ombudsman, għax marbutin bil-liġi tal-Ombudsman, jiġifieri għalija qed taħdem tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: F'paġna 12 kont qed naqra rigward il-positions of trust, fejn inti għidt li din hija materja li dwarha l-Ombudsman diġà kellu l-opportunità li jesprimi ruħu fl-investigazzjonijiet li saru taħt amministrazzjoni preċedenti, u li wassluh biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' definizzjoni ċara ta' x'inhi position of trust.", "Għidt ukoll li jidher li, anke sa minn dak iż-żmien, l-Eżekuttiv seta' kien qiegħed jutilizza din il-formula biex jagħmel ħatriet li jidher li jistgħu jmorru lil hinn minn dawk li qed tirrakkomanda l-liġi.", "Allura, inti kont għamilt taħdidiet mal-amministrazzjoni preċedenti fuq dan ir-rigward.", "X'kienu l-affarijiet li dak iż-żmien ħassbuk, fejn l-Eżekuttiv seta' kien qiegħed jutilizza din il-formula b'mod li setgħet tostor ir-realtà?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Jien ma kellix taħdidiet formali fuq is-suġġett, però kelli xi lmenti.", "Fil-fatt, għamilna xi opinjonijiet, u f'dawn l-opinjonijiet aħna esprimejna l-preokkupazzjoni tagħna fuq is-suġġett.", "Aħna mhux qed ngħidu li dawn ma jistgħux isiru, imma qed ngħidu li hemm bżonn ta' definizzjoni.", "Definizzjoni uffiċjali mal-amministrazzjoni l-oħra ma kellniex, u qatt ma kellna.", "Kellna biss laqgħat, kif ikolli anke llum mal-PPS fejn ngħid: Hawnhekk għandna din il-problema.", "Kellna – u għandna – ilmenti ibbażati proprju fuq hekk, fejn wieħed isibuh f'position of trust.", "Sakemm l-affarijiet ikunu għaddejjin, dawn ma jidhrux; imma mbagħad tinqala' ċirkostanza, bħal pereżempju meta jinbidel il-Gvern, u tgħid: \"Dik hija position of trust\" u nibdew.", "Dan għaliex ma jkunx hemm definizzjoni, u għaliex mhijiex ċara ħafna to what extent dawn il-positions of trust huma konformi mal-Kostituzzjoni tagħna.", "Sur President, l-impjieg mal-Gvern huwa definit ħafna fil-Kostituzzjoni.", "Tista' tagħmel 100,000 kuntratt u tista' tagħmel kuntratt wieħed, imma dawn mhumiex kuntratti iżda pożizzjonijiet.", "Kellna – u għad għandna – minn dawn l-ilmenti, u ħafna minnhom insolvuhom b'rapport.", "Pereżempju, taħt l-amministrazzjoni l-oħra, kellna wieħed li kien jikkonċerna impjegati li telqu mix-xogħol mal-Elezzjoni.", "Il-problema solvejnieha, imma kellna sitwazzjoni fluwida ħafna fejn dawn ma kenux jafu jekk humiex se jibqgħu hemm.", "Barra minn hekk, kien hemm minnhom li rriżenjaw, kien hemm min qal li dawn qegħdin hemm in bad faith, min qal li għamlu hekk apposta, u min qal li għamilna hekk ħalli nipproteġu x-xogħol.", "Dawn huma affarijiet li fl-opinjoni tiegħi m'għandhomx isiru, u għandu jkun hemm kjarezza dwarhom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma qatt ma nħasset il-ħtieġa li tiġi diskussa b'mod aktar formali?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Aħna m'aħniex il-politiku.", "Jien ġeneralment ma nagħmilx diskussjonijiet fuq livell politiku.", "DEBORAH SCHEMBRI: Le, mhux qed ngħid hekk.", "Imma għandkom id-dritt li tagħmlu an own initiative report.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Iva, fir-rapporti nispjegaw, u ġieli ħadna inizjattivi anke mad-dipartimenti u ma' awtoritajiet biex niċċaraw ċerti affarijiet u biex nippromwovu ċerti prattiċi.", "Imma, f'ċerti mumenti forsi nkunu qed nidħlu fejn ma jmissniex nidħlu.", "Jien meta nagħmel dawn il-kummenti nagħmilhom, kif għadni kemm għidt, qisni b'kuxjenza ta' the man in the street, għax inkun smajt xi affarijiet.", "Imma mbagħad ħafna drabi jkolli każijiet li fihom ikunu involuti l-istess prinċipji, u allura nqajjimhom minħabba f'hekk.", "DEBORAH SCHEMBRI: F'paġna 13 rigward id-dritt ta' informazzjoni għidt li din hija materja li tqanqal interess ukoll u li hemm bżonn aktar informazzjoni dwar l-aġir tal-Eżekuttiv.", "Xtaqt nifhem aħjar x'tip ta' informazzjoni aktar tirrikjedi.", "Qed nipprova nifhem x'tip ta' informazzjoni l-Ombudsman iħoss li hija nieqsa u li jkun tajjeb li wieħed ikollu.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fl-opinjoni tiegħi, għandna dritt għall-informazzjoni, u li ma tagħtix informazzjoni hija l-eċċezzjoni.", "Mhuwiex il-kompitu tiegħi li ngħid li din hija eċċezzjoni; però, naħseb li l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu speċifikati.", "Irridu nkunu nafu fejn hemm l-eċċezzjonijiet, u m'għandhiex tkun daqshekk faċli li wieħed jgħid li ma jagħtix informazzjoni u jivvinta raġuni.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma x'tip ta' informazzjoni?", "Bħal meta nagħtu l-lista ta' x'inhuma l-assi li wieħed għandu?", "X'tip ta' informazzjoni qed titkellmu fuqha meta qed tgħidu \"dritt għall-informazzjoni\"?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Qed nitkellmu fuq kwalunkwe informazzjoni li ċ-ċittadin jippretendi li għandu jkun jaf mingħand il-politiku li qiegħed imexxih.", "Jiġifieri, jien qed ngħid li ċ-ċittadin għandu dritt li jkun jaf.", "Issa għandna l-Freedom of Information Act, u għandna ħafna drittijiet; imma għalija dawk mhumiex ċari biżżejjed anke fix-xogħol tagħna stess.", "Pereżempju, għamilna l-Grievances Unit.", "They are good, il-Gvern għadu jrid jagħmilhom, mhijiex kwestjoni tagħna.", "Però, issa wasalna fi stat li jkollna lment jekk il-Grievances Unit jiddeċidix tajjeb jew le.", "Jien nitlob l-informazzjoni biex nara r-rapport tal-Grievances Unit, ir-raġunijiet u l-motivazzjoni, imma donnu li hemm tendenza li ma jagħtunix l-informazzjoni, u allura jien ikolli noqgħod nitħabat biex inġibha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq informazzjoni fuq il-politiku as such.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fil-livell tiegħi dik hija l-informazzjoni.", "Jekk teżisti problema fil-pajjiż, narawha aħna wkoll, u tarawha intom aktar milli aħna, jiġifieri d-dritt tal-informazzjoni għandu jiġi salvagwardat.", "Jien nifhem li l-Istat għandu bżonn li jkollu segretezza jew riservatezza f'ċerti żmenijiet, u dawk għandhom ikunu maqbula bejn iż-żewġ naħat.", "Jekk hemm kuntratt ta' xi ħaġa, dan m'għandux jiġi ppubblikat waqt li jkunu qed isiru n-negozjati.", "Fair enough: imma, hekk kif jiġi konkluż, għandu jiġi ppubblikat.", "Dawn huma affarijiet li naħseb li għandhom ikunu regolati, u mhux ikunu sempliċement skont il-whim tal-persuna.", "Għalija, la l-Oppożizzjoni m'għandha dritt tistaqsi meta trid, u lanqas il-Gvern m'għandu jgħid li ma jagħtihiex l-informazzjoni għax hekk ikun irid.", "Ma nifhimhiex hekk jien.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm protokolli bejn il-politiċi li jgħidu kif għandhom ikunu dawn l-affarijiet.", "Forsi qed ngħid ħażin, però din hija l-opinjoni tiegħi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien ma kellix idea ċara ta' x'tip ta' informazzjoni hi.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Hawn mhux qed nitkellmu fuq it-tip ta' ġudizzju li 'din it-tali ħaġa l-Ministru jmissu qalha hekk', jew 'din il-ħaġa jmissu ma qalhiex'.", "Mhuwiex dak il-ġudizzju.", "Il-ġudizzju huwa l-linja ta' prinċipju: però dan huwa ġej mill-fatt li aħna bħala uffiċċju nsibu ċerta diffikultà li ma jkunx hemmx dik id-disponibilità.", "Però, fl-aħħar naslu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Semmejt il-Finlandja, id-Danimarka u pajjiżi Nordiċi oħrajn li għandhom sistemi aħjar minn tagħna.", "Aħna nimxu fuq is-sistema anglosassona.", "Normalment, il-pajjiżi Nordiċi għandhom liġijiet daqsxejn differenti minn tagħna fis-sustanza.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fil-pajjiżi Nordiċi, l-Ombudsman jikkontrolla lill-imħallfin – għalkemm aħna ma naqblux ma' dan – però hemm kultura ħafna aktar liberali fejn jidħol id-dritt għall-informazzjoni.", "Hemm pajjiżi fejn kważi kważi wieħed għandu dritt jara l-Cabinet papers, jiġifieri kollox huwa aċċessibbli għall-pubbliku.", "Illum qed noqorbu lejn dik il-mentalità.", "Issa jien mhux qed ngħid li għandna mmorru 'l hemm.", "Jien qed ngħid: Ara ċ-ċirkostanzi tiegħek, u ara kemm tista' tagħti informazzjoni mingħajr ma tippreġudika lill-amministrazzjoni.", "Fl-amministrazzjoni, ir-riservatezza trid bilfors tipproteġiha; però mbagħad, il-kumplament għandu jkun aċċessibbli, għaliex il-Gvern huwa tal-poplu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Se norbot daqsxejn ma' dak li kienet qiegħda tistaqsi l-Onor.", "Għadek kemm għidt li forsi jrid ikun hemm protokoll fejn aħna nifhmu aħjar x'nistgħu nistaqsu u, min-naħa l-oħra, x'għandna nistennew bħala risposta, għax din hija parti mill-public information fl-aħħar mill-aħħar.", "Inħoss li fid-dokument ripetutament saret referenza għat-trasparenza u l-kontabilità.", "Paġna 15, b'mod partikolari, tenfasizza dan b'mod b'saħħtu ħafna.", "Tirreferi għat-trasparenza u l-kontabilità bħala buzzwords li qed jintużaw mhux kif suppost għax, fl-aħħar mill-aħħar, m'hemmx dik it-trasparenza u l-kontabilità.", "F'paġna 15 inti tgħid li ma jistax ikun hemm kontabilità jekk ma jkunx hemm trasparenza, u li t-trasparenza għandha tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni.", "Ma nafx jekk forsi tistax tamplifika ftit.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Naħseb li fil-prinċipju naqblu.", "Naħseb li m'hemm ħadd li ma jaqbilx ma' dak il-kliem fil-prinċipju.", "Il-kwestjoni hija kif inti timxi fil-prattika.", "Il-ħsieb hu li biex ikollok kontabilità, trid tkun informat.", "Jekk inti ma tkunx informat, ma tistax tgħid jekk wieħed ikunx mexa tajjeb jew ħażin.", "Il-kontabilità, mingħajr informazzjoni korretta u f'waqtha, ma tiswiex.", "Dan huwa l-ħsieb li qed nipprova npoġġi quddiem il-pubbliku.", "Li wieħed għandu jara hu li jaċċerta ruħu li l-informazzjoni tkun aċċessibbli, li tkun aċċessibbli f'waqtha, u allura minn hemm tkun tista' tiġġudika l-persuni li qed jaġixxu jew mhux qed jaġixxu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-Ombudsplan huwa dokument pubbliku.", "Dan huwa l-ħsieb tagħha.", "Hemmhekk tiġi l- kwestjoni tal-buzzword.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Din se norbotha ma' xi ħaġa li forsi għidna s-sena li għaddiet, u hawn qed nirreferi għall-importanza tal-edukazzjoni.", "Konna semmejna l-fatt li forsi l-poplu hemm barra hemm bżonn li ngħallmuh aktar fuq din l-għodda li joffri l-Uffiċċju tiegħek; però llum se nestendiha aktar.", "Ma nafx x'inhi l-opinjoni tiegħek fuq din.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fil-verità, jien nista' ngħid biss li ftit xhur ilu għamilna Sezzjoni tar-Riċerka u Komunikazzjoni fl-Uffiċċju, u għamilna programm ta' outreach.", "Għamilna wkoll stand fl-Università fil-Freshers' Week, li kienet suċċess kbir.", "Dan ifisser li qed nagħmlu ċertu outreach, u jien beħsiebni nkomplih għax issa għandna l-għodda biex nagħmluh.", "Min-naħa tagħna, naħseb li huwa importanti ħafna li nwasslu l-messaġġ fejn għandna nwassluh għax, jekk ma jkollokx komunikazzjoni diretta, in-nies ma jutilizzawx is-servizz tal-Ombudsman.", "L-istess għall-Membri Parlamentari.", "Jien nista' ngħid – u mhu se nixxokkja lil ħadd – li f'disa' snin jew f'għaxar snin, kemm ilni Ombudsman, l-uniku Membru Parlamentari li ġie direttament l-uffiċċju tiegħi għan-nom ta' kostitwent tiegħu kien l-Onor.", "Il-bqija, ħadd qatt ma jiġi b'xi lment dirett ta' kostitwent.", "Pereżempju, fl-Ingilterra, biex tmur għand l-Ombudsman parlamentari, trid tgħaddi through your MP, li huwa ħażin għax iċ-ċittadini m'għandhomx id-dritt li jmorru direttament.", "Hawn qegħdin l-oppost.", "Dan l-aspett huwa importanti.", "Biex l-Uffiċċju tiegħi jieħu r-rispett u l-awtorità fil-pajjiż, huwa importanti li l-Membri Parlamentari japprezzaw li huwa utli għax-xogħol tagħhom, u jista' jkun hemm vantaġġ.", "Mhuwiex il-ħsieb tal-Uffiċċju li jgħallem lill-Membri Parlamentari għaliex aħna suppost ninvestigaw l-ilmenti; imma kultant nieħdu l-opportunità tal-own initiative, u nagħmlu own initiatives li fihom aħna nsemmu ċerti ċirkostanzi.", "Fil-fatt, dawn jistgħu jkunu ta' utilità lill-komunità inġenerali.", "Pereżempju, għamilna rapport lill-Prim Ministru fuq is-salajri tal-Membri tal-Parlament.", "F'dak ir-rapport għidna dak li nħossu li għandhom ikunu l-inizjattivi li jistgħu jittieħdu f'dak ir-rigward.", "Għamilna dokument ieħor importanti ħafna fuq talba tal-Onor.", "Louis Grech, id-Deputat Prim Ministru, fuq kif l-Uffiċċju tagħna jista' jiġi żviluppat.", "Dawn huma ideat li aħna jidhrilna li jistgħu jiġu mpoġġija għad-diskussjoni.", "Tista' ma taqbilx magħhom, u tista' minn għaxra taqbel ma' waħda; imma l-isforz sar biex aħna naslu biex ngħidu li dan l-Uffiċċju jista' jiġi żviluppat b'ċertu mod.", "Naħseb li hemm ħafna bżonn li l-potenzjal tiegħu, bħala istituzzjoni, jiġi żviluppat.", "Jien immur konferenzi, u għadni ġej minn Marrakesh, fejn mort għal-laqgħa tal-World Human Rights Forum, u nista' ngħid li aħna għandna standing qawwi ħafna għaliex għandna liġi tajba ħafna, u l-ideat li qed noħorġu bihom huma aċċettabbli.", "Naħseb li fuq dik il-linja rridu nkomplu mexjin.", "Imma, fl-aħħar mill-aħħar, imbagħad huwa importanti li liċ-ċittadin nagħtuh is-servizz, għax il-problema hija jekk aħniex nagħtu s-servizz vera liċ-ċittadin biex ikun jista' jivverifika l-attitudni amministrattiva.", "HELENA DALLI (Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili): Sur President, jien naqbel ħafna ma' dak li qalet l-Onor.", "Fil-fatt, fir-rapport rajna l-kwestjoni ta' edukazzjoni u outreach u, kif taf, Sur President, din semmejtha jien is-sena l-oħra fil-kritika li għamilt dwar l-Ombudsplan.", "Dik kienet waħda mill-affarijiet li enfasizzajt ħafna, dik li n-nies ma jafux wisq dwar din l-istituzzjoni u li jistgħu jirrikorru għaliha f'ċerti sitwazzjonijiet.", "Però, din hija l-ewwel darba li għandi l-opportunità li nerġa' nitkellem fuq din il-materja hawnhekk, u nixtieqha tkun on record, Sur President, għax naħseb li f'dan il-pajjiż hemm bżonn li nimmaturaw.", "Meta ġejt hawnhekk u għamilt kritika kostruttiva, kif inhu x-xogħol tiegħi li nagħmel, mhux ġejt hawnhekk lightly u għidt li ġie f'moħħi, imma ppreparajt u studjajt dak li inti kont qed tipproponi.", "Kif taf int, jien ġejt ikkritikata mill-Oppożizzjoni li qed nattakka lill-Ombudsman.", "Insejna f'dan il-pajjiż meta kien hemm, pereżempju, Dr Fenech Adami li lill-Ombudsman kien qallu li tilef is-sens of fairness tiegħu, u allura nistaqsi: Ċerti politiċi jistgħu jikkritikaw lill-Ombudsman, u politiċi oħra ma jistgħux?", "Jien jagħtini ħafna kuraġġ dak li għidt inti fuq il-kritika tiegħi, u nixtieqha tkun on record hawnhekk.", "Inti kont għidt:", "\"Ix-xogħol tal-Ministru ...\"", "– u kont qed tirreferi għalija –", "\"… mhux biss napprezzah, anzi naħseb li hu korrett u naħseb li din hija l-ewwel darba kemm ilni niġi quddiem dan il-Kumitat li l-affarijiet rajniehom bir-reqqa għax is-soltu konna niġu hawnhekk, ngħidu erba' kelmiet u daqshekk.\"", "Jien napprezza li inti apprezzajt ix-xogħol ta' kritika kostruttiva li għamilt, u nieħu gost nara r-riżultati, kif semmiet l-Onor.", "Jien għidtu s-sena l-oħra li hemm bżonn ta' aktar edukazzjoni u tal-programm ta' outreach li qed titkellem fuqu; però, bħala pajjiż, imbagħad, jiddispjaċini li, hemm barra, l-Oppożizzjoni tieħu l-opportunità u tikkritika b'dak il-mod xi ħaġa li inti qed tapprezzaha.", "Jien naħseb li f'dan il-Kumitat, irrelevanti mill-politika ta' hemm barra, għandna nibqgħu nimxu bis-serjetà, għaliex irridu li din l-istituzzjoni tkun aħjar.", "Irriduha tkun aħjar għan-nies hemm barra li għandhom bżonn li ssir ġustizzja magħhom.", "Nispera li min is-sena l-oħra tkellem fuq imminar lejn dan l-Uffiċċju japprezza.", "Mhux qed ngħid li l-Ombudsman għamel l-affarijiet għax issemmew hawn ġew bi kritika, imma naħseb li xi ħaġa ttieħdet minnha din, u nieħu gost nara dan fir-rapport.", "Jien ma rridx li niġi hawnhekk u naħli l-ħin tiegħek u tiegħi.", "Dan għandu jkun eżerċizzju kritiku bis-serjetà, u allura jien se nagħmel xi punti kostruttivi u konkreti.", "Il-kritika ewlenija li saret is-sena l-oħra kienet li, f'dawn l-aħħar snin, dan l-Uffiċċju ħadem b'nuqqas ta' viżibilità u b'nuqqas ta' outreach.", "Issa, f'dan l-Ombudsplan, għandna li se jsir sforz biex issir din l-outreach.", "Nieħu gost nara wkoll li l-website tal-Uffiċċju tiegħek issa ngħata libsa ġdida u, ovvjament, m'hemmx għalfejn ngħidlek li hija xi ħaġa tajba wkoll.", "Qed naraw ukoll li l-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jikkonċerna ruħu fuq ċerti aspetti tal-amministrazzjoni pubblika li m'hemmx għalfejn noqgħod nirrepetihom għax semmejthom inti diġà.", "Rigward il-website, li rrid ngħid hu li mhux kulħadd għandu l-aċċess għall-internet.", "Ħafna nies għandhom; però, naħseb li l-aktar nies li inti trid tilħaq – kif qalet l-Onor.", "Buttigieg – jista' ikun li huma dawk in-nies li m'għandhomx aċċess.", "Dan ifisser li aħna ma nistgħux nistrieħu fuq il-website u naħsbu li kulħadd għandu dan l-aċċess.", "Anzi, jien ngħid li l-aktar li huma vulnerabbli u, jista' jkun, li l-aktar li għandhom bżonn u li jiġu għandek huma dawk li m'għandhomx dan l-aċċess.", "Ħafna drabi min għandu bżonn lilek mhuwiex xi impjegat taċ-Ċivil li għandu xi ilment minħabba xi promotion, eċċ., għax dak ikun jaf minn fejn għandu jgħaddi, imma dawk li jkollhom xi problemi bl-amministrazzjoni pubblika f'dawk il-bread-and-butter issues, ngħidilhom jien, taċ-ċittadini komuni inġenerali.", "Qegħdin ngħidu li dan il-programm ta' outreach se jibda s-sena d-dieħla.", "Fil-fatt, hemm line item fuqu u, kif diġà għidna, dan huwa bżonjuż ħafna.", "Però, jien se nerġa' nikkummenta fuq l-ammont baxx ta' ilmenti, u probabbilment iż-żewġ affarijiet huma marbutin ma' xulxin.", "Fl-Ombudsplan ta' din is-sena naraw li, fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, waslu 242 ilment.", "Dak ifisser li huma 17-il ilment ...", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Mill-istatistika rriżulta li fl-2013 kien hemm 432 inquiry, mhux ilmenti.", "Sal-lum, jiġifieri f'dawn l-aħħar disa' xhur, jekk inqabblu nine months ma' nine months, insibu li hemm 553.", "Ilmenti proprji li aħna investigajna nsibu li fl-2013 kien hemm 470 u llum qegħdin 492.", "Dawn il-figuri qegħdin fi żmien meta għandna dawn il-kummissjonijiet interni ta' Grievances Unit, li fil-verità qed jieħdu ċertu ammont ta' xogħol.", "HELENA DALLI: Ħalli ngħidlek.", "Id-differenza hija ta' 17-il ilment.", "Tinsiex li s-sena l-oħra għidna li kienet sena fjakka, għax konna qed nitkellmu fuq is-sena ta' qabel li kienet is-sena tal-elezzjoni.", "Issa qed tgħidli – donni antiċipajtek – li hemm il-Customer Care u l-Internal Complaint boards, imma xorta nara li kull darba qegħdin ngħidu xi ħaġa.", "Daqqa għax hemm l-elezzjoni, daqqa għax hemm il-Customer Care, u daqqa għax hemm l-Internal Complaint boards.", "Naħseb li tammettu li hemm bżonn li jkun hemm aktar viżibilità ħalli n-nies ikunu jafu iżjed x'inhu l-Uffiċċju tiegħek, u b'hekk jiġu iżjed.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-figuri tal-ilmenti.", "L-esperjenza u l-istatistika turina li normalment madwar 30% ta' dawn l-ilmenti li jintbagħtulek ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tiegħek, jew inkella jaqgħu barra mill-perijodu tas-sitt xhur li tagħti l-liġi.", "Terġa' dawn trid tnaqqas minnhom dawk li ma jkunux eliġibbli.", "Fil-fatt, jekk nitkellmu fuq 242 ilment u tneħħi t-30%, b'kollox ikollok madwar 170 ilment li huma eliġibbli li tkun trid tittrattahom.", "Allura hawnhekk inkomplu naraw in-numru jkompli jiċkien.", "Sur President, hawn nixtieq nagħti eżempju biex inkompli nillustra dan il-punt ta' x'nistgħu nagħmlu iżjed fuq din il-viżibilità, fuq din l-edukazzjoni, fuq din l-outreach.", "Se nsemmi xi jsir fl-MCCAA, entità oħra li kumbinazzjoni taqa' taħt id-dekasteru tiegħi.", "L-MCCAA għandha Complaints & Conciliation Directorate, u f'sena indirizzaw 11,661 query f'Malta u f'Għawdex.", "Fil-fatt, fir-rapport annwali tal-Awtorità jingħad li:", "Jiġifieri, dawk trid iżżidhom magħhom.", "Ir-rapport jgħid ukoll li:", "Fil-fatt, ta' min jgħid li dawn għandhom il-mediation ukoll.", "Dawn minbarra l-11,661 u l-1,096.", "Jien mort nara u għidt: Imma kif ikun hemm dan l-ammont ta' ilmenti?", "Però mbagħad tara li l-Education & Research Directorate ipparteċipa, Sur Ombudsman, fi 72 programm tar-radju u f'149 programm tat-televiżjoni biex jiddisseminaw l-informazzjoni, u biex joħolqu awareness fuq id-drittijiet u l-obbligi fil-każ tal-konsumatur.", "Kien hemm ukoll 121 feature relatati mal-konsumatur fil-gazzetta u fil-printed media.", "Pereżempju, dawn iħossu wkoll li, kif ikun hemm xi programm fuq it-televiżjoni, jirċievu aktar ilmenti.", "Jien nixtieq li f'din l-outreach tinkludu iżjed il-viżibilità.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti għaliex, kif għidt, jista' jkun li n-nies li ma jintlaħqux permezz tal-website huma l-aktar nies li għandhom bżonn.", "Kif diġà għidt, min għandu l-aċċess għall-website ħafna drabi jkun jaf fejn għandu jmur biex isolvi l-problema.", "Huma dawk in-nies li għandhom xi problema bl-amministrazzjoni pubblika and nothing else, li ma jafux fejn imorru u ma jafux lil min jistaqsu.", "Forsi hawnhekk nibda nifhem għalfejn bis-sistema Ingliża jgħaddu through l-MPs.", "Żgur li jitressqu aktar ilmenti għandna l-Membri Parlamentari milli jiġu għandek.", "Jiġifieri, jagħmel sens ħafna dak li qed tgħid inti, li aħna wkoll għandna rressqu l-ilmenti għandek, u waqt li qed nitkellem qed nirrealizza li jista' jkun li dak kien l-iskop tal-Ingliżi wkoll ...", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Qed jirrealizzaw li s-sistema tagħhom mhijiex ħażina, imma għandhom bżonn din, u fil-fatt għandhom moviment qawwi biex idaħħluha din.", "HELENA DALLI: Jien sempliċement qed nikkummenta; jiġifieri m'għamiltx xi studju fuq is-sistema.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Tal-Parlament hija b'liġi fl-Ingilterra.", "HELENA DALLI: Jien assolutament mhux qed ngħid li għandu jsir hekk; però, qed nifhem il-kumment tiegħek li jagħmel sens, għax aħna żgur ikollna aktar minn 242 ilment.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Wieħed irid joqgħod daqsxejn attent għall-paraguni tal-figuri, għax naturalment trid tipparaguna like with like.", "Kont naf li se tgħidli hekk.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fil-każ tal-konsumatur, għandek popolazzjoni sħiħa għax kulħadd jixtri xi ħaġa differenti: però, nifhem li għandek raġun.", "HELENA DALLI: Però, ħafna drabi dawk il-każijiet ġieli jkunu kkomplikati u ma jinqatgħux mil-lum għal għada.", "Jien għan-numru ta' ilmenti qed ngħid.", "HELENA DALLI: Jien li ridt noħroġ minn dan l-eżerċizzju żgħir kien li, meta tagħmel aktar viżibilità, meta tagħmel aktar edukazzjoni, in-nies isiru aktar aware mid-drittijiet tagħhom, u jsiru aktar assertivi wkoll għaliex, ladarba tkun taf x'inhuma d-drittijiet tiegħek u fejn għandek tmur, se tmur b'wiċċek minn quddiem u mhux tkun indeċiż.", "Aktar ma nagħtu informazzjoni aktar we are going to empower the citizen li juża l-uffiċċju tagħkom.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nagħmel kumment dwarha ġejja minn persuna li ltqajt magħha li wżat is-servizzi tagħkom.", "Jien l-aħjar definizzjoni li sibt dwar l-istituzzjoni tal-Ombudsman hija dik li qegħdin nagħtu soft justice; però, jista' jkun li qegħdin nimxu 'l bogħod minn dan il-konċett minħabba ż-żmien twil li qed jieħdu ċerti każijiet, u l-mod kif ikun miktub ir-rapport.", "Suppost hawnhekk rapport jinkiteb inqas formali minn kif tinkiteb sentenza tal-Qorti.", "Jien kelli każ ta' raġel – dak il-ħin tbissimt – li qalli: Għalkemm ma ħallast xejn biex mort għand l-Ombudsman, kelli mmur għand avukat u nħallsu €30 biex jaqrali r-rapport għax ma fhimtux.", "Qed insemmi dan għax aħna qegħdin hawnhekk – kif għidt tajjeb inti, u kif qed ngħidu lkoll – biex naraw kif naqdu aħjar liċ-ċittadini.", "Inkun qed nonqos ukoll lil dik il-persuna li ġiet tkellimni.", "Jien mhux qed ngħid li dejjem jiġri hekk, imma jien ħarist lejn xi rapporti u nista' ngħid li dawn jistgħu jkunu miktubin b'mod aktar sempliċi, għaliex in-nies qishom qegħdin imorru l-Qorti xorta.", "Nafu wkoll li ħafna nies ma jkunux jaffordjaw, u jmorru għand l-Ombudsman għax jafu li hemmhekk ma tridx tħallas, jiġifieri we don't want to defeat the purpose billi mbagħad ikollhom iħallsu lill-avukat.", "Issa, nixtieq ngħid xi ħaġa rigward it-tul ta' żmien medju biex tintemm investigazzjoni.", "Inti fiċ-Charter tiegħek tgħid li investigazzjoni ddum bejn 50 u 60 ġurnata.", "Fl-2008, kellna medja ta' 138 ġurnata; fl-2009, kellna medja ta' 153 ġurnata; fl-2010, kellna medja ta' 149 ġurnata; u fl-2011, medja ta' 117-il ġurnata – jiġifieri, dawn kważi huma d-doppju ta' dak li qed tistabbilixxi inti, rightly so, fiċ-Charter tiegħek.", "Jien naħseb li dan il-performance indicator huwa importanti ħafna.", "Hemm ħafna tabelli; però, il-performance indicator għadu mhux qed jidher, u naħseb li dan huwa tagħrif importanti li għandna ningħataw.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Dan il-performance indicator huwa importanti ħafna.", "Fil-fatt, huwa wieħed mill-affarijiet li huwa prospettat li nagħmlu s-sena d-dieħla.", "Nerġa' ngħid, il-figuri u l-istatistika kultant iqarrqu.", "Jien l-esperjenza tiegħi f'dan l-Uffiċċju kienet li għandek persentaġġ mill-każijiet li mhux biss saru diffiċli, imma huma każijiet fejn trid tikkonvinċi 'il-amministrazzjoni – hi liema hi – fuq ir-raġuni li inti taħseb li għandu ċ-ċittadin, u ma nistax nagħmel hekk sempliċement billi lil dak li jkun tgħidlu li għandu raġun jew li m'għandux raġun, u l-problema taqtgħalha rasha.", "Ħafna mill-każijiet li huma indikati hemmhekk jiġu solvuti mill-Liaison Officers tad-dipartimenti.", "Dawn jiftehmu bejniethom billi ssir medjazzjoni, u l-każijiet jiġu solvuti fi żmien ftit ġranet jekk ikun hemm disponibilità li jiftehmu.", "HELENA DALLI: Il-medja ta' bejn 50 u 60 ġurnata stabbilixxejtha int. Issa jien qed nistaqsi: Għalfejn mhux qed jidher dan il-performance indicator?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Kemm ili hemmhekk jien – u naħseb anke qabel – qatt ma kien hemm dan ir-reġistru.", "HELENA DALLI: Kollox sew, imma inti għidt li trid tagħmel l-affarijiet aħjar.", "Però, meta nagħmlu, jrid ikun hemm spjegazzjoni, għax nibża' li l-istatistika tixħet kollox żmerċ jekk ma tkunx spjegata.", "Nerġa' ngħid, illum out of 100 cases għandek between 20 to 25 cases li huma impenjattivi ħafna, fis-sens li trid iġġib id-dipartimenti flimkien.", "Jekk tara ċerti rapporti tagħna llum – anke fejn m'hemmx rapport – issib li dak li jimpurtana hu li nġibu l-awtoritajiet flimkien mal-Pulizija u mal-kunsilli lokali, u niltaqgħu biex naraw problema kif se nsolvuha.", "HELENA DALLI: Jien qed ngħid li għandu jkollna l-fatti biex min bis-serjetà jrid jagħmel analiżi tax-xogħol ikun jista': imma, jekk m'għandniex l-għodda, ma nistgħux nagħmluha.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Naqbel kompletament li hemm dan in-nuqqas, u dik għandha ssir.", "Jien semmejt iċ-Charter u semmejt il-website li tejjibtuha, eċċ. Però, x'inhi r-raġuni li ċ-Charter m'għadux fuq il-website?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Iċ-Charter suppost hemmhekk għadu.", "HELENA DALLI: Imma m'għadux.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Ma mmerikx, imma suppost għadha hemmhekk, u minn dejjem kienet hemmhekk.", "HELENA DALLI: Huwa importanti li tkun hemmhekk.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fil-każ, indaħħluha llejla stess, għax din mhijiex xi ħaġa li ...", "HELENA DALLI: L-aħħar darba tkellimna wkoll fuq in-National Human Rights Institution, li inti għamilt ħafna xogħol fuqha u mort mingħand ministru għall-ieħor fl-amministrazzjoni preċedenti, imma ma wasalna mkien.", "Ovvjament, dan mhux tort tiegħek; però issa l-Ministeru tiegħi – kif tafu u kif tkellimt id-darba l-oħra – din ħadha f'idejh, u għamilna proċess ta' konsultazzjoni qabel ma ppreparajna White Paper.", "Fil-fatt, fil-ġranet li ġejjin se tkun qed toħroġ White Paper fuq il-Commission għall-Human Rights.", "Din se tkun ibbażata fuq il-Paris Principles, kif dejjem għidt inti wkoll.", "Bażikament, jien dejjem nipprova nkun pożittiva.", "Kif taf inti u kif għidt inti – u għalhekk jien ikkwotajtek – il-kritika li ssir b'mod serju u analitiku sservi ta' ġid.", "Fil-fatt, nieħu gost nara li hemm xi affarijiet li semmejt id-darba l-oħra li qegħdin taħdmu fuqhom, u issa nispera li, meta niġu sena oħra, nkunu rajna riżultat ukoll ta' dan l-outreach, ta' din l-edukazzjoni li tkun qed issir ħalli jkun hemm aktar viżibilità tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Wara kollox, aħna qegħdin hawnhekk biex intejbu l-ħajja tan-nies.", "Jekk uħud lanqas biss kienu jafu li jeżisti dan is-servizz u issa se jużawh, naturalment il-ħajja tagħhom se tkun aħjar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lilek, Sur President, lill-Ombudsman u lill-Kummissarji għar-rapport li tawna.", "Jien ir-rapport qrajtu kollu u għandi numru ta' mistoqsijiet li nixtieq nagħmillek f'din l-opportunità ta' darba fis-sena, fejn ikollna dan l-iskambju amikevoli bejn din il-Kamra u l-Uffiċċju tiegħek.", "Nixtieq nibda b'referenza għal nuqqas ta' qbil dwar l-Armata.", "Inti f'paġna 9 ta' dan ir-rapport kont ċar ħafna, u nikkwota:", "\"Dan id-diżgwid kien imissu qatt ma nqala', u ċertament mhux bil-mod illi nqala'.\"", "Imbagħad, aktar 'l isfel tgħid hekk:", "\"Iżda, sakemm ir-regolamenti u l-liġijiet ma jinbidlux, l-Armata hi obbligata li tosservahom.\"", "Aktar 'l isfel, f'paġna 10 tar-rapport, tgħid hekk:", "\"Dan mhux biss bħala att ta' kortesija ...\"", "Hawnhekk qed tagħmel referenza għall-fatt li milli jidher – jien issa sirt nafha – il-Gvern qatt ma kkonsulta mal-Uffiċċju tiegħek dwar dan id-diżġwid.", "Tkompli tgħid:", "\"… imma wkoll għax il-prinċipji ta' amministrazzjoni pubblika tajba hekk jirrikjedu.", "L-uniku mod kif is-sitwazzjoni sfortunata li nħolqot setgħet tiġi riżolta kien jew billi jkun hemm diskussjonijiet mal-awtoritajiet ...\",", "– li allura qed nifhem qatt ma kien hemm –", "\"… jew, jekk dawn ifallu, billi tintalab deċiżjoni mill-qrati dwar jekk l-Ombudsman kellux jew le ġurisdizzjoni taħt il-liġijiet viġenti biex jinvestiga dawn l-ilmenti.\"", "Issa, jien nixtieq nitlob ftit update.", "Forsi, mhux se naqblu mal-kelma, imma kien hemm deadline li fil-protest ġudizzjarju ingħata fejn l-Omdusman talab lill-Gvern sabiex wieħed ikollu aċċess għall-files tal-Armata.", "Jien informat li dan l-ultimatum skada l-weekend li għadda.", "Issa, jien nixtieq nistaqsi: Il-Gvern wieġeb għal din it-talba tiegħek s'issa?", "Jekk iva, int sodisfatt b'din it-tweġiba?", "Issa għaddiet sena u xahar minn mindu saru dawn l-ilmenti mill-uffiċjali tal-Armata.", "X'inhu l-pass li jmiss?", "L-Ombudsman se jkun qed jieħu l-proċeduri fil-Qorti tagħna jekk dan id-diżgwid – ovvjament dan jiddependi mir-risposti li se tagħtina għall-mistoqsijiet l-oħrajn – jibqa' mhux indirizzat?", "Irrid ngħid li, għal min għamel din it-talba għall-inġustizzja, issa għaddew sena u ftit xhur.", "Illum li qed ngħixu f'demokrazija Ewropea moderna, ma naħsibx li għandna nippermettu – anke jekk ikun hemm diżgwid bejn l-istituzzjonijiet f'pajjiżna – li l-inġustizzja tittawwal, u allura jkun hemm aktar inġurja minn min effettivament iħoss li jkun ġie ttrattat b'mod ħażin.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-kelma \"ultimatum\" mhijiex korretta, kif għidt tejjeb inti.", "Lill-Ministru nformajtu dwar x'inhu t-time frame tiegħi biex dawn l-ilmenti mmexxihom 'il quddiem.", "Id-data hija intiża għal hemm.", "Però, sa dik id-data – jumejn ilu – jien irċevejt risposta mingħand il-Ministru li nikkonsidraha bħala pożittiva taħt ċertu aspett, u mhix sodisfaċenti taħt aspett ieħor.", "Hija pożittiva fis-sens li kitibha avukat għall-avukati u tagħtini indikazzjoni – almenu hekk fhimt jien lill-Ministru, u naħseb 'il-Gvern ukoll – li l-Ministru qed jaqbel li dawn l-uffiċjali tal-Armata għandu jkollhom id-dritt li jiġu quddiem l-Ombudsman.", "Però, trid tiġi emendata jew iċċarata l-liġi.", "Qed jgħid li l-liġi mhijiex ċara; imma jien sodisfatt li hija ċara.", "Dak huwa l-lat pożittiv għax jifhem li, jekk isiru l-emendi, il-kwestjoni tiġi ċċarata.", "Il-problema li għandi hija fuq il-passat u fuq l-ilmenti li għandi quddiemi.", "F'ittra li bgħatt lill-Ministru tlabtu assigurazzjoni – jew almenu biex jaċċertani – li l-ilmenti li għandi quddiemi nista' nkompli miexi bihom, jew almenu nimxi bihom wara li ssir l-emenda.", "F'din l-ittra m'hemmx din l-assigurazzjoni.", "Jien illum qiegħed f'pożizzjoni li għandi naġixxi, nifhem jien, biex is-sitwazzjoni ta' dawn l-ilmenti tiġi ċċarata.", "Fl-idea tiegħi, tista' tiġi ċċarata biss jekk il-Qorti tgħid: Din l-interpretazzjoni hija ġusta jew mhux ġusta u m'hemm ebda kwestjoni ta' kontestazzjoni.", "Din hija kwestjoni ta' interpretazzjoni ta' liġi li tqum kullimkien, u għandek id-dritt titlob li tiġi ċċarata, jiġifieri ħadd m'għandu jagħmel casus belli minnha.", "Dan hu l-uniku mod kif tiġi ċċarata.", "Dawn l-uffiċjali, tajjeb jew ħażin, għandhom ilment li għadna ma nafux x'inhu, ma bdejniex narawh, u għandhom id-dritt li jinstemgħu.", "Ma nistax ngħid li f'Jannar jew fi Frar se jkolli risposta, u dawn se nkomplihom.", "M'għandix dik l-assigurazzjoni.", "Din tlabtha espressament biex ikolli moħħi mistrieħ li dawn inkun nista' narahom.", "Jien mhux qed nidħol fil-mertu, imma għall-inqas bdejna.", "Għaliex għidt li imissu qatt ma nqala' dan il-każ?", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet wieħed seta' jiddiskutihom qabel ma qamet il-kwestjoni.", "Imma insomma, il-pożizzjoni hi dik li hi u ma naħsibx li hemm affarijiet li wieħed ma jsibx soluzzjoni għalihom.", "MR SPEAKER: Fil-fatt, fuq dan il-punt int għamilt osservazzjoni hawnhekk fejn għidt li għandu jkun hemm mekkaniżmu li jippermetti li tidħol fiha.", "X'kellek f'moħħok?", "Ma naħsibx li kellek il-Qorti, hux hekk?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Jien bħala proposta kont qed nifhem li, meta jinqalgħu kwestjonijiet bħal dawn – anke f'postijiet oħrajn – fejn jien, bħala Ombudsman, ma nkunx qed naqbel mal-Eżekuttiv fuq ċerti affarijiet, ikun hemm il-mekkaniżmu kif f'dan il-Kumitat hawn fejn wieħed jista' jistħarreġ.", "Hawn din l-issue – kif nistgħu ninterpretawha?", "Hemm bżonn immorru l-Qorti biex tiddeċiedi?", "Nistgħu naqblu bejnietna kif għandha tkun?", "MR SPEAKER: Staqsejtha għax għidtha int stess, li għandu jkun hemm mekkaniżmu biex jiġi evitat li tmur il-Qorti.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Mr Speaker, jien għamilt karriera fil-Qorti, jiġifieri ma nixtieqx nerġa' mmur il-Qorti, jekk jista' jkun.", "DAVID AGIUS: L-ittra li ntbagħtitlek se tkun ippubblikata?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Aħna nippubblikaw biss dak li jidhrilna ikun fl-interess tal-complainant li nippubblikaw.", "DAVID AGIUS: Imma lilna, bħala Membri ta' dan il-Kumitat, għandek tagħmlilna kopja?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: F'dan l-istadju naħseb li le.", "Int taf li aħna attenti ħafna, għax aħna suppost nagħmlu l-investigazzjoni tagħna fil-privat, mingħajr pubbliċità fl-investigazzjoni, u naħseb li din hija xi ħaġa li għandna nirriżervawha.", "Kien hemm okkażjonijiet oħrajn fejn ippubblikajna – jiġifieri, mhux qed neskludi – imma jiġi ppubblikat fil-mument ġust.", "Jekk jien nipproċedi, imbagħad ikolli nippubblika.", "DAVID AGIUS: Jekk issa m'għandek l-ebda assigurazzjoni, kif se tmexxi minn issa 'l quddiem fuq dan il-każ?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Issa mmur l-uffiċċju, noqgħod naħsibha ftit u niddeċiedi!", "Ma naħsibx li huwa każ li jien ngħid, at this stage; però, diġà tajt indikazzjoni li jien għandi obbligu li nipproteġi liċ-ċittadin li għamel ilment quddiemi, u hemm ċertu time frame li ma nistax naqbżu.", "Naqbel mal-Onor.", "Callus li dak it-time frame għadda.", "Issa wasal il-mument … (Interruzzjonijiet) Għidli inti jekk nistax inkompli jew le.", "Il-kumplament kollu naqbel miegħu.", "Jekk l-affarijiet jibqgħu kif indikati fl-ittra, l-Ombudsman ikollu dritt li jara dawn l-ilmenti ta' dawn in-nies, allura m'hemmx problema.", "(Interruzzjonijiet) L-ittra tispeċifika li nkunu nistgħu narawhom wara li jkun hemm tibdil fil-liġi, jiġifieri ma tassiguraniex li din tapplika retroattivament, jew inkella minn issa 'l quddiem.", "Kieku kelli l-emenda quddiemi, kont nista' nirranġa mod ieħor.", "Issa ħalli niġu għall-kwestjoni ta' kif nistgħu nirranġaw l-affarijiet.", "Li kieku l-emenda li suppost tiġi proposta tiġi mgħoddija lili u jgħiduli: \"Isma', beħsiebna nagħmlu hekk.", "Aħna dejjem sottomessi għall-Parlament, m'għandniex awtorità fuq il-Parlament, u jekk il-Parlament jgħidli li se jipproponi dan l-Abbozz ta' Liġi li m'hemm l-ebda ħsara fih, jien ngħid: \"Iva, dan l-Abbozz ta' Liġi naqbel miegħu\", u nieqaf hemm.", "MR SPEAKER: Għalhekk semmejtu jien.", "Il-mekkaniżmu li semmejt inti huwa li l-kumitat parlamentari jista' jgħidlek xi tkun il-pożizzjoni.", "RYAN CALLUS: Kien hemm parti minn dik l-ittra li bagħatlek il-Ministru li qbilt magħha.", "(Interruzzjonijet)", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: L-ittra mhijiex kwestjoni ta' qbil.", "Din kienet miktuba mill-avukati għall-avukati.", "RYAN CALLUS: Mhux għalija, mela, żgur!", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Minnha stajt nieħu l-impressjoni – u naħseb li hija korretta – li l-intenzjoni tal-Ministru u tal-Gvern hija dik li għandek id-dritt għal smigħ, però wara li tiġi ċċarata l-liġi.", "S'hemmhekk, jien kuntent fis-sens li ppropona li niltaqgħu f'Jannar, imma jien irrid inkun naf x'se nagħmel bil-każi li għandi quddiemi wkoll.", "RYAN CALLUS: F'paġna 13 tar-rapport tiegħek, hemm miktub hekk:", "\"Jidher li qed isiru spiss ilmenti fejn qed tidħol il-prattika li tiġi rifjutata informazzjoni leġittimament mitluba, jew li ma tingħatax f'waqtha għal raġunijiet li ma jissodisfawx, anke jekk dan isir bl-applikazzjoni wiesgħa tal-liġijiet eżistenti.\"", "Din tinkwetani għaliex anke jien personali nħossha kemm ili membru parlamentari.", "Għalkemm għandna l-Freedom of Information Act u dawn l-affarijiet kollha, kemm-il darba qed insibu ħajt meta nitolbu għal informazzjoni li naħseb li tkun leġittima u li jidhrilna li għandna tkun pubblika.", "Qed nifhem sew li qed tosserva li qisu qed ikun hemm aktar closing off fl-għoti ta' informazzjoni?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: L-Ombudsman, bħal kull wieħed minna, jgħix fil-pajjiż.", "Wieħed jieħu l-feel tal-pajjiż u x'ikun qed jingħad u xi jkunu d-diffikultajiet li wieħed ikun qed jiltaqa' magħhom.", "Jien mhux qed nagħti ġudizzju jew ngħid li fuq din il-ħaġa għandha tingħata informazzjoni u fuq din il-ħaġa m'għandhiex tingħata informazzjoni.", "Lanqas qed ngħid li hija xi ħaġa limitata taħt din l-amministrazzjoni.", "Qed ngħid li the general impression hija li l-informazzjoni mhijiex readily available, anke meta wieħed jistenna li tkun available.", "Issa tistaqsinix jekk hux hekk hu f'dan il-każ.", "Mhux se ngħidlek!", "Dik hija opinjoni tiegħi, u forsi inti ma taqbilx magħha.", "Imma, huwa fatt li hemm din iċ-ċerta apprensjoni, u jien din irreġistrajtha.", "Issa mbagħad it's up to the politician li jara kif jindirizzaha jekk jaqbel miegħi.", "Jien ma mmurx lil hinn minn hemm.", "Aħna attenti ħafna li ma nindaħlux fi storja li mhix tagħna.", "Nerġa' ngħid, jien inqis l-Ombudsman bħala l-kuxjenza tal-pajjiż fuq l-amminstrazzjoni ġusta u tajba.", "Dan jista' jgħid: Din mhijiex qed iddoqqli.", "Imbagħad ħaddieħor irid jara.", "RYAN CALLUS: L-aħħar tliet mistoqsijiet.", "F'paġna 17 tar-rapport, hemm is-sottotitolu: 'Segretarji Permanenti u s-CEOs'.", "Fl-aħħar parti tat-tieni paragrafu, jingħad hekk:", "\"Sfortunatament, mhux is-Segretarji Permanenti u s-CEOs kollha għandhom l-istess dispożizzjoni proattiva fil-konfront tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.\"", "Nifhem sew li hemm Segretarji Permanenti jew CEOs, li huma nies ta' position of trust, kif għamilt referenza għaliha qabel bħala definizzjoni, li meta inti titlobhom informazzjoni ma tingħatalekx?", "Fil-każ, inti x'tagħmel?", "Tieqaf hemmhekk?", "X'inhuma r-rimedji tiegħek?", "X'salvagwardji tuża biex min effettivament irreġistra miegħek forma ta' inġustizzja, inti tkun tista' tibqa' miexi bil-ħidma tiegħek?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-poteri li għandi jien biex inġiegħel li xi ħadd jagħtini informazzjoni huma kbar, huma daqs ta' qorti!", "Jien prattikament nista' nuża l-Qorti biex inġib l-informazzjoni.", "Il-problema hi li trid taġixxi fi sfond ta' amministrazzjoni.", "Inti trid tipprova ġġib l-aħjar riżultat bl-inqas komplikazzjonijiet.", "Issa forsi tgħidli: Kien hemm okkażjonijiet fejn inti tagħmel taħrika bil-Qorti biex jagħtuk l-informazzjoni?", "Kien hemm ukoll fejn wasalna sat-tarf u ma qbiżniex il-foss.", "Bħala regola dejjem nispiċċaw inġibuha l-informazzjoni.", "Imma jien hemmhekk m'iniex qed nirreferi għal xi darba li l-informazzjoni ma tiġi qatt, imma qed nirreferi għad-disponibilità tal-persuna biex tikkoopera fl-investigazzjoni.", "Pereżempju, għandna każijiet tal-Grievances Unit.", "Tlabna li jagħtuna r-rapporti – fil-każ tagħna tal-Perit Pace, wieħed minnhom – risposta ma ġietx, anzi ġiet negattiva, u allura ngħidlu: Ejja quddiemi ħa tgħidli.", "Jien għandi dritt inħarrku u, jekk ma jiġix, imbagħad inħarrku.", "Dawn il-miżuri, minħabba l-esperjenza tiegħi, jew xi ħaġa tiegħi, ma tantx nużahom u nipprova nevita li nużahom.", "Ma naħsibx li huma productive, anzi jkunu counter-productive.", "RYAN CALLUS: Però, b'referenza għal din is-sentenza, inti ġieli kellek bżonn teżerċita dan il-poter tiegħek fil-konfront ta' Segretarji Permanenti jew CEOs f'din l-aħħar sena, pereżempju?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Iva, tant kelli li anke bħala Armata … Ħalli nagħmlu hekk.", "Pereżempju, f'każ tal-Armata stess, wasalt sat-tarf, fil-kwestjoni ta' ġurisdizzjoni tal-punt ta' liġi.", "Imma, waħda mill-affarijiet li ppreċipitat l-affari kienet għax jien tlabt informazzjoni lis-Segretarju Permanenti, u dan ma tahilix!", "Issa, f'dan il-każ kellu ġustifikazzjoni ministerjali.", "Imma, in-next step għalija x'kienet?", "Jekk kont se nieħu passi oħra, dawn x'kienu?", "Sinjura Qorti, ordnalu jġib il-karti u d-dokumenti.", "Il-poter użajnieh!", "Fejn ikun hemm bżonn, nużawh!", "MR SPEAKER: Ħadd mhu se jżommok milli tagħmel dan.", "Il-liġi tagħtik il-poter.", "MR SPEAKER: Dik l-evidenza trid tgħaddiha.", "Jekk xi ħadd jirrifjutaha, il-Qorti tgħidlek biex tgħaddihielu.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Nixtieq nirreferi għal paġna 23 tar-rapport tiegħek f'dak li għandu x'jaqsam ma' bordijiet interni.", "B'referenza għal dak li qalet l-Onor.", "Helena Dalli, fit-tielet sentenza, inti tgħid li meta twaqqfu dawn il-bordijiet interni, bħal tal-Armata, l-Airmalta u l-Enemalta, dawn kellhom effett u impatt fuq numru ta' każijiet li daħlulek.", "\"… kellu almenu inizjalment effett fuq in-numru ta' ilmenti li jirċievi dan l-Uffiċċju.\"", "Din xi ftit wieħed jifhimha għaliex, anke meta konna hawn sena ilu, konna għidna li rridu noqogħdu attenti li ma nimminawx istituzzjoni li tgawdi żewġ terzi tal-Kamra.", "Allura, issa, effettivament, joħroġ ċar li huwa minnu li dawn il-bordijiet interni naqqsu l-bżonn tal-pubbliku li jirrikorru għand l-Ombudsman.", "Inti titkellem ukoll dwar xi ħaġa li xxokkjatni ħafna.", "Fit-tielet paragrafu insibu hekk:", "\"Bħala stat ta' fatt, l-Uffiċċju beda jirċievi ilmenti dwar deċiżjonijiet meħuda minn bordijiet interni għall-konsiderazzjoni ta' talbiet dwar inġustizzji, kemm minn min għamel ilment li ġie miċħud ...\"", "Allura, dan il-bord ċaħad l-ilment tiegħu.", "\"… u kif ukoll minn min ġie milqut ħażin mid-deċiżjoni meħuda mill-istess bordijiet.\"", "Qed nifhem sew li inti kellek ilmenti mill-pubbliku inġenerali li ħassewhom inġurjati minn deċiżjoni ta' dawn l-istess bordijiet li suppost għamlu l-ġustizzja u huma bordijiet interni li twaqqfu biex, skont il-Gvern, issir ġustizzja ma' min sofra inġustizzja?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu f'ħaġa bħal din hija li niġġeneralizzaw.", "Ma tistax tiġġeneralizza.", "Ma tistax toħroġ statements ġeneriċi.", "Li qed jiġri f'dawn il-każijiet huwa dan.", "Aħna dejjem żammejna l-prinċipju li dawn il-bordijiet fihom infushom mhumiex ħżiena, imma jistgħu jkunu tajbin.", "Aħna ma nidħlux fl-operat ta' dawn il-bordijiet.", "Jekk xi ħadd iħoss li ġie ttrattat inġustament jew irċieva deċiżjoni ħażina minn bord, aħna ma nidħlux fiha.", "Dik hija kwestjoni interna, internal mechanism ta' ilment, u ma nidħlux fiha.", "Jekk, pereżempju, xi ħadd jgħid li ma ġiex mogħti smigħ xieraq minn dan il-bord, ma ġewx osservati due process, allura aħna nidħlu fiha.", "Aħna jidhrilna li l-proċess amministrattiv, indipendentement mid-deċiżjoni, jaqa' taħt il-kompetenza ġudizzjarja tagħna.", "Dan mhux tribunal, imma bord li jilqa' internal complaints.", "Jista' jiġri wkoll – u ġara f'xi każ jew tnejn – li d-deċiżjoni tal-bord ta' dixxiplina tkun b'mod li ħaddieħor iħossu aggravat biha, imma l-bord ma jkunx iddeċieda kontra xi ħadd.", "Pereżempju l-bord jiddeċiedi li jkun ħaqqek promotion, biex nivvinta, u b'hekk inti tkun qbiżt lil xi ħaddieħor.", "Hemmhekk jien nista' nidħol għax inkun qed nara xi ħaġa li tkun ġrat issa.", "Altrimenti dawn il-bordijiet aħna ma nidħlux fihom.", "Għalhekk kont għidt li dawn il-bordijiet għandhom it-tajjeb tagħhom, imma għandhom ukoll ir-riskji tagħhom.", "M'għandi xejn kontra li wieħed jagħmel bord biex jiġġustifika dak li jkun qed jagħmel hu stess.", "M'għandix dubju li wieħed ikun ikkontrollat minn bord intern għal deċiżjonijiet tiegħu stess, imma li tmur 'il bogħod iktar biex tara ta' ħaddieħor, imbagħad jinqalgħu ċerti komplikazzjonijiet.", "M'hemmx x'tagħmel!", "RYAN CALLUS: Bil-permess tiegħek, Mr Ombudsman, se nagħmel mistoqsija lill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar.", "Nhar il-Ġimgħa, jien tajtek talba biex tinvestiga każ ta' allegat ksur tal-liġi dwar l-ambjent u l-ippjanar.", "Xtaqt nieħu din l-opportunità biex nistaqsik biss jekk għandekx l-intenzjoni li tinvestiga dan il-każ, li dwaru llum erġajt issottomettejtlek ittra oħra, b'addendum għall-ittra tiegħi tal-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: Dan m'għandux x'jaqsam mal-Ombudsplan, imma jekk irid iwieġbek, jista'.", "Il-PERIT DAVID PACE (Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar): Nirringrazzjak.", "Iva, irċevejt żewġ ittri u bgħatt l-acknowledgement tagħhom.", "Bla ma nidħol fil-mertu, meta nirċievu ilment biex niftħu investigazzjoni, l-ewwel irridu naraw jekk il-mod kif tkun ġiet ippreżentata t-talba jkunx skont il-liġi.", "Imbagħad, naraw jekk nistgħux nipproċedu bl-investigazzjoni.", "F'dan il-każ, hemm daqsxejn ta' diffikultà – naħseb li forsi l-Ombudsman jiċċaraha – dwar il-fatt li t-talba għall-investigazzjoni fiż-żewġ każi ġiet ippreżentata minn Membru tal-Parlament, u jien kelli dubju jekk skont il-liġi hemmx il-provvediment li membru parlamentari personalment jistax jippreżenta ilment bħal dan.", "Skont il-liġi, membru parlamentari jista' jagħmel petizzjoni lil xi kumitat tal-Kamra; imbagħad il-kumitat tal-Kamra jgħaddi t-talba biex l-Ombudsman jiddelega lill-Kummissarju li jkollu bilfors jinvestiga.", "Għalhekk jien kelli diffikultà jekk inti, bħala deputat tal-Parlament, tistax tressaqli personalment ilment bħal dan, u jekk hix fil-kompetenza tiegħi li nista' nilqagħha u nibda l-investigazzjoni.", "Naħseb li jkun aħjar jekk l-Ombudsman jiċċaraha ftit din.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Se nżid din biss.", "Kien hemm preċedent identiku għal tiegħek, fil-każ tal-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Armata, forsi tiftakru.", "L-Onor.", "Azzopardi kien għamel talba lill-iSpeaker biex jiġi investigat dan il-każ, l-iSpeaker bagħatha għandi, u jien kont wasalt għad-deċiżjoni li, kif inhi l-liġi tagħna, huwa diffiċli tgħid li l-membru tal-Parlament għandu interess personali u attwali f'xi ħaġa li ma tikkonċernax lilu direttament.", "Il-liġi donnu tagħti d-dritt lil kumitat tal-Kamra – li kważi kważi jordnali – biex ninvestiga ċerti affarijiet.", "Fil-każ tal-Armata, il-proposta kienet saret lil kumitat tal-Kamra, li ma kienx qabel li ssir l-investigazzjoni, ma kenitx saret, imbagħad jien eventwalment investigajt l-ilmenti għaliex kelli ilmenti direttament mill-persuni konċernati.", "Din hija l-problema proċedurali li għandna quddiemna, u li għad irridu nistudjaw u niddefinixxu.", "Biex inkunu għidna l-ispectrum kollu, jekk l-ilment li tqajjem ikun jikkonċerna interess ġenerali u mhux biss jaffettwa dak il-każ partikolari, dan ma jżommx lill-Ombudsman jew lill-Kummissarju li jagħmel initiative investigation fuq dak il-punt.", "Imma dak huwa differenti milli tinvestiga każ partikolari.", "S'issa dawk huma r-reazzjonijiet tagħna.", "Biex inkun ġust miegħi nnifsi, għadna qegħdin nistudjaw il-każ u għadna ma ddeċidejniex.", "Dawn huma l-linji fuq l-isfond ta' dak li ġara qabel fil-każ tal-iskorta tal-Ministru Mallia.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi.", "L-ewwel nett, għandi xi ħames jew sitt punti li nista' nagħmilhom kollha f'daqqa: imbagħad, l-Ombudsman jagħżel hu kif iwieġeb.", "L-ewwet nett, nixtieq nirringrazzja kemm lill-Ombudsman kif ukoll lill-Kummissarji tal-ħidma tagħhom.", "Ċertament li x-xogħol tagħhom huwa apprezzat.", "Naħseb li tajjeb li dan ikun rikonoxxut pubblikament min-naħa tagħna l-Membri Parlamentari.", "It-tieni ħaġa, naħseb li huwa importanti ħafna li nesploraw żviluppi ġodda.", "Ir-rapport tiegħek, Mr Ombudsman, jagħtini ħjiel ta' żviluppi ġodda li aħna rridu nħarsu lejhom.", "Naħseb li dan huwa fatt pożittiv.", "Jien ngħid li, l-ewwel u qabel kollox, l-Eżekuttiv irid iħares lejn ċerti punti li hawn hawnhekk biex jikkonsidrahom.", "Nassigurak li l-Eżekuttiv dan se jagħmlu.", "Naturalment, aktar 'il quddiem wieħed jiddiskuti.", "Ċertament, l-inizjattiva li ħa d-Deputat Prim Ministru fejn talbek tara li l-Uffiċċju tiegħek jiżviluppa, naħseb li hija xi ħaġa tajba.", "Naturalment, wieħed jistenna li fiż-żmien li ġej issir anke diskussjoni fuq dan.", "Ċertament, wieħed japprezza li ma jistax isir kollox f'daqqa; però, huwa importanti li inti tajt il-feedback tiegħek.", "Ta' dan nirringrazzjawk ta' dak ix-xogħol li għamilt.", "Dwar il-bordijiet interni li ssemmew u li, fl-opinjoni tiegħi, inti weġibt b'mod eżawrjenti u b'mod tajjeb, irrid ngħid li naħseb li dawn il-bordijiet interni li saru ma jaffettwawx il-fatt li forsi l-Ombudsman irċieva ċertu numru ta' ilmenti.", "Dan għaliex inti stess għidtilna aktar qabel – u l-liġi tispeċifika – li, jekk każ idum aktar minn sitt xhur, dawn m'għandhom l-ebda possibilità li bil-liġi jiġu quddiem l-Ombudsman.", "Issa aħna nafu li wħud minn dawn il-bordijiet interni jmorru ħafna aktar minn sitt xhur.", "Wieħed jista' jaqbel u ma jaqbilx ma' dawn il-bordijiet, dik hija kwestjoni oħra, imma ċertament dawn ma jaffettwawx in-numru ta' ilmenti li l-Ombudsman irċieva.", "L-awareness tan-nies tax-xogħol tal-Ombudsman dejjem tibqa' xi ħaġa li hija importanti f'dan il-każ.", "Jekk l-Ombudsman jirċievi ilmenti għax terzi ġew affettwati b'deċiżjoni jew oħra, ċertament l-Ombudsman, within the law, għandu jinvestiga dawn il-każijiet.", "Wara kollox, dak huwa x-xogħol tal-Ombudsman.", "Rigward l-issue ta' jekk hux se jkun hemm kummissarji ġodda jew le, inti għamilt punt li laqatni ħafna dwar l-għaqal ta' kemm u kif wieħed iżid.", "Naħseb li dak huwa punt li wieħed irid jirrikonoxxih.", "Inti għidt li huwa importanti li tħares lejn il-kwantità ta' kummissarji; imma, l-ewwel nett, irridu naraw jekk hemmx bżonn aktar kummissarji ġodda, u rridu nużaw l-għaqal.", "Jien naħseb li dak kien punt importanti ħafna għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, biex il-funzjoni tal-kummissarji ma tiġix żvalutata.", "Jien kont wieħed minn dawk li forsi fil-passat ikkritikajt il-fatt li, kull meta noħolqu lil xi ħadd, insejħulu ombudsman.", "Jien naħseb li ombudsman għandu jkun hemm wieħed biss: imma, fil-passat, kellna l-ombudsmen tal-Università eċċ. li neħħejniehom.", "L-Ombudsman għandu jkun wieħed.", "Issa sejjaħnielhom kummissarji, kollox sew, I'm fine with that; imma naħseb li, anke fil-każ tal-kummissarji – m'hemmx għalfejn ngħidu – aktar mill-kwantità hija importanti l-kwalità.", "Inti stess semmejt il-workload tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, rridu naraw li l-workload tat-tliet kummissarji – mingħajr ma nnaqqas xi mertu tagħhom, għax ċertament qed jagħmlu xogħol tajjeb – mhuwiex forsi on the high side, imma huwa aktar on the low side, u allura qabel wieħed iżid, naħseb li wieħed irid jikkonsidra –kif għidt tajjeb inti fil-bidu – dawn l-affarijiet.", "Dan minħabba wkoll id-duplikazzjoni.", "Il-Ministru Dalli għamlet kummenti vis-à-vis l-konsumatur li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha direttament.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nidduplikawx ċertu xogħol li forsi mbagħad ikun hemm diffikultà fejn wieħed forsi jibda jgħid: Imma jien fejn irrid immur, għand l-Ombudsman permezz tal-Kummissarju tal-Konsumatur, jew inkella għand id-dipartiment jew l-awtorità li tara dawn il-każijiet?", "Jien naħseb li f'dan il-każ l-għaqal huwa l-aktar ħaġa importanti, u jien persważ li inti diġà konxju minnha għax semmejtha l-ewwel u qabel kollox.", "Nixtieq ukoll nagħmel mistoqsija żgħira vis-à-vis l-estimi għaliex qed naraw li hemm ċerta żieda.", "Fl-allokazzjoni fejn jidħlu salarji, hemm żieda ta' ftit aktar minn €26,000 b'mod komplessiv.", "Però, żieda li forsi tispikka aktar mill-oħrajn hija fejn jidħlu l-allowances, li hija l-akbar żieda f'dak il-line item ta' hemmhekk.", "Fil-fatt, fejn jidħlu l-allowances, għandek madwar €50,000 żieda.", "Forsi tajjeb li jkun hemm xi spjegazzjoni żgħira, għall-kurżità tagħna, biex naraw ir-raġuni għalfejn finalment aħna rridu napprovaw dan.", "L-aħħar kumment li nixtieq ngħaddi, Mr Speaker, bil-permess tiegħek, huwa dwar l-Armata.", "Jien naħseb li din hija issue xi ftit jew wisq delikata; imma tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li l-liġijiet ma nbidlux.", "F'din is-sena u nofs, jew 19-il xahar kemm ilna, il-liġijiet ma nbidlux.", "Issa inti għidt li jista' jkun hemm forsi kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Però, f'paġna 9, jekk niftakar tajjeb, tar-rapport tal-Ombudsman, tissemma l-kelma \"proċedura\".", "Mela, il-fatt li tissemma l-kelma \"proċedura\" diġà qed nagħmluha ċara li mhux il-liġi nbidlet, imma li se mai kien hemm bdil fil-proċedura.", "Il-liġijiet huma Kapitlu 220, li hija l-liġi li tirregola l-Forzi Armati, u Kapitlu 385, li ovvjament waqqaf l-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Dawn baqgħu l-istess.", "Issa, jekk hemm interpretazzjoni differenti, dik hija xi ħaġa li wieħed irid jiddiskutiha, u fil-fatt naħseb li l-ittra tal-Ministru Mallia f'dan is-sens kienet, jiġifieri li forsi jkun tajjeb li nħarsu lejn il-liġijiet biex naraw jekk hemmx bżonn tibdil biex dawn ikunu ċċarati.", "Fir-rapport tiegħu, l-Ombudsman isemmi l-frażi \"il-proċedura li tirregola\", jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq il-liġijiet.", "Jien nixtieq nistaqsih jekk huwiex konxju li anke l-amministrazzjoni preċedenti kellha opinjoni differenti fuq dan, jiġifieri kien hemm drabi fejn ma aċċettatx li l-proċedura tkun mod; imbagħad, lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni preċedenti, kien hemm forsi bidla fil-ħsieb u jidher li l-proċedura ġiet regolata b'mod differenti.", "Nixtieq inkun naf jekk dan huwiex minnu jew le, u forsi tħossx jekk għandux ikun hemm ċertu backing ta' dokumenti jekk jeżistu dan it-tip ta' dokumentazzjonijiet dwarhom.", "Jien naħseb li l-aħjar ħaġa hija li wieħed ipoġġi madwar mejda – kif intqal diġà – u wieħed jiddiskuti dawn l-issues b'serenità.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq fizzjali u mhux fuq lower ranks.", "Illum, lill-fizzjali l-proċedura tagħtihom li, jekk ma jkollhomx redress through l-Brigadier u l-Ministru, imbagħad aktar tard, jgħaddu għand il-President.", "Jiġifieri, hawnhekk qed nitkellmu fuq l-ogħla kariga tal-Istat.", "Dan mhux ma jafux fejn għandhom imorru.", "Issa, jekk din għandhiex tibqa' hekk jew le, wieħed jista' jiddiskutiha, mhux problema, imma l-liġijiet huma dawk li huma.", "Jien naħseb li fuq interpretazzjoni wieħed jista' jitkellem, u naħseb li wieħed għandu jasal; imma hawnhekk qed nitkellmu fuq proċedura.", "Kien hemm Gvern li kellu proċedura, l-istess Gvern bidel il-proċedura, u llum qed nitkellmu fuq Gvern differenti minn ta' qabel.", "Jien naħseb li hawnhekk qed nitkellmu fuq issue ta' proċedura.", "Jien mill-ġdid nirringrazzja lill-Ombudsman u lill-Kummissarji tax-xogħol tagħhom, u jkun tajjeb li jkun hemm okkażjonijiet bħal dawn – forsi aktar minn darba f'sena li hu l-obbligu tal-liġi, fejn aħna napprovaw l-Ombudsplan – u niltaqgħu u nitkellmu.", "Huwa importanti li jkun hemm diskussjoni li tkun ħajja bejnietna.", "Din mhijiex kwestjoni li aħna nuru nuqqas ta' fiduċja jew li inti turi nuqqas ta' fiduċja.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Hemm bżonnha.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzjaw lill-media li rrapportaw din il-laqgħa li forsi sservi ta' marketing għall-Uffiċċju tiegħek. u għall-ħidma tal-Uffiċċju tiegħek.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Għandek xi kummenti fil-qosor?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Mhux biex insolvi l-kwestjoni u l-polemika, imma l-uniku kumment li rrid nagħmel hu li, għalkemm din hija kwestjoni ta' proċedura tal-Armata, hija kwestjoni ta' liġi.", "Il-liġi espressament tagħti lil dawn in-nies id-dritt li jiġu għandna.", "Issa, aħna qed ngħidu li jekk jiġu għandna, wara jistgħu jmorru għand il-President; imma, jekk imorru għand il-President, ma jistgħux jiġu għandna għax aħna la nistgħu nissindikaw l-operat tal-President, u lanqas huwa istituzzjonalment korrett.", "Allura lil dawn in-nies, biex nagħtuhom id-dritt, irridu ngħidulhom li l-ewwel iridu jiġu għandna.", "Imbagħad, il-proċedura ġiet stabbilita b'dak il-mod, u mhux se nidħol fiha għax storja twila ħafna.", "MR SPEAKER: Hawn aktar kummenti?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Fuq dan il-punt nixtieq li, xi darba, anke bi qbil mal-Gvern, nagħmlu dan id-dibattitu fil-Plenarja anke mingħajr vot, biex anke ngħollu l-livell.", "MR SPEAKER: Jien se nitkellem, għax hemm il-proċedura wkoll.", "CARMELO ABELA: Mhux fuq dan il-punt, imma fuq l-Ombudsman kollu inġenerali.", "MR SPEAKER: Imbagħad, tiġi diskussa l-mozzjoni fil-Plenarja.", "Nistaqsi lill-Membri li hawn preżenti: Hawn qbil li l-Kumitat jirrakkomanda lill-Kamra l-approvazzjoni tal-Ombudsplan għas-sena 2015?", "Ladarba hawn din l-approvazzjoni, se nkun qed nara li t-transcript tal-laqgħa tal-lum jiġi ċċirkolat lill-Membri kollha tal-Parlament sabiex sussegwentement titressaq il-Mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Ombudsplan għall-2015 quddiem il-Kamra.", "Issa l-Ombudsman u l-Kummissarji jistgħu jirtiraw.", "AFFARIJIET OĦRA", "Awtonomija amministrattiva tal-Parlament", "MR SPEAKER: Rigward xogħol ieħor, kellna l-awtonomija amministrattiva parlamentari.", "Il-grupp ta' ħidma dwar l-awtonomija amministrattiva parlamentari ltqajna lbieraħ biex nikkonsidraw ċerti rakkomandazzjonijiet.", "Fil-fatt, jien kelli laqgħa – mhux fuq hekk – mal-Avukat Ġenerali u mad-Deputat Avukat Ġenerali fuq il-kwestjoni tal-abbozz.", "Hemm ħafna affarijiet, u wieħed irid jarah ftit, anke dwar dak li tkellimna fuqu lbieraħ.", "Ovvjament, Onor. Carmelo Abela u Onor. David Agius, inkomplu niltaqgħu biex inkunu nistgħu nimxu.", "DAVID AGIUS: Imbagħad, kif ikollna xi ħaġa, nistgħu mmorru quddiem il-gruppi parlamentari.", "MR SPEAKER: Ovvjament, imma at this stage, huwa tajjeb li qed niltaqgħu hekk.", "Nirringrazzjakom.", "Fil5.52 p.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141202_024d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 24", "It-Tlieta, 2 ta' Diċembru 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fl-4.14 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru ad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, lOnor.", "Ryan Callus (Membru Sostitut) u l-Onor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 23 li saret fis-6 ta' Novembru 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li wara s-seduta tal-4 ta' Diċembru 2014 meta kellhom jiġu fi tmiemhom is-seduti konnessi mal-baġit 2015 il-Parlament kellu jibqa' jiltaqa' sas-17 ta' Diċembru 2014, meta jiġi aġġornat għall-ferjat tal-Milied, u li sa dakinhar kellha tingħata priorità lis-segwenti materji:", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Abbozz Nru 75 – Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar;", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Abbozz Nru 76 – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Regolati) – Abbozz Nru. 77 – Tieni Qari – Ministru għall-Finanzi.", "L-Onor.", "Abela żied li mhuwiex jeskludi li ma' dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġijiet jiżdied abbozz ieħor li għadu mhux pubblikat u li jkun irid jiġi diskuss sal-aħħar tas-sena.", "Fir-rigward tal-Mozzjoni 191 dwar sfiduċja fil-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali mressqa mill-Oppożizzjoni, l-Onor Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li d-dibattitu mitlub fil-mozzjoni isir hekk kif tkun konkluża u ppubblikata l-inkjesta li kienet għaddejja mit-tliet ex-ġudikanti dwar din l-istess materja.", "L-Onor.", "Agius staqsa dwar meta kellha titkompla d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità) - Abbozz Nru. 62 - u dwar meta kellha tibda d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika – Abbozz Nru. 63.", "Dwar l-Abbozz Nru. 63 l-Onor.", "Abela informa lil-Kumitat li ma kienx f'pożizzjoni li jagħti dati u li kien se jikkonsulta mal-Onor Agius wara li jirreferi l-materja lid-Deputat Prim Ministru.", "Dwar l-Abbozz Nru. 62 l-Onor.", "Abela informa lill-Kumitat li jekk id-diskussjoni dwar dan l-Abbozz ma tkunx tista' titkompla minħabba timing ta' seduti, din kellha titkompla f'Jannar 2015.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor David Agius dwar il-bżonn ta' direzzjoni dwar l-użu ta' kmamar tal-kumitat għal konferenzi stampa minn Ministri tal-Gvern, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien ta struzzjonijiet li qabel jintlaqgħu tali talbiet, tkun meħtieġa l-approvazzjoni tiegħu u jkun meħtieġ ukoll li tintbagħat notifika dwar dan lill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumietat li kellu talba minn mezzi tal-media sabiex jittieħdu ritratti ta' din il-parti tal-laqgħa.", "Il-permess ingħata.", "Il-Kumitat stieden lill-Prim Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, kif ukoll lill-Perit David Pace, Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, lill-Prof.", "Charles Farrugia, Kummissarju għall-Edukazzjoni, u lis-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa, sabiex jieħdu parti fid-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2015 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fl-20 ta' Ottubru 2014.", "Il-Kumitat għadda għad-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2015 li fiha ħadu sehem l-Onor.", "Fi tmiem id-diskussjoni l-Kumitat għamel referenza għall-possibilità li fil-plenarja jiġi allokat ħin għal dibattitu mingħajr vot dwar l-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Il-Kumitat qabel li jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2015.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa kellha tiġi ċċirkolata lill-Membri Parlamentari sabiex sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2015.", "L-iSpeaker irringrazzja lill-Ombudsman u l-Kummissarji preżenti u talabhom jirtiraw.", "AFFARIJIET OĦRA", "Awtonomija amminstrattiva tal-Parlament", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li nhar it-Tnejn, 1 ta' Diċembru 2014, iltaqa' l-grupp ta' ħidma dwar l-awtonomija amministrattiva tal-Parlament, li għandu jkompli jiltaqa' sabiex jiġu diskussi r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport fuq dan is-suġġett.", "Fis5.52 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20141202_024m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 7", "L-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2014", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, f'12.17 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, lOnor.", "Għallaqgħa kien preżenti wkoll ilkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 6 li saret fil15 ta' Ottubru 2014 kienu kkonfermati.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "Skont kif indikat mill-Onor.", "Chris Said fil-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Privileġġi fil-laqgħa tal-31 ta' Lulju 2014 u skont ftehim milħuq fil-laqgħa preċedenti, għal-laqgħa tal-lum ġie mgħajjat is-Sur Joseph Cachia, Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, sabiex jagħti x-xhieda tiegħu quddiem dan l-istess Kumitat.", "L-Ispeaker qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri tal-Kumitat kopja tax-xhieda mogħtija fil-Qorti mis-Sur Joseph Cachia quddiem il-Maġistrat Dr Anthony J. Vella.", "Is-Sur Joseph Cachia ġie msejjaħ fil-Kamra sabiex jagħti x-xhieda tiegħu u ngħata l-ġurament.", "L-Ispeaker fakkar lis-Sur Cachia li kopja tal-linji gwida applikabbli għax-xhieda quddiem il-Kumitat kienet diġà ntbagħtitlu meta ġie nnotifikat dwar il-laqgħa tal-lum, u infurmah ukoll illi kellu d-dritt jagħżel li x-xhieda tiegħu ma tkunx video-streamed.", "Is-Sur Cachia ma kellux oġġezzjoni li x-xhieda tiegħu tkun video-streamed.", "Chris Said talab lix-xhud sabiex jikkonferma l-konklużjonijiet estratti mir-rapport tat-team investigattiv li sar fuq il-każ tas-Sur John Dalli, li kienu ppreżentati fil-laqgħa preċedenti mis-Sur Michael Cassar fix-xhieda tiegħu u li wara deċiżjoni tal-Ispeaker saru jifformaw parti mid-dokumentazzjoni tal-Kumitat.", "Is-Sur Cachia kkonferma li dawk kienu l-konklużjonijiet tar-rapport u li huwa kien iffirma dak ir-rapport.", "Fi tmiem ix-xhieda tiegħu, is-Sur Cachia ġie mitlub jirtira mill-kamra.", "Il-Kumitat qabel li għal-laqgħa li jmiss għandu jidher l-Ispettur Angelo Gafà.", "L-Ispeaker ġibed l-attenzjoni tal-Membri illi wara ruling li ngħata fis-Seduta 190 li fih is-Sedja sabet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, l-Onor.", "Konrad Mizzi, ħati prima facie ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront tal-Onor.", "George Pullicino, il-materja issa għaddiet lill-Kumitat dwar il-Privileġġi biex jistħarreġ il-każ.", "F'12.30 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015 fil-11.00 a.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141203_007m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru, 2014 fis-6:30pm", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2014 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar it-Tfassil ta' Leġiżlazzjoni dwar it-Trapjanti ta' Organi - (Kont.); u", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141203_033a_soc-1.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 33", "L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:51 p.m.", "L-Onor.", "Is-Sur Andre Vella, Research Analyst mal-Kumitat kien preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa kien hemm preżenti wkoll: is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Il-President tal-Kamra qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 32 li saret nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI - KONTINWAZZJONI", "L-ewwel mistieden għal din il-laqgħa kien ir-Reverendu Profs.", "Ir-Reverendu semma' kif jeżistu żewġ dokumenti Ewropej importanti li għandhom jispiraw il-leġislażżjoni lokali.", "Dawn huma l-Oviedo Protocol tal-2002 u d-Direttiva 2010/45/EU.", "Problema li teżisti fit-teħid tal-organi hija dwar it-timing ta' x'ħin għandhom jittieħdu dawn l-organi.", "U fuq din hemm diversi opinjonijiet.", "Għaldaqstant il-liġi trid tiffoka fuq dan il-punt u fl-istess ħin tassigura li tingħata l-kura lill-pazjent u li kemm jista' jkun ikun hemm l-involviment tar-qraba.", "Ir-Reverendu sostna li huwa importanti ħafna li jkun hemm definizzjoni ċara tal-mewt għax s'issa din għadha mhijiex definita fil-liġijiet tagħna.", "Ir-Rev.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "It-tieni mistieden kien il-Professur Carmel Mallia Chairman tal-LOTAC.", "Miegħu kien hemm Dr Cocciattolo u l-Avukatessa Bridget Gafà bħala membri f'dan il-kumitat.", "Mallia spjega kif il-LOTAC huwa inkarigat biss mil-live transplants u li bħala kumitat jaħdmu ħafna in the background.", "Fil-fatt ħafna nies lanqas biss jafu bl-eżistenza ta' dan il-kumitat.", "Ix-xewqa ta' dan il-kumitat hija dik li jkollu aktar rikonoxximent u li jkollu aktar saħħa.", "Dr Bridget Gafa spjegat kif safejn taf hi liġi waħda biss teżisti fl-Ewropa li titkellem fuq min hu s-sid tal-katavru u din hija l-liġi Awstrijaka.", "Kompliet tispjega kif l-Ingliżi għandhom il-prassi li jekk pazjent imut l-isptar, il-ġisem tiegħu jsir tal-isptar u huma jiddeċiedu fuq l-organi tiegħu.", "Il-prassi f'pajjiżna hija dik li meta l-mejjet ikollu d-donor card jipprovaw jikkonvinċu lill-qraba bl-intenzjoni tal-mejjet imma minħabba li d-donor card m'għandhiex saħħa legali ma tistax torbot ħafna fuqha.", "Madankollu huma rari dawk il-qraba li joġġezzjonaw fuq id-donazzjoni tal-organi meta xi ħadd ikollu donor card.", "Anzi, Dr Gafa kompliet tispjega, li dan l-aħħar kien hemm tliet okkażjonijiet fejn il-qraba xtaqu jagħtu l-organi tal-għeżież tagħhom mingħajr ma dawn kellhom donor card!", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Dr Ellul spjegat kif hi, bħala patoloġista, l-aktar li jkollha x'taqsam huwa ma' pazjenti mejtin.", "Kompliet tgħid li ħafna minn dawn it-trapjanti li jsiru jkunu każijiet ta' trawma u kważi kollha jkunu każijiet mediku-legali fejn ikollu jidħol il-Maġistrat fihom.", "Wara li jkun sar it-trapjant, id-disposal tal-ġisem ma jmurx f'idejn il-qraba imma jrid jingħata l-permess mill-Maġistrat l-ewwel.", "Fil-fatt kull darba li jkunu se jagħmlu trapjant minn persuna li tkun daħlet l-isptar bħala a police case, ikollu jiġi informat il-Maġistrat.", "Rigward id-definizzjoni tal-mewt Dr Ellul qalet li filwaqt li huwa minnu li fil-liġi tagħna m'hemmx definizzjoni, personalment ma tixtieqx li ndaħħluha imma din għandha titħalla fuq dak li jaħsbu t-tobba.", "Fil-fatt il-World Medical Association kienet ħarġet b'din id-definizzjoni imma fl-2006 bidlitha għad-determination of death, fejn semmiet x'mezzi għandhom jintużaw biex wieħed jiddeċiedi li persuna hija mejta.", "Dr Ellul tippreferi li jkollna l-opt-in system għax b'hekk tkun qed tara li l-persuna verament għandha x-xewqa li tagħti l-organi tagħha u ladarba persuna turi dik ix-xewqa, din għandha tiġi onorata.", "Dr Ellul taqbel li għandu jkun hemm reġistru fejn jitniżżel isem min jixtieq jagħti l-organi tiegħu.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Ir-raba' mistiedna kienet Profs.", "Lauri spjegat kif hi għamlet riċerka kemm mat-tobba, kemm mal-pubbliku inġenerali, kemm mad-donaturi u kif ukoll mar-reċipjenti tal-organi, u dawn kollha kienu favur id-donazzjoni tal-organi.", "Fil-fatt l-attitudni lejn id-donazzjoni tal-organi hija waħda pożittiva ħafna.", "Madankollu meta ġiet biex tistaqsihom fuq l-opt-out system rat li kien hemm bidla radikali.", "U għalkemm in-nies li saret ir-riċerka fuqhom jaqblu mad-donazzjoni tal-organi, meta jiġu għall-opt-out jaħsbuha darbtejn għax qishom ma jridux li jkun hemm ħaddieħor li jiddeċiedi hu biex jeħdilhom l-organi.", "Lauri ressqet lill-Kumitat dawn id-dokumenti;", "Fl-aħħarnett Profs.", "Lauri tat il-parir li għandu jibqa' kollox kif inhu bħalissa rigward id-donazzjoni tal-organi imma d-donor card għandha tingħata saħħa legali, li min jixtieq jagħti l-organi tiegħu għandu jkun magħruf fuq l-identity card tiegħu, li jsiru kampanji favur id-donazzjoni tal-organi kull tliet snin u jkun hemm an organ donation day kull sena.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "L-aħħar mistieden kien Profs.", "Mallia spjega kif idealment għandu jkollok biżżejjed organi biex tfejjaq lil kulħadd imma nafu li d-donazzjoni hija xi ħaġa volontarja.", "Għalhekk wieħed irid jaċċetta li qatt mhu se jkollok biżżejjed organi disponibbli.", "Rigward kampanji edukattivi Profs.", "Mallia qal li dawn għandhom isiru irrispettivament minn jekk għandekx opt-in jew opt-out system.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Fid-9:06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20141203_033m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 6", "It-Tlieta, 09 ta' Diċembru 2014 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 09 ta' Diċembru, 2014 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "L-irwol tal-familja fis-soċjetà Maltija llum – Diskussjoni ma' Father Charles Tabone.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141209_006a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 06", "It-Tlieta, 09 ta' Diċembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru. 06", "It-Tlieta, 09 ta' Diċembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-06.55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 5 li saret nhar it-Tlieta, 3 ta' Ġunju 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Anthony Agius Decelis): Waslitilna din il-korrispondenza li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat;", "Ittra datata 21 ta' Novembru, 2014 mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il- Familja mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "F'din l-ittra li rċevejna mingħand il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità qed jgħidulna li se jorganizzaw il-parlament għall-persuni b'diżabilità li din is-sena se ssir għada l-Erbgħa, 4 ta' Diċembru, 2014 fl-4.00 p.m. Qed jgħidulna wkoll li min jixtieq jattendi min-naħa tagħna, din l-attività se ssir fil-bini tal-Parlament u se tkun imxandra live fuq TVM2.", "L-IRWOL TAL-FAMILJA FIS-SOĊJETÀ MALTIJA LLUM – DISKUSSJONI MA' FATHER CHARLES TABONE", "THE CHAIRMAN: Illum għandna magħna lil Fr Charles Tabone li se jagħtina preżentazzjoni fuq l-irwol tal-familja fis-soċjetà Maltija llum.", "Bħalma tafu Fr Charles Tabone huwa espert fuq dan is-suġġett u naħseb li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni.", "Għalhekk Father se nagħtik mill-ewwel il-kelma.", "FR CHARLES TABONE: Sur President, nirringrazzja lilek u lill-Membri kollha ta' dan il-Kumitat tal-istedina li għamiltuli.", "Ħadt pjaċir immens ta' din il-possibilità sabiex naqsam xi ħsebijiet magħkom.", "Meta kont qed nipprepara għal din il-laqgħa bdejt inżomm quddiem għajnejja li ma rridx nagħmel xi lecture imma xtaqt li nagħmel preżentazzjoni qasira biex imbagħad niftħu d-diskussjoni.", "U għaldaqstant ma ppreparajtx powerpoints imma lestejt xi ftit handouts li se ngħaddilkom kopja tagħhom.", "Waħda mir-retoriċi li spiss nużaw aħna hi li l-familja hija ċ-ċellola bażika tas-soċjetà.", "X'nifhmu biha tista' teħodna f'panorama wiesa ta' ideat u allura jiena ħsibt li niġbor il-ġist tax-xjenzi soċjali dwar dak li nifhmu bl-espressjoni \"il-familja hija ċ-ċellola bażika tas-soċjetà.\"", "Pereżempju Karl Marx - li għalija huwa wieħed mill-ħassieba kbar li qatt rat id-dinja - jillimita l-familja għar-rwol ekonomiku tagħha.", "U għandu biċċa raġun meta qal hekk għax il-kelma \"ekonomija\" bil-Grieg hija \"Oikos\" li tfisser \"dar\".", "Id-dar hija dik li tipprovdi lill-membri tagħha dak li għandhom bżonn għall-għajxien tagħhom.", "U veru għax waħda mill-irwoli tal-familja hija li tipprovdi lill-membri tagħha dak li għandhom bżonn għall-għajxien tagħhom, jiġifieri l-ikel u l-kenn.", "Karl Marx erabora t-teorija tiegħu b'tali mod li wasal għall-konklużjoni li għad jiġi żmien li f'soċjetà komunista - fejn kulħadd jikkontribwixxi kemm jiflaħ u kulħadd jieħu kemm għandu bżonn - ma jkollniex aktar bżonn ta' din l-istituzzjoni tal-familja.", "Fil-fatt dan l-irwol tal-familja, li tipprovdi lill-membri tagħha dak li għandhom bżonn, se jieħdu l-Istat.", "Eżempju ta' dan rajtu b'għajnejja meta morna l-Kibbutz f'Israel.", "Il-Kibbutz hija soċjetà ibbażata fuq ix-xogħol, bħal tagħna, u l-għan tagħhom huwa li jaħdmu u jipproduċu kemm jistgħu.", "Allura x'jagħmlu?", "Dawn l-irwoli tal-familja jissodisfawhom fil-komun.", "Mela xorta għandek koppja b'relazzjoni intima bejniethom – imn'alla ssalvagwardjawha din – imma mbagħad meta jkollhom it-tfal, dawn ma jiġux imrobbija mill-ġenituri bioloġiċi tagħhom imma jitrabbew fi speċi ta' istitut li jkun hemm fil-Kibbutz!", "Għalfejn?", "Għax inkella t-tfal iqajjmu lill-ġenituri bil-lejl u dawn iridu jqumu filgħodu biex imorru għax-xogħol u ma jkunux jifilħu jaħdmu biżżejjed.", "Mela la l-ġenituri jridu jaħdmu, ix-xogħol jinqasam b'dik li ngħidulha d-division of labour; fejn għandek lil min jieħu ħsieb tat-tfal biex il-ġenituri ma jaħlux l-enerġija tagħhom fil-kura tat-tfal tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu.", "Interessanti li meta morna nżuru l-Kibbutz u ltqajna ma' din ir-realtà, spjegawlna kif taħdem din is-sistema.", "B'kumbinazzjoni wara l-Kibbutz morna l-Hebron u hemmhekk kien hemm xi żgħażagħ mill-Kibbutz u malli rawna qabdu magħna – dak iż-żmien konna għadna żgħar - u qalulna li hekk kif ikollhom l-età tagħhom mhumiex se jibqgħu jgħixu fil-Kibbutz.", "Spjegawlna wkoll li l-Kibbutz ibati mir-relazzjonijiet umani, xi ħaġa li għalina lkoll hija importanti.", "Allura dik l-idea li l-familja hija ċellola ekonomika, kif qal Karl Marx u li pprova jippromoviha, aħna nqlajna minnha u erġajna lura biex naraw lill-familja bħala dik l-istituzzjoni soċjali li tirrispondi għal żewġ ħteġijiet fundamentali; the need to intimate relationship between two adults and the need of child bearing and rearing.", "Iċ-child bearing and rearing hija bżonn personali u bżonn soċjali.", "Din naħseb li hija ċara għax biex is-soċjetà tiġi perpetwata hemm bżonn li jkollha ż-żgħar.", "Jien hawnhekk ġibtilkom ukoll id-diskors tal-aħħar sinodu għall-familja li għamel Jonathan Sacks, iċ-Chief Rabbi tal-Ingilterra.", "Ġibt id-diskors tiegħu mhux tal-Papa għax forsi huwa aktar lajk għalkemm jirriferi għar-reliġjon tiegħu li hija r-reliġjon Ġudajka.", "Dan ir-Rabbi jgħid li jkollok it-tfal huwa bżonn personali wkoll u din hija interessanti.", "Il-psikoloġisti jgħidu wkoll li l-bniedem irid jippropaga lilu nnifsu għax irid jibqa' jeżisti.", "U ovvjament jibqa' jeżisti f'uliedu.", "Mela jien inġib l-ulied mhux sempliċement biex naqdi bżonn soċjali imma biex naqdi wkoll bżonn personali.", "Il-bżonn soċjali huwa evidenti.", "Bdejt biha għax ikun iktar faċli biex tispjega r-relazzjoni intima, li naturalment hija bżonn personali ovvju.", "Imma f'dan il-każ mhuwiex ovvju l-bżonn soċjali tar-relazzjoni intima.", "Hemm ukoll il-bżonn soċjali ta' relazzjoni intima għax il-bniedem jiżviluppa permezz tal-interazzjoni.", "Għandna każijiet fejn tfal trabbew f'iżolament totali jew parzjali u dawn baqgħu ma żviluppawx.", "Lanqas fiżikament ma żviluppaw!", "Intom it-tobba tgħallmuna fuqha din.", "Jiġifieri araw daqxejn kemm hija ta' bżonn l-interazzjoni umana!", "Jekk ma jkunx hemm interazzjoni umana, lanqas ikun hemm żvilupp soċjali għax il-persuna ma tiżviluppax!", "Din l-interazzjoni umana tilħaq l-apiċi tagħha fl-intimità.", "L-intimità hija importanti għall-bniedem u dan ifittex l-ogħla interazzjoni umana fl-intimità tiegħu ma' persuna oħra.", "Hawnhekk ix-xjenza hija ambivalenti għax hawn min jgħid li trid tkun persuna esklużiva li magħha taqsam l-intimità tiegħek u hawn min ma jillimitax din l-interazzjoni għal persuna esklużiva.", "U allura għandek id-dibattitu fuq jekk din l-intimità hijiex se tkun espressa f'monogamija jew f'poligamija.", "Pereżempju fil-kultura tagħna l-intimità tiġi espressa f'monogamija.", "Issa dan ma jfissirx li ma jkollokx każijiet ta' poligamija imma dawn mhumiex uffiċjali peress li l-poligamija f'pajjiżna hija pprojbita bil-liġi.", "Dwar dan għandek dibattitu sħiħ u m'iniex se nidħol fih għax mhuwiex fl-interess tagħna.", "Il-kultura tagħna diġà tirrispetta lill-monogamija u allura m'hemmx għalfejn nidħlu f'dibattiti fuq jekk din hijiex xi ħaġa naturali jew inkella kulturali.", "Hawnhekk se niftaħ parentesi.", "Hemm teoriji li jgħidu li l-ewwel kien hemm il-monogamija u mbagħad, minħabba ħteġijiet soċjali ġiet il-poligamija.", "Imma dwar dan hemm teoriji evoluzzjonisti li ma naħsibx hemm għalfejn nidħlu fihom.", "Is-soċjoloġija, fuq dawn iż-żewġ bżonnijiet fundamentali u primordjali, jiġifieri l-bżonn ta' relazzjoni intima - li hija l-aktar sinifikattiva - u l-bżonn ta' child bearing u child rearing, tiddetermina żewġ prinċipji li huma the principle of reciprocity and the principle of legitimacy.", "Mal-istudenti ninsisti li l-kelma hija \"legitimacy\" għax meta tgħidha faċilment tista' tinftihem \"illegitimacy\"!", "Imma din tal-aħħar ma tagħmilx sens.", "Xi jfissru dawn il-prinċipji?", "Fl-opinjoni tiegħi dawn il-prinċipji jispjegaw xi tfisser il-familja bħala ċellola fundamentali tas-soċjetà.", "Il-familja hija the basic cell of society għax fiha jiġi rispettat u jiżvolġi u jiġi elaborat il-prinċipju tar-reċiproċità u l-prinċipju tal-leġittimità.", "Pereżempju l-antropologu Marcel Mauss fil-ktieb klassiku tiegħu tal-1925 jgħid li r-reċiproċità tfisser li din l-intimità li l-bniedem huwa orjentat lejha bioloġikament l-ewwel u psikoloġikament t-tieni.", "Il-bniedem sesswali jfisser li huwa imbuttat biex jidħol f'relazzjoni.", "Il-bijoloġija u l-psikoloġija tagħna timbuttana biex nidħlu f'relazzjoni.", "U kull relazzjoni, anke l-aktar waħda pura, hija sesswali!", "Meta tgħidha lin-nies jibqgħu skantati u ma jifhmuhiex.", "U jgħidulek allura anke r-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied?", "Iva, intom it-tobba pereżempju tistgħu ssemmu l-gost li tieħu l-omm meta tredda lit-tarbija tagħha!", "Huwa gost li tredda.", "Għalfejn qegħdin hemm?", "Il-kelma eżatta hija \"drive\", xi ħaġa li timbuttak biex tidħol f'relazzjoni.", "U għandna bżonn ta' relazzjonijiet sinifikattivi.", "Aktar ma tkun sinifikattiva r-relazzjoni, aktar tkun waħda intima.", "Marcel Mauss jgħid li din id-drive għall-intimità tfisser li jien nagħti lili nnifsi lil ħaddieħor.", "L-antropoloġija stabbilit li l-bniedem irid jasal f'punt li jagħti lilu nnifsu kompletament lil ħaddieħor.", "Allura la qed jagħti lilu nnifsu lil ħaddieħor, huwa se jistenna li jirċievi mingħand ħaddieħor daqskemm qed jagħti, u allura li jkun hemm ħaddieħor li jagħti lilu nnifsu lilu.", "Meta din l-għotja tiltaqa', li jien nagħti lili nnifsi lilek u inti tagħti lilek innifsek lili, se jkollok din ir-reċiproċità.", "Din tiġi mħarsa soċjalment fl-istituzzjoni taż-żwieġ kif ukoll fl-unjoni ċivili.", "Jien m'għamiltx distinzjoni fuq min se jagħti lilu nnifsu lil min u hawnhekk nagħmel klawsola għall-komplimentarjetà.", "Ikollna nammettu - mingħajr ma neskludu l-unjoni ta' żewġ persuni tal-istess sess li tkun intima u reċiproka - li d-differenza sesswali, bioloġika u psikoloġika toffri komplimentarjetà, fejn ir-relazzjoni tieħu dimensjoni sinifikattiva u l-intimità tar-relazzjoni tista' tiġi espressa wkoll b'mod bioloġiku li se jwassal għall-prokreazzjoni.", "Din jammettuha fl-antropoloġija u fis-soċjoloġija.", "Jiena semmejt il-prokreazzjoni marbuta mar-reċiproċità biex nagħmel differenza bejn l-unjoni eterosesswali u l-unjoni omosesswali.", "Dan għaliex ir-reċiproċità tagħmel sens fiha nnifisha.", "Ir-reċiproċità mhux qiegħda hemm biex minnha toħroġ il-prokreazzjoni imma qiegħda hemm biex wieħed jidħol f'relazzjoni intima u jagħti lilu nnifsu lil xi ħadd u jirċievi daqshekk ieħor mingħand dak ix-xi ħadd.", "B'hekk tiġi stabbilita r-reċiproċità u din qiegħda hemm għall-ġid tal-persuna nnifisha.", "Hawnhekk se nerġa' nagħmel parentesi żgħira għax ma nistax niddivorzja mill-irwol l-ieħor tiegħi ta' saċerdot.", "Interessanti wkoll li l-Knisja Kattolika, li għal żmien twil kienet tgħaqqad l-intimità u l-prokreazzjoni b'tali mod li kienet tgħid li l-iskop taż-żwieġ huwa proprju biex tipprokrea, illum dawn firdithom.", "Il-Knisja llum qiegħda tgħid li l-iskop taż-żwieġ huwa doppju; wieħed issejjaħlu imħabba, jiġifieri l-bżonn tal-persuna li tingħata biex tirċievi daqskemm qiegħda tagħti, jekk jista' jkun f'intimità esklussiva u allura hemmhekk għandek ir-reċiproċità, u l-oħra għall-prokreazzjoni.", "Għalkemm dawn iż-żewġ prinċipji jistgħu jkunu komplimentari, they stand on their own as principles.", "Fil-fatt bdejt apposta bil-leġittimità ħalli żgur ma jidhrux kumplimentari biss.", "Dik hija r-reċiproċità.", "L-istituzzjoni soċjali hija a standardised way of doing things soċjoloġikament.", "Imbagħad ovvjament jidħlu l-liġijiet.", "Imma l-istituzzjoni soċjali li tesprimi, li tħares u li tirregola r-reċiproċità hija ż-żwieġ.", "Dan iseħħ f'kull soċjetà.", "F'kull soċjetà hemm forma ta' żwieġ.", "Interessanti wkoll li f'kull soċjetà iż-żwieġ huwa wieħed permanenti u indissolubbli.", "L-ewwel waħda mhux kull soċjetà tipprattikaha għax fejn teżisti l-poligamija ma tistax tgħid li huwa wieħed.", "Imma li huwa permanenti u indissollubbli ssibu f'ħafna soċjetajiet.", "U fuq din irridu naraw x'se nagħmlu mal-poplu tagħna għax issa ħa l-idea li ladarba hemm il-possibilità tad-divorzju, mela ż-żwieġ ma baqax permanenti u indissolubbli!", "Mentri mhuwiex hekk.", "Irridu naraw kif se nwasslulu dan il-messaġġ lill-poplu tagħna.", "Naħseb jien li parti mid-dover ta' dan il-Kumitat huwa li jara kif se jwassal il-messaġġ lill-poplu tagħna li ż-żwieġ xorta baqa' wieħed permanenti u indissolubbli.", "DEO DEBATTISTA: Fuq livell reliġjuż qiegħed titkellem?", "FR CHARLES TABONE: Le, fuq livell soċjali!", "DEO DEBATTISTA: Fuq livell soċjali xorta jibqa' indissolubbli.", "FR CHARLES TABONE: Fil-fatt jekk naraw il-formola taż-żwieġ ċivili nsibu li b'mod sempliċi din tgħid li jiena qed nieħu lilek sal-mewt.", "Il-kliem eżatti ma nafux imma kull fejn hemm żwieġ dejjem isir sal-aħħar.", "Mela jekk jien qed niżżewġek, qed nagħmel hekk sakemm il-mewt tifridna!", "Dik hi l-preżunzjoni.", "Ma tagħmilx sens li jien nagħti lili nnifsi lilek kompletament u inti tagħti lilek innifsek lili kompletament għal żmien determinat.", "Ma tagħmilx sens!", "L-għotja tant hija sħiħa li minnha nnifisha titlob il-permanenza.", "Meta aħna daħħalna d-divorzju f'Malta ma kienx ifisser li imminajna direttament il-permanenza u l-indissolubilità taż-żwieġ.", "Il-perċezzjoni tal-poplu tista' tkun hekk u fil-fatt hekk jaħseb.", "Pereżempju jien ġieli nistaqsi lin-nies x'differenza hemm bejn iż-żwieġ Ċivili u ż-żwieġ Kattoliku u jkun hemm min jirrispondi li ż-żwieġ Ċivili jinħall mentri ż-żwieġ Kattoliku ma jinħallx.", "Imma dan mhuwiex minnu għax lanqas iż-żwieġ Ċivili ma jinħall.", "Madankollu fiż-żwieġ Ċivili hemm provvediment li jgħid li meta jkun hemm irretrievable breakdown, għandek soluzzjoni li hija dikjarazzjoni li dak iż-żwieġ ma baqax tajjeb u inti tista' tidħol fi żwieġ ieħor.", "Imma jrid ikun hemm irretrievable breakdown!", "Nassigurakom jien li għalkemm il-liġi llum ma tidħolx fil-mertu ta' jekk il-breakdown huwiex irretrievable jew le, fil-maġġoranza tal-każijiet - għax dejjem ikollok l-eċċezzjonijiet - min japplika għad-divorzju jkollu irretrievable breakdown in his marriage.", "Magħna m'hawnx avukati biex jikkoraboraw dak li se ngħid imma t-tbatija li tgħaddi minnha persuna meta tinduna li ż-żwieġ tagħha ma seħħx u ma tkunx taf x'se jiġri minnha u minn uliedha hija tremenda!", "Tant hu hekk li ġieli jkollhom bżonn l-għajnuna psikjatrika jew l-għajnuna ta' xi tabib.", "Nerġa' ngħid li t-trawma li tgħaddi minnha persuna f'dak il-mument hija xi ħaġa tremenda!", "Jien nassumi li ftit huma dawk li jitolbu divorzju b'kapriċċ.", "THE CHAIRMAN: U dawn jibdew relazzjoni ġdida għax ikunu jixtiequ li jkollhom relazzjoni b'saħħitha u li sservihom u li ma tkunx bħal dik li jkunu għadhom kemm ħarġu minnha.", "FR CHARLES TABONE: Eżatt, għax ma jistgħux jgħaddu mingħajr relazzjoni sinifikattiva u intima.", "THE CHAIRMAN: Meta tismagħhom jitkellmu tinduna li jkunu mdejqa għax jgħidulek li ma rnexxewx fiż-żwieġ tagħhom.", "FR CHARLES TABONE: U dawn ifiequ minnha jekk jirnexxilhom it-tieni darba.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt ġieli kont niltaqa' ma' nies u jistaqsuni għalfejn m'għandux ikollhom it-tieni ċans.", "Kien hemm nies favur id-divorzju għax xtaqu li jkollhom it-tieni ċans peress li l-ewwel żwieġ tagħhom ma rnexxiex.", "FR CHARLES TABONE: Dawn ifiequ minn dik it-trawma jekk jirnexxilhom jistabilixxu relazzjoni intima, personali u esklużiva b'ċertu stabilità.", "Hemmhekk joħorġu mit-trawma li jkunu waqgħu fiha għax iż-żwieġ tagħhom ikun falla.", "Mill-bqija jkun ħafna u ħafna diffiċli li joħorġu minn dik it-trawma.", "Issa hawn id-diskussjoni fuq x'għandu jkun ir-rimedju għat-tieni ċans; jekk huwiex divorzju jew annullament.", "Fil-fatt aħna kellna wkoll l-annullament ċivili.", "Imma dak mhux l-iskop tad-diskussjoni tiegħi.", "Jien hawnhekk irrid inwassal il-messaġġ li biex insalvaw il-familji tagħna rridu nieħdu ħsieb tal-prinċipju tar-reċiproċità.", "Il-prinċipju tar-reċiproċità jimplika l-permanenza, l-istabilità u l-indissolubilità.", "Allura f'dan ix-xenarju multikulturali, fejn il-propoganda mhijiex fuq il-permanenza, l-istabilità u l-indissolubilità, - il-media ma twasslux dan il-messaġġ - jiena nemmen li dan il-Kumitat għandu jagħti l-pariri lill-Gvern dwar kif se nwasslu l-messaġġ lill-uliedna qabel ma dawn jiġu kkontaminati mill-media.", "THE CHAIRMAN: Però jiena naħseb li hemm iktar minn fattur wieħed li jagħmel differenza.", "Pereżempju għandek il-fatt li llum sar kollox disposable, fejn inti wżajt xi ħaġa u kif lestejt minnha tfajtha fil-ġenb u l-fatt li ħadd ma jrid jagħmel sagrifiċċju għal ħadd!", "Eżempju ieħor huwa bejn dawk it-tfal li jitrabbew bil-pets fid-dar, fejn dawn minn meta kienu żgħar kellhom responsabilità ta' dak l-annimal, li jridu jieħdu ħsiebu u jagħtuh l-ikel u l-ilma, li jridu jnaddfulu eċċ, u xi ħadd li qatt ma kellu dik l-esperjenza imma kellu videogame li x'ħin lesta minnha tfiha u waddabha fil-ġenb!", "FR CHARLES TABONE: Hekk hu.", "Kollox jgħodd.", "THE CHAIRMAN: Jien naħseb li hemm diversi issues li rridu nipprovaw nindirizzawhom.", "FR CHARLES TABONE: Allura rridu nagħmlu appell fuq l-edukazzjoni!", "Fl-edukazzjoni tagħna, anke fil-PSD, kemm qed inwassluh dan il-messaġġ?", "Qiegħed nagħmel din il-mistoqsija għax ma nafx ir-risposta.", "Allura forsi nistgħu nistaqsu lil min hu inkarigat mill-edukazzjoni jekk dan il-messaġġ aħniex qed inwassluh.", "Jekk kollox disposable u jekk kollox huwa interchangeable, in-nies mhumiex hekk!", "Għandek raġun issemmi l-pets għax dawk it-tfal li jitilfu l-pet tagħhom jgħaddu wkoll minn trawma, u huwa tajjeb li jgħaddu minn dik it-trawma għax din se tkun inqas mit-trawma li kieku tilfu persuna umana!", "THE CHAIRMAN: Dan narawh f'kull qasam.", "Jien għamilt il-Masters tiegħi fil-Gerontology.", "Jekk xi ħadd qatt ma naddaf xejn f'ħajtu kif se nippretendu li se jieħu ħsieb il-ġenituri tiegħu meta dawn ikollhom bżonn lil min jieħu ħsiebhom?!", "Jekk dan għalih kollox kien disposable f'ħajtu u allura jekk ried video game xtraha u wara li lesta minnha waddabha 'l hemm, u jekk ried ibiddel karozza qabad u biddilha, u qatt ma kellu din ir-responsabilità li tal-imħabba li qed jirċievi jrid iħallas xi ħaġa lura, kif nippretendu li meta l-ġenituri tiegħu se jkollhom bżonn lil min idur bihom, dan se jieħu dik ir-responsabilità?", "FR CHARLES TABONE: Hekk hu.", "Aħna qed nippretendu li dan isir fil-familja u sewwa nagħmlu li nassumu hekk.", "Imma l-familji tagħna huma ppreparati?", "Qiegħed nistaqsi din il-mistoqsija għax saret bidla kbira fil-familja tagħna.", "Il-bidla kulturali li saret f'pajjiżna hija xi ħaġa tal-għaġeb!", "Tradizzjonalment dawn il-valuri kienu jgħaddu awtomatikament mill-missier għall-ulied u mill-omm għall-ulied.", "L-istruttura kienet tippermettihom dawn l-affarijiet.", "Irridu ngħidu wkoll li kien hemm ir-reliġjon li tissussidja dawn il-valuri.", "Jiena għandi teorija li jista' jkun li kienet tissussidjahom wisq u meta l-Knisja ma baqgħetx daqshekk dominanti, l-importanza tagħhom iddagħjfet mad-djufija tal-istruttura.", "Veru li nistgħu nistabilixxu l-kawża imma x'se nagħmlu?", "Illum għandna l-maġġoranza tal-istudenti li qed jgħaddu għall-edukazzjoni terzjarja.", "X'qed nagħtuhom hemmhekk fuq dak il-livell biex jippreparahom għall-ħajja?", "Dawn l-istudenti kollha jidħlu f'relazzjoni.", "U hawnhekk se nurikom l-istatistiċi, fejn għandek 22.2% tat-trabi li twieldu fl-2013 kienu barra ż-żwieġ!", "Nistgħu ngħidu li l-Ingliżi għandhom kważi 50% imma aħna fuq Malta jinteressana!", "Għalhekk bilfors irridu nagħmlu appell għall-edukazzjoni!", "L-edukazzjoni rridu nikkonsidrawha bħala proċess kontinwu.", "DEO DEBATTISTA: Ma taħsibx li qed tinbidel is-soċjetà?", "FR CHARLES TABONE: Inbidlet diġà!", "DEO DEBATTISTA: Jien bqajt immeraviljat meta ġiet pazjenta quddiemi ta' 19-il sena u qaltli li għandha problema għax ma tistax tinqabad tqila!", "U x'ħin staqsejtha jekk hijiex miżżewġa qaltli li mhijiex imma xorta kienet qed tipprova biex ikollha t-tfal!", "Fejn immissjajna aħna?!", "FR CHARLES TABONE: Dak huwa l-prinċipju l-ieħor u ċjoè il-prinċipju tal-leġittimità.", "Il-prinċipju tal-leġittimità huwa fil-periklu.", "Xi jfisser leġittimità?", "Leġittimità tfisser garanzija li t-tarbija li se tiġi fid-dinja se jkollha lil min jieħu ħsiebha.", "Tradizzjonalment, fil-kulturi kollha tad-dinja, kienu żewġ adulti li jieħdu ħsieb dik it-tarbija.", "Il-leġittimità tfisser li dawk li pprokreaw jieħdu ħsieb it-tarbija.", "JOE CASSAR: Xtaqt nagħmillek mistoqsija fuq hekk għax dejjem interessatni, speċjalment f'ħafna kawżi li qed ikolli bħala espert fuq it-tfal.", "Ħafna drabi t-tfal qed ibatu minħabba t-tkissir tal-familji u l-problemi psiko-soċjali.", "Issa hemm xi sitwazzjonijiet fid-dinja fejn minħabba dan il-kunċett u minħabba l-qawwa kollha li qed ikollhom id-drittijiet tat-tfal, żewġ ġenituri li juru li mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb tat-tarbija tagħhom, minbarra li l-Istat jidħol għal dik it-tarbija permezz ta' care order, din l-inkapaċità tiġi meqjusa bħala att kriminali?", "FR CHARLES TABONE: Ma naf bl-ebda każ bħal dan.", "Issa hawnhekk ukoll importanti ħafna li wieħed ma jiġġeneralizzax.", "Irridu noqgħodu attenti għax l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hu li niġġeneralizzaw.", "Dawn huma każijiet rari ħafna imma jeżistu.", "FR CHARLES TABONE: Fil-liġi tagħna jekk ikun hemm neglect tiġi meqjusa bħala crime.", "Fil-fatt intom it-tobba obbligati li tirrapportaw fejn taraw in-neglect.", "JOE CASSAR: Hekk hu.", "FR CHARLES TABONE: Fin-neglect m'hemmx sigriet professjonali.", "JOE CASSAR: Imma jrid ikun hemm xi ħaġa li turik li hemm dak in-neglect u sfortunatament emotional neglect ma tantx tista' tarah.", "Hawn xi sistema fid-dinja fejn tikkonsidra dan in-neglect bħala crime?", "Jista' jkun nuqqas min-naħa tiegħi wkoll.", "JOE CASSAR: Qed nistaqsi din il-mistoqsija għax xi kultant nibda ngħid kif inhu possibbli li fid-dinja tagħna, tant aħna ffissati fuq id-drittijiet tat-tfal u tal-annimali imma mbagħad, neħlu fuq affarijiet li xi kultant …", "FR CHARLES TABONE: Pereżempju care order joħroġ minħabba li jkun hemm neglect.", "Imma min ikun wettaq dik in-negliġenza, sakemm ma tkunx xi negliġenza kbira, ma jiġri xejn!", "Dan ma jiġix ipproċċessat.", "FR CHARLES TABONE: Safejn naf jien fl-ebda pajjiż fid-dinja min ikun għamel negliġenza jiġi pproċessat, sakemm din ma tkunx negliġenza kbira bħal ngħidu aħna li jaqbad u jarmi lit-tarbija tiegħu.", "JOE CASSAR: U sakemm ma jkunx hemm kondizzjonijiet ta' saħħa mentali.", "Imma jien qed nitkellem fuq kondizzjonijiet oħra.", "JOE CASSAR: Pereżempju għandek persuni li huma psikopatiċi jew sociopaths.", "U kien hemm anke każijiet simili f'pajjiżna!", "U wieħed irid joqgħod attent għax xi kultant qed naraw sitwazzjonijiet fejn it-tfal qed ibatu minħabba nuqqas serju ta' maturità fil-ġenituri tagħhom!", "FR CHARLES TABONE: Il-leġittimità din tfisser; li t-tarbija li titwieled ikollha d-dritt għal ħarsien adegwat biex tgħinha tikber u tiżviluppa.", "Dan huwa suġġett delikat.", "DEO DEBATTISTA: Għaliex tlifniha imma?", "Jien għadni ma fhimtx għalxiex qed nitilfuha!", "FR CHARLES TABONE: Diffiċli tgħid għaliex.", "Għandek din il-fissazzjoni li jien irid ikolli tarbija bilfors!", "JOE CASSAR: Sar ukoll qisu dritt għalihom li jkollhom tarbija.", "DEO DEBATTISTA: Din it-tfajla li ġiet quddiemi qed tgħid li għandha problema għax ma tistax toħroġ tqila u għaliha huwa irrilevanti li mhijiex miżżewġa jew hijiex ma' raġel miżżewweġ!", "Din trid toħroġ tqila!", "JOE CASSAR: Id-dritt li jkollha iben.", "FR CHARLES TABONE: Għalhekk żdiedet ir-rata ta' tfal li twieldu barra ż-żwieġ.", "Hemm oħra marbuta ma' din, li jien meta nagħlaq ċerta età ma rridx nibqa' verġni għax inkella se niġi nerd!", "DEO DEBATTISTA: Għaliex daħal dak il-kunċett fejn għalik huwa importanti li jkollok tarbija mingħajr ma tqis jekk ir-raġel huwiex ġej jgħix miegħek?", "JOE CASSAR: Tiġi qisha wkoll a status symbol għalihom.", "FR CHARLES TABONE: Waħda mir-raġunijiet tista' tkun ukoll il-benefiċċji.", "JOE CASSAR: Jekk wieħed jitkellem fuq livell psikoloġiku, kif għedt inti wkoll, is-sesswalità, li inti tesprimi lilek innifsek, parti mill-fatt li inti mara jew raġel hija l-kapaċità tiegħek li tipprokrea.", "In-nuqqas ta' dik il-kapaċità, speċjalment meta nara singles li jilħqu ċerta età, li jaqbżu l-età ta' 32 jew 35 sena, dawn jibdew jippanikkjaw.", "FR CHARLES TABONE: Hekk hu.", "JOE CASSAR: Il-paniku mhuwiex madwar ir-relazzjoni imma madwar il-fatt li wasal iż-żmien li jekk mhux se jipprokreaw, se jkollhom xi ħaġa nieqsa fihom.", "U din għalihom hija importanti ħafna.", "FR CHARLES TABONE: Iva, imma aktarx li dan il-fenomenu jipprevali fil-klassi soċjali tal-ħaddiema.", "JOE CASSAR: Jien f'kull klassi niltaqa' miegħu.", "FR CHARLES TABONE: M'għandix riċerka fuqha.", "DEO DEBATTISTA: L-iktar li nsibuhom dawn fin-nisa single.", "Għandek nisa li jibqgħu jistudjaw li dawn joqogħdu iktar attenti biex ma jisfrattawx l-istudji tagħhom.", "JOE CASSAR: Imma meta joqorbu lejn it-30 sena dawn isiru panic station!", "FR CHARLES TABONE: Jibdew jippanikkjaw meta jidħlu fit-tletinijiet għax ma jkunux iridu li jgħaddilhom iż-żmien tal-fertilità u ma jkollhomx tarbija.", "Allura, f'din is-sitwazzjoni rridu ninsistu iktar fuq dan il-prinċipju tal-leġittimità, fejn inti, daqskemm għandek dritt li tipprokrea, daqshekk ieħor it-tarbija għandha d-dritt li jkollha żewġ ġenituri li jieħdu ħsiebha.", "Irid ikollha żewġ ġenituri u mhux wieħed.", "Fix-xjenzi soċjali u fl-antropoliġija kulturali – u hawnhekk insemmi l-Antropologu Bronislaw Malinowski – nsibu li the principle of legitimacy tfisser li t-tarbija jkollha żewġ persuni li jieħdu ħsiebha u li preferibilment dawn ikunu ż-żewġ persuni li pprokreawha.", "THE CHAIRMAN: Imma dawn iż-żewġ persuni jistgħu jkunu a father figure u a mother figure?", "Ġol-familja tradizzjonali ma kien hemm l-ebda problema għax jekk il-missier jew l-omm tmut kienu jieħdu dan l-irwol in-nanniet.", "Imma llum, bit-tibdil kollu li qed ikollna fil-ħajja tagħna, qisu li n-nannu u n-nanna m'għadhomx daqshekk available u li x'aktarx dawn ikunu anzjani u jkunu jridu lil min jieħu ħsiebhom ukoll.", "Dak li l-iktar jinteressa lis-soċjoloġija huwa a sociological father and a sociological mother.", "Pereżempju meta jkollok addozzjoni, dawk ma jkunux il-ġenituri bioloġiċi tat-tarbija, imma għaliha - għalkemm ikun hemm xi ftit tal-problemi wkoll - dawk jiswew daqs il-ġenituri bioloġiċi.", "Is-soċjoloġija u l-antropoloġija kulturali jserrħu rashom meta t-tarbija jkollha lil xi ħadd li jieħu l-irwol tal-missier u l-irwol tal-omm.", "Issa jekk ikunux il-ġenituri bioloġiċi jew le ma tagħmilx differenza għat-tarbija.", "THE CHAIRMAN: Dan is-serħan tal-moħħ ikun matul il-ħajja kollha jew inkella għal xi perijodu ta' żmien u mbagħad l-affarijiet jinbidlu?", "Jien m'għandix din ir-riċerka u qatt ma rajt riċerka simili.", "Naħseb li tkun idea tajba ħafna li jkun hemm xi riċerka ta' dan it-tip.", "Jien għandi gut feeling li dan il-perijodu jkun trankwill sakemm it-tifel jew it-tifla jibdew jistaqsu fuq il-ġenituri bioloġiċi tagħhom.", "FR CHARLES TABONE: Għal dawk il-każijiet fejn ikun hemm l-addozzjoni qed tgħid hux?", "FR CHARLES TABONE: Dik dejjem toħloq problema.", "THE CHAIRMAN: Għax imbagħad kif jibdew jistaqsu l-mistoqsijiet se jkun hemm perjodu ta' stress fuq il-familja.", "FR CHARLES TABONE: Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-adottat, f'ċertu punt ta' ħajtu se jistaqsi jekk dawk humiex il-ġenituri bioloġiċi tiegħu u kif jinduna li dawk mhumiex, mela dan se jibda jaħseb li l-ġenituri bioloġiċi tiegħu ċaħduh!", "Dejjem se jkun hemm dik il-problema.", "Imma aħna, bħala social ordering almenu nserrħu rasna li t-tarbija se jkollha a sociological mother and a sociological father li jieħdu ħsiebha.", "Fil-fatt il-liġi tagħna tippreżumi li min jitwieled fiż-żwieġ huwa dejjem ta' dak iż-żwieġ.", "Mela jekk il-mara taqlibili u t-tarbija ma tkunx tiegħi imma tkun ta' ħaddieħor, ladarba titwieled fiż-żwieġ tiegħi dik it-tarbija hija tiegħi sakemm ma nagħmilx kawża ta' denegata paternità għax inkun naf li dik it-tarbija mhijiex tiegħi.", "Illum il-Qorti qiegħda taċċetta d-DNA typing u allura ġiet faċli biex tindaga jekk it-tarbija hijiex tiegħek jew le.", "Għalfejn?", "Għax jekk it-tarbija ma jkollhiex min jieħu ħsiebha ma tkunx leġittima, fis-sens li mhux biex nistigmatizzaw lit-tarbija imma biex naċċertaw li t-tarbija se jkollha lil min jieħu ħsiebha.", "\"Leġittima\" tfisser li dik it-tarbija se jkollha min jieħu ħsiebha u l-prassi hi li min iġibha fid-dinja jieħu ħsiebha.", "JOE CASSAR: Fil-fatt hemm studji kbar fuq il-fatt li meta t-tarbija titlef xi ġenitur f'perijodu partikolari ta' ħajjitha meta tkun qiegħda tikber, tagħmel differenza meta u tagħmel differenza jekk titlifx lil missierha jew lil ommha.", "Hemm studji sħaħ fuq dan il-fatt.", "FR CHARLES TABONE: Dażgur!", "Xi kultant dawk l-effetti joħorġu aktar tard.", "JOE CASSAR: Ta' 18 jew 20 sena.", "U dażgur li tagħmel differenza kbira.", "Inkella bl-istess argument ikollok tagħmel extrapolation – li ma tistax tagħmilha – li dawk it-tfal li trabbew f'orfanotrofju mas-sorijiet kollha se jkollhom il-problemi.", "Fil-fatt hemm min ikollu l-problemi imma ħafna drabi mhux għax ikunu trabbew f'orfanotrofju imma għax ġenetikament diġà kellhom il-problemi.", "Min-naħa l-oħra ħafna minn dawn it-tfal ma jkollhomx problemi.", "FR CHARLES TABONE: Fir-rigward tal-leġittimità qiegħed nara żewġ problemi f'pajjiżna, waħda kulturali, fejn il-missier kulturalment kien assenti mill-familja għax aħna konna nipprattikaw a strict sexual division of labour.", "U l-problema l-oħra hi li qed ikollna child bearing out of wedlock, xi ħaġa li qiegħda tiżdied.", "Mela rridu nagħmlu xi ħaġa fuq żewġ livelli; irridu naraw kif se nikkonvinċu lill-irġiel għax ġeneralment l-omm trabbija lit-tarbija tagħha.", "DEO DEBATTISTA: Inti fuq l-out of wedlock qed titkellem u qiegħed tassumi li dawn mhumiex miżżewġin.", "Imma ma jfissirx li mhumiex jgħixu flimkien.", "FR CHARLES TABONE: Le, xi wħud minnhom jgħixu flimkien.", "DEO DEBATTISTA: Qiegħda turi li mhumiex miżżewġin imma li mhux qed jgħixu flimkien ħaġa oħra għax qed ikollna ħafna li qed ikollhom it-tfal imma ma jkunux miżżewġin.", "FR CHARLES TABONE: Le, imma almenu jibqgħu flimkien u jaslu biex jiżżewġu.", "DEO DEBATTISTA: Allura ma tidħolx bħala wedlock xorta.", "FR CHARLES TABONE: Le, fl-istatistika tinżel bħala out of wedlock.", "Għalhekk kultant l-istatistika ma taqdinhiex.", "Din li kkwotajt minnha hija statistika uffiċjali.", "DEO DEBATTISTA: Jista' jkun li l-25% huwa persentaġġ għoli ħafna.", "FR CHARLES TABONE: Le, dik hija ċ-ċifra reali.", "DEO DEBATTISTA: Out of wedlock imma ma jfissirx li mhux qed jgħixu flimkien.", "JOE CASSAR: Ma tafx kemm hemm koppji li huma f'relazzjoni stabbli u li kellhom tarbija.", "F'din l-istatisika ma tidħolx jekk humiex miżżewwġin jew le.", "DEO DEBATTISTA: Ma rridx nifta' dell ikrah imma mbilli jkunu single parents ma jfissirx li qed jgħixu waħedhom lanqas!", "FR CHARLES TABONE: Hekk hu.", "Imma żgur li għandna l-fenomenu li qed tgħid inti, fejn għal ċertu nisa l-importanti li joħorġu tqal, jiġri x'jiġri wara.", "U xi kultant ikun aħjar għalihom jekk il-missier jabbanduna t-tarbija!", "Jiġifieri għandna dak il-fenomenu wkoll.", "Imbagħad għandna l-fenomenu l-ieħor li xi rġiel veru jabbandunawha lit-tarbija tagħhom.", "Dik hija l-illeġittimità.", "Illeġittimi soċjali.", "THE CHAIRMAN: Inti taf ikollok ukoll relazzjonijiet differenti.", "Pereżempju jeżistu każijiet ta' koppji gay li joħorġu tqal biex ikollhom it-tfal u jrabbuhom f'dik it-tip ta' relazzjoni, li mhijiex waħda tradizzjonali.", "JOE CASSAR: Imma dik xorta tiġi relazzjoni għalkemm hija out of wedlock.", "THE CHAIRMAN: Li kieku jkun hemm breakdown tagħha tkun xi ħaġa tajba.", "FR CHARLES TABONE: Iva, imma xorta hija sinifikattiva.", "Li jimpressjonani mhux il-perċentwal ta' 25% imma meta nqabbel il-perċentwal tagħna mal-perċentwal tal-Ingilterra, fejn hemmhekk għandek 50%!", "DEO DEBATTISTA: Imma l-istess, hemmhekk qed ngħidu out of wedlock, jiġifieri ma jfissirx li l-50% kollha mhumiex f'relazzjoni.", "FR CHARLES TABONE: Iva, imma kien hemm żmien li ma kienx 50% u kien hemm żmien fejn tagħna ma kienx 25%.", "Mela xi ħaġa qed tiġri!", "DEO DEBATTISTA: Il-problema tidher fiż-żwieġ u mhux fil-legitimacy.", "Jien għal dak il-punt irrid nasal.", "FR CHARLES TABONE: Jista' jkun ukoll.", "DEO DEBATTISTA: Il-problema tal-koppji tagħna hu li dawn ma jridux jiżżewġu u mhux li ma jridux jieħdu ħsieb it-tfal!", "FR CHARLES TABONE: Irridu nagħmlu riċerka fuqha imma għandek raġun.", "U jien qiegħed naqbel miegħek.", "Qed nagħmel l-ipotesi li m'għandniex każijiet fejn ma jridux jieħdu ħsieb tat-tfal.", "DEO DEBATTISTA: Il-problema ma naħsibx li hija li rridu nedukaw fuq il-leġittimità imma li nedukaw fuq li jkollna r-reċiproċità.", "FR CHARLES TABONE: Fuq ir-reċiproċità rridu nedukaw.", "Aħna rridu nedukaw fuq kif inti għandek bżonn l-istabilità.", "U dik irridu nedukaw għaliha.", "DEO DEBATTISTA: Imbagħad niġu għall-punt l-ieħor ta' meta inti għedt li l-benefiċċji jagħmluha aktar faċli biex it-tarbija trabbiha waħdek.", "Anzi jista' jkollok interess li ma tirreġistrax l-unjoni biex inti tikkwalifika bħala single parent u tieħu l-benefiċċji.", "Imma safejn naf jien il-Gvern qed jieħu ħsiebha din.", "THE CHAIRMAN: Dawk li għandhom ċerta età aħna nixtiequ li jidħlu għat-taħriġ biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u mbagħad għall-etajiet l-oħrajn kollha qegħdin noħolqu inizjattivi biex ninkoraġġuhom, fosthom li min jidħol jaħdem jingħata persentaġġ tal-benefiċċji li kien jieħu matul l-ewwel tliet snin li jagħmel fl-impjieg.", "M'aħniex nidħlu f'ħafna dettalji imma qegħdin nagħtuhom dan l-inkoraġġiment.", "DEO DEBATTISTA: Xorta teżisti r-reċiproċità!", "Il-problema hi li mhux qed tagħmilha b'mod legali.", "FR CHARLES TABONE: Iva, imma għandna bżonn nirregolaw ir-reċiproċità.", "Fil-fatt waħda mil-liġijiet futuri se tkun il-liġi tal-koabitazzjoni.", "Xi tfisser il-liġi tal-koabitazzjoni?", "Li jekk intom qed tgħixu flimkien u b'xi mod ma rreġistrajtux l-unjoni tagħkom, issa se nirrikonoxxuhilkom.", "Huwa importanti għas-soċjetà li nkunu nafu min qiegħed ma' min.", "Din il-ħaġa daqshekk fundamentali, tal-intimità u r-reċiproċità, tiġi regolata.", "Din hija importanti fis-soċjetà tagħna u allura rridu nedukaw fuqha.", "Jien diġà ikkwotajt l-istatistiċi.", "Interessanti l-istatistika kif għoliet fejn jidħlu s-separati, l-annullati u d-divorzjati.", "Dik hija statistika li turi marriage breakdown.", "Meta tgħid separati, annullati u divorzjati m'għandniex dawk li huma de facto separati u li għadhom ma daħlux il-Qorti!", "Dak m'għandniex għax kieku min jaf kif titla' l-istatistika!", "Imma almenu biċ-ċensiment nafu fejn qegħdin.", "Iċ-ċensiment ikejjel lil min hu de iure separat, annullat jew divorzjat.", "Dawn huma sintomi ta' marriage breakdown.", "Fl-1995 kien hemm kważi 5,000 filwaqt li fl-2005 – 10 snin wara - kien hemm kważi 7,500.", "U fl-2011 - mhux għaxar snin wara sar dan iċ-ċensiment għax kellu jsir qabel biex inkunu in regola mal-Eurostat - in-numru tela' għal 18,000 persuna li għaddiet minn marriage breakdown!", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li r-raġunijiet huma tnejn prinċipalment; il-fattur bioloġiku u l-fattur kulturali.", "Ikun hemm l-inkompatibilità.", "DEO DEBATTISTA: Bil-fattur bioloġiku qed ngħid li l-bniedem qed jgħix iktar.", "Fl-imgħoddi ta' 40 sena kienet tkun spiċċat ħajtek mentri llum ħafna nies ta' 40 sena tkun għadha se tibda ħajjithom.", "FR CHARLES TABONE: Ħafna problemi li qed jirriżultaw fiż-żwieġ qed iseħħu wara l-40 sena!", "JOE CASSAR: Pereżempju fil-Ġappun, ħafna mill-marriage breakdowns qed ikunu mill-età ta' 60 sena 'l fuq.", "JOE CASSAR: Hemmhekk tant jaħdmu li kważi kważi lanqas ikunu qegħdin jgħixu flimkien ħlief fil-weekends!", "Meta mbagħad jirtiraw u jibdew jgħixu flimkien jirrealizzaw li qatt ma kienu kompatibbli!", "Imma r-realtà hi li ftit ikunu għexu flimkien għax kif għedt hemm uħud li jiltaqgħu biss darba fl-aħħar tal-ġimgħa!", "FR CHARLES TABONE: Irridu naħdmu fuqha din.", "THE CHAIRMAN: Din l-istatistika tista' tkun qiegħda tirrifletti l-fatt li llum kulħadd qed ifittex id-drittijiet tiegħu mentri qabel mara li kienet tkun supressed, kienet tibqa' f'dak l-istat.", "(Interruzzjonijiet)", "FR CHARLES TABONE: Dażgur!", "Veru, imma dak ilu li ġara.", "Dik il-bidla kulturali, fejn il-mara ma baqgħetx aktar suppressed, ilna li għaddejna minnha.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk dan it-tibdil qiegħed isir f'ċertu age brackets, kemm għandna nisa li joħorġu jaħdmu f'dak l-age bracket?", "Kemm tista' tapprova li din il-bidla kulturali ilha li saret?", "Illum mara toħroġ taħdem, ekonomikament indipendenti u allura ma tiddependix mir-raġel.", "B'hekk l-istil ta' ħajja nbidel kompletament.", "FR CHARLES TABONE: Ħalli nagħmlu statement ġenerali.", "Huwa fatt li fis-soċjetà tagħna, daqs 30 sena ilu, kellna ħafna empty shell families.", "Kellek żweġijiet imfarrkin li kienu jibqgħu hemm u qatt ma joħorġu fil-beraħ għal diversi raġunijiet.", "Fil-fatt qabel kienet xi ħaġa tal-mistħija li tiddikjara li kellek marriage breakdown.", "Dan narawh anke fil-lingwaġġ kulturali tagħna, fejn meta r-raġel jaqlibha lill-mara, ma ngħidux xi qrun tella' imma ngħidu xi qrun tellalha!", "U din hija l-vittma tal-adulterju.", "L-adulterju tar-raġel tagħha jġib għajb fuqha!", "U allura żgur li kien hemm interess kulturali li jien naħbi l-falliment taż-żwieġ tiegħi!", "JOE CASSAR: Kien jinħeba kollox qabel.", "FR CHARLES TABONE: Kienu jinħbew anke l-persuni b'diżabilità!", "JOE CASSAR: Għadni niftakar nidħol ġod-djar u nara persuni b'diżabilità li kienu ilhom maqfulin 25 u 30 sena!", "Issa jien għadni żgħir imma meta bdejt il-karriera tiegħi niftakar li kont narahom dawn il-każijiet.", "FR CHARLES TABONE: Konna naħbu l-mard qabel.", "Ara kif inbidlet il-kultura!", "Qabel kienu jgħidu li ma jmorrux l-isptar għax jekk jidħlu hemmhekk kulħadd se jkun jaf li għandhom il-mard fil-familja.", "Kienu saħansitra jaħbu l-mard taz-zokkor!", "Kellna dik il-kultura ta' ħabi imma llum, għal grazzja t'Alla, spiċċat.", "Allura bilfors se joħorġulek aktar marriage breakdowns.", "L-oħra hija l-indipendenza ekonomika.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi raġuni għalfejn hemm din iż-żieda?", "FR CHARLES TABONE: Jien ma natribwixxiex dan il-fattur ta' din iż-żieda - speċjalment bejn l-2005 u l-2011 - għal dawn ir-raġunijiet li semmejt.", "Hemm fenomenu ieħor fejn jien I want to make the best out of my life, u allura jekk nara li jista' jkolli relazzjoni ma' xi ħadd ieħor u din ir-relazzjoni tista' tkun aħjar mir-relazzjoni preċedenti, mela se nidħol għaliha.", "DEO DEBATTISTA: Imma xorta nibqa' ngħid li dan qed iseħħ għax il-bniedem qed jgħix iktar!", "Dak huwa fatt. Aħna x'qed ngħidu?", "Mela jien għandi 40 sena, uliedi kibru u telqu mid-dar, u jekk jien ma żviluppajtx ir-relazzjoni tiegħi ma' marti b'tali mod li marti għadha meaningful għalija, jien naf li fadalli 40 sena oħra quddiemi u allura se nagħmel dawn is-snin kollha hekk?!", "DEO DEBATTISTA: Għalhekk jgħodd ukoll il-lat bioloġiku għax ir-rush li tħoss meta jkollok il-crush fuq xi ħadd hija differenti mil-long term love!", "U peress li qed ngħixu aktar, meta tiġi biex tesperjenza l-crush, se terġa' tħossok li qiegħed fit-teenage years!", "DEO DEBATTISTA: Allura naħseb li l-fattur bioloġiku, apparti dak kulturali .…", "FR CHARLES TABONE: Żgur li qiegħed jinfluwixxi.", "DEO DEBATTISTA: Mhux qed ngħidlek li għandna xi tort għax m'għandux tort sa barra l-bniedem.", "Il-fatt li qed jgħix sa 80 sena ...", "FR CHARLES TABONE: U għalhekk li ħafna mill-breakdowns qed ikunu ta' meta jkollhom erbgħinijiet u ħamsinijiet.", "Jekk jien ngħix sa 60 sena se ngħid għalfejn se nagħmilha imma jekk se ngħix sa 80 sena u għad għandi 45 sena żgur li nidħol għaliha biex ngħix kuntent!", "DEO DEBATTISTA: Tiltaqa' ma' ħafna li jgħidulek; \"mhux darba tgħix\"!", "THE CHAIRMAN: Anke l-mod ta' kif inħarsu lejn il-ħajja, fejn dak li jkun irid jieħu l-massimu ta' kull perijodu u li jħares biss lejn il-gratifikazzjoni istantanja …", "JOE CASSAR: Nerġa' niġi għat-tfal għax bl-istess token hawnhekk qegħdin kważi niġġustifikaw b'mod leġittimu dak li qed jiġri lill-kbar, imma jekk se nerġgħu …", "FR CHARLES TABONE: Mhux niġġustifikaw imma qegħdin nipprovaw nifhmu.", "JOE CASSAR: Iva, imma jekk aħna se mmorru għall-kunċett tal-leġittimità ħadd mhu qed jitkellem fuq kif it-tfal - meta l-ġenituri tagħhom ikollhom 40 jew 50 sena – illum qed ikunu fl-aktar età sensittiva u delikata tagħhom u li dawn għandhom bżonn l-istabilità.", "Dik hija xi ħaġa li n-nies qed jinsewha!", "It-tfal ta' nies ta' 40 jew 50 sena ta' 20 sena ilu kienu differenti mit-tfal tan-nies li għandhom 40 u 50 sena llum.", "It-tfal ta' dawk li għandhom 40 u 50 sena illum huma ħafna iżgħar u kważi għandek deċenju bejn it-tfal ta' 20 sena ilu!", "FR CHARLES TABONE: Dażgur!", "Illum qed ikollna t-tfal meta nkunu fit-tletinijiet.", "JOE CASSAR: Għalhekk it-tfal ikunu f'età sensittiva ħafna.", "Jekk pereżempju naraw l-istatistika ta' subien li jitilfu lil missierhom ta' disa' snin, insibu li dawn għandhom kważi għaxar darbiet aktar ċans minn normal li taqbadhom dipressjoni sakemm jagħlqu 18-il sena! 20 sena ilu meta missier kien ikollu 40 sena, it-tfal tiegħu ma kienx ikollhom disa' snin imma kienu jkunu akbar.", "Illum ħafna mit-tfal disa' snin ikollhom!", "U allura aħna qegħdin ninsew il-problema tagħhom ukoll.", "THE CHAIRMAN: Inti tara xi soluzzjoni?", "JOE CASSAR: Le, u hija r-raġuni għalfejn fiċ-child guidance qegħdin naraw biżibilju ta' tfal b'dawn il-problemi.", "Fl-iskejjel qegħdin naraw ħafna u ħafna problemi.", "U ma jistax ikun għax żied il-mard sakemm ma jkunx hemm xi infezzjoni ...", "FR CHARLES TABONE: Imbagħad għandi biċċa fuq il-work family balance.", "Dan huwa importanti minħabba l-kultura tagħna.", "Issa jien hawnhekk nara importanza kbira li ninvestu fl-edukazzjoni, mhux biss edukazzjoni għat-tfal imma anke għall-kbar.", "Jekk ninvestu fl-edukazzjoni tat-tfal nafu li dawn se jkunu l-ġenituri ta' għada imma sadanittant x'se nagħmlu bil-ġenituri tal-lum?", "Isiru korsijiet illum ukoll imma peress li l-bidla kulturali qiegħda ssir b'mod mgħaġġel, jeħtieġ li ninvestu iktar fl-edukazzjoni formali u fl-edukazzjoni informali.", "Fl-edukazzjoni informali jidħlu l-mezzi tax-xandir.", "DEO DEBATTISTA: Skużani, imma na nistax nifhem fejn trid tasal b'dak li qed tgħid.", "Fl-opinjoni tiegħi b'dak li qed tgħidli stabilixxejna li l-leġittimità mhijiex problema għax għandna ħafna li għalkemm mhumiex fiż-żwieġ, xorta waħda jistgħu qegħdin jgħixu flimkien jew inkella qegħdin f'xi forma ta' relazzjoni oħra.", "FR CHARLES TABONE: Però din tista' tkun ta' problema aktar 'il quddiem.", "DEO DEBATTISTA: Inti qed tgħid għar-relazzjoni extra-konjugali?", "FR CHARLES TABONE: Allura rridu ndaħħlu fil-mentalità tat-tfal il-kunċett li meta tipprokrea trid tieħu ħsieb tat-tarbija.", "Illum irridu ndaħħlu dan il-kunċett għax m'għadhiex awtomatika bħalma kienet qabel.", "JOE CASSAR: Kważi trid tiġi tassattiva llum!", "FR CHARLES TABONE: Dik irridu ndarruhom fuqha.", "U għalhekk ħadt pjaċir meta semmejtu l-punt tal-pets fid-dar.", "Jien ma rridx nippromwovi t-trobbija tal-pets imma inti, Sur President, tajt eżempju ta' kif pedagoġikament inti tista' teduka lit-tfal fir-responsabilità.", "Naf b'tifel li talab kelb lill-missieru u missieru qallu li hu lest li jixtrielu kelb basta jieħu ħsiebu.", "Il-missier qallu li jekk ma jieħux ħsieb il-kelb, imqar għal ġurnata waħda biss, il-kelb ineħħih!", "U fil-fatt neħħihulu.", "THE CHAIRMAN: Meta tgħid li rridu nedukaw qiegħed tagħmel statement kbir.", "Fl-edukazzjoni x'irid ikun hemm?", "Fuq xiex irridu nedukaw?", "Irridu nedukaw aktar fil-valuri li qabel kienet tagħti l-Knisja meta din kellha aktar influwenza milli għandha llum?", "Fuq liema valuri se nedukawhom?", "FR CHARLES TABONE: Fuq il-valuri universali.", "Irridu nedukawhom fuq il-valuri li jipprattika kulħadd!", "Inti stess semmejt il-Knisja.", "Il-Knisja kienet twassalhom dawn il-valuri imma llum tilfet il-qawwa tagħha fit-trasmissjoni ta' dawn il-valuri għax qegħdin ngħixu fi stat lajk.", "Fil-fatt waħda mill-handouts li tajtkom hija r-riflessjoni tiegħi fuq l-istat lajk.", "Imma allura issa se jiżdied il-piż fuq l-Istat sabiex iwassalhom hu dawn il-valuri.", "Issa jien ma nafx kemm imlejnih il-vojt.", "JOE CASSAR: Hawnhekk, bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni fuq l-Edukazzjoni, nixtieq nagħmel punt importanti għax sfortunatament, jiena ngħid li f'dan il-pajjiż, meta nitkellmu fuq l-edukazzjoni għandna kultura li taqleb mill-ewwel fuq l-iskejjel.", "FR CHARLES TABONE: Le, sewwa qed tagħmlu!", "JOE CASSAR: Għalhekk għamilt parentesi importanti.", "Hija xi ħaġa li jien totalment kontriha u naf li anke l-Ministru Bartolo jaqbel miegħi fuqha din.", "Meta aħna nitkellmu fuq l-edukazzjoni ma nistgħux nibqgħu nagħtu l-idea li l-edukazzjoni equals klassi, equals għalliem u equals il-kap tal-iskola!", "Jekk nibqgħu b'dan il-kunċett inkunu qegħdin neżoneraw l-edukazzjoni interna fil-familji u fis-soċjetà tagħna li għalija hija importanti daqs l-edukazzjoni formali fl-iskola.", "FR CHARLES TABONE: Pereżempju, jien ilni ninsisti mal-gvern, ikun min ikun fil-gvern, li wasal iż-żmien li l-Istat joffri korsijiet ta' preparazzjoni għaż-żwieġ.", "Min se jiżżewweġ ċivilment x'se jagħmel?", "Mhuwiex l-irwol tal-Knisja li toffri dawn il-korsijiet għalihom.", "Issa wasalna fi żmien li se jkollok lil min jiżżewweġ ċivilment.", "Allura dak mhux se jirċievi preparazzjoni għaż-żwieġ?", "THE CHAIRMAN: Mela inti trid il-kwalifikazzjonijiet għal kollox; biex iġġib liċenzja tal-karozza, biex tidħol l-Università, eċċ. u mbagħad biex tagħmel l-iktar ħaġa importanti u ċioè biex tiżżewweġ u jkollok it-tfal m'għandekx bżonn daqshekk taħriġ!", "FR CHARLES TABONE: Eżatt.", "M'għandux għalfejn ikollok prova li inti kkwalifikat f'dawk l-affarijiet għax nippreżumu li inti kkwalifikat!", "Issa aħna mhux se nagħmluha tassattiva li biex tiżżewweġ irid ikollok prova li inti kkwalifikat biex tiżżewweġ u biex ikollok it-tfal għax inkella ma naslux.", "Imma rridu nedukaw lin-nies mhux fis-sens ta' schooling.", "Pereżempju flimkien ma' Prof. Abela darba konna ssuġġerejna - wara riċerka li għamilna - li għandna nedukaw lill-familja tramite n-nurse.", "L-ideal hu li jkollok social workers li jidħlu fil-familji imma mill-kultura tagħna qisna ma tantx naċċettaw lil min jidħol fid-dar tagħna ħlief għat-tabib.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb li nedukaw bil-mezzi tax-xandir imma rridu nedukaw anke one to one.", "Il-familji tagħna jaċċettawha lin-nurse għax għadhom iħobbuhom lit-tfal.", "U allura jekk tgħidilhom li se tibda tiġi nurse d-dar biex tgħinhom kif għandhom jieħdu ħsieb it-tarbija, din in-nurse ma tkunx sempliċement nurse imma jkollha wkoll ħiliet soċjali biex filwaqt li tgħallem lil dik il-familja kif għandha tieħu ħsieb tat-tarbija bioloġikament, tgħallimhom ukoll kif għandhom jieħdu ħsiebha psikoloġikament u soċjalment.", "F'pajjiżna għad għandna problema ta' illitteriżmu.", "Issa ma rridx niġi miftiehem li ma ħdimniex f'dan ir-rigward u ara ma taħsbux li mhux qed ninvestu fl-edukazzjoni.", "Jekk hemm xi ħaġa li qed ninvestu fiha hija proprju fuq l-edukazzjoni.", "Dan mhu tort ta' ħadd u huwa tort ta' kulħadd!", "Għandna sitwazzjonijiet, aħna nsejħulhom socially deprived areas, - li kulħadd jaf fejn huma u għalhekk mhux se nsemmihom biex ħadd ma jieħu għalih - fejn assolutament m'għandhomx kultura ta' edukazzjoni!", "Allura għandek dan il-fenomenu fejn il-ġenituri ma jibagħtux lit-tfal tagħhom l-iskola.", "U aħna rridu nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "Kif se nedukaw lill-familja?", "Jekk se tgħidilhom li se tagħmlilhom kors mhux se jiġuk imma jekk meta jkollhom it-tfal nibagħtulhom in-nurse, din jista' ikollha rwol ta' social worker ukoll.", "Din tibqa' takkumpanja lill-familja u meta jasal iż-żmien li jibagħtu lit-tarbija tagħhom il-kindergarten tgħidilhom li se jibagħtuha għall-ġid tagħha u tfiehemhom għalfejn għandhom jibagħtuha l-kindergardten.", "L-istess ħaġa meta tiġi biex jibagħtuha l-iskola.", "Jekk dan isir wisq probabbli naslu biex negħlbuha din il-kultura non-edukattiva.", "Jekk ma nidħlux fil-familji mhux se naslu biex negħlbuha.", "Għalhekk qiegħed nieħu pjaċir li l-Onor.", "Cassar semma dan il-punt imma rridu nidħlu fejn hemm bżonn li nidħlu biex nedukaw.", "JOE CASSAR: Biex nagħti eżempju ta' kemm il-mentalità hija bħalma semmejt inti Father, meta nitkellmu fuq illitteriżmu, il-ġenituri jirriferu għall-qari fl-iskola!", "Pereżempju meta kont ngħix l-Amerika kont nara li dawn kellhom il-kultura li s-Sibt filgħodu ħafna ġenituri jmorru mat-tfal fil-park tal-librerija u joqgħodu mal-art magħhom jaqraw.", "Din hija xi ħaġa li hawn Malta m'għandniex.", "Kemm naraw ġenituri li jagħmlu hekk?", "Aħna għandna kollox kompartimentalizzat, mela l-iskola qiegħda għall-qari, id-dar biex jagħmlu xi ħaġa oħra u l-mużew biex jagħmlu xi ħaġa oħra.", "DEO DEBATTISTA: Biex inkompli ma' dak li qed tgħid inti, f'Iceland wieħed minn kull 10 huma awturi ta' kotba.", "Ara x'kultura għandhom ġod-dar dawn biex wieħed minn kull għaxra kiteb ktieb!", "FR CHARLES TABONE: Dak huwa eżempju wieħed ta' x'nistgħu nagħmlu biex nidħlu fil-familji.", "DEO DEBATTISTA: Nistgħu nagħmlu l-premju: \"Ikteb ktieb\".", "FR CHARLES TABONE: Eżempju tajjeb.", "Ladarba l-familji jilqgħuk f'darhom, se jaċċettawk.", "THE CHAIRMAN: F'dan il-Baġit ipprovajna nindirizzaw din is-sitwazzjoni billi tajna inċentiv għal min jibgħat it-tfal l-iskola.", "Fil-fatt tajna lill-familji €400 extra talli jibagħtu lit-tfal l-iskola!", "FR CHARLES TABONE: Kollha ideat tajbin dawn imma rridu nżommu quddiem għajnejna li dawk it-tfal li ma jkollhomx kultura edukattiva d-dar, lanqas l-iskola ma jitgħallmu!", "Il-ftit li jitgħallmu l-iskola se jħottuhulhom f'minuta hekk kif imorru d-dar!", "THE CHAIRMAN: Sitwazzjoni ideali tkun li t-tfal jassoċċjaw l-imħabba tal-ġenituri tagħhom mal-qari, mal-istudju u mal-kunċett ...", "FR CHARLES TABONE: Irridu nidħlu fil-familji.", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "FR CHARLES TABONE: Qed nissuġġerixxu affarijiet prattiċi kif nistgħu nwasslu l-edukazzjoni mhux permezz tal-ischooling.", "Ilum għandna wkoll il-kunsilli lokali li nistgħu ninċentivawhom billi min joffri dawn il-korsijiet jingħata l-fondi meħtieġa mill-fond ċentrali.", "Nistgħu nagħmlu ħafna llum bis-sistema li għandna ħalli l-edukazzjoni nwassluha barra mill-ischooling.", "B'edukazzjoni dak li kont qed infisser u mbagħad esprimiha b'mod tajjeb ħafna l-Onor.", "Jiġifieri nistgħu nagħmlu ħafna llum.", "Xi ħaġa oħra li ilni ninsisti fuqha hija li rridu nedukaw fuq l-irwol tal-missier.", "Aħna konna mdorrijin bis-sexual division of labour, fejn il-missier huwa l-bread winner u l-mara hija l-family carer.", "Fis-soċjoloġija dawn insejħulhom the instrumental role and the expressive role, fejn ir-raġel għandu l-instrumental role filwaqt li l-mara għandha l-expressive role.", "Imma llum ma nistgħux nibqgħu fiha din għax in-nisa qegħdin joħorġu jaħdmu u aħna qegħdin nippromwovu proprju biex in-nisa joħorġu jaħdmu.", "Huwa tajjeb li nagħmlu dan għax jiswa għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Barra minn hekk hemm esiġenzi ekonomiċi li minħabba fihom in-nisa ma jistgħux ma joħorġux jaħdmu.", "Imbagħad għandek l-istatistika fejn fl-2005 kellek 30% tal-work force li kienu nisa filwaqt li fl-2013 dan tela' għal 37.7%.", "Lanqas m'aħna kuntenti b'dan u nagħmlu sew li nkomplu nipprovaw inżiduh.", "Jien m'iniex kontra – sociologicamente parlando - li n-nisa jilħqu l-livell tal-irġiel fix-xogħol għax dan jiswa ta' ġid għalihom stess.", "Ix-xogħol jiżviluppa lill-persuna b'mod sħiħ u ħolistiku imma ma nistgħux nagħmlu dan a skapitu tal-kura tagħna nfusna u tal-familja.", "Għalhekk qed ngħid li rridu bidla fil-kultura tagħna u din irridu nisħqu fuqha bl-edukazzjoni informali.", "Irridu ngħallmu li l-missier postu d-dar daqs kemm huwa post l-omm id-dar!", "Jekk il-mara ħarġet, il-missier irid jidħol id-dar.", "Jekk taraw il-pattern li għamiltilkom, minflok division din tiġi sharing u għalhekk tiġi taqdi aktar il-komunjoni.", "Għalhekk l-instrumental role u l-expressive role jaqduha kemm il-missier u kemm l-omm u għalhekk din toħloq sharing u toħloq aktar komunjoni.", "Għandek ukoll il-bonding.", "Għalfejn it-tfal kien ikollhom bond iktar mal-ommijiet milli mal-missirijiet?", "Għandna espressjoni bil-Malti li tgħid li meta tkun muġugħ se tgħajjat \"ajma ma\" u mhux \"ajma pa\".", "Issa jekk naslu għal dan li qed ngħid jien, meta tkun muġugħ se tgħajjat ukoll \"ajma pa\"!", "U fuq din irridu ninsistu fuqha.", "DEO DEBATTISTA: Jien mhux qiegħed naqbel miegħek.", "U qed ngħid hekk għax xorta l-penċentwal ta' extra marital children barra minn Malta huwa għoli.", "Fil-fatt fl-Ingilterra qiegħed 50% minkejja li għandek ħafna sharing of roles u minkejja li għandek aktar nisa li qegħdin jaħdmu.", "FR CHARLES TABONE: Veru li hemm aktar nisa jaħdmu imma hemm irġiel li jieħdu ħsieb it-tfal?", "Naħseb li dik m'hemmx.", "DEO DEBATTISTA: Dan narawh ukoll fil-pajjiżi Skandinavi.", "Jiena naħseb li ċertu rwoli ma nistgħux nibdluhomlha lill-mara.", "FR CHARLES TABONE: Ir-riċerka soċjoloġika llum waslet fil-punt li tgħid li l-irwoli huma interchangeable.", "DEO DEBATTISTA: M'għandix dubju imma biex naslu għal dak li qal l-Onor.", "Cassar, u ċioè li l-edukazzjoni tibda mid-dar ...", "FR CHARLES TABONE: Għalhekk irridu nieħdu ħsiebha.", "Jien għamilt żmien fil-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u l-aspett politiku tiegħi fil-pajjiż, fis-sens li nieħu interess fl-iżvilupp tal-pajjiż, kien proprju f'din il-Kummissjoni.", "Imbagħad kont ħdimt ukoll biex inwaqqfu l-Kummissjoni Nazzjonali Familja.", "Hemmhekk konna ħdimna biex nibdlu l-kotba tal-iskola peress li dawn kienu stereotyped.", "Fil-fatt kont tara t-tifel jilgħab bil-ballun u t-tifla tilgħab bil-pupa, it-tifel jgħin lill-missieru fil-ġnien u t-tifla tgħin lill-ommha fil-kċina.", "Irridu nibdlu kultura sħiħa.", "Jekk ma nibdlux il-kultura sħiħa se nbatu.", "Kif l-omm assumiet l-instrumental role, u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se tassumi dan l-irwol, il-missier ukoll irid jassumi l-expressive role.", "L-omm assumitha minħabba raġunijiet ovvji, fosthom il-bżonn ekonomiku u l-bżonn tal-iżvilupp personali tagħha.", "L-omm se tgħidlek li jekk ma toħroġx taħdem se ssir kaboċċa ġod-dar u allura tħoss il-bżonn li toħroġ taħdem biex tinterraġixxi mal-oħrajn.", "Madankollu l-missier għadu ma assumihx dan l-irwol.", "THE CHAIRMAN: Fiha ħafna benefiċċji li toħroġ taħdem il-mara.", "Jien naħseb li seta' jsir ċertu abbuż min-naħa tal-irġiel fuq in-nisa u ladarba l-mara tkun ekonomikament indipendenti, l-abbuż jonqos ukoll.", "U jien m'iniex kontra li l-mara toħroġ taħdem.", "Aħna qed ngħidu li wasalna fl-istat li l-mara assumiet l-instrumental role u laħqet lir-raġel.", "JOE CASSAR: Imma it is a culture change u se ngħidlek għalfejn qiegħed ngħid hekk.", "Darba waħda kont qiegħed nixtri ġo supermarket flimkien mal-mara tiegħi għax aħna dejjem immorru nixtru flimkien.", "U hemmhekk iltqajna ma' koppja ħbieb tagħna, li għandhom kważi l-istess età tagħna, u waqt li konna qed nitkellmu magħhom bdiet niżla x-xita u jien dort fuq il-mara u għedtilha; \"il-aħwa għandi l-ħwejjeġ fuq il-bejt!\"", "Fil-fatt jien nonxorhom il-ħwejjeġ tagħna.", "Din il-koppja, ħbieb tagħna, baqgħu mistagħġbin iħarsu lejja!", "U jien għedtilhom li iva, id-dar jien nonxorhom il-ħwejjeġ.", "FR CHARLES TABONE: Eżatt.", "U aħna dik il-mentalità irridu nbiddluha.", "JOE CASSAR: Għalhekk semmejt li it is a culture change għax jien ma kontx qiegħed nitkellem fuq xi waħda li għandha 80 sena imma kont qed nitkellem fuq kollegi tal-istess età tiegħi.", "FR CHARLES TABONE: Trid tinbidel il-kultura.", "Hemm bżonn li naħdmu fuqha biex inbiddluha għax inkella se nkissru l-familji.", "Jekk ma nibdlux din il-kultura, fejn ir-raġel irid jaħsel u jonxor il-ħwejjeġ … (Interruzzjonijiet) Jista' jkun hemm organizzazzjoni familjari differenti.", "DEO DEBATTISTA: Imma jgħodd ukoll il-livell edukattiv.", "FR CHARLES TABONE: Iva, jgħodd!", "JOE CASSAR: Nerġa' ngħid li dawn kienu kollegi tagħna u huma tal-istess livell edukattiv tagħna.", "FR CHARLES TABONE: Jien qiegħed nimmira għal din il-culture change.", "Qiegħda ssir imma rridu nippromwovuha, anke permezz tal-media.", "Kien hemm promo fuq il-media fejn iġib lill-missier jagħmel ix-xogħol tad-dar u jgħid li hu ma jsibx diffikultà biex jipprepara lit-tfal għall-iskola, jiġifieri li jaħsilhom, ilibbishom u jagħmlilhom il-kolazzjon u l-lunch għall-iskola.", "Kien hemm promo fuq hekk.", "Min-naħa tiegħi jien lest li nagħmilhom dawn il-promos imma m'għandix flus għalihom.", "Lest li naħdimhom u lanqas għandi bżonn xi baġit għoli biex nagħmilhom.", "Fil-fatt nista' naħdimhom il-Media Centre.", "Lill-Knisja nitlobha biex tagħtini baġit biex nagħmlu xi promo.", "Onor. Cassar, it is a cultural change imma hemm bżonn li ssir illum qabel għada!", "(Interruzzjonijiet) Jekk taħsbu li a cultural change se tiġi mill-iskola għandna problema!", "FR CHARLES TABONE: L-iskola nistgħu ngħinuhom billi nneħħu l-istereotipi mill-iskola imma l-cultural change minn ġod-dar trid issir.", "U jien dak li xtaqt li niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Father, grazzi ħafna ta' din id-diskussjoni interessanti li kellna llejla.", "Aħna nixtiequ nkomplu nimbuttaw dawn l-ideat u jekk għandek xi ħaġa li nistgħu ngħadduha lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali aħna lesti li nagħmlu dan bil-qalb kollha.", "FR CHARLES TABONE: Irrid nikteb xi ħaġa apposta għax il-handouts li qassamtilkom għamilthom għal-laqgħa tal-lum peress li ma xtaqtx nagħmel lecture imma ridt noħloq diskussjoni.", "Fil-fatt ħadt pjaċir li l-ħin kollu bdejtu tidħlu fid-diskussjoni.", "Jiena xtaqt inqajjem diskussjoni u rnexxilna.", "Nista' wkoll inpoġġi bilqiegħda ma' xi ħadd minnkom ħalli flimkien nifformolaw proposti ċari.", "Jiena ma ġejtx lest bil-proposti għax l-ewwel ridt noħloq diskussjoni u mbagħad minnha noħorġu l-proposti flimkien.", "JOE CASSAR: Father, din il-laqgħa li għamilna se tiġi transcribed u għalhekk jista' ikollok kopja tagħha f'idejk ħalli b'hekk tkun tista' tivżiluppa l-proposti minn hemmhekk.", "FR CHARLES TABONE: Tajjeb.", "DEO DEBATTISTA: Irridu niżviluppaw ukoll u nagħmlu breakdown tal-istatistika u ċjoè ta' dawk il-25% li semmejna.", "FR CHARLES TABONE: Pereżempju fuq dik irridu nagħmlu riċerka u nista' inkellem lil Prof. Angela Abela li tmexxi l-Istitut tal-Familja fl-Università ta' Malta biex nagħmlu r-riċerka fuqha.", "DEO DEBATTISTA: Għax għalkemm dawn ikunu extra-konjugali, ma jfissirx li ma jkunux qed jgħixu flimkien.", "(Interruzzjonijiet)", "FR CHARLES TABONE: Irridu nagħmlu riċerka f'dan is-sens.", "Darba kont għamilt riċerka fuq kemm il-missirijiet qed jagħmlu x-xogħol tad-dar imma issa ilu.", "JOE CASSAR: Irridu wkoll nitgħallmu nagħmlu riċerka oriġinali.", "FR CHARLES TABONE: Sur President, bil-permess tiegħek nixtieq nippreżentalkom dawn il-handouts;", "Jekk is-Sekularizzazzjoni ssir Sekulariżmu, x'jiġri mid-Demokrazija?: Ir-Relazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat; u", "Nista' ngħid li kienet esperjenza veru sabiħa!", "Kont ħerqan biex niġi għal din il-laqgħa.", "Għaldaqstant nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-opportunità li tajtuni.", "THE CHAIRMAN: Mela għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20141209_006d_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 6", "It-Tlieta, 9 ta' Diċembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Deo Debattista (sostitut) u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 5 li saret nhar it-Tlieta 3 ta' Ġunju 2014, ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġa fuq il-Mejda tal-Kumitat;", "Dok 003 Ittra datata 21 ta' Novembru, 2014 mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Familja mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità.", "L-IRWOL TAL-FAMILJA FIS-SOĊJETÀ MALTIJA LLUM – DISKUSSJONI MA' fATHER cHARLES TABONE", "Father Charles Tabone ppreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti;", "Dok 005 Jekk is-Sekularizzazzjoni ssir Sekulariżmu, x'jiġri mid-Demokrazija?", "Ir-Relazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat;", "Father Charles Tabone spjega kif il-familja hija ċ-ċellola bażika tas-soċjetà.", "Il-familja hija istituzzjoni soċjali li tirrispondi għal żewġ ħteġijiet fundamentali u dawn huma l-intimate relationship between two adults u ċ-child bearing and rearing.", "Dawn iż-żewġ ħteġijiet fundamentali ġew stabbiliti f'żewġ prinċipji li huma \"The Principle of Reciprocity\" u \"The Principle of Legitimacy\".", "Dawn il-prinċipji jispjegaw xi tfisser il-familja bħala ċellola fundamentali tas-soċjetà.", "Marcel Maus, antropologu, jgħid li l-ġibda li l-bniedem iħoss għall-intimità tfisser li huwa jagħti lilu nnifsu lil ħaddieħor.", "U għaldaqstant jistenna li jirċievi mingħand ħaddieħor daqskemm huwa qiegħed jagħti.", "Issa meta din l-għotja tiltaqa' hemmhekk għandek ir-reċiproċità, xi ħaġa li soċjalment insibuha fl-istituzzjoni taż-żwieġ jew tal-unjoni ċivili.", "L-istituzzjoni soċjali li tesprimi, tħares u tirregola r-reċiproċità hija ż-żwieġ.", "U dan jeżisti f'kull soċjetà.", "Interessanti li f'kull soċjetà ż-żwieġ huwa wieħed permanenti u indissolubbli.", "Imma l-poplu tagħna issa ħa l-idea li ladarba hemm il-possibilità tad-divorzju, iż-żwieġ ma baqax aktar permanenti u indissolubbli.", "Għalhekk hemm bżonn li nwasslu l-messaġġ lill-poplu, anke permezz ta' dan il-Kumitat, li ż-żwieġ għandu jibqa' permanenti u indisolubbli f'livell soċjali.", "Father Tabone kompla jispjega kif persuna tgħaddi minn tbatija kbira ħafna meta tinduna li ż-żwieġ tagħha ma rnexxiex.", "U għalhekk jemmen li huma verament ftit dawk in-nies li jitolbu divorzju sempliċement b'kapriċċ.", "Rigward id-dritt tal-bniedem li jipprokrea ruħu, Father Tabone spjega li daqstant ieħor it-tarbija għandha d-dritt, li ladarba ġiet ipprokreata jkollha żewġ ġenituri li jieħdu ħsiebha.", "Fl-antropoloġija kulturali naraw li l-prinċipju tal-leġittimità tfisser li t-tarbija jkollha żewġ persuni li jieħdu ħsiebh u li preferibilment dawn ikunu l-persuni li pprokkreawa.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141209_006m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2014 fis-6.45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2013 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:", "Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Budget għas-Sena Finanzjarja 2013 u l-Ħidma tal-Membru Malti ta' din il-Qorti.", "3 ta' Diċembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20141215_009a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-EKONOMIJA U", "L-AFFARIJIET FINANZJARJI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 09", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-EKONOMIJA U", "L-AFFARIJIET FINANZJARJI", "Laqgħa Nru. 9", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:47p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Tonio Fenech): Illum għandna laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji biex ikollna skambju mal-Avukat Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fuq ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2013 kif ukoll fuq il-ħidma tiegħu f'din il-qorti.", "Bi pjaċir ninnota li hawn preżenti ċ-Chairmen tat-tliet Kumitati li semmejt.", "LAQGĦA MA' DR LOUIS GALEA, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI DWAR IL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2013 U L-ĦIDMA TAL-MEMBRU MALTI TA' DIN IL-QORTI", "THE CHAIRMAN: L-ewwel nett, Dr. Galea, nibda biex nirringrazzjak li għal darb'oħra erġajt ġejt biex taqsam il-ħsibijiet tiegħek dwar ir-rapport li intom ħriġtu, kif ukoll dwar il-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Fil-fatt nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-preżentazzjoni tiegħek, imbagħad naraw jekk ikunx hemm xi domandi mill-Membri dwar dak li tkun qsamt magħna.", "DR. LOUIS GALEA (Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri): Sur President, nibda billi nirringrazzja liċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi kif ukoll tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Huwa dmir tiegħi li f'isem il-Qorti Ewropea tal-Awdituri nrodd ħajr lilkom li sibtu l-ħin u organizzajtu l-aġenda tal-lum.", "Kif tafu, il-parlamenti nazzjonali għandhom sehem importanti fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea u anke fil-proċess ta' skrutinju u ta' kontabilità.", "Din hija funzjoni tal-parlamenti nazzjonali, li bi trattat hija maħsuba li tikkumplimenta l-funzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Fil-fehma tagħna, dan huwa meħtieġ li jsir – u jidher li qed isir – għax il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jridu jaħdmu lkoll flimkien biex liċ-ċittadini tagħhom isaħħulhom is-sens tal-leġittimità demokratika ta' dawn l-istituzzjonijiet.", "Sur President, matul is-sena, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tippreżenta r-rapport annwali tagħha, kif jagħmlu l-uffiċċji nazzjonali tal-verifika.", "Fil-fatt illum, l-NAO (National Audit Office) ippreżenta r-rapport annwali lill-Parlament.", "Aħna għamilna dan nhar il-5 ta' Novembru li għadda fil-Parlament Ewropew fejn hemmhekk ikun hemm diversi laqgħat, kemm fil-livell ta' assemblea plenarja, kemm fil-livell ta' kumitat dwar il-kontroll tal-baġit, kemm dawk li huma kumitati speċjalizzati kif ukoll għal dak li hu l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Qassamna wkoll ktejjeb li jagħti stampa ċara tal-punti u tal-evidenza prinċipali li aħna sibna fl-2013 tul il-proċess tal-verifika tagħna.", "Infakkar li l-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013 kien ta' €149 biljun, li jirrappreżenta 1% tad-dħul gross nazzjonali, u jekk wieħed iqabbel din l-ispiża pubblika vis-à-vis il-membri kollha tal-Unjoni Ewropea jsib li hawnhekk qed nitkellmu fuq 2%.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk tiddividi dan l-ammont bejn iċ-ċittadini kollha Ewropej issib li bejn wieħed u ieħor il-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa ta' €300 għal kull ċittadin.", "Din hija perspettiva li huwa importanti li nżommuha quddiem għajnejna għax minnha diġà jista' jinsilet l-ewwel messaġġ, ċioè li jekk se niġġudikaw lill-Unjoni Ewropea bil-baġit, jiġifieri b'termini finanzjarji, allura m'aħniex se nkunu qegħdin nilħqu l-iskop veru għax dak il-1% tal-gross national income huwa maħsub biex jagħmel leverage lid-99% l-oħra għal dak kollu li jsir fl-Istati Membri.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-biċċa l-kbira tal-miżuri li jressqu lill-Unjoni Ewropea lejn il-milja tagħha bħala proġett jiġu magħmula minn fondi nazzjonali biex jilħqu l-objettivi u l-iskopijiet tal-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea mhijiex qiegħda hemm biex tagħmel triq jew xi ħaġa speċifika oħra, imma għandha skopijiet li jmorru lil hinn minn hekk.", "Naturalment aħna neżaminaw kemm id-dħul kif ukoll l-infiq tal-Unjoni Ewropea, u għal dan l-iskrutinju niddependu mix-xogħol ta' verifika li jsir fl-uffiċċji nazzjonali tal-verifika u anke mix-xogħol li jsir permezz tad-diversi sistemi u mekkaniżmi ta' kontroll intern li għandhom il-ministeri u l-IAID (Internal Audit and Investigations Department) li hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Sur President, nixtieq naqsam din il-preżentazzjoni li qed nagħmel fi tliet partijiet.", "Nibda l-ewwel biex nagħti ħarsa fuq fuq lejn il-messaġġi prinċipali tar-rapport annwali.", "Jekk nieħdu r-reliability of the accounts, li għall-awdituri li jaħdmu fis-settur privat hija xi ħaġa kruċjali, u xi ħadd jistaqsina jekk l-Unjoni Ewropea żżommx record korrett tad-dħul u l-ħruġ tagħha, ir-risposta tagħna hija li iva, l-Unjoni Ewropea żżomm il-kontijiet tagħha b'mod korrett.", "Fil-fatt issa l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ilha snin tagħti ċertifikat t'assigurazzjoni tajjeb fuq ir-reliability of accounts, li jirrappreżentaw a true and fair view ta' dak li qegħdin naraw fid-dokumenti.", "Xi ħaġa li għenet biex dan ikun jista' jseħħ hija l-qabża importanti li għamlet l-Unjoni Ewropea fl-2005 meta introduċiet is-sistema tal-accruals accounting.", "Permezz ta' din is-sistema l-kontijiet ikunu kkonsolidati, jiġifieri ma jkollokx ħafna kontijiet moħbija fi kxaxen jew f'postijiet oħra, u dan minbarra l-fatt li grazzi għal din is-sistema, inti tkun taf il-long-term commitments li għandha l-Unjoni Ewropea, il-liabilities finanzjarji fejn ikun hemm ċerti problemi u anke fejn ikun hemm sitwazzjoni li wieħed ikun irid jibqa' jsegwi għal dawk li huma pensjonijiet.", "Ikun tajjeb jekk insemmi wkoll il-punt li l-kontijiet mhumiex qed jirrappreżentaw biss il-baġit tal-Kummissjoni Ewropea imma l-baġit tal-korpi kollha kemm huma.", "Dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet finanzjarji jkolli ngħid li għadna qegħdin niltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet.", "Id-dħul li tiġbor l-Unjoni Ewropea mill-VAT u minn xi sorsi oħrajn qed jidħol b'mod regolari, u fil-fatt hemmhekk lanqas isir żball wieħed għax naturalment hemm ċertu kontroll, però mbagħad meta niġu għan-nefqa qegħdin nibdew niltaqgħu ma' dawk li nsejħulhom \"żbalji\".", "Issa hawn bil-kelma \"żbalji\" rridu nfissru li n-nefqa ma tkunx qed issir skont il-proċedura stabbilita, skont ir-regolamenti u skont il-liġijiet.", "Qasam li ninsab ċert li intom familjari miegħu huwa l-qasam tal-procurement, jiġifieri kif għandek tagħti kuntratt, kif għandek tonfoq il-flus permezz ta' tender jew ta' kuntratt, x'inhi l-proċedura kollha li trid issegwi, x'inhuma s-ceilings li tista' tonfoq b'direct order jew mingħajr b'direct order u fejn għandek bżonn ċerti approvazzjonijiet, anke mill-Parlament.", "Jekk nieħdu l-baġit kollu kemm hu jirriżulta li overall aħna niltaqgħu ma' 4.7% ta' żbalji f'dak li għandu x'jaqsam mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji.", "Din ir-rata tixbaħ ħafna lir-rata tas-sena l-oħra.", "Wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh ukoll li aħna qed nistmaw din ir-rata fl-aħħar sena tal-programm multi-annwu finanzjarju, jiġifieri fl-2013, meta n-numru ta' proġetti li jkunu ġew approvati u jkunu ongoing ikun kiber u allura anke n-numru ta' pagamenti ikun kiber.", "Nafu li għalkemm il-programm multi-annwu għalaq fl-2013 u fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena beda ieħor, ir-rankatura ta' dak il-programm jibqa' għaddej sa sentejn wara, jiġifieri sa sentejn wara l-pajjiżi membri jkunu għadhom għaddejjin bit-tkomplija tal-proġetti li ġew approvati u ovvjament ikunu għadhom qed jieħdu l-pagamenti dovuti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ir-rata ta' żbalji li għandna fis-sistema hija xi ftit jew wisq kronika.", "Qed ngħid dan għax, pereżempju, aħna sibna li 39% ta' dawn l-iżbalji huma dovuti għal spejjeż ineliġibbli.", "Ħalli nagħti eżempju biex wieħed ikun jista' jifhimni aħjar.", "Pereżempju, fil-qasam tal-agrikoltura jsiru ċerti programmi fejn tingħata għajnuna għal numru t'attivitajiet agrikoli.", "Issa filwaqt li l-benefiċjarju jista' jikkwota spejjeż li huma stabbiliti u preċiżi, ġieli jitħallsu flus anke għal spejjeż li ma jkunx sar checking sew dwarhom biex jiġi stabbilit jekk dawk l-ispejjeż ikunux eliġibbli jew le.", "Pereżempju, fil-qasam tar-riċerka hemm spejjeż li jmorru fuq affarijiet li huma strettament konnessi mal-proġett ta' riċerka, hemm rata ta' spejjeż li wieħed jista' jħallas għal min qed jagħmel ir-riċerka, imma ġieli jinstab ukoll li, pereżempju, ma' dik ir-rata ta' spejjeż li tkun qed titħallas lir-riċerkatur, xi istituzzjonijiet, li jistgħu jkunu anke universitajiet, idaħħlu spejjeż biex ikopru spejjeż rikorrenti ta' professuri, għalliema, eċċ. F'dak il-każ l-ispejjeż li jkunu qed jiġu kkwotati ma jkunux eleġibbli għal pagament.", "Ta' min jgħid li 22% tal-iżbalji li jsiru, jew huma konnessi ma' proġetti li mhumiex eleġibbli, jew għax jiġu approvati proġetti li mhux suppost jew inkella għax il-benefiċjarji ma jkunux eliġibbli.", "21% minn dawn l-iżbalji huma marbuta ma' nuqqas ta' ħarsien ta' regolamenti fil-proċedura tal-procurement, jiġifieri tat-tendering processes u ta' kif wieħed jipprokura servizzi ta' diversi tipi, u 14% minnhom għandhom x'jaqsmu ma' dikjarazzjonijiet skorretti fl-oqsma tal-agrikoltura.", "Biex inġib eżempju, ejjew ngħidu li, għall-grazzja tal-argument inti suppost ikollok għajnuna għal 100 nagħġa u tgħid li għandek 1,000 nagħġa.", "Imbagħad hemm ukoll tipi oħra ta' żbalji, u l-biċċa l-kbira ta' dawn l-iżbalji jokkorru f'dik il-parti tal-baġit li hija ko-ġestita.", "Sur President, 80% tal-baġit tal-Unjoni Ewropea mhuwiex amministrat mill-Kummissjoni Ewropea.", "Fejn tidħol l-ispiża amministrattiva, il-baġit huwa amministrat esklussivament mill-Kummissjoni Ewropea u hemmhekk l-iżbalji huma, jew zero, jew taħt it-threshold ta' 2%.", "Imma l-bulk tal-flus, eżattament 80% tal-flus, jintnefqu fl-Istati Membri, u allura huma suġġetti għall-amministrazzjoni tal-gvernijiet, tad-dipartimenti u tal-aġenziji tal-istess Stati Membri.", "Il-Kummissjoni Ewropea wkoll għandha ċerta responsabilità għax sadanittant hija qiegħda tissorvelja, imma l-parti l-kbira tax-xogħol huwa konness ma' dawn l-Istati Membri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: F'dan il-każ, jekk il-Kummissjoni Ewropea tara xi skorrettezzi tista' tintervjeni?", "DR LOUIS GALEA: Iva, tintervjeni, bla dubju ta' xejn.", "Kif nafu, is-sistema tikkonsisti fi proċessi ta' negozjati u hija waħda rigoruża.", "Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex se taġixxi qabel ma tkun 150% ċerta li jkun hemm evidenza sħiħa għat-teżi ta' irregolarità li tkun qed issostni.", "Fil-verità aħna nafu li ħafna minn dawn l-iżbalji setgħu ġew skoperti mill-awtoritajiet ta' kull pajjiż.", "Hawn irrid inżid ngħid li l-iżbalji ssibhom, kemm fil-pajjiżi first-class li huma avvanzati, żviluppati u għandhom tradizzjonijiet ta' ħafna snin fl-amministrazzjoni pubblika, kemm f'pajjiżi iżgħar, kif ukoll f'pajjiżi li għaddejjin minn kriżijiet kbar.", "Però meta dħalna f'din l-issue, aħna kkalkolajna li, pereżempju, kieku l-Membri Stati fil-qasam tal-politika reġjonali evalwaw sew l-informazzjoni li diġà kellhom f'idejhom – kull programm għandu l-paying agency tiegħu u l-internal control system tiegħu u l-Membri Stati jarawhom il-ħin kollu – l-iżbalji f'dan il-qasam kienu jinżlu minn 6.9% għal 3.9%.", "L-istess jiġri fil-qasam tal-iżvilupp rurali, u qed insemmi proprju dawn iż-żewġt oqsma minħabba li dawn jixorbu l-biċċa l-kbira tal-fondi.", "Hemmhekk kellna ħafna nuqqasijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-osservanza tal-kriterji tal-eleġibbilità u man-nuqqas ta' ħarsien fir-regolamenti tal-procurement.", "Aħna jidhrilna illi kieku l-Membri Stati taw kas sew ta' din l-informazzjoni huma stess, ir-rata ta' żbalji f'dan is-settur setgħet taqa' minn 6.7% għal 2%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Li kieku kellna naraw f'liema area kien hemm l-aktar nuqqasijiet lokalment, liema area tkun?", "DR. LOUIS GALEA: Il-persentaġġi ta' spejjeż ineliġibbli jiffurmaw ir-rata fuq l-assjem tal-baġit ikkalkolat fuq sample ta' transactions.", "Tajjeb niċċara li kważi l-ebda awditur ma jagħmilha din il-ħaġa.", "Aħna ma neżaminawx il-mijiet t'eluf ta' tranżazzjonijiet finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni Ewropea imma hemm mod xjentifiku dwar kif jittieħed sample biex imbagħad minn dak is-sample aħna nkunu nistgħu noħorġu dawn it-tip ta' figuri.", "Malta, anke minħabba d-daqs limitat tal-baġit tagħha, ma tintlaqatx fis-sample daqskemm tintlaqat il-Polonja jew il-Ġermanja imma tintlaqat f'xi tranżazzjoni waħda, tnejn jew tlieta.", "Ma ninsewx li dan huwa biss sample, imma li kieku aħna kellna neżaminaw it-tranżazzjonijiet kollha tan-nefqa f'Malta, hemm ċans li nsibu dan it-tip ta' pattern ta' żbalji.", "SILVIO SCHEMBRI: Jiġifieri l-pattern ta' Malta qed jirrifletti l-average pattern Ewropew?", "DR. LOUIS GALEA: Anzi bil-kontra, u hemm ċans li l-pattern li qed jirriżulta fuq l-overall budget tal-Unjoni Ewropea jirrifletti ruħu fuq pattern ta' dan it-tip.", "Dan ikun anke għal skop edukattiv ta' min qiegħed imexxi dawn il-pożizzjonijiet.", "Għalhekk il-managers Maltin għandhom joqogħdu attenti għal dawk li huma ineligible expenses, ineligible beneficiaries, programmes u procurement regulations.", "Dawn huma affarijiet li nisimgħu dwarhom kull sena, anke mill-NAO.", "Nafu li teżisti sistema ta' korrezzjonijiet finanzjarji, u meta ġieli nqalgħu każijiet ta' dan it-tip ma' diversi Stati Membri, il-Kummissjoni Ewropea daret fuq il-gvern tal-ġurnata, fejn suppost ikun hemm l-evidenza li dan ikun ħallas flejjes lill-benefiċjarji li mhux suppost kienu dovuti lilhom.", "Ħafna drabi l-gvern għandu dritt imur fuq dawk il-benefiċjarji u jgħidilhom li hu weħel bi flus li mhux suppost tahom u allura jitlobhom jagħtuhomlu lura.", "Naturalment din hija ħaġa li aktar faċli tgħidha milli twettaqha, u allura ħafna drabi ċ-ċittadini jispiċċaw iħallsu bit-taxxi tagħhom għal dawn l-iżbalji ta' procurement u illegibility criteria li jkun hemm.", "Imbagħad hemm raġuni oħra li ġġib magħha ċerti żbalji.", "S'issa għadna qed nagħmlu regoli li huma kumplessi wisq, kemm fuq livell ta' Unjoni Ewropea kif ukoll fuq livell nazzjonali.", "Pereżempju, dalgħodu waqt il-laqgħa li kelli mal-uffiċjali u mal-awdituri tal-NAO u tal-IAID qaluli li ġieli hawn Malta nagħmlu kundizzjonijiet li huma saħansitra irqaq u aktar dettaljati minn dawk tal-Kummissjoni Ewropea.", "Aħna qegħdin nappellaw il-ħin kollu lill-Kummissjoni Ewropea u lil kull min jagħmel dawn il-programmi biex meta jkun qed ifassal xi liġi, xi programm, xi regolament jew xi skema u jkun irid li l-pajjiżi membri benefiċjarji jiggwadanjaw minnu, iżomm f'moħħu li jekk jagħmlilhom wisq kundizzjonijiet dettaljati jista' jibqa' ċert li r-rata ta' żbalji tkun waħda għolja.", "Għalhekk huwa importanti li l-kundizzjonijiet u r-regoli li jsiru jkunu ssimplifikati kemm jista' jkun.", "Issa hawn ta' min jgħid li filwaqt li minbarra li aħna nsibu żbalji fil-parti ko-ġestita tal-baġit, insibu żbalji wkoll f'dawk is-setturi li hija responsabbli minnhom il-Kummissjoni Ewropea, bħalma hu s-settur tal-affarijiet barranin, il-European External Action Service (EEAS).", "Jien qed nitkellem dwar dan kollu fil-qosor, imma min irid aktar informazzjoni dettaljata għandu jsibha fir-rapport sħiħ li aħna tajnikom.", "Issa nixtieq nispjega x'kont qed nagħmel jien fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġewwa l-Lussemburgu.", "Minn meta sirt membru erba' snin u nofs ilu mill-ewwel ġejt assenjat għar-raba' kamra tal-qorti.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-qorti hija organizzata fi kmamar differenti li għandhom portafoll differenti u li jkopru l-oqsma kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-raba' kamra hija dik il-kamra li hija responsabbli milli tara r-revenue kollu tal-Unjoni Ewropea, l-oqsma ta' ggvernar ekonomiku u finanzjarju, il-qasam tar-riċerka, il-politika interna bħalma huma l-programmi edukattivi, il-kultura, is-sigurtà u l-ġustizzja, l-ispejjeż amministrattivi, l-aġenziji u l-public-private partnerships.", "Dawn huma l-portofoll tar-raba' kamra.", "Matul l-2013 jien kont id-Dekan ta' din il-kamra bir-responsabilità li nikkoordina dan ix-xogħol, u allura nista' ngħid li kont involut ħafna anke fit-tmexxija ġenerali tal-qorti mil-lat ta' amministrazzjoni.", "Fiż-żmien li jien kont dekan, kemm Jacques Sciberras kif ukoll jien ressaqna proposti biex il-Qorti Ewropea tkun tista' tirrispondi għal skrutinju aktar effettiv fuq dak li qed jiġri fis-sistema tal-iggvernar ekonomiku u finanzjarju.", "Qabel, konna nħarsu biss lejn l-aspett amministrattiv tal-Bank Ċentrali, imma meta żviluppat din il-kriżi u l-Unjoni Ewropea bdiet tirrispondi bil-ħolqien ta' istituzzjonijiet intergovernattivi jew inkella permezz ta' inizjattivi oħrajn fuq livell Ewropew, hemmhekk inħoloq gap ta' accountability u ta' audit li ridna nipprovdu għalih, bħalma ridna wkoll noħolqu l-capacity interna tal-qorti biex ikollok nies li jifhmu f'dak is-suġġett u li jkunu kapaċi janalizzaw x'qed jiġri mill-punto di vista ta' awdituri pubbliċi.", "Fil-fatt grazzi għax-xogħol li sar illum, waħda mill-aktar taqsimiet importanti fil-qorti hija dik fejn insegwu l-istrumenti finanzjarji ġodda, ir-regoli ġodda kif ukoll il-koordinament ekonomiku u fiskali, li kif tafu, issa daħal fis-sistema tas-semestru Ewropew.", "Ipproduċejna wkoll rapport speċjali fuq il-European Banking Authority (EBA) u fuq il-kuntest li bih qed jinbidel fil-European Banking Supervision (EBS) filwaqt li għamilna wkoll rapport, li kien importanti ħafna, fuq kif qed jitkejjel il-gross national income minn diversi Stati Membri, income li fuqu mbagħad tiġi kkalkolata r-rata ta' VAT li trid tingħata lill-Unjoni Ewropea.", "F'Marzu ta' din is-sena, meta spiċċajt minn dekan, ġejt mogħti l-inkarigu li nissorvelja r-rapporti tal-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rapporti ta' 40 aġenzija – fosthom hemm l-European Asylum Support Office (EASO) li qiegħda Malta – u anke l-joint undertakings tal-public/private partnerships fejn għandek kumpaniji internazzjonali kbar li l-Unjoni Ewropea tpoġġi ftit flus fihom imbagħad il-privat ipoġġi aktar biex huma jidħlu f'oqsma li, pereżempju, għandhom x'jaqsmu ma' satelliti, esplorazzjoni tal-ispazju, riċerka dwar kif nistgħu nipprovdu enerġija alternattiva, riċerka dwar trasport pubbliku li hu anqas offensiv għall-ambjent, u affarijiet simili bħal dawn.", "Hawnhekk ta' min jgħid li bejniethom dawn l-aġenziji u l-joint undertakings ilaħħqu baġit ta' madwar €4.2 biljun fis-sena.", "Minn din is-sena bdejna ninvolvu wkoll l-awdituri privati f'dan ix-xogħol, jiġifieri wasalna fi stat fejn in-numru ta' aġenziji tant kien qed jikber li l-qorti riedet tiddeċiedi tikbirx hi u timpjega lin-nies jew isseħibx awdituri privati.", "Fil-fatt fir-regolament finanzjarju l-ġdid tal-Unjoni Ewropea daħlet din il-possibilità, u għalhekk issa bdejna din il-kollaborazzjoni li jien qed nara li trid timxi b'mod smooth għax mil-lezzjonijiet ta' din is-sena rridu nassiguraw li dan l-esperiment jirnexxi, jgħin u jħaffef il-proċess.", "Sur President, hawnhekk se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diversi rapporti li kont responsabbli għalihom jien.", "L-aħħar żewġ rapporti li kont responsabbli minnhom kienu interessanti.", "Pereżempju, wieħed minnhom kien jirrigwarda l-External Borders Fund (EBF) fejn eżaminajna r-rwol ta' Malta fix-Schengen u kif qed jintnefqu l-flus.", "Hemmhekk rajna, pereżempju, li għall-bidu Malta kellha ftit diffikultajiet, imma mbagħad irkuprat u mxiet tajjeb ħafna filwaqt li pajjiżi akbar minna, forsi minħabba l-fatt li huma akbar minna, kellhom aktar diffikultajiet.", "Jien kont inkarigat li nikteb ir-rapport għan-nom tal-qorti dwar jekk il-Parlament Ewropew għandux jibqa' b'żewġ siti – dak li hemm fi Strasburgu u l-ieħor li hemm fi Brussell – jew inkella għandux ikollu sit wieħed, jiġifieri kif jistgħu jiġu ffrankati l-flus u taħt liema kundizzjonijiet.", "Aħna għamilna analiżi dwar in-numri u l-finanzi, però ma ndħalniex f'dak li għandu jiġi deċiż għax dik hija xi ħaġa li jridu jarawha huma.", "Ta' min jgħid li jien bqajt involut fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-qorti.", "Qegħdin naħdmu biex mis-sena d-dieħla r-rapport annwali jibda jkollu struttura differenti li tkun aktar friendly u li tagħti messaġġi li jkunu jinftehmu aktar.", "F'sentejn ipproduċejna 35 rapport, u nisperaw ukoll li nkunu nistgħu nipproduċu rapporti speċjali f'iqsar żmien, għalkemm aħna qegħdin ngħidu li din mhijiex kwestjoni ta' numru ta' rapporti imma hija kwestjoni ta' kwalità u ta' rilevanza fit-tema tar-rapporti.", "Issa l-Qorti Ewropea qed tinbidel biex issir dik li qed insejħulha \"task-oriented organisation\" fejn in-nies ma jibqgħux fis-silo ta' dipartiment u ta' chamber imma jkunu mpjegati mal-istituzzjoni kollha, assenjati skont it-tasks li jkun hemm bżonn isiru.", "Naturalment, bħalma jiġri dejjem, xi ftit ta' reżistenza jkun hemm, imma bil-mod il-mod, bid-djalogu u bil-parteċipazzjoni tal-uffiċjali kollha nkunu nistgħu naslu.", "L-aħħar punt fuq il-ħidma li saret anke b'konnessjoni miegħi jirrigwarda x-xogħol li għamel is-Sur Jacques Sciberras, li minbarra li huwa l-kap tal-uffiċċju tiegħi, intgħażel mill-Qorti Ewropea biex ikun it-team leader ta' prodott ġdid; dak li qed insejħulu bħala \"landscape review\".", "Dan għaliex il-Qorti Ewropea riedet li ma tħarisx lejn settur speċifiku li għalih qed jintnefaq ammont speċifiku ta' flus skont regolamenti speċifiċi għal dak il-programm imma riedet li jinħoloq radar li jitla' 'l fuq u jara kif f'din il-landscape li qed tinħoloq – fejn għandek Unjoni Ewropea b'40 aġenzija u b'tant joint undertakings, fejn għandek lill-European Central Bank (ECB) li għandu statut għalih, fejn qed jinħolqu mekkaniżmi ta' superviżjoni fuq banek u fondi bħall-European Stability Mechanism (ESM), li l-kont tiegħu mhuwiex regolat mil-liġi tal-Unjoni Ewropea imma mil-liġi tal-Lussemburgu, fejn għandek mijiet ta' biljuni ta' liri, u fejn għandek affarijiet oħra bħal dawn – tinżamm il-katina ta' kontabilità u ta' awditjar.", "Fil-fatt nista' ngħid li kelli nitlef lis-Sur Jacques Sciberras għal sena u nofs biex dan seta' jogħdos taħt l-ilma – u ma nkunx qed ngħid sigrieti jekk nirrimarka li l-hobby tas-Sur Sciberras huwa l-underwater diving – ta' dawn id-dokumenti.", "Is-Sur Sciberras kiteb rapport li huwa pubbliku u li aħna tajna kopji tiegħu anke lill-Parlament, saret konferenza sodisfaċenti dwaru fi Brussell u issa nistgħu ngħidu li hu a work of reference għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew, għall-Kummissjoni Ewropea, għall-ECB kif ukoll għall-European Investment Bank (EIB).", "Is-suġġett ta' dan ir-rapport huwa wieħed attwali ħafna u qed iqanqal ħafna diskussjoni, speċjalment fil-Parlament Ewropew.", "Hawnhekk ta' min iżid jgħid li ma' dan il-landscape review sar landscape review ieħor – din id-darba n-nies li għamlu dan ir-rapport ma kellhomx x'jaqsmu miegħi – dwar x'inhuma r-riskji għall-baġit tal-Unjoni Ewropa fejn anke hemmhekk, aħna stajna nersqu pass lura u nħarsu lejn il-landscape kollu.", "Sur President, f'dan il-proċess kollu ta' accountability, fejn qed isir rendikont dwar kif qed jintnefqu l-flus, qed isir shift b'enfasi fuq dik li qed insejħulha \"performance\", jiġifieri l-kontabilità dwar kif it-taxxi taċ-ċittadini qed jissarrfu f'riżultati u kemm dik in-nefqa qiegħda twassal biex jinħolqu l-objettivi li fil-liġijiet, fir-regolamenti u fil-programmi qegħdin ngħidu li rridu naslu għalihom.", "Diġà kellna l-Lisbon Agenda – li suppost kellha ċertu terminu ta' żmien – li kienet akkumpanjata minn \"X\" amount ta' biljuni ta' ewro li ħafna minnhom intnefqu.", "Però fil-verità l-objettivi tal-Lisbon Agenda ntlaħqu?", "Wara l-Lisbon Agenda issa ġiet il-Europe 2020 Strategy.", "Hemm sensila ta' objettivi li suppost imexxu lill-Unjoni Ewropea pass ieħor 'il quddiem u hemm diversi baġits abbinati ma' dawn il-miżuri u programmi.", "Jekk niflu l-Multiannual Financial Framework 2014-2020 insibu kwantità ta' riferenzi għal dan, imma l-mistoqsija hawnhekk mhijiex kemm qed tonfoq imma huma x'performance kellek, x'riżultati nkisbu, u x'valur żidt.", "Issa l-uffiċċji nazzjonali tal-verifika u l-qrati tal-awdituri mhux biss iridu jkunu jafu kif jagħmlu l-verifika tan-nefqa imma jridu wkoll iħarrġu lilhom infushom u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex ikunu jistgħu jaraw il-kontabilità għall-policies u għall-miri strateġiċi li jkollhom dawn il-policies.", "Jien nistaqsi jekk dawn humiex policies vijabbli u sostenibbli.", "Dawn il-policies jagħmlu sens, jew inkella qegħdin sempliċement noħolqu l-policies, nagħmlu knee-jerk reactions, nabbinaw magħhom tali baġit, imbagħad nagħmlu perjodu ta' żmien...?", "Għall-policies li ġejjin mill-Unjoni Ewropea qed jintnefqu fondi nazzjonali li ġejjin mis-settur privat, kif ukoll fondi ta' partners internazzjonali li jiġu mobilizzati f'dawn il-policies u strateġiji għal skopijiet speċifiċi.", "Sal-lum aħna konna nitolbu l-balance sheets u l-files biex naraw ġewx segwiti l-procurement regulations eċċ., imma issa rridu nħarsu lejn tip differenti ta' rapportaġġ u għandna tip differenti ta' informazzjoni.", "Aħna rridu wkoll mhux biss inkunu passivi imma l-ħarsa tagħna bħala awdituri pubbliċi trid tkun mifruxa wkoll lil hinn minn dak li qed naraw immedjatament biex naraw dawk li ngħidulhom \"riskji sistemiċi\" għax il-progress tal-Unjoni Ewropea ma jiddependix biss mill-implimentazzjoni fid-dettall ta' diversi affarijiet imma jiddependi wkoll minn jekk is-sistemi overall humiex se jaħdmu.", "Pereżempju, jekk illum aħna qed nitkellmu fuq is-sistema bankarja tal-Unjoni Ewropea nistgħu ngħidu li fl-aħħar sena u nofs jew sentejn inħolqot arkitettura totalment differenti li ħadet lill-banek u lis-settur finanzjarju f'dinja differenti; f'riskju sistemiku ta' sigurtà.", "Aħna li qegħdin ngħixu qrib ħafna ġrajjiet li qed iseħħu fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika għandna riskju sistemiku ta' sigurtà.", "L-istess nistgħu ngħidu għas-settur tas-saħħa.", "Ftit ilu fi Spanja għaddejna mit-tregħid tal-Ebola.", "Jista' jkollok pandemic, riskju sistemiku ieħor fejn filli tkun miexi f'ċerta direzzjoni u filli f'daqqa waħda jidħollok dan ir-riskju, jattakkalek is-sistema kollha kemm hi u tispiċċa tbiddel id-direzzjoni, l-enerġija u l-fondi kollha tiegħek biex tattakka dan ir-riskju sistemiku.", "X'inhuma dawn ir-riskji sistemiċi?", "U kif se nżommuhom taħt attenzjoni?", "Parti minn dawn l-affarijiet tindirizzahom l-Istrateġija Ewropea 2020, li kif għedt diġà, ma tiddependix biss mill-Kummissjoni Ewropea imma tiddependi anke minn dak li jiġri fil-pajjiżi membri, u allura hemm sens ta' kontabilità min-naħa ta' kulħadd.", "L-isfida hi li sal-lum għandna frammentazzjoni sħiħa ta' din il-katina ta' kontabilità, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali, li twassal għal skrutinju parzjali.", "Il-Parlament Malti ma jistax jitkellem jekk ma jkollux feedback tajjeb ta' accountability imma se jibqa' jara biss il-biċċiet u ma jkunx jista' jara l-istampa kollha biex ikun jista' jasal għal opinjoni dwar jekk il-flus humiex jintnefqu għall-ġid komuni u għall-ġid ta' kulħadd.", "Wara l-ħafna laqgħat li kellna mal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Parlament Ewropew u l-kumitati tiegħu, fil-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 daħlu regoli ġodda li qed jibdew jesiġu kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-membri stati ħafna aktar focus fuq dawn l-issues ta' smart objectives, ta' evalwazzjoni, ta' focus fuq valur miżjud, ta' focus fuq riżultati u fuq output.", "Dan il-multiannual financial framework huwa akkumpanjat minn regolament finanzjarju ġdid li jagħti saħħa lill-Kummissjoni Ewropea biex din tkun tista' tesiġi lill-Membri Stati jibagħtulha kontijiet annwali u dikjarazzjoni ta' management dwar l-użu ta' fondi.", "Hemm ukoll proċedura ġdida ta' akkreditazzjoni għal fondi strutturali biex tiġi rinforzata r-responsabilità tal-Istati Membri dwar il-kapaċità amministrattiva.", "Ħafna mill-iżbalji jsiru minħabba li l-kapaċità amministrattiva hija dgħajfa u m'hemmx uffiċjali li huma mħarrġa, li għandhom in-knowledge, li għandhom il-prattika u li għandhom ir-role models fil-kapijiet tagħhom biex ikunu jistgħu jassiguraw li dan l-iskrutinju qed isir.", "Hemm ukoll diskors dwar id-dikjarazzjoni nazzjonali fejn il-pajjiż membru jagħmel dikjarazzjoni nazzjonali lil wieħed mill-membri tal-gvern tiegħu, imbagħad il-ministru tal-finanzi jew is-segretarju permanenti jassumi r-responsabilità ta' dik id-dikjarazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li s'issa għadha biss fuq bażi volontarja u għalkemm hemm numru ta' pajjiżi li qed jagħmluha, għadna ma wasalniex biex din tkun xi ħaġa obbligatorja għall-Istati Membri kollha.", "L-opinjoni tagħna hija li dak l-Istat Membru li jasal biex jassumi din ir-responsabilità jkun wasal biex jilħaq il-milja tad-dikjarazzjoni li hu pajjiż mibni fuq it-trasparenza, fuq il-kontabilità u fuq ir-rule of law.", "Dawn huma t-tliet kriterji essenzjali biex tiġi meqjus bħala pajjiż affidabbli għall-investiment u tkun tista' toffri ċerti garanziji, u fil-fatt il-pajjiżi li daħlu għal din id-dikjarazzjoni nazzjonali kollha rnexxielhom jirbħu ħafna mill-kriżijiet li għaddew minnhom.", "Hawnhekk qed nirriferi fost l-oħrajn għall-Ingilterra, għad-Danimarka, għall-Isveżja u għall-Olanda.", "Id-dikjarazzjoni nazzjonali timponi fuqek ċerti restrizzjonijiet.", "Issa ħafna drabi aħna ma niħdux gost bir-restrizzjonijiet u nistgħu ma nerfgħuhomx, kif qed jagħmlu l-parti l-kbira tal-pajjiżi li mhumiex qed jidħlu għal din ir-responsabilità, imma sal-lum aħna għadna biċ-ċans li nistgħu nagħmluha.", "Jekk din tiġix tapplika għal kulħadd jew le għad irridu naraw.", "L-enfasi qed tkun fuq il-kontabilità għar-riżultati u fuq l-impatt tal-infiq, shift fejn m'għandniex nibqgħu nħarsu lejn l-input imma għandna nħarsu lejn l-outcome.", "Sur President, kemm ir-regolament finanzjarju kif ukoll il-multi-annual financial framework se jibdew jiġġieldu kontra l-mentalità li nassorbu l-flus biex sempliċement inkunu assorbejnihom.", "Il-President tagħna qal li m'aħniex se nibqgħu naċċettaw kultura ta' \"use it or lose it\".", "Jekk inħarsu lura naraw li meta l-pajjiżi membri jiġu f'ċerti sitwazzjonijiet, dawn jaraw kif se jonfqu u jassorbu l-flus li għandhom tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jaraw jekk b'dak li jonfqu humiex se jiffittjaw fl-istrateġija vera nazzjonali jew jekk din l-istrateġija hijiex parti mill-istrateġija tal-Unjoni Ewropea.", "Ħafna drabi ħadd ma kien qed jidħol f'din l-istrateġija u matul dawn l-aħħar snin il-Qorti Ewropea tal-Awdituri bdiet tinbex, tgħarrex u ħarġet diversi rapporti fejn tkellmet fuq l-evalwazzjoni li trid issir ta' dawn l-affarijiet.", "Issa r-rikjam tagħhom huwa ċar fir-regolamenti, fil-proġetti eċċ. Fil-perjodu programmattiv hemm focus fuq l-esiġenza li l-Istati Membri jassorbu l-flus b'manjiera regolari, imma jrid ikun hemm ukoll prijorità tal-impatt u kisba tar-riżultati.", "Finalment il-Kummissjoni Ewropea għandha ċ-challenge – aħna, bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri, għadna ma nafux u s'issa għadna xettiċi f'dan ir-rigward – ta' jekk hijiex se jirnexxielha tiddefinixxi smart objectives.", "Aħna nafu li dan huwa diffiċli li jsir fi kwalunkwe każ u nafu li ma nistgħux nippretendu żżejjed għax mhux dejjem hu faċli li fi programm partikolari tilħaq tliet objettivi li huma measurable u ċari.", "Li nitkellmu b'manjiera ġenerali huwa faċli għal kulħadd, imma x'ħin imbagħad tiġi għad-dunque, hemmhekk insibu ċerta diffikultà, imma din hija diffikultà li aħna se nibqgħu nippersegwixxu.", "Kif jafu ħafna minnkom, numru kbir ta' liġijiet imorru quddiem il-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex din tagħti l-opinjoni tagħha qabel ma jmorru quddiem il-Parlament Ewropew, u aħna se nibqgħu niffokaw u nesiġu focus akbar fuq ir-riżultati b'shift minn fuq kontabilità dettaljata tal-inputs għal kontabilità fuq l-outcome.", "Naturalment dan se jġib pressjoni kbira fuq il-gvernijiet, fuq id-dipartimenti u fuq l-aġenziji ta' kull Stat Membru, liema pressjoni jista' jkollha magħha mhux biss il-karrotta imma anke l-bastun; il-bastun tal-korrezzjonijiet finanzjarji.", "Jien naf li l-Gvern huwa konxju ta' dan kollu.", "Xi żmien ilu kelli ċans nisma' lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej jitkellem f'dan ir-rigward, però biex tinbena l-capacity irid isir sforz kollettiv minn kulħadd; mill-membri parlamentari kollha, mill-ministri kollha, mid-dipartimenti kollha u mis-Servizz Pubbliku kollu.", "Ma jistax ikollok an internal audit and investigations department li m'għandux nies bil-kwalifiki meħtieġa, bid-dispożizzjoni meħtieġa u bit-training meħtieġ ġaladarba huma għandhom ir-responsabilità li jagħmlu dan ix-xogħol fuq l-operat tal-gvern kollu.", "Ma jistax ikollok uffiċċju tal-verifika li m'għandux din il-kapaċità.", "Fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jinqeda b'li jkollu, però jekk inti tagħtini ftit nies u dawn in-nies ma jkunux ta' kalibru biżżejjed, jien se nibqa' nagħtik rapporti u r-rota b'xi mod se ndawwarha, imma at the expense ta' skrutinju veru u proprju li jista' jagħti serħan liċ-ċittadini tagħna li l-affarijiet qegħdin dejjem jitjiebu u jissaħħu.", "Dan hu l-punt prinċipali li nixtieq nagħmel jien, u ċioè li huwa importanti ferm li ma nirrealizzawx meta diġà jkun ġara l-każ.", "Aħna nafu x'jista' jiġri, jiġifieri we cannot plead ignorance.", "Wara kollox dan qed jgħiduhulna r-regolamenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, il-multiannual fianancial framework, il-Europe 2020 kif ukoll il-liġijiet li ngħaddu mill-Parlament, liema liġijiet jiġu diskussi f'dan il-Parlament fid-dettall kollu tagħhom.", "Aħna nafu x'inhuma l-esiġenzi, u dan qed ngħidu mill-esperjenza.", "Illum jien forsi jkolli ngħid \"mea maxima culpa\" għax bħala wieħed li kont responsabbli mill-amministrazzjoni f'dan il-pajjiż naf li xi kultant meta niġu biex niffissaw il-prijoritajiet dejjem jitilgħu prijoritajiet oħra u din qatt ma nqisuha bħala prijorità.", "Terġa' dan huwa settur fejn l-amministrazzjoni għandha żvantaġġ enormi għax trid tikkompeti ma' settur privat li għandu servizz vast u li jattira finanzi kbar lil dawk li jaffordjaw li jħallsu, bħall-banek u s-setturi finanzjarji.", "Jien nifhem li fis-Settur Pubbliku hemm limiti dwar x'nistgħu nagħmlu, imma rridu noqogħdu attenti l-ħin kollu li min għandu r-responsabilità ma joqgħodx jistenna lin-nies jokorbulu biex jagħtihom ir-riżorsi meħtieġa.", "Illum jien, with the wisdom of hindsight ta' dawn l-erba' snin u nofs li qattajt f'din l-istituzzjoni, naf li jekk jien ministru jrid jiġi minni li npoġġi l-lenti fuq l-organizzazzjonijiet li għandi – bħall-IAID, l-internal control department u l-NAO – u nkun ċert li dawn għandhom ir-riżorsi ppreparati biex jagħtuni l-informazzjoni li għandi bżonn ħalli nara li fil-pajjiż qed isir l-iskrutinju meħtieġ fl-interess taċ-ċittadini Maltin.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nirringrazzjak tal-ispjegazzjoni estensiva tiegħek.", "Issa niftaħ id-diskussjoni għal xi Membri li jista' jkun li għandhom xi mistoqsijiet.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, nixtieq nibda billi nirringrazzja lil Dr. Galea ta' din il-preżentazzjoni ferm interessanti.", "Laqatni ħafna l-appell li Dr. Galea għamel sabiex il-Gvern mhux biss jagħmel il-capacity building meħtieġ ħalli jilqa' l-obbligi li ġew imposti fuqna minħabba l-fatt li aħna membri fl-Unjoni Ewropea jew minħabba n-nefqa tal-fondi, imma wkoll biex jagħmel dan tajjeb.", "Dan għaliex inti tista' tagħmel il-minimu li hu meħtieġ, imma jekk se tagħmel l-affarijiet sewwa jrid ikollok ir-riżorsi meħtieġa.", "Aħna bħala pajjiż we try to punch above our weight, però r-realtà li Malta hija pajjiż żgħir tibqa' hemmhekk.", "Dr. Galea, mill-esperjenza tiegħek bħala mħallef fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri u bħala persuna li okkupajt kariga ministerjali għal madwar 20 sena, issa li qiegħed fis-siġġu ta' min jinvestiga n-nefqa, x'parir tħoss li għandek tagħti?", "Inti tista' tħares lejn l-affarijiet mhux biss minn naħa waħda, kif nista' nagħmel jien u kif jistgħu jagħmlu l-kollegi tiegħi hawnhekk, imma tista' tarahom miż-żewġ naħat, u allura jkun interessanti jekk nisimgħu l-parir tiegħek dwar kif nistgħu mhux biss nagħmlu dak li hu meħtieġ imma li nagħmlu aħjar mill-minimu ta' dak li hu mistenni minna, anke in vista li inti ġej minn pajjiż li hu ġeografikament żgħir.", "DR. LOUIS GALEA: It-Taljani jgħidu li d-dinja kollha hi pajjiż, u aħna fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri stess qed ikollna niffaċċjaw din id-diffikultà biex nirreklutaw anke n-nies tagħna.", "Meta ġejna biex nirreklutaw nies bin-knowledge, bil-kwalifiki u bl-esperjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jeżaminaw diversi ħwejjeġ konnessi mas-sistema u mal-iggvernar ekonomiku u finanzjarju fejn inti trid tmur titħaddet man-nies tal-ECB u ta' supervisory authorities oħrajn, sibna ċerti diffikultajiet.", "L-ECB għandu 300 avukat jaħdmu f'dan is-settur, filwaqt li l-Single Supervisory Mechanism (SSM) tal-banek għandhom 700, jiġifieri altro che li kulħadd japprezza r-realtà, speċjalment ta' pajjiż ċkejken bħalma hu tagħna.", "Però filwaqt li mhux mistenni nagħmlu xi sistema kbira esaġerata, irridu nassiguraw li almenu naslu għall-average.", "Fil-fehma tiegħi, ikun żball jekk ngħidu li għandna nibnu l-kapaċità tagħna biex nissodisfaw l-esiġenzi tal-Unjoni Ewropea.", "Aħna rridu nibnu din il-kapaċità għax aktar ma pajjiż ikun ċkejken, aktar ikun hemm bżonn li niggarantixxu dawn l-affarijiet.", "Jien nixtieq li għaddejt minn din l-esperjenza qabel ma sirt ministru għax kieku, permezz ta' din l-esperjenza kif ukoll permezz tal-kultura li saħħaħt fija nnifsi, kont nevita ċerti żbalji u nuqqasijiet li għamilt.", "Però dawn l-affarijiet qegħdin hemm ukoll biex nitgħallmu aħna li qegħdin immexxu llum.", "Nafu li f'sistema ta' demokrazija, l-issue tat-trasparenza, tal-kontabilità u tal-verifika huma tliet passi li m'aħniex se naħarbuhom; tardare si, scappare no, jiġifieri tista' taħrab darba, darbtejn jew anke tlieta, imma xi darba se tidħol fl-inkwiet.", "Jien bħala ministru, fl-aħħar żewġ amministrazzjonijiet tiegħi, permezz tal-esperjenzi li ksibt fl-ewwel żewġ amministrazzjonijiet tiegħi, aktar fhimt li ma nistax nibqa' niddejjaq jekk niġi skrutinizzat, anzi jaqbilli li nkun skrutinizzat u li jkolli l-karti fuq il-mejda.", "Għalhekk jekk kemm-il darba jkollok il-motivazzjoni li jkollok dawn il-mekkaniżmi mibnija b'manjiera effettiva u effiċjenti in the medium term, mhux in the long run, tieħu r-riżultati tagħha.", "Ħalli niftehmu, l-NAO diġà jagħmel biċċa xogħol sublimi.", "Hemm tradizzjoni ta' 200 sena fil-proċess tal-verifika ta' fondi pubbliċi, u għalkemm meta tqabbel dan it-tim ma' timijiet ta' pajjiżi oħra tarah daqs nitfa, huwa a nimble team.", "Jiena narahom lill-membri ta' dan it-tim meta jattendu l-laqgħat li jsiru tal-organizzazzjonijiet tal-audit fuq livell Ewropew, u naf li l-fama tagħhom hija waħda prestiġjuża anke fuq livell internazzjonali għax tisma' kummenti tajbin fuq l-uffiċjali kollha li jiġu.", "Għalhekk m'aħniex qed nibdew mix-xejn.", "L-istess nista' ngħid għall-IAID, li wkoll huwa nukleu żgħir.", "Jien naħseb li kemm l-NAO kif ukoll l-IAID iridu jissaħħu, u l-internal audit mechanisms li hemm f'diversi setturi jridu jissaħħu, għalkemm mhux tant billi żżidilhom in-nies.", "L-NAO u l-IAID għandhom bżonn in-nies, imma dawk li hemm fid-diversi ministeri, dipartimenti u aġenziji għandhom bżonn ħafna training, u jrid jiġi assigurat li t-training qed isir verament, jiġifieri mhux biżżejjed li wieħed jattendi t-taħriġ imma huwa importanti li juri l-output tiegħu.", "Mela fl-ewwel livell trid tinvesti fin-nies – li mhijiex xi ħaġa faċli għax hemm il-kompetizzjoni – u fit-tieni livell trid tinvesti fi training li jkun regolari u mhux ta' darba; a flash in the pan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq nagħmel kumment xi ftit ġeneriku li wkoll jirrifletti l-esperjenza ta' Dr. Galea, kemm bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll bħala Ministru.", "Forsi jista' jkun li għandha tinbena dik li jien nixtieq insejħilha bħala \"kultura ta' awditjar\".", "L-awditur huwa dak il-bniedem li qiegħed hemm biex jissalvagwardja x-shareholders ta' kumpanija u li qed jirrapporta b'mod indipendenti fuq l-aġir tad-diretturi lil min hu verament is-sid ta' dik is-soċjetà.", "Issa meta napplika dan il-kunċett fl-isfera pubblika nazzjonali, jew lil hinn mil-livell nazzjonali, ix-shareholders huma ċ-ċittadini, u fis-sistema demokratika parlamentari dawn huma rappreżentati wkoll mill-membri parlamentari.", "Għalhekk naħseb li meta niġu biex infasslu kultura, dan irid iwassalna għal numru ta' valuri bażiċi li għalkemm insemmuhom ħafna, probabbilment wasal iż-żmien li wieħed jiddefinixxi aħjar kif dawn ikunu mħarsa.", "Żgur li l-ewwel valur bażiku jrid ikun proċess ta' trasparenza mibni fuq is-sistema tal-għoti tal-informazzjoni kollha meħtieġa minn proċessi pubbliċi ta' importanza kbira.", "Imbagħad ma' dak inżid il-proċeduri li jiġu dejjem użati.", "Bla dubju ta' xejn it-tielet valur huwa li jkollok is-salvagwardji tal-indipendenza u li jsir il-proċess, filwaqt li r-raba' valur huwa ispirat minn dak li kien qed jgħid Dr. Galea, jiġifieri li b'dak li tkun qed tagħmel ikollok verament valutazzjoni tar-riżultati li takkwista.", "Allura, Dr. Galea, taħseb li huwa l-każ li għandna nibnu b'mod aktar fundamentali, jiġifieri nibnu kultura fejn niddefinixxu dawn il-komponenti li jitilqu mill-premessa fundamentali li bħalma kumpanija trid tħares lis-soċji tagħha, hekk ukoll pajjiż irid iħares lil min huwa s-sid tal-fondi pubbliċi?", "Għax hawn ta' min jirrimarka li s-sid tal-fondi pubbliċi mhuwiex il-gvern tal-ġurnata, imma huwa l-poplu kollu mħares anke b'sistema parlamentari.", "Għalhekk imbagħad niġu għat-trasparenza, għall-proċeduri wżati, għall-indipendenza u fl-aħħar anke għar-riżultati.", "Ma nafx tridx telabora fuq dawn il-ħsibijiet mill-esperjenza tiegħek, Dr. Galea.", "DR. LOUIS GALEA: Jien nixtieq nagħmel din ir-riflessjoni.", "L-Onor.", "Zammit Dimech irrifera anke għas-settur privat u tefa' fuq il-mejda l-kunċett ta' \"soċju\".", "Aħna rajna miljuni ta' shareholders jinħarqu fil-kriżi finanzjarja.", "Ħafna minn dawn ix-shareholders kellhom l-għajxien kollu tal-ħajja tax-xogħol tagħhom hemmhekk, imma dawn inħarqu minħabba li s-sistemi ta' kontroll fallew, kemm fuq livell privat kif ukoll fuq livell pubbliku.", "Illum li din il-kriżi finanzjarja għaddiet u li ġabet magħha wkoll kriżi ekonomika li għadna lanqas ħriġna minnha, qed ikun hemm aktar kuxjenza dwar il-bżonn li mhux biżżejjed li jkollok il-liġijiet li jassiguraw il-kontabilità f'posthom.", "Pereżempju, fuq il-kriżi finanzjarja kien hemm ħafna liġijiet, kummissjonijiet u strumenti, imma l-importanti huwa li jiġi vverifikat li dawn qed jaħdmu tassew.", "Dan ifakkarni fil-famuż dictum Latin \"quis custodiet ipsos custodes\", jiġifieri min se jivverifika li l-gwardjan qed jagħmel xogħlu?", "Fl-aħħar mill-aħħar f'demokrazija huma intom, il-Membri Parlamentari, li għandkom l-obbligu li tesiġu l-għodda biex tagħmlu dan l-iskrutinju.", "L-għodda tagħkom huwa l-NAO, u l-għodda tal-Gvern huwa l-IAID, li huwa kumplimentari għall-NAO għax dak ukoll huwa uffiċċju indipendenti.", "Wieħed huwa estern mill-gvern u indipendenti filwaqt li l-ieħor huwa intern fil-gvern, imma bil-liġi huwa indipendenti.", "Huma dawn it-tipi ta' mekkaniżmi, li mbagħad hemm minnhom anke fil-livelli iktar 'l isfel tal-amministrazzjoni, li jridu jaħdmu.", "Il-kultura hija the cross-fertilization ta' ħafna affarijiet, imma l-politiċi għandhom responsabilità ewlenija.", "Jien għaddejt mill-wied li tinsabu għaddejjin minnu intom, u li kieku kelli nerġa' nitwieled kont nerġa' nagħżel din il-ħajja għax fiha sfidi u opportunitajiet uniċi biex tkun tista' tagħmel il-ġid.", "Li tiżbalja ma jimpurtax għax errare humanum est.", "L-importanti hu li nitgħallmu mill-iżball.", "Għalhekk, Onor. Zammit Dimech, din il-kultura trid tiġi billi x-shareholders tagħna, li huma ċ-ċittadini, iħossu ħajja f'dan il-proċess katina ta' kontabilità f'kull livell, f'kull ġurnata, f'kull att, f'kull deċiżjoni u f'kull liġi li ssir.", "Dan mhuwiex faċli għax imbagħad hemm il-politika.", "Il-politika hija magħmula min-nies, fid-demokrazija għandek opinjonijiet politiċi u partiti politiċi differenti li jattiraw nies differenti, imma l-concern li wieħed irid ikollu, ġaladarba jitla' 'l fuq mill-personalitajiet, hija l-istituzzjonijiet.", "Jekk xi ħadd jitlef il-fiduċja fija personali mhijiex se taqa' d-dinja, imma jekk tibda tiġi diskussa l-fiduċja fil-Parlament bħala istituzzjoni, fil-qorti bħala istituzzjoni, fl-NAO bħala istituzzjoni jew inkella fl-amministrazzjoni, li hija istituzzjoni li nħabbtu wiċċna magħha kuljum… Hija din il-fiduċja li aħna rridu nassiguraw li ma tiġix mittiefsa.", "Naturalment imbagħad fejn tidħol il-kultura, trid tagħmel bħall-furnar; ikollok ħmira tajba biex imbagħad din tkun tista' tiġi magħġuna fid-dqiq, ittella' l-kultura tagħha u tagħtik l-aħjar ħobża li taf tagħmel Malta.", "IS-SUR JACQUES SCIBERRAS: Nixtieq nagħmel żewġ riflessjonijiet.", "Matul dawn l-aħħar 15-il sena l-prijorità kienet l-accounts.", "Il-Kummissjoni Ewropea evolviet fl-accounting system tagħha u allura inizjalment il-European Court of Auditors was an information filler.", "L-auditing kien isir mil-lat finanzjarju fejn inti kont tara li tiċċekkja l-invoices, tiċċekkja d-dettall u tara li l-balance sheet hi tajba.", "Inti jrid ikollok internal controls biex meta tiffirma l-internal declaration kważi lanqas ikollok bżonn awditur.", "Illum l-error rates li tippubblika l-Kummissjoni Ewropea mill-audits u mill-kontrolli tagħha kważi qed javviċinaw dawk tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "M'għadhomx l-istess, imma r-rapport annwali tagħna jsir anqas u anqas rilevanti sakemm inti jkollok il-fiduċja fl-internal controls tas-sistema.", "Imbagħad jinħolqu s-second priority results, u hemm għandek 15-il sena oħra ta' kultura differenti.", "Mela jekk qabel l-awditur kien jiġi u jistaqsik għall-invoices, inti kellek a filing system minn ħajt sa ħajt b'kull invoice għal kull ċenteżmu li nfaqt, jekk illum jien niġi ngħidlek: Issa dawk infaqthom u allura din id-darba kellimni fuq ir-riżultati, hemmhekk qed titkellem fuq data, statistika u data collection li hija miljun darba akbar mid-data li għandek bżonn biex you come clean with the auditors.", "Ovvjament dan l-eżerċizzju huwa aktar suġġettiv ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Jien nixtieq nagħmel punt prattiku u sempliċi ħafna.", "Id-diċerija fost in-nies hija li, kif qal tajjeb Dr. Galea, parti kbira min-nefqa li tmur f'fondi lill-pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea tispiċċa f'ħela.", "Din id-diċerija mhijiex qiegħda biss fost in-nies imma anke fostna l-politiċi għax xi kultant tara b'għajnejk li filwaqt li kieku t-tali oġġett għamiltu jien bħala persuna privata swieli €10, għax sar mill-fondi Ewropej tara rċevuta ta' €700.", "Intom, xi strument jew strumenti għandkom għad-dispożizzjoni tagħkom, jew inkella xi strumenti se jinħolqu biex meta dan iż-żebliegħ fl-użu tal-fondi tal-Unjoni Ewropea jkun sfaċċat, ikun maqbud u tkunu tistgħu tieħdu passi neċessarji u effettivi?", "Għax meta jinqabad, wieħed jista' jgħidlek: U iva, issa l-fondi ħadthom, imbagħad jekk jirbħuhieli għaxar snin oħra nagħtihomlhom!", "Il-fatt li hemm din l-ineffiċjenza fejn intom ikollkom redress, kważi kważi qed tinkoraġġixxi abbuż.", "Hemm xi pjan biex forsi l-mod kif intom ikollkom redress ikun aktar effiċjenti ħalli l-mod kif jintnefqu dawn il-flus jiġi mħares aktar?", "DR. LOUIS GALEA: Nirringrazzjak, Onor. Farrugia, anke għax din il-mistoqsija li qed tagħmel inti qiegħda fil-qalba tad-dibattitu li għaddej bħalissa, però jrid ikollna idea ċara ta' fejn qed jilagħbu l-players għax il-post tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mhuwiex li tixxuttja l-ballun fil-lasti imma pjuttost qiegħed aktar lura.", "Għalhekk meta titkellem dwar x'inhuma l-istrumenti tagħna, dwar x'inhu r-redress li nistgħu napplikaw u dwar x'passi neċessarji hemm bżonn jittieħdu qed titkellem fuq rwol li aktar hu tal-Kummissjoni Ewropea milli tagħna.", "MARLENE FARRUGIA: Jien nifhem li l-istituzzjonijiet huma differenti, u naħseb li l-funzjonament sħiħ tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-istrutturi tagħha qed ifalli proprju minħabba n-nuqqas ta' koordinament li hemm bejn l-istituzzjonijiet differenti.", "Kif qed isir dan il-koordinament biex ma jerġgħux isiru abbużi, kif inhu stat ta' fatt li saru?", "Dawn l-affarijiet saru fl-Italja, fil-Greċja, saru fil-Bulgarija… Ittieħdu miżuri, però xorta jidher li dawn l-affarijiet għadhom isiru.", "Għalhekk qed tagħmlu xi forma ta' koordinament biex bis-saħħa tagħkom tinkoraġġixxu lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-passi neċessarji, li jkunu wkoll effettivi?", "DR. LOUIS GALEA: Hemm koordinament għax għalkemm il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hi awditur estern u indipendenti, għandha laqgħat ta' koordinament kemm mal-Parlament Ewropew, kemm mal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mal-Kunsill Ewropew.", "Hemm sistema maħsuba fit-trattat u fil-liġijiet infushom, li f'diversi partijiet minnhom jinvolvu lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, sew meta ssir liġi, sew meta jsir programm u sew meta jkun hemm bżonn li tingħata opinjoni.", "Però l-problema mhijiex biss waħda ta' koordinament.", "Pereżempju, jien eżaminajt in-nefqa tal-Unjoni Ewropea biex tinżamm is-sistema tal-fruntieri tax-Schengen fejn allura, minħabba li mhux il-pajjiżi kollha li qegħdin fuq in-naħa tal-fruntiera ta' barra għandhom l-istess responsabilitajiet peress li l-fruntiera hija differenti… Għax dawk li qegħdin fuq in-naħa tal-fruntiera ta' ġewwa għandhom anqas problemi.", "Ara l-Lussemburgu m'għandux fruntiera esterna imma għandu linja interna, u allura ġaladarba aħna, li qegħdin fuq il-fruntiera esterna u l-piż tagħna huwa ikbar, tintuża sistema differenti fil-qsim ta' fondi biex naturalment tpatti għal din ir-responsabilità sproporzjonata li għandna aħna.", "Fil-fatt ir-rapport tal-external borders fund stess jgħid li biex tkun tista' taqdi l-funzjoni tagħha peress li għandha fruntiera esterna, l-Italja ma nafx kemm-il mitt karozza għandha bżonn tixtri.", "Għalhekk dan il-proġett ġie eżaminat, saru l-proċeduri, li rrid ngħid illi kienu proċeduri tajbin, u dawn il-karozzi nxtraw.", "Meta aħna morna biex neżaminaw u naraw fejn huma dawn il-karozzi, ma sibnihomx qrib il-fruntiera esterna imma sibna li dawn il-karozzi qed jintużaw mill-forzi tal-ordni differenti ta' diversi reġjuni, l-aktar dawk fil-partijiet ta' fuq.", "Kien għalhekk li aħna staqsejna jekk dawk il-karozzi setgħux inxtraw mill-fondi nazzjonali, għax fl-aħħar mill-aħħar dawn il-karozzi aktar qed jiġu wżati għal skop nazzjonali.", "F'ċertu sens, meta tiffinanzja minn fondi Ewropej ħwejjeġ li normalment jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali, inti tkun qed taħli l-baġit tal-Unjoni Ewropea għax dak għandu jintuża biex jinħoloq valur miżjud għall-Unjoni Ewropea u mhux jintuża fuq oġġett ta' natura nazzjonali.", "Issa hawn wieħed jistaqsi f'dan il-każ x'jiġri.", "F'dan il-każ aħna niskopru l-fatt, inġibu l-evidenza, nirrazzjonalizzaw il-fatti, nargumentawhom, imbagħad ngħidu li fl-opinjoni tagħna ma kienx hawn sound financial management kif suppost ta' din it-tip ta' ħaġa.", "Però r-responsabilità ta' dak li jiġri minn hemm 'il quddiem hija tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament li mbagħad irid jara x'jagħmel b'dik l-informazzjoni li nagħtuh.", "Issa hawn ippermettuli ngħid li meta kont ministru, dawn ir-rapporti kienu jiġu għandi wkoll, imma xi kultant ikunu voluminużi ħafna u allura kont inqalleb il-paġni tagħhom, niddiskuti xi aspetti minnhom li jkunu laqtuni mal-uffiċjal tiegħi, u daqshekk għax ix-xogħol li jkun għamel l-awditur jirrikjedi proċess partikolari biex tkun tista' tittraduċih f'evalwazzjoni, f'tagħlimiet li tista' toħroġ minnu u f'azzjonijiet li trid tieħu, li jista' anke jkunu azzjonijiet ta' dixxiplina.", "Għalhekk min jagħmel l-audit pubbliku huwa biss ħolqa f'katina, u jekk dik il-katina ma tgħaddix minn waħda għall-oħra u tinqata', allura dan li qed nagħmlu jibqa' diskors biss.", "IS-SUR JACQUES SCIBERRAS: Huwa veru li teżisti din l-impressjoni ta' waste, però wara li tagħmel erba' snin fil-qalba ta' din l-issue, ikun tajjeb jekk tibda tgħin lil ħaddieħor biex ipoġġi l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Se nieħu l-aħħar domanda.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lil Dr. Galea u lis-Sur Sciberras tal-preżentazzjoni tagħhom.", "Jiena ma lħaqtx id-diskussjoni mill-bidu u allura nitlobkom tiskużawni jekk nistaqsi xi ħaġa li forsi diġà ntqalet.", "Biex inkompli mal-Onor.", "Farrugia, aktar milli nitkellem fuq il-waste minn aspett ta' abbuż jew ta' frodi, jien nemmen li, pereżempju, fil-każ ta' dawk l-SMEs li huma family-run il-proċess għandu jkun iktar simplifikat biex dawn japplikaw ukoll għal ċerti fondi tal-EU.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat ħarġet statistika li turi li hemm persentaġġ kbir ta' fondi li huma mitlufin għax, pereżempju, il-kumpaniji żgħar ma japplikawx within the stipulated dates or timeline u allura dawn il-fondi jispiċċaw jintilfu.", "Fil-baġit 2014-2020 se jkun hemm proċess ta' ssimplifikar għal dawk il-family-run businesses biex b'hekk innaqqsulhom ċerta burokrazija u spejjeż amministrattivi filwaqt li forsi jkun hemm wider timelines sabiex ma jkunx hemm din it-tip ta' ħela u meta wieħed jiġi biex japplika jkollu wider deadlines ħalli ma jintilfux daqshekk fondi?", "Issa ħalli niġi għat-tieni mistoqsija.", "Is-Sur Sciberras semma l-iżvilupp dinamiku u kontinwu li jkun hemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' economic tools to measure the results.", "Se jiġu riflessi ċerti għodod ġodda to measure the results in the new budget?", "DR. LOUIS GALEA: Din l-issue tal-proċess ta' simplifikazzjoni issa qed insibuha aktar enfasizzata b'mod espliċitu.", "Sal-lum l-Unjoni Ewropea kienet tagħti fondi marbutin b'ċertu dettall ma' programmi oħra għal ċerti skopijiet, mentri llum dan qed jiġi iktar miftuħ u l-Unjoni Ewropea se tibda tħalli aktar f'idejn l-Istati Membri.", "Issa l-Unjoni Ewropea se tgħidlek: Hawn \"dan: l-ammont ta flus, issa f'idejk!", "Jew inkella tgħidlek: Trid tilħaq \"dawn\" l-objettivi, imma kif se tapplikahom f'idejk!", "Il-proċess ta' simplifikazzjoni se jkun jibda jiddependi anke mill-Istati Membri kif jaħdmuh sakemm huma josservaw ċerti kriterji kif ukoll parametri ġenerali ta' mġiba u ta' regolarità.", "IS-SUR JACQUES SCIBERRAS: Jekk taqra r-rapporti tagħna ssib li fondi li jispiċċaw għand il-benefiċjarju huma riżultat ta' sitta jew seba' saffi ta' regoli.", "Trid tkun a Biblical scholar biex tkun qrajthom u fhimthom kollha!", "Sometimes one can argument that now that there are EU laws, we can add some more just to check.… (Interuzzjonijiet) Rigward il-macro-economic tools irrid ngħid li aħna qed niżviluppaw unit ta' madwar 12-il ruħ fejn qegħdin inħarrġuhom immensament biex jifhmu kif qed jaħdem il-compliance tal-European semesters; is-six-pack u t-two-pack.", "Għalhekk apparti l-kafè u l-pagi, jekk inti tħares lejha mill-punto di vista baġitarja, taraha frivola, però l-impatt tagħha huwa kbir immens.", "Il-pajjiżi jiktbu jekk hux qegħdin taħt excessive deficit procedure jew le, u allura kellna nagħtu attenzjoni differenti, mhux abbażi tar-riskju monetarju, finanzjarju u baġitarju imma għall-impatt ekonomiku u l-valur miżjud.", "Aħna l-aktar li qed niffokaw f'dan l-eżerċizzju huwa fuq il-fitness for purpose.", "Dak l-eżerċizzju huwa fit for purpose?", "Diffiċli tgħid għax f'dak il-każ mhux biss trid tkun awditur imma trid tkun ukoll ekonomista, u forsi trid tifhem u tinterpreta d-deċiżjonijiet politiċi li jiġu ma' dawk is-sistemi ta' governanza, imma ċert li l-awditur għandu kontribut x'jagħti fiha.", "Jien nistaqsi: Dawn l-entitajiet għandhom il-capacity...?", "Għax mhux imbilli issa għaddejna s-six-pack u t-two-pack!", "Jien naħseb li s-sena d-dieħla, jew ta' wara, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se toħroġ tliet rapporti li għandhom jibdew jilluminaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kif tista' tiffunzjona aħjar f'dawn l-areas.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lil Dr. Louis Galea tal-ispjegazzjoni estensiva li tana.", "Naħseb li jekk irrid nikkummenta b'mod pożittiv, ngħid din is-sena d-diskussjoni kienet aktar attwali mil-lenti lokali, kuntrarjament għas-sena l-oħra fejn iffukajna ħafna aktar on the bigger picture fuq livell Ewropew.", "Dan forsi anke għax illum l-affarijiet fuq livell internazzjonali kkalmaw u issa nistgħu niffukaw fuq l-issues tagħna.", "Nirringrazzja anke lis-Sur Jacques Sciberras tal-interventi tiegħu u lill-Membri għall-kummenti li għamlu.", "Fit-8:15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20141215_009d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU 9", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:47 p.m.", "Din il-laqgħa konġunta kienet preseduta mill-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta kienu preżenti wkoll:", "Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi: L-Onor.", "Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej: L-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "Presenti wkoll kien hemm l-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MA' DR LOUIS GALEA, MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI, DWAR IR-RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI DWAR IL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2013 U L-ĦIDMA TAL-MEMBRU MALTI TA' DIN IL-QORTI.", "Dr Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għamel preżentazzjoni fuq ir-rapport annwali dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2013 u, fost affarijiet oħra, semma b'mod partikolari dan li ġej:-", "minħabba f'żieda kontinwa fis-somom li għandhom jiġu ffinanzjati minn baġits futuri, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tippjana r-rekwiżiti tagħha għal pagamenti għat-terminu medju u fit-tul;", "l-infiq tal-fondi tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kien ffukat fuq l-assorbiment, jiġifieri 'użahom jew titlifhom', kif ukoll fuq il-konformità mar-regoli aktar milli fuq il-prestazzjoni, jiġifieri aktar milli jintlaħqu l-għanijiet u jinkisbu riżultati tajba bl-infiq li jkun sar.", "Dan in-nuqqas ta' fokus fuq il-prestazzjoni huwa meqjus difett fundamentali fit-tfassil ta' ħafna mill-baġit tal-Unjoni Ewropea;", "ir-rappurtar ma kienx adattat għall-aspirazzjonijiet tal-kultura ta' prestazzjoni;", "il-valur miżjud mhux dejjem kien ġie ggarantit;", "f'bosta każi l-benefiċjarji kienu jidħlu għall-proġetti anke mingħajr il-finanzjament mill-Unjoni Ewropea;", "bejn l-2013-2014 saru 35-il rapport speċjali li 2 minnhom kienu speċifikament fuq Malta; u", "il-bżonn ta' nies professjonali u mħarrġa tajjeb fuq xogħol ta' awditjar u d-diffikultajiet li jitaqgħu magħhom l-entitajiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej biex jirreklutawhom.", "Rigward il-ħidma tiegħu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Dr Galea informa li wara li għalaqlu t-terminu ta' Dekan ta' Chamber IV huwa ngħata r-responsabbiltà (i) għall-verifika tal-aġenżiji kollha tal-UE u tal-PPPs li jinvolvu mat-48 rapport speċifiku fis-sena; (ii) għar-rapporti u opinjonijiet dwar l-External Border Fund (2014), il-European Parliament Single Seat Analysis (2014) u l-finanzjament tal-European parties u l-OLAF (2014), (iii) għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Qort Ewropea tal-Awdituri u tal-Landscape Review li bħala team leader kellu lis-Sur Jacques Sciberras, membru tas-segretarjat ta' Dr Galea.", "Wara kien hemm diskussjoni li ħa sehem fiha wkoll is-Sur Jacques Sciberras.", "Fit-8:15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20141215_009m_fin.docx"} {"text": ["LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "It-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2014 fis-6.45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2014 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:", "Laqgħa ma' Dr Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2013 u dwar il-ħidma tiegħu f'din il-Qorti.", "3 ta' Diċembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20141215_024a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Laqgħa Nru. 9", "L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 8 li saret nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRMAN (Onor. Etienne Grech): Għal din il-laqgħa tal-lum għandna diversi mistiedna li se jagħtuna l-opinjonijiet tagħhom fuq it-trapjanti tal-organi u t-tessuti vis-à-vis il-leġiżlazzjoni l-ġdida li se nipprovaw inressqu fil-futur qarib.", "Għaldaqstant insejjaħ mill-ewwel lir-Reverendu Professur Emmanuel Agius sabiex jersaq mal-Mejda.", "Rev. l-ewwel nett nixtieq ninfurmak li din il-laqgħa qiegħda tiġi streamed live kemm bl-awdjo kif ukoll viżwalment fuq l-internet.", "Bażikament hawnhekk nixtiequ nkunu nafu l-ideat tiegħek dwar il-metodi li jistgħu jintużaw fl-organ transplantation u ċioè jekk hux opt-in jew opt-out.", "X'taħseb dwar l-etika ta' dawn it-tip ta' metodi li jistgħu jintużaw sabiex jiġu harvested l-organi?", "Taħseb li l-qraba għandu jkollhom say fiha l-affari?", "Il-leġiżlazzjoni għandha tara li jekk persuna tagħti l-kelma tagħha permezz tad-donor card jew permezz ta' xi ħaġa oħra, dik il-kelma tibqa' tgħodd anke wara l-mewt tagħha biex tagħti l-organi?", "X'inhi d-definizzjoni tal-mewt?", "Nixtiequ nisimgħu wkoll mingħandek dwar l-allokazzjonijiet tal-organi.", "Għaldaqstant nitolbok tibda bl-intervent tiegħek.", "EMMANUEL AGIUS (Dekan fil-Fakultà tat-Teoloġija): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina sabiex jien ukoll nagħti l-kontribut tiegħi dwar din il-leġiżlazzjoni tant mixtieqa f'pajjiżna.", "Nibda biex ngħid li jeżistu żewġ dokumenti importanti Ewropej li għandhom jispiraw il-leġiżlazzjoni lokali, u dawn huma l-Oviedo Protocol tal-2002 u d-Direttiva 2010/45/EU.", "Din hija l-aħħar direttiva fuq l-istandard of quality and safety tal-organi intenzjonati għat-trapjanti.", "L-ewwel waħda hija iktar fuq x'tip ta' valuri għandu jkun hemm, speċjalment fuq in-neċessità tal-informed consent; il-projbizzjoni ta' transazzjonijiet finanzjarji, l-equitable access, il-kunfidenzjalità u t-traceability.", "Id-Direttiva tal-2010 hija importanti għax l-uniku kompetenza li l-Unjoni Ewropea għandha fuq is-saħħa - minħabba l-prinċipju tas-sussidjarjetà - hija f'dak li għandu x'jaqsam mas-safety and security.", "Il-bqija kull pajjiż membru jrid jiddeċiedi dwar il-leġiżlazzjoni tiegħu.", "Id-Direttiva titkellem fuq is-safety u fuq l-importanza tal-prinċipju tal-altruwiżmu.", "Minkejja li titkellem fuq il-proċeduri ta' safety, tidħol ukoll fil-prinċipji etiċi bħall-altruwiżmu, il-quality and safety tal-organi, eċċ. Jien naħseb li dawn għandkom teħduhom in konsiderazzjoni.", "Waħda mill-problemi kbar li hemm fl-organ transplants mhijiex biss fuq dawk it-trapjanti li jittieħdu minn cadavers imma wkoll fuq in-non-heart-beating organ transplants.", "Din l-issue kont iddiskutejta fit-tul ma' Dr Zarb Adami.", "Fl-opinjoni tiegħi qabel ma nibdew niddiskutu l-kwestjoni tad-donor cards u jekk għandhomx ikunu obbligatorji opt-in jew opt-out, għandna nibdew kampanja ta' edukazzjoni fuq dawn l-issues.", "Warajja hawn Profs.", "Lauri, li ħadmet ħafna fuq dan il-punt.", "Fil-fatt ir-riċerka tagħha għamlitha mhux biss fost il-pubbliku imma anke fost il-professjoni medika.", "Meta kont qiegħed niddiskuti ma' Dr Zarb Adami rajna li waħda mid-diffikultajiet fuq jekk għandniex indaħħlu fl-isptar in-non-heart-beating organ transplants hija r-reazzjoni li jista' jkollok min-naħa tal-professjoni medika.", "Jekk ikollok tnejn jew tlieta li joġġezzjonaw u jgħaddu messaġġ ħażin se jkollok non receptivity min-naħa tal-pubbliku.", "Bħalma tafu intom hemm issues kbar dwar it-timing ta' meta għandhom jittieħdu l-organi.", "Hemm pajjżi li fil-leġiżlazzjoni tagħhom għandhom wara ħames minuti, hemm min għandu wara disa' minuti, hemm oħrajn li għandhom wara żewġ minuti minn meta jkun hemm is-cessation tal-heart beating.", "Jiġifieri hemmhekk għandek problema etika.", "Mela l-liġi trid tiffoka eżattament fuq dak il-punt.", "Imma trid tassigura wkoll li tingħata l-kura lill-pazjent u li kemm jista' jkun ikun hemm l-involviment tal-qraba f'din id-deċiżjoni.", "Fil-prinċipju jien m'iniex kontra li pajjiż jikkonsidra din l-option sakemm tiġi salvagwardjata d-dinjità tal-pazjent u ma jkunx hemm abbuż fil-mod ta' kif tiġi dikjarata persuna mejta.", "U importanti ħafna li jkun hemm l-involviment tal-qraba.", "Issemmiet il-kwestjoni tal-brain death.", "Dik hija l-istandard practice fl-Università ta' Harvard u l-prattika aċċettata.", "Għandek ċerti kulturi li ma jaċċettawhiex imma fil-kuntest Ewropew hija aċċettata fil-maġġorparti tal-pajjiżi.", "Mill-punto di vista etiku dwar x'jiddikjara bniedem bħala mejjet, din hija kompetenza tal-mediċina.", "Mhijiex kompetenza tal-etika u għaldaqstant l-etika sserraħ fuq dak li tiskopri l-mediċina.", "Imma jekk se ndaħħlu in-non-heart-beating organ trasplants fil-liġi tagħna, irridu nkunu ċari wkoll kif se niddefinixxu l-mewt ħalli ma nagħmlux foregone conclusions u neskludu l-possibilità li tant tista' tkun ta' benefiċċju għall-pajjiżna wkoll.", "Imbagħad għandek il-kwestjoni tal-allocation of organs.", "Din hi problema li tissemma' kemm fl-Oviedo Protocol u kemm fid-Directive, mingħajr ma tagħti iktar indikazzjonijiet dettaljati.", "Jien naħseb li rridu naddottaw approach li la tmur f'estrem wieħed u lanqas tmur f'estrem ieħor, fis-sens li la għandna nużaw perspettiva utilitarista li tiddependi fuq lil min taf jew fuq sitwazzjonijiet bħal dawn, imma d-dinjità tal-persuna.", "Jien naħseb li l-uniku żewġ kriterji importanti huma l-effettività ta' dak li se tagħti u d-durability ta' kemm l-organu li se jingħata se jkun ta' benefiċċju għar-riċevitur.", "La għandha tkun first come first served u lanqas għandha tkun kwestjoni ta' kemm hi importanti l-persuna.", "Din għandha tittieħed on a case by case basis.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Fuq l-età tal-pazjent jew fuq kemm għandu bżonn dak it-trapjant aktar minn ħaddieħor.", "EMMANUEL AGIUS: Imma rridu noqogħdu attenti dwar l-età għax inkunu qisna qegħdin nidħlu fil-kultura tal-ageism.", "Jista' jkollok pazjent li huwa ta' mezza età jew għadu żgħir imma l-organu li jingħata ma jkunx ta' benefiċċju għalih minħabba kumplikazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu.", "THE CHAIRMAN: Jien qed ngħidlek fuq min jirċievi.", "EMMANUEL AGIUS: Eżatt.", "Il-kriterju tal-ekwità hija l-kondizzjoni medika tal-pazjent.", "Aħna rridu salvagwardja li tmur lil hinn mill-aspett suġġettiv tal-kirurgu jew tan-nefrologu u ċioè fejn wieħed jgħid li se jiddeċiedi għal dan kontra l-ieħor jew li nkella se jmur fuq dak għax l-ieħor ġie qabel jew inkella għax wieħed huwa importanti mill-ieħor.", "X'inhuwa l-kriterju oġġettiv?", "Il-kriterju oġġettiv huwa l-kondizzjoni medika u jekk dan għandu komplikazzjonijiet, allura se jiskwalifika ruħu.", "Issa jekk dan se jingħata organu li se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu u se jkollok durability ta' dak l-organu li se tagħti, mela hemmhekk għandek tikkonsidra dak il-każ.", "Imbagħad dejjem jidħol il-każ estrem – u hawnhekk tidħol in-nitti gritty ta' kif se tiddeċiedi – fejn jekk ikollok aktar minn pazjent wieħed, fejn għandek pazjent ta' età akbar u ieħor ta' età iżgħar imma t-tnejn huma kompatibbli u t-tnejn għandhom effectiveness u durability tal-organu li se tagħtihom, allura lil min se tagħżel minnhom?", "Se tagħżel bix-xorti?", "Jien naħseb li l-età irridu noqgħodu attenti minnha u nevitawha għax jekk indaħħlu din il-kultura f'pajjiżna, jista' ikollna reazzjoni negattiva mill-pubbliku.", "Pazjent ta' 70 jew 75 sena, li jkun ta kontribut lill-pajjiżna għandek twarrbu għax għandu dik l-età?!", "Illum hawn il-mezzi kif il-pazjent iżżommu ħaj sakemm ikun eleġibbli għat-trapjant.", "Nerġa' ngħid li l-kriterju tal-età naraha problematika.", "THE CHAIRMAN: Fuq it-traceability u fuq is-safety diġà hemm xi avviżi legali.", "Fil-fatt hemm il-liġi u hemm ħames avviżi legali!", "Jekk fhimtek sew inti għidt li trid toqgħod attent mill- edukazzjoni għax tista' iktar tfixkel ir-rieda tan-nies li jridu jħallu l-organi tagħhom.", "EMMANUEL AGIUS: L-edukazzjoni tal-poplu hija importanti.", "Issa aħna nafu li l-poplu Malti diġà huwa ġeneruż għax kulmin jintalab biex jagħti xi organu, normalment ir-risposta dejjem tkun waħda pożittiva.", "Imma jekk se ndaħħlu n-non-heart-beating organ transplants irridu nagħmlu kampanja ta' edukazzjoni għax hemmhekk għandek diversi issues li jridu jiġu trattati, fosthom meta se twaqqaf il-kura tal-pazjent.", "X'messaġġ irridu nagħtu aħna?", "Li dawn qegħdin inwaqqfulhom il-kura meta tista' ttawwlilhom ħajjithom biex jittieħdu l-organi?!", "Jiġifieri għandek dan it-tip ta' dibattitu u għandek ħafna issues etiċi.", "Il-professjoni medika trid tkun infurmata tajjeb, imma anke l-pubbliku ma jridx jingħata l-messaġġ li l-isptar qegħdin joqtlu n-nies biex jieħdu l-organi!", "Naħseb li l-poplu Malti qatt ma kellu diffikultà sabiex sitwazzjoni traġika jbiddilha f'sitwazzjoni ta' altruwiżmu.", "Naħseb li diġà hemm tendenzi li huma b'saħħithom ħafna u naħseb li dawn għandna nsaħħuhom permezz ta' edukazzjoni.", "L-istess ħaġa fejn tidħol id-donor card.", "Huwa tajjeb li jkun hemm dibattitu fuq jekk għandux ikun miktub fuq l-ID card jekk it-tali huwa donatur u naħseb li ma nsibx diffikultà mil-lat etiku li jkun hemm.", "Diffikultà oħra fuq min hu l-proprjetarju tal-katavru.", "L-unika pajjiż fejn il-liġi tgħid li l-katavru huwa proprjetà tal-pajjiż huwa l-Awstrija u tmur lura għas-sena 1800!", "F'pajjiżi oħra nkluż fl-Ingilterra, il-qraba tal-mejjet dejjem jiġu trattati b'sensittività kbira.", "Jiena naħseb li f'pajjiż żgħir bħal Malta, minkejja li jkollok xi ħadd li huwa lest li jagħti l-organi tiegħu, naħseb li preferibilment il-qraba għandhom jiġu kkonsultati.", "U x'aktarx li dawn se jagħtu l-kunsens tagħhom u għalhekk għandhom jiġu kkonsultati.", "Meta tara r-riżultati fil-Belġu, l-Awstrija u Spanja ...imma hawnhekk ukoll tidħol l-issue tal-edukazzjoni.", "In-nies iridu jkunu kapaċi jirrealizzaw li minkejja li huma ma esprimewx ix-xewqa tagħhom, inti se tiġi presumed li tajt il-kunsens tiegħek u allura l-qraba ma jeħduhiex bi kbira jekk ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex in-nefrologu jew it-tabib jikkonsulta magħhom u ma jeħduhiex bħala invażjoni fuq il-ġisem tal-mejjet.", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm kampanja edukattiva li turi li m'hemmx konfrontazzjoni mill-ebda istituzzjoni, NGO jew mill-Knisja.", "Din hija xi ħaġa li trid tippromwoviha.", "Naħseb li jekk se nagħqdu l-forzi kollha biex noħorġu l-liġi, irridu l-ewwel noħolqu kampanja ta' edukazzjoni għax b'dan il-mod il-liġi tittieħed b'mod pożittiv ħafna.", "THE CHAIRMAN: X'taħseb inti fuq it-traceability?", "Smajna hawnhekk mistiedna jgħidulna li min jirċievi xi organu jibqa' jmur fuq il-qabar tad-donatur biex jagħmillu l-fjuri u jagħmillu quddies.", "Kulturalment hawn Malta, anke minħabba ċ-ċokon tagħna qisu li dik is-segretezza u l-kunfidenzjalità minn fejn ġejjin l-organi, ma tantx tapplika.", "EMMANUEL AGIUS: Il-pajjiż tagħna huwa wieħed żgħir u għalhekk faċilment li wieħed jista' jidentifika l-katavru li minnu rċieva l-organu li kellu bżonn.", "Jien iltqajt ma' diversi sitwazzjonijiet ta' familji li kienu jafu mingħand min ittieħed l-organu u qatt ma kien hemm xi sens ta' obbligazzjoni jew xi transazzjoni finanzjarja.", "Imma dejjem kien hemm rispett kbir lejn il-persuna li tat l-organi tagħha u lejn il-familja tagħha!", "Jiġifieri ma naħsibx li għandha tkun ta' biża' t-traceability għax naħsbu li se jkun hemm sitwazzjoni ta' abbuż.", "Ovvjament hawnhekk ukoll tidħol l-edukazzjoni.", "It-traceability fil-liġi tirriferi aktar għas-safety.", "Id-Direttiva tal-2010 iktar tenfasizza fuq li min se jirċievi l-organu ma jkunx jaf minn fejn ġej biex ma jkunx hemm din it-tip ta' biża' ta' xi transazzjoni finanzjarja.", "Imma t-traceability iktar qiegħda iffokata fuq is-safety u s-security tal-pazjent li jkun se jirċievi l-organu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta kont qiegħed titkellem fuq l-opt-out system, ma taħsibx li - meta tmiss ma' fejn tmiss kollox idur fuq il-kunsens - l-fatt li xi ħaġa bħal din ma jkollhiex il-kunsens diretta tal-persuna, in-nies jistgħu jeħduha daqxejn bil-kontra għax speċi l-liġi se tkun qiegħda tinjora l-volontà diretta u espressa tal-persuna?", "EMMANUEL AGIUS: Għandek raġun.", "Fid-dinja tal-lum l-individwu għandu d-dinjità tiegħu u jkun irid jiġi informat b'dak li se jiġri minnu.", "Li dak li jkun jiddeċiedi fuq l-awtonomija tiegħu hija ħafna aktar b'saħħitha llum milli fil-passat.", "Issa meta għandek sitwazzjoni ta' emerġenza, fejn jekk tieħu l-organu minn dak il-katavru inti se ssalva ħajja oħra, dik hija storja oħra.", "Meta tagħmel iċ-checks and balances kollha u tara li inti se tissagrifika dak il-prinċipju relattiv u meta tara li se ssalva l-ħajja, naħseb li l-poplu se jirrealizza li inti mhux qed tagħmel hekk b'sens ta' diżrispett lejn il-persuna imma qiegħed tagħmilha f'sens ta' rispett lejn il-ħajja l-oħra.", "U allura f'dak il-każ għandek tagħmel eċċezzjoni.", "Ma jfissirx li se niftħu beraħ li jista' jkun hemm xi interventi diagnostiċi jew terapewtiċi mingħajr il-kunsens tal-pazjent.", "Hawnhekk qed ngħidu f'każi partikolari, fejn inti b'dak li se tagħmel tista' ssalva ħajja oħra.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta tikkonsidra kemm huwa għoli l-ammont ta' nies li jispiċċaw jagħtu l-organi tagħhom u meta tara li hawnhekk m'għandekx problemi u li l-affarijiet qegħdin jaħdmu, would it be intelligent to actually change the system u tissogra li n-nies jistgħu jirribellaw?", "EMMANUEL AGIUS: Jekk il-poplu jiġi edukat ma naħsibx li jkun hemm problemi.", "Anke biex insalvaw ħajja waħda diġà biżżejjed li nagħmlu din is-sistema ħalli nkunu nistgħu nintervjenu f'każijiet ta' emerġenza.", "Idealment dejjem tinforma lill-qraba imma f'sitwazzjonijiet fejn verament ma tistax tagħmel mod ieħor, jien ma nara xejn mhux etiku li wieħed jintervjeni, basta naturalment nagħmlu kampanja edukattiva dwarha.", "B'hekk, meta toħroġ il-liġi nevitaw dawn it-tip ta' diskussjonijiet li jistgħu jaħdmu kontra l-liġi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Rigward il-kwestjoni ta' meta jkollok l-opt-in system jien dejjem għandi ġo moħħi li meta xi ħadd irid ikun donatur, bis-soft option tal-opt-in jista' ikollok lill-qraba tiegħu li jiddeċiedu li d-donatur ma jagħtix l-organi tiegħu.", "Issa meta inti tkun esprimejt b'mod ċar id-deċiżjoni tiegħek li tkun donatur inħoss li ħadd m'għandu jkollu d-dritt li jibdillek ix-xewqa tiegħek.", "Kif tista' tikkumbaċa dan mal-fatt li rridu ninvolvu iktar lill-qraba f'din l-għażla wara l-mewt?", "F'każ li xi ħadd esprima x-xewqa tiegħu u ta l-kunsens tiegħu sabiex jagħti l-organi wara mewtu imma mbagħad il-familjari tiegħu joġġezzjonaw, hemmhekk tidħol il-kwestjoni ta' min hu l-proprjetarju tal-katavru.", "Bħalma diġà semmejt hija l-Awstrija biss li tgħid li l-katavru huwa l-proprjetà tal-Istat.", "Fil-pajjiżi l-oħra, bħal Malta, għandek dik il-bond bejn il-qraba tal-mejjet u għalhekk, idealment għandhom jiġu kkonsultati.", "Jiena naħseb li meta jkun hemm opinjoni espressa kontra r-rieda tal-pazjent, huwa hemmhekk fejn il-liġi għandha tikkonsidra l-importanza tal-counselling u li tuża l-arma tal-persważjoni biex turi lil dak li m'hemmx diżrispett lejn il-persuna.", "Fil-fatt naħseb li hawn ħafna taboo, myths u hypes fejn jidħol l-organ transplantation.", "Hawn min jemmen li meta jiġi biex iqum mill-mewt - reliġjożament qed nitkellem – se jqum mingħajr dik il-parti tal-ġisem.", "Għalhekk kampanja edukattiva tista' ttaffi ħafna minn dawn id-dubji.", "DEBORAH SCHEMBRI: X'taħseb fuq li jkollna sistema fejn min jesprimi x-xewqa li jkun donatur ma jkun hemm ħadd li jdawwarlu dik ix-xewqa wara mewtu u min ma esprimix din ix-xewqa, il-qraba tiegħu xorta jistgħu jagħtu l-organi tiegħu bħala donazzjoni.", "Imbagħad anke fejn ikun esprima ruħu l-individwu, mhux tinjora x-xewqat tal-qraba imma tipprova tagħtihom counselling imma ma jkunux jistgħu jopponu d-deċiżjoni li jkun ħa l-mejjet.", "Barra minn Malta anke meta tagħmel testment hemm ċerti affarijiet li mhumiex ta' bilfors, fosthom il-leġittima mentri hawn Malta hija bilfors.", "Għandek ċerti affarijiet li inti tista' tħallihom espressi fix-xewqat tiegħek imma f'dan il-każ, jekk tħalli din ix-xewqa f'testment li ma jinfetaħx daqshekk malajr, dik ix-xewqa tkun bla użu.", "Imma nerġa' ngħid li jekk inti turi xewqa mod m'għandux ikun hemm ħaddieħor li jikser dik ix-xewqa.", "EMMANUEL AGIUS: Hekk hu.", "Naqbel miegħek.", "Dwar l-informed consent nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' dak li jgħid l-Oviedo Protocol, fejn hemm l-eċċezzjoni tal-minuri għan-non-regenerative organs, fejn f'każijiet partikolari l-guardians jistgħu jagħtu permess f'isem it-tfal minħabba li dawn ma jkollhomx il-kapaċità li jagħtu l-kunsens.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Wieħed mill-mistednin li kellna f'laqgħa preċedenti kien għamel is-suġġeriment li meta aħna qegħdin fil-fażi li nġeddu l-karti tal-identità tagħna, ikun hemm l-option li min jixtieq ikun donatur tiġi mniżżla speċifikament fuq l-ID card.", "Anke meta ltqajna mal-assoċazzjoni ta' min irċieva l-organi, kien hemm qisu dan il-general feeling li għalkemm m'hemmx problema din ma kenitx formalizzata.", "U lanqas jeżisti reġistru fejn jitniżżlu l-ismijiet tad-donaturi.", "Naħseb il-fatt – mingħajr ma nimponu fuq ħadd li dan għandu jsir as a general rule – li parti mill-proċess lilek qiegħed iġiegħlek taħseb jekk għandekx tagħmel dan jew le tista' tkun waħda mill-aħjar options.", "X'inhu l-ħsieb tiegħek dwar dan?", "EMMANUEL AGIUS: Jekk il-Gvern jiddeċiedi li fuq il-karta tal-identità u fuq il-liċenzja tas-sewqan jitniżżel min jixtieq ikun donatur, ikun qed iqajjem awareness fuq dan is-suġġett.", "Barra minn hekk dak li jkun jaħsibha aktar fuq x'jixtieq jagħmel.", "Ħafna drabi neħduha for granted li rridu nagħtu l-organi tagħna imma ma nesprimux dan il-ħsieb bil-miktub f'xi dokument pubbliku.", "U allura naħseb li dan huwa l-mod ta' kif tista' żżid il-kunsens informat u fformat ta' diversi ċittadini Maltin li huma favur id-donazzjoni tal-organi.", "Jien persważ li hemm persentaġġ għoli ħafna li huma favur it-trapjant tal-organi.", "Din hija liġi li jekk ikollha preparazzjoni tajba u jkun hemm edukazzjoni fuqha ma naħsibx li għandha toħloq kontroversji.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dak li semmejt inti fuq l-edukazzjoni naħseb li Profs.", "Lauri tkun tista' tamplifika aktar fuqu.", "U naħseb li wasal iż-żmien li nibdew dan il-proċess edukattiv!", "EMMANUEL AGIUS: Hekk hu.", "U rridu nibdew minn issa.", "Jekk il-liġi għad trid tiġi drafted naħseb li wasal iż-żmien li nibdew b'din il-kampanja ta' edukazzjoni permezz tal-media u l-iskejjel.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħaddi dan il-kumment lill-Ministru.", "Naħseb li f'pajjiżna hemm bżonn li jerġa' jitwaqqaf il-Kumitat Nazzjonali dwar il-Bioetika.", "Normalment dan il-kumitat ixolji meta jkun hemm amministrazzjoni ġdida.", "Imma matul dawn l-aħħar sentejn għadu qatt ma ltaqa'.", "Naħseb li bħal f'kull pajjiż ieħor għandu jkollna dan il-kumitat biex issues etiċi bħal dawn … (Interruzzjonijiet) Imma għandu mandat ġdid?", "(Interruzzjonijiet) Qiegħed nieħu pjaċir li qed tgħidli li qegħdin fil-proċess li jitwaqqaf għaliex naħseb li huwa importanti u ta' ġid għall-pajjiż inġenerali u għas-soċjetà ċivili.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistiednu issa liċ-Chairman tal-Live Organ Transplant Advisory Committee l-Professur Carmel Mallia kif ukoll lil Dr Cacciattolo u l-Avukatessa Brigitte Gafà li huma membri f'dan il-kumitat.", "Daqs sentejn ilu kellna kwestjoni ta' reklam biex xi ħadd jagħti kilwa.", "Fl-opinjoni tiegħek, Prof. Mallia, taħseb li l-LOTAC għandu biżżejjed riżorsi?", "U taħseb li jrid ikollu aktar saħħa legali?", "Ovvjament il-LOTAC jopera fl-ambitu tal-Isptar Mater Dei imma jekk xi darba niġu f'sitwazzjoni li pereżempju l-corneal transplants isiru fi sptar privat, dan il-kumitat irid ikollu remit iktar wiesa'.", "Barra minn hekk taħseb li dan il-Kumitat jista' jiġi mwessa' biex jinkludi wkoll l-advice għall-cadaveric donors?", "Il-Profs.", "IL-PROFESSUR CARMEL MALLIA (Chairman tal-Live Organ Transplant Advisory Committee): Sur President, kif għedt tajjeb inti l-LOTAC huwa inkarigat biss mil-live transplants.", "Irrid ngħid li b'mod ġenerali, bħala kumitat naħdmu ħafna in the background.", "Fil-fatt ħafna min-nies lanqas biss jafu bl-eżistenza tiegħu.", "L-unika darba li sirna ftit aktar magħrufin kien sentejn ilu meta inqala' dak il-każ partikolari.", "Fl-istess ħin kien hemm ċerta lezzjonijiet li wieħed tgħallem minnhom.", "Hija x-xewqa tal-kumitat - li ilna nesprimuha għal diversi snin - li jkollu aktar clout.", "Oriġinarjament meta dan il-kumitat ġie mwaqqaf fl-2003 kien jagħmel parti mill-Uffiċċju tad-Direttur Ġeneral imma ftit tas-snin ilu konna ġejna informati li l-kumitat kien se jgħaddi għal għand is-CEO ta' Mater Dei.", "U aħna ma konniex daqshekk kuntenti b'din il-mossa, u konna ddiskutejniha din il-proposta imma l-affarijiet baqgħu kif kienu.", "Bħala membri nixtiequ li jkollna aktar rikonoxximent u li nkunu f'pożizzjoni aktar b'saħħitha!", "THE CHAIRMAN: Kull meta tiltaqgħu?", "CARMEL MALLIA: Aħna niltaqgħu skont il-bżonn.", "IL-PROF.", "JOSEPH CACCIATOLO (Membru fil-Live Organ Transplant Advisory Committee): Fil-fatt għal ħafna żmien ma konniex nafu taħt min naqgħu aħna!", "U għamilna sentejn fejn lanqas kellna oppointment formali!", "THE CHAIRMAN: Bħalissa l-allocation tal-organi qiegħda tiġi deċiża mir-Renal Committee.", "Taħseb li intom kapaċi biex tiddeċiedu fuq l-allocation?", "Jew inkella kif qegħdin l-affarijiet taħseb li huma tajbin?", "IL-PROF.", "Safejn nistgħu ngħidu qatt ma kien hemm problemi minn dan il-lat.", "Għalkemm in-nephrologists mhumiex parti mill-kumitat, dawn xorta jiġu involuti u fil-fatt nistednuhom għal-laqgħat, kemm meta jkun hemm sitwazzjoni fejn irridu niddiskutu xi każ partikolari ta' trapjant u kemm meta jkun hemm sitwazzjonijiet oħra bħal dak li kellna sentejn ilu pereżempju.", "Aktar minn sena ilu konna bdejna niddiskutu ma' Dr Ray Busuttil xi punti fuq any financial considerations u fuq ir-remunerations, eċċ. (Interruzzjonijiet) Meta konna għamilna l-press release ta' sentejn ilu aħna konna mexjin fuq il-linji gwida li kellna dak iż-żmien, fejn ir-remunerazzjoni ma kienet tidħol imkien.", "Mil-lat tal-allokazzjoni s'issa qatt ma konna involuti u ma nafx jekk huwiex il-każ li nibdew inkunu involuti fiha.", "Naħseb li dan il-kumitat għandu expertise biżżejjed – fih għandek lill-Prof.", "Kenneth Cassar u jiena bħala chairman – u allura jista' jkun hemm ċertu input.", "Min-naħa l-oħra s'issa qatt ma nqalgħu problemi.", "Issa fil-futur jista' ikun hemm?", "Jista' ma jkunx hemm?", "Hawnhekk għandi l-membri u nixtieq inkun naf kif iħossuhom huma.", "Kif imxew l-affarijiet matul dawn il-11-il sena naħseb li mxew tajjeb.", "U allura jekk l-affarijiet jibqgħu mexjin kif inhuma …", "THE CHAIRMAN: Probabilment Prof. Mary Anne Lauri se tgħidilna - għax qrajt artikolu minn tagħha – li l-maġġoranza tan-nies li jmutu mewta traġika, - u jkunu brain death - il-qraba tagħhom jikkooperaw u jaċċettaw li jagħtu l-organi tagħhom.", "Allura nistgħu nżiedu aktar il-harvesting of organs billi jkun hemm iktar altruwiżmu min-nies u billi jkun hemm aktar live donors.", "Anke fejn jidħlu l-corneas jista' jkollok persuna li għandha d-donor card u din tmut f'medical ward u ħadd ma jkun jaf li din riedet tagħti l-corneas tagħha.", "Fil-fatt bħalissa hemm waiting list ta' madwar 50 pazjent li qed jistennew corneal transplant.", "Aħna informati wkoll li t-transplant coordinators play a very important role fil-koordinazzjoni ta' dawn l-affarijiet.", "IL-PROF.", "CARMEL MALLIA: Fil-fatt wieħed mill-key members tal-kumitat huwa t-transplant coordinator.", "Nixtieq ngħid li dawn jagħmlu xogħol siewi ħafna.", "U qed ngħid li jagħmlu xogħol siewi għax qabel kien hemm is-Sur Tony Bugeja u llum għandna lil Paul.", "Nerġa' ngħid li t-tnejn li huma jagħmlu xogħol siewi ħafna.", "Semmejt il-biċċa tal-altruwiżmu u din hija waħda mill-affarijiet li l-kumitat jistudja meta nkunu qegħdin naraw jekk dak il-każ partikolari għandux jibqa' miexi jew le.", "Waħda mil-lezzjonijiet li tgħallimna sentejn ilu fuq dak il-każ kien li l-altruwiżmu jista' ikun iġġenerat ukoll mill-emozzjonijiet tal-mument.", "Tant hu hekk li kien hemm madwar disa' persuni li għal bidu offrew il-kilwa tagħhom imma mbagħad dak in-numru beda jonqos.", "Apparti mir-release li konna ħriġna konna għedna li filwaqt li nirringrazzjaw lil min xtaq jagħmel dik id-donazzjoni, aħna dehrilna li l-affarijiet ma kellhomx isiru b'dak il-mod fejn inti tagħtini kilwa u jien nagħtik tant flus għaliha!", "(Interruzzjonijiet) Dik fil-fatt kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn iddeċidejna li dak il-każ ma kellux jibqa' miexi 'l quddiem.", "Imma fl-istess ħin l-edukazzjoni - kif fil-fatt semma' Prof. Agius - hija ċ-ċavetta biex il-liġi tkun suċċess.", "L-edukazzjoni hija meħtieġa kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-professjoni medika.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nagħmel mistoqsija lil Dr Brigitte Gafà.", "X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar min huwa s-sid tal-katavru?", "Fil-liġijiet ta' pajjiżi oħra, speċjalment dawk Ewropej, hemm riferenza fuq jekk il-katavru huwiex tal-Istat jew le?", "X'pariri tagħti dwar min hu s-sid tal-katavru?", "DR BRIGITTE GAFÀ (Membru fil-Live Organ Transplant Advisory Committee): Safejn naf jien liġi waħda hemm fl-Ewropa li titkellem fuq min hu s-sid tal-katavru u din hija l-liġi Awstriaka.", "L-Ingilterra għandhom il-prassi li jekk xi ħadd imut l-isptar, il-katavru jsir tal-isptar u jkun l-isptar li jiddeċiedi jekk isirux trapjanti.", "F'Malta meta jkun hemm xi ħadd bid-donor card nipprovaw nikkonvinċu lill-qraba tiegħu bil-kelma t-tajba imma ma tantx għandna saħħa legali biha.", "U allura fejn jidħlu l-qraba jien ma tantx inkun nista' nagħfas.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk niġu f'sitwazzjoni fejn nagħtu saħħa lid-donor card jew lil kwalunkwe forma oħra ta' informed consent mill-persuna waqt li din tkun għadha ħajja tkun qisek qiegħed tgħid li l-katavru huwa tal-Istat.", "DR BRIGITTE GAFÀ: Jekk id-donor card se jkollha saħħa legali, inti qisu se jkollok klawsola f'testment fejn qed turi xi trid li jsir minn ġismek wara li tmut.", "Illum m'għandix dik is-saħħa imma se nipprovaw nimxu bil-kelma t-tajba.", "Madankollu huwa rari li l-qraba joġġezzjonaw meta l-mejjet ikollu d-donor card.", "Anzi dawn l-aħħar ħmistax kellna xi tliet darbiet fejn il-qraba jiġu jkellmuna għax ikunu jixtiequ jagħtu l-organi tal-mejjet tagħhom mingħajr ma jkollhom id-donor card.", "DEBORAH SCHEMBRI: X'ħin kont qiegħda tgħidilha li meta jkun hemm donor card il-ġisem isir tal-Istat, fil-verità ma jsirx dan!", "THE CHAIRMAN: Wara l-mewt qiegħda tgħid?", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma jsirx tal-Istat definittavement!", "THE CHAIRMAN: Meta jkun qal fid-donor card.", "DR BRIGITTE GAFÀ: Xorta waħda jien nipprova nikkonvinċihom imma m'għandix is-saħħa legali biex ngħidilhom x'se jsir minn dak il-ġisem għax id-donor card m'għandhiex saħħa legali!", "Jekk ikollha saħħa legali mod ieħor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma ma jfissirx li l-ġisem ikun sar tal-Istat!", "DR BRIGITTE GAFÀ: Le, imma għallinqas l-organi nkunu nistgħu nużawhom.", "(Interruzzjonijiet) Eżatt u mbagħad jiġu midfuna b'mod normali.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta persuna wriet ix-xewqa li tagħti l-organi tagħha l-ġisem teknikament ma jsirx tal-Istat.", "THE CHAIRMAN: Jekk hemm sitwazzjoni fejn dak li jkun irid jagħti l-organi tiegħu, jistgħu wara jiddeċiedu l-qraba tiegħu … (Interruzzjonijiet)", "DR BRIGITTE GAFÀ: X'isir mill-ġisem jibqa' f'idejn il-qraba.", "Jien qed ngħid li jekk id-donor card tingħata saħħa legali permezz tal-liġi, inti se tkun ħadt il-poter minn idejn il-qraba dwar x'jagħmlu b'dawk l-organi.", "F'kelma waħda jkun qisu għandek klawsola fit-testment.", "THE CHAIRMAN: Ovvjament dawk li jkunu taħt it-18-il sena mhux se tieħu l-kelma tagħhom dwar x'iridu jagħmlu?", "DR BRIGITTE GAFÀ: Fl-opinjoni personali tiegħi ma naqbilx għax bħalma llum għandna minuri li jagħtu l-kunsens tagħhom biex jiġu operati, l-istess ħaġa nistgħu nagħmlu f'din is-sitwazzjoni.", "Today we go by the age of maturity u fuq kemm inti kapaċi tifhem il-konsegwenzi tad-deċiżjoni li tkun se tieħu.", "Fl-Ingilterra llum, bil-Fraser Competence, l-età hija ta' 16-il sena.", "Jekk tmur għal età taħt is-16-il sena hija daqxejn tricky imma bejn 16 u 18 it is very fluid.", "Sta għat-tabib li jiddeċiedi kemm huwa matur il-pazjent li jkollu quddiemu.", "Inħoss li m'għandniex nagħmlu cut-off date ta' 18-il sena imma trid tara kemm hija matura l-persuna li jkollok quddiemek.", "Illum naħseb li ta' 15 jew 16-il sena jkollhom moħħhom miftuħ biżżejjed biex ikunu jafu x'iridu jagħmlu.", "F'każ ta' minuri ta' sitta jew seba' snin le.", "Imma naħseb li rridu nimxu skont l-età tal-maturità.", "THE CHAIRMAN: F'każ ta' persuni li m'għandhomx kapaċità mentali jiddeċiedi l-kuratur għalihom?", "DR BRIGITTE GAFÀ: Dawk lanqas barra ma jiddeċiedu huma.", "F'każijiet rari ħafna, meta jkunu siblings!", "THE CHAIRMAN: Aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: Le) Mela nirringrazzjakom tal-kontribut tagħkom u żgur li se nagħmlu użu tajjeb mill-kontribuzzjoni tagħkom.", "Jekk tixtiequ tagħmlu l-aħħar kumment tagħkom tistgħu tagħmluh.", "IL-PROF.", "JOSEPH CACCIATOLO: Il-kumment li nista' nagħmel huwa li fl-opinjoni tiegħi, il-liġi għandha tkun iswed fuq l-abjad bl-aktar punt kritiku li huwa dak meta trid tittieħed id-deċiżjoni.", "Huwa tajjeb li jkollok il-poplu edukat imma mill-esperjenza klinika tiegħi l-qraba jkunu jaħsbuha differenti.", "Meta xi ħadd għandu lill-missieru jew lill-ommu li mietu, iridu jiġu protetti l-interessi tal-mejjet, iridu jiġu protetti l-interessi tat-tabib u jridu jiġu protetti l-interessi tal-qraba.", "Jien ġieli kelli esperjenzi fejn pazjent ikollu d-donor card imma meta jmut, jiġu l-qraba fuqi u jgħiduli li ma jridux li missierhom jiġi mqatta'.", "U jekk tiġi f'sitwazzjoni fejn m'għandekx il-protezzjoni tal-liġi warajk, inti se tkun qiegħed fl-arja.", "(Interruzzjonijiet) Ġieli jkollok każ hekk.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Dr Ellul m'ilux qrajt artiklu tiegħek, u kien well researched. .", "Tista' tgħidilna x'taħseb fuq il-leġiżlazzjoni dwar l-organ and tissue transplantation?", "DR BRIDGET ELLUL (Head of the Department of Pathology): Bħala patoloġista l-aktar li jkolli x'naqsam huwa ma' pazjenti mejtin.", "L-ewwel bdejtu titkellmu fuq min hu s-sid tal-katavru.", "Issa ħafna minn dawn it-trapjanti li jsiru jkunu ġejjin minn każijiet ta' trawma.", "Billi għad m'għandniex in-non-heart beating donors, dawn kważi kollha jkunu każijiet mediku-legali fejn fihom ikollu jidħol il-maġistrat.", "Wara li jkun ittieħed l-organu, id-disposal of the body ma jkunx f'idejn il-qraba qabel ma jingħata l-permess mill-maġistrat.", "Fil-fatt kull meta jridu jagħmlu trapjant minn persuna li tkun daħlet l-isptar bħala a police case, iridu jinformaw lill-maġistrat mill-ewwel.", "DR BRIDGET ELLUL: Iva, dejjem.", "Kull każ li daħal l-isptar u l-qraba jkunu taw il-kunsens tagħhom għat-trapjant, qabel ma jkun jista' jsir dak it-trapjant il-maġistrat irid jiġi informat.", "Anzi jiktbulu ittra u jirrispondi in writing li hu qiegħed jagħti l-permess.", "S'issa qatt ma kellna rifjut.", "Kif ngħidilhom waqt li nkun qiegħda ngħallem, aħna m'għandniex liġi imma s'issa kellna l-backing legali għax l-ebda maġistrat qatt ma rrifjuta.", "Fl-antik kienu jobbligawna li nitilgħu aħna l-patoloġisti naraw il-harvesting tal-organi imma llum m'għadniex nagħmluha.", "Imma naħseb l-idea kienet li tara li l-affarijiet isiru skont il-liġi u li ma jiksrux id-dinjità tal-persuna.", "Naħseb li dan il-punt ma ssemmiex.", "Jien ma nistax nara x'se taffettwa fil-liġi.", "Rigward id-definizzjoni tal-mewt huwa minnu li fil-liġi m'għandniex definizzjoni ta' x'inhi l-mewt u personalment lanqas nixtieq li ndaħħluha imma naħseb li għandha titħalla għal dak li jaħsbu t-tobba.", "Fil-fatt il-World Medical Association kienet oriġinarjament ħarġet bid-definizzjoni ta' xi tfisser il-mewt imma fl-2006 biddlitha għal determination of death u qalet x'mezzi għandhom jintużaw biex wieħed jiddeċiedi li persuna hija mejta.", "Hawnhekk qed tiddistingwi bejn dawk li huma brain dead u dawk li huma cardiovascular dead u tuża kriterji differenti.", "Għandek dawk li jmutu għax tkun waqfet qalbhom u dawn nużaw kriterji normali u mbagħad għandek il-brain dead li għalihom nużaw kriterji standard.", "Il-kriterji li nużaw huma kważi internazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Il-brain stem jinvolvu iktar is-cerebros.", "DR BRIDGET ELLUL: Inti għandek il-brain death u għandek il-brain stem death.", "F'Malta, fl-Indja, fil-Kanada u fl-Ingilterra jużaw il-brain stem death mentri l-pajjiżi l-oħrajn kollha jużaw il-brain death.", "Il-brain stem huwa dik il-parti tal-moħħ li jirregola n-nifs u l-consciousness and awareness.", "Jekk tmut dik il-parti tal-moħħ aħna nqisu li l-moħħ kollu ma jistax jiffunzjona aktar.", "L-Amerika u l-pajjiżi l-oħrajn kollha jgħidu speċifikament li l-brain death tinkludi wkoll il-brain stem death.", "Fil-prattika t-testijiet li nużaw aħna jużawhom huma wkoll.", "Għandhom minn fejn jistgħu jżiedu testijiet imma fil-prattika aħna nużaw l-istess tip ta' testijiet.", "Il-liġi Amerikana tgħidlek li tista' tiċċertifika lil xi ħadd mejjet kemm mil-lat tal-moħħ kif ukoll mil-lat taċ-ċirkolazzjoni li tkun waqfet.", "Jiġifieri jista' jkollok żewġ options ta' kif tiċċertifika l-mewt u b'hekk tkun qed tħares lejn il-futur u ċioè għal jekk xi darba nkunu rridu ndaħħlu n-non-heart beating donors jew kif qed insejħulhom illum id-donation after circulatory death.", "DR BRIDGET ELLUL: Naf u forsi ma ssemmitx biżżejjed għax hemm ħafna punti etiċi.", "Irid ikun hemm ħafna kuntatt mal-familja biex jispjegawlhom x'se jiġri peress li inti trid twaqqaf it-trattament normali u mbagħad tibda trattamenti oħra biex tipprepara lill-pazjent għat-teħid tal-organi.", "Jiġifieri minn qabel ma tiċċertifikah mejjet trid tibda tippreparah għal dan l-intervent.", "THE CHAIRMAN: Trid toqgħod attenta għax għedna li l-edukazzjoni tgħin ħafna f'din il-ħaġa imma tista' tgerrex iktar lin-nies milli tgħinhom.", "DR BRIDGET ELLUL: Dan qiegħed ikun l-aktar metodu komuni.", "Pereżempju fi Spanja 10% tal-organ donations ġejjin b'dan il-metodu imma l-Awstralja u l-Ingilterra qed iżidu ħafna n-numri tagħhom.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin żdied u tela' għal terz tal-organi kollha li jieħdu …", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri jintuża dan il-metodu tal-cardiac death.", "DR BRIDGET ELLUL: Dawn jistgħu jkunu daħlu l-isptar b'cancer jew b'emoraġija fil-moħħ imma ma jkunux ġew diagnosed as brain death.", "U din qed issir komuni ħafna fl-Ingilterra.", "THE CHAIRMAN: Tkun waqfet il-qalb u hemmhekk għandek proċedura apposta biex jippreparaw il-ġisem ħalli jkunu jistgħu jieħdu l-organi minnu.", "DR BRIDGET ELLUL: Eżattament u dik il-proċedura tinbeda minn qabel u hemm ħafna problemi fin-nofs.", "THE CHAIRMAN: Nimmaġina li trid tinforma lill-maġistrat.", "DR BRIDGET ELLUL: Mhux bilfors għax dawn jistgħu ma jkunux każijiet ta' trawma.", "Ħafna minnhom ma jkunux l-ITU.", "Fil-fatt hawn moviment biex anke jekk xi ħadd daħal l-isptar u ma jkunx qiegħed l-ITU, dan tista' tikkonsidrah ukoll.", "Għalhekk din hija area li għadha qed tiżviluppa.", "Ma naħsibx li għandna mmorru 'l hemmhekk u din lanqas għadha ma ġiet aċċettata uniformly, però, billi aħna dejjem nimxu fuq il-prassi Ingliża u l-Ingilterra qiegħda tiżdied ħafna …", "Issa se niġi għall-opt-in and opt-out system.", "Personalment nippreferi l-opt-in system għax tkun qed tara li persuna verament għandha x-xewqa li tagħti l-organi tagħha.", "U jiena nħoss li ladarba persuna tkun iddeċidiet li trid tagħti l-organi tagħha, dik ix-xewqa għandha tiġi onorata.", "L-ewwel issemmiet id-donor card imma jiena kieku nippreferi li jkollna r-reġistru.", "U l-liġi trid tgħid li ladarba tkun daħħalt ismek fuq ir-reġistru ħadd ma jkun jista' imur kontra x-xewqa tiegħek.", "Fil-fatt l-Amerika, fejn ir-reġistri ħaduhom kumpaniji privati u kollha jaħdmu b'sistema differenti, ħafna minnhom jibagħtulek ittra kull sena biex jistaqsuk jekk tridx tibqa' imniżżel fuq ir-reġistru.", "Il-vantaġġ tar-reġistru huwa li inti tista' tagħmlu b'mod elettroniku u allura tkun tista' iżżid kemm trid informazzjoni fuqu.", "Fl-Amerika waħda mil-liġijiet tobbliga l-isptarijiet li malli pazjent jidħol fi sptar, irid jiġi kkonsultat ir-reġistru biex jaraw jekk dak il-pazjent huwiex a potential donor.", "Imbagħad qabel mat-tabib ineħħilu l-ventilator irid bilfors jistaqsi lill-qraba jekk kienux jafu li l-pazjent kien donatur.", "THE CHAIRMAN: Anke jekk pazjent ikun fuq ir-reġistru u jmut f'medical ward …", "DR BRIDGET ELLUL: Kif fhimt il-liġi jien hekk qiegħda.", "THE CHAIRMAN: Illum qed jiżviluppaw ukoll l-eye banks fejn jaħżnu l-corneas biex ikunu jistgħu jintużaw għat-trapjanti f'pajjiżna stess u anke f'pajjiżi barranin għax ikun hemm dawn l-exchanges ma' diversi pajjiżi oħra.", "DR BRIDGET ELLUL: Il-liġi ma qrajthiex u forsi tkun idea tajba li narawha flimkien jien u Dr Gafà.", "Fil-Universal Anatomical Gift Act jgħidu li l-isptar irid jiċċekkja r-reġistru u qabel ma jitneħħa l-ventilator – din qiegħda wkoll fir-rapport li konna ktibna bħala sotto kumitat tal-bioetika - iridu jistaqsu lill-qraba.", "F'dak il-każ tinkludi wkoll l-għajnejn.", "Imma hija speċifika li jridu jistaqsu lill-qraba fuq il-ventilator.", "Jekk tmut f'medical ward ma naħsibx li tkopriha.", "Fuq ir-reġistru l-isptar se jkollu idea imma mbagħad forsi tkun trid issir kull darba li xi ħadd jidħol l-isptar.", "U m'hemmx għalfejn ikun l-ITU u tagħmel nota fil-file tal-pazjent.", "Personalment naqbel li jitniżżel fuq l-identity card jekk intix donatur jew le.", "Fil-liġi Amerikana jridu jinformaw il-procurement organisation.", "Għalina dan ikun it-transplant coordinator li jkun jista' imur ikellem lill-familji.", "Safejn naf jien - għax ma naħdimx fil-wards - l-ewwel kuntatt huwa tat-tobba mal-qraba tal-potential donors imma f'ħafna postijiet isir mit-transplant coordinators.", "Waħda mis-sistemi hi dik li kif l-isptar ikun konxju li xi ħadd huwa donatur u dan x'aktarx se jmut jinformaw lit-transplant coordinators.", "U fl-Amerika din hija marbuta bil-liġi.", "Jekk imbagħad ma tkunx fuq ir-reġistru trid bilfors tistaqsi lill-qraba.", "THE CHAIRMAN: Xorta jistgħu jgħidu \"iva\".", "Ovvjament hemm l-opt-out system ukoll, jiġifieri jekk persuna ma tkunx qalet \"le\" matul ħajjitha, il-liġi tgħidlek li jistgħu jittieħdu l-organi tagħha.", "Imma importanti li jkun hemm kampanja f'dan ir-rigward.", "Li jinkwetani hu li jekk ma tkunx diġà fuq ir-reġistru u jistaqsu lill-qraba għall-kunsens, dawn ma jkunux informati sew.", "Ma ninsewx li dak il-ħin diffiċli biex tieħu deċiżjoni għax ma tkunx informat tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li nagħmlu x'nagħmlu rridu naraw li tkun xi ħaġa kontinwa għax ġeneralment meta ssir kampanja din iddum għaddejja għal ċertu ammont ta' żmien imma mbagħad tieqaf.", "Għalhekk irridu xi ħaġa li tkun kontinwa.", "DR BRIDGET ELLUL: Dik naqbel magħha u - kif se tgħid Profs.", "Lauri – se tgħin ħafna.", "Irrid ngħid li f'dak ir-rapport li konna ktibna tal-bio-ethics committee, konna ġejna mistoqsijin jekk il-living will jistax jidħol.", "U konna għamilna ħafna riċerka u, għalkemm fl-Amerika l-living will daħal ħafna, ftit huma l-formoli tal-living will li kienu qed jistaqsu tridx tkun donatur jew le.", "Ma kienx hemm hard evidence biex inkunu nafu jekk iddaħħal il-living will kemm se żżid id-donaturi jew le.", "F'Settembru li għadda xi ħadd għamel studju u pparaguna l-opt-in mal-opt-out system f'numru ta' pajjiżi.", "Madankollu Malta ma kenitx inkluża f'dan l-istudju għax iddeċidew li pajjiżi li m'għandhomx popolazzjoni ta' aktar minn 2 miljun ruħ ma jiġux inklużi.", "Dawn qed jgħidu li kull fejn hemm l-opt-in system ir-rata ta' donazzjonijiet mill-kadavri hija inqas minn dawk il-pajjiżi fejn għandhom l-opt-out system.", "Imma mbagħad fl-opt-out system għandhom rata inqas ta' living donors.", "Il-kittieba tal-istudju stess qed jgħidu, li din ma tridx teħodha qisha the be-all and end-all, għax tant hemm fatturi oħra.", "THE CHAIRMAN: Ikun hemm fatturi oħra bħal pereżempju li bil-liġi trid tilbes il-crash helmet meta ssuq mutur.", "DR BRIDGET ELLUL: Fil-fatt din daħlu fiha wkoll u għamlu ħafna correction factors.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-punt tal-kunfidenzjalità.", "Din diġà daħlet fil-liġi tagħna meta għamilna t-transposition tad-direttiva l-ġdida u għedna li l-kunfidenzjalità trid tidħol bilfors.", "Din lili tinkwetani għax naf li huwa diffiċli biex hawn Malta nżommu l-kunfidenzjalità.", "Personalment inħoss li jekk id-donatur u r-riċevitur ma jkunux iridu li l-familji tagħhom jiltaqgħu, dik ix-xewqa għandha tiġi mħarsa u għandu jkun hemm il-kunfidenzjalità.", "Imma naf li t-transplant support group huma very keen li l-familji jkunu jafu lil xulxin.", "Li qed tinkwetani huwa kif se ninforzawha issa li daħħalniha fil-liġi.", "DR BRIDGET ELLUL: Kif qiegħda l-liġi l-procurement organisation ma tistax tikxef min huma l-familji.", "Bħala bio-ethics committee konna ġejna mistoqsijin jekk ikun hemm an anencephalic baby nieħdux l-organi tiegħu u aħna konna għamilna rapport, li għalkemm ilu ftit li ħareġ ma naħsibx li se tinbidel xi konklużjoni li ħarġet minnu.", "U fir-rapport tagħna konna għedna li m'għandhomx jittieħdu organi minn dawn it-tfal li jitwieldu kważi bla moħħ.", "Billi aħna m'għandniex abort ikollna minn wieħed sa tliet trabi minn sena għal oħra b'din il-kondizzjoni.", "Aħna konna kontra li jittieħdu l-organi minn dawn it-trabi għaliex huwa diffiċli biex tiddefinixxi eżattament il-brain death tagħhom meta m'għandhomx moħħ!", "(Interruzzjonijiet) Kieku ma jitwieldux ħajjin!", "Il-peadiatricians sabuha diffiċli ħafna.", "Issa jeżistu kriterji li huma speċifiċi għat-tfal.", "U fil-fatt aċċennajna ftit għat-tfal però l-kriterji għat-tfal huma differenti mill-kriterji għall-kbar fuq il-brain death.", "Dak huwa punt diffiċli ħafna u bħala bio-ethics committee konna kontra tagħha.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa fuq l-allokazzjoni tal-organi.", "Inti staqsejt lill-Prof .", "Agius fuq l-età u għalhekk irrid ngħid li hemm sistema, jgħidulha extended or expanded criteria, - li forsi għal Malta mhijiex daqshekk importanti - li fl-Amerika qegħdin jużawha.", "Dawn sabu li fejn għandek nies infettati bl-HIV jew bil-hepatitis u jixtiequ jkunu donaturi, dawn iżommuhom xorta waħda u jkunu jistgħu jagħtu l-organi tagħhom lil nies oħra li huma infettati bħalhom.", "U din is-sistema qiegħda taħdem.", "THE CHAIRMAN: L-HIV u l-hepatitis huma tipi differenti.", "DR BRIDGET ELLUL: Eżattament u l-liġi kontra din is-sistema.", "Imma aħna hawnhekk qed naħsbu fuq il-futur u din is-sistema diġà bdiet tidħol fl-Amerika.", "Fil-fatt, jekk għandek persuna li għandha dawn l-infectious diseases, skont il-liġi ma tistax taċċettaha bħala donatur.", "Aħna għandna direttiva li tgħid hekk u ma nafx pajjiżi oħra Ewropej kif inhuma mexjin f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk tidħol ukoll il-kwestjoni tal-età għax jista' ikollok nies li huma kbar fl-età u l-organi tagħhom ikunu tajbin biex ikunu trapjantati f'nies li huma ta' ċerta età ukoll.", "DR BRIDGET ELLUL: Naħseb li jekk timxi mal-Oviedo Protocol issib li din tipprova tipproteġihom ħafna lil dawn in-nies u teskludihom mill-organ donation ħlief f'exceptional cases only.", "Hawn sistemi ta' chain organ donations fejn ikun hawn xi ħadd filantropu li jiddeċiedi li jagħmel bank, u jħajjar lin-nies biex ikunu donaturi.", "Issa f'dan il-każ inti se tagħti kilwa ġeneralment għax tkun għadek ħaj.", "U din il-kilwa ma tkunx taf għand min se tmur.", "Hawn Malta ma nistax nara li se jkollna lok għaliha imma dawn huma affarijiet li qed jidħlu.", "THE CHAIRMAN: Isir advertisement fuqhom?", "DR BRIDGET ELLUL: Ġeneralment issir forma ta' trust biex ikollhom il-possibilità li jħajru lin-nies biex ikunu donaturi b'din is-sistema.", "Ma nafx biżżejjed fuqha u xtaqt li kieku hawn xi ħadd minn tal-LOTAC biex forsi jkun jista' jagħtina risposta.", "Ħafna minnhom ikunu finite, jġifieri jibdew u jispiċċaw.", "Jgħidu għandhom 100 donatur u jimmiraw għal ċerti popolazzjonijiet.", "Imma nerġa' ngħid li ma naħsibx li hija rilevanti għal Malta.", "THE CHAIRMAN: U dejjem trid tissalvagwardja kontra t-traffikar tal-organi.", "DR BRIDGET ELLUL: Dik qiegħda mdaħħla fil-liġi Maltija.", "THE CHAIRMAN: Hawn Iktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: Le) Mela nirringrazzjak Dr Ellul tal-kontribuzzjoni tiegħek.", "MaryAnne Lauri, Pro-Rettur u espert f'dan il-qasam.", "Inti kont qiegħda ssegwi din il-laqgħa u allura se nitolbok biex tgħidilna kwalunkwe ħaġa li tixtieq tgħidilna, speċjalment jekk ħallejna xi ħaġa barra.", "Aħna nixtiequ nisimgħu l-opinjoni tiegħek mill-qasam tal-psikoloġija.", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI (Pro-Rector Student & Institutional Affairs at the University of Malta): Jiena għamilt riċerka kemm mat-tobba, kemm mal-pubbliku inġenerali, kemm mad-donaturi kif ukoll ma' dawk li rċevew l-organi, u kollha huma favur id-donazzjoni tal-organi.", "L-attitudni lejn id-donazzjoni tal-organi hija waħda pożittiva ħafna.", "Issa meta staqsejthom fuq l-opt-out rajt li kien hemm bidla radikali.", "Għalkemm in-nies kollha li għamilt riċerka magħhom huma favur id-donazzjoni tal-organi, meta tgħidilhom fuq l-opt-out u ċioè li jekk ma jurux ix-xewqa tagħhom x'inhi, meta jmutu se jkun hemm min jieħu d-deċiżjoni għalihom, ma jaqblu xejn magħha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li aħjar niċċaraw dan il-punt għax anke d-darba l-oħra tfixkilna fuqu.", "Meta ngħidu opting-out irridu nfissru li qed neħduha li kulħadd se jagħti l-organi tiegħu sakemm ma jkunx wera mod ieħor.", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Eżatt, imma dik tbeżża' lil ħafna nies għax jibdew jaħsbu li t-tobba ma jipprovawx isalvawhom biex ikunu jistgħu jeħdulhom l-organi!", "In-nies jibdew jaħsbu li t-tobba mhux se jieħdu ħsiebhom daqslikieku hemm l-opt-in system.", "Fl-opt-in jien qiegħed nieħu d-deċiżjoni.", "Kien hemm suġġeriment minn ħafna li għandha tkun jew fuq il-liċenzja tas-sewqan jew fuq l-identity card.", "Issa nħallilkom kopja tiegħu għax naħseb li jista' ikun ta' għajnuna għalikom.", "Jiena nibża' ħafna jekk nintroduċu l-opt-out system.", "Imma naħseb li għandna nibqgħu sejrin kif aħna sejrin, imma bil-proviso li d-donor card tiġi rikonoxxuta jew inkella li jkun hemm xi dokument formali bħall-identity card jew il-liċenzja tas-sewqan li jitniżżel fuqha x-xewqa tal-persuna.", "Waħda mill-mistoqsijiet f'dan l-istudju kienet tgħid li jekk tkun taf li l-qarib tiegħek ried jagħti l-organi tiegħu, wara li jmut inti lest li tagħtihom?", "Meta kien hemm dak il-proviso fuq jekk tkun taf, il-persentaġġ kien għoli ħafna.", "Imbagħad kien hemm mistoqsija oħra fuq jekk ma tkunx taf u jekk qal le.", "Fuq il-mistoqsija jekk ma jridx, hija ċara r-risposta tal-qraba li ma jaċċettawx.", "Fir-rigward tal-mistoqsija l-oħra l-persentaġġ kien baxx ħafna.", "Huwa importanti ħafna li l-qraba jkunu jafu jekk intix lest li tagħti l-organi tiegħek wara li tmut.", "THE CHAIRMAN: Fl-opt-out system għandek ukoll is-soft opt-out, fejn inti hemmhekk xorta qed tmur għall-opinjoni tal-qraba.", "IL-PROF.", "THE CHAIRMAN: Iva, jagħlqu għajnejhom jekk il-qraba jagħmlu oġġezzjoni.", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Fil-verità, għalkemm xi pajjiżi għandhom l-opt-out, xorta waħda jistaqsu lill-qraba u jekk il-qraba jgħidu le, joqogħdu attenti ħafna.", "Allura għalfejn aħna ma nħallux l-affarijiet kif inhuma, biex ma noħolqux ħafna problemi fil-moħħ tan-nies li jibdew jibżgħu minnha?", "Meta kont staqsjethom x'jifhmu bid-donazzjoni tal-organi, kienu ħarġu b'ħafna affarijiet strambi.", "Kien hemm min saħansitra qalli li mhuwiex lest li jagħti l-organi tiegħu għax jekk imur il-ġenna ma jaċċettawhx mingħajr kilwa!", "Importanti li jkun hemm kampanji ta' informazzjoni għaddejjin b'mod regolari għax dan li għamilt kien a longitudinal study u għamiltu wara ħames snin, wara għaxar snin u wara 15-il sena minn mindu konna għamilna a national organ donation campaign.", "Sitt snin wara l-attitudnijiet kienu pożittivi ħafna imma mbagħad bdew neżlin.", "U aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar kompla jintesa.", "Imbagħad ikun hemm każijiet bħalma kellna li jerġgħu jpoġġuha on the public agenda u n-nies jerġgħu jibdew jiddiskutu s-suġġett.", "Għalhekk importanti li jkollna diskussjoni għaddejja kull tant żmien.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri inti qiegħda tgħid li tippreferi li kollox jibqa' kif inhu?", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Iva, bl-eċċezzjoni li d-donor card tkun legalment rikonoxxuta fuq il-qraba tal-mejjet.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qiegħda nifhmek sew li inti qiegħda tgħid li s-sistema tal-opt-in ma tinbidilx?", "Sewwa qiegħda ngħid?", "IL-PROF.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb fil-bidu ta' din il-laqgħa qbadna daqsxejn fuq l-edukazzjoni u konna qegħdin nistennew biex nitkellmu ftit miegħek.", "Ftit ilu ċ-Chairman semma' l-idea ta' campaigning and educating u issa erġajt irriferejt għaliha.", "Taqbel li din it-tip ta' kampanja edukattiva, biex noħolqu kuxjenza għandha tkun sistematika over a period of time and every single year?", "Jiġifieri din il-kampanja nqabbilha ma' xi ħaġa oħra simili li ssir kull sena, fejn fi żmien il-Milied noħorġu bl-islogans \"Don't drink and drive!\".", "Nistgħu nagħżlu perjodi matul is-sena fejn jagħmel sens biex aħna nfakkru lin-nies imma kif għedna din trid tkun xi ħaġa li ssir ta' kull sena għax inkella, kif għedt inti, wara ftit taż-żmien l-effett ta' dik il-kampanja jispiċċa.", "Aħna naħsbu li kampanja hija xi ħaġa qasira, li tagħmilha għal perjodu ta' xahar, xahrejn mentri din trid tkun periodical over a period of time.", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Però ukull li kull tliet snin pereżempju jkun hemm kampanja fejn ngħidu x'inhuma l-vantaġġi tad-donazzjoni tal-organi.", "Dik naħseb li tgħin ħafna wkoll.", "THE CHAIRMAN: Li ma tkunx xi ħaġa li tagħmilha ta' darba għax kif qal il-Prof.", "Carmel Mallia, meta sentejn ilu nqala' dak il-każ kien hemm ħafna nies li riedu jagħtu kilwa imma x'ħin imbagħad għadda l-furur tal-mument, din bdiet tisfaxxa fix-xejn.", "We all agree li kampanji edukattivi għandhom l-effett tagħhom, anke fuq il-live organ transplantations imma dan bħal riklam ta' shampoo; jekk tagħmel riklam u mbagħad daqshekk, l-ewwel jibda jinxtara imma wara ftit il-bejgħ tiegħu jibda jmur lura.", "Il-kampanja edukattiva trid tkun waħda dejjiema jew issir kultant żmien.", "L-ewwel staqsejtek fuq jekk hemmx xi żmien partikolari fejn wieħed jista' jagħmel mount up ta' din il-kampanja.", "X'taħseb?", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Ma jidhirlix li Malta għandha xi ġurnata partikolari jew internazzjonalment hemm xi ġurnata ddedikata għal dan il-għan.", "Imma naħseb li hija xi ħaġa li għandna nagħmluha.", "Nixtieq nagħmel differenza bejn kampanji li jqumulek ħafna flus u li trid tagħmilhom kull sentejn jew tlieta biex tagħti l-informazzjoni meħtieġa għax kif nafu l-informazzjoni hija importanti.", "Ħafna nies, għalkemm jgħidulek li huma favur id-donazzjoni tal-organi jkollhom ftit informazzjoni u aħna rridu li jkollna informed consent.", "Dik tqum il-flus u ma nistgħux nagħmluha kull sena.", "Imma mbagħad jista' ikollna ġurnata fis-sena fejn il-media tieħu l-okkażjoni biex tqajjem l-awareness.", "Li din l-issue tal-organ donation tkun fuq il-public agenda almenu darba fis-sena naħseb li hija importanti ħafna u ma tqumx flus.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kemm huwa importanti s-sapport psikoloġiku għall-familjari tal-mejjet waqt li jkunu jridu jieħdu deċiżjoni biex jagħtu l-organi tal-qarib tagħhom?", "U għandu jingħata f'dak il-ħin partikolari?", "Bħalma nafu dawn ikunu għaddejjin minn trawma kbira.", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Dawn ikunu għaddejjin minn trawma u tagħmel differenza kbira jekk ikunux jafu x-xewqat tal-mejjet.", "Imma tagħmel influwenza kbira wkoll ir-relazzjoni bejn il-pazjent u t-tabib.", "Ġeneralment ikun Dr Zarb Adami - almenu hu kien qabel - u jgħidli li hu mill-ewwel iħoss jekk il-familja tkunx se tgħidlu iva jew le.", "Min-naħa tiegħu huwa jibda jippreparahom għal din it-triq.", "Xi ħaġa li nixtieq li ssir - imma ma nafx jekk huwiex possibbli – hu li forsi nagħmluha mandatorja li t-tabib jistaqsi lill-qraba.", "Naturalment mhux dejjem faċli li tistaqsihom f'dak il-mument traġiku u t-tobba wkoll ikollhom burn out!", "Inti hemmhekk għandek nies li qegħdin jaħdmu fl-ITU u mhuwiex faċli li tistaqsi lin-nies din il-mistoqsija.", "DEBORAH SCHEMBRI: Il-qraba tal-pazjenti li jkunu mietu u taw l-organi tagħhom jiġu followed at any point in time after the donation?", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Ma naħsibx.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri ma jsirx assessment ta' dawn in-nies biex naraw jekk iħossuhomx aħjar li b'dik id-donazzjoni hemm xi ħadd li qed jgħix aħjar?", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Jien kont għamilt riċerka żgħira f'dan ir-rigward u kollha qaluli li ħassewhom tajjeb li aċċettaw li jagħtu l-organi.", "Ma kien hemm ħadd li qalli li ddispjaċih li aċċetta.", "Anzi kien hemm xi ħadd li ddispjaċih li qal le imma dak iż-żmien kien diffiċli ħafna għalih.", "Imma wara ddispjaċih li qal le.", "DEBORAH SCHEMBRI: Anke fl-aspett tal-edukazzjoni huwa importanti li wieħed joħorġu dan l-aspett biex dak li jkun iserraħ moħħu li din hija xi ħaġa tajba.", "IL-PROF.", "MARYANNE LAURI: Semmejt is-serħan tal-moħħ u fuq din irrid nisħaq fuqha għax ma nistgħux indaħħlu d-dubju f'moħħ in-nies li speċi se nagħmlu xi ħaġa li huma m'għandhomx kontroll fuqha.", "Jekk jibdew jaħsbu hekk it will backfire on us.", "Għandna sistema li taħdem u huma ftit in-nies li jgħidu le, għalkemm imissna nibdew inżommu record ukoll għax inbatu ftit fiż-żamma tar-records.", "Jiġifieri għandha tkun recorded kemm jgħidu iva u kemm jgħidu le.", "Lauri grazzi ħafna tal-kontribuzzjoni tiegħek.", "Tixtieq tgħaddi l-aħħar kumment tiegħek?", "IL-PROF.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Issa nistieden l-aħħar mistieden tagħna li huwa l-Prof.", "Prof. Mallia nagħtik merħba.", "Naħseb li smajt l-affarijiet li konna qegħdin ngħidu llum, fejn minħabba l-ammont ta' mistednin li kellna kważi dorna s-suġġett kollu.", "Issa bħala tabib u espert tal-etika, x'jidhirlek fuq kif għandna nilleġislaw?", "Għandna mmorru għall-opt-in system jew għall-opt-out system?", "Għandna nagħtu kas tax-xewqa tal-qraba?", "Nixtieq ukoll li tgħid xi ħaġa fuq l-advanced directives għax jekk niftakar sew bħala Bioethics Committee kontu għamiltu xi paper fuqha.", "IL-PROF.", "Waqt li kont qiegħed nisma' id-diskussjoni ħadt diversi noti fuq affarijiet ta' natura etika għaliex dik hija l-kompetenza tiegħi.", "Smajna diversi kelliema jitkellmu fuq il-kwestjoni tal-opt-in u tal-opt-out system.", "L-ewwelnett id-dinja tal-bioetika tista' taqbel li meta nħarsu lejn id-donazzjoni tal-organi għandek numru kbir ta' persuni li jeħtieġu l-organi biex jgħixu.", "Idealment għandu jkollok biżżejjed donazzjonijiet biex tfejjaq lil kulħadd imma d-donazzjonijiet għandhom ikunu xi ħaġa volontarja.", "Mela wieħed irid joqgħod attent biex ma jipprovax jagħmel leġiżlazzjonijiet li ġew deskritti bħala kannibali, fis-sens biex wieħed iżid l-ammont ta' organi disponibbli.", "Wieħed irid jaċċetta li qatt mhu se jkollok biżżejjed organi disponibbli.", "Huwa ġust li wieħed jipprova jagħmel leġiżlazzjoni li tevita li jkun hemm il-black market tal-organi.", "Allura hemm diversi affarijiet li jridu jiġu diskussi.", "Ejjew nieħdu l-opt-in u l-opt-out system għax donnu li dan il-punt qajjem ċerta tensjoni llum.", "Saru ħafna papers f'dan ir-rigward però irridu naraw x'bidla kien hemm fil-mentalità tan-nies f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Fil-fatt fejn qabel konna nitkellmu kontra ċ-Ċina għax din kienet waħda minn tal-bidu li daħħlet l-opt-out system u allura l-katavru sar il-proprjetà tal-Istat, u jekk ma tkunx taf kif taħdem is-sistema, inti meta tmut jeħdulek l-organi tiegħek, issa f'daqqa waħda fl-Ewropa qed nitkellmu wkoll fuq din is-sistema!", "Saħansitra - darba kont qed nitkellem ma' Dr Ellul fuq dan il-punt - kien hemm pajjiż li qal li jekk you opt-out lanqas biss ikollok id-dritt li tieħu organu jekk tiġi bżonn wieħed!", "Din kienet just a suggestion ta' xi ħadd li kien qed jirrappreżenta lil xi pajjiż fl-Ewropa u ma kenitx xi ħaġa li ġiet aċċettata jew diskussa.", "Imma ejjew nieħdu każ matematiku.", "Jekk inti mill-popolazzjoni tiegħek għandek 20% li jixtiequ jagħtu l-organi tagħhom, bl-opt-in jew bl-opt-out system mhux se tagħmel differenza għax xorta 20% se jibqgħu.", "Jekk inti għandek l-opt-in system se jkollok 20% li jaċċettaw li jagħtu l-organi tagħhom u jekk inti għandek l-opt-out system għandu jkollok 80% li se jgħidulek li ma jridux jagħtu l-organi tagħhom.", "Mela l-opt-out tieħu vantaġġ - għalkemm issa naslu fuq il-kampanja edukattiva li rridu nagħmlu - fuq l-injoranza tan-nies jew fuq dawk li ma jagħtux kas jew li bħali u bħall-mara tiegħi, li dejjem irridu mmorru għand in-nutar għax irridu nirranġaw xi ħaġa u qatt ma nsibu l-ħin biex immorru!", "Issa tgħiduli li m'inix inkun ċittadin responsabbli.", "Veru, però dik mhijiex skuża biex il-pajjiż jgħidlek li la ma kontx responsabbli tul ħajtek and you opt-out, mela issa se taqa' taħt din il-kategorija.", "Allaħares anke l-Ewropa kellha tapprovaha l-opt-out system.", "Fuq il-kampanji edukattivi rrid nistaqsi dawn il-mistoqsijiet; għalfejn tagħmel kampanja edukattiva għax ikollok opt-out system?", "Għaliex ma tagħmilhiex waqt li għandek an opt-in system?", "Il-kampanja edukattiva qiegħda hemmhekk mhux tant biex tiġbor kemm tista' organi imma qiegħda hemm biex teduka lin-nies li teżisti l-possibilità li inti tagħti l-organi tiegħek.", "U naħseb li l-idea li perjodikament tagħmel din il-kampanja hija xi ħaġa tajba ħafna.", "Għaliex għandna nagħmlu kampanja edukattiva jekk se nkunu qegħdin indaħħlu l-opt-out system?", "Nagħmluha għax qed nibżgħu mill-problemi li se taqla'?", "Dażgur li tibża' għax se taqla' l-problemi!", "Jekk inti jkollok nies vulnerabbli, li għal xi raġuni jew oħra ma jaqrawx il-gazzetti jew ma jisimgħux l-aħbarijiet, jew ma jkunux jafu li teżisti din is-sistema, jew forsi għax ikunu ġejjin minn low social areas u allura ma jkunux jifhmu fuq dawn l-affarijiet, se jispiċċaw jaqgħu mill-ewwel taħt l-effett tal-liġi li tippromwovi l-opt-out system, anke jekk tkun a soft opt-out system, fejn inti trid l-approvazzjoni tal-qraba.", "Naħseb li Dr Lauri semmiet ukoll li hemm ċerti pajjiżi - u jien inħobb insemmi fil-lectures tiegħi l-mandated choice li hija opzjoni oħra li wieħed għandu jesplora.", "Din ukoll issib min jitkellem kontriha għax wieħed qisu qed jisforzaha.", "Pereżempju f'ċertu stati tal-Amerka meta inti tapplika għal-liċenzja tal-karozza tiġi mitlub jekk tixtieqx tagħti l-organi tiegħek jew le.", "Issa mbagħad xorta tista' tibdel id-deċiżjoni li tkun ħadt, però naħseb li dik hija sistema li wieħed għandu jikkonsidraha għax f'ċertu punt in-nies se jkunu jafu li x'ħin se jmorru japplikaw għal-liċenzja tal-karozza, dawn se jkollhom jagħtu risposta.", "U b'hekk jilħqu jaħsbu x'iridu jagħmlu.", "Apparti minn hekk xorta jistgħu jbiddlu l-fehma tagħhom aktar 'il quddiem meta jiġu biex jagħmlu r-renewal tal-liċenzja.", "Jekk se nitkellmu fuq kampanji edukattivi jiena naħseb li dawn għandhom isiru mill-ewwel, irrispettivament minn jekk għandekx l-opt-in jew l-opt-out system.", "Fl-opt-in għandek il-vantaġġ li qed tħalli lil dak li jkun jiddeċiedi konxjament fuq jekk iridx jagħti l-organi tiegħu.", "B'hekk tevita wkoll id-dubji li jiġuh is-surgeon għax ma jkunx jaf jekk il-pazjent riedx verament jagħti l-organi tiegħu u li allura kif konna qed ngħidu qabel ma tqumx l-issue ta' jekk il-katavru sarx proprjetà tal-Istat jew le.", "Fuq l-issue tal-katavru li jsir proprjetà tal-Istat kien sar studju apposta imma ma kontx naf li se tqum din il-kwestjoni llejla għax kont inġibu miegħi.", "Konna qed nitkellmu fuq wieħed mill-proġetti tal-Ewropa fuq il-property rights u konna qed nitkellmu fuq jekk il-katavru għadx għandu l-privatezza tiegħu.", "U fil-fatt ħafna pajjiżi jirrikonoxxu li l-persuna, għalkemm mejta, għad għandha d-dritt tal-privatezza tagħha.", "THE CHAIRMAN: L-Ingilterra għandhom ukoll l-Anatomy Act fejn inti ma tistax taqbad u tieħu specimens mill-katavri jekk ma jkollokx il-kunsens tal-qraba tagħhom.", "Aħna niftakru li meta konna nistudjaw l-anatomija, konna mmorru fil-kamra mortwarja u daqqa nieħdu kilwa u daqqa nieħdu qalb, imma llum dawn l-affarijiet m'għadhomx permessi.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Niftakar li kien hemm min he was struck off the register għax inqabad jagħmel dawn l-affarijiet fl-Ingilterra!", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Jekk inti qed tieħu l-organi biex tagħmel studji patoloġiċi għandek tieħu an informed consent.", "Issa hawnhekk mhux se noqogħdu nidħlu fuq il-merti ta' x'inhi informed consent għax din hija proċedura twila, imma persuna għandha tkun informata u f'każ ta' minuri għandhom jiġu informati l-ġenituri għax l-effetti psikoloġiċi fuq il-familji meta jsiru jafu huwa kbir wisq.", "Fil-fatt fl-Ingilterra kien hemm każ partikolari ta' patoloġista barrani li kien jaħdem l-Ingilterra u li kien jieħu l-organi tat-tfal wara li jmutu mingħajr ma jistaqsi lill-familji tagħhom.", "Għal xi ħadd li jkun ġej mill-qasam tax-xjenza once li katavru huwa mejjet daqshekk u li tieħu kilwa, qalb jew moħħ minnu jqishom biss bħala tissue.", "Imma n-nies jarawha mod ieħor u ċerti ġenituri li skoprew x'kien qed jiġri, lanqas biss riedu jemmnu!", "Kien hemm omm li lanqas setgħet temmen li difnet lit-tifla tagħha mingħajr moħħ!", "U missier ieħor qal li kieku ħadu kilwa mit-tifel tiegħu kien forsi jifhem, imma li ħadulu qalbu le!", "Jiġifieri l-bniedem jassoċja wkoll ċertu sinifikat simboliku ma' ċerti organi partikolari u dik hija waħda mid-diffikultajiet tal-opt-out system.", "Nieħu minni, jien lest li nagħti l-organi kollha tiegħi basta mhux il-corneas!", "L-opt-out ma tippermettix dik l-għażla.", "THE CHAIRMAN: Dik jagħmluha fuq id-donor card ukoll.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Id-donor card hija għall-opt-in system.", "Meta inti jkollok opt-out lanqas għandek dik l-għażla.", "SILVIO PARNIS: Prof. meta qegħdin naraw dan kollu, fejn donnu li n-nies jibqgħu marbutin mal-ġisem mejjet tal-qarib tagħhom, ma taħsibx li rridu nenfasizzaw iktar fuq il-pubbliċità?", "Qisna qegħdin niġġieldu s-sistema t-tajba ma' dawk in-nies li mhux qegħdin jifhmu li hemm bżonn li nagħmlu din il-ħaġa.", "Jiena naħseb li l-priorità f'dan kollu hija l-pubbliċità biex tgħallem lin-nies.", "U trid tgħallimhom fl-iskejjel, minn meta jkunu tfal, ħalli tinbena kultura fihom ta' solidarjetà.", "Qegħdin naraw b'mod regolari li anke jekk il-ġisem huwa mejjet, xorta rridu nibqgħu ngħidu li għadu ħaj u li għad tista' tieħu xi ħaġa minnu.", "THE CHAIRMAN: Imma l-edukazzjoni tista' ittellef daqskemm tista' tagħmel ġid ukoll.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Kif diġà għedt, kampanja edukattiva trid issir anke jekk ikollok l-opt-in system.", "Jien fil-fatt niskanta kif għadna sal-lum qatt ma wasalna biex nagħmlu dawn it-tip ta' kampanji.", "Naħseb li wieħed jista' jieħu diversi avvenimenti li jsiru matul is-sena, fosthom fl-Istrina, biex iwassal il-messaġġ.", "U naħseb li fl-Ewropa qed isir żball kbir meta qed jikkonsidraw l-opt-out system u qegħdin jaħsbu issa fuq kampanja edukattiva proprju għax qed jikkonsidraw l-opt-out!", "Il-kampanja għandek taħseb fuqha qabel ma tiddeċiedi dwar x'sistema drastika se tagħmel.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Etienne Grech ftit ilu li kważi kważi l-edukazzjoni tista' tkun ta' xkiel.", "Fil-ħajja jekk ma tagħmilx xi ħaġa tajba veru tista' tkun hekk, imma naħseb li rridu noqogħdu attenti minn messaġġ bħal dak.", "Issa biex inkompli ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Parnis u mal-feeling li ħadna llejla, speċjalment matul din il-parti tad-diskussjoni, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq li nagħtu empowerment lill-pazjenti, lill-prospective donors u lill-familji tagħhom.", "Jiġifieri ħadd ma jrid ikollu l-iċken dubju li f'dak il-mument m'għamilx id-deċiżjoni t-tajba.", "Empowering is a beautiful tool u aħna għandna responsabilità kbira min-naħa politika biex nilleġiżlaw favur dan l-aspett.", "Aktar kmieni jiena semmejt din l-idea u mbagħad irrifera għaliha wkoll il-Prof.", "Mallia, fejn b'mod regolari aħna ngħaddu dawn it-tip ta' messaġġi - issemmiet l-okkażjoni tal-Istrina li wkoll tista' tkun okkażjoni brillanti – biex in-nies isiru aktar konxji.", "Jien m'għandix dubju li nistgħu nsibu ġurnata partikolari fejn niffokaw fuq hekk.", "Però nemmen ukoll li dan irid isir perjodikament.", "Semmejna ż-żmien tal-festi fejn jista' ikollok xi accidents, u allura d-deċiżjoni f'dawn iż-żmenijiet tkun aktar kerha biex teħodha.", "Li jmutlek xi ħadd fi żmien il-Milied hija kerha, aħseb u ara li tiddeċiedi biex tagħti l-organi tiegħu meta lanqas tkun taf jekk dik il-persuna mejta xtaqitx tagħmel hekk jew le.", "Dik waħda.", "Imbagħad għandek il-lat spiritwali ta' pajjiżna, fejn fi żmien ir-Randan inwasslu l-messaġġ li inti tagħti parti minnek għal ħaddieħor.", "Mela jista' ikollna skużi pożittivi ħafna biex matul is-sena ngħaddu dan il-messaġġ edukattiv kif ukoll empowering u ma jridx ikun hemm l-iċken dubju.", "Jien ilni bid-donor card żmien u għomor.", "U tal-familja tiegħi kollha jafu li għandi din id-donor card u dejjem ngħidilhom sabiex jieħdu l-organi li jistgħu jieħdu u l-kumplament jaraw x'se jagħmlu bih.", "I really could not be bothered x'jiġri wara għaliex nemmen li tista' tagħmel ħafna ġid lil ħaddieħor bid-donazzjoni tal-organi.", "U proprju hemmhekk fejn għandna bżonn lil dawk il-familji li għaddew minn din l-esperjenza u li forsi dak iż-żmien kellhom xi ftit tad-dubju fuq x'għandhom jagħmlu biex jitkellmu fuq l-esperjenza tagħhom.", "Fix-xogħol tiegħi ta' xandara ltqajt ma' familji li għaddew minn din l-esperjenza u kollha qaluli kemm kienet xi ħaġa pożittiva għalihom li jkunu jafu li hemm bniedem li qed jgħix għax f'dak il-mument ħadu d-deċiżjoni t-tajba.", "Kif diġà qal il-Prof.", "Mallia, ikun hemm min jgħidlek li l-għajnejn mhux komdu li jagħtihom b'donazzjoni imma jien naf min qalli li meta tiltaqa' mat-tali persuna u taf li qiegħda tara bis-saħħa tar-raġel tagħha tfisser ħafna għaliha.", "U rridu nkunu emozzjonali f'dawn l-affarijiet u jrid ikollna passjoni kbira biex ngħiduhom dawn l-affarijiet għax fil-mument tad-deċiżjoni l-emozzjoni tant tkun kbira li jien ma rridx min ikollu d-dubji fuq x'irrid nagħmel.", "Għalhekk bl-istess mod irridu ngħaddu dak il-messaġġ u ċioè li it has to be strongly empowering.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Naqbel perfettament li għandna nimxu mill-ewwel mingħajr ma noqogħdu nistennew xi liġijiet u għandna nagħmlu kampanji tajbin li jsiru minn nies li jafu x'għandhom jgħidu fil-messaġġ li jrid jitwassal.", "Però hawnhekk irrid nieħu spunt ukoll għax meta wieħed qed jitkellem fuq liġi, faċli li jiffoka biss fuq a major issue bħalma hi dik tal-opt-in u tal-opt-out - issa nitkellemu wkoll fuq l-advanced directives - imma the devil is in the detail!", "Kienet issir prassi u ma nafx jekk għadhiex issir – naħseb li din għandha tiġi speċifikata fil-liġi – fejn il-familjari tad-donatur kienu jiltaqgħu man-nies li jkunu rċevew l-organi tiegħu.", "Irridu nifhmu li l-liġijiet u l-guidelines internazzjonali jgħidu li l-anonimità għandha tiġi protetta.", "Kien hemm min qalli li huma l-ewwel jistaqsu lir-riċevitur jekk jixtieqx jiltaqa' mal-familjari ta' min tah l-organu.", "Ejja npoġġi lili nnifsi f'sitwazzjoni fejn għadni kemm irċevejt kilwa u jiġi xi ħadd l-isptar jgħidli li wara sena huma jlaqqgħu l-familja tad-donaturi mar-reċipjenti.", "Imbagħad jistaqsini jekk nixtieqx niltaqa' mal-familjari ta' dak li miet u li kien tani l-kilwa tiegħu.", "Naħseb li persuna raġjonevoli se ssibha ftit diffiċli biex tirrifjuta din l-offerta.", "Fil-prattika tiegħi kelli żewġ każijiet imma wieħed minnhom niftakru b'mod partikolari u dan kien ta' waħda li rċeviet kilwa mingħand it-tifel ta' mara oħra.", "L-omm ta' dan it-tifel baqgħet tagħraf lil binha f'din il-mara li ħadet il-kilwa tiegħu u kienet tinsisti li kull ġimgħa jiltaqgħu l-Belt biex jieħdu kafè flimkien u kienet tiftaħ qalbha magħha.", "Fl-aħħar din il-mara ma felħitx aktar u kellna nagħtuha l-għajnuna biex tagħraf tirrifjuta b'mod ġentili t-talba ta' din l-omm.", "Wieħed irid jara wkoll li jista' ikun hemm familja li tista' tidħol fi kriżi għax se jgħidulek li huma ħadu l-kilwa tat-tifel ta' familja oħra u allura jkunu jridu jgħinuhom b'xi mod bħala forma ta' ringrazzjament.", "Issa mhux qed ngħid li din hija xi ħaġa ħażina imma naħseb li għandu jkun hemm linji gwida li jgħidu li l-familji tad-donaturi kemm minn katavri kif ukoll minn persuni ħajjin m'għandhomx ikunu jafu min irċieva l-organi.", "U din għandha tkun fil-liġi.", "Jien bħala bniedem li qiegħed fl-etika ninsisti biex jekk imut xi qarib tiegħi ma nkunx naf li l-qalb tiegħu qiegħda fit-tali persuna għax anke hawnhekk, kif għedt aktar qabel, il-qalb fiha xi ħaġa simbolika fiha.", "Mela immaġinaw din il-persuna tkun taf li l-qalb tat-tifel tagħha qiegħda fit-tali persuna!", "Mhux bilfors li se jkollha naqra emotional attachment magħha?!", "Mela din hija xi ħaġa li mhux biss tipproteġi lil min ikun irċieva l-organu imma tipproteġi psikoloġikament ukoll lil dawk li jkunu taw.", "Li jiltaqgħu ma' xulxin darba f'sena biex jagħmlu quddiesa u mbagħad jagħmlu get together kollha flimkien hija xi ħaġa tajba imma ħadd ma jkun jaf min kienu r-reċipjenti tal-organi.", "Li l-familji tar-reċipjenti jiltaqgħu mal-familji tad-donaturi hija xi ħaġa tajba imma din għandha tkun familja waħda u jien m'għandix għalfejn inkun naf għand min marret il-kilwa tal-qarib tiegħi.", "Dik nisħaq ħafna fuqha u ilha tinkwetani diversi snin u ġieli tkellimna fuqha.", "Issa naf li l-prattika nbidlet xi ftit imma naħseb li l-liġi għandha tipproteġi lil dawn in-nies għax kif inbidlet lejn il-pożittiv tista' terġa' tmur lura għal li kienet.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa fuq il-bejgħ tal-organi.", "Naħseb li lkoll naqblu li m'għandux ikun hemm bejgħ ta' organi.", "Imma jkun hemm min jirraġuna bil-kontra u ġieli jkolli studenti li jistaqsuni għalfejn m'għandhomx ikollhom id-dritt li jbiegħu kilwa to the highest bidder u jaqilgħu €2 miljuni tagħha?!", "Jgħiduli mela l-kilwa mhux tagħhom!", "Imma rridu nifhmu għalfejn m'għandniex nagħmlu l-bejgħ tal-organi.", "Pereżempju fl-Amerika darba kienet ġiet proposta li jkun hemm istituzzjoni li tixtri l-organi imma mbagħad dawn jingħataw b'xejn u allura dehret sabiħa.", "Imma fir-realtà inti minn fejn se tixtrihom dawn l-organi?", "Jekk qed titkellem fuq l-Amerika din se tixtrihom minn stati aktar foqra?", "Se tmur tixtrihom mill-Indja fejn għal $10,000 minflok kilwa waħda forsi tixtri għaxar kliewi?", "Għalhekk trid tispjega fil-liġi għalfejn m'għandux isir il-bejgħ tal-organi, fosthom minħabba gruppi vulnerabbli.", "Intom l-ewwel naħseb li kontu qed tirriferu għall-każ ta' dik it-tfajla li offriet €5,000 biex jagħtuha kilwa.", "Hawnhekk tajjeb nagħmlu distinzjoni bejn meta qed tixtri jew tbiegħ organu u bejn meta qed tingħata kumpens tal-ħin li tlift. tax-xogħol, eċċ. Anzi dik etikament dejjem kienet rikonoxxuta u mhux talli ma fiha xejn ħażin moralment imma talli għandha ssir.", "Jekk donatur irid jagħti kilwa, anke jekk ma jkunx jaf lil min se jagħtiha, għandu jieħu kumpens għall-ħin li jkun tilef mix-xogħol.", "Mela mhux jieħu kumpens tal-kilwa li jkun ta imma jekk pereżempju tilef sitt xhur xogħol, għandu jieħu kumpens ta' dawk is-sitt xhur xogħol.", "Jew jekk kellu jagħmel ċertu spejjeż, mela jieħu l-kumpens ta' dawk l-ispejjeż.", "U dik ma taqax taħt il-bejgħ tal-organi imma taqa' taħt kumpens.", "THE CHAIRMAN: Bniedem li se jagħti l-kilwa tiegħu għandu d-dritt li jiddeċiedi lil min jagħtiha?", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Dik hija xi ħaġa oħra u xtaqt nitkellem ftit fuqha wkoll.", "Teknikament le.", "Jekk jien nixtieq nagħti kilwa m'għandux ikolli d-dritt li ngħid li rrid nagħti dik il-kilwa lil xi ħadd Malti u mhux tmur għand wieħed minn dawn il-barranin li qed jidħlu f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Jekk tmur għand missierek tista'?", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Issa dik niġu għaliha wkoll għax dawk jiġu qraba.", "Għandu jkun hemm lista ta' nies li qed jistennew li jirċievu organu u jiftiehmu l-konsulenti bejniethom min għandu jieħu.", "S'issa qatt ma kien hemm protesti imma meta ssir liġi rridu nidħlu f'ċertu dettall.", "Naħseb li għandu jkun hemm xi forma ta' lista biex imbagħad ma jinqalgħux dawn it-tip ta' kontroversji meta tidħol xi kilwa biex tingħata.", "Naħseb li l-liġi għandha tispeċifika li jekk jien irrid nagħti kilwa, sakemm ma jkunx hemm proċess ta' Health Ethics Committee li jiddeċiedi jekk tistax tippermettiha jew le, dik il-kilwa tmur għand min l-iktar għandu bżonnha.", "Imma mbagħad għandu jkun hemm proviżjoni żgħira - irridu noqogħdu attenti – għal min irid jagħti organu lil xi ħadd viċin tiegħu, ngħidu aħna lill-ommu, lit-tifel tiegħu jew lil ħuh.", "Imma wieħed irid joqgħod attent li jingħata counselling adegwat.", "Kien hemm każ partikolari ieħor fl-Amerika - dan kien semmih professur fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-Bioetika li kien sar symposium fil-ġnien tal-Argotti u mbagħad fil-Medical School – fejn tifel ta' 14-il sena ried jagħti kilwa lill-ommu.", "Dan it-tifel kien jieħu l-ischolarships għax kien tajjeb fl-American football u ma riedx jifhem li jekk kien se jagħti kilwa ma setax ikompli jilgħab dan it-tip ta' sport.", "Hu kien jgħid li xorta waħda kienu se jżommuh mat-tim għax kien tajjeb!", "Jiġifieri ta' dik l-età kien għadu mhux qed jifhem il-kunċett ta' xi tfisser li tagħti kilwa.", "Għalhekk inħolqot id-dilemma fuq jekk għandhomx jgħidulu li ma jistax jagħti kilwa lill-ommu biex imbagħad din tmut u jagħmel ħajtu kollha bir-rimors għax ma tahiex il-kilwa, jew inkella jħalluh jagħtiha l-kilwa avolja ma kienx qed jifhem il-konsegwenzi.", "Mela wieħed irid jara li mhux ngħidu li ta' 16-il sena huma kompetenti imma rridu naraw li dawn iż-żgħażagħ qed jifhmu bil-konsegwenzi.", "Jista' ikollok ukoll xi ħadd ta' 21 sena li ma jkunx qed jifhem il-konsegwenzi li se jkollu meta jagħti kilwa.", "THE CHAIRMAN: Jekk pereżempju jkun hemm xi ħadd li għandu lil ħuh qed fuq id-dialysis u jkun sejjer lura minn saħħtu, jista' ikun li dan jagħmel pressjoni fuqu biex bil-ħniena jikkonvinċih ħalli jagħtih organu.", "Dik inti taqbel magħha?", "Dawn l-affarijiet nimmaġina li jiddeċidihom il-LOTAC hux hekk?", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Jien ma nafx hawn Malta l-ammont ta' counselling li jsir.", "Ċertament persuna tista' tkun ġenwinament tixtieq tagħti xi organu lil ħuha, imma jista' ikun ukoll li din tiġi pressured sabiex tagħti jew inkella tibża' li se tiġi ġġudikata jekk tirrifjuta.", "Naħseb li dawn għandhom ikunu counselled u min jagħmel il-counselling jista' ikun psikologu jew psikjatra u fl-istess ħin jiddeċiedu flimkien, mingħajr ma joqogħdu jagħtu raġunijiet għalfejn, li dan mhuwiex kandidat tajjeb biex jagħti donazzjoni.", "Jekk intix kandidat tajjeb jew le m'għandhiex tkun ibbażata biss fuq il-mudell bioloġiku tiegħek imma għandha tkun ibbażata fuq il-mudell modern tal-mediċina tal-biopsychosocial model.", "Inti taf tkun medikament tajjeb imma rridu naraw ukoll is-psychological issues u s-social issues ta' dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Min jiddeċiedi jekk tkun persuna naive?", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Jekk tkun persuna naive ma naħsibx li għandha tkun kandidata biex tagħti l-organi tagħha, sakemm dik il-persuna ferventement tgħid li trid tagħti l-organi tagħha.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Tipproteġi billi inti jkollok nies professjonali li jagħmlu l-counselling u li jaraw li din il-persuna qiegħda tifhem x'inhi tagħmel.", "THE CHAIRMAN: Nagħti permess lill-Prof.", "Carmel Mallia sabiex jgħaddi kumment.", "IL-PROF.", "CARMEL MALLIA: Nixtieq nippreċiża li l-proċess tal-LOTAC jinkludi wkoll a very detailed psychological assessment.", "Fil-fatt kull pazjent li jiġi mressaq quddiemna jkollna rapport bil-miktub dwaru minn psikologa li hija wkoll membru tal-kumitat.", "Dan ir-rapport aħna nistudjawh u niltaqgħu bħala grupp mal-pazjent.", "Jiġifieri dan l-iscreening li qiegħed isemmi Prof. Pierre Mallia diġà isir mil-LOTAC.", "IL-PROF.", "Pereżempju kellna każ partikolari fejn il-pazjent kien kważi ossessjonat li jrid jagħmel xi ħaġa verament tajba u ma kienx qiegħed jaħseb fil-ħsara li seta' jagħmel lilu nnifsu.", "Jiġifieri iva kien hemm sitwazzjonijiet fejn il-LOTAC ma aċċettax offerti minħabba sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Fir-rigward ta' jekk xi ħadd għandux id-dritt li joffri l-kilwa tiegħu lil xi ħaddieħor, s'issa aħna dejjem imxejna bil-premessa li meta jkun hemm ċerti sitwazzjonijiet bħal dawn, bħal pereżempju a blood relative, ġenitur, tifel, ħut jew inkella meta jkun hemm spouses, raġel lill-mara tiegħu jew inkella anke meta jkun hemm a strong emotional attachment bejn żewġ persuni, aħna nistudjawhom u niddeċiedu.", "U dawn kollha kellna każi bħalhom li ġew studjati u saru.", "Il-biċċa l-kbira jkunu tal-familja.", "Imma kellna sitwazzjonijiet fejn kienu ħbieb antiki u allura kien hemm a strong emotional attachment bejniethom.", "L-istess il-kumitat jidħol fihom b'ċertu dettall u jimxi wkoll fuq ir-rapport psikoloġiku li jiġi ppreżentat lilu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nerġa' insejjaħ lill-Prof.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Jien mill-ewwel għedt li ma kontx naf jekk kienx qed isir hekk, u qiegħed nieħu pjaċir li Prof. Carmel Mallia qed jikkjarifika l-affarijiet.", "Li qed ngħid jien hu li din għandha tiġi speċifikata fil-liġi b'mod dettaljat u mhux tittieħed forgranted li ssir.", "Jien li nista' nitkellem hu mill-esperjenzi tiegħi li ltqajt magħhom għax jiġu jistaqsuni mill-punto di vista tal-etika.", "Jien kelli diversi esperjenzi li mbagħad lanqas inkun naf kif spiċċaw.", "Kien hemm każ partikolari fejn kien hemm persuna li kellha bżonn kilwa - qed nassumi minn dak li għadu kif intqal hawnhekk li ma ħallewhx – u kien hemm xi ħadd jaħdem magħha li ried bilfors jagħtiha kilwa minn tiegħu.", "U niftakar li kienu anke ċempluli mill-ministeru biex jistaqsuni għalfejn mhumiex qed imexxu fuqu l-każ u meta tkellimt mal-konsulent konċernat, dan kien qalli li mhux qed jimxu fuq il-każ għax il-persuna ma kenitx fit for surgery.", "Jiġifieri jkun hemm affarijiet li jiena ma nkunx naf kollox fuqhom għax m'inix fuq il-kumitat, u xi kultant I raise my concerns imma nħalli l-ispazju li tista' tkun minħabba l-ignorance of certain facts li jkun hemm fil-każ.", "Naqbel ma' Prof. Carmel Mallia li dawn għandhom jitħallew biss meta jkunu każijiet ta' very close relatives.", "U naħseb li meta jkun hemm any potential conflict of interest wieħed irid jimxi b'kawtela kbira.", "Jekk wieħed irid jagħti organu u ma jkunx jaf għand min mar dak l-organu, hija prattika tajba li xorta jiġi counselled kif fil-fatt għadu kemm intqal aktar kmieni hawnhekk.", "Il-liġi għandha tispeċifika – xi ħaġa li diġà qed issir – li meta jkun hemm donazzjoni tal-organi l-katavru jibqa' jinżamm fuq il-life-support system.", "Ma nafx jekk din ġietx imsemmija qabel imma ma jfissirx li għax bniedem qed jinżamm fuq il-life-support system dan mhuwiex mejjet.", "Jinżamm fuq il-life-support system biex iżommu l-organi tiegħu friski u tajbin għax wara ftit tal-ħin l-organi jibdew imutu.", "B'hekk inti żżommu fuq il-magni sakemm jiġi ppreparat ir-reċipjent għas-surgery.", "Naħseb li l-liġi trid toqgħod attenta li tispeċifikahom mill-ewwel dawn il-punti u ma tiffukax biss fuq il-kontroversji kbar tipo fuq jekk għandniex immorru għall-opt-in jew għall-opt-out system.", "Rigward l-advanced directive jkolli ngħid li jien ma kontx involut fid-diskussjoni għax ma kontx parti mill-Kumitat tal-Bioetika dak iż-żmien.", "U kont daqxejn inkwetat bit-terminoloġiji li kienu qed jintużaw, fejn kienu qed isemmu l-living will li hija kelma oħra għall-advanced directive.", "Forsi għalhekk li ma sabux pajjiżi biex jirriferu għalihom f'dak li għandu x'jaqsam mal-living will u l-organ donation.", "Ġeneralment meta nitkellmu fuq advanced directives ma nitkellmux fuq organ donation.", "Advanced directive meta jien ngħid kif irrid niġi trattat qabel ma mmut u mhux wara li mmut.", "Pereżempju jien ikolli kanċer u naf li meta noqrob lejn it-tmiem ta' ħajti mhux se nkun nista' nieħu deċiżjoni għalija nnifsi u allura ngħidilhom biex ma jagħmlulix aktar minn darba CPR jew inkella ngħidilhom biex ma jpoġġunix fuq il-life-support system jew inkella ngħidilhom li x-xewqa tiegħi hi li mmut id-dar.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq it-tmiem tal-ħajja.", "Pereżempju bniedem, kif jidħol l-isptar, ipoġġulu d-drip u mbagħad ħafna nies isibuha diffiċli biex ineħħulu dak id-drip.", "Minflok tħares lejn il-comfort tal-persuna naraw li qisna għadna qegħdin nagħtu l-kura lill-pazjent.", "Jien kemm-il darba mmur inżur pazjenti u l-qraba jsibuha diffiċli biex ineħħulhom id-drip avolja b'dak id-drip jibdew jinstaddu l-vini u jridu joqogħdu jfittxulu vina oħra, u kull darba qed tniggeż lill-pazjent.", "Din hija xi ħaġa li aħna fil-Bioethics Programme bdejna naħdmu fuqha, anke biex naraw x'inhuma l-concerns tat-tobba għax ħafna drabi ssib li t-tobba jkunu mħassba għax il-qraba tal-mejjet jibdew jgħidulhom li qatlulhom il-qarib tagħhom jew inkella li ma tawhx kura biżżejjed, li fil-fatt ma jkunx il-każ.", "Hawn Malta għandna kultura kattolika u dawn l-affarijiet ilha tippermettihom il-Knisja sa mill-1952.", "Qiegħed insemmiha din għax forsi nkun irrid nagħti advanced directive li jien irrid immut id-dar u f'każ li jibagħtuni l-isptar, ma rridx li joqogħdu jagħmluli aktar affarijiet milli kienu se jagħmluli d-dar.", "Pereżempju d-dar mhux se joqogħdu jagħmluli d-drip kull siegħa u allura jekk immur l-isptar ma rridx li jagħmluli aktar milli kieku kont id-dar.", "Allura permezz ta' advanced directive inti qed tagħti direttiva ta' kif trid li tiġi kkurat jekk jasal żmien fejn ma tkunx tista' tieħu deċiżjonijiet għalik innifsek.", "Mela ma jagħmilx sens li inti tgħid li trid tagħti l-organi tiegħek on an advanced directive għax dik hija xi ħaġa li tagħmilha meta tkun għadek ħaj.", "THE CHAIRMAN: Jien ridt inkun naf jekk hemmx bżonn li ssir liġi fuq hekk.", "Forsi hemm xi pajjiżi li jgħaqqduhom flimkien mal-istess liġi għalkemm aktar naħseb li huma separati.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Id-donor card mhijiex a living will, jiġifieri jekk aħna qed nifhmu li d-donor card għandha tkun a living will, qed nifhmu ħażin għax they are two completely different things.", "A living will hija testment għal qabel ma mmut u mhux għal wara li mmut.", "Jiġifieri d-donor card fiha nnifisha jekk tiġi legalizzata tiġi a will, u kwalunkwe will hija a living will għax biex tagħmilha trid tkun għadek ħaj!", "Imma rridu noqogħdu attenti biex ma nħalltux l-affarijiet għax imbagħad jew jinftiehmu ħażin, speċi li l-kelma \"living will\" tintuża as a lay term for what is called an advanced directive.", "THE CHAIRMAN: Jien se nagħmel l-aħħar mistoqsija tiegħi għax ovvjament il-ħin qiegħed jagħfas u mbagħad nagħti l-kelma lill-Onor.", "Buttigieg għax xtaqet tgħid xi ħaġa wkoll.", "Aħna hawnhekk nafu li n-nies li jgħaddu minn sitwazzjoni ta' brain death, il-qraba tagħhom kważi kollha jaċċettaw li jagħtu l-organi tagħhom.", "Aħna l-iskop tagħna hu li jkollna aktar organi disponibbli imma ma rridux niġu nidhru li qisna qegħdin nikkaċċjaw għall-organi, jiġifieri rridu nagħmluha tidher bħala xi ħaġa altruwistika, kif fil-fatt hi.", "Mela apparti milli nagħmlu kampanji tajbin, bħalma semmiet l-Onor.", "Buttigieg, biex forsi jkun hemm iktar nies li jagħtu l-organi meta jkunu għadhom ħajjin, u apparti dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikollok team apposta li jieħu ħsieb tal-cadaveric deaths, hemm xi mezz ieħor ta' kif nistgħu nżiedu l-organi disponibbli għat-trapjanti?", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Bħala human organs ma naħsibx li hemm, jiġifieri inti għandek dawn is-sistemi fejn idealment tkun an opt-in system.", "Il-fatt li issa qed jesperimentaw b'din l-idea tal-opt-out hi proprju minħabba l-fatt li l-opt-out system tagħtik aktar organi.", "Imma mbagħad għandek dawk il-perikli li semmejt aktar kmieni.", "THE CHAIRMAN: Dawk il-brain deaths li jirnexxielhom jaħżnu l-organi tagħhom .…", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Imma l-mistoqsija tiegħek kienet fuq jekk għandekx tistaqsi lill-familjari jew le.", "Jien staqsejtek fuq kif tista' iżżid in-numru ta' organi disponibbli.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Imma jekk inti għandek nies li huma brain dead, dawn se jneħħuhom minn fuq il-life-support system.", "Inti tħallihom fuq dawn il-magni jekk trid tieħu l-organi tagħhom u biex tieħu l-organi tagħhom trid il-permess tal-familjari.", "S'issa hawn Malta dejjem hekk ħdimna.", "Jekk inti se teħodhom mingħajr il-permess tal-familja tagħhom, awtomatikament se tkun daħħalt l-opt-out system.", "Jiġifieri fejn bniedem ma esprimix ruħu li huwa favur jew le għad-donazzjoni tal-organi, inti qed tgħid li la dan huwa brain dead, se neħodlu l-kilwa tiegħu!", "Li jiġri hu li se jkollok konsegwenzi psikoloġiċi fuq il-familja tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Teħodhom mingħajr ma tkun informajt lill-qraba.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Jew informaw lill-qraba u l-qraba jirrifjutaw jew inkella ma jinformawx lill-qraba u jaqbdu u jieħdu l-organi, imbagħad isiru jafu li difnu lil missierhom jew lil ommhom mingħajr qalbhom!", "Naħseb li rridu nirrikonoxxu li loġikament ħafna nies jafu li mingħajr kilwa jew mingħajr qalb dak huwa ġisem mejjet u allura mhux se tagħmel differenza.", "Imma xorta jibqa' il-fatt li hemm il-fenomenu li n-nies jassoċjaw atteġġjament psikoloġiku ma' ċerti organi tal-ġisem.", "Jien personalment, kif semmejt aktar qabel, lest li nagħti l-organi kollha li huma disponibbli imma fir-rigward tal-corneas għandi daqxejn tal-apprehension.", "Veru li mejjet se nkun imma xorta naħsibha mod ieħor.", "Loġikament meta jistaqsuni naf li ma jagħmilx sens dak li nkun qed ngħid imma hekk inħoss!", "Forsi hemm xi ħaġa li ġrat f'ħajti fil-passat imma jien għandu jkolli d-dritt li ngħid le?", "Jiena lest li nagħti l-qalbi, il-fwied, il-kliewi u kull ħaġa oħra imma l-corneas ma rridx nagħtihom.", "THE CHAIRMAN: Il-corneas hemm lok fejn jistgħu jiżdiedu d-donazzjoni tagħhom.", "Ovvjament ikun hemm nies li jmutu with a cardiac death u fuq dawk inti għandek iktar ħin biex teħodhom, speċjalment jekk ikollhom id-donor card.", "Jiġifieri jekk jirnexxilek tikkoordina team apposta, dawn ikunu jistgħu jaraw dawk li jkunu mietu a cardiac death u jekk jaraw li jkollhom id-donor card jeħdulhom il-corneas tagħhom.", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Personalment ma nħossx li wieħed ikun qed jirrispetta d-dinjità tal-bniedem jekk jitteħdulu l-organi tiegħu sempliċement għax ikun qiegħed fuq il-life support system mingħajr ma jiġu informati jew mingħajr ma jkun hemm il-kunsens tal-familjari.", "U anke l-familji għandhom jipprovaw jifhmu x'kienu jixtiequ li jagħmlu t-tifel jew it-tifla tagħhom.", "Forsi xi darba waqt l-ikel it-tifel qal li ma jixtieqx jagħti l-organi u allura hemmhekk tista' toħloq effetti psikoloġiċi 'l quddiem jekk dawn jagħtu l-kunsens tagħhom.", "Imbagħad wara jibqgħu jħossu li t-tifel tagħhom darba kien esprima li ma jixtieqx jagħti l-organi.", "Jiena naħseb li hemm periklu soċjoloġiku u jkolli ngħid anke politiku jekk wieħed jidħol f'area fejn mhuwiex qed jirrispetta dak il-bniedem wara li jkun miet għax jaħseb li la l-ġisem huwa mejjet, allura sar oġġett li jista' jagħmel li jrid bih.", "Fil-fatt anke l-liġi tirrikonoxxi li l-privatezza għandha tibqa' u li l-familja għandhom id-dritt li jiddisponu mill-ġisem kif tgħid il-kultura tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Jekk inti jkollok sistema ta' required request, jiġifieri li t-tobba jridu jkunu jafu kull pazjent li jidħol l-isptar x'inhi d-donor status tiegħu, tista' toħloq effett psikoloġiku fuq il-pazjent għax dan se jibda jistaqsi lilu nnifsu għalfejn it-tabib qiegħed jagħmillu dik il-mistoqsija partikolari!", "IL-PROF.", "PIERRE MALLIA: Hekk hu.", "Dak il-pazjent se jibda jistaqsi lilu nnifsu; \"Allura jien se mmut?!\"", "Naħseb dak mhuwiex il-mument fejn wieħed għandu jiġi mistoqsi dik it-tip ta' mistoqsija.", "Li wieħed ikollu mniżżel fuq il-file u jiċċekkja, dik ħaġa oħra.", "Hawnhekk fil-fatt ridt nasal għal punt ieħor li jien konvint li hawn Malta ma ssirx imma kif ngħidu, the devil is in the detail, u allura inti ma tafx 50 sena oħra kif se nkunu u l-liġi hijiex se tibqa' hemmhekk.", "Mela rridu naraw li ma jkollokx pazjenti li jkunu potential recipients u potential donors taħt l-istess team imma jridu jkunu konsulenti differenti biex anke l-familji jħossu li d-deċiżjoni tal-mewt tal-qarib tagħhom ittieħdet mingħajr l-ebda kunflitt ta' interess.", "Naturalment hawn Malta hekk jiġri imma ma nistgħux inħalluha fil-buona volontà u fl-etika tat-tobba biss.", "Ladarba se jkollok liġi rridu ndaħħluha wkoll għax jaf jinqala' każ fejn ikollok żewġ pazjenti taħt konsulent wieħed.", "U f'dak il-każ il-liġi trid tispeċifika li dak il-konsulent ikollu jitfa' wieħed mill-pazjenti taħt konsulent ieħor.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li wara dawn il-laqgħat kollha dħalna sew f'dan is-suġġett u l-feeling ġenerali li ħadt jien mill-maġġor parti assoluta tal-kelliema li ġew ikellmuna hu li għandna mmorru għall-opt-in system u rridu nilleġiżlaw.", "Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna.", "Mill-ewwel laqgħa wkoll smajna fuq l-importanza tad-donor card u jien personalment nemmen li din għandha tkun jew mal-ID jew mal-liċenzja u tkun marbuta ma' reġistru li jagħti poter lit-tobba.", "Naħseb li llum qegħdin nitfgħu ħafna piż fuq it-tobba u dan huwa inġust għax dawn qed ikollhom imorru fuq il-familji u bħal speċi jittalbu għal xi ħaġa, u din qiegħda toħroġhom bħala insensittivi f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Ovvjament huma għandhom l-esperjenza li din jistgħu jagħmluha imma naħseb li l-liġi għandha tgħin biex kemm jista' ikun it-tobba, f'dak il-ħin partikolari, ikunu sereni għax jafu li qegħdin jagħmlu dak li l-pazjent xtaq l-ewwel u qabel kollox.", "Bħalma diġà għedt, jiena nemmen ħafna in empowering our citizens u allura nemmen li m'għandniex nistennew din ix-xi ħaġa li dan il-Kumitat għandu jirrakkomanda u m'għandniex nistennew li nilleġiżlaw imma għandna nibdew naħdmu fuq kampanji minn issa għax sakemm nilleġiżlaw u sakemm napprovaw se jilħqu jmutu n-nies u l-organi tagħhom jistgħu jsalvaw il-ħajja ta' nies oħrajn.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lill-Onor.", "Buttigieg kif ukoll lill-Prof.", "Hawnhekk nistgħu nagħlqu dawn is-serje ta' laqgħat li saru b'mod konġunt bejn il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa.", "Issa ovvjament se noħorġu rapport u paripassu ma' dak ir-rapport se noħorġu White Paper.", "Ovvjament se ssir ukoll konsultazzjoni pubblika iktar wiesgħa biex finalment imbagħad jiġu drafted il-liġijiet li jiġu ppreżentati u diskussi fil-Parlament.", "Fl-aħħarnett nawgura lilkom u lill-familji tagħkom Milied ħieni u sena ġdida mimlija risq.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-9:06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141217_009d_sah.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:51 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Is-Sur Andre Vella, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kien preżenti għal-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 8 li saret nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IT-TFASSIL TA' LEĠIŻLAZZJONI DWAR IT-TRAPJANTI TA' ORGANI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat stieden lir-Reverendu Professur Emmanuel Agius biex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "Prof. Agius semma' kif jeżistu żewġ dokumenti Ewropej importanti li għandhom jispiraw il-leġiżlazzjoni lokali.", "Dawn huma l-Oviedo Protocol tal-2002 u d-Direttiva 2010/45/EU.", "Problema li teżisti hija li hemm diversi opinjonijiet dwar it-timing ta' x'ħin għandhom jittieħdu l-organi.", "Għaldaqstant il-liġi trid tiffoka fuq dan il-punt u fl-istess ħin tassigura li l-pazjent jingħata l-kura meħtieġa u li kemm jista' jkun, ikun hemm l-involviment tal-qraba.", "Prof. Agius sostna li huwa importanti ħafna li jkun hemm definizzjoni ċara ta' \"mewt\" għax mhux definita fil-liġijiet tagħna.", "Prof. Agius għalaq il-preżentazzjoni tiegħu billi qal li hu favur l-opt-out system.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Miegħu kien hemm ukoll Dr Cacciattolo u l-Avukatessa Bridget Gafà li huma membri tal-LOTAC.", "Prof. Mallia spjega kif il-LOTAC huwa inkarigat biss mil-live transplants u peress li bħala kumitat jaħdmu ħafna in the background ftit huma li jafu bix-xogħol tal-kumitat.", "Dr Bridget Gafa spjegat li l-liġi Awstrijaka biss, titkellem fuq min hu s-sid tal-katavru.", "Kompliet tispjega kif l-Ingliżi għandhom il-prassi li jekk pazjent imut l-isptar, il-ġisem tiegħu jsir tal-isptar u huma jiddeċiedu fuq l-organi tiegħu.", "Il-prassi f'pajjiżna hi li meta mejjet ikollu donor card, il-qraba jiġu avviċinati biex jagħtu l-permess li tkun tista' ssir donazzjoni tal-organi, peress li d-donor card m'għandhiex saħħa legali.", "Madankollu huma rari dawk il-qraba li joġġezzjonaw fuq id-donazzjoni tal-organi meta il-mejjet ikollu donor card.", "Anzi, Dr Gafa kompliet tispjega, li dan l-aħħar kien hemm tliet okkażjonijiet fejn il-qraba xtaqu jagħtu l-organi tal-għeżież tagħhom mingħajr ma dawn kellhom donor card!", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "It-tielet mistiedna kienet Dr Bridget Ellul, Kap tad-Dipartiment tal-Patoloġija.", "Dr Ellul spjegat li x-xogħol tagħha tagħmel awtopsji lill-kadavri.", "Hi kompliet tgħid li ħafna minn dawn it-trapjanti li jsiru jkunu każijiet ta' trawma u kważi kollha jkunu każijiet mediku-legali fejn ikollu jidħol il-Maġistrat fihom.", "Wara li jkun sar it-trapjant, id-disposal tal-ġisem ma jmurx f'idejn il-qraba imma jrid jingħata l-permess mill-Maġistrat l-ewwel.", "Fil-fatt kull darba li jkunu se jagħmlu trapjant minn persuna li tkun daħlet l-isptar bħala a police case, ikollu jiġi informat il-Maġistrat.", "Rigward id-definizzjoni ta' \"mewt\", Dr Ellul qalet li fil-liġi tagħna m'hemmx definizzjoni eżatta u għalhekk għandha titħalla f'idejn it-tobba.", "Fil-fatt il-World Medical Association kienet ħarġet b'definizzjoni imma fl-2006 bidlitha għall determination of death.", "Dr Ellul semmiet ukoll x'mezzi jintużaw biex ikun deċiż li persuna hija mejta.", "Dr Ellul uriet ix-xewqa li f'Malta tiddaħħal l-opt-in system u li jkun hawn reġistru fejn jitniżżel isem min jixtieq jagħti l-organi tiegħu.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Il-Professur Mary Anne Lauri, Pro-Rettur, spjegat li kienet għamlet riċerka ma' tobba, il-pubbliku inġenerali, d-donaturi u reċipjenti tal-organi, u dawn kollha kienu favur id-donazzjoni tal-organi.", "Fil-fatt l-attitudni lejn id-donazzjoni tal-organi hija waħda pożittiva ħafna.", "Madankollu meta staqsithom dwar l-opt-out system, kien hemm bidla radikali.", "Dan għaliex ħadd ma ried li jkun hemm individwu ieħor li jiddeċiedi hu jekk iridx jagħti l-organi.", "Bil-permess tal-Kumitat, Prof. Lauri ppreżentat lill-Kumitat:", "Prof. Lauri enfasizzat li d-donor card għandha tingħata saħħa legali, kif ukoll li għandu jkun hemm imniżżel ix-xewqa tal-individwu fuq l-Identity Card.", "Kif ukoll li kull tant żmien isiru kampanji favur id-donazzjoni tal-organi u li kull sena jkun hemm Organ Donation Day.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Wara l-Kumitat stieden lill-Professur Pierre Mallia Ethics Advisor, Medical Council of Malta Coordinator, Bioethics Research Programme Professor, Bioethics, Family Medicine & Patients' Rights fejn beda l-preżentazzjoni tiegħu billi stqarr li idealment ikun hawn biżżejjed organi biex tfejjaq lil kulħadd imma d-donazzjoni tal-organi hija volontarja.", "Għalhekk irridu naċċettaw li qatt mhu se jkollna biżżejjed organi disponibbli.", "Rigward kampanji edukattivi Prof. Mallia qal li dawn għandhom xorta jsiru irrispettivament jekk tidħolx l-opt-in jew l-opt-out system.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Fit-9:06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees health", "source": "Extracted from 20141217_009m_sah.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 25", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2015 fis-6.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 ta' Jannar 2015 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "9 ta' Jannar 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150113_025a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 25", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 25", "It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 24, li saret fit-2 ta' Diċembru 2014, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Niġu għax-xogħol tal-Kamra, u nistieden lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onor.", "Carmelo Abela, biex jagħmel ir-rimarki għan-naħa tal-Gvern.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, din il-ġimgħa qed inkomplu l-Abbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità), li huwa l-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat mill-Onor.", "Jiena infurmat li llum għandha tingħalaq id-diskussjoni fit-Tieni Qari fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Wara, nibdew it-tieni item fuq l-aġenda, li huwa l-Abbozz ta' Liġi dwar Vittmi tal-Kriminalità li, fil-każ li ma jitlestiex illum, jitkompla f'xi seduta oħra.", "Matul il-ġimgħa li għaddiet, jien ikkomunikajt mal-Onor.", "David Agius b'mod informali – minħabba li ma kellniex laqgħa formali prevista ta' dan il-Kumitat – dwar il-ħsieb tal-Gvern li jkollna diskussjoni dwar l-investiment ta' Shanghai Electric Power fl-Enemalta.", "Dan il-ħsieb kien diġà ġie espress qabel il-waqfa għall-vaganzi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena.", "Dik hija d-diskussjoni li nixtiequ li ssir għada dwar dan l-investiment, u nixtiequ li tkun seduta bla vot għax m'hemmx mozzjoni.", "F'Diċembru, jekk m'iniex sejjer żball, il-Gvern kien ippubblika rapport, u dak iż-żmien ma kenitx saret diskussjoni minħabba raġunijiet li jafhom kulħadd.", "Dak huwa x-xogħol li nixtiequ li jsir matul din il-ġimgħa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien qed nifhem li l-Gvern għadu jixtieq jagħmel id-dibattitu dwar l-Enemalta.", "Aħna tkellimna man-naħa tal-Gvern anke minħabba li għadhom ma ġewx ippubblikati l-kuntratti.", "Jiġifieri, sa għada l-Oppożizzjoni se jkollha l-kuntratti f'idejha biex inkunu nistgħu nagħmlu dan id-dibattitu?", "CARMELO ABELA: Jiena infurmat li d-dokumenti li kellhom jiġu ppubblikati dwar l-investiment ta' Shanghai Electric Power fl-Enemalta għal dan id-dibattitu ġew ippubblikati.", "Jiġifieri, m'hemmx kuntratti oħrajn li huma marbutin ma' dan x'jiġu ppubblikati.", "Ir-risposta allura hija le, mhux se jkun hemm pubblikazzjoni ta' dokumenti oħrajn.", "Nifhem li forsi qed jirreferi għal xi dokumenti li huma sensittivi mill-aspett kummerċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, wieħed għandu japprezza – u nagħmel dan l-appell b'mod ġenwin lill-Gvern – li, jekk aħna verament irridu li jkollna dibattitu suret in-nies u mhux dibattitu għall-apparenza, id-dokumentazzjoni għandha tiġi ppubblikata.", "Jiena nifhem li jkun hemm ċertu klawsoli ta' kull dokument li jistgħu jkunu commercially sensitive, u l-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda diffikultà jekk ċertu informazzjoni li tkun sensittiva kummerċjalment ma tiġix ippubblikata.", "Però, li dokumenti sħaħ jew kuntratti sħaħ ma jiġux ippubblikati għalija huwa inaċċettabbli.", "Jiġifieri, fil-fehma tiegħi, ngħid li jekk verament irridu li jkollna diskussjoni ta' vera, l-appell tiegħi huwa biex jippubblikaw kollox, u dak li fid-dokument jista' ikun commercially sensitive, nistgħu naqblu bejnietna li ma jiġix ippubblikat.", "Hemm numru ta' agreements li huma relatati ma' dan l-investiment.", "Il-Gvern qed jgħid li huwa wieħed mill-akbar investimenti li qatt kellna f'pajjiżna.", "Għaldaqstant, li ma jiġi ppubblikat xejn huwa inaċċettabbli, għax dak li ġie ppubblikat f'Diċembru mhuwiex la l-uniku dokument, u lanqas huwa l-aħħar dokument.", "Huwa dokument ta' prinċipju ta' investiment.", "Is-Sedja – mingħajr l-ebda diżrispett lejn ħadd li mhuwiex avukat – għandha esperjenza legali u taf li meta dokument jgħidlek they shall subscribe jew they shall acquire, dak mhuwiex id-dokument finali, dak huwa prinċipju.", "Aħna jinteressana nkunu nafu x-share purchase li għamlet Shanghai Electric kemm tal-Enemalta, kif ukoll tal-kumpanija l-oħra fejn kien hemm takeover tal-BWSC.", "X'kienu l-kondizzjonijiet?", "Aħna mhux il-price sensitive information irridu nkunu nafu.", "Jiena naħseb li jinteressana nkunu nafu x'kienu l-kondizzjonijiet.", "Jekk qed nitkellmu dwar il-BWSC u l-konverżjoni għall-gass, mhux biżżejjed li l-Gvern sempliċement jgħidli li se jkun ikkonvertit sal-2016; però, nixtieq nara din id-deadline fl-agreements kif ġiet imdaħħla u kif inhi riflessa, għax id-dokument tal-prinċipju tal-investiment jgħidlek essenzjalment ukoll li l-Enemalta se tibqa' responsabbli għall-manutenzjoni tal-impjant tal-BWSC sakemm jibdew isiru x-xogħlijiet għat-trasformazzjoni tal-impjant tal-gass.", "Però, skont il-kuntratt, ix-xogħlijiet meta se jibdew isiru?", "Ma naħsibx li huwa commercially sensitive li nkunu nafu dawn id-deadlines għall-conversion għall-gass, li nkunu nafu l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema jew il-power purchase agreements, fosthom l-agreement tal-Electrogas, li tant huwa importanti u li sal-lum għadu ma ġiex ippubblikat.", "Se nerġa' ngħid, jekk hemm ċerti affarijiet li huma price sensitive, nista' nifhimha li jkun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat – aħna maturi biżżejjed – li ma jiġux ippubblikati; però, ma naħsibx li kull klawsola f'dawn il-kuntratti hija commercially sensitive.", "Dan huwa appell ġenwin.", "Jiena naħseb li jekk din it-tranżazzjoni kienet daqshekk importanti għall-pajjiż – u m'għandix dubju li hija tranżazzjoni importanti – allura, biex proprju jkollna dibattitu serju, id-dokumentazzjoni għandha tiġi ippubblikata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sur President, tajjeb infakkar li din kienet inizjattiva tal-Gvern li jsir dan id-dibattitu.", "Jiġifieri żgur li l-Gvern m'għandu l-ebda problema li jagħmel dan it-tip ta' dibattitu.", "Fil-fatt, f'Diċembru kienet inizjattiva tal-Gvern li ppropona li jsir dan id-dibattitu, imma ma sarx għax dak iż-żmien kien se jsiefer il-Kap tal-Oppożizzjoni, u fhimna li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkun interessat mhux biss li jkun preżenti, imma li jieħu sehem.", "Irrid infakkar ukoll li mhux l-ewwel darba, taħt amministrazzjonijiet differenti, li kuntratti ma ġewx ippubblikati minħabba l-aspett kummerċjali tagħhom.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettall tad-diskussjoni u l-punti li semma l-Onor. de Marco, punti u mistoqsijiet li staqsa hu stess huma, minn natura tagħhom – għallanqas uħud minnhom żgur – ta' natura kummerċjali u sensittiva, anke bħala informazzjoni.", "Jiġifieri, ma naħsibx li għandi wisq aktar x'inżid ma' dan il-punt ħlief li jien persważ li kulħadd jifhem li hemm sensittività kummerċjali f'ċerti dokumenti, u dak li seta' jippubblika l-Gvern ippubblikah.", "Nerġa' infakkar li l-Gvern ippropona biex ikollna dibattitu fil-Parlament fuq inizjattiva tiegħu stess.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Infakkar lill-Ministru Carmelo Abela li l-Gvern Laburista ukoll tela' fuq l-għajta tat-trasparenza, li ma naħsibx li kienet sempliċement cliché elettorali.", "Fil-passat, kellna wkoll ċirkostanzi fejn – anke f'kumitati – dokumenti kummerċjali ġew ippubblikati; però, il-partijiet ta' dawk il-kuntratti li kienu sensittivi kummerċjalment ma ġewx ippubblikati.", "Hemm informazzjoni li hija commercially sensitive u naqblu, però il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni ma tkunx commercially sensitive.", "Hija kwestjoni ta' commitments, warranties, kondizzjonijiet ta' tranżazzjoni u deadlines.", "Huwa inutli noqogħdu ngħidu li kien il-Gvern Laburista li ppropona li jsir dan it-tip ta' dibattitu.", "Huwa tajjeb li nagħmlu d-dibattitu, imma fuqhiex se nitkellmu?", "Jiena kif nista', bħala Oppożizzjoni, nagħmel skrutinju ta' din it-tranżazzjoni jekk id-dokumentazzjoni mhijiex ippubblikata?", "Sempliċement l-istqarrijiet tal-Gvern?", "Dokument li huwa simili għal MOU?", "Għax id-dokument li ġie ppubblikat huwa sempliċement prinċipji ta' investiment, mhuwiex id-dokument li fuqu saret it-tranżazzjoni, imma sempliċement dokument li huwa summary ta' x'kellu jiġi miftiehem.", "Għal darb'oħra se nerġa' ngħid, jekk il-Gvern verament irid li jsir dan id-dibattitu għax jemmen – u jien nittama li l-Gvern jemmen li huwa utli nagħmlu dan id-dibattitu – ejja nkunu serji kemm fil-konfront tal-Oppożizzjoni, kif ukoll fil-konfront tal-poplu, għax fl-aħħar mill-aħħar din it-tranżazzjoni lanqas qiegħda ssir għal leġiżlatura waħda.", "Din it-tranżazzjoni qed torbot numru ta' leġiżlazzjonijiet, u se torbot ġenerazzjonijiet ta' Maltin u Għawdxin, u naħseb li s-serjetà tirrikjedi li l-Gvern comes clean, jippubblika kollox b'intendiment ċar.", "Aħna lesti nikkoperaw li dak li huwa commercially sensitive m'hemmx bżonn li jkun in the public domain jekk jista' ikun hemm problemi fl-interess nazzjonali jekk ikun ippubblikat.", "Però, ma nistax ngħid li kollox huwa kummerċjalment sensittiv.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Proprju għax il-Gvern tela' fuq l-għajta tat-trasparenza, għalhekk ħadna din l-inizjattiva biex isir dan id-dibattitu.", "Kieku ma konniex nieħdu l-inizjattiva aħna biex isir dan id-dibattitu.", "Il-punt l-ieħor li qed jgħid li dan se jaffettwa mhux biss il-leġiżlatura, imma anke oħrajn sussegwenti, din mhux l-ewwel darba li saret, jiġifieri deċiżjonijiet li ttieħdu minn gvern – kien min kien fil-gvern – affettwaw mhux biss lil dak il-gvern li ħadhom, imma anke gvernijiet suċċessivi ta' wara.", "Mhux se noqgħod insemmi eżempji, però l-proposta tagħna, mingħajr ma nidħol fid-dettall jew fl-argumenti ta' x'ġie ippubblikat u jekk hux MOU jew ħaġa jew oħra, hija li nagħmlu dan id-dibattitu.", "Nista' nieqaf hawnhekk, fis-sens li fil-passat kien hemm dokumenti sħaħ li ma ġewx ippubblikati għax kienu kummerċjalment sensittivi.", "Jiena naħseb li f'kuntratti simili hekk sar, u naħseb li f'dan il-każ m'għandhiex tkun eċċezzjoni.", "Aħna qed nipproponu li jkun hemm dan id-dibattitu: imma, naturalment, jekk l-Oppożizzjoni ma tixtieqx li jsir dan id-dibattitu, mhux se nindaħal lill-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, l-Oppożizzjoni mhux ma tixtieqx li jsir dan id-dibattitu.", "L-Oppożizzjoni tixtieq u trid – u qed tinsisti wkoll – li jsir dan id-dibattitu.", "Però, qiegħda tinsisti li jkun dibattitu serju.", "Issa, jekk aħna se nidħlu biex nagħmlu dibattitu biex ngħidu li għamilnieh, kollox sew, niltaqgħu, nitkellmu u jkun eżerċizzju inutli.", "L-Oppożizzjoni trid u tinsisti li hemm bżonn isir dibattitu, anke għax l-affarijiet inbidlu wkoll minn dak li kien iwiegħed il-Gvern Laburista meta kien f'kampanja elettorali.", "Allura wkoll, ladarba nbidlu l-pjanijiet minn dak li kien diġà approvat fil-manifest elettorali u b'mandat elettorali, naħseb huwa xieraq li l-Gvern Laburista jipprova jiġġustifika u jispjega għaliex varja mill-pjanijiet inizjali.", "Jiena naħseb li l-poplu hemm barra ħaqqu li jkun hemm dibattitu trasparenti dwar għaliex inbidlu l-affarijiet minn dak li kien ġie mwiegħed fil-programm elettorali.", "Iżda mhux se nidħol fid-dettall ta' dan kollu.", "Jekk forsi nista' nagħmel suġġeriment ta' tama, mhux ta' prokrastinazzjoni, nissuġġerixxi li l-Ministru Carmelo Abela jirreferi lil min għandu jirreferi – forsi jitkellem mal-Prim Ministru – u, jekk hemm bżonn, dan id-dibattitu nagħmluh il-ġimgħa d-dieħla.", "Nistgħu niffissaw il-ġurnata wkoll għall-ġimgħa d-dieħla biex forsi sal-ġimgħa d-dieħla l-Gvern ikollu change of heart u jippubblika dokumentazzjoni biex ikollna dibattitu kif jixraq lil dan il-Parlament.", "CARMELO ABELA: Id-dibattitu għandu jkun kif jixraq.", "F'Diċembru li għadda, il-Gvern ħa din l-inizjattiva biex isir dan id-dibattitu biex ikun hemm dibattitu kif jixraq, serju.", "Naturalment, kieku l-Gvern għandu xi ħaġa x'jaħbi jew minn xiex jiddejjaq, ma kienx se jipproponi li jagħmel din it-tip ta' diskussjoni.", "Irrid infakkar ukoll li sal-lum diġà ppubblikajna aktar milli qatt ġie ppubblikat f'kuntratti simili.", "Mingħajr ma nidħol f'dibattitu fuq il-punti li semma l-Onor. de Marco, diġà saru anke diskussjonijiet oħrajn fil-Parlament li kienu ttrattaw ċerti punti li diġà qajjem hawnhekk.", "Jiġifieri, naħseb li m'għandix x'inżid aktar fuq dan is-suġġett.", "Il-proposta tagħna hija li nagħmlu dan id-dibattitu għada u, jekk l-Oppożizzjoni tħoss li dan id-dibattitu m'għandux isir, dik hija deċiżjoni tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Id-deċiżjoni hija finali min-naħa tagħkom li jsir għada?", "CARMELO ABELA: Aħna qed nipproponu li d-dibattitu jsir għada.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jiena mgħallem li dejjem għandna nipprovaw insibu l-mezz kif naqblu.", "Naħseb li dak li qal l-Onor. de Marco huwa pass biex nipprovaw naqblu.", "Jekk il-Gvern irid jagħmel ta' rasu u jsabbat saqajh, se jkollu reazzjonijiet differenti min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri, jekk irid li ma jkunx hawn sinjal ta' dak li qed titlob l-Oppożizzjoni, anke jekk forsi jiltaqgħu uffiċjali għolja miż-żewġ naħat tal-Gvern u l-Oppożizzjoni biex nipprovaw naslu.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni qed nipprovaw noffru sinjal, li qed ngħidu li aħna m'aħniex lesti li niddiskutu xi ħaġa li finalment m'għandniex biżżejjed materjal dwarha f'idejna – kif il-poplu Malti jixraqlu hemm barra – li jkollu Oppożizzjoni li tikkritika, tfaħħar jew tgħid li xtaqet li jsir aħjar fuq suġġett, mingħajr ma jkollha ċerta informazzjoni.", "Għalhekk nixtiequ li jkun hemm skambju bejn iż-żewġ naħat.", "M'hemmx għalfejn id-dibattitu jsir għada; m'għandna l-ebda timeframe li jġegħelna nieħdu deċiżjoni s'għada.", "Jiġifieri, minflok isir għada, jsir nhar it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla.", "Aħna m'aħniex marbutin bl-ebda ġurnata partikolari, u qed nagħtu ż-żmien biex, fl-aħħar mill-aħħar, nipprovaw naslu biex id-dibattitu jkun wieħed san u serju.", "Jekk imbagħad il-Gvern se jipprova jirrombla minn fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni, dik hija deċiżjoni tal-Gvern.", "CARMELO ABELA: Mingħajr ma nżid ħafna frilli, li se ngħid biss huwa li l-Gvern mhux qed iwebbes rasu.", "F'Diċembru li għadda, għax kien hemm raġuni li ħassejna li kienet timmerita l-attenzjoni tagħna, id-dibattitu dak iż-żmien ma sarx.", "Jiġifieri, mhijiex kwestjoni ta' xi ħadd qed iwebbes rasu.", "Qed nagħmlu l-proposta li għada niddiskutu dak li xtaqna niddiskutu meta d-dokumenti ġew ippubblikati f'Diċembru li għadda.", "Din hija l-proposta tagħna.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed iħoss li forsi jista' jkun hemm xi ħadd jitkellem ma' xi ħaddieħor, jien m'għandi l-ebda problema; però, il-proposta tan-naħa tal-Gvern hi li għada nagħmlu dan id-dibattitu, wara li diġà m'għamilniehx f'Diċembru li għadda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, qabelxejn id-dibattitu ma sarx f'Diċembru li għadda għal raġunijiet li – again ma ninsewx – kienu importanti.", "Id-data kienet ġiet imħabbra mill-Prim Ministru mingħajr ma kien hemm diskussjoni man-naħa tal-Gvern jew bejn il-Whips dwar jekk id-data kenitx konvenjenti għal kulħadd jew le.", "Dan huwa suġġett ta' importanza nazzjonali, u allura naħseb kien ikun xieraq li wieħed jistaqsi jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni hux se jkun preżenti Malta jew le qabel ma jħabbar id-data. … Fair enough, qed naqblu, kollox sew, imma biex nifhmu daqsxejn, biex mhux qisu ma saritx għal xi raġuni kapriċċuża.", "Aħna sirna nafu d-data – u naħseb anke l-Onor.", "Abela, li dak iż-żmien kien Whip, sar jaf bid-data – meta ġiet imħabbra mill-Prim Ministru, mingħajr ma kienet saret konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni.", "Aħna mill-ewwel għidna li kellna problema għax, f'dik il-ġurnata, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jkun preżenti, mhux għal xi żjara personali, imma għal laqgħa tal-EPP, li ovvjament il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jattendi, u dejjem jattendiha.", "CARMELO ABELA: Fhimniha u ma sarx id-dibattitu.", "Però issa ġejna għad-data proprja.", "Il-proposta tal-Oppożizzjoni hi li d-diskussjoni tkun bħal-lum ġimgħa.", "Dan mhux biex nipprokrastinaw.", "Aħna m'aħniex se naħarbu mid-dibattitu; però aħna qed nipproponu li jkun bħal lum ġimgħa jew kwalunkwe ġurnata l-ġimgħa d-dieħla, bit-tama li l-Gvern jirrealizza li hu għamel wegħda ta' trasparenza u din il-wegħda mhux qed iżommha.", "Il-proġett tal-enerġija u tal-Enemalta nbidel radikalment minn dak li ġie mwiegħed fi żmien l-Elezzjoni.", "Il-Partit Laburista kien qal li ma kienx se jipprivatizza l-Enemalta, u fil-fatt se jkun qed jipprivatizzaha.", "Kien qal li l-power station se tkun lesta fi żmien sentejn … (Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: Jekk se nerġgħu nidħlu fid-dibattitu proprju ...", "MARIO DE MARCO: Jekk hemm bżonn, tintrabtux bil-ġurnata ta' għada, bit-tama li bejn għada u l-ġimgħa d-dieħla forsi l-Gvern jirrealizza li l-poplu jixraqlu li, biex isir dibattitu serju, jiġu ppubblikati d-dokumenti.", "Bħala Oppożizzjoni serja, aħna ppreparati li, jekk hemm bżonn, niltaqgħu mal-Gvern biex il-klawsoli li huma commercially sensitive ma jiġux ippubblikati.", "MEMBRU: Jien m'għandix diffikultà fuq hekk.", "CARMELO ABELA: Il-Gvern diġà ppubblika aktar milli kien ippubblikat qabel; però ma nistax naċċetta dak li ntqal dwar it-trasparenza.", "L-Onor.", "Membru semma l-issue ta' trasparenza.", "Kieku l-Gvern għandu xi ħaġa x'jaħbi mhux se jitlob għal dibattitu.", "MARIO DE MARCO: Se noħolquh aħna d-dibattitu!", "U ejja, come on!", "Se nippreżentaw il-mozzjoni aħna!", "CARMELO ABELA: Il-Gvern ħareġ bl-inizjattiva hu.", "MARIO DE MARCO: Għamiltu bravura!", "U ejja!", "CARMELO ABELA: Mela, jekk irridu li jsir dibattitu, aħna ma nkunux għamilna bravura, u jekk titolbuh intom, għamiltu bravura!", "(Interruzzjonijiet) Aħna ppubblikajna aktar milli qatt kien ġie ppubblikat.", "Kemm hu possibbli, Ministru, li jkun hemm possibbiltà li wieħed jitkellem?", "CARMELO ABELA: Sur President, jien f'dan l-istadju ġejt b'din il-proposta.", "Jien personalment qatt ma nagħlaq xejn; però jiena b'din il-proposta ġejt.", "CARMELO ABELA: Jiena, at this point, għandi proposta li jsir dibattitu għada.", "Aktar minn hekk ma nistax nagħmel.", "MR SPEAKER: L-Oppożizzjoni qed titlob li, jekk jista' ikun, ikun hemm il-proposta li minflok issir għada, ikun hemm possibbiltà ta' xi ġranet oħra.", "MARIO DE MARCO: Kwalunkwe ġurnata oħra l-ġimgħa d-dieħla: jagħżel il-Gvern.", "MR SPEAKER: Huwa possibbli li niddiskutuha b'xi mod illejla, forsi wieħed jasal?", "CARMELO ABELA: Sur President, jien ma nistax inżid aktar ma' dak li għidt.", "Jien qed ngħid li aħna qed nagħmlu din il-proposta ta' din id-diskussjoni għada, u aktar minn hekk jien ma nistax ngħid at this point.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kulma xtaqt inżid hu li huwa loġiku li dak li l-Gvern iħoss li mhuwiex kummerċjalment sensittiv, ippubblikah, filwaqt li dak li huwa kummerċjalment sensittiv u ma ġiex ippubblikat, ma jistax jiġi dibattut.", "Jiġifieri, d-dibattitu jista' isir kompletament għax l-affarijiet li mhumiex kummerċjalment sensittivi u jistgħu jiġu dibattuti qegħdin ippubblikati.", "M'hemmx il-ġimgħa d-dieħla u mhux il-ġimgħa d-dieħla, m'hemmx għalfejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Irrid nagħmel mistoqsija sempliċi: nistgħu nkunu nafu kemm ġew iffirmati agreements?", "CARMELO ABELA: Safejn naf jien, dan kollu ħareġ mill-Konferenza Stampa li kienet saret, u l-Ministru Konrad Mizzi kien diġà qal dawn l-affarijiet kollha, anke fil-Parlament.", "MARIO DE MARCO: Le, le, kieku ħareġ ma kontx nistaqsik, Onor. Ministru!", "Almenu għidilna, pereżempju, ġew iffirmati ħames agreements, ġie ffirmat agreement wieħed ...", "CARMELO ABELA: Din l-informazzjoni l-Ministru Konrad Mizzi diġà taha.", "MARIO DE MARCO: Le, ma tax informazzjoni.", "MR SPEAKER: X'se nagħmlu?", "Jiġifieri qed nurukom li m'hawnx ftehim.", "CARMELO ABELA: Nieħdu nota ta' dan.", "DAVID AGIUS: Le, mhux nieħdu nota ta' dan, għax xi darba l-Parlament irid jiltaqa'!", "Sadanittant, nistgħu nimxu fuq xogħol ieħor.", "CARMELO ABELA: Jiena, at this point, ma nistax ngħid aktar minn hekk, jiġifieri jien għandi din il-proposta tan-naħa tal-Gvern.", "Qed nieħdu nota ta' dak li ntqal.", "Issa, meta nispiċċaw mil-laqgħa ...", "MR SPEAKER: Min-naħa tal-Oppożizzjoni m'hawnx ftehim li d-dibattitu għandu jsir għada.", "CARMELO ABELA: Se nħarsu lejn in-naħa l-oħra ...", "Tista' tkompli fuq xogħol ieħor tal-Kamra?", "L-abbozzi ta' liġi li konna ndikajna informalment lill-Oppożizzjoni – anke l-ġimgħa li għaddiet – kienu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Counselling u l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi.", "Bażikament, naħseb li nistgħu nibdewhom il-ġimgħa d-dieħla.", "Hemm żewġ liġijiet oħrajn li naħseb nistgħu wkoll, at one point, nibdewhom.", "Dawn huma l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru u l-Abbozz ta' Liġi tal-Finanzi dwar diversi liġijiet kontra l-Money Laundering, li naħsbu li hemm ċerta urġenza għal dan l-Abbozz.", "MR SPEAKER: X'inhu n-numru ta' din il-mozzjoni?", "(Interruzzjonijiet) M'aħniex nipproponu data.", "MR SPEAKER: Jistgħu jitilgħu sal-ġimgħa d-dieħla dawn.", "CARMELO ABELA: Primarjament huma tnejn: tal-Professjoni tal-Counselling u tal-Miżuri tal-Estimi.", "Imbagħad warajhom, tal-Identità tal-Ġeneru u l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Money Laundering.", "Mhux neċessarjament ikunu f'din l-ordni, għax jista' jkun li tal-Money Laundering huwa daqsxejn aktar urġenti mill-oħrajn.", "DAVID AGIUS: Sur President, min-naħa tagħna, għal tal-Identità tal-Ġeneru nixtiequ aktar ħin.", "CARMELO ABELA: Nieħdu nota, mela le.", "MR SPEAKER: Mozzjoni 169.", "DAVID AGIUS: Nixtiequ wkoll naraw dak li konna ftehmna, li f'Novembru li għadda kellna ntellgħu l-Abbozz ta' Liġi 63 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Diġà qegħdin f'Jannar.", "CARMELO ABELA: Iva, mela le, ħadt nota wkoll.", "DAVID AGIUS: Barra minn hekk, għandna wkoll ħames mozzjonijiet.", "CARMELO ABELA: Ħa nlesti l-aħħar punt, jekk jogħġbok.", "CARMELO ABELA: Sur President, l-aħħar punt huwa rigward diskussjoni li nixtiequ li ssir fil-Parlament nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar.", "Il-Gvern dalwaqt jippubblika rapport dwar it-tnaqqis tal-burokrazija.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm diskussjoni fil-Parlament bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Naturalment, ir-rapport se jitqassam qabel.", "Ninsab informat li se jkun ippubblikat xi ħamest ijiem qabel it-28 ta' Jannar.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm diskussjoni bla vot fuq dan ir-rapport.", "MARIO DE MARCO: Napprezzaw li jiġi ppubblikat almenu ġimgħa qabel, biex anke bħala membri parlamentari, jekk ikun hemm bżonn, niltaqgħu biex niddiskutuh.", "CARMELO ABELA: Se nieħu nota biex kif ikun lest ngħadduh lill-Oppożizzjoni wkoll.", "Napprezza.", "DAVID AGIUS: Sur President, għandna numru ta' mozzjonijiet.", "Apparti ż-żewġ emendi għall-Kostituzzjoni, li ilhom minn Mejju, għandna Mozzjoni 136, tal-Onor.", "Claudio Grech, li ilha naqra mhux ħażin ukoll.", "L-ieħor huwa dwar l-inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija, imma rridu nagħtu ftit ċans lill-Onor.", "Ministru biex isib saqajh, mhux problema.", "L-ieħor huwa dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilità, li għadna kif għamilnieh xahar ilu.", "CARMELO ABELA: Sur President, jekk nista' nwieġeb dwar dan il-punt, il-pożizzjoni tagħna fuq l-emendi għall-Kostituzzjoni għadha l-istess.", "Aħna wkoll għandna emendi, imma bażikament qed inżommuhom biex niġbruhom flimkien.", "Rigward il-Mozzjoni 136, nirreferi lura fil-laqgħa li jmiss, jekk ma jimpurtax.", "MR SPEAKER: Dik mhijiex emenda għall-Kostituzzjoni.", "M'għandix risposta dwarha.", "Fuq il-Mozzjoni 174, li nista' ngħid huwa li waħda minnhom – it-13-il paġna dwar Darryl Luke Borg – ġiet ippubblikata qabel il-waqfa għall-Milied, fis-17 ta' Diċembru.", "L-oħra se tkun ippubblikata, imma m'għandix data meta se tkun ippubblikata.", "DAVID AGIUS: Però aħna konna tlabna dibattitu.", "CARMELO ABELA: Le, mhux neskludu d-dibattitu.", "Però, fil-każ inwieġbek darba oħra fuqha wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: U rigward l-Abbozz dwar Standards fil-Ħajja Pubblika?", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, kien hemm committment li f'Jannar nibdew dan id-dibattitu.", "Peress li se jiftaħ u jmexxi dan id-dibattitu d-Deputat Prim Ministru, irrid nikkoordina ftit miegħu ħalli jkun jista' jiftaħ dan id-dibattitu f'seduta, kif konna qbilna f'Diċembru.", "DAVID AGIUS: Qed ngħidu l-ġimgħa d-dieħla jew le?", "Irrid nipprepara l-lista tagħna wkoll.", "CARMELO ABELA: Naħseb li aktar il-ġimgħa ta' wara, mhux il-ġimgħa d-dieħla.", "Xorta jkun għadu Jannar?", "Però, filkaż, jekk ikun hemm qbil, nistgħu nitkellmu ftit informalment mad-Deputat Prim Ministru u l-Oppożizzjoni biex nikkoordinaw ġurnata.", "Ma naħsibx li ħa tkun il-ġimgħa d-dieħla iżda.", "XOGĦOL IEĦOR", "Kommemorazzjoni tal-Olokawst", "MR SPEAKER: Issa, niġu għal xogħol ieħor.", "Nixtieq ninforma lill-Membri tal-Kumitat li s-27 ta' Jannar kien ġie ddikjarat bħala ġurnata li tfakkar il-vittmi tal-Olokawst permezz ta' riżoluzzjoni li kienet għaddiet mill-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti fil-21 ta' Novembru tal-2005.", "Ta' kull sena, il-Kamra saret tfakkar dan l-avveniment permezz ta' diskors qasir miż-żewġ naħat tal-Kamra u mis-Sedja, u bi ftit minuti ta' silenzju.", "Din is-sena se tkun qed timmarka s-70 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kampijiet ta' Auschwitz.", "Skont korrispondenza li rċevejt mingħand l-Ambaxxatur ta' Iżrael għal Malta, jekk il-kommemorazzjoni ssir it-Tnejn, fis-26 ta' Jannar, huwa se jkun Malta u jixtieq jattendi għal din l-okkażjoni fil-Parlament.", "Araw jekk taqblux.", "Huwa jixtieq li ladarba se jkun Malta, jkollu l-opportunità li jattendi għal din il-kommemorazzjoni.", "B'kollox se jkun hemm tliet minuti ta' diskorsi.", "Taqblu li nagħmluha fis-26 ta' Jannar sabiex jien inkun nista' ninforma lill-Ambaxxatur?", "Ngħaddu għas-suġġett li jmiss.", "Bdil ta' rappreżentanti tal-Oppożizzjoni fuq kumitati parlamentari", "DAVID AGIUS: Sur President, kif taf, saru tibdiliet fil-portfolios ta' diversi membri parlamentari min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Aktar tard illum se ngħaddilek ukoll tibdiliet fil-kumitati.", "Se ninforma lill-Kumitat li se jkun hemm xi tibdiliet min-naħa tal-Oppożizzjoni; imbagħad, ngħaddu għall-proċedura normali.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Kollox sew, għaddiha lill-Iskrivan tal-Kamra u nimxu minn hemmhekk.", "Fondazzjoni Parlament ta' Malta", "Niġu issa għall-'Fondazzjoni Parlament ta' Malta.'", "Kif avżajt fin-notifika għal din il-laqgħa, irridu ngħaddu għall-ħatra ta' membri biex iservu fuq il-Bord Amministrattiv ta' din il-Fondazzjoni.", "Dan skont l-Artiklu 8 (ċ) u l-Artiklu 10 (b) tal-Istatut tal-istess Fondazzjoni.", "Għaldaqstant, jekk m'hawnx oġġezzjoni, nipproponi li l-membri ta' dan il-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra – tal-lum, peress li meta saret il-Fondazzjoni kien hemm membri oħrajn – jkunu qed jifformaw huma l-Bord Amministrattiv, flimkien miegħi bħala President, u l-Iskrivan tal-Kamra li, skont l-Artiklu 10(b), huwa ex officio membru ta' dan il-Bord.", "Tkunu intom il-membri, u hawn qbil ukoll li jkun hemm jien – ovvjament – u l-Iskrivan tal-Kamra.", "Għalina huwa importanti li l-membri ta' dan il-House Business Committee jkunu l-membri l-oħra.", "Nistgħu nimxu mill-ewwel għall-ewwel laqgħa ta' din il-Fondazzjoni.", "Qabel ma nimxu għal-laqgħa tal-Bord tal-Amministraturi tal-Fondazzjoni tal-Parlament, se nagħlaq il-laqgħa tal-House Business Committee.", "Il-bini l-ġdid tal-Parlament", "MARIO DE MARCO: Jista' l-Gvern jagħtina aġġornament dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid, u dwar meta huwa ppjanat li ssir iċ-ċaqliqa?", "MR SPEAKER: Nista' ngħidlek li l-bankijiet għadhom mhumiex hemm.", "Dik nista' ngħidlek jien bħala Sedja.", "CARMELO ABELA: Naħseb li, fil-laqgħa li jmiss – u nittamaw li ma jkunx 'il bogħod – ikollna aġġornament min-naħa ta' min huwa responsabbli mill-qasam tax-xogħol, primarjament il-GHRC.", "Naħseb li għandhom jiġu hawnhekk.", "Sinċerament, minn dak iż-żmien 'l hawn, jiena m'għandix aġġornamenti x'nagħti.", "MARIO DE MARCO: Is-Sedja għandha xi aġġornament?", "MR SPEAKER: Iva, skont ir-rapporti li wasluli min-naħa tal-istaff, sal-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, il-bankijiet fejn suppost għandna npoġġu aħna għadhom mhumiex f'posthom.", "Però, naqbel miegħek, Onor. Mario de Marco, li għandna nagħmlu data malajr kemm jista' jkun biex ...", "MARIO DE MARCO: Għandna data dwar jekk hux se jkun lest sal-Għid?", "Jien ma naħsibx li hemm bżonn li tiġi l-GHRC; qed nippretendi biss li nkunu nafu.", "Jien nimxi ma' dak li ftiehmna.", "L-aħħar li ftiehmna kienet li, qabel ma l-GHRC jagħtuna data, aħna ma nistgħux nagħtu data.", "Il-GHRC jridu jinformawna d-data meta suppost għandna nagħmlu l-migrazzjoni.", "Jien qed nipproponi li niftiehmu data kemm jista' jkun malajr ħalli l-membri tal-GHRC jiġu hawnhekk u jagħtuna aġġornament.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri, sal-lum għadhom ma tawkx data stmata tat-tlestija.", "DAVID AGIUS: Meta konna morna hemmhekk, kienu qalu li se jiġu lura sat-22 ta' Diċembru.", "Dawn ma waslux, lanqas sa tliet ġimgħat wara!", "MR SPEAKER: Nista' naċċertak ukoll li, għalkemm ma ġewx, aħna morna.", "Jien qed nibgħatilhom b'mod regolari, u qed nissorvelja x'inhu jsir hemmhekk.", "Qed nibgħat persuna minn hawnhekk u jagħtini rapporti regolari, kważi kuljum.", "Aġġornajtek kif kienet is-sitwazzjoni sal-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, għax mill-Ħamis sal-bieraħ filgħaxija kont imsiefer.", "Naħseb li l-laqgħa li rreferejt għaliha, meta ftehmna hekk, kienet fit-13 ta' Ottubru.", "Qabel ma nagħlaq din il-laqgħa ta' dan il-Kumitat, naħseb li għandna niftehmu ġurnata oħra għall-House Business Commitee, u dakinhar ikollna r-rappreżentanza tal-GHRC sabiex jagħtuna aġġornament u jsiru d-domandi li għandhom isiru.", "Ejja niftehmu fuq data.", "Il-21 ta' Jannar filgħaxija?", "Aħna nagħtu d-data lill-GHRC, u jekk ma jkunux jistgħu, nerġgħu ninformaw lill-membri.", "(Interruzzjonijiet) Nevitawha?", "Ma jimpurtax: nagħmluha t-Tlieta, 20 ta' Jannar?", "Inħalluha għat-Tlieta, 20 ta' Jannar (Interruzzjonijiet) Tajjeb id-19 ta' Jannar?", "Nipprovaw nagħmluha fid-19 ta' Jannar, imma ovvjament nikkomunikaw.", "Mela, 19 ta' Jannar fis-6.30 p.m. Ovvjament, se ninfurmaw lill-GHRC ħalli naraw jekk humiex f'pożizzjoni li jiġu u għalhekk jinfurmawna.", "Se nikkomunikaw illejla stess magħhom.", "Tajjeb hekk?", "Il-laqgħa tal-House Business Committee hija konkluża.", "Ovvjament, m'għandniex ftehim li l-laqgħa dwar il-Fondazzjoni tkun live streamed, u allura nitlob li għalissa jiġi sospiż il-livestreaming.", "Jekk triduha live streamed, mhijiex problema għalija, imma rrid ngħidilkom li m'hemmx ftehim.", "Din hija laqgħa interna tal-Fondazzjoni, u allura nixtieq li l-ġurnalisti joħorġu wkoll.", "Se nirrekordjawha minħabba l-Minuti.", "Fis7.20 p.m., ilKumitat aġġorna għal nhar itTnejn, 19 ta' Jannar 2015, fis6.30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150113_025d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 25", "ItTlieta, 13 ta' Jannar 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis6.40 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallIntern u sSigurtà Nazzjonali lOnor.", "Kien preżenti wkoll il-Whip tal-Gvern, lOnor.", "IlMinuti tallaqgħa numru 24 li saret fit2 ta' Diċembru 2014 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "Carmelo Abela informa lillKumitat li lħsieb talGvern kien li fisseduta ta' dakinhar tagħlaq iddiskussjoni dwar lAbbozz ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana (Biex Titnaqqas lObeżità) (Abbozz 62) u minnufih wara tkompli ddiskussjoni dwar lAbbozz ta' Liġi dwar Vittmi talKriminalità (Abbozz 66).", "Jekk ma tagħlaqx iddiskussjoni dwar lAbbozz 66, din tkompli f'xi seduta oħra aktar 'il quddiem.", "Għal nhar lErbgħa, 14 ta' Jannar, lOnor.", "Carmelo Abela qal li wara diskussjonijiet informali malOppożizzjoni, ilGvern kien qiegħed jipproponi li fin-nuqqas ta' mozzjoni jsir dibattitu bla vot dwar l-investiment ta' Shanghai Electric Power fl-Enemalta.", "Għat-talba tal-Oppożizzjoni biex il-Gvern jippubblika lkuntratti kollha relattivi qabel dan iddibattitu, lOnor.", "Abela qal illi lGvern kien diġà ppubblika ddokumenti relevanti li ma kinux kummerċjalment sensittivi.", "Innaħa talOppożizzjoni pproponiet illi ddibattitu jsir f'xi ġurnata lġimgħa ta' wara sabiex ilGvern ikun jista' jagħmel ilkonsultazzjonijiet neċessarji sabiex ikun jista' jippubblika lbqija taddokumenti qabel ma jsir iddibattitu parlamentari.", "Abela qal illi f'dak listadju, il-proposta talGvern kienet li ddiskussjoni ssir nhar lErbgħa, 14 ta' Jannar.", "L-Onor.", "David Agius irreġistra n-nuqqas ta' ftehim min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Għallġimgħa li tibda tTnejn, 19 ta' Jannar, lOnor.", "Abela avża li lħsieb talGvern huwa li jiġu diskussi dawn labbozzi fl-ordni kif ġej:", "Abbozz ta' Liġi dwar ilProfessjoni talCounselling – Abbozz Nru 48;", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri talEstimi – Abbozz Nru 74;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet kontra Money Laundering u Finanzjar ta' Terroriżmu – Abbozz Nru 67; u", "Abbozz ta' Liġi dwar lIdentità talĠeneru, lEspressjoni talĠeneru u lKaratteristiċi tasSess – Abbozz Nru 70.", "B'referenza għall-Abbozz Nru 70 lOnor.", "David Agius talab li jkollu aktar żmien sabiex jagħmel ilkonsultazzjonijiet neċessarji.", "Agius irrefera għallAbbozz ta' Liġi dwar Standards filĦajja Pubblika (Abbozz Nru 63), u fakkar li tTieni Qari tiegħu kellu jibda f'Novembru 2014.", "Abela ħa nota ta' dawn irrimarki u żied li għandu jikkonsulta madDeputat Prim Ministru dwar ilpossibilità li dan lAbbozz jibda jiġi diskuss filġimgħa li tibda fis26 ta' Jannar.", "Carmelo Abela qal illi lGvern qiegħed jipproponi li nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar issir diskussjoni bla vot dwar issimplifikazzjoni u ttnaqqis talburokrazija, abbażi ta' rapport li kien ser jippubblika lGvern xi ħamest ijiem qabel tibda d-diskussjoni.", "De Marco talab li rrapport ikun ippubblikat minn talinqas ġimgħa qabel iddibattitu sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għallpreparazzjoni.", "L-Onor.", "Abela ħa nota ta' dan il-punt.", "David Agius ġibed lattenzjoni talGvern għal numru ta' mozzjonijiet privati talOppożizzjoni li kienu għadhom pendenti.", "Abela qal illi lpożizzjoni talGvern dwar emendi għallKostituzzjoni ma nbidlitx, u ċjoè li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti minn reviżjoni aktar estensiva talKostituzzjoni.", "Dwar ilMozzjoni 174 – Mozzjoni biex jiġu ppublikati rapporti tażżewġ inkjesti dwar loperat talPulizija – lOnor.", "Abela qal li wieħed mirrapporti inkwistjoni kien diġà ġie ppubblikat fis-17 ta' Diċembru, filwaqt li l-ieħor għadu jrid jiġi ppubblikat.", "Dwar ilMozzjoni 136 – Mozzjoni biex ilpazjenti jingħataw lgħażla li jieħdu lkura tassaħħa li huma intitolati għaliha skont ir­regolamenti dwar kura tassaħħa transkonfinali minn fornituri privati lokali – lOnor.", "Abela qal illi din għandha terġa' titqajjem fillaqgħa li jmiss.", "XOGĦOL IEĦOR", "Kommemorazzjoni talOlokawst", "LIspeaker irrefera għarriżoluzzjoni tanNazzjonijiet Uniti tal21 ta' Novembru 2005 li permezz tagħha s27 ta' Jannar ġiet iddikjarata bħala lġurnata li tfakkar ilvittmi talOlokawst, u li din is-sena kien se jiġi mfakkar is-70 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kampiijiet ta' Auschwitz.", "LIspeaker irrefera wkoll għal korrispondenza li kien irċieva mingħand lAmbaxxatur talIżrael għal Malta fejn qal li huwa ser ikun Malta sas27 ta' Jannar filgħodu u għalhekk ippropona li din ilkommemorazzjoni ssir fis26 ta' Jannar sabiex ikun jista' jattendi.", "IlKumitat qabel li lkommemorazzjoni ssir nhar itTnejn, 26 ta' Jannar fis-6.30 p.m.", "Bdil filkompożizzjoni talkumitati", "David Agius qal illi wara ttibdiliet li kien hemm filportfolios talgrupp parlamentari talOppożizzjoni, huwa kien ser jgħaddi l-lista tal-Membri sabiex ikunu jistgħu jitressqu l-mozzjonijiet meħtieġa bissostituzzjonijiet relattivi filkumitati talKamra.", "Fondazzjoni Parlament ta' Malta", "IlKumitat qabel li skont id-dispożizzjonijiet tal-artikoli 8(ċ) u 10(b) tal-Istatut tal-Fondazzjoni Parlament ta' Malta lmembri talBord ta' Amministraturi talFondazzjoni Parlament ta' Malta għandhom ikunu lIspeaker, ilMembri talKumitat dwar ixXogħol talKamra preżenti u lIskrivan talKamra.", "Ilbinja lġdida talParlament", "Mario De Marco talab jekk innaħa talGvern kellhiex xi żviluppi x'tirrapporta dwar ilmigrazzjoni talParlament għallbinja lġdida.", "Abela qal illi huwa ma kellu lebda informazzjoni ġdida u li primarjament kienu lGHRC li kellhom jiġu quddiem ilKumitat b'din linformazzjoni.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li huwa lanqas ma kien infurmat bid-data ta' meta għandha ssir il-migrazzjoni u żied illi kien infurmat li sal-Ħamis, 8 ta' Jannar il-bankijiet tal-Plenarja kienu għadhom mhux f'posthom.", "IlKumitat qabel li għandha ssir laqgħa nhar itTnejn, 19 ta' Jannar 2015, fejn rappreżentanti tal-GHRC jintalbu jagħtu aktar informazzjoni lill-Kumitat dwar fiex wasal ix-xogħol fuq il-binja l-ġdida.", "Fis7.20 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar itTnejn, 19 ta' Jannar 2015 fis6.30 p.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150113_025m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 8", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015 fis-1.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Diċembru 2014 fis-1.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni (Kont.)", "16 ta' Diċembru 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150114_008a_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 8", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis-1.05 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali lOnor.", "Louis Grech, il-Ministru għat-Turiżmu lOnor.", "Għallaqgħa kienu preżenti wkoll il-Whip tal-Gvern, l-Onor.", "Godfrey Farrugia u lkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 7 li saret fit-3 ta' Diċembru 2014 kienu kkonfermati.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali informa lill-Kumitat li minħabba li l-Onor.", "Carmelo Abela, membru tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, hu issa l-Ministru responsabbli mill-intern, il-Gvern kien tal-fehma li meta l-kumitat ikun qed jiddiskuti dan il-każ, l-Onor.", "Abela jkun sostitwit bl-Onor.", "Il-Kumitat ma sabx oġġezzjoni.", "LIspeaker informa lillKumitat li huwa kien irċieva talba mingħand il-mezzi talmedia biex jingħataw permess jieħdu filmati u ritratti għall-ewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "Skont kif indikat mill-Onor.", "Chris Said fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi tal-31 ta' Lulju 2014 u skont ftehim milħuq fil-laqgħa preċedenti, għal-laqgħa tal-lum ġie mgħajjat l-Ispettur Angelo Gafà sabiex jagħti x-xhieda tiegħu quddiem dan l-istess Kumitat.", "L-Ispeaker qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri tal-Kumitat kopja tax-xhieda mogħtija fil-Qorti mill-Ispettur Gafà quddiem il-Maġistrat Dr Anthony J. Vella nhar l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2012 \"Il-Pulizija Spettur Angelo Gafà et kontra Silvio Zammit\", liema dokument ifforma parti mid-dokumentazzjoni tal-Kumitat.", "L-Ispettur Angelo Gafà ġie msejjaħ fil-kamra sabiex jagħti x-xhieda tiegħu u ngħata l-ġurament.", "L-Ispeaker fakkar lill-Ispettur Gafà li kopja tal-linji gwida applikabbli għax-xhieda quddiem il-Kumitat kienet diġà ntbagħtitlu meta ġie nnotifikat dwar il-laqgħa tal-lum, u infurmah ukoll illi kellu d-dritt jagħżel li x-xhieda tiegħu ma tkunx video-streamed.", "Is-Sur Gafà ma kellux oġġezzjoni li x-xhieda tiegħu tkun video-streamed.", "Matul ix-xhieda, l-Ispettur Gafà qara parir mogħti mill-Avukat Ġenerali dwar jekk it-tliet persuni msemmija fir-rapport tal-OLAF jistgħux jiffaċċjaw akkużi.", "L-Onor.", "Chris Said talab li l-Membri tal-Kumitat jingħataw kopja ta' dan il-parir moqri mix-xhud.", "Wara diskussjoni kien hemm il-qbil illi dan il-parir għandu jitqassam lill-Membri.", "Fi tmiem ix-xhieda tiegħu, is-Sur Gafà ġie mitlub jirtira mill-kamra.", "L-Onor.", "Said informa lill-kumitat li għal-laqgħa li jmiss għandhom jiġu mgħajta l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech, u d-Deputat Avukat Ġenerali Dr Donatella Frendo Dimech.", "Għall-oġġezzjoni min-naħa tal-Gvern illi dawn l-uffiċjali ma jistgħux jiġu mgħajta mill-Kumitat bħala xhieda minħabba l-aspett ta' kunfidenzjalità bejn l-Avukat Ġenerali u l-Gvern, l-Onor.", "Chris Said ġibed distinzjoni bejn ir-rwol tal-Avukat Ġeneral bħala avukat tal-Gvern u r-rwol tiegħu bħala prosekutur.", "In-naħa tal-Gvern irreġistrat nuqqas ta' qbil mad-distinzjoni kif mogħtija mill-Onor.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li għal-laqgħa li jmiss għandhom jidhru l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech u d-Deputat Avukat Ġenerali Dr Donatella Frendo Dimech, u f'każ ta' domandi li jkun hemm oġġezzjoni għalihom, dawn jiġu referuti lill-Ispeaker għal deċiżjoni.", "L-Ispeaker fakkar lill-Membri illi fil-laqgħa preċedenti kien ġie deċiż li l-Kumitat kellu jiddeċiedi meta ser jitlaqqa' l-Kumitat sabiex jibda jiġi kkunsidrat il-każ ta' ksur ta' privileġġ wara ruling li ngħata fis-Seduta 190 tat-22 ta' Ottubru 2014 li fih is-Sedja kienet sabet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, l-Onor.", "Konrad Mizzi, prima facie ħati ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront tal-Onor.", "Il-Kumitat qabel li għandha tinstab data fil-laqgħa li jmiss.", "Fis-2.07 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015 fis-1.30 p.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150114_008m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 25", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015 fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015 fis-6:45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-E.T. Artis Bertulis, Ambaxxatur tal-Latvija għal Malta, dwar il-Programm u l-Prijoritajiet tal-Presidenza tal-Latvija għall-perjodu Jannar – Ġunju 2015.", "(i) ittra datata t-18 ta' Diċembru 2014 li l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Tindermans bagħat lill-kummissarji l-oħra u li kopja tagħha għaddiha lill-Parlamenti Nazzjonali dwar it-tisħiħ tad-djalogu politiku mal-Parlamenti Nazzjonali;", "(ii) ittra datata s-17 ta' Diċembru 2014 li l-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans bagħat lill-iSpeaker dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 flimkien mad-dokumenti relatati mal-programm;", "(iii) email mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin datata t-23 Diċembru 2-014 dwar", "(iv) rapport tal-Parlament Olandiż dwar il-kontroll parlamentari fuq l-affarijiet Ewropej wara t-Trattat ta' Lisbona;", "(v) il-konklużjonijiet u dokumenti oħra relatati mal-Konferenza Inter-Parlamentari dwar il-Common Foreign and Security Policy (CFSP) u l-Common Security and Defence Policy (CSDP) li attendew għaliha l-Onor.", "Luciano Busuttil u l-Onor Francis Zammit Dimech f'Ruma bejn il-5 u s-7 ta' Novembru 2014;", "(vi) Abbozz ta' Rapport dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar il-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà lill-Parlament Ewropew.", "Affarijiet oħra.", "7 ta' Jannar 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150114_025a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 25", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.47 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 23 u 24, li saru fl-10 ta' Ottubru 2014 u fil-15 ta' Diċembru 2014 rispettivament, ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. ARTIS BERTULIS, AMBAXXATUR TAL-LATVJA GĦAL MALTA, DWAR IL-PROGRAMM U L-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA TAL-LATVJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERIJODU JANNAR SA ĠUNJU 2015", "THE CHAIRPERSON: Qabel nagħlaq il-laqgħa tal-lum, nixtieq naqsam magħkom din il-korrispondenza li rċevejna.", "THE CHAIRPERSON: Nixieq inpoġġi fuq il-Mejda:", "- Ittra datata t-18 ta' Diċembru 2014 li l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Tindermans, bagħat lill-Kummissarji l-oħra u li kopja tagħha għaddiha lill-Parlamenti Nazzjonali dwar it-tisħiħ tad-djalogu politiku mal-Parlamenti Nazzjonali;", "Ittra datata s-17 ta' Diċembru 2014 li l-Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, bagħat lill-iSpeaker dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015, flimkien mad-dokumenti relatati mal-Programm;", "- Email mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, datata t-23 Diċembru 2014, dwar ir-ratifika tal-Kampala Amendments of the International Criminal Court (ICC);", "- Rapport tal-Parlament Olandiż dwar il-kontroll parlamentari fuq l-affarijiet Ewropej wara t-Trattat ta' Lisbona;", "- Il-konklużjonijiet u dokumenti oħra relatati mal-Konferenza Inter-Parlamentari dwar il-Common Foreign and Security Policy (CFSP) u l-Common Security and Defence Policy (CSDP) li attendew għaliha l-Onor.", "Luciano Busuttil u l-Onor Francis Zammit Dimech f'Ruma bejn il-5 u s-7 ta' Novembru 2014; u", "- Abbozz ta' Rapport dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar il-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà lill-Parlament Ewropew.", "Fis-7.45 p.m., il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015, bil-preżentazzjoni mill-Onor.", "Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej, dwar il-preparamenti li għaddejjin b'rabta mal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju 2017."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150114_025d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:47 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi (sostitut tal-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 23 u 24 li saru fl-10 ta' Ottubru, 2014, u l-15 ta' Diċembru, 2014, kienu konfermati.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. ARTIS BERTULIS, AMBAXXATUR TAL-LATVIJA GĦAL MALTA, DWAR IL-PROGRAMM U L-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA TAL-LATVIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERJODU JANNAR SA ĠUNJU 2015.", "L-E.T. Artis Bertulis, Ambaxxatur tal-Latvija għal Malta, kien akkumpanjat mis-Sinj.", "Fil-preżentazzjoni tiegħu, l-Ambaxxatur semma dawn it-tliet prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza tal-Latvija tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:-", "Il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea – aktar għaqda ekonomika u monetarja; settur tal-enerġija aktar integrat u sikur; li jiġi faċilitat l-investiment permezz tal-iStrategic Investment Fund; tisħiħ tas-suq uniku flimkien ma' industrija aktar kompetittiva ħalli tikber l-ekonomija u jiżdiedu l-impjiegi l-aktar fost iż-żgħażagħ;", "Ewropa Diġitali – suq uniku diġitali sabiex ikun hemm aktar protezzjoni tad-data, aktar drittijiet tal-konsumatur u cybersecurity li għandhom iwasslu għal tkabbir ekonomiku u aktar impjieg.", "Għal dan il-għan kienet se ssir id-Digital Agenda Assembly f'Riga.", "Unjoni Ewropea aktar attiva u impenjata globalment – aktar għaqda fl-Unjoni Ewropea innifisha; ħidma favur il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun; il-Politika tal-Viċinat (a) kemm fil-Lvant, fejn hemm sfidi kbar fl-Ukrajna u fir-relazzjonijiet mar-Russja tant li f'Mejju 2015 kienet se ssir Eastern Partnership Summit f'Riga u (b) kemm tan-Nofsinhar minħabba l-fenomenu tal-immigrazzjoni rregolari; reviżjoni tal-istrateġija tal-UE mal-Asja Ċentrali; tkomplija tan-negozjati għal ftehim dwar kummerċ u investiment mal-Istati Uniti, l-Kanada u l-Ġappun; il-kontribut tal-UE għas-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar żvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn tqajmu diversi punti, fosthom, l-instabilità fl-Afrika ta' Fuq, fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Lvant Nofsani, it-terroriżmu, l-iżviluppi fil-Greċja, in-nuqqas ta' żvilupp sostnut fiż-Żona tal-Ewro, it-tassazzjoni, l-għaqda ekonomika u bankarja u l-qagħad l-aktar fost iż-żgħażagħ.", "93 Kopja tal-Programm tal-Presidenza tal-Latvija tal-Unjoni Ewropea għall-perjondu Jannar sa Ġunju 2015; u", "94 Kopja tal-preżentazzjoni li l-Prim Ministru tal-Latvija għamlet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Jannar 2015 dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Latvija tal-Unjoni Ewropea għall-perjondu Jannar sa Ġunju 2015.", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta din il-korrispondenza, li kopja tagħha kienet diġà tqassmet lill-Membri:-", "95 Ittra datata t-18 ta' Diċembru 2014 li l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Tindermans bagħat lill-kummissarji l-oħra u li kopja tagħha għaddiha lill-Parlamenti Nazzjonali dwar it-tisħiħ tad-djalogu politiku mal-Parlamenti Nazzjonali;", "96 Ittra datata s-17 ta' Diċembru 2014 li l-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans bagħat lill-iSpeaker dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 flimkien mad-dokumenti relatati mal-programm;", "97 email mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin datata t-23 Diċembru 2014 dwar ir-ratifika tal-Kampala Amendments of the International Criminal Court (ICC);", "98 Rapport tal-Parlament Olandiż dwar il-kontroll parlamentari fuq l-affarijiet Ewropej wara t-Trattat ta' Lisbona;", "99 Il-konklużjonijiet u dokumenti oħra relatati mal-Konferenza Inter-Parlamentari dwar il-Common Foreign and Security Policy (CFSP) u l-Common Security and Defence Policy (CSDP) li attendew għaliha l-Onor.", "Luciano Busuttil u l-Onor Francis Zammit Dimech f'Ruma bejn il-5 u s-7 ta' Novembru 2014; u", "100 Abbozz ta' Rapport dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar il-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika għas-Sigurtà lill-Parlament Ewropew.", "Fis-7.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 bil-preżentazzjoni mill-Onor.", "Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej, dwar il-preparamenti li għaddejjin b'rabta mal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju 2017.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150114_025m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 26", "It-Tnejn, 19 ta' Jannar 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 26", "It-Tnejn, 19 ta' Jannar 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.54 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nixtieq kjarifika ħalli jkollna l-Minuti korretti.", "Immur għal paġna 2 dwar il-mozzjoni 174, li kienet biex jiġu ppubblikati r-rapporti taż-żewġ inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija.", "Għandi kopja quddiemi li tgħid hekk:", "\"Għalhekk il-Kamra tiċċensura, tista' tordna lill-Ministru biex jippubblika r-rapport fl-intier tagħhom taż-żewġ inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija, kif spjegat hawn fuq.\"", "Nixtieq li l-Onor.", "Abela jiċċara dan, għax hawnhekk qed ngħidu li ġew ippubblikati.", "Wieħed ġie ppubblikat, filwaqt li l-ieħor għadu qed jiġi ppubblikat.", "Fil-fatt, ġie ppubblikat?", "Ħalli nkunu ċari.", "MR SPEAKER: Skont il-Minuti, wieħed ġie ppubblikat fis-17 ta' Diċembru, u l-ieħor għad irid jiġi ppubblikat.", "CARMELO ABELA: Sur President, nikkonferma li dak li għidt l-aħħar darba, u dan huwa rifless fil-Minuti.", "Dwar Darryl Luke Borg, fis-17 ta' Diċembru, li kienet l-aħħar seduta tas-sena li għaddiet, ġie ppubblikat rapport ta' 13-il paġna tal-inkjesta li kienet saret, u li kienet tlestiet fis-26 ta' Awwissu tal-2013.", "Dik fejn tidħol l-inkjesta ta' Darryl Luke Borg.", "M'għandix min kienu il-membri tal-Bord.", "MR SPEAKER: Dak huwa rapport tal-inkjesta?", "CARMELO ABELA: Dan il-każ tressaq quddiem il-Bord permezz ta' ittra mibgħuta mill-Prim Ministru.", "Dan ir-rapport ġie ppubblikat.", "Dwar it-tieni inkjesta, hemm commitment li r-rapport jiġi ppubblikat; però s'issa għadu mhux ippubblikat, kif hemm rifless fil-Minuti.", "DAVID AGIUS: Hawnhekk għandna miktub:", "\"… li matul l-aħħar sena saru, u ġew konklużi, wara pressjoni pubblika, żewġ inkjesti dwar żewġ każijiet mill-aktar gravi marbuta mal-ħidma tal-Pulizija.", "Wieħed minnhom huwa l-każ fejn raġel innoċenti tressaq il-Qorti b'arrest, akkużat inġustament b'hold up ...\"", "Din ta' Darryl Luke Borg?", "Għal dan qed jirreferi?", "MR SPEAKER: Ministru, poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "\"… u l-każ l-ieħor huwa fejn kienu rtirati l-proċeduri kriminali kontra persuna li allegatament ħebbet għall-Pulizija ġewwa għassa tal-Pulizija.\"", "Jiġifieri, ir-rapport dwar il-każ ta' arrest ta' raġel akkużat inġustament b'hold up ġie ppubblikat, u huwa dak li tpoġġa fis-17 ta' Diċembru?", "CARMELO ABELA: Nikkonferma li huwa dak tas-17 ta' Diċembru.", "MR SPEAKER: Mela, il-Minuti huma korretti.", "Hemm wieħed – tas-17 ta' Diċembru – ippubblikat, waqt li l-ieħor għadu mhux ippubblikat.", "Hemm xi ħaġa oħra fuq il-Minuti?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 25, li saret fit-12 ta' Jannar 2015, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Niġu għax-xogħol tal-Kamra, u nistieden lill-Onor.", "Godfrey Farrugia biex jagħmel ir-rimarki għan-naħa tal-Gvern.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, b'mod informali diġà kellimt lill-Whip, l-Onor.", "David Agius, u nixtiequ li nhar l-Erbgħa li ġej niddiskutu l-mozzjoni li ressaqna l-ġimgħa li għaddiet dwar l-Enemalta.", "DAVID AGIUS: Sur President, ovvjament nixtiequ niddibattu dwar dan.", "Però, sal-lum, għad m'għandniex l-informazzjoni tal-kuntratti li ġew iffirmati mill-Gvern konnessi ma' dan il-ftehim, u allura l-Oppożizzjoni mhijiex in sync ma' dak li l-Gvern għandu bħala informazzjoni.", "Dan ifisser li mhux se nkunu qed nilagħbu fair f'din id-diskussjoni.", "Qed nerġgħu nagħmlu l-appell min-naħa tagħna, għax kif jista' jkun li titkellem dwar kuntratti li m'għandekx kopji tagħhom?", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk il-Gvern irid jibqa' jirrombla u jimxi għal nhar il-Erbgħa mingħajr dawn il-kuntratti, nistgħu niddibattu issa stess.", "CARMELO ABELA: Sur President, aħna diġà għamilna din it-tip ta' diskussjoni fl-aħħar laqgħa tal-House Business Committee.", "Il-Gvern diġà ppubblika r-rapporti li kellu jippubblika, li huma aktar minn dak li kien jiġi ppubblikat f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Rapporti oħrajn li huma ta' natura kummerċjali ma jistgħux jiġu ppubblikati, u l-pożizzjoni tagħna għadha dik li kienet l-aħħar darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Abela, huwa pwerili li wieħed jargumenta jekk wieħed hux qed jippubblika aktar jew anqas minn drabi oħrajn.", "Hawnhekk għandna mozzjoni partikolari quddiemna, mozzjoni biex nagħmlu dibattitu dwar tranżazzjoni ta' bejn ix-Shanghai Electric u l-Enemalta.", "Jekk irridu niddiskutu din it-tranżazzjoni, naħseb li l-Gvern għandu jgħidilna kemm il-ftehim ġie ffirmat, jgħidilna x'inhuma dawn il-ftehimiet, u se mai jgħidilna, pereżempu, minn dawn l-għaxar ftehimiet, hemm tlieta minnhom li qed ngħidu li m'għandhomx jiġu ppubblikati għax kull klawsola f'dak il-ftehim hija kummerċjalment sensittiva.", "S'issa, lanqas dak ma kellu d-diċenza li jagħmel dan il-Gvern.", "Jiena nippretendi – u għalhekk konna għidna u tlabna li jiġi pospost id-dibattitu – bl-isperanza, għax aħna forsi daqsxejn ta' ottimisti eterni, li l-Gvern – no pun intended – jara d-dawl u jirrealizza li, jekk verament irid dibattitu serju fil-pajjiż, issir pubblikazzjoni ta' kull ftehim.", "Jiena nifhem li jista' jkun hemm klawsoli li jkunu ta' natura sensittiva kummerċjalment.", "L-Oppożizzjoni stess qalet: Iva, nistgħu nifhmu u naċċettaw li dawk il-klawsoli ma jiġux ippubblikati għax huma kummerċjalment sensittivi.", "Però, żgur ma jistax ikun il-każ li kull klawsola ta' kull kuntratt hija kummerċjalment sensittiva.", "Dak żgur mhux il-każ.", "Nerġa' ngħid: l-appell tiegħi huwa li l-Gvern għandu jgħidilna kemm ġew iffirmati ftehimiet, u kemm minnhom huma kummerċjalment sensittivi.", "Dak li huwa kummerċjalment sensittiv f'dawk il-ftehimiet, ma jimpurtax, ma jiġix ippubblikat.", "Però, il-bażi tal-ftehimiet, kemm u x'inhuma dawn il-ftehimiet, għandu jkollhom id-diċenza li jgħidulna.", "CARMELO ABELA: Sur President, jekk huwiex pwerili jew le jiddeċiedi ħaddieħor; però, huwa stat ta' fatt li ġew ippubblikati r-rapporti li setgħu jiġu ppubblikati, li huwa aktar minn dak li kien jiġri qabel.", "Aktar minn hekk m'għandix x'inżid.", "MR SPEAKER: Mela l-mozzjoni se titressaq nhar l-Erbgħa.", "Għada, ix-xogħol tal-Kamra se jkun kontinwazzjoni?", "GODFREY FARRUGIA: Ix-xogħol tal-Kamra se jkun il-kontinwazzjoni ta' dak li hemm.", "L-unika ħaġa hija li għada, wara li nispiċċaw il-liġi dwar il-Professional Counselling, iċ-ċans hu li nibdew dik tal-Money Laundering, u eżatt warajha nkomplu bl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Persuni b'Diżabilità.", "MR SPEAKER: Kollox sew, dak huwa x-xogħol ta' għada.", "Imbagħad, l-Erbgħa nagħmlu l-mozzjoni.", "DAVID AGIUS: Sur President, nixtieq nerġa' nirreġistra n-nuqqas ta' ftehim min-naħa tal-Oppożizzjoni abbażi ta' dak li għadu kif qal l-Onor. de Marco, u jitniżżel fil-Minuti.", "MR SPEAKER: Qed jiġi nnotat fil-Minuti.", "DAVID AGIUS: Ladarba qed nitkellmu fuq xogħol tal-Kamra, nixtieq nerġa' nirreferi għall-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, biex forsi jkollna ftit indikazzjoni dwar meta se niddiskutu din il-liġi partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, meta kienet se tiġi diskussa din il-mozzjoni, ġiet posposta minħabba xogħol li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Ma kienx hemm din l-argumentazzjoni kollha li qed issir issa.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm din l-oppożizzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni fuq dan il-punt.", "Jekk l-Oppożizzjoni hux qed tagħmel dan il-punt issa biex ittawwal, ma nafx.", "Ta' min jinnota wkoll li din ma kenitx saret qabel.", "Din il-mozzjoni kienet ġiet posposta minħabba n-natura ta' xogħol li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Point taken, diġà ddiskutejniha.", "Fir-rigward ta' dak li staqsa l-Onor.", "David Agius, Onor. Godfrey Farrugia, għandna indikazzjoni meta se jiġi diskuss l-Abbozz dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, Abbozz Nru. 63?", "CARMELO ABELA: Sur President, bil-permess tiegħek, nixtieq ngħid xi ħaġa oħra.", "Sur President, jidhirli li fit-28 ta' Jannar konna qbilna li ssir diskussjoni fuq l-issue tal-burokrazija u t-tnaqqis ta' burokrazija.", "DAVID AGIUS: M'għandniex problema, sakemm jaslu għandna d-dokumenti.", "CARMELO ABELA: Id-dokumenti jaslu minn qabel.", "Għada nerġa' nfakkar biex jaslu għand l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Ministru, fuq din għandek informazzjoni?", "CARMELO ABELA: Fuq tal-iStandards fil-Ħajja Pubblika qed nistennew data mingħand id-Deputat Prim Ministru.", "Però, ninnotaw li kien hemm qbil is-sena li għaddiet.", "DAVID AGIUS: Nixtieq li sal-aħħar tax-xahar inkunu bdejniha.", "CARMELO ABELA: Għall-anqas ikun hemm persuna minn kull naħa li jitkellmu.", "MR SPEAKER: Kien hemm xi ħaġa oħra, Onor. David Agius?", "Ftiehmna fuq hekk?", "Issa niġu għal xogħol ieħor.", "Kif konna ftiehmna fl-aħħar laqgħa, il-Kumitat qabel li għandha ssir laqgħa llum, 19 ta' Jannar, fejn il-membri tal-GHRC ikunu preżenti hawnhekk biex jagħtu aktar informazzjoni lil dan il-Kumitat dwar fiex wasal ix-xogħol fuq il-binja l-ġdida tal-Parlament.", "Il-membri tal-GHRC qegħdin hawn preżenti, u hawn ukoll il-Ministru Mizzi.", "Jekk taqblu, nistgħu nagħtu l-mikrofonu lil Dr Stefan Zrinzo Azzopardi mill-ewwel.", "XOGĦOL IEĦOR", "Preżentazzjoni dwar Żviluppi fuq il-Proġett tal-Bini tal-Parlament il-Ġdid", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, biex nispjegaw fejn wasal il-proġett limitatament għal żewġ binjiet li jifformaw il-parlament il-ġdid, jiġifieri l-binja fejn hemm il-Kamra tad-Deputati, kif ukoll il-binja tal-uffiċini, ħejjejna preżentazzjoni u għaddejna kopja lill-Onor.", "Membri u lis-Sedja biex nispjegaw ftit fejn wasalna.", "Dan għamilnieh ukoll biex nagħtu indikazzjoni ta' fejn u liema xogħlijiet għad fadal, kif ukoll indikazzjoni ta' timelines li ġew diskussi mal-kuntratturi li għadhom on site li minnhom wieħed jista' jieħu indikazzjoni meta x-xogħlijiet se jkunu kompletati.", "Dawn huma t-timelines li tawna l-kuntratturi f'laqgħa li kellna magħhom il-Ħamis li għadda.", "Biex nagħmel l-affarijiet ċari, nixtieq inġib għall-attenzjoni ta' dan il-Kumitat tal-Kamra l-fatt li dawn id-dati jiddependu fuq ċertu progress li qed isir minn ġurnata għal oħra.", "Fil-fatt, lejn l-aħħar tal-preżentazzjoni se nindika numru ta' affarijiet li jinkoraġġuna li dawn id-dati se jintlaħqu.", "Però, biex ikun hemm full disclosure, qed nindikaw numru ta' riskji li hemm li jistgħu jwasslu biex ċerti dati jaqgħu lura.", "Dan dejjem skont l-informazzjoni li qed jiġbru l-uffiċjali tal-GHRC li għandna konsistentement on site, kif ukoll minn fatturi oħrajn li qed nivverifikaw mal-istess kuntratturi.", "Se nibda billi nagħti ħarsa minn livell Nru 3, li huwa l-livell tal-Office Block fejn se jkunu l-uffiċini ta' Mr Speaker u l-assistenti tiegħu.", "Hemmhekk, jekk wieħed iħares lejn din is-slide, jinnota li hemm affarijiet li waslu fl-aħħar.", "Pereżempju, fejn għandek 'Door thresholds – 22/01', jiġifieri din il-ġimgħa … (Interruzzjonijiet) L-introduzzjoni ġenerika qbiżtha u ġejt mill-ewwel għas-sustanza, Onor. Agius.", "Dik is-slide u d-dati mogħtija hemmhekk juru li hemm affarijiet li din il-ġimgħa se jkunu lesti, bħal 'Door thresholds', li huma ċerti partijiet tal-bibien li jagħlqu dak il-livell.", "Imbagħad, hemm dati oħrajn li jidħlu fi Frar; però, mill-informazzjoni li għandna rigward dan il-livell, sal-aħħar ta' Frar dak kollu li hemm bżonn ikun lest, se jkun kompletat kollu.", "Fil-fatt, meta wieħed jara dik l-item fejn qegħdin ngħidu 'Installation of streaming cameras', eċċ., dawk se jkunu spostati meta ma jibqax isir ix-xogħol hawnhekk.", "Dawn jinqalgħu minn hawn u jridu jitwaħħlu hemmhekk.", "Fil-fatt, il-cameras li qed nużaw f'din il-Kamra ma jistgħux jinqalgħu qabel ma jieqaf ix-xogħol tal-Kamra, għax inkella ma jkunx jista' jiġi streamed dan il-Kumitat.", "Pereżempju, jekk wieħed iħares lejn 'Programming of computer switching control function', peress li dak jiddependi fuq xogħol ieħor li qed isir mad-dawra tal-blokk kollu, wieħed ma jistax jagħti data speċifika.", "Imma, mill-informazzjoni li għandna jidher li sal-aħħar ta' Frar dak il-proċess ikun għadda kollu.", "Il- livelli li jmiss huma livelli 1 u 2, fejn hemm l-uffiċini tal-Ministri, tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni, kif ukoll l-uffiċini l-oħrajn kollha, li l-Onor.", "Membri naħseb li kellhom l-opportunità jaraw f'diversi okkażjonijiet.", "L-istess, jekk naraw 'Activation of the AV audio IT systems', fl-aħħar ta' dan ix-xahar ikunu kompletati.", "Imbagħad, l-aktar li qed nidħlu 'l ġewwa f'dan ix-xahar huwa s-soffitt u d-dwal tal-bridge li jaqsam fl-ewwel sular, flimkien ma' dak li għaddej fit-tielet sular: taħthom hemm soffitt biex jagħlaq, kif ukoll id-dwal.", "Fil-fatt, jekk wieħed jgħaddi minn hemmhekk bħalissa jara li hemm scaffolding.", "Dan kellu jiġi erected biex isir dan ix-xogħol.", "Skont it-timelines li ngħatajna mill-kuntratturi, sas-7 ta' Frar – jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq ġimagħtejn jew tliet ġimgħat oħra – dan se jkun kompletat u se jitneħħa dak l-iscaffolding, b'mod li min-naħa ta' barra ma nibqgħux naraw scaffolding iżjed.", "Fl-islide li jmiss qed nitkellmu dwar il-ground floor, fin-naħa tal-Office Block.", "Hemmhekk, nixtieq inġib għall-attenzjoni ta' dan il-Kumitat li waħda mill-affarijiet li żammet ix-xogħol kienet dak li għandu x'jaqsam mas-soffitt.", "Dan kien wieħed minn dawk l-items li, meta sar il-Works Inspection Report, il-periti m'approvawx ix-xogħlijiet, bil-konsegwenza li kellu jerġa' jsir.", "Illum ġie approvat u mxejna minn hemmhekk.", "Fil-fatt, meta wieħed iħares lejn id-dati li qegħdin jingħatawlna mill-kuntratturi, għalkemm qed tissemma d-data ta' 28 ta' Frar biex jitlesta dan kollu, fil-verità, huma biss elementi żgħar li jkun hemm bżonn sa dak iż-żmien għax, mill-informazzjoni li għandna f'idejna, il-parti l-kbira tal-affarijiet, salv għall-parti ta' dak li għandu x'jaqsam ma' testing and commissioning ta' telefonija, sigurtà u dwal, ikunu lesti fil-ġimagħtejn jew tlieta li ġejjin.", "Ngħaddu issa għal dak li nsejħulu core 5.", "Biex wieħed jifhem fuq liema qegħdin nitkellmu, din hija dik il-blokka l-wieqfa, qisha torri, li tħares lejn id-daħla ta' Bieb il-Belt.", "Hemmhekk hemm l-emergency exits, il-fire escape u l-lift, li huwa a goods lift.", "Jekk wieħed iħares lejn id-dati – il-15 ta' Frar – l-informazzjoni hija li tkun kompletament lesta.", "Però, biex wieħed ikun ċar, dan mhuwiex meqjus bħala critical.", "Għalkemm ix-xogħlijiet iridu jitlestew, però huma dettalji li żgur ma jaffettwawx milli l-Parlament jiċċaqlaq minn post għal ieħor.", "Minkejja dan, skont it-timelines li ngħatajna l-Ħamis li għadda, f'nofs Frar dik il-parti se tkun lesta wkoll.", "Waħda mill-affarijiet li kienet miexja b'rankatura ferm aktar bil-mod minn dak li kien miftiehem fit-timelines li kellna dan l-aħħar, kienet il-kwestjoni tal-ġebla.", "Fil-fatt, illum qegħdin f'pożizzjoni fejn ix-xogħol tal-ġebla huwa lest, ħlief għal dettal fejn jidħol dak li jissejjaħ pointing, jiġifieri tikħil tal-fili fuq in-naħa ta' barra.", "Kif spjegajna f'diversi okkażjonijiet, u anke ġie rrapportat b'mod pubbliku, dan il-package kien wieħed mill-aktar inkwetanti.", "Però, il-parti l-kbira tiegħu llum hija lesta, u allura ħafna affarijiet setgħu jimxu b'mod aktar veloċi.", "Issa fadal xi dettalji u, jekk m'iniex sejjer żball, din il-ġimgħa dan il-pointing se jkun qed jibda.", "Fil-fatt, waħda mill-affarijiet li qegħdin naraw hija li, fl-aħħar ta' dan ix-xahar jew fl-ewwel ġimgħa ta' Frar, Triq l-Ordinanza se tkun miftuħa biex il-pubbliku jkun jista' jidħol minn dik il-parti wkoll.", "Bħalissa, Triq l-Ordinanza hija magħluqa.", "Hemmhekk il-hoarding ikun jista' jimxi 'l ġewwa, u dik it-triq tista' tinfetaħ u nimxu pass ieħor 'il quddiem.", "Ngħaddu għas-slide li jmiss li juri l-lower ground floor, fejn hemm il-bitħa 'l isfel mill-ground floor, fejn hemmhekk ġejjin l-uffiċini tas-support staff tal-Parlament.", "Għalkemm mill-ġdid qed insemmu t-28 ta' Frar, din id-data ssemmiet minħabba li l-iSpeaker u n-naħa tal-uffiċċju tal-iSpeaker talbu li mad-desks attwali jiżdiedu l-modesty panels, jiġifieri dawk il-panels li jitwaħħlu quddiem.", "Peress li dawn ma kenux previsti li jsiru, kellhom jiġu ordnati, u allura kien hemm bżonn aktar żmien biex jitlestew; mentri l-affarijiet l-oħra, bħal touch up paints, kif ukoll twaħħil ta' fire doors, qed naraw li sal-aħħar ta' dan ix-xahar se jkunu tlestew min-naħa tal-kuntratturi.", "Kumment ġenerali li nixtieq ngħaddi dwar l-office block huwa li minn din il-ġimgħa se jibda proċess li permezz tiegħu jibda jsir il-handing over, fejn il-kuntratturi jibdew jagħmlu l-aħħar dettalji, iż-żoni fejn isiru dawn l-aħħar dettalji jibdew jinqaflu, iċ-ċwievet jibdew jinżammu esklussivament min-naħa tal-uffiċjali tal-GHRC, u kwalunkwe aċċess irid jiġi awtorizzat biex, minn hemm 'il quddiem, inkunu nafu jekk ikunx daħal xi ħadd, jekk tkunx saret xi ħsara.", "Apparti minn hekk, parti oħra importanti hija li dawk il-kmamar jistgħu jibdew jgħaddu lin-naħa tal-Uffiċċju tal-iSpeaker.", "L-aktar parti li naħseb li fadal sfidi fiha hija fil-parti fejn hemm il-Kamra tad-Deputati.", "Fiċ-Chamber Block għad fadal ħafna xogħol, jew relattivament xogħol mhux ħażin.", "Waħda mill-aktar affarijiet li tefgħet ix-xogħol lura kien il-fatt li kien hemm bżonn li jiġu emendati l-bankijiet li ġew manifatturati skont id-disinji tal-periti.", "Wara li ħarġet din il-problema, dawn il-bankijiet intbagħtu biex jiġu alterati mid-ditta Unifor fl-Italja, li huma l-manifatturi li pproduċewhom.", "Bħalissa qed nistennew li dawn jiġu ritornati Malta, fit-23 u l-24 ta' Jannar.", "Oriġinarjament, dawn il-fornituri wegħduna li kellhom jipprovdu dawn il-bankijiet fil-bidu ta' dan ix-xahar.", "B'konsegwenza ta' dan id-dewmien, ċerti xogħlijiet, li huma importanti li jsiru, bilfors iridu jiġu posposti, fosthom it-twaħħil tal-mikrofoni u apparat ieħor li jeħel ma' dawn id-desks.", "Dan ix-xogħol ma jistax jibda qabel ma jkunu waslu l-bankijiet u twaħħlu fil-post.", "Minn dak li informawna, biex jitwaħħlu dawn il-bankijiet, hija operazzjoni ta' jumejn jew tlett ijiem.", "L-aktar li hemm xogħol huwa biex jitwaħħal l-apparat ma' dawn il-bankijiet u, fuq kollox, it-testing and commissioning tal-mikrofoni u tal-apparat.", "Dak huwa previst li minn tal-inqas se jieħu minn erba' sa ħames ġimgħat.", "Jekk il-bankijiet jitwaħħlu sal-aħħar ta' dan ix-xahar, irridu nikkalkulaw erba' ġimgħat oħra biex il-congress system, jiġifieri l-mikrofoni, il-voting systems, l-internet u l-faċilitajiet kollha li jipprovdu dawn il-bankijiet il-ġodda, tkun tista' taħdem minn hemm 'il quddiem.", "Xogħol li diġà għaddej huwa t-testing and commissioning tas-sistemi l-oħrajn, fosthom l-air conditioning, li qed isir regolarment u l-inġiniera qed jiċċekkjaw li l-apparat qiegħed jagħti dak li suppost.", "Pereżempju, l-lifts għaddejjin minn dak il-proċess.", "Nerġa' ntenni li l-unika sistema li nżammet lura hija l-congress system, li hija essenzjali u vitali biex ikun jista' jaħdem il-Parlament.", "Dan minħabba r-raġunijiet li għadni kif spjegajt.", "Jekk immorru għas-slide li jmiss, naraw ir-'Remaining Works: Chamber'.", "Għandna tnejn: l-ewwel waħda titkellem dwar il-livell tad-deputati, waqt li fil-partijiet l-oħrajn fadal xi xogħol xi jsir fil-livell – id-dawra biex ngħidu hekk – fejn se tkun qiegħda l-media, kif ukoll għad fadal x'jiġi stallat.", "Però, il-materjal kollu qiegħed fil-livelli l-oħrajn tal-iStrangers' Gallery, li mit-timeline inġenerali wkoll qed ningħataw indikazzjoni li sat-28 ta' Frar kollox ikun iddaħħal u ġie mqiegħed fil-post.", "Bħala kuntratturi li għandna on site, għalkemm il-kuntratti kollha ġew iffirmati mal-joint venture li jisimgħha BIB, effettivament fadal erba' kuntratti ta' xogħol li għadu għaddej, li huwa dak li jissejjaħ l-external envelope – jiġifieri, dak ix-xogħol tal-ġebla, il-ħġieġ, it-twieqi, u dak li għandu x'jaqsam mal-għeluq ta' barra u l-ġebla fuq in-naħa ta' ġewwa.", "Hemm ukoll il-kuntratt l-ieħor – PB05 – li għandu x'jaqsam ma' finishes, fejn hemmhekk hemm il-kumpanija Fino bis-sub-contractors tagħha u n-nominated sub-contractor Unifor, li hija l-kumpanija li semmejna ftit ilu dwar il-kwestjoni tad-desks.", "PB04 għad fadal daqsxejn xogħol mhux ħażin peress li fadal ċerti light fittings f'ċerti postijiet; però, l-aktar li fadal huwa fejn tidħol is-sistema tal-IT u l-congress sytem tal-kumpanija Griega Telmaco u l-kumpanija Maltija ESI.", "L-aħħar, iżda mhux l-anqas, hemm il-lifts tal-kumpanija Panta Marketing.", "Għalkemm dawn il-kumpaniji kollha qegħdin jiffunzjonaw taħt il-kappa ta' BIB JV, però kull entità għandna l-ispeċjalizzazzjoni tagħha.", "Jekk immorru lura fuq l-updated timelime, bażikament qed naraw li, kif spjegajt aktar kmieni, fil-31 ta' Jannar f'ċerti areas se jkollna practical completion.", "Però, dan jiddependi ħafna fuq il-konsenja tal-bankijiet, li warajha jibda t-testing and commissioning, u jkun għad fadal xi partijiet li jridu jiġu armati fis-sistema tas-sound u l-mikrofoni fil-Kamra.", "Imbagħad, mis-7 ta' Frar, kif kont qed nispjega aktar kmieni, jista' jibda għaddej il-handover ta' żoni, waħda wara l-oħra, u l-Uffiċċju tal-iSpeaker ikun jista' jibda bil-preparamenti biex issir il-migrazzjoni lejn il-Parlament il-ġdid.", "Jekk wieħed jieħu l-erba' ġimgħat ta' testing and commissioning mill-aħħar ta' Frar, jara li biex dan kollu jkun kompletat se jidħol Marzu.", "Mill-informazzjoni li qed jagħtuna l-kuntratturi, dik hija l-end target fejn qed naraw fejn nistgħu naslu.", "Xtaqna nġibu għall-attenzjoni tal-Kamra r-raġunijiet għalfejn marru ħażin l-affarijiet fir-rigward ta' dati li konna ngħatajna.", "L-aħħar darba li kellna l-opportunità li niġu quddiem din il-Kamra biex nispjegaw ix-xogħol li kien sar kien f'Ottubru.", "Hemmhekk konna għadna kif ġejna minn ftehim li x-xogħol jitlesta sal-aħħar ta' Settembru.", "Jekk wieħed jiġbor ir-raġunijiet għalfejn l-affarijiet marru lura, skont l-analiżi li saret min-naħa tal-GHRC, jista' jara li waħda mir-raġunijiet kienet id-deliveries ta' materjali li kellhom jaslu f'ċerti ġranet, u dawn id-dati ma ġewx rispettati.", "Illum nistgħu naraw li qegħdin ferm aħjar minn dak iż-żmien, bil-materjali qegħdin on site, ħlief għal xi affarijiet żgħar.", "Hawnhekk semmejna wkoll l-istoneworks, li llum nistgħu ngħidu li huma lesti.", "Raġuni oħra kienet il-kwestjoni tal-modifika meħtieġa fil-bankijiet tal-Kamra.", "Imbagħad, kien hemm ħafna mid-delays minħabba sequential process għax, jekk ikun hemm kuntrattur li ma jlestix, il-kuntrattur ta' warajh ma jistax jaħdem u, b'konsegwenza ta' dan, kollox se jaqa' lura.", "Xi ħaġa oħra li qegħdin f'dik il-fażi u li hemm attenzjoni kbira dwarha, kemm minn naħa tal-GHRC, kif ukoll min-naħa tal-periti u l-inġiniera, hija l-kwestjoni ta' snags, fejn wieħed irid jara li l-kuntratturi qed jagħmlu x-xogħol skont l-istandards u d-design miftehmin.", "Hemmhekk tieħu l-ħin għax, jekk ikun hemm ċerti xogħlijiet li ma jkunux ġew approvati u jkollhom jinbidlu xi affarijiet, mhijiex xi ħaġa li tista' ssir malajr.", "Kważi kważi, l-irqaqat jeħdulek ferm aktar ħin milli meta tkun qed tagħmel ix-xogħol mill-bidu.", "Hemm ir-riskji li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh biex il-proġett jilħaq il-mira li qed jgħidulna l-kuntratturi.", "L-ewwel nett, kollox jiddependi fuq il-konsenja tal-affarijiet.", "Jekk il-kumpanija Unifor qed tgħidilna li fl-24 ta' Jannar il-bankijiet se jitilqu mill-Italja u se jibdew jeħlu fis-27 ta' Jannar, u dawn ma jitilqux mill-Italja, il-programm se jaqa' lura.", "Is-Sur Chris Paris, CEO tal-GHRC, qiegħed isegwi dan il-proġett u qiegħed iffokat fuq dan il-proġett biss, u kontinwament qed jintbagħtu messaġġi biex dawn l-affarijiet jiġu segwiti.", "Kif diġà semmejt, hemm ukoll il-kwestjoni tal-istallazzjoni tas-sistemi tas-sound, l-air conditioning u l-lifts, u li, meta dawn ikunu qed jiġu tested and commissioned, ikun hemm kollox jaħdem u qiegħed skont ma jiġi ċertifikat mill-inġiniera u mill-periti.", "L-aħħar, iżda mhux l-anqas – però dan mhux se jaffettwa 'l-binja nnifisha – hemm li ssir iċ-ċertifikazzjoni kollha meħtieġa.", "Naħseb li f'dan l-istadju, dak huwa x'għandna x'nirrapportaw lil dan il-Kumitat.", "Bl-overview li tajna, naħseb li wieħed jista' jieħu direzzjoni biex dan il-Kumitat ikun jista' jagħti direzzjoni wkoll dwar meta l-Parlament jista' jiċċaqlaq għall-binja l-ġdida.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien nixtieq nagħmel din l-osservazzjoni.", "Qed nifhmu tajjeb li dak li għadek kif ippreżentajt juri li sal-aħħar ta' Marzu għandu jkun kollox lest, bil-commissioning b'kollox, hux hekk?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: It-timeline li għandna llum huma dawk id-dati.", "MR SPEAKER: Sakemm ma jinqalax xi ħaġa oħra.", "Pereżempju, fuq il-bankijiet għad irridu narawhom hemmhekk.", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, il-progress qed jiġi rreġistrat minn ġimgħa għall-oħra – u naf li Mr Speaker regolarment jibgħat nies biex jaraw – u anke jkun hemm ċerti milestones li jintlaħqu, u tagħmel differenza kbira f'dak li konna qed ngħidu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta ltqajna l-aħħar on site, konna tkellimna fuq tipi differenti ta' bankijiet li jistgħu isiru.", "Din kienet preċeduta b'email min-naħa tagħkom ta' x'kien l-aktar rakkomandabbli u anqas rakkomandabbli.", "Dakinhar li konna on site, konna qed nitkellmu l-aktar fuq bank li togħla parti minnu u dik il-parti tkun tal-aluminium u tkun irqaq, għaliex f'waħda mir-rakkomandazzjonijiet li kontu bgħattu b'email kontu għidtu li jekk bank ikun oħxon ma jkunx pulit, ma jkunx tajjeb, eċċ. Ipprovajt insegwi naqra x'ġara minn dakinhar 'l hawn, u anke tkellimt mal-Iskrivan tal-Kamra, li qalli li rċieva lura li l-bankijiet se jiġu ħoxnin, jiġifieri xi ħaġa li ma kinetx rakkomandata, bħalma qed naraw fuq din il-karta.", "Aħna urejna l-oġġezzjoni tagħna.", "Safejn naf jien, anke l-Oppożizzjoni u l-Gvern urew li aħna ma naqblux ma' dan għal diversi raġunijiet, anke għal raġunijiet ta' sigurtà.", "Però, minn mindu oġġezzjonajna 'l hemm, aħna ma smajniex x'se jiġri minn dawn il-bankijiet.", "M'għandniex idea liema bankijiet ġejjin u kif se jkunu.", "Tistgħu taġġornawna fuq x'ġara wara l-oġġezzjoni tagħna?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nixtieq nispjega li kemm id-disinn oriġinali, kif ukoll id-disinn li hemm illum, huma disinji li saru mill-uffiċċju ta' Renzo Piano.", "Il-ftehim li kien sar mill-Gvern mal-uffiċċju ta' Piano kien li, fejn jidħlu kwestjonijiet ta' disinn, ikunu f'idejhom u d-disinn sar minn hemmhekk.", "Il-GHRC kienet interlokotur fis-sens għax qiegħda ssegwi l-proġett.", "Biex forsi nispjega wkoll, meta twaħħlu s-siġġijiet u ġew ipprovati għall-ewwel darba, ġie nnotat li hemm diffikultà – għax din kienet l-ewwel darba li bniedem seta' jara l-prodott finali mill-mod kif saru mill-periti – u konna ġbidna l-attenzjoni tal-Iskrivan tal-Kamra.", "Imbagħad, kienet saret il-visit, u naħseb li l-istorja kulħadd jafha.", "Fil-preżenza tal-Perit Belvedere, kien hemm id-diskussjoni li saret.", "Kif dejjem għamilna, la hija kwestjoni ta' design, ħallejna f'idejn il-Perit Belvedere li, min-naħa tiegħu, ta l-istruzzjonijiet lill-Unifor.", "Skont kif jien informat, l-istruzzjonijiet tiegħu, wara li anke saru diskussjonijiet bejn l-uffiċċju tal-periti ma' Unifor, kienu li jimxu għal dan il-mudell li għandi f'dan ir-ritratt, li nista' ngħaddi kopja tiegħu għall-benefiċċju tal-Onor.", "Il-bankijiet reġgħu ttieħdu lura għall-modifika, se ssir dik il-flap, mhux se tinbidel il-wisa', bid-differenza li ntużaw ċerti ċappetti li kif tingħalaq jinħoloq aktar spazju minn quddiem.", "Dak sar kollu esklussivament fuq l-istruzzjonijiet ta' Piano, u aħna, bħalma kien hemm affarijiet oħra ta' disinn li tħallew f'idejn Piano, f'dan il-każ ukoll kienu f'kuntatt dirett mal-kuntratturi, u ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet fuq livell ta' disinn.", "Fl-aħħar mill-aħħar, to sign off the building irid ikun il-perit li kellu dik ir-remit li jasal fuq kwestjonijiet ta' disinn.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri l-aħħar wieħed huwa dan?", "DR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Dak ir-ritratt huwa ritratt li bagħtu mill-kumpanija Unifor – jekk m'iniex sejjer żball illum stess – biex juruna x-xogħol li sar fuqu u li għaddej bħalissa, u biex anke juruna li verament qegħdin jaħdmu biex jilħqu d-deadline tat-23 jew l-24 ta' Jannar.", "Dak huwa l-prodott finali li se jkun qed jasal Malta biex imbagħad jeħel on site.", "DEBORAH SCHEMBRI: Grazzi.", "MARIO DE MARCO: Qed nassumi li, jekk kollox imur kif ippjanat, sal-aħħar ta' Marzu, ħa ngħidu April, għandu jkun lest.", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u Infrastruttura): Aħna mhux qed ngħidu meta għandu jew m'għandux ikun lest.", "Għandkom stat ta' fatt x'ġara, kif inhuma l-affarijiet, x'sibna u x'qed jgħidu li se jseħħ.", "Dik hija r-realtà.", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "Aħna qed nagħtukom x'hemm eżatt u kif spjegaw l-affarijiet huma.", "MARIO DE MARCO: Jekk qed nifhem sew, il-Ministru qed ikun daqsxejn aktar kawt u ma jixtieqx jagħtina data sa meta jaħseb li se jkun lest il-proġett.", "JOE MIZZI: Skużi, mhux ma nistax nagħtikom data, imma qed ngħidilkom kif inhi s-sitwazzjoni.", "Suppost kellu jkun lest sa Marzu tal-2012.", "F'Marzu tal-2012 kien hemm 35% biss lest minnu!", "MARIO DE MARCO: Mhux dak il-punt!", "JOE MIZZI: Ħu paċenzja!", "Inti staqsejtni mistoqsija … (Interruzzjonijiet) Inkella ma nirrispondik xejn!", "Għandi dritt nirrispondi la staqsieni mistoqsija … (Interruzzjoni)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "MARIO DE MARCO: Jien nixtieq inkun naf … (Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Le, għax inti moħħok fit-timeframes u mhux timeframes!", "It-timeframe kien jagħlaq fl-2012!", "MARIO DE MARCO: Ma tistax tagħtina timeframe, jekk fhimtek sew!", "MR SPEAKER: Il-preżentazzjoni hija dik li hi.", "Ministru, saritlek domanda mill-Onor.", "Jien għidt, u nerġa' ngħid, u għalhekk qed nikkonfermalek, li suppost kellu jkun lest f'Marzu tal-2012, imma fl-2012 kien hemm 35% biss lest minnu!", "Meta ħadna over aħna, kien hemm 62% lest, u l-aħħar partijiet huma gravissimi!", "Aħna għamilna enfasi biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem għax ma kienx hemm kontroll.", "U nista' nispjega dwar il-kontroll.", "Aħna vverifikajna l-affarijiet biex kemm jista' jkun il-Parlament jimxi 'l quddiem.", "Għamilna deterrent lil min huwa responsabbli biex, jekk ma jimxix, ikun jaf li jkollu konsegwenzi, u dawk swew għax kompla miexi.", "U mexa, għax kieku lanqas nafu fejn qegħdin.", "Nista' ngħid li qed jirriżultalna wkoll li dan il-proġett ġie jiswa aktar minn 50% aktar mill-istima oriġinali tal-2008!", "Qed nikkalkulaw ukoll – għax mhux sempliċement tara, għax trid tħallas biex tagħmel ix-xogħol ukoll – li l-Parlament il-ġdid se jiġi jiswa qrib l-€45 miljun!", "Dan ifisser 50% aktar milli kien stmat!", "Dan mhux issa, fl-aħħar sena u tmien xhur, li saru dawn l-affarijiet.", "Qed naraw kollox, mhux li sempliċement il-Parlament jimxi 'l quddiem.", "Però, minkejja dan kollu, qed ninsistu li l-bini u l-affarijiet li hemm bżonnhom jitlestew malajr ħalli, meta jitlestew, min huwa responsabbli mill-Parlament il-ġdid li jħossu li għandu jieħu l-handover, jeħodha mal-ewwel!", "Jekk irid il-handover illum, nistgħu nagħtuhielu.", "Imma qed ngħidulu x'inhi s-sitwazzjoni tal-Parlament illum, kif spjega wkoll min huwa responsabbli u min qed imexxi.", "Din hija s-sitwazzjoni eżatt!", "Issa meta, bħala Parlament u bħala House Business Committee, tħossu li tistgħu teħduh … Jekk tħossu li tistgħu teħduh għada biex tiffunzjonaw, aħna ngħadduhulkom!", "Aħna qed nagħmlu monitoraġġ kuljum!", "Tawna dati ta' meta x-xogħol se jsir.", "Għamlu moniteraġġ.", "Kif tħossu li tistgħu tiftħuh, aħna ngħadduhulkom!", "MARIO DE MARCO: Teħux għalija, Ministru, imma hija totalment inaċċettabbli r-risposta tiegħek.", "Jiena noħodha bħala insult lejn dan il-Parlament u lejn dan il-Kumitat!", "Li tiġi tgħidilna li qisu jmiss lilna naraw meta neħduh, neħodha bħala insult lejn is-Sede ta' dan il-Kumitat.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Inti avukat, imma żbaljat!", "MARIO DE MARCO: Jien għamilt mistoqsija, u issa ħallini nitkellem!", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: Nagħmilha l-point of order għax inti ddawwar id-diskors.", "MARIO DE MARCO: Jien ħallejtek titkellem fil-libertà kollha u tgħid dak kollu li ridt tgħid!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħa jkolli nissospendi l-Kamra!", "Jekk jogħġobkom, żommu l-kalma.", "CARMELO ABELA: Sur President, nista' nagħmel rimarka żgħira?", "Jien naħseb li l-istorja lkoll kemm aħna nafuha.", "Illum kellna preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u t-timelines li l-kuntratturi qed jagħtu lill-GHRC.", "Naħseb li għandna napprezzaw li dawn it-timelines inbidlu kemm-il darba mill-istess kuntratturi.", "Huwa tajjeb li nevitaw ċertu diskors li bih ma nsolvu xejn.", "Qed iżommu lis-Sur President u lill-istaff tiegħu aġġornat, u llum qed iżommu lill-House Business Committee aġġornat fuq dak li qed jgħidu l-kuntratturi.", "Jekk kollox ikun f'postu u jekk it-timelines li l-kuntratturi qed jagħtu lill-GHRC jibqgħu l-istess, naħseb li bejn wieħed u ieħor nafu meta nistgħu mmorru fil-Parlament il-ġdid!", "L-istorja nistgħu niddibattuha u nistgħu nkunu politiċi lkoll kemm aħna … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hawn tliet membri tal-GHRC li qegħdin hawnhekk.", "Għandkom mistoqsijiet għalihom?", "Il-Ministru Mizzi jista' joqgħod hawnhekk.", "MARIO DE MARCO: Anke huma, jekk ma jimpurtax!", "MR SPEAKER: Iva, nagħmlu d-domandi lilhom.", "MARIO DE MARCO: Jien għamilt mistoqsija sempliċi.", "Illum, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi għamlilna progress report li huwa tajjeb.", "Mill-progress report, jien ħadt l-impressjoni – almenu jidher – li l-Parlament se jkun lest sal-aħħar ta' Marzu.", "Anke jekk ma jkunx lest sal-aħħar ta' Marzu, se jkun lest sa April.", "L-Onor.", "Abela ħa l-istess impressjoni tiegħi, bħalma ħadet is-Sede, kif ukoll l-Onor.", "Kulħadd ħa din l-impressjoni, ħlief inti, Onor. Mizzi!", "Il-mistoqsija li allura ssegwi, jekk kollha kemm aħna ħadna din l-impressjoni … (Interruzzjonijiet) Iva, jista' jkun li kollha żbaljati ħlief inti!", "JOE MIZZI: Anke jien, dik l-impressjoni ħadt, imma dik hi biss impressjoni u mhux id-data!", "MARIO DE MARCO: Il-Parlament, inti sa meta taħseb li se jkun lest?", "Mhux se niġu aħna u nieħdu over, imma inti għandek tagħti handover, bir-rispett kollu.", "Meta taħseb li se tkun f'pożizzjoni li tagħti l-handover tal-Parlament lill-President tal-Kamra?", "Mhux jiġi l-President u jgħid: Agħtihuli ħalli nidħol għada!", "Għax ma naħsibx li nkunu qed nagħtu rispett lil dan il-Parlament li nippretendu li jiġi l-iSpeaker għada u jidħol ġo fih!", "JOE MIZZI: Qabel kelli l-impressjoni li fl-2012 kellu jingħata; imma ma ngħatax, u allura qed inkun kawt.", "Għalhekk qed tgħidli hekk, għax inti qed titlob dati.", "Dan biex tgħid li jien tajt data!", "(Interruzzjonijiet) Il-kwestjoni kollha hi li l-esperjenza li għandi hi li dawn il-kuntratturi u dawk responsabbli huma l-istess li kienu responsabbli taħt il-Gvern preċedenti, u kull darba ma żammewx id-data.", "Allura, jien ma nistax nagħti d-dati u noqgħod fuqhom bilfors!", "Jien nesiġi li x-xogħol, tramite l-GHRC, isir kif għandu jsir, bl-anqas spejjeż, u jekk jista' jkun isir fid-dati li jagħtu!", "Imma, jekk ma jżommux id-data, jien m'għandix kontroll fuqhom, ħlief li jkun hemm deterrent għalihom.", "L-impressjoni li qed jagħtu hija li se jkun lest għal Marzu, April u hija impressjoni li qed nieħu jien ukoll; imma, mill-esperjenza li għandi magħhom, ma nistax norbot fuqhom!", "Bir-rispett kollu, għalhekk qed inkun ċar!", "Però, l-handover, mix-xahar id-dieħel nistgħu nagħtuh, skont dak li qed jgħid il-kuntrattur.", "Għalhekk għidt li jekk intom tridu li ngħaddihulkom, ngħaddihulkom.", "Aħna mhux qed inżommu biex ma ngħaddux il-Parlament lilkom.", "L-impressjoni hi li l-ġranet huma dawk li tawna huma; imma, jekk tħossu li bl-affarijiet żgħar li fadal isiru, wieħed jista' jibda l-handing over, aħna nistgħu nagħmluh.", "Imma aħna se nibqgħu nesiġu li jżommu ma' dawk id-dati.", "Iżda mhux bilfors se jżommu ma' dawk id-dati: dan ngħidu mill-esperjenza li għandna!", "MR SPEAKER: Le, aħna nidħlu meta jkun kollox ikkummissjonat.", "JOE MIZZI: Għalhekk qed ngħid hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Peress li d-dati jinbidlu, jista' dan il-Kumitat jaqbel li l-membri tal-GHRC jerġgħu jiġu hawn, forsi xahar ieħor jew ħames ġimgħat oħra, u nirrapportaw progress dakinhar?", "Ħames ġimgħat oħra nkunu fi Frar, u ħafna minn dawn id-dati huma fi Frar.", "JOE MIZZI: Sadanittant, m'għandix diffikultà li ngħid lill-GHRC biex iżommukom informati minn ġimgħa għall-oħra.", "DAVID AGIUS: Jekk iżżommuna aġġornati nirringrazzjawkom; però, niftehmu biex lejn nofs Frar nerġgħu niltaqgħu u naraw jekk dawn id-dati humiex se jinżammu jew inbidlux.", "Imbagħad anke naslu għat-trasferiment.", "JOE MIZZI: Tajjeb li nagħmlu hekk f'nofs Frar, mhux problema.", "Però, sadanittant, kull ġimgħa jingħata aġġornament.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Min-naħa tagħna, qed nagħmlu moniteraġġ.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Waqt id-diskussjoni saret referenza għal sequential process of works, jiġifieri jekk xi ħaġa mhijiex lesta, ta' warajha ma tistax issir.", "F'dan il-każ, hija l-istess ħaġa.", "Jekk ix-xogħol mhuwiex lest, il-Gvern ma jistax jgħaddi l-Parlament.", "Safejn naf jien, qed jeħlu multi talli dan il-Parlament ma sarx fil-ħin.", "Mhuwiex tort tal-Gvern.", "Il-Gvern ma jistax jgħaddi xi ħaġa li mhijiex lesta.", "MARIO DE MARCO: Jaħasra, jien f'xi ħin għidt li huwa tort tal-Gvern jew le?", "Kulma qed nagħmel hija mistoqsija faċli: Sa meta jaħseb li se jkun lest?", "Jiena nifhem li l-Ministru Mizzi jixtieq ikun fuq id-difensiva!", "JOE MIZZI: Le, le, bir-rispett kollu, mill-esperjenza li kellu jkun lest fl-2012 qed ninkwieta.", "DEBORAH SCHEMBRI: X'tinsinwa d-domanda la … (Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Ninsinwa għax qed nistaqsih meta se jkun lest?", "DEBORAH SCHEMBRI: M'għadekx kif għidtlu: Għidtilna li se tlestuh f'Lulju, u issa m'intomx lesti?", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak, Onor. Schembri.", "Naqblu, u data oħra se tiġi kkomunikata lilkom.", "Nirringrazzjakom.", "AFFARIJIET OĦRA", "Rapport ta' inkjesta interna mill-Korp tal-Pulizija", "DAVID AGIUS: Sur President, qabel ma mmorru għal xogħol ieħor – għax kien hemm abbokkament mal-Onor.", "Jason Azzopardi rigward dak li konna qed nitkellmu fuqu fil-bidu tas-seduta – irrid ngħid li jien informat li, wara l-publikazzjoni tar-riżultat tal-inkjesta tal-Police Board f'Awissu tal-2013, il-Kummissarju kien ta intervesta fil-ġurnal \"The Times of Malta\" front page, tat-3 ta' Settembru, fejn ġie rrapportat li qal: I will publish the findings that will put people's minds at rest.", "Dan kien sar b'referenza għall-inkjesta interna presjeduta mill-Assistent Kummissarju dwar l-operat tas-CID, minħabba l-għagħa li kien qam wara r-rapport tal-Police Board.", "Fil-fatt, dak li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-17 ta' Diċembru kien il-Police Board.", "Allura issa qed nitlob lill-Ministru biex forsi jkun hemm żewġ inkjesti.", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel nett, safejn naf jien, fil-Ministeru m'hemmx l-inkjesta interna li l-Korp tal-Pulizija qed jingħad li għamel, skont dak li qara l-Onor.", "Agius, fir-rigward ta' inkjesta interna tal-Pulizija sussegwenti għal dak li jien ikkonfermajt anke fil-bidu ta' din is-seduta, li ġie ppubblikat.", "Jien, bħala Ministru, din l-inkjesta m'għandix lanqas.", "Ma nistax inpoġġi xi ħaġa li jien m'għandix ladarba hija inkjesta interna tal-Korp tal-Pulizija.", "Se mai, jiddeċiedi l-Kummissarju.", "Issa, inti qed tikkwota dak li qal Kummissarju preċedenti għal dan tal-lum.", "Ma nafx x'inhija l-opinjoni tal-Kummissarju attwali, li huwa legalment it-tutur li għandu din l-inkjesta.", "Però, jien m'għandix, u allura ma nistax inpoġġi din fuq il-Mejda tal-Kamra jew nippubblikaha, għax hija inkjesta interna tal-Korp tal-Pulizija.", "Li jiddependi minni poġġejtu.", "Azzopardi, anke fil-mozzjoni li kien poġġa, jien ħadtha li kien qed jirreferi għal dak ir-rapport li poġġejt fis-17 ta' Diċembru tal-2014.", "Hemm inkjesta oħra li diġà hemm l-impenn li din titpoġġa u li tkun ippubblikata.", "Però, fuq inkjesti interni tal-Korp tal-Pulizija, jien m'għandix ġurisdizzjoni.", "Imma jien biex nagħmel l-affarijiet ċari.", "MR SPEAKER: Se tiġi rrekordjata.", "Nimxu fuq affarijiet oħra.", "Xandir tal-attivitajiet tal-Parlament", "MR SPEAKER: Fil-laqgħa ta' Novembru tal-2014, kont għaddejtilkom kopja ta' kuntratt bejn il-Go u s-Sedja dwar il-Parliamentary TV Channel.", "Dan ġie konkluż.", "Tlabtkom l-approvazzjoni ħalli nimxi, għax ma nistax inħalli kumpanija erba' xhur pendenti.", "Issa konkluż.", "Il-Parlament ma huwa se joħroġ xejn flus.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tal-Oppożizzjoni, mhux problema.", "CARMELO ABELA: Aħna konna għidna li, sakemm il-Parlament ma jkollux spejjeż addizzjonali, mhux problema, u jidher li mhux se jkun hemm.", "Dak kien it-tħassib tagħna.", "MR SPEAKER: Nassigurak, Onor. Abela, li huwa painstaking contract li issa huwa lest.", "CARMELO ABELA: M'għandix dubju li kif qed tgħid inti.", "MR SPEAKER: Neħodha li huwa approvat.", "Grazzi.", "Imbagħad, għaddejtilkom ukoll il-linji gwida dwar il-video streaming tad-dibattiti parlamentari.", "Din tiltaqgħu ftit fuqha?", "M'għandkomx problemi, toqogħdux tinkwetaw.", "Il-pubbliku mhux se jkun jaf jekk intomx fil-Kamra jew le.", "Il-camera se tkun dejjem fuq il-persuna li tkun qed titkellem.", "DAVID AGIUS: Kemm naraw ftit bejnietna u nerġgħu nkellmuk.", "Kumitat dwar l-Immigrazzjoni Irregolari / Grupp Parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura", "MR SPEAKER: Dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Parlamentari … wieħed minnhom huwa dwar l-immigrazzjoni irregolari.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tagħna, fuq l-immigrazzjoni irregolari, il-Membri Parlamentari se jkunu l-Onor.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Imbagħad hemm il-Grupp Parlamentari dwar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "DAVID AGIUS: Sur President, il-Membri huma l-Onor.", "Joseph Cassar u l-Onor.", "MR SPEAKER: Min-naħa tal-Gvern?", "CARMELO ABELA: Sur President, aħna m'għandniex tibdil.", "Nirringrazzjakom.", "Rigward data oħra, naqblu fuq is-suġġeriment tal-Onor.", "David Agius, li nagħtu data lill-GHRC?", "CARMELO ABELA: M'għandniex oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Tajjeb jekk nipprovaw nagħmluha għal nofs Frar?", "MR SPEAKER: Nirringrazzjakom.", "Fis7.50 p.m., ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150119_026d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LAQGĦA NRU 26", "ItTnejn, 19 ta' Jannar 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis6.54 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "IlMinistru għallIntern u sSigurtà Nazzjonali lOnor.", "L-Onor.", "David Agius talab kjarifika għal dak imnizzel f'paġna 2 tal-minuti b'referenza għall-Mozzjoni 174 tal-Oppożizzjoni li titlob il-pubblikazzjoni tar-rapporti ta' żewġ inkjesti dwar l-operat tal-pulizija, fejn hemm imniżżel \"l-Onor.", "Abela qal li wieħed mir-rapporti inkwistjoni kien diġà ġie ppubblikat fis-17 ta' Diċembru, filwaqt li l-ieħor għadu jrid jiġi ppubblikat.\"", "L-Onor.", "Carmelo Abela kkonferma li r-rapport tal-każ ta' raġel innoċenti li tressaq il-Qorti b'arrest akkużat inġustament b'hold-up, tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-17 ta' Diċembru 2014, filwaqt li dwar ir-rapport tal-inkjesta l-oħra, kien hemm commitment li r-rapport kien se jiġi ppubblikat.", "IlMinuti tallaqgħa numru 25 li saret fit-13 ta' Jannar 2015 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TALKAMRA", "Godfrey Farrugia informa lillKumitat li lħsieb talGvern kien li fisseduta ta' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Jannar 2015 tiġi diskussa l-Mozzjoni 200 imressqa mill-Gvern sabiex jiġi diskuss il-ftehim strateġiku bejn l-Enemalta u Shanghai Electric Power.", "L-Onor.", "David Agius u l-Onor Mario De Marco, f'isem l-Oppożizzjoni, irreġistraw nuqqas ta' qbil li jsir dibattitu fuq dan is-suġġett qabel ma l-Gvern jippubblika d-dokumenti kollha relattivi.", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li r-rapporti li setgħu jiġu pubblikati ġew pubblikati.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia informa wkoll lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li jiġu diskussi dawn labbozzi fl-ordni kif ġej:", "Abbozz ta' Liġi dwar ilProfessjoni talCounselling – Abbozz Nru 48;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet kontra Money Laundering u Finanzjar ta' Terroriżmu – Abbozz Nru 67; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet (Persuni b'Diżabilità) (Sħubija f'diversi Entitajiet (Abbozz 82).", "Carmelo Abela fakkar lill-Kumitat illi l-ħsieb talGvern kien li nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar issir diskussjoni bla vot dwar issimplifikazzjoni u ttnaqqis talburokrazija u wiegħed li d-dokument dwar din il-materja kien se jkun disponibbli xi ġranet qabel id-dibattitu parlamentari.", "L-Onor.", "David Agius reġa' rrefera għall-Abbozz ta' Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Abbozz 63) u talab indikazzjoni ta' meta se jibda d-dibattitu fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Huwa wera x-xewqa li d-diskussjoni tibda sal-aħħar tax-xahar.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li kien qed jieħu nota tal-qbil li kien intlaħaq matul is-sena 2014 u għaldaqstant kellha tinstab data fejn din id-diskussjoni tkun tista' tibda.", "PREŻENTAZZJONI DWAR ŻVILUPPI FUQ IL-PROĠETT TAL-BINI TAL-PARLAMENT IL-ĠDID", "Skont ftehim milħuq fil-laqgħa preċedenti, il-Kumitat stieden lil Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC), sabiex jagħti overview dwar fiex waslu x-xogħlijiet fil-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Dr Zrinzo Azzopardi kien assistit mis-Sur Dennis Vella, Chief Executive Officer tal-GHRC u mis-Sur Chris Paris, Executive Officer tal-GHRC preċedenti.", "Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura l-Onor.", "Joe Mizzi kien ukoll preżenti.", "Il-Membri tal-Kumitat ġew mogħtija dokument li jelenka d-diversi xogħlijiet li għadhom pendenti fil-bini l-ġdid tal-Parlament kif ukoll timelines ta' meta dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew skont kif indikat mill-kuntratturi responsabbli.", "Għar-rigward il-bankijiet tal-Membri fis-Sala tal-Parlament, Dr Zrinzo Azzopardi qal li fil-preżent dawn kienu l-Italja biex issirilhom il-modifika meħtieġa skont id-disinji li saru mill-uffiċċju ta' Renzo Piano.", "Il-bankijiet kellhom jintbagħtu lura Malta fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar.", "Mid-diskussjoni ħareġ li jekk kollox imur kif ippjanat skont it-timelines mogħtija mill-kuntratturi, ix-xogħol fil-binja tal-Parlament, kellu jkun lest sal-aħħar ta' Marzu.", "Fi tmiem tal-preżentazzjoni, l-Onor.", "David Agius ippropona li l-GHRC iżżomm lill-Membri tal-Kumitat aġġornati b'dak li jkun qed iseħħ u li għalhekk kellha ssir preżentazzjoni oħra għall-ħabta ta' nofs Frar.", "Il-Kumitat qabel ma' din il-proposta.", "AFFARIJIET OĦRA", "Rapport ta' inkjesta interna mill-Korp tal-Pulizija", "L-Onor.", "David Agius irrefera għall-punt diġà mqajjem minnu fil-bidu tal-laqgħa dwar ir-rapport tal-Bord tal-Pulizija u ikkjarifika li t-talba tiegħu kienet għall-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta interna dwar l-operat tas-CID ippreseduta mill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali informa lill-Kumitat li safejn jaf hu fil-Ministeru tiegħu m'għandux din l-inkjesta u li m'għandux ġurisdizzjoni fuq inkjesti interni tal-Korp tal-Pulizija.", "L-Onor Abela tenna li r-rapport ta' inkjesta li huwa kien irċieva, kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u tenna l-commitment tiegħu li hekk kif ikollu r-rapport tal-inkjesta l-oħra, li saret referenza għalih aktar kmieni fil-laqgħa, hu kien se jqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Xandir tal-ħidma tal-Parlament", "L-Ispeaker irrefera għal ftehim milħuq mal-kumpanija GO dwar ix-xandir televiż tal-ħidma tal-Parlament, liema ftehim kien tqassam lill-Membri tal-Kumitat fil-laqgħa Nru 23 tas-6 ta' Novembru 2014, u talab kienx hemm l-approvazzjoni li tali fteħim jiġi ffirmat.", "Il-Kumitat qabel li l-kuntratt mal-kumpanija GO jiġi ffirmat.", "L-Ispeaker irrefera wkoll għal linji gwida dwar video streaming tad-dibattiti parlamentari darba li l-Parlament jibda jiltaqa' fil-binja l-ġdida, u l-emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra biex jirriflettu dan il-pass.", "Kopja draft tal-linji gwida li jinkludu wkoll abbozz ta' emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, kienu diġà tqassmu lill-Membri tal-Kumitat f'laqgħa preċedenti.", "Il-Kumitat qabel li jingħata ftit aktar żmien qabel tittieħed deċiżjoni.", "Kumitat dwar l-immigrazzjoni irregolari/Grupp Parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura", "B'referenza għall-kumitat dwar l-immigrazzjini irregolari fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li l-Oppożizzjoni kienet qed tinnomina lill-Onor.", "Jason Azzopardi, filwaqt li għar-rigward il-Grupp Parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, l-Oppożizzjoni kienet qed tinnomina lill-Onor.", "Joseph Cassar u lill-Onor.", "Fis7.50 p.m. ilKumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20150119_026m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 26", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Onor.", "Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej, dwar il-preparamenti li qegħdin isiru b'rabta mal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju 2017.", "Affarijiet oħra.", "13 ta' Jannar 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150128_026a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 26", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 26", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 25, li saret fil-15 ta' Jannar 2015, kienu kkonfermati.", "AFFARIJIET OĦRA", "Ratifika mill-Gvern ta' Ftehimiet u Konvenzjonijiet", "THE CHAIRPERSON (Onor. Luciano Busuttil): Qabel ma ngħaddu għall-item tal-lum, xtaqt ngħarrafkom li, fuq struzzjonijiet tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, dan il-Ministeru se jibda jinforma lil dan il-Kumitat b'dawk il-ftehimiet u konvenzjonijiet li l-Gvern ikun se jirratifika taħt Art.", "5 tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304), minkejja li ma kienx hemm obbligu legali li dawn jinġiebu quddiem il-Parlament.", "U, fil-fatt, qiegħed jippreżenta dawn il-ħames dokumenti:", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR.", "IAN BORG, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-PRESIDENZA UE2017 U FONDI EWROPEJ, DWAR IL-PREPARAMENTI LI QEGĦDIN ISIRU B'RABTA MAL-PRESIDENZA MALTIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERIJODU MINN JANNAR SA ĠUNJU 2017", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għat-tema prinċipali tal-lum li hija preżentazzjoni mill-Onor.", "Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza EU2017 u Fondi Ewropej, dwar il-preparamenti li qegħdin isiru b'rabta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li Malta se tkun qiegħda tassumi fil-perijodu bejn Jannar u Ġunju 2017.", "L-Onor.", "IAN BORG (Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej): Sur President, qabel xejn nixtieq nirringazzjakom talli lqajtu t-talba tiegħi sabiex inkun nista' nibda nirrapporta lil dan il-Kumitat bil-progress li jkun qed isir f'dan ir-rigward.", "Huwa minnu li għal dawn l-aħħar sentejn ħdimna qatiegħ sabiex inkunu ppreparati għal meta jkun imiss lil Malta sabiex tippresjedi fuq il-Kunsill tal-Ministri.", "Sfortunatament, ma kellniex din il-possibilità qabel li niltaqgħu u niddiskutu f'dan il-forum, imma issa ħassejt li kellna biżżejjed critical mass sabiex nibdew nirrapportaw.", "Nixtieq li din tkun waħda regolari: ovvjament, ma naħsibx li għandna nintrabtu li niltaqgħu kull ġimagħtejn jew kull xahar, imma niltaqgħu hekk kif inħossu l-ħtieġa.", "Kif tafu, Malta tifforma parti mit-Trio, u aħna qegħdin fit-tielet parti ta' dak it-Trio, flimkien mal-Olanda u s-Slovakkja.", "Għalhekk, il-Presidenza tagħna tibda fl-1 ta' Jannar tal-2016, fejn hemmhekk jibdew l-ewwel sitt xhur tal-Olanda, imbagħad ikun imiss is-sitt xhur tas-Slovakkja, mentri Malta tippresjedi fl-ewwel sitt xhur tal-2017.", "Jekk wieħed jista' jaqsam il-ħidma li għandek fuq il-Presidenza … jiena nħobb naqsamha f'dik formali, fejn id-drive, wara t-Trattat ta' Lisbona, hu dak li jkollok Brussels-based presidencies, u allura dan huwa l-irwol fundamentali tar-rappreżentanza permanenti; imbagħad għandek dak li huwa informali, jiġifieri s-sitt xhur partikolari li għandu pajjiżna, fejn hemmhekk għandek aktar flessibilità, imma mbagħad mill-aspett finanzjarju trid tħallas inti sabiex tniżżel numru ta' laqgħat informali tal-ministri, mal-ambaxxaturi kemm bħala rappreżentanti permanenti u deputati rappreżentanti permanenti, u laqgħat oħra ma' nies tekniċi, diretturi ġenerali, diretturi, eċċ. Hemmhekk fejn il-pajjiż se jaqta' r-riga tiegħu dwar liema tip ta' laqgħat irid iniżżel.", "U allura rridu naraw x'valur miżjud wieħed se jkollu meta jniżżel il-laqgħat f'Malta, u kif dawn se jgħinu fil-ħidma formali li tkun trid issir fi Brussell ġranet jew ġimgħat wara dawk il-laqgħat informali f'pajjiżna.", "Biex inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu dan, iltqajna u tkellimna ma' diversi pajjiżi li għamlu din il-biċċa xogħol.", "B'mod umli kulħadd jgħidlek li, wara t-Trattat ta' Lisbona, kulħadd qed jippresjedi għall-ewwel darba, għalkemm kulħadd jaf l-istorja ta' kull pajjiż membru.", "Magħna għandna 'l-Olanda li se tkun qiegħda tippresjedi għat-13-il darba bħala founding member, u lis-Slovakkja, li bħalna se tkun qiegħda tippresjedi għall-ewwel darba.", "Il-laqgħat bejn it-Trio, kemm formali kif ukoll informali, saru fuq diversi livelli.", "Nista' ngħid li fuq il-livell tiegħi kelli ż-żewġ kollegi kemm mis-Slovakkja, kif ukoll mill-Olanda, li żaru Malta matul din is-sena u nofs.", "Imbagħad, segwejna b'laqgħat formali, l-ewwel fis-Slovakkja u wara f'Amsterdam, u issa t-tielet laqgħa se tinżamm f'Malta fit-3 u fl-4 ta' Marzu li ġejjin.", "Imbagħad jibda x-xogħol fuq id-drafting tal-programm ta' tmintax-il xahar, li għalih se nkunu akkompanjati bl-assistenza tas-Segretarjat tal-Kunsill.", "F'laqgħa li kelli mas-Segretarju Ġenerali, Uwe Corsepius – din kienet it-tieni laqgħa formali li kelli miegħu – huwa spjega kif it-timeframe li qed jara hu hi li d-drafting mas-Segretarjat jibda għall-ħabta ta' Mejju/Ġunju.", "Għalhekk aħna qed naraw li l-laqgħa ma' Malta se tkun l-aħħar inkontru, fejn it-tliet pajjiżi jkunu jistgħu jiddiskutu u jaraw li dan il-programm ta' tmintax-il xahar ikun wieħed koerenti u li, jekk jista' jkun, l-interessi u dak li nixtiequ npoġġu 'l quddiem bħala Malta jkunu featured fit-tmintax-il xahar sħaħ, u mhux naraw sitt xhur mod, sitt xhur mod ieħor, u sitt xhur mod ieħor.", "Dak kien il-vantaġġ li ried jagħti t-Trattat ta' Lisbona fit-tmintax-il xahar, u allura rridu naraw kif nagħmlu użu minnu bl-aħjar mod possibbli.", "Mat-Trio qegħdin niddiskutu wkoll fuq il-laqgħat formali ta' Brussell, u qegħdin naraw x'possibiltajiet hemm, dejjem bl-assistenza tas-Segretarjat tal-Kunsill, li naqilbu ċ-Chairs ta' dawn il-working groups.", "Il-mistoqsija li tfajna fuq il-Mejda kienet f'dan is-sens: jekk wieħed jistax jippresjedi fuq working group tal-Fisheries għal sena sħiħa u mhux sitt xhur, imbagħad il-parti l-oħra tippresjedi fuq il-kumitat tal-Afforestation għal sena sħiħa minflok għal sitt xhur.", "U dan anke minħabba l-interessi, u forsi n-nuqqas ta' expertise, fuq iż-żewġ pajjiżi.", "Dik il-mistoqsija għadha qiegħda tiġi esplorata fuq livell tekniku.", "Fuq l-aspett ta' policy u taħriġ, inkarigajt lill-Ambaxxatur Victor Camilleri, li huwa Career Diplomat għal 45 sena u kien ukoll il-Head of Mission ta' Malta meta Malta aċċediet bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Kien l-ewwel rappreżentant permanenti u allura qed imexxi hu, flimkien mar-rappreżentanza permanenti u mal-Ministeri differenti, sabiex nidħlu f'dawn in-nitty-gritties.", "Hemm proċess ukoll sabiex dawn il-working parties li qed nitkellmu fuqhom – jekk m'inix sejjer żball hemm mal-156 – u li minnhom 122 iridu jkunu ppresjeduti mill-Presidenza Maltija, mentri l-kumplament, jiġifieri 34, ikunu fixed Chairs.", "Bħalma tafu, għandek numru ta' kumitati li dejjem ikunu ppresjeduti mill-istess uffiċjali: ħafna drabi dawn ikunu fuq affarijiet barranin, u allura għandek high representative persons li jippresjedu fihom.", "Għalhekk għamilna mapping, anke lokalment.", "Il-Council formation u l-working groups ma jkunux neċessarjament jirriflettu l-pożizzjoni tal-gvernijiet lura f'pajjiżhom.", "U allura rajna kull working group liema hu l-line ministry li għandu jkollu l-ownership tiegħu.", "Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej għandu rwol sabiex jikkoordina minħabba li r-rappreżentanza taqa' fir-responsabilità tiegħu.", "Imbagħad, għandu rwol kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-General Affairs Council, fejn se jpoġġi d-Deputat Prim Ministru, u jkun hemm ċirkostanzi fejn nalternaw u npoġġi jien ukoll.", "U għandek ukoll il-cohesion ministerial meta jseħħ, kemm fil-forma ta' GAC, kif ukoll informali, li kważi dejjem jissejjaħ fil-pajjiżi membri.", "Imbagħad għandek il-line ministries – għax din hija presidenza ta' gvern sħiħ, ta' pajjiż sħiħ – li jrid ikollhom l-ownership tagħhom, u allura anke tal-kontenut.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li rridu l-kontenut mill-Ministeri differenti biex nibdew naħdmu fuq id-drafting tal-programm.", "F'kull ministeru qegħdin naraw li l-punt ta' referenza jkun id-Direttur għall-Affarijiet Ewropej.", "Kull ministeru għandu tali direttur: ovvjament, is-Segretarji Permanenti jibqgħu fil-kontroll assolut tal-ħidma li jagħmel iċ-Ċivil fil-ministeru tagħhom, imma d-Direttur għall-Affarijiet Ewropej se jkun dak il-bniedem li jmiss ta' kuljum ma' issues li jiġu diskussi fil-Kunsill.", "L-Interministerial Committee li fih se jkun hemm id-diretturi għall-Affarijiet Ewropej se nibdew inlaqqgħuh kull xahar esklussivament fuq il-Presidenza.", "Issa qed nistiednu l-kontenut politiku.", "Hemm areas fejn il-Gvern jantiċipa li l-ministeri għandhom bżonn ta' aktar input meta naslu għall-kontenut, u għalhekk saru laqgħat u qiegħda ssir ħidma mal-Università ta' Malta.", "Din hija xi ħaġa politika u mhux akkademika, imma żgur li ċerta għajnuna li tista' tingħata minn professuri stabbiliti hija more than welcome.", "Hemmhekk ħallejna f'idejn ir-Rettur tal-Università sabiex jara hu liema huma l-aħjar nies li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex eventwalment dawn ikunu jistgħu jagħtu l-input tagħhom.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ingaġġ tan-nies, ħassejna li kellna mmorru għal proċess pubbliku sabiex inkomplu nlaħħmu Dar Malta.", "Illum il-workforce hija ta' bejn 40 u 60 ruħ, għax dejjem ikollok xi vakanza.", "Nafu li l-inqas workforce għal meta tiġi l-Presidenza hija ta' 200 ruħ.", "Fil-fatt, Ċipru dan l-ammont użaw.", "M'aħniex qed ngħidu li għandna naslu sa 200 ruħ u, fil-fatt, meta tkellimt mal-kollega tiegħi, l-iState Secretary tal-Polonja, din qaltli li mhux neċessarjament għenithom li tellgħu l-istaff għal 400 ruħ, għax imbagħad jista' jkollok nies jaħbtu f'xulxin.", "L-ewwel sfida kienet biex naraw kif loġistikament inkunu nistgħu ndaħħlu iktar nies f'Dar Malta, anke għaliex hemm sulari li għadhom u li se jkunu mikrija lil entitajiet li hemm fihom bħalissa, u ċjoè kirjiet antiki.", "(Interruzzjonijiet) Sfortunatament naħseb li – u qed inwieġbek għax qiegħed tgħidli inti – dawk il-kirjiet jiskadu la naf il-ġurnata li tibda l-Presidenza, u lanqas il-ġurnata li tispiċċa l-Presidenza!", "In-nies għaddew mill-interviews, u issa rridu nibdew nibagħtu għalihom, u dan irridu nagħmluh, jekk jista' ikun, mill-bieraħ, u allura rridu noħolqu l-ispazju meħtieġ.", "Qiegħed isir il-capacity building mhux biss tan-nies, imma anke tal-għamara, tal-IT, tal-infrastruttura, eċċ. Ħarġet sejħa għal Senior Policy Officers, fuq livell ta' Technical Attaché u fuq livell ta' Research Analysts, li tagħlaq nhar il-Ġimgħa.", "Għadhom għaddejjin l-interviews għal Technical Attachés, u ta' xi pożizzjonijiet oħra.", "Issa, eventwalment, trid tittieħed deċiżjoni dwar x'se jiġri minn dawk il-pożizzjonijiet li se jiskadu lejliet il-Presidenza u waqt il-Presidenza!", "Ma jistax ikollok nies li se jivvakaw il-post tagħhom u nies ġodda li jidħlu f'posthom meta inti jkollok il-Presidenza!", "Il-bieraħ saret laqgħa li attendew għaliha madwar 60 ruħ min-nies li jaħdmu f'istituzzjonijiet jew jgħixu fi Brussell, il-Lussemburgu u l-madwar, liema laqgħa ġiet indirizzata mill-Ambaxxatur Camilleri, biex naraw il-possibilitajiet ta' secondments jew ta' nies li jersqu f'Dar Malta sabiex jaħdmu fuq il-Presidenza.", "Fil-fatt, kien hemm laqgħa mal-Kummissjoni Ewropea dwar dan, għax mhux dejjem ikun ta' vantaġġ għal pajjiż li jippresjedi minħabba li ħafna drabi jkollok bżonn nies fuq in-naħa l-oħra tal-istituzzjonijiet, u allura trid tara strateġikament x'ikollok bżonn bħala pajjiż.", "Laqgħat mal-Parlament Ewropew – kif tafu, il-Parlament Ewropew huwa strumentali fil-proċess ta' kull leġislazzjoni.", "Inti għandek żewġ chambers li huma l-Kunsill u l-Parlament.", "Jien diġà kelli 15-il laqgħa fil-Parlament Ewropew, kemm fi Strasburgu kif ukoll fi Brussell, u se tkun prassi wkoll, u qed nistieden lil sħabi l-Ministri u Segretarji Parlamentari sabiex, meta jkunu hemmhekk, jattendu għall-Council meetings tagħhom, u jieħdu l-opportunità u jiltaqgħu maċ-Chairs, mal-Vice Chairs u presidenti oħra fi ħdan il-Parlament Ewropew ħalli jibnu rapport personali u professjonali magħhom.", "B'hekk wieħed ikun jista' jifhem aħjar lil min għandu fuq in-naħa l-oħra tal-mejda meta jkun qed jinnegozja biex jagħlaq leġislazzjoni.", "Għandi wkoll laqgħa skedata fil-ġranet li ġejjin maż-żewġ kapijiet tad-delegazzjonijiet Maltin, jiġifieri kemm mal-Onor.", "David Casa, sabiex niddiskuti magħhom l-involviment li jista' jkollhom il-Membri Parlamentari Maltin.", "Eventwalment, kien hemm xi korrispondenza b'lura ftit wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, imma issa din ġiet sorvolata.", "U issa anke l-Oppożizzjoni tixtieq li nibdew indaħħluha fid-diskussjoni, u għalhekk tkellimt mill-ewwel mal-Onor.", "Casa sabiex tibda dik id-diskussjoni.", "U fil-fatt se niltaqgħu fis-6 ta' Frar biex niddiskutu l-involviment tagħhom.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' laqgħat fuq livell tekniku nista' ngħid li s'issa saru 49 laqgħa fuq livell ta' ambaxxaturi, permanent representatives u deputy permanent representatives, technical attachés, diretturi u diretturi ġenerali taċ-Ċivil, kif ukoll laqgħat oħra bejn nies li jattendu l-Council meetings.", "Hemm minnhom li jkunu laqgħat formali, waqt li oħrajn ikunu informali, u ħafna drabi dawn tal-aħħar ikunu aktar effettivi, għax fuq kafé jiltaqgħu tliet technical attachés minn tliet pajjiżi differenti, u jitkellmu fuq x'inhuma l-ħsebijiet tal-pajjiż fuq il-futur.", "Rigward laqgħat informali, wieħed jista' jifhem li hawnhekk qegħdin nikkonsultaw kemm mal-line ministries, kif ukoll mal-imsieħba soċjali, permezz tal-parteċipazzjoni tiegħi fil-laqgħat tal-MEUSAC Core Group, kif ukoll b'diskussjonijiet oħrajn.", "Pereżempju, il-ġimgħa l-oħra, fost il-laqgħat li kelli fi Brussell, kelli laqgħa mal-ħames Membri Maltin fuq il-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali, fejn flimkien magħhom iltqajna mal-President tal-Kumitat, kif ukoll mat-tliet Presidenti ta' tliet gruppi differenti.", "Il-mandat tagħhom jispiċċa f'Settembru, u ħabat tajjeb li ħafna minn dawn il-Presidenti se jerġgħu jkunu kkonfermati jew elevati, u l-Membri Maltin kienu strumentali sabiex jiġbdu għall-attenzjoni tagħna l-irwol li jieħu l-Kumitat, kemm fi Brussell kif ukoll lokalment, sabiex jinvolvi l-imsieħba soċjali Maltin fil-Presidenza, eċċ. Il-line ministries staqsejnihom x'jixtiequ jagħmlu fl-entitajiet rispettivi tagħhom.", "Hija okkażjoni li l-laqgħat li s-soltu jsiru fil-pajjiż jiddaħħlu fil-programm tal-Presidenza sabiex l-aġenda tal-pajjiż tkun immexxija 'l quddiem.", "It-taħriġ huwa strumentali sabiex ikollok workforce li tkun taf il-proċeduri li tippresjedi, għax mhux kull min hu espert fil-qasam tiegħu għandu l-kapaċitajiet li jippresjedi u li jinnegozja.", "U allura hemm bżonn ta' taħriġ intensiv.", "Diġà bdejna b'offerti ta' taħriġ fejn 'il fuq minn 100 persuna ngħataw boroż ta' studju ta' opportunitajiet sabiex jieħdu taħriġ fuq l-istituzzjonijiet, fuq l-innegozjar, eċċ. f'istituzzjonijiet barra minn xtutna.", "Ħafna minnhom marru fi Bruges, Pariġi u bliet oħra.", "Hawnhekk anke l-lingwi huma xi ħaġa fundamentali, u jkun tajjeb li wieħed jirfina xi lingwi li jkun tgħallem fil-passat għax din tista' tkun utli.", "Għalkemm il-working language hija dik l-Ingliża, li tkun taf titkellem u tisma' lil sħabek, b'mod partikolari bil-Franċiż, dejjem se tkun xi ħaġa utli.", "Mas-Segretarju Ġenerali Corsepius, tkellimna wkoll fuq it-taħriġ li l-Kunsill jagħti lin-nies, kemm li jistgħu jibdew jidħlu fil-pożizzjonijiet f'Dar Malta, kif ukoll lin-nies Maltin li għandhom bżonn jippresjedu xi laqgħa u jkunu qed jitilgħu għal dik il-laqgħa minn Malta.", "Eventwalment se jsir taħriġ ukoll għall-Ambaxxaturi u għall-Ministri.", "Hija prassi li s-Segretarjat iħarreġ fil-proċeduri, eċċ. lil dawk kollha li jkunu se jikkontribwixxu.", "Qed niddiskutu wkoll mall-iSpeaker tal-Kamra dwar l-involviment tal-parlamenti nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-Presidenza.", "Aħna ħejjejna r-rapport tagħna fuq x'isir fi presidenzi oħra, u għaddejna dan id-dokument kemm lill-iSpeaker tal-Kamra, kif ukoll lill-iSkrivan tal-Kamra.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, se nżommu dik id-diskussjoni ħajja sabiex il-Parlament Malti jkun konxju ta' dak li hemm jistennih meta naslu għaliha.", "Hemm programm kulturali wkoll, u hawnhekk mhux qed nipprovaw nivvintaw ir-rota jew noħolqu xi strutturi ġodda.", "Fuq it-taħriġ u l-policy qed nużaw l-EU Secretariat, struttura li ġiet imwaqqfa fil-passat, u li ħadmet u tat il-frott tagħha.", "Għalhekk, mhux se noqogħdu noħolqu units ġodda minħabba l-Presidenza, imma se naħdmu b'mod orizzontali, bir-riżorsi li jeżistu.", "Bdejna d-diskussjonijiet mal-Valletta 18 biex naraw jekk huma għandhomx il-kapaċità li jħejju l-programm kulturali.", "Għaddejjin fuq x'riċerka ssir fi Brussell u l-kapitali l-oħra.", "Anke l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qed ikun involut sabiex naraw ambaxxati bilaterali, b'mod partikolari li jkollhom ċerta udjenza li tinteressa ruħha fil-programm kulturali tal-pajjiż li jippresjedi, sabiex naraw x'se jiġi lura.", "Imbagħad hemm ukoll l-ambaxxati multilaterali li huma ta' ċerta portata u importanza għal meta jsiru laqgħat fejn il-Presidenza ma tkunx qiegħda tippresjedi imma tkun qiegħda tirrappreżenta lill-Kunsill, b'mod partikolari fejn jidħlu l-Fisheries, l-Ambjent, Tibdil fil-Klima, is-Saħħa permezz tad-WHO, eċċ. Ħafna drabi hawnhekk inkunu qed nitkellmu fuq Ġinevra u Vjenna, mingħajr ma niskartaw ambaxxati bilaterali u ta' importanza oħrajn, bħal New York, Ruma u The Hague, fejn hemmhekk għandek l-aspett tad-drittijiet tal-bniedem.", "L-aspett l-ieħor huwa l-aspett loġistiku, li tkellimna ftit fuqu wkoll u li, mal-ħin, dan se jkun fundamentali għal dak li se jsir f'pajjiżna.", "Se jinżammu laqgħat, u bħalissa għaddejjin diskorsi mal-Malta Tourism Authority u mal-Malta Enterprise, kif ukoll mal-MHRA u stakeholders oħra.", "Imbagħad għandek it-tielet pilastru li qed tinbena fuqu l-Presidency Unit, u allura hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-media and information sabiex ikollok messaġġ koordinat u li jwassal il-ħsebijiet, l-ambizzjonijiet u r-riżultati tiegħek b'mod effettiv.", "Ipprovajt inkun konċiż, imma għandi ħafna aktar dettalji.", "Naħseb li jkun utli jekk nisma' l-ħsebijiet tagħkom, u mbagħad inkomplu niddiskutu flimkien.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Naħseb tifhem il-fatt li l-Kumitat tal-Parlament ikun interessat fl-irwol u fl-involviment tal-parlament nazzjonali f'dan kollu.", "Aħna, bħala Kumitat, ġie ppreparat dokument mill-impjegata tal-Parlament, u li fih għandna overview ta' dak li l-Parlament Malti se jkun involut fih, bħal pereżempju, laqgħat tal-COSAC u laqgħat ġodda bħall-CFSP u CSDP, plus li jista' jkun hemm laqgħat settorjali tal-Kumitati tal-Parlament.", "IAN BORG: Jidhirli li l-Parlament għandu rapport min-naħa tagħna ta' x'wieħed qed jistenna minnu, u aħna għandna rapport min-naħa tagħkom dwar x'qegħdin tistennew u, fil-ġranet li ġejjin, apparti li l-Ambaxxatur diġà iltaqa' mal-Iskrivan tal-Kamra u se nidħlu wkoll f'diskussjonijiet mal-iSpeaker.", "U naħseb li għandu jkun hawn rappreżentanza minn dan il-Kumitat ħalli wieħed ikun konxju tal-obbligi u tar-responsabilitajiet li għandna.", "THE CHAIRPERSON: Speċjalment meta wieħed iqis li sal-2017 se jkollna l-Parlament il-ġdid li se jkun operattiv.", "Hawn xi mistoqsijiet?", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Tkellimt dwar id-drafting tal-programm u għedt li donnu għad m'hemmx deċiżjoni eżatta dwar liema rwol se jkollhom it-tliet pajjiżi li se jmexxu l-Presidenza.", "U għedt jekk hux se nieħdu s-sajd jew il-biedja.", "IAN BORG: Dak mhux fuq l-aspett tad-drafting tal-programm.", "Hemmhekk fejn qed jidħlu fit-teknikalità mas-Segretarjat tal-Kunsill, u fejn wieħed jara hemmx lok li wieħed jikkoopera bejn il-pajjiżi sabiex jippresjedi.", "Is-Slovakkja hija l-ideal għax qiegħda fin-nofs tal-katina, u għaddejjin b'dawn id-diskussjonijiet ħalli nindirizzaw dawn in-nitty-gritties li, frankament, nixtieq inħallihom fuq livell tekniku ħalli naraw li l-pajjiżi jużaw l-aħjar riżorsi.", "Issa l-programm jibda jiġi mfassal għall-ħabta ta' Mejju/Ġunju, u hemmhekk id-Diretturi tal-Affarijiet Ewropej mill-Ministeri differenti jridu jagħtu l-input tagħhom.", "Jien nittama li jafu x'iridu, imma konvint li hekk hu.", "FREDERICK AZZOPARDI: Semmejt ukoll in-numru ta' ħaddiema, u semmejt is-Senior Policy Officers u l-Policy Officers li se jsiru l-interviews tagħhom.", "Għandkom xi numru kemm se jiġu mpjegati f'dawk il-linji?", "IAN BORG: Aħna m'għamilniex numru definittiv.", "Idea ta' x'workforce kellhom pajjiżi oħra sabiex jippresjedu u jilħqu l-obbligazzjonijiet tagħhom, kif diġà għedt, huma dawk li huma.", "Qegħdin nimxu fuq proċess pragmatiku, u nħallu l-ħin biex jiggwidana x'ikun hemm bżonn.", "Kieku wieħed ikollu l-lussu li jista' jdaħħal 300 ruħ u m'għandux problemi minn fejn se jħallashom, naħseb li xorta jrid jieħu l-ħin tiegħu biex ipoġġihom f'posthom, għax loġistikament dawn in-nies irid ikollhom mejda u l-għodda tagħhom biex jaħdmu, iridu jitħarrġu u jingħataw l-assignments li għandhom bżonn.", "Se jkollok min jitla' fl-immedjat, u oħrajn li forsi se jitilgħu sitta, seba' xhur qabel il-Presidenza.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-applikazzjonijiet kienu miftuħin għall-ħaddiema taċ-Ċivil jew jistgħu japplikaw ukoll minn barra?", "IAN BORG: Le, seta' japplika kulħadd.", "Jien informat li fuq tas-Senior Policy Officers applikaw 'il fuq minn 150 ruħ, u għaddew 'il fuq minn 100.", "Dawk allokajnielhom l-iSkala 7 taċ-Ċivil, u għandek ukoll il-pakkett tal-allowances skont l-iskeda tal-Affarijiet Barranin, u li din naħseb qatt ma nbidlet.", "Anzi, pprovajna nissikaw ukoll iċ-ċinturin hemmhekk.", "Għandek ukoll il-Policy Officers, li l-pożizzjoni tagħhom għadha miftuħa u tagħlaq nhar il-Ġimgħa.", "Dawk għandhom l-iskala 9 biex jirriflettu t-TA u l-RA, jiġifieri l-pożizzjonijiet l-oħra li għandek jaħdmu f'Dar Malta.", "U dan għamilnih għax ma jistax ikollok taħt l-istess saqaf nies li qed jagħmlu l-istess xogħol, imma mħallsin differenti.", "Jista' ikun ukoll li mal-ħin nużaw żgħażagħ li forsi ma jkunux gradwati bilfors f'dan ix-xogħol, imma li jixtiequ jagħtu servizz lill-pajjiż.", "U dawn se ndaħħluhom biex jagħmlu xogħol amministrattiv, u allura wieħed jista' jiffranka l-pagi, imma fl-istess ħin qed jagħti opportunità tajba lil dawn in-nies.", "Din tagħlaq nhar il-Ġimgħa.", "Kemm tas-Senior Policy Officers kif ukoll tal-Policy Officers għamilnihom ma jiskadux biex, kemm jista' jkun, nibqgħu ndaħħlu l-intake ta' dawk li se jkunu għaddew, u b'hekk nevitaw proċessi ...", "FREDERICK AZZOPARDI: Qed nifhem li mhux bilfors għax ikunu għaddew 100 applikant, dawn se jidħlu kollha, hux hekk?", "Hemm proċess li ċ-Ċivil isegwi, fejn l-ewwel trid tmur għall-approvazzjoni tal-PAHRO, u mbagħad trid tmur għall-approvazzjoni tal-Finanzi.", "U allura, skont l-approvazzjoni li jkollok u skont kemm wieħed jitlob biex jiġu approvati.", "Imma l-lista tibqa' valida.", "FREDERICK AZZOPARDI: Qiegħed jissemma ħafna xogħol li jirrikjedi spejjeż kbar għall-pajjiż.", "Allura mill-Ewropa hemm xi finanzjament speċifiku għall-Presidenza?", "IAN BORG: Dan huwa kumment interessanti.", "Il-Presidenza hija obbligu li toħroġ mit-Trattat, u allura ma nagħżlux aħna jekk irridux il-Presidenza jew le.", "U għalhekk, sfortunatament, mhuwiex possibbli li wieħed jieħu finanzjament Ewropew sabiex jilħaq l-obbligi tiegħu.", "Wieħed jara x'jista' jagħmel minkejja l-Presidenza, u mhux minħabba l-Presidenza.", "U allura, pereżempju, wieħed iħarreġ is-Servizz Pubbliku … Kif spjegajt qabel, qed jingħataw boroż ta' studju u taħriġ ieħor, u dan isir irrilevanti jekk imbagħad in-nies hux se jibqgħu maċ-Ċivil jew le.", "Aħna ma tajniex kas jekk humiex se jersqu 'l quddiem jew le, u jekk humiex Brussell jew inkella fil-Ministeru, għax dak l-għarfien qiegħed magħhom u allura, anke jekk dak li jkun jitlaq, fl-aħħar mill-aħħar wieħed ma jistax jikkontrolla r-riżorsa umana tiegħu.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament, jekk tippresjediex Malta jew inkella l-Ġermanja, xorta se ġġib magħha l-istess spejjeż u l-istess obbligi.", "Jiena konvint li din il-mistoqsija se nibda noħlom fuqha fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Jien nixtieq aktar informazzjoni fuq x'inhu l-irwol tagħna l-Membri Parlamentari fuq it-tfassil tal-programm.", "Il-Parlamenti tat-tliet pajjiżi li jkunu qed jippresjedu kif se jieħdu sehem f'dan, u anke aħna, bħala Foreign and European Affairs Committee, kif se nkunu nistgħu nikkontribwixxu b'mod dirett sabiex inwasslu s-sottomissjonijiet tagħna biex dak li nixtiequ naraw fil-programm iseħħ?", "Kull pajjiż għandu l-proċess tal-leġiżlazzjoni tiegħu u kif jaħdem l-Eżekuttiv mal-Parlament.", "Dan huwa l-obbligu tal-Ministri li jpoġġu fil-Kunsill tal-Ministri.", "Naqbel miegħek hawnhekk għax hija wegħda elettorali ta' dan il-Partit li llum jinstab fil-Gvern li għandu jieħu a bipartisan approach, u allura ma narawx biss l-involviment tal-Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern, imma anke li jkun hemm l-involviment tal-Membri Parlamentari min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Kif kont qiegħed nispjega, jien se nibqa' disponibbli u se nibqa' nattendi hawnhekk, filwaqt li nistedinkom – kemm b'mod formali matul laqgħat oħra, u kemm b'mod informali – sabiex nibqgħu niddiskutu u nagħmlu laqgħat bejnietna, jekk hemm bżonn anke nagħmlu one-to-one fil-portofolio Ministerjali tiegħi.", "Min-naħa l-oħra, hemm il-proċess li jsir fil-kumitati l-oħra ta' din il-Kamra, u anke fil-Plenarja nnifisha permezz tal-mistoqsijiet parlamentari, eċċ. Kif kont qed nispjega, aħna rridu issa lid-diretturi u lill-ministeri sabiex jgħidulna fuqiex għandna l-aktar niffokaw – pereżempju, li niffokaw fuq l-immigrazzjoni irregolari, fuq il-marittimu jew fuq il-Mediterran – u x'direzzjoni politika għandna nieħdu, fejn irridu naslu, u jekk wieħed huwiex se jitkellem fuq livell formali fi Brussell, u allura jkun irid jibda jaħseb minn issa sabiex jiltaqa' mal-Kummissarju rispettiv ħalli jtellaq il-ħsibijiet tiegħu.", "Dan għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, il-leġiżlazzjoni li jkollu quddiemu l-Kunsill u l-Parlament li jtellqu lill-Kummissjoni Ewropea.", "Proprju l-ġimgħa l-oħra, kelli laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, Catherine Day, u ma' uħud mill-Kummissarji l-oħra li ltqajt magħhom matul l-aħħar sentejn.", "Il-ġimgħa l-oħra kelli wkoll żjara ma' Johannes Hahn, Kummissarju għan-Neighbourhood Policy.", "U allura, għandek l-aspett tal-iskrutinju parlamentari, il-mistoqsijiet parlamentari lill-Ministri rispettivi fuq x'qegħdin jaraw, u naħseb li mbagħad għandu jkun hemm approach fejn wieħed joħroġ mill-Ministeru konċernat sabiex jikkonsulta mal-kumplament tal-Membri Parlamentari, u allura anke mal-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Fuq l-iskrutinju parlamentari, pereżempju jien nista' nistaqsi lill-ministeru konċernat jekk applikax jew inkella għandux il-ħsieb li japplika taħt it-tali sejħiet għal fondi Ewropej.", "F'dan il-każ, wieħed jagħmel mistoqsijiet lill-ministeri konċernati biex jara x'inhuma l-ħsebjiet tagħhom li se jippromwovu fil-Council formation tagħhom u jekk hemmx lok ta' diskussjoni aħjar fuqhom.", "MARLENE FARRUGIA: Għandek ukoll l-involviment taż-żgħażagħ.", "Għandek l-SDM, il-Pulse u għaqdiet oħra taż-żgħażagħ li diġà wrew li jistgħu jkunu jsemmgħu vuċi.", "Il-Presidenza hija xi ħaġa nazzjonali, u allura, kif nistgħu naħtfu din l-okkażjoni biex ninvolvu liż-żgħażagħ fit-tfassil tal-programm u nisimgħu s-suġġerimenti tagħhom?", "IAN BORG: Li nista' ngħid hu li ħafna minnhom dawn avviċinawna personalment.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi għaqda ta' żgħażagħ minn Għawdex u li magħhom kelli laqgħa interessanti ħafna.", "Issa nistgħu naraw jekk hemmx għaqdiet ta' żgħażagħ oħra fi gżejjer membri stati, fejn allura nistgħu niksbu l-attenzjoni tal-Ministri konċernati, u anke tal-Kummissjoni Ewropea, biex tinħoloq sezzjoni apposta, jew konferenza, jew work shops fejn wieħed ikun jista' jiddiskuti.", "Dawn huma laqgħat regolari ma' stakeholders li qegħdin javviċinawna huma stess.", "Imbagħad, meta tmur fuq il-MEUSAC u fuq il-MCESD, hemmhekk se ssib ir-rappreżentanti tal-entitajiet l-oħra.", "Żgur li rridu nkabbru l-għarfien tal-Presidenza tagħna.", "Jiena ngħid li fortunatament aħna avvanzati kkomparati ma' pajjiżi oħra; imma, sfortunatament, mhux kulħadd jifhem x'inhuma l-obbligi ta' pajjiżna f'dawk is-sitt xhur tal-Presidenza.", "Għalhekk irridu nkabbru dan l-għarfien, u żgur li din id-diskussjoni li qiegħda tipproponi inti hija xi ħaġa kruċjali.", "MARLENE FARRUGIA: Dik hija importanti daqs il-Presidenza nnifisha.", "IAN BORG: Imma huwa importanti li l-poplu, l-għaqdiet, l-NGOs, l-istakeholders, l-assoċjazzjonijiet ċivili u l-parlamentari jifhmu l-proċess Ewropew.", "Wieħed jista' jsejjaħ konferenza u jagħmel pompa għal jumejn, tlieta biex jikseb l-attenzjoni tal-media; imma mbagħad għandek il-proċess Ewropew, li jitlob li inti trid tikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex it-tema partikolari li tixtieq inti tidħol fil-programm ta' ħidma.", "U aħna nafu li l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea, kemm dak annwali, kif ukoll dak għall-ħames snin li ġejjin, ġie ppubblikat fil-ġranet li għaddew.", "Mela x'tip ta' leġiżlazzjoni se jkun hemm fuq il-working parties?", "Wieħed irid jifhem li hemm proċess leġislattiv, u allura, fl-aħħar mill-aħħar, li tippresjedi nistgħu nagħmluha festa ta' kuluri, imma li se jibqa' wara huwa fuq il-leġiżlazzjoni li tkun għaddiet.", "U dawn jiġġudikawk fuq dak li tkun għalaqt.", "Jien ma nixtieqx nirrimarka fuq xi pajjiż jew ieħor, imma …", "MARLENE FARRUGIA: Aħna rridu nħallu l-marka tagħna u, jekk ħaddieħor ma wasalx fuq dawn l-oqsma ta' interess Mediterranju, irridu naraw kif se naslu aħna.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "TONIO FENECH: L-ewwel nett, huwa ta' unur kbir u hija okkażjoni sabiħa għal Malta li se jkollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.", "Malta se tkun il-President tal-Ewropa, u allura l-Gvern se jkun qiegħed iġorr responsabilità kbira.", "Jiena nawgura li bħala Malta nagħmlu suċċess minn din l-okkażjoni, għax huwa fl-interess ta' pajjiżna.", "Jien it-tama tiegħi hi li meta tgħaddi l-Presidenza ta' pajjiżna, il-pajjiżi l-oħra jgħidu li aħna għalaqna ħafna issues, u jgħidu li Malta kienet l-interlokutur biex wasalna għal numru ta' issues.", "Naħseb li l-ħin se jkun favurina, għax il-perijodu ta' bejn Jannar u Ġunju huwa l-aktar wieħed intensiv u l-aktar wieħed li fih isir xogħol għax, sfortunatament, fit-tieni nofs tas-sena għandek is-sajf, u mbagħad għandek il-Milied, u allura, ħafna drabi, il-ħidma tal-Kunsill tkun biss ta' xahrejn.", "Għalhekk, qegħdin fl-aħjar żmien, u naħseb li pajjiżna għandu din l-opportunità sabiħa li fiha jista' verament iħalli marka fuq il-livell Ewropew.", "U, fl-interess nazzjonali, nawgura li l-Gvern jirnexxielu jagħmel dan.", "Jien min-naħa tiegħi nirringrazzjak tal-brief li tajtna, u m'għandix dubju li 'l quddiem se jkollna opportunità biex nitkellmu ħafna aktar dwar l-issues.", "Jiena nħares lejn il-Presidenza fuq tliet livelli: l-ewwel nett, il-kontenut politiku li l-Gvern se jittratta fuq dawn l-issues.", "Jiena xtaqt li niddiskutu ftit, u se nagħmel xi mistoqsijiet f'dan is-sens.", "Huwa tajjeb li qed tittieħed an element of bottom-up approach on the issues li l-Gvern qed jara li għandu jressaq fuq l-aġenda.", "Però, ma nistgħux ninjoraw li l-Kummissjoni ġejja bl-aġenda tagħha.", "Fil-fatt, inti semmejt li l-Kummissjoni għandha programm għal ħames snin, u allura l-Kummissjoni se tiġi quddiemkom fil-laqgħa ta' Mejju/Ġunju b'aktar karti milli se tiġu bihom intom.", "Ovvjament, kull Kummissarju għandu l-aġenda tiegħu, u se jipprova jġib lill-Presidenza favurih biex tagħtih il-prijorità fuq l-issues tiegħu.", "Ovvjament, l-għaqal tagħna hemmhekk irid ikun li naraw kif ninnegozjaw u nlaqqgħu ftit il-prijoritajiet tagħhom mal-prijoritajiet tagħna.", "Hemmhekk, fl-opinjoni tiegħi, naħseb li jrid isir ħsieb minn kmieni min-naħa tal-Gvern dwar l-istrategic areas li aħna rridu nimbottaw fl-aġenda.", "Ovvjament, hemm issues li inti you want to fast-track them, u hemm issues oħra li trid tikkontrollahom aħjar biex ma jmorrux kontra ċerti interessi tagħna.", "Anke ċertu taħriġ li ssemma, speċjalment fl-oqsma kritiċi ta' pajjiżna, ma jkunux biss taħriġ fuq kif tagħmel negotiating skills.", "Tajjeb li ssemmew ukoll il-linguistic skills meħtieġa għax, mill-esperjenza tiegħi, nista' ngħid li ġieli konna nkunu ħames ministri qed nitkellmu bl-Ingliż, u mbagħad f'daqqa jidħlulek tnejn oħra fil-grupp u jaqilbu għal-lingwa Franċiża, mingħajr lanqas biss tinduna.", "U dan għaliex il-Franċiż hija lingwa naturali.", "Mela, f'dak il-każ, irid ikollok in-nies li jifhmu x'qed jiġri fil-laqgħa, għax inkella ċ-Chairman tal-kumitat jinqabad fuq sieq ħażina.", "U allura, ngħidilkom prosit jekk qed tieħdu ħsieb ta' dak l-aspett ukoll.", "Irridu nkunu wkoll imħarrġa fuq l-issues tekniċi tagħna, u hawn nirreferi b'mod partikolari għall-issues fiskali.", "Nafu li l-Ewropa għandha mbuttatura kbira fuq issues li huma sensittivi għalina, u għalhekk importanti li l-kumitati tagħna jkunu qed jifhmu dawk l-issues fundamentali, għax l-esperjenza tal-Kummissjoni hi li ma tattakka qatt l-issue b'mod frontali, imma tidħol mill-bieb ta' wara.", "U tibda ssib kumitati oħrajn fejn tinduna li tkun aċċettajt dak il-prinċipju hemm, u tkun aċċettajt dak il-prinċipju hawn, u tispiċċa tkun inkonsistenti jekk ma taċċettax il-pakkett finali!", "Għalhekk, irid ikun hemm l-għaqal f'dan is-sens sabiex, minn dawn il-120 kumitat li se nippresjedu, nidentifikaw dawk li huma fundamentali għal pajjiżna, u jrid ikun hemm focus partikolari fl-interess nazzjonali.", "Li xtaqt nistaqsi f'dan l-istadju hu jekk il-Gvern – mingħajr ma nnaqqas mill-importanza tal-proċess li nagħmlu, il-laqgħat mal-imsieħba soċjali u man-nies interessati, eċċ. – b'mod strateġiku, jekk bediex iħares lejn x'irid jagħti jagħti imbuttatura fuq l-aġenda.", "Qed ngħid hekk għax nafu li din hija triq twila u, jekk ma jibdewx jissemmew qabel ma tasal il-Presidenza, se jkun diffiċli ħafna biex imbagħad ninfilzawhom, għax il-Kummissjoni ma tkun għamlet l-ebda xogħol preparatorju fuq l-issues tagħna.", "Kien hemm ċerti pajjiżi li xi ftit jew wisq hekk ġralhom, jiġifieri l-issue tkun inqabdet fil-Presidenza nnifisha u l-Kummissjoni ma tkun għamlet l-ebda preparazzjoni għaliha għax ikun tard wisq f'dak l-istadju, u allura l-frott ikun ftit wisq.", "Imma, jekk naqbdu ċertu issues kmieni u nibdew ninfilzawhom ħalli l-Kummissjoni tagħmel studju preparatorju fuqhom, iċ-chances tagħna li meta naslu aħna għall-Presidenza dawn ikunu fil-konklużjoni tagħhom ikunu aktar fattibbli.", "Naf li din hija mistoqsija daqsxejn wiesgħa, imma naħseb li hija fundamentali għax fuq kollox dik hi l-Presidenza.", "IAN BORG: Qabelxejn grazzi tal-appoġġ u s-sens kostruttiv li bih tkellimt għax inti għandek esperjenza vasta ta' numru ta' snin fuq il-Kunsill.", "Proprju dawk huma l-istess ħsebijiet tagħna bħala Gvern, għax ilkoll kemm aħna rridu nagħmlu biċċa xogħol tajba, u dan għall-ġid u r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Ovvjament, kien ta' sodisfazzjon għalina li, minn dawk li resqu 'l quddiem għas-sejħiet li kellna, kien hemm nies li jġorru magħhom snin twal ta' esperjenza, kemm meta kienu jaħdmu f'Dar Malta, kif ukoll f'istituzzjonijiet oħra.", "Magħhom dawn se jġibu dak l-għarfien meħtieġ u li ma ġġibu mill-ebda taħriġ li tista' tagħmel.", "Jekk imbagħad wieħed imur għall-mistoqsija speċifika fuq dak li kont qed titkellem fuqu inti, nista' ngħid li fid-diskussjoni li kelli mal-Kummissarju Johannes rajna x'nistgħu tanġibilment naraw fis-Southern Neighbourhood, fl-Eastern Partnership summits li qed jingħataw ċerta status, u li l-Mediterran dejjem kien fragmentat, bil-Five plus Five, l-Union for the Mediterranean u l-laqgħat li jsiru permezz tal-Euromed, eċċ. u l-Kummissarju, b'kunfidenzjalità, esprima l-ħsieb u l-pjan ta' ħidma tiegħu.", "Dan huwa proċess li jrid jinqabad fl-immedjat mill-Ministri mal-Kummissarji rispettivi tagħhom.", "Apparti minn hekk, għandek proċess pjuttost burokratiku li għaddej fuq livell ta' amministrazzjoni, fejn hemmhekk għaddejja u qiegħda tiġi aġġornata … Sentejn ilu bdejna fuq livell ta' tliet xhur, mentri llum qiegħda tiġi aġġornata aktar spiss it-tabulation ta' kull dossier.", "Pereżempju, il-Polonja fetħu file għal kull leġislazzjoni.", "Mela, f'kull file għandek il-pożizzjoni tagħna, brief għall-Ministru meta dan imur quddiem il-Parlament, brief għal meta jmur quddiem il-Kumitat tal-Parlament Ewropew, brief jekk jiġi ffaċċjat mill-media wara l-laqgħa tal-Kunsill, eċċ. U allura din it-tabulation qiegħda turi kull ma' hemm fuq il-mejda llum, jiġifieri l-pożizzjoni ta' Malta, min se jkun qiegħed fil-pożizzjoni x'leverage qed jagħtih il-Gvern, minn fejn sa fejn għandu jasal, u fejn wieħed jantiċipa llum li se tkun fl-2017.", "Se tkun magħluqa?", "Se tkun għadha quddiemna?", "Issa beda l-eżerċizzju proprju li semmejt inti, u li rreferejt għalih jien aktar qabel.", "Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għadu kif ġie varat f'dawn l-aħħar ġranet.", "Bħalissa qiegħed jiġi analizzat, u hemm in-nies li qegħdin jaħdmu fuqu.", "Allura, f'din it-tabulation issa se nżidu kemm hu mgħaġġel il-Kummissarju biex iwassalha.", "Ikun hemm affarijiet oħra li taħseb li mhux se jkunu fi żmienek, għax l-iskeda turi li sal-2016, u mbagħad tkun qiegħed għal kafé Brussell u jgħidulek li hemm il-possibilità li l-MFF review jispiċċa f'ħoġrok!", "U allura dan jibdillek totalment l-andament u l-pjanijiet tiegħek, għax taf li quddiemek se jkollok a big issue u l-attenzjoni tal-pajjiżi kollha u tal-media kollha se jkunu fuq dak id-dokument partikolari.", "Hemm affarijiet oħra li nistgħu nippreveduhom, bħalma huma elezzjonijiet importanti f'ċerti pajjiżi, fosthom fi Franza u fil-Ġermanja, li jistgħu jeħdulek l-attenzjoni għax se jkunu qed isiru f'dawk is-sitt xhur tal-Presidenza tagħna.", "Id-diskussjoni tar-Renju Unit li, għal grazzja t'Alla, wieħed jista' jibda jiċċara l-affarijiet minn Mejju li ġej, imma fl-eventwalità li le ma jkunx hekk u se jkollok ir-referendum imwiegħed mill-Prim Ministru fl-2017, inti tkun trid tagħti handover lil ta' warajk u tkun trid iddaħħal miegħek fil-working groups u fit-trialogues lill-uffiċjali tar-Renju Unit.", "Allura, jekk jinqala' xi ħaġa, wieħed irid iżomm f'moħħu li r-Renju Unit jaqa' fi Trio differenti u, anke fl-agħar eventwalità – li naħseb ħadd ma jawgura li jkun hekk – din se tkun taħt ir-responsabilità tal-kollegi tagħhom li jkunu fl-istess Trio, li allura jsegwu dak il-proċess.", "Jien nifhem u napprezza dak li kont qed tgħid inti, u nista' inserraħlek rasek li qegħdin nieħdu ħsieb.", "Nafu li dik hija xi ħaġa fundamentali fuq is-suċċess tal-Presidenza, għax inkella trid toqgħod tonfoħ ħafna issues li, fil-verità, ma jkunux leġislattivi, imma min veru jaf jagħrbel ix-xogħol fi Brussell, se jkun qed jgħid li inti għalaqt dak l-ammont ta' leġislazzjonijiet, jew inkella li inti ħallejt daqstant ieħor warajk għall-Presidenza sussegwenti.", "TONIO FENECH: Xtaqt nistaqsi xi ħaġa fuq il-political success għax naħseb li dik hija issue li għandha x'taqsam mal-aġenda u mal-programm.", "It-tama tiegħi hi li, eventwalment, meta l-Gvern ikun iktar ċar fuq l-issues strateġiċi, jagħtina aġġornament dwarhom fuq livell ta' Parlament, jew inkella permezz ta' dan il-Kumitat, u ssir ukoll diskussjoni fuq x'inhuma dawn l-issues strateġiċi li l-Gvern qed iħares lejhom biex aħna nkunu nistgħu nagħtu l-feedback tagħna.", "Żewġ elementi tal-Presidenza wkoll huma dak li se jissarraf għal pajjiżna f'termini ta' opportunità li se jagħti lil pajjiżna, u dak li aħna se nkunu x-showcase tal-Ewropa f'dan il-perijodu.", "Inti alludejt ukoll għal ċerti affarijiet li qed taħsbu fuqhom, imma pereżempju, bdejtu taħsbu fuq il-branding tal-Presidenza innifisha?", "Kif se twasslu għall-immaġini ta' pajjiżna fuq livell Ewropew biex anke n-nies jibdew jassoċjaw aktar lil Malta mal-Presidenza, u allura tkun ta' riklam tajjeb għal Malta?", "U forsi tista' talludi ftit għall-aspett kulturali u x'qegħdin taraw li jista' isir minnu.", "Ħalli nagħmillek l-aħħar mistoqsija għax l-ewwel insejt nagħmilha.", "Ma nafx x'qed taħsbu fuq l-ambaxxati, imma din ukoll hija kwestjoni.", "Din innotajtha wkoll fi Presidenzi meta kont jien Ministru, fejn kien ikun hemm numru ta' presidenzi li ma kienx ikollhom ambaxxatur imma jappuntaw wieħed għal dawk is-sitt xhur tal-Presidenza, avolja jekk dan ma jkunx residenti f'dak il-pajjiż.", "B'hekk ikun jista' jagħmel il-lobbying, jieħu l-feedback, u jagħti wkoll ir-reazzjonijiet għad-diskussjonijiet fil-Kunsill, meta mbagħad jiġu biex jiddiskutuha bħala gvern f'dak il-pajjiż.", "Din kienet tkun effettiva għax ovvjament kienu jaqdu ħafna l-funzjoni ta' ċerta lobbying li l-Gvern ikun irid jagħmel biex iwassal għal ċerti pożizzjonijiet.", "Kif nafu, huma n-negozjati li jwasslu għall-qbil fl-aħħar mill-aħħar, u mhux sempliċement il-laqgħat formali.", "Għalhekk, tista' tgħidilna jekk hemmx xi baġit li diġà ġie stabbilit għall-Presidenza f'dan is-sens?", "IAN BORG: Ħalli nibda mill-aħħar waħda.", "Ovvjament, il-pubbliku jaf l-allokazzjoni li għandu l-Gvern għal din is-sena partikolari għaliex tniżżlet fil-line item waqt il-Baġit.", "Inkun qiegħed ngħix f'dinja oħra jekk ngħidlek li ma bediex isir id-drafting tal-Baġit, u li mhux għaddejjin id-diskussjonijiet ma' tal-Finanzi fuq a three-year budget.", "Madankollu, aħna qegħdin nipprovaw kemm jista' jkun nillimitaw l-ispejjeż tagħna.", "Loġistikament, kull ministru jkun jixtieq iniżżel l-informal ministerial staff tiegħu, imma dak ifisser li trid tħallas id-delegazzjoniet, it-travelling, l-accommodation, l-interpreti, eċċ., u allura kull sessjoni se tiġik tiswa l-mijiet ta' eluf ta' ewro.", "Għaldaqstant, il-Gvern mhuwiex f'pożizzjoni li jgħid li l-Presidenza tagħna se tiġi tiswa tali ammont għaliex iċ-ċifri dejjem jiġu aġġornati.", "Pereżempju, l-inqas somma li rajt kienet tad-Danimarka, u din kienet ta' €40 miljun.", "Fil-fatt, dik kienet ġiet imlaqqma t-tap water presidency.", "TONIO FENECH: Jiena rajt Presidenzi fejn, wara kull laqgħa, kien ikollna ikla bl-inbid minn kull pajjiż, u rajna wkoll Presidenzi oħra, speċjalment wara l-awsterità, fejn lanqas biro ma kienu jagħtuna!", "IAN BORG: L-iktar pajjiż li nvesta flus fil-Presidenza kienu Franza u l-Polonja, bil-Polonja jonfqu 'l fuq minn €120 miljun.", "Il-medja hija ta' €60 jew €65 miljun.", "Ovvjament, wieħed irid jara fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin kemm nistgħu nillimitaw in-nefqa tagħna.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-branding, ħassejna li għandna nitkellmu kemm ma' min jippromwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika – u allura mal-MTA, li din bħalissa għaddejja b'diskussjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv li jien appuntajt responsabbli mill-marketing and media – kif ukoll mal-Malta Enterprise.", "Fl-aħħar mill-aħħar, wieħed jista' jieħu wkoll l-opportunità għal dak li għandu x'jaqsam mal-investiment u man-nies li qegħdin fid-dinja tan-negozju.", "Il-Valletta 18 qiegħda on board għax se tkun diġà bdiet tintensifika l-ħidma tagħha sabiex tippromwovi lil pajjiżna.", "Issa l-Valletta 18 ma taqax taħt ir-remit tiegħi, imma hemm kumitati oħrajn li qed jagħmlu dak l-iskrutinju.", "Importanti ħafna li Malta kollha tiġi nkluża.", "Jien kont għadni sindku dak iż-żmien meta ffirmajna ċ-charter għal-lokalitajiet kollha, u aħna rridu nkunu għaqlin biex, kif għedt inti, ma nikkonċentrawx biss l-attivitajiet tagħna fil-kapitali, imma anke l-irħula għandhom iħossu b'mod tanġibbli l-Presidenza ta' pajjiżna.", "Jiena ngħid li din hija l-ewwel opportunità tanġibbli sabiex jifhmu wkoll il-proċess Ewropew, u allura l-proċess fejn leġiżlazzjoni ma ssirx minn parlament li naħa tgħid \"iva\" u naħa tgħid \"le\", fejn jivvotaw xid-9.30 p.m. u mbagħad wara kulħadd jitlaq lejn id-dar tiegħu – kif inhi l-prassi f'pajjiżna – imma jifhmu li hemm diversi istituzzjonijiet u li pajjiżna se jkun president ta' istituzzjoni minnhom; li l-leġiżlazzjoni ssir bl-involviment ta' aktar minn istituzzjoni waħda, imma li, fl-aħħar mill-aħħar, għandek proċess li se jaffettwa lill-gvern ta' pajjiżhom dwar x'jista' u ma jistax jagħmel għalihom, u li se taffettwa lilhom personali b'mod dirett.", "Naħseb li hemmhekk irridu nkunu bravi biżżejjed biex dak il-proċess nfiehmuh.", "Ovvjament, hemm diversi mezzi f'livell ta' skejjel, f'livell ta' kunsilli lokali, u f'livell tas-soċjetà in ġenerali.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' ambaxxati, tinsab għaddejja diskussjoni mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.", "Wieħed irid jifhem li bħal donnu dejjem qiegħda tikseb aktar importanza r-rappreżentanza permanenti.", "Dak li għedt inti huwa kollu minnu, jiġifieri, fl-okkażjonijiet li kelli, anke fil-Kabinett, tkellimt mal-Ministri fuq it-time management.", "U dan għaliex, meta inti se tippresjedi, ma tistax titla' mal-flight siegħa qabel il-laqgħa, u tinżel lura immedjatament.", "U allura ħafna drabi trid tkun taf lill-Ministru, ikollok il-mobile number tiegħu, u tagħtih telefonata lejliet jew jumejn qabel u tara fejn mhux qed jaqblu ż-żewġ ministri taż-żewġ pajjiżi differenti.", "Preferibbilment, dan ikunu għamluh fuq livell ta' COREPER l-ambaxxaturi, għaliex naħseb li huma għandhom il-veru kontroll ta' x'jitla' quddiem il-Ministri.", "Nirringrazzjak talli semmejt dan il-punt, u se nistaqsi ftit lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex nara jekk bediex jasal għal xi konklużjonijiet f'ċerti postijiet fejn għandna a non resident ambassador.", "Jien bdejt bil-Polonja, li llum din ilha għaxar snin membru tal-Unjoni Ewropea, u naħseb li rridu nirrikonoxxu li għamlet in-roads b'saħħithom, filwaqt li hemm oħrajn, bħar-Repubblika Ċeka u postijiet oħra, li ħadu ċerta status.", "Jien se nipprova kemm jista' jkun nagħmel żjarat bilaterali biex wieħed jibda jimla l-vojt tal-preżenza tagħna, minħabba li, kif għedt inti, ma jkollokx ambaxxatur residenti f'dak il-pajjiż.", "Jiena ngħid li anke fejn għandna l-ambaxxaturi residenti, rridu nibdew nieħdu stock ta' x'qed jagħmlu, u wieħed irid jassessja jekk l-ambaxxaturi humiex qegħdin jifhmu l-portata tal-Presidenza.", "Nemmen li jekk inti ma kontx fuq working group, jekk ma kontx fuq livell ta' COREPER, u ma kontx fuq il-mejda mal-laqgħat tal-ministri, mela mhux kulħadd jista' jpoġġi lilu nnifsu f'dik id-dimensjoni.", "U hemm bżonn li kull ambaxxatur ikun qed jifhem li hawnhekk qed nitkellmu mhux aktar fuq riċevimenti u wirjiet artistiċi, imma qed nitkellmu fuq politika.", "Imma se nieħu nota tal-kumment tiegħek, u se nara fiex wasalna.", "U forsi anke l-Ministru, li s-soltu jkun qiegħed ipoġġi ma' din il-Mejda magħkom, ikun jista' jaġġornakom minn żmien għal ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "La m'hawnx aktar rimarki, nistgħu nieqfu hawnhekk illum.", "Jekk Alla jrid, din ma tkunx l-ewwel u l-aħħar laqgħa, imma jkollna aktar laqgħat fil-futur qarib.", "IAN BORG: Niltaqgħu kull meta nħossu li għandna niltaqgħu, biex inkomplu naġġornaw lil xulxin.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Fit-8.05 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150128_026d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor.", "Joseph Sammut u l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Toni Bezzina u l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 25 li saret fl-14 ta' Jannar, 2015 kienu konfermati.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR.", "IAN BORG, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-PRESIDENZA UE2017 U FONDI EWROPEJ, DWAR IL-PREPARAMENTI LI QEGĦDIN ISIRU B'RABTA MAL-PRESIDENZA MALTIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERJODU MINN JANNAR SA ĠUNJU 2017", "Fil-preżentazzjoni li għamel l-Onor.", "Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej, u fid-diskussjoni li segwiet fuq il-preparamenti li kienu għaddejjin isiru b'rabta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li Malta kienet se tieħu f'idha fil-perjodu bejn Jannar u Ġunju 2017, tqajmu diversi punti, prinċipalment dawn li ġejjin:-", "Żmien tal-Presidenza: Malta tifforma parti mit-Trio magħmul mill-Olanda (Jannar-Ġunju 2016), Slovakja (Lulju-Diċembru 2016) u Malta (Jannar-Ġunju 2017) u minbarra li se tkun fl-aktar nofs tas-sena li jista' jsir xogħol fih se tkun ukoll fl-aħħar perjodu tal-Programm ta' 18-il Xahar u allura se tkun tista' tikkordina aħjar maż-żewġ presidenzi ta' qabel sabiex ċerta leġislazzjoni titwassal għall-konklużjoni tagħha matul il-Presidenza Maltija.", "L-ewwel laqgħa tat-Trio kienet se ssir fit-3 u l-4 ta' Marzu 2015 filwaqt li f'Mejju u Ġunju 2015 kienu se jibdew id-diskussjonijiet fuq l-abbozzar tal-programm.", "Riżorsi Umani: L-ambaxxatur anzjan is-Sur Victor Camilleri kien inħatar sabiex jikkordina u jħeġġeġ l-uffiċjali Maltin jikkontribwixxu għall-isforz meħtieġ qabel u matul il-Presidenza.", "Mistennija jkun hemm mal-156 laqgħa li minnhom Malta tippresedi madwar 126 bl-oħrajn ikollhom chairperson fiss.", "Skont kif żviluppat il-prassi, il-laqgħat u l-working groups formali jinżammu fi Brussell u allura ħafna mix-xogħol kien se jaqa' fuq ir-Rappreżentanza Permanenti li għandna hemmhekk u sabiex isir il-capacity building meħtieġ kemm fi Brussell kif ukoll f'Malta diġà ħarġu sejħiet għall-ingaġġ ta' policy officers (skala 9) u senior policy officers (skala 7) u għalkemm kien għadu ma ġiex stabbilit l-għadd addizzjonali ta' uffiċjali li hemm bżonn, biex wieħed jieħu idea, Ċipru kien ingaġġa mal-200 uffiċjal.", "Kienet se tiġi mistħarrġa l-possibbiltà li matul il-presidenza jinħatru ambaxxaturi f'dawk l-Istati Membri fejn mhemmx wieħed residenti.", "Taħriġ kien se jingħata l-aktar fuq aspetti tekniċi u ta' proċedura, negozjar kif ukoll fil-lingwa Franċiża, fejn kienu se jingħataw mal-100 borża ta' studju għall-impjegati pubbliċi f'Pariġi u Bruges.", "Lokalment, il-punt ta' riferiment kien se jkun is-Segretarjat għall-Affarijiet Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej.", "Abbozzar tal-Programm tat-18-il Xahar: Il-kontenut kien primarjament se jsir bil-kontribut tad-Diretturi għall-Affarijiet Ewropej fil-ministeri, li allura jkollhom ukoll id-direzzjoni politika mill-Ministri tagħhom, mill-Membri Parlamentari permezz, fost l-oħrajn, ta' diskussjoni u mistoqsijiet parlamentari, kif ukoll bl-assistenza ta' akkademiċi mill-Università u stakeholders oħrajn fosthom l-imsieħba soċjali fi ħdan il-MEUSAC u l-MCESD.", "Apparti l-programm miktub, il-Presidenza tkun trid tieħu ħsieb ukoll dawk il-kwestjonijiet li inevitabilment jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Parlament Nazzjonali: il-Gvern diġà għadda rapport lill-iSpeaker dwar l-involviment tal-Parlament fil-ħidma tal-Presidenza.", "L-Oppożizzjoni: fis-6 ta' Frar kienet se ssir laqgħa mal-Oppożizzjoni sabiex jiġi diskuss is-sehem tagħha f'dan il-ħidma.", "Parlament Ewropew: Maħsub li jkun hemm mal-15-il laqgħa fi Brussell u fi Strasburgu u allura hemm bżonn li jinbnew kuntatti mal-presidenti tal-kumitati, anke bl-għajnuna tal-Membri Maltin tal-Parlament Ewropew, li dwar is-sehem tagħhom kienu se jsiru taħdidiet mal-Kapijiet tal-Gruppi, Dr Alfred Sant u s-Sur David Casa.", "Branding: L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u l-Malta Enterprise kienu se jiġu fdati bil-branding ta' Malta matul il-perjodu tal-Presidenza sabiex jiġu promossi l-interessi ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Kultura: Rigward il-kontenut kulturali kien se jkun hemm is-sehem attiv tal-Fondazzjoni Valletta 2018 hekk kif din tkun għaddejja bil-proġett tagħha msejjaħ Valletta: Belt Kapitali Kulturali Ewropea għas-sena 2018.", "Budget: Kienet għadha ma nħadmitx stima preċiża ta' kemm se tqum il-Presidenza ta' Malta però kien se jsir sforz sabiex l-ispiża fuq tliet snin tinżamm f'livell raġjonevoli.", "L-ispiża medja ta' presidenza kienet ta' bejn 50 u 60 miljun euro, bl-għola kienet dik Pollakka b' €120 miljun u bl-orħos tkun dik Daniża b' €40 miljun.", "L-ispiża tal-presidenza trid tinġarr mill-Istat Membru, liema obbligu kien joħroġ mit-Trattat.", "Il-Presidenza trid tkun silettiva fil-laqgħat li torganizza f'pajjiżha għax hija trid tagħmel tajjeb għall-ispejjeż sostanzjali tal-organizzazzjoni tagħhom, e.g. staff u interpreti tal-Kummissjoni li jinġiebu minn barra.", "Il-Proċess Leġislattiv Ewropew: Kien hemm bżonn li jiżdied l-għarfien tal-proċess leġislattiv Ewropew, li huwa wieħed twil u jeħtieġ ħafna konsultazzjoni u negozjar.", "Il-programm leġislattiv joħroġ mill-Kummissjoni, fil-fatt dak tal-ħames snin li jmiss kien ħareġ fl-aħħar nofs tal-2014.", "Fil-livell Ewropew ikun hemm bżonn li ninbuttaw l-aġenda tagħna minn qabel u dan permezz ta' kuntatti mill-ministri tagħna mad-diversi kummissarji u mal-presidenzi ta' qabel sabiex iressqu ċerta leġislazzjoni bil-għan li dawn jiġu konklużi matul il-Presidenza Maltija, għax l-għan prinċipali ta' kull presidenza huwa li tikkonkludi kemm tista' proposti leġislattivi.", "Communications and Media Unit: It-twaqqif ta' dan il-unit kien essenzjali għall-ħidma tal-Presidenza.", "Kien hemm qbil li jsiru laqgħat oħra bħal din dwar il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "AFFARIJIET OĦRA", "Ratifika mill-Gvern ta' Ftehim u Konvenzjonijiet.", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li fuq struzzjonijiet tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-ministeru tiegħu kien se jibda jżomm lill-Kumitat informat bil-ftehim u konvenzjonijiet li l-Gvern ikun se jirratifika taħt Art.", "5 tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304) minkejja li ma kienx hemm obbligu legali li dawn jinġiebu quddiem il-Parlament u f'dan il-kuntest ippreżenta dawn il-ħames dokumenti:-", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20150128_026m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 34", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2015", "L-Onor Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar, 2015 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar suġġetti li għandhom jiġu diskussi mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150128_034a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 34", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 34", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 28 li saret nhar it-Tlieta, 22 ta' Lulju 2014 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 33 li saret nhar l-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Nagħtikom merħba għal din il-laqgħa.", "Bi qbil mal-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici nistgħu nibdew din il-laqgħa avolja m'hawnx quorum.", "Hawn qbil kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni sabiex nibdew.", "U ngħaddu mill-ewwel għall-korrispondenza li rċevejna.", "THE CHAIRPERSON: Se npoġġi fuq il-Mejda din il-korrispondenza;", "Email datata l-Erbgħa, 21 ta' Jannar 2014 mingħand l-Anti-Poverty Forum (Malta) sabiex jiltaqgħu mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u jippreżentaw ir-riċerka tagħhom fuq il-European Minimum Income Network; u", "Rapport Annwali 2013 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Se naqralkom l-email li rċevejna mingħand l-Anti-Poverty Forum (Malta) fejn dawn qed jgħidulna hekk;", "Bħal-lum ġimgħa se jkollna laqgħa oħra ta' dan il-Kumitat u għalhekk nistgħu nistiednu lill-Anti-Poverty Forum (Malta) sabiex iressqulna l-preżentazzjoni tagħhom.", "U għaldaqstant nitlob lis-Segretarju tal-Kumitat sabiex jieħu ħsieb jagħmel l-arranġamenti meħtieġa.", "Quddiemkom għandkom ukoll kopja tar-rapport annwali 2013 li jinħareġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.", "Dan ir-rapport wasal għandna meta konna qegħdin niltaqgħu mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u għalhekk ma stajniex inressquh aktar qabel.", "Kellna wkoll talba mingħand il-Professur Kenneth Wain, il-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, sabiex jiġi jitkellem f'dan il-Kumitat.", "U allura, ġaladarba waslilna dan ir-rapport, nistgħu nistednuh ukoll għal-laqgħa li jmiss il-ġimgħa d-dieħla u jkun it-tieni item fuq l-aġenda tagħna.", "DISKUSSJONI DWAR SUĠĠETTI LI GĦANDHOM JIĠU DISKUSSI MILL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "THE CHAIRPERSON: Bħalma tafu dawn l-aħħar laqgħat konna qegħdin niltaqgħu flimkien mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa sabiex niddiskutu affarijiet importanti li għandhom x'jaqsmu mad-donazzjoni tal-organi.", "Bħalissa qiegħed jinkiteb ir-rapport u allura, ikun tajjeb li sakemm ikollna r-rapport f'idejna biex il-Kumitat ikun jista' jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, nagħżlu suġġett ieħor biex inkunu nistgħu niddiskutuh fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fil-bidu konna għedna li se nibdew niddiskutu xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-Housing imma dan is-suġġett kien daqsxejn vast iż-żejjed u għalhekk riedna naraw liema suġġett speċifiku marbut mal-Housing irridu niddiskutu.", "Sadanittant il-ġimgħa l-oħra kien hemm konferenza interessanti ħafna dwar is-single parents u ħareġ studju li sar mid-Dipartiment tal-Istudju tal-Familja fl-Università ta' Malta.", "Minn dan l-istudju ħarġu ħafna affarijiet interessanti.", "Preżenti kien hemm Professur mill-Università ta' Oxford u waqt li konna qegħdin nitkellmu miegħu ħareġ il-punt fuq kemm huwa importanti li fl-iskejjel ikun hawn aktar edukazzjoni fuq l-attività sesswali u fuq il-mod ta' kif wieħed għandu jipproteġi lilu nnifsu, speċjalment l-adoloxxenti.", "Fil-fatt qed insibu li l-adoloxxenti tagħna, filwaqt li qegħdin jibdew ikollhom x'jaqsmu sesswalment minn età żgħira ma' partners id-daqs tagħhom u anke ta' età ikbar minnhom, mhumiex qed ikunu attrezzati biżżejjed b'mod edukattiv sabiex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa kontra mard infettiv li jista' jiġi trażmess lilhom.", "Dan il-Professur kien qed juri miegħi dan it-tħassib u semma wkoll il-fatt li l-HIV hawn Malta qiegħda terġa' tgħolli rasha bħala rata.", "Għalhekk tkun xi ħaġa tajba li nħarsu lejn dan is-suġġett, anke in vista tal-fatt li jista' ikun hemm xi ċaqliq fl-età tal-kunsens ta' meta wieħed jista' ikollu relazzjonijiet sesswali legalment.", "Kif nafu bħalissa l-età tal-kunsens hija ta' 18-il sena imma waqt aġġornament fil-Parlament kien hemm xi proposti sabiex din tinżel għal 16-il sena.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Sinjura President, jiena xtaqt nistaqsik ftit dwar ir-rapport fuq id-donazzjoni tal-organi li qiegħed jinkiteb bħalissa.", "Tista' tgħidli xi ħaġa fuqu?", "Jiena llum l-ewwel darba li dħalt f'dan il-Kumitat u għalhekk ma nafx min se jkun qiegħed jagħmlu dan ir-rapport u kemm qed nantiċipaw li se jdum biex jitlesta.", "Min-naħa tagħna se nkunu qegħdin nagħmlu affarijiet oħra sakemm jinkiteb ir-rapport u mbagħad inkomplu fuq is-suġġett ladarba jitlesta?", "THE CHAIRPERSON: Kif għedt aktar qabel ir-rapport fuq id-donazzjoni tal-organi qiegħed jinkiteb bħalissa u qiegħed jiġi mħejji mir-Research Analysts tagħna, is-Sur Andrè Vella u Dr Elaine Burmingham, li se jkunu qegħdin jaħdmu flimkien biex ilestuh.", "Qegħdin infasslu data meta dan għandu jitlesta u din se tkun tikkonċidi mad-data li se jagħti l-Ministru dwar meta għandha toħroġ il-White Paper biex ikunu jistgħu jidħlu r-rakkomandazzjonijiet mingħand il-poplu, u b'hekk min-naħa tagħna jkun hemm ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-esperti f'dan ir-rapport.", "Nista' ngħid li kienu ftit ġimgħat intensivi ta' diskussjonijiet fuq dan is-suġġett u issa rridu nagħtuhom ċans jiktbu dan ir-rapport b'mod li jista' ikun ta' ġid għal min ikun qiegħed ifassal il-liġi għada pitgħada fi ħdan il-Ministeru.", "Jiena qiegħda nantiċipa li jkollna r-rapport lest fi żmien xahrejn oħra.", "Meta nlestu d-draft tar-rapport nissuġġerixxi li tingħata kopja lil kull Membru ta' dan il-Kumitat ħalli tkunu tistgħu taraw x'intqal b'mod ħolistiku u x'kienu s-suġġerimenti li saru mill-esperti li ġibna hawnhekk.", "Imbagħad nagħmlu diskussjoni bħala Kumitat biex nagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna lill-Ministru.", "Naħseb li mbagħad inkunu nistgħu nagħlqu r-rapport b'mod finali u mmexxu fuqu.", "Jiena nissuġġerixxi li sadanittant id-diskussjonijiet fuq is-suġġetti l-oħra jkomplu għaddejjin u meta naslu biex niddiskutu r-rapport nagħmluu laqgħa apposta.", "Rigward is-suġġeriment tiegħek naħseb li huwa interessanti li se nkunu qegħdin nitkellmu dwar l-edukazzjoni fl-iskejjel fuq dak li għandu x'jaqsam mal-attività sesswali.", "Jekk naqblu li fl-aġenda jkollna dan is-suġġett, naqblu wkoll li għandna nressqu quddiemna lid-dipartimenti u lill-entitajiet konċernati kollha u naraw x'qiegħed isir bħalissa.", "Sfortunatament xi kultant naħsbu li diġà qed isiru ħafna affarijiet mentri fil-prattika dan ma jkunx minnu.", "Naħseb li jkun tajjeb li jiġu wkoll rappreżentanti tal-iskejjel, kemm tal-Gvern, kemm dawk Privati kif ukoll dawk tal-Knisja għax ilkoll nafu li dawn jaħdmu differenti minn xulxin.", "U għalkemm hemm linji gwida fuq x'għandu jsir u ma jsirx, nafu li l-iskejjel huma kollha differenti.", "Anzi għandek skejjel li huma taħt l-istess kappa – jiġifieri mhux qed ngħid bejn skola tal-Istat u skola tal-Knisja - fejn fi skola waħda jiġi trattat suġġett u fi skola oħra ma jiġix trattat!", "U allura hemmhekk nixtiequ li ningħataw stampa ċara ta' dak li jkun qed jiġri biex imbagħad inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Naħseb li minbarra rappreżentanti tal-iskejjel għandhom jiġu wkoll rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni inġenerali biex naraw x'inhi l-policy.", "Fil-fatt naħseb li għandna nibdew proprju bil-policy.", "Nissuġġerixxi li nibdew mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex naraw x'inhi l-policy preżenti u mbagħad insejħu lir-rappreżentanti tal-iskejjel biex naraw kif nistgħu mmexxu u x'qed isir fiżikament fl-iskejjel tagħna fuq dan is-suġġett.", "Irridu nsejħu wkoll lid-Dipartiment tal-Familja fi ħdan l-Università ta' Malta għax dan id-dipartiment kull tant żmien jagħmel riċerka varja.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li sejjaħna fil-Kumitat lill-Prof.", "Angela Abela biex tgħidilna b'mod ġenerali - meta tagħsar ir-riċerka, anke dik barranija - kif l-aħjar li mmexxu.", "U rridu nsejħu wkoll persuni li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll persuni oħra li naħsbu li jistgħu jagħtu kontribut fuq dan is-suġġett, fosthom dan il-Professur li semmejt aktar qabel u professuri oħra li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Min-naħa l-oħra rridu naraw ukoll jekk din il-biċċa xogħol li titnaqqas l-età tal-kunsens għall-attività sesswali hijiex se tikkaġuna lit-tfajliet u l-ġuvintur sabiex jibda jkollhom attività sesswali qabel ma' dik li aħna qegħdin naħsbu li tista' tkun problematika jekk ma jittieħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa.", "U allura jista' ikun ukoll li jkollna bżonn li nsejħu nies legali u nies fil-kamp tal-affarijiet soċjali biex nikkumbinaw dan is-suġġett.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ma nafx jekk il-Kumitat kienx diġà tratta dan is-suġġett f'leġiżlaturi preċedenti u b'hekk forsi nkunu nistgħu naraw x'kien ħareġ dakinhar u forsi nkunu nistgħu wkoll nikkomparaw l-affarijiet.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Li hu żgur hu li kienet saret laqgħa mas-Sinjura Sandra Cortis li taħdem fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u li kienet iffokata proprju fuq dan ix-xogħol.", "Ma niftakarx eżatt is-suġġett tal-laqgħa x'kien għax ilu ftit li saret.", "Imma nistgħu nfittxuha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Mela forsi nistgħu niċċekkjaw ftit ħalli naraw insibux it-transcript tagħha?", "THE CHAIRPERSON: Iva, niċċekkjaw jekk kienx hemm xi rapport partikolari li sar mill-Kumitat preċedenti u forsi naraw ukoll it-transcript tal-laqgħa li kienet saret mas-Sinjura Cortis biex naraw x'intqal jew x'ħareġ minn dik il-laqgħa.", "Għall-benefiċċju ta' min għadu kemm ingħaqad magħna aħna konna qegħdin ngħidu li s-suġġett li se nitrattaw se jkun dak fuq l-edukazzjoni sesswali fost iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tagħna u se naraw x'qegħdin nagħmlu min-naħa edukattiva u min-naħa tas-saħħa biex innaqqsu l-mard infettiv.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, forsi nistgħu nġibu hawnhekk lil The Maltese Association of Youth Workers peress li dawn jaħdmu proprju fil-qasam taż-żgħażagħ u għalhekk ikunu jistgħu jgħidulna xi programmi qegħdin jagħmlu bħalissa relatat ma' dan is-suġġett.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li nkunu qegħdin niddiskutu dan is-suġġett, inkunu nistgħu nżiedu aktar nies ma' din il-lista biex naraw li qegħdin nolqtu l-aspetti kollha relatati ma' dan is-suġġett.", "Is-Segretarju tagħna qiegħed jgħidli li fil-leġiżlatura preċedenti kien sar rapport intitolat \"L-aqwa strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali\" u għalhekk ikun tajjeb li naraw daqxejn dan ir-rapport.", "Mela nitlob sabiex il-ġimgħa d-dieħla ngħaddu kopja ta' dan ir-rapport lill-Membri ta' dan il-Kumitat biex inkunu nistgħu nagħmlu follow-up tiegħu.", "Mhux l-ewwel darba li għamilna hekk u fil-fatt għamilna l-istess ħaġa fuq is-suġġett tal-edukazzjoni u fuq l-uniformijiet.", "Ovvjament dan nagħmluh mhux biex nirrepetu l-affarijiet imma biex naraw li dak li ġie rrakkomandat, anke f'kumitati preċedenti, kienx ġie mwettaq jew le.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-għan ewlieni li jiena tlabt li naraw dan ir-rapport hu biex ovvjament naraw l-iżviluppi li setgħu saru fil-frattemp.", "Jista' ikun li l-istess persuni li dakinhar kienu qegħdin jagħtu l-input tagħhom biex joħroġ dak ir-rapport, illum għandhom veduti differenti jew inkella r-riżultati jistgħu jkunu negattivi jew pożittivi.", "Dak hu l-iskop tiegħi għalfejn nixtieq li naraw dak ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: U rridu naraw ukoll jekk l-istatistika ta' mard infettiv fost iż-żgħażagħ niżlitx jew inkella telgħetx – jekk teżisti – biex inkunu nafu jekk dak li kien qiegħed isir s'issa kienx biżżejjed jew inkella hemmx xi affarijiet li rridu nibdlu.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Forsi jkollna lil xi ħadd mill-Health Promotion ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nġibu lil tal-Health Promotion u lill-NSO wkoll peress li dawn iżommu l-istatistika.", "Naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu hawn sakemm m'hemmx xi affarijiet oħra li tridu tiddiskutu.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jiena qiegħda nifhem li l-ġimgħa d-dieħla se nkunu qegħdin niddiskutu mal-Anti-Poverty Forum (Malta) hux hekk?", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu u mbagħad bħala t-tieni item se jkollna lill-Prof.", "Kenneth Wain bħala l-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Mela mhux se jkollna ħin niddiskutu dan is-suġġett?", "THE CHAIRPERSON: Sal-ġimgħa d-dieħla jkollna f'idejna r-rapport li ħareġ il-kumitat preċedenti biex nilħqu naqrawh ftit.", "L-ewwel nett – u din imissni bdejt biha – nixtieq nilqgħek f'dan il-Kumitat.", "Ovvjament aħna dejjem konna naħdmu tajjeb mal-Onor.", "Marthese Portelli, li minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom tal-ħidma tagħhom f'dan il-Kumitat.", "Huma dejjem taw l-input tagħhom u dejjem kienu jiddiskutu b'mod xi kultant voċiferuż, li kienet xi ħaġa tajba u m'għandix dubju li inti se tagħmel l-istess.", "Ilkoll nafu kemm taħdem u kemm tagħmel l-affarijiet bir-reqqa u jiena nieħu gost li jkolli nies bħalek f'dan il-Kumitat.", "Hemm ukoll Membri oħra ġodda li se jissieħbu ma' dan il-Kumitat imma llum ma setgħux ikunu magħna minħabba xi mpenji oħra.", "Mela aħna niltaqgħu bħal-lum ġimgħa fis-7.00 p.m. Nirringrazzjakom.", "Fis-7:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Frar 2015 b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150128_034d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 34", "L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:10 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 28 li saret nhar it-Tlieta, 22 ta' Lulju 2014 ġew konfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 33 li saret nhar l-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014 ġew konfermati.", "Dok 35 Email datata l-Erbgħa, 21 ta' Jannar 2014 mingħand l-Anti-Poverty Forum Malta sabiex jiltaqgħu mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u jippreżentaw ir-riċerka tagħhom fuq il-European Minimum Income Network.", "Dok 36 Rapport Annwali 2013 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "DISKUSSJONI DWAR SUĠĠETTI LI GĦANDHOM JIĠU DISKUSSI MILL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor.", "Deborah Schembri spjegat kif dan l-aħħar il-Kumitat kien qiegħed jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa sabiex jiddiskuti d-donazzjoni tal-organi.", "Kompliet tispjega kif issa li l-laqgħat spiċċaw qiegħed jiġi mħejji rapport mir-Research Analysts tal-Kumitat u ladarba dan ikun lest issir laqgħa oħra fejn il-Membri jkunu jistgħu jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fuq dak li għandu jidħol fil-liġi.", "Kompliet tispjega kif fil-bidu l-Kumitat kien se jiddiskuti l-Housing imma minħabba li dan huwa suġġett vast ħafna l-Kumitat irid jara x'suġġett partikolari jista' jiddiskuti minnu.", "Iċ-Chairperson spjegat kif il-ġimgħa ta' qabel kien hemm konferenza interesanti ħafna dwar is-single parents u fuq dan ħareġ ukoll studju mid-Dipartiment tal-Istudju tal-Familja fl-Università ta' Malta.", "Punt importanti li ħareġ waqt din il-konferenza kien marbut mal-importanza li fl-iskejjel ikun hemm aktar edukazzjoni fuq l-attività sesswali u fuq il-mod ta' kif wieħed għandu jipproteġi lilu nnifsu, speċjalment fost l-adoloxxenti.", "U għalhekk dan jista' ikun suġġett interesstanti li jista' jiddiskuti l-Kumitat.", "L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici qablet li għandu jiġi diskuss dan is-suġġett mill-Kumitat u sssuġġeriet li titħejja lista ta' persuni li għandhom jiġu quddiem il-Kumitat biex jitkellmu dwar dan is-suġġett.", "Fosthom għandhom jiġu msejħa rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, rappreżentanti tal-iskejjel tal-Istat, Privati u tal-Knisja, rappreżentanti mid-Dipartiment tas-Saħħa, Prof. Angela Abela, rappreżentanti mill-Health Promotion u mill-NSO.", "Iċ-Chairperson għarrfet lill-Kumitat li fil-leġiżlatura preċedenti kien sar rapport mill-istess Kumitat intitolat \"L-aqwa strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali\" u għalhekk tkun xi ħaġa tajba li l-Membri jingħataw kopja ta' dan ir-rapport biex issir follow-up tiegħu.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Frar fis-7.00 p.m. b'aġenda li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150128_034m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tnejn, 2 ta' Frar, 2015 fis-7:00 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Frar, 2015 fis-7:00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-\"Policy and Design Guidance: Cemeteries\" kif approvata mill-MEPA.", "27 ta' Jannar 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150202_012a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tnejn, 2 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tnejn, 2 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:12 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 11 li saret fis-26 ta' Novembru, 2014, ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Korrispondenza m'għandniex għalhekk nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda llejla.", "DISKUSSJONI DWAR IL-POLICY AND DESIGN GUIDANCE: CEMETERIES, KIF APPROVATA MILL-MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY.", "MADAM CHAIR: Nistieden lis-Segretarju Parlamentari, Michael Falzon, sabiex jagħtina brief ta' x'se jkun hemm f'din il-policy, jgħidilna xi nbidel mill-policy li kienet diġà teżisti u kif se ntejbuha.", "MICHAEL FALZON (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Grazzi, Madam Chair, l-ewwel se nagħti overview żgħira, imbagħad nirriferi wkoll għal fejn kien hemm xi żewġ issues li tqajjmu fid-diskussjoni fil-plenarja f'ambitu ieħor imma li bħala amministrazzjoni m'hemmx diffikultà li nindirizzawhom f'dan l-istadju wkoll.", "Effettivament sal-lum m'għandniex cemetries policy, għalkemm għandna l-Burials Ordinance tal-1869.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li teżisti sitwazzjoni frammentata, u kienu ħarġu policy guidelines biex issir xi forma ta' policy.", "Wieħed irid jara wkoll fejn xtaqna mmorru bħala pajjiż, jekk aħniex se nżidu ċimiterji ġodda, jew jekk aħniex se nħarsu lejn li nestendu dawk li huma eżistenti.", "Il-policy innifisha tibda bl-oġġettivi u l-istrateġija.", "Punt li joħroġ mill-ewwel huwa l-punt dwar estensjonijiet għal ċimiterji eżistenti.", "Din il-policy ma tippermettix li jkun hemm ċimiterji totalment ġodda, imma fuq estensjoni ta' ċimiterji, ovvjament f'ċirkostanzi fejn id-domanda hija ġustifikata, u fejn il-lokazzjoni ma tkunx toħloq problemi kbar.", "Jekk wieħed iħares lejn il-leġiżlazzjoni, jara li hemm il-framework Ewropew u l-framework lokali, li kif diġà għedt hemm parti minnu li jaqa' taħt il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kapitlu 10, il-Burials Ordinance tal-1869 u l-Addolorata Cemetery Ordinance, għax fil-fatt, iċ-Ċimiterju tal-Addolorata huwa meqjus bħala l-post prinċipali fejn isir id-dfin.", "Bħala strateġija ġenerali, il-policy ma tippermettix ċimiterji ġodda imma qed nitkellmu fuq estensjonijiet għal ċimiterji, jew inkella oqbra ġodda within the existing cemeteries sakemm hemm ċertu element ta' ġustifikazzjoni.", "Il-policy imbagħad titkellem dwar siti li huma protetti, constrains fiżiċi, ġeoloġija, pedoloġija, idroloġija, u l-affarijiet l-oħra kollha li jista' jkollhom effett.", "Hemm ukoll ir-risk assessment, id-disinji u anke l-method of construction fejn hemm ukoll id-diagrams.", "Xi ħaġa totalment innovativa hija li għandu jkun hemm element ta' management plan għal dak li huwa aċċess, car parking, sistema ta' maintenance u upgrading, mhux sempliċement sar ċimiterju, kif forsi għandna wħud li saru, imbagħad ma jibqax jintuża, jaqa' biċċiet u ħadd ma jagħti kas ta' xejn.", "Fl-aħħar imbagħad immorru għal dawk li qed inħarsu lejhom bħala alternative methods of funerary techniques fuq l-art, fil-baħar u options alternattivi.", "Naf li kien hawn żewġ preokkupazzjonijiet prinċipali, waħda minnhom kienet dwar l-acquamation u resomation.", "Jien għedt u nerġa' ngħid li jekk naraw li m'hemmx bżonnha m'hawn l-ebda diffikultà min-naħa tal-amministrazzjoni li titneħħa; naf li kienet meqjusa xi ftit offensiva għas-sentimenti ta' xi wħud.", "Kienet intweriet ukoll ix-xewqa li tiġi msaħħa l-protezzjoni ta' ċimiterji storiċi.", "Madam Chair, jien ippruvajt niġbor il-punti li hawn fil-qosor; ejjew dak li hemm bżonn nagħmlu, naqbdu u nagħmluh.", "MADAM CHAIR: Hawn kummenti?", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, l-ewwel nett niskuża ruħi li ġejt ftit tard.", "Irrid ngħid li l-Oppożizzjoni, b'mod ġenerali, qed tilqa' din il-policy b'mod pożittiv għax huwa tajjeb li wieħed jirregola, f'settur fejn forsi s'issa ma kienx hemm regolazzjoni.", "Huwa pożittiv il-punt li qajjem l-Onor.", "Falzon li mhux se jkun hemm il-possibilità li jkun hemm ċimiterji ġodda.", "Mil-lat ambjentali din hija pożittiva għax b'hekk se nnaqqsu mill-pressjoni dejjem tikber fuq il-kampanja tagħna; huwa ovvju li jekk se tagħmel ċimiterju ġdid ma tagħmlux fejn hemm ir-residenti u allura huwa naturali li ċimiterji ġodda, jekk kienu se jiġu permessi, kienu se jsiru f'żoni barra miż-żona tal-iżvilupp.", "Għalhekk aħna nirrikonoxxu li dan huwa punt pożittiv, anke naturalment għax dan huwa settur li huwa xi ftit dettat mis-suq għax ma jridx ikollok over supply, iktar u iktar jekk din tkun ta' xejn għax fil-verità nkunu qegħdin nieħdu art mingħajr bżonn.", "Nirrikonoxxu wkoll l-fatt li l-Onor.", "Falzon fehem il-pożizzjoni tagħna dwar ir-resomation u l-acquamation.", "Jien kont qajjimt din maċ-Chairman u ċ-Chief Executive Officer fil-Bord tal-MEPA u kont għedt li din mhijiex kwestjoni ta' reliġjon, imma hija kwestjoni ta' dinjità tal-bniedem.", "Bħala Oppożizzjoni aħna deherilna – u kien hemm ukoll numru ta' kummenti fil- pubbliku dwar dan – li dan l-istil ta' dfin, fejn prattikament għandek il-ġisem li jiġi magħmul likwidu mbagħad partijiet mil-likwidi jintefgħu mas-sewage, mhuwiex mod uman kif wieħed jitratta l-fdalijiet tal-bniedem.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-preżervazzjoni ta' ċimiterji storiċi.", "Fil-policy kif inhi sal-lum jien għad m'għandix dak il-konfort dwar il-preżervazzjoni ta' dawn iċ-ċimiterji storiċi, u se nagħti eżempju.", "Din il-policy se tippermetti l-estensjoni taż-żewġ ġonna storiċi li hemm taħt l-Imdina?", "Fis-Siġġiewi hemm iċ-ċimiterju ta' Brija, li kien ta' żmien il-pesta, u dak ta' taħt is-Salib tal-Għolja, li wkoll imur lura mijiet ta' snin.", "Din il-policy se tagħti lok li dawk jiġu estiżi?", "F'dan il-punt din aktar hija kwestjoni ta' preżervazzjoni ta' storja milli teħid ta' art agrikola.", "Nixtieq li s-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'assigurazzjoni hemm f'din il-policy li se jiġi preservat il-wirt storiku ta' dawn iċ-ċimiterji.", "Jiena nemmen li ġaladarba nespandu ċimiterji bħal dawn, il-karatteristika storika tagħhom żgur li tinbidel.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-fatt xtaqt inżid ftit ma' dak li kien qed igħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "L-ewwel nett wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni li għandna rħula li ċ-ċimiterji tagħhom huma kollha wżati u m'għandhomx fejn jikbru, bħal pereżempju Ħ'Attard, Ħal Balzan u Ħal-Lija.", "Dawn huma postijiet fejn iċ-ċimiterji eżistenti li hemm m'hemmx fejn tkabbarhom għax m'hemmx art madwarhom.", "Jiġifieri għandna ċimiterji fejn extensions mhumiex possibbli, u huma f'lokalitajiet li qegħdin jikbru u d-domanda għall-oqbra qiegħda tikber.", "L-istess sitwazzjoni teżisti fir-Rabat fejn m'hemmx fejn tidfen, u għalkemm Ħad-Dingli hemm ċimiterju m'iniex ċert jekk hemmx postijiet fih fejn wieħed jidfen.", "Issa niġi għall-issue li semma l-Onor.", "Callus, jiġifieri iċ-ċimiterji li hemm taħt ir-Rabat.", "Jien ma nafx kemm dawn iċ-ċimiterji huma storiċi, fis-sens li ma nafx xi storja fihom – naf li wieħed minnhom huwa Tal-Ingliżi u l-ieħor tal-pesta – però nħoss li jekk aħna ma rridux nagħmlu ċimiterji ġodda, irridu nagħtu lok li ċ-ċimiterji jestendu.", "Fil-fatt din il-policy tipprovdi għal extensions, imma x'inhu l-aħjar?", "Nestendu ċ-ċimiterji li huma diġà eżistenti, li jista' jkun li mhumiex jintużaw u jinsabu mitluqa, jew nippruvaw nirranġawhom u nagħtuhom il-valur li jixirqilhom bħala ċimiterji?", "Naturalment trid testendihom ukoll għax inkella ma jagħmilx sens finanzjarjament.", "Issue oħra hija – ma nafx jekk din il-policy tidħolx fiha – li l-oqbra huma attività ekonomika, u naħseb li l-privat għandu jingħata ċ-ċans jidħol fiha wkoll.", "Veru li din il-policy ma tidħolx fuq kif jitmexxew iċ-ċimiterji, però sal-lum, safejn naf jien, iċ-ċimiterji f'Malta huma jew tal-Knisja jew tal-Istat.", "Ma jidhirlix li hemm xi ħaġa f'din il-policy li tipprekludi lil xi ħadd mill-privat jekk ikun irid jidħol biex jirranġa xi ċimiterju.", "Din hija attività ekonomika bħall-oħrajn, u jiena nemmen li fejn jista' jagħmel il-privat, il-Gvern għandu joħroġ minnha.", "Ma jidhirlix li din il-policy titkellem dwar dan, imma ma nafx jekk hemmx xi ħaġa li b'xi mod tista' tipprekludi milli jsir dan.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Xtaqt nagħmel kjarifika dwar l-idea ta' resomation.", "Ir-resomation huwa fast, fast foward tal-proċess kif il-bniedem jiddeġenera wara mewtu, jiġifieri la hija kwestjoni ta' reliġjon u lanqas ta' dinjità għax hija deġenerazzjoni li hija kkontrollata b'mod xjentifiku u xorta jifdal debris li wieħed ikun jista' jieħdu miegħu d-dar, bħalma jkun hemm fil-cremation.", "Dwar is-sistema taċ-ċimiterji, naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Callus li rridu noqogħdu attenti biex nibżgħu għaż-żona tal-kampanja tagħna u ma nestendux iċ-ċimiterji, b'mod partikolari dawk żgħar, dawk tal-pesta u oħrajn, però l-valur storiku tagħhom huwa importanti li rridu nagħtuhulhom; wara kollox irridu niftakru li hemmhekk hemm midfuna missirijietna jew l-antennati tagħna.", "Hemm imbagħad ċimiterji fil-kampanja li għandhom spazju fejn jistgħu jespandu mingħajr ma jeffettwaw l-underground watertable.", "Wieħed li naf bih, għax qiegħed f'żona fejn għext, huwa dak ta' Sant'Andrija Ħaż-Żebbuġ, fejn jistgħu jinqdew bih kemm nies min-naħa tar-Rabat kif ukoll nies min-naħa ta' Ħaż-Żebbuġ u l-inħawi.", "Mill-aspett ta' masterplan tal-Addolorata, li ħadem ħafna fuqu wkoll il-Gvern preċedenti, irrid ngħid li personalment naqbel miegħu ħafna u kont dħalt fih ħafna meta kont Ministru responsabbli mis-saħħa.", "Naqbel ukoll mal-idea li għandu jkun hemm cremation.", "Irrid ngħid ukoll li ma naqbilx ma' dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Buhagiar dwar li għandu jidħol il-privat meta niġu għad-dfin.", "Veru li fejn jidħlu l-oqbra għandek demand u supply, u li bħalissa d-domanda hija kbira and if we flood the market, il-prezz jorħos, però l-mod kif isiru l-kuntratti u l-mod kif jittieħdu l-postijiet huwa revenue qawwi għall-Gvern tal-ġurnata li saħansitra jidħol fil-miljuni.", "Meta niġu għall-operat insibu li hemm ħafna problemi ta' superviżjoni f'dak tal-Istat, aħseb u ara x'hemm f'tal-privat, u l-privat ikollu interessi kummerċjali oħra li ma jinvolvux biss dfin imma affarijiet oħra li jistgħu jinvolvu nies minn barra minn Malta.", "Jien kelli esperjenza ta' dan min-naħa tas-Superintendent for Public Health.", "Jiġifieri wieħed irid iħares lejn l-affarijiet aktar bir-reqqa jekk niġu biex, minbarra l-Istat u l-Knisja, indaħlu l-kummissjonanti tal-funerali fejn jidħol id-dfin.", "Sal-lum il-ġurnata nista' ngħid li jiena ftit xettiku minn dak l-aspett.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jien xtaqt nistaqsi x'se jiġri meta l-oqbra li hawn jimtlew kollha.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, ħalli l-ewwel nirrispondi għad-domandi tal-Onor.", "Jien nemmen bid-djalogu bis-serjetà, jiġifieri issa naqbdu d-dokument, induruh paragrafu, paragrafu – preżenti hawn il-Perit Asciak li kien il-moħħ wara dan id-dokument u ħadem ħafna fuqu – u naraw fejn nistgħu nibdlu.", "Fuq li ma jkunx hawn ċimiterji ġodda, jidher li hawn qbil across the table, għalkemm il-kollega, l-Onor.", "Charles Buhagiar, qal li forsi nistgħu nagħmlu l-ġodda.", "Il-deċiżjoni hija – u jidher li hawn qbil dwarha u kien hemm qbil anke fil-MEPA – li ma nagħmlux ċimiterji ġodda.", "Fuq il-kwestjoni tal-aspett storiku, nistgħu naraw f'liema parti tal-policy se ndaħħluha.", "M'hawn l-ebda diffikultà li ma nħarsux l-aspetti storiċi; Allaħares ikollna diffikultà dwar dan!", "Fuq il-kwestjoni tal-privat, irrid ngħid li m'għandix problema bil-privat, imma rridu naraw li bl-istess mod li nibżgħu li ma nagħmlux l-aquamation għal ħaġa u għal oħra, ma nagħmlux l-affarijiet b'tali mod li biex jidfnuk x'imkien… Jien ngħid għalija, jekk jidħol il-cremation, niktibha minn issa li rrid li niġi cremated.", "Jiena għandi waħda mill-ewwel organ doner cards li jeżistu ġewwa l-pajjiż li turi x-xewqa tiegħi li meta mmut jieħdu li jridu; aħjar milli joqogħdu jiekluni l-wirdien.", "Imma ejjew noqogħdu attenti li ma nispiċċawx f'sitwazzjoni fejn xi ħadd, minn tomna art, jibda jispekola kemm se joħroġ postijiet ta' sitta b'erba'!", "Dwar is-suġġerimenti l-oħra nistgħu induruhom issa; hawn il-Perit Asciak, iċ-Chairman u s-CEO tal-MEPA u m'għandhiex tkun problema.", "MADAM CHAIR: Xtaq jagħmel kumment l-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jiena noqgħod Ħal Kirkop, fejn iċ-ċimiterju hu li hu u huwa magħluq qisu roundabout.", "Bħalu hemm l-Imqabba u postijiet oħra.", "MICHAEL FALZON: Onor. Bezzina, fejn nistgħu nestendu, nestendu.", "MADAM CHAIR: Imma dawn huma mdawrin bil-bini.", "MICHAEL FALZON: Imma jien xi tridni nagħmel?", "Nesproprja d-djar, inwaqqgħuhom u nagħmluhom ċimiterji?!", "M'għandix risposta ħlief li fejn nistgħu nestendu, nestendu.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Il-valur arkitettoniku taċ-ċimiterju tal-Addolorata ttieħed in konsiderazzjoni għaliex dak jista' wkoll joħloq ċertu turiżmu mill-aspett ta' kultura u mill-aspett artistiku.", "MICHAEL FALZON: Jiena żgur li ma mmurx tour hemm!", "MADAM CHAIR: Onor. Buhagiar tixtieq iżżid xi ħaġa?", "CHARLES BUHAGIAR: L-Addolorata huwa ċimiterju storiku, anke jekk tħares lejn l-arkitettura li fih, però sadanittant xorta nestenduh.", "Jiġifieri m'iniex qed nara diffikultà li jkun hemm ċimiterji oħrajn storiċi li nestenduhom, basta jsiru bil-galbu.", "Ma naħsibx li nistgħu blanket prohibition li għax ċimiterju jkun storiku, ma testendihx.", "MICHAEL FALZON: Le, mhux dak huwa l-ħsieb.", "Nistgħu nagħmlu safeguard fejn ngħidu li l-estensjoni trid issir b'rispett lejn l-aspett storiku jew dak li jeżisti sal-lum.", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, aktar kmieni inti semmejt il-management plans li jinkludu parking lots madwar iċ-ċimiterji, li jistgħu jsiru bżonn aktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Kif se niddeterminaw id-daqs?", "Għax dan ukoll jista' jkun kruċjali f'kemm se tittieħed art ġdida speċjalment f'dik li hija ODZ, anke jekk jidħol il-privat biex jieħu ħsieb dan is-servizz.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): L-ewwel ħaġa li rrid niġbed l-attenzjoni għaliha hija li ċ-ċimiterji kollha li għandna huma xi ftit jew wisq storiċi.", "Issa jew irridu nagħmlu lista ta' dawk iċ-ċimiterji li se neżentaw mill-policy, inkella jekk se nagħmlu blanket prohibition se nkunu għamilna l-policy għalxejn.", "MADAM CHAIR: Jiena nissuġġerixxi li ma jkunx hemm blanket provision imma li ndaħħlu klawsola li tipproteġi l-parti storika u l-mod tal-estenjoni tkun distinta minn dik il-parti.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li ma nftehimtx tajjeb.", "Is-CEO għandu raġun għax legalment bi provision aħna nifhmu… Jien ridt ngħid li nagħmlu provision fis-sens li kull estensjoni għandha dejjem tirrispetta l-karattru u żżomm in line ma' dak li hemm.", "Jiġifieri ma ridtx ninftiehem li għandha ssir prohibition, imma provision li tkun tgħodd għal kollox, biex ma noqogħdux ngħidu \"dan\" storiku u \"dan\" mhux, imma li tkun tfisser li jekk \"dan\" l-istil tiegħu huwa whatever, f'daqqa waħda ma tagħmlux mod ieħor.", "MADAM CHAIR: Onor. Falzon, jien naħseb li l-crucial point hawnhekk hija l-pożizzjoni tal-water table u fejn se tintgħażel li ssir estensjoni.", "MICHAEL FALZON: Dak huwa kollu pprovdut ġol-policy.", "MADAM CHAIR: Mela dik ħsibna għaliha wkoll.", "Sur Buttigieg, tista' tkompli.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif kien qed isemmi l-Onor.", "Falzon, ovvjament il-policy tagħmilha ċara li rridu nieħdu into consideration kull ċimiterju on its own merits u kif se ssir l-estensjoni.", "Jekk ovvjament għandna bżonn inbidlu xi ħaġa mill-wording biex...", "MICHAEL FALZON: Nistgħu naqbdu u nagħmluhom issa, m'għandix diffikultà.", "Jien qed nissuġġerixxi, u hekk donnu kien it-tħassib, li l-kliem minn \"and acquamation\" sa \"chemical breakdown\" nneħħuh u ngħidu \"other viable techniques will be developed in the future\".", "RYAN CALLUS: Għalina bħala Oppożozzjoni, tajjeb hekk.", "MICHAEL FALZON: Lill-Perit Asciak rridu nistaqsu jekk hemmx xi diffikultà, għax hu l-espert mhux jien.", "IL-PERIT RAPHAEL ASCIAK (Assistent Direttur, Taqsima tal-Infurzar, MEPA): Aħna bħala kumitat rajna literature u riċerka li saret barra minn Malta.", "Fil-policy hemm imsemmijja t-techniques li jeżistu llum.", "MADAM CHAIR: Dik naħseb li nistgħu nħalluha.", "MICHAEL FALZON: Dik inħalluha u nneħħu minn \"and\" sa \"breakdown\" u tidħol il-kelma \"and\" qabel \"cryomation\".", "MADAM CHAIR: Hawn xi klawsoli oħra li tixtiequ tbiddlu?", "MICHAEL FALZON: Naħseb li rridu nżidu żgur huwa fejn qed nitkellmu fuq l-aspett ta' extension f'paġna 9.", "U naraw xi rridu nbidlu wkoll biex nassertjawha aktar f'paragrafu 6.6.", "Fil-kas, li hemm f'paragrafu 6.6.1 inħalluha.", "RYAN CALLUS: Onor. Falzon, forsi l-preżervazzjoni tista' tkun iktar protetta jekk ikollna segregazzjoni ċara bejn l-antik u l-ġdid.", "Jiena ili kważi sentejn fuq il-Bord tal-MEPA u nara li hemm ħafna suġġettività, u dak li forsi għall-kollega tiegħi jidher sabiħ, għalija kapaċi ma jkunx.", "Jekk forsi għandna ċimiterju f'forma ta' kwadru u se tkabbru, billi sempliċement tagħmel bieb f'wieħed mill-ħitan tkun qed tgħin iktar fil-preżervazzjoni tiegħu.", "Kieku kellek twaqqa' ħajt minnhom kompletament, allura l-modern mal-ġdid iktar se jidħlu flimkien, u fl-opinjoni tiegħi, il-preżervazzjoni storika mhijiex se tkun daqshekk b'saħħitha.", "Għalhekk naħseb li l-wording fuq is-segregation għandu jkun ċar iktar milli kif inhu bħalissa.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma allura jekk se nestendu ċ-Ċimiterju tal-Addolorata x'nagħmlu?", "Inwaqqgħu l-ħitan u nibnu miegħu?", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "Callus mhux qed jgħid li għandhom jitwaqqgħu imma li tħallih kif inhu...", "RYAN CALLUS: Tħallih kif ikun kemm tista'.", "Ovvjament trid toħloq passaġġ.…", "CHARLES BUHAGIAR: Imma allura mhux inħallu f'idejn il-MEPA biex jiddeċieduhom huma dawn l-affarijiet?", "RYAN CALLUS: Onor. Buhagiar, jiena qiegħed fuq il-Bord tal-MEPA u nista' ngħidlek li meta jkollok ħafna leeway, sfortunatament isiru l-abbużi.", "CHARLES BUHAGIAR: Onor. Callus, jien qed ngħid li għandna nħalluha f'idejn il-MEPA għax ċerti aċċessi u affarijiet simili trid tarahom skont kull ċimiterju on its own.", "(Interruzzjonijiet) Imma segregat xi tfisser?", "Ma jistax jidħol il-karru tal-funerali?", "MADAM CHAIR: Jiġifieri bħalma aħna, jekk ikollna bini antik u nagħmlu estensjoni miegħu… Illum il-ġurnata ġieli jkollok il-parti l-ġdida ħġieġ sakemm tibda l-parti l-antika.", "CHARLES BUHAGIAR: Naqbel, imma nħalluh f'idejn il-MEPA biex tiddeċiedi.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, imma mbagħad niġu fil-problema li semma l-Onor.", "Bezzina.", "Pereżempju, Ħal Kirkop, kif qal tajjeb hu, diffiċli biex issir estensjoni.", "Jiena m'għandix....", "MADAM CHAIR: X'se nitilfu billi ngħidu li jekk se ssir estensjoni, tkun segregata mill-parti l-antika li għandha historical jew architectural value?", "MICHAEL FALZON: Għax taf ma tkunx fattibbli.", "MADAM CHAIR: Jekk ma jkunx hemm passaġġ li jiddefinixxi fejn kien storiku u fejn kien ġdid...", "MICHAEL FALZON: Jekk inħarsu lejn il-context in ġenerali naqblu li ma kellna xejn, jew inkella għandna xi ħaġa tal-1854.", "Jekk issa se nagħmlu xi ħaġa, nagħmluha li tista' taħdem.", "Jien m'għandix problema li nżidu provision u nenfasizzawha kemm jixtieq l-Onor.", "Callus, l-uniku tħassib tiegħi hu li niġbdu linja mbagħad insibu li weħilna għax ma nistgħux nissegregawh.", "Mill-bqija m'għandi diffikultà ta' xejn.", "MADAM CHAIR: Il-concern tiegħi u tal-Onor.", "Callus hija li l-parti storika tibqa' preservata, segregata u rispettata.", "MICHAEL FALZON: Imma ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Ir-Rabat Għawdex – u jien nofsni Għawdxi – hemm ċimiterju Tal-Pesta.", "Off the cuff ngħid li jekk hemm ċimiterju li tista' testendi huwa proprju dan.", "MADAM CHAIR: Kif tissuġġerixxi li jiġi estiż dan iċ-ċimiterju partikolari?", "Billi jkun hemm passaġġ bejn l-antik u l-estensjoni, jew passaġġ usa bejn...?", "RYAN CALLUS: Jien qed ngħid li jekk pereżempju, għandek ċimiterju forma ta' kwadru – u ħafna minnhom qegħdin hekk – minflok naqbdu ħajt ta' naħa minnhom u nwaqqgħuh kollu, ikun hemm bieb, ovvjament mhux kif qal l-Onor.", "Buhagiar, li ma jkunx jgħaddi karru minnu għax inkella ma tkunx tista' tużah.", "Il-fatt li se twaqqa' mill-inqas u tagħmel passaġġ li jkun rispettabbli, però ma tippermettix li twaqqa' ħajt sħiħ min-naħat oħra, fl-opinjoni tiegħi tkun qed tippreżerva iktar.", "CHARLES BUHAGIAR: Naqblu, imma din hija xi ħaġa tal-MEPA, mhux li nagħmluha fil-liġi.", "Jekk il-MEPA se tagħti permess għal estensjoni ta' ċimiterju, se tagħti kashom dawn l-affarijiet.", "Naħseb li nafdawhom daqshekk lill-MEPA li jagħtu kas affarijiet bħal dawn!", "Jiena li ddejjaqni tas-segregation għax jista' jkun hemm każ fejn għandek ċimiterju qadim li fadallu aktar post fejn tagħmel aktar oqbra u jekk tagħmel segregation tispiċċa lanqas dawk l-oqbra ma tkun tista' tagħmel fih għaliex tgħid issa li hemm hemm.", "MADAM CHAIR: Jekk għandek ċimiterju li diġà jieħu aktar oqbra, x'se jtellef billi jien, meta niġi biex nestendi, ikolli fetħa ġo ħajt antik, li xorta suppost huwa salvagwardat min-natura tiegħu għaliex huwa bini storiku, kurridur, imbagħad jibda l-ġdid?", "TONI BEZZINA: Irridu noqogħdu ftit attenti meta nitkellmu fuq estensjoni għax jista' jkollok ċimiterju li għandu spazju biżżejjed ġo fih stess biex iżżid l-oqbra, u jista' jkun li l-estensjoni tkun barra l-boundaries.", "Biex ma nispiċċawx f'sitwazzjoni fejn ikun hemm spazju diġà ġewwa biex testendi mingħajr ma tagħmel ħsara ta' xejn u ma tkunx tista' tagħmel dan għax ikun hemm ilment għall-estensjoni.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, fis-segregazzjoni hemm xi ħaġ'oħra li ddejjaqni.", "Hawn min iħares lejn is-segregazzjoni b'mod pożittiv, u hawn min jgħidlek \"mela jiena tat-tieni klassi, ta' wara l-ħajt?\".", "Jekk m'għandniex fiduċja fil-MEPA fuq estensjoni ta'…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: F'pajjiżna għandna numru ta' ċimiterji li huma skedati.", "L-iktar wieħed li huwa protett huwa dak tal-Addolorata.", "MADAM CHAIR: Jekk hemm ċimiterji skedati u għandkom il-ħsieb li tiskedaw oħrajn li forsi mhumiex skedati għax għandhom in-natura tagħhom titlob dan, allura l-argument li qed nagħmlu jiena u l-Onor.", "Callus mhuwiex daqshekk problema għax il-ħajt innifsu ma jkunx jista' jitmess.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, huwa importanti li ma nqisux l-iskedar bħala xi ħaġa li jagħlaq oġġett u jagħmlu ġo bozza.", "Allaħares kull binja jew kull oġġett li huwa skedat nispiċċaw li ma nistgħux nagħmlu użu minnhom għax nispiċċaw b'nofs il-palazzi li għandna ma jistgħux jintużaw, nibdew minn dan il-palazz stess u nkomplu mill-Berġa ta' Kastilja u postijiet oħra.", "Allaħares li dawk l-affarijiet ma jħallux li ċerta attività ssir ġo fihom.", "MADAM CHAIR: U għandha ssir.", "Naħseb li l-punt li rridu nagħmlu ċar huwa li jekk within these cemetries, historical or not, hemm lok fejn l-estensjoni ssir ġewwa l-ħitan eżistenti, dan għandu jsir u l-estensjoni tingħata biss jekk dak l-ispazju jiġi eżawrit, imbagħad nirrispettaw l-elementi storiċi u arkitettoniċi li jkunu jeżistu.", "MICHAEL FALZON: Imma biex nirrispettaw anke x-xewqa tal-Onor.", "Callus, ejjew indaħħlu provision fejn naħsbu li jkun l-aħjar.", "Fejn nistgħu ndaħħluha Perit Asciaq?", "IL-PERIT RAPHAEL ASCIAQ: F'paragrafu 6.6.1 il-kunċett diġà qiegħed hemm, fis-sens li jekk għandek ċimiterju, historical u mhux, u se tagħmel estensjoni, mill-flus li se tiġġenera obbligat li tagħmel upgrading jew restoration tal-existing building.", "Issa jekk issir insistenza li għandu jkun hemm financial support biex ikun hemm restoration, żgur li dak li għandu jiġi restored, jiġi restored.", "Jekk il-boundary jimmerita li jinżamm, żgur li se jkun mitlub li jinżamm, apparti li bħala membru fuq il-kumitat kien hemm ukoll is-Superintendent of Natural Heritage u wkoll daħal f'dak l-argument, jiġifieri li mhux iċ-ċimiterju biss imma anke l-boundary wall huwa...", "MADAM CHAIR: Jiena personalment inkun aktar kuntenta jekk insaħħu dak li diġà hemm fil-policy, fis-sens li ngħidu li dak li huwa diġà eżistenti li għandu kwalitajiet storiċi u arkeoloġiċi, jiġi protett b'kull mod u kull estensjoni li ssir tkun tirrispetta b'mod sħiħ il-valur ta' dak li diġà jeżisti.", "M'hemmx diffikultà.", "Perit Asciaq, hemm x'imkien partikolari fejn nistgħu nagħmluha?", "IL-PERIT RAPHAEL ASCIAQ: Naħseb li l-aħjar li ndaħħluha wara paragrafu 6.1.2.", "MICHAEL FALZON: Mela paragrafu 6.1.2 se jiġri jaqra hekk:", "Li qed ngħidu hawnhekk huwa li dawn iridu jibqgħu jiġu mħarsa.", "(Interruzzjonijiet) Dik qed ngħiduha b'mod ċar; m'hemmx ħsieb li jkun hemm ġodda.", "Dak li jkun irid mhux biss jagħmel management tal-oqbra jew tal-parking, għax hekk ikun jaqbillu, imma fil-management plan irid jara kif se jħares l-aspett storiku u l-maintenance tiegħu.", "MADAM CHAIR: Dan mill-gvern għall-gvern u jinfurzah il-gvern stess.", "MICHAEL FALZON: Sal-lum għandna l-Gvern u l-Knisja u qed ngħidu li mhux se jkun hemm ġodda.", "Issa x'se jiġri 50 sena oħra ma nafx!", "Jien żgur ma nkunx hawn.", "MICHAEL FALZON: Li qed jgħid f'paragrafu 6.7.2 huwa li f'dak li huwa management plan irid ikun hemm it-tħaris tal-aspett storiku ta' monumenti u affarijiet oħra.", "MICHAEL FALZON: Trid tara l-paragrafi ta' qabel.", "Jekk inti għandek management plan u qed jagħmilha kuntrattur privat, jew whatever, l-obbligu tiegħu ma jistax ikun marbut biss mal-oqbra jew mal-parking imma huwa marbut ukoll mal-aspett storiku, mat-tħaris tal-karattru tiegħu, eċċ.", "MADAM CHAIR: Aktar kummenti jew emendi?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk se nitlob lill-iSkrivana tal-Kumitat taqra l-emendi kif ġew imdaħħla fid-dokument ħalli nkun nista' npoġġihom għall-vot.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Paragrafu 7.3.2 issa ġej jaqra hekk:", "MADAM CHAIR: Dawk favur li tidħol din l-emenda?", "L-emenda \"C\" għaddiet nem.con.", "L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Paragrafu 6.1.2 se jiġi kif għadu kif qal l-Onor.", "Falzon, u ċioè:", "L-emenda \"B\" għaddiet nem.con.", "MICHAEL FALZON: Madam Chair, fl-ewwel bullet point li hemm f'paragrafu 1.4 hemm il-kelma \"existing\" nieqsa.", "Qed ngħid dan sempliċement għall-korrettezza.", "MADAM CHAIR: Se npoġġi din l-emenda wkoll għall-vot.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem.con.", "MADAM CHAIR: Issa se npoġġi għall-vot id-dokument kif emendat.", "Id-dokument intitolat \"Policy and Design Guidance: Cemeteries\", kif emendat, għadda nem. con.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom.", "Skużawni ftit għax illum ma tlabtx il-kummenti tal-mistiedna.", "Jekk hawn min irid jagħmel xi kumment qabel ma naġġornaw jista' jagħmel dan, però jżomm l-intervent fil-qosor għax illum għandna xi impenji oħra.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Nirringrazzjak tal-istedina u nibda biex ngħid li din il-policy hija waħda pożittiva.", "Xtaqt nistaqsi kif tipparaguna s-supply ta' oqbra vis-à-vis d-domanda għax dak jagħti lok għal ippjanar iktar 'il quddiem.", "Ma jidhirlix li fil-policy kien hemm indikazzjoni ta' dan l-istudju.", "MADAM CHAIR: Kien għamilha l-Ministeru għas-Saħħa.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Barra minn hekk, dwar il-parti tal-extensions, jien ma tantx naqbel magħha għax extension ma titlobx biss it-tkabbir tal-footprint, imma titlob ukoll infrastruttura oħra li twassal, bħal twessiegħ ta' toroq u parking, jiġifieri l-impatt se jkun iktar wiesa' mill-footprint per se.", "Jiena naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Falzon, però xi ħaġa li nħossha nieqsa kull darba li niġi hija li l-immaniġġjar tal-biodiversità ta' ġewwa u ta' barra ma jissemma qatt.", "Fil-fatt xtaqt nagħmel suġġeriment li f'paragrafu 4.1.1. jissemma l-l-iktar regolament li huwa importanti u li din l-attività taċ-ċimiterji l-aktar li jkollha mpatt fuqhom, pereżempju, Avviż Legali 311 tal-2006 li jirregola l-protezzjoni tal-flora u l-fauna u l-ambjent naturali.", "Naf li tissemma tal-għasafar, imma din hija ħafna iktar b'saħħitha mid-direttiva tal-għasafar u naħseb li kien bi żvista li ma kenitx inkluża.", "Kumment żgħir ieħor li għandi dwar l-ilma.", "Filwaqt li hemm riferenzi wesgħin fuq l-ilma, l-enfasi qisha li qiegħda biss fuq it-tniġġiż tal-ilma vis-à-vis l-attività taċ-ċimiterji, mentri b'esperjenza li kien hemm ftit tas-snin ilu naf li ċ-ċimiterji jista' jkollhom impatt negattiv, mhux viżiv immedjatament fuq is-sistema idroloġika tal-post.", "L-oqbra dejjem ikunu mħaffrin fl-art u sfortunatament f'Għawdex ġara li nqatgħet il-vina prinċipali tal-ilma, xi ħaġa li tista' terġa' tiġri.", "Jista' jkun li hemm riferenza għal dan, imma kien ikun ħafna aħjar kieku tkun enfasizzata b'mod li tagħmel riferenza għat-tniġġiż li din l-attività tista' toħloq, mhux biss għas-sistema idroloġika tal-post, imma wkoll li tara li l-attività ta' bini ma jkollux impatt li jbiddel is-sistema tat-tmexxija tal-ilma minn taħt l-art.", "Kif diġà semmejt, kien hemm każ minnhom li kien serju b'mod li parti sostanzjali tal-wied tnixfet għax l-ilma ma baqax sejjer hemm u l-parti t'isfel ġiet mgħarqa minħabba li l-ilma minn taħt ġie ddevjat minħabba t-tħaffir.", "Nerġa' ngħid li jista' jkun hemm riferenza għal dan fil-policy, imma naħseb illi kieku kienet enfasizzata iktar, kien ikun jagħmel aktar sens.", "MADAM CHAIR: Dwar il-biodiversità żgur li hemm riferenza.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jien m'iniex qed ngħid li ġiet eskluża kompletament, imma l-enfasi qiegħda fuq it-tniġġiż tal-ilma.", "Ma nafx jekk dan li se ngħid huwiex se jkun polemikuż, imma naħseb li ħafna nies illum jittrattaw lill-mejtin qishom għadhom ħajjin.", "Meta wieħed iqis li l-art tagħna hija żgħira u l-impatt tan-nies ħajjin huwa kbir, wieħed forsi għandu jikkontrolla l-impatt tal-mejtin fuq din l-art.", "Pereżempju, ħafna nies ikunu jridu jagħmlu t-tebut biż-żingu biex il-katavru jdum iktar ma jiddiżintegra.", "Forsi din setgħet tiġi meħudha in konsiderazzjoni… (Intrerruzzjonijiet) Veru li forsi ma setgħetx issir fil-policy, imma biex il-policy tkun ħolistika, jekk fiha hemm riferenzi għad-diżintegrazzjoni tal-katavri… Dawn qed iżommu iktar milli l-proċess isir u jerġa' jkun hemm l-użu tiegħu.", "Jien mir-Rabat u li noqgħod ngħid li meta mmut irrid nindifen ir-Rabat, għalija ma jagħmel ebda sens, la mill-lat spiritwali, la mil-lat soċjali, u lanqas mil-lat ta' twemmin.", "Ma jistax ikun li wieħed jakkomoda lil dak li joqgħod fir-raħal, għax kieku tal-Addolorata kollha jqumu jipprotestaw!", "Anzi l-mejtin ma jistgħux jagħmlu strajk għax kieku jagħmlu strajk ukoll!", "Jiġifieri li nippruvaw li din il-policy takkomoda interessi li huma parrokkjali iktar milli dawk soċjali u nazzjonali, nara li hija ftit… Għalhekk naħseb li l-istudju li semmejt fil-bidu, tas-supply u d-demand, jista' jgħin.", "Fuq li qal l-Onor.", "Buhagiar dwar iċ-ċimiterji u l-kummerċ, ma tantx naqbel miegħu, imma kif qal ukoll l-Onor.", "Farrugia, illum hemm metodi ġodda ta' kif wieħed jidfen in-nies, kemm mill-aspett ta' iġenika, kif ukoll mill-aspett ta' riżorsi.", "Jekk ikun hemm attivitajiet kummerċjali li jistgħu jikketterjaw għal dawn it-tipi ta' dfin ġodda, jiġifieri mhux dfin ġo qabar, ma nara xejn ħażin li dawn jgħinu biex itaffu l-impatt u l-problema jekk id-domanda hija akbar mis-supply.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak tal-kummenti tiegħek.", "Rigward studji nista' ngħidlek li l-Ministeru tas-Saħħa, fil-bidu ta' din il-leġiżlatura, kien għamel l-istudji neċessarji li jistgħu jibbekkjaw l-iżvilupp ta' din il-policy.", "Dwar biodiversità, hydrogeology eċċ nista' ngħidlek li dawn huma koperti fil-policy.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: U dwar il-legal notice?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Paragrafu 4.1.1 jgħid hekk:", "Ovvjament ma qgħadniex nillistjawhom kollha.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Mit-tnejn imsemmijja, għandek waħda li hija weak u waħda li hija b'saħħitha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma dak kollu li transposed fil-liġi Maltija bilfors irridu nħarsuh.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jien għedt li dan huwa sempliċement suġġeriment...", "MADAM CHAIR: Aħna nirringrazzjawk tal-parteċipazzjoni dejjiema tiegħek u nieħdu gost li tiġi hawnhekk u tagħmel is-suġġerimenti.", "Naħseb li llum lestejna dak kollu li kellna bżonn niddiskutu u allura nistgħu naġġornaw il-laqgħa.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fit-8:08 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150202_012d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:12p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina (sostitut), u l-Onor.", "Godfrey Farrugia (sostitut) kienu preżenti.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor.", "Michael Falzon, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, li bil-permess tal-Kumitat ħa sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 11 li saret fis-26 ta' Novembru, 2014 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-\"POLICY AND DESIGN GUIDANCE: CEMETERIES\" KIF APPROVATA MILL-MEPA.", "Is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Raphael Asciak, Chief Executive Officer u Assistent Direttur fit-Taqsima tal-Infurzar tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat fejn taw spjegazzjoni u rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat dwar il-policy.", "Fil-Laqgħa ħa sehem ukoll is-Sur Alfred E. Baldacchino.", "Waqt id-diskussjoni ġew proposti dawn l-emendi:", "\"A\" L-ewwel bullet tal-paragrafu 1.4 għandu jiġi jaqra hekk:", "\"B\" It-tieni sentenza ta' paragrafu 6.1.2 għandha tiġi taqra hekk:", "\"C\" Paragrafu 7.3.2 għandu jiġi jaqra hekk:", "L-emendi \"A\", \"B\" u \"C\" għaddew nem. con.", "Il-policy, kif emendata, għaddiet nem. con.", "Madam Chair aġġornat il-Kumitat għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20150202_012m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 35", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2015 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Anti-Poverty Forum Malta dwar studju li għamlu fuq il-European Minimum Income Network.", "Preżentazzjoni tar-rapport annwali 2013 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150204_035a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 35", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 35", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.56 p.m.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 34 li saret nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ANTI POVERTY FORUM MALTA DWAR STUDJU LI GĦAMLU FUQ IL-EUROPEAN MINIMUM INCOME NETWORK", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Ngħaddu mill-ewwel għas-suġġett tal-lum fejn se jkollna preżentazzjoni min-naħa tal-Anti Poverty Forum Malta u nsejjaħ lil Father Saviour Grima.", "FR SAVIOR GRIMA (APF Malta President): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-opportunità li tajtuna.", "Jiena se nintroduċi daqsxejn lill-membri tagħna u se ngħid x'kien l-iskop ta' dan il-proġett, minn fejn ġej, kemm-il pajjiż ħadu sehem fih u mbagħad se nħalli lis-Sur Leonid McKay sabiex iressaq il-preżentazzjoni fuq l-istudju li ħejja.", "Bħala forum niltaqgħu bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar u flimkien niddiskutu diversi temi li jinqalgħu kemm minn pajjiżna u kemm min-naħa tal-Ewropa mill-Anti Poverty Network.", "Il-European Anti Poverty Network magħmul minn 30 pajjiż ġewwa l-Ewropa u qisu kull xahrejn jew tliet xhur jitla' xi membru minn tagħna sabiex jirrappreżenta lil pajjiżna f'diversi attivitajiet li jittellgħu fuq il-faqar u fuq studji oħra jew riċerka li tkun qiegħda ssir.", "Jien nirrappreżenta lil Malta fuq l-ExCo, fejn kull pajjiż għandu persuna li tirrappreżentah b'mod legali ġewwa Brussell u hemmhekk niddiskutu diversi temi u jsir lobbying mal-Kummissjoni fuq diversi strutturi fuq liema tema se naħdmu fuqha flimkien.", "Fr Vince Magri huwa rappreżentant fuq il-European Social Groups u għada se jitlaq Ruma biex jiddiskutu l-NRPs u s-CSRs ta' kull pajjiż membru.", "Isiru wkoll capacity building għal kull pajjiż membru u se jkun hemm seminar intitolat \"Knowledge from Experience\" u fih se jkun hemm ukoll nies li esperjenzaw il-faqar.", "Dan se jsir għall-ħabta ta' Settembru u se jitilgħu għaliha tliet persuni minn Malta li qegħdin fir-riskju tal-faqar jew li għaddew mill-faqar.", "Din is-sena tiela' wkoll Fr Vince Magri li se jitkellem fuq il-proġett tiegħu \"Iċ-ċavetta\".", "Telgħu wkoll tliet żgħażagħ flimkien ma' Cynthia Zerafa li hija sekondata mill-Gvern sabiex jitkellmu fuq il-proġetti Ewropej.", "Is-Sur Godwin Callus huwa s-segretarju tal-APF u ġej miċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja.", "Fr Carmelo Aquilina ġej minn Suret il-Bniedem, Fr Vince Magri minn Paulo Freire Institute u Miss Cynthia Zerafa li hija administrative office tal-APF u hija sekondata mill-Gvern.", "Fil-fatt diġà qiegħda fit-tieni sena tagħha magħna u permezz tagħha qegħdin norganizzaw translations ta' dokumenti li jiġu min-naħa tal-EAPN u żżomm ukoll il-korrispondenza għaddejja man-network tagħna.", "Is-Sur Leonid McKay Leonid ġej mill-Caritas u għamel dan l-istudju fuq l-income minimum network.", "Is-Sur Carmel Callus ġej min-National Pensioners' Association u Fr Manwel Cordina ġej mill-Fondazzjoni OASI.", "F'dan il-forum qegħdin b'kollox 13-il ruħ li ġejjin minn NGOs differenti.", "F'Novembru li għadda għamilna konferenza dwar l-istudju li sibna fuq l-income minimum wage li persuna ddaħħal mid-dħul tagħha, liema studju sar fuq madwar 30 pajjiż tal-Ewropa.", "U bħas-snin ta' qabel, f'Novembru li għadda bdiet it-tħejjija biex jinħema dan id-dokument, fejn kull membru fl-organizzazzjoni kellu l-possibilità li jaħtar persuna biex tagħmel studju dwar diversi regolamenti min-naħa tal-anti poverty network.", "F'Novembru li għadda kellna l-opportunità li noħorġu dan l-istudju tagħna fuq il-European Minimum Wage u f'Diċembru li għadda saret konferenza fejn l-istudji kollha tal-Ewropa nġabru f'dokument wieħed li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni.", "Issa se nħalli f'idejn is-Sur McKay sabiex iressaq il-preżentazzjoni tiegħu.", "IS-SUR LEONID MCKAY (Caritas): Nixtieq nibda billi nirringrazzja lil dan il-Kumitat talli lqajtu t-talba tagħna.", "Il-focus ta' dan l-istudju huwa fuq il-minimum income schemes, li t-terminoloġija għalihom f'pajjiżna hija għall-benefiċċji mhux kontributorji, jiġifieri dawk il-benefiċċji li ħafna drabi nirriferu għalihom bħala dawk tar-relief.", "Kif għedt il-focus ta' dan l-istudju huwa fuq dawn il-benefiċċji mhux kontributorji u l-iskop tagħna kien biex naraw kemm dawn il-benefiċċji huma adegwati għall-familji li qed jibbenefikaw minnhom.", "L-iskop prinċipali tal-istudju tagħna kien biex naraw jekk dawn il-benefiċċji humiex biżżejjed biex dawn il-benefiċċjarji jgħixu ħajja deċenti.", "Il-perċezzjoni tan-nies fuq il-benefiċċji soċjali huma varji; għal ħafna jgħidu li l-benefiċċji soċjali huma ftit wisq, hemm oħrajn li għalihom il-benefiċċji soċjali jikkreaw dipendenza, hemm oħrajn li jgħidu li l-benefiċċji soċjali jikkreaw lok għal ħafna abbużi u hemm oħrajn li jgħidu li allaħares ma jkunux il-benefiċċji soċjali għalihom.", "U għalhekk hemm bżonn li jkun hemm studji bħal dan biex nikkjarifikaw l-adegwatezza ta' dawn il-benefiċċji soċjali.", "Nerġa' ngħid li l-iskop tagħna kien biex naraw jekk il-benefiċċji soċjali hux verament hemm bżonnhom, u jekk hemm bżonnhom kemm huma.", "L-istudju qiegħed isir madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha u l-focus tagħna huwa fuq wieħed mill-benefiċċji li huwa l-aktar prevalenti, u ċjoè fuq l-assistenza soċjali.", "Il-filosofija tagħna bħala Anti Poverty Forum huwa li aħna nemmnu li l-benefiċċji soċjali għandhom jiggarantixxu dħul xieraq u deċenti għall-familji kollha.", "Dak huwa l-punt tat-tluq tagħna.", "Aħna nemmnu li l-benefiċċji soċjali għandhom ikunu biżżejjed biex il-familji Maltin li qed jgħixu minn fuqhom jgħixu ħajja deċenti.", "Dan l-istudju sar fis-sajf tal-2014 u ffokajna biss fuq il-working age population għax hekk ġejna mitlubin li nagħmlu.", "Mela allura ma stajnix ninkludu lill-anzjani f'dan l-istudju għax kif għedt iffokajna fuq il-popolazzjoni ta' bejn it-18 u l-61 sena.", "L-informazzjoni ġbarniha minn diversi sorsi, fosthom minn social workers, nies li jaħdmu direttament ma' persuni li qegħdin f'riskju ta' faqar jew li qed jesperjenzaw il-faqar, kif ukoll involvejna ħafna lid-district officers tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għaliex dawn ikunu f'kuntatt dirett man-nies li qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji.", "Il-kuntest politiku li bħalissa qegħdin noperaw fih huwa - anke l-amministrazzjoni preżenti qiegħda tiffoka fuqha din – fuq il-ġlieda kontra d-dipendenza.", "Fil-fatt qegħdin niffokaw fuq kif ix-xogħol għandu jkun iċ-ċavetta sabiex dawk il-persuni li mhux qegħdin jaħdmu jsibu mpjieg.", "L-idea ta' making work pay naqblu ħafna magħha u nemmnu li hemm bżonn li jkollna din il-filosofija anke ma' dawk li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali.", "Nemmnu wkoll li għandek faxxa ta' nies li irrispettivament minn kemm tagħmel miżuri fil-politika soċjali, xorta waħda qatt m'inti se tarahom fis-suq tax-xogħol u allura, il-benefiċċji soċjali se jibqgħu l-unika sors ta' dħul għal dawn il-familji.", "Aħna nemmnu li wieħed irid ikun sensittiv lejn ir-realtajiet ta' dawn il-familji li ma jistgħu qatt jidħlu fis-suq tax-xogħol u għalhekk l-Istat għandu jiggarantixxi dħul diċenti għalihom.", "Bħalma tafu dawn il-minimum income schemes jingħataw lill-head of households li ma jaħdmux, lil dawk li qed ifittxu xogħol jew li għandhom xi mard li jimpedihom milli jaħdmu jew inkella lil dawk li r-riżorsi tagħhom huma taħt ċertu livell.", "Fuq l-iscreen tistgħu taraw kif inhuma mqassmin il-benefiċċji soċjali mhux kontributorji, fejn għandek 4 pilastri; in-non contributory pensions, is-social assistance, il-medical assistance u l-family benefits.", "Aħna għażilna li niffokaw fuq l-assistenza soċjali għax huma l-aktar benefiċċji li huma prevalenti u għalhekk ridna niffokaw fuqhom minħabba l-limitazzjonijiet tar-riżorsi f'dak is-settur.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi ħsieb li jkun hemm studji oħra fuq il-partijiet l-oħra f'dan l-istadju?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Min-naħa tagħna m'hemmx il-ħsieb għax bħala Anti Poverty Forum iffokajna fuq l-assistenza soċjali.", "Dawn huma l-erba' pilastri li qed naraw hemmhekk.", "Issa fl-islide li jmiss qassamna kif inhuma dawn il-pensjonijiet imma se ngħaddi mill-ewwel għall-aħħar wieħed li huwa l-assistenza soċjali.", "Fil-fatt hemmhekk għandek numru ta' benefiċċji differenti fosthom social assistance carers, social assistance li huwa l-aktar wieħed famuż għax l-aktar li jirriferu għalih in-nies, is-single unmarried person, is-social assistance board, ir-rent element, l-unemployment assistance u d-drug addicts.", "Meta għamilna dan l-istudju kellna madwar 5,800 persuna li qegħdin jieħdu l-unemployment assistance, madwar 8,200 persuna li qed jieħdu s-social assistance u madwar 3,000 persuna li qed jieħdu s-single unmarried person benefit.", "It-total kien ta' 17,400 benefiċċjarju li jtellgħu l-ispiża għal madwar €68 miljun f'sena fuq dawn il-benefiċċji biss.", "THE CHAIRPERSON: Dawn iċ-ċifri li qed issemmi huma tal-cohort ta' nies li intom ħadtu fl-istudju?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Eżattament.", "Hawnhekk se nagħti ftit indikazzjoni ta' kemm jirċievu l-familji li qegħdin fuq dawn il-benefiċċji soċjali u ċjoè li qegħdin fuq l-unemployment assistance u s-social assistance.", "Mela persuna waħedha tirċievi €100 fil-ġimgħa u żewġ persuni jieħdu €108 fil-ġimgħa.", "Fil-fatt inti għandek €100 fuq l-ewwel persuna u mbagħad dejjem iżżid €8 fuq dik il-€100 li hija l-bażika.", "Tliet persuni jirċievu €116 fil-ġimgħa, erba' persuni jirċievu €124 u ħames persuni jirċievu €133 fil-ġimgħa.", "Hawnhekk mhux qed ninkludi l-bonuses u ċ-children's allowance.", "Aktar tard se nuri kemm jieħdu dħul b'kollox fil-ġimgħa u fix-xahar meta ninkludu dawn il-benefiċċji wkoll.", "Ma' dawk il-benefiċċji għandek ukoll iċ-children's allowance.", "Flimkien magħhom imbagħad għandek il-medical assistance, l-energy benefit u mbagħad għandek lil dawk li huma intitolati għall-kartuna r-roża, ir-rent allowance u bonuses oħrajn.", "Dawk huma l-benefiċċji soċjali li l-pajjiż jagħti u issa se ngħaqqduhom flimkien biex naraw kemm jiġi bħala ammont.", "L-iskop tagħna kien li naraw kemm dawn il-benefiċċji huma adegwati.", "U hemmhekk fejn bħala network, flimkien mal-kumplament tal-pajjiżi li qed jagħmlu dan ix-xogħol, ridna naraw kemm hu d-dħul ta' dawn il-familji u kemm hi l-ispiża li għandhom bżonn għall-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Li għamilna fl-ewwel kolonna hu li kkalkulajna d-dħul għal dawn is-seba' xenarji differenti.", "Hemmhekk fil-fatt għandek seba' familji differenti, l-ewwel erba' huma familji komposti minn żewġ adulti u żewġt itfal, il-5 u s-6 huma persuni li mhumiex miżżewġa u 7A u 7B huma familji li huma separati.", "Għal dawk is-seba' xenarji differenti kkalkolajna kemm hu d-dħul tagħhom, fejn l-ewwel familja komposta minn żewġ adulti u żewġt itfal li qegħdin fuq is-social assistance u li qegħdin jgħixu f'dar mikrija b'renta kummerċjali, għandhom dħul annwali ta' €9,300.", "Aħna ridna nkunu nafu jekk din is-somma hijiex biżżejjed biex din il-familja tkun tista' tgħix.", "U hemmhekk fejn ikkalkulajna - ma' studju ieħor li kienet għamlet il-Caritas sentejn ilu - baskett ta' oġġetti essenzjali għall-familja Maltija.", "Mela fl-ewwel kolonna qed naraw id-dħul ta' din il-familja u fit-tieni kolonna qegħdin naraw kemm hi l-ispiża li din il-familja għandha bżonn.", "THE CHAIRPERSON: Meta pereżempju tkunu qegħdin tieħdu l-kalkolu tal-housing ta' dawn in-nies, dan jiġi kkalkulat bil-benefiċċju li jkunu qegħdin jieħdu fuq il-kera?", "U meta qed titkellmu fuq single persons, qed tinkludu wkoll single persons li huma separati?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Iva, imdaħħlin hemmhekk ukoll.", "ROBERT CUTAJAR: U l-persuni b'diżabilità jidħlu hawnhekk ukoll?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Persuni b'diżabilità ma jidħlux hawnhekk sakemm mhumiex intitolati għas-social assistance.", "Jista' ikollok persuni b'diżabilità li għandhom xi forma oħra ta' benefiċċju u allura ma jidħlux taħt il-kategorija tas-social assistance.", "Jekk huma intitolati għas-social assistance jidħlu hawnhekk.", "ROBERT CUTAJAR: Ovvjament jeżistu familji li għandhom xi wild jew xi membru ieħor li huwa b'diżabilità u dan se jkun ta' piż akbar fuq dawn il-familji.", "Jiġifieri dawn ma jidħlux hawnhekk?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Le, għax hemmhekk l-ispiża li kienet għamlet il-Caritas ma kenitx inkorporat dawk l-ispejjeż li huma extra-addizzjonali.", "SILVIO PARNIS: Dan huwa suġġett interessanti ħafna għal din in-naħa tal-Kamra u għalikom ukoll.", "Jien niltaqa' magħhom ta' kuljum dawn in-nies.", "Issa meta naraw dawn il-benefiċċji kollha, taħseb li n-nies ma jħossuhomx foqra b'dawn il-benefiċċji?", "Semmejna l-kartuna r-roża li hija tajba imma tiltaqà ma' familji li jkollhom it-tfal u jmorru biex iġibulhom il-pilloli li jorndalhom it-tabib u jsibu li dawn ma jistgħux iġibuhom bil-kartuna r-roża.", "Huwa minnu li dawn il-koppji jew single parents ikollhom dak l-ammont ta' benefiċċju soċjali, u jkunu lesti li jħallsu għall-mediċini tat-tfal tagħhom, imma ovvjament din l-ispiża se tnaqqsilhom drastikament l-income tagħhom.", "Jekk tara ħafna mit-tfal li qegħdin jitilgħu llum issib li ħafna qegħdin ibatu bl-ażma.", "L-ewwel ħaġa għandek il-martirju għax nerġa' ngħid li kull ġenitur ikun irid jgħin u jagħti l-aħjar lit-tfal tiegħu imma sakemm jaslu għall-appuntament l-isptar jilħqu jgħaddu l-ġimgħat jekk mhux ix-xhur.", "Imbagħad wara li jiddeċiedu x'se jieħdu bħala inhalers jerġgħu jgħaddu aktar ġimgħat sakemm din il-familja tkun intitolata għalihom.", "U nerġgħu nieħdu fit-tul u din l-omm ikollha tixtri minn dak il-pakkett ta' flus li l-gvern ikun ipprovdilha.", "Jiena nemmen li hemm min verament ħaqqu li jieħu dawn il-benefiċċji imma hemm oħrajn li jgħallmuna kif tisraq il-benefiċċji!", "Jien naħseb li ilna nitkellmu u nisimgħu u f'dan l-aħħar Baġit ipprovajna naraw li ma jkunx hemm abbużi, imma x'qegħdin ikunu verament ir-riżultati?", "Dan id-dokument huwa interessanti u f'dawn il-jumejn se nipprova nsib ftit tal-ħin għal-kwiet biex noqgħod naqrah għax huwa dokument tajjeb.", "Imma qegħdin verament naslu biex neqirdu l-faqar?", "X'qegħdin nagħmlu?", "Ħafna minnkom nafkom fil-ħidma tagħkom kontra l-faqar imma x'qegħdin nagħmlu eżattament f'dan ir-rigward?", "Qegħdin verament naqbdu l-barri minn qrunu u qegħdin verament nifhmu dawn il-problemi kollha?", "Semmejna l-kartuna r-roża, fejn qabel min kien diabetiku kien jieħu awtomatikament din il-kartuna.", "Imma issa mill-2011 lil hawn m'għadekx teħodha awtomatikament u hemm min ilu 10 snin fuq is-servizzi soċjali u x'ħin imur bil-kartuna r-roża fl-uffiċċju tagħhom dawn jaqbdu u jqattgħuha u jgħidulu li din issa spiċċat!", "Imbagħad ovvjament jiġu jfittxu lilna d-deputati biex jistaqsuna x'inhu jiġri.", "Kemm qegħdin noħolqu awareness fuq dan kollu?", "Ilkoll kemm aħna dejjem ħdimna biex neqirdu l-faqar imma dejjem jinbtu dawn in-nies li forsi jgħidulek li min jieħu l-benefiċċji jkun qiegħed jisraqhom jew qiegħed jabbuża minnhom!", "Irridu nifhmu li mhux kulħadd hekk u allura rridu verament nibnu kampanja sabiex nuru li hemm nies li qegħdin ibatu u li dawn qed jitpoġġew fl-istess keffa ma' dawk il-ftit li qegħdin jabbużaw mis-sistema.", "Jien minn din il-laqgħa nixtieq li verament naslu biex nagħmlu xi ħaġa tajba għal dawn in-nies.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ħalli nibqa' fuq il-case scenarios li kont qiegħed tispjegalna aktar qabel.", "Pereżempju bejn il-1 u t-2 l-income huwa ħarira żgħira differenti għax qiegħed f'social housing u l-ieħor qiegħed iħallas b'rata kummerċjali.", "Imma mbagħad qed nara differenza kbira li hemm fl-ispiża.", "Tista' tgħidilna ftit għalfejn hemm din id-differenza daqshekk qawwija fl-ispiża?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Hemmhekk għandek familji li qegħdin bil-kera tad-dar tagħhom bir-rata kummerċjali u għandek familji oħra li qegħdin jgħixu fis-social housing u allura għandek dik il-qabża.", "Fil-fatt meta qed ngħidu kera bir-rata kummerċjali għandek spiża li titla' għal €300 jew €350 fix-xahar.", "U aħna ħadna l-average li huwa ta' madwar €300 fix-xahar.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Imma hemm diskrepanza enormi fl-ispiża tagħhom.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Il-minimum essential budget jirrapreżenta l-ispiża li dik il-familja jkollha u d-differenza li qed naraw hija proprja marbuta mal-kera kummerċjali u dawk li qegħdin fis-social housing.", "Il-kera kummerċjali ħadniha skond kif kienet fl-2014 u ħadna l-medja ta' €300 fix-xahar għal dik li hija kera kummerċjali.", "Dawn huma l-kirjiet li n-nies normalment jikru bihom il-Qawra, Buġibba, eċċ. Anke l-basket tax-xirja huwa kkalkulat fuq l-2014.", "Ix-xirja li kienet għamlet il-Caritas kien ikkalkulat fl-2012 imma din żidniha bi 3% biex tirrifletti r-rata tal-inflazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Irrid nagħmel punt żgħir fuq meta l-Gvern jagħti lura perċentwal minn din il-kera għax irridu noqogħdu attenti għax hemm ħafna nies li għandhom dritt għal dan ir-rebate imma jispiċċaw ma jeħduh qatt.", "Li jiġri hu li min jikrilhom ma jkunx irid juri li qed jikri u għalhekk jagħmlilhom kondizzjoni li jikrilhom sakemm ma jurux li qegħdin fil-kera.", "Mela dawn in-nies ikunu qegħdin f'kera b'rata kummerċjali imma ma jistgħux jitolbu għar-rebate u b'hekk it-total income tagħhom se jerġa' jonqos.", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Illum qiegħed jidħol fenomenu ġdid fejn post jikruh tliet familji.", "Qabel kienu jagħmlu hekk l-immigranti irregolari fejn jidħlu jgħixu ġol-istess dar tliet familji imma issa dan il-fenomenu qiegħed jidħol fost il-Maltin ukoll.", "Din hija xi ħaġa li aħna kkonsidrajniha meta dħalna fuq l-aspett edukattiv.", "U hija l-aħħar kategorija – case scenario 7b – li ma taqax taħt it-threshold tal-faqar.", "Mill-bqija l-kategoriji kollha jaqgħu taħt ir-riskju tal-faqar.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Mela aktar ma jkollok spiża fil-housing, inqas se jkollok purchasing power u waħda mir-rakkmandazzjonijiet li qed nagħmlu f'dan l-istudju hu li l-Istat irid jara min qiegħed jikri bir-rata kummerċjali.", "Dawn in-nies li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali u qed iħallsu €300 fix-xahar għall-kera tad-dar tagħhom se jkollhom il-maġġoranza tal-benefiċċji tagħhom li se jmorru biex iħallsu l-kera.", "Għandek ukoll issues ta' edukazzjoni.", "Wieħed irid jara li jekk għandek familji li ġenwinament huma fuq il-benefiċċji soċjali u qegħdin jikru mingħand il-privat, hemmhekk żgur li għandek sitwazzjoni ta' faqar", "SILVIO PARNIS: Jien dejjem rajtu bħala misteru kif min għandu €500 fix-xahar jirnexxielu jħallas €300 għall-kera tad-dar tiegħu u mbagħad ikollu wkoll l-internet, il-mobile u l-bżonnijiet l-oħra!", "Kif jgħixu b'€500?!", "X'jagħmlu?", "FATHER MANWEL CORDINA (OASI Foundation): Ħafna drabi aħna ngħinu lil dawn in-nies in kind u ċjoè billi nagħtuhom xi kamra tas-sodda, xi washing machine, xi fridge jew xi cooker.", "SILVIO PARNIS: Kif jirnexxielkom iġġibuhom?", "FATHER MANWEL CORDINA: Dik tiġi mill-kariżma tal-persuna, fejn aħna nagħmlu kuntatt ma' nies li jkunu jafdawk u li allura jagħtuk dawn l-affarijiet biex tqassamhom lil min verament għandu bżonn.", "Barra minn hekk ħafna nies jagħtuna l-affarijiet għall-bazaars u allura jien ikolli l-aċċess għal dawn l-affarijiet.", "Issa rigward il-problema tat-trasport naħseb għal kollox jien.", "Pereżempju għandi n-neputi tiegħi li nitolbu t-trakk tiegħu u dan jieħu paċenzja bija biex inġorr l-affarijiet.", "Illum hawn ċertu klassi ta' nies li kull ħames snin ibiddlu l-għamara tad-dar tagħhom!", "U Malta ma jeħodhom ħadd dawn l-affarijiet.", "Jien qatt ma rrifjutajthom dawn l-oġġetti, l-unika problema li għandi hu li m'għandix garaxx biex inqiegħed kollox ġo fih.", "Imbagħad għandek il-Kurja li tagħti l-għajnuna u għandek ukoll il-parroċċa.", "Issa jien qiegħed nitkellem fuq Għawdex, fejn għandna l-fond tal-parroċċa u l-fond tad-Djoċesi, u li allura bniedem imur jitlob għall-għajnuna hemmhekk u mbagħad jiġi skrutinat u jingħata l-għajnuna meħtieġa.", "Għandi wkoll ċerti nies barranin li fl-Għid, fil-Milied u f'dati partikolari oħra jagħtuni l-hampers biex inqassamhom lil dawk li l-aktar ikunu fir-riskju tal-faqar.", "Is-sistema qiegħda b'tali mod li min hu tallab jibqà tallab u min jaħli dejjem għandu x'jaħli.", "It-triq tan-nofs qiegħda dejjem tonqos.", "Pereżempju l-Italja għandek nies ta' intrapriża li spiċċaw fit-triq imma hawn Malta għadna mhux ħażin bħala pajjiż avolja għandna nies li qegħdin f'sitwazzjoni verament ħażina.", "Għawdex ma tantx hemm nies hekk imma f'Malta jekk tidħol f'ċerti djar trid toqgħod attent għax iż-żarbun jibda jeħel mal-art!", "U din is-sitwazzjoni ilha hekk u mhux issa bdiet.", "Irridu nisħqu fuq l-edukazzjoni għax is-sistema edukattiva mhijiex qiegħda tilħaq lil dawn in-nies.", "Qisna rrassenjajna ruħna li dawn in-nies għal xejn se tgħinhom u allura wasalna biex tajnihom timbru u ma tajnix kashom!", "Issa llum qed inbatu l-konsegwenzi għax dan il-faqar qiegħed jintiret mentalment.", "Dan l-aħħar il-Ministru Evarist Bartolo tkellem fuq hekk u fuq kif trid tkun id-direzzjoni l-ġdida.", "Irid ikun hemm koordinament bejn il-Ministeri kollha għax inkella l-finanzi ta' Malta se jikkrollaw mil-lum għal għada.", "FATHER VINCE MAGRI (Paulo Freire Institute): Kif qed taraw aħna qed nitkellmu fuq l-assistenza immedjata, jiġifieri fuq dak li wieħed għandu bżonn biex jgħix; biex ikollu saqaf fuq rasu, biex jixtri l-ikel u biex jixtri x'jilbes.", "Imma l-bniedem għandu ħafna bżonnijiet oħra.", "Jiena naħdem ukoll mat-tfal.", "U għandna tfal li għandhom problemi ta' skola u problemi emozzjonali, bħalma jkollhom nies kbar fuq kollox.", "Imma normalment persuna li jkollha problema tista' tmur għand il-counsellors imma ovvjament trid tħallas.", "It-tfal li qegħdin fl-iskola suppost li għandhom is-servizzi li toffri l-iskola stess, għalkemm nafu li dawn huma limitati.", "Pereżempju nafu li jekk it-tfal iridu jaraw psychologist hemm waiting list twila ħafna.", "Apparti minn hekk psychologist mhux darba jrid jarah lil dak it-tifel jew tifla imma jkollu bżonn jagħmel diversi follow ups.", "Bħala Paulo Freire Institute jiena limitat ħafna imma bħalissa qiegħed naħdem ma' numru żgħir ta' tfal li vera għandhom problemi emozzjonali u qegħdin f'familji problematiċi.", "Lil dawn qiegħed nipprova nagħtihom drama therapy imma ovvjament irrid inħallas għalihom jien.", "Għandi fond biex naħdem bih imma dan huwa limitat.", "Din l-ispiża li qed insemmu hija sempliċement biex jgħixu biha.", "Issa jekk irridu naraw li jkollhom qabża ta' kwalità fil-ħajja tagħhom, irridu nindirizzaw dawn it-tip ta' problemi.", "Għandek pereżempju dan l-esperiment li qed isir tal-LEAP.", "Bħala NGO jien qisni family resource centre u qiegħed parti mis-south east u naħdmu ħafna.", "U hawnhekk naħseb li jista' ikun hemm verament qabża fil-mod tas-servizz li noffru.", "Handouts bħal dawn dejjem se jibqgħu bżonnjużi imma l-kwalità fis-servizz li jrid jingħata nistgħu ntejbuh b'din l-idea tan-networking tar-riżorsi kollha li joffri r-reġjun, inkluż il-paroċċi, il-kunsilli lokali u l-NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Hemm bżonn li dawn jersqu flimkien u joħorġu bi pjan.", "Għandek dan l-esperiment li bħalissa qiegħed jaħdem u naf li għandu sa Settembru li ġej u qed jaħdem permess tal-ESF funds.", "Nittama li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali verament jaħdmu fuqha din għax naħseb li jistgħu jagħmlu ħafna ġid.", "IS-SUR GODWIN CALLUS (APF Malta Secretary/Ċentru Fidi u Ġustizzja): Pereżempju aħna dejjem konna nieħdu ħsieb biex inqassmu l-ikel tal-Unjoni Ewropea imma issa dak il-proġett spiċċa fi Frar 2014.", "Issa qed nistennew li joħroġ il-proġett il-ġdid imma dan se jkun differenti.", "Fil-fatt l-ikel issa se jibda jitqassam lil dawk li għandhom tlett itfal u aktar, jiġifieri mhux se jkun qed jikkonċentra fuq familji li għandhom inqas minn tlett itfal.", "Dan se jkun selezjonat min-naħa tad-Dipartiment fuq kriterji … U dawn se jkunu pakketti lesti.", "SILVIO PARNIS: Imma allura min għandu żewġt itfal u għandu l-problemi ma jingħatax?!", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Qed jiddiskutuha fil-Ministeru …", "THE CHAIRPERSON: Din kienet deċiżjoni lokali jew deċiżjoni minn barra?", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Jien kont fil-bidunett tal-operating project u suppost li mexjin 'il quddiem.", "Suppost li l-proġett se jiġi varat fil-jiem li ġejjin.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Xtaqt li niffokaw ftit fuq ċerti ostakli li bħalissa qed naraw aħna bħala Anti Poverty Forum li jekk neliminawhom ikollna benefiċċji soċjali aktar b'saħħithom.", "L-ewwel ħaġa hi li ftit għandna riċerka fuq dan is-settur u li ħafna drabi niddependu biss fuq dak li naħsbu u fuq dak li nisimgħu.", "Ir-riċerka li teżisti hija ftit u għadha fil-bidu u żgur li ma nistgħux ngħidu li hija riċerka komprensiva biżżejjed biex iddawwal il-politika soċjali.", "Aħna nirrakkmandaw li jkun hemm riċerka aktar komprensiva u li fiha tiġbor mhux biss settur wieħed tal-benefiċċji soċjali imma tiġbor setturi oħra.", "Ħaġa oħra hi li f'Malta għandna ċerti pockets u ċerti areas li fihom jattiraw aktar lil dawn it-tip ta' familji li għandhom din il-kultura ta' dipendenza.", "Jekk irridu nkunu serji fil-ġlieda kontra l-faqar irridu nidentifikaw dawn il-pockets għaliex dawn huma realtaijiet li qegħdin jikkreaw din il-kultura ta' dipendenza, dik li nsejħulha l-intergenerational poverty, li tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Għandna nies li qed jgħixu f'ambjent li jrendi dak l-istil ta' ħajja.", "Jiena ltqajt ma' familji li ilhom 10 jew 15-il sena fuq il-benefiċċji soċjali u dawn ma jmorrux jaħdmu mhux għax ma jridux jew għax ma jifilħux imma għax il-kultura rendithom hekk!", "Għandek familji li ilhom jieħdu din id-dipendenza minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Ħaġa oħra hi li l-politika preżenti qiegħda tinkoraġġixxi li niġġieldu din id-dipendenza, u aħna naqblu li m'għandniex inħallu nies dipendenti imma nifhmu wkoll li għandek faxxa ta' nies li l-benefiċċji soċjali se jibqa' l-unika sors ta' dħul għalihom u allura huwa importanti li nsaħħuh.", "Irridu wkoll ninkoraġġixxu l-ġlieda kontra l-abbużi.", "Nisimgħu ħafna li qed isiru l-abbużi imma ejjew nifhmu li l-abbużi, ħafna drabi jiġu mwettqa minn grupp żgħir ta' nies u li x'aktarx aktar nisimgħu fuqhom milli fuq dawk in-nies li verament huma fil-bżonn.", "Min jaħdem f'dan is-settur jaf li l-inqas nies li jitolbu l-għajnuna huma proprju dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Ħafna drabi nisimgħu bi stejjer ta' nies li jabbużaw mis-sistema u bi stejjer ta' nies li, kif qalilna l-Onor.", "Parnis, jgħallmuna kif induru mas-sistema.", "Imma għandek ħafna nies li ma jitkellmux u dawn huma dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Aħna rridu niffokaw u naraw li l-benefiċċji soċjali jkunu adegwati għal kulħadd u mhux niffokaw fuq l-abbużi biss.", "Nirrakkmandaw li l-amministrazzjoni preżenti tkompli tiġġieled il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa għax nemmnu li dik hija sors importanti ħafna sabiex insaħħu l-benefiċċji soċjali.", "Iktar ma niġġieldu l-evażjoni tat-taxxa, aktar se jkun hemm flus li bihom inkunu nistgħu nsaħħu din is-sistema.", "Ħaġa oħra hija li rridu niġġieldu l-benefit trap.", "Interessanti ħafna li wieħed jagħmel differenza bejn il-benefiċċji soċjali u l-paga minima għaliex jidher li s'issa din għadha trappola u n-nies ħafna drabi qed jagħmlu għażla intenzjonata li jmorru għall-benefiċċji soċjali u mbagħad forsi jsibu xi sors ta' dħul minn x'imkien ieħor aktar milli jmorru jaħdmu bil-paga minima.", "THE CHAIRPERSON: M'inix ċerta jekk dawn l-inizjattivi li ħa l-Gvern, tipo l-€400 li ta għat-tfal, ħadtuhomx in konsiderazzjoni fl-istudju tagħkom.", "Jew inkella dawn ġew wara?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Le, ma ħadnihomx in konsiderazzjoni u hawnhekk, anke bħala Anti Poverty Forum konna għamilna stqarrija pubblika sabiex nuru li qed naqblu ma' dawk il-miżuri għaliex kienu ta' għajnuna kbira, speċjalment għal dawk it-tip ta' familji.", "IS-SUR GODWIN CALLUS: Jekk inti tieħu l-miżuri tal-aħħar Baġit, is-single parents żdiditilhom sostanzjalment l-għajnuna, anke meta żżid dak t-tapering li se jibqgħu jieħdu r-relief għal ċertu ammont ta' żmien jekk dawn isibu mpjieg.", "IS-SUR LEONID MCKAY: It-tapering naqblu miegħu għaliex huwa mod ta' kif in-nies qed tpoġġihom fis-suq tax-xogħol u qiegħed tibqa' tgħinhom …", "THE CHAIRPERSON: Ma nafx jekk hux il-ġimgħa l-oħra jew ta' qabel attendejt għal konferenza dwar studju fuq is-single parents li sar mid-Dipartiment tal-Familja.", "U waħda mill-iktar affarijiet li lili laqtitni kienet dik li meta ġew mistoqsijin min jaf bit-tapering tal-benefiċċju soċjali, kienu biss 50% tas-single parents li kienu jafu bih.", "U allura l-aktar nies li għandhom bżonnha u l-iktar nies li din il-miżura ġiet intenzjonata għalihom ma jafux biha!", "Jiġifieri jekk ma jkunux jafu biha se jintilef l-iskop tagħha.", "Ma nafx jekk dan l-istudju jirriflettix fuq il-fatt ta' kemm in-nies huma konxji tal-eżistenza ta' dawn il-benefiċċji, li qegħdin hemm proprju biex naqilgħuhom mill-faqar.", "Jien mhux l-ewwel darba li niltaqa' man-nies - kemm fil-professjoni tiegħi ta' avukata u kemm fil-politika – u nistaqsihom jekk jafux li jeżisti t-tali inċentiv li jista' jgħinhom u dawn ma jkunux jafu li jeżisti.", "U dawn ikunu l-iktar nies li għandhom bżonn dik l-għajnuna!", "Imbagħad issib lil min vera m'għandux bżonn l-għajnuna u jkun jaf b'kull għajnuna li teżisti.", "Issib minn kollox imma meta f'dan l-istudju ħadu sehem numru konsiderevoli ta' single parents impressjonajt ruħi kif nofshom ma kienux jafu b'dawn il-benefiċċji!", "IS-SUR GODWIN CALLUS: Il-problema hi l-komunikazzjoni bejn l-uffiċjali u l-benefiċċjarji u l-mod ta' kif jitwassal il-messaġġ.", "Jien bħalissa qiegħed naħdem fuq il-proġett tal-LEAP li semma Fr Vince Magri u veru li għandek nies li jkunu jafu b'kull benefiċċju soċjali li jeżisti.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inqabblu l-benefiċċji soċjali li jieħdu l-Maltin ma' pajjiżi oħra naraw li pereżempju f'Denmark single mother tirċievi €1,400 fix-xahar mentri fir-Rumanija single mother tirċievi €30 fix-xahar!", "F'Malta l-benefiċċji soċjali qed jitilgħu ħafna.", "Il-problema li dejjem nistaqsu hi kif persuna jirnexxilha tgħix b'dawk il-500 fix-xahar.", "It-tieni problema hi li ħafna drabi m'aħniex nikkonsidraw it-tibdil li qed naraw.", "Pereżempju fid-dokumenti li ppreżentajnilkom hemm mappa ta' Malta li turi l-aktar postijiet li jirċievu l-benefiċċji soċjali.", "Fil-fatt nistgħu naraw li qed ikun hemm shift għax fejn qabel kellek konċentrazzjoni ta' kważi 50% li kienu qegħdin in-naħa t'isfel ta' Malta, illum dawn bdew telgħin ukoll lejn il-Qawra u ż-Żebbuġ Għawdex.", "Għandek ukoll Marsaskala f'Malta.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena u ċ-Chairperson ġejjin proprju minn dak id-distrett, u fil-fatt meta tagħmel il-house visits tinduna bil-mod ta' kif ikunu qed jgħixu f'dawn iż-żoni.", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Xi ħaġa li tinkwetani ħafna lili hija l-apatija li għandhom dawn in-nies.", "Sa ftit tas-snin ilu persuna fqira kienet tagħmel moviment biex toħroġ mis-sitwazzjoni tagħha imma llum hemm dik l-apatija qawwija ta' rassenjazzjoni.", "Min ikun qiegħed f'din is-sitwazzjoni jgħidlek issa nipprova nittallab u issa nipprova nħabbat it-tali bieb u din hija waħda mill-affarijiet li lili tinkwetani.", "Din il-ġimgħa stess kien hemm xi mistoqsijiet fuq iċ-childcare centres, fejn għedna li dawn in-nies li huma unemployed u li qegħdin fir-riskju tal-faqar ma noqogħdux nistennew tliet snin biex nibagħtuhom fiċ-childcare imma nobbligawhom għax b'dak il-mod tista' tolqothom.", "Fil-proġett tal-LEAP qed naraw nies li qatt ma ħarġu jaħdmu!", "Bniedem li qiegħed id-dar ma jagħmel xejn trid tagħtih stimolu u tgħidlu li għada filgħodu jrid imur fit-8.00 a.m biex jirreġistra ma' dik l-NGO, ma' dak il-kunsill lokali jew ma' dik l-entità tal-Gvern.", "Mela dan x'ħin iqum filgħodu għandu skop fil-ħajja.", "Fil-fatt għandek ħafna minn dawn il-persuni li m'għandhomx skop fil-ħajja tagħhom.", "U din hija waħda mill-problemi taċ-ċirku vizzjuż li qed naraw ukoll fl-istudji li għamilna.", "Aħna intervistajna diversi familji u sibna li hemm familji li qegħdin f'riskju ta' vjolenza.", "Din il-ġimgħa mort Dar Merħba Bik għax naraw każ ta' persuna li qiegħda tagħmel parti mill-proġett LEAP.", "U waqt li kont qiegħed nitkellem mal-persuna responsabbli ħareġ il-punt li ħafna drabi aħna nduru mill-ewwel għat-trattament imma huwa proprju x-xogħol li joħroġ lill-persuna mir-riskju tal-faqar.", "Ix-xogħol u l-edukazzjoni.", "Issa mhux kulħadd jiflaħ għal 40 siegħa jew għal 20 siegħa xogħol imma lil dawn in-nies għandek trawwimhom bil-mod il-mod biex tagħtihom stimolu f'ħajjithom u b'hekk jirnexxilhom joħorġu mid-djar tagħhom.", "IS-SUR GODWIN CALLUS: Hemm żewġ aspetti fuq il-faqar.", "Il-handouts huma essenzjali però bihom m'intix se tindirizza l-faqar għax il-faqar huwa xi ħaġa long term.", "Din taċ-childcare aħna qegħdin ninsistu ħafna fuqha u fil-fatt anke l-Ministru Bartolo tkellem ħafna fuq il-bżonn li jsir studju.", "Hemm bżonn li t-tfal li qegħdin f'kultura ta' faqar nipprovaw noħorġuhom minn dik is-sitwazzjoni – għax bħalissa dawn il-ġenituri ma jistgħux jibagħtuhom iċ-childcare għax la jaħdmu u lanqas qegħdin jistudjaw – billi neħduhom f'ambjent differenti biex ikollhom stimoli differenti meta għadhom fl-aħjar età biex tistimulalhom il-multi-sensorial development tagħhom.", "Dak huwa mod ta' kif inti tista' tgħin lil dawn in-nies jibdew bil-mod il-mod joħorġu minn din il-kultura ta' faqar.", "THE CHAIRPERSON: Kumbinazzjoni kont qiegħda nagħmel speech proprju fuq id-differenza bejn the unemployed and the unemployable li kien qed jagħmel riferenza għaliha s-Sur McKay, fis-sens li rridu noqogħdu attenti għax għalkemm għandna faxxa ta' nies li qegħdin fuq is-social benefits biss, dawn mhux kollha l-istess.", "Dawk li huma unemployable huma aktar gravi mentri dawk li huma unemployed b'xi mod tista' tagħmel xi ħaġa fuqhom.", "Jekk tnaqqas minn dak is-settur li qiegħed jiffroda l-benefiċċji inti se jkollok aktar xi tqassam u ssir aktar ġustizzja soċjali ma' min verament huwa batut.", "Jekk inti tnaqqas l-abbużi tkun qed tgħin mhux biex ikollok aktar flus fil-coffers tal-Gvern imma biex ikollok aktar xi tqassam.", "Naħseb l-abbuż trid tnaqqsu u tneħħiħ biex proprju tgħin lil min verament ma jistax jinqala' mill-problema.", "FATHER MANWEL CORDINA: Il-policy hemm qiegħda u naħseb li ħadd ma jgħaddina bħala pajjiż fuq il-policies li nagħmlu.", "Il-kwestjoni hi fuq x'ħin tiġi għall-applikazzjonijiet ta' dawn il-miżuri!", "Jien ilni f'dan il-qasam 30 sena u dejjem niftakarni niddiskutu l-istess issue.", "Għandna vantaġġ fis-sistema tagħna għax għandna l-kunsilli lokali.", "Iċ-ċentralizzazzjoni qatt mhi effiċjenti.", "Hija effiċjenti biss fit-teorija u fil-burokrazija.", "Issa aħna għandna vantaġġ għax pajjiż żgħir u għandna l-kunsilli lokali fl-irħula tagħna.", "U għalhekk irridu nużaw din il-faċilità tal-kunsilli għax dawn huma l-aktar fil-qrib ta' dawn il-familji u jistgħu jidentifikaw kif inhi s-sitwazzjoni, bħat-tabib tar-raħal.", "Inutli toħroġ il-brochures lin-nies li ma jaqrawx għax dawn mhux se jinfurmaw lilhom infushom b'dan il-mod għax diġà jafu minn se jġibuha l-karità.", "Imma jekk għandek social worker li forsi jmur idur dawn il-familji … Jekk mhu se nagħmlu xejn se nibqgħu dejjem fl-arja u l-abbużi se jsiru iktar faċli biex dak li jkun japprofitta ruħu u l-flus li jiġu vvotati ma jkun qed jeħodhom ħadd ħlief dawk li m'għandhomx bżonnhom.", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Hemm problema oħra għax f'Malta nafu lil xulxin u f'Għawdex din tinħass aktar, u allura dak li jkun ma jkunx irid imur jinqeda mir-raħal tiegħu għax jibża' mill-istigma.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani hija l-assentejiżmu u l-faqar f'dan il-qasam.", "Fil-fatt għandna ħafna internal migration ta' tfal li jgħixu tliet xhur, tliet xhur minn raħal għal ieħor!", "FATHER MANWEL CORDINA: Għandna ħafna nies tal-periferija li mhuma jintlaqtu minn ħadd u dawn jinsabu waħedhom.", "ROBERT CUTAJAR: Jien nibqa' nemmen li l-punt tat-tluq għandha tkun l-edukazzjoni.", "Anke mill-istatistika li ġiet ippreżentata f'dan l-istudju jidher li għandna ninvestu l-ewwel u qabel kollox fl-edukazzjoni.", "Issa hawnhekk ridt nagħmel din il-mistoqsija lil xi ħadd minnkom; dan l-istudju jista' jiġi pparagunat ma' xi studju ieħor li sar fil-passat?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax aħna qegħdin nitkellmu fuq kif we need to make work pay u semmejna wkoll il-frodi.", "Issa s-sezzjoni tal-frodi fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ilha li twaqqfet aktar minn għaxar snin ilu.", "Allura nistgħu nipparagunaw minn fejn tlaqna ma' fejn qegħdin illum?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Mhuwiex l-iskop tagħna li nidentifikaw kemm hemm frodi, però riċentement kien hemm statistika li ħareġ is-Sur Mark Musu u jidher li din tlaħħaq mal-€1 miljun!", "ROBERT CUTAJAR: Imma dak x'kien jiġri qabel.", "Meta tqabbel il-benefiċċji soċjali ...", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li l-problema hi li ma kienx hemm studju ma' xiex tqabbel.", "FATHER MANWEL CORDINA: Pereżempju l-Gvern jaf kemm qed joħroġ flus u allura minn hemmhekk wieħed jista' jimmaġina imma l-problema proprja hi kif għal xi raġuni jew oħra din sgiċċat minn taħt l-idejn … U allura aħna niġu nitkellmu hawnhekk u mbagħad jgħaddu tliet snin u nerġgħu niltaqgħu biex niddiskutu imma sadanittant hemm isfel in-nies se jibqgħu fil-faqar, bla skola, bla edukazzjoni …", "THE CHAIRPERSON: Jiena persuna li nemmen ħafna fir-riċerka.", "Inħoss li għal ħafna snin - inkluż illum, jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' gvernijiet partikolari - drajna nagħmlu liġijiet li ma jkunux ibbażati fuq riċerka profonda fil-qasam soċjali.", "Allura meta nara r-riċerka nieħu r-ruħ għax ngħid li b'hekk il-policies u l-liġijiet jew xi ħaġa oħra li nixtiequ nagħmlu fil-baġit, din inkunu qed nagħmluha mhux fuq x'naħsbu imma fuq statistiċi u fuq studji.", "B'hekk verament tkun qiegħed tolqot l-aktar lil min verament hemm bżonn li tolqot.", "FATHER MANWEL CORDINA: Pereżempju meta jsir iċ-ċensiment isir studju fuqu bir-reġjuni ħalli naraw x'inhi d-differenza?", "Ir-riċerka ssir imma mbagħad tibqa' hemmhekk bħala dokument.", "Jiena nemmen li l-kunsilli lokali għandu jkollhom il-potenzjal biex ikunu jistgħu jagħtu din l-għajnuna għax dawn ikunu jafu x'faqar jeżisti fir-raħal tagħhom u mbagħad il-Gvern ċentrali jkun jaf xi flus se jinvesti f'dik il-lokalità.", "THE CHAIRPERSON: Jien naħseb li jekk għandna ngħaddu messaġġ bħala Kumitat għandna ngħidu li hemm bżonn li meta jsiru policies u liġijiet biex jibdlu l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-soċjal, - peress li dan il-qasam huwa wieħed volatili ħafna u huwa qasam fejn inti jista' ikollok preġudizzju – dawn għandhom ikunu bbażati fuq ir-riċerka ħalli l-policies ikunu jirriflettu dik ir-riċerka.", "Dik hija importanti ħafna.", "Imbagħad għandu jkun hemm follow up ta' dik ir-riċerka meta tinbidel il-policy biex naraw jekk fil-fatt kienx hemm għajnuna.", "FATHER MANWEL CORDINA: Il-policies jeżistu imma m'għandniex dawk il-miżuri li jinżlu fl-għeruq tal-problema.", "Flus hemm ivvotati, bħalma għandna diġà il-policies u r-riċerka.", "Pereżempju għandek iċ-ċensiment li jsir kultant żmien.", "Issa li kieku kull kunsill jingħata l-possibiltà li jara miċ-ċensiment x'inhuma l-bilanċi tal-livell tal-ħajja tan-nies fir-raħal tiegħu, l-għajnuna tkun tista' tingħata ħafna aħjar.", "Imbagħad aħna kollha nafu lil xulxin u allura …", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li hemm data pockets li huma neqsin.", "Veru li biċ-ċensiment għandek studju tad-demografija u għandek snapshot tar-realtà tal-pajjiż imma meta mbagħad tiġi biex tara kif se tindirizza l-problemi f'pockets differenti ta' xi settur speċifiku, aħna ma tantx imdorrijin nagħmlu dik ir-riċerka profonda.", "Is-sena l-oħra jew ta' qabel kont qiegħda nieħu kors fuq is-social policy u l-law making minn persuni Ingliżi u dawn kienu qegħdin juru kif anke fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti għamlu policies fuq affarijiet li meta nitkellmu bejnietna nassumu li għandna raġun li hemm problema fuqhom u fuq kif l-aħjar li tissolva dik il-problema partikolari.", "Imbagħad meta saru l-istudji ndunaw li they were addressing the wrong issue proprju għax ma kienx hemm riċerka ffokata kif suppost.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Sinjura President, naqbel miegħek perfettament għax jekk wieħed jitkellem fuq il-faqar, ħafna drabi l-ewwel reazzjoni tan-nies se tkun waħda negattiva.", "U se tisma' lil min jgħidlek li dik tmur tagħmel xagħarha jew dik tmur tagħmel id-dwiefer!", "Imma fir-realtà sentejn ilu bħala Caritas għamilna riċerka żgħira billi qbadna basket ta' oġġetti li huma verament essenzjali u pprezzajnihom fis-suq u sibna li mhuwiex minnu li n-nies qed jonfqu fuq affarijiet frivoli u fuq affarijiet li m'għandhomx bżonn.", "Fil-fatt jekk taqbad dan il-basket u tara x'inhu l-prezz tiegħu ssib li dan huwa relattivament ogħla mill-paga minima u ogħla mill-benefiċċji soċjali.", "Mela ħafna drabi dak li jgħidu n-nies jkun ibbażat fuq il-perċezzjonijiet għax meta mbagħad tagħmel ir-riċerka tinduna li ċerti perċezzjonijiet huma żbaljati.", "L-istess hawnhekk.", "Meta tisma' lin-nies jgħidu għax dawk jabbużaw u għax dawk xorta qed jaħdmu minn taħt, dawn ikunu qed jirreferu għal pakkett żgħir ta' individwi.", "Imma ovvjament dawn l-aktar li se jagħmlu ħoss.", "Min-naħa l-oħra ħafna drabi ma nitkellmux fuq dawk li huma unemployable.", "THE CHAIRPERSON: L-aktar li se tidher hija l-perċezzjoni tan-nies, u nħoss li ħafna drabi r-riċerka kienet nieqsa u konna nagħmlu perception based policy, li mhux neċessarjament tirrifletti r-realtà - tista' tkun qed issir illum ukoll għax ir-riċerka nieqsa - u allura xi kultant inkunu qegħdin nonfqu l-flus imma ma nkunux qegħdin nindirizzaw il-problema.", "FATHER MANWEL CORDINA: Aħna nieħdu mill-policies imma jien hawnhekk qed nitkellem fuq miżuri diretti, fejn jekk dawn il-policies ma jiġux imsarrfin f'miżuri konkreti, se nkunu qegħdin narmu l-flus …", "SILVIO PARNIS: Jien naħseb li nagħmlu ħafna laqgħat fuq dan is-suġġett partikolari imma s'issa qisu għadna ma identifikajnix min hu verament il-fqir!", "IS-SUR LEONID MCKAY: Persuni li għandhom problemi ta' mard, persuni li għaddew minn separazzjonijiet, persuni li huma bla xogħol …", "SILVIO PARNIS: Imma li qed jiġri hu li lkoll qed naqblu li hemm il-benefiċċji soċjali imma hemm ukoll il-burokrazija.", "F'pajjiżna teżisti burokrazija kbira!", "Xi kultant anke tibgħat sempliċi email lil xi ħadd, qisek ma tkun bgħatt xejn.", "U tista' mhux tkun deputat għax xorta tibqa' bla risposta.", "Jiena ngħid li ladarba qegħdin hawnhekk, aħna rridu nagħmlu l-bidliet meħtieġa għax mhux qegħdin hawn biex naqilgħu l-prosit.", "Hemm burokrazija kbira u hemm problemi kbar ta' housing illum.", "U fuq din il-problema kbira tal-housing għadna b'idejna marbutin.", "Sadanittant qegħdin jistagħnew dawk li jikru għax qed jikru l-postijiet tagħhom bi €350 u b'€400 fix-xahar mingħajr ma jiddikjaraw xejn.", "Illum għandek ukoll dawn l-immigranti irregolari li filwaqt li kulħadd jgħajjarhom allaħares ma kenux huma għal dawn in-nies li jikru!", "Jien naf b'postijiet f'Raħal Ġdid fejn ġo dar waħda jgħixu 12-il persuna u dawn qed iħallsu €100 kull wieħed fix-xahar.", "Mela ta' dar waħda s-sid qed idaħħal €1,200 fix-xahar!", "Hawnhekk hawn xi ħadd magħna li jaħdem fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u naħseb bħali jaf li n-nies li joħorġu minn hemm kulħadd iħarsilhom b'ċerta mod.", "Kemm minnhom isibu mpjieg dawn in-nies?", "Kulħadd jgħidlek għax it-tali kien il-ħabs u allura ma jafdahx.", "Hawn ħafna nies li għandhom problemi soċjali u jiena ngħid li għadna m'aħniex immissu r-realtà.", "Ikolli nammetti li twaħħaxt x'ħin smajt b'din il-proposta fuq l-ikel tal-Ewropa.", "L-ewwel nett jien qatt ma' qbilt miegħu dan l-ikel għax lin-nies qed tagħmilhom tallaba, jiġru bil-basktijiet wara l-kappillan, u ġieli jkollok xi kappillan li lanqas ikun irid idaħħalhom fil-parroċċa tiegħu!", "Mela kif se tfiehem lil dawn in-nies li dan l-ikel se jingħata issa lil min għandu tlett itfal jew iktar?!", "Mela l-foqra dawk biss huma?!", "U min għandu żewġt itfal jew inkella għandu wieħed biss imma għandu diżabilità?", "U min jgħix waħdu u ma jaħdimx għax iddeċieda li jibqa' idur bil-ġenituri anzjani tiegħu u llum spiċċa b'pensjoni ta' €450 fix-xahar?", "Dawn in-nies meta tispiċċalhom il-washing machine jew xi ħaġa oħra allaħares ma jkunux l-għaqdiet filantropiċi għalihom għax kieku jispiċċaw b'xejn.", "Jiena ngħid li hemm bżonn ta' riforma kbira u riforma li trid issir bis-serjetà min-nies li jmissu ta' kuljum ma' min qed jgħix fil-faqar u min-nies li jafu x'inhu l-faqar.", "Nafu x'inhu l-faqar?", "Il-miżuri min irid jagħmilhom?", "Se nagħmluhom aħna l-politiċi waħedna jew inkella jridu jgħinuna dawn in-nies ta' esperjenza?", "FATHER MANWEL CORDINA: Il-pajjiż illum għandu l-istrutturi meħtieġa, fosthom għandu l-komunitajiet.", "Jiena ngħid li hija kwestjoni ta' jekk il-liġi tagħtix id-devoluzzjoni u r-riżorsi lil dawn in-nies biex il-kunsilli lokali jikkuraw il-komunità tagħhom.", "SILVIO PARNIS: Għandek kunsilli li jaħdmu u għandek kunsilli li ma jaħdmux.", "Dawn jekk tistaqsihom min huma l-foqra fil-lokalità ma jkunux jafu.", "Min jgħidlek li huwa avukat u allura m'għandux ċans għal dawn l-affarijiet.", "Min jgħidlek li huwa perit u m'għandux ċans …", "FATHER MANWEL CORDINA: Imma għandek l-istruttura.", "Issa jistgħu jkunu l-kunsilli lokali, tista' teħodha l-Knisja, eċċ, imma inti trid lil xi ħadd li qiegħed fil-post biex jara li l-affarijiet qegħdin jitmexxew sewwa.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Bażikament jiena qiegħda nara tliet sfidi f'dan l-istudju.", "Is-sur McKay semma ċ-ċifra ta' dawk li qegħdin jieħdu l-benefiċċji u nqabbilha mal-perception li għandhom ħafna nies hemm barra.", "Fil-fatt dawn għandhom il-perċezzjoni li dawk li qegħdin jieħdu l-benefiċċji, qegħdin jeħduhom għal xejn.", "Issa jekk immorru għat-tabella li konna qed naraw, insibu li mill-2008 sal-2012 - sakemm intom kontu qegħdin tagħmlu dan l-istudju - ma kienx hemm xi ammonti akbar ta' persuni li qed jieħdu l-benefiċċji.", "Ejjew nieħdu l-kolonna tas-single parents; fl-2008 kellek 2,678 persuna u dawn telgħu għal 3,302 fl-2012.", "Il-perception hemm barra sfortunatament hija differenti.", "Pereżempju fl-aħħar Baġit kien hemm il-misconception fejn il-Ministru qal li għandna 7,000 single parents.", "Jien hawnhekk qed nara li fl-2012 kellek 3,302.", "Anke hawnhekk għandek il-perċezzjoni li kulħadd single mothers, li kulħadd single parents u li dawn kollha qed jabbużaw.", "It-tliet sfidi li qiegħda nara jien huma dawn; l-ewwel li rridu naraw li min qed jieħu l-benefiċċji huwiex verament intitolat għalihom u mbagħad indaħħlu l-miżuri l-oħra kollha ta' kif nistgħu naqtgħu l-abbużi.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Inti għandek single parents li qed jieħdu l-benefiċċji imma għandek oħrajn li mhumiex qed jieħdu l-benefiċċji.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-ewwel sfida hija dik li naraw li min qed jieħu l-benefiċċju huwa verament intitolat għal dak il-benefiċċju.", "It-tieni sfida hija li naraw li dak – u din għamiltuha intom ukoll - il-benefiċċju li qed jingħata, huwiex wieħed adegwat u bilanċjat.", "It-tielet sfida, li naħseb hija l-iktar waħda diffiċli, hija dik li naraw min huma dawk in-nies li mhuma jieħdu ebda benefiċċju imma li fil-fatt huma fil-faqar.", "Prattikament l-isfidi kollha nistgħu naqsmuhom f'dawn it-tlieta.", "Kif qal il-Father stess, hemm barra għandek nies li ma jieħdux benefiċċji jew għax ma jafux bihom jew inkella għax jibqgħu b'ħalqhom magħluq fuq is-sitwazzjoni li jkunu fiha.", "Il-focus tagħna għandu jibqa' dejjem fuq dawk in-nies li verament qed jgħixu fil-faqar u li m'aħniex qegħdin ngħinuhom biżżejjed.", "THE CHAIRPERSON: Dan l-istudju ffoka fuq il-working age population, jiġifieri inkluda nies li għandhom bejn it-18 to l-64 sena.", "Għalhekk naħseb li jkopri ammont kbir mhux ħażin tal-poplu tagħna.", "IS-SUR GODWIN CALLUS: Jekk nieħdu l-kategorija tal-pensjonanti naraw li hemm ħafna minnhom li qed ibatu ħafna għax m'għandhomx pensjoni adegwata wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Jien xi kultant insib li għandna settur ta' nies, li primarjament huma n-nanniet, li qed jaqgħu fil-faqar għax bil-pensjonijiet tagħhom qed jipprovaw jgħinu lit-tfal tat-tfal tagħhom, kemm billi jżommuhom f'darhom stess u anke billi jagħtuhom il-flus biex jixtru dak li jkollhom bżonn.", "Li kieku dawn in-nanniet qed jgħixu waħedhom ma jkollhomx daqshekk problema, anke għaliex forsi jkunu akkumulaw xi ftit tal-ġid matul ħajjithom, imma f'daqqa waħda qed ikollhom iġorru l-piż tat-tfal tagħhom u allura qed ikollhom problema.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Din hija parti mir-risposta li kont qed naqsam mal-Onor.", "Parnis aktar qabel dwar minn fejn qed iġibu l-flus.", "Wieħed mis-sorsi prinċipali minn fejn iġibu l-flus huma l-familji stess.", "Il-unit tal-familja fortunament huwa b'saħħtu ħafna f'pajjiżna.", "Imbagħad għandek sorsi oħra wkoll, fosthom il-karità u anke sorsi oħra li ma jkunux dikjarati.", "Imma naħseb li l-familja għadha istituzzjoni li qiegħda tgħin ħafna lill-familji.", "Li kieku m'għandniex familji b'saħħithom f'Malta ngħidlek li l-problema tkun xi ftit akbar.", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Fuq dak li qed isemmi Leonid dwar l-għajnuna li tingħata mill-familji stess irrid ngħid li mir-riċerka li għamilt ma' dawn il-familji li kienu qed jieħdu dan l-ikel jidher li dawn kienu qed isibu sostenn min-naħa tal-familjari tagħhom.", "Xi ħaġa li aħna, bħala team, dejjem ninsistu fuqha mal-policy makers, hi li jekk ma nisimgħux l-esperjenzi ta' dawn in-nies, ħafna drabi ma naslux fejn irridu naslu.", "Jiena naħseb li hemm nies hemm barra li jistgħu jgħinuna ħafna.", "Jiena ġieli tkellimt fuq kif dawn in-nies huma survivors biex jirnexxilhom ifendu f'ħajjithom.", "Illum għandek nies li qed jgħixu f'garaxxijiet!", "Kif jista' ikun li familja magħmula minn tliet persuni tgħix f'garaxx żgħir?!", "Dik hija xi ħaġa li tinkwetani ftit, l-aktar meta għandek tfal li qed jgħixu f'dawk il-kondizzjonijiet.", "Aħna forsi qed naraw biss l-aspett tal-faqar u r-ripple effect li dan iħalli u ma nħarsux lejn il-persuna b'mod ħolistiku.", "M'ilux kont qiegħed f'laqgħa u għedt li hemm bżonn li nagħmlu screening soċjali u tas-saħħa psikoloġika tat-tfal.", "Għandna l-problema tal-obesità fit-tfal tagħna imma ħafna drabi dawn in-nies jagħtuhom jieklu l-għaġin jew il-ħobż għax dak huwa l-irħas.", "Imbagħad jekk immorru sal-pitkalija naraw kemm jintrema' ħaxix kuljum!", "Nistgħu nagħmlu riċerka fuq kemm għandna tfal f'diversi skejjel li jmorru l-iskola mingħajr lunch jew inkella – u dawn narawhom speċjalment f'San Pawl il-Baħar – l-ġenituri tagħhom iwassluhom l-iskola fis-6.00 a.m. u qabel is-7.00 p.m. ma jmorrux għalihom.", "Din hija negliġenza?", "Hija nuqqas ta' mħabba lejn it-tfal?", "Dan kollu jwassal għal ribelljoni fit-tfal.", "Għalfejn illum għandna ħafna mit-tfal li għaddejjin minn problemi soċjali u li jirribellew kontra s-soċjetà?", "Din il-ġimgħa kont fuq ir-radju nitkellem fuq in-nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom għax ikollhom kondotta mċappsa, jew għax ikunu bla xogħol, jew għax ikunu serqu jew minħabba xi ħaġa oħra u jkunu għadhom kemm ħarġu mill-ħabs.", "F'dan l-istudju li għamilna qed ngħidu li rridu nħarsu 'l quddiem mhux biss billi naraw il-benefiċċji imma billi anke nipprovaw insibulhom ix-xogħol.", "Dan mhux imbilli persuna tagħtiha l-benefiċċji u daqshekk.", "Ħafna drabi lil dawn in-nies ngħadduhom minn ħafna burokrazija.", "Jekk dan m'għandux social worker jew social mentor li qed jara x'għandu bżonn, xorta waħda se jibqa' lura.", "Anke s-servizzi li jingħataw minn diversi NGOs, ħafna drabi naraw li hemm waiting lists kbar għalihom.", "U lanqas għandna database komuni biex inkunu nistgħu ngħinu lil xulxin.", "THE CHAIRPERSON: Nitlobkom biex tagħmlu l-aħħar punti tagħkom għax qiegħed isir il-ħin u għandna item ieħor fuq l-aġenda.", "IS-SUR LEONID MCKAY: Ir-riċerka wriet li l-benefiċċji soċjali huma għodda effettiva ħafna kontra l-ġlieda tal-faqar assolut.", "Il-benefiċċji soċjali huma effettivi ħafna f'dan il-qasam imma jekk rridu niġġieldu l-faqar relattiv u d-depravazzjoni materjali, il-benefiċċji għadhom mhumiex daqshekk effettivi.", "Min-naħa tagħna nsostnu li l-benefiċċji soċjali huma importanti u altru milli nnaqqsuhom, għandna naraw li nsaħħuhom.", "THE CHAIRPERSON: Jiena dejjem inħobb ngħid li m'għandniex nagħtu l-ħuta imma għandna ngħallmu lin-nies kif jistadu.", "Jiena nħoss li x-xogħol iġib miegħu dinjità u li min ma jkollux xogħol se jintelaq f'din in-nassa tal-faqar.", "B'dak li qed jipprova jagħmel dan il-Gvern permezz ta' ċerti inizjattivi li qed jieħu hu li jħajjar lin-nies sabiex joħorġu jaħdmu ħalli jkollhom ċerta dinjità.", "Issa dan l-istudju jagħmel dawn ir-rakkmandazzjonijiet?", "IS-SUR LEONID MCKAY: Jagħmel dawn ir-rakkmandazzjonijiet, però jagħmel rakkmandazzjoni oħra; li għandek ċerti persuni li ma jistgħux joħorġu jaħdmu u li wieħed għandu jħares lejhom ukoll.", "Min-naħa tal-Anti Poverty Forum nemmnu ħafna bil-community development u bil-community courses.", "Naf li bħalissa għadu kif ġie mniedi kors fil-komunità dwar il-budgeting u l-management.", "Dawn kollha huma miżuri li aħna nagħtuhom is-sapport tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Dan l-istudju se jibda jsir kultant żmien biex inkunu nistgħu nqabblu?", "FATHER SAVIOUR GRIMA: Il-proġett li jmiss min-naħa tal-EU huwa fuq ir-reference budgets.", "Jiġifieri se jsir studju biex naraw f'kull pajjiż x'għandha bżonn persuna biex tgħix ħajja dinjituża.", "IS-SUR CARMEL CALLUS (National Pensioners' Association): Xtaqt nistaqsi xi ħaġa fuq the national strategic policy for poverty reduction and social inclusion fejn qed jingħad li dan ġie launched mill-Ministeru.", "Issa jiena pprovajt infittex dan ir-rapport imma jidher li s'issa għadu ma ħariġx.", "Hemm xi ħsieb meta dan se jinħareġ?", "THE CHAIRPERSON: Jiena mhux daqshekk up to date ma' dak kollu li jkun ħareġ mill-Ministeru però nistgħu nistaqsu lill-Ministru fuq dan ir-rapport u ngħaddulek kopja tiegħu.", "Qabel ma nagħlaq din il-parti tal-laqgħa tagħna nixtieq nirringrazzjakom ħafna talli ġejtu tagħtuna din il-preżentazzjoni.", "Huwa interessanti li jsiru studji bħal dawn u li jiġu ppreżentati lilna għax kulħadd jaħseb li għax tkun Membru Parlamentari tkun taf kollox imma mhijiex daqshekk sempliċi.", "Tant hawn affarijiet li għandna bżonn inkunu nafu bihom li sakemm ma nagħmlux ir-riċerka fuqhom aħna jew inkella min ikun għamel riċerka jiġi jippreżentahielna hawnhekk, mhijiex daqshekk faċli biex tifrex fuq l-affarijiet kollha.", "Grazzi tar-riċerka li tagħmlu, tax-xogħol u tal-impenn tagħkom f'isem in-nies li qed ibatu mill-faqar u f'isem in-nies li għandhom bżonn ta' ħafna għajnuna minn ħafna entitajiet differenti.", "Nispera li flimkien inkunu nistgħu naħdmu sabiex inwettqu policies li huma iktar research based.", "Fid-dinja ideali tiegħi dejjem teżisti fiha r-research based policy u l-legislation.", "U minflok dejjem naħsbu fuq metodi ta' kif nagħtu aktar social benefits u daqshekk, għandna nagħtu aktar inċentivi biex in-nies ma jkollhomx bżonn tas-social benefits ħalli b'hekk dawk li huma verament unemployable jkunu jistgħu jingħataw aktar għax ikun hemm aktar minn fejn nagħtu.", "Għalhekk irridu nagħtu dinjità lil min jista' jagħmel xi ħaġa billi tgħallmu jinqala' mill-faqar u nagħtu aktar dinjità lil min qiegħed fil-faqar u ma jistax jinqala' minnha billi t-tip ta' għixien tiegħu jkun wieħed aħjar.", "Nitlobkom biex meta jkollkom studji oħra bħal dawn tinformawna bihom.", "Nirringrazzjakom.", "Preżentazzjoni tar-rapport annwali 2013 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu ngħaddu mill-ewwel għat-tielet item fuq l-aġenda tagħna u ċjoè il-preżentazzjoni tar-rapport annwali 2013 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Għaldaqstant insejjaħ lill-Prof.", "Kenneth Wain sabiex jingħaqad magħna.", "L-ewwelnett nirringrazzjak ħafna talli lqajt l-istedina tagħna.", "Aħna rċevejna r-rapport annwali tal-2013 li ħareġ l-uffiċċju tiegħek, u mill-ftit li rajtu jidher li għandkom xi nuqqas ta' staff u kien għalhekk li dan ir-rapport ħareġ xi ftit tard.", "Issa se nagħtik il-kelma ħalli tagħtina ftit overview tax-xogħol li qegħdin tagħmlu bħala kummissjoni.", "KENNETH WAIN (Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji): Sinjura President, bħalissa wasalt biex nippreżenta r-rapport tal-2014 għax skond il-liġi suppost li nkun għaddejtu lill-Ministru sa nofs Frar biex imbagħad il-Ministru tkun tista' tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għaldaqstant hemm xi affarijiet f'dan ir-rapport tal-2013 li ġew sorpassati bir-rapport li ħiereġ issa.", "Ovvjament hemm affarijiet li jibqgħu hemm.", "Pereżempju l-aktar affarijiet importanti huma l-emendi li jridu jsiru għal-liġi, liema emendi huma komprensivi ħafna u kważi kważi se jkollha terġa' tiġi miktuba liġi ġdida.", "Dawn l-emendi għandhom elementi importanti ħafna għall-futur tas-settur u anke għall-Uffiċċju tal-Kummissarju.", "Emenda minnhom hija dwar il-formazzjoni tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fejn l-idea hi li l-għażla tal-membri f'dak il-kunsill tkun aktar demokratizzata.", "Bħalissa l-Kunsill jiġi maħtur mill-Ministru wara li l-nomini tal-Ministru jiġu quddiem dan il-Kumitat.", "Fil-fatt il-proċess kollu jikkonsisti filli jsiru n-nominazzjonijiet, il-Ministru tevalwahom u tgħaddihom lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-idea hi li l-mod ta' kif jinħatar il-Kunsill ikun wieħed differenti, billi jkun hemm aktar rappreżentanza diretta mis-settur innifsu u b'hekk ikollok aktar bilanċ fil-Kunsill.", "Naħseb li dak huwa l-ewwel pass biex niddemokratizzaw lill-Kunsill.", "Matul din l-aħħar sena l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ħa profil akbar.", "Fil-fatt fl-aħħar tas-sena li għaddiet ġie mħabbar li nfetaħ ċentru ġdid fil-Belt li qed jieħu ħsiebu l-Kunsill.", "Dan kien ifisser li l-Kunsill ħareġ minn fejn kien qabel, jiġifieri fl-uffiċċju tiegħi.", "Waħda mill-iktar affarijiet importanti li saru hi li fir-rapport tiegħi kont irrapportajt li fl-2013 kien hemm bidla fil-gvern u ovvjament kien hemm ministru ġdid.", "Jien lill-Ministru tajtha brief fuq ix-xogħol tiegħi u mbagħad ġejt avviċinat mill-Ministeru biex nibdew naħdmu fuq il-programm tal-Gvern dwar l-għaqdiet volontarji.", "Jien poġġejthom mill-ewwel f'kuntatt mal-Kunsill għax dan huwa l-aktar organu well placed sabiex ikun jista' jaħdem mal-Gvern fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-policy.", "Fil-fatt ħadt gost nara li dik it-tip ta' kollaborazzjoni żviluppat u ħadmet.", "Tajjeb ngħid ukoll li issa nfetaħ ċentru ieħor għall-għaqdiet volontarji fil-Qawra u hemm il-ħsieb li jinfetaħ ieħor fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Apparti minn hekk għandna ċentru ieħor f'Għawdex.", "Ftit ilu tlajt Għawdex u ltqajt mal-Ministru ta' Għawdex kif ukoll mal-assoċċjazzjoni tal-NGOs ta' Għawdex sabiex nara kif dan jista' jitħaddem b'mod iktar effiċjenti u biex nara kif jista' jitjieb il-livell ta' konsultazzjoni bejn l-assoċjazzjoni u l-Ministeru.", "Naħseb li l-aktar ħaġa sinifikanti li toħroġ mill-emendi għal-liġi hija s-separazzjoni netta bejn il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat u l-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.", "Pereżempju waħda mit-tibdiliet se tkun fil-formazzjoni tal-Kunsill fejn il-ħsieb hu li dan irid jiġi approvat mill-Kabinett u jrid jgħaddi mill-Parlament.", "Il-ħsieb hu li titneħħa l-funzjoni tal-Kummissarju bħala ex-officio Vice-Chairperson tal-Kunsill.", "Din kienet rakkmandazzjoni tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li din se tgħin għal aktar checks and balances.", "KENNETH WAIN: Fl-opinjoni tiegħi l-Kummissarju m'għandux ikun parti mill-Kunsill, wisq inqas m'għandux ikun fil-kariga ta' Viċi President.", "Jiena nħoss li meta l-Kummissarju jkun parti mill-Kunsill isir diffiċli ħafna biex il-Kunsill jiddiskuti l-Kummissarju.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk għedt li jista' jagħti lok għal aktar checks and balances.", "KENNETH WAIN: Eżattament.", "Naħseb li ċerta konfużjoni li ħafna drabi ssib fost l-imħuħ tan-nies dwar kif jiffunzjona l-Kummissarju u kif jiffunzjona l-Kunsill issa se titneħħa għax il-Kummissarju mhux se jibqa' bħala membru fil-Kunsill.", "Issa naħseb li d-distinzjoni se tkun waħda netta peress li l-Kunsill se jkollu x-xogħol li jagħti l-għajnuna lis-settur dirett, kemm bħala training, kemm bħala capacity building u kemm f'affarijiet oħra.", "U l-Kummissarju se jkun bħala regolatur.", "Se jkun hemm ukoll l-obbligu fil-liġi fejn il-Kummissarju u l-Kunsill iridu jiltaqgħu b'mod regolari ħalli jżommu lil xulxin informati dwar dak li jkun għaddej.", "Il-Kummissarju xorta se jkollu ċerta obbligazzjonijiet li jrid isegwi biex jieħu ċerti passi.", "Pereżempju biex jiċħad talba għal reġistrazzjoni minn xi għaqda volontarja jrid jikkonsulta mas-sotto-kumitat tal-Kunsill.", "L-idea hi li jkun hemm ukoll ċerta accountability min-naħa tal-Kummissarju.", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar darba li tkellimna jidhirli li kien hemm problema fuq dawn l-għaqdiet volontarji li mhumiex reġistrati magħkom dwar kif wieħed jista' jżomm rendikont tal-flus tagħhom.", "Ġiet solvuta b'xi mod din il-problema?", "KENNETH WAIN: L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hu li r-rapporti annwali tiegħi dejjem kienu skjetti u l-affarijiet ngħidhom kif ikunu.", "Jien kont irrakkmandajt għal aktar minn darba li għandha titneħħa s-sitwazzjoni preżenti fejn ir-reġistrazzjoni mal-Kummissarju tkun b'għażla u mhux mandatorja.", "Jien fl-opinjoni tiegħi din għandha tkun mandatorja.", "Il-Ministru qablet mal-argumenti tiegħi u fil-fatt parti mill-emendi għal-liġi se tkun li l-għaqdiet kollha li jikkwalifikaw bħala għaqdiet volontarji, skont id-definizzjoni tal-liġi, iridu jirreġistraw bilfors mal-Kummissarju.", "THE CHAIRPERSON: Niftakar li kont għedtli wkoll li hemm il-problema ta' min jista' jieħu mill-fondi li jkunu nġabru .…", "KENNETH WAIN: Jien għalija waħda mill-problemi kbar li għandna - u se nkun frank hawnhekk - hija dik li minkejja l-fatt li l-liġi preżenti tgħid li biex inti tkun tista' tgawdi minn ċerti privileġġi, bħal kuntratti mal-Gvern u fondi mingħand il-Gvern fost affarijiet oħra, trid tkun enrolled mal-Kummissarju.", "Fil-liġi għandek ukoll li l-Ministru tista' tagħti l-eżenzjonijiet mil-liġi imma sfortunatament din saret ir-regola!", "Fil-fatt b'rakkmandazzjoni tiegħi dik l-eżenzjoni se tispiċċa mil-liġi u naħseb li l-Ministru ħadet ir-ruħ meta pproponejt dik ir-rakkmandazzjoni.", "PAULA MIFSUD BONNICI: L-organizzazzjonijiet se jkollhom aktar burden fuqhom ladarba jkunu reġistrati?", "Jiġifieri dawn se jkun hemm xi impożizzjonijiet ta' ċerti regolamenti u kondizzjonijiet li jridu jaderixxu magħhom?", "U inti, bħala l-Kummissarju, se tkun il-persuna li tara li dawn l-organizzazzjonijiet volontarji jkunu qegħdin jaderixxu ma' dawk il-kondizzjonijiet?", "L-uniku burden - jien ma ngħidx li huwa burden - li hemm fuq l-għaqdiet volontarji huwa dak li ladarba jirreġistraw u jiġu enrolled, iridu jippreżentaw kull sena l-annual returns tagħhom, jiġifieri r-rapport amministrattiv, l-accounts tagħhom, dejjem skont il-kategorija li jaqgħu taħtha għax hemm tliet kategoriji ta' għaqdiet volontarji skont kemm jiġġeneraw flus fis-sena, kif ukoll iridu jinformawni jekk ikun hemm xi tibdil fl-amministrazzjoni tal-għaqda volontarja jew inkella jekk ikun hemm xi tibdil fl-istatut tagħhom.", "Nerġa' ngħid li jien dawn l-affarijiet ma narahomx bħala burden imma narahom bħala affarijiet neċessarji.", "Dawn hemm legal notice li tirregolahom u mingħajr dawn l-affarijiet aħna ma nistgħux inkunu nafu kif dawn l-għaqdiet volontarji qegħdin joperaw u lanqas ikollna accountability tagħhom.", "Ta' xejn li jkollok xi ħadd li jirreġistra ruħu u mbagħad jagħmel li jrid.", "Jien nemmen li huwa fl-interess tal-għaqdiet volontarji stess li dan isir għax dan se jfisser li huma jridu jtejbu l-management tal-għaqda volontarja tagħhom u jridu jiddixxiplinaw lilhom infushom, b'hekk nemmen li l-effiċjenza tagħhom se tikber.", "Fl-istess ħin il-viżibilità tagħhom tikber u allura l-accountability u t-trasparenza se tikber ukoll.", "Dawn l-emendi jfissru wkoll piżijiet akbar fuq il-Kummissarju.", "Pereżempju fejn ikun hemm xi xamma ta' money laundering irrid ninforma l-awtoritajiet konċernati.", "Fil-fatt jien naħdem mal-FIU.", "Il-Kummissarju għandu responsabiltajiet ġodda biex jara li l-finanzi tal-għaqdiet volontarji jitmexxew sew u b'mod trasparenti.", "Dan għaliex illum għandna għaqdiet volontarji li għandhom sħubija ma' għaqdiet barranin ukoll u għandek nies ta' nazzjonalità barranija li qed iwaqqfu għaqdiet volontarji f'Malta.", "Għandna wkoll international organisations magħna.", "Illum in-numru ta' għaqdiet volontarji li huma reġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji qed joqrob lejn l-1,200.", "THE CHAIRPERSON: Kont se nistaqsik fuq l-ammont ta' għaqdiet reġistrati magħkom.", "Kemm taħseb li se jikber dan in-numru?", "KENNETH WAIN: Iva, qegħdin naħsbu li dan in-numru se jkompli jikber u kien għalhekk li jien qed nagħmel ċertu talbiet lill-Gvern għax għandna bżonn ta' aktar staff.", "Jien diġà għandi drafted żewġ legal notices.", "L-ewwel waħda hija fuq kif isiru l-public collections għax bħalissa m'għandna l-ebda regolamenti fuqhom.", "U t-tieni waħda hija fuq iċ-charity shops għax dawn qegħdin ifaqqsu ma' Malta kollha u m'għandna xejn fil-liġi tagħna li tkopri dawn it-tip ta' ħwienet.", "Huwa fenomenu li qed jikber f'pajjiżna u għalhekk irridu narawhom.", "Proġett kbir li għandi s-support tal-Ministeru fuqu u nispera li nirċievu l-fondi għalih jikkonċerna l-website tagħna.", "Dan ilni naħdem fuqu għal aktar minn sentejn għax nixtiequ li kollox imur online, voldieri l-applikazzjonijiet, l-annual returns, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Hemm ħafna affarijiet online għax dħalt fil-website tagħkom.", "KENNETH WAIN: Għandna website imma kulma fiha hija l-lista tal-għaqdiet volontarji reġistrati, ċerti regolamenti u r-rapporti li noħorġu.", "Issa l-idea hi li nagħmluha aktar sofistikata u waħda mir-raġunijiet hi li daqs tliet snin ilu kont qiegħed quddiem kumitat … u staqsewni li jekk xi ħadd ikun irid xi informazzjoni fuq għaqda volontarja partikolari jkollu joqgħod jinżel Malta biex jiġi l-uffiċċji tiegħi u jien noqgħod infittixlu l-file ta' dik l-għaqda?", "Il-kritika kienet li fil-kontest li qegħdin ngħixu fih illum, għandu jkun hemm trasparenza mhux biss fuq livell lokali imma anke fuq livell Ewropew.", "U allura r-rekords tiegħi għandhom bżonn li jkunu aċċessibbli għal Malta u lil hinn minnha.", "Apparti minn hekk b'hekk niffranka ħafna xogħol fl-uffiċċju.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju jien illum ġie xi ħadd fuqi biex nixtri ktieb żgħir u li minnu jiġbru xi ħaġa tal-flus għal ħaġa jew għal oħra.", "U jiena xtrajtu dan il-ktieb.", "Imma dawn li jbiegħu dawn l-affarijiet huma regolati?", "KENNETH WAIN: Hemm min ibiegħ dak il-magazine ħdejn il-vapur ta' Għawdex.", "THE CHAIRPERSON: Lili ħadd ma tani rċevuta, jiġifieri ma nafx dawn il-flus li tajt fejn marru!", "Biex inkun onesta ħarist lejn il-ktieb u fuq wara kien hemm miktub li min ibiegħ suppost li jkollu badge u mingħand min xtrajt dan il-ktieb kellu badge.", "Imma nerġa' ngħid li l-flus ma nafx fejn marru.", "KENNETH WAIN: Kulħadd jista' jagħmel badge!", "Waħda mill-affarijiet li jgħidulek fuq dawn il-magazines hi li qed ibiegħuhom għad-dar tal-Ursolini mentri fil-verità huwa persentaġġ żgħir ħafna li qed imur għand l-Ursolini.", "Dawn qegħdin jużaw lill-Ursolini, lill-SOS Malta u lill-Inspire bħala pretest għall-attività tagħhom li hija purament kummerċjali.", "Ħafna drabi jispiċċaw jaqilgħulhom fwiedhom biex jagħtuhom dak il-persentaġġ u dik hija deception.", "Hemm bżonn li fil-magazine jkun hemm indikat x'inhu l-persentaġġ tal-qligħ li qed imorru fejn qegħdin jgħidu li se jmorru.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħadd li jkollu dawn il-mistoqsijiet fuq xi għaqda partikolari jista' b'xi mod jirrikorri għand l-uffiċċju tiegħek biex jistaqsihom dawn il-mistoqsijiet?", "Jew inkella jista' isib din l-informazzjoni x'imkien?", "Tagħmlu xi tip ta' advertising?", "Pereżempju tinformaw lin-nies dwar x'għandhom jistennew mingħand xi ħadd li qed jipprova jbiegħ lilhom xi magazine?", "Għandhom jistennew xi tip ta' irċevuta?", "Naf li ċerti affarijiet huma sempliċi imma naħseb li dawn jirnexxilhom jiġbru ħafna flus.", "Dak li jkun mhux se jiddejjaq jixtri ktieb għal €3.50 jew għal €2 meta qed tgħidlu li l-flus se jmorru għall-fqar.", "Allura kif qed jiġi edukat il-poplu dwar x'għandu jfittex biex ma jiġix tradut u l-flus li qed jagħti verament qed imorru fejn għandhom imorru?", "KENNETH WAIN: Inħoss li waħda min-nuqqasijiet li għandna hija proprju fuq il-livell ta' informazzjoni u hemm bżonn li ntejbuha.", "S'issa sfortunatament kont stretched iż-żejjed bl-istaff tiegħi u ma stajt nagħmel xejn fuqha.", "Issa kif tgħaddi l-liġi l-ġdida se jkun hemm bżonn ta' ħafna informazzjoni u edukazzjoni għall-pubbliku.", "Anke meta noħorġu l-legal notice fuq kif isiru l-public collections mill-għaqdiet volontarji se jkun hemm bżonn li nedukaw lill-pubbliku.", "Il-proċess kollu huwa ta' edukazzjoni għall-pubbliku u għall-għaqdiet volontarji nfushom.", "THE CHAIRPERSON: Xi kultant nipprovaw insolvu l-problemi l-kbar imma fil-verità fejn jidħol il-ġbir ta' dawn il-flejjes, li jidhru ammonti żgħar ħafna imma li qed jiġbru mingħand il-ħafna.", "U allura l-poplu speċi ma jagħtix kas għax qed jagħti xi ħaġa żgħira u anke jekk jaf li din hemm ċans li ma tmurx fejn għandha tmur, jaf li xorta ma tilifx ħafna.", "KENNETH WAIN: Fejn inkun nista' dejjem nipprova ngħaddih dak il-messaġġ, ġieli billi nikteb xi ħaġa fil-gazzetti u ġieli fuq xi programm tar-radju jew televiżjoni.", "L-unika għaqdiet volontarji li jeżistu li tista' tkun 100% ċert minnhom, sa ċertu punt ovvjament, huma proprju dawk l-għaqdiet volontarji li huma reġistrati miegħi għax dawk għandhom l-accounts tagħhom li jiġu ppreżentati lili u tista' tara fejn qed imorru l-flus li jiġbru.", "B'hekk jekk ikun hemm xi xamma li l-affarijiet mhumiex qegħdin sew, jien nagħmel l-investigazzjonijiet tiegħi.", "Malta għandna kultura kbira ta' għaqdiet volontarji imma mbagħad kulħadd qisu jrid jagħmel li jrid.", "Anke lill-uffiċjali tiegħi ngħidilhom li meta jesiġu ċerti affarijiet iridu dejjem iżommu quddiem għajnejhom minn fejn tlaqna.", "Ħafna drabi dawn ikunu ilhom is-snin joperaw b'sistema li mhijiex aċċettabbli għax ma jkollhom accountability ta' xejn.", "U allura ma nistgħux f'daqqa waħda nippretendu li dawn se jibdlu l-mod kif joperaw hekk!", "Għalhekk hemm bżonn l-edukazzjoni.", "Hemm għaqdiet volontarji li għandhom statuti li jgħidu li jridu jagħmlu l-annual general meetings imma dawn ma jagħmlu xejn!", "Hemm oħrajn li ma jżommux Minuti tal-laqgħat tagħhom.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu ngħallmu fuqhom lill-għaqdiet volontarji.", "Jien kont ħriġt code of etics u code of practise għall-amministraturi tal-għaqdiet.", "Dawn qegħdin fuq il-website tagħna però mhumiex mandatorji imma sempliċement rakkomandazzjonijiet fuq kif għaqda għandha titmexxa biex tkun immexxija b'mod sew u b'mod etiku.", "Ir-rakkmandazzjoni tiegħi hi li l-għaqdiet volontarji jsegwuhom u fil-fatt, biex nagħmlilhom ftit aktar kuraġġ ħalli jimxu magħhom kont qiegħed naħseb li noħloq ċertifikat, li permezz tiegħu, min jaċċetta li joqgħod ma' dawn ir-regoli, wara numru ta' snin noħroġilhom ċertifikat li jirrikonoxxi li dawn l-għaqdiet volontarji għandhom standards ta' tmexxija tajbin.", "Dik hija xi ħaġa li qiegħda fil-pipeline tagħna u rridu naslu għaliha.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda nassumi li l-problemi li forsi kont issib bil-liġi kif inhi, u bil-mod ta' kif qiegħda titħaddem, dawn issa se jiġu indirizzati permezz tal-liġi l-ġdida.", "Imma hemm xi affarijiet li qegħdin teħlu fuqhom u li inti tixtieq li tinkludihom imma mhumiex se jsiru?", "Min-naħa tiegħek l-affarijiet li tixtieq li tara bidla fihom, hemm reception tajba min-naħa tal-Ministeru u li dawn se jdaħħlu dawn il-bidliet?", "KENNETH WAIN: Minn mindu sirt Kummissarju kelli madwar erba' jew ħames ministri differenti taħt iż-żewġ amministrazzjonjiet.", "U l-ewwel ħaġa li dejjem għamilt hi li nagħti briefing lill-Ministru konċernat u nagħti l-pariri tiegħi.", "Fejn ħassejt li kelli nkun kritiku fuq ċerti affarijiet, il-kritika tiegħi għamiltha.", "U l-kritika tiegħi mhux lill-Ministru tiegħi biss għamiltha imma anke lil Ministri oħra, speċjalment fuq tqassim ta' flus lil għaqdiet volontarji meta nara li l-affarijiet, fl-opinjoni tiegħi mhux qed isiru b'mod trasparenti biżżejjed.", "Issa mal-Ministru Dalli bdejt nitkellem magħha s-sena l-oħra u tajtha l-briefing tiegħi, bħalma għamel Dr Max Ganado li kien qed jaħdem fuq l-emendi għal-liġi.", "Nista' ngħid li għandi s-support tal-Ministru.", "Naħseb li qegħdin naqblu u se naslu wkoll għal soluzzjoni fuq il-kwestjoni li kellna mal-għaqdiet tal-Knisja.", "Jien dejjem għedt ċar u tond li biex soluzzjoni tkun aċċettabbli, din trid tkun fair għal kulħadd.", "Għamilna improvement bl-istaff ukoll.", "Fil-fatt għandi lil xi ħadd bħalissa li qiegħed speċifikament fuq l-annual returns biex jagħmel il-vetting tagħhom.", "Issa meta jkollna enrollment akbar se jikbru l-problemi minħabba li jkunu jridu jsiru ċerti investigazzjonijiet fuq l-accounts u l-officer li għandi bħalissa m'għandux kompetenza fihom.", "Għalhekk qegħdin nipprovaw naħdmu mal-Income Tax Department u qiegħed nirrakkmanda lill-Ministeru ħalli noħorġu kuntratt għal żewġ audit firms ħalli fejn ikollna bżonn nagħmlu approfondiment, inkunu nistgħu nagħmluhom.", "THE CHAIRPERSON: X'inhi l-proċedura li timxu magħha jekk ikun hemm xi għaqda volontarja li jkun hemm xi suspetti fuqha?", "Inti semmejt il-money laundering.", "Imma anke jekk tara li l-flus ta' din l-għaqda mhux qed imorru fejn suppost li jmorru, x'tagħmlu b'mod ġenerali?", "Tinħatar xi inkjesta?", "KENNETH WAIN: Fejn jidher li hemm bad management u fejn qed iżommu l-accounts tagħhom b'mod li mhuwiex ċar, aħna nibagħtu għalihom u nitolbuhom spjegazzjoni.", "Nitolbuhom biex jissottomettu d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti meħtieġa.", "Jekk imbagħad ikolli xamma ta' xi frodi jew xamma ta' money laundering u affarijiet bħal dawn, jien immur dritt għand il-Pulizija biex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom.", "Jien m'għandix il-poteri li għandha l-Pulizija biex tinvestiga.", "THE CHAIRPERSON: Issa ilek daqsxejn fil-pożizzjoni ta' Kummissarju, tista' tgħidilna jekk kellekx ħafna minn dawn il-każijiet?", "Li qed jinkwetani ħafna hu li hemm ħafna għaqdiet volontarji li mhumiex compliant, fis-sens li mhumiex up to date fl-accounts tagħhom.", "Għandi għaqdiet volontarji li r-reġistrazzjoni tagħhom tmur lura għall-2010 imma lili qatt ma ppreżentawli l-accounts tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Dawn ikollhom xi forma ta' penali meta ma jippreżentawx id-dokumenti meħtieġa?", "X'inhi l-inċentiva biex dawn ikunu compliant sena wara sena?", "KENNETH WAIN: Bħalissa jekk jien niddeċiedi li nieħu xi passi kontra għaqda volontarja – u din hemm bżonn li nemendaw għaliha - biex inneħħiha minn fuq ir-reġistru jkolli mmur quddiem it-tribunal amministrattiv.", "Dan it-tribunal amministrattiv jagħtini l-poter biex inkun nista' immexxi u mbagħad hemm il-proċess tal-appell.", "Issa din hija xi ħaġa li teħodli ħafna żmien u hija very expensive financially għax kull darba trid toqgħod tiftaħ kawża.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda ngħid tajjeb li jekk inti tneħħi lil xi ħadd minn fuq ir-reġistru tiegħek, dan xorta jibqa' għaddej bħala għaqda reġistrata imma ma jkunx reġistrat?", "KENNETH WAIN: Bħalissa meta jkolli għaqda volontarja li b'xi mod jew ieħor nagħmlilha xi pressure fuqha, dawn se jgħiduli li ma jridux jibqgħu reġistrati u l-unika piena li hemm bħalissa fil-liġi hi li jekk ma jkunux enrolled mal-Kummissarju ma jkollhomx aċċess għall-fondi tal-Gvern u tal-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi forma ta' black listing ta' dawn l-għaqdiet?", "Jekk pereżempju jkun hemm xi għaqda li tiġi mneħħiha minn fuq ir-reġistru, jinħareġ xi forma ta' public statement biex almenu dawn ma jkunx hemm xi exemptions fuqhom?", "KENNETH WAIN: Hopefully ikun hemm xi ħaġa simili.", "Issa bil-bidla li se jkollna jien se nkun nista' nieħu ċerti deċiżjonijiet u mbagħad jekk ikun il-każ immorru għall-appell.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Dan minħabba li issa se jkun hemm il-qasma bejn il-Kunsill u l-Kummissarju?", "U allura, ġaladarba se jkun hemm din il-qasma u inti mhux se tkun tifforma parti mill-Kunsill, se tkun tista' mill-ewwel tieħu ċerta azzjoni?", "KENNETH WAIN: Le, dik xorta se tibqa' hemm għal ċerti affarijiet.", "Biex nirrifjuta l-applikazzjoni ta' xi ħadd xorta se jkolli mmur għand il-Kunsill.", "Dik qiegħda tipproteġi lis-settur għax kif inhi kkontemplata l-liġi, se jkun importanti ħafna li inti tkun enrolled mal-Kummissarju għax jekk ma tkunx enrolled ma tistax tapplika biex tieħu ċerta fondi.", "THE CHAIRPERSON: Jekk ma tkunx enrolled ma tistax tingħata ċertu exemptions u inti fl-istess ħin jonqsulek l-ispejjeż għax id-deċiżjoni tkun ħadtha.", "U allura jekk dik l-għaqda partikolari trid tappella, se jkollha tappella hi u l-ispejjeż toħroġhom hi.", "KENNETH WAIN: Meta se tidħol fl-appell l-affarijiet idumu u jistgħu jkaxkru sena, sentejn imma sadanittant dik l-għaqda volontarja tkompli għaddejja.", "THE CHAIRPERSON: Essenzjalment din il-bidla se ġġib magħha l-kondizzjoni li jekk inti ma tkunx compliant u ma tkunx qed timxi kif suppost mar-regoli, se tispiċċa ma tkunx tista' topera.", "KENNETH WAIN: Issa l-Gvern qiegħed jaħdem ukoll b'mod u manjiera li qed jitlob compliance.", "Pereżempju ġieli nirċievi mingħand ministeri differenti jew kummissjonijiet differenti li se jagħtu xi fondi lil dawn l-għaqdiet partikolari u lili jistaqsuni jekk humiex enrolled u jekk humiex compliant.", "Jekk ma jkunux compliant ikollhom il-problemi.", "Meta fl-aħħar tas-sena li għaddiet kont qiegħed nitkellem mal-Ministru tal-Finanzi fuq il-possibiltà ta' income tax exemption għall-għaqdiet volontarji, id-dipartiment tat-taxxi nnifsu beda jinsisti li l-għaqdiet iridu jkunu compliant biex jibbenefikaw.", "Jiġifieri l-pressure biex l-għaqdiet volontarji jkunu compliant qiegħda tikber min-naħa tal-liġi, qiegħda tikber min-naħa tiegħi u qiegħda tikber min-naħa tal-Gvern ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt nagħmillek l-aħħar mistoqsija min-naħa tiegħi fuq il-liġi l-ġdida li qegħdin tippreparaw.", "Jekk għaqda partikolari ma tkunx tista' topera aktar bħala għaqda volontarja għax se tkun imneħħiha minn fuq ir-reġistru, din tista' toħloq isem ġdid u tibda topera xorta waħda u terġa' tipprova tidħol fis-sistema mit-tieqa minflok mill-bieb.", "Għaqda volontarja tista' tinbidel f'għaqda volontarja oħra biex minflok tgħaddi mill-bieb tgħaddi mit-tieqa.", "Issa din xorta jkollha tiġi quddiemek imma ġaladarba se tiġi striken off se jkun hemm xi ħaġa li tipproteġi għal din l-eventwalità?", "KENNETH WAIN: Meta għaqda tiġi striken off se tkun problema għall-amministraturi wkoll għax jekk jiġu quddiemi l-istess amministraturi … Imma naħseb li għamilt punt tajjeb u se nieħu nota tiegħu.", "Bħalissa qegħdin fl-aħħar irtokki tal-liġi għax l-avukati lestew kważi kollox.", "THE CHAIRPERSON: Meta jkollok għaqdiet jew kumpaniji u affarijiet bħal dawn, li jkunu magħmulin minn nies differenti u allura l-legal person hija għaqda ta' nies, naħseb li tista' tipprova tagħmel dan is-suġġeriment li qiegħda nsemmi.", "U naħseb li din għandha tidħol ukoll fil-liġi l-ġdida.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Kumment żgħir, fis-sens li milli qed tgħid inti se jikbru ħafna l-obbligi tiegħek u allura se jkollok bżonn ta' baġit akbar u se jkollok bżonn ukoll ta' aktar manpower.", "Nispera li fin-negozjati li qed tagħmel biex tibdel il-liġi qiegħed tipprovdi biex ikollok baġit akbar.", "Anke bħalissa qiegħed nagħmel il-każ tiegħi u ppreżentajt it-talbiet tiegħi.", "Ovvjament jien qed naħdem viċin ħafna mal-Permanent Secretary tal-Ministeru biex nagħmlu t-talba tagħna għal aktar staff.", "Ovvjament dan se jfisser li se jkollna bżonn ta' baġit akbar.", "Il-ħaġa l-oħra li għandi f'moħħi - u din diġà tkellimt magħha mal-Permanent Secretary u fil-fatt kien ħasibha hu wkoll – hija l-awtonomija tal-uffiċċju tiegħi.", "Fil-fatt il-liġi tesiġi li l-Kummissarju jkun awtonomu, fis-sens li ma jista' jiġi influwenzat minn ħadd u minn xejn.", "Dan irid ikun kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet b'mod indipendenti.", "Issa jien għandi awtonomija fis-sens politiku imma m'għandix l-awtomomija fis-sens ekonomiku.", "U bħalissa qiegħed nitkellem mal-Permanent Secretary ħalli nibdew naċċelleraw il-pass biex il-Kummissarju u l-Uffiċċju tal-Kummissarju jkollu baġit indipendenti mill-Ministeru.", "Bħalissa l-baġit tiegħi jaqa' fil-Ministeru u allura qiegħed f'sitwazzjoni fejn għal kull ħaġa li rrid nixtri, anke sal-iċken ħmerija, irrid il-permess tal-Permanent Secretary.", "Għalija l-awtonomija vera tfisser li inti tkun finanzjarjament indipendenti.", "Fil-fatt il-liġi taħseb sabiex il-Kummissarju jippreżenta kull sena l-annual report u l-financial report bl-accounts tiegħu ħalli dawn jiġu audited, eċċ. U nispera li nimxu f'dik id-direzzjoni.", "Bħalma tafu t-tieni term tiegħi għalaq is-sena li għaddiet u issa reġa' ġie rinovat għal tliet snin oħra.", "Ir-raġuni għalfejn kont interessat li nagħmel tliet snin oħra fil-pożizzjoni ta' Kummissarju – dawn l-affarijiet spjegajthom lill-Ministru fl-ittra li bgħattilha – għaliex xtaqt li nippilota dawn l-affarijiet qabel ma jispiċċa t-terminu tiegħi.", "Jiena nixtieq nara li l-Uffiċċju jkun attrezzat sew u nixtieq li nippilota din il-liġi li qed naħdmu fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Hija xi ħaġa tajba għax inti għandek l-esperjenza ta' dan l-Uffiċċju għal dawn l-aħħar snin u allura tista' iktar tagħraf x'inhuma l-bżonnijiet tiegħu.", "KENNETH WAIN: Eżattament.", "Apparti minn hekk nixtieq nara wkoll li tiġi fis-seħħ il-website tagħna.", "Jidher li fuq din wasalna wkoll.", "L-ewwel kien hemm il-biżgħa li ma kienx hemm biżżejjed flus ivvotati għaliha imma mbagħad il-Ministeru tal-Finanzi għadda l-flus lill-Ministeru biex ikun jista' jagħmel upgrade tal-IT system u waħda mill-affarijiet li bbenefikaw minn dawn il-flus kienet il-website tagħna.", "Għandna wkoll diġà persuna li qiegħda tamministra l-website and she is very good at it.", "Fil-fatt qiegħda tgħini ħafna għax hemm bżonn ta' ħafna riċerka fuq is-settur għaliex pajjiżna sajjem ħafna minn din it-tip ta' riċerka.", "Is-sena li għaddiet kont ftiehemt man-National Statistics Office ħalli din is-sena jsir survey apposta biex ikollna stampa akkurata.", "Konna diġà ħdimna u lestejnih dan il-proġett imma l-NSO qalulna li kellhom xi ħaġa oħra x'jagħmlu and so they had to put it on the back burner.", "Sfortuntament ma nistgħux nagħmluh din is-sena u nittamaw li nkunu nistgħu nagħmluh is-sena d-dieħla.", "Ħadd ma jista' jiġbor l-informazzjoni bħall-NSO u jien nixtieq li għal darba jkollna a really accurate picture.", "U forsi meta jgħaddu l-emendi tal-liġi dik l-informazzjoni tkun aktar meħtieġa.", "THE CHAIRPERSON: Prof. Kenneth Wain, nirringrazzjak tax-xogħol li qed tagħmel u nistennew bi ħrara r-rapport annwali tal-2014.", "Nawguralkom ukoll għal-liġi l-ġdida.", "KENNETH WAIN: Grazzi.", "Nittama li sal-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara ngħaddi dan ir-rapport lill-Ministru biex tkun tista' tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRPERSON: Min-naħa tagħna nistgħu nieqfu hawnhekk u nerġgħu niltaqgħu bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin u b'aġenda li tiġi mħabbra aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9:10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150204_035d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 35", "L-Erbgħa, 4 ta' Frar 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:57 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kamra qalet it-talba.", "Il-Minuti ta' Laqgħa Nru 34 li saret nhar l-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ANTI-POVERTY FORUM MALTA DWAR STUDJU LI GĦAMLU FUQ IL-EUROPEAN MINIMUM INCOME NETWORK", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti Father Saviour Grima President tal-APF Malta, Is-Sur Godwin Callus Segretarju tal-APF Malta kif ukoll involut fiċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, is-Sur Carmel Callus min-National Pensioners' Association, Father Vince Magri mill-Paulo Freire Institute, is-Sur Leonid McKay mill-Caritas, Father Manwel Cordina mill-OASI Foundation, Father Carmelo Aquilina minn Suret il-Bniedem u s-Sinj.", "Is-Sur Leonid McKay ippreżenta lill-Kumitat l-istudju intitolat:", "Is-Sur McKay spjega kif dan l-istudju ffoka fuq il-Minimum Income Schemes, li bil-Malti nafuhom bħala l-benefiċċji soċjali li jagħti l-Istat.", "L-iskop ta' dan l-istudju kien biex jara jekk dawn il-benefiċċji humiex adegwati jew le għall-familji li qed jibbenefikaw minnhom.", "Dan l-istudju qiegħed isir madwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Il-filosofija tal-Anti-Poverty Forum hija li l-benefiċċji għandhom jiggarantixxu dħul xieraq u diċenti għall-familji kollha.", "Din ir-riċerka nġabret bejn il-bidu ta' April u nofs Lulju tal-2014 u ġiet iffokata fuq il- working age population.", "L-informazzjoni nġabret minn diversi sorsi, fosthom mingħand social workers, nies li jaħdmu direttament ma' dawk li qed jesperjenzaw il-faqar kif ukoll mingħand district officers tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkollhom kuntatt dirett mal-benefiċċarji.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT ANNWALI 2013 MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI", "Il-Professur Kenneth Wain, Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, ġie mistieden sabiex jagħti l-kummenti tiegħu fuq ir-rapport annwali tal-2013 li ħareġ mill-Uffiċċju tiegħu.", "Prof. Wain informa lill-Kumitat li fi ftit tal-jiem oħra kien se joħroġ ukoll ir-rapport annwali tal-2014, li wara li jingħata lill-Ministru konċernat, dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Spjega kif f'dan ir-rapport hemm diversi emendi li jridu jsiru għal-liġi, fejn kważi kważi l-liġi se terġa' tiġi miktuba mill-ġdid.", "Emenda minnhom hija dwar il-formazzjoni tal-Kunsill Malti tal-Volontarjat, fejn l-għażla f'dan il-Kunsill se tkun aktar demokratizzata.", "Fil-fatt matul din is-sena l-Kunsill ħa profil aktar importanti.", "Infetaħ ċentru ġdid fil-Belt Valletta li qed jieħu ħsiebu l-Kunsill.", "Infetaħ ċentru ieħor għall-Għaqdiet Volontarji fil-Qawra u hemm il-ħsieb li jinfetaħ ieħor fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "U hemm ieħor f'Għawdex.", "Fl-opinjoni ta' Prof. Wain l-aktar ħaġa importanti – u din toħroġ mill-emendi għal-liġi – hija s-separazzjoni netta bejn il-Kunsill Malti tal-Volontarjat u l-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.", "Fil-fatt hemm il-ħsieb li titneħħa l-funzjoni ex-ufficio tal-Kummissarju bħala Viċi-President tal-Kunsill.", "Madankollu l-liġi se tobbliga lill-Kunsill u lill-Kummissarju sabiex jiltaqgħu b'mod regolari ħalli jżommu lil xulxin informati b'dak kollu li jkun qed iseħħ.", "Fir-rigward ta' dawk l-għaqdiet li għadhom mhumiex enrolled mal-Kummissarju, Prof. Wain spjega li min-naħa tiegħu rrakkomanda kemm 'il darba sabiex ir-reġistrazzjoni tal-għaqdiet issir waħda mandatorja.", "Fil-fatt il-Ministru laqgħet din it-talba u għalhekk parti mill-emendi għal-liġi se jagħmluha obbligatorja għal dawk l-għaqdiet li jikkwalifikaw bħala għaqdiet volontarji, sabiex jirreġistraw ruħhom mal-Kummissarju.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Membri preżenti staqsew diversi mistoqsijiet.", "Fid-9:10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150204_035m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 36", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 9 ta' Frar, 2015 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mis-Sur Jon Hoisaeter (United Nations High Commissioner for Refugees Malta Office).", "Diskussjoni ma' immigranti irregolari residenti fl-open u fil-closed centres dwar l-esperjenza tagħhom f'dawn iċ-ċentri."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150209_036a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 36", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 36", "It-Tnejn, 9 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.43 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 29 li saret nhar it-Tlieta, 4 ta' Novembru 2014 ġew konfermati.", "Preżentazzjoni mis-Sur Jon Hoisaeter (United Nations High Commissioner for Refugees Malta Office)", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Issa għandna preżentazzjoni mis-Sur Jon Hoisaeter, li huwa l-United Nations High Commissioner for Refugees Malta Officer.", "Diskussjoni ma' immigranti irregolari residenti fl-open centres dwar l-esperjenza tagħhom f'dawn iċ-ċentri", "THE CHAIRPERSON: Issa nistgħu ngħaddu għat-tielet item fuq l-aġenda tagħna li hija diskussjoni ma' immigranti irregolari residenti fl-open centres.", "Inizjalment konna se nistiednu wkoll immigranti mill-closed centres imma din issa se nħalluha għal darb'oħra għax importanti li jkollna ż-żewġ perspettivi.", "Kienet verament laqgħa emozzjonali.", "Naħseb li parti mir-raġuni għalfejn affarijiet bħal dawn huma importanti għax tibda tara l-affarijiet mil-lenti ta' ħaddieħor u allura tibda tinduna aktar li dak li nisimgħu mingħand ħafna nies li jgħidu affarijiet negattivi jkunu qed jgħidu dan il-kliem mingħajr lanqas biss ma jirrealizzaw minn xiex ikunu għaddejjin dawn il-persuni.", "Kulħadd qisu jitfa' lil kulħadd f'keffa waħda u ma nirrealizzawx il-problemi li jkunu għaddejjin minnhom dawn il-persuni!", "Qabel ma tibda l-ġurnata, minbarra l-problemi kollha li jkollu kulħadd, dawn għandhom il-problema li qegħdin jgħixu f'pajjiż barrani at that country's mercy.", "Nistgħu ngħinuhom ukoll billi nagħtu dimensjoni iktar umana lil sitwazzjoni li xi kultant, sfortunatament, inkejluha biss bin-numri.", "Naħseb li huwa importanti li naraw ukoll dan l-aspett u nisperaw li meta nagħmlu r-rapport tagħna dan l-aspett joħroġ ukoll biex inkunu nistgħu nagħmlu bidliet li jirriflettu l-bżonnijiet ta' dawn in-nies.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150209_036d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI – IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI", "LAQGĦA NRU 36", "It-Tnejn, 9 ta' Frar 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 29 li saret nhar it-Tlieta, 4 ta' Novembru ġew konfermati.", "Preżentazzjoni mis-Sur Jon Hoisaeter (United Nations High Commissioner for Refugees Malta Office)", "Is-Sur Jon Hoisaeter ippreżenta lill-Kumitat:", "Dok 38 – Ġabra ta' dokumenti intitolata \"UNHCR The UN Refugee Agency\".", "Is-Sur Hoisaeter ressaq il-preżentazzjoni tiegħu lill-Membri tal-Kumitat, fejn spjega x'inhi s-sitwazzjoni ta' pajjiżna fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari u x'inhi l-proċedura li tittieħed meta xi grupp ta' immigranti irregolari jiddaħħlu f'pajjiżna.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "DISKUSSJONI MA' IMMIGRANTI IRREGOLARI RESIDENTI FL-OPEN CENTRES DWAR L-ESPERJENZA TAGĦHOM F'DAWN IĊ-ĊENTRI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali stieden numru ta' immigranti irregolari li jinsabu jgħixu fl-open centres sabiex jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom f'pajjiżna u kif qed jiġu trattati b'mod ġenerali fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Fit-8:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150209_036m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 9", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015", "IlKumitat Permanenti dwar ilPrivileġġi ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis-1.35 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali lOnor.", "Louis Grech, il-Ministru għat-Turiżmu lOnor.", "Għallaqgħa kienu preżenti wkoll il-Whip tal-Gvern, l-Onor.", "Godfrey Farrugia u lkonsulent legali talPrim Ministru, Dr Paul Lia.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 8 li saret fl-14 ta' Jannar 2015 kienu kkonfermati.", "LIspeaker informa lillKumitat li hemm talba mingħand il-mezzi talmedia biex jingħataw permess jieħdu filmati u ritratti għall-ewwel ftit minuti tallaqgħa talKumitat.", "Ilpermess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILLPRIM MINISTRU LONOR.", "JOSEPH MUSCAT FILKONFRONT TALKAP TALOPPOŻIZZJONI LONOR.", "SIMON BUSUTTIL (KONT.)", "Skont kif indikat mill-Onor.", "Chris Said fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi tal-14 ta' Jannar 2015 għal din il-laqgħa ġew mgħajta l-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech u d-Deputat Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech sabiex jagħtu x-xhieda tagħhom quddiem dan l-istess Kumitat.", "Dr Peter Grech ġie msejjaħ fil-kamra sabiex jagħti x-xhieda tiegħu.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis informa lill-Kumitat illi l-pożizzjoni tan-naħa tal-Gvern rigward dawn iż-żewġ xhieda hija dik kif riflessa fil-Minuti tal-laqgħa preċedenti u ċjoè \"illi dawn l-uffiċjali ma jistgħux jiġu mgħajta mill-Kumitat bħala xhieda minħabba l-aspett ta' kunfidenzjalità bejn l-Avukat Ġenerali u l-Gvern\".", "L-Ispeaker ġibed l-attenzjoni ta' Dr Peter Grech għal-linji gwida applikabbli għax-xhieda quddiem il-Kumitat, u infurmah ukoll illi kellu d-dritt jagħżel li x-xhieda tiegħu ma tkunx video-streamed.", "Dr Grech ma kellux oġġezzjoni li x-xhieda tiegħu tkun video-streamed.", "Dr Peter Grech qajjem il-punt li in vista tar-ruling tas-Sedja tal-11 ta' Marzu 2014, tal-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi ta' Etika tal-Avukati, sakemm ma jkollux eżenzjoni mis-sigriet professjonali mill-klijent, ma seta jgħid xejn fuq ir-relazzjoni ta' bejnu u tal-klijent.", "Huwa talab lill-iSpeaker għal direzzjoni fuq dan il-punt.", "L-iSpeaker informa lill-Avukat Ġenerali li ma setax jilqa' t-talba tiegħu f'dan l-istadju fejn ma kienx għadu jaf x'mistoqsijiet se jsiru.", "Il-Kumitat iddiskuta diversi punti mqajma mill-Onorevoli Membri dwar jekk l-Avukat Ġenerali kellux jixhed quddiem il-Kumitat.", "Fis-1.49 p.m. l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech ġie mitlub jirtira mill-kamra tal-Kumitat.", "Wara li l-Onor.", "Chris Said indika x'mistoqsijiet kien beħsiebu jagħmel lix-xhud, id-Deputat Prim Ministru l-Onor Louis Grech esprima oġġezzjoni u tenna l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-materja inkwistjoni.", "Fis-1.52 p.m. l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech reġa' ġie msejjaħ fil-kamra tal-Kumitat.", "Wara li s-Sedja semgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ naħat tal-Kamra iddeċidiet li lill-Avukat Ġenerali tagħtih il-ġurament u tħalli f'idejn l-istess Avukat Ġenerali li jagħżel jekk iweġibx il-mistoqsijiet li jsirulu.", "L-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech ingħata l-ġurament.", "Waqt ix-xhieda tiegħu l-Avukat Ġenerali ntalab mill-Onor.", "Chris Said sabiex jippreżenta kopja ta' ittra li huwa għadda lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar ir-rapport tal-OLAF.", "Dr Peter Grech informa lill-Kumitat li kien qed jara problema li jippreżenta dan id-dokument minħabba l-fatt li dan kien komunikazzjoni interna bejn l-Uffiċċju tiegħu u l-Pulizija.", "L-Avukat Ġenerali talab direzzjoni mis-Sedja dwar dan il-punt.", "L-iSpeaker ħa nota ta' din it-talba.", "Għall-mistoqsijiet ulterjuri magħmula mill-Onor.", "Said, Dr Peter Grech wieġeb li l-materja kienet qiegħda tersaq lejn is-sigriet professjonali u li biex iwieġeb kien itendi jgħid li ried ikun eżentat mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill-ministru inkarigat mill-Pulizija.", "L-Onor.", "Said talab ruling mingħand l-iSpeaker dwar id-dual role tal-Avukat Ġenerali u dwar min jista' jeżenta lill-Avukat Ġenerali mis-sigriet professjonali,", "Fis-2.10 p.m. l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech ġie mitlub jirtira mill-kamra tal-Kumitat.", "L-Onor.", "Said informa lill-Kumitat li kien ser jistenna d-deċiżjonijiet tas-Sedja mitluba matul il-laqgħa tal-Kumitat u li wara kien se jindika min huma x-xhieda li għandu fil-laqgħa li jmiss.", "Il-Kumitat qabel li fil-laqgħa li jmiss ukoll għandu jibda jittratta l-każ ta' prima facie ksur ta' privileġġ mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, l-Onor.", "Konrad Mizzi, fil-konfront tal-Onor.", "George Pullicino, li ġie riferut lill-Kumitat dwar il-Priveleġġi skont ruling tas-Sedja li ngħata fis-Seduta 190 tat-22 ta' Ottubru 2014.", "Fis-2.15 p.m. ilKumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 17 ta' Marzu 2015 fis-1.30 p.m.", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150211_009m_pri.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri 8 u 9 li saru fid-9 ta' Diċembru 2014 u fil-15 ta' Diċembru 2014, rispettivament, ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Ninforma lill-Kumitat li rċevejna korrispondenza mill-kumpanija PKF li jixtiequ jagħmlu studju fuq banking charges u interest rates, suġġett li dan il-kumitat kien iddiskuta f'laqgħa preċedenti.", "Din il-kumpanija tixtieq l-appoġġ ta' dan il-kumitat biex tkun tista' tagħmel dan l-istudju, imma wara, dan l-istudju jibqa' l-proprjetà tagħha.", "Bħala President tal-Kumitat weġibt li ma nistax nagħti l-awtorizzazzjoni f'isem il-Kumitat qabel ma inressaq il-proposta quddiem l-istess kumitat, iktar u iktar jekk l-istess studju ser jibqa' l-proprjetà tal-kumpanija.", "Huma xorta waħda se jkomplu jaħdmu fuq dan l-istudju, imma jekk ikun hemm bżonn, dan is-suġġett jerġa' jiġi diskuss mal-kumitat.", "Irċevejna wkoll Protest Ġudizzjarju li l-kumpanija Virtu Ferries għamlet kontra l-Kamra tal-Kummerċ għall-preżentazzjoni tagħhom waqt laqgħa ta' dan il-kumitat dwar illicit trading bejn Malta u Sqallija.", "Skont il-Virtu Ferries, il-Kamra tal-Kummerċ kienu għamlu insinwazzjoni, li min-naħa tal-Virtu Ferries qed jgħidu li mhijiex il-verità u għalhekk ressqu dan il-protest ġudizzjarju.", "Il-Virtu Ferries kienu talbu lill-iSpeaker u lill-Whip sabiex ikollhom laqgħa ma' dan il-kumitat fejn fil-fatt kellna laqgħa skedata proprju biex niddiskutu dan, imma ftit ħin qabel il-laqgħa kienu nfurmawna li ġaladarba huma ppreżentaw protest ġudizzjarju, ma kenux qed jaraw skop li tinżamm laqgħa.", "Jien ma sibtx diffikultà biex nikkanċella l-laqgħa, peress li kienu l-Virtu Ferries stess li oriġinarjament talbu li jiltaqgħu mal-Kumitat.", "Jekk m'hawnx iktar kummenti mingħand il-membri, nistgħu ngħaddu mal-ewwel għal-laqgħa tal-lum u nistieden lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali l-Professur Josef Bonnici u lid-Deputy Governor is-Sur Alfred Demarco, biex jingħaqdu magħna.", "Qabel xejn nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna sabiex tagħmlulna din il-preżentazzjoni.", "Jien inħoss li dan is-suġġett huwa ta' interess kbir speċjalment sabiex il-Parlament ikollu rikonoxximent ta' din id-deċiżjoni u x'effetti jista' jkun hemm fuq Malta.", "Għaldaqstant nistieden lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali biex jagħtina din il-preżentazzjoni.", "Wara jkollna ħin biex nagħmlu xi mistoqsijiet.", "JOSEF BONNICI (Gvernatur tal-Bank Ċentrali): Grazzi talli tajtuna din l-opportunità.", "Meta qed ngħidu \"quantitative easing\" inkunu qed nifhmu li l-Bank Ċentrali ta' Malta jixtri l-government bonds kif ukoll assets oħra, biex jinjetta iktar flus fl-ekonomija, mingħajr ma jkun qed jiddependi fuq il-banek li jissellfu mingħand il-Bank Ċentrali.", "Is-sistema li l-banek jissellfu mingħand il-Bank Ċentrali, diġà kienet hemm, u għalkemm il-banek irrikorrew għaliha, ma kienx hemm il-konkorrenza daqskemm mixtieqa.", "Li ġara kien li bejn is-slow down ekonomika u l-waqa' fil-prezz taż-żejt, dħalna f'perjodu ta' stagnation ekonomika, fejn l-inflazzjoni kienet baxxa u negattiva ħafna.", "Fil-qosor se ngħid għalfejn id-deflazzjoni hija baxxa ħafna u għandha impatt daqshekk negattiv.", "Ir-rata tal-imgħax reali hija definita bħala the money rate of interest minus the rate of inflation, għax l-ammont ta' imgħax reali mhux kemm tħallas in-nominal rate li jkun hemm, imma tnaqqas ir-rata tal-imgħax għaliex dak hu l-purchasing power tal-flus.", "Meta jkun hemm deflation, il-problema tkun li l-money interest rate jiġi plus the deflation għax ikun hemm żewġ negatives, u r-rata tal-imgħax reali tiżdied.", "Il-Bank Ċentrali diġà poġġa r-rata tal-imgħax li jsellef lill-banek għal 0.05%, u ma jistax inaqqasha iktar għax dik hija l-inqas li jista' jmur.", "Allura iktar mad-deflazzjoni tikber, iktar qiegħed jiżdied l-imgħax reali, peress li l-politika monetarja qegħda tirristrinġi u ma jkunx tajjeb għat-tkabbir ekonomiku.", "Il-valur reali tad-dejn jikber, meta l-prezz jorħos u s-self li jkun sar fil-passat bejn il-gvernijiet u l-individwi, isir aktar oneruż fis-sistema.", "Dan ifisser li jekk it-trend tkun 'l isfel, ikun hemm inqas infiq u inqas investiment, għaliex il-konsum ta' ċertu affarijiet jiġi pospost.", "F'din is-sitwazzjoni, l-investiment huwa b'mod partikolari inkrepattiv għax jekk kumpanija qegħda tissellef illum biex tinvesti f'produzzjoni li se ssir għada, pitgħada meta l-prezz ikun inqas, allura jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn il-profitti jiġu magħsura.", "Meta jkun hemm dawn is-sitwazzjonijiet ikun hemm tendenza li l-investiment jiġi pospost u l-inventarju jiġi iktar għoli, għaliex ikun bil-prezz tal-lum imma jiġi mibjugħ bil-prezz ta' għada li imbagħad jista' jkun inqas.", "L-aspettattiva tal-inflazzjoni hija importanti.", "Hemm ftehim li hu ġenerali bejn il-Banek Ċentrali kollha tal-Amerika, tal-Ingilterra, tal-Ġappun u tal-Ewropa, li t-target tal-inflazzjoni trid tkun ta' 2% biex it-tkabbir ekonomiku jkun megħjun.", "Hemm diversi raġunijiet għalfejn l-indiċi tal-prezzijiet do not measure properly minħabba li l-kwalità tinbidel.", "Meta l-price increase jkun maqbul, il-bidla fil-kwalità tkun tant, u l-price increase ma tkunx meħuda properly into account.", "Hemm indikazzjoni li fil-futur dawn l-aspettattivi jiġu affettwati, dik li tissejjaħ de-anchoring of the inflation expectations.", "Din hi xi ħaġa serja, għaliex qegħdin immorru 'l hemm mill-mandat tal-European Central Bank (ECB) li jżomm l-inflazzjoni viċin kemm jista' jkun mat-2%.", "Dan ikun jindika li hemm bżonn li ssir xi ħaġa u kif għamlu l-banek prinċipali fl-Amerika, fl-Ingilterra u anke fil-Ġappun, dħalna għall-programm ta' quantitative easing.", "F'din l-islide qed naraw il-conventional instruments li ġew użati.", "Peress li r-rata tal-imgħax niżlet għal kważi żero, il-banek bdew jisselfu bit-Targeted Longer-Term Refinancing Operations (TLTRO) u anke xtraw l-Asset Backed Securities (ABS) u l-Covered Bond Purchase Programme (CBPP3).", "Imma x-xiri ta' dawn il-bonds huwa limitat, għaliex m'hemmx bonds esaġerat fis-suq.", "Il-Federal Reserve tal-Amerika beda jixtri l-bonds u l-mortgage bank securities minn żewġ istituzzjonijiet li kienu state owned u li ppermettew volum enormi ta' flus li setgħu ġew mibdula f'assets.", "Fil-każ tagħna jkollna nduru għall-bonds tal-Gvern.", "Kif taħdem il-quantitative easing?", "Din ma taħdimx daqshekk straightforward.", "L-ewwel ħaġa jrid ikun hemm portfolio re-balancing, li jfisser li istituzzjoni jkollha l-porfolio tagħha u jkollha diversi assets minn bonds tal-Gvern jew privati, shares, flus u affarijiet oħra u skont ir-returns li jkun hemm, iżommhom b'ċertu bilanċ.", "Kif il-Bank Ċentrali jibda jixtri l-assets biex jgħollilhom il-prezz, il-portfolio jiġi out of balance u jipprova jaġġusta l-partijiet l-oħra.", "Allura d-domanda għall-bonds privati tiżdied, għax l-ammont ta' flus ikun qed jiżdied fil-portfolio.", "Hemm ukoll il-konfidenza li qed tagħti sinjal lill-politika monetarja tal-futur, li meta titfa' aktar flus fl-ekonomija, il-banek qed jispiċċaw b'iktar depożiti u jekk il-banek kummerċjali jitfgħu l-flus mal-Bank Ċentrali, kienu se jeħlu negative interest rate ta' 0.2%.", "Din ir-rata, għamilha apposta l-Bank Ċentrali, peress li l-banek kummerċjali kienu qed ipoġġu ħafna flus fil-Bank Ċentrali li jibqgħu reqdin.", "Issa biex ipoġġu l-flus fil-Bank Ċentrali, il-banek iridu jħallsu, u għalhekk se jkun hemm ċertu tnaqqis u jridu jaraw fejn se jibdew jinvestu l-flus.", "(Interuzzjoni) Fil-fatt aħna konna tajna inċentiv lill-banek biex ma jibqgħux jipparkjaw il-flus tagħhom unproductively mal-Bank Ċentrali.", "Fil-fatt minħabba din ir-rata l-ġdida li għamilna, il-banek naqsu ħafna milli jpoġġu l-flus magħna, għax ġieli kien ikollna mijiet ta' miljuni anke fuq biljun ewro, kollha pparkjati mal-Bank Ċentrali.", "(Interuzzjoni)", "Min-naħa l-oħra, peress li l-flus qed jinħarġu 'l barra mill-eurozone, ikun hemm effett fuq ir-rata tal-kambju, li qed jiġi diprezzat u din ukoll kellha effett li tistimula d-domanda għall-prodotti magħmula fil-eurozone.", "Ir-rata tal-kambju tista' tkun il-munita li tiddipprezza u dan ifisser li prodott isir aktar kompetittiv, u fil-każ tagħna, hawn diversi kumpaniji li jbiegħu l-prodott tagħhom barra l-eurozone u l-bażi tagħhom ikun id-dollaru.", "Kif jidher minn din il-graph, minn Jannar 2014, id-deprezzament tal-munita kien ta' -16%.", "Dan ifisser li f'Malta, prodotti ta' ċertu kumpaniji kbar saru iktar kompetittivi, anke jekk l-ammont ma jkunx daqshekk kbir.", "Dan jiddependi min ikun qed jimporta u qed iżżid il-kompetittività tal-operazzjonijiet li jbiegħu barra l-eurozone.", "Fit-turiżmu, l-isterlina tagħmel effett tajjeb ħafna u pajjiżi li huma barra l-eurozone bħall-Isvezja eċċ. tagħmel it-turiżmu tagħna aktar kompettitiv.", "Skont it-tbassir li qed nagħmlu, l-impatt fuq ir-rati tal-kambju huwa kważi ħafna iktar importanti għall-ekonomija Maltija, milli t-tnaqqis fir-rata tal-imgħax.", "Jekk ikun hemm l-għażla li jew jitnaqqas l-imgħax jew jitnaqqas ir-rata tal-kambju, ekonometrikament jekk ir-rata tal-kambju tonqos, l-impatt fuq l-ekonomija tagħna jkun iktar pożittiv milli jekk tonqos ir-rata tal-imgħax li attwalment tagħmel l-investiment irħas.", "(Interuzzjoni)", "Għalkemm ngħidu li m'aħniex nittargitjaw xi rati tal-kambju partikolari, imma meta jkun hemm iktar flus li joħorġu fis-sistema, dan iwassal għal deprezzament tal-ewro, kif diġà rajna.", "THE CHAIRMAN: U tagħmlek iktar kompetittiv.", "Imma, hemm effetti oħra bħal pereżempju x-xiri taż-żejt, li jinxtara bid-dollari u allura hemmhekk se jkollok effett negattiv, le?", "JOSEF BONNICI: Il-prezz taż-żejt mhux se jorħos daqslikieku ma kienx hemm deprezzament, imma jekk trid tevita deflazzjoni fl-ekonomija, il-fatt li l-prezz taż-żejt jorħos, ikun hemm periklu li tidħol f'ċirku vizzjuż fejn il-prezzijiet jaqgħu, id-domanda tonqos, il-prezzijiet jerġgħu jaqgħu u d-domanda terġa' tonqos.", "Hemm ċertu perikli għax tista' tinqabad bħalma kien ġralhom fl-istess ċirkostanzi il-Ġappun, li kien iġġammja kollox 'l isfel.", "THE CHAIRMAN: L-argument hu li aħna dejjem nassumu li l-prezzijiet jiġu rregolarizzati mis-suq jiġifieri bħala demand and supply.", "Imma fil-verità l-kwistjoni taż-żejt s'issa uriet li ma kenitx qed tiġi riflessa fil-kwestjoni tad-demand and supply, iżda kien hemm affarijiet oħra li qed jirregolaw il-prezz taż-żejt.", "Meta tneħħi din ir-razzjonalità mill-equation, naħseb tkun qegħda taħdem bil-maqlub fil-kompetittività tax-xiri taż-żejt, le?", "JOSEF BONNICI: Meta jitnaqqas il-cost of major input fl-ekonomija tagħna, ikun hemm żewġ effetti: l-effett pożittiv li meta jonqos il-prezz taż-żejt il-purchasing power jiżdied, u l-effett ta' meta l-prezzijiet jaqgħu, il-pajjiż jiddaħħal f'sitwazzjoni li ekonomikament mhijiex healthy.", "Għalhekk il-Banek Ċentrali qed jimmiraw għall-inflazzjoni ta' 2%!", "Hemm min jargumenta li għandhom jimmiraw għal rata iktar għolja ta' inflazzjoni biex ikun hemm cushion akbar.", "Paul Krugman, ekonomista li jikteb ukoll fil-gazzetta \"New York Times\", jargumenta li jekk ir-rata ta' inflazzjoni tkun ta' 2% u r-rata tal-imgħax reali tkun ta' xi 2%, ma jkunx hemm cushion biżżejjed 'l isfel biex tbaxxi l-imgħax għan-nominal rate ta' 4, imma jekk ikollok rata ta' inflazzjoni ta' 3% jew 4%, hemm iktar fejn tista' tniżżel l-imgħax u dan jistimula aktar l-ekonomija.", "F'din l-islide qed naraw l-ischeme of things li turi l-asset purchases, li jittrasmettu l-market liquidity, il-policy signalling, il-portfolio rebalancing, confidence u money li dawn iwasslu biex l-asset prices jiżdiedu, u jekk il-Bank Ċentrali jixtri l-bonds tal-Gvern, ikollu jgħolli l-prezz.", "Hekk kif il-prezz tal-bonds jogħla, il-yield jaqa' għax huma inversely related.", "Jekk bond kien jagħti 5% u kien jiswa €100, dak il-bond issa se jiġi jiswa €110 u l-5% se jaqgħu għax issa se jkun hemm 5% fuq €110.", "CLAUDIO GRECH: Minn meta tħabbar il-quantitative easing, segwejtu x'kienet it-trend?", "JOSEF BONNICI: Iktar 'il quddiem fil-preżentazzjoni, se jkolli chart li qed tirreferi sewwasew għal dak li qed issaqsi.", "Is-self mill-banek jibqa' jiżdied sakemm ikun hemm domanda u sakemm il-banek ikunu lesti li jsellfu iktar.", "Dawk li għandhom il-bonds f'idejhom ikollhom wealth effect u jkollhom gwadann.", "Il-cost of borrowing jonqos meta jirriżulta li jkun hemm effett pożittiv fuq l-investiment u fuq il-konsum u li allura l-inflazzjoni tiġi affettwata b'mod pożittiv.", "Bħala daqs tal-programm, l-ECB iddeċiedet li tixtri €60 biljun fix-xahar, filwaqt li x-share tal-Bank Ċentrali ta' Malta hu bejn wieħed u ieħor, madwar €36 miljun fix-xahar.", "Jiġifieri Mario Draghi ħalla l-bieb miftuħ, li dan jista' jieħu iktar żmien.", "Meta tħares lejn l-Amerika u anke l-Ingilterra, kien hemm żmien ferm itwal minn 18-il xahar meta kien hemm dan it-tip ta' programm.", "THE CHAIRMAN: Minħabba l-lag?", "JOSEF BONNICI: Bil-Quantitative Easing (QE) is-sitwazzjoni tal-imgħax titbaxxa u kemm fl-Amerika kif ukoll fl-Ingilterra l-yields tbaxxew, li hija xi ħaġa pożittiva.", "Aħna l-imgħax tagħna diġà qiegħed baxx, allura jrid jaħdem mill-portfolio rebalancing channel.", "Se jkun limitat xi ftit, għax 20% se jkunu risk sharing.", "Jekk xi Gvern ifalli, 20% tal-QE purchases, jiġu shared u l-oħrajn ikunu responsabilità tal-Bank Ċentrali partikolari.", "Kull Bank Ċentrali jista' jixtri tal-Gvern tiegħu biss u tas-supranationals li jinkludu l-European Investment Bank, eċċ. L-ECB jista' jixtri ta' kulħadd, u dak huwa risk shared of default.", "Peress li hemm Bank Ċentrali wieħed u 19-il pajjiż, kien ġie deċiz li r-responsabilità tibqa' tal-pajjiż u ma tkunx shared u l-Bank Ċentrali jixtri l-bonds.", "Hija iktar kwistjoni ta' dixxiplina, biex tnaqqas l-inċentiv li titfà d-dejn tiegħek fuq ħaddieħor.", "Il-politika tiġi indirizzata ċentralment u jgħidulek kemm huwa l-ammont li għandek tixtri, il-maturity tiegħu eċċ.", "Malta qed tistenna li jkun hemm żewġ effetti, l-interest rate effect - li tbaxxi r-rata ta' imgħax imma kif jaf kulħadd l-imgħaxijiet ma jitbaxxewx malajr għalkemm diġà kien hemm xi effett fil-yields li niżlu 'l isfel - u l-wealth effect li jżid il-valur ta' ċertu assets.", "Jista' jkun hemm xi effett fuq il-proprjetà għaliex jekk se jkollok il-Bank Ċentrali li qed jixtri aktar bonds, il-flus li jagħti, fejn se jmorru?", "Jew imorru f'Corporate Bonds privati - u fil-fatt hemm indikazzjoni li qed joħorġu iktar Corporate Bonds mill-Borża ta' Malta - jew inkella jaraw kif ipoġġuhom fi proprjetà jew f'xi asset ieħor anke barra minn Malta.", "Jiġifieri hemmhekk nistennew li dan jistimula s-settur tal-kostruzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Meta qed ngħidu jixtru l-bonds, aħna qed ngħidu li l-Bank Ċentrali jħallas lill-bond holder u jixtri l-bond?", "Jiġifieri ma jibqax bond holder.", "JOSEF BONNICI: Dejjem jekk ikun irid il-bond holder.", "Għandi chart iktar tard fuq hekk.", "Parti sew mill-bonds, xi 32%, qegħdin għand il-banek li huwa a significant amount.", "MARIO DE MARCO: Ġeneralment il-pubbliku jħares b'ċertu antiċipu lejn l-issue of Government Bonds għaliex ir-rati tal-imgħax fuq depożiti li joffru l-banek bħalissa tant huma baxxi, so the only means of topping up one's income, ħafna drabi huwa preċiżament permezz ta' dawn il-bonds.", "Peress li l-ammont ta' bonds maħruġa dejjem tkun limitata, qatt ma kellna każ fejn issue ta' bonds kien undersubscribed, għax dejjem kienu oversubscribed.", "Issa dan se jkun ifisser li jekk il-bonds se jixtrihom il-Bank Ċentrali, se jnaqqas il-potenzjal biex individwu jixtri dawn il-government bonds?", "La l-flus ma jiġux investiti f'bonds, imma jibqgħu ddepożitati fil-bank, allura l-banek qed ikollhom larger deposits għaliex kieku dawk il-flus kienu jintużaw biex jinxtraw il-bonds.", "Il-mistoqsija tiegħi hi: is-suq tagħna huwa kbir biżżejjed biex joffri alternative bonds?", "Ir-realtà hi li ħafna mill-bonds li joħorġu li jkunu non-government related huma unsecured bonds li għandhom il-perikoli tagħhom ukoll.", "Jiġifieri s-suq tal-bonds hu differenti minn swieq oħrajn għax filwaqt li on paper hemm ċerti vantaġġi, l-uniku żvantaġġ li qed nara huwa li l-Bank Ċentrali se jkun qed jikkompeti jew se jnaqqas il-possibilità li l-individwu għandu for a higher yielding investments.", "JOSEF BONNICI: Fil-Primary Market, il-Bank Ċentrali ma jkunx involut, imma jagħti parir biss, għax finalment it-Teżor irid jiddeċiedi fuq il-prezzijiet tal-bonds li jinħarġu.", "Anzi l-Bank Ċentrali joqgħod attent li ma jixtrix bonds viċin dik id-data.", "Il-Bank Ċentrali ta' Malta jidħol biss fis-Secondary Markets.", "Jiġifieri l-Primary Market huwa intiż li jsir normali kif isir is-soltu.", "Imma biex il-eurozone twaqqa' r-rata tal-imgħax, eventwalment veru se jkun hemm yield iktar baxxa.", "Issa Malta għandha sistema li r-rata tal-imgħax, inkluż il-yields tal-bonds tal-Gvern, ikunu pjuttost on the higher side u fil-verità din il-miżura se jkollha xi effett.", "U diġà kellna effett, u iktar 'il quddiem għandi chart li turi eżattament dan.", "THE CHAIRMAN: Biex inkompli fuq il-kwistjoni tal-bond holders, jekk bond holder ikun irid ibiegħ il-bonds - issa ejja ninsew daqsxejn lill-pajjiżi l-oħra u nieħdu l-każ ta' Malta - mhux diġà hemm il-possibilità li jbiegħhom, u s-Central Bank ma jkunx jista' jirrifjutah?", "JOSEF BONNICI: Tajjeb qed tgħid.", "Infatti l-Bank Ċentrali huwa l-uniku entità, li huwa a market maker.", "Ir-raġuni hi għaliex m'hawnx kumpanija privata li lesta li tagħmel dan ix-xogħol, allura meta xi ħadd ikun irid ibiegħ, jixtri jew inkella ikun hemm min irid jixtri, il-Bank Ċentrali ibiegħlu.", "Naturalment hemm limitazzjonijiet, għax aħna mhux tal-idea li dawn il-bonds jiġu akkumulati għandna, imma li tinstab xi entità oħra u aħna nkunu litteralment il-middleman.", "Fil-fatt l-ECB għamel constraints li l-Bank Ċentrali ma jkunx jista jakkumula ammonti iktar minn ċertu persentaġġi li fil-fatt huma żgħar ħafna.", "Madankollu nżommu stock ta' madwar €300 miljun biex nimmaniġjaw il-yields kollha u l-various aspects ta' bonds li hemm.", "Dan huwa x-xogħol tagħna.", "Din iċ-chart li jmiss turi l-persentaġġi tal-assets li l-banek Ewropew għandhom f'bonds tal-Gvern tagħhom.", "F'din iċ-chart, Malta qegħda t-tieni l-ogħla, preċiż taħt l-Italja u l-banek huma biss dawk li jaqgħu taħt is-Single Supervisory Mechanism (SSM banks) u li għaddew minn Asset Party Review.", "Hija xi ħaġa tajba?", "Sa ċertu punt, iva, għax ifisser li r-riżorsi tagħna qegħdin nużawhom lokalment, u l-banek jkunu qegħdin jinvestu f'dawn il-bonds, idaħħlu flus tajbin u jkunu profittabbli.", "Imma llum hemm tendenza li jħarsu lejn din bħala żvantaġġ.", "Dan għaliex il-link bejn l-istat u l-banek ikun qawwi wisq u jista' jkun perikoluż.", "U eventwalment qegħdin nantiċipaw minn diversi studji li saru li se jirrakkmandaw li dan l-ammont jonqos.", "Jien ngħid li dan il-quantitative easing jipprovdi opportunità wkoll biex il-banek ikunu jistgħu jnaqqsu l-persentaġġ li hu daqsxejn għoli.", "Imma imbagħad il-banek, x'se jagħmlu bil-flus?", "Iridu jaħsbu naqra iktar kif se jinvestuhom u jaqilgħu li għandhom bżonn jaqilgħu.", "Din qed tagħti opportunità sabiex il-euro system tkun tista' żżomm sa €600 miljun over eighteen months sakemm jagħlqu u l-banek ikunu jistgħu jbiegħu dawn mingħajr ma jkunu qegħdin jikkreaw diffikultajiet fis-suq.", "Chart iktar 'l quddiem bit-titlu \"Malta Government Stock held by category\" tħares lejn l-ammont ta' holdings li kien hawn sa Diċembru 2014.", "Minn din iċ-chart qed naraw li 32% mill-bonds kollha li ħarġu - valur ta' madwar €5 biljun - huma għand il-credit institutions u 35% qegħdin għand l-individuals.", "Kif għadni kif semmejt, il-Bank Ċentrali hu l-market maker u għandu 7%.", "9% huma ta' Resident Insurance Company, u 12% huma ta' diversi kumpaniji u korporazzjonijiet li jżommu xi flus fil-bonds bħala investiment u jidhru taħt \"Others\".", "Jidhru wkoll 35% taħt \"Individual\" u rridu ninkoraġixxu li b'xi mod dawn l-individwi li jkunu xtraw mill-Primary Market, imbagħad jekk il-prezz jitlà, ikunu jistgħu jbiegħuhom at a higher price and at a higher gain.", "Chart oħra hija dwar bond li kien ħareġ f'Awwissu tal-2014 għal għoxrin sena sal-2034 bil-prezz ta' €100.75 bir-rata ta' madwar 3.8%.", "Sadanittant il-bonds u l-yields ta' barra niżlu u dawn ġibdu l-yields ta' Malta.", "Fil-fatt minn 3.8%, il-yield niżel għal 2.8% però l-prezz apprezza għal 18% which was very significant.", "Meta l-yield jaqa', l-effett ikun pożittiv fuq l-ekonomija u dan iwassal biex il-cost, anke tal-banek li jsellfu, jiġi affettwat 'l isfel.", "Min joħroġ bonds privati joħroġhom b'rata iktar baxxa, li jistimula t-tkabbir ekonomiku.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin ma kienx hemm dan it-tip ta' kambjament li saru f'temp ta' ftit xhur.", "F'din iċ-chart qed naraw kif ipparagunat Malta man-non-stressed countries mill-2009 sal-2014 għal 10-year bond yield.", "Meta niġu biex inqabblu Malta mal-Lussemburgu jew mal-Belġju, hemm gap li kultant tista' tispjegaha għax aħna suq żgħir u allura ma tistax taqbad u tbiegħ €50 miljun lill-Bank Ċentrali għax il-Bank Ċentrali sa €50 miljun jipprova jbiegħ jew jixtri, anzi nippruvaw nbiegħuhom malajr għaliex ma nistgħux inżommu dawk l-ammonti.", "Il-fatt li s-suq tagħna huwa żgħir, jista' jkun hemm prezz li jrid jitħallas, u jekk mhux din il-gap kollha hija ġustifikata, hija ħaġa oħra.", "Ir-rati tal-imgħax tal-banek u l-yields tal-bonds tal-Gvern huma għolja u qegħdin f'sistema fejn għandna l-istess currency bħall-pajjiżi l-oħra, il-euro.", "They have a lot of liquidity, u normalment ħafna likwidità tgħidlek għall-prezz tagħha.", "Hemm xi elementi li naħseb li l-QE jista' jservi biex forsi jġibna closer to the other countries.", "Din iċ-chart tqabbel is-sitwazzjoni ta' Malta mal-istressed countries.", "Kien hemm żmien bejn l-2011/2012 li r-rata tagħna kienet ferm inqas minn ta' pereżempju l-Irlanda jew tal-Italja imma llum r-rati tal-pajjiżi kollha niżlu, minbarra ta' Ċipru li mhux qed ikun hemm trading u l-Greċja qegħda off charter.", "Chart oħra turi l-Euroarea 10-year government bond yield spreads.", "Din qed tqabbel il-yield tagħna kemm huwa iktar għoli minn tal-bond, fejn Malta qegħda madwar xi 1.5%.", "Il-Greċja, li hawnhekk stajt indaħħalha, qegħda tkompli tiela' u l-Portugal qegħdin iktar minna.", "Kemm Franza, Spanja, l-Irlanda, il-Belġju, Lussumbrgu u l-Italja huma inqas minna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Ngħaddu għall-mistoqsijiet.", "Jien għandi mistoqsija dwar l-aħħar chart \"Euro area ten-year government bond yield spreads\".", "Fiċ-chart qed naraw li f'Novembru 2014, Malta u l-Italja kellhom l-istess rata ta' yield, imma meta mbagħad naraw l-economic figures ta' Malta u l-Italja naraw li kien hemm differenza, u li l-pożizzjoni ta' Malta hija ferm aħjar minn dik tal-Italja.", "Taħseb li allura aħna qegħdin ipprezzati tajjeb, meta tqabbel ir-riskju tal-Gvern Malti ma' dak tal-Gvern Taljan?", "JOSEF BONNICI: Din hija mistoqsija mportanti ħafna.", "Peress li Malta hi financially self-contained, jiġifieri li l-Gvern ma jissellifx minn barra, imma jissellef lokalment u anke l-banek, ma jissellfux minn barra peress li hemm deposits lokalment, allura ntlaħaq ċertu standard tar-rate of return, li huwa pjuttost self-contained.", "Imma at some point, irridu nkunu parti minn suq wieħed tal-Ewropa.", "Meta konna indipendenti u awtonomi, konna naraw ċertu stabilità fis-settur finanzjarju, imma xorta hemm xi ftit riskji, u l-prezz hu dak li qed tara fic-chart, li qegħdin at a higher level ta' yields minn pajjiżi li huma ekonomikament ferm iktar staġnati minnha bħalma hi pereżempju l-Italja, li ilha staġnata għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena.", "Irrid ngħid ukoll li l-liberazzjoni fis-suq finanzjarju, għadha ma mxietx biżżejjed biex niġu ntegrati aktar.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk il-Gvern Malti qed jissellef b'rati aktar għoljin milli jista' jissellef, dan ifisser li l-cost tal-funding tad-dejn u d-dħul ta' taxxa biex il-Gvern jagħmel investiment ieħor li jista' jissellef at a lower rate.", "THE CHAIRMAN: Jekk qed nifhem sew qed tirreferi għal euro bond?", "THE CHAIRMAN: Ovvjament meta d-dejn ikun Malti, għalkemm l-interessi se jkun iktar għoljin, se jibqa' għand il-Maltin.", "Peress li d-dejn ta' Malta huwa kollu bażikament tal-Maltin, il-politika tal-quantitative easing fuq Malta, tista' tkun tfisser li jkollha riżultat differenti minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea li għandhom il-euro?", "JOSEF BONNICI: Il-quantitative easing jirreaġixxi għal staġnar ekonomiku.", "Issa l-istaġnar ekonomiku minn fejn ikun ġej?", "Fil-eurozone, hemm the four biggest economies, il-Ġermanja, l-Italja, Franza u Spanja.", "Spanja kellha l-problemi fil-proprjetà u ħadu l-miżuri li setgħu, kif ukoll kellhom ħafna ineffiċjenzi fis-sistemi u kien diffiċli biex ikollhom investiment.", "Imma kemm l-Italja kif ukoll Franza għamlu structural changes fl-ekonomija tagħhom, biex saru aktar produttivi u effiċjenti.", "L-istructural changes, ma sarux kaġun tal-politika monetarja imma kaġun tas-sistema ekonomika li biż-żmien akkumulat b'dan il-mod, u issa l-politika monetarja qed tirreaġixxi minħabba l-istaġnar u minħabba li l-euro baxxiet ir-rati tal-imgħax ta' kullimkien li in itself is a stimulant to growth għax jista' jsir iktar investiment eċċ.", "Jiġifieri l-politika monetarja mhijiex se ssolvi l-problemi ta' structural change, anzi jista' jkollok periklu li iktar ma tagħmel politika monetarja li takkomoda l-ekonomija, l-istructural changes ma jsirux jew jiġu delayed.", "U hemm min jaħseb li iktar ma l-politika monetarja tipprovdi easy money, din tnaqqas in-neċessità li tagħmel structural changes.", "Illum il-gvernijiet konxji tagħha din u allura l-politika monetarja trid taddatta għal sitwazzjoni u mhux jgħidu din mhix soluzzjoni għax hemm affarijiet oħra x'isiru.", "Niġi għall-mistoqsija tiegħek jekk il-quantitative easing hijiex adattata għal Malta.", "Malta hija parti mill-euro system, u hemm sistema tal-ECB li ġiet aċċettata, fejn il-Banek Ċentrali jistgħu jżommu ċertu ammont ta' bonds ta' pajjiżhom.", "Fil-każ ta' Malta l-ammont ta' bonds li jistgħu jinżammu jistgħu jlaħħqu s-€600 miljun jew is-€700 miljun.", "Jien naħseb huwa vantaġġ li jkollok din il-possibilità, għax it releases funds għal xi ħaġa oħra, u din ix-xi ħaġa oħra jista' jkun hemm opportunità għaliha.", "Il-fatt li parti mid-dejn tagħna jkun miżmum mill-euro system, hi opportunità kważi unika fl-economic diversification u fil-fatt kont għidt li l-banek tagħna se jkollhom challenge għax ikollhom bonds earning at a higher rate.", "Imma 'l quddiem dawn xorta jistgħu jiġu kostretti li ma jżommux daqshekk ammonti ta' bonds.", "Hawnhekk għandna opportunità li l-yields jinżlu u r-rati tal-imgħax jistgħu jiġu affettwati - jekk il-bonds tal-Gvern li jkunu risk free jonqsu, l-oħrajn jonqsu wkoll - u l-banek jistgħu jkunu iktar diversifikati, u aħna bħala pajjiż li nagħmlu parti mill-euro system, inkunu shared by the system's maturity.", "Is-suċċess jista' jkun ta' €36 million a month imma mbagħad ma jistax isir l-impossibbli u l-prezzijiet, għalkemm aħna nistgħu ngħolluhom, imma hemm ċertu kriterji li ma rridux nikkaġunaw yield curve tal-bonds li din ma tistax daqqa titlà u daqqa tinżel.", "Irridu noqogħdu attenti ħafna li l-bidliet ikunu sani u prudenti.", "Naħseb li din hija a good way forward u li hu żgur hu li l-ekonomija Maltija qed tikber u mhijiex ekonomija staġnata bħal tal-Italja, imma dan ma jfissirx li m'hemmx issues, u the cost of following huwa an issue naħseb jien, li in the end it could constraint our growth.", "CLAUDIO GRECH: Jiena nixtieq li nagħmlu shift fuq element iktar prattiku u iktar tanġibbli, anke peress li inti kont ukoll Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "Mil-lat ekonomiku, jien naħseb li din hija opportunità u nassoċja ħafna ma' dak li qiegħed tgħid, imma mill-perspettiva kif tarawha intom, u kif tiġi analizzata l-ekonomija tagħna, taħseb li llum f'pajjiżna hawn lok għal dan it-tip ta' investiment?", "From a competitive standpoint, aħna bħala pajjiż, għandna l-ambjent ekonomiku u industrijali li kapaċi jiflaħ u kapaċi joffri l-opportunitajiet għal dan it-tip ta' investiment biex imbagħad ma jispiċċawx jew f'corporate bonds li at the best ikunu dubjużi mil-lat ta' security tagħhom jew inkella jerġa' jinħoloq il-boom fil-proprjetà li jista' jkun wieħed artifiċjali, speċi bużżieqa?", "Mill-mod kif tarawha intom u mill-analiżi tagħkom, taħsbu li llum jeżistu setturi fejn jista' jsir dan l-investiment?", "Marbut ma' dan, taħseb li jista' jwassal biex ikun hemm investituri Maltin li jibdew jinvestu fi stocks jew f'investimenti oħrajn barra minn pajjiżna, peress li lokalment ma jkunx hawn biżżejjed suq biex jagħmlu l-investiment tagħhom?", "L-aħħar mistoqsija li għandi hi dwar l-impatt li kellha s-sitwazzjoni fil-Greċja u l-iżvilupp aktar from a fiscal discipline standpoint.", "Peress li l-cost to government għas-self qed jinżel, u l-politika li qed tagħti l-popolarità lill-popoliżmu ta' kontra l-awsterità donnha qisha qed terfa' rasha, taħseb li t-timing tal-quantitative easing jista' jkollu xi impatt fuq dan is-sentiment ukoll?", "JOSEF BONNICI: Jekk inħarsu lejn l-ekonomija tagħna, is-settur tat-turiżmu qed jikber b'6 jew b'7% jew iktar fis-sena u issa sar settur li huwa sustainable.", "Meta fl-1974/75 kont l-Università u dak iż-żmien kellna kwart ta' miljun turist, konna niddibattu jekk ilħaqnix il-massimu għal dan il-pajjiż, u llum spiċċajna b'miljun u nofs turist, allura l-mistoqsija hija: Jista' s-settur tat-turiżmu jkollu żviluppi mhux biss ta' numri imma ta' kwalità li jirrikjedu din it-tip ta' funding li forsi bħalissa mhux daqshekk possibbli?", "Jien ngħid li iva, hemm lok li jkollna ċertu żviluppi f'pajjiżna u ma ngħidux li wasalna f'limit u minn hawn il-quddiem m'għandniex niddeversifikaw iktar.", "L-istess fil-manifattura u servizzi oħra.", "Fil-qasam tal-manifattura, hemm bidla kontinwa li qed issir biex dejjem immorru f'livell ogħla milli qegħdin aħna.", "M'hemmx dubju li l-manifattura tat-tessuti llum kważi spiċċat għal kollox u hemm kumpaniji oħra li qed jieħdu postha, fejn il-probabbilità hi li se jkollhom bżonn iktar kapital.", "Fil-fatt kultant ikollna constraints li dawn ma jissellfux daqshekk minn banek lokali.", "Bħala setturi ġodda qed insibu dawk li għandhom x'jaqsmu ma' biological sciences u live sciences, u jekk aħna ma nibqgħux insibu niċeċ ġodda fis-settur finanzjarju, bħalma huwa l-każ fis-settur tal-e-gaming u fis-settur modern tal-IT eċċ, se nistaġnaw.", "Il-flus u l-kapaċità li tinvesti u tiffinanzja is one thing, but it is also necessary.", "Don't get me wrong, imma l-Gvern qed jiffinanzja l-infiq tiegħu minn dan is-suq, u issa se jkollna din il-bidla li parti mid-dejn nazzjonali jista' jiġi ffinanzjat mod ieħor u dawn il-fondi jiġu released.", "Jiena ġieli rrimarkajt li fis-settur bankarju Malti, hemm faxxa nieqsa li meta nqabblu ma' pajjiż ta' suċċess bħal-Ġermanja - huwa n-nuqqas ta' Development Bank.", "Jekk jitwaqqaf Development Bank f'Malta, ikun jista' jikkumplimenta l-banek kummerċjali, u jkun jista' joħroġ il-bonds hu.", "Il-pubbliku jkun jista' jixtri l-bonds tal-iżvilupp li jikkumplimentaw il-banek u jistgħu jintużaw, to actually fund these economic development.", "Imma s'issa għad m'għandniex din l-opportunità.", "Illum x'inhu jiġri?", "Il-pubbliku qed jinvesti f'bonds ta' kumpaniji li mhux dejjem ikunu secured u fl-opinjoni tiegħi għadna ma wasalniex f'dak il-punt li ngħidu li qegħdin komdi u nħallu r-rota ddur.", "Minn informazzjoni li għandi, għandna opportunità li niżviluppaw f'din id-direzzjoni u l-proċess qiegħed miexi 'l quddiem.", "Naturalment mhux faċli, u hemm diversi diskussjonijiet li jridu jsiru mal-Kummissjoni eċċ. Sadanittant is-settur finanzjarju għandu excess holdings fil-bonds, u rridu nsibu mezz kif ninvestu b'mod li jirrendu iktar.", "Irridu nifhmu li l-Greċja sabet ruħha f'din il-pożizzjoni għaliex kellha excesses u tilfet ir-responsabbiltà fiskali, spiċċat b'ċifri li kienu doctored mill-istatistika u b'deficit enormi ta' 12% jew 13% tal-GDP u kienu se jfallu.", "Biex il-Greċja ma tfallix, il-pajjiżi taż-Żona Ewro sellfuha l-flus, bil-patt li tirriforma.", "Naturalment din kienet il-kelma ta' awsterità.", "Jien il-kelma \"awsterità\" qatt ma għoġbitni għaliex qisek qed tissikka ċ-ċintorin, imma jekk tissikka wisq, tifga u tispiċċa lanqas tista' tiekol.", "Il-politika tal-awsterità hi li meta jkun hemm wisq ħaddiema mas-settur pubbliku u jkun hemm l-ineffiċjenzi, ma jkunux qed jinġabru flus biżżejjed mit-taxxi u trid tara kif tiġborhom.", "Il-Greċja għamlet progress u din is-sena kien l-ewwel darba li qed naraw xi tkabbir, għax id-diffikultà li kien hemm, kienet li kellhom diversi policies li ma kenux popolari.", "Huwa faċli li tirbaħ elezzjoni, jekk tibda twiegħed xi ħaġa li ħaddieħor se jkun qed iħallas għaliha, u dak ix-xi ħadd ikun il-bqija taż-Żona Ewro'.", "Jiena nemmen li huwa diffiċli ħafna sabiex il-Greċja tkampa barra miż-Żona Ewro u jekk f'dan l-istadju toħroġ, is-settur finanzjarju jiġġammja.", "Għax illum il-Greċja tant għandha assistenza mill-ECB, mill-Emergency Liquidity Assistance eċċ., li hi kkondizzjonata fuq il-programm ta' riforma, u ftit ftit qed jirrealizzaw li m'hemmx other ways to deliver.", "MARIO DE MARCO: Apparti l-government bonds, what other assets qed taraw li tistgħu tinvestu fihom?", "S'issa rajna li s-suq tagħna has defied the trend għal dak li għandu x'jaqsam mal-cost of borrowing, u jekk m'iniex sejjer żball, more or less double the EU average għal dak li għandu x'jaqsam ma' commercial interest rates għal min irid jissellef.", "Meta nitkellmu dwar investiment, nafu li hemm ċertu setturi li għandhom bżonn jinvestu iktar minn oħrajn, jew iktar spiss minn oħrajn.", "Minħabba l-iState Aid, il-Malta Enterprise qed tagħti ċertu skemi li huma ferm iktar limitati.", "Issa kemm int konvint u x'nistgħu nagħmlu aħna biex nassiguraw li fil-fatt jirnexxielna niksbu dan?", "JOSEF BONNICI: The situation is a market system u ħadd ma jista' jisforza lill-banek.", "Issa meta nqabblu ma' pajjiżi oħra, il-banek tagħna se jkollhom jibdlu l-mod kif imexxu u wieħed jistenna li din il-bidla will encourage a lowering of the rates they charge.", "Meta jitwaqqaf id-Development Bank ikollna l-opportunità li s-self jiġi shared in two ways.", "Dan jew billi jkun hemm flow of funds li jiġi aktar irħis lid-Development Bank, jew inkella jekk ikunu komdi l-banek, jagħtu perjodi itwal bħalma jagħmlu l-Banek Ġermaniżi u l-parti tat-tul tkun covered mid-Development Bank.", "Dan ifisser li l-loan tinfired bejn żewġ istituzzjonijiet, waħda fuq longer term li jidħol għaliha d-Development Bank u s-shorter term li jidħlu għaliha l-banek.", "Dan ikun ifisser li meta l-credit agencies jeżaminaw, ma jsibux daqshekk disconnect bejn ix-short term deposits u l-long term loans.", "Rigward assi oħra li l-Bank Ċentrali jista' jinvesti fihom, iva bħala Bank Ċentrali nistgħu nixtru wkoll dawk li jissejħu Supranational Assets.", "Jiġifieri meta l-ammont lokali ma jintlaħaqx, inkunu nistgħu nixtru iktar funds.", "Fir-realtà mhemmx riskju f'dan, u l-Bank Ċentrali jkun jista' jilħaq it-targets li hemm bżonn, u f'termini ta' ekonomija lokali, l-effett jista' jkun pożittiv fuq id-dħul tal-Bank Ċentrali u ma jkun hemm l-ebda impatt fuq l-ekonomija lokali.", "Id-doveri tagħna huwa li nsibu mezz ġdid ta' kif inkunu nistgħu nużaw għal-lokal.", "Kif diġà għidt ma nistgħux nisfurzaw nies biex ibiegħu, imma l-prezz tal-inċentiv hemm se jkun, li kif iżżid id-domanda, xi ftit jew wisq il-prezz se jinżel.", "MICHAEL FALZON: Għandi żewġ punti li nixtieq li tirrispondini fuqhom.", "Għaddejt kumment dwar kif tista' tingħata boost jew tinkoraġixxi l-construction sector.", "Ejja nagħmlu mod li jiġri hekk, jew ikun inċentiv jew ikollok iktar domanda biex il-banek jissellfu.", "Min-naħa l-oħra hemm il-problema li s-self tal-banek huma totalment property based u jekk mhux totalment, \"heavily property based\".", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-Bank Ċentrali?", "Għax diġà hemm l-attitudni li jekk jista' jkun, il-banek ma jsellfux għall-property development.", "It-tieni punt hu dwar il-Greċja li forsi mhux daqshekk relatat mas-suġġett tal-lum.", "Il-verità hi li l-flus li konna slifna lill-Griegi nistgħu, biex ngħid hekk, ninsewhom.", "Jiena mhux ser insaqsik biex tgħaddi ġudizzju, għax ħadd minna m'huwa profeta, imma wasalx iż-żmien li l-Bank Ċentrali jieħu stand, bħalma għamlu pajjiżi oħra li ekonomikament huma aħjar minna, u they opted out bi qbil politiku.", "Jiena mhux qed nitkellem b'mod politiku, imma nistgħu ngħidu \"daqshekk\"?", "Ma nafx x'se tkun is-sitwazzjoni fil-Euro Zone, imma fil-Banking Sector we have to cut one's losses.", "Jekk għandniex nikkonsidraw dan il-punt mhux biss bħala pajjiż, imma anke fuq bażi usa.", "JOSEF BONNICI: Biex inwieġeb l-ewwel punt, illum daħlu fis-seħħ dawk li jissejħu l-macroprudential policies.", "F'sistema fejn hemm politika monetarja waħda, qed jiġi rikonoxxut kif jiġu ttrattati pockets ta' excesses fis-settur finanzjarju, u dan billi tagħmel ċertu kondizzjonijiet li jirrelataw mas-suq.", "Peress li llum hemm il-Joint Financial Stability Board bejn il-Bank Ċentrali u l- Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), dawn l-issues qed jiġu diskussi hemmhekk.", "Biex ngħid hekk, jiena qatt ma qbilt għal kollox li għax għandna konċentrazzjoni qawwija fil-proprjetà, allura ma nsellfux iktar, għax jekk jiġri hekk, fir-realtà s-sistema tiġġammja.", "Irid ikun hemm xi tip ta' macroprudential tool, biex jekk ikun hemm konċentrazzjoni qawwija f'settur, il-bank ikollu buffer, biex jipprovdi kumpens għal dak ir-riskju.", "Dan ifisser li l-ispiża tal-investiment irid jiġi modifikat biex ikun taken into account is-safety buffer.", "Fl-opinjoni tiegħi, it is much better this way, milli wieħed jagħmel artificial blockages, għax huwa irrazzjonali li tgħid lil dawk ta' qabel insellfuhom u minn issa 'l quddiem nieqfu għal kollox.", "Ħdejn pajjiżi oħra, il-banek tagħna għandhom policies tajba fuq kif jittrattaw ir-ratio ta' deposit to the loan u loan to value ratio.", "Aħna daħħalna regoli ġodda biex il-banek jaġġornaw il-valur tal-proprjetà aktar ta' spiss għax jekk il-valur tal-proprjetà jinżel, allura bank ma jistax jibqa' għaddej qisu ma ġara xejn, mingħajr ma jagħmel xi provision to safeguard il-pożizzjoni tiegħu.", "L-issue hi biex l-excesses ma jpoġġux is-settur finanzjarju f'riskju, bħalma ġara fl-Irlanda u f'pajjiżi oħra.", "Din hija xi ħaġa ġdida u mhijiex xi ħaġa li ġiet ippruvata daqstant, kien hemm xi pajjiżi li ppruvawha u bħala riżultati xi kultant rnexxielhom u xi kultant tant kienu feeble, li donnhom ma tantx kellhom effett.", "MICHAEL FALZON: Jien ili naħdem ġo bank għal dawn l-aħħar 35 sena.", "Fir-realtà, li kieku ma kienx dak li kien, kieku pajjiżna ma għaddiex mill-kriżi finanzjarja li kellhom pajjiżi oħrajn.", "Dan huwa t-tħassib.", "Jekk aħna rridu nħallsu €36 miljun fix-xahar - li għalina hija somma kbir - se jkollna naqra drive u forsi wieħed irid jaħseb bil-quddiem x'direzzjoni nistgħu nieħdu.", "Għax fir-realtà jekk se jkollna din id-domanda, jew se nispiċċaw li nissellfu ħafna iktar, li mhux bilfors huwa ħażin, jew iridu jinħarġu ħafna iktar bonds.", "JOSEF BONNICI: Il-persentaġġ ta' Malta fiż-Żona Ewro huwa ta' 0.09%, imma jien ma nixtieqx li Malta tkun the odd man out, għaliex jew aħna parti mis-sistema jew m'aħniex.", "Il-politika tiegħi dejjem kienet li aħna nipparteċipaw fully u jkollna l-istess drittijiet biex nivvutaw bħall-Ġermanja, l-Italja u l-pajjiżi l-oħra.", "Allura jekk se jkun hemm sistema b'din it-tip ta' sharing ta' riskju, aħna wkoll irridu nkunu parti minnha.", "Pereżempju għal dak li hu investiment hemm areas anke fil-kostruzzjoni - u naħseb li l-Onor.", "Charles Buhagiar jgħallimna fuq dan - li m'hawnx supply biżżejjed.", "Jekk inħarsu kif qed tirreaġixxi l-kera f'ċertu high categories, ikollna kriterji iktar ċari ta' fejn l-opportunitajiet qegħdin.", "Jien m'iniex espert fil-kostruzzjoni, imma qed nimmoniterjaw il-valur tal-proprjetà u x'qed jiġri f'diversi kategoriji u jidher ċar li f'dan is-settur, pjuttost hemm żieda qawwija fil-kera.", "Illum ħdejn qabel, l-issue tal-Greċja hi inqas delikata minn kif kienet fiż-Żona Ewro, għaliex il-parti l-kbira tad-dejn li għandha huwa jew mal-Gvernijiet jew mal-ECB.", "Jiġifieri bħala contagion, is-swieq qed juru li waqt il-yields tal-bonds Griegi splodew għal 15% u fuqhom, il-bonds tal-Italja u tal-Portugal baqgħu neżlin.", "Is-sitwazzjoni hija compartmentalised.", "Però biex il-Greċja taħdem, l-ekonomija Griega jrid ikollha settur finanzjaru li jiffunzjona u li ma jkunx fallut.", "Jiena wisq nibża' li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħhom hija tant weak, li m'għandomx riżervi eċċ. u li jekk dawn jiddeċiedu li joħorġu mill-euro zone, se jiġu f'sitwazzjoni li jbatu l-ġuħ, u ma jkollhomx il-kapaċità li jimpurtaw in-neċessitajiet tagħhom.", "Jiġifieri li jkollok Gvern modern, pajjiż membru tal-EU li jintefa' f'din is-sitwazzjoni, issa tista' tkun id-deċiżjoni tagħhom, imma the writing is on the wall, li s-settur finanzjarju tagħhom ma kkollassax fl-aħħar kriżi, għax kien megħjun mis-sistema tal-euro zone.", "THE CHAIRMAN: Semmejt li parti mid-dejn jista' jkun li jmur fuq il-euro system minħabba l-quantitative easing.", "Ma jfissirx però li dak il-proporzjon ma jibqax jidher fil-figura?", "JOSEF BONNICI: Il-quantitative easing tal-EU hija ta' 7% tal-GDP, u l-quantitative easing tal-Ingilterra hija ta' 20% tal-GDP, li hi kważi tliet darbiet iktar.", "Li qed jiġri fil-quantitative easing hu li l-Bank Ċentrali jkun qed jneħħi l-assi minn fuq il-kotba ta' xi ħaddieħor u jitfagħhom fuq il-kotba tiegħu.", "Allura jkun hemm risk transfer mis-settur privat għall-Bank Ċentrali.", "Dan ifisser li s-settur privat ikollu l-opportunità li jieħu iktar riskju, jinvesti iktar u jiffinanzja iktar.", "Dan għaliex parti mir-risk operation tal-ekonomija - li hi waħda mill-istimulating factors għall-ekonomija - ġiet assorbita għal ċertu perjodu ta' żmien fis-sistema bankarja.", "Issa f'pajjiżi fejn hemm Gvern wieħed u bank ċentrali wieħed, dawn faċli jsiru.", "Id-diffikultà fil-każ tagħna hi li hemm 19-il pajjiż u naturalment biex issir, hi aktar komplikata.", "Imma wasalna biex nagħmluha.", "THE CHAIRMAN: Mill-ġdid grazzi.", "Kienet preżentazzjoni interessanti ħafna u żgur li se jkun hemm opportunitajiet oħra meta nerġgħu nkunu qed nitolbuk bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali, biex tagħtina preżentazzjoni oħra dwar il-ħidma tal-Bank Ċentrali.", "Grazzi ħafna.", "AFFARIJIET OĦRA", "Bażikament illum kellna niddeċiedu dwar ir-Rules and Procedures li qed jiġu proposti mill-Interparliamentary Conference Under Article 13 Of The Fiscal Compact.", "Riċentement saret konferenza barra minn Malta, imma sfortunatament ma kontx infurmat biha u ntbagħat l-Onor.", "Antoine Borg min-naħa tal-Oppożizzjoni bħala rappreżentant tal-Parlament.", "Jiena kont infurmat li kellu jipprovdi summary ta' x'intqal, imma din il-preżentazzjoni ma laħqitx waslet hawnhekk u allura żgur li ma nistgħux nagħmlu diskussjoni fuqha.", "Forsi nkunu nistgħu ntawluha għas-seduta li jmiss.", "Nistgħu naġġornaw.", "Fit-8:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20150211_010d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 8 u 9 li saru fit-2 ta'Ġunju, 2014, u l-15 ta' Diċembru, 2014, kienu konfermati.", "Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li kien irċieva dawn iż-żewġ dokumenti li ġejjin:", "Dokument 9 E-mail datata 16 ta' Lulju 2014, mibgħuta mill-kumpanija PKF dwar studju li se jagħmlu l-istess kumpanija dwar Banking Charges; u", "Dokument 10 Protest Ġudizzjarju li l-Virtu Ferries Ltd resqu fil-konfront taċ-Chamber of Commerce, Enterprise and Industry", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Prof. Bonnici ta' preżentazzjoni ntitolata:", "Wara l-preżentazzjoni, kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew xi mistoqsijiet tagħhom lill-Prof.", "Kien hemm preżenti wkoll id-Deputat Gvernatur is-Sur Alfred Demarco.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat informa lill-membri li l-kumitat kellu jiddeċiedi fuq ir-Rules of Procedure tal-Artiklu 13 tat-Treaty on Stability, Coordination and Governance in the EMU kif qed jiġu proposti.", "Huwa talab il-permess li din tiġi diskussa f'laqgħa tal-kumitat oħra.", "Fit-8:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150211_010m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 37", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 37", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.07 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 35 li saret nhar l-Erbgħa, 4 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "Diskussjoni dwar suĠĠetti li gĦandhom jiĠu diskussi mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali - Kontinwazzjoni", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Id-darba l-oħra konna qegħdin nistaqsu dwar dak li kien sar mill-Kumitat fil-leġiżlatura l-oħra fuq l-istrateġija dwar is-saħħa sesswali.", "Fil-fatt kien hemm rapport f'Lulju tal-2009 u mbagħad reġa' kien hemm laqgħat oħra f'Novembru tal-2011, fejn kien sar update tal-ewwel rapport li kien ħareġ.", "Sadanittant persuna li kienet ġiet titkellem f'dan il-Kumitat, fis-16 ta' Frar tal-2014 f'waħda mill-gazzetti lokali nkiteb artikolu fejn din il-persuna li kienet il-Head tal-GU Clinic qalet li għalkemm kien hemm sexual health policy u sexual health strategy, u allura bdew isiru xi affarijiet f'dan ir-rigward, xorta waħda bqajna lura ħafna fuq dan is-suġġett.", "U tant għadna lura, li fejn pajjiżi oħra diġà qegħdin jitkellmu fuq fenomeni ġodda bħal pereżempju n-nude selfies, il-pornografija u s-sexting, hawn Malta konna għadna lanqas biss bdejna nitkellmu fuq l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel u fuq il-health promotion fejn tidħol l-edukazzjoni sesswali!", "Aħseb u ara kemm konna se nitkellmu fuq affarijiet oħra.", "Allura jidher biċ-ċar li hemm speċi ta' diskrepanza bejn il-policies tas-saħħa sesswali u l-promozzjoni tas-saħħa sesswali u dak li fil-verità ikun qiegħed isir.", "Għaldaqstant naħseb li xorta għad hawn lok li nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Ovvjament issa nisma' s-suġġerimenti tagħkom.", "Minn dakinhar lil hawn saru xi avvanzi li jistgħu jidħlu f'policies minħabba l-innovitajiet li hemm fuq dan is-suġġett u għalhekk naħseb li rridu nħarsu lejn l-istrateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali li kienet ħarġet minn dan il-Kumitat, nimxu mar-rakkmandazzjonijiet li kienu saru u nsejħu lin-nies li kienu responsabbli milli jaraw li dawk ir-responsabbiltajiet u dawk ir-rakkmandazzjonijiet iseħħu.", "B'hekk naraw jekk għamlux xi ħaġa u fiex waslu f'dan kollu.", "Irridu naraw ukoll kemm fil-fatt qiegħda titħaddem il-policy.", "Jekk qabel konna qed nitkellmu fuq strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali, issa rridu nibdew nitkellmu fuq it-tħaddim tagħha.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Naħseb l-aħħar darba tkellimna f'dan ir-rigward u kien proprju għalhekk li tlabt sabiex naraw x'kien sar fil-leġiżlatura preċedenti.", "Naħseb li rridu naħdmuha b'konġunzjoni mad-diviżjoni tal-edukazzjoni.", "Ngħid il-verita jien għadni ma qrajtux ir-rapport li kien ħareġ qabel u allura ma nafx eżattament jekk l-istrateġija wżata kienetx tinkorpora wkoll strateġija ta' implimentazzjoni fl-iskejjel.", "Imma naħseb li iva, irridu ninvolvu wkoll il-persuni kollha konċernati mis-settur tal-edukazzjoni.", "Nixtieq u naf li teżisti wkoll diskrepanza qawwija bejn dak li jiġri fi skejjel tal-Istat u dak li jiġri fi skejjel tal-Knisja u fi skejjel Indipendenti.", "U għalkemm verament teżisti dik l-istrateġija, fl-opinjoni tiegħi kull skola, anke jekk hija tal-Istat, tiddependi xi ftit jew wisq minn min ikun qed imexxi dik l-iskola partikolari.", "Għaldaqstant nemmen li għandna nifirixu kemm jista' jkun għax xi kultant, wisq nibża' li għalkemm ikun hemm strateġija, sfortunatament dik l-istrateġija tieqaf jew timxi skond il-persuna li jkollok fl-iskola.", "U allura nixtieq li negħlbu din ukoll għax jinħass li għandek skejjel li lanqas biss jindirizzaw din l-issue filwaqt li għandek skejjel oħra li huma avant garde u jimxu ħafna 'l quddiem.", "THE CHAIRPERSON: Il-problema li jidher biċ-ċar li hawn hi li meta s-sena l-oħra ħareġ a nation wide sexual health survey, li bażikament kien l-ewwel wieħed ta' din ix-xorta f'pajjiżna, ħarġu trends li fil-fehma tiegħi huma daqxejn allarmanti.", "Fil-fatt instab li għandek 45% tal-adoloxxenti mill-età ta' bejn is-16 u t-18-il sena li ma jużawx kontraċettivi filwaqt li jgħidu li għandhom aktar minn partner wieħed jew waħda.", "Dan l-ammont ikompli jitla' għal 55% għal dawk li għandhom bejn id-19 u d-29 sena.", "Mela għandek 55% tal-ġuvintur u t-tfajliet tagħna li għandhom bejn id-19 u d-29 sena li ma jużawx xi forma ta' kontraċezzjoni!", "Jerġa' il-perċentwal ikompli jikber għal 65% fl-adulti ta' bejn it-30 u l-40 sena!", "Meta tqis dan mal-ammont ta' mard infettiv li jittieħed sesswalment li qiegħed dejjem jikber, tinduna kemm tassew hemm bżonn li mhux biss ikollna strateġija imma li naraw li din tiġi implimentata.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien nixtieq li f'din l-istampa ndaħħlu wkoll lil tal-Health Promotion Unit għaliex dawn għandhom f'idejhom l-istrateġija nazzjonali dwar kif tippromwovi attività sesswali aktar sigura.", "Jien gradwat fil-youth work u dan is-suġġett kien l-ewwel suġġett li studjat f'waħda mit-teżijiet tiegħi.", "Dan ilu madwar 20 sena imma dak iż-żmien ukoll kien qiegħed juri li hemm ċerti affarijiet li ma konniex qegħdin nistennew.", "U aħna konna qegħdin inwaħħlu fir-riċerka li ma kenitx magħmula professjonalment imma jiena ngħid li aħna m'aħniex qegħdin 'il bogħod mir-riżultati li qegħdin isibu pajjiżi barranin.", "Id-differenza hi li barra minn Malta ż-żgħażagħ imorru jgħixu għal rashom meta jkunu qed jistudjaw f'xi college u allura jkollhom aktar exposure għax iqattgħu ħafna aktar ħin waħedhom mentri hawn Malta l-familja għadha magħquda u allura t-tfal jibqgħu aktar mal-familja tagħhom.", "Dik kienet waħda mid-differenzi li sibna.", "Irridu naraw x'inhu l-għarfien taż-żgħażagħ tagħna dwar mard trażmess sesswalment u mbagħad irridu nkomplu nibnu fuq dak l-għarfien.", "Jien naħseb li l-Health Promotion Unit għandu jkun fl-istampa għax fl-aħħar mill-aħħar hemm min huwa espert fis-suġġett u allura jkun jista' jamplifika u jidentifika areas li forsi għandhom bżonn iktar attenzjoni.", "Żgur ukoll li l-Youth Workers għandhom jidħlu f'din l-istampa.", "Għandna ħafna social workers imma llum fir-rigward tas-sesswalità u ż-żgħażagħ għandna nies speċjalizzati fuqhom.", "Il-youth workers huma organizzati sew u llum qegħdin fil-MAYMALTA li hija l-Maltese Association of YouthWorkers.", "U aħna, bħala Parlament irrikonoxxejna wkoll il-youth workers u tajnihom status ta' nies professjonali.", "Għalhekk aħna hawnhekk ma nistgħux ma nirrikonoxxuhomx ukoll.", "Illum tista' issib youth workers professjonali anke f'youth centres tal-Knisja u f'youth centres soċjali oħra li għandna fil-pajjiż.", "Min-naħa l-oħra, kif qalet l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici, irridu naraw x'inhu jsir fl-iskejjel għax l-iskola hija waħda mis-socialisation agents tat-tfal tagħna.", "Mela l-youth worker se jara x'inhu jsir fil-komunità u l-għalliema se jgħidulna kif qiegħda ssir is-soċjalizzazzjoni fl-iskejjel u se naraw jekk hemmx edukazzjoni sesswali tajba fl-iskejjel, jekk irridux intejbuha u jekk din għadhiex titqies bħala taboo u allura ma jiddiskutuha xejn.", "Jekk għad għandna areas li għadhom jaraw is-sesswalità bħala taboo forsi se nsibuha daqxejn iebsa biex jirnexxilna nibdlulhom il-fehma tagħhom għax la għadhom iqisu dan is-suġġett bħala taboo, sinjal li r-reżistenza ġejja minn x'imkien.", "Imma jekk jirnexxielna nagħmlu breakthrough forsi veru li se nidhru daqxejn koroh ma' ċerta nies, imma għall-ġid taż-żgħażagħ stess u għall-ġid tas-soċjetà tajjeb li nagħmluha.", "Jekk permezz tal-edukazzjoni u permezz ta' dawn is-sistemi l-ġodda jirnexxilna nsalvaw imqar lil xi ħadd milli jkollu sexually transmitted diseases li jistgħu jwassluh sal-mewt, ukoll inkunu għamilna xi ħaġa ta' ġid.", "Illum qed nitkellmu fuq l-HIV u fuq l-AIDS li jwassluk għal problemi kbar ta' saħħa aktar 'il quddiem f'ħajtek u fi żmien fejn inti qatt ma kont qed tistenniha.", "Dan kulħadd jgħaddi minn żmien fejn ikun irid jagħmel sexual experimentation u li jiġri hu li dak li jkun jiltaqa' ma' xi ħadd, ikollu x'jaqsam magħha jew miegħu u jlaqqat xi marda mingħajr ma jinduna.", "Imbagħad jiltaqa' ma' xi ħadd u jsir iħobbha u jkun irid jibni familja imma f'daqqa waħda jsib li għandu din il-problema li qatt ma kien qed jistenna.", "Sinjura President, dan huwa suġġett importanti ħafna u naħseb li rridu naffaċjawh b'moħħna miftuħ.", "Kulħadd għandu d-dritt li jħaddan il-valuri tiegħu u kulħadd għandu d-dritt li jipprattika liema reliġjon u liema prattika jrid imma aħna għandna d-dritt li naraw li min se jkollu ċertu stil ta' ħajja, tal-inqas ikun qiegħed safe biex hu u l-maħbubin tiegħu ma jkunu qegħdin f'riskju ta' xejn.", "THE CHAIRPERSON: Sadanittant naħseb li nistgħu naraw daqxejn ir-rakkmandazzjonijiet u x-xogħol li sar f'dan il-Kumitat fil-leġiżlatura preċedenti biex nidentifikaw min huma l-aħjar sett ta' persuni li għandna nkellmu, fosthom kif diġà għedt il-health workers, rappreżentanti min-naħa tal-edukazzjoni u min-naħa tas-saħħa.", "Nistgħu nġibu nies mill-Health Promotion Unit biex naraw x'inhu jsir f'dan il-qasam u nistgħu nġibu nies li jaħdmu fil-GU Clinic għalkemm dan huwa daqxejn ristrett peress li sas-sena l-oħra kien hemm biss persuna waħda taħdem f'din il-clinic.", "U nistgħu nġibu wkoll xi riċerkaturi mill-Università li jkunu qegħdin jaħdmu fuq riċerka marbuta mal-familja għax dawn ukoll jistgħu jagħtuna ftit għajnuna biex insiru nafu iktar aħjar fuq x'inhu għaddej f'dan il-qasam.", "Naħseb li għandna lok fejn nesploraw affarijiet ġodda f'dak li għandu x'jaqsam mas-sexual health policy, fosthom il-faċilità kbira li biha llum il-ġurnata wieħed jista' jesponi ruħu b'mod sesswali fuq l-internet.", "U bħalma nafu xi ħaġa li titfa' fuq l-internet tispiċċa ma tneħħiha qatt and this will come back to haunt you later on in your life.", "Fil-fatt naħseb li għandna ħafna żgħażagħ li mhux jirrealizzawha din, u naħseb li meta naraw verament x'qed isir, u jekk huwiex qed isir biżżejjed, irridu naraw li fejn tidħol sexual health policy ma nkunux qegħdin nitkellmu biss imma ngħaddu għall-fatti.", "Jiena kemm-il darba għedt li ma nixtieqx li f'dawn il-laqgħat inkunu qegħdin nitkellmu biss u li nservu biss ta' xi talk shop li minnu ma joħroġ xejn għax inkunu qegħdin naħlu l-ħin tagħna u ta' min jiġi hawnhekk.", "Aħna qegħdin f'pożizzjoni li nistgħu naħdmu ma' diversi ministeri u entitajiet, jiġifieri m'aħniex marbutin ma' xi ministeru jew entità partikolari u allura nistgħu nagħmlu ħafna aktar xogħol multi-dixxiplinarju hawn ġew u nagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħna fuq suġġetti varji.", "Għaldaqstant naħseb li għandna nallokaw ammont ta' seduti li fihom inġibu ammont ta' nies mhux ħażin biex niddiskutu dan is-suġġett u mbagħad wara nibdew suġġetti oħra.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jiena naħseb li bażikament għandna nagħmlu lista ta' persuni u entitajiet li se nkunu qegħdin nitkellmu magħhom.", "U fl-opinjoni tiegħi għandna nibdew mill-GU Clinic u l-Health Promotion Unit għaliex dawn it-tnejn kienu parti mill-istrateġija.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li għandna nkellmu wkoll lil nies minn ministeri varji li taħthom jaqgħu kemm is-saħħa u kemm l-edukazzjoni għax fl-aħħar mill-aħħar huma jridu jixprunaw dik il-bidla fis-sistema li hemm bżonn li ssir biex l-affarijiet isiru.", "Ta' xejn nibqgħu naraw ir-rapporti u r-rakkmandazzjonijiet jekk min qiegħed fil-pożizzjoni li jibdel is-sitwazzjoni ma jkunx qed jibdilha.", "Min-naħa tiegħi m'għandi xejn aktar xi ngħid u sakemm m'għandkomx aktar xi tgħidu nistgħu nieqfu hawnhekk.", "U niltaqgħu bħal-lum ġimgħa fl-istess ħin.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150211_037d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 37", "L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:07 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 35 li saret nhar l-Erbgħa, 4 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR SUĠĠETTI LI GĦANDHOM JIĠU DISKUSSI MILL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat irriżuma d-diskussjoni fuq dan is-suġġett mit-28 ta' Jannar 2015.", "Wara diskussjoni, kien hemm qbil bejn il-Membri tal-Kumitat sabiex is-suġġett li jmiss li għandu jiġi diskuss ikun dak dwar is-saħħa sesswali.", "Peress li l-Kumitat fil-Leġiżlatura preċedenti kien diġà ddiskuta dan is-suġġett u kien ukoll ħareġ rapport intitolat \"L-aqwa strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali\", il-Kumitat qabel li jsir follow-up ta' dan ir-rapport u jistieden diversi entitajiet konċernati ħalli jagħtu aġġornament fuq żviluppi li seħħew minn wara dan ir-rapport.", "Fis-7:25 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150211_037m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 38", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Implimentazzjoni tal-politika dwar is-saħħa sesswali – Diskussjoni ma' Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150218_038a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 38", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 38", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.10 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 37 li saret nhar l-Erbgħa,11 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI – DISKUSSJONI MA' DR CHARMAINE GAUCI, DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT TAL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Ngħaddu mal-ewwel għas-suġġett tagħna llum li hija diskussjoni fuq l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-saħħa sesswali.", "Magħna llum għandna lil Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Dipartiment għal Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard u lis-Sinjura Joanne Farrugia.", "Tista' tgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tiegħek Sinjura?", "JOANNE FARRUGIA (Sexual Health Nurse mal-Health Promotion Unit): Jiena naħdem bħala sexual health nurse u qiegħda mal-Health Promotion Unit.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli lqajtu din l-istedina.", "Dan il-Kumitat, fil-leġiżlatura l-oħra, kien iddiskuta s-sexual health policy u dak iż-żmien kienu ħarġu wkoll xi policies fuq is-saħħa sesswali.", "Issa aħna nixtiequ nkunu updated fuq dak li seħħ minn dak iż-żmien lil hawn ħalli naraw jekk dak li suppost sar kienx fil-fatt sar u biex naraw kif sejrin f'dan il-qasam.", "Jien se nħalli f'idejkom ħalli tressqulna din il-preżentazzjoni li ħejjejtulna.", "DR CHARMAINE GAUCI (Direttur tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard): F'isem id-dipartiment nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina għaliex l-għan tagħna huwa li nġibu l-input ta' ħafna entitajiet u kumitat bħal dan huwa importanti ħafna għax intom tistgħu taraw dan l-aspett b'mod ħolistiku.", "Huwa importanti ħafna li nħarsu lejn dan is-suġġett tas-saħħa sesswali minn aspett ħolistiku.", "Issa peress li dan il-Kumitat għadu ġdid fuq dan is-suġġett se nagħtikom overview qasira fuqu u mbagħad inkun nista' ngħidilkom x'għamilna mill-aħħar li kien sar dak ir-rapport li semmejtu biex inkunu nistgħu nagħtukom update tas-sitwazzjoni.", "Se nibda proprju b'din id-definizzjoni li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tagħti fuq is-saħħa sesswali għax sfortunatament, meta n-nies jitkellmu fuq is-saħħa sesswali, l-ewwel affarijiet li jiġuhom f'moħħhom huma l-mard trażmess sesswalment u tqala li ma tkunx ippjanata.", "Imma rridu niftakru li dan is-suġġett huwa ħafna iktar wiesa' minn hekk.", "Saħħa sesswali huwa stat fejn inti, fiżikament, emozzjonalment, soċjalment u mentalment tkun qiegħed tajjeb fir-relazzjoni tiegħek sesswalment.", "Hemmhekk qegħdin inħarsu lejha b'mod li mhux li nevitaw milli jkollok l-STIs biss imma nħarsu lejn is-saħħa sesswali b'mod pożittiv, fejn inti jkollok rispett lejn il-koppja li flimkien ikunu qegħdin jibnu din ir-relazzjoni bejniethom.", "Li tidħol ħafna fis-saħħa sesswali hija r-relazzjonijiet.", "Nafu li biex ikollok saħħa sesswali sana jrid ikollok relazzjoni sana wkoll.", "B'hekk ikollok relazzjoni li tkun kif għandha tkun, li tkun safe u li tkun pleasurable u ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni jew vjolenza min-naħa ta' parti jew oħra.", "Importanti li dejjem inħarsu lejn li d-drittijiet tal-persuni jkunu rispettati u protetti biex hemmhekk ikollok il-fullfilment tas-saħħa sesswali.", "Dik hija d-definizzjoni tas-saħħa sesswali li tixbaħ ħafna d-definizzjoni tas-saħħa li aħna nħarsu lejha bħala well being.", "Jekk inħarsu lejn il-viżjoni tas-saħħa sesswali f'Malta naraw li l-focus hu li nħarsu lejn miżuri biex nevitaw affarijiet li jmorru kontra s-saħħa sesswali.", "Huwa importanti li jkollok l-informazzjoni u l-edukazzjoni imma dawn mhumiex biżżejjed għax irid ikun hemm il-ħiliet biex persuna tkun tista' taddatta s-saħħa sesswali tagħha.", "Barra minn hekk, importanti li nipprovdu s-servizzi għall-etajiet kollha.", "Is-saħħa sesswali mhijiex xi ħaġa għaż-żgħażagħ biss imma hija għall-etajiet kollha.", "Fil-fatt aħna nibdew mit-tfal żgħar fejn pereżempju nibdew ngħallmuhom jaraw id-differenza bejn tifel u tifla, id-differenza li inti tkun taf li għandek tirrispetta lil kwalunkwe sess u orjentazzjoni, li ngħallmuhom ikunu assertivi u allura, li għandhom jgħidu \"iva\" meta verament iridu jgħidu \"iva\" u li jgħidu \"le\" meta verament iħossu li għandhom jgħidu \"le\", u li nnaqqsu l-inugwaljanzi li hemm fis-saħħa sesswali.", "Punt importanti ħafna huwa li s-saħħa sesswali teżisti għal kulħadd, anke għal dawk in-nies li forsi għandhom xi diżabilità u għan-nies ta' kwalunkwe età, inkluż nies anzjani li s-saħħa sesswali tagħhom hija importanti wkoll.", "Fl-aħħar tal-2010 wasalna biex ngħidu li għandna s-sexual health policy.", "Minn kemm kien ilni li ggradwajt bħala tabiba, u bdejt naħdem fis-saħħa pubblika u dħalt f'kumitat fuq is-saħħa sesswali, domna 13-il sena ġejjin biha din il-policy imma eventwlament, fl-2010 ħarġet din il-policy fuq is-saħħa sesswali.", "Kien hemm ukoll diversi aspetti għalfejn damet ma ħarġet imma kif għedt, eventwalment saret u dan kien pass importanti għalija.", "Il-politika kienet importanti għax iddefinit il-prinċipji fuq xiex se nimxu però, sena wara, imxejna għall-istrateġija li elenkat kif għandna mmexxu 'l quddiem is-saħħa sesswali.", "Din l-istrateġija qiegħda bbażata fuq erba' sezzjonijiet; il-promozzjoni tas-saħħa u l-edukazzjoni, is-servizzi, id-drittijiet tad-dinjità u r-responsabilità kif ukoll ir-riċerka u s-sorveljanza.", "X'għamilna minn meta tlaqna?", "Se niffoka fuq dawn l-areas; taħriġ, peer to peer health promotion, health promotion, servizzi, sorveljanza u riċerka.", "Rigward it-taħriġ irrid ngħid li ftit wara li ġiet imnedija l-istrateġija dwar is-saħħa sesswali ġibna hawn Malta espert internazzjonali li għamel kors għal dawk in-nies kollha li aħna ħassejna li b'xi mod jew ieħor jistgħu jkunu involuti fil-qasam tas-saħħa sesswali.", "Għal dan il-kors stedinna professjonisti tas-saħħa, għalliema, social workers, youth workers, counsellors, psychologists, psychotherapists u family therapists.", "L-għan tagħna kien li nintroduċulhom l-kunċett tas-saħħa sesswali u ffokajna l-aktar fuq li s-saħħa sesswali trid tkun xi ħaġa ħolistika.", "Minn dan it-taħriġ huma stess qalulna x'iridu bħala taħriġ u allura minn hemmhekk ħriġna t-training needs għal gruppi speċifiċi.", "Grupp importanti ħafna kienu l-professjonisti tas-saħħa, u bejn l-2012 u l-2013 kien hemm taħriġ għan-nurses li jaħdmu fil-GU Clinic.", "Tajna wkoll it-taħriġ lis-Sinjura Joanne Farrugia, li hija s-sexual health specialist nurse fil-Health Promotion Unit.", "Sar kors l-Ingilterra fejn kellhom it-taħriġ kollu li kien meħtieġ għal dan l-aspett.", "U bqajna għaddejjin bit-taħriġ kemm min-naħa ta' professjonisti oħrajn kif ukoll is-Sinjura Farrugia bdiet tagħti t-taħriġ lil diversi professjonisti oħra, fosthom health professionals, undergraduates kif ukoll post-graduates.", "THE CHAIRPERSON: Kemm hemm nies bħalissa jaħdmu fil-GU Clinic?", "U dawn ġew imħarrġa b'dan il-mod?", "Jekk fhimt sewwa s-Sinj.", "Farrugia hija l-unika nurse f'dan il-qasam?", "JOANNE FARRUGIA: Jien għamilt tmien snin il-GU Clinic u mbagħad mort mal-Health Promotion Unit.", "Issa minfloki llum hemm żewġ nurses oħra li ġew imħarrġa ma' din l-università.", "U tobba hemm tnjen oħra.", "DR CHARMAINE GAUCI: Bħalissa fil-GU Clinic hemm tabiba waħda li hija GP u għandha speċjalizzazzjoni fuq il-family medicine kif ukoll għamlet kors mal-BASH.", "Hemm tabiba oħra li hija dermatovenerologist, jiġifieri tabiba fuq il-ġilda u fuq il-venereology, però issa ħarġet sejħa għal konsulent dermatovenerologist u saru l-interviews u qegħdin nistennew li r-riżultat joħroġ mill-PSC.", "B'hekk ikollna konsulent available u nkunu nistgħu nsaħħu l-GU Clinic u naraw kif nistgħu nimirħu biex inkunu nistgħu noffru servizzi oħrajn.", "Is-sena l-oħra ħdimna mal-British Association of Sexual Health, il-BASH, li għamlulna module fuq sexually transmitted infections and HIV u ftaħnih għal min xtaq jipparteċipa.", "Fil-fatt kellna 120 applikant li offrejnielhom l-e-module biex ikunu jistgħu jagħmluh fil-kumdità ta' darhom.", "Kien hemm ukoll evaluation tagħhom biex imbagħad f'Settembru 48 minn dawk li għamlu l-e-module attendew għal intensive training programme li sar mill-esperti tal-BASH.", "L-għan tagħna li ninvestu f'dawn it-tobba u n-nurses kien li nimirħu iktar mill-GU Clinic għax jista' jagħti l-każ li jkollok pazjent li dan ma jmurx il-GU Clinic imma jmur fil-health centre jew imur għand it-tabib privat tiegħu.", "B'hekk dan it-tabib ikun jista' jagħti l-pariri li hemm bżonn u jkun jista' jibda ċertu trattament ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri dawn il-120 applikanti kienu general practitioners?", "JOANNE FARRUGIA: Iva, il-maġġoranza tagħhom hekk kienu.", "Imbagħad kien hemm 20 minnhom li kienu nurses, kien hemm ukoll xi spiżjara u kien hemm psikoloġista.", "Tista' tgħid li kienu minn areas differenti u kienu wkoll minn madwar Malta kollha.", "Jien li kont naħdem fil-GU Clinic kont nassumi li huwa faċli għan-nies biex imorru hemmhekk imma fil-fatt mhijiex.", "Meta titkellem maż-żgħażagħ jgħidulek li lanqas biss jimmaġinawhom imorru hemmhekk għax jibżgħu li jarahom xi ħadd u jibdew jgħidu bih.", "Għalhekk kienet idea eċċellenti li jkollok speċjalisti fil-komunità li jkunu jistgħu jagħtu l-aħjar parir ħalli dawn in-nies ma jintilfux imma jmorru for the right treatment u ċerti infezzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mwaqqfa.", "Aħna ma nittrattawx biss lill-pazjent imma anke l-kuntatti sesswali tiegħu.", "Għalhekk huwa importanti li nagħtu t-trattament lil kulħadd biex l-infezzjoni ma tkomplix tinxtered.", "DR CHARMAINE GAUCI: L-intensive course sar f'Settembru imma l-e-module kien fuq sitt xhur u allura kulħadd kellu ċans.", "Farrugia għamlet taħriġ lit-tobba u lin-nurses li jaħdmu fl-iskejjel għax hemmhekk għandek kuntatt mat-tfal li qed isirulhom iċ-check-ups u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu l-opportunità li jwieġbu bl-aktar mod korrett xi mistoqsijiet li jista' ikollhom dawn it-tfal.", "Bit-taħriġ qed nipprovaw inwasslu dan l-messaġġ għax min-naħa tat-trattament kien hemm ħafna defiċjenzi u aħna ridna li t-trattamenti li jingħataw ikunu skont linji gwida stabbiliti.", "Fil-fatt meta jkollok mard bħal dan importanti li tagħti trattament tajjeb u speċifikat għax jekk ma tagħmilx hekk tista' tagħmel aktar ħsara.", "THE CHAIRPERSON: Dawn ikunu tobba apposta fl-iskejjel imma dwar edukazzjoni fuq saħħa sesswali fl-iskejjel x'qed isir?", "DR CHARMAINE GAUCI: Bħalma tafu sexuality and relationship education diġà qiegdħa fl-iskejjel però aħna ridna nsaħħuha aktar.", "Għalhekk għandna kollaborazzjoni tajba f'diversi suġġetti, fosthom is-saħħa sesswali, biex naħdmu fuq din l-area.", "L-ewwel pass li għamilna kien li fi Frar tas-sena l-oħra ġew imnedija linji gwida għal sexuality and relationships education għall-iskejjel ta' Malta biex l-għalliema jkunu jafu l-bażi fuqiex għandhom jgħallmu, liema huma t-topics li għandhom jgħallmu, u anke biex inneħħulhom ċerti myths u misconceptions li seta' kellhom.", "Pereżempju kellna min staqsa jekk jistgħux jgħallmu fuq il-condoms u jekk jistgħux juru condom fil-klassi.", "U allura hemmhekk għandek il-bażi u l-linji gwida u speċi ta' benchmarking biex l-għalliema jkunu jafu x'għandhom jagħmlu u safejn għandhom jaslu.", "THE CHAIRPERSON: Dawn il-linji gwida qegħdin għall-għalliema?", "JOANNE FARRUGIA: Eżattament.", "U qegħdin ukoll fuq il-website.", "It-tfal jitgħallmu permezz tal-PSD, li llum qed jgħidulu l-PSHE.", "Il-PSHE huwa suġġett vast ħafna u jitratta d-droga, l-alkoħol, eċċ. U s-saħħa sesswali hija parti minn dak is-suġġett.", "THE CHAIRPERSON: Ta' liema età jibdew jitgħallmu fuq dan is-suġġett?", "Is-sillabu jibda minn Year 4, fejn ta' dik l-età nibdew ngħallmuhom fuq basic hygene, body parts, eċċ. Imbagħad aktar ma jikbru aktar nibdew nidħlu fid-dettall.", "THE CHAIRPERSON: Pereżempju naf li hemm il-linji gwida li qed tgħidu għall-għalliema imma linji gwida għall-ġenituri biex dawn ikunu jafu x'suppost jgħallmuhom lit-tfal tagħhom jeżistu?", "DR CHARMAINE GAUCI: Hawnhekk meta qegħdin nitkellmu fuq l-iskejjel, dejjem qegħdin nitkellmu fuq l-iskejjel tal-Istat.", "JOANNE FARRUGIA: Il-linji gwida huma applikabbli wkoll għall-iskejjel tal-Knisja għax il-linji gwida joħorġu għal kulħadd.", "Issa min isegwihom hija storja oħra imma Education Department wieħed hawn u kulħadd suppost jikkonverġi ma' dak id-dipartiment.", "THE CHAIRPERSON: Dan ikun parti mill-kurrikulu nazzjonali li jridu jagħmlu?", "JOANNE FARRUGIA: Dażgur.", "Ovvjament tidħol l-istruttura tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni imma min-naħa tagħkom, bħala l-persuni li qed tagħmlu din il-promozzjoni, hemm mod ta' kif inkunu nafu jekk l-għalliema humiex jimxu ma' dawn il-linji gwida u jekk hemmx għalliema li assolutament mhu qed jagħmlu l-ebda forma ta' tagħlim f'dan ir-rigward?", "JOANNE FARRUGIA: Għandna tliet kategoriji ta' skejjel f'pajjiżna.", "Għandna l-iskejjel tal-Istat, għandna l-iskejjel tal-Knisja u għandna l-iskejjel Indipendenti.", "Issa l-iktar li għandna close relations magħhom huma l-iskejjel tal-Istat għax hemm l-EO li jaħdem ħafna magħna u b'hekk jagħtina update ta' x'qed jiġri fl-iskejjel tal-Istat.", "Bil-mod il-mod qegħdin nidħlu wkoll fl-iskejjel tal-Knisja imma tinsewx li rridu noqogħdu attenti għax għad hemm ftit barriers fuq is-sesswalità minħabba r-reliġjon.", "Din hija realtà.", "Fil-fatt kont mistiedna f'laqgħa li Dr Gauci bagħtitni sabiex ninforma lill-iskejjel tal-Knisja fuq dak li qegħdin nagħmlu aħna bħala dipartiment.", "U spjegajtilhom l-affarijiet, u kien hemm min laqa' dak li bdejt ngħid u kien hemm min le.", "Personalment ikolli nammetti li ħriġt xi ftit diżappuntata minn dik il-laqgħa!", "THE CHAIRPERSON: Din hija xi ħaġa li tinkwetani għax jekk qed ngħidu li dan huwa parti mill-kurrikulu minimu nazzjonali u t-tfal tagħna qed jitgħallmu l-matematika u l-ingliż, mela allura dan għandu jitqies bħas-suġġetti l-oħra wkoll.", "JOANNE FARRUGIA: L-argument tagħhom hu li l-ġenituri fdawlhom l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom fi skola tal-Knisja, jiġifieri they have to abide to the religious beliefs.", "THE CHAIRPERSON: Imma aħna għandna edukazzjoni ġenerali tal-pajjiż.", "U jekk hemm national standards, mela rridu nimxu magħhom.", "JOANNE FARRUGIA: Nisperaw li l-affarijiet jibdew jinbidlu.", "Fil-fatt ħafna nies mill-iskejjel tal-Knisja ngħaqdu magħna fit-\"train the trainer's course\" li għamilna lill-Head of Departments u lil-leaders.", "Jiena kont hemmhekk peress li organizzajt dan il-kors u żammejt għajnejja miftuħa ħafna fuqhom.", "U ftit jidhru dawk li huma miftuħa biex jagħmluha imma rridu nżommu quddiem għajnejna r-reliġjon, jiġifieri rridu nkunu kawti biex niġġeneralizzaw edukazzjoni bħal din ma' Malta kollha.", "THE CHAIRPERSON: Meta jkollkom problema bi skola tal-Knisja pereżempju, fejn forsi dawn ma jkunux iridu jgħallmu s-suġġett jew inkella ma jkunux iridu jidħlu fit-totalità tiegħu, intom tistgħu tirrapportaw lil xi ħadd?", "Do you actually pinpoint li hemm problema għax parti mill-kurrikulu nazzjonali mhux qiegħed jiġi mgħallem?", "(Interruzzjonijiet) Aħna m'għandniex monitoring ta' x'ikun qed jiġri.", "Xi ħaġa pożittiva ħafna hi li wara dan it-taħriġ qegħdin joħorġu ħafna affarijiet.", "Issa hawnhekk dejjem qiegħda nirriferi għall-iskejjel tal-Istat għax jiena minn dawk l-iskejjel niġi mistiedna.", "Pereżempju aħna dejjem ngħidu kemm huwa importanti l-użu tal-condoms u ħafna għalliema jistednuni biex nagħtihom revision ta' kif jintlibes u jitneħħa dan il-condom.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq il-practicalities behind it.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel nett huwa tajjeb li dan qed isir imma qiegħda nara li hemm nuqqas għax min għandu jieħu ħsieb li kulħadd jimxi mal-minimum standards tal-kurrikulu mhux qed isegwi dan is-suġġett bħalma jsir fis-suġġett tal-matematika u tal-ingliż u tas-suġġetti l-oħra.", "JOANNE FARRUGIA: Għax dawk is-suġġetti għandhom l-eżami mentri fil-PSD m'hemmx eżami.", "THE CHAIRPERSON: Allura fuq il-PSD ma nistgħux ngħidu li se jkun hemm evaluation at the end of the year biex naraw x'daħal f'moħħ l-istudenti u biex naraw xi jkunu tgħallmu?", "U jekk nindunaw li studenti fi skola partikolari assolutament ma jafux x'inhi din il-karta nibdew nindunaw li mhux qed jgħallmuhilhom!", "DR CHARMAINE GAUCI: Naħseb li tal-Education jistgħu jagħtuna daqxejn aktar ħjiel fuq x'tip ta' evaluation jagħmlu huma u x'qed ikun l-output mill-istudenti.", "Hemmhekk nistgħu nkellmu lill-Education u naraw ukoll jekk fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti hemmx xi forma ta' monitoring system.", "Din hija importanti ħafna u nistgħu nagħmluha.", "Veru li aħna ġejjin mill-qasam tas-saħħa imma dawn is-suġġetti huma importanti daqs u aktar mis-suġġetti l-oħra.", "THE CHAIRPERSON: Huwa suġġett importanti għax jinvolvi ħafna affarijiet.", "Bħalma għedtu intom in-nies qishom jieħdu l-idea li s-saħħa sesswali hija biss fuq is-sess mentri l-inkwiet kbir tiegħi huwa li għandek ammont sostanzjali ta' vjolenza domestika f'pajjiżna.", "Mela għandek il-power roles li fl-atti sesswali jidħlu ħafna u li għandha x'taqsam ħafna mad-dinjità, ir-rispett u r-responsabilità.", "Meta qed naraw li hemmhekk għandna problema jiena tal-opinjoni li m'għandna nindirizzawha mkien aktar ħlief fl-iskejjel!", "DR CHARMAINE GAUCI: U trid tmur lura għall-għeruq tagħha l-problema u tibda tgħallem minn meta jkun għadhom żgħar.", "L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għandha r-rakkmandazzjonijiet ta' kif għandha tiġi mgħallma s-saħħa sesswali fi kwalunkwe età u dan sar fuq studju u fuq evidenza.", "Jgħidulek li ta' dik l-età trid tkopri dawn l-areas.", "Kif qed tgħid tajjeb inti rridu nkunu ċerti li qed issir evalwazzjoni biex naraw fiex ikunu waslu t-tfal.", "Bħalma ngħidu li sa ċerta età t-tfal iridu jkunu jafu jgħidu n-numri mill-1 sal-10, irridu nagħmlu assigurazzjoni li f'dan is-suġġett ikunu waslu sa ċertu punt.", "Forsi mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jistgħu jagħtuna aktar ħjiel fuqha din.", "JOANNE FARRUGIA: Ovvjament bħala edukazzjoni aħna qegħdin ninformawhom lit-tfal.", "Imbagħad f'idejhom biex jagħmlu għażla informata.", "Ħafna jgħidulek li qegħdin ngħallmuhom fuq il-condoms, eċċ. u jsibu ċerta reżistenza imma aħna ngħidu li għandek dawn available, issa mbagħad meta tiġi biex tieħu deċiżjoni, inti se tkun informat.", "Jiġifieri aħna mhux qed nimponu imma dak li jkun qegħdin ninformawh.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li qattajna wisq żmien f'dan il-pajjiż fejn is-sesswalità ħarisna lejha bħala xi ħaġa ħażina u negattiva, u li qisha taboo biex titkellem fuqha mentri l-problemi kollha jiġu mill-fatt li inti ma tiddiskutihiex u li taraha bħala xi ħaġa negattiva.", "Imbagħad għandek żbilanċ kbir għax dawk li huma l-inqas edukati jew li għandhom social economy baxxa, huma l-aktar li għandhom bżonn ta' dan it-tagħlim.", "JOANNE FARRUGIA: Sfortunatament l-għalliema jgħidu li l-aktar tfal li jkollhom bżonn ta' dan it-tagħlim huma l-aktar tfal li jfallu l-lezzjonijiet jew ma jmorrux skola.", "THE CHAIRPERSON: U jkunu huma l-aktar attivi sesswalment!", "JOANNE FARRUGIA: Imma mbagħad x'tista' tagħmel l-għalliema jekk dawn ma jmorrux skola?", "Hemm ħafna tagħlim li qed jiġi bypassed u mbagħad dawn jispiċċaw jiġu fil-clinics tagħna mingħajr l-iċken idea fuq ċerti affarijiet.", "L-aħħar darba li mort programm bdew jistaqsuni għax ħasbu li bħala mard l-HIV biss hawn!", "Dawn lanqas jafu kemm jeżistu infezzjonijiet komuni llum.", "Ikolli nammetti li nħsadt meta rajt x'livell għandhom.", "THE CHAIRPERSON: Sessjonijiet fl-iskejjel huma dejjem importanti imma mbagħad mal-adulti qegħdin taħdmu wkoll?", "JOANNE FARRUGIA: Fil-fatt din is-sena bdejt kors fl-università tat-tielet età proprju fuq is-saħħa sesswali u kelli mixed reviews fuqu.", "Fil-bidu qishom inħasdu ftit imma mbagħad draw u bdew jinteressaw ruħhom għax reġgħu stednuni.", "Ma ninsewx li dawn in-nies kienu aktar prohibited u lanqas biss kienu jħarsu lejn ġisimhom, aħseb u ara kemm se jitgħallmu fuqu!", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li huwa tajjeb li tgħallmu wkoll lil dawn il-persuni tat-tielet età għax illum 'il ġurnata ħafna tfal qegħdin ikunu man-nanniet għal ħin twil.", "JOANNE FARRUGIA: Eżattament u jien fil-fatt hekk għedtilhom.", "Veru hemm minnhom li huma romol u allura jqisu li għadda ż-żmien għalihom imma mbagħad għedtilhom li huma jkollhom magħhom in-neputijiet.", "U allura qisek tfakkarhom fl-importanza tagħhom.", "DR CHARMAINE GAUCI: Kif kont qiegħda ngħid aħna ħriġna l-linji gwida u mbagħad rajna fil-fond x'għandhom bżonn l-għalliema.", "Għamilna wkoll focus groups mal-education officers u mal-head of departments.", "Bdejna nħarsu lejn dak li l-NCF qiegħda tirrakkmanda, li bażikament mhux biss ikollok il-PSCD imma li jkollok ukoll cross curriculum.", "Minn hemmhekk rajna x'kienu t-training needs u għamilna pjan għalih.", "Is-sena l-oħra s-Sinjura Farrugia organizzat dan il-kors \"train the trainers course\", fejn kellna l-education officers u l-head of departments tar-reliġjon, tal-bijoloġija, tal-PSCD u tax-xjenza.", "B'hekk immorru cross curriculum u sarilhom dan il-kors intensiv.", "Dawn aħna qed nesiġu minnhom li mbagħad iridu jgħallmu lill-għalliema l-oħra biex ikollna teacher to teacher.", "B'kollox għandna 17 li qed jattendu dan il-kors.", "U qegħdin nippjanaw għal konferenza ġenerali għall-għalliema fit-3 ta' Ottubru.", "Kunċett ieħor li qiegħed jaħdem huwa dak tal-peer to peer.", "Maż-żgħażagħ dan il-kunċett jaħdem ħafna għax ikollok żgħażagħ stess li tkun ħarriġthom u mbagħad ikunu huma l-peer leaders li jgħallmu lil żgħażagħ oħra.", "B'hekk tkun qiegħed tneħħi dik il-figura adulta għax nafu li żgħażagħ ta' ċerta età se jirribellaw aktar u jekk tgħidilhom xi ħaġa se jagħmlu bil-kontra.", "Allura hemmhekk se tuża dan il-kunċett ta' peer to peer.", "Ħdimna mal-Aġenzija Żgħażagħ, mal-grupp ŻAK u ma' grupp ta' żgħażagħ f'Għawdex li qegħdin il-Junior College.", "U għandna ppjanati gruppi oħra għat-taħriġ matul din is-sena.", "Bħala promozzjoni tas-saħħa qegħdin nippromovu wkoll il-positive sexual health.", "Għandna verżjoni dwar is-sexually transmitted deseases u t-tqala mhux mixtieqa imma mbagħad għandna l-aspetti pożittivi wkoll.", "Pereżempju nagħmlu ħafna enfasi fuq il-healthy relationships.", "Nafu l-aspetti kollha li qegħdin joħorġu fis-soċjetà Maltija tal-lum u ħafna minnhom qegħdin joħorġu minħabba l-unhealthy relationships li jkollhom minn meta jkunu għadhom tfal żgħar.", "U allura rridu nibnu fuq dan kollu.", "Sfortunatament tidħol il-familja kollha ġo dan iċ-ċirku għax inti jkollok an unhealthy relationship fid-dar, it-tfal se jidraw f'dak l-ambjent u mbagħad se jibdew iduru għal affarijiet oħra bħal droga, alkoħol, tipjip, eċċ.", "THE CHAIRPERSON: Min qed ibati minn ċertu mard għandu l-clinics fejn imur imma jekk qegħdin ngħidu li s-saħħa sesswali hija aktar wiesa' minn hekk, u allura għandek ukoll kwestjoni ta' relazzjonijiet pożittivi, eċċ., hemm x'imkien fejn imur min għandu problemi ta' relazzjonijiet?", "Nistgħu nagħmlu speċi ta' promozzjoni ta' xi postijiet partikolari li jistgħu jmorru fihom jew ta' xi psikologi apposta?", "Jekk qegħdin ngħidu li s-suġġett huwa aktar wiesa' mill-parti tal-mard u allura jekk inti għandek problema taf fejn għandek tmur.", "Jiġifieri psikoloġikament, jekk hemm problema fir-relazzjoni u għadek żgħir u forsi m'għandekx minn fejn tħallas biex tmur għand psikologu privat, għandna x'imkien fejn nistgħu nibagħtuhom ħalli jgħinuhom jiżviluppaw ir-relazzjoni?", "JOANNE FARRUGIA: Tinsiex li fl-iskejjel it-tfal għandhom l-ischool counsellors.", "Fil-fatt minn dawn l-17 li kellna għal dan il-kors kien hemm minnhom li kienu counsellors.", "U dawn jgħidulek li l-problemi huma akbar għax forsi tidħol il-familja u jidħlu affarijiet oħra fiha.", "Imma l-counsellors qegħdin imxerrdin mal-kulleġġi kollha għat-tfal tal-iskola biss.", "JOANNE FARRUGIA: Ovvjament min iċempel lili fid-Dipartiment, jiena dejjem preżenti nkun.", "THE CHAIRPERSON: Però ma nistgħux nagħmlu promozzjoni ta' fejn jistgħu jmorru?", "JOANNE FARRUGIA: Għandek il-psikoloġi f'Mater Dei imma dawn irid ikollhom referral biex imorru għandhom.", "DR CHARMAINE GAUCI: Pereżempju mill-health policy kien hemm ħsieb li inti jkollok speċi ta' one-stop shop fejn bażikament xi ħadd li għandu xi tip ta' problema relatata ma' saħħa sesswali jmur hemmhekk biex isirlu assessment ta' xi bżonnijiet għandu u mbagħad jiġi riferut fejn irid imur.", "Imma s'issa għadna ma wasalniex hemmhekk.", "Dik hija xi ħaġa li rridu mmorru għaliha.", "Bħala health promotion aħna naħdmu fil-komunità, fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xogħol biex nilħqu kemm nistgħu lin-nies.", "U nużaw il-mezzi kollha li għandna għad-disponibilità tagħna, fosthom fuljetti, posters, television, radio, websites, social media bħalma huwa l-Facebook li jaħdem ħafna, u anke billboards.", "Naħdmu wkoll ma' persuni b'diżabilitajiet.", "Jiġifieri hemm dawn il-gruppi kollha li naħdmu magħhom.", "Kulħadd għandu t-target group tiegħu li jrid jilħaq.", "Jekk se naħdmu kollha flimkien se nkunu forza akbar biex inwasslu messaġġ aħjar lil kulħadd.", "Kif għedt aktar qabel aħna ħassejna li d-disadvantaged groups vera għandhom bżonn tat-tagħlim u fil-fatt nagħmlu focus groups magħhom.", "Sar programm ma' dawk is-socially disadvantaged mothers b'kollaborazzjoni mal-Aċċess fiż-żona tal-Kottonera.", "Dan kien taħt il-patruċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta.", "JOANNE FARRUGIA: Eżatt.", "Jiena kelli ftit tal-biża' għal bidu li mort imma tant huma għattxanin għall-informazzjoni li l-ħin li tqatta' magħhom lanqas biss tarah għaddej.", "L-istess is-single mothers li ħdimna magħhom fil-Kottonera, fejn l-imħabba li juruk u l-għatx li għandhom għal dan it-tagħrif huwa inkredibbli!", "Huma jistiednuk għal siegħa imma tispiċċa tagħmel nofs ta' nhar tant ikunu jridu jitgħallmu!", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ovvjament bħalma trid tagħmel taħriġ fl-iskejjel u l-informazzjoni li tagħti trid tkun relatata mal-età tat-tfal, l-istess ħaġa tagħmlu mal-persuni b'diżabilità.", "Jiġifieri jiena qiegħda nifhem li t-taħriġ li tagħtuhom ikun speċifiku għalihom?", "JOANNE FARRUGIA: Fejn jidħlu tfal b'diżabilità bdejna bi strateġija differenti għax l-ewwel taħriġ li trid tagħti huwa lill-ġenituri tagħhom u mbagħad wara nsegwu lit-tfal.", "Għaliex?", "Għax jekk jien qed ngħallem lit-tifel u l-omm ma tafx x'inhu jiġri mat-tifel, kif tista' tappoġġa dak li qiegħda ngħallem jien?", "It-tfal b'ċerta diżabilità trid tfakkarhom il-ħin kollu dak li tkun għallimthom.", "Fil-fatt huma stess jgħidulek li kull ħaġa jridu jfakkruhilhom.", "Aħna qegħdin naħdmu b'dak il-mod fejn l-ewwel nibdew mal-ġenituri u mbagħad inkomplu mat-tfal.", "Fi skola partikolari għat-tfal b'diżabilità li hemm il-Wardija qegħdin naħdmu in concurrent, fejn jien qiegħda nħarreġ lill-ġenituri u l-għalliema qegħdin jgħallmu lit-tfal.", "Dik hija opportunità tad-deheb.", "Imma ovvjament fil-komunità mhijiex daqshekk faċli u allura bdejna bil-ġenituri biex imbagħad inkomplu bit-tfal.", "DR CHARMAINE GAUCI: Saret ukoll website speċifika fuq is-saħħa sesswali.", "Barra minn hekk ħassejna wkoll li nistgħu nużaw mezz ieħor u ċjoè dak tal-edutainment fejn bażikament tuża l-media biex tkun tista' twassal il-messaġġ tiegħek.", "Aħna ġieli nagħmlu promozzjonijiet bħal dak li għamilna għal ħabta ta' Diċembru biex innaqqsu l-istigma tal-HIV.", "Dik kienet promozzjoni li aħna għamilniha bejn il-programmi.", "Imma mbagħad għandna kunċett differenti li xtaqna nippromwovuh.", "Pereżempju f'Malta n-nies iħobbu ħafna d-drama u ġieli tiltaqa' ma' dawn li jaħdmu d-drammi li jgħidulek li meta jaħdmu l-karattru ta' xi bniedem vjolenti jkun hemm in-nies li jwaqqfuhom fit-triq u jgħidulhom biex ma jagħmlux hekk mal-mara tagħhom!", "Qishom in-nies ipoġġu dik is-sitwazzjoni fil-ħajja personali tagħhom!", "U għalhekk bnejna dan il-pakkett ta' riżorsi ta' informazzjoni fuq is-saħħa sesswali biex dawk li jkunu qegħdin jiktbu bħal ġurnalisti, eċċ, jintegraw din l-informazzjoni fil-kitba tagħhom.", "Nista' insemmi episodju fejn konna wżajna din l-informazzjoni f'wieħed mid-drammi li jittellgħu lokalment.", "Dan kien hemm mara li kellha relazzjoni extra-konjugali u r-raġel li kienet miegħu staqsiha biex jużaw il-condom u hi qaltlu le.", "Imbagħad meta fir-relazzjoni tagħha xtaqet li jkollha t-tfal sabet li ma kenitx fertili għax kienet laqtet marda trażmessa sesswalment.", "F'dak l-episodju ma kienx qed jidher il-Health Promotion Unit li qed jippriedka fuq xi ħaġa imma bnejna storja.", "U hemm evidenza li dawn l-affarijiet jaħdmu.", "Dan il-pakkett informattiv huwa eżawrenti ħafna u għandek l-informazzjoni kollha bil-Malti u bl-Ingliż biex ikunu jistgħu jużawh dawk li jaħdmu fil-media.", "Rigward is-sexual health services irrid ngħid li qabel il-GU Clinic kien qiegħed fl-isptar Boffa u dawk is-siġġijiet fil-kuridur kienu litteralment labelled għal dawk li kellhom xi mard trażmess sesswalment.", "Issa mxejna minn hemmhekk u morna l-Mater Dei, fejn dawn ikunu mħalltin mal-pazjenti l-oħra.", "Naqqasna ftit mill-istigma però din xorta għadha hemm.", "Irridu niftħu iktar fil-komunità u kien għalhekk li għamilna dak it-taħriġ għall-health professionals.", "Il-ġimgħa d-dieħla se niftħu s-sexual health awareness service proprju fuq il-kampus tal-Università fejn darba f'ġimgħa se jkun hemm is-Sinjura Farrugia disponnibbli għall-istudenti.", "Dak huwa kif tressaq is-servizz aktar viċin tal-komunità.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Għaliex għażiltu li tmorru l-Università?", "Kieku jien aktar kont immur il-Junior College jew il-Higher Secondary biex nilħaq liż-żgħażagħ minn età aktar bikrija.", "DR CHARMAINE GAUCI: Kien sar studju minn Cefai u Camilleri u sibna li kien hemm numru mhux ħażin ta' anzjetajiet u ta' affarijiet oħra marbutin mas-saħħa sesswali fl-istudenti tal-Università.", "U għalhekk xtaqna naraw kif se mmorru f'dan l-age group għax hemmhekk ukoll kien hemm għatx min-naħa tal-istudenti li xtaqu li jkun hemm dan is-servizz.", "Ħdimna wkoll mal-assoċċjazzjoni tal-gender equalities u kieku nkunu aktar nies inkunu nistgħu nipprovaw niftħu iktar.", "Fil-fatt qegħdin naħdmu wkoll mal-Aġenzija Żgħażagħ biex nipprovaw naraw kif nistgħu naħdmu fil-youth clubs imma kif diġà għedt għandek bżonn li jkollok in-nies disponibbli.", "THE CHAIRPERSON: Persuni li għandhom same sex relationships u li allura ċertu tip ta' mard huwa - anke meta tara l-istatistiċi - aktar prevalenti fihom, intom tindirizzawhom b'xi mod jew ieħor?", "JOANNE FARRUGIA: Il-messaġġi tagħna dejjem ikunu ġeneralizzati.", "Anke meta nagħtu l-messaġġ ta' kif jittieħdu ċertu tip ta' mard, nagħtu l-informazzjoni dwar kif ċertu tip ta' sess huwa aktar riskjuż minn tip ieħor.", "Pereżempju nafu li anal sex huwa aktar riskjuż minn vaginal sex.", "Din l-informazzjoni dejjem nagħtuha u ngħaddulhom l-informazzjoni ta' kif għandhom jipproteġu lilhom infushom.", "Fil-fatt fil-website hemm specific area ddedikata għal-LGBTs.", "THE CHAIRPERSON: Meta tagħmlu r-reklami fuq it-televiżjoni, eċċ, intom tużaw koppji eterosesswali biss?", "DR CHARMAINE GAUCI: Le, u noqgħodu attenti ħafna.", "JOANNE FARRUGIA: Inkunu bilanċjati għax koppja mhijiex magħmula biss minn raġel u mara.", "Bħalissa għaddejja kampanja fejn qed nagħmlu ħafna reklami fil-clubs fejn il-koppja mhijiex mara u raġel biss.", "Fil-fatt għandek ukoll żewġ nisa flimkien u għandek żewġ irġiel ukoll.", "Madankollu l-kunċetti japplikaw għal kulħadd.", "THE CHAIRPERSON: Huwa tajjeb li tkun inklużżiv imma mhux tajjeb li tagħmilhom f'settur wieħed biss.", "JOANNE FARRUGIA: Dik hi għax imbagħad tagħmel aktar labelling!", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk trid il-bilanċ.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Jekk tara l-istatistika llum issib li ż-żgħażagħ tagħna qegħdin iwarrbu t-televiżjoni biex jużaw aktar il-facebook.", "Issa fil-ħidma tagħkom qegħdin tużawh il-facebook biex twasslu dan il-messaġġ?", "JOANNE FARRUGIA: Iva, nużawh il-facebook.", "Però iż-żgħażagħ iridu jkunu ħbieb tagħna biex ikunu jistgħu jaraw il-messaġġi tagħna.", "SILVIO PARNIS: Nimmaġina li għandkom il-paġna tagħkom.", "Fil-fatt dalgħodu kont qiegħda nitkellem ma' Dr Gauci għax nixtieq li jkolli facebook page tiegħi fuq is-saħħa sesswali għax nixtieq nimraħ aktar.", "Pereżempju l-facebook personali tiegħi ma ntellax ritratti tiegħi qiegħda ħdejn il-baħar jew ta' xi btala li nkun ħadt imma nżommha professjonali.", "Jiena qiegħda friends ma' ħafna organizzazzjonijiet barranin u dawn jitfgħu ħafna messaġġi sbieħ.", "U ġieli nistagħġeb x'messaġġ sabiħ ikunu tellgħu u għalhekk imbagħad nagħmel share mal-kuntatti tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Tagħmlu użu minn facebook ads?", "SILVIO PARNIS: Irid ikollok lil xi ħadd full-time fuqu dan hux hekk?", "JOANNE FARRUGIA: Imma ma tridx xi baġit kbir.", "Mingħalija kulma għandek huwa $5.", "THE CHAIRPERSON: Imma anke li kieku għandek bżonn baġit kbir għax minflok tagħmel billboard tagħmel lilu u tilħaq ħafna iktar nies.", "DR CHARMAINE GAUCI: Fil-Health Promotion irridu nolqtu ċerti topics imma pereżempju fuq it-tabakk għamilna waħda għalih.", "U dalgħodu bdejna niddiskutu fuq jekk għandniex nagħmlu wkoll paġna għas-saħħa sesswali biex inti tipprova ġġib aktar friends fuqha.", "Ħaġa importanti ħafna li sibna hi li n-nies ikunu jridu xi ħaġa biex jelenkaw magħha u ħafna drabi jippreferu a face milli a department għax dak jarawh bħala xi ħaġa astratta.", "Meta għamilt facebook page għax-xogħol irrankajt mill-ewwel.", "Tad-dipartiment imxiet ftit aktar bil-mod għax hija xi ħaġa astratta.", "U konna qed niddiskutu biex naraw kif nagħmluha aktar ħajja biex dak li jkun jidentifika magħha.", "Dik hija importanti ħafna.", "Anke l-mistoqsijiet li jagħmlu trid tweġibhom mill-ewwel għax inkella titlef l-interess.", "JOANNE FARRUGIA: Aħna, kemm permezz tal-email tas-sexual health website u kemm permezz tal-email tal-Gvern, li t-tnejn huma abbinati miegħi, jistgħu jibagħtulna l-mistoqsijiet tagħhom għax kull email li tidħol, se tidħol fuqi.", "Fil-fatt nirċievi ħafna emails, jiġifieri hemm aċċess tajjeb hemmhekk.", "SILVIO PARNIS: Illum anke bejn facebook page u website se ssib lil-website lanqas jagħtu każ tagħha għax imorru aktar għall-facebook.", "U għall-website trid il-flus mentri għall-facebook ma trid xejn u fl-opinjoni tiegħi huwa aktar effettiv.", "JOANNE FARRUGIA: Fil-fatt irrid nagħmel link bejn il-facebook page u l-website.", "THE CHAIRPERSON: Bħala Health Promotion tagħmlu surveys?", "Pereżempju kont qiegħda nara survey ta' kemm nies jużaw condoms bħala mezz ta' kontraċezzjoni.", "DR CHARMAINE GAUCI: Nagħmlu surveillance li hija differenti mir-riċerka għax permezz tagħha tkun tista' tara dak li jkun għaddej biex imbagħad tkun tista' tippjana fuqha.", "Aħna għamilna sentinel surveillance fejn pereżempju tlabna lill-general practitioners sabiex jagħtuna l-informazzjoni huma u mbagħad tagħmel il-modelling għall-kumplament tal-popolazzjoni.", "Din għamilniha għall-chlamydia, li hija a sexually transmitted infection u li xi ħaġa tipika tagħha hi li madwar 70% minnha hija asintomatika.", "Jiġifieri jista' jkollok nies li jkollhom din is-sexually transmitted infection u jkollhom ir-repurcussions kollha tagħha, bħal pelvic inflamatory desease li twassal għall-infertilità u huma lanqas biss ikunu jafu x'għandhom.", "Għalhekk għamilna proġett fejn użajna s-sena 2012 u ġbarna 119 urine samples, li minnhom sibna tnejn li kienu pożittivi.", "B'hekk rajna li l-prevalenza tal-chlamydia f'Malta hija ta' 1.68%.", "Issa jekk din tqabbilha ma' studju ieħor fl-Ingilterra ssib li l-prevalenza fl-Ingilterra kienet ta' 3%.", "Din is-sena se nerġgħu nirrepetu dan l-istudju u ngaġġajna liċ-ċentri tas-saħħa biex jieħdu t-test tal-urina ta' dawk in-nies li jkunu available at random u li jkunu sesswalment attivi biex naraw x'se tkun il-prevalenza tal-chlamydia.", "U din turina x'inhi s-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Hemmhekk inkunu nistgħu naraw jekk it-trend hijiex qiegħda tiżdied jew tonqos.", "Irridu niftakru li din hija sorveljanza u allura mhijiex l-istampa eżatta.", "Però jekk tħares matul is-snin se tagħtik indikazzjoni ta' x'qed jiġri fil-popolazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nkomplu.", "DR CHARMAINE GAUCI: Li nagħmlu wkoll huwa l-contact tracing, fejn skond il-Public Health Act għandek 3 obbligazzjonijiet jekk ikun hemm marda li hija sexually transmitted jew inkella jekk ikun hemm l-HIV.", "Fil-fatt f'dan il-każ trid issir notifika lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u dan ix-xogħol isir mill-Infection Diseases Prevention Control Unit.", "Bażikament kull każ li jkollna ta' sexual transmitted infection nagħtu l-pariri lill-persuna nvoluta dwar kif għandha tevita milli jkun hemm aktar infezzjonijiet.", "Kif għedt nagħmlu l-contact tracing biex naraw min kienu l-kuntatti tal-persuna għax jekk imbagħad dawn kellhom kuntatt magħha setgħu huma wkoll ittieħdu minn dik l-infezzjoni.", "Allura nagħmlulhom it-testijiet li jkun hemm bżonn.", "Kultant ikun diffiċli ħafna għax tkun xibka mgħaqqda ħafna, però minn hawn u minn hemm nipprovaw insibu min huma l-kuntatti u nagħtu l-pariri kif l-infezzjoni ma tibqax tinfirex.", "Jekk ikun hemm il-hepitatis B noffru wkoll il-vaċċin lil min ikollu kuntatti ma' dik il-persuna.", "Ġeneralment bil-kelma t-tajba naslu sabiex persuna li tkun HIV positive nħalluha tavża hi lill-kuntatti tagħha biex imbagħad jersqu huma lejna.", "Jekk ikollna każijiet fejn il-persuna ma tkunx trid tgħid lill-partner tagħha, – u ġieli kellna każijiet simili - is-Suprtendent tas-Saħħa Pubblika jista' jieħu over u jinforma hu stess lill-kuntatti għax hemmhekk tkun qiegħed tipproteġi lill-persuna.", "Ġieli kellna sitwazzjonijiet fejn kellna nieħdu wkoll legal action taħt il-Criminal Code.", "Pereżempju jekk ikollok persuna li nfettat lil ħaddieħor, speċjalment bl-HIV, tista' tieħu azzjoni legali kontra tagħhom ukoll.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Li naraha kiefra ħafna meta jkollok tfal li jkunu għadhom taħt l-età.", "Dawn insiru nafu bihom mill-iskola u forsi mill-counsellor, imma l- counsellor għandha l-obbligu li tavżakom?", "DR CHARMAINE GAUCI: Tfal ma tantx ikollna għax illum 'il ġurnata m'għadekx tara bl-HIV.", "Li jiġri hu li meta jkollok mara li tkun pregnant tiġi offruta li jsirulha t-testijiet tal-HIV u fejn insibu li huma HIV positive jingħataw it-trattament u l-outcome jkun li t-tarbija ma toħroġx pożittiva għall-HIV.", "Imma ġieli jkollna każijiet fejn ikunu ġejjin minn barra u jkunu diġà pregnant u t-tfal tagħhom ikunu diġà infettati bl-HIV.", "U hemmhekk fejn kellna xi ftit każijiet ta' HIV.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jekk jiena tfajla ta' 16-il sena u kelli kuntatt sesswali ma' xi ħadd.", "Jekk immur il-GU Clinic se jkolli bżonn il-kunsens tal-ġenituri tiegħi?", "M'għandekx bżonn tal-kunsens tal-ġenituri tiegħek.", "M'għandhom l-ebda dritt li jkunu jafu fuqek u r-riżultati li kellek.", "Din inqatgħet mill-Kunsill għaliex inti għandek l-obbligu li tipproteġi lill-persuna li għandek quddiemek.", "THE CHAIRPERSON: Issibu problemi ta' dan it-tip fuq aspetti oħra tax-xogħol tagħkom?", "Pereżempju tiltaqgħu ma' problemi etiċi u legali li jwaqqfukom milli tagħmlu xogħolkom sew?", "Jew inkella dak il-framework li qed taħdmu fih huwa tajjeb?", "Il-Public Health Act ta' Malta u l-Prevention of Diseases Ordinance tagħti poteri tajbin ħafna lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li jista' jieħu ċerti azzjonijiet.", "U jekk dawn tqabbilhom ma' liġijiet Ewropej issib li they are very strict.", "L-għan kollu tagħhom huwa li tipproteġi lil persuna, jiġifieri jekk għandek suspett li t-tali persuna għandha marda, permezz tal-liġi inti tista' ġġiegħlha tagħmel ċerti testijiet biex tiddentifika jekk għandhiex xi marda jew le.", "U allura l-poteri tas-saħħa pubblika huma tajbin ħafna legalment.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi mard partikolari li jista' jkun li min ikun infettat bih ikollu bżonn operazzjonijiet jew intervenzjonijiet mediċi li wkoll jaqgħu taħt il-poter tagħhom li jgħidu li jagħtu l-kunsens għalihom?", "Mela ejja ngħidu li ġie xi ħadd il-GU Clinic u dan għadu minuri.", "Issa inti se titrattah u marbuta mis-segretezza, mela m'għandekx problema.", "Imma mbagħad hemm stadju ieħor fejn inti trid tfejjaq lil dak li jkun u allura jkollu bżonn ta' xi operazzjoni jew intervent ieħor.", "Dak il-minuri jkun fadallu d-dritt li jgħidlek \"iva, irridu t-trattament\", mingħajr ma jkunu jafu l-ġenituri tiegħu?", "DR CHARMAINE GAUCI: Il-Prevention of Disease Ordinance tgħidlek li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jista' jesiġi sabiex persuna tieħu ċertu trattament.", "Għandna wkoll l-HPV vaccine li hija l-human papiloma virus vaccine.", "Dan il-virus jittieħed ukoll sesswalment u hemm is-siro types 16 u 18 li huma assoċjati mas- cervical cancer.", "Madankollu llum jeżisti vaċċin biex tevita dawn it-tip ta' viruses li huma responsabbli għal ċerti cancers tas-cervix.", "Għaldaqstant il-Gvern, mis-sena 2013 beda joffri b'xejn dan il-vaċċin fuq in-national schedule għall-bniet ta' 12-il sena biex ikunu protetti.", "Konna għażilna din il-cut off line għaliex minn surveys li saru sibna li l-maġġor parti tas-sexual activity average hija ta' 14-il sena.", "U dan il-vaċċin importanti li tieħdu qabel ma tibda l-attività sesswali tiegħek.", "THE CHAIRPERSON: Dan huwa wieħed minn dawk il-vaċċini li t-tfal iridu jieħdu bilfors?", "DR CHARMAINE GAUCI: Legalment mhijiex bilfors imma qiegħda fuq in-national schedule.", "Li nagħmlu hu li nibagħtu għat-tfal.", "Issa barra minn Malta jagħtuhom dan il-vaċċin fl-iskejjel imma aħna pprovajna esperiment u qed nagħtuhulhom mal-ġenituri tagħhom ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-opportunità biex nitkellmu mal-ġenituri fuq is-saħħa sesswali.", "THE CHAIRPERSON: Ġieli anke l-ġenituri stess ikollhom bżonn ta' dan il-vaċċin jew inkella bilfors trid tieħdu meta tkun għadek żgħira biss?", "DR CHARMAINE GAUCI: Trid tieħu dan il-vaċċin qabel ma tkun bdejt tipprattika s-sess ħalli ma tkunx għadek ġejt f'kuntatt mal-virus.", "U nistgħu ngħidu li din ħadmet ukoll għax kellna 89% uptake tal-vaċċin which is very good.", "Minn din is-sena bdejna two dose schedule għax instab li m'hemmx bżonn tliet dożi.", "U għalhekk qed nagħtu żewġ dożi biss.", "THE CHAIRPERSON: Għandkom idea min ma ħadhiex jekk hux għax ma ġiex jew inkella għax ġie imma ma riedx jeħodha?", "DR CHARMAINE GAUCI: Ma jkunux ġew.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri mhux ikunu ġew, spjegajtilhom l-affarijiet imma mbagħad irrifjutaw li jieħdu l-vaċċin?", "DR CHARMAINE GAUCI: Huma jibgħatulhom fuljett mal-ittra tal-invit u min ma jiġix ikun hemm diversi raġunijiet għalfejn jagħmel hekk.", "Bħalissa għandna studju għaddej dwar il-pariri tal-professjonisti għaliex nafu li ħafna nies joqogħdu fuq dak li jgħidulhom il-professjonisti.", "U hemm ħafna professjonisti li għandhom veduti differenti dwar ċertu vaċċini.", "Allura qegħdin nagħmlu studju biex naraw il-professjonisti stess kif jaħsbuha u biex naraw jekk għandniex nisħqu magħhom biex nipprovaw intellgħu ftit aktar dak il-gap ta' tfajliet li ma jiġux jieħdu dan il-vaċċin.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li perċentwal ta' dawk li ma jmorrux għall-vaċċin ikunu verament l-aktar nies li għandhom bżonnu.", "Allura permezz tat-tobba forsi nistgħu nilħquhom aktar lil dawn in-nies?", "DR CHARMAINE GAUCI: Eżatti.", "B'xi mod jew ieħor dawn se jmorru għand it-tabib tagħhom u nafu li n-nisa l-aktar li jmorru għand it-tobba għax ġeneralment jieħdu lit-tfal tagħhom meta jkunu morda.", "Allura hemmhekk inti tista' toħloq dik l-opportunità fejn it-tabib jippromwovi dak il-vaċċin.", "Li għandna vantaġġ ukoll hu li n-nies ikunu bnew relazzjoni mat-tabib u allura la t-tabib qed jgħidlek biex tagħti dak il-vaċċin lit-tifla tiegħek ta' 12-il sena, inti aktar se tisma' minnu.", "U kif għedt aktar qabel dan il-vaċċin huwa bla ħlas, jiġifieri neħħejna s-social economic problem plus li għandek ukoll l-aċċessibilità għax tista' tmur fiċ-ċentru tas-saħħa li huwa l-aktar qrib tiegħek u tingħata l-vaċċin minn hemmhekk.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jekk jirċievu l-karta u l-ewwel ħaġa li jagħmlu hi li jċemplu lit-tabib tagħhom biex jaraw jekk għandhomx jagħtu l-vaċċin lit-tifla tagħhom, żgur li we have to get them on board.", "DR CHARMAINE GAUCI: Rigward riċerka xtaqt ngħid li aħna konna għamilna national survey u issa se nurikom xi ftit riżultati li ħarġu minn dak is-survey.", "Riċerka fuq iż-żgħażagħ diġà kellna imma fuq l-adulti ma kellniex.", "Is-sena l-oħra għamilna l-health behaviour study in school children li kien jilħaq tfal ta' bejn l-etajiet ta' 11 u l-15-il sena.", "Dan huwa studju internazzjonali li Malta qiegħda tieħu sehem fih u bgħattnih lill-International Centre of Scotland, li huma kollaboraturi mad-WHO, u issa qegħdin nistennew li joħorġulna r-riżultati.", "Li qegħdin nippjanaw bħalissa huwa studju ieħor fejn se niffokaw fuq il-ġenituri.", "S'issa l-ġenituri qegħdin nipprovaw nilħquhom kif nistgħu, permezz tal-websajt kif ukoll permezz tal-health promotions li nagħmlu, eċċ. imma rridu naraw eżatti x'inhuma l-knowledge, l-attitudes u l-practises tagħhom bħalissa u x'inhu l-aħjar mod kif aħna nistgħu nilħquhom biex inkunu nistgħu naslu għalihom.", "Din hija xi ħaġa li qegħdin nippjanaw, għandna l-questionaire lesta u qegħdin nistennew l-ethics approval.", "Nittamaw li sal-aħħar tas-sen jkollna din kollha lesta u nkunu nistgħu nippjanaw għal roll out tal-kampanji tagħna fuq x'għandna bżonn nagħmlu mal-ġenituri.", "Ir-riżultati li ħarġu mill-istudji tal-2012 se naqsamhom ftit magħkom.", "Aħna ħarisna lejn age groups ta' bejn is-16 u l-40 sena.", "U ħarisna lejn is-sexual knowledge, l-attitudes u l-practises tagħhom.", "L-għan ta' dan l-istudju kien biex inkunu informati kemm fuq sexual health services kif ukoll fuq education, skills and empowerment.", "It was a cross sectional survey fejn bażikament ilħaqna 1,173 persuna li għamlu dan il-questionnaire.", "Din tatna ħafna informazzjoni u jekk naraw ftit minn fejn dawn l-adulti ġabu l-informazzjoni nsibu li l-maġġor parti tagħhom ġabuhom mingħand l-għalliema.", "Bħala setting għandek ovvjament l-iskola.", "Imbagħad jekk naraw iż-żewġ kolonni l-oħra li huma l-ommijiet u l-ħbieb naraw li huma ftit aktar mid-dar.", "Fil-fatt il-kolonna tad-dar hija kemmxejn baxxa, jiġifieri hemmhekk qegħdin naraw li l-involviment tal-ġenituri għadu pjuttost baxx ħafna.", "U għalhekk irridu naħdmu aktar fuq din l-area.", "THE CHAIRPERSON: Il-ġenituri ma jkellmux lill-uliedhom għax għadhom iżommu lura minħabba li dan is-suġġett iħarsu lejh bħala taboo jew għax jaħsbu li din l-edukazzjoni jistgħu jiksbuha aħjar mill-iskola?", "Għalfejn il-ġenituri mhumiex jitkellmu mat-tfal tagħhom?", "Hija kwestjoni ta' mistħija biex jitkellmu mat-tfal tagħhom b'ċertu mod?", "Din qiegħda nqabbilha ma' studju ieħor li sar ftit taż-żmien ilu dwar tfal adoloxxenti Maltin u r-relazzjoni tagħhom mal-ġenituri tagħhom.", "F'dan l-istudju nstab li Malta kienet fil-qiegħ nett dwar kemm iż-żgħażagħ jitkellmu mal-ġenituri tagħhom.", "Jekk għandna problema biż-żgħażagħ sabiex dawn jitkellmu mal-ġenituri tagħhom fuq affarijiet oħra, żgur li fuq dan is-suġġett se jitkellmu inqas u inqas.", "JOANNE FARRUGIA: Fil-fatt irridu noħorġu dawn ir-raġunijiet kollha li qed tgħid inti għax faċli tgħid li hija r-responsabilità tal-ġenituri imma mbagħad meta tiltaqa' magħhom issib li l-ġenituri huma beżgħana u ma jafux xi jridu jagħmlu.", "Jien nieħu minni, għandi 35 sena u qatt ma kelli edukazzjoni sesswali mill-iskola!", "Mela jien seta' kelli għaxart itfal għax ilni miżżewġa 10 snin u ma kontx inkun naf x'irrid ngħallimhom lit-tfal għax il-PSCD huwa suġġett relattivament ġdid.", "Għalhekk il-ġenituri are as well at a loss, speċjalment fejn jidħlu issues ta' sexual orientation and sexual identity which becomes even more difficult to explain.", "Li se nagħmlu aħna hu li se naqbdu kampjun kbir u se naraw fiex qed isibu diffikultà u mbagħad ovvjament se nagħmlu dan il-programm apposta għall-ġenituri.", "DR CHARMAINE GAUCI: Dan se jkun studju li fih se naraw l-attitudes tagħhom u x'għandhom bżonn aktar biex ...", "JOANNE FARRUGIA: Barra minn Malta nsibu l-istess, jiġifieri għandek biżgħat, lack of knowledge, eċċ.", "DR CHARMAINE GAUCI: Aħna qegħdin ngħallmu lill-ġenituri li huma qegħdin hemm mhux biex jiġġudikaw lit-tfal tagħhom.", "Hemm bżonn ta' kultura ġdida fejn il-ġenituri jgħidu lit-tfal tagħhom biex jitkellmu flimkien fuq affarijiet sempliċi għax din imbagħad forsi tibni aktar il-komunikazzjoni bejniethom u t-tfal jibdew iħossuhom li jistgħu jitkellmu mal-ġenituri tagħhom fuq affarijiet oħra mingħajr mhu se jiġu ġġudikati.", "Li jiġu ġġudikati hija xi ħaġa li t-tfal jibżgħu minnha ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Xi kultant naħseb li l-ġenituri jibżgħu jkellmu lit-tfal tagħhom fuq is-sess, fuq is-sesswalità u fuq ir-relazzjonijiet għax jgħidulek li ma jridux joqogħdu jdaħlulhom flieles f'moħħhom, bħallikieku qishom qed jinkoraġġuhom huma stess.", "Din ovvjament hija ideja antika imma xorta waħda għadha prevalenti ħafna f'pajjiżna.", "JOANNE FARRUGIA: Jekk inti mat-tfal tiegħek bnejt relazzjoni ta' komunikazzjoni tajba minn mindu kienu żgħar, aktar se ssibha faċli biex titkellem magħhom fuq affarijiet bħal dawn.", "Li jiġri hu li meta t-tfal jaqbżu ċerta età, ngħidu aħna ta' 16 jew 18-il sena, dawn ikunu jridu l-privatezza tagħhom.", "Issa jekk inti tkun diġà bnejt relazzjoni mat-tfal minn meta jkunu żgħar, meta se tkellimhom fuq ċerti affarijiet mhux se jarawha bħala invażjoni tal-privatezza tagħhom.", "DR CHARMAINE GAUCI: Ir-riżorsi li l-aktar li jużaw skont is-suġġett huma l-kotba u l-magazines l-aktar komuni dwar il-puberta.", "Imbagħad għandek l-internet, talks u seminars.", "Jekk inħarsu lejn l-islide dwar in-knowledge and attitudes naraw li l-maġġor parti jaqblu li you should be in love before sexual intercourse.", "Fil-fatt kellna persentaġġ għoli mhux ħażin hemmhekk.", "Jekk inħarsu lejn l-opzjoni l-oħra, fuq jekk jaqblux mal-one night stands naraw li - avolja ngħidu li kollox rampanti fl-adulti - ħafna minnhom ma jaqblux magħha din.", "L-età ta' dan l-istudju kienet bejn is-16 u l-40 sena.", "THE CHAIRPERSON: Dan l-istudju jerġa' jinqasam f'cohort iżgħar?", "Qiegħda ngħid hekk biex naraw jekk din hijiex xi ħaġa prevalenti aktar ma' dawk li għandhom 16-il sena jew inkella hux ma' dawk li għandhom 40 sena.", "DR CHARMAINE GAUCI : Iva, u mbagħad wara nħallilkom kopja tiegħu.", "Imbagħad minn dan tislet liema age group se tiffoka fuqu biex tara liema area l-aktar li trid tiffoka fuqhom.", "Anke jekk inħarsu lejn l-islide fuq ċerta knowledge li għandhom insibu li fuq il-mistoqsija ta' jekk it-tobba humiex obbligati li jinformaw lill-ġenituri about contraceptive pills if the girl is less than 16 year old insibu li ħafna nies jaħsbu li iva, it-tabib huwa obbligat li jinfurmahom.", "Fil-fatt mhuwiex obbligat.", "Rigward il-mistoqsija l-oħra fuq jekk il-condoms can always prevent sexcually transmitted infections għandek persentaġġ li qed jgħidu \"iva\" u mbagħad għandek oħrajn li qed jgħidu \"le\".", "Fil-fatt bil-condoms m'intix se tipprevjeni minn kull tip ta' mard.", "Fuq il-mistoqsija \"do contraceptive pills always prevent pregnancy?\" naraw li l-maġġor parti jgħidu li \"iva\".", "Minn dan l-istudju naraw li ħafna nies jafu ħafna aktar dwar kif se jevitaw tqala mhux mixtieqa milli fuq infezzjonijiet u nsibu li ħafna nies jitfixxkluhom dawn l-aspetti.", "Pereżempju għandek affarijiet li bihom jistgħu jevitaw it-tqala u dawn jaħsbu li tajbin ukoll biex jevitaw sexually transmitted infections.", "Imma fil-verità mhux hekk.", "Il-maġġor parti kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel kienet li it was a natural follow on in the relationship, jiġfieri jarawha bħala xi ħaġa li jekk inti qiegħed f'relazzjoni, eventwalment din se twasslek biex tagħmel attività sesswali.", "Mistoqsija importanti ħafna kienet \"kemm kien ilek taf lill-partner tiegħek qabel l-ewwel darba li kellek x'taqsam sesswalment\" u l-maġġor parti wieġbu li kien ilhom jafuh jew jafuha għal ftit xhur.", "Bħala contraception li wżaw l-ewwel darba nsibu 44.4% li wżaw il-condom.", "Aħna ridna nagħmlu – u din hija importanti ħafna - distinzjoni bejn contraception bħala avoidance of pregnancy kif ukoll bħala metodu ta' kif tevita sexually transmitted infections.", "U dan il-graph li qed taraw huwa inkwetanti ħafna għax qegħdin naraw persuni li kellhom multiple partners in the past six months u kif tistgħu taraw fil-maġġor parti tagħhom, fi kwalunkwe age group, ma wżaw l-ebda tip ta' contraception!", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt x'ħin l-ewwel semmejtilkom dak l-istudju li sibt, qiegħda niftakar li kien sar fl-2014 u allura jista' ikun li qegħdin nitkellmu fuq l-istess wieħed.", "Imma bażikament kienu qed jgħidu li 55% tal-persuni li għandhom 45 sena ma jużawx condom waqt is-sess.", "Jiġifieri qisu aktar jiggravaw meta jikbru!", "DR CHARMAINE GAUCI: Trid tagħmel distinzjoni għax jekk għandek kopja li qegħdin flimkien u dawn huma monogami, m'iniex se nippretendi li jużaw any form of contraceptive.", "Li huwa inkwetanti hawnhekk hu li għandek persuni li għandhom aktar minn partner wieħed u ma jużaw l-ebda forma ta' protezzjoni kontra infezzjonijiet trażmessi sesswalment.", "U aktar ma jikbru aktar mhumiex jużaw contraceptives.", "THE CHAIRPERSON: Hemm spazju fl-istudju biex jagħti raġuni għalfejn ma jintużawx contraceptives?", "Ma jintużawx għax ma jafux bihom jew għax ma jinteressahomx?", "Tinsewx li mill-chlamydia surveillance qbadna li kien hemm biss biss kważi 2% tal-popolazzjoni li kellhom din l-infezzjoni.", "Issa aħna qegħdin nestimaw li hemm 6.6% tal-popolazzjoni.", "Sexual dysfunction is an issue as well u hawnhekk naraw li kellek 9% tal-irġiel li kellhom problema biex iżommu l-erezzjoni, 21% tan-nisa li they felt discomfort during sexual intercourse u 8.9% tal-persuni li marru jfittxu l-għajnuna fuq xi problema li kellhom.", "Mela qegħdin naraw li għandna persentaġġ mhux żgħir ta' nies li mhumiex imorru jfittxu l-għajnuna għal xi problema li għandhom.", "THE CHAIRPERSON: Meta nqabblu lilna nfusna ma' pajjiżi barranin kif ninsabu?", "Hija inkwetanti li hemm daqshekk persuni li pereżempju jkollhom discomfort or pain during intercourse jew inkella qegħdin in the boundaries of normality?", "DR CHARMAINE GAUCI: Ħafna drabi dawn ikunu ġejjin minn xi medical condition.", "Meta qed ngħidu difficulty in mantaining an erection ħafna drabi tkun ġejja jew minn xi medical condition, jew minħabba xi mediċina li jkunu qed jieħdu, jew inkella tkun psikoloġika.", "Ħafna minn dawn il-problemi mhumiex issues ta' erratic sexual behaviour.", "JOANNE FARRUGIA: Irridu ngħidu wkoll li dawk kienu biss dawk li ammettew li għandhom problema.", "Pereżempju li tammetti bħala raġel li mhux qed ikollok erezzjoni mhijiex faċli għax tibda tgħid min jaf x'se jagħmlulek kif isiru jafu.", "Għalhekk nemmen li hemm persentaġġ ieħor li ma nafux bih hemm barra.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda nassumi li dan kien survey konfidenzjali u anonimu.", "DR CHARMAINE GAUCI: Kien kunfidenzjali imma ma kienx anonimu għax kien a face to face interview.", "Madankollu r-riżultati kienu kunfidenzjali għax l-ismijiet ma ddaħħlux.", "F'din l-islide tistgħu taraw l-aktar top 10 features listed as important sabiex in-nies iħossuhom komdi biex imorru ġo clinic biex ifittxu l-għajnuna.", "U l-aktar ħaġa importanti għan-nies hija l-kunfidenzjalità.", "Imbagħad it-tieni l-aktar ħaġa importanti hija l-availability tat-tests li jkollhom bżonn.", "Dik hija xi ħaġa li għamlu enfasi fuqha.", "Fl-islide li jmiss tistgħu taraw statistika by age group tal-HIV u kif tistgħu taraw il-maġġor parti tal-każijiet qegħdin around the middle age.", "F'din l-istatistika qed inħarsu lejn patterns along the years, fejn għandek numru ta' persuni li għandhom l-HIV li kienu residenti Maltin filwaqt li kien hemm ukoll numru sostanzjali li ma kienux residenti Maltin.", "THE CHAIRPERSON: B'mod ġenerali l-HIV u l-mard trażmess sesswalment qiegħed jiżdied jew jonqos?", "DR CHARMAINE GAUCI: Jekk tħares lejn l-STIs qegħdin naraw li bħala HIV qegħdin jiżdiedu bil-mod il-mod imma bħala Aids qegħdin jonqsu peress li dawk li jkollhom HIV qegħdin naqbduhom aktar kmieni.", "Dawk morda bl-Aids li kellna dawn l-aħħar snin kienu ġew morda minn barra u bażikament kienu diġà avvanzati mhux ħażin fil-marda.", "THE CHAIRPERSON: U rigward mard ieħor kif ninsabu?", "THE CHAIRPERSON: Naf li l-policy li mexjin biha m'ilhiex daqshekk imma x'issibu bħala l-akbar diffikultajiet?", "Pereżempju għandna sexual health policy imma fl-istess ħin għandna dawn l-infezzjonijiet li qegħdin jiżdiedu.", "DR CHARMAINE GAUCI: Waħda mir-raġunijiet għalfejn qegħdin naraw din iż-żieda f'dan il-mard infettiv huwa minħabba l-fatt li qegħdin ninkoraġġixxu aħna stess lin-nies biex imorru jagħmlu t-testijiet.", "THE CHAIRPERSON: Għax illum aktar sirna nafu bihom dawn in-nies.", "DR CHARMAINE GAUCI: Dik waħda mir-raġunijiet.", "Issa ma rridx ngħid li m'hemmx żieda wkoll imma dik hija waħda mir-raġunijiet.", "L-aktar parti diffiċli hija l-behavioural change u għandek ukoll l-environment, li sfortunament għadu jippromwovi aktar …", "JOANNE FARRUGIA: Pereżempju jekk xi ħadd ikun fis-sakra mhux se joqgħod jilbislek il-condom.", "Għalhekk għandek ħafna bombardamenti li ma jkunx possibli li tikkontrolla kollox.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa f'idejn l-individwu biex jiddeċiedi u għalhekk huwa importanti li tkun assertiv.", "Imma mbagħad jekk inti mort party u ddamdamt kemm tistà tkun assertiv fl-aġir tiegħek?", "DR CHARMAINE GAUCI: Qegħdin nimbuttaw ħafna sabiex toħroġ l-alcohol policy.", "Nafu li għandek 10% ta' dawk li jkollhom x'jaqsmu sesswalment għall-ewwel darba jkunu taħt l-effett tal-alkoħol, jiġifieri ħafna drabi l-għada mhux se jiftakru ma' min kellhom x'jaqsmu sesswalment miegħu jew magħha, aħseb u ara kemm se jiftakru jekk użawx condom jew le.", "THE CHAIRPERSON: Aħseb u ara kemm tista' tgħid li kien hemm kunsens bejniethom!", "DR CHARMAINE GAUCI: Barra minn hekk għandek l-entertainment media fejn bażikament għandek exposure fuq kif trid tidher biex tkun cool u biex tkun liberal, eċċ. So there are a lot of influences out there!", "JOANNE FARRUGIA: Għandek ukoll l-issue li dak li jkun jaħseb li lilu qatt mhu se jiġrilu xejn.", "Fil-fatt tismagħhom jitkellmu jgħidulek \"ara x'bellgħali!\" u hemmhekk qisu li weġgħa tkun għaxar darbiet akbar għax jidħlu l-emozzjonijiet.", "Din mhux bħal meta tikser sieqek u tħoss saqajk tuġgħak imma hemm ħafna riperkussjonijiet warajha.", "THE CHAIRPERSON: Xi ftit tas-snin ilu kont rajt survey ġo magazine li joħroġ ma' gazzetta lokali – u din lili inkwetatni mhux ħażin – li wera kemm hawn nies li huma miżżewġin jew li qegħdin f'relazzjoni suppost monogama imma li fil-fatt ikun hemm l-adulterju minn parti tal-kopja u l-parti l-oħra ma tkun taf b'xejn.", "Mela għandek nies li mingħalihom mhumiex esposti għal mard infettiv għax mingħalihom li qegħdin in a monogomous relationship.", "U għalhekk irridu naraw jekk huwiex il-każ li nippromwovu wkoll l-użu tal-condom fiż-żwieġ.", "Pereżempju jiena naf b'persuna għadha żgħira fl-età li mingħaliha kellha a monogomous relationship mar-raġel tagħha imma r-raġel ma kellu monogomous relationship xejn magħha u din spiċċat bi problema ta' saħħa.", "Fil-fatt kellhom joperawha u llum 'il ġurnata saret infertili at a very young age meta l-unika relazzjoni li qatt kellha din il-mara kienet mar-raġel tagħha u kien mingħaliha li she was in a monogomous relationship.", "Pereżempju xi ħaġa li nħobb ngħid hu li ħafna nisa ma jkunux jafu x'qed jagħmel ir-raġel tagħhom.", "Fil-fatt kellna trend fejn grupp ta' irġiel jiltaqgħu flimkien u jmorru sa Thailand.", "Dawn in-nisa tagħhom ikunu kwieti d-dar u moħħhom mistrieħ għax l-irġiel tagħhom qegħdin relaxed Thailand!", "Jiġifieri ma jafux x'ikun qed jiġri hemmhekk, so sometimes we have to make them aware ta' ċerti affarijiet.", "Illum għandna wkoll trends ta' masseurs li jmorru oltre l-massages normali u dawn mhumiex kontrollati legalment.", "THE CHAIRPERSON: Allura minn din is-sexual health policy u l-istrateġija li kienet ħarġet fl-2010/2011 kien hemm aspetti minnha li mhumiex qed jiġu implimentati?", "Hemm xi aspetti li tixtiequ li jiġu indirizzati b'mod aħjar għax forsi mhumiex qed jiġu indirizzati bħalissa?", "U dwar l-istrateġija l-affarijiet mexjin kif kien ippjanat?", "DR CHARMAINE GAUCI: Fil-maġġor parti mxjena mal-pjan.", "Ovvjament aħna nixtiequ li nagħmlu aktar imma r-riżorsi huma limitati.", "Pereżempju nixtiequ li jkollna aktar servizzi miftuħin fil-komunità u qegħdin inħejju t-triq għaliha din billi nħarrġu aktar nies.", "THE CHAIRPERSON: Taħdmu ma' kunsilli lokali?", "DR CHARMAINE GAUCI: Aħna mal-kunsilli lokali nagħmlu talks biex niġbdu n-nies u naħdmu wkoll ma' gruppi ta' nies li jkunu fil-komunità.", "Pereżempju aħna nixtiequ li l-edukazzjoni fuq is-sexual health and relationships fl-iskejjel kollha jkunu aktar uniformi.", "Għaldaqstant qegħdin noħolqu t-taħriġ meħtieġ biex nifirxu l-foundations ħalli kemm jista' jkun nipprovaw ninfiltraw aktar.", "Dan huwa proċess li jinbena wieħed fuq l-ieħor.", "Tal-ġenituri hija miżura li hija mdaħħla hemmhekk ukoll però ħassejna li ma noħorġux b'kampanja mill-ewwel jew inkella, qabel nagħmlu hekk naraw x'inhi s-sitwazzjoni u fejn l-aħjar li naħdmu l-aktar.", "Fil-fatt aħna qegħdin dejjem nibnu waħda fuq l-oħra.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom ħafna talli ġejtu tajtuna din l-update.", "Naħseb li kienet importanti ħafna biex naraw jekk aħniex qegħdin nimxu fid-direzzjoni t-tajba u jekk hemm xi lakuni, naħdmu aktar fuqhom.", "Forsi jista' isir ukoll eżerċizzju multi-dixxiplinarju mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u ma' ministeri oħra għax xi kultant tkun aljenat taħdem fuq dak li jaqa' taħt il-poteri tiegħek imma llum 'il ġurnata qegħdin ngħixu f'dinja li jekk ma taħdimx b'mod multi-dixxiplinarju tkun qed tħalli aspetti barra jew ma tkunx qed tirrealizza li ċerti aspetti mhumiex jaħdmu.", "Jista' isir ukoll aktar assessment biex naraw jekk dak li qed tagħmlu intom huwiex qiegħed jasal.", "JOANNE FARRUGIA: Jien li nara tajjeb hu li jekk immur nagħmel talk x'imkien, ikun hemm xi ħadd li jkollu ftit inizjattiva u jersqu ftit 'il quddiem.", "Pereżempju l-ewwel ma bdejt fuq tad-diżabilità kienet mal-ETC u għadni sal-ġurnata tal-lum naħdem magħhom għax l-ETC għandhom programm fejn lill-persuni b'diżabilità isibulhom xogħol, u dawn qabel ma jibgħatuhom fil-post tax-xogħol tagħhom jagħtuhom it-taħriġ f'ħafna affarijiet, fosthom fuq is-sesswalità.", "Mela hemmhekk kont qed nagħti talk fuq dan il-programm u l-ġenituri tat-tfal bid-down syndrome qabżu fuqna u qalulna għalfejn ma nagħmluhiex ukoll fl-iskola din it-taħdita.", "Tieħu gost tara kif ir-riżorsi li jkunu akkwistaw dawn il-ġenituri jibdew jaqsmuhom ma' ġenituri oħrajn.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li niċċa oħra ta' nies li jkollhom bżonn tal-għajnuna, speċjalment fuq protezzjoni, huma dawk in-nies li kienu mdorrijin in a monogomous relationship u li issa m'għadhomx f'dik it-tip ta' relazzjoni.", "Fil-fatt dawn ikunu mdorrijin dejjem ma' raġel wieħed jew ma' mara waħda u allura ma jużawx protezzjoni.", "Imma mbagħad meta dik ir-relazzjoni tispiċċa u forsi jkunu miftuħin għal aktar minn relazzjoni waħda, dawn jibqgħu bl-istess idea li ma jużawx protezzjoni.", "F'kelma waħda ma tgħaddilhomx minn moħħhom li jista' jkun li qed ipoġġu lilhom infushom f'riskju għax qatt ma kienu f'pożizzjoni li kellhom jużaw xi tip ta' protezzjoni.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150218_038d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 38", "L-Erbgħa, 18 ta' Frar 2015", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:10 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat, kienet preżenti għal-laqgħa.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 37 li saret nhar l-Erbgħa,11 ta' Frar 2015 ġew konfermati.", "IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI – DISKUSSJONI MA' DR CHARMAINE GAUCI, DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT TAL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard kif ukoll is-Sinjura Joanne Farrugia, Sexual Health Nurse mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.", "Dr Gauci ppreżentat lill-Kumitat il-preżentazzjoni:", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-8:50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20150218_038m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 7", "It-Tnejn, 23 ta' Frar 2015", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 23 ta' Frar, 2015 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-varjazzjonijiet tal-familji li jeżistu f'Malta – Preżentazzjoni mill-Institute of Family Therapy.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20150223_007a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 7", "It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 7", "It-Tnejn, 23 ta' Frar, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.52 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 6 li saret nhar it-Tlieta, 9 ta' Diċembru 2014 ġew konfermati.", "Il-varjazzjonijiet tal-familji li jeżistu f'Malta – Preżentazzjoni mill-Institute of Family Therapy", "ANTHONY AGIUS DECELIS): Illum għandna magħna rappreżentanti min-naħa tal-Institute of Family Therapy li se jressqulna l-preżentazzjoni tagħhom.", "CARMEN DELICATA (FAMILY THERAPIST): L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom ta' din l-istedina li għamiltulna.", "Jiena qiegħda nirrappreżenta lil IFT - Malta.", "Karen Bishop, li qiegħda miegħi llum hija wkoll family therapist u tagħmel parti minn grupp ta' erba' persuni li flimkien immexxu l-IFT – Malta.", "Aħna naħdmu ħafna mal-familji u ilna għal ħafna żmien f'setturi differenti.", "Fil-fatt qabel konna naħdmu mal-Appoġġ, fejn hemmhekk konna nagħmlu family therapy kif ukoll pupil work qabel ma' kellna t-training.", "Naħdmu wkoll fl-iskejjel u jien nagħmel ukoll ftit xogħol il-Qorti.", "Għalhekk ikollna ħafna kuntatt mal-familji u xtaqna nieħdu din l-opportunità sabiex naqsmu magħkom il-mod ta' kif naħdmu.", "L-ewwelnett irridu noħolqu aktar awareness fuq kif l-għajnuna għandha tingħata lill-familja aktar milli lill-individwu.", "Qisu ħafna mill-għajnuna hija indirizzata lill-individwu per se mentri x-xogħol tagħna – hekk tgħallimna fis-systematic training tagħna - jiffokka aktar fuq is-sistema u fuq il-familja biex il-problema narawha within the system aktar milli min-naħa tal-individwu.", "KAREN BISHOP (Family Therapist): Pereżempju – u din nitkellmu aktar fuqha fil-qasam tad-drogi - ħafna drabi tingħata l-għajnuna lil dik il-persuna li tkun qiegħda tabbuża mid-drogi mentri r-riċerka turi li meta l-persuna tiġi mgħejjuna fil-kuntest tal-familja l-outcome jkun aħjar.", "Dan ifisser li kemm persuna ddum clean wara li tkun bdiet il-programm ta' riabilitazzjoni, permezz tal-familja tagħha, din se tmur aħjar.", "Issa aħna mhux qed ngħidu li x-xogħol mal-individwu huwa mitluf imma qed ngħidu li meta naħdmu mal-individwu fil-kuntest tal-familja tiegħu, il-bidla tkun ħafna iktar dejjiema.", "CARMEN DELICATA: Jien għamilt żmien naħdem fil-prison ward mal-ħabsin.", "L-għajnuna lill-ħabsin hija ta' valur imma meta jsir xogħol mal-familji tagħhom, dawn jintegraw ruħhom fis-soċjetà iktar kemm ikollhom support mill-familja tagħhom.", "Fil-fatt il-membri tal-familja aktar jgħinuhom biex jintegraw, biex jibqgħu clean u biex isibu xogħol.", "Għalhekk naħseb li għandna bżonn nagħmlu iktar enfasi fuq il-family work.", "Naħseb li s-setturi differenti, bħall-edukazzjoni, il-health u l-mental health kollha jagħtu lip service għaliha din għaliex jafu kemm huwa importanti s-support tal-familja imma jużaw il-familja bħala assessment għall-individwu.", "Issa what we are saying hu li għandha ssir terapija mal-familja u mhux il-familja tintuża biex tgħin lill-individwu.", "Irridu nagħrfu li l-familja wkoll tkun għaddejja minn dawn id-diffikultajiet.", "Kemm jekk għandek problema ta' droga, ta' ħabs jew problemi ta' saħħa mentali, il-familja mhijiex qiegħda tieħu l-għajnuna li jkollha bżonn.", "U allura llum se nitkellem ftit fuq din il-biċċa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Naf li għandkom xi preżentazzjoni xi tressqu llejla.", "CARMEN DELICATA: Eżatt.", "L-IFT – Malta ġiet stabbilita fl-2009 u x-xogħol primarju tagħna huwa mal-familji.", "U aħna noffru servizz b'xejn lil dawk il-familji li jiġu referred lilna.", "KAREN BISHOP: Naħdmu wkoll mal-qasam tas-saħħa kif ukoll ma' xi skejjel.", "CARMEN DELICATA: Familji li ma jkunux jistgħu jħallsu jistgħu jiġu l-klinika tagħna darba fil-ġimgħa fejn dik il-ġurnata nħalluha apposta għal dan il-għan.", "KAREN BISHOP: Tliet darbiet issa.", "Hemm diversi modi ta' psychotherapy u li nużaw aħna jisimha systemic psychotherapy.", "Is-psychologist japplika s-psychotherapy li hija mod ta' kif tgħin lil persuna bbażata fuq teoriji differenti.", "Konna qed nagħmlu t-taħriġ u nagħtu courses accredited mill-MACHRT biex ngħallmu fuq dan l-eżempju ta' family therapy training.", "Noffru post graduate diplomas, jiġifieri l-istudenti tagħna diġà jkollhom first degree u l-ewwel sentejn iwassluhom għal post graduate diploma in systemic psychotherapy.", "Dawn ma jkunux jistgħu jaħdmu bħala family therapists imma dan it-taħriġ jgħinhom fix-xogħol tagħhom.", "Pereżempju jkunu social workers jew psychology assistants u japplikaw is-systemic theories fix-xogħol tagħhom, u mbagħad l-aħħar sentejn, min ikomplihom għax it is a four year course, iwassluhom għal Masters level, fejn imbagħad jieħdu professional training u jibdew jissejħu family therapists.", "Aħna nagħmlu wkoll systemic supervision, fejn ikollna social workers jew terapisti oħrajn li jiġu for supervision.", "U għalkemm din għadna qegħdin naħdmu fuqha imma nagħmlu wkoll consultations to organisations jew professions oħrajn.", "Is-systemic theory hija mudell li tista' tapplikah mhux biss fit-terapija imma anke fuq ix-xogħol mal-organisations.", "THE CHAIRMAN: Peress li qed tgħidu li tagħmlu psychotherapy with families, u aħna nafu li dawk li jiżżewġu bil-Knisja għandhom il-Kors ta' Kana, dawk li ma jiżżewġux bil-Knisja jistgħu jsibu xi forma ta' terapija għandkom jew inkella x'imkien ieħor?", "KAREN BISHOP: Jekk ifittxuha b'mod privat f'forma ta' terapija … Anke aħna narawha bħala lakuna.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri m'hemmx xi forma ta' tħejjija għal dawn in-nies?", "Jiena naqbel magħkom li l-familja hija s-sisien tas-soċjetà kollha u rridu nieħdu ħsiebha.", "U naħseb li hawnhekk għandna vakuum.", "Kif tafu min jiżżewweġ bil-Knisja huwa obbligat li jmur jagħmel dan il-kors imma għal min jiżżewweġ biċ-Ċivil m'għandu xejn.", "FREDERICK AZZOPARDI: Meta konna qed niddiskutu l-liġi tad-divorzju l-Gvern semma li jrid ikun hemm xi forma ta' servizz li jingħata lil dawk li jiżżewġu mhux bil-Knisja.", "KAREN BISHOP: Bħala IFT – Malta fil-passat ipprovajna nillonċjaw programm fuq il-marriage preparation imma ovvjament kien ibbażat fuq bażi privata u kien jiswa l-flus.", "Li nnotajna kien li dawk il-koppji żgħar, speċjalment dawk li jkunu marru għall-kors ta' Kana imma li jkunu jridu xi ħaġa aktar intensiva, kienu qed isibuha diffiċli biex jattendu minħabba li dak iż-żmien ikollhom l-ispejjeż tat-tieġ u tad-dar tagħhom.", "Ovvjament ikollok ħafna spejjeż u meta ma tkunx xi ħaġa mandatorja n-nies se jarawha żejda.", "U x'jiġri mbagħad?", "Dawn nibdew narawhom għat-terapija iżjed 'il quddiem meta jibdew bid-diffikultajiet.", "Issa li kieku forsi laħqu ħadmu fuq is-sisien tar-relazzjoni tagħhom kienu jevitaw ħafna mill-problemi.", "Fl-opinjoni tagħna naħsbu li din għandha tkun xi ħaġa fuq bażi nazzjonali aktar milli fuq bażi privata.", "THE CHAIRMAN: U intom għandkom xi proposti fuq kif tista' issir din?", "KAREN BISHOP: Iva, għandna programm lest.", "CARMEN DELICATA: Konna għamilna wkoll il-launching tiegħu u r-reklamar tiegħu imma l-konkorrenza kienet baxxa ħafna.", "THE CHAIRMAN: Meta jkunu jridu jħallsu għalih se jkollok lil min se jiġi eskluż għax mhux kulħadd ikun jiflaħ iħallas.", "Jien niftakarni fiż-żmien taż-żwieġ ngħodd sal-inqas ċenteżmu u kont nippreferi nonfoq xi ħaġa fuq il-post tagħna milli fuq dawn l-affarijiet.", "CARMEN DELICATA: Issa meta jkun hemm civil marriages issib li l-biċċa l-kbira tagħhom ikunu reconstituated families għax ikunu għaddew minn divorzju u reġgħu żżewġu jew inkella jkunu marriages with mixed cultures.", "Dawk aktar ikollhom komplessità fil-ħajja miżżewġa tagħhom u aktar ikollhom bżonn ta' preparazzjoni għax ikunu aktar stejjer komplessi.", "Madankollu dawn inqas qed jieħdu għajnuna u inqas għandhom post fejn jirrikorru għall-għajnuna.", "Kif qalet Karen dawn jiġu għat-terapija.", "KAREN BISHOP: Fil-fatt ir-riċerka turi - anke fuq bażi Ewropea - li s-second marriages għandhom aktar probabilità li jfallu mill-ewwel żweġijiet.", "Jiġifieri jekk l-ewwel żweġijiet hemm probabilità ta' 50% li jfallu, fejn għandek koppji li qegħdin fit-tieni żwieġ tagħhom ir-rata togħla għal 70%.", "Ovvjament din hija rata allarmanti imma n-nies xorta jibqgħu jfittxu l-familja u xorta jibqgħu jfittxu l-imħabba.", "In-nies dejjem baqgħu jfittxu r-relazzjonijiet u li jkollhom familja imma l-kumplessità tagħha ħafna drabi tħarbat din ir-rabta u se nitkellmu fuqha aktar tard.", "CARMEN DELICATA: Systemic work qisu l-mod ta' kif it-terapista tħares lejn il-problema.", "Mela jekk mara għandha depression u tkun ilha tmur għand il-psikjatra u tieħu l-anti-depressants għal ċertu ammont ta' żmien, permezz tas-systemic work naħdmu fuq id-diffikultajiet fir-relazzjoni tagħha mar-raġel u mat-tfal.", "Għalhekk meta nistiednu l-koppja biex jiġu flimkien, ir-riċerka turina li hemm probabilità akbar ta' fejqan mentri meta tibqa' waħedha l-marda tagħha tibqa' kronika u ġieli jkollna rġiel li jgħidulna li huma kienu jmorru mal-mara tagħhom imma dejjem biex jgħinu lilha għax it-tabib qatt ma staqsihom kif qed jiġu affettwati b'din is-sitwazzjoni, kif qiegħda tiġi affettwata r-relazzjoni ta' bejniethom, ir-relazzjoni sesswali tagħhom u r-relazzjoni mat-tfal.", "Issa permezz tas-systemic work naraw id-diffikultajiet li jkun hemm, kif qed torganizza l-familja u kif iridu jgħixu b'dik is-sitwazzjoni għax xi kultant mhux dejjem se jkollok is-soluzzjoni.", "Fil-fatt xi kultant iridu jsibu mod kif jaċċettaw is-sitwazzjoni li jkunu fiha u jgħixu biha.", "Dik aħna nsejħulha circular understanding.", "Il-focus fis-systemic work hu fuq ir-relazzjonjiet, u allura jekk hemm familja li ġew b'tifel li għandu behaviour problems, dawn jistgħu jkunu ġejjin minn ħafna affarijiet.", "Ħafna drabi l-problema ma tkunx fit-tifel imma tkun a relational problem.", "Għalhekk aħna naraw kif din id-diffikultà qiegħda taffettwa r-relazzjonijiet f'dik il-familja.", "KAREN BISHOP: Ħafna drabi dak il-behaviour tat-tifel ikun sintomu ta' xi ħaġa aktar milli problema.", "CARMEN DELICATA: Ġieli l-ġenituri jkollhom diffikultà għax ma jkunux qegħdin jaqblu.", "Ġieli jkollhom problema bħala koppja għax kif nafu meta tnejn jiżżewġu u jkollhom it-tfal se jkollhom żewġ relazzjonijiet; relazzjoni ta' koppja intima u relazzjoni ta' ġenituri.", "Issa jekk ma jkunux sejrin tajjeb bħala koppja, ġeneralment din se taffettwa r-relazzjoni tagħhom ta' ġenituri u mbagħad taffettwa wkoll lit-tfal.", "Dan jirriżulta fi problemi fit-tfal u għalhekk ikollhom jeħduhom għaċ-child guidance u għand il-psikoloġista tat-tfal mentri l-problema tkun bejn il-ġenituri.", "FREDERICK AZZOPARDI: Intom tagħtu s-servizzi tagħkom bla ħlas u taqgħu bħala NGO?", "CARMEN DELICATA: Le, m'aħniex NGO u lanqas għandna dħul.", "FREDERICK AZZOPARDI: Imma biex tagħti servizz bilfors li jrid ikollok xi forma ta' introjtu minn x'imkien.", "CARMEN DELICATA: Id-dħul li għandna ġej mill-korsijiet li noffru.", "Bħalissa għandna għaddejjin tliet korsijiet u dawn huma magħmulin minn gruppi żgħar ta' studenti, minn tmienja sa 11-il persuna li jħallsu biex jattendu għal dawn il-korsijiet.", "KAREN BISHOP: Li jiġri hu li l-istudenti at Masters level ikunu qed jagħmlu t-taħriġ, fejn jibdew jaraw lin-nies taħt is-superviżjoni tagħna u taż-żewġ kollegi l-oħra.", "Il-klijenti naturalment jaċċettaw li jiġu osservati u aħna, in return noffrulhom is-servizz b'xejn.", "Imma xorta huwa servizz professjonali.", "CARMEN DELICATA: Aħna nkunu wara l-mera u l-istudent ikun mal-familja.", "Issa l-istudent ikollu diġà first degree, ikollu esperjenza tax-xogħol u jkollu diploma fil-family therapy.", "Jiġifieri dan ikun wasal fl-aħħar sentejn tal-kors.", "Il-familji jkunu jafu, ġieli jaċċettaw u ġieli le imma anke meta ma jkunux iridu studenti, aħna xorta narawhom.", "Aħna noqogħdu attenti ħafna biex naraw x'inhu l-kuntest tas-sitwazzjoni.", "Ġieli jkollok kulturi differenti, reliġjonijiet differenti jew inkella jkunu ġejjin minn social economy class differenti u allura parti mis-systematic orientation hija li naraw il-familja fil-kuntesti differenti tagħha.", "Kif qed taraw hawnhekk għamilna lista bil-problemi li huma effettivi b'din it-tip ta' terapija.", "Għandek problemi sesswali, problemi ta' infedeltà jew problemi minħabba li jkunu għaddejjin minn divorzju jew separazzjoni.", "F'kelma waħda l-koppja jmorru għall-għajnuna minħabba li jkollhom problema fir-relazzjoni tagħhom.", "U ġieli t-terapija twassalhom biex jisseparaw aktar milli biex jibqgħu flimkien.", "Fil-fatt dawn ikun ilhom għaddejjin bid-diffikultajiet imma ma jkunux jistgħu jiddeċiedu fuq jekk għandhomx jibqgħu flimkien jew le.", "Ikunu diġà waslu fl-aħħar tar-relazzjoni tagħhom u bit-terapija qisu jirrealizzaw li huwa tard wisq biex jirranġaw u għalhekk permezz tat-terapija jsibu ċerta closure.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fis-sens li jindunaw li għalxejn jibqgħu flimkien għax l-affarijiet żgur mhux se jitranġaw?", "CARMEN DELICATA: Qisu jkollhom bżonn lil xi ħadd jgħidilhom ċerti affarijiet.", "Issa mhux se ngħidulhom aħna biex ma jibqgħux flimkien imma jaslu huma għaliha.", "Hopefully, permezz tat-terapija ngħinuhom biex bħala ġenituri jibqgħu f'kuntatt ma' xulxin għax din tgħin ħafna.", "Pereżempju jiena naħdem ukoll bħala family mediator u fil-medjazzjoni noqogħdu attenti sabiex inwasslulhom il-messaġġ lill-ġenituri li għalkemm ir-relazzjoni intima tagħhom tkun spiċċat, ir-relazzjoni tagħhom bħala ġenituri jridu jsalvawha u t-terapija tgħinhom isibu l-closure meta ma jkunx hemm aktar tama.", "U forsi jikkalmaw xi ftit, ineħħu mir-rabja li jkollhom u jibqgħu jagħmluha ta' ġenituri għat-tfal tagħhom.", "It-terapija tgħin ukoll biex tkun il-vuċi tat-tfal ħalli x'ħin ikunu f'dik il-kamra jaħsbu ftit iktar fit-tfal.", "Hemm problemi oħrajn fejn għandek familji li jkunu ġejjin minn xi divorzju jew separazzjoni u jkunu qegħdin jibnu familja oħra.", "Mela f'dan il-każ għandek żewġ familji li qed isiru familja waħda, dawk li aħna nsejħulhom blended families, li jkunu ħafna aktar komplessi għax ikun hemm it-tfal miż-żewġ naħat u allura jkollok diffikultà fuq min se jagħmilha tal-ġenitur, x'regoli se jagħmlu, eċċ. Jista' ikun hemm ukoll kuntatt mal-biological father jew mal-biological mother, so it is really complex and complicated.", "Naħseb li dawn in-nies iridu japprezzaw li ma jistgħux ikollhom familja kif kellhom fl-ewwel żwieġ għax hemmhekk il-familja qiegħda tieħu xejra differenti u ma tistax tkun unit wieħed sħiħ.", "FREDERICK AZZOPARDI: Il-problema taż-żwieġ bejn il-barranin tiddiskutuha wkoll?", "Bħalma nafu jista' ikollok żwieġ bejn Maltin u barranin u allura b'kulturi differenti.", "Intom tiltaqgħu ma' każijiet bħal dawn?", "CARMEN DELICATA: Iva, u dawk iġibu kumplessità akbar.", "Aktar ma jkun hemm differenzi bejn il-koppji, aktar iridu jinnegozzjaw kif se jgħixu l-ħajja tagħhom.", "Cultural difference tista' ġġib varjetà fir-relazzjoni imma tista' ġġib ukoll ħafna argumenti u konflitti.", "KAREN BISHOP: Pereżempju bħalissa qiegħda naħdem ma' koppja fejn ir-raġel huwa Malti u l-mara Żvediża.", "Ir-raġel jixtieq jgħammed lit-tarbija tagħhom mentri l-mara ma tixtieqx.", "Ir-raġel jixtieq li t-tarbija tibda n-nursery ta' sentejn imma l-mara qiegħda tgħidlu li fi Sweden jibdew in-nursery ta' ħames snin.", "Qisu l-ideat li jġibu minn kulturi differenti wieħed irid jara kif se jinnegozja fuqhom u allura hemmhekk għandek sfidi differenti li trid tara kif se tindirizzahom.", "CARMEN DELICATA: Naħdmu wkoll fuq diffikultajiet varji, fejn għandek pereżempju l-effetti tal-vjolenza bħal sexual and emotional abuse.", "Aħna ma naħdmux mal-koppja meta jkun hemm il-vjolenza għaddejja imma importanti li l-ewwel dik il-vjolenza tieqaf.", "Aħna nirriferu lill-koppja għand l-Appoġġ, fejn il-mara jkollha s-support tas-social worker u r-raġel, jekk jaċċetta, imur il-Men's Services.", "Imbagħad ladarba l-vjolenza tieqaf aħna nkunu nistgħu nindirizzaw ir-relazzjoni ta' bejniethom.", "THE CHAIRMAN: Vjolenza fiżika jew tista' tkun f'forma oħra?", "CARMEN DELICATA: Għandek vjolenza fiżika u vjolenza emozzjonali.", "Forsi mhux dejjem imorru għand l-Appoġġ imma jkunu jridu jmorru d-Domestic Violence Unit.", "Min-naħa tagħna dejjem nagħtuhom dak il-parir ħalli jkollhom individual support.", "Problemi oħra jistgħu jkunu relatati mal-alkoħol u d-drogi, fejn hawnhekk ukoll importanti li jkunu waqfu mill-vizzju u jkunu kommessi li ma jerġgħux jaqgħu.", "Ovvjament mhux se jiġu għandna fis-sakra jew inkella taħt l-influwenza tad-droga.", "Għandek ukoll issues marbuta ma' disability and cronic illness li ġġib ħafna diffikultajiet fir-relazzjoni, kif ukoll same sex relationships li they are very open li jiġu jitkellmu magħna u ġieli jistaqsuna jekk insibux diffikultà biex naħdmu magħhom.", "Ovvjament aħna ma nsibu l-ebda diffikultà.", "Naħdmu wkoll ma' familji fejn ikun hemm fostering u adoption.", "Issues oħra huma rebuilding relationships after traumatic events, long term unemployment jew inkella xi inċident li jġib miegħu mewt fil-familja.", "Dawn il-problemi kollha tgħin ħafna meta tarahom fil-kuntest tal-familja.", "KAREN BISHOP: Is-sabiħ tas-systemic therapy hija l-flessibilità.", "Mela inti mhux se tgħid ma' dawk se naħdem magħhom u mal-oħrajn huwa aktar diffiċli imma qisek se tħares lejn is-sistemi differenti bid-diffikultajiet differenti tagħhom.", "CARMEN DELICATA: Naturalment mhux dejjem naraw il-familja kollha f'daqqa imma jistà jkun li naraw lill-ġenituri waħedhom, skond il-każ x'ikun.", "FREDERICK AZZOPARDI: X'tifhmu biha l-parti fejn qed tgħidu \"fertility related difficulties\"?", "KAREN BISHOP: Pereżempju meta jkollok koppji għaddejjin minn proċess fejn ma jkunux jistgħu jinqabdu pregnant.", "Ovvjament aħna mhux se ngħinuhom mil-lat mediku għax m'aħniex tobba.", "FREDERICK AZZOPARDI: Pereżempju intom tirriferuhom biex imorru jkellmu speċjalista ħalli forsi jagħmlu t-trattament tal-IVF?", "KAREN BISHOP: Bħalissa qiegħda naħdem ma' koppja f'dan il-kuntest.", "Pereżempju l-mara trid tagħmel l-IVF filwaqt li r-raġel ma jridx u allura tinħoloq din is-sitwazzjoni fir-relazzjoni tagħhom.", "Mela inti, permezz tat-terapija se tgħinhom jissudaw l-options tagħhom.", "Aħna mhux se nirrakkmandaw li jmorru għall-IVF għax dak mhuwiex il-kompitu tagħna imma se ngħinuhom jaħsbu fuq il-kuntest ta' din id-deċiżjoni.", "CARMEN DELICATA: Ġieli tkissirhom il-koppja minflok tagħmilhom aktar b'saħħithom.", "Meta koppja ma jkollhomx tfal ir-relazzjoni tagħhom issir aktar intensa għax qisu li t-tfal jaljenawk.", "THE CHAIRMAN: It-tfal ġieli jagħtuk an extra positive energy.", "CARMEN DELICATA: It-tfal jaljenawk mir-relazzjoni u meta t-tfal jitilqu mid-dar tal-ġenituri u dawn jerġgħu jiġu waħedhom, dik li aħna nsejħulha l-empty nest, dawn se jerġgħu jiġu wiċċ'imb wiċċ u allura r-relazzjoni tagħhom se tkun aktar intensa.", "KAREN BISHOP: Jiġu ħafna koppji għandna meta t-tfal ikunu kibru u jibdew jistaqsu x'inhu jżommhom flimkien.", "U hemmhekk jibda jkun hemm mumenti ta' kriżi.", "Ħafna drabi jiġu koppji li jkunu jew fil-bidu tal-ħajja miżżewġa tagħhom jew inkella aktar tard fil-ħajja tagħhom, u ċjoè meta jkun hemm dawn it-tip ta' tibdiliet f'ħajjithom.", "FREDERICK AZZOPARDI: Naħseb li l-problema hi li jkunu waslu f'età fejn ikunu se jirtiraw u allura aktar u aktar ma jkollhomx x'jagħmlu.", "CARMEN DELICATA: Ir-riċerka turina li s-systemic therapy għandha effetti aktar long term għax tkun qiegħed tindirizza l-problema f'kuntest ħolistiku.", "Hija wkoll cost effective għax meta għandek session, inti qiegħed tara l-familja kollha minflok qiegħed tara lill-membri b'mod separatament.", "Mela f'siegħa se tara l-familja kollha jew se tara lill-koppja flimkien mentri jekk se tara lill-membri ta' dik il-familja separatament se tieħu ħafna aktar ħin.", "Pereżempju jiena kelli session ma' familja bi tlitt itfal u allura li kieku kellek tarahom b'mod individwali, kien ikollok tieħu erba' sigħat jew aktar!", "KAREN BISHOP: Biex inkompli nżid miegħek ikolli ngħid li din hija daqxejn ta' problema għax jekk kull persuna fil-familja jkollha s-social worker tagħha, aktar se jkollok spejjeż u aktar għandek riżorsi allokati ma' familja waħda.", "Ġieli nkunu meeting u nkunu għaxar professjonisti, bejn social workers, terapisti, eċċ. Issa min-naħa l-oħra mhux qed ngħidu li l-family therapist jista' jagħmel kollox għax ħafna drabi l-input ta' professjonisti oħra jkun siewi wkoll.", "THE CHAIRMAN: Jien dejjem inħares lejn il-Knisja bħala dik l-istituzzjoni li ssettjat l-aġenda u l-qrar dejjem tagħmlu b'mod individwali.", "Allura meta tagħmel din it-terapija ma' grupp taħseb li se jkollha l-istess positive outcomes bħal meta qed tagħmel it-terapija on a one to one basis?", "CARMEN DELICATA: Naħseb li jkun hemm lok għal one to one, anke meta nagħmlu couple work noffrulhom session separata imma ma jistgħux joqogħdu jgħidulna s-sigrieti qishom qegħdin iqerru għax inkella ma naħdmux u dak li jgħidu se jintuża flimkien imbagħad.", "Aħna ma noqogħdux nitkellmu fuq il-problemi ta' min se jsajjar u ta' min se jagħmel xi ħaġa oħra imma nitkellmu fuq l-intimità ta' bejniethom.", "It-terapija toħloq dak l-ispazju biex il-koppja jitkellmu fuq dan il-livell flimkien u noħolqu feeling ta' safety li huwa effettiv ħafna.", "Imma nerġa' ngħid li jkun hemm lok għal individual sessions.", "Xi kultant jkunu jridu jgħidu ċerti affarijiet imma jibżgħu jitkellmu fuqhom għax jaħsbu li se jweġġgħu lil xulxin.", "FREDERICK AZZOPARDI: Ikunu fil-libertà li jiftħu qalbhom meta jkunu waħedhom …", "KAREN BISHOP: L-isfida se tkun li b'dak li tkellimna fuqu llum bejnietna kif se neħduh magħna għal-laqgħat tagħna mal-partner jew mat-tfal?", "Dan ma jfissirx li hemm boundary bejn it-tfal u l-ġenituri.", "Mela jekk il-ġenituri ġew għat-terapija, dawn għandhom issues kemm bħala koppja u kemm mat-tfal u allura hawnhekk mhux qed ngħidu li l-issues kollha tal-koppja se jiġu mitkellma quddiem it-tfal tagħhom.", "F'kelma waħda aħna nirrispettaw dik il-boundary li hemm bejn ir-relazzjoni tal-ġenituri u t-tfal.", "CARMEN DELICATA: Huwa preventiv, jiġifieri għalkemm il-familji jiġu meta jkunu diġà f'diffikultà, in the long run se tgħinhom biex ma jidħlux f'diffikultajiet akbar.", "Ħafna drabi l-familji qisu jżommu dak il-kuntatt u meta l-affarijiet jibdew jiċċaqilqu daqxejn jew forsi jmorru xi ftit lura, dawn jerġgħu jiġu.", "Ħafna drabi l-klijenti jibqgħu jiġu għandna.", "So early support and early intervention hopefully will stop that ripple effect għax jekk insaħħu lill-ġenituri u nsaħħu lill-koppji, se noħolqu ambjent fejn it-tfal ikunu jistgħu jitrabbew b'mod aktar san.", "KAREN BISHOP: Ħafna affarijiet li qegħdin fuq il-preżentazzjoni diġà tkellimna dwarhom imma aħna nitkellmu wkoll fuq l-idea ta' life cycle u taċ-ċiklu li l-familja tgħaddi minnu.", "Mela inti għandek żewġ persuni li żżewġu, imbagħad bdew irabbu t-tfal, imbagħad it-tfal kibru u ħallew id-dar, eċċ. U qisu matul dawn l-aħħar 20 sena rajna l-life cycle tal-familja Maltija jinbidel u qed naraw kemm il-familji qegħdin jaffaċċjaw tibdil minn barra.", "Fil-fatt għandek tibdil fis-soċjetà, tibdil fil-kultura u għandek tibdil minn ġewwa l-familja.", "Pereżempju jekk qed nitkellmu fuq familji ta' 30 sena ilu l-understanding kien li r-raġel imur jaħdem filwaqt li l-mara toqgħod id-dar trabbi u tieħu ħsieb tat-tfal u tad-dar.", "Ħafna nies kienu jaċċettaw dik is-sistema u ma kienux jikkonsidraw triq oħra.", "Illum għandek il-mara li qiegħda toħroġ taħdem ukoll u allura r-relazzjoni saret aktar ugwali bejn il-mara u r-raġel.", "Għalhekk wieħed jibqa' miżżewweġ ħafna drabi aktar għall-intimità mas-sieħeb jew sieħba tiegħu.", "Qisu llum wieħed m'għadux jibqa' f'dik ir-relazzjoni għax m'għandux għażla oħra u għalhekk l-aspettattivi kibru.", "FREDERICK AZZOPARDI: Intom taraw xi differenzi bejn koppja miżżewġa u koppja oħra li mhumiex miżżewġin imma li qed jgħixu flimkien?", "Hemm differenza bejn koppja miżżewġa u koppja li qegħdin jgħixu flimkien imma mhumiex miżżewġin?", "KAREN BISHOP: Naħseb li l-livell ta' commitment fil-verità ma jiġix imkejjel minn jekk intix miżżewweġ jew le.", "FREDERICK AZZOPARDI: Li rrid ngħid jien hu jekk ikollhomx aktar problemi min hu miżżewweġ jew inkella min qed jgħix flimkien.", "Jew inkella ma tagħmilx differenza?", "CARMEN DELICATA: Naħseb li meta jkunu miżżewġin iħossu li jridu jsalvaw iż-żwieġ tagħhom u allura jiġu għat-terapija.", "Meta ma jkunux miżżewġin għandhom inqas rabtiet avolja xorta jħossu dik il-bond bejniethom.", "Il-familjarità tar-relazzjoni u l-istabilità hemm tkun u xorta jħossuha imma naħseb li jiġu inqas għall-għajnuna minn dawk il-koppji li jkunu miżżewġin.", "KAREN BISHOP: Tinsiex ukoll li ftit ilu kien hemm koppji li forsi xtaqu jiżżewġu imma ma setgħux jagħmlu dan.", "U hawnhekk qiegħda ninkludi wkoll persuni gay u persuni separati.", "Dawn ma jfissirx li ma kellhomx ix-xewqa li jiżżewġu imma dan ma kienx possibbli għalihom.", "Għalhekk ma tistax tkejjel il-commitment f'dawk il-każijiet.", "Jekk pereżempju nħarsu lejn il-familja tradizzjonali, kif qed taraw f'din l-islide, naraw dawn l-istampi li juru xejriet differenti.", "Għandek stampa ta' wieħed qiegħed waħdu, imbagħad ingħaqad ma' persuna oħra u saru koppja, iżżewġu, kellhom it-tfal u dawn bdew jikbru sakemm waslu biex jitilqu mid-dar.", "Imbagħad qed naraw stampa ta' nannu bin-neputija fuq ħoġru u bi ktieb f'idejh.", "Kif qed ngħidu dik ir-realtà hija r-realtà ta' xi familji imma għandek ħafna familji oħra li qegħdin jiltaqgħu ma' realtajiet differenti u qishom qed jgħixu sitwazzjonijiet ħafna aktar kumplessi minn dawn li qed naraw f'dawn l-istampi.", "CARMEN DELICATA: Qisu qabel kellna struttura u konna nimxu magħha għax kien ċar x'inhu mistenni minna mentri llum dawk il-boundaries spiċċaw.", "In a way dak li jkun għandu ħafna għażliet u aktar ma jkun hemm għażliet, aktar se jinħolqu diffikultajiet u komplikazzjonijiet.", "KAREN BISHOP: Fil-fatt jidher li t-trends Maltin jaqblu ma' dak li qed jiġri fil-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fejn allura qegħdin naraw inqas żweġijiet u dawk iż-żweġijiet qed jispiċċaw f'divorzju.", "Apparti minn hekk hemm ħafna tfal li qegħdin jitwieldu barra miż-żwieġ.", "Dawn huma kollha familji li mhumiex qed jintlaħqu mis-servizzi main stream u allura qegħdin naraw familji li qed jiġu għall-għajnuna li mhumiex magħqudin fiż-żwieġ.", "CARMEN DELICATA: Jiena qiegħda nara żieda ta' koppji li għadhom għarajjes li qed jiġu għall-għajnuna.", "U fejn forsi qabel kienu jagħlqu għajnejhom u jibqgħu għaddejjin bir-relazzjoni tagħhom, illum qed jibżgħu u jkunu jridu jkunu aktar b'saħħithom fir-relazzjoni tagħhom.", "THE CHAIRMAN: U kif tasal għalikom?", "Min jixtieq jitlob l-għajnuna tagħkom x'irid jagħmel?", "KAREN BISHOP: Ħafna nies ifittxuna anke minn fuq l-internet.", "THE CHAIRMAN: Il-problema mhux li ma jkunx hawn servizz imma li dak li jkun ma jkunx jaf li jeżisti u allura ma jagħmilx użu minnu.", "KAREN BISHOP: Aħna noffru s-servizz b'mod privat ukoll u allura dak li jkun jista' jiġi referred mill-psikjatra tiegħu.", "Pereżempju l-psikjatra jagħraf li l-problema fiha element ta' issues marbuta mar-relazzjoni u allura jirriferih għandna.", "Jew inkella jċempillek xi ħadd għax ħabib tiegħu uża s-servizzi tagħna u allura jkun jixtieq jagħmel appuntament huwa wkoll.", "CARMEN DELICATA: Dak huwa xogħol privat.", "Aħna għandna referral form li nagħtuha lill-Health u lill-Education imma n-nies jistgħu jċemplu wkoll lis-segretarja tagħna u jagħmlu appuntament magħha.", "THE CHAIRMAN: Intom qegħdin l-Università wkoll?", "KAREN BISHOP: Le, aħna istituzzjoni indipendenti.", "CARMEN DELICATA: Imma ngħallmu wkoll l-Università.", "KAREN BISHOP: Ikollna waiting list imma ftit ikun hemm nies jistennew.", "FREDERICK AZZOPARDI: Naħseb li ridt tgħid inti Sur President, hu li donnu n-nies mhumiex konxji dwar dan is-servizz.", "Almenu jien hekk qed inħoss.", "THE CHAIRMAN: Ġieli jkollna servizzi li minħabba nuqqas ta' marketing in-nies ma jkunux jafu bihom.", "Pereżempju fis-subconscious inti taf li jekk tikser idejk jew saqajk trid tmur mill-ewwel il-polyclinic u jekk ħbatt bil-karozza trid iċċempel lill-pulizija jew lill-warden.", "Imma meta jkollok problema fir-relazzjoni tiegħek ma tafx fejn għandek tmur għax ħafna nies ma jafux li intom qed toffru dan is-servizz.", "KAREN BISHOP: Din qiegħda tinbena wkoll.", "Issa qabel l-awareness għal IFT hemm bżonn li jkun hemm l-awareness dwar x'inhi family therapy.", "Wieħed għandu jkun jaf li aħna differenti minn psikjatra u t-terapija tagħna differenti minn terapiji oħra.", "Aħna għandna wkoll istitut pjuttost ġdid u ilna noperaw biss għal dawn l-aħħar erba' snin.", "Madankollu s-servizzi tagħna bil-mod il-mod qegħdin jikbru.", "FREDERICK AZZOPARDI: Pereżempju f'Għawdex ma tantx jinħass is-servizz tagħkom.", "CARMEN DELICATA: Imma kellna studenti minn Għawdex u nispera li joħolqu l-family therapies f'Għawdex ukoll.", "FREDERICK AZZOPARDI: Importanti għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkollna bżonnu dan is-servizz.", "KAREN BISHOP: Kellna klijenti minn Għawdex imma nifhem li biex toqgħod titla' minn Għawdex biex tagħmel session ma tantx huwa komdu.", "CARMEN DELICATA: U l-Gvern joffri wkoll dan is-servizz permezz tal-Aġenzija Appoġġ.", "THE CHAIRMAN: Jiena naf b'diversi servizzi oħrajn li joffrihom il- Gvern imma li n-nies ma jkunux jafu bihom u allura ma jużawhomx.", "Għalhekk jiena dejjem naħseb fuq kif nistgħu nagħmlu aktar użu minn dawn is-servizzi importanti.", "CARMEN DELICATA: Hopefully il-Gvern jindirizzaha din is-sitwazzjoni u joffri dan is-servizz.", "KAREN BISHOP: Ir-riċerka turi li s-servizz jgħin l-aktar meta inti se ssibu fil-kuntest li qiegħed fih u allura jekk qiegħed l-iskola se ssibu hemmhekk u jekk qiegħed l-isptar se ssib team ta' family therapists hemmhekk.", "Ovvjament irridu nżommu quddiem għajnejna li l-professjoni hawn Malta għadha pjuttost żgħira.", "Fil-fatt l-istudju fil-family therapy lokalment beda at a Masters level f'dawn l-aħħar sentejn.", "U min hu family therapist illum għax mar jistudja barra.", "FREDERICK AZZOPARDI: Pereżempju f'Għawdex hemm Dar Ġiuseppa Debono li tilqa' fiha tfajliet żgħar li joħorġu tqal u hemmhekk jieħdu ħsiebhom sakemm ikollhom it-tarbija.", "Imbagħad x'ħin jissettiljaw u kollox ilaqqgħuhom mal-ġuvni tagħhom u jaraw jekk humiex lesti li jkomplu jgħixu flimkien.", "Issa jiena naħseb li intom tistgħu tkunu ta' għajnuna f'każijiet bħal dawn fejn tkunu tistgħu taraw jekk humiex kompetenti biex jiżżewġu.", "Nerġa' ngħid li l-għajnuna li tingħatalhom f'din id-dar iddum sakemm ikollhom it-tarbija u mbagħad iridu jaraw fejn se jmorru jekk tal-familja ma jaċċettawhomx lura magħhom.", "CARMEN DELICATA: Eżatt u dak huwa mod differenti kif naħdmu.", "KAREN BISHOP: Qisu n-nies għadhom ifittxu l-imħabba u għadhom ifittxu d-dar u allura ħafna nies jerġgħu jfittxu t-tieni relazzjoni meta l-ewwel waħda ma tkunx irnexxitilhom.", "Kif jgħidu l-bniedem mhuwiex magħmul biex jibqa' waħdu.", "Kif qed taraw hawnhekk iffokajna fuq x'jiġri meta koppja terġa' tidħol għat-tieni relazzjoni u allura jkollok l-isfidi tal-blended family.", "Mela għandek raġel ġej minn żwieġ ieħor jew minn relazzjoni oħra bit-tfal tiegħu, għandek mara li ġejja minn relazzjoni oħra u bit-tfal tagħha u dawn se jibdew ħajja flimkien.", "Mela l-koppja qiegħda terġa' tistabilixxi l-identità tagħha bħala koppja.", "U kif diġà għedt f'dawn ir-relazzjonijiet jista' jkollok tliet tipi ta' wlied; ulied ir-raġel, ulied il-mara u ulied minn din l-unjoni l-ġdida.", "Naraw ħafna familji li qed jaffaċċjaw din il-kumplessità, inkluż it-tfal għax terġa' u tgħid li l-koppja jkunu għażlu lil xulxin imma t-tfal mhux neċessarjament ikunu on board f'din il-biċċa.", "Mela kif se jibnu relazzjoni bejniethom bħala aħwa u kif se jżommu kuntatt mal-ġenituri l-oħra tagħhom?", "Qisu hemm ħafna kumplessitajiet x'wieħed jista' jimmaniġġja.", "Kif intqal aktar qabel il-familja primarja spiċċat u allura qisu qegħdin nibnu xi ħaġa ġdida.", "Ġieli t-tfal jinqabdu ma' min se jżommu u ma jkunux qishom jafu jekk għandhomx jibdew iħobbu l-missier il-ġdid tagħhom jew għandhomx iħallu l-omm il-ġdida tieħu ħsiebhom.", "X'messaġġi qiegħed nieħu mill-ġenitur l-ieħor li mhuwiex qiegħed hawn?", "Qisu jkun hemm ħafna u ħafna minn dawn id-diffikultajiet.", "Kif diġà għedt il-koppja jagħżlu lil xulxin imma t-tfal għandhom dak il-pakkett u jridu jitgħallmu jadattaw għalih.", "Ħafna koppji se jkollhom issue ta' finanzi għaliex għandek il-kwestjoni tal-manteniment u forsi anke jibdew jaħsbu għal dar ġdida flimkien.", "Imbagħad għandek il-kwestjoni l-oħra ta' kif se nimxu bir-relazzjoni tagħna bħala ġenituri mal-ex-partners tagħna.", "Pereżempju jekk jiena ddeċidejt li ma nistax inkompli ngħix mar-raġel tiegħi, dan xorta waħda għadu missier it-tfal tiegħi u allura huwa fl-interess tat-tfal li nsib mod kif nibqa' naħdem miegħu fejn jidħlu t-tfal.", "Aħna naraw ħafna familji sfortunatament fejn il-ġenituri ma jitkellmux u allura t-tfal jispiċċaw jagħmluha tal-pustiera għalihom sabiex jgħaddu l-affarijiet jew messaġġi min-naħa għall-oħra.", "U hemmhekk it-tfal jidħlu f'ħafna anzjetà għax qishom qed iġorru deċiżjonijiet u stress li mhuwiex tagħhom.", "Mela jekk aħna se ngħinu lill-ġenituri biex dawn isibu mezz kif jibqgħu jirrispettaw lil xulxin u jġibu ruħhom b'mod ċivili għat-tfal, din żgur se tgħin fil-kwalità tal-ħajja tat-tfal.", "CARMEN DELICATA: Meta l-ġenituri jkunu qegħdin f'separazzjoni, tant ikunu f'sitwazzjoni diffiċli u tant ikollhom sfidi ġodda quddiemhom li ma jkollhomx spazju biex jaħsbu fuq il-bżonnijiet tat-tfal.", "Tant ikunu overwhelmed bid-diffikultajiet tagħhom li jkun hemm ħafna li ma jkunux jistgħu jaħsbu fuq it-tfal u joffrulhom spjegazzjoni ta' dak li jkun għaddej fil-familja tagħhom.", "U għalhekk naħseb li hemm bżonn li tingħata aktar attenzjoni fuq it-tfal f'dan iż-żmien partikolari.", "It-tfal huma very resiliant u b'saħħithom f'din it-transition imma ħafna drabi qed ikunu minsijin.", "Il-ġenituri jkunu jixtiequ juru li qegħdin ilaħħqu mat-tfal u meta tistaqsihom fuqhom jgħidulek mill-ewwel li t-tfal orrajt u qisu lanqas ikunu jridu jitkellmu fuqhom!", "Imma aħna nafu li dan mhuwiex minnu għax fl-iskejjel jibdew juru li jinsabu mħawwdin emozzjonalment.", "KAREN BISHOP: Ma ninsewx li dawn ġenituri u t-tfal iħobbuhom it-tnejn li huma.", "U allura meta qiegħed tara tnejn min-nies li tant tħobb u li għalik huma d-dinja f'dan il-kunflitt u li qegħdin jiġġieldu kontinwament, inti se tweġġa'.", "Mela kif se nispjegaw lit-tfal x'inhu jiġri u kif se nuruhom li minkejja li bħala koppja m'aħniex sew, mat-tfal ma nbidel xejn?", "Kif se nwasslu dak il-messaġġ?", "CARMEN DELICATA: It-terapija tagħti vuċi lit-tfal u tgħinhom jitkellmu.", "Dawn il-ħsebijiet li jkunu qegħdin ibernu fihom jagħtuhom vuċi u meta jitkellmu t-tfal se jistrieħu.", "Mela trid tgħinhom jesprimu ruħhom.", "KAREN BISHOP: Trid tgħin lil ġenitur l-ieħor sabiex iħalli lit-tfal iħobbu lil ġenitur li f'għajnejhom ikun żbalja.", "Mela jekk jiena bħala omm qiegħda nara lill-missier b'mod ikrah, b'mod indirett nista' ngħaddi dan il-mesaġġ lit-tfal tiegħi.", "U t-tfal jinqabdu fin-nofs.", "L-isfida bħala ġenitur hi kif se nagħtihom il-permess biex ikollhom relazzjoni tajba ma' kulħadd u dik ħafna drabi narawha.", "Pereżempju fl-2011 f'pajjiżna daħal id-divorzju u aktar kmieni s-sena l-oħra ġew rikonoxxuti l-koppji tal-istess sess u allura qegħdin naraw ukoll dawn ir-realtajiet ġodda.", "Mela għandna dawn il-familji differenti li rridu naraw kif se nagħtuhom vuċi biex jitkellmu fuq il-bżonnijiet tagħhom u rridu nedukawhom ukoll.", "Dan huwa kunċett ġdid għal Malta.", "Ir-riċerka turi li ħafna problemi fiżiċi u psikoloġiċi huma relatati mal-familja u mad-diffikultajiet li tiltaqa' magħhom il-familja.", "U allura l-isfida bħala pajjiż hi dik kif se niffaċċjaw dawn l-isfidi.", "Kif qegħdin nissapportjaw lill-familji li diġà jeżistu u lill-familji ġodda li qed jinħolqu?", "Kif qegħdin nipprevjenu biex ma nħallux il-problemi jkomplu jinħolqu?", "Kif se nagħmlu biex nilħqu man-needs of a changing society?", "L-ewwel xi ħadd semma ż-żwieġ u r-relationship education u din aħna nisħqu ħafna fuqha.", "Aħna ma nsejħulux żwieġ biss għax illum il-ġurnata ma nistgħux nitkellmu biss fuq relazzjonijiet fil-qafas taż-żwieġ, però kif għedna l-ewwel l-uniku servizz ta' edukazzjoni li kien jingħata f'pajjiżna huwa proprju dak li tagħti l-Knisja qabel koppja tiżżewweġ.", "Nafu li dan il-kors jeskludi l-koppji barranin u l-koppji tal-istess sess kif ukoll koppji li għal xi raġuni ddeċidew li jikkoabitaw minflok jiżżewġu.", "U allura għandek ħafna nies li mhumiex qegħdin jintlaħqu u m'hemmx servizz ieħor għalihom.", "M'hemm xejn offrut fuq bażi nazzjonali għalihom u allura kif se nieħdu ħsieb ta' dawn il-koppji li huma prezzjużi daqs il-koppji l-oħra li żżewġu bil-Knisja?", "Kif se nippreparawhom għar-realtajiet li qed jiffaċċjaw?", "Dik hija xi ħaġa li aħna bħala istituzzjoni nħossuha importanti ħafna.", "FREDERICK AZZOPARDI: Din it-trend ta' dawn il-koppji jista' ikun li se tkompli tiżdied maż-żmien.", "KAREN BISHOP: Ma tistax twaqqafhom u allura l-isfida hi fuq kif se noħolqu kampanja ta' edukazzjoni fuq bażi nazzjonali.", "X'inhuma dawk l-isfidi speċjali li dawn in-nies qegħdin jiltaqgħu magħhom?", "Imbagħad għandek ix-xogħol li jsir mal-Qorti tal-Familja.", "Ħafna drabi l-biċċa l-kbira tal-medjazzjoni jiġu riferuti x'imkien imma qisu m'hemmx servizz awtomatiku li jgħaqqad il-Qorti mal-family therapy.", "In-nies se jfittxu l-għajnuna b'mod privat u mhux bilfors li se jinqdew mill-ewwel.", "Għaldaqstant hemmhekk qegħdin naraw lakuna.", "Ġieli jiġu koppji għandna li jkun hemm ċans ta' rikonċiljazzjoni bejniethom u allura trid taqbadhom mill-ewwel għax ladarba jkunu diġà waslu sal-Qorti, l-affarijiet ikunu ħraxu sew.", "Imbagħad għandek oħrajn li jkunu jixtiequ jisseparaw u inti se tipprova tgħinhom biex jagħmlu dan il-pass.", "Imma fejn għandek tfal li qed ibatu hemmhekk qed naraw id-diffikultajiet u jrid ikun hemm servizz ta' backup li jkun jista' jagħti s-sapport lill-familji li sabu servizz magħhom u mhux iridu joqogħdu jħabbtu l-bibien biex isibu l-għajnuna li għandhom bżonn.", "CARMEN DELICATA: Finanzjarjament diġà jkunu mgħobbijin bl-ispejjeż legali.", "Naħseb li għandna bżonn ta' servizz qabel ma' dawn in-nies jidħlu għall-proċess legali biex ikollhom daqxejn pschyco education fuq dak li se jkunu qed jistennew u minn xiex iridu jgħaddu għax ġieli ma jkunu jafu xejn u jintilfu!", "Ġieli jkollok nies ta' ċertu livell ta' edukazzjoni li jkunu mitlufa wkoll.", "U għalhekk nemmen li hemm bżonn ta' servizz li jkun jista' jgħinhom u jedukahom.", "Dan is-servizz naħseb li għandu jingħata b'xejn u għalkemm ma jkunx obbligatorju n-nies għandhom jiġu mħeġġa biex jattendu ħalli jkunu ppreparati għas-pschyco-social aspect tas-separazzjoni.", "FREDERICK AZZOPARDI: Hemm min x'ħin jisma' il-kelma \"Qorti\" jibda jgħidlek min jaf x'se jiġri la jmur u x'se jistaqsuni, jiġifieri jitħawwdu qabel ma jibda l-proċess.", "CARMEN DELICATA: Meta dawn in-nies ikollhom l-avukat tagħhom se jkollhom l-għajnuna għax dan se jispjegalhom l-affarijiet.", "Issa jiena qiegħda nirriferi għall-proċess psikoloġiku.", "X'jiġri fil-familja u x'hemm bżonn li jagħmlu?", "Kif se jibqgħu jitkellmu flimkien bħala ġenituri?", "U kif se jindirizzawhom lit-tfal biex jgħidulhom x'se jiġri?", "Kif se jgħidulhom?", "U x'se jgħidulhom?", "Allura hemmhekk irridu nagħtu xi forma ta' għajnuna.", "KAREN BISHOP: Għandek ukoll realtajiet ġodda li jiġu wara s-separazzjoni fejn pereżempju għandek missirijiet jew ommijiet li ma kenux involuti fil-ħajja tat-tfal u issa matul il-weekend se jsibu ruħhom magħhom ġurnata sħiħa.", "Hemmhekk qed naraw ħafna ġenituri li qed ibatu għax ma jafux kif se jirrelataw mat-tfal tagħhom u ma jkunux jafu x'għandhom bżonn mingħandhom it-tfal.", "Mela hemmhekk ir-relazzjoni tagħhom ta' ġenituri se tinbidel għax jekk qabel kienu jaraw lit-tfal fil-kuntest mal-ġenitur l-ieħor, issa f'daqqa waħda se jsibu ruħhom waħedhom mat-tfal.", "Issa hemm ġenituri li dik is-sitwazzjoni se jindirizzawha b'mod pożittiv ħafna u għandek ġenituri oħra li se jbatu.", "U din tgħodd l-aktar għall-missirijiet.", "CARMEN DELICATA: Il-mara tkun il-buffer bejn il-missier u t-tfal u allura, kif l-omm toħroġ mix-xena, il-missier se jħossu mitluf u allura jibda jillimita ruħu għal sagħtejn biss mat-tfal tiegħu.", "Ġieli jkunu wkoll xi ftit magħfusin mill-flus u allura jkollhom diffikultà akbar fuq x'se jagħmlu.", "Għalhekk ikollhom bżonn ta' xi ftit tal-coaching.", "KAREN BISHOP: Qisna aħna naraw il-bżonn ta' awareness campaigns li jkunu fuq bażi nazzjonali.", "Aħna nemmnu mhux biss li trid taħdem biex issolvi l-problema imma li kemm jista' ikun nipprevjenu u għalhekk importanti t-tagħlim għax kif ngħidu \"bniedem avżat nofsu armat\".", "Allura rridu naraw kif se nedukaw lill-pubbliku fuq il-komplessitajiet tal-familja.", "Jien din naraha ħafna li tiddependi mill-media u hija għad-diskrezzjoni tal-programmi li jkun hemm fuq it-televiżjoni, fejn biex ngħid hekk mhux dejjem dawn ikunu ta' kwalità fl-informazzjoni li jgħaddu.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fil-fatt dawn jistgħu aktar iħawwduhom milli jedukawhom.", "KAREN BISHOP: Fl-istess ħin jekk inti tħalli f'idejn dak is-settur, dan se jkollu l-libertà li meta se juri l-kumplessità tal-familja, se juri liema aspett jixtieq juri hu.", "Bl-istess mod aħna naraw il-bżonn ta' programmi edukattivi fl-iskejjel, kemm fil-livell primarju kif ukoll fil-livell sekondarju.", "Aħna t-tnejn naħdmu fi skola u nafu kemm it-tfal jitgħajjru bil-familji ta' xulxin u bis-sitwazzjonijiet li jkunu għaddejjin minnhom.", "U xi kultant it-tfal bejniethom ibatu biex jispjegaw x'inhi s-sitwazzjoni tal-familja tagħhom u biex jidentifikaw ruħhom ma' familja.", "Allura naħseb li jekk ngħinu lit-tfal u liż-żgħażagħ fl-iskejjel sabiex jifhmu aktar ir-relazzjonijiet, meta għada pitgħada se jiġu biex jifformaw relazzjoni jkunu f'pożizzjoni aħjar.", "Illum il-ġurnata ta' 16 u 17-il sena ħafna żgħażagħ ikunu diġà bdew l-ewwel relazzjoni tagħhom.", "Nistgħu ngħinuhom kemm biex jifhmu aktar lill-familja tagħhom u anke biex jaħsbu aktar fuq ir-relazzjonijiet li se jkunu qegħdin jibnu huma stess.", "Fl-opinjoni tagħna dik hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Ovvjament huwa importanti wkoll it-taħriġ.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq xogħol li jinvolvi ħafna riżorsi u jrid ikun hemm min jista' jagħmlu dan ix-xogħol.", "Aħna nemmnu li huwa importanti li ninvestu fit-taħriġ biex ikun hemm aktar professjonisti li jużaw dawn l-iskills.", "Kif intqal aktar qabel, l-ideat sistemiċi mhumiex biss tal-family therapists imma huma wkoll tas-social workers li jitħarrġu fuq is-systemic ideas.", "Aħna għandna għalliema li ġew jitħarrġu fuq is-systemic ideas u għandna wkoll midwives li xtaqu jagħmlu l-korsijiet magħna.", "Jiġifieri qegħdin naraw din il-firxa u aktar ma wieħed jifrex aktar se jkun hemm outreach.", "Il-midwife mhijiex family therapist imma jista' ikollha aktar awareness ta' x'inhu jiġri fil-koppja f'dak il-ħin tant delikat fil-ħajja tagħhom.", "L-istess l-għalliema tista' tkun aktar sensittiva għall-bżonnijiet tat-tfal li jkollha fil-klassi tagħha.", "Aħna dan narawh li se jgħin lill-familji għax qed tilħaqhom mill-bidu għax imbagħad, aktar mal-affarijiet jeskalaw aktar ikun diffiċli biex issolvihom.", "Mela aktar ma naħdmu fuq l-outreach u fuq il-prevention, aktar se niffrankaw biex ngħid hekk.", "Jiena kont għamilt degree fil-youth work.", "Tistgħu tgħiduli l-youth work fiex jidħol f'dan kollu?", "Il-youth worker huwa an informal educator u naħseb li għandu rwol importanti ħafna fost iż-żgħażagħ.", "Issa din il-professjoni hija pjuttost ġdida imma naħseb li l-informal education tidħol kullimkien hux?", "CARMEN DELICATA: (Interruzzjonijiet) Naħseb li hemmhekk sabu saqajhom.", "THE CHAIRMAN: U l-youth worker huwa aktar assoċċjat mal-youth centres.", "THE CHAIRMAN: Le, il-youth worker aktar jenfasizza fuq kif se jeduka aħjar liż-żagħżugħ skond il-bżonnijiet tiegħu.", "Mela jekk jien il-ħteġijiet tiegħi huma li nifhem lill-ġenituri u nipprova nsib l-ispazju f'dak l-ambjent … Veru li l-youth worker ma jistax jaħdem mal-familja b'mod ġenerali għax mhuwiex family therapist imma huwa an informal educator li huwa l-bażi ta' dan kollu.", "CARMEN DELICATA: Il-koppji li huma ġenituri kif se jindirizzaw lill-youth …", "THE CHAIRMAN: Hekk hu, anke kif il-youth jindirizza l-probemi tiegħu għax aħna l-ħin kollu ngħidu li we have to empower the people imma biex nagħmlu dan irridu nagħtuhom l-għodda biex jifhmu s-sitwazzjoni tagħhom u biex jagħżlu l-aħjar triq għalihom.", "CARMEN DELICATA: Għad irridu nsibulu postu aktar u kif għedt inti naħseb li fl-iskejjel hemm postu.", "THE CHAIRMAN: Intom għandkom xi pjan dwar kif għandu jkun?", "Hawnhekk tkellimna fuq diversi servizzi u naħseb li l-istitut tagħkom issa għandu l-history tiegħu u allura jista' jagħmel analiżi ta' fejn qegħdin u ta' fejn irridu mmorru.", "Qegħdin tipproponu xi ħaġa biex aħna bħala Kumitat inkunu nistgħu nressquha lill-awtoritajiet konċernati?", "KAREN BISHOP: Naħseb li rridu naħdmu fuq programm ta' relationship education.", "Pereżempju meta koppja tmur għall-kors ta' Kana, ma tmurx għax għandha problema u hemmhekk in-nies imorru meta l-affarijiet għadhom trankwilli u bla problemi.", "Mela allura qegħdin jisimgħu b'moħħ miftuħ.", "Mela allura rridu xi ħaġa biex tipprevjeni aktar milli xi ħaġa biex issewwi.", "THE CHAIRMAN: Illum qegħdin nitkellmu ħafna fuq il-preventative medicine fejn dak li jkun m'għandux għalfejn jimrad biex imur l-isptar imma jista' jżomm ruħu b'saħħtu biex ma jkollux għalfejn imur l-isptar.", "U allura anke koppja b'saħħitha fir-relazzjoni tagħha …", "KAREN BISHOP: Aħna dik insejħulha relationship enrichment.", "THE CHAIRMAN: Tara fejn qed tagħmel tajjeb u fejn tista' ittejjeb.", "CARMEN DELICATA: Din il-mistoqsija ġieli nistaqsiha lili nnifsi u nibda ngħid imma għalfejn illum irridu nitgħallmu daqshekk fuq ir-relazzjonijiet!", "Inti mingħalik li se tiġik normali li tidħol f'relazzjoni ma' xi ħadd imma llum il-koppji tant iridu affarijiet partikolari minn xulxin … Kif għedna llum m'għadhomx jidħlu f'relazzjoni bħal qabel fejn il-mara għandha bżonn lir-raġel biex imur jaħdem għaliha filwaqt li hi tibqa' id-dar tieħu ħsieb it-tfal u d-dar.", "Dik il-mentalità llum spiċċat.", "Illum il-mara trid ħabib mir-raġel tagħha u d-demands tal-mara fuq ir-raġel tagħha saru akbar.", "Ir-riċerka turi li llum il-mara ma toqgħodx biss għall-happy marriage għalkemm ir-raġel jikkuntenta għax ikun qed jieħu affarijiet oħra, fosthom ċerta stabilità fid-dar u għandu min jeħodħlu ħsieb tat- tfal u tad-dar.", "Għalhekk illum ir-relazzjoni saret ħafna aktar kumplessa.", "KAREN BISHOP: Naħseb li r-riċerka turi li l-irġiel fiż-żwieġ jgħixu aktar minn irġiel li jgħixu waħedhom.", "FREDERICK AZZOPARDI: Għandi suġġeriment fuq dak li kont qed tgħid inti Sur President.", "Veru li llum iddiskutejna dan is-suġġett magħkom u intom għedtulna x'intom tagħmlu llum imma ma ħariġx eżatt x'taħsbu li hemm bżonn li jsir 'il quddiem.", "X'nistgħu nagħmlu aħna bħala Kumitat?", "Ma nafx jekk taqblux miegħi li forsi wara din il-laqgħa tibgħatulna xi suġġerimenti li għandkom biex aħna niddiskutuhom u jekk ikun hemm bżonn li jsir xi tibdil inkellmu lill-ministri inkarigati ħalli jieħdu ħsieb ta' dawn is-suġġerimenti tagħkom.", "KAREN BISHOP: Wieħed irid jalloka r-riżorsi meħtieġa għaliha.", "Naqblu magħkom mija fil-mija imma dan ix-xogħol huwa time consuming għax irid isir stħarriġ apposta.", "FREDERICK AZZOPARDI: Għandkom idea fuqiex nistgħu nitkellmu 'l quddiem biex nimxu 'l quddiem?", "U fejn nistgħu ngħadduhilkom?", "THE CHAIRMAN: Tistgħu tibagħtuha lis-Segretarju tagħna.", "Nirringrazzjakom ħafna ta' din il-preżentazzjoni għax veru kienet interessanti.", "KAREN BISHOP: Jekk tkunu tridu xi konsultazzjoni ulterjuri aħna lesti li nagħmluha.", "Se nagħtikom il-card bin-numri telefoniċi tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Mela għal-lum nistgħu nieqfu hawn.", "Data oħra għal-laqgħa li jmiss tintbagħat lilkom aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-7:53 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20150223_007d_fam.docx"}