{"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 56", "Il-Ħamis, 4 ta' Ottubru 2012 fis-2.00p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 4 ta' Ottubru 2012 fis-2.00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "3 ta' Ottubru 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121004_056a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 4 ta' Ottubru 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.06p.m.", "PREŻENTI", "L-Onor Tonio Borg Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Kumitat qabel li f'paġna numru 3, fis-seba' paragrafu nru seba' tal-minuti tal-laqgħa nru.", "55 li saret fl-1 ta' Ottubru 2012, minflok il-kliem \"l-Oppożizzjoni, filwaqt li kienet qiegħda taqbel li s-sejħa għall-offerti ġiet sospiża\" kellhom jidħlu l-kliem \"l-Oppożizzjoni, filwaqt li ħadet nota li s-sejħa għall-offerti ġiet sospiża\".", "Il-Minuti, kif emendati, ġew konfermati.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-Public Broadcasting Services, mill-media.link communications, minn ONE News u minn \"The Times\" biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal l-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "Il-Membri tal-Kumitat għaddew rimarki ta' solidarjetà għall-Onor Franco Debono wara li mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat, l-Onor Debono kien informa lil-Kamra li kien irċieva theddida fuq ħajtu.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-Mozzjoni 327 imressqa mill-Onor Joseph Sammut dwar is-sejħa għall-offerti maħruġa mill-Gvern biex jiġu privatizzati l-postijiet tal-parkeġġ madwar il-pajjiż.", "Huwa qal li l-fatt li l-Kabinett kien ħareġ id-dikjarazzjoni li nqrat matul il-laqgħa tal-1 ta' Ottubru 2012, ma kienx ifisser li d-diskussjoni fil-Parlament mhijiex se ssir iżda li l-element tal-urġenza tagħha ma kienx għadu hemm.", "Huwa informa lill-Kumitat li kien se jissuġġerixxi dati għad-diskussjoni u li għan-nom tal-Gvern huwa kien qiegħed jiddikjara li qabel ma jsir id-dibattitu parlamentari ma kien se jittieħed l-ebda pass dwar is-sejħa għall-offerti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-Mozzjoni 312 li tawtorizza l-Ħruġ ta' Ordni mill-Prim Ministru dwar l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.", "Huwa informa lill-Kumitat li wara li din il-Mozzjoni ġiet approvata unanimament mill-Kamra, se jkunu qiegħdin jiġu ppreżentati l-istrumenti tar-ratifika, liema proċess kien soġġett għall-emenda li ġiet ukoll approvata unanimament mill-Parlament.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-Mozzjoni 294 dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Sabbilità, Kordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussel fit-2 ta' Marzu 2012, li d-diskussjoni dwarha kienet bdiet fil-Kamra fit-3 ta' Ottubru 2012.", "Huwa informa lill-Kumitat li jista' jkun li d-diskussjoni fuq din il-Mozzjoni ma tagħlaqx kif previst, jiġifieri nhar it-Tlieta 9 ta' Ottubru 2012, minħabba li kif ġie informat mill-Whip tan-naħa tal-Gvern kif ukoll mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, kien hemm talba mill-Oppożizzjoni biex it-Trattat jiġi eżaminat klawsola klawsola.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-Abbozz ta' liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 3) – Abbozz Nru. 109 – u spjega li dan l-Abbozz jikkonsisti f'emenda għall-Kodiċi Ċivili li tirrigward l-guradianship ta' persuni b'diżabilita.", "Huwa qal li kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li dan jgħaddi u ippropona li dan l-Abbozz jiġi mgħoddi mill-istadji kollha tiegħu.", "L-Onor Joe Mizzi qal li mhux qed joġġezzjona għall-proposta dwar l-Abbozz 109, imma xtaq jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat li kull meta jkun ġej xi recess jew tinqala' xi problema, ix-xogħol parlamentari li tkun tħalla għal żmien twil fuq l-aġenda jsir urġenti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat li kif kien miftiehem fl-aħħar laqgħa, fis-seduta tal-15 ta' Ottubru 2012 il-Kamra kellha tibda tiddiskuti t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni – Abbozz Nru 118 – u li d-diskussjoni tibqa' sejra sakemm jgħaddi dan l-istadju.", "Huwa informa lill-Kumitat li hekk kif tispiċċa d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz, kellha tibda d-diskussjoni fuq il-liġi tal-koabitazzjoni u li dawn iż-żewġ liġijiet kellhom jieħdu madwar disa' seduti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li għad trid tiġi diskussa wkoll l-emenda kostituzzjonali dwar l-età tal-irtirar tal-imħallfin u li kien informat li kien hemm qbil dwar din il-liġi min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Semma wkoll li hemm direttiva tal-Unjoni Ewropea li teħtieġ li jiġi mgħoddi l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Probation – Abbozz Nru 116.", "Il-Viċi Prim Ministru qal li mbagħad, il-Parlament ser ikun jista' jgħaddi biex jiddiskuti l-Mozzjoni 327 u li dan jista' jsir fis-seduta tat-12 ta' Novembru 2012 jew f'xi ġurnata oħra fit-tieni ġimgħa ta' Novembru skond kif jiddeċiedi l-Kumitat.", "L-Onor Anġlu Farrugia irrimarka li huwa kien qiegħed jistenna li l-Mozzjoni 327 kienet se tiġi diskussa fi żmien ġimgħa u mhux fit-12 ta' Novembru 2012 u li allura ma kienx qiegħed jaqbel mal-proposta tal-Viċi Prim Ministru.", "Huwa qal li lanqas qiegħed jaqbel li l-element ta' urġenza m'għadux hemm għaliex is-sejħa għall-offerti ġiet sospiża u mhux irtirata.", "Huwa ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat għad-dikjarazzjonijiet li saru fil-laqgħa tal-Kumitat tal-1 ta' Ottubru 2012 mill-Onor Franco Debono u mill-Onor Jeffrey Pullicino Orlando u rrimarka li teżisti maġġoranza li hija favur li din il-Mozzjoni tiġi diskussa b'mod urġenti.", "Huwa qal li l-Oppożizzjoni kienet qiegħda tinsisti li tingħata data għad-diskussjoni, liema data tkun fi żmien ġimgħa.", "Huwa ippropona li l-programm tax-xogħol tal-Kamra kif propost mill-Viċi Prim Ministru fir-rigward tal-Abbozz 112 u tal-Abbozz 109 jibqa l-istess u d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 327 issir il-Ħamis jew il-Ġimgħa tal-ġimgħa ta' wara.", "L-Onor Joe Mizzi saħaq li huwa importanti li d-diskussjoni ssir immedjatament u qal li jekk ma tingħatax data għad-diskussjoni kif mitluba mill-Oppożizzjoni, kien qiegħed jiddikjara li l-Oppożizzjoni mhix qiegħda taqbel mal-programm tax-xogħol kif propost mill-Gvern u li m'hemm ftehim fuq xejn.", "L-Onor Jeffrey Pullicino Orlando esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li l-Gvern waqqaf il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-parkeġġi u li wkoll iddikkjara li mhux beħsiebu jipproċedi qabel il-materja tiġi diskussa fil-Parlament.", "Huwa mbagħad indirizza lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u qal li kien qiegħed jitkellem bħala membru tal-koalizzjoni.", "L-Onor Pullicino Orlando qal li peress li jidher li l-Prim Ministru, li qiegħed imexxi l-koalizzjoni li huwa jifforma parti minnha, jixtieq li jippreżenta l-budget u jkompli bix-xogħol leġiżlattiv, u minħabba l-atteġjament tal-Onor Franco Debono fir-rigward tal-Onor Austin Gatt, huwa staqsa jekk hux qiegħed jiġi kkonsidrat li l-Onor Austin Gatt jirriżenja.", "L-iSpeaker informa lill-Onor Pullicino Orlanda li l-Mozzjoni 327 ma kien fiha l-ebda talba għar-riżenja tal-Onor Austin Gatt u li matul il-laqgħa li għaddiet huwa kien ġibed l-attenzjoni tal-Onor Franco Debono li ried jippreżenta emenda għall-Mozzjoni 327 li kienet titlob tali riżenja, li ma kienx aċċettabli li emenda għal mozzjoni titressaq f'dak l-istadju.", "L-iSpeaker Michael Frendo ġibed l-attenzjoni tal-Membri tal-Kumitat li jeżisti ftehim li l-Mozzjoni 327 tiġi diskussa u li kien jonqos biss qbil dwar id-data tad-diskussjoni.", "Huwa ssuġġerixxa li l-Kumitat jiġi sospiż għal għaxar minuti sabiex jingħata żmien isiru l-konsultazzjonijiet li hemm bżonn.", "Fis-2.50pm il-Kumitat kien sospiż u rriżuma fit-3.03pm.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li matul is-sospensjoni huwa kien issuġġerixxa li d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 327 issir lejn l-aħħar ta' Ottubru imma kien jidher li dwar din il-proposta ma kienx intlaħaq ftehim.", "L-Onor Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li peress li l-Mozzjoni 330, ippreżentata mill-Onor Franco Debono dakinhar stess qabel beda jiltaqa' l-Kumitat, kienet relatata mal-Mozzjoni 327, l-Oppożizzjoni issa kienet qiegħda tinsisti li dawn iż-żewġ mozzjonijiet jiġu diskussi fil-Parlament sal-ġimgħa ta' wara.", "Żied jgħid li f'każ li dan ma jiġix aċċettat, l-Oppożizzjoni kienet se timxi mal-proċeduri li hemm stabbiliti.", "L-Onor Joe Mizzi qal li t-talba li qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni ma tistax tiġi injorata għaliex hemm Membri min-naħa tal-Gvern li qiegħdin isostnu din l-istess talba.", "Huwa qal ukoll li hija ħaġa serja li fl-istess Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, li huwa estensjoni tal-Parlament, saret dikjarazzjoni li l-Prim Ministru m'għandux il-maġġoranza warajh.", "Żied jgħid li kien għalhekk li l-Oppożizzjoni qiegħda tinsisti li t-talba tagħha tiġi milqugħa.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Intern qal li peress li l-Mozzjoni 330 kienet għadha kif daħlet, il-Gvern kien se jagħti l-opinjoni tiegħu dwarha aktar tard.", "Dwar il-Mozzjoni 327 huwa qal li l-proposta tal-Gvern hija raġonevoli in vista tal-leġiżlazzjoni prioritarja li għandha tgħaddi mill-Parlament u li allura se jibqa' jżomm il-pożizzjoni li ħa.", "Irrimarka wkoll li l-proposta tal-iSpeaker li d-diskussjoni fuq Mozzjoni 330 issir lejn l-aħħar ta' Ottubru ġiet miċħuda mill-Oppożizzjoni.", "Dwar il-kwestjoni tal-maġġoranza il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li huwa l-Parlament li jiddeċiedi fejn qiegħda l-maġġoranza.", "L-iSpeaker għalaq id-diskussjoni billi informa lill-Kumitat li kien se jkompli bl-isforzi tiegħu biex jintlaħaq ftehim.", "Fis-3.08pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121004_056m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Ottubru, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121009_011a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 11", "It-Tlieta, 9 ta' Ottubru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:32 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "10, li saret nhar it-Tlieta 10 ta' Lulju 2012, ġew konfermati.", "Il-Kumitat stieden lis-Sinj Micheline Sciberras, Direttur Ġenerali fid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi u lis-Sinj Sandra Cortis, Service Manager għas-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali biex jagħtu preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Is-Sinj Micheline Sciberras u s-Sinj Sandra Cortis spjegaw id-diversi servizzi li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni joffri lill-tfajliet li joħorġu tqal waqt li jkunu għadhom qed jattendu l-iskola.", "Is-Sinj Sciberras indikat li ftit huma dawk it-tfajliet li jirritornaw lura l-iskola wara li jkollhom it-tarbija.", "Hija spjegat ukoll kif ċertu tfajliet jippreferu li jgħixu bis-servizzi soċjali milli jkomplu l-edukazzjoni jew isibu xogħol.", "Fost oħrajn ġie diskuss wkoll is-sitwazzjoni f'Għawdex, il-counselling għal ġuvintur, attenzjoni iktar għal dawk it-tfajliet li huma vulnerabbli, l-użu tal-kontraċettivi, sexual education kif ukoll il-ħtieġa li fil-futur il-counselling ikun fuq bażi individwali.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121009_011m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 57", "Il-Ħamis, 11 ta' Ottubru 2012 fis-2.00p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 11 ta' Ottubru 2012 fis-2.00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra", "Affarijiet oħra", "9 ta' Ottubru 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121011_057a_xog.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 11 ta' Ottubru 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.08 p.m.", "PREŻENTI", "L-Onor Tonio Borg Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor David Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Anġlu Farrugia u l-Onor Joe Mizzi.", "Il-Kumitat qabel li fir-raba' paragrafu ta' paġna numru 2 tal-minuti tal-laqgħa nru.", "56 li saret fl-4 ta' Ottubru 2012, il-kliem \"f'seduta waħda\" jiġu mħassra.", "Il-Minuti, kif emendati, ġew konfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mingħand \"Public Broadcasting Services\", \"Media.Link Communications\", \"ONE News\", \"The Times\", \"DI-VE.com\" u \"Malta Independent\" biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien sejjaħ din il-laqgħa skond ir-ruling li kien ta fis-Seduta 505 tat-8 ta' Ottubru 2012.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-Mozzjoni 294 dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilità, Kordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussel fit-2 ta' Marzu 2012, li kienet bdiet tiġi diskussa fil-Kamra fit-3 ta' Ottubru 2012.", "Huwa informa lill-Kumitat li kien hemm commitment li fl-1 ta' Jannar 2013 dan it-Trattat kellu jidħol fis-seħħ fiż-żona ewro.", "Qal ukoll li malli jiffirmawh 12-il pajjiż mis-17-il Stat Membru fiż-żona ewro, dan it-Trattat kellu jidħol fis-seħħ.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li l-ħsieb tal-Gvern huwa li l-Kamra kellha l-ewwel tkompli bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni tal-films u l-palk – Abbozz Nru 106 - u li hekk kif tispiċċa d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz, tkompli d-diskussjoni fuq il-Mozzjoni 294 dwar ir-Riżoluzzjoni għar-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilità, Koordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussell fit-2 ta' Marzu 2012.", "Minnufih wara kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Abbozz Nru 117, mbagħad kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni – Abbozz Nru 118 – u wara kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 3) – Abbozz Nru. 109.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin żied jgħid l-Gvern kien beħsiebu wkoll iressaq għad-diskussa l-emenda kostituzzjonali biex tiġi miżjuda l-età tal-irtirar tal-imħallfin minn 65 sena għal 68 sena.", "L-Onor Joe Mizzi qal li min-naħa tal-Oppożizzjoni kien għad m'hemmx qbil dwar dan il-programm leġiżlattiv.", "L-Onor Mizzi staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin meta hemm il-ħsieb li jitressaq il-Budget.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li kien għadu mhux f'pożizzjoni li jindika d-data tal-Budget u li hekk kif ikun jaf, kien se jinforma mill-ewwel lill-Oppożizzjoni, bħal ma dejjem għamel.", "L-Onor Anġlu Farrugia qal li l-Kumitat kien qiegħed jitlaqqa' mis-Sedja biex skont kif ġie espress fir-ruling tagħha mogħti fis-Seduta tat-8 ta' Ottubru 2012, jintlaħaq ftehim dwar il-Mozzjoni 327 imressqa mill-Onor Joseph Sammut dwar is-sejħa għall-offerti maħruġa mill-Gvern biex jiġu privatizzati l-postijiet tal-parkeġġ madwar il-pajjiż.", "L-Onor Farrugia staqsa jekk il-Gvern kienx beħsiebu jiċċaqlaq mill-pożżizzjoni li kien ħa fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat li din id-diskussjoni ssir fit-12 ta' Novermbru 2012.", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni li r-ruling ma kienx jitkellem biss dwar mozzjoni partikolari iżda dwar il-kunċett li hemm fl-Ordnijiet Permanenti li jagħti żvog għal xogħol inizjat minn deputat individwali.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ġibed l-attenzjoni tal-Kumtiat li ma kienx il-Gvern li waqqaf milli kull Ħamis alternattiv ikun hemm Private Members Day għaliex fil-prattika ilu jiġri hekk, anke qabel ma kien hemm il-Mozzjoni ta' proċedura numru 78.", "Huwa żied jgħid li madanakollu huwa kien qiegħed jipproponi li jsir ordni permanenti li jgħid li Ħamis iva u Ħamis le il-Kamra jkollha Private Members Day.", "Huwa mbagħad ippropona li l-Mozzjoni 327 tibda tiġi diskussa nhar il-Ħamis, 8 ta' Novembru 2012.", "L-Onor Anġlu Farrugia qal li l-Oppożizzjoni ma kenitx qiegħda taqbel ma' din id-data u li minflok kienet qiegħda tipproponi tliet dati, it-18 ta' Ottubru, il-25 ta' Ottubru u l-1 ta' Novembru.", "Il-Kumitat baqa' ma laħaqx ftehim dwar data li fiha kellha tiġi diskussa l-Mozzjoni 327.", "Bil-permess tal-Kumitat l-Onor Franco Debono għamel referenza għall-ħames mozzjonijiet li huwa kien ressaq matul il-leġiżlatura, spjega l-urġenza ta' uħud minnhom u ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ma kien għamel aċċenn għall-ebda waħda minn dawn il-mozzjonijiet.", "Bil-permess tal-Kumitat intervjena l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando u filwaqt li rrefera għall-kummenti li ghamel l-Onor Franco Debono issuġġerixxa li bħal ma sar fir-rigward tal-Mozzjoni 327 dwar il-postijiet tal-parkeġġi, il-Gvern għandu jwaqqaf il-proċess dwar l-iSptar St Philip sakemm din il-materja tiġi diskussa fil-Kamra.", "L-Onor Joe Mizzi irrimarka li l-kuntratt dwar l-iSptar St Philip jista' jitressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin qali li kien qed jieħu nota ta' dak li kien qiegħed jintqal.", "L-iSpeaker appella biex kemm jista' jkun malajr jintlaħaq ftehim.", "XOGĦOL IEĦOR", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li aktar ma kien qed jisma' x'qed jingħad waqt fid-dibattitu fuq it-Trattat dwar Stabbilità, Kordinazzjoni u Governanza li kien qed jiġi diskuss fil-Kamra, iktar kien qed jikkonferma kemm kienet f'waqtha t-talba li kien ressaq biex jitwaqqaf Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Għaldaqstant huwa talab lill-Membri jagħmlu l-abbokkamenti meħtiega biex anke jekk dan il-Kumitat ma jitwaqqafx għalissa, għallinqas ikun hemm l-infrastruttura f'postha billi jiżdied ordni permanenti li kopja tiegħha kienet ġiet mgħoddija lill-Membri flimkien ma' memorandum dwar din il-materja.", "L-iSpeaker saħaq fuq il-bżonn li l-Parlament ikollu dan il-Kumitat partikolarment fil-kontest tal-mod kif il-budgeting fil-pajjiż inbidel u kif kien se jkompli jinbidel fil-qafas ta' dak li qed jiġi mitlub mill-pajjiżi li qegħdin fiż-Żona Ewro u li huma Membri tat-Trattat dwar Stabbilità, Kordinazzjoni u Governanza.", "Fit-3.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121011_057m.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 141", "It-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2012 fil-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121016_141a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru 141", "It-Tlieta 16 ta' Ottubru, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 141", "It-Tlieta 16 ta' Ottubru, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 139 li saret nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju 2012, kienu kkonfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 140 li saret nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2012, kienu kkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq ninforma lill-Kumitat li rċevejna din il-korrispondenza:", "Ittra datata 20 ta' Lulju 2012, mingħand il-Ministru Chris Said, dwar il-ħatra ta' Ms Miriam Muscat fil-Malta Council for the Voluntary Sector wara r-riżenja minn din il-kariga tas-Sur Reuben Buttigieg; u", "Email datata 16 ta' Ottubru 2012, mingħand Mr David McKenna, President ta' Victim Support Europe, fejn qed jistieden liċ-Chairman, l-Onor.", "Edwin Vassallo, għall-Konferenza \"Putting Victims' Rights into Practice\", li se ssir fil-Parlament Ewropew fis-26 ta' Novembru.", "SUĠĠERIMENT", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nissuġġerixxi lill-Kumitat li nerġgħu nagħmlu laqgħa oħra fuq l-issue ta' Paceville.", "Fil-fatt jien ġejt avviċinat minn persuni interessati f'dan is-suġġett li talbuni biex issir tali laqgħa fil-Kumitat, wara li dan is-suġġett ġie diskuss bejniethom fil-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.", "Naħseb li jkun tajjeb li għal din il-laqgħa jiġu mistiedna wkoll persuni li ma kienux preżenti fil-laqgħat preċedenti, ħalli huma wkoll ikunu jistgħu jagħtu l-veduti tagħhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni biex nagħmlu din il-laqgħa, u naħseb li huwa fl-interess ta' dan il-Kumitat li jerġa' jiddiskuti issue daqshekk interessanti.", "Safejn naf jien – jikkorreġuni l-iskrivani tagħna li qegħdin jassistuna – kellna xi possibilità ta' data biex issir laqgħa li fiha nistiednu lill-Ministri konċernati, fosthom lill-Ministru Chris Said u l-Ministru Mario de Marco, biex formalment nippreżentawlhom ir-rapport li konna għamilna fuq Paceville.", "Għaldaqstant, ma niddejjaq xejn li nsibu ġurnata – it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa, għax dawk huma l-ġranet li fihom jiltaqa' il-Parlament – meta l-Ministru Chris Said u l-Ministru Mario de Marco jkunu jistgħu jiġu għal din il-laqgħa.", "Imma ġurnata qabel nagħmlu laqgħa oħra – u jekk hemm bżonn anke aktar – biex nistiednu lil dawk li huma interessati li jiġu jitkellmu fuq dan is-suġġett, u hawnhekk nitlob lill-Onor.", "Carmelo Abela sabiex jagħtini lista tal-kelliema li jixtiequ jitkellmu f'din il-laqgħa.", "B'hekk meta nkunu se nressqu r-rapport kif kien indikat, inkunu kapaċi nressquh ukoll bl-aħħar suġġerimenti li jkunu ħarġu minn dawn l-aħħar laqgħat.", "Kieku jien, għal dik il-laqgħa, kont nistieden ukoll lir-rappreżentanti taż-żewġ ministeri konċernati, għaliex dan huwa suġġett li għandu x'jaqsam mal-Ġustizzja u l-Intern, u nistiednu wkoll lil xi ħadd li huwa responsabbli mill-Pulizija, xi ħadd mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, u xi ħadd mill-Uffiċċju tal-Ministru Mario de Marco li għandu x'jaqsam mas-settur tat-turiżmu.", "Dawn is-suġġerimenti, filwaqt li qiegħed nesprimihom biex kulħadd ikun jaf x'konna qegħdin nippreparaw, insibu l-ħin sabiex inkomplu niżviluppawhom ħalli finalment nagħmlu din il-laqgħa.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi.", "Jekk tippermettili, jien ukoll xtaqt nagħmel suġġeriment.", "Jiena nifhem li l-Ministri diġà huma konxji ta' dan ir-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li ġie wkoll ippubblikat, imma jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li formalment nippreżentawlhom dan ir-rapport, u naħseb li din nistgħu nagħmluha fl-istess laqgħa.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb ukoll.", "CARMELO ABELA: Naturalment, mhux qed nippretendu li l-Ministri jibqgħu għal-laqgħa kollha, imma jista' ikollhom ir-rappreżentanti tagħhom jekk iħossu li hemm din il-ħtieġa.", "U mhux qed nimmaġina li se nagħmlu aktar minn seduta waħda.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-aħjar ħaġa hi li naraw xi żviluppi ġodda kien hemm u mbagħad niddeċiedu jekk hemmx il-ħtieġa li nerġgħu niltaqgħu, jew inkella li jkun hemm żieda mar-rapport li diġà ġie approvat u ppubblikat bħala addendum miegħu.", "(Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax, imma jekk il-booklet ma jkunx għadu lest … Aħna naraw safejn naslu, l-importanti – aktar milli jekk isirx il-booklet jew le – hija s-sustanza tal-laqgħa li se nagħmlu.", "U jidher li l-Kumitat m'għandux oġġezzjoni biex issir din il-laqgħa.", "Inkomplu nikkomunikaw flimkien biex finalment l-Onor.", "Carmelo Abela jagħtina l-lista tal-ismijiet, u aħna nikkomunikaw ma' min naħsbu li jista' jkun hawnhekk biex nagħmlu din il-laqgħa u nitkellmu fil-preżenza tal-Ministri.", "Jien irrid nikkonkludi fuq dan il-ħsieb, għax qatt ma kont qed naħseb li se nagħmlu preżentazzjoni ta' xi ħaġa miktuba u nieqfu hemm!", "Meta kont qed ngħid li għandna nagħmlu preżentazzjoni lill-Ministri konċernati, kont ridt infisser li għandna niddiskutu magħhom dan is-suġġett u fuq dawn il-proposti li hawn miktuba, u b'hekk nerġgħu nqajjmu interess f'dak li kien qed jiġi propost f'dan id-dokument.", "Issa jekk nistgħu nsaħħu dan id-dokument b'iktar interess min-nies li se jiġu hawnhekk, naħseb li tkun xi ħaġa ferm aħjar milli konna se nagħmlu.", "Għaldaqstant m'għandi l-ebda oġġezzjoni, u nistgħu nipproċedu fuq dan is-suġġeriment u naħdmu fuqu.", "CHRIS SAID (Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja): Sur President, m'iniex se ndum għaddej ħafna bil-preżentazzjoni, anzi naħseb li huwa iktar importanti li ssir diskussjoni milli preżentazzjoni.", "Qegħdin hawnhekk illum għaliex, fir-riforma li saret fl-2007, kienu saru emendi importanti għal-liġijiet tal-pensjonijiet tagħna, u kienu daħlu numru ta' inizjattivi, fosthom l-aktar waħda popolari – għaliex kienet l-aktar waħda li ssemmiet – u ċjoè, dik taż-żieda tal-età tal-pensjoni minn 61 sena għal 65 sena fuq perijodu ta' snin.", "Waħda mill-affarijiet li kien hemm inkluża fil-liġi kienet dik li, kull ħames snin, irid isir rapport fuq l-istat tal-pensjonijiet, x'riformi jridu jsiru u kif qed jaħdmu dawk ir-riformi, kif ukoll x'riformi oħra jridu jsiru.", "B'hekk dan il-proċess huwa wieħed ongoing.", "L-ewwel rapport kellu jitlesta sal-aħħar tal-2010, u fil-fatt twaqqaf Pensions' Working Group li ħejja dan ir-rapport fil-ħin.", "U issa ilna għal dawn l-aħħar xhur għaddejjin b'konsultazzjoni wiesgħa fuq dan ir-rapport.", "L-ewwel proċess li sar meta tlesta dan ir-rapport fl-aħħar tal-2010 kien proprju konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u mas-soċjetà ċivili kollha, fejn kulħadd ingħata l-opportunità li jwassal is-sottomissjonijiet tiegħu fuq dan ir-rapport, li kien fih numru ta' rakkomandazzjonijiet.", "Kien hemm diskussjoni u konsultazzjoni wiesgħa, saru laqgħat one-to-one, laqgħat fl-MCESD, kif ukoll laqgħat mal-għaqdiet tal-pensjonanti.", "Abbażi ta' dak kollu li daħal, il-Working Group reġa' għamel rapport ieħor, din id-darba bir-rakkomandazzjonijiet li kienu daħlu u b'dak li kien ġie addottat, u allura x'inbidel mir-rapport preliminari, li issa sar ir-rapport finali tal-Working Group.", "Fejn kien hemm rakkomandazzjonijiet li ma ġewx addottati, intqal għalfejn dawn ma ġewx addottati.", "Issa f'dan ir-rapport, apparti l-Working Group li huwa ffurmat minn numru ta' esperti f'dan il-qasam tal-pensjonijiet u tas-servizzi soċjali, kien hemm ukoll l-għajnuna tal-World Bank u esperti oħra, anke barranin, li taw l-għajnuna tagħhom sabiex seta' jsir rapport bl-aħjar u bl-aqwa mod possibbli.", "Ir-rapport fih iktar minn 50 rakkomandazzjoni u, wara li ġie ppreżentat lili bħala l-Ministru responsabbli f'April tal-2012, kienet saret diskussjoni fl-MCESD.", "Imma l-liġi stess tistipula li mbagħad dan ir-rapport irid jiġi ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kif fil-fatt qiegħed isir illum.", "Issa ma jfissirx li r-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport huma addottati kollha mill-Gvern.", "Fil-fatt il-Gvern qiegħed fi proċess sabiex jara dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jitkellem fuqhom mal-imsieħba soċjali u mal-partiti politiċi, sabiex jekk jista' jkun ikollna qbil fuq il-passi li rridu nieħdu fuq din il-materja.", "Issa fuq il-prinċipju li rridu nilħqu, jiġifieri li rridu naħdmu, ħalli f'pajjiżna jkollna pensjonijiet adekwati u sostenibbli, mibnija fuq il-prinċipju tas-solidarjetà.", "Dan kulħadd qed jaqbel fuqu, għax kulħadd jixtieq li jkollna pensjonijiet adegwati u kulħadd jixtieq li jkollna pensjonijiet sostenibbli.", "Kulħadd jaqbel ukoll mal-prinċipju tas-solidarjetà.", "Però imbagħad għandek il-kif se naslu f'pożizzjoni li nattwaw tibdil u riformi f'dan il-qasam sabiex nassiguraw li naslu għal dawn l-għanijiet.", "Mela fejn irridu naslu kulħadd qed jaqbel.", "Kulħadd jaqbel ukoll li se jkollna problema numru ta' snin oħra jekk ma nieħdux passi oħra ma' dawk li diġà ħadna.", "Din il-problema ġejja mill-fatt li għandna an aging population, jiġifieri llum in-nies qegħdin jgħixu aktar.", "U din hija parti mis-suċċess li għamel pajjiżna.", "Din il-problema nħolqot mis-suċċess li għamel pajjiżna fl-aħħar snin.", "Għandek l-avvanzi fil-qasam tas-saħħa, l-avvanzi fil-qasam tal-ikel u fil-qasam tal-kwalità tal-ħajja, imma b'mod partikolari l-avvanzi fil-qasam tas-saħħa, li wasslu sabiex il-Maltin u l-Għawdxin, bħal popli oħra Ewropej, żdiedet il-life expectancy tagħhom.", "Fil-fatt, pajjiżna huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li l-life expectancy żdiedet b'mod qawwi.", "Dan ifisser li inti għandek iżjed pensjonanti.", "Hemm ukoll il-problema l-oħra, dik tal-fertility rate, fejn hawnhekk inżilna mhux ħażin.", "Illum pajjiżna għandu waħda mill-inqas rati baxxa ta' fertilità fl-Ewropa!", "Jekk m'iniex sejjer żball, il-medja tagħna hija ta' 1.4, meta l-medja Ewropea hija ħafna aktar minn hekk.", "Dan qed iwassal sabiex jitwieldu inqas tfal, u allura fis-snin li ġejjin se jkollna inqas ħaddiema li jkunu qed jagħmlu tajjeb għall-pensjonijiet tan-numru kbir ta' pensjonanti li se jkollna.", "ANTHONY ZAMMIT: Għandna wkoll rata baxxa ħafna ta' infantile mortality.", "Imma dik hija parti mis-suċċess ukoll tal-qasam tas-saħħa u tagħkom li taħdmu f'dan il-qasam li llum pajjiżna għandu fost l-inqas mortality rates fit-trabi tagħna.", "Dawn kollha qegħdin ipoġġu quddiemna din l-isfida.", "Iktar milli problema, jien naraha bħala sfida li rridu nirrispondu għaliha.", "Pajjiżna kien dejjem kapaċi jirrispondi għal dawn it-tip ta' sfidi bil-għaqal, u fejn kien hemm bżonn poġġejna bilqiegħda u ddiskutejna.", "Fl-2007 hekk għamilna; saret diskussjoni matura ħafna mal-imsieħba soċjali, u kien hemm kważi qbil totali fuq l-emendi li saru fl-2007.", "Dawk l-emendi diġà qed iħallu l-frott tagħhom, għax tajjeb ngħidu li kienu ttieħdu diversi inizjattivi.", "Pereżempju, emenda li saret mill-2007 'il quddiem kienet dik li l-pensjonanti li jilħqu l-età tal-pensjoni jistgħu jibqgħu jaħdmu u ma jitilfux il-pensjoni tagħhom.", "Dik wasslet sabiex illum għandna kważi 14,000 pensjonant li baqgħu jaħdmu u li qed jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna.", "Dawn xorta qed jieħdu l-pensjoni, imma għadhom jaħdmu.", "U la għadhom jaħdmu, qed iħallsu l-kontribuzzjonijiet, qed iħallsu t-taxxa fuq id-dħul tagħhom, u żidna l-parteċipazzjoni tal-anzjani fid-dinja tax-xogħol.", "Ittieħdu diversi inizjattivi oħra: pereżempju l-inizjattiva ta' kif inħajjru iktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk għandna ħafna x'nagħmlu, u wħud mir-rakkomandazzjonijiet huma bbażati fuq dan.", "Ħalli mmur pass lura: hemm 53 rakkomandazzjoni, li ħafna minnhom m'hemmx kwestjoni fuqhom, anzi hemm qbil totali, u allura l-Gvern se jimxi fuq dan il-binarju.", "Aħna mhux se noqogħdu nistennew li jkun hemm qbil fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha, imma bdejna nattwaw dawk ir-rakkomandazzjonijiet li hemm qbil fuqhom.", "Pereżempju hemm qbil li titwaqqaf Pension Strategy Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u b'hekk ikollna nies esperti fiċ-Ċivil li l-ħin kollu jkunu qegħdin jaħsbu fuq l-istrateġija tal-pensjonijiet, strateġija fit-tul u mhux għal tlieta, erba' jew ħames snin.", "Fil-fatt, din trid tkun tħares lejn 20, 30, 40 u anke 50 sena oħra, għaliex jekk ma naħsbux minn issa, imbagħad jista' jkun tard wisq!", "Allura ddeċidejna li din l-istruttura titwaqqaf, u hemm proċess għaddej sabiex din titwaqqaf b'direttur u b'nies esperti fiha biex ikollok struttura li l-ħin kollu qiegħda taħdem fuq dan il-qasam.", "Rakkomandazzjoni oħra: id-dokument jitkellem fuq il-first pillar, is-second pillar u t-third pillar.", "Hawnhekk jien mhux se noqgħod nidħol fid-definizzjonijiet tagħhom.", "Ovvjament, hemm diskussjoni għaddejja fuq jekk għandniex indaħħlu s-second pillar.", "M'hemmx qbil fuq din, u allura d-diskussjoni se tkompli għaddejja għax il-Gvern jixtieq li jsib qbil jekk jiġi biex jagħmel xi ħaġa f'dan il-qasam.", "Irrid ngħid li, anke jekk ikun hemm qbil biex tidħol is-second pillar, jiġifieri kontribuzzjoni oħra mandatorja fuq dik li diġà hemm tal-NI, din mhux se tidħol mil-lum għal għada.", "Pereżempju, pajjiżi bħall-Iżvezja, li huwa pajjiż avvanzat ħafna, daħħal is-second pillar ftit tas-snin ilu.", "Minn meta ddeċieda li jdaħħal is-second pillar, sa meta kien f'pożizzjoni li jibda jattwaha, għaddew sitt snin.", "Dan għaliex inti trid tipprepara l-infrastruttura, trid tipprepara s-sistema, trid tipprepara lil min iħaddem u trid tipprepara lill-ħaddiema.", "Għalhekk din hija xi ħaġa long term.", "Imma anke hawnhekk ma kienx hemm qbil; imma l-Gvern huwa kommess li fuq dawn l-affarijiet jipprova jsib il-qbil, u mhux għax hemm rakkomandazzjoni, ifisser li l-Gvern se jaċċettaha bilfors.", "Ovvjament, fejn hemm il-qbil se mmexxu.", "It-third pillar, jiġifieri l-investiment u t-tifdil li wieħed jagħmel b'mod volontarju matul il-ħajja tiegħu biex, meta joħroġ bl-età tal-pensjoni, jibqa' ikollu dħul qawwi, u allura l-istil u l-kwalità ta' ħajja li jkun qed jgħix biha ikun jista' jibqa' jgħixha, u mhux jieħu daqqa 'l isfel, qegħdin naraw x'jista' isir.", "Qed naraw ukoll li l-poplu tagħna huwa poplu li jfaddal, imma jista' ikun li m'għandux il-konoxxenza biżżejjed dwar kif jista' jfaddal bl-aħjar mod possibbli, u dwar kif jista' jinvesti flusu bl-aħjar mod possibbli biex jagħtuh l-aħjar returns meta jiġi għall-età tal-pensjoni.", "Allura, numru ta' rakkomandazzjonijiet iduru madwar il-fatt ta' x'irridu nagħmlu biex nedukaw lill-poplu tagħna sa minn età żgħira, anke mill-iskejjel, għal dik li tissejjaħ il-financial literacy.", "Għal dan il-għan, waqqafna Kummissjoni msejħa Financial Literacy Commission fejn, sal-aħħar ta' din is-sena, se tkun lestiet rapport dwar l-istrateġija ta' kampanja ta' edukazzjoni fuq diversi livelli, mhux biss fl-iskejjel, imma anke mal-ħaddiema u man-nisa, biex inkunu nistgħu nwasslu lil dawn in-nies l-aħjar mod ta' kif jistgħu jinvestu għall-futur tagħhom, u ċjoè għal meta jilħqu l-età tal-pensjoni.", "L-active aging: hawnhekk ukoll qed naraw it-twaqqif ta' kumitat li jħares kif l-anzjani u l-pensjonanti tagħna … Diġà tajt eżempju ta' inizjattiva li ttieħdet fl-2007, u li din ħalliet riżultat eċċezzjonali.", "Imma allura għandna nieqfu hemm?", "Le, irridu naraw x'inizjattivi oħra nistgħu nieħdu biex nassiguraw li jkollna l-ikbar parteċipazzjoni possibbli tal-anzjani tagħna, mhux biss fid-dinja tax-xogħol, imma anke fil-qasam tal-volontarjat, li wkoll huwa qasam importanti ħafna u li l-anzjani għandhom minjiera x'jagħtu f'dan il-qasam permezz tal-esperjenzi li jkunu akkwistaw matul ħajjithom.", "U allura, jekk m'iniex sejjer żball, hemm xi sitta minn dawn it-53 rakkomandazzjoni li jitkellmu dwar kif se nżidu r-rata tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Issa, fl-aħħar snin din ir-rata żidniha b'mod qawwi ħafna.", "Dan ma ġiex b'kumbinazzjoni, imma ġie għal ħafna raġunijiet.", "Se nsemmi wħud minnhom: l-ewwel ħaġa kien l-investiment li għamilna fl-edukazzjoni, fejn illum għandna 60% tal-popolazzjoni tal-Università li huma nisa.", "Dan kien possibbli grazzi għall-investiment qawwi li sar.", "Jekk inkunu bil-għaqal u nibnu fuq dan is-suċċess, kważi kważi għandna garanzija li, fis-snin li ġejjin, fid-dinja tax-xogħol se jkollna nisa daqskemm għandna rġiel, jekk ma jkollniex iktar ukoll.", "Dan nistgħu narawh mill-ammont kbir ta' nisa li qed ikomplu jistudjaw.", "Issa huwa f'idejn l-Istat u għall-Gvern li jara kif dawn in-nisa ma jintilfux, li dak li investa fihom il-pajjiż ikun qed jieħu r-return tiegħu billi jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħtu l-kontribut massimu li jistgħu jagħtu fid-dinja tax-xogħol.", "This is easier said than done minħabba ċ-ċirkostanzi tal-familja, tat-tfal eċċ, imma għalhekk matul is-snin daħħalna l-family-friendly measures.", "Nistgħu ngħidu li dawn il-miżuri kellhom suċċess.", "Pereżempju tajna krediti ta' taxxa lil min ikollu t-tfal u jerġa' jidħol lura għax-xogħol.", "Fil-fatt kien hemm kważi 9,000 omm li bbenefikaw s'issa minn din l-iskema.", "Tajna t-telework, il-flexitime, ir-reduced hours, li kollha huma inizjattivi li daħħal il-Gvern bħala l-model employer, u issa qed nipprovaw naraw ukoll kif jistgħu jinfirxu bl-aħjar mod possibbli fis-settur privat.", "Dan biżżejjed?", "Illum, fejn jidħlu nisa taħt il-35 sena li jaħdmu, nistgħu ngħidu li pajjiżna għandu ftit aktar mill-medja Ewropea.", "Issa, nistgħu nitilgħu iżjed 'il fuq mill-medja, imma dan kien riżultat li ksibnih permezz tal-investiment li sar fl-edukazzjoni u b'dawn il-miżuri li ttieħdu fl-aħħar snin.", "Huwa ovvju li, jekk tmur għal nisa li għandhom età ta' bejn il-45 u l-55 sena, li qatt ma ħadmu f'ħajjithom, se jkun diffiċli ħafna li tattirahom fid-dinja tax-xogħol.", "Imma, iktar ma jgħadddi ż-żmien, iktar se tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol jekk inkomplu nibnu fuq dak li għamilna fl-aħħar snin.", "Għalhekk, biex nimxu ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, waqqafna Interministerial Committee fuq l-active female participation biex naraw minn hawn 'il quddiem liema huma dawk l-inizjattivi li nistgħu nieħdu sabiex nassiguraw li fil-pajjiż ikollna l-ikbar parteċipazzjoni possibbli ta' nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Din hija waħda mis-soluzzjonijiet.", "Mhijiex l-unika soluzzjoni biex insolvu u nattakkaw il-problema u l-isfida tal-pensjonijiet, imma iktar ma jkollna nies jaħdmu, iktar innaqqsu l-piż u l-problema tal-pensjonijiet.", "Allura l-irwol ta' dan il-Working Group huwa proprju li jassigura li joħroġ b'inizjattivi oħra – uħud minnhom jinsabu diġà fir-rapport – li jistgħu jiġu implimentati bl-aħjar mod possibbli sabiex inkomplu nżidu din ir-rata.", "Dan il-Post-Consultation Report li ġie ppreżentat lill-Gvern minn dan il-Working Group fih 55 rakkomandazzjoni li l-Gvern qiegħed bħalissa jikkonsidrahom.", "X'għamilna wkoll?", "Ippreżentajna dan ir-rapport lill-MCESD f'Ġunju tal-2012.", "L-imsieħba soċjali kollha ingħataw żmien sabiex jagħtu l-feedback tagħhom, u b'hekk daħal il-feedback mingħand l-imsieħba soċjali kollha.", "Issa, minn hawn 'il quddiem irridu nibdew, kif diġà qed nagħmlu, inħarsu lejn kull rakkomandazzjoni b'mod individwali u nibdew nattwaw.", "Se jkun hemm rakkomandazzjonijiet li jkollhom ukoll bżonn xi emendi fil-liġi, u allura hemmhekk ikollha ssir diskussjoni fil-Parlament.", "Però, fejn hemm rakkomandazzjonijiet li huma kontroversjali, se nkomplu għaddejjin bid-diskussjonijiet fuqhom sabiex nassiguraw li nkunu f'pożizzjoni li nsibu qbil fuqhom.", "L-isfida tal-Gvern, li hija l-isfida tal-pajjiż kollu, hija dik li jirnexxilna nassiguraw li nieħdu l-passi f'waqthom illum biex, 20 sena oħra, inkunu nistgħu nassiguraw li jkollna pensjonijiet adegwati u sostenibbli.", "Nagħmlu żball kbir jekk ngħidu li l-problema tinsab 'il bogħod u allura nistgħu nħalluha għal ta' warajna!", "Naħseb li dak ikun żball kbir.", "Għalhekk irridu nwettqu dak kollu li nistgħu nwettqu bil-mod il-mod, bil-għaqal u, kull fejn jista' jkun, bi qbil, għax fl-aħħar mill-aħħar, din mhijiex xi ħaġa li se tolqot biss lil xi parti mill-poplu, imma hija xi ħaġa li kull min jasal għall-età tal-pensjoni se tkun qed tħallilu effett fuq il-but tiegħu, u fuq il-kwalità tal-ħajja tiegħu.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi, Ministru.", "Issa ngħaddu għall-kummenti tal-Membri tal-Kumitat, u se nibda billi nagħmel il-kummenti tiegħi.", "L-ewwel ħaġa, irrid nirringrazzja lilek Ministru, kif ukoll lill-Working Group li magħhom għamilna żewġ laqgħat, li kważi bejniethom kienu jlaħħqu s-sitt sigħat ta' diskussjoni.", "Nittama li wara din il-laqgħa u l-kummenti li se jingħataw illum, bħala Kumitat inkunu nistgħu nipprovdu l-kummenti tagħna waqt dawn il-laqgħat.", "Fil-fehma tiegħi, il-pensjoni hija importanti fid-dinja tal-lum sabiex inkunu nistgħu niġġieldu l-fenomenu tal-faqar relattiv jew tal-faqar reali.", "F'soċjetà li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tfaddal inqas, qed naraw kemm huwa importanti li naħdmu sabiex nerġgħu nqajjmu l-interess fil-kultura tat-tfaddil.", "Kontra din il-kultura għandek il-kultura tal-konsumiżmu, u allura min se jkun f'din il-Kummissjoni sabiex jagħtik strateġija ta' kif se nedukaw lin-nies tagħna biex ifaddlu, aktar se jsibu kontra tagħhom soċjetà li tippromwovi l-konsumiżmu u l-infiq immedjat.", "Jiena nemmen li, meta se nħarsu lejn il-mara, m'għandniex nibqgħu nitkellmu fuq il-mara mil-lenti ta' kif se nżidu n-numru tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Ma ninsewx li hawnhekk qegħdin fis-Social Affairs Committee, u naħseb li, xi kultant, meta nitkellmu b'dan il-mod, qegħdin inpoġġu fi żvantaġġ lill-mara li b'libertà sħiħa tiddeċiedi li tibqa' d-dar sabiex trabbi lill-uliedha.", "Meta nitkellmu l-ħin kollu fuq kif se nżidu n-numru ta' nisa fid-dinja tax-xogħol, naħseb li nkunu qegħdin niżvantaġġjaw lil dik il-mara li, minn rajha, tkun għamlet għażla konxja li trabbi 'l uliedha.", "Jiena naħseb li, fl-aħħar mill-aħħar, jekk se jkollna iktar ommijiet li jrabbu 'l uliedhom, in the long run, dan se jkun ta' benefiċċju soċjali għall-pajjiż, għax iktar se jkollna ċittadini li se jikbru konxji għax trabbew – issa hawnhekk forsi qed inkun konservattiv – taħt id-dell tal-ġenituri tagħhom, taħt id-dell ta' ommhom.", "Filwaqt li jiena naħseb li wieħed għandu jaħseb ftit dwar dan, ma rridx nippreġudika kontra xi ħadd – allaħares ninftiehem ħażin – għax daqstant ieħor jitrabbew tajjeb it-tfal minn dawk in-nisa li joħorġu jaħdmu.", "Issa niġi għas-suġġeriment tiegħi: il-pensjoni hija strument tas-sostenibbilità fil-ħajja tal-mara, tal-persuna, tar-relazzjoni jew tal-familja li dik il-persuna tkun qiegħda fiha.", "Fid-dinja fejn għada pitgħada jista' jkollok iktar persuni f'koabitazzjoni jew li jkunu żżewwġu aktar minn darba, inti jista' jiġrilek il-koinċidenza li raġel ikun ħallas il-pensjoni, imma sakemm jasal biex jirċievi l-pensjoni, ikun qiegħed ma' mara oħra għax ikun reġa' iżżewweġ.", "F'dak il-każ, liema mara se tgawdi mill-benefiċċju li dak ir-raġel ikun ħallas għalih waqt li kien qed jaħdem?", "CHRIS SAID: Dik diġà hija maħsuba fl-emendi li għamilna … (Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Però, il-liġi taħseb għal ċerti konsegwenzi u tagħmel sewwa.", "Aħna nafu li bil-liġi tista' issir separazzjoni bonarja, imma anke f'separazzjoni li ma tkunx bonarja, il-mara xorta tieħu l-inqas li tista' tieħu minkejja li jkun hemm qbil.", "Filwaqt li l-liġijiet ħasbu għal kull sitwazzjoni, fir-realtà xorta naraw ċerti nuqqasijiet li qegħdin joħolqu diffikultajiet finanzjarji, speċjalment fost in-nisa, għax huma n-nisa l-aktar li jbatu minn diffikultajiet finanzjarji.", "Allura, li kieku aħna kellna nbiddlu l-ħsieb tagħna, mhux tant iktar fuq kif ikollna iktar nisa fid-dinja tax-xogħol, filwaqt li dik tibqa' prijorità, imma li naħsbu li jkollna pensjoni li tolqot lil kull mara.", "L-irġiel awtomatikament kważi kollha huma suġġetti għall-ħlas tan-National Insurance jekk ma jagħżlux li ma jħallsuhiex.", "Ma nafx għaliex, imma inti jista' jkollok nies li jkunu self-employed li jagħżlu li ma jħallsux il-bolla.", "Dawn f'ħajjithom ħadd ma jiġri warajhom għalkemm ikunu qed jiksru l-liġi, imma jekk inti ma tħallasx, il-Gvern imbagħad mhux se jagħtik lura.", "U b'hekk ikunu jridu jaħsbu għall-pensjoni tagħhom infushom.", "Immaġina n-nisa ta' dawn in-nies kif se jaħsbu għal rashom jekk lanqas l-irġiel tagħhom ma jkunu ħasbu għalihom!", "Mela allura, iżjed u iżjed, nissostanzja l-argument tiegħi fuq kemm jeħtieġ li jkollna sistema li kważi kważi timbotta u tixpruna lil kull mara sabiex ikollha sistema ta' pensjoni biex din tkun indipendenti mis-sostenn tal-parti l-oħra, hi x'inhi r-relazzjoni li qiegħda tgħix fiha.", "Dak huwa punt li naħseb irridu nkomplu niżviluppawh fl-opinjoni tiegħi.", "Xi ħaġa oħra importanti hija l-kultura tat-tfaddil.", "Mas-sistema tal-bidla fil-pensjoni, jeħtieġ li jkollok servizzi oħra li jissostanzjaw is-sistema tad-dħul tal-Gvern fil-ħlas tan-National Insurance bil-first jew second pillar, tkun liema tkun.", "U daqs kemm jeħtieġ li jkollna kultura ta' tfaddil, daqshekk ieħor irridu naraw kif se nżidu r-rata tal-fertilità.", "Hawnhekk irid ikollna inizjattivi finanzjarji min-naħa tal-Gvern li jixprunaw it-tfaddil.", "Issa, waħda mill-iktar sistemi ta' kif inti tfaddal hija billi tkun is-sid ta' darek.", "Mela, f'kultura fejn il-Gvern għamel żmien jixpruna l-kultura sabiex dak li jkun jgħix bil-kera minflok jixtri d-dar tiegħu … Meta lanqas inti s-sid ta' darek, inti l-inqas ħaġa li tkun għamilt hu li tkun faddalt.", "Filwaqt li jekk tkun sid ta' darek, inti tkun faddalt b'kemm tkun tiswa d-dar tiegħek.", "Fiha nnfisha l-fatt li għandek id-dar tiegħek, inti għandek il-valur ta' kemm tiswa dik id-dar.", "Mela naħseb li rridu nerġgħu nqajjmu l-kultura biex iktar nies ikunu sid ta' darhom, mingħajr ma noħolqu kontradizzjoni mal-inizjattivi li kien qed joħloq il-Gvern sabiex ikun hawn iktar kultura fejn in-nies jgħixu fil-kera wkoll.", "Fl-aħħarnett, ngħid li aħna konna ddiskutejna wkoll kif jista' jkun hemm inizjattivi sabiex inżidu r-rata tal-fertilità.", "U naħseb li huwa importanti li naħsbu fuq dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Ministru, l-ewwelnett nirringrazzjak tal-kummenti tiegħek.", "Ħadt gost li qed iddaħħal il-kunċett li għandna naħsbu issa għall-futur tal-pajjiż.", "Dan huwa minnu għaliex jien dejjem ngħid li, fil-management, meta jkollok il-problemi, trid iddaħħal ideat ta' management li jikkonċernaw il-preżent, kif ukoll ideat li jaħsbu fit-tul, on a far more even longer period.", "X'se jiġri ma tkunx taf, imma inti trid tkun ippreparat għal kull eventwalità.", "Fil-fatt, hawnhekk issemma wkoll il-faqar relattiv u l-faqar reali.", "Jien dejjem kont viċin in-nies, u dejjem kont u għadni nżur in-nies fid-djar tagħhom.", "Fil-fatt, qed ninduna li l-faqar, kemm dak relattiv u kemm dak reali, qiegħed jiżdied, kemm fin-nies ta' ċertu età, jiġifieri dawk anzjani, u kemm fin-nies ta' età iżgħar.", "Issemma l-konsumiżmu, u fil-fatt meta titkellem ma' nies ta' ċertu età, dawk li għandhom 'il fuq minn 60 sena, eċċ, tinduna li l-konsumiżmu ta' dik l-età jkun għadu ma daħalx daqs kemm daħal fin-nies ta' età iżgħar.", "Għalhekk huwa importanti li minn issa naħsbu għall-effett ta' din l-idea tal-konsumiżmu li dieħla bil-mod il-mod fis-soċjetà Maltija.", "Għandna bżonn nerġgħu ndaħħlu l-idea vera tat-tfaddil li kellu l-Malti, li kien dejjem moħħu biex jaħdem u jipprova jfaddal dak is-sold żejjed għal meta jkollu bżonn.", "Hawnhekk l-Onor.", "Vassallo tkellem ukoll fuq l-irwol tal-mara.", "F'din is-soċjetà, qed ikollna tibdil fejn il-mara qiegħda dejjem tieħu iktar importanza fil-familja, mhux biss biex trabbi 'l uliedha, imma anke sabiex iġġib l-għixien għall-familja tagħha minħabba li l-familja m'għadhiex tista' issostni ruħha aktar minħabba ċerti żidiet bħalma huma l-għoli tal-ħajja.", "L-irwol tal-missier tbiddel ukoll minn kif kien dahri.", "Qabel il-missier kien imur jaħdem biex iġib il-flus għall-familja, u l-omm kienet tagħti kas tat-tfal.", "Illum sar għandna x-sharing of responsibilities of the family, li jien naqbel ħafna miegħu, fejn il-missier mhux qiegħed hemmhekk biss biex imur jaħdem, imma għandu rwol importanti anke fl-edukazzjoni tat-tfal u fit-trobbija tagħhom.", "Allura huwa importanti li nħallu d-deċiżjoni f'idejn il-mara stess sabiex tiddeċiedi hi jekk hijiex se tagħmel il-pass importanti biex tgħin finanzjarjament lill-familja tagħha, jew inkella hijiex se tibqa' tieħu ħsieb li trabbi lil uliedha.", "Għandna wkoll nagħtuha kull possibilità lill-omm sabiex tagħmel it-tnejn f'daqqa.", "Jiena niftakar li l-mara tad-dar fl-imgħoddi, apparti li kienet trabbi lill-familja, kienet ukoll tħit jew tagħmel xi affarijiet oħra li bihom kienet tgħin biex tgħajjex lill-familja tagħha.", "Għalhekk huwa importanti li lill-mara nagħtuha din il-possibilità.", "Il-mara mhijiex qiegħda hemm biex toqgħod quddiem il-forn, imma llum qiegħda tiggradwa u qiegħda żżid il-livell tal-edukazzjoni tagħha.", "U allura tkun sfortuna jekk din tiddeċiedi li tmur hemmhekk biex trabbi l-familja u tibqa' hemmhekk quddiem il-forn.", "Għandna nagħtuha kull possibilità sabiex tkun tista' tagħmel ix-xogħol mid-dar tagħha u b'hekk ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja tagħha.", "Meta niġu għas-sid tad-dar, jiena ngħid li huwa tajjeb li jkollok idea tal-investiment tiegħek u li dak li tkun faddalt titfgħu biex tixtri l-proprjetà tiegħek: imma, fl-aħħar mill-aħħar, meta tasal għall-pensjoni tiegħek u tiġi dahrek mal-ħajt, inti mhux se tiekol il-ġebel!", "Mela jrid ikun hemm dak is-sostenn finanzjarju wkoll.", "Għalhekk huwa importanti li, bħalma għidt inti stess, minn issa nibdew indaħħlu l-idea fil-Maltin li telgħin dwar il-possibilità tat-third pillar pension.", "Grazzi.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-ewwelnett, nixtieq jien ukoll nirringrazzja lill-Ministru tal-intervent tiegħu.", "Minn dak li smajna, jidher biċ-ċar li ż-żmien qed jagħfas bil-kbir biex din ir-riforma ssir fl-inqas żmien possibbli.", "Dan jaqbel ukoll ma' dak li ntqal mill-kelliema preċedenti.", "Ministru, tista' tgħidilna ftit x'inhu jsir biex kemm jista' jkun jitnaqqas iż-żmien qabel ma jidħlu dawn ir-riformi?", "Mela hawnhekk qed jingħad li m'għandniex noqgħodu nistennew li tgħaddi s-second pension qabel ma ndaħħlu u nintroduċu t-third pension.", "Meta nitkellmu fuq il-Private Retirement Scheme, nafu li l-wegħda kienet li dawn jitħallsu mill-kumpaniji, fejn dak li jkun jingħata xi ftit mill-investiment li jkun għamel ma' din il-kumpanija meta jasal iż-żmien biex jirtira.", "Imma, minħabba l-inċertezza ekonomika li għaddejja bħalissa fid-dinja, donnu li hawn ċertu biża' biex wieħed jinvesti f'kumpaniji privati.", "Ma nafx jekk ir-rapport jieħux in konsiderazzjoni ta' dawn l-affarijiet?", "THE CHAIRMAN: Konna semmejna xi ħaġa dwar li tiżdied ir-retirement age waqt li kellna d-diskussjoni, u konna sostnejna, bħala grupp, li jekk ikun hemm iż-żieda, din tkun volontarja.", "Ma nafx jekk kienux dawk il-kummenti li konna qegħdin ngħaddu bħala Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Fil-fatt insibu rakkomandazzjoni li l-età tal-irtirar titla' skont kemm tiżdied il-life expectancy tal-Maltin.", "Ir-rapport jgħid li din tista' titla' sa 68 sena jekk il-life expectancy over the next 20, 25 years tkompli tiżdied, kif inhu mistenni li tagħmel.", "Però din ma jaqbilx magħha l-Gvern.", "Fil-fatt, anke fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea għamilniha ċara li aħna għandna mekkaniżmu f'postu biex l-età tal-irtirar tagħna titla' għal 65 sena gradwalment.", "Fil-fatt, minn issa telgħet għal 62 sena, u matul is-snin li ġejjin se titla' ftit ftit għal 65 sena.", "Dik hija l-pożizzjoni tagħna.", "Aħna qed ngħidu li rridu nieħdu inizjattivi oħra biex nassiguraw pensjonijiet adegwati u sostenibbli, u dan għandna nagħmluh mhux billi nibqgħu ntellgħu l-età tal-irtirar.", "Ovvjament, qed ngħidu li min, wara l-età tal-irtirar mandatorju, irid jibqa' jaħdem, jista' jibqa' jaħdem.", "Anzi aħna rridu niffaċilitaw l-affarijiet biex dak li jkun jibqa' jaħdem, kif diġà għamilna u rridu nkomplu nagħmlu permezz ta' aktar inizjattivi.", "Ngħaddi issa għal xi kummenti li għamel l-Onor.", "Vassallo dwar il-kultura tat-tfaddil, xi ħaġa li tkellem fuqha wkoll l-Onor.", "L-ewwel ħaġa hija l-edukazzjoni u t-tieni hija l-inċentivi.", "Ir-rapport għandu rakkomandazzjonijiet dwar li jingħataw inċentivi fiskali lil min ifaddal, lil min jinvesti u lil min jaħseb f'pensjonijiet privati.", "Din norbot magħha l-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Azzopardi, fejn il-Pension Group qed jgħid li mhux bilfors li t-third pillar tiġi wara li nkunu ntroduċejna s-second pillar.", "U l-Gvern jaqbel ma' dan.", "Però, li ġara hu li kieku mhux għax kellna dan ix-xenarju ta' kriżi ekonomika u finanzjarja madwarna, fejn ukoll ikkrollaw ċerti istituzzjonijiet finanzjarji li kienu jħaddmu dawn il-mekkaniżmi ta' tfaddil, kieku kien ikun iktar faċli li aħna nidħlu b'iktar aggressività biex indaħħlu dak li qed insejħulu t-third pillar f'pajjiżna.", "Sfortunatament, ix-xenarju ma kienx addattat, imma żgur li jiġi żmien fil-qrib fejn ix-xenarju jkun addattat sabiex dawn jibdew bl-edukazzjoni u b'kampanji ta' informazzjoni, kif ukoll b'inċentivi li hemm bżonn li jingħataw min-naħa tal-Istat biex tidħol dik li nsejħulha t-third pillar pension, u allura l-investimenti privati f'pensjonijiet privati.", "THE CHAIRMAN: Però, irridu nkunu ċerti li nkunu kapaċi li nafdaw lil dawn is-swieq biex ma jerġax jiġri dak li ġara ftit ilu …", "CHRIS SAID: Irid ikun hemm is-serħan tal-moħħ.", "ANTHONY ZAMMIT: Barra minn hekk, irid ikollok biżżejjed flus biex tinvesti hemmhekk!", "Jekk tistaqsi lin-nies jgħidulek li m'għandhomx biżżejjed biex ifaddlu xi ħaġa!", "CHRIS SAID: Fuq ir-rata ta' fertilità li semma l-Onor.", "Vassallo, irrid ngħid li din il-kwestjoni qiegħda tiġi indirizzata wkoll.", "Għalkemm jidher li fl-aħħar snin ma bqajniex neżlin f'din ir-rata, għamilna snin bir-rata tal-fertilità tagħna nieżla b'mod goff meta kkomparat ma' pajjiżi oħra.", "Però issa kif se nżiduha?", "Waħda mir-rakkomandazzjonijiet hija li jkollna dak il-famuż child rearing credit, fejn jekk inti għandek tarbija, fis-snin li tagħmel barra mix-xogħol sabiex tieħu ħsiebha xorta titħallaslek il-kreditu tan-National Insurance tiegħek.", "Bir-riforma, inti għandek bżonn 40 sena ta' kontribuzzjonijiet tal-NI mħallsa.", "Issa jekk ikollok tlitt itfal ...", "ANTHONY ZAMMIT: Illum m'għandekx ċans!", "CHRIS SAID: U j'alla kulħadd ikollu tlitt itfal jew aktar!", "Ommi kellha 13 tfal!", "CHRIS SAID: Insomma mhux daqshekk ilu, għax oħti ż-żgħira għad għandha 19-il sena.", "Fil-fatt jien il-kbir!", "Imma għenet żgur biex iżżid il-familja tagħna!", "(Interruzzjonijiet)", "Il-kwestjoni tar-rata tal-fertilità.", "Jekk inti qed tistenna minn familja li jkollha żewġt itfal jew tlitt itfal, u din l-omm tagħmel sentejn, tliet snin barra għal kull tifel jew tifla li jkollha, se jkun diffiċli ħafna li tilħaq l-40 sena ta' kontribuzzjonijiet.", "Mela hawnhekk il-Gvern irid jistudja sew ir-rakkomandazzjoni taċ-child rearing credit, fejn għal kull tifel jew tifla inti jkollok tant snin National Insurance mħallsa, anke jekk ma taħdimx!", "Għal kull tifel jew tifla b'diżabilità, minflok tliet snin, inti tieħu sitt snin.", "Hawnhekk qiegħed nagħti eżempji, għax fuq is-snin għad iridu jiġu studjati aktar fid-dettall.", "Imma l-prinċipju hu li inti għandek bżonn input ikbar jekk ikollok tfal b'diżabilità.", "Allura hemm x'jista' jagħmel l-Istat biex jgħin anke f'dan is-sens.", "Allura rakkomandazzjoni 4 tar-rapport titkellem proprju fuq ir-rata ta' fertilità, u x'jista' jsir u x'inċentivi jistgħu jingħataw.", "Waħda mill-inizjattivi li ħadna fir-riforma tal-2007 kienet dik li l-pensjonanti jingħataw ż-żieda kollha tal-COLA.", "Dan fisser li, fl-aħħar erba' snin, il-pensjonijiet żdiedu b'€1,000 kull sena għax ingħatat il-COLA sħiħa, fejn qabel kienet tingħata żewġ terzi.", "Issa jkun hemm min jargumenta x'se jsir fuq dawk is-snin kollha li kienu jieħdu biss żewġ terzi.", "Ovvjament diffiċli li tmur lura u tagħti dawk ukoll, imma almenu minn ċertu żmien 'il quddiem qiegħda tingħata l-COLA kollha lill-pensjonanti.", "Għandek ukoll iċ-child care, l-after school, il-flexitime u t-teleworking li kollha huma inċentivi kif tista' żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Rakkomandazzjonijiet 11, 12 u 13 jitkellmu dwar dawn l-issues, u dawn se jidħlu taħt ir-responsabilità tal-active female participation.", "Punt importanti li għamel l-Onor.", "U iva, hawnhekk għandna bżonn ta' bidla fil-mentalità.", "Fil-fatt, hemm rakkommandazzjoni proprju fuq hekk.", "Jekk aħna rridu l-parteċipazzjoni tal-koppja fid-dinja tax-xogħol – u hawn qed nitkellem biss mil-lat ekonomiku biex aħna jkollna pensjonijiet adegwati u sostenibbli, imma hemm issues oħra – irridu naraw li jkun hemm l-edukazzjoni meħtieġa u tibdil fil-mentalità biex iż-żewġ partners jagħrfu l-bżonn li t-tnejn iridu jagħtu s-sehem tagħhom fit-trobbija tal-familja.", "U proprju rakkomandazzjoni 15 titkellem fuq il-bżonn li jkollna l-equal sharing tar-responsabilitajiet familjari bejn il-mara u r-raġel.", "Jekk aħna rridu nkomplu nimxu f'din id-direzzjoni ...", "THE CHAIRMAN: Ministru, ippermettili nwaqqfek ftit.", "Jekk lill-mara se nibqgħu ninkluduha biss fid-diskors tagħna bħala li trid tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol dirett …", "CHRIS SAID: Ma tkellimtx hekk jien.", "Anzi għedt li għandna rakkomandazzjoni ċara li qiegħda tħares lejn iċ-child rearing credit.", "THE CHAIRMAN: Imma għandi problema oħra.", "Jien qed nipprova nġib għall-konsiderazzjoni tiegħek xi ħaġa li jidher li l-Kumitat ma ħasibx fuqha, u ċjoè fuq dawk in-nisa li ddeċidew li jibqgħu d-dar.", "Inti għandek numru ta' nisa miżżewġa lil self employed, għandek nisa raħħala u nisa fil-biedja, li kollha qegħdin jaħdmu fin-negozju tal-familja tagħhom daqskemm qiegħed jaħdem ir-raġel tagħhom.", "Imma ovvjament dawn ma jidhru mkien!", "Jiena ngħid li persentaġġ kbir minn dawn in-nisa jidhru li mhumiex qegħdin fid-dinja tax-xogħol, mentri fir-realtà huma fid-dinja tax-xogħol.", "Kif jista' jkollna sistema bħal dik tat-third pillar … ?", "U allura lil din il-mara, anke jekk mhijiex direttament fid-dinja tax-xogħol, trid tara kif se ġġiegħlha tagħmel xi tip ta' tfaddil għall-pensjoni tagħha.", "Huwa importanti li jkollna din is-sistema biex ma tħallihiex dipendenti fuq is-sieħeb tagħha jew fuq xi ħadd ieħor!", "CHRIS SAID: Hemm rakkomandazzjoni 5.", "THE CHAIRMAN: Il-mara tkun iktar awtonoma u sostenibbli fiha nnfisha.", "CHRIS SAID: Hemm rakkomandazzjoni fejn jidħlu dan it-tip ta' xogħolijiet, kif spjegajt, fejn l-esperjenza ta' mara li tkun self-employed tista' tiġi meqjusa li qiegħda fid-dinja tax-xogħol.", "L-importanti għal dik il-mara hu li jkollha l-kontribuzzjonijiet soċjali tagħha mħallsin minnha stess, jew inkella b'xi mod jew ieħor ikun ħallashomlha xi ħadd, biex hekk tiġi assigurata li jkollha pensjoni adegwata meta tiġi għall-età tal-irtirar.", "Rigward il-private retirement schemes, li diġà għamilt riferenza għalihom, irrid ngħid li dawn huma mezz ieħor ta' kif – biex niġi għall-kwestjoni li semma l-Onor.", "Azzopardi – tħeġġeġ lin-nies biex imorru għal dik li nsejħulha t-third pillar.", "Din tkun over and above l-pensjoni tiegħek u b'hekk, meta tirtira, minbarra l-pensjoni tal-Istat, li tkun ħallast għaliha permezz tal-kontribuzzjonijiet soċjali, ikollok dħul ieħor li ġej minn investiment privat li tkun għamilt inti.", "Kull tip ta' investiment jgħodd, imma aħna qed nieħdu tip wieħed minnhom, li huwa l-private investment schemes.", "Issa x'inċentivi se tagħmel biex tħajjar lin-nies sabiex jagħmlu dawn it-tip ta' private investment schemes matul ħajjithom?", "L-ewwel ħaġa, billi tgħidilhom x'inhuwa l-vantaġġ tagħhom, imma aktar minn hekk, billi jkollhom inċentivi fiskali.", "Dawk huma wħud mir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu bihom il-Working Group.", "CARMELO ABELA: Dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Working Group, f'liema stadju wasal il-Gvern sabiex issa jgħaddi għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "CHRIS SAID: Għandna 55 rakkomandazzjoni, u issa l-Working Group għalaq ix-xogħol tiegħu.", "Kif spjegajt fil-bidu, dan huwa proċess twil; morna għand l-MCESD li, min-naħa tagħhom, reġgħu tawna lura l-feedback tagħhom.", "Il-Gvern issa miexi sabiex jattwa dawk ir-rakkomandazzjonijiet li hemm qbil fuqhom.", "Hemm rakkomandazzjonijiet li m'għandniex qbil fuqhom, lanqas mal-imsieħba soċjali, u allura hemmhekk se nkomplu niddiskutu sabiex nipprovaw naslu għal qbil.", "Għalina din hija riforma kruċjali għas-snin li ġejjin u li, jekk ma nieħdux il-passi meħtieġa fix-xhur u fis-snin li ġejjin, nafu nkunu tard wisq biex imbagħad nagħmlu xi ħaġa.", "Għalhekk qegħdin nimxu fuq dan il-binarju, li fejn għandna qbil immexxu.", "Diġà tajt lista ta' rakkomandazzjonijiet li attwajna; hemm oħrajn li trid tittieħed deċiżjoni minn naħa fiskali, jiġifieri jirrikjedu ammont ta' flus u li allura jkollhom jidħlu matul iż-żmien skont dak li jippermetti l-Budget tal-pajjiż.", "Hemm ukoll kunċetti li għad m'hemmx qbil fuqhom.", "Pereżempju, l-iktar kunċett importanti li għad m'hemmx qbil fuqu – u allura l-Gvern mhux se jattwah qabel jiddiskuti ħafna iktar mal-partijiet kollha nvoluti, inkluż l-Oppożizzjoni, il-partiti politiċi, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili – huwa l-introduzzjoni tas-second pillar, fejn ikollok kontribuzzjoni oħra mandatorja, li bla dubju ta' xejn din timporta fuq min iħaddem, timporta fuq il-ħaddiem u fuq il-pajjiż kollu.", "Biex naslu għal din ir-rakkomandazzjoni hemm rakkomandazzjoni oħra li tgħid li l-età tal-pensjoni għandha titla' skont il-longevity tal-Maltin u l-Għawdxin.", "U allura, jekk tkompli tiżdied il-life expectancy tal-Maltin u l-Għawdxin, kif inhuwa pproġettat li tagħmel, l-età tal-pensjoni titla' għal 66, 67 u 68 sena!", "Bħala Gvern m'aħniex naqblu ma' dik ir-rakkomandazzjoni tal-Pensions Working Group.", "Ejja nattwaw ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra li jistgħu jwassluna xorta waħda sabiex inżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, li nżidu l-parteċipazzjoni tal-pensjonanti fid-dinja tax-xogħol, li nżidu r-rata tal-fertilità u li nżidu kemm jista' jkun in-numru ta' ħaddiema f'pajjiżna biex allura jkun hemm aktar nies li qed jikkontribwixxu.", "Għalhekk, biex nikkonkludi, aħna qegħdin immexxu fuq dak li hemm kunsens dwaru biex ma nitilfux żmien.", "Issa fejn għad m'għandniex qbil, u fejn hemm diverġenzi li mhumiex żgħar fuq ċerti rakkomandazzjonijiet, aħna se nkomplu niddiskutu mal-partijiet kollha nvoluti biex nifhmu aħjar x'nistgħu nagħmlu jekk ma mmorrux għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Għax jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet m'hemmx bżonnhom bilfors, forsi hemm xi inizjattivi oħra li nistgħu nieħdu.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk aħna għandna 55 rakkomandazzjoni: jista' l-Kumitat ikollu rapport żgħir ta' xi twettaq minnhom u fejn hemm diverġenzi?", "CHRIS SAID: Mela, intom għandkom summary, però imbagħad ...", "CARMELO ABELA: Imma jekk, pereżempju, dak li hemm qbil fuqu qed jiġi implimentat, ikollna speċi ta' aġġornament fuq ir-rakkomandazzjonijiet.", "Dik waħda.", "Issa inti semmejt ukoll il-longevity u li tkompli tiżdied l-età tal-pensjoni.", "Il-Gvern qisu kommess mal-Unjoni Ewropea fuqha din, għaliex f'rapport minnhom rajna anke l-firma tal-Gvern fuqha.", "CHRIS SAID: Anzi bil-maqlub.", "Fuq il-country specific recommendations, kien hemm żewġ issues li ma qbilniex fuqhom: it-tneħħija tal-COLA, fejn aħna qed insostnu li l-COLA għandna nżommuha, u t-tieni waħda li nirrevedu l-età tal-pensjoni, fejn aħna bqajna ngħidu li aħna ma rridux ngħolluha.", "Malta għamlet riserva fuq dawn it-tnejn, u jien kont preżenti fid-diskussjonijiet tal-EPSCO, fejn hemmhekk għamilna l-pożizzjoni ta' Malta ċara.", "Aħna qed ngħidu li f'pajjiżna għamilna riforma fl-2007, riforma li kellha qbil wiesa' u li se nkomplu naħdmu fuqha.", "F'dan il-mument, żgur naħsbu li din qiegħda tagħtina l-aħjar riżultati possibbli, u għalhekk m'għandniex l-intenzjoni li ngħollu l-età tal-pensjoni, imma se naħdmu fuq inizjattivi oħra, fosthom billi nżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, billi nżidu l-parteċipazzjoni tal-anzjani fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll billi nżidu inċentivi oħra sabiex nassiguraw li n-nies li jaħdmu f'pajjiżna u li allura qegħdin jikkontribwixxu, ikomplu jiżdiedu biex nassiguraw li jkollna pensjonijiet adegwati.", "Issa, x'jiġri 30 sena oħra ma naħsibx li se nkunu hawnhekk biex narawh.", "CARMELO ABELA: Jekk jibqgħu l-affarijiet kif inhuma, jien inkun bil-pensjoni.", "ANTHONY ZAMMIT: F'Ġunju tal-2011, meta l-Prim Ministru Gonzi kien qiegħed Brussell u qamet din il-kwestjoni, huwa ta x'jifhem li qed jaqbel!", "ANTHONY ZAMMIT: Hekk kienet, imma!", "CHRIS SAID: Meta Malta ġiet biex titkellem fuq l-SCRs, inkluż fis-Summit, il-pożizzjoni tagħha kienet ċara li aħna ma naqblux maż-żieda tal-età tal-pensjoni.", "Fuq żewġ issues ma qbilniex, u dawn qegħdin dokumentati fid-dokument finali.", "Fl-aħħarnett, nixtieq nirringrazzjakom talli tajtuni din l-opportunità, u ma nsib l-ebda diffikultà sabiex nerġa' niġi hawnhekk jekk tridu li nkomplu niddiskutu dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi aġġornament partikolari fejn wasal …", "Jista' jkun li dak ilu ftit għax ilna daqsxejn li bagħatnih hawnhekk.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-membri tal-Pensions' Working Group għaliex għamlu biċċa xogħol eċċezzjonali.", "Ħadmu ħafna fuqu u għamlu rapport professjonali ħafna.", "Issa mhux bilfors li kulħadd jaqbel ma' kollox, kif wara kollox anke l-Gvern mhux qed jaqbel ma' ċerti affarijiet.", "Imma, b'mod ġenerali, fuq ħafna mir-rakkomandazzjonijiet hemm qbil fuqhom, mentri fuq oħrajn għad irridu nkomplu nfittxu fil-fond biex nilħqu kunsens.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Naġġorna din il-laqgħa għal data oħra li tiġi kkomunikata lilkom aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121016_141d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 141", "It-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-19.00 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Frederick Azzopardi u l-Onor.", "Ċensu Galea (sostitut).", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 180 Ittra datata 20 ta' Lulju, 2012 mingħand il-Ministru Chris Said dwar il-ħatra ta' Ms Miriam Muscat fil-Malta Council for the Voluntary Sector wara r-riżenja minn din il-kariga tas-Sur Reuben Buttigieg.", "Dok 181 Email datata 16 ta' Ottubru, 2012 mingħand Mr David McKenna President Victim Support Europe, fejn qed jistieden liċ-Chairman l-Onor.", "Edwin Vassallo għall-konferenza \"Putting victims' rights into practise\" li se ssir fil-Parlament Ewropew fis-26 ta' Novembru.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 139 li saret nhar It-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2012 ġew konfermati, u", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 140 li saret nhar l-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2012 ġew konfermati.", "SUĠĠERIMENT", "L-Onor.", "Carmelo Abela ssuġġerixxa lill-Kumitat li għandha terġa' issir laqgħa oħra dwar l-issue ta' Paceville.", "Fil-fatt persuni interessati f'dan is-suġġett avviċinaw lill-Onor.", "Carmelo Abela sabiex issir tali laqgħa fil-kumitat wara li dan is-suġġett ġie diskuss bejnithom fil-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.", "Ikun tajjeb li għal din il-laqgħa jiġu mistiedna wkoll persuni li ma kienux preżenti fil-laqgħat preċedenti ħalli jkunu jistgħu jagħtu l-veduti tagħhom.", "Il-Kumitat qabel ma' dan is-suġġeriment u ċ-Chairman talab lill-Onor.", "Carmelo Abela sabiex jagħtih lista tal-kelliema interessati li jiġu għal din il-laqgħa.", "Wara l-membri tal-kumitat għamlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Ministru.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-20.15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121016_141m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 142", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2012 fil-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Kumitat Nazzjonali responsabbli mis-sena Ewropea 2012 f'Malta ddedikata lill-Anzjanità Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121016_142a_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Il-Familja tar-Refuġjat f'Pajjiżna.", "Diskussjoni ta' Mons Philip Calleja.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121030_012a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 11", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:35 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "11, li saret nhar it-Tlieta 9 ta' Ottubru 2012, ġew konfermati.", "Il-Familja tar-Refuġjat f'Pajjiżna", "Il-Kumitat stieden lill-Mons Philip Calleja, President tal-Kummissjoni Emigranti, biex jagħti preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Mons Calleja ċċirkola lill-Kumitat:", "Dokument 14 – Problemi reali li jeħtieġu soluzzjonijiet prattiċi", "Mons Calleja beda l-introduzzjoni tiegħu billi ta rendikont lill-Kumitat tan-numru tar-refuġjati li applikaw għal-status ta' refuġjat, minn meta nfetaħ l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati f'Malta.", "Huwa kompla billi ta spjegazzjoni dettaljata dwar kif ir-refuġjat li jkunu Malta jiġu kklassifikati.", "Mons Calleja fisser il-preokkupazzjoni tar-refuġjati li ilhom jgħixu Malta s-snin, u wera x-xewqa li l-Gvern Malti jikkonsidra l-possibbiltà li dawn ir-refuġjati jingħataw temporary humanitarian protection, biex ikunu jistgħu jaħdmu regolari kif ukoll isiefru.", "Mons Calleja wera x-xewqa wkoll li ċ-ċittadinanza lir-refuġjati tingħata wara ħames snin, minflok wara għaxar snin.", "Huwa fisser li b'dan il-mod refuġjat ikun jista' jitlaq minn Malta flimkien mal-familja tiegħu.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn fost l-oħrajn ġie diskuss jekk ir-refuġjati u t-tfal tagħhom għandhomx dritt għall-passaport Malti, il-ħlas għal-benefiċċju soċjali, ix-xogħol bla permess li jingħata lir-refuġjat, ir-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tfal, u n-nazzjonalità ta' ulied ir-refuġjati li jitwieldu Malta", "Kien hemm preżenti wkoll Fr Alfred Vella, Direttur tal-Kumissjoni Emigranti.", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121030_012m_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru 142", "It-Tlieta 30 ta' Ottubru, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 142", "It-Tlieta 30 ta' Ottubru, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 141, li saret nhar It-Tlieta, 16 ta' Ottubru 2012 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Membri Parlamentari, kif ukoll tal-mistednin li għandna magħna llum, li din il-laqgħa se tiġi streamed live permezz tal-video webcast, u dan skont ir-regolamenti li ġew mibgħuta lilna mill-iSpeaker tal-Kamra.", "Min ikun irid jara din il-memo li rċevejna mingħand l-iSpeaker, se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kumitat.", "Issa ngħaddu għall-korrispondenza.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li rċevejna din il-korrispondenza:", "Petizzjoni, datata 25 ta' Awwissu 2012, mingħand is-Sur Peter Cassar Torreggiani.", "Din l-ittra, li bħalissa għadha għand l-Iskrivan tal-Kamra, qiegħda titlob sabiex ħames Membri Parlamentari jkunu jistgħu jiffirmaw petizzjoni, li mbagħad tintbagħat lill-Parlament Ewropew f'isem dan il-Parlament.", "Madankollu, l-Iskrivan tal-Kamra spjegali li din il-petizzjoni ma tistax tintbagħat f'isem il-Parlament, imma jista' ikun hemm ħames Membri Parlamentari li, of their own free will, jiffirmaw din il-petizzjoni biex din tintbagħat bħala petizzjoni privata f'isimhom.", "Nixtieq li nagħti l-inkarigu lis-Segretarju tagħna, jew lir-Research Analyst tagħna, sabiex jagħmlu kuntatt mas-Sur Peter Cassar Torreggiani u jinfurmawh kif għandhom ikunu l-arranġamenti u, jekk din il-Kamra ma ssibx oġġezzjoni, nistgħu nitolbuh jiġi f'xi laqgħa u jagħmel spjegazzjoni qasira fuq it-talba li qed jagħmel.", "Minn hawn u ftit ieħor, se nkun qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda ta' dan il-Kumitat it-talba formali li ntbagħtet mingħand is-Sur Peter Cassar Torreggiani biex tkunu tistgħu taraw l-informazzjoni dettaljata tas-suġġett li fuqu jixtieq li tintbagħat din il-petizzjoni.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMITAT NAZZJONALI RESPONSABBLI MIS-SENA eWROPEA 2012 F'mALTA DDEDIKATA LILL-aNZJANITÀ ATTIVA U S-SOLIDARJETÀ BEJN IL-ĠENERAZZJONIJIET.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq li, qabel ma tintemm din il-laqgħa, nagħtu kopja tar-rapport li dan il-Kumitat għamel fuq l-anzjani lir-rappreżentanti tal-Kumitat Nazzjonali Responsabbli mis-Sena Ewropea 2012 iddedikata lill-Anzjanità Attiva.", "Issa se nħalli mill-ewwel f'idejkom sabiex tressqu l-preżentazzjoni tagħkom.", "IS-SUR JAMES CARABOTT (National Coordinator EY2012): Nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna sabiex niġu nagħmlu preżentazzjoni fuq din is-sena Ewropea ddedikata lill-anzjanità attiva.", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha taħseb fuq din it-tema mis-sena l-oħra.", "Oriġinarjament bdiet minn tema purament ekonomika minħabba li fl-Ewropa qegħdin nesperjenzaw demografija fejn qed ikollna ħafna persuni anzjani.", "Issa, kif se naraw, se ndawwru l-anzjanità f'opportunità, aktar milli noqgħodu nitkellmu fuq l-anzjani bħala problema fuq is-social policy services tagħna.", "Imbagħad kien hemm mossa sabiex din ma tibqax xi ħaġa purament ekonomika, imma ssir xi ħaġa aktar ħolistika.", "Kien hemm ħafna għaqdiet li ħadmu sabiex din aktar tkun xi ħaġa ħolistika milli purament ekonomika.", "Għalhekk l-erba' objettivi li se nitkellmu fuqhom huma dawn li se nsemmi: kif l-anzjani jibqgħu attivi, fis-sens kif ikunu health literate, jiġifieri mhux kemm aħna nagħtu l-informazzjoni fuq kif jgħixu ħajja aħjar, imma li jagħrfu kif jgħixu kwalità ta' ħajja tajba, li jagħrfu li jridu jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku, li jkunu konxji bejn li tpejjep u li ma tpejjipx, u b'hekk ikollok aktar stil ta' ħajja b'saħħitha.", "It-tieni issue, dik tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.", "Din hija tema soċjoloġika fiha nnifisha, imma hija wiesgħa ħafna.", "It-tielet, il-parteċipazzjoni tal-anzjani fil-volontarjat, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-anzjani fix-xogħol formali, jiġifieri fix-xogħol bi ħlas.", "Illum magħna hawn ukoll is-Sur Joe Sciberras min-naħa tal-MEUSAC, u qiegħed ukoll bħala membru f'dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, dan il-Kumitat huwa inter-dipartimentali, jiġifieri għandek fih persuni ġejjin minn dipartimenti differenti.", "U aħna mill-bidu nett emminna li l-anzjani huma kapital soċjali u an asset għall-komunitajiet kollha.", "Din il-perspettiva tgħina sabiex is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet tkun bħala mudell ta' sapport, mudell li jippromovi sapport f'kull qasam tal-politika soċjali – fis-saħħa, fil-kura fit-tul, fl-edukazzjoni, eċċ. B'hekk ikollna lifelong learning, naraw kemm il-housing qiegħed jirrispondi għall-bżonnijiet tal-anzjani, is-social welfare u l-benefiċċji relatati, il-qasam tax-xogħol u kemm l-anzjani qegħdin jibqgħu attivi fil-qasam tax-xogħol u fil-familja.", "Naraw ukoll kemm l-anzjani huma attivi billi jieħdu ħsieb lit-tfal tat-tfal, billi jgħaddu valuri minn ġenerazzjoni għal oħra, kif ukoll naraw kemm l-ambjent tagħna, l-ippjanar tal-ibliet tagħna u t-trasport pubbliku qegħdin jaqdu l-bżonnijiet tal-anzjani.", "Din hi s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, li taħseb biex ikollna servizzi personalizzati u ħolistiċi.", "Din ma sservix biss għall-anzjani, imma għas-soċjetà kollha.", "Hemmhekk qed naraw ritratt fejn ġiet varata t-tema, u fil-fatt il-Kummissjoni kienet qaltilna biex invaraw it-tema minn kmieni.", "U aħna hekk għamilna, varajniha f'April tal-2011.", "L-objettivi, kif diġà tkellimna fuqhom, jidhru hawnhekk, u ħabbarnihom meta konna għamilna l-istake holders meeting li għaliha kienu ġew għaqdiet mill-volontarjat, għaqdiet ta' servizzi statali u oħrajn.", "Jekk nieħdu stock analysis ta' x'insibu bħalissa, nistgħu pereżempju nsemmu l-miżura fejn l-anzjani ma tiġix affettwata l-pensjoni tagħhom jekk dawn jixtiequ jkomplu jibqgħu jaħdmu.", "Issa naraw iktar dettalji 'l quddiem.", "F'Malta, b'kollox hawn ftit aktar minn 10,000 anzjan li qegħdin jaħdmu, imma pajjiżna jinsab minn ta' taħt nett fir-rata ta' anzjani li jibqgħu jaħdmu.", "Nisperaw li din il-miżura tgħin sabiex l-anzjani jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.", "Issa naraw fid-dettall il-Eurobarometer x'ħin staqsew lill-anzjani fuq ix-xogħol.", "Hemm ħafna iktar dettalji, imma nkunu nistgħu nitkellmu fuqhom aktar 'il quddiem.", "Ċentri ta' matul il-jum s'issa għandna 20, fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu bejniethom biex jaqdu l-bżonnijiet soċjali tagħhom, kif ukoll fejn ikollhom attivitajiet oħra, fosthom taħditiet fuq il-promozzjoni tas-saħħa.", "Hemm ukoll il-kunċett taċ-ċentri ta' matul il-lejl, li b'kollox s'issa hawn tlieta, kif ukoll is-servizzi tal-komunità.", "Insibu numru ta' servizzi tal-komunità, fosthom il-Home Help, l-MMDNA u l-Meals on Wheels.", "Kif tafu, Malta, grazzi għall-politika soċjali, bi gvernijiet jibqgħu jibnu fuq xulxin, għandna kura b'xejn, mediċini, rebates fuq utilities għal min ikollu l-kartuna r-roża, kif ukoll testijiet u screening li ħafna minnhom jibdew primarjament mill-età ta' 55 sena 'l fuq.", "Fil-fatt, għandna l-breast screening, kif ukoll il-colorectal screening.", "Għandna wkoll il-benefiċċji tas-social security, il-pensjoni kontributorja, kif ukoll dik li mhijiex kontributorja.", "Mela għandna safety net tajba li tagħti d-dritt għal dawn it-tip ta' benefiċċji.", "Għandek is-setup tal-Kummissarju għall-Volontarjat.", "Ma ninsewx li l-maġġoranza tal-volontiera f'Malta huma anzjani, u għalhekk li jkollna l-volontarjat regolarizzat żgur li hija xi ħaġa fid-direzzjoni t-tajba.", "Hemm numru ta' inizjattivi minn fora differenti: minn kunsilli lokali, NGOs, għaqdiet, dipartimenti tal-Gvern u oħrajn li jagħmlu inizjattivi ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.", "Il-promozzjoni tas-saħħa: anke bħala saħħa issa naraw fiex qegħdin l-anzjani tagħna meta mqabbla ma' sħabna l-Ewropej.", "Huwa importanti li jkollna stil ta' ħajja tajba u promozzjoni tas-saħħa.", "Anke fl-anzjani r-riċerka tgħidilna li, jekk anzjan ikun ipejjep, jagħmel tajjeb jekk jieqaf, filwaqt li jekk huwa qawwi, ikun tajjeb li jagħmel eżerċizzju fiżiku ħalli jirqaq.", "Illum għandek l-aċċess għal ċerti faċilitajiet sportivi b'xejn.", "Din is-sena ġiet varata inizjattiva fejn l-anzjani jistgħu jmorru l-pixxina nazzjonali b'xejn u l-Università tat-Tielet Età.", "Kif għidt diġà, il-kunsilli lokali wkoll qegħdin jieħdu l-inizjattivi favur l-anzjani.", "Kif għedt ukoll, hemm erba' objettivi tas-sena Ewropea li b'xi mod qegħdin jiġu milħuqa.", "Il-valuri ta' din is-sena huma in line ma' ħafna stakeholders f'dan il-qasam: li nagħmlu empowerment tal-anzjani, li nagħtuhom vuċi, li l-anzjan jipparteċipa fis-soċjetà u jħossu nkluż, li jieħu sehem fil-volontarjat u l-personalizzazzjoni ta' ċerti servizzi.", "Bħala Kumitat, ġejna hawnhekk sabiex nitkellmu mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għaliex inħossu li jkun inutli li jkun hemm inizjattivi fil-livell micro jekk ma jkunx hemm l-assistenza minn fuq, u jkun hemm dik li ngħidulha l-cascading effect.", "Għalhekk huwa importanti li anke l-Membri Parlamentari jkunu jafu b'din is-sena Ewropea.", "Ħalli nibda nagħtikom ftit informazzjoni fuq l-ewwel objettiv ta' din is-sena, u ċjoè dwar il-parteċipazzjoni tal-anzjani fis-suq tax-xogħol.", "Hawnhekk kellna żieda pożittiva, jiġifieri qed jiżdied in-numru tal-anzjani li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-pensjoni.", "Sar Eurobarometer speċjali għal din is-sena Ewropea, fejn ta numru ta' raġunijiet għalfejn l-anzjan għandu jibqa' jaħdem.", "Għandek min jixtieq jibqa' jaħdem minħabba raġunijiet ekonomiċi, oħrajn biex iħossuhom inklużi fis-soċjetà, oħrajn biex ikunu jistgħu jgħinu ekonomikament lill-familja tagħhom, inkluż lit-tfal tat-tfal.", "U kif għedt, din ir-rata bil-mod il-mod qiegħda tiżdied.", "Fl-2010, f'Malta kellna 22% tal-workforce li kellhom bejn 50 u 64 sena.", "Din ġejja mill-fatt li, mill-2020, se nibdew nesperjenzaw problema ta' nies fis-suq tax-xogħol, u allura rridu nibdew naraw li l-anzjani jibqgħu jaħdmu, għax mhux se jkollna biżżejjed saħħa ta' nies fid-dinja tax-xogħol.", "Il-Eurostat irrapporta żieda fid-dħul medju tal-anzjani.", "Dan ġej mill-fatt li fil-budget ta' sentejn ilu kienu taw iż-żieda tal-ogħli tal-ħajja lill-anzjani in full.", "U għalhekk din il-miżura ħalliet dan l-effett.", "Il-maġġoranza tal-old adults, jiġifieri qed nitkellmu minn 55 'il fuq, qalu li huma sodisfatti bil-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Imma x'ħin staqsew lill-Maltin sakemm jaħsbu li jistgħu jibqgħu jaħdmu fix-xogħol tagħhom, qalulhom sal-età ta' 57 sena.", "Din hija baxxa ħafna, u hija trend li tidher mal-Mediterran kollu!", "Is-soċjetà għandha perċezzjoni ħażina għaliex taħseb li tirtira mix-xogħol is a bliss, mentri llum ir-riċerka turi bil-kontra.", "Hawn min jgħidlek li għax tirtira qisek tlajt il-ġenna.", "Imbagħad hawn min jgħidlek li ma jafx x'jaqbad jagħmel la jirtira mix-xogħol.", "Allura, idealment il-Maltin m'għandhomx jibqgħu jaħsbu li l-età ta' 57 sena hija l-età li wieħed għandu jieqaf jaħdem.", "71% tal-Maltin qalu li minn 55 sena 'l fuq iħossuhom;", "Mela, min-naħa l-Maltin jgħidu li minn 55 sena 'l fuq huma major players fl-ekonomija, imma mbagħad għandna l-inqas rata ta' dawn il-persuni fid-dinja tax-xogħol.", "Dan jikkuntrasta ma' pajjiżi oħra fl-Ewropa fejn dawk ta' età akbar minn 55 sena huma highly experienced, reliable, good decision makers and problem solvers, and able to handle stress.", "Issa hawnhekk għandna perċezzjoni oħra:", "Min-naħa qed ngħidu li huma tajbin, imma mbagħad qed ngħidu li mhumiex flessibbli u mhumiex produttivi.", "Din hija l-perċezzjoni tas-soċjetà, li tikklassifika l-anzjani bħala xi ħaġa ta' mard u li mhumiex produttivi.", "Jekk wieħed joqgħod iqis fl-Ewropa kollha fejn l-anzjani l-iktar li jaħdmu jsib li huwa fil-biedja u fis-sajd!", "Dawn huma l-iktar żewġ setturi fejn trid tkun tough, flessibbli, moħħok tajjeb u kreattiv.", "(Interruzzjonijiet) Mela mhu veru xejn li l-anzjani mhumiex produttivi u li ma jafux jaħdmu bit-teknoloġiji l-ġodda!", "Dik hija myth oħra.", "Il-Eurobarometer qalilna wkoll li l-maġġoranza tal-anzjani f'Malta huma b'saħħithom u li jgħixu fil-komunità.", "Jingħad ukoll li f'Malta għandna l-aktar anzjani obeżi mill-pajjiżi tal-Ewropa kollha.", "L-anzjani tagħna huma l-iktar qawwijin fl-Ewropa!", "Ġejna fir-raba' post f'dak li għandu x'jaqsam mal-akbar ammont ta' anzjani li baqgħu jpejpu.", "Il-persuni anzjani f'Malta huma l-aktar inattivi wkoll, fejn għandek biss 18% ta' dawk bejn il-55 u l-64 sena, u 17% ta' dawk bejn il-65 u l-74 sena li jagħmlu tal-inqas 30 minuta ta' attività fiżika kuljum!", "Mela, għal kull 100 persuna li jiġu discharged mill-isptar, kollha jkunu daħlu minħabba cardiovascular diseases, li ovvjament huma relatati ma' dawn it-tlitt affarijiet: nuqqas ta' eżerċizzju fiżiku, titjip u ħxuna.", "Jistgħu jesperjenzaw iżolament u insikurtà!", "Għall-grazzja t'Alla, aħna qed ngħixu f'soċjetà fejn għad għandna l-family network b'saħħitha, u s-social network fil-komunitajiet għadhom ukoll pjuttost b'saħħithom.", "U allura dawn jgħinu biex lill-anzjani tagħna naqbduhom kemm jista' jkun malajr, xi ħaġa li dehret iktar biċ-ċar fil-Eurobarometer fuq Malta milli f'postijiet oħra.", "Il-health promotion activities li qed jagħmlu llum jidher li l-effett tagħhom biex jaslu għand l-anzjani jridu jgħaddu numru ta' snin.", "Imma l-esperti fil-promozzjoni tas-saħħa jgħidu li l-istrateġija, minn hawn u 15 u 20 sena oħra, se tibda tagħti r-riżultati tagħha.", "Nafu li lill-anzjani qegħdin inħeġġuhom sabiex jiġu vvaċinati, speċjalment minħabba l-influwenza.", "Hawnhekk qed naraw kif, minkejja li għandna l-iktar anzjani li l-inqas li jiċċaqalqu, li huma r-raba' l-iktar li jpejpu, u li huma l-aktar qawwijin fost il-pajjiżi Ewropej, in-nisa Maltin, wara l-età ta' 65 sena, bħala medja jagħmlu 11-il sena free from any form of disability.", "Din hija xi ħaġa tajba ħafna u ninsabu minn ta' quddiem.", "Aħseb u ara li kieku l-Maltin jgħixu kwalità ta' ħajja aħjar kemm inkunu nistgħu nżieduha din!", "Qegħdin daqshekk tajjeb għax għandna servizzi tas-saħħa tajbin u li allura jgħinu biex itawwlu l-ħajja bil-kura li jagħtu.", "Mela li kieku jkollna kwalità ta' ħajja tajba billi nnaqqsu s-sigaretti, eċċ. il-Maltin jgħixu iktar!", "Bħala GDP, ninsabu fil-medja f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq fil-kura tal-anzjani.", "Il-volontarjat jgħin ħafna fil-cohesion and inclusion, speċjalment on a one-to-one level.", "F'Malta għandna 32% tal-volontiera Maltin li huma fl-età ta' bejn il-50 u l-64 sena li jqattgħu aktar ħin fil-volontarjat.", "L-anzjani għandhom iktar commitment miż-żgħażagħ.", "Normalment iż-żgħażagħ jivvolontarjaw fuq one-offs, mentri l-anzjani jkollhom iktar commitment fit-tul.", "Pereżempju, fejn naħdem jien, x'ħin tara l-volontiera tagħna, tara li ż-żgħażagħ jiġuk jagħmlu dik il-one-off, imma l-anzjani tkun tista' tieħu iktar ħin u aktar tkun taf jekk humiex se jiġuk jew le.", "Dan il-punt huwa attribwibbli għall-fatt li hemm a strong link between retirement and family commitment.", "X'ħin staqsew lill-Maltin x'inhu jżommhom milli jagħmlu l-volontarjat wara l-età ta' 61 sena, dawn qalu li ma jagħmlux volontarjat minħabba family commitments.", "Bħala familja, aħna l-Maltin bqajna magħqudin u nieħdu ħsieb lil xulxin.", "U dan it-tip ta' xogħol il-Maltin ma jarawhx bħala volontarjat għax mingħalina li l-volontarjat huwa meta tagħmel xi ħaġa lil hinn mill-familja.", "Madankollu dan ukoll huwa volontarjat.", "Li kieku nifhmu li dan huwa tip ta' volontarjat, żgur li konna niġu aktar 'il quddiem hawnhekk.", "Din tkompli ma' dak li konna qegħdin ngħidu fuq il-familja, li kulħadd jibqa' jieħu ħsieb lil tal-familja u allura ma tantx imorru biex jagħmlu xi ħaġa oħra li tkun lil hinn mill-familja.", "Ir-riċerka turi li fejn hemm volontarjat għoli hemm rata inqas ta' social exclusion.", "Hawnhekk qed jingħad li 14% tal-Maltin iħossuhom socially excluded.", "Issa li kieku għandna iktar sens ta' volontarjat żgur li din ir-rata nniżżluha.", "Din taqbel mar-riċerka tal-NSO.", "J'alla li dawn il-Maltin li qed jgħidu hekk, la jispiċċaw mix-xogħol, insibuhom verament fil-volontarjat.", "Mill-parlamentari Maltin, 7% huma anzjani, mentri fil-Parlament Ewropew hemm 13% li huma anzjani.", "Naħseb li għandu jkun hemm iktar taħlit ta' anzjani ma' żgħażagħ.", "Naħseb li fil-kunsilli lokali hemm aktar anzjani, imma ma rnexxilix niġbor l-informazzjoni.", "F'Malta għandna prattika tajba għax in-National Council for the Elderly, li ġie maħluq fl-1992, jiġbor fih organizzazzjonijiet fil-qasam tal-anzjani, u li dawn għandhom ukoll vuċi fl-MCESD.", "Il-Kunsill tal-Anzjani għandu vuċi fl-MCESD u huwa membru wkoll fl-Age Platform.", "Il-Maltin jistgħu jużaw ukoll l-Università tat-Tielet Età, li taqa' taħt il-European Centre for Gerontology.", "Jidhirli li l-aħħar li kien hemm kienu madwar 300 anzjan li jużawh dan.", "Bħala solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, hemm ħafna tipi differenti ta' solidarjetà, minn informal child care to inter-generational exchange of values bejn il-ġenerazzjonijiet.", "Din it-tip ta' solidarjetà mhux biss tgħin lill-anzjani u liż-żgħażagħ, imma tgħin lis-soċjetà at large, u tgħin ukoll fil-kwalità ta' ħajja tajba għal kulħadd.", "Dan huwa ħażin għax jekk inti ma tkunx ikkonċernat fuq xi ħaġa bħal din, tista' twassal għal ageism – bħal meta inti għandek ir-racism – fejn inti ċċaħħad lil xi ħadd minn xi servizz jew minn xi benefiċċju minħabba l-fatt li huwa anzjan.", "Fl-istituzzjonijiet niltaqgħu ħafna ma' eżempji bħal dawn.", "Pereżempju norganizzaw BBQ u tisma' lil xi ħadd jgħidlek għalfejn se ġġib lil xi ħadd ta' 90 sena għall-BBQ!", "Jew inkella, is-Sibt li għadda ħriġna lil madwar 130 anzjan u tellajnihom Għawdex.", "L-istess ikun hemm xi ħadd li jgħidlek: \"Issa dan ta' 90 sena, għalfejn se tieħdu Għawdex?!\"", "Dak huwa l-ageism, għax qed iċċaħħad xi ħaġa lil xi ħadd minħabba l-età tiegħu.", "Din hija interessanti għax, bħala medja, aħna iktar mill-Unjoni Ewropea.", "U naħseb li kieku jkun hemm iktar solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, din ir-rata tonqos ukoll.", "Rajna pajjiżi jħeġġu ħafna l-informal carers u jagħtuhom ċerti benefiċċji.", "Aħna wkoll għandna ċerti benefiċċji għall-informal carers għaliex ix-xogħol tagħhom huwa wieħed diffiċli ħafna.", "Kien hemm 49% li qalu li jixtiequ iktar flus, u 42% li qalu li jixtiequ li jaħdmu iktar b'sigħat flessibbli biex jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom.", "Fis-settur taċ-Ċivil, dan it-tip ta' arranġament jeżisti, mentri fil-privat, jeżisti daqxejn inqas.", "Però nemmnu li jekk ikun hemm dan it-tip ta' arranġamenti, l-informal carers ikunu jistgħu jibqgħu jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom fil-komunità u jipposponu l-istituzzjonaliżmu.", "Li tħallas it-taxxa hija forma ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, għax inti tħallas it-taxxa għal min hu vulnerabbli, u l-anzjani jaqgħu fil-kategorija tal-persuni vulnerabbli.", "Dan l-aħħar, it-Taljani qed iġibu reklam fejn qed jgħidu li aktar ma tħallas taxxi, iktar jitilgħu servizzi mill-art.", "U dan ir-reklam, fil-fehma tiegħi, kif qiegħed huwa eċċellenti.", "Importanti li nwasslu wkoll dan il-messaġġ.", "Importanti wkoll li jkollna l-irħula tagħna li jkunu age-friendly.", "Din hija forma oħra ta' solidarjetà.", "Inkunu age-friendly mhux biss fiżikament, imma anke kif noffru s-servizzi tagħna li jakkomodaw lill-anzjani.", "45% tal-Maltin qalu li jixtiequ jaraw aktar sigurtà fit-toroq tagħna, u 45% oħra qed jgħidu li they would like to see more facilities for older persons to stay fit and healthy.", "Dawn qed jgħidu għal kumitati ddedikati għall-anzjani.", "Jidhirli li hawn kunsilli lokali li mhux biss ikollhom kunsillier iddedikat għall-anzjani, u din qiegħda in line ma' din, li jkun hemm kumitat apposta għall-anzjani biex il-vuċi tagħhom tasal.", "Din hija myth oħra li l-anzjani ma jużawx it-teknoloġija.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin inħeġġu lin-nies fuq is-sit elettroniku tagħna sabiex jinvolvu ruħhom, u fil-fatt din is-sena għamilna ħafna inizjattivi.", "Ovvjament l-inizjattivi tagħna kienu ta' sensibilizzazzjoni.", "Jekk tidħlu fuq is-sit elettroniku tagħna ssibu fejn aħna ssensibilizzajna ma' dawn l-objettivi.", "Qegħdin nipprovaw nagħmlu de-mystification of myths, fosthom li l-anzjani mhumiex produttivi u li l-anzjani huma assoċjati ma' mard.", "L-anzjani mhumiex morda, mhumiex passivi jew għandhom nuqqas ta' produttività.", "Bħalma mhu veru xejn li, jekk l-anzjani jibqgħu jaħdmu, dawn se jieħdu post iż-żgħażagħ.", "Mhu veru xejn li jekk l-anzjani nħalluhom jaħdmu wara l-età tal-irtirar, se jieħdu post iż-żgħażagħ!", "Il-messaġġ tagħna huwa dan: \"Vigilant for new opportunities, and to be positive about life.\"", "Qed ngħidu wkoll biex dak li jkun ma jintelaqx, għax kull età hija opportunità!", "Għandna wkoll DVD.", "Aħna konna ħriġna sejħa pubblika biex ninnominaw persuni biex ikunu ambaxxaturi għas-sena Ewropea.", "Fil-fatt, kellna aktar minn wieħed li wera din ix-xewqa, u għalhekk qsaminhom biex ikollna ambaxxatur għal kull objettiv.", "Laqqajnihom mal-media, u bdejna nibagħtuhom biex jattendu għal-laqgħat.", "U fejn setgħu ħafna minnhom marru.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Naħseb li din it-tip ta' preżentazzjoni tikkombina u tikkumplimenta tajjeb mar-rapport li dan il-Kumitat kien iffinalizza dwar il-familja u l-anzjani.", "U għalhekk nixtieq ngħaddilkom kopja tiegħu.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tagħkom għaliex lili laqatni suġġeriment li konna għamilna f'dan ir-rapport u li jorbobt ma' punt importanti li semmejtu intom.", "U allura kif nistgħu ngħinu lill-anzjani fil-komunitajiet tagħna sabiex dawn iħossuhom iktar parteċipi u mhux esklużi mill-komunità?", "Għedna li – u lili din twerwirni – hemm kważi 66% tal-anzjani li ma jħossuhomx parti mill-komunità.", "Għalhekk f'paġna 45 tar-rapport li ħareġ dan il-Kumitat konna għamilna din il-proposta:", "\" Permezz tal-kunsilli lokali – flimkien mal-Ministeru responsabbli għall-anzjani – jkunu koordinati servizzi oħra bħal dawk diġà eżistenti għall-anzjani li qed jgħixu f'darhom fil-komunità, pereżempju, programm ta' telefonati jew żjajjar lill-anzjani li jkunu waħedhom u li m'għandhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom.", "Dan is-servizz jista' jingħata bl-għajnuna u bl-involviment ta' anzjani oħra fl-istess komunità li jkunu għadhom attivi u li jħossu li baqgħalhom x'joffru lill-istess soċjetà, anke jekk ikunu irtiraw mid-dinja tax-xogħol formali.\"", "Ovvjament wieħed jista' ikompli jibni fuq din il-proposta, jew inkella jista' jitlaqha u jagħmel xi ħaġa oħra simili.", "Fir-rapport li ħriġna pprovajna naraw – naħseb bħalma għamiltu intom ukoll – il-familja ta' għada minn xiex se tkun komposta u xi sfidi se jkollha quddiemha.", "Kif se jitbiddlu l-familji ta' għada u l-anzjani tagħna?", "Il-familja u l-persuni li se jkunu qegħdin jgħixu waħedhom, huwa importanti li ma jkollniex esklużjoni soċjali, u għalhekk irridu naraw li jkun hemm it-tisħiħ tal-komunità, li frankament inħoss li qisni qed nitkellem biċ-Ċiniż meta ngħid hekk, għax għad ma rnexxilix nimmatura l-ħsieb b'tali mod li dak li jkun jifhimni.", "Aħna dejjem għixna fil-komunitajiet, imma donnu għadna ma nistgħux nifhmu kemm huwa importanti li naħdmu biex fil-komunità jkun hemm sens ta' komunità.", "Il-komunitajiet tag ħna qegħdin jispiċċaw dormitorji, fejn nidħlu hemmhekk biex norqdu u daqshekk!", "Nerġa' ngħid li m'għandniex dak is-sens ta' komunità.", "Jien naħseb li biex l-anzjani ma jintelqux imma jħossuhom parti mill-komunità, hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu.", "Għaldaqstant, għandi xi proposti li nixtieq nitkellem dwarhom, imma l-ewwel se nagħti l-kelma lill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Sur Carabott, prosit tal-preżentazzjoni li għamiltilna.", "Jiena nixtieq nagħmel xi ftit kummenti fuq dan is-suġġett għaliex, kif diġà semmejt fil-bidu, inħobb indur ħafna lill-anzjani.", "Immur inżurhom anke fid-djar tal-anzjani, fejn għall-ewwel kont inċempel qabel immur, imma mbagħad bdejt naqbad u mmur għall-għarrieda.", "Fil-fatt, bdejt nara differenza, u dan juri li hemm xi duda hemm ġew!", "Meta niġi biex indur dik id-dar tal-anzjani partikolari, u jkunu jafu bija, insib kollox perfett.", "Anke meta mmur waqt il-ħin tal-ikel, insib kollox tajjeb.", "Imma meta mbagħad naqbad u mmur għall-għarrieda, nara differenza kbira.", "U għalhekk dawn l-affarijiet irridu narawhom.", "Tkellimt fuq in-night shelters.", "Ċerti anzjani jkunu jridu jmorru f'dawn in-night shelters imma jibżgħu jħallu d-djar tagħhom waħedhom.", "Xi ħaġa li nagħfas fuqha hija s-sigurtà fit-toroq u fid-djar.", "Mrs Garrone, li kienu qatluha f'Tas-Sliema, kienet ħabiba ta' ommi, u għalija kienet qisha zija, għax aħna Tas-Sliema l-ħbieb tal-mamà kollha zijiet ngħidulhom.", "Dak li kien ġara lilha kien impressjonani, u issa qiegħed jerġa' jiġri l-istess f'postijiet oħra: qegħdin jaqbżu fuq l-anzjani biex jeħdulhom in-naqra deheb li jkollhom, apparti mill-qatgħa li jagħtuhom.", "Dik hija xi ħaġa li qed taffetwa lill-anzjani tagħna għaliex dawn qed jibżgħu jmorru fin-night shelters għax jaħsbu li, sakemm imorru hemmhekk, jidħlulhom fid-dar tagħhom u jġorrulhom kollox.", "Xi ħaġa oħra li kont inkoraġġejt kienet dik tal-fostering tan-nanniet, u din hija xi ħaġa li semmejtha kemm-il darba.", "M'hemmx bżonn li inti jkollok in-nanniet tiegħek, imma tista' tagħmel fostering ta' anzjani oħra.", "Ħaġa oħra li sibt hija li l-kunsilli lokali mhumiex aġġornati.", "Jien immur il-kunsilli lokali biex nistaqsihom fuq ċertu tip ta' informazzjoni dwar l-anzjani, imma dawn ma jkunux jafu biha.", "Għalkemm għandhom nies li suppost qegħdin hemm mid-dekasteru tal-anzjani, dawn ma jkollhomx l-informazzjoni bażika dwar l-anzjani fil-komunità tagħhom!", "Pereżempju, ma jkunux jafu kemm għandhom anzjani, f'liema stat qegħdin u x'għajnuna għandhom bżonn.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-servizzi disponibbli.", "Hemm servizzi li huma disponibbli għall-anzjani, imma meta ddur l-anzjani tinduna li dawn ma jafux bihom!", "Dan mhux kemm tibgħat fuljett bħalma għamel dan il-Gvern, għax kulma kien fih kienet propoganda għall-Ministru, għas-Segretarju Parlamentari u għall-Prim Ministru nnifsu, għax ir-ritratti tagħhom kien hemm fih!", "L-anzjan ma jafx x'hemm disponibbli għalih u ma jafx xi dritt għandu biex jieħu dawn is-servizzi.", "Anke t-Telecare xi minn daqqiet issib li jibżgħu minnu l-anzjani.", "Fil-fatt, jiena nara li m'hemmx approach biżżejjed għall-anzjani, m'hemmx nies li jżuru lill-anzjani ħalli jaraw f'liema stat qegħdin fih.", "Mhux imbilli ngħidu li dan is-servizz huwa disponibbli, għax l-anzjani ma jafux bih u lanqas huma informati biżżejjed bl-eżistenza ta' dawn is-servizzi.", "Anke fuq is-servizz tal-handyman li jiġik id-dar biex isewwilek xi problemi li jkollok, ma jafux min hu intitolat għalih u lanqas jafu fejn iridu jċemplu.", "Rigward il-volontarjat, issib anzjani li huma lesti biex jidħlu fil-volontarjat, imma fil-mument l-anzjan aktar qed jipprova jsib xi tip ta' xogħol biex ikollu dik ix-xi ħaġa żejda fil-but minħabba li llum il-ħajja tant għoliet li mhux qed jirnexxilhom ilaħħqu!", "Pereżempju, jien mort nara koppja anzjani Diċembru li għadda: ir-raġel kien għalliem u l-mara, a very prim and proper lady, edukata u dejjem nadifa.", "Meta mort inżurhom, insib lilha bi tliet jumpers, bil-qalziet tar-raġel u b'energy-saving lamp.", "U għalhekk staqsejtha x'kien ġaralha, u fil-pront qaltli li t-tnejn qegħdin fuq id-Diovan u z-Zocor, imma peress li dawn il-mediċini kienu out of stock għal dawn l-aħħar sitt xhur, kellhom jixtruhom minn buthom.", "Issa kaxxa Diovan u kaxxa Zocor jiswew €60, u għal tnejn min-nies jiġu €120!", "Mela din il-koppja spiċċat sitt xhur tgħix bi €380 kull xahar!", "Żgur li ma tkampax b'dik is-somma!", "Xi minn daqqiet jiddispjaċini ngħid li l-Gvern qiegħed jabbuża mill-anzjani u qiegħed jabbuża minn ċerti nies.", "Duru l-anzjani u araw is-sitwazzjoni tagħhom għax b'hekk taraw x'inhi l-verità!", "Il-faqar fl-anzjani u r-riskju tal-faqar fl-anzjani hija akbar milli hemm imniżżel hemmhekk!", "L-anzjani tagħna jinsabu b'daharhom mal-ħajt għax il-ħajja dejjem togħla.", "Jien nista' nitkellem fuq dawn l-affarijiet għax ix-xirja tiegħi jien nagħmilha.", "Dażgur li l-anzjani huma obeżi jekk m'għandhomx biex jixtru healthy food.", "B'hekk ikollhom jgħaddu bil-ħobż u b'ikel ieħor.", "Issa ħalliha li llum il-ħobż għola kif ukoll il-ħalib.", "Nerġa' ngħid li l-anzjani qegħdin b'daharhom mal-ħajt.", "Meta tara l-anzjani tagħna fiex qegħdin, fil-verità jibda jiddispjaċik.", "Lili qalbi ġabuhieli ġunġliena!", "Rigward min irid ikompli jaħdem, naħseb li bħalissa għandna ħafna anzjani li kienu fis-settur tal-kostruzzjoni meta kienu iżgħar.", "U, kif nafu, min jaħdem f'dan il-qasam kien ibati ħafna, għax ix-xogħol tiegħu kien isir fl-elementi kollha.", "Dawn kollha jinsabu xi ftit batuti f'saħħithom.", "Issa, hemm minnhom li għalkemm ma jkunux jistgħu jibqgħu jaħdmu fil-ġebel, xorta waħda s-sengħa tagħhom m'għandhiex tintilef!", "Madankollu, din is-sengħa se tintilef għax lanqas għad għandna skejjel fejn iż-żgħażagħ tagħna jmorru jitgħallmu dik is-sengħa.", "Barra minn hekk, illum fuq is-siti tal-kostruzzjoni tara biss ħaddiema Bulgari u ħaddiema oħra barranin!", "Morru araw fejn qed jinbena Bieb il-Belt.", "Jiena ngħid li hemmhekk hemm madwar 60% tal-ħaddiema li huma jew Bulgari jew ta' nazzjonalità oħra li ġew importati bħala cheap labour.", "Fl-aħħarnett, ikolli ngħid li bejn dak li ppreżentajtilna u r-realtà hemm baħar jaqsam!", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "ONOR CARMELO ABELA: Min-naħa tiegħi, jiena wkoll ningħaqad ma' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Qabel xejn nifraħ lis-Sur Carabott tal-preżentazzjoni tiegħu għaliex huwa importanti li nkunu nafu bejn wieħed u ieħor fejn qegħdin.", "Issa din hi l-istampa kollha?", "Le mhijiex, imma almenu nkunu nafu bejn wieħed u ieħor fiex qegħdin u fejn hemm bżonn li nagħfsu xi ftit aktar.", "Ovvjament dejjem se jkollok fejn ittejjeb.", "Pereżempju, waħda mill-affarijiet li jkun interessanti li jkollna – apparti l-preżentazzjoni nnifisha – hija fejn jidħlu ċerti servizzi.", "Kemm l-anzjani tagħna jafu bihom dawn is-servizzi?", "Veru li hemm lista bis-servizzi disponibbli, imma fil-verità huma ftit dawk l-anzjani li jafu bl-eżistenza tagħhom.", "Tajjeb li jkollna statistika ta' kull servizz kemm qed isir użu minnu mill-anzjani.", "Xi ħaġa oħra li rridu naħdmu fuqha hija li l-ewwelnett ikun hemm iktar għarfien tas-servizzi li jeżistu u li dawn ikunu faċli biex wieħed ikun jista' jużahom.", "Qed ngħid hekk għax id-diffikultà tagħhom tkun li l-anzjani jkollhom jimlew il-formoli.", "Issa nifhem li hemm bżonn ta' ċerta amministrazzjoni bażika, għax hawnhekk qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi, imma min-naħa l-oħra nafu wkoll li l-anzjani, meta jirċievu karta, jitwerwru u jaqbadhom paniku.", "Issa li qegħdin f'din is-sena Ewropea ddedikata għall-anzjani, nispera li ma jiġrix bħalma ġara f'oqsma oħrajn, bħall-faqar u l-esklużjoni soċjali, li nagħmlu sena ntambru fuqha, u mbagħad, kif tgħaddi dik is-sena, induru għal suġġett ieħor u dak ninsewh.", "Naħseb li sfida ewlenija f'dan il-qasam mhijiex dik li ngħaddu din is-sena, imma aktar hija kif se noħolqu l-għarfien … Naħseb li dak huwa wkoll l-għan tax-xogħol tiegħek bħalissa bħala national co-ordinator.", "Peress li ffokajna iktar fuq l-anzjani u l-anzjanità, nistgħu għaż-żmien li ġej nibnu fuq dak li skoprejna, jew fuq dak li ħareġ b'mod evidenti matul din is-sena.", "Jiena naħseb li dik hija importanti ħafna li nagħmluha.", "Naħseb li sfida ewlenija oħra hija dik li ngħinu persuna ssir anzjana.", "Ħafna drabi l-esperjenza tkun li, meta xi ħadd qiegħed fuq il-post tax-xogħol, ikollu ħajtu fulfilled u ma jkun jonqsu xejn.", "Imma fil-mument li dan jispiċċa mid-dinja tax-xogħol, jaf jaqla' daqqa kbira.", "U allura naħseb li b'xi mod jew ieħor irridu naħsbu fuq xi ħaġa li biha nistgħu ngħinu ħalli ntaffu ftit lil min ikun se jagħmel din il-qabża.", "Għal ċerti nies, meta jgħaddu mill-fażi fejn filli jkunu fuq il-post tax-xogħol għall-ħajja ta' pensjonant tkun kważi daqqa fatali.", "Hemm żvilupp ieħor li huwa tajjeb u ta' min li wieħed jaħdem fuqu.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-fatt li llum il-ġurnata għandek aktar anzjani fid-dinja tax-xogħol.", "Jiena naħseb li dik hija xi ħaġa pożittiva.", "Huwa pożittiv ukoll li l-anzjani ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom.", "Madankollu rridu nkunu realistiċi u ngħidu l-ewwel x'inhuma r-raġunijiet għalfejn dawn l-anzjani qed ikomplu jaħdmu.", "Filwaqt li hemm nies li jibqgħu jaħdmu għax ix-xogħol jagħtihom sodisfazzjon, u mhux neċessarjament ikunu qed jagħmluh għall-flus, hemm oħrajn – li l-persentaġġ tagħhom mhuwiex wieħed żgħir – li jkunu kostretti li jibqgħu jaħdmu għax il-pensjoni ma sservihomx.", "Hemm min jibqa' jaħdem biex ikun jista' jgħin lit-tfal tat-tfal tiegħu.", "Xorta huwa pass pożittiv li dawn l-anzjani jibqgħu jaħdmu biex ma ninftiehemx ħażin, imma ejjew nagħtu każ tar-raġunijiet ukoll.", "Qed ngħid dan għaliex ħafna drabi nafu li l-baskett tal-anzjani – jiġifieri dak il-famuż baskett li bih inkejlu l-għoli tal-ħajja – fih element ta' pilloli li dawn ikollhom jixtru.", "Hemm anzjani li huma intitolati li jieħdu l-pilloli kollha b'xejn permezz tal-iskemi tal-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża, imma hemm ukoll anzjani li, għal xi raġuni jew oħra, m'huma intitolati għal xejn.", "Hemm anzjani oħra li huma intitolati għal uħud mill-pilloli li jieħdu, filwaqt li mhumiex intitolati għal oħrajn.", "Xi kultant dawk li ma jkunux intitolati għal pilloli oħrajn, jien nistaqsihom x'inhi r-raġuni, u dawn jgħiduli – din qiegħed niltaqa' magħha b'mod regolari – li ċerti pilloli ma jġibhomx il-Gvern.", "Ma jġibhomx jew għax ikunu għoljin, jew inkella għax ikunu pilloli pjuttost speċjalizzati u ma jkunux fost il-pilloli li l-Gvern iġib.", "B'hekk dak li jkun ikollu jixtrihom minn butu, u jispiċċa jnaqqar parti sostanzjali mill-pensjoni tiegħu meta teħodha fuq perijodu ta' żmien.", "Għaldaqstant naħseb li rridu nħarsu lejn dawn l-affarijiet.", "Ovvjament mhux se nsibu s-soluzzjoni għal kollox, imma nistgħu nipprovaw nieħdu ċerti inizjattivi fuq ċerti affarijiet.", "Pereżempju, dak li għedt jien l-ewwel, u li semma wkoll l-Onor.", "Zammit dwar kif dawn is-servizzi offruti lill-anzjani jgħinuhom biex itaffu ftit mill-ispejjeż.", "Fil-fatt, minflok toqgħod taqla' handyman minn butek, għandek dan is-servizz ipprovdut mill-Gvern, u b'hekk inti qed tiffranka dawn l-ispejjeż.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jista' jiġi kkonsidrat sabiex ċerti pilloli li llum qegħdin fuq il-kartuna s-safra jew fuq il-kartuna r-roża, u forsi l-esperti mediċi mhux qed jissuġġerixxu lilhom, naraw li jidħlu oħrajn minflokhom.", "F'ħin minnhom, waqt din il-preżentazzjoni ssemmew ċerti inizjattivi biex membri tal-familja jgħinu lill-membri anzjani fil-familja tagħhom.", "Kien hemm numru ta' persentaġġi li ssemmew, kif ukoll possibilitajiet dwar x'jista' isir, fosthom ir-reduced hours jew il-flessibilità fuq il-post tax-xogħol.", "Imbagħad intqal li dawn l-opportunitajiet huwa eħfef li jingħataw fiċ-Ċivil milli mis-settur privat.", "Madankollu jiena ltqajt ma' ċirkostanzi fejn iċ-Ċivil stess għamel il-ħajja ta' min kien qed jitlob dawn il-miżuri nfern, u dam is-snin jipprova jikkonvinċihom dwar il-każ tiegħu.", "Ħmistax ilu, smajt bil-każ ta' waħda li tixtieq titlaq minn fejn qiegħda taħdem, li huwa xogħol pjuttost komdu u tajjeb, biex tmur x'imkien ieħor fejn il-load tax-xogħol hija akbar, imma almenu tkun eqreb tad-dar ta' ommha u b'hekk tkun tista' tmur tittawwlilha kultant ħin.", "Madankollu, din ilha xhur twal, biex ma ngħidx snin, tipprova tikkumbatti mal-amministrazzjoni taċ-Ċivil, u sal-lum għadha ma ngħatatx dan il-permess.", "Jista' jkun li dan huwa każ wieħed, imma ma naħsibx li hu hekk għax nemmen li hemm oħrajn simili.", "Tajjeb li din l-awareness ġiet għall-attenzjoni tagħkom bħala Kumitat għax importanti li, b'xi mod jew ieħor, min qiegħed jiddeċiedi dawn il-każijiet fiċ-Ċivil, jittrattahom b'aktar serjetà u urġenza.", "Nafu bid-diffikultajiet li jistgħu jinħolqu meta jkollok anzjana ta' 87 sena li qiegħda tbati mid-dementia jew b'xi ħaġa oħra.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetani hija r-rata tal-faqar.", "U huwa għalhekk li ċerti anzjani qed ikomplu fid-dinja tax-xogħol, proprju biex ma jaqgħux fil-faqar.", "Fil-fatt, kif intqal tajjeb fil-preżentazzjoni tas-Sur Carabott, il-faqar fost l-anzjani huwa ogħla, kemm mill-medja Ewropea, kif ukoll mill-medja nazzjonali.", "Din hija sfida oħra li rridu nħarsu lejha.", "Fil-fatt, meta tidħol fid-djar tan-nies tinduna iktar b'dan ir-riskju.", "Issa r-raġunijiet jistgħu jkunu diversi u mhux bilfors li jkunu marbuta biss mal-pensjoni tagħhom.", "Jista' ikun ukoll li dawn ma jkunux jafu jieħdu ħsieb tagħhom infushom issa li spiċċaw waħedhom.", "Allura dak il-punt li semma l-Onor.", "Zammit dwar li tadotta persuna anzjana huwa punt tajjab ħafna, u wieħed irid jara kif jista' jaħdem fuqu.", "Naħseb li l-involviment tal-kunsilli lokali jista' jgħin biex b'mod volontarju dan ikun jista' isir.", "Jista' ikollok min mhux għax m'għandux mezzi finanzjarji, imma għax biż-żmien jintelaq.", "U allura naħseb li huwa importanti li nħarsu lejha din ukoll.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li ma nistgħux nifirdu l-ġenerazzjonijiet.", "Bħala pajjiż, ma nistgħux biex nagħmlu politika fuq l-anzjani, ninsew u nifirdu l-politika mid-dinja tax-xogħol jew nifirdu l-politika miż-żgħażagħ.", "Qed ngħid dan għax hemm ċerti tendenzi li nsibuhom kullimkien.", "Eżempju prattiku huwa l-obeżità: aħna mhux biss l-anzjani għandna obeżi, imma anke t-tfal!", "U r-riżultat tal-anzjani huwa minħabba dak li ġara qabel.", "Il-prospetti ma tantx huma tajbin!", "It-tfal tal-lum tagħna diġà qegħdin fuq quddiem nett fejn tidħol l-obeżità, u għalhekk ma nistgħux nistennew aktar.", "Punt ieħor marbut ma' li aħna ma nistgħux nifirdu l-ġenerazzjonijiet huwa proprju dan: apparti dawn it-tendenzi li semmejt inti fil-preżentazzjoni tiegħek, aħna nafu li hemm numru ta' anzjani li jieħdu ħsieb it-tfal tat-tfal biex it-tfal tagħhom ikunu jistgħu jmorru jaħdmu.", "Imma mbagħad qegħdin nimmiraw ukoll sabiex iktar anzjani jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.", "Din waħda tmur kontra l-oħra!", "Jekk aħna qed naħdmu biex iktar anzjani jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, nafu li se nitilfu mis-servizz soċjali li dawn l-anzjani qed jagħmlu ma' uliedhom billi jieħdu ħsieb tan-neputijiet tagħhom.", "Jekk aħna qed naħdmu biex inżidu iktar anzjani fid-dinja tax-xogħol, mill-banda l-oħra rridu naħdmu biex ikun hemm servizzi li jkunu finanzjarjament aċċessibbli għall-familja.", "Dawn il-punti jissemmew fir-rapport li ħejja dan il-Kumitat u li ġie ppreżentat lilkom, u kienu punti li semmewhom l-anzjani stess li ġew quddiem dan il-Kumitat, fejn xtaqu li jkun hemm childcare centres li jkunu finanzjarjament aċċessibbli biex it-tfal ta' uliedhom ma jbatux meta l-mara toħroġ taħdem biex tgħin lill-familja tagħha.", "Għax inkella ma jagħmilx sens li l-mara toħroġ taħdem, u mbagħad fl-istess ħin ikollha toħroġ ammont ta' flus biex tħallas għaċ-childcare centre.", "Naħseb li, bejn wieħed u ieħor, dawn kienu l-punti li xtaqt nagħmel aċċenn għalihom.", "U nagħlaq b'dak li bdejt bih bażikament: lil hinn minn din is-sena, l-isfida prinċipali hi dik li nibqgħu nisħqu fuq dan il-qasam u, minn dak li tgħallimna matul din is-sena, nipprovaw noħolqu servizzi ġodda u naraw li noħolqu aktar awareness tas-servizzi li diġà għandna biex jibbenefikaw aktar anzjani minnhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma ngħaddi l-kelma lill-Onor.", "Azzopardi, nixtieq ngħaddi kumment.", "Ħafna drabi nara tendenza li meta nkunu qegħdin niddiskutu issues partikolari, bħalma kienet is-sena ddedikata għall-faqar u għall-anzjanità, donnu li nitilfu l-attenzjoni tagħna fuq x'inhu jiġri lill-familja Maltija.", "Imma s-soċjetà tagħna hija magħmula mill-familji tagħna, għaliex il-familja hija l-ewwel komunità.", "Issa l-kelma \"familja\" tista' tfisser dik ir-relazzjoni jew dik ir-rabta li tiġbor fiha numru ta' persuni flimkien.", "Qed ngħid hekk għax, meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-faqar u fuq ir-riskju tal-faqar, kien ħareġ punt ewlieni li donnu ma baqax isir.", "Anke meta jitkellmu ċerti entitajiet oħra li mhumiex politiċi, dawn kienu qalulna li t-tkissir tal-familja huwa s-sors ewlieni li joħloq il-faqar fil-familja u fis-soċjetà.", "Donnu meta niġu biex nitkellmu fuq l-anzjani jew fuq il-faqar donnu ninsew nitkellmu fuq is-suġġett ta' x'jiġbed lin-nies flimkien u x'jgħaqqad lill-bniedem li jgħix fil-familja u li dan isib il-milja tiegħu f'dik il-familja.", "Qed ngħid hekk mhux għax għamiltu hekk intom, imma għax ma rajtux li spikka daqshekk fil-preżentazzjoni tagħkom.", "Jien inħoss li rridu li l-ħajja tal-anzjan tkun waħda sana u b'saħħitha, għax qed ngħidulu li jrid jagħmel l-eżerċizzju fiżiku u li jrid jonqos mill-piż, imma mbagħad mhux qed nagħtu daqshekk attenzjoni lill-familja u l-fatt li l-anzjan iħossu indukrat fiha.", "Fir-rapport li ħareġ dan il-Kumitat, ħarisna proprju lejn il-familja u l-anzjani, u ma trattajniex biss l-anzjan bħala individwu, imma ttrattajnih fid-dimensjoni tal-familja.", "Jekk wieħed iħares lejn dan ir-rapport jara titoli bħal \"It-tbatija u l-uġigħ tal-anzjani fis-soċjetà tagħna\", \"Ir-realtà u l-bidliet li jseħħu fl-anzjanità\", kif ukoll \"It-tbatija li ġġib magħha l-firda u s-separazzjonijiet fil-familja għall-anzjani\".", "Jekk għada pitgħada din se tkun realtà li ma nistgħux niċħduha, fejn se jkollna tkissir tal-familji, separazzjonijiet kif ukoll firdiet ta' koppji li jkunu f'koabitazzjoni, smajna x'konklużjonijiet jista' ikollna għax semmewlna dak li qed jiġri barra minn xtutna.", "Li se jiġri hu li se jkollna aktar persuni jgħixu waħedhom, anke ta' età akbar, proprju għaliex iż-żwieġ jew ir-relazzjoni tagħhom, li kienu qegħdin fiha, ma tkunx irnexxiet.", "Mela iktar ma' dan il-kenn li toffri l-familja jsir aktar vulnerabbli, inti mhux se jkollok dak il-wens bħalma hemm bejn żewġ miżżewġin li baqgħu jgħixu flimkien, bir-raġel jieħu ħsieb il-mara, u l-mara tieħu ħsieb ir-raġel flimkien.", "Sinjuri, nixtieq nagħmel l-enfażi u nitlobkom tinżlu tikkomunikaw il-messaġġ tagħkom mhux biss fuq livell nazzjonali, imma anke fuq livell ta' komunità.", "Jien m'għadniex nitkellem aktar fuq livell lokali – għax xi kultant inkunu qegħdin nagħmlu użu ħażin mill-kliem – imma rrid nitkellem fuq livell ta' komunità.", "Allura meta nsemmu ż-Żejtun, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, eċċ., li huma l-postijiet li aħna ġejjin minnhom, dawn mhumiex biss lokalità, imma huma wkoll komunità.", "Nerġa' ngħid li l-ewwel komunità li sibt fiha l-milja għall-persuni hija l-familja.", "Qiegħed nagħmlilkom dan l-appell importanti għax inkella ta' xejn nitkellmu fuq kif jista' jkollna l-aħjar well-being.", "Jekk nitkellmu fuq kif ikollna well-being, u dak li jsostni l-aħjar well-being, hija proprju l-familja.", "Imma din kull darba qegħdin ninsewha, jew donnu qegħdin nibżgħu mmissuha … Fl-opinjoni tiegħi, xi kultant nibżgħu mmissu ċerti affarijiet, anke aħna l-politiċi, għaliex naħsbu li se niskomodaw lil xi ħadd.", "Veru li l-affarijiet l-oħra, bħall-obeżità u l-eżerċizzju fiżiku, huma importanti, u dak kollu li semmew sħabi hija realtà, għalkemm forsi l-mod ta' kif naraw l-affarijiet ivarja; però, fl-aħħar mill-aħħar, dik ir-realtà wieħed irid jirranġaha.", "Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: L-ewwel nett niskuża ruħi li kelli nitlaq għal xi ħin.", "Min-naħa tiegħi, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq il-Home Help.", "Ma nafx dħaltux fid-dettall dwar jekk dan is-servizz huwiex qiegħed jingħata sew, jew inkella jekk hemmx min għandu iktar bżonn ta' dan is-servizz …", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Li semmejna kienu affarijiet relatati mal-erba' objettivi.", "Semmejna li hemm il-Home Help, imma ma dħalniex fid-dettall.", "FREDERICK AZZOPARDI: F'dan l-istudju tagħkom ma dħaltux fid-dettall ta' dawn is-servizzi?", "Aħna rriferejna għall-istudju li sar mill-Eurobarometer, u dan sar across l-istati membri kollha.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fil-preżentazzjoni għidt li l-anzjani li qed jibqgħu jaħdmu qiegħed dejjem jiżdied, u mbagħad, fl-istess ħin, għidt li l-Maltin jaħsbu li huma jibqgħu kapaċi fl-impjieg kurrenti tagħhom sakemm ikollhom 57 sena.", "Donnu li din ma tagħmilx sens, u allura hemm spjegazzjoni għaliha?", "Li rridu huwa li n-nies ma jibqgħux jaħsbu li, jekk jispiċċaw qabel mix-xogħol, se jkunu qed jgħixu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Għalhekk qed jgħidu 57 sena, għax iridu jirtiraw kmieni.", "ONOR CARMELO ABELA: Jekk tippermettuli xtaqt nikkumenta fuq din il-perċezzjoni, għax jien ma fhimtx hekk.", "Jien fhimt li, fix-xogħol kurrenti tagħhom, qisu li mhux qed jaraw prospetti li se jkomplu aktar wara l-età ta' 57 sena.", "U dan mhux għax jixtiequ jirtiraw huma, imma qisu għax ix-xogħol li qegħdin fih mhux qed jaraw li jista' jwassalhom għal iktar snin minn 57 sena.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt inżid huwa jekk b'xi mod jew ieħor ġiex studjat jew rajtux il-fenomenu tal-early retirement schemes, fejn nafu li dan it-tip ta' persuni ta' din l-età, jekk jirtiraw ta' 55 sena u iktar, biex ma ngħidx inqas minn 55 sena, il-prospetti tagħhom li jsibu xogħol ieħor dejjem qiegħed jonqos sostanzjalment.", "Ma nafx jekk dawn jorbtux flimkien.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Il-mistoqsija kienet fis-sezzjoni tal-objettivi relatati max-xogħol.", "Il-Eurofond, li jkejjel il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kienu diġà qalu li l-Maltin iħossuhom komdi fix-xogħol tagħhom, u naħseb li hija relatata ma' perċezzjoni li inti tixtieq tispiċċa kmieni mix-xogħol.", "Għandna dan il-fenomenu, speċjalment fil-Mediterran.", "Pereżempju, wieħed jista' jara l-Greċja kemm kienu jagħtu skemi ta' irtirar kmieni.", "Veru jista' jagħti l-każ kif qed tgħid inti li għad għandna ħafna nies li jaħdmu fis-settur manwali li trid ċertu saħħa biex tibqa' tagħmel dak it-tip ta' xogħol, u allura jaħsbuha b'dak il-mod.", "Imma l-persentaġġ tant kien għoli li wasslu għal dan ir-riżultat ta' 57 sena, li naħseb li hija forma ta' perċezzjoni li s-soċjetà xi kultant twassal biex dak li jkun jibda jistenna b'ċertu ħerqa ż-żmien biex jirtira ħalli joqgħod kwiet u ma jagħmel xejn.", "Fil-verità, ir-riċerka turi mod ieħor, għax min jispiċċa mix-xogħol jibda jgħidlek kif se jqatta' il-ħin tiegħu u kif se jibda jinvolvi ruħu.", "Tkun qisek għandek din l-esperjenza kollha u ma tafx x'se tagħmel biha.", "Iċ-Ċivil joffri kors – mhux obbligatorju – lill-ħaddiema tiegħu li jkunu se jirtiraw biex jippreparahom għal din il-bidla.", "Fil-fatt, din hija daqqa għal dak li jkun, għax filli jqum għax-xogħol filgħodu u filli m'għandu xejn x'jagħmel.", "F'San Vinċenz għandna l-għaqda ASI li jagħmlu dan il-kors ukoll lill-membri tagħhom.", "Imma ċ-Ċivil kollu, qabel ma jirtiraw, jistednuhom biex, jekk iridu, jagħmlulhom dan il-kors fuq kif għandhom jidħlu għal din il-bidla.", "ANTHONY ZAMMIT: Meta titkellem ma' professjonisti li jibdew jikbru fl-età ssib li dawn jgħidulek li se jibdew inaqqsu mix-xogħol tagħhom, imma mhux li jirtiraw.", "Allura, dawk ta' 57 sena aktar huma dawk li ġejjin mix-xogħol manwali, bħal pereżempju ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni, fil-fabbriki, eċċ. Pereżempju, jien kirurgu u ma nieqafx naqra affarijiet ġodda li joħorġu minn żmien għal żmien, għax qiegħda fija li rrid inkompli.", "Saret biċċa minni li jien nagħmel sas-2.00 ta' filgħodu naqra affarijiet fuq il-mediċina li jkunu ġodda.", "Imma xi ħadd li kien fuq xogħol manwali, jew xi ħadd li ma kellux dak iċ-ċertu feeling, se jgħidlek li \"m'hemmx li nirtira, ħalli noqgħod għall-kwiet u l-mistrieħ\".", "Għandek dak il-kunċett ta' xi ġenna, li jien se nieqaf mix-xogħol u se nibda ngawdi.", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Naqbel miegħek.", "Il-Eurobarometer qalha wkoll.", "X'ħin staqsa lin-nies kif jistgħu jtaffu din tax-xogħol, qalu li jibqgħu jagħtuhom iċ-ċans li jibqgħu jaħdmu part-time jew b'sigħat imnaqqsa, biex inti dejjem tnaqqas sakemm tispiċċa fix-xejn.", "Għalhekk huwa tajjeb li nħeġġu lill-anzjani sabiex jagħmlu re-skilling, fejn dawn in-nies li jkollhom xogħol manwali jattendu korsijiet tal-lifelong learning biex jiksbu ħiliet ġodda, u b'hekk, minflok jispiċċaw bla xogħol, ibiddlu x-xogħol tagħhom.", "Hemm ukoll il-perċezzjoni l-oħra li għax l-anzjan jibqa' jaħdem qisu se jieħu x-xogħol taż-żagħżugħ.", "ANTHONY ZAMMIT: Imma forsi ddaħħal il-perċezzjoni li l-anzjan se jnaqqas mix-xogħol manwali, filwaqt li se jagħti l-esperjenza tiegħu lil dak iż-żagħżugħ, li hija l-iktar ħaġa importanti!", "Meta tara anzjan u żagħżugħ li għandhom l-istess delizzju, nista' nassigurakom li ma jkunx hemm differenza fl-età ta' bejniethom.", "Fil-fatt, tara l-anzjan jerġa' isir qisu tifel żgħir, u tara t-tifel irid jaqsam l-esperjenza tiegħu mal-anzjan, u jkun lest li jieħu l-esperjenza tal-anzjan.", "Dik hija xi ħaġa li rajt jien, u veru ħadt gost biha!", "IS-SUR JAMES CARABOTT: Dażgur!", "Li xtaqt ngħid ukoll huwa li, meta ftaħna s-sena Ewropea, kien hemm soċjologu li qalilna li mhijiex naturali li jkollok is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, imma din trid tippjanaha.", "U dan jista' isir billi jkun hemm skemi fejn tlaqqa' lill-anzjani maż-żgħażagħ.", "Aħna għamilna merge ma' tal-Iskola Sajf, fejn ġew 'il fuq minn 1,000 tifel u tifla, li mhux kemm jiġu u jgħidulhom \"Hello\", imma jridu jqattgħu l-ħin magħhom.", "Pereżempju, bħal dik it-tfajla li rajna fil-video, fejn dik kienet inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun.", "U aħna qed ngħidu li mhux tmur darba u daqshekk, imma li tibqa' tmur b'mod regolari ħalli jkun hemm it-tpartit tal-valuri.", "Issa din saret għax kienet ippjanata.", "Nerġa' ngħid li mhijiex naturali li ż-żgħażagħ se jmorru, u allura dawn it-tip ta' affarijiet trid tippjanahom.", "IS-SUR JOE SCIBERRAS (MALTA EU STEERING & ACTION COMMITTEE): Jiena nirrappreżenta lill-MEUSAC fuq il-Kumitat tal-Attivitajiet Nazzjonali dwar is-sena Ewropea 2012, u xtaqt nagħmel ftit kummenti żgħar ħafna.", "Anzjan li qabeż is-60 jew il-65 sena ma tistax tipprova ġġiegħlu jbiddel il-mentalità tiegħu.", "U allura l-idea tas-sena Ewropea hija dejjem li tqajjem għarfien sabiex jibdew attitudnijiet ġodda, l-iktar fil-ġenerazzjonijiet iż-żgħar, u mbagħad jibqgħu jitilgħu u jgħaddu normalment mas-snin fost is-soċjetà in ġenerali.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jipprova jqajjem għarfien ma' dawk li għandhom minn 60 jew 65 sena 'l fuq.", "Imma l-iktar mill-ġenerazzjoni żagħżugħa.", "Pereżempju l-attitudni ta' lifelong learning u l-upskilling.", "Din trid tibda minn età żgħira.", "Hawnhekk laqatni l-punt tal-Onor.", "Abela fuq x'se jsir wara.", "Naħseb li dan kien l-iskop ukoll tal-attivitajiet li għamilna matul is-sena.", "Aħna bħala MEUSAC ħadna fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex inqajjmu għarfien permezz ta' kampanja fuq il-media, ħadna slots minn dan il-video li rajna hawnhekk, u tfajnihom fuq diversi mezzi tax-xandir.", "F'Novembru li ġej, se nagħmlu konferenza proprju dwar l-anzjanità attiva fil-qasam tax-xogħol biex inqajmu aktar awareness fost l-istakeholders kollha involuti ħalli naġixxu, għax din mhijiex biss xi ħaġa li trid tqajjem għarfien fuqha, imma t-tendenzi demografiċi u l-bidla fid-demografija hija sine qua non li ssir xi ħaġa fuqha.", "J'alla verament ikun hemm follow up tal-attivitajiet li bdejna din is-sena, u jittieħdu miżuri li jservu fit-tul.", "Jien inħobb nitkellem ħafna fuq l-age friendly measures.", "Jekk nitkellmu fuq il-family friendly measures, ejjew nibdew inħarsu wkoll lejn l-age friendly measures.", "Pereżempju, li wieħed jirtira bil-mod il-mod, jew li wieħed ikollu opportunità li jagħmel reduced hours biex dak li jkun ma jibqax għaddej bl-istess ritmu … Min se jibbenefika minnha din?", "Mhux l-anzjan biss, imma s-soċjetà kollha!", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li għal-lum nistgħu nikkonkludu hawnhekk.", "Qabel nikkonkludu, nixtieq inkun naf il-laqgħa li jmiss lil min se jkollna bħala mistieden.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb, mela nikkonfermaw mal-iSpeaker tal-Kamra, għax jekk ikun jista' jattendi, tkun l-aħjar ħaġa possibbli.", "Jien naħseb li attività bħal din ikun aħjar li jkun preżenti l-iSpeaker ħalli tidher bħala attività mill-iktar formali possibbli, speċjalment la se jkun hawn magħna r-rappreżentanti tal-partiti politiċi sabiex ngħaddulhom kopja tar-rapporti kollha li saru minn dan il-Kumitat.", "Fl-opinjoni tiegħi, din se tkun laqgħa speċjali għaliex fiha se nkunu qegħdin nuru l-ħidma tagħna, u nġiegħlu lill-partiti politiċi jieħdu għarfien ta' dak li għamel dan il-Kumitat waqt li jkunu qegħdin iħejju l-programm elettorali tagħhom.", "Taqbel miegħi, Onor. Abela?", "CARMELO ABELA: Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li l-iSpeaker ikun preżenti għal din il-laqgħa.", "U jkun tajjeb li nenfasizzaw li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ħadem fuq dawn ir-rapporti kollha, u li nittamaw li dawn ma jibqgħux biss rapporti fuq il-karta, imma li jkun hemm min jindenja ruħu jara r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu.", "Issa l-fatt li jkun hawn l-iSpeaker preżenti jimmarka b'mod iktar qawwi, ħa ngħid hekk, ix-xogħol li għamilna f'dan il-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Dik kienet l-intenzjoni tiegħi wkoll, u għalhekk naħseb li għandha tkun laqgħa importanti ferm.", "Aħna hawnhekk għamilna ħafna xogħol, u naħseb li ressaqna ħafna proposti tajbin.", "Għalhekk issa huwa l-waqt li dawn il-proposti jiġu għall-għarfien ta' min jista' jieħu azzjoni fuqhom.", "Grazzi.", "Fit-8.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121030_142d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 142", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-19.05 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 182 Petizzjoni datata 25 ta' Awwissu, 2012 mingħand is-Sur Peter Cassar Torreggiani.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 141 li saret nhar It-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2012 ġew konfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-KUMITAT NAZZJONALI RESPONSABBLI MIS-SENA eWROPEA 2012 F'mALTA DDEDIKATA LILL-aNZJANITÀ ATTIVA U S-SOLIDARJETÀ BEJN IL-ĠENERAZZJONIJIET", "Is-Sur James Carabott, National Coordinator EY2012 ippreżenta lill-Kumitat preżentazzjoni dwar l-Anzjani u s-sena Ewropea għall-Anzjanità Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.", "Wara din il-preżentazzjoni ntwera lill-Membri tal-Kumitat video b'intervisti ma' anzjani li għadhom attivi fis-soċjetà tagħna.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-20.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121030_142m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 13", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2012 fis-7:00pm", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2012 fis-7:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Aċċess tal-Familja Maltija għall-Child Care Centres.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121113_013a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 13", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fit-7:40 p.m.", "L-Onor Jean Pierre Farrugia, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "12, li saret nhar it-Tlieta 30 ta' Ottubru 2012, ġew konfermati.", "Aċċess tal-Familja Maltija għall-Child Care Centres", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Roderick Agius CEO u lis-Sinj.", "Frances Mallia Senior Executive Childcare mill-Foundation for Educational Services biex jagħtu preżentazzjoni dwar is-suġġett.", "Is-Sur Agius ippreżenta lill-Kumitat:", "Is-Sur Agius spjega li l-Fondazzjoni bdiet tieħu ħsieb iċ-Childcare Centres minn Marzu 2010, fejn kien hemm tliet ċentri miftuħin u llum il-ġurnata hemm b'kollox għaxar ċentri.", "Dawn joffru s-sistema ta' Educare lil tfal bejn tliet xhur u tliet snin.", "Wara s-Sur Simon Zammit u s-Sinj Louise Zammit - operaturi tal-Mickey's Educare Centre – esprimew il-fatt li l-miżata taċ-childcare centres privati, jikkompettu maċ-ċentri li jipprovdi l-gvern.", "U dan wara li jridu jħallsu l-kera, id-dawl, l-ilma u anke għas-servizz tal-carers filwaqt li ċ-ċentri tal-gvern m'għandhomx dawn l-ispejjeż.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn fost l-oħrajn ġie spjegat l-iskema ta' ħlasijiet għas-servizz provdut, in-numru ta' tfal fil-waiting lists biex jidħlu fiċ-ċentri tal-gvern, it-taxxa mnaqqsa fuq l-ammont imħallas,", "Is-Sur Zammit issuġġerixxa li għandu jkun means testing fiċ-ċentri tal-gvern u jkun hemm sistema ta' capping.", "Kien hemm preżenti wkoll is-Sinj Roslyn Vella mill-Ministeru tal-Edukazzjoni", "Fid-9:05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121113_013m_fac.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 143", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2012 fil-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville – Follow-Up.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121113_143a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru 143", "It-Tlieta 13 ta' Novembru, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 143", "It-Tlieta 13 ta' Novembru, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:16 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 142, li saret nhar it-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Sinjuri, qabel nibdew, nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni li dawn il-laqgħat ikunu streamed live, kemm bħala audio, kif ukoll bħala video, permezz tal-Internet.", "Għaldaqstant, nitlobkom tkunu responsabbli ta' dak li tgħidu, għax jistgħu jkunu qegħdin isegwuna kemm in-nies mid-djar tagħhom, kif ukoll il-ġurnalisti mill-inewsrooms tagħhom.", "Jien qed navżakom peress li din hija l-proċedura tagħna, u ħalli wara ħadd ma jgħid li ma kienx jaf.", "Għaldaqstant, wieħed irid joqgħod attent u jkun responsabbli ta' dak li jgħid, għax ladarba jgħid xi ħaġa, ma jistax ireġġa' lura dak li jkun qal.", "Issa ngħaddu mill-ewwel għas-suġġett tal-lum, fejn se nitkellmu dwar \"Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville – Follow up.\"", "Min-naħa tagħna, konna qegħdin nipprovaw inħejju laqgħa li fiha nagħmlu preżentazzjoni lill-Ministru Chris Said u lill-Ministru Mario de Marco, peress li huma għandhom x'jaqsmu mal-bon ordni ġewwa Paceville.", "Irid ikollna wkoll rappreżentanza min-naħa tal-Prim Ministru, peress li l-kunsilli lokali jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.", "Bħalma tafu, dan il-Kumitat ħejja rapport li għaddejnih ukoll lil xi wħud minnkom.", "Dan ir-rapport huwa wkoll pubbliku, u allura jista' jarah kulħadd.", "F'dan ir-rapport tistgħu ssibu l-punti rilevanti li għamlu l-entitajiet differenti li ltaqgħu magħna.", "Fil-fatt, nistgħu naraw punti rilevanti fuq il-ħajja residenzjali f'din iż-żona ta' kummerċ u divertiment.", "Aħna konna ħadna nota ta' dak li ntqal lilna meta għamilna ż-żjara tagħna fil-Millenium Chapel.", "Pereżempju, f'paġna 7 ta' dan ir-rapport insibu hekk:", "\"Ilni noqgħod hawn 50 sena, u ħadd mhu se joħroġni minn hawn.", "Inutli jgħidulna biex nitilqu, għax mhux se nitilqu.", "Għaliex ir-restaurants ma jiġux ikkontrollati?", "Jien fil-kċina ma nistax niftaħ it-tieqa minħabba r-riħa ta' żejt, ħruq, eċċ.\"", "Hawnhekk tistgħu ssibu kkwotat dak li ntqal lilna, u nista' ngħid li ma ħallejna xejn barra minn dak li għidtulna li kien ta' importanza.", "U llum irrid inkun ċert li dak li għidtulna qabel is-sajf li għadda qiegħed kollu hawnhekk, kif ukoll nixtieq li naġġornaw ftit lil xulxin biex naraw xi żviluppi saru.", "F'dan ir-rapport insibu ħames paġni sħaħ bil-kummenti tar-residenti f'Paceville.", "Għandna noti fuq is-sigurtà f'Paceville, u diversi kwotazzjonijiet.", "Fil-fatt, dan ir-rapport huwa mibni bil-kwotazzjonijiet tagħkom stess.", "F'paġna 15 insibu kummenti fuq il-konsum tal-alkoħol, filwaqt li f'paġna 17 insibu kummenti fuq l-istudenti tal-Ingliż u l-FELTOM.", "Għandna kapitlu ieħor fuq l-iskart f'Paceville u l-problema li jġib miegħu dan l-iskart.", "Ma naqasx milli jkollna wkoll kapitlu ieħor dwar il-gentlemen's clubs, fejn ħadna nota ta' dak li ntqal lilna.", "Insibu kapitlu fuq l-istorbju f'Paceville.", "Imbagħad ġejna għas-suġġerimenti li qegħdin f'paġna 23.", "Għandna suġġerimenti rigward is-servizz tal-ambulanza f'Paceville, suġġeriment dwar pjan ta' kontinġenza, dwar l-għassa tal-Pulizija, u dwar aġġornament tal-liġijiet.", "Għandna suġġeriment dwar l-użu tad-decibel meter, fuq il-post għat-taxis u fuq il-latrini pubbliċi.", "Għandna suġġerimenti dwar pjan ta' amministrazzjoni, dwar stallazzjoni ta' CCTV cameras, dwar kampanji edukattivi fil-media, u dwar il-kooperazzjoni mal-Pulizija.", "Imbagħad għandna s-suġġerimenti li saru mill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "It-town centre management kien suġġeriment li ħareġ mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u, fil-fehma tiegħi, ma' dan is-suġġeriment għandhom iduru l-proposti kollha li kellna, u ċjoè l-parkeġġi, il-kollaborazzjoni bejn il-Pulizija u l-industrija, ir-reviżjoni tal-liġijiet, il-ġbir tal-iskart, l-istudenti tal-Ingliż u suġġerimenti oħra.", "Qed ngħid hekk għaliex naħseb li huwa importanti li wieħed iħares lejn dawn is-suġġerimenti u jara l-attwalità tagħhom.", "Bħala anness, għandna s-sottomissjonijiet mibgħuta mill-pubbliku, fejn in-nies bagħatu r-reazzjonijiet u l-preokupazzjonijiet tagħhom permezz tal-emails, u dawn ġew stampati mingħajr indikazzjoni ta' min bagħathom f'dan ir-rapport.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa rapport estensiv u jagħti lill-awtortajiet konċernati ritratt tas-sitwazzjoni li aħna ħadna mingħandkom.", "Illum aħna qbilna li nagħmlu laqgħa sabiex inressqu dan ir-rapport lill-ministri konċernati.", "Li ridna llum hu li nkunu ċerti li meta jkun hawn il-Ministri – peress li issa għadda ftit taż-żmien minn meta ppubblikajna dan ir-rapport – xtaqna nagħmlu follow-up tas-sitwazzjoni minn dakinhar li ltqajna sal-lum.", "B'hekk ikollna stampa ċara, u allura, hekk kif inkunu qegħdin nitkellmu mal-ministri responsabbli, ikollna stampa friska u stampa ċara ta' x'inhi s-sitwazzjoni.", "Irridu niffriskaw ftit iktar dan ir-rapport bil-laqgħa ta' bejnietna, u għalhekk se nisimgħu lil kulħadd.", "Nitlobkom biex ma tirrepetux, imma forsi ssemmu xi punti li ma deherux f'dan ir-rapport, u b'hekk dawn ikunu jistgħu jiġu annessi ma' dan ir-rapport u finalment ikollna rapport aġġornat.", "Se nibda mill-ewwel bir-residenti għax ovvjament huma l-aktar nies akkaniti f'din il-biċċa.", "Nitlobkom biex qabel ma titkellmu tgħidu ftit min intom u mil-liema entità ġejjin, ħalli l-affarijiet ikunu formali kemm jista' jkun.", "Grazzi.", "IS-SUR ADRIAN ELLUL (Residenti minn Pembroke): Jien residenti f'Pembroke, imma nkun ta' spiss fl-inħawi ta' Paceville.", "L-ewwelnett, nixtieq nirringrazzja lill-Membri ta' dan il-Kumitat talli lqajtu l-istedina tagħna, u tajtuna ċans nitkellmu u ngħidu l-veduti tagħna.", "Fil-bidu ta' dan ir-rapport qed jingħad li dan il-Kumitat irrikonoxxa li Paceville hija żona li bdiet bħala post li fih tista' toqtol u tidfen, mentri llum huwa assoċjat mal-oqsma tan-night life u d-divertiment.", "Ir-rapport irrikonoxxa wkoll li Paceville għaddej minn proċess ta' tibdil, fejn l-oqsma tat-turiżmu, tagħlim u edukazzjoni iktar qed isiru importanti fl-industrija ta' Paceville.", "Fl-opinjoni tiegħi, filwaqt li naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Vassallo fuq kif dan kien rapport estensiv ħafna, naħseb li l-uniku żball li sar fih hu li ma tteħditx in konsiderazzjoni r-rata tal-bidla li qiegħda ssir f'din iż-żona ta' Malta, fejn matul l-aħħar xhur rajna żieda fil-kriminalità, rajna deterjorament f'ċertu tip ta' infrastruttura, kif ukoll nuqqas ta' indafa f'din iż-żona.", "Mhijiex dehra rari li, meta tgħaddi minn toroq partikolari ġewwa Paceville, tiġi milqugħ minn ħofor, sinjali tat-traffiku mġarrfa, lighting tat-toroq mhux adegwat, u linji f'wiċċ it-triq li biż-żmien iddeterjoraw u llum m'għadhomx jidhru.", "Dawn il-problemi mhux talli jistgħu jkunu ta' problema għal min jgħaddi minn din iż-żona bil-karozza, imma anke għall-pedestrians li jiffrekwentaw din iż-żona bil-lejl.", "Kif semma tajjeb dan ir-rapport, Paceville huwa żona turistika u ta' divertiment.", "Nittama li kull wieħed minnkom jaqbel li żona turistika ta' importanza fundamentali għall-industrija turistika tat-Tramuntana tal-pajjiż għandha tinżamm fl-ogħla livelli iġjeniċi possibbli.", "Sfortunatament, mhijiex dehra rari li fit-8.00 p.m., li huwa l-ħin li normalment inkun preżenti jien f'din iż-żona, tara munzell żibel fil-pjazza ta' Paceville, li probabbilment ma jkunx ġie miġbur matul il-ġurnata u tħalla hemmhekk.", "Dan mhux talli mhuwiex estetikament pjaċevoli, imma jista' jġib ukoll problemi ta' sanità.", "Is-sigurtà hija ta' importanza kbira f'postijiet fejn ikun hemm influss qawwi ta' nies tul ħin relattivament qasir.", "Fl-2008 – jekk miniex sejjer żball – l-MTA waħħlet ħames cameras tas-CCTV ġewwa din iż-żona.", "Dan l-att ġie rraportat mill-media fejn intqal li permezz ta' dawn il-cameras tas-sigurtà f'din iż-żona se tiżdied aktar is-sigurtà.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan ma seħħx għax, matul dawn l-aħħar erba' snin, il-kriminalità żdiedet.", "Iż-żieda tal-kriminalità ġewwa din iż-żona qiegħda taffettwa żoni oħra f'San Ġiljan, bħal Triq Spinola u Ta' Giorni, kif ukoll irħula adjaċenti, bħal Pembroke u Swieqi.", "Atti ta' vandaliżmu fuq il-proprjetà, fuq il-karozzi u attakki fuq il-persuna llum saru xi ħaġa normali għan-nies li joqgħodu f'dawn l-inħawi.", "Wasal iż-żmien li r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport jiġu attwati u mhux jibqgħu fuq il-karta!", "Dan għandu jsir mhux biss biex nipproteġu l-industrija turistika u industriji oħra li qed jikbru f'din iż-żona, imma biex nipproteġu wkoll l-iżvilupp ta' tisbiħ ta' din iż-żona, li parti minnu tħallas ukoll mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan biex nipproteġu l-proprjetà u s-sigurtà tar-residenti li kollha għandhom minn xiex igawdu minn din iż-żona.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR JOSEPH OLIVA (Kunsillier fil-Hamlet ta' Paceville): Nirringrazzjakom.", "Jien kont preżenti għal dik il-laqgħa, u nista' ngħid li kellna rispons tajjeb.", "Naħseb li lkoll kemm intom stajtu tinnutaw li r-reazzjoni tan-nies dakinhar ma kienet xejn pożittiva, mill-kbir saż-żgħir.", "Nirrispetta lil kulħadd li jipprova jagħmel l-almu tiegħu mill-aħjar li jista', imma l-affarijiet mhux qegħdin kif suppost ikunu.", "Sa ġimagħtejn ilu, kellna tliet serqiet ġewwa Paceville!", "Serqu lil żewġ familji anzjani u ristorant.", "Dawn l-anzjani jinsabu taħt xokk qawwi, u lanqas mhuma joħorġu mid-dar.", "Saħansitra bil-kemm qegħdin ibexxqu l-bieb ta' barra!", "L-affarijiet sanitarji huma neqsin minn Paceville.", "Jekk jitla' bniedem b'wheelchair u jrid imur f'public convenience, lanqas jista', għax dawn mhumiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita.", "Kien hemm tnejn ukoll tneħħew.", "Għalhekk hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Apparti minn hekk, il-parapetti u l-bibien tad-djar tan-nies saru jintużaw minflok il-latrina, u biex jarmu l-kaxxi tat-take away.", "Anke t-toroq tarahom mimlijin bil-kaxxi tat- take away li fuqhom jista' jiżloq xi ħadd u jaqa'.", "Suppost li dan huwa post tad-divertiment, u l-embellishment li sar f'ċerti nħawi seta' sar aħjar għar-residenti ta' dawk l-akkwati.", "Jien m'iniex kontra l-embellishment, imma dan kien iffokat fuq naħa waħda biss, u hemm ċerti bżonnijiet f'partijiet oħra ta' Paceville li, jekk jistgħu isiru, isiru biex kulħadd igawdi.", "Il-Father jista' jgħidilkom li jien kull filgħodu naqbad barmil ilma u mmur fuq iz-zuntier tal-knisja biex naħsel, għax dan jużawh ukoll bħala latrina u biex jarmu l-kaxxi tat-take away.", "Kuljum preċett immur, u jista' jgħidilkom dan kemm Father Saviour kif ukoll Father Mario.", "Nirringrazzjakom u nispera li l-affarijiet ma jaqgħux fuq widnejn torox.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR MARTIN SULTANA (Resident minn San Ġiljan): Punti li jolqtu ħafna lir-residenti tal-madwar iż-żona ta' Paceville nistgħu naqsmuhom fi tlieta.", "L-ewwel waħda hija l-problema tal-parkeġġi għar-residenti ta' madwar iż-żona ta' Paceville.", "Dan għaliex l-influss ta' karozzi li jmorru f'Paceville, b'xi mod jew ieħor qed jiġu akkommodati fil-postijiet rikreattivi li hemm ġewwa Paceville stess.", "Kemm-il darba lis-sinjuri hawn preżenti jkollna nċemplulhom minħabba xi karozza li tkun qed timblokka xi garaxx jew li tkun qed timblokka xi karozza oħra.", "It-tieni waħda hija l-problema tal-istudenti li jkunu telgħdin minn Paceville.", "Hemmhekk qed ikollna sensiela ta' avvenimenti li jinkludu vandaliżmu fuq il-karozzi tar-residenti, li din hija xi ħaġa li qed tiżdied.", "Hemm bżonn ukoll ta' servizzi sanitarji, għax mhux l-ewwel darba li jkun hemm xi ħadd li jagħmel il-bżonnijiet sanitarji tiegħu wara xi karozza, partikolarment in-naħat lejn Ta' Giorni.", "Veru li dawn il-biċċa l-kbira tagħhom ikunu fis-sakra, però kulħadd għandu jobdi r-regoli tal-pajjiż.", "It-tielet waħda hija fuq iż-żona Paceville u l-akkwati, imma jien se mmur l-aktar fuq Paceville.", "Għalfejn mhumiex se jiżdiedu is-CCTVs li suppost għandhom ikunu attrezzati f'Paceville stess?", "Jekk jiżdiedu dawn is-CCTVs, żgur li tittaffa l-problema għax il-Pulizija ma jkollhiex dan il-hassle kollu ta' kuljum, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa.", "Dan iservi ta' ġid ukoll għar-residenti, kemm f'Paceville kif ukoll tal-madwar, għax dawn ikunu jistgħu joqogħdu ftit b'moħħhom mistrieħ u jgħixu fl-abitat tagħhom f'aktar kumdità.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR CHARLES AGIUS (Kunsillier): Jekk ngħid l-affarijiet li qalu l-kelliema ta' qabli, inkun qiegħed nirrepeti u ndejjaq lil kulħadd.", "Jiena naħseb li l-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hija li naqbdu l-iktar issues li jaħarqu – għax tant semmejna problemi li biex issolvihom kollha trid tkun ġenju – u forsi noħorġu b'xi ħaġa sabiħa minn din il-laqgħa.", "Kif nafu, f'Paceville għandek ir-residenti u l-kummerċjanti.", "Mela tista' togħġob lil wieħed, imma se tweġġa' lill-ieħor.", "Jiena naħseb li għandna nipprovaw nikkreaw affarijiet li jressqu lir-resident u lill-kummerċjant lejn xulxin.", "Tgħiduli kif nistgħu nagħmlu xi ħaġa simili?", "Forsi m'inix il-persuna li kapaċi noħloq din il-ħaġa, però din issir f'pajjiżi oħra fejn tressaq il-kummerċjant lejn ir-resident b'ċerti attivitajiet.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR JULIAN CASSAR TORREGGIANI (Federazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż - FELTOM): Grazzi tal-istedina tagħkom u talli tajtuna ċ-ċans li nipparteċipaw f'din id-diskussjoni.", "Min-naħa tiegħi, irrid nikkonferma li dak ir-rapport juri b'mod tajjeb dak li ħareġ mid-diskussjoni li għamilna, u għaldaqstant m'għandi xejn x'inżid aktar.", "L-unika ħaġa li nixtiequ naraw progress fuqha – biex ma nsemmux l-istess oqsma li semmew il-mistiedna ta' qabli – huwa fuq il-kunċett tal-managed project, li rajna preżentazzjoni tiegħu min-naħa tal-MTA.", "Xtaqna naraw li dan jibda jseħħ u Paceville jiġi mmaniġġjat kif kien previst, biex forsi dawn il-problemi kollha jiġu indirizzati taħt dak l-immaniġġjar li kien propost.", "Aħna ħsibna li dak il-kunċett kien se jaħdem u jgħin ħafna, għax kien qed jindirizza l-affarijiet li ssemmew hawnhekk.", "Min-naħa tiegħi, m'għandix update tiegħu u ma nafx x'sar minnu.", "Ovvjament irridu nagħtu wkoll l-appoġġ għall-idea li konna ssuġġerejna aħna, u ċjoè li l-Pulizija – li huma responsabbli mill-bon ordni f'Paceville, u li kulħadd jispiċċa jdur lejhom meta l-affarijiet ma jkunux mija fil-mija – jkollhom ir-riżorsi kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jgħassu dawn iż-żoni.", "Bħala federazzjoni ddiskutejna x'nistgħu nagħmlu u, għalkemm aħna limitati, fejn stajna ħloqna awareness fost dawn il-barranin kollha billi tajnihom bil-miktub dak kollu li hu mistenni minnhom waqt li jkunu f'pajjiżna.", "Ħdimna ħafna mal-Pulizija, u naħseb li l-Pulizija jaqblu li l-inċidenti naqsu ħafna.", "Ovvjament, huwa kważi impossibbli li dawn jisparixxu għal kollox.", "Li rridu naraw hu li jkollna kunċett ta' beat ġewwa Paceville, fejn l-erba' toroq l-aktar prinċipali jkollhom sistema fejn dejjem ikun hemm il-Pulizija preżenti.", "Nixtiequ li r-riżorsi jkunu biżżejjed biex il-Pulizija jkunu jistgħu jaqdu dmirhom.", "Nixtiequ li forsi nieħdu xi lezzjonijiet minn pajjiżi u bliet barranin li għandhom element ta' żogħżija li jridu jimmaniġġjaw taħt l-istess idea li għandna aħna f'Paceville, fejn ovvjament il-Pulizija, bil-beat u bir-riżorsi mal-periferija, ikunu jistgħu jindirizzaw il-problemi mill-ewwel.", "Hawnhekk il-problemi huma marbuta ma' vjolenza u anti-social behaviour.", "Nemmnu wkoll li għandu jkun hemm il-beat mal-periferija ta' Paceville ħalli jimmonitorjaw lin-nies li jkunu deħlin jew ħerġin minn Paceville.", "Fejn il-Pulizija kellha l-preżenza tagħha, speċjalment in-naħa tas-Swieqi, f'dawk l-erba' ġimgħat – l-Assistent Kummissarju jkun jista' jgħidilna iktar bl-eżatt – ir-riżultati kienu pożittivi.", "Allura, jekk hemm il-fondi u jekk hemm il-mezzi, għandna naraw li dawn l-affarijiet isiru, speċjalment matul dawk it-tmien ġimgħat tas-sajf għaliex huma l-aktar żmenijiet fejn se jkollok influss kbir ta' nies.", "Aħna, li għandna kontribut għan-numri li jmorru lejn Paceville, nemmnu li dak il-kunċett, jekk jiġi addottat tajjeb, jaf jgħinna lkoll biex naslu għal ħafna minn dawn il-miri tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR MARK ANTHONY SCERRI SIMIANA (mill-Malta Tourism Authority): Aħna wkoll rajna dan ir-rapport li ġie ppreżentat mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, u naqblu miegħu.", "Bħala Awtorità dejjem ħarisna lejn Paceville – u għadna nagħmlu hekk sal-lum – b'mod fragmentat, jiġifieri hemm ħafna entitajiet li jipparteċipaw fih, imma m'hemmx koordinazzjoni bejniethom.", "Fl-2009, aħna konna introduċejna l-kunċett tat-town centre management li, minn hawn jew minn hemm, jolqot l-aspett kemm residenzjali kif ukoll l-aspett kummerċjali ta' din iż-żona.", "Jindirizza wkoll il-problemi mhux mil-lum għal-lum imma, permezz ta' management plan, iħares għall-ħames snin li ġejjin.", "Hawnhekk nista' nieħu diversi miżuri li wieħed jista' jiddiskuti.", "Pereżempju, wieħed minnhom huwa t-trasport pubbliku jew it-trasport in ġenerali lejn Paceville u minn Paceville.", "Sal-lum il-ġurnata, kulħadd jaħdem taħt il-kappell tiegħu u jaħdem kif jidhirlu hu, mentri li kieku l-affarijiet ikunu iktar koordinati – issa jistgħu jkunu ma' Transport Malta, jew mad-Dipartiment tas-Saħħa, jew mal-Pulizija – wieħed jirrealizza aktar x'inhuma l-problemi veri ta' Paceville.", "Iktar milli wieħed jipprova jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu, wieħed għandu jara kif jista' jtejjeb u jirranġa dawk il-problemi, biex b'hekk noħolqu ambjent aħjar u aktar pożittiv għal-lokalità, kemm għan-nies li jmorru hemmhekk u kemm għan-nies li jgħixu hemmhekk.", "Fl-2008, bħala Awtorità bdejna nintroduċu ċerti miżuri, għaliex irrealizzajna li Paceville huwa post turistiku, post kummerċjali u post residenzjali.", "Waħda mill-affarijiet li bdejna nintroduċu kienu l-cameras, li sal-lum il-ġurnata għadhom jaħdmu.", "Introduċejna tmien cameras li jiġu mmaniġġjati u sorveljati ta' kuljum.", "U l-Pulizija u l-wardens għandhom aċċess għal dawn id-dettalji.", "Għaldaqstant, forsi wieħed ikun jista' jikkoordina iktar ċerti nuqqasijiet li ġew imsemmija min-naħa tar-residenti.", "Fost affarijiet oħra li, minn naħa tagħna bħala Awtorità nħossu li huma neqsin, hija li ċerti entitajiet governattivi jimplimentaw jew jimxu kif jidhrilhom huma, mentri li kieku dawn l-affarijiet jiġu diskussi u l-affarijiet ikunu aktar koordinati, wieħed ikun jista' jimxi aktar 'il quddiem għall-ġid tal-lokalità.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija.", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT (L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija): Jiena nkarigat ukoll miż-żona ta' Paceville.", "Aħna rajna r-rapport, u naqblu kważi ma' kulma hemm fih.", "Forsi tgħiduli, \"Fejn ma taqbilx?\"", "Pereżempju, kien hemm residenti li qalu li l-Pulizija jagħmlu xogħolhom, u mbagħad kien hemm oħrajn li qalu li l-Pulizija mhux qed jagħmlu xogħolhom.", "Qisu hemm taħlita.", "Li nista' ngħid hu li kull każ li jidħol aħna ninvestigawh, u ma nħallu lil ħadd barra.", "Kull każ li jidħol aħna ninvestigawh.", "Ovvjament, min ma jagħmilx rapport aħna ma nistgħux inkunu nafu x'qed jiġri.", "Mill-aħħar laqgħa li kellna hawnhekk aħna għamilna follow-up mal-Kummissarju fuq din il-biċċa xogħol, u nista' ngħid li bħala numru ta' pulizija f'dik iż-żona żidnih għal 24, ġieli 25 u anke 26 ruħ.", "Fil-fehma tagħna, nemmnu li dan in-numru huwa biżżejjed.", "Għamilnihom f'points apposta, li b'kollox hemm sebgħa minnhom ma' Paceville kollu.", "Issa, jekk wieħed ma jsibhomx f'dan l-post għax ikunu mxew xi ftit għax raw xi ħaġa, ma naħsibx li rriduhom li jiġu wżati bħala lamp posts fejn kulħadd jaf li hemmhekk se ssib il-Pulizija.", "Ma naħsibx li dak huwa l-każ.", "Imma dawn hemm qegħdin.", "L-aħħar darba kien hemm talba għall-pulizija tal-iSpecial Assignment Group, imma dawk qatt ma tneħħew minn hemmhekk.", "Jiġifieri dawk baqgħu hemmhekk xorta waħda.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm mal-200 każ jaħraq ġewwa Paceville, li kienu jikkonsistu minn aggravated thefts to grievous bodily harm.", "L-aħħar darba kien hemm min staqsa jekk kienx hemm karti tal-identità foloz, fejn nista' ngħid li sibna tnejn minnhom dawn.", "Interessanti wkoll li kien hemm 23 attakk fuq membri tal-Korp tal-Pulizija minn Jannar sal-lum!", "Kien hemm 23 attakk fuq il-pulizija, li wħud minnhom sofrew ukoll xi ġrieħi ħfief.", "Apparti ż-żewġ delitti li kien hemm, u li dawn ġew investigati u solvuti.", "Jekk tara r-rata ta' serq f'Paceville, issib li hemm ammont kbir ta' serq ta' mobile phones mill-Ġimgħa għas-Sibt, u mis-Sibt għall-Ħadd.", "Dawn l-aktar li qed isiru huma minn tliet postijiet partikolari ta' divertiment.", "Aħna bagħatna għas-sidien ta' dawn il-postijiet, u għidnilhom biex jaraw x'se jagħmlu fuq din il-kwestjoni.", "Ma rridx ninsa ngħid li hawnhekk aħna ġbidna l-attenzjoni li, minn 10 mobiles li jinsterqu, għandek disgħa li jkunu minħabba traskuraġni kbira.", "Ir-rata ta' serq ta' mobiles qiegħda tidher kerha għax, x'ħin tara r-rata tal-kriminalità ġewwa Paceville, se ssib li din hija għolja ħafna, speċjalment mill-Ġimgħa għas-Sibt, u mis-Sibt għall-Ħadd.", "Imma mbagħad x'ħin tinvestiga ssib li dawn serqulhom il-mobile mill-hand bag, jew għax kienu qegħdin jiżfnu jew inkella għax marru t-toilet.", "Din hija kollha traskuraġni!", "Illum il-ġurnata hemm postijiet Ewropej li lanqas jeħdulek dawn it-tip ta' rapporti għax iqisuhom bħala traskuraġni.", "Madankollu aħna xorta għadna nagħtu każ tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Skużani, imma nixtieqek tiċċara xi ħaġa.", "Inti għedt li minn Jannar sal-lum kien hemm rappurtati 200 każ ...", "Il-200 każ li semmejt jien ivarjaw.", "THE CHAIRMAN: Tista' tagħtina ftit spjegazzjoni ħalli nkunu qegħdin nifhmu sew?", "Il-maġġoranza tagħhom dawn huma serq ta' mobiles?", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT: Dawn il-200 każ li semmejt m'għandhomx x'jaqsmu ma' serq ta' mobile phones.", "Madankollu, is-serq tal-mobiles qiegħda tgħolli ċ-ċifra ta' serq f'Paceville.", "Anke meta ż-żgħażagħ ikunu qed jitkellmu bejniethom, se jgħidu għax minn hemmhekk serquhuli l-mobile.", "Aħna mbagħad irridu nagħmlu l-homework u navżaw lin-nies biex jibagħtulna r-returns tal-mobiles li jkunu nsterqu, u b'hekk ix-xogħol tal-Pulizija jiżdied b'mod enormi!", "Però huwa fatt li hemm it-traskuraġni.", "Rigward il-problema li ma jinġabarx iż-żibel, nista' ngħid li anke lilna ddejjaq!", "Jekk hemm problema kbira li aħna niġu ffaċjati biha, din żgur li hija l-problema tal-parkeġġi.", "Imma aħna x'nistgħu nagħmlu?", "Pereżempju, jekk xi ħadd ipparkja l-karozza tiegħu quddiem garaxx, il-proċedura tagħna hi li mmorru u naqilgħu tow truck biex ineħħi dik il-karozza.", "Illum il-ġurnata, għandna ammont ta' vetturi li għadhom ma ġewx jinġabru mill-compound tagħna wara li nkunu neħħejnihom minn x'imkien.", "Dik hija problema oħra li rridu niffaċċjaw aħna.", "Fil-fatt, għadhom kif tawna r-return u, jekk m'inix sejjer żball, hemm madwar 35 vettura li għadhom ma ġewx miġbura!", "Issa dawn il-kont tagħhom tiela' kuljum.", "Dik hija l-problema tal-parkeġġ.", "Ma naħsibx li nistgħu nfaqqgħu subgħajna u ngħidu x'se nagħmlu biha dik il-karozza.", "Nafu li hemm problema, u ma naħsibx li se jiġi xi ħadd għandna u aħna se ngħidulu li dik mhijiex problema tagħna.", "Jiena ngħid li l-problemi kollha għandna jiġu, u aħna rridu niffaċċjawhom.", "Għal dawk li huma studenti, naħseb li mxejna 'l quddiem.", "Pereżempju, fejn kellna parties tal-istudenti ta' taħt is-17-il sena, bi ftehim mal-MTA u mal-Kummissarju, beda jinħareġ permess speċjali biex il-party jkunu jistgħu jagħmluh f'postijiet apposta, u f'nofs il-lejl dan irid jieqaf.", "Hemmhekk imxejna biċċa tajba.", "Pereżempju, kellna xahar kontinwu fejn għamlu permess kuljum, u aħna għamilna monitoraġġ tagħhom.", "U naħseb li morna tajjeb fuqha.", "Rigward ir-residenti li joqogħdu s-Swieqi, aħna kellna laqgħat mal-Kunsill Lokali fejn qalulna b'diversi problemi li qed isibu.", "Aħna, min-naħa tagħna, poġġejna wkoll pulizija hemmhekk, u rrid nagħmilha ċara li l-problemi naqsu.", "Madankollu, mhux dejjem ikunu ġusti l-ilmenti li jsiru.", "Pereżempju, qalulna li hemm studenti li qed jixtru l-alkoħol minn post partikolari fis-Swieqi.", "Għalhekk bagħatna għas-sid tal-ħanut li ġie ovvjament identifikat, u dan ġabilna r-returns kollha ta' kemm biegħ alkoħol u lil min biegħu.", "U ma jidhirx li f'dak il-perjiodu inbiegħ flixkun wieħed alkoħol liż-żgħażagħ.", "Nista' ngħid li din il-persuna kkooperat ħafna magħna.", "Issa ma rridx inbenġilha li mhux minnu, imma minn dak li rajna aħna ma jidhirx li hemm dik il-problema li ż-żgħażagħ qed imorru jixtru l-alkoħol mingħandu.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għas-Swieqi, u mhux għal Paceville.", "Fuq is-CCTV cameras, ovvjament li aħna nixtiequ li jkun hemm minnhom.", "Importanti wkoll – bħalma għedna l-aħħar darba – li nduru dawra mal-liġijiet eżistenti.", "Pereżempju, waħda minnhom hija dik fuq l-istorbju, mhux biss f'Paceville, imma madwar Malta u Għawdex kollu.", "Għad m'għandniex liġi li tirregola l-istorbju, allura min se jirregola jekk fit-tali post hemmx l-istorbju jew le?", "Din niffaċċjawha mhux aħna bejnietna biss, imma anke x'ħin immorru l-Qorti.", "Hemm dibattitu enormi bejna u bejn il-Maġistratura dwar fejn se naslu biha din!", "Kif jien, bħala Raymond Zammit, il-kuntistabbli, is-surġent, l-ispettur, hu min hu, se jgħid li hemmhekk hemm l-istorbju?", "Min inti biex tgħid li hemm l-istorbju?", "Min inti biex tiddeċiedi li hemm l-istorbju?", "Għandna żewġ postijiet partikolari li huma viċin ta' xulxin li kull ġimgħa … Aħna nistgħu ngħidu x'inhu jiġri hemmhekk, però naħseb li ħadd ma jista' jgħid kif din il-problema se tissolva, għax minn barra ma jinstema' xejn, imma din il-persuna li għandha negozju maġenb dan l-istabbiliment tgħid li minn ġewwa jinstema'.", "U issa qisu qed iddur fuqna għax qed jgħid li qed innaffrulu n-negozju tiegħu għax mhu qed nagħmlu xejn!", "Imma jien minn barra mhu qed nisma' xejn!", "Saru wkoll aċċessi mill-esperti tal-Qorti fuq il-post biex naraw x'se jiġri.", "CARMELO ABELA: Aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq il-livell tal-ħoss, jew tal-istorbju?", "Il-Pulizija għandha din id-diffikultà biex tiddetermina l-livell aċċettabbli tal-ħoss, u allura, quddiem il-Qorti, inti ġustament qed tgħid li għandkom din id-diffikultà, u li xi ħadd irid jiddeċiedi x'inhu livell aċċettabbli jew le tal-ħoss.", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT: Il-biċċa tax-xogħol hi li, jekk tħares lejn il-liġi kif inhi llum, issib li ħadd ma jista' jdejjaq lil ħadd bl-istorbju tas-sound.", "Issa f'Paceville għandek żewġ toroq biss li għandhom liċenzji differenti; min għandu sas-1.00 a.m. u min għandu sal-4.00 a.m. Mis-1.00 a.m. sal-4.00 a.m. ma jrid jinstema' xejn.", "Dik hija ċerta.", "Imma sas-1.00 a.m. jista' jinstema', u sa dak il-ħin ikun hemm damdim enormi!", "Kif se taċċettah dan il-ħoss?", "Safejn se naċċettaw?", "CARMELO ABELA: Safejn naf jien l-awtorità responsabbli minn dan it-tip – issa hemm direttiva tal-Unjoni Ewropea wkoll – ta' livelli ta' ħoss hija l-MEPA.", "Naf li hemm diffikultà sabiex jaslu għal-livell stabbilit ta' ħsejjes, u l-liġi għadha kif qed tgħid inti, jiġifieri hemm nuqqas fil-liġi tagħna, u li allura din qed tagħmel ix-xogħol tal-Pulizija iktar diffiċli.", "Suppost li l-MEPA qiegħda taħdem fuq dan it-tip ta' livelli għall-pajjiż kollu, u mhux għal Paceville biss.", "Jiġifieri, anke jekk xi ħadd ikun għaddej bil-karozza tiegħu bl-istereo full-on, jew inkella xi ħadd mid-dar tiegħu stess qed jagħmel l-istorbju.", "Ma jfissirx li għax qiegħed id-dar tista' tagħmel li trid, u tista' tgħolli l-volum kemm trid, għax hemm livelli aċċettabbli.", "Nerġa' ngħid li safejn naf jien, l-awtorità responsabbli minn dan, u anke biex timplimenta d-direttivi tal-istess Unjoni Ewropea, hija l-MEPA.", "Jidher li kien hemm xi diffikultajiet, u ma naħsibx li waslet biex ħadmet fuqhom.", "Issa forsi bħala Kumitat nistgħu nistiednu lil xi ħadd minn tal-MEPA biex jgħidulna fiex waslu f'dan ix-xogħol, jew inkella nagħmluha f'forma ta' mistoqsija parlamentari.", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT: Jien naf li għaddejjin dawn il-ħsebijiet fuq din il-liġi, imma s'issa dik hi s-sitwazzjoni.", "Ċert li qed nagħmlu minn kollox, u anke jekk taraw kemm jitressqu nies il-Qorti … Imma ovvjament irridu noqgħodu attenti hawnhekk ukoll, għax aħna mhux qegħdin hemm biex inkissru n-negozji.", "Il-ftit li hemm aħna nagħmlulhom monitoraġġ, u naħseb li għandna relazzjoni tajba ma' kulħadd.", "Anzi, kważi kważi niġu mgħajjra għax għandna relazzjoni tajba ma' kulħadd, u għax nimxu bl-id tal-ħbiberija ma' kulħadd biex l-affarijiet imorru kif suppost.", "Min-naħa l-oħra niġu mgħajjra wkoll li kważi m'aħniex nagħmlu xogħolna, meta s-suġġett mhux ċar biżżejjed fuqha.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR STEPHEN GATT (Supretendent fil-Korp tal-Pulizija): Jiena Supretendent fuq San Ġiljan.", "M'għandix għalfejn inżid ħafna ma' dak li qal l-Assistent Kummissarju; imma xtaqt ngħid xi ħaġa fuq Swieqi u Pembroke.", "Naħseb li waqt dawn il-laqgħat insejnihom daqsxejn lil dawn iż-żewġt irħula.", "Id-divertiment isir ġewwa Paceville, imma mbagħad min ikun qiegħed jiddeverti hemmhekk ikollu l-karozza tiegħu pparkjata f'wieħed minn dawn l-irħula peress li l-parkeġġ f'Paceville huwa limitat ħafna.", "Għalhekk dawn iż-żewġt irħula għandhom il-problemi tagħhom ukoll.", "Għalina l-Pulizija, Paceville jfisser ukoll Pembroke, Swieqi u parti minn San Ġiljan.", "Fuq il-parkeġġ tajjeb ngħidu li dan jiġi okkupat mill-ħaddiema stess tan-negozji li hemm hemmhekk minn filgħodu sa filgħaxija!", "Jekk waiter jiġi fil-5.00 a.m. għax jaħdem f'lukanda, dan se jipparkja hemmhekk.", "U kemm-il wieħed hemm bħalu?", "Għandek il-mijiet!", "Kemm-il wieħed hemm li jmexxi l-azjendi?", "Hemm il-mijiet, u dawn kollha jiġu bil-karozzi tagħhom.", "Mela dawn se jokkupaw il-ftit spazji tal-parkeġġ li hemm.", "Dawn huma l-ispazji ta' parkeġġ għar-residenti, li qed isibu problema biex jipparkjaw il-karozzi tagħhom.", "Mela ngħidu x'ngħidu, l-ispazji ta' parkeġġ dejjem se jkunu okkupati.", "Jekk ma nħaffrux taħt l-art, jew inkella jekk ma nagħmlux parkeġġ fis-sema, il-problema mhux se tissolva.", "Illum kulħadd irid il-vettura tiegħu, u familja llum m'għadhiex b'karozza waħda bħal qabel, imma l-missier għandu l-karozza tiegħu, l-omm għandha tagħha, u t-tfal għandhom tagħhom ukoll.", "L-istess ir-residenti li hemm ġewwa Paceville, San Ġiljan, Swieqi u Pembroke, illum dawn qed jokkupaw iktar spazji ta' parkeġġ milli hemm allokati hemmhekk.", "Jekk familja għandha erba' karozzi, trid erba' spazji ta' parkeġġ jekk m'għandhiex garaxx.", "U anke jekk ikollok garaxx, tista' tħalliha barra għax ħadd mhu se jgħidlek li trid iddaħħalha fil-garaxx bilfors.", "Dan huwa raġunament li, iktar kemm jgħaddi ż-żmien, iktar qed jikber, għax il-karozzi dejjem jiżdiedu qegħdin.", "Rigward il-bon ordni, aħna qegħdin nagħmlu minn kollox.", "Ovvjament kulħadd se jiġi għandna bid-diffikultà tiegħu, u aħna rridu nsolvulu dik il-problema.", "U jekk ma nsolvilekx il-problema, allura se ngħidu li l-Pulizija mhux qed jagħmlu xogħolhom.", "Issa jien se nipprova naqdik, imma rrid nara wkoll iż-żona kollha.", "Irrid nara l-interessi ta' kulħadd, u mhux nara l-interess individwali biss.", "Illum il-ġurnata, mill-esperjenza qed naraw li ċerti lmenti jiġu amplifikati mis-sistema tal-media, li jagħtu aktar importanza lil ċertu lment partikolari għaliex warajh ikun hemm interessi oħra, interessi personali ta' dak li jkun, li jista' jkun qiegħed jieħu vantaġġ fuq persuna oħra li jkollha xi negozju hemmhekk.", "Dawn l-affarijiet rajnihom ukoll, u rridu nagħtu kashom.", "Meta jidħol ilment għandna, aħna xorta ninvestigawh, xorta tistaqsi ftit u tara jekk huwiex qed jgħid il-verità jew inkella huwiex qed jigdeb jew jesaġera.", "Jien nista' ngħid, mill-esperjenza tiegħi, li jkollna minn dawn l-affarijiet ukoll, u għalhekk irridu noqgħodu attenti kif naġixxu.", "Jekk inħabbatlek hekk lilek ma ndejqekx, imma jista' ikun li lil ħaddieħor indejqu!", "Hemmhekk aħna rridu noqgħodu attenti ħafna, biex ma jkunx hemm min qed jagħmel exploitation fuq ħaddieħor.", "Kif nafu, dak il-post huwa post tad-divertiment għaż-żgħażagħ, u dawn iridu ż-żmien tagħhom biex hemmhekk jiżvugaw, eċċ. Ċerti affarijiet hemm min jarahom – mhux se ngħid illeċiti – bħala affarijiet li fi żmienu ma kienux isiru, imma l-ħajja llum inbidlet.", "Għalhekk ċerti affarijiet irridu narawhom mill-perspettiva tagħhom, u rridu nibqgħu b'moħħna miftuħ.", "L-affarijiet il-ħżiena għandhom jibqgħu ħżiena, u nagħtuhom l-importanza tagħhom.", "Imma hemm ċerti affarijiet oħra li individwu jarahom mod, u individwu ieħor jarahom mod ieħor.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija li għandkom tapprezzaw ukoll ix-xogħol tal-Pulizija.", "Intom tkunu d-dar, filwaqt li aħna nkunu hemmhekk u rridu niffaċċjaw nies li jkunu taħt l-influwenza tal-alkoħol.", "Il-ħwienet hemmhekk ma jbiegħux ilma imma alkoħol!", "B'hekk iridu jagħmlu l-flus il-ħwienet li hemm hemmhekk.", "Jekk inti tmur Paceville, ma tmurx biex tixrob il-ħalib, imma tmur biex tixrob l-alkoħol u tiddeverti.", "X'inhi t-tendenza taż-żgħażagħ llum il-ġurnata?", "Trid tara daqsxejn l-affarijiet kif inhuma.", "Dawn iridu jiġu studjati wkoll.", "X'inhi t-tendenza taż-żgħazagħ illum?", "Lejn xiex qegħdin nimxu?", "It-tendenza taż-żgħażagħ xi kultant tikkmanda wkoll lil tal-ħwienet kif jaġixxu, għax where there is the demand there is the supply.", "Dik aħna narawha wkoll.", "Irridu naraw kif nipprovaw nilqgħu għal ċerti affarijiet.", "Jekk it-tendenza taż-żgħażagħ illum hija li tmur Paceville u ssir \"patata\", għax hekk hi l-moda … Issa aħna ma naċċettawhiex din, imma nafu li jmorru biex jixorbu.", "L-alkoħol huwa irħis meta tikkomparah ma' ħaddieħor.", "Illum iż-żgħażagħ m'għadhomx bit-ten cents fil-but, imma sar ikollhom il-flus fuqhom!", "U li kieku ma jkollhomx flus ma jitilgħux hemm fuq, għax xejn mhu b'xejn hemmhekk.", "Ovvjament, il-flus li jkollhom jonfquhom hemmhekk fl-alkoħol.", "Imma mbagħad, il-konsegwenzi ta' dak ix-xorb irid jiffaċċjahom il-pulizija fl-4.00 a.m. Jien nitlobkom sabiex tirrispettaw u ddaħħluha daqsxejn f'moħħkom din il-biċċa, għax il-Pulizija jridu jiffaċċjaw nies li jkunu fis-sakra filwaqt li intom tkunu reqdin.", "U min ikun fis-sakra jkun diffiċli biex tirraġuna miegħu.", "Ħalli ngħid xi ħaġa tal-aħħar.", "Naħseb li matul iż-żmien, u anke permezz tal-media, Paceville ġie xi ftit iddemonizzat.", "Veru li jeżistu ċerti affarijiet, però hemm affarijiet li l-media sfruttathom u esaġerathom fir-rapporti tagħha.", "Jien inħobb inġib dan il-paragun, u ċjoè, li jekk persuna tagħtas f'Paceville, qisha waqgħet bomba, u jekk persuna tagħtas f'raħal ieħor, qisu ma ġara xejn għax ħadd ma jkun jaf biha.", "Il-Pulizija ma jkollhiex rapporti ta' nies fis-sakra ġo rħula oħra?", "Iva jkollha.", "Ma jkunx hemm rapporti ta' grievous bodily harm f'irħula oħra?", "Mela ma jkunx hemm, bħalma jkun hemm f'Paceville.", "F'Paceville hemm il-massa tan-nies, mentri fl-irħula m'hemmx; imma xorta jsiru l-affarijiet fl-irħula.", "Waqt il-festi ma jkunx hemm nies fis-sakra fl-irħula?", "Ma jkunx hemm nies fis-sakra f'Paceville?", "Ikun hemm fiż-żewġ postijiet.", "Imma l-kelma \"Paceville\" kważi saret tiżboq il-kelma \"Valletta\", il-belt kapitali ta' Malta, u naħseb li Paceville jintwera taħt lenti daqsxejn kbira mhux ħażin!", "Jiena ngħid li rridu naraw il-verità, u rridu naraw l-affarijiet kif ikunu realment.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "DR ANTHONY FARRUGIA (Grupp għal Paceville aktar sikur - GASP): Jiena l-kelliemi tal-grupp ta' azzjoni għas-sigurtà f'Paceville, magħrufa aħjar bħala GASP.", "L-ewwelnett, nixtieq nesprimi s-sodisfazzjon personali u tal-grupp li nidderieġi jien għall-kontribut ċkejken ta' dan il-moviment li għin sabiex isir dan id-djalogu.", "Inħares lejn dan id-djalogu b'interess, u r-rapport li ġie ppublikat minn dan il-Kumitat inqisu bħala pass pożittiv immens, u nirringrazzja lil kull min kien involut sabiex wasalna għal dan l-istadju.", "Infakkar li l-GASP għamel enfasi dwar l-esiġenza tal-preżenza tanġibbli u viżibbli tal-forzi tal-Pulizija għaliex ħassejna li l-problemi prinċipali f'Paceville, fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, huma risolvibbli bil-preżenza u bl-infuwenza tal-Pulizija.", "Kien hemm min interpreta b'mod ħażin din l-enfażi li għamilna, għax ħadha bħala li aħna qegħdin nikkritikaw jew nitfgħu f'dawl ikrah lill-Pulizija.", "Xejn minn dan!", "Aħna nirritjenu li l-insistenza tal-Pulizija kien att ta' fiduċja kbira, u li l-forzi tal-Pulizija tagħna, jekk ikunu mħarrġin u mgħammrin kif suppost, ikunu ta' kontribut enormi sabiex il-problemi prinċipali f'Paceville ikunu jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsa.", "GASP jemmen fil-prevenzjoni aktar milli fl-intervent.", "Għalhekk l-enfasi fuq id-deterrent, u għalhekk l-enfażi fuq il-viżibilità tal-Pulizija, għax imbagħad il-pressjoni li tiġi mill-bżonn li wieħed jintervjeni u jiffaċċja lin-nies fis-sakra u lin-nies intenzjonati li jaqilgħu l-inkwiet ġewwa Paceville tonqos kemm jista' ikun.", "Aħna nħossu li l-preżenza tal-Pulizija hija parti mis-soluzzjoni kollha, għax kull min ikollu intenzjoni li jġib ruħu ħażin f'distrett, ladarba jkun jaf li se jħabbat wiċċu mal-pulizija li qiegħed jagħmel ir-ronda, li qiegħed f'fixed point jew li qed josservah fuq is-CCTV camera, se joqgħod iktar attent kif iġib ruħu.", "Naċċettaw, bħalma qal is-Supretendent Gatt, li jkun hemm min joħroġ biex jiddeverti, u li forsi jiddeverti b'mod eċċessiv ukoll, u allura se jkun iktar diffiċli sabiex wieħed jittratta ma' dawn in-nies.", "Imma anke n-nies li huma fis-sakra jifhmu x'inhi l-awtorità tal-Pulizija.", "U jekk din ma jsibuhiex hemmhekk quddiemhom, il-kontroll se jonqos.", "Irrid nikkummenta xi ħaġa fuq ir-rapport.", "Ma nħossx li r-rapport jirrifletti biżżejjed l-importanza li għandha l-Pulizija fid-distrett.", "Apparti l-ġbir tal-iskart u l-provvista ta' faċilitajiet sanitarji … Safejn naf jien lanqas latrini m'hemm f'Paceville.", "Fil-fatt hemm waħda Spinola, u kien hemm oħra ħdejn il-free taxis, li ma nafx jekk għadhomx jeżistu.", "Però l-problema ta' min imur u juża l-parapetti u l-karozzi bħala latrina tista' tiġi solvuta b'dak il-mod ukoll.", "L-aspetti kollha l-oħra, bħall-vjolenza, nuqqas ta' iġjene, vandaliżmu u parkeġġ ħażin huma kollha trattabbli bil-preżenza tal-Pulizija.", "Huwa tajjeb u ta' min jikkonforta ruħu li l-pubbliku in ġenerali jdur fuq il-Pulizija sabiex jagħmel rapport meta jinqalgħu xi affarijiet.", "Nerġa' ngħid li din hija turija ta' fiduċja, u nittama li l-Pulizija ma jiddejqux minnha.", "Mhux tajjeb li wieħed jgħid li qed inwaħħlu fil-Pulizija, għaliex aħna m'aħniex qed inwaħħlu fil-Pulizija.", "Min jagħmel rapport lill-Pulizija jkun qed jitlob l-assistenza, u din hija turija ta' fiduċja u mhux kritika negattiva fil-konfront tal-Pulizija.", "M'hemmx dubju – anke għaliex nafu min huma l-personalitajiet partikolari tal-uffiċjali tal-Pulizija li qegħdin jaġixxu f'dan l-ambjent intensiv – li l-membri tal-Pulizija jixtiequ jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "Imma jekk ma jkollhomx l-appoġġ u t-tagħmir neċċessarju minn min għandu r-responsabilità sabiex jieħu ħsieb u jarma lill-Pulizija għal dak l-iskop, allura se nsibu ruħna f'diffikultà.", "U għalhekk li mbgħad jiġu espressi nuqqas ta' sodisfazzjon rigward il-mod ta' kif qiegħda taġixxi l-Pulizija f'dak l-ambjent partikolari.", "Nittama li fil-laqgħat li ġejjin in-neċessità tal-preżenza u l-viżibilità tal-Pulizija, mgħammra u mħarrġa kif suppost, tiġi indirrizzata aħjar.", "Jiena nwiegħdkom il-kontribuzzjoni tiegħi fejn nista' bil-mod ċkejken u umli tiegħi.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR MARK GRIMA (President of Paceville Commercial and Establishments' Association): Nixtieq nirringrazzja lil dan il-Kumitat talli reġa' stedinna għat-tieni darba fuq dan is-suġġett.", "Aħna dħalna fix-xena daqsxejn tard!", "Nirringrazzjakom talli daħħaltu s-sottomissjonijiet tagħna, għalkemm ninsab daqsxejn iddiżappuntat li dawn qegħdin fil-paġna tas-sottomissjonijiet u mhux fil-paġni tal-entitajiet l-oħra.", "Dan qed ngħidu peress li aħna konna preżenti għal waħda mil-laqgħat speċifiċi li saru fuq dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN: Skużani ftit, imma dak kien il-ftehim.", "Peress li intom kontu ġejtu ftit tard fil-laqgħat, aħna ma stajniex nieħdu nota ta' x'kontu qegħdin tgħidu.", "Imma sussegwentament konna ftehemna li dak li tibagħtu intom kien se jiġi anness mar-rapport, u l-ebda għaqda oħra ma kellha dan il-privileġġ li kellkom intom, fejn ingħatajtu tliet paġni sħaħ annessi ma' dan ir-rapport.", "Fil-fatt, l-email tagħkom kollha ġiet annessa, u allura l-isfortuna ġiet fortuna.", "Dak li bgħattulna intom ġie anness kollu, u ma ċċensurajna xejn!", "Issa ġiex mas-suġġerimenti jew le, ma naħsibx li se tagħmel differenza.", "Nisperaw li, meta dan ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet konċernati, ikun hemm ġabra ta' ideat.", "Issa jien se nissuġġerixxi li t-transcript tal-lum jiġi anness ukoll ma' dan ir-rapport, biex ma nħallu xejn barra minn dak li se jintqal illum.", "IS-SUR MARK GRIMA: Qiegħed nieħu gost li t-transcripts se jiġu annessi wkoll.", "Forsi aħna daqsxejn sensittivi fuqha din għax qed nisħqu ħafna li nkunu preżenti għal kull ħaġa li tikkonċerna lil Paceville.", "Aħna ovvjament għandna din l-assoċjazzjoni mhux biex nipproteġu lill-istabbilimenti kummerċjali biss, imma biex naħdmu wkoll mal-entitajiet differenti, fosthom ir-residenti u l-Pulizija.", "Waħda mill-ewwel għanijiet tagħna – u l-aktar waħda importanti – hija dik ta' kif se naħdmu mar-residenti.", "Dik hija l-ikbar problema li hemm, minn kull lat.", "L-ewwel laqgħa, fejn se jkun hemm il-bodies il-kbar, se nagħmluha mar-residenti.", "U lill-Kunsillier ngħidlu li din mhijiex xi ħaġa impossibbli, anzi tista' issir u hemm modi kif tista' issir.", "Din mhijiex kwestjoni ta' min hu favur u ta' min hu kontra.", "Hemm mezzi u modi ta' kif tista' issir.", "Li teradikaha ma tistax, imma tista' issir.", "Rigward is-CCTVs, xi ħadd semma li jridu jiżdiedu ħafna aktar, speċjalment fuq is-side streets biex jipproteġu lir-residenti.", "Is-sinjur tal-MTA semma li s-CCTVs huma monitored, imma aħna rridu aktar minn hekk.", "Aħna rridu li dawn ikunu manned u mhux monitored.", "Aħna rridu li jkun hemm bniedem esperjenzat fuq kif timmoniterja dawn is-CCTVs, u li jieħu azzjoni dak il-ħin stess meta jara xi ħaġa.", "Irid ikun hemm kamra apposta ta' monitoraġġ, li forsi tiżdied bin-nies matul il-lejl, imma li min ikun qed jagħmel il-monitoraġġ jaġixxi waqt li l-azzjoni qiegħda ssir.", "Mela, jekk xi ħadd mar ġo parapett biex jagħmel toilet, dan jarah u jinforma lill-Pulizija.", "Jista' ikun li ma jgħidx lill-Pulizija imma lil nies li jkunu mħarrġa apposta, jew uffiċjali tas-sigurtà, biex dejjem innaqqsu dawn l-inċidenti.", "Hemm ħafna affarijiet x'jista' wieħed jagħmel.", "Is-sema huwa l-limitu tal-affarijiet li jistgħu jsiru.", "Semmejtu wkoll il-Gentlemen's Clubs, u kif għedna naqblu li dawn għandhom jiġu regolarizzati.", "Fil-fatt, din kienet waħda mis-sottomissjonijiet li għamilna lejn l-aħħar tal-laqgħa preċedenti.", "Jien ridt inkellem lis-sidien ta' dawn il-klabbs biex nara eżattament x'iridu.", "Aħna semmejna l-age limit biex wieħed ikun jista' jidħol f'dawn il-Gentlemen's Clubs li għandha tkun 'il fuq minn 20 sena.", "Forsi ma jaqblux fuq is-signage – importanti li ngħiduha din – imma aħna naqblu li, minbarra l-kitba, għandu jkun hemm stampa biex dak li jkun ikun jaf fejn dieħel – ħalli li tkun forma ta' silhouette imma li jkun hemm stampa biex wieħed ikun jaf fejn dieħel - u mhux daħal hemm u sab lap dancing li forsi toffendi l-morali jew il-pudur tiegħu.", "Naqblu mal-age group, però l-iktar ħaġa importanti hija li, jekk il-Gentlemen's Clubs se jiġu regolarizzati, – li aħna naqblu magħha – dawk li diġà huma eżistenti jibqgħu joperaw u mhux ikollhom japplikaw mill-ġdid.", "Japplikaw mill-ġdid biss min se jiftaħ club ġdid.", "Din hija xi ħaġa fundamentali.", "Qabel ma kienx hemm liġi speċifika, u issa se jkun hemm; mela dawk eżistenti għandhom jitħallew joperaw u jirregolarizzaw ruħhom skont is-signage, skont l-età u skont ħafna affarijiet oħra.", "Fuq is-sound hija xi ħaġa kruċjali.", "L-ewwel ħaġa, aħna mhux qegħdin hawn biex nipproteġu lil xi ħadd li jikser il-liġi.", "Jekk dan fetaħ is-sound u qażżeż lil kulħadd, ħarrku u ressqu l-Qorti.", "Nista' nkun jien!", "Imma xi ħaġa li hemm dubju fuqha hija mis-1.00 a.m. sal-4.00 a.m. Il-liġi ma tgħidlekx li mis-1.00 a.m. sal-4.00 a.m. ma tista' tiddisturba lil ħadd, imma tgħidlek li ma jistax jinstema' minn barra.", "Dik hija l-problema.", "Jekk is-sound jinstema' minn barra, inti tista' tiġi mħarrek, minkejja li ma kont qed iddejjaq lil ħadd.", "Issa lill-Pulizija ma nagħtihomx tort, għax il-liġi hekk tgħid.", "Darba semmejt l-eżempju ta' jazz band li kelli jien u li, għax kienu jinstemgħu minn barra, ġejt imħarrek.", "Issa nista' nassigurak li ma kienu qed idejqu lil ħadd, u eżempju tiegħi nista' nsemmi mijiet.", "Apparti minn hekk, l-aktar ħaġa importanti hi li n-noise pollution ta' barra kienet ħafna ogħla mis-sound tiegħi.", "L-ewwel ħaġa li wieħed għandu jagħmel hi li jaqbad għaxart ijiem, 20 ġurnata, jew kemm irid, u jkejjel in-noise pollution ta' barra.", "U għalhekk li l-Maġistratura tinsab konfuża!", "Nerġa' ngħid li min qed jikser il-liġi u jifqa' kull m'hemm bis-sound, ħadd mhu se jaqbeż għalih, la l-Pulizija u lanqas aħna, għax ma nistgħu nagħmlu xejn u qed nitfgħu l-ġebla fuq saqajna.", "Imma tal-inqas, mis-1.00 a.m. sal-4.00 a.m., meta n-noise pollution ta' barra huwa iktar qawwi minn dak li qed jippenetra 'l barra minn ġewwa l-ħanut tiegħek, u allura bażikament inti tista' titħarrek mill-Pulizija … (Interruzzjonijiet) Din hi l-konfużjoni li hemm u li aħna rridu niġu regolarizzati fuqha wkoll.", "Ma nixtieqx li naslu sabiex nagħmlu protest ġudizzjarju fuq hekk, imma kemm se ddum tiġi mħarrek fuq affarijiet li fil-fehma tiegħi huma nġusti?!", "Imbagħad hemm liġijiet oħra li jappartjenu għal tas-sound.", "Rigward decibel meters, naħseb li jkun aħjar jekk nagħmlu decibel meter barra, u naraw kemm suppost joħroġ ħoss minn dak il-ħanut.", "Tinsewx li hemm ħwienet li ilhom joperaw minn hemmekk madwar 25 sena, u mhux kulħadd jista' jagħmel full sound proofing u double doors.", "Dan bħal meta jkollok lukanda, u ħarġu liġijiet dwar il-persuni b'diżabilità.", "Inti ma tistax twaqqa' nofs il-lukanda biex tagħmel ċerti faċilitajiet, għax dan se jgħidlek li b'lift biss jista' jaqdik.", "U hemm min jipprova jieħu l-prevenzjonijiet li jista' biex inaqqas is-sound milli jippenetra fuq barra, imma jrid jiġi regolarizzat.", "Id-decibel meter n'għandux jitwaħħal mal-meter tad-dawl, fil-fehma tiegħi.", "Kull ħanut hemmhekk għandu l-istorja tiegħu, hemm ħanut ġo ħanut, hemm min hu misruq minn hemm u minn hawn, u hemm min għandu kirjiet differenti.", "Jiġifieri, kull ħanut għandu l-fiżjonomija tiegħu, u allura li tagħmel decibel meter li jekk taqbeż il-100dB, jew ma nafx kemm, hu jitfilek il-meter, jien għalija dik hija sistema bla sugu!", "Fuq ġewwa, veru għandu jiġi regolat minħabba l-kondizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea minħabba l-ħsara li tista' ssir fuq is-saħħa tal-bniedem; imma l-problema tal-ħoss li jinstema' minn barra għandha tiġi regolata mod ieħor, fuq is-sound penetration, hu fejn hu, jista' jkun ħdejn restaurants u jista' jkun ħdejn residenzi.", "Hemm ħafna xi tgħid fuq is-sigurtà ta' Paceville.", "Ma rridx neħdilkom il-ħin kollu, għax diġà ħadtulkom l-aħħar darba.", "Imma l-aktar ħaġa li naħseb hija xokkanti kienet meta l-Kummissarju semma li ġew attakkati 23 pulizija!", "Għalija din hija xi ħaġa allarmanti, u naħseb li l-problema hija iktar fil-fond.", "Biex bniedem jattakka pulizija jfisser li għalih xejn mhu xejn.", "Illum m'hemm l-ebda rispett għall-uniformi!", "Il-problema naħseb li ġejja wkoll mil-liġijiet li għandna, u l-pulizija għandhom bżonn li jiġu protetti.", "Kif jista' pulizija jagħmel xogħolu jekk ġew attakkati 23 pulizija?!", "Mhux qed ngħidlek li ma jagħmluhx, imma forsi anke l-Qorti u l-liġijiet tagħna jridu jkunu aktar ħorox fuq min jattakka pulizija.", "Jekk lill-pulizija tridu bħala deterrent, ma jistax ikollok parti mill-kotra li hemm hemmhekk li tiġi titmejjel mill-uniformi.", "Meta pulizija jiġi attakkat, qed jarah ħaddieħor u lill- pulizija qed twaqqgħu għaċ-ċajt, filwaqt li qed jingħata l-eżempju lil ħaddieħor dwar x'tista' tagħmillu lill-pulizija.", "Ġimgħa wara, terġa' tara lil min attakka lil dak il-pulizija jdur f'Paceville għax ikun ħelisha b'sempliċement warning.", "Nemmen li l-problema soċjali li semma s-Supretendent, dejjem qiegħda tintefa' fuq il-Pulizija, u qiegħda tintefa' fuq il-bars ukoll!", "Kemm-il darba jkun hemm ID cards foloz u jitressqu fuqhom tal-bars?", "Fir-rapporti tagħna semmejna ħafna l-edukazzjoni fuq it-televiżjoni, u parti mill-fondi għandhom imorru fuq l-edukazzjoni.", "Semmejna d-drink-driving, fejn għandhom isiru kampanji biex nies jirrifjutaw li jirkbu ma' nies fis-sakra; li jkun hemm sharing of driving, fejn tlieta jixorbu u wieħed le biex ikun jista' isuq; li jkun hemm aktar użu ta' taxis, issa aktar minn qabel, peress li dawn ġew liberalizzati, eċċ. Hemm ħafna x'isir minn dan il-lat.", "Għal darb'oħra nirringrazzjakom talli smajtuna u talli smajtu s-sottomissjonijiet tagħna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jiena m'għandix x'inżid aktar ma dak li diġà ntqal, imma nieħu spunt fuq il-parti tal-edukazzjoni.", "Aħna nkunu hemmhekk fuq il-post, u naraw ħafna l-kultura taż-żgħażagħ Maltin u kif dawn qed jitilgħu.", "Dan jolqot kemm ir-rispett lejn il-Pulizija, lejn ir-residenti, eċċ. Naħseb li jrid isir ħafna xogħol.", "It will take time bħala edukazzjoni fuq ċertu aġir soċjali miż-żgħażagħ tagħna.", "Jien m'inix xi espert, imma tinduna li ċerti żgħażagħ qegħdin jitilgħu b'ċertu arja li fi żmienna ma kellniex, u li aħna forsi iktar kellna rispett lejn il-Pulizija u lejn ħaddieħor.", "Illum il-ġurnata kollox inbidel, imma naħseb li l-punt tal-edukazzjoni, kemm fuq id-drink-driving eċċ, trid issir b'aktar qawwa.", "Xi ħaġa oħra li ridt ngħid hija li din li qed niltaqgħu flimkien bħala entitajiet differenti u li aħna kkonċernati fuq Paceville, tkun idea tajba li dak li għedna mhux jieqaf mar-rapport li ħareġ minn dan il-Kumitat, imma tkun xi ħaġa on-going, fejn kull tant żmien niltaqgħu biex nindirizzaw ċerti problemi mill-għeruq, forsi qabel ma jaggravaw.", "Mill-bqija, naħseb li kważi semmejna l-punti kollha.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "IS-SUR PETER BONELLO (Sindku ta' San Ġiljan): L-ewwelnett, fuq l-istorbju hemm ħafna xi tgħid.", "Bħala Kunsill Lokali, ikollna ħafna rapporti mir-residenti, u aħna dawn nirreferuhom għand il-Pulizija.", "Fuq din ma tantx naqbel mas-Sur Grima, għax barra minn Malta għandhom strument li jitwaħħal mal-meter u jekk inti taqbeż is-70db – ma nafx kemm suppost ikun hemm storbju – jinqatgħalek id-dawl.", "U biex terġa' ġġib id-dawl, teħel elf lira mill-inqas, u tagħmel 15-il ġurnata magħluq.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li dawn l-affarijiet naraw kif eżatt isiru fl-Ewropa u nintroduċuhom hawn Malta.", "Ħafna pajjiżi hekk jagħmlu.", "Kulma hu dan strument żgħir li jeħel mal-meter tad-dawl u, kif ikun hemm ċertu livell ta' storbju, jinqata' id-dawl.", "Mela awtomatikment se jispiċċaw dawn il-purċinellati fejn il-Pulizija tmur tissemma wara l-bieb biex tara jekk it-tali bar jew stabbiliment hux qed jagħmel storbju eċċessiv!", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li din il-kwestjoni tiġi studjata bis-serjetà.", "Dwar l-iskart, irrid ngħid li l-iskart tar-residenti jinġabar mill-Kunsill, filwaqt li l-iskart tal-entitajiet kummerċjali għandhom kollettur privat.", "Issa dan joħroġ iż-żibel x'ħin irid, u meta jiġi tat-trakk jgħabbih.", "Barra minn hekk, jekk hemm 200 bar u entità kummerċjali, dawn jaf għandhom xi 70 kollettur!", "Mela dan ifisser li qed jidħlu 70 trakk kuljum f'Paceville!", "Issa jekk dawn jaqgħu taħt il-Kunsill – bħalma jinġabar tar-residenti – u l-miżati li qed iħallsu l-entitajiet kummerċjali jħallsuhom lill-Kunsill, minflok ma jidħlu dawn it-trakkijiet kollha, toħroġ tender, u forsi jidħlu tnejn jew tliet trakkijiet biss.", "Apparti minn hekk, lill-entitajiet kummerċjali taf tiġihom irħas, u minflok darba, it-trakk taż-żibel forsi jkun jista' jidħol darbtejn, u b'hekk naqtgħu dak il-ġenn ta' trakkijiet li jkun hemm.", "Bħalissa dawn m'għandhomx ħin, jiġifieri jekk jien għandi bar u ġiet il-maid tnaddaf, din x'ħin tlesti se toħroġ iż-żibel barra.", "Issa jekk il-Kunsill ma jiġborx dik il-borża se ngħidu għax il-Kunsill mhux qed jiġbor iż-żibel, meta r-realtà hi li dak iż-żibel mhux suppost li jinġabar mill-Kunsill.", "Il-Kunsill huwa obbligat li jiġbor iż-żibel tar-residenti.", "Allura b'din is-sistema li qed insemmi, jekk dawn l-entitajiet kummerċjali jaffiljaw ruħhom mal-Kunsill, l-iskart tagħhom ikun jista' jiġbru l-Kunsill billi tinħareġ tender u jinġabar ma' tar-residenti.", "THE CHAIRMAN: Però m'għandek l-ebda ġuriżdizzjoni li timponi fuq is-settur kummerċjali xi ħaġa bħal din?", "Jekk ma tinbidilx il-liġi, jew jekk ma jkunx hemm xi liġi apposta fuq Paceville … (Interruzzjonijiet) Il-ftehim irid ikun dejjem volontarju.", "IS-SUR PETER BONELLO: Il-liġi tgħid li l-iskart irid jinġabar mill-kunsill lokali.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "THE CHAIRMAN: Jekk jaqblu volontarjament, tista' issir.", "IS-SUR PETER BONELLO: Illum il-ġurnata li qed jiġri hu li nofs dawn l-entitajiet – niggarantilek jien – m'għandhomx kollettur tagħhom, imma joħorġu ż-żibel barra u mbagħad ikollu jiġbru l-Kunsill.", "Jekk inħalluh hemm Paceville, jiġi ttraskurat.", "Aħna qed niġbru ż-żibel ta' dawn l-entitajiet … Tinsewx li llum għandek it-tipping fees, u trid tħallas tiegħu.", "Il-problema l-oħra kbira li sar hemm illum hija dik li hemm ħruġ wieħed biss minn Paceville.", "Qabel kien hemm Dragonara li kienet two-way, imma llum twessgħet il-bankina u allura ġiet one lane.", "Jien iltqajt ma' Transport Malta, u anke mal-Kummissarju, biex tal-inqas jekk ma tiġix b'żewġt iħruġ, fi tmiem il-ġimgħa, wara l-10.00 p.m., minflok ma jkun hemm ħruġ minn Church Street biss, ikun hemm ħruġ ukoll minn Dragonara.", "B'hekk, min sejjer lejn Baħar iċ-Ċagħaq jaqbad Dragonara Road u jsib ruħu Regional Road mill-ewwel, u mhux irid joħroġ minn Church Street, jidħol fil-qalba ta' Paceville u jgħaddi minn ġo San Ġiljan biex imur dik in-naħa.", "Dwar il-pulizija li jfittxu għad-droga, ma nafu xejn fuqha aħna!", "Hemm pulizija li qed iduru għad-droga?", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT: Nikkonferma li jkun hemm pulizija, u jkun hemm ukoll pajżana.", "IS-SUR PETER BONELLO: Tajjeb.", "IS-SUR RAYMOND ZAMMIT: Dawn l-aħħar xahrejn, bdejna npoġġu wkoll nies pajżana mal-Pulizija tad-Distrett biex iduru dawk l-inħawi.", "Għandna problema wkoll b'nies barranin, speċjalment mir-Rumeni, li għandna problema kbira bihom, għax jekk dawn ma jisirqux kuljum, ma jgħixux il-ġurnata.", "Imma naħseb li mexjin tajjeb ukoll f'dik il-biċċa tax-xogħol.", "IS-SUR PETER BONELLO: Bħala Kunsill qbilna wkoll fuq dawn is-CCTV cameras.", "Fil-fatt, kellna laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija, li qabel ħafna magħhom, u qed jipprova jara kif se nagħmlu biex inġibu l-fondi ħalli jsiru.", "Rigward il-miżuri ta' sigurtà, xi ħaġa li semmejtha wkoll l-aħħar darba, imma ma nafx jekk tniżżlitx fir-rapport, u għalhekk se nerġa' insemmiha.", "Meta jkollok dawn id-discos u bars li fihom ikun hemm ġieli mat-800 ruħ, jekk Alla jħares qatt jinqala' xi ħruq jew xi inċident ieħor, qed ikun hemm is-safety precautions kollha f'dawn il-ħwienet?", "Hemm ħruġ adegwat mnejn jistgħu joħorġu ż-żgħażagħ li jkun hemm ġewwa?", "Jew kulħadd irid joħroġ minn bieb wieħed?", "Dawn huma l-affarijiet li rridu naraw qabel ma tinqala' xi ħaġa gravi!", "Nirringrazzjakom.", "IS-SUR MARK GRIMA: Min-naħa tagħna, naqblu ma' din il-proposta tal-ġbir tal-iskart, u diġà iddiskutejniha bejnietna.", "Issa rridu nitkellmu mal-Kunsill Lokali biex naraw kif nistgħu nagħmluha flimkien.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "FR SAVIOUR GRIMA (Direttur tal-Millenium Chapel): L-ewwelnett, nixtieq nirringrazzjakom ta' dan ir-rapport.", "Min-naħa tiegħi, nista' ngħid li, sal-lejla stess qabel ma ġejt hawnhekk, iltqajt ma' diversi żgħażagħ li qegħdin fi programm ta' riabilitazzjoni mid-droga u li dawn issuġġerewli ħafna affarijiet li fir-rapport għadhom daqsxejn nieqsa.", "Jiena naqbel ħafna dwar il-preżenza tal-Pulizija, u nista' ngħid li din żdiedet f'Paceville.", "Waħda mill-affarijiet li jinkwetawni dwar il-Pulizija hija li ħafna drabi tara pulizija jagħmlu r-ronda hemmhekk li għadhom żgħar wisq u li ma jkollhomx livell ta' maturità biżżejjed għad-diversi affarijiet li jinqalgħu f'Paceville.", "Issa dawn qegħdin jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Meta jkun hemm xi kwestjoni u nċemplu lill-Pulizija, dawn jirrispondu b'mod immedjat.", "Kemm-il darba ċempilna fuq persuni fis-sakra f'nofs ta' triq fis-7.00 a.m.!", "U aħna jkollna nagħlqu t-triq sakemm jiġu l-Pulizija.", "Din hi r-realtà.", "Anke meta titkellem fuq iġjene.", "Il-pulizija kemm qed ikunu armati għal dawn l-affarijiet?", "Irridu naraw li jingħata s-sapport lill-pulizija li jaħdmu fid-distrett, u għandna naraw li l-għassa tkun adegwata għall-ħidma tal-Pulizija, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa.", "Rigward l-istudenti, rrid ngħid li l-istorbju naqas, imma għandna perijodu fis-sajf fejn l-istudenti għadhom jagħmlu l-vandaliżmu.", "M'ilux, fuq iz-zuntier tal-knisja, sibna 60 flixkun minn hotel partikolari!", "Tara l-istudenti għaddejjin u jwaddbu l-fliexken u l-landi tal-preserve minn fuq għal isfel!", "Studenti jidħlu jixtru minn xi stabbiliment tal-ikel, u kif joħorġu, tarahom ibattlu nofs il-fliexken tal-Coca Cola u jimlewhom bil-whisky jew bil-vodka!", "Din hija r-realtà li rridu niffaċċjaw.", "Hemm bżonn li l-alkoħol jiġi kkontrollat aktar, anke mill-ħwienet matul il-ġurnata.", "Ħafna minn dawn iż-żgħażagħ studenti jmorru fuq il-bajjiet, u jħallu l-iskart tagħhom kollu hemmhekk.", "Imbagħad ir-residenti jmorru jgħumu f'dawn il-bajjiet, u ħlief fliexken fil-baħar, fuq il-bajja u fit-toroq ma tarax!", "Naħseb li huwa miraklu li ma jsirux inċidenti kull nhar ta' Sibt f'Paceville, speċjalment fi triq partikolari, fl-entratura li tidħol minn ħdejn quddiem il-Wembley għal ħdejn l-Avenue, fejn il-Ġimgħa filgħaxija, is-Sibt u l-Ħadd ikunu mimlija żgħażagħ f'nofs ta' triq, u l-pulizija u l-wardens jgħaddu minn hemmhekk imma ħadd ma jkellimhom.", "Tara żgħażagħ ukoll taħt l-età.", "Hemm ħanut partikolari li jkun mimli bil-fliexken kollha barra, u kulħadd bil-pitchers jixrob u jwaddab!", "Rigward l-istorbju, hemm ħanut partikolari li mill-10.00 p.m. sa nofs il-lejl għaddej bil-mużika Naplitana.", "Ir-residenti jċemplu minħabba l-istorbju, u x'ħin imorru l-pulizija jbaxxilu, imma eżatt kif jitilqu, jerġa' jgħollilu.", "Kemm se ddum iċċempel?", "Il-pulizija jagħmlu d-dover tagħhom, imma din il-persuna terġa' tisfida kif jitilqu l-pulizija.", "Dan mhux rispett lejn il-ħidma tal-Pulizija.", "Jekk tinqala' xi emerġenza ġewwa Paceville jew San Ġiljan, il-pulizija jridu jlaħħqu magħhom ukoll.", "Naħseb li wasalna fi żmien f'Paceville fejn irridu nagħmlu xi ħaġa fuq it-tabelli, u mhux tara tal-ħwienet kulħadd jieħu l-bankini, u inti m'għadekx tista' timxi aktar fuq bankina!", "Saret ir-riforma u twaħħlu l-bollards, imma tarahom kollha bit-tabelli tagħhom, u inti trid tgħaddi f'nofs ta' triq.", "Iridu jinxtegħlu aktar dwal ħalli jonqsu ċerti abbużi.", "Għad għandna persuni li, sakemm marru l-knisja, daħlulhom id-dar u serquhom!", "F'Paceville għandna realtà ta' serq.", "Naħseb li wasalna wkoll għal sistema ta' diċenza pubblika.", "Jien ninsisti ħafna fuq id-diċenza pubblika.", "Titla' Paceville u tara l-ilbies li jilbsu t-tfal, u fejn anke ċerti ħwienet u stabbilimenti joffrulhom ċerti affarijiet biex ikunu jistgħu jaħdmu hemmhekk.", "Il-ħaddiema jiġu jitkellmu miegħi fuq il-problemi li jgħaddu minnhom biex jaqilgħu l-ħobżna ta' kuljum.", "Jekk inti ma tagħmilx dak iċ-ċertu oġġett, tispiċċa mkeċċi mix-xogħol!", "Naħseb li d-diċenza trid tkun fil-ħajja tal-bniedem għax din qegħdin inwarrbuha.", "Qisu l-bniedem sar oġġett, fejn inħalluh jaqla' ġo fih qisu ma ġara xejn.", "U naħseb li l-konsegwenzi ta' mard – anke mentali – li qed niffaċjaw illum, qegħdin jiġu kkawżati anke mill-kondizzjonijiet ta' xogħol li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom ċerti ħaddiema.", "Dawn in-nies li jaħdmu fi stabbilimenti qed jispiċċaw imkissrin.", "Tajjeb li nagħmlu regolamenti fuq ix-xogħol ta' min jaħdem f'Paceville, u rridu naraw ukoll jekk wasalx iż-żmien li nibdew nagħmlu programmi edukattivi.", "Is-Sindku semma dak l-apparat li jitwaħħal mal-meter tad-dawl, u meta jkollok mużika għolja jinqata' id-dawl u jkollok tħallas multa biex jerġgħu jixgħelulek l-elettriku.", "Jiena kieku dawk il-multi nwaddabhom ġo fond ta' edukazzjoni fl-iskejjel u għaż-żona ta' Paceville.", "Rigward in-noise pollution, wasalna biex nerġgħu nagħmlu reviżjoni tal-liġi?", "Ridt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-bouncers.", "Ġiet persuna għandi li qiegħda tagħmel programm ta' riabilitazzjoni tad-droga, u qaltli li hemm ċerti persuni li joffrulek huma stess id-droga qabel tidħol fit-tali stabbiliment!", "Illejla xxokkjajt ruħi meta smajt bil-vjolenza li ssir fuq il-pulizija stess.", "Wasalna fi żmien fejn anke l-vjolenza fit-tfal tagħna qiegħda tikber.", "Fl-iskejjel qed naraw problema ta' anger management, u m'aħniex qed inkunu kapaċi nikkontrollaw lit-tfal tagħna.", "Fi skejjel partikolari qed naraw tfal li għandhom ċerta rabja lejn is-soċjetà.", "Dawn it-tfal mhux qed isibu l-imħabba mill-ġenituri tagħhom, u qed isibu l-iżvog tagħhom f'Paceville, fejn jispiċċaw jirribellaw kontra ħaddieħor.", "Naħseb li wasal iż-żmien li naħdmu xi ħaġa flimkien fuq dawn il-problemi.", "Dwar il-ħwienet tax-xorb irrid ngħid li meta nkun tiela' minn Paceville, fil-pjazza tara toroq mimlijin nies kollha jixorbu barra.", "Il-ħwienet tax-xorb kollha jbiegħu, u qisu xejn mhu xejn.", "Imbagħad biex toħroġ minn Paceville minn ħdejna għandek 20 minuta!", "Filgħodu spiċċajna bil-coaches jipparkjaw kollha fejn hemm it-taxis, u mbagħad fejn għandek il-buses, li fihom suppost jidħlu l-coaches quddiem il-lukandi, issibhom mimlijin bil-karozzi privati.", "Għandek ukoll karozzi bin-number plate Taljana jipparkjaw hemmhekk, u karozzi oħra pparkjati fuq il-bankini li ma tistax iċċaqlaqhom.", "Tara l-warden għaddej u jibqa' għaddej.", "U fuq il-bye law tax-xorb, il-Pulizija jew il-wardens jistgħu jkellmu lil min ikun qed jikser il-liġi, jew inkella ma jistgħux ikellmuhom?", "Naħseb li wasalna biex ikollna traffic management ġdid f'Paceville.", "Il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, biex toħroġ minn Paceville, jiġifieri minn ħdejn il-Westin sa ħdejn il-Millenium Chapel, domt siegħa u nofs għax kien hemm accident.", "Anke jieqaf xi trakk tal-kostruzzjoni jwaqqaf il-ħidma kollha ta' Paceville.", "U anke quddiem l-istages, fejn għandek il-bendy buses, li xi kultant jieqfu tnejn wara xulxin u jispiċċaw jagħlqu l-ħruġ kollu ta' Paceville.", "Imbagħad għandek in-naħa l-oħra, fejn hemm l-ironmonger li jkun magħluq ukoll.", "Jitilgħulek tlieta wara xulxin, u m'għandekx ċans li toħroġ minn ġewwa Paceville.", "Tista tinqala' emerġenza għax m'għandekx ċans toħroġ!", "Dwar il-ħasil tat-toroq, sar progress għax qed isir il-ħasil tat-toroq filgħaxija, imma l-bankini qatt ma jinħaslu.", "Dan huwa post li jiġbed ħafna turisti u huwa post li qed nagħmlu riklam bih għal pajjiżna.", "Dan jinħasel fl-4.30 a.m., u mbagħad jibqa' sejjer ġol-baħar!", "Ħafna ġenituri jitilgħu biex jistennew lil uliedhom, jiġifieri jitilgħu huma stess jiddevertu hemmhekk, u mbagħad jistennew lil uliedhom barra.", "U tara gruppi ta' żgħażagħ kollha mixħutin mal-art.", "Lili jinkwetani l-fatt li anke sas-1.00 a.m. tara t-teenagers hemmhekk, u mbagħad wara s-1.00 a.m. jibdew joħorġu ż-żgħażagħ.", "Hemmhekk anke l-ħidma tal-Pulizija ħafna drabi tibda wara s-1.00 a.m., għax ħafna mill-ġlied li jinqala' f'Paceville jinqala' wara s-1.00 a.m.", "Rigward l-iskart, ikolli nċempel bosta drabi lill-Kunsill għax dan ma jkunx inġabar.", "Filgħodu jkollok it-turisti telgħin u neżlin.", "Fejn qegħdin aħna għandna żewġ lukandi ta' ħames stilel.", "Rigward id-deliveries li jsiru filgħodijiet, naqbel ma' dak li qal is-Sindku.", "Hemmhekk ikollok mal-mitt jew mitejn vann għaddejjin fil-pjazza ta' Paceville, u dawn jieqfu fin-nofs biex iħottu.", "Issa li ġej il-Milied naħseb li għandna nibdew kampanji ta' edukazzjoni fuq it-televiżjoni …", "THE CHAIRMAN: Skużani ftit, imma edukazzjoni fuq xiex?", "FR SAVIOUR GRIMA: Edukazzjoni dwar l-abbuż mix-xorb u fuq l-imġieba taż-żgħażagħ, kif ukoll nuru kif isseħħ il-vjolenza permezz ta' statistiċi, ħalli dak li jkun ikun jaf x'qed jiġri.", "Dik it-tip ta' edukazzjoni.", "Jekk hemm bżonn, nibdew fl-iskejjel tagħna u rridu nibdew minn etajiet żgħar.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nixtieq nirreferi għal dak li qal is-Sur Scerri Simiana dwar it-town centre management.", "L-ewwel ħaġa, dan kien proġett pilota u kien hemm in-nies kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-suġġett.", "Ir-realtà hi li, kieku jien ma tkellimtx miegħek, Sur President, forsi lanqas kien jitla' dan is-suġġett ta' Paceville fuq dan il-Kumitat.", "Irrid ngħid li għamilna progress kbir, għaliex madwar din il-mejda qegħdin dejjem jiżdiedu n-nies involuti, u kollha huma nies validi.", "Importanti li din tkun xi ħaġa ongoing.", "U hawn nilbes ukoll il-kappell bħala Direttur tal-MTA, fejn bħala MTA nfaqna ċertu ammont ta' flus sabiex għamilna l-istruttura ta' dan it-town centre management.", "Issa importanti li jkun hemm hand-over proprju ta' dan il-kumitat li jista' jibda jiltaqa' darba fix-xahar – kif qegħdin nagħmlu hawnhekk – ħalli l-problemi rikorrenti jkunu solvuti, u tittieħed azzjoni immedjata.", "Nifhem li dan il-kumitat għandu ħafna issues x'jiddiskuti, u allura jekk ikun hemm dawn in-nies inkunu nistgħu naħdmu fl-immedjat.", "Xtaqt nirreferi għall-progress fuq dak li ntqal l-aħħar darba biex ma ninsewx il-punti validi li ħarġu dakinhar.", "Li qed jiġri hu li qegħdin nirrepetu ħafna affarijiet li diġà tkellimna fuqhom qabel.", "Waħda minnhom kienet il-problema – speċjalment issa li ġej il-Milied – tat-traffic management ġewwa din iż-żona, u aħna konna identifikajniha li ġejja minħabba l-car park li hemm ġewwa Portomaso, cjoè il-Hilton, fejn meta jkun hemm event kbira hemmhekk, hekk kif jibdew joħorġu l-karozzi mill-car park – ngħidu aħna jkollok tieġ ta' tliet mitt ruħ, ħames mitt ruħ u anke disa' mitt ruħ – inti għandek stop totali taż-żona, għax il-ħruġ tiegħek huwa kollu proprju minn dik it-triq fejn hemm il-Millenium Chapel!", "Allura għandek it-traffiku li ħiereġ minn Portomaso pparalizzat għal kollox sakemm joħorġu l-karozzi kollha mill-Hilton car park.", "Din is-sitwazzjoni kienet tjiebet meta konna għamilna dik it-triq one-way.", "Dak kien proġett li għamilna bħala MTA, il-famuża golden mile, fejn wieħed jista' jibda jimxi miż-żona ta' Pembroke u jibqa' sejjer sal-Gżira, l-Imsida, eċċ. Allura hemmhekk, meta wessajna l-bankina, għamilna one way, u l-unika mod biex tgħaddi inti u dieħel il-Casino biex tidħol għall-Westin hija għall-Westin biss, u ma tistax tinżel 'l isfel.", "Dakinhar konna ddiskutejniha din, u naħseb li mhijiex kompitu ta' dan il-Kumitat imma huwa kompitu ta' min jieħu ħsieb it-traffiku ġewwa dik iż-żona.", "Irridu nipprovaw insibu outlet oħra biex ma jkunx hemm din l-emerġenza.", "Din hija iktar importanti, speċjalment jekk Alla ħares qatt jinqala' xi inċident, u jkollna bżonn indaħħlu xi ambulanza jew xi fire engine.", "Nixtieq nirreferi wkoll lejn dak li ssemma fuq il-kwestjoni tan-noise pollution.", "Għal darb'oħra din mhijiex problema faċli biex issolviha għax għandek multiple variables.", "Bħala MTA konna għamilna esperiment fis-snin li għaddew, u sibna li, jekk ikollok dan l-istrument barra l-istabbiliment tiegħek u tgħaddi karozza, jew ikun hemm karozza wieqfa u sempliċement issabbat il-bieba tagħha, dan id-detector jiġi triggered!", "Jiġifieri din mhijiex biss kwestjoni ta' storbju li ħiereġ minn dak l-istabbiliment, imma anke l-istess nies li jkunu għaddejjin mit-triq jistgħu jiskattaw dan l-apparat.", "Jaf ikun għaddej xi ħadd fis-sakra u proprju jgħajjat, jew ikollu pitch għoli f'leħnu, dan se jiskatta l-apparat.", "U għalhekk mhijiex daqshekk faċli.", "Jien kont qiegħed f'korrispondenza mal-Bar Entertainment and Dance Association fuq il-kwestjoni tan-noise pollutions.", "Il-BEDA temmen li, għalkemm in-noise pollution li jkun hemm barra hija f'forma ta' blanket law, jiġifieri tkopri postijiet bħall-ajruporti, fejn inti għandek ir-residenti u għandek l-ajruplani għaddejjin minn hemm, jew inkella jkollok noise pollution ikkawżat minn xi fabbrika … Il-problema hi li l-BEDA dejjem tinsisti li jekk se nużaw dawk in-noise pollution levels allura fl-istabbilimenti, mhux se jkun hemm biżżejjed mużika li tikkrea l-hype li l-industrija tad-divertiment tirrikjedi.", "Wieħed mill-argumenti prinċipali tagħha kien li, meta inti espost għal ċerti volumi fi stabbiliment, inti mhux qiegħed tiġi espost għal sigħat twal, u allura mhux se jagħmillek ħsara bħal meta qiegħed ġo fih b'mod kontinwu.", "Punt ieħor li ssemma huwa tas-CCTV cameras.", "Niftakar li meta għamilna l-launching tagħhom – u hawnhekk nirreferi wkoll għal-laqgħa li kelli mal-Kummissarju tal-Pulizija u mas-Sindku, is-Sur Peter Bonello – konna dħalna fil-control room tagħhom, u l-iskop kien proprju dak li semma s-Sur Grima.", "Aħna bdejna noperaw b'dan il-mod, fejn meta jaraw xi ħaġa ħażina għaddejja minn fuq dawn il-cameras, li jiġu manned 24 siegħa kuljum, kienu jinformaw lill-Pulizija, li min-naħa tagħhom kienu jieħdu azzjoni.", "Dawn il-filmati jiġu recorded, u ġieli kien hemm inċidenti fejn il-Pulizija kienet tirreferi għal dawn ir-recordings biex ikunu jistgħu jidentifikaw xi persuni.", "Mill-aħħar laqgħa li kellna mal-Kummissarju, jien kont ħadt azzjoni, u bħala Direttur tal-MTA rriferejt lejn is-CEO tagħna, is-Sur Josef Formosa Gauci, sabiex dawn is-CCTV cameras jiġu attivati, u naraw kif nistgħu nsibu iktar flus biex inwessgħu iktar dawn il-cameras u nagħmlu t-tiswijiet fuq dawk li ma kenux qegħdin jaħdmu.", "Xtaqt nirreferi għal punt li konna ddiskutejna f'laqgħa preliminarja ħafna, fejn jien inħoss – u din iddiskutejtha ma' ħafna nies – li, bħala deterrent, mhux sempliċement xi ħadd li jaqla' l-inkwiet jew jikkrea xi reat fiż-żona ta' Paceville jeħel multa u daqshekk.", "Aħna nemmnu li l-akbar deterrent huwa meta lil dak li jkun teskludih minn dik iż-żona, għaliex nafu li jekk se taqta' xi żagħżugħ miż-żona, inti se tkun kissirtilhom xi ħaġa importanti ħafna għalihom.", "Din tbeżżagħhom, għax jekk ma jitħallewx imorru aktar hemm fejn se jispiċċaw?", "Ġo xi każin ġo xi raħal?", "Nafu li l-mod tal-istabbilimenti tad-divertiment li hemm hemmhekk, fil-varjetà tagħhom, hija xi ħaġa li se jimmisjawha żgur.", "U allura dik il-piena sservi bħala deterrent tajjeb.", "Żewġ affarijiet oħra li konna semmejna mal-Kummissarju hija li l-Pulizija kellha problema minħabba dawn il-karozzi bi pjanċi barranin, għaliex huwa diffiċli għall-Pulizija biex twaħħlilhom multa.", "U qiegħed nara abbuż minn dawn il-karozzi, anke fit-triq tiegħi stess, fejn dawn jaqbdu u jipparkjaw fuq il-bankini.", "Rigward il-bouncers, hemm liġijiet fuqhom li huma ċari.", "Aħna konna nvoluti f'diskussjonijiet twal mal-ex-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici dwar il-bouncers, u dawn huma regolati u dejjem insistejna li dawn għandu jkollhom ir-responsabilitajiet tagħhom, imma rridu nagħtuhom ukoll ċerti doveri biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Pereżempju, sakemm tiġi l-Pulizija, ikunu jistgħu jżommu lil xi ħadd li jkun qala' l-inkwiet.", "Konna mxejna fuqha din ukoll.", "Imma nerġa' ngħid li hemm regolamenti fuqhom dawn.", "Naturalment, nemmen ukoll li għad fadal iktar diskussjonijiet xi jsiru fuq dan is-suġġett.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Wasalna fi tmiem l-ewwel round.", "Issa t-tieni round mhux se jkun daqshekk fit-tul għax diġà saru d-9.00 p.m., u suppost bħalissa qrobna lejn it-tmiem tal-laqgħa tagħna.", "Se nagħti ftit ħin ieħor sabiex id-deputati jagħtu r-rakkomandazzjonijiet jew il-kummenti tagħhom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, jiena naħseb li l-iskop ta' dan il-Kumitat – bil-follow-up ta' dak ir-rapport – ħalla l-frott tiegħu.", "It-talba li nerġgħu nagħmlu follow-up wara x-xhur tas-sajf, peress li seħħew ċerti ġrajjiet li xegħelu l-bozza l-ħamra mill-ġdid, kien proprju biex naraw li r-rapport li sar minn dan il-Kumitat u li kulħadd qed jaqbel miegħu, ma jibqax rapport biss imma mmexxu fuqu b'ċertu ħeffa.", "Naturalment nirringrazzja lilkom kollha li ġejtu hawnhekk għal darb'oħra, b'uħud minnkom qegħdin magħna għall-ewwel darba wkoll, sabiex tagħtu l-kummenti tagħkom.", "Min-naħa tiegħi, aktar milli nsemmi l-problemi, naħseb li iktar importanti li nħarsu 'l quddiem.", "Jiena naħseb li dan il-Kumitat serva l-iskop tiegħu għaliex laqqa' lil kulħadd madwar mejda; imma tkun verament ħasra jekk kellna nieqfu hawn.", "Is-sentiment b'mod ġenerali huwa dan.", "Fil-fatt naħseb li għandna hawnhekk – u din semmiha s-Sur Simiana mill-MTA – hija lack of coordination.", "Naħseb li dan m'għandux jerġa' jiġri.", "Jekk dan il-Kumitat Parlamentari ta daqsxejn ta' spinta, din l-ispinta għandkom tirkbu fuqha – għad li dan il-Kumitat s'hawn jista' jasal – u jkun hemm xi ħadd li jieħu ownership tagħha.", "Forsi l-iktar korp idoneju biex jagħmel dan hija l-MTA, li tieħu f'idejha u tlaqqa' lil dawk kollha involuti, kif għamel dan il-Kumitat, biex turi progress.", "Naturalment, qed isir ħafna xogħol tajjeb.", "Ħadd gost nisma' lill-Assitent Kummissarju u lis-Supretendent jitkellmu fuq ix-xogħol tagħhom.", "Irridu nammettu li ħafna mis-soluzzjonijiet, l-ewwel ma jiġuk f'rasek huma l-Pulizija.", "Il-Pulizija għandu jkun jista' jamministra l-liġi, u ħadd ma jista' jeħodlu postu.", "Tajjeb u ħażin, dik hija l-missjoni tagħkom, u napprezzaw ix-xogħol diffiċli li għandkom.", "F'temp ta' ġimgħa, jien kelli bżonn is-servizz ta' pulizija darbtejn, u mingħajr m'għidtilhom min jien, dejjem tawni servizz tajjeb ħafna, kemm darba minnhom f'Tas-Sliema fejn kienet involuta karozza bi pjanċi barranin, kif ukoll darb'oħra.", "Nifhem li l-Pulizija għandhom xogħol responsabbli, u l-maġġoranza tagħhom iwettqu xogħolhom b'mod tajjeb ħafna.", "Jiena niskanta kif, meta naraw li l-popolazzjoni ta' Paceville tista' titla' sa 25,000 ruħ, ikollok biss 25 pulizija!", "Jien mhux se mmeri lilkom kif tagħmlu x-xogħol tagħkom, imma xorta waħda jkolli ftit dubju dwar dan in-numru.", "Issa sakemm ma jinqala' xejn, anke pulizija wieħed ikun ħafna; imma l-problemi jibdew meta jinqalgħu diversi problemi, fejn mhux biżżejjed li jkollok pulizija wieħed waħdu.", "Issa, fl-opinjoni tiegħi, qatt mhu ideali li jkollok pulizija waħdu, imma li ma' popolazzjoni ta' 25,000 ruħ ikollok 25 pulizija, jista' jkun li f'ċerti ħinijiet u f'ċerti ġranet, l-aktar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, forsi ma jkunux biżżejjed.", "Importanti ħafna li l-pulizija jkunu ta' ċerta esperjenza, li jkollhom it-taħriġ meħtieġ u jkollhom ukoll il-mezzi u r-riżorsi biex naturalment ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod possibbli.", "Jiena naqbel li l-pulizija qed jagħmlu tagħhom.", "Naturalment dejjem hemm x'wieħed itejjeb, però bejn wieħed u ieħor hemm bżonn li nsaħħulhom idejhom.", "Jien ukoll ninkwieta meta nisma' li jkun hemm pulizija li marru fuq ix-xogħol tagħhom, u dawn jispiċċaw aggrediti.", "U nappella hawnhekk lill-Qorti tagħna sabiex dawn il-każijiet tagħtihom aktar piż.", "Jien hawnhekk nagħmel il-paragun ta' meta jkollok persuna li qiegħda tidher quddiem il-Qorti u ma tilbisx il-ġlekk, fejn din tispiċċa ġurnata ħabs, u mbagħad meta persuna taggredixxi lil xi pulizija, toħroġ 'il barra!", "Naħseb li hawnhekk il-Qorti għandha żżomm dan quddiem għajnejha.", "Huwa tajjeb li l-Qorti żżomm id-dekor tagħha, u li kulħadd imur liebes kif titlob il-Qorti; però li pulizija jiġi aggredit, titressaq il-Qorti dik il-persuna li tkun aggredietu u toħroġ illiberata, naħseb li hija daqsxejn ta' esaġerazzjoni.", "Jekk hemm defiċenzi fil-liġi, tajjeb li nkunu nafu bihom biex, bħala Parlament, nimbottaw sabiex isiru l-emendi meħtieġa.", "Ħaġa li ma semmejniex hija r-responsabilità tal-Gvern Ċentrali hawnhekk.", "Jekk forsi hawn xi ħadd nieqsa hawnhekk, din hija proprju r-responsabilità tal-Gvern Ċentrali.", "Primarjament qed nirreferi għal Transport Malta, li m'hawn ħadd min-naħa tagħha, u ċerti problemi ta' natura oħra fejn hemm bżonn li jsir investiment qawwi min-naħa tal-Gvern Ċentrali.", "Pereżempju, għandek il-kwestjoni tal-parkeġġ.", "Jekk m'aħniex se nipprovdu spazju għall-parkeġġ, huwa inutli li nipprovaw noħolmu fuq affarijiet oħra!", "Jekk tmur f'pajjiżi barranin u tidħol fil-qalba tad-divertiment, ma tarax karozzi, għax tkun żona pedonali biss.", "Dik allura se tgħin kemm lill-Pulizija fil-qadi tad-doveri tagħhom għax m'għandekx xkiel ta' karozzi, u tgħin ukoll fit-traffic management.", "Imma ma nistgħux ngħidulhom biex ineħħu l-karozzi mill-qalba tad-divertiment, u mbagħad jaraw huma x'se jagħmlu.", "Kif ġustament issemma, din mhijiex biss problema fil-qalba ta' Paceville, imma hija problema għar-residenti ta' San Ġiljan, tas-Swieqi, eċċ. Ma nistgħux sempliċement ngħidu li ħlisniha miċ-ċentru, biex imbagħad il-problema nitfgħuha x'imkien ieħor.", "Għalhekk importanti li l-Gvern Ċentrali jagħmel ċertu tip ta' investiment fejn tidħol il-kwestjoni tal-parkeġġi.", "Issa wieħed irid jiddiskuti primarjament mal-Kunsill Lokali, kif ukoll mal-hamlet ta' Paceville eċċ., biex naraw fejn l-aħjar li jsir.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sindku qed isemmi r-residents' parking.", "Dan jeżisti, u għandu jibda jiġi infurzat.", "Però aħna nafu li rridu nipprovdu wkoll parkeġġ addizzjonali.", "Issemmew il-ħaddiema ta' Paceville, u ssemmew dawk li jmorru biex jiddevertu f'dak il-post.", "Importanti li jekk aħna lkoll naqblu li hemmhekk se jibqa' l-mekka tad-divertiment, ma ninsewx jew ninjoraw lil ħaddieħor, għax inkella se nkunu qegħdin noħolqu l-problemi fuq ir-residenti.", "Rigward in-noise pollution, ma naħsibx li hawnhekk qegħdin nivvintaw ir-rota!", "Jekk naraw pajjiżi oħrajn x'għamlu, ma nħossx li għandna noqogħdu nsemmu l-ajruplani u l-ajruporti jew ħaġa jew oħra.", "Pajjiżi oħra x'għamlu?", "Hawnhekk kulħadd siefer, u kulħadd mar f'postijiet oħrajn.", "Is-Sindku semma xi suġġerimenti, issa jekk humiex tajbin jew le ma nafx għax m'iniex persuna teknika, imma ejjew ma nippruvawx inraqqdu xi ħaġa li tista' tkun ta' soluzzjoni.", "IS-SUR PHILIP FENECH: Kemm nagħmel kjarifika żgħira: jien qed ngħid li fejn użaw dawn l-istrumenti, ma wżawhomx f'żona kif inhi intensa bħal Paceville!", "CARMELO ABELA: Imma s-Sindku semma suġġerimenti oħra wkoll.", "IS-SUR PHILIP FENECH: Jekk ikollok stabbiliment li qiegħed waħdu u m'għandux il-multi variables li semmejt, hemmhekk taħdem.", "Paceville huwa uniku għax huwa intens.", "Qiegħed f'żona żgħira fejn għandek dik l-intensità kollha.", "ANTHONY ZAMMIT: Mur imxi fiż-żona ta' divertiment li hemm f'Dusseldorf u tara kif dawn hekk huma, bar wara bar wara bar, u fuq barra ma tisma' l-ebda noise pollution.", "IS-SUR PHILIP FENECH: Imma dawn għandhom dawn l-istrumenti wkoll?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien mhux qed ngħid biex dawn l-affarijiet niddeċiduhom madwar mejda, imma li jkun hemm grupp ta' esperti li jaraw u jieħdu l-aħjar prattiċi barranin, biex flimkien naslu għas-soluzzjoni.", "Din mhijiex kwestjoni ta' impożizzjoni, dik xi ħaġa li ma nemminx fiha jien.", "Imma din hija kwestjoni ta' li wieħed janalizza l-affarijiet, u naħseb li b'xi mod għandna naslu.", "Jien nemmen ħafna fl-awto-dixxilpina, u jekk nemmnu fl-awto-dixxiplina, ikun jaqbillu kulħadd, l-ewwel u qabel kollox fosthom huma proprju dawk li għandhom interessi kummerċjali hemmhekk.", "Is-Supretendent semma li l-affarijiet li jiġru f'Paceville jingħataw iktar importanza, u jispikkaw aktar milli kieku seħħew fi rħula oħra.", "Dak jista' jkun negattiv, anke mal-ġenituri stess, fejn dawn ma jkunux iridu jibagħtu lit-tfal tagħhom f'postijiet ta' periklu.", "Sfortunatament Paceville ġie ttimbrat bħala post ta' periklu għax ikun hemm ħafna massa ta' nies, eċċ. Jekk b'xi mod nibdew indawru din il-kultura, fejn ikun hemm iktar responsabilità, dan ikun jaqbel għal kulħadd, inkluż lil min għandu investiment hemmhekk, imma mhux biss għax naturalment il-benefiċċju jinħass ukoll fuq oħrajn.", "Allura l-awto-dixipplina hija importanti ħafna, għax inkella jiġri bħal meta xi ħadd irid isir sinjur f'daqqa, fejn dan jieħu l-fama li jbiegħ bl-għoli u n-nies imorru x'imkien ieħor.", "Għalhekk nemmen ħafna fl-awto-dixxiplina.", "L-aħħar kumment li xtaqt nagħmel huwa fuq dak li qal Fr Saviour, fejn semma l-problemi marbuta ma' Paceville direttament, kif ukoll problemi marbuta mas-soċjetà in ġenerali.", "Ma nistgħux ninjoraw dak li semma Fr Saviour.", "Naturalment, min imur hemmhekk se jiżvoga l-problemi ta' ġimgħa sħiħa.", "Anke min ikollu trobbija tajba, ġieli f'dawk il-ftit sigħat li jagħmlu Paceville jkunu jridu jinfexxu hemmhekk biex jinsew il-problemi ta' ġimgħa sħiħa.", "Jien il-preżenza tal-Pulizija ma ddejjaqni xejn, anzi lili tagħtini serħan il-moħħ.", "Naħseb li ħadd m'għandu jiddejjaq bil-preżenza tal-Pulizija.", "Jien jekk nara persuna bl-uniformi nieħu gost u mhux niddejjaq.", "Dan mhuwiex stat pulizjesk.", "Meta tkun barra tarahom il-pulizija għaddejjin jippassiġġaw, ma jdejqu lil ħadd, imma l-fatt li hemm xi ħadd li għandu dik ir-responsabilità, jien stess li nkun qed nieħu gost f'dak il-post, nieħu pjaċir bil-preżenza tagħhom għax naf li, jekk xi ħadd se jabbuża, żgur li se jaħsibha darbtejn qabel jagħmel xi ħaġa.", "Kemm insemmi xi ħaġa ta' malajr fuq il-bouncers, u nagħlaq id-diskors tiegħi.", "Xi kultant naħseb li ċerti diffikultajiet jinħolqu minħabba ċerti attitudnijiet ta' ċerti bouncers, imma ma rridux nitfgħu lil kulħadd f'keffa waħda, għax għandna ħabta niġġeneralizzaw iż-żejjed.", "Naħseb li għandu jkun hemm iktar affjatament.", "L-ewwelnett, l-għażla tal-bouncer hija importanti għax, jekk jien show-off, lil dak li jkun minflok se nkellmu bil-kelma t-tajba, se naqbdu mill-flokk u nitfgħu 'l barra.", "Għalhekk għandu jkun hemm affjatament bejn il-Pulizija u min jintagħżel bħala bouncer.", "Nerġa' ngħid li jrid ikun hemm responsabilità fl-għażla tal-bouncer.", "Is-Sur Fenech qal li dawn qed jiġu liċenzjati, imma jidhirli li dik diġà daħlet fis-seħħ.", "Hux hekk?", "Importanti li dawn jibqgħu jsiru u jintagħżlu biss dawk li għandhom il-liċenzja u jkun hemm ħidma aħjar mal-Pulizija, li mhux xi kultant dawn jispiċċaw ifixxklu l-ħidma tal-Pulizija aktar milli jgħinuhom.", "Hawnhekk mhux qed niġġeneralizza, imma jkun hemm każi simili.", "Fl-aħħarnett, naħseb li jekk intom tibqgħu taħdmu flimkien, bil-mod il-mod jista' isir progress.", "Ħalli ma ngħidux li ma sarx progress, imma wieħed dejjem jimmira biex jagħmel aktar progress.", "Naħseb li jekk wieħed jibqa' jiltaqa' – u the way forward hija proprju dik li wieħed jibqa' jiltaqa' u jiġu inklużi l-istakeholders kollha, inkluż il-Gvern Ċentrali, li min-naħa tiegħu għandu jkun lest li jalloka iktar fondi biex isiru ċerti affarijiet, għax ma nistgħux nippretendu li l-Kunsill Lokali se jlaħħaq ma' kollox bil-fondi tiegħu!", "Żgur li l-Kunsill ma jiflaħx jibni car park minn butu.", "Nemmen li b'ċerta rieda tajba, kif proprju wrejtu fil-kwestjoni tal-ġbir tal-iskart, wieħed jista' jasal biex jagħmel progress.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Jien nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li kienu preżenti madwar din il-mejda.", "Ħafna mill-affarijiet li kelli xi ngħid semmihom l-Onor.", "Is-sajf għadda u jidher li sar progress.", "Ejjew issa nibdew naħsbu għall-perijodu tal-Milied.", "Hemm bżonn li ningħaqdu flimkien ħalli nagħtu lil kulħadd żmien sabiħ tal-Milied u ma jkollniex aktar inkwiet, għaliex għaddejna minn ħafna mumenti trawmatiċi u tlifna ħafna ħajjiet.", "Nisperaw li dawn l-affarijiet ma jiġrux issa f'dan il-perijodu tal-Milied.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Wasalna għall-għeluq ta' din il-laqgħa.", "Ovvjament nixtiequ li, wara din il-laqgħa, tiġi ppjanata oħra aktar 'il quddiem, fejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet … Jekk jaqblu sħabi, ma niddejjaq xejn li intom tiġu mistiedna hawnhekk meta jkun hawn il-preżentazzjoni ta' dawn ir-rapporti lill-Ministri rispettivi.", "Ovvjament, irrid li dak li ntqal illum jinġabar fi transcript biex ma nitilfu xejn minnu, u jiġi anness ma' dan ir-rapport.", "B'hekk, meta niġu biex nippreżentaw dan ir-rapport lill-ministri konċernati, dak kollu li għidtu intom illum ma jintilifx.", "Aħna m'għandniex lil xi ħadd iktar importanti minn ieħor, u allura l-ideat kollha se jkunu qegħdin hemmhekk.", "Ovvjament, l-iskop ta' dawn il-laqgħat kienu biex noħolqu dan il-koordinament, għax ridna nirrispondu għal diversi preokuppazzjonijiet, l-aktar min-naħa tal-ġenituri.", "Fil-fatt il-GASP inħolqot b'dan il-għan.", "Hawnhekk kien hawn issues differenti li jistgħu joffru soluzzjonijiet differenti.", "Kellna lil min joffri soluzzjoni għal ħaġa, u min joffri soluzzjoni għal ħaġa oħra.", "Però, l-iskop jibqa' dak – anke kif semmew sħabi, l-Onor.", "Anthony Zammit, u intom stess – ta' responsabbilizzazzjoni, fejn kulħadd irid jirresponsabbilizza ftit iktar lilu nnifsu.", "Aħna veru li bdejna biex nirrispondu għall-preokupazzjonijiet tal-ġenituri, imma jien hawnhekk irrid nagħmel enfasi u ndur fuq il-ġenituri stess u fuqkom bħala GASP, sabiex teħduha intom ir-responsabilità li minn issa sal-Milied, fuq kull programm ta' talk show li hawn fuq diversi stazzjonijiet, tibdew toħolqu dak is-sens ta' responsabbilizzazzjoni.", "U dan irid isir minnkom bħala ġenituri.", "Intom lilna wrejtuna l-preokupazzjonijiet tal-ġenituri, imma ħafna minn dak li qed jiġri f'Paceville u f'postijiet oħrajn f'Malta huwa riżultat ta' abdikazzjoni tal-ġenituri mir-responsabilitajiet tagħhom bħala ġenituri!", "Hawnhekk nerfa' ir-responsabilità ta' dak li qed ngħid, għaliex dan huwa l-ħsieb tiegħi.", "Il-ġenituri huma l-ewwel għalliema, u għalhekk għandhom jgħallmu bl-eżempju u jgħallmu bil-kelma.", "L-iktar sens ta' responsabilità, għalkemm din tiġi mill-edukaturi, jien qed nistenna li ħafna minnha għandha tiġi mill-ġenituri.", "Il-ġenituri jridu jgħallmu bl-eżempju, u allura trid issir ħidma f'dan ir-rigward.", "Issa, daqskemm intom tajbin bħala GASP biex tagħmlu din il-biċċa xogħol, żgur li m'hawn ħadd aħjar, la l-Pulizija u lanqas l-edukaturi.", "Anzi, jekk l-edukaturi huma nfushom imorru Paceville, u xi kultant jistgħu jġibu ruħhom ħażin bħala għalliema għax ikunu għadhom żgħażagħ … Imma intom tibqgħu l-leħen tal-ġenituri għal mal-ġenituri.", "B'dan il-ħsieb, nikkonkludi din il-laqgħa.", "Naturalment, tiġu avżati meta nkunu se nagħmlu l-laqgħa li jmiss.", "Nittama li din issir din is-sena stess.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.17 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20121113_143d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 143", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-19.16 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 142 li saret nhar It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2012 ġew konfermati.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sur Adrian Ellul u s-Sur Martin Sultana residenti minn Pembroke, is-Sur Joseph Oliva kunsillier, is-Sur Julian Cassar Torreggiani mill-Federazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż (FELTOM), is-Sur Mark Anthony Scerri mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, l-Assistent Kummissarju Raymond Zammit, is-Supretendent Stephen Gatt, Dr Anthony Farrugia mill-Grupp għal Paceville aktar sikur (GASP), is-Sur Mark Grima u s-Sur Jeremy Dalli mill-PCEA, is-Sur Peter Bonello Sindku ta' San Ġiljan, is-Sur Philip Fenech mill-GRTU u Fr Saviour Grima mill-Millenium Chapel.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-21.17 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121113_143m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2012 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2012 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Analiżi tal-effett ta' Avviż Legali 229 tal-2012 u studju dwar il-possibilità ta' emendi oħra fit-Tmien Skeda tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, partikolarment f'Kategorija B tal-istess Skeda.", "8 ta' Novembru 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121119_011a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 10 li saret fit-28 ta' Mejju, 2012, ġew konfermati.", "ANALIŻI TAL-EFFETT TA' AVVIŻ LEGALI 229 TAL-2012 U STUDJU DWAR IL-POSSIBILITÀ TA' EMENDI OĦRA FIT-TMIEN SKEDA TAL-ATT DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR, PARTIKOLARMENT F'KATEGORIJA B TAL-ISTESS SKEDA", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Illum għandna magħna numru ta' uffiċjali mill-MEPA, għandna liċ-chairman Mr. Austin Walker, is-CEO Dr. Ian Stafrace, il-Kap tal-Enforcement Section il-Perit Alex Borg u Dr. Jesmond Schembri mill-Ministeru tal-Onor. deMarco.", "Għall-informazzjoni tal-mistednin, nixtieq ngħarrafhom li din il-laqgħa qed tkun web streamed.", "Jekk hawn min għandu xi oġġezzjoni li jidher wiċċu fuq l-istreaming, nitlobu jindikalna, jekk le nibqgħu għaddejjin.", "Jidher li m'hawnx oġġezzjonijiet.", "Dan il-Kumitat kien l-ewwel kumitat ta' ċertu profile pubbliku li kien ikkunsidra dik is-sistema ta' compliance li issa daħlet fis-seħħ u qiegħda taħdem u l-laqgħa tal-lum ġiet imsejħa għax kelli rikjesta minn xi Membri biex nagħmlu laqgħa mal-uffiċjali tal-MEPA sabiex nagħtu l-feedback tagħna fuq l-istess sistema.", "Fuq il-Kumitat hawn erba' membri li kollha huma periti prattikanti, jiġifieri se nitkellmu minn żewġ kpiepel, mill-kappell ta' periti prattikanti u minn kappell ukoll ta' rappreżentanti tan-nies li jiltaqgħu mal-istess nies fuq l-istess affarijiet.", "Nixtiequ nagħmlu r-reazzjonijiet tagħna dwar din is-sistema ta' compliance, kif ukoll nistaqsu lill-MEPA jekk hemmx xi ħsebijiet anke ta' irfinar tas-sistema u forsi jkollna skambju daqsxejn frank biex din is-sistema tkun iktar ta' benefiċċju għall-pubbliku in ġenerali.", "Se ngħaddi mill-ewwel il-kelma lill-Onor.", "Philip Mifsud li kien wieħed milli ħa l-inizjattiva biex tiġi mgħajta din il-laqgħa.", "Wara numru ta' xhur li din is-sistema bdiet taħdem u wara li naħseb li lkoll kemm aħna b'xi mod jew ieħor bħala periti ltqajna ma' każi, jiena ħassejt, kif taf tajjeb inti, li jkun hawn din il-laqgħa ta' follow-up prattikament għal tliet raġunijiet li se nagħmel riferenza għalihom.", "Nibda bl-ewwel waħda.", "Naħseb jekk kien hemm dubju tal-bżonn, dak id-dubju m'għadux hemmhekk għax ilkoll kemm aħna naħseb li rajna feedback minn nies li jiġu jistaqsu, ovvjament mhux bilfors ikunu fehmu għal xiex qed tapplika, allura wieħed ikollu jispjega, imma l-fatt li mhux bilfors ikunu fehmu għal xiex qed tapplika forsi lili jġegħelni nirrealizza kemm l-umbrella tista' tkun iktar wiesgħa, kemm hemm fierxa iktar wiesgħa ta' bżonnijiet li qed jinibixxu l-ħruġ ta' compliance jew inkella żvilupp addizzjonali.", "Imma qabel niġi għal dak irrid nagħmel ftit kritika lis-sistema nnifisha.", "Qed inħoss li l-periti li qed jiġu jagħmlu sottomissjonijiet f'isem individwi, f'isem klijenti qed jiffaċċjaw sistema li forsi m'għandhiex tkun hekk, fis-sens li qed inħoss li hemm qisu ġerarkija ta' uffiċjali li din it-tip ta' applikazzjoni trid tgħaddi minnha, jiġifieri qabel ma tissottomettiha jrid jiċċekkjahielek xi ħadd, imbagħad forsi jgħaddiha lil xi ħaddieħor, imbagħad tmur għand is-segretarja, imbagħad biex tingħata feedback – jien onestament għadni ma rajt l-ebda waħda rritornata lura b'reazzjoni – jgħidulek li dawn qed jassessjahom id-Direttur.", "Jien naħseb li jkun aħjar kieku jkun hemm sistema bħalma jiġri fil-minor amendments fejn għandek persuna li taf ir-responsabilitajiet tagħha, hija aċċessibbli biex tiltaqa' magħha u tgħidilha li beħsiebek tagħmel xi tip ta' minor amendment u tgħidlek jekk tikkwalifikax jew le u tmexxi u tirċevi r-risposta.", "Nemmen li fil-MEPA hemm nies li jistgħu jkunu din it-tip ta' persuna li taf ir-responsabilitajiet tagħha, taf safejn tista' tasal, jekk ma tħossx li forsi huwa l-kompitu tagħha, tikkonsulta, imma naħseb li s-sistema għad jonqosha dan it-tip ta' irfinar għax personalment għadni m'iniex qed nara din is-sinerġija, donnu hemm ħafna overlap.", "Jien qed inħoss li hemm biżgħa mhijiex ġustifikata biex ikun hemm feedback pożittiva min-naħa tal-MEPA.", "Dak l-ewwel punt fuq is-sistema.", "Rigward il-legal notice hemm tliet punti li nixtieq nagħmel.", "Ħalli nibda bir-room in backyard.", "L-ewwelnett donnu hemm l-understanding li sa 65% jista' jkollok konċessjoni għar-room in backyard, imbagħad is-65% tista' tikber għal 50% ġaladarba jkun hemm il-konfort ta' engineers report.", "Dik bħala qies tal-backyard, imma mbagħad hemm paragrafu (iv) ta' klawsola 2 li titkellem fuq room in backyard fejn il-punt tat-tluq huwa li l-qies tal-bitħa li jkun hemm din il-kamra fiha jrid ikun konformi mar-regoli sanitarji.", "Allura jista' jkollok każi – u jien iltqajt ma' każi hekk – ta' standard typical house fejn suppost il-bitħa tkun ta' sitt metri b'għaxar piedi, imma jkollu naħa tkun 10 piedi u naħa oħra tkun disa' piedi u nofs, u allura għandek infringement żgħir ħafna ta' 5%, u għandu kamra fil-bitħa.", "Kif inhi l-legal notice dan ma jistax japplika għax m'għandux il-qies skont ir-regolamenti sanitarji.", "Jiena nissuġġerixxi li din tinbidel u n-net jibqa' 35%, allura 65%.", "Jiġifieri jekk wieħed għandu dawn iż-żewġ nuqqasijiet, ġaladarba s-65% jibqa' rispettat għaliex dik qisha hija l-benchmark, naħseb li wieħed jista' jagħmel fine tuning żgħira biex dik tiġi emendata u tiġi inkluża.", "Imbagħad rigward l-internal yards qed naċċettaw – lanqas naf x'terminoloġija nuża għax forsi mhux taċċetta għax mhux qed tissanzjona – jew qed nirrikonoxxu li qies ta' bitħa interna jista' jinżel saħansitra sa 50%.", "Mela jekk jien għandi bitħa li suppost hija 10 piedi b'sitt piedi imma s-sitt piedi huma fil-fatt ħames piedi, allura nista' nġib rikonoxximent u jekk ġaladarba għandi bedroom li minflok fuq 10 piedi qed tħares fuq ħames piedi nġib rikonoxximent.", "Allura tinħoloq sitwazzjoni fejn għandek użu ta' kamra li t-twieqi tagħha mhumiex fuq in-naħa t-twila tal-internal yard, imma huma fuq in-naħa l-qasira, allura għandhom spazju quddiemhom ta' sitt piedi li sal-lum x'imkien fir-regolamenti ma jistgħux jintużaw bħala habitable room għaliex jgħidlek irid ikun on the other side.", "B'din il-legal notice issa a bedroom jista' ikollha quddiemha sa ħames piedi biss u tiġi aċċettabbli.", "Allura b'dak l-argument naħseb li din forsi għandha tkun estiża ftit b'mod li anke kmamar li huma fuq il-ġenb tal-internal yard u li għandhom ħames piedi jew iżjed għax issa l-ħames piedi ġiet benchmark, jistgħu jkunu kkunsidrati li jintużaw b'mod abitabbli wkoll għax sal-lum dawn ma jistgħux jintużaw għal hekk.", "L-aħħar punt li ridt nagħmel aktar hija forma ta' mistoqsija.", "Jekk xi ħadd għandu rregolarità li tmur 'il hinn minn dak li huwa permessibbli llum, pereżempju għandu l-bini fil-back yard li parti minnu jiżboq il-ħames piedi, għandu erba' piedi biss mill-back wall, jekk hu jagħżel li jwaqqa' dak li għandu li jmur extra minn din il-legal notice, jiġifieri jwaqqa' pied pereżempju, jista' jagħmilha mbagħad japplika din?", "Dik hija diffikultà li ltqajt magħha u forsi nitlob kjarifika fuqha.", "Rigward il-legal notice naħseb dak li kelli xi ngħid, imma mbagħad nixtieq nissuġġerixxi li l-MEPA, forsi anke l-ministeru, jikkunsidra li jifrixha naqra iżjed, forsi anke għal affarijiet oħra li mhumiex daqstant sanitarji.", "Kelli okkażjonijiet fejn tiltaqa' ma' każi li tgħid li dawn l-infringements lanqas għandhom il-konsegwenzi jew il-gravità ta' dawn li qed insemmu hawnhekk, għax meta wieħed qed jikkunsidra li bitħa prattikament tista' iċċekkinha bin-nofs hemm ċertu weight.", "Imma pereżempju meta xi ħadd qabeż il-building line bi ftit ċentimetri għal ġo front garden li huwa tiegħu stess, m'hemmx implikazzjonijiet daqstant kbar.", "U naf b'każi li pereżempju xi ħadd ried jiżviluppa s-sular addizzjonali li bil-height limitation jista' jikkwalifika għalih, imma għax għandu infringement żgħira minħabba li l-building line qabeż ftit 'il barra fil-front garden, allura huwa miżmum milli jagħmel dan.", "U dak huwa suġġeriment li nixtieq nagħmel, li f'dawn it-tipi jkun hemm limitations bħalma hawn f'dawn il-każi, jiġifieri jrid ikun hemm tant distanza, jew tant percentage mill-front garden.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq binjiet li nbnew u forsi ilhom li nbnew ukoll, ħafna minnhom fit-tmeninijiet fejn forsi ma kenux joqogħdu daqstant attenti għal dawn l-affarijiet, imma qed iħabbtu wiċċhom magħhom issa.", "Hemm numru kbir ta' żviluppi li minkejja li bid-DC1/88 kien ikun hemm il-condition standard li ma stajtx taqbeż it-12-il filata, ħafna nies ....", "PHILIP MIFSUD: Ukoll, jiġifieri l-garaxx u l-blata tal-garaxx.", "Xorta naħseb irid ikun hemm restrizzjoni fuq l-użu.", "Jiġifieri sakemm l-użu jkun konformi ma' użu residenzjali, il-fatt li għandi garaxx ftit ogħla ma naħsibx li għandu jkun l-aħħar tad-dinja u ma naħsibx li għandu jinibixxi compliance u lanqas li forsi wieħed jagħmel żvilupp addizzjonali.", "Imbagħad xi ħaġa li żgur tweġġa' irjus ħafna nies, hija l-kwestjoni li niltaqgħu magħha ħafna fejn jidħlu l-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar u Buġibba.", "Qed nirriferi għal numru ta' proprjetajiet li nħareġ permess għal flat kull sular u dawn inqasmu fi tnejn jew forsi anke fi tlieta.", "Hemm minnhom li għandhom il-btieħi mhumiex skont il-qies u allura qed nagħmlulhom din ir-request għall-concession għall-bitħa nnifisha, qed nippruvaw insolvulhom ix-xi ħaġa ż-żgħira, jiġifieri li hija l-bitħa mhijiex skont il-liġi sanitarja, imma li dawn huma maqsumin fi tnejn m'aħniex nittekiljawha.", "Jien naħseb li mill-affarijiet li semmejt s'issa din hija l-iktar waħda delikata għax hemm sitwazzjonijiet, mhux fejn jikkonċerna l-iżviluppaturi għax l-iżviluppaturi kważi nkun goff u ngħid li ma jiddispjaċinix għalihom, fejn ħafna nies xtraw bona fede u forsi qed jippruvaw ibigħu jew jagħmlu ħaġa jew oħra u ma jistgħux.", "Jien naf bi blokki fejn għandek 12-il appartament kollha bis-servizzi tad-dawl u tal-ilma, imma mbagħad ikun hemm wieħed li jkun forsi xtrah u ħallih hemm u issa jridu għal xi ħadd mit-tfal u ma jistax iġib is-servizz.", "Hija sitwazzjoni miskina u naħseb li wasal iż-żmien li nittekiljawha wkoll.", "THE CHAIRMAN: Grazzi Onor. Mifsud.", "Peress li għamilt lista ta' affarijiet jiena nippreferi li mill-ewwel ngħaddi għall-uffiċjali tal-MEPA biex jirrisponduna, imbagħad nagħti ċans lill-kollegi l-oħra jagħmlu l-interventi tagħhom.", "Però qabel ma jweġbuna fuq l-issues li qajjem l-Onor.", "Mifsud, xtaqt nagħmel xi kummenti ġenerali fuq kif qed taħdem, forsi l-problemi li sabet il-MEPA u forsi anke kummenti ġenerali għalfejn it-throughput tal-approvazzjonijiet mhux qed ikun tant effiċjenti daqskemm wieħed kien jistenna.", "La se jweġibna l-Perit Borg qed nifhem li s-sistema taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Enforcement Section.", "PERIT ALEXANDER BORG (Director Enforcement, MEPA): Dwar is-sistema kif qed taħdem se nillaċċja mill-ewwel mal-ewwel kummenti tal-Onor.", "Is-sistema kif ġiet stabbilita u anke konna ddiskutejna mal-Kamra tal-Periti, eċċ., hija li ssir applikazzjoni bil-pjanti minn perit biex japplikaw għal dawn il-concessions.", "Jiġifieri qabel kien hemm article 55(b) tal-liġi – hawnhekk kollha perit u kollha tifhmuni – li bażikament kien jgħid li jekk int qiegħed fl-ischeme m'hemmx issues ta' change of use u m'hemmx issues ta' alignment tista' tapplika u jkollok concession waħda li kienet li ma nistgħux nieħdu direct action fuq il-każ u kienet pre-1992.", "B'din li saret issa qed nagħtu tliet concessions li bażikament l-istess waħda li ma ħadux direct action, però għandek żewġ concessions oħra li eventwalment tkun tista' tapplika għal ċertifikat tad-dawl u l-ilma li jista' joħroġlok jekk l-uniku issue li jkollok hija dawn l-issues li ġew maqbuda u l-istess tista' tapplika għal extensions jew alterations jew additions li qabel minħabba legal notice 514 ma setax ikun possibbli.", "Fil-fatt ħriġna circular u għamilna ċerti requirements, tipo x'kuluri se jintużaw għal ċerta uniformità u biex l-affarijiet jiftehmu.", "Irrid nagħmilha ċara li aħna esiġejna fis-circular li dawk l-affarijiet li qed napplikaw għalihom jintużaw bil-kulur, għandek l-aħmar as required by law, blue as built u aħdar as approved, il-bqija qed nitolbu li jkun bl-iswed għax li hemm fl-iswed m'aħniex se narawh.", "Ħafna drabi m'hemmx enforcement notices, in-nies qed jiġu minn jeddhom biex japplika u m'aħniex qegħdin hemm biex inkomplu nżidu l-problemi, imma biex innaqqsuhom.", "Mela aħna se nikkonċentraw fuq x'qed juruna bil-kulur, jiġifieri jekk hemm illegalitajiet oħra fis-site m'aħniex qed narawhom, m'aħniex qed immorru għand tad-distrettt, just qed nassessjaw x'qed jintalab.", "Issa ngħaddi għal kif qed tiġi operata s-sistema.", "Għal kull applikazzjoni hemm charge ta' €250 u jekk l-appkikazzjoni tiġi refused il-flus mhux qed jiġu refunded.", "L-issues li qed jgħidu in a way li qed ikun hemm ftit toing and froing fil-bidu huwa għax kważi kważi qed nagħmlu l-assessment qabel tidħol l-application biex lil dak li jkun ma noqogħdux innefquh flus għalxejn.", "Għalhekk fil-bidu l-periti ħafna drabi qed jarawlhom id-drawings min se jassessja d-drawing, mhux just tidħol għand is-segretarja li qed tivvetjah u jidħol imbagħad jiġu b'refusals, jiġifieri għalhekk qed indumu.", "Għalina sa ċertu punt huwa xogħol żejjed li qed narawh imbagħad qed nerġgħu narawh, imma qed nagħmluha biex kemm jista' jkun jekk ikun hemm problema nindunaw biha mill-ewwel u application ma tidħolx jew jekk hemm bżonn titranġa.", "Jiġifieri rrid nagħmilha ċara li m'għandna l-ebda obbligu li nagħmlu dan, nistgħu ngħidu lill-istaff tagħna ma joqogħdux jarawhom, jidħol dritt għand il-vetter, imbagħad naraw wara, imma mbagħad se jkun hemm każi fejn jew li dak li jkun ma fehmiex, eċċ. u nispiċċaw b'ħafna gdiedem għalxejn, fis-sens li mhuwiex fair fuq il-klijenti.", "Jiġifieri għalhekk qed idumu ftit.", "PHILIP MIFSUD: Kemm daħlu applikazzjonijiet?", "PERIT ALEXANDER BORG: Daħlu madwar 460 u ħriġna madwar 120, jiġifieri one-fourth minnhom diġà mexxejnihom.", "Ħriġt ukoll instructions lill-istaff fejn hemm application pending u ġiet sospiża … Mela kien hemm numru ta' development applications li huma fil-pipeline, qed jiġu proċessati, indunaw li kellhom issue li tgħaddi b'din u allura ngħidulhom li jekk japplikaw biex jingħataw suspension qed tingħata suspension sakemm tiġi proċessata s-Category B application.", "Dawk qed jingħataw priorità u qed jingħataw ukoll priorità fejn qed jgħidulna li hemm xi kuntratt li se jagħlaq dalwaqt, xi konvenju, eċċ. Jiġifieri bdejna b'dawk.", "Lill-istaff tiegħi għedtilhom ukoll biex jagħtu rush kemm jista' ikun affarijiet li huma iktar straight forward ħalli neħilsu minnhom ukoll.", "Nerġa' ngħid li mill-460 li daħlu, sal-lum mexxejna 110 li kienu approved.", "Għalhekk jien għedt li jdumu ftit għax f'ċerti każi qed naraw id-drawing qabel, imma dak li qed jingħad li qed jarahom id-Direttur, eċċ. ma nafx għalfejn qed jgħiduh.", "Jien qed ngħidilhom biex juruhomli, imma just biex ikolli idea ta' x'qed jiġri.", "THE CHAIRMAN: Jien kelli applikazzjoni u ċemplitli waħda mill-MEPA biex tistaqsini x'inhu l-persentaġġ tal-bitħa kif built kontra dak required by law.", "Jien iċċekkjajt il-pjanta u sibt li l-areas kienu miktubin, jiġifieri kalkolazzjoni sempliċi li setgħet tagħmel l-uffiċjal qagħdet iċċempilli biex nagħmilhielha jien u nibgħatilha ittra, li jien rajtha frivola u ma rajt imkien ir-requirement li jgħidlek li trid tgħid il-bitħa tiegħek x'inhu l-persentaġġ ta' dak li huwa rikjest.", "Dan ġara l-ġimgħa l-oħra.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk ikun hemm issues dejjem jgħiduli, però naħseb dik qiegħda fis-circular.", "L-idea ovvjament hi li l-perit qed jgħid il-percentage li torbot mal-legal notice, però jekk hemm issues għiduli ħalli nkun aware tagħhom.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jien m'iniex se mmerik, imma jekk hemm issue tajjeb tieħu nota tagħha u naraha ftit.", "Kif bsarna, mill-460 applikazzjoni li daħlu l-aktar li kien hemm kienu f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, fil-fatt dawn jammontaw għal 77, jiġifieri 17%, it-tieni l-iktar – ukoll mhux sorpriża – kienu f'Marsascala fejn kien hemm 33 applikazzjoni imbagħad kien hemm 32 f'Tas-Sliema, 27 fis-Swieqi, 21 f'Birkirkara u l-Mosta.", "Li ma tantx daħlu u kont sorpriż għax taħt artiklu 55 li kellna qabel l-iktar li kienu jidħlu, kien minn Għawdex fejn kellna 12 biss.", "Qed nassumi li qed jibżgħu li se jikxfu lilhom infushom!", "Kif għedt, aħna m'aħniex qed naraw x'hemm oltre milli qed japplikaw in-nies fuqhom u lanqas fejn qed jiġi refused mhu qed jintbagħtu għand l-enforcement officers, biex kemm jista' ikun la nżidu x-xogħol għalina u lanqas għal ħadd iktar.", "Kulma qed immorru għand l-enforcement officers fejn hemm enforcement notice, jiġifieri jekk jiġi deċiż immorru biex naraw jekk il-każ ġiex sospiż b'artiklu 91 jew le.", "Naħseb iktar minn hekk ma tantx nistgħu nagħmlu.", "L-aktar li daħlu minn dawn l-erba' kategoriji kienu fuq l-internal yards, imbagħad fuq il-back yards, fuq l-internal height daħlu mhux ħażin ukoll u fuq back yards kważi ma daħlu xejn, fil-fatt minn 460, 15 biss kellhom issue ta' kamra fil-back yard.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Mill-110 li pproċessajtu kemm minnhom kienu rifjutati?", "THE CHAIRMAN: Jekk se nagħmlu l-kumment ġenerali, jien naħseb lik kien hemm deċiżjoni mill-MEPA li tillimita l-compliance għal dawn l-erba' kriterji, għax safejn naf jien tal-appartamenti quddiem u wara kienet kontemplata, jiġifieri żgur saret deċiżjoni li dik tkun eskluża.", "U forsi jien nixtieq nifhem għalfejn dawn l-erba' kriterji biss u mhux oħrajn.", "B'mod ġenerali din tibda tirrispondi dak li staqsa l-Onor.", "AVUKAT IAN STAFRACE (Chief Executive Officer, MEPA): Fuq il-punt għalfejn dawn l-erba' kriterji u mhux iżjed, ma rridux ninsew li dan huwa provvediment ġdid li daħal fis-seħħ bl-Att il-ġdid.", "Dawn il-proposti li anke kienu ġew diskussi quddiem din il-Kamra kienu suġġerimenti li wasslu f'diskussjoni bejn l-awtorità u l-General Services Board (GSB).", "Jiġifieri dawn l-erba' kategoriji jitrattaw unikament issues relatati mas-Sanità.", "L-issue tas-sub division of apartments issemmiet, però mhux il-MEPA ħadet id-deċiżjoni li ma tkunx inkluża.", "L-ewwel batch ta' każijiet li daħħalna kienu unikament fuq is-suġġerimenti li l-MEPA kienet irċeviet mill-GSB, fejn prattikament li kien ġara kien li dan il-Bord f'każijiet individwali – jiġifieri jekk applika xi ħadd il-MEPA, ingħata refusal minħabba issue ta' Sanità u mar quddiem il-GSB – il-Bord kien japprova dik il-varjazzjoni.", "Li għamel il-GSB huwa li qabad dawk il-kriterji li kien japplika għall-każijiet individwali u tahomlna f'qafas li nistgħu napplikawhom b'mod ġeneriku taħt it-Tmien Skeda tal-liġi.", "Kien tajjeb ukoll li peress li dan huwa proċess ġdid li qatt ma kellna esperjenza tiegħu li l-kategoriji għall-bidu jkunu restrittivi jew mhux kategoriji twal, kien jagħmel sens ukoll għax ovvjament anke l-MEPA riedet issib saqajha proċeduralment biex naraw li l-ewwel nett min japplika jingħata s-servizz li ħaqqu u nemmen li we have to brush up biex is-servizz ikompli jitjieb, it-tieni nett kien hemm ukoll numru ta' misconceptions, tibda tisma' numru ta' statements li jekk inti applikajt taħt it-Tmien Skeda mbagħad wara trid tapplika to sanction; kontradizzjoni iżjed minn hekk żgur li ma tistax teżisti għax jew waħda jew l-oħra.", "Bdiet tissemma wkoll l-issue tat-time lines li din hija skema li se tiskadi li again mhu veru xejn għax l-unika skadenza li hemm hija miktuba fil-liġi li jekk within six months minn Awwissu, m'għandekx bżonn iġġib il-prova li dik saret qabel Awwissu, però jekk bniedem jiġi sentejn oħra xorta jista' jaġevola ruħu mit-Tmien Skeda basta juri li l-iżvilupp kien għamlu qabel Awwissu ta' din is-sena.", "Kien hemm ukoll sitwazzjonijiet interni għax ovvjament dan ix-xogħol trid tassenjah lil direttorat jew uffiċċju partikolari.", "Aħna ħadna deċiżjoni interna li jiġi managed mid-Direttorat tal-Enforcement.", "Però ikollok sitwazzjonijiet fejn dawn id-diverġenzi joħorġu waqt applikazzjoni li tkun ġiet sottomessa.", "Kellna każijiet li nqabdu u li kienu waslu biex jiġu deċiżi.", "Hemmhekk ħadna deċiżjoni u hija anke spjegata fiċ-ċirkolari fejn bniedem applika għal żvilupp u jiġi nnutat li jista' jibbenefika minn din il-miżura l-application tiġi sospiża sakemm tiġi tackled mid-Direttorat tal-Enforcement taħt it-Tmien Skeda.", "Jiġifieri kien hemm anke dan il-learning curve amministrattiv, huwa proċess pjuttost innovattiv, qatt ma kellna esperjenza tiegħu, però issa anke wara diskussjoni li hemm f'dan il-Kumitat mhuwiex eskluż li wieħed jikkonsidra options addizzjonali tas-sub division, tal-użu tal-basement li hija wkoll relatata mal-issue tas-subdivisions u issues oħra li semma l-Onor.", "Mifsud u xi affarijiet oħra.", "Aħna nitrekkjaw anke l-enforcement notices fuq xiex ikunu qed joħorġu u x'inhuma dawk l-issues li jistgħu jiġu solvibbli taħt dan il-provvediment.", "Inizjalment l-iskema kienet applikabbli biss għal żvilupp residenzjali, però riċentement il-GSB kitbilna fejn ta l-kunsens tiegħu li din l-iskema tiġi estiża wkoll f'każ li l-iżvilupp ikun ta' natura kummerċjali.", "THE CHAIRMAN: Ippermettili nagħmel kumment dwar dan.", "L-iżvilupp kummerċjali għandu concession li l-backyard tiegħu hija ta' ħames piedi.", "Jien nispera li ma jkunx hemm relaxation fuq dik il-ħames piedi għax ħafna drabi jekk ikollok żvilupp kummerċjali ta' ħames piedi ma' żvilupp residenzjali fejn għandek l-10 piedi, ir-residenti diġà huma fi żvantaġġ għax resaq l-iżvilupp lejhom u allura m'għandniex nikkastigawhom aktar billi nirrilassaw fuq dawk il-ħames piedi.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però il-miżuri li hemm fit-Tmien Skeda mhumiex biss fuq il-backyard, hemm l-għoli u affarijiet oħra.", "Ġieli kellna każijiet fejn ikun hemm blokka li isfel ikun kummerċjali u fuq ikun residenzjali, jiġiiferi trid tipprova tara kif issib … Għax jista' ikun li l-bitħa t'isfel mhijiex ħames piedi, imma hija xorta hija iżgħar minn dak li huwa suppost skont il-pjanti li jkunu ġew sottomessi.", "Jiġifieri d-diskussjoni issa hemmhekk trid teħodna, fejn wieħed jista' jikkonsidra options ġodda, però ovvjament anke sakemm wieħed sab saqajh u proċeduralment ġie stabbilit kollox, kien hemm din il-learning curve.", "Kif qal il-Perit Borg, ridna nkunu żguri li jekk bniedem applika u ħallas il-fee neċessarja ma noqogħdux nibagħtu lura refusal imma kien hemm diskussjonijiet miftuħa mal-applikanti u mal-periti ħalli s-sottomissjonijiet isiru tajjeb biex once li saret is-sottomissjoni tiġi approvata.", "Jiġifieri dik is-sottomissjoni li ma tgħaddix skont il-kriterji qiegħda tiġi eskluża fil-bidu, mhux inħallu lil dak li jkun japplika, iħallas it-€250 imbagħad ngħidulu li mhuwiex eliġibbli għal dik il-miżura.", "Jaf ikollna xi sitwazzjonijiet li bniedem jesiġi li jdaħħal ir-request, però naħseb s'issa l-esperjenza wriet li, bħal kull ħaġa oħra, xi ħaġa li hija ġdida jkollha learning curve.", "Ħriġna ċirkolari lill-periti fejn spjegajna l-issues kollha, iltqajna mal-Kamra tal-Periti diversi drabi fejn spjegajna l-proċess u ovvjament kellna anke dawn it-tip ta' domandi li qegħdin jiġu mistoqsija llum.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR AUSTIN WALKER (Chairman, MEPA): Però assigurawna li se jiċċirkolawha mal-membri.", "PHILIP MIFSUD: Jien ma rċevejt xejn.", "THE CHAIRMAN: Jiena rċevejtha mingħand xi ħadd.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però again, naħseb li anke dawn l-issues, speċjalment jekk se tiġi estiża l-kategorija forsi jkun opportun ukoll li ssir laqgħa mal-periti iżjed milli ma' dan il-Kumitat, però ....", "THE CHAIRMAN: B'mod ġeneriku qabel nibdew nidħlu għall-issues individwali – din smajtha wkoll mingħand il-Perit Fenech Vella li huwa membru anzjan tal-Kamra tal-Periti – nistaqsi għalfejn applikazzjoni għal kull unit.", "Kultant għal skopijiet ta' filing trid iżżomm file għal kull compliance u jekk ikollok apartment block ta' 12 jkun hemm ħafna files separati.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jien se nispjega l-prinċipju ġenerali, imbagħad forsi l-Perit Borg jista' jidħol f'iżjed dettall.", "Iva, kienet issue li qamet għalfejn wieħed ma jistax idaħħal request wieħed u jirregolarizza blokka sħiħa.", "Kif tafu, aħna qegħdin nitolbu lil min qed jissottometti r-rikjesta li jiddikjara eżattament x'inhu l-interess tiegħu f'dik il-proprjetà.", "Ikollok sitwazzjonijiet pjuttost partikolari għal każ, jaf ikollok min b'għażla jiddeċiedi li ma jridx japplika taħt il-miżura.", "Kellna każijiet fejn is-sidien attwali qegħdin f'litigation jew uħud minnhom qegħdin f'litigation ma' min begħelhom il-proprjetà, allura qed jgħidu li mhumiex interessati fl-iskema, però jaf ikollok min qiegħed f'sular addizzjonali li forsi mhuwiex interessat jidħol f'din il-litigation ma' min biegħlu u jgħidlek li jrid jibbenefika ruħu mill-iskema.", "Jiġifieri ltqajna ma' ċirkostanzi bħal dawk.", "Ridna nevitaw li trid iġġib ħafna kunsensi għaliex l-esperjenzi li l-MEPA jkollha meta titlob ħafna kunsensi hi li mhux dejjem ħadmet u jaf ikollok min ma jkunx interessat li jibbenefika għaliha għal raġunijiet ovvji, jaf ikollok min irid japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni, u jaf ikollok min, għax forsi hija sitwazzjoni ..… Ma ninsewx li dawn it-tip ta' proprjetajiet fejn tapplika t-Tmien Skeda, fil-maġġoranza tagħhom għandek sitwazzjonijiet soċjali, jiġifieri għandek nies li forsi l-unika investiment li għandhom hija din il-proprjetà u ma tridx iġġib lil dawk in-nies ostaġġi ta' forsi sidien oħra ta' appartamenti li jew m'għandhomx l-għaġġla jew m'għandhomx l-intenzjoni li jibbenefikaw minn din l-iskema.", "Allura ridna nevitaw li bniedem, biex jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu, ikollu bżonn jiġri għal xi firem jew kunsensi.", "It-tielet ħaġa hija wkoll kwestjoni amministrattiva.", "Esiġejna li jidħol appartament appartament għax ma rridux ninsew li l-iskeda ma tapplikax biss li l-awtorità mhux se tiġi tieħu azzjoni fuq il-proprjetà tiegħek, imma tapplika wkoll li jekk inti għada pitgħada ġejt biex tagħmel xi ħaġa f'dik il-proprjetà tiegħek mhux se jkollok il-ħtieġa li tirregolarizza dak li jaqa' taħt it-Tmien Skeda.", "Il-problema li kellna biex nallaċjaw it-tnejn hija li meta inti daħħalt l-applikazzjoni wara li tkun ibbenefikajt mill-iskeda, dik l-applikazzjoni trid tikkwota s-CTB biex jekk daħlet applikazzjoni u nindunaw li l-bitħa hija żgħira però dik il-bitħa għaddiet taħt l-iskeda, ikun hemm xi forma ta' cross reference.", "U għedna li jkun aħjar li dik tibqa' attached ma' kull unit milli ma' blokka sħiħa, għax nispiċċaw li dak is-CTB jibda jiġi kkwotat b'mod indiskriminat minn flat għal ieħor u filli jkun attached ma' applikazzjoni waħda u filli jiġi attached ma' applikazzjoni oħra.", "Amministrattivament ma kenitx se tkun daqshekk faċli, jiġifieri r-raġunijiet reali għalfejn aħna esiġejna li tkun unit unit huma dawn li semmejt.", "Jaf ikollok każ fejn il-blokka kollha qiegħda taqbel, però mill-esperjenza tagħna dawn pjuttost huma l-eċċezzjoi milli r-regola u għalhekk għedna li aħjar nimxu bir-regola individwali milli nidħlu f'din l-issue biex insolvu każ fejn blokka sħiħa jridu jirregolarizzaw.", "Hekk jew hekk, fejn blokka sħiħa jridu jirregolarizzaw, xorta għandhom l-option li jdaħħlu request għal kull waħda.", "THE CHAIRMAN: Nitlob iss lill-Perit Borg sabiex jirrispondi għall-issues li tqajmu s'issa imbagħad indur għall-Membri forsi jridu jżidu magħhom.", "PERIT ALEXANDER BORG: Biex nikkonferma li qal Dr. Stafrace.", "Meta kont fuq ir-radju l-ewwel darba biex nispjega l-iskeda, waħda mit-telefonati li kelli kienet fejn xi qalli li r-residenti tal-blokka ma redux japplikaw għax kienu qed ifittxu lis-sid minħabba li kien begħelhom postijiet fejn il-qies tal-bitħa ma kienx tajjeb.", "Qabel nidħol fuq il-mistoqsijiet fid-dettall tajjeb ngħid li mill-460 applikazzjoni li daħlu s'issa, madwar 17% biss kellhom enforcement notice fuqhom, jiġifieri l-bulk tagħhom huma każijiet fejn ma konniex nafu bihom u ġew huma minn jeddhom biex japplikaw fuqhom.", "Biex niġi għal dak li staqsa l-Onor.", "Mifsud, dwar ir-room in backyard kien hemm każ fejn jien fil-fatt għedtilhom biex ma japplikawx għalissa għax il-legal notice tgħid li biex il-kamra tiġi aċċettata, il-bitħa trid tkun kif suppost.", "Dik hija xi ħaġa li se nemendaw meta se nemendaw biex indaħħlu l-commercial ukoll.", "Għal dak li jirrigwarda l-internal yard fejn issa ħames piedi b'sitta, as such tista' tiġi 10 piedi bi tlieta għax il-legal notice tgħid any side mhux bħall-back yard li trid tibqa' bl-istess qies.", "PHILIP MIFSUD: Mhux dak il-punt li qed nagħmel.", "Jien qed ngħid jekk tiġi ħames piedi b'sitta u jien għandi habitable rooms on one side jew on each side tal-ħames piedi, allura issa qed naċċettaw il-prinċipju li habitable room quddiem it-tieqa tagħha jkollha distanza li tista' tkun baxxa sa ħames piedi.", "U għandek sitwazzjonijiet fejn għandek numru ta' habitable rooms li huma fuq is-side tal-internal yard u allura quddiemhom għandek sitt piedi biss mhux 10, allura din hija rigward użu mhux bħala qies.", "Nafu x'kien jiġri, pereżempju xi ħadd kien juri l-kamra bħala bathroom u jużaha bħala bedroom u skont kif inhi llum peress li għandu s-sitt piedi, ma tikkwalifikax.", "Imma ladarba bis-saħħa ta' din il-legal notice għandek sitwazzjoni li jista' ikollok ħames piedi biss quddiem it-tieqa għax bitħa qed iċċekkinha b'50% u ma teskludix li ċċekken mill-10, allura ladarba hawnhekk ġejna b'ħames piedi qed nagħtuhom concession, ma narax għalfejn lil dawk li huma on the side ma jistgħux jingħataw concession.", "Il-bitħa tista' tkun ..…", "PERIT ALEXANDER BORG: Ma naħsibx li hija issue għax il-legal notice tgħidlek 50% of that required by law.", "Jekk suppost kien għaxar piedi, sa ħames piedi b'engineer's report tgħaddi.", "ĊENSU GALEA: M'iniex qed nifhem l-argument tal-Onor.", "Inti għandek fin-normal – ħalli nieħdu żewġ sulari għax qed nitkellmu fuq sitta b'10 u nafu li tikber iktar ma għandek għoli – hija sitta b'għaxra, illum qegħdin ngħidu li jekk tkun sitta b'ħamsa, fuq il-ħamsa tħallik tuża habitable rooms.", "L-Onor.", "Philip Mifsud qed jgħid: Allura bħalma fuq il-ħames piedi tħalli l-habitable room, fuq is-sitt piedi għax ma tħallix habitable room ukoll on the longer side?", "THE CHAIRMAN: Naħseb tapplika.", "Trid tpinġi l-bitħa required by law ....", "PHILIP MIFSUD: Le mhux hekk qed ngħid jien.", "Inti jista' ikollok il-bitħa ta' qies tajjeb, jiġifieri 10 piedi b'sitta u għandu habitable room on the side tagħha u miżmum milli jbigħ.", "Jekk din hija bedroom u d-daqs tagħha huwa 10 piedi b'sitta, illum mhijiex aċċettabbli.", "PERIT ALEXANDER BORG: As required by law quddiem il-bedroom se tkun 10 piedi, mela sa 50% minnha tgħaddi bil-legal notice.", "THE CHAIRMAN: Trid tpinġiha 10 piedi.", "PHILIP MIFSUD: Imma l-legal notice qiegħda biex tagħti concession għal min għandu bitħa iżgħar milli suppost.", "THE CHAIRMAN: Tista' imma trid iddaħħal engineers' report.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Xorta trid tapplika bl-iskema.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk għandek illegalità li m'għandhiex x'taqsam mal-bitħa, dik m'aħniex qed nagħtu kasha.", "Onor. Mifsud, jekk jogħġbok fakkarni l-punt li staqsejt dwaru.", "PHILIP MIFSUD: Jekk pereżempju għandek bini fil-backyard għax bqajt ħiereġ, jiġifieri mhux room in backyard, u ħallejt inqas minn ħames piedi mill-back wall, jekk jien inwaqqa' dak il-pied extra li għandi per eżempju, nista' nwaqqgħu mbagħad napplika b'din is-sistema?", "AVUKAT IAN STAFRACE: L-impressjoni tiegħi f'dak il-każ hi jekk inti m'intix fil-kriterji tal-iskeda, trid iġġib il-proprjetà at least fil-kriterji tal-iskeda biex tibbenefika.", "PERIT ALEXANDER BORG: Forsi l-punt li qed isemmi għax suppost sar qabel l-1 ta' Awwissu.", "PHILIP MIFSUD: Għax imbagħad għandek il-back wall li qed tixxiftjah pied lura pereżempju, dak qed tibnih illum mhux qabel Awwissu.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Nerġa' ngħid li l-iskeda kienet introdotta u ntiża sabiex issolvi sitwazzjonijiet li kienu eżistenti u jseħħu.", "Jekk inti qiegħed f'sitwazzjoni li tirratifika dak in-nuqqas li hemm, tmur għal dik l-option, però l-iskeda ma kenitx intiża biex tapplika b'mod għall-futur, jiġifieri wieħed irid jieħu stock tas-sitwazzjoni li kien hemm.", "Kull skeda li ddaħħal dejjem trid tieħu timeline u timxi fuqha.", "PERIT ALEXANDER BORG: Dan il-punt narawh; s'issa għad ma kellna l-ebda każ hekk.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mifsud, kellek xi punt ieħor?", "PHILIP MIFSUD: Fuq l-iskeda nnifisha le imma nixtieq nitkellem dwar proposti ġodda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Membri għandhom xi issues li huma dwar sanità.", "Ħalli niddistingwu bejn ta' sanità u mhux ta' sanità biex inkunu iktar ċari fid-diskussjoni tagħna.", "L-issues dwar sanità tal-Onor.", "Mifsud eżawrejnihom.", "Ħalli issa naraw jekk hemmx issues ta' sanità mill-Onor.", "Membri l-oħra ħalli nittekiljaw lilhom l-ewwel.", "ĊENSU GALEA: Id-diffikultà li qed nara jien f'dak li jirrigwarda issues ta' sanità.… Jien sal-lum għadni m'għamiltx applikazzjoni waħda imma s-sitwazzjoni li qiegħda tinkwieta lil ħafna nies – lill-Perit Borg ċempiltlu u kellimtu aktar minn darba, imbagħad kellna korrispondenza anke permezz ta' emails – hi fejn jirrigwarda dak li suppost hemm fil-legal notice u dak li qed jiġi mwettaq fil-prattika, għax kif għedna, hemm diversi xniegħat, imma wara erba' xhur li daħlet l-iskema suppost dawn ix-xniegħat jibdew jispiċċaw.", "Jiena anke staqsejt uffiċjali, mhux tal-Bord jew high ranking officials imma persuni li jaħdmu ġewwa l-Awtorità, dwar x'inhi l-proċedura proprja li wieħed irid jadotta u sfortunatament minkejja ċ-ċirkolarijiet li ħarġu, sal-lum risposta ċara huma stess jgħidulek li lanqas huma ma jafu l-mod ta' kif se jħaddmu din l-iskema.", "Forsi m'iniex qed nitkellem with the right people u għahekk xtaqt nistaqsi jekk hemmx xi ħadd partikolari li nistgħu nirriferu għalih.", "Hemm xi ħadd li meta tkellmu għadu moħħu marbut mar-regoli tal-lum u ma jridx jiċċaqlaq minnhom u allura jagħti pariri li mhumiex korretti?", "THE CHAIRMAN: Onor. Galea, ħalli nwieġeb jien għax naħseb lil rridu nkunu fair anke mal-MEPA hawnhekk.", "Jien kelli erba' applikazzjonijiet u għalkemm semmejt każ wieħed fejn rajthom kienu qed ifettqu, ma tantx nista' nilmenta; li forsi nista' nilmenta huwa li l-unit huwa żgħir.", "Għal 400 applikazzjoni unit ta' tlieta jew erba' minn nies huwa pjuttost żgħir, però meta tmur hemmhekk naħseb you learn by doing, jiġifieri jkollok l-ewwel waħda they take you through the ropes, forsi veru jkollok id-dwejjaq li jkollok terġa' tibdel il-pjanti għax iridu ċerti super impositions tal-eżistenti u dak li huwa skont il-liġi, però ma ssibx queues u n-nies pjuttost jgħinuk.", "Jien naħseb li forsi mhuwiex l-aħjar mod li wieħed jipprova jinqeda bit-telefon, naħseb li meta wieħed imiss magħhom hands on isib li s-sistema mhijiex waħda daqstant diffiċli.", "Ma nafx xi jgħidu l-kollegi l-oħra dwar dan, però jien ma sibx xi diffikultajiet kbar; wara li tagħmel l-ewwel waħda then it is straight forward.", "ĊENSU GALEA: Forsi veru jien m'għaddejtx mill-esperjenza għax għadni m'għamiltx l-ewwel applikazzjoni minn dan it-tip, però jekk il-persuni huma t-tlieta min-nies li qegħdin fl-Uffiċċju tas-Sanità – ma rridx insemmi ismijiet għax mhux fair għal min mhuwiex hawnhekk – b'kull rispett lejn ix-xogħol tajjeb kollu li jagħmlu .....", "PERIT ALEXANDER BORG: Contact points fl-Enforcement Section għandna.", "Issa m'iniex se nirrispondi għal nies oħrajn, però lili jgħiduli – u veru għax narahom – li l-ħin kollu bil-periti magħhom, qatt ma bagħtuhom 'l hemm, jiġifieri dejjem ippruvaw jgħinu.", "Naturalment jekk kien hemm learning curve għall-periti, kien hemm learning curve għall-istaff tiegħi wkoll u anke għalina.", "Bħal f'kull post ieħor, hemm distinzjoni bejn xi ħadd li jkun qed jara li l-kaxxi kollha huma ticked u xi ħadd li jkun qed jagħmel assessment u jara li the overall picture.", "Nista' ngħid li jien ma kellix daqshekk complaints li mhumiex qed jgħinu.", "ĊENSU GALEA: Jien ma nistax nipponta subgħajja lejn xi ħadd li mhux qed jgħin.", "Id-diffikultà li qed niffaċċja s'issa fuq il-kuntatti li ppruvajt nagħmel hija sakemm tasal to the right person.", "Mhijiex problema, the right person jinstab u wieħed jista' jikkomunika miegħu.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem fuqu minbarra dan tas-sanità … Qed ngħidu li saru 460 applikazzjoni.", "Issa jekk inkunu saqajna fl-art nafu li mhux 400 problema għandna f'dan il-pajjiż għar-rigward ta' dawn iċ-ċirkostanzi imma naħseb li hemm 40,000 u aktar li qegħdin f'sitwazzjoni ta' xi diffikultà ta' xi waħda minn dawn it-tipi speċjalment għal dak li jirrigwardja l-internal height.", "Il-kostruzzjoni kollha li saret f'dawn l-aħħar 20 sena fejn naqqasna l-għoli minn 11-il filata għal 10 filati, speċjalment sakemm konna qegħdin naqtgħu mill-madum 'il fuq, m'hawnx binja waħda li tgħaddi għax 2.75 metri nafu li ma jġibux daqshekk għax 10 filati llum ikollhom xorti jġibu 2.6 metri jew 2.65 metri bħala internal height u allura waqt li konna qegħdin nitkellmu fuq l-10 filati, nafu li dan irriżulta f'dawn is-sitwazzjonijiet u sa ftit ilu ħadd ma kien jagħti kas li suppost hemm 2.75 metri għax konna qegħdin nitkellmu fuq il-filati.", "Fil-fatt fil-legal notice ukoll hemm riferenza għal \"ten courses\" u naħseb għall-konsistenza rridu nbidluha u nispeċifikaw l-għoli bil-metri mhux bil-filati għal dak li jirrigwarda l-kamra tal-bitħa għax inkella se nerġgħu neħlu f'dak ir-rigward.", "Għar-rigward ta' dawk il-postijiet li nqasmu fi flat quddiem u ieħor wara, kif qal l-Onor.", "Mifsud, Buġibba u l-Qawra huma miżgħudin b'dawn it-tip ta' binjiet u l-isfortuna hija li l-problema mhijiex ta' min bena l-blokka imma ta' dawk li xtraw.", "Jien qatt ma kelli proprjetà u qatt ma bigħejt imma hemm ħafna nies li huma migdumin bil-fatt li mingħalihom li meta xtraw għamlu xi bargain kbir għax iffrankaw xi flus, u fil-fatt veru ffrankaw xi flus, però qegħdin f'sitwazzjoni li huma verament imsallbin biex jippruvaw ibigħu jew jippruvaw jagħmluha bħala garanzija għal xi ħaġa u ma jistgħux jaslu.", "Jekk kemm-il darba issa għandna l-possibilità li nestendu, u kienet l-intenzjoni ta' dan il-Kumitat li jiġi inkorporat forsi nibdew biha kemm jista' jkun malaljr.", "Naturalment, f'dak il-każ, is-sitt xhur jew kemm se jkunu, ma jgħoddux minn Awwissu imma jibda minn meta nkunu ħriġna dan l-Avviż għax inkella nispiċċaw li jkollna xi ġimgħa biex wieħed jipprova jirregolarizza dawn is-sitwazzjonijiet.", "Irridu niftakru li huma sitwazzjoni li ħafna drabi mhux min bena oriġinarjament li qiegħed imsallab imma min matul is-snin xtara u żgur li hemm ammont enormi ta' nies li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "L-Onor.", "Buhagiar, fuq issues ta' sanità.", "CHARLES BUHAGIAR: Waħda mill-problemi li qed insib meta niġu għal room in backyards, filwaqt li l-legal notice titkellem fuq \"any building\" meta niġu għall-vilel u s-semi-detached, kif tagħmel room fil-backyard ħafna drabi taqbeż il-persentaġġ u allura din mhijiex applikabbli għall-vilel.", "Meta għandek villa li suppost għandek site coverage ta' 40% u għandek room in the backyard tispiċċa li s-site coverage jitlagħlek għal 42% jew 43%.", "Wieħed x'jista' jagħmel biex ikopri lil dawn ukoll, jekk qegħdin nitkellmu fuq any dwelling?", "Inkella dawn qed jiġu diskriminati; m'aħniex nindirizzaw l-issue tal-vilel f'dan il-każ, qed nindirizzaw il-flats u forsi terraced houses imma vilel le.", "Jien kelli diversi semi-detached li kellhom din il-problema.", "Il-punt tal-internal height.", "L-internal height, kif qal tajjeb l-Onor.", "Galea qabli, huwa ftit punt li ma jagħmilx sens għax illum kulħadd jagħmel is-soffitti; tibda b'2.6 metri jew 2.75 metri u tispiċċa b'height ħafna reduced.", "Allura naħseb li hawnhekk irridu naraw meta nitkellmu fuq internal height fir-rigward ta' ventilazzjoni u arja fil-kamra, għal xiex qed nirriferu.", "Jekk qed nitkellmu fuq internal height ta' 2.75 metri jew 2.65 metri li huwa aċċettabbli, xi ħadd se jmur jiċċekkja xi jkun fadal height jekk ikun hemm soffitt?", "Jiġifieri għalkemm nifhem il-ħsieb wara l-issue tal-internal height, ma tantx naħseb li tista' tiġi nforzata għax anke meta jkun hemm spezzjoni fuq proprjetà, xi ħadd se jixtri proprjetà u tmur inti bħala perit tispezzjona din il-proprjetà, jekk dan ikun għamel soffitt għax forsi kellu t-travi, minn xiex se tkejjel?", "Se tkejjel mill-madum sas-soffitt?", "Allura jekk se nitkellmu fuq concession, għax aħna nitkellmu għal fini ta' banek – aħna bħala periti nagħmlu ħafna inspections għall-banek – meta tmur tkejjel il-ħajt, għal fejn se nkejlu?", "Għas-soffit jew ma nafx x'hemm fuq is-soffitt?", "Din hija xi ħaġa li ma ġietx spjegata, jekk se nitkellmu fuq concessions.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Kemm nikkjarifika żewġ punti, imbagħad fit-teknikalitajiet jidħol iżjed il-Perit Borg.", "Il-miżuri u l-kejl li hemm bħalissa fit-Tmien Skeda huma l-gwida li ħareġ biha l-GSB.", "Id-diskussjoni kultant teħodna bħalma qed issemmu intom, fuq il-kwestjoni tal-għoli tal-bini, tas-sulari, eċċ. In parallel ma' din l-iskeda, l-issues tal-liġijiet sanitarji wkoll qed jiġu diskussi wkoll fil-kuntest tal-building regulations jiġifieri wieħed jista' jressaq dawk is-suġġerimenti f'dak il-qafas.", "Speċjalment fl-industrija, din l-issue tal-għoli mhijiex biss xi ħaġa storika imma anke fil-bini l-ġdid qegħdin tiltaqgħu magħha.", "Tal-kamra fil-backyard fil-każ tal-vilel forsi jirrispondi iżjed il-Perit Borg.", "Ma nafx jekk nistax naqbad mill-ewwel mal-argument li għamel l-Onor.", "Galea rigward il-kwestjoni tas-subdivision tar-residenzi.", "Din tas-subdivision tar-residenzi hija ta' concern u norbot man-numru għalfejn s'issa daħlu 460 u mhux iżjed.", "Ir-realtà hija li għandek numru ta' sidien ta' proprjetà li ma jafux li qegħdin fi stat ta' illegalità u l-isfortuna hija li jsiru jafu, jew meta jkun hemm każijiet ta' bejgħ, jew każijiet ta' separazzjoni, jew forsi refinancing ta' xi loan u ssir l-ispezzjoni iżjed dettaljata llum minn kif kienet issir qabel.", "Dawn huma li jiskattaw li wieħed jgħid li għandu għandi bżonn jara kif inhi s-sitwazzjoni tiegħu.", "Jafu hemm uħud minnhom għandhom id-dawl u l-ilma jiġifieri din l-inċidenza rari jkollok min ikun jaf b'illegalià.", "Hemm min jaf, forsi l-iżjed każijiet huma f'tal-btieħi, però fejn jidħol l-għoli tas-sular, l-internal yards eċċ. nassigurak li minkejja li l-problemi huma ħafna iżjed minn 460, hemm barra s-sidien tal-proprjetà forsi jiġu alerted biha, jew meta bniedem ikun ġie biex ibigħ u dawn it-tip ta' realtajiet.", "Il-każ tas-subdivision of units, meta aħna naraw it-totalità ta' units, aktar insejħulhom creation of additional units għax inti għandek jew f'sular wieħed il-units jinqassmu fit-tnejn jew għandek inċidenzi oħrajn ta' żvilupp li jkun mibni b'mod u manjiera li l-basement ikun inbigħ ukoll għal skopijiet residenzjali.", "U hemmhekk fejn forsi wieħed jiddistingwi bejn basement li huwa fully fledged basement u basement li forsi għandu outlook fuq wara – bħal fil-każijiet li jkun mibni fuq ridge li jkollu outlook fuq wara – u allura minn aspett ta' arja u dawl is-sitwazzjoni mhijiex daqshekk problematika.", "Jiġifieri dawn huma l-każijiet bħala numru l-iżjed li qegħdin niltaqgħu magħhom fejn qed ikollna talbiet biex wieħed jikkonsidra l-issue tal-iskeda.", "Imbagħad, magħhom iqumu l-issues li semma l-Onor.", "Mifsud tal-encroachments fil-front gardens li forsi nistgħu nidħlu f'iżjed detall fuqha, però biex nagħlqu l-issue tas-sanità, naħseb dawk l-issues li ltqajna magħhom s'issa u forsi l-Perit Borg jista' …", "THE CHAIRMAN: Għandi issue li għandi ma qajjimthiex.", "Is-sanità tikkonċedi gallerija fuq il-backyard ta' 75 cm.", "Issa jeżistu każijiet li dik il-gallerija tkun iktar minn 75 cm, ġieli saret 90 cm u ġieli saret metru.", "Qed ikun ikkontemplat li forsi dan l-infringement tidħol parti minn din is-sistema?", "PERIT ALEXANDER BORG: Dwar li daħlu biss 460 applikazzjoni – aħna xtaqna li jkunu iżjed imma kif qal Dr. Stafrace ħafna nies ma jkunux jafu li għandhom problema – hija anke minħabba l-fatt li jkollok blokka flats fejn il-qies tal-internal yard ikun ħażin, u għalkemm ovvjament tkun ħażina minn fuq s'isfel ħażina, japplika biss wieħed jew tnejn.", "Aħna ppruvajna nagħmlu ħafna affarijiet biex inġibu n-nies aware ta' dawn l-affarijiet, fil-fatt jien personalment kont fuq programmi tar-radju kemm-il darba.", "Ikun hemm ukoll diversi każi ta' misconceptions.", "Kien hemm każi fejn, pereżempju, xi ħadd mar għand perit u l-perit qalilhom li jikkwalifikaw u m'għandhom jagħmlu xejn aktar minflok ma japplikalhom.", "Jien ma nafx x'nistgħu nagħmlu aktar minn hekk.", "ĊENSU GALEA: Jiena ġew nies għandi għax kont għedtilhom li b'dawn it-tibdiliet ma jistgħux jissanzjonaw kamra f'għalqa imbagħad marru għandu perit ieħor u qalilhom li jistgħu.", "Ovvjament dawn reġgħu ġew għandi għas-sodisfazzjon.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Nixtieq nieħu spunt żgħir anke biex nikkjarifikaw u nużaw dan il-forum biex din tiġi kjarifikata darba għal dejjem.", "L-issue ta' sitt xhur tapplika biss fejn qed jingħata l-preżunzjoni favur min qed jagħmel ir-rikjesta li jekk jidħol ir-request sal-aħħar ta' Jannar 2013, il-preżunzjoni li l-iżvilupp kien seħħ qabel Awwissu tal-2012.", "Wara dik id-data, it-talbiet xorta jistgħu jibqgħu jsiru għax, kif qed ngħidu, x'aktarx li bniedem jaf jinduna b'din sentejn, tlieta, erba' snin oħra meta jkollu bżonn jagħmel xi alterazzjonijiet fil-binja jew meta jiġi biex ibigħ il-proprjetà.", "Hemmhekk kull m'aħna qegħdin ngħidu huwa li dak l-individwu jrid juri li dak l-iżvilupp seħħ qabel Awwissu tal-2012.", "Biex nagħmilha ċara wkoll u nużaw dan il-forum biex din is-sitwazzjoni tkun kategorika, meta qed ngħidu dak l-individwu jrid juri, ma ninsewx li l-MEPA għandha l-aħħar set ta' aerial photography meħud f'din is-sena, fl-2012.", "L-aerial photography tagħtina ħafna informazzjoni u dik bażikament hija l-informazzjoni li se tkun għad-dispożizzjoni ta' kulħadd inkluż tal-MEPA biex tgħin lil dak li jkun juri li din seħħet qabel Awwissu tal-2012.", "Eżempju klassiku li rrid insemmi għax ġibidli l-attenzjoni għaliha xi ħadd hija li fl-aerial photo l-għoli ta' sular ma taqbdux.", "Huwa veru li dan ma taqbdux, imma li l-binja nbniet se taqbadha.", "(Interruzzjonijiet) Veru imma at least teżisti l-għodda.", "Billi qed ngħidu li persuna trid turi li dak li jkun qed japplika dwaru jkun seħħ qabel Awwissu tal-2012, il-messaġġ li qegħdin nibagħtu hemm barra huwa li, wara Awwissu 2012, m'aħniex qegħdin nippretendu li bniedem jibni blokka b'bitħa żgħira.", "Jekk wara Awwissu tal-2012 bniedem bena blokka b'bitħa żgħira, ma nħossux li għandu jibbenefika mill-ebda skeda.", "Mill-aerial photography, dawn l-issues jiġu captured, jiġifieri blokka tkun tidher li diġà hija mibnija u allura jekk tmur u ssib appartament b'2.6 metri, ovvja li trid tassumi li dik il-blokka nbniet skont kif dehret fl-aerial photos.", "Aħna m'aħniex qegħdin nitolbu lil xi ħadd biex iġibilna evidenza beyond reasonable doubt jew ħafna affidavits jew dawn it-tip ta' affarijiet.", "Ħafna minn din l-evidenza hija fattwali u l-messaġġ li rridu nagħtu hemm barra, kemm aħna kif ukoll il-prattikanti li, fl-aħħar mill-aħar huwa l-ewwel port of call fejn bneidem imur jistaqsi għal parir … Dawn l-affarijiet huma miktuba, jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' x'ngħid jien jew x'jgħid il-Perit Borg.", "Anke li din se tiskadi f'Novembru jew mhux f'Novembru jew li wara Novembru min jaf x'għad irid jiġri … Dawn it-timelines huma miktubin u huma miktubin mhux f'opinjoni imma f'leġislazzjoni.", "U biex nikkjarifikaw iżjed ħriġna ċirkolari.", "Nerġa' ngħid li l-linja ta' komunikazzjoni dejjem trid titjieb, mhemmx dubju, però l-ewwel port of call f'dawn il-każijiet ħafna drabi huwa l-perit li jkun qed jagħti parir.", "Jiġifieri jekk hemm każijiet bħalma semma l-Onor.", "Galea fejn huwa, rightly so, qalilhom li kamra f'għalqa ma tgħaddix, ma nafx liema perit interpreta din l-istess skeda bħala li kamra f'għalqa tgħaddi.", "Imma din bħal kull ħaġa oħra.", "Hemm min jgħidlek li f'urban conservation area (UCA) tista' ġġib permess għal erba' sulari imma kulħadd jaf x’inhu l-height limitation f’UCA.", "Il-messaġġ u l-informazzjoni li trid tasal, trid tasal b’mod korrett għand kulħadd għax fl-aħħar mill-aħħar dawn il-miżuri mhumiex qegħdin jittieħdu biex jiġu abbużati però biex ikunu ta’ għajnuna għal min verament għandu bżonn jew inqabad – dik hija l-aħjar espressjoni għax ħafna minn dawn is-sidien li qegħdin nitkellmu fuqhom inqabdu –f’din is-sitwazzjoni.", "Meta titkellem fuq ir-regoli tas-sanità u l-proposti li ssemmew illum tas-subdivision of apartments, għandek ħafna mill-każijiet b’dimensjoni soċjali.", "Li bniedem tmur tgħidlu f’daqqa waħda li appartament li ilu jgħix fih għal 10, 15-il sena jew 20 sena, issa jrid jiftiehem ma’ ta’ warajh u ma’ ta’ maġenbu biex iġibu appartament wieħed, bl-ebda spjega mhu se jirnexxilek tikkonvinċih li dik hija l-way forward.", "Jiġifieri rridu nifhmu din ukoll u naħseb li l-proposti l-ġodda li jridu jiġu kkunsidrati, iridu jiġu kkunsidrati with this frame of mind.", "THE CHAIRMAN: Il-Perit Borg.", "PERIT ALEXANDER BORG: Li bdejna nagħmlu ftit ilu huwa li qed induru ftit l-enforcement notices li għandna ħalli fejn naraw li huma relatati ma' btieħi eċċ. Qed nibagħtu ittri biex ninfurmaw lil dak li jkun li jista' jitkellem mal-perit tiegħu biex jara jistax b'xi mod iġib din il-concession.", "Irrid nenfasizza wkoll li, għalkemm il-legal notice ħarġet fuq issues ta' sanità, il-liġi ma tagħmel ebda distinzjoni bejn sanità u mhux sanità, jiġifieri l-liġi tgħidlek x'inhuma l-concessions u mhux qed tillimita ma' sanità.", "Il-fatt li daħħalna għal dak li jirrigwarda issues ta' sanità was an option għax kien hemm request tal-GSB.", "Aħna qed nimxu ma' x'tgħid il-legal notice u għalhekk mhux qed jassessjawhom tas-sanità, jiġifieri rrid nagħmilha ċara li mhux qed jiġu assessed mis-sanità.", "Kulma qed nibagħtu lil tas-sanità hija fejn il-perit ipinġi bl-aħmar, as required by law, u fejn qed jgħidilna as approved qed noqogħdu fuq x'qed jgħidilna l-perit.", "Meta jgħidilna as required by law qed inġibu konferma minn tas-sanità li that is what is required by law ħalli mbagħad l-assessment nagħmluh aħna.", "Għar-rigward internal heights jien kont kellimt lil tas-sanità fuq il-kwestjoni tas-soffitti u l-feedback li kelli kienet li huma jieħdu l-kejl mhux mis-soffitt imma mill-istructure.", "S'issa qatt ma naf li kellna pjanta li turina s-soffitt.", "Issa what is required by law, tas-sanità jrid jgħid imam safejn naf jien dik hija l-istand li qed jieħdu.", "Għar-rigward tal-vilel bħalissa qed ngħidilhom to keep back sakemm tiġi ċċarata għax jekk qed tagħmel kamra f'villa jkollok il-kwestjoni ta' fejn hi l-backyard u fejn mhijiex, fejn se tiġi kamra u mhux kamra, hemm issues ta' coverage eċċ., jiġifieri at this stage m'aħniex qed immexxu fuq vilel ħlief fejn il-kwestjoni hija dwar internal yard jew internal height.", "Fuq il-gallerija fuq wara rrid ngħid li fejn hemm gallerija, jekk kellu concession ta' 75 cm u dan ressaq il-faċċata kollha bl-istess 75 cm, qed ngħodduha daqslikieku mhemmx gallerija.", "Jekk il-gallerija kibret, qegħdin inqisuha bħala l-binja qed tasal sal-gallerija.", "Dak huwa l-agreement li kellna mas-sanità.", "Jiġifieri fejn kabbar il-gallerija biss, qed inqisuha daqslikieku għandu l-faċċata mal-gallerija.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri wieħed irid jeħodha fil-kuntest ta' reduced backyard.", "Naħseb li b'hekk eżawrejna l-issues sanitarji kollha.", "Nitlob lill-Onor.", "Kollegi jekk iridux jagħmlu aktar domandi.", "L-Onor.", "Mifsud diġà semma l-każ ta' xi ħadd li joħroġ 'il barra mill-building line.", "Jiena nista' nsemmi każ simili ta' xi ħadd li jeċċedi d-dimensjoni ta' gallerija aktar minn dak li tgħidlek il-liġi, fejn hawn min, għal 5 cm kellu jkisser gallerija sħiħa.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Membri għandhomx xi eżempji li jixtiequ jsemmu sabiex il-MEPA tkun tista' teħodhom in consideration.", "L-Onor.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, meta qed tgħid 5 cm nassumi li fil-projection mhux fil-ġnub tagħha għax fil-ġnub hemm problemi ta' obbligazzjoni ta' mal-ġirien.", "Iktar kmieni ssemma l-punt tal-garaxxijiet, ħafna drabi ta' 13-il filata, 14-il filata, 15-il filata allavolja mhux użat bħala commercial.", "Dan donnu li mhuwiex indirizzat, però l-Onor.", "Philip Mifsud għamel punt importanti ħafna fil-kumment li għadda, fejn qal li m'għandux ikun hemm oġġezzjoni, dejjem sakemm l-użu jibqa' wieħed kif kien speċifikat oriġinarjament.", "Nafu li fil-verità għandna ħafna garaxxijiet li nbnew b'aktar minn 12-il filata u xi kultant anke jwasslu sa 15-il filata.", "Tikkinsidraw il-possibilità li dawn is-sitwazzjonijiet jiġu sanzjonati?", "THE CHAIRMAN: Onor. Buhagiar, għandek xi issues simili li mhux ta' sanità?", "Bini li mhux f'development zone, bħal farmhouses, li jkollhom problemi ta' kobor ta' btieħi jew internal height, din se tapplika għalihom ukoll?", "PERIT ALEXANDER BORG: S'issa le għax imbagħad nibdew nidħlu fuq issues ta' kemm suppost kien il-footprint u jekk kibirx.", "CHARLES BUHAGIAR: Mhux qed ngħidu fuq il-footprint imma fuq l-internal height jew l-internal yards.", "Ħafna drabi l-farmhouses ikollhom kmamar baxxi.", "PERIT ALEXANDER BORG: At this stage, kif inhi l-legal notice huma esklużi.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Mr Chairman, forsi nistgħu nibdew nisiltu mill-punti li ssuġġerixxa l-Onor.", "Mifsud u se nibda mill-għoli tal-garaxxijiet.", "L-għoli tal-garaxxijiet ħafna drabi jkunu konċentrati f'ċerti żoni u f'irħula minħabba metodoloġija eċċ. L-akbar problema li hemm, iżjed milli l-għoli tal-garaxx, hija l-użu.", "Issa aħna naqblu li, jekk tirregolarizza b'xi mod l-għoli tal-garaxx, m'intix qed tgħid li f'daqqa waħda sar warehouse, però ħafna drabi dak li jkun ikun għamel il-garaxx ta' ċertu għoli proprju biex jagħmel ċertu użu minnu.", "Dawk huma ċ-ċirkostanzi li qegħdin niltaqgħu magħhom u l-problemi li qed ikollna huma… (Interruzzjonijiet) Imma jeżistu xarabanks privati.", "Aħna kważi kważi nippreferu li jdaħħlu l-inġenji tagħhom fil-garaxxijiet, tista' tkun xarabank, jista' jkun trakk u jistgħu jkunu xi inġenji relatati mal-kostruzzjoni, milli jħalluhom fit-triq, jew agħar minn hekk, jikkapparaw xi raba biex jipparkjawhom fihom.", "Naħseb li rridu nkunu daqsxejn proattivi u nippruvaw naraw x'soluzzjonijiet hemm biex wieħed jipprova jgħin f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Internament aħna nagħmlu brainstorming sessions fejn nippruvaw naraw liema huma dawn il-kategoriji li wieħed jista' jindirizza.", "Sitwazzjonijiet li kultant niltaqgħu magħhom f'dawn huwa fejn sid il-garaxx ikun jabita fuq il-garaxx stess u allura l-inkonvenjent kważi ma jeżistix.", "Allura forsi wieħed jistaqsi jekk għandniex nillimitaw din il-konċessjoni f'każ li l-unit ta' fuq ikun jappartjeni lill-istess sid tal-garaxx jew almenu jekk ikun ġab il-kunsens tas-sidien tal-unit ta' fuq.", "Naħseb li rridu nippruvaw noħolqu bilanċ.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed tgħid li taċċettaw l-applikazzjoni jekk ikunu l-istess sidien?", "Jien naraha agħar din, fis-sens li jekk xi ħadd ikun xtara l-proprjetà ta' fuq mingħajr ma kellu l-ebda kontroll fuq il-proprjetà t'isfel, hija agħar.", "PERIT ALEXANDER BORG: Li konna ddiskutejna kien li, fejn l-abitazzjoni ta' fuq il-garaxx hija tal-istess sid tal-garaxx, jiġifieri joqgħod hu stess, allura nistgħu naċċettaw lintel ħolja, filwaqt li fejn min joqgħod fuq mhuwiex is-sid tal-garaxx ta' taħtu, jekk hemm bżonn, nġiegħluh ibaxxi l-lintel.", "ĊENSU GALEA: Sal-lum mhux qegħdin jaċċettawha.", "PERIT ALEXANDER BORG: Le, dan x'konna qegħdin niddiskutu.", "AVUAKT IAN STAFRACE: Il-complaints li nirċievu aħna mhumiex għax il-garaxx ikun għoli.", "Il-preokkupazzjoni ta' dak li jkun, speċjalment min joqgħod fuq il-garaxx hija l-użu għax dawn l-inġenji x'aktarx jibdew kmieni u forsi anke jagħmlu ċertu storbju.", "Allura tisa' tgħid indiscriminately jekk inti turi li hemm il-lintel għolja tgħid, jekk bnejtha qabel dan iż-żmien qed tirregolarizzahom kollha jew inkella ddaħħal ċerti salvagwardji oħrajn.", "Is-salvagwardji li ġieli semmejna internament huma, l-ewwel li jekk is-sid tal-garaxx u tal-bini ta' fuqu huma l-istess sidien u allura mhux se toħloq inkonvenjent għal ta' fuq… (Interruzzjonijiet) Għax l-għoli tal-garaxx joħloq l-iżjed problema meta dak li jkun ikun jużah għall-inġenji, għax jekk jużah biex jipparkja l-vettura ma joħloqx inkonvenjent.", "THE CHAIRMAN: Tista' tagħtini definizzjoni ta' inkonvenjent f'każ bħal dan?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Tal-inġenji?", "THE CHAIRMAN: Meta l-garaxx huwa għoli u għandek l-propjetarju tal-binja ta' fuq ikun l-istess proprjetarju tal-garaxx ta' taħt.", "X'inhu l-inkonvenjent f'każ bħal dan?", "Li jitla' taraġ aktar?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Le, aħna li qegħdin ngħidu huwa li jekk sid il-garaxx u sid l-appartament ta' fuq huma l-istess, inkonvenjent ma jeżistix u allura wieħed għandu jikkonsidra din il-konċessjoni.", "(Interruzzjoni) Aħna, aktar minn kollox, qed nistaqsu d-domanda jekk għandniex nikkunsidraw li ndaħħlu din il-konċessjoni anke meta l-garaxx u l-appartament ta' fuq huma separati.", "THE CHAIRMAN: Imma għal-liema infringement qed tirriferi?", "Għall-użu?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Għall-użu tal-garaxx.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri għall-għoli biss.", "PHILIP MIFSUD: Jeżistu ċerti każijiet ta' nies li jkollhom garaxx taħt il-plot kollu u jgħolluh ftit aktar minn 12-il filata.", "Jeżistu wkoll każijiet ta' nies li qabel kellhom trakk tal-ġebel jew xarabank, illum m'għadhomx għandhom u qed idaħħal karozzi.", "Jiġifieri hemm l-issue tal-għoli tal-garaxx u tal-blata, imbagħad hemm l-issue tal-użu.", "Jien, oriġinarjament, meta semmejtha, lanqas ma kont qed naħseb daqstant fuq l-użu imma kont qed naħseb fuq id-daqs.", "Jien naħseb li sakemm ikun hemm the parking of private vehicles, ma narax li għandu jkun hemm konċessjoni, ladarba imbagħad hemm l-ogħli u allura jimplika l-parkeġġ ta' vetturi kummerċjali, allura imbagħad tiġi l-konċessjoni minn ta' fuq jekk huwiex l-istess persuna.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jien naħseb li rridu ngħidu huwa jekk aħniex se napplikawha b'mod indiskrimat jew inkella, anke kif qed isemmi l-Onor.", "Mifsud, li tgħid li f'każ ta' konċessjoni m'għandek bżonn iġġib il-kunsens ta' ħadd jekk se tibqa' tipparkja l-vetturi privati, però jekk se tipparkja fih inġenji, trid jew tkun is-sid tal-appartament ta' fuq jew inkella ġġib il-kunsens tas-sid tal-appartament ta' fuq.", "Dan again, biex kemm jista' jkun tipprova toħloq bilanċ f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Jista' jkollok xenarju differenti fejn l-appartament ta' fuq irid jagħmel applikazzjoni ta' estensjoni, l-garaxx ta' isfel huwa rregolari f'dan is-sens, u huwa fl-interess tas-sid differenti ta' fuq li jirregolarizza dak li hemm isfel.", "Jien naħseb li meta inti tagħmel applikazzjoni sussegwenti għand il-MEPA, se tħarislek lejn l-irregolarità li għandek fil-ground floor u timblukkak.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jien naħseb li s-suġġeriment wieħed irid jarah.", "Illum għandna legal notices 2/96 u 2/98 li suppost jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn, però wieħed jieħu s-suġġeriment taċ-Chairman, li tista' tkun li l-appartament ta' fuq, minħabba l-issue ta' dak ta' taħt… Aħna li kellna f'moħħna kien iżjed li ta' fuq jista' jkun il-persuna li qiegħed joġġezzjona, però jekk għandek lil ta' fuq li jrid jibbenefika minnha tista' tiġi kkunsidrata wkoll.", "Jiġifieri li forsi nistgħu nagħmlu, bil-permess tagħkom, huwa li llum nieħdu notamenti ta' x'inhi d-direzzjoni ġenerika li l-Kumitat jixtieq imur għaliha, nabbozzaw kriterji kif qegħdin nifhmuhom jew nistgħu noħorġu bihom, nilħqu niċċirkolawhom magħkom u forsi wieħed jidħol f'iżjed dettall...", "Aħna available għal aktar diskussjoni.", "Fil-fatt naħseb li din hija waħda mill-iktar diskussjonijiet l-iktar konkreti li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal kulħadd u definitely li l-Membri tal-Kumitat ikunu disponibbli.", "IS-SUR AUSTIN WALKER (Chairman, MEPA): Personalment naħseb li jekk mal-konċessjoni tal-binja se jidħol ukoll l-użu, se tikkomplika ruħha wisq.", "Naħseb li l-konċessjoni għandha tibqa' fuq l-istruttura, jekk hemm użu differenti minn dak li huwa permess, allura għandha titlob change of use, però almenu l-istruttura u minn hemm fuqha jew min għandu impediment minħabba li l-istruttura hija għolja aktar minn 12-il filata illiberajthom.", "Però ma naqbilx li magħha jiżdied l-użu.", "Fil-fatt diġà bdejna naraw x'kumplikazzjonijiet jistgħu jinqalgħu għax qed jissemma jekk hemm il-consent, jekk m'hemmx, min joqgħod fuq, eċċ. Aħna jidħlulna ħafna lmenti ta' nies li jgħixu mal-ġnub ta' garaxxijiet simili li jgħidulna li jdamdmuhom fl-4:00a.m. għax ikun irid jistartja l-vettura għax ikun irid imur jarma bil-ħaxix jew joħroġ għall-ġebel eċċ. Jiġifieri naħseb li huwa perikoluż li tagħti l-użu taħt concession, però l-binja għandna nikkunsidrawha.", "PERIT ALEXANDER BORG: Biex ninfurzaw jekk hux se jdaħħal trakk jew karozza, imbagħad tiġi ftit...", "ĊENSU GALEA: Naħseb li għandu raġun il-Perit Borg fuq dan il-punt.", "Naħseb li d-distinzjoni trid tkun dwar jekk dik il-kostruzzjoni hijiex se tkun skont kriterji aċċettabbli.", "Forsi l-periti l-oħra ma jaqblux miegħi, imma nista' ngħid li kull min bena ċertu għoli ma naħsibx li għamel hekk mhux biex joqgħod iżid il-kont tax-xogħol u minflok €1,000 tiġih €2,000 imma għax f'dak il-mument li kien qed jibni, jew kellu karozza tal-linja, jew kellu trakk, jew inkella kellu xi ħaġa oħra f'moħħu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, l-esiġenzi jinbidlu imma sakemm huwa garaxx għall-użu privat, huwa immaterjali x'se tipparkja fih, imma jekk imbagħad se jsir change of use għax se jkun qed jintuża kummerċjalment, imbagħad jien nippretendi li ssir applikazzjoni għal change of use.", "U l-kriterji ta' jekk jingħatax permess għal change of use jew le, ma jridx ikun hemm distinzjoni bejn 15-il filata u 12-il filata.", "THE CHAIRMAN: Jien naħseb li l-ewwel nett trid issir definizzjoni ta' xi tfisser meta ngħidu \"garage for private cars\", jiġifieri xi tfisser \"private cars\" jekk humiex karozzi għall-użu ta' passiġġieri jew inkella jistgħu jkunu cars owned by the applicant, jiġifieri f'dak il-każ tista' tkun dgħajsa, jista' jkun trakk u tista' tkun xarabank, però imbagħad teskludi general services garages.", "L-Onor.", "Buħagiar ried jagħmel xi interjection.", "CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum, sa fejn naf jien, meta inti tiġi biex tapplika u jkollok appartament fuq u għandek garaxx għoli taħt, ma jagħtukx permess biex tirranġa l-appartament ta' fuq għax għandek enforcement fuq il-garaxx ta' taħt għax huwa għoli.", "Sa fejn naf jien hekk qiegħda sal-lum.", "PERIT ALEXANDER BORG: Issa nqtajt ftit minn dak id-direttorat, però jekk tħares lejn PA2/1998 tara li tgħid li anke jekk għandek sidien diferrenti, jekk se tikkomprometti direct action… Meta kont f'dan id-direttorat, li issa ilu ftit, kont nirraġuna li jista' jgħolli l-art tal-garaxx ta' taħt u allura taqa' din.", "Imma ma nafx kif qed tiġi interpretata bħalissa.", "CHARLES BUHAGIAR: Le, mhux qed tkun interpretata hekk, però hija problema u forsi wieħed jista' jindirizzaha.", "Għal dak li huwa l-għoli tal-garaxxijiet naħseb li hemm żewġ tipi ta' għoli ta' garaxxijiet oħra li wieħed irid jikkunsidra, wieħed li garaxx ikun ma' semi-detached, li suppost jitħallew baxxi imma ħafna drabi jinbnew ħafna aktar għoljin.", "Lil dawn se nagħtuhom konċessjoni?", "It-tieni tip ta' għoli huwa fil-każ tal-internal development.", "Ħafna drabi dawn kienu jagħtuhom permessi għal għoli ta' disa' filati u llum il-ġurnata, ħafna minnhom huma mibnijin fuq 11-il filata.", "Għalkemm dawn mhumiex dwellings imma garaxxijiet se nikkomtemplaw li nagħtuhom konċessjoni minħabba l-fatt li forsi filata jew tnejn aktar għoljin?", "PERIT ALEXANDER BORG: Qed issemmi ħafna affarijiet.", "ĊENSU GALEA: U hemm aktar!", "THE CHAIRMAN: Veru li hemm ħafna affarijiet, però meta toqgħod tqishom issib li ma tantx huma differenti minn xulxin.", "Pereżempju, fil-każ ta' internal garage, jekk ikunx mibni fuq disa' jew 11-il filata ma jkun qed jisker l-ebda liġi sanitarja jew liġi u ħafna drabi ma jkunx hemm issue ta' terzi persuni.", "Jiġifieri għalkemm huma ħafna affarijiet, mhumiex affarijiet ta' xi konsegwenza kbira.", "PERIT ALEXANDER BORG: Ħaġa li ġieli ħsibna fuqha hija f'każ li jkun hemm increase in heights.", "S'issa tkellimna fuq garaxxijiet, imma jekk pereżempju jgħolli l-binja kollha b'metru, s'nagħmlu?", "Inwaqqgħulu l-binja kollha biex inbaxxulu l-għoli?", "Affarijiet li jorbtu ma' dak li semma ċ-Chairman hjia meta għandek ċertu tibdil mal-faċċata bħal pereżempju, li l-gallerija minflok 90 cm ġiet metru.", "Forsi mill-ġnub nistgħu nagħmlu allowance, però dejjem saving third party rights.", "ĊENSU GALEA: Jista' jkun hemm kwestjonijiet legali wkoll għax ħafna drabi l-ġirien ma tantx ikunu ġirien tajbin.", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma għandna każijiet fejn ilhom hemm u qatt ma inqala' xejn.", "Hemm ukoll imbagħad modifikazzjonijiet li ma jidhrux minn mat-triq, bħal pereżempju tal-internal garages li faċilment naħseb li nistgħu nikkomplawhom għax kif qed ngħidu, fl-aħħar mill-aħħar m'huma qed idejqu lil ħadd.", "Anke affarijiet mal-faċċata, forsi mhux f'UCAs, però...", "ĊENSU GALEA: Imma mbagħad jilmentawlek n-nies li għandhom il-binjiet overlooking il-garaxxijiet...", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma għax jogħla filata jew tnejn?", "ĊENSU GALEA: Le, għax jgħidulek li aktar forsi aktar jistgħu jaqbżulhom.", "Dawn huma l-argumenti li jġibu li jien personalment ma naqbilx magħhom.", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna f'din tal-kawżi tal-btieħi konna qed nibżgħu jekk hux ħa jkun hemm backlash imma s'issa, almenu fl-enforcement lanqas ġiena complaint wieħed li forsi kien hemm min ċekken il-bitħa.", "Issa jew marru x'imkien ieħor imma għandi ma waslux ilmenti.", "THE CHAIRMAN: Basta ma jkollokx il-backlash ta' ċerta relaxation fl-attitudni tal-GSB jew tas-Sanità.", "Jekk se mmur issa fl-estrem ieħor, jien rajt każijiet ta' konċessjonijiet f'backyard meta l-backyard tkun irregolari jew plot L-shaped eċċ, xi kultant l-interpretazzjoni tas-Sanità, ta' ċertu qies tal-btieħi tinkwetak jekk tkun qed taraha mill-punto di vista ta' third parties.", "Jien il-kumment li nixtieq nagħmel issa huwa li nispera li fil-mentalità tal-MEPA as a whole, filwaqt li b'dan qed ngħinu lil dawk in-nies li kellhom irregolarità fil-passat u ma jistgħux jisfruttaw materjalment l-proprjetà tagħhom, ma nġibux attitudni ta' rilassament fis-sanità, li nibdew nagħtu ċerti konċessjonijiet fejn il-liġi tħallilek ċerta leaway għax ħafna drabi l-leaway ikun kontra t-third parties.", "AVUKAT IAN STAFRACE: L-agħar li jista' jiġri huwa li f'każijiet fejn il-bini għadu fil-proċess ta' applikazzjoni tiġi applikata b'mod flessibbli, għaliex, hemmhekk naħseb jien jibdew jinħolqu l-kumplikazzjonijiet.", "Forsi, r-rulings li wieħed qed jirriferi għalihom huma għal każijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom għadha pendenti, fejn forsi għandhom il-bitħa ta' wara forsi slanting jew L-shaped u kien hemm xi sitwazzjonijiet ta' interpretazzjoni ta' kif issir il-bitħa li kienu daqsxejn problematiċi.", "Biex nieħu spunt anke milli semma l-Onor.", "Buhagiar dwar l-issue tal-vilel – għax naħseb li ma rrispondejnihx, għalkemm daħal fiha ftit il-Perit Borg fejn qal li s'issa mhumiex qed jiġu kkunsidrati – jien naħseb li l-uniku mezz kif għandhom jiġu kkunsidrati, għax kif qed ngħidu, kemm jekk huma fully u anke jekk huma semi-detached, iżjed milli għax għandek kamra fil-bitħa hija għax tkun aċċedejt il-coverage.", "Għandna każijiet ta' binjiet mibnijjin fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet fejn suppost kien hemm side cartilage ta' 40% coverage u tmur u ssibha 45% jew 50%.", "Forsi allura wieħed iżjed jindirizza dak il-punt milli jekk hijiex kamra fil-bitħa u forsi noħorġu b'xi suġġeriment f'dik id-direzzjoni.", "Każijiet oħra li lqtajna magħhom huma dawn il-villa areas tas-sebgħinijiet u t-tmenijiet li llum forsi s-sidien tagħhom jixtiequ jew they move on jew jaqsmuhom f'units għat-tfal għax forsi m'għadhomx tajbin għall-esiġenzi tagħhom, u jibdew joħorġu dawn l-issues għax issibhom 42% jew 46% u teħel għax ma tkunx sempliċement kamra li tista' tgħid li qisha nbniet wara.", "Jiġifieri forsi noħorġu b'suġġeriment li jkun qed jindirizza ż-żewġ issues għax fil-vilel mhux qisek għax se ssib għax hemm kamra kif nifhmuha bħala kamra fil-bitħa imma forsi hija iżjed issue ta' coverage kif semma tajjeb l-Onor.", "Rigward l-issue tal-encroachment fil-front garden li semma l-Onor.", "Mifsud, forsi wieħed jista' jistabilixxi kriterju wkoll...", "PERIT ALEXANDER BORG: Forsi ma' din nistgħu nżidu wkoll meta joħorġu pereżempju tarġa, jew rampa toħroġ sa mhux aktar minn pied 'il barra mill-alignment, basta mhux aktar minn pied jew tarġa waħda.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma fuq il-bankina tkun qed tipperikola third parties.", "THE CHAIRMAN: Jien forsi jiġini f'moħħi xi każ bħalissa, imma kemm hija esiġenti l-MEPA bħala infurzar fuq ir-rampi fuq il-bankina?", "Żgur li mhijiex komprensiva fl-infurzar fuqhom.", "Il-prassi tal-MEPA x'inhi?", "PERIT ALEXANDER BORG: Ovvjament se nkun prattiku.", "Ir-riżorsi limitati li għandna rridu naraw kif nużawhom bl-aħjar mod u jekk se noqogħdu nduru dawn l-affarijiet ma nispiċċaw qatt.", "Però jekk jidħlilna rapport ma nistgħux ngħidu lil dak li jkun li m'għandux raġun.", "Darba kellna kunsill lokali li ridna nduru t-toroq kollha biex naraw fejn hemm tarġa ħierġa 'l barra.", "THE CHAIRMAN: Jiena dan jinkwetani.", "Il-każ tiegħi huwa meta kien ikun hemm rapport u taġixxi fuqu.", "Jekk għandek rapport u għandek 20 każ bħalu fl-istess triq u ma aġixxejtx, inti trid tkun ugwali ma' kulħadd, mhux għax għandek rapport fuq wieħed, taġixxi fuqu biss!", "Jekk qed tagħlaq għajnejk għad-99 l-oħra trid tagħlaq għajnejk għal dak il-wieħed ukoll!", "ĊENSU GALEA: Jew tiftaħhom għal kulħadd!", "AVUKAT IAN STAFRACE: Biex inżid punt ma' dak li qed isemmi l-Perit Borg, din l-issue tar-rampi testendi.", "Pereżempju, f'ċerti rħula, partikolarment f'Għawdex, il-problema mhijiex ir-rampa imma kif isiru l-bankini; imtarrġin, bil-madum biex ikun bħal tal-front garden eċċ. Jiġifieri l-problema mhijiex żgħira.", "Illum il-ġurnata hemm ħafna iżjed kontrolli, biex inkunu ċari għax illum ħafna mill-bankini isiru minn entitajiet pubbliċi, jew mill-kunsill lokali jew mill-Gvern ċentrali fi proġetti ta' tisbieħ, però, mhijiex problema li tista' tiġi indirizzata faċilment għax għandek ċerti areas fejn hemm irħula u toroq sħaħ b'dawn il-każijiet, li ma jinkludux biss ir-rampi tal-garaxxijiet, imma kif qed insemmu, għandek aktar kwestjonijiet.", "PERIT ALEXANDER BORG: Biex inżid ma' dak li qal iċ-Chairman, ma jfissirx li bilfors noħorġu notice, però ma nistgħux ninjoraw il-fatti, speċjalment meta niġu f'każijiet fejn xi ħadd se japplika għall-compliance, forsi l-binja ma tkunx riċenti u għandu tarġa waħda ħierġa 'l barra fuq il-bankina.", "Allura f'dak il-każ ma nagħtuhx compliance?", "Qed nipprova nkun prattiku għax dawn huma affarijiet li niltaqa' magħhom il-ħin kollu.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jien naħseb li din tal-bankini trid tiġi indirizzata b'mod ħafna iżjed ħolistiku.", "Fl-areas il-ġodda, nerġa' ngħid, ma tantx qed ikun hemm problemi, iżjed u iżjed minn dawn l-aħħar snin, anke peress li jkollok il-garanzija bankarja li trid tirriprestina l-bankina għal kif kienet.", "Hemmhekk, ma tantx qed ikollna problemi, però l-problema ta' aċċessibilità ta' ċerti bankini goes beyond ir-rampa u t-tarġa għaliex kif qed ngħidu, għandek bankini diżinjati b'mod li ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Sur President, at one stage Dr. Stafrace qal li huwa importanti li dawn il-konċessjonijiet li qed nagħtu jagħmluha ċara li minn issa 'l quddiem mhuwiex xi ħaġa li l-bini l-ġdid jidħol fih.", "Jekk nista' nagħmel kumment li forsi jinstema' vojt, naħseb li l-MEPA trid issib il-mod ta' kif il-building inspectors tagħha jagħmlu dak li kienu jagħmlu 40 sena ilu, ċioè jmorru jispezzjonaw at foundation level għax l-abbużi u d-diskrepanzi bdew jiġru proprju għaliex l-ewwel jittella' l-post jew il-blokka imbagħad xi ħadd jinduna li ġewx osservati r-regoli.", "Naħseb li kieku kellna nispezzjonaw f'dak il-livell nevitaw ħafna minn dawn il-problemi li għandna llum.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Dwar dan nistgħu nagħmlu sessjoni ta' dan il-Kumitat u niddiskutuh fid-dettall.", "Din l-issue ta' dik li aħna nsejħulha general compliance aħna niddiskutuha kemm internament kif ukoll esternament u nsita' ngħid li hemm veduti differenti.", "Jien għalija, almenu l-viżjoni tiegħi personali hija li l-ewwel stadju tal-compliance għandu jinġarr mill-perit li huwa responsabbli mill-proġett.", "Il-perit jassumi l-ogħla responsabbilità li jista' jassumi fuq is-sigurtà tal-binja, mhux is-sigurtà waqt li l-binja hija għaddejja imma s-sigurtà tal-binja b'mod li bniedem jista' jabita fiha u naħseb li ma tantx hija oneruża, komparata ma' dik ir-responsabilità li l-perit jassumi responsabilità li l-binja hija mibnija skont il-permessi.", "Ma naħsibx li huwa aċċettabbli li bniedem jgħid jew iġib bħala skuża li ma beniex skont l-alignment, jew skont ħaġa jew oħra, għax il-MEPA għandha tmur tiċċekkja l-foundations.", "Nerġa' ngħid li din hija diskussjoni li tista' teħodna f'ħafna livelli, però jien naħseb ukoll li rridu nibdew nistaqsu d-domanda… (Interruzzjonijiet) Le mhux il-perit x'qed jagħmel!", "Jien, anke ma narax għalfejn immorru nagħtu l-linja aħna on site.", "L-uffiċjali tagħna jmorru jagħtu l-linja on site fuq pjanta li ssir minn uffiċjali oħra fi ħdan il-MEPA.", "Jien m'iniex perit imma ma nafx kemm hija arti daqshekk eloborata li dik l-interpretazzjoni ma tistax tingħata… Jien ċert li s-sidien u anke l-periti jkunu jafu eżatt fejn tkun il-linja tal-proprjetà.", "Nista' ngħid li aħna niltaqgħu ma każijiet fejn minkejja li l-linja tkun ingħatat b'mod korrett mill-uffiċjali tagħna, xorta ma tiġix osservata u nispiċċaw b'nies jgħixu fl-blokka jew propjetà mixtrija… U hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq binjiet tas-sebgħinijiet jew tat-tmeninijiet imma anke fuq dawk mibnijin riċentement fejn blokka appartamenti tispiċċa out of alignment b'metru jew b'nofs metro u mhux qed ngħid għat-tarġa tal-entratura imma għall-façade kollha li tispiċċa maħruġa 'l barra.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel port of call fejn tidħol compliance huma l-applikanti u s-sidien tal-proprjetà.", "Illum, qabel ma ġejna hawnhekk kellna diskussjoni ċ-Chamber of Commerce, u lill-udjenza preżenti għedtilhom li xi kultant kien hemm miżinterpretazzjoni dwar min eżattament ikun qed jaċċedi biex jingħata servizz mill-awtorità, jekk hux il-perit jew l-applikant.", "Jien inħoss li l-ewwel responsabilità għandha taqa' fuq l-applikant għaliex l-applikant irid mhux biss jara li qed jingħata servizz u servizz korrett, imma jrid jassumi anke obbligi imposti fuqu.", "Il-perit ma jistax jieħu deċiżjonijiet għall-applikant; l-ewwel responsabilità hija fuq is-sidien tal-proprjetà li jridu jassumu r-responsabilità li l-bini qed jinbena skont il-permessi, li l-bini qed isegwi l-official alignments, li qed jirrispetta d-drittijiet ta' terzi, eċċ. Dawn huma kollha obbligi fuq is-sidien.", "Imbagħad il-perit qiegħed hemmhekk biex jara li l-pjanti li qegħdin jiġu segwiti huma dawk li daħlu mal-permess għax imbagħad nispiċċaw f'sitwazzjonijiet fejn anke l-compliance tispiċċa qisha buzz word.", "Jien ġieli jiġu nies għandi jgħiduli li ma tajnihomx il-compliance u meta nistaqsihom hekk humiex compliant, jgħiduli \"compliant ma' xiex?\"", "Il-kelma \"compliance\" ġiet qisha catch phrase li ma tfisser xejn u tispiċċa b'każijiet fejn tidħol compliance request għand il-MEPA fejn il-perit jiċċertifika li l-bini huwa mibni skont il-permess, imbagħad tara l-formoli li jkunu daħħlu għand il-banek, fejn jibdew jiġu listed id-departures mill-permess.", "Imbagħad jiġi dak l-individwu għand il-MEPA jgħidulna għax ma tajnihx il-compliance.", "U l-ewwel domanda li nistaqsi jien, kważi hija standard, hija jekk humiex compliant.", "U kif għedt, dawn jistaqsuni ma' xiex suppost li huma compliant!", "Dawn huma s-sitwazzjonijiet li jrridu nindirizzaw.", "Illum inħoss li hemm ħafna aktar awareness u l-livell ta' compliance dejjem qed jiżdied.", "U lejn dik it-triq irridu mmorru għax jien nemmen li l-akbar suċċess li nistgħu niksbu huwa meta kulħadd ikun qed jitkellem bl-istess lingwa.", "Ir-regolatur irid jara li qiegħed jiffaċilita l-proċess, però is-self regulation – u kull pajjiż qed imur lejn is-self regulation għax ir-regolatur qiegħed hemmhekk biex jissettja l-gwidi u jagħti regoli ċari – hija l-isbaħ għodda ta' compliance li jista' jkollna.", "Però biex ikollok self regulation irid ikollok lil kulħadd qed jitkellem l-istess lingwa; aħna, s-sidien, li jġorru responsabilità kbira, u l-periti li jaċċedu għall-awtorità.", "Naħseb li dik hija t-triq li rridu nimxu fiha.", "THE CHAIRMAN: Jien qed neħodha li qegħdin tikkontemplaw li l-iskema tiġi estiża.", "Għandkom xi time-frames f'moħħkom?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jien li nista' nissuġġerixxi huwa li sa forsi, għaxart ijiem jew 15-il ġurnata oħra nressqu proposti bi kriterji stabbiliti lis-Sedja ħalli jiġu ċirkolati mal-Membri tal-Kumitat, imbagħad forsi l-Kumitat jogħġbu jsejjaħ laqgħa biex jiġu diskussi.", "THE CHAIRMAN: Jien nitlobkom biex kemm jista' jkun tgħaġġlu għax issa anke nidħlu fir-reġim tal-baġit.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Nippruvaw li sa bħal-lum ġimgħa ngħadduhomlkom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma tajtunix risposta fuq id-dwellings ODZ.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Rigward dwellings ODZ aħna nistgħu nressqu proposti biex jiġu kkunsidrati minn dan il-Kumitat, jiġifieri m'aħniex qed ngħidu li m'aħniex se nressqu proposta quddiem dan il-Kumitat.", "S'issa l-ħsieb kien li nżommuha contained għal dawk within scheme, però nieħdu spunt mis-suġġeriment tal-Onor.", "Buhagiar u naraw nistgħux ninkwadraw xi ħaġa f'kuntest ta' bini jew ta' settlements.", "Aħna se ninkludu lista fil-proposta li se nressqu, imbagħad il-Kumitat jgħidilna liema minn dawk li jkun hemm fil-lista jkun jixtieq jadotta, jemenda, eċċ.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Naħseb li kienet laqgħa oħra kostruttiva, bħal ma kienet anke is-sensila ta' laqgħat li kellna magħkom kemm fuq id-daily and major fines, kif ukoll l-istess suġġett u nawgura li nkomplu b'dan l-ispirtu ta' diskussjoni fil-futur.", "Fit-8:30p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121127_011d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2012.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:44 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 10 li saret fid-28 ta' Mejju 2012 kienu konfermati.", "ANALIŻI TAL-EFFETT TA' AVVIŻ LEGALI 229 TAL-2012 U STUDJU DWAR IL-POSSIBILITÀ TA' EMENDI OĦRA FIT-TMIEN SKEDA TAL-ATT DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR, PARTIKOLARMENT F'KATEGORIJA B TAL-ISTESS SKEDA.", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Austin Walker, lill-Avukat Ian Stafrace u l-Perit Alexander Borg, Chairman, Kap Eżekuttiv u Direttur tat-Taqsima tal-Enforcement tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament sabiex jieħdu parti fid-diskussjoni.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Avukat Jesmond Schembri, Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Mario deMarco.", "Fuq proposta tal-Kumitat l-Avukat Ian Stafrace issuġġerixxa li fi żmien għaxart ijiem jew 15-il ġurnata, il-MEPA tressaq lill-President tal-Kumitat proposti bi kriterji stabbiliti dwar l-estensjoni tal-iskema tal-Compliance Certificate sabiex ikunu jistgħu jiġu ċċirkolati mal-Membri tal-Kumitat u finalment jiġu diskussi f'laqgħa tal-istess Kumitat.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRMAN TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121127_011m_dpc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 144", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2012", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2012 fil-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni tar-rapporti maħruġa mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lis-Segretarji Ġenerali tat-tliet partiti Politiċi f'pajjiżna.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121127_144a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru 144", "It-Tlieta 27 ta' Novembru, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 144", "It-Tlieta 27 ta' Novembru, 2012", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-5:19 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 143, li saret nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru 2012, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Irċevejna din il-korrispondenza:", "Ittra datata 20 ta' Novembru 2012, mingħand il-Ministru Chris Said, dwar il-ħatra ta' Ms Miriam Muscat fil-Malta Council for the Voluntary Sector wara r-riżenja minn din il-kariga tas-Sur Reuben Buttigieg.", "Email datata 26 ta' Novembru 2012, mingħand is-Sur David Agius, ex-Surġent tal-pulizija, minħabba li jixtieq jerġa' jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Kif qed taraw, l-ewwel ittra hija mingħand il-Ministru Chris Said, fejn qed jistaqsina għalfejn għadna ma tajniex l-approvazzjoni tagħna dwar il-ħatra ta' Ms Miriam Muscat li ħadet post is-Sur Reuben Buttigieg fil-Kunsill Malti għall-Għaqdiet Volontarji.", "Fil-fatt, skont l-istess liġi li twaqqaf il-Voluntary Organisations, kull meta jitbiddel xi membru fi ħdan il-Kunsill, irid jiġi notifikat u jagħti l-konferma tiegħu dan il-Kumitat, kif proprju qed jitlob il-Ministru.", "Għaldaqstant, jiena tal-opinjoni li nistgħu niktbu lura lill-Ministru u ngħidulu li qegħdin napprovaw il-ħatra ta' Ms Miriam Muscat.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien illum qed nisma' biha għall-ewwel darba din il-biċċa.", "Issa jista' jkun li kien hemm xi laqgħa oħra fejn issemmiet, jiġifieri m'iniex qed niċħad dan, imma forsi nitlob li jkollna ftit informazzjoni mis-Segretarji tagħna dwar jekk hemmx raġuni għalfejn wieħed qed jirriżenja, u xi ftit informazzjoni dwar Ms Miriam Muscat.", "THE CHAIRMAN: Nista' nikkonferma li kienet intbagħtitilna l-informazzjoni kollha, u aħna konna ġejna mitluba skont l-istess liġi li tirregola l-Kunsill Malti għall-Volontarjat – u din aħna ressaqniha – imma, għal xi raġuni jew oħra, xi ħadd għadu ma bagħatx il-komunikat lill-Ministru.", "Nitlob lis-Segretarji tagħna sabiex isibu l-informazzjoni u jgħadduha lill-Onor.", "Carmelo Abela, u mbagħad, x'ħin jikkonferma l-Onor.", "Abela, nirrikmanda li nibagħtu l-approvazzjoni tagħna lill-Ministru konċernat.", "CARMELO ABELA: Sur President, wara li naraw ftit din il-korrispondenza, ma nsibx oġġezzjoni sabiex niktbu lill-Ministru u ninformawh.", "THE CHAIRMAN: Mela nħalli f'idejn l-uffiċjali tal-Parlament sabiex isibu l-informazzjoni mitluba, ħalli mbagħad nibagħtu r-risposta tagħna lill-Ministru.", "L-ittra l-oħra hija mingħand is-Sur David Agius, ex-pulizija, li jixtieq jiltaqa' ma' dan il-Kumitat.", "Jiena nitlob biex, fl-ewwel laqgħa li jmiss, nibagħtu għalih u nisimgħu dak li għandu xi jgħidilna.", "Ngħaddu issa għad-diskussjoni tal-lum.", "Preżentazzjoni tar-rapporti maħruġa mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lis-Segretarji Ġenerali tat-tliet partiti Politiċi f'pajjiżna", "THE CHAIRMAN: Illum għandna preżentazzjoni tar-rapporti maħruġa mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lis-Segretarji Ġenerali tat-tliet partiti politiċi f'pajjiżna.", "Napprezza u nirringrazzja li għandna preżenti magħna uffiċjal minn partit politiku li aktar tard se ngħaddilha l-kelma u, in absentia ta' dawk li mhux qegħdin magħna, aħna nistgħu nibdew din il-laqgħa.", "Irrid infakkar, Mr Speaker, sħabi deputati u mistiedna tagħna, li fl-ewwel laqgħa ta' din il-leġiżlatura ta' dan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, jiena kont ħejjejt u ressaqt rapport dwar il-pjan ta' ħidma li fuqu kellu jimxi dan il-Kumitat.", "Sħabi kollha li kienu hawn dak iż-żmien kienu qablu ma' dak il-pjan ta' ħidma.", "Dan il-Kumitat jittratta suġġetti soċjali relatati wkoll mal-familja, u konna tajna elenku ta' suġġetti li kellna niddiskutu, bil-ħsieb li wara kull diskussjoni nħejju wkoll rapport.", "Jiena kont irrakkomandajt li, anke jekk ikun hemm minoranza, din għandha tiġi rikonoxxuta biex ma jkollniex Kumitat li jimxi b'maġġoranza jew b'minoranza, imma jkun hemm l-ideat ta' kulħadd.", "Mela, anke jekk ikun hemm deputat wieħed biss li jkollu idea differenti mill-oħrajn, meta joħroġ ir-rapport dik l-idea għandha tiġi ppubblikata wkoll.", "Illum nixtieq nuri sodisfazzjon iktar minn dakinhar għax dak li ħsibt ma sar qatt, fis-sens li kull rapport li ppubblikajna dejjem kien hemm qbil unanimu dwaru.", "Għalhekk, dak li ħsibt għalih biex ikun hemm ukoll il-minority reporting biex ħadd ma jibqa' barra, ma kellniex għalfejn neżerċitawh.", "Il-mod ta' kif ħadem dan il-Kumitat huwa ta' sodisfazzjon għalija.", "Huwa wkoll ta' sodisfazzjon għalija li dan il-Kumitat iltaqa' għal numru sostanzjali ta' laqgħat.", "Fil-fatt, illum għadni kemm approvajt il-143 laqgħa.", "F'dawn il-laqgħat dejjem poġġejna għad-diskussjoni issues, problemi, weġgħat u tamiet tan-nies, u dan il-Kumitat kważi serva ta' halfway house bejn iċ-ċittadini hemm barra u l-formalità parlamentari.", "Ħafna drabi ġew numru ta' nies minn oqsma differenti tal-ħajja: ġew professjonisti u nies li jirrappreżentaw liċ-ċittadini tagħna, u kollha qasmu magħna r-realtajiet tagħhom.", "Sussegwentement, aħna smajna u ħriġna r-rapporti tagħna.", "Aħna m'aħniex kumitat eżekuttiv imma kumitat ta' diskussjoni, kumitat ta' riċerka, kemm riċerka politika kif ukoll riċerka ta' dak li jixtiequ n-nies u tal-ideat tagħhom, u riċerka dwar x'inhuma l-weġgħat u t-tamiet tagħhom.", "Min-naħa tagħna, il-weġgħat u t-tamiet tan-nies qatt ma ħbejnihom taħt it-tapit.", "Jekk wieħed iħares lejn is-suġġetti li ddiskutejna f'dawn ir-rapporti, wieħed jara kif ħarisna kważi lejn x'inhu jiġri fis-soċjetà tagħna.", "Wieħed mir-rapporti tagħna jismu 'It-tfal l-aktar li jbatu fil-faqar'.", "Tajjeb ngħid li kull suġġett li ddiskutejna, dejjem iddiskutejnih f'ambitu ta' x'inhu jiġri fil-familja Maltija.", "Meta ddiskutejna l-faqar, mhux biss ħarisna lejn il-faqar, imma ħarisna wkoll lejn it-tfal u l-konsegwenza tal-faqar fuq it-tfal.", "Rapport ieħor kien intitolat 'Strateġija Nazzjonali Favur is-Saħħa Sesswali', filwaqt li l-ieħor huwa ntitolat 'L-Effetti ta' Nuqqas tal-Missier fuq it-Tfal'.", "Rapport ieħor kien intitolat 'Inħarsu iktar id-Drittijiet u l-Interessi tat-Tfal', filwaqt li l-ieħor kien intitolat 'Il-Familja u l-Anzjani'.", "Rapport ieħor kien intitolat 'L-Uniformijiet tal-Iskejjel', u l-ieħor 'Il-Familja u d-Diżabilità'.", "L-aħħar żewġ rapporti kienu intitolati 'Lejn Aktar Sigurtà u Bon Ordni f'Paceville' u 'Il-Vjolenza Domestika', b'relazzjoni ta' x'jista' jiġri meta jkun hemm il-vjolenza domestika fil-familja.", "Nikkonkludi billi ngħid li aħna m'aħniex kumitat eżekuttiv, u fil-fatt ħadd minna ma jista' jieħu deċiżjoni eżekuttiva; però is-suġġerimenti li ħarġu fuq dawn is-suġġetti dejjem emminna fihom, u fhimna li għandhom iservu tajjeb kemm għall-Eżekuttiv tal-Gvern, kif ukoll għal kull entità ta' awtorità f'dan il-pajjiż, għax kull min jimpurtah li jara li jkun hemm żvilupp fiċ-ċittadini tagħna … Jiena naħseb li tajna kontribut permezz ta' dawn il-laqgħat sabiex naraw titjib fil-ħajja taċ-ċittadini tagħna.", "Din hija l-aħħar laqgħa tagħna llum, għax kif nafu se jkun hawn il-qari tal-Budget u, kif tafu, meta jkun hawn id-diskussjonijiet tal-Budget, dan il-Kumitat ma jiltaqax, għax il-prijorità tingħata lil-laqgħat tal-Budget.", "Nafu wkoll li bħalissa l-partiti politiċi qegħdin iħejju l-manifesti elettorali tagħhom, u nemmen li dan huwa l-mument – u dan grazzi lilek, Mr Speaker, tal-inizjattiva li ħadt – sabiex nippreżentaw dawn ir-rapporti lill-partiti politiċi biex ikunu jistgħu jieħdu nota ta' dawn is-suġġerimenti u jinkluduhom fil-viżjoni tal-partiti tagħhom.", "Dawn is-suġġerimenti tagħna jistgħu jagħtu lok sabiex isir titjib fuqhom, biex il-partiti politiċi rispettivi jkunu jistgħu jieħdu dawn is-suġġerimenti u jagħmluhom tagħhom.", "B'hekk dak li xtaqna naraw fis-soċjetà tagħna, b'xi mod jew ieħor, inkunu nistgħu narawhom iseħħu fir-realtà.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Filwaqt li wieħed juri s-sodisfazzjon tiegħu li l-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra rnexxilhom jaħdmu flimkien fuq dawn it-temi li għadhom kemm issemmew, wieħed irid isemmi li, apparti dawn ir-rapporti li ġew ippubblikati, kien hemm diversi diskussjonijiet fuq temi oħra li, għalkemm ma kienx hemm rapporti fuqhom, il-Kumitat ġie mgħarraf fuqhom u saret ukoll diskussjoni.", "Ewlenin fosthom kien hemm l-issue tal-pensjonijiet f'pajjiżna, fejn kellna numru ta' laqgħat mal-Working Group li ħadem fuq il-pensjonijiet, kif ukoll saru laqgħat mal-Ministru responsabbli minn dan il-qasam.", "Il-Kumitat għadda s-suġġerimenti u l-ħsebijiet tiegħu lill-Working Group dwar x'jista' jseħħ fil-futur, kemm immedjat kif ukoll fil-futur iktar imbiegħed.", "Xi ħaġa importanti li ta' min wieħed isemmi hija l-indipendenza mhux biss tal-Parlament, imma anke tal-ħidma ta' dan il-Kumitat, jiġifieri – u hawnhekk naqbel maċ-Chairman – għalkemm aħna ġejjin min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni, aħna maqtugħin mill-Eżekuttiv, u allura l-ħsebijiet u s-suġġerimenti tagħna m'għandhomx ikunu marbuta għax nappartjenu ma' xi partit li jifforma parti mill-Eżekuttiv jew inkella mill-Oppożizzjoni, imma l-ħidma tagħna kienet fuq issues partikolari, issues li jmissu l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħna.", "U allura din l-indipendenza fil-ħsieb kienet importanti biex finalment il-Kumitat jasal li jkollu rapporti tajbin u li għandhom sustanza fis-suġġerimenti li ngħataw.", "Dan iwassalni għat-tielet punt li xtaqt nagħmel.", "Jiena kont nixtieq li jkun hemm iktar attenzjoni fuq ċerti punti minn diversi dipartimenti u awtoritajiet.", "Dan qed ngħidu għax huma wkoll kienu parti mid-diskussjoni, u huma wkoll għandhom aċċess għal dawn ir-rapporti li saru mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "U allura, wara li dan ix-xogħol sar ukoll bis-saħħa tagħhom u bis-saħħa ta' esperti oħra f'dan il-qasam, kont nittama li jkunu mogħtija iktar attenzjoni fit-twettiq tax-xogħol ta' kull dipartiment u awtorità konċernata fuq dawn l-issues li semmejna.", "Matul iż-żmien, rajna jiżviluppa Kumitat Permanenti ieħor, u ċjoè il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, li fil-bidu forsi deher li se jkun qed jaħbat max-xogħol li kien qed jagħmel il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Imma r-realtà urietna li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja seta' jaħdem flimkien mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, b'wieħed jiffoka iktar fuq issues marbuta direttament mal-familja, filwaqt li l-ieħor, għalkemm huwa kkonċernat ħafna fuq l-issues marbuta mal-familja, seta' jiftaħ l-orizzonti tiegħu u jiddiskutu kull suġġett ieħor li mhuwiex kopert b'xi kumitat ieħor.", "Jiena wieħed mill-Membri l-iktar reċenti f'dan il-Kumitat, wara li ħadt post l-Onor.", "Michael Farrugia li kien il-kelliem ewlieni fuq il-qasam tal-politika soċjali qabli, u meta jiena ħadt id-dekasteru tal-politika soċjali ġejt innominat f'dan il-Kumitat.", "Nagħlaq il-ħsieb tiegħi lejn l-ewwel persuna li kien responsabbli minn dan il-qasam f'isem il-Partit Laburista fil-Parlament u barra minnu, u hawnhekk qed nirreferi għall-Onor.", "Fil-fatt l-ewwel rapport 'It-Tfal l-iktar li jbatu' kien verament ħsieb tajjeb ta' dan il-Kumitat, u hawnhekk nirringrazzja liċ-Chairman li kien iddedikah għall-memorja ta' Dr Karl Chircop, li lkoll kemm aħna nafu kemm kellu għal qalbu l-issues soċjali.", "U naħseb li kienet xi ħaġa tajba li dan ir-rapport ġie ddedikat għall-memorja tiegħu.", "Finalment, nirringrazzja lill-kollegi tiegħi, lill-Onor.", "Justyne Caruana, li llum ma setgħetx tkun magħna minħabba li għandha funeral tal-familja.", "Aħna lkoll flimkien ħdimna bħala grupp wieħed, u tajna l-kontribut tagħna flimkien mal-kollegi min-naħa tal-Gvern biex verament ikollna rapporti ta' sustanza.", "Ovvjament, nixtiequ li dawn jitwettqu fil-futur qarib.", "Nirringrazzja wkoll lil Dr Lydia Abela, li hija r-rappreżentant tal-Partit Laburista, u li qiegħda magħna llum hawnhekk.", "Naf li ż-żewġ partiti l-oħra kellhom ikunu preżenti wkoll, imma forsi iktar 'il quddiem inkunu nistgħu ngħaddulhom kopja ta' dawn ir-rapporti, biex imbagħad kull partit ikun jista' jħares lejn dak li jsib utli biex finalment idaħħal dawn is-suġġerimenti fil-programmi elettorali tagħhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "MR SPEAKER (Onor. Michael Frendo): Sur President, qabel xejn irrid ngħid li jiena m'inix membru ta' dan il-Kumitat u qiegħed hawnhekk fuq stedina, li lqajt bil-qalb kollha mill-President tal-Kumitat biex, fl-okkażjoni ta' din il-laqgħa partikolari, issir il-preżentazzjoni tar-rapporti li ħareġ dan il-Kumitat.", "Jien qiegħed hawnhekk biex nesprimi l-appoġġ tiegħi għall-inizjattivi li ħa l-Kumitat, u nuri wkoll l-apprezzament tiegħi għax-xogħol li għamel il-Kumitat.", "Nemmen li dan huwa eżempju ċar ta' xi jfisser li tiddistingwi istituzzjoni parlamentari minn dik eżekuttiva.", "Sfortunatament f'pajjiżna, din id-distinzjoni mhijiex ċara f'moħħ in-nies.", "Għandna iktar minn 90 sena ta' Parlament, u jkolli ngħid li hemm konfużjoni fil-perċezzjoni tal-Parlament, li jiġi mħallat mal-identità tal-Eżekuttiv.", "Il-Parlament huwa istituzzjoni awtonoma, anke jekk għadu qed jistenna l-awtonomija tiegħu formali u legali.", "Madankollu, qiegħed nieħu gost li hemm Abbozz ta' Liġi proprju fuq l-awtonomija tal-Parlament f'pajjiżna u, ladarba qegħdin nitkellmu mal-partiti politiċi, nixtieq nerġa' nġedded l-isfida li kont għamilt fid-diskors tas-7 ta' Ġunju sabiex il-partiti politiċi jinkludu fil-programm elettorali tagħhom l-impenn li jagħtu l-awtonomija sħiħa lill-Parlament ta' Malta, biex iġibuh fuq l-istess livell tal-parlamenti l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea, u ta' ħafna parlamenti oħra li mhumiex fl-Unjoni Ewropea imma li wkoll għandhom l-awtonomija tagħhom, b'distinzjoni ċara bejn l-istituzzjoni parlamentari, il-poteri li għandu l-parlament biex ikun jista' jkollu l-impjegati tiegħu u biex ikollu l-budget tiegħu li jiddeċidih hu stess, biex il-parlament ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u jagħmel ix-xogħol tiegħu, li jinkludi wkoll l-iskrutinju tal-eżekuttiv.", "U allura ma jistax ikun parti mill-eżekuttiv.", "Naħseb li dan il-punt ħareġ b'mod ċar fil-video li għadu kemm intwera fuq il-PBS, video li ġie maħdum għad-90 sena anniversarju tal-Parlament, u li fih ġew intervistati l-Presidenti kollha tal-Parlament li għadhom ħajjin, u l-iSpeakers kollha li għadhom ħajjin.", "Dawn kollha kellhom messaġġ wieħed li kien messaġġ importanti.", "Il-ħidma li għamel dan il-Kumitat hija ħidma li jien kelli l-pjaċir li nista' nagħtih iktar riljev, u d-deċiżjoni li ħadt bħala Speaker biex, mhux biss dawn ir-rapporti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u jiġu ppubblikati elettronikament fuq il-website tagħna – fil-fatt hawnhekk nistieden lill-istampa biex jidħlu fil-website tal-Parlament Malti li ġiet imnedija ftit ġimgħat ilu bħala parti mill-ħidma tad-90 anniversarju tat-twaqqif tal-Parlament Malti – imma wkoll li jkollna l-pubblikazzjonijiet tagħhom fuq il-karta.", "Dawn ir-rapporti juru l-ħidma tal-kumitati u tal-Parlament tagħna.", "Irrid ngħid li dan il-Kumitat okkupa kważi l-pubblikazzjonijiet kollha għaliex għamel ħafna smigħ pubbliku u għamel ħafna studji, u naħseb li jkun tajjeb li dawn l-istudji jinġiebu għall-attenzjoni tal-partiti politiċi, għax huma studji u rapporti parlamentari magħmulin minn deputati li, kif qal tajjeb l-Onor.", "Abela, huma deputati tal-Parlament u mhux parti mill-Eżekuttiv.", "Saru minn deputati li flimkien qablu b'consensus fuq ċerti azzjonijiet li rrakkomandaw, u dawn huma dokumenti ta' policy.", "U naħseb li, filwaqt li l-partiti politiċi jkunu qegħdin jifformolaw il-programmi tagħhom, ikun tajjeb li jżommuhom quddiem għajnejhom u jħarsu lejn ix-xogħol li diġà sar minn din il-leġiżlatura.", "Jien nixtieq li dan ikun ukoll eżempju tal-ħidma kollha li ssir mill-kumitati kollha tal-Parlament.", "Il-Parlament Malti għandu kumitati permanenti, għandu kumitati ad hoc u għandu kumitati li jagħmlu rapporti jew jiddiskutu diversi issues ta' importanza kbira, u naħseb li l-mod ta' kif ħadmu l-kumitati fil-Parlament tagħna huwa verament mod li ħalla l-frott u ħalla r-riżultati.", "Ġieli kien hemm diffikultajiet ta' ħidma fil-kumitati, imma nieħu gost nara li llum dawn id-diffikultajiet intrebħu, u dawn il-kumitati qed jagħtu kontribut għad-diskussjoni nazzjonali.", "Dawn ir-rapporti jsaħħu r-rilevanza tal-Parlament fis-soċjetà tagħna.", "Iċ-Chairman ta' dan il-Kumitat qal li dan il-Kumitat huwa halfway house bejn il-Parlament u u ċ-ċittadini, imma jiena ngħid li dan il-Kumitat huwa full way house bejn il-Parlament u ċ-ċittadini!", "Il-Parlament u ċ-ċittadin huma flimkien.", "Iċ-ċittadin għandu d-dar naturali tiegħu fil-Parlament, għax huwa fil-Parlament bil-fehmiet politiċi kollha li kellhom il-possibilità li jeleġġu bħala r-rappreżentanti tagħhom.", "Din l-istituzzjoni tirrappreżenta l-fehmiet politiċi kollha ta' Malta espressi f'elezzjonijiet ġenerali, kif dawn jirriżultaw f'deputati skont is-sistema elettorali tagħna.", "Naħseb li dan l-eżerċizzju li għamel, u li għadu qed jagħmel, dan il-Kumitat huwa eżerċizzju ta' riflessjoni nazzjonali.", "Il-Parlament, permezz ta' dan il-Kumitat, qed jagħmel riflessjonijiet fuq suġġetti importanti, li nazzjonalment għandhom ikunu riflessjonijiet li wieħed għandu jagħti attenzjoni għalihom.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-istampa u lix-xandir għax, fil-fehma tiegħi, dawn mhumiex jagħtu importanza biżżejjed lill-ħidma u lill-pubblikazzjonijiet ta' din in-natura, u allura qegħdin jonqsu liċ-ċittadin.", "Aħna, biex inwasslu l-informazzjoni, nużaw il-website tagħna, imma dan mhux biżżejjed.", "Għandna bżonn l-istampa u lix-xandir biex liċ-ċittadin jinformawh b'dak li qed jagħmlu d-deputati tagħhom, u ċ-ċittadin ikun jaf min fil-Parlament qed jiddedika l-ħin tiegħu biex jipproduċi policy documents li huma ta' għajnuna għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u politiku ta' dan il-pajjiż.", "U, jekk l-istampa u x-xandir ma jagħmlux dan, ikun diffiċli ħafna biex iċ-ċittadin ikun jista' jifhem min huma dawk li qed jagħtu l-ikbar kontribut.", "U naħseb li dan huwa ta' nuqqas għall-iżvilupp demokratiku ta' pajjiżna.", "Aħna qed nagħmlu l-isforzi kollha biex inwasslu l-informazzjoni liċ-ċittadin, inkluż il-fatt li llum qegħdin nagħmlu live streaming, anke permezz tal-video, ta' din il-laqgħa u ta' laqgħat oħrajn li jsiru fil-kumitati.", "L-iskop ta' din id-deċiżjoni li diġà ttieħdet fil-House Business Committee kienet dik li dan ikun perijodu ta' esperjenza ħalli mbagħad ngħaddu wkoll biex dan il-video streaming isir ukoll fis-seduta plenarja tal-Parlament.", "Illum għandna tnejn mit-tliet ikmamar tal-kumitati li jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' video streaming fuq il-website tagħna.", "U hawnhekk irrid nenfasizza l-importanza tal-edituri tal-gazzetti u tax-xandir li, meta jiġu biex jagħmlu l-għażliet tagħhom, ma jagħżlux li jeskludu lill-Parlament u l-ħidma tad-deputati fil-Parlament mill-attenzjoni u mill-ispazju li jridu jagħtu għall-ħin tagħhom, u mill-ispazju fil-gazzetti tagħhom, u fl-aħbarijiet u fil-programmi tagħhom tax-xandir.", "Għaldaqstant, huwa l-pjaċir tiegħi li nkun preżenti hawnhekk biex nagħmel dawn il-ftit kelmiet.", "Irrid ngħid li l-ewwel rapport mhuwiex tal-Kumitat, għax fil-fatt l-ewwel rapport huwa rendikont tad-90 anniversarju tal-Parlament u jiġbor fih id-diskorsi kollha li saru fl-anniversarju ta' dan il-Parlament Malti.", "Madankollu, il-bqija huma kollha pubblikazzjonijiet ta' dan il-Kumitat, u jonqos li jsiru pubblikazzjonijiet oħra.", "Dan huwa kontribut ċar u dirett u li aħna se nieħdu ħsieb li jintbagħtu lil-libreriji kollha ta' Malta u Għawdex, ħalli jkunu jistgħu jintużaw minn min irid jagħmel ir-riċerka jew minn min irid jagħmel dokumenti tal-politika.", "U naħseb li l-partiti politiċi żgur li għandhom isibu għajnuna għall-iżvilupp tal-ideat tagħhom fil-qari u fil-konsiderazzjoni ta' dawn ir-rapporti.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi, Mr Speaker.", "Issa nistieden lil Dr Abela biex tagħti r-reazzjoni tagħha, imbagħad l-Onor.", "DR LYDIA ABELA (Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali, Partit Laburista): L-ewwel nett, nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għax-xogħol siewi li sar mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kif ippresjedut mill-Onor.", "Prosit lill-Membri kollha, kemm dawk preżenti kif ukoll dawk preċedenti, li lkoll kemm huma taw il-kontribut tagħhom sabiex isir dan ix-xogħol.", "B'sodisfazzjon innotajt ukoll li dan il-Kumitat iltaqa' b'mod regolari, u fil-fatt diġà saru 143 laqgħa, fejn dan addotta proċedura li ħalliet il-frott għax iltaqa' mas-soċjetà ċivili kif ukoll mal-esperti li kienu nvoluti direttament f'kull tema li kienet qiegħda tiġi diskussa.", "Naħseb li dak kien eżerċizzju importanti ħafna għax is-soċjetà ċivili kellha l-opportunità li tissottometti quddiem dan il-Kumitat u tagħti l-kontribut tagħha.", "Naħseb li pajjiżna għandu lakuna f'dan l-aspett, u għalhekk din il-proċedura kienet waħda favorevoli.", "Dan kien kumitat ta' riċerka u kumitat li serva ta' halfway house bejn is-soċjetà u l-Parlament.", "Naħseb li, kif diġà għedt, dan kien eżerċizzju importanti ħafna.", "Jidher li saru diversi rapporti u saret ħidma intensiva minn dan il-Kumitat.", "Qiegħda ninnota li l-ewwel rapport, kif qal l-Onor.", "Abela, ġie ddedikat lil Dr Karl Chircop.", "Naf li m'għandix ċans nikkummenta fuq dawn ir-rapporti kollha, imma xtaqt nikkummenta fuq it-tema tal-faqar li ttratta wieħed minn dawn ir-rapporti.", "Sfortunatament, naħseb li l-faqar illum reġà għolla rasu, u din hija problema komplessa u hija forma ta' diskriminazzjoni, kif ikkummenta dan il-Kumitat stess fir-rapporti tiegħu.", "Naħseb li huwa sintomatiku l-fatt kif illum, fis-sena 2012, għadna nitkellmu fuq il-faqar bl-istess rigorożità li konna nitkellmu dwar il-faqar għexieren ta' snin ilu.", "Naħseb li dan il-fenomenu, peress li reġà għolla rasu, huwa importanti li nerġgħu npoġġuh fuq quddiem nett tal-aġenda politika ta' pajjiżna.", "Kumment li xtaqt insemmi huwa l-fatt li, għalkemm ngħidu li pajjiżna huwa wieħed mill-aqwa pajjiżi, xorta waħda għadna ma nistgħux nindirizzaw b'mod konkret din il-problema soċjali, li hija problema realistika f'pajjiżna.", "Naħseb li għandhom jittieħdu miżuri konkreti biex din il-faxxa fis-soċjetà ta' pajjiżna tkun tista' toħroġ mis-sitwazzjoni li tinsab fiha llum.", "Għalhekk nittama li fil-Budget ta' għada jkunu qegħdin jiġu indirizzati dawk in-nies li jinsabu f'din il-problema, b'mod partikolari t-tfal li għandhom ikunu fil-qalba tal-politika soċjali.", "U dan jidher fid-diversi rapporti li għamel dan il-Kumitat li ttratta fuq it-tfal.", "F'isem il-Partit Laburista, nixtieq ngħid li dan ix-xogħol li sar mill-Kumitat se jkun qed jittieħed in konsiderazzjoni fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi, u li bdejt bih, huwa li l-mod ta' kif fassal il-linji gwida tiegħu l-Partit Laburista kien jixbaħ il-mod ta' kif ħadem dan il-Kumitat.", "Meta ġejna biex infasslu l-linji gwida tagħna, il-Kungress tal-Partit Laburista, li ltaqa' f'Settembru li għadda, ħa l-opportunità sabiex ikun ta' bridge bejn il-Partit Laburista u s-soċjetà ċivili.", "Naħseb dik hija sistema importanti ħafna għax, meta l-partiti politiċi jitkellmu u jindirizzaw b'mod dirett lis-soċjetà ċivili u jisimgħu direttament mingħandhom x'għandhom xi jgħidu, naħseb li hemmhekk jitħalla l-frott.", "Kif dan il-Kumitat ħadem b'mod dirett mas-soċjetà ċivili u ltaqa' wkoll ma' diversi persuni, fosthom rappreżentanti mill-Qorti Ċivili biex jindirizzaw il-problemi tat-tfal, naħseb li bl-istess mod għandhom jaħdmu l-partiti politiċi kollha.", "Min-naħa tagħna, il-Partit Laburista se jkun qed jieħu nota ta' dawn ir-rapporti meta jiġi biex ikompli jfassal il-manifest elettorali tiegħu, għaliex nemmnu li l-politika soċjali għandha tkun fuq quddiem nett tal-aġenda ta' kull partit politiku biex ħadd fis-soċjetà ma jibqa' lura, u kulħadd ikollu l-opportunità biex ikompli javvanza f'dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY ZAMMIT: Sur President, nixtieq nirringrazzja lil Mr Speaker talli onorana bil-preżenza tiegħu, u nirringrazzja wkoll lil Dr Lydia Abela talli ġiet hawnhekk f'isem il-Partit Laburista.", "Nirringrazzja wkoll lil sħabi li, għalkemm ġejjin minn żewġ partiti politiċi differenti, dejjem ħdimna b'għan wieħed, u ċjoè li naraw il-problemi li hemm fis-soċjetà u li naraw kif se ngħaddu l-messaġġ tagħna lill-Parlament biex nipprovaw innaqqsu t-tbatijiet u l-problemi li jeżistu fis-soċjetà.", "Illum issemmiet il-kelma \"halfway house\" u ssemmiet ukoll il-kelma \"full way house\", imma jiena aktar ngħid li dan il-Kumitat serva ta' catalyst li ġab ir-reazzjoni pożittiva min-naħa tas-soċjetà u min-naħa tal-Parlament.", "U ġabhom flimkien biex hekk naraw the way forward ta' kif għandu jimxi dan il-pajjiż biex nissalvagwardjaw lill-batut u lil dak li għandu l-problemi.", "Wara kollox, x'inhu d-dover tal-Parlament?", "Id-dover tal-Parlament hu li jara kif se jġib 'il quddiem is-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Jiena naħseb li dan il-Kumitat serva ħafna, u għalkemm mhux dejjem qbilna bejnietna, imma meta kellna d-diskusjonijiet, dejjem kienu diskussjonijiet li ġabu l-frott fejn rajna li l-għan kien dak li ngħinu liċ-ċittadin.", "Wara kollox, kien hu li eleġġiena fil-Parlament, u aħna nservu tal-vuċi tagħhom hawn ġew.", "Hemm diversi aspetti tas-soċjetà, u aħna l-vuċi tagħhom hawnhekk.", "Fl-aħħarnett, nerġa' nirringrazzja lil kulħadd u nispera li 'l quddiem inkomplu naħdmu kif ħdimna fil-passat, kemm jekk is-siġġijiet tal-Membri Parlamentari jitbiddlu, kemm minn naħa u kemm minn oħra, għax żgur li l-għan, kemm ta' min hu fil-Gvern, kif ukoll ta' min hu fl-Oppożizzjoni, huwa proprju dak li nġibu 'l quddiem is-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, xtaqt nirringrazzja lil Mr Speaker – li kellu jħallina minħabba li se tibda s-seduta fil-Plenarja – talli onorana bil-preżenza tiegħu, u xtaqt nirringrazzja wkoll lil Dr Lydia Abela tal-preżenza tagħha hawnhekk.", "Xtaqt nibda b'kumment żgħir fuq il-memorja ta' Dr Karl Chircop.", "Niftakar li jumejn qabel ma ħassu ħażin, aħna konna qegħdin flimkien f'laqgħa informali mal-Ministru John Dalli, dakinhar proprju fuq xi ħaġa li kellha x'taqsam ma' dan il-Kumitat.", "Jien hawnhekk nixtieq nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi talli kont parti minn dawn ir-rapporti, u talli ilni għal dawn l-aħħar 15-il sena nservi bħala Membru f'dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "Abela semma kif ma kienux biss dawn is-suġġetti li ħriġna rapport fuqhom li ddiskutejna f'dan il-Kumitat, imma kien hemm aktar suġġetti, fosthom id-diskussjoni li kellna dwar il-pensjonijiet.", "Xtaqt insemmi wkoll id-diskussjoni twila li kellna dwar l-IVF, li kienet diskussjoni li finalment wasslet sabiex jiġi mwaqqaf kumitat ad hoc proprju fuq dik il-liġi, liġi li l-ġimgħa l-oħra nistgħu ngħidu b'sodisfazzjon li għaddiet u ġiet approvata mill-Parlament.", "Semma wkoll l-entusjażmu u l-interess tal-pubbliku fix-xogħol ta' dan il-Kumitat, u jien nixtieq ngħid li, kull meta stedinna lill-pubbliku, dan dejjem attenda u semma l-opinjoni tiegħu.", "Fil-fatt, ġieli kellna dawn is-siġġijiet mimlijin kollha, u kull meta tlabna lill-pubbliku sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu anke permezz tal-Internet, dejjem kellna riżultat tajjeb, bil-pubbliku jikkoopera magħna u jagħtina ħafna opinjonijiet li kienu ta' gwida għalina meta ġejna biex nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Jiena xtaqt nagħlaq b'appell wieħed lill-media għax, xi kultant, din għandha ħabta li tagħti importanza biss lil dak li joħloq sensazzjonaliżmu.", "Naħseb li dawn ir-rapporti tal-lejla juru li, apparti s-sensazzjonjaliżmu, aħna nagħmlu ħafna xogħol, u l-ħidma tagħna qiegħda tiġi murija f'dawn ir-rapporti li qegħdin nippreżentaw.", "Jiġifieri, minbarra s-sensazzjonaliżmu u minbarra xi difetti li forsi jista' jkollna, aħna nagħmlu ħafna ġid li żgur qed iħalli l-frott.", "U l-laqgħa li qed nagħmlu llejla żgur li qed turi l-ħidma tagħna bil-fatti, u qed turi x-xogħol li qed jagħmel dan il-Kumitat u kumitati oħrajn tal-Parlament.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Peress li din hija l-aħħar laqgħa tagħna għal din is-sena, nixtieq nirringrazzja pubblikament lill-uffiċjali kollha tal-Parlament, f'kull grad u f'kull responsabilità, li taw l-assistenza lil dan il-Kumitat.", "Jekk insejt xi suġġett fakkruni fih, imma suġġetti li ttrattajna, kif għedt inti Onor. Abela, li mhumiex elenkati u ma jidhrux f'dawn ir-rapporti huma l-IVF, fejn ippubblikajna rapport dwar x'inhu l-aħħar tagħlim etiku u morali fuq is-suġġett.", "Hemmhekk nuri s-sodisfazzjon tiegħi li, dik il-liġi, ġabet fis-seħħ suġġerimenti li qbilna fuqhom bħala Kumitat.", "Kellna laqgħat interessanti u mqanqlin ħafna rigward l-antennae tal-mobile phones – hawnhekk ir-rapport ma tantx jidher, imma kienu laqgħat tekniċi ħafna.", "Kellna wkoll laqgħat imqanqlin ħafna u interessanti rigward ix-xandir tal-logħob tal-football fuq l-istazzjonijiet televiżivi – ma rridux ninsewh – fejn kienu laqgħat interessanti u li ħadulna numru ta' sigħat, imma kienu wkoll xi ħaġa li, għall-ewwel darba, kellna l-liġi tal-konsumatur qed tiġi tested f'dan il-Kumitat.", "L-aħħar kelma tiegħi, inħares lura u ngħid li għamilna dak li kellna nagħmlu.", "Illum, b'sodisfazzjon, anke jekk din tista' tkun l-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat f'din il-leġiżlatura, is-sodisfazzjon tiegħi huwa grazzi lilkom ilkoll Membri ta' dan il-Kumitat li għentuni, ħdimna flimkien – anke bħala Chairman fir-responsabilità tiegħi – però, kien ta' sodisfazzjon għalija fuq livell personali li tgħallimt ħafna minn kull esperjenza li ltqajna magħha.", "Nirringrazzjakom, u għaldaqstant naħseb li tajjeb ukoll li dawn ir-rapporti, jekk ilkoll naqblu, nibagħtu kopja tagħhom lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Prim Ministru.", "U jekk ikun hemm xi ħadd minnkom li jixtieq jirrakkomanda lil xi ħadd biex jingħata kopja tagħhom, nitlobkom tavviċinaw lill-uffiċjali tal-Parlament ħalli jibagħtulu kopja.", "Grazzi mill-ġdid.", "Fis-6.05 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121127_144d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 144", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2012", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-17.19 p.m.", "L-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, ippresieda.", "L-Onor.", "Michael Frendo, Speaker tal-Kamra, mexxa din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 143 li saret nhar It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2012 ġew konfermati.", "Preżentazzjoni tar-rapporti maħruġa mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali lis-Segretarji Ġenerali tat-tliet partiti Politiċi f'pajjiżna.", "Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li kien irċieva din il-korrispondenza:", "Dok 182 Ittra datata 20 ta' Novembru, 2012 mingħand il-Ministru Chris Said dwar il-ħatra ta' Ms Miriam Muscat fil-Malta Council for the Voluntary Sector wara r-riżenja minn din il-kariga tas-Sur Reuben Buttigieg.", "Dok 183 Email datata 26 ta' Novembru, 2012 mingħand is-Sur David Agiuis, ex-surġent tal-pulizija minħabba li jixtieq jerġa' jiltaqa' mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Iċ-Chairman Edwin Vassallo ta rendikont tax-xogħol li għamel il-Kumitat Soċjali matul din il-leġislatura u mbagħad għadda l-kelma lill-iSpeaker tal-Kamra, l-Onor.", "Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti Dr. Lydia Abela, Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista u din ġiet ippreżentata b'kopja tar-rapporti li kien ippubblika l-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-18.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121127_144m_soc.docx"} {"text": ["IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR", "TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2012 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2012 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Proposti tal-MEPA sabiex tkun estiza l-iskema tal-Compliance Certificate.", "30 ta' Novembru 2012 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121204_012a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "IL-ĦDAX-IL PARLAMENT", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2012", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 11 li saret fid-19 ta' Novembru, 2012 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Jesmond Mugliett): Nistgħu ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda.", "PROPOSTI TAL-MEPA SABIEX TKUN ESTIZA L-ISKEMA TAL-COMPLIANCE CERTIFICATE", "THE CHAIRMAN: Wara li l-ġimgħa l-oħra għamilna laqgħa fejn tajna feedback fuq l-ewwel batch ta' proċeduri kif kienu attwati f'din il-proċedura ta' compliance, saru proposti lill-MEPA biex forsi din is-sistema tkun estiża u l-MEPA bagħtulna sensila ta' proposti li għandna quddiemna għall-konsiderazzjoni.", "Preżenti magħna għandna ċ-chairman tal-MEPA, is-Sur Austin Walker, iċ-Chief Executive Officer tal-MEPA, l-Avukat Ian Stafrace, il-Kap tal-Enforcement Section tal-MEPA, il-Perit Alex Borg u l-Avukat Jesmond Schembri li huwa l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru deMarco.", "Nixtieq infakkarkom li din is-seduta hija audio streamed u jekk hemm xi ħadd li għandu oġġezzjoni li jidhru viżwali tiegħu, jgħidilna.", "Jidher li m'hawnx dawn l-oġġezzjonijiet u allura nistgħu nimxu b'mod normali.", "Nitlob lill-uffiċjali tal-MEPA biex jagħtuna esposizzjoni tal-proposti li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb ikun aħjar jekk kemm-il darba niddiskutu proposta proposta minflok neħduhom kollha f'daqqa.", "THE CHAIRMAN: Jidher li hawn qbil li nimxu kif qal l-Onor.", "Ċensu Galea.", "PERIT ALEXANDER BORG (Direttur tat-Taqsima tal-Enforcement, MEPA): Se nibda minn paġna 3 fejn qed nelenkaw iċ-changes għal-legal notice eżistenti, speċi t-tibdil li qed nissuġġerixxu li nagħmlu fuq li hemm bħalissa.", "Il-legal notice li hemm bħalissa qiegħda limitata għal residenzi u konna qbilna mal-General Services Board (GSB) li tiġi estiża anke għall-commercial premises u mhux qed nirriferi għal class 4 biss imma kull fejn ikun hemm qligħ ta' flus u allura għedna li tista' tiġi għall-class 2, class 3, class 4, class 5, class 6, class 7, class 8, class 9, class 10 limited only to schools u class 17.", "Imbagħad hemm uses listes in article 4(a) jiġifieri dawk li ma jaqgħu taħt l-ebda klassi bħalma huma amusement arcades,etc. il-4(b) band club, wedding hall, discotheque, social club, etc, il-4(d) sale or display for sale of motor vehicles, il-4(e) taxi business or hire of motor vehicles, il-4(m) washing or cleaning of clothes or fabrics in coin operated machines, il-4(n) hostels u l-4(p) conference centre.", "Jiġifieri dawn qed ngħidu li fejn jidħlu btieħi, l-internal yards, back yards, internal height u kmamar fil-btieħi dawn jistgħu japplikaw għalihom ukoll.", "THE CHAIRMAN: Mela dan huwa x'qed jiġri propost imbagħad aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-kummenti tagħna dwarhom.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li f'dawk l-erba' kategoriji, internal height, internal yards, back yards u room in back yards, minflok jiġu limitati biss għal residenzi kif qiegħda l-legal notice bħalissa, jiġu estiżi għal dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ĊENSU GALEA: Sempliċement għall-kjarezza.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li dak li diġà huwa applikabbli għar-residenzi qed jiġi estiż għal sitwazzjonijiet kummerċjali.", "Jiena nixtieq nagħmel domanda fuq il-class 6.", "To be honest, forsi it goes beyond il-ħsieb t'hawnhekk għax class 6 hija food and drink, però imbagħad hemm ukoll cooking on site u not cooking on site.", "Jiġifieri jekk għandi post fi class 6 ma jfissirx li nista' insajjar fih għax hemm kategorija fi class 6 fejn tista' ssajjar u kategorija oħra fejn ma tistax issajjar.", "Ma nafx jekk din id-distinzjoni hux qed inħalluha hawnhekk ukoll.", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna m'aħniex qed ngħidu li għandu jinbidel l-użu, jiġifieri jekk hu class 6 li m'għandux cooking, se jibqa' hekk.", "Li qed ngħidu hu li jekk għandu l-internal height huwa ftit baxx jew li għandu kamra fil-bitħa jew li għandu backyard iżgħar jew internal yard iżgħar, tista' tiġi applikata, imma mhux se nbiddlu l-użu.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nara x'qed nifhem jiena.", "Jiġifieri fi kwalukwe class 6, kemm għal cooking u kemm għal non-cooking it-tnejn qed tipproponu li jkunu applikabbli.", "L-Onor.", "PHILIP MIFSUD: Mr Chairman, ħalli nagħmel kumment ġenerali, imbagħad niġi għal din.", "B'mod ġenerali naħseb – u dan kien il-ġist li bih tkellimt fl-aħħar laqgħa li kellna u li forsi anke instigajt biex issir din il-laqgħa – li tajjeb li naraw sitwazzjonijiet oħra fejn forsi għal ftit individwi jew entitajiet mhux qed jirnexxielhom jagħmlu dak il-pass oltre li jixtiequ fil-proprjetà minħabba xi rregolaritajiet żgħar li qed insemmu, imma mbagħad naħseb li l-linja forsi trid tinqata' fejn dik l-irregolarità ma tkunx qed teffettwa lill-individwu biss bħal pereżempju l-internal height ta' binja, jew jekk l-irregolarità tkunx qed teffettwa lil terzi jew saħansitra lill-pubbliku in ġenerali bħal pereżempju encroachment fuq bankina.", "Jien naħseb li rridu noqogħdu ftit attenti meta jibdew jiġu effettwati t-terzi u b'mod partikolari l-pubbliku.", "U b'dan f'moħħi nagħmel kumment fuq il-(i) għax fil-każ ta' residential ilkoll nafu li għandek pereżempju minimum depth ta' backyard li huwa ta' tliet metri u bil-concession tal-legal notice 229/12 dawk it-tliet metri jistgħu jinżlu prattikament sa metru u nofs, jiġifieri l-area tal-bitħa tkun qed taqtagħha bin-nofs.", "U hawnhekk norbot ma' kumment li sar fl-aħħar laqgħa.", "Jekk il-commercial għandhom depth of backyard li jista' ikun 1.5m, jekk se nerġgħu naqtgħuha bin-nofs, speċjalment bħalma kien qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Ċensu Galea fejn hemm pereżempju tisjir u fejn ilkoll naħseb nafu li dawn il-backyards jispiċċaw jospitaw is-servizzi bħalma huma airconditioning units, etc., jekk se nkomplu nċekknuha għal żewġ piedi u nofs se nkunu qed neffettwaw b'mod negattiv lil terzi.", "THE CHAIRMAN: Jiena nagħmel l-istess tip ta' kumment.", "Il-liġi sanitarja suppost qiegħda biex tirregola l-arja u d-dawl, però llum nafu li bl-użu modern ta' ċerti affarijiet hemm konsiderazzjonijiet oħrajn, bħal fumes, ħoss, eċċ. u jien assolutament kuntrarju li nagħtu concession fuq meta l-btieħi huma ħames piedi għax dawk il-ħames piedi qed jieħdu xi ħaġa lil dawk ir-residenzi li jkunu qed imissu ma' commercial premises, imbagħad kuntrarju wkoll b'mod assolut għal li nestenduha għal diskoteki, social clubs, etc. fejn hemm ammont ta' nuisance li jekk nagħtu konċessjoni oħra żgur li .… Aħna hawnhekk ma rridux nissalvagwardjaw biss il-landlords, imma rridu nissalvagwardjaw lill-pubbliku in ġenerali u naħseb xi ħaġa bħal din nibża' li b'mod ġenerali tkun kuntrarju għall-interessi ta' ħafna.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fuq dan li rrid niċċara huwa li meta tkellimna mal-GSB u mas-Sanità l-istand li għandhom hi li meta jinżlu għal 1.5m dik hija diġà concession, jiġifieri ma jistgħux jieħdu concession fuq concession, jiġifieri jekk tela' 1.5m m'għandhomx jiċkienu iktar.", "PHILIP MIFSUD: 1.5 metre mhijiex xi concession partikolari naħseb, għax meta tapplika ma toqgħodx tmur GSB.", "Jiġifieri jekk jiena nagħmel żvilupp, garages jew ħwienet isfel u residential units fuq, isfel mill-SEO japprovawha ....", "PERIT ALEXANDER BORG: Tkellimna żgur fuq garaxxijiet, però dik hija concession li qisha diġà applikata.", "THE CHAIRMAN: Hija interpretazzjoni ta' prassi tal-uffiċjal tas-Sanità tal-MEPA.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jiena jekk nista' forsi nissuġġerixxi xi ħaġa, anke having noted il-concerns tal-Kumitat, minħabba ovvjament ir-ripple effect li jista' jkollha fuq residenzi li jmissu mal-iżvilupp, forsi l-estensjoni nillimitawha għall-class 4 fejn ma naħsibx li hemm issue ta' inkonvenjenza per se.", "Jiġifieri fil-każ neskludu l-class 6 għax forsi dik hija l-iżjed ħaġa li tista' toħloq inkonvenjent minħabba anke ċerta distanza li tinżamm minħabba fumes u minħabba ħafna drabi fil-class 6 fil-konċessjoni stess fil-bitħa li jkun fadal ikun hemm iċ-ċmieni u affarijiet oħra, allura diġà għandek take up ta' affarijiet oħra, allura forsi l-class 6 neskluduha.", "Fil-class 9 hemm l-assembly and leisure, again biex forsi wieħed iżomm id-distanzi, neskludu class 9 u dawn l-amusement arcades, band clubs, wedding halls, discotheques, neskluduhom mill-konċessjoni speċjalment when these abutt onto residential development.", "THE CHAIRMAN: Imma mhux se nagħtu konċessjonijiet fuq il-1.5m.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Fit-Tmien Skeda hemm imniżżel eżattament kemm trid tkun il-bitħa bħala persentaġġ ta' as required by law u aħna ma' dik se nibqgħu nimxu, jiġifieri jekk inti diġà kellek konċessjoni, dik mhijiex as required by law.", "PHILIP MIFSUD: Imma din trid tiġi ċċarata.", "THE CHAIRMAN: Fil-permess ma tkunx tidher bħala konċessjoni.", "ĊENSU GALEA: Mhux biex nikkontradixxi li qed tgħid, però naħseb li tal-ħames piedi għandha tkun il-minimum of minimums, jiġifieri in whichever case ma noqorbux iktar minn ħames piedi għall-ħajt tal-appoġġ ta' wara.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Nagħmlu dak bħala threshold.", "ĊENSU GALEA: Bħala minimum li ma jistax jinkiser.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Li fl-ebda każ ma jista' ikun inqas minn ħames piedi.", "PERIT ALEXANDER BORG: L-internal yard jaf ikollna problemi għax 50% ta' 1.8m jiġi ftit.", "Aħna bħala ruling hekk qed nimxu, jiġifieri dik tal-1.5m hija concession.", "Fejn għandek garaxx magħqud ma' residenza fejn għandu 1.5m biss m'aħniex qed nagħtu iktar.", "Kienet ċara mill-GSB li l-1.5m hija diġà concession għalkemm qed tiġi applikata b'mod universali.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imma l-proviso li nagħmluha li l-minimum threshold huwa five feet indaħħluha b'mod li tkun ċara.", "U dwar l-użi taqblu?", "PERIT ALEXANDER BORG: Anke dwar l-internal height?", "ĊENSU GALEA: Irridu noqogħdu attenti għax jekk diġà bħalissa u matul l-istorja min għandu class 6 kien permessibbli għalih li jkollu 1.5m, naħseb li niżbaljaw jekk issa neskludu l-1.5m mill-class 6 u xi kategoriji oħra li ssemmew.", "THE CHAIRMAN: Jekk għandu 1.5m laħaq il-minimum, ma tistax tagħtih iktar.", "ĊENSU GALEA: Il-1.5% għandha tkun il-minimum of minimums li tapplika għal kull kategorija ta' business area.", "THE CHAIRMAN: Rigward il-class 6 ħafna drabi, anke mill-esperjenza tiegħi, dawn dejjem ikunu suġġett ta' objections, ġieli jgħaddu u ġieli ma jgħaddux.", "In-nies kultant iħossuhom aggravati anke b'bitħa ta' tliet metri, aħseb u ara issa f'daqqa waħda tgħidilhom dak daħħalek hemmhekk, forsi kien suġġett ta' aggravazzjoni ta' terzi b'history twila, f'daqqa waħda b'daqqa ta' pinna se tapprovahielu.", "PERIT ALEXANDER BORG: Nistgħu ngħidu li class 6 nħalluha biss għal internal heights?", "PHILIP MIFSUD: Legal Notice 229 titkellem fuq erba' konċessjonijiet.", "Din tal-internal height, biex insemmi lilha, naħseb għandha tapplika prattikament għal kull waħda minn dawn għax mhux qed teffettwa bl-ebda mod .....", "THE CHAIRMAN: Naħeb li għal diskoteki m'għandhiex tapplika għax imbagħad hemm l-issue ta' public health.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Kif qed issemmu tajjeb intom, irridu noqogħdu attenti mill-impatt li din il-konċessjoni jista' ikollha fuq terzi persuni, jiġifieri tal-bitħa definitely għandha impatt dirett.", "Tal-għoli, kif qed ngħidu, dawn il-wedding halls, discotheques jew social clubs l-għoli ta' sular naħseb għandu jkun rispettat minħabba r-rassa tan-nies li jkollhom.", "ĊENSU GALEA: Id-differenza li qed nippermettu hija relattivament żgħira.", "Noqogħdu attenti li ma jiġrix bħalma jiġri ħafna drabi li għal 1 cm .", "Imma x'imkien trid taqta' linja.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Biex inkunu ċari, mill-esperjenza li kellna s'issa bl-iskema taħdem, l-iżjed li ltqajna magħhom mhux għax kienet biss limitata għar-residential, imma anke l-queries li kellna fejn jidħol il-commercial ħafna drabi kienu dawn il-commercial li għandek ground floor commercial u fuq residential.", "Ma naf bl-ebda talba li kellna xi ħadd għandu wedding hall bis-saqaf baxx jew bla bitħa.", "PERIT ALEXANDER BORG: Forsi nistgħu nirrikapitulaw biex inkunu ċari kif se nimxu u jekk ħadt xi żball nitlobkom tgħiduli.", "Mela qed ngħidu li l-internal height se jgħodd għal kollha ħlief għal discos, wedding halls, social clubs u amusement arcades.", "Imbagħad qed ngħidu li fejn jidħlu btieħi se nevitaw il-class 6 u tad-discos, etc.", "THE CHAIRMAN: Jiena amusement arcades kont neskludiha minn kollox, diġà hija konċessjoni li jeżistu fis-soċjetà tagħna.", "PERIT ALEXANDER BORG: Mela amusement arcades mhux se jiġu considered, internal height qed ngħidu naċċettaw għal kollha ħlief għal discos, wedding halls, social clubs u amusement arcades.", "Il-btieħi ta' wara se neskluduhom minn class 6, class 9, u band clubs, wedding halls u discotheques.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri għall-hotels u l-conference centres hija applikabbli?", "Ħalli nerġa' mmur għal dak li kont qed ngħid.", "Għedna wkoll – jekk fil-każ indaħħluha x'imkien fil-legal notice – li yards inqas minn 1.5m definitely mhumiex aċċettati f'back yards fuq il-commercial u residential.", "Fejn għandna a sloping backyard mhux qed nieħu n-nofs imma qed nieħdu the worst case scenario ħalli ma jiġux viċin wisq in-nies, għax inkella nispiċċaw li f'ċerti areas se jiġu viċin ħafna tan-nies.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri inti qed tgħid li trid tissodisfa kullimkien.", "Jiena ma naqbilx ħafna.", "ĊENSU GALEA: Ħalli nesaġeraw apposta.", "Jekk għandek zero naħa u 20 in-naħa l-oħra huwa permessibbli li jkollok 10 fin-nofs.", "PERIT ALEXANDER BORG: Bħalissa jaċċettawha.", "ĊENSU GALEA: U ilha minn dejjem hekk.", "PHILIP MIFSUD: Anke as required by law tista' tinterpretaha b'ħafna metodi, jiġifieri jekk ikollok ħajt imxattar fuq wara tista' jew tagħmel off setting ta' tliet metri bix-xtur miegħu jew inkella tista' ttarraġ u f'dak il-każ id-distanza tinbidel.", "PERIT ALEXANDER BORG: Peró qed ngħidu li se niġu inqas minn 1.5m mill-backyard tan-nies.", "(Interruzzjonijiet) Sa 1.5m kollox sew, imma se nagħtu concession fuqha wkoll imbagħad?", "ĊENSU GALEA: Teoritikament jekk għandek xejn naħa u 20 pied in-naħa l-oħra u jiġi 10 piedi fin-nofs, jgħaddihielek u mhux illum imma minn dejjem.", "Issa jien qatt ma ltqajt ma' waħda hekk, jiġifieri hija teorija.", "THE CHAIRMAN: Jien naħseb li l-ħames piedi m'għandhom jinqabżu qatt anke f'każ ta' sloping.", "ĊENSU GALEA: Però noqogħdu attenti li issa ma nispiċċawx li dak li kien permissibbli u legali sal-lum, jiġi llegali b'dan li qed nagħmlu.", "Il-concessions huma xi ħaġa suppost biex nippruvaw insolvu l-problemi li hemm.", "Għalija ma jagħmilx sens li noħolqu llegalità ġdida u nagħtu concession fuq dik l-illegalità li sal-bieraħ ma kenitx illegalità.", "THE CHAIRMAN: Mhuwiex qed joħloq illegalità, sempliċement qed idaħħalha fix-xibka tal-compliance.", "PERIT ALEXANDER BORG: Immaġina xi ħadd beda bil-1.5m u kompla n-naħa l-oħra sa 4.5m.", "Jiġifieri fejn qiegħed 1.5m għandna naċċettaw li jiġi 0.75m, jiġifieri żewġ piedi u nofs?", "ĊENSU GALEA: To be fair, naħseb il-1.5m li tkellimt fuqu l-ewwel għandu jkun kullimkien.", "Se mai ibiddel il-partijiet l-oħra tal-bitħa.", "AVUKAT IAN STAFRACE: L-iżjed mhux il-ħajt li joħloq l-impatt, li jkollok l-aperturi, jiġifieri f'ħames piedi litteralment qiegħed ....", "ĊENSU GALEA: Nikkonċedi l-fatt li fejn hemm inqas minn 1.5m għandu .....", "THE CHAIRMAN: Perit Borg tista' tgħaddi għat-(ii).", "PERIT ALEXANDER BORG: Kif qiegħda l-legal notice bħalissa, fejn hemm room in backyard of any dwelling li qed nitkellmu fuq kmamar fil-pjan terran fil-bitħa ta' wara, qed ngħidu tliet changes.", "Minflok pjan terran biss qed ngħidu forsi nistgħu nestenduha għal rooms fejn il-ground floor level huwa kollu meħud b'garages, allura l-first floor ġie qisu kważi l-ground floor tar-residential portion.", "U xi ħadd ġibidli l-attenzjoni li tipo areas f'Tas-Sliema, eċċ. minflok isfel ikun kollu garaxxijiet ikun kollu ħwienet, allura r-residential qed jibdew mis-sular ta' fuq.", "Din mhijiex qiegħda mniżżla hawnhekk, imma jekk taqblu nistgħu nniżżluha wkoll.", "Kellna xi każi fejn hemm xi diskrepanza żgħira fil-backyard, pereżempju ħareġ pied 'il barra biss, imbagħad għandu kamra żgħira li cumulatively mhux se jiġi aktar minn 35%, però kif qiegħda worded hawnhekk ma jgħaddix.", "Forsi tista' tgħid 3.2m minflok 3.4m, imma rraġunajt li għandek kamra li hija measured in metres, external height huwa ċar ukoll jiġifieri m'hemmx dubju jekk huwiex external jew internal, u għandek qisu kamra ta' 10 filati, għandek ir-roof slab u forsi filata mad-dawra.", "ĊENSU GALEA: Il-binja hija ta' żewġ sulari, però il-persuna li bniet l-washroom wasslitha sa wara nett u allura fuq wara hemm tliet sulari, jiġifieri għandek żewġ sulari u l-washroom.", "Perit Borg, kif qegħdin tinterpretawha intom din is-sitwazzjoni?", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna qed noqogħdu fuq dak li jagħtina l-perit.", "ĊENSU GALEA: Jekk jien nissottometti pjanta korretta li turi li l-wisa' kollu tal-washroom hija sa wara nett, jiġifieri t-tielet sular għandu disa' piedi wkoll bitħa, x'interpretazzjoni qed tagħtu għal dan?", "THE CHAIRMAN: Naħseb li qed jistaqsi l-Onor.", "Galea hu li inti suppost ikollok setback ta' 1.5m u dan ma jkollux setback ta' 1.5m.", "PERIT ALEXANDER BORG: Minn isfel irid jikkejterja għal tliet sulari għax il-washroom baqgħet tiela' dritt.", "L-issue tas-setback aħna qed inqisuha bħala backyard, jiġifieri jekk neħħa s-setback u jikkonforma, qed immexxuha.", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri jekk xi ħadd teoritikament għal tliet sulari għandu bżonn 13-il pied, jekk għandu two-thirds ta' 13-il pied fil-bitħa ta' wara tikkonċeduha.", "Fil-fatt għandna diversi li qegħdin hekk.", "IS-SUR AUSTIN WALKER (Chairman, MEPA): F'każ fejn inti għandek permessi li nħarġu lill-binja fuq 11-il filata u bniedem estenda l-kċina bi 11-il filata, il-fatt li aħna qed nillimitawha għal 10 filati, ma jistax jikkonforma allavolja qiegħed within the 65% tal-legal notice?", "PERIT ALEXANDER BORG: Tal-10 filati kif qiegħda llum qiegħda għall-kmamar fil-bitħa mhux extension ....", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Imma jekk ikun estenda l-bitħa x'jiġri?", "PERIT ALEXANDER BORG: Fuq 10 filati naraha stramba.", "PHILIP MIFSUD: Room in backyard nidentifikaha jien li taċċessaha minn ġol-bitħa mhux li hija estensjoni tad-dar, għax estensjoni tad-dar imbagħad tiġi backyard iżgħar milli huwa mitlub mil-liġi.", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna qed nagħtu benefit lil min japplika.", "Jekk b'xi mod għandu extension li mhux qiegħda t-tul tal-faċċata kollha u forsi tasal sal-backwall li normalment mhux se tiġi aċċettata bħala extension tal-back yard, jekk jikkonforma ma' dawn, jiġifieri 10 filati, mhux iktar minn 35% u l-bqija kollox tajjeb u huwa sular wieħed biss għax ma tistax tibqa' tiela', dik qed nagħtuhielhom bħala kamra.", "PHILIP MIFSUD: Jien naqbel ma' dawn it-tliet emendi proposti.", "PERIT ALEXANDER BORG: Li ma semmejtx tal-ħwienet, imma naħseb għandha tidħol għax bażikament hija l-istess issue.", "THE CHAIRMAN: Jien għad għandi problema dwar kemm kamra abbużiva fuq l-ewwel sular għandha tkun aċċettabbli.", "X'daqs ta' kamra qed nirriferu għaliha hawnhekk?", "PERIT ALEXANDER BORG: Se tiġi tikkonforma ma' 35% tal-backyard.", "Qed ngħidu fejn isfel huwa kollu garaxxijiet, allura l-backyard tar-residenza qisha ġiet at first floor.", "Pereżempju fejn hu semi basement m'hemmx issue għax dak jiġi ground floor, imma jekk qiegħed 'il fuq u għandu l-garaxxijiet sular, il-maisonette jew il-flat tal-first floor jiġi qisu ground floor.", "ĊENSU GALEA: Mela għandek sitwazzjoni fejn il-basement huwa garaxx u ħalla ħames piedi bitħa fil-basement, però ħalliha għal nofs il-wisgħa tal-bitħa, at ground floor bena kamra u at first floor m'għandu xejn mibni.", "X'inhi l-pożizzjoni f'sitwazzjonijiet bħal dawn?", "PERIT ALEXANDER BORG: Irrid naħsibha ftit biex nagħti interpretazzjoni.", "ĊENSU GALEA: M'iniex qed nippretendi risposta hekk.", "PERIT ALEXANDER BORG: Kieku kelli ninterpretaha off the cuff ngħid li għandek kamra at ground floor li sakemm ma taqbiżx il-35% u għandek l-għoli li hemm speċifikat tiġi aċċettata.", "Id-differenza prinċipali bejn kamra fil-bitħa u extension tal-faċċata ta' wara kollha hija li dik tal-kamra fil-bitħa tkun sa sular biss, ma tibqax tiela' sa fuq.", "THE CHAIRMAN: Qiegħed nifhem sew li din il-kamra fi plot normali ma tkunx akbar minn 6.3 square metres, għax jekk hija plot normali 6 metres by 3 metres, trid tieħu 35% tagħha?", "Meta taraha hekk tgħid li hija aċċettabbli, imma l-problema hi meta jkollok btieħi żgħar f'restricted plots.", "PERIT ALEXANDER BORG: Kif inhi l-legal notice bħalissa għalhekk forsi kien hemm li l-bitħa kellha tkun kif suppost biex tiġi kkunsidrata kamra fiha.", "Id-differenza li qed ngħid hawn hija li meta tgħodd kollox flimkien u jkun hemm xi reduction żgħir fil-bitħa plus din il-kamra ma taqbiżx il-35%.", "THE CHAIRMAN: Però jiena rajt permessi – u fil-fatt qed neħodha mal-GSB bħalissa – fejn fuq permess li ħareġ fl-2010 fuq wisa' ta' xi tmien metri approvawlu bitħa ta' madwar 12-il metru kwadru minflok ta' 24 metru kwadru, minħabba għax hija tapering u ma nafx kif interpretawha.", "Jekk ikollok xi ħadd li fuq sitwazzjoni bħal dik li jabbuża, ara mbagħad l-impatt fuq terzi.", "Jiena dawn il-każi jinkwetawni.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Għalhekk f'każ ta' kamra fuq wara l-għoli huwa importanti għaliex trid iżżommha ....", "THE CHAIRMAN: Imma issa l-għoli għamilnih.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imma ħafna drabi dividing wall bejn iż-żewġt ibtieħi .… Din l-issue tal-għoli dawn l-iżjed li ltqajna magħhom huma f'ċertu livell ta' dwellings, ħafna minnhom binjiet antiki fejn din il-kamra tkun inbniet gradwalment u ħafna drabi min jokkupa din id-dwelling lanqas ikun jaf li dik il-kamra m'għandhiex permessi jew lanqas biss jassumi li tenħtieġ xi forma ta' permess biex issir.", "F'binjiet ġodda ftit iltqajna ma' din l-inċidenza, pero' każijiet li rajna ħafna minnhom huma konċentrati f'areas fejn id-dwellings huma ta' ċertu qies u kważi din il-kamra sservi skop essenzjali mal-korp tal-bini per se.", "(Interruzzjonijiet) U Għawdex għad hemm it-tradizzjoni li fuq wara tal-bitħa jibnu l-mandra.", "THE CHAIRMAN: Jiena ma nafx għalfejn l-10 filati kkonvertejtuha fi 3.4m.", "Għalfejn mhux inqas?", "PERIT ALEXANDER BORG: Tista' tkun 3.2m.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt 3.2m jiġu 10 filati bis-slab u ...", "PERIT ALEXANDER BORG: Jien għedt se jkun hemm sa filata waħda biss iktar, imma nistgħu nnaqqsuha.", "Mill-ewwel għedt li li nistgħu nagħmluha 3.2m.", "ĊENSU GALEA: Fuq tal-10 filati l-aħħar darba għedna li jekk m'aħna qed inħallu mkien jinbena b'10 filati għax dawn iwassluk għal 2.6m, allura kif se tordnali li ma jkunx iktar minn daqshekk?", "Nagħmluha 3.2m external?", "PERIT ALEXANDER BORG: 11-il filata tiġi tliet metri u jekk se jagħmel filata 3.27m.", "PHILIP MIFSUD: It-3.4m tintuża anke fil-penthouses.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb, mexxi.", "PERIT ALEXANDER BORG: U b'din tat-3.4m iċċarajna wkoll li nkluż l-opramorta għax kellna każijiet fejn qalu li għandhom l-opramorta u ppretendew li ma tkunx inkluża.", "Imma hekk qiegħda ċara.", "THE CHAIRMAN: M'hemmx aċċess u m'hemmx servizzi.", "Jekk se japplika għall-compliance jew għal xi ħaġa oħra u jkollu t-taraġ, f'dak il-każ irid ineħħi t-taraġ.", "THE CHAIRMAN: U lanqas servizzi.", "PERIT ALEXANDER BORG: M'aħniex qed nidħlu fiha; aħna qed naċċettaw kamra.", "(Interruzzjonijiet) Imma s-soltu żżomm l-aċċess għal fuq.", "ĊENSU GALEA: Fejn hemm btieħi separati minn xulxin, il-kwestjoni hi ta' fuq x'jippretendi li jagħmel użu jew ma jagħmilx użu mis-saqaf u taħt li jgħidlu li hemmhekk ma jitlax għax hemmhekk tiegħu.", "U kultant ikun hemm min jippretendi li jkun hu li jitla' fuq dak is-saqaf, allura jiġi jittawwal fil-kamra tal-ieħor.", "Jiġifieri fuq dawn l-affarijiet hemm ħafna kwestjonijiet.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jien dawk l-agħar li kelli fejn t'isfel għamel taraġ għal fuq ...", "ĊENSU GALEA: U hemm kwestjonijiet kbar għaddejjin anke fil-qrati.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu ngħaddu għat-(iii).", "PERIT ALEXANDER BORG: Din kienet fuq suġġeriment tal-Onor.", "Fuq internal yards and internal heights ma naħsibx li hemm wisq effett fuq vilel.", "Fuq il-iv imbagħad ngħidu li fejn hemm l-ODZ nistgħu naċċettaw x'hemm bħalissa basta jkunu limitati għal internal yards u internal heights u tkun limitata, jekk hemm bżonn, għar-residences.", "Din ukoll kien semmiha l-Onor.", "ĊENSU GALEA: Jien iltqajt ma' xi ħadd f'Ħal Balzan f'post antik li għandu d-dar b'bitħa fin-nofs u l-bini fuq wara.", "Dan tella' it-tieni sular fil-bitħa fuq wara, jiġifieri dik li kienet is-central yard issa bena fuqha wkoll fuq wara.", "Il-ground floor naħseb jaf il-kavallieri, ma naħsibx li għandu permessi tal-MEPA, però tella' is-sular ta' fuqu.", "X'inhi s-sitwazzjoni f'ċirkostanzi bħal dawn?", "PERIT ALEXANDER BORG: Dejjem qed norbtu ma' what's required by law, jiġifieri skont kemm hi suppost kbira l-bitħa.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li rridu interpretation minn tas-Sanità fuq x'suppost iħalli fuq wara, jekk jaċċettalux il-courtyard minflok il-backyard.", "Kważi aktar hija issue ta' Sanità.", "THE CHAIRMAN: Meta qed issemmu l-ODZ fin-number iv x'qed nifhmu?", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk hemm dar – ovvjament il-presumption hija li hija bil-permess – u se nillimitaw ma' internal yards u internal heights fl-aħħar mill-aħħar mhux se jkun hemm differenza, tkun fejn tkun.", "THE CHAIRMAN: Imma jien mhux hekk qed nistaqsi.", "Jien qed ngħidlek jekk għandek rural settlement, jekk għandek Ħal Tmiem li huwa raħal żgħir li lanqas naf jekk jiġix klassifikat ODZ illum, u għandu issue l-istess bħall-oħrajn ta' backyard, għalfejn għandu jkun ikkonsidrat bħala ODZ li ma japplikawlux dawn l-affarijiet?", "PERIT ALEXANDER BORG: X'ħin se nibdew bl-oħrajn għamilt exception għall-category 1, rural settlements …", "THE CHAIRMAN: Fejn qed tgħid?", "PERIT ALEXANDER BORG: Għadna se niġu għaliha meta nibdew il-proposti l-oħrajn.", "Ma morniex fuq backyards u internal yards għax ħafna drabi anke rural settlements fl-aħħar mill-aħħar huma ODZ, jiġifieri dan qed jokkupa aktar art.", "Ġieli jkollok limitations fuq footprints u floor space, għalkemm ma nafx jekk f'rural 1 hemmx dawk il-limitations.", "ĊENSU GALEA: Però rural settlements ma tridx tqishom bħala ODZs.", "PERIT ALEXANDER BORG: As such huma ODZ jekk .…", "AVUKAT IAN STAFRACE: Fil-fatt huma ODZ, imma naħseb li l-intenzjoni ta' number iv kienet għal pure ODZ, jiġifieri forsi għandna nikkonċedu li għar-rural settlements japplikaw ir-regoli ta' numbers (i) u (ii).", "THE CHAIRMAN: Ħudu paċenzja spjegawli ftit għax jien mhux bħall-kollegi, ma nipprattikax ħafna ma' dawn ir-rural settlements.", "X'inhi d-differenza bejn category I u category II?", "PHILIP MIFSUD: Fil-fatt jeżistu tliet kategoriji - I, II u III.", "Issa category I hija iktar intensiva minn category II u category II hija iktar intensiva minn category III.", "Category III f'rural settlement huwa fejn hemm l-inqas binjiet.", "Category I rural settlement skont il-local plans għandhom il-height limitations tal-ischeme.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fil-fatt category I hija kważi scheme filwaqt li category III hija kważi ODZ.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jien nipproponi li r-rural settlement, whatever category it is biex ma noqogħdux nidħlu fid-dettall, tkun eskluża minn number iv, jiġifieri japplikaw in-numbers (i) u (ii).", "Ħafna drabi fir-rural settlements il-bini huwa simili ħafna tal-bini ta' traditional schemes, ħafna minnhom ikunu plotted normali.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jien ibeżżgħuni fejn se mmorru b'backyards u rooms in yards, speċjalment fejn għandek limitations fuq areas, speċjalment f'category III.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jiena hawnhekk m'għandix statistka ta' kemm għandna category I, kemm għandna category II u kemm għandna category III.", "THE CHAIRMAN: Jekk tridu li nillimitawhom għall-categories I u II ma nsibx problema.", "PHILIP MIFSUD: Il-I żgur għax dawk bil-local plans għandhom il-height limitations u l-karatteristiċi ta' scheme.", "THE CHAIRMAN: Xi kultant anke kienu partijiet li kienu schemed anke pre-1987 u ġew barra mill-ischeme.", "Għandek ukoll minn dawn.", "Jiġifieri wħud minnhom huma plots normali.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jiġifieri categories I u II se jieħduhom tal-btieħi kollha u l-bqija mbagħad category III u ODZ ngħoddu l-internal yards u l-internal heights.", "Dawn huma l-affarijiet extra li mhumiex relatati mal-legal notice.", "THE CHAIRMAN: Mhumiex relatati ma' sanità.", "PERIT ALEXANDER BORG: Eżattament.", "ĊENSU GALEA: Jiena kif qiegħda miktuba hawnhekk nifhimha li nista' noħroġ sa pied 'il barra mill-kurduna tal-bankina.", "Ma naħsibx li hija hekk.", "THE CHAIRMAN: Ejja nitkellmu fil-passat.", "Jekk ħriġt sa pied 'il barra jagħtik konċessjoni, mhux illum qed jagħtik xi entitlement ġdid.", "ĊENSU GALEA: Fair enough, però jekk qed ninterpretaha tajjeb jien, forsi qed ninterpretaha ħażin, dan ifisser li inti se timblokka l-bankina kollha u għandek tarġa oħra 'il barra mill-bankina.", "PERIT ALEXANDER BORG: Naħseb li veru, allura aħjar tkun \"building alignment\".", "ĊENSU GALEA: Kif qiegħda hawnhekk jien nista' niġi niġġieled magħkom u ngħidilkom li l-concession qiegħda li jiena nista' noħroġ sa tarġa 'il barra mill-bankina u allura nimblokka l-bankina kollha.", "Hawn każi fejn qegħdin hekk u nista' neħodkom postijiet fejn hemm din is-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Qed nitkellem ftit mal-Perit Borg sadanittant dwar jekk din għandhiex tapplika fejn hemm front garden.", "Jiena naħseb li m'għandhiex tapplika fejn hemm front garden għax min għandu front garden għandu l-front garden biex jikkoreġi d-diżlivelli.", "PHILIP MIFSUD: Jiena nibża' nikkunsidraha din għax qed neħodha fuq spazju pubbliku u l-bankini diġà tilfu l-iskop li għalih suppost huma magħmulin, għax il-bankini suppost qegħdin hemm biex timxi fuqhom.", "Jiena ma tantx nimxi imma meta nimxi ħafna drabi nippreferi nimxi f'nofs it-triq milli fuq il-bankina għax ikollok biċċa maqluba 'l ġewwa għax hemm rampa, imbagħad biċċa maqluba 'l barra għax hemm rampa 'l fuq.", "Issa se nkomplu nkissru l-iskop tal-bankini .....", "ĊENSU GALEA: Il-punt li qed issemmi inti, Mr Chairman, għar-rigward ta' jekk napplikawx din fejn hemm front garden ma napplikawx din … Ħafna drabi min għandu t-taraġ għal fuq, imbagħad m'għandux il-kumplament tal-front garden tiegħu.", "Mhux kif inbena oriġinarjament imma kif sar illum, jien għandi t-taraġ biex jiġi fl-appartament tiegħi jew inkella fil-komun tal-blokka tal-appartamenti u l-kumplament mhux tiegħi, mhux tal-kumplament tal-blokka għax hemmhekk hemm xi forma jew ta' garaxx jew ta' maisonette at groundfloor level u allura m'hemmx fejn realistikament tikkoreġi din is-sitwazzjoni.", "Però mill-banda l-oħra jekk se nestendu għal fuq il-bankina, naħseb li l-minimum ta' 1.2m li huwa rikjest mit-Transport Authority, nafu li f'ħafna postijiet m'hemmx il-1.2m, però il-minimum rikjest bir-regolamenti tat-transport għal 1.2m bankina jrid ikun ukoll rifless f'regoli li nistgħu nagħmlu aħna, għax inkella, bħalma qed jgħid l-Onor.", "Philip Mifsud, għandek bankina fit-teorija biss.", "PHILIP MIFSUD: Hemm ukoll ir-requirements tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) li b'xi ħaġa hekk taf li tkun qed tagħmel infringement fuq requirement tal-KNPD.", "THE CHAIRMAN: Il-KNPD tidħol meta tkun qed tagħmel bankina ġdida.", "Forsi huma konxji ta' pressures li jkollhom.", "Qed nitkellmu fuq Malta għax Għawdex f'din l-issue huwa każ għalih.", "Jien kont inħoss li f'dawn l-issues ta' taraġ jew rampi qisu wieħed kien qed jgħix f'sitwazzjoni fejn nagħlqu għajnejna, ħlief f'xi każ remot meta xi ħadd jiġi biex jibdel dik it-tarġa jew dik ir-rampa, imbagħad hemmhekk ġieli jqumu t-terzi u hemmhekk tindaħal il-MEPA.", "Perit Borb, ma nafx jekk bħala l-Kap tal-Enforcement tal-MEPA hijiex qed tpoġġik f'xi sitwazzjonali anomala u forsi għalhekk qed taġixxi.", "Naħseb li aħjar tgħidilna għalfejn huwa aħjar li forsi niftħu a can of worms billi ngħaddu din, milli nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "PERIT ALEXANDER BORG: M'aħniex se niftħu a can of worms għax aħna qed immorru b'lura, jiġifieri li hemm hemm; jekk qed nagħlqu għajnejna aħjar nifformalizzaha u nagħmilha b'concession milli teknikament ma nagħmlux xogħolna għax qed nagħlqu għajnejna.", "Jekk qed nagħlqu għajnejna lets formalise it.", "Hemm ħafna każijiet, speċjalment fil-UCAs u fl-irħula antiki fejn il-bankina mhijiex 1.2m u għandhom tarġa ħierġa 'l barra u teknikament dawn kollha qegħdin out of alignment.", "PHILIP MIFSUD: Insa din li qed inressqu hawnhekk.", "Jien naħseb li jekk għandi binja antika u permessi not traceable u għandha tarġa fuq il-bankina, ma naħsibx li hija issue, naħseb li hija issue jekk xi ħadd għandu permess pjuttost riċenti .… (Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li għandu joħroġ enforcement notice fuqha din għax probabbilment ...", "PERIT ALEXANDER BORG: U jekk il-livell tal-bankina niżel wara biż-żmien?", "PHILIP MIFSUD: Jien naħseb li din hija issue meta xi ħadd għandu permess, speċjalment minn mindu nħolqot il-MEPA 'il hawn, u għal xi raġuni jew oħra, jew għax ried jgħolli iżjed jew għal ħaġa jew għal oħra ddeċieda li joħroġ fuq il-bankina.", "Għax fuq binja ta' 100 sena ilu … Toħorġu enforcement fuq binja ta' 100 sena ilu?", "PERIT ALEXANDER BORG: Definittivament le, però għandna każijiet ta' fejn ħarġu 5cm 'il barra.", "Se norbot mat-tieni waħda fuq pilastri ta' front gardens ħalli ma nagħmluhiex doppja imma tkun l-istess diskussjoni.", "PHILIP MIFSUD: Imma fuq 5cm naħseb li għandu jkun hemm ...", "ĊENSU GALEA: Imma jekk għandek regola għandek regola, ma tistax tinterpretaha mod ieħor, jiġifieri jekk hi ta' 3m hija 3m.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mifsud, id-diffikultà hi fejn għandek kejl, jew għandek il-kejl jew m'għandekx u allura nifhimhom il-pożizzjonijiet li qed jieħdu l-MEPA.", "Għax jew għandek it-3m li għandek bżonn jew m'għandekx; jekk jagħlaq għajnejh għal 2.99m, għaliex mhux 2.98m u 2.97m?", "Hemmhekk qiegħda d-diffikultà.", "Niftakru li ħafna minn dawn is-sitwazzjonijiet ta' bankini u turġien fuq xulxin irriżultaw għax jiena nivvinta basement u l-ieħor jivvinta kif se jgħolli ftit biex ikun livell differenti, allura għandek appoġġi ma' xulxin li assolutament ma jaqblux.", "Min jaf kemm imorru jipprotestaw għax tkun se ssir triq u wieħed tkun se tordomlu u lill-ieħor tkun se tgħollilu u jispiċċaw il-qorti.", "PERIT ALEXANDER BORG: Hawnhekk hawn miktub 30cm wisgħa ta' tarġa; nistgħu nnaqqsu għax il-bulk tal-każijiet probabbli jkunu inqas, ikunu ħarġu ftit, però għandna każijiet fejn jaqbdu ma' xulxin għal 7cm.", "THE CHAIRMAN: Li jinkwetani fuq din hija li kuntrarju forsi għall-affarijiet kollha li rajna, mhux l-internal heights imma room in backyard jew size of backyard teknikament bir-real survey għandek ftit traceability, però hija faċli ħafna tagħmel tarġa jew rampa u ma nafx meta xi ħadd jinduna li hemm din il-konċessjoni jkollokx proliferazzjoni ta' dawn l-affarijiet.", "U kif se tiddeċiedi meta saret għax għal tarġa jista' ikun fadallek il-madum jew sibt madum antik u għamiltha.", "PHILIP MIFSUD: Imma jekk kien hemm bżonnha t-tarġa?", "THE CHAIRMAN: Immaġina li jkollok rampa li ma tkunx komda.", "Tista' tgħid li hemm konċessjoni u allura toħroġha ftit ieħor 'il barra.", "ĊENSU GALEA: Għandna sitwazzjonijiet ta' persuni li kellhom jagħmlu bankina anke wara li marret Transport Malta u għamlet il-livelli tat-tarmac, għaliex dan kien bena .… U kultant jispiċċa jiekolha mhux min oriġinarjament kiser il-livelli, imma min oriġinarjament mexa mal-livell għax issib ruħek f'sitwazzjoni fejn għall-grazzja tal-argument bnejt eżatt tliet pulzieri jew erba' pulzieri 'il fuq mil-livell tal-bankina, l-ieħor għamel basement ta' ma nafx kemm u biex wieħed jipprova jikkombaċja s-sitwazzjoni jbaxxi ftit ħalli r-rampa tal-ieħor ma tiġix daqshekk iebsa kif inhi.", "Jiġifieri mhuwiex faċli li tiddeċiedi.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'aħniex komdi nistgħu nħalluha ....", "ĊENSU GALEA: Il-punt li kont qed nipprova nqajjem jien huwa marbut mal-fatt li 10cm għandu jkun 'il barra mill-façade alignment mhux speċi nagħtu l-possibilità ta' interpretazzjoni li anke toħroġ fit-triq.", "AVUKAT IAN STAFRACE: In-number (ii) ta' category I hija ċirkostanza li niltaqgħu magħha wkoll anke f'bini relattivament riċenti.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma rajtx 30cm.", "THE CHAIRMAN: Jien għandi tnejn personali, imma naħseb għandhom 100 sena.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Dan huwa dettall żgħir li ma joħloqx impatt, però għal min irid ikun punturjuż jista' jaqbad ma' dawn l-issues.", "U kif qed ngħidu, jekk għandek kejl huwa kejl.", "Allura għedna li aħjar li nippruvaw inkopruha.", "Issa jekk 30cm huwiex eċċessiv, wieħed jista' ikollu opinjoni.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Din setgħet tiġi marbuta mal-kumplament tal-wisa' tal-bankina li allura inti permitted li jkollok dawk it-20cm kemm-il darba l-bankina jibqa' biżżejjed biex jgħaddi għall-grazzja tal-argument wheelchair u allura m'intix qed tkun finicky fuq kemm għandha tkun 'il barra, però l-ispazju li ħallejt għall-pubbliku biex juża l-bankina jkun biżżejjed biex tagħmel użu tajjeb minnha.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Pero' trid toħloq limitu.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Iva hemmhekk għandu jkollok limitu.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Pereżempju bħall-bankina li hemm Tower Road f'Tas-Sliema .....", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Irid ikollok il-limitu tal-encroachment, però irid ikollok ukoll marbuta magħha l-limitu tal-bankina.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-limitu tal-encroachment jibqa' 30cm, però dak huwa l-massimu li tista' tasal għalih.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fil-każ niċċekkja wheelchair x'dimensions għandu.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Nimxu hekk, però il-massimu ta' 30cm għandu jibqa' għaliex inkella jkollna ...", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Naturalment irid ikollok il-massimu u miegħu torbot ....", "Inkomplu fuq li jmiss.", "PERIT ALEXENDER BORG: Jiġifieri jekk hemm tliet metri u ħareġ sa metru .…", "THE CHAIRMAN: U ħarġu b'kemm?", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk il-front garden huwa ta' tliet metri, jista' joħroġ sa metru.", "Nistgħu nnaqqsuha jekk tridu.", "THE CHAIRMAN: Issa sa kemm jistgħu joħorġu?", "PERIT ALEXANDER BORG: S'issa ma jista' xejn.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Għandna toroq sħaħ – rajna każ ftit ilu fis-Swieqi – fejn ħadd m'għandu 10ft front garden, imma kulħadd mibni linja waħda.", "PHILIP MIFSUD: Jiġifieri jekk ma tmurx tkejjel tgħid li huma konformi!", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imbagħad jeħel min idaħħal application biex jirranġa xi ħaġa u tispiċċa teħel it-triq kollha.", "1.25m huwa l-għoli tal-opra morta.", "THE CHAIRMAN: Però m'aħniex qed nitkellmu fuq il-front garden wall jew side garden wall.", "PERIT ALEXANDER BORG: Iva din tinkludi strutturi fil-front and side gardens jew roof setbacks li mhumiex iktar għoljin minn 1.25m, jiġifieri li mhumiex aktar għoljin mill-opramorta jew mill-ħajt tal-front garden, sakemm ma jkunx iktar minn 10m2.", "PERIT ALEXENDER BORG: Pump room żgħira tal-villas pereżempju jew forsi fuq il-bejt għamel struttura baxxa li ma tidhirx.", "Dawn huma fejn ma jidhrux.", "THE CHAIRMAN: Għall-front garden wall naħseb kont nitlob li tiddaħħal xi ħaġa.", "Għandna sitwazzjonijiet fejn il-front garden wall jaqbeż dak rikjest bil-liġi.", "Jien rajt permess partikolari ta' villa tas-60s fejn kien qed jiżviluppaha l-istess proprjetarju u għax ma kellux il-curtilage skont iz-zoning qalulu li se japprovawlu dak il-footprint bil-kundizzjoni li s-side garden wall bejn iż-żewġ proprjetajiet, għax kienet tapplika għal tnejn, jinżamm erba' piedi.", "Eventwalment dawn jinbiegħu separat u dak li jkun itella' l-ħajt.", "Teknikament bil-liġi ċivili kważi jgħaddiha għax il-liġi ċivili tagħtik li side garden wall jista' ikun tmien filati, eċċ., però teknikament mal-permess qiegħed anomalu.", "Jiena nixtieq nisma' l-kollegi tiegħi jekk għandhomx issue ta' front garden walls jew side garden walls li jkunu ftit ogħla minn dak li normalment kien permissibbli, jiġifieri 1.2m.", "PHILIP MIFSUD: Il-ħajt ta' barra tal-front garden nifhem li hemm l-għoli speċifikat, imma s-sides ħafna drabi jfixkluni.", "Bħalma qed jgħid iċ-chairman, kelli każ fejn kien hemm row of terraced houses żewġ sulari, wieħed minnhom iddeċieda li jiżviluppa, kif kellu d-dritt, għamel semi-basement, tliet sulari u penthouse, għamel it-taraġ mal-appoġġ, il-1m fuq dak it-taraġ u minn fuq it-taraġ titla' 1m fuq il-ħajt tal-ilqugħ tiġi prattikament fil-gallarija tan-nies li hija at first floor level.", "THE CHAIRMAN: Fuq wara qed tgħid?", "PHILIP MIFSUD: Le, il-ħajt li jifred iż-żewġ proprjetajiet, jiġifieri l-ħajt li jifred iż-żewġ proprjetajiet fil-front garden għandu taraġ u kellu retaining wall.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fiż-zone tal-front garden qiegħda?", "THE CHAIRMAN: Suppost ma jkollokx aktar minn 1.5m taraġ fil-front garden.", "PHILIP MIFSUD: Dan jitla' 13-il tarġa biex jiġi fl-elevated ground floor, ħariġlu permess ta' 1m għar-railing tal-ġebel tat-taraġ u meta titla' fuq il-ħajt tiġi mal-gallarija ta' ta' ħdejh.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Għax l-ieħor għadu terraced house normali.", "PERIT ALEXANDER BORG: F'section 5 hawn increase in height u din nistgħu nikkunsidraw li ndaħħluha hemmhekk.", "Jien ma daħħaltx l-għoli għax jekk dak li jkun ikollu filata iktar mhux daqshekk diffiċli biex jaqlagħha.", "PHILIP MIFSUD: Fejn huwa easily reversible naħseb li dak li jkun għandu jagħmilha.", "THE CHAIRMAN: Forsi dan l-eżempju li semmejt jien huwa eċċezzjoni fejn kellek permess fejn ħareġ speċifiku s-side garden wall erba' filati, però xi kultant ikollok il-pilastri tal-front garden jinżammu ogħla minn 1.2m.", "PERIT ALEXANDER BORG: Issa dik għamilniha 1.4m.", "PHILIP MUSCAT: Bid-DC 2007 mingħalija l-front garden walls huma 1.2m, imma mbagħad il-pilastri jagħtik ftit aktar.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jiġifieri jekk nagħtu 1.6m ....", "THE CHAIRMAN: Jekk tkun trid tagħmel filata u kaptell naħseb li teċċedihom.", "Front garden wall naħseb huwa wieħed mill-inqas affarijiet li jdejjaq terzi.", "PHILIP MIFSUD: Kieku jien għandi l-front garden wall b'naqra rregolarità u rrid intella' sular ieħor, jgħiduli le minħabba l-front garden wall nista' nirrimedja mhux bħal meta għandi 5cm jew 10cm fl-internal yard fejn forsi nkun irrid inkisser kamra tal-banju biex nirrimedja.", "Jiġifieri dik tifhimha li għandha repercussions, imma jekk din hija reversible ma naħsibx li għall-gwadann li se jkun qed jieħu l-individwu m'għandux jikkontribwixxi ftit biex ikun konformi.", "THE CHAIRMAN: Intom kemm jirriżultawlkom każi ta' infringements fil-front garden walls?", "PERIT ALEXANDER BORG: M'għandix statistika, però mhux li jkollna kwantità.", "Kellna każi fejn fetħulna kawża għax ta' ħdejh ikun għolla filata.", "THE CHAIRMAN: X'inhi l-interpretazzjoni tagħkom meta jkollok sloping site?", "PHILIP MIFSUD: Hemm fir-regolamenti; ittarraġ skond is-site.", "PERIT ALEXANDER BORG: Mela it-(ii) se nħalluha 1.4m.", "ĊENSU GALEA: Bażikament qegħdin ngħidu li jekk għandek penthouse li hija 3.75m minflok 4.25m, se nikkonċeduha.", "Jiena personali ngħid let's forget penthouses għax fil-verità din hija sular ieħor u kulħadd iġebbed naqra 'l hawn u naqra 'l hemm.", "Jien ma naħsibx li għandna noqogħdu nġebbdu b'dan il-mod; jew se tagħti full floor jew ma tagħti xejn.", "Naf li fil-verità għandna din is-sitwazzjoni ta' penthouses li ilha timxi matul is-snin.", "M'iniex qed ngħid li għandna nneħħu l-penthouses, però ma nafx x'inhu l-vantaġġ ta' penthouse fuq ċertu għoli.", "Anke meta għandna fil-verità il-projection ta' 1m li nagħtu bħala concession, nafu lkoll kemm aħna li hekk kif jitlaq il-building inspector issir estensjoni tal-penthouse.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li għandna nnaqqsuha din; 3.75m huma ħafna.", "PHILIP MIFSUD: Jien naħseb l-aktar li għandna naslu huwa sa 4m ħalli nagħtu l-benefiċċju tad-dubju ta' żball, imma aktar minn hekk .....", "ĊENSU GALEA: Nixtieq nirritorna ftit fuq il-Category 2(i).", "Jiġifieri aħna qegħdin ngħidu hawnhekk li jekk jien għandi binja li minflok it-3m front garden għandi 2.8m għall-grazzja tal-argument, se nikkonċedu li nagħmluha.", "Il-biċċa ta' mal-bankina jew il-biċċa ta' mal-binja?", "ĊENSU GALEA: Qed infettaq apposta, imma hawn ġew tant drajt li l-ħin kollu noqogħdu nfittxu l-irqaqat illi ....", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Jekk tillimita li l-front garden ikun ta' 2m u mhux ta' 3m, allura awtomatikament issa qed tikkonċedi li joħroġ metru 'il barra.", "(Interruzzjonijiet) Pereżempju għandek garaxx u sar dar.", "PERIT ALEXANDER BORG: Li ġieli kellna hu li penthouse li tkun approvata u nqasmet fi tnejn jew kellna każ fejn waħda ħadet kamra u spiċċat qed toqgħod fiha.", "Però qed ngħidu fejn l-użu huwa diġà għar-residenza mhux kien xi ħaġa oħra at roof level u qlibniha.", "PHILIP MIFSUD: X'qed jgħid dak il-proviso li hemm wara?", "PERIT ALEXANDER BORG: Dak bażikament qed jgħid li mhux fejn is-sid oriġinal żamm pussess imma meta xi ħadd ikun xtraha.", "ĊENSU GALEA: X'inhu l-iskop?", "PERIT ALEXANDER BORG: L-iskop hu li m'għandux igawdi min għamilha fejn qabad u qasamha imma biex min spiċċa f'dik is-sitwazzjoni mingħajr ma ried ma jbatix.", "Għalija huwa ħafna aktar faċli ma jkunx hemm dik għax nibqgħu għaddejjin.", "ĊENSU GALEA: Ħafna mill-postijiet fejn hemm dawn is-sitwazzjonijiet anke jekk żamma s-sid … Inti għandek plots ta' 120 pied tul li qasam f'żewġ postijiet wieħed iżommu hu u l-ieħor it-tifla, però għadu għandu.", "Jien m'għandix proprjetà biex inkun ċar, imma hemm dawn is-sitwazzjonijiet fejn is-sid veru jkun żamma, imma jkun hemm it-tifla tiegħu toqgħod fil-kumplament tal-post.", "Jien dejjem nibża' ukoll li meta niġu biex nagħmlu dawn it-tip ta' exclusions imbagħad ikollna każijiet fejn dak li jkun taparsi jbigħu lil oħtu.", "PERIT ALEXANDER BORG: Administratively mhux faċli biex tagħmilha.", "ĊENSU GALEA: Jien naħseb il-konċessjoni għandha tkun marbuta mal-istruttura u tieqaf hemmhekk għax faċli taparsi dak li jkun ibigħha lil ommu.", "PHILIP MIFSUD: Imma hawnhekk qed jgħid li jekk jien inkun id-developer u meta toħroġ din, il-proprjetà tkun għadha fuq ismi, allura ma japplikax dan il-paragrafu.", "ĊENSU GALEA: U jekk għadha nbigħha?", "PHILIP MIFSUD: Hawnhekk hekk qed jgħid li ma japplikax.", "ĊENSU GALEA: Jien naħseb li b'dawn se tidħlu f'sitwazzjonijiet fejn ikollkom aktar u aktar karti .… Se naċċettaw il-prinċipju li sular jinqasam fi tnejn jew le?", "PHILIP MIFSUD: Jien ngħid li għandna naċċettawh għall-benefiċċju ta' min inqabad f'sitwazzjoni antipatika, u bħalma kien qed isemmi l-Perit Borg, lil min sfrutta sitwazzjoni mhux qisu nippremjawh.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Li se jiġri hu se jkollok blokka ta' tmien appartamenti subdiviżi f'16, 12 minnhom ikunu OK u l-erba' l-oħra qishom jibqgħu no man's land.", "PHILIP MUSCAT: U jekk il-counterpart tiegħu taċċettah, imbagħad lilu by default ma tkunx aċċettajtu wkoll?", "ĊENSU GALEA: Bit-taħwid tal-arloġġi tad-dawl u tal-ilma ...", "THE CHAIRMAN: Jekk ikollok wieħed inqasam fi tnejn u wieħed ġab il-permess, l-ieħor by implication għandu wkoll il-permess.", "ĊENSU GALEA: Le, tal-faċċata jista' iġib il-permess u ta' wara jibqa' jsaffar għax m'għandux l-outlook.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però fiżikament ma tista' tagħmlilhom xejn, dik hi l-problema.", "ĊENSU GALEA: Le, fiżikament ma tista' tagħmlilhom xejn.", "Jiena nfluwenzat mill-fatt li noqgħod San Pawl il-Baħar u hemmhekk, kif tafu, hemm biżibilju ta' sitwazzjonijiet bħal dawn li l-parti kbira tagħhom huma sitwazzjonijiet fejn is-sidd diġà bigħ il-proprjetà lil xi ħadd jew għandu blokka fejn tliet kwarti minnha hija mibjugħa u baqagħlu l-kwart l-ieħor.", "Issa x'tagħmel b'dawn in-nies?", "Veru preżentement għadu għand is-sid, imma qiegħed għandu biex ibigħu bħall-kumplament.", "U ħafna minn dawn lanqas biss jafu li kienu qegħdin jiksru liġi meta xtraw, speċjalment meta xtraw qabel ma kien hemm rightly so is-sitwazzjoni li teżisti llum.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Imma kif se nwaqqfu milli dawn ma jkomplux jiġru?", "L-idea behind it li ma jkunx l-iżviluppatur li qed igawdi minnha, hija li anke ma tiġix protracted fil-futur.", "Din trid twaqqafha għax otherwise .....", "Filwaqt li qabel kien ferm iktar faċli li ġġib compliance li mhijiex il-compliance tal-lum imma biċċa karta li tgħidlek li mibni skont il-permess meta lanqas biss ikun hemm inspection tal-post, illum din naqset drastikament, kemm għax il-MEPA stess ma tippermettix wisq dawn l-affarijiet, kemm għax il-periti jibżgħu ferm iktar minn qatt qabel li jiffirmaw dikjarazzjoni ta' binja li mhijiex skont il-permess, u anke għax il-banek qegħdin jibagħtu l-periti tagħhom biex jispezzjonaw.", "Jiġifieri llum li tibni blokka li ma tkunx konformi mal-permessi saret ferm iktar diffiċli għalkemm m'iniex neskludi l-possibilità.", "Mela hawn xi perit li se jirriskja l-warrant tiegħu biex Mr \"X\" joqgħod ibagħbas u jgerfex?", "THE CHAIRMAN: Jien naħseb li għadhom.", "Riċentement rajt pjanti sottomessi lill-MEPA li biex iżidu sular, il-pjanti jkunu mimlijin gideb.", "Jien naħseb li tista' iżżommhom billi din tiftaħha pereżempju għal sena, iġġib lil dawk il-każijiet in regola u terġa' tagħlaqha.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Il-problema li nara hi li ħafna minnhom dawn jindunaw meta jkunu se jagħmlu transazzjoni.", "Ħafna minnhom jista' ikun li ma jafux li qegħdin fi stat ta' illegalità.", "Mela allura min jaf biha se tagħtih dik il-window, però lil min mhux se jkun jaf biha kif se tirregolah?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Aħna normalment nimxu bl-istess kejl bħalma mxejna tas-Sanità fejn nagħtu sitt xhur fejn l-assumption hija li ma tridx tipprova, wara l-oneru jaqa' fuq min ikun qed japplika għall-konċessjoni sabiex iġib il-provi.", "Normalment ħafna drabi l-prova tkun fil-kuntratt tal-akkwist għax l-appartament ikun deskritt b'mod u manjiera li tifhem li f'kull sular hemm iżjed minn appartament wieħed u anke xi kultant fil-commencement notice.", "Jiġifieri jekk il-binja bdiet tinbena wara l-konċessjoni, ikollna evidenza.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fil-fatt kellna xi applikazzjonijiet għal 55(b) kif kienet qabel u l-oneru tal-prova huwa fuq min qed japplika u li kelli u ġew aċċettati kienu fejn ġew ġabulna l-kuntratt li qed jurina li kien maqsum qabel l-1992, jew ġabulna tad-dawl, speċi qed juruna li diġà kien hemm żewġ flats, jiġifieri l-oneru tal-prova se tkun fuqhom.", "ĊENSU GALEA: Ħafna mill-kontijiet tad-dawl għadhom f'sitwazzjoni fejn għandhom bis-sub-meter.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Din qed insemmuha biex ngħidu x'tip ta' provi normalment iġibu.", "Aħna dejjem ninsistu li jkun hemm il-kuntratt għax id-deskrizzjoni tal-kuntratt tagħtik a good idea ta' x'inhi s-sitwazzjoni.", "Però kif qegħdin ngħidu, hawnhekk qegħdin nolqtu kategorija ta' nies li jkunu xtraw din it-tip ta' proprjetà u minħabba t-time gap – minkejja li naqbel ma' dak li semmejt inti, Mr Chairman – dawn ħafna drabi jindunaw li qegħdin f'dan l-istat, jew at resale jew f'każ ta' separazzjoni u qegħdin jaqsmu bejniethom.", "Ħafna minn dawn, minkejja li jkunu proprjetajiet ta' valur relattivament baxx, ikunu l-life savings ta' dik il-familja li mbagħad jindunaw bil-problema kważi fl-agħar mument meta jew ġew biex ibigħuha għax imġegħlin ibigħuha jew minħabba ċirkostanzi li jkollhom.", "PERIT ALEXANDER BORG: Naħseb minn dawn kollha li qed nipproponu din l-iktar waħda li għandha effett soċjali.", "THE CHAIRMAN: Intom għandkom minimum area ta' one-bedroomed unit?", "ĊENSU GALEA: Hemm, imma mhux fuq kullimkien.", "PERIT ALEXANDER BORG: Però hemm il-minimum area in ġenerali.", "THE CHAIRMAN: U li hija?", "PHILIP MIFSUD: Qiegħda 45m2 ta' one bedroomed unit.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imbagħad għandek tal-istudenti l-Imsida fejn il-qisien huma iżgħar.", "PERIT ALEXANDER BORG: Però hemm każijiet, dawk li veru jkunu social cases fejn ikunu inqas … Konna qed nikkunsidraw indaħħluhiex, però imbagħad l-agħar social cases se ssibhom anke inqas u għalhekk ma daħħalniex minimum area.", "Pereżempju, f'Wied il-Għajn hemm familji li spiċċaw jgħixu f'garaxxijiet kbar.", "THE CHAIRMAN: Mhux f'Wied il-Għajn biss.", "Biex noqogħdu attenti ħalli ma nikkreawx slums, naħseb li m'għandniex nagħmlu riferenza għal area speċifika.", "PERIT ALEXANDER BORG: Dawn diġà huma ikkreati.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-problema hija li dawn diġà jeżistu.", "Din mhijiex approach direzzjonali fejn irridu naslu.", "Hemm sitwazzjonijiet fejn fi blokka ta' 10 ssib 20 appartament kollha taken up u mhumiex villeġġjaturi.", "F'ċerti areas kważi kienet prassi aktar milli eċċezzjoni li jagħmlu din it-tip ta' manuvra.", "Imma hemm in-nies ġo fihom, tista' timlihom kollha enforcement notices, però fir-realtà il-possibilità li taġixxi fuqhom hija remota ħafna.", "F'laqgħat li qed ikollna anke mal-association tal-banek fejn dawn l-issues qegħdin niddiskutuhom – fl-aħħar mill-aħħar ippruvajna ndaħħlu lil kulħadd fl-istorja biex wieħed jara katina sħiħa – qalulna li qegħdin jaraw li b'dan il-provvediment – issa qed nitkellem in ġenerali mhux kategorija kategorija – l-approach li qegħdin jieħdu hija li qegħdin jaraw li għandhom stock ta' proprjetà diġà hija ipotekata magħhom li tikser xi waħda minn dawn il-provvedimenti u qegħdin jaraw kemm l-aspett tal-futur kif ukoll l-aspett tal-istock li għandhom.", "Jien naħseb li mill-miżuri kollha li qegħdin insemmu, din fiha aspett soċjali qawwi ħafna.", "ĊENSU GALEA: Minkejja dak li qed ngħidu, illum sar ferm iktar diffiċli li dak li jkun jirriskja, kemm l-iżviluppatur innifsu, kemm il-perit, kemm il-building inspector li jmur fuq il-post u anke min jiċċertifika.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-volum ta' proprjetà li hawn fis-suq bħalissa taħdem kontra dawn l-affarijiet għax illum dak li jkun se jixtri, bl-istess prezz se jsib aħjar.", "Qabel din kienet qisha forsi miżura biex tipprova tilħaq segments oħra.", "Illum bl-istess prezz m'intix se tirriskja li tixtri appartament li għandu frontage fuq wara biss għax taf issib, għalkemm forsi f'żona differenti, appartament aħjar.", "Jiġifieri l-inċidenza li jkun hemm ripetizzjoni ta' din, mhijiex kbira għax is-suq qed jaħdem kontriha wkoll.", "THE CHAIRMAN: Fil-pjanti li se jkunu sottomessi, jekk se tkun unit żgħir pereżempju taħt il-45m2 se taċċettawh bħala one-bedroomed apartment, jew forsi taċċettaw is-sitwazzjoni anomala fejn xi ħadd jiddeskrivihulek bħala two-bedroomed apartment minkejja li jkun iżgħar mill-areas li tagħtu intom?", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna naċċettawh bħala residenza.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però li se jiġi aċċettat f'dan il-każ hija kunċett tas-subdivision jew fil-każ tal-basement taċ-change of use.", "Din hija differenti milli kieku tidħol applikazzjoni biex wieħed jirregolarizza dak li hemm, għax kieku jiġi mill-ewwel request ....", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri m'intomx se titolbuhom jindikaw l-użu tal-kmamar.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Ikollok indikazzjoni, imma ma ninsewx li din il-konċessjoni tapplika għaliex dak li jkun li se japplika biex jissanzjonaha ma tistax tiġi approvata, għax kieku japplika mill-ewwel biex jissanzjonaha.", "Din l-istess bħal tal-btieħi.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk tgħaddi japplikaw to sanction.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li diġà huwa ħafna li f'45m2 iddeffes żewġt ikmamar tas-sodda.", "PERIT ALEXANDER BORG: Ħalli nkompli naqra l-Category 3 għax lanqas qrajniha kollha.", "Konna qed ngħidu li at roof level m'aħniex se naċċettaw li jkun hemm changes of use minn washrooms għal djar, at basement level jiġu aċċettati fejn almenu 50% tal-faċċata hija above road level, jiġifieri mhux ikunu kollha taħt l-art jew where the back elevation of the residence jew tkun qed tħares fuq an internal unroofed drive jew fejn hemm diżlivell, l-art niżla 'l isfel, allura għandhom l-outlook minn wara.", "Imbagħad hawn il-proviso li ma nafx kif bqajna fuqha.", "THE CHAIRMAN: Għedna li ma naqblux.", "Naħseb li l-feeling kien li anke min-naħa tas-CEO tal-MEPA .....", "AVUKAT IAN STAFRACE: Li forsi wieħed jaħseb f'din iċ-ċirkostanza tas-subdivision għax qed nifhem il-concern li jista' ikollok abbuż anke in the interim, li forsi l-issue tal-prova nibdewh mill-ewwel, jiġifieri trid iġġibilna li dan il-unit ilu li ġie kkreat qabel ma daħal fis-seħħ dan il-provvediment biex nevitaw li l-problema taggrava ruħha, li minflok għandna subdivision ta' żewġ appartamenti dak li jkun japprofitta ruħu u joħloq it-tielet wieħed ukoll.", "PERIT ALEXANDER BORG: Però jekk se nħallu l-istess sitt xhur li kien hemm qabel trid tħalli l-kuridur minn fejn se jgħaddu, jiġifieri naħseb mhux daqshekk faċli li ..… Tista' tagħmilha, kollox tista' tagħmel, imma .… Però l-aċċess għal wara jrid ikun hemm.", "Trid tkun mibnija bil-ħsieb li se ssir hekk.", "PHILIP MIFSUD: Trid tkun maħsuba li se ssir hekk.", "Tara pjanti li jkunu mirror image, ħafna drabi t-taraġ jitfgħuh fin-nofs ħalli kif titla' .....", "AVUKAT IAN STAFRACE: Aħna li rridu nevitaw hu li dak li jkun ma joħloqx kamra għaliha u jgħid li hija ....", "PHILIP MIFSUD: Jien nifhem x'qed tgħid inti għaliex l-uniku konfort ...", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-proviso kien intiż għal din l-eventwalità biex min għad għandu l-appartamenti għandu ma jaggravax iżjed il-problema.", "Allura forsi nneħħu l-proviso, imma at least mas-submission dak li jkun iġibilna element ta' prova li s-subdivision kienet eżistenti.", "Il-biżgħa tagħna hi li hemm blokok ta' 10 appartamenti li għadhom mhumiex sub-diviżi u dak li jkun ma jistax ibigħhom minħabba problemi tas-suq, eċċ. u jgħid li issa ġih iċ-ċans li jaqsamhom fi tnejn u jikrihom.", "Dik nixtiequ nevitawha għax il-proviso għal dak li kien intiż.", "Allura li forsi nagħmlu hu li fil-każ ta' category 3 l-element taċ-change of use tal-basement jew tas-subndivision jiġi sottomess ab initio biex nevitaw li l-problema tkompli taggrava.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jew inħallu option li jista' imur enforcement officer jara dik l-issue biss fejn ma jkunx hemm kuntratt u trid issib il-prova.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jekk dan ġablek kuntratt ta' wieħed awtomatikament jeżisti l-ieħor.", "PHILIP MIFSUD: Jien naqbel għax il-konfort li nħoss meta niddiskuti fuq din hija li aħna prattikament qed nitkellmu fuq units li jeżistu, li ma tista' tagħmlilhom xejn u ma tistax tħallihom fil-limbu kif inhuma llum.", "Imma li trid toħloq ġodda, le.", "AVUKAT IAN STAFRACE: U għandna blokok sħaħ illum li għadhom ma nbigħux, jiġifieri l-units kollha għadhom owned mill-istess sid.", "THE CHAIRMAN: Jekk għadhom ma nbigħux allura jista' ireġi s-sitwazzjoni.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Hekk hu u m'għandekx bżonn xhur biex taqsamhom.", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma fil-każijiet fejn qed jinkrew ikun hemm kuntratt?", "Għax Buġibba hemm ħafna minn dawn.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Aħna all we have to prove hija li fil-blokka diġà jeżisti element ta' subdivision.", "Li llum ikun hemm blokka fully owned minn Mr \"X\" u dak jieħu l-opportunità li jgħid li minflok 10 appartamenti se joħloq 20 u nitfagħhom fuq is-suq għax they're easy to sell at a cheper price, nixtiequ li nevitawha.", "Naħseb li dan jaqbel miegħu kulħadd.", "Allura li forsi nagħmlu f'dan il-każ huwa li jkun hemm evidenza li at least fil-blokka diġà hemm element ta' subdivision u wieħed juża dak il-kejl.", "Imma nixtiequ nevitaw li blokka li għadha fully-owned minn individwu u jieħu vantaġġ mis-sistema li f'daqqa waħda dan minn 10 ħoloq 20 appartament.", "Forsi nistgħu ndaħħlu din minflok il-proviso.", "PERIT ALEXANDER BORG: Iġibilna l-prova li almenu hemm element ta' subdivision fil-blokka.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jiġifieri f'din irid iġibilna l-prova mill-ewwel; tas-sitt xhur qisha ma tgħoddx.", "Ngħaddu issa għal Category 4 – site area and coverage.", "Din kien tkellem fuqha l-aħħar darba l-Onor.", "Jiġifieri jekk il-100m2 huma approvati li jinbnew, għandu sa 115m2.", "THE CHAIRMAN: Mhux jiġifieri suppost 40% site coverage, jiġi 55%.", "Naħseb li aħjar niċċarawha u nagħmlu li l-15% hija \"of the permitted built footprint\".", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri fejn hemm bungalow 30% hija 15% of 30% li huwa 4.5%.", "PERIT ALEXANDER BORG: Naraw x'ħareġ permess ta' built footprint u nagħmlu 15% fuqu.", "ĊENSU GALEA: Mhux x'ħareġ permess imma x'inhu permessibbli.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imma x'inhu permissibbli jista' jissanzjonah, jiġifieri jekk din hija in a 40% area u bena 30% u għandu 10% oħra, allura jista' japplika to sanction.", "PHILIP MIFSUD: Imma jekk għandu 42%?", "ĊENSU GALEA: Jekk għandu 42% jista' jibni 46% għaliex 15% of 40% jiġi 46%.", "PHILIP MIFSUD: Le, ma jistax jibni.", "ĊENSU GALEA: Jista' jissanzjona.", "PHILIP MIFSUD: Jien naħseb aħjar norbtuha ma' dak li huwa permissibbli milli ma' dak li ġie approvat għax jekk dan kellu approvat inqas ....", "AVUKAT IAN STAFRACE: Iżjed mill-40% l-agħar ...", "PHILIP MIFSUD: Jew inqas mir-requirement u qabżu l-ammont li jiġi tajjeb within the 40%, imma peress li kellu inqas ma jiġix jikkwalifika.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jien kelli f'moħħi site area kbira.", "Allura lil dan se nagħtuh extension enormi b'din il-concession?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però l-agħar tal-persentaġġ li tista' tinftiehem hija jekk inti diġà kellek a restricted plot, pereżempju ftit inqas minn tomna u xorta ħadt il-40%, b'15% oħra l-open area tal-villa se tkun qed tonqos iżjed.", "ĊENSU GALEA: L-aħjar li l-15% ninterpretawha minn dak permissibbli li jinbena ħalli tkun ċara, jiġifieri mhux 15% of the area of the plot.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jeżistu vilel li għal xi raġuni jkun ħareġ il-permess 50% coverage; ġewwa l-Kappara ltqajna ma' ħafna.", "Dawn huma l-front u s-side gardens li qegħdin miktubin f'catagory 1, jiġifieri one-third tal-front garden u mhux aktar minn 25cm mis-side garden, u fil-back yards huma dawk li għandna diġà fil-legal notice ta' bħalissa.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Għax il-proximity man-neighbouring property xorta trid iżżommha.", "PHILIP MIFSUD: Allura minflok ngħidu 15% tal-permissible għax ma tgħidux 45% minflok 40% pereżempju.", "THE CHAIRMAN: Le, għax tiġi aktar.", "PERIT ALEXANDER BORG: Ippruvajna nżommu d-distanzi; mill-front garden trid iżżomm, mis-side garden trid iżżomm u mal-back yard trid iżżomm.", "Is-soltu ħafna mill-complaints li jkollna fil-vilel huwa proprju għax ġieli s-side garden ikun resaq lejn il-proprjetà ta' ħdejn dak li jkun.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Li għandu raġun l-Onor.", "Mifsud huwa li jekk il-permissible huwa 40%, aħjar minflok toqgħod tilgħab bil-persentaġġi, tgħid li se tippermetti li jitla' għal 44%.", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma hemm persentaġġi differenti.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Mhux it-30% u l-40% li għandek?", "PHILIP MIFSUD: Tistabbilixxi 15% ta' 40% li jiġi 46% u 15% ta' 30% li jiġi 34.5%.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk hemm dawn it-tnejn biss nistgħu niktbuha, però ma nafx jekk hemmx oħrajn.", "ĊENSU GALEA: Qed nitkellmu fuq persentaġġi.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Tistabbilixxi l-persentaġġ minn qabel minflok toqgħod tilgħab bil-15% of the permissible.", "PERIT ALEXANDER BORG: Il-15% kienet intenzjonata għall-permitted mhux għal permissible.", "Mela issa se tkun 15% of permissible basta nżommu d-distanzi kif qegħdin miktubin hawn.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Id-distanzi min-neighbouring properties huma importanti għax dawk l-iżjed li joħolqu aggravju.", "PERIT ALEXANDER BORG: It-(ii) tal-category 4 kienet \"inadequate plot/site area\" li għalkemm ma tantx għandna minnhom, xorta waħda hemm fejn dak li jkun suppost ikollu tomna u jkollu inqas minn tomna mibnija.", "PHILIP MIFSUD: X'persentaġġ qed tikkontemplaw fuqha din?", "PERIT ALEXANDER BORG: Fil-każ li diġà qiegħda hekk, x'se tagħmel?", "Se twaqqagħlu l-villa?", "Dan probabbli ma jkunux ġraw issa.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Iltqajna ma' każijiet tat-tmeninijiet li jkun ħareġ permess biex tinbena – il-Kappara huwa każ klassiku – meta taraha fuq il-pjanti tara li hija 40% tal-plot area imma meta tmur fuq il-plot issibx li m'hemmx dik l-area kollha; il-bini baqa' kif kien, imma l-plot inxtorbot.", "PHILIP MIFSUD: L-argument fhimtu, imma naħseb li rridu nagħtu persentaġġ ta' kemm dak li jkun irid iħalli unbuilt.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Fil-każ ta' dawn għandna l-benefiċċju tal-aerial photos; kollha jinqabdu fl-aerial photos.", "PERIT ALEXANDER BORG: U hawnhekk qed ngħidu fejn hemm minimum plot areas mhux kullimkien.", "THE CHAIRMAN: Imma x'inhu l-persentaġġ li qed tikkonċedu?", "Dik li qed jistaqsi l-Onor.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Jiġifieri jekk inbniet a full terraced house minn appoġġ sa appoġġ ....", "PERIT ALEXANDER BORG: Naħseb li għandna nżommu f'din ukoll il-proviso tal-encroachments, front side u backyard.", "ĊENSU GALEA: M'iniex se nitkellem fuq dak li huwa diġà mibni, imma ejjew ngħidu għall-grazzja tal-argument li f'Santa Maria Estate hemm plot li minflok 112m2 għandha 1000m2.", "Allura din se tibqa' plot hemmhekk għal dejjem?", "Ma tinbena qatt?", "PERIT ALEXANDER BORG: Però b'din m'aħniex qegħdin inkopru dawk.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Taħt residual plots għandna policy li tikkejterja għalihom illum, jiġifieri jekk hija veru residual plot nikkonċedu.", "(Interruzzjonijiet) Li ridna nagħmlu ċar huwa li l-category 3 tapplika biss għal terraced developments, m'aħniex qed nagħmluha tapplika għal villa areas.", "Jiġifieri l-basements taħt il-vilel ma taqax taħt category 3; qed inkunu ċari li mhijiex aċċettabbli.", "PERIT ALEXANDER BORG: Tal-inadequate plot site area il-każi li rajt probabbli ilhom hemm, però jekk tridu li nagħmlu percentage nistgħu nagħmluh.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li hemm bżonn isir.", "PHILIP MIFSUD: Nagħmlu threshold.", "THE CHAIRMAN: Inti x'se tikkoreġi?", "(Interruzzjonijiet)", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imma meta tara l-plot area in relation mal-built area issib li l-built area se tiġi a bigger percentage tal-plot area.", "PERIT ALEXANDER BORG: Kien hemm każi fejn il-villa nbniet kif suppost u minflok tomna tkun inqas.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Dawk il-każijiet iltqajna magħhom; il-Kappara huwa każ klassiku.", "THE CHAIRMAN: Jekk issibu inadequate plot area, però il-persentaġġ huwa dak li titolbu, dak tikkonsidrawh illegali wkoll?", "AVUKAT IAN STAFRACE: If it is still beneath the 40% għall-grazzja tal-argument, il-problema ...", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imma 40% tal-plot area.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-problema li ltqajna magħha aħna hija li l-plot area indikata fis-submitted drawings tkun ta' 1,000m2 u d-dwelling ikun 40% tal-1,000m2.", "Id-dwelling ikun inbena korrett, jiġifieri 40% tal-1,000 m2, imma meta tmur fuq is-site issib li mhux veru fiha 1,000 m2 u allura l-percentage tad-dwelling ikun ogħla in relation to the site.", "PERIT ALEXANDER BORG: Din tista' tkun covered bl-ewwel biċċa tas-site coverage.", "Jien hawnhekk kont qed nirriferi għal dawk l-areas fejn għandek il-minimum plot area jiġifieri mhux għax inzertat il-plot żgħira.", "THE CHAIRMAN: Dik l-illegalità hija għax il-plot area mhijiex dik stipulata.", "Allura kif se tikkoreġiha?", "Tgħid li se taċċetta plot areas ta' 75% ta' dak li kien rikjest?", "PERIT ALEXANDER BORG: Nistgħu nagħmlu percentage fejn għandek a minimum plot area definita.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Però għandha tintrabat li l-40% se jiġi rispettat jew jista' ikun li dak li jkun se jiggwadanja miż-żewġ naħat, kemm mill-40% li jkun qabeż u anke mis-sides tal-plot li huwa inqas u allura veru qed tispiċċa ġġebbidha?", "PERIT ALEXANDER BORG: Li rajt jien kienu djar inbnew kif qed tidher il-pjanta tal-permess, però l-plot tkun iżgħar għax ovvjament il-coverage ogħla.", "THE CHAIRMAN: Allura jkollok żewġ infringements li qed tikkoreġi, il-plot area u s-site coverage.", "PERIT ALEXANDER BORG: Biex inkun ċar, hemm ħafna areas fejn m'għandek a minimum plot area.", "Naħseb li l-plot area nistgħu nżommuha sa 75% ta' x'suppost kien hemm.", "Issa rridu niddeċiedu jekk għandniex norbtuha mal-15% li ssuġġerejna fil-(i) jew nieqfu hawn sa 75%.", "THE CHAIRMAN: Nistgħu nagħmluha 75% basta jekk se jkollok infringement fil-footprint ma teċċedix il-15% tal-ewwel biċċa.", "X'taħsbu?", "THE CHAIRMAN: Perit Borg, tista' tgħaddi għall-kategorija li jmiss.", "PHILIP MIFSUD: Għaliex?", "PERIT ALEXANDER BORG: Minħabba l-visual.", "ĊENSU GALEA: Imma hawnhekk qisu hawn double hurdle għalkemm ma naħsibx li din hija t-terminoloġija korretta.", "Qed ngħidu mhux iktar minn żewġ metri, però jekk jaqbeż b'iktar minn 1.25m trid tirtirah 1.25m 'il ġewwa.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jirtira l-parapet wall biss għax imbagħad il-biċċa tal-faċċata li qiegħda iktar għolja qisha ġiet il-parapet wall .…", "PHILIP MIFSUD: Għandek set-back.", "PERIT ALEXANDER BORG: Biex ma jidhirx il-parapet wall.", "PHILIP MIFSUD: Imma għaliex 2m?", "Kważi sular ieħor?", "PERIT ALEXANDER BORG: Bejn seba' u tmien filati.", "Għalhekk għamilniha biex jekk jaqbeż erba' filati, ma baqax tiela, imbagħad il-ħajt resaq lura, jiġifieri inti visually qisek se tibqa' tara l-istess ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Ejjew nagħmlu kif qal l-Onor.", "Philip Mifsud, nillimitaw l-għoli u allura l-issue tas-set-back ma tirriżultax.", "PERIT ALEXANDER BORG: Għal kemm nillimitawh?", "PHILIP MIFSUD: Nistgħu nillimitawha għal 1.25m forsi dak li jkun jgħidlek li ħa żball u ġietu filata ftit aktar għolja.", "Din iddiskutejniha l-aħħar darba.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li t-2.8m jista' jogħla ftit.", "ĊENSU GALEA: X'qed nippruvaw nagħmlu b'dawn it-2.8m?", "PERIT ALEXANDER BORG: L-aħħar darba għedna li l-użu jrid jibqa' parking u dan żammejnih hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Imma jekk ikollok l-istess owner u jkun qed juża l-garaxx biex idaħħal id-dgħajsa jew it-truck, it-2.8m se tillimitah.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk ikun l-istess owner tar-residenza li hemm fuqu m'hemmx għalfejn; f'każ li ma jkunx l-istess li jrid ikun hekk ħalli ma jkunx hemm problemi.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Din irridu nagħmluha jekk huwa l-istess owner jew għandu l-kunsens tal-owner ta' fuq.", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma bil-kunsens tbeżżagħni.", "ĊENSU GALEA: Aħna li ppruvajna ngħidu l-aħħar darba kien li sakemm l-użu tal-garaxx jew tal-ispazju aktar għoli minn dak permissibbli mit-12-il filata huwa wieħed li m'għandux bżonn change of use, allura nħalluh isir.", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna mhux se napprovaw change of use hawn.", "Jekk se jitfa' l-application kulma nkunu rridu huwa l-għoli tal-binja.", "PHILIP MIFSUD: Imma kif inhi mniżżla \"parking purposes\" jinstiga change of use.", "PERIT ALEXANDER BORG: Let's go through the process ta' xi ħadd li se japplika għal din l-issue.", "L-istruttura nkun aċċettajthielu, fis-sens li għandu concession li jista' japplika għad-dawl u l-ilma u whatever.", "Imma b'daqshekk ma jien qed naċċetta ebda change of use; qed nillimita ruħi għall-istruttura.", "PHILIP MIFSUD: Mela għalfejn qed tidħlu fuq l-issue ta' min qed jgħix fuq?", "THE CHAIRMAN: L-aħħar darba semmejniha din.", "PERIT ALEXANDER BORG: Għax jekk għandek garaxx għoli aktar hemm ċans li forsi dak li jkun jużah għal vetturi ftit ikbar u b'hekk joħloq inkonvenjent għal ta' fuqu.", "Bil-lintel qed tillimitalu x'jista' jdaħħal fil-garazz, ma jistax idaħħal trakkijiet pereżempju.", "Jekk ikun joqgħod hu stess fuq il-garaxx, l-inkonvenjent huwa aktar limitat.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Jekk l-iskop hu li tirregolarizza l-binja allura rregolarizza l-binja u agħmel speċifikament li bdil fl-użu m'intix qed tippermettih.", "PERIT ALEXANDER BORG: Iċ-change of use qatt m'aħna qed nirriferu għalih.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Għax jekk se nsemmu lil min joqgħod fuqu, allura għaliex mhux lil min joqgħod ħdejh?", "PERIT ALEXANDER BORG: Ma nistaqsi lil ħadd; jekk iġibli prova li joqgħod hu stess fuqu nagħtihielu mingħajr ma jbaxxi l-blata, inkella jrid ibaxxi l-blata.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Jien naħseb li jekk se tirregolarizza l-binja, toqgħod tidħol xejn li jrid ibaxxi l-blata, irregolarizzaha kif inhi, però dik il-konċessjoni ma jfissirx li hija bdil ta' użu u ieqaf hemmhekk u ssimplifikaha, għax otherwise se tispiċċaw tagħmluha diffiċli ħafna biex tamministrawha.", "Irregolarizza l-binja kif inhi basta ma taqbiżx il-limitu ta' żewġ filati li tippermettilek il-liġi, però tidħlux fl-użu, anzi trid tgħid li b'din il-konċessjoni l-użu m'għandux jinbidel minn dak li huwa diġa' permitted, jekk huwa permitted kummerċjali good luck, jekk mhuwiex jara hu.", "PHILIP MIFSUD: Trid tkun b'mod li ma tinftehimx b'xi mod li qed tawtorizza xi użu differenti minn dak li diġà permissibbli.", "PERIT ALEXANDER BORG: Nieqfu sa parking purposes u nneħħu l-parti tal-blata.", "PERIT ALEXANDER BORG: Dik inħalluha?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Jien ngħid tidħolx fl-użu, ikkwalifika biss il-binja.", "ĊENSU GALEA; Biex ma tużahx għal skop ta' garaxx trid tagħmel change of use.", "Iċ-chairman semma li forsi dak li jkun ikun irid jipparkja d-dgħajsa ġo fih.", "X'inhi l-problema?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-każijiet li għandna mhux dwar dgħajsa.", "ĊENSU GALEA: Tal-linja u t-trakkijiet; trakkijiet l-aktar għax tal-linja issa spiċċaw.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Trakkijiet, mini buses, eċċ.", "ĊENSU GALEA: Jiena nirrepeti dak li għedt l-aħħar darba, xorta nippreferi li dak li jkun idaħħal it-trakk tal-ġebel fil-garaxx milli jħallih fit-triq.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Hekk hu fil-fatt għax dan jekk ma jipparkjahx fil-garaxx jipparkjah fit-triq, x'aktarx in the same neighbourhood.", "PERIT ALEXANDER BORG: Però din il-concession qed nillimitawha għall-istruttura mhux għall-użu.", "ĊENSU GALEA: Imma biex nipparkja t-trakk tiegħi m'għandix bżonn change of use sakemm jidħolli mill-bieb tal-garaxx.", "Jiġifieri jekk għandi garaxx li mill-bieb ta' barra jista' jidħolli trakk m'għandix bżonn nagħmel change of use biex nipparkja t-trakk fih u m'hemmx bżonn fil-fatt ta' change of use.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Skont xi jkun il-każ; hemm permessi li jagħmluha ċara li l-garage shall be used for private cars only.", "ĊENSU GALEA: Ħafna drabi l-periti stess kienu jiktbu for private cars.", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma jekk ikun hemm dik il-condition ma jistax jużah mod ieħor.", "PHILIP MIFSUD: Ejjew ngħidu li xi ħadd jissottometti applikazzjoni anke jekk ma jkunx l-owner tal-garaxx u jeħel għaliex il-garaxx qiegħed 14-il filata jew għax il-bieb ikun ogħla minn 10 filati.", "Allura bis-saħħa ta' din il-concession mhux se jeħel u l-użu huwa barra minnha.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Ħafna drabi jeħel tar-residenza ta' fuq.", "ĊENSU GALEA: Iċ-change of use għadha xi ħaġa totalment differenti mill-istruttura.", "Naħseb irridu nisseparaw l-istruttura mill-użu.", "PHILIP MIFSUD: Naħseb għandna nillimitaw l-istruttura u naraw jekk aħniex se nagħmlu capping.", "PERIT ALEXANDER BORG: Jiena naħseb li jekk se nagħmlu capping il-blata tkun ta' 12-il filata, u fuq l-għoli nagħmluhom bejn 14-il filata u 15-il filata kif ikunu s-soltu.", "THE CHAIRMAN: Once li xi ħadd tajtu compliance fuq garaxx li qiegħed ogħla, forsi kellu proprjetà at ground floor li kellha permess kummerċjali, nistgħu nillimitaw l-intensification of use?", "PERIT ALEXANDER BORG: Jekk se japplika għad-dawl u l-ilma mbagħad se ssir l-inspection u niċċekkjaw x'hemm ġewwa.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, x'qed tipprova tgħid?", "THE CHAIRMAN: Jien qed ngħid li għandek xi ħadd li kien idaħħal it-trakkijiet u f'daqqa waħda sar fully fledged public service garage.", "ĊENSU GALEA: Imma trid tagħmel change of use.", "THE CHAIRMAN: Imma once li għandu l-compliance dik imbagħad tiġi straight forward.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Xorta trid tapplika għaċ-change of use.", "THE CHAIRMAN: Imma once li għandek il-compliance x'jiġri?", "ĊENSU GALEA: Għal public service garage kieku kien bil-bieb baxx u bl-għoli normali, jew jingħata jew ma jingħatax, mhux se tvarja.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: L-għoli mhux se jagħtih vantaġġ.", "ĊENSU GALEA: Mhux se jipparkja żewġ karozzi fuq xulxin u allura jintensifika n-numru ta' karozzi fil-post!", "AVUKAT IAN STAFRACE: Din ħafna drabi l-iżjed benefiċjarji tagħha mhumiex biex iġibu l-compliance għax dawn ħafna minnhom għandhom dawl u ilma.", "Tiġi l-maisonette ta' fuq dawn il-garages li x'aktarx tkun differently owned u ngħidulu le minħabba l-garaxx.", "Dawn huma l-każijiet li jkollna.", "PHILIP MIFSUD: Jeħel intortament.", "Imma f'dan il-każ xi jrid jagħmel dan?", "Imur għand sid il-garaxx?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Dawk irridu narawhom.", "THE CHAIRMAN: Jien nista' nissanzjona l-binja anke ta' fuq u anke jekk il-bini mhux tiegħi ....", "PHILIP MIFSUD: Imma trid tara jħallukx.", "THE CHAIRMAN: Tista' u ninformawh u nissanzjonah bħala użu ta' private car u ma ssanzjonajtlux l-użu abbużiv .....", "AVUKAT IAN STAFRACE: Għal dawn it-tip ta' ċirkostanzi rridu naraw il-proċedura li qed nużaw illum għaliex ....", "THE CHAIRMAN: Naħseb tista' tagħmilha.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però f'dawn il-każijiet trid tiġi estiża ftit.", "Ma tirregolarizzax il-garaxx biss .....", "PERIT ALEXANDER BORG: Din tas-sanità jistgħu japplikaw biss jew l-owner jew min hemm ġo fih mhux it-third part.", "Issa li qed jiġi mistoqsi hu jekk tal-first floor m'għandux x'jaqsam ma' t'isfel, bħala ownership jistax japplika għalih?", "THE CHAIRMAN: Immaġinaw ikollkom tikkunsidraw li tapprovaw applikazzjoni fejn għalkemm jingħata l-maisonette ta' fuq, l-applikazzjoni tiegħi tinvolvi l-faċċata kollha sħiħa, ma tinkludix l-ispazji ta' wara l-faċċata, imma l-faċċata li tinkludi l-għoli u l-lintel biex jiena ġibtha kif inhi bħala stat ta' fatt, taċċettah mal-applikazzjoni ta' fuq.", "AVUKAT IAN STAFRACE: F'dak il-każ irridu naraw kif nittekiljawha from an administrative point of view.", "ĊENSU GALEA: Tista tiddikjarah bħala third party property.", "AVUKAT IAN STAFRACE: S'issa għall-finijiet ta' sanità ma konniex qed naħsbu għal dawn it-tip ta' każijiet.", "THE CHAIRMAN: Imma f'din hemm ċertu aspett ta' co-ownership fiha.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Però irridu narawha ftit.", "THE CHAIRMAN: Perit Borg, tista' tkompli.", "PERIT ALEXANDER BORG: L-aħħar biċċa ta' category 5 – li kien semma l-Onor.", "ĊENSU GALEA: Perit Borg, categories 6 u 7 qed jgħidu \"excluding category 2 cases\".", "PERIT ALEXANDER BORG: Dawk li hemm imsemmija f'category 2.", "ĊENSU GALEA: Jien mort għall-category 2 residential area.", "PERIT ALEXANDER BORG: F'category 2 tajna xi extensions, etc. u f'categories 6 u 7 qed ngħidu external modifications, waħda li tidher mit-triq u l-oħra ma tidhirx mit-triq.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri projection 50 cm?", "PERIT ALEXANDER BORG: Mad-dawra sħiħa.", "(Interruzzjonijiet)", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt diġá hija kontradizzjoni fiha nnifisha għax jekk inti suppost se tagħti 0.75m u se tagħtih a maximum of 50cm, suppost jibqa' a minimum of 25cm mhux a minimum of 50cm kif qegħdin ngħidu hawnhekk.", "ĊENSU GALEA: Però hawnhekk nara ftit periklu għax qed tikkonċedu lil dak li jkun li jimxi f'dik id-direzzjoni, però imbagħad lill-ieħor qed iġġegħluh jieħu passi kontra tiegħu.", "PERIT ALEXANDER BORG: Però hawnhekk nitkellmu fuq każijiet fejn diġà jeżistu mhux fuq każijiet ġodda.", "Jiġifieri jekk hemm gallarija li qiegħda iktar viċin, jekk kien hemm xi ħaġa diġa' inqalgħet mhux qed inżidu magħha.", "THE CHAIRMAN: Imma 50cm hija esaġerata, jiġifieri dan mhux każ li xi ħadd kejjel ħażin.", "Ma naħsibx li għandna nippremjaw lil min abbuża daqshekk għax imbagħad ikollna l-kritika bil-kontra.", "ĊENSU GALEA: Perit Borg, minkejja t-tgergir kollu li ngergru kontinwament, mhijiex l-intenzjoni tagħna, bħalma qed jgħid iċ-Chairman, li tipprova takkomoda lil kulħadd at all costs.", "Jien onestament ngħid li tal-projections, speċjalment fejn hemm il-front gardens, naraha ċuċata of the first order li nillimitawh għal 90cm, jiġifieri ma nifhimx għalfejn qiegħda hemmhekk, però l-oħra, sideways fejn inti se tidħol fid-drittijiet ta' ħaddieħor, hemmhekk nara diffikultajiet pjuttost kbar.", "Veru li qegħdin nitkellmu fuq dak li diġà jeżisti, imma issa nistgħu nsibu ruħna f'sitwazzjonijiet fejn jekk xi ħadd jagħmel extension fuq naħa u l-MEPA se tgħidlu li se tippermettilu li jagħmilha u tan-naħa l-oħra diġà qed jieħu passi kontrih, il-Qorti se tgħidlu li dak issa għandu l-permess.", "PERIT ALEXANDER BORG: Aħna iena dejjem nagħmlu saving third party rights, però anke fuq btieħi għandna dik l-issue.", "Jien iktar nara issue jekk xi ħadd ikun resaq lura u xi ħadd ieħor qed ifittxu għax ġie viċin tiegħu minn wara.", "Aħna dejjem nagħmlu saving third party rights.", "THE CHAIRMAN: Imma saving third party rights fuq il-gallarija mil-liema liġi tirriżulta?", "ĊENSU GALEA: Il-0.75m teżisti fil-liġijiet.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Imma li l-aperturi jridu jkunu 75cm 'il bogħod mill-ħajt tal-appoġġ teżisti.", "Il-gallarija mill-prassi tal-MEPA toħroġ.", "ĊENSU GALEA: Għax jekk ma tippermettilix tieqa ovvjament li mhux se tippermettili gallarija.", "Mingħalija hemm x'imkien fil-liġi wkoll, però m'iniex se mmerikom.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Fil-Liġi Ċivili jeżisti l-kunċett tal-aperturi, naħseb li l-gallerji kienu by an extension of interpretation.", "THE CHAIRMAN: Jien naraha iktar perikoluża gallarija milli tieqa.", "ĊENSU GALEA: Madwar sentejn ilu kelli każ – fil-fatt għadhom għaddejjin il-Qorti – ta' individwu li ried jagħmel projection bħala terazzin fuq wara, kien hemm oġġezzjoni u saret kundizzjoni fil-permess li ma jistax ikun inqas minn 0.75m.", "THE CHAIRMAN: Jekk teżisti fil-Liġi Ċivili ...", "ĊENSU GALEA: Teżisti x'imkien żgur.", "PERIT ALEXANDER BORG: Però hemm diversi każi, u jien niltaqa' magħhom, li nbnew fit-tmeninijiet fejn il-gallarija qiegħda viċin.", "Naturalment dejjem dak li jkun jista' jqattagħha; jekk tiġi biex tapplika ħalli ttella' sular hekk ikollok tagħmel.", "ĊENSU GALEA: Riċentement kelli wieħed ftit 'il bogħod minna kellu jaqta' żewġ pulzieri fil-gallariji, imma d-diffikultà li qed nara hi li nistgħu nsibu ruħna f'sitwazzjoni li nippreġudikaw anke każijiet ..… Għax naturalment il-MEPA ma tkunx taf li dak li jkun qed jieħu passi kontra ħaddieħor u dak li jkun jista' jinqeda b'din il-konċessjoni biex jgħid li huwa covered.", "U meta mmorru quddiem il-Qorti, speċjalment jekk inhu dak li qed jgħid Dr. Stafrace huwa korrett, jiġifieri li m'hemm xejn fil-liġi, se jkun iktar diffiċli biex dak li jkun jieħu d-drittijiet tiegħi fil-konfront ta' xi ħadd li għandu \"permess\".", "PERIT ALEXANDER BORG: Nistgħu nirranġawha, però jien iktar naraha contentious li jkollok kamra fil-bitħa jew ħriġt mill-faċċata ta' wara lejn it-terzi.", "ĊENSU GALEA: Contestation jista' ikun hemm dejjem.", "PERIT ALEXANDER BORG: Għalhekk aħna noħorġuhom saving third party rights.", "ĊENSU GALEA: Però bħalma qal iċ-Chairman, naħseb li 50 cm qegħdin extending it too far.", "PERIT ALEXANDER BORG: Nagħmluha 30cm jew 25cm?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-projection ta' gallarija qiegħed 0.75m.", "PERIT ALEXANDER BORG: Le, qiegħda 90cm minimum fejn m'hemmx front garden u fejn hemm front garden 1.5m.", "ĊENSU GALEA: Il-projection mhijiex problematika.", "THE CHAIRMAN: Ġieli tkun ftit għax ġieli saru żbalji.", "Ġieli xi ħadd pereżempju jgħid li żamma tliet pulzieri aktar biex jinfetaħlu l-bieb 'il barra.", "ĊENSU GALEA: Il-projection 'il barra mill-faċċata sakemm strutturalment hija sana ma nara l-ebda problema.", "Naf li qegħdin carrying it too far...", "AVUKAT IAN STAFRACE: 'Il barra nħalluha u lateralment nirrestrinġuha.", "PERIT ALEXANDER BORG: Kemm se nagħmluha? 25cm? 30cm?", "ĊENSU GALEA: Jiena naħseb li dejjem irid ikollok nofs metru u qed nikkonċedu 25cm fuq kull naħa.", "ĊENSU GALEA: Imma l-projection mhijiex daqshekk problematika.", "THE CHAIRMAN: Kollox sew, imma jien nixtieq inżomm ftit ekwità ma' min fl-antik żamm mal-permessi.", "Jiġifieri għax dak li jkun ikun abbuża u għamel gallarija nofs metru 'il barra, nagħlqu għajnejna u ħaddieħor li jkun żamm mal-permess .… Terazzin ta' nofs metru iktar huwa sostanzjali.", "ĊENSU GALEA: Imma mbagħad hemm il-kontradizzjoni l-oħra li fl-istess ħin tara projections ta' 2m u anke iktar li jkunu covered bil-permessi.", "U n-nies dak li ma jifhmux, meta tara permess, jiġifieri dawn il-gallariji kbar li qegħdin jinbnew illum b'kull projection ma nafx kemm u l-ieħor jgħidlek li hu kellu jżomm żewġ piedi u nofs.", "Biex inkun ċar, dan mhuwiex xi punt kardinali li se noqgħod nargumenta fuqu.", "Jiena iktar tinkwetani tas-sides però dwar dak qegħdin naqblu li se nnaqqsuha.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mifsud, għandek xi opinjoni fuq kemm għandna nikkonċedu dwar projection 'il barra ta' gallarija?", "AVUKAT JESMOND SCHEMBRI: Nista', jekk jogħġobkom nistaqsi x'qed ninkludu u x'qed neskludu għax hija ftit konfuża għalija?", "Għax hawnhekk għandi – jekk għallinqas m'għandix xi żball fil-verżjoni tiegħi – \"except for\" u allura nifhimha li dak kollu li jiġi wara huwa eskluż.", "Issa qegħdin ngħidu li 25cm lateralment definitely u nistgħu nagħmluha 25cm all round.", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Kemm 'il barra u anke fil-ġnub.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri sa 1.6m huwa aċċettabbli.", "Jiena hawnhekk ippruvajt nieħu sample u jaf ikollok external modification li jinkludilek xi biċċa kamra żgħira, għax aħna għedna porches le, imma portico tiġi aċċettata.", "Qed ngħid dan biex ikunu safe li ma naqbżux iktar minn 10m2 u li front or side garden not to encroach beyond the limits li diġà semmejna qabel tal-one-third u tat-25cm mal-ġenb.", "Category 7 titkellem dwar l-istess affarijiet imma fejn ma jidhirx, imbagħad hemm il-provisos li semmejt hawnhekk ukoll.", "THE CHAIRMAN: X'jiġifieri \"fejn ma jidhirx\"?", "PERIT ALEXANDER BORG: Qed ngħidu \"not visible from public roads\", pereżempju jkollok back elevation.", "Twieqi għamilthom differenti?", "Jekk tieqa tkun għamiltha differenti you can sanction it normali.", "Additions jista' ikun ħariġlek biċċa kamra x'imkien u barra minn hekk qed nillimitawha għal 10m2, modifications kif qed issemmi inti, jiġifieri pereżempju t-tieqa minflok għamiltha tonda għamilha kwadra u ....", "THE CHAIRMAN: Imma dik tissanzjonaha mod ieħor.", "PERIT ALEXANDER BORG: Imma ġieli jkollok ħaġa ma' oħra.", "Pereżempju, kelli każ fejn qabdu ma' xi ħadd għax għamilhom bil-bricks minflok bil-ġebel u jekk tapplika, ma nafx kemm jagħtuk sactioning, allura daħħalniha hawn.", "THE CHAIRMAN: Jiena nispera li l-uffiċjali tagħkom jifhmu xi tfisser modifications f'dan is-sens, mhux joqogħdu jgħidu lil dak li jkun biex imur japplika jew jissanzjonaha b'mod normali.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fejn jista' jissanzjona jaqbillu jissanzjona.", "Issa jekk il-perit irid jitfagħhieli m'hawn jista' jitfagħha.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri se taċċettaw ċerti modifiki jekk ikunu m'oħrajn.", "PERIT ALEXANDER BORG: Anke jekk ikunu waħedhom; jekk pereżempju tbiddel il-materjal jew ix-shape ...", "PHILIP MIFSUD: Imma jekk hija xi ħaġa li jista' ikun hemm dubju li din tgħaddi bil-proċess normali, se teħduha on board jew le?", "IS-SUR AUSTIN WALKER: Il-concession nista' nagħtihielu jien, imma jaqbillu jitfa' application to sanction.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri kważi kważi inti tkun applikajt to sanction b'mod normali, għandek refuse u tiġi hawnhekk.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Idealment aħjar iġġib sanctioning milli ....", "PERIT ALEXANDER BORG: Pereżempju f'category 9 għamilt internal modifications li ħafna minnhom jgħaddu b'DNO, però mhux kollox.", "THE CHAIRMAN: Jekk pereżempju għamel terazzin elevated.", "PERIT ALEXANDER BORG: Sakemm mhux qed jagħmel encroachment fil-front u s-side gardens u mhux iktar minn 10m2, se jiġi aċċettat.", "M'aħniex qed inkopru l-affarijiet ta' qabel, għalhekk excluding category 2 cases, jiġifieri category 2 fejn ħareġ il-faċċata b'kollox 'il barra u l-istrutturi baxxi.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li tajjeb li tagħmlu laqgħa mal-periti u tispjegawlom dawn l-affarijiet għax hawn ħafna.", "PERIT ALEXANDER BORG: Categories 6 u 7 jitkellmu dwar tibdil mal-faċċata, li ma jinkludix affarijiet li huma covered b'Category 2, jekk hemm xi struttura mhijiex ta' aktar minn 10m2 u li jekk hemm xi affarijiet ħerġin 'il barra ma joħorġux iktar milli semmejna qabel.", "Issa ħalli mmorru ftit fuq Category 9 qabel ma niġi għal Category 8.", "Category 9 titkellem dwar internal modifications li ħafna minnhom jgħaddu bid-DNO.", "Għalkemm ħafna minn dawn jgħaddu, għamilniha għax ġieli jkollok affarijiet li diġà koprejna, pereżempju jekk għandek subdivision of property awtomatikament se jkollok bżonn internal modifications.", "Allura konna se niġu li xi ħadd ikun qasam flat fi tnejn u filwaqt li naċċettaw dan il-fatt, imbagħad ma naċċettawx il-modifications.", "Mela nispiċċaw li jew nibagħtuh għand tad-DNO u se jgħidlu le għax għandu żewġ flats, jew jien ngħidlu li ma nistax naċċettalu għax għandu l-modifications.", "Jiġifieri Category 9 qiegħda biex inkopru kollox.", "Din tal-aħħar l-aktar li għamilniha minħabba r-rampi, jiġifieri jekk hemm rampa tali li qed tintuża, il-garaxx fl-aħħar mill-aħħar qed jintuża, jekk hija so steep li ma jistax jintuża allura mhux jintuża.", "THE CHAIRMAN: Waħda mill-issues fil-garages huwa l-grading u ħafna drabi jkunu marbutin bil-KNPD.", "Safejn se taċċettawha din?", "PERIT ALEXANDER BORG: Hawnhekk qed ngħidu fejn għandek iktar minn level wieħed ta' parking u jrid ikollhom il-Fire Safety Report, eċċ. li mhux qed jeffettwa s-safety, mhux se nagħmluha għall-major developments.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk garaxx qed jintuża, qed jintuża.", "THE CHAIRMAN: Jiena nieħu gost li intom tużaw it-test tal-fattibilità għax hija l-iktar ħaġa sabiħa.", "ĊENSU GALEA: Biex jgħaddu minn test bħal dan diffiċli!", "PERIT ALEXANDER BORG: Forsi l-Enforcement li għandna vantaġġ hu li l-ħin kollu nħabbtu wiċċna ....", "ĊENSU GALEA: Il-prattiċità hija ferm importanti mhux biex tikser ir-regoli.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Il-fire safety trid tibqa' rispettata ovvjament.", "PERIT ALEXANDER BORG: Fejn hemm iktar minn one level ...", "ĊENSU GALEA: Jiena Perit f'din m'iniex qed nifhem fejn qed jingħad li \"this does not apply to major developments\".", "THE CHAIRMAN: F'rampa mhux bilfors issue ta' fire ikollok imma jkollok ukoll issues ta' safety, ta' visualness u affarijiet bħal dawn.", "PERIT ALEXANDER BORG: Bħalissa qed jiġuni f'moħħi żewġ każi li għandi pendenti.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li jrid ikun safety report jew fire and safety report mhux fire safety report.", "PERIT ALEXANDER BORG: Għandna każi fejn biex iwaqqgħu kuntratt qed jispiċċaw jaqbdu mal-gradient u in the meantime il-garaxxijiet kollha jintużaw.", "AVUKAT IAN STAFRACE: Diffiċli biex issib soluzzjoni on the ground.", "PHILIP MIFSUD: Se mmur pass lura imma ftakart f'xi ħaġa fuq din tal-garaxxijiet.", "L-internal garages, dawk li huma btieħi ta' garages li fuqhom prattikament m'hemm xejn, ħafna drabi kienu jkunu approved fuq disa', imbagħad kienu jgħolluhom.", "Dik tapplika?", "PERIT ALEXANDER BORG: Dik suppost qiegħda mdaħħla.", "Fil-fatt qiegħda fl-aħħar biċċa ta' Category 5 fejn qed jingħad \"or in internal garage development\".", "ĊENSU GALEA: Imma jien xtaqt nerġa' nistaqsi xi tfisser \"major development\".", "10 garaxxijiet? 100 garaxx?", "PHILIP MIFSUD: Fil-fatt qed tgħid more than 30 units.", "ĊENSU GALEA: Il-(b) hawnhekk x'inhi?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Dik jiġifieri Category (b).", "Il-Category (a) tal-pre 92 u Category (b) li nippermetti li nagħtuk anke compliance certificate bħalma huma tas-Sanità, l-istess kategorija.", "THE CHAIRMAN: X'inhu antiċipat il-way forward ta' MEPA biex tifformolizzaw dan?", "AVUKAT IAN STAFRACE: Issa li nagħmlu hu li nabbozzawha f'qafas ta' avviż legali għax inkunu qed nemendaw it-tmien skeda tal-liġi u ovvjament jgħaddi bil-proċeduri tas-soltu.", "Li nagħmlu aħna hu li t-text tal-legal notice ngħadduhulkom xorta għall-kompletezza tal-proċess bħalma ġara l-aħħar darba mbagħad jgħaddi bil-proċess leġislattiv tas-soltu.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja lil kulħadd.", "Fid-9:10p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20121204_012d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013 fis-6.45 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013 fis-6.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni ta' Karti.", "Ħatra ta' Membri fuq il-Gruppi ta' Ħidma.", "Preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar il-5+5 Dialogue.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130506_001a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 1", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 1", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Chris Fearne): Ninforma lill-Membri li din il-laqgħa qed tiġi webcast, u allura, skont il-linji gwida stabbiliti, nistaqsi jekk hawnx xi oġġezzjonijiet.", "(Onor. Membri: No) Għal din il-laqgħa ma setgħux jattendu l-Onor.", "Silvio Schembri minħabba li jinsabu msiefrin, filwaqt li l-Onor.", "Luciano Busuttil għal raġunijiet urġenti personali, u dawn qegħdin jiġu sostitwiti mill-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Justyne Caruana, skont paragrafu 4 tal-Ordni Permanenti 120(b).", "Il-Kamra ġiet informata b'dan.", "Għandi l-pjaċir nilqagħkom għall-ewwel laqgħa f'din il-leġiżlatura tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Ċert li bħali intom temmnu li l-kumitati permanenti tal-Kamra huma essenzjali għat-tħaddim tad-demokrazija parlamentari f'pajjiżna, u għaldaqstant nitlobkom tipparteċipaw b'mod impenjattiv u attiv f'dan il-Kumitat.", "Qabel ma nibdew, ninforma lill-Kumitat li hawn talbiet sabiex ġurnalisti jiġbdu xi ritratti, u għaldaqstant nistaqsi hawnx permess?", "Mela l-permess ingħata.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "THE CHAIRMAN: F'din l-ewwel laqgħa, għandna xi xogħol amministrattiv x'isir bħalma jsir fl-ewwel laqgħa ta' kumitat f'kull leġiżlatura ġdida.", "L-ewwel item tal-aġenda hija l-preżentazzjoni ta' numru ta' dokumenti, fosthom riżoluzzjonijiet li l-Parlament Ewropew jibgħat lill-parlamenti nazzjonali, li lista tagħhom ġiet mgħoddija lill-Membri, jiġifieri:", "Kopja tad-diskors li l-iSpeaker għamel fil-Konferenza tal-iSpeakers tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-konklużjonijiet tal-istess konferenza, li saret f'Ċipru bejn il-21 u t-23 ta' April 2013;", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE (COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew rigward l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2591/2010/GG kontra l-Kummissjoni Ewropea (l-Ajruport ta' Vjenna) (2012/2264(INI)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjani ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija (COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011)0789 – C7-0433/2011 – 2011/0372(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (COM(2011)0794 – C7-0453/2011– 2011/0374(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (COM(2011)0793 – C7-0454/2011 – 2011/0373(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (\"Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija\") (COM(2012)0362 – C7-0285/2012 – 2012/0195(CNS)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom fiż-Żona tal-Ewro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Ewro (COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (COM(2011)0860 – C7-0490/2011 – 2011/0417(COD)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (COM(2011)0862 – C7-0489/2011 – 2011/0418(COD)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (2012/2116(INI)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-preparazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali dwar il-finanzjament tal-koperazzjoni tal-UE mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-perijodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp) (2012/2222(INI)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-isfruttament aħjar tal-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: Nibnu l-fiduċja permezz ta' għarfien u rispons aħjar (2012/2104(INI)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2012/2803(RSP)).", "Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0774 – C7-0010/2011 – 2010/0374(COD)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014 (2012/2309(INI)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Marzu 2013 dwar l-abbozz tal-Kummissjoni li jimplimenta regolament li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-itikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (2013/2524(RPS)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza (\"stress tests\") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati (2012/2830(RSP)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u r-reati ta' mibegħda (2013/2543(RSP)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (2013/2542(RSP)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport (2013/2567(RSP)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni fil-Bangladexx (2013/2561(RSP)).", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar l-Iraq: is-sitwazzjoni tal-gruppi minoritarji, inklużi t-Turkomeni Iraqini (2013/2562(RSP)).", "Rapport dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014, datat il-25 ta' Frar 2013 (A7-0041/2013).", "ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-GRUPPI TA' ĦIDMA", "THE CHAIRMAN: L-item li jmiss huwa l-ħatra ta' numru ta' working groups li dan il-Kumitat ikollu bżonn biex jaħdem b'mod iżjed effiċjenti.", "Il-working groups li kien hawn fil-leġiżlaturi ta' qabel jidher li kienu qegħdin jaħdmu sew u allura, bil-permess tagħkom, qed nipproponi li nużaw l-istess working groups u l-istess sistema.", "Imbagħad naraw kif immorru.", "Dan ifisser li jrid ikollna Working Group 1, li x-xogħol tiegħu jkun li jara d-dokumenti kollha li joħorġu mill-Unjoni Ewropea biex jew japprovahom, inkella jgħaddihom lill-working groups l-oħra.", "Qed nipproponi li dawk id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' ekonomija u finanzi jgħaddu direttament lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li għadu kif twaqqaf, filwaqt li dawk id-dokumenti li jkollhom x'jaqsmu ma' employment, social policy, health and consumer affairs qed nipproponi li jgħaddu direttament għand il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dan ifisser li, apparti Working Group 1, ikun hemm bżonn ta' żewġ working groups oħra, cioè Working Group 2, li jkollu x'jaqsam mal-ġustizzja u l-intern, l-edukazzjoni, żgħażagħ, kultura u sport, filwaqt li Working Group 3 ikollu x'jaqsam mal-kompetittività, trasport, telekomunikazzjoni, enerġija, agrikoltura, sajd u ambjent.", "Nipproponi li, jekk nistgħu, Working Group 1 naħtruh minn fost il-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Jien qed nipproponi li nitolbu lill-Whips biex jinnominaw membri fuq Working Groups 2 and 3.", "Jekk taqblu, nipproċedu b'dan il-mod.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, nieħu l-opportunità biex nawguralek għall-ħatra tiegħek, u nżid ngħid li dak li qed tgħid jagħmel sens.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa wieħed mill-iktar kumitati importanti tal-Parlament, u nawguralek il-ħidma t-tajba.", "Naħseb li tkun ħaġa tajba li għal Working Groups 2 u 3 nagħtu l-opportunità biex jieħdu sehem membri minn dan il-Kumitat u, jekk imbagħad ikun jonqos membri oħra, allura wieħed jinforma 'l-Whips taż-żewġ naħat biex nagħtu opportunità lil membri oħra minn barra dan il-Kumitat biex jipparteċipaw fix-xogħol tagħna.", "Ix-xogħol ta' Working Group 1 tant huwa marbut intimament ma' dak li nagħmlu f'dan il-Kumitat tagħna li tajjeb insegwu l-prattika ta' qabel li naħtru minn fostna stess.", "THE CHAIRMAN: Peress li llum il-Membri min-naħa tal-Gvern fuq dan il-Kumitat kollha jinsabu indisposti jew imsiefrin, kont se nipproponi li naħtruhom fil-ġranet li ġejjin.", "Jekk min-naħa tal-Oppożizzjoni għandkom diġà xi ismijiet, allura tistgħu tgħadduhomlna issa, jew inkella, jekk jista' jkun, sa tmiem din il-ġimgħa ħalli nibdew naħdmu kemm jista' jkun malajr, għax ix-xogħol qed jakkumula, peress li dan il-working group issa ilu kważi sitt xhur ma jiltaqa'.", "Iċ-Chairperson ta' Working Group 1 inkun jiena stess bħala Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandix diffikultà li wieħed miż-żewġ Membri tal-Oppożizzjoni fuq Working Group 1 inkun jien.", "Barra minn hekk, il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jason Azzopardi, għandu esperjenza bħali bħala ex-Chairman fuq dan il-Working Group u, ġaladarba huwa qiegħed jaqbel, allura l-Membri tal-Oppożizzjoni lesti diġà.", "PREŻENTAZZJONI MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IL-5+5 DIALOGUE", "THE CHAIRMAN: Issa ngħaddu għall-item li jmiss, jiġifieri l-preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barrnain dwar il-laqgħa tal-5 + 5 Dialogue li saret fil-Mawritanja.", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Chairman, nibda billi nifraħlek u nixtieqlek ħidma tajba f'dan il-Kumitat fejn jien kelli l-pjaċir u l-opportunità li naħdem fih sa mill-bidu nett tiegħu fi rwoli differenti.", "Nista' nassigurak li dan huwa Kumtiat ta' importanza kbira, għalkemm ma tantx jagħmel headlines.", "Jien nirrakkomandalek li tara li l-livell ta' dibattiti f'dan il-Kumitat jinżamm fuq il-livell li kien hemm qabel u, jekk jista' jkun, dejjem tagħmlu diskussjonijiet li jwasslu għal deċiżjonijiet meħuda b'kunsens milli b'votazzjoni.", "Il-politika barranija tagħna m'għandhiex iġġib diviżjoni għax il-problemi l-kbar li fuqhom ġeneralment konna nieħdu partijiet differenti fil-passat issa għaddew, u għalhekk – stante li ma jinqalgħux xi affarijiet kbar mhux previsti – mil-lum 'il quddiem nippretendi li għandu jkun hemm politika ta' kunsens, politika ta' qbil, ħalli nsaħħu l-politika barranija tagħna.", "Nilqa' lill-kollegi l-antiki, nies li fil-passat kienu anke jmexxu dan il-Kumitat bl-iktar mod abbli, u nilqa' wkoll lill-kollegi l-ġodda u nawguralhom ħidma tajba f'dan il-Kumitat.", "Jien qed nipproponi li nagħmlu sistema fejn, kull meta nkun nista', niġi nirrelata ma' dan il-Kumitat.", "Barra minn hekk, nixtieq ukoll li, meta jkun possibbli, qabel kull Foreign Affairs Council – li jiltaqa' fuq bażi ta' kull xahar – niġi f'dan il-Kumitat ħalli niddiskuti l-aġenda biex nieħu l-polz tal-Kumitat dwar is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi.", "Dan mhux biex nintrabat b'dak li jiġi ddettat mill-Kumitat, imma biex niggwida ruħi bis-suġġerimenti li jsiru.", "Nixtieq li meta nkun qed nirrappreżenta lil pajjiżna, nippreżenta l-kwadru kollu tal-opinjonijiet ta' dan il-Kumitat.", "Mr Chairman, inti semmejt il-Laqgħa tal-5 + 5: imma, jekk tippermettili, xtaqt ngħid xi ħaġa żgħira fuq il-laqgħat kollha li kelli s'issa, ħalli nżomm lill-Kumitat aġġornat.", "L-ewwel laqgħa li mort għaliha kienet tal-Gymnich, li saret Dublin taħt il-Presidenza Irlandiża.", "Għal min huwa ġdid, il-Gymnich huwa laqgħa informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, immexxija minn Catherine Ashton, EU High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy.", "Dwar dan, xtaqt ikkonsultajt qabel ma' dan il-Kumitat, imma kien għadu mhux kostitwit.", "Dan il-meeting kien jikkonċerna l-iktar il-kwestjoni tas-Sirja, li kienet u għadha ħafna fl-aħbarijiet.", "Dik il-ħabta kien hemm attentat miftiehem sew bejn il-Foreign Ministers Ingliż William Hague u dak Franċiż Laurent Fabius biex jitneħħa l-embargo fuq l-armi lir-ribelli li hemm fis-Sirja.", "Nista' ngħidilkom li ħadd ħlief dawn it-tnejn ma tkellem favur li jitneħħa l-embargo.", "Kien hemm il-kompromess Ġermaniż, li jgħid li għandna niftħu idejna aktar rigward l-għajnuna umanitarja.", "Kien hemm ukoll min beda jitfa' feelers u jitkellem dwar affarijiet military non-lethal, jiġifieri li tagħti affarijiet tal-militar, imma mhux biex b'mod li toqtol bihom bħal, pereżempju, night vision goggles u apparat ta' komunikazzjoni.", "Però, l-iktar proposta ċara kienet dik Ingliża u Franċiża, li ġiet shot down kompletament.", "Hemmhekk jien kelli l-okkażjoni niddikjara li bħala pajjiż qegħdin nirrikonoxxu lir-ribelli bħala sole legitimate interlocutors tal-poplu Sirjan.", "Għaliex għamiltu dan?", "Għamiltu għax kienet ġejja l-Laqgħa tal-5 + 5, fejn konna se nkunu l-uniku pajjiż mill-pajjiżi Ewropej li ma nkunux għadna rrikonoxxejna lir-ribelli Sirjani bħala sole legitimate representatives.", "Kulħadd jaf li din kienet ikkwalifikata ftit fis-sens li dan ma jfissirx li għax tkun irrikonoxxejthom, allura se tibqa' tirrikonoxxihom dejjem; imma wieħed jista' jbiddel skont kif ivarjaw l-affarijiet.", "Fil-fatt, sal-lum qegħdin naraw infiltrazzjoni kbira ta' partijiet estremisti Islamisti.", "Konna konfortati mill-fatt li l-Arab League tat is-siġġu tas-Sirja lir-rappreżentanti ta' dawn ir-ribelli.", "Għalissa dik hija s-sitwazzjoni.", "Kien hemm dibattitu interessanti – u, biex inkun onest, jikkonvinċuk iż-żewġ argumenti – jiġifieri, min-naħa għaliex għandek tkompli tarma lir-ribelli ħalli b'hekk tagħtihom iċ-ċans li jwaqqgħu lill-President Assad u, min-naħa l-oħra, l-argument li jekk tarma r-ribelli se ttawwal il-gwerra u ma tagħtix ċans għad-diplomazija.", "Argument li sar u li għamiltu jien ukoll kien li wieħed irid jara x'se jsir minn dawk l-armi kollha li hemm f'idejn in-nies u l-merċenarji wara li jitwaqqa' l-President Assad.", "Iż-żewġ naħat konna qegħdin nagħmlu argumenti li jibbilanċjaw lil xulxin imma, at the end of the day, ġie deċiż li għalissa żgur li le.", "Suġġett ieħor li ġie ttrattat fit-tieni sessjoni kien il-European External Action Service (EEAS) li huwa s-servizz diplomatiku tal-Unjoni Ewropea, fejn illum għandha xibka ta' diplomatiċi madwar id-dinja.", "L-argument tagħna kien li aħna nixtiequ li nkunu rappreżentati iktar f'dan l-European External Action Service, għax inħossu li għandna diplomatiċi li huma kapaċi u għandhom esperjenza biżżejjed biex jokkupaw iktar postijiet.", "Biss, is-sitwazzjoni hija dik li hi.", "Aħna għamilna wkoll il-punt li nixtiequ li, barra li jkun hemm il-livell diplomatiku, jkun hemm ukoll il-livell konsulari, li bħala pajjiż żgħir għandna ħafna esperjenza f'dak is-servizz.", "Aħna qegħdin nistiednu lir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, biex taħseb ħalli twessa' l-European External Action Service.", "Dak huwa li kelli xi ngħid dwar il-laqgħa tal-Gymnich tal-Irlanda.", "Imbagħad kien hemm il-5+5 Ministerial Meeting tad-19 ta' April 2013, li kienet l-għaxar laqgħa u li saret fil-Mawritanja.", "Din kienet laqgħa interessanti fis-sens li hemmhekk ikollok għaxar ministri għall-affarijiet barranin ta' ħames pajjiżi min-North u ħames pajjiżi mis-South tal-Mediterran.", "Kont nimmaġina li hija laqgħa iktar attiva, imma fil-fatt din hija laqgħa fejn pjuttost wieħed jagħmel il-pożizzjoni tiegħu u mbagħad tiġi adottata d-draft declaration.", "Però, irrid ngħid li din isservi bħala opportunità kbira biex titkellem ma' ministri għall-affarijiet barranin ta' pajjiżi oħra li biex tikkuntattjahom normalment trid ħafna Note Verbales, mentri hemmhekk tagħmel jumejn taħbat magħhom.", "Id-diskors tagħna kien li aħna qed nippromwovu djalogu reġjonali, u allura fakkart x'intqal fis-Summit ta' Malta, jiġifieri l-bżonn ta' djalogu, koperazzjoni u sinerġiji infrastrutturali bħal, pereżempju, il-League of Arab States, il-Parlament tal-Mediterran, u organizzazzjonijiet bħal dawn.", "Għedt li hemm bżonn ta' ħsieb ġdid kif insaħħu lir-reġjun, u li hemm bżonn li nwessgħu d-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija.", "Għaliex kont qed nagħmel dan?", "Kelli f'rasi li nipprova nippromwovi kemm nista' l-uffiċċju li twaqqaf hawn Malta bejn il-European Union u l-League of Arab States li – irrid ngħid – dak iż-żmien twaqqaf bi ftit tqanżiħ min-naħa tal-Unjoni Ewropea għax ma tantx kienet eċitata fuqu, imma li jien ħassejt li għandi nerġa' nippromwovih f'dan l-irwol.", "Jien għedt li l-European Union – League of Arab States Liaison Office s'issa ta assistenza elettorali, u anke għamel xogħol ta' osservazzjoni f'xi elezzjonijiet li kien hemm madwarna.", "Fid-dibattitu, daħħalna kwestjonijiet ta' difiża, intern, migrazzjoni u trasport, u għedna li rridu nżidu oħrajn bħal għall-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-impjiegi u l-ħolqien tax-xogħol.", "Fil-fatt, jien bnejt id-diskors tiegħi fuq hekk.", "Kont naf fuq xiex se jitkellem ħaddieħor: pereżempju, kien ċar li l-Ministru Franċiż Laurent Fabius kien se jitkellem fuq il-Mali, u dan għax pajjiżu kien għadu kif għamel intervent hemmhekk.", "Varajt il-ħsieb li nestendu l-kunċett tal-Youth Guarantee li hemm fl-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni, training and retraining.", "Iż-żgħażagħ ma jistgħux ma jagħmlu xejn, imma jridu jidħlu fis-sistema edukattiva jew fit-training jew retraining.", "Ipprovajt nisħaq fuq l-importanza li rridu nagħtu liż-żgħażagħ li hemm fil-pajjiżi tal-Arab Spring li l-ewwel irribellaw għax ma kienx hemm opportunitajiet ta' xogħol, u issa, f'daqqa waħda, hemm it-tieni daqqa, dik tal-ekonomija nieżla 'l isfel għax mhux qed isir investiment minħabba l-instabbilità politika li hemm f'dawk il-pajjiżi.", "Sħaqt kemm-il darba jekk wieħed jistax idaħħal din is-sistema għaż-żgħażagħ tal-Arab Spring, speċjalment f'dak il-perijodu bejn l-istudju u l-impjieg, għax wieħed irid joqgħod attent li dawn ma jiġux ittraskurati aktar, inkella jaqgħu vittmi tal-estremisti.", "Sħaqt ukoll li anke l-5+5 tista' tagħmel użu mill-European Union – League of Arab States Liaison Office mhux biss għal għanijiet ta' sigurtà, imma wkoll biex inkunu nistgħu nagħmlu xogħol bħal dan li, fl-aħħar mil-aħħar, jevitalna ċerti problemi aktar 'il quddiem.", "Hawnhekk għandkom kopja tal-Final Declaration.", "Irrid ngħid li l-Final Declaration kienet diġà adottata, u bil-kemm kien hemm dibattitu fuqha, li ma kienx għas-Sotto Segretarju tal-Affarijiet Barranin Taljana.", "Din kumbinazzjoni kienet miegħi fl-Airport, u ddiskutejna xi affarijiet li kien hemm dwar il-proċess tal-Middle East fejn qaltli ċar li kellha direttiva li ma riditx id-draft declaration kif kienet, u insistiet li għandna mmorru għad-diċitura eżatta li hemm fil-Malta Declaration.", "Jien ma kelli l-ebda diffikultà li nagħmlu hekk u, kif tafu, il-Final Declaration titkellem fuq id-djalogu politiku, sigurtà u stabbilità reġjonali, issues soċjali u ekonomiċi, edukazzjoni, żgħażagħ, migrazzjoni u issues oħra.", "Barra minn hekk titkellem ukoll dwar is-Sirja, il-Proċess tal-Paċi tal-Lvant Nofsani, il-Mali u – interessanti ħafna – ringrazzjament b'mod partikolari lill-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran (PAM) li kienet rappreżentata fil-Mawritanja.", "Fil-fatt, Sergio Piazzi, is-Segretarju Ġenerali tal-PAM, għamel intervent u tawh l-istess statura bħalma taw lil Fathallah Sijilmassi, Segretarju Ġenerali tal-Union for the Mediterranean, u kien hemm ħafna min kellu kliem ta' tifħir għall-irwol li tista' tilgħab l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran.", "Wara, kelli l-okkażjoni li nkun fil-Lussemburgu għal-laqgħa tal-Foreign Affairs Council u hemmhekk, peress li d-Deputat Prim Ministru ma setax jattendi, ħadt sehem ukoll fil-General Affairs Council minfloku.", "Is-suġġetti kienu varji, u fil-fatt kulma se nagħmel hu li nsemmilkom ftit minnhom, għax inkella nieħu ħafna ħin.", "Il-General Affairs Council jiddiskuti affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri mhux affarijiet barranin, u għalhekk jidħol fih id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej, l-Onor.", "Fil-General Affairs Council, l-iktar ħaġa li spikkat kienet il-Multi-Annual Financial Framework.", "Hemmhekk, kienu qegħdin jiddiskutu wkoll proposta mill-Parlament Ewropew biex ikun hemm revision clause, jiġifieri, li fit-tieni jew fit-tielet sena tal-Financial Framework 2014/2020, jista' jkun hemm revision clause għar-raġuni li dan li qed jiġi diskuss u deċiż issa qed isir f'ċirkostanzi ta' awsterità, u allura qegħdin ngħidu li nagħmlu reviżjoni jekk kemm-il darba ċ-ċirkostanzi jitbiddlu.", "Però, peress li ma kienx hemm klawsola li tgħidlek li tista' tirrevedi 'l fuq ukoll – mhux 'l isfel biss – aħna konna kontra tagħha għax kien se jkun hemm ċertu tip ta' inċertezza jekk, halfway through the Financial Framework period, ikollok tnaqqis minn dak li tkun ġejt imwiegħed minħabba l-commitments u l-ispejjeż li tkun dħalt għalihom.", "Dik kienet l-iktar ħaġa importanti, għax imbagħad kien hemm affarijiet oħra li ma tantx kont interessat fihom.", "Il-Foreign Affairs Council kellu aġenda ħafna iktar wiesgħa.", "F'ħafna mill-issues għamilt intervention, imma mhux fuq kull ħaġa.", "Il-proċedura hija li, ħafna drabi, Lady Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u Politika ta' Sigurtà – li tippresjedi l-laqgħa – tvara s-suġġett, imbagħad ikollok tour de table, fejn ikun hemm min qiegħed flagging the country's name biex jitkellem, però m'intix obbligat tintervjeni.", "Is-suġġetti kienu jvarjaw ħafna: pereżempju, l-enerġija, l-Eastern Partnership, is-Southern Neighbourhood – fejn tkellmu fuq is-Sirja, il-Libanu u l-Eġittu, il-Mali, Myanmar, il-Western Balkans, kif ukoll il-Common Security and Defence Policy.", "Se ngħid kelma żgħira fuq kull punt.", "Fuq l-Enerġija, konna qegħdin nitkellmu fuq il-pipelines li se jġibu ż-żejt mill-Ażerbajġan, u kif dawn se jgħaddu mit-Turkija.", "Ovvjament, din hija ta' interess għall-Ewropa, u hawnhekk jien ipprovajt niġbed l-attenzjoni fuq in-naħa t'isfel tal-Ewropa billi tkellimt rigward il-famuż pjan tal-Mediterranean Solar Plan, li jista' jipprovdi ħafna enerġija rinovabbli mix-xemx tad-deżert.", "Rigward l-Eastern Partnership, kulħadd kien jaqbel li l-Ewropa tkompli taħdem kif qed taħdem ma' pajjiżi bħall-Moldova, il-Ġjorġja, l-Ażerbajġan u l-Ukrajna, li fil-preżent qed jiġu mħajra jidħlu fl-isphere of influence tar-Russja billi qegħda toffrilhom customs union u ħafna affarijiet oħra biex tiġbidhom lejha.", "L-Ewropa hija inkwetata b'din il-kwestjoni, u allura qegħda tipprova kull mezz biex tħajjarhom jibqgħu orjentati lejn il-European Union, b'mod partikolari billi joffrulhom free trade areas u affarijiet bħal dawn.", "Għalkemm wieħed għad irid jara din kif se tispiċċa, kien hemm qbil li l-Ewropa tagħmel minn kollox biex dawn il-pajjiżi tkompli żżommhom miġbudin lejha.", "Rigward is-Southern Neighbourhood, reġa' rrepeta ruħu d-diskors li kien hemm fil-Gymnich dwar is-Sirja.", "Il-Ministru Ingliż, William Hague, u dak Franċiż, Laurent Fabius, b'ċertu saħħa reġgħu pprovaw jikkonvinċu li hemm bżonn inneħħu l-embargo fuq l-armi.", "Deher li kien hemm min qed ixaqleb lejn din il-verżjoni, għax mill-Gymnich tal-Lussemburgu jidher li l-affarijiet tbiddlu, tant li kien hemm min qal li bil-mod għandna nibdew iħallu ċerti affarijiet jidħlu.", "Issa ħalliha li kulħadd jaf li hemm pajjiżi kbar li mhumiex qegħdin jgħinuhom apertament, imma qegħdin jagħmlu l-logistics kollha biex minn postijiet oħra deħlin l-armamenti għar-ribelli fis-south tas-Sirja.", "Rigward il-Mali kien hemm update rigward x'qed jiġri hemmhekk, fejn ovvjament il-Franċiżi għandhom interess partikolari.", "Fuq Burma – jew aħjar kif inhi magħrufa issa Myanmar – wieħed tkellem fuq it-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha issa li kien hemm a softening peress li l-gvern daħħal miżuri demokratiċi.", "Nafu li issa Aung San Suu Kyi qed tingħata ċ-ċans li taħdem, u allura kien hemm qbil li jitneħħew l-miżuri ristrettivi kollha li kienu imposti fuq dan il-pajjiż, ħlief għall-arms embargo.", "Dwar il-Western Balkans, tkellmet Catherine Ashton, bniedma interessantissima u li aktar ma naraha iktar nifhem x'karattru għandha u għaliex għażluha għall-pożizzjoni li għandha, jiġifieri dik ta' Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea fuq Affarijiet Barranin u Sigurtà.", "Jiena u l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, meta konna Ċipru kkummentajna kemm Catherine Ashton kienet kapaċi twieġeb fuq kwestjonijiet off the written script, u dak juri kemm is-suġġett tafu sew.", "Catherine Ashton kienet għadha ġejja mis-suċċess tagħha dwar kif irnexxielha ġġib flimkien il-Kosovo u s-Serbja wara numru ta' interventi, liema problema kienet qegħda tfixkel liż-żewġ pajjiżi fil-mixja tagħhom lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk ħabbritilna li l-Kosovo u s-Serbja kienu ffirmaw ftehim bejniethom imma, b'umiltà kbira, qalet li dan mhux hi għamlitu imma Štefan Füle, Kummissarju għat-Tkabbir, meta kulħadd jaf li x-xogħol għamlitu Catherine Ashton.", "Bejn wieħed u ieħor, dawk kienu l-punti ewlenin li tqajmu f'dawn il-laqgħat.", "Il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill hija għas-27 ta' Mejju u, kif kont qed ngħid lill-President ta' dan il-Kumitat, jekk jista' jkun nagħmlu laqgħa l-iktar tard, possibbilment fl-24 ta' Mejju, għar-raġuni li l-materjal u l-updates jibqgħu deħlin sa lejliet li wieħed jitlaq għal-laqgħa.", "Jien nitlaq il-Ħadd u l-laqgħa tkun it-Tnejn, u allura l-aħjar li nagħmlu laqgħa jkun l-Erbgħa ta' qabel.", "Issa, jekk hemm xi mistoqsijiet, lest li nirrispondihom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn xi mistoqsijiet jew kummenti?", "L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, ippermettili nibda jiena min-naħa tal-Oppożizzjoni, u se nibda b'kummenti aktar milli b'mistoqsijiet.", "Jien se ngħaqqad il-punti kollha flimkien, ħalli ma noqgħodx nintervjeni kull darba.", "Naturalment, għalija din hija l-ewwel darba li qed nipparteċipa f'dan il-Kumitat min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nibda biex nafferma li matul il-leġiżlatura l-oħra konna wasalna għal sitwazzjoni ta' bipartisan approach lejn il-politika barranija u Ewropea.", "Naħseb li dan huwa mertu taż-żewġ naħat tal-Kamra għal dak li għamlu matul is-snin li għaddew, u dan jikkontrasta ma' meta kien hemm issue prinċipali ħafna fil-politika barranija fejn ma kienx hemm qbil dwarha.", "Irrid nieħu l-opportunità biex niddikjara li min-naħa tal-Oppożizzjoni żgur hemm qbil totali fuq l-istand li ħa l-Gvern li r-ribelli Sirjani jkunu rikonoxxuti bħala the sole legitimate representatives.", "Dan għaliex kien il-pass loġiku li jmiss nagħmlu, u fil-fatt, fil-leġiżlatura preċedenti jien diġà kelli l-opportunità niddikjara li konna prattikament qed nimxu mal-linja komuni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, biex insejħilha hekk.", "Wieħed jifhem id-diffikultà biex issir dikjarazzjoni bħal dik għax tkun tiddependi ħafna fuq kif l-oppożizzjoni Sirjana tkun komposta minn ħin għall-ieħor.", "Però, dak huwa l-miminu tas-sinjali li għandu jingħata mill-pajjiżi Ewropej, u allura ma nistax ma nkunx kuntent li anke Malta qed tagħti dan is-sinjal, għaliex naħseb li lkoll naqblu li rridu nagħmlu l-pressjoni diplomatika kollha – u xi kultant iżjed minn hekk ukoll – fuq ir-régime ta' Assad.", "Dan anke fid-dawl tar-ripressjoni kbira li qegħda ssir kontra setturi differenti tal-poplu Sirjan.", "Nafu li kien hemm allegazzjoni ta' użu ta' armi kimiċi fl-imħawi, liema affarijiet huma preokkupanti ħafna.", "Hemm xi żviluppi riċenti f'dan ir-rigward?", "Naqblu dwar parteċipazzjoni akbar minn Malta fil-European External Action Service (EEAS).", "Mill-esperjenza personali tiegħi bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin, jien kont qed nagħti l-go-ahead lill-uffiċjali diplomatiċi tagħna biex jipparteċipaw fil-European External Action Service, u nimmaġina li din hija l-istess linja li qed isegwi l-ministru attwali.", "Kultant ikun hemm ftit dilemma għax, aktar ma tipparteċipa f'livelli mhux għolja, forsi tkun qed taffettwa r-ratio f'livell ogħla, u allura wieħed irid isib il-bilanċ.", "Għalkemm fil-veritá l-għażla ma ssirx b'ratios, ir-ratios huma taken into consideration minn Catherine Ashton innifisha u mill-istaff tagħha: però, fl-aħħar mill-aħħar, il-gwida hija l-kapaċitajiet ta' min japplika.", "Jien żgur naqbel li Malta għandha ħafna nies kapaċi f'dan is-settur, u li għandna nibqgħu proattivi ħafna f'dan ir-rigward.", "Rigward l-issues li kien hemm fil-laqgħa tal-Mawritanja, huwa ta' sodisfazzjon kbir għal din in-naħa tal-Kumitat li, fid-dikjarazzjoni tas-Summit, hemm referenza għas-Summit li kien sar f'Malta f'Ottubru 2012, jiġifieri fi żmien il-Gvern preċedenti, li bla dubju kien punt mill-iktar importanti fil-politika barranija tagħna.", "Interessanti wkoll huwa l-fatt li fil-Final Declaration saret sejħa għal iktar ħidma fil-livell parlamentari, u allura nistaqsi jekk il-Ministru jixtieqx jespandi xi ftit dwar ħidma f'dak il-livell?", "Il-ħidma ssir l-aktar bejn il-gvernijiet, imma jien naħseb li d-dimensjoni parlamentari hija importanti wkoll.", "Suġġett li naf li huwa għall-qalb il-Ministru, u li nixtieq nagħmel referenza għalih, huwa l-Middle East Peace Process, li huwa suġġett jaħraq ħafna!", "Naqblu totalment mal-kontinwità tal-policy dwar it-Two-State Solution.", "Li jinkwieta lilna – u naħseb li jinkwieta lill-Ministru wkoll – huwa li aktar mal-Gvern ta' Iżrael jieħu miżuri ġodda, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' settlements ġodda, it-Two-State Solution ma jkollhiex l-ispazju fiżiku biex titwettaq.", "Riċentement, kien hemm xi żviluppi u, jekk kien hemm, x'miżuri ttieħdu u se jibqgħu jittieħdu fuq dan is-suġġett li Malta tant ħadmet fuqu taħt diversi gvernijiet?", "Punt finali dwar il-kwestjoni tal-arms embargo.", "F'interventi li kont għamilt fuq dan is-suġġett, jien kont għedt li din hija materja delikata ħafna.", "L-iktar ħaġa faċli, speċjalment għall-Gvern Ingliż, hija li l-arms embargo jaqa' u dan anke għaliex kien hemm terminu meta jiskadi, u allura tajjeb li nkunu nafu x'qed jiġri.", "Wara l-esperjenza fil-Libja, naħseb li l-pożizzjoni komuni għandha tibqa' li ma naqblux li wieħed iħalli l-armi deħlin.", "F'interventi li kont għamilt f'laqgħat simili, jien kont esprimejt l-opinjoni li, fid-dawl tal-wording tal-embargo, diġà hemm leeway konsiderevoli favur in-non-lethal equipment, biex ma ngħidilhomx weapons, speċjalment jekk ikunu għal skop ta' difiża.", "L-argument prinċipali li dejjem isir f'dan ir-rigward huwa li, filwaqt li aħna għaddejjin bl-arms embargo, sfortunatament il-Gvern ta' Assad jibqa' jkollu aċċess għall-armi.", "Ħa nkun diplomatiku, għandu aċċess għall-armi almenu minn gvern wieħed li huwa magħruf, għalkemm naħseb li fil-fatt hemm iktar minn gvern wieħed li qed jagħmel dan.", "Din tagħmel il-pożizzjoni tagħna pjuttost delikata.", "Għal dak li huwa skop ta' difiża, din qiegħda tittieħed ukoll fis-sens li żoni li laħqu ttieħdu mir-ribelli jibqgħu f'idejn ir-ribelli?", "Naħseb li Malta tista' tibqa' tkun proattiva billi tgħin b'wording biex din il-possibilità tkun rikonuxxuta, u dan anke għaliex ma jaqblilniex li l-embargo jitneħħa għal kollox.", "B'hekk ippruvajt ngħaqqad kollox flimkien u se nieqaf hawn.", "Hawn iktar kummenti?", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Grazzi, Sur President.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Ministru għad-disponibilità tiegħu li jikkomunika ma' dan il-Kumitat, speċjalment fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-General Affairs Council.", "Din hija prassi li kienet bdiet fil-leġiżlatura li għaddiet u li ħadmet ħafna anke sabiex tgħolli l-profil ta' dan il-Kumitat.", "Illum aħna membri tal-Unjoni Ewropea, u allura ħafna affarijiet jiddependu minn deċiżjonijiet li nkunu ħadna f'livell Ewropew, u allura l-iskop ta' dan il-Kumitat jiżdied ħafna permezz ta' dawn il-konsultazzjonijiet.", "Xtaqt inżid ma' dak li qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, dwar l-armamenti fis-Sirja.", "Dan l-aħħar smajna fl-aħbarijiet – mingħalija llum stess – dwar l-armamenti li possibilment ġew użati mir-ribelli.", "Il-Ministru għandu iktar informazzjoni dwar dan?", "Fid-dawl ta' din l-aħbar, issa ħa jinbidel il-mod dwar kif għandna nħarsu lejn din id-diskussjoni li daħal fiha f'iktar dettall il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Punt ieħor li nixtieq li l-Ministru jiċċara huwa dwar il-General Affairs Council.", "Peress li issa d-Deputat Prim Ministru huwa responsabbli għall-Affarijiet Ewropej, min se jkun qed jattendi għall-General Affairs Council, id-Deputat Prim Ministru jew il-Ministru għall-Affarijiet Barranin?", "L-aħħar punt huwa dwar il-European Commission – League of Arab States Liaison Office.", "Naqbel miegħek fis-sens li kemm jista' jkollu jew kellu performance qawwija dan l-Uffiċju Konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega Għarbija ma kienx jiddependi biss minn Malta – għax fil-fatt Malta tat impetus qawwi f'dawn il-ħames snin li għaddew – imma l-irwol ta' Malta bħala pajjiż huwa wieħed sekondarju, għaliex l-Uffiċju huwa effettivament immexxi minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet li semmejt.", "L-appell tiegħi huwa dwar l-importanza li, bħala pajjiż, Malta żżomm dan l-impetus għaddej, għax dan l-Uffiċju għadu ma laħaqx il-qofol tiegħu, imma għad hemm ħafna affarijiet li nistgħu niksbu permezz tiegħu.", "Il-Ministru diġà esprima l-intenzjoni tiegħu li jkompli jimbotta dan l-Uffiċċju, imma xtaqtu jiċċara kif jista' jgħin biex dan l-Uffiċju jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Qabel ma' ngħaddi għall-Onor.", "Justyne Caruana, xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet żgħar fuq dak li qal l-Onor.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, li huwa d-Deputat Prim Ministru, qabel li jibda jattendi għal dawn il-laqgħat biex jirrapporta fuq il-General Affairs Council.", "Forsi jikkorreġini min kien hawn qabli, għax ma naħsibx li din kienet prassi fil-leġislatura ta' qabel ...", "GEORGE VELLA: Kien hemm il-ħsieb li tinbeda.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri li l-Ministru jiġi qabel ma jiltaqa' l-Foreign Affairs Council?", "Jidhirli li kien jiġi wara.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nikkonfermaw li kienet issir wara, imma kien hemm il-ħsieb li tibda issir qabel ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Mr Chairman, l-ewwel nett, nirringrazzja lill-Ministru għall-preżentazzjoni tiegħu.", "Jien ħdimt mal-Ministru, sifirna ħafna flimkien, speċjalment fuq il-5+5 fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, li f'din il-konferenza tal-5+5 tat sehem ewlieni biex ġiet imfassla din id-Dikjarazzjoni.", "Minn dik il-laqgħa sal-lum, il-Ministeru u l-Gvern x'relazzjoni u x'kuntatti kellhom mal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran?", "X'inhija the way forward on the basis ta' dak li ġie diskuss u konkluż fil-laqgħa tal-5+5, speċjalment in vista tal-involviment tal-Ministru waqt il-laqgħat li għadu kif spjegalna?", "THE CHAIRMAN: Grazzi, Onor. Caruana.", "Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: Le) Nitlob lill-Ministru jikkonkludi fuq dan l-item.", "GEORGE VELLA: Ħa nitkellem fuq il-kwestjoni tar-rappreżentanza parlamentari li għamlu referenza għaliha kemm il-kollega l-Onor.", "Kull proċess jinħass il-bżonn li jkun hemm il-livell parlamentari.", "Il-Barcelona Process beda bħala laqgħa tal-heads of state; imbagħad ġie f'livell ministerjali, u mbagħad konna għidna: Isma', kif se nipprovdu għal-livell parlamentari?", "Illum qed nara, anke fid-dossiers li għandkom hemmhekk, li as we go along l-iskrutinju parlamentari qed isir iktar u iktar importanti.", "L-idea li kull struttura internazzjonali tfittex li jkollha livell parlamentari hija importanti, għaliex id-diplomazija parlamentari llum saret l-essenza tal-politika internazzjonali.", "Bħalma qed tgħid l-Onor.", "Caruana, illum qed naraw l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran tingħata importanza fil-5+5.", "Kulħadd jaf kemm aħna ħdimna għaliha!", "Aħna rajniha titwieled minn ġol-Inter Parliamentary Union (IPU), u ovvjament għandna ċertu pride li din qed narawha għaddejja.", "Jien għalhekk semmejt li kien hemm anke s-Segretarju Ġenerali, Sergio Piazzi, li għamel preżentazzjoni, u li ġie ttrattat fl-istess livell ta' Fathallah Sijilmassi, li kien qed jirrappreżenta 'l-Union for the Mediterranean.", "Ħa nġibilkom xenarju li għada pitgħada jista' jġib kemm kemm disgwid.", "L-Unjoni tal-Mediterran imbgħad għandha l-PA-UFM.", "Il-kollegi tiegħi ta' qabel jgħidulek li l-5+5 qisu parti mill-UfM li jservi ħalli nwasslu l-ħsibijiet tagħna b'mod konċentrat meta mbagħad niltaqgħu fil-UfM.", "Aħna niltaqgħu biex nifformaw l-opinjonijiet tagħna, ħalli mbagħad nippruvaw inwassluhom fi ħdan il-UfM.", "Il-5+5 qed tiddikjara – anke f'dik id-Dikjarazzjoni – li bħala parliamentary component tagħha tippreferi l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, u din għada pitgħada taf iġġib ftit ta' clash mal-Parliamentary Assembly tal-UfM.", "Nafu fil-passat xi ġlieda kien hemm bejn l-EMPA u l-Parlament tal-Mediterran, u l-attentat li kien hemm biex din lanqas biss titwieled.", "Din hija xi ħaġa li rridu naraw kif se tiżviluppa għada pitgħada; però, huwa fatt li l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran għandha rikonoxximent fil-5+5.", "Għall-mistoqsija tal-Onor.", "Caruana dwar jekk kienx hemm follow-up, jien nista' ngħid li minn dakinhar ma kelli l-ebda follow-up ma' Sergio Piazzi.", "Il-Parlament tal-Mediterran żgur jista' jiddiskuti l-issues li ssemmew fid-Dikjarazzjoni Finali tal-5+5 fejn jidħlu żgħażagħ, emigrazzjoni u oħrajn.", "Ma ninsewx li l-5+5, minbarra laqgħat tal-ministri tal-affarijiet barranin, jiltaqa' wkoll taħt formazzjonijiet differenti, pereżempju, laqgħat tal-ministri tad-difiża, tal-ministri tal-agrikultura, tal-ministri tas-saħħa u oħrajn.", "Dan huwa flessibbli ħafna, u tista' tagħtih liema formazzjoni trid.", "Rigward il-kwestjoni tal-Lvant Nofsani li semma l-Onor.", "Zammit Dimech, jien naqbel miegħu mija fil-mija.", "Hawnhekk qegħdin nassistu għall-proċess li l-kunċett ta' Two-State Solution qed jgħib bil-mod il-mod għax, iktar ma jieħdu art, iktar jonqos iċ-ċans li jkollok żewġ stati.", "Tinsewx li bħalissa għandna wkoll il-kwestjoni tad-denominazzjoni ta' dik li qabel kienet l-Awtorità Palestinjana u li llum hija l-Palestina, fejn il-Ġnus Magħquda biddlu l-istatus minn non-member observer entity għal non-member observer state.", "Il-Palestinjani qed jgħidu: Aħna issa Stat tal-Palestina.", "Għandna l-kwestjoni li dawn issa qegħdin jitolbuna biex nibdew nindirizzawhom bħala Stat tal-Palestina.", "Il-mod kif irraġunat l-Unjoni Ewropea – li hemm ċertu loġika fih – jgħid li għalissa ma nistgħux ngħidulu Stat, għaliex stat huwa definit bil-Konvenzjoni ta' Montevideo li tgħid li dan irid ikollu konfini definiti, lingwa u affarijiet oħra bħal dawn.", "Dawn żgur li m'għandhomx konfini definiti, u allura ma tistax tikkwalifikahom bħala Stat.", "Il-ħsieb bħalissa huwa li wieħed jindirizzahom bħala \"Palestine\".", "Aħna nifhmu u nissimpatizzaw ma' dawn in-nies, imma għalkemm it-tendenza tagħna hija li dawn nikkunsidrawhom bħala l-Istat tal-Palestina, uffiċjalment dak ma nistgħux ngħiduh għalissa, minkejja li l-feeling qiegħed hemmhekk.", "Il-kwestjoni tal-arms embargo jien semmejtha mhux biss fil-kuntest ta' jekk aħna narmawx lir-ribelli jew kif iwaqqgħu lil Assad, imma jien kont qed nara wkoll li, jekk kemm-il darba jiġi mneħħi l-arms embargo, aħna konna se niġu port of transit, u allura kien se jkollna problemi kbar biex inkunu nafu x'inhu għaddej mill-Freeport tagħna.", "Aħna għaddejna minn esperjenzi, bħal meta fl-1996 kellna s-sanzjonijiet fuq il-Libja, fejn kien ikollna problema dwar dual use products ma' pajjiżi li kienu jkunu l-istess Membri Permanenti fuq l-Kunsill tas-Sigurtà – bħaċ-Ċina, l-Ingilterra u l-Amerika – u allura rridu naraw din il-kwestjoni wkoll mil-lat purament nazzjonali.", "Rigward l-allegazzjonijiet dwar l-użu ta' armi kimiċi, il-President Amerikan Obama kien qal li dik hija red line.", "Imma issa qisu li dik qed issir pink line għax qed jgħid li l-ewwel irridu nkunu ċerti.", "Jien din nifhimha għax, ladarba jkollok boots on the ground, imbagħad tkun ikkommettejt ruħek.", "Però, lanqas ma huwa qed jikkommetti ruħu għan-no flight zone u dan, ovvjament, għax jaf li l-air force Sirjana mhijiex bħal dik li kien hemm fil-Libja.", "Din hija xi ħaġa delikata immens – bħalma qalu l-kollegi tiegħi hawnhekk – u jekk tajna rikonoxximent, irridu nkunu lesti li nirtirawh, u jekk għidna li ma nagħmlux hekk, irridu nkunu lesti li ngħidu li issa ħa nagħmlu mod ieħor, għaliex is-sitwazzjoni qed issir waħda esaġerata.", "In-numru enormi ta' refuġjati fil-pajjiżi tal-madwar, bħat-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan, li ma jiflaħx jieħu aktar ġo fih, ħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza reġjonali.", "L-UNHCR ma tistax tlaħħaq, u m'għandhiex biżżejjed flus biex tkompli sejra bl-attivitajiet tagħha, u allura hawnhekk wieħed irid joqgħod daqsxejn attent dwar x'se jiġri u ma jiġrix.", "L-Onor.", "Callus staqsa xi ħaġa dwar jekk għandix xi aħbar dwar l-armamenti li qegħdin jużaw ir-ribelli, jekk fhimt sew …", "RYAN CALLUS: Illum fl-aħbarijiet internazzjonali kien hemm dwar il-possibbilità li l-oppożizzjoni Sirjana, jiġifieri r-ribelli, użat armi kimiċi.", "GEORGE VELLA: L-ewwel akkuża kienet li l-armi kimiċi ntużaw mir-reġim ta' Assad.", "Però, kien hemm min qal li dawn setgħu ġew użati mir-ribelli wkoll.", "Ifhimni, meta għandek stat ta' taħwid bħal dan, trid toqgħod attent minn fejn jidħlu l-aħbarijiet.", "Dan bħal meta jgħidulek li mhux qed idaħħlu armi.", "Meta staqsejt lill-ambaxxatur tal-pajjiż li rrefera għalih sieħbi l-Onor.", "Zammit Dimech, dan qalli: Imma aħna spare parts qegħdin nibagħtulhom!", "Rigward il-General Affairs Council, jien m'għandix dubju li l-kollega tiegħi, id-Deputat Prim Ministru Louis Grech, ikun dispost li jattendi għalih.", "Però, minħabba kwestjoni ta' loġistika, jien naħseb li ħa jkun hemm każi fejn jien ħa jkolli nattendi kemm għall-Foreign Affairs Council, u kemm għall-General Affairs Council għax, pereżempju, ikun hemm każi fejn ikollok nofs ta' nhar filgħodu għall-General Affairs Council u n-nofs ta' nhar l-ieħor għall-Foreign Affairs Council.", "Mhemmx dubju li bejnietna se nirranġaw kemm meta ma jkunx jista' jitla', u kemm f'każi biex ma jkunx hemm żewġ ministri barra.", "Rigward il-European Commission – League of Arab States Liaison Office, naqblu mija fil-mija.", "L-Onor.", "Callus tkellem eżatt kif naħseb jien.", "Sal-lum kelli appuntament mad-Diretturi biex nimbuttahom ħalli naraw kif insaħħu dan l-Uffiċju u ħalli nagħtuh aktar viżibilità.", "Sal-lum, sar xogħol mhux ħażin, u kien hemm okkażjonijiet fejn dan ix-xogħol ġie ppjanat hawn Malta.", "Però mbagħad, dan ix-xogħol ġie esegwit barra minn Malta, pereżempju, fi Brussell; u kien hemm ukoll taħriġ li, flok ma sar hawnhekk, sar hemmhekk.", "Irrid ngħidilkom li kien hemm attentati, kemm mill-Unjoni Ewropea u kemm mil-League of Arab States, biex dan l-Uffiċċju jintesa jew saħansitra jitneħħa.", "Aħna rridu naħdmu u niġġieldu ħalli dawn l-affarijiet inżommuhom ħajjin.", "B'differenza minn sentejn ilu, illum qed jingħata iktar rikonoxximent, anke mill-Unjoni Ewropea, għax issa qed nirrealizzaw il-bżonn ta' strutturi bħal dawn biex iservu bħala interface bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq.", "Nagħlaq fuq punt tal-aħħar.", "Semmejtilkom anke l-Eastern Neighbourhood u jiddispjaċini li qegħdin nerġgħu niġu f'pożizzjoni li tfakkarni kif konna meta kien hemm il-liberalizazzjoni tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali – bħall-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u oħrajn – meta l-Ewropa, għax kienet qed tara iktar negozju u possibbilità ta' investiment, allura investiet ħafna f'dak ir-reġjun, filwaqt li kienet qegħda tinsa r-reġjun tal-Mediterran.", "Kien hemm żmien meta l-Ewropa kienet qegħda tinvesti tlieta jew erba' darbiet iktar f'dik id-direzzjoni milli fil-Mediterran, u issa ilkoll nafu l-Mediterran fejn jinsab.", "Minkejja kollox, issa erġajna qegħdin f'pożizzjoni fejn l-Ewropa, permezz tal-Eastern Neighbourhood, bil-għan li ma titlifx l-Armenja, il-Moldova, l-Ażerbajġan, l-Ukrajna u dawk in-naħiet, qegħda tikkonċentra aktar fuq hemmhekk, għax hemmhekk għandek iż-żejt, ir-riżorsi u there is a potential market.", "L-Ewropa kullma qegħda tagħmel fil-Mediterran huwa li tgħidilhom biex jikkoperaw bil-prinċipju ta' more for more, jiġifieri, jekk intom turu li ħa tagħmlu strutturi demokratiċi, allura aħna ħa nagħtukom iktar għajnuna.", "Però, nħoss li mhemmx dak il-commitment li jindirizza bis-serjetà t-taqlib li hemm fir-reġjun tagħna.", "Naħseb li irridu noqgħodu attenti, u meta nkunu f'dawn il-laqgħat, niġbdu l-attenzjoni li ma nerġgħux nagħmlu repeat ta' li għamlet l-Ewropa meta kienet aġevolat aktar lis-Central and Eastern European countries milli lill-pajjiżi tal-Mediterran.", "Dan huwa l-assessment tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak, Ministru, l-ewwel nett tar-risposti u t-tagħrif li tajtna, kif ukoll tad-disponibilità tiegħek biex tieħu l-mistoqsijiet tal-membri ta' dan il-Kumitat.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN: Issa ħa ngħaddu għal affarijiet oħra.", "Qabel ma nisma' mingħandkom, jien xtaqt inqajjem żewġ affarijiet.", "L-ewwel waħda hija li għandkom kopja ta' draft questionnaire mingħand il-COSAC dwar l-iskrutinju parlamentari li, għalkemm kellu deadline sa Marzu ta' din is-sena, tawna estensjoni peress li dan il-Kumitat kien għadu mhux kompost.", "Jien ħadt il-liċenzja li mal-mistoqsijiet ngħaddilkom ukoll draft replies li qegħdin immarkati bl-aħmar.", "Nitlobkom li taqraw u teżaminaw sew dan id-dokument ħalli nkunu nistgħu niddiskutuh fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.", "Ma' dan id-dokument għandkom kopja tar-reasoned opinion li hawn referenza għaliha fir-risposti li jien żidt ma' dan id-dokument, u dan ħalli tifhmu aħjar fuq xiex qed nitkellmu.", "It-tieni ħaġa li xtaqt inżid taħt affarijiet oħra hija stedina li għandna mill-European Affairs Committee Franċiż, li qed jistieden lil dan il-Kumitat jew lil xi membri tiegħu biex jipparteċipaw f'laqgħa pjuttost kulturali li ħa ssir f'Ġunju f'Pariġi dwar il-funding taċ-ċinema Ewropew.", "Jekk hawn minnkom li jixtiequ jattendu għal dan is-seminar, l-Iskrivan tal-Kumitat ħa jgħaddilkom id-dettalji, u mbagħad nitlobkom tikkomunikaw miegħi.", "Jekk jista' jkun, ma nħallux sal-laqgħa li jmiss għax probabbilment id-deadline tkun skadiet.", "Qed inqajjimha llum għax irċevejtha illum stess.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hemm xi gwida ġenerali, pereżempju, kemm minn kull naħa tal-Kamra?", "THE CHAIRMAN: Dawn ma qalulniex kemm iridu nies, imma naħseb li għandu jkun hemm membru minn kull grupp.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Għandna xi affarijiet oħra x'niddiskutu?", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Qabel xejn, nħossni fid-dover biex, mhux biss fuq livell formali, imma anke personali, li nifraħlek tal-kariga tiegħek.", "Sa ħames snin u nofs ilu jien kont nokkupa dak is-siġġu, u kienet esperjenza ta' sodisfazzjon li minnha tgħallimt.", "Dawk il-ħames snin konna nagħmlu medja ta' ħamsin laqgħa kull sena u, kif jista' jikkonferma l-Onor.", "George Vella, b'kunsens assolut bejn iż-żewġ naħat.", "Jekk għadu kmieni għidli li għadu kmieni, imma xi ħaġa li jien kont ħassejt li għamlet ħafna ġdid bħala kumitat kienet iż-żjarat uffiċjali li konna nagħmlu, b'formazzjonijiet differenti.", "Xi ħsibijiet għandek f'dan ir-rigward?", "GEORGE VELLA: Dak jiddependi mill-budget.", "JASON AZZOPARDI: Nista' nimmaġina.", "Però nixtieq nissuġġerixxi – jew inħeġġeġ – li nagħmlu programm, ovvjament anke b'konsultazzjoni mal-ministeru konċernat, dwar x'inhuma dawk il-prijoritajiet f'dan ir-rigward.", "Sur President, mill-ġdid nawguralek.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Bla dubju ma jistax ikun li ma nipparteċipawx f'fora internazzjonali, u anke fuq livell bilaterali.", "Kif qal il-Ministru, rridu nimxu skont il-budget li għandna.", "Jien naħseb li waħda mill-affarijiet li rrid nagħmel bħala Chairman hija li niltaqa' mal-iSpeaker biex ikolli idea aħjar dwar x'nistgħu nagħmlu bħala Kumitat.", "Jidher li m'hawnx punti oħra, u allura l-ħsieb tiegħi huwa li l-laqgħa li jmiss tkun fit-22 ta' Mejju fis-6.45 p.m, u għalhekk tajjeb tieħdu nota tagħha.", "Il-ħsieb hu li, fost affarijiet oħra, tiġi diskussa l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tas-27 u t-28 ta' Mejju 2013.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-7.50 pm, il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 22 ta' Mejju 2013, fis-6:45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130506_001d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 1", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 1", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kulħadd f'din l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Nagħti merħba lilek, Deputat Prim Ministru, kif ukoll lilek, Onor. Simon Busuttil, li probabbli din se tkun l-ewwel laqgħa u l-aħħar waħda miegħek.", "Nawguralek affarijiet sbieħ.", "Nawgura lill-membri l-oħra, lill-Whips, l-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "PERMESS LILL-MEDIA", "Qabel ma nibdew bl-ewwel item dwar ix-\"Xogħol tal-Kamra\", għandi talba mingħand Media.Link Communications biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "Frederick Azzopardi li fl-aħħar leġiżlatura konna membri fil-House Business Committee taħt il-presidenza tal-iSpeaker Emeritus Michael Frendo, kien sar ftehim dwar l-istreaming fuq l-internet tad-dibattiti li jsiru fil-Kumitati.", "Ovvjament diġà sar il-ftehim, però għall-korrettezza fl-ewwel House Business Committee nerġa' nistaqsi jekk hawnx qbil li jibqa' fis-seħħ dak il-ftehim biex il-pubbliku jkun jista' jsegwi dan il-Kumitat, bħalma diġà segwa kumitat permanenti ieħor li kellna l-ġimgħa l-oħra, permezz ta' live streaming fuq l-internet.", "Fil-fatt il-ftehim kien sar fil-15 ta' Ġunju tas-sena l-oħra u konna qbilna fuq guidelines li jirregolaw il-proċedura tal-audio-visual webcast tal-parliamentary committee meetings.", "Għal kull bonfini qed inqassam kopja tal-memo biex wieħed ikun jaf x'ġie miftiehem.", "L-iktar punt saljenti minn dan il-ftehim kien li l-Kumitat dak iż-żmien approva l-linji gwida dwar il-video streaming tal-laqgħat tal-Kumitati tal-Kamra kif emendati.", "Ħabat tajjeb li hawn uħud mill-membri li konna preżenti dakinhar għax nistgħu nikkonfermaw dak il-ftehim.", "Però jekk wieħed iħoss li jrid jiċċekkja xi affarijiet qabel ma nibdew, jista' jagħmel dan.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: M'għandna l-ebda diffikultà.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Lanqas min-naħa tal-Gvern m'hawn l-ebda diffikultà.", "MR SPEAKER: Għalhekk minn issa b'mod immedjat il-Kumitat qed jawtorizza li jkun hemm l-istreaming fuq l-internet ta' dan id-dibattitu tal-House Business Committee.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Kif tafu intom, il-proċedura ta' dan il-Kumitat dejjem kienet li l-ewwel item fuq l-aġenda jkun dwar ix-xogħol tal-Kamra.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Louis Grech biex jippreżenta l-programm tax-xogħol min-naħa tal-Gvern għall-ġimgħat li ġejjin.", "Bħala Parlament dejjem inżommu quddiemna dak li għandna fuq l-aġenda, imma ovvjament inti bħala Kap tal-Kamra trid tindika più o meno x'hemm iktar urġenti mill-items li hemm fil-programm u tagħti r-raġunijiet.", "Imbagħad insejjaħ il-Whips rispettivi biex nirregolaw il-ħin, il-kelliema, eċċ. Għalhekk nistieden lid-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra biex jinforma lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għall-ġimgħat li ġejjin.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettoral): Nirringrazzjak, Sur President.", "Ovvjament din hija l-ewwel esperjenza tiegħi, allura nassumi li jista' jkun hemm xi affarijiet li ma jkunux ċari.", "Se nibda mill-ewwel item tal-Ordnijiet tal-Ġurnata fejn għandna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali li t-Tieni Qari tiegħu għandu jiġi konkluż illum.", "Minnufih wara jibda jiġi kkonsidrat fi stadju tal-Kumitat l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi u jkompli għada.", "Imbagħad hemm it-tielet item fejn se nibdew id-diskussjoni tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, ippreżentat mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.", "Dan se jibda mit-Tnejn li ġej, imbagħad naraw meta jikkonkludi ruħu.", "U l-aħħar item huwa l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta li jiġi indikat iktar 'il quddiem meta se nibdew fuqu.", "Din hija l-aġenda li għandi quddiemi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ħalli issa ndur fuq il-Whips taż-żewġ gruppi.", "Insejjaħ l-ewwel lill-Onor.", "CARMELO ABELA: Kif diġà spjega d-Deputat Prim Ministru, se niltaqgħu t-Tnejn u t-Tlieta ta' din il-ġimgħa u għalhekk mis-seduta ta' għada morna għas-seduta tat-Tnejn għax nhar l-Erbgħa ta' din il-ġimgħa mhux se jkollna seduta parlamentari, anke fuq talba tan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, nikkonferma li hemm talba min-naħa tagħna li ma ssirx seduta nhar l-Erbgħa minħabba li proprju fl-istess ħin tkun għaddejja proċedura elettorali fil-Partit Nazzjonalista għall-għażla ta' Kap ġdid.", "Għaldaqstant aħna qegħdin nitolbu li seduta ma ssirx, imbagħad ix-xogħol tal-Kamra jkompli t-Tnejn li ġej.", "MR SPEAKER: Hemm il-ftehim li nhar l-Erbgħa ma jkunx hemm seduta parlamentari.", "Xtaqt li kemm l-Onor.", "David Agius bħala Whips tal-gruppi rispettivi jiftiehmu fuq il-ħin u kemm se jkollna kelliema.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Kif diġà għedna, l-ewwel item fuq l-aġenda tal-lum, it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali għandu jagħlaq.", "Qed nissoponu li għall-ħabta tat-8.00 p.m. u t-8.15 p.m. il-kelliema miż-żewġ naħat ikunu tkellmu.", "Il-ħin li jkun fadal jiġi dedikat għall-istadju tal-Kumitat tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi.", "Kif taf inti, Sur President, fl-istadju ta' Kumitat m'hemmx limitu ta' ħin, allura s-seduta ta' għada tittieħed ukoll mill-Kumitat.", "Però jien u l-Onor.", "Agius ftehemna dalgħodu li jekk naraw li l-Kumitat ikun qorob lejn it-tmiem tiegħu u forsi s-seduta tkun waslet biex tispiċċa, jista' jkun li forsi, bil-permess tal-Kamra, intawlu ftit il-ħin tas-seduta biex nagħlqu l-Kumitat.", "Jekk naraw li fadal ħafna x'jiġi diskuss u ma jagħlaqx il-Kumitat, inkompluh it-Tnejn sakemm nikkonkluduh biex il-baġit ikun konkluż fl-intier tiegħu.", "Kif spjega d-Deputat Prim Ministru, wara tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, aħna kulma fadlilna żewġ kelliema fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, jiġifieri llum ikun konkluż u nibdew il-kumitat tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi.", "Naqblu wkoll mal-Gvern li jekk kemm-il darba jkun wasal qrib id-9.00 p.m. u nkunu viċin li nagħlqu, intawlu ftit il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.", "Għada l-Aġġornament huwa tan-naħa tal-Oppożizzjoni, jiġifieri lesti li nikkonċedu li nnaqqsu mill-ħin tal-Aġġornament, jew inkella l-Clerk u l-ħaddiema t'hawnhekk jieħdu ftit paċenzja u nżidu naqra l-ħin, naraw skont il-każ li jkun.", "Però kif qbilna man-naħa tal-Gvern nevitaw nhar l-Erbgħa, anke peress li l-Onor.", "Ċensu Galea jkun irid jippresjedi l-Kumitat.", "Ovvjament inkomplu t-Tnejn jekk kemm-il darba ma nlestux dan il-Kumitat.", "Però aħna nixtiequ li n-naħa tal-Gvern jagħtuna indikazzjoni x'għandhom f'moħħhom dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President.", "Aħna min-naħa tagħna xtaqna li għall-inqas niftħu d-debate fuqu l-ġimgħa d-dieħla, jekk ikun possibbli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt il-ħsieb tal-Gvern huwa li kif nagħlqu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, li qed nantiċipa li jkollna bżonn seduta u nofs, ngħaddu għall-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President, però nixtieq inkun naf u naqblu fuq numru ta' seduti.", "L-iStanding Orders isemmu b'mod ċar limitu ta' seduti, imma naturalment, kif dejjem sar - anke fl-aħħar leġiżlatura kien hemm qbil fuq sitt seduti, tlieta kull naħa - forsi nkunu nistgħu naqblu fuq numru ta' seduti wkoll.", "DAVID AGIUS: Il-problema tagħna mhix dik.", "Simon Busuttil ikun jista' jispjega ftit.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Bil-permess tiegħek, Sur President, aħna qegħdin nipproponu li d-dibattitu dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President isir qabel id-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, minħabba l-fatt li, peress li n-naħa tal-Oppożizzjoni bħalissa għaddejja minn żmien ta' transizzjoni, din il-materja għad trid tiġi diskussa fil-grupp parlamentari tagħna.", "Għad irid jiġi stabbilit min se jkun il-persuna responsabbli dwar dan is-suġġett, u allura nippreferu li filwaqt li tibqa' fuq l-aġenda, ningħataw ftit ċans billi l-ewwel issir id-diskussjoni dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President biex b'hekk il-grupp ikollu ċ-ċans li jalloka r-responsabbiltajiet internament.", "Jekk allura n-naħa tal-Gvern tippermetti li dan isir, jagħti ċans lill-Oppożizzjoni taħdem b'serenità sħiħa fuq dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, kif taf, in-naħa tal-Oppożizzjoni għadha ma tatx il-kelliema ewlenin biex tistenna l-ħatra ta' kap ġdid.", "Kif nafu qegħdin ftit ġranet 'il bogħod.", "Dik hi r-raġuni.", "MR SPEAKER: Qed nifhem tajjeb, Onor. Busuttil, jiġifieri trid li tiġi qabel?", "SIMON BUSUTTIL: L-ewwel issir il-mozzjoni dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President u immedjatament wara jsir id-dibattitu dwar l-Abbozz li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "Jiġifieri mhux qed nitolbu xi posponiment partikolari.", "LOUIS GRECH: Irridu naraw jekk hemmx xi ħaġa urġenti fuq it-tielet waħda.", "Fil-fatt jidhirli li hemm xi ħaġa li hija ta' ċerta urġenza.", "Jekk m'hemmx, allura ma jkollniex problema li ngħaddu għar-raba' item fuq l-aġenda, imbagħad l-oħra nagħmluha iktar tard.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, nagħtu tweġiba iktar tard biex niċċekkjaw, kif qal id-Deputat Prim Ministru, l-urġenza ta' dik il-liġi, jekk le m'għandniex problema.", "MR SPEAKER: Nifhem li wara li tiċċekkjaw se tinformaw lill-Clerk u lill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "CARMELO ABELA: Però naħseb huwa importanti wkoll li naraw kemm għandna bżonn seduti biex inkunu nistgħu .… (Interruzzjonijiet)", "LOUIS GRECH: Wieħed imbagħad irid jistabbilixxi is-seduti li għandna bżonn.", "MR SPEAKER: Nistgħu nistabilixxu n-numru ta' seduti mill-ewwel?", "DAVID AGIUS: L-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa ppubblikat jew le?", "CARMELO ABELA: Le mhux ippubblikat u mhux qed nara li se jkun ippubblikat fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin.", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li l-Parlament se jkollu quddiemu l-mozzjoni u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, jiġifieri rridu li dak il-gap ikun mimli.", "Naħseb li nkunu nistgħu nagħmluha.", "CARMELO ABELA: Barra minn hekk, hemm xi liġijiet oħrajn li għadhom qed jinħmew.", "Nifhmu li għad hemm liġijiet għand l-AG, però għadu ma sar lanqas l-Ewwel Qari tagħhom.", "DAVID AGIUS: Jekk kemm-il darba l-ġimgħa d-dieħla jkollna everything in place, jiġifieri l-Kap tal-partit, il-Kap tal-Oppożizzjoni, eċċ. u jingħataw l-uffiċjalità tal-kariga partikolari, imbagħad naħseb within two, three sessions inkunu għaddejna l-mozzjoni tal-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President, imbagħad inkunu nistgħu ngħaddu għaliha within a week maximum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Imma bħala numru ta' seduti għad-dibattitu dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President ...", "DAVID AGIUS: Irrid ngħidlek Onor. Abela, m'għandix preċiż, imma ngħidlek.", "Id-darba l-oħra kemm ħadna?", "CARMELO ABELA: Ħadna sitt seduti, tlieta kull naħa.", "DAVID AGIUS: Ma naħsibx li għandna nieħdu aktar minn hekk.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq sitt seduti.", "CARMELO ABELA: Sitt seduti, tlieta kull naħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Jiġifieri biex niftiehmu sew, tentatively qegħdin ngħidu li d-dibattitu dwar il-mozzjoni tal-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President jibda jew it-Tnejn jew it-Tlieta, kif jispiċċa l-Kumitat dwar l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi, imbagħad tibqa' għaddejja sakemm tispiċċa, three sessions kull wieħed.", "CARMELO ABELA: Però dejjem subject li niċċekkjaw l-urġenza ta' dik il-liġi.", "MR SPEAKER: Diġà kien hemm dak l-understanding.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tal-Gvern qed nifhmu l-argument tal-Oppożizzjoni, però nitolbuhom jifhmu wkoll li rridu niċċekkjaw jekk hemmx xi urġenza partikolari.", "Però in that case nikkomunika kemm mal-Clerk kif ukoll mal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Kif qegħdin fuq dan is-suġġett dwar il-mozzjoni tal-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President, fejn sar l-understanding li jekk m'hemmx xi urġenza fuq l-Att Nru. 5, titressaq mill-ewwel din il-mozzjoni u jkun hemm massimu ta' sitt seduti, nixtieq nesprimi ruħi kif beħsiebha timxi s-Sedja.", "Nixtieq inkun ċar fil-House Business Committee ħalli jekk hawn xi domandi jsiruli issa.", "Ippermettuli nagħmilha ċara mill-ewwel li bl-ebda mod mhu se nkun qed nillimita qualsiasi kritika dwar il-kontenut tad-Diskors tal-President, jiġifieri mhu se nagħmel l-ebda osservazzjoni min-naħa tas-Sedja.", "Però, kif jaf kulħadd, speċjalment min ilu f'dan il-Parlament u ċertament anke min daħal issa għax l-iStanding Orders qegħdin miktubin għal kulħadd, irrid nagħmilha ċara li r-regoli tal-Kamra jesiġu b'mod ċar li ma nistax bħala Sedja naċċetta kummenti minn kull naħa, minn kull individwu, hu min hu, li b'xi mod jistgħu juru diżrispett lejn il-persuna tal-President ta' Malta, mhux lejn id-Diskors tal-President - id-Diskors huwa s-suġġett - lejn il-persuna tal-President ta' Malta.", "Qed nagħmilha ċara minħabba li s-Sedja hija marbuta bl-Ordni Permanenti Nru. 59 li jitkellem ċar li ebda Membru tal-Parlament m'għandu juża l-isem tal-President ta' Malta - mhux il-kontenut tad-Diskors biex inkun ċar - jew f'dak il-każ Aġent President b'nuqqas ta' qima kemm fid-diskussjonijiet u lanqas sabiex jinfluwixxi lill-Kamra fid-deliberazzjonijiet tagħha.", "Ħalli nkun ċar.", "Irrispettivament minn kull diskussjoni li tista' issir dwar il-mozzjoni, m'hemmx limitazzjoni b'mod assolut dwar il-kontenut tad-diskussjoni fuq id-Diskors.", "Ħalli nagħti eżempju biex wieħed ikun ċar.", "Wieħed jista' jgħid li l-Gvern messu qagħad attent fuq id-Diskors, dik iva.", "Ma tistax tagħmel referenza għall-President.", "Qed inkun ċar biex jekk hemm xi domandi issa, nagħmluhom.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Nixtieq l-ewwel nett nagħtik l-impenn tagħna min-naħa tal-Oppożizzjoni li kritika dwar il-persuna tal-President ma jidhrilniex li għandha ssir u mhux se ssir.", "Madanakollu kif taf, Sur President, il-qari tad-Diskors kien fih innifisu materja ta' kontroversja pubblika, allura jien ma nistax nagħti garanzija li ma jkunx hemm kritika dwar il-President in konnessjoni mad-diskors li hu qara, li hija differenti minn kritika tal-persuna tal-President.", "Naħseb importanti li din tiġi ċċarata.", "Huwa mod li tgħid kritika lejn il-persuna tal-President – u dwar dik nimpenja ruħi minn issa li m'għandhiex issir u mhux se ssir minn din in-naħa tal-Kamra – u mod ieħor meta tgħid kritika dwar il-President fil-kariga uffiċjali tiegħu hekk kif kien qiegħed jaqra d-Diskors.", "Dan qed ngħidu għax din hija diġà materja ta' kontroversja pubblika u allura ma jidhirlix li huwa l-każ li wieħed għandu minn issa jillimita lill-Oppożizzjoni jew in-naħa l-oħra tal-Kamra, jekk jidhrilha xieraq, li tagħmel dan.", "Mhux qed ngħid hekk għaliex hekk se jsir, imma sempliċement biex inkunu ċari minn issa dwar il-libertà li ċertament għandu jkollha din in-naħa tal-Kamra dwar dan id-dibattitu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem il-pożizzjoni li qed tagħmel bħalissa lill-Kamra, imma nerġa' ngħid, u nirrepeti, li s-Sedja mhi qed tillimita l-ebda kritika li tista' tiġi indirizzata u ssir dwar il-kontenut tad-Diskors tal-President.", "Imma s-Sedja hija marbuta b'mod ċar li ma tistax u mhi se tippermetti - qed nagħmilha ċara f'dan il-Kumitat għax hawn ir-rappreżentanti tal-gruppi, biex ikolli l-kooperazzjoni tal-membri kollha - l-ebda referenza lejn il-persuna tal-President b'nuqqas ta' qima.", "Ħalli nagħtik eżempju, forsi ma kontx ċar.", "Per eżempju xi ħadd jgħid: \"Il-President imissu qagħad attent x'se jgħid\" jew jgħid: \"Il-President kellu jumejn biex jagħmel reviżjoni tad-Diskors\".", "F'dak il-każ ma tistax issir referenza għall-President.", "Li tgħid li l-kontenut tad-diskors ma taqbilx miegħu u min kitbu messu qagħad attent, f'dak il-każ m'hemmx limitazzjoni.", "Imma l-iStanding Order huwa ċar daqs il-kristall li fl-ebda mument m'għandha ssir referenza lejn l-isem tal-President b'nuqqas ta' qima.", "M'għandix għalfejn nieħu l-kummenti issa, qed nagħmilha ċara biex kulħadd ikun jaf il-pożizzjoni tas-Sedja.", "Wieħed ma jistax, pereżempju, jgħid li \"Id-diskors ġab disprezz fuq il-presidenza\" għax qed terġa' tagħmel referenza għall-presidenza.", "L-Ordni Permanenti tal-Kamra Nru. 59 jagħmilha ċara ħafna.", "Jien xtaqt inqajjem dan il-punt biex ma nkun tal-ebda sorpriża għal ħadd.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jekk tista' tgħaddilna l-iStanding Order Nru. 59 waħdu, aħna nistgħu nikkonsultaw.", "Bla ubju ta' xejn m'għandna l-ebda diffikultà li nimxu mal-iStanding Orders, però fil-limitu ta' dak li min-naħa tal-Oppożizzjoni tifhem dak li jgħidu l-iStanding Orders.", "Jiġifieri finalment irridu wkoll napprezzaw li d-deputat irid jobdi wkoll l-iStanding Orders, dak id-diskors tiegħu trid tifhmu inti wkoll u trid tapprezza l-animu ta' dak li jkun kif qed jitkellem u x'jgħid kelma minflok oħra.", "Naħseb jekk nintrabtu minn hawnhekk bħala House Business Committee ...", "MR SPEAKER: Onorevoli, mhux se nwaqqfek, ibqa' għaddej bl-argument tiegħek.", "Imma jien assolutament m'għamiltx dan biex intom tikkommettu ruħkom la naħa u lanqas oħra.", "Qed inkellem lil kulħadd, jien sempliċement qed nagħmilha ċara x'se tkun il-pożizzjoni tas-Sedja wara li jien mhux biss studjajt l-iStanding Order, imma kkonsultajt ruħi dwar l-interpretazzjoni kemm fil-passat u anke kif tiġi interpretata llum.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Bażikament, Sur President, qed tgħidilna biex nikkonformaw mal-iStanding Orders u min-naħa tal-Gvern se nikkonformaw ma' dawk l-iStanding Orders.", "Inti qed tiġbdilna l-attenzjoni għall-pożizzjoni li se tieħu int u aħna qed nifhmu x'int tgħid.", "MR SPEAKER: Naħseb li konna ċari biżżejjed, però nifhem il-pożizzjoni ta' kulħadd.", "Nistgħu nimxu għal affarijiet oħra fuq l-aġenda?", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Kemm nirriżerva li din in-naħa tal-Kamra tħares ftit lejn l-iStanding Order għaliex jien hekk kif qiegħed taqraha inti stess ma fhimthiex kif qiegħed tinterpretaha inti, Sur President.", "Allura rrid nara li din l-iStanding Order ma tiġix interpretata b'mod li xxekkel id-dritt, speċjalment tal-libertà tal-espressjoni li huwa sanċit bil-Kostituzzjoni.", "Għaliex wara kollox irridu noqogħdu attenti li l-iStanding Orders ma jiġux interpretati b'mod li jxekklu l-libertà tal-espressjoni tal-Membri tal-Kamra.", "Fil-frattemp qiegħed niġi muri kopja tal-iStanding Order.", "Onor. Busuttil, naċċertak li s-Sedja trid tara li kull espressjoni ssir b'mod liberu f'dan il-Parlament, però ovvjament irridu nosservaw ukoll dak li jgħidu l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, fil-fatt sakemm qiegħed titkellem inti qed nara paragrafu 59 li jgħid: \"Ebda membru m'għandu juża l-isem tal-President ta' Malta jew tal-Aġent President ta' Malta b'nuqqas ta' qima fid-diskussjonijiet.\"", "Li wieħed jikkritika l-fatt - biex nuża l-eżempju stess li ġibt int Sur President – li l-President qara diskors partiġjan jew inkella li kien ilu għandu jumejn, mhijiex nuqqas ta' qima lejn il-President ta' Malta, imma hija xi ħaġa li fil-fehma tiegħi tista' issir xorta waħda u allura naħseb tajjeb li wieħed ikun ċar dwar dan il-punt.", "MR SPEAKER: Jien ġibt dan għall-attenzjoni, ovvjament xi jkun li jmur kontra l-Ordni Permanenti Nru. 59 tkun is-Sedja li tiġġudika fil-mument opportun.", "Jien tajt eżempji biex wieħed ikun qed jifhimni għax jien ma nistax ngħid kif se jiżvolġi d-dibattitu.", "Se nagħmilha ċara, jiżvolġi kif jiżvolġi d-dibattitu, ladarba jkun limitat għall-kritika li qed titkellem fuq id-diskors kollu, hemmhekk m'hemm l-ebda limitazzjoni.", "Is-Sedja mhu se tillimita lil ħadd.", "Jien qed nitkellem fuq il-persuna tal-President għax jien marbut bl-iStanding Order Nru. 59.", "Jien qajjimtha jien stess biex, kif jgħidu, patti chiari, amicizia lunga u għall-bonordni għax il-Parlament qiegħed hemmhekk mhux biex noqogħdu nagħtu l-ordnijiet, anzi aħjar li wieħed ikollu aktar ħin għall-kritika u għad-dibatittu ħieles.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Għal skans ta' kull dubju rrid nerġa' nirriafferma l-pożizzjoni ta' din in-naħa tal-Kamra li m'għandha l-ebda intenzjoni li turi nuqqas ta' qima lejn il-persuna tal-President ta' Malta, biex dik tkun ċara għalik u għal kulħadd, anke għaliex hawn il-mezzi tax-xandir preżenti hawnhekk.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nieħu l-aħħar kumment mingħand l-Onor.", "LOUIS GRECH: Ta' min jikkonkludiha.", "Naħseb li ż-żewġ naħat qed jgħidu li huma se jkunu konformi ma' artiklu 59, però mbagħad sta għalik li inti tinterpreta l-artiklu 59.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien għalhekk qajjimtha għaliex ma neħux pjaċir li nagħti deċiżjonijiet fejn nillimita, aħjar li jkollna iktar ħin għad-dibattitu.", "Mela nistgħu nimxu għal items oħra.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Onor. David Agius u Onor. Carmelo Abela kellna invit biex immorru flimkien għall-esebizzjoni ta' Mattia Preti u kellna diġà l-understanding li se mmorru l-Erbgħa.", "Peress li nhar l-Erbgħa mhux se jkun hawn Parlament, niftiehmu fuq ġurnata meta l-aħjar immorru għax trid tmur delegazzjoni parlamentari.", "DAVID AGIUS: Jekk inħalluha għall-ġimgħa ta' wara iktar aħjar għax ikolli naqra n-nifs f'postu.", "CARMELO ABELA: Kollox sew, m'għandix oġġezzjoni.", "LOUIS GRECH: Qed ngħidu li nħalluha għall-ġimgħa ta' wara d-dieħla u kif jiftiehmu ż-żewġ Whips, jinformawna.", "MR SPEAKER: Xtaqt nerġa' nsemmi mozzjoni li kienet ġiet ppreparata mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra sabiex fl-Ordnijiet Permanenti jidħlu numru ta' emendi konsegwenzjali għall-provvedimenti li ddaħħlu f'dawn l-Ordnijiet mill-1995 'l hawn.", "Kif tafu intom, l-iStanding Orders jitkellmu fuq kumitat magħżul u ma jitkellmux fuq kumitat permanenti li issa għandna diversi minnhom.", "Allura hemm il-mozzjoni li nifhem li għandna niddiskutuha.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, inti qed tgħid li għandna nressquha għall-approvazzjoni tal-Kamra, hux hekk?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: Jien nixtieq li forsi jkollna ftit aktar ċans mhux biex naraw din għax din hija ċara u m'hemmx problema fuqha, però internament fi ħdan il-grupp parlamentari tan-naħa tal-Gvern għadha għaddejja diskussjoni fuq xi emendi oħra għall-iStanding Orders.", "Allura jekk m'hemmx din l-urġenza għax wara kollox din issa ilha żmien mingħajr ma tressqet ...", "MR SPEAKER: Dawn huma emendi li suppost saru mill-1995 sal-lum biex inkunu konformi, għax inkella se nibqgħu naħdmu bi Standing Orders li m'humiex teknikament korretti.", "CARMELO ABELA: Li qed ngħid jien huwa l-istess bħal dak li qed tgħid inti, li ilna żmien hekk.", "Jiġifieri, jekk tippermettili, nistennew forsi ġimgħa, ġimgħa u nofs biex ninkorporaw tibdil ieħor - naturalment qabel irridu nikkomunikaw anke man-naħa tal-Oppożizzjoni - biex ikollna mozzjoni waħda, mhux biċċa żgħira 'l hemm u biċċa żgħira 'l hawn.", "RAYMOND SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): L-iskop tagħna li jsiru dawn l-istanding orders updated huwa biex ikollkom bażi fuqxiex taħdmu meta tkunu se temendaw l-istanding orders.", "Dak hu l-iskop tagħna u biex inġibu dak li hemm bħala subsidiary legislation online konformi ma' dan li qegħdin naħdmu bih issa.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili, fejn ilna mill-1995, ma ġara xejn billi nistennew ġimgħa, ġimagħtejn.", "Veru kollox relattiv imbagħad.", "Fuq din m'għandi l-ebda oġġezzjoni assolutament, però li qed ngħid huwa li nistennew ftit ieħor ħalli mbagħad anke nikkomunikaw kemm mal-Clerk of the House kif ukoll man-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Se nagħmilha ċara, mhux se jkun hemm xi emendi … (Interruzzjonijiet) Le, le, mhuwiex in contrast ma' dan li għandna hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Naħseb nistgħu nikkonkluduha wkoll.", "L-ewwel prinċipju hu li hemm qbil ma' dan.", "Aħna rridu biss li jkun hemm ftit żmien biex inkunu nistgħu nagħmlu xi emendi.", "Qed nassumu li m'għandux ikun iktar minn ġimagħtejn, allura naħseb għandna nikkonkluduha din l-issue.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, aħna m'għandniex diffikultà fuq dawn l-emendi, jiġifieri meta l-Gvern ikun lest li jtellagħhom fuq l-aġenda, intellgħuhom.", "Jekk min-naħa tal-Gvern hemm xi emendi oħrajn jgħadduhomlna, narawhom u niddiskutuhom.", "Għalina dawn jistgħu jitilgħu any time li tridu, m'għandniex diffikultà.", "Jekk se żżidu ma' dawn jew nagħmlu mozzjoni oħra, imbagħad subject xi jkun hemm żieda.", "Però għal dawn l-emendi li qed jipproponi l-Onor.", "Louis Grech m'għandniex diffikultà.", "MR SPEAKER: L-item li jmiss fuq l-aġenda huwa l-Ombudsplan għas-sena 2013.", "Jeħtieġ insibu data għad-diskussjoni dwaru.", "DAVID AGIUS: Sur President, nixtiequ nagħtukom data, però jekk tippermettulna sal-ġimgħa d-dieħla jilħaq ikollna n-nies tagħna in order biex nassenjaw il-persuna relatata fuq dan is-suġġett ħalli nkunu nistgħu nagħtu l-importanza li jixraq lid-diskussjoni dwarOmbudsplan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Aħna m'għandniex oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Mela għalissa din l-item inħalluha għal-laqgħa li jmiss tal-House Business Committee.", "Next item hija dwar il-festi nazzjonali tas-Sette Giugno li diġà tkellimt mal-Whips taż-żewġ naħat dwarha.", "Peress li kien hemm problema dwar il-ħin li tibda ċ-ċerimonja, minflok għamiltha fis-6.30 p.m. għamiltha fis-5.45 p.m. biex wara siegħa nispiċċaw.", "Nifhem li hemm qbil, Onor. Agius?", "DAVID AGIUS: Sur President, id-diffikultà tagħna hija li diġà ġew iffissati d-dati min-naħa tal-partit dwar il-Kunsill Ġenerali li huma stabbli.", "Dakinhar, lejliet is-Sette Giugno, hemm Kunsill Ġenerali li jibda fis-6.30 p.m..", "Ovvjament il-Kap tal-Partit u l-Kap tal-Oppożizzjoni u numru ta' deputati jkunu preżenti għall-attività tas-Sette Giugno.", "Jekk nistgħu nirbħu kwarta qabel, forsi fil-5.30 p.m., ikun hemm ħin biżżejjed biex fis-6.30 p.m. - anke jekk ikunu s-6.45 p.m. ma jimpurtax - jibda l-Kunsill Ġenerali.", "Il-Kap tal-partit irid ikun preżenti għaż-żewġ attivitajiet, imma ma jistax ikun f'żewġ postijiet fl-istess ħin, sempliċement kwestjoni ta' loġistika qed ngħidu.", "MR SPEAKER: Jien loġistikament ipprovajt nasal, jiġifieri kienet fis-6.45 p.m. jew is-6.30 p.m. u għamilnieha għas-5.45 p.m., mexxejtha b'siegħa u kien hemm l-agreement.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri l-programm fi x'ħin qiegħed?", "MR SPEAKER: Fis-5.45 p.m., jiġifieri prattikament bejn is-6.30p.m. u s-6.40 p.m. inkunu lesti minn kollox.", "CARMELO ABELA: Jien ikkonsultajt anke mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuqha.", "Jiġifieri dawn il-ħinijiet li qed jiġu ppreżentati quddiemna huma tajbin kif inhuma.", "Jiġifieri għas-6.15 p.m. se tibda formalment għax hemm il-wasla tal-iSpeaker, tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Fil-każ li nistgħu nagħmlu huwa l-appell lill-iSpeaker biex ma jagħmilx diskors twil!", "DAVID AGIUS: Sur President, se jkollna diffikultà għax biex tibda Kunsill Ġenerali fis-6.30p.m. mingħajr il-preżenza tal-Kap, il-Viċi Kap ...", "CARMELO ABELA: Nista' nagħmel suġġeriment mingħajr ma nindaħal lill-Partit Nazzjonalista?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Tistgħu tibdew fis-7.00 p.m. fil-każ?", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq kwarta.", "CARMELO ABELA: Imma jien għandi impenji tal-Prim Ministru, ma nistax ngħidlek …", "MR SPEAKER: Ara hux possibbli li nibdew fil-5.30 p.m.", "CARMELO ABELA: Imma jekk noqogħdu sejrin hekk nibdew fil-5.15 p.m. imbagħad.", "MR SPEAKER: Le, le, ma nibdewx fil-5.15 p.m, nibdew fil-5.30 p.m., minflok nibdew fis-5.45 p.m. nibdew fil-5.30 p.m. biex b'hekk ...", "CARMELO ABELA: Il-Prim Ministru għandu impenji oħra qabel u ma nistax niċċaqlaq wisq.", "MR SPEAKER: Nistgħu nikkonsultaw ftit jekk hemmx il-possibilità?", "Dik li qed ngħid jien.", "DAVID AGIUS: Hawn qed ngħidu li minflok l-iSpeaker, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jieħdu posthom fis-6.15 p.m., jieħdu posthom fis-6.00 p.m. biex sas-6.30 p.m., bejn wieħed u ieħor, inkunu kważi lesti, imbagħad fis-6.30 p.m. nistennew in-naħa l-oħra fil-każ.", "CARMELO ABELA: Jiena diġà għamilt din il-konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li nista' nerġa' nagħmilha, imma ....", "DAVID AGIUS: Tkellimha ftit, u jien nerġa' nitkellem man-naħa tiegħi wkoll.", "MR SPEAKER: Ara tistgħux taslu għax qed nitkellmu fuq kwarta.", "Kieku hemm iktar minn kwarta nifhem, imma qed nitkellmu fuq kwarta u forsi wieħed jasal.", "Next item - li ġie diskuss anke fil-plenarja – huwa l-bini tal-Parlament il-ġdid.", "L-ewwel nett nixtieq ninforma lill-Kamra li jien irċevejt ittra mingħand il-Prim Ministru li kitibli fit-3 ta' Mejju u se naqraha lil dan il-Kumitat.", "Din tgħid hekk:", "\"Onor. Anġlu Farrugia", "Għażiż Anġlu,", "Il-Kabinett tal-Ministri fl-aħħar laqgħa tiegħu ddiskuta l-bini ġdid tal-Parlament li ttella' fid-daħla tal-Belt Valletta.", "Minn dak li rajna fil-binja allokata għall-uffiċini jidher ċar li l-ispazju se jkun fattur importanti meta wieħed jara l-ħidma meħtieġa biex il-Parlament jaqdi l-funzjoni tiegħu llum u fil-ġejjieni.", "Għaldaqstant ikun tajjeb li l-House Business Committee jiddiskuti l-ħteġijiet tal-Parlament fil-funzjoni tiegħu u jqabbel ma' dan l-ispazju maħluq.", "Dan biex jekk tkun il-ħtieġa jinstabu soluzzjonijiet adegwati.", "Min-naħa tiegħu l-Gvern se jkun qed ifisser dak li hemm disponibbli u dettalji oħra relatati d-Deputat Prim Ministru, il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura u l-Onor.", "Charles Buhagiar, konsulent tiegħi dwar il-proġett kapitali, se jkunu qed jieħdu ħsieb jgħaddu dan it-tagħrif.", "Min-naħa l-oħra l-Kabinett ra li tkun ħasra li dak il-bini jintuża biss għal numru limitat ta' sigħat fil-ġimgħa.", "Nixtiequ li l-binjiet ikunu aċċessibbli aktar.", "Minn dan il-lat qed naraw li jinfetħu konsultazzjonijiet mal-pubbliku in ġenerali biex jaslu ideat għall-aħjar mod ta' aċċessibilità.", "Nirringrazzjak u nselli għalik.", "MR SPEAKER: Jien illum ktibt lill-Prim Ministru wara li, kif tafu intom, fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fis-seduta tad-29 ta' April, 2013 kien hemm exchange bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn il-Prim Ministru, fost interventi li għamel, qal hekk:", "\"Nista' nantiċipalek – qed jirreferi għas-Sedja – il-fatt li qed inħarsu li inti – jiġifieri fil-konfront tiegħi bħala Speaker – tmexxi proċess ta' konsultazzjoni sħiħa fejn tiġborna flimkien Gvern u Oppożizzjoni f'dan ir-rigward, biex naraw kif nimmaniġġjaw dan il-proċess ta' transizzjoni u anke forsi jkun hemm ftuħ aktar tal-iskop ta' din il-binja li din tista' ssir bl-aktar mod smooth possibbli.", "Nirringrazzjak.\".", "Dak kien l-għeluq tal-intervent li għamel il-Prim Ministru.", "Wara din l-ittra li rċevejt, li tagħha se ngħaddilkom kopja, jien ktibt ittra lill-Prim Ministru li hija datata llum, 6 ta' Mejju, 2013 fejn għedtlu hekk:", "\"Għażiż Prim Ministru,", "Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek datata 3 ta' Mejju, 2013.", "Jien minnufih se ntella' l-materja tal-Parlament il-ġdid fuq l-aġenda tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li se jiltaqa' illejla fis-6.30 p.m.", "- ovvjament hija fl-aġenda tal-lum -", "Dwar l-aċċessibilità tal-binja, nixtieq ninformak li wara li kienet twaqqfet il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta mill-iSpeaker Emeritus Dr Michael Frendo u mill-membri tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li dak iż-żmien jien kont ukoll nifforma parti minnu, kienet ingħatat l-awtorizzazzjoni biex il-Fondazzjoni tidħol fi ftehim mal-Bank of Valletta, fil-kapaċità tiegħu bħala trustee tal-BOV Cultural & Heritage Trust, biex tittella' esebizzjoni permanenti sponsorjata totalment u unikament mill-istess bank dwar l-istorja parlamentari u kostituzzjonali ta' pajjiżna mill-1921 'l hawn.", "F'dawn il-ġranet kemm jien, l-Iskrivan tal-Kamra kif ukoll Dr Michael Frendo kellna l-opportunità nassistu għall-mod professjonali kif se tiġi ppreżentata din l-esebizzjoni minn soċjetà li tqabbdet mill-Bank of Valletta.", "L-iskop ta' din l-inizjattiva kien dejjem wieħed ċar, jiġifieri li ġġib lill-pubbliku dejjem iktar konxju tal-ħidma parlamentari u fl-istess waqt iservi bħala attrazzjoni biex il-Parlament jiġu jżuruh aktar nies.", "Biex jintlaħaq dan il-għan huwa importanti li, kif għedt inti fl-ittra tiegħek, il-bini jkun aċċessibbli l-ħin kollu.", "Din l-inizjattiva tintegra wkoll mal-programmi ta' impenn mas-soċjetà ċivili outreach programmes sabiex minflok noqogħdu nistennew il-pubbliku jiġi jżurna, ikun l-istess Parlament li jistieden gruppi ta' persuni minn sezzjonijiet varji tas-soċjetà biex iżuru din l-istituzzjoni u anke jattendu parti minn seduta.", "Sadanittant diġà bdejt nirċievi korrispondenza mill-pubbliku li juri li qed jaqbel li l-Parlament jimxi fil-bini l-ġdid.", "Nirringrazzjak u nselli għalik ħafna", "Anġlu Farrugia", "Jien hawnhekk ikkwotajt id-diskors li sar fil-Parlament u l-ittra li rrispondejt.", "Ovvjament minn hawnhekk issa rridu niftiehmu kif se naħdmu dwar il-proċess li għandu jwassal għal konsultazzjoni wiesgħa kif semma l-Prim Ministru, inkluż il-pubbliku, biex imbagħad nistradaw dan kollu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, aħna dejjem ħadna l-linja li l-Gvern u l-Oppożizzjoni flimkien miegħek nieħdu deċiżjoni dwar dak li għandu x'jaqsam ma' x'jiġri fil-bini tal-Parlament il-ġdid fil-House Business Committee u li għall-inqas dan il-kumitat ikun dejjem involut f'kull xogħol li jsir relatat ma' dan il-bini biex int ikollok is-support tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni f'dak kollu li tkun qed tagħmel.", "Napprezza kemm l-ittra tal-Prim Ministru kif ukoll l-ittra tiegħek bi tweġiba għaliha u naħseb li l-linja li kien miexi fiha Dr Michael Frendo, l-iSpeaker ta' qablek, li nibdew naħdmu biex il-Parlament il-ġdid jilqa' fih esebizzjonijiet eċċ., naħseb għandha titkompla, għandna nagħtuk l-awtorizzazzjoni min-naħa ta' dan il-Kumitat biex tibqa' għaddej fuq dik il-linja.", "It-tieni punt, naħseb importanti li f'dan il-Kumitat jiġi spjegat ukoll, forsi mid-Deputat Prim Ministru, mill-Ministru għat-Trasport, jew mill-Onor.", "Charles Buhagiar, konsulent tal-Prim Ministru x'għandu f'moħħu l-Gvern, jekk il-pjanti għadhomx l-istess li kien hemm qabel jew inkella tbiddlux, biex meta aħna flimkien miegħek nagħmlu konsultazzjoni mal-pubbliku ħalli naraw x'jixtieq - jekk se tagħmel konsultazzjoni - inkunu nafu mil-linja tat-tluq u fejn nixtiequ naslu biex inkunu flimkien f'din id-deċiżjoni li taffettwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "LOUIS GRECH: Sur President, fuq il-prinċipji naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Agius, imma l-importanti li nifhmu għaliex se ssir din.", "L-ewwel nett, s'issa għadu ma sar l-ebda tibdil fil-pjanti li kien hemm.", "Aħna rridu naraw kif dak il-bini jsir iktar effiċjenti, kif se nutilizzawh għall-massimu li nistgħu, kif se jkun hemm parteċipazzjoni iktar inklussiva u kif finalment irid isir b'mod trasparenti.", "Din hija l-idea ta' x'qed jimmotivana biex nagħmlu dan il-proċess.", "L-importanti li issa nagħmlu programm, jiġifieri jrid ikun hemm ċerti deadlines biex wieħed ikun jaf fejn sejjer minn hawnhekk.", "Wieħed irid jgħid li l-proċess se jibda hawnhekk, se naraw liema konsultazzjonijiet se nagħmlu, kif se jsiru dawk il-konsultazzjonijiet, x'effett se jkollhom, imbagħad nieħdu d-deċiżjoni finali.", "MR SPEAKER: Skont id-direzzjoni li ta l-Prim Ministru - u fil-fatt kien hemm qbil fil-Kamra - bħala House Business Committee irridu nagħmlu programm kif se naħdmu fuq il-proċess ta' konsultazzjoni.", "Jekk taqblu fil-jiem li ġejjin nibqa' f'kuntatt magħkom biex wieħed ifassal program ħalli nkunu nistgħu nibdew ix-xogħol kemm jista' jkun malajr.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, forsi b'mod uffiċjali jistgħu jgħaddulek il-kopji tal-pjanti li hemm - għax jien m'għandix kopja uffiċjali - biex ikollna x'għandna quddiemna llum, imbagħad nitilqu minn hemmhekk.", "Pereżempju, jekk ngħidu li tali area qed naħsbu li nużawha iktar, allura se niddiskutu fuqha, ħalli nkunu nafu fiżikament għalxiex qegħdin nirreferu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, naħseb li t-tieni paragrafu tal-ittra tal-Prim Ministru tat il-punt tat-tluq għall-House Business Committee kif għandu jimxi.", "Apparti r-referenza li għamilt int għal dak li sar fil-Kamra, fejn donnu kien hemm konverġenza bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru fuq the way forward, għall-inqas kif fhimt jien, u anke l-fatt li l-Prim Ministru ddikjara li hemm moħħ miftuħ fuq x'se jiġri minn ċerti spazji li hemm fil-binjiet - binja minnhom iktar mill-oħra, għax il-binja li hija eqreb lejn in-naħa tat-teatru hija tailor-made għal chamber tal-Parlament, mentri fil-binja l-oħra li hija lejn id-daħla tal-Belt jista' jkun hemm affarijiet oħrajn li wieħed irid jesplora flimkien - s'issa, kif iddikjara l-Prim Ministru fil-Parlament, m'hemm l-ebda deċiżjoni fuq l-użu tiegħu.", "Jiġifieri, biex inwieġeb għal dak li qal l-Onor.", "Agius, m'hemm l-ebda deċiżjoni.", "Allura naħseb the way forward, jekk ikun hemm qbil, huwa li dan il-Kumitat ikollu brief - u hawn imsemmi kemm id-Deputat Prim Ministru, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura li hu responsabbli mill-proġett u anke l-Onor.", "Charles Buhagiar li huwa l-konsulent tal-Prim Ministru - dwar fiex jinsab ix-xogħol u forsi jkollna l-pjanti għall-bini l-ġdid, kif spjega l-Onor.", "Agius, li jidher li dan il-Kumitat uffiċjalment ma kellniex.", "Sur President, inti kont semmejt li ssir visit on site ta' dan il-Parlament, imbagħad wara li nagħmlu dan, nagħmlu konsultazzjoni iktar pubblika, iktar miftuħa, jiġifieri mhux biss konsultazzjoni bejn Gvern u Oppożizzjoni f'dan il-Kumitat imma naraw the way forward permezz ta' konsultazzjoni iktar wiesgħa mal-pubbliku inġenerali.", "Naħseb din tista' tkun linja ta' qbil.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, nixtieq li meta din il-konsultazzjoni tinfetaħ għall-pubbliku, il-pubbliku jkun informat sew fuq il-partijiet li diġà huma mfasslin, x'użu suppost se jsir minnhom, għax billi nistaqsu x'jixtiequ li jsir minnhom mingħajr ma ngħidu diġà x'hemm intenzjonat għalihom, jista' jkun li n-nies jitfixklu x'inhuma l-prijoritajiet ta' dan il-Parlament.", "Nixtieq ngħid ukoll li qabel ma tibda ssir din il-konsultazzjoni rridu naraw jekk il-Parlament u l-funzjonijiet, pereżempju, tal-kumitati ta' dan il-Parlament humiex se jibqgħu iktar 'il quddiem peress li se jkun hemm anke bdil fil-Kostituzzjoni, jekk l-importanza li se jingħataw il-kumitati hijiex se tkun waħda ikbar għax il-kmamar tal-kumitati li kienu ġew minsijin, intefgħu fil-basement.", "Irridu naraw għandhomx jibqgħu hemm u jekk hemmx biżżejjed.", "MR SPEAKER: Naħseb li, kif qed jgħid l-Onor.", "Abela, l-ewwel ħaġa li għandha ssir hija preżentazzjoni bil-pjanti u bl-ispjega kollha.", "Irridu niftiehmu fuq data.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Sur President, il-punt tat-tluq għandu jkun x'inhi l-intenzjoni tagħna, x'irridu minn dan l-eżerċizzju.", "Aħna nixtiequ li jsir l-aħjar użu minn dan il-bini.", "Id-dettalji, jiġifieri bħal pjanti li dan il-kumitat ikollu bżonn, imbagħad wieħed jarahom meta jibda dak il-proċess, għax inutli nibdew bid-dettalji llum meta lanqas biss nafu x'hemm involut.", "Wieħed irid jara l-kwestjoni ta' spazju, kwestjoni ta' jekk hux se nkabbru fil-futur, imma l-ewwel pass li rridu nagħmlu f'dan l-istadju huwa li nifhmu x'inhi l-intenzjoni tagħha, li kemm aħna u iktar u iktar iċ-ċittadini jifhmu x'se nagħmlu bih.", "Wieħed irid jifhem x'sar, jekk hemm problemi fih ngħidu x'inhuma dawk il-problemi u kif se nsolvuhom.", "MR SPEAKER: Naqblu li għandna niffissaw data biex ikollna l-preżentazzjoni tal-pjanti u l-ispjegazzjoni tax-xogħol?", "LOUIS GRECH: Tajjeb.", "Mela ejja niftiehmu fuq data.", "Nagħmmluha bħal-lum ġimgħa fit-3.00 p.m. jew it-3.30 p.m.?", "Allura ninformaw lill-Onor.", "Joe Mizzi u lill-Onor.", "Charles Buhagiar, kif semma l-Prim Ministru fl-ittra tiegħu, u min-naħa tal-Gvern jinforma lil xi uffiċjali oħra inkarigati mix-xogħlijiet.", "Qegħdin ngħidu għat-Tlieta, 14 ta' Mejju, 2013 fit-3.30 p.m.", "LOUIS GRECH: Issa rrid nistaqsi daqsxejn jekk hux tajjeb għall-oħrajn.", "DAVID AGIUS: Fil-każ, fuq ħin u data, nitkellmu ftit mal-iSpeaker.", "MR SPEAKER: Bħala data qed ngħidu 14 ta' Mejju.", "DAVID AGIUS: Jekk ma jkunx l-14 ta' Mejju, mhux se noqogħdu nerġgħu niġu fil-House Business Committee, insibu ġurnata oħra.", "MR SPEAKER: Ngħaddi għall-item li jmiss.", "Għandi rikjesta min-naħa tal-GRTU li rrid ngħaddiha lill-House Business Committee.", "Nhar l-Erbgħa, 8 ta' Mejju, għandhom bżonn xi spazju għall-parking mill-10.00 a.m. sas-2..00 p.m. minħabba li għandhom event fl-uffiċini tagħhom.", "Ma naħsibx li hemm problemi, hux hekk?", "CARMELO ABELA: Jaraw xi spazji għandhom bżonn u jikkomunikaw mal-pulizija.", "Għandi nifhem li mhux se jieħdu l-ispazji kollha.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, bilfors ridt inġibha hawnhekk din it-talba.", "L-aħħar item u nagħlqu.", "Jien ħadt inizjattiva flimkien mal-istaff tiegħi li nagħmel abbozz ta' ktejjeb dwar il-Kamra tad-Deputati, it-Tnax-il Parlament, bl-iskop li jservi ta' informazzjoni dwar, fost affarijiet oħra, l-għamla tal-Parlament – hemm il-grupp tal-Gvern, il-grupp tal-Oppożizzjoni u l-portafolli ministerjali - il-kompożizzjoni tal-Kumitati tal-Kamra u tad-Delegazzjonijiet Parlamentari, kif ukoll dwar il-benefiċċji li huma intitolati għalihom il-Membri u l-ex Membri.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, naħseb li l-publishing date hija intenzjonata għall-ġimgħa d-dieħla, mhux immedjatament.", "(Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Qed ngħid hekk biex ma ngħaġġlux fin-nomenclatures.", "Fil-fatt hemm xi żbalji żgħar - diġà niżżilna xi ismijiet - forsi ġrejt ftit jien …", "Hemm xi items oħra li tistgħu tqajmu?", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Sur President, min-naħa tagħna m'għandniex iktar items x'inressqu.", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li kemm l-ittra li bagħat lili l-Prim Ministru u kemm l-ittra li bgħatt lilu jien, la qrajthom, se jkunu għall-pubbliku.", "Naġġornaw għall-14 ta' Mejju, 2013.", "Fis-7.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013 fit-3.30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130506_001d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Justyne Caruana (sostitut tal-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta u qiegħed fir-records tal-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dokument 1 Kopja tad-diskors li l-iSpeaker għamel fil-Konferenza tal-iSpeakers tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-konklużjonijiet tal-istess konferenza li saret f'Ċipru bejn il-21 u t-23 ta' April 2013;", "Dokument 2 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE (COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)).", "Dokument 3 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew rigward l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2591/2010/GG kontra l-Kummissjoni Ewropea (l-Ajruport ta' Vjenna) (2012/2264(INI)).", "Dokument 4 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjani ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija (COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD)).", "Dokument 5 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011)0789 – C7-0433/2011 – 2011/0372(COD)).", "Dokument 6 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (COM(2011)0794 – C7-0453/2011– 2011/0374(COD)).", "Dokument 7 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (COM(2011)0793 – C7-0454/2011 – 2011/0373(COD)).", "Dokument 8 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (\"Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija\") (COM(2012)0362 – C7-0285/2012 – 2012/0195(CNS)).", "Dokument 9 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD)).", "Dokument 10 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD)).", "Dokument 11 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (COM(2011)0860 – C7-0490/2011 – 2011/0417(COD)).", "Dokument 12 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (COM(2011)0862 – C7-0489/2011 – 2011/0418(COD)).", "Dokument 13 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (2012/2116(INI)).", "Dokument 14 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-preparazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp) (2012/2222(INI)).", "Dokument 15 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-isfruttament aħjar tal-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta' għarfien u rispons aħjar (2012/2104(INI)).", "Dokument 16 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2012/2803(RSP)).", "Dokument 17 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0774 – C7-0010/2011 – 2010/0374(COD)).", "Dokument 18 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014 (2012/2309(INI)).", "Dokument 19 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Marzu 2013 dwar l-abbozz tal-Kummissjoni li jimplimenta regolament li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-itikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (2013/2524(RPS)).", "Dokument 20 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza (\"stress tests\") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati (2012/2830(RSP)).", "Dokument 21 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u r-reati ta' mibegħda (2013/2543(RSP)).", "Dokument 22 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (2013/2542(RSP)).", "Dokument 23 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport (2013/2567(RSP)).", "Dokument 24 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni fil-Bangladexx (2013/2561(RSP)).", "Dokument 25 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar l-Iraq: is-sitwazzjoni tal-gruppi minoritarji, inklużi t-Turkomeni Iraqini (2013/2562(RSP)).", "Dokument 26 Rapport dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014 datat il-25 ta' Frar 2013(A7-0041/2013).", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri li kien irċeva invit mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Assemblea Nazzjonali ta' Franza għal laqgħa dwar il-finanzjament taċ-ċinema Ewropew li se ssir fit-18 u d-19 ta' Ġunju, 2013.", "Il-Kumitat qabel li dan l-invit jiġi ċirkolat u li l-parteċipazzjoni tkun ta' Membru minn kull naħa.", "ĦATRA TA' MEMBRI FUQ IL-GRUPPI TA' ĦIDMA", "Fir-rigward ta' xogħol ta' skrutinju ta' proposti leġislattivi u ta' dokumenti oħra maħruġa mill-Unjoni Ewropea u ta' eżami ta' ċerti proposti dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kumitat qabel kif ġej:-", "Grupp ta' Ħidma I, li jagħmel l-ewwel eżami tad-dokumenti, ikun magħmul mill-Onor.", "Christopher Fearne bħala President, l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech għan-naħa tal-Oppożizzjoni filwaqt li żewġ Membri min-naħa tal-Gvern kienu se jinħatru aktar tard u meta tinħass il-ħtieġa ta' aktar diskussjoni fuq xi dokument dan il-Grupp għandu jgħaddih lil wieħed minn dawn il-gruppi jew kumitati skont is-suġġett li jkun:-", "Grupp ta' Ħidma II – intern, ġustizzja, edukazzjoni, żgħażagħ, kultura u sport – jew Grupp ta' Ħidma III – kompetittività (suq intern, industrija, riċerka u spazju), trasport, telekomunikazzjoni, enerġija, agrikultura, sajd u ambjent – li l-Membri tagħhom kienu se jinħatru aktar tard;", "il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej - affarijiet ġenerali u barranin;", "il-Kumitat Permanenti dwar Affarijiet Soċjali – impjiegi, politika soċjali, saħħa u affarijiet tal-konsumatur; u", "il-Kumitat Permanenti dwar Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji – affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.", "PREŻENTAZZJONI MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IL-5+5 DIALOGUE", "Wara introduzzjoni qasira mill-President tal-Kumitat, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella, għamel preżentazzjoni fuq il-laqgħa tal-5+5 li saret fil-Mawritanja fil-15 ta' April 2013 kif ukoll ta' ħarsa lejn dak li ġara fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea (Gymnich) li saret fl-Irlanda kif ukoll fil-laqgħa tal-Ministri li nżammet fil-Lussemburgu fejn kienu diskussi diversi kwestjonijiet, fosthom, is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Lvant Nofsani, fil-Balkani u fil-viċinat tan-naħa tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Ewropa kif ukoll il-European External Action Service (EEAS) u l-enerġija.", "Il-Kumitat awgura li tkompli l-bipartisan approach lejn il-politika barranija ta' Malta kif fil-fatt seħħ matul il-leġislatura li għaddiet.", "Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin esprima l-intenzjoni tiegħu li qabel il-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin jiġi f'dan il-Kumitat biex jiddiskuti l-aġanda.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "Il-President tal-Kumitat għadda lill-Membri kwestjonarju maħruġ mill-Kumitat li jlaqqa' l-Presidenti tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COSAC) flimkien ma' abbozz ta' tweġibiet bil-għan li dan jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss.", "Fis-7.50 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 22 ta' Mejju 2013 fis-6:45 pm biex, fost affarijiet oħra, tiġi diskussa l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tas-27 u t-28 ta' Mejju 2013.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130506_001m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "L-Onor Louis Grech Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor David Agius, l-Onor Simon Busuttil u l-Onor Deborah Schembri kienu preżenti.", "Kien preżenti wkoll l-Onor Frederick Azzopardi.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-media biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "Il-Kumitat qabel li l-arranġamenti li kien hemm dwar streaming ta' laqgħat Parlamentari fuq l-internet matul il-11-il leġiżlatura għandhom jibqgħu fis-seħħ, inkluż il-linji gwida li kienu ġew adottati mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra fil-15 ta' Ġunju 2012.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Ministru Louis Grech informa lill-Kumitat li matul is-seduta Parlamentari ta' dakinhar, kellha tingħalaq id-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Abbozz Nru. 4.", "Huwa informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li minnufih wara jibda jiġi kkonsidrat fi stadju tal-Kumitat l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 1, liema diskussjoni kellha titkompla nhar it-Tlieta 7 ta' Mejju 2013 u jekk ma tispiċċax titkompla t-Tnejn 13 ta' Mejju 2013.", "Wara kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru 5 – u wara l-Kamra kellha tgħaddi biex tikkonsidra l-Mozzjoni dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta.", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li nhar l-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2013, il-Parlament ma kienx se jiltaqa', anke fuq talba tan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor Simon Busuttil ikkonferma li kienet saret din it-talba minħabba proċedura elettorali interna fil-Partit Nazzjonalista li kienet se tkun għaddejja f'dik l-istess ġurnata biex jinħatar kap tal-partit.", "L-Onor Simon Busuttil u l-Onor David Agius, f'isem l-Oppożizzjoni, ipproponew li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru 5 – kellu jibda jiġi kkonsidrat mill-Kamra wara li jintemm id-dibattitu fuq il-Mozzjoni dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta.", "L-Onor Busuttil qal li din it-talba saret għaliex peress li l-Partit Nazzjonalista kien għaddej minn żmien ta' transizzjon il-materja trattata fl-Abbozz Nru 5 kienet għadha ma ġietx diskussa fil-grupp parlamentari.", "Il-Ministru Louis Grech informa lill-kumitat li kien lest jilqa' din it-talba imma li qabel jagħmel hekk xtaq jikkonsulta ruħu dwar jekk kienx hemm xi urġenza biex dan l-Abbozz jgħaddi mill-Parlament.", "L-Onor Carmelo Abela kellu jikkomunika tali deċiżjoni iktar 'il quddiem.", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li minkejja li l-Ordnijiet Permanenti jistabbilixxu limitu ta' żmien li fih trid tgħaddi l-Mozzjoni dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta, bi ftehim tal-Kamra dan iż-żmien seta' jitwal, kif kien ġara fil-11-il Leġiżlatura meta d-diskussjoni dwar din il-mozzjoni kienet ħadet sitt seduti.", "L-Onor David Agius qal li ma kienx hemm ħsieb li d-diskussjoni tieħu aktar minn sitt seduti iżda aktar tard kien se jagħti risposta dwar il-ħin ta' diskussjoni meħtieġ għall-kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Dwar l-istess mozzjoni l-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li filwaqt li bl-ebda mod ma kien se jillimita qualsiasi kritika fuq il-kontenut tad-diskors tal-President, is-Sedja hija marbuta bl-Ordni Permanenti 59 li ma taċċettax kummenti li b'xi mod jistgħu juru nuqqas ta' rispett lejn il-persuna tal-President ta' Malta.", "L-Onor Simon Busuttil qal li filwaqt l-Oppożizzjoni se timpenja ruħha li ma tikkritikax lill-persuna tal-President, peress li din hija diġa materja ta' kontroversja pubblika, ma kienx il-każ li wieħed jillimita minn issa lill-Oppożizzjoni jew lil kwalunkwe naħa tal-Kamra.", "L-Onor Busuttil qal ukoll li jrid jara li l-Ordni Permanenti relattiva ma tiġix interpretata b'mod li xxekkel id-dritt tal-libertà tal-espressjoni, liema dritt huwa sanċit mill-Kostituzzjoni.", "Il-Ministru Louis Grech qal li min-naħa tal-Gvern kienu se jikkonformaw mal-Ordni Permanenti msemmija.", "L-iSpeaker aċċerta lill-Kumitat li s-Sedja filwaqt li dejjem tassigura li fil-Parlament kull espressjoni ssir b'mod liberu, dan irid isir fl-osservanza tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "XOGĦOL IEĦOR", "Il-Kumitat qabel li ż-żjara tal-Membri Parlamentari lill-esibizzjoni ta' Mattia Preti li kellha ssir nhar l-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2012 tiġi posposta għal jum ieħor ladarba l-Parlament ma kienx se jiltaqa' f'dik id-data.", "L-iSpeaker talab il-kummenti tal-membri dwar il-proposta ta' mozzjoni li kienet ġiet ppreparata mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra sabiex fl-Ordnijiet Permanenti jidħlu numru ta' emendi konsegwenzjali għall-provvedimenti li ddaħħlu f'dawn l-Ordnijiet mill-1995 'l hawn li bis-saħħa tagħhom ġew imwaqqfa għadd ta' Kumitati Permanenti.", "L-Onor Carmelo Abela qal li filwaqt li m'għandux oġġezzjoni dwar l-emendi proposti, xtaq li jingħata aktar żmien fid-dawl ta' emendi oħra għall-Ordinijiet Permanenti li għad iridu jiġu diskussi fil-grupp parlamentari tal-Gvern.", "L-Onor David Agius informa lill-kumitat li min-naħa tal-Oppożizzjoni ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għall-emendi proposti, filwaqt li emendi oħra li jistgħu jiġu miżjuda mill-Gvern kellhom jiġu kkonsidrati hekk kif jgħaddu għand l-Oppożizzjoni.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien hemm bżonn li tinstab data għad-diskussjoni mill-istess Kumitat dwar l-Ombudsplan għas-sena 2013.", "Fuq talba tal-Onor David Agius, il-Kumitat qabel li din id-deċiżjoni tiġi posposta għal ġimgħa oħra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li għat-tieni sena konsekuttiva l-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno kellha ssir lejlet is-7 ta' Ġunju 2013, skond ftehim milħuq fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-2 ta' Mejju 2012, u għaldaqstant kien hemm bżonn jintlaħaq qbil dwar il-ħin li fih kellha tibda din il-kommemorazzjoni.", "Wara li baqa' ma ntlaħaqx ftehim, Mr Speaker talab lill-Onor Carmelo Abela u lill-Onor David Agius biex jerġgħu jikkonsultaw ruħhom man-naħat rispettivi tagħhom.", "L-iSpeaker qara l-korrispondenza li kienet għaddiet bejnu u l-Prim Ministru dwar il-bini l-ġdid tal-Parlament u kkwota mill-intervent li kien għamel il-Prim Ministru fis-seduta parlamentari tad-29 ta' April 2013 fejn intqal li l-iSpeaker kellu jmexxi proċess ta' konsultazzjoni sħiħa dwar din il-binja.", "Il-Kumitat qabel li jerġa' jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013, fit-3.30pm sabiex il-Membri ssirilhom preżentazzjoni dwar dan il-proġett.", "Fl-aħħar tal-laqgħa l-iSpeaker għadda abbozz ta' ktejjeb li l-Uffiċċju tiegħu kien beħsiebu jqassam lill-Membri Parlamentari bl-iskop li jservi ta' informazzjoni dwar, fost affarijiet oħra, l-għamla tal-Parlament, il-kompożizzjoni tal-Kumitati tal-Kamra u tad-Delegazzjonijiet Parlamentari, kif ukoll dwar il-benefiċċji li huma ntitolati għalihom il-Membri u l-ex Membri tal-Parlament.`", "Fis-7.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013 fit-3.30pm.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130506_001m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013 fl-4.00p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013 fl-4.00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni dwar il-bini ġdid tal-parlament", "Diskussjoni dwar l-użu tal-binja", "Affarijiet oħra", "9 ta' Mejju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130514_002a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.10 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kulħadd għal din it-tieni laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Hawn talba biex membri tal-media jidħlu fil-Kamra biex jieħdu xi filmati għal ftit ħin.", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Korrezzjoni żgħira, Mr Speaker.", "Fil-bidu fejn hemm il-permess lill-media, naħseb li għandna nindikaw li l-permess ingħata lill-media kollha, mhux lil xi ħadd partikolari.", "Mela fil-Minuti tal-Laqgħa Nru 1 li saret fis-6 ta' Mejju, 2013, fil-paragrafu taħt it-titlu \"Permess lill-Media\", minflok il-kliem \"mingħand Media.Link Communications\" għandhom jidħlu l-kliem \"mill-media\" Hawn xi korrezzjonijiet oħra?", "Jidher li m'hawnx iktar korrezzjonijiet.", "Mela l-Minuti kif emendati, huma kkonfermati.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1 li saret fis-6 ta' Mejju, 2013, kif emendati, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Kien hemm matters arising.", "MR SPEAKER: Hekk hu, kien hemm matters oħra arising.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, kien hemm talba dwar jekk nistgħux min-naħa tal-Oppożizzjoni nibdlu l-ħinijiet biex nagħmluhom kwarta qabel u fil-fatt din it-talba ġiet milqugħa.", "LOUIS GRECH: Kien hemm referenza wkoll għas-seduti fuq id-diskors tal-President u ġie maqbul li jkun hemm erba' seduti b'kollox.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Aħna ftehimna għal sitt seduti, imma jien qed nimpenja ruħi li nnaqqsuhom kemm nistgħu, anke sa erba' seduti.", "Jiġifieri qed nagħmel l-aħjar li nista'.", "MR SPEAKER: Qed neħodha li jgħodd dak li ftehemna dwaru l-bieraħ fil-plenarja.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "Biex inkun daqsxejn flessibbli, ngħid li jekk nieħdu erba' seduti u biċċa, ma jkun ġara xejn.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt qbilna fuq dan fil-Kamra lbieraħ, jiġifieri sempliċement qed nifformalizzawha hawnhekk.", "MR SPEAKER: Dwar is-seduti ftehimna lbieraħ filgħaxija li jkun hemm erba' seduti u parti mill-ħin beda fis-seduta tal-bieraħ.", "Ngħaddu għat-tieni item li hija l-preżentazzjoni dwar il-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Nistieden lis-Sur Paris biex nibdew bil-preżentazzjoni.", "Sur Paris, jekk jogħġbok, għidilna min se jgħinek fil-preżentazzjoni.", "PREŻENTAZZJONI DWAR IL-PROĠETT TAL-BINI TAL-PARLAMENT IL-ĠDID", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Il-preżentazzjoni llum se jagħmilhielna Antonio Belvedere li huwa l-lead architect minn Renzo Piano building works, li hu partner ukoll ta' Renzo Piano.", "Flimkien miegħu jiena ġibt għad-dispożizzjoni tagħkom elementi oħrajn li hemm fit-team biex jekk ikun hemm xi domandi li intom tridu tagħmlu, ikunu jistgħu jirrispondu adegwatament.", "Nixtieq ukoll nippreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dok 1 - Pjanti tal-proġett tal-bini tal-Parlament il-ġdid;", "Dok 2 - Tabella li tagħti tagħrif dwar l-area u n-numru ta' work stations / seating capacity tad-diversi partijiet tal-binja; u", "Dok 3 - Tabella li tagħti tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati tal-Parlament;", "Qabel ma ssir il-preżentazzjoni, nixtieq nagħmel premessa lill-membri ta' dan il-Kumitat.", "Għandna nagħmlu domandi fuq il-preżentazzjoni.", "Ma naħsibx li jkun għaqli li xi ħadd joqgħod joħroġ bis-soluzzjonijiet u mhux soluzzjonijiet, għax inkella nippreġudikaw id-diskussjoni.", "Sempliċement issir il-preżentazzjoni.", "Kif ftehemna fl-aħħar seduta, min għandu diffikultà fuq il-preżentazzjoni, fuq xi pjanti jew fuq xi ħaġa oħra, għandu jagħmel id-domandi meħtieġa, imma mhux noqogħdu ngħidu dik suppost saret \"hekk\" jew dik aħjar kieku saret \"hekk2, inkella nippreġudikaw id-diskussjoni.", "Dan jgħodd għalija wkoll.", "Is-soluzzjonijiet għadu kmieni wisq għalihom, u qabel irridu nagħmlu diskussjoni wiesgħa biex inkunu qed nagħmlu l-affarijiet ċari.", "Hemm xi kummenti fuq dan?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Aħna qed naqblu li wara din ikollna sessjonijiet oħrajn fejn inkunu nistgħu nitkellmu mal-pubbliku u man-nies inġenerali, hux hekk?", "MR SPEAKER: Illum se ssir il-preżentazzjoni kif iddeċidejna fl-aħħar seduta.", "Dan il-Kumitat mar on site il-ġimgħa l-oħra biex inkunu qegħdin nifhmu fuq xiex qegħdin nitkellmu u l-ispazju li qed nitkellmu dwaru u mbagħad isiru d-domandi fuq il-preżentazzjoni.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Tajnikom dokument hawnhekk u miegħu għandkom schedule of spaces ta' kull livell.", "MR SPEAKER: Għad-domanda tal-Onor.", "Louis Grech tista' tikkonferma li hemm erba' committee rooms?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Committee rooms għandna erbgħa.", "Għandna waħda at minus 1 level, għandna tnejn at third floor level li jistgħu jsiru waħda, imbagħad hemm il-boardroom tal-ispeaker, li hija aċċessibbli minn barra wkoll u li tkun tista' sservi bħala commitee room żgħira.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Oriġinarjament kemm kien hemm committee rooms?", "Inbidel in-numru ta' kmamar tal-kumitati?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Le, mill-brief qatt ma nbidel in-numru ta'committee rooms, jiġifieri meta sar il-brief minn dejjem kien dak in-numru.", "MR SPEAKER: Għall-konvenjenza ta' min daħal issa - qed nirriferi għall-Onor.", "Deborah Schembri, għall-Onor.", "George Pullicino u għall-Ministru Mizzi – rrid ngħid li bħalissa qed issir il-preżentazzjoni, imbagħad isiru domandi fuq il-preżentazzjoni mingħajr ma noħorġu b'kummenti jew soluzzjonijiet, għax inkella nikkondizzjonaw id-diskussjoni wiesgħa li għandna nagħmlu.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lis-Sur Chris Paris: Inti għedt li fil-brief dejjem kien hemm erba' committee rooms.", "Il-brief kien daqshekk dettaljat biex jidħol fin-numru ta' kmamar, jew l-affarijiet inbidlu during the course of time?", "Il-brief sar through working sessions bejn il-Gvern, l-amministrazzjoni ta' qabel, u l-Perit Renzo Piano.", "Dawn kienu pproponew il-concept designs tagħhom.", "Aħna ħadna l-informazzjoni min-naħa tal-House of Representatives biex inkunu nafu x'inhuma l-manning levels li għandhom bħalissa, kemm iridu jżiduhom 'il quddiem u l-capacity building tagħhom kif riedet tiżdied.", "Fil-fatt għandkom dokument li aħna ċċirkolajna, li juri li oriġinarjament in-numru ta' staff tal-House of Representatives kien ta' 36.", "Bi qbil mal-House of Representatives staff huma kienu xtaqu li jżiduhom għal 57 u dawn kollha ġew inkorporati fil-pjanti attwali li għandna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien għadni ma rajtx id-dokumenti li għaddejtulna.", "Ma nafx jekk hemmx xi kopja tal-brief ukoll ma' dawn id-dokumenti li għaddejtulna.", "Jew pjanti biss għandna hawnhekk?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Fid-dokumenti li tajniekom hemm sett ta' large scale drawings fejn għandkom il-layout plans tal-Parlament attwali kif qed jinbena u għandkom booklet A3 size li għandu l-pjanti miegħu u għandu l-artistic renderings.", "Imbagħad għandkom żewġ dokumenti, wieħed li jirrifletti l-brief li aħna ktibna meta kien hemm il-workshops li kienu qed isiru way back in 2009 dwar in-numru ta' nies li jaħdmu u x'inhuma l-work stations u l-functions u l-funzjonalitajiet tal-Parlament.", "Imbagħad għandkom ukoll dokument ieħor li jiddeskrivi f'kull sular l-ispazju li hemm, allura dawn l-ispazji huma elenkati f'dan id-dokument.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur Paris, jekk qed nifhem tajjeb, il-brief ġie worked up bejn il-Gvern u l-Perit Renzo Piano?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu.", "CHARLES BUHAGIAR: U kien hemm xi input tal-ħaddiema t'hawnhekk?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Kien hemm l-input tal-istaff tal-parlament u tal-iSpeaker ta' dak iż-żmien.", "CHARLES BUHAGIAR: L-input tal-istaff t'hawnhekk x'kien?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Huma kienu qegħdin jelenkaw il-funzjonijiet ta' dan il-Parlament u kif jaħdem il-Parlament u kienu tawna informazzjoni dwar in-numru ta' membri tal-istaff, kemm għandhom editing staff, kemm għandhom tajpisti, ix-xogħol li jagħmlu huma … Kellna wkoll diskussjonijiet mal-iSpeaker ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Louis Galea, fejn hu kien ta wkoll indikazzjonijiet dwar dak li jifhem hu bħala Parlament.", "Wara li kienu jsiru workshops, imbagħad min-naħa tal-Perit Renzo Piano kienu jgħaqqdu flimkien il-biċċiet tal-jigsaw puzzle, biex issir preżentazzjoni lill-amministrazzjoni u dawk l-arranġamenti kienu jiġu maqbula.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri kien hemm xi korrispondenza għaddejja?", "Kien hemm xi dokument miktub fl-aħħar?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Id-dokument miktub huwa d-dokument li qed nagħtik jien.", "Jiġifieri meta sar il-concept design u d-design development kienu kollha jiġu maqbula mal-amministrazzjoni.", "Kienet issir preżentazzjoni min-naħa ta' RPBW, Renzo Piano Building Workshop, u l-ministru konċernat kif ukoll il-Prim Ministru kienu jiġu briefed x'sar u x'ma sarx u kien jiġi maqbul dwar kif għandu jkompli.", "LOUIS GRECH: F'dan il-kumitat l-ewwel darba li sar dan it-tip ta' brief?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Le, il-workshop sar iktar minn darba.", "LOUIS GRECH: Le, f'dan il-Kumitat.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Le, ma jidhirlix li jien qatt ġejt f'dan il-Kumitat.", "Ma kellix din l-esperjenza qabel.", "CHARLES BUHAGIAR: Biex inżid ma' dak li qed jgħid il-Ministru Grech, l-Oppożizzjoni ta' dakinhar ma kellha ebda input f'dan il-brief safejn taf int?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Qed iġġibni fid-diffikultà.", "Inti trid tiftakar ukoll li qabel ma beda jsir il-proġett kellna exhibition li damet xahar fil-Mużew tal-Arkeoloġija.", "L-iskop ta' dik il-public exhibition ovvjament kien li jkun hemm a public consultation process għal meta ġejna biex nagħmlu l-permessi.", "F'dan l-istat kellna wkoll sessjonijiet li kienu magħmula apposta għall-istakeholders – inklużi l-membri parlamentari - u niftakar li dak iż-żmien il-Perit Renzo Piano kien għamel preżentazzjoni lill-membri parlamentari kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Naħseb ikun aħjar jekk inħalluh jispiċċa l-presentation.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nagħmel l-aħħar domanda lill-Perit Paris jekk ma jimpurtax.", "Jiġifieri inti qed tgħid li l-Oppożizzjoni ta' dakinhar kienet ġiet ikkonsultata fuq dan il-proġett?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Jien qed ngħid li kien hem dan il-consultation process li aħna ġejna obbligati mill-MEPA biex nagħmlu.", "Ovvjament il-Perit Renzo Piano kien beda mill-membri parlamentari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Ovvjament l-ispazju hu dak li hu, allura meta ġew biex jagħmlu d-disinn riedu jagħmluh flessibbli kemm jista' jkun.", "Jiġifieri għall-press conferences tista' tintuża l-boardroom tal-prim ministru jew inkella dik tal-kap tal-oppożizzjoni, għax dawn il-kmamar fil-configuration tagħhom jistgħu jikbru u jiċkienu.", "LOUIS GRECH: Bejn wieħed u ieħor l-istess flessibbiltà li għandek bħal meta se tuża l-boardroom tal-iSpeaker bħala committee room.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: More or less yes, għax jekk il-boardroom ikun qed jużaha l-ispeaker ma tistax tintuża għal kumitat.", "L-Onor.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Nista' nistaqsi lis-Sur Paris: F'liema livell ta' persentaġġ wasal it-tendering?", "Fiex wasal il-procurement bħala persentaġġ?", "U fiex waslet l-istallazzjoni bħala persentaġġ?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Il-procurement huwa kollu lest, ħlief għal xi items żgħar, persentaġġ żgħir ħafna mill-ammont tal-proġett.", "Nistgħu ngħidu li l-procurement huwa kollu mixtri.", "GEORGE PULLICINO: U f'dak li huwa istallazzjoni?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Fir-rigward ta' mechanical & electrical installations,qegħdin primarjament viċin is-second fix.", "Issa first fix hija l-containment, second fix hija l-wiring u t-third fix hija l-istallazzjoni tal-plugs u tad-dwal.", "Aħna lestejna s-second fix kollu, sar il-partitioning kollu u issa se nibdew fuq ir-raised flooring.", "Once li jkollna r-raised flooring fil-post, li se jibda l-ġimgħa d-dieħla, inkunu nistgħu nkomplu bil-partitioning.", "GEORGE PULLICINO: Ġaladarba qed tgħid li ħafna mill-partitioning huwa lest, qed nifhem ukoll li kieku kellhom jiġu mposti tibdiliet fuq dan illi diġà tlesta, ikun hemm problemi biex wieħed jiddevja minn istallazzjonijiet li diġà saru, pereżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' airconditioning u stallazzjoni ta' mechanical & electrical engineering?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Peress li l-istallazzjoni tal-mechanical & electrical engineering qiegħda fis-second fix, il-bini huwa dak li hu kompost.", "Jiġifieri l-air-conditioning, pereżempju, qiegħed f'postu u qiegħed ippreżentat fl-ispazju li qegħdin ngħidu.", "Jekk wieħed se jagħmel alterazzjoni tal-bini, dan irid jiġi modifikat ukoll.", "GEORGE PULLICINO: Għalhekk tlaqt biex nistaqsik f'liema livell u x'inhu l-persentaġġ ta' dak li mhux biss huwa committed, imma huwa istallat, għax ovvjament wieħed jista' dejjem jagħmel it-tibdiliet, imma dejjem għandu prezz għal meta jagħmel it-tibdiliet.", "Imbagħad jekk jagħmilhom kmieni l-prezz ikun baxx, filwaqt li jekk jagħmilhom fi stadju avvanzat il-prezz ikun għoli ħafna, dejjem jekk ikun jista' jsir fi stadju avvanzat.", "Xtaqt nagħmel mistoqsija oħra, u jekk tippermettili nispiċċa bil-lingwa Ingliża biex is-sinjur ikun jista' jifhimna.", "LOUIS GRECH: Naħseb li t-tema kollha kienet li intom kontu kostretti mil-limitazzjoni li kellkom, għalhekk qed tużaw il-flessibilità iktar milli normalment tużaw, hux hekk?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu.", "LOUIS GRECH: Għax huwa kostrett mil-limitazzjonijiet u mis-site per se.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Għax il-prinċipju hu li l-bini m'huwiex b'xejn, jiġifieri l-ispazju jrid ikun sfruttat kemm jista' jkun.", "Il-limitazzjonijiet huma dawk li huma, kif spjega tajjeb l-Arkitett Belvedere.", "Allura l-pjan kien li l-bini jkun flessibbli kemm jista' jkun.", "L-unika ħaġa li kien baqa' hija li f'dik li hija t-train station l-antika kien jibqa' works in progress, fis-sens li għal any extensions jew additions jiġi sfruttat il-livell ta' hemmhekk.", "F'dawk iż-żmenijiet kien intqal ukoll – u din kien qalha l-iSpeaker Michael Frendo - li jekk għada pitgħada jkun hemm bżonn ta' iktar spazju, allura wieħed jikkonsidra l-ispazju ta' Palazzo Ferreria.", "LOUIS GRECH: Nieħu spunt ukoll milli staqsiek l-Onor.", "Pullicino, dwar f'liema stadju qegħdin u l-ispiża involuta kieku jkun hemm tibdil.", "Jiġifieri tista' tagħmel tibdil, pero' at a cost.", "Naħseb li ma tantx hemm skop li jsir tibdil għax il-programm huwa avvanzat.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Dak li qed tgħid huwa minnu.", "Is-suċċess ta' kull proġett hu li wieħed jagħmel il-modifiki fiż-żmien fejn ikunu jistgħu jsiru l-modifika tal-binja.", "Hawnhekk issa qegħdin fi stadju fejn biex isiru l-modifiki jiġu expensive ħafna u l-ispejjeż spiral peress li t-tenders kollha ħarġu u allura jkun hemm ħafna claims mill-kuntratturi.", "Għax il-kuntratturi dik li jkunu qegħdin jistennew, li l-proġett ma jitkompliex ħalli huma jkunu jistgħu jiggwadanjaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Dwar il-parking tal-parlament oriġinarjament kien hemm ħsieb, m'hemmx dubju, li l-parlament isir basement level u jsir xi forma ta' parking taħtu, imma bl-arkeoloġija li għandu dan is-sit ma kienx possibbli.", "Allura d-deċiżjoni li ttieħdet kienet li l-parking space li hemm quddiem is-Central Bank jiġi dedikat għall-membri parlamentari.", "Id-distanza bejn il-parking u l-binja hija pjuttost qasira, hija kontrollabbli wkoll minħabba s-sigurtà u allura m'hemmx problemi.", "Tant hu hekk li l-GHRC ġie mitlub biex jagħmel car park fil-Floriana football ground to offset dawk l-ispazji li se jintilfu minn hemmhekk.", "LOUIS GRECH: Għal liema numru ta' parliamentary staff qed nikkejterjaw?", "Qed taħsbu li l-istaff tal-Parlament se jkun madwar 60?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: It-total ta' staff huwa ta' 57.", "LOUIS GRECH: Hemmhekk hemm fejn joqogħdu 57?", "Id-direzzjoni li kelli jien kienet biex nagħmel spazju għall-parking għall-membri parlamentari u mhux għall-istaff.", "MR SPEAKER: Perit ma naħsibx li fhimt id-domanda.", "LOUIS GRECH: Fejn se joqogħdu l-istaff jekk se jkun hemm madwar 60 jew 57?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Għall-parking qed tirreferi?", "MR SPEAKER: Le, mhux dwar parking.", "L-istaff jidhirli li huwa catered for.", "Fil-fatt dak l-ammont ta' staff li hemm catered for fil-pjanti huwa għall-capacity building li kien mixtieq min-naħa tal-House of Representatives.", "Oriġinarjament meta kien sar l-exercise l-istaff kien ta' 36; illum ma nafx jekk inbidilx.", "Bil-capacity building li kien hemm kien maħsub li l-istaff tal-Parlament, anke minħabba żieda fil-kumitati, kellu jitla' għal 57.", "MR SPEAKER: Preżentement l-istaff hawnhekk jammonta għal 40.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri fil-bidu l-pjan l-planners kienu qed jikkonċentraw u jaħsbu to cater for 36 members of staff?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Meta sar dan l-exercise l-istaff kien ta' 36, imma l-House of Representatives ma kenux jillimitaw ruħhom għall-istaff li għandhom għall-Parlament attwali, imma ħasbu u fil-fatt għamlu l-exercise tagħhom biex jaraw kif jagħmlu capacity building for future requirements.", "Il-pjanijiet li għandna hawnhekk, il-layouts li rajna llum, jikkejterjaw għal 57.", "CARMELO ABELA: Biex nifhem aħjar, from day one il-planners ħasbu li jakkomodaw madwar 57 staff tal-Parlament li Jkollhom spazju fejn jaħdmu.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu, nikkonferma.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri inkluż isfel fejn hemm il-committee room.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Fejn isir l-editing, it-typing eċċ.", "CARMELO ABELA: Hemmhekk kien hemm post fejn iżommu d-dokumenti, hux hekk?", "Jiġifieri taħt St. James Cavalier kien earmarked għal hekk ukoll.", "MR SPEAKER: Ħalli nippreċiżaw ftit dwar l-uffiċċji għall-istaff, peress li hawn ukoll il-press preżenti.", "Meta jien ħadt il-handover sibt li l-istaff beda jiġi kkonsultat wara li kienu diġà saru l-pjanti, biex inkunu ċari.", "Jiġifieri l-pjanti ma sarux wara li l-konsultazzjonijiet.", "Ġejna kkonsultati meta kien hemm il-pjanti lesti, però kif qed jgħid is-Sur Paris, dwar il-complement konna qed nitkellmu fuq ħafna aktar u allura l-pjanti ġew emendati.", "Dak sar fl-istadju meta ġie kkonsultat il-Parlament.", "L-istess ġara dwar ir-rikjesta għal spażju għaċ-chairpersons.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kont qed tgħid li minn staff ta' 36, fil-futur dawn jistgħu jitilgħu għal 57, allura ħsibna għal 57.", "Xi ħadd f'xi ħin ħaseb li anke n-numru ta' ministri, tas-segretarji parlamentari jew tal-kumitati jista' jinbidel?", "At a point in time ħsibna fin-nies li jaħdmu hawn ġew u ħsibna xi naqra fil-futur.", "Li jista' jkollok Kabinett ikbar fin-numru, xi ħadd ħasibha?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Id-direzzjoni li kellna dak iż-żmien kienet li l-maximum li kellna naħsbu għalih kien ta' 16.", "Meta dak iż-żmien saret l-evalwazzjoni, qalu li 16 is enough.", "Dak kien l-ispazju li kellna.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri l-ispazju kien li ddetermina n-numru.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Iva, kif spjega tant tajjeb l-Arkitett Belvedere.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Għandkom x'taqsmu mal-finanzjament ta' dan il-proġett?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Le, dwar il-finanzjament, bħalma taf, kien sar agreement mal-Malita, liema Malita se toħroġ il-fondi kollha ta' €80 miljun fuq dan il-proġett.", "DAVID AGIUS: Relatat mal-proġett tal-parlament?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Iva, hemm kuntratt notarili bejn il-Gvern u l-GHRC, il-Grand Harbour Regeneration Corporation għal dan il-proġett.", "DAVID AGIUS: U bejn wieħed u ieħor dan il-kuntratt x'jgħid?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Il-kuntratt jagħti deskrizzjoni tal-proġett attwali.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri jekk kemm-il darba jkun se jsir anke tibdil, qed nifhem li jrid jinbidel ukoll dak il-kuntratt?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Ma nistax nirrispondik jien għax m'iniex avukat.", "DAVID AGIUS: Dak il-kuntratt huwa available jew pubbliku?", "MR SPEAKER: Onor. Agius, nistgħu nottjenuh, imma llum ma kienx il-mument opportun li nagħmlu dan.", "DAVID AGIUS: Jimporta jekk dan il-kumitat ikollu kopja ta' dan il-kuntratt?", "MR SPEAKER: Mhux problema, nistgħu nitolbu li ningħataw kopja.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Biex nifhem sew, qed nifhmu li hawn spazju, Sur Paris, għal uffiċini ta' 16-il ministru u segretarju parlamentari.", "Jidher li l-lobby ta' dik li nsibuha bħala l-kamra tad-deputati tal-Gvern hija ħafna ikbar minn dak li hemm illum, kif ukoll il-lobby tal-membri tal-Oppożizzjoni huwa ħafna ikbar minn dak li hemm illum.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Iva, nikkonferma.", "GEORGE PULLICINO: Qed nifhem ukoll li bażikament kontu ngħatajtu brief li jkun hemm Kabinett ta' mhux iktar minn 16-il ministru u segretarju parlamentari.", "Kieku llum dan il-Parlament jittrasferixxi ruħu, qed nifhem ukoll li l-complement li għandu dan il-Parlament ta' staff huwa preżentement ta' 40 persuna filwaqt li hawnhekk hawn spazju maħsub għall-complement eventwali ta' 57 persuna.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu.", "GEORGE PULLICINO: Jiġifieri kieku l-Parlament kellu jiċċaqlaq illum, ikun għad hemm spazju vojt li ma jkunx okkupat mill-istaff tal-Parlament.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: L-aritmetika hekk tgħid.", "GEORGE PULLICINO: Hemm spazju għal 60 u llum għandek 40 persuna, jiġifieri jifdal spazju għal 20 persuna.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu, għal 17.", "GEORGE PULLICINO: Jista' wieħed ikun flessibbli f'dak l-ispazju u jużah biex jottjeni aktar spazju għall-ministri jew segretarji parlamentari?", "IS-SUR CHRIS PARIS: Jiddependi kemm spazju.", "L-ispazju għal 17 more or less ifisser żewġt ikmamar jew tlett ikmamar, li żgur m'huwiex in-numru ta' kmamar li inti għandek f'rasek li jiżdiedu.", "GEORGE PULLICINO: Ridt inqajjem punt u nittama li kulħadd jifhem li ġaladarba dan il-Parlament jersaq fil-binja li għalih kien intenzjonat li jkun, jiġifieri din il-binja li qed nitkellmu fuqha, inkunu qegħdin nilliberaw bażikament l-ispazju kollu tal-Palazz tal-Granmastru, jiġifieri spazju maestuż li jrid jiġi restawrat u spazju li kien intenzjonat biex iservi ta' vetrina għall-kultura u l-identità ta' dan il-pajjiż.", "Jien xtaqt li jsiru domandi fuq il-preżentazzjoni u mhux kummenti.", "Hemm iktar domandi?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Intqal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni, huma kbar mhux ħażin u magħhom hemm ukoll boardroom kbira.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Fil-prattika tista' dik il-boardroom issir kamra u mhux tibqa' boardroom jew kamra ta' kumitat?", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Dak l-ispazju li nħoloq hu intenzjonat, kif qal tajjeb il-Clerk of the House, biex ikollna flessibilità għal meta jkun hemm konferenza stampa tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni ħalli l-Clerk ma jkollux problemi biex joqgħod joħloq l-ispazji fejn isiru.", "Għalhekk inħolqot dik il-boardroom.", "Il-boardroom m'hijiex intenzjonata biex joqogħdu fiha l-Prim Ministru jew inkella l-Kap tal-Oppożizzjoni, imma biex isiru fiha laqgħat varji skont il-bżonn.", "Jekk tridu tistgħu taraw dawn l-ispazji, l-artistic impressions tagħhom u anke l-layout.", "LOUIS GRECH: Naħseb li l-messaġġ tagħkom kien li l-ispazju, li huwa kostrett, ma tistax tikkrea iktar minn hekk fih.", "Nassumi li l-unika soluzzjoni biex iżżid, per eżempju, l-uffiċini tal-ministri, tas-segretarji parlamentari jew tad-deputati hi li trid traqqa' daqsxejn il-pannu bil-qargħ' aħmar, jiġifieri trid tieħu minn affarijiet oħra.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: M'hemmx dubju, għax l-ispazju huwa dak li hu, jiġifieri wieħed ma jistax joqgħod jiġbed il-ħitan.", "Jekk inti trid tindirizza ċerti problemi, trid bilfors tagħmel modifiki u tutilizza l-ispazji ad hoc għal dak li għandek bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Anke jekk ma jkollniex risposta llum, imma nixtieq ningħata din ir-risposta anke f'seduti eventwali.", "Qed nifhem sew li kulmin investa fil-Malita kien jaf preċiżament dak li qed jinvesti u x'inhu l-iskop tal-binja?", "Hawn nixtieq norbot mal-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Kieku kellna nbiddlu l-iskop jew skopijiet tal-binja, irid isir tibdil fil-kuntratt oriġinali li għalih eventwalment in-nies investew?", "Napprezza li jkolli tweġiba għal din il-mistoqsija.", "MR SPEAKER: Onor. George Pullicino, se nerġa' nirrepeti peress li inti ma kontx preżenti mill-bidu.", "Din il-laqgħa tal-House Business Committee kienet intenzjonata – u hekk ġara – biex issir il-preżentazzjoni dwar il-bini l-ġdid tal-Parlament u d-domandi jsiru biss fuq il-preżentazzjoni.", "Diskussjoni oħra ovvjament se tkun parti mill-aġenda iktar wiesgħa li mbagħad nimxu għaliha, id-diskussjoni dwar l-użu u forsi anke s-soluzzjonijiet, kummenti, eċċ. Allura d-domanda li għadek kif għamilt m'hijiex, b'kull rispett, qiegħda f'postha għall-aġenda tal-lum.", "Hawn iktar kummenti?", "Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura.", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Peress li s-Sur Paris ta l-impressjoni li l-Oppożizzjoni ġiet ikkonsultata, naċċertak mija fil-mija li huwa żbaljat.", "L-Oppożizzjoni ma kenitx ġiet ikkonsultata u għalhekk qed nagħmel din il-kjarifika.", "Dak iż-żmien jiena kont responsabbli u nista' ngħid li meta ġiet quddiemna kien kollox lest, bil-pjanti approvati b'kollox u allura ma stajniex nieħdu sehem f'xi ħaġa deċiża.", "Però l-impressjoni li kien hemm dejjem kienet– apparti diversi affarijiet – li kull membru parlamentari se jkollu uffiċċju tiegħu u din baqgħet sejra sal-aħħar.", "Ridt nagħmel dan il-punt għaliex dak iż-żmien jien kont il-whip responsabbli.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq nikkjarifika hi li jien bħala Ministru responsabbli tlabt il-brief u ġejt informat li brief qatt ma ngħatat, ma kienx hemm brief.", "L-aħħar dokumenti li ngħatajt huma differenti u ma kienx hemm brief qabel.", "Qed ngħid dan biex niċċarawha sewwa għax forsi setgħet ingħatat l-impressjoni li kien hemm brief.", "Għalhekk qed ngħid li jiena bħala Ministru tlabt dan il-brief, imma qatt ma wasalli.", "MR SPEAKER: Ma jidhirlix li ntqal li inti ngħatajt brief.", "JOE MIZZI: Għax issemma li kien hemm brief.", "U jiena bħala l-Ministru responsabbli mill-proġett qed nikkjarifika li brief ma kienx hemm u qed ngħid dan biex nikkjarifika l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, għamilt il-punt tiegħek.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Ħalli nikkjarifika.", "Jien m'għedtx li l-Oppożizzjoni ġiet ikkonsultata.", "Li għedt jien huwa li bħala parti mill-consultation process fil-proċess tal-MEPA aħna kellna nagħmlu exhibition, liema exhibition kienet saret fil-Mużew tal-Arkeoloġija, kellha ddum għaddejja xahar u fil-fatt ġiet estiża għal tliet xhur.", "Dan kien il-proċess ta' konsultazzjoni, imma mhux il-konsultazzjoni li qed jitkellem fuqha l-Ministru Mizzi.", "Il-konsultazzjoni li rreferejt għaliha hija jien hija l-consultation process tal-proċess tal-MEPA.", "Il-periti jafu x'inhu dan il-proċess.", "Il-Ministru qed jirreferi għal konsultazzjoni tipo fejn bniedem jitkellem mal-ieħor u kulħadd jagħti l-veduta tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Biex nikkjarifika.", "Il-kwestjoni hi li inti qed issemmi konsultazzjoni – u naħseb li inti responsabbli wkoll mix-xogħol li jsir – … Forsi kont informat u kont qed tagħti l-impressjoni li kellu jsir uffiċċju għal kull membru parlamentari wkoll!.", "IL-PERIT CHRIS PARIS: Nerġa' ngħid li ma kellniex brief.", "Il-brief kien qiegħed jiġi drawn waqt il-workshops.", "Jiġifieri kif qal tajjeb l-Arkitett Belvedere, huma raw l-ispazju li hemm u taw dak li hu possibbli li jsir f'dak l-ispazju.", "Forsi wieħed hawn qed jirreferi għal brief tradizzjonali, fejn dak li jkun jgħidlek li jrid erba' kmamar tal-banju, sitt restrooms u għaxar kmamar għall-uffiċini.", "L-unika ħaġa li wieħed kien jara li ssir kienet audit tal-ispazji u l-workstations li hawn fil-Parlament.", "Però la l-Perit Renzo Piano u lanqas kull min hu parti mit-team ma jaf il-funzjonalità tal-Parlament u l-istaff tiegħu.", "Jiġifieri dak li ndirizzajna dak iż-żmien kien kif jaħdem il-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru Joe Mizzi.", "Minn fejn joħroġ dak li qed jirreferi għalih li saret domanda li jkun hemm uffiċċju għal kull membru parlamentari?", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, Onor. Mizzi, tirrispondix, għax b'dawn it-tip ta' punti se nwessgħu d-diskussjoni meta llum l-aġenda qiegħda fuq il-preżentazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Iva naf li għamel kjarifika.", "Għandek raġun, Onor. Pullicino, inti staqsejt għaliex saret il-kjarifika.", "Imma ma nixtieqx li nkomplu d-diskussjoni f'din id-direzzjoni għaliex illum id-diskussjoni trid tkun fuq il-preżentazzjoni tal-binja.", "Se jkollna ħin nagħmlu ħafna domandi.", "GEORGE PULLICINO: Fuq il-mistoqsija li għamilt qabel fuq il-procurement u l-istallazzjoni, xtaqt ikolli Gantt chart tal-procurement u l-installation kollha li hemm għax ma jidhirlix li l-preżentazzjoni qiegħda tagħtih.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak, Perit Paris.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Għandna xogħol ieħor daqsxejn urġenti, Onor. kollegi.", "Hemm ittra mingħand l-Awditur li kitibli fit-13 ta' Mejju, 2013 fejn dan informani li l-ħatra tiegħu u tad-Deputat Awditur Ġenerali tiskadi fil-ġimgħat li ġejjin u allura bħala Kamra trid issir il-proċedura għall-ħatra jew il-konferma ta' Awditur u Deputat Awditur.", "DAVID AGIUS: Meta tgħid proċedura, x'qed tifhem biha?", "MR SPEAKER: Il-proċedura hija li din tista' ssir mill-Prim Ministru, ovvjament il-Gvern, bil-konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni imbagħad jiġu maħtura fil-Parlament.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem li se jibda proċess ta' konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Jien li qed nagħmel hu li l-ewwel qed ninforma lill-House Business Committee.", "Din l-ittra rċevejtha lbieraħ filgħaxija u din hija l-ewwel okkażjoni biex inkellem lilkom f'dan il-Kumitat biex inkunu nistgħu ngħadduha lill-Gvern – ovvjament min-naħa tal-Kumitat – ħalli nkunu nistgħu nibdew il-proċedura dwarha.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jiena nieħu nota ta' din l-ittra u naturalment nirreferi lill-Prim Ministru dwar din il-ħatra.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem li bħas-soltu se jsiru l-konsultazzjonijiet.", "MR SPEAKER: Jien hawnhekk bħala Speaker qed ngħid x'tgħid il-liġi.", "Il-liġi titkellem ċar f'artikolu 108 tal-Kostituzzjoni u l-Kap 396 tal-Liġijiet ta' Malta dwar il-ħatra ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali.", "L-Awditur kiteb lili, bħala Speaker, biex jiena nkun nista' nara li dan il-proċess isir u jiena rrid nimxi ma' din il-proċedura u għalhekk qed ninforma lill-Kumitat.", "Dwar il-konsultazzjoni, dik hija xi ħaġa li r-responsabbiltà kostituzzjonali tagħha taqa' fuq min għandu jagħmilha.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nikkonferma li l-Prim Ministru huwa konxju tal-liġijiet u l-prassi u l-proċedura kif taħdem.", "Allura nimxu bil-proċedura u l-prassi tas-soltu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tajjeb li ninforma lill-membri preżenti li jsiru ħafna attivitajiet extra parlamentari bl-iskopr li tkompli tikber l-aċċessibilità tal-pubbliku għall-Parlament.", "Biżżejjed insemmi li fost oħrajn ikun hawn Eko-Parlament li jsir f'Ġunju, li hija inizjattiva taż-żgħażagħ, ikun hawn il-mini assembly li diġa' saret f'April, kien hawn laqgħa tal-English Debating Society li saret f'Marzu, in-National Youth Parliament li jsir f'Settembru, u Science in the House.", "L-attività li se nittratta issa hija proprju Science in the House għaliex għandi rikjesta mill-Prof.", "Alex Felice tad-Dipartiment tal-Bio-Chemistry and Physiology tal-Università ta' Malta biex il-Parlament jagħti s-sapport tiegħu għat-tieni attività ta' din ix-xorta.", "Fil-fatt l-ewwel attività kienet saret taħt l-iSpeaker ta' qabli Michael Frendo.", "Naħseb li Science in the House, li tkun parti parti mill-attivita` \"Researchers' Night - Science in the City\", toffri opportunità tajba għal aktar aċċessibilità u parteċipazzjoni mill-pubbliku f'dan il-bini tal-Parlament.", "Dwar dan naħseb li lkoll naqblu.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tal-Oppożizzjoni m'għandniex diffikultà.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tal-Gvern m'għandniex diffikultà lanqas, però jekk tippermettili, Mr Speaker, fuq l-item li qajjimt qabel nixtieq nagħti update.", "Fil-fatt il-Prim Ministru diġà beda konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-ħatra ta' Awditur.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak talli nformajtna b'mod immedjat.", "Xi ħaġa oħra li aħna – qiegħed ngħid għall-House Business Committee kif kien kompost qabel- konna ħdimna fuqha ftit qabel sar ix-xoljiment ta' dan il-Parlament qabel l-elezzjoni, kienet it-twaqqif ta' fondazzjoni li l-iskop tagħha kien li tieħu ħsieb, fost oħrajn, li torganizza permanent exhibition fil-binja tal-Parlament.", "Il-fondazzjoni saret, u sar ftehim bejn il-fondazzjoni nnifisha u l-Bank of Valletta biex issir permanent exhibition dwar l-istorja parlamentari minn mindu beda fl-1921 sal-ġurnata tal-lum, exhibition li tkun tuża l-iktar teknoloġija avvanzata.", "Biżżejjed ngħid li meta saret presentation dwarha, fost oħrajn konna rajna mejda tal-ħġieġ li meta tmissha jiġu jidhru d-debates, il-parliamentary questions, etc.", "Allura jien xtaqt li ssir preżentazzjoni minn Network Publications li huwa l-kuntrattur li ġie magħżul mill-Bank of Valletta.", "(Interruzzjonijiet) Il-kuntrattur ġie magħżul mill-Bank of Valletta għax hu dan il-bank li se jħallas kollox, jiġifieri aħna m'aħna se nħallsu xejn.", "Il-Fondazzjoni daħlet fi ftehim li permezz tiegħu l-Bank of Valletta jagħmel tajjeb għall-finanzjament biex tittella' esibizzjoni dwar l-istorja parlamentari u dik Kostituzzjonali, għax ovvjament l-istorja parlamentari tinkludi dik Kostituzzjonali.", "Naħseb li naqblu li ssir din il-preżentazzjoni ħalli anke fl-eventwalità li mmorru fil-Parlament il-ġdid, ikollna post fejn issir exhibition kif tkun dieħel, b'mod prominenti u tkun miftuħa għall-pubbliku b'mod ġenerali.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien m'għandi xejn kontra din il-preżentazzjoni u m'għandi xejn kontra l-proġett li qed isir għax huwa interessanti, anzi tajjeb li jkollna.", "Però jien naħseb li l-ewwel nett għad irridu naraw fuq il-futur tal-Parlament il-ġdid, jiġifieri d-diskussjoni trid tkompli.", "It-tieni nett, ejja ngħidu li se mmorru fil-Parlament il-ġdid.", "Kif ġie deċiż li din l-esibizzjoni għandha tkun fl-ispazju tal-Parlament il-ġdid jew f'xi spazju jew taħt il-binja tal-Parlament?", "Għalfejn din u mhux xi ħaġa oħra?", "Qed nistaqsi b'mod miftuħ, m'għandi xejn f'moħħi.", "Id-domanda għamiltha u se nirrispondik.", "Ma ġiex deċiż li l-esibizzjoni ssir fil-Parlament il-ġdid.", "Id-deċiżjoni kienet li ssir permanent exhibition fil-bini tal-Parlament.", "Ovvjament jekk nibqgħu hawnhekk, l-exhibition issir hawnhekk u jekk immorru fil-bini l-ġdid, issir fil-bini l-ġdid.", "Nistgħu nkomplu fuq din?", "DAVID AGIUS: M'għandna l-ebda diffikultà min-naħa tal-Oppożizzjoni li naraw din il-preżentazzjoni.", "MR SPEAKER: Min-naħa tal-Gvern hawn xi problema?", "CARMELO ABELA: Le, m'għandna l-ebda oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Ejja niftiehmu fuq data għax irrid ninforma u norganizza.", "Jien qed nissuġġerixxi, jekk hu tajjeb għall-membri kollha preżenti, it-Tlieta, 21 ta' Mejju.", "Din m'għandhiex iddum iktar minn tliet kwarti, l-iktar siegħa, jiġifieri jekk niġu fil-5.00 p.m., sas-6.00 p.m. nkunu lesti.", "DAVID AGIUS: Imma se jkun House Business Commitee?", "DAVID AGIUS: Fis-sens li se niddiskutu din biss jew se jkun hemm items oħrajn?", "MR SPEAKER: Meta saret il-presentation lili u lill-Clerk of the House, ħadet madwar siegħa.", "DAVID AGIUS: Fuq l-aġenda jkun hemm din biss jew se jkun hemm affarijiet oħrajn, bħax-xogħol tal-Kamra?", "Jekk se ninkludu x-xogħol tal-Kamra jien naħseb li fil-każ nibdew ftit qabel.", "MR SPEAKER: Mela ejja niftiehmu fuq id-data.", "CARMELO ABELA: Se tibqa' l-istess data però għandna bżonn ftit aktar ħin biex inkunu nistgħu nitkellmu fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "La qed nitkellmu fuq data, Onor. Agius, irridu nsibu data oħra biex jiġi diskuss l-Ombudsplan 2013.", "CARMELO ABELA: Fuq id-data tal-21 ta' Mejju biex issir din il-presentation m'għandix oġġezzjoni, però naqbel mal-Onor.", "Agius li għandna bżonn ftit aktar ħin.", "DAVID AGIUS: Jien lanqas m'għandi oġġezzjoni, imma għad irrid nikkonferma li tkun available il-persuna l-oħra li se tattendi għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "CARMELO ABELA: Fuq il-punt li qajjem l-Onor.", "Agius naqbel li l-preżentazzjoni ma tkunx l-unika item fuq l-aġenda, imma għandna ninkludu wkoll ix-xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Mela nagħmluha fil-21 ta' Mejju fl-4.30 p.m.?", "DAVID AGIUS: Nikkonfermalkom minn hawn u ftit tal-ħin ieħor.", "MR SPEAKER: Nistgħu nagħmluha fl-4.00 p.m. minflok fl-4.30 p.m.?", "DAVID AGIUS: Jekk m'hemmx problemi, nagħmluha fil-21 ta' Mejju, fl-4.00 p.m.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: M'għandix problema.", "DAVID AGIUS: Mela kemm nikkonferma li nistgħu nagħmluha nhar it-Tlieta 21 ta' Mejju, fl-4.00 p.m.", "MR SPEAKER: Irridu niftiehmu wkoll fuq data meta jiġi diskuss l-Ombudsplan 2013.", "DAVID AGIUS: Minn hawn u ftit ieħor inkun nista' nagħtik ħafna informazzjoni, imma għandi bżonn daqsxejn ċans.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Qed jinformawni li d-Deputat Prim Ministru nhar it-Tlieta se jkun imsiefer fuq xogħol tal-Gvern.", "Nistgħu forsi nfittxu data biex ikun hawn id-Deputat Prim Ministru preżenti?", "MR SPEAKER: Xtaqtek ukoll tinforma lid-Deputat Prim Ministru dwar the way ahead issa, wara li saret il-preżentazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Hemm bżonn li ssir diskussjoni bejn il-membri tal-kumitat biex naraw kif se mmexxu d-diskussjoni b'mod aktar wiesa', kif elenkaw kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni fis-seduta tal-Parlament.", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li għandna tliet items pending, il-kontinwazzjoni tal-Parlament il-ġdid, il-preżentazzjoni dwar l-exhibition u l-Ombudsplan 2013.", "Jiena nkun nista' nagħtikom risposta llum stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nixtieq ngħaddi kumment fuq il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar il-Parlament il-ġdid.", "Jiena nħoss – għallinqas min-naħa tal-Gvern – li jkun xieraq li l-membri rispettivi f'isem il-Gvern u f'isem l-Oppożizzjoni nirrapportaw lill-gruppi parlamentari tagħna fuq din id-diskussjoni. lmbagħad niġu hawnhekk u nissuġġerixxu l-affarijiet skont id-diskussjoni li ssir fil-gruppi parlamentari.", "Naħseb li tajjeb li nkomplu hekk.", "Sadanittant, għas-seduta li jmiss tal-House Business Committee, jiena min-naħa tiegħi, Onor. Abela, se nagħmel preżentazzjoni jew rapport analitiku dwar il-funzjonijiet tal-Parlament kif jidhirli jiena, bħala Speaker, li għandhom ikunu, imbagħad issir diskussjoni hawnhekk ukoll.", "Se nkun qed nara li jkun hemm kontinwità għad-diskussjoni, dejjem abbażi ta' dak li kitibli l-Prim Ministru meta qabbadni biex immexxi dawn id-diskussjonijiet.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, m'għandix oġġezzjoni għal dan.", "Nixtieq li jkun għandna biex aħna minn din in-naħa nkunu nistgħu niddiskutuh.", "MR SPEAKER: Ovvjament.", "Naħseb li kulma għandna bżonn issa hu li jkollna d-data għall-House Business Committee li jmiss.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jien nixtieq nirringrazzja kemm lilek kif ukoll lir-rappreżentanti tal-Gvern - partikolarment l-Onor.", "Carmelo Abela – tal-merħba li ngħatat ilbieraħ lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid.", "Illum se tkun l-ewwel seduta li fiha l-Onor.", "Lawrence Gonzi se jkun membru tal-Kamra imma mhux aktar Kap tal-Oppożizzjoni.", "Napprezza jekk forsi min-naħa tiegħek, Sur President, u forsi l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni llum fis-6.30 p.m. jagħmlu erba' kelmiet ta' ringrazzjament għas-servizz li huwa ta.", "MR SPEAKER: Jekk hemm qbil nistgħu nipproċedu b'dan il-mod: l-ewwel nagħmel intervent jien fil-konfront tal-Onor.", "Lawrence Gonzi, imbagħad jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni, wara jitkellem il-Prim Ministru, u fl-aħħar is-Sedja tistieden lill-Onor.", "Lawrence Gonzi biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tal-Gvern naqblu.", "MR SPEAKER: Issa niftiehmu fuq id-data għall-House Business Committee.", "Nixtieq li kemm jista' jkun ma ndumux ma nagħmlu laqgħa oħra.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jekk hu possibbli, naġġornaw mhux għall-ġimgħa d-dieħla, imma l-ġimgħa ta' wara għax id-Deputat Prim Ministru se jkun imsiefer.", "MR SPEAKER: Meta ġej lura?", "CARMELO ABELA: Jiġi lura filgħaxija bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.", "Kieku naqbżu l-ġimgħa d-dieħla kollha, jekk nistgħu, ikun aħjar.", "MR SPEAKER: Nistgħu mela niltaqgħu l-ġimgħa ta' wara, it-Tnejn 27 ta' Mejju fl-4.00 p.m?", "Il-Ġimgħa 17 ta' Mejju impossibbli għalija għax se jkolli nitla' għal konferenza.", "CARMELO ABELA: Għalija tajjeb.", "DAVID AGIUS: Jiena għad irrid nikkonferma.", "MR SPEAKER: Kollox sew, imbagħad informawni.", "Il-Kumitat huwa aġġornat.", "Fil-4.47pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013, fl-4.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130514_002d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.10p.m.", "Mr Speaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "L-Onor Louis Grech Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor David Agius u l-Onor Deborah Schembri kienu preżenti.", "Kienu preżenti wkoll l-Onor Charles Buhagiar, l-Onor Joe Mizzi u l-Onor George Pullicino.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-media sabiex jiffilmjaw u jieħdu ritratti għall-ewwel ftit minuti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Carmelo Abela, il-Kumitat qabel li fil-Minuti tal-Laqgħa Nru 1 li saret fis-6 ta' Mejju, 2013, fil-paragrafu taħt it-titlu \"Permess lill-Media\", minflok il-kliem \"mingħand Media.Link Communications\" għandhom jidħlu l-kliem \"mill-media\".", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 1 li saret fis-6 ta' Mejju, 2013, kif emendati, kienu konfermati.", "Il-Kumitat ikkonferma l-ftehim milħuq fil-Kamra fis-seduta tat-13 ta' Mejju 2013, liema ftehim jistipula li d-dibattitu fuq il-Mozzjoni dwar l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta għandu jkun ta' għaxar sigħat, maqsuma fuq erba' seduti, miżjud il-ħin meħud fl-istess seduta tat-13 ta' Mejju 2013, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni u l-winding up għall-Gvern.", "PREŻENTAZZJONI DWAR IL-PROĠETT TAL-BINI TAL-PARLAMENT IL-ĠDID", "Il-Kumitat stieden lis-Sur Chris Paris, Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, biex bl-għajnuna ta' persuni oħra involuti fil-proġett jagħmel preżentazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid fil-Belt Valletta.", "Is-Sur Chris Paris informa lill-Kumitat li l-preżentazzjoni kienet se ssir mill-Perit Antonio Belvedere, project leader u associate partner ta' Renzo Piano Building Workshop (RPBW).", "Is-Sur Paris ippreżenta lill-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dok 1 - Pjanti tal-proġett tal-bini tal-Parlament il-ġdid", "Dok 2 - Tabella li tagħti tagħrif dwar l-area u n-numru ta' work stations / seating capacity tad-diversi partijiet tal-binja", "Dok 3 - Tabella li tagħti tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati tal-Parlament", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-iskop tal-laqgħa tal-lum kien li l-membri jassistu għall-preżentazzjoni u wara jkunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet limitatament għall-istess preżentazzjoni.", "Il-Perit Antonio Belvedere għamel preżentazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid u flimkien mas-Sur Chris Paris wieġbu mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat.", "L-Onor George Pullicino talab li jiġi ppreżentat gantt chart of the procurement and installation tal-bini tal-Parlament il-ġdid.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li fit-13 ta' Mejju 2013, kien irċieva ittra mingħand l-Awditur Ġenerali li fiha ġibed l-attenzjoni tas-Sedja li t-terminu tal-kariga tal-Awditur Ġenerali u tad-Deputat Awditur Ġenerali kien riesaq lejn it-tmiem tiegħu.", "Għaldaqstant kellu jinbeda l-proċess sabiex skond artiklu 108 tal-Kostituzzjoni, il-Kamra taħtar Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali għall-ħames snin li jmiss.", "Il-Whip tal-Gvern, l-Onor Carmelo Abela, informa lill-Kumitat li l-Prim Ministru kien diġa` beda proċess ta' konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar dawn il-karigi.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva korrispondenza mingħand Prof. Alex Felice, mid-Dipartment tal-Fiżjoloġija u Biokimika tal-Universita` ta' Malta, li fiha kien qed jitlob biex għat-tieni sena konsekuttiva tittella' l-attivita msejħa \"Science in the House\" li tkun parti parti mill-attivita` \"Researchers' Night - Science in the City\".", "Il-Kumitat qabel mal-proposta mressqa.", "Fuq punt imqajjem mill-iSpeaker, il-Kumitat qabel li kellha ssirlu preżentazzjoni fuq il-wirja permanenti dwar l-istorja parlamentari u kostituzzjonali ta' Malta, liema wirja kienet se ssir skont ftehim li sar bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta p.l.c fil-kapaċità tiegħu ta' Trustee of the BOV Cultural and Heritage Trust.", "L-iSpeaker Farrugia informa lill-Kumitat li din il-wirja kienet se tkun iffinanzjata totalment mill-Bank of Valletta u li l-preżentazzjoni kellha ssir minn Network Publications, il-kuntrattur imqabbad mill-istess bank.", "Il-Kumitat qabel li l-preżentazzjoni ssir nhar it-Tnejn, 27 Mejju 2013, fl-4.00p.m., waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien hemm bżonn li tinstab data għad-diskussjoni mill-istess Kumitat dwar l-Ombudsplan għas-sena 2013.", "Fuq talba tal-Onor David Agius, il-Kumitat qabel li din id-deċiżjoni tiġi posposta.", "Mr Speaker ippropona li wara li saret il-preżentazzjoni dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid, il-pass li jmiss ikun li l-Kumitat jiddeċiedi fuq kif għandu jitmexxa l-proċess ta' konsultazzjoni.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien se jara li jitħejja rapport dwar il-ħtiġijiet li għandu bżonn Parlament biex ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, liema rapport kien se jiċċirkolah liż-żewġ gruppi parlamentari sal-laqgħa li jmiss.", "Fuq punt imqajjem mill-Whip tal-Oppożizzjoni, l-Onor David Agius, il-Kumitat qabel li matul is-seduta parlamentari tal-14 ta' Mejju 2013, minnufih wara l-ħin tal-mistoqsijiet, il-Kamra kellha ssellem lill-Onor Lawrence Gonzi u tirringrazzjah għas-servizz parlamentari tiegħu.", "Intlaħaq qbil li wara li jsir intervent mis-Sedja, mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-Prim Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi jkun mistieden jagħmel intervent min-naħa tiegħu.", "Fis-4.47pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni dwar l-esibizzjoni permanenti dwar il-Parlament ta' Malta;", "Xogħol ieħor; jew", "4. xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130514_002m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat dwar il-pjan ta' ħidma għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-Leġiżlatura.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130515_001a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "DISKUSSJONI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR IL-PJAN TA' ĦIDMA GĦALL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI GĦAL DIN IL-LEĠIŻLATURA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Irrid niġbed l-attenzjoni tagħkom dwar Memorandum li kienet ħarġet fil-15 ta' Ġunju, 2012 intitolata \"Guidelines regulating video and audio webcasts of Parliamentary Committee meetings\".", "Nixtieq li taqrawh ftit ħalli nkunu ċerti li kulħadd jaqbel ma' dawn il-guidelines.", "Bażikament dawn jitrattaw il-proċedura tal-live streaming tal-kumitati.", "Hemm xi oġġezzjoni għal dan il-live streaming?", "Tajjeb.", "Ħadd min-nies preżenti mhu qed joġġezzjona.", "F'din l-ewwel laqgħa tagħna se nibdew proprju bid-diskussjoni dwar il-pjan ta' ħidma li se jkun qed jimxi fuqha dan il-Kumitat.", "Stedint verbalment – u hi aċċettat l-istedina tiegħi - lill-Ministru Marie Louise Coleiro Preca u r-raġuni li għamilt hekk kien biex aħna ma nibdewx nagħmlu xi rapporti u affarijiet li jkunu qishom taken out of context mill-ħidma tal-Gvern u mbagħad dawn jispiċċaw fuq xi xkaffa x'imkien u ma jintużawx għax inkunu qegħdin naħlu kemm il-ħin tagħna kif ukoll inkunu qegħdin nieħdu mir-riżorsi prezzjużi li jista' jkollu dan il-Parlament.", "Għaldaqstant tlabt lill-Ministru sabiex tiġi tkellimna ftit fuq kif se timxi fuq dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma soċjali, mat-tfal u mal-familji, eċċ, biex aħna nkunu nistgħu naħdmu flimkien u mhux nispiċċaw nirrepplikaw l-istudji li jkunu qegħdin isiru mill-Ministeru.", "Il-Ministru Coleiro Preca għandha tkun hawnhekk għas-7.00 p.m.", "Sakemm tasal nixtieq li nibdew b'dan l-eżerċizzju; peress li kulħadd ġej minn areas differenti ta' xogħol u professjonijiet nixtieq li nagħmlu a brain storming session fuq dak li naħsbu li għandhom ikunu l-prioritajiet tagħna fil-qasam soċjali.", "Ovvjament din mhux se tkun xi lista definittiva u li ma nistgħux inbiddluha waqt li nkunu għaddejjin bil-ħidma ta' dan il-Kumitat imma almenu jkollna idea aħna stess ta' x'inhuma l-aktar suġġetti li nistgħu niddiskutu.", "L-idea tiegħi hi li dan il-Kumitat ma jkunx sempliċement xi kumitat akkademiku għax mhuwiex dan l-iskop tiegħu.", "Jiena nħoss li meta tkellem lill-familji u tidħol fid-djar tagħhom tinduna li ħafna drabi jkollna liġijiet u policies tajbin fuq il-karta imma mbagħad, minħabba l-mod ta' kif jitħaddmu, dawn ma jiġux tradotti sewwa fir-realtà.", "U għalhekk naħseb li dan il-Kumitat jista' jservi sabiex il-poplu hemm barra jkun jista' javviċina aktar lill-Parlament u aħna nkunu nistgħu nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex isiru policies aktar addaddati għan-nies u fl-istess ħin naraw li l-policies li diġà qegħdin in place, kif qed jitħaddmu u kif qed jirrelataw magħhom in-nies hemm barra.", "Naħseb li din hija l-aktar ħaġa importanti.", "Fir-remit tagħna għandna wkoll affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-familja imma rigward il-familja hemm kumitat ieħor apposta.", "Għaldaqstant irridu noqogħdu attenti li meta nitkellmu fuq il-familja ma nkunux qegħdin nidħlu fir-remit ta' dan il-kumitat.", "Mhux eskluż li t-tnejn li aħna nagħmlu affarijiet li b'xi mod jolqtu lill-familja għaliex hemm ħafna suġġetti x'tiddiskuti imma mbagħad, wara li nagħmlu din il-brainstorming session, jekk ikun hemm xi affarijiet li naraw li se jolqtu wkoll ix-xogħol tal-kumitat l-ieħor, nitkellmu maċ-Chairperson l-Onor.", "Anthony Agius Decelis biex naraw jekk dawn humiex affarijiet li qegħdin jaħdmu fuqhom huma wkoll biex b'hekk inkunu nistgħu nitkellmu fuqhom liberalment.", "Issa nixtieq indur għall-membri ta' dan il-Kumitat biex nara jekk hemmx xi affarijiet li tħossu li hemm bżonn ta' studju fuqhom jew li jsir iktar approfondiment min-naħa ta' dan il-Kumitat.", "Li kien isir qabel kien li jibdew jagħmlu laqgħat fejn jisimgħu lin-nies u every so often kien jinħareġ rapport.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejra żball fl-aħħar sentejn kienu ħarġu medja ta' erba' rapporti fis-sena, bil-findings u bl-istudji nklużi fir-rapport biex imbagħad forsi jkun jista' isir xi ħaġa.", "L-għażla tas-suġġetti li aħna se niddiskutu hija importanti ħalli x-xogħol li jsir ikun aktar iffokat.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid hu li hawnhekk għandna taħlita sew ta' backgrounds u anke ġeografikament qegħdin imqassmin tajjeb ħafna.", "Għalhekk dan il-Kumitat forsi jista' jgħin biex inneħħu ideat li jista' jkun li ma jkunux daqshekk korretti dwar li l-problemi soċjali huma marbutin ma' partijiet ta' Malta u Għawdex biss.", "Il-fatt li aħna qegħdin hawnhekk u li kollha kemm aħna missejna u qed immissu ma' soċjetà li fuq kollox qegħdin nirrappreżentaw, naħseb li jkun importanti ħafna li nirrimarkaw fuqha.", "Biex ma nieħux fit-tul u nkun konkreta - għax hekk qed nieħu l-feeling minnek li we get down to business - naħseb li għandna nħarsu lejn l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.", "U mingħajr ma ninstema' li qiegħda neskludi xi ħaġa, jiena nħoss b'mod personali li nixtieq niffoka fuq żewġ kategoriji; it-tfal u l-anzjani.", "Naħseb li hemmhekk għandna l-bidu tal-ħajja, fejn għandna realtà li rridu nħarsu lejha bl-iktar mod serju.", "U hawnhekk qiegħda ninkludi l-ħajja qabel it-twelid, it-twelid u t-tfal li qegħdin jitwieldu f'sitwazzjonijiet li mhumiex daqshekk pjaċevoli u kif wieħed jixtieqhom.", "Imbagħad fuq in-naħa l-oħra għandek dawk il-persuni li taw ħafna lis-soċjetà tagħna u mhux dejjem jispiċċaw jieħdu dak ir-rispett u d-dinjità li jixirqilhom.", "Naħseb li din il-kategorija ta' nies irridu nħarsu b'attenzjoni lejha.", "Kieku kelli nerġa' nagħsar minn dawn iż-żewġ kategoriji, l-iktar li nixtieq li nressaq lejn dan il-grupp huwa l-vuċi tan-nies li qed jagħmlu l-fostering ġewwa pajjiżna.", "Jien għamilt il-kors flimkien mar-raġel tiegħi, bil-pjan li xi darba forsi nagħmlu dan il-pass ukoll.", "Nista' ngħid li tgħallimt ħafna minn dak li toffri l-Aġenzija Appoġġ.", "U minn hawnhekk nixtieq insellem lil din l-aġenzija għaliex verament hemm nies li jaħdmu ħafna.", "Jien għamilt wegħda miegħi nnifsi li jekk nasal sa dan il-punt żgur li nwassal il-vuċi ta' dawn in-nies li qed jagħmlu servizz enormi lis-soċjetà tagħna imma għandhom bżonn l-għajnuna u l-attenzjoni.", "Ir-realtajiet tat-tfal li qed jitrabbew minn familji differenti llum il-ġurnata hija xi ħaġa li għandha bżonn tingħata attenzjoni kbira.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena ħadt l-inkarigu li nkun f'dan il-Kumitat partikolari għaliex ġej minn numru ta' snin f'impjiegi li kienu jolqtu b'mod dirett il-politika soċjali u allura stajt inħoss b'mod reali dawn il-problemi u kif nistgħu naslu għalihom.", "Irrid ngħid ukoll li jiena ġej mill-ambjent tal-kunsilli lokali u naħseb li għandu jkun hemm link f'dan ir-rigward għax fl-opinjoni tiegħi, apparti l-politiċi, il-kunsilli lokali huma l-ewwel refuġju – biex ngħid hekk – li r-residenti jirrikorru għalihom meta jkollhom il-bżonn.", "L-Onor.", "Buttigieg tkellmet ukoll dwar kif qegħdin imqassmin ġeografikament u fil-fatt jien ukoll nemmen li l-problemi li jeżistu f'lokalità A mhux bilfors li huma reali f'lokalità B, u għalhekk naħseb li wieħed irid jiffoka proprju fuq fejn hemm dawn il-problemi.", "Xi kultant naħseb li jiġu mnedija skemi jew inizjattivi li ma jkunux qegħdin iwasslu għall-iskop li għalihom ġew imwaqqfa.", "Forsi jaslu u forsi dan il-Kumitat jista' joħloq aktar modi ta' riżorsi jew ideat ta' kif nistgħu nwasslu dawn il-kwantità ta' għajnuniet jew skemi sabiex nagħmlu l-ħajja tan-nies aħjar milli fil-fatt hi.", "Ovvjament xi ħaġa li tmiss lin-nies ukoll bla dubju ta' xejn hija l-qasam tas-saħħa.", "Naħseb li għandna nkunu minn ta' quddiem nett sabiex nippromwovu u nsaħħu l-kura primarja fil-komunitajiet tagħna għaliex għalkemm hemm is-servizz tat-trasport pubbliku, tiskanta meta dawn it-tip ta' servizzi nressquhom aktar viċin il-komunitajiet tagħna, kemm nistgħu nagħmlu l-ħajja tan-nies aktar komda u faċli.", "Naħseb li dan kien il-ħsieb tiegħi; li ovvjament ikun hemm dawn il-links u li noħolqu aktar kuxjenza sabiex dawn il-ħafna inizjattivi li jeżistu f'pajjiżna nressquhom aktar viċin tan-nies.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena naqbel perfettament mal-kategoriji li s'issa semmew l-Onor.", "Buttigieg u l-Onor.", "Min-naħa tiegħi xtaqt inżid żewġ kategoriji oħra li forsi huma iktar speċifiċi.", "L-ewwel nett naħseb li rridu nagħtu importanza lill-persuni b'diżabilità.", "Qed insemmi lilhom għaliex għalkemm semmejna t-tfal u l-anzjani, li huwa importanti li jkollna politika nazzjonali fuqhom, huwa importanti wkoll li ninvestu fil-persuni b'diżabilità.", "U rridu ninvestu fihom mhux biss fejn tidħol l-edukazzjoni imma anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-independent living.", "Kif nafu meta għandek persuna b'diżabilità u din tkun ta' età pjuttost żgħira, ġeneralment se ssib is-sapport tal-familja tagħha - sakemm ma jkunux każijiet partikolari fejn is-sapport tal-familja ma jkunx biżżejjed – u mbagħad aktar ma tibda tikber fl-età, aktar se ssib ruħha waħedha għax anke forsi titlef il-ġenituri tagħha u allura ma jkollha lil ħadd min idur biha.", "Area oħra li naħseb li jkun tajjeb li niffokaw ftit fuqha hija dik tat-tfal li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu.", "Hawnhekk mhux biss qiegħda nirriferi għal tfal li huma intellectually challanged imma wkoll għal tfal li ġejjin minn ambjent li ma jispirahomx biex ikomplu l-istudji tagħhom.", "Naħseb li din hija waħda mill-isfidi li bħala pajjiż, anke demografikament nafu li teżisti u nafu wkoll li għandna bżonn inkomplu naħdmu iktar fuqha.", "Fil-jiem li għaddew ingħatajna l-irwoli tagħna bħala shadow spokespersons u wieħed mill-obbligi tiegħi se jkun dak li nara kif nistgħu nisfruttaw aktar il-fondi tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fejn jidħlu l-ERDF funds.", "Matul dawn is-snin saru diversi proġetti li setgħu jgħinu b'mod dirett kemm lill-persuni b'diżabilità, lit-tfal li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu, lill-anzjani, eċċ. Naħseb li bħala grupp l-ispirtu u l-ideat hemm qegħdin u naħseb li flimkien nistgħu noħorġu b'ideat li jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Għandi pjaċir li se nifforma parti minn dan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u nagħti merħba lill-kollegi tiegħi.", "M'għandix dubju li lkoll flimkien se naħdmu sew biex nipprovaw nagħmlu użu kbir minn dan il-Kumitat u nippreżentaw ix-xogħlijiet u l-ideat tagħna flimkien mal-mistednin li se jiġu mistiedna hawnhekk biex jagħtu l-kontribut tagħhom dwar affarijiet li jmissu l-ħajja ta' kuljum ta' kulħadd.", "Huwa importanti li nimxu mal-Istanding Orders u meta l-Kamra tar-Rappreżentanti jew il-House Business Committee jitlobna xi xogħol fuq l-affarijiet soċjali, aħna nkunu hemmhekk biex niddiskutu u noffru s-servizzi tagħna kif ukoll l-ideat u l-policies tagħna f'dan ir-rigward.", "L-affarijiet soċjali huma importanti għax hemm ħafna affarijiet li jaqgħu taħtu.", "Fil-fatt għandek affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tfal, mal-anzjani, mal-edukazzjoni, mas-saħħa, mal-housing u mal-istandard of living.", "U dawn huma affarijiet li importanti li niddiskutuhom.", "Ovvjament aħna ma rridux nagħmlu xogħol ripetut u allura rridu naraw daqsxejn x'sar mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-leġiżlatura li għaddiet u forsi anke dik ta' qabilha meta ġie mniedi dan il-Kumitat.", "Fil-fatt saru rapporti fuq \"Proposed Amendments to the Dangerous Drugs Ordinance\", \"Il-Ħidma lejn l-inklużjoni soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar; it-tfal l-aktar li jbatu\", \"L-Edukazzjoni u l-Prevenzjoni, Responsabbiltà u Fedeltà - l-aqwa strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali\", \"Aġġornament tal-aħħar tagħlim mediku u morali fuq il-prokreazzjoni assistita\".… Veru li kien hemm select committee apposta fuq dan is-suġġett partikolari imma dan il-Kumitat iddiskuta u ħareġ ukoll rapport fuq il-prokreazzjoni assistita.", "Sar ukoll rapport fuq \"L-Effetti ta' Nuqqas tal-Missier fuq it-Tfal\", \"Il-Qorti tal-Familja\", \"Il-Familja u l-Anzjani\", \"Security and Ordinance in Paceville\", \"School Uniforms\" u \"Domestic Violence\".", "Jien nitlob liċ-Chairperson Deborah Schembri sabiex tippreparalna elenku ta' affarijiet li diġa ġew diskussi mill-Kumitat preċedenti.", "Ovvjament jista' jagħti l-każ li jkun hemm xi affarijiet li jkun hemm bżonn ta' updating fuqhom, bħal pereżempju, l-istrateġija favur is-saħħa sesswali għax dik hija l-linja tiegħi.", "Nafu li dawn huma affarijiet li jitbiddlu, kemm minħabba l-bidla fil-kultura u kemm minħabba l-bidla fil-progress tax-xjenza medika.", "Għalhekk jista' ikun hemm affarijiet li forsi diġa' saru imma aħna nkunu rridu nagħmlu update tagħhom mingħajr ma nirrepetu l-istess affarijiet.", "Jien l-iktar żewġ affarijiet li nixtieq li nibdew niffokaw fuqhom hija waħda tal-care orders tat-tfal.", "U din qed insemmiha wara li qrajt f'wieħed mill-ġurnali tal-lum li ċ-Chief Executive Officer tal-Foundation for Social Welfare Standards is-Sinjura Sina Bugeja, għamlet stqarrija dwar il-bżonn li ssir update tal-liġijiet dwar il-care orders tat-tfal.", "Issa hawnhekk bħala avukati għandna lill-Onor.", "Marthese Portelli u lill-Onor.", "Joe Sammut ukoll u m'għandix dubju li jifhmu sew fuq dawn l-affarijiet.", "Għalhekk ikun tajjeb li nsegwu t-talba li għamlet is-Sinjura Sina Bugeja dwar il-care orders tat-tfal għax din hija xi ħaġa li llum qegħdin nisimgħu ħafna dwarha.", "Ħaġa oħra li nixtieq li nitkellmu fuqha hija fuq id-donazzjoni tal-organi.", "Jiena tkellimt ma' xi avukati u dawn qaluli li f'Malta m'għandniex leġiżlazzjoni li tkopri l-organ donation.", "Issa dan huwa suġġett delikat ħafna u hemm ħafna xi tgħid fuqu.", "Pereżempju, wieħed jista' jiddeċiedi jekk jużax il-metodu tal-opt in jew tal-opt out system li bażikament tfisser li jew l-Istat ikollu d-dritt li kif persuna tmut jeħdilha l-organi tagħha jew inkella, jekk persuna tirrifjuta ma tkunx tista' titteħdilha l-organi tagħha.", "Barra minn Malta jeżistu databases ta' dawk in-nies li jridu jħallu l-organi tagħhom.", "Illum għandna wkoll id-donor cards li minkejja li juru x-xewqa ta' dak li jkun li jħalli l-organi tiegħu m'għandhomx forza legali.", "U allura naħseb li dan is-suġġett tal-organ donation għandna niddiskutuh ukoll.", "Fl-aħħar nixtieq li nagħmlu wkoll studju u diskussjoni fuq l-abbuż fuq it-tfal.", "Dan l-abbuż huwa xi ħaġa komuni.", "Bażikament għandek l-abbuż fiżiku, l-abbuż psikoloġiku u n-negliġenza.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Nixtieq l-ewwelnett nagħti merħba lil kulħadd għax milli qed nara kollha ġodda hawnhekk ħlief jiena.", "Naħseb li dan huwa Kumitat fejn wieħed irid jaħdem mill-qalb għax issa, wara li smajna l-weġgħat tan-nies hemm barra, irridu nieħdu azzjoni ħalli ntejbu l-kondizzjoni tal-ħajja tan-nies.", "Riformi dejjem isiru imma minn dejjem xtaqt li dan il-Parlament jara li tittieħed azzjoni fuq dawn ir-riformi biex verament naraw li qed jitwettqu.", "Ma nixtieqx li dan ikun kumitat fejn ngħidu ħafna imma nwettqu ftit.", "Jien irrid li nkunu dak il-kumitat fejn ikollna aġenda bil-prijoritajiet tal-ħidma tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li tweġġagħni u li nixtieq li ssir xi ħaġa fuqha hija l-pensjoni ta' min ikun qed idur bil-ġenituri tiegħu.", "Din il-pensjoni hija verament waħda miżera u tlaħħaq ftit aktar minn €400!", "Jien nixtieq li ssir riforma fiha biex verament dawn in-nies jgħixu b'dinjità.", "Irridu nistudjaw u nwasslu lill-Ministru studju dwar kif tista' sseħħ din ir-riforma għax ma jistax ikun li jkollok numru ta' nies - anke jekk dawn qegħdin fil-minoranza – li minħabba li qatt ma ħadmu minħabba l-mard tagħhom jew inkella għaliex ikunu qed iduru bil-ġenituri tagħhom, u allura ma jkunux ħallsu l-bolol, jispiċċaw jieħdu pensjoni miżera ta' €400.", "Kif jista' ikun fiż-żmenijiet tal-lum tgħix b'€400?!", "U nixtieq li din il-kwestjoni tkun priorità fil-ħidma tagħna.", "Irrid insemmi wkoll lil dawk li jsiefru minħabba l-mard.", "Din kienet xi ħaġa li l-Partit Laburista tkellem ħafna fuqha fil-programm elettorali tiegħu.", "Kull min isiefer minħabba mard iħalli warajh lill-familja tbati għax ikollu jitlaq mix-xogħol jew ikollu jieħu l-leave kollu u allura rridu nindirizzawha bis-serjetà din l-issue.", "M'għandniex nistrieħu biss fuq dawk l-NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam, fosthom il-Community Chest Fund imma rridu verament ngħinu lil min isiefer minħabba mard u jħalli lill-familja tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu nagħmlu studju u nisimgħu lin-nies li kellhom jgħixu fil-faqar minħabba din is-sitwazzjoni biex naraw kif se nindirizzaw dawn il-problemi.", "Jidhirli li fil-leġiżlatura l-oħra tlesta rapport fuq l-uniformijiet imma għadni m'iniex konvint fuq jekk sarx xi ħaġa fuq l-uniformijiet tal-iskejjel.", "Qed ngħid hekk għax kull meta jgħaddi s-sajf u tkun se tibda s-sena skolastika ħafna jkunu dawk il-ġenituri li ma jkollhomx biex iħallsu għall-uniformi tat-tfal tagħhom.", "Nafu li llum uniformi tal-iskola tiswa flus mhux ħażin u ħadd ma jrid li t-tfal tiegħu jkunu inqas minn ta' ħaddieħor.", "Jien ma naqbilx li dawn il-ġenituri jispiċċaw tallaba għand l-NGOs biex iħallsulhom parti mill-ispejjeż tal-uniformi tat-tfal tagħhom!", "Din mhijiex dinjità għall-ġenituri li jkollhom jispiċċaw imorru f'dik l-iskola biex jaraw jekk hemmx uniformijiet ta' tfal oħra li ħallewhom hemmhekk biex jeħduhom tfal oħra.", "Ma naħsibx li fis-sena 2013 nistgħu nippermettu dawn l-affarijiet u allura rridu naraw li jkun hemm diskussjoni man-nies fl-Edukazzjoni għax f'dawn l-aħħar snin l-uniformijiet kienu jinbidlu bla ebda pjan ta' xejn.", "U allura dak ir-rapport irridu nanalizzawh ħalli naraw jekk sarx xi ħaġa.", "Għalhekk fil-bidu għedt li aħna qegħdin f'kumitat fejn irridu naraw li verament issir xi ħaġa u li n-nies hemm barra jħossu li dan il-ħin li nqattgħu hawnhekk verament qed nużawh biex nagħtuhom dak li jixirqilhom.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani u li nixtieq nindirizzawha hija fuq dawk il-persuni li jkunu morda bid-dipressjoni u ma jistgħux jaħdmu.", "Dawn in-nies ma jkunux qegħdin iħallsu l-bolol u mbagħad meta jidhru quddiem il-bord jgħidulhom li ma jistgħux jieħdu ċerti benefiċċji.", "Hemm min - u qed jabbuża meta jagħmel hekk – qiegħed jaqleb l-ID card fuq ħaddieħor biex taparsi mhux qed jgħix mal-ġenituri tiegħu!", "Min ma jistax jagħmel hekk għax jgħix mal-ġenituri tiegħu u l-post ma jkunx tagħhom, il-liġi tippermettilu li jekk jaqleb l-ID card tiegħu… Issa aħna mhux qed ngħidu li għandna nagħmlu dan l-abbuż imma rridu naraw kif nilqgħu għal dawn l-isfidi.", "Ma jistax inħallu lil dak li jkun ikollu jaqleb l-ID card tiegħu għax imbagħad jekk jiġu neqsin il-ġenituri tiegħu jispiċċa bla dar!", "Jekk jirnexxilna nindirizzaw dawn l-affarijiet f'dawn il-ħames snin li ġejjin inkunu għamilna xi ħaġa ta' ġid żgur u naħseb li l-monument inkunu għamilnih f'ħajjitna mhux meta nispiċċaw minn hawnhekk.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa kif diġa' għedt fil-bidu għandna magħna l-Ministru tal-Affarijiet Soċjali u l-Familja, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca sabiex tkellimna ftit fuq l-andament tal-Gvern fuq dan il-qasam u b'hekk ma nispiċċawx naħbtu f'xulxin, anzi rridu naraw li ngħinu lil xulxin fil-ħidma tagħna.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Familja): Tassew qiegħda nieħu gost nara daqshekk Membri Parlamentari ġodda quddiemi u li huma wkoll nisa.", "Mhux għax mhux qiegħda nieħu gost bl-irġiel imma dan il-kambjament f'dan il-Parlament, biż-żieda tan-nisa fih, jagħtini ħafna balzmu f'qalbi.", "Għalkemm xorta l-ammont ta' nisa li għandna fil-Parlament għadu mhuwiex biżżejjed, wieħed jittama li l-ġenerazzjonijiet futuri tagħna jkunu ferm aktar qawwija f'din il-biċċa.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lilek Onor. Schembri tal-isedina li għamiltli u issa se naqsam magħkom ftit mill-ħsebijiet ta' dan il-Gvern u b'hekk forsi nistimola xi ftit din id-diskussjoni li qiegħda ssir f'dan il-Kumitat f'dan il-perjodu inizjali fejn wieħed qiegħed jagħmel brain storming session.", "L-ewwel nett id-direzzjoni ta' dan il-Gvern hija dik li nħarsu lejn dak li għandu x'jaqsam mal-familja u s-solidarjetà soċjali b'mod integrat u mhux mod spezzettat jew inkella b'piecemeal approach or management by crisis.", "L-element tal-prevenzjoni hija fattur.", "Dan huwa l-Ministeru li jiġbor fih il-grupp kollu tal-issues li għandhom x'jaqsmu mas-solidarjetà soċjali u l-familja within Government.", "X'irrid ngħid biha din?", "Ħalli nieħu eżempju prattiku.", "Pereżempju, xi ħadd jiġi biex japplika għas-social housing.", "Illum meta nħarsu lejn l-applikazzjoni ta' xi ħadd naraw jekk it-tali huwiex eliġibbli according to his financial assets or means u nieqfu hemm.", "Qatt ma nistaqsu għalfejn dan ġie għas-social housing.", "Xi ħadd jiddeċiedi li jersaq 'il quddiem biex issir solidarjetà soċjali miegħu - għaliex fl-aħħar mill-aħħar is-social housing hekk tfisser - għaliex ma jkunx jista' jagħmel l-affarijiet on his own steam.", "U allura hemmhekk irridu nibdew nindagaw.", "Waħda mill-affarijiet li żgur se nkunu qegħdin nagħmlu fir-riformi - li aktar tard se nkunu qegħdin inħabbru - għall-Awtorità tad-Djar se tkun dik li nagħmlu social impact assessment.", "Ir-raġuni hi li ma nistgħux naffordjaw li jkollna opportunitajiet fejn nistgħu nindagaw x'jistgħu jkunu dawk id-diffikultajiet soċjali li n-nies qed jiltaqgħu magħhom mingħajr ma nindirizzawhom jew agħar minn hekk ma nagħtux kashom.", "Mir-riċerki u mill-istudji kollha li jsiru nafu li meta għandek diffikultà soċjali waħda u inti tinjoraha, din tista' timmultiplika ruħha.", "Ħalli nieħdu ċerti eżempji.", "L-ewwel deċiżjoni ta' malajr li kelli nieħu kienet fuq każ ta' single mother li kienet qiegħda torqod ġo bus shelter b'tarbija ta' madwar sentejn!", "Din l-istorja kienet ilha għaddejja għaliex it-tarbija ma kenitx żgħira.", "Il-background ta' din it-tfajla kien li din għexet fl-out of home care, jiġifieri fl-istituti, u spiċċat inqabdet tqila mingħajr sapport ta' xejn.", "Din ħarġet mill-istitut bla xogħol, bla shelter u bilfors li ma segwejnihiex biex spiċċat torqod ġo bus shelter!", "U allura b'mod immedjat ġbarniha mit-triq u tajniha shelter.", "Imma dan mhuwiex biżżejjed u żgur li rridu naħdmu ħafna iktar.", "Ma nistgħux nistrieħu u nkunu kuntenti li lil din it-tfajla tajniha saqaf fuq rasha u fuq ras it-tarbija tagħha.", "Hemm bżonn li nindagaw aktar.", "Din it-tfajla żgur li għandha bżonn ta' ħafna iktar sapport u żgur li għandha bżonn tieħu l-iskills meħtieġa ħalli għada pitgħada ma tinqabadx fin-nassa tal-welfare, tal-benefiċċji u sussegwentement fin-nassa tal-faqar għax imbagħad bintha, ir-role model tagħha se jkun ta' xi ħadd li joqgħod jistenna li jassallu ċ-ċekk tal-benefiċċju d-dar.", "Jekk aħna ma nintervjenux fil-pront, hekk kif insiru nafu bil-problema se nfallu.", "L-early intervention f'dan is-settur huwa importanti ħafna.", "Teżisti skema għall-anzjani biex nirranġawlhom id-dar tagħhom u teżisti skema oħra biex nirranġaw u nadattaw id-djar għall-persuni b'diżabilità.", "Aħna ma nistgħux inħallu lil dawn in-nies idumu sena jew aktar biex nagħmlulhom l-aġġustamenti li jkollhom bżonn.", "Mela jkollok anzjan jew anzjana b'amputation jew inkella bi stroke u allura jkollha ċertu problemi ta' mobilità u din trid iddum sena jew aktar biex isirulha l-modifications li għandha bżonn.", "Dak huwa tard wisq għax iċ-chances huma li jekk din il-persuna tkun ħadet it-terapija ġol-isptar tar-rijabilitazzjoni tagħna, u allura nkunu erġajna investejna għal darb'oħra f'saħħitha u tmur lura d-dar mingħajr l-adaptations li hemm bżonn, dak l-investiment se jkun intilef.", "Imma agħar minn hekk imbagħad, iktar u iktar se jkun iċ-ċans li dik il-persuna tibda tħossha mhijiex flokha u tispiċċa fi żmien qasir titlob sabiex tidħol f'long term care.", "Mela aħna rridu nsibu s-sistema kif permezz ta' multi-disciplinary teams nilħqu nassessjaw dak kollu li hemm bżonn fil-ħin ħalli dik il-persuna tibda tadatta ruħha u jekk jista' jkun, meta toħroġ mill-isptar u tmur ġo darha, issib dak kollu li għandha bżonn.", "Hemmhekk irridu nkunu effiċjenti billi l-interventi li rridu nagħmlu, nagħmluhom fil-pront.", "Dan jiswa l-ewwelnett għall-kwalità tal-ħajja tan-nies għax fl-aħħar mill-aħħar aħna noffru s-solidarjetà soċjali proprju biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli - ovvjament min għandu l-mezzi ħafna drabi se jsib it-triq tiegħu – u għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-investiment li t-taxpayer Malti u Għawdxi jagħmel irridu nagħtuh il-valur ta' flusu billi nassiguraw li jkollna investiment li jkun qed irendi.", "Jekk aħna se ntawwlu biex lil dak l-anzjan jew lil dik l-anzjana ndumu ma nagħtuha l-adaptations li għandha bżonn ġod-dar tagħha, u allura din se tibda tħares lejn il-long term care bħala s-soluzzjoni għall-kumplament ta' ħajjitha, se jkun qed ifisser li l-outlay tal-expenditure tagħna trid tkompli tikber, speċjalment jekk imbagħad tispiċċa f'St Vincent de Paule fejn sodda tiswa €85 kuljum!", "Anke jekk tmur ġo home oħra għandek spiża ta' €45 kuljum.", "Għalhekk għandna bżonn ta' policies li jkunu integrati u għalhekk ukoll li jagħmel ħafna sens li dan il-Ministeru, minkejja li jiġbor fih ħafna gwaj, ikun b'xi mod flimkien għax b'hekk tiffaċilità ċerti affarijiet.", "Jien fil-mument ngħid li għandna kriżi fost it-tfal.", "Il-fatt li kibru b'dawn l-ammonti t-tfal fl-out of home care, jiġifieri bejn istituti u foster care, juri li għandna kriżi bis-serjetà and we need to intervene.", "Aktar ma ntawwlu aktar se jkollna diffikultajiet.", "Fejn jidħlu t-tfal qiegħda ninkwieta ħafna.", "Meta mmur fl-istituti jgħiduli li l-ewwel raw in-nannu u mbagħad lit-tifel tiegħu u issa qed jaraw lin-neputi!", "Jekk m'aħniex se nieħdu azzjoni fil-pront se naraw ir-raba' ġenerazzjoni!", "Issa x'se jiġri?", "Irridu naħdmu żgur id f'id mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, mal-Appoġġ u man-nies kollha li hemm bżonn sabiex nagħtu s-sapport li hemm bżonn.", "U dan mhuwiex biżżejjed, m'għandniex inserrħu qalbna li ddaħħal tifel b'care order ġewwa home.", "Lili l-kelma \"istitut\" iddejjaqni ħafna imma spiċċajt ngħidha għax jisbieħu u nagħmlu l-embellishments kollha li nistgħu nagħmlu f'dawn il-postijiet.… Issa hawnhekk irrid ngħid li fejn mort bqajt impressjonajtha bil-passi ta' ġgant 'il quddiem li għamlu u rrid ngħid grazzi lill-għaqdiet tal-Knisja kollha għax fl-aħħar mill-aħħar most of the homes għadhom f'idejn il-Knisja.", "Madankollu dawn xorta waħda jibqgħu istituti.", "Jagħtu kemm jagħtu xorta jibqgħu mhumiex l-ambjent ideali fejn suppost jitrabbew it-tfal.", "Mhuwiex biżżejjed u allura nserrħu rasna għax issa t-tfal m'għadhomx ma' min kien qed jabbużahom jew mal-perpetrators għax issa qegħdin ġo home u allura qegħdin safe.", "Aħna rridu naraw li l-care plan tagħhom qiegħed in place u għandna r-riżorsi, eċċ. Irridu bilfors nagħmlu paripassu ma' dak li qed jiġri ġewwa l-iskola.", "THE CHAIRPERSON: Ministru kif jista' ikun ta' għajnuna dan il-Kumitat?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Se nasal għaliha.", "L-approach tagħna trid tkun waħda integrata ħalli meta dawn it-tfal isiru tfajliet u ġuvintur ma jiġrilhomx bħal din it-tfajla li spiċċat bla xogħol, bla saqaf fuq rasha u forsi anke b'emotional turbulance u mal-ewwel persuna li ltaqgħet magħha.… Irridu wkoll li wara li jkunu ġew tal-età naħsbu x'tip ta' care plan se nagħmlulhom biex jintegraw tassew fis-soċjetà.", "U hemmhekk jidħlu ħafna affarijiet.", "Hemm bżonn ta' policy soċjali li tkun integrata.", "Qegħdin naħdmu fuq l-istrateġija tal-faqar u m'hemmx dubju li se joħorġu ħafna u ħafna affarijiet.", "L-Onor.", "Parnis hawnhekk semma' diversi issues li jekk inħarsu lejhom – dawn jagħmel sens li jkunu diskussi fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali – naraw li dawn jaqgħu taħt is-social security jew inkella taħt il-benefits, jaqgħu taħt is-saħħa, taħt il-konsumaturi, jiġifieri jekk aħna nittekkiljaw l-affarijiet b'mod integrat iċ-chances tagħna jkunu ferm aħjar.", "Aħna qegħdin nipprovaw nibnu u nsaħħu l-istrutturi diġa' eżistenti u li rendew ma' strutturi oħra ġodda biex jikkumplimentaw magħhom.", "Jien se nibda mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja, li kienet twaqqfet taħt l-amministrazzjoni preċedenti, numru ta' snin ilu, u li din kienet maħsuba sabiex tkun kummissjoni konsultattiva.", "Aħna nixtiequ li din il-kummissjoni tkun iktar msaħħa billi tkun aktar appoġġjata.", "Irriduha tkun kummissjoni konsultattiva imma rriduha tagħmel ukoll policy recommendations.", "Irridu li l-irwol tagħha jitwessa' aktar billi tkun entità li tevalwa u tagħmel ir-reviews tal-policies li hemm bżonn.", "Ma nistgħux nistrieħu meta nintroduċu policy u nieqfu hemm imma rridu nibqgħu naġġornaw u nagħmlu l-appraisals u r-reviews li hemm bżonn.", "Dan għaliex ir-realtajiet tal-ħajja dejjem jinbidlu u forsi llum qegħdin fi żmien fejn ir-realtajiet jinbidlu b'mod kontinwu.", "Ma' din il-kummissjoni konsultattiva nixtiequ ninvolvu ħafna u mill-qrib lid-Dipartiment tal-Istudji għall-Familja ġewwa l-Università, liema dipartiment qed jagħmel xogħol kbir u siewi fl-Università bir-riċerka u l-istudju.", "L-istudju u r-riċerka li ssir hemmhekk tista' tkun ta' użu akbar għax il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja tista' iddur lejn id-Dipartiment għall-Istudji għall-Familja u tgħidlu li għandha din l-issue partikolari li tixtiequ jagħmlu r-riċerka xjentifika fuqha.", "Hemm ukoll il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista li jitwaqqaf forum nazzjonali għall-familja, fejn din il-wegħda elettorali titkellem dwar dak il-perjodu fejn dan il-pajjiż iddiskuta profondament il-bżonnijiet u l-ħteġijiet tal-familja meta konna qegħdin fir-run up tar-referendum fuq id-divorzju.", "Issa ma nixtiequx li dak kollu li ntqal jintilef b'xi mod imma rridu li dik il-konsultazzjoni kważi pubblika li Malta kollha kienet qed titkellem minn aspett jew ieħor tal-bżonnijiet tal-familja, jibqa' ħaj.", "U allura hemmhekk se jkollna livell ta' konsultazzjoni kontinwa mal-esperti tal-ħajja, li huma proprju l-familja.", "Naturalment dan jiffidja lill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja, liema Kummissjoni tista' titlob lil dan il-forum fejn titolbu jaraw x'qed jiġri fuq it-tali issue.", "Mela fuq naħa għandna r-riċerka u l-istudju xjentifiku u min-naħa l-oħra għandna l-esperti tal-ħajja, in-nies li għandhom idejhom fuq il-polz tal-familji li qed jiddiskutu u jtellgħu 'l fuq għand il-Kummissjoni Nazzjonali Familja.", "Imbagħad hawnhekk għandna l-istruttura parlamentari u importanti ħafna tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali kif ukoll il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet tal-Familja.", "Aħna nixtiequ naħdmu mill-qrib ħafna tiegħu għaliex dan il-kumitat importanti għandu l-fakultà kbira li jġib hawnhekk lil min jaħseb li jista' jagħtina kontribut għas-soċjetà ċivili.", "U allura nixtiequ li jkun hemm mumenti fejn il-Kummissjoni Nazzjonali Familja taqsam magħkom l-aġenda tagħha, u intom titolbu biex dan il-Kumitat jagħmel ukoll il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili.", "B'dan il-mod inkomplu niddemokratizzaw il-mod ta' kif inkunu qegħdin naħdmu ħalli ninvolvu kemm jista' jkun lil kulħadd.", "Se jkun hemm mumenti fejn nitolbu li ssir diskussjoni fl-MCESD fuq dawn l-issues u l-policies li se jkunu qegħdin jiġu rakkmandati.", "Dan se nagħmluh għaliex nemmnu li we need that everybody in this country owns dak li nkunu qegħdin nagħmlu fil-qasam soċjali.", "Ħafna drabi l-issues ekonomiċi u finanzjarji jieħdu ħafna headlines u ssir ħafna diskussjoni fuqhom u l-poplu jifhem ħafna fejn imiss il-but imma mbagħad, fejn jidħlu issues soċjali ħafna drabi li jiġri hu li jkollok każ li jaqbad il-headlines tal-gazzetti, nagħmlu erbat ijiem sensazzjoni, issir ftit diskussjoni u wara ftit jerġa' jintesa kollox.", "Imma l-qasam soċjali huwa l-qasam li jagħti l-kwalità tal-ħajja lin-nies u jkabbar ukoll l-ekonomija tal-pajjiż għax jekk in-nies ikunu mexjin 'il quddiem ikun ifisser li we are empowering them u allura ħa jkunu produttivi u mhux se jkunu iktar ta' piż fuq il-pajjiż minħabba li joqogħdu jistrieħu fuq il-benefiċċji, allura hemmhekk ukoll għandek dak l-element ta' input dirett fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan huwa l-outline ta' kif se nkunu qegħdin naħdmu fil-kuntest tal-familja.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għandna l-issue tat-tfal li wkoll huwa importanti ħafna.", "Hawnhekk qegħdin ukoll naħsbu biex niżviluppaw struttra li tkun iktar b'saħħitha minn dak li għandna llum.", "U fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru t-twaqqif ta' National Commission for Child Strategy and Policy li se tkun qiegħda tiżviluppa l-istrateġija u l-politika fir-rigward tat-tfal.", "Għandna l-impenn elettorali li niżviluppaw leġiżlazzjoni favur it-tfal, jiġifieri ċ-Childrens' Act, iċ-Childrens' Charter u l-policies l-oħra kollha li hemm bżonn.", "Imbagħad għandna regolatur li naħseb li l-amminstrazzjoni preċedenti xtaqitu li jkun regolatur imma li sal-lum lanqas għandu framework legali.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għad-Dipartiment tal-Welfare Standards fejn nixtiequ li jkollna regolatur b'saħħtu ħalli niżviluppaw l-istandards li hemm bżonn u nassiguraw li dawk l-istandards kollha ta' welfare jkunu implimentati.", "U f'dan il-każ ukoll japplika bl-iktar mod dirett fejn jidħlu t-tfal.", "Is-service provider tagħna f'dan il-qasam u fil-qasam tal-familja hija l-Appoġġ, fejn hemmhekk ukoll qed naħsbu fuq riformi ħalli nkunu nistgħu nsaħħu is-servizzi li nkunu qegħdin nagħtu.", "Aħna rridu li dawn is-servizzi jkunu skrutinizzati u evalwati minn żmien għal żmien u mhux nistrieħu dejjem meta nagħmlu xi ħaġa u nħalluha għaddejja għat-tul biex imbagħad, wara perijodu ta' żmien, nindunaw li m'għadhiex taħdem.", "Aħna rridu li nkunu nistgħu nindirizzaw l-affarijiet fil-pront.", "Hemm ukoll il-Kummissarju għat-Tfal li huwa istitut importanti ħafna u li rridu nsaħħuh.", "Hemm idea interessanti li qed niżviluppawha u nixtiequ nagħmluha ħalli jkun hemm sehem iktar dirett tat-tfal fil-ħatra ta' dan il-Kummissarju.", "Jekk Alla jrid inkunu nistgħu nitkellmu aktar dwarha.", "Imma dak kollu li qed idur mat-tfal irridu naraw li nagħtuhom vuċi u viżibilità.", "Dawn huma l-istrutturi li fl-aħħar mill-aħħar irriduhom li jagħtu vuċi u viżibilità mill-iktar qawwija lit-tfal.", "Mela fuq naħa għandek id-dipartiment tal-istudji għall-familja bir-riċerka li jagħmel, fuq in-naħa l-oħra nerġgħu nitolbu l-għajnuna tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali biex tkunu ta' appoġġ għal din il-Kummissjoni importanti, fejn imbagħad, wara li jiġi sorted dak kollu li jrid jidħol fiha, kemm mill-esperjenzi prattiċi u kemm mill-konsultazzjonijiet li jsiru f'dan il-livell, inkunu nistgħu nitilqu mir-research base approach sabiex nassiguraw li l-miri tagħna nilħquhom.", "Bejn wieħed u ieħor dak kollu li xtaqt ngħid.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Ministru talli sabet il-ħin li tiġi hawnhekk u tesprimi x-xewqat tagħha.", "Wara kollox, kif għedt tajjeb inti, Onor. Schembri, huwa importanti li x-xogħol li nagħmlu aħna jkun in line ma' dak li għandu f'moħħu l-Gvern.", "Ħafna mill-punti li semmejt inċidentalment semmejnihom ukoll fl-introduzzjoni tagħna.", "At the outset dan diġa' juri li anke aħna l-Membri ta' dan il-Kumitat qegħdin naraw l-istess linji li qed jara l-Gvern.", "Min-naħa tagħha naħseb li l-Ministru spjegat it-tlett oqsma li tixtieq li aħna nikkonsolidaw fuqhom.", "U naħseb li għandna mill-ewwel naqbdu u naħdmu fuqhom.", "Ħadt pjaċir ħafna wkoll li semmiet il-kummissjonijiet u n-nies li tixtieq li aħna ninvolvu fid-diskussjonijiet tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Biex ngħid il-verità dejjem impressjonani l-fatt li xi kultant ikollna liġijiet li jidhru sbieħ u li meta tarahom bil-miktub ma ssib xejn ħażin fihom.", "Imma mbagħad, bħala avukat tal-familja, jiġu għandi n-nies biex ikellmuni u nibda nirrealizza kemm dawn il-liġijiet ma jaħdmux kif suppost.", "Ovvjament kull kummissjoni, kull għaqda, kull bord, kull aġenzija tal-Gvern hija magħmula min-nies.", "U ssib lil min forsi qed jistenna xi ħaġa differenti minn dak li qed isib imma dan ma jfissirx li l-istruttura mhijiex tajba imma għax ċerti persuni forsi ma jkunux l-aktar nies addattati jew ma jkollhomx l-aktar policy tajba.", "Nistqarr li waħda mill-iktar affarijiet li naħbat magħha u li nisma' in-nies igergru fuqha - għalkemm isir xogħol siewi – hija l-Aġenzija Appoġġ.", "Hemm min iħoss li din l-aġenzija mhux qiegħda timxi kif wieħed jixtieq jew kif wieħed jistenna.", "Għalkemm isir ħafna xogħol minn din l-aġenzija, xi kultant ikun hemm ukoll bżonn ta' bidla fl-attitudni u fid-direzzjoni ta' kif isiru ċerti affarijiet.", "Napprezza d-diffikultà tal-Ministeru tiegħek Onor. Coleiro għaliex nifhem li inti se tkun qiegħda tara ż-żewġ lati.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li togħġobni f'kumitat bħal dan hija l-abilità li nisimgħu lin-nies bil-veritajiet tagħhom.", "Xi kultant jgħiduli li dawn ikunu qed jitkellmu mill-perspettiva tagħhom.", "Veru għax fuq kollox kulħadd jara l-affarijiet mil-lenti tiegħu!", "Issa jekk aħna naraw biss l-affarijiet mil-lenti tal-aġenzija jew tal-kummissjoni, naħseb li nkunu wisq one sided!", "Fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern qiegħed hemm għas-servizz tal-poplu u rridu naraw jekk dak il-poplu huwiex qed jieħu s-servizz li għandu bżonn.", "Qabel kont qed ngħid li għandna kumitat varjat anke fil-professjonijiet.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg semmiet li lkoll kemm aħna ġejjin min-naħat differenti ta' Malta u dan huwa wkoll importanti.", "Meta nkunu qegħdin nagħtu l-input tagħna nkunu qegħdin inġibu esperjenzi differenti.", "Min-naħa tiegħi nixtieq li n-nies isiru jafu aktar b'dan il-kumitat u li jersqu aktar lejna.", "Jekk ikollhom xi ħaġa x'jgħidulna nħoss li n-nies għandhom ikunu jafu li aħna disponibbli biex nisimgħuhom jew inkella jistgħu wkoll jiktbulna.", "Naħseb li nistgħu ngħinu lil xulxin b'dan il-mod.", "Nixtieq ninformak b'xi suġġetti li qamu fil-bidu tad-diskussjoni tal-lum, fejn fost l-oħrajn issemmew il-fostering, li flimkien mal-care orders naħsbu li għandha tkun fuq quddiem nett tal-aġenda tagħna.", "L-Onor.", "Cutajar semma' kif ċerti inizjattivi għandhom jaslu għand il-poplu permezz tal-kunsilli lokali.", "Naħseb li dan huwa l-forum addatat fejn nistgħu naraw il-ħajja soċjali tan-nies tagħna u jekk nistgħux ngħinuha anke permezz tal-kunsilli lokali.", "Intqal ukoll li forsi jkun hemm policies li jkunu iktar miftuħin b'firxa wiesgħa.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa interessanti wkoll.", "Ovvjament issemmew il-persuni b'diżabilità u kif nistgħu nagħmlu iktar użu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea biex dawn l-areas ngħinuhom ukoll b'dan il-mod.", "L-Onor.", "Marthese Portelli se tkun l-ispokesperson fuq dan il-qasam.", "Kien hawn ukoll diskussjoni fuq l-organ donation li wkoll kienet fil-programm elettorali u li għalija nsibha partikolarment ta' interess u li għandna bżonnha.", "Jien inħoss li fil-bioteknoloġija għamilna ftit passi żgħar 'il quddiem għaliex qegħdin niddiskutu affarijiet relatati ma' dan is-suġġett; suġġett li sa ftit snin ilu ma kienx jeżisti.", "Niftakar li l-ewwel darba li dħalt f'dan il-Parlament kien proprju biex nindirizza dan il-Kumitat rigward is-surrogate motherhood meta kienu qegħdin jitkellmu fuq il-bioteknoloġija.", "U naħseb li dik kienet waħda mill-iktar konsultazzjonijiet wiesgħa, profondi u li hemm annotamenti tagħha f'dan il-Parlament.", "Kienet xi ħaġa tajba ħafna u naħseb li lejn dik id-direzzjoni irridu nimxu.", "Min-naħa tiegħi nħoss li din l-integrated policy li tkellimt fuqha inti Ministru, hija waħda mill-iktar affarijiet bżonnjużi għax xi kultant, nies differenti jkunu qed jagħtu l-almu tagħhom u jkunu qegħdin jaħdmu imma ma jkunux qegħdin jiġbdu ħabel wieħed u allura l-forzi tagħhom jkunu mdgħajfa.", "Naħseb li hija idea tajba ħafna li naħdmu b'dan il-mod.", "Nirringrazzjak ħafna talli sibt il-ħin biex tiġi tkellimna f'dan il-Kumitat.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Naf li l-Ministru Coleiro Preca għandha għal qalbha l-qasam soċjali u naf x'biċċa xogħol għandha bil-housing għax dan il-qasam joffri sfida kbira.", "Jiena naħseb li xi kultant noħolqu burokraziji żejda u nixtieq li iktar milli noqogħdu niddiskutuha bħala Kumitat, għandna naqbdu u nieħdu azzjoni mill-ewwel fuqha.", "L-Awtorità tad-Djar għandha skemi li bihom nagħtu sussidju lil dawk li għandhom id-djar u jixtiequ jikruhom.", "Li qed jiġri hu li qed imorru l-inspectors tal-Housing jiċċekkjaw id-djar u għax isibu li dik id-dar m'għandhiex pereżempju tieqa jgħidulha li ma jistgħux jagħtuha sussidju.", "Li kieku f'dan il-pajjiż qegħdin nixxalaw għax il-Gvern għandu d-djar vojta allura nistgħu noqogħdu nilagħbu b'dan il-mod.", "Naf li din il-kwestjoni qiegħda tiġri ħafna u dan l-aħħar qegħdin imorru jiċċekkjawlhom l-affarijiet u jaqtgħulhom is-sussidju.", "Nifhem li l-Ministru ma tistax tkun taf b'dak kollu li jkun qed jiġri u rridu nkunu aħna li nwasslulha dawn l-ilmenti.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li wieħed jara ftit din il-biċċa u forsi l-inspectors ma jkunux daqshekk ħorox għax dawn qegħdin jaqtgħulhom is-sussidju.", "Kien hemm lil min ġiegħltu jiktiblek ittra dettaljata - dan jaħdem fil-Housing - għax ġibidli l-attenzjoni fuq dawn l-affarijiet.", "Nixtieq Ministru li tiċċekkja ftit din il-problema għax anke għall-istess dipartiment ma naħsibx li għandu wisq fejn jixxala bħala Housing u allura ejjew ma nipprovawx inkabbru din il-pjaga tal-Housing.", "Nitolbok biex tieħu azzjoni fuqha.", "Nirringrazzjak.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Fir-rigward tal-Awtorità tad-Djar qegħdin nagħmlu r-review tal-policies kollha tagħha għax hemm ċerti policies li bilfors iridu jiġu indirizzati.", "Pereżempju, jumejn ilu ġie quddiemi każ ta' - tkun tista' tiġi in touch with reality meta tiġi wiċċ imb'wiċċ mas-sitwazzjoni - raġel separat u li dan imantni lit-tfal tiegħu u spiċċa prattikament fqir.", "Dan mar il-housing soċjali u qalulu li mhuwiex eliġibbli għax ġie assessed fuq dak li jaqla' finanzjarjament.", "Dan baqa' jinsisti li qiegħed f'qagħda fejn m'għandux biex iħallas il-kera u lanqas għandu biex jiekol.", "Jien tlabt biex nara ftit l-affarijiet u dan kien fil-frame ta' kif isir normalment ix-xogħol għax meta tevalwa biss kemm jaqla' se tgħid li dan għaddej komdu imma fil-verità, wara li jagħti l-manteniment ta' tlett itfal jifdallu biss mat-€300 fix-xahar!", "Biex inkunu onesti anke jekk wieħed jgħid li se nagħtuh unit ta' social housing, xorta waħda se jibqa' bil-problema ta' kif se jiekol għax bi €300 fix-xahar, wara li tħallas is-servizzi tad-dawl u l-ilma, tħallas il-kera u xi spejjeż oħra, se tkun problema kbira biex jifdallu xi ħaġa biex jiekol.", "Ma nistgħux nibqgħu navviċinaw l-affarijiet b'ċertu mod imma rridu nħarsu mhux biss lejn id-dħul ta' dak li jkun imma rridu nħarsu wkoll lejn il-piżijiet u lejn is-sitwazzjonijiet li kien qed isemmi l-Onor.", "Pereżempju, hemm regola li jekk inti għandek dar li tiswa iktar minn €100,000, allura l-Housing Authority ma tgħinekx biex tirranġaha.", "Meta ngħidu tirranġaha qed nirriferu għall-affarijiet bażiċi għax l-awtorità ma tidħolx biex tirranġalek kollox.", "Fost l-affarijiet mill-aktar bażiċi huma jekk għandek kamra tal-banju li mhijiex taħdem jew inkella jekk għandek xi saqaf li qed jagħmel l-ilma.", "Issa meta forsi nbniet dik id-dar x'aktarx li kien hemm nies li kienu produttivi u li kienu qegħdin jaqilgħuha sew.", "Apparti minn hekk jekk illum din id-dar tiswa €100,000, dak iż-żmien żgur li ma kenitx tiswa daqshekk.", "Jekk issa għandek koppja anzjana li qed jgħixu b'pensjoni medja, inutli tgħidilhom li għandhom dar li tiswa €100,000 jekk dawn imbagħad m'għandhomx il-mezzi biex iduruha.", "Allura x'se nagħmlu?", "Se nħalluha taqa' fuqhom dik id-dar għax dawn m'għandhomx il-mezzi biex iduruha?", "Irid ikollna iktar focus fuq kull każ u għalhekk irid ikollna social assessments tal-affarijiet għax jekk se timxi bir-riga se taqta' ħafna nies 'il barra u kif taqta' lil dawk in-nies 'il barra se jkollok ħafna minnhom li se jaqgħu 'l isfel.", "Din hija r-raġuni.", "THE CHAIRPERSON: Normalment jiġrilhom ħafna hekk dawk in-nisa - għalkemm tista' tkun bil-kontra wkoll - li jkunu għaddejjin minn separazzjoni, fejn ir-raġel tagħhom ikun qed jaqla' paga tajba jew ikollhom dar tajba, u minħabba l-abbuż li jkun għaddej il-mara tiddeċiedi li għandha toħroġ minn dik id-dar.", "U d-dar ma tkunx ingħatat lill-mara u allura ma tkunx tista' toqgħod fiha.", "B'hekk tispiċċa ma jkollhiex biex tgħix.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Ministru xtaqtek tispjegali ftit - ħalli bħala frame of mind nifhmu aħjar – dwar is-social impact assessment li se tkun qiegħda twettaq il-Housing Authority.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Mhux impact assessment imma social assessment.", "MARTHESE PORTELLI: Jiġifieri at a high level se jara x'impatt għandu l-effett tan-nuqqas ta' housing jew inkella qegħdin ngħidu li se jkun social assessment on each individual case?", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Forsi ma spjegajtx ruħi tajjeb.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq social assessment irridu nfissru li jien mhux ħadt l-applikazzjoni tiegħek, rajt x'għandek assi u npoġġik f'dak il-frame.", "Irridu naraw b'mod ħolisitku ħalli naraw x'inhi r-raġuni għaliex ġejt għas-social housing.", "Bħal dan ir-raġel li għadni kif semmejt, li ssepara u qed jagħti l-manteniment tat-tfal tiegħu.", "Ejjew ngħidu li se nibqgħu ngħidulu le għas-social housing għax id-dħul tiegħu jeċċedi t-threshold stipulat.", "X'se jiġri?", "Probabilment dan se jiġi f'qagħda li jispiċċa b'xi problema ta' saħħa mentali, jaf jispiċċa bla xogħol u allura ma jkunx jista' ikompli jmantni lill-uliedu.", "Issa dan il-missier qiegħed iġorr il-piż tat-tfal tiegħu.", "Jekk m'aħniex se nqisu dan kollu se nkunu qed nikkastigawh talli qed jagħmel dmiru.", "Issa jekk dan se jieqaf imantni lit-tfal tiegħu probabilment il-mara tiegħu se tagħmillu xi kwerela, jispiċċa l-ħabs u t-tfal tiegħu jispiċċaw bi problema għax missierhom qiegħed il-ħabs u mhux qed jieħdu l-manteniment.", "So this will mushroom up jekk nibqgħu ngħaddsu rasna.", "Dalgħodu fil-5.30 ta' filgħodu rċevejt l-ewwel telefonata mingħand raġel li huwa a single parent li qed irabbi t-tifel tiegħu ta' erba' snin.", "Dan spiċċa homeless u meta, sfortunatament, mar quddiem uffiċjal minn tal-Housing, dan l-uffiċjal qallu biex imur jagħmel rapport l-għassa.", "Dan ir-raġel ċempilli u qalli li hu mhux se jmur jagħmel rapport għand il-pulizija għax jeħdulu t-tifel.", "Dan il-missier qalli li spiċċa f'din is-sitwazzjoni biex irabbi lit-tifel tiegħu li rabbih minn tarbija u allura kellu jitlaq mix-xogħol.", "Allura min se jkun qiegħed jitratta affarijiet bħal dawn irid ikollu ftit taħriġ u l-iskills meħtieġa ħalli nkunu nafu kif nittrattaw każijiet simili.", "Hemm ċerti każijiet li huma very painful, fosthom ta' dan ir-raġel li għamel dan il-pass f'ħajtu u ħa din id-deċiżjoni kbira li jitlaq mix-xogħol biex irabbi lit-tarbija tiegħu.", "Hemm ħafna rġiel - bir-rispett kollu lejn l-irġiel kollha - li jaqbdu u jdawru rashom qisu qatt ma saru missirijiet!", "Allura meta għandna missier li qed ikun missier se nikkastigawh?!", "Xi ħadd bħal dan ir-raġel irridu nkomplu nimmotivawh biex jibqa' missier.", "MARTHESE PORTELLI: Bħalissa l-Housing Authority qiegħda tagħmel...", "Kull m'għandna hija social worker waħda li kienet tintuża b'mod sporadiku.", "Issa jrid ikollna nies professjonali...", "MARTHESE PORTELLI: Nimmaġina li se jkollhom benchmarks li jridu jiġu salvagwardjati.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: B'dan il-mod anke s-sistema tal-punti kif tingħata tkun iktar ġusta.", "Ma ninsewx li dik mhijiex an estate agency imma hija social housing, u dak hu l-iskop tal-awtorità, li tagħti social housing u l-affordability tal-housing.", "Għalhekk every now and then toħroġ għal bejgħ numru ta' units biex dawk il-koppji żgħażagħ u anke koppji oħra li forsi mhumiex daqshekk żgħażagħ, li jixtiequ jsiru sidien ta' darhom imma l-mezzi tagħhom huma xi ftit limitati, tagħtihom dik l-opportunità ukoll.", "Imma essenzjalment dan huwa social housing.", "Hawnhekk qed nitkellmu on a tall order għax għandek waiting list ta' 2,848 u stock hemm mill-inqas.", "Apparti minn hekk hemm piż finanzjarju li għandha fuqha ta' €15-il miljun għas-snin li ġejjin minn skema waħda li, sfortunatament, daħlet għaliha u li mhijiex sostenibbli!", "U probabilment se nispiċċaw għaxar snin oħra b'ammont ta' nies li jkunu ġew mogħtija units u li jkollna nerġgħu inċaqilquhom peress li l-leases li ttieħdu huma leases ta' għaxar snin.", "Dawn il-€15 miljun għal għaxar snin oħra mhux se jibqagħlna ass wieħed minnhom!", "U fuqha din hemm implikazzjonijiet soċjali - mhux biss finanzjarji - għax tfal żgħar li daħlu llum f'komunitajiet għax il-ġenituri tagħhom ġew allokati postijiet, għaxar snin oħra minn issa dawn it-tfal se jkunu addolexenti u probabilment se jkollna naqilgħuhom mill-għeruq tagħhom fil-komunitajiet li jkunu integraw fihom!", "U dan se jkollu mpatt soċjali fuq dawn it-tfal.", "Min-naħa tiegħi dejjem se nkun disposta u se nkun qiegħda nserraħ ħafna fuq dan il-Kumitat.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi Ministru.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Id-diskors li għamlet l-Onor.", "Fil-fatt semmiet ħafna aġenziji, fondazzjonijiet u awtoritajiet li, kważi kważi qiegħed nibda ngħid ġo qalbi kemm għandna x'nagħmlu hawnhekk.", "Waqt li l-Ministru kienet qiegħda titkellem ġie f'moħħi s-suġġett tal-pensjonijiet.", "Il-pensjonijiet huma xi ħaġa li rridu nżommuhom sostenibbli biex ma jkollniex għalfejn ngħollu l-età tal-pensjoni.", "Issa hawnhekk irridu naraw il-mod li bih se nimxu, jekk aħniex se nimxu suġġett suġġett, liema suġġett se nagħżlu, kemm se nagħmlu żmien niddiskutu dak is-suġġett eċċ. It's such a vast field li rridu niftiehmu kif se naħdmu fuq kull suġġett għax hemm ħafna suġġetti x'tagħżel imma ovvjament irridu nagħmlu xi sessjoni biex nagħżlu s-suġġetti li rridu niddiskutu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ma rridx inżomm lill-Ministru hawnhekk imma naħseb li l-punt kardinali huwa li kemm jista' jkun dawn huma issues li qed imissu mal-problemi reali tan-nies u allura ma rridux nipprovaw nippolitiċizzawhom.", "Issa mhux qed ngħid li għamilna hekk ħalli nkun ċar, imma naħseb li għandna nħarsu 'l quddiem fl-aġenda tagħna.", "Fil-fatt dak li kienet qed tgħid il-Ministru, ma kellix iċ-ċifri quddiemi imma toħloqli ftit tad-dubju kemm huma korretti għax ma nistax nifhem kif esperti mqabbda apposta, anke fl-amministrazzjoni preċedenti, se jagħtu dawn it-tip ta' pariri!", "Issa jiena qed ngħid dak li qalet il-Ministru imma hawnhekk – u għandi d-dubji tiegħi – qegħdin ngħidu li dawn l-iskemi prattikament fallew qabel ma bdew!", "Nerġa' ngħid li għandi d-dubji tiegħi kemm hu minnu dan.", "Ma kellix id-dettalji ta' dawn l-iskemi quddiemi biex nara kemm minnhom fil-verità mhux se jrendu imma jekk hu hekk allura ninkwieta.", "U jekk hu verament hekk, allura jeżistu problemi serji imma ma kellniex l-aġenda f'idejna tas-suġġetti li setgħu jitqajmu għad-diskussjoni llum u allura just biex inkunu fair mal-verità tal-fatti jekk huwiex minnu jew le, filwaqt li nirrispetta dak li qalet il-Ministru, ikolli ngħid li għandi ċerti dubji dwar dak li qalet.", "ETTIENNE GRECH: Għal liema skemi kienet qed tirreferi?", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li kienet qed tirreferi għall-iskema tal-kiri, tat-tenure leases.", "ETIENNE GRECH: Mingħand il-privat.", "ROBERT CUTAJAR: Ma nistax nifhem kif skema falliet qabel ma bdiet.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel ħafna miegħek u din kienet xi ħaġa li m'għedthiex fil-bidu għax kważi kważi kont qiegħda neħodha for granted.", "Imma f'dan il-Kumitat sinċerament minix interessata miż-żewġ fazzjonijiet tal-politika għax naħseb li kulħadd, kollha kemm aħna, irrilevanti x'kulur politiku nħaddnu, kollha nħossu li hemm problemi soċjali li mhumiex problemi li neċessarjament inħolqu mill-amministrazzjoni preċedenti jew li l-amministrazzjoni preċedenti ma ħadmitx biżżejjed fuqhom.", "Il-problemi soċjali tant huma vasti li jista' jkun li ma kellekx ħin biżżejjed biex tindirizzahom kollha jew inkella ma kellekx in-nies meħtieġa biex tindirizzahom.", "Jien nixtieq inħares fuq dak li hemm mhux biex ngħid x'ma sarx għax dak ma jinteressanix imma biex nara dak li hemm bħalissa.", "Għalkemm dan il-Gvern għadu fil-bidu tiegħu, aħna bħala Kumitat se nibqgħu għaddejjin u se nkunu qegħdin fi stadju later on fil-leġiżlatura fejn se nkunu qegħdin jew nikkritikaw jew naraw xi problemi hemm bl-affarijiet li jkun għamel dan il-Gvern stess.", "Ma nħossx li f'dan il-Kumitat ma nistgħux nagħmlu hekk għax bħalissa hemm Gvern li qisu ma jistax jintmiss.", "Fil-verità inħoss li dan huwa Kumitat li qiegħed hemm biex jara x'inhuma l-problemi, irrispettivament minn fejn ġejjin, jekk qegħdin hemm dawn iridu jiġu indirizzati.", "Naħseb li b'dak il-mod irridu nimxu hawnhekk.", "Barra minn hekk naħseb li wasalna fi stadju li, għalkemm iddisksutejna, irridu nsibu soluzzjoni ta' x'se nibdew niddiskutu l-ewwel għax naħseb li mhijiex sitwazzjoni fejn ikollok ġurnata fil-Kumitat biex niddiskutu suġġett u mbagħad nitilquh biex nibdew xi ħaġa oħra.", "Irridu nibdew xi ħaġa u nispiċċawha għax inkella se jkollna problema.", "Jista' jkun li t-timeframes li nagħmlu ma jinżammux eżattament għar-raġuni li jista' jkun li waqt li tkun għaddejja d-diskussjoni ma' diversi mistiedna, nirrealizzaw li l-problema hija ikbar jew li għandna bżonn nitkellmu ma' ħaddieħor.", "Jiġifieri ma nixtieqx li tkun kompromessa l-integrità ta' rapport minħabba l-issue taż-żmien.", "Xi ħaġa li kienet togħġobni fil-Kumitat tal-leġiżlaturi l-oħra kienet li pereżempju, ikollok ċertu ammont ta' rapporti fis-sena biex għallinqas tgħid li indirizzajt dawn it-tip ta' problemi.", "Issa jekk ikunux erbgħa f'sena jew tlieta f'sena mhuwiex daqstant importanti imma jien tal-idea li dan il-Kumitat jibda jitlaqqa' darba fil-ġimgħa.", "Naħseb li jista' jkun hemm ukoll drabi fejn - bħalma naf li kien hemm okkażżjonijiet fejn il-Kumitat preċedenti tlaqqa' iktar minn darba – ikollna niltaqgħu aktar minn darba waħda fil-ġimgħa, l-aktar jekk dak li qed jiġi diskuss ikun fadallu ftit ieħor biex nispiċċawh.", "Jiġifieri ma nneħihiex kompletament mill-aġenda tagħna li nagħmlu hekk.", "Imma naħseb li darba fil-ġimgħa huwa the minimum li dan il-Kumitat jista' jiltaqa' meta nafu li għandna suġġett daqshekk vast quddiemna.", "Nissuġġerixxi li għad-darba li ġejja, li se tkun nhar l-Erbgħa li ġejjin, kollha kemm aħna nippreparaw a very short half page fuq l-aktar suġġett li nixtiequ li jiġi diskuss, għalfejn naħsbu li teżisti din il-problema u nkunu wkoll speċifiċi kif sirna nafu fuq din il-problema; jew għax iltqajna magħha personalment jew għax tkellem magħna xi ħadd.", "Imma rridu ninformaw lil xulxin għalfejn qiegħda tinħass din il-ħtieġa daqshekk qawwija li għandna niddiskutuha f'dan il-Kumitat.", "Li nissuġġerixxi wkoll huwa li ma nkunux wiesa' ħafna fir-remits tagħna.", "Nistgħu ngħidu l-problema tal-faqar imma rridu nkunu aktar speċifiċi għax inkella fuq suġġett daqshekk vast nispiċċaw inqattgħu ħames snin niddiskutuh!", "Għalhekk irridu nkunu ftit aktar speċifiċi fis-suġġetti li nsemmu.", "Meta konna qegħdin niddiskutu fil-bidu ta' din il-laqgħa ma kontx għadni tkellimt fuq l-affarijiet li jinkwetaw lili.", "L-affarijiet tal-care orders bħalissa verament qegħdin jinkwetawni, speċjalment dwar il-mod ta' kif qed jittieħdu t-tfal, kif mingħajr lanqas biss jgħidu lill-ġenituri li se jeħdulhom lit-tfal tagħhom, dawn jaqbdu u jieħdu t-tfal mill-iskola!", "Kellna każ madwar ġimagħtejn ilu fejn it-tfal lanqas jafu x'qed jiġri u poġġewhom ma' nies differenti.", "Dawn kienu erbat aħwa lanqas jafu x'ġara għax filli qegħdin l-iskola u filli qegħdin ma' familji differenti.", "L-omm tpoġġiet f'ċella għal ammont ta' sigħat u din hija kollha prassi ħażina min-naħa tal-Aġenzija.", "Ma rridx immaqdar l-Aġenzija u rrid nipprova nifhem l-Aġenzija għax jista' ikun li qed tagħmel hekk b'raġuni li jien ma nistax nifhimha.", "Imma nħoss li l-care orders hemm ħafna xi jsir fuqhom u naħseb li l-priorità tagħna għandha tkun it-tfal.", "Ħaġa oħra li tinkwetani ħafna u li sibtha kemm-il darba hija l-attitudni ta' ċerti pulizija tad-distrett ma' vittmi ta' vjolenza domestika.", "Dawn minflok iħajru lil dak li jkun biex jieħu l-passi neċessarji legali biex din il-vjolenza domestika tiġi indirizzata, jagħmlu bil-kontra u jiskoraġġuhom milli jieħdu dawn il-passi bi skuża jew oħra.", "Issa mhux qed ngħid li kulħadd jagħmel hekk għax ma rridx ninftiehem ħażin, imma peress li jien avukat fil-kamp tal-familja naraha ħafna din il-problema u naħseb li, b'xi mod jew ieħor trid tiġi indirizzata.", "Ġieli tkun problema ta' vjolenza domestika minn Maltin fuq nies Maltin u ġieli minn barranin.", "U nħoss ukoll li meta l-persuni ma jkunux Maltin issir daqsxejn ta' diskriminazzjoni wkoll fuq kif jiġu trattati.", "Il-Kunsill tal-Ewropa bħalissa qed jiddiskuti d-diskriminazzjoni, il-minoranzi eċċ. Jiġifieri ma naħsibx li din hija xi ħaġa partikolari għal Malta imma naħseb li għandna nindirizzawha wkoll.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ħalli nerġa' immur lura għal dak li għidt inti vis-à-vis dak li qalet il-Ministru.", "Donni fhimt li l-Ministru diġa' għandha l-aġenda ssettjata dwar il-passi 'l quddiem li trid tieħu.", "U fost l-affarijiet li tkellmet dwarhom semmiet ir-riforma tal-Housing u l-istrateġija tal-faqar.", "Issa hawnhekk xtaqt nagħmel suġġeriment; il-fatt li aħna rridu nkunu in line mal-aġenda tal-Gvern, nistgħux b'xi mod inkunu nafu t-timeframes tal-linji li l-Gvern se jkun qiegħed jimxi magħhom fuq suġġetti li jolqtu lilna direttament.", "Il-Ministru semmiet madwar tlieta jew erba'.", "Qed ngħid dan biex ir-riżultat tagħna jkun jista' jinħass anke fil-ħidma ta' dan il-Parlament u allura l-kontribut tagħna jkun verament reali u jinħass.", "Allura nistgħux bil-permess tiegħek u tal-kollegi membri li l-aġenda tagħna tkun issettjata in line mal-ħidma tal-Gvern?", "Il-fatt li aħna niġbdu l-istess ħabel se jkun ifisser li l-kontribut tagħna jista' jagħti aktar valur għall-ħidma ta' dan il-Kumitat.", "Dan huwa biss suġġeriment u mhux bilfors tridu taqblu miegħi.", "THE CHAIRMAN: Fl-opinjoni tiegħi dan huwa suġġeriment tajjeb.", "Il-Ministru Coleiro Preca hija l-Ministru responsabbli mill-affarijiet soċjali imma fl-affarijiet soċjali ma jaqgħux biss l-affarijiet li qegħdin taħt dan il-Ministeru.", "Pereżempju l-Onor.", "Helena Dalli għandha wkoll issues partikolari ta' social affairs u allura għandha wkoll suġġetti li jista' ikun li dan li qed tgħid inti, hemm timeframes li aħna nistgħu nagħmluhom ukoll.", "Hemm affarijiet oħra li se jitressqu issa fil-Parlament bħal pereżempju fuq it-transgenders eċċ, li huma ta' malajr imma jista' ikun hemm affarijiet oħra li huma miftuħin.", "Jiena naqbel perfettament miegħek u nistgħu niktbu lill-Ministru b'dan il-mod.", "Li xtaqt ngħid ukoll hu li naħseb huwa doveruż li ġaladarba issa hemm il-ministri li għandhom ix-shadow ministers, naraw ukoll in-naħa tal-Oppożizzjoni jekk għandhiex xi ideat fuq dak li aħna nistgħu naħdmu fuqu.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra jista' ikollhom ideat tajbin biex aħna nimxu fuqhom.", "We can't discount il-fatt li hemm naħa oħra tal-Parlament.", "U li nista' nipproponi minbarra dan li għidna diġa' hu li għallinqas, dak li aħna naħsbu li hu l-aktar li għandna niddiskutu, nagħmlu brief żgħira biex niddiskutuh bejnietna u nagħżlu suġġett ħalli nibdew naħdmu.", "Issa għad-darba li ġejja naħseb li nistgħu nistiednu lill-ispokesperson tal-Oppożizzjoni fuq l-affarijiet soċjali ħalli nisimgħu dak li qiegħed on top of their minds.", "Naħseb li hija idea tajba imma ma nafx jekk taqblux miegħi.", "(Onor. Membri: Iva) Jidher li hawn qbil.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Aħna se naħdmu billi nagħmlu xi forma ta' rapport jew se nagħmlu sempliċement diskussjoni bejnietna u forsi fl-aħħar ikun hemm xi forma ta' qbil jew jittieħed vot?", "THE CHAIRPERSON: Li nissuġġerixxi – għax naħseb li kienet sistema tajba – hu li l-ewwelnett, wara li nkunu għażilna suġġett partikolari bejnietna u niddiskutu dak li aħna naħsbu li hemm problemi fuqu u nagħmlu brainstorming iktar akut minn dak tal-lum fuq dak is-suġġett partikolari, niddiskutu wkoll lil min għandna nistiednu bħala persuni minn areas differenti.", "Li nixtieq hu li jkun hawn bilanċ bejn min qed joffri s-servizzi u min qed jieħu s-servizzi għaliex naħseb li l-perspettiva tagħhom tant tvarja li nkunu qegħdin nonqsu lil wieħed jew lill-ieħor jekk ma nkunux qed nagħmlu dan.", "Min qed jieħu s-servizz kważi kważi l-input tiegħu jrid ikun iktar bħala nies għax jista' ikun li aġenzija waħda tkun qiegħda toffri servizzi differenti, jiġifieri rridu nkunu ġusti ma' dik ukoll.", "U mbagħad wara nagħmlu rapport.", "Dwar ir-rapporti għandna r-Research Analyst li se tkun tista' tiġbor f'daqqa dak kollu li aħna ngħidu flimkien mal-istudji li forsi jsiru u nkunu nistgħu nutilizzaw ukoll lir-Research Analyst sabiex tilluminana b'xi studji li diġa' kien hemm biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna u mbagħad jinġabar kollox f'rapport.", "ETIENNE GRECH: Ir-rapport irid ikun maqbul minn kulħadd?", "Niktbuh, narawh u mbagħad inkunu nistgħu nippreżentawh u niddiskutuh flimkien.", "ETIENNE GRECH: U nkunu nistgħu naġġustaw id-dettalji.", "THE CHAIRPERSON: Iva, niddiskutuh, naġġustawh u mbagħad meta jkun lest jiġi ppubblikat, jiġifieri hopefully dak inkunu nistgħu nagħmluh at a later stage.", "Issa jekk nagħmlux bħalma kienu għamlu f'dawn l-aħħar sentejn, u ċioè erba' rapporti f'sena, jiddependi liema suġġett inkunu se niddiskutu.", "Jien naħseb li m'għandniex nillimitaw ruħna għal kemm ir-rapport irridu noħorġu għax inkella naħseb li nkunu qegħdin nillimitaw ruħna wisq.", "Naħseb li rridu naraw liema suġġett se niddiskutu u mbagħad nagħtu timeframes u hopefully nilħquhom u jekk ikun fadal ftit xogħol xi jsir, jittieħdu ftit sessions oħra.", "ETIENNE GRECH: Imma ma rridux nagħżlu a broad subject.", "Ma nixtieqx li nintefgħu fuq a broad subject biex imbagħad nintilfu.", "Nippreferi li jkun suġġett iffukat u pertinenti għal dak li jkun qed isir.", "Mela naħseb li għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk u naġġornaw għal darb'oħra.", "Il-laqgħa li jmiss se ssir nhar l-Erbgħa fl-istess ħin.", "Grazzi.", "Fid-8:09 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20130515_001d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 1", "L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m.", "L-Onor Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "DISKUSSJONI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR IL-PJAN TA' ĦIDMA GĦALL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI GĦAL DIN IL-LEĠIŻLATURA", "L-Onor Deborah Schembri, President tal-Kumitat, għamlet introduzzjoni qasira dwar il-pjan ta' ħidma għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-Leġiżlatura.", "Wara, l-Onor Schembri stidnet lill-Membri sabiex jagħtu l-veduti tagħhom dwar xi suġġetti partikolari li jaħsbu li għandhom jiġu diskussi fil-Kumitat.", "Bħala prioritajiet l-Onor Claudette Buttigieg semmiet it-tfal u l-anzjani kif ukoll il-qasam tal-fostering.", "L-Onor Robert Cutajar semma' il-problemi partikolari li jeżistu f'lokalitajiet differenti ta' pajjiżna kif ukoll is-saħħa primarja u l-kunsilli lokali bħala l-ewwel refuġju għar-residenti u kif ċerti inizjattivi jistgħu jaslu għand il-poplu permezz tal-kunsilli lokali.", "L-Onor Marthese Portelli semmiet il-persuni b'diżabilità, it-tfal li għandhom problemi biex jitgħallmu u l-ERDF funds tal-Unjoni Ewropea.", "L-Onor Etienne Grech semma' l-care orders fuq it-tfal, l-abbuż fuq it-tfal kif ukoll dwar il-bżonn li jkollna leġiżlazzjoni dwar id-donazzjoni tal-organi.", "L-Onor Silvio Parnis semma' il-pensjoni ta' min idur bil-ġenituri tiegħu, dawk li jsiefru minħabba xi mard, il-persuni li jkunu morda u li ma jkunux jistgħu jaħdmu u b'hekk jispiċċaw bla bolol imħallsa u semma' wkoll l-uniformijiet tal-iskejjel.", "Wara, iċ-Chairperson stiednet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, sabiex tagħti lill-Kumitat ħjiel dwar il-ħidma tal-Gvern fil-qasam soċjali.", "Ġie deċiż li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jibda jiltaqa' darba fil-ġimgħa sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor.", "Għal-laqgħa li jmiss għandu jiġi mistieden ix-Shadow Minister għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor Chris Said, sabiex jagħti preżentazzjoni lill-Kumitat dwar l-ideat li għandha l-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett.", "Fid-8:09 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130515_001m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 1", "It-Tlieta, 21 ta' Mejju 2013 fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 21 ta' Mejju 2013 fis-7.00 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni ta' Karti", "Programm ta' Ħidma tal-Kumitat", "Mission Concluding Statement tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) għal Malta għas-sena 2013 - Preżentazzjoni mill-Prof.", "Josef Bonnici, Gvernatur talBank Ċentrali ta' Malta", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130521_001a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 1", "It-Tlieta, 21 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tlieta, 21 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:21 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Nilqa' lill-membri hawnhekk preżenti għall-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat li proprju ġie mwaqqaf għall-ewwel darba f'din il-leġiżlatura.", "Nixtieq ninforma lill-Membri tal-Kumitat li din il-laqgħa hija streamed live kemm bl-audio, kif ukoll b'mod visual fuq il-website tal-Parlament.", "Peress li hawn xi membri tal-media li jixtiequ jiffilmjaw l-ewwel parti tal-laqgħa, nitlob lill-Onor.", "Membri jekk hawnx permess?", "(Onor. Membri: Iva) M'hawnx oġġezzjoni.", "Ghaldaqstant nistieden lill-membri tal-media sabiex jidħlu u jiffilmjaw l-ewwel ftit minuti ta' din il-laqgħa.", "Ngħaddu għall-ewwel item fuq l-aġenda 'Preżentazzjoni ta' Karti'.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat:", "Ittra mingħand l-iSpeaker dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-iSpeakers tal-Unjoni Ewropea li nżammet ġewwa Nikosija", "Fost affarijiet oħra, ntlaħaq qbil dwar it-twaqqif ta' konferenza interparlamentari ġdida, skont kif jipprovdi Artiklu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbilità, Koordinazzjoni u Governanza, bil-għan li tiddiskuti l-linja ta' politika baġitarja u kwestjonijiet oħra koperti b'dan it-trattat.", "Il-Parlament Malti għandu jkun mistieden fil-laqgħat ta' din il-konferenza l-ġdida.", "U għalhekk dan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, se nkunu qegħdin niġu mistiedna sabiex nipparteċipaw f'din il-konferenza.", "Hawnhekk hawn ukoll l-ittra mibgħuta mill-iSpeaker.", "PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-KUMITAT", "Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda li huwa l-Programm ta' Ħidma.", "Il-laqgħa tal-lum hija wkoll laqgħa ta' introduzzjoni għal dan il-kumitat.", "Kif tafu tajjeb u kif digà għidt, f'din it-Tnax-il Leġiżlatura permezz ta' mozzjoni, ġie mwaqqaf għall-ewwel darba dan il-kumitat.", "Il-Parlament Malti ħass il-ħtieġa, anke wara l-fatt li kienet waħda mill-wegħdiet fil-programm elettorali ta' dan il-Gvern, li jitwaqqaf proprju dan il-kumitat imsejjaħ \"Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji\".", "Dan il-kumitat se jkollu l-irwol li jiskrutinja rapporti li jkollhom effett dirett fuq l-ekonomija u l-finanzi tagħna, kif ukoll jara policies madwar l-Ewropa, u kif dawn jistghu jolqtu lilna.", "Bħala kumitat ikun jista' imbagħad jipproponi ċertu miżuri li jkunu jistgħu jigu utilizzati.", "Fil-fatt, huwa l-ħsieb tiegħi li bħala kumitat jibda jiltaqa' b'mod regolari, nistgħu forsi anke idealment nagħmlu timetable fissa li nibdew niltaqgħu darba kull ħmistax.", "Ovvjament, jekk ikun hemm bżonn, u għal ċertu okkażjonijiet, nistgħu niltaqgħu iktar minn darba kull ħmistax.", "Fejn hu possibbli, ikun aħjar jekk dejjem inżommu l-istess ġurnata, ħalli anke jkun hemm koordinazzjoni mal-kumitati l-oħra.", "Però, mbagħad naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li għandna nkunu flessibli u jkun hemm ftehim skont l-esiġenzi tagħna l-membri.", "F'dan il-kumitat nixtieq li naħdmu b'mod seren, għax wara kollox inħoss li dan il-kumitat huwa daqsxejn sensittiv speċjalment fejn se jkun qed jittratta affarijiet ekonomiċi.", "Allura, huwa importanti li anke naħdmu b'mod ta' konsensus, u wieħed jifhem lill-ieħor f'sens anke ta' timetable.", "Jiena, bħala pjan ta' ħidma, kont se nissuġġerixxi li nagħmlu pjan on a quarterly basis.", "Fejn hemmhekk inkunu qed ngħidu li għallinqas għal dawn it-tliet xhur nafu x'se niddiskutu.", "Imbagħad inkun nistgħu nimxu lil hinn wara dak il-quarter.", "Il-ħsieb tiegħi huwa – issa wara nixtieq ukoll l-opinjoni tagħkom – li, kif tgħid l-istess mozzjoni, l-ewwel nistiednu r-regulatory bodies tal-pajjiż, li għandhom x'jaqsmu u jittrattaw affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.", "Hawn qed nitkellem fuq l-MFSA, l-MTA u r-regulatory bodies oħra, fejn inkunu qed nistiednuhom biex jiġu quddiem dan il-kumitat u jagħtu preżentazzjoni dwar ix-xogħol li qegħdin jagħmlu, kif ukoll biex jgħidulna l-opinjoni tagħhom rigward il-politika li jkun qed jadotta l-Gvern tal-ġurnata u jekk hux qed jaraw li l-ekonomija tal-pajjiż qed timxi 'l quddiem.", "Apparti minn hekk, bħala kumitat, se nkunu qed inżommu kuntatt kontinwu u b'mod regolari mal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Fil-fatt, illum qiegħed ukoll magħna, biex aktar 'l quddiem jagħtina l-ewwel preżentazzjoni għal dan il-kumitat.", "Apparti li, bħala kumitat, se nkunu qed nanalizzaw ir-rapporti li joħroġ il-Bank Ċentrali, fosthom il-Quarterly Review, nistgħu nieħdu wkoll l-opinjoni tal-Bank Ċentrali bħala organu indipendenti, u l-punti li jitqajmu jiġu għal iktar diskussjoni f'dan il-kumitat.", "Apparti minn hekk, irid isir skrutinju tax-xogħol f'kull ministeru tal-Gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' ekonomija u finanzi, u nixtieq li nagħmlu wkoll skrutinju ta' rapporti li jiġu ppubblikati, anke fuq livell Ewropew.", "Fil-fatt, jiena li qiegħed ukoll membru fil-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej u Barranin – fejn hemmhekk hemm il-working groups – ilħaqt ftehim maċ-Chairman ta' dan il-kumitat, fejn dokumenti li jiġu ppreżentati fuq fora Ewropej u li għandhom x'jaqsmu ma' ekonomija u finanzi, jiġu ndirizzati lilna biex jiġu diskussi f'dan il-kumitat.", "B'hekk nevitaw xogħol doppju li dawn id-dokumenti l-ewwel jiġu diskussi fil-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej u Barranin, u mbagħad niddiskutuhom hawnhekk.", "Minflok, b'dan il-ftehim, se jiġu riferuti direttament lilna, fejn inkunu nistgħu nitkellmu iktar f'ambitu ta' kumitat u mhux f'sessjoni plenarja.", "Dik hija l-idea ġenerali tiegħi.", "Issa ovvjament hawnhekk qegħdin biex niddiskutu u nieħu l-opinjoni tagħkom ukoll.", "Jekk forsi hawn xi membri li jridu jipproponu x'affarijiet nistgħu niddiskutu, jien ovvjament qiegħed hawn biex nilqa' l-opinjoni ta' kulħadd.", "ROBERT ARRIGO: Għan-nom tal-Oppożizzjoni, nirringrazzjak.", "Aħna l-membri mill-Oppożizzjoni beħsiebna li nieħdu parti attiva, allavolja se nkunu qed niskrutinizzaw ix-xogħol tal-Gvern.", "Imma ovvjament inkunu qed nagħtu l-ideat kostruttivi tagħna wkoll biex Malta tkompli timxi 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Għan-nom tal-membri min-naħa tal-Gvern, nirringrazzjaw lill-Oppożizzjoni li, meta ressaqna l-mozzjoni, qablet magħha b'mod unanimu.", "Apparti li dan jawgura tajjeb għall-futur u għas-suċċess ta' dan il-kumitat, fejn jidħlu affarijiet ta' ekonomija u finanzi – li allura jkollhom effett dirett fuq iċ-ċittadini tagħna – huwa tajjeb li l-Parlament jibqa' miexi b'din l-armonija.", "Mhux dejjem se jkun possibbli, imma fejn kemm-il darba ikun hemm qbil unanimu, dejjem ikun aħjar f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk fhimtek tajjeb, inti se taħdem b'sistema fejn fl-ewwel laqgħat se tlaqqa' l-awtoritajiet regolatorji tad-diversi setturi ekonomiċi fil-pajjiż, jiġifieri, jekk qed nifhem tajjeb, l-MFSA, l-MTA u l-Lotteries and Gaming Authority, fost l-oħrajn.", "Naħseb li hija idea tajba u naqbel li tagħmel hekk.", "Permezz ta' diskussjonijiet li jkollna ma' dawn l-awtoritajiet, inkunu nistghu naraw x'qed jipprevedu, l-ewwel nett dwar is-sitwazzjoni tal-preżent, u wkoll x'qed jipprevedu għall-futur, u forsi anke jgħidulna xi diffikultajiet li jista' jkollhom.", "Dan il-kumitat imbagħad, tramite inti bħala ċ-Chairman tiegħu, jista' jwassal lill-Eżekuttiv dak li huma jkunu qed jirrapportaw lilna.", "Naħseb li hija idea tajba; però, jekk ser isir hekk, għandha ssir ukoll fuq is-setturi l-oħra kollha.", "Jiġifieri, ma nillimitawx ruħna biss għas-setturi finanzjarji jew dawk tat-turiżmu, imma għandna naraw x'qed jgħidu s-setturi li għandhom x'jaqsmu mal-manifattura, l-agrikoltura, is-sajd, il-proprjetà u l-kostruzzjoni.", "Għandna naraw is-setturi kollha ekonomiċi tal-pajjiż.", "M'għandniex nillimitaw ruħna biss għal xi setturi li forsi naħsbu li qed ikunu ta' suċċess.", "Il-yachting, maritime affairs u l-aviation huma kollha setturi ekonomiċi li forsi l-input tagħhom fl-ekonomija tagħna huwa żgħir.", "Għalhekk huwa mportanti li nifhmu wkoll dawn kif jaħdmu.", "THE CHAIRMAN: Naqbel miegħek.", "Forsi ma spjegajtx ruħi sewwa.", "Meta qed ngħid l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-ekonomija, finalment kull ħaġa fil-ħajja tal-bniedem għandha x'taqsam mal-ekonomija.", "Inti semmejt setturi bħall-agrikoltura, u setturi oħra bħall-manifattura u l-kostruzzjoni.", "Iva, l-ħsieb tiegħi huwa li r-regulatory bodies tas-setturi kollha jiġu quddiem dan il-kumitat.", "Se nagħmilha ċara: parti mix-xogħol ta' dan il-kumitat se jkun ta' skrutinju.", "Però, mhuwiex il-ħsieb tiegħi li nżommu kumitat ta' skrutinju biss.", "Nixtieq li jkun iktar attiv minn hekk.", "Nixtieq li jkun ukoll qed iħares 'l quddiem, u anke nipproponu suġġetti għal diskussjoni fuq livell ta' sessjoni plenarja għall-Parlament.", "Minkejja li m'aħniex qed ngħidu li se nneħħu l-parti ta' skrutinju – jiġifieri parti mil-laqgħat tal-kumitat se jkunu ta' skrutinju – però ma nixtieqx li jispiċċa kumitat ta' skrutinju biss.", "Nixtieq li apparti l-iskrutinju, aħna nkunu qed naraw il-politika tal-futur.", "Jiġifieri li nkunu nistgħu nissuġġerixxu kif parti tista' tkun aħjar u mhux sempliċement inħarsu lejn il-passat biss, imma anke nħarsu 'l quddiem kif ċerta politika nistgħu ntejbuha jew nipproponu affarijiet li jkunu jistgħu jsiru aħjar.", "Hawn xi kummenti oħra?", "MICHAEL FALZON: Grazzi ħafna.", "Importanti li biss ma nkunux irrazzjonali, jiġifieri nittekiljaw ftit, mingħajr ma noqogħdu nagħmlu post-mortems.", "Imma fejn hu possibli, naħseb li għandna nkunu anke proattivi.", "Għall-kumment li għadda l-kollega, l-Onor.", "Buhagiar, għalkemm wieħed jifhem li jiltaqa' ma' diversi setturi, imma rridu nipprijoratizzaw biex ma nispiċċawx ikollna diskussjoni twila, imma sempliċement kemm ikollna overview u ma naqilgħux affarijiet jaħarqu.", "Mill-kumplament, naħseb li jidher li hawn qbil.", "THE CHAIRMAN: Naqbel li jkun hemm ċertu punti li jingħataw prijorità.", "Fil-fatt, punt li se jkun qed jingħata prijorità huwa l-kwestjoni tal-Banking Union u l-European Monetary Union li, fil-fatt, diġà qegħdin jiġu diskussi fuq fora Ewropej.", "Riċentement, attendejt konferenza fuq dawn is-suġġetti, u allura ħassejt il-bżonn li dan il-punt jiġi diskuss f'aktar dettall fuq livell ta' kumitat.", "Għalhekk fil-laqgħa li jmiss, qiegħed nipproponi li nistiednu lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, kif ukoll liċ-Chairman tal-MFSA, sabiex jagħtuna preżentazzjoni dwar il-pjanijiet tat-tisħiħ tal-European Monetary Union, kif ukoll tal-Banking Union, biex aħna, fuq livell ta' kumitat, inkunu nistgħu nistaqsu mistoqsijiet biex naraw dak li qed jiġi propost fuq livell Ewropew x'effett dirett se jkollu fuq Malta.", "Jiġifieri, fil-laqgħa tal-kumitat li jmiss – li d-data nagħtiha aktar tard – qed nipproponi li proprju jkun hemm din il-preżentazzjoni.", "Apparti minn hekk, qed nipproponi wkoll sabiex, bħala kumitat, nagħmlu żjara ta' kortesija lill-Bank Ċentrali fejn nitolbu wkoll lill-Gvernatur biex idawwarna ftit mas-setturi kollha tal-Bank, biex aħna, bħala membri tal-Kumitat, inkunu nistgħu nifhmu l-irwol tal-Bank Ċentrali, fiex jidħol u ma jidħolx.", "Jien personali għamilt xi żmien naħdem il-Bank Ċentrali, u kelli impressjoni differenti qabel ma kont naħdem hemmhekk.", "Allura tajjeb li bħala kumitat inkunu nafu x'setturi jolqtu l-ħidma tal-Bank Ċentrali.", "Iktar 'l quddiem ninformakom bid-data għal din il-viżta ta' kortesija lill-Bank Ċentrali.", "Jekk m'għandkomx punti oħra rigward il-programm ta' ħidma, naħseb nistgħu ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "Qabel xejn, nixtieq ninfurmakom li ż-żewġ membri l-oħra tal-Kumitat, il-Ministru tal-Finanzi u l-Onor.", "Tonio Fenech, qegħdin fil-Plenarja.", "Imma għadni kif kellimt lill-Ministru tal-Finanzi u qalli li, kif jispiċċa d-dibattitu li qed jieħdu sehem fih, se jkunu qed jingħaqdu magħna.", "Għalhekk, issa nistieden lill-Professur Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali, sabiex jieħu postu mal-mejda u jagħtina preżentazzjoni dwar il-Mission Concluding Statement tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) għal Malta għas-sena 2013.", "Wara l-preżentazzjoni, imbagħad nistieden lill-membri sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Prof.", "Naħseb l-aħjar nagħmlu l-preżentazzjoni sħiħa, u mbagħad nistaqsu wara.", "MISSION CONCLUDING STATEMENT TAL-FOND MONETARJU INTERNAZZJONALI (IMF) GĦAL MALTA GĦAS-SENA 2013", "PROFESSUR JOSEF BONNICI (Gvernatur tal-Bank Ċentrali): Grazzi, Mr Chairman.", "L-ewwel nett, b'ċertu sodisfazzjon nilqa' dawn l-istediniet biex, minn żmien għal żmien, inkun nista' nippreżenta xi aspetti ta' relevanza lill-Kumitat, li jservu biex inkunu nistgħu niffukaw fuqhom.", "L-IMF għandha tippubblika rapport, li bħalissa qiegħed jiġi konkluż, u forsi fi żmien xahar u nofs ieħor jgħaddi mill-proċeduri kollha u jkun ippubblikat.", "Peress li għadu kemm ġie ppreżentat il-concluding statement tal-IMF, dan li se ngħid illum qisu se jkun l-executive summary ta' x'se jkun qed iwassal għall-konklużjonijiet tal-IMF.", "Jiena ukoll se nkun qed nagħti xi highlights tal-issues prinċipali li laqtuhom.", "L-opening statement tal-IMF dwar Malta bil-frażi \"remarkable resilience\", huwa proprju pożittiv.", "Fil-laqgħat mal-European Central Bank (ECB), kienu jistaqsuni ħafna mistoqsijiet dwar kif sejra l-ekonomija Maltija.", "Peress li Malta għandha ekonomija żgħira, kultant tieħu l-impressjoni li tista' tiġi affettwata b'mod drastiku b'dak li jkun qed jiġri madwarha.", "Però jista' jirriżulta wkoll li, jekk ekonomija tkun diversifikata kif inhi tagħna, ikollha wkoll ċertu resilience biex tkun tista' tiffaċċja l-problemi.", "Jiġifieri, t-tkabbir fl-ekonomija tagħna kien wieħed mill-aħjar fil-Żona Euro, filwaqt li l-qgħad huwa wieħed minn tal-inqas, u kien bejn wieħed u ieħor nofs l-average.", "Hawnhekk għandi serje ta' charts li se nkun qed nurikom.", "Li hawn interessanti f'din il-graph hu li Malta qiegħda kważi fl-istess livell daqs il- Żona Euro, daqqa ftit iktar 'l fuq, u daqqa naqra inqas 'l isfel.", "Però dejjem kienet iktar 'l fuq mit-tkabbir tal-EU average.", "Però, fil-bidu tal-ewwel kwart tal-2012, kien hemm crossover.", "Jiġifieri, t-tkabbir tagħna min-negattiv mar għall-pożittiv.", "Taż-Żona Euro kien xi ftit pożittiv, għalkemm imbagħad ir-ritmu naqas daqsxejn.", "Dik kienet parti mir-reżiljenza li osservat l-IMF, meta qalet li Malta żammet ritmu ferm iktar qawwi minn oħrajn.", "Din il-crossover niġi għaliha aktar tard, għax hemm aspett ieħor li huma kkummentaw dwaru at a certain point, imma hija relevanti u għandha ċertu policy implications.", "F'din il-graph ukoll qed naraw il-forecasts tal-IMF għal Malta.", "Qed jiġi mbassar li din is-sena se jkollna tkabbir ta' madwar 1.4%, u li s-sena d-dieħla kważi tiġi għal 2%.", "Il-problema hi x'inhu jiġri fiż-Żona Euro.", "It-tkabbir fiż-Żona Euro għadu nieżel, għalkemm l-ammont li kien nieżel bih naqas.", "Qed jiġi mbassar li se jkun hemm turning point fit-tkabbir taż-Żona Euro, imma meta sseħħ din, it-turning point tkun attwalment saret.", "F'dawn l-aħħar sena u nofs, dejjem kien qed jiġi previst turning point, però sfortunament dejjem baqgħet tiġi delayed u imbuttata iktar għall-futur.", "Jiġifieri, l-element ta' inċertezza għadu hemm.", "Anke esperti minn kumpanniji privati Ewropej qed jistennew li jkun hemm turning point, imma għadha mhijiex ċara meta se ssir.", "Graph oħra interessanti ssemmi n-Net Export Growth.", "Għalkemm l-Import u l-Export normalment jittrekjaw ma' xulxin quite closely – għalkemm, fl-aħħar tal-2010, kien hemm crossover – hawnhekk, kif qed taraw, l-Exports bdew jiżdiedu b'rata ogħla mill-Imports.", "Żviluppat din il-gap, li wasslet biex kull parti mir-reżiljenza tagħna żammet ir-ritmu ekonomiku għaddej.", "Naturalment, fir-rate of pace expansion tal-exports, kif qed taraw, kien hemm daqsxejn slowdown fl-aħħar ftit tal-2012.", "Però, fl-ewwel quarter jidher li l-exports għaddejjin b'ritmu sodisfaċenti.", "Implikazzjoni ta' din hija l-balance of payments.", "Filwaqt li tradizzjonalment Malta dejjem kienet tkun fin-negattiv, f'dan l-aħħar perijodu, minħabba l-export growth – hawnhekk l-exports jinkludu t-turiżmu, is-settur finanzjarju u s-servizzi kollha – tal-goods and services kien qed jespandi b'ċertu ritmu.", "Fil-fatt, f'dan l-aħħar perijodu, kellna dan is-surplus li mhux tradizzjonali.", "Jekk taraw l-istorja ta' Malta, aħna kważi dejjem konna f'defiċit, u r-raġuni hija li pajjiżna jimporta ħafna, u l-investiment li jsir normalment ikun impurtat.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-investiment issa naqas, u din hija parti mir-raġuni.", "Jiġifieri, għandha l-aspett posittiv u n-negattiv tagħha; però għandha wkoll l-element li, minħabba s-slowdown internazzjonali, l-investiment għaddej b'mod kajman f'diversi oqsma.", "Dwar l-impjiegi, kif turi din iċ-chart, il-gainfully occupied baqgħu jiżdiedu.", "Ir-ritmu ta' increases huwa inqas milli kien qabel, però llum għandna 'l fuq minn 152,500 gainfully occupied full-time, li naturalment huwa pożittiv.", "L-istess fuq il-qgħad: it-tbassir tagħna huwa li l-qgħad f'Malta jibqa' bejn wieħed u ieħor l-istess.", "Però, kif qed taraw f'din iċ-chart, hemm varjazzjoni kbira mill-EU average.", "Fl-EU average hemm ekonomiji bħal Spanja li għandhom 25% qgħad, u hemm ekonomiji bħal Ġermanja li għandhom inqas minna.", "Jiġifieri, fl-EU average hemm element li internament huwa daqsxejn varjat, u allura ma jkunx daqshekk ta' għajnuna.", "Dawk kienu ftit graphs dwar xi aspetti tal-ekonomija.", "Issa se naraw iċ-challenges, u l-IMF isemmu – u qed nuża l-kliem tagħhom –", "Naturalment, l-IMF qed tgħid x'qed jiġri madwarna, u li aħna niddependu ħafna fuq dan.", "Però, jgħidu dan il-punt ukoll:", "X'iridu jgħidu biha din?", "Aħna kellna diskussjoni twila fuqha din.", "L-IMF qed jgħidu li fil-futur jista' jkun li ċertu kompetittività li għandna f'ċertu servizzi finanzjarji eċċ b'mod jew b'ieħor se tittiekel.", "Dan jiġri għal diversi raġunijiet, waħda minnhom għax jista' jkun li se jkollna kompetizzjoni iktar.", "Imma l- kompetittività tista' tittiekel ukoll minħabba l-bidliet li qed isiru fis-settur regolatorju, fis-settur tat-tassazzjoni u oħrajn.", "Allura l-messaġġ tagħhom huwa li hemm bżonn li jsir effort qawwi biex nidentifikaw setturi oħra li jistgħu jixprunaw l-iżvilupp.", "Dan bħalma fil-passat ġie żviluppat l-e-gaming, is-servizzi tal-avjazzjoni, tar-repairs eċċ. u servizzi oħra li bħalissa qed jissemmew bħala maritime servicing sector.", "Huwa importanti li jkollna strateġija għax dawn l-affarijiet ma jiġux b'kumbinazzjoni, imma rridu niffukaw fuqhom u jkun hemm eżerċizzju sħiħ.", "Waqt il-laqgħa li kelli magħhom, il-messaġġ li ħareġ kien li, biex insaħħu r-reżiljenza u l-potenzjal ta' Malta, importanti li nibqgħu nidentifikaw oqsma ġodda.", "Ir-raba' punt li qalulna kien daqsxejn perplexing, biex ngħidilkom il-verità.", "Hawnhekk qalu:", "Għalfejn qed jgħidu hekk?", "Jekk nħarsu lejn din il-graph, li hija \"Productivity in Malta and the euro area\", naraw li l-produttività tagħna, kif ukoll tal-EU area, kienet ta' 100 fl-2004.", "Jiġifieri qishom bdew fl-istess livell.", "Għal perijodu twil, Malta kellha produttività ogħla milli kien hemm fil-Euro area.", "Però, lejn l-aħħar tal-2011, kien hemm crossover ieħor, fejn l-Ewropa ġiet pjuttost iktar minna.", "Issa, sa ċertu punt, din hija nkwetanti, għaliex filwaqt li l-ekonomija Maltija baqgħet iżżid l-impjiegi, l-ekonomija taż-Żona Euro kellha t-tnaqqis.", "Allura, meta tiġi biex tkejjel il-produttività u tqabblu b'dan il-mod, ikun hemm ċertu diffikultajiet.", "M'aħniex ċerti jekk din id-diskrepanza hijiex minħabba l-business cycle li qed ikun hemm, jew xi ħaġa iktar fundamentali.", "Li huwa żgur hu li, minħabba r-ristrutturizzazzjoni u minħabba anke tnaqqis fil-pagi, ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għaddejjin minn bidliet drammatiċi fis-setturi tagħhom, u kultant din taffettwa l-kompetittività tagħhom.", "It-twissija tal-IMF hi biex nieħdu ħsieb li ma jintilifx il-bilanċ bejn il-paga u l-produttività, speċjalment meta jkunu flimkien.", "Li nistgħu ngħidu hu li l-produttività tagħna veru marret daqsxejn lura f'dawn l-aħħar sena u nofs, u hi xi ħaġa that needs attention u one is to monitor what is happening.", "Issa għandi diversi graphs li għandhom x'jaqsmu mal-istess argument.", "L-ewwel graph hija Compensation per Employee, u s-sitwazzjoni f'Malta hija daqsxejn iktar għolja minn dik tal-Euro area.", "Allura, biex ngħid hekk, qiegħda tikkontribwixxi għal dak li għadni kemm għidt.", "L-istess ħaġa għall-Unit Labour Cost: sa nofs l-2008, Malta u l-Euro area kienu mexjin kważi ma xulxin, però f'dawn l-aħħar snin kien hemm gap.", "Dan kollu wassal biex ingħatat ċerta attenzjoni għall-effiċjenza u għall-mod kif ikunu nnegozjati l-pagi li primarjament ikunu qed jirriflettu l-produttività ta' dik l-entità.", "Rakkomandazzjoni li għamlu l-IMF kienet li, jekk jintilef il-bilanċ, jista' jkun hemm ċertu konsegwenzi.", "Issa niġu għall-finanzi pubbliċi.", "Fuq l-oġġettiv tal-balanced budget, l-IMF tgħid li għandu jiġi kkonsolidat, u tinnota li hemm bżonn li l-profitabbilità ta' xi kumpanniji pubbliċi, bħall-Enemalta, l-Air Malta eċċ, itejbu s-sitwazzjoni fiskali tagħhom.", "L-IMF issemmi wkoll il-fiscal governance framework, u li għandu jkun hemm xi forma ta' kunsill li jimmonitorja l-infiq tal-Gvern.", "Però, ma jespandux biżżejjed, u allura rridu nistennew ir-rapport finali biex naraw eżatti x'se jiżviluppa.", "F'dawn iż-żewġ charts, naraw li fl-2012 id-defiċit tal-Gvern, mqabbel ma' tal-EU, jidher daqsxejn iktar minn 3%, u d-debt to GDP ratio, kemm ta' Malta kif ukoll tal-EU, kien madwar 72%.", "Il-messaġġ tal-IMF hu li jridu jsiru l-isforzi kollha biex id-defiċit jiġi limitat u d-dejn ma jiżdiedx.", "Fid-diskussjonijiet li kelli mal-IMF dwar is-settur bankarju, kien hemm xi punti saljenti u li naħseb huma relevanti ħafna.", "L-IMF issemmi l-issue tal-\"large banking sector\", li kif tafu ssemmiet ħafna.", "Peress li s-settur bankarju internazzjonali huwa teknikament separat mill-operat intern tal-ekonomija tagħna, allura r-riskju huwa ferm inqas.", "L-IMF użat il-frażi: \"negligible claims on the deposit compensation scheme\" fil-ħin li qalet dan.", "L-IMF innotat ukoll li r-riskju tal-Core Domestic Banks – li issa se ngħid xi ħaġa iktar fuqhom – huwa contained, u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Kif tafu, il-banek jinqasmu fi tliet kategoriji: il-Core Domestic Banks, li jiġbru d-deposits u jsellfu lill-ekonomija lokali; in-Non-Core Domestic Banks, li ħafna minnhom jieħdu d-deposits, imma ħafna drabi jinvestu barra minn Malta – u allura l-mudell tagħhom huwa daqsxejn differenti; u l-International Banks, li jieħdu d-deposits minn barra u jissellfu barra.", "Issa, fihom infushom dawn jerġa' għandhom mudelli differenti.", "Jiġifieri mhux l-International Banks kollha joperaw l-istess, imma hemm mudelli differenti li forsi xi darba jkollna ċans li neżaminawhom daqsxejn iktar.", "L-istess għan-Non-Core Domestic Banks, fejn hemm mudelli differenti u kollha naturalment iridu ċertu attenzjoni biex wieħed ikun ċert x'qed jiġri, kif fil-fatt qed isir.", "Din it-tabella użajniha dan l-aħħar, meta l-ekonomija Maltija kienet taħt focus.", "Din qed taqsam il-banek fit-tliet kategoriji li semmejt: Core, Non-Core u International.", "Però, hemm aspetti oħra li huma relevanti.", "Pereżempju, l-Capital Adequacy Ratio tal-Core hija 14.3%, meta l-minimum hu xi 8%, u tal-EU banks hija 14.1%.", "L-argument tiegħi dejjem kien li tista' tieħu t-total tal-banek kollha ta' Malta u tqabbilhom mal-EU banks: però, fir-realtà trid tieħu l-Core Domestic Banks biss, u tqabbilhom mal-EU banks, għaliex il-mudelli tal-banek l-oħrajn huma differenti.", "Kif jidher ukoll minn din iċ-chart, kultant l-International Banks jisplodu 'l fuq.", "Dan għaliex ċertu banek ikollhom mudelli partikolari li jkunu qed jiffinanzjaw inter groups, u allura jkun hemm deposits enormi fis-sistema bankarja tagħhom stess.", "Bħala rata ta' profitabbilità tal-banek Core, l-average fuq ir-Return On Assets – jiġifieri kemm qed ikollhom return il-banek fuq l-assi tagħhom – hija 1.6%, li hija ferm ikbar minn tal-EU, li hija 0.1%.", "Ir-Return on Equity – jiġifieri dak li jkunu nvestew ix-shareholders – qiegħed iktar healthy u huwa ta' 23.9%, li huwa ferm ikbar mit-2.7% tal-EU.", "Il-likwidità tal-Core Banks Maltin hija ta' 49%, meta r-regola hawn Malta tgħid 30%.", "Jekk inqabbluha fuq kriterji internazzjonali fejn għandhom 10%, l-ekwivalenti ta' dik il-49% b'definition ta' liquid assets to total assets hija 28%.", "Jiġifieri, fuq dawn il-kriterji, m'hemmx dubju li s-sistema bankarja tagħna hija waħda soda u waħda reliable li tat l-istabbilità lill-ekonomija Maltija.", "Però, hemm xi elementi li issa narawhom aktar tard.", "Din il-graph turi kemm il-banek Maltin mhumiex esposti lejn pajjiżi li huma under stress bħal Ċipru u l-Greċja.", "Fil-fatt, il-banek Maltin kważi m'għandhom xejn exposure.", "Interessanti li l-banek Maltin l-iktar li għandhom assets hu fl-Ingilterra.", "Wara, hemm Franza, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Belgju.", "Internazzjonalment, hemm l-Awstralja wkoll, għax hawn bank Awstraljan u r-Rest of the World.", "Jiġifieri, dan juri kemm hawn element ta' cautiousness, kontra dak li ġara lil Ċipru fejn kellhom investiment enormi fil-bonds Griegi li mbagħad tilfu ħafna flus fuqhom.", "Din il-graph kienet parti mill-IMF report tas-sena li għaddiet, però għadha relevanti ħafna għal-lum, u qiegħda turi l-exposure ta' Malta għall-Greek risk.", "Malta qiegħda kważi l-inqas, li jkompli jsostni l-argument ta' dak li kont qed ngħid.", "THE CHAIRMAN: Tista' tispjega l-axis?", "JOSEF BONNICI: Din il-graph – Banking Sector Sensitivity to Greek Market Risk – turi li s-sensittività ta' Malta qegħda prattikament zero għaliex m'għandna l-ebda exposure għall-Greċja, filwaqt li Ċipru għandha exposure enormi.", "Din iċ-chart turi s-snin 2010 u 2011.", "Chart oħra turi l-Capital Adequacy Ratio fejn il-Core Domestic Banks Maltin baqgħu madwar l-14% konsistentement, filwaqt li r-ratio tal-EU dejjem kienet qrib tagħna.", "Din il-graph tirrifletti l-mudell li jintuża mill-banking, u huwa loan to deposit ratio.", "Jiġifieri, meta bank isellef 100, kemm jirnexxilu jġib deposits lura.", "Fil-każ ta' Malta, l-loan to deposit ratio huwa madwar 72%, filwaqt li dak tal-EU, għalkemm qed jirranġa, imma qiegħed xi 110%.", "Dan ifisser li, ġeneralment, il-banek tal-EU iktar ikollhom exposure għall-wholesale market milli għad-depositors individwali li jpoġġu l-flus.", "U dan seta' kien żvantaġġ kbir.", "Biex ikun hemm investiment fil-banek, iridu jinxtraw il-bonds eċċ, u jkun hemm ħafna hesitancy.", "Għalhekk, huwa ta' vantaġġ li Malta għandha dan it-tip ta' mudell.", "Wara li l-IMF qaltilna li kollox huwa pożittiv, innutat li, fil-coverage tan-non-performing loans, hemm bżonn li xi affarijiet jissaħħu għax huwa relatively low.", "Xi jridu jgħidu biha din?", "Peress li hawn Malta ħafna mil-loans ikollhom bażi ta' collateral – ta' proprjetà – il-banek jagħtu ħafna haircuts fuq il-proprjetà.", "Jiġifieri, jekk qed isellfu mija, huma jiżguraw li għandhom proprjetà ferm iktar minn dik il-mija.", "Però, jibqa' l-fatt li, jekk ikun hemm xi parti mill-proprjetà li mhijiex covered bil-loan, jew għal xi parti li jħossu li għamlu provision, hemmhekk hemm tendenza li ma jpoġġux ħafna provisions.", "Din hija pjuttost sistema li ilha tinħadem f'Malta u li l-banek tant iħossuhom sodi fil-proprjetà li ma jħossux li għandhom jagħmlu daqshekk provisions meta jkollhom non-performing loans.", "L-IMF qed jirrikkomandaw li s-settur bankarju għandu jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu billi jipprovdi iktar provisions.", "U kif diġà semmejt qabel, peress li r-returns huma relattivament għoljin mqabblin ma dawk internazzjonalment – u hawn xi ftit charts oħra dwar dan – għal dawn l-aħħar snin ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali dejjem kien igħid li, minflok ma jitqassmu daqshekk dividends, għandhom imorru biex jissaħħu l-provisions.", "Semmew ukoll li għandha tissaħħaħ il-\"preparedness and management frameworks in line with the forthcoming reforms at the European level\".", "Dan meta jkun hemm resolution of banks, pereżempju, eċċ. U fil-fatt din qiegħda ssir, u qed naraw x'qed jiġri min-naħa tal-EU.", "Mill-2014, it-tliet banek il-kbar se jiġu direttament taħt l-ECB, filwaqt li l-banek l-oħra se jkunu soġġetti għal dak li huwa msejjaħ a single rule book.", "Dan se jwassal għal ċertu tibdil fil-mod kif jiġu supervised, anke b'element estern li jakkumpanja l-element intern.", "Tradizzjonalment, dan kien isir mill-MFSA, imma issa se jsir l-MFSA flimkien mal-ECB.", "Dan il-bord twaqqaf fil-bidu ta' din is-sena bejn il-Bank Ċentrali u l-MFSA biex proprju jagħti aktar attenzjoni lil ċertu elementi ta' macro-prudential on a macro basis.", "Jiġifieri, li jkun hemm ċertu prudenza fil-mod kif jopera s-settur bankarju, biex ikun jista' jsaħħaħ il-pożizzjoni.", "Ftit ilu għidt li relattivament il-banek qed ikollhom iktar returns.", "U din iċ-chart turi r-Return on Assets tal-banek.", "Din hija rilevanti, għax il-banek qegħdin f'pożizzjoni finanzjarjament b'saħħithom in terms of their profitability.", "U għandha twassal għal iktar room for maneouvre meta jiġu għall-provisions.", "Tara ċertu banek, speċjalment fl-istressed countries bħal Ċipru eċċ, li jkollhom hugely negative amounts.", "Din l-aħħar graph qed tieħu ż-żewġ miżuri Return on Equity u Return on Assets flimkien, u hemm inklużi diversi pajjiżi.", "Il-Finlandja, l-Olanda u Franza qegħdin viċin tagħna, filwaqt li l-Lussemburgu u l-Awstrija qegħdin iktar qrib.", "Malta għandha returns qawwija mhux ħażin.", "Meta l-IMF qalet li l-banek Maltin għandhom isaħħu l-provisions tagħhom, l-argument kien li l-banek għandhom jirranġaw u jiġu f'pożizzjoni tajba għal meta s-Single Supervisory Mechanism (SSM) tibda timmoniterjhom b'kriterji li jintużaw internazzjonalment.", "Jien dak li għandi x'ngħid.", "THE CHAIRMAN: Filwaqt li f'isem il-Kumitat nirringrazzjak għall-preżentazzjoni tiegħek, nistaqsi lill-membri jekk għandhomx xi mistoqsijiet fuq il-preżentazzjoni.", "MICHAEL FALZON: Nixtieq nagħmel kumment wieħed.", "Meta kont qed titkellem fuq il-produttività, fejn anke għidt li kien hemm ċertu decline imma indikajt li mhux bilfors tkun negattiva, allura mhijiex ibbażata per capita?", "Kont qed tgħid li hi negattiva jew mhijiex?", "Fejn hu tajjeb ejja ngħidu li hu tajjeb.", "Hawnhekk kollha naqblu li għandu jkun tajjeb.", "Għaddejt kumment, Prof. Bonnici, li mhux bilfors hija negattiva, mhijiex per capita u nassumi li hi.", "Ma nistgħux nqabblu l-ekonomija tagħna ma' tal-Ġermanja, pereżempju.", "Jien bankier ta' 34 sena, jiġifieri xjaħt ġo bank.", "JOSEF BONNICI: F'din l-aħħar sena, m'hemmx dubju li f'Malta l-GDP growth naqas, però l-impjiegi baqgħu jiżdiedu.", "Issa jista' jkun li, meta jiġri hekk, ikun hemm ċertu kumpaniji li jipproteġu l-post tal-ħaddiem tagħhom u jżommu l-impjiegi għaddejjin.", "Sadanittant, jistennew li l-ekonomija tirpilja, u meta tirpilja, jkollhom il-ħaddiema lesti.", "Allura s-suspett huwa – u qed ngħid suspett, għax trid tistenna u tara x'se jiġri – li temporanjament jista' jkollok sitwazzjoni fejn, peress li l-GDP qed jikber bl-iktar mod baxx u l-employment baqa' tiela', meta inti tiddividi l-GDP per capita, se jagħtik riżultat ta' produttività inqas.", "Jekk tkun long term, għandha biċċa konfondiment għax wieħed irid jara kif se jirriversjaha.", "Però li qed ngħid huwa li jista' jkun li, meta tirpilja l-ekonomija, naraw a natural improvement minħabba t-tendenza li jkollok daqsxejn ta' hoarding of people li l-kumpaniji ma jridux jitilfu eċċ.", "\"Jista' jkun\" – miniex qed ngħid li nafu sewwa r-riżultat.", "MICHAEL FALZON: Kumment ieħor marbut mal-istess suġġett, u biex nifhem jien u għall-ebda raġuni oħra.", "Dwar iċ-chart \"Higher Unit Labour Costs\" – jiġifieri din tiftaħ, mhux can of worms, għax imbagħad jaqbżu l-Unions, l-imbarazz u l-affarijiet l-oħra kollha – imbarazz, fis-sens ta' kumplikazzjonijiet, bl-ebda disprezz lejn ħadd.", "Il-fatt li imbagħad kien hemm statistika oħra fejn rajna li effettivament il-purchasing power ta' ħaddiem Malti mqabbel ma' ta' ħaddiem fl-Unjoni Ewropea, effettivament huwa inqas jew naqas, x'ifisser?", "Ifisser li għandna inflazzjoni li hija ikbar, inflazzjoni li qed tieħu gidma iktar?", "JOSEF BONNICI: Il-purchasing power naturalment huwa relatat mal-produttività.", "Jiġifieri, jekk aħna għandna l-produttività ta' bejn wieħed u ieħor nofs ħaddiem Ġermaniż, naturalment dak jista' jikkmanda ħaddiem Malti, li, in terms of wages, huwa n-nofs dak li jista' jikkmanda average tal-Ġermanja.", "Però aħna għandna ċertu costs li huma wkoll differenti minn dawk tal-Ġermanja.", "Allura jkun hemm elementi li trid tieħu into account.", "Fil-fatt, dan iż-żmien jikkalkolaw – m'għandix hawn – an element of purchasing power.", "Hemm indiċi tal-purchasing power li fil-fatt jieħdu into account kemm iqum baskett ta' oġġetti f'Malta ma' kemm iqum baskett tal-istess oġġetti l-Ġermanja.", "Huwa differenti wkoll, u allura jagħmlu aġġustament għad-differenza fil-baskett.", "Però, mhemmx dubju li l-iżvilupp ta' Malta mhuwiex avvanzat daqs l-iżvilupp tal-Ġermanja, kemm għaliex għandhom makkinarju iktar produttiv, kif ukoll għax għandhom ħaddiema li għandhom produttività, sa ċertu punt wkoll, iktar għolja, u allura jipproduċu prodott li huwa ikbar minn dak li jista' jiġi prodott f'dan l-istadju.", "Qegħdin navvanzaw u qed noqorbu, imma naturalment wieħed irid javvanza b'mod pass pass mal-kapaċità tal-pajjiż li jkun jista' jerfa' wkoll u jġib dik it-tip ta' produttività.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nagħmel mistoqsija rigward dawn iż-żewġ graphs tal-compensation u l-productivity Jista' jkun li forsi hemm lack ta' response mill-produttività għal żieda fil-pagi, fis-sens li, jekk tanalizza bejn l-2004 u l-2008, u – jekk qed nara sew mill-graph tal-compensation per employee – il-produttività kienet tielgħa b'rata mgħaġġla?", "Il-fatt li d-domestic demands f'Malta huma qawwija, jista' jkun li forsi anke kienet policy tal-Gvern li wieħed forsi joqgħod daqsxejn attent, u ż-żieda fil-paga tal-ħaddiema – anke fuq ċertu collective agreements li kien hemm, u li se jkun hemm anke fil-futur – trid tibqa' b'rata stabbilita, biex b'hekk kemm jista' jkun iżżomm l-istess domanda?", "Anke għall-fatt li wara l-2008 l-produttività ta' Malta bdiet nieżla u, minkejja l-compensation tal-employee baqgħet tiżdied, il-growth rate ma kenitx l-istess daqskemm kienet qabel l-2008.", "JOSEF BONNICI: Hekk hu.", "Fil-fatt, dan il-punt kien ġie diskuss mal-IMF, punt li kont qajjimt kien, li hawnhekk qed inħarsu lejn l-averages.", "L-averages tal-ekonomija kollha, permezz tal-GDP, huwa magħmul minn setturi differenti.", "Is-settur tas-servizzi għandu ċertu produttività u ċertu pagi, u s-settur tal-manifattura – li qed issir bidla fih – hemm minn ikun inqas produttiv u ma jkunx jista' jkampa, u jkun hemm oħrajn li juru output aħjar.", "U hemm setturi oħra.", "Meta tħares lejn dan it-tip ta' riżultat, trid tiftakar li, bejn l-2006 u l-2008, il-GDP tagħna beda jikber b'mod qawwi għaliex is-settur tas-servizzi, speċjalment dak finanzjarju, beda jikber ħafna.", "Peress li l-ħaddiema li kienu qed jidħlu kellhom pagi aktar għoljin, they pulled up the ratio mill-2009, li kien daqsxejn iktar kajman.", "Però, kif għedt int, Mr Chairman, li, at the end of the day, trid toqgħod attent li kemm hu possibbli, id-dħul ma jkunx outpacing il-kapaċità ta' dik l-entità jew l-intrapriża li ssostni.", "Din hija waħda mill-iktar affarijiet bażiċi, però hija waħda mill-iktar affarijiet importanti wkoll.", "Jien dejjem inkun daqsxejn kawt meta nitkellem fuq il-pagi tal-ekonomija kollha.", "Trid titkellem iktar fuq setturi jew entitajiet, u trid tara s-sitwazzjoni tal-entità, jekk il-produttività hijiex aħjar, x'negozjati mal-unions qegħdin isiru fuq collective agreements, u li tinnegozja skont kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.", "Jekk ma jkunx hekk, dik l-entità ma tibqax profitabbli u tispiċċa biex tmur f'pajjiż ieħor.", "Jiġifieri, hemm dan l-element li wieħed irid iżomm bilanċ kontinwu, u l-ekonomija żżomm waħedha dak li jżomm is-settur privat.", "Is-settur pubbliku jrid jieħu l-messaġġ u jara kif qed jimxi s-settur privat.", "Ċertament, irid ikun ristrett li ma jimxix b'rati li ma jistgħux jiġu supported with future revenue u li jiġi mit-taxxa eċċ, għax inkella jkun piż fuq l-ekonomija.", "Dan iwassal għal misallocation of resources – li jkollok ċertu riżorsi iktar milli għandek bżonn – fis-settur privat biex issostni l-pagi.", "Jiġifieri, hemm dan l-element li trid dejjem iżomm under review biex il-bilanċ jibqa' għaddej.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "TONIO FENECH: Grazzi, Mr Chairman.", "L-ewwel nett, tajjeb li wieħed jgħid li dan ir-rapport, u anke l-ewwel slide, tissottolinea li Malta – proprju mill-kriżi 'l hawn, u anke mertu tal-politika li ħaddan il-Gvern preċedenti – kienet l-aħjar waħda in terms of performance bħala ekonomija tal-Euro area kollha.", "U jagħmlu dan b'asserzjoni ċara:", "Imbagħad, l-IMF tgħid li proprju dan seħħ minħabba ż-żieda fl-esportazzjoni – kif joħroġ anke mill-graphs – u anke mill-fatt li s-sistema bankarja tagħna baqgħet waħda b'saħħitha.", "Naħseb li l-preżentazzjoni, il-graphs u anke l-kummenti tal-IMF joħorġu diversi aspetti interessanti, b'mod partikolari li l-ekonomija tagħna kibret mhux minħabba xi injection interna ta' konsum, imma pjuttost minħabba l-esportazzjoni li kienet qed tesperjenza.", "Tant hu hekk, li jien storikament ma niftakar qatt, jew rari, jew għexieren ta' snin ilu li l-current account balance ta' Malta kien pożittiv.", "Tradizzjonalment dejjem kien negattiv, u dejjem konna ngħidu li għax diffiċli ħafna għalina li naqbdu eżattament x'jidħol u x'joħroġ.", "Imma dejjem kien jispiċċa iktar fin-negattiv milli fil-pożittiv.", "Fir-realtà, fl-aħħar tal-2012 rajna quarters li kienu pożittivi.", "Irrid nissolleva graph 5, li titkellem dwar dak li għamilna fil-kriżi.", "Filwaqt li, bejn l-2009 u l-2010, pajjiżi oħra raw l-unemployment tagħhom jiżdied b'mod qawwi, prattikament f'pajjiżna l-gainfully occupied baqa' fejn kien jew niżel bi ftit.", "U dan ġara minħabba s-sapport li l-Gvern kien ta lill-fabbriki li daħlu f'diffikultà, b'mod li, minflok neħħew in-nies, żammewhom u tawhom it-taħriġ sakemm l-ekonomija reġgħet bdiet tirpilja.", "Għamlu investiment – għax l-għajnuna kienet marbuta mal-investiment – u nemmen li parti mit-turnout kien daqshekk qawwi u malajr għax, mhux talli l-fabbriki ma għalqux, imma f'dak il-perijodu kienu qed jinvestu.", "Hawnhekk toħroġ id-domanda tiegħi u ta' membri oħrajn.", "Huwa partikolari li kif, filwaqt f'pajjiżna l-esportazzjoni żdiedet, l-employment kompla jiżdied u allura qishom l-indikaturi ekonomiċi juru li l-ekonomija tagħna qegħda tipproduċi u qiegħda tikber aktar, imma min-naħa l-oħra l-produttività per capita tidher li qed tonqos u mhux tiżdied.", "Graph oħra turi li s-salarji żdiedu iktar mill-medja Ewropea.", "Jista' jkun li l-kumpens tas-salarji tagħna kien ogħla mill-produttività nnifisha, imma hu importanti li jkollna analiżi iktar dettaljata fuqha dan.", "Biex jindirizza aktar il-produttività, x'policies beħsiebu jagħmel il-Gvern?", "Għandi xi domandi dwar il-konsiderazzjonijiet li għamlet l-IMF.", "L-ewwel nett, l-IMF tgħid li l-ikbar sfida hi li nippreservaw l-istabbilità makro- ekonomika ta' pajjiżna.", "Forsi hawnhekk nistaqsi ftit lill-Ministru jekk jistax jagħtina ftit il-ħsibijiet tiegħu dwar kif il-Gvern beħsiebu jkompli jagħmel dan, fl-isfond ta' dak li huma stess qed jgħidu international risks li għadhom qawwija.", "Jiġifieri li l-external environment tagħna għadu wieħed instabbli ħafna.", "Jitkellmu wkoll fuq il-ħtieġa li nkomplu niddiversifikaw l-ekonomija, u jekk allura l-Gvern hux qed iħares lejn oqsma ġodda biex jagħmel dan.", "U l-fatt ukoll li l-ħtieġa li l-pagi tagħna jkunu aktar marbuta mal-produttività – forsi l-Ministru jista' jiċċara ftit anke l-ħsieb tal-Gvern, wara li riċentament kien hemm dikjarazzjoni dwar il-COLA u d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-imsieħba soċjali.", "Il-Gvern lejn xhiex qed iħares f'dawn id-diskussjonijiet?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Wieħed jinnota b'sodisfazzjon r-rimarki li għaddew id-delegazzjoni fuq is-settur bankarju.", "Però, rridu ngħidu wkoll li mezz ieħor biex tiddeskrivi dan is-settur huwa bl-istress test.", "S'issa, fil-każ tagħna, jekk miniex sejjer żball, l-Unjoni Ewropea għamlet żewġ stress tests.", "Li qed jiġri hu li l-Kummissjoni qed tkun ikkritikata li l-ewwel stress test mhux qed ikun iebes biżżejjed, u, fil-fatt, issa hemm it-tieni stress test.", "Aħna b'sodisfazzjon ngħidu li l-unika bank li ngħatalu dan it-test għadda minnu.", "Però, issa qed jerġgħu jsemmu tip ieħor ta' stress test.", "Jekk miniex sejjer żball, se jkun dwar il-kwalità tal-assi.", "L-ewwel mistoqsija tiegħi hija din: jekk 'il quddiem jiġu analizzati l-banek, bank wieħed ikun hemm, jew hemm il-possibilità li jkun hemm banek oħra Maltin li jingħataw dan it-test?", "U jekk għandekx dettalji ta' x'jifhmu b'dan it-test l-ġdid, fejn se jiġu analizzati jew evalwati l-kwalità tal-assi tal-banek: dik l-ewwel mistoqsija.", "It-tieni hija iktar forma ta' rimarka, għax xi ħaġa li forsi għadha ma ħarġitx fil-pubbliku – għaliex għadna qegħdin ninnegozjaw mal-Kummissjoni – Malta teknikament daħlet fl-Excessive Deficit Procedure, jew tista' possibilment tidħol, mhux biss minħabba d-defiċit, imma anke minħabba d-dejn.", "Jiġifieri, hemm regola ġdida li hija parti mis-six-pack, li mhux biss teżamina d-defiċit, imma tista' ddaħħal lill-pajjiż f'Excessive Deficit Procedure anke minħabba d-dejn biss.", "Dan għaliex għandek trajectory immarkat għalik u, jekk ma timxix miegħu, tista' tidħol f'Excessive Deficit Procedure.", "L-aħħar mistoqsija hija dwar il-Joint Financial Stability Board, jekk il-Gvernatur għandux informazzjoni dwar pajjiżi oħra?", "Min huma l-membri ta' dan il-Bord?", "F'Malta, dan il-bord huwa magħmul mill-Bank Ċentrali u l-MFSA biss.", "Hemm pajjiżi oħra fejn anke l-Gvern jidħol f'dan il-Joint Financial Stability Board?", "Just bħala informazzjoni.", "JOSEF BONNICI: Nibda mill-mistoqsija dwar il-Joint Financial Stability Board: fil-fatt, dan jien kemm kemm semmejtu.", "Però, kif tafu, xi sentejn jew tliet snin ilu twaqqaf bord ġdid, il-European Systemic Risk Board.", "Dan il-bord kien magħmul mill-banek ċentrali u mis-supervisors li kienu separati, għax mhux kullimkien huma separati.", "Waħda mir-rakkomandazzjonijiet li għamel dan il-Bord – għax ħass li raġuni għalfejn hemm kriżi kienet li ma kienx hemm biżżejjed attenzjoni ta' aspetti iktar from a macro level, u li kienu qed iwasslu għal ċertu riskji – kienet li kull pajjiż għandu jwaqqaf bord jew awtorità.", "Għamlet Terms of Reference biex tassigura li qed niffokaw fuq macro prudential aspects, u mhux inħarsu lejn the macro level ta' kumpanija li s-supervisor normalment jagħmel, imma nħarsu wkoll lejn l-implikazzjonijiet iktar wiesgħa ta' dik l-entità.", "Pereżempju, jekk wieħed ibiegħ ċertu bad debts, x'effett se jkollhom fuq l-oħrajn.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha wkoll.", "Aħna konna pjuttost minn tal-ewwel li ġibna l-green light mill-ESRB dwar din l-istruttura l-ġdida li waqqafna, li huwa bord miftiehem bejn iż-żewġ entitajiet.", "Dehrilna li mmorru għal bord u mhux għal awtorità, għaliex fiċ-ċokon tagħna biex noħolqu awtorità oħra, naħseb anke from a human resources point of view, kienet tkun iktar diffikultuża.", "Apparti minn hekk, diġà kellna kumitat bejn iż-żewġ entitajiet li kien qed jaħdem, u allura rriformajnieh biex jieħu din l-aġenda.", "Ippreżentajna l-kriterji lill-ESRB u aċċettathom.", "Fil-fatt, l-ewwel żewġ pajjiżi li l-ESRB aċċettat kienu aħna u l-Ingilterra, li ħolqu awtorità oħra.", "L-Ingilterra huwa pajjiż kbir, u allura jagħmel sens minn dak l-aspett.", "Bdejna niltaqgħu minn Jannar b'mod regolari.", "F'dawn il-laqgħat inħarsu iktar fid-dettall lejn aspetti ta' kif wieħed iħares lejn is-settur finanzjarju.", "B'mod partikolari semmejt l-istress test.", "Aħna qegħdin nħarsu lejn kull aspett, biex naraw jekk nistgħux nespandu.", "Il-kriterji li se jkunu wżati għall-istress test għadhom qed jiġu stabbiliti.", "Però, kif qal il-Ministru tal-Finanzi, hemm attenzjoni iktar ta' kemm jistgħu jkunu risky l-assi fil-banek, pereżempju jekk bank hux qiegħed jinvesti f'ċertu tip ta' bonds ta' ċertu pajjiż.", "Dan jista' jirrifletti riskju mal-pajjiż tiegħu stess.", "Però, jekk dak il-pajjiż hu batut, jirrifletti riskju iktar.", "Irrid ngħid li, min-naħa tal-ESRB, hemm tendenza li dawn l-istress tests iridu jsiru.", "Għalhekk irridu naraw li l-banek ikunu msaħħa, u, fejn hemm bżonn, isir recapitalisation.", "F'pajjiżi fejn il-banek qegħdin f'pożizzjoni dgħajfa, il-gvern irid jieħu ħsieb li jittieħdu l-miżuri kollha biex dawn jissaħħu.", "Meta jkun hemm regoli ġodda, hemm bżonn li niffukaw fuq dak l-aspett u, f'ċirkostanzi fejn il-banek ikunu iridu jibqghu jsellfu, iktar tirrikjedi element ta' prudenza, għax l-ekonomiji inġenerali ma jkunux kapaċi jirkupraw mill-kriżi li għaddew minnha.", "Ma jkunx hemm dak li jissejjaħ deleveraging, jiġifieri dan huwa aspett tal-istress test li aħna wkoll qed inħarsu lejh u nimmoniterjaw.", "Aħna qed naraw jekk il-banek tagħna jkollhomx bżonn jissaħħu iktar jew li kollox qiegħed sewwa u għaldaqstant ikollna moħħna mistrieħ.", "L-Excessive Deficit Procedure hija proċedura impenjattiva ħafna u li timponi ċertu requirements fuq pajjiż.", "Jekk pajjiż jidħol fih, jipprova jagħmel minn kollox biex, kemm jista' jkun, ma jibqax hemm.", "Jien, għall-inqas min-naħa tiegħi, miniex eżattament ċar jekk Malta għandhiex tidħol jew le.", "Hemm ukoll l-element tad-dejn nazzjonali, li tagħna laħaq il-livell ta' kważi 72%.", "Over time, għandu jmur lura lejn is-60%, biex jagħti iktar root manoeuvre lill-Gvern.", "This is easier said than done, speċjalment fiċ-ċirkostanzi preżenti, fejn ħafna gvernijiet kien qed ikollhom diffikultà biex iżommu mal-programmi tagħhom.", "Però, l-ECB qed tirrakkomanda li dak li l-pajjiżi ggwadanjaw f'dawn l-aħħar snin għall-inqas m'għandux jintilef, imma għandu jiġi sostnut.", "B'hekk is-settur finanzjarju – li bħalissa għaddej minn perijodu pożittiv u ċertu sitwazzjonijiet kajmana u mhux stressjati bħalma kienu sa ftit ilu – jibqa' f'din is-sitwazzjoni, anke fil-futur.", "Dan jippermetti li jsir finanzjament tal-ekonomija biex ikun hawn iktar impjiegi u iktar tkabbir qawwi.", "Is-settur finanzjarju huwa l-qofol ta' dan kollu.", "Bħala settur finanzjarju, Malta qegħda f'pożizzjoni aħjar minn ta' pajjiżi oħra.", "Però, hemm pajjiżi li, minħabba l-problemi li kellhom fis-settur finanzjarju, qegħdin isofru ħafna u qed jagħmilha diffiċli ferm biex il-banek tagħhom jestendu s-self, u jkunu jistgħu jżommu r-ritmu ekonomiku għaddej.", "KRISTY DEBONO: L-ewwel nett, Professur Bonnici, nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek iżda wkoll ta' din il-preżentazzjoni.", "Bla dubju, huwa ċertifikat tajjeb ħafna mill-IMF għall-ħidma tal-Gvern preċedenti fil-qasam ekonomiku u dak finanzjarju.", "Nixtieq nerġa' nsaħħaħ l-argument tal-Onor.", "Fenech u nindirizza din il-mistoqsija proprju lill-Ministru għall-Finanzi.", "Il-Gvern kif ħa jippreserva l-istabbilità makro-ekonomika?", "Mistoqsija oħra: l-IMF qiegħed iwissi li jeħtieġ nidentifikaw ekonomiji u niches ġodda, sabiex mhux biss ikollna tkabbir ekonomiku, iżda wkoll nibqgħu kompettitivi, kif semmejt inti wkoll fil-preżentazzjoni tiegħek.", "Il-Gvern preċedenti sab niches ġodda bħas-settur finanzjarju, l-e-gaming kif semmejt int, il-maritime, u l-aviation fost l-oħrajn.", "L-IMF qiegħda tgħid li jeħtieġ li nsibu niches ġodda.", "Il-Gvern preżenti qiegħed jgħid u jassigura li dawn is-setturi li għadni kif semmejt jien qegħdin f'qalbu u ħa jkompli jikkonsolidahom.", "Iżda l-Ministru għall-Finanzi f'isem il-Gvern, x'politika qiegħed iħaddan, x'għandu f'moħħu dwar x'niches jixtieq isib, sabiex bħala pajjiż nibqgħu iktar kompetittivi kif proprju konna f'dawn l-aħħar ħames snin u sitt snin?", "Apparti minn hekk, qed naraw li t-tbassir għat-tkabbir ekonomiku – kif diġà rajnih kemm-il darba – qiegħed ibbażat fuq l-ispillover – li nassumi kien ħalla l-Gvern preċedenti – u li ċertu policies se jibqgħu joperaw bl-istess mod.", "F'każ li dan ma jiġrix, it-tbassir jista' jinbidel drastikament.", "Il-kummenti tiegħek.", "JOSEF BONNICI: Fid-diskussjoni li kellna mal-IMF din id-darba, l-iktar li taw importanza kien li pajjiżna jkollu ħsieb ta' kif jista' jibqa' jsostni r-ritmu ekonomiku tiegħu billi jkompli jiddiversifika u jżid il-kompetittività.", "Biex tkompli żżid fil-kompettitività, tirrikjedi investiment iktar, speċjalment fir-riżorsi umani, fl-Università, fit-taħriġ, u fl-istituzzjonijiet li jipprovdu taħriġ professjonali u li jipprovdu r-riżorsi umani tagħna.", "Min-naħa l-oħra, l-effiċjenza tiżdied b'aspetti organizattivi, bl-idea ta' one-stop shop eċċ, u li l-burokrazija tkompli titnaqqas u tkompli ttejjeb l-effiċjenza u l-kapaċità ta' pajjiż li jirreaġixxi malajr għal talbiet li jkun hemm minn barra.", "Din il-produttività hija importanti ħafna.", "Hemm aspetti fejn tfittex niches u setturi ġodda li jwasslu biex jiġu kkreati żviluppi ekonomiċi ġodda li jagħmlu tajjeb għall-oħrajn li, jew forsi ma jibqgħux jikbru bl-istess rata, jew inkella għal xi raġuni jkunu għaddejjin b'ritmu iktar bil-mod.", "Punt ieħor li semmew l-IMF hu l-effett tal-internal devaluation li qed issir f'ħafna pajjiżi, fejn din twassal għal sfidi ikbar fil-futur.", "Ftit ilu, persuna mill-Bank Ċentrali tal-Greċja ġiet Malta biex tagħmel xi preżentazzjonijiet, u wieħed mill-punti li semmiet hu li, skont il-Bank Ċentrali Grieg, hemm diversi attivitajiet li ġew imwarrba, imma llum bil-bidliet li saru u t-tnaqqis fil-burokrazija u fl-ispejjeż li kellhom, qed jagħmlu sens iktar, u jistgħu jerġgħu wkoll ikunu kompetittivi fihom.", "Hemm diversi oqsma – mhux se noqgħod nidħol fid-dettall – imma dan qed jantiċipa li at some point se jkun hemm possibiltajiet ġodda.", "L-istess ħaġa jista' jingħad fuq Spanja.", "EDWARD SCICLUNA: Fil-fatt l-IMF għamluh dan il-punt ...", "JOSEF BONNICI: Hekk hu.", "EDWARD SCICLUNA: … li, għalkemm kollox huwa mgħotti b'dak l-istorbju, tbatijiet u kollox, imma minn taħt hemm internal devaluation qawwija, li, meta imbagħad niġu biex nikkompetu magħhom, se tissoprendina u nsibu li they are undercutting us, għax ikunu għamlu internal devaluation bis-sagrifiċċji li qed jagħmlu.", "JOSEF BONNICI: Hekk hu.", "Preċiżament, il-messaġġ li taw kien il-bżonn li jkun hemm iktar attenzjoni biex inkomplu nikkumbattu ma' dawn il-bidliet li qed iseħħu, u li mhumiex ġodda għalina.", "Irridu nifhmu li l-esportazzjoni ta' goods and services f'Malta illum qabeż il-100% tal-GDP.", "Ftit hemm pajjiżi fl-Ewropa li huma daqshekk exposed għall-external trade!", "U dan mhux qed jiġri llum biss, imma ilu jiġri għal dawn l-aħħar snin, dejjem inkunu viċin, daqqa nkunu ftit 'l fuq mill-GDP, daqqa ġieli ftit 'l isfel.", "Pajjiżna dejjem ried ikun kapaċi jikkompeti fi swieq oħra internazzjonali biex jgħix, għalhekk rabbejna ċertu sengħa u ċertu kapaċità biex dan iseħħ.", "Imma llum il-ġurnata, l-kompetituri tagħna qegħdin ibiddlu ċertu ċirkostanzi interni biex huma wkoll ikunu kalamita għal attivitajiet li qabel forsi kienu warrbu.", "Dan jista' jkollu effett fuqna, u l-isfidi se jkomplu jikbru.", "THE CHAIRMAN: Nagħmel referenza għall-graph \"Real GDP Growth\": fl-opinjoni tiegħek, x'inhi r-raġuni li fi quarter three tal-2013, Malta qabdet it-triq 'l isfel?", "Mhijiex fin-negattiv, imma qiegħda at a decreasing rate.", "THE CHAIRMAN: Jekk torbothiex mal-konklużjoni tal-IMF report li jgħid:", "Forsi tista' tgħidilna iktar dwar \"policy uncertainty decreases\" u għalxiex qed jirreferu?", "Forsi għall-fatt tal-Elezzjoni Ġenerali?", "JOSEF BONNICI: Tista' taħseb f'diversi policy uncertainties li jista' jkun hemm: waħda ovvja hija l-Elezzjoni Ġenerali li għadek kif semmejt.", "Però, parti mir-ritmu kajman li kien hemm fl-2012 kien ġej ukoll mill-inċertezza enormi li kien hemm fis-settur finanzjarju.", "THE CHAIRMAN: Is-settur finanzjarju lokali qed tgħid?", "JOSEF BONNICI: Le, le, dak internazzjonali.", "Irridu niftakru li, fil-bidu tas-sena 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew tant ħass li kien hemm kriżi fil-funding li pprovda kważi an unlimited amount of very long-term refinancing operation (LTRO) ta' likwidità.", "Dak iż-żmien kien hemm il-periklu li jkollna xi sitwazzjoni bħall-2009 – jiġifieri li jkollna xi spillover kif kien hemm fl-2009 – imma rnexxielna negħlbuha b'diversi modi.", "L-inċertezza kienet kemm interna kif ukoll esterna.", "THE CHAIRMAN: Jien li rrid ngħid hu li, mill-2012 lura – qisu qabel ma kien hemm dan il-punt fi quarter 1 tal-2012 – il-pattern ta' Malta kienet qed issegwi dik taż-Żona Ewro.", "Allura, jekk kien hemm inċertezza internazzjonali, kienet qed tiġi riflessa ukoll f'inċertezza lokali, minkejja li, bejn l-2012 u l-2013, iż-Żona Ewro baqgħet negattiva, imma qisha ġiet stabbli.", "Taħseb li n-negative slope jew is-slope li sejra 'l isfel hija attribwita għall-inċertezza lokali?", "X'inhi l-opinjoni tiegħek li t-tbassir għat-tkabbir tal-Unjoni Ewropa hu iktar mit-tkabbir ta' Malta?", "Taħseb li l-ispillover effect tal-economic growth at EU level se jkun rifless fir-rata ta' tkabbir fuq livell lokali?", "JOSEF BONNICI: Iktar kmieni rrimarkajt li fl-ewwel kwart tal-2012 kien hemm crossover.", "Jiġifieri waqt dak il-quarter, konna qegħdin b'rata ta'tkabbir inqas, u morna negattivi meta l-Ewropa baqgħet pożittiva.", "Wara l-ewwel kwart, iż-Żona Ewro daħlet f'reċessjoni, filwaqt li aħna fl-istess żmien konna f'perijodu kontinwu ta' tkabbir posittiv.", "Jekk tqabbel il-gap tar-ritmu ekonomiku tal-2012 ma' pereżempju dak tal-2011, huwa ferm ikbar.", "Meta Malta kienet tielgħa 'l fuq, l-Euro area kienet nieżla.", "Wieħed irid ikun daqsxejn kawt kif jinterpreta dawn l-affarijiet, għaliex mhumiex daqshekk faċli.", "Hemm differenza meta aħna nkunu in a positive environment, waqt li l-Unjoni Ewropea tkun fin-negattiv.", "L-aħħar li ż-Żona Ewro kienet fin-negattiv kien fit-tielet kwart u qabel l-2009.", "Il-Euro area kienet pożittiva mit-tielet kwart sal-bidu tal-2010, u issa marret fin-negattiv u daħlet f'reċessjoni.", "Il-mod kif l-ekonomija tagħna aġixxiet f'dak il-perijodu huwa pożittiv, għax sakemm ħareġ dan l-istadju, qatt ma daħlet f'reċessjoni bħalma ghamlet iż-Żona Ewro.", "Dwar it-tkabbir, iż-Żona Ewro qiegħda tagħmel tbassir li minn pożizzjoni negattiva se tmur għal pożizzjoni pożittiva.", "Allura, bejn l-2013 u l-2014, tidher qisha qabża kbira.", "Iktar kmieni semmejt kif, għal dawn l-aħħar sena u nofs, it-turning point min-negattiv għall-pożittiv taż-Żona Ewro qiegħda dejjem tiġi mbuttata iktar 'l quddiem.", "L-indikaturi qegħdin ibassru li r-rata ta' tnaqqis m'għadhiex għaddejja bl-istess ritmu, imma xorta għadu tnaqqis!", "Fir-realtà, meta se ssir din it-turning point?", "Forecasters differenti mill-Ewropa għadhom qed jaħsbu li tista' ssir lejn l-aħħar ta' din is-sena.", "Jista' jkun li r-riskju is on the down side, fis-sens li jista' jkun li l-affarijiet imorru iktar negattivi.", "Biex tagħmel it-tbassir għal Malta, huwa delikat ħafna.", "Dan għaliex barra li Malta huwa pajjiż żgħir, tiddependi ħafna fuq is-sitwazzjoni esterna, għax kien hemm drabi li ġejna affetwati iktar u ġieli ġejna affetwati inqas b'dak li jkun qed jiġri barra minn Malta.", "Pereżempju, t-turiżmu f'Malta jista' jkun qiegħed jopera b'ritmu aħjar milli jkun qed jopera f'pajjiżi oħra, anke minħabba sigurtà jew minħabba l-kompetittività, eċċ. Però, huwa diffiċli li tbassar.", "Il-Bank Ċentrali ta' Malta jagħmel dan it-tbassir, jagħtih lill-ECB li jagħmlu r-review tagħhom, u jkun hemm serje ta' exchanges, sakemm jaslu f'punt li jissodisfa t-tnejn.", "Però, hu eżerċizzju delikat.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn xi kummenti konklussivi min-naħa tal-membri?", "EDWARD SCICLUNA: Li rrid inżid hu li l-IMF għamlet referenza għall-elezzjoni b'mod diplomatiku għall-fatt li kellna dik il-fiscal slippage.", "Ninnutaw li f'Marzu u April il-konsum kien qiegħed jiżdied.", "Jew, fi kliem ieħor, qed jonqos b'inqas milli kien fix-xhur ta' qabel.", "Baqa' negattiv sena għal sena, imma xahar għal xahar huwa pożittiv.", "Li l-IMF qed tgħid huwa minnu.", "Meta qed tara li hawn ċertu ċertezza minħabba gvern ġdid – hu min hu, mhux qed nitkellem politikament – li hemm Gvern bi pjan u li mhux ġejja elezzjoni, tagħmel differenza kbira għall-konsum.", "Għalkemm il-Baġit kien imwiegħed li se jkun miżmum, xorta kien għad hawn xi ftit inċertezza, minħabba t-taxxa li kienet ġiet imwiegħda fuq il-karozzi, il-proprjetà, eċċ. Dawn ħadd ma kien jaf x'se jiġri, u kien hemm ħafna nies li ma xtrawx karozza jew taw donazzjoni fuq art eċċ, imma baqgħu jistennew biex jgħaddi l-Baġit.", "Ladarba l-Baġit għadda, ukoll ikkrea ċertezza bħalma kien dejjem jiġri.", "Imma li tkun imdendel u ma tafx … Dak huwa l-kumment tiegħi dwar ċertezza u mhux ċertezza.", "Kien hemm mistoqsija dwar il-macroeconomic stability.", "L-argument li qed jagħmlu l-Kummissjoni hu li l-istabbilità mhijiex temporanja, meta għalina hi temporanja.", "Għall-Kummissjoni, temporanja tfisser kif hemm fit-Trattat li jkun hemm shock, u mhux meta jkun hemm elezzjoni.", "Il-Kummissjoni ma jirrikonoxxux li elezzjoni hija r-raġuni li jkun hemm deficits temporanji.", "Dik hija d-definizzjoni tagħhom.", "Aħna qed ninsistu li għalina xorta huwa temporanju, huma x'inhuma r-raġunijiet.", "Aħna qed nitolbu lill-Kummissjoni biex ma jdaħħluniex fl-Excessive Deficit Procedure biex ma tigix ikkreata instabbilità.", "Jekk inħarsu lejn l-economic indicators, aħna bħalissa għandna macroeconomic stability.", "U nixtiequ nkomplu hekk.", "Però, fl-istess ħin, irridu nikkonsolidaw, biex fl-aħħar tas-sena verament nispiċċaw taħt it-3%!", "Din hi xi ħaġa li kulħadd jixtieq; li ma nibqgħux fuq it-3%, imma nerġgħu niġu taħt it-3%.", "Dik hija l-macroeconomic stability, li meta tkun miexi, tkompli miexi.", "Sintendi imbagħad hemm il-viżjoni u l-pjanijiet pożittivi għall-investiment, it-tkabbir tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, li għandna pjan ta' enerġija, li qed nindirizzaw waħda mill-ikbar pjagi li għandna, dik li t-tfal joħorġu kmieni mill-iskola, fejn Malta għanda rata ogħla minn pajjiżi oħra.", "Dawn huma affarijiet pożittivi li jkomplu jsaħħu l-macroeconomic stability tagħna.", "Din hija il-viżjoni ta' dan il-Gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "TONIO FENECH: Nirringrazzja lill-Ministru għall-kummenti tiegħu, għalkemm kien hemm xi kummenti oħrajn li ma taniex risposta għalihom.", "Ninnota l-kummenti li għadda l-Ministru fuq il-kwestjoni tal-Excessive Deficit Procedure.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li l-Kummissjoni ma toqgħodx sempliċement fuq statements li jagħmel il-Gvern, imma toqgħod fuq il-fatti.", "Għandi preokupazzjoni oħra dwar il-kuntest tal-Excessive Deficit Procedure.", "Għax mhux biss il-fatt li nqabeż l-ammont ta' defiċit għas-sena li għaddiet – għalkemm issa mhux se noqgħod nidħol fil-kontroversja jekk kellux jinqabeż jew le – imma l-Ministru qed jgħid li l-istatistika mhux f'idejh.", "Imma l-accruals mill-Ministeru għall-Finanzi jgħaddu, u tkun id-deċiżjoni tagħhom.", "La l-NSO u lanqas it-Teżor ma jeħduha din id-deċizjoni, imma hemm proċess li jkun involut il-Ministeru għall-Finanzi.", "Issa dawk l-għażliet saru, il-figura hi dik li hi, u nerġa' ngħid li issa hija aċċettata.", "Imma l-veru preokupazzjoni fuq l-Excessive Deficit Procedure hu li l-Kummissjoni ħarġet tbassir li kien jgħid li għal din is-sena d-defiċit mhux ta' 2.7% se jkun, imma ta' 3.7%.", "U t-tbassir għas-sena d-dieħla se jerġa' jkun ta' 3.6%, under a no policy change scenario.", "Fi kliem sempliċi, sakemm il-Gvern ma jbiddilx il-politika li għandu bħalissa, u ma jieħux azzjoni ta' rimedju, d-defiċit se jkun ta' 3.6%.", "Waqt li nifhem li, f'kuntest ta' Excessive Deficit Procedure, jħarsu wkoll lejn id-dejn, imma ma konniex nidħlu sempliċement għad-dejn biss, speċjalment meta parti sostanzjali mill-għoli tad-dejn tagħna hu minħabba s-self li qed tingħata l-Greċja u l-garanziji fuq il-Portugall u l-Irlanda.", "Ta' min jinnota li, fil-graph Debt to GDP ratio, filwaqt li l-medja Ewropea telqet mill-kriżi b'dejn ta' 70% u telgħet b'20% għal 90%, aħna bdejna minn xi 62% u spiċċajna bi ftit iktar minn 70%.", "Kif għidt, parti minnu huwa d-dejn tal-Greċja.", "Mingħajr dubju, fil-konfront ta' pajjiżi oħra, Malta għamlet sforzi kbar għas-sostennibbilità finanzjarja nnifisha.", "Però, d-domanda hija sempliċi.", "Fil-Baġit, minbarra l-figura ta' 2.7%, il-Gvern ta wkoll timeline ta' kif qed jara li se jnaqqas id-defiċit u d-dejn.", "Fl-istess tabella li ppreżenta l-Ministru, kien hemm li fuq it-tliet snin li ġejjin, id-dejn se jiżdied b'€600 miljun oħra!", "Il-Kummissjoni qiegħda tgħidlu biex jirrevedi dak l-ammont?", "Qed ngħid hekk proprju minħabba dak li qal il-Ministru, li d-dejn irid jitqiegħed fil-miżien ta' pajjiżna fil-ġudizzju tal-Excessive Deficit Procedure.", "Bil-kummenti li saru, jiena qed nifhem li probabbilment se nidħlu fl-Excessive Deficit Procedure, allura l-Gvern x'se jkun qed jagħmel biex jirrimedja din is-sitwazzjoni?", "Ma kellniex tweġibiet lanqas dwar liema huma s-setturi ekonomiċi ġodda li l-Gvern qed iħares lejhom.", "Smajna lill-Ministru jitkellem dwar il-pjan ekonomiku tal-Gvern, però għadna ma smajniex x'inhuwa fil-fatt dan il-pjan.", "U lanqas ma rrisponda dwar il-kummenti li għamlet l-IMF dwar l-alignment tal-pagi mal-produttività, u wkoll dwar id-diskussjonijiet li qed isiru mal-MCESD.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Meta l-Oppożizzjoni kienet fil-Gvern, kienet tat l-assigurazzjoni lill-Oppożizzjoni ta' dakinhar li l-baġit għal din is-sena kien maqbul mal-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ, waqt li kont qed ninnegozja ma' Olli Rehn fuq it-telefon, qalli li mhux eżattament kien hekk!", "Għaliex kieku kien maqbul minnu, u l-baġit kien qed jimmira għal 1.7%, hemm l-expenditure u hemm ir-revenue.", "Aħna għidna li la dan huwa maqbul mal-Unjoni Ewropea, se naċċettawh.", "TONIO FENECH: Imma mhux 1.7%, imma 2.8%", "EDWARD SCICLUNA: Issa, ġara li ġara, u dan il-baġit m'għaddiex f'Novembru u għadda f'Marzu.", "B'riżultat ta' dak id-dewmien, ġraw ċertu affarijiet, fosthom dik is-serje ta' collective agreements – l-agreement li kien sar mal-Università, il-Pharmacy Of Your Choice, u affarijiet oħra.", "Meta dawn iżżidhom, jgħollu l-ispiża u jgħollu d-defiċit!", "TONIO FENECH: Korrett meta ngħid li l-ispiża żdiedet b'€10 miljuni?", "EDWARD SCICLUNA: Barra minn hekk rajna li, peress ir-revenue kien ottimist fl-2012, għidna li se jkun ottimist ukoll fl-2013, u baxxejnih.", "Meta r-revenue jitbaxxa, jiżdied id-defiċit.", "Il-bilanċ nett tar-revenue u tal-expenditure revisions iwasslu – u dan għandna l-istimi magħmulin mill-Budget Office – għal €66 miljun, li bejn wieħed u ieħor huma 1%.", "Mela aħna ħsibna li l-baġit kien maqbul mill-Unjoni Ewropea u li kien qed jimmira għal 1.7%, żidna nett żbilanċ ta' €66 miljun, u allura tela' minn 1.7% għal 2.7%.", "Però, il-Kummissjoni mhux qed tieħu dan l-argument.", "U hawn qiegħed il-point of departure, il-Kummissjoni mhux qed taqbel ma' dan.", "TONIO FENECH: Il-Kummissjoni mhijiex marbuta!", "EDWARD SCICLUNA: Rimarka oħra.", "Għandi ittra mingħand l-assistent tiegħi li l-Kummissjoni kienet kitbet li ma jkunux jafu fejn qegħdin għax il-figuri dejjem differenti.", "Dan kien messhom rawh qabel, u mhux joqgħodu jgħiduh lili, imma insomma ...!", "Minħabba li kien hemm fiscal slippage sew fuq id-defiċit u sew fuq id-dejn, allura ma għadniex nitwemmnu!", "Dik hija l-istorja kollha!", "M'għadniex nitwemmnu!", "M'aħniex niġu emnuti li se jkollna konsolidazzjoni u se mmorru f'livell inqas!", "Dan minħabba li l-ex-Ministru tal-Finanzi ma żammx il-wegħda li kien ta f'Jannar tal-2012, meta qal li se jaqta' €40 miljun!", "Dik hija l-istorja kollha!", "L-€40 miljun li qal li se jaqta' ma qatagħhomx, anzi żiedhom u mhux qatagħhom.", "Il-kelma tiegħu ma żammhiex, u allura aħna qegħdin f'pożizzjoni dgħajfa mal-Kummissjoni.", "Aħna qed nagħmlu l-almu tagħna kollu, imma nwegħdu x'inwegħdu, xorta m'aħniex nitwemmnu!", "Din hija s-sitwazzjoni ta' kif huma qed jaslu għat-3.7% u jibqgħu telgħin, eċċ!", "Mentri l-argument tagħna kien sempliċi.", "TONIO FENECH: Sur President, nixtieq ngħaddi xi rimarki dwar il-kummenti li għadu kif għamel il-Ministru.", "L-ewwel ħaġa, jiena ma nkunx qed nisma' x'ikun qed jgħidlek fuq it-telefonati l-Kummissarju Olli Rehn!", "Is-sistema mhijiex li l-Kummissjoni tagħtik impronta u tgħidlek li ser tiffirmalek il-baġit, għax il-baġit jibqa' tal-pajjiż.", "Bħala Ministru għall-Finanzi, għandek l-istess Segretarju Permanenti li kelli jien, li żgur jista' jagħtik rendikont sħiħ tad-diskussjonijiet kollha, l-analiżi taċ-ċifri li kienu saru kollha, inkluż dawk tar-revenue u l-forescasts tagħna li kellna mal-Kummissjoni.", "Iva, fil-fatt dawn kienu spjegati kollha lilhom u aċċettati minnhom.", "Il-Kummissjoni qatt ma tiffirma u mhux se tintrabat.", "Għaliex tintrabat biss bl-istatistika uffiċjali li tinħareġ mill-Eurostat, li imbagħad tasal kemm għat-tkabbir, kemm għad-defiċit, u kemm għal dawn il-figuri kollha!", "Xejn ma nistagħġeb bil-kumment li qallek il-Kummissarju Olli Rehn!", "Le, mhux marbut għax marbut biss bir-riżultat.", "L-Excessive Deficit Procedure tidħol jew ma tidħolx mhux bil-ħbiberija!", "Jekk jinqabżu ċertu figuri, dawk huma l-konsegwenzi.", "Għalhekk, jien kont awgurajt li pajjiżna ma jidħolx, imma kont urejt id-dubji tiegħi kemm l-istess Kummissjoni se tieħu dik l-istand.", "Però jien mhux fuq il-passat qed nistaqsi, imma dwar il-futur!", "Il-Kummissjoni qed tagħmel tbassir ta' 3.7% u 3.6%.", "Rigward x'temmen u ma temminx, hemm ir-rapporti uffiċjali tal-Kummissjoni li ħarġu f'dawn l-aħħar erba' snin u li dejjem qalu li l-Gvern miexi tajjeb fuq id-defiċit tiegħu.", "Kien hemm l-islippage tas-sena l-oħra, li semmejt inti.", "Issa, jekk il-Kummissjoni tilfet il-fiduċja kollha tagħha fil-pajjiż, irridu nerġgħu nirbħuha.", "Ma naħsibx li hija kwestjoni ta' fiduċja.", "Il-Kummissjoni hija ċara, timxi fuq l-istatistika uffiċjali.", "Jekk il-previżjoni tal-Kummissjoni jew jekk il-Eurostat joħorġu b'figura oħra, jargumentaw li l-figuri huma bbażati fuq il-figuri u t-trends tagħna, u jimxu fuqhom.", "Nerġa' ngħid li mhux kwestjoni jekk il-Kummissjoni għandhomx fiduċja fina, jew għax jiggustaw lill-Edward jew lill-Tonio!", "M'għandha x'taqsam assolutament xejn!", "U hawnhekk qed tippruvaw tagħtu l-impressjoni li għax se tirbħu l-fiduċja bil-ħbiberija.", "M'għandha x'taqsam xejn!", "Bil-prattika tirbaħ il-fiduċja!", "U l-Kummissjoni temmen li dan il-Gvern se jippreżentalhom programm ċar ta' kif se jitnaqqas id-defiċit u d-dejn!", "S'issa dan il-Gvern għadu ma ppreżenta xejn!", "S'issa, minn dak li l-Gvern ippreżenta fil-Baġit, żgur li l-miri pposponiethom!", "Meta l-Kummissjoni rat li l-Gvern ippospona l-miri, il-Kummissjoni tat rata għolja ta' tbassir,u bdiet tagħmel il-question marks, għax ma ratx id-determinazzjoni fil-Gvern li jerġa' jniżżel ir-rata.", "U rrid ngħid ukoll li l-Ministru ma jistax jgħid li din is-sena qisu tort tal-Gvern preċedenti!", "Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, id-defiċit żdied b'€65 miljun iktar mit-tliet xhur tas-sena li għaddiet!", "Issa diġà għaddew disa' xhur minn kemm ilha l-amministrazzjoni f'idejk bħala Ministru ghall-Finanzi.", "Dan il-Gvern irid jagħmel xi ħaġa biex jirrimedja din is-sitwazzjoni!", "Żgur li mhux se joqgħod b'idejh fuq żaqqu u jgħid li se jippreżenta l-Baġit tal-2014, u joqgħod iwaħħal f'ta' qablu għall-Baġit tas-sena 2013.", "Diġà għaddew disa' xhur Ministru li huma tiegħek!", "Ma tistax twaħħal fuq il-Gvern ta' qabel fuq kemm se tkun aggressiv biex tilħaq il-miri ta' defiċit li jikkonvinċu lill-Kummissjoni biex ma jdaħħluniex fl-Excessive Deficit Procedure!", "Fid-diskors tiegħek stess, inti kont għidt li l-€10 miljuni huma l-impatt tal-collective agreements, tal-Università u tal-fatt li l-Gvern għamel amministrazzjoni ikbar.", "Dak kien id-diskors tiegħek li għidt fil-Parlament.", "Allura ma nistgħux sempliċement inwarrbu kollox f'ġenb u nerġgħu nitkellmu fuq is-sena l-oħra.", "Il-Kummissjoni se tiġġudikana fuq din is-sena u fuq it-tbassir tagħha għas-sentejn li ġejjin!", "Mela, jekk il-Gvern mhux se jikkonvinċi lill-Kummissjoni li dak it-tbassir se jkun rimedju fil-konfront tiegħu, Malta mhux biss se tidħol fl-Excessive Deficit Procedure, iżda mhux se toħroġ malajr!", "THE CHAIRMAN: Xtaqt nistaqsi mistoqsija kumplementari Ministru, biex tirrispondiha wkoll.", "Waqt l-intervent tal-Onor.", "Fenech, semma l-kwestjoni tal-accruals u l-fatt li l-Ministru għall-Finanzi ddeċieda – kif stajt nifhem jien, forsi tikkorreġuni jekk sejjer żbaljat – li jdaħħal il-figuri korretti, meta skont l-Onor.", "Fenech seta' ma daħħalx xi figuri.", "TONIO FENECH: Ħa niċċaraha.", "L-accruals huma stimi ta' dak li qed tipprevedi li kienet nefqa, imma m'hemmx invoices għax għadhom ma ġewx ippreżentati, però li kienu ġew riflessi diġà.", "Jien mill-esperjenza naf li l-istimi tas-settur tas-saħħa huma dejjem għoljin, u anke jgħolluhom apposta biex b'hekk ikollhom il-latitude u s-sena ta' wara jonfqu iktar.", "Jekk dawn ma jiġux analizzati fid-dettall mill-Ministeru għall-Finanzi, u sempliċement, kif qal il-Ministru fid-diskors tiegħu, jiġu aċċettati kif inhuma, bilfors ġara li ġara!", "Imma issa dik hija d-deċiżjoni li ħa l-Gvern!", "Ovvjament, biex ikun jista' joħloq l-ispazju għalih u biex ikun jista' jonfoq din is-sena!", "L-accruals huma stimi.", "THE CHAIRMAN: Qed nifhem sew li qabel il-Ministru kien prattikament ...", "TONIO FENECH: Mhux il-Ministru jarahom!", "Hemm il-Budget Office u s-Segretarju Permanenti, u jidħlu fid-dettall huma fihom.", "Jekk ma sarx dak l-eżerċizzju....", "THE CHAIRMAN: Tikkonferma li fil-Gvern ta' qabel, il-Ministru kien jiddeċiedi xi jdaħħal jew le?", "TONIO FENECH: Mhux il-Ministru!", "Nerġa' nenfasizza: jien il-Ministeru għall-Finanzi semmejt u mhux il-Ministru!", "Ma jidħolx fihom il-Ministru personalment; għalkemm jista' jkun li l-Ministru jintalab biex jintervjeni ma' Ministru ieħor jekk jara li ċertu nefqiet qed jaqbżu!", "Għax il-Ministru jrid jagħmel xi ħaġa, u mhux joqgħod jiċċassa, biex niftehmu wkoll!", "Imma hemm proċedura ta' x'accruals jiġu aċċettati; u hemm proċess ta' verifika li ssir mill-Ministeru għall-Finanzi biex jiġu ġġustifikati jekk humiex veru accruals jew le.", "Għaliex jien dejjem nenfasizza li l-baġit tal-Gvern tgħollih bi tliet modi: jew b'talba li ssirlek fil-baġit, meta jiġi quddiemek ministeru u jgħidlek biex tagħtih iktar flus; jew bin-nefqa li jżidulek matul is-sena, imbagħad jitolbuk tapprovaha fis-supplementary estimates; u, jekk minn dawn it-tnejn ma tgħaddix u xorta waħda jridu jagħmlu nefqa, idaħħluhielek fl-accruals.", "Jekk ħadd ma janalizzahom, hemm se tinstab!", "Għax jgħidulek: Issa daħħalthom dawk u nista' nonfoqhom, għax la ġew aċċettati fl-accruals huma tiegħi!", "THE CHAIRMAN: Imma jekk tkun saret l-ispiża, allura mhux xorta?", "TONIO FENECH: Le, fl-accruals ma tkunx għadha saret l-ispiża!", "L-accruals vera, huma biss dawk li vera saret l-ispiża.", "Dik hi l-mistoqsija: Fil-Ministeru għall-Finanzi, il-listi ppreżentati ġew ivverifikati?", "Fid-diskors tiegħu fil-Parlament, il-Ministru qal li aċċettaw il-claims kif saru.", "THE CHAIRMAN: Jekk qed nifhem sew, inti qed tgħid li għandek dubju jekk l-accruals li ġew ippreżentati humiex riflessi fil-verità?", "TONIO FENECH: Issa dak jiddeċiedi l-Ministru u jiddeċiedi min għamel l-eżerċizzju fil-Ministeru.", "Però fil-Parlament, il-Ministru għamel dikjarazzjoni ċara li dawk il-figuri li ġew ippreżentati mill-ministeri ġew aċċettati.", "Mhux jien għamiltha dik id-dikjarazzjoni.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, jekk teżamina l-iżbilanċ għal dawn l-aħħar snin fuq il-Konsolidat, ma ssibx żbilanċ daqshekk ikbar!", "B'mod konsolidat, id-defiċit kien ta' 5.4%!", "Immaġinaw bejn il-Konsolidat u l-accruals, jekk tieħu s-snin tara li, minħabba r-receivable u li baqa' biex jitħallas, imbagħad tieħu l-guideline li tintuża – għax dik kienet l-użanza taħt il-Gvern l-ieħor u allura titkompla – li tieħu r-revenue tal-VAT ta' Jannar … (Interruzzjonijiet)", "TONIO FENECH: Skużani, mhux użanza, imma huma r-regoli tal-ESA 95!", "EDWARD SCICLUNA: Kellkom option, imma intom mortu għaliha!", "THE CHAIRMAN: Mhux qed tiġi contested.", "EDWARD SCICLUNA: It-Teżor mar ma' dik is-sistema.", "Ma nistax nimmaġina kif kien qed jistenna li se jispiċċa s-sena b'5.4% żbilanċ fil-Konsolidat, u jinżel taħt it-3% bl-accruals!", "(Interruzzjonijiet)", "TONIO FENECH: Għal 0.3% (Interruzzjonijiet)", "Nixtieq li jekk jogħġbok meta ssir domanda, jirrispondi l-Ministru, imbagħad ikollok il-ħin tiegħek.", "Kollu se tieħdu l-ħin tiegħek!", "Biex inżommu daqsxejn ordni, nippreferi li, kemm jista' jkun, kulħadd iżomm il-ħin tiegħu.", "EDWARD SCICLUNA: Grazzi, Sur President.", "Bniedem li jifhem jinduna minn qabel li there is no way li, bl-accrual system b'kollox, ma tista' figura ta' 5.4% twaqqagħha taħt it-3%!", "Nerġa' ngħid li s-sistema li tintuża hija l-istess waħda li dejjem użaw it-Teżor u l-NSO.", "It-Teżor jagħmlu l-parti tagħhom, u l-NSO jkomplu bil-gwidi tal-Eurostat biex jieħdu in konsiderazzjoni fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad, il-Eurostat eżaminawhom u sabuhom korretti!", "Din hija xi ħaġa li l-Kummissjoni qalet fid-diskussjonijiet li kellna magħhom, li they were very disappointed li kienu mwegħdin mod u fil-fatt ġara mod ieħor.", "Din li qed jimplika l-Onor.", "Fenech li l-Ministru kien messu daħal fil-accrual system u rranġahom, kif qal fil-Parlament – u li tistgħu taraw il-verbatim tiegħu – żgur li ma naċċettahiex!", "F'dawn l-affarijiet hemm regoli ġodda ta' governanza fl-istatistika.", "Nispera li fil-futur l-Gvern kollu jmur mill-bidu nett għall-accrual system, ħalli dawn l-affarijiet jinqatgħu darba għal dejjem, u l-Kummissjoni ma tibqax kważi tiżżufjetta bina u tgħidilna li l-figuri tagħna dejjem jinqalbu u jduru.", "Xi ħaġa li qalilna l-Kummissarju fid-diskussjonijiet miegħu!", "(Interruzzjoni) Għandi xhud mill-Economic Policy Division li semgħu dan il-kliem.", "THE CHAIRMAN: Grazzi, Ministru.", "Intemmu hawnhekk id-diskussjoni fuq din il-preżentazzjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-punt li jmiss fl-Aġenda 'Affarijiet oħra'.", "Tkellimt mal-Iskrivan tal-Kamra fejn qalli li se tinbidel is-sistema preċedenti ta' kif ir-Research Analysts jaħdmu fil-kumitati.", "Fejn qabel kien hemm Research Analyst assenjat ma' kumitat, il-ħsieb issa huwa li jkun hemm pool ta' research analysts, u kull kumitat jirreferi għal dan il-pool.", "Jiġifieri ma jkunx hemm persuna direttament assenjata għall-kumitat.", "Fin-nuqqas ta' riżorsi umani fir-research office, bħala kumitat qed nitolbu li fl-ingaġġ ġdid ta' research analysts ikun hemm nies bi professjoni u background akkademiku kemm fl-ekonomija, fil-finanzi u anke fil-qasam ta' studji Ewroprej.", "Naħseb li jkollok dawn it-tliet backgrounds huwa importanti ħafna, kemm għal dan il-Kumitat kif ukoll biex jiġu analizzati rapporti għal kumitati oħra.", "Hawn qbil?", "Apparti minn hekk, bi qbil mal-Kumitat, għandna nitolbu lill-Iskrivan tal-Kamra biex jagħtina permess li, fejn il-Kumitat iħoss li għandu bżonn expertise indipendenti fuq issues partikolari – għaliex ovvjament nistgħu niltaqgħu ma' issues li jirrikjedu livell ta' expertise għoli – inkunu nistgħu nitolbu għal dak il-professjonist partikolari fuq is-suġġett.", "Jekk hemm qbil bħala Kumitat, inkun nista' nressaq it-talbiet tagħna fuq dawn iż-żewġ ħsibijiet.", "Qabel ma naġġorna għal-laqgħa li jmiss, nerġa' nirringrazzja lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "Kif diġà semmejt qabel, il-ħsieb ta' dan il-Kumitat huwa li jkollna preżentazzjonijiet b'mod regolari mal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, kif ukoll ma' entitajiet oħra.", "Naġġornaw għal-laqgħa li jmiss f'data li titħabbar iktar tard.", "Grazzi.", "Fit-8:40 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130521_001d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU 1", "ItTlieta, 21 ta' Mejju 2013", "IlKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis7.21 p.m.", "Silvio Schembri, President talKumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: IlMinistru għallFinanzi lOnor.", "Edward Scicluna, lOnor.", "IlPresident talKumitat qal ittalba.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "IlPresident talKumitat ippreżenta u qiegħed firrecords talKumitat iddokument li ġej:", "Dokument 1 Ittra mingħand lIspeaker dwar ilparteċipazzjoni tiegħu fillaqgħa talIspeakers talUnjoni Ewropea li nżammet ġewwa Nikosija bejn il21 u t23 ta' April 2013.", "IlPresident informa lillKumitat li kien hemm membri talmedia li wrew ix-xewqa li jieħdu xi ritratti u filmati talewwel parti tallaqgħa.", "IlKumitat qabel li jingħata l-permess.", "PROGRAMM TA' ĦIDMA TALKUMITAT", "IlPresident talKumitat għamel introduzzjoni qasira dwar ilpjan ta' ħidma għallKumitat dwar lAffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji mwaqqaf f'din ilLeġiżlatura.", "Ilħsieb talPresident huwa li jlaqqa' lKumitat b'mod regolari minn talinqas darba kull ħmistax, jew iżjed sikwit jekk ikun hemm bżonn.", "F'dawn illaqgħat il-Kumitat għandu:", "Jiltaqa' maddiversi awtoritajiet regolatorji Maltin li jkopru s-setturi ekonomiċi talpajjiż;", "Jżomm kuntatt regolari malGvernatur talBank Ċentrali ta' Malta u jiddiskuti rapporti maħruġa b'mod regolari millistess Bank; u", "Jiskrutinja proposti Ewropej konnessi malekonomija u lfinanzi li jiġu riferuti lilu millKumitat dwar lAffarijiet Barranin u Ewropej.", "IlPresident avża wkoll illi hemm ilħsieb illi lMembri talKumitat jagħmlu żjara lillBank Ċentrali ta' Malta.", "PREŻENTAZZJONI MILLPROF.", "JOSEF BONNICI, GVERNATUR TALBANK ĊENTRALI TA' MALTA", "IlGvernatur talBank Ċentrali, ilProf.", "Josef Bonnici, ġie mistieden sabiex jagħmel preżentazzjoni dwar ilMission Concluding Statement talFond Monetarju Internazzjonali (IMF) għal Malta għasSena 2013.", "Wara lpreżentazzjoni kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "IlPresident informa lillKumitat illi huwa kien talab lillIskrivan talKamra sabiex malKumitat ikun hemm assenjat research analyst millpool ta' research analysts talParlament, li jkollu sfond akkademiku u professjonali floqsma talekonomija, finanzi u affarijiet Ewropej.", "Barra minn hekk huwa talbu wkoll illi fejn ikun meħtieġ ilKumitat ikun jista' jqabbad esperti indipendenti sabiex jassistuh filpreparazzjoni ta' rapporti dwar temi speċifiċi.", "Il-Kumitat qabel ma' dawn iż-żewġ talbiet.", "Il-President ippropona illi fil-laqgħa li jmiss ilKumitat jistieden lillGvernatur talBank Ċentrali u ċChairman talAwtorità ta' Malta għasServizzi Finanzjarji sabiex jagħmlu preżentazzjonijiet dwar ittisħiħ talUnjoni Monetarja Ewropea u lpjanijiet għal Unjoni Bankarja.", "Fid9.10 pm ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130521_001m_fin.docx"} {"text": ["GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "LAQGĦA NRU 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru, 2015", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "LAQGĦA NRU 1", "L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru, 2015", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "Abbozz ta' liġi LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (RIFORMA TAL-ĠUSTIZZJA) (proċedura ċivili)", "Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 322 tal-4 ta' Novembru 2015 il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sinjura President, ħalli nispjega kif se naħdmu.", "Għandi numru ta' emendi li għamilna wara li kien ġie ppubblikat dan l-Abbozz ta' Liġi, u li l-effett tagħhom hu li jneħħi ċerti affarijiet li hawn f'dan l-abbozz.", "Ma naħsibx li se nkunu kontroversjali, imbagħad nispjega għaliex iktar tard.", "Allura xtaqt li l-ewwel nibdew billi napprovaw dawk il-klawsoli li se jibqa' żgur u li hemm qbil dwarhom.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għal klawsola 2.", "Klawsola 2 - Emendi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "OWEN BONNICI: Klawsola 2 qed tintroduċi Taqsima I li temenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda tal-artikolu 47 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Bi klawsola 3, li qed temenda l-artikolu 47 tal-Kodiċi, se nżidu l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati għal €15,000.", "Bħalissa qiegħda €11,646.87.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda tal-artikolu 152A tal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 4 tiġi posposta.", "Klawsola 5 - Emenda tal-artikolu 166A tal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Bi klawsola 5, li qed temenda l-artikolu 166A tal-Kodiċi, qed nagħmlu rounding up taċ-ċifra ta' €23,293.73 biex tiġi għall-€25,000.", "Sinjura President, se nagħti spjegazzjoni qasira biex nantiċipa emenda li ġejja.", "Irrid ngħid li dan l-aħħar qed jirriżulta fatt statistiku li hemm min qiegħed jiftaħ kawża taħt l-artikolu 166A – li jitkellem dwar proċeduri speċjali għar-rigward ta' talbiet mhux opposti eċċ. – ma jinnotifika lil ħadd u ma jagħmel xejn iktar dwarha, imma għall-finijiet ta' statistika dik tkun tidher kawża li għadha miftuħa.", "Jekk ħareġ notifika u ġiet referta negattiva, u ma għamel xejn iktar, fl-istatistika dik ukoll tibqa' tidher bħala kawża.", "Allura nixtiequ li jekk wara sitt xhur wieħed ma għamel xejn, la nnotifika u la għamel kawża, nindirizzaw din il-falsità billi ngħidu li jekk fi żmien sitt xhur persuna ma fetaħx kawża jew ma għamilx referta mill-ġdid, allura tiġi kkonsidrata bħala waqgħet.", "JASON AZZOPARDI: Qed tgħid sitt xhur?", "Jekk trid nagħmluha iktar, nagħmluha iktar.", "Din għall-fini ta' statistika għax meta wieħed jagħmel proċedura taħt l-artikolu 166A, u ma jsegwix ir-referta, l-avukat jinsieha u l-klijent jinsieha, imma għall-finijiet ta' statistika din tibqa' tidher li l-kawża ilha pendenti 18-il sena, pereżempju!", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lill-Ministru tal-ispjega.", "Jiġifieri qed tgħid li bażikament jingħata żmien sitt xhur u mbagħad jaqa' l-effett tagħha.", "Jekk xejn tkun trid issir waħda ġdida.", "Qed nifhem, m'hemmx diffikultà.", "OWEN BONNICI: Nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 5 tiġi posposta.", "Klawsola 6 - Emenda tal-artikolu 175 tal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Klawsola 6, li temenda l-artikolu 175 tal-Kodiċi, qed tagħti għodda ġdida biex il-Qorti tal-Appell Superjuri tkun tista' tirranġa xi żball fis-sentenza tal-Ewwel Qorti.", "Pereżempju, jekk fis-sentenza ta' Ġanni Borġ kontra Pietru Cassar, l-Ewwel Qorti tieħu żball u tikteb Ġanni Borġ kontra Albert Cassar, il-Qorti tal-Appell tibgħatha fil-Qorti t'Isfel.", "Mela tkun għamilt sentejn jew tlieta tistenna, il-Qorti tal-Appell terġa' tibgħathielek isfel biex issir il-korrezzjoni, meta setgħu faċilment jagħmlu l-korrezzjoni huma.", "Dan il-poter m'għandhomx, allura daħħalna dan il-poter.", "JASON AZZOPARDI: Fuq klawsola 6 m'hemmx diffikultà, però se nagħmel punt, jekk jippermettili l-Ministru.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari - li sar qabel ma ġejt a konjizzjoni ta' din il-kawża proprju ftit tal-ġimgħat ilu - kont semmejt li hemm numru ta' kawżi minn dawn.", "Imbagħad kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar kemm hemm kawżi pendenti kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li essenzjalment qed nitkellmu fuq ċifra ta' madwar 26 kawża fis-sena.", "Iktar ma naħseb iktar qed nikkonvinċi ruħi li hawn min jagħmel kawża kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sempliċement minħabba żball fl-isem.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari jien kont staqsejt għaliex dawn ma jmorrux quddiem il-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Notarili?", "Naturalment tkun trid issir emenda għal-liġi dwar l-atti notarili.", "Sirt naf li fit-8 ta' Ottubru 2015 – din eżempju għax bħal din ikun hemm mijiet – Ġuditta Spiteri għamlet kawża kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, Prim Awla.", "Din il-mara għamlet kawża – ma nafhiex minn Adam – biex isimha minflok bil-\"Ġ\" jibda jiġi miktub bil-\"J\" u weħlet taxxa ta' €900.", "L-Avukat Anna Mallia qaltli biex insemmiha u qaltli d-drittijiet ta' dawn il-kawżi ġieli anke €1,200 jitilgħulhom.", "(Interruzzjonijiet) Fair enough!", "Però xorta, qed nitkellmu li minflok €700 tiġi €600.", "(Interruzzjonijiet) Kellimt lill-Avukat Anna Mallia għax tagħmel ħafna minnhom.", "Jien ma tantx għamilt minn dawn il-kawżi.", "Però qaltli li ġieli jkollha taxxa anke ta' €1,200.", "OWEN BONNICI: Naqbel miegħek mija fil-mija!", "Indaħħluha f'din, jew ngħidu li nagħmluha f'li jmiss?", "JASON AZZOPARDI: Kieku tagħmel emenda għall-Att dwar l-Atti Notarili u tagħti mansjoni … L-Avukat Anna Mallia tkellmet mal-Imħallef Galea Debono u kien qalilha li kieku perfett, però hu m'għandux dik il-mansjoni jekk ma tinbidilx il-liġi ...", "OWEN BONNICI: Hemmhekk irridu nwessgħuh u fil-fatt fil-każi ta' dawk li biddlu s-sess jien kont issuġġerejt li jmorru għand nutar.", "OWEN BONNICI: Għax l-idea hija li jekk ikun hemm kontroversja jmorru quddiem l-Imħallef Galea Debono.", "JASON AZZOPARDI: Niġi għat-tieni punt.", "Inti antiċipajtni bi ftit.", "Din hija xi ħaġa li se nqajjem issa u mhux fi stadju tat-Tieni Qari.", "Hawn inġustizzja f'pajjiżna - ħa nkun crude –illum iktar faċli nbiddel is-sess milli nbiddel ismi!", "JASON AZZOPARDI: Jien nista' mmur għand in-nutar u tenendo kont ta' ċerti affarijiet li għamilna fil-liġi, nagħmel kuntratt u nbiddel is-sess.", "OWEN BONNICI: Dikjarazzjoni biss.", "JASON AZZOPARDI: Però jien ma nistax … Ħa nsemmi ismijiet: Cleavage, Labia, Dementia, Ebola ...", "OWEN BONNICI: Darba ġieni wieħed jismu Jusuf Sultana.", "Peress li huwa isem tipiku Iraqi, imma huwa Malti, kien ikollu problema meta jsiefer l-Amerika, allura biddlu għal Joseph.", "JASON AZZOPARDI: Ma nistax nifhem l-għaqal tal-ġenituri li lit-trabi tagħhom jagħtuhom isem li jkun the butt of jokes għal għomorhom!", "Però li persuna, anke meta tagħlaq it-18-il sena, ma tistax tbiddel isimha, għax l-ordinament ġuridiku tagħna ma jippermettihx, that needs revisiting.", "OWEN BONNICI: U tagħmlu kif trid?", "Jekk jien jisimni Owen, nista' nagħmlu isem ...", "JASON AZZOPARDI: Dan jista' jkollok isem bħal Cleavage, Labia, isem ta' tifla miskina, Alla biss jaf minn xiex tgħaddi!", "OWEN BONNICI: Id-domanda hi jekk nagħmluhiex to the nearest name, pereżempju Cleavage tiġi Cleaven imbagħad ...", "OWEN BONNICI: Fil-verità, min irid jibdel ismu informalment, jaqbad u jivvintah hu!", "JASON AZZOPARDI: Dawn jeżistu!", "Tkellem mal-għalliema!", "OWEN BONNICI: Naqbel miegħek!", "JASON AZZOPARDI: Ix-xalata li jgħaddu bihom u jkun motiv ta' bullying!", "OWEN BONNICI: Tkun xi ħaġa li nagħmluha ż-żewġ partiti flimkien.", "Nagħmluha an ad hoc reform fuqha.", "Darba kont semmejtha meta kont fl-Oppożizzjoni.", "Nista' nbiddel is-sess f'ħames minuti, però biex inbiddel ismi ma nistax, irrid nibqa' bih għal għomri!", "THE CHAIRPERSON: Darba kelli klijenta li kien jisimha Salvina, marret l-Awstralja u kienet tuża dejjem l-isem Silvia.", "Fiċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal tagħha qiegħda Silvia, però meta toħdilhom iċ-ċertifikat tagħha hemm miktub Salvina.", "Qalulha li hi qisha mhijiex ommhom!", "Ġiet hawn Malta u meta pprovajna nibdlu isimha qalulna li Silvia u Salvina mhumiex ġejjin mill-istess root, u ma biddluhulhiex!", "Baqgħet bil-problema!", "OWEN BONNICI: Ġuża u Josephine?", "L-Awstralja għalihom Ġuża mhux Josephine, tista' mhux iddum tgħidilhom!", "JASON AZZOPARDI: Ministru, nieħu l-proponiment tiegħek li din issir ...", "Ir-Reġistru Pubbliku jaqa' taħt l-Onor.", "Ma naħsibx li se jsib diffikultà li jappoġġja xi ħaġa hekk!", "JASON AZZOPARDI: Kemm jista' jkun hemm minnhom dawn?", "Ma jkollokx għexieren!", "OWEN BONNICI: L-argument irid ikun li bħalma ffaċilitajna li tbiddel is-sess, bl-istess mod tkun tista' tbiddel ismek!", "JASON AZZOPARDI: Ċertament!", "THE CHAIRPERSON: Ir-raġunar jista' jkun għaliex meta tbiddel is-sess tista' tbiddel ismek.", "Teknikament jekk tibdel is-sess u tibdel ismek u terġa' tibdlu lura, tista' tibdel isem kif trid!", "Allura ma tagħmilx sens li ma tibdilx l-isem!", "OWEN BONNICI: Mela għax jien ma biddiltx sess irrid immur il-qorti, però kieku bdilt is-sess, ismi jinbidel b'mod ...", "JASON AZZOPARDI: Grazzi talli qed naqblu dwarha.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Emenda tal-artikolu 187 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 7, li temenda l-artikolu 187 tal-Kodiċi, qed ngħidu li m'hemmx għalfejn tagħmel ir-rikors biex in-notifika ssir wara l-ħinijiet ġudizzjarji.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 7.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Żjieda ta' artikolu ġdid mal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Klawsola 8 tgħid li l-Kummissarju Elettorali Ewlieni, Joe Church, irid jagħmel an online access għar-reġistru elettorali għall-avukati.", "Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda tal-artikolu 195 tal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Permezz ta' klawsola 9 qed indaħħlu subartikolu (7) ġdid li jgħid li meta l-Qorti tal-Appell jidhrilha li appell huwa frivolu u vessatorju, tista' tiċħad l-appell fl-ewwel seduta u mhux tħalli għas-sentenza.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Emenda tal-artikolu 207 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: L-għaġla kollha tiegħi hija fuq din il-klawsola.", "Il-Qorti tal-Appell Superjuri taħdem hekk: Inti tagħmel l-appell, l-appell jinsewh, jitfgħuh taħt, u meta jkun imissek tliet snin u nofs wara, jibagħtu għalik, jittrattaw l-avukati, imbagħad imur għas-sentenza.", "U infallibilment is-sentenza tingħata bejn erba' u sitt xhur wara.", "Qatt ma kien hemm sentenza li ngħatat qabel.", "JASON AZZOPARDI: Din niftakar l-ispjega dwarha, don't bother repeating.", "Naqbel perfettament.", "Jekk l-avukati jaqblu li ma jridux trattazzjoni, u jistrieħu fuq in-noti ...", "THE CHAIRPERSON: Immorru għal sentenza mill-ewwel, iddum sitt xhur u neħilsu.", "OWEN BONNICI: Eżatt.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 10.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Emenda tal-artikolu 209 tal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Din il-klawsola li qed nipproponu aħna, għandha t-tajjeb u l-ħażin tagħha.", "Il-ħażin li semma l-Onor.", "Azzopardi għandu raġun isemmih għax hemm qiegħed ukoll.", "Aħna għandna sitwazzjoni fejn bniedem li jaf li m'għandux raġun, jitlef kawża, jappella biex jirbaħ dawk it-tliet snin, kif jibagħtu għalih biex iħallas il-garanzija jċedi l-appell; imma jkun rebaħ tliet snin.", "Irrealizzajt li bniedem iħallas il-garanzija wara tliet xhur.", "Mela jekk tappella, wara tliet xhur trid tħallas il-garanzija.", "L-Onor.", "Azzopardi qed jgħidli: Ma jidhirlikx li it is unfair fuq min qed jappella f'sentenza tal-Qorti tal-Familja, u forsi jkollu bżonn iktar żmien biex ifaddal il-flus?", "L-Onor.", "Azzopardi talabni statistika u bażikament sibna li dawn li jabbużaw huma 10%.", "Għandna ndaħħlu din il-klawsola biex ngħinu lil dawk l-10% ...", "JASON AZZOPARDI: Jien qed nara li l-intenzjoni tiegħek hija tajba.", "M'għandix dubju.", "Għandek raġun fuq dak li qed tispjega.", "L-inkwiet tiegħi huwa – u kellmuni diversi avukati, u mhux wieħed jew tnejn jew tlieta - li hemm min fi tliet xhur ma jkunx jista isib €5,000!", "U l-agħar huma l-kawżi tal-Qorti tal-Familja.", "THE CHAIRPERSON: Tistgħu tagħmluha u teskludu kawżi tal-Qorti tal-Familja?", "OWEN BONNICI: Imma, pereżempju, min iweġġa' b'diżabilità, x'tagħmel?", "JASON AZZOPARDI: Kelli każ li kellu jagħmel depożitu ta' €27,000 jew €28,000.", "OWEN BONNICI: Bl-emendi li se nagħmlu, dawk li jappellaw biex jirbħu ż-żmien mhux se jaċċettaw li jirrinunzjaw għat-trattazzjoni verbali.", "Jiġifieri dawn l-10% żvinturati li jkollhom joqgħodu jistennew tliet snin għax l-ieħor appella biex jirbaħ dawk it-tliet snin, mhux se nsolvulhom il-problema.", "THE CHAIRPERSON: Huwa possibbli li min iħalli tliet snin, imbagħad ma jħallasx, ikun hemm penali ta' xi tip talli jkun ħela l-ħin tal-qorti, żgwida lil dak li jkun, poġġa lil dak li jkun fil- ...", "JASON AZZOPARDI: Nifhem dak li qed tipproponi inti, Sinjura President, imma jekk se tagħmilha – naqbeż ftit għall-Ministru – se jiġi qisu jdejh marbuta, qed jiddikjara li huwa rassenjat li appell għandu tliet snin biex ikun appuntat.", "(Interruzzjonijiet) Qed naqbeż għalik.", "THE CHAIRPERSON: Kif se tibqgħu fuqha għax għal xi ħin kontu qed titkellmu off mic?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Oppożizzjoni tat-taħdita kostruttiva ħafna li kellna.", "Nipproponi li nħassru klawsola 11, imbagħad jekk ikollna liġijiet oħrajn ulterjuri, jien naġġorna dan il-Kumitat.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lill-Ministru.", "Nikkonfermaw li kien hemm din it-taħdita off mic.", "Qegħdin naqblu fuq dak li għadu kemm iddikjara l-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 11 tiġi posposta.", "Klawsola 12 - Emenda tal-artikolu 249 tal-Kodiċi.", "OWEN BONNICI: Nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 12 tiġi posposta.", "Klawsola 4 - Emenda tal-artikolu 152A tal-Kodiċi.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Klawsola 4 qiegħda tgħid li:", "Fis-subartikolu (1) tal-artikolu 152 tal-Kodiċi minflok il-kliem \"mhux aktar tard minn sitt xhur\" għandhom jidħlu l-kliem \"mhux aktar tard minn tliet xhur\".\"", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Id-diffikultà li għandi għar-rigward il-kompetenzi hija jekk kemm-il darba jkollok ir-riperkussjoni mhux tant fil-Qorti tal-Maġistrati, imma fit-Tribunal għal Talbiet iż-Żgħar.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma jekk se tgħolli l-kompetenza … (Interruzzjonijiet) Jekk tgħolliha hemmhekk, jista' jkun li terġa' ...", "OWEN BONNICI: Minħabba l-constitutionality ...", "JASON AZZOPARDI: Veru li kien hemm sentenzi kostituzzjonali, però fuq ammont li kien iżgħar.", "Issa jaf li jibda jkun hemm concern.", "OWEN BONNICI: Jien ikkonfortat bil-fatt li dalwaqt se jkun hemm fis-seħħ direttiva tal-Unjoni Ewropea li small claims means claims relative to €5,000.", "Issa naraw, jekk ikun hemm xi sentenza li titfagħni mod ieħor ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-każ stenna li tiġi d-Direttiva, u agħmilha permezz tal-att tal-Unjoni Ewropea.", "Għandu raġun il-kollega, u qed nieħu dan ir-riskju jien.", "Nistieden lil Dr Peter Grech biex jintervjeni.", "Il-permess ingħata.", "DR PETER GRECH: Fil-fatt subartikolu 152(1) jgħid li r-Reġistratur għandu jippubblika l-lista ta' kawżi appuntati għas-smigħ mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-preżentata tar-rikors tal-appell.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-amministrazzjoni tiddeċiedi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"B\" In-nota marġinali fit-test Malti ta' klawsola 4 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 152 tal-Kodiċi.\".", "\"Emenda tal-artikolu 152 tal-Kodiċi.\".", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 4.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem.con.", "Il-mistoqsija hija Klawsola 4, kif emendata.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda tal-artikolu 166A tal-Kodiċi.", "(Posposta iktar kmieni fil-kumitat)", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Il-klawsola 5 għandha tiġi emendata kif ġej:", "fil-paragrafu (b) tagħha, minflok il-kliem \"dik is-somma ta' ħamsa u għoxrin elf euro (€25,000)\".\", għandhom jidħlu l-kliem \"dik is-somma ta' ħamsa u għoxrin elf euro (€25,000)\"; u\"; u", "minnufih wara l-paragrafu (b) kif emendat għandu jidħol il-paragrafu (ċ) ġdid kif ġej:", "\"(ċ) minnufih wara s-subartikolu (6) tal-artikolu 166A tal-Kodiċi, għandu jiddaħħal is-subartikolu (7) kif ġej:", "\"(7) Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-artikolu, meta ittra uffiċjali ippreżentata skont dan l-artikolu ma tiġix notifikata fuq id-debitur f'sitt xhur minn meta l-istess ittra tiġi ppreżentata, il-proċedura provduta f'dan l-artikolu ma tibqax tapplika mingħajr preġudizzju għall-jedd tal-kreditur li jkun jista' jippreżenta ittra uffiċjali oħra skont dan l-artikolu b'referenza għall-istess debitu.\".\".", "Onor. Mifsud Bonnici, hawnhekk apparti li qed nagħmlu rounding up qed nagħmlu xi ħaġa oħra, u nixtieq li tkun konvint.", "JASON AZZOPARDI: Hemm min jinnotifka, għall-inqas joħroġ notifika, tkun ġiet referta negattiva, jgħaddu x-xhur, jgħaddu s-snin u ma jagħmel xejn, iħalliha fuq l-ixkaffa.", "Hawn suġġeriment li jekk sa sitt xhur int ma tkunx effettivament innotifikajt, trid terġa' tagħmilha mill-ġdid.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Tinsiex li taħt artkolu 166A meta inti tkun notifikata, imbagħad tmur għand ir-reġistratur biex tagħmilha titolu eżekuttiv.", "Hija waħedha ma ssirx titolu eżekuttiv.", "OWEN BONNICI: Però, għall-finijiet statistiċi, qed tidher li hija kawża pendenti.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mhux kawża, tidher kawża uffiċjali mhux notifikata.", "OWEN BONNICI: Bħala statistika il-166A huwa mekkaniżmu ta' kawża litiġjuża bi proċedura sommarja.", "Il-Council of Europe jaraha li hija kawża pendenti.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-għażla tiegħek hija bejn l-istatistika u min irid jerġa' jippreżenta mill-ġdid l-ittra uffiċjali.", "OWEN BONNICI: Mhumiex spejjeż kbar.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Inti taħseb li m'hemmx spejjeż kbar, però kif inti taf ir-reġistru, hemm min jitħallas parti mid-dritt meta tiġi preżentata l-ittra uffiċjali.", "OWEN BONNICI: Imma jekk ippreżentajtha, ma segwejthiex, ma għamilt xejn?", "THE CHAIRPERSON: Ir-raġuni li użajt il-proċedura taħt l-artikolu 166A hi li trid xi ħaġa li tgħaġġel.", "Jekk m'għandekx l-intenzjoni li tgħaġġel u tħalliha hemmhekk … (Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Għandi nbati jien għax hemm partita nies ma jagħmlu xejn?", "Jippreżentaw il-166A u jħalluha hemm!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ġiet preżentata, qiegħda hemmhekk.", "Issa jekk inti trid tinnotifikaha għandek ċertu terminu ta' żmien.", "Jekk inti ma tinnotifikahiex f'dak iż-żmien, titlef il-benefiċċju tal-preskrizzjoni, għax inti għandek xahar żmien minn meta tippreżenta ittra uffiċjali – hi x'inhija – biex tinnotifika lin-naħa l-oħra.", "Jekk inti ma tagħmilhiex, titlef l-effett tagħha!", "OWEN BONNICI: Jien qed ngħid li jekk ma tagħmiliex fi żmien sitt xhur, għall-finijiet ta' statistika tfisser li dik ingħalqet il-kawża.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Agħmel inti.", "Din mhijiex mossa li se żżidlek il-popolarità, imma jekk trid, agħmilha.", "Imma hija bżonnjuża għax meta bdejna naraw kemm hemm kawżi, għedna: Kif jista' jkun ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandhomx idaħħluhom bħala kawżi.", "Jien fi żmieni qatt ma daħħluhom bħala kawżi!", "Tinsiex li inti għandek l-iktar qorti fl-Ewropa kollha li hija faċli għax hija ċentralizzata u unika, u li tagħti l-istastika kollha li qiegħda on line.", "Meta inti tara x'inhuwa jiġri fi qrati oħrajn Ewropej, altru huma x'jagħżlu bħala qorti biex jagħtu l-istatistika u altru x'hemm bħala statistika ġenerali fuq il-pajjiż!", "Huma jagħżlu l-aħjar qorti li huma għandhom biex jagħtu l-aħjar statistika u xorta waħda.", "OWEN BONNICI: Hekk hu.", "Lili ħadd ma jbellagħhieli li aħna daqshekk ħażin li qegħdin agħar mit-Taljani b'kilometru u nofs!", "Mhux qed ngħidlek li qegħdin stilla, imma ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna nintremew wisq.", "Aħna qegħdin ferm aħjar.", "U mhux biss, meta tara t-trasparenza kbira li hemm.", "Fejn fl-Ewropa għandek magħruf ġudikant ġudikant x'għandu kawżi pendenti, kemm ilhom pendenti, u għandek l-age analysis?", "Iċ-ċavetta tal-age analysis li kont daħħalt jien hija ċ-ċavetta għal kollox.", "Inti trid tagħmel l-age analysis fil-kriminal, fil-kumpilazzjonijiet.", "M'għandekx bżonn tagħmel age analysis fis-sommarji.", "OWEN BONNICI: Però miż-żmien tiegħek il-Council of Europe żviluppaw l-istatistika.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Tagħmilhiex għall-iskopijiet tas-CEPEJ.", "Agħmilha għall-iskopijiet tiegħek.", "Għandek żewġ rapporti tas-CEPEJ.", "OWEN BONNICI: Jekk is-CEPEJ jgħid li hemm dewmien fil-kawżi ċivili kummerċjali, dik se tinqabad mill-World Bank, imbagħad tinqabad mill-World Economic Forums, imbagħad tibda ddur kullimkien fuq l-internet u ssib li waħda mir-raġunijiet li xxekkel l-investiment hija għax il-kawżi ċvili jdumu.", "Imbagħad nitla' Kabinett u jgħidli li tlieta hawn: Il-burokrazija taċ-ċivil u waħda minnhom hija din.", "Hekk taħdem is-sistema.", "Jien irrid inkun sensittiv għal dak li tgħid is-CEPEJ.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Gvernatur Ġenerali għandu leverage tajjeb.", "Issa jekk inti trid tutilizzah, jien kieku nissuġerilek li tiltaqa' miegħu, biex tinformah x'inhu jsir.", "OWEN BONNICI: Mil-laqgħat li kelli, fetħuli għajnejja li fuq ħmerija konna qed insibu li hemm ħafna kawżi li qed jidhru pendenti, meta kulma huma dawk li jsiru ta' taħt l-artikolu166A, għax hemm erba' avukati jitfgħuhom u jħalluhom hemm.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dawk mhux tal-firms il-kbar, bħall-kumpannija Go u tal-Banek eċċ.?", "OWEN BONNICI: Nixtieq li wara perijodu jgħidu li tali kawża ingħalqet.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 5 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "Il-mistoqsija hija klawsola 5 kif emendata.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Emenda tal-artikolu 207 tal-Kodiċi.", "(Konsiderazzjoni mill-ġdid.)", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Hawnhekk jien qed ngħid li jekk ikun hemm avukati li volontarjament jaqblu li jistrieħu fuq in-noti, fuq ir-rikors tal-appell u r-risposta, jaqbżu l-kju u jmorru mill-ewwel għas-sentenza.", "OWEN BONNICI: Ma nafx jekk hijiex se taħdem jew le.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Agħmilha!", "OWEN BONNICI: Imma jekk jiġini xi ħadd u jgħidli: Għarukaża għax ilu tliet snin, ngħidlu jmur jgħid lill-avukat li ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: B'din tal-Kummissjoni Elettorali qed tagħti aċċess għal data lin-nies u wkoll lill-avukati li jkunu jafu l-affarijiet?", "OWEN BONNICI: Ir-reġistru elettorali.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Iddaħħal l-ID card u tkun taf bniedem fejn qiegħed joqgħod?", "OWEN BONNICI: Le, ma naħsibx.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fir-reġistru kulma hemm huma r-reġistri elettorali.....", "OWEN BONNICI: Imma antiki ta' żmien il-brodu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, huma aġġornati għax ħadt ħsieb ħadthom jiena s-sena l-oħra.", "Meta mort hemm skoprejt li ħadd ma ndenja ruħu jixtrihom.", "Jien bħala avukat komdu għalija (Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Din ipproponiha Vanni Bonello.", "Issa nixtiequ inżiduha għall-appell inferjuri wkoll.", "Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"Ċ\" Fil-proviso propost għal klawsola 10, il-kliem \"il-qorti tal-appell\", għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"il-qorti fi grad ta' appell\".", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 10 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Emenda tal-artikolu 209 tal-Att prinċipali.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat.)", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Klawsola 11 għandha tiġi mħassra.", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con. u klawsola 11 ġiet imħassra.", "Klawsola 12 - Emenda tal-artikolu 249 tal-Kodiċi.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat.)", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Nipproponi li din il-klawsola terġa' tiġi posposta sakemm tinkiteb l-emenda.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 12 tiġi posposta.", "Klawsola 13 - Emenda tal-artikolu 253 tal-Kodici.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Klawsola 13 qed temenda l-artikolu 253 tal-Kodiċi u tgħid:", "\"Fil-paragrafu (ċ) tal-artikolu 253 tal-Kodiċi minflok il-kliem \"tar-Reġistratur Qrati Ċivili u Tribunali\" għandhom jidħlu l-kliem \"tar-Reġistratur\".", "Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Emenda tal-artikolu 258 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandix problema fuqha din.", "Din tittratta dwar it-termini ta' kemm jibqgħu validi s-sentenzi.", "Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Emenda tal-artikolu 249 tal-Att prinċipali.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Il-klawsola 12 għandha tiġi mħassra.", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con. u klawsola 12 ġiet imħassra.", "Klawsola 15 - Emenda tal-artikolu 310 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien m'għandix diffikultà fuqha.", "Jekk irid il-Ministru, dan l-artikolu jista' jsir permezz ta' avviż legali.", "Kulma qed tagħmel hu li qed iżżid ma' dak li hemm.", "Tista' tmexxi.", "Huwa fl-interess tal-inkwilin li jagħti l-informazzjoni.", "Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda tal-artikolu 313 tal-Kodiċi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Owen Bonnici: Fi klawsola 16 qed nemendaw l-artikolu 313 tl-Kodiċi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 16.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Emenda tal-artikolu 354 tal-Kodiċi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 17 qed inbidlu ċ-ċifra.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Emenda tal-artikolu 356 tal-Kodiċi", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għalfejn qed jidħol dan is-subartikolu (6) jekk id-dritt għal azzjoni hu preskritt?", "Mhux il-qorti trid tiddeċiedi?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Il-bankers riedu li jekk xi ħadd ikollu d-dritt tiegħu preskritt jagħtu iktar ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien fil-bidu tal-bejgħ b'subbasta nirreġistra ruħi jekk irrid wara nagħmel animo compensandi.", "Jekk jien niġi ġġudikat, wara rrid niġġustifika l-animo compensandi.", "Issa jekk l-azzjoni tiegħi hija preskritta, hija preskritta, jekk mhijiex preskrita mbagħad tgħodd il-liġi.", "OWEN BONNICI: Issa huma jixtiequ li jaqtgħu proċess ieħor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed jipprovaw jaqtgħu barra l-kwestjonijiet li jkun hemm fejn nies ikollhom dubju jekk it-terminu tagħhom hux preskritt jew le.", "Jekk jien insostni li tiegħi mhux preskritt, min se jżommni?", "Dan hawnhekk ifisser li jien, anke jekk ikolli claim kontra ħaddieħor irrid l-ewwel nagħmel kawża u nġib sentenza biex imbagħad inkun nista' nibbiddja.", "Jien m'iniex favur tagħha din, kontra tagħha.", "Kif għamilnieha fl-animo compensandi, qed issolvi balla komplikazzjonijiet li kellek qabel.", "Issa se terġa' tmur lura għalihom.", "OWEN BONNICI: Din iżżid iċ-ċertezza legali jew le?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din la se żżid u lanqas se tnaqqas minnha.", "Kulma se tagħmel hu li se ġġib stat ta' fatt fejn jekk jien m'għandix titolu eżekuttiv, jekk m'għandix sentenza, ma nistax nibbiddja animo compensandi.", "OWEN BONNICI: X'taħseb Dr Buttigieg?", "Qed nistaqsi lill-Assistent Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg għax hi kkonsultat magħhom.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mela min se jiddeċiedi jekk l-azzjoni tiegħi hix preskritta jew le?", "Mhux il-qorti se mai?", "U jekk jien għamilt talba għall-animo compensandi, l-bank mhux se jiġi nformat biha din?", "Jekk il-bank se jiġi infurmat li hija animo compensandi, jew kwalunkwe ...", "Insejjaħ lil Dr Victoria Buttigieg.", "Il-permess ingħata", "DR VICTORIA BUTTIGIEG (Assistent Avukat Ġenerali): Diġà hemm klawsola simili fil-Kodiċi u diġà hemm subartikolu (6) li tittratta fuq azzjonijiet li huma preskritti.", "Li qed jiżdied hawn huwa dik id-dispożizzjoni żgħira li qed tgħid:", "\"Ir-Reġistratur għandu jdaħħal nota ta' referenza ma' kull ipoteka li l-effett tagħha jkun ġie preskritt skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu.\"", "OWEN BONNICI: Hekk mod ieħor.", "Jiġifieri jekk dan li qed jikkritika l-Onor.", "Mifsud Bonnici diġà qiegħed fil-liġi ...", "Hawnhekk qed jiżdied dan li ġej:", "\"Ir-Reġistratur għandu jdaħħal nota ta' referenza ma' kull ipoteka li l-effett tagħha jkun ġie preskritt skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu.\"", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri kulma qed jiżdied f'din id-dispożizzjoni hija biss in-nota.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma hemm dik id-dispożizzjoni li tgħid li jekk kemm-il darba jien ninnotifika lill-partijiet kollha li għandhom title fuqha, ma jkunux jistgħu jerġgħu jagħmlu użu mill-azzjoni taħt artikolu 356, li hija din l-azzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Din żdiedet biss.", "OWEN BONNICI: Dik iż-żieda jaqbel magħha l-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien ma naqbilx magħha.", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Mifsud Bonnici ma jaqbilx mal-liġi kif inhi lanqas.", "L-artikolu 356 jgħid li jekk jien ninnotifika lill-partijiet qabel ma jsir il-bejgħ in subbasta, allura ma jkunx … Għax l-artikolu 356 jgħid li nista' nerġa' nitlob il-bejgħ, mhux hekk?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Allura kellek żewġ toroq, jew li tagħmilha bil-proċedura twila tal-kuraturi li hemm fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili li kien hemm qabel, inkella billi tagħmel in-notifika ta' qabel tal-kredituri biex jekk iridu jiġu joffru.", "Jekk jien ma nagħmilhiex dik, u hemm id-dispożizzjoni li tgħidlek mingħalija 15-il ġurnata qabel il-bejgħ in subbasta, allura jkunu jistgħu jagħmlu dritt tal-bejgħ.", "Mifsud Bonnici li jinnota li kulma qed inżidu biss huwa l-obbligu l-ġdid tar-reġistratur li jdaħħal nota ta' referenza.", "OWEN BONNICI: Jekk ma taqbilx magħha, jien qiegħed hawn biex insib kunsens!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien niġi hawn ngħidlek, imbagħad ara inti!", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Mifsud Bonnici mhux qed jaqbel mad-dispożizzjoni li hemm diġà fil-liġi; imma aħna mhux dik qed inbiddlu.", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Eżatt, se ndaħħlu xi ħaġa oħra.", "OWEN BONNICI: Id-dispożizzjoni tal-liġi li int ma taqbilx magħha diġà qiegħda hemm.", "Li se nżidu magħha huwa tan-nota tar-reġistratur.", "Naqblu man-nota tar-Reġistratur jew le?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Permezz tal-artikolu 356 meta jsir bejgħ ta' post bis-subbasta, jekk hemm debitur ipotekarju, jista' jagħmel talba biex jerġa' jbigħ dik il-proprjetà.", "Aħna daħħalna dispożizzjoni li fiha għedna li jekk kemm-il darba inti tinnotifika l-ipotekarji kollha qabel ma jsir il-bejgħ in subbasta, allura dan l-artikolu ma jiffunzjonax.", "DR PETER GRECH: Din il-proposta hija li r-Reġistratur ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ir-Reġistratur għandu jdaħħal nota tal-ipoteka fuq kull ipoteka, li l-effett tagħha jkun ġie preskritt skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu, jiġifieri r-Reġistratur se jieħu fuqu ...", "DR PETER GRECH: L-iskop tagħha huwa iżjed ċertezza, għaliex jekk tagħmel riċerki ssibhom, imma jista' jkun hemm piż fuq ir-Reġistratur.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri r-Reġistratur se jiddeċiedi hu jekk hix preskritta jew le?", "OWEN BONNICI: Mela nneħħu klawsola 18.", "Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Il-Klawsola 18 għandha tiġi mħassra.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 18 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con. u klawsola 18 ġiet imħassra.", "Klawsola 19 - Emenda tal-artikolu 357 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Klawsola 19 temenda l-artikolu 357 li jittratta dwar l-iżgumbrament.", "Jien għalija, jekkt trid tagħmilha sena, agħmilha sena.", "Konna għamilniha erba' xhur biex kemm jista' jkun dak li jkun jaqbad u jipproċedi mill-ewwel u mhux iħalliha fit-tul; iħalli bniedem hemm ġew.", "Qegħdin nitkellmu fuq xi ħadd li qiegħed ġo proprjetà u m'għandux titolu validu fil-liġi.", "Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Żieda ta' artikolu ġdid mal-Kodiċi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din tgħid hekk:", "\"L-ebda azzjoni biex jiġi annullat jew rexiss bejgħ bl-irkant fil-qorti ta' immobbli ma tista' tiġi preżentata jew milqugħa sakemm dik l-azzjoni ma tiġix preżentata qabel ma jgħaddu sitt xhur mid-data meta tkun saret fir-Reġistru Pubbliku l-iskrizzjoni tal-liberazzjoni tal-proprjetà immobbli.\".", "Inti qed tgħid \"sitt xhur mid-data meta tkun saret fir-Reġistru Pubbliku l-iskrizzjoni tal-liberazzjoni tal-proprjetà immobbli.\"", "Issa jekk persuna tiskopri iktar tard?", "Nagħtu każ persuna qiegħda imsiefra u meta tiġi hawn Malta tiskopri li sar il-bejgħ in subbasta ta' proprjetà li tkun tixtieq tattakka.", "Jekk tridu ddaħħluha, daħħluha, però għandek din il-possibilità li tnaqqas ...", "OWEN BONNICI: Huma biex jagħtu iktar ċertezza.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Veru, tagħti ċertezza, però ...", "OWEN BONNICI: Però a skapitu ta' xi ħaġa oħra.", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Il-ħsieb fid-diskussjonijiet kien li, kif qal il-Ministru, ikun hemm iktar ċertezza.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Allura tagħmilhiex biss \"sitt xhur mid-data meta tkun saret fir-reġistru\", agħmilha minn meta sar jaf il-persuna li għandu interess fil-kwestjoni.", "OWEN BONNICI: Nista' ma nagħmel xejn allura.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, imma jekk jien kont imsiefer … (Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Imma biex nagħmel hekk, inneħħi din u ma nagħmilx din.", "OWEN BONNICI: Inti qed tipproponi kompromess.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Tinsiex li għandek dispożizzjoni oħra, tar-Reġistru Pubbliku, li inti fi żmien tliet xhur minn meta tinsinwa xi ħaġa għandha effett fuq il-pubbliku in ġenerali.", "Imbagħad għandek it-terminu hemmhekk tal-preskrizzjoni akwiżittiva se mai li tibda tiddekorri favur tiegħek.", "OWEN BONNICI: Forsi ntawlu s-sitt xhur u ngħidu sena mid-data?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien għalija immaterjali, huwa l-prinċipju … Tista' tagħmilha, sena, sentejn.", "Sena hija iktar raġunevoli, però għandek żewġ termini li qed imorru kontra xulxin.", "OWEN BONNICI: Nagħmlu emenda biex il-perjodu ta' sitt xhur jitwal għal sena.", "THE CHAIRPERSON: Se jkun hemm emenda għal artikolu 20?", "Nipproponi din l-emenda:", "\"G\" Il-Klawsola 20 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fl-artikolu 357A ġdid kif propost fi klawsola 20, il-kliem \"sitt xhur\"għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma \"sena\".", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 20 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 20, kif emendata.", "Klawsola 20, kif emendata, għaddiet nem. con.u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Sostituzzjoni tal-artikolu 527 tal-Kodiċi", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Klawsola 21 qed tissostitwixxi l-artikolu 527 tal-Kodiċi li jittratta dwar il-mandati.", "Meta ġie ppubblikat dan l-Abbozz ta' Liġi rċevejna kritika mill-Kamra tan-Nutara minkejja li konna diġà kkonsultajna magħhom qabel, però ma jimpurtax.", "Forsi riedu jistudjawha iktar, allura nkarigajt lin-Nutar tal-Gvern biex jiltaqa' magħhom, jgħidilna x'inhija s-sitwazzjoni, u kif se mmexxu 'l quddiem.", "Nutar, jien li żgur nixtieq hu li jekk bniedem irid jirtira jew jirrevoka prokura, ma tiġihx €2,000.", "Nibda minn din.", "THE CHAIRPERSON: Bil-permess tal-Kumitat nistieden lil Dr Keith German biex jintervjeni.", "DR KEITH GERMAN (Nutar Prinċipali tal-Gvern): L-ewwel prijorità tagħna kienet li nirrevokaw il-prokuri, però mbagħad tkellimna man-nutara.", "At an initial stage ridna li nirreġistraw il-prokuri kollha.", "Tlaqna minn dak il-punt ukoll fuq suġġeriment tagħhom.", "Però mbagħad, meta għamilna iktar studji, bdew joħorġu ċerti issues problematiċi, fosthom jekk prokura għandhiex tkun available lil kulħadd.", "Jekk se nirreġistrawhom kollha mar-Reġistru Pubbliku jidħlu data protection issues, pereżempju.", "Il-mandat m'għandix bżonn nirreġistrah.", "Tajt mandat lil xi ħadd għaliha.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri r-reġistrazzjoni tal-mandati kollha ġiet minn proposta tal-Kamra tan-Nutara.", "L-interess tiegħi kien li jkun hemm mekkaniżmu li nirtira … però meta morna għall-konsultazzjoni ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din ilha fuq id-drawing board għal dawn l-aħħar għaxar snin, ġejja u sejra, ping pong fuqha.", "OWEN BONNICI: Onor. Mifsud Bonnici, in-Nutar se jgħidilna kif se nimxu 'l quddiem fuq din l-issue.", "(Interruzzjonijiet) Insa r-riforma.", "Ejja ħalli nimxu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Tagħmel sens.", "Inti se tagħmel xi emendi?", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nisimgħu lin-Nutar tal-Gvern.", "DR KEITH GERMAN: Nixtiequ nitilqu mill-punt - ħalli almenu nkunu tlaqna, għax kif qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici, din is-sitwazzjoni ilha għaddejja – li qed nipprovaw nissimplifikaw dan il-proċess.", "Ejja nitilqu minn revoka; biex nagħmlu r-revoka tal-prokuri għalissa, fi stadju bikri, se nillimitawha għal physical persons biss.", "Tgħidli: għaliex?", "Din ukoll kellna issue dwarha.", "Jekk se ndaħħlu l-kumpaniji - tidħol il-Companies Act ukoll - se jkollna l-problemi wkoll għax hemmhekk il-prokuri huma ta' natura differenti.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din importanti ħafna li tgħaddi llejla?", "DR KEITH GERMAN: L-idea hija li għalissa se nirrevokaw prokuri rigward physical property, jiġifieri dwar immovable property, jiġifieri rigward persuni wkoll.", "Ejja ninsew il-kumpaniji u l-affarijiet kollha, inkunu tlaqna mill-ewwel pass.", "Jekk se jkollna sistema ta' ċertezza – għax fl-aħħar mill-aħħar anke n-nutara qed inbatu meta lanqas inkunu nafu jekk prokuri tħassrux jew le - jekk se jkollna sistema online li se nibdewha jekk Alla jrid … Aħna għamilna studji.", "Kemm jista' jkun hemm revoki f'sena?", "Bħalissa, skont l-istatistika, forsi jkun hemm 200 prokura f'sena.", "Qed ngħidlek ħafna, imma għall-inqas inkunu tlaqna b'sistema ta' revoka.", "Fi stadju ulterjuri, jekk naraw li nistgħu niftħuha iktar, kollox sew.", "OWEN BONNICI: X'qed tipproponi fil-konkret?", "DR KEITH GERMAN: Għalissa nitilqu mir-reġistru li se nieħdu f'idejja jien bħala Nutar tal-Gvern.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri se noħolqu reġistru li se jkun responsabilità tiegħek.", "DR KEITH GERMAN: Iva, u kull min irid jirrevoka prokura, idaħħal il-prokura li tkun dejjem online u aċċessibbli għall-avukati, prokuraturi legali u l-professjonisti.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri se jdaħħal il-prokura, imbagħad xi jrid jagħmel biex jirrevoka prokura?", "DR KEITH GERMAN: Kemm idaħħal nota mad-Dipartiment, fejn ikun irid jehmeż il-prokura li se jirrevoka.", "OWEN BONNICI: Kemm tiswa dik in-nota?", "DR KEITH GERMAN: Se jiġu stabbiliti xi fees għad-dipartiment, imma mhux se tkun ...", "THE CHAIRPERSON: Ir-reġistru li se jkun hemm, huwa biex iddaħħal li se jkun hemm prokura, imbagħad at a later stage li turi r-revoka jew ir-revoka biss?", "OWEN BONNICI: Nagħmel in-nota u tiġi revokata.", "Jekk irrid jien.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Kulma trid huwa li hemm x'hemm bħala prokura, transulta jew le, jien għamilt ittra uffiċjali biex irrevokajtha, u dik telgħet fis-sistema għan-nutura kollha li jridu jarawha.", "Daqshekk.", "OWEN BONNICI: Mhux qed immorru għal dak il-mudell.", "Se mmorru għall-mudell fejn jien ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien bgħatt ittra uffiċjali, tiġi notifikata lill-persuna l-oħra li tajtu l-mandat, u ntellagħha.", "OWEN BONNICI: Hu qed jipproponi li jien indaħħal il-prokura li rrid nirtira f'dan ir-reġistru u magħha nagħmel nota fejn qed ngħid li qed nirtiraha u nevitaw …", "DR KEITH GERMAN: In-nota tista' tiġi sottomessa mill-persuna wkoll.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għaxar snin ilu jien tajt prokura lil Joseph Degabriele, iffirmajthielu u qiegħda f'idejh.", "Jien kif nista' niġi biha għandek?", "DR PETER GRECH: Inti tinnotifika lin-Nutar tal-Gvern ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: B'ittra uffiċjali?", "DR PETER GRECH: M'hemmx għalfejn b'ittra uffiċjali għax, biex tħassarha, mhux bilfors b'ittra uffiċjali.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma ittra uffiċjali tagħmel sens għax qed tinnotifika uffiċjalment lill-parti l-oħra biha.", "DR PETER GRECH: Imma inti tinnotifika lin-Nutar tal-Gvern li jien tajt prokura lit-tali fit-tali ġurnata, u dik hija revokata, biex jekk hemm xi ħadd li jrid jiċċekkja jekk jistax joqgħod fuq dik il-prokura, għandu fejn jiċċekkja.", "Terġa', mhux bilfors, għax jista' jkun li pereżempju tajt prokura lil xi ħadd tal-familja, irrevokajtha, u m'għandekx interess li toqgħod ixxandru, jew tafdah li wara li rrevokajthielu ma jmurx jiġbidlek flusek.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għalhekk, tajtek inkarigu biex tiffirma għalija fuq kuntratt, u lest l-inkarigu.", "Jekk se tagħmilha hekk, m'għandix diffikultà.", "OWEN BONNICI: Dr German għandi domanda: Jekk jien ħriġt prokura fuq Dr Azzopardi, Dr Azzopardi kif se jkun jaf li jien irtirajt dik il-prokura li tajtu?", "DR KEITH GERMAN: Eventwalment tkun aċċessibbli online.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk trid tagħmel affarijiet sħaħ, trid tagħmel ukoll dispożizzjoni li tgħid kemm iddum ħajja prokura.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, tista' tagħmilha.", "Ħames snin ilu jien ġibt prokura mingħand iz-ziju mill-Awstralja u meta tmur il-bank jgħidlek li trid teħodlu waħda ġdida għax trid tkun riċenti.", "Allura aħjar tgħid li prokura miktuba u transunta għandha terminu ta' tant żmien.", "(Interruzzjonijiet)", "OWEN BONNICI: Aħna se nibdew billi jkun dan ir-reġistru online jew fiżiku?", "DR KEITH GERMAN: Se nibdewh fiżiku, però nistgħu nagħmluh online b'mod sempliċissimu.", "OWEN BONNICI: Jiġifieri jekk jien irrid nirtira prokura naf li m'għandix għalfejn nagħmel ittra uffiċjali u tiġini €2,000!", "JASON AZZOPARDI: Jekk ir-reġistru tiegħek ikun linked mad-database tal-Kamra tal-Avukati, assumendo li kull avukat f'Malta huwa membru tal-Kamra tal-Avukati - ejja ngħidu li jlaħħqu 85% - allura awtomatikament tiskatta mekkaniżmu ta' notifika tramite l-Kamra tal-Avukati lill-avukatura.", "OWEN BONNICI: Minħabba data protection.", "Għalfejn għandi nxandar inutilment?", "(Interruzzjonijiet) Dr Grech, jekk qed nifhem sew, se nħassru numru ta' klawsoli li hawn fl-Abbozz ta' Liġi, u se ssir emenda?", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Aħna qegħdin fi klawsola 21.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nitlob lil Dr Grech biex jispjega l-klawsola 21 u l-emenda peress li hu ħadem fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Nistieden lill-Avukat Ġenerali biex jintervjeni.", "DR PETER GRECH: Dan l-artikolu huwa dwar reġistru rigward l-interdizzjonijiet, u anke interdizzjonijiet temporanji, ta' persuni li jkunu għaddejjin minn kriżi temporanja minħabba problemi ta' saħħa mentali.", "Oriġinarjament fl-Abbozz ta' Liġi kienet li dan ir-reġistru jkun aċċessibbli biss għall-avukati, nutara u prokuraturi legali.", "Permezz tal-ewwel emenda se jkun aċċessibbli wkoll għall-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali li huwa r-regolatur.", "It-tieni emenda tgħid li s-subartikolu 527(3) se jiġi sostitwit kif ġej:", "\"(3) Ir-reġistru għandu jkun maqsum fi tliet taqsimiet.", "L-ewwel taqsima jkun fiha lista ta' persuni interdetti, it-tieni taqsima jkun fiha lista ta' persuni inabilitati u t-tielet taqsima jkun fiha lista ta' persuni li jkun inħarġilhom ċertifikat ta' nuqqas ta' kapaċità mentali skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "Kull taqsima tar-reġistru għandha tinżamm f'ordni alfabetiku.\";", "Permezz tat-tielet emenda, li se tissostitwixxi s-subartikolu 527(5), filwaqt li għall-avukati, prokuraturi legali u anke l-Kummissarju r-reġistru jista' jkun aċċessibbli anke on line, però ristrett bil-password, eċċ; jekk persuna jrid jiċċekkja jekk xi ħadd huwiex interdett jew jistax jagħmel kuntratt, irid imur il-qorti u jkollu supervised access għal dak ir-reġistru.", "OWEN BONNICI: Dan ir-reġistru se jkun ġdid?", "THE CHAIRPERSON: Nistieden lill-Assistent Avukat Ġenerali biex tintervjeni.", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Fid-diskussjonijiet li kellna mal-MITA qalulna li s-sistema tkun tista' tiflaħ dan it-tip ta' reġistru fl-2017.", "OWEN BONNICI: U sa dak iż-żmien x'jiġri?", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Peress li s-sistema ma tkunx tista' tieħu dawn on line, irid jibqa' l-mekkaniżmu li hemm bħalissa.", "OWEN BONNICI: Illum hemm mekkaniżmu?", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Hemm reġistru li hu manwali.", "OWEN BONNICI: Ir-reġistru li hemm manwali llum se jiġi aġġornat b'dan il-mod, hux hekk?", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Ir-reġistru manwali jaħseb għal żewġ taqsimiet.", "OWEN BONNICI: Issa se jiġu tlieta.", "DR VICTORIA BUTTIGIEG: Imma t-tielet taqsima msemmija fil-klawsola taħseb biss għal reġistru elettroniku u mhux għal wieħed manwali.", "OWEN BONNICI: M'għandix għaġla meta jagħmluha, imbasta jkun hemm reġistru fejn bniedem jista' jiċċekkja.", "DR PETER GRECH: Se nagħmlu klawsola transitorja fis-sens li sakemm jiġi stabbilit ir-reġistru elettroniku, dan jista' jinżamm b'mod manwali għand ir-reġistratur tal-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja.", "(Interruzzjonijiet) Se nagħmluha fakultattiva.", "Wieħed jiddiskuti time frames, eċċ; imma ma niddependux biss mis-sistema elettronika.", "THE CHAIRPERSON: Mela se jkun hemm emenda f'dan is-sens ukoll?", "DR PETER GRECH: Iva, se nagħmlu klawsola transitorja.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Klawsola 21 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fl-artikolu 527 propost fil-Kodiċi, fis-subartikolu (2) tiegħu, il-kliem \"u jkun aċċessibbli għal avukati\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"u jkun aċċessibbli għall-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali, għal avukati\";", "(b) fl-artikolu 527 propost fil-Kodiċi, is-subartikolu (3) tiegħu, għandu jiġi sostitwit kif ġej:", "\"(3) Ir-reġistru għandu jkun maqsum fi tliet taqsimiet.", "L-ewwel taqsima jkun fiha lista ta' persuni interdetti, it-tieni taqsima jkun fiha lista ta' persuni inabilitati u t-tielet taqsima jkun fiha lista ta' persuni li jkun inħarġilhom ċertifikat ta' nuqqas ta' kapaċità mentali skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "Kull taqsima tar-reġistru għandha tinżamm f'ordni alfabetiku.\";", "(ċ) fl-artikolu 527 propost fil-Kodiċi, is-subartikolu (5) tiegħu, għandu jiġi sostitwit kif ġej:", "\"(5) Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli lill-pubbliku taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali tal-Qorti fl-edifiċju tal-Qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja.\"; u", "(d) minnufih wara s-subartikolu (5) għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(6) Sakemm jiġi stabbilit reġistru elettroniku skont it-termini ta' dan l-artikolu, l-istess reġistru jista' jinżamm f'format manwali mir-Reġistratur tal-Qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja li għandu jipprovdi aċċess għalih fil-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru.\".", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 21 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda \"H\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija klawsola 21, kif emendata.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet nem. con.u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Żieda ta' artikolu ġdid mal-Kodiċi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 22 qed inżiedu artikolu ġdid.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 22.", "Klawsola 22 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Emenda tal-artikolu 741 tal-Kodiċi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 23 qed nemendaw l-artikolu 741 tal-Kodiċi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 23.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Emenda tal-artikolu 874 tal-Kodiċi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 24 qed nemenaw l-artikolu 874 tal-Kodiċi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 24.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Emenda tal-artikolu 875 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Ovvjament naqblu mal-extempore, m'hemmx dubju dwar dan.", "Però nixtieq niġbed l-attenzjoni b'animu ġenwin, mill-qalb, biex ma jkunx hemm trikki trakki minn bnadi oħra.", "OWEN BONNICI: Onor. Azzopardi, inħalluha tgħaddi, però ndaħħalha into force wara diskussjoni mal-ġudikatura.", "X'taħseb?", "JASON AZZOPARDI: Għax biex mandat ta' inibizzjoni jkun deċiż dakinhar stess ...", "OWEN BONNICI: Barra minn Malta jisimgħuhom, jisma' l-partijiet ...", "JASON AZZOPARDI: Ministru, niftakar – jikkoreġini l-Avukat Ġenerali – meta naqqasna ż-żmien għal 30 jum li matulu għandhom jiddeċiedu mandat, kien hemm ħafna biki u theżżiż ta' snien!", "Jien ma kontx il-Ministru, imma niftakru jitkellem magħna, konna ħsibna li kienu se jinvaduna l-ISIS tal-lum!", "Kien hemm ħafna u ħafna reżistenza!", "Issa biex minn 30 jum tagħmilha 24 siegħa … Nerġa' ngħidlek, l-intenzjoni altru hija pożittiva, hija tajba … Mhux għall-extempore qed nirreferi jien, għall-mandat ta' inibizzjoni.", "Il-proposta kienet li l-extempore jidħol fil-kawżi ċivili kollha.", "Allura għedna: Ejja ma nibdewx bil-big bang approach, nibdew bil-mandati ħalli nidraw is-sistema, imbagħad inkabbruha.", "JASON AZZOPARDI: Kelli case in point din il-ġimgħa li ssemma wkoll fl-Aħbarijiet, jekk għandux jew le jiċċaqlaq il-monti.", "Peżempju, jekk għandix ikolli aċċess għal għalqa.", "Ikolli 24 siegħa?", "OWEN BONNICI: Jien għandi commitment li ma ndaħħalhiex fis-seħħ mill-ewwel, ħalli nilħqu naraw ftit", "Il-mistoqsija hija klawsola 25.", "Klawsola 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Emendi għall-Kodiċi Ċivili.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Klawsola 26 qed tintroduċi Taqsima II li temenda l-Kodiċi Ċivili.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 26.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Emenda tal-artikolu 1857 tal-Kodiċi.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"I\" Il-Klawsola 27 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"Emenda tal-artikolu 1886 tal-Kodiċi.", "Fis-subartikolu (1) tal-artikolu 1886 tal-Kodiċi fil-paragrafu (e) tiegħu, il-kliem \"tal-mandatarju.\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"tal-mandatarju:\" u minnufih warajh għandu jidħol il-proviso ġdid li ġej:", "\"Iżda:", "Fil-każ li mandat jispiċċa fejn il-mandatarju, li tkun persuna fiżika, kien awtorizzat li jittrasferixxi proprjetà immobbli f'isem il-mandant jew fejn il-mandat ikun wieħed ta' natura ġenerali li jkun ingħata bejn persuni fiżiċi, dik it-terminazzjoni tista' tiġi notifikata mill-mandant jew minn kull persuna oħra li jkollha interess fil-mandat lin-Nutar Ewlieni tal-Gvern li għandu jdaħħal id-dettalji ta' dik it-terminazzjoni f'reġistru li huwa għandu jżomm għal dak il-għan u li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju;", "Il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista' joħroġ regolamenti sabiex jistabbilixxi reġistru elettroniku fejn tkun tista' ssir ir-reġistrazzjoni ta' mandati u tat-terminazzjoni tagħhom u biex jistabbilixxi dawk il-formalitajiet, drittijiet u proċeduri applikabbli għar-reġistrazzjoni fl-imsemmi reġistru elettroniku u biex jirregola l-aċċess għall-istess reġistru.\".\".", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 27 kif imressqa u proposta mill-Ministru.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "Il-mistoqsija hija Klawsola 27, kif emendata.", "Klawsola 27, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi li l-Kumitat jikkonsidra l-klawsoli 28 sa 34 flimkien.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li jikkonsidra l-klawsoli 28 sa 34 flimkien.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, se nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Klawsoli 28, 29, 30, 31, 32, 33 u 34 għandhom jiġu mħassra.", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-Emenda \"J\" għaddiet nem. con. u klawsoli 28, 29, 30, 31, 32, 33 u 34 ġew imħassra.", "Klawsola 35 - Emendi għall-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Klawsola 35 qed tintroduċi Taqsima III li temenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 35.", "Klawsola 35 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 36 - Emenda tal-artikolu 3 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 36 qed nemendaw l-artikolu 3 tal-Att prinċipali.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 36.", "Klawsola 36 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 - Emenda tal-artikolu 8 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 37 qed nemendaw l-artikolu 8.", "JASON AZZOPARDI: Fis-subartikolu 5, fejn qed jingħad \"Il-Qorti tal-Appell tista', jekk tikkonsidra r-rikors frivolu jew vessatorju\",u bħala ċifra hemm msemmija l-€1,250, ma taħsibx li hija ftit ċifra għolja?", "OWEN BONNICI: Nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li klawsola 37 tiġi posposta.", "Klawsola 38 - Emenda tal-artikolu 9 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 38 qed nemendaw l-artikolu 9 tal-Att prinċipali.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 38.", "Klawsola 38 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 - Emendi għall-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Klawsola 39 qed tintroduċi Taqsima IV li temenda l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 39.", "Klawsola 39 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 - Emenda tal-artikolu 5 tal-Att priċipali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 40 qed nemendaw l-artikolu 5 tal-Att prinċipali.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 40.", "Klawsola 40 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 – Sostituzzjoni tal-artikolu 7 tal-Att prinċipali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Fi klawsola 41 qed nissostitwixxu l-artikolu 7.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 41.", "Klawsola 41 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 – Dispożizzjonijiet transitorji", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Klawsola 42 titratta d-dispożizzjonijiet transitorji.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 42.", "Klawsola 42 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 - Emenda tal-artikolu 8 tal-Att prinċipali.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "OWEN BONNICI: Kulma kien hemm kienet rounding-up taċ-ċifri.", "THE CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 37.", "Klawsola 37 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija u jagħmel ir-renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRPERSON: Il-Kumitat jaqbel?", "il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandha tirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta` Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet li jirrigwardaw ir-riforma tal- ġustizzja fil-qasam tal-proċedura ċivili\" għadda mill-istadju tal-Kumitat b'emendi.", "Fis-8.30 p.m. id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet konkluża."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130522_001d_kuna.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju 2013 fis-6.45 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 22 ta' Mejju 2013 fis-6.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet Amministrattivi.", "Diskussjoni dwar Mozzjoni Nru. 36 ippreżentata mill-Prim Ministru dwar ir-Ratifika ta' Protokoll, fuq it-tħassib tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona, li jinhemeż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont il-provvedimenti tas-sub-artiklu (2) tal-Artiklu 2 tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea.", "Diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li se jinżamm fi Brussel fis-27 u t-28 ta' Mejju 2013.", "Diskussjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew dwar reviżjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-European External Action Service (EEAS).", "Kwestjonarju tal-COSAC.", "Diskussjoni fuq Mozzjoni Nru. 35 ippreżentata mill-Ministru għall-Finanzi dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilita', Koordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussell fit-2 ta' Marzu 2012.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130522_002a_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 22 ta' Mejju, 2013 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat dwar il-pjan ta' ħidma għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-Leġiżlatura – Kontinwazzjoni", "Preżentazzjoni mix-Shadow Minister tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Chris Said, dwar il-pjan ta' ħidma tal-Oppożizzjoni fuq dan il-qasam.", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130522_002a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 1, li saret nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2013, ġew ikkonfermati.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "THE CHAIRMAN (Onor. Chris Fearne): Ngħarraf lill-Membri li l-Kumitat irċieva din il-korrispondenza, li kopja tagħha diġà ġiet iċċirkolata lill-Membri:", "Il-Quito Comuniqué, datat is-27 ta' Marzu 2013, maħruġ mill-Inter Parliamentary Union dwar is-suġġett 'Post-2015 development agenda and the new Sustainable Development Goals', li l-iSpeaker għadda għall-attenzjoni tal-Kumitat;", "Ir-rapport li l-Kunsill għadda lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti Nazzjonali dwar ix-xogħol tal-Kumitat Permanenti dwar kooperazzjoni f'operazzjonijiet ta' sigurtà interna għall-perijodu Lulju 2011 u Diċembru 2012, li ntbagħat skont Artiklu 71 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u Artiklu 6 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li waqqfet dan l-Kumitat Permanenti; u", "Talba għal laqgħa mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Montenegro, Igor Luksic, li se jżur Malta bejn l-4 u s-6 ta' Ġunju 2013.", "Rigward il-Working Groups, irridu nikkonfermaw xi membri ta' Working Group 1 li diġà twaqqaf fl-ewwel laqgħa.", "Diġà konna appuntajna ċ-Chairman ta' Working Group 1, li huwa ċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat, kif ukoll kellna n-nomini tal-Onor.", "Jason Azzopardi u tal-Onor.", "Francis Zammit Dimech min-naħa tal-Oppożizzjoni, filwaqt li aktar tard irċevejna n-nomini tal-Onor.", "Deo Debattista u tal-Onor.", "Marlene Farrugia min-naħa tal-Gvern.", "Fil-fatt, l-ewwel laqgħa ta' Working Group 1 saret din il-ġimgħa, fejn għamilna ħafna xogħol u jidhirli li mxejna tajjeb.", "Issa rridu nappuntaw il-Membri fuq Working Group 2 u Working Group 3 li, bħala chairpersons tagħhom, se jkunu l-Onor.", "Jonqos żewġ Membri fuq kull wieħed, wieħed min-naħa tal-Gvern u l-ieħor min-naħa tal-Oppożizzjoni, u għal dan il-għan jiena se nipproponi lill-Whips taż-żewġ naħat biex jagħmlu n-nomini tagħhom.", "It-tielet ħaġa li xtaqt insemmi hija l-invit biex nattendu għal laqgħa f'Pariġi fit-18 u 19 ta' Lulju, liema invit huwa għaċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Imma, peress li jien kont għarraftkom li ma nistax nattendi fl-ewwel laqgħa, kont tlabt jekk hemmx Membri interessati li jattendu.", "Il-Membri li esprimew interess huma l-Onor.", "Issa rridu naraw min se jkunu dawk it-tnejn.", "L-Onor.", "Luciano Busuttil qalilna li jkunx jista' jattendi jew le jiddependi mill-kondizzjoni tas-saħħa tal-mara tiegħu.", "Se nistaqsu lill-Onor.", "Luciano Busuttil jekk huwiex se jmur, u jekk ir-risposta tkun fin-negattiv, allura mbagħad ngħidu lill-Onor.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni jridu jiddeċiedu bejniethom l-Onor.", "Azzopardi u l-Onor.", "Hemm xi rimarki oħra fuq affarijiet amministrattivi?", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Mr Chairman, kelli laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Finanzjarji, u hemmhekk issemma l-fatt li se tibdew tirreferu d-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-ekonomija u l-finanzi fuq livell Ewropew direttament lil dak il-Kumitat, u fil-fatt xtaqt ngħid li kien hemm qbil fuq dan.", "DISKUSSJONI DWAR MOZZJONI NRU 36, IPPREŻENTATA MILL-PRIM MINISTRU, DWAR IR-RATIFIKA TA' PROTOKOLL FUQ IT-TĦASSIB TAL-POPLU IRLANDIŻ DWAR IT-TRATTAT TA' LISBONA LI JINHEMEŻ MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U MAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, SKONT IL-PROVVEDIMENTI TAS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 2 TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA", "THE CHAIRMAN: Qabel ma niftaħ id-diskussjoni, xtaqt nagħmel introduzzjoni żgħira dwar is-suġġett.", "Dan il-Protokoll dwar it-Tħassib tal-Poplu Irlandiż fuq it-Trattat ta' Lisbona għandu storja li bdiet mill-bidu ta' dan is-seklu.", "Bħalma lkoll tafu, it-trattati tal-Unjoni Ewropea huma trattati fejn wieħed jibni fuq l-ieħor, tarġa fuq oħra, u fil-bidu ta' dan is-seklu kien hemm moviment biex isir Trattat dwar il-Kostituzzjoni tal-Ewropa.", "Fil-fatt, dan it-Trattat kien ġie ffirmat fid-29 ta' Ottubru tal-2004, imma kellu bżonn ratifika mill-parlamenti u/jew mill-popli tal-Istati Membri.", "Il-Parlament Franċiż kien iddeċieda li jagħmel referendum dwaru f'Mejju tal-2005, imma dan ir-referendum ma kienx għadda.", "L-istess kien ġara fl-Olanda f'Ġunju tal-2005, fejn ir-referendum dwar it-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea ma kienx għadda.", "L-Irlanda wkoll kien beħsiebha tagħmel referendum fuq dan it-Trattat, imma peress li t-Trattat kien diġà m'għaddiex f'ċerti pajjiżi, ir-referendum tal-Irlandiżi ma sarx.", "L-Unjoni Ewropea, min-naħa tagħha, meta rat li dan it-Trattat kien pjuttost mejjet, iddeċidiet li tbiddel ftit l-istrateġija u, minflok tagħmel trattat ġdid, tagħmel amending treaty ieħor, li huwa t-Trattat ta' Lisbona li, bejn wieħed u ieħor, żamm l-istess affarijiet, imma f'kuntest differenti.", "Meta dan it-Trattat reġa' ġie biex jiġi ratifikat, l-Irlanda – li kienet wiegħdet lill-poplu tagħha li se jsir referendum – fil-fatt għamlet referendum fuq it-tieni trattat, jiġifieri t-Trattat ta' Lisbona.", "Dan ir-referendum Irlandiż kien sar fit-12 ta' Ġunju 2008, u m'għaddiex b'53.4% kontra u 46% favur, u allura l-Unjoni Ewropea kienet se tiġi fis-sitwazzjoni fejn għat-tieni darba kien se jkollha trattat li ma jkunx ratifikat.", "Għalhekk, biex tevita din il-problema, l-Unjoni Ewropea ftiehmet mal-Gvern Irlandiż u mal-Istati Membri l-oħra biex dawk il-klawsoli jew dawk il-problemi li l-poplu Irlandiż kellu issue fuqhom, jagħmluhom bħala concerns speċifiċi għall-Irlanda.", "Wara li sar hekk, reġa' sar referendum ieħor fl-Irlanda fit-2 ta' Ottubru tal-2009, u din id-darba, bil-pakkett li ta serħan tal-moħħ lill-Irlandiżi, dan it-trattat għadda b'aktar minn żewġ terzi.", "Bħala parlament ta' stat membru fl-Unjoni Ewropea, aħna issa rridu nirratifikaw l-emendi li qegħdin isiru minħabba din il-kwestjoni tal-Irlanda.", "Għalhekk, għandna quddiemna dan il-Protokoll dwar it-Tħassib tal-Poplu Irlandiż, u fil-fatt, il-mozzjoni tirreferi għall-Protocol of the concerns of the Irish people on the Treaty of Lisbon.", "Bażikament, għandu tliet affarijiet importanti.", "L-ewwel waħda hija l-kwestjoni tar-right of life, family and education, li hemm xi artikli minnhom fil-Kostituzzjoni Irlandiża, u allura l-poplu Irlandiż irid li dawn ikunu mħarsa.", "It-tieni kwestjoni hija dwar it-tassazzjoni li tgħid li kemm l-Irlanda, kif ukoll Stati Membri oħra, għandhom iżommu fil-kompetenza tagħhom dwar x'tip ta' tassazzjoni ssir f'pajjiżhom.", "It-tielet kwestjoni hija dwar is-sigurtà u d-difiża, fejn qed jingħad li kemm l-Irlanda, kif ukoll Stati Membri oħra, għandhom veto fuq ċerti deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' difiża, l-aktar fuq parteċipazzjoni f'inizjattivi ta' difiża bejn l-Istati Membri.", "Dik hija s-sitwazzjoni li wasslitna biex nirratifikaw dan il-Protokoll dwar it-Tħassib tal-Poplu Irlandiż.", "Issa xtaqt nisma' l-kummenti tagħkom qabel ma niddeċiedu dwaru.", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Chairman, l-ewwel nett, nirringrazzjakom talli stedintuni għal din il-laqgħa ta' dan il-Kumitat, u nixtieq kull suċċess għax-xogħol li tagħmlu.", "Jalla tibqgħu timxu b'mod li l-affarijiet tagħmluhom b'consensus għax dak ikun aħjar milli toqogħdu tagħmlu l-votazzjonijiet.", "Irrid nagħmel rimarka żgħira dwar għaliex ġiet din il-mozzjoni tal-lum.", "Inti korrettement għedt li l-Irlandiżi m'aċċettawx it-Trattat ta' Lisbona u għamlu dawn ir-riservi.", "L-Unjoni Ewropea minflok aċċettahom mill-ewwel, u allura kien ikollha terġa' tibda tagħmel round ieħor ta' ratifikazzjoni mal-pajjiżi kollha, kien jaqbel li l-Unjoni Ewropea tagħti garanzija lill-Irlandiżi sabiex jiġi rratifikat it-Trattat kif kien, bil-wegħda li dan il-Protokoll li l-Irlandiżi għamlu biex jissalvagwardjaw ċerti drittijiet isir parti mit-Trattat mal-ewwel ftuħ mill-ġdid tat-Trattat li kien se jerġa' jkun hemm.", "La x-xahar id-dieħel il-Kroazja se ssir membru, allura t-Trattat irid jinfetaħ bilfors għar-ratifika ta' dan minn kull pajjiż membru u, fl-istess waqt, kif kien imwiegħed, se tiġi inkluża r-ratifika tal-protokoll dwar ir-riservi tal-Irlanda.", "Hawnhekk hemm ukoll l-aspett lokali dwar kif żviluppa dan il-proċess.", "Il-proċess qabel kien li, skont il-liġi tat-Trattat tal-Adeżjoni, jekk ikun hemm deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea, allura l-Prim Ministru kellu dritt li joħroġ ordni, u dik issir parti mit-Trattat b'mod awtomatiku.", "Aħna konna ddiskutejna dan il-proċess, u konna qbilna li deċiżjoni ssir parti mit-Trattat wara li toħroġ l-ordni mill-Prim Ministru, u wara li jkun hemm diskussjoni dwar dik id-deċiżjoni fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Fi kliem ieħor, b'diskussjoni fil-Kamra, aħna konna biddilna l-proċedura sabiex dik id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea tiġi diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u, jekk ikun hemm bżonn, anke titressaq għad-diskussjoni fil-Kamra u, wara li tiġi approvata, l-Prim Ministru jkollu l-fakultà li joħroġ l-ordni – kif hawn annessa ma' din l-emenda – ħalli ssir awtomatikament parti mit-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dik saret tapplika għal kull tibdil, żgħir jew kbir, li jkun hemm fit-Trattat minn dakinhar li qbilna fuqu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Onor. Ryan Callus, qegħdin niddiskutu l-mozzjoni tal-Prim Ministru dwar ir-ratifika tal-Protokoll dwar it-Tħassib tal-Poplu Irlandiż fuq it-Trattat ta' Lisbona.", "Personalment, naħseb li huwa fl-interess tagħna wkoll li dan jiġi rratifikat.", "Milli nista' nara, mhemmx xi tibdil kbir fis-sustanza tat-Trattat innifsu u, barra minn hekk, il-klawsoli li qegħdin jenfasizzaw l-Irlandiżi sa ċertu punt jipproteġu anke Stati Membri oħra.", "Min-naħa tiegħi, inħoss li bħala Kumitat għandna nirrakkomandaw li dan it-Trattat jiġi rratifikat.", "GEORGE VELLA: Wieħed irid jifhem li l-Irlandiżi ma riedux joqogħdu fuq il-kliem li kien hemm fit-Trattat ta' Lisbona, imma riedu assigurazzjoni.", "Dawn m'għamlux bħalna, għax aħna kulma għandna huwa Protokoll u mhux dikjarazzjoni bilaterali annessa mat-Trattat; jiġifieri, strettament, fir-rigward ta' newtralità, abort u l-affarijiet l-oħra, mhumiex binding on both sides.", "L-Irlandiżi riedu li dan ikun parti mit-Trattat.", "Hawnhekk wieħed jista' jinnota li l-kwestjonijiet tal-familja, l-edukazzjoni u l-abort ikunu koperti biex ma jkunx hemm iċ-ċans li l-Unjoni Ewropea b'xi mod tiddetta dwarhom.", "Imbagħad, hemm ukoll il-kwestjoni tat-tassazzjoni li trid tibqa' b'vot unanimu, u allura ma jkollokx iċ-ċans li ssib imposta fuqek tassazzjoni li inti ma tkunx ivvotajt għaliha.", "Fl-istess ħin, tistgħu tinnotaw li ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea qegħdin jimbuttaw biex, kemm jista' jkun, ikun hemm tax harmonization.", "Naħseb ikun għaqli li wieħed jibqa' jżomm id-dritt, kif għamlu l-Irlandiżi, li t-tassazzjoni tkun unanima, ħalli ma jkun hemm sorpriżi għal ħadd.", "Imbagħad, kien hemm il-kwestjoni tas-sigurtà u d-difiża.", "Ma rridux ninsew li l-Irlanda hija pajjiż newtrali, fis-sens li hija non-military.", "Dawn qed jgħidu li deċiżjonijiet fuq Common Foreign and Security Policy (CFSP) huma ħaġa, imma mbagħad hemm il-Common Defence and Security Policy (CSDP), li eventwalment taf twassal għal common defence.", "Hemm min qed jimbotta biex ikun hemm difiża komuni, bħalma hemm fl-Artiklu 6 tan-NATO.", "Meta l-Irlandiżi kienu mistennija li jipparteċipaw, huma kienu qalu ċar u tond li dawn id-deċiżjonijiet għandhom jagħmluhom il-Parlament u l-poplu Irlandiż.", "Dawn ma huma se jkunu marbutin bl-ebda deċiżjoni li tittieħed, jew inkella mill-imbuttar li jsir mill-Unjoni Ewropea biex tinvolvihom f'dik li hija sigurtà u difiża komuni – anzi, iktar id-difiża milli s-sigurtà, għax is-sigurtà hija a very wide ranging concept.", "Mr Chairman, kif qed tgħid inti, il-Protokoll fih innifsu jirreferi wkoll għal pajjiżi oħra, u dan ifisser li sa ċertu punt wieħed huwa kopert ukoll.", "B'din, anke aħna se nkunu koperti, u f'ħafna mill-affarijiet nemmnu bħalhom, pereżempju, rigward l-abort u d-difiża.", "Din hija deċiżjoni li, kważi kważi, trid tiġi adottata awtomatikament, għax kien hemm commitment mal-poplu Irlandiż li trid tgħaddi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jekk mhemmx kummenti oħra, jien qed neħodha li mid-diskussjoni li kellna qegħdin naqblu li nirrakkomandaw lill-Parlament li jikkonsidra din il-mozzjoni b'mod favorevoli.", "Nirringrazzjakom.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR L-AĠENDA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, LI SE JINŻAMM FI BRUSSELL FIS-27 U T-28 TA' MEJJU 2013", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item li jmiss li huwa d-diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin, li se jinżamm fi Brussell il-ġimgħa d-dieħla.", "Qabel ma nagħti l-kelma lill-Ministru, rrid nerġa' nirringrazzjah tal-okkażjoni li qed jagħtina li mhux biss jirrapporta lilna dak li jkun intqal fil-Kunsill, imma li jiltaqa' ma' dan il-Kumitat qabel il-laqgħa tal-Kunsill biex inkunu nistgħu niddiskutu l-policies tal-gvern f'dan il-qasam.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, ħalli nibda billi nagħmel spjega qasira.", "Għalkemm il-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin jiltaqa' t-Tnejn u t-Tlieta, teħduhiex bħala stramba li sal-lum, anke sa nhar is-Sibt u l-Ħadd qabel ma mmorru, hemm il-possibilità li l-opinjonijiet tal-pajjiżi jkunu għadhom deħlin, u allura wieħed ikun għadu qed jiġbor il-materjal kollu biex imbagħad minnu jifforma opinjoni.", "Għalhekk fuq ċerti affarijiet ma nkunx nista' ngħid il-linja li se nieħdu, għax tkun għadha dieħla l-informazzjoni.", "Dawn huma affarijiet ħajjin li kultant l-opinjonijiet jibqgħu jitbiddlu sal-aħħar ħinijiet.", "Ikollok options fejn tgħid li biex nimxu se jkollok iċċedi din il-biċċa jew dik il-biċċa.", "Nibda mill-aġenda, u ngħid li anke din taf titbiddel billi r-raba' item jitfgħuh l-ewwel item.", "Kif qegħdin bħalissa, l-ewwel kwestjoni għad-diskussjoni hija is-Southern Neighbourhood.", "Bħalma tafu, bħalissa l-aktar kwestjoni taħraq fis-Southern Neighbourhood tal-Unjoni Ewropea hija s-Sirja.", "Il-pożizzjoni bħalissa hija kważi staġnata fis-sens li la tidher li qed tirbaħ naħa, u lanqas l-oħra.", "Tafu li l-aħħar move bejn l-Amerika u r-Russja kienet li f'Ġunju jagħmlu konferenza internazzjonali – qegħdin jgħidulha Geneva 2 – ħalli b'xi mod jipprovaw iċaqilqu xi ħaġa.", "Kulħadd qed jilmenta dwar in-numru ta' nies li qegħdin imutu, u dwar in-numru ta' refuġjati li qed ikollhom impatt negattiv fuq pajjiżi bħall-Ġordan, il-Libanu u t-Turkija.", "Nafu li hemm elementi tas-Syrian Oppposition Coalition li qegħdin jiltaqgħu ma' ċerti ministri ħalli jipprovaw jieħdu appoġġ mingħandhom.", "Hawnhekk qegħdin nibżgħu li s-Syrian Opposition Coalition qed titħallat ma' elementi ta' Al-Qaeda u ma' elementi tal- al-Nusra Front – jiġifieri ma' estremisti – u allura qed isir l-argument dwar jekk għandniex jew le ngħinu lill-oppożizzjoni b'mod militari ħalli, skont il-fehma ta' ċerti nies, nagħtuhom iċ-ċans jegħlbu lill-President Assad.", "Dak huwa l-argument prinċipali li għaddej bħalissa.", "Hemm arms embargo li se jispiċċa fl-1 ta' Ġunju, u hemm moviment, immexxi mill-Ingilterra u Franza, li qed jimbotta bis-sħiħ biex dan l-arms embargo jitneħħa ħalli l-Ewropa tkun tista' tagħti armamenti lill-oppożizzjoni.", "Nista' ngħid li s'issa, ħlief Franza u l-Ingilterra, kulħadd jinsab kontra din il-possibilità għal ħafna raġunijiet li m'għandix iċ-ċans nidħol fihom hawnhekk.", "Allura, hemm argumenti favur li tarmahom u hemm argumenti kontra li tarmahom, u s'issa qed tirbaħ l-opinjoni li ma nagħtux iktar armamenti, għax kulħadd qed isemmi x'ġara ġewwa l-Libja bl-armamenti li kien hemm fl-idejn wara li waqa' Ghaddafi billi marru bihom ġol-Mali u ħolqu dawk il-problemi kollha.", "Fis-Sirja jkun agħar għax dik qegħda f'reġjun iktar sensittiv, fejn għandek it-Turkija, l-Iżrael taħthom, il-Libanu u l-Ġordan.", "Jekk ċerti elementi fl-oppożizzjoni jkollhom l-armi f'idejhom, ma tkunx taf x'se jiġri bihom.", "Fil-Libja llum hemm dawn ix-shoulder-to-air missiles li jistgħu jisparawhom minn fuq l-ispallejn u li jistgħu iwaqqgħu ajruplan ċivili f'radda ta' salib.", "Jiġifieri hemm din il-biża'!", "Bħalissa, wieħed diġà ċeda dwar id-dħul ta' dak li jgħidulu military non-lethal, jiġifieri affarijiet li jkunu military imma mhux lethal, pereżempju, bulletproof jackets, helmets, night vision goggles u affarijiet oħra li jistgħu jgħinu lill-oppożizzjoni biex forsi jkunu iktar effettivi kontra t-truppi ta' Assad.", "Però, li wieħed jiftaħ għall-armamenti hija diskussjoni wiesgħa ħafna.", "Din tqum kull darba li niltaqgħu – anke x-xahar l-ieħor kienet fuq nett tal-aġenda – u l-pożizzjonijiet huma diffiċli.", "Tgħidli: Malta x'pożizzjoni qed tieħu?", "S'issa, ħadna l-pożizzjoni li nirrikonoxxu 'l-oppożizzjoni bħala the sole legitimate representative tal-poplu Sirjan; imma s'issa żammejna li ma naċċettawx li jitneħħa l-arms embargo, jekk xejn, pereżempju, bħala pajjiż aħna għandna l-Freeport u jkollna problemi kbar ta' transhipment billi nkunu mistennija li nagħmlu l-kontrolli fuq dak li jkun għaddej, u allura hija xi ħaġa li wieħed irid joqgħod attent minnha.", "Din id-diskussjoni mbagħad tinfirex billi jidħlu l-kwestjonijiet tal-Eġittu u tal-Libja, paraguni, tagħlimiet li tieħu minnhom u affarijiet bħal dawn.", "Hawnhekk, issir diskussjoni pjuttost wiesgħa ħalli wieħed ikun jaf fejn aħna mexjin.", "Mhix xi ħaġa kbira biex jissemma il-Protokoll tal-Irlandiżi, imma ma jidhirx li hemm affarijiet kbar.", "Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin ikollu parti wkoll meta nitkellmu fuq id-difiża, dak li jgħidulu d-defence segment.", "Mhemm xejn importanti fuq l-aġenda, u probabbilment Catherine Ashton issemmi xi affarijiet li jkunu għaddew, imma mbagħad tieqaf hemm.", "It-topic l-ieħor li mistenni jkollu tour de table, u li kważi kulħadd jitkellem fuqu, huwa l-Middle East Peace Process.", "Dan mhux se noqgħod niftaħ fuqu hawnhekk, għax inkella ma nispiċċaw qatt.", "Nafu li l-Proċess ta' Paċi huwa staġnat.", "Nafu min huma ż-żewġ naħat u x'qegħdin jagħmlu.", "Nafu l-problema tas-settlements fejn għandek il-gvern ta' Netanyahu jibni fuq art okkupata kontra l-liġi internazzjonali.", "Il-Palestinjani maqsumin bejniethom fejn għandek il-Fatah u l-Hamas.", "Dawn issa ftiehmu li jagħmlu elezzjonijiet wara li l-Eġittu ħadem ħafna biex iġibhom flimkien.", "Imma s'issa s-sitwazzjoni hija li, waqt li għaddej dan il-proċess kollu, l-Iżrael qed ikompli jisfida bil-bini, u l-iktar ħaġa gravi li għaddejja bħalissa hija l-area magħrufa bħala E1 fin-naħa tal-Lvant ta' Ġerusalemm li, jekk tinbena, t-territorju okkupat jinqasam f'biċċtejn.", "Diġà għandna Gaza li parti maqtugħa għaliha, u allura, jekk it-territorju l-ieħor taqsmu f'biċċtejn oħra, se jkollok frammentazzjoni tat-territorju.", "Il-biża' hija li l-famuża objective ta' Two States solution, fejn ikollok Stat Palestinjan u Stat Iżraeljan, ma tibqax fattibbli.", "Dan l-aħħar, John Kerry, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, se jieħu xi inizjattivi ħalli jipprova jara kif jagħmel u jlaqqa' ż-żewġ naħat flimkien biex forsi jimxu.", "Il-President Obama, minkejja d-diskors li għamel fil-Kajr hekk kif sar President, iddiżappunta ħafna nies għax, għal dawn l-erba' snin sħaħ, ma sar xejn, knowing full well il-hard headedness li hemm fuq iż-żewġ naħat fejn wieħed irid ikompli jibni, u l-ieħor – il-President Abbas – ma jridx imur għad-diskussjonijiet qabel jieqaf il-bini ta' aktar settlements.", "Filwaqt li ninsabu f'din is-sitwazzjoni, kulħadd jirrealizza li, fl-aħħar mill-aħħar, wieħed irid isib soluzzjoni għaliha għax din hija l-qalba ta' ħafna mill-problemi li hemm fir-reġjun.", "Topic ieħor jista' jkun – għax, kif għedtilkom, it-topics jafu jitbiddlu – il-Mali u s-Sahel.", "Franza għandha ħafna interess li ttella' l-item tal-Mali minħabba dak li ġara wara r-rivoluzzjoni Libjana, anke minħabba l-intervent tal-Franċiżi – li kien intervent f'waqtu – u ngħid li hemmhekk kieku ma kenux il-Franċiżi fi żmien il-President Sarkozy, kieku Benghazi llum spiċċat kompletament.", "Għamlu l-istess ħaġa ġewwa l-Mali b'intervent f'ħinu – dan il-punt il-Franċiżi qajmuh fil-5+5 – u naħseb li se jerġgħu jqajmuh għax hija xi ħaġa li they are proud of u jriduha tibqa' fuq l-aġenda.", "Barra minn hekk, fi Brussell saret il-laqgħa tad-donaturi għas-sitwazzjoni li hemm fil-Mali, fosthom il-faqar li hemm.", "Aħna, bħala pajjiż żgħir, offrejna €25,000.", "Tgħiduli, ħdejn il-miljuni ta' ħaddieħor dawn ma huma xejn, imma dan huwa iktar bħala token pledge biex nuru li nixtiequ ngħinu lil dan il-poplu.", "Il-kwestjonijiet li jistgħu jqumu taħt Other items s'issa għadhom mhux deċiżi.", "Hemm possibilità ta' tlieta.", "L-Ingilterra, l-Isvezja u l-Portugall, li qajmu l-konferenza tas-Somalja f'Londra, probabbilment jirrapportaw dwarha, għax m'għandna l-ebda informazzjoni partikolari fuqha.", "Għandna l-kwestjoni dwar l-Arctic Circle Ministerial Meeting.", "Tafu li bħalissa hemm żvilupp enor.mi fuq dan l-imbierek Arctic Circle, fejn kulħadd qed jgħid li għandu say fih, u dwar ir-riżorsi li jista' jkun hemm fih.", "S'issa, dan il-Kunsill dwar l-Arctic Circle huwa magħmul minn xi tmien jew disa' membri, hemm ruxxmata osservaturi u l-Unjoni Ewropea talbet biex ikollha observer status.", "Il-laqgħa se ssir dalwaqt ġewwa Kiruna, fl-Isvezja.", "Jista' jkun hemm ukoll il-priorities tal-Presidenza Portugiża tal-5+5.", "Wara l-laqgħa tal-Mawritanja, il-co-presidency tal-Italja għaddiet għal għand il-Portugall u, jekk kemm-il darba din l-item titla' fuq l-aġenda, allura jingħata ċ-ċans li l-Portugall jispjega x'inhuma s-suġġetti li jrid jaċċenna fuqhom waqt il-presidenza tiegħu.", "Mal-laqgħat ikun hemm ukoll dinners u lunches fejn kulħadd jiddiskuti.", "Darba kellna lunch fuq l-enerġija; imma, din id-darba, Catherine Ashton qed tgħid li tixtiequ jkun fuq Stability in the Neighbourhood.", "Kif tafu, dan jikkonċerna s-Southern neighbourhood, bl-Afrika ta' Fuq, l-Iżrael u l-Middle East, kif ukoll l-Eastern neighbourhood, b'pajjiżi bħall-Ukrajna, l-Armenja u l-Ġorġja, li qegħdin jagħtuhom attenzjoni partikolari għar-raġuni li dawn qed jiġu mħajjrin mir-Russja biex jerġgħu jaqgħu fl-isfera tal-influwenza tagħha billi toffrilhom customs union ħalli jkunu jistgħu jagħmlu iktar kummerċ magħha; min-naħa l-oħra, l-Unjoni Ewropea biex tiġbidhom lejha billi toffrilhom free trade area u l-prospett li għada pitgħada jissieħbu ġaladarba jilħqu il-kondizzjonijiet mixtieqa.", "F'dan il-lunch, se jkun hemm mistednin il-Foreign Ministers ta' candidate countries bħat-Turkija, il-Montenegro, is-Serbja u l-Iżlandja, u hemmhekk ikollhom iċ-ċans jitkellmu.", "Din strettament hija l-aġenda tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin.", "Imbagħad – għal dnubieti! – se jkolli noqgħod hemmhekk ukoll għal dak li jgħidulu d-Development Committee.", "Strettament, dan mhux Foreign Affairs, imma tant hemm overlapping li ħafna drabi jieħu din il-formazzjoni wkoll.", "Mhux se nidħol fid-dettall, imma se nsemmi biss it-topics li se jiġu diskussi.", "Dawn huma suġġetti li jolqtu ħafna ministeri u policies, u l-Kumitat tal-Affarijiet Barranin jeħodhom on board kultant żmien.", "Pereżempju, hawnhekk għandek l-11th European Development Fund dwar kif jiġu amministrati il-fondi għal iżvilupp, fosthom it-targets li jridu jintlaħqu u l-kondizzjonijiet marbuta mal-għajnuna għall-iżvilupp li wieħed jirċievi, u affarijiet bħal dawn.", "Jerġa' jiġi revisited il dak li ngħidulu l-Cotonou Agreement, fejn l-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna marbuta ma' żvilupp.", "Hemm ukoll il-Food and Nutrition Security, li għandha a foreign affairs' dimension.", "Meta titkellem fuq sigurtà fil-provvista tal-ikel u nutrizzjoni, tkun qed titkellem fuq agrikoltura, l-effetti tal-klima, il-prezzijiet spekulattivi u dumping ta' prodotti fil-pajjiżi.", "Din hija xi ħaġa li tikkonċerna foreign affairs għax toħloqlok instabbilità u inkwiet.", "Topic ieħor huwa l-Official Development Assistance, dik li konna nafuha bħala ODA.", "Hemmhekk, aħna nikkontribwixxu bis-sehem tagħna li, sas-sena 2015, suppost jilħaq it-target ta' 0.33% tal-GNI (Gross National Income), meta s'issa qegħdin, bejn wieħed u ieħor, 0.23%.", "Fil-fatt, it-target tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huwa 0.7%, imma aħna għandna speċi ta' deroga li naslu san-nofs, jiġifieri 0.33%.", "Hemm il-Policy Coherence for Development li huwa attwazzjoni tal-Politika ta' Koerenza ħalli wieħed jgħin l-iżvilupp.", "Imbagħad, għandek il-Local Authorities in Development fejn qegħdin ninżlu fil-livell ta' awtoritajiet lokali għall-iżvilupp ta' policies, strateġiji u programmi ta' azzjoni, anke f'pajjiżi bħat-Tuneżija u l-Eastern countries.", "Nista' ngħidilkom li dawn mhux kollha se jiġu diskussi, għax tkun twila wisq; imma dawn jitfgħuhom hemm, imbagħad wieħed jara.", "Ħafna drabi, fl-introduzzjoni tagħha, Catherine Ashton tagħmel referenza għal xi wħud minnhom, u tagħmel ċerti commitments fuqhom, u tibqa' għaddejja.", "Għandek il-post-2015 Millennium Development Goals u l-Millennium Declaration marbuta mal-edukazzjoni, il-faqar u l-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli.", "Għal dawk li huma purament foreign affairs, għandek l-Afganistan, li llum qed jibki biex jiġi stabbilizzat u biex wieħed jgħinhom ħalli jkun hemm l-iżvilupp meħtieġ.", "Hemmhekk, se tidħol il-kwestjoni ta' kemm miljuni ta' ewro jridu jiġu vvotati ħalli wieħed jgħin fil-protezzjoni tan-nies spustati, tan-nies fil-ħabsijiet u tar-refuġati, meta għandek post-conflict scenario.", "L-aħħar issue hija l-kwestjoni tal-Myanmar, fejn il-gvern li tela' fl-2010 jidher li qaleb xi ftit lejn aktar demokrazija u rispett tad-drittijiet umani.", "F'każi bħal dawn, l-Unjoni Ewropea għandha policy li tgħin ħalli jitħaffef il-pass lejn aktar demokrazija.", "Biżżejjed ngħid li fis-sena 2012 l-Unjoni Ewropea tat €150 miljun għall-proġetti ta' żvilupp, bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, u sabiex isiru r-riformi ħalli titjieb il-governabilità.", "Din is-sena, l-ammont ta' din l-għajnuna mistenni jilħaq madwar €200 miljun.", "Bejn wieħed u ieħor, dawk huma l-punti.", "Issa, jekk hemm xi punti partikolari li tixtiequ tistaqsu fuqhom, jien lest nirrispondi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Mr Chairman, jien nixtieq nirringrazzja lill-Ministru li, minkejja t-timetable xejn faċli li għandu, sab il-ħin biex jinforma lill-Membri ta' dan il-Kumitat qabel ma jmur għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin.", "Naħseb li huwa importanti għal dan il-Kumitat li nkunu nafu minn qabel il-laqgħa x'se jiġi diskuss, u mhux insiru nafu wara.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Mr Chairman, l-ewwel nett, niskuża ruħi tad-dewmien tiegħi biex wasalt għal din il-laqgħa, filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru.", "Punt żgħir ħafna dwar l-ODA.", "Ma nafx jekk id-diskussjoni li se ssir fuq l-ODA hijiex fuq il-commitments nazzjonali, jew aktar fuq qafas ġenerali Ewropew?", "Jekk m'għandux din l-informazzjoni, inkun kuntent jekk forsi jindikalna darb'oħra.", "GEORGE VELLA: Id-diskussjoni mhijiex fuq l-ODA li tagħti Malta, għax dak huwa qatra f'oċean, imma d-diskussjoni hija fuq l-Official Development Assistance b'mod ġenerali.", "Hemm jiġi diskuss x'qed isir mill-fondi, jekk hux qegħdin jintlaħqu l-miri, liema pajjiżi mhux qegħdin jagħtu sehemhom, u affarijiet bħal dawn.", "Pereżempju, ma niskantax li jkollok pajjiżi, bħall-Greċja, li għalissa qegħdin lura milli jagħtu l-ammont mistenni minnhom.", "Kif semmejt, nor.malment pajjiż għandu jagħti 0.7% tal-GNI sas-sena 2015, imma fil-każ tagħna hemm concession li nistgħu ninżlu għal nofs, jiġifieri 0.33% sas-sena 2015.", "Preżentement, qegħdin madwar 0.23%, jiġifieri rridu nagħtu iktar.", "Lokalment, għandna problema fis-sens li hemm min qiegħed jiddubita ODA x'ifisser.", "Hemm min ma jaqbilx mal-Gvern, u fil-fatt riċentement kien hemm editorjal ta' \"The Times\" li qal li jrid ikun hemm trasparenza fl-area tal-iżvilupp.", "Hemm min qed jgħid li qed nagħmlu ħażin li dak li nonfqu biex niġġestixxu l-immigranti illegali mhux suppost ngħodduh bħala kontribut tagħna għall-ODA.", "Hawnhekk, aħna qegħdin korretti meta dak li nonfqu biex nospitaw, nitimgħu u nżommu l-immigranti illegali ngħodduh bħala parti mill-ODA.", "Hemm min jgħidlek: bħala pajjiż intkom ma tirċevux għajnuna mill-Unjoni Eworpea għar-refuġjati?", "Huwa veru li Malta tirċievi ċertu ammont – hawnhekk jien għandi l-figuri, imma mhux se noqgħod nidħol fid-dettall – imma, fil-prinċipju, dak li qegħdin nirċievu għall-immigranti illegali, jiġifieri mill-European Borders Fund, mill-European Refugee Fund, mill-European Return Fund u mill-European Integration Fund, mhux ikkalkolat bħala ODA.", "Dak li jien qed ngħid li jiġi kkalkolat bħala parti mill-ODA huwa dak li aħna noħorġu minn butna.", "Hemm kwestjoni oħra fuq l-ODA, dik ta' trasparenza fis-sens li hemm ċerti ammonti li mhumiex spjegati għand min marru.", "Ir-raġuni hija li hemm ċerti NGOs u ċerti organizzazzjonijiet tal-Knisja – dawn insemmihom b'rispett – li mhumiex lesti li jirreġistraw bħala NGOs.", "Dan l-aħħar anke smajt lill-Kummissarju tal-NGOs, il-Prof.", "Wain, jgħid li dan m'għandux ikun.", "Ir-raġuni hija li ma jkunx hemm trasparenza mija fil-mija għax, jekk se tħalli fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju u tal-ministru kif se jitqassmu ċerti ammonti, allura se jkollok il-missjonijiet fil-Brażil u missjonijiet oħra li, għalkemm tagħtihom ammonti żgħar, meta tgħoddhom issib min jgħidlek: għaliex lil dak tajtuh €30,000, u għaliex tajtu lil dak u mhux lill-ieħor?", "Dik għadha axi ħaġa mdendla li qed tiġi diskussa rigward l-ODA.", "Naqbel mija fil-mija mal-fatt li għandna nkunu trasparenti kemm jista' jkun sa l-anqas ewro; pero', bl-ebda mod mhu qed nallega li dawk li mhux spjegati eżatt ma marrux fejn kellhom imorru.", "Imma, rridu nimxu lejn sistema fejn kulħadd ikun irreġistrat, kemm tal-Knisja kif ukoll mhux tal-Knisja, ħalli kull ewro li joħroġ f'għajnuna ta' żvilupp ikun accounted for.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Fuq tas-Sirja xtaqt nagħmel punt żgħir għax, waqt li wieħed iħoss għall-poplu Sirjan, qed jiġri li jekk noqogħdu fuq dak li nirċievu minn ċerti sorsi jidher li r-régime ta' Assad huwa brutali ħafna; imma, jekk imbagħad naraw dak li ġej mill-media Russa, l-istampa tkun kompletament differenti, jiġifieri aħna esposti għal dawn it-tipi ta' media.", "Bħala pajjiż, m'aħniex ġirien eżatt; imma lanqas aħna 'l bogħod, u allura kull żieda fl-armamenti tista' tkun ta' periklu għalina wkoll.", "Nemmen li, bħala prinċipju, il-pożizzjoni tagħna għandha tkun li nagħfsu kemm jista' jkun għal soluzzjoni diskussa u negozjata iktar milli għal soluzzjoni li wieħed jirbaħ lill-ieħor bl-armamenti.", "Naħseb li dan il-Kumitat għandu jsostni l-pożizzjoni fuq l-ODA; imma, rigward is-Sirja, kemm jista' jkun ma nżidux armamenti iktar milli diġà hemm.", "Bħalma semma l-Ministru, il-Gvern Amerikan diġà beda bl-iskuża li jagħti non-lethal equipment.", "Issa wieħed jistaqsi: x'inhi d-definizzjoni ta' non-lethal?", "Naħseb li għandna nibqgħu nsostnu fuq soluzzjoni madwar mejda iktar milli fil-kamp tal-battalja.", "GEORGE VELLA: Inħoss li jkun ġust li nagħmlu ftit ħin fuq waħda mid-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, fejn qed ikun hemm argumenti favur u kontra.", "Meta tisma' l-argumenti tibda tgħid li kulħadd għandu raġun.", "Kieku naf li narma r-ribelli u nirbaħ lir-régime ta' Assad mill-għada, allura jien ngħid li għall-inqas salvajt l-imwiet u s-sofforenza.", "Imma x'garanzija għandek?", "Aħna ħriġna Press Release fl-10 ta' Mejju, fejn għedna hekk:", "X'qed ngħidu hawnhekk?", "Qegħdin ngħidu li naqblu mal-proposta tar-Russja u l-Amerika flimkien li jżommu konferenza, u allura jidher li qed nimxu għal soluzzjoni diplomatika.", "Inti għedt tajjeb li jekk tisma' l-media Russa tieħu verżjoni mod, imma kemm Lavrov u kemm Kerry iċċaqalqu biex issir din il-konferenza.", "Ir-Russja qed tiddejjaq bil-ħsara li qed issir u bin-natura esplussiva tar-reġjun.", "Hekk, kemm-il darba l-gwerra ċivili li hemm fis-Sirja overspills the borders, allura dak ir-reġjun jista' jisplodi f'sekonda.", "Ma ninsewx li hemm ukoll il-kwestjoni tar-reliġjon f'din l-istorja, fejn illum diġà għandek l-involviment tal-Hizbollah li mil-Libanu qegħdin jgħinu lil Assad, li huwa mill-branka tax-Xiti, meta l-oħrajn huma kollha mill-branka tas-Sunni.", "L-Iżrael, li għandu armamenti nukleari, qed jibża' li jaf ikollu theddida mil-Libanu jekk kemm-il darba jieħdu over ċerti elementi li hemm fis-Syrian coalition.", "Min-naħa l-oħra, smajna wkoll li l-Iran b'xi mod qiegħed iwassal l-armamenti lill-Hizbollah biex dawn jgħinu 'l-Assad.", "Jiġifieri din hija sitwazzjoni kkumplikata immens.", "Dalgħodu, kelli l-Ambaxxatriċi tat-Turkija u jien staqsejtha x'effett din qed ikollha fuq it-Turkija, u għax dawn ir-refuġjati kollha qegħdin joħolqu diżastru ġewwa l-konfini tat-Turkija.", "Hemmhekk għandek kwesjtoni umanitarja bħalma għandek ġewwa l-Libanu u l-Ġordan li se jisplodu.", "Il-pożizzjoni tagħna għalissa kienet biex nimbuttaw kemm nistgħu ħalli, jekk inhu possibbli, tinstab soluzzjoni diplomatika.", "Madankollu, mhemmx dubju li trid tittieħed pożizzjoni proprju din il-ġimgħa rigward x'se jsir b'mod imminenti jekk l-arms embargo se jitneħħa mill-1 ta' Ġunju.", "Hemmhekk, wieħed se jkollu ċerti għażliet quddiemu.", "Pereżempju, għażla waħda tkun jekk kemm-il darba nivvotawx li nġeddu l-istatus quo għal tliet xhur, jew għal sitt xhur, jew għal sena oħra.", "Inkella, jekk hux se nġeddu għal tliet xhur possibilment b'dikjarazzjoni mill-Kunsill li jikkonsidra d-deċiżjoni skont l-outcome tal-inizjattiva li se jagħmlu r-Russja u l-Amerika.", "Dawn huma tliet opzjonijiet: però, għandek opzjonijiet oħrajn, fosthom, li tgħidilhom: ħa naqblu li tneħħu l-arms embargo, u mbagħad inħallu free for all.", "Jien s'issa se nipprova nżommu l-pożizzjoni tagħna kif inhi.", "Forsi wieħed jista' jgħid li nġeddu l-arms embargo imqar għal tliet xhur oħra ħalli naraw x'se jirriżulta mill-konferenza li se jagħmlu l-Amerikani u r-Russi f'Ġinevra.", "Hemm pressjoni enor.mi minħabba n-numru ta' nies li qegħdin imutu u n-numru ta' refuġjati.", "Nerġa' ngħidilkom, mhux biss it-traġedja ġol-pajjiż, imma wkoll il-biża' tal-overspill tat-tensjoni u l-instabbiltà fil-pajjiżi tal-madwar li qed tinkwieta lil ħafna pajjiżi.", "Hawnhekk, għandna kważi kważi seba' opzjonijiet li qegħdin jiġu diskussi.", "L-aktar waħda li wieħed forsi jista' jmur għaliha hija li tiġġedded l-exemption għal dawk li huma military non-lethal.", "Ma ninsewx li dawn huma sanzjonijiet tal-UE għax, fil-fatt, l-Amerika diġà qegħda tipprovdi military non-lethal.", "Qed jipprovaw jilħqu kompromess fuq il-pożizzjoni tagħna.", "Il-Ġermanja qed tagħmel enfasi enor.mi li assolutament m'għandu jkun hemm l-ebda xkiel jew kontroll fuq id-dħul ta' dak kollu li huwa umanitarju, bħall-ikel, mediċini, tobba u affarijiet bħal dawn.", "Però, imbagħad hemm il-pożizzjoni li wieħed irid jieħu dwar x'se jiġri minn hemm 'il quddiem.", "Wieħed irid jifhem li din id-deċiżjoni trid tkun unanima għax, jekk ma tkunx unanima, l-affarijiet ma jitbiddlux.", "MARLENE FARRUGIA: Se ngħaddi żewġ kummenti żgħar.", "Filwaqt li qed nikkondividi magħkom li jekk hemm xi ċans li tinstab soluzzjoni diplomatika, wieħed għandu jmur għal din is-soluzzjoni; però, ġaladarba l-maġġoranza assoluta – jekk mhux kollha – tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxew l-Oppożizzjoni Sirjana bħala t-tmexxija leġittima, u meta wieħed jaf li, min-naħa tal-Iran u ta' postijiet oħra, xorta waħda deħlin l-armamenti, allura dan ma jfissirx li r-régime ta' Assad qed ikompli jarma ruħu, filwaqt li l-oppożizzjoni tinsab fi żvantaġġ?", "Jien nemmen li l-istraġi umanitarja li diġà saret se tkompli ssir u se tikber jekk din is-sitwazzjoni se tkompli titwal.", "Il-fatt li l-pożizzjoni tagħna, bħala Malta, hija li forsi ntawlu dan l-embargo, allura ma nkunux qisna kompliċi sabiex din is-sitwazzjoni titwal?", "Ovvjament, kulħadd jixtieq li jkun hemm sitwazzjoni diplomatika, imma ara din is-sitwazzjoni kemm ilha għaddejja.", "Il-ġimgħa l-oħra, jew ta' qabel, l-Iżrael spiċċa involva ruħu b'mod dirett, u din ma tantx hija sitwazzjoni feliċi, għalkemm dan qatt ma ammetta.", "Għaldaqstant, naqbel mal-Ministru li aktar ma ddum din is-sitwazzjoni aktar jista' jkun hemm spillover, u d-diżastru jsir ferm u ferm akbar minn dak li diġà esperjenzaw.", "Il-fatt li d-deċiżjoni li se tittieħed trid tkun unanima, jekk Malta tiġi daharha mal-ħajt, x'se jkun il-vot tagħha?", "GEORGE VELLA: Bħalma għedtlek, issa trid tara daqsxejn kif se tiżviluppa l-kwestjoni kollha.", "Meta qegħdin ngħidu li jiġi mneħħi l-embargo, imma x'armamenti huma dawn?", "Żgur li dawn mhux se jissostitwixxu l-ajruplani u l-air force li għandu Assad.", "Jiġifieri, il-pajjiżi l-kbar iridu jgħidu li either we go for it or not.", "Fil-Libja, kellek no fly zone, imma s-sitwazzjoni hemmhekk kienet kompletament differenti, għax dik kellha ftit ajruplani u allura wieħed seta' jieħu l-kontroll malajr, mentri Assad għandu air force b'saħħitha, u b'saħħitha sew.", "Jekk inneħħu l-arms embargo, rridu noqogħdu attenti għax l-ebda pajjiż ma jrid jiċċappas jew jidħol hemmhekk.", "L-Amerika ma tixtieqx tiftaħ front ieħor, u r-Russja żgur mhux se tħalli lill-Amerika jkollha saqajha ġewwa s-Sirja li tinsab tefgħa ta' ġebla bogħod minnha, u allura huwa interessanti kif dawn se jsibu soluzzjoni bejniethom.", "Ma ninsewx li, fil-ftehim biex jagħmlu din il-konferenza, mhux eskluż li jieħu parti r-régime ta' Assad.", "Ovvjament, mhux Assad innifsu, għax id-diskussjonijiet jistgħu jwasslu li dan jitneħħa b'mod protett minn ġewwa s-Sirja, jew jista' jkun ukoll li elementi mir-régime tal-lum ikunu inklużi fit-tmexxija ta' għada.", "Ħadd minnhom ma ried ideffes subgħajh fl-istorja għaliex, jekk inti se tgħid li nneħħu l-embargo fuq l-armamenti, però x'armamenti?", "Jekk mhux se ddaħħal ajruplani, allura biex se tiġġieled l-ajruplani, għax kontra l-ajruplani mhux se tuża l-Kalashnikovs!", "MARLENE FARRUGIA: Hekk hu.", "GEORGE VELLA: Kollox sew, ineħħu l-embargo, imma kemm se nagħti armi f'idejn in-nies meta l-ħsara li qed issir ġejja mill-bombi mitfugħa mill-ajruplani?", "Tinsewx li hemm min għandu interess fl-armamenti, hemm min għandu interess li jara li l-counterpart tiegħu ma jkollux potenza oħra qribu, u allura wieħed irid joqgħod attent.", "Ħafna qegħdin jgħidu li, jekk mhux se jkun hemm impożizzjoni ta' no fly zone, allura diffiċli ssib s-soluzzjoni.", "MARLENE FARRUGIA: Il-Franċiżi u l-Ingliżi qed jissemmew to bell the cat, għax kieku ma daħlux huma fil-Libja, kieku għadna għaddejjin bl-istess problema!", "GEORGE VELLA: Hekk hu; però, tinsiex li meta l-Franċiżi daħlu fil-Libja, kellhom is-sistema ta' koordinazzjoni kkollegata ma' dik Amerikana, għax l-Amerikani, għalkemm ma kenux on the ground, kienu qegħdin jikkoordinaw kollox minn fuq il-vapuri fil-Mediterran.", "Għalhekk, inti ma tridx iċċedi for an easy solution.", "Veru li, in the meantime, ma' kull sekonda qed imutu u jbatu n-nies; però, sfortunatament, f'dawn is-sitwazzjonijiet ma tistax timxi bl-emozzjoni biss, imma trid tipprova tara x'se jiġri għada u pitgħada.", "Jekk mhux se jkun hemm deċiżjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà, li allura jinvolvi pajjiżi li huma permanent members – bħar-Russja u ċ-Ċina – u fejn wieħed, jekk irid, jista' juża l-veto, ma tagħmel xejn ta' xi jrid isir, u allura se jkun diffiċli biex wieħed jgħid.", "DEO DEBATTISTA: Jien ma nemminx li qatt għandu jitneħħa l-embargo, u r-raġuni hi li, ladarba inti tiddeċiedi li tneħħi l-embargo, tkun qed tħares lejn sitwazzjoni li jitneħħa Assad.", "Tgħid allura Assad se jibqa' hemm?", "Kollox sew, diġà hija open war; imma, ladarba jitneħħa l-embargo, m'hemmx limitu.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Vella, hemm ħafna interessi fir-reġjun.", "Dalgħodu stess, Iżrael wera tħassib li ħafna mill-armamenti ta' Assad qed jaqgħu f'idejn ir-ribelli, u jidher li Iżrael aktar qed jibża' mir-ribelli after Assad, milli minn Assad innifsu.", "Għalhekk, jien nemmen li l-embargo għandu jibqa'.", "MARLENE PULLICINO: Il-punt tiegħi huwa li, minkejja li hemm l-embargo, xorta waħda deħlin l-armi mill-fruntieri, tista' tgħid bla kontroll.", "DEO DEBATTISTA: Aħseb u ara jekk tiftaħ, kif qed jgħid il-Ministru!", "GEORGE VELLA: Tinsewx li, biex jiġġeddu s-sanzjonijiet, irid ikun hemm unanimità.", "Issa, jekk Franza u l-Ingilterra, li qegħdin jitħabtu daqshekk biex ineħħu s-sanzjonijiet, ma jaqblux li nerġgħu nagħmlu s-sanzjonijiet, allura effettivament jiġi kif iridu huma li ma jkunx hemm embargo fuq l-armamenti.", "Dawn huma kollha sfumaturi ta' kif jistgħu jiżviluppaw l-affarijiet.", "Issa, wieħed jipprova kemm jista' jkun isib kompromess f'dawn il-pożizzjonijiet; jiġifieri, ma tistax tgħaddi tal-Ingilterra u ta' Franza.", "Huma qed jirraġunaw hekk: jekk aħna nibqgħu ma naċċettawx li nġedduhom, effettivament se jiġri dak li rridu aħna.", "Din hija kkomplikata tant li meta tisma' s-27 Stat Membru jitkellem, bħalma għamilna f'Dublin u fil-Lussemburgu, kull wieħed kważi jikkonvinċik li għandu raġun: però mbagħad you have to draw a line, you have to take a decision.", "X'se jiġri fl-aħħar mill-aħħar?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, naħseb li l-linja li qed jieħu il-Ministru …", "THE CHAIRMAN: Kemm niċċara li inti qiegħed hawnhekk mhux bħala Membru tal-Kumitat, hux hekk?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva, imma se nsir Membru tal-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Imma r-riżoluzzjoni fil-Parlament għadha ma saritx.", "GEORGE VELLA: Skont il-proċedura, l-Onor.", "Mifsud Bonnici, bħala Membru Parlamentari, għandu d-dritt li jitkellem, però bil-permess tal-President tal-Kumitat.", "GEORGE VELLA: Qed ngħid dan biex jiġi rrekordjat.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nitlob il-permess biex nitkellem.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Insostni li l-linja tal-Ministru hija tajba, u allura f'din il-ħaġa se nsostni lill-Ministru.", "Għaldaqstant, naħseb li waqt li tkun qiegħed hemmhekk, Ministru, trid tara x'se tkun l-atmosfera, x'se jingħad u ma jingħadx, imbagħad wieħed tieħu d-deċiżjoni għaliha, sakemm inti mhux diġà għandek xi pożizzjoni li biħsiebek tieħu.", "GEORGE VELLA: Strettament, il-pożizzjoni li ttieħdet s'issa hija li nirrikonoxxu l-koalizzjoni, u fuq din qegħdin attenti għal minn min qed tkun komposta l-koalizzjoni, għaliex hemm ċerti elementi li huma undesirable, bħal Al-Qaeda u l-al-Nusra, kif semmejt diġà.", "Imbagħad, irid ikollok aċċertament li, jekk inti se tħalli l-armi jidħlu, se jkollok mezzi kif tkun taf li se jmorru għand dawk l-elementi li hemm fil-koalizzjoni li huma reliable u mhux f'idejn l-oħrajn għax, appena jaqa' r-régime ta' Assad, dawn lejn min se jdawru l-armamenti tagħhom?", "Minn ġol-Libja marru l-Mali, splodew l-ambaxxata Franċiża biex ipattulhom talli kienu huma li daħlu ġol-Mali.", "Ilkoll nafu x'qed jiġri.", "Fis-sitwazzjoni tas-Sirja għandek il-Libanu, l-Iżrael, it-Turkija, il-Ġordan u anke l-Iran, li qed jistenna qisu seqer.", "Għalhekk, wieħed irid isib dak il-bilanċ; però, fl-istess ħin irid jgħin biex kemm jista' jkun inaqqas l-imwiet u t-tbatija li hemm.", "Kif qegħdin ngħidu, din hija delikata immens, u l-ewwel nett wieħed irid jara x'se tkun id-direzzjoni ta' Catherine Ashton għax, ħafna drabi, dik tkun skandaljat l-opinjonijiet, u tkun taf fejn trid timxi.", "Min-naħa l-oħra, aħna ma nistgħux ngħidu li għalissa ma jimpurtax li nħallu l-armamenti jidħlu, u mbagħad come what come may!", "Nerġa' ngħidilkom, meta tisma' l-argumenti, kulħadd jasal biex jikkonvinċik għax, daqskemm żamm l-argument favur li tneħħi l-embargo, daqshekk ieħor żamm l-argument kontra li tneħħi l-embargo, u dan jagħmilha diffiċli ħafna.", "KWESTJONARJU TAL-COSAC", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jekk m'hawnx kummenti oħra fuq dan l-item, xtaqt ngħaddi temporanjament għal item 6 tal-aġenda, jiġifieri l-kwestjonarju tal-COSAC.", "Dan il-kwestjonarju suppost kellna nippreżentawh f'Marzu; imma, peress li la l-Parlament u lanqas dan il-Kumitat ma kienu kostitwiti, tlabna extension taż-żmien.", "Peress li l-plenarja tal-COSAC se ssir ix-xahar li ġej, aħjar dan neħilsuh llum.", "Fl-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat, konna diġà ppreżentajna kwestjonarju, flimkien mal-abbozz ta' xi risposti li l-Membri kellhom iċ-ċans li jiflu, u allura nixtieq li, jekk hemm xi emendi għal dawn ir-risposti, niddiskutuhom issa.", "Min-naħa l-oħra, jekk taqblu kif inhuma abbozzati r-risposti, allura nibagħtu l-kwestjonarju kif inhu lill-COSAC.", "Hawn xi kummenti mill-Membri?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, fejn qegħdin ir-risposti?", "THE CHAIRMAN: Ir-risposti tajnihom lill-Membri l-ġimgħa li għaddiet.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Qegħdin fl-inkartament?", "THE CHAIRMAN: Fl-ewwel laqgħa, konna ddeċidejna li, biex ma naħlux ħafna ħin niddiskutu, l-istaff tagħna għamlilna draft tar-risposti, kellna ċans ħmistax biex nifluhom, u allura llum għandna ċans biex, jekk irridu, niddiskutu jew nemendaw xi ħaġa.", "Min-naħa l-oħra, jekk taqblu kif inhuma drafted, immexxu kif inhuma.", "Għall-korrettezza, nerġa' ngħid li kellna ħmistax ċans biex narawhom, jiġifieri llum jien mhux qed nipprova ngħaġġel biex ma nagħtix ċans lill-Membri jarawhom.", "RYAN CALLUS: Mr Chairman, ir-risposti ġew iġġenerati mill-Uffiċċju tal-Parlament jew min-naħa tal-Gvern?", "THE CHAIRMAN: Mill-istaff ta' dan il-Kumitat, jiġifieri mhux mill-Gvern, imma mill-Parlament.", "Bħalma taf, dan il-Kumitat għandu l-istaff tiegħu, u b'diskussjoni miegħi bħala Chairperson ġew drafted dawn ir-risposti.", "Jekk mhawnx kummenti, se nipproċedi.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR REVIŻJONI FL-ORGANIZZAZZJONI U L-FUNZJONAMENT TAL-EUROPEAN EXTERNAL ACTION SERVICE (EEAS)", "THE CHAIRMAN: Issa nistgħu mmorru għall-item 5 tal-aġenda, li hija d-diskussjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijeit Barranin tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni fl-organizzazzjoni u funzjoni tal-European External Action Service (EEAS).", "Il-EEAS ilu sentejn jiffunzjona, u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew għamel xi rakkomandazzjonijiet fuq l-operat tal-EEAS u l-parlamenti nazzjonali – fil-każ tagħna, dan il-Kumitat – ġew mitluba jiflu dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Jiena, flimkien mal-istaff tal-Parlament, ħadt l-inizjattiva u għamilt draft ta' proposti li nistgħu nagħmlu lill-Parlament Ewropew dwar l-EEAS, u dan għamiltu kemm biex inħaffu d-diskussjoni, u kemm biex ikollna bażi ta' diskussjoni.", "Dawn qegħdin bl-Ingliż, għax ir-risposta trid tkun bl-Ingliż.", "Nitlobkom tagħtuhom daqqa t'għajn …", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandna xi deadline għaliha?", "Id-deadline li hemm hija li jidhirli li dawn se jiġu diskussi f'Settembru fil-Litwanja, imma dawn iridu jiġu adottati f'Ġunju mill-Plenarja tal-Parlament Ewropew; jiġifieri, għalkemm mhemmx deadline, jekk irridu li jeħduna bis-serjetà, allura rridu nibagħtuhielhom dan ix-xahar.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nistgħu ningħataw ċans narawhom?", "THE CHAIRMAN: Għalkemm dawn qed noħroġhom illum, id-dokument kien ilu għand il-Membri għax tqassam mal-aġenda, u allura kulħadd kellu ċans jarah.", "Jiena ħadt l-inizjattiva biex niffaċilita l-affarijiet, u mhux noqogħdu naqraw dan id-dokument kollu llum.", "Jekk tridu, nistgħu naqraw din ir-rakkomandazzjoni min-naħa tagħna, mbagħad forsi niddiskutuha.", "Ma tridux forsi ngħadduhom ...", "RYAN CALLUS: Jiena qrajtha, imma ma nafx x'għamlu l-Membri l-oħra.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk mhux daqshekk importanti li tgħaddiha fis-seduta tal-lum, tista' tagħtina ftit iktar ħin biex narawhom, imbagħad terġa' tidher fuq l-aġenda tas-seduta li jmiss?", "THE CHAIRMAN: Żewġ affarijiet: id-dokument tqassam mal-aġenda l-ġimgħa li għaddiet u, it-tieni, biex nagħmlu hekk irridu nerġgħu niltaqgħu fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla, għax inkella mhux se nilħqu.", "Nistaqsi jekk il-Membri jaħsbux li hekk hu l-aħjar mod kif nimxu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mr Chairman, nifhem li kulħadd jixtieq jaqra dak id-dokument li huwa ftit voluminuż.", "Hemm xi problema min-naħa tal-Oppożizzjoni li r-risposta kif ġiet drafted titressaq kif inhi?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna rridu naraw l-affarijiet sewwa biex, jekk kemm-il darba qegħdin nikkommettu ruħna fuq xi ħaġa, allura nkunu nafu x'pożizzjoni qegħdin nieħdu għall-ġid tal-Parlament Malti.", "Jien issa għadni kif dħalt f'dan il-Kumitat, imma naħseb li jekk intom magħfusin bil-ħin … Il-Membri kollha qrawh dan id-dokument?", "THE CHAIRMAN: Onor. Mifsud Bonnici, proprjament għadek ma dħaltx fil-Kumitat.", "Jekk inti, u forsi xi Membri oħra, qed tħossu li l-ħin li kellkom għad-dispożizzjoni tagħkom biex taqraw dan id-dokument mhuwiex biżżejjed, allura forsi nistgħu nipposponu d-diskussjoni fuqu għal-laqgħa li jmiss.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Dan se jiġi dibattut fis-sessjoni tal-Plenarja tal-Parlament Ewropew f'Ġunju, jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla rridu nibagħtuh, inkella nkunu għamilna x-xogħol għalxejn.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, jien naħseb li b'din id-deċiżjoni jkun qed jinħoloq preċedent.", "Jien il-prokrastinazzjoni ma togħġobni xejn.", "Jekk id-dokument ingħata qabel u kellu jinqara, nemmen li ma nistgħux nieħdu din l-istance u nibdew kull darba nipposponu xi rispons li suppost inkunu tajna għal darb'oħra għax, sa bħal-lum ġimgħa, jew meta se nerġgħu niltaqgħu, se jkun hemm pataflun dokumenti oħra u materji oħra li aħna rridu niddiskutu u nieħdu deċiżjoni dwarhom.", "Għaldaqstant, jien ma naqbilx.", "Jaqrah u nieħdu deċiżjoni fuq dak li ssottomettejt inti llum, ovvjament jekk jaqbel il-kumplament tal-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li aħjar nieħu deċiżjoni bħala Chairman.", "Milli nista' nifhem hija tradizzjoni f'dan il-Kumitat li, kemm jista' jkun, naħdmu b'consensus, aktar milli bħala Gvern u Oppożizzjoni.", "Nifhem li jekk intom ma ssibux oġġezzjoni li nerġgħu niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla … (Interruzzjonijiet) Onor. Farrugia, il-punt tiegħek neħduh, but having said that, meta niġu għall-item li jmiss, jien stess mhux se nħalli posponiment.", "Jekk taqblu lkoll, dan l-item niddiskutuh fil-laqgħa li nagħmlu l-ġimgħa d-dieħla.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri, dan id-dokument huwa l-pożizzjoni li bħalissa qiegħed jieħu l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej?", "THE CHAIRMAN: Jien naf li dan huwa dokument twil u, biex noqogħdu niddiskutuh item item, ma naslu qatt: allura, ħadt l-inkarigu li nagħmel dan l-abbozz ta' kummenti min-naħa tagħna.", "Ovvjament, dawn qegħdin għad-diskussjoni u nistgħu naqblu, inbiddlu, naċċettaw, ma naċċettawx, jew anke ma nirrispondu xejn.", "Jien ħassejt li din għandha tkun a starting point.", "Jekk naqblu, dan l-item niddiskutuh fil-laqgħa li jmiss il-ġimgħa d-dieħla.", "DISKUSSJONI FUQ MOZZJONI NRU.", "35 IPPREŻENTATA MILL-MINISTRU GĦALL-FINANZI DWAR IR-RATIFIKA TAT-TRATTAT DWAR STABBILITÀ, KOORDINAZZJONI U GOVERNANZA, MAGĦMUL FI BRUSSELL FIT-2 TA' MARZU 2012", "THE CHAIRMAN: Item 7 għamiltu fuq l-aġenda għax xtaqt li uffiċjalment inkunu bdejna d-diskussjoni tiegħu llum, peress li din il-mozzjoni ġiet ippreżentata fil-Parlament u statutorjament hemm ċertu żmien biex nikkonsidrawh.", "Item 7 huwa d-diskussjoni tal-mozzjoni numru 35 ippreżentata mill-Ministru għall-Finanzi dwar ir-Ratifika tat-Trattat ta' Stabbilità, Koordinazzjoni u Governanza.", "Jien iddiskutejt dan mal-Ministru tal-Finanzi, u stedintu biex jiġi jagħmel preżentazzjoni u jwieġeb għall-mistoqsijiet tagħna; però, ħassejtha li mgħandniex inġibuh u nħalluh sagħtejn jistenna hawnhekk, imbagħad niddiskutu l-item fl-aħħar, u allura, bil-permess tagħkom, dan nagħmluh wieħed mill-ewwel items fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien naf li aħna se jkollna ftit ta' problema rigward l-aġenda parlamentari.", "Aħna m'għandniex diffikultà li napprovaw dan fil-Kumitat mingħajr ma jkollna l-preżentazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi, għax dan kien diġà beda jiġi diskuss fil-Plenarja, imma kien waqaf.", "Li rrid ngħid hu li, min-naħa tagħna, tista' taqbdu u tqiegħduh fuq l-aġenda parlamentari ħalli jiġi diskuss mingħajr il-bżonn li ġġib il-Ministru tal-Finanzi hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Naqbel miegħek.", "Però, skont il-European Union Act, huwa obbligu ta' dan il-Kumitat li jiddiskutih hawnhekk.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma biex niddiskutuh għandna bżonn il-Ministru għall-Finanzi, jew nistgħu niddiskutuh mingħajr il-Ministru għall-Finanzi?", "THE CHAIRMAN: Nistgħu niddiskutuh mingħajr il-Ministru għall-Finanzi; però, jien inħoss li jekk il-Ministru tal-Finanzi lest li jiġi ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mela nagħmluh għall-ġimgħa li ġejja, flimkien mal-item l-ieħor.", "THE CHAIRMAN: Mela se nitlob il-Ministru għall-Finanzi meta għandu ħin biex jiġi quddiem dan il-Kumitat.", "Taħt l-item 'Affarijiet oħra' jidher li m'hemm xejn, u allura nirringrazzjakom tal-attendenza tagħkom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għal data oħra li tiġi kkomunikata aktar tard, b'din l-aġenda:", "Affarijiet Amministrattivi;", "Diskussjoni fuq Mozzjoni Nru. 35 ippreżentata mill-Ministru għall-Finanzi dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilita', Koordinazzjoni u Governanza, magħmul fi Brussell fit-2 ta' Marzu 2012;", "Diskussjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew dwar reviżjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-European External Action Service (EEAS); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fis-7.38 pm, il-Kumitat aġġorna għal data oħra li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130522_002d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.18 p.m.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, fil-laqgħa preċedenti jien kont għamilt riferenza wkoll għall-kunsilli lokali imma m'iniex naraha mniżżla fil-Minuti.", "Issemmew il-problemi li jeżistu f'lokalitajiet differenti ta' pajjiżna, issemmiet l-awareness fuq is-saħħa primarja imma jien semmejt ukoll li għandu jkun hemm aktar għarfien fuq il-kunsilli lokali għaliex illum, il-focal point ta' kull lokalità saru l-kunsilli lokali.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Mela nitlob lis-Segretarju tagħna sabiex jagħmel din il-korrezzjoni żgħira fil-Minuti.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Għalija nistgħu mmexxu.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 01 li saret nhar l-Erbgħa 22 ta' Mejju 2013 ma ġewx ikkonfermati u jridu jsiru xi korrezzjonijiet għalihom.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Ittra datata 14 ta' Frar, 2013 mibgħuta mill-Imħallef Franco Depasquale Chairman tal-Bord tal-Pulizija, fejn ma' din l-ittra qiegħed jippreżenta lill-Kumitat ir-Rapport Annwali għas-Sena 2012 dwar il-ħidma tal-Bord.", "Irċevejna wkoll risposta mingħand l-Onor.", "Chris Said dwar l-istedina tagħna, fejn qed jgħidilna li llum kellu jkun preżenti fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġijiet u għalhekk ma setax ikun preżenti għal din il-laqgħa.", "Madankollu jixtieq li jiġi jagħmel din il-preżentazzjoni f'data oħra, preferibbilment għal nofs Ġunju.", "Għalhekk aħna se nieħdu nota ta' dan u għal nofs Ġunju nkunu nistgħu nerġgħu nkellmu lill-Onor.", "DISKUSSJONI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR IL-PJAN TA' ĦIDMA GĦALL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI GĦAL DIN IL-LEĠIŻLATURA - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON: Issa nistgħu ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum, fejn se nkomplu nitrattaw il-Pjan ta' Ħidma għall-Affarijiet Soċjali għal din il-leġiżlatura.", "L-aħħar darba konna qegħdin nitkellmu fuq kif se nipprovaw nagħżlu topic kull wieħed li naħsbu li huwa iktar importanti minn oħrajn u nagħtu ftit ideat għalfejn nixtiequ li dan it-topic ikun fl-aġenda tagħna għal din is-sena.", "Ovvjament imbagħad naraw liema topic huwa forsi l-aktar imminenti li niddiskutu biex speċi nagħtu skala lis-suġġetti li nagħżlu ħalli dawn jiġu wara xulxin.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, kif kelli ċ-ċans nitkellem miegħek proprju qabel il-bidu ta' din il-laqgħa, jiena xtaqt nislet żewġ suġġetti li jinkorporaw flimkien ħalli nkunu nistgħu naraw jekk huwiex possibbli jew le li dan jitpoġġa fuq l-aġenda tal-ħidma tagħna għall-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.", "Ridt norbot – ovvjament minn aspett soċjali però taħt lenti differenti - l-aspett sportiv b'rabta mas-saħħa u allura l-issue tal-obeżità.", "Aħna nafu li pajjiżna llum, sfortunatament qiegħed fuq quddiem nett fil-lista ta' dak li għandu x'jaqsam mal-obeżità.", "Jiena din rajtha li apparti li hija marbuta mas-saħħa, għandek ukoll l-aspett soċjali fiha wkoll.", "U naħseb li għadna ma wasalniex fi stadju fejn noħolqu aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-isports u l-aspett fiżiku fost it-tfal tagħna, fejn nibdew mill-iskola primarja u nibqgħu għaddejjin sal-iskola sekondarja.", "U allura naħseb li rridu naraw li noħolqu aktar kuxjenza - possibbilment anke b'rapport, minn nies li jistgħu jagħtuna l-veduti tagħhom - b'rabta mal-problema li qiegħda tolqot lill-poplu tagħna.", "Għaldaqstant nixtieq li dawn is-suġġetti jiġu nkorporati fl-aġenda ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Jiena nixtieq li nikkonċentraw ftit fuq il-Housing.", "Bħalma tkellimna l-ġimgħa l-oħra, il-problema tal-Housing hija problema kbira f'dan il-pajjiż u fl-aħħar mill-aħħar hija wkoll sfida.", "Għalhekk inħoss li bi ftit tnaqqis fil-burokrazija u bi ftit bidla fil-kodiċi li hemm f'numru ta' skemi fil-Housing, dawk in-nies li huma sidien tar-residenza tagħhom u li jixtiequ japplikaw sabiex jagħmlu xi xogħlijiet ta' irranġar u titjib fir-residenza tagħhom imma ma jikkwalifikawx għall-għajnuna minn naħa tal-Awtorità tad-Djar għax il-valur tal-post tagħhom jeċċedi l-€100,000 ikunu jistgħu jiġu rimedjati.", "Din hija miżura anti-soċjali meta wieħed jikkonsidra li ċerti applikanti jkunu fuq il-benefiċċji soċjali, fuq il-pensjoni jew ikunu bla xogħol u jkunu akkwistaw id-dar tagħhom wara xi separazzjoni.", "Ta' min jinnota li x-xogħlijiet li japplikaw għalihom ivarjaw minn tiswijiet ta' soqfa perikolużi sa tibdil ta' kmamar tal-banju.", "Meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq Housing hawnhekk ma naħsibx li għandna nieħdu xi tul ta' żmien u kważi kważi nistgħu nissuġġerixxu liċ-Chairperson ta' din l-awtorità sabiex jagħmel dan.", "Qiegħed ikun hemm ukoll każijiet fejn inkwilini li jgħixu f'residenzi privati u li japplikaw għas-sussidju tal-kera mal-Awtorità tad-Djar, jiġu skwalifikati wara spezzjoni fir-residenza tagħhom għall-fatt li l-post ma jkunx fi stat abitabbli.", "Issa meta wieħed jikkonsidra l-fatt li l-postijiet antiki ma nbnewx fuq il-parametri tal-bini tal-lum kif rikjest mill-MEPA, hija xi ħaġa nġusta li tiskwalifikahom, iktar u iktar meta hija xi ħaġa impossibbli li tiġi allokat post min-naħa tal-Awtorità tad-Djar bħala akkomodazzjoni soċjali.", "Qed ngħid dan għax nafu x'inhi l-problema tal-Housing, bil-burokrazija kbira li teżisti.", "Biżżejjed f'dan il-pajjiż għandek nies li m'għandhomx fejn joqogħdu.", "Issa meta se tipprova tapplika biex ittejjeb se ssib dawn il-problemi wkoll.", "Pereżempju, ikun hemm każ fejn koppja sabu post b'kera ta' bejn €200 u €250, dawn imorru japplikaw għas-sussidju u jgħidulhom li ma jistgħux japplikaw għax it-tieqa li għandhom fit-tali kamra ma tgħaddix biżżejjed arja minnha!", "Allura jien qed nipproponi li bħala Kumitat - jekk ikun hemm bżonn - niltaqgħu maċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar biex din il-burokrazija żejda – filwaqt li napprezzaw dak li sar fl-imgħoddi għax dawn il-miżuri ta' sussidju fuq il-kera ddaħħlu matul dawn l-aħħar snin – nneħħuha billi naraw li n-nies ma jsibux ostakli biex jieħdu s-sussidju fuq il-kera tagħhom.", "Ma ninsewx li dawn ħafna minnhom ikunu għaddew minn sfidi soċjali, minn separazzjonijiet, eċċ u mbagħad jipprovaw forsi jitilgħu tarġa u jsibu dan il-ħajt quddiemhom.", "Ejjew inneħħuha l-burokrazija żejda billi nibdew minn dawn l-affarijiet żgħar li m'għandhomx jieħdu ħinijiet twal.", "Nistgħu nagħmlu rapport qasir li nkunu nistgħu ngħadduh liċ-Chairperson tal-Awtorità biex dan imbagħad ikun jista' jiddiskutih fil-bord u dawn l-affarijiet li semmejt jitneħħew mill-kodiċi li jkun hemm fl-iskemi tal-Awtorità tad-Djar.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jiena naħseb li dan is-suġġett tal-Housing huwa wieħed interessanti, speċjalment fejn jidħlu sitwazzjonijiet soċjali ta' ċerti ammont ta' nies li jkunu qegħdin imissu mal-faqar, jew li jkunu fil-faqar jew li nkella, għalkemm illum mhumiex fil-bżonn, jaf jinqalagħlhom xi għawġ, xi kultant mard fil-familja u xi kultant separazzjonijiet, li jistgħu jwassluhom f'sitwazzjoni fejn ikollhom bżonn li jmorru quddiem il-Housing biex forsi jieħdu xi dar bil-kera jew anke biex jixtruha.", "Li nsib ukoll hu li xi kultant il-kuntratti li jsiru mal-Housing Authority ikun fihom ċerti klawsoli li ma jkunux japplikaw għall-aktar nies vulnerabbli u għall-aktar nies li għandhom bżonn.", "Allura naħseb li nistgħu nwessgħu daqsxejn id-diskussjoni tagħna meta niġu biex niddiskutu dan is-suġġett ħalli naraw il-persuni l-iktar vulnerabbli vis-à-vis is-servizzi li tagħti l-Housing u b'hekk, inkunu qegħdin ninkorporaw kemm l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kera mal-burokrazija żejda li forsi teżisti, kif ukoll x'tip ta' kuntratti qegħdin isiru u jekk dawn l-affarijiet japplikawx.", "Nista' insemmi xi ħaġa li qed tiġini f'moħħi bħalissa li għandha x'taqsam ma' nisa jew irġiel li jkunu qegħdin fi stadju ta' separazzjoni, fejn ħafna drabi dawn is-servizzi jkunu available għal min hu separat diġa' filwaqt li għal min ikun fil-proċess ta' separazzjoni, għax ma jkunux għaddew minn separazzjoni kwieta u bonarja, u allura jkunu l-aktar nies vulnerabbli għax jista' ikun għaddej xi forma ta' abbuż ukoll, ma jsibux shelter mill-Housing Authority.", "Għalhekk naħseb li all in all dan huwa suġġett interessanti ħafna u li għandna forsi nwessgħu r-remit ta' dak li aħna nistgħu niddiskutu mingħajr ma nieħdu ħafna żmien u we pin point dawk l-affarijiet maċ-Chairperson tal-Awtorità u forsi ma' xi nies oħra nvoluti fil-Housing biex ikollna feedback ta' x'tip ta' skemi hemm u min jista' jgawdi minnhom.", "U we pin point lejn in-nuqqasijiet għax xi kultant min ikun qiegħed fiha ma jkunx qed jaraha u minn ħajt għoli xi kultant ma tkunx qiegħda tara dak l-oġġett.", "Nerġa' ngħid li dan huwa suġġett interessanti ħafna.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sinjura President, is-suġġett li għażilt jien huwa marbut mal-Mental Capacity Act.", "Din hija liġi li ġiet attwata fl-Ingilterra biex tagħmel tajjeb għal dawk in-nies li għal raġunijiet varji, fosthom mard mentali, età u problemi marbuta mal-età, fosthom id-dementia, ikollhom legal framework fejn ikun hemm xi ħadd li jirrappreżentahom meta jkunu jridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet importanti, bħal pereżempju meta jiġu biex jagħmlu xi kuntratt ta' wirt, meta jiġu biex jiffirmaw xi kuntratt jew inkella meta jiġu biex jagħmlu xi dokument ieħor ta' valur legali.", "Hemm ċerti prinċipji f'din il-liġi tal-Ingilterra u nixtieq li mhux niflu din il-liġi Ingliża biss imma li nitħaddtu fuqha biex forsi xi darba naslu biex inġibuha fis-seħħ anke hawn Malta.", "Dan is-suġġett ma sibtux b'kumbinazzjoni imma kont qiegħed f'lecture mogħti mill-Kummissarju responsabbli mill-persuni bi problemi mentali u mill-anzjani li ta rendikont ta' din il-liġi u ħass - u b'hekk tani din l-idea tajba - li hija importanti għal pajjiżna biex ma nħallux li jsiru ċerti abbużi fuq l-anzjani jew fuq persuni li għandhom kondizzjonijiet mentali meta dawn jiġu biex jagħmlu xi kuntratti jew dokumenti legali.", "Il-prinċipji li għandha din il-liġi hija li pereżempju persuna ma ngħidux li m'għandhiex kapaċità imma li għandha kapaċità limitata u li persuna tista' tiġi appointed on behalf of that person jew inkella l-Istat jista' jaħsbilha għal wieħed biex ikun hemm xi ħadd li verament jara l-interess ta' dak li jkun u li d-deċiżjonijiet li jsiru f'termini ta' kuntratti jew testmenti jew public deeds oħra jkunu verament fl-interess ta' dik il-persuna li tkun milquta b'xi kondizzjoni mentali jew li nkella tkun invalida minħabba l-età.", "Din hija xi ħaġa tajba u għandna naraw li niddiskutuha.", "Naħeb ukoll li għandna nallaċjawha ma' liġi oħra li m'għandniex f'pajjiżna u li tirregola d-donazzjonijiet tal-organi.", "Hawn Malta m'għandniex din il-liġi u fil-fatt id-donor cards ma jġorrux piż legali.", "Pereżempju lanqas għandna d-donor database bħalma għandhom f'ħafna pajjiżi żviluppati Ewropej.", "Barra minn hekk il-liġi tagħraf sew il-metodi li jintużaw għax hemm dik li jgħidulha l-opt-in u l-opt-out methods, fejn pereżempju jkollok persuna l-ITU li tkun brain dead u wieħed ikun irid jara jekk dik il-persuna qattx uriet ix-xewqa li tħalli l-organi warajha jew le.", "Dan ukoll huwa suġġett li nixtieq li niddiskutuh f'dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li dan is-suġġett huwa interessanti għax qed nitkellmu fuq nies li għandhom diminished mental capacities.", "Naħseb li rridu nagħmlu distinzjoni bejn il-liġi barranija u dik Maltija biex naraw x'għandna u x'm'għandniex għax kif nafu hawn Malta għandna l-kunċett tal-kuratur li jieħu ħsieb ċerti aspetti li semmejt inti Onorevoli, li għandhom x'jaqsmu mal-Mental Capacity Act.", "Jekk naraw li hemm affarijiet li jmorru oltre minn dawk li għandna aħna forsi nkunu nistgħu b'xi mod nibbriġġjaw dik il-gap imma rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux overlapping ta' xi ħaġa li diġa' qiegħda hemm u li forsi m'hawnx daqshekk konoxxenza tagħha.", "Rigward id-donazzjoni tal-organi naħseb li dan huwa suġġett li se jeħdilna a good chunk mill-ħin tagħna u għandu jkun mertu ta' studju għalih.", "F'dan l-istudju għandna ninkludu fost l-oħrajn x'jiġri meta jkun hemm persuna li għandha mental incapacity u li forsi xtaqet tagħti l-organi tagħha.", "B'hekk nieħdu l-mental capacity ta' dik il-persuna u norbtuha mal-kuntest tal-organ donation meta niġu biex niddiskutu dan is-suġġett.", "Nistgħu nagħmlu ftit riċerka żgħira biex naraw jekk bejn il-Mental Capacity Act Ingliża u l-kunċett ta' kuraturi Maltin hemmx xi diskrepanzi li forsi nistgħu nibbriġġjawhom għax dik naħseb li mhijiex xi diskussjoni li għandha teħdilna ħafna ħin peress li kemm niġu briefed u mbagħad niddiskutuha bejnietna.", "Rigward l-organ donation naħseb li wasal iż-żmien hawn Malta li niddiskutu dan is-suġġett fid-dettal.", "Li kien qed jiġini f'moħħi waqt li qed niddiskutu hu li għandna ċerti suġġetti li se jkunu aktar vasti fir-riċerka tagħhom u li r-riċerka li rridu nagħmlu aħna għandha tkun vis-à-vis lil min irridu nkellmu waqt li nkunu qegħdin nagħmlu dan l-istħarriġ tagħna.", "Imbagħad hemm ċerti suġġetti oħra li huma inqas diffiċli biex nitrattawhom għax aktar jinvolvu diskussjoni bejnietna.", "Issa bl-għajnuna tar-Research Analyst tagħna nkunu nistgħu naraw daqxejn iktar x'inhi l-pożizzjoni attwali u naraw ukoll x'hemm barra u niddiskutuha bejnietna.", "Naħseb li tkun idea tajba – imma nixtieq nara jekk intom taqblux miegħi – li peress li aħna se nkunu qegħdin niltaqgħu bejn wieħed u ieħor darba fil-ġimgħa, ovvjament sakemm ma jkunx hemm xi ħaġa li twaqqafna milli nagħmlu hekk, li jkollna tliet ġimgħat fejn niltaqgħu man-nies meta nkunu rridu li nisimgħu lil xi nies fuq tali suġġett, u mbagħad nużaw il-ġimgħa l-oħra biex niddiskutu dawn is-suġġetti qosra bejnietna peress li dawn ma jirrikjedux rapporti twal u eżawrjenti fuqhom.", "Għalhekk darba fix-xahar indaħħlu topic fuq l-aġenda tagħna li jkun wieħed minn dawn it-topics, bħal tal-Housing jew bħal tal-Mental Capacity Act biex nikkumplimentaw ix-xogħol l-ieħor tagħna u noħorġu wkoll rapporti żgħar in between tar-rapporti l-kbar li se nkunu qegħdin noħorġu.", "Naħseb li jekk aħna nfittxu biżżejjed - meta jkun hawn il-membri l-oħra ta' dan il-Kumitat inkunu nistgħu narawha aktar fid-dettal – insibu li hemm suġġetti li ma jridux public consultation kbira fuqhom u li bħala Kumitat nistgħu nagħtu l-input tagħna fuqhom.", "Jien naħseb li hija idea tajba u li tista' timxi.", "ETIENNE GRECH: Taħseb li fuq dawn nistgħu noħorġu xi rapporti li juru l-konklużjonijiet u l-pariri tagħna?", "Aħna l-ewwel niddiskutuhom bejnietna u mbagħad noħorġu xi forma ta' rakkomandazzjoni.", "Ir-rapport m'hemmx bżonn li jkun full fledged bħalma nistgħu nagħmlu fuq is-suġġett tal-organ donation jew fuq tal-obeżità u l-isports jew fuq xi ħaġa oħra li beħsiebni nitkellem fuqha issa.", "Jiġifieri jista' ikollok rapporti żgħar informattivi u bir-rakkomandazzjonijiet tal-bord li ma jkunux hefty.", "Li xtaqt niddiskuti - u naħseb iktar ma mmur iktar qed nirrealizza kemm hu importanti dan is-suġġett – issa huwa proprju s-suġġett tal-vjolenza domestika.", "Fil-fatt fl-aħħar leġiżlatura dan kien l-aħħar rapport li kien sar minn dan il-Kumitat.", "Li nixtieq jien hu li noħorġu aktar l-aspett tal-vittmi tal-vjolenza domestika, l-ostakli u l-problemi li jsibu ma' wiċċhom dawn in-nies meta jiġu biex jużaw is-servizzi governattivi u l-istituzzjonijiet.", "L-ewwel ma jiġu f'moħħi huma l-pulizija fl-għases, fejn jiddispjaċini ngħid li s-servizz hemmhekk huwa lacking bil-kbir meta jiġu biex jitrattaw ma' vittmi ta' vjolenza domestika.", "Qiegħda nitkellem ukoll fuq istituzzjonijiet bħal dawk mentali, fejn hawnhekk ukoll niltaqa' ma' ħafna nies li qed isibu problemi f'dak ir-rigward.", "U qiegħda nirriferi wkoll għall-aġenziji bħalma hija l-aġenzija Appoġġ.", "Mingħajr ma nnaqqas mill-mertu tan-nies li jaħdmu hemmhekk, li għandhom intenzjonijiet tajbin u li fil-verità jagħtu kontribut siewi, ikolli ngħid li s-servizz li qed jingħata minn dawn it-tliet entitajiet fejn jidħlu vittmi ta' abbuż.… Peress li jiena avukat tal-familja u allura nara dawn it-tip ta' nies li jiġu abbużati, qiegħda nara li dejjem l-istess problemi minn dawn it-tliet entitajiet jinqalgħu.", "Issa jista' ikun hemm entitajiet u istituzzjonijiet oħra, u allura nistgħu nistħarrġuhom ukoll, imma żgur li fuq dawn it-tliet entitajiet hemm problemi li huma reali li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-aktar nies vulnerabbli.", "Pereżempju, tisma' b'persuni li jmorru f'għassa tal-pulizija mbenġlin u min ikun hemm l-għassa jgħidulhom biex imorru lura u jipprovaw jirranġaw l-affarijiet għax inkella kif imorru lura d-dar se jaqilgħuha agħar!", "Din it-tip ta' tweġiba lanqas naf kemm-il darba smajtha.", "Nies li jmorru jagħmlu rapport u xi kultant dan ir-rapport ma jitteħidtx għaliex ma jitteħdux bis-serjetà jew inkella l-pulizija taħseb li mhuwiex daqshekk gravi.", "Riċentement xi ħadd sawwat lit-tfajla li kien joħroġ magħha, mar id-dar tagħha, sawwatha, ħadilha t-tarbija ta' xahrejn u l-pulizija lanqas biss arrestatu!", "Għadni kif rajt persuna llum bl-istitches fuq moħħha, bi black eye u b'wiċċ kollu mbenġel imma l-pulizija ma marritx tarresta lill-aggressur.", "Mela jekk forsi l-liġijiet qegħdin hemm, żgur li s-servizz mhux qed jaħdem.", "Jiena tal-opinjoni li hawnhekk għandhom jiġu persuni mill-pubbliku, li kienu, li huma jew li għadhom vittmi ta' vjolenza domestika u li kostantament qegħdin ikunu vittmi tas-sistema, biex din is-sitwazzjoni toħroġ aktar fil-beraħ.", "Jiena nħoss li l-vjolenza domestika ilha tintefa' taħt it-tapit is-snin, u għalkemm ċertu tip ta' rapporti fuq statistika nista' nifhimhom naħseb li issa rridu naraw kif qiegħda tinbidel il-ħajja tan-nies li qed jiġu affettwati minn dawn l-istituzzjonijiet.", "Jien kellimt lil xi ħadd li spiċċa f'istituzzjoni mentali għaliex meta jmur hemm kienu qed jagħtuh shots ta' ċerta mediċina li anke jekk tkun perfettament normali tispiċċa tħawwdek!", "U mbagħad dak li jkun jibqa' għaddej bil-problemi, jiġifieri naħseb li qed ikollna dik it-tip ta' problema wkoll.", "Rigward l-aġenzija Appoġġ, għalkemm hemm ċerti drabi fejn isir ħafna ġid, għandek imbagħad każijiet ta' care orders ta' nies vulnerabbli u li jkunu għaddejjin minn xi tip ta' abbuż fejn is-sistema qiegħda tonqoshom.", "Għandek ukoll l-issue ta' social workers li jdumu wisq biex imorru għand dik il-persuna jew is-psychologists li l-appuntament tagħhom huwa fit-tul wisq.", "Għandek każijiet ta' care orders fejn it-tfal jispiċċaw jittieħdu b'mod mill-aktar inuman.", "Smajt iktar minn każ wieħed fejn il-metodu ta' kif jittieħdu t-tfal huwa wieħed inġust ħafna mal-partijiet kollha, inkluż it-tfal u għalkemm fuq il-karta kollox jidher sabiħ u għalkemm mhumiex suġġetti li nieħdu pjaċir nitkellmu fuqhom, żgur li ma nistgħux nibqgħu nisimgħuhom fl-uffiċini tal-avukati, fl-uffiċini tat-tobba, fl-uffiċini tal-psychologists u tal-psychiatrists u l-poplu hemm barra ma jkunx jaf x'qed jiġri u min jista' jbiddel il-liġijiet jibqa' ma jagħmel xejn għax ma jkollux kuntatt ma' din ir-realtà!", "Naħseb li dan il-Kumitat għandu jitratta din il-kwestjoni b'ċerta urġenza u n-nies li aħna nistiednu għandhom ikunu kemm mill-awtoritajiet kif ukoll in-nies li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi ħalli b'hekk ikollna stampa tar-realtà soċjali tagħna.", "U mbagħad nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħna accordingly.", "Naħseb din għandha tkun relationship vasta mal-poplu hemm barra, fejn il-poplu jara f'dan il-Kumitat post fejn se jsib lil min jisimgħu u jieħdu bis-serjetà u li jista' jagħmel xi ħaġa.", "Dan qiegħda ngħidu għax dawk in-nies li jkunu f'din id-dilemma tal-abbuż u tal-vjolenza domestika, l-akbar problema tagħhom hi li fejn qed imorru jew ma jittieħdux bis-serjetà jew inkella tant hemm backlog u tant hemm xogħol jew l-istituzzjoni tant drat timxi b'ċerta metodu li l-każ tagħhom jintefa' lura u allura ma jħossux li dan is-servizz qed jilħaqhom.", "Personalment inħoss li dak huwa topic li nixtieq li niddiskutuh.", "ROBERT CUTAJAR: Segwejt b'interess dak li għadek kemm semmejt għax ovvjament inti għandek mano in pasta f'din il-ferita u allura tkellimt b'mod naturali u b'mod reali wkoll.", "Issa jien xtaqt nagħmel mistoqsija biex inpoġġi lili nnifsi wkoll fl-istampa.", "Inti semmejt il-pulizija u semmejt ukoll il-liġijiet.", "Qiegħed nifhem sew li inti qiegħda tgħid li jridu jinbidlu l-liġijiet jew inkella li l-liġijiet qegħdin hemm imma mhux qed jiġu osservati minn min suppost qed josserva dawn il-liġijiet?", "Qegħdin jiġu quddiem għajnejja l-ewwel u qabel kollox il-pulizija u din hija l-mistoqsija tiegħi; allura jekk din l-istituzzjoni mhijiex qed tosserva l-liġijiet, allura l-liġijiet iridu jiġu emendati jew inkella l-liġijiet qegħdin hemm imma mhux qed jiġu osservati?", "THE CHAIRPERSON: Huwa interessanti ħafna kemm xi kultant oġġett jiddependi mill-prassi, jiġifieri minn dak li normalment isir u allura, jekk dik il-prassi tkun waħda ħażina u ma jkunx hemm policy ċara favur struttura tajba.… Imma hemm ukoll liġijiet li huma neqsin.", "Ħalli nsemmi oġġett partikolari li kulmin jidħol fl-uffiċċju tiegħi bħala avukat jistaqsini għalih.", "Mara li ġiet imsawwta jew xi ħadd qed jibża' għax kien hemm sensiela ta' abbużi waqt iż-żwieġ imma qatt ma ħadu l-passi meħtieġa għax xtaqu jipprovaw isalvaw iż-żwieġ tagħhom.", "Mela jafu li membru minn dik il-koppja hija vjolenti ħafna u jkunu għaddejjin minn separazzjoni.", "L-ewwel ħaġa li tiġihom f'moħħhom hija jekk jistgħux b'xi mod jinħareġ xi restraining order biex dak li jkun jitwaqqaf.", "Issa kif inhi l-liġi f'pajjiżna, jekk dak li jkun mhux diġa' tak xebgħa jew mhux diġa' għamel crime kontrik, allura dak ir-restraining order ma jistax joħroġ!", "Mela inti trid tkun ġarrabt biex tkun tista' tagħmel xi ħaġa bħal din.", "Ma jistax ikollok biża' reali li xi kultant tkun għaddejt minnha l-ħaġa u allura taf fejn jista' jasal dak li jkun biex tagħmel restraining order.", "U fl-opinjoni tiegħi dak huwa nuqqas gravi fil-liġi tagħna li jista' ikun li ma tajnihiex importanza biżżejjed s'issa.", "Nista' nipprova kemm irrid u l-pulizija tista' tipprova kemm trid għax ma tistax tasal għaliha peress li jrid ikun maġistrat, wara li sema' l-kawża ta' theddid jew wara li sema' kawża fuq telefonati żejda pereżempju, biex din tkun tista' tingħata.", "Għalhekk dan huwa suġġett li nħoss li għandna nitrattawh f'din is-sensiela ta' kumitati li se jkollna biex dawk l-affarijiet jiġu rranġati wkoll.", "Pereżempju, kont qiegħda nitkellem ma' xi ħadd Kanadiż u ma' xi ħadd Amerikan li qaluli li meta jkollok pulizija li ssejħet minħabba vjolenza domestika jew swat, - inti qed taraha mara li ġiet imsawwta jew raġel li ġralu xi ħaġa - l-ewwel ħaġa li jagħmlu huwa li jifirdu liż-żewġ persuni minn xulxin u jagħmlu speċi ta' restraining order.", "Dik hi l-ewwel ħaġa li ssir biex inti tħossok safe.", "Imma din hija xi ħaġa li ma teżistix f'pajjiżna.", "M'għandniex liġi li tgħidlek li l-abuser, dak li jkun tak xebgħa jew li refa' idejh fuqek b'xi mod jew ieħor, inti tista' tirristrinġih jew tarrestah u mbagħad tara x'inhi s-sitwazzjoni.", "L-arrest mhuwiex mandatorju għal sitwazzjoni ta' vjolenza domestika.", "Jista' ikun li jekk ikun hemm affarijiet li jkunu ta' portata kbira, fejn pereżempju ġġarrab grievous bodily harm, fejn hemmhekk dik il-persuna tista' tispiċċa arrestata.", "Imma l-idea ta' ħafna minn nies u ta' nies li batew u li qegħdin ibatu minn vjolenza domestika hi x'se jagħmlu biex jippproteġu lilhom infushom mill-aggressur tagħhom għax il-biża' tkun reali ħafna.", "U ħafna drabi meta tikkombina l-fatt li m'għandekx restraining order mal-fatt li meta mort għand il-pulizija bqajt ma nqdejtx..… Jiena ġieli nistaqsi lil min jiġi quddiemi jekk iridux jagħmlu rapport biex min forsi ma tax kashom jibda jagħtiha imma dawn jgħiduli li jekk l-aggressur tagħhom jerġa' jsawwathom, mhux għand il-pulizija jkollhom imorru?!", "U jien mhux l-istess pulizija li nkun irrapportajt se nsib quddiemi?!", "Għalhekk ma jagħmlu l-ebda rapporti u allura rridu nieħdu ħsiebhom minn qabel.", "Il-liġijiet iridu jkunu in place u jridu jkunu tali li nissalvagwardjaw lil dawn in-nies li qegħdin f'sitwazzjoni vulnerabbli.", "Jiġifieri bejn il-policies u bejn il-liġijiet għandna bżonn li toħroġ din ir-realtà biex inkunu nistgħu nbiddlu u dan in line wkoll ma' dak li dan il-Gvern jixtieq jagħmel.", "Fil-fatt dakinhar smajt lill-Ministru tal-Intern jgħid li aħna rridu pulizija li jkunu iktar friendly man-nies u rridu pulizija li tagħti servizz.", "U naħseb li l-element ta' prevenzjoni - jiena ġejja minn linja twila ta' nies fil-pulizija u dejjem kienu jgħiduli first prevent – ma jistax iħaddimha sew il-pulizija jekk ma jkollux il-liġi in line miegħu.", "Dak kien is-suġġett li jien nixtieq niddiskutu flimkien ma' għadd ta' nies.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Min-naħa tiegħi xtaqt inżid suġġett ieħor li huwa qasir u li mhux se jeħdilna ħafna ħin.", "Ovvjament hemm suġġetti li jieħdu ħafna ġimgħat ta' diskussjoni imma naħseb li dan is-suġġett mhux se jeħdilna daqshekk żmien.", "Madankollu xorta waħda nixtieq li ndaħħluh fl-aġenda tagħna għaliex jolqot lil ħafna nies.", "U hawnhekk qiegħed nirriferi għall-alkoħoliżmu u għan-nies li huma dipendenti mill-alkoħol.", "Bażikament il-problema hi li persuni li għandhom dan il-vizzju qegħdin joqtlu lilhom infushom u qegħdin jaffettwaw ukoll il-karattru tagħhom għax l-alkoħol, apparti milli jagħmel ħsara lill-fwied u lill-ġisem, jagħmel ukoll ħsara lill-moħħ u dan se jaffettwa mbagħad ir-relazzjoni mal-kumplament tal-familja u jista' ikun ukoll li jikkawża l-vjolenza domestika.", "Mill-esperjenza tiegħi u minn dak li staqsejt lill-ispeċjalisti kollegi tiegħi, hawn Malta m'hawn l-ebda provvediment tal-liġi li bih tkun tista' tirriferi għat-trattament lil dik il-persuna li qiegħda tagħmel il-ħsara lilha nnifisha u lill-familja tagħha.", "Ħafna drabi t-trattament ikun jinvolvi courses jew programmi imma hawn Malta din hija problema għax ma teżistix.", "Pereżempju, il-Mental Health Act, li ġiet riveduta fl-2012, fiha provvedimenti li jekk persuna qiegħda tagħmel ħsara lilha nnifisha jew tista' tagħmel ħsara lilha nnifisha jew tista' tagħmel ħsara lil ħaddieħor u qiegħda f'sitwazzjoni fejn tista' tmur għall-agħar, il-liġi tipprovdilek li lil dik il-persuna tista' tirreferiha for treatment or observation jew anke għal trattament ta' emerġenza.", "Imma fil-każ tal-alkoħoliżmu dan ma jeżistix u nixtieq li nagħmlu daqsxejn studju dwar din il-problema tant kbira fis-soċjetà tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Jiġifieri llum nistgħu nitkellmu fuq aktar minn suġġett wieħed?", "Proprjament nixtieq li kulħadd ikollu suġġett wieħed maġġuri li nitkellmu fuqu.", "Imma jekk imbagħad ikun hemm dawn is-suġġetti qosra nkunu nistgħu nitrattawhom ukoll imqar darba fix-xahar.", "Imma llum xtaqt li nistradaw ruħna fuq x'se nagħmlu mqar fuq erba' suġġetti maġġuri li nkunu nistgħu neħduhom wieħed wara l-ieħor.", "SILVIO PARNIS: Il-ġimgħa l-oħra jien tkellimt dwar l-uniformijiet għax naf li din il-kwestjoni se titfaċċa għan-nies bejn wieħed u ieħor lejn l-aħħar ta' Awwissu.", "Issa naf li fil-leġiżlatura l-oħra kien inħareġ rapport fuq l-uniformijiet u għalhekk nixtieq li naraw ftit dan ir-rapport, naraw x'kien intalab u jekk ikun hemm bżonn nagħmlu update tiegħu.", "Jien ma nixtieqx li jasal Awwissu u jkollna nies b'din il-problema u allura, jekk hemm bżonn li niltaqgħu qabel ir-recess tas-sajf ma' min hu inkarigat mill-uniformijiet minn naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, nagħmlu hekk u naraw x'inhuma l-pjanijiet tagħhom.", "Naraw ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jbiddlu l-uniformijiet tal-iskejjel.", "Naħseb li kull wieħed u waħda minna hawn ġew niltaqgħu ma' dawn is-sitwazzjonijiet u forsi, issa li se tibda fil-ħajja tiegħek tal-politika bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat kif ukoll bħala Membru Parlamentari, inti wkoll se tiltaqa' ma' dawn in-nies.", "Fil-fatt naħseb li l-lokalità li ħriġt fuqha inti hija waħda mill-akbar areas ta' problemi soċjali u dan qed ngħidu mingħajr ma nnaqqas mid-dekor ta' dak li jkun.", "Għalhekk nixtieq li jgħaddulna kopja ta' dak ir-rapport li kien sar u mbagħad naraw nistgħux nistiednu lil xi ħadd mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ħalli jgħidilna fiex wasalna fuq dak ir-rapport u naraw jekk baqax ikun hemm problemi għax fl-opinjoni tiegħi dan lanqas kien ġie fis-seħħ u kellna wkoll ċerta kritika f'dan is-sens.", "CHAIRPERSON: Grazzi.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Dan ir-rapport sar is-sena l-oħra wara li ġew mistiedna Diretturi Ġenerali min-naħa tal-Edukazzjoni.", "Ovvjament kien hemm diversi problemi reali li jiġu ffaċċjati min-nies imma l-konklużjoni li konna wasalna għaliha kienet fuq ftehim mad-Direttorat tal-Edukazzjoni li at least l-uniformijiet ma jinbidlux qabel għaxar snin oħra.", "U r-raġuni kienet anke fuq livell ta' kompetizzjoni fis-suq lokali ħalli b'hekk negozji żgħar, bħal bazaars, etc jitħajru huma wkoll iġibu l-uniformijiet biex bħala prezzijiet ikunu aktar aċċessibbli għan-nies.", "Din kienet ir-raġuni għalfejn l-uniformijiet għandhom jitħallew l-istess għal għaxar snin għax jekk dawn jinbidlu minn hawn u sentejn oħra, negozjant żgħir mhux se jagħmel l-investiment biex jixtri ammont ta' uniformijiet għax jaf li dawn jistgħu jibqgħu ma' wiċċu.", "U allura b'dan il-ftehim li kien sar ipprovajna niftħu triq biex ma nħallux monopolju fil-kamp tal-uniformijiet.", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda nifhem sew li dan il-ftehim diġa' sar u allura for the next ten years hemm agreement li l-uniformijiet mhumiex se jinbidlu?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ma sarx agreement imma kien hemm ftehim verbali mad-Direttorat tal-Edukazzjoni fejn aċċettaw li l-uniformijiet ma jinbidlux għal terminu ta' għaxar snin.", "ETIENNE GRECH: Jekk familja trid tixtri l-uniformi tista' tixtriha minn fejn trid, basta l-qalziet ikun griż u l-qmis bajda għall-argument?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jiddependi għax l-uniformijiet tal-Istat għandhom il-logo fuqhom u allura trid tixtri proprju dik l-uniformi minħabba l-kulleġġi.", "Għalhekk mhijiex kwestjoni biss ta' qmis bajda u shorts blu.", "SILVIO PARNIS: L-argument tiegħi huwa dan; ilkoll kemm aħna nafu kemm huma għoljin l-uniformijiet tal-iskejjel.", "Issa jien ma nixtieqx nara lill-ġenituri bi sfidi soċjali qishom it-tallaba minħabba l-uniformijiet!", "Għalhekk forsi tkunu tistgħu tgħaddulna dan ir-rapport li kien sar fil-leġiżlatura l-oħra ħalli naraw eżattament x'kien intqal għax jekk m'inix sejjer żball sas-sena l-oħra kienu nbidlu l-uniformijiet ta' ċerti skejjel.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jiena kont membru fis-Social Affairs Committee u allura kont preżenti wkoll għal-laqgħat li saru fuq dan is-suġġett tal-uniformijiet.", "Kien sar ukoll rapport mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta minħabba li din l-issue tqum minn sena għall-oħra, speċjalment kull bidu ta' sena skolastika.", "Aħna konna ġibna quddiem il-Kumitat mhux biss lil min għamel dan ir-rapport imma r-rappreżentanti kollha tas-settur edukattiv, jiġifieri s-settur Privat, tal-Knisja u dak Statali.", "Kien sar ukoll rapport mill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali wara din id-diskussjoni.", "Id-Diretturi Ġenerali tal-Qasam Edukattiv tennew li se jagħtu direzzjoni sabiex l-uniformijiet ma jinbidlux u semmew il-perijodu ta' għaxar snin.", "Barra minn hekk kellhom jinsistu wkoll fuq il-flessibilità u allura jekk inti għandek skola jew kulleġġ li se jinsistu fuq qmis bajda, m'hemmx għalfejn jinsisti fuq qmis bajda mixtrija mingħand \"ABC\" shop imma dik il-qmis tista' tixtriha minn fejn trid.", "Kien hemm ċirkostanzi fejn jekk inti tixtri qmis mingħand ħanut \"A\" se ssibha prezz u minn ħanut \"B\" se ssibha prezz ieħor, l-importanti li tkun qmis bajda biex taqbel mal-uniformi.", "Kienu se jagħtu wkoll direzzjoni f'forma ta' ordni mhux biss fuq li ma jinbidlux l-uniformijiet għal perijodu ta' għaxar snin imma li jkun hemm ukoll din il-flessibilità u li kemm jista' ikun l-uniformijiet ma jinbidlux, jew meta jkunu se jinbidlu, ma jkunux uniformijiet ikkomplikati.", "Mela jekk inti għandek bżonn ċerta kuluri għall-uniformi, tipprovax issib l-iktar kuluri strambi u li diffiċli ssibhom fis-suq imma kemm jista' ikun sib kuluri li jkunu available minn diversi ħwienet differenti biex inti tqabbel l-aħjar prezzijiet.", "U naħseb li jagħmel sew dan il-Kumitat jekk jirreferi ftit għal dik id-diskussjoni li kienet saret u persważ li l-istaff jistgħu jagħtukom kopja tagħhom.", "B'hekk jekk wieħed iħoss li hemm ċerti affarijiet li mhux qed jimxu magħhom, naħseb li dan il-Kumitat jista' jikkonsidra wkoll li jibgħat għad-Direttur Ġenerali sabiex ifakkar ftit dak li kien intqal biex jaraw jekk hux qed jimxu miegħu jew le, speċjalment fejn jidħol is-settur statali għax jidher li ċerti prezzijiet, funnily enough, kienu ogħla fis-settur statali milli kienu fis-settur Privat jew tal-Knisja.", "Dan skont ir-rapport li ppreżentaw l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta li tpoġġa wkoll kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra permezz ta' dan il-Kumitat.", "Nifhem li din l-issue dejjem se tqum imma dan il-Kumitat kien diġa' iddiskuta dan is-suġġett b'mod estensiv u kienu ttieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Forsi tajjeb li jsir follow-up jekk dawn id-deċiżjonijiet humiex qed jiġu osservati jew le.", "THE CHAIRPERSON: Dak hu s-suġġeriment li kont se nagħmel jien wara li tkellmet Dr Burmingham, li ġaladarba l-istudju sar u m'ilux daqshekk, ma nerġgħux nieħdu l-ħin ta' dan il-Kumitat biex nerġgħu nġibu lil kulħadd hawnhekk.", "Imma jekk kien hemm din il-volontà li ċerti affarijiet iseħħu u li l-uniformijiet jibqgħu l-istess għall-għaxar snin li ġejjin, nistgħu nistiednu lid-Direttur tal-Edukazzjoni sabiex l-ewwelnett tgħidilna jekk hux qed isir hekk jew le.", "U t-tieni biex nuru lill-awtoritajiet li dan il-Kumitat qiegħed jagħmel follow-up ta' dak ir-rapport u li qed naraw li r-rakkomandazzjonijiet ittieħdu bis-serjetà.", "B'hekk naħseb li nkunu qegħdin ngħaqqdu ż-żewġ affarijiet flimkien.", "Ġaladarba l-Onor.", "Parnis qajjem dan is-suġġett nixtieq li nkun naf x'jaħseb fuq din is-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb.", "Mela naħseb li nistgħu nagħmlu stedina biex tiġi d-Direttur Ġenerali ħalli tagħtina update fil-laqgħa li jmiss.", "Mela bħala suġġetti li se niddiskutu s'issa semmejna l-Housing, l-isports u l-obeżità, il-liġi li tirregola d-donazzjonijiet tal-organi u l-vittmi tal-vjolenza domestika vis-à-vis l-istituzzjonijiet, jiġifieri issa se niddiskutu dan is-suġġett mill-mod ta' kif qed jiġu trattati l-vittmi tal-vjolenza domestika mill-istituzzjonijiet.", "Għalhekk irridu nagħtu ordni biex naraw mil-liema suġġett se nibdew.", "Naturalment naħseb li kulħadd se jara s-suġġett tiegħu bħala l-aktar importanti imma fl-opinjoni tiegħi għandna nibdew mill-aktar nies vulnerabbli.", "Ovvjament I'm open biex nara ħaddieħor x'jaħseb fuq is-suġġetti li għandna quddiemna u liema għandna nitrattaw l-ewwel.", "ONOR ETIENNE GRECH: Sinjura President, tista' terġa' tirrepeti liema huma s-suġġetti?", "THE CHAIRPERSON: Aħna semmejna l-aspett sportiv u l-issue tal-obeżità, il-Housing, id-donazzjonijiet tal-organi u l-kwestjoni tad-domestic violence vis-à-vis il-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Issa li kieku kellek tagħti ordni dwar liema suġġetti għandna niddiskutu l-ewwel, b'liema taħseb li għandna nibdew il-ġimgħa d-dieħla?", "Naf li sal-ġimgħa d-dieħla mhux żmien biżżejjed biex forsi jiġu l-mistiedna hawnhekk imma jiena naf li fuq dak is-suġġett nista' nipprovdi lin-nies li jistgħu jitkellmu fuqu l-ġimgħa d-dieħla.", "Ma rridx qisu li nimponi jien l-aġenda imma nixtieq nara taħsbux bħali dwar l-ordni ta' dawn id-discussions li se jkollna.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena naħseb li tal-Housing għandha tkun l-ewwel, tal-organ donation it-tieni, tal-obeżità u l-isports it-tielet u tal-vjolenza domestika r-raba' waħda.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni dwar liema suġġett għandna nibdew niddiskutu l-ewwel.", "L-importanti li naħdmu u mmexxu u li naraw li l-affarijiet ma jibqgħux biss fuq il-karta.", "Lili ibagħtuli l-aġenda u kif tibgħatuli l-aġenda mmexxu.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li s-suġġett tal-organ donation, għalkemm wasal iż-żmien li niddiskutuh u li rridu nagħmlu xi ħaġa dwaru, imma bħalissa għalkemm m'hemmx liġi, id-donazzjoni tal-organi hija possibbli.", "U għalkemm nixtieq li dan is-suġġett ikun ukoll fuq l-aġenda tagħna, naħseb li s-suġġett tal-obeżità u l-isports, is-suġġett tal-vjolenza domestika u s-suġġett tal-Housing huma aktar problemi li qed jaffettwaw ammonti kbar ta' nies.", "Issa jien mhux is-soltu tiegħi li nkun utilitarian imma naħseb li fejn jidħlu n-nies għandna nagħmlu hekk.", "U allura minbarra tal-vjolenza domestika, iż-żewġ priorities tiegħi jkunu l-Housing u l-vjolenza domestika followed by l-obeżità u l-isports u mbagħad l-organ donation.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena nasal biex inpoġġi bħala priorità – qed ngħid hekk mhux biex noħloq xi forma ta' kontroversja - il-vjolenza domestika u mbagħad l-obeżità għax il-punt li forsi ma elaborajtx fuqu biex nagħti ċans lil ħaddieħor kien dak li mal-isports u l-obeżità għandek ukoll il-formazzjoni tal-karattru tat-tfal u ż-żgħażagħ li huma l-irġiel u n-nisa ta' għada.", "Għalhekk inħoss li dan is-suġġett għandu jidħol bħala priorità.", "Is-suġġett tal-organ donation inpoġġih fit-tielet post u l-Housing, minħabba li hemm diversi punti li smajna lill-Ministru tagħmel riferenza għalihom u allura jistgħu jkunu wkoll fuq l-aġenda nazzjonali fil-ġimgħat li ġejjin, u minħabba li jista' ikun hemm xi issues ta' kontroversja, jien kieku npoġġih fl-aħħar tal-lista.", "THE CHAIRPERSON: Mela s-suġġett tal-vjolenza domestika għandna żewġ membri li jaqblu li għandu jkun l-ewwel suġġett li niddiskutu.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Silvio Parnis iridx jagħti l-input tiegħu dwar jekk dan għandux ikun hekk.", "SILVIO PARNIS: Iva naqbel li l-vjolenza domestika għandha tiġi diskussa l-ewwel.", "THE CHAIRPERSON: Mela l-ewwel suġġett se jkun il-vjolenza domestika.", "Imbagħad għandna s-suġġetti l-oħra li huma l-obeżità u l-isports li wkoll hemm żewġ membri li jaħsbu li għandha tkun fit-tieni post. Is-suġġett tal-organ donation qiegħed pjuttost lura.", "Tajjeb.", "Mela s-suġġett tal-obeżità u l-isport jiġi t-tieni, imbagħad l-organ donation u fl-aħħar il-Housing.", "Naraw naqblux fuq hekk?", "L-ewwel suġġett li niddiskutu jkun dak fuq il-vittmi tal-vjolenza domestika vis-à-vis l-istituzzjonijiet.", "Imbagħad għandna l-isport abbinat mal-problema tal-obeżità, l-organ donation u fl-aħħar il-Housing.", "ETIENNE GRECH: L-obeżità irridu narawha b'mod ġenerali u mhux biss vis-à-vis l-isport.", "Għalhekk irridu nitkellmu fuq x'jieklu t-tfal fl-iskejjel u x'tip ta' lunches jieħdu magħhom l-iskola.", "THE CHAIRPERSON: Il-punt li naħseb telaq minnu l-Onor.", "Robert Cutajar kien dwar l-isport rather milli l-obeżità.", "Jiena kont qed nara li l-obeżità indaħħluha mal-isport bħala a healthier lifestyle.", "Irrid nara t-topic hux se jkun iktar iffokat fuq l-obeżità jew inkella fuq l-isport, u allura l-isport ikun parti minn dak l-istudju wkoll.", "ROBERT CUTAJAR: Meta semmejt l-isports ovvjament miegħu mbagħad se joħorġu friegħi oħra.", "L-obeżità semmejtha għax aħna forsi għadna m'aħniex konxji fuq liema livelli jinsab pajjiżna vis-à-vis l-istandards Ewropej.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Grech hemm ħafna affarijiet iduru ma' dan is-suġġett u hawnhekk qegħdin immissu proprju l-komunitajiet tagħna għaliex ma' din il-kuxjenza sportiva titlaq ukoll il-formazzjoni tal-karattru u nerġa' nisħaq iżżomm 'il bogħod ukoll minn ċerti vizzji, li jekk niftakar sew u hawnhekk norbot dak li qed ngħid ma' dak li għedt fl-ewwel laqgħa, meta għedt li l-problemi ta' Ħal Għaxaq mhumiex l-istess problemi li jeżistu l-Mellieħa pereżempju.", "Jien naħseb li jekk nidħlu fuq il-ġid li jagħmel dan is-suġġett partikolari, naħseb li nistgħu mmissu ħafna affarijiet oħra.", "L-obeżità għandha tkun ukoll parti mis-suġġett għax din imbagħad tiftaħ għal diskussjonijiet oħra.", "THE CHAIRPERSON: L-enfasi ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Robert Cutajar huwa aktar l-isports imma mbagħad nistgħu nieħdu l-obeżità bħala item minn dak is-suġġett.", "Imma l-main item għandu jkun l-isports u li l-kultura sportiva tista' tgħin biex titnaqqas l-obeżità anke fit-tfal.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Etienne Grech huwa li nieħdu l-obeżità bħala l-focal point tagħna imma jien naħseb li nistgħu niddiskutuhom flimkien.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Min jipprattika l-isports joqgħod attent għad-dieta tiegħu għax l-ikel jifforma parti mill-isport innifsu.", "Jiġifieri mhux se jkun hemm sportiv serju li jiekol li jrid, li jiekol affarijiet li jħaxxnu, li jiekol ħafna ħelu, eċċ. Għalhekk id-dieta hija parti mill-ħajja tal-isportiv.", "THE CHAIRPERSON: Mela naħseb li nistgħu nabbinaw dawn iż-żewġ topics u mbagħad ovvjament se jkun hemm suġġetti anċillari li joħorġu minnhom.", "U dak se jkun it-tieni suġġett tagħna.", "It-tielet suġġett għandu jkun id-donazzjoni tal-organi u mbagħad fl-aħħar għandna l-Housing.", "Suġġetti oħra bħal dak tal-uniformijiet nistgħu ndaħħluhom fl-aġenda wkoll għax huma minor issues.", "U għandna wkoll il-kwestjoni tal-alcoholism u tal-mental capacity act fejn nistgħu nagħmlu a one time session fix-xahar fejn nitrattaw dawn is-suġġetti minuri u b'hekk mhux inkunu ffokkajna biss fuq suġġett maġġuri f'xahar.", "Jekk ikun hemm bżonn insejħu lil xi mistednin nistgħu nagħmlu hekk u jekk ikun bżonn li joħroġ rapport, dan ikun wieħed qasir.", "Ovvjament kollox jittieħed fid-dawl tas-suġġett li nkunu qegħdin nitrattaw.", "Jekk se nitrattaw din l-issue tal-alcoholism bħala a minor issue, nistgħu nġibu persuni li jitkellmu fuqha, imma tkun xi ħaġa limitata u mhux nitrattawha daqslikieku tkun xi ħaġa ta' importanza maġġuri.", "Iktar se jkun hemm diskussjoni fuq dawn il-minor issues bejnietna u forsi nagħmlu wkoll xi riċerki milli noqogħdu niltaqgħu mal-pubbliku in ġenerali.", "Naħseb li llum imxejna ħafna u nistgħu nieħdu dawn is-suġġett li semmejna bħala l-linja tax-xogħol tagħna.", "Kemm se niddedikaw ħin għal kull suġġett huwa daqxejn diffiċli biex ngħidu at this point.", "Imma ġaladarba stradajna s-suġġetti wara xulxin inżommu dik l-ordni.", "Ovvjament dejjem se ssib aktar xi tgħid imma nistgħu ninformaw lill-membri l-oħra li mhumiex preżenti llum ħalli jekk jafu b'xi persuni li jistgħu jgħinuna f'dan ir-rigward, jgħaddulna din l-informazzjoni ħalli nagħmlu lista ta' dawk il-persuni - minbarra l-awtoritajiet, eċċ - li rridu nkellmu.", "Il-ġimgħa d-dieħla nistgħu nibdew b'xi persuni partikolari li huma vittmi ta' vjolenza domestika għax nixtieq li l-persuni li se jkunu qegħdin ikellmu lil dan il-Kumitat li jkunu ġejjin mill-awtoritajiet, inġibuhom at the end of our discussion.", "Qed ngħid hekk ħalli aħna nkunu diġa' smajna l-esperjenzi tan-nies u b'hekk inkunu nistgħu nagħmlu ċerti mistoqsijiet u nkunu nistgħu nagħmlu mpatt akbar fuq ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet u naraw x'qegħdin jagħmlu.", "Min-naħa tagħna nkunu morally equipped biex nagħmlu l-mistoqsijiet rilevanti lilhom.", "U naħseb hekk irridu nimxu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Minħabba li se jkun hawn vittmi ta' vjolenza domestika, taħseb li se jkun hawn xi request sabiex il-cameras jintfew?", "Qed nistaqsi biex aħna nkunu ppreparati.", "THE CHAIRPERSON: Jista' ikun hemm requests mingħand in-nies sabiex il-cameras jintfew imma l-audio jibqa' għaddej u forsi nintalbu wkoll sabiex inbiddlu l-isem ta' dak li jkun biex inżommu l-identità tiegħu mistura.", "Jien kelli xi ħaġa f'moħħi u llum iddiskutejtha ma' waħda mill-vittmi tal-vjolenza domestika, fejn din actually insistiet li tidher għax waħda mill-affarijiet li vittma ta' vjolenza domestika trid tegħleb hija l-biżgħa u l-fatt li hi tħoss li ma ġietx trattata tajjeb mill-awtoritajiet, il-fatt li jafu jew li jistgħu jkunu jafu li hi qed tagħmel xi ħaġa biex tbiddel din is-sitwazzjoni, it empowers her.", "Allura jista' ikollna nies li jkunu jixtiequ li jiġu jidhru.", "ROBERT CUTAJAR: Forsi ma rridux naqgħu fit-tentazzjoni – inti hawnhekk tgħallimni - jekk hemm xi każijiet li għadhom sub judice li jkun hawn min jiġi juża lilna bħala Kumitat biex b'xi mod jieħu xi gwadann personali.", "Jekk hemm każ għaddej il-Qorti, jista' ikun li din tkun qiegħda tilgħab logħba biex tiggwadanja.", "Issa jien ma nafx min huma dawn il-persuni li ġejjin ikellmuna imma l-parir tiegħi hu li we play it safe ħalli ma jkunx hawn min jipprova juża lil dan il-Kumitat biex jasal fejn irid jasal.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li tkun idea tajba li meta nibdew niddiskutu ma' dawn il-persuni we make it clear li affarijiet li għadhom għaddejjin fil-Qorti u li qegħdin sub judice ma jiġux diskussi f'dan il-Kumitat.", "Imma nista' nassigurak li ħafna drabi se nsibu li ma jkunux ittieħdu passi kontra l-awtoritajiet u dak huwa l-pern ta' kollox; li l-awtoritajiet qegħdin jagħmluha diffiċli biex dak li jkun iħossu komdu sabiex jieħu l-passi.", "U għalkemm dak li jkun jgħaddi minn ċerti affarijiet, jibqa' ma jieħux passi legali.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt lanqas huma reported u dik hija problema kbira.", "Issa r-rapporti finali min se jkun qiegħed jagħmel id-drafting tagħhom?", "THE CHAIRPERSON: Għandna lil Dr Burmingham li se tkun qiegħda tagħmel id-drafting tar-rapporti u se tkun qiegħda tagħmel ukoll ir-riċerka li aħna nitolbuha tagħmel fil-kors tad-diskussjonijiet tagħna.", "Pereżempju nistgħu nitolbuha tagħmel riċerka fuq il-metodi li jintużaw barra minn Malta biex aħna nkunu nistgħu ntejbu l-metodi tagħna jew inkella tħares lejn il-Mental Capacity Act biex naraw kif din titqabbel ma' dak li għandna aħna.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri riċerka fuq x'tikkawża l-obeżità, il-ġenetika tal-obeżità u dawn l-affarijiet se tkun tista' tagħmilhom hi wkoll?", "THE CHAIRPERSON: Dr Burmingham hija persuna legali u għalhekk, kemm jista' ikun nitolbuha affarijiet li jaqgħu taħt ir-remit tagħha.", "Issa fuq xi ħaġa medika, jekk ikun hemm bżonn inġibu lil ħaddieħor.", "I'm sure li nkunu nistgħu nġibu lil xi ħadd mill-Mediċina bħal pereżempju, xi nutritionist jew lil xi ħadd ieħor.", "Tista' tagħmlilna xi tip ta' riċerka imma jien mhux se npoġġi l-oneru fuqha li tagħmel riċerka li tirrikjedi preċiżjoni medika meta l-kamp tagħha huwa dak legali.", "Jekk aħna nkunu nistgħu nagħmlu riċerka in ġenerali to start off the discussion, dik m'għandix problema imma mbagħad, ovvjament ikunu jridu jiġu nies li huma fin-nutrition għall-grazzja tal-argument u jitkellmu aktar fid-dettall huma fuq dan is-suġġett.", "SILVIO PARNIS: Peress li l-ġimgħa d-dieħla għedna li se nitkellmu fuq il-vjolenza domestika, se jkollna xi nies li huma taħt l-età?", "Min se jiġi huma adulti.", "Jekk hawn xi affarijiet oħra li tixtiequ tiddiskutu qabel nagħlqu l-laqgħa, nistgħu nitkellmu fuqhom issa.", "L-ewwelnett nixtieq ninformaw lill-membri l-oħra biex ovvjament jekk hemm xi nies li jistgħu jassistuna fis-suġġett li jmiss, li huwa fuq il-vjolenza domestika, ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Actually naħseb aħjar li l-ewwel item ikun tal-uniformijiet ġaladarba dan se jkun suġġett qasir ħafna.", "U forsi s-Segretarju tagħna jgħaddi koppja tar-rapport minn qabel ħalli nilħqu narawh bil-kwiet.", "Naf li dan qiegħed ukoll fuq il-website tal-Parlament.", "Mela l-ewwel item fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss se jkun fuq l-uniformijiet, fejn se nistiednu lid-Direttur tal-Edukazzjoni u mbagħad nibdew nitkellmu fuq il-vittmi tal-vjolenza domestika vis-à-vis l-awtoritajiet.", "Jekk ħadd m'għandu xi jgħid aktar naġġornaw din il-laqgħa għal bħal lum ġimgħa fis-6.30 p.m. Nirringrazzjakom.", "Fis-7.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130522_002d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:05 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "Għal xi ħin kienu preżenti wkoll l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "Toni Bezzina u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 1 li saret fis-6 ta' Mejju, 2013 kienu konfermati.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "Korrispondenza: Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li l-Kumitat kien inċeva din il-korrispondenza:-", "Dokument 27 Il-Quito Comunique datat is-27 ta' Marzu 2013 maħruġa mill-Inter Parliamentary Union dwar is-suġġett 'Post-2015 development agenda u the new Sustainable Development Goals' li l-iSpeaker għadda għall-attenzjoni tal-Kumitat;", "Dokument 28 Kopja tar-rapport li l-Kunsill għadda lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti Nazzjonali dwar ix-xogħol tal-Kumitat Permanenti dwar koperazzjoni f'operazzjonijiet ta' sigurtà interna għall-perjodu Lulju 2011 u Diċembru 2012 li nbagħat skont Artiklu 71 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u Artiklu 6 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li waqqfet dan l-Kumitat Permanenti; u", "Dokument 29 Talba għal-laqgħa mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barrani tal-Montenegro, Igor Luksic, li se jżur Malta bejn l-4 u s-6 ta' Ġunju 2013.", "Kopja ta' dawn id-dokumneti kienet diġà ġiet ċirkolati fost il-Membri permezz ta' email.", "Safar: Il-Kumitat qabel li fir-rigward tal-invit tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Assemblea Nazzjonali ta' Franza għal laqgħa dwar il-finanzjament taċ-ċinema Ewropew li se ssir fit-18 u d-19 ta' Ġunju, 2013 jattendu l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Gruppi ta' Ħidma: Il-President inform lill-Kumitat li l-Membri min-naħa tal-Gvern fuq il-Grupp ta' Ħidma I huma l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Marlene Farrugia u li ċ-chairpersons ta' Gruppi ta' Ħidma II u III huma l-Onor.", "Marlene Farrugia rispettivatment bil-Membri l-oħra jiġu nominati aktar 'il quddiem mill-Whips.", "DISKUSSJONI DWAR MOZZJONI NRU.", "36 IPPREŻENTATA MILL-PRIM MINISTRU DWAR IR-RATIFIKA TA' PROTOKOLL FUQ IT-TĦASSIB TAL-POPLU IRLANDIŻ DWAR IT-TRATTAT TA' LISBONA LI JINHEMEŻ MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U MAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA SKONT IL-PROVVEDIMENTI TAS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 2 TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA.", "Dokument 30 Kopja ta' Mozzjoni Nru. 36 ippreżentata fis-17 ta' Mejju 2013 mill-Prim Ministru dwar ir-Ratifika ta' Protokoll fuq it-tħassib tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona li jinhemeż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea", "Il-Kumitat iddiskuta din il-mozzjoni u innota li:-", "dan il-Protokoll kien imwiegħed lill-poplu Irlandiż qabel ma nżamm ir-referendum dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona fl-Irlanda u dan wara li fl-Irlanda ma kienx għadda r-referendum dwar il-Kostituzzjoni Ewropea;", "it-temi ttrattati f'dan il-Protokoll huma d-dritt għall-ħajja, il-familja u l-edukazzjoni; li m'għandu jinbidel xejn fil-firxa u l-operat tal-kompetenza tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tassazzjoni kif ukoll is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest ta' Stat Membru b'politika ta' newtralità militari, liema temi huma kollha ta' relevanza kbria anke għal Malta;", "dan il-Protokoll jgħodd għall-pajjiżi kollha; u", "dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Lulju 2013 mal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.", "Il-Kumitat qabel li l-President tal-Kumitat jirrapporta lill-Kamra b'rakkomandazzjoni favur ir-ratifika ta' dan il-Protokoll li se jkun mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR L-AĠENDA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LI SE JINŻAMM FI BRUSSELL FIS-27 U T-28 TA' MEJJU 2013", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella, għamel preżentazzjoni fuq l-items li, sa dak inhar, kienu jidhru fuq l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea li kien se jsir fit-28 u d-29 ta' Mejju 2013, fejn, fost l-oħrajn, tkellem dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Proċess għall-Paċi fil-Lvant Nofsani kif ukoll dwar diversi strumenti u modi oħra li l-Unjoni Ewropea tuża biex tgħaddi għajnuna għal żvilupp (ODA).", "Wara kien hemm diskussjoni.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR REVIŻJONI FL-ORGANIZZAZZJONI U L-FUNZJONAMENT TAL-EUROPEAN EXTERNAL ACTION SERVICE (EEAS)", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li kien għadu kif ġie appuntat kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u allura kien se jiġi appuntat Membru fuq dan il-Kumitat, talab li dan l-item jerġa' jittella' fuq l-aġanda tal-laqgħa li jmiss sabiex ikun jista' jeżamina d-dokument.", "Il-Kumitat laqa' din it-talba.", "Il-President għadda lill-Membri abbozz ta' rakkomandazzjonijiet għall-Parlament Ewropew li kellhom iservu ta' bażi għal diskussjoni fil-laqgħa li jmiss.", "Dokument 31 Abbozz ta' rakkomandazzjonijiet għall-Parlament Ewropew dwar reviżjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-European External Action Service bħala bażi għal diskussjoni fil-laqgħa li jmiss.", "KWESTJONARJU TAL-COSAC", "Il-Kumitat qabel mal-abbozz ta' risposti għal dan il-kwestjonarju dwar il-proċeduri u l-prattiċi għall-iskrutinju ta' proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea, liema abbozz kien diġà ġie mgħoddi għall-attenzjoni tal-Membri.", "Dokument 32 Ir-risposti għall-kwestjonarju tal-COSAC dwar il-proċeduri u l-prattiċi għall-iskrutinju ta' proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea", "DISKUSSJONI FUQ MOZZJONI NRU.", "35 IPPREŻENTATA MILL-MINISTRU GĦALL-FINANZI DWAR IR-RATIFIKA TAT-TRATTAT DWAR STABBILITA', KOORDINAZZJONI U GOVERNANZA MAGĦMUL FI BRUSSELL FIT-2 TA' MARZU 2012", "Bil-permess tal-Kumitat, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici stqarr li n-naħa tal-Oppożizzjoni kienet taqbel mar-ratifika ta' dan it-Trattat.", "Il-President għarraf li skont il-provvedimenti tal-Artiklu 2 tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea l-Kumitat għandu jiddiskuti dan it-Trattat u jirrapporta lill-Kamra u għaldaqstant ippropona li din d-diskussjoni ssir fil-laqgħa li jmiss bil-parteċipazzjoni tal-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Edward Scicluna.", "Il-Kumitat qabel ma' din il-proposta.", "Fis-7.38 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunitaka aktar tard b'din l-aġenda:-", "Affarijiet Amministrattivi;", "Diskussjoni fuq Mozzjoni Nru. 35 ippreżentata mill-Ministru għall-Finanzi dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilita', Koordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussell fit-2 ta' Marzu 2012;", "Diskussjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew dwar reviżjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-European External Action Service (EEAS); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130522_002m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 2", "L-Erbgħa, 22 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.18 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 01 li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Mejju 2013 ma ġewx ikkonfermati u jridu jsiru xi korrezzjonijiet għalihom.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 001 Ittra datata 14 ta' Frar, 2013 mibgħuta mill-Imħallef Franco Depasquale Chairman tal-Bord tal-Pulizija, fejn ma' din l-ittra qiegħed jippreżenta lill-Kumitat ir-Rapport Annwali għas-Sena 2012 dwar il-ħidma tal-Bord.", "DISKUSSJONI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR IL-PJAN TA' ĦIDMA GĦALL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI GĦAL DIN IL-LEĠIŻLATURA - KONTINWAZZJONI", "Il-Membri tal-Kumitat preżenti tkellmu fuq suġġett partikolari li fil-fehma tagħhom il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għandu jiddiskuti waqt il-ħidma tiegħu.", "Fost is-suġġetti li ssemmew kien hemm erbgħa li ngħataw l-aktar importanza u li se jibdew jiġu diskussi mill-Kumitat.", "Kien hemm qbil dwar l-ordni kronoloġika li għandhom jiġu diskussi dawn is-suġġetti, li huma l-Vjolenza Domestika, l-Obeżità u l-iSports, l-Organ Donation u l-Housing.", "Ġie maqbul li l-Kumitat ikollu 3 laqgħat fix-xahar fejn ikollu mistednin preżenti u mbagħad iħalli laqgħa oħra biex jiġi diskuss xi suġġett partikolari bejn il-Membri tal-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130522_002m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013 fl-4.00p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013 fl-4.00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni tal-esibizzjoni permanenti dwar il-Parlament ta' Malta; u", "Affarijiet oħra", "24 ta' Mejju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130527_003a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 3", "It-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 3", "It-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.15 p.m.", "PERMESS LILL-MEDIA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba mill-media biex jiffilmjaw l-ewwel ftit minuti ta' din il-laqgħa.", "Hawn oġġezzjoni?", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: L-ewwel nett, irrid nifraħlek, Onor. Mario de Marco, għall-ħatra tiegħek bħala Viċi Kap responsabbli għall-Parlament għan-naħa tal-grupp tal-Oppożizzjoni u nagħtik merħba f'dan il-Kumitat bħala l-persuna li se tissostitwixxi lill-Onor.", "Dakinhar li kellna l-laqgħa fil-fatt diġà awgurajtlu għall-kariga l-ġdida tiegħu bħala l-kap tal-grupp.", "F'isem il-House Business Committee kollu, jiena bħala President tal-Kumitat nawgurawlek kull suċċess fix-xogħol li għandek quddiemek.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Programm Elettorali): Mr Speaker, nawgura lill-Onor.", "Jien ċert li għandna buona volontà miż-żewġ naħat li, kemm jista' jkun inbigħu l-problemi u mhux nixtruhom, u allura naħseb li se jkollna consensus fuq diversi items.", "MARIO DE MARCO: Mr Speaker, nirringrazzja lilek u lid-Deputat Prim Ministru.", "Min-naħa tiegħi żgur se jkollkom koperazzjoni sabiex mhux biss inbigħu l-problemi, imma nsibu s-soluzzjonijiet għall-problemi dejjem fl-interess nazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, peress li l-Onor.", "Deborah Schembri tinsab imsiefra fuq xogħol parlamentari, nixtieq ninformak li għal din il-laqgħa se jkollna magħna lill-Onor.", "MR SPEAKER: M'hemmx problemi u nirringrazzjak talli informajtna.", "MR SPEAKER: Hawn xi korrezzjonijiet għal Minuti?", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, l-iktar punt li xtaqt inqajjem huwa dwar fejn iddiskutejna s-suġġett tal-bini tal-Parlament il-ġdid.", "Forsi dak li hemm fil-Minuti ma jirriflettix preċiż li kien hemm diskussjoni iktar ampja fuq diversi punti.", "L-uniċi żewġ punti li ssemmew huma dwar il-kummenti li għamlu l-esperti, imma d-diskussjoni ġenerali li ħadu parti fiha ż-żewġ naħat tal-Kamra ma tantx ġiet riflessa ħlief għall-kumment tal-Onor.", "Naħseb li ta' min jgħid li kien hemm diskussjoni li kienet tolqot u tindirizza diversi punti.", "MR SPEAKER: Se nara li din il-parti li qed tagħmel referenza għaliha inti tidħol fil-Minuti.", "Hawn qbil fuq dan li qed jgħid id-Deputat Prim Ministru?", "DAVID AGIUS: Naħseb li għandna nżidu li kien hemm numru ta' Membri f'dan il-Kumitat li taw il-verżjonijiet tagħhom, imbagħad bħala dettalji jkun hemm it-transcript.", "Ikun diffiċli biex nagħmlu d-dettalji kollha fil-Minuti.", "MR SPEAKER: Se nniżżlu minn min saru l-interventi u naraw li fil-Minuti jiġu riflessi punti saljenti qosra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-Minuti m'għandhomx jirriflettu d-diskussjoni kollha.", "Naqblu fuq dan, allura ma nafx għalfejn ġiet magħżula biss talba li għamel l-Onor.", "Kollega, hu min hu, seta' kien minn naħa u seta' kien minn oħra.", "Kien hemm talbiet oħrajn biex jitpoġġew dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra, fosthom anke l-brief, li ma ssemmewx fil-Minuti.", "Għalfejn issemma dan biss?", "Naħseb li naqbel mal-Onor.", "Agius li d-dettalji qegħdin fit-transcript tal-laqgħa tal-Kumitat imma ma nifhimx għalfejn konna choosy fuq kumment li għamel deputat, hu min hu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Naċċertak li ma kenitx kwestjoni ta' xi ħadd li kien choosy.", "Il-kwestjoni kollha kienet li ladarba l-Onor.", "George Pullicino għamel it-talba, dik trid tiġi riflessa fil-Minuti u dik kienet l-unika talba li saret.", "Naqbel miegħek li għandu jkun hemm ukoll id-dettalji ta' min ħa sehem fid-diskussjoni.", "Se nara li dawn jiddaħħlu fil-Minuti imma rigward dik tal-Onor.", "George Pullicino, ma kien hemm l-ebda element ta' choosy u mhux choosy.", "Dik kienet talba.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, kien hemm talbiet oħrajn.", "Fil-fatt jiena kont tlabt kopja tal-kuntratt tal-Malita.", "CARMELO ABLEA: U aħna kellna talba għall-brief.", "LOUIS GRECH: Naħseb li t-talbiet kollha li kien hemm irid jiġu riflessi.", "MR SPEAKER: Naċċertak li ma kien hemm l-ebda malintiż ta' dak u tal-ieħor.", "Irrid ngħid ukoll li iktar tard, Onor. Abela, se nqassam xi dokumenti fuq dak li ġara fl-aħħar House Business Committee fejn saru diversi talbiet.", "Sadanittant nistgħu nemendaw il-Minuti b'dan il-mod:", "\"F'paġna 2 tal-Minuti tal-Laqgħa Nru 2 li saret fl-14 ta' Mejju, 2013, minflok il-paragrafu:", "\"Il-Perit Antonio Belvedere għamel preżentazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid u flimkien mas-Sur Chris Paris wieġbu mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat.\"", "għandu jidħol dan li ġej:", "\"Il-Perit Antonio Belvedere għamel preżentazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid u flimkien mas-Sur Chris Paris wieġbu għall-mistoqsijiet u r-rimarki li saru mill-membri tal-Kumitat waqt id-diskussjoni li segwiet.", "L-Onor Carmelo Abela talab li tiġi ppreżentata lill-Kumitat kopja tal-brief li kien ingħata mill-Gvern lill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid fil-Belt.", "L-Onor David Agius talab li l-Kumitat jingħata kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-GHRC dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt.\"", "Hawn qbil li l-Minuti ta' Laqgħa Nru 2 jiġu emendati b'dan il-mod?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 2 li saret nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2013, ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI DWAR L-ESEBIZZJONI PERMANENTI DWAR IL-PARLAMENT TA' MALTA", "MR SPEAKER: Niġu issa għall-esebizzjoni permanenti dwar l-istorja tal-Parlament u l-iżvilupp kostituzzjonali ta' dan il-Parlament.", "Għall-korrettezza rrid nagħti daqsxejn background dwar x'wassal biex nagħmlu din il-wirja.", "Kif jaf kulħadd, f'Novembru tal-2011 kien sar qbil bejn il-Parlament u l-Bank of Valletta fejn il-Bank of Valletta qabel li jagħmel tajjeb b'mod finanzjarju għal din l-esebizzjoni.", "Fil-frattemp, riedet tinħoloq fondazzjoni tal-Parlament biex jgħaddi kollox għandha.", "Din il-fondazzjoni ġiet stabbilita legalment f'Marzu tal-2013 u allura issa għandna kollox in order.", "L-esebizzjoni li hawnhekk se taraw il-preżentazzjoni tagħha se tkun waħda permanenti fil-bini tal-Parlament.", "Illum iltqajna biex kollha kemm aħna, kull min hawn preżenti u kull min jixtieq ikun preżenti, naraw kif se tkun din l-esebizzjoni permanenti.", "Jekk taqblu nistgħu mill-ewwel nistiednu lis-Sinjuri biex jibdew il-preżentazzjoni tagħhom.", "IS-SUR JOE FORMOSA (Network Publications) Mr Speaker, jiena Joe Formosa minn Network Publications u miegħi għandi lis-Sur Chris Pace u lis-Sur Adrian Fabri minn JP Advertising.", "Aħna ġejna mqabbdin mill-Bank of Valletta biex nipproduċu din l-exhibition li huma kienu kkuntrattaw biex jagħmlu mal-Fondazzjoni tal-Parlament.", "Oriġinarjament, din l-esebizzjoni kienet se tkun fil-librerija tal-Parlament.", "Konna domna daqsxejn biex nikkonkludu kollox imma issa jidher li l-area ġiet identifikata fil-bini l-ġdid f'City Gate.", "Aħna dehrilna li din l-esebizzjoni tista' tkun iżjed bħala mużew milli kif kienet intiża qabel.", "Il-Bank of Valletta għandu agreement mal-Fondazzjoni tal-Parlament għal 25 sena jew preferibbilment għal esebizzjoni permanenti.", "Issa se jispjega kollox is-Sur Chris Pace.", "Il-presentation hija maqsuma f'ħames sezzjonijiet.", "IS-SUR CHRIS PACE (JP Advertising): Mr Speaker, l-ewwel ħaġa li se naraw hija l-post li ġie identifikat.", "Qed inħarsu lejn l-ewwel binja li forsi nistgħu narawha f'iktar dettall f'dawn is-slides li ġejjin.", "Qed naraw din l-area bħala l-area prinċipali, li tkun il-faċċata, imma anke l-ġenb li huwa faċċata oħra tal-ħġieġ huwa viżibbli ħafna min-nies li jkunu għaddejjin.", "L-area ġewwa hija bejn wieħed u ieħor ta' 200 metru kwadru u huwa open plan, jiġifieri kollox irid jiġi strutturat bl-għamara u bl-affarijiet li se jsiru f'dak l-ispazju.", "Ippreparajna wkoll xi visuals apposta għal din il-preżentazzjoni.", "Hawnhekk għandna l-faċċata tal-post.", "L-idea hija li l-bażi tal-binja tibqa' wkoll trasparenti, jiġifieri hija minima ħafna l-għamara li se tiġi stallata hemm ġew biex is-sens ta' vojt taħt il-binja jibqa' l-istess kif ġie ppjanat.", "Fuq barra qed naħsbu li forsi jistgħu jsiru xi forma ta' installations oħrajn li jservu bħala direzzjoni ta' fejn huwa l-mużew tal-Parlament.", "Dawn jistgħu jiġu stallati mal-perimeter tal-post u l-idea hija li nużaw il-kunċett ta' siġġu.", "Is-siġġu se narawh regolarment fl-istallazzjoni ta' ġewwa dan il-mużew għax dehrilna li huwa component li huwa interattiv mal-udjenza u fl-istess ħin għandu x'jaqsam mas-suġġett.", "Dawn mhumiex the actual designs tal-post kif se jiġi, imma biex ikollkom idea tat-tip ta' affarijiet li qed jiġu kkonsidrati u l-feel tal-post.", "Hawnhekk hawn images oħrajn biex jispjegaw.", "Biex nidħlu f'iktar dettall fl-attrazzjonijiet ta' ġewwa rrid ngħid li l-attrazzjonijiet huma varji u fosthom għandna features li huma ikbar minn oħrajn; 'il quddiem nidħol iktar fid-dettall f'waħda minnhom imma l-ewwel wieħed se jkun filmat 3D li huwa riflessjoni tal-istorja ta' Malta f'dawn l-aħħar 90 sena.", "Hemmhekk se jkun hemm audiovisual experience fejn dak li jkun, jidħol bin-nuċċali apposta fi struttura fejn jista' jara dan il-filmat li se jiġi animat apposta għal din l-istorja.", "Hawnhekk għandna feature ta' walkthrough.", "Il-binja ta' hawnhekk għandha l-istorja tagħha, l-idea hija li nerġgħu noħolqu l-istruttura tal-bini kollu in 3D u nagħtu opportunità lill-viżitatur biex jesplora l-postijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-post u minn hemmhekk ikun jista' jtella' xi informazzjoni u xi panels ta' videos.", "Però l-idea hija li s-suġġett ta' din l-istallazzjoni jkun il-binja ta' hawnhekk.", "It-tielet huwa interessanti wkoll.", "Dan jgħidulu surface technology.", "Din tkun mejda kbira li l-viżitaturi jistgħu jinġabru madwarha u – kif qed naħsbu aħna - jkun hemm timeline li jiġi proġettat fuq il-wiċċ tagħha.", "Hija teknoloġija interattiva, jiġifieri jekk xi ħadd jikklikkja fuq date, tiftaħ components differenti, ikun hemm kotba, dokumenti, video clips eċċ. u l-viżitatur ikun jista' jesplora l-istorja minn aspett ta' timeline.", "F'dan is-slide qed naraw aktar stallazzjonijiet fissi fil-post.", "Hawnhekk qed naraw ċertu dokumenti li huma ta' ċerta portata u importanza li jiġu bħala stallazzjoni fissa fil-post, ħerġin minn typewriters.", "Barra minn hekk, filgħaxija l-post ma jmutx għax li qed nipproponu huwa li jkun hemm suspended screens li fuqhom se jiġi pproġettat materjal varjat li għandu x'jaqsam mal-istorja.", "Is-sitt feature huwa postijiet fejn jistgħu jpoġġu n-nies imma fl-istess ħin is-seating ikun interattiv għax fuqu se jkun hemm quotes partikolari, headlines partikolari ta' milestones matul dawn l-aħħar 90 sena.", "Qed nipproponu li jkun hemm proċess ta' reġistrazzjoni, fejn in-nies qabel ma joħorġu jħallu xhieda li ġew f'dan il-mużew.", "Kulma jkollhom jagħmlu huwa li jidħlu bil-facebook login tagħhom u awtomatikament wiċċhom jiġi jidher fuq dak l-iscreen, claiming li ġie f'dan il-mużew.", "Dak huwa l-bidu ta' kif il-post jista' jiġi marketed minn aspett ta' online marketing u huwa opportunità interattiva mal-komunità li tmur f'dan il-mużew.", "Biex nidħol f'iktar dettall, nerġgħu mmorru lura għall-ewwel feature fejn qed ngħidu li se tiġi pproġettata l-istorja.", "In-nies jidħlu, ikollhom nuċċali 3D, u dak li jkun qed jiġi pproġettat, jidher fuq dome minflok fuq xi ħaġa ċatta.", "Biex nispjega aħjar, din hija idea ta' kif dan il-proċess jista' jiġi stallat f'waħda mill-irkejjen u allura dik il-quarter sphere tiġi tidher bħala full sphere minħabba li jkun hemm il-bażi u forsi l-ħitan b'mera li allura jagħtu l-impressjoni ta' dome sħiħa.", "Il-viżitaturi jidħlu hemm ġew, ipoġġu bilqiegħda u jkollhom l-audiovisual experience b'full sound feature u animazzjoni li se tiġi kkreata abażi tal-milestones tal-istorja ta' Malta f'dawn l-aħħar 90 sena.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili, hawn domanda.", "LOUIS GRECH: Nassumi li din se tkun ukoll attrazzjoni turistika u li se jkollok iktar minn lingwa waħda.", "Kemm se jkollok lingwi?", "IS-SUR CHRIS PACE: Punt tajjeb.", "Iva, fil-fatt qed naħsbu fl-ewwel żewġ lingwi bħala l-bażi, jiġifieri l-Malti u l-Ingliż, imbagħad iktar 'il quddiem wieħed jiżviluppa lingwi oħrajn.", "LOUIS GRECH: Meta titkellem fuq l-istorja, qed titkellem fuq l-istorja tal-Parlament relatat mal-istorja ta' Malta?", "LOUIS GRECH: Ir-riċerka diġà saret?", "IS-SUR CHRIS PACE: Ir-riċerka diġà saret u għad trid titkompla.", "IS-SUR JOE FORMOSA: Is-sena li għaddiet ipproduċejna schoolbook għat-tfal bejn it-12 u l-14-il sena u konna għamilna wkoll CD li kien prodott minna wkoll.", "Ovvjament għandna bżonn iktar riċerka u qegħdin naħsbu biex inkellmu lil Dr Vanni Bonello u lil Prof. Henry Frendo biex jgħinuna fl-istorja, ovvjament bl-approvazzjoni tagħkom.", "DAVID AGIUS: Kemm il-ktieb kif ukoll is-CD kienu ġew quddiem dan il-House Business Committee u konna ngħatajna ċ-ċans biex narawhom mal-gruppi tagħna, imbagħad konna ġejna lura u kemm il-ktieb kif ukoll is-CD ngħataw il-barka tagħna.", "Napprezza jekk issir l-istess ħaġa f'dan il-każ ukoll.", "MR SPEAKER: Nikkonferma li sar hekk għax kont Membru tal-House Business Committee.", "LOUIS GRECH: Apparti milli jkollhom il-barka tagħna, assumi li aħna m'aħniex storiċi, imma tagħmel sens li tirrifletti l-istorja.", "MR SPEAKER: Aħna qegħdin nitkellmu fuq il-perjodu bejn l-1921, meta ngħatajna l-ewwel Kostituzzjoni, u llum.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Issemmew ċerti ismijiet.", "Jistgħu forsi jiġu kkonsidrati ismijiet oħrajn, fosthom ta' min kiteb il-ktieb dwar il-Parlament?", "MR SPEAKER: Dak huwa punt li nistgħu niġu għalih iktar tard.", "Jekk hawn qbil, nistgħu nimxu.", "IS-SUR CHRIS PACE: It-tieni stallazzjoni huwa l-interactive walkthrough.", "Din hija speċi ta' logħba.", "Dak li jkun ikollu console jew ikollu bażi ta' navigazzjoni li permezz tagħha jista' jimxi 'l quddiem, lura jew iħares 'il fuq.", "L-idea hija li naraw l-istorja tal-binja ta' hawnhekk, nidħlu f'kull kamra li għandha relazzjoni mal-Parlament u minnha nkunu nistgħu ntellgħu informazzjoni partikolari, ix-xogħlijiet tal-arti, kwalunkwe feature tal-bini, kif ukoll l-attività li kienet issir f'ċerti kmamar.", "Jiġifieri tkun dħalt f'kamra partikolari u forsi mit-timelines stajt ittella' ċerti milestones partikolari.", "MARIO de MARCO: Dan huwa parti minn mużew dwar il-Parlament.", "Beħsiebkom tieħdu in konsiderazzjoni, l-ewwel nett, is-Sala tal-Arazzi li kienet isservi wkoll bħala l-Parlament qabel?", "It-tieni nett nistaqsi jekk intomx se tagħmlu interactive walkthrough tal-Parlament il-ġdid.", "Għax min se jidħol hemm, mhux neċessarjament se jkollu l-opportunità li jżur il-Parlament il-ġdid.", "Jekk se tagħmlu interactive walkthrough, tistgħu tagħmlu tal-Parlament through the ages u allura forsi tibdew mit-Tapestry Chamber, tkomplu għall-Parlament fejn ninsabu bħalissa, imbagħad tagħmlu an interactive walkthrough tal-binja l-ġdida.", "MR SPEAKER: Il-Parlament il-ġdid għadu f'fażi ta' diskussjoni, imma l-punt li qajjem l-Onor. de Marco jista' jsir.", "L-updating jista' jsir dejjem.", "IS-SUR JOE FORMOSA: Iva, jista' jsir.", "MR SPEAKER: Nistgħu nkomplu.", "IS-SUR CHRIS PACE: Biex tifhmu aħjar dan il-proċess, hawnhekk ġibt control bażiku.", "Immaġina li din il-binja reġgħet inbniet mill-ġdid u inti tista' tieqaf u tħares 'il fuq.", "L-idea hija li jkun il-user li jattiva l-moviment f'dan il-bini.", "Dawn jistgħu jiġu stallati mal-ħitan, ikun hemm tnejn jew tlieta u jkunu jistgħu jiġu repetuti skont kemm ikun hemm bżonn u skont kemm jitla' l-post.", "It-tielet main feature hija l-mejda li semmejt li hija interattiva wkoll.", "Hija mejda li qed naħsbu li tkun ta' ċerta miżura u mqiegħda f'nofs l-ispazju li se jiġi pprovdut biex wieħed ikun jista' jdur magħha u jattiva informazzjoni li hemm fuqha.", "Biex nispjegalkom aħjar, se nurikom biċċa video żgħir.", "Din hija stallazzjoni differenti - m'għandhiex x'taqsam - imma l-idea hija li jkollna dates that would be floating on this surface, u dak li jkun jagħfas fuq id-data u jattiva ċerta informazzjoni, pereżempju jistgħu jitilgħu kotba, informazzjoni fuq Speakers partikolari eċċ. L-informazzjoni hija varjata.", "Huwa importanti li l-features kollha jagħtu esperjenza differenti.", "Punt importanti li ridt insemmi huwa dwar l-importanza tal-element ta' entertainment lill-viżitatur, imma l-istorja għandha importanza kbira f'dawn it-tip ta' installations.", "Issemma wkoll il-fatt li hemm ħafna dokumenti importanti.", "L-idea hawnhekk hija li dawn id-dokumenti jiġu parti mill-istallazzjoni tal-post imma b'mod differenti.", "F'dan il-video hawn idea ta' kif jistgħu jiġu projected.", "Ikun hemm projector moħbi u tingħata l-illużjoni li d-dokumenti ħerġin minn typewriter.", "Peress li hemm ħafna dawl dieħel, id-dawl fil-post irid jiġi subdued anke minħabba ċerti projections u ċerti screens li se jkun hemm preżenti.", "Dawn l-iscreens li qed taraw bħalissa għandhom żewġ funzjonijiet, il-funzjoni primarja hija li toħloq sens ta' direzzjoni fil-post biex dak li jkun mhux jintilef, imma jkun jista' jmur minn post għal ieħor bejn dawn l-iscreens.", "Barra minn hekk, l-idea hi li filgħaxija ċerti projections fil-bażi ta' din il-binja jkunu iktar ikkuluriti u jagħtu sens spettakolari għalkemm il-post ikun magħluq.", "Dawn huma ideat ta' kif jistgħu jiġu stallati.", "Rigward it-tip ta' għamara li se jkun hemm, qed ngħidu li se jkun hemm siġġijiet ta' eri differenti, peress li qed nibdew mis-snin għoxrin sal-ġurnata tal-lum.", "Il-kunċett tas-siġġu qed ivarja abbażi taż-żmenijiet u fuq dawn is-siġġijiet se jiġu printed xi headlines tal-gazzetti partikolari u xi quotes importanti fl-istorja.", "Dak li jkun waqt li jpoġġi, ikun qed jaqra xi ħaġa wkoll.", "Tkun diffiċli ħafna biex jaqra, imma l-idea hi li dawn jidhru anke minn barra.", "Hawnhekk hawn idea oħra wkoll, li tista' ssir gazzetta waħda li fiha niġbru l-highlights kollha ta' 90 sena.", "Dak li jkun ikun jista' jpoġġi hemmhekk u forsi jifli din il-gazzetta.", "Irrid ngħid ukoll li l-iskop tagħna hu li lin-nies inżommuhom kemm jista' jkun hemm ġewwa għax in-nies iġibu iktar nies.", "Meta inti tmur f'mużew tradizzjonali, tara l-biċċa arti jew stallazzjoni partikolari u timxi.", "Hawnhekk trid iktar ħin biex tesplora ċerta informazzjoni.", "Din li qed taraw bħalissa hija l-post fejn ikun hemm ir-reġistrazzjoni tal-Facebook li diġà semmejtilkom.", "Jista' jkun screen żgħir jew screen kbir, jiddependi kemm imorru nies.", "Nisperaw li jmorru ħafna nies.", "L-idea hija li dejjem inkattru n-numru ta' viżitaturi u barra minn hekk dawn ikollhom isimhom reġistrat u allura nkunu nistgħu nikkomunikaw magħhom jekk ikun hemm xi updates ġodda fil-mużew stess.", "LOUIS GRECH: Qegħdin tindirizzaw sezzjoni partikolari, it-tfal tal-iskejjel?", "Naħseb li hemmhekk l-iktar li se jkollok added value għal dan kollu.", "Se jkun hemm xi ħaġa li tagħmilha interessanti għalihom?", "IS-SUR CHRIS PARIS: Naħseb li kull stallazzjoni hija interessanti għat-tfal għax se tiġi ppreżentata b'mod sempliċi, b'mod li tista' tappella għal etajiet varjati.", "Kważi kważi ngħidlek li t-tfal se jkunu iktar pijunieri milli se jkunu l-kbar, għax it-tfal illum huma mdorrijin b'ċerti devices u allura għalihom hija second nature li jutilizzaw dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Ma jkollhomx Facebook, le.", "LOUIS GRECH: Il-Facebook jista' ma jkunx mixgħul għat-tfal.", "IS-SUR CHRIS PARIS: Proġett li ħdimna fuqu mhux b'mod interattiv bħal dan hu meta konna ħloqna l-produzzjoni ta' Tommy and Rosy li naħseb li saret familjari mat-tfal.", "F'dan il-każ konna ssimplifikajna suġġett kumpless bħalma hija l-Unjoni Ewropea biex nagħmluh interessanti għat-tfal.", "Dak kien eżempju ta' kif informazzjoni partikolari u teknika ġiet ippreżentata b'mod adattat għat-tfal.", "F'dan is-slide li qed taraw qed nelaboraw daqsxejn iktar fuq it-tip ta' signage li semmejt l-ewwel.", "Dawn jistgħu jiġu stallati fuq in-naħa ta' barra filwaqt li jservu ta' forma ta' teaser li jħajru lin-nies imorru f'dan il-mużew u nagħtu aspett ikkulurit li naħseb li jikkuntrasta tajjeb mal-limestone f'dik iż-żona.", "Huma interattivi għax in-nies se jpoġġu bilqiegħda, jieħdu r-ritratti eċċ. Ovvjament qed jiggwidaw lin-nies lejn il-mużew.", "Naħseb li hawnhekk nista' nagħlaq il-preżentazzjoni.", "Dawk huma l-main features.", "Kif għedt, dan huwa still work in progress u 'l quddiem ovvjament wieħed ikun jista' jidħol f'aktar dettall.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Rigward l-aħħar feature li semmejt dwar signage, kien hemm xi tip ta' konsultazzjoni?", "Jew ħabbattu ftit dawn l-ideat anke mal-uffiċċju ta' Renzo Piano li ħoloq id-disinn biex taraw jekk imorrux mal-istil?", "Qed nifhem li dan huwa cost li se jġorru...", "IS-SUR CHRIS PARIS: Għall-Parlament cost zero.", "DAVID AGIUS: Naf li dan se jkun f'idejn il-Bank of Valletta.", "Però l-upkeep tiegħu huwa inkluż?", "IS-SUR CHRIS PARIS: L-upkeep tiegħu se jkun for a certain period imbagħad irridu naraw how we're going to … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jiġifieri se jkun hemm kuntatt mal-Parlament … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Għad-domandi li għamilt int, Onor. Agius, l-agreement li hemm s'issa huwa li l-finanzjament kollu għal din il-permanent exhibition se jsir mill-Bank of Valletta filwaqt li l-fondazzjoni tal-Parlament għandha l-ownership tal-exhibition.", "IS-SUR CHRIS PARIS: Dak huwa f'idejn il-Fondazzjoni tal-Parlament.", "Iddiskutejna magħhom fuq il-25 sena u huma jaqblu li tkun għal minimu ta' 25 sena jew inkella b'mod permanenti.", "Aħna, kif għedna l-aħħar darba li ltqajna, irridu li niddiskutu bejnietna how we are going to maintain it.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, jien naħseb li llum aħjar nitkellmu dwar l-exhibition.", "Id-dettalji tal-kuntratt u l-finanzjament tal-wirja għal 25 sena nistgħu niddiskutuhom f'laqgħa oħra.", "DAVID AGIUS: Nista' ningħata risposta dwar l-ewwel domanda?", "IS-SUR CHRIS PARIS: Kien ippjanat li niddiskutu biex ovvjament ma jkunx hemm jarring mal-pjanijiet oriġinali tal-post.", "IS-SUR JOE FORMOSA: Aħna urejnieha lill-GHRC u huma għaddewha lill-perit li jirrappreżenta lil Renzo Piano.", "LOUIS GRECH: Rigward l-ispiża tal-operat, u ħaddiema u tindif, l-iSpeaker qal li l-Bank of Valletta huwa responsabbli għal-loġistika tagħhom.", "IS-SUR JOE FORMOSA: Għad iridu jsiru aktar diskussjonijiet għax il-Bank of Valletta qiegħed jipproponi li din tkun self-financed.", "Jien għedtilhom li ma nistax nikkommetti ruħi u li rrid niddiskutiha.", "Għax huma se jiffinanzjaw il-proġett kollu imbagħad irridu naraw kif se mmantnuh.", "MR SPEAKER: Dawn huma kollha punti li rridu niddiskutuhom aktar fid-dettall.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Għamiltu kalkolu ta' kemm jesa' nies dan il-mużew at one time?", "IS-SUR CHRIS PARIS: Kif għedt, hemm spazju ta' 200 metru kwadru.", "Il-mod ta' kif qed nipproponu li jsiru l-istallazzjonijiet, nimmaġina li 25 jew 30 ruħ jeħodhom faċilment.", "Naturalment jiddependi mis-seating capacity fil-parti tal-istorja ta' Malta.", "Jekk ikun hemm għaxar seats, ipoġġu għaxra jaraw il-filmat, jimxu fuq sezzjoni oħra u minflokhom ipoġġu għaxra oħra.", "Teknikament il-post jesa' ħafna iktar.", "Il-features huma kollha diġitali u jirrikjedu ċertu ħin.", "M'hijiex xi ħaġa li mort, rajtha u bqajt miexi.", "Biex tesperimenta biha trid tqatta' daqsxejn ħin.", "L-idea anzi hija li nżommu n-nies hemm.", "Tipikament, meta n-nies jaraw ħafna nies, iħajru nies oħrajn biex jidħlu.", "Irridu naraw ukoll minn fejn se jidħlu, jekk hux se jidħlu mill-main gate tagħkom, jew jidħlux minn side door.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed nitkellmu fuq permanent exhibition.", "Permanent fis-sens li ma jinbidilx il-kontenut tagħha?", "Every so often ma jinbidilx il-kontenut tal-exhibition?", "MR SPEAKER: Il-Clerk of the House qed jgħidli li jkun hemm updating dejjem skont il-kuntratt.", "Il-working clause tal-kuntratt bejn il-Fondazzjoni u l-Bank of Valletta hija li jsir updating kull leġiżlatura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Il-punt tiegħi kien se jkun wieħed simili.", "Ovvjament, l-agreement huwa għal 25 sena.", "MR SPEAKER: M'huwiex hekk.", "Mill-memorja - għax kont fil-Fondazzjoni meta sar dan il-ftehim – ngħid li jidhirli li għandhom il-finanzjament u sa għaxar snin.", "Jiġifieri għall-ewwel għaxar snin, żewġ leġislaturi.", "MARIO DE MARCO: Huwa importanti li jkun hemm l-update tal-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq il-capital investment li huwa qawwi u mbagħad ovvjament ikun hemm il-maintanence.", "MARIO DE MARCO: Ovvjament it-teknoloġija wkoll qiegħda dejjem tavvanza.", "MR SPEAKER: Isir aġġornament kull leġislatura, kull ħames snin, min tela' fil-Parlament, min baqa', min ħareġ, id-debates, il-liġijiet li għaddew eċċ. (Interruzzjonijiet)", "MARIO DE MARCO: Naħseb li huwa importanti li l-Parlament jagħmel din id-diskussjoni mal-BOV.", "MR SPEAKER: Tinsiex li l-Fondazzjoni twaqqfet proprju ftit qabel ma saret l-elezzjoni li għaddiet, jidhirli fl-10 ta' Diċembru u twaqqfet f'Diċembru biex inkunu nistgħu nieħdu l-ownership.", "Fl-2011 kien diġà sar ftehim bejn l-iSpeaker ta' dak iż-żmien, li huwa l-persuna li tirrappreżenta l-Parlament, u l-Fondazzjoni, li għadha in formation mal-BOV dwar il-finanzjament.", "Il-Fondazzjoni finalment twaqqfet jidhirli fl-ewwel ġimgħatejn ta' Marzu.", "Iffirmajna fl-10 ta' Diċembru imma mbagħad kien hemm l-awtorizzazzjoni tagħna li saret fit-8 ta' Marzu 2013.", "CARMELO ABELA: Bil-Parlament xolt jiġifieri.", "MR SPEAKER: Le, m'għandux x'jaqsam.", "Mhux se noqgħod niddibatti miegħek fuq ix-xogħol u jekk sarx waqt li l-Parlament kien xolt.", "Jien qed insemmi d-dati meta l-affarijiet saru.", "Illum saret il-preżentazzjoni.", "Dawn il-problemi li qed jinqalgħu llum, li huma punti validi u saljenti, dwar il-maintanence, dwar l-aġġornament, dwar jekk hux għal għaxar snin jew għal 25 sena, eċċ. Dawn huma kollha punti li għad irridu niddiskutu mal-BOV u l-Fondazzjoni.", "Tajjeb li ngħidu li se jkun hemm kumitat eżekuttiv ippresedut mill-iSpeaker u magħmul minn rappreżentant tal-BOV u l-whips taż-żewġ naħat – jiġifieri se nkunu jiena, l-Onor.", "David Agius – u dak il-kumitat ikun responsabbli għall-maintenance u l-updating tal-exhibition.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Le, mhux se nitlob żieda!", "(Interruzzjonijiet) Jien xtaqt nitlob formalment li jkollna d-dokumenti, għax s'issa jien m'għandix.", "MR SPEAKER: Għandek raġun!", "Se nerġa' ngħaddihom.", "Hawn aktar domandi?", "(Onor. Membri: No) Nirringrazzja ħafna lis-Sinjuri tal-ħin u l-paċenzja.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Wara li saret il-preżentazzjoni tal-esebizzjoni permanenti dwar il-Parlament ta' Malta, nistgħu ngħaddu biex nitkellmu dwar ix-xogħol tal-Kamra u dwar kif se nimxu din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif diġà infurmajt lill-Whip tan-naħa tal-Oppożizzjoni u anke lill-Iskrivan tal-Kamra, illum fis-6.30 p.m. se jkun hemm stqarrija tal-Prim Ministru.", "Naturalment kienet konswetudni u għadha konswetudni li l-Prim Ministru jagħmel stqarrija wara council meeting tal-kapijiet tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Wara li titlesta l-istqarrija tal-Prim Ministru se ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini, li d-diskussjoni dwaru diġà bdiet.", "Kif tispiċċa d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "Naturalment naraw x'ħin ikun fadal mis-seduta tal-lejla.", "Għada nkomplu f'din l-istess ordni.", "Dwar l-Erbgħa, rrid niċċekkja ftit jekk l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali, li diġà sar l-Ewwel Qari tiegħu, ġiex ippubblikat u għaddiex għand l-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Ma jidhirx li għandna.", "DAVID AGIUS: Naf li tajna l-go-ahead biex isir l-Ewwel Qari imma m'għandniex l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: In mancanza li dan ma jkunx ippubblikat...", "CARMELO ABELA: F'dak il-każ inkomplu fuq tal-Kodiċi Ċivili anke l-Erbgħa, sakemm ma jkunx hemm ftehim differenti mal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: It-Tlieta u l-Erbgħa?", "CARMELO ABELA: Ħaġa oħra importanti hi li għad għandna l-item tal-mozzjoni ta' ringrazzjament għad-Diskors tal-President mhux konkluż.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, neħodha li llum se nagħlqu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini?", "CARMELO ABELA: Hekk jidher.", "DAVID AGIUS: Rigward l-Abbozz ta' Liġi numru 5 ma jidhirx li għandna xi numru kbir ta' deputati min-naħa tal-Oppożizzjoni li jridu jitkellmu.", "CARMELO ABELA: Ikun tajjeb jekk tindika kemm għandek membri min-naħa tiegħek.", "DAVID AGIUS: Minbarra l-kelliem ewlieni, naħseb li hemm tnejn oħra.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tagħna hemm tlieta.", "Fil-fatt din il-ġimgħa neħduha kollha għax jien għandi numru ta' kelliema wkoll.", "MR SPEAKER: Mela llum hemm l-istqarrija tal-Prim Ministru, imbagħad ngħaddu għall-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini, li jagħlaq illum, u wara tibda d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Abbozz numru 5, bid-diskussjoni tkompli nhar l-Erbgħa.", "CARMELO ABELA: Titkompla għada u l-Erbgħa sakemm ma nilħqux ftehim fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali, li wara din il-laqgħa se niċċekkja dwaru.", "Naturalment dejjem jekk in-naħa tal-Oppożizzjoni ma ssibx oġġezzjoni dwar dan il-pjan ta' xogħol.", "MR SPEAKER: Għandek xi indikazzjoni dwar il-ġimgħa d-dieħla?", "CARMELO ABELA: Kif diġà ntqal, id-diskussjoni dwar id-Diskors tal-President għadha pendenti, u l-ħsieb huwa li nagħlquha nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju.", "Min-naħa tagħna fadal il-Prim Ministru u jien infurmat li min-naħa tal-Oppożizzjoni fadal il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni u warajh jagħlaq id-dibattitu l-Prim Ministru.", "Imbagħad naturalment ngħaddu għall-aġenda.", "MR SPEAKER: Tista' tikkonferma, Onor. Agius?", "L-Onor.", "Simon Busuttil għadu ma tkellimx, hux hekk?", "CARMELO ABELA: Le, żgur li għadu ma tkellimx.", "DAVID AGIUS: Ma nistax nikkonfermalek issa li għal nhar it-Tnejn nistgħu mmexxu bid-diskussjoni fuq id-Diskors tal-President.", "Probabbilment sa għada filgħodu nkun nista' nagħtik konferma.", "Però, iva, l-uniku kelliem li jonqos min-naħa tal-Oppożizzjoni huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Xtaqt ukoll ninforma lill-Kumitat li fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kien hemm diskussjoni fuq it-Trattat li jrid jiġi rratifikat minħabba l-issue tal-Irlanda li talbet li jkun hemm xi addendum jew li jiġi emendat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea proprju qabel it-30 ta' Ġunju, meta mbagħad tissieħeb anke l-Kroazja.", "Il-President tal-Kumitat għada se jirrapporta lill-Kamra dwar l-eżitu ta' dik il-laqgħa, imbagħad il-Kamra tkun tista' tipproċedi anke bir-ratifika ta' dan it-trattat.", "Għada fis-6.30 p.m. se jkun hemm statement żgħir min-naħa taċ-Chairman f'isem il-membri kollha li kienu preżenti għal-laqgħa.", "MR SPEAKER: Ħalli nkunu ċari minħabba l-minuti.", "Qed ntikellmu dwar ir-ratifika tal-Protokoll dwar it-tħassib tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona?", "CARMELO ABELA: Eżatt, Mr Speaker, mozzjoni numru 36 kif tidher fuq il-karti li għandna quddiemna.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellem fuq Abbozz ta' Liġi numru 7?", "MR SPEAKER: Le, fuq il-mozzjoni numru 36.", "L-Abbozz ta' Liġi li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Agius ġie referut lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Id-diskussjoni għadha ma saritx hemmhekk.", "DAVID AGIUS: Allura għandi nifhem li dawn m'għandhomx jibqgħu jidhru mal-ordnijiet tal-ġurnata imma jmorru taħt il-kumitat?", "CARMELO ABELA: Ġie rrefereut hemmhekk biex isiru l-mistoqsijiet li hemm bżonn f'dak il-kumitat.", "Però skont ir-regoli tal-Kamra jibqa' xorta jidher fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Mela ħalli nirrikapitolaw ftit.", "Illum għandna l-istqarrija tal-Prim Ministru, imbagħad ngħaddu għall-kontinwazzjoni tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi numru 6 li jemenda l-Att dwar il-Mediċini li se jieħu s-seduta tal-lum.", "Jekk jagħlaq, illum stess tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi numru 5, li tkompli għada t-Tlieta u l-Erbgħa.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ippermettili ninterrompik ftit.", "Jekk l-Erbgħa jkun hemm qbil, niddiskutu l-emendi tal-Bank Ċentrali.", "Dejjem jekk ikun hemm il-qbil, għax jekk għadu ma ġiex ippubblikat l-Abbozz, allura naturalment l-Oppożizzjoni m'għandhiex l-emendi.", "Jekk ikun hemm dak il-ftehim u jkun ippubblikat l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali, allura jidħol fl-aġenda.", "Sa hemmhekk ftehemna.", "Imbagħad it-Tnejn jitkompla l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President.", "L-Onor.", "Agius għandu jagħti risposta dwar jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni hux se jagħlaq nhar it-Tnejn jew le.", "(Interruzzjonijiet) Qed tikkonferma issa stess?", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "It-Tnejn stess se jkun hemm rapport min-naħa taċ-Chairman tal-Foreign and European Affairs Committee?", "CARMELO ABELA: Ir-rapport taċ-Chairman tal-Foreign and European Affairs Committee se jsir għada.", "Dak ikun rapport qasir fejn jgħid li saret id-diskussjoni fil-Kumitat.", "DAVID AGIUS: Se jgħaddi mingħajr diskussjoni fil-Plenarja?", "CARMELO ABELA: Skont il-liġi, wara li jiġi diskuss fil-Foreign and European Affairs Committee, il-kumitat irid jirrelata lill-Kamra kollha u ssir ir-rakkomandazzjoni fil-Kamra.", "Jista' jiġi diskuss fil-Kamra wkoll; m'hemm xejn xi jżomm li jkun hemm anke kummenti fil-qosor.", "M'hemmx oġġezzjoni li jkun hemm kummenti bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Finalment hija l-Kamra li trid tirratifika.", "Però d-diskussjoni saret diġà fil-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Mill-informazzjoni li għandi, iva, kien hemm qbil miż-żewġ naħat.", "DAVID AGIUS: Issa niċċekkja min-naħa tiegħi wkoll.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, tippermettili suġġeriment?", "Naqbel li l-Onor.", "Agius ikellem ftit lill-membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni dwar jekk hemmx bżonn xi diskussjoni fil-Kamra, u fil-każ min ikunu l-kelliema u meta.", "Għax forsi minħabba s-safar ta' xi ministri jkolli xi diffikultà f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Taħseb li se ttellgħu l-mozzjoni għad-diskussjoni l-ġimgħa d-dieħla?", "Qed nistaqsi ħalli wieħed ikun jista' jipprepara.", "CARMELO ABELA: Jekk wara l-preżentazzjoni tar-rapport ċkejken li se jagħmel iċ-Chairman għada, tinħass il-ħtieġa li nitkellmu fuqha għada stess, mhux se nsibu oġġezzjoni min-naħa tagħna, sakemm ikun hawn preżenti n-nies kompetenti.", "Qed ngħid hekk minħabba l-Ministru tal-Affarijiet Barranin.", "DAVID AGIUS: Għada filgħodu jew illejla stess niftiehmu u nagħtik il-konferma min-naħa tal-membri tagħna wkoll.", "MR SPEAKER: Aħna qegħdin niftiehmu li għada jiġi ppreżentat ir-rapport taċ-Chairman, ikun hemm il-kummenti miż-żewġ naħat, jekk ikun hemm bżonn, u jista' jkun li għada stess titla' l-mozzjoni bħala item fuq l-aġenda biex tiġi diskussa.", "Allura f'dak il-każ tiġi l-ewwel item, hux hekk, Onor. Abela?", "CARMELO ABELA: Fil-każ tkun l-ewwel item għada, jiġifieri fis-6.30p.m.", "Iċ-Chairman li huwa l-Onor.", "Chris Fearne, jagħmel ir-rapport żgħir tiegħu; jekk naqblu mbagħad tkompli d-diskussjoni eżatt wara r-rapport.", "MR SPEAKER: Għedna wkoll li nhar it-Tnejn se jingħalaq l-Indirizz b'Risposta għad-Diskors tal-President.", "CARMELO ABELA: It-Tnejn jagħlaq.", "Għat-Tnejn stess għad irridu naraw x'se jkun hemm fuq l-aġenda.", "Naraw fiex tkun waslet id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u nkomplu ħalli nlestuha.", "Sadanittant jekk l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ma jkunx ġie diskuss l-Erbgħa, jitla' fuq l-aġenda t-Tnejn u nkompluh it-Tlieta.", "Din il-ġimgħa għandu jiltaqa' l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u jekk jilħqu jagħmlu wkoll l-analiżi u d-diskussjoni tagħhom fuq Abbozz Nru 7 - li hija Mozzjoni Nru 34 kif tidher fuq il-karta li ġiet ippreżentata lilna għal din il-laqgħa - intellgħu lilu għad-diskussjoni fil-Kamra.", "Dejjem jekk id-diskussjoni fil-Kumitat tkun ġiet eżawrita.", "MR SPEAKER: Mela jidher li sa nhar it-Tlieta, bejn wieħed u ieħor, nafu x'se jkun hemm fuq l-aġenda.", "DAVID AGIUS: L-Att dwar is-Saħħa fiex wasal?", "Ġie ppubblikat?", "CARMELO ABELA: Le, skont l-aħħar informazzjoni li għandi, sar biss l-Ewwel Qari tiegħu u għadu għaddej ix-xogħol fuqu mal-Avukat Ġenerali.", "Però għadu mhux ippubblikat.", "DAVID AGIUS: Allura għaliex għadna ma ppreżentajniex l-Ewwel Qari ta' mozzjoni 38?", "Beħsiebek tippreżentaha?", "CARMELO ABELA: Dak għadu lanqas sar l-Ewwel Qari tiegħu.", "DAVID AGIUS: Beħsiebek tagħmlu f'xi ġurnata partikolari?", "CARMELO ABELA: Fil-każ għada ntellgħuh fuq l-aġenda però mhux ippubblikat.", "MR SPEAKER: Mela fuq xogħol tal-Kamra miftehmin.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: L-item li jmiss huwa l-avviż li d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech, fis-seduta ta' llum stess se jressaq żewġ mozzjonijiet dwar bdil fil-membri tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u l-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Qed nifhem li din se ssir fis-seduta tal-lum stess, wara l-istqarrija tal-Prim Ministru.", "Għandi wkoll korrispondenza mibgħuta fil-21 ta' Mejju, 2013 lill-Kamra minn Dr Vanni Xuereb, il-Kap tal-MEUSAC, dwar proposta fl-okkażjoni tas-sena Ewropea taċ-Ċittadin.", "Ovvjament irrid ninforma lill-Kamra u nara jekk hemmx qbil dwarha jew le.", "Jien nifhem li wieħed għandu jaħseb fuqha.", "Il-ħsieb huwa li l-MEUSAC u l-Kamra tad-Deputati jorganizzaw dibattitu flimkien maċ-ċittadini fil-Kamra stess, jiġifieri fil-Parlament, dwar it-tema taċ-ċittadinanza.", "Il-ħsieb ta' dan id-dibattitu huwa li jkunu involuti numru ta' membri parlamentari u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili msieħba fil-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC.", "Ovvjament, qabel ma nirrispondi u nagħti l-go ahead bħala Speaker, nitlob lill-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra jekk jaqbilx ma' din il-proposta.", "LOUIS GRECH: Fil-prinċipju ma naħsibx li wieħed jista' joġġezzjona għaliha.", "Ovvjament wieħed irid jara kif se jorganizzaha u x'temi se jkunu indirizzati, però aħna naqblu magħha fil-prinċipju.", "MARIO DE MARCO: Hemm qbil min-naħa tagħna.", "MR SPEAKER: Jien nifhem li l-qbil huwa wieħed li għandu jkun fid-direzzjoni li l-Unjoni Ewropea tkun iktar qrib iċ-ċittadini u ċertament li l-Parlament nazzjonali għandu jkollu sehem f'dan il-proċess kollu.", "Mela din hawn qbil ukoll dwarha.", "Issa nixtieq nimxi wkoll għal talba li saret min-naħa tal-Onor.", "David Agius biex il-membri jkollhom kopja tal-agreement li sar bejn il-Gvern u l-Malita Investments tal-bini tal-Parlament.", "L-Onor.", "George Pullicino talab il-procurement plan tas-City Gate Project u l-Onor.", "Il-brief għadu ma wasalx, però se ngħaddi lill-membri kollha kopja ta' dawn id-dokumenti:", "Kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Malita Investments dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid; u", "Malli jkolli l-informazzjoni fuq il-brief jiena ninforma lill-Kamra.", "Infakkar lill-Kumitat fid-diskussjoni li kellha ssir dwar l-Ombudsplan għas-sena 2013.", "L-Onor.", "DAVID AGUIS: Iva, nirringrazzjak li pposponejt din id-deċiżjoni.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni se jieħdu sehem l-Onor.", "Napprezza li nikkuntattjawhom u nsibu ġurnata.", "CARMELO ABELA: Iva, Mr Speaker, min-naħa tal-Gvern se nkunu preżenti l-membri li huma fuq il-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, jiġifieri d-Deputat Prim Ministru, jiena u l-Onor.", "MR SPEAKER: Mela l-kwestjoni kollha hija dwar data.", "Nikkomunikaw kemm jista' jkun malajr għax bħalissa qegħdin ippressati ħafna biex niddiskutu l-Ombudsplan.", "Niġi għal punt ieħor.", "Kif tafu, is-Sedja, flimkien mal-Onor.", "David Agius, kellha laqgħat mal-UĦM u mal-GWU li fihom ġie diskuss il-prekarjat.", "Irrid ngħid ukoll li rċevejt dokument min-naħa tal-UHM u qed nistenna li l-GWU tgħaddili dokument ukoll.", "Jiena tajt il-kelma liż-żewġ unions li dawn id-dokumenti ngħaddihom lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji biex jiġu għad-diskussjoni ta' dak il-kumitat.", "Qed nitlob l-awtorizzazzjoni bil-lest - ħalli ma noqgħodx nerġà nqajjimha f'laqgħa oħra - biex dawn id-dokumenti jiġu mgħoddija lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Nixtieq li, jekk hawn qbil, jiġi rreġistrat li hawn qbil.", "DAVID AGIUS: Kull ma nitolbu hu li ġentilment ningħataw kopja tad-dokumenti.", "MR SPEAKER: Li għandi s'issa huwa d-dokument tal-UHM, li huwa dokument estensiv - jiena qrajtu però ċertament għandu jiġi studjat - dwar il-politika fis-suq tax-xogħol u kif il-UHM tara din il-politika fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li dan huwa suġġett li jaffettwa l-qasam ekonomiku.", "Kif tafu intom, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji huwa maħtur mhux biex jiddiskuti biss rapporti internazzjonali, jiġifieri li jiġu minn istituzzjonijiet Ewropej, imma anke minn organizzazzjonijiet domestiċi; f'dan l-każ unions Maltin.", "LOUIS GRECH: Naqblu, però li qed jgħid l-Onor.", "Agius hu li m'hemm xejn ħażin li kull wieħed minna jkollu kopja tagħhom.", "MR SPEAKER: Inħalli f'idejn il-Clerk of the House biex jara li kull membru jkollu kopja.", "LOUIS GRECH: Nixtieq nagħmel kumment fuq il-fatt li s'issa meta membri parlamentari jkunu msifrin fuq xogħol tal-Parlament, fil-Minuti tas-seduta jitniżżlu bħala bħala skużati, filwaqt li meta jkunu msifrin fuq xogħol tal-Gvern jew inkella jkunu morda ma jiġux skużati.", "Naħseb li ta' min jibda jikkonsidra li membri għandhom ikunu skużati kemm jekk ikunu msifrin fuq xogħol tal-Gvern jew tal-Parlament, kif ukoll jekk ikunu morda.", "DAVID AGIUS: Irridu nagħmlu working paper u niddeċiedu eżatt dwar kif naħdmu.", "Fil-leġiżlatura l-oħra jien kelli l-istess diffikultà.", "L-Onor.", "Tonio Borg, bħala l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, kien ikun imsiefer fuq xogħol tal-Gvern imma fil-minuti tas-seduta kien jitniżżel bħala assenti, għax hekk huma r-regoli.", "Jekk noqogħdu bilqiegħda flimkien u niddiskutu, naħseb li nistgħu nsibu mezz kif naslu.", "MR SPEAKER: Jien naħseb li hawn diversi issues li għandhom jiġu addressed dwar il-mod kif qed jiġu rreġistrati l-Minuti tal-Parlament.", "Minbarra din il-kwestjoni li tkun indikat bħala assenti jekk tkun qiegħed fuq xogħol eżekuttiv, waqt li tkun skużat jekk tkun qiegħed fuq xogħol parlamentari barra minn Malta, hemm ukoll il-kwestjoni importanti li kull darba qed tiġi diskussa fil-media dwar il-preżenza o meno tal-parlamentari fil-Parlament.", "L-iStanding Orders jitkellmu ċar dwar kif membru jiġi rreġistrat bħala preżenti.", "Però issa qed tinqala' d-domanda: Għandek tkun irreġistrat preżenti jekk sempliċement tidħol fil-Kamra, toqgħod għall-question time u toħroġ 'il barra?", "Jekk tidħol f'laqgħa ta' kumitat, tagħmel ħames minuti u toħroġ, inti tkun ikkonsidrat preżenti kemm fil-Kumitat u kemm fil-Plenarja?", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari ħafna għaliex is-Sedja se tkun ċara ħafna fuq il-kwestjoni tal-preżenza u tal-attendenza.", "Il-working group għandu jidħol f'diversi suġġetti relatati mal-membri u ma' kulħadd biex imbagħad ikun hemm guidelines ċari.", "Il-guidelines iridu jkunu ċari b'mod li jkunu jistgħu jiġu riflessi f'emendi għall-iStanding Orders.", "Jien naħseb li l-idea tiegħi għad-diskussjoni hija li jew niftehmu min se jkun f'dan il-working group biex nagħmlu paper, imbagħad tiġi diskussa, inkella tgħiduli intom kif se nagħmlu.", "LOUIS GRECH: Jien naħseb li għandha ssir distinzjoni bejn attendenza fejn qed nitkellmu fuq preżenza .… L-attendenza hija relattivament faċli biex wieħed jasal għaliha.", "Membru jrid jagħti raġunijiet validi għaliex għandu jkun skużat.", "Il-preżenza fil-kumitat naħseb li hija xi ħaġa li tiġi aktar tard għax hija relatata ma' affarijiet oħra wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DEMARCO: Naħseb li l-punt li ssolleva d-Deputat Prim Ministru huwa validu għax fil-kumitat inti qiegħed preżenti u qiegħed tipparteċipa, mentri jekk nitkellmu fuq il-Plenarja, sakemm ma tkunx liġi li fiha trid tipparteċipa, inkunu qed nitkellmu aktar dwar \"attendenza\" milli dwar \"preżenza\".", "Inti l-iktar li inti preżenti hu meta titkellem u tiddibattiti.", "Jiġifieri għandna nagħmlu distinzjoni bejn preżenza f'kumitat li tiegħu inti membru u attendenza fil-Parlament fejn m'intix qiegħed tiddibatti jew tagħmel intervent.", "Jiġifieri rridu nkunu maturi biżżejjed u naslu biex nagħmlu din id-distinzjoni, kif fir-realtà hemm f'kull parlament madwar id-dinja.", "MR SPEAKER: Kif tissuġġerixxu li nimxu fuq dan il-punt li qajjem id-Deputat Prim Ministru?", "MARIO DE MARCO: Naħseb li, kif issuġġerixxa l-Onor.", "David Agius, aħna maturi biżżejjed biex nitkellmu u nagħmlu d-distinzjonijiet.", "DAVID AGIUS: Irridu nitkellmu dwar l-affarijiet tekniċi, per eżempju jekk xi ħadd ma jistax jiġi lil min irid jinforma, jekk hux lill-Whip, lil-Leader of the House, lill-Clerk of the House … Irridu niddiskutu dawn it-teknikalitajiet ħalli kulħadd ikun jaf u ħadd ma jgħid li informa lil xi ħadd meta suppost li kellu jinforma lil ħaddieħor.", "LOUIS GRECH: L-Onor.", "Agius għandu raġun fuq din.", "Aħna ma rridux inkabbruha u nikkomplikawha b'tali mod li nitilfu l-iskop.", "MR SPEAKER: Jekk kemm-il darba qegħdin taqblu, għalissa naslu fuq dawn il-punti.", "Jien irrid ngħidilkom ċar u tond li s-Sedja qiegħda tinnota dan kollu anke biex tara li l-affarijiet ikunu qegħdin isiru .…", "Issa nixtieq li jkollna data għall-pass li jmiss dwar il-konsultazzjoni fuq il-Parlament il-ġdid.", "Jien fil-laqgħa li jmiss, kif kien ġie maqbul, se nippreżenta r-rapport min-naħa tas-Sedja dwar il-ħtiġijiet tal-Parlament biex ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu imbagħad issir id-diskussjoni.", "LOUIS GRECH: Qed nifhem sew li hemm konsultazzjoni pubblika li se ssir min-naħa tal-Gvern, u hemm imbagħad il-konsultazzjoni bejn in-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni li se ssir hawnhekk?", "Dak huwa t-tip ta' konsultazzjoni li qed titkellem fuqha?", "MR SPEAKER: Jien qed nimxi fuq dak li kitibli l-Prim Ministru, jiġifieri qed nagħmel il-konsultazzjoni.", "LOUIS GRECH: Konsultazzjoni pubblika barra mal-Gvern, u konsultazzjoni bejn iż-żewġ partijiet f'dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Għalissa qed ngħid li rridu mmorru għall-pass li nsibu data biex jiltaqa' l-Kumitat ħalli nippreżenta dan ir-rapport.", "Imbagħad wara ssir diskussjoni, konsultazzjoni … (Interruzzjonijiet) Però dik kienet l-aħħar seduta li kellna tal-House Business Committee … (Interruzzjonijiet) L-ittra li għandi jien mill-Prim Ministru hija ċara daqs il-kristall u qed nimxi magħha.", "Jekk għandkom problema, fil-każ nurihielkom.", "Fl-aħħar laqgħa konna bqajna li jien niġi quddiem dan il-Kumitat b'rapport min-naħa tiegħi biex imbagħad jiġi għad-diskussjoni.", "Dik hija parti mill-konsultazzjoni.", "LOUIS GRECH: Tajjeb.", "MR SPEAKER: Issa kemm niffissaw id-data; prattikament ir-rapport lest.", "Jekk jista' jkun f'dik id-data niddiskutu wkoll l-Ombudsplan.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri se nibdew b'din il-laqgħa imbagħad wara jkollna l-Ombudsplan?", "MR SPEAKER: Nagħmlu l-Ombudsplan 2013 u mbagħad din.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri l-ewwel nibdew b'din, imbagħad jinbidlu n-nies u jiġu dawk li ftehemna dwarhom li se jiddiskutu l-Ombudsplan.", "Ejja nsibu data għall-Ombudsplan.", "Ngħidu aħna t-Tnejn, 3 ta' Ġunju?", "DAVID AGIUS: Qabel is-seduta tal-Parlament?", "MR SPEAKER: Niltaqgħu għal xi l-5.00 p.m., forsi nagħmlu siegħa diskussjoni dwar l-Ombudsplan u nistgħu nagħmlu data oħra għall-pass li jmiss għall-konsultazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Jien nipproponi li taraw jekk hux possibbli għalikom li niltaqgħu fil-5 ta' Ġunju.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "Jekk siegħa mhux biżżejjed għall-Ombudsplan, nibdew il-laqgħa f'xi l-4.30 p.m. ħalli għallinqas navvanzaw nofs siegħa.", "MR SPEAKER: Jew nagħmluha wara l-question time, tibda fis-6.30 p.m?", "DAVID AGIUS: Jekk kemm-il darba d-diskussjoni dwar Abbozz numru 5 tibqa' għaddejja sat-Tnejn, ikollna problema minħabba li l-Onor.", "Claudette Buttigieg qed tkopri dak l-Abbozz.", "CARMELO ABELA: Dakinhar se jiġi konkluż id-dibattitu fuq id-Diskors tal-President fejn se jitkellmu l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru.", "Aħna se nieħdu aktar minn siegħa u nofs fil-Kumitat?", "MR SPEAKER: Għandek raġun.", "Ejja nagħmluha fl-4.30 p.m. u jekk ikollna diffikultà naraw.", "Mela d-diskussjoni dwar l-Ombudsplan se ssir it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013, fl-4.30 p.m.", "Issa fuq il-pass li jmiss fuq il-konsultazzjoni tal-bini tal-Parlament il-ġdid qed nissuġġerixxi li ssir laqgħa ta' dan il-Kumitat 5 ta' Ġunju.", "(Interruzzjonijiet) Ma tistax?", "(Interruzzjonijiet) Mela nagħmluha fit-12 ta' Ġunju fis-6.30 p.m. Nirringrazzjakom ħafna.", "Fis-5.53 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013, fl-4.30 p.m"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130527_003d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "Mr Speaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "L-Onor Louis Grech Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor David Agius u l-Onor Charles Buhagiar (membru sostitu).", "SKUŻATI", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li peress li l-Onor Deborah Schembri kienet imsiefra fuq xogħol parlamentari, kien se jissostitwixxiha l-Onor Charles Buhagiar.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mill-media sabiex jiffilmjaw u jieħdu ritratti għall-ewwel ftit minuti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "L-iSpeaker feraħ lill-Onor Mario de Marco għall-kariga l-ġdida tiegħu bħala Viċi Kap tal-Partit għall-Affarijiet tal-Parlament fi ħdan il-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni u laqgħu fil-Kumitat li kien se jinħatar membru tiegħu aktar tard minflok l-Onor Simon Busuttil.", "L-Onor Louis Grech, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, ingħaqad mal-iSpeaker u awgura li jkun hemm koperazzjoni sħiħa bejn iż-żewġ naħat.", "L-Onor de Marco rringrazzjahom u assigurahom mill-impenn tiegħu.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor Carmelo Abela, il-Kumitat qabel li f'paġna 2 tal-Minuti tal-Laqgħa Nru 2 li saret fl-14 ta' Mejju, 2013, minflok il-paragrafu:", "\"Il-Perit Antonio Belvedere għamel preżentazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid u flimkien mas-Sur Chris Paris wieġbu mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat.\"", "għandu jidħol dan li ġej:", "\"Il-Perit Antonio Belvedere għamel preżentazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid u flimkien mas-Sur Chris Paris wieġbu għall-mistoqsijiet u r-rimarki li saru mill-membri tal-Kumitat waqt id-diskussjoni li segwiet.", "L-Onor Carmelo Abela talab li tiġi ppreżentata lill-Kumitat kopja tal-brief li kien ingħata mill-Gvern lill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid fil-Belt.", "L-Onor David Agius talab li l-Kumitat jingħata kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-GHRC dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt.\".", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 2 li saret fl-14 ta' Mejju, 2013, kif emendati, kienu konfermati.", "PREŻENTAZZJONI DWAR L-ESIBIZZJONI PERMANENTI DWAR IL-PARLAMENT TA' MALTA", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li l-esibizzjoni permanenti dwar il-Parlament ta' Malta kienet se ssir skont ftehim li sar f'Jannar 2012 bejn il-Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta p.l.c fil-kapaċità tiegħu ta' Trustee of the BOV Cultural and Heritage Trust, fejn dan il-Bank kien daħal għall-finanzjament tal-wirja.", "Wara li f'Diċembru 2012 kienet twaqqfet il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta, f'Marzu 2013 ġie ffirmat ftehim ieħor dwar din l-esibizzjoni bejn l-istess Fondazzjoni u l-Bank of Valletta.", "Kopja ta' dawn id-dokumenti kellha titqassam lill-Membri tal-Kumitat.", "L-iSpeaker stieden lis-Sur John Formosa minn Network Publications – il-kuntrattur imqabbad mill-Bank of Valletta p.l.c. – u lis-Sur Chris Pace u s-Sur Adrian Fabri minn JP Advertising biex jagħmlu preżentazzjoni lill-Kumitat dwar din il-wirja permanenti.", "Waqt id-diskussjoni li saret dwar il-preżentazzjoni, saru diversi mistoqsijiet u suġġerimenti mill-Membri preżenti.", "Il-Kumitat qabel li kellu jibqa' jiġi konsultat u aġġornat bl-iżviluppi fuq dan il-proġett u li kellu jingħata kopja tad-dokument li jagħti tagħrif u dettalji dwar din il-wirja.", "Fost il-punti li qamu kien hemm il-kwestjoni ta' min ħa ħsieb ir-riċerka tal-materjal li kellu jintuża kif ukoll ta' min se jkun responsabbli għall-manteniment tal-istess wirja wara li din titwaqqaf.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-materjal kollu tal-esibizzjoni ried ikollu l-approvazzjoni tal-istess Kumitat qabel dan joħroġ għall-wiri.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kamra li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "Fis-seduta ta' dakinhar, it-Tnejn, 27 ta' Mejju 2013, il-Prim Ministru jagħmel stqarrija dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li sar fi Brussell fit-22 ta' Mejju 2013; wara l-istqarrija l-Kamra tgħaddi għall-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Mediċini – Abbozz Nru. 6 – u wara tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru. 5;", "Fis-seduta ta' l-għada, it-Tlieta, 28 ta' Mejju 2013, il-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kellu jirrapporta lill-Kamra li l-Kumitat tiegħu iddiskuta Mozzjoni Nru. 36 ippreżentata mill-Prim Ministru dwar ir-Ratifika ta' Protokoll, fuq it-tħassib tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona, li jinhemeż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont il-provvedimenti tas-sub-artiklu (2) tal-Artiklu 2 tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll li l-Kumitat kien se jirrakkomanda r-ratifika ta' l-istess Protokoll.", "Nhar it-Tlieta wkoll kellu jitressaq l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Funzjonijiet tal-Membri Parlamentari\".", "Wara kellha titkompla d-diskussjoni fuq l-items li jkun fadal fuq l-aġenda, liema diskussjoni kellha titkompla l-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2003.", "Nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013 tkompli u tintemm id-diskussjoni fuq l-Indirizz b'risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta.", "Qabel ma l-Kamra tgħaddi biex tiddibatti fl-istadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika – Abbozz Nru. 7 – kellha ssir diskussjoni fuq dan l-Abbozz fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "L-Onor David Agius ikkonferma li min-naħa tal-Oppożizzjoni kien hemm qbil dwar dan il-pjan tax-xogħol tal-Kamra u li kellu jibqa' f'komunikazzjoni mal-Whip tal-Gvern dwar xi xogħol ieħor li jista' jkun hemm fil-ġranet ta' wara.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, bi qbil mal-Oppożizzjoni, fis-seduta ta' dakinhar kellu jressaq żewġ mozzjonijiet dwar bdil fil-membri tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u l-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-iSpeaker informa wkoll lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva korrispondenza minn Dr Vanni Xuereb, il-Kap tal-MEUSAC, dwar attività li l-MEUSAC xtaq jorganizza flimkien mal-Parlament fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadin.", "Il-ħsieb kien li jsir dibattitu fis-Sala tal-Parlament fuq it-tema taċ-ċittadinanza bejn numru ta' membri parlamentari u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili msieħba fil-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC.", "Il-Kumitat qabel fil-prinċipju li dan id-dibattitu kellu jsir.", "L-iSpeaker ippreżenta lill-membri tal-Kumitat żewġ dokumenti li kienu mitluba fil-laqgħa preċedenti in konnessjoni mal-proġett tal-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Id-dokumenti ppreżentati kienu:-", "4 – Kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Malita Investments dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid; u", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat fid-diskussjoni li kellha ssir mill-istess Kumitat dwar l-Ombudsplan għas-sena 2013.", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-membri li kellhom jieħdu sehem fid-diskussjoni kienu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor Deborah Schembri u huwa stess.", "L-Onor David Agius informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Oppożizzjoni kienu se jieħdu sehem fid-diskussjoni l-Onor Claudette Buttigieg u l-Onor Claudio Grech.", "Il-Kumitat qabel li d-diskussjoni fuq l-Ombudsplan għas-sena 2013 kellha issir fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013, fl-4.30 p.m.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara l-laqgħat li kellu mal-UĦM u mal-GWU, u li għalihom kienu preżenti wkoll l-Onor Michael Falzon u l-Onor David Agius, kien irċieva dokument mill-UĦM intitolat \"The Next Leap – From Labour Market Programmes to Active Labour Market Policy\".", "Il-GWU kienet għad trid tibgħat id-dokument tagħha dwar il-prekarjat.", "Il-Kumitat qabel li kopja ta' dawn id-dokumenti kellha titqassam liż-żewġ gruppi parlamentari.", "L-iSpeaker talab il-permess tal-Kumitat sabiex dawn id-dokumenti jiġu mgħoddija lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Il-permess ingħata.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali qajjem il-punt dwar il-mod kif tiġi reġistrata fil-Minuti l-assenza ta' Membri Parlamentari mis-seduti parlamentari.", "Fuq proposta tal-Onor David Agius, il-kumitat qabel li kellha titħejja working paper fuq is-suġġett li tkun tista' tiġi diskussa mill-kumitat aktar 'il quddiem.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li r-rapport dwar il-ħtiġijiet tal-Parlament biex ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu kien tħejja u kien se jiġi ċċirkolat liż-żewġ gruppi parlamentari.", "Il-Kumitat qabel li jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2013 fis-6.30 p.m. biex ikompli jiddiskuti l-proċess ta' konsultazzjoni fuq il-bini tal-Parlament il-ġdid.", "Fis-5.53 pm il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013, fl-4.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130527_003m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju 2013 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 28 ta' Mejju 2013 fis-6.30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "It-tisħiħ tal-Unjoni Monetarja Ewropea u l-pjanijiet għal Unjoni Bankarja – Preżentazzjoni mill-Prof.", "Josef Bonnici, Gvernatur talBank Ċentrali ta' Malta u mill-Prof.", "Joe Bannister, Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA).", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130528_002a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:18 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1, li saret fil-21 ta' Mejju 2013, ġew ikkonfermati.", "IT-TISĦIĦ TAL-UNJONI MONETARJA EWROPEA U L-UNJONI BANKARJA", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Ngħaddu mill-ewwel għat-tieni punt fuq l-aġenda: 'It-tisħiħ tal-Unjoni Monetarja Ewropea u l-pjanijiet għall-Unjoni Bankarja'.", "Fil-fatt, flimkien magħna għandna l-Professur Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, kif ukoll il-Professur Joe Bannister, Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, l-MFSA.", "Għalhekk, nitlob 'l-Prof.", "Bonnici sabiex jibda l-preżentazzjoni tiegħu, imbagħad wara jingħaqad magħna wkoll il-Prof.", "Bannister sabiex jagħti l-preżentazzjoni tiegħu.", "JOSEF BONNICI (Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta): Mr Chairman, ħa nibda l-preżentazzjoni tiegħi billi ngħid xi punti fil-qosor dwar il-Monetary Union.", "Prof. Bannister u jiena qsamna l-preżentazzjoni fejn jien se nitkellem iktar fuq xi tfisser Monetary Union, xi problemi hemm u x'nistgħu nantiċipaw minnha, filwaqt li Prof. Bannister se jitkellem iktar fuq il-Banking Union, speċjalment l-iżvilupp li kien hemm dan l-aħħar.", "Biex wieħed jiffriska l-memorja – għax hija parti essenzjali mill-problemi li għandna llum – ħa nagħtikom ftit background fuq is-sitwazzjoni.", "Kulħadd jiftakar li bdiet bis-sub-prime crisis, meta kien hemm a very opaque securitization, il-mortgages ma kienux ċari, u kien hemm regulatory failure.", "Mhemmx dubju li fl-Amerika kien hemm id-diffikultajiet li mbagħad infirxu għall-Ewropa, fejn kien hemm problemi fin-Northern Rock, l-RBS, il-Hypo fil-Ġermanja u oħrajn.", "Eventwalment, dan laqat ukoll il-problema tal-Greċja, speċjalment bis-sovereign debt crisis, li ġie affetwat mir-riċessjoni u l-contraction qawwija li kien hemm fil-world trade.", "Dak iż-żmien kien hemm dubju jekk aħniex qegħdin naraw dipressjoni bħal tas-snin 30.", "Il-banek ċentrali intervjenew kollha billi naqqsu r-rata tal-imgħax u żiedu l-likwidità fis-sistema bankarja.", "Dan kien ta' solljev, imma s-sitwazzjoni kienet komplessa ħafna.", "Min-naħa tagħhom, il-gvernijiet espandew il-politika fiskali tagħhom, li wasslet biex ikun hemm żieda fid-defiċit u fid-dejn nazzjonali.", "F'dan iż-żmien, kien hemm dawk li jissejħu asset bubbles, speċjalment fil-proprjetà.", "Kien hemm ħafna spekulazzjoni għaddejja fil-proprjetà, b'mod partikolari fi Spanja u fl-Irlanda li, kif eventwalment se naraw, wasslet għal diffikultajiet fil-banek u anke għall-gvernijiet tal-pajjiżi.", "Min-naħa l-oħra, kien hemm structural weaknesses f'ċerti pajjiżi bħall-Italja li, fi ħmistax-il sena, ma kellhom l-ebda xorta ta' tkabbir.", "Kien hemm problemi strutturali fi Spanja, kif ukoll fil-Greċja.", "Is-solvency tal-banek wasslet għal piż ikbar fuq il-gvernijiet, u kien hemm bail-outs kemm tal-Greċja, kif ukoll tal-Irlanda, tal-Portugall, u reċentement ta' Ċipru.", "Kien hemm il-biża' ta' contagion – impatt finanzjarju li jibda f'pajjiż u jinfirex minn pajjiż għal ieħor – u s-swieq saru sensittivi u volatili ħafna, fejn il-flus kienu qed jiġu ttrasferiti minn post għall-ieħor.", "Naturalment, dan wassal biex kien hemm record ta' qgħad u r-riċessjoni ġiet imtawla.", "Issa se nurikom ftit graphs li jirriflettu dak li għadni kemm għidt.", "L-ewwel graph qed tpoġġi l-GDP bħala 100 fl-2008.", "Iż-Żona Ewro tidher li baqgħet s'issa b'output ta' inqas minn 100 mill-2008.", "Naturalment, kien hemm xi varjazzjoni.", "Hemm pajjiżi li huma inqas sewwa mill-100 GDP, bħal pereżempju l-Irlanda, l-Italja, u hemm oħrajn li mhumiex murijin hawnhekk.", "F'din il-graph, il-pajjiżi li huma 'l fuq minn 100 GDP huma l-Ġermanja, il-Lussemburgu, u Malta.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, għadna ma rkuprajniex biżżejjed biex nifhmu aħjar id-diffikultajiet li kienu qamu.", "Dan naturalment kien rifless ukoll fil-qgħad, kif naraw minn din il-graph.", "Din il-chart oħra qed turi d-dejn tal-gvernijiet f'pajjiżi żviluppati li tmur lura għall-1901.", "Hemm ħafna x'tista' tgħid fuqha: primarjament ta' min jinnota li, fl-aħħar mitt sena, il-livell ta' dejn ġie daqs meta kien hemm l-ikbar kriżi tas-seklu li għadda, it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Dan jagħti indikazzjoni kemm huwa limitat ir-route to manoeuver għal ħafna gvernijiet.", "Meta d-dejn jilħaq ċertu livell, l-abilità li tlaħħaq mal-imgħax biss huwa kbir, aħseb u ara biex tħallas lura d-dejn kemm huwa iktar diffikultuż.", "Din hi d-diffikultà li qed iħossu ċerti pajjiżi.", "Din il-graph li jmiss qed turi r-rati tal-imgħax fuq a ten-year government bond.", "Sas-sena 2000, l-effett tal-ewro wassal għat-tnaqqis f'ħafna rati tal-imgħax ta' pajjiżi Ewropej.", "Bejn is-sena 2000 u l-2009, ir-rati ta' imgħax ta' Spanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Portugall baqgħu kollha f'marġini dejjaq.", "Malta, fortunatament, kien hemm xi tnaqqis żgħir matul dak il-perijodu, imma peress li għandna suq lokali, ma konniex esposti daqshekk għal dan it-tip ta' volatilità.", "Però, meta nqalgħet il-problema, ir-rati ta' ċertu pajjiżi reġgħu splodew 'l fuq.", "Illum indunaw li s-swieq kienu ġġudikaw ħażin għax, pereżempju, d-dejn tal-Greċja kien beda jiġi kklassifikat bħala tal-istess saħħa daqs id-dejn tal-Ġermanja.", "It-trattat huwa ċar fuq dan il-punt, li l-ebda pajjiż ma jista' jistenna li jiġi bailed out.", "Però, is-swieq kienu ttrattaw id-dejn ta' kulħadd ugwali, irrispettivament jekk dak il-pajjiż huwiex b'saħħtu jew għandux elementi fundamentali sodi jew le.", "Dik kienet waħda mill-affarijiet li wasslet għal diffikultajiet għaliex, wara ftit, is-swieq irrealizzaw li dak ma kienx il-każ, u anke kien hemm over reaction u sensittività kbira.", "Din turi kif xi kultant is-swieq ma jolqtux l-affarijiet kif wieħed jistenna.", "Is-single currency għandha ħafna implikazzjonijiet, u waħda minnhom hi li r-rata tal-kambju tibqa' fissa.", "Dan ifisser li l-pajjiżi ma jistgħux ibiddlu r-rata tal-kambju.", "L-unika mod kif tista' tinbidel hija billi tiżdied il-kompetittività.", "Illum qed naraw kif Spanja, il-Greċja, u anke pajjiżi oħra għamlu dan permezz ta' internal devaluation, fejn naqqsu l-pagi u l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom biex ikunu iktar kompetittivi.", "Dan jirrikjedi stabbilità fiskali biex id-djun ta' pajjiż ma jkunux inkonsistenti mal-kapaċità li jħallas lura.", "Fl-istess ħin, il-parti tat-tkabbir hi li jkollok economic policies li jsostnu l-produttività u l-kompetittività.", "Fil-fatt, li kien ġara f'dak il-perijodu hu li, meta r-rati tal-imgħax naqsu, ċertu pajjiżi, minflok ma ħadu l-opportunità biex jirranġaw, forsi għarrqu s-sitwazzjoni tagħhom stess billi ssellfu iktar, mingħajr ma għamlu l-bidliet neċessarji.", "Din hija chart li turi kif imxiet il-kriżi fiż-Żona Ewro.", "Ir-rati ta' interessi baxxi wasslu għal underestimation of country-specific risk.", "Kif għidt qabel, kulħadd beda jipprezza d-dejn tal-pajjiżi kollha bħala l-istess.", "Kien hemm ukoll insufficient bank supervision inġenerali f'diversi pajjiżi, speċjalment fi Spanja, fl-Irlanda u f'pajjiżi oħra li kellhom diffikultajiet kbar fis-sistema bankarja.", "Id-dejn privat sploda 'l fuq f'ħafna postijiet, u kien hemm ukoll ħafna spekulazzjoni.", "Kif semmejt qabel, f'ċertu pajjiżi kien hemm l-asset bubbles, u pereżempju bħal f'Ċipru kien hemm problema finanzjarja fejn kellhom ħafna depożiti li ġew investiti f'bonds Griegi.", "Dik kienet forma ta' spekulazzjoni, li Ċipru tilef ħafna flus minnha.", "Dan kollu wassal biex is-saħħa tal-banek iddgħajfet ħafna.", "Dan wassal biex ikun hemm żieda fid-dejn tal-gvern.", "Dik kienet fil-qosor kif saret il-kriżi fil-European Monetary Union.", "F'din iċ-chart, qed naraw il-policies monetarji u r-rati tal-imgħax kemm tal-ECB, kif ukoll ta' pajjiżi oħra, bejn l-2006 u l-2013.", "Il-Bank of England u l-ECB qegħdin prattikament indaqs, filwaqt li l-Federal Reserve tal-Amerika ilu bl-inqas rata għal dawn l-aħħar ħames snin.", "Non-standard measures huma policies tal-ECB li ma jittrattawx ir-rata tal-imgħax, imma pereżempju jagħtu iktar likwidità.", "Long-term refinancing operations, ir-rata fissa u full allotment isellfu fuq collateral li jkun iktar adegwat, fis-sens li jnaqqsu l-livell tal-collateral meħtieġ.", "Però l-Outright Monetary Transactions huwa l-aħħar mekkaniżmu li ntroduċa l-ECB u li s'issa ma nefaqx ewro wieħed.", "Draghi qal li rridu nagħmlu dak kollu li huwa possibbli, però fl-istess ħin stqarr li rridu nimxu skont it-trattat u li ma setax jinkiser.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, ir-rata tal-imgħax fuq il-bonds Spanjoli u Taljani naqsu.", "Minn din il-graph jidher li kull darba li kien hemm xi intervent, pereżempju meta l-ECB xtrat il-bonds Spanjoli u Taljani, kien hemm ftit irkupru fis-Securities Markets Programme (SMP) wara, imma ma kienx biżżejjed.", "Però, din id-darba l-impatt kien ħafna iktar extended.", "Huwa ċar li, peress li l-Outright Monetary Transactions (OMT) jiġi applikat taħt ċertu kundizzjonijiet, ġie anke ttrattat b'mod l-iktar effettiv mis-swieq.", "Nisperaw li s-sitwazzjoni – għall-inqas fir-rati tal-imgħax – tmur iktar għal xi ħaġa li hija sostenibbli.", "Ir-rekwiżiti li huma neċessarji biex l-EMU taħdem huma d-dixxiplina fiskali, effective financial regulation u management of macroeconomic imbalances.", "Is-soluzzjonijiet li qed jiġu proposti huma li jkollok budgetary rules – is-six-pack agreement li jirrikjedi li timxi ma' ċertu kriterji – il-Banking union li twassal għal diversi elementi fejn tikkonsidra u tirrifletti l-impatt tagħhom, u li ma jkunx hemm macroeconomic imbalances fil-pajjiż li għandhom x'jaqsmu mal-kompetittività u riformi strutturali.", "Il-Banking Union – li warajja se jitkellem fuqha s-Sur Giordano – tefgħet ir-responsabilità fuq l-ECB biex tagħmel supervision tal-banek kollha kbar.", "Aħna nafu li ż-żewġ banek il-kbar tagħna, l-HSBC u l-BoV, se jibdew ikunu direttament supervised mill-ECB.", "Jista' jkun ukoll li jkun hemm xi bank ieħor minn Malta, imma m'aħniex 100% ċari liema se jkun, għax jista' jagħti l-każ li jkun International Bank, għax l-ECB jimxu kemm ikun kbir.", "Għall-banek l-oħra, qed jiġi żviluppat rule book ta' kif jitħarsu l-assi tal-bank, u jkun hemm imniżżel il-kundizzjonijiet kollha, eċċ. Huwa mistenni li s-supervisors lokali jaħdmu id f'id mas-supervisors li se jiġu stabbiliti fi Frankfurt, li dalwaqt se jibda r-reklutaġġ tagħhom.", "B'hekk se jkun hemm daqsxejn ta' qasma fir-responsabilità.", "Pereżempju, għal-liċenzjar tal-banek, tkun trid il-permess tal-ECB, is-Single Supervisory Mechanism (SSM).", "L-istess, jekk għal xi raġuni bank ikun irid jiġi resolved, dan iwassal għat-tieni element.", "L-ewwel pass huwa ċar, u se jibda jseħħ bħal dan iż-żmien sena, speċjalment fuq il-banek il-kbar; imma għall-bank resolution, din se tkun tinvolvi ċertu burden sharing.", "Waħda mid-diffikultajiet li hemm fiż-Żona Ewro – peress li hemm sbatax-il pajjiż – hi kif jinqasam il-piż jekk tmur xi ħaġa ħażina.", "Hemm ċerti ftehim li għad iridu jsiru, jekk l-SSM jidhrilha li jkun hemm xi bank li jrid jiġi resolved, il-pajjiż huwa responsabbli għal dik ir-resolution.", "Din qed iddaħħal element ta' duality għaliex min-naħa hemm istituzzjoni Ewropea li teknikament qed tgħid li l-bank irid jiġi resolved; imma, sakemm tinħoloq bank resolution system, l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli.", "Il-Ġermanja qed tgħid li hemm bżonn bidla fit-Trattat, però l-Kummissjoni tgħid li mhux neċessarju.", "Però, di fondo, jien naħseb li l-issue hi kif wieħed jiżgura li l-burden ma jiġix impost fuq pajjiżi bla bżonn, u li jkun hemm ċertu tip ta' burden sharing.", "L-istess – però forsi ta' natura differenti – huwa l-bank deposit insurance.", "Bażikament, aħna għandna deposit compensation scheme, li jekk tkun mifruxa mal-EU kollha, trid issib mezz kif tiġi ffinanzjata.", "Dawn huma żewġ elementi li għadhom qed jinħmew.", "Hemm ħafna xogħol li sar diġà, imma għad irridu naraw l-iżviluppi.", "L-ECB tinsisti li mal-bank supervision, ikun hemm ukoll bank resolution b'mod avvanzat.", "Il-Bank Ċentrali, flimkien mal-MFSA, waqqaf il-Joint Financial Stability Board f'Jannar tal-2013.", "Dan il-bord twaqqaf biex iżid kemm l-koordinazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, kif ukoll biex jitħarsu l-macro-prudential policies, li qegħdin hemm biex iħarsu kif bank individwali jista' jaffettwa s-sistema kollha.", "Il-Bord jiltaqa' darba fix-xahar.", "Jiġu diskussi issues li jwasslu biex, fejn ikun hemm bżonn, isiru laqgħat mal-uffiċjali tal-banek biex jindirizzaw issues li jista' jkun hemm.", "Bħala Gvernatur, kemm-il darba għidt li, għalkemm il-banek tagħna għandhom ħafna affarijiet pożittivi, huma profittabbli u għandhom ħafna likwidità, imma jkun tajjeb ukoll kieku jżidu l-provisions tagħhom għal non-performing loans internazzjonalment.", "Mhux faċli li jitqabblu ċ-ċifri, imma meta tqabbilhom issib li bħala coverage tan-non-performing loans mill-provisions, it-tendenza qiegħda baxxa.", "Bħala raġuni, l-banek jgħidu għaliex normalment il-collateral huwa sod biżżejjed u għalhekk jagħmlu biżżejjed haircuts.", "Imma l-punt huwa x'jiġri jekk, pereżempju, l-collateral ta' kulħadd isofri xi daqqa 'l isfel?", "Ma jidhirx li se jiġri hekk, imma li jkollok iktar provisions huwa ħafna aħjar.", "Fil-Joint Financial Stability Board jiġu diskussi affarijiet biex dejjem tissaħħaħ ir-reżiljenza – il-kapaċità tas-sistema bankarja tagħna – biex tkun tista' tiffaċja anke xi problemi fil-futur.", "Sadanittant, ir-regulations qegħdin jissaħħu b'diversi inizjattivi bħal Basel III u CRD IV, u li se jimponu ċertu regolamenti fuq il-banek.", "Dawn twaqqfu bir-rakkomandazzjoni tal-European Systemic Risk Board (ESRB), li twaqqaf ftit tas-snin ilu bejn il-banek ċentrali u l-awtoritajiet finanzjarji tal-Ewropa kollha.", "Bħala fiscal challenges, hemm il-bżonn li jkun hemm deficit and debt rules.", "Id-deficits li jkunu kbar għandhom tendenza li jaggravaw id-dejn, u ma jħallux room to manoeuver.", "Jista' jkun li dan iwassal għal unsustainable debt dynamics.", "Allura l-isfida immedjata hi li t-tkabbir ekonomiku jerġa' jitla', filwaqt li jsostni wkoll fiscal consolidation.", "Peress li d-dejn qiegħed fuq livell għoli – kif urejtkom qabel fil-graph tad-dejn tal-pajjiżi kollha – m'hemmx għażla oħra, u bilfors irid jiġi ttrattat.", "Kultant is-swieq jiddettaw l-ispiża tal-gvernijiet.", "Diġà sar xi progress għax, pereżempju, d-defiċit ġenerali minn 6.2% niżel għal 3.7%.", "Importanti li ma jkunx hemm slippage imma policies li jżidu t-tkabbir u l-kompetizzjoni, biex kemm jista' jkun noqgħodu attenti li d-dejn ma jkunx qiegħed jikber.", "Il-Kummissjoni għandha programm għal tal-apposta dwar il-macroeconomic imbalances, u tipprova teżamina kif l-ekonomiji qegħdin jaħdmu, biex ma jerġax jinħoloq it-tip ta' żbilanċ li nħoloq f'ċertu pajjiżi, pereżempju bħall-Greċja u pajjiżi oħra.", "Huma jagħmlu dan billi jħarsu lejn il-balance of payments, id-dejn barrani, jekk hemmx asset price bubbles, il-livell tad-dejn –mhux biss tas-Settur Pubbliku, imma tas-settur privat ukoll – u t-telf ta' kompetizzjoni.", "Aħna l-iktar ħaġa li noqgħodu attenti għaliha hu li ma jkunx hemm telf ta' kompetizzjoni.", "Chart oħra turi l-House price index ta' Malta kif ippubblikata mill-Eurostat.", "Hawnhekk qed naraw li r-rata taż-Żona Ewro baqgħet pjuttost statika, filwaqt li diversi pajjiżi sofrew tnaqqis enormi.", "Pereżempju, l-Irlanda naqset b'50%; imma għal dawn l-aħħar ħames snin, Malta baqgħet fuq livell kważi stabbli.", "Il-Lussemburgu tela' daqsxejn iktar minna f'nofs l-2010.", "Però, dan huwa punt li jagħtina stabbilità kbira, għax il-prezz tal-proprjetà huwa importanti għall-collateral tal-banek.", "U biex nikkonkludi, irridu nkunu viġilanti fuq is-sistema finanzjarja, kif fil-fatt qed isir permezz tal-Joint Financial Stability Board f'Malta, u permezz tal-Banking Union fiż-Żona Ewro, li qiegħda twassal għal strutturi differenti, inkluż ukoll l-ESRB.", "Irridu wkoll nistimulaw il-kompetittività biex l-ekonomija tikber.", "Il-produttività hija l-unika mod kif il-pagi jiżdiedu b'mod sostenibbli, tikber il-kwalità tal-human capital – li huwa l-ikbar riżors li għandna – isir upgrading fl-investiment, kemm fil-kwalità ta' infrastruttura u investiment li għandna – jekk hux lukandi, fabbriki jew sistemi oħra ta' infrastruttura – kif ukoll li nidentifikaw setturi ġodda biex dejjem inkunu nistgħu nżommu r-ritmu ekonomiku għaddej, kif irnexxilna nżommuh s'issa, f'din il-kriżi kollha.", "Min-naħa tiegħi, nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi mill-ġdid, Professur Bonnici, għad-disponibilità tiegħek.", "Fil-fatt, din hija t-tieni darba f'żewġ laqgħat li tlabnik tagħmlilna preżentazzjoni.", "Hawn xi kummenti mill-membri?", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Prof. Bonnici, ir-rata tal-interessi tal-Bank Ċentrali kif titqabbel ma' dik tal-Ewropa?", "JOSEF BONNICI: Dan huwa suġġett li l-Joint Financial Stability Board – li għandu jiltaqa' l-ġimgħa d-dieħla – se jibda jiddiskuti.", "Dan huwa suġġett kumpless.", "Jekk inqabblu r-rata tal-interessi tal-bonds tal-Gvern, dawn qegħdin xi ftit inqas minn tal-Italja.", "Allura nistaqsu qegħdin għoljin, baxxi?", "Mhux faċli tirrispondi.", "Peress li aħna self-funding, irid ikollna rata biżżejjed biex niffinanzjaw lilna nfusna.", "Illum mhux il-każ li faċilment tiffinanzja lill-pajjiż minn barra.", "Pereżempju, Ċipru u s-Slovenja, b'kuntrast ma' Malta, il-bank ċentrali tagħhom baqa' market maker – jiġifieri lest li jixtri lura l-bonds tal-gvern biex ibigħhom u jagħmlu suq – u qalu li se jissellfu b'mod internazzjonali.", "Fil-fatt, kellhom rati li, għal ċertu mumenti, kienu irħas minn tagħna, imma kif kien hemm naqra volatilità, sofrew ħafna u spiċċaw li kważi ma setgħux jissellfu.", "Fil-każ tas-settur privat, bħal dak ta' ħafna pajjiżi oħra, jidher ċar li l-qasam tal-SMEs qed jiffaċċja rati ogħla milli forsi wieħed jistenna minn kumpaniji kbar.", "Hawn kompetizzjoni, li suppost għandha twassal għal rati irħas u element ta' riskju li l-bank irid jagħti każ.", "Però, ngħid għalija, jien daqsxejn diżappuntat.", "Meta l-ECB kien ta l-long term loans b'rata baxxa ħafna, xi banek Maltin ħaduhom, u spiċċaw reġgħu pparkjawhom for safety mal-Bank Ċentrali.", "Dak iż-żmien jien kont inkuraġġejt lill-banek biex jagħmlu programmi speċifiċi, ibbażati fuq dawn il-fondi.", "L-idea kienet li jistgħu jagħmluhom għal tliet snin fuq ir-rata tal-ECB.", "U jekk titla' r-rata, jitilgħu magħha biex huma ma jkunux esposti.", "Kien hemm banek li qalu li diġà għandhom il-JEREMIE programme, u banek oħra li qegħdin jolqtu d-domanda kollha li għandhom.", "Fil-fehma tiegħi, s-settur tal-SMEs qiegħed jiffaċċja rati li ma jirriflettux il-livell l-iktar baxx li hemm f'ħafna pajjiżi.", "Biex ngħid kollox, meta l-ECB kienet qed tiddiskuti din il-problema, il-Bank of England għamel Funding for Lending.", "Jiġifieri, jagħti l-flus lill-banek, biex ikunu jistgħu jsellfu b'rata inqas.", "Hemm pajjiżi, bħal Spanja u l-Italja fejn, pereżempju, l-SMEs ma jistgħux jissellfu kważi bl-ebda rata minħabba d-diffikultajiet fis-sistema bankarja tagħhom.", "Illum din hi s-sitwazzjoni.", "Però, jien fid-dover li nħeġġeġ lill-banek biex b'xi mod jutilizzaw minn rati baxxi ħafna li hemm fl-Ewropa, biex jibbenefikaw minnhom speċjalment fejn hemm bżonn li jsir xi ristrutturizazzjoni.", "Irridu nkunu konxji li, jekk ir-rati lid-depożitanti tagħna jkunu baxxi wisq, dawn il-flus jistgħu jiġu ddepożitati x'imkien ieħor, meta aħna għandna bżonnhom għall-ekonomija tagħna.", "Din hija sitwazzjoni komplessa.", "Għalkemm qegħdin stabbli, però min-naħa tas-sistema bankarja jista' jsir iktar biex nibbenefikaw minn dawn ir-rati baxxi.", "Min-naħa tiegħi, nixtieq ngħaddi xi rimarki wkoll.", "Mill-graph li pprovdejt dwar is-sovereign yields, nistgħu naraw li, mill-2006 sal-2009, prattikament konna qegħdin insegwu lill-Irlanda.", "Aħna nistgħu ngħidu li d-domanda għall-bonds Maltin dejjem tkun lokali.", "Meta jiġi kkalkolat il-yield, jiġi kkunsidrat l-effett tal-ekonomija Maltija?", "Il-Bank Ċentrali ma jistax jassorbi dak kollu li l-banek iridu ibiegħu lis-swieq, għax imbagħad irid jerġa' ibiegħhom lit-Teżor, u minħabba finanzjament monetarju hemm limitu ta' kemm jista' jbiegħ.", "Nużaw sistema fejn tiżgura li kemm jista' jkun id-demand and supply equate.", "Aħna naraw x'inhu jiġri barra minn Malta, pereżempju nkunu nafu kif inhu sejjer bond.", "Fil-fatt, dan l-aħħar, l-ispread tal-bond naqas u, jekk tonqos ħafna, jista' jkun li jkun hemm inqas inċentiv biex jinxtraw bonds Maltin.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, jekk qed nifhem sew, il-pattern ta' kif jiġu kkalkulati l-yields Maltin bejn l-2007 u l-2009 huma l-istess bħalma qed tuża l-Irlanda?", "Għax il-pattern huwa eżattament identiku.", "JOSEF BONNICI: Malta baqgħet taħdem fuq is-suq lokali, filwaqt li l-Irlanda marret internazzjonali.", "Jista' jkun li l-internazzjonali kienu jġibu rati ferm inqas.", "Imma, f'din il-graph, jidhru kważi l-istess.", "Sa ċertu punt, ir-rati ta' kulħadd ġew flimkien.", "Tagħna baqgħu pjuttost fl-istess livell, għalkemm neżlin daqsxejn l'isfel; imma l-pajjiżi l-oħra ma sabux min hu lest li jidħol għal riskju fl-investimenti tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq li tiftaħ daqsxejn iktar fuq is-6-pack tal-budgetary rules.", "Għandi wkoll xi mistoqsijiet rigward il-Banking Union.", "Forsi nkun nista' nistaqsihom fil-presentation ta' wara.", "JOSEF BONNICI: Jien ippruvajt ma nidħolx wisq fid-dettall fil-Banking Union.", "THE CHAIRMAN: Mistoqsija oħra hija rigward il-Joint Financial Stability Board: x'possibilità hemm li l-Gvern ikollu rappreżentant fuq dan il-Bord?", "JOSEF BONNICI: Ħa nibda mill-aħħar punt.", "Il-Joint Financial Stability Board huwa rekwiżit tal-European Systemic Risk Board, u fil-fatt, qabel ma waqqafnih, kellna nġibu l-clearance tagħhom.", "Huma rrakkomandaw sistema li l-bord ikun magħmul minn awtoritajiet awtonomi mill-Gvern.", "Imma, hemm il-possibilità li l-Gvern ikun osservatur fuq il-panel ukoll.", "Irridu nifhmu li dan il-bord se jkun qed jieħu deċiżjonijiet li mbagħad wara jrid jagħti rakkomandazzjonijiet lill-bord tal-MFSA jew tal-Bank Ċentrali skont il-każ.", "Wara, dawn iż-żewġ bordijiet joħorġu direttivi bil-liġijiet li waqqfuhom.", "Kien ġie rrakkomandat li fuq il-Joint Financial Stability Board ikun hemm membri miż-żewġ entitajiet.", "Fil-fatt, ċertu pajjiżi waqqfu awtorita' ġdida, indipendenti kompletament mill-Gvern.", "Aħna ddeċidejna li m'għandniex bżonn awtorità oħra għax konna se nispiċċaw b'wisq awtoritajiet; però għandu jkollna xi ħaġa li twassal biex iż-żewġ istituzzjonijiet jikkoperaw.", "Però madankollu, iva huwa possibbli li jkun hemm osservatur fuq il-bord.", "F'każ li jkun hemm xi kriżi ta' natura li tirrikjedi miżuri tal-Gvern dirett fil-Bank Ċentrali u l-MFSA, hemm kumitat ieħor li huwa għall-emerġenza, u li fil-passat ġieli ltaqa'.", "THE CHAIRMAN: Peress li l-bord huwa magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-MFSA u l-Bank Ċentrali, x'inhu l-iskop li l-ewwel jiltaqgħu dawn iż-żewġ rappreżentanti, imbagħad l-istess bord jirrakkomanda lill-istess żewġ entitajiet?", "JOSEF BONNICI: Dan il-bord huwa iktar speċjalizzat għax jaqbad elementi mil-liġijiet tal-Bank Ċentrali u tal-MFSA.", "U xi drabi l-borderline bejniethom, u l-impatt ta' waħda fuq l-oħra, mhux faċli li tista' taqtagħha b'sikkina.", "Allura, dan il-bord iservi biex isaħħaħ l-element ta' stabbilità finanzjarja u joħroġ rakkomandazzjonijiet li dawn il-bordijiet, li twaqqfu bil-liġi, jistgħu jikkonsidraw.", "Dan il-bord hu pjuttost amministrattiv, għax qed iġib liż-żewġ entitajiet flimkien biex jikkonsidraw l-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istabbilità finanzjarja, u joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-bordijiet biex jikkonsidrawhom.", "Inkella kien ikollna noħorġu liġi ġdida biex titwaqqaf awtorità oħra.", "Xorta kien ikollna l-problemi minħabba l-awtoritajiet l-oħra li għandna biex niżguraw li ma jkollniex żewġ awtoritajiet li jirregolaw l-istess ħaġa, li mhix ħaġa tajba!", "Fil-liġi tal-Bank Ċentrali nsibu li tassigura stabbilità finanzjarja.", "Il-kelma użata hija \"ensure\".", "Kif tista' tiżgura?", "L-ewwel nett, is-supervision tal-banek hija f'idejn l-MFSA, u m'hemmx dubju li ċertu affarijiet jirrikjedu l-input jew ir-regolazzjoni tal-MFSA.", "Pajjiżi oħra rrealizzaw li hemm il-bżonn ta' koordinazzjoni aħjar bejn iż-żewġ entitajiet: fejn it-tnejn li huma jibqgħu għaddejjin, l-MFSA tħares iktar lejn il-micro, fejn tirregola bank bank, u l-Bank Ċentrali jħares lejn il-macro, fejn jirregola iktar aspetti inġenerali li japplikaw għal kollox.", "Però, l-kriżi li kellna indikat li jista' jkollok elementi li huma bejn elementi ta' macro li jkollok bżonn l-input tal-micro fihom, jew bil-maqlub.", "Wara li konna kkonsultajna mal-partiti, mal-Gvern, eċċ, ġibna l-green light tal-ERSB biex jinħoloq dan il-bord.", "Eventwalment, naħseb tkun idea tajba jekk dan il-bord anke jitwaqqaf b'liġi.", "Jibqa' jagħmel il-funzjonijiet li għidna, però jkun stabbilit b'forma ta' liġi biex isaħħaħ il-mandat tiegħu.", "Imma l-fatt jibqa' li dawn iż-żewġ bordijiet awtonomi, tal-MFSA u tal-Bank Ċentrali, finalment huma jridu jirregolaw is-settur finanzjarju.", "THE CHAIRMAN: Tista tgħidilna xi ħaġa fuq il-budget rules tas-6 pack?", "JOSEF BONNICI: Il-budget rules huma intiżi biex jiżguraw li d-defiċit ma jkunx qiegħed jikber b'ċertu livell li t-tkabbir ekonomiku ma jkunx sostenibbli, għax finalment id-dejn nazzjonali u l-imgħaxijiet iridu jitħallsu lura mit-tkabbir ekonomiku li jkollna.", "Pereżempju, ir-rata ta' 3% trid tonqos.", "Anke d-dejn nazzjonali irid jinżel lejn is-60%.", "Dawn huma kollha safety measures biex iwasslu għal xi ħaġa li tkun iktar stabbli u sostenibbli.", "Bħalissa qed ikun hawn ħafna diskussjoni peress li l-Kummissjoni qed tikkonsidra l-każ ta' Malta, kif ukoll ta' pajjiżi oħra, u rridu naraw x'se jiġri.", "Li huwa ċar li dan huwa constraint ġdid, mhux biss fuq il-pajjiżi li jipparteċipaw b'mod partikolari fiż-Żona Ewro, imma anke fuq pajjiżi oħra li għandhom ċertu limiti ta' kemm jissellfu u x'dejn itellgħu.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): For the record, għada se joħroġ ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-Excessive Deficit Procedure (EDP), billi ġejna mogħtija x'nifhmu li Malta kisret żewġ budget rules, tad-defiċit u tad-dejn.", "Hemm regola li pajjiż jista' tidħol fl-EDP, anke jekk id-defiċit jibqa' taħt it-3%.", "Huwa iktar diffiċli għax, jekk id-defiċit ikun taħt it-3%, diffiċli tikser ir-regola tad-dejn, avolja xorta tista'.", "Issa, bir-regola tal-one-twentieth, id-dejn irid jinżel.", "Pereżempju, jekk id-dejn ikun 80%, id-differenza bejn 80% u s-60% hija benchmark ta' 20%, u trid tieħu one-twentieth tiegħu, li jiġi 1%.", "Għalhekk irid jinżel 1% point kull sena għal tliet snin.", "Skont ir-regoli l-ġodda, hemm sanzjonijiet jekk pajjiż ma jilħaqhomx.", "THE CHAIRMAN: Malta fiex qiegħda bħalissa?", "In proportion ta' dak li semmejt inti.", "EDWARD SCICLUNA: Aħna minflok morna naħa, morna naħa oħra.", "Dik kienet raġuni biżżejjed biex il-Kummissjoni tgħidilna li dħalna f'EDP jew ksirna r-regoli.", "Però, imbagħad, il-Kummissjoni trid tara jekk id-defiċit huwiex temporanju jew eċċessiv.", "Għall-Kummissjoni, defiċit temporanju hu li jkun hemm raġuni valida u skont it-Trattat.", "Pereżempju, li tkun ġejja elezzjoni ġenerali ma tgħoddx bħala raġuni temporanja, imma trid tkun reċessjoni kbira li twaqqa' l-Prodott Gross Domestiku (GDP) u allura tgħolli d-defiċit.", "Qed ngħid dan bħala informazzjoni.", "DEO DEBATTISTA: Bħala bniedem mediku u mhux ekonomista, il-kriżi mondjali f'liema fażi waslet?", "Ħerġin minnha?", "Deħlin fiha?", "X'inhu l-outlook ta' Malta?", "Qed ngħaddu ħafna provvedimenti ...", "JOSEF BONNICI: Jekk inħarsu lejn is-swieq finanzjarji, huma ħafna iktar at ease.", "Qed naraw li r-rati tal-imgħax naqsu, u li Spanja u l-Itajla qed jissellfu b'rati iktar baxxi.", "Jiġifieri, min-naħa finanzjarja, m'għadhiex is-sitwazzjoni li kienet sena jew sentejn, u anke tliet snin ilu, li kważi konna qed nistennew xi taqlib kbir.", "JOSEF BONNICI: Min-naħa finanzjarja, hemm ċertu kalma.", "Imma, peress li kien hemm gvernijiet li kellhom jikkonsolidaw il-budgets tagħhom, dawn kellhom effett fuq l-attività ekonomika.", "Hemm pajjiżi, bħal Spanja u l-Italja, li għaddejjin b'rata ta' qgħad għoli u ta' attività ekonomika baxxa.", "Spanja partikolarment kellha ekonomija artifiċjali għax kienet ibbażata ħafna fuq il-proprjetà u l-ispekulazzjoni fuq il-proprjetà.", "Ma setgħetx tibqa' sejra hekk għal dejjem, għax hemm limitu ta' kemm wieħed seta' jibni!", "Fil-każ tal-Greċja, kellhom problema li kienu qed jaħbu l-fatti u li, at one point, l-istatistika ħarġet li f'daqqa waħda id-defiċit sar 12%.", "DEO DEBATTISTA: Jiġifieri l-maltemp għadda?", "JOSEF BONNICI: Mill-aspett ta' kriżi li tista' twassal għal diżastru, dak batta u issa għadda.", "Min-naħa ta' irkuprar ekonomiku, bħalissa qed naraw l-Amerika li qegħda għaddejja b'ritmu naqra iktar mgħaġġel.", "Però, fis-swieq taż-Żona Ewro – anke tal-Ingilterra – il-performance ekonomika hija waħda anemic ħafna.", "Tara l-Ġermanja daqqa tkun qisha f'reċessjoni, u daqqa tkun ftit iktar.", "L-Ingilterra l-istess.", "L-Italja kważi l-ekonomija staġnata, u Spanja għadha bit-tnaqqis ekonomiku.", "Dan kollu jwassal għal sitwazzjoni fejn l-economic performance mhijiex tajba.", "JOSEF BONNICI: Lejn l-aħħar tliet xhur ta' din is-sena, iż-Żona Ewro ser jirnexxilha toħroġ min-negattiv u tmur għall-pożittiv.", "Bħala indikaturi ngħidilkom li l-ekonomija hija waħda kajmana u għaddejja bil-mod.", "Però, hemm rati differenti f'pajjiżi differenti.", "Il-qgħad huwa prattikament nieżel fil-Ġermanja, l-ekonomija hija veru kajmana, imma l-esportazzjoni qed ibati bħalissa.", "Però, hemm pajjiżi oħra li għadhom qed jiċkienu.", "Din hija xi ħaġa diffikultuża, kemm għall-gvernijiet kif ukoll għall-pajjiżi, speċjalment fejn jidħol il-qgħad u l-programmi soċjali.", "THE CHAIRMAN: Fuq livell Ewropew, dejjem nisimgħu fuq miżuri, speċjalment fuq dejn, defiċit u miżuri fiskali; però, min-naħa l-oħra dejjem insemmu tkabbir ekonomiku.", "X'qed isir konkretament biex tibda ssir analiżi fuq it-tkabbir ekonomiku?", "Fir-regoli l-ġodda, hemm iktar regoli stretti għall-budgets lokali: hemm possibilità li pajjiż ikun marbut li jkollu ċertu ammont ta' tkabbir ekonomiku?", "JOSEF BONNICI: It-tkabbir ekonomiku jista' jiġi nfluwenzat minn diversi aspetti.", "Pereżempju, hemm il-baġit li tagħti l-Kummissjoni, fejn hemm il-cohesion funds, il-fondi strutturali u fondi li jiġu wżati għall-infrastruttura.", "Meta nitkellem fil-pubbliku, kemm-il darba ngħid li dawn il-fondi għandhom jiġu utilizzati b'mod l-iktar effettiv biex jistimulaw l-ekonomiji ta' pajjiżi li qed isofru l-iktar.", "Din tista' tkun jew bħala solidarity fund jew inizjattivi oħra li jkunu iktar proattivi.", "Hemm imbagħad impedimenti għat-tkabbir ekonomiku.", "Ħafna drabi dawn ikunu issues ta' burokrazija u ta' regoli.", "Pereżempju, l-Italja huwa pajjiż li jbati ħafna minnha din, għax is-sistema tad-distribuzzjoni tal-prodotti Taljani mhijiex effiċjenti, allura l-costs jiżdiedu sewwa u hemm bżonn ukoll ta' riforma fil-fond għal sistema ta' distribuzzjoni kompetittiva fil-pajjiż.", "Jiena naħseb li l-Ewropa għandha tieħu direzzjoni differenti u minflok tagħti strict rules jew twissi lill-pajjiżi biex inaqqsu d-defiċit, tagħtihom direzzjoni iktar fuq il-linja ta' kif ikollhom tkabbir ekonomiku.", "Naħseb li fuq livell nazzjonali hu iktar faċli li jintlaħaq tkabbir ekonomiku, milli ssawwat iktar bil-frosta pajjiż li jkun sejjer ħażin.", "JOSEF BONNICI: Il-problema hija kif se tiffinanzja.", "L-Irlanda, pereżempju, ma setgħetx tissellef iktar u l-Kummissjoni spiċċaw għamlulha programm ta' bail-out.", "At the end of the day, dawn il-pajjiżi kultant ikollhom jingħataw assistenza massiċċa biex jiġu megħjuna.", "U meta tingħata din l-assistenza, pajjiż irid iqum fuq saqajh u mhux jibqa' jiddependi biss fuq l-għajnuna li tkun qed tingħata.", "Huwa veru li trid tingħata ħafna attenzjoni ta' x'miżuri jistgħu jittieħdu, u nemmen li l-gvernijiet għandhom iħarsu fil-fond u jaraw kif l-infiq tagħhom jista' jiġi utilizzat b'mod aħjar u iktar effettiv.", "Pereżempju, fil-każ ta' Malta, jiena ngħid li għandna nagħmlu sforz ikbar biex nistimulaw investiment privat minn barra, b'identifikazzjoni iktar ta' setturi li jistgħu jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna.", "Il-gvern għandu ċavetta ta' kif jistimula l-attività ekonomika, kemm minħabba r-regoli li l-ekonomija topera fihom, kif ukoll it-tip ta' investiment li jkun qed jagħmel u t-tip ta' infieq tiegħu li jista' jwassal għal riżultati aħjar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Rigward is-settur tal-proprjetà, kif anke ħabbar il-gvern, se jkun hemm fast track għall-ħruġ ta' permessi.", "Kemm hu importanti li, minn naħa nkomplu nagħtu inċentivi biex is-settur tal-kostruzzjoni jibqa' għaddej u ma jistaġnax, iżda min-naħa l-oħra ma sseħħx property bubble u sussegwentement ikun hemm property crash minħabba l-over supply?", "X'inhuma l-perikli li dan iseħħ, u f'liema direzzjoni sejjer pajjiżna?", "Għandi mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi: Ministru, ma nafx jekk fhimtekx sew meta għedt li l-Kummissjoni, bħalma dejjem għamlet, se tikkonsidra l-fattur tad-dejn u tad-defiċit skont l-iStability and Growth Pact.", "Meta f'Novembru li għadda ħriġna mill-EDP, il-Kummissjoni ma kenitx ikkonsidrat li konna 'l fuq minn 60% bħala dejn?", "Din mhijiex kontradittorja?", "EDWARD SCICLUNA: Jimporta terġa' tirrepeti l-mistoqsija?", "KRISTY DEBONO: Jekk fhimtek sew, inti għidt li bħal dejjem il-Kummissjoni se tikkonsidra d-defiċit, kif ukoll id-dejn, li wieħed ikun taħt it-3% u l-ieħor taħt is-60%, sabiex ma ningħatawx l-EDP.", "Minkejja li konna 'l fuq minn 60% bħala dejn tal-GDP, f'Novembru li għadda ħriġna mill-EDP.", "Issa din mhijiex kontradittorja meta tgħid li se jerġgħu jikkonsidraw dan il-fattur?", "Is-sitwazzjoni tad-dejn ma nbidlitx daqstant.", "EDWARD SCICLUNA: Meta ħriġna mill-EDP, il-Kummissjoni rat l-andament tat-tliet snin li għaddew, il-projections ta' dak iż-żmien u kif kien se jkun id-dejn u anke d-defiċit għas-sentejn li ġejjin.", "Meta s-sena l-oħra l-Kummissjoni rrealizzaw li l-projections tar-revenue kienu highly optimistic, irrevedewhom.", "Jiġifieri, it-tax multiplier ċkien, u għal kull 1% żieda fil-GDP, it-taxxa mill-income żdiedet bi 0.8%, il-VAT b'1%, u meta rrevedewhom ir-revenue ġie iktar baxx; l-ispiża baqgħet fejn hi u allura, without any policy change, qed jgħidu li d-defiċit se jilħaq 3.7%, se jkompli jiżdied, li min-naħa l-oħra ikollna żieda fid-dejn, u the rest is history.", "Meta l-Kummissjoni rat li Malta ma laħqietx it-tax multiplier fl-2012 – għalkemm ħasbu li se jintlaħaq għax il-gvern hekk kien wegħedhom – il-Kummissjoni rrevedietu.", "Qabel, il-gvern ma kienx jaqbel ma' dan, u t-tkabbir ekonomiku kif ukoll ir-revenues dejjem kienu stmati daqsxejn ottimisti.", "Għalkemm bħala tkabbir seħħ għall-ewwel darba, li mhux qed jaqbel il-Gvern mal-Kummissjonu hu għas-snin li ġejjin.", "Aħna, kważi kważi, prudenti iżjed, u għal sena minnhom qegħdin ngħidu li t-tkabbir se jkun inqas milli qed tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Għadna ma nistgħux nifhmu l-fatt li għandna budget maħdum, konsistenti, li kien ippreżentat f'Novembru u li ntlaqa' – għalkemm ma ġiex approvat, imma l-Unjoni Ewopea ratu – u tgħid li l-pajjiż se jilħaq 1.7% defiċit, u issa, f'daqqa waħda, sploda għal 3.7%!", "Aħna qed naqblu li, jekk twaqqa' r-revenue – bħalma ġara fl-2012 – u tagħmlu iktar realistiku, iżżid l-agreements li saru bejn Jannar u Marzu, aħna stmajnih €66 miljun li huwa ta' 1%, u għedna minn 1.7% isir 2.7%.", "M'għamilniex qtugħ, imma qbadna l-budget li kien ġie sottomess f'Novembru tas-sena l-oħra, rajna li hemm spejjeż oħrajn, żidna l-commitments, naqqasna r-revenue biex ikun iktar realistiku minħabba l-esperjenza li kellna, u t-tkabbir ġie għal 2.7%.", "KRISTY DEBONO: Apparti d-defiċit, x'inhuma l-fatturi li qed tgħid li d-dejn mhux se jkun sostenibbli u mhux se jonqos b'1%?", "EDWARD SCICLUNA: Fid-deċiżjoni li se toħroġ għada, id-debt rule ma ġietx irrispettata.", "KRISTY DEBONO: Tas-snin li għaddew?", "Jew projections għas-snin li ġejjin?", "EDWARD SCICLUNA: Għas-sena 2012.", "Il-Kummissjoni qed tgħid li d-debt rule – li hemm trajectory – kellha tonqos, imma marret kuntrarju, u minflok żdiedet.", "Fil-fatt, meta kellna n-negozjati fuq it-telephone – għax fuq din ma sarux wiċċ imb'wiċċ – ġiet speċjalista fuq din biss, u għamilna tliet kwarti nitkellmu.", "U ftehmna li tkun indipendenti mid-defiċit.", "Il-punt hu li l-Kummissjoni qalulna li d-debt rule kienet ġiet miksura.", "Id-debt rule tiġi maħduma b'formola li hemm path, u d-dejn irid isegwi.", "Jekk titlaq minn fuq dak il-path u togħla, tkun ksirt id-debt rule.", "Barra minn hekk, għalkemm ma qalux li ksirniha, hemm ukoll l-expenditure rule.", "Importanti li dawn inkunu nafuhom, għax aħna drajna d-deficit rule, imma hemm l-expenditure rule wkoll.", "Id-differenza bejn ir-revenue u d-discretional expenditure, fil-każ ta' Malta, hi li l-ispiża ma tistax tiżdied b'mod nominali u b'iktar minn 2.5%.", "Hija xi ftit ikkumplikata.", "Din hija regola oħra.", "Jiġifieri, mhux tilħaq id-defiċit, tivvinta u tagħmel one-offs, u twaqqa' l-ispiża kapitali u tgħolli l-ispiża kurrenti; imma biex tkun verament sostenibbli, fil-każ ta' Malta l-ispiża rikurrenti ma tistax tiżdied b'iktar minn 2.5% għal kull sena b'mod nominali.", "Jekk l-inflazzjoni tkun 2%, jiġifieri b'mod reali l-ispiża kollha se tiżdied bin-nofs tal-1%.", "THE CHAIRMAN: Kemm irid ikun ir-ratio bejn l-ispiża kurrenti u l-ispiża kapitali?", "Fil-każ ta' Malta, ir-regola qiegħda fuq l-ispiża rikurrenti, mingħalija discretionary.", "Qiegħda b'mod li, meta tinħadem, il-working rule tal-ispiża rikurrenti b'mod nominali tiżdied bi 2.5%.", "Għandek capping.", "X'effett seta' kellu, minħabba li l-Baġit li ġie ppreżentat m'għaddhiex, u allura seta' kien hemm ċerta inċertezza fil-pajjiż anke kif irrimarkaw l-IMF?", "Għalkemm kien hemm ċertu dħul fuq il-car registration u fuq il-bejgħ tal-karozzi, huwa possibbli li l-istituzzjonijiet Ewropej raw li ċertu dħul fuq livell ta' tassazzjoni naqas u allura kienet waħda mir-raġunijiet li naqqsu t-tax multipliers?", "EDWARD SCICLUNA: Għalkemm il-Kummissjoni tidħol f'ħafna dettall iktar milli wieħed jistenna, imma ma naħsibx li tidħol f'kollox.", "Jiġifieri ma joqogħdux iqisu l-fatt li aħna, pereżempju, is-sors tar-revenue tagħna huwa mill-income personali, sors żgħir mill-kumpaniji lokali u mill-International Centre.", "Aħna narawhom separatament, speċjalment l-International Centre, li huwa l-iktar diffiċli biex tagħmel tbassir tiegħu.", "Meta ngħidu tax multiplier, iktar inkunu qegħdin nirreferu għall-paga u d-dħul tal-ħaddiema Maltin li huwa faċli tipproġetta għax iħallsu daqstant taxxa fuq id-dħul.", "It-tax multiplier tal-kumpaniji u tal-international companies imbagħad huwa diffiċli immens.", "THE CHAIRMAN: Jiena iktar kont qed nirreferi għall-indirect taxation.", "EDWARD SCICLUNA: Dawn jinħadmu fuq mudelli, jiġifieri ma joqogħdux jidħlu fid-dettall li qed tgħid inti, tal-karozzi u mhux karozzi.", "Jaqbdu u jgħidu: Il-VAT multiplier għal Malta huwa 1 u full stop.", "Jiġifieri, għal kull 1% żieda fit-tkabbir ekonomiku, il-VAT tiżdied b'1%.", "Però s'issa għadha mhijiex spjegabbli.", "Fil-fatt, nispera li hemm xi student li forsi jidħol għaliha u jaħdimha, għax jidher li hemm xi żball kif ħareġ l-ammont tad-dejn.", "Hemm xi ħaġa li ma tinftehimx.", "Jiġifieri 'l quddiem naraw kif se jkun it-tbassir tal-Kummissjoni.", "Is-soltu dejjem ikun tajjeb, imma din id-darba kien hemm xi affarijiet li ma stajniex nifhmu.", "THE CHAIRMAN: Jekk il-Kumitat jaqbel, ikun hemm okkażjoni oħra meta jiġi r-rapport, fejn inkunu nistgħu nidħlu iktar fid-dettall fuq din l-issue.", "Peress li r-rapport għadu mhux ippubblikat, ma tantx nistgħu nikkummentaw, u f'dan l-istadju rridu nkunu kawti kif nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Xtaqt nieħu l-okkażjoni kif hawn preżenti kemm il-Ministru għall-Finanzi, kif ukoll il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, u nallaċċja ukoll mal-Onor.", "Debattista, li s-soltu meta xi pazjent ikollu riħ, jagħtih il-mediċina u jgħaddilu.", "Biex nużaw kliem li jinftiehem, dawn l-affarijiet li qegħdin tgħidu, se jkollhom xi effett fuq Malta fix-xhur u fis-sena li ġejja?", "EDWARD SCICLUNA: Huwa importanti li l-momentum tal-ekonomija nżommuh, speċjalment jekk qegħdin nitkellmu fuq Malta.", "Kien hawn min tilfu u ma kellux għalfejn.", "Veru li d-defiċit u d-dejn tagħhom kien tant kiber li riedu jindirizzawh, però qed jindirizzawh b'mod kważi ideoloġiku.", "Fis-sens li l-IMF qed tgħidilhom biex jonfqu iżjed, meta s-soltu l-kuntrarju u l-IMF tgħid biex jikkonsolidaw.", "Issa spiċċat tgħid lill-Ingilterra li qed tissikka iżżejjed fi żmien qasir wisq.", "Il-Greċja, il-Portugall u l-Irlanda ma kellhomx għażla u kellhom jikkonsolidaw bil-qawwi u bil-goff, għax kellhom djun kbar.", "Fil-każ tagħna, naħseb li l-konsolidazzjoni għandha tkun bil-mod, ħalli ma toħloqx skossi.", "Bħalissa għandna momentum tajjeb, u għandna nżommu kollox kif inhu.", "L-inflazzjoni qed titbaxxa – mingħalija s-CPI niżel 0.9% – filwaqt it-tkabbir qiegħed bejn wieħed u ieħor 1%, il-qgħad għadu moderat, l-esportazzjoni ma waqgħetx b'mod nominali – tneħħi ż-żjut, għax il-bunkering iħawwad l-istatistika – imma żammet il-volum, u s-settur tat-turiżmu huwa tajjeb.", "Għandna storja tajba, inżommuha, anzi nżidu l-momentum b'investiment u bi proġetti ġodda, ħalli jkollna iktar tkabbir biex id-dejn u d-defiċit fil-proporzjon tagħhom jaqgħu.", "Għall-kuntrarju, li qed jiġri f'ċertu pajjiżi hu li iktar ma jaqtgħu d-dejn, iktar qed jaqa' l-GDP, u allura r-ratio tibda tiżdied u tiskoraġġik ħafna.", "Min-naħa l-oħra, l-internal devaluations sejrin tajbin.", "Irridu nżommu f'moħħna li, għalkemm il-Greċja u pajjiżi oħra għandhom il-qgħad u affarijiet oħra, imma minn taħt qed ikun hemm competitiveness gains kbar.", "Il-prezzijiet qed jaqgħu bil-goff u qed jiġu kompetittivi.", "Meta jkun hemm domanda minn barra, Spanja, il-Portugall u l-Irlanda – forsi mhux daqshekk il-Greċja – jieħdu l-opportunità u jibdew jiġru għax għandhom internal devaluations.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Prof. Bonnici, għandek xi kumment tal-aħħar?", "JOSEF BONNICI: Nikkonkludi billi ngħid xi ħaġa fuq il-prezzijiet tal-proprjetà li jidhru li huma stabbli.", "Però, fir-realtà, hemm kategoriji differenti ta' prezzijiet: hemm appartamenti li qed jimxu b'ċertu mod, u djar li qed jimxu b'mod ieħor.", "Irridu noqgħodu attenti biex is-suq jibqa' stabbli.", "Fil-fehma tiegħi, il-banek huma prudenti meta jsellfu.", "Jekk tara loan to value rates, li huma tradizzjonali u konservattivi, u ma jkunx hemm daqshekk problemi.", "Il-proprjetà dejjem għandha ċertu valur, imma filwaqt li nistimulaw is-supply biex ikun hemm attività ekonomika, irridu nagħtu kas ukoll id-domanda, biex ma jinħoloqx żbilanċ li jwassal għal tibdil fil-prezzijiet, li finalment jikkaġuna elementi ta' inċertezza.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nassigurak, Prof. Bonnici, li l-politika tal-banek hija konservattiva ħafna fuq self, jiġifieri minn dak l-aspett aħna iktar sikuri.", "Mill-ġdid, nerġa' nirringrazzjak tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Bannister, kif ukoll lis-Sur Aldo Giordano, biex jagħtu preżentazzjoni fuq il-Banking Union.", "Infakkarkom li qegħdin streamed live, kemm audio kif ukoll b'mod viżiv, fuq il-website tal-Parlament.", "JOE BANISTER (Chairman tal-Bord ta' Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta - MFSA): Il-liġi tal-MFSA tgħid li \"we act as advisors to the government on financial services\".", "Għalhekk, meta bdiet riesqa l-Banking Union, bdejna nattendu l-working parties.", "Imbagħad, konna nevalwaw internament x'ikun intqal f'dawn il-laqgħat biex nagħtu l-pariri.", "Is-Sur Giordano, Deputy Director tal-Banking, attendihom kollha, u għalhekk jidhirli li jkun aħjar jekk jagħmilha hu l-presentation.", "Il-presentation rajniha flimkien, imma forsi tkunu tridu li tmorru lil hinn minn preżentazzjoni biss.", "Għalkemm qed ngħidu li tliet banek ewlenin se jaqgħu taħt il-klassifikazzjoni tal-Banking Union, imma din il-Union, x'se tkun qed issarraf eżattament?", "Dawn huma issues li aħna qed niddibattu u naraw fejn tista' twassal u x'effett jista' jkollha fuq pajjiżna.", "IS-SUR ALDO GIORDANO (Deputy Director, Banking – MFSA): Grazzi.", "Se nagħtikom presentation dwar il-Banking Union.", "Fl-aħħar, se nagħtikom ukoll it-timelines ta' kif hemm il-ħsieb li dawn id-direttivi jiġu implimentati.", "Għalkemm hemm ħafna ħsibijiet tajbin, s'issa għadu xejn mhu konkret, kif se nkun qed nispjega.", "Il-pajjiżi għadhom 'il bogħod minn xulxin, speċjalment fejn jiġu għal ċerti strumenti bħal bail-in eċċ. li huma komplessi.", "Għalkemm se naraw ċerti timelines, tridu żżommu f'moħħkom li d-dibattiti f'Brussell għadhom fluwidi ħafna, u għad m'hemmx qbil bejn il-pajjiżi.", "Il-Banking Union hija magħmula minn tliet sistemi fundamentali, is-Single Supervisory Mechanism, Bank Recovery and Resolution Directive u Deposit Guarantee Scheme Directive.", "X'inhuma l-fatturi li jġiegħluna nersqu u nħarsu lejn l-SSM?", "Kien hemm żieda ta' interconnectedness bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq fiż-Żona Ewro.", "Din il-kriżi għenet biex ikun hemm żieda qawwija fid-dejn pubbliku.", "Hawnhekk, insemmi episodju meta xi tliet snin ilu kont attendejt konferenza fejn Sharon Bowles, tal-Parlament Ewropew, tant kienet irrabjata li liċ-chairmen tal-Barclays Bank u ta' JP Morgan kienet ħatfithom pubblikament, u qaltilhom, \"I will not allow you to use taxpayers' money to bail you out\".", "Il-kriżi swietna ħafna flus.", "Artiklu tal-iState Aid Scoreboard jirrapporta li, bejn l-2008 u l-2011, l-ammont globali ta' għajnuna li ġiet użata kienet ta' €1.6 triljun, li hu 12.8% tal-EU GDP.", "Jiġifieri, l-ammont ta' flus li kienu nvoluti huwa eżorbitanti.", "EDWARD SCICLUNA: Ma nixtieqx ninterrompik, imma ħa nagħti wkoll ir-raġuni politika ma' dak li qed issemmi.", "Meta t-Trojka u l-pajjiżi kredituri – inkluż Malta – ġew biex jagħmlu l-bailouts, talbu kondizzjonijiet iebsa biex jaraw li l-flus jerġgħu jiġu rritornati għax trid taqta' id-defiċit, il-pagi, il-pensjonijiet, eċċ. S'hemmhekk ma konniex qed naħsbu fuq Banking Union, għax kien hemm ir-Risk Board – li semma l-Gvernatur – u tliet awtoritajiet, li huma tal-Banking, tas-Securities u tal-Insurance, u konna kuntenti.", "Li ġara kien li meta Spanja talbet il-bailout, tgħallmet mill-każ tal-Irlanda, u meta l-banek Spanjoli ġralhom bħall-banek Irlandiżi, b'mod l-iktar intelliġenti l-Gvern Spanjol irraġuna li aħjar il-bailout tmur dritt għand il-banek minflok ma jipprova jsalva bank u l-pajjiż jaqa' fis-sitwazzjoni tal-Irlanda.", "Talbu l-€100 biljun u ngħatawlhom.", "Il-pajjiżi kollha li taw dawk il-flus mill-ESM – aħna nklużi – ma ngħatawx lill-pajjiż, imma ngħataw lill-bank.", "Imma imbagħad x'kondizzjoni se tagħmel fuq bank?", "Tikkontrollah, tagħmel superviżjoni fuqu, tagħmillu kondizzjoni li l-pajjiżi jiddeċiedu l-banking resolution ifallix jew le u x'deposit guarantee għandu jkollu?", "Minn hemmhekk daħlet il-kondizzjoni għall-banek Spanjoli u għal min hu bħalhom.", "Draghi kellu jagħmel ħafna xogħol, għax dan ġara f'Lulju u, fl-1 ta' Settembru, kellhom jagħtu l-ewwel draft tas-single supervisor.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Kif diġà għidt, to preserve taxpayers' money għax, fl-aħħar mill-aħħar, il-flus mill-bwiet tal-gvernijiet u tat-taxpayer ħarġu.", "U li l-banek jkomplu jaħdmu bl-irwol fundamentali tagħhom li jieħdu d-depożiti u jsellfu.", "L-element legali tal-proposta hu bbażat fuq sub- artikolu 6 tal-artikolu 127.", "Kien hemm dibattiti li l-Kummissjoni mhux qed tagħti l-aħjar appoġġ lill-ECB.", "Imma, finalment, il-legal advisors, kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Kunsill, stqarrew li dak kien l-artikolu li għandu jintuża.", "Jiġifieri, fuq artikolu wkoll kien hemm ħafna dibattitu, aħseb u ara fuq ir-regolament stess!", "L-ECB se tkun l-awtorità li tagħmel il-prudential supervision tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.", "Meta qed ngħidu istituzzjonijiet tal-kreditu, magħhom hemm ukoll entitajiet oħra bħal Financial Holding Companies u mixed Financial Holding Companies biex jiġi żgurat li jingħataw a uniform and effective application of prudential rules, risk, control and crisis prevention.", "L-ECB, flimkien mal-EBA, se joħorġu s-single rule book li se jkun jikkonsisti f'ġabra ta' regoli, biex kemm l-ECB, kif ukoll in-National Competent Authorities – jiġifieri bħall-MFSA u counterparts oħra – jaħdmu b'sett ta' regoli wieħed.", "Fejn qabel kull pajjiż kellu national discretions, eċċ., dik issa se tispiċċa u kulħadd se jkun jaħdem b'sett ta' regoli wieħed.", "B'hekk se tiżdied il-harmonisation u ma jkunx hemm miżinterpretazzjoni bejn pajjiż u ieħor minħabba li min jinterpreta l-liġi mod, u min jinterpretaha mod ieħor.", "Fil-fatt, għad hemm pajjiżi fejn għandhom problema ta' x'inhi d-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu.", "Għalkemm din hija xi ħaġa fundamentali, imma d-dibattiti għadhom sejrin fl-ECB biex jaslu għal fehma waħda.", "Daqshekk hemm inċertezza f'dan l-istadju!", "Jew iktar milli inċertezza, kulħadd qed jipprova jasal għal xi forma ta' kunsens.", "Fil-bidu, bdejna nistaqsu jekk l-ECB hux se tieħu r-riedni f'idejja.", "Imma fil-fatt, mhux se jiġri hekk.", "L-ECB se jkollha ċertu rwol u se tara banek ta' ċerti portata, cross-border banks, banek li huma ta' ċertu daqs, banek li qed jitolbu ċertu weight, u tat-tliet banek ewlenin f'dawk il-pajjiżi li huma systemically domestic.", "L-ECB ħarġet kriterji fejn numru ta' banek inqabdu.", "Peress li l-banek Maltin u ta' Ċipru huma inqas mill-kriterji li ntalbu, ma kienux se jinqabdu.", "F'dibattitu li kont attendejt fl-ECB, kien hemm min qal li bħala supervisors, m'għandniex ikollna gaps fl-oversight tagħna, u li jkun hemm xi pajjiż li l-banek tiegħu ma jinqabdux.", "Allura kienu ħarġu kriterju ieħor fejn jgħid li \"at least three major domestic systemically important banks\".", "Malta se jinqabdu tliet banek, fejn tnejn minnhom nafu liema huma, u t-tielet wieħed għad irridu niddiskutu liema se jkun mal-ECB.", "Għalkemm pubblikament issemma bank, xorta għandna nkomplu niddiskutu mal-ECB liema se tkun l-istituzzjoni magħżula, peress li jrid ikun bank systemically important.", "Il-kontenut tal-regolamenti tal-ECB jgħidu li kemm l-ECB kif ukoll l-NCA jridu jieħdu sehem.", "Kien hemm diskussjonijiet twal fil-Kummissjoni biex pajjiżi li mhumiex parti miż-Żona Ewro jitħajru jingħaqdu wkoll.", "Fil-fatt, artikolu 6 jipprova jħeġġeġ biex stati membri jingħaqdu f'din is-sistema wkoll.", "Ma jistax jonqos li jkun hemm koperazzjoni mal-European Supervisory Authorities, li huma l-EBA, l-ESMA, EIOPA, u r-Resolution Authorities.", "Meta ġew għall-għażla tal-banek, kien hemm ċerti kriterji li tgħid il-liġi ta' kif jistgħu jinqabdu l-banek.", "F'dan il-proċess, l-ECB qed taħdem biex tagħmel fine tuning ta' dawn il-kriterji biex kemm jista' jkun taqbad il-banek li huma sinifikanti.", "Fil-fatt, s'issa fuq livell Ewropew, hemm bejn 140 u 150 bank li nqabdu.", "EDWARD SCICLUNA: Fil-bidu, il-pajjiżi kollha qablu mal-ħsieb tal-Kummissjoni li l-banek kollha jiġu nklużi, total ta' xi 6,000 bank.", "Però l-Ġermanja riedet teskludi numru mhux ħażin ta' banek żgħar, speċjalment cooperative banks u oħrajn simili.", "Allavolja kien hemm ċertu reżistenza, irnexxielha, u issa huma esklużi.", "THE CHAIRMAN: X'differenza se jkun hemm bejn l-operat ta' bank f'Malta li huwa parti minn dawk it-tlieta u bank ieħor?", "Għalhekk għedtlek, l-ECB u l-NCAs – bħalma hi l-MFSA – se jaħdmu bl-istess regoli.", "Għalhekk se jkun hemm a single rule book.", "Il-liġijiet u l-kriterji li jsiru, kif ukoll on-site u off-site authorisation ta' banek eċċ., se jaħdmu bl-istess prinċipji.", "Mhux suppost ikun hemm differenza bejn kif qed jaħdem l-ECB u kif se naħdmu aħna.", "THE CHAIRMAN: Qed nirreferi iktar għall- banek … Pereżempju, inti għedt li se jinqabdu tliet banek li jkunu taħt …", "Issa qed nifhem.", "Jiġifieri, min-naħa tal-MFSA, se tagħmel supervision tal-banek l-oħrajn lokali, li se jkunu qed jaħdmu fuq l-istess regoli.", "THE CHAIRMAN: Allura x'kien l-argument tal-Ġermanja li ma jiġux inklużi l-banek kollha?", "Jew Malta biss li se tkun qed taħdem fuq l-istess regoli?", "BANNISTER: Se nespandi fuq dak li qal il-Ministru.", "Kien hemm daqsxejn ta' konfużjoni, għax dan it-tip ta' banek żgħar jeżistu fil-pajjiżi l-kbar kollha.", "Fil-Ġermanja hemm il-Landesbank, li huma banek tal-komunità lokali; fi Franza hemm il-Credit Mutuel, u l-Italja għandhom il-Cassa di Risparmio.", "Dawn il-banek huma regolati ftit, u s-sitwazzjoni fil-Ġermanja qiegħda li, jekk bank żgħir imur ħażin, il-banek il-kbar jagħmlu tajjeb għalih.", "U kieku s-sitwazzjoni baqgħet hekk, il-banek iż-żgħar kienu jispiċċaw jagħlqu kollha u l-komunitajiet rurali ma jibqgħux jinqdew, għax l-istituzzjonijiet il-kbar ma ssibhomx hemm.", "Għalkemm il-Franċiżi bdew jgħidu li l-banek kollha għandhom ikunu taħt l-ECB, kulħadd induna bil-problema ta' dawn il-banek iż-żgħar li kellhom il-karaterristiċi lokali, u l-aħjar ħaġa kienet li jitħallew f'idejn in-National Supervisor.", "Issue li qamet kien li l-ECB se jispiċċa a faceless supervisor.", "Imbagħad, kif jista' xi ħadd mil-Latvja jifhem x'qed iservi fil-komunità bank żgħir f'Perpignan fi Franza?", "Għalhekk ġie deċiz li jitħallew barra.", "Ħa ngħid xi ħaġa fuq il-banek il-kbar.", "L-ECB qabdet l-ikbar 25, li huma systemically important fuq livell Ewropew, u li qed jagħmlu cross-border business.", "Qabdu wkoll l-ikbar tliet banek nazzjonali f'kull stat membru taż-Żona Ewro li jistgħu jkunu systemically important.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: L-irwol tal-NCA xorta se jibqa' u se jkollhom ukoll ċertu input.", "Fil-fatt, parti mid-diskussjoni li qed issir fl-ECB hi kif se jkun hemm joint supervisory teams bejn nies mill-ECB u nies minn awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jirregolaw dawn il-banek u jkun hemm ftehim fuq livell lokali, kif qal Prof. Bannister.", "Jiġifieri, f'Malta jkun hawn regolatur li jifhem il-kultura tagħna u jaf il-bank biex eventwalment ikun jista' jittrasmetti dak l-understanding lill-ECB jew parti mill-joint supervisory team.", "Għax x'hemm aħjar mir-regolatur lokali biex jifhem bank lokali?", "Jiġifieri se jkun hemm parti mill-joint supervisory team li se jagħmlu superviżjoni tal-banek tagħna wkoll.", "Ir-regolamenti tal-ECB isemmu li l-ECB se żżomm żewġ affarijiet importanti f'idejha: l-awtorizzazzjoni u r-revoka tal-liċenzja.", "Dawn qabel kienu f'idejn l-MFSA ...", "JOE BANNISTER Għadhom f'idejna.", "Imma irridu mmorru għandhom għall-final ...", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Għadhom f'idejna, imma fejn qabel l-aħħar kelma kienet f'idejna, issa se tkun f'idejn l-ECB.", "THE CHAIRMAN: Qed nitkellmu fuq ir-revoka u awtorizzazzjoni ta' liċenzja?", "Għax fuq revoka hemm proċess differenti.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Però, xorta rridu mmorru għand l-ECB għall-qbil tagħhom.", "Min ikun regolatur ikollu investigatory powers and sanctions, jitlob għall-informazzjoni, jagħmel investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq is-sit, jawtorizza u jwaħħal multi skont il-liġi Ewropea.", "Regolatur ma jistax iwaħħal multi taħt il-liġi nazzjonali, għax sanzjonijiet nazzjonali jistgħu jiġu applikati mill-NCA biss.", "Bħala organisational principles, l-ECB hija indipendenti u l-Parlament Ewropew għandu ħafna accountability fih.", "Politikament, f'Diċembru tal-2012, ir-regolament kien diġà deċiż: imma, minn dakinhar s'issa, il-Parlament Ewropew daħħal accountability provisions.", "Nafu li dan ir-regolament għandu ħafna saħħa; però l-ECB trid tillimitah.", "Ma rridux ninsew li l-għan oriġinali biex inħoloq l-ECB kien for monetary policy purposes, u issa se jingħata supervisory functions.", "Allura, se jkun hemm governance provisions biex jissepara dak li qed jiġri fuq il-monetary policy u l-funzjonijiet ta' supervisor.", "Biex l-ECB tkun tista' tagħmel il-funzjonijiet ta' supervisor, indipendentament mill-istrutturi l-oħrajn ta' politika monetarja, inħolqu Supervisory Board, Steering Committee u Administrative Board of Review.", "Ir-regolament jagħti lok ukoll għall-exchange of information provisions u professional secrecy provisions.", "X'inhi s-sitwazzjoni llum?", "F'Diċembru tal-2012, l-istati membri qablu mal-compromised text, kif iffinalizzat mill-Presidenza Ċiprijotta.", "Il-Presidenza Irlandiża kompliet bin-negozjati mal-Parlament Ewropew, u issa qed nistennew il-vot finali mill-Parlament Ewropew.", "L-għan hu biex in-negozjati jkunu finalizzati sal-aħħar ta' Ġunju, in time għall-plenarja tal-EP f'Lulju 2013.", "Dawn jiġu ppubblikati fl-Official Journal ta' Lulju 2013 for full implementation sa' Lulju 2014, peress li għandu sena biex dan ir-regolament jiġi fis-seħħ.", "Din hija direttiva komplessa kif bank li qiegħed fi kriżi jiġi risolt.", "Fil-laqgħa tal-ECOFIN li saret fl-14 ta' Mejju 2013 kien hemm qbil li jkun hemm konverġenza fuq the broad scope for bail-in, ftehim ġenerali fuq loss absorbing capacity, u kien hemm ftehim li depożiti taħt il-€100,000 iridu jkunu fully guaranteed.", "Inħoloq kunċett ġdid li huwa depositor preference.", "Qabel, biex tirrisolvi bank, l-ewwel ridt tmiss ix-shareholders u l-kumplament tal-kredituri – jiġifieri titfa' l-junior jew senior bond holders u d-depositanti normali fi grupp wieħed – imma llum qed jgħidu biex ikollna depositor preference.", "Ikollok l-insured creditors – dawk il-persuni li għandhom sa €100,000 – li meta ssir bail-in, ikunu l-aħħar nies li jintmissu.", "U fil-laqgħa tal-lum eżattament se jiġi diskuss dan is-suġġett.", "Għalkemm fuq livell politiku hemm qbil li jkun hemm depositor preference, però hemm pajjiżi li għadhom qed jiddibattu.", "Din b'mod ġenerali kif se taffettwa lil Malta?", "Il-BRRD qed tinsisti li jkun hemm awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun tista' timplimenta din id-direttiva, u li tkun indipendenti mir-regolatur.", "Dan ifisser li ma jistax ikollu funzjonijiet superviżorji, għax irid jiddisassoċja ruħu mir-responsabilità ta' supervisor u irid jara r-riżoluzzjoni, indipendentement mill-ħsieb ta' regolatur.", "Għalkemm regolatur jista' jkun parti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, imma ma jkunx supervisor.", "Dan ifisser li aħna li qegħdin fil-Banking Supervisory Unit ma nistgħux nagħmlu xogħol ta' Resolution Authority, imma jridu jkunu nies indipendenti li jistgħu jkunu fl-awtorità, imma li jkunu jħaddmu r-riżoluzzjoni.", "Din qiegħda tiġi diskussa anke fid-Domestic Standing Group (DSG).", "Bħala working group, qed naraw x'ħiereġ ukoll mill-International Standard Setters.", "Kienet biċċa xogħol impossibbli li ġġib 27 reġim ta' insolvenza on a level playing field!", "Allura l-Kummisjoni ħolqot il-BRRD fuq livell Ewropew, u kull pajjiż ikollu jbiddel il-liġijiet ta' insolvenza fil-leġislazzjoni domestika tiegħu, biex ikun jista' jimplimenta din id-direttiva.", "Jiġifieri, fil-background, se jkun hemm xogħol kbir relatat ma' din id-direttiva.", "Il-Financial Stability Board (FSB) ħarġet xi attribwiti fuq l-irwoli u responsabilitajiet ta' awtorità ta' riżoluzzjoni.", "Hemm artikolu 3 tal-BRRD li jispjega x'inhuma l-irwoli u r-responsabilitajiet.", "L-FSB għamlet ukoll thematic review u, f'April tal-2013, ħarġet rapport, fejn għamlet review ta' numru ta' pajjiżi li huma membri tagħha u staqsiet kif twaqqfu dawn l-awtoritajiet.", "Aħna, bħala working group, wara li narawhom, se nagħtu feedback lid-DSG, fejn ngħidu kif se tkun Malta b'dawn l-irwoli u r-responsabilitajiet.", "Ir-regolament lokali Legal Notice 369/2003 jirrifletti l-EC Directive 94/19/EC.", "Din l-iskema kienet diġà bdiet tiġi diskussa fuq livell ta' Unjoni Ewropea, imma minħabba l-kriżi u minħabba li bdew jiddiskutu l-BRRD, id-diskussjoni waqfet.", "Issa, wara li d-diskussjoni fuq il-BRRD tkun lesta, għandhom ikomplu jaħdmu fuq id-Deposit Guarantee Scheme.", "Din l-iskema se tkun tikkumplementa l-BRRD peress li jitħadmu flimkien.", "THE CHAIRMAN: Bħalissa diġà teżisti d-Deposit Guarantee Scheme?", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Iva, diġà teżisti.", "Imma se jkun hemm waħda ġdida, biex tirrifletti l-bżonnijiet moderni …", "Bħala persentaġġ, ħadna a realistic European average.", "Fejn qabel ma kienx hemm persentaġġ, issa fid-direttiva l-ġdida se jkun hemm, u minn dak il-persentaġġ se jkun hemm ex-ante payment u post payment.", "Illum, dawn lanqas jeżistu.", "Pereżempju, l-MFSA għandha ammont ta' flus konsiderevoli, imma xorta huwa żgħir, u l-bqija huma pledges.", "Pereżempju, l-banek jixtru bonds tal-gvern u they pledge them.", "Issa hemmhekk, allaħares qatt, jista' jkollna an issue, għax f'daqqa waħda s-suq jegħreq, u jkunu jridu jiġu cashed in biex jitħallsu d-depożitanti.", "Issa dawn l-intriċċi ż-żgħar se jiġu kkorreġuti.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Fid-direttiva kurrenti, hemm coverage level up to €100,000, u se tiġi emendata biex tirrifletti r-rieda politika minħabba l-kriżi.", "JOE BANNISTER: L-Eligible Depositors hija wkoll kwistjoni oħra, għax illum id-depożitanti huma kważi kollha individwi.", "Id-direttiva l-ġdida se tkun tkopri lil kulħadd, inkluż kumpaniji.", "Illum hemm varjazzjoni wiesgħa ta' x'inhuma l-currencies.", "Pereżempju, Malta l-ewwel bdiet bil-ewro, imbagħad estendejniha għall-EU currencies.", "Dawk li għandhom id-dollari mhumiex koperti.", "'Il quddiem, il-currencies kollha se jkunu koperti.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Bħalissa hemm ir-Right of set-off u l-funding.", "Kif qal Prof. Bannister, il-funding huwa home-grown.", "Jiġifieri, d-direttiva f'livell Ewropew ma tipprovdix kif għandek tagħmel funding tad-Deposit Guarantee Scheme, però r-regolament lokali jgħidlek kif isir il-funding.", "Fid-direttiva proposta, hemm ftehim li għalkemm il-coverage level jibqa' ta' €100,000, imma issa se tkun fuq il-currencies kollha.", "Bħala depożitanti eliġibbli se jkun hemm ftit eċċezzjonijiet, u issa anke kumpaniji kbar jistgħu jagħmlu claim.", "M'hemmx set-off, għalhekk id-DCS irid iħallas kemm il-kapital, kif ukoll l-interessi.", "Dan ifisser li, jekk klijent kellu €20,000 fil-kont tiegħu, dawn se jeħodhom kollha.", "Qabel, meta kien hemm right of set-off, jekk klijent kien ikollu €20,000, imma kellu self ta' €50,000, dan ma kien jieħu xejn għax kellu jagħti €30,000 self lill-bank.", "Bħala funding, għad irid isir ftehim.", "Imma jidher li se tkun risk-based contribution.", "JOE BANNISTER: Għadha mhijiex ċara, u hija perikoluża ħafna.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Le, għadha mhijiex ċara.", "Jiddependi wkoll mill-funding tal-BRRD.", "Jiġifieri għad irid isir ftehim fil-BRRD, imbagħad wara naslu għaliha.", "Li qed insemmi issa għadu miftuħ għal negozjati.", "Fl-aħħar slide, hawn it-timelines.", "Jekk nieħdu item item, sa din is-sena se jkun hemm ftehim politiku fl-SSM.", "F'Lulju se jkun hemm il-vot finali mill-Parlament Ewropew, u kif jgħaddi, issir a comprehensive assessment bejn Ġunju/Lulju 2014.", "Dan ifisser li l-ECB tagħmel financial assessment mal-EBA, u tara s-\"saħħa\" ta' kull bank.", "DEO DEBATTISTIA: Innotajt – u din il-perċezzjoni tiegħi – li qed isiru ħafna provvedimenti metikolużi biex ma jerġax jiġri dak li ġara: imma mhu qed nara xejn x'se jagħmlu biex isolvu dak li ġara.", "Għandi l-perċezzjoni li dawn l-affarijiet kollha li qegħdin isiru qisu biex ma jerġax ikollna bużżieqa se tinfaqa'.", "Biex il-flus veru jirriflettu dak li jirrappreżentaw, pajjiżi bħall-Portugall u l-Irlanda se jerġgħu jmorru għall-istat rurali kif kienu qabel?", "JOE BANNISTER: Mistoqsija tajba ħafna.", "Għalija tidher li qed tiġi kkreata xi ħaġa ġdida, mingħajr ma tissolva l-problema.", "Eżattament kif naraha jien ukoll.", "DEO DEBATTISTA: Naħseb li lilna mhux se tolqotna daqshekk.", "JOE BANNISTER: Imma minn fejn se noħorġu, ma nafux.", "EDWARD SCICLUNA: Il-Growth and Stability Pack, it-2 Pack, ir-regoli kollha u din magħhom, huma prevenzjoni.", "Però, hawnhekk għandek ukoll ir-riżoluzzjoni, li għall-inqas qed tmur lil hinn minn dan kollu.", "Mil-lat ekonomiku, l-arkitettura għalhekk qed tinbidel, għax qed ikun hemm iktar koordinazzjoni milli qed jitlob il-Ministeru għall-Ekonomija.", "It-2 Pack innfisu u l-fatt li hemm sanzjonijiet huma deterrent biex pajjiż ma jaqax fl-Excessive Deficit Procedure.", "Dan kollu huwa prevenzjoni.", "Issa kif se noħorġu minnha.", "Il-problema, bil-konsolidazzjoni waħedha, ma ssolvietx.", "S'issa tidher li hi stabbli, u jidher ukoll li internament qed ikun hemm titjib li jagħmlu l-pajjiż kompetittiv.", "Ma naħsibx li hemm għalfejn noqogħdu ngħidu, għax huwa ovvju.", "Ma kienx hemm shortcuts, issa ilna sitt snin, u hemm l-isbaħ għaxar snin oħra.", "Dan bħalma ġara fil-Ġappun.", "Tieħu t-tul għax fin-nofs ma kellniex riċessjoni, imma saret ħafna ħsara fl-istituzzjonijiet finanzjarji.", "IS-SUR ALDO GIORDANO: Jekk naraw l-Asset Quality Review (AQR) – li huma l-istess ħaġa bħal balance sheet assessment – u l-istress test exercise, se nkunu qed nassessjaw is-saħħa ta' kull istituzzjoni.", "Meta jsiru l-istress tests, hemm ċans li numru ta' banek jeħlu mit-test.", "Jekk jeħlu, se jkollhom bżonn injection ta' kapital mill-pajjiż.", "Fl-aħħar laqgħa fl-ECB, Draghi qal li mhux lest li jaċċetta li jkun hemm repetizzjoni ta' dak li ġara fl-2011, fejn il-pajjiżi injettaw il-flus, u kien hemm state aid procedures.", "Fil-fatt, il-Portugall għadhom s'issa jbatu mill-istate aid u competition procedures, u l-flus li l-istat suppost qed jippompja fil-banek, ħerġin pass inqas mgħaġġel mill-banek, u allura l-pajjiż qed idum biex jirkupra.", "Biex jevitaw din il-biċċa xogħol, Draghi daħħal il-Kummissjoni minn issa biex tara li l-affarijiet huma part and parcel tal-balance sheet assessments.", "Biex meta jiġu għall-istress test results, il-Kummissjoni tkun mgħarrfa u ma ddaħħalx proċeduri biex jitwaqfu l-injection tal- kapital.", "Hemm ukoll l-input tal-Capital Requirements Directive (CRDIV).", "Dwar il-BRRD, f'Ġunju għandu jkun hemm xi ftehim.", "Imma, skont il-laqgħa tal-lum, ma naħsibx li ser tirnexxi.", "Imma jekk tirnexxi, ikun hemm deadline għal Lulju 2014, u implimentazzjoni għall-2015.", "F'Ġunju tal-2011, kien hemm ftehim tad-Deposit Guarantee Directive u, f'April tal-2014, suppost hemm ftehim finali.", "Però, dan jiddependi jekk ikunx hemm qbil fuq il-BRRD.", "Wara jkun hemm l-implimentazzjoni għal 12-il xahar ta' wara.", "Fuq dik in-nota, nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għandi mistoqsija fuq id-Deposit Guarantee Scheme.", "Mil-lat politiku hemm qbil ġenerali, naħseb anke fuq Malta.", "Bħalissa, l-MFSA għandha l-poter li tirrevoka liċenzja ta' bank?", "THE CHAIRMAN: Issa, jekk qed nifhem sew, bil-Banking Union din mhux se tibqa' f'idejn l-MFSA?", "JOE BANNISTER: Ix-xogħol tal-MFSA hu li tagħti kemm l-awtorizzazzjoni, kif ukoll tirrevoka.", "Però, wara r-rapport, irid imur għand l-ECB għall-approvazzjoni finali.", "Pereżempju, s-sena l-oħra ħriġna policies dwar instituzzjoni bankarju ġdid.", "Jiġifieri, mhux faċli li tikkrea bank, għax trid tkun assigurat mill-istabbilità, u li ma jkunx hemm xi effetti fuq l-skema tad-depositi.", "Meta naċċettaw bank, imbagħad ninfurmaw l-ECB li jagħtu garanzija li jwieġbu sa 10 t'ijiem, biex inkunu nistgħu nipproċedu jew le fil-konfront ta' din l-istituzzjoni ġdida.", "Fil-każ ta' revokazzjoni ta' liċenzja, naħseb li l-onus se jibqa' fuq ir-regolatur lokali.", "Jekk ir-regolatur lokali jara ċerti affarijiet li jħoss li għandu jirrevoka liċenzja, ma naħsibx li l-ECB se tgħid le.", "Però, se tkun tista' tintervjeni direttament speċjalment fuq dawn it-tliet banek kif għidna, fejn l-ECB tista' tidħol u tagħmel spezzjonijiet b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali.", "Hemm niġu għall-affarijiet ta' stabbilità finanzjarja fejn l-ECB tista' tgħidlek biex tirrevoka l-liċenzja.", "Ma naħsibx li qegħdin f'dik is-sitwazzjoni, way way beyond the horizon, imma fil-preżent dawn huma l-poteri.", "THE CHAIRMAN: Ma nafx jekk hawnx iktar mistoqsijiet.", "Rigward ir-regoli tas-single rule book, hemm proposta li preżentament Malta mhux taddotta?", "JOE BANNISTER: Dik l-issue hija iktar fundamentali, u 'l quddiem is-single rule book qed narah fis-sigurtà, fl-investiment u fl-assigurazzjoni.", "Dik hi waħda mir-raġunijiet li l-EBA u l-ESMA minn kumitati evolvew għal awtoritajiet.", "Jiena kont nattendi, pereżempju, s-securities regulator.", "Konna nieħdu ċerti deċiżjonijiet bejnietna, però kienu non-binding.", "Kien jirriżulta li kont nara ċerti affarijiet u kont ngħid: l-Irlandiżi kif għamlu hekk, jekk aħna ftehmna mod ieħor?", "Jien kont l-ewwel wieħed, anke f'diskussjonijiet mal-Kummissarju Michel Barnier, li kont favur li jsiru awtoritajiet.", "Awtorità trid iġib a level playing field.", "Fil-fatt, artikolu 15 mhux biss jgħid li jistgħu jsiru spezzjonijiet biex jaraw li armonizzajt skont id-direttiva, imma li you transposed it properly fil-liġi u li qed tapplikaha bl-istess mod bħal Malta, bħall-Irlanda, bħall-UK.", "L-EBA, at some point, kienet se tagħmel is-single rule book; issa se jagħmluh taħt l-SSM.", "Eventwalment, is-single rule book se jkun għal attivitajiet oħra fis-settur finanzjarju.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna, Prof. Bannister u s-Sur Aldo Giordano.", "Ma nafx jekk hawnx iktar rimarki.", "(Membri: Le) Nirringrazzjakom tal-preżentazzjoni li żgur kienet utli għal dan il-Kumitat.", "Nimmaġina li jkun hemm iktar okkażjonijiet fejn ikollna dan it-tip ta' laqgħat iktar 'il quddiem, għalhekk tajjeb li nżommu din il-komunikazzjoni flimkien.", "JOE BANNISTER: Naħseb tajjeb li jkun hawn iktar komunikazzjoni, b'mod speċjali bejn il-Parlament u l-MFSA.", "THE CHAIRMAN: Nassigurak li dik hija l-intenzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Fil-fatt, anke mill-Pjan ta' Ħidma li ddiskutejna fl-ewwel laqgħa, se jkun hemm kuntatt kontinwu, speċjalment ma' regulatory bodies bħall-MFSA u l-Bank Ċentrali.", "Grazzi mill-ġdid għall-preżentazzjoni tagħkom.", "AFFARIJIET OĦRA", "Ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda li huwa 'Affarijiet oħra'.", "Ninforma lill-Kumitat dwar żewġ items li ġew riferuti għall-konsiderazzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Il-working group 1 fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej irrefera dan id-dokument lil dan il-Kumitat għall-iskrutinju: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi sabiex jikkonsidra t-tħassib tal-ministeru konċernat fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' din il-liberalizzazzjoni għas-settur produttiv f'Malta, u fuq kwestjonijiet ta' propozjonalità.", "Id-dokumentazzjoni dwar din il-proposta ġiet mgħoddija lilkom iktar kmieni llum.", "Għalhekk, jekk il-Kumitat jaqbel, nipproponi li dawn id-dokumenti jiġu diskussi fil-laqgħa li jmiss.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "It-tieni item huwa Abbozz Nru 7 Att biex jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika li l-għan tiegħu huwa li jinkorpora t-tielet emenda għall-Ftehim dwar Faċilità ta' Self milħuq fi Brussell fid-19 ta' Diċembru 2012.", "Jekk il-Ministru għall-Finanzi jaqbel, fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat, jagħtina preżentazzjoni dwar din l-issue.", "Qed neħodha li l-Kumitat qed jaqbel.", "KRISTY DEBONO: L-Oppożizzjoni taqbel.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Naġġornaw il-Kumitat …", "KRISTY DEBONO: Mr Chairman, punt żgħir bħala sekwenti għall-emails li ntbagħtu, ikun hemm xi letteratura forsi jintbagħtu sa jumejn qabel.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, ikkorreġejna dik il-letteratura li ma ntbagħtitx biex tiġi diskussa llum.", "Dawk id-dokumenti ntbagħtulkom biex jiġu diskussi fil-laqgħa li jmiss, mhux biex jiġu diskussa f'din il-laqgħa.", "Fil-fatt, għalhekk intbagħtu qabel il-laqgħa li jmiss.", "KRISTY DEBONO: Se nerġgħu niddiskutu l-Banking Union?", "THE CHAIRMAN: Hekk hu.", "Dawk huma għall-iskrutinju għal-laqgħa li jmiss, mhumiex għal din il-laqgħa; intbagħtulkom ferm qabel il-laqgħa.", "Għalhekk, naġġornaw għal laqgħa li d-data tagħha titħabbar iktar tard.", "Fid-9.20 pm, il-Kumitat aġġorna għal data li tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130528_002d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU 2", "ItTlieta, 28 ta' Mejju 2013", "IlKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis7.18 p.m.", "Silvio Schembri, President talKumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: IlMinistru għallFinanzi lOnor.", "Edward Scicluna, lOnor.", "Deo Debattista (sostitut talOnor.", "IlPresident talKumitat qal ittalba.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 1 li saret fil21 ta' Mejju 2013 kienu kkonfermati.", "ITTISĦIĦ TALUNJONI MONETARJA EWROPEA U LUNJONI BANKARJA", "IlGvernatur talBank Ċentrali ta' Malta, ilProf.", "IċChairman talBord ta' Gvernaturi talAwtorità għasServizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u sSur Aldo Giordano, Deputy Director talBanking Unit talMFSA għamlu preżentazzjoni blisem Current State of the Banking Union.", "Wara dawn iżżewġ preżentazzjonijiet kien hemm diskussjoni.", "AFFARIJIET OĦRA", "IlPresident informa lillKumitat illi dwar żewġ items li ġew riferuti għallkonsiderazzjoni ta' dan ilKumitat:", "Proposta għal Regolament talParlament Ewropew u talKunsill dwar laċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għassuq intern talakkwist pubbliku talUnjoni u lproċeduri li jappoġġjaw innegozjati marbuta malaċċess talprodotti u sservizzi talUnjoni għasswieq talakkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi referuta għalliskrutinju minn Working Group 1 fi ħdan ilKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Barranin u Ewropej sabiex jikkonsidra ttħassib talministeru konċernat fuq ilvantaġġi u liżvantaġġi ta' din illiberalizzazzjoni għassettur produttiv f'Malta u fuq kwestjonijiet ta' propozjonalità.", "Abbozz Nru 7 Att biex jemenda lAtt dwar Self talGvern u lGħoti ta' Self lirRepubblika Ellenika li lgħan tiegħu huwa li jinkorpora ttielet emendi għallFtehim dwar Faċilità ta' Self milħuq fi Brussell fid19 ta' Diċembru 2012 li ġie riferut lillKumitat fillaqgħa talKumitat dwar ixXogħol talKamra tas27 ta' Mejju 2013 għallkonsiderazzjoni qabel ma jitressaq għattieni qari filKamra.", "Dawn iżżewġ items għandhom jittellgħu fuq laġenda talKumitat f'laqgħa skedata apposta.", "Fid9.20 pm ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130528_002m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar il-Vjolenza Domestika", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130529_003a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.44 p.m.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Merħba lil kulħadd u nirringrazzjakom talli għoġobkom tattendu għal din il-laqgħa.", "Kif qed taraw għandna l-Minuti tal-ewwel laqgħa tagħna li kien hemm xi korrezzjonijiet żgħar fihom.", "U mbagħad għandna l-Minuti tat-tieni laqgħa wkoll.", "Għalhekk nitlobkom tagħtuhom titwila ħalli jekk taqblu magħhom inkunu nistgħu nikkonfermawhom.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 01 li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Mejju 2013 ġew konfermati; u", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 02 li saret nhar l-Erbgħa 22 ta' Mejju 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 27 ta' Mejju, 2013 mibgħuta mill-Onor.", "Toni Bezzina, fejn qed jitlob lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex jiddiskuti fid-dettall it-tħaris tas-saħħa tan-nies fit-toroq tagħna u kif pajjiżna jista' jtejjeb is-sigurtà fit-toroq tagħna.", "F'din l-ittra mibgħuta mill-Perit Toni Bezzina, Shadow Minister għat-Trasport u l-Infrastruttura, qiegħed jiktbilna hekk;", "\"B'riferenza għall-inċident fatali li seħħ fit-Triq tal-Barrani, Żejtun nhar l-Erbgħa 22 ta' Mejju 2013, u diversi inċidenti oħra fit-toroq ta' pajjiżna, flimkien mal-fatt li qed ikun hemm dewmien u kjuwijiet sħaħ ta' karozzi f'diversi ħinijiet tal-ġurnata fit-toroq, fejn ukoll qed tinħass in-nuqqas ta' preżenza tal-Pulizija fit-toroq tagħna, qiegħed ġentilment nitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali biex idaħħal fl-aġenda u konsegwentement jiġi diskuss fid-dettall it-tħaris tas-saħħa tan-nies fit-toroq tagħna u kif pajjiżna jista' jtejjeb is-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Nitolbok ukoll biex issejjaħ quddiem il-Kumitat lil kull min jidhirlek xieraq biex jitkellem dwar dan is-suġġett.", "Dan qed nagħmlu f'isem l-Oppożizzjoni għax nemmnu li hemm bżonn l-impenn ta' kulħadd biex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex tali inċidenti jiġu evitati u jinħoloq mekkaniżmu ħalli tali perikli jiġu mneħħija mit-toroq tagħna fl-iqsar żmien possibbli.\".", "Fis-session li għaddiet konna rajna bħala membri ta' dan il-Kumitat liema huma dawk is-suġġetti li se nkunu qegħdin niddiskutu u naħdmu fuqhom matul din is-sena, u li ddeċidejna - għall-benefiċċju ta' min ma kienx hawn l-aħħar darba – li nagħżlu a major topic li għalih inkunu nistgħu nsejħu lin-nies u nesplorawh iktar.", "Imbagħad wara li ssir id-diskussjoni kollha fuq dak is-suġġett noħorġu rapport.", "Konna għedna wkoll li jekk ikun hemm xi minor topics nagħmlu laqgħa ta' darba fix-xahar sabiex niddiskutu dawn is-suġġetti qosra u b'hekk mhux naqtgħu għal kollox dawk is-suġġetti li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien biex nibqgħu niddiskutu dak il-major topic li nkunu għażilna.", "Mela issa niddiskutu ftit bejnietna jekk dan is-suġġett għandux jidħol fl-aġenda tagħna, u jekk naħsbu li għandu jidħol fl-aġenda, inkunu nistgħu ndaħħluh bħala wieħed minn dawk it-topics iż-żgħar.", "Naturalment din id-diskussjoni nistgħu nagħmluha x'ħin naslu għal item 3 tal-aġenda tagħna, u ċioè x'ħin niġu biex niddiskutu affarijiet oħra.", "Issa ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "THE CHAIRPERSON: Kellha tiġi persuna biex titkellem fuq l-uniformijiet tal-iskejjel imma qaltilna li ma setgħetx tiġi għal-laqgħa tal-lum minħabba impenji oħra u għamlet appuntament għal magħna għall-ġimgħa d-dieħla.", "Il-mistiedna l-oħra li kellha tiġi tkellimna fuq il-vjolenza domestika wkoll ma setgħetx tiġi tkellimna llum.", "Madankollu se nieħu din l-opportunità biex ġaladarba qegħdin hawnhekk naraw daqxejn bejnietna t-triq li se tieħu din id-diskussjoni għax jekk nistgħu niffrejmjawha qabel nibdew insejħu lin-nies naħseb li nkunu nistgħu mmexxu aħjar.", "Li kelli f'moħħi – issa nitlob l-opinjoni tagħkom ukoll - hu li nibdew b'xi ħadd li jista' jagħtina ftit statistika.", "Is-suġġett tagħna se jkun il-vjolenza domestika vis-à-vis il-persuni li se jkunu qegħdin jagħtu l-għajnuna lil min ikun għadda minn każijiet ta' vjolenza domestika u allura qed nitkellmu fuq il-pulizija u entitajiet governattivi oħra li jitrattaw il-każijiet ta' vjolenza domestika.", "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li l-aħjar hu li nibdew bi ftit ta' idea ġenerali ta' x'inhi l-problema issa, kemm hi kbira u kemm hawn nies jużaw ċerti servizzi.", "Jiena nixtieq nisma' x'għandhom xi jgħidu dawk in-nies li qed jiġu offruti dawn is-servizzi u mbagħad wara nitkellmu fil-fond mal-aġenziji li joffru dawn is-servizzi biex aħna nkunu nistgħu noħorġu b'mistoqsijiet rilevanti.", "U għalhekk naħseb li l-aħjar li nibdew hu bi stampa ċara ta' kemm hi kbira l-problema.", "Problema żgħira li għandna hi li r-riċerkatriċi tagħna qiegħda bil-maternity leave sal-10 ta' Awwissu, u għalkemm nieħu gost li qiegħda magħna hawnhekk illum, over and above dak li hu mistenni minnha, la qiegħda bil-maternity leave din ir-riċerka nistgħu nitolbuha lill-istatistics offices jew lill-aġenzija Appoġġ.", "Għas-seduta li jmiss ma nagħmlux ħażin jekk nibdew proprju bihom u forsi jagħtuna wkoll idea ta' x'servizzi joffru.", "Jiġifieri persuna li qed tiffaċċja vjolenza fid-dar tagħha minn nies li huma qrib tagħha, u se tmur għand l-aġenzija Appoġġ, liema servizzi se japplikaw għaliha?", "Jiena naħseb li minn hemmhekk irridu nibdew.", "Xi kultant insib li jkun hemm servizzi – li ma tantx ikunu riklamati – li mhux kulħadd ikun jaf daqshekk bihom u jista' ikun li jekk ma nistaqsux direttament lil min joffri dawn is-servizzi ma jkollniex l-istampa sħiħa.", "Ma nafx jekk f'dan l-istadju għandniex nimxu b'dan il-mod?", "X'taħsbu?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt immur pass lura fuq l-istess suġġett għax xtaqt inkun naf xi proċedura se nimxu biha minn issa 'l quddiem biex inkunu nistgħu nistiednu lin-nies għad-diskussjoni.", "Xtaqtek tiggwidana ftit x'irridu nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Jiġifieri jekk se nitkellmu fuq dan is-suġġett il-ġimgħa d-dieħla, x'inhi l-possibilità u xi proċeduri se nattwaw dwar kif se nidentifikaw lin-nies biex jiġu jitkellmu magħna, anke minn din in-naħa?", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt għalhekk ħassejt il-ħtieġa li xorta ssir din il-laqgħa - avolja min kellu jiġi hawnhekk ma setax jiġi – ħalli nkunu nistgħu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Peress li għadna fl-ewwel laqgħat tagħna hemm min se jsibha problema biex jiġi jkellimna f'temp daqshekk qasir.", "U għalhekk l-idea li jkollna programm naħseb li jgħinna naħdmu aħjar għax b'hekk ikollna programm tas-seduti u tan-nies li se jiġu jitkellmu minn diversi istituzzjonijiet.", "Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jekk ikun jaf xi nies partikolari jkellimhom biex jiġu fil-Kumitat, speċjalment jekk ikunu nies individwali li jistgħu jkellmuna fuq din il-problema.", "Għandna wkoll numru ta' għaqdiet volontarji li jaħdmu f'dan is-settur li aħna nistgħu nitolbuhom sabiex jiġu jkellmuna.", "U jekk ikollna xi nies partikolari nistgħu niddiskutu magħhom fl-aħħar tad-diskussjoni u mbagħad naraw ukoll jekk hemmx xi nies oħra lil min nistgħu nistiednu.", "Naħseb li l-programm irid ikun lest biex inkunu nafu minn min se nibdew u biex se nkomplu għax inkella nispiċċaw nistiednu lin-nies minn ġimgħa għal oħra u dawn ma jiġux.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fuq dan il-punt irridu nkunu ċari aktar biex inkunu nafu minn fejn se nitilqu.", "Bla dubju ta' xejn dan is-suġġett għandu silenzju kbir marbut miegħu u naħseb li l-istatistika, għalkemm hi waħda indikattiva, żgur li mhijiex se turina l-istampa kollha.", "Mill-esperjenza tiegħi fil-media kemm-il darba kelli nintervista xi persuni f'dan il-qasam u kelli nirrispetta l-anonimità tagħhom.", "U hawnhekk ukoll naħseb li nistgħu nfittxu persuni li huma open, bħalissa qiegħda tiġini f'moħħi persuna li ma nixtieqx insemmiha għalissa – imma naħseb li she's very open biex titkellem fuq dawn l-affarijiet – għax irrid inkun ċerta li hija komda li tiġi titkellem hawnhekk peress li hawn ukoll element ta' xandir.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Buttigieg skużani daqsxejn – peress li l-aħħar darba ma kontx preżenti għal-laqgħa minħabba impenji oħra li kellek.", "L-aħħar darba aħna konna għedna li peress li dan huwa suġġett sensittiv, biex dak li jkun iħossu komdu, jekk ikun hemm bżonn li jintfew il-cameras u li l-ismijiet jinbidlu biex min ikun qed jisma' r-recording ma jkunx jaf min qed jitkellem, aħna nistgħu nagħmlu hekk bla problemi ta' xejn.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Niskuża ruħi li ma kontx hawnhekk id-darba l-oħra imma naħseb li dak li qed tgħid inti huwa punt validu ħafna.", "Dan qiegħda ngħidu għaliex naħseb li jekk nibdew mill-vittmi nkunu nistgħu nifhmu daqsxejn iktar ir-realtà.", "Issa mingħajr ma nnaqqas xejn mill-ħidma kbira li qiegħda ssir kemm min-naħa tal-pulizija u kemm min-naħa tas-social workers, etc., jiena naħseb li dan huwa settur fejn lill-vittmi mhux dejjem qegħdin nifhmuhom sew.", "Jien se nitkellem minn esperjenza ta' ħabiba tiegħi li kienet għaddejja minn sitwazzjoni ta' vjolenza domestika.", "Ir-reazzjoni inizjali kienet biex jien ma nagħmel xejn u ma nieħu l-ebda passi għax bdiet tibża' li jiġrili xi ħaġa u għaliex qaltli li mbagħad min kien qed iwettaq il-vjolenza domestika magħha maż-żmien jgħaddilu.", "Aħna dejjem naħsbu li l-aggressur ikun raġel u l-vittma tkun mara però irridu nneħħu dan l-istereotype billi nestenduha għat-tfal ukoll.", "Irridu nitkellmu wkoll fuq vjolenza domestika li forsi mhijiex daqshekk mitkellma fil-media, fejn prattikament il-vjolenza titwettaq billi lill-persuna tintimidaha, tiddegradaha, eċċ., u allura f'dak il-każ is-suġġett qiegħed tifirxu aktar.", "Il-punto di partenza naħseb li għandhom ikunu l-vittmi biex nifhmu daqxejn aktar id-dimensjoni ta' dawk li jgħaddu minn din is-sitwazzjoni.", "Jiena kieku minn hemmhekk nitlaq.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt l-aħħar darba dik it-triq konna qegħdin ngħidu li se naqbdu, fejn l-ewwel nitkellmu mal-vittmi u mbagħad wara nitkellmu mal-istituzzjonijiet.", "Dan il-homework li se nagħmlu huwa proprju biex naraw din l-interaction u x'għajnuna hemm disponibbli.", "Is-suġġett mhuwiex il-vjolenza domestika per se imma fuq kemm qegħdin joffru servizz tajjeb min suppost qiegħed joffri s-servizz f'dan il-kamp.", "Forsi jista' jkollna a brief indication ta' min huma l-vittmi, għalkemm nafu mill-istatistiċi li dawk li jċemplu huma biss frazzjoni tan-nies totali imma almenu turina min qiegħed juża' dawn is-servizzi; jekk humiex tfal jew anzjani.", "Ma ninsewx li jista' ikollok anzjani vittmi ta' vjolenza domestika u li ħafna drabi dawn ma tantx nisimgħu bihom.", "L-ewwelnett irridu nitilqu mid-definizzjoni ta' vjolenza domestika għax jista' ikollok nies li mhumiex spouses imma jistgħu jkunu boyfriend u girlfriend, etc li forsi jkunu intimi wkoll, jiġifieri dawk irridu nħarsu lejhom fi stadji differenti.", "Barra minn hekk, naħseb li l-aħjar li nagħmlu hu li l-ewwel inkellmu lilhom u mbagħad inkellmu lin-nies li qegħdin f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "U għalhekk naħseb li dak kien punt tajjeb.", "Naħseb li rridu nkellmu wkoll lil xi gruppi volontarji li jaħdmu f'dan il-qasam u nitlobkom biex jekk tafu b'xi gruppi volontarji tavviċinawhom.", "Jien xi kultant niltaqa' ma' nies u jgħiduli li huma mit-tali grupp li jien qatt ma nkun smajt bihom.", "Mela kif konna qed ngħidu se nħarsu lejn spouses u nies li huma intimi ma' xulxin imma mhux bilfors li jkunu miżżewġin u se nħarsu wkoll lejn it-tfal u l-anzjani.", "Min-naħa tal-istituzzjonijiet naħseb li l-ewwel port of call tagħna għandhom ikunu l-Pulizija, l-aġenzija Appoġġ u istituzzjonijiet oħra li qegħdin hemmhekk biex jagħtu l-għajnuna lil min għandu bżonn.", "Imbagħad għandek ix-shelters.", "Issa ma nafx il-proċedura li kienet tintuża fil-Kumitat preċedenti - peress li aħna għadna fil-fażi inizjali tagħna – għal meta tiġi biex tistieden lin-nies.", "Jiġifieri jekk għall-argument l-Onor.", "Buttigieg jew l-Onor.", "Cutajar ikunu jridu jkellmu lil xi ħadd partikolari, dik trid tiġi l-ewwel diskussa fil-Kumitat jew inkella jgħaddu l-ismijiet lis-Segretarju tagħna?", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Qabel kienu jiddeċiedu fuq il-lista tal-persuni li jridu jiġu mistiedna għat-tali laqgħa u mbagħad jagħmel kuntatt mal-mistednin is-Segretarju tal-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Mela allura li nistgħu nagħmlu hu li ninformaw anke permezz tal-e-mail.", "Jiena naħseb li jekk xi ħadd minna jkollu idea ta' xi ħadd partikolari it would be a good idea li fl-aħħar tas-seduta nagħtu indikazzjoni ta' min huma dawn in-nies.", "U iktar ma naħsbu kmieni iktar aħjar għax anke lil min inkunu nixtiequ nistiednu jkunu jilħqu jippreparaw għad-diskussjoni.", "Ħaġa oħra li xtaqt niddiskuti magħkom hi meta se nkunu qegħdin inkellmu lin-nies, u bħalissa qed jiġu f'moħħi s-SOAR li hija NGO li qiegħda taħdem favur in-nisa li jkunu ġew abbużati, meta aħna se nitolbuhom jiġu jitkellmu, taħsbu li tkun idea tajba li ngħidu lill-vittmi biex jiġu jkellmuna jew lil min qed imexxi lil din l-NGO?", "Jew inkella ngħidu lit-tnejn li huma?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li għandu jkollna a good mix tat-tnejn.", "Filwaqt li min-naħa nemmen li jekk jiġu l-vittmi jitkellmu hawnhekk, kważi kważi we will be empowering others to do the same u allura niksru s-silenzju, min-naħa l-oħra żgur li min imexxi dawn l-NGOs jew għaqdiet, bħalissa f'moħħi qed tiġini Dar Merħba Bik li nżur spiss, jistgħu jibagħtu rappreżentanti tagħhom biex jiġu jkellmuna fuq dan is-suġġett u b'hekk ikollna wkoll a good touch with reality.", "Ma ninsewx li ħafna drabi, f'dawn il-każijiet mhux qed nitkellmu biss fuq il-mara li telqet mid-dar imma qed nitkellmu wkoll fuq it-tfal tagħha u s-sitwazzjoni li dawn it-tfal ikunu qed jgħixu fiha.", "U allura naħseb li hemmhekk inkunu qegħdin nifhmu din ir-realtà daqsxejn iktar.", "THE CHAIRPERSON: Jiena staqsejt din il-mistoqsija partikolari għax kif qegħdin ngħidu, lil min qed jagħti s-servizz se nistednuh hawnhekk bħala dak li qed jagħti s-servizz jew inkella bħala rappreżentant ta' min qed jieħu s-servizz?", "Pereżempju lil min qed jirrappreżenta lil Dar Merħba Bik se nġibuh bħala dak ix-xi ħadd li qed jagħti s-servizz jew inkella se nġibuh bħala dak ix-xi ħadd li qed jirrappreżenta lil dawk li qed jirċievu s-servizz?", "Din il-biċċa tant hija fine line li rridu noqogħdu daqsxejn attenti liema kappell se nkunu qegħdin nitolbuhom jilbsu.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Forsi wieħed ikun jista' jgħaqqadhom fi gruppi, b'ħinijiet differenti jew inkella ngħidu li din il-ġimgħa nlaqqgħu grupp u l-ġimgħa ta' wara grupp ieħor.", "B'hekk inkunu aktar organizzati.", "THE CHAIRPERSON: Meta se nkunu qegħdin niddiskutu magħhom se niddiskutu magħhom bħala the giver or the receiver?", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Jiena naħseb li kulħadd għandu jagħti l-ideat tiegħu, tajjeb jew ħażin u mbagħad aħna niġbruhom f'pakkett wieħed.", "Wara li niġbru kollox, bit-tajjeb u bil-ħażin, niltaqgħu waħedna biex noħorġu rapport.", "Jekk ma nagħmlux hekk naħseb li ma naslu qatt.", "Pereżempju llum kellu jiġi xi ħadd u ma ġiex.", "Allura għandna niftiehmu dwar min għandu jiġi f'dawn il-laqgħat u nistaqsuhom jekk jistgħux jiġu biex jagħtu l-ideat tagħhom u mbagħad, fl-aħħar niddiskutu bejnietna.", "Inkella se jiġri li llum dak se jsiefer u għada l-ieħor għandu xi ħaġa oħra u nispiċċaw ma naslu qatt!", "THE CHAIRPERSON: Naħseb l-aħjar hu li wieħed jibda bil-vittmi u mbagħad wara nisimgħu lil strutturi bħalma huma l-Pulizija u l-aġenzija Appoġġ biex l-ewwel nieħdu idea mingħand il-vittmi u mbagħad dawk il-problemi li nisimgħu nkunu nistgħu nindirizzawhom ma' dawn l-istrutturi li semmejt.", "Anke jekk il-vittmi jkollhom xi problemi ma' dawn l-istituzzjonijiet, aħna nkunu nistgħu ngħaddu dak il-messaġġ ukoll.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk qed nifhmek sew inti qed jinkwetak l-overlapping imma naħseb li ma nistgħux naħarbu minnu.", "Fl-aħħar mill-aħħar żgur li se jkollna l-vittmi li se jitkellmu mill-punto di vista tagħhom u s-service providers, mhux biss se jitkellmu mill-punto di vista tagħhom imma saħansitra se jgħidulna fuq x'jaħsbu huma li hi s-sitwazzjoni tal-vittmi.", "Jiġifieri l-iktar stampa ċara fuq is-servizz naħseb li se jagħtuhielna l-vittmi u mbagħad inkunu nistgħu nikkonsolidaw din l-istampa mas-service providers.", "Imma s-service providers se jagħmlu dak l-overlap għax anke jien, kemm-il darba intervistajt lin-nies fuq dan il-qasam minħabba xogħli u dawn ikellmuk qishom jafu – u m'għandniex dubju li jafuh dan – minn xiex ikunu għaddejjin il-vittmi għax hemm ukoll dan is-silenzju.", "U allura l-fatt li nibdew mill-vittmi u mbagħad dawk l-istituzzjonijiet li se jiġu wara aħna ngħidulhom li diġa' smajna l-vittmi, lilhom se ġġiegħlhom imorru mill-ewwel fuq il-lat l-ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Issibu xi oġġezzjoni li l-mistednin tagħna jkunu f'din l-ordni?", "Jiġifieri l-ewwel il-vittmi u mbagħad l-istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb il-vittmi, bħal Dar Merħba Bik u mbagħad fl-aħħar nisimgħu lin-nies li joffru dawn is-servizzi.", "Hemm qbil li jsir hekk?", "U naħseb li jkun tajjeb li naħdmu bi programm ta' erba' laqgħat bil-quddiem ħalli nkunu nistgħu nagħtu ċertu ammont ta' żmien lil min se nistiednu.", "Issa peress li bħalissa fil-Plenarja għaddejja d-diskussjoni fuq it-transgenders u din id-diskussjoni hija ta' interess għal kulmin qiegħed hawn ġew ġaladarba hija issue marbuta mal-affarijiet soċjali, il-probabilità hi li l-ġimgħa d-dieħla dan is-suġġett se jkun għadu għaddej full blast u allura, peress li lill-mistednin li se nistiednu biex ikellmuna rridu nagħtuhom pre-avviż minħabba li ġimgħa kien perijodu qasir wisq biex dak li jkun jiġi fil-Kumitat, jiena kont qiegħda naħseb biex il-ġimgħa d-dieħla ma nlaqqgħux Kumitat.", "B'hekk aħna nkunu nistgħu nattendu għad-diskussjoni fil-Plenarja dwar it-transgenders u l-Kumitat inlaqqgħuh il-ġimgħa ta' wara u sadanittant - lis-Sinjura Sciberras navżawha li se niltaqgħu l-ġimgħa ta' wara - nagħmlu kuntatt ma' min nixtiequ li jiġi fil-Kumitat, we jot down in-nies li naħsbu li jistgħu jgħinuna f'dan il-kamp u nilħqu nagħtuhom a proper time biex ikunu jistgħu jirriflettu ftit qabel jiġu jkellmuna.", "Naħseb li dik hija l-aħjar ħaġa.", "Nitlob ukoll lis-Segretarju tagħna sabiex jgħaddilna kopja tar-rapport fuq l-uniformijiet li kien ħareġ dan il-Kumitat fil-leġiżlatura preċedenti ħalli nilħqu narawh ftit bil-kwiet.", "U jekk hemm xi affarijiet oħra li tixtiequ tiddiskutu qabel ma naġġornaw il-laqgħa, tistgħu tressquhom issa.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Xtaqt nistaqsi lir-Research Analyst tagħna minn meta sa meta se tkun qiegħda bil-maternity leave.", "THE CHAIRPERSON: Tidħol lura fit-12 ta' Awwissu.", "Bħalissa qiegħda bil-maternity leave u terġa' tiġi magħna fit-12 ta' Awwissu.", "ETIENNE GRECH: Allura jekk qiegħda bil-maternity leave, kif qiegħda hawnhekk bħalissa?", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda hawnhekk bħalissa buona volonta tagħha biex tkun taf x'qed jiġri.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena ma fhimtx il-pożizzjoni tagħna vis-à-vis l-ittra li bagħtilna l-Onor.", "Bezzina.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt konna qegħdin ngħidu li għandna niddiskutu bejnietna jekk għandniex nieħdu waħda mil-laqgħat ta' darba fix-xahar biex niddiskutu dan is-suġġett.", "Ovvjament m'aħniex qegħdin ngħidu li dan se jkun suġġett li se niddiskutuh fit-tul u nagħmlu xi rapport fuqu għax ix-xogħol tagħna for the next four topics iddeċidejnihom il-ġimgħa l-oħra.", "Naturalment meta jiġri xi ħaġa hekk ma tistax tinjoraha u għalhekk il-ġimgħa l-oħra ħsibna li nħallu ġurnata fix-xahar apposta għal dawn is-suġġetti qosra għax inkella nispiċċaw nagħmlu topic wieħed biss u anything else jkollu jiġi injorat.", "Għalhekk illum nistgħu naraw jekk dan is-suġġett għandux ikun wieħed mit-topics li għandna niddiskutu f'dawn il-ġranet partikolari.", "Id-darba li ġejja għedna li se niddiskutu l-uniformijiet u allura għal dan ix-xahar diġa' nafu x'se niddiskutu.", "Kien hemm ukoll affarijiet oħra li kellna neħduhom bħala topics żgħar, fosthom xi affarijiet li semma' l-Onor.", "Etienne Grech l-aħħar darba.", "ETIENNE GRECH: Jiena semmejt il-Mental Capacity Act.", "THE CHAIRPERSON: Irridu naraw jekk dik tiġix qabel jew wara dan is-suġġett partikolari.", "Jiena naħseb li ġaladarba xi ħadd talabna biex inħarsu lejn din l-issue m'għandniex inħalluha wara xi programm sħiħ ta' affarijiet għax inkella ma tiġix tagħmel sens.", "Jiena naħseb li ġaladarba xi ħadd ġibdilna l-attenzjoni dwarha we have to devote imqar seduta għaliha u mbagħad inkomplu bit-topics l-oħra li kellna f'moħħna.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt jien hekk kont se ngħid għax dan is-suġġett jidher li hemm ċerta urġenza fih.", "Dan il-feel li kellna dan l-aħħar b'dawn l-inċidenti li seħħew fit-toroq tagħna, naħseb li nkunu qegħdin nagħtu messaġġ importanti ferm hemm barra jekk niġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet – anke l-fatt li nibdew niddiskutuha – fuq din il-biċċa tax-xogħol.", "Anke s-soċjetà hemm barra tkun daqsxejn aktar aware u nkunu qed nagħtu messaġġ b'saħħtu wkoll.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Hemmhekk ġew identifikati persuni jew entitajiet li min-naħa tagħna nistgħu nsejħulhom.", "L-Onor.", "Bezzina kellu jagħmel ukoll aġġornament fuq l-istess suġġett u allura - dakinhar l-aġġornament ma sarx minħabba li kien hemm ruling tal-iSpeaker – ladarba jsir dan l-aġġornament aħna jkollna ftit iktar informazzjoni fuq dan is-suġġett.", "Il-punt hu jekk aħna nistgħux niġbdu l-attenzjoni tal-Ministru jew tal-Kummissarju tal-Pulizija ħalli fejn hemm nuqqas ta' preżenza ta' pulizija.… Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li l-argument li qed jagħmel l-Onor.", "Bezzina huwa ċar biżżejjed u żgur li m'għandniex għalfejn naħlu sigħat niddiskutu f'dan l-istadju.", "Bħala Kumitat irridu niġbdu l-attenzjoni biex b'hekk anke x-xogħol tagħna jibda jidher fid-deher li nġibditilna l-attenzjoni dwar dawn l-inċidenti u naraw li l-Kummissarju tal-Pulizija qed jieħu l-passi neċessarji.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt lili ngħatatli kopja tal-aġġornament li għamel l-Onor.", "Toni Bezzina u għalhekk nippreferi li naraw l-ewwel x'qal fl-aġġornament tiegħu u mbagħad wara nagħmlu s-suġġerimenti tagħna.", "Fl-istess ħin wara li nkunu qrajna l-aġġornament inkunu nafu iktar jekk għandniex bżonn li nisimgħu lil ħaddieħor qabel ma ninformaw lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Kif qegħdin ngħidu dan is-suġġett se jkun wieħed minn dawk li jeħdulna seduta waħda ta' darba fix-xahar.", "Mela nitlob lis-Segretarju biex jibgħatilna kopja tal-aġġornament li għamel l-Onor.", "Bezzina biex aħna nkunu aktar f'pożizzjoni li naraw lil min nistgħu nkellmu, u jekk hemm bżonn inkellmu lil xi ħadd inkellmuh, jekk le just nibagħtu nota lill-Kummissarju tal-Pulizija jew lill-entitajiet l-oħra.", "Għal-lum ma' fadlilna xejn aktar u għalhekk naġġornaw dan il-Kumitat għat-12 ta' Ġunju 2013, fis-6.30 p.m. Nirringrazzjakom.", "Fis-7.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20130529_003d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 3", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.44 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 01 li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Mejju 2013 ġew konfermati; u", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 02 li saret nhar l-Erbgħa 22 ta' Mejju 2013 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 002 Ittra datata 27 ta' Mejju, 2013 mibgħuta mill-Onor.", "Toni Bezzina, fejn qed jitlob lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex jiddiskuti fid-dettall it-tħaris tas-saħħa tan-nies fit-toroq tagħna u kif pajjiżna jista' jtejjeb is-sigurtà fit-toroq tagħna.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "Il-mistiedna li kellha tiġi titkellem fuq il-vjolenza domestika ma setgħetx tattendi għal-laqgħa u għalhekk il-Membri tal-Kumitat iddiskutew bejniethom it-triq li għandhom jieħdu fuq dan is-suġġett partikolari.", "Iċ-Chairperson ipproponiet li l-Kumitat għandu jingħata lista tas-servizzi li jiġu offruti mill-aġenziji li jaħdmu f'dan il-qasam, fosthom mill-aġenzija Appoġġ, peress li xi kultant ikun hemm ċerti servizzi li jkunu qed jingħataw imma minħabba li dawn ma tantx ikunu riklamati, in-nies ma tantx ikunu jafu bihom.", "Il-Membri ġew mitluba biex jekk jafu lil xi nies li jistgħu jiġu jitkellmu fil-Kumitat, ikellmuhom u jistiednuhom ħalli jagħtu l-veduti tagħhom.", "Ġie maqbul li l-ewwel m'għandhom jinstemgħu huma l-vittmi ta' vjolenza domestika.", "U mbagħad wara jiġu mistiedna l-istituzzjonijiet li jridu jiffaċċjaw dawn il-vittmi, fosthom il-Pulizija, NGOs, Aġenziji u Shelters.", "Rigward l-ittra li ntbagħtet mill-Onor.", "Toni Bezzina sabiex il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jiddiskuti fid-dettall is-sigurtà fit-toroq tagħna ġie maqbul li dan is-suġġett jiddaħħal fl-aġenda tal-Kumitat u jkun wieħed mit-topics qosra li għandhom jiġu diskussi.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7.31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130529_003m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2013 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2013 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Introduzzjoni miċ-Chairperson; u", "Diskussjoni dwar id-direzzjoni tal-politika tal-Gvern fejn jirrigwarda l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp u l-involviment tal-istakeholders kollha f'din il-mixja.", "16 ta' Mejju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130603_001a_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Laqgħa Nru. 1", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:48 p.m.", "INTRODUZZJONI MIĊ-CHAIRPERSON", "THE CHAIRPERSON (Onor. Marlene Farrugia): L-ewwel nett nagħti merħba lil kulmin għoġbu jattendi għal din il-laqgħa u navżakom li din il-laqgħa qed tiġi audio and visual streamed.", "Bħala introduzzjoni jkun tajjeb li ngħid li dan l-Istanding Committee tal-Parlament huwa differenti mill-oħrajn għax huwa mwaqqaf b'Kapitlu 504 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Fil-fatt artiklu 34 ta' din il-liġi jiddefinixxi eżatt x'inhuma r-rwoli ta' dan il-Kumitat u peress li naħseb li, bħalma kont jien sa ftit ġimgħat ilu, ħafna minnkom mhumiex conversant ma' x'inhu r-rwol ta' dan il-Kumitat, se naqra parti minn dan l-artiklu ħalli kulħadd ikun jaf safejn nistgħu naslu b'dan il-Kumitat u safejn ma nistgħux naslu, għalkemm jien dejjem nipprova nikkonċentra fuq safejn nistgħu naslu.", "Artiklu 34 jgħid hekk – u se nikkwota bl-Ingliż:", "Dawk bażikament huma l-iktar fatturi importanti li jagħtu poteri jew saħħiet lil dan l-Istanding Committee.", "Ngħaddu issa għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DIREZZJONI TAL-POLITIKA TAL-GVERN FEJN JIRRIGWARDA L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP U L-INVOLVIMENT TAL-ISTAKEHOLDERS KOLLHA F'DIN IL-MIXJA", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt li fl-ewwel laqgħa – u għalhekk irċevejtu dik l-istedina mingħandna – ikoll flimkien f'dan il-Kumitat – u l-Ministri qegħdin hawnhekk ukoll biex ikunu jistgħu jiddiskutu magħna u jagħtu l-kontribut tagħhom – nagħmlu t-triq li biha se mmexxu lil dan il-Kumitat.", "Nixtieq li l-aġenda nissettjawha lkoll flimkien.", "Iktar tard waqt il-laqgħa, wara li jagħmlu l-intervent tagħhom il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari, se nkun qed nitlob sabiex jekk minn dawk preżenti hemm min għandu xi suġġerimenti dwar x'għandu jkun hemm fuq l-aġenda għax-xhur li ġejjin, jagħmilhom ħalli dawk l-affarijiet l-iktar importanti fejn jidħol ambjent u ppjanar ta' żvilupp, inkunu ċerti li jkunu fuq l-aġenda.", "Imbagħad, meta jkunu se jiġu diskussi, intom se terġgħu tkunu mistednin mhux biss biex tisimgħuna imma wkoll biex tikkontribwixxu.", "Għaldaqstant, nitlob lis-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, jelenka t-triq li se jieħu l-Gvern fejn jidħol l-iżvilupp f'dawn ix-xhur u s-snin li ġejjin.", "MICHAEL FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Sinjura President, naħseb li wieħed mill-punti l-iktar saljenti dwar kif se jkun miexi dan il-Gvern huwa li l-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), tinqasam f'żewġ strutturi, parti li għandha x'taqsam mal-ippjanar u parti oħra li għandha x'taqsam mal-ambjent li se tmur fil-Ministeru għall-Ambjent fejn hemmhekk se nkunu qegħdin naraw flimkien kif l-aħjar li jinqasmu.", "Fil-fatt diġà bdejna xi diskussjonijiet preliminari; qegħdin naraw il-parti leġiżlattiva u se nħarsu wkoll lejn ir-riżorsi umani u l-istruttura ta' kif se jkunu mexjin.", "Sadanittant hemm numru ta' policies li qegħdin jitressqu 'l quddiem għal diskussjoni.", "S'issa kien hemm policy waħda li kienet bdiet mill-Gvern preċedenti u kienu saru diversi konsultazzjonijiet.", "Din il-policy kienu jaqblu magħha ż-żewġ naħat tal-Kamra dakinhar u jien ma rajt l-ebda problema biex inkomplu mexjin fuq dik il-policy li fil-fatt tħabbret ftit tal-jiem ilu li għandha x'taqsam ma' żewġ sulari extra fuq hotels li huma fi tourist areas, skont it-TOU 4.", "Apparti minn hekk, kien hemm ukoll it-twaqqif tal-bord tal-MEPA fejn nista' ngħid li għall-ewwel darba hemm mill-inqas tliet persuni li huma ambjentalisti puri; kien hemm ħames rakkmandazzjonijiet min-naħa tal-NGOs u ntagħżel wieħed minnhom biex jirrappreżenta lill-NGOs.", "Qabel ukoll kienu jiġu nominati persuni però ma kien jintgħażel ħadd minnhom.", "Minbarra din il-persuna hemm ukoll żewġ persuni oħra, wieħed li huwa marine environmentologist u l-ieħor huwa lecturer l-università u ambjentalista, u kulħadd jaf li huwa ambjentalista partikolari.", "Qegħdin nippruvaw inħarsu 'l quddiem mhux biss billi nistimulaw ix-xogħol fil-qasam tal-ippjanar imma billi naraw li jkun hemm bilanċ bejn l-ippjanar u l-ambjent.", "Waħda mill-affarijiet li tajjeb insemmi hija li, meta tkellimna dwar ċertu mod kif irridu nimxu 'l quddiem, kien hemm ċerti mistoqsijiet li saru, kemm min-naħa tal-ambjentalisti kif ukoll mill-iżviluppaturi li ġew 'il quddiem u staqsew ruxxmata mistoqsijiet u ma ddejjaqna xejn li nirrisponduhom kollha u nista' ngħid li bidlu l-opinjoni tagħhom wara li kien hemm l-ispjegazzjoni ta' kif se nkunu mexjin għax fehmu li l-bilanċ qed nippruvaw inżommuh bejn iż-żewġ setturi.", "Huwa bilanċ fin ħafna; kultant ikollok taqleb iktar lejn l-ambjentalisti u kultant ikollok taqleb xi ftit lejn l-iżviluppaturi.", "Id-direzzjoni li qegħdin nagħtu hija li ma jkun hemm xejn li jxekkel il-ħolqien u l-iżvilupp li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal ħolqien tax-xogħol f'pajjiżna imma fir-rispett tal-parametri tal-policies li hemm u tal-liġijiet li għandna f'pajjiżna.", "U huwa proprju għalhekk li qegħdin nirrevedu numru ta' policies u anke naraw policies ġodda li ma jeżistux li nemmnu li għandhom jitressqu 'l quddiem ħalli jkun hemm linja gwida għall-iżvilupp li hemm bżonn isir f'pajiżna.", "In a nutshell, dik hija l-pożizzjoni li bħalissa mexjin fuqha.", "Jekk ikun hemm xi mistoqsijiet jien lest li nkompli nelabora fuq is-suġġett.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Ministru Leo Brincat sabiex, jekk jogħġbu, jagħmel l-intervent tiegħu dwar il-ħidma tal-Gvern fix-xhur li ġejjin.", "LEO BRINCAT (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sinjura President, filwaqt li nifraħlek għall-ħatra tiegħek nirringrazzjak għall-istedina ġentili tiegħek u nilqa' lil dawk kollha li hawn preżenti u li sfortunatament bħalissa qed nagħtihom dahari.", "Ħafna min-nies preżenti jistgħu jikkonfermaw li diġà kellna laqgħat ta' konsultazzjoni.", "Kienu laqgħat two-way, mhux monologue ta' naħa jew ta' oħra, għax nemmen li, għalkemm il-programm tal-Gvern tal-ġurnata huwa magħruf, importanti li qabel ma nibdew inlaħħmu u nattwaw dak li hemm fil-programm, inpaċpċu inqas u nisimgħu iktar.", "Fil-laqgħat li kelli fittixt li nisma' kemm nista' mhux biss is-suġġerimenti li għamlu l-ENGOs u l-korpi kostitwiti li ltqajt magħhom, imma nara kif dawn jistgħu jitħaddmu b'mod mill-iktar prattiku.", "Li nista' ngħid huwa li l-programm tal-Gvern huwa magħruf, imma naħseb li l-iktar ħaġa interessanti hija li dak li aċċenna għalih il-kollega tiegħi – li qed naħdmu flimkien tajjeb ħafna minkejja li fil-preżent qegħdin taħt dekasteru differenti – meta ġejna għall-proposta li jkun hemm separazzjoni tal-ambjent u tal-iżvilupp fil-kuntest tal-MEPA – għalkemm nieħu gost li d-dibattitu ma jibqax biss MEPA qisu l-ambjent huwa MEPA biss, imma to be fair, la s-suġġett huwa marbut ma' żvilupp u ppjanar, ma tistax titkellem fuqhom mingħajr ma titkellem dwar il-MEPA – … Naħseb ta' min jinnota, li kemm fil-konsultazzjonijiet li kellna, kemm fir-run up għall-elezzjoni f'vesti ta' partit politiku kif ukoll fil-laqgħat li kellna f'vesti ta' Gvern, il-feeling ġenerali across the board bejn nies jew gruppi li s-soltu huma, mhux ngħid irrikonċilibbli, imma li jieħdu fehmiet u pożizzjoni differenti – qed ngħid għall-ENGOs, developers u anke organisations bħall-Kamra tal-Kummerċ – ilkoll qablu li kien hemm bżonn li ssir din is-separazzjoni.", "L-interess tagħhom huwa kif se taħdem fil-prattika imma jekk nieħu, pereżempju, iċ-Chamber of Commerce, naraw li ilhom sentejn li ħadu pożizzjoni kategorika favur din is-separazzjoni tant li kienu għamlu din il-pożizzjoni tagħhom pubblika anke meta kienu ġew ikkonsultati mill-Gvern tal-ġurnata biex titwaqqaf jew titfassal in-National Environment Policy li aħna, bħala partit fl-oppożizzjoni dakinhar u llum anke bħala Gvern, lesti li nkomplu nħarsu lejha b'element ta' kunsens.", "Hemm żmien ta' transizzjoni li jrid jintuża mhux biss bħala learning curve imma bħala listening curve ħalli ċertu fine tuning li jista' jiġi bypassed jekk isir bil-għaġġla, inkunu qegħdin in time li nagħmluh aħna b'responsabilità ta' gvern.", "Ħafna nies qegħdin jistaqsu jekk b'dan it-tibdil, l-ambjent hux se joħroġ minn taħt, jew inkella minn fuq, jew hux se jibqa' kif kien.", "Jekk jiġi attwat dak kollu li hemm fil-manifest tal-Gvern tal-ġurnata, nemmen – u ngħid dan b'sens ta' responsabilità – li l-ambjent se joħroġ iktar imsaħħaħ.", "Dan m'iniex qed ngħidu bi kritika għall-Gvernijiet ta' qabel, imma qed ngħidu għax il-fatti jitkellmu waħedhom.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk nieħdu l-MEPA anke kif inhi llum, ma kien hemm l-ebda obbligu li l-Gvern tal-ġurnata – stajna nkunu aħna stess jew anke Gvernijiet preċedenti – jaħtar rappreżentanza ta' ENGOs.", "Sal-lum – u jikkoreġuni l-persuni preżenti – kien hemm biss persuna ta' integrità u ma jien qed nitfa' l-ebda dell fuq il-persuna li kienet għamlet xogħol siewi fi ħdan ENGO li ma kenitx għadha membru ta' ENGO.", "Kemm dakinhar kif ukoll illum qegħdin ngħidu lill-ENGOs li dment li jaqblu bejniethom – u huma assigurawna li jistgħu jaqblu bejniethom – jinnominaw persuni li jirrappreżentawhom biex minflok ikunu biss vuċi ta' dissidenza – xorta se jibqagħlhom dan id-dritt, jiġifieri m'aħniex qed nippruvaw noħonqu d-dissidenza – fl-istess ħin ikunu preżenti għall-board meetings kemm tal-environmental arm kif ukoll tal-planning arm fejn mhux biss ikollhom id-dritt li jagħmlu l-preżentazzjonijiet tagħhom imma anke jivvutaw, kif se jkollhom anke kunsilli lokali meta jiġu mbuttati 'l quddiem dawk li jgħidulhom mega projects.", "Forsi hawnhekk, bħala Chairperson, tista' tistaqsini x'nemmen b'mega project.", "Jista' jkun li d-definizzjoni tiegħi u tal-kollega tiegħi huma differenti u allura, biex inkunu ċari ma' xulxin u anke mal-pubbliku, permezz tal-kollega tiegħi u d-dipartiment tiegħu se nfasslu protocol li jiġi maqbul mal-partijiet kollha ħalli jkun hemm definizzjoni ċara ta' x'inhu mega project u ma jkunx hemm blurring of lines bejniethom.", "F'każi bħal dawn, il-kunsilli lokali mhux ikunu vuċi ta' dissidenza imma jistgħu jiġu hemmhekk u fuq bażi ad hoc jitkellmu u anke jivvutaw fuq proġett li b'xi mod jew ieħor jista' jħalli impatt fuq il-lokal tagħhom.", "Hemm imbagħad l-aspett dwar l-għajnuna finanzjarja għall-ENGOs.", "Sal-lum, mhemm l-ebda provvediment ħlief ad hoc arrangements li għamlu diversi Gvernijiet ma' ENGOs infushom.", "Fl-aħħar nett, biex nagħlaq – forsi aħjar nisma' milli nkompli għaddej jien – hemm il-liġi tal-iżvilupp sostenibbli, liġi li għalkemm għaddiet mill-Parlament f'Lulju tas-sena li għaddiet, u aħna qbilna magħha, l-istrutturi tagħha twaqqfu f'Diċembru.", "Il-persuni huma validi ħafna, 99% tal-persuni li kien hemm reġgħu ġew konfermati, u li għamilna u qed nagħmlu bħalissa b'deċiżjoni tal-Kabinett, huwa li ħassejna li billi hemm l-istrutturi in place u billi hemm nies ta' ċerta integrità mhuwiex biżżejjed, jonqos li l-mainstreaming jitħaddem fil-prattika.", "Naħseb li l-ewwel mainstreaming irid isir billi l-Gvern jimxi bl-eżempju, u dan se nagħmluh.", "Id-data m'għażilnihiex b'koinċidenza għax inzertajna għandna dan il-Kumitat imma ilha ħafna ġranet iffissata.", "Se jkollna laqgħa mas-segretarji permanenti tal-Ministeri kollha flimkien ma' nies tekniċi – jien se nitkellem l-inqas u se nħalli lin-nies tekniċi jitkellmu – fejn fiha se niġbdulhom l-attenzjoni mhux biss għal dak li hu mistenni minnhom imma għal dak li l-liġi nnifisha tobbligahom jagħmlu f'kull Ministeru u f'kull dipartiment ħalli tinqata' din l-idea li l-iżvilupp sostenibbli hija responsabilità ta' Ministeru wieħed biss, il-Ministeru tal-Ambjent.", "Skużani jekk tawwalt u bħall-kollega tiegħi ngħid li jien se nkun hawnhekk lest li nwieġeb għal kull domanda li jista' jkun hemm.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "L-ambjent, f'dawn l-aħħar snin, taħt diversi Gvernijiet – u meta ngħid ambjent, qed nirriferi għall-ambjent naturali, storiku u fil-facets kollha tiegħu – bata ħafna.", "Nafu li ma naffordjawx f'dan il-pajjiż li nibqgħu naraw l-ambjent jissawwat a skapitu ta' effett ħażin fuq il-poplu tagħna u fuq kull min jiġi jżurna u nemmen li għandna naħdmu flimkien mal-NGOs, imma mhux nagħmlu minn dan il-Kumitat a talking shop biss.", "Dan il-Kumitat jista' biss jirrikkmanda imma mbagħad huwa l-eżekuttiv li jrid jara li dawk ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati.", "Il-fatt li llum sibtu l-ħin biex ġejtu hawnhekk tagħmlu din il-preżentazzjoni tagħkom u tisimgħu lill-NGOs, diġà is a step in the right direction u issa nistieden lil dawk preżenti biex jibdew jaħsbu biex jagħmlu l-interventi tagħhom li nitlob li jkunu kemm jista' jkun fil-qosor imma li fl-istess ħin iwasslu dak li jixtiequ jwasslulna.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, fil-bidu tal-laqgħa inti rriferejt għal-Liġi dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp u jien se nirrepeti fil-qosor x'inhuma l-għanijiet skont kif stipulat bil-liġi.", "Artiklu 34 ta' din il-liġi jgħid hekk:", "\"(1) Għandu jkun hemm Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li għandu jkun magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kamra, li minnhom tlieta jkunu membri li jappoġġaw lill-Gvern, u li minn fosthom wieħed jinħatar bħala Chairman u li t-tnejn l-oħra jkunu membri magħżula mill-Oppożizzjoni.", "(2) Il-Kumitat Permanenti għandu:", "jagħmel reviżjoni ta' kull pjan li jitressaq quddiem il-Kamra tad-Deputati skont id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-Kumitat Permanenti għandu jirrakkomanda lill-Kamra jekk dak il-pjan għandux jiġi approvat, approvat b'emendi jew riġettat;", "jiddiskuti kull rapport riferut lilu mill-Ministru li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' struttura jew kull reviżjoni ta' dak il-pjan;", "jiddiskutu kull pjan jew policies oħra riferita lilu mill-Ministru u tirrapporta fuqu lill-Parlament.\".", "Il-laqgħa tal-lum, kif jidher li qed tispinġi, bl-ebda mod ma tirrispondi għal wieħed mit-tliet għanijiet li għalih il-liġi waqqfet dan il-Kumitat.", "Jien m'għandi l-ebda diffikultà li dan il-Kumitat iservi ta' talking shop imma nixtieq infakkrek li ftit tal-minuti ilu inti stess għedt li ma tixtieqx li dan il-Kumitat ikun talking shop u ġaladarba nippretendi li dan il-Parlament l-ewwel jagħti eżempju hu, nistenna li dan il-Kumitat jimxi abbażi ta' din il-liġi.", "Sfortunatament, quddiemna la għandna reviżjoni ta' xi pjan, la għandna rapport riferut lilu mill-Ministru u lanqas m'għandna quddiemna xi pjan jew policy oħra riferuta mill-Ministru u tirrapporta fuqu lill-Parlament.", "Għaldaqstant, b'mod konkret, min-naħa tal-Oppożizzjoni nistennew li dan il-Kumitat iservi l-iskopijiet li għalih ġie mwaqqaf bil-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzja lill-Onor.", "Pullicino, però peress li llum, fit-8:00p.m. se tissejjaħ division fil-plenarja li għaliha rridu nkunu preżenti, se ngħaddi mill-ewwel għall-interventi tas-Sinjuri preżenti.", "Nitlob lil dawk li jixtiequ jintervjenu sabiex, jekk jogħġobhom, jersqu fuq il-mejda, jidentifikaw ruħhom u jagħmlu l-intervent tagħhom.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, m'għandi l-ebda skop li nagħmel filibustering imma kont nistenna minnek bħala Chairperson, li wara l-intervent tiegħi, għallinqas tipprova tispjega l-ispirtu ta' din il-laqgħa kif inhu marbut, almenu jekk mhux mal-liġi, mal-ispirtu tal-liġi.", "Jidher ċar li bl-ebda mod ma ħassejt il-ħtieġa tispjega f'liema ambitu dan il-Kumitat qed jimxi mal-linja ċara li tagħti l-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Minħabba li llum limitati fil-ħin, l-ewwel se nilħqu l-għan li għalih tlaqqa' dan il-Kumitat .…", "GEORGE PULLICINO: Bir-rispett kollu, l-għan huwa stabbilit bil-liġi, ma tistabbilixxihx inti!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Pullicino, l-ispirtu tal-liġi, kif semmejt tajjeb inti, jippermetti, anzi jitlob, li aħna nisimgħu u nifhmu lil dawk li huma ħafna iktar professjonisti u professjonali minna f'dan il-mestier ħalli meta niġu biex niddiskutu dawk il-pjanijiet u dawk il-policies li issa minn żmien għal żmien se jiġu riferuti lil dan il-Kumitat, inkunu diġà nafu x'jaħsbu dawn in-nies li ħadu l-interess u l-intrigu li jiġu hawnhekk u jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Nerġa' ngħid li kieku llum mhux se jkollna bżonn inkunu preżenti fil-plenarja fit-8:00 p.m. minħabba division, kont inkun nista' nagħti spjegazzjoni twila kemm hemm bżonn lill-Onor.", "George Pullicino, imma nippreferi li llum nilħaq l-għanijiet li għalih tlaqqa' dan il-Kumitat bl-aġenda li kellu kulħadd minn ħafna ġranet ilu u nisma' lil min hawn preżenti.", "GEORGE PULLICINO: Nerġa' ngħid li filwaqt li m'għandi l-ebda diffikultà, anzi huwa gost u pjaċir tan-naħa tal-Oppożizzjoni li nisimgħu l-opinjoni tat-tekniċi, nippretendi li dan il-Kumitat jiġi mlaqqa' a tramite ta' dak li tistipula l-liġi u allura kont nistenna li jew ikollna reviżjoni ta' xi pjan, jew diskussjoni dwar rapport riferut lill-Kumitat, jew li niddiskutu xi pjan jew policy, imbagħad għax ikollna xi ħaġa konkreta x'niddiskutu, mhux fl-arja, kont napprezza l-opinjoni tan-nies tekniċi u tal-ambjentalisti fuq dak li jkun konkret u mhux diskuss fl-arja.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Pullicino, ippermettili però se jkolli nwaqqfek għax qed taħli l-ħin kollu ta' dan il-Kumitat.", "Nista' nassigurak li minn dawn il-policies u reviżjonijiet se jkollna bżonn ħafna speċjalment għall-ħafna policies li forsi setgħu kienu mgħoddija anke meta inti kont ministru, imma dejjem meta jkun il-waqt.", "Illum, l-aġenda kienet ċara; dan il-Kumitat se jisma' lil dawk li għandhom interess f'dan is-settur u għandhom il-kapaċità biex jikkontribwixxu direttament fih, għall-ewwel darba f'kumitat parlamentari.", "Illum irrid nisma' lilhom.", "L-aġenda nagħmilha jiena, int kont taf x'inhi l-aġenda, issa ħu paċenzja, tkunx iktar negattiv u kompli imxi mal-aġenda li għamilt jien.", "Jimporta nisma' lil min hawn preżenti?", "GEORGE PULLICINO: M'għandi l-ebda diffikultà, ħlief li … (Interruzzjonijiet) Hawn xi ħadd għandu xi uġigħ?", "THE CHAIRPERSON: Il-pajjiż kollu muġugħ!", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, jien kont nistenna li tmur 'il hinn minn dak li għadek kemm għedt, jiġifieri, ġaladarba stabbilixxejt l-aġenda int, għallinqas kien ikun jagħmel ħafna sens kieku din l-aġenda tiġi diskussa f'dan il-Kumitat.", "Dan il-Kumitat ...", "THE CHAIRPERSON: Jekk tħallina, hekk se nagħmlu!", "GEORGE PULLICINO: Jiddispjaċini imma għadek kemm għedt int stess li l-aġenda stabbilixxejtha inti.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Pullicino, għaliex qed tieħu dan l-atteġġjament negattiv?", "Jiddispjaċini għalik.", "GEORGE PULLICINO: Jiddispjaċini, imma jien qed nitkellem fuq fatti mhux fuq opinjonijiet.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qed nitkellem fuq l-ispirtu tal-liġi.", "L-ispirtu tal-liġi mhux biss li jipproteġi imma li jkun proattiv favur l-ambjent.", "GEORGE PULLICINO: Jien il-liġi qrajthielek bil-Malti mhux bl-Ingliż ...", "THE CHAIRPERSON: Tista' taqraha bil-Malti u bl-Ingliż; l-istess ħaġa tgħid.", "GEORGE PULLICINO: … u fiha tistipula ċar għalxiex jitlaqqa' dan il-Kumitat.", "Aħna m'għandna l-ebda problema li nisimgħu l-opinjoni tal-ebda tekniku u l-ebda ambjentalist ġaladarba wieħed jimxi fuq affarijiet konkreti x'jiġi jiddiskuti f'dan il-Kumitat għax dan il-Kumitat huwa stabbilit bil-liġi u jgħid ċar u tond x'għandu jiġi diskuss.", "Dan qed ngħidu biex il-Kumitat ma jispiċċax talking shop kif ma tixtiequx lanqas int.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu nkomplu bl-aġenda tagħna.", "GEORGE PULLICINO: L-aġenda tiegħek mhux tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Id-direzzjoni tal-Gvern hija l-aġenda tagħna.", "Dan huwa Gvern li tela' b'maġġoranza assoluta u tajjeb li aħna nisimgħu lil min jixtieq jikkontribwixxi f'dan is-settur ħalli naraw x'jixtieq jara fuq l-aġenda.", "Aktar 'il quddiem se jkollna reviżjoni ta' policies u affarijiet oħra li jirriferulna l-Ministri u se niddiskutuhom ukoll, imma f'kull laqgħa nkun irrid nisma' x'għandhom xi jgħidu dawk li żgur huma ħafna iktar kapaċi minni u minn ħafna minna hawnhekk fuq is-settur.", "Hawn xi ħadd li jixtieq jagħmel intervent, jekk jogħġobkom?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR (Chairman tal-MEPA): Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq ningħaqad ma' dak li qalu l-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Michael Farrugia dwar id-direzzjoni tal-MEPA skont il-programm tal-Gvern.", "Hemm affarijiet li jafhom kulħadd, l-ewwel waħda hija l-isplit bejn l-environment u l-planning.", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, jien diġà bdejt xi diskussjonijiet f'dan ir-rigward u l-idea hija li dak li ġie stabbilit matul dawn l-aħħar snin, speċjalment matul dawn l-aħħar sentejn, tlieta, fejn tidħol l-interaction bejn il-parti tal-environment u l-parti tal-planning, ma tintilifx, anzi l-parti tal-environment għandna nsaħħuha għax il-planning ilu jeżisti u hemm strutturi li wieħed jafhom u huma strutturi tajbin, allavolja hemm bżonn li jkun hemm improvements hemmhekk ukoll imma l-parti tal-ambjent, li kienet waħedha mbagħad ingħaqdet mal-planning u hemmhekk ħadet il-forma tagħha kif suppost u issa trid tinqasam, tkompli tissaħħaħ.", "Nixtieq li minbarra li nkunu qegħdin nitkellmu fuq planning u environment, kif nifhmuh l-ambjent illum, nixtieq nara wkoll li jkun hemm iżjed say f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tal-pajjiż, bħal pereżempju l-ilma u affarijiet simili.", "Xi sitta jew tmien xhur ilu kont għamilt suġġeriment, u forsi jkun tajjeb li nirrepetih hawnhekk, fejn għedt li xtaqt nara li jkun hemm a focus group, li idealment ikun fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għax hemmhekk iżjed għandek is-saħħa li ċerti affarijiet jistgħu jsiru, li jkun jiġbor fih esperti jew nies li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-affarijiet.", "Dan insejjaħlu proċess ta' integrated resource management, jiġifieri li nippruvaw niġbru r-riżorsi kollha li għandna f'dan il-pajjiż li jimpinġu fuq il-kwestjonijiet tal-planning u tal-ambjent.", "Kif forsi xi wħud jafu, matul is-sena l-oħra, kienet saret proposta f'dokument li kien jismu Strategic Plan for Environment and Development (SPED).", "Dan huwa dokument li qegħdin nerġgħu nirreveduh u l-idea hija li ndaħħlu l-istakeholders kollha, u meta ngħidu stakeholders qed nirriferu speċifikament għall-Ministeri, dipartimenti u entitajiet tal-Gvern għax hemm affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ilma, mat-trasport u ħafna affarijiet oħra li għandhom, jew għandhom ikollhom say, meta wieħed ikun qiegħed jippjana.", "Fil-parti tal-planning, naħseb li qabel ma ssir il-qasma, hemm bżonn li jkun hemm dik li nsejħilha restructuring jew reorganisation tal-awtorità, jiġifieri li wieħed jara l-esiġenzi tal-pajjiż.", "Ovvjament l-affarijiet ikunu qegħdin jiżvolġu matul is-snin u allura ma nistgħux nibqgħu marbutin biss ma' dak li sar fl-antik imma rridu nimxu biex inħarsu u naraw jekk hemmx affarijiet li huma ta' importanza iżjed illum milli kienu qabel u allura oltre milli kif hemm fil-programm tal-Gvern li trid tonqos il-burokrazija f'ċerti affarijiet, hemm ukoll affarijiet li daħlu ġodda matul is-snin u allura wieħed irid iħares 'il hemm ukoll.", "Viżjoni li għandi hija li l-MEPA ssir iżjed user friendly.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat li ili Chairman tal-MEPA iltqajt ma' każijiet fejn il-pubbliku, jew min ikun milqut b'xi permess jew ieħor, iħoss li ma jkunx ħa sodisfazzjon totalment mill-proċess kollu tal-MEPA.", "Allura nħoss li l-MEPA għandha tkun iżjed qrib iċ-ċittadin, fis-sens li l-ewwel nett tispjegalu x'inhi l-viżjoni tagħha u tispjega liċ-ċittadin x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Hemm ħafna policies, semmihom l-Onor.", "Farrugia, li jridu jinbidlu jew hemm bżonn ta' review tagħhom għax ħafna mill-policies huma miktubin b'ċertu lingwaġġ li forsi nifhmuh aħna l-periti biss u min ikun qed jaħdem hemmhekk imma ċ-ċittadin li jkun qed jara jekk huwiex se jieħu permess ma tantx ikun qed jifhimhom.", "Għalhekk, naħseb li hemm bżonn li jkun hemm iżjed lingwaġġ li l-poplu jifhmu.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Xtaqt nagħmel domanda waħda li forsi jista' jirrispondiha l-Onor.", "Is-suġġerimenti li għamel iċ-Chairman relattivament ġdid tal-MEPA, huma rilevanti ħafna.", "Jeżisti pjan ta' ristrutturar within a certain timeframe biex ir-riforma vera tal-MEPA sseħħ?", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt, it-timeframe huwa li sa nofs jew sal-aħħar tas-sena d-dieħla nkunu lestejna d-diviżjoni bejn l-ippjanar u l-ambjent.", "Se nkunu qegħdin naraw il-parti legali u d-dettall tagħha kif se tkun qiegħda tiġi mressqa 'l quddiem.", "Ovvjament ma nistax ngħid kemm se jieħu żmien biex jiġi diskuss fil-Parlament, u probabbilment se nkunu qed nersqu quddiem dan il-Kumitat meta nkunu qegħdin nagħmlu l-pjanijiet kollha neċessarji ħalli nisimgħu l-feedback ta' dan l-istess Kumitat u tad-diversi rappreżentanti tal-poplu Malti u Għawdxi dwar il-linja li se nkunu mexjin 'il quddiem biha.", "Li nista' ngħid ukoll huwa li huwa targeted li jkolli ġurnata fejn fiha jkolli laqgħat mad-developers, mal-periti u dawk li għandhom x'jaqsmu mas-settur tal-iżvilupp, imbagħad se nkun qed nagħmel laqgħa oħra ta' ġurnata wkoll fejn se nkun qed nisma' x'għandhom xi jgħidu l-NGOs dwar kif nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Kif forsi tafu, għamilna launching tal-kunċett \"Semma' leħnek\" fejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin tlabnihom jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom kull meta jersqu in kuntatt mal-MEPA, u kellna wkoll l-opportunità li liċ-ċittadini noffrulhom li huma wkoll jistgħu jsemmgħu leħinhom u jissuġġerixxu diversi prosposti dwar kif għandha ssir il-bidla.", "Tajjeb ngħid ukoll li, b'mod regolari, qed immur il-MEPA mhux biss biex nitkellem mad-diretturi, li ħafna drabi nkun qed niltaqa' magħhom l-uffiċċju, imma anke biex nitkellem mal-ħaddiema li se jkunu qegħdin iħaddmu l-proġetti 'l quddiem u se jkunu on the ground biex jaraw li l-policies u l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ippjanar u mal-ambjent, għada pitgħada, ikunu jistgħu jiġu attwati.", "Jien infurmat li hija xi ħaġa li qed issir għall-ewwel darba li xi ħadd imur hemmhekk u jisma' lill-ħaddiema li huma on the ground x'għandhom xi jgħidu.", "Aħna rridu li l-bidla li se ssir ma tkunx biss bidla li sempliċement tkun saret imma rridu li l-ħaddiema jħossu li they own the change, they own the new direction u għalhekk irriduhom li jkunu hands on billi nisimgħu xi jkunu qed jissuġġerixxu dwar kif għandna nimxu 'l quddiem, mhux biss bħala struttura tal-MEPA imma anke dwar il-bidliet li hemm bżonn li jsiru.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, iċ-Chairman tal-MEPA, għamel diversi statements u xtaqt nistaqsih biex jikkjarifika l-ideat tiegħu fuq punti li diġà semma.", "THE CHAIRPERSON: Tkun tista' tistaqsi wara li nisma' l-interventi ta' nies oħra.", "GEORGE PULLICINO: Jiddispjaċini, imma ...", "THE CHAIRPERSON: Onor. Pullicino, jiena ċ-Chairperson hawnhekk mhux inti.", "Tkun tista' tistaqsi jekk jibqagħlna l-ħin.", "Diġà għedtlek li dawn in-nies inqalgħu mill-uffiċċji tagħhom u minn djarhom biex nisimgħuhom.", "Jekk fil-każ nerġgħu nagħmlu dan l-istess item fuq l-aġenda u niddiskutuh f'laqgħa oħra.", "Dan huwa Kumitat tal-Parlament u allura huma l-Membri li jagħżlu li jisimgħu lill-partijiet oħra.", "THE CHAIRPERSON: Dan il-Kumitat inzerta għandu chairperson li tmexxi l-laqgħa, li hija jien.", "GEORGE PULLICINO: Ġaladarba ċ-Chairperson espremiet ruħha u b'mod korrett qalet li...", "THE CHAIRPERSON: Onor. Pullicino, qiegħed skorrett.", "Il-laqgħa mmexxiha jien.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, huwa veru li qed tmexxi l-Kumitat inti, però trid tagħmel dan fl-ambitu ta' dak li tgħid il-liġi.", "THE CHAIRPERSON: L-ambitu tal-ispirtu tal-liġi huwa importanti daqs l-ambitu tal-liġi.", "GEORGE PULLICINO: Le, jiddispjaċini imma lanqas l-ispirtu tal-liġi m'inti qed tosserva.", "Hawnhekk huwa speċifikat ...", "THE CHAIRPERSON: Onor. Pullicino, inti titkellem biss meta nagħtik il-permess jiena bħala Chairperson.", "GEORGE PULLICINO: Mela jien nitlob ruling mingħand l-Ispeaker għar-rigward ta' kif qed titmexxa din il-laqgħa.", "Ġaladarba dan il-Kumitat tal-Parlament huwa stabbilit bil-liġi u jispeċifika għalxiex għandu jitmexxa u fuq liema linja għandu jitmexxa, u ġaladarba hawn persuni li qed jagħmlu l-intervent tagħhom, Membru Parlamentari rappreżentant f'dan il-Kumitat għandu jkollu l-jedd, kif hemm fi kwalunkwe kumitat ieħor ta' dan il-Parlament …", "THE CHAIRPERSON: Se jkollok il-jedd.", "GEORGE PULLICINO: … li jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "Jien ma nsib ebda diffikultà li jerġgħu jiġu l-persuni darb'oħra, imma nsostni li bħala Membri Parlamentari għandna kull dritt nagħmlu l-mistoqsijiet.", "THE CHAIRPERSON: Ħadd ma qallek li m'għandekx dritt tagħmel mistoqsijiet, imma l-aġenda hija dik li hi.", "Jekk il-ħin jippermetti nistgħu nibqgħu nistaqsu sa filgħodu imma inti taf li llum l-aġenda tal-Parlament qiegħda tali li fit-8:00 p.m. irridu nkunu fil-Kamra biex nivvutaw u allura nixtieq li sa dak il-ħin nisma' kemm jista' jkun interventi minn dawn in-nies li qagħdu jinqalgħu biex jiġu hawnhekk.", "Jiena ċ-Chairperson u l-aġenda għamiltha jiena.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, bħala Deputat u Membru ta' dan il-Kumitat, nistenna mingħandek deċiżjoni jekk il-mistoqsijiet li rrid nagħmel lil kwalunkwe individwu li se jesprimi ruħu hawnhekk, inkunx nista' nagħmilhom f'istanza oħra ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Dak iva, nista' ...", "GEORGE PULLICINO: Imma inti għadek kemm għedtli li jekk jibqa' l-ħin.", "Ladarba ġibna dawn in-nies biex nisimgħuhom, jien għandi interess li nagħmel il-mistoqsijiet lil dawn l-istess persuni ħalli nkun nista' nkun ċert li qegħdin nifhmu dak li preċiżament iridu jgħidu.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Inserraħlek rasek li jekk ma nlestux illum se nkomplu darb'oħra.", "Tajjeb?", "GEORGE PULLICINO: Mela qiegħda on record...", "THE CHAIRPERSON: Il-microphone huwa mixgħul il-ħin kollu.", "GEORGE PULLICINO: ...li qed jintqal miċ-Chairperson li din in-naħa u kwalunkwe Membru ieħor ta' dan il-Kumitat jkun jista' iressaq il-mistoqsijiet tiegħu lill-persuni li se jkunu esprimew ruħhom.", "THE CHAIRPERSON: Naturalment fuq dak li jkunu qalu.", "THE CHAIRPERSON: Ċertament.", "IS-SUR PAUL BUTTIGIEG (Viċi Sindku tal-Qala u f'isem il-Moviment Ħarsien Ħondoq): Sinjura Chairperson, nixtieq nagħmel suġġeriment li fuq l-aġenda ta' dan il-Kumitat jinġieb għad-diskussjoni kif il-local plan ġie mibdul minn wara dahar il-Kunsill.", "Qed nirriferi għal-local plan ta' Ħondoq ir-Rummien, li kien jaf bih l-ex Ministru Pullicino.", "Rigward applikazzjonijiet li jsiru f'outside development zones li aħna bħala Kunsill ikollna nonfqu eluf ta' ewro plus konsulenti biex jiddefenduhom u jkollna noħorġu flus għalihom biex forsi issir xi ħaġa dwarhom .… Meta nbidel il-pjan lokali – nerġa' ngħid għal darba darbtejn minn wara dahar il-Kunsill, u l-ex Ministru jaf bih għax inbidel bil-permess tiegħu – …", "THE CHAIRPERSON: Sur Buttigieg, indirizza lili.", "IS-SUR PAUL BUTTIGIEG: Aħna l-Qala għandna tliet problemi u waħda minnhom hija r-rimi tal-iskart f'Ta' Muxi.", "Xbajna niltaqgħu mal-MEPA dwar dan u qatt ma sar xejn.", "Bi pjaċir ngħid li kien permezz tiegħi li qabbadt lil wieħed jieħu video, ġibtu fuq programm u l-għada saret l-istop notice.", "Allura għaliex ma saritx qabel?", "Konna ilna tliet snin ngħidu!", "Hemmhekk kien earmarked bħala national park u tħalla jintefa' dak ir-radam kollu!", "Għaliex tħalla jsir dan?", "THE CHAIRPERSON: Sur Buttigieg, indirizza lili.", "IS-SUR PAUL BUTTIGIEG: Sinjura Chairperson, l-ex Ministru kien jaf b'dan.", "Għandna applikazzjoni tal-Marċa li qiegħda recommended for refusal – u hawnhekk inzerta hawn is-Sur Marco Cremona li f'rapport li kien għamel kien ikkonkluda li din se toħloq il-problemi – u l-MEPA dejjem kienu jgħiduli li qisu m'għandix raġun u fi smigħ minnhom qaluli li r-rapport tas-Sur Marco Cremona, li kien ikkummissjonat mill-Kunsill, huwa biased.", "Kien biss meta ħadt video fl-10 ta' Marzu 2012 fejn fih intwera ċar li kemm jien kif ukoll is-Sur Marco Cremona kellna raġun, li… Għaliex għandna nibqgħu nonfqu l-flus u nibqgħu f'din is-sitwazzjoni?", "Issa jekk trid tirrispondi, rrispondi Sur ex Ministru!", "THE CHAIRPERSON: Sur Buttigieg, nerġa' ngħidlek biex tindirizza lili.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura Chairperson, l-ewwel nett nistenna li n-nies li jiġu hawnhekk ikollhom is-sens ta' diċenza u etika ta' kif jindirizzaw Kumitat Parlamentari, u barra minn hekk nistenna li int, bħala Chairperson, tipproteġi lill-Membri tal-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli f'idi, nipproteġik żgur.", "GEORGE PULLICINO: Peress li ġew indirizzati lejja mistoqsijiet, nitolbok tgħidli f'liema stanza se jkun nista' inwieġeb għalihom.", "THE CHAIRPERSON: Fl-aġenda li jmiss se jkollok iċ-ċans li twieġeb għalihom.", "GEORGE PULLICINO: \"L-aġenda li jmiss\" xi tfisser, Sinjura Chairperson?", "THE CHAIRPERSON: Issa niddikjaraw x'se tkun l-aġenda li jmiss, ngħidu d-data meta se tkun, u inti jkollok kull opportunità li tistaqsi u tkun tista' twieġeb ukoll.", "Sadanittant se nkompli bl-aġenda tal-lum u nkompli nisma' lil dawk li huma preżenti.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura Chairperson, jiġifieri qed nifhem li se jkun hemm kontinwazzjoni tal-aġenda tal-lum.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tkun kontinwazzjoni u jista' jkun li nżidu xi ħaġa oħra mal-aġenda.", "Forsi jkollna reviżjoni ta' xi policy u ndaħħluha fuq l-aġenda wkoll.", "Imma nassigurak li din il-materja se tkompli tiġi diskussa.", "Kull min qiegħed hawn illum u mhux se jlaħħaq isemma' leħnu se jerġa' jkun mistieden biex ikun jista' jagħmel dan.", "Imbagħad l-intenzjoni hija li wara aħna niddiskutu u nistaqsu bejnietna.", "Għalhekk lilek għedtlek biex tagħti ċans għax wara tkun tista' tiddiskuti.", "Illum inzertajna li forsi se nisimgħu biss, imma b'daqshekk ma jfissirx li d-diskussjoni tkun waqfet hemm.", "GEORGE PULLICINO: Jiddispjaċini, Sinjura Chairperson.", "Għadek kemm għamilt statement li jikkonfliġġi ma' statement ieħor li għamilt aktar kmieni f'din il-laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: Dak qed tgħidu int.", "GEORGE PULLICINO: Għadek kemm għedt \"niddiskutu bejnietna\".", "Hawnhekk hawn ħafna nies.", "GEORGE PULLICINO: Imma, Sinjura Chairperson, inti Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Dan huwa l-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Infakkrek li se jkollna l-minuti ta' din il-laqgħa.", "GEORGE PULLICINO: Nerġa' ngħid li dan huwa l-Kumitat tal-Kamra.", "Il-persuni mistiedna huma proprju hekk, mistiedna ta' dan il-Kumitat.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura Chairperson, qed inkun ċar ħafna fid-diskors tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Daqstant ieħor jiena ċara fl-aġenda tiegħi!", "GEORGE PULLICINO: Tpoġġix diskors f'ħalqi!", "THE CHAIRPERSON: Inti qed tpoġġi d-diskors f'ħalqi!", "GEORGE PULLICINO: Inti għedt ċar u tond \"niddiskutu bejnietna\".", "THE CHAIRPERSON: Tkomplix taħli ħin ta' dan il-Kumitat, Onor. Pullicino!", "GEORGE PULLICINO: Qed nagħmillek mistoqsija ċara: Xi tfisser \"niddiskutu bejnietna\"?", "Tfisser li nkun nista' nistaqsi l-mistoqsijiet u nikkummenta fuq kull persuna li tesprimi ruħha biex niċċara l-pożizzjoni tal-ideat espressi?", "THE CHAIRPERSON: Aktar kmieni waqt din il-laqgħa inti tlabt biex tkun tista' tagħmel mistoqsijiet rilevanti fuq dawk is-sottomissjonijiet li jkunu qed jagħmlu n-nies preżenti.", "Nista' ngħidlek li dak se tkun tista' tagħmlu.", "Jekk inti wara tkun trid tikkummenta, l-ewwel nett tkun tista' tikkummenta fil-minuti li se jiġu rappurtati fil-bidu tal-laqgħa li jmiss, jiġifieri tista' tikkummenta kemm trid, u t-tieni jrid ikun hemm lok għal diskussjoni bejnietna l-Membri tal-Kumitat dwar dawk is-sottomissjonijiet u ħsibijiet li nkunu smajna.", "Jekk ma jsirx hekk, inkunu hawn għalxejn.", "Hawn xi ħaddieħor li jixtieq jagħmel s-sottomissjonijiet tiegħu?", "IL-PERIT PHILIP GRECH (Rappreżentant tal-Malta Water Association): Bħala għaqda aħna konna ħriġna anke rakkmandazzjonijiet lejlet l-elezzjoni li għall-iggvernar aħjar tar-riżorsa tal-ilma hemm bżonn li jkun hemm iktar focus u li jittieħdu deċiżjonijiet forsi iktar intelliġenti.", "Aħna għedna li l-ilma għandu bżonn jiġi nkorporat taħt il-Malta Resources Authority (MRA) u anke l-Environmental Protection Directorate (EPD) min-naħa tal-MEPA għandha tidħol hemmhekk.", "F'dik ir-rakkmandazzjoni żidna wkoll li għandu jidħol id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali għax hemm ukoll il-kwestjoni wkoll tal-ibħra f'din il-biċċa xogħol.", "Aħna nemmnu wkoll li hemm elementi fl-MRA li jikkonċernaw customer affairs li m'għandhomx ikunu hemmhekk meta mbagħad il-kwestjoni, pereżempju, ta' tariffi u ssettjar ta' tariffi hija operazzjoni intrinsika u essenzjali ta' kull regolatur u jekk din l-entità l-ġdida se tkun regolatur bis-sens, hemm bżonn li jkollha s-snien biex tiggverna.", "S'issa l-MRA fil-fatt dawk is-snien ma tantx uriethom, li tagħmel hu li tistabbilixxi kull xahar il-prezz tad-diesel u tal-fuel, speċi saret aktar provinċja ta' tħabbir mid-DOI milli ta' ħsieb profond ta' kif sejra l-enerġija f'dan il-pajjiż.", "Il-kwestjoni kollha tal-qasma tal-ippjanar minn mal-ambjent aħna narawha bħala opportunità biex nieħdu d-deċiżjonijiet b'mod iktar intelliġenti.", "Bħalissa l-policies kollha tal-MEPA – li huma ħafna – huma miktuba b'mod legalistiku, b'Ingliż ikkumplikat ħafna li forsi jinftiehem mill-periti imma li jinftiehem ħafna iżjed mill-avukati, kif naraw fl-appelli.", "Hemm bżonn intelliġenza sew biex ikun hemm skrutinju tajjeb tad-deċiżjonijiet aħħarin ta' dawn il-policies.", "Aħna qegħdin nippruvaw, min-naħa tagħna bħala entità, naraw li din il-qasma ma ġġibx il-firda tal-ippjanar mill-ambjent kif jixtiequ l-iżviluppaturi li jispekulaw.", "Aħna nixtiequ li l-policies għoljin ikollhom skrutinju qawwi u biex ngħidu hekk anke livell ta' veto.", "Għalina mhux biżżejjed li jkollok persuna waħda, tnejn, tlieta minn bord ta' disa' li jkollhom id-dritt li ma jaqblux mad-deċiżjoni.", "Dak mhuwiex mod tajjeb kif isiru d-deċiżjonijiet.", "Meta għandek bord ta' nies appuntati u għandek tlieta min-nies li mhux appuntati, mhux kulħadd huwa meritevoli u appuntat fuq l-integrità tiegħu, dawn dejjem se jkunu minoranza u ma huwa ebda premju li jkollok minoranza li dejjem tiddeċiedi kontra u d-deċiżjonijiet dejjem jirrumblaw kif kienu jirrumblaw f'ċerti okkażjonijiet qabel.", "Allura dan l-iskrutinju importanti li narawh.", "Hawnhekk, nixtieq ngħid li naqbel mas-sentiment li semma fil-bidu l-Onor.", "Pullicino fejn xtaq jara pjan.", "Aħna l-periti nħobbu naraw il-pjani; bid-diskors biss ma nimxux.", "Mhux biżżejjed għalina li nitkellmu fil-vojt imbagħad naraw xi ħaġa li tiġri fl-aħħar.", "Hemm tendenza qawwija f'dan il-pajjiż li l-ewwel draft ikun l-aħħar draft; tiġi karta fuq il-mejda, inkunu mitlubin nagħtu l-kummenti tagħna, jgħaddu tliet ġimgħat u tkun telqet l-affari.", "Aħna nixtiequ nkunu parti sħiħa minn dan il-proċess, huwa proċess li mhemmx għalfejn ngħaġġlu fuqu, ilna nitkellmu ħafna fuqu, kien hemm proċess qawwi fl-aħħar snin fuq din il-biċċa xogħol u kien hemm parteċipazzjoni twila u sħiħa.", "L-istess ilmenti li nstemgħu dak iż-żmien se jinstemgħu issa.", "Mhemm xejn mitluf milli wieħed idur fuq dawk is-sentimenti li kien hemm dak iż-żmien.", "Il-Perit Cassar – li dak iż-żmien kien il-President tal-Kamra tal-Periti – u jien – li kont nagħmel parti minn din il-Kamra, esprimejna rwieħna ħafna dak iż-żmien u nimmaġina li dawk l-affarijiet għadhom validi issa.", "Nistenna wkoll li l-konsultazzjonijiet li jsiru ma jkunux one offs.", "Jekk is-Segretarju Parlamentari se jiltaqa' mal-periti, mal-NGOs, u mal-iżviluppaturi, dawn il-one day offs mhumiex biżżejjed.", "Irid ikun hemm żmien biex wieħed jara d-dokument għax kif wieħed jista' jara mis-snin – kważi 20 sena – li ilha mwaqqfa l-MEPA, the devil is in the detail.", "Jekk l-affarijiet ma jkunux ċari, skjetti u bilanċjati fis-sens tal-poteri, il-prodott aħħari mhux bilfors se jkun dak li jixtieq il-poplu u dak li vvota għalih fl-aħħar elezzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Perit Grech.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jien illum pensjonant wara li għamilt mis-sebgħinijiet inservi u nvolut fil-qasam tal-ambjent, kemm f'għaqdiet mhux governattivi kif ukoll fis-servizz pubbliku.", "L-ewwel nett, Sinjura Chairperson, nixtieq nirringrazzjak tal-istedina tiegħek, talli tajtni l-opportunità li niġi hawnhekk biex nisma', nikkummenta, nissuġġerixxi u anke fejn hemm bżonn nikkritika, dejjem fl-interess nazzjonali ħalli d-deċiżjonijiet jkunu jistgħu jittieħdu b'mod li jkunu verament sostennibbli.", "Jien għandi tliet punti li llum xtaqt nissuġerixxi imbagħad 'il quddiem wieħed ikun jista' japplikahom.", "Waħda mill-affarijiet li nixtieq nara f'dan il-qasam huwa li l-konsiderazzjonijiet soċjali u dawk ambjentali jittieħdu u jitpoġġew fuq l-istess livell ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi.", "Ħafna drabi tara li dawn lanqas biss ingħataw ħjiel; ovvjament qed nitkellem b'lura bl-esperjenza ta' li ġara.", "Kif għedt, għandha tingħata iktar importanza fuq affarijiet soċjali u ambjentali.", "Dan jista' jsir biss billi jkun hemm il-kontribut u l-invertent, is-suġġerimenti u l-kritika ta' nies li jixtiequ jitkellmu, kemm jekk fuq bażi personali, kif ukoll jekk fuq bażi ta' għaqdiet.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa li ngħid li qed nieħu pjaċir nara li s-suġġett tal-ambjent reġa' tela' għal-livell ta' Ministeru, wara li għamel xi snin li ma kienx, però għalkemm tela' f'dan il-livell ma jfissirx li l-Ministru għall-Ambjent għandu jerfa' responsabilità sħiħa ta' dak li jiġri fl-ambjent.", "Kull ministru ieħor, jekk hux finanzi, affarijiet soċjali, saħħa, jew edukazzjoni, iġorr miegħu responsabilità soċjali u ambjentali fuq deċiżjonijiet li jieħdu across the board.", "Għalhekk naħseb li kienet għaqlija d-deċiżjoni li ttieħdet fil-passat meta nħolqot il-kummissjoni fuq l-iżvilupp sostennibbli, li imbagħad reġgħet ġiet imneħħija, għaliex din tista' tlaqqa' lill-entitajiet, speċjalment dawk governattivi u anke forsi politiċi biex jiddiskutu dawn l-affarijiet u jidħlu fid-dettall u għalhekk id-deċiżjoni tkun tista' tittieħed b'mod li tkun ta' interess nazzjonali għal kulħadd b'mod sostennibbli.", "Ma nixtieqx insemmi eżempji hawnhekk għax m'għandix il-ħin, imma biżżejjed insemmi l-prinċipju bħalissa u għada pitgħada jekk ikun hemm il-bżonn forsi nistgħu niftħu fuq dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri l-punti tiegħi huma dawn it-tlieta; li r-responsabilità ambjentali u soċjali jġorrha kwalunkwe ministeru… U ma jġorrhiex biss il-Gvern imma ġġorrha wkoll kwalunkwe entità soċjali fil-pajjiż, jekk hijiex reliġjuża, trejdjunjonistika jew kummerċjali.", "Kulħadd għandu r-responsabilità.", "Ħadd ma jipponta subajgħ għax hemm ministru tal-ambjent allura huwa responsabbli ta' kollox.", "Rajna, u forsi qed naraw anke riċentament, deċiżjonijiet li ttieħdu li effettwaw ministru li lanqas biss jaf bihom meta huwa responsabbli hu!", "Din ma tgħin lil ħadd; la tgħin lill-Gvern, la tgħin lis-soċjetà u lanqas tgħin lill-ambjent.", "Dawn huwa punti li fl-opinjoni tiegħi għandhom jiġu indirizzati biex jiġu evitati ħafna problemi iktar 'il quddiem li mhux neċċessarjament dejjem jidhru appena tittieħed id-deċiżjoni.", "Il-Perit Vincent Cassar semma l-punt li llum tant hemm obbligi tal-Unjoni Ewropea – qed nitkellmu fuq l-ambjent issa – plus obbligi ta' strumenti legali internazzjonali, conventions – dejjem fuq l-ambjent – li dawn fihom infushom mhux għalkemm taqbad u taqrahom, tifhimhom u timplementahom.", "Ħafna drabi dawn qed jiġu injorati jew imwarrba.", "Jista' jkun għax mhemmx biżżejjed kuxjenza pubblika dwarhom.", "Waħda mill-affarijiet li jitolbu dawn l-istrumenti legali, speċjalment l-Unjoni Ewropea, hija li jkun hemm komunikazzjoni, edukazzjoni u tisħiħ tal-kuxjenza pubblika fuqhom.", "Sal-lum, dan ftit li xejn qed isir u anke hemm min – jiddispjaċini ngħid li anke fil-livell politiku – li ħafna drabi dawn l-affarijiet ma jkunux jafu bihom.", "U meta dawn l-affarijiet, li huma obbligi tal-pajjiż, min qed jieħdu d-deċiżjoni ma jkunx jafhom – il-kelliem ta' qabli, il-Perit Philip Grech, ukoll aċċenna għal meta jkollok bord li qiegħed jieħu deċiżjoni u ma jafx l-obbligi u r-riperkussjonijiet tagħhom fil-qasam li Malta għandha bħala Membru tal-Unjoni Ewropea – allura bilfors li dik id-deċiżjoni se toħroġ zoppa.", "Ma rridx nieħu iktar ħin.", "Kull ma kelli xi ngħid kienu dawk it-tliet punti li fuqhom nixtieq nara aktar diskussjoni, aktar interess u aktar konsiderazzjonijiet tagħhom fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, dejjem fl-interess nazzjonali.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn aktar kummenti?", "ASTRID VELLA (Rappreżentanta tal-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar): Sinjura Chairperson, nirringrazzjak taċ-ċans li qegħdin tagħtuna llejla biex nitkellmu.", "Smajna dwar ir-riforma l-ġdida tal-MEPA.", "Aħna kuntenti b'kull riforma li ttejjeb il-funzjonament tal-MEPA, imma nħossu li għandna bżonn riforma li tkun iżjed fil-fond, mhux biss tal-MEPA imma anke dik bażika tal-mentalità u l-attitudni li bihom niffaċċjaw il-problemi, anke tal-ippjanar, imma ovvjament f'ambitu iżjed wiesa' tal-ambjent.", "Meta nisma' kliem bħal li għandna bżonn inħaffu l-proċessi biex nagħtu spinta lis-settur tal-bini, jien ninkwieta għax m'iniex qed nisma' fl-istess ħin li għandna bżonn ta' studji.", "Dawn l-istudji ambjentali, anke f'dak li jirrigwarda l-ippjanar, ilna ma narawhom u għadhom mhumiex qegħdin jissemmew.", "Qed nirriferi għall-istudji tal-impatt, anke kif semma l-kollega tiegħi s-Sur Baldacchino, mhux biss ekonomiċi imma wkoll ambjentali u soċjali.", "Is-social impact studies minn dejjem kienu traskurati u qatt ma ġew inklużi fil-kuntest tal-ippjanar, kif għandhom ikunu, fuq livell li jistħoqqilhom.", "Jien inħoss li mingħajr dawn l-istudji r-riforma tibqa' għal dak li huwa għall-interess tas-settur tal-kostruzzjoni u mhux għall-interess tal-pajjiż as a whole.", "Aħna qegħdin niffaċċjaw sitwazzjoni bħalma ffaċċajna fis-sebgħinijiet, meta kellna l-kriżi tal-industrija tat-tessuti.", "Imma m'aħniex qegħdin nagħmlu analiżi tal-kriżi tal-industrija tal-kostruzzjoni.", "Qegħdin ngħidu li l-kostruzzjoni għandha bżonn spinta.", "Imma l-pajjiż jiflaħ iżjed kostruzzjoni?", "Qegħdin nitkellmu fuq opportunitajiet ta' xogħol meta dawn l-opportunitajiet fil-verità jeżistu, speċjalment fil-kamp tar-restawr, imma m'aħniex qegħdin inħarsu lejn il-retraining tal-istaff u l-inċentivi għall-kumpaniji li jduru għar-restawr.", "Ovvjament dan huwa kamp speċjalizzat ħafna li għandu bżonn l-impenn u l-għajnuna tal-Gvern.", "Jien favur ħafna li dawn il-kumpaniji jingħataw assistenza għar-retraining għax dan huwa kamp speċjalizzat.", "Sfortunatament forsi mhux kulħadd huwa entużjast għalih għax il-profitti ovvjament mhumiex dawk li huma imdorrijin bihom, jiġifieri profitti immedjati u kbar.", "Dawn l-istudji jkopru wkoll ċerti policies li qegħdin naraw ħerġin bħalissa, li aħna nħossu li huma piecemeal, bħal pereżempju, l-għoli tal-hotels.", "Fin-nuqqas ta' approach ħolistiku se nkomplu naraw conflicting approaches b'mod speċjali daparti tal-MEPA.", "Fuq naħa waħda qegħdin ngħidu li għandna nuqqas ta' hotel beds u fl-istess ħin il-MEPA qed tagħti permessi lill-hotels li jaqilbu minn użu ta' hotel għall-użu ta' flats meta aħna qegħdin f'sitwazzjoni li għandna madwar 70,000 post vojt, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma flats.", "Dan huwa nuqqas kbir ta' approach ħolistiku.", "Insemmi malajr il-liġi tal-Environmental Management of Construction Sites, li m'hemm l-ebda attentat biex tiġi rispettata.", "Għandna min qed jilmenta kuljum li f'Wied il-Għasel ix-xogħol qed jibda fil-5:15 a.m. minflok fis-7:00 a.m. skont il-liġi u ħadd m'hu qed jagħti kas.", "Ma kien hemm qatt sforz mill-Gvern ta' qabel li jħeġġeġ l-għarfien ta' dawn il-liġijiet.", "Il-pulizija għadhom totalment injoranti dwar dan.", "Din mhijiex kritika għall-pulizija, lanqas xejn, imma ma kien hemm l-ebda sforz biex ninfurmaw la lill-pubbliku u lanqas lil min għandu jiġġestjona dawn il-liġijiet.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar ir-regolamenti tal-FAR.", "Kien hemm studji li qalu li dawn għandhom jiġu regolati.", "Fil-fatt il-FAR Regulations għal perjodu ta' żmien kienu dormant u issa qed jerġgħu jqumu.", "Minkejja s-suġġeriment tal-konsulent – u hawnhekk irrid ngħid li qegħdin inħallsu biex inġibu l-konsulenti imbagħad ninjoraw is-suġġerimenti tagħhom – … Hemm imbagħad l-infurzar.", "Mhux biżżejjed li jkollna diretturi tal-infurzar onesti jekk is-servizz mhuwiex onest.", "Aħna għandna ħafna każijiet fejn ikollna insistenza li mhemmx abbuż, immorru fuq il-post aħna u nsibu abbuż rampanti.", "M'hemm l-ebda lok li għandna nkunu aħna l-NGOs il-wardens ta' dawn is-servizzi.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skużani li kelli nwaqqfek.", "Sfortunatament se jkolli naġġorna l-laqgħa għaliex mitlubin inkunu fil-Kamra minħabba division.", "Nirringrazzjakom ħafna tal-attendenza tagħkom.", "Pullicino nixtieq ngħidlu li jekk qed jinsisti li jkun hemm ruling, jgħid fuq xiex ħalli nkunu nistgħu nipproċedu.", "GEORGE PULLICINO: It-talba għal ruling naf meta għandi nagħmilha u nagħmilha f'dak il-mument.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nista' ninforma lil kulħadd li se jkun hemm laqgħa ta' kontinwazzjoni.", "Il-Membri se jiġu kkomunikati l-aġenda u d-data ta' meta se ssir din il-laqgħa.", "Nirringrazzjakom ħafna tal-attendenza u l-interess tagħkom u tax-xogħol siewi li lkoll kemm intom tagħmlu.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jien nixtieq nistaqsi jekk dan il-Kumitat hux se jżomm il-funzjoni proprja tiegħu skont il-liġi.", "THE CHAIRPERSON: Iva, se jżomm il-funzjoni tiegħu skont il-liġi.", "Il-liġi tigħid – u nikkwota – li:", "Jiġifieri l-ispirtu tal-liġi huwa ħafna usa minn dawk l-erba' kelmiet miktubin in black and white.", "Nirringrazzjak.", "Il-laqgħa hija aġġornata għal data li tiġi komunikata lilkom aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-7:56 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130603_001d_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2013.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:48 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "L-Iskrivana qalet it-talba.", "INTRODUZZJONI MIĊ-CHAIRPERSON", "Iċ-Chairperson spjegat fil-qosor l-għanijiet li għalihom huwa mwaqqaf il-Kumitat.", "DISKUSSJONI DWAR ID-DIREZZJONI TAL-POLITIKA TAL-GVERN FEJN JIRRIGWARDA L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP U L-INVOLVIMENT TAL-ISTAKEHOLDERS KOLLHA F'DIN IL-MIXJA.", "Iċ-Chairperson stiednet lill-Onor.", "Leo Brincat, Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima sabiex jispjega l-ħidma tal-Gvern fix-xhur li ġejjin u lill-Onor.", "Michael Farrugia, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva sabiex jelenka t-triq li se jieħu l-Gvern fejn jidħol l-iżvilupp fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "L-Onor.", "George Pullicino, filwaqt li kkwota artiklu 34 ta' Kapitlu 504 li bih huwa mwaqqaf il-Kumitat, oġġezzjona għall-fatt li l-item għad-diskussjoni ma' kienx jaqa' taħt dak l-artiklu.", "Iċ-Chairperson qalet li l-ispirtu tal-liġi kien jippermetti li dan jiġi diskuss mill-Kumitat.", "Il-Perit Vincent Cassar, Chairman tal-MEPA; is-Sur Paul Buttigieg, Viċi Sindku tal-Qala; il-Perit Philip Grech, rappreżentant tal-Malta Water Association; is-Sur Alfred E. Baldacchino, persuna involuta fil-qasam tal-ambjent; u s-Sinj.", "Astrid Vella, rappreżentanta għall-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Aktar tard matul il-laqgħa l-Onor.", "George Pullicino oġġezzjona għall-fatt li hu ma tħalliex jagħmel domandi lill-persuni li ġew mistiedna jitkellmu fil-Kumitat.", "Iċ-Chairperson qalet li hu kien se jkollu ċans jagħmel dan waqt laqgħa oħra minħabba li dakinhar ma kienx se jkun hemm ħin biżżejjed għax kienet se tiġi msejħa division fit-8:00p.m. u allura l-Membri kien jenħtiġilhom ikunu fil-plenarja biex jivvutaw.", "L-Onor.", "Pullicino qal li kien se jitlob ruling mingħand l-Ispeaker għall-mod ta' kif kienet qed titmexxa l-laqgħa.", "Fit-7:56 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130603_001m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013 fl-4.30p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013 fl-4.30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Affarijiet oħra", "31 ta' Mejju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130603_004a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 4", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 4", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-4.15 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "L-Onor.", "David Agius u talabni biex il-Minuti tal-aħħar laqgħa jiġu kkonfermati iktar tard.", "MR SPEAKER: Hemm ftehim li nagħmlu hekk?", "(Onor. Membri: Iva) Mela ngħaddu mill-ewwel għall-aġenda.", "MR SPEAKER: Illum se niddiskutu l-Ombudsplan 2013.", "Fl-aħħar laqgħa li kellna ġejna informati li f'din id-diskussjoni se jipparteċipaw l-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "Carmelo Abela għan-naħa tal-Gvern u l-Onor.", "Claudio Grech għan-naħ tal-Oppożizzjoni.", "Insejjaħ lill-Ombudsman biex jingħaqad magħna madwar il-mejda biex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu tal-Ombudsplan 2013.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO (Ombudsman): Sur President, l-ewwel nett nirringrazzja lilek u lill-Kamra tal-istedina annwali biex niddiskutu l-Ombudsplan.", "Din is-sena se niddiskutu l-Ombudsplan wara li kważi għadda żmienu, jiġifieri strettament qed nittrattaw xi ħaġa li bħala finanzi diġà mxiet pro-rata mill-Parlament u mexjin skont dan il-pjan.", "Però tajjeb niltaqgħu għax allavolja għadda ż-żmien, tajjeb li wieħed jallaċċja mas-sistema, speċjalment issa li hemm amministrazzjoni ġdida.", "Essenzjalment l-iskop tal-Ombudsplan huwa li jivvota għall-finanzi, u nista' ngħid minn issa li qatt ma kellna problema dwar dawk.", "Aħna konna niġu hawnhekk nittrattaw l-ammonti li għandna bżonn, kważi kważi jeħduhom as read u jiġu approvati.", "Minn dak il-lat l-Uffiċċju ma jista' qatt jilmenta li kellu xi nuqqas daparti tal-amministrazzjoni f'dak li huwa finanzjament, anke meta kien hemm, kif hawn bħalissa, bżonn ta' spiża ikbar minħabba ċertu żvilupp li qed isir fl-Uffiċċju.", "F'ċertu sens dan huwa ombudsplan ta' transizzjoni għax laqatna mhux biss fi żmien ta' bdil ta' amministrazzjoni, imma wkoll fi żmien ta' żvilupp f'dak li huwa l-funzjonament tal-Uffiċċju.", "Kif jiftakru wħud minn dawk li hawn preżenti, saru emendi għall-Att dwar l-Ombudsman li taw il-fakultà lill-Ombudsman li jappunta kummissarji għall-investigazzjoni tal-aġir amministrattiv f'diversi oqsma partikolari.", "F'Awwissu tas-sena l-oħra konna qbilna mal-Gvern u anke mal-Oppożizzjoni li jkun hemm Kummissarju għas-Saħħa, Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar u li jkun hemm ukoll Kummissarju għall-Edukazzjoni.", "Fil-verità l-ewwel tnejn ġew maħtura skont dak li hemm fl-Att, imma fir-rigward tal-edukazzjoni, peress li t-term tas-Sur Farrugia għadu għaddej - jispiċċa f'Novembru ta' din is-sena - iddeċidejna li nħallu lilu jagħmel ix-xogħol ta' Ombudsman tal-Università.", "Però jien kont estendejtlu, permezz ta' delega, dawk l-ilmenti fir-rigward ta' entitajiet edukattivi terzjarji, bħall- MCAST u l-ITS.", "Dik is-sistema bdiet taħdem minn Awwissu u llum dawn ġew insedjati u integraw b'mod tajjeb fl-Uffiċċju.", "Qegħdin jaħdmu bħala entijiet awtonomi imma serviced għal kollox mill-Uffiċċju tagħna.", "Qegħdin ukoll f'kollaborazzjoni sħiħa mal-Ombudsman u nista' ngħid li their first impact was positive.", "Għad hemm ħafna xi jsir f'dak li huwa outreach tal-Kummissarji mas-sezzjonijiet partikolari tal-oqsma tagħhom.", "Jien ngħid li x-xogħol prinċipali li għandu jsir, kemm fil-kumplament ta' din is-sena u anke 'l quddiem, huwa li l-preżenza ta' dawn il-Kummissarji fl-oqsma partikolari tagħhom, jiġifieri s-saħħa, l-ambjent u l-ippjanar u l-edukazzjoni, tkun ferm iktar ħajja.", "F'dan ir-rigward aħna għandna impenn li dan it-tip ta' outreaching nagħmluh din is-sena u 'l quddiem.", "Fil-fatt in-nies li ġew appuntati huma nies kompetentissimi fl-oqsma tagħhom u allura jafu sewwa l-areas tagħhom, igawdu rispett u ċert li mhux se jkun hemm diffikultajiet.", "Naturalment it-twaqqif ta' dawn il-kummissarji jġib miegħu l-bżonn ta' aktar faċilitajiet u l-Gvern ta' qabel kien ipprovdielna spazju billi tana dar oħra li tinsab immedjatament maġenb l-Uffiċċju tagħna u qed inniffduhom.", "Hemm ippjanat xogħol ta' ristrutturar, li fil-fatt qed isir bħalissa, biex ikollna spazju adegwat għalihom.", "Għal dan hemm il-finanzjament li l-biċċa l-kbira minnu qiegħed fl-Ombudsplan li qed niddiskutu llum.", "Effettivament dan iġib miegħu wkoll żieda fis-servizzi amministrattivi.", "Qed nipprovaw inżommu dak l-ammont limitat kemm jista' jkun, anke biex ma nkabbrux l-ispiża, u s'issa rnexxielna nimxu b'li kellna, bejn wieħed u ieħor.", "Din is-sena kkummissjonajna eżami minn Pricewaterhouse Coopers fuq il-mod kif qed jaħdem l-Uffiċċju tagħna.", "Dawn għamlulna rapport fuq is-sistemi interni tagħna, identifikaw ċerti difetti u preġji u ssuġġerew ċerti affarijiet li għandhom isiru biex ix-xogħol amministrattiv ikun aħjar.", "Effettivament bdejna nimplimentaw parti minn dak ir-rapport u naħseb li jkun ta' ġid jekk 'il quddiem ikun hemm struttura iktar permanenti u iktar pożittiva tal-mod kif l-Uffiċċju jiġi amministrat internament.", "Kollox ma' kollox naħseb li f'dik li hija amministrazzjoni u f'dak li huwa ristrutturar qegħdin f'postna.", "L-ammont ta' ilmenti baqa' ftit jew wisq fejn kien is-sena ta' qabel.", "Però jien nixtieq nattira l-attenzjoni tal-Kamra li x-xogħol tal-Uffiċċju tagħna ma tistax tikkalkolah biss skont l-ilmenti, għax ħafna mix-xogħol tagħna mhuwiex ilmenti.", "Aħna, pereżempju, nidentifikaw areas fejn jeħtieġ isir tibdil fl-amministrazzjoni pubblika, nissuġġerixxu rimedji u l-Gvern imbagħad jeħodhom u jara x'jista' jwettaq minnhom.", "Fil-fatt hemm ħafna areas fejn tajna kontribuzzjoni diretta biex ċerti nuqqasijiet jiġu rranġati.", "Jiġifieri aħna minn ilment partikolari ħafna drabi mmorru għall-general picture u ngħidu: Hawnhekk hawn problema u se nissuġġerixxu tali soluzzjoni.", "Jiġifieri bħala Uffiċċju għandna a dual function, u naħseb li dan esplorajnieh u estendejnieh f'dawn l-aħħar ħames snin fejn l-Uffiċċju attivament ikkontribwixxa lejn amministrazzjoni aħjar.", "Fil-fatt jien ilni żmien twil nadvoka li d-dritt għall-amministrazzjoni pubblika għandu jkun dritt irrikonoxxut fil-Kostituzzjoni u tajjeb li wieħed jara jekk dan jistax isir fil-qafas ta' reviżjoni tal-Kostituzzjoni.", "Diversi drabi pproponejt ukoll li l-Kostituzzjoni as such għandha tinkorpora fiha l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju tal-Ombudsman mhux biss bħala żewġ entitajiet li qegħdin hemmhekk biex jassiguraw amministrazzjoni nadifa, imma li statutorjament ikunu magħmula b'mod li jkunu qegħdin jagħmlu an auditing exercise; l-Awditur Ġenerali għall-finanzi u l-Ombudsman għall-azzjonijiet amministrattivi l-oħra.", "B'dak il-mod ikun hemm struttura Kostituzzjonali li tingħata saħħa għax, kif tafu intom, illum l-Ombudsman huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni, però mhux inkorporat b'mod dettaljat, sempliċement jingħad li għandu jkun hemm Ombudsman – u fil-fatt hemm, u ma jistax jitneħħa jekk mhux b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Kamra – imma mbagħad il-mod kif jaħdem mhuwiex indikat bħala struttura biex tgħin liċ-ċittadin fl-ilmenti partikolari jew individwali tiegħu.", "Iktar qiegħed hemm biex jassigura li l-amministrazzjoni tkun nadifa.", "Dik mhux l-istess ħaġa, hemm ċerta distinzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad hemm regolat bil-liġi.", "Imma fil-pajjiżi kollha mbagħad jibqa' regolat bil-liġi.", "Però kostituzzjonalment għandu jkun hemm żewġ … Dik hi l-idea tiegħi.", "Ipproponejt ħaġa oħra li nispera li din l-amministrazzjoni tara jekk hux possibbli li ssir.", "F'ħafna pajjiżi l-Ombudsman huwa a national human rights institution.", "Kull darba li nsiefer għal xi konferenza jistaqsuni jekk għandniex NHRI u jien ngħidilhom li strettament aħna m'għandniex, għalkemm inqisu lilna nfusna li aħna.", "Imma kif tafu intom, internazzjonalment il-United Nations u l-Unjoni Ewropea, li huma istituzzjonijiet li jeżistu bħala entità awtonoma to oversee the level of … Jien kont issuġġerejt u nerġa' nissuġġerixxi formalment lil dan il-Gvern li, mingħajr ma tinħoloq awtorità oħra - għax jien ma nemminx f'ħafna awtoritajiet; għandna nipprovaw nikkonverġu l-ftit riżorsi li għandna iktar milli nimmultiplikaw l-awtoritajiet - l-Uffiċċju tal-Ombudsman isir ċentru fejn dawk li għandhom awtorità, setgħa, jew funzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali jidħlu taħt l-umbrella tal-Ombudsman u kull tant żmien ikun hemm overseeing tal-livell tal-human rights fil-pajjiż, u fejn ikun hemm bżonn jintervjenu.", "Din hija deċiżjoni politika imma l-idea dik hi.", "Din hija proposta li kont għamilt u qed nerġa' nagħmilha issa formalment lil dan il-Gvern ħalli jara jekk taqax fil-viżjoni tiegħu ta' kif jixtieq li l-pajjiż jitmexxa.", "Essenzjalment dan li nixtieq ngħid għax id-dettalji tal-Ombudsplan illum huma sorpassati, meta fil-prattika kważi tliet kwarti minnu ġà twettaq.", "Però tajjeb li dawn l-ideat bażiċi li mexjin fuqhom fl-Uffiċċju nġibuhom a konjizzjoni tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ovvjament id-dokument li għamilt referenza għalih huwa dak li tqassam, jiġifieri l-Ombudsplan.", "Nixtieqek tispjega aktar ir-referenza li għamilt fis-sens li l-Uffiċċju jagħmel supervision tad-drittijiet tal-bniedem.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-ħsieb tagħna hu li iktar milli jkun hemm awtorità ġdida - li naħseb li m'hemmx bżonnha għax hawn diversi awtoritajiet li b'xi mod jew ieħor jidħlu fihom id-drittijiet fundamentali - l-NHRI fil-pajjiż tkun l-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Però dan ma jaħdimx waħdu bħala Ombudsman, jaħdem in conjunction mal-Kummissarju għall-Ugwaljanza, mal-Kummissarju għat-Tfal u d-diversi kummissarji li għandna.", "Dawn jiġu identifikati f'liġi u flimkien ikollhom il-funzjoni li jżommu taħt għajnejhom il-livell ta' osservanza tad-drittijiet fundamentali f'Malta.", "Illum suppost li jkun hemm rikonoxximent ta' din l-istituzzjoni mal-United Nations li għandha struttura sħiħa għal dan il-għan; int suppost li tapplika u jiġi approvat il-fatt li għandek din l-istituzzjoni.", "F'pajjiżna m'għandniex problemi kbar ta' human rights tant li tgħid li għandna bżonn nagħmlu xi ħaġa.", "Huwa importanti li jkun hemm osservanza kontinwa u jkun hemm ukoll il-funzjoni li tista' tintervjeni f'każ partikolari li mhux fis-servizz pubbliku.", "Aħna, bħala Uffiċċju tal-Ombudsman, nidħlu biss – s'issa almenu – fl-amministrazzjoni pubblika.", "Id-drittijiet fundamentali jmorru lil hinn minn hemm, ikopru l-pajjiż u s-soċjetà kollha.", "Allura din l-awtorità, biex insejħilha hekk, ikollha wkoll din il-funzjoni li tara l-livell tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiż kollu, pereżempju jekk hemm problema ta' chaos f'nightclub jew inkella m'hemmx livell xieraq ta' ħarsien għall-immigranti irregolari f'ċerti setturi tal-ekonomija.", "Fejn ikun hemm nuqqasijiet bħal dawn ikollha dritt tindaħal, tgħid fejn hemm problema u tagħmel anke rakkomandazzjonijiet; għax dejjem jibqa' l-element ta' rakkmandazzjoni.", "Jiġifieri l-awtoritajiet li llum diġà għandhom interess f'dan il-qasam ikollhom sfond minn fejn jaħdmu.", "Din l-awtorità, jew xi tkun, tkun serviced mill-Uffiċċju tal-Ombudsman, kif ikollna oħrajn, u jkollha sede hemm.", "Jiġifieri m'hemmx problema ta' spiża żejda.", "Però jkun hemm din ir-rabta li jridu jiltaqgħu bilfors u jirrakkomandaw … Din hija ħaġa li tagħmel sens, imma naturalment id-deċiżjoni hija f'idejn il-Gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Ġie mħejji xi abbozz ta' leġiżlazzjoni fuq dan?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Qabel l-elezzjoni konna qegħdin inħejju abbozz fuq din, imbagħad waqafna.", "Chris Said u kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju.", "Kien qalilna biex inlestulu abbozz ħalli jarah, imbagħad it was overtaken by events.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri kien hemm proposta bil-miktub?", "Jekk trid nista' ngħaddilek il-korrispondenza li kellna u jekk niġu mitluba li nħejju abbozz, nagħmluh.", "Diġà kellna draft lest.", "Aħna konna qed nimxu fuq mudelli li hemm f'ħafna pajjiżi oħrajn.", "Għax din mhix kwestjoni ta' Malta biss; li hemm oriġinali f'Malta hi l-istruttura.", "M'aħniex kbar biżżejjed biex nagħmlu struttura ġdida għal hekk, bħalma hemm f'pajjiżi oħrajn.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "M'għandniex għalfejn.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Jien dejjem nemmen li, fejn tista', għandek tinqeda bl-expertise li jkollok.", "Naqbel li kemm jista' jkun ikun hemm konverġenza.", "Jiġifieri aħna nistgħu nippreparaw draft u mbagħad nippreżentawha.", "MR SPEAKER: Naħseb li l-Onor.", "Grech ried jgħid ukoll li ta' min jara li ma jkunx hemm overlapping, peress li qed nitkellmu wkoll fuq deċiżjonijiet mill-Prim Awla jew mill-Qorti tal-Appell fuq kwestjoni ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Ovvjament hemm jidħol l-enforcement mill-awtoritajiet.", "Issa jekk se ngħidu li l-United Nations ikollha l-body tagħha biex jissorvelja dan li qed issemmi inti, li huwa importanti ħafna, jiġifieri non-observance ta' deċiżjoni jew non-enforceability … Jekk, pereżempju, il-qorti tirreferi kawża lill-iSpeaker, kif fil-fatt irċevejt tnejn illum, fejn il-Parlament ikun mitlub jaġixxi dwar artikli partikolari tal-liġi ċivili - huma liema huma - l-Ombudsman jidħol hemmhekk?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Din hija parallel proprju mal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Aħna, bħala uffiċċju, qatt ma niddeċiedu xejn, anzi malli każ imur il-Qorti nieqfu.", "Jiġifieri l-funzjoni tal-Uffiċċju hija biex jipprevjeni.", "Kultant ikun hemm min jgħid: Għalfejn kien hemm bżonn ta' ombudsman?", "M'hemmx il-Qorti?", "L-Ombudsman qiegħed hemm biex kemm jista' jkun jiġi evitat li wieħed jiftaħ kawża l-Qorti kontra l-Gvern.", "U din hi l-istess ħaġa.", "L-idea hi li jkollok qafas biex tipprevjeni li jsiru ċerti affarijiet u biex l-amministrazzjoni, jew il-kumpanija li tkun, tieħu azzjoni immedjata u ma tħallix li l-affarijiet imorru l-Qorti.", "Min-naħa l-oħra, malli każ jidħol il-Qorti, aħna nieqfu nittrattawh.", "MR SPEAKER: Aħna li naħdmu ta' avukati din nifhmuha, imma xtaqtek tiċċaraha għall-fini tad-dibattitu.", "Hawn iktar kummenti?", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Rigward l-abbozz li qed tgħid li ppreparajtu bbażat fuq dak li hemm f'pajjiżi oħrajn, hemm xi pajjiżi partikolari li wżajtu bħala mudell?", "Għax hemm postijiet fejn l-Ombudsman ilu mwaqqaf iktar minn 100 sena u hemm postijiet fejn ilu ħafna inqas.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fil-verità qed nitkellem fuq abbozz fir-rigward ta' leġiżlazzjoni dwar l-NHRI, mhux dwar l-Ombudsman.", "Kif qed tgħid int, hemm pajjiżi fejn l-Ombudsman ilu mwaqqaf 150 jew 200 sena.", "Però l-NHRI hija pjuttost riċenti u hija żvilupp li jeżisti fil-pajjiżi Afrikani kollha at a certain level.", "Dawn inħolqu proprju minħabba li kien hemm ammont kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ħafna drabi ssibhom minflok l-istituzzjoni tal-ombudsman.", "F'ċerti pajjiżi lanqas jeżisti ombudsman, jeżisti l-NHRI biss, u f'ċerti pajjiżi hemm it-tnejn.", "Imxejna l-iktar fuq pajjiżi bħall-Irlanda u l-Kanada.", "Però hemm kemm trid leġiżlazzjonijiet u kollha jagħtu soluzzjonijiet differenti, skont il-bżonnijiet tal-pajjiż tagħhom, imma essenzjalment jibqgħu xorta istituzzjonijiet skont il-Paris principles, jiġifieri għandhom awtonomija mill-amministrazzjoni pubblika, li jaġixxu awtonomament u jirrispondu u jirreferu ġeneralment jew lill-parlament u kultant lil xi ministeru.", "Imma ultimately l-iskop hu li jkollok kopertura tal-mod kif jiġu amministrati d-drittijiet fundamentali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għandi mistoqsija oħra li mhix relatata ma' din imma abbinata mal-fatt li, kif għedtilna inti, dan mhuwiex qorti.", "Dejjem nisimgħuhom jgħidu li l-ombudsperson m'għandux snien, għax jagħmel rakkomandazzjonijiet imma ma jeħux deċiżjonijiet.", "Kif tħoss li dan il-kumment għandu jiġi indirizzat?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Dan huwa punt li nista' nibqa' sejjer s'għada fuqu, u huwa suġġett li dħalna fih kull meta ddiskutejna l-Ombudsplan.", "Aħna ma rridux inkunu qorti u ma rridux inkunu ministri.", "Aħna rridu nkunu biss kif aħna llum, jiġifieri li nagħmlu rakkomandazzjonijiet li jiġu aċċettati jew mhux aċċettati mill-amministrazzjoni.", "Is-success rate tagħna hija għolja ħafna.", "Jien nista' ngħid li fl-amministrazzjoni ta' qabel kellna success rate ta' 90% f'dawk il-każijiet fejn identifikajna li kien hemm inġustizzja.", "Ikun hemm dawk il-ftit każijiet fejn il-Gvern, għal raġuni jew oħra, jew minħabba li jkun hemm commitment finanzjarju qawwi jew għaliex ma jkunux jaqblu mal-prinċipju, ma jimplimentax ir-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Din hija xi ħaġa li ma nistax naċċettaha.", "Jien għedt li dan jista' jiġi ventilat biss permezz tal-Kamra tad-Deputati.", "Aħna uffiċċju tal-Parlament u allura r-rapport tagħna għandu jmur il-Parlament u hemmhekk jieħu d-dimensjoni meħtieġa.", "Jekk rapport ma jiġix aċċettat u ma titteħidx deċiżjoni fuqu - għax fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern huwa l-amministratur - almenu għandu jiġi diskuss f'kumitat bħal dan.", "B'hekk tingħata pubbliċità u wieħed ikun jista' jgħid jekk każ ħaqqux jew le li jiġi diskuss.", "Imma nemmen li almenu għandna naslu s'hemmhekk; s'issa għanda ma wasalniex.", "Is-sena l-oħra konna għamilna żewġ rapporti fuq żewġ affarijiet li, fl-opinjoni tagħna, kienu importanti.", "Fihom konna daħħalna wkoll xi stampi biex forsi ninkoraġġixxu lill-membri biex jarawhom u forsi xi ħadd minnhom jgħid: L-Ombudsman qal \"hekk\", issa x'se nagħmlu?", "Iżda jiddispjaċini ngħid li ma kienx il-każ.", "Madankollu se nkomplu f'din it-triq.", "Fil-fatt lestejna żewġ rapporti oħra u din is-sena se nippubblikawhom u se nibagħtuhom lill-Parlament ħalli naraw x'se jiġri.", "Il-ħsieb tiegħi hu li jekk is-suġġett ta' dawn ir-rapporti jkun jimmerita allura l-Parlament għandu jieħu azzjoni dwaru u jipprova jara jekk hemmx inġustizzja jew le, jekk dak il-proxxmu għandux raġun jew le.", "B'hekk l-individwu jkollu s-sodisfazzjon li r-rapport wasal fejn kellu jasal.", "Ħafna drabi għaċ-ċittadin dan ikun biżżejjed.", "Ovvjament dan jiġri biss fil-każ li rapport ikun jimmerita l-attenzjoni tal-Parlament għax jekk ma jimmeritahiex allura ma jimmeritahiex.", "Aħna mhux qed ngħidu li dak li jgħid l-Ombudsman huwa dejjem tajjeb.", "Wieħed minn dawk ir-rapporti kien fuq id-dritt li jkun hemm spiżerija f'ċerti postijiet fejn ikun hemm kumitat amministrattiv, bħal Burmarrad pereżempju.", "Dan kien suġġett li jinteressa lil madwar 18-il distrett differenti imma bqajna bla sodisfazzjon.", "Ma nafux kif spiċċa dan ir-rapport; lanqas nafu jekk marx il-Qorti.", "Aħna nixtiequ li għallinqas dak li jkun ikun jaf li xi ħadd rah ir-rapport.", "Ir-rapport l-ieħor kien fuq l-aċċess taċ-ċittadin għall-primary healthcare.", "Dan ukoll huwa suġġett importanti għaċ-ċittadini.", "Jekk dawn ir-rapporti ma jiġux ikkunsidrati, bilfors li tonqos il-fiduċja taċ-ċittadin anke fl-istituzzjoni tal-Ombudsman.", "Jien li nixtieq hu li npoġġu bilqiegħda flimkien u naraw hekk hux dan l-aħjar mod ta' kif ir-rapporti tal-Ombudsman jingħataw is-saħħa.", "Jista' jkun li dan huwa l-aħjar mod imma jekk hemm modi oħra jien lest li nikkunsidrahom għax għalija l-importanti hu li x-xogħol tagħna jiġi evalwat u apprezzat biex iċ-ċittadin ikun jaf li hekk irid isir biex jara jekk hemmx inġustizzja jew le.", "Kemm ilni Ombudsman il-kelma 'konfrontazzjoni' m'għadhiex tintuża fl-uffiċċju tal-Ombudsman.", "Aħna ma nikkonfrontawx lid-dipartimenti jew l-amministrazzjoni.", "Aħna qegħdin hemm l-ewwel nett biex nassistu liċ-ċittadin u mbagħad lill-amministrazzjoni, jekk ikun hemm bżonn.", "LOUISE GRECH: Fil-każ tal-ispiżerija ta' Burmarrad kienet l-awtorità li kienet irrifjutat il-liċenzja, hux hekk?", "Jidhirli li kienet baqgħet issostni din id-deċiżjoni.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Iva, u aħna fir-rapport dan il-punt ittrattajnieh u kkritikajna d-deċiżjoni tal-awtorità.", "Għax din mhix qorti, l-awtorità hija enti li ddeċidiet hekk.", "Għalhekk aħna ħassejna li wieħed għandu jipprova jara jekk l-awtorità kenitx qed tinterpreta tajjeb dan il-każ.", "Jien mhux qed ngħid li kienet qed tinterpretah ħażin, imma jekk kienet qed tinterpretah ħażin forsi nistgħu nirranġawh.", "Il-ħsieb tiegħi huwa biss li l-affarijiet jaslu u tittieħed deċiżjoni dwarhom.", "Jista' jkun li għandu raġun l-Onor.", "Grech dwar il-fatt li kienet l-awtorità li baqgħet issostni li l-interpretazzjoni tagħha hija tajba u m'għandux ikun hemm din l-ispiżerija.", "MR SPEAKER: Il-punt tiegħek dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor.", "Grech huwa dwar l-interpretazzjoni, jekk kienx hemm amministrazzjoni ħażina jew le.", "Dak huwa r-rwol tal-Ombudsman.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Dan ma japplikax biss għal dan il-każ, japplika għal kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: F'Baħar iċ-Ċagħaq ukoll hemm sitwazzjoni simili però r-residenti qaluli li meta ndagaw sabu li kummerċjalment m'hemmx biżżejjed residenti biex spiżerija tibqa' għaddejja u allura forsi din hija xi ħaġa li wieħed għandu jaraha.", "Ħalli mmur lura għal xi ħaġa li qal l-Ombudsman fil-bidu dwar l-outreach li jrid ikun hemm speċjalment minħabba l-kummissarji l-ġodda dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ippjanar.", "Din hija xi ħaġa li kienet laqtitni anke meta qrajt id-dokument.", "Nixtieq inkun naf jekk l-Ombudsman jaħsibx li wasal iż-żmien li l-Uffiċċju tiegħu jagħmel kampanja biex jipprova jeduka lin-nies dwar il-fatt li għal ċerti affarijiet wieħed m'għandux għalfejn imur il-qorti għax jista' jirrikorri għall-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Qed nistaqsi għax fil-baġit m'hemmx flus iddedikati għal hekk.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Aħna ta' kull xahar noħorġu statement dwar id-diversi voti tal-baġit u dejjem nagħtu publicity, eċċ. Però li qed tgħid l-Onor.", "Buttigieg huwa korrett.", "Fil-fatt aħna qegħdin fil-proċess li nagħmlu pjan biex iċ-ċittadin jiġi edukat mhux biss permezz tal-media, minkejja li din tilħaq ħafna nies, iżda wkoll billi nagħtu pubbliċità f'ċerti postijiet.", "Pereżempju fl-Isptar Mater Dei se nwaħħlu posters li juru li jekk wieħed ma jinqediex mill-customer care tal-isptar allura jista' jmur post ieħor.", "Aħna ma nidħlux fuq l-amministrazzjoni; kull każ l-ewwel irid jgħaddi through the normal channels.", "Madankollu huwa importanti ħafna li wieħed ikun jaf fejn għandu jmur.", "Sfortunatament hawn Malta jew nagħmlu tliet xhur ngħidu u ngħidu u anke jsiru xi żewġ programmi dwar xi ħaġa, jew inkella ma ngħidu xejn.", "Pereżempju f'dawn l-aħħar tliet xhur l-ammont ta' lmenti li resqu quddiemna naqas għax kulħadd qed iħabbat bibien oħra.", "Ilbiraħtlula kelli laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru u għedtlu li għalissa aħna mhux qed nikkritikawhom għax għadhom fil-honeymoon u hu weġibni li jekk il-honeymoons kollha jkunu hekk, kieku qatt ma żżewweġ!", "Din hija fażi inevitabbli u jien bħala Ombudsman ma neħux gost li wieħed imur iħabbat il-bibien għax dak ifisser li qed jinstabu soluzzjonijiet… però naf li eventwalment kulħadd isib il-livell tiegħu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Il-ħidma dejjem tibda minn ilment?", "Dik hi l-impressjoni li ħadt mir-rapport.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-ħidma tagħna jew tibda minn ilment - u ġeneralment hekk jiġri - jew inkella naħdem on my own initiative, jiġifieri nara li hemm problema xi mkien u nipprova nara x'jista' jsir dwarha.", "Ġeneralment aħna complaint driven però l-ħidma ex officio dan l-aħħar qed tiżdied.", "Pereżempju l-Kummissarju għas-Saħħa, is-Sur Charles Messina, qiegħed jindirizza oqsma partikolari li huwa common knowledge li hemm problema fihom u dan qed jagħmlu mingħajr ma rċieva lmenti.", "Jiġifieri qiegħed jippreżumi li lmenti hemm iżda ma waslux għandna.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-ewwel nett irrid ngħid li l-fatt li fir-rapporti tiegħu l-Ombudsman daħħal l-istampi huwa tajjeb għax forsi hekk in-nies jarawhom aktar!", "It-tieni nett nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi suġġetti partikolari li huma rikorrenti, jiġifieri li jaslu quddiemkom aktar minn oħrajn.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Iva, ilmenti dwar atti regolari tal-amministrazzjoni dejjem ikollna.", "Pereżempju lmenti dwar promozzjonijiet u xi eżerċizzji simili tal-Forzi Armati ta' Malta, dejjem ikollna.", "L-istess dwar dawk li huma permessi tal-MEPA u affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sanità u t-trasport.", "Illum ikollna problemi minn persuna li tifqa' t-tyre tal-karozza tagħha fit-triq sa persuna li jkunu qatgħulha l-elettriku!", "Jiġifieri l-ilmenti huma varjati ħafna.", "U forsi dak huwa s-sabiħ tax-xogħol tal-Ombudsman; tant hu varjat li ma tiddejjaq qatt.", "Kultant tkun tista' tagħmel eżerċizzju li bis-saħħa tiegħu tevita li s-sena ta' wara jkollok ħafna lmenti.", "Pereżempju fl-Armata fl-1996 kien sar eżerċizzju li apparentement kien massakru għax kellna madwar 200 ilment fuqu.", "Solvejniehom wieħed wieħed imma mbagħad għamilna eżerċizzju biex naraw eżattament x'kienet il-problema.", "Fil-fatt konna ħriġna ċerti regoli li ġew adottati mill-FAM, li mbagħad ħarġet dokument ta' ordni dwar kif isiru l-promozzjonijiet.", "Għalkemm l-abbuż dejjem se jibqa', għallinqas wieħed jaf li kull sena jew kull sentejn se joħorġu xi promozzjonijiet, jekk ovvjament ikun hemm vacancies.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn in-numru ta' lmenti mill-FAM naqas drastikament.", "Dan ma jfissirx li ma jsirux inġustizzji imma l-mod kif inti tindirizza l-kwestjoni jagħmel differenza.", "CLAUDIO GRECH: Il-Kummissarji issa ilhom joperaw għal madwar għaxar xhur u għaldaqstant nistaqsi: X'kienet l-esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunċett tas-sussidjarjetà fuq dawn it-temi prinċipali?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Għalija kienet esperjenza pożittiva ħafna għal diversi raġunijiet.", "Waħda mir-raġunijiet prinċipali hija li f'kull qasam minn dawn hemm persuna li hija kważi teknika.", "Pereżempju l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, is-Sur David Pace, kważi qatta' ħajtu kollha fil-qasam tal-ippjanar, filwaqt li l-Kummissarju għas-Saħħa, is-Sur Charles Messina, qatta' ħajtu fil-qasam tas-saħħa.", "Allura dawn in-nies iħossu l-problemi ferm aktar milli nħosshom jien.", "Meta kien jiġi xi ħadd b'każ konness mas-saħħa xorta kont nieħu ħsiebu bl-assistenza mill-uffiċċju tagħna.", "Imma l-Kummissarju Messina mhux biss jista' japprezza iżjed it-tbatija tal-persuna imma anke l-kumplikazzjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-fatt li aħna tim wieħed jgħin għax jekk, pereżempju, kummissarju jkollu problema dwar kif jinterpreta l-Att dwar l-Ombudsman jew dwar kif wieħed jaġixxi fuq xi liġi oħra, jista' jikkonsulta miegħi.", "Għandna konsultazzjoni għaddejja l-ħin kollu u din issolvi ħafna affarijiet.", "Apparti dan, ir-rapporti jsiru kollha bl-istess mod għax is-support services huma l-istess, l-investigation officers huma l-istess u l-approach ta' kif isiru r-rakkomandazzjonijiet huwa l-istess ukoll.", "Jiġifieri hemm ċerta uniformità u allura naħseb li on paper ħadmet.", "Bażikament issa li rridu huwa li nħaddmuha qalb in-nies.", "CLAUDIO GRECH: Mil-lat ta' ippjanar hemm koperazzjoni bejn il-MEPA u l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar?", "U l-aċċess għall-informazzjoni qiegħed jingħata?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: L-aċċess għall-informazzjoni huwa statutorjament obbligatorju, m'għandniex problema.", "Fir-rigward tal-ippjanar irrid ngħid li t-tranżizzjoni bejn l-Awditur tal-MEPA li kien hemm qabel u l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar kienet waħda extremely smooth.", "Fil-fatt we took over his cases, kellna abbokamenti miegħu dwar f'liema stat kienu u fejn kien hemm bżonn li nkomplu komplejna.", "Kellna wkoll koperazzjoni sħiħa mal-MEPA.", "Biex inserraħ l-imħuħ ngħid li la fil-MEPA u lanqas f'xi dipartiment ieħor ma sibna xi ostaklu aħna u niġbru l-informazzjoni.", "Kultant ikun hemm daqsxejn riluttanza biex jirrisponduna malajr imma mill-bqija qatt ma kien hemm xi diffikultà.", "Dan mhux għax jafu li għandi s-saħħa imma għax hemm il-koperazzjoni.", "L-istess mat-taqsima tal-ippjanar, dejjem morna tajjeb.", "Kulħadd ikollu stili differenti.", "L-Awditur tal-MEPA ta' qabel kellu ċertu stil ta' kif jindirizza l-affarijiet filwaqt li l-Kummissarju Pace għandu stil differenti, imma fl-aħħar mill-aħħar kollha japplikaw l-istess prinċipji u jaslu għall-istess konklużjonijiet.", "CLAUDIO GRECH: F'paġna 25 tar-rapport hemm punt interessanti ħafna fuq il-kunċett ta' medjazzjoni dwar l-ippjanar.", "Dan daħal fis-seħħ?", "Qiegħed jiġi eżerċitat?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Dan il-kunċett japplika għall-ippjanar u għal kollox.", "Peress li aħna m'aħniex konfrontazzjonali u lanqas oltre, parti mix-xogħol tagħna hija li nipprovaw inġibu ż-żewġ naħat flimkien.", "Fil-fatt kellna ħafna kwestjonijet fejn ġibna 'l-amministrazzjoni u lil min kien qiegħed iressaq l-ilment flimkien u sibna soluzzjoni.", "Xi kultant wieħed isib li lment dam sentejn biex jiġi deċiż għaliex ikunu għaddejjin dawn it-tip ta' negozjati.", "Aħna m'għandniex saħħa fin-negozjati imma għandna l-awtorità li meta nlaqqgħu ż-żewġ partijiet flimkien inkunu nistgħu naraw xi tkun il-problema u jekk nistgħux insolvu xi ħaġa fiha.", "U kien hemm ħafna okkażjonijiet simili.", "L-ewwel semmejt il-każ tal-FAM li ġie riżolt frott ta' konsultazzjoni bħal din, però kellna wkoll diversi każijiet oħrajn li fihom indaħal l-Uffiċċju tiegħi.", "Fost dawn kien hemm każi li kellhom x'jaqsmu mal-WasteServ u mal-GreenPak.", "Ikollna ħafna okkażjonijiet fejn inlaqqgħu liż-żewġ partijiet flimkien, naraw xi tkun il-problema u nipprovaw insolvuha.", "Jekk jirnexxilna, mhux biss inkunu solvejna dik il-problema imma anke l-problemi ta' ħafna oħrajn għax ħafna nies ikollhom l-istess problema.", "Jiġifieri f'dan is-sens medjazzjoni teżisti.", "Din mhix medjazzjoni formali tal-qorti imma huwa intervent għax dak huwa x-xogħol tal-Ombudsman, li jiddefendi liċ-ċittadin kontra l-amministrazzjoni.", "Nistgħu niddefenduh a spada tratta u nistgħu niddefenduh bil-medjazzjoni.", "Wieħed jaġixxi skont il-bżonn.", "CARMELO ABELA: Ftit ilu l-Ombudsman wieġeb mistoqsija tal-Onor.", "Claudio Grech dwar il-MEPA u fl-opinjoni tiegħi dak li qal jikkuntrasta mar-rapport tas-sena li għaddiet.", "L-Ombudsman dak iż-żmien kien qal li ma kienx kuntent bir-response time tal-MEPA.", "Jista' għaldaqstant jgħid jekk wara li kien għamel dak il-kumment kienx hemm titjib vis-à-vis il-MEPA?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Jiġu żmenijiet fejn ikollok diffikultà ta' komunikazzjoni, mhux biss fil-MEPA.", "Ġieli jkun hemm permanent secretary li għalih ma jkunx daqshekk importanti li l-affarijiet tal-Ombudsman jimxu malajr u allura ma jkunx hemm response mingħandu.", "Tant hu hekk li ta' kull sena l-Principal Permanent Secretary jitlobna nagħtu l-opinjoni tagħna fuq is-segretarji permanenti għall-fini ta' performance bonus u ġieli jkun il-każ li ngħidulu, pereżempju, li minn 15-il Permanent Secretary, għaxra huma tajbin imma tnejn mhumiex daqstant tajbin għax ma jikkoperawx.", "Fil-każ tal-MEPA kien hemm żmien, speċjalment qabel ma ġie nominat Dr Ian Stafrace bħala CEO, fejn kien hemm diffikultà.", "Tinsewx li dak iż-żmien aħna ma kellniex awtorità fuq il-MEPA.", "Għalkemm kellna awtorità ġenerali, ix-xogħol kien qed isir mill-Awditur tal-MEPA, is-Sur Joe Falzon, li kellna relazzjonijiet tajbin ħafna miegħu.", "Ma nistax niftakar eżattament x'kien hemm miktub fl-Ombudsplan tas-sena l-oħra, però 99% tal-kuntrast li hemm ġej minn hemm.", "Jien qatt ma niftakar żmien fejn għedna li għandna bżonn niġbdulhom widnejhom bl-ikrah.", "Dik it-tip ta' ħidma qatt ma kellna.", "CARMELO ABELA: Bejn wieħed u ieħor, l-Uffiċċju tal-Ombudsman kemm idum biex jaqta' lment?", "Kemm hu r-response time tal-Uffiċċju tiegħek?", "Ikun hemm ċirkostanzi fejn inti, jew il-Kummissarji, tħossu li tridu tipposponu d-deċiżjoni tagħkom?", "U jekk iva, xi tkun ir-raġuni?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-ħajja tal-ilmenti tvarja ħafna.", "The average wouldn't be more than nine months imma mbagħad ikun hemm ilmenti li jdumu sentejn u anke iżjed.", "Ir-raġuni ġeneralment tkun li jkun hemm xi ħaġa li minħabba fiha ma tkunx tista' taħdem.", "Pereżempju kellna lmenti minn uffiċjali tal-FAM però l-Armata opponiet li dawn jitressqu quddiemna għax, skont il-liġijiet tal-Armata, uffiċjal bilfors irid imur għand il-President tar-Repubblika.", "Aħna għedna li għalina din ma tagħmilx sens u li ma naqblux, tant li spiċċajna domna sentejn u nofs - jekk mhux tliet snin - niddiskutu fuq jekk għandhomx dritt jew le li jressqu l-ilment quddiemna.", "Aħna argumentajna li jekk bilfors iridu jmorru għand il-President allura qed jiġu mċaħħda mid-dritt li jersqu għand l-Ombudsman, għax jien mhux se mmur kontra dak li jgħid il-President.", "CARMELO ABELA: Skużani se ninterrompik, però int qed tgħid li l-Armata bdiet issostni li skont il-liġi tal-Armata uffiċjal l-ewwel irid imur għand il-President u mbagħad imur għand l-Ombudsman?", "(Interruzzjonijiet) Ladarba l-liġi tgħid hekk, l-Armata ma kenitx qed tmur kontra l-liġi.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Però mbagħad fl-Att dwar l-Ombudsman hemm miktub li l-uffiċjali tal-FAM għandhom id-dritt imorru għand l-Ombudsman.", "Għalhekk hemm kunflitt bejn dak li tgħid il-liġi tagħna u dak li tgħid il-liġi tal-Armata li saret qabel.", "Għalhekk konna domna b'dak il-każ.", "MR SPEAKER: Imma nifhem li dik kienet ġie riżolta.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Konna domna apposta għax qamet il-kwestjoni dwar jekk hemmx bżonn li titbiddel il-liġi.", "Konna għedna li m'hemm bżonn inbiddlu xejn, kemm niftiehmu mal-President li l-ewwel jiġu għandna u jekk wieħed ma joħroġx sodisfatt mingħandna mbagħad jista' jmur għandu, però sakemm wasalna għal din il-konklużjoni laħqu għaddew kważi tliet snin.", "Fil-fatt il-każi spiċċajniehom sitt xhur ilu.", "Ikun hemm ħafna ċirkostanzi bħal dawn fejn inti teħel u ma tkunx tista' timxi.", "Jekk inti tipprova tinnegozja biex tirranġa l-affarijiet trid toqgħod tistaqsi lil dak u lill-ieħor, toqgħod tistenna risposta u ż-żmien jgħaddi.", "U din hija xi ħaġa faċli ħafna li tiġri.", "Madankollu on the whole ma naħsibx li hija kwestjoni ta' ineffiċjenza tas-sistema.", "Is-sistema taħdem imma dan bħall-qorti.", "Jekk ikollok kawża fuq diviżjoni mhux se tispiċċaha f'sitt xhur imma huwa d-dover tagħna li dawn ngħaġġluhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi ftit dwar il-finanzi li naf li huma approvati mill-Parlament.", "Inti għedt li din is-sena kien hemm bżonn spiża addizzjonali minħabba li l-Uffiċċju kiber, eċċ. Però qed ninnota li taħt \"special expenditure\", l-\"improvements to property\" naqsu fuq is-sena ta' qabel filwaqt li żdied l-\"equipment\".", "Tista' tispjega ftit dwar din iż-żieda?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fid-dinja dejjem hemm raġuni għal kollox.", "Fi żmien is-Sur Sammut, l-Uffiċċju tagħna kien wieħed xħiħ, jiġifieri kien jibża' għall-flus, u allura ġemmajna ftit flus.", "Meta għamilna l-projections tagħna tal-flus li għandna bżonn biex nespandu, il-capital expenditure, sibna li hemm bżonn €0.5 miljun u l-Parlament approva n-€0.5 miljun.", "Meta ġejna biex nattwaw il-proġett, min-naħa tal-Ministeru għall-Finanzi qalulna: Għandkom dawk il-flus kollha!", "Ħudu minn hemm.", "Allura ħadu milli kellna, jiġifieri ftaqarna aħna u naqas il-vot.", "Fil-fatt naqas il-vot mhux għax mhux qed isir żvilupp imma għax qed isir b'fondi li hemm internament.", "Aħna ma oġġezzjonajniex; veru li batejna għax konna bil-għaqal, imma ma jimpurtax.", "MR SPEAKER: Xi ħaġa li ssir dik!", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jien naħseb li waħda mill-aktar għodod b'saħħithom li għandek huma l-own initiative investigations.", "Allura issa tista' tinformanana x'inhu għaddej u xi pjan hemm għall-bqija ta' din is-sena?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Li nista' ngħidlek żgur huwa li bħalissa qed isiru tnejn, u kważi huma lesti, fuq il-qasam tas-saħħa.", "Waħda hija fuq il-waiting lists u d-Dipartiment tal-Emerġenza u l-oħra fuq ix-shortages tal-mediċini.", "Hemm tnejn oħra li qed isiru fuq l-ambjent; waħda fuq l-edukazzjoni in konnessjoni mal-ambjent u l-oħra fuq noise pollution jew xi ħaġa simili.", "Ovvjament dawn ma jkunux ipprogrammati, fis-sens li mal-ewwel tas-sena ngħidu li se nagħmlu hekk.", "Li jiġri hu li inti u għaddej tiltaqa' ma' dawn l-affarijiet u wieħed kważi tiġih l-ispirazzjoni.", "Niftakar li s-sena l-oħra kien hawn l-Onor.", "Dalli hawnhekk u ġustament kienet ilmentat li ma kienx hemm biżżejjed minn dawn l-own initiatives.", "Sa ċertu punt huwa veru għax hemm il-biża' li jekk tibda tagħmel own initiative fuq \"X\" jiġi xi ħadd ieħor u jgħidlek: Għax m'għamiltx hekk fuq \"Y\"?", "Għax in-nies jippretendu li inti tieħu ownership ta' kollox.", "Imma ma tistax taħdem hekk.", "Allura you have to be focused u tagħżel dawk l-areas li f'dak il-mument … Però din hija għodda b'saħħitha u naturalment aktar ma tużaha aktar ikun aħjar.", "Jekk tużaha ħafna mbagħad trid toqgħod attent mill-whiplash ta' wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-Ombudsman qed jitkellem fuq l-own initiative reports imma aħna nafu li anke l-Awditur Ġenerali jagħmel dan it-tip ta' rapporti.", "Qed ikun hemm diskussjonijiet, forsi f'każijiet bħal dawn, biex wieħed jara li l-ewwel nett ma jiġix iddupplikat ix-xogħol li forsi jkun sar mill-Awditur Ġenerali, li wkoll huwa uffiċjal ta' dan il-Parlament kif inhu l-Ombudsman, u wkoll biex ikun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li nerġa' ngħid, huma uffiċjali tal-Parlament?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Din hija osservazzjoni ġusta ħafna.", "Fil-fatt l-Awditur Ġenerali jagħmel rapporti tajbin ħafna u jien mhux sorpriż li jirnexxielu joħroġhom, meta għandu staff ta' 90 ruħ jew 100 ruħ u aħna għandna 18-il ruħ.", "Imma l-livell tar-rapporti tal-Awditur huwa livell għoli ħafna.", "Huwa kapaċi jagħmel rapporti anke f'areas li jien kważi lanqas inqishom li huma strettament tiegħu.", "Veru li fl-aħħar mill-aħħar kollox huwa flus imma hemm areas li mhumiex eżattament ta' flus u hu jidħol fihom u jagħmel rapport dwarhom.", "Li qed tgħid int qatt ma dħalna fih, imma lili okkorrieli dan il-punt.", "Forsi huwa l-każ li meta wieħed jiġi biex jagħmel ċerti eżerċizzji li ma jkunux strettament biss fuq finanzi u forsi jkun hemm daqsxejn overlapping, jara jekk dawk l-eżerċizzji jistgħux isiru flimkien.", "Din ġieli għaddietli minn rasi imma qatt ma indirizzajtha u naħseb li hemm lok li wieħed jaraha.", "Però bħala livell ta' rapporti jien għandi ammirazzjoni lejn il-mod kif l-Awditur Ġenerali joħroġ ir-rapport tiegħu.", "Dan apparti l-kontenut.", "Imma dik hija xi ħaġa oħra.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Punt li semmietu wkoll l-Onor.", "Buttigieg huwa dak marbut mal-externalization ta' dak li tagħmel inti.", "Jien naħseb li hemm ħafna valur fil-fatt li dan isir.", "Hemm barra hemm garr u aħna nafu għax il-kostitwenti tagħna jiġu għandna bil-garr tagħhom.", "Imma naħseb li l-ewwel nett m'hemmx għarfien biżżejjed ta' x'inhu r-rwol tal-Ombudsman u fejn jidħol l-Ombudsman.", "Barra minn hekk, hemm min jaf x'inhu l-Ombudsman imma mhux familjari ma' dak li jrid jagħmel biex jasal għandu.", "U n-numru ta' lmenti li jaslu għandna individwalment żgur li jistgħu jaslu għandek għax aħna ma nkunux nistgħu nwassluhomlhom imma inti mil-lat amministrattiv forsi tkun tista' twassalhom aħjar.", "X'se jagħmel din is-sena l-Uffiċċju biex itejjeb din is-sitwazzjoni?", "Barra minn hekk, l-Uffiċċju kif qed juża l-għodda tat-teknoloġija li għandna llum?", "Nafu li llum aktar minn 70% tad-djar għandhom aċċess għat-teknoloġija u allura inti qisek għandek a captive population li lilha tista' twassal kemm dak li tkun qed tagħmel inti, kif ukoll il-€1 miljun li qed jiġu vvotati.", "B'dan il-mod fil-verità l-ħidma tal-Uffiċċju tiegħek tkun qed tissarraf f'ħafna aktar minn sempliċement dawk it-300 każ li jkollkom quddiemkom kull sena.", "Aktar minn hekk nixtieq nistaqsi kif in-nies ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom vis-à-vis l-Ombudsman u kif jistgħu jużaw is-servizzi tiegħek.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Onor. Grech, hawn Malta ma tantx aħna mdorrijin … Fl-Ingilterra, biex tmur tmur għand l-Ombudsman Parlamentari, trid tgħaddi through your MP, inkella ma tistax taqdih.", "Fil-fatt din id-direct action se jdaħħluha din is-sena.", "Aħna għandna sistema aħjar imma fil-verità, kemm ilni Ombudsman jien, jiġifieri tmien snin, nista' ngħid li rċevejt ilment wieħed biss through an MP, li kien tal-Onor.", "Evarist Bartolo, u xejn iżjed.", "Għalhekk jien naħseb li parti mix-xogħol tal-outreaching huwa wkoll ta' interess għall-membri tal-Parlament.", "It-tieni ħaġa li rrid ngħid hija li aħna Uffiċċju żgħir ħafna, jiġifieri r-riżorsi tagħna, at this stage, mhumiex kbar.", "Bir-riforma interna li qed nagħmlu l-unika persuna ġdida li daħħalna kienet Director General to head the administration u ħloqna l-post ta' research and communications officer.", "Fil-fatt illum dan ix-xogħol jagħmlu, imma issa se jiffoka biss fuqu.", "Kif taf inti, aħna noħorġu case notes kull tliet xhur, noħorġu l-annual report, noħorġu rapporti oħra u għandna l-website.", "Jiġifieri ġà hemm ċerti mezzi, imma dawn mhux bilfors li jilħqu biżżejjed nies.", "Il-website qiegħda hemm imma kemm iħarsu lejha nies?", "Jekk iħarsu lejha 3,000 ruħ, it-300,000 ruħ l-oħra ma jħarsux.", "Jiġifieri hemmhekk għad hemm ħafna xogħol xi jsir u hija intenzjoni tagħna li nagħmlu dan it-tip ta' outreaching għax naħseb li bażikament huwa fl-interess taċ-ċittadin.", "Din wieħed irid jara kif jaħdimha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nixtieq ngħaddi kumment anke għall-konsiderazzjoni tal-Ombudsman.", "L-ewwel nett naħseb li b'mod ġenerali n-nies jafu bl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Li forsi ma jafux hija l-proċedura ta' kif jersqu lejn l-Ombudsman u hemmhekk naqbel mal-kollega tiegħi.", "Mill-banda l-oħra ma rridux nagħtu l-impressjoni li t-300,000 ruħ jew l-400,000 ruħ l-oħrajn li ma jħarsux lejn il-website kollha għandhom xi ilment.", "Hemm ilmenti li huma personali u naħseb li dawk, more or less, jersqu għand l-Ombudsman, għax jafu bih.", "Mhux kulħadd jersaq għandu għax ikun hemm min jgħid li mhux bilfors se jkollu redress peress li l-Ombudsman jista' jagħmel biss rakkmandazzjoni.", "U fl-opinjoni tiegħi, hekk għandu jkun, li l-Ombudsman jagħmel biss rakkmandazzjoni.", "Min-naħa l-oħra naħseb illi li jkun hemm aktar awareness huwa importanti.", "Jiġifieri għandu jkun hemm an ongoing effort biex wieħed jeduka aktar fis-sens li l-istituzzjoni tal-Ombudsman qiegħda hemmhekk għaċ-ċittadini.", "Però mbagħad hemm tip ta' lmenti oħrajn li huma personali imma .… Għalhekk naħseb li tajjeb li jsiru rapporti fuq suġġett partikolari.", "Pereżempju f'dawn l-aħħar snin naħseb li l-qasam tas-saħħa kien fuq fomm kulħadd, speċjalment il-waiting lists.", "Jista' jkollok mijiet, biex ma nesaġerax, li jdumu jistennew erbgħa, ħamsa jew sitt snin għal xi operazzjoni jew oħra.", "Ma jistax ikun li l-Ombudsman joqgħod jidħol f'dawn il-problemi personali u allura jagħmel sens li naraw x'inhi s-soluzzjoni b'mod ġenerali.", "Naturalment il-Gvern tal-ġurnata jkun qed jaħdem fuq dawn l-issues.", "Naħseb li l-ebda Gvern ma jieħu gost li jkollu dawn il-listi, hu min hu l-Gvern, però finalment dan huwa stat ta' fatt. Filwaqt li huwa tajjeb li wieħed jirreklama l-funzjoni tal-Ombudsman li jidħol f'każijiet individwali, naħseb li lkoll naqblu li jekk ikun hemm 3,000 ruħ – dan qed insemmih bħala eżempju – jistennew xi tip ta' operazzjoni, ma jistax ikun li dawn kollha jmorru quddiem l-Ombudsman!", "Għax imbagħad dan lil min se jqabbeż?!", "Għalhekk naħseb li jagħmel sens li din l-issue tiġi indirizzata b'mod ġenerali.", "Wieħed irid jirrikonoxxi li kull Gvern ikun qed jipprova jagħmel dak li jista' biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata.", "Però nemmen li li huwa importanti li l-funzjoni tal-Ombudsman tiġi reklamata.", "MR SPEAKER: Jien mhux se ninterrompi lill-Onor.", "Abela imma bħalissa din il-laqgħa qed tiġi live steamed u jkun hawn min qed isegwi.", "Carmelo Abela, juri li dan il-Parlament qed jagħmel minn kollox biex jersaq lejn in-nies.", "Kif għedt, bħalissa hawn il-live streaming u forsi 'l quddiem ikollna servizz aħjar ukoll.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Kumment li kien għamel l-Ombudsman ta' New Zealand li kien ifformola l-liġi ta' Malta kien li the main job of the Ombudsman is to find himself out of a job u sa ċertu punt għandu raġun.", "Bażikament ix-xogħol tagħna huwa li kemm jista' jkun innaqqsu l-ilmenti, u jekk tindirizza l-problemi endemiċi inti tkun qed toqtol ħafna mir-raġunijiet għalfejn in-nies għandhom jiġu għandek.", "Però lmenti se jkun hemm dejjem fil-pajjiż.", "Aħna nispeċjalizzaw fl-ilmenti imma huwa inevitabbli li jkollok l-ilmenti, li kultant ikunu ġustifikati u l-ġustizzja tkun tirrikjedi intervent.", "Però ħafna drabi s-sodisfazzjon taċ-ċittadin mhuwiex li jsib rimedju.", "Fil-fatt meta bniedem wara li jkun ġie għandek, turih il-file u tgħidlu: \"Hawnhekk \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\", u ma tawkx dak li kont qed tippretendi għax dak mhux suppost ħadtu\", jifhimha u meta jifhimha tkun naqqastlu nofs l-inkwiet għax ikun jaf fejn qiegħed.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Nista' ngħid, pereżempju, li aħna nirċievu wkoll eluf ta' telefonati.", "Għalhekk qed ngħid li kultant l-istatistika tqarraq bik għax ma jfissirx li x-xogħol li nagħmlu huwa biss dak li jidher fl-istatistika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li l-Kumitat jaqbel li jirrikkmanda lill-Kamra li l-Ombudsplan għas-sena 2013 jiġi approvat mill-Kamra.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Jien nirringrazzja lill-Ombudsman talli bil-preżenza u bil-preżentazzjoni tiegħu approvajna dan l-Ombudsplan.", "Issa nixtieq ninforma lill-Kumitat li fi ftit ġranet oħra ngħaddulkom it-traskrizzjoni ta' dak kollu li ntqal f'din il-laqgħa ħalli mbagħad inkunu nistgħu nressqu fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2013.", "Nirringrazzja lill-Ombudsman, Dr Joseph Said Pullicino, u nagħtih il-bqija tal-ġurnata t-tajba.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela jista' jagħtina indikazzjoni dwar kif se nkunu mexjin fix-xogħol tal-Kamra għal din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla?", "CARMELO ABELA: Grazzi, Mr Speaker.", "Fil-fatt fis-seduta tal-lejla se nikkonkludu d-dibatittu dwar il-mozzjoni ta' ringrazzjament għad-Diskors tal-President, kif diġà ftehemna f'seduta preċedenti.", "Fadal jitkellmu biss il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru.", "Wara li jagħlaq dak id-dibattitu, se nkomplu bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Abbozz Nru 5.", "Għada nkomplu b'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Min-naħa tal-Gvern fadal xi kelliema.", "Ma nafx jekk l-Oppożizzjoni fadlilhiex iktar kelliema fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ma jidhirlix li fadlilna iktar.", "Jekk ikun hemm ninfurmak illejla.", "Però, s'issa jidher li min-naħa tagħna m'hemmx aktar kelliema fuq dan l-Abbozz.", "CARMELO ABELA: Kif għedt, min-naħa tal-Gvern fadal numru ta' kelliema li se jkomplu jitkellmu llum u fis-seduta ta' għada.", "MR SPEAKER: Mela wara li tintemm id-diskussjoni fuq id-Diskors tal-President, inkomplu bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li semmejt u jitkellmu l-kelliema tal-Gvern.", "Għada nkomplu bl-istess diskussjoni.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Imbagħad hemm Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika – Abbozz Nru. 7 - u l-mozzjoni tal-ANFA, Mozzjoni Nru 35 dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabilità, Koordinazzjoni u Governanza, li jidhirli li se jiġu ttrattati mill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji nhar l-Erbgħa li ġej.", "Dawn jirrigwardaw ftehim fuq attiv finanzjarju nett u bonds tal-Gven Grieg.", "Malli l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji jikkonkludi d-diskussjoni dwarhom, jersqu għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "Hemm imbagħad Abbozz ta' Liġi, li ġà sar l-Ewwel Qari tiegħu, li jemenda diversi liġijiet dwar il-funzjonijiet tal-membri parlamentari.", "Jien infurmat li se jiġi ppubblikat għada, però, naf li kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għaddiet għand l-Oppożizzjoni through is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Owen Bonnici madwar għaxart ijiem ilu.", "Nixtieq nistaqsi jekk l-Oppożizzjoni hijiex lesta li nibdew niddiskutuh fis-seduta ta' għada filgħaxija jew ta' nhar l-Erbgħa.", "DAVID AGIUS: Dan l-Abbozz ta' Liġi għad irridu niddiskutuh fil-Grupp Parlamentari, u peress li jidher li għandna xi diffikultajiet dwaru, naħseb li jkun prematur li ngħid li nistgħu niddiskutuh nhar l-Erbgħa.", "MR SPEAKER: Allura qed ngħidu li jekk ikun hemm qbil, fis-seduta tal-Erbgħa tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-funzjonijiet ta' membri parlamentari?", "Dik hija x-xewqa min-naħa tal-Gvern, imma naturalment subject li jkun hemm qbil mill-Oppożizzjoni.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li llejla se nitolbu l-permess tal-Kamra biex inressqu mozzjoni għas-sostituzzjoni ta' membru fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Il-ħsieb huwa li l-Onor.", "Joseph Sammut, li kien inħatar membru fuq dan il-kumitat, jiġi sostitut mill-Onor.", "Dejjem jekk l-Oppożizzjoni taqbel.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li hemm diffikultà, hux hekk?", "DAVID AGIUS: M'hemmx oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Mela dik il-mozzjoni titressaq fil-ħin tal-mozzjonijiet.", "CARMELO ABELA: Tajjeb ukoll li ninforma lill-Kumitat li fil-preżent qed infasslu mozzjoni biex temenda l-Ordnijiet Permanenti.", "Malli jkun finalizzata ngħaddu kopja immedjatament lin-naħa tal-Oppożizzjoni imma għalissa ma nistax nagħti d-dettalji għax irridu niffinalizzaw xi punti.", "MR SPEAKER: Jien irrid infakkarkom li qed nistennew li jsiru xi emendi qabel ma nippubblikaw l-Ordnijiet Permanenti mill-ġdid.", "CARMELO ABELA: Uħud mill-emendi huma dawk li konna semmejna xi żewġ laqgħat ilu.", "MR SPEAKER: Ħalli nfakkar ftit lill-Kumitat.", "Bejn l-1995 u llum, fl-iStanding Orders saru diversi emendi żgħar.", "Xi tliet seduti ilu kont ippreżentajt abbozz ta' mozzjoni biex dawn l-emendi jiġu inkorporati u kien jidher li ma kienx hemm problemi.", "Carmelo Abela xtaq aktar żmien għax ried jara jekk jistgħux jidħlu xi emendi oħra, kif jidher li se jkun hemm.", "Jien nixtieq li nlestu din il-mozzjoni malajr kemm jista' jkun għax kellna nwaqqfu l-istampar.", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb huwa li din il-ġimgħa stess - nittamaw li bejn għada u pitgħada - ngħaddu l-emendi li qed nipproponu lill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Il-mozzjoni b'dawn l-emendi mbagħad tidħol fil-Motion Book u minn hemm tgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "Inklużi f'dawk l-emendi hemm dawk li għaddewlna s-Sedja u l-Iskrivan tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Aħna ma nsibu l-ebda diffikultà biex napprovaw dawk l-emendi li diġà ġew għall-attenzjoni tagħna, imma jekk se jidħlu emendi oħrajn inkun irrid nirriferihom lill-Grupp Parlamentari tiegħi.", "F'dak il-każ allura l-affari ttul aktar.", "MR SPEAKER: Jien nifhem li tkun trid tikkonsulta mal-Grupp Parlamentari, imma peress li għandna l-proċess tal-pubblikazzjoni wieqaf nixtieq il-permess ta' dan il-Kumitat biex fuq dawk l-affarijiet li qegħdin naqblu ...", "DAVID AGIUS: Jien ma nafx x'emendi se jiġu proposti, Sur President.", "Fir-rigward ta' dawk l-emendi li diġà ġew imressqa, tista' tmexxi.", "Imma jekk se jitressqu emendi kontroversjali jew oħrajn li nkunu għad irridu narawhom, il-proċess se jitwal.", "MR SPEAKER: Jien ma nixtieqx intawwal, anke għaliex mhux ġust għall-Membri Parlamentari l-ġodda li tajthom il-kelma li se nagħtihom il-pubblikazzjoni bl-emendi up to date.", "Ovvjament għalissa din ma nistax ngħaddiha lill-Istamperija tal-Gvern.", "Forsi allura l-emendi li għad iridu jiġu proposti jistgħu jitressqu taħt mozzjoni separata.", "Tista' titressaq u tiġi approvata l-mozzjoni li għaddejtilkom jien u mbagħad l-emendi li għad iridu jitressqu min-naħa tal-Gvern, jitressqu taħt mozzjoni separata?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Kif tlabna dakinhar, Mr Speaker, aħna nixtiequ nagħmlu mozzjoni waħda li fiha jkun hemm dawk l-emendi li għaddiet is-Sedja kif ukoll xi ftit emendi oħrajn li ovvjament se ngħaddu minn qabel lill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Imbagħad meta l-Oppożizzjoni tiddiskuti dawn l-emendi ...", "DAVID AGIUS: Allura nistgħu nistennew li dawn l-emendi jaslu għandna bejn illum u għada?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: L-emendi għall-iStanding Orders li ppreżentatilna s-Sedja min-naħa tagħna huma cleared.", "Jekk issa se jitressqu oħrajn ġodda, inkunu nistgħu niddiskutuhom l-Erbgħa u mmexxu.", "Jekk jitressqu emendi oħrajn li jkunu run of the mill, min-naħa tagħna se ngħidulkom li tistgħu tmexxu.", "Imma jekk se jkun hemm emendi li dwarhom ikollna xi problema, allura mbagħad inkunu rridu niddiskutuhom bejnietna.", "Rigward il-proposta li dawn l-emendi li għad iridu jitressqu niddiskutuhom nhar l-Erbgħa, ovvjament jien irrid inkellem ftit lill-Grupp ħalli naraw jekk nistgħux ngħaġġlu biex niddiskutu dawn l-emendi fil-grupp parlamentari.", "Jekk le, fil-każ aħna se nikkomunikaw mal-Gvern u naraw x'nistgħu nagħmlu għal nhar l-Erbgħa.", "MR SPEAKER: Għall-ġimgħa d-dieħla nistgħu naraw x'xogħol hemm ippjanat?", "Qed nistaqsi għax il-ġimgħa d-dieħla jien se nkun imsiefer fuq delegazzjoni parlamentari u għalhekk nixtieq inkun naf x'xogħol se jkun hemm quddiem il-Kamra.", "Irrid ninformakom ukoll li għalkemm konna ftehemna li se nagħmlu laqgħa oħra tal-Kumitat fit-12 ta' Ġunju fis-6.30 p.m., se jkollna niftiehmu għal data oħra għax mill-Alġerija naslu Malta għal xi t-8.30 p.m. Il-connection flights mill-Alġerija huma terribbli!", "Jiġifieri aħjar niftiehmu għal ġurnata oħra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nittamaw li sal-ġimgħa d-ddieħla l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji jkun lesta d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi kif ukoll il-mozzjoni ħalli nimxu minn hemm.", "Sadanittant hemm ukoll Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, li qed nittamaw li ma jdumx ma jkun finalizzat.", "Ovvjament irridu nimxu mal-prassi ta' sebat ijiem notice jew inkella ftehim mal-Oppożizzjoni biex Abbozz jitressaq qabel.", "Però aħna qed nittamaw li din il-ġimgħa l-emendi għall-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta jkunu lesti.", "Kif għadni kemm għedt, jekk ma jkunux għadhom għaddew is-sebat ijiem mill-pubblikazzjoni, ikun hemm ftehim mal-Oppożizzjoni biex jitressaq qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Din il-ġimgħa aħna nerġgħu niltaqgħu, mhux bħala Parlament imma fil-laqgħa li jkollna għall-okkażjoni tas-Sette Giugno.", "Nixtieq nistaqsikom ukoll jekk intomx se tinformaw lill-Kamra dwar ix-xogħol li sar fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi fir-rigward tal-emendi għall-Kodiċi Kriminali.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, Sur President, dan għandu jsir illum fis-6.30 p.m. miċ-Chairman ta' dak il-Kumitat, l-Onor.", "Fearne, li huwa ċ-Chairman tal-Kumitati Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, kellu numru ta' dokumenti xi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat jien tajt il-kelma li ngħaddi xi dokumenti lill-Membri tal-Kumitat in konnessjoni mal-wirja li hemm propost li ssir fil-bini tal-Parlament il-ġdid.", "Dawn huma kopja tal-att konsultattiv li bis-saħħa tiegħu twaqqfet il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta flimkien mal-istatut tal-istess fondazzjoni, kopja taċ-ċertifikat li jagħti l-identità legali ta' din il-Fondazzjoni kif ukoll kopja tal-awtorizzazzjoni tal-amministraturi tal-Fondazzjoni ffirmata f'Marzu ta' din is-sena.", "Hawnhekk ta' min jgħid li sa dak iż-żmien l-amministraturi kienu l-membri li kienu jifformaw il-kumitat matul il-leġiżlatura li għaddiet.", "Tajt il-kelma li nagħti wkoll kopja tal-ftehim bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta p.l.c. in its capacity as Trustee of the BOV Cultural Heritage Trust kif ukoll kopja tat-terms of reference tal-kumitat eżekuttiv li waqqaf dan il-ftehim.", "Dan il-kumitat eżekuttiv huwa inkarigat mill-manteniment u mill-aġġornament ta' din l-esebizzjoni.", "Qed ngħaddilkom ukoll, kif tajt il-kelma li se nagħmel, id-dokument informattiv dwar il-proposta ta' Network Publications għall-esebizzjoni dwar il-Parlament Malti.", "Dawn id-dokumentazzjonijiet li semmejt qegħdin kollha għad-dispożizzjoni tal-Membri.", "Issa nixtieq ninforma lill-Kumitat ukoll li wara li f'seduta numru 4 tad-9 t'April ta' din is-sena l-Onor.", "Albert Fenech, f'isem il-Malta Heart Foundation, kien ta defibrillator b'donazzjoni lill-Kamra - u din hija xi ħaġa li jkun tajjeb jekk il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jkun jafha - illum kellna laqgħa mar-rappreżentanti ta' Technoline Ltd. li taw dan l-apparat u li se jipprovdu taħriġ dwar l-użu ta' dan l-apparat.", "Dan l-apparat issa se jiġi installat u s-sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-użu tiegħu se jsiru filgħodu, il-Ġimgħa, 5, 12 u 19 ta' Lulju.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex f'isem il-Kamra u f'isem dan il-Kumitat nirringrazzja lill-Onor.", "Albert Fenech għal dan il-ġest nobbli li wera.", "MR SPEAKER: Nistgħu, qabel ma nagħlqu, nikkonfermaw il-Minuti ta' Laqgħa numru 3?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: F'paġna 4 tal-Minuti hemm miktub dan il-kliem:", "\"Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali qajjem il-punt dwar il-mod kif tiġi reġistrata fil-Minuti l-assenza ta' Membri Parlamentari mis-seduti parlamentari.", "Il-Kumitat qabel li din il-materja kellha tiġi diskussa aktar 'il quddiem.\".", "Issa jien fhimt li kellna nagħmlu working paper fuq din il-ħaġa.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Fil-fatt imbagħad hemm dan il-kliem:", "\"Fuq proposta tal-Onor.", "Għax din hija xi ħaġa li qajjimtha inti u jidher li l-Kumitat kien qed jaqbel dwarha.", "DAVID AGIUS: Mela allura jien għandi kopja tal-Minuti kif kienu drafted qabel!", "MR SPEAKER: Ħalli naqrahielek:", "\"Fuq proposta tal-Onor.", "David Agius, il-Kumitat qabel li kellha titħejja working paper fuq is-suġġett li tkun tista' tiġi diskussa mill-Kumitat aktar 'il quddiem.\".", "MR SPEAKER: Allura l-Minuti jistgħu jiġu approvati?", "Il-Minuti ta' Laqgħa numru 3 li saret fis-27 ta' Mejju 2013, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKR: Sar il-ħin.", "Peress li, kif diġà informajt lill-Kumitat, ma nistgħux niltaqgħu fit-12 ta' Ġunju, il-laqgħa li jmiss se ssir f'data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Grazzi.", "Fil-5.25 pm il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130603_004d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "Mr Speaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "L-Onor Louis Grech, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor Carmelo Abela, l-Onor David Agius, l-Onor Mario de Marco u l-Onor Deborah Schembri.", "Kienu preżenti wkoll l-Onor Claudette Buttigieg u l-Onor Claudio Grech.", "Il-Kumitat qabel li l-minuti tal-laqgħa Nru 3 li saret fis-27 ta' Mejju, 2013 kellhom jiġu konfermati aktar tard matul il-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-Kumitat stieden lill-Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, sabiex jieħu parti fil-Kumitat ħalli jikkummenta b'mod ġenerali kif ukoll iwieġeb għal xi mistoqsijiet jew osservazzjonijiet li jistgħu jsirulu fuq l-Ombudsplan 2013 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fl-1 ta' Ottubru 2012.", "Saret diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2013 li fiha ħadu sehem il-Membri kollha preżenti.", "Wara d-diskussjoni, il-Kumitat qabel li jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2013.", "Għaldaqstant it-transcript ta' din il-laqgħa kellu jiġi ċirkolat lill-Membri Parlamentari sabiex sussegwentement titressaq fil-Kamra l-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Ombudsplan 2013.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:-", "1. kif kien ġie miftiehem fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat, fis-seduta ta' dakinhar, it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013, kellha tintemm id-diskussjoni fuq l-Indirizz b'risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta, bl-aħħar żewġ kelliema jkunu l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru;", "2. il-Kamra mbagħad kellha tgħaddi biex tkompli bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi Ċivili – Abbozz Nru. 5 – bid-diskussjoni titkompla fis-seduti ta' wara;", "3. malli tintemm id-diskussjoni fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika – Abbozz Nru. 7 – il-Kamra kellha tgħaddi biex tiddiskuti dan l-Abbozz ta' Liġi fi stadju tat-Tieni Qari;", "4. malli tintemm id-diskussjoni fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej dwar il-Mozzjoni Nru 35 dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabilità, Koordinazzjoni u Governanza, il-Kamra kellha tgħaddi biex tapprova din il-mozzjoni;", "5. fis-seduta tat-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2013, kellha titressaq mozzjoni mingħajr avviż sabiex l-Onor Anthony Agius Decelis jinħatar membru fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali minflok l-Onor Joseph Sammut;", "6. it-Tlieta, 4 ta' Ġunju 2013, kellu jiġi ppubblikat l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari – Abbozz Nru. 9 – li kopja tiegħu kienet diġà għaddiet għand il-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni; u li fi ftit jiem oħra kellu jiġi ppubblikat ukoll Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali;", "7. il-mozzjoni biex jiġu emendati l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra kellha tkun finalizzata fi żmien qasir, liema mozzjoni kellha tgħaddi għand il-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni qabel titressaq fil-Kamra.", "Fuq dan il-punt l-iSpeaker ħeġġeġ liż-żewġ naħat sabiex iħaffu l-proċess ħalli l-Ordnijiet Permanenti emendati jkunu jistgħu jiġu ppubblikati fl-aqsar żmien possibbli.", "L-Onor David Agius informa lill-Kumitat li min-naħa tal-Oppożizzjoni ma kienx hemm oġġezzjoni għal dan il-pjan tax-xogħol.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-laqgħa li kien imiss ma setgħetx issir l-Erbgħa, 12 ta' Ġunju, 2013, kif miftiehem fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat, peress li hu kien se jkun qed imexxi delegazzjoni parlamentari fl-Alġerija.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat ukoll li wara d-diskussjoni li saret fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat fuq l-esibizzjoni permanenti dwar il-Parlament ta' Malta, kien se jgħaddi lill-membri kopja ta' dawn id-dokumenti –", "6 - Kopja tal-att kostituttiv li bis-saħħa tiegħu twaqqfet il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta flimkien mal-istatut tal-istess Fondazzjoni;", "7 - Kopja taċ-ċertifikat li jagħti identità legali lill-Fondazzjoni Parlament ta' Malta;", "8 - Kopja tal-awtorizzazzjoni tal-amministraturi tal-Fondazzjoni Parlament ta' Malta ffirmata f'Marzu 2013;", "9 - Kopja tal-ftehim li sar bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta p.l.c. fil-kapaċità tiegħu ta' Trustee of the BOV Cultural Heritage Trust, dwar l-esibizzjoni tal-Parlament Malti flimkien mat-terms of reference tal-kumitat eżekuttiv imwaqqaf bl-istess ftehim, li huwa nkarigat mill-manteniment tal-esibizzjoni ; u", "10 - Dokument informattiv dwar il-proposta ta' Network Publications għall-esibizzjoni dwar il-Parlament Malti.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li wara li f'seduta Nru 4 tad-9 ta' April 2013, l-Onor.", "Albert Fenech, f'isem il-Malta Heart Foundation, kien offra lill-Parlament defibrillator, kienet saret laqgħa mal-kumpannija li kienet se tagħti dan l-apparat, Technoline Ltd, fejn ġie miftiehem li wara li tistalla l-apparat, toffri wkoll taħriġ dwar l-użu tiegħu.", "Il-laqgħat ta' taħriġ kienu se jsiru fil-5, fit-12 u fid-19 ta' Lulju 2013.", "L-iSpeaker, f'isem il-Kumitat u f'isem il-Kamra kollha, irringrazzja lill-Onor Albert Fenech għal dan il-ġest nobbli.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 3 li saret fis-27 ta' Mejju, 2013, kienu konfermati.", "Fis-5.25 pm il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tkun komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130603_004m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2013 fis-6.30 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2013 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet amministrattivi.", "Laqgħa mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Montenegro, s-Sur Igor Luksic.", "Diskussjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew dwar reviżjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-European External Action Service (EEAS).", "Diskussjoni fuq Mozzjoni Nru. 35 ippreżentata mill-Ministru għall-Finanzi dwar ir-Ratifika tat-Trattat dwar Stabbilita', Koordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussell fit-2 ta' Marzu 2012.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130604_003a_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 05 ta' Ġunju 2013 fis-7.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 05 ta' Ġunju, 2013 fis-7:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Introduzzjoni dwar il-Politika tal-Gvern fuq il-Familja.", "Preżentazzjoni mill-Ministru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130605_001a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 1", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.34 p.m.", "INTRODUZZJONI DWAR IL-POLITIKA TAL-gVERN FUQ IL-fAMILJA", "THE CHAIRMAN (Onor. Anthony Agius Decelis): L-ewwel ħaġa nixtieq niġbed l-attenzjoni tagħkom li dan il-Kumitat se jkun qiegħed jiġi rekordjat kemm bħala audio kif ukoll bħala video permezz tal-internet.", "L-aġenda tal-lum tikkonsisti fi tliet punti prinċipali.", "Se nibda billi nagħmel introduzzjoni qasira bħala Chairman ta' dan il-Kumitat u mbagħad se nitlob lill-Ministru sabiex tagħtina l-preżentazzjoni tagħha fuq il-politika tal-Gvern preżenti dwar il-familja.", "Wara nkunu nistgħu niddiskutu xi affarijiet oħra, fosthom l-aġenda tal-laqgħa li jmiss biex niftiehmu meta se nerġgħu niltaqgħu u biex naraw x'se niddiskutu fil-laqgħat li ġejjin.", "Kollegi nixtieq nibda billi nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u talli qegħdin tipparteċipaw f'dan il-Kumitat.", "Permezz tal-esperjenza vasta li kull wieħed u waħda minna għandu, ninsab ċert li se noffru opportunitajiet, ħsebijiet, ħidma u riżultati għall-ġid ta' dan il-Parlament u għas-soċjetà Maltija u Għawdxija b'mod ġenerali.", "Il-familja hija importanti fis-soċjetà tagħna u ħafna jgħidu u jemmnu li l-familja hija s-sisien tas-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Jiena naħseb li min ikun qed jgħid hekk ma jkunx sejjer żbaljat!", "U għalkemm illum għandna ħafna forom differenti ta' familji, dawn kollha huma importanti u rridu naraw li nagħtuhom l-ispazju li jixraqilhom, bid-drittijiet u bid-dmirijiet li kull tip ta' familja għandu jkollha fis-soċjetà tagħna.", "Huwa importanti li jkollna familji stabbiliti għax il-familja hija waħda mill-istrutturi li tgħallimna n-normi u allura l-familja hija dak is-sors li minnu nitgħallmu x'suppost nagħmlu u x'mhux suppost nagħmlu fis-soċjetà.", "U dan huwa importanti biex ikollna l-aħjar ċittadini possibbli.", "Id-dieta, id-drawwiet, il-vizzjijiet u l-istil ta' ħajja kollha jiġu regolarizzati minn kif wieħed jiġi soċjalizzat fil-familja tiegħu.", "Nistgħu ngħidu li l-familja tinfluwenza dan kollu u għalhekk nistgħu ninnotaw kemm il-familja għandha rwol importanti biex tkompli ssostni dawk id-drawwiet li aħna, tradizzjonalment għandna għeżież għalina, kif ukoll bidliet ġodda li s-soċjetà tagħna qiegħda tgħaddi minnhom.", "Żgur li bil-parteċipazzjoni ta' kull wieħed u waħda minna se joħorġu ħafna iktar ideat u ħafna iktar sitwazzjonijiet u ħsebijiet differenti li rridu niżviluppaw matul din il-leġiżlatura vis-à-vis il-familja.", "It-tfal, iż-żgħażagħ, il-ġenituri u n-nanniet kollha għandhom rwol differenti u importanti fil-familja; kollha għandhom il-bżonnijiet u d-diffikultajiet tagħhom.", "Aħna nistgħu ntejbu u nagħtu s-suġġerimenti ta' kif jistgħu jitjiebu l-bżonnijiet ta' kull grupp u ta' kull membru.", "Irridu wkoll li jsir apprezzament siewi tal-irwol li jagħti kull membru fl-istess familja.", "Naħseb li l-familji għandhom ħafna sfidi u opportunitajiet.", "Issa aħna rridu nkunu kapaċi biex flimkien nidentifikaw dawn l-isfidi u l-opportunitajiet u nagħtu l-aħjar gwida lil dawk li jkunu qegħdin isegwuna.", "L-irwol tan-nanniet fil-familja u fis-soċjetà tagħna għandu jkun apprezzat u studjat.", "Huwa fatt li l-average life expectancy qiegħda tiżdied.", "Naturalment ilkoll kemm aħna nixtiequ li l-poplu tagħna jgħix iktar fit-tul u li jkun aktar b'saħħtu u li jgħix aktar komdu.", "Żgur li dan il-fatt se joffri opportunitajiet, bżonnijiet u sfidi ġodda.", "Għandek il-baby boom u l-fatt li llum qegħdin ngħixu fi żmien imsejjaħ \"the age of the aging\", li se jpoġġi quddiemna sfidi u opportunitajiet ġodda.", "Irridu li l-workforce tagħna tkun b'saħħitha u li tiggarantixxi x-xogħol lil dawk li diġà qegħdin jaħdmu kif ukoll li toffri opportunitajiet ta' xogħol lil dawk il-ħaddiema ġodda biex b'hekk ikollna work force mobility u dak li jkun ikun jista' jaspira biex ikollu paga u kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar.", "Iż-żgħażagħ tagħna, li wkoll huma membri importanti fil-familja tagħna, għandu jkollhom l-aħjar edukazzjoni possibbli ħalli huma wkoll isiru l-aħjar ċittadini possibbli.", "B'hekk ikunu jistgħu jsiru l-mexxejja tal-lum u l-mexxejja ta' għada.", "Permezz tal-edukazzjoni tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu futur għalihom u għall-maħbubin tagħhom.", "Aħna rridu li ż-żgħażagħ ikollhom l-aħjar spazju possibbli biex javvanzaw fil-karrieri tagħhom.", "Lil ħafna żgħażagħ irridu nagħtuhom ukoll is-sapport tagħna biex meta jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, ikunu jistgħu jsibu s-sapport tal-istituzzjonijiet kollha.", "It-tfal huma innoċenti u vulnerabbli u għalhekk irridu nagħtuhom l-aħjar trobbija u naraw li dawn ma jiġux abbużati, injorati jew inkella b'xi mod jew ieħor diskriminati.", "Ovvjament it-tfal huma importanti wkoll fil-familji tagħna u aħna rriduhom jikbru fl-iktar mod fejn l-imħabba għalihom tifjorixxi u f'ambjent fejn ikunu jistgħu jieħdu l-ikbar imħabba possibbli.", "Naħseb li dawn huma l-membri kollha li jifformaw parti mill-familja tagħna.", "Naħeb li fix-xhur li ġejjin għandu jkollna ħafna suġġetti marbutin mal-familja li nistgħu niddiskutu bejnietna, fosthom in-nuqqas ta' xogħol, il-faqar relattiv u reali, in-nuqqas ta' edukazzjoni, l-irwoli importanti li kull membru tal-familji tagħna għandu, il-forom differenti ta' familji li għandna llum, il-ħajja twila u b'saħħitha, l-istili ta' ħajja differenti u ħafna u ħafna suġġetti oħra li lkoll flimkien nistgħu nippromwovu.", "U għalhekk għandna noħolqu l-aġenda tagħna biex inkunu ta' servizz mhux biss għall-Parlament imma għall-poplu in ġenerali.", "PREŻENTAZZJONI MILL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI", "THE CHAIRMAN: Bi pjaċir kbir illum nilqa' magħna lill-Ministru Marie Louise Coleiro Preca, li fuq dan is-suġġett naħseb li dejjem tat l-input tagħha, u li llum qiegħda magħna biex tispjegalna l-politika tal-Gvern vis-à-vis il-familja Maltija.", "Għal-laqgħa tal-lum jien kelli nistabilixxi l-aġenda imma nixtieq li għal-laqgħat futuri l-aġenda tkun xi ħaġa li lkoll kemm aħna nagħtu l-input tagħna għaliha.", "Għalhekk, filwaqt li nirringrazzjakom talli qegħdin hawnhekk, nitlob lill-Ministru sabiex tibda l-preżentazzjoni tagħha.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Sur President, l-ewwel nett nixtieq nagħti ħajr lilek ta' din l-istedina li għamiltli u napprezza ħafna li l-Membri ta' dan il-Kumitat laqgħu din il-proposta sabiex niġi hawnhekk u nindirizza dan il-Kumitat.", "Dan il-Kumitat kien twaqqaf lejn l-aħħar tal-leġliżlatura l-oħra proprju fuq mozzjoni li kienet ressqet l-Oppożizzjoni.", "Dak iż-żmien jien kont waħda mill-proponenti ta' din il-mozzjoni.", "Issa forsi għal ħafna, li jkollok kumitat li jitratta speċifikament il-familja u mbagħad li jkollok ukoll kumitat ieħor li jitratta l-affarijiet soċjali għall-familja jarawh bħala xi ħaġa żejda għax ma jifhmux daqshekk il-ħtieġa li jkollna focus partikolari fuq il-familja.", "Ir-raġuni hi li aħna ma nistgħux nibqgħu ma nagħtux każ tal-bidliet li qegħdin iseħħu ta' kuljum fil-familja.", "U li jkollna kumitat bħal dan fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż inkunu nistgħu nagħtu iktar viżibilità u vuċi għall-bżonnijiet tal-familja, kif ukoll li nissensibilizzaw aktar u aktar lill-istess policy makers.", "Allura aktar apprezzajt il-fatt li għandi din l-opportunità li nispjega x'inhu jagħmel dan il-Ministeru fir-rigward tal-bżonnijiet tal-familja u l-politika favur il-familja.", "Għalhekk se ngħid ftit xi pjanijiet hemm f'dan ir-rigward, anke fil-kuntest tal-mandat elettorali li għandu dan il-Gvern.", "Qabel bdejna din il-laqgħa jiena qassamt organigram li juri x'jeżisti diġà f'dan ir-rigward u bażikament għamilna stock tal-istrutturi li kienu diġà jeżistu fil-Ministeru kif ukoll ta' dawk l-istrutturi li aħna rajna li mhumiex qegħdin hemmhekk sabiex fuqhom u permezz tagħhom, mhux biss niżviluppaw l-istrateġiji u l-policies li għandna bżonn, imma sabiex fuq kollox nimplimentaw dawk il-policies li rridu nkunu qegħdin immexxu 'l quddiem.", "U allura, forsi qabel nispjega x'inhuma l-għanijiet tal-policies eventwali li se nkunu qegħdin immexxu 'l quddiem, xtaqt nagħti spjegazzjoni ħafifa dwar l-istrutturi li nidejna u ħabbarna madwar għaxart ijiem ilu.", "Fuq in-naħa tax-xellug qed taraw struttura li hija maħsuba għall-familja u fuq in-naħa tal-lemin tagħkom qed taraw struttura li hija maħsuba għat-tfal.", "Imma kif qed taraw kollox jgħaqqad flimkien.", "Mela ħalli nibdew inħarsu lejn dik l-istruttura li għandha x'taqsam mal-familja.", "In-National Commission for the Family kienet teżisti bħala struttura imma waħedha rajniha li kienet se tkun ftit wisq biex inkunu nistgħu nibnu dak li għandna nibnu u biex inwassluh għall-implimentazzjoni.", "U allura bdejna naraw kif se nsaħħu din il-Kummissjoni Nazzjonali Familja, li r-remit tagħha huwa li tiżviluppa l-policies biex imbagħad tirrikmanda dawn il-policies.", "Wieħed mill-impenji elettorali ta' dan il-Gvern huwa t-twaqqif tal-Forum Nazzjonali Familja.", "Dan il-forum qed narawh bħala proċess konsultattiv kontinwu tal-familji mill-għeruq.", "Dan ifisser li l-konsultazzjoni trid tiġi minn isfel u li mbagħad dik il-konsultazzjoni titwassal għand il-Kummissjoni Nazzjonali Familja, li trid tagħrbel xi jkun ġej minn isfel ħalli tara kif se tieħu postha proprju f'dawk il-policies biex dawn ikunu jistgħu jirriflettu l-aspirazzjonijiet tal-familji tagħna u l-bidliet soċjo-ekonomiċi li jkunu qegħdin jitwettqu, u allura jinfluwenzaw u jagħmlu mpatt fuq il-qagħda soċjali u ekonomika tal-familja tagħna.", "Fuq in-naħa tax-xellug ta' din l-istruttura qed taraw tliet kaxxi li huma bir-roża.", "Dawk inqisuhom aħna bħala l-imsieħba periferali ta' din l-istruttura.", "U allura hemmhekk isib postu wkoll dan il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Aħna nixtiequ li nkunu qegħdin nikkonsultawkom u nitolbukom tgħinuna fil-proċess tal-konsultazzjoni, anke billi tistiednu lis-soċjetà ċivili hawnhekk ħalli ġġibuha fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Nitolbukom tikkonsultaw dwar l-issues li tixtiequ twasslu lill-Kummissjoni Nazzjonali Familja.", "B'hekk b'din il-konsultazzjoni li tkun tiela' mill-komunitajiet tagħna, mill-għeruq, kif ukoll bil-konsultazzjoni li intom tkunu qegħdin tmexxu hawnhekk f'dan il-Kumitat u fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, inkunu nistgħu nġibu stampa aktar ħolistika tal-aspirazzjonijiet li dan il-pajjiż qiegħed jiżviluppa f'dan il-kuntest.", "Imbagħad hemm l-Università ta' Malta, fejn għandna diversi fakultajiet u dipartimenti li jagħmlu ħafna riċerka u studju f'dan ir-rigward u hija verament ħasra li ma nikkunsidrawhomx biex b'hekk, anke l-istess policies tagħna, wara li jkunu kkonsultati mill-għeruq mis-soċjetà ċivili, ikunu wkoll research based, ħalli kemm jista' jkun nersqu 'l quddiem b'rakkomandazzjonijiet ta' policies li jkunu jirriflettu r-realtajiet u jkunu bbażati fuq hands on experience.", "Meta l-Kummissjoni Nazzjonali Familja tkun ħadmet f'dan il-kuntest, tkun trid tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Ministeru.", "Imbagħad, min-naħa tal-Ministeru jkun lest sabiex jitlob li jsiru diskussjonijiet min-naħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "Aħna nemmnu li l-politika soċjali ta' dan il-pajjiż fir-rigward tal-familja mhijiex attribwita għal min jaħdem fil-qasam tal-politika soċjali imma tikkonċerna wkoll lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam ekonomiku.", "Nemmnu wkoll li dawk l-interventi li rridu nagħmlu permezz ta' policies f'waqthom, biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, jekk ma nagħmluhomx fil-pront jistgħu jħallu mpatt ekonomiku u finanzjarju.", "Allura hemmhekk nixtiequ mhux biss li nġibu għall-attenzjoni tal-istake holders fil-livell tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali imma nixtiequ wkoll nisimgħu lilhom biex naraw x'għandhom xi jgħidulna fil-kuntest ta' dak li nkunu qed niddiskutu.", "B'hekk inkunu f'qagħda li nikkunsidraw x'għandhom xi jgħidulna biex fl-aħħar mill-aħħar nersqu 'l quddiem b'policies li jkunu ta' kulħadd.", "Aħna nittamaw li l-miri li jkollna nkunu nistgħu nilħquhom ħafna u ħafna aħjar.", "Wara dak il-livell naslu mbagħad għal dik li hija l-implimentazzjoni u hawnhekk għandna l-Foundation For Social Welfare Services.", "Għandna wkoll the Department for Welfare Standards li bażikament huwa r-regolatur u fejn hemmhekk jiġu żviluppati ċerti standards.", "Fuq in-naħa tal-lemin qed taraw il-National Commission for Childrens' Strategy and Policy li hija kummissjoni kompletament ġdida.", "Aħna hawnhekk ħsibna li ma kellniex lil min qiegħed jiffoka fuq it-tfal u fuq l-iżvilupp ta' strateġija u politika għat-tfal.", "Għaldaqstant ħassejna li din il-Kummissjoni hija importanti ħafna.", "Hawnhekk ukoll rajna li rridu nidħlu msieħba ma' strutturi li diġà jeżistu u rajna li jkun importanti li naħdmu bl-istess mod ta' kif qed naħdmu mal-Kummissjoni Nazzjonali Familja.", "Bl-istess mod ukoll, meta tirrakkomanda l-Kummissjoni Nazzjonali Familja jerġgħu jitilgħu sa fuq, anke saħansitra għall-konsultazzjoni fuq livell ta' Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u naturalment imbagħad jerġa' jinżel għall-implimentazzjoni minn fuq l-entitajiet governattivi li diġà jeżistu.", "Dak li se nkunu qegħdin nagħmlu fir-rigward tal-familja u dak li se nkunu qegħdin nagħmlu fir-rigward tat-tfal irid imbagħad jingħaqad kollox f'daqqa.", "Aħna qed nitkellmu fuq żvilupp ta' politika soċjali li tkun waħda integrata b'diversi modi għaliex nemmnu li l-peacemeal approach mhux se jwassalna fejn nixtiequ naslu.", "Jekk pereżempju nieħdu l-aspett tal-faqar fost it-tfal u fost il-familji nsibu li l-indikaturi qed juruna li dan qed ikompli jikber.", "Meta nħarsu lejn l-indikatur tal-faqar fost it-tfal naraw li skont il-Eurostat dan kien fir-rata ta' 25.8% f'Diċembru tal-2012!", "Meta nħarsu lejn l-ewwel social statistics li qatt kellna fuq il-faqar fost it-tfal naraw li fis-sena 2000 dan kien ilaħħaq il-21%.", "Mela fuq medda ta' 12-il sena dan spara l' fuq u żdied bi kważi 4%.", "U allura jidher li l-interventi li saru ma kienux integrati imma kienu qed jittieħdu fuq bażi ta' peacemeal approach.", "Mela allura m'aħniex qed nilħqu l-miri tagħna u żgur li rridu naħdmu iktar.", "Irridu nużaw is-sevizzi kollha li għandna tal-welfare fil-pajjiż biex naraw li dawn qegħdin jimmiraw lejn l-istess miri.", "Jiena nħobb nuża dan l-eżempju tipiku biex infiehem eżattament x'qiegħda ngħid; mela għandek familja li resqet għand il-Housing Authority sabiex tieħu akkomodazzjoni soċjali.", "Meta dik il-familja resqet għall-akkomodazzjoni soċjali, aħna qegħdin naraw l-effett u mhux il-kawża.", "Sa ftit ilu konna nqisu biss l-eleġġibilità tagħha skont il-mezzi finanzjarji tagħha sabiex naraw jekk għandhiex tingħata saqaf fuq rasha jew le.", "U nieqfu hemm għax mhux kull applikazzjoni kienet tiġi socially assessed.", "Issa qegħdin nagħmlu ħilitna biex kemm jista' jkun nagħmlu social assessment tat-talbiet li jkollna u nindagaw ukoll.", "Għalfejn dik il-familja waslet sal-punt li ġiet titlob l-akkomodazzjoni soċjali?", "L-akkomodazzjoni soċjali mhuwiex il-kawża imma huwa l-effett.", "Jekk insibu li għandna tfal li waqgħu lura fl-iskola u li qed ikunu assenti, nistgħu niġbdu l-attenzjoni tal-entità li tista' tindirizza dik il-problema.", "Jekk għandna problema ta' saħħa mentali f'dik il-familja, nistgħu nressqu 'l quddiem lil min jista' jagħti dik l-għajnuna.", "Jekk għandna kwestjoni ta' nuqqas ta' impjieg jew nuqqas ta' empowerment b'xi mod, allura naraw kif nistgħu nintervjenu.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin nintegraw is-servizzi li għandna mal-miri li jistabilixxu l-policies li għandna.", "Naturalment għandna diversi pjani li diġà bdejna naħdmu fuqhom.", "Qegħdin naħdmu wkoll fuq proġett importanti ħafna fuq livell ta' komunità, fejn se nġibu lis-soċjetà ċivili fuq livell komunitarju flimkien ma' entitajiet oħra tal-Gvern, fosthom mal-kunsilli lokali, ħalli jkollna networking sħiħ u allura ngħinu fl-iżvilupp tal-capacity building għall-għaqdiet mhux governattivi.", "U dan għaliex aħna rridu nġibu lill-għaqdiet mhux governattivi f'dan il-pajjiż tassew bħal ħaddieħor.", "Allura dawn se jkunu t-tielet settur mhux biss fl-importanza soċjali li għandhom imma anke fl-aspett ekonomiku, fejn ilkoll flimkien, mal-isforzi kollha tal-Gvern, inkunu qed nintervjenu fil-mument propizju.", "Bl-istess mod ukoll qegħdin naħdmu fuq proġett biex l-istess servizzi governattivi li jingħataw ikunu integrati u aċċessibbli fuq livell ta' komunità.", "B'hekk mhux biss ikollna l-macro-policies imma jkollna wkoll il-micro-policies fuq livelli ta' komunità.", "B'hekk allura l-implimentazzjoni ma tkunx biss fuq livell macro-nazzjonali imma tkun implimentazzjoni li timmira aktar fil-preċiż għax tmur fuq livell ta' komunità.", "Aktar 'il quddiem jista' jagħti l-każ li nitlobkom tagħtuni l-opportunità sabiex inkunu nistgħu nispjegaw iktar fil-konkret dak li qegħdin nagħmlu.", "Bħalissa qegħdin naħdmu fuq strateġiji kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Dawn huma proċessi fejn tibda taħdem fuq xi ħaġa li teħodlok ċertu ammont ta' żmien imma mbagħad minn dawk l-istrateġiji nkunu nistgħu noħorġu l-indikaturi ta' policies li nkunu rridu nsegwu u nimplimentaw.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak Ministru.", "L-Onor.", "JOSEPH CASSAR: Jiena xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk tistax tgħidilna x'inhi eżattament il-funzjoni tan-National Forum for the Family.", "Kif se jaħdem?", "U x'se tkun il-funzjoni tiegħu vis-à-vis dak li diġà qiegħda tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali Familja?", "Min ġie maħtur fuq dan il-Forum u lejn min se jkunu responsabbli b'mod dirett?", "Ladarba se jkun hemm il-Forum Nazzjonali Familja li se jkun qiegħed jagħmel riċerka u xogħol on the ground, ikunx jista' jagħti wkoll informazzjoni lill-Kummissjoni Nazzjonali Familja dwar l-istrateġija u l-politika tat-tfal, iċ-Children's Strategy and Policy Commission?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jien ovvjament ma kontx f'dan il-Parlament fil-leġiżlatura li għaddiet u allura forsi m'iniex daqshekk infurmata fuq ċerti affarijiet.", "Imma jidhirli li l-Kumitat preċedenti, fl-aħħar leġiżlatura kien ressaq diversi proposti lil dan il-Parlament fuq dak li għandu x'jaqsam mal-istrateġija kontra l-faqar.", "Għaldaqstant jiena xtaqt nistaqsi lill-Ministru sabiex tgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward dawk il-miżuri u l-proposti li kien hemm u li forsi għadhom pendenti.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: L-ewwelnett xtaqt nirringrazzja lill-Ministru Marie Louise Coleiro Preca tal-preżentazzjoni sabiħa li għamlet.", "Huwa tajjeb li aħna nħarsu 'l quddiem f'dan il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja.", "Jiena qiegħed ukoll fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u nista' nifhem li bejn dawn iż-żewġ kumitati jista' ikun hemm xi suġġetti li jkunu overlapping ma' xulxin.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ kumitati narawhom imniżżlin f'din il-flowchart li tatna l-Ministru.", "Pereżempju wieħed mis-suġġetti li bħalissa qegħdin niddiskutu fil-kumitat l-ieħor hija l-vjolenza domestika; li ovvjament hija xi ħaġa li taqa' taħt id-dominju tal-familja wkoll.", "U allura wieħed irid joqgħod attent sabiex nikkomunikaw ma' xulxin ħalli kemm jista' jkun l-affarijiet tal-familja nżommuhom purament għall-familja u l-affarjiet soċjali nżommuhom għal dak il-kumitat.", "Tajjeb li nagħtu bidu għal diskussjonijiet u policy making f'dan il-Kumitat għaliex hawn ħafna problemi fil-familja; problemi ta' faqar, problemi ta' unemployment u problemi ta' diżordni mentali.", "Jiena tabib u hawnhekk madwar din il-mejda hawn ukoll psikjatra u avukatessa.", "Jiġifieri m'għandix dubju li lkoll flimkien nistgħu nagħmlu ħafna ġid u noħolqu ħafna diskussjonijiet li jkunu verament ta' sugu dwar problemi ta' natura mentali fil-familji.", "Aħna wkoll hawnhekk irridu nibdew niddiskutu d-diversi tipi ta' familji li għandna fis-soċjetà.", "Illum m'għadniex bħal 50 jew 100 sena ilu għax il-familji tal-lum saru differenti fl-istruttura tagħhom.", "Veru li aħna dejjem nipprovaw inżommu l-familja tradizzjonali u din hija xi ħaġa li rridu nipprovaw nippreservawha, ngħożżuha u ngħinuha.", "Madankollu rridu nifhmu u nagħtu definizzjonijiet ġodda filwaqt li niddiskutu x'inhuma l-prospetti u d-diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw tipi differenti ta' familji.", "Illum nafu li hemm familji komposti minn single parents u familji oħra komposti minn romol għax ikunu tilfu s-sieħeb jew is-sieħba tagħhom b'kawżi naturali.", "Aktar 'il quddiem f'din il-leġiżlatura se jkollna wkoll l-unjoni ċivili li se tagħti lok għal tipi oħra ta' familji.", "Dawn ukoll huma familji.", "Anke persuni li jgħixu totalment waħedhom huma wkoll familja għax dawn ukoll ikollhom il-problemi tagħhom.", "Dawn huma affarijiet li 'l quddiem nixtieq li dan il-Kumitat - jekk jippermettilna l-President ta' dan il-Kumitat – jiftiehem fuq xi punti li rridu niddiskutu, speċjalment fid-dinja tal-lum, fejn irridu nkomplu niffokaw fuq affarijiet marbuta mal-familja.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nitlob lill-Ministru Coleiro Preca sabiex twieġeb għall-kummenti li saru mill-Membri ta' dan il-Kumitat.", "MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Mela se nwieġeb għall-mistoqsijiet b'mod kronoloġiku u se nibda proprju bil-mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "Joe Cassar dwar ir-remit tan-National Forum for the Family; kif se jkun qed jiffunzjona, min se jkunu l-membri tiegħu, eċċ. In-National Forum for the Family is a consultation process u parti minn din il-konsultazzjoni qiegħda ssir fil-komunitajiet.", "Bażikament dan se jkun qiegħed jagħmel konsultazzjonijiet fl-ibliet u fl-irħula ta' Malta b'mod regolari permezz ta' fora pubbliċi li jkunu riklamati.", "U n-nies jiġu mistiedna jersqu 'l quddiem u jiddiskutu fuq dawk l-affarijiet li huma jħossu li jridu jressqu 'l quddiem għaliex iħossu li qed jaffettwawhom fl-ambjent tagħhom u tal-familja tagħhom.", "Bażikament dan huwa x-xogħol li se jkun qed jagħmel.", "Attwalment, minn dawn il-fora pubbliċi li se jkunu qed isiru, se jitħejjew rapporti, li mbagħad jgħaddu għand il-Kummissjoni Nazzjonali Familja.", "Din il-Kummissjoni se tkun qiegħda tgħarbel dak kollu li jkun se jidħol għandha.", "Jiġifieri dak kollu li se jidħol min-National Forum for the Family, mill-kumitati parlamentari tagħna u minn studji li jkunu ġejjin mill-Università, se jingħaqad kollox hemmhekk biex imbagħad joħorġu l-proposti għall-policy.", "Din hija l-policy recommender.", "Dawn ma jgħixux mingħajr xulxin għax aħna rridu li l-proċess ta' konsultazzjoni jkun wieħed kontinwu u mhux xi ħaġa li ssir darba f'mitt qamar u daqshekk.", "Aħna rridu li jkollna konsultazzjoni regolari.", "Din se norbotha ma' dak li qalet l-Onor.", "Mifsud Bonnici fir-rigward ta' strateġiji jew policies li kien hemm fil-leġiżlatura preċedenti.", "Hawnhekk nista' nassigura lill-Onor.", "Mifsud Bonnici li sfortunatament ma kien hemm l-ebda strateġiji f'posthom.", "Kien hemm biss xi ġimagħtejn, tlieta qabel l-elezzjoni li għaddiet bidu ta' strateġija għall-faqar imma ma kien hemm xejn b'mod konkret!", "Li kienu saru - lanqas qed nitkellmu fuq l-aħħar leġiżlatura u bil-kemm niftakarhom jien f'dan il-Parlament mill-1998 lil hawn – żgur huma żewġ national action plans li kienu marbutin ma' dak li huwa faqar u esklużjoni soċjali.", "Jien ma ngħidx li dawn l-NAPs kienu qed jilħqu l-miri tagħhom għax kieku kien hekk il-faqar ma kienx jiżdied.", "Semmejt iċ-ċifra tal-Eurostat ta' Diċembru 2012 fir-rigward tat-tfal, fejn għandna ċifra ta' 88,000 persuna f'Malta li qegħdin fir-riskju ta' faqar.", "Dan ifisser li r-riskju ta' faqar żdied b'16% f'dawn l-aħħar sitt snin!", "Mela żgur li konna qed immorru off target x'imkien.", "Ħalli norbot dak li qal l-Onor.", "Cassar ma' dak li qalet l-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici u ċioè għaliex huwa importanti li jkollna a National Forum for the Family.", "Ħalli nkun konkreta bl-eżempju li se nagħti.", "Immaġinaw li kieku kellna n-National Forum for the Family fil-leġiżlatura l-oħra u l-Gvern, meta għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma dak iż-żmien kienet qiegħda ssir din il-konsultazzjoni.", "Kieku żgur li mill-ewwel kien ikollu feedback mill-għeruq li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bil-mod ta' kif se jogħlew, kienu se jgħaffġu lill-familji.", "Allura fil-kuntest ta' dak li qed nitkellmu fuqu llum, tajjeb ngħidu li dan il-Gvern huwa marbut li jagħmel social impact assessment u għalhekk, li kieku dak kien jitla' min-National Forum for the Family, il-Kummissjoni Nazzjonali Familja kienet bilfors tkun trid titlob social impact assessment fuq dik il-miżura ekonomika jew finanzjarja li l-Gvern ikun ħa dak iż-żmien.", "Naturalment kien jirriżulta dak li attwalment kienu diġà qed iħossu n-nies fir-realtà u allura l-Kummissjoni Nazzjonali Familja mill-ewwel tirrakkomanda lill-policy maker, jiġifieri lill-Gvern, sabiex iħares sew lejn dak li kien qiegħed imexxi fuqu.", "Aħna nafu li dik kienet miżura li għaffġet lin-nies u ġabet lil ħafna nies f'sitwazzjonijiet prekarji fejn dawn ma bdewx ilaħħqu ma' ċerti affarijiet.", "U l-iskop ta' dan li qed nagħmlu hu li l-policy maker, jiġifieri l-Gvern, ma jinsa qatt x'inhuma l-miri tiegħu!", "Dan billi jkollna vuċi u viżibilità waħda fuq dawn iż-żewġ setturi; il-familja u t-tfal, li jridu jkunu ċentrali.", "U għal dan il-Gvern il-familja u t-tfal huma ċentrali fil-politika tiegħu.", "Qed nagħmlu minn kollox sabiex nassiguraw li jibqgħu ċentrali, ikunu x'ikunu ċ-ċirkostanzi ta' dan il-pajjiż għax jekk tmur lura l-familja … U hawnhekk nidħol fuq dak li qal l-Onor.", "Grech u ċioè li l-familja mhijiex biss dik meqjusa bħala normali imma qed nitkellmu fuq kull forma ta' familja li għandna llum.", "Jiġifieri ma nistgħux nagħtu definizzjoni waħda ta' familja għax illum hemm diversi forom li kollha huma importanti.", "U dawn aħna rridu niffokaw fuqhom kollha.", "Aħna ma rridu li ħadd minn dawn in-nies jaqa' lura.", "Fl-aħħar mill-aħħar għandna responsabilità lejn kull persuna u mbagħad għandna responsabilità akbar lejn dawk li huma vulnerabbli.", "L-ewwel nett aħna qegħdin niddemokratizzaw l-istrutturi li permezz tagħhom niżviluppaw għax huwa importanti li l-poplu ma jkunx mistieden darba f'ħames snin fil-ħajja demokratika tal-pajjiż imma jkun mistieden sabiex iwassal leħnu kontinwament billi jkun ikkonsultat b'mod regolari, kemm meta mmorru għandu fil-komunità kif ukoll permezz tar-rappreżentanti tiegħu, permezz tal-għaqdiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili, kif ukoll fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Min-naħa l-oħra qed insaħħu l-istrutturi biex nagħtu vuċi u viżibilità b'saħħitha kemm jista' jkun lil dawn in-nukleji fis-soċjetà tagħna li fuqhom tinbena s-soċjetà kollha kemm hi.", "Il-ħatriet tan-National Forum for the Family u tan-National Commission for Children's Strategy and Policy se jsiru l-ġimgħa d-dieħla jekk alla jrid.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Familja diġà inħatret u diġà bdiet tiltaqa'.", "Iktar tard se nkunu qegħdin niżviluppaw biex nagħtu iktar saħħa lill-istitut tal-Kummissarju għat-Tfal.", "Aħna nemmnu li l-Kummissarju għat-Tfal irid isaħħaħ il-vuċi tat-tfal f'pajjiżna u biex ngħid hekk irid ikun l-għassies tad-drittijiet tat-tfal f'pajjiżna.", "Allura rridu nagħtu iktar saħħa lil din l-istituzzjoni u se nkunu qegħdin inressqu xi riformi ġodda sabiex nagħtu s-saħħa kif ukoll sens ġdid u sens ta' parteċipazzjoni iktar wiesgħa.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Ministru nirringrazzjak tal-kummenti tiegħek għax għalkemm għandek ħafna xogħol xorta waħda sibt il-ħin sabiex tiġi tindirizza dan il-Kumitat.", "Nirringrazzja wkoll lil sħabi kollha li attendew din il-laqgħa.", "Sfortunatament illum, minħabba li l-kollegi tagħna għandhom xogħol importanti ieħor fil-Kamra se jkollna nieqfu hawnhekk.", "Imma qabel nagħlqu nixtieq ngħidilkom li jekk għandkom xi ħsebijiet li tixtiequ tpoġġu fuq l-aġenda, ibagħtuhomlna ħalli l-aġenda ta' dan il-Kumitat tkun dejjem iffurmata minna lkoll.", "U b'hekk inkunu nistgħu niddiskutu dawk is-suġġetti li intom taħsbu li għandna npoġġu fuq l-aġenda u allura nagħtuhom pjattaforma nazzjonali biex in-nies hemm barra jkunu jafu li aħna jinteressana minn oqsma differenti.", "Fl-aħħarnett nixtieq navża li l-Onor.", "Deborah Schembri ma setgħetx tkun magħna llum għax kellha tagħmel l-intervent tagħha fil-Plenarja.", "Nitlobkom biex għal-laqgħa li jmiss iġġibu l-ideat tagħkom fuq diversi suġġetti li nistgħu niddiskutu ħalli nifformaw l-aġenda tagħna.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-8:15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20130605_001d_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 01", "L-Erbgħa, 05 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:34 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joseph Cassar u l-Onor.", "L-Onor.", "Deborah Schembri kienet skużata peress li kienet qiegħda tagħti speech fil-Plenarja.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "INTRODUZZJONI DWAR IL-POLITIKA TAL-gVERN FUQ IL-fAMILJA", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, filwaqt li rringrazzja lil dawk preżenti, għamel introduzzjoni qasira dwar ix-xogħol li se jkun qiegħed iħares lejh dan il-Kumitat.", "Semma' kif bil-parteċipazzjoni tal-Membri f'dan il-Kumitat se joħorġu ħafna iktar ideat u ħsebijiet differenti li jridu jiġu żviluppati matul din il-leġiżlatura vis-à-vis il-familja.", "PREŻENTAZZJONI MIL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI.", "Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, ressqet preżentazzjoni dwar il-politika tal-Gvern vis-à-vis il-familja Maltija.", "Il-Ministru spjegat l-importanza ta' dan il-Kumitat għaliex bħala pajjiż ma stajniex nibqgħu għaddejjin ma nagħtux każ tal-bidliet li qed iseħħu ta' kuljum fil-familji tagħna jew li ma nipprevedux ċerta sitwazzjonijiet.", "U permezz ta' dan it-tip ta' Kumitat, fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, nistgħu nagħtu aktar viżibilità u vuċi għall-bżonnijiet tal-familja u nissensibilizzaw aktar u aktar il-policy makers.", "Il-Ministru qassmet organigramma sabiex turi l-istrutturi diġa' eżistenti fil-Ministeru kif ukoll dawk l-istrutturi li mhumiex qegħdin hemmhekk imma li hemm bżonn li jsiru sabiex fuqhom u permezz tagħhom, mhux biss niżviluppaw l-istrateġiji u l-policies li għandna bżonn, imma biex fuq kollox nimplimentaw dawk il-policies li fl-aħħar mill-aħħar irridu nkunu qegħdin immexxu 'l quddiem.", "Wara kien hemm diskussjoni", "Fid-8:15 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130605_001m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.35 p.m.", "LAQGĦA MAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-MONTENEGRO, DR IGOR LUKSIC", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 2 li saret fit-22 ta' Mejju, 2013 kienu konfermati.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nissuġġerixxi li ngħaddu għal item 4 għax hemm qbil fuq punt li jixtieq iqajjem l-Onor.", "THE CHAIRMAN: Iva, imma jekk ma jimpurtax l-ewwel ngħaddu għall-Minuti u l-Affarijiet Amministrativi li jieħdu ftit minuti u dan sabiex nimxu bi ftit ordni.", "Imbagħad għandna żewġ rappreżentanti mill-Ministeru għall-Finanzi biex jagħmlulna preżentazzjoni qasira fuq item 5.", "Il-Minuti tqassmu diġà u jinsabu quddiemkom.", "Hawn xi korrezzjonijiet?", "L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Mr Chairman, fil-Minuti hemm imniżżel li l-Onor.", "Luciano Busutil kienu preżenti għal xi ħin.", "Naħseb li tajjeb ikun speċifikat li ma konniex preżenti mill-bidu minħabba li konna fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Nieħdu nota tagħha u nżiduha fil-Minuti.", "Hawn iktar rimarki fuq il-Minuti?", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 2 li saret nhar il-Erbgħa, 22 ta' Mejju 2013, ġew ikkonfermati.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "THE CHAIRMAN: It-tieni item huwa affarijiet amministrativi.", "Rigward korrespondenza, l-ewwel hemm l-ittra li l-iSpeaker għadda lil dan il-Kumitat mill-iSpeaker tal-Parlament Ċiprijott b'reazzjoni għall-akkużi li saru mit-Trojka tal-Unjoni Ewropea fuq allegazzjonijiet li Ċipru qed tagħmilha ta' tax haven jew post tal-ħasil tal-flus, u t-tieni hemm ir-rapport annwali għas-sena li għaddiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea dwar is-sussidjarjetà u leġislazjzoni Ewropea li wkoll għaddihulna l-iSpeaker.", "Dawn iż-żewġ dokumenti huma għad-dispożizzjoni tagħkom.", "Bħala Chairman ta' dan il-Kumitat, nixtieq nirrapporta li fuq talba tiegħu stess kelli laqgħa mal-Ambaxxatur Ċiniż fejn wera t-tħassib tiegħu dwar il-bidliet li qed timponi l-Unjoni Ewropea dwar it-tariffi fuq il-pannelli fotovoltajċi u pprova jagħmel il-każ li dawn it-tariffi m'għandhomx isiru.", "Jiena spjegajt li aħna, bħala Kumtiat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, m'għandniex say fuqha għax din lanqas hija deċiżjoni li ttieħdet mill-parlamenti nazzjonali imma hija fid-diskrezzjoni tat-Trade Commissioner tal-Unjoni Ewropea però jiena ħadt nota ta' dak li kellu xi jgħid l-Ambaxxatur.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR REVIŻJONI FL-ORGANIZZAZZJONI U L-FUNZJONAMENT TAL-EUROPEAN EXTERNAL ACTION SERVICE (EEAS)", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-item 4 li huwa d-diskussjoni li kienet bdiet fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat li tirrigwardja r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew dwar il-European External Action Service fejn talbu lil dan il-Kumitat jekk għandniex xi ħaġa xi nżidu ma' dawn ir-rimarki li se jiġu ppreżentati dan ix-xahar.", "Bl-appoġġ tal-istaff ta' dan il-Kumitat, bħala Chairman jien kont ħadt l-inizjattiva billi għamilt draft tar-risposta tagħna, iċċirkolajtha qabel l-aħħar laqgħa u erġajna ċċirkolajniha issa.", "Nitlob jekk hawnx rimarki dwar dan is-suġġett?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, min-naħa tagħna, naqblu kompletament magħha.", "THE CHAIRMAN: Li qegħdin ngħidu huwa li l-istaff tal-EEAS għandu jkun mhux biss minn pajjiżi li għandhom ċerta saħħa fl-Unjoni Ewropea imma, jekk jista' jkun, dan għandu jinvolvi aktar pajjiżi fuq kull livell.", "Allura nagħmlu din l-emenda biex għada nwasslu dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġu kkonsidrati mill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew.", "Jidher li mhawnx iżjed diskussjoni fuq item 4.", "MOZZJONI NRU 35 IPPREŻENTATA MILL-MINISTRU GĦALL-FINANZI DWAR IR-RATIFIKA TAT-TRATTAT DWAR STABILITÀ, KORDINAZZJONI U GOVERNANZA MAGĦMUL FI BRUSSELL FIT-2 TA' MARZU 2012", "THE CHAIRMAN: Issa ngħaddu għall-item 5 tal-aġenda li huwa diskussjoni dwar Mozzjoni Nru 35 ippreżentata fil-bidu ta' Mejju 2013 mill-Ministru għall-Finanzi dwar ir-ratifika tat-Trattat dwar l-Istabilità, Kordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussell fit-2 ta' Marzu tas-sena li għaddiet.", "Biex inkunu għedna kollox, din id-diskussjoni kienet diġà bdiet fil-plenarja fil-leġislatura ta' qabel din u fil-fatt kien hemm numru ta' seduti fuqha.", "Imma aħna ddeċidejna li, kif titlob il-European Union Act, din id-diskussjoni ssir fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Fuq talba tagħna, il-Ministru għall-Finanzi ġentilment issuġġerixxa li s-Sinj.", "Ritienne Demanuele u s-Sur Efrem Arpa mill-Economic Policy Department ikunu preżenti għal din il-laqgħa u allura, bil-permess tagħkom, nagħtuhom il-kelma biex jagħmlulna preżentazzjoni qasira dwar din il-mozzjoni.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni diġà ddikjarat fil-laqgħa ta' qabel li taqbel ma' din il-mozzjoni.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minkejja li l-Oppożizzjoni taqbel, il-mistednin tagħna għandhom jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.", "IS-SUR EFREM ARPA (Uffiċjal mill-Ministeru għall-Finanzi): Mr Chairman, ġejna hawnhekk biex nagħmlu preżentazzjoni qasira fuq il-Fiscal Compact.", "Il-Fiscal Compact mhuwiex dokument li tittrattah in isolation għax fil-fatt hemm ħafna aspetti oħra li wieħed aħjar jitkellem dwarhom ukoll.", "Se nitkellem ftit fuq il-framework kif kien qabel ma faqqgħet il-kriżi, ix-shortcomings li kien hemm fih u l-initiatives ġodda li qed jieħdu l-Kummissjoni u l-Istati Membri flimkein.", "Imbagħad wara nitkellmu fuq l-enforcement u s-surveillance u kif dawn l-inizjattivi jidħlu fil-European Semester.", "Issa se nqassmu xi print outs.", "Qabel ma' faqqgħet il-kriżi kien hemm l-iStability and Growth Pact (SGP) li ġie stabbilit fl-istess żmien meta ġiet imwaqqfa s-single currency u l-iskop tal-iStability and Growth Pact kien to ensure healthy finances.", "Il-mod kif kien jiġi inforzat qabel il-kriżi ma kienx tajjeb biżżejjed u fil-fatt it did not prevent the emergence of serious fiscal imbalances.", "Bħala shortcomings, nistgħu ngħidu li kien hemm li l-SGP jiddikjara li Stati Membri ma setgħux jaqbżu r-regoli ta' 3% deficit u ta' 60% tad-dejn imma ...", "THE CHAIRMAN: Dawn kienu stabbiliti mit-Trattat ta' Nizza?", "IS-SUR EFREM ARPA: Le, l-SGP oriġinarjament kien fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU).", "Dawn daħlu meta ġiet established the single currency.", "Dawn ir-regoli ma kenux ifissru li l-pajjiżi ma jistgħux jidħlu fi problemi.", "Bħala eżempju, li pajjiż ma kellu l-ebda deficit ma jfissirx li ma jistax ikollu imbalances li jakkumulaw malajr.", "Kif rajna fis-settur privat, f'ċerti pajjiżi l-banek akkumulaw imbalances kbar u peress li l-Istat Membru huwa il-final guarantor tal-banek allura imbagħad il-pajjiż jakkumula deficit qawwi.", "Shortcoming ieħor kien fir-revenue fejn ma kienx hemm distinzjoni bejn revenue li huwa temporanju u revenue li huwa permanenti, jiġifieri jekk il-gvern qed jirċievi revenue minn xi bubble f'xi settur, dan kien jitqies bħala permanenti meta fil-fatt mhuwiex.", "Shortcoming ieħor kien l-issue ta' statistics li, sfortunatament, l-istatistika failed to caputre the actual value of debt għax dan ġieli kien jiġi moħbi permezz ta' complex instruments bħal, pereżempju, l-ispecial purpose vehicles fil-każ tal-Greċja.", "Imbagħad din is-sitwazzjoni ħolqot iktar loss of confidence.", "Weakness oħra kienet il-governance structure u l-institutional framework li kien hemm in place dak iż-żmien.", "Fil-fatt, dawn ma kenux b'saħħithom biżżejjed biex jekk ikun hemm bżonn l-Istati Membri jieħdu corrective action.", "RITIENNE DEMANUELE (Uffiċjal mill-Ministeru għall-Finanzi): L-SGP ġie updated biex jinkludi more rules and better rules, ikun hemm iktar enforcement tal-liġijiet għax għad li qabel kien hemm r-rules dwar it-3% deficit u 60% tad-dejn, ladarba jidħlu taħthom ma kienx jibqa' jsir sforz biex dawn l-Istati Membri jilħqu balanced budget.", "Apparti minn hekk, qabel ma kien hemm ir-revision tal-SGP kien hemm penalties and fines li qatt ħadd ma weħel meta kien hemm breach tat-3% deficit jew tas-60% tad-dejn u allura kien hemm din l-overhaul biex saru iktar stringent.", "IS-SUR EFREM ARPA: Fis-slide li jmiss se nuru numru ta' inizjattivi.", "Qablu kien hemm is-Six Pack fejn fil-fatt għandek ħames regulations.", "Iktar reċenti kien hemm it-Two Pack li ġie adottat f'Mejju ta' din is-sena.", "Kif għedt, il-kriżi highlighted a number of weaknesses u t-turning point to overcome these weaknesses was the Six Pack li jinkludi numru ta' miżuri.", "Fil-fatt hawnhekk għandek headline 'Deficit and Debt Limits\" fejn dawk il-limiti ta' 3% deficit u 60% ta' dejn tal-GDP xorta baqgħu validi.", "Hawnhekk l-Istati Membri qegħdin jiġu mitluba jagħmlu significant progress biex jilħqu dawk it-targets.", "Hemm focus iktar qawwi biex id-dejn ikun taħt is-60% u jekk ma jkunx, dan ikun irid jiġi mnaqqas b'rata maqbula ta' 5% fis-sena.", "RITIENNE DEMANUELE: Fil-każ tal-Excessive Deficit Procedure, qabel kienet li jekk bħala dejn għandek over 60%, ma tinfetaħx Excessive Deficit Procedure mentri issa saret li Excessive Deficit Procedure tinfetaħ ukoll fuq id-dejn.", "Pereżempju, jekk għandek livell ta' dejn ta' 70% ta' GDP, inti trid tilħaq is-60% tal-GDP fi żmien 20 sena u allura f'dak iż-żmien id-differenza bejn is-70% debt tiegħek u s-60% trid titnaqqas b'one-twentieth fis-sena.", "Jekk id-debt ma jonqosx allura tintefa' f'Excessive Deficit Procedure u jkollok tippreżenta l-pjan tiegħek kif se tnaqqsu, ħaġa li nidħlu fiha iktar 'il quddiem.", "RITIENNE DEMANUELE: Iva, one-twentieth tiġi 5% tad-differenza.", "IS-SUR EFREM ARPA: Tissemma wkoll the EU Expenditure Benchmark li tfisser li l-gvern ma jistax iżid l-expenditure tiegħu sakemm din ma tkunx backed minn adequate revenue measures.", "SILVIO SCHEMBRI: Meta qed nitkellmu fuq expenditure, dawn ir-regulations jagħmlu differenza bejn capital u current?", "Gvern jista' jgħid li for the purpose of GDP se jżomm il-current kif inhu u jnaqqas il-capital biss jew trid tnaqqas proportionately?", "RITIENNE DEMANUELE: Ma tispeċifikax.", "Jingħad li idealment tkun mir-recurrent expenditure u permezz ta' structural reforms.", "Idealment ikollok capital expenditure li tkun ta' livell adegwat biex iżżid il-potenzjal ta' tkabbir fl-ekonomija u allura, għad li mhemmx regola speċifika li tgħidlek biex ma tagħmilx tnaqqis min-naħa ta' capital, ovvjament imbagħad hemm targets oħrajn tal-Europe 2020 Strategy li jirrikjedu ċertu investiment.", "Barra minn hekk, biex jintlaħqu dawk it-targets u biex ikollok biżżejjed absorption ta' EU funds, diffiċli jitnaqqas il-livell ta' capital expenditure.", "SILVIO SCHEMBRI: I stand to be corrected, imma, safejn naf jien, l-iStability and Growth Pact jgħid li jrid ikun hemm ċertu persentaġġ garantit ta' capital u dan anke għar-raġunijiet li għedt inti.", "Ma nafx jekk din hijiex reinforced hawnhekk ukoll.", "Fil-fatt, l-issue tal-capital expenditure and reforms qed tissemma anke issa fid-diskussjonijiet, jiġifieri it is going further from the fiscal compact, eċċ. u hemm blueprint, jiġifieri f'dak l-ambitu qed tissemma wkoll.", "SILVIO SCHEMBRI: Hemmhekk tissemma wkoll sustainable revenue.", "RITIENNE DEMANUELE: Hemm iktar enfasi fuq growth friendly and fiscal consolidation imma min-naħa tal-SGP u l-Fiscal Compact mhemmx speċifikament li trid tkun in recurrent expenditure.", "IS-SUR EFREM ARPA: Hawnhekk qed insemmu ġabra tal-main points ta' x'inhuma l-minimum requirements għal national budgetary frameworks kif ukoll l-elementi li jiġu enforced fil-Fiscal Compact.", "Qed ngħidu li hemm iktar imbuttatura biex ikun hemm garanzija għat-transparency in the budgetary process u biex tiġi provduta detailed information kif hemm bżonn.", "Hemm ukoll l-issue tal-fiscal forecasts għax dawk jiġu riflessi fil-GDP.", "Se naqbeż ftit mill-parti ta' fuq għall-parti t'isfel għax hawnhekk qed ngħidu li l-Fiscal Compact qed jinforza li l-forecasts iridu jiġu magħmulin minn independent fiscal body.", "The independent fiscal body irid jaċċerta ruħu li l-fiscal rules are put into action.", "Fil-fiscal rules qed ngħidu li l-gvern irid ikun lest li jdaħħal provvedimenti fil-liġi biex dawn ir-regoli ta' 3% deficit u ta' 60% tad-debt reduction by one-twentieth eċċ. jiġu enforced through legislation u li jrid ikun hemm fiscal body indipendenti li qed jimmoniterja dawn l-affarijiet.", "Għandek ukoll focus fuq il-medium term budgetary framework.", "Meta l-gvern jagħmel pjanijiet għal budget tiegħu jieħu a wider view over a number of years biex jilħaq l-iskop li jnaqqas id-deficit, jekk hemm bżonn, taħt it-3% u biex kemm jista' jkun jipprova jilħaq a balanced budget.", "Il-Fiscal Compact huwa over and above the Six Pack and theTwo Pack għax huwa aktar sejħa sabiex Member States jikkoperaw iktar flimkien.", "Fil-fatt, ma jissemmewx dawn biss għax il-Fiscal Compact huwa parti mit-trattat sħiħ peress li mbagħad il-partijiet l-oħrajn jagħmlu enfasi fuq affarijiet bħal greater co-ordination u aktar economic policies fejn jidħlu structural reforms.", "MARLENE FARRUGIA: X'inhuma l-vantaġġi għall-Istati Membri li jkunu parti minn dan il-Fiscal Compact?", "Hemm żewġ Stati Membri li mhumiex parti.", "IS-SUR EFREM ARPA: Kif diġà għedt, il-Fiscal Compact mhuwiex xi ħaġa ...", "IS-SUR EFREM ARPA: Le, it is cast in stone għax irid jiġi rifless in national law.", "RITIENNE DEMANUELE: Qisek qed tagħti garanzija lill-financial markets li inti, bħala pajjiż …", "IS-SUR EFREM ARPA: Waħda hija kredibilità imma apparti minn hekk ...", "RITIENNE DEMANUELE: Il-Kroazja għadha mhix Stat Membru u allura mhijiex signatory għaliha.", "IS-SUR EFREM ARPA: Credibility, imma għandek issue oħra, jiġifieri jekk pajjiż għandu dejn qawwi, rajna x'ġara, hemm ċertu element ta' contagion.", "SILVIO SCHEMBRI: Qed ninnota li ħafna mill-affarijiet, jekk mhux kollha, bil-kemm kemm kellna għalfejn niffirmaw Fiscal Compact għax diġà kienu in place.", "IS-SUR EFREM ARPA: Jien hekk kont se ngħid.", "RITIENNE DEMANUELE: Bħala regulations ftit kien hemm żieda.", "L-aktar li kien hemm kienet enfasi fuq il-monitoring u l-enforcement tal-iStability and Growth Pact, tar-rules li diġà kien hemm.", "Issa għandek id-debt benchmark li fuqha tista' tinfetaħ excessive deficit procedure kif ukoll li fejn qabel l-enfasi kienet fuq il-lat fiskali tal-pajjiż issa qed issir aktar enfasi fuq il-lat ekonomiku.", "Għalissa kont se niffoka ftit fuq l-enforcement.", "Semmejna li kien hemm rules ġodda kif ukoll aktar enforcement.", "Member States qabel kienu jippreżentaw il-convergency and stability programme tagħhom, skont jekk humiex fil-Euro Area jew barra, f'Diċembru meta ħafna minnhom ikunu diġà ppreżentaw il-budget.", "L-għan huwa li l-Kummissjoni jkollha ċans tanalizza l-pjanijiet tal-gvern u allura ma tantx kien jagħmel sens li l-pajjiż ikun diġà ppreżenta l-budget tiegħu.", "Li ġara issa huwa li l-Member States huma mitlubin jippreżentaw l-istability and convergence programme tagħhom f'April biex il-Kummissjoni jkollha ċans tanalizza l-pjan tal-Member States għat-tliet snin li jkunu ġejjin u biex tikkummenta u tagħmel assessment fuqu ħalli tirrakkomadna lill-European Council x'rakkomandazzonijiet jagħmel lill-Member State.", "Fil-fatt, bħalissa qed jiġu diskussi l-country specific recommendations, li abbażi tagħhom il-Member State fit-tieni nofs tas-sena jrid jippreżenta l-budget tiegħu.", "Dan il-budget irid jirrifletti l-effort li jkun se jsir fid-dawl ta' dawn il-Council recommendations.", "Permezz ta' dawn it-tibdiliet fil-Fiscal Compact u fl-iStability and Growth Pact, jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm deviation mill-past medium term objective ta' balanced budget toħroġ early warning fejn tgħid lill-Member State biex jara kif se jbiddel il-pjanijiet tiegħu biex jilħaq balanced budget jew, jekk mhux se jilħqu fit-tliet snin li jmiss, ikun qed jagħmel għall-inqas 0.5% structural adjustment in the deficit.", "Jekk il-Member State jikser il-benchmark tat-3% tad-deficit jew tas-60% tad-dejn u jekk id-dejn mhux qed jonqos b'dak il-one-twentieth tad-differenza, il-Kummissjoni tagħmel assessment u tissuġġerixxi lill-Kunsill sabiex tinfetaħ excessive deficit procedure kontra dak il-Member State, kif qed jiġri bħalissa għal Malta.", "THE CHAIRMAN: Dan awtomatiku, jiġifieri, ma tistax tgħidilhom li dan huwa l-programm tiegħi sal-aħħar tas-sena.", "L-assessment isir fuq il-forecast tal-Kummissjoni.", "Meta ppreżentajna l-istability programme, aħna għedna li se nilħqu target ta' 2.7% ta' deficit fl-2013.", "Il-Kummissjoni, abbażi tal-forecasts tagħha, għandha stima li d-deficit se jkun ta' 3.6% u allura l-Kummissjoni mhijiex qed tara li dan se jinżel below 3% wara li s-sena l-oħra kien 3.3%.", "Għal din ir-raġuni, ma nistgħux ngħidu li d-deficit kien temporanju u allura nfetħet l-excessive deficit procedure.", "MARLENE FARRUGIA: X'kienu r-raġunijiet bażiċi għalfejn il-Kummissjoni waslet għal dik il-konklużjoni?", "RITIENNE DEMANUELE: Il-forecasts tagħha.", "RITIENNE DEMANUELE: Bażikament il-Kummissjoni tagħmel forecasts kemm ta' revenue kif ukoll ta' expenditure.", "Tar-revenue jkunu abbażi tal-macro forecasts tagħha u fuqhom tapplika l-elasticities, jiġifieri, kemm qed tistenna li t-tkabbir ekonomiku se jissarraf f'żieda fir-revenue.", "IS-USR EFREM ARPA: Allaċċjat ukoll mal-forecasts tal-GDP biex tara jekk humiex l-istess.", "RITIENNE DEMANUELE: L-assessment issir bil-forecasts tal-Kummissjoni.", "MARLENE FARRUGIA: Meta sar dak il-forecast mill-gvern ta' qabel, mhux fuq l-istess bażi kien sar?", "Il-Kummissjoni x'sabet differenti biex waslet għal konklużjoni li se jitla' għal 3.6%?", "RITIENNE DEMANUELE: Wara l-forecasts tal-gvern hemm ċerti assumptions li l-Kummissjoni qed tgħid li mhumiex realistiċi.", "Is-sena l-oħra kien hemm tnaqqis fid-duty on documents u fil-motor vehicle registration tax u aħna qed ngħidu li din is-sena dak it-tnaqqis se jiġi rkuprat.", "MARLENE FARRUGIA: Is-sena l-oħra l-Kummissjoni kienet talbet lill-gvern biex inaqqas minn ċerti stimi finanzjarji li kien diġà ħareġ biex ma naqbżux dak li suppost kellna nimxu miegħu.", "Għalfejn ma ġara xejn din is-sena?", "Għalfejn qabdet u daħħlitna fl-excessive deficit procedure?", "THE CHAIRMAN: Meta dħalna...", "MARLENE FARRUGIA: Le, issa dħalna.", "THE CHAIRMAN: Le, qabel konna ħriġna u erġajna dħalna.", "RITIENNE DEMANUELE: Meta bħal dan iż-żmien sena sar dan l-eżerċizzju ma ħriġniex mill-excessive deficit procedure imma bqajna taħt l-excessive deficit procedure.", "MARLENE FARRUGIA: Imbagħad konna ħriġna u issa erġajna dħalna.", "RITIENNE DEMANUELE: Għax abbażi tal-autumn forecasts tal-Kummissjoni li joħorġu f'Novembru, id-deficit kien jidher li se jinżel taħt it-3%.", "MARLENE FARRUGIA: Aħna dħalna fl-excessive deficit procedure, imma issa se jkollna ċans li, bħalma ġara l-aħħar darba, nerġgħu noħorġu?", "RITIENNE DEMANUELE: Ovvjament dak hu l-għan li inti tidħol fl-excessive deficit procedure.", "Malta għandha sal-1 ta' Ottubru biex tippreżenta an economic partnership programme.", "Nerġgħu nippreżentaw stability programme u national reform programme (NRP) ġdid li fih se nagħtu l-pjan tagħna kif se noħorġu mill-excessive deficit procedure, jiġifieri, kif id-dejn se jonqos minn 3.6% li qed tgħid il-Kummissjoni għal below 3%.", "Ma jfissirx li billi se nippreżentaw il-programm tagħna fejn ngħidu li se jkun taħt it-3% allura aħna se noħorġu mill-excessive deficit procedure b'mod awtomatiku imma dak li ngħidu jrid ikun backed by actual data and actual measures.", "Jekk bħal dan iż-żmien sena, meta fl-aħħar ta' April nippreżentaw in-notifika, l-actual data għal din is-sena diġà tkun turi li naqas taħt it-3% u jekk il-Kummissjoni tkun konvinta li dan id-deficit se jibqa' taħt it-3%, allura mbagħad noħorġu mill-excessive deficit procedure.", "MARLENE FARRUGIA: Id-data tagħna u d-data tagħhom jiswew l-istess?", "RITIENNE DEMANUELE: Dik trid tkun verified mill-Eurostat.", "SILVIO SCHEMBRI: Correct me if I am wrong, regarding id-data, safejn naf jien id-data tal-Kummissjoni tkun dejjem iktar konservattiva mill-actual data.", "Għall-inqas, id-data tal-Kummissjoni li s'issa jien rajt dejjem kienet iktar konservattiva.", "RITIENNE DEMANUELE: Min-naħa tal-fiskal jew min-naħa tal-GDP?", "SILVIO SCHEMBRI: Min-naħa ta' GDP bħala forecast.", "RITIENNE DEMANUELE: L-aħħar forecasts mhumiex hekk.", "Anzi, aħna konna aktar konservattivi.", "SILVIO SCHEMBRI: Minn data tal-passat il-Kummissjoni dejjem għandha tendenza li tkun daqsxejn over the actual data, speċjalment min-naħa tal-expenditure.", "Jista' jagħti l-każ li anke...", "THE CHAIRMAN: Onor. Schembri, naf li dan huwa interessanti imma naħseb li qed niżvijaw mis-suġġett u l-ħin qed jagħfas.", "Inkomplu fuq it-trattati.", "RITIENNE DEMANUELE: Fil-fatt, kif konna qegħdin nispjegaw, once pajjiż jidħol taħt excessive deficit procedure, throughout the year il-Kummissjoni tkun qiegħda tagħmel assessment biex tara t-turnout kif qed ikun u mhux toqgħod biss tistenna l-actual data, speċjalment jekk ikun hemm ċans li t-targets ma jintlaħqux.", "Permezz tat-Trattat u tal-iStability and Growth Pact, is-sanctions f'termini ta' fines u penalties issa saru jibdew japplikaw qabel.", "Jekk Stat Membru qed jgħid li se jnaqqas id-deficit b'tant f'sena partikolari u dan fil-fatt ma jonqosx u allura, wara li l-Kummissjoni tiġbidlu l-attenzjoni, dan jagħmel pjan kif se jiġi lura on track u jerġa' ma jagħmel xejn, allura hemmhekk ikollu jagħmel interest bearing deposit.", "F'każ li l-iStat Membru jibqa' ma jikkoreġix is-sitwazzjoni, dak id-deposit jinbidel f'multa, jiġifieri l-gvern jitlef id-deposit.", "Jista' wkoll jitnaqqsu l-cohesion funds…", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri, jekk tkun se taqa' dawn jimbottawk!", "RITIENNE DEMANUELE: Ċipru mhuwiex qiegħed taħt dawn ir-regoli l-ġodda imma għadu kif kienet Malta qabel ma ħarġu r-regoli l-ġodda f'Diċembru li għadda.", "L-excessive deficit procedure (EDP) il-ġdida hija ħafna iktar stringent minn kif kienet qabel.", "Fil-każ ta' Member State fil-Euro Area għandu iktar guidelines speċifiċi ta' x'irid jagħmel.", "Kif semmejna, dan irid jippreżenta l-istability programme sal-aħħar ta' April, dan jiġi assessed biex imbagħad qabel jippreżenta l-budget tiegħu jrid jippreżenta draft budget plan lill-Kummissjoni by mid-October.", "Id-draft budget ma jridx ikun inġenerali imma miżura miżura ħalli l-Kummissjoni tassessjah biex tara jekk ikunx qed jimplimenta l-country specific recommendations.", "F'każ ta' excessive deficit procedure il-Kummissjoni jekk tara li hemm correction biżżejjed tapprovah u jekk le tista' titlob lill-Member State biex jagħmel aktar effort billi, pereżempju, jew inqas expenditure jew iżid ir-revenue, skont x'ikun il-każ.", "F'każ ta' Member State li jkun taħt l-excessive deficit procedure u jkun fil-Euro Area jrid jippreżenta a public partnership programme.", "Malta għandha sal-1 ta' Ottubru biex tippreżentah u dan irid jinkorpora l-istability programme u n-national reform programme tas-soltu li issa jridu jirriflettu l-correction fid-deficit kif ukoll l-istructural and economic reforms minħabba l-Europe 2020 Strategy.", "SILVIO SCHEMBRI: L-istability programme mhux diġà ġie ppreżentat?", "RITIENNE DEMANUELE: Iva, imma rridu nerġgħu nippreżentawh ...", "SILVIO SCHEMBRI: Terġa' tippreżentah fis-sens li tagħmel ieħor jew li jiġi updated?", "RITIENNE DEMANUELE: Ieħor updated taħt l-economic partnership programme.", "Ikun hemm enhanced surveillance f'każ ta' Euro Area Member States li jkollhom financial dificulties, speċjalment…", "THE CHAIRMAN: Kif jiddefinixxuhom dawn?", "Għax ikunu weħlu multa diġà?", "RITIENNE DEMANUELE: Dawn ikunu Member States li talbu financial assistance.", "RITIENNE DEMANUELE: Dawk il-pajjiżi li jkunu bbenefikaw mill-European Stability Mechanism.", "Dawn il-pajjiżi li jkunu talbu financial assistance jkollhom jippreżentaw macro economic adjustment programme li fih jispeċifikaw il-miżuri li jkunu se jieħdu biex joħorġu minn din il-kriżi u kif se jerġgħu lura fis-swieq biex jissellfu u allura jerġgħu jsiru financially independent.", "IS-SUR EFREM ARPA: Wieħed jitlob li ma jispiċċax b'macro economic adjustment programme għax dak strict ħafna u jkollok bargaining process dwar x'miżuri jkun se jagħmel il-pajjiż.", "RITIENNE DEMANUELE: U aktar ma tkun żgħir ...", "MARLENE FARRUGIA: The result of these measures is 56% unemployment fost iż-żgħażagħ, jiġifieri ma kienx hemm improvement.", "IS-SUR EFREM ARPA: L-adjustment programme primarjament jindirizza l-issues ta' deficit u dejn imma mhux biss għax l-għan tiegħu huwa li japprova structural measures to improve long term employment and long term potential growth of the economy.", "Li qiegħed fl-adjustment programme ifisser li qed tagħmel ħafna miżuri biex tipprova toħroġ mill-problema tad-dejn eċċ. It is a very long term view and it takes time.", "Ġenerazzjoni diġà għaddiet with all the …", "RITIENNE DEMANUELE: Fil-fatt, is-section li jmiss dwar il-monitoring li qed isir issa anke tal-aspetti ekonomiċi, jiġifieri mhux biss mil-lat fiskali, qed jipprova jindirizza dawn il-problemi.", "Dawn il-problemi inħolqu fil-kriżi u mhux biss għax il-gvernijiet sa ċertu punt kellhom deficit jew dejn eċċessiv imma inħolqu wkoll minħabba imbalances fil-private sector fejn f'ċerti pajjiżi, bħal Spanja u l-Irlanda, kellhom house price bubbles u l-financial markets exposed aktar milli suppost …", "MARLENE FARRUGIA: Unbridled capitalism għax ma kienx hemm regulation biex tibbilanċja l-free market.", "RITIENNE DEMANUELE: Fil-fatt, dawn issa qed jiġu addressed, forsi better late than never.", "Issa l-Member States qegħdin taħt review mil-lat ta' economic policies, apparti l-assessment li jsir min-naħa fiskali, u fil-fatt f'Novembru l-Kummissjoni tagħmel analiżi ta' ċerti setturi biex tara jekk hemmx imbalances min-naħa tal-ekonomija.", "Issa qegħdin nipprovaw nidentifikaw minn qabel dawk il-problemi ekonomiċi li 'l quddiem jistgħu jissarrfu fi problemi fiskali.", "IS-SUR EFREM ARPA: Dik kienet waħda mill-major weaknesses.", "IS-SUR EFREM ARPA: Gvernijiet jistgħu ma jkunux fi problemi imma mbagħad ifallulek xi banek u eventwalment il-gvern will have to step in u hemmhekk id-dejn jispara.", "MARLENE FARRUGIA: Bdiet mill-Amerika bil-waqa' ta' Lehman Brothers Holdings u b'dawk il-banek li kienu jsellfu lil dawk in-nies li jixtru l-ewwel dar tagħhom mingħajr garanziji ta' xejn.", "Kieku għenu lil dawk in-nies, ma ġarax dak li ġara.", "RITIENNE DEMANUELE: Kien hemm spillover effects fl-Ewropa, pereżempju, fl-Irlanda li kienet exposed għal dak il-bank.", "IS-SUR EFREM ARPA: Fl-Ewropa ma kienx hemm biss spillover effect, imma kien hemm problemi oħra li kienu qed jikbru fil-qasam tal-banek.", "Issa hemm inizjattivi oħra biex tiġi addressed this issue għax fejn qabel konna nitkellmu fuq li jidħol il-gvern biex jagħmel bailout, issa hemm inizjattivi bħall-European Stability Mechanism (ESM).", "RITIENNE DEMANUELE: Issa qegħdin nimxu 'l hemmhekk.", "Fil-fatt, jekk mill-alert mechanism report joħroġ li hemm bżonn ta' iktar studju f'xi areas ta' xi pajjiż allura jsir dan l-indepth review u jekk naraw li f'ċerti setturi hemm excessive imbalances, il-Member State ikollu jindirizza dak l-iżbilanċ.", "Pereżempju, jekk naraw li l-private sector qed iżid ħafna d-dejn tiegħu jew jekk il-financial sector qed iżid ħafna l-liabilities tiegħu li jistgħu joħloqu problemi allura nipprovaw li l-Member State jieħu miżuri biex jindirizzahom.", "THE CHAIRMAN: Meta ħareġ li l-banek Maltin huma esposti għas-suq tal-proprjetà, din kienet?", "IS-SUR EFREM ARPA: Dik daħlet fil-country specific recommendations li tallaċċja wkoll ma' dawn l-indepth reviews.", "L-alert mechanism just jara d-data b'mod mekkaniku u jindika li forsi hemm xi problema imma mbagħad isir indepth review biex attwalment wieħed jara jekk hux veru.", "RITIENNE DEMANUELE: Fil-każ ta' Malta sar l-in-depth review imma ma ġiex identifikat li hemm excessive imbalance u waqafna hemmhekk.", "IS-SUR EFREM DEMANJUELE: Madanakollu l-country specific recommendations xorta juru ċerti affarijiet.", "RITIENNE DEMANUELE: L-aħjar li tilqa' minn qabel.", "Hemm ukoll il-multi għax jekk Member State ġie mitlub jikkoreġi sitwazzjoni ta' imbalance fl-ekonomija u ma jikkoreġihiex, u l-istess ħaġa mil-lat fiskali, il-Member State jew jeħel penalty inkella multa skont kemm il-breach tkun gravi.", "THE CHAIRMAN: Tafu dan kemm irratifikawh s'issa?", "RITIENNE DEMANUELE: Irratifikawh 12 żgur peress li daħal fis-seħħ f'Jannar ta' din is-sena u l-Member States għandhom sal-aħħar ta' din is-sena biex jagħmlu r-requirements meħtieġa bħal, pereżempju, li jdaħħlu l-balanced budget rule fil-Kostituzzjoni, li jwaqqfu independent fiscal institution biex din tevalwa kemm il-forecast macro u l-implementation of the fiscal rules.", "Malta trid tagħmel medium term framework biex mhux nibqgħu nippjanaw budget għal sena waħda biss u allura t-targets l-oħrajn li nippreżentaw fil-budgets għas-snin ta' wara ma jkunux binding.", "Dan ifisser li issa meta ngħidu li se nilħqu ċertu target, dak it-target jibqa' hemmhekk u mhux jinbidel kull sena kif ukoll li sa nofs Ottubru li ġej irridu nippreżentaw id-draft budget plan lill-Kummissjoni.", "RITIENNE DEMANUELE: Permezz tal-annual growth survey il-Kummissjoni qed tindika l-areas li l-Member States għandhom jiffokaw fuqhom għas-sena li tkun ġejja u li fuqhom iridu jippreżentaw l-istability programme.", "IS-SUR EFREM ARPA: Ikunu speċi ta' snapshots li issa jridu jagħtu kashom.", "RITIENNE DEMANUELE: Il-medium term framework ta' dak li jkun irid jirrifletti dawn il-prijoritajiet.", "F'Novembru jasal l-alert mechanism report fejn naraw hemmx problemi fil-Member States mil-lat ta' ekonomija.", "Imbagħad fi Frar jiġi diskuss l-annual growth survey mill-European Council, filwaqt li l-Kummissjoni tippreżenta l-winter economic forecasts.", "F'April il-Member States jippreżentaw l-istability programmes u n-national reform programmes li jiġu assessed mill-Kummissjoni.", "F'Mejju joħorġu l-country specific recommendations li jiġu adottati mill-ministri tal-finanzi fl-ECOFIN Council ta' Lulju.", "Din id-darba l-Member States se jippreżentaw ukoll id-draft budgets.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi żmien għad-draft budget plan?", "RITIENNE DEMANUELE: Il-Kummissjoni għandha massimu ta' xi erba' ġimgħat biex tagħti indikazzjoni ta' jekk hemmx problemi u f'dak il-każ il-Member State jaddottah.", "RITIENNE DEMANUELE: Il-budget irid ikun adopted sal-aħħar tas-sena, jiġifieri qabel tibda s-sena l-ġdida.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzja ħafna lil Ms Demanuele u Mr Arpa għall-preżentazzjoni tagħhom u għad-diskussjoni miftuħa li kien hawn, ħaġa li napprezzawha ħafna.", "Jekk m'hawnx aktar kummenti, xtaqt nitlobkom jekk abbażi ta' din id-diskussjoni li kellna taqblux li dan il-Kumitat jirrakkomanda lill-Kamra sabiex tirratifika dan it-trattat kif ippreżentat.", "L-Oppożizzjoni diġà ddikjarat li taqbel.", "Noħodha li ladarba mhawn l-ebda vot kontra, il-qbil huwa wieħed unanimu.", "Il-laqgħa li ġejja x'aktarx se tkun fid-19 ta' Ġunju, jiġifieri bħal-lum ħmistax, u se nibdew kmieni, fil-5.30 p.m. għar-raġuni li se jkollna lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex niddiskutu l-aġenda tal-European Council u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin irid jitlaq kmieni għax għandu xi attività.", "SILVIO SCHEMBRI: Min-naħa tiegħi nitolbok tiskużani għax se nkun għall-istess attività.", "THE CHAIRMAN: F'dak il-każ jintalab sostitut.", "Nirringrazzjakom.", "Il-Kumitat huwa aġġornat għad-19 ta' Ġunju 2013 b'diskussjoni fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet flimkien ma' xi aġenda li tista' tiġi kkomunitaka aktar tard", "Fit-8.00 pm il-Kumitat aġġorna għad-19 ta' Ġunju 2013 fil-5.30 p.m.."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130605_003d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:35 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "SKUŻATI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "George Vella, kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "ASSENTI: L-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 2 li saret fit-22 ta' Mejju, 2013 kienu konfermati.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "Korrispondenza: Il-President tal-Kumitat għarraf lill-Membri li l-Kumitat kien inċeva din il-korrispondenza:-", "Dokument 33 Ittra mingħand l-iSpeaker tal-Parlament ta' Ċipru b'reazzjoni għall-akkużi li saru mit-Trioka li Ċipru huwa tax haven u post għal ħasil tal-flus li l-iSpeaker għadda għall-attenzjoni tal-Kumitat; u", "Dokument 34 Ir-rapport annwali għas-sena 2012 tal-Kumitat għar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea dwar is-sussidjarjetà fil-leġistazzjoni Ewropea.", "LAQGĦA MAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-MONTENEGRO, DR IGOR LUKSIC", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Montenegro, Dr Igor Luksic kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur l-E.T. Vojin Vlahovic, is-Sinj.", "Id-diskussjoni bejn il-Kumitat u d-delegazzjoni mill-Montenegro ffokat fuq il-bidliet li seħħew u li għad iridu jsiru mill-Gvern tal-Montenegro fil-mixja tiegħu lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea u dwar kif tista' tikber il-koperazzjoni bejn il-Parlamenti u l-istituzzjonijiet l-oħra taż-żewġ pajjiżi.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR REVIŻJONI FL-ORGANIZZAZZJONI U L-FUNZJONAMENT TAL-EUROPEAN EXTERNAL ACTION SERVICE (EEAS) - KONTINWAZZJONI", "Il-Kumitat qabel mal-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet li l-President tal-Kumitat kien għadda lill-Membri fil-laqgħa tat-22 ta' Mejju 2013 b'emenda fl-aħħar sentenza biex ġiet taqra kif ġej:-", "Dokument 35 Rimarki tal-Kumitat dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew fuq ir-reviżjoni fl-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-European External Action Service (EEAS).", "DISKUSSJONI FUQ MOZZJONI NRU.", "35 IPPREŻENTATA MILL-MINISTRU GĦALL-FINANZI DWAR IR-RATIFIKA TAT-TRATTAT DWAR STABBILITA', KOORDINAZZJONI U GOVERNANZA MAGĦMUL FI BRUSSELL FIT-2 TA' MARZU 2012", "Bil-permess tal-Kumitat, s-Sur Efrem Arpa u s-Sinj.", "Ritienne Demanuele, senior economists fil-Ministeru għall-Finanzi, għamlu preżentazzjoni u wieġbu mistoqsijiet li sarulhom mill-Membri fuq l-aspetti tekniċi tat-Trattat dwar Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza.", "Il-Kumitat kien unanimament favur ir-ratifika ta' dan it-Trattat u qabel li l-President tal-Kumitat jirrapporta dan il-qbil lill-Kamra skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 2 tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea (Kap. 460).", "Fit-8.00 pm il-Kumitat aġġorna għad-19 ta' Ġunju 2013 b'diskussjoni fuq l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet li jmiss flimkien ma' xi aġenda li tistà tiġi komunitaka aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130605_003m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 5", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 5", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fit-3 ta' Ġunju, 2013, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ngħaddu mill-ewwel għax-xogħol.", "L-Onor.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "CARMELO ABELA: Nirringrazzjak.", "Fil-fatt, kif taf inti bħala Speaker u anke kollegi min-naħa tal-Oppożizzjoni, id-dibattiti fil-Kamra din il-ġimgħa se jkunu ddedikati kollha kemm huma għall-estimi tal-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet.", "Jien u l-kollega l-Onor.", "David Agius informalment qbilna fuq in-numru ta' seduti li se jsiru.", "Fil-fatt se nsemmihom hawnhekk ukoll.", "Fis-seduta li għaddejja bħalissa qed jiġu diskussi l-estimi tad-Dħul u Nfiq ta' Heritage Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena finanzjarja 2013.", "Din id-diskussjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-8.00 p.m. u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Fit-8.30 p.m. tibda seduta oħra li fiha jiġu diskussi l-Estimi tal-Awtorità tat-Turiżmu għal Malta għas-sena 2013 bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fl-10.00 p.m. F'din is-seduta l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "Għada, l-Erbgħa, 26 ta' Ġunju 2013, ikun hemm tliet seduti.", "L-ewwel seduta tibda fid-9.00 a.m. u fiha jibdew jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2013, bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil-10.45 a.m. F'din is-seduta l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "It-tieni seduta tibda fil-11.15 a.m. u fiha ssir it-tieni parti tad-diskussjoni fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fis-1.00 p.m. u wara jittieħed l-aġġornament min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Suppost li l-Aġġornament huwa tal-Gvern, imma l-Oppożizzjoni għandha bżonn tieħu l-Aġġornament u min-naħa tagħna m'hemm l-ebda oġġezzjoni.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx.", "It-tielet seduta tibda fis-6.00 p.m. bl-ewwel nofs siegħa tkun għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Immedjatament wara ssir id-diskussjoni fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fid-9.30 p.m. u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Il-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 ikun hemm żewġ seduti.", "L-ewwel waħda tibda fid-9.00 a.m. u fiha jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interuzzjoni tax-xogħol ikun f'nofsinhar.", "F'din is-seduta l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "It-tieni seduta tibda fin-12.30 p.m. u fiha jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-3.00 p.m. u l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Ġunju 2013 ikun hemm seduta waħda li tibda fid-9.00 a.m. u fiha jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fin-12.30 p.m. u wara jittieħed l-aġġornament min-naħa tal-Gvern.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx.", "Dak huwa x-xogħol tal-Kamra għal matul din il-ġimgħa.", "Forsi tajjeb li nieqaf hawnhekk għalissa ħalli nara jekk hemmx xi diffikultà jew xi mistoqsijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Se nagħmlu ħilitna biex ma nħarbtux ix-xogħol tal-Gvern.", "Anke l-kelliema tagħna qed jagħmlu daqsxejn sforz.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermittili, nixtieq inżid ħaġa żgħira għax insejt ngħidha u naħseb li hija importanti.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "David Agius u naturalment lin-naħa tal-Oppożizzjoni għall-koperazzjoni li sibna biex dawn l-estimi jkunu approvati matul din il-ġimgħa sabiex ikunu lesti sat-target date tal-aħħar ta' Ġunju.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "Grazzi ħafna, Onor. kollega.", "Id-diffikultà żgħira li jista' jkun hemm hija fuq il-ħin.", "Nixtieq li ma nkunux issikkati daqshekk fil-ħin, fis-sens li ma noqogħdux infittxu ħames minuti 'l hemm jew 'l hawn, imma nipprovaw inkunu ftit flessibbli bħas-soltu.", "Qed nipprovaw nillimitaw kemm jista' jkun, imma nitlob biss ftit flessibilità.", "Mill-bqija naqblu mal-arranġament tas-seduti kif ħabbar l-Onor.", "L-Aġġornament tas-seduta tat-Tnejn ta' wara ovvjament imbagħad ikun tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Jidher li prattikament hemm qbil dwar dan l-arranġament.", "Dwar il-kwestjoni ta' ftit minuti 'l hemm u 'l hawn dejjem jiftiehmu l-partijiet fil-Kamra dak il-ħin stess.", "CARMELO ABELA: Nikkonferma li t-Tnejn, l-1 ta' Lulju, l-Aġġornament ikun għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Rigward ħinijiet jien żammejt ma' dawk li ġew issuġġeriti min-naħa tal-Onor.", "Imma kif qal hu, jekk ikun hemm varjazzjoni ta' ftit minuti 'l hemm jew 'l hawn, naturalment mhux se noġġezzjonaw.", "MR SPEAKER: Nistgħu ngħaddu għall-programm tal-ġimgħa d-dieħla?", "CARMELO ABELA: Għall-ġimgħa d-dieħla nista' ngħid li nhar it-Tnejn se nkomplu bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, li diġà huwa mibdi.", "Fadal xi kelliema min-naħa tal-Gvern u anke min-naħa tal-Oppożizzjoni u suppost li d-dibattitu jagħlaq dakinhar.", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju 2013 nixtiequ nibdew bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa, li ġie ppubblikat illum.", "Qed nirreferi għal Abbozz numru 11.", "Dak huwa s-suġġeriment tagħna, li t-Tlieta nibdew bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa.", "Naturalment jekk il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar dan is-settur ikun preżenti! (off mic) Jien ukoll illum sirt naf.", "Ma rajtx x'fih, imma mit-titolu jidher li jittratta fuq miri fil-qasam tas-saħħa biex wieħed jagħti ċerti timelines … (off mic)", "Ħalli nagħti l-istampa kollha.", "Il-ħsieb kien li t-Tlieta nibdew l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa u l-Erbgħa nibdew niddibattu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Whistleblower Act li għadu mhux ippubblikat.", "Jien infurmat li se jiġi ppubblikat għada u allura ma nistgħux nibdew niddiskutuh qabel.", "Dak huwa s-suġġeriment min-naħa tagħna, imma naturalment irridu naraw x'diffikultajiet jista' jkun hemm min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Joe Cassar se jkun imsiefer u jekk jiġi t-Tlieta stess, jasal wara nofsinhar ...", "CARMELO ABELA: Ovvjament hemm diffikultà.", "DAVID AGIUS: Jekk l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa nibdewh l-Erbgħa, naħseb li jirnexxili nikkonvinċi lill-Onor.", "Joe Cassar jara l-Abbozz waqt li jkun imsiefer!", "MR SPEAKER: Għandek kelliema biżżejjed fuq l-item ta' nhar it-Tnejn biex forsi jkomplu fis-seduta tat-Tlieta?", "CARMELO ABELA: Le, m'hemmx għax il-lista ta' kelliema li kien hemm dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ġiet eżawrita.", "Ladarba l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Whistleblower għadu mhux ippubblikat, naturalment ma nistgħux niddiskutuh qabel.", "DAVID AGIUS: Inkunu rridu niddiskutuh ukoll fil-gruppi rispettivi tagħna.", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz se jiġi ppubblikat għada?", "Rigward ix-xogħol għall-ġimgħa d-dieħla nistgħu forsi nikkomunikaw ftit bejnietna.", "Mix-schedule li għaddielna l-Iskrivan tal-Kamra, jidher li hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor, Abbozz Nru 10, li huwa qasir ħafna għax fih biss klawsola waħda, hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Funzjonijiet tal-Membri Parlamentari, Abbozz Nru 9 … L-estimi se nkunu lestejniehom din il-ġimgħa.", "DAVID AGIUS: Nistgħu allura npoġġu fuq l-aġenda l-private member's bill tal-Onor.", "Claudette Buttigieg rigward tibdil fil-Kostituzzjoni.", "Qegħdin f'pożizzjoni li forsi l-ġimgħa d-dieħla nibdew id-diskussjoni dwar dan l-Abbozz?", "CARMELO ABELA: Jien infurmat li dalwaqt se jkun hemm laqgħa bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni u nixtieq li din il-materja tiġi diskussa bejniethom.", "DAVID AGIUS: Għandek idea għal meta huma ppjanati?", "CARMELO ABELA: Il-Prim Ministru infurmani li se ssir laqgħa dalwaqt - fi ftit ġranet oħra - bejnu u l-Kap tal-Oppożizzjoni u xtaqt li din il-materja tkun diskussa bejniethom.", "DAVID AGIUS: Qabel ma nagħtu data għad-diskussjoni tagħha fil-Parlament?", "Qed nifhem tajjeb?", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Qabel ma ninxu iktar fuq din il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Hemm ftehim dwar l-aġenda tat-Tnejn?", "Fuq l-aġenda ta' nhar it-Tlieta se jkun hemm abbokkament bejnietkom ...", "CARMELO ABELA: Hekk hu, għat-Tlieta u l-Erbgħa se nitkellmu ...", "MR SPEAKER: Għax kif qed jgħid l-Onor.", "David Agius, jekk l-Onor.", "Joe Cassar ikun Malta nhar l-Erbgħa, dakinhar tista' ssir id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa.", "Imbagħad għat-Tlieta wieħed irid jara ...", "DAVID AGIUS: U Abbozz ta' Liġi numru 9?", "CARMELO ABELA: Iva, jibqa' żewġ abbozzi, kif qed jgħid l-Onor.", "De Marco, dak dwar il-funzjonijiet tal-membri parlamentari u Abbozz ta' Liġi numru 10, li huwa emenda żgħira għall-Att dwar il-Logħob u l-Lotteriji.", "MR SPEAKER: Jistgħu allura jitilgħu fuq l-aġenda?", "CARMELO ABELA: Dejjem nistgħu ntellgħuhom għal li jista' jkun.", "DAVID AGIUS: Imma jekk se ntellgħuhom, irridu nkunu ppreparati.", "CARMELO ABELA: Qed ngħid li ntellgħuhom fuq l-aġenda naturalment dejjem bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "DAVID AGIUS: Jekk nhar it-Tnejn li ġej is-seduta ma titteħidx kollha bid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, se mmorru għall-Abbozz ta' Liġi dwar il-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari jew għall-ieħor li jirrigwarda l-Att dwar il-Logħob u l-Lotteriji?", "X'se nagħmlu?", "CARMELO ABELA: Is-seduta tat-Tnejn se tkun okkupata kollha mid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.", "It-Tlieta u l-Erbgħa kellna l-ħsieb li niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa, imma jidher li t-Tlieta hemm diffikultà ġustifikata min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Għal nhar l-Erbgħa hemm ħsieb li nagħmlu d-diskussjoni dwar il-Whistleblower's Act li għadu mhux ippubblikat.", "L-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa ġie ppubblikat illum.", "Id-diffikultà l-oħra hi li jridu jiġu diskussi fil-gruppi parlamentari rispettivi.", "Allura, kif diġà għedt, għat-Tnejn ftehemna, imbagħad għat-Tlieta u l-Erbgħa nitkellmu informalment ...", "MR SPEAKER: Għall-Erbgħa jidher li jista' jitla' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa.", "Għal nhar it-Tlieta, kif qal l-Onor. de Marco, nistgħu ntellgħu żewġ abbozzi oħra.", "Naturalment dejjem tiġi informata l-Oppożizzjoni minn qabel.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Naqblu li l-Erbgħa jkun hemm l-Abbozz dwar is-Saħħa.", "L-unika diffikultà hija għal nhar it-Tlieta.", "CARMELO ABELA: Se nirrapporta lura li hemm id-diffikultà li l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa mhux se jkun Malta nhar it-Tlieta u allura huwa dovut li nistennew.", "Ħadt nota wkoll li potenzjalment nistgħu nagħmluha l-Erbgħa.", "Rigward nhar it-Tlieta, ninforma lill-Oppożizzjoni u lill-iSpeaker dwar x'nistgħu nagħmlu.", "Xtaqt ukoll insemmi f'dan il-Kumitat xi ħaġa li diġà kkomunikajna informalment kemm mal-uffiċċju tiegħek, Mr Speaker, kif ukoll mal-Oppożizzjoni.", "Qed nitkellem dwar iż-żjara uffiċjali f'Malta tal-President tal-Unjoni Ewropea Van Rompuy fl-10 ta' Lulju.", "Dakinhar se jkollna seduta speċjali fit-3.30 p.m. li se tieħu l-forma li s-soltu jieħdu dan it-tip ta' seduti speċjali, jiġifieri jkun hemm diskors minnek, Mr Speaker, ikun hemm ukoll indirizz mill-mistieden speċjali, is-Sur Van Rompuy, u jsiru wkoll interventi min-naħa tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dik, kif għedt, se tkun seduta speċjali bħal ma jsir is-soltu meta jkollna dan it-tip ta' żjarat.", "DAVID AGIUS: Għandna indikazzjonijiet dwar ħinijiet jew running order?", "CARMELO ABELA: Ir-running order se jkun bħas-soltu; kif għedt, l-introduzzjoni mill-iSpeaker, id-diskors ta' Von Rompuy, ir-risposta tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "L-allokazzjoni tal-ħin, jekk niftakar tajjeb, hija ħames minuti l-iSpeaker, 15-il minuta Van Rompuy, u għaxar minuti kull wieħed il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Nimxu l-istess bħas-seduti li fihom kellna ż-żjarat ta' Barroso u Prodi.", "CARMELO ABELA: L-istess kif imxejna qabel.", "Wara jkun hemm ħin fejn il-membri parlamentari kollha jiltaqgħu informalment mal-mistieden waqt riċeviment żgħir.", "Qed nitkellmu fuq nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju.", "DAVID AGIUS: Allura ma jkunx hemm seduta filgħaxija.", "CARMELO ABELA: Mhux se jkun hemm.", "Fl-10 ta' Lulju dik tkun l-unika seduta u huwa ppjanat li tibda fit-3.30 p.m. Filgħaxija ma jkunx hemm seduta.", "Qed ngħid dan biex il-ftehim ikun formalizzat f'dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Hemm xi informazzjoni oħra?", "Forsi nimxu fuq l-aġenda.", "CARMELO ABELA: Nixtieq li uffiċjalment ninforma lill-Kumitat li min-naħa tal-Gvern qed naħdmu fuq numru ta' emendi għall-iStanding Orders.", "Kif tafu, diġà hemm emenda suġġerita mill-Iskrivan tal-Kamra u minnek, Mr Speaker, biex jidħlu ċerti emendi għall-iStanding Orders li huma konsegwenzjali għat-twaqqif tal-Kumitati Permanenti.", "MR SPEAKER: Il-pubblikazzjoni tal-iStanding Orders ilha mwaħħla kważi xahrejn!", "CARMELO ABELA: Fil-fatt se nipprovaw inressquhom bħala l-ewwel item fuq l-aġenda f'xi ġurnata l-ġimgħa d-dieħla.", "DAVID AGIUS: Diġà għidna li kif inhuma sal-lum dawn l-emendi, min-naħa tal-Oppożizzjoni m'hemmx diffikultà.", "CARMELO ABELA: Il-ġimgħa d-dieħla nippreżentaw il-mozzjoni relattiva għall-approvazzjoni.", "MR SPEAKER: Nixtieq li tittieħed pożizzjoni malajr fuqha għax mhux ġust għall-Membri l-ġodda - għandna iktar minn għoxrin Membru ġdid - li tajthom il-kelma li se nagħtihom il-pubblikazzjoni tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u sal-lum għadni ma nistax nagħtihielhom.", "CARMELO ABELA: Qed ngħid li l-ħsieb huwa li l-ġimgħa d-dieħla ntellgħu l-mozzjoni fuq l-aġenda.", "Hemm numru ta' emendi li bħalissa naf li qed isir xogħol fuqhom.", "Naħseb li kif nissettiljaw ftit u nkunu iktar ċari fuqhom, issir diskussjoni iktar formali bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex nipprovaw naslu għal qbil dwarhom.", "Jekk hemm ċans, forsi nista' ngħid xi ftit dwar xiex jittrattaw dawn l-emendi ħalli mbagħad ngħadduhom anke lill-Oppożizzjoni għar-reazzjoni tagħha.", "Waħda mill-emendi hija marbuta mal-ħin tas-seduti.", "L-ewwel nett irridu nirregolaw il-fatt li s-seduti jsiru t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa għax l-Ordinijiet Permanenti tagħna jgħidu li l-Kamra tiltaqa' t-Tnejn u l-Ħamis, meta fil-fatt qatt ma jiltaqa' hekk.", "Ilna snin twal bil-Parlament jiltaqa' t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa.", "Is-suġġeriment kien li flok nibdew fis-6.00 pm, is-seduti jibdew fil-5.00 pm u jibqgħu sejrin sat-8.00 p.m. bl-aġġornament ikun sat-8.30 p.m. Jiġifieri mmexxu kollox b'siegħa.", "Naturalment din għad trid tiġi diskussa f'iktar dettall anke fil-gruppi parlamentari rispettivi.", "Suġġeriment f'dan is-sens huwa li, bi prova u bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, seduta waħda fil-ġimgħa - li nistgħu naqblu liema waħda tkun, jekk hux it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa – tkun tibda fil-5.00 p.m. u tispiċċa fit-8.30 p.m. – l-Aġġornament inkluż – ħalli naraw ftit ir-reazzjoni effettiva ta' dan it-tibdil fil-ħin.", "Jekk naqblu li jkun hemm tidbil fil-ħin, imbagħad ikun hemm numru ta' emendi konsegwenzjali li jridu jidħlu fl-Ordinijiet Permanenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ma ninsewx li f'dan il-Parlament aħna m'aħniex full-timers, li jfisser li l-biċċa l-kbira tad-deputati li jaħdmu jew għandhom impjieg ġeneralment ma jispiċċawx qabel il-5.00 p.m. Dan ifisser li se jkun diffiċli ħafna biex jitilqu minn fejn jispiċċaw l-impjieg tagħhom u jkunu hawnhekk fil-5.00 p.m. għall-mistoqsijiet.", "Dawk li m'għandhomx impjieg għandhom professjoni - il-President tal-Kamra jifhimni mill-ewwel – u fil-5.00 p.m. ikun l-eqqel tal-ħin fejn ikunu qed jaraw lill-klijenti tal-professjoni tagħhom.", "Diġà huwa sagrifiċċju li tkun hawnhekk fis-6.00 p.m. Però dak b'xi mod jew ieħor kulħadd jagħmlu u qed jirnexxilna, kemm min huwa impjegat, kif ukoll min huwa fi professjoni.", "Però naħseb li l-mument li nagħmlu s-seduti jibdew fil-5.00 p.m., se nkunu qegħdin noħolqu pressjoni kemm fuq l-impjegati kif ukoll fuq min għandu professjoni jew xogħol ieħor.", "Min huwa impjegat se jkollu jseffaq wiċċu ma' min iħaddmu biex iħallih jitlaq qabel il-waqt biex ikun hawnhekk fil-ħin.", "Dan se joħloq ħafna tensjoni u problemi bejn deputat li hu impjegat u min iħaddmu.", "Ma naħsibx li huwa xieraq li nqiegħdu lin-nies f'din is-sitwazzjoni.", "Imbagħad għal min għandu professjoni, kif għedt, dak ġeneralment ikun l-aqwa ħin tal-uffiċċju, u dak li jkun ikollu jaqbad u jitlaq biex jiġi hawnhekk.", "Irridu niftakru li dan mhux Parlament b'deputati full-time.", "Li kieku kien hekk, dan kien ikun jista' jsir.", "Però meta niftakru li d-deputati diġà jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jibbilanċjaw ix-xogħol tagħhom u l-karriera tagħhom bħala deputati, naħseb li rridu noqogħdu attenti li dan il-bilanċ fin ma negħlbuhx għax inkella għada pitagħada se jkun aktar diffiċli li nsibu nies li jkunu mħajrin biex joħorġu għall-politika u jservu lil dan il-pajjiż billi jsiru deputati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Naturalment il-punti mqajmin mill-Onor. kollega huma punti validissimi.", "Jien ukoll impjegat u rrid nibbilanċja bejn ix-xogħol tiegħi u x-xogħol parlamentari.", "Però l-ħsieb wara din il-proposta huwa li aħna għandna wkoll familja u naħsbu li din tista' tkun miżura li għall-inqas tipprovdi daqsxejn aktar bilanċ mal-ħajja tal-familja peress li wara s-seduta naslu d-dar f'ħinijiet iktar deċenti milli naslu fihom illum.", "MR SPEAKER: Skambjajtuhom dawn l-emendi għall-Ordnijiet Permanenti?", "CARMELO ABELA: Le, s'issa tkellimt biss informalment mal-Onor.", "Li qed nipprova nagħmel illum huwa li nagħti ħjiel tal-ħsibijiet li qed jinħmew.", "Irid ikun hemm iktar diskussjonijiet anke fi ħdan il-grupp parlamentari tal-Gvern stess.", "Għalhekk għedt li mhux se nressqu xi ħaġa jekk mhux se jkun hemm qbil dwarha għall-inqas b'mod ġenerali.", "MR SPEAKER: Għandek id-dokumenti li se jiġu ppreżentati jew le?", "CARMELO ABELA: Għalissa qed nipprova nagħti overview tal-ideat tagħna biex ikollna iktar diskussjoni.", "MR SPEAKER: Però biex tiftaħ id-diskussjoni jrid ikollok id-dokumenti f'idejk.", "CARMELO ABELA: Naturalment irid ikollna diskussjoni anke informali bejnietna.", "Imma llum ridt li nifformalizza dak li qed naħsbu aħna.", "Ressaqt ukoll il-proposta li dwar it-tibdil fil-ħin tas-seduti nagħtu żmien ta' prova qabel ma niddeċiedu li ndaħħlu t-tibdil.", "Naturalment naqbel perfettament mal-argumenti li ġab l-Onor. de Marco għax huma kollha fatti u ħadd ma jista' jmerihom.", "Nesperjenzawhom kuljum diversi membri miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Però huwa fatt ukoll li dawn jistgħu jkunu pass żgħir fid-direzzjoni ta' family friendly measures, mhux biss għall-membri imma anke għall-impjegati tal-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Naqbel miegħek dwar il-ħtieġa ta' family friendly measures.", "Però naħseb li l-ewwel dover tagħna huwa li nipprovdu lill-familja introjtu mill-impjieg tagħna!", "Għandna responsabilità lejn l-impjieg jew il-professjoni li tkun fiha; mhux għall-gost tagħmilhom.", "MR SPEAKER: Ejja ma neħlux fuq dawn il-proposti.", "Fadal ħafna x'wieħed jiddiskuti.", "MARIO DE MARCO: Irridu nifhmu daqsxejn ir-riperkussjonijiet li jista' jkollna.", "Ir-riperkussjonijiet jistgħu jkunu serji; li ma nibqgħux nattiraw nies biex isiru deputati.", "CARMELO ABELA: Dawn kollha huma punti validi!", "Naturalment nistgħu nibqgħu niddiskutu u niddibattu.", "Iż-żewġ naħat qed naqblu, imma forsi jiddependi mil-liema angolu l-iktar li qed inħarsu lejhom.", "Anke huwa qed jaqbel mal-punti tiegħi!", "Mhux qed ngħidu li hemm xi ħaġa ta' kuntrast.", "Emenda oħra li qed naħsbu fuqha hija marbuta mal-idea li jkun hemm allokati għall-Oppożizzjoni numru ta' seduti fejn l-Oppożizzjoni tissuġġerixxi u tiffissa l-aġenda hi.", "Naturalment issir diskussjoni hawnhekk u mbagħad ikun hemm il-ġurnata allokata għal dak li l-Oppożizzjoni tkun tixtieq ittella' fuq l-aġenda.", "Dan huwa apparti dak li tipprovdi fejn jidħlu private members' motions.", "Mhux qed ngħidu li din il-miżura tidħol minflokha, imma in addition to it.", "Probabbilment hawnhekk aktar qed nitkellmu fuq diskussjonijiet bla vot li jkunu mressqa min-naħa tal-Oppożizzjoni u li għalihom jingħataw numru ta' seduti li nistgħu naqblu dwarhom.", "Qed nissuġġerixxu wkoll li jkun hemm bidla fejn jidħol il-quorum u li bażikament isir kif kien isir fil-leġiżlatura li għaddiet, fejn is-sospensjoni ma tkunx ta' ħames minuti imma ta' għoxrin minuta u jekk ma jkunx hemm quorum is-seduta tiġi sospiża mill-iSpeaker.", "Dwar it-tul ta' ħin tad-diskorsi fil-Parlament qed nikkonsidraw li l-ħin jitnaqqas xi ftit.", "Membru jkun jista' jdum jitkellem għal 30 minuta minflok għal 40 minuta; il-ħin tal-estensjoni minn 30 minuta jsir ta' kwarta, u d-diskors tal-introduzzjoni tal-ministru jew tax-shadow minister minn siegħa u nofs jonqos għal siegħa.", "Xorta huma ħinijiet pjuttost twal.", "F'din il-leġiżlatura, fejn terz tal-Membri tal-Parlament huma ġodda, diġà jidher li qed ikun hemm iktar konformità ma' dawn il-ħinijiet milli mal-ħinijiet stipulat fl-Ordnijiet Permanenti.", "Dawn għadhom biss ideat li qed nitkellmu fuqhom u m'hemm xejn deċiż mija fil-mija.", "Dwar il-kumitati permanenti qed nissuġġerixxu żewġ affarijiet.", "Waħda hija emenda għall-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi, sabiex ministru, segretarju parlamentari jew membru parlamentari li jkun membru tal-kumitat iċedi postu f'dawk is-seduti fejn ikun qed isir skrutinju ta' xi ħaġa li b'xi mod jew ieħor ikun responsabbli minnha u f'dawk is-seduti jidħol membru sostitut skont l-Ordnijiet Permanenti.", "Qed tiġi kkonsidrata wkoll il-proposta dwar it-twaqqif ta' kumitat permanenti ġdid dwar il-petizzjonijiet, li hija proposta li jidher li hemm kunsens dwarha bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Issemmiet min-naħa tal-Oppożizzjoni u ssemmiet ukoll min-naħa tal-Gvern fil-manifest elettorali tiegħu.", "Minbarra tibdil fil-proċedura ta' kif isiru l-petizzjonijiet, se jitwessa' ftit ukoll il-mod kif isiru l-petizzjonijiet.", "Naturalment jibqa' d-dritt tal-membri li jressqu petizzjonijiet.", "Però se nagħtu ċ-ċans ukoll li l-pubbliku, through l-iSpeaker - dejjem jekk naqblu fuq din il-proċedura - jippreżenta petizzjonijiet direttament lill-iSpeaker.", "Imbagħad hemm żewġ punti oħra li xtaqt insemmi.", "Wieħed minnhom jittratta min ikollu permess ta' assenza mis-seduta.", "Nafu li sal-lum il-prassi - fil-leġiżlatura li għaddiet l-Onor.", "Agius kien semmieha kemm-il darba anke f'dan il-Kumitat stess - hi li membru parlamentari li jkun imsiefer fuq xogħol tal-Parlament ikun skużat, imma membru tal-Eżekuttiv li jkun imsiefer fuq xogħol tal-Gvern jitniżżel fil-minuti tas-seduta bħala assenti.", "Il-kollegi tan-naħa l-oħra jafu sew x'qed ngħid għax hekk ukoll kien jiġri fil-leġiżlaturi preċedenti.", "Anke min ikun ma jiflaħx b'mod pjuttost serju jitniżżel bħala assenti.", "Għaldaqstant proposta li nixtiequ nissuġġerixxu hi li jekk membru parlamentari jkun imsiefer fuq xogħol tal-Parlament jew fuq xogħol tal-Gvern, fil-minuti jitniżżel bħala skużat.", "Naturalment, fejn jidħlu delegazzjonijiet parlamentari, l-uffiċċju tiegħek, Mr Speaker, għandu informazzjoni sħiħa.", "Id-diffikultà tqum dwar kif se jiġi rregolat ix-xogħol tal-Gvern.", "Hawnhekk allura jidħol ix-xogħol tal-Whip tal-Gvern, li jagħmel dikjarazzjoni ffirmata li qed jidħol responsabbli hu li f'dawk is-seduti membru partikolari jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Gvern u allura jitlob li jkun skużat mill-uffiċċju tiegħek u mill-Iskrivan tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ir-raġuni tradizzjonalment dejjem kienet id-distinzjoni bejn ir-rwol parlamentari u r-rwol eżekuttiv.", "Din hija r-raġuni għaliex meta ministru jsiefer fuq xogħol tal-Gvern mhuwiex skużat għal skopijiet ta' attendenza parlamentari.", "Li forsi wieħed jista' jissuġġerixxi huwa li jikkonsidra li minflok ma jitniżżel bħala skużat, l-assenza tiegħu tkun ikkwalifikata bħala assenza ġustifikata.", "Biex iżżomm id-distinzjoni bejn ir-rwol tal-Eżekuttiv u r-rwol tal-Parlament.", "B'dan il-mod ma jkunx qed jiġi skużat għaliex l-assenza tiegħu ma tkunx fuq xogħol parlamentari, però ovvjament hija assenza ġustifikata għax ikun imsiefer fuq xogħol tal-Eżekuttiv u mhux vaganza.", "B'hekk tkun żammejt id-distinzjoni bejn l-Eżekuttiv u l-Parlament.", "MR SPEAKER: Dan huwa punt legali interessanti, minħabba r-rwol kostituzzjonali tal-Parlament u dak Eżekuttiv.", "F'dan l-istadu jien qiegħed biss insemmi l-punti li qed jiġu kkonsidrati.", "Jista' jsir, pereżempju li fil-minuti jkollok lista ta' dawk skużati fuq xogħol parlamentari, u lista separata ta' dawk skużati fuq xogħol tal-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mhux se nidħol fid-dettall ta' kull waħda.", "Irridu niltaqgħu ftit mal-gruppi tagħna u nitkellmu aktar dwarhom.", "Hemm xi tgħid fuq kull waħda.", "MR SPEAKER: Għal min qed isegwina rrid ngħid li dan id-dibattitu, li qed jiġi streamed live, huwa kollu impromptu; għadna mhux qed niddibattu l-punti msemmija għax id-diskussjoni trid timmatura iktar fil-gruppi parlamentari rispettivi.", "DAVID AGIUS: M'għandix dubju li meta dawn l-ideat jgħadduhomlna, inkunu nistgħu nidħlu fihom fid-dettall u jkun hemm żmien biżżejjed biex jinħmew aħjar ħalli finalment ikollna … (Interruzzjonijiet)", "CARMELO ABELA: L-aħħar proposta, jekk tippermettili, hija dwar ordni permanenti ġdid li nixtiequ ndaħħlu biex jittratta notifiki – naturalment l-avukati jifhmu iktar minni fuq dan – minn xi qorti dwar xi liġi li tkun iddikjarata li tilledi ma' xi dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni.", "Sal-lum m'għandniex proċedura f'dan ir-rigward u li jiġri huwa li l-President tal-Kamra jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra u ħafna drabi din tibqa' hemmhekk sakemm il-Gvern jew il-ministru responsabbli mill-ġustizzja forsi jindunaw biha jew inkella jitħajru jagħmlu xi ħaġa dwarha.", "Aħna qed nipproponu li jkun hemm ordni permanenti li tagħti struttura lil dak li għandu jiġri min-notifika sal-proċess aħħari, li jista' jwassal anke għal … (Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid, dawn huma biss ideat li qed naħdmu fuqhom fil-preżent.", "CARMELO ABELA: Għad iridu jiġu diskussi anke fi ħdan il-grupp parlamentari tagħna.", "Din il-ġimgħa jew il-ġimgħa d-dieħla se jingħataw lill-Oppożizzjoni imma żgur li qabel jersqu fil-Parlament, se jingħataw lill-Oppożizzjoni f'forma miktuba sabiex ikunu jistgħu jiġu diskussi mill-Oppożizzjoni.", "Dak li kelli xi ngħid għar-rigward ta' emendi għall-Ordnijiet Permanenti li qed jiġu suġġeriti.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, nifhem li f'xi ħin se tgħaddi kopja lill-uffiċċju tiegħi.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, xtaqt insemmi ħaġa oħra fejn tidħol il-proċedura tal-Kamra u li dwarha għaddejt kopja ta' mozzjoni lill-Onor.", "Agius li min-naħa tiegħu ġie bil-feedback.", "Il-gvern kien qed jaħseb, u għadu jaħseb, li jressaq mozzjoni ta' proċedura - mhux emendi għall-iStanding Orders imma mozzjoni ta' proċedura tkopri biss din il-leġislatura sax-xoljiment tagħha – li tirregola d-divisions fil-Parlament.", "Kelli feedback min-naħa tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Agius u s'issa waqafna hemmhekk għax għad irridu nitkellmu fuq il-feedback li ngħata.", "M'iniex qed ngħid li jekk nirranġaw fuq dak il-feedback jista' jkun hemm qbil … M'iniex qed ngħid hekk; kulħadd se jżomm il-pożizzjoni tiegħu għax nista' nifhem il-pożizzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Qed ngħid dan biss biex il-Kumitat ikun jaf li hemm din il-mozzjoni ta' proċedura li informalment għaddejt kopja tagħha lill-Oppożizzjoniu li kien hemm feedback dwarha.", "S'issa waqafna hemmhekk u ma sar xejn iktar.", "MR SPEAKER: Nistgħu ngħaddu għal item ieħor tal-aġenda?", "Għandna xogħol importanti li nixtieq li neħilsuh, fosthom rapport importanti dwar il-Parlament il-ġdid.", "Nibda b'xi ħaġa li nistgħu nittrattawha malajr.", "Kif jaf kulħadd, il-Parlament nazzjonali għandu r-rappreżentant tiegħu fil-Parlament Ewropew, li bħalissa hija Miss Pauline Abela.", "Peress li l-kuntratt ta' min jintgħażel normalment jiġi endorsed mill-House Business Committee u peress li meta sar il-ftehim, fl-1 ta' Frar, il-Parlament kien xolt minħabba l-kampanja elettorali, il-kuntratt kien sar għal sitt xhur biss.", "Għalhekk issa qed inġibu għall-attenzjoni tal-Kumitat sabiex dan il-kuntratt jiġi estiż għal sitt xhur oħra u formalment jiġi endorsed mill-House Business Committee.", "Dan huwa l-agreement between the Parliament of Malta - allura rappreżentat mill-Clerk of the House - u Pauline Abela, li l-grad tagħha huwa ta' Clerk Assistant, għall-pożizzjoni ta' national parliament representative.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, l-ewwel nett m'għandna l-ebda diffikultà li jiġi estiż dan il-ftehim li hemm.", "Naf ix-xogħol siewi li jagħmlu dawn il-persuni li jkunu hemm.", "Kif taf inti, għandna numru ta' deputati ġodda li qed imorru Brussels.", "Ma nafx jekk dawn iltaqgħux personalment ma' Miss Pauline Abela.", "Forsi min-naħa tiegħek, Sur President, tista' tagħmel arranġamenti sabiex meta Miss Abela tkun hawn Malta, tiltaqa' mal-Membri Parlamentari l-ġodda - għaxar minuti kollox - ħalli għall-inqas ikunu jafu ma' min se jiltaqgħu jekk ikunu Brussels.", "MR SPEAKER: Kemm ili Speaker, diġà tkellimt ma' Miss Pauline Abela, u naf li meta jkun hemm preżenza ta' parlamentari fi Brussell, hi tipprova tiltaqa' magħhom … Però għamilt sew li qajjimt dan il-punt għax huwa punt importanti li jkun hemm dan il-kuntatt bejniethom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, nikkonferma li meta kelli okkażjoni nkun ma' delegazzjoni fi Brussell, Miss Pauline Abela, ħadet ħsieb l-affarijiet kollha li setgħet tieħu ħsieb għal dak li jkun meħtieġ.", "Inti qed titlob li nagħmluha llum, li nestenduh għal sitt xhur oħra?", "CARMELO ABELA: Sitt xhur mill-1 ta' Frar.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, koperti sal-1 ta' Awwissu.", "CARMELO ABELA: Inti tixtieq li dan jiġġedded għal sitt xhur oħra llum jew li niġu b'risposta darb'oħra qabel ir-recess tas-sajf?", "Nittama li jkollna laqgħa oħra tal-House Business Committee.", "Jekk m'hemmx oġġezzjoni, ninformawk darb'oħra.", "MR SPEAKER: Mhijiex problema.", "Fis-seduta ta' dan il-Kumitat tal-14 ta' Mejju, b'referenza għall-bini tal-Parlament il-ġdid, kont informajt lill-Membri li kont se nippreżenta rapport dwar il-functionary requirements tal-Parlament Malti u dak kollu li jeħtieġ biex ikollna parlament li jiffunzjona.", "Se ngħaddilkom kopja ta' dan id-draft report li ħejjejt flimkien mal-uffiċċju tiegħi.", "Ma nippretendix li niddiskutuh issa; wieħed jiddiskutih 'il quddiem f'xi laqgħa oħra ta' dan il-Kumitat - forsi jkollna seduta apposta għalih - għax huwa rapport li għalkemm mhux daqstant estensiv, imma huwa informattiv ħafna, ibbażat b'mod xjentifiku fuq kif ħadem il-Parlament matul is-snin u kif jiffunzjona kemm min-naħa tal-plenarja kif ukoll min-naħa tal-Kumitati.", "Ipprovajt nagħlaq ir-rapport billi nagħti qisu xenarju tal-attivitajiet u l-funzjonijiet parlamentari, u l-ispazju meħtieġ għalihom.", "Pereżempju minbarra l-Parlament bħala plenarja u l-Kumitati li għandna bħalissa, huwa meħtieġ spazju għall-istaff u għal attivitajiet oħrajn li għalihom jintuża l-Parlament jew il-kmamar tal-kumitati.", "Pereżempju din il-ġimgħa stess din il-kamra ntużat xi tliet darbiet biex fiha ltqajna ma' għaqdiet jew nies li jiġu jiddiskutu magħna, organizzazzjonijiet internazzjonali jew Maltin, inkluż laqgħat ma' dinjitarji li jkunu qegħdin iżuru dan il-Parlament.", "Għalhekk qed nagħtikom kopja ta' dan ir-rapport, kif wegħedtkom; xtaqt tajthulkom qabel imma ma ltqajniex qabel.", "Informazzjoni oħra li xtaqt ngħaddi lill-Kumtiat hija li kellna diversi laqgħat mas-Sur Formosa li jiġi minn Network Publications.", "Kif tafu, hemm ftehim bejn is-Sur Formosa u l-Bank of Valletta dwar il-kwestjoni tal-permanent exhibition fil-Parlament.", "Kien hemm ftehim li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tmexxija tal-wirja għall-ewwel għaxar snin.", "Issa għaddiet xi korrispondenza fil-konfront tiegħi, wara li ltqajt miegħu flimkien mal-Clerk, fuq estensjoni taż-żmien, eċċ. Għal dan il-mument qed ninformakom biss, għax xtaqt li kieku dan is-suġġett nerġgħu niddiskutuh f'dan il-Kumitat fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kwestjoni tal-wirja, il-Fondazzjoni tal-Parlament u l-ftehim li hemm bejn il-Bank of Valletta u l-Fondazzjoni, u l-Bank of Valletta u Network Publications.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, inti semmejt il-Fondazzjoni u fil-fatt għaddejtulna l-korrispondenza li kienet għaddiet qabel u li jien ma kellix għax ma kontx whip dak iż-żmien għan-naħa tal-grupp parlamentari tiegħi.", "Ma nafx jekk tkunx idea tajba jekk minħabba li l-whips huma parti minn din il-Fondazzjoni – għax il-membri kollha tal-House Business Committee huma parti mill-Fondazzjoni - …", "MR SPEAKER: Il-membri kollha tal-House Business Committee, l-executive arm.", "CARMELO ABELA: Ħalli niċċara l-punt tiegħi.", "Ġustament inti jkollok ċerti diskussjonijiet li mbagħad tirrapporta dwarhom lil dan il-Kumitat u d-deċiżjonijiet jittieħdu f'dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Hemm diversi xenarji.", "Id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-House Business Committee.", "Hemm xenarju fejn aħna qegħdin niddiskutu dak li diġà sar.", "Issa dak li diġà sar sar, imma dak li jrid isir minn issa 'l quddiem irridu niddiskutuh hawnhekk.", "Jekk sar ftehim bejn il-Fondazzjoni u l-Bank of Valletta, dak huwa ftehim li nistgħu niddiskutuh hawnhekk imma huwa ftehim li, kif taf inti – u min minna hu avukat hawnhekk din żgur li jifhimha – ladarba huwa ffirmat isir qisu liġi.", "Mela hemm il-ftehim bejn il-Fondazzjoni u l-Bank of Valletta.", "Imbagħad hemm ftehim, li aħna m'aħniex parti minnu imma huwa rifless ta' dak il-ftehim, bejn il-kumpanija Network Publications li se tagħmel l-exhibition b'mod professjonali - kif tafu intom għax kontu preżenti meta saret il-preżentazzjoni - u l-Bank of Valletta.", "Dak hu li sibt jiena meta sirt Speaker.", "Minn issa 'l quddiem, dak kollu li qed jiġi diskuss … Pereżempju, waħda mill-affarijiet li rrefera għalihom is-Sur Formosa hija li qed jidħol f'diskussjonijiet mal-V18, jiġifieri mal-Valletta 18.", "Jien u l-Parlament m'għandniex x'naqsmu mal-V18.", "Naqbel miegħek, Onor. Abela, li hemm ħafna affarijiet li rridu niddiskutu, imma f'dan l-istadju ħassejt il-ħtieġa li, ladarba s-Sur Formosa kiteb lilna fuq din wirja u x'qed jagħmel u ma jagħmilx, u ma' min qed jitkellem, jien ninforma lilkom mingħajr ma nagħmel ebda commitment għax jien hawnhekk fil-House Business Committee rrid niġi biex niddiskuti dak kollu li jrid isir.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, nirringrazzjak tal-informazzjoni li qed tagħtina imma biex inkun ċert li qed nifhem tajjeb nixtieq nistaqsi jekk iż-żieda fiż-żmien minn għaxar snin għal 25 sena tridx tkun deċiża mill-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Kif qed tgħid inti, hu qed jipprova, mhux aħna … Tinsix li l-ftehim dwar running, expenses, manutenzjoni, eċċ. tal-exhibition sar bejnu u l-Bank of Valletta.", "Meta taqra l-ftehim - jidhirli li għaddejt kopja tiegħu lil kulħadd – issib li hemm il-klawsola tal-għaxar snin.", "Imbagħad qamet il-kwestjoni: Għaliex il-manutenzjoni għal għaxar?", "Għaliex mhux għal 15-il sena jew 25 sena?", "Hu qed jipprova jara kif se jsib il-finanzi biex il-manutenzjoni tkun tista' ssir up to 25 years.", "Hu qed jipprova, b'korrispondenza, jorbot lill-Parlament għal 25 sena.", "Inħoss li din hija xi ħaġa li għad irridu niddiskutuha hawnhekk.", "Kif qed tosserva inti - u jien osservajt dan b'mod immedjat - hawnhekk għad irid isir dibattitu dwar jekk naqblux, għaliex għandu jsir hekk jew għandux isir mod ieħor … Imma dan huwa stadju preliminari ħafna, però nħoss il-ħtieġa li dejjem ninformakom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-fatt meta kellna l-preżentazzjoni mis-Sinjuri li ġew hawnhekk, tqajjem il-punt li għalkemm huma kienu qed jaħdmu fuq l-idea li l-wirja ssir fil-parti t'isfel tal-binja tal-parlament il-ġdid, attwalment għad m'hemmx deċiżjoni li din il-wirja ssir hemmhekk.", "Filwaqt li għaddejjin bil-ħidma, u l-pjan tagħhom huwa li ssir hemmhekk ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Abela, ħalli nikkoreġik ftit.", "Il-ftehim huwa li l-wirja ssir fil-bini tal-Parlament.", "Issa jekk il-Parlament se jibqa' hawnhekk, il-wirja ssir fil-bini tal-Parlament hawnhekk; jekk il-Parlament mhux se jibqa' hawn, issir fil-bini tal-Parlament fejn ikun.", "Kif għedt, dan kollu għad irridu niddiskutuh imma llum ħassejt il-ħtieġa li ninforma lil kulħadd li Network Publications qed tiktbilna u qed ngħaddi l-korrispondenza lil kulħadd ħalli jkollkom kopja.", "L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Sur President, din hija l-ewwel laqgħa tiegħi tal-House Business Committee.", "Nixtieq nistaqsik jekk dan il-ftehim li qed issemmi, ta' għaxar snin, huwiex diġà konkluż jew hux qed jiġi diskuss u għad irid jiġi konkluż.", "MR SPEAKER: Il-ftehim huwa konkluż.", "Huwa ftehim li sar bejn l-iSpeaker ta' qabli u l-Bank of Valletta.", "Intom għandkom kopja ta' dak il-ftehim.", "Kif għedt, dan mhux item li qiegħed fuq l-aġenda tal-lum, jiġifieri li niddiskutu dak il-ftehim jew x'se nagħmlu jew ma nagħmlux.", "Illum qed nagħtikom kopja biex tkunu aġġornati, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Il-Clerk qed ifakkarni f'punt ieħor.", "Hawnhekk qatt ma kellna librerija organizzata u jien dejjem nisħaq li fil-parlament il-ġdid għandu jkun hemm librerija organizzata.", "Min se jiffinanzjaha?", "Issa jien għabbejt lil dawn biex jaraw jekk humiex lesti li jidħlu għall-finanzjament tal-librerija.", "Qed ngħidilkom x'għamilt jien mingħajr preġudizzju għal dak li niddeċiedu hanwhekk.", "MARIO DE MARCO: Sur President, jekk qed nifhem sew, it-talba għal 25 sena qed tiġi bbażata fuq responsabilitajiet addizzjonali.", "MR SPEAKER: Biex iżżomm exhibition diġitali ...", "CARMELO ABELA: Mhux biss responsabilitajiet imma hemm obbligi.", "L-avukati jafu li ma' kull responsabilità hemm obbligu.", "MARIO DE MARCO: It-terminoloġija legali hija obbligu.", "Fil-politika minflok problemi ngħidu sfidi!", "MR SPEAKER: Rigward il-kwestjoni tal-25 sena, il-Bank of Valletta ried jagħmel kondizzjonijiet oħra man-Network Publications u mhux mal-Parlament.", "Allura dawk huma kwestjonijiet li aħna, meta niġu għalihom, irridu niddiskutuhom.", "MARIO DE MARCO: Forsi jkun utli li jgħidulna x'qegħdin jipproponu għal 25 sena u naraw aħna fuq xiex se nkunu qed ninsistu.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Agius, hemm ftehim iffirmat li huma stess iffirmaw għal għaxar snin.", "Jekk m'iniex sejjer żball, wara dawn l-għaxar snin hemm ċerta responsabilità ta' maintenance tal-wirja.", "Saret diskussjoni ulterjuri bix huma jitolbu l-25 sena ħalli jħossuhom komdi jagħmlu l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Hija kwestjoni ta' flus; iridu iktar flus biex jidħlu għal dawk l-obbligi.", "B'mod mhux uffiċjali - għax m'għandi xejn bil-miktub – naf li l-BOV lest li jibqa' fuq dawk l-għaxar snin.", "Nerġa' ngħid, din hija diskussjoni li żgur li titlob ħafna ħin; mhijiex kwestjoni li sempliċement nagħmlu domanda u nkunu eżawrejna dan is-suġġett.", "Dan is-suġġett tal-wirja permanenti tal-Parlament huwa wieħed importanti ħafna.", "L-istorja tal-Parlament b'mod organizzat u professjonali tkun vetrina tal-istorja ta' pajjiżna u wieħed irid jiddiskutiha fid-dettall.", "Niġi issa għal xi ħaġa oħra.", "Fl-aħħar laqgħa tajt ukoll il-kelma li nitolbu l-brief li kien ingħata mill-gvern lill-Grand Harbour Regeneration Committee li kien talab kopja tiegħu l-Onor.", "Fil-fatt qed ngħaddilkom kopja ta' dan il-brief li rċevejna.", "Għandi korrispondenza mill-Inter-parliamentary Union (IPU) mibgħuta lili fil-31 ta' Mejju dwar l-International Day of Democracy 2013.", "Kif jaf kulħadd, fil-15 ta' Settembru – probabbilment aħna nkunu għadna fir-recess tas-sajf - hija l-International Day of Democracy.", "L-IPU qed titlob li aħna nagħmlu xi attività jew xi forma ta' national expression min-naħa tal-Parlament biex nikkommemoraw din id-data importanti.", "Is-suġġeriment tiegħi hu li, jekk taqblu, fit-tieni ħarġa tal- pubblikazzjoni \"mill-Parlament\" - l-ewwel ħarġa ġiet ippubblikata fis-Sette Giugno - li għandha toħroġ għal dik il-ħabta tal-15 ta' Settembru, ikun hemm xi forma ta' write-up għal din l-okkażjoni li żżid l-awareness tal-pubbliku.", "Din il-pubblikazzjoni tinsab online u kopja tal-ewwel ħarġa tagħha ntbagħtet lill-kunsilli lokali kollha.", "Qed nipprovaw inxerrduha wkoll mal-ambaxxati barra minn Malta u dawk f'Malta, kif ukoll fl-iskejjel.", "Dan l-aħħar, pereżempju, saret attività importanti u interessanti fil-Parlament tagħna, l-Eco-Skola, li għandha tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni li jmiss.", "MARIO DE MARCO: Sur President, jidhirli li hija idea tajba u ngħidlek prosit tal-inizjattiva.", "Ikun importanti li din il-pubblikazzjoni, apparti li tirrapporta l-inijzattivi li ħadna fil-Parlament, tinkludi wkoll kontribuzzjonijiet, artikli.", "Pereżempju, ikun interessanti kieku jirnexxilna nikkonvinċu lil Prof. Refalo, li jagħti pariri legali lis-Sedja, li jikteb artiklu fuq ċerti rulings.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, inti taf daqsi li Prof. Refalo - mingħajr ma nnaqqaslu xejn mill-attributi tiegħu - mhuwiex wieħed li … Jekk tikkonvinċuh, ikun tajjeb ħafna.", "MARIO DE MARCO: Minħabba l-okkażjoni.", "MR SPEAKER: Naċċertak li nagħmel minn kollox.", "MARIO DE MARCO: Forsi f'din il-pubblikazzjoni jista' jkollna wkoll aġġornament tal-iktar rulings reċenti li s-Sedja tkun tat billi jkun hemm, pereżempju, paġna fuq ir-rulings.", "Għandna assoċjazzjoni ta' ex-deputati li hija attiva ħafna.", "Forsi nistgħu nistaqsuhom biex huma stess ikollhom il-paġna tagħhom li fiha jagħtu l-kontribut tagħhom għax ħafna minnhom għandhom il-ħin u għandhom ukoll il-pinna.", "B'dan il-mod ikollok sfond mhux biss ta' deputati li għadhom attivi imma wkoll ex-deputati li nagħtuhom l-ispazju f'din ir-rivista.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak ta' dawn il-punti li qajjimt u nenfasizza li bil-kumment li għamilt fuq Prof. Refalo ma ridt innaqqas xejn mill-mertu tiegħu.", "Naċċertak li se nagħmlu minn kollox.", "Rigward l-ex-MPs, irrid ngħid li dan l-aħħar kellna laqgħa mal-president tal-assoċjazzjoni, li huwa Prof. Rizzo Naudi u li nsellimlu minn hawnhekk.", "Illum għandu 'l fuq minn 80 sena, imma huwa bniedem luċidissimu, għandu kontribut enormi x'jista' jagħti u għandu ħsebijiet ċari dwar kif nistgħu naħdmu flimkien.", "Pereżempju rrid nara kif nistgħu naħdmu u nibbenefikaw mill-esperjenza ta' dawn l-ex-MPs, anke fil-qasam internazzjonali.", "Hemm diversi minnhom bħal Dr Noel Buttiġieġ Scicluna, is-Sur Lino Debono u oħrajn li għandhom x'joffru.", "Dwar ir-rulings hija idea tajba; nistgħu nagħmlu summary ta' ċerti rulings li jkunu ngħataw.", "Dan l-aħħar kellna żjara mill-ministru għall-affarijiet barranin ta' New Zealand u flimkien iddiskutejna rulings li ngħataw.", "Hu rrimarka wkoll fuq rulings li ta l-iSpeaker tal-Parlament ta' New Zealand.", "Hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel; dawn huma kollha suġġerimenti pożittivi.", "Jekk għandkom xi suġġerimenti oħra dwar x'nistgħu nagħmlu anke għall-okkażjoni tal-15 ta' Settembru … L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, naqbel mal-kollega tiegħi dwar l-ewwel ħarġa tar-rivista.", "Forsi suġġeriment ieħor jista' jkun li deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra jiktbu artikli relatati max-xogħol tagħhom, pereżempju Ministru u x-shadow minister tiegħu jistgħu jiktbu xi ħaġa fuq ix-xogħol tagħhom.", "Dawn huma inizjattivi tajbin; jiddependi anke minn kemm irriduha voluminuża din ir-rivista.", "Imma din hija inizjattiva importanti.", "Fil-15 ta' Settembru l-Parlament ikun għadu ma daħalx lura mill-vaganzi tas-sajf; in-normalità dejjem tkun li nidħlu l-ewwel Tnejn wara l-festa tal-Indipendenza.", "Però forsi jkun xieraq li fl-ewwel seduta meta jerġa' jiltaqa' l-Parlament tiġi ddedikata nofs siegħa biex infakkru din il-ġurnata billi l-ewwel ikun hemm mesaġġ minnek, Mr Speaker, u mbagħad isir diskors qasir miż-żewġ naħat tal-Kamra; iż-żewġ naħat jaħsbu f'persuna li tista' tagħmel intervent fuq dan.", "B'hekk għalkemm ma tkunx qed issir fil-ġurnata proprja, imma ġimgħa u nofs jew ġimagħtejn wara, il-Parlament xorta waħda jkun qed jieħu inizjattiva b'mod uffiċjali.", "Inkella tista' tikkonsidra, Sur President, li ssir xi ħaġa on the day imma minflok ma ssir fil-Kamra tal-Parlament, issir xi mkien ieħor fil-bini tal-Parlament jew f'xi sit li tiddeċiedi inti.", "F'dak il-każ ukoll, inti flimkien ma' żewġ Membri - wieħed minn kull naħa – tagħmlu xi forma ta' statement jew press conference li permezz tagħhom tikkommemoraw din il-ġurnata.", "Dawn huma żewġ ideat li wieħed jista' jesplora, jiddependi jekk irridux nagħmluha fil-15 ta' Settembru jew nistennew ftit u nagħmluha aktar tard.", "B'dan il-mod, Sur President, forsi tkun tista' twieġeb l-ittra li rċevejt.", "Kelli laqgħa interessanti ma' rappreżentanti tal-MEUSAC, li għaliha kienu preżenti Dr Vanni Xeureb; il-Clerk of the House, is-Sur Ray Scicluna, is-Sur Kurt Formosa li huwa l-kap tal-EU policy legislation u s-Sur Joe Sciberras li huwa l-manager at EU policy and Legislation.", "Il-laqgħa kienet dwar il-European Year of the Citizen u fiha ġie deċiż li s-Sibt, 23 ta' Novembru, ikun hemm attività biex wieħed juri b'mod attiv li l-Parlament Malti qed jersaq qrib iċ-ċittadin u jagħti l-kontribut tiegħu għall-attivitajiet fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadin.", "Iddiskutejna wkoll s-support services li l-Parlament għandu jara li jkollu b'rispett għall-iskrutinju ta' dak kollu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u l-pipeline acquis b'referenza għad-diversi trattati, fosthom it-Trattat ta' Lisbona.", "Dħalna wkoll fil-possibilità li l-MEUSAC, li għandu ċerti fondi li aħna mhux dejjem ikollna - pjuttost qegħdin isfel milli fuq! – jkun jista' jgħin lill-Parlament biex aħna wkoll nagħtu l- kontribut tagħna.", "Jidher li wara din il-laqgħa ftehemna fuq diversi punti u deherli li għandi ninforma b'dan lill-Kumitat.", "L-attivitajiet għal din l-okkażjoni se jsiru s-Sibt, 23 ta' Novembru 2013.", "Dawn l-attivitajiet se jieħdu x-xejra ta' dak li jsir fin-Notte Bianca quddiem il-Parlament.", "Is-suġġeriment li sar kien - imma issa intom tridu tiddeċiedu – li dakinhar issir seduta ta' mhux iktar minn siegħa jew siegħa u nofs bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-Parlament.", "Forsi wieħed jista' jaħseb ftit fuq din l-idea.", "Żmien fadal għax aħna ninsabu f'Ġunju u dawn l-attivitajiet se jsiru f'Novembru.", "Però jekk taqblu nistgħu nagħmlu hekk għax huwa interessanti ħafna li nuru lill-Parlament Ewropew u lil pajjiżi oħra fl-Ewropa li pajjiżna verament qed jaħdem biex kemm jista' jkun jersaq lejn iċ-ċittadin, ikun hemm iktar tqarrib miċ-ċittadin lejn il-parlamentari u l-Parlament innifsu, b'mod li l-pubbliku jistaqsi dak kollu li jkun jixtieq jistaqsi liż-żewġ naħat f'sessjoni apposta li ssir fil-Parlament.", "Veru li l-ġurnata se tkun is-Sibt, imma din hija xi ħaġa importanti.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, jista' jkollna proposta daqsxejn iktar, mhux konkreta għax dak li għedt inti huwa konkret … Imma forsi din il-proposta nistgħu niddiskutuha anke internament u jkollna feedback sal-laqgħa li jmiss tal-House Business Committee, qabel ir-recess tas-sajf.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, il-proposta li saret, anke skont kif ġiet minuted mill-MEUSAC, hija din:", "Fl-ittra tiegħu, Dr Vanni Xeureb, il-Kap tal-MEUSAC, kiteb hekk:", "\"Marbuta ma' dan il-ħsieb, nixtiequ wkoll nipproponu li f'ġurnata oħra l-MEUSAC u l-Kamra tad-Deputati jorganizzaw dibattitu għaċ-ċittadin fl-istess Kamra bit-tema taċ-ċittadinanza.", "Dan id-dibattitu jkun jinvolvi dibattitu bejn numru ta' Membri Parlamentari u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili msieħba fi proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC.", "Il-ħsieb tagħha huwa li dan id-dibattitu jservi ta' okkażjoni unika biex jingħata messaġġ lill-membri parlamentari nazzjonali li huma lesti li jisimgħu aktar b'mod viċin liċ-ċittadin li eleġġihom, għax ovvjament il-Parlament jirrappreżenta lill-poplu, u jkunu parti mit-tħaddim tad-demokrazija.\"", "Dan huwa l-ħsieb.", "L-Onor.", "DAVID AGUIS: Hemm xi raġuni partikolari għad-data tat-23 ta' Novembru?", "Ir-raġuni li għaliha qed nistaqsi hi li, safejn naf jien - jikkoreġini l-kollega min-naħa tal-Gvern - fl-20 ta' Novembru, ftit ġranet qabel, se nagħmlu ta' Vote 16.", "Ma nafx jekk waħda tirkibx fuq l-oħra, jew inkella inkunux qegħdin … Qed nistaqsi biex naraw li ma jkunx hemm diffikultà, għaliex naħseb li hija okkażjoni sabiħa.", "MR SPEAKER: Ovvjament id-data jaslu għaliha wara ħafna enquiries li jsiru.", "Mill-ittra li rċevejna, jidher li l-President ta' Malta ġentilment offra li l-attività tal-għeluq tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadin 2013 issir is-Sibt 23 ta' Novembru 2013, tittella' fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, u li din l-attività ssir ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-President.", "Peress li dakinhar il-Palazz se jkun miftuħ għall-pubbliku biex il-pubbliku jkun jista' jżur is-swali tal-Palazz, aħna ġejna mitluba li nikkonsidraw li l-Kamra tad-Deputati tkun aċċessibbli għall-pubbliku biex in-nies jingħataw tagħrif dwar ix-xogħol tal-Parlament ta' Malta.", "Dik hija r-raġuni li għaliha ntgħażlet dik id-data.", "Dwar is-seduta parlamentari li qiegħed jiġi propost li ssir is-Sibt, 23 ta' Novembru, bejn il-parlamentari u s-civil society, eċċ, Dr Vanni Xuereb wera x-xewqa li nitkellmu magħhom minn qabel dwar x'suġġetti se jiġu ttrattati ħalli huma wkoll ikunu ppreparati.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, ngħaddilkom kopja tal-korrispondenza kollha.", "Niġu għal item ieħor.", "Fl-24 ta' Ġunju 2013 kelli laqgħa wkoll mal-Monitoring Committee tal-Vote 16 Campaign, li kienet laqgħa interessanti ħafna.", "Dan il-kumitat qed jaħdem biex isir iktar awareness fost dawk li jkunu għalqu s-16 jew 17-il sena b'mod li jidħlu fl-ispirtu tad-demokrazija għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Kienet laqgħa interessanti ħafna, kien hemm diversi kontribuzzjonijiet minn rappreżentanti taż-żgħażagħ, fosthom is-Sur Anthony Mifsud, il-President tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ; is-Sja Beverly Saliba, Rappreżentanta tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports; is-Sja Isabelle Camilleri, President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ; is-Sur Mark Anthony Sammut, rappreżentant tal-Oppożizzjoni, li għamel kontribuzzjoni tajba ħafna, u s-Sja Miriam Theuma mill-Aġenżija Żgħażagħ.", "Però mhux żgħażagħ biss kien hemm preżenti; kien hemm is-Sur Michael Cohen, li ċertament mhux żagħżugħ imma huwa ċ-Chairman tal-monitoring committee kif ukoll Dr Andrew Azzopardi - li qed jikber ukoll - u li għamel il-preżentazzjoni tiegħu.", "Dawn qed ikollhom diversi laqgħat, fosthom mal-Prim Ministru u mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Nista' ngħid li l-laqgħa li kellna aħna kienet importanti għaliex iddiskutejna kif ladarba l-Parlament jiddeċiedi fil-konfront taż-żgħażagħ ta' 16-il sena - u kif jaf kulħadd hemm diversi liġijiet li jolqtu liż-żagħżagħ ta' 16-il sena - allura ż-żgħażagħ ta' 16-il sena stess għandhom b'xi mod jibdew jikkontribwixxu.", "Punt interessanti huwa li ż-żagħżugħ at that age - u jalla jkun hekk anke at a later age u jibqa' hekk sakemm imut - huwa persuna korretta, moralment ikun iktar nadif minn nies li jkunu daħlu fil-manglu tal-ħajja.", "Allura ovvjament dawn se jagħtu kontribuzzjoni iktar b'saħħitha għad-demokrazija.", "Dan huwa suġġett interessanti li ttrattajna f'din id-diskussjoni.", "Issa jien qed ninfurmakom b'din il-laqgħa tant importanti u għal min irid jisma' d-diskussjoni kollha, għandna r-recording ta' dak id-dibattitu kollu.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, fil-passat kellna kumitat, jew sotto-kumitat, li kien jikkonċentra esklużivament fuq l-immigrazzjoni illegali.", "Nixtieq nistaqsi lill-Gvern jekk għandux il-ħsieb li jerġa' jwaqqaf dan is-sotto-kumitat taħt il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Dan kien kumitat apposta li kien jiffoka fuq il-problema tal-immigrazzjoni illegali.", "Ma nixtieqx li ninqabdu fuq sieq waħda, fejn terġà tibda tgħolli rasha din il-problema u bħala Parlament ma nkunux organizzati.", "Kellna wkoll grupp parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, li kien beda jiltaqa' wkoll fl-aħħar leġiżlatura.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni tħoss li għandu jerġa' jiltaqa'.", "Hemm il-ħsieb li jerġa' jiltaqa'?", "Ovvjament kien iċċerjat min-naħa tal-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Issa jekk tridu nibqgħu niċċerjawh aħna, ma jimpurtax; naħseb li l-Onor. de Marco jieħu pjaċir!", "Però naħseb li kien kumitat utli ħafna u kien jitmexxa fi spirtu ta' qbil bejn iż-żewġ naħat.", "It-tielet punt li xtaqt li nqajjem huwa dwar stqarrijiet għall-istampa, press releases.", "Jien ma nħossx li għandu jkun il-Gvern li joħroġ press releases dwar ix-xogħol li jkunu għamlu membri parlamentari li jkunu attendew konferenzi barra minn Malta bħala rappreżentanti tal-Parlament.", "Jien naħseb li tajjeb li toħroġ stqarrija imma naħseb li fil-Parlament għandna jkollna struttura li tieħu ħsieb l-istqarrijiet li joħorġu dwar xogħol tal-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid għal li ġara.", "(Pawsa) Mr Speaker, jien inħoss li mil-lum 'il quddiem għandna nsibu metodu kif stqarrijiet dwar xogħol li jkun sar minn deputati f'isem il-Parlament, joħorġu mill-Parlament stess.", "B'hekk ikollna distinzjoni aktar ċara bejn x-xogħol tal-membri parlamentari u x-xogħol governattiv.", "Mhux qed ngħid li saret xi ħaġa ħażina, biex l-affarijiet ikunu ċari.", "Qed ngħid li għandna nibdew naħsbu biex ikollna struttura fi ħdan il-Parlament – u lanqas qed ngħid li għandha ssir mil-lum għal għada - biex dawn l-affarijiet isiru min-naħa tal-Parlament stess.", "MARIO DE MARCO: Sur President, naħseb li s-suġġeriment tal-Onor.", "Agius jagħmel sens għaliex jorbot ukoll mad-diskors tiegħek tas-Sette Giugno dwar l-awtonomija tal-Parlament, u d-distinzjoni bejn il-Parlament u l-Eżekuttiv.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija importanti d-distinzjoni li hemm bejn il-funzjoni tagħna bħala deputati fil-Parlament - irrispettivament fuq liema naħa qegħdin, anke d-deputati tal-Gvern – u l-funzjoni eżekuttiva.", "Naħseb li huwa importanti li din id-distinzjoni nissodawha anke f'xi ħaġa kosmetika bħal din li semma l-Onor.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco u Onor. Agius, naċċertakom li se nieħu nota ta' dan.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Xtaqt inżid punt fuq dak li semma l-kollega tiegħi dwar il-kumitat li kien imwaqqaf qabel taħt is-Social Affairs Committee biex jittratta l-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari.", "Jekk bħalissa, għall-grazzja tal-argument, mhux qed jiġu immigranti irregolari f'pajjiżna, xorta waħda l-kumitat għad għandu rwol importanti x'jaqdi.", "Jibqa' l-issue, pereżempju, tal-integrazzjoni tal-immigranti fil-komunità.", "Allura naħseb li dan is-sotto-kumitat fi ħdan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, għandu funzjoni importanti x'jaqdi, irrispettivament minn jekk hemmx wasliet ta' immigranti fil-pajjiż, għax nafu li hemm preżenza ta' immigranti f'Malta u naħseb li huwa importanti li dawn jiġu integrati fil-ħajja tagħna.", "Dwar il-kumitat tal-Valletta 18, l-idea kienet li jkollna kumitat interparlamentari biex minn żmien għal żmien il-Parlament ikun aġġornat b'dak li qed iseħħ f'dan il-vjaġġ lejn l-2018 u anke biex il-Parlament ikun jista' jikkontribwixxi l-ħsibijiet tiegħu ħalli dan l-avveniment ikun suċċess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Sepaker, dawn kollha huma punti interessanti.", "L-immigrazzjoni dejjem hija issue għal pajjiżna u naqbel li jerġa' jkun hemm għallinqas sottokumitat kif kien hemm fil-leġislatura li għaddiet.", "Issa nara ftit id-dettalji mal-Clerk of the House, inressaqha għall-attenzjoni tal-Grupp Parlamentari u naturalment nimxu minn hemmhekk.", "Imma naħseb li huwa importanti li jkun hemm dan is-sottokumitat li jibqa' jissorvelja b'mod kostanti l-immigrazzjoni.", "Dwar il-Kumitat V18 nista' ngħid li se jerġa' jitwaqqaf u min-naħa tal-Gvern il-membri se jkunu l-Onor.", "Deo Debattista bħala Chairman, u l-Onor.", "Luciano Busuttil bħala membru.", "Malli jkunu magħrufa wkoll iż-żewġ membri min-naħa tal-Oppożizzjoni dan il-kumitat ikun jista' jibda jiltaqa'.", "DAVID AGUIS: Se jkun hemm żewġ membri minn kull naħa?", "Hekk konna fil-leġiżlatura l-oħra.", "CARMELO ABELA: Jien rajt x'kien sar u jidher li kienet saret laqgħa waħda f'Ottubru jew Novembru fejn kienu ġew diskussi t-terms of reference tal-kumitat.", "Jidhirli li kien kostitwit b'żewġ deputati minn kull naħa, u wieħed mill-membri tan-naħa tal-Gvern ikun iċ-Chairman.", "Dak il-Grupp Parlamentari, kif kien jissejjaħ dak iż-żmien, kien iltaqa' darba biss, fejn kienet saret ukoll preżentazzjoni mill-Perit David Felice, jekk niftakar tajjeb.", "Aħna qed nimxu ma' dak li kien hemm dak iż-żmien u, nerġa' ngħid li min-naħa tal-Gvern se jkun hemm l-Onor.", "Deo Debattista bħala Chairman u l-Onor.", "Luciano Bususttil bħala membru.", "Naturalment ikun hemm ukoll żewġ membri min-naħa tal-Oppożizzjoni, kif kien hemm fil-passat.", "Dwar il-punt l-ieħor li semma l-Onor.", "Agius, jiġifieri dwar il-press releasesk, nista' ngħid li jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni; anzi jien fan kbir tal-awtonomija tal-Parlament.", "Nifhem sew id-distinzjoni bejn l-Eżekuttiv u l-Parlament.", "Jien meta kont Deputy Speaker kont ħdimt mal-iSpeaker Emeritus l-Onor.", "Louis Galea fuq qafas ta' awtonomija tal-Parlament u kien tħejja rapport li sfortunatament ma ġiex diskuss.", "Jiġifieri m'għandi l-ebda oġġezzjoni għal dak li ġie suġġerit, anzi jien fan kbir tal-awtonomija parlamentari.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li għandhom isiru hi li l-Parlament ikollu l-uffiċċju tal-komunikazzjoni tiegħu.", "Issa jekk ikunx uffiċċju magħmul minn persuna waħda jew uffiċċju … Ejjew nibdew billi għall-inqas il-press releases ta' membri parlamentari li jsiefru fuq xogħol tal-Gvern jintbagħtu lill-media direttament mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra mingħajr il-ħtieġa li joqogħdu jgħaddu through id-DOI.", "Id-DOI jibgħathom hu lill-media.", "Imma naħseb li nistgħu nsibu proċeduri ...", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, nadottaw proċedura ħalli l-iSpeaker ikun magħna ...", "MR SPEAKER: X'qed tissuġġerixxu bħala proċedura?", "CARMELO ABELA: L-idea hi li l-Parlament ikollu l-awtonomija fejn jidħlu press releases.", "DAVID AGIUS: Nagħmlu proċedura ħalli mhux kull min iqum filgħodu u jiddeċiedi li jibgħat stqarrija min-naħa tal-Parlament dwar xi laqgħa ta' kumitat, ikun jista' jaqbad u joħroġ press release.", "Nagħmlu struttura ta' kif għandhom isiru u joħorġu tramite l-uffiċċju tiegħek, Sur President.", "CARMELO ABELA: Jien il-ġimgħa li għaddiet kont qiegħed nipparteċipa f'seminar tal-Commonwealth u bgħatt abbozz ta' stqarrija lill-Iskrivan tal-Kamra kif ukoll lill-iskrivana responsabbli mill-qasam tal-Commonwealth.", "Bgħatthielhom bħala abbozz ta' stqarrija, jiġifieru setgħu jemendawha kif iridu, imbagħad sibt li ħarġet fil-media.", "Jiġifieri l-Iskrivan tal-Kamra ħass li kellu jibgħatha kif kienet, però seta' ddeċieda li jemendaha għax jien issottomettejtha bħala abbozz.", "Però mhux jien bgħattha lill-media; bagħatha l-Iskrivan tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "SILVIO SCHEMBRI: Jekk m'iniex sejjer żball, id-DOI diġà għandu network ma' ħafna nies.", "Għalhekk ma nafx jekk wieħed għandux jikkonsidra wkoll il-fatt li jekk se nkunu qed nibnu network kompletament ġdid u speċifiku għall-Parlament, id-distribution list...", "MR SPEAKER: L-importanti li qed nitkellmu fuq xi ħaġa li tagħti aktar saħħa lill-awtonomija parlamentari.", "Il-prinċipju dak hu.", "SILVIO SCHEMBRI: Iva, imma forsi nistgħu nżommu ma' dak il-prinċipju u filwaqt li jkun hemm awtonomija, nibqgħu nagħmlu użu miċ-channels li diġà għandhom id-DOI minħabba l-fatt li diġà hemm ammont ta' sottoskrizzjonijiet, anke personali, mal-istess distribution list tad-DOI.", "Dan għaliex naħseb li jkun diffiċli li nilħqu l-istess viewership li għandu d-DOI bħalissa, meta d-DOI ilu tant snin jibni d-distribution list li għandu.", "Forsi jistgħu jsiru fuq letterhead tal-Parlament biex tidher id-differenza, però nużaw l-istess channels tad-DOI li diġà għandhom numru ta' automatic email subscriptions.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fuq punt differenti, nixtieq ngħid li, kif ġie ddikjarat anke fil-passat, għandna nfittxu li kemm jista' jkun f'dan il-Parlament innaqqsu l-użu tal-karti.", "Bħalissa dan il-Parlament juża ħafna karti; biżżejjed naraw il-ħemel ta' karti li jkun hemm fuq il-Mejda tal-Kamra!", "MR SPEAKER: Kif tista' tosserva, ittieħdu diversi deċiżjonijiet importanti f'dan il-Parlament.", "Ħadna l-inizjattiva, pereżempju, li poġġejna d-dokumenti kollha online, inkluż il-papers laid u l-mistoqsijiet parlamentari.", "CARMELO ABELA: Appuntu, dan huwa l-punt tiegħi.", "Fil-fatt l-inizjattivi li ttieħdu, anke f'din il-leġiżlatura, huma tajbin u ta' min ifaħħarhom.", "Pereżempju, eżatt malli jispiċċa l-ħin tal-mistoqsijiet, il-papers laid qed jiġu ċċirkolati by email lill-Membri Parlamentari kollha.", "Barra minn hekk, qabel konna nirċievu l-aġenda tal-Parlament kuljum, u kien ikun hemm ħemel ta' karti għax ikun hemm il-mistoqsijiet parlamentari kollha.", "Dik inqatgħet - u kien tajjeb li nqatgħet – u llum qed nirċevuha permezz ta' email.", "Naħseb li jkun tajjeb li nagħmlu eżerċizzju … Qed ngħid dan għax parlamenti oħra għamluh dan l-eżerċizzju.", "Jista' jkun li dan imbagħad ikun jinvolvi investiment f'oqsma oħra tal-IT, fis-sens li l-Parlament jipprovdi lil kull membru apparat tal-IT li jkun jista' jintuża anke fil-Kamra.", "Il-punt tiegħi hu li ta' min jaħseb fl-ammont ta' spejjeż li jistgħu jiġu ffrankati in the long run jekk jintuża l-IT aktar milli karti, u kemm jista' jkun nibdew malajr.", "MR SPEAKER: Onor. Ablea, ħadt pjaċir li qajjimt din il-kwestjoni tal-użu tal-IT.", "Naċċertak li s-Sedja ħadet inizjattiva b'mod immedjat.", "Illum m'hemmx skuża li d-dokumenti jew it-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari mhumiex online.", "Kif jista' jikkonferma l-Iskrivan tal-Kamra, aħna dħalna f'din ir-responsabbiltà addizzjonali li tidher li qed tagħti l-frott.", "Ovvjament jekk għandkom xi ideat oħra, agħtuhomlna; we are open to all initiatives in this matter.", "SILVIO SCHEMBRI: Idea li qed tiġini f'moħħi, anke minħabba dak li qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Naħseb li jkun aktar financially feasible jekk il-Membri Parlamentari jingħataw tablet u l-informazzjoni tingħata online dak il-ħin fuq it-tablet, milli kull darba jkun hemm dawk il-printouts kollha.", "Naħseb li anke f'numru qasir ta' ġranet jiġi aktar feasible.", "Ma nafx jekk din hijiex permessibbli jew le … (off mic) Hekk hu, ikollok application biex kollox ikun online dak il-ħin.", "MR SPEAKER: Dwar il-kwestjoni tat-tablet diġà hemm inizjattiva.", "Il-membri l-ġodda jistgħu b'mod immedjat jieħdu sehem f'din l-inizjattiva billi jordna tablet u dan l-uffiċċju jonora l-ħlas sa €400.", "SILVIO SCHEMBRI: Tajjeb, ma kontx naf!", "MR SPEAKER: Bħalma ħadu sħabek li kienu qablek, hekk ukoll...", "DAVID AGIUS: Sur President, issa la ġejna f'din id-diskussjoni naħseb li għandna naraw ftit il-memo li kien hemm - għaliex naħseb li hija kull leġiżlatura … Però subject to confirmation.", "MR SPEAKER: Nixtieq ninformak ukoll li ħadna inizjattivi oħra.", "Pereżempju għaddejnielkom ukoll – din ġiet mill-iSpeaker ta' qabli – il-card tal-parlamentari.", "Kull wieħed ikollu l-card personali tiegħu li turi li huwa Membru Parlamentari u issa din se tiġi estiża għall-former members li għadhom kemm spiċċaw minn Membri.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti anke bħala rikonoxximent għax-xogħol li jkun għamel dak li jkun.", "Tajjeb li tkun taf ukoll – u għal dan nirringrazzja pubblikament lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella – li nħareġ passaport diplomatiku lill-Membri Parlamentari kollha.", "Għaliex ma tagħmilx sens – għall-inqas jien qatt ma rajtha tagħmel sens! – li jien, bħala Speaker, inkun qed immexxi delegazzjoni parlamentari u jkolli passaport diplomatiku, u mbagħad il-parlamentari li jkunu miegħi jkollhom problema biex jidħlu f'xi pajjiż fejn, pereżempju, tkun meħtieġa l-VISA.", "Kif taf int, hemm ftehim biex meta jkollok passaport diplomatiku, il-VISA tiġi waived.", "Issa rnexxielna nġibu passaport diplomatiku għall-parlamentari kollha.", "Dawn huma inizjattivi li ttieħdu f'dawn l-aħħar xhur.", "Jekk hemm xi ħaġa oħra fl-aġenda...", "SILVIO SCHEMBRI: Jien sempliċement nixtieq nirringrazzjakom.", "Ovvjament din għalija hija esperjenza ġdida però naħseb li huwa tajjeb li wieħed jirrikonoxxi u jagħti dinjità lill-membri parlamentari għax-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Dawn huma affarijiet żgħar però permezz tagħhom wieħed ikun jista' juri apprezzament għax-xogħol li jsir mill-membri parlamentari.", "MR SPEAKER: Naqbel miegħek.", "L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Sur President, jien napprezza l-inizjattivi li tieħu int, kif ħadu wkoll l-iSpeakers ta' qabel.", "Mal-iSpeaker ta' qablek, Dr Michael Frendo, kont urejt ix-xewqa li kull meta jinħatar Membru Parlamentari, dan jingħata kopja tal-ġurament li jkun ħa.", "Din hi l-ħames leġiżlatura tiegħi, u l-ħames darba li jien sirt Membru Parlamentari - Ministru qatt ma kont - però qatt ma ngħatajt kopja tal-ġurament.", "Jien naħseb li tkun xi ħaġa xierqa li kull membru jkollu kopja tal-ġurament.", "Din l-idea naċċettaha issa stess u se nara li tingħata kopja tal-ġurament li ħadt.", "Onor. Chris Agius, serraħ moħħok li se ngħaddilek kopja.", "Jekk m'hawnx aktar kummenti, nixtieq li niftiehmu dwar data għal-laqgħa li jmiss ta' dan il-Kumitat.", "Carmelo Abela jista' jagħtina wkoll data ta' meta se nieqfu għar-recess tas-sajf, anke biex norganizzaw daqsxejn l-affarijiet.", "Ma nafx jekk hux f'pożizzjoni li jagħtina data.", "CARMELO ABELA: Kieku nista', bil-qalb kollha.", "Li hu żgur huwa li se nieqfu f'xi data wara l-laqgħa ma' Van Rompuy li se ssir l-Erbgħa, 10 ta' Lulju.", "Nassumi li forsi jkun fil-ġimgħa ta' wara, it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa; dawk jistgħu jkunu l-aħħar tliet seduti.", "Però hija assunzjoni wiesgħa.", "Madankollu m'aħniex naraw li se ntawlu aktar minn nofs Lulju.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qed ngħidu li sas-17 ta' Lulju jista' jkollna seduti.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Nistgħu nidħlu fil-ġimgħa tas-17 ta' Lulju u nistgħu ma nidħlux?", "CARMELO ABELA: Eżatt, jiġifieri s-seduta tal-Erbgħa, 10 ta' Lulju, tista' ma tkunx l-aħħar waħda.", "DAVID AGIUS: Naħseb li jekk m'aħniex ċerti aħjar ma nagħtux dati għax ikun hemm min irid isiefer u jkollna problema.", "CARMELO ABELA: Iva, hekk hu.", "DAVID AGIUS: Aħjar ma nagħtux dati.", "MR SPEAKER: Jien staqsejt għax hija naturali li wieħed jistaqsi at this stage.", "CARMELO ABELA: Għad m'hemmx dati.", "MR SPEAKER: Ġeneralment ikun għal dik il-ħabta.", "Issa nistgħu niftiehmu fuq ġurnata għal meta se jiltaqa' dan il-Kumitat?", "Illum il-25 ta' Ġunju; nistgħu niltaqgħu t-Tnejn, 8 ta' Lulju, fis-6.30 p.m.?", "(Onor. Membri: Iva) Nirringrazzjakom.", "Fid-8.43 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2013, fis-6.30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130605_005d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 3", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2013 fis-2.30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2013 fis-2.30 p.m. filKamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar Abbozz Nru 7 - Att biex jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika li l-għan tiegħu huwa li jinkorpora t-tielet emendi għall-Ftehim dwar Faċilità ta' Self milħuq fi Brussell fid-19 ta' Diċembru 2012", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130610_003a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 3", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2:37p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret fil-28 ta' Mejju, 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Ngħaddi għall-korrispondenza:", "Ittra datata 24 ta' Mejju 2013 lill-Ispeaker Anġlu Farrugia mingħand l-Ispeaker Ċiprijott, is-Sur Yiannakis L. Omirou, dwar ir-rapporti ta' Deloitte u ta' Moneyval dwar is-sitwazzjoni f'Ċipru.", "THE CHAIRMAN: Irċevejna korrispondenza li qed tgħid li skont rapport li għamlu Deloitte, fir-realtà, Ċipru għandhom sistema kompletament differenti u għalhekk is-sitwazzjoni bankarja ta' Ċipru mhijiex kif kienu pinġewha t-Troika.", "Għaldaqstant qed jitolbu s-sapport tagħna fuq dan l-aspett.", "Personalment naħseb li għandhom raġun.", "Irrid noqgħodu attenti anke mid-diskussjoni li qed isiru fuq livell Ewropew anke fil-konfront ta' Malta.", "Huwa mportanti li bħala kumitat nagħtu l-appoġġ tagħna lil Ċipru f'din il-kwestjoni.", "Kopja tal-korrispondenza suppost kulħadd għandu.", "TONIO FENECH: Jekk se titniżżel fil-minuti, għandna ngħidu \"that we took note\", u m'għandniex ngħaddu ġudizzju aħna.", "EDWARD SCICLUNA: Eżattament.", "Hemm ħafna verżjonijiet differenti ta' x'inhu jiġri f'Ċipru.", "TONIO FENECH: Ma naħsibx li għandna nidħlu fid-diskussjoni aħna.", "THE CHAIRMAN: Neħduha bħala noted.", "L-ewwel ittra kienet intbagħtet f'Jannar tal-2013 u l-oħra iktar riċenti fl-24 ta' Mejju 2013.", "Ngħaddu issa għall-preżentazzjoni rigward Abbozz Nru. 7 Att biex jemenda l-Att dwar Self tal-Gvern u l-Għoti ta' Self lir-Repubblika Ellenika.", "Inħalli f'idejn is-Segretarju Permanenti s-Sur Alfred Camilleri.", "ABBOZZ NRU 7 - ATT BIEX JEMENDA L-ATT DWAR SELF TAL-GVERN U", "L-GĦOTI TA' SELF LIR-REPUBBLIKA ELLENIKA LI L-GĦAN TIEGĦU HUWA LI JINKORPORA T-TIELET EMENDI GĦALL-FTEHIM DWAR FAĊILITÀ TA' SELF MILĦUQ FI BRUSSELL FID-19 TA' DIĊEMBRU 2012", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi): Grazzi Mr Chairman.", "Flimkien miegħi hawn ukoll is-Sur Ivan Saliba, is-Sur James Mansueto u s-Sur Joe Farrugia, li jista' jkun minn ħin għall-ħin, forsi nitlobhom biex jintervjenu.", "Li se nagħmel waqt il-preżentazzjoni hu li se nagħti overview ġenerali ta' minn fejn bdejna u għalfejn wasalna s'hawn.", "Għaliex?", "Għax is-sitwazzjoni tal-Greċja hija xi ftit jew wisq kumplessa.", "Kien hemm ħafna tibdil, ħafna negozjati, u nistgħu ngħidu wkoll li s-sitwazzjoni għadha qed tevolvi.", "U allura xi ftit jew wisq, fil-preżentazzjoni se nkun qed nagħti timeline.", "Miniex se ndur kollox, għax jekk nibdew niddiskutu l-issues kollha li hemm, nispiċċaw nagħmlu xi 24 siegħa oħra Imma għall-benefiċċju tagħkom l-Onor.", "Membri, naħseb huwa tajjeb li nelenkaw timeline ta' kif bdiet l-issue Griega u safejn waslet s'issa.", "Xejn xejn biex ikun hemm rekord ta' dak li ġara, anke quddiem dan il-kumitat.", "Għal li jista' jkun, m'għandkomx kopji tal-preżentazzjoni, biex ikunu ċċirkolati lilna l-membri?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Jekk għandna l-kopji fil-każ inqasmuhom.", "THE CHAIRMAN: Jekk le, nitlob lill-messaġġiera tagħna, biex jagħmlulna kopja.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Is-sitwazzjoni Griega bdiet qisu minn Diċembru 2009, meta l-Gvern Grieg poġġa d-defiċit għall-9.1% u saru diversi statements dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Greċja.", "Minn dakinhar beda t-taqlib ta' fejn jidħlu rati tal-finanzjament u rati tal-interessi fuq id-dejn Grieg.", "Kien hemm kambjamenti u kambjamenti kbar.", "Għall-ewwel, il-Gvern Grieg ipprova jikkontrolla s-sitwazzjoni billi ħa diversi miżuri addizzjonali.", "Ippruvaw jagħmlu dak kollu li setgħu, biex ngħid hekk.", "Imma ma rnexxielhomx jikkontrollaw is-sitwazzjoni, li bdiet sejra mill-ħażin għall-agħar.", "L-iżbilanċ finanzjarju minflok naqas, kompla żdied u r-rati tal-interessi laħqu anke sa kważi 16%.", "Meta pajjiż tibda tixgħellu l-bozza ħamra, ikun hemm il-bailouts u r-rata tal-interessi taqbeż 'l fuq minn 7%, dak il-pajjiż jista' jgħid li kważi lest.", "There is no way li jista' jirkupra.", "Ovvjament mhemm xejn cast in stone.", "Fil-każ ta' Spanja, dawn ukoll kważi messew is-7%, imma ma waslux s'hemmhekk.", "Imma dik qisha r-rule of thumb, il-benchmark li normalment jintuża.", "Jiġifieri meta pajjiż imiss is-7% bħala rata tal-interessi sabiex jissellef, allura hemmhekk ikollu l-inkwiet.", "Il-problema Griega bdiet meta marru, biex ngħid hekk, sabiex jitolbu l-għajnuna għax ma kellhomx alternattiva oħra.", "L-ewwel issue kienet min se jagħtihom l-għajnuna?", "Fuq livell Ewropew?", "L-IMF?", "X'se jiġri?", "Dak iż-żmien, istituzzjonalment, l-Unjoni Ewropea ma kellhiex mekkaniżmu ta' kif tista' tagħti għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi membri.", "U allura kienet ittieħdet id-deċiżjoni li sabiex tingħata xi tip ta' għajnuna lill-Greċja, irid ikun hemm serje ta' trattati bilaterali bejn id-diversi stati membri u l-Greċja.", "Jiġifieri l-ewwel għajnuna li ngħatat il-Greċja, ma kenitx ingħatat minn xi fond Ewropew li jintuża għal dan l-għan, għaliex ma kienx għadu jeżisti.", "Imma ngħataw serje ta' ftehim bilaterali - fosthom ma' Malta - li ġew ikkonsolidati flimkien qisu mit-Troika ta' dak iż-żmien.", "Dak iż-żmien t-Troika kienet magħmula mill-Kummissjoni Ewropea, mill-European Central Bank (ECB) u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF).", "Il-ħsieb kien – u hekk għadu – li kemm jista' jkun l-IMF dejjem ikun parteċipi fil-bailouts li jingħataw.", "F'dawn l-ewwel slides hawn it-timeline kollu tal-ewwel bailout tal-Greċja li ma naħsibx li għandi għalfejn nfisser għaliex qiegħed kollu hawn.", "U wkoll għaliex minn dak iż-żmien sal-lum, kien hemm bailout ieħor u kien hemm diversi emendi għall-ftehim li saru.", "Għaliex ġara hekk?", "Għax jekk tara r-rata tal-interessi li ġiet imposta abbażi tal-ewwel agreement - u hemm dibattitu sostanzjali bejn il-Kummissjoni u l-IMF fuq l-evalwazzjoni tal-bailouts Griegi - ċertament with the benefit of hindsight hemm perspettiva differenti ta' kif setgħu saru l-affarijiet.", "Il-fatt huwa li r-rata ta' interessi li ġew imposti fuq il-Greċja dak iż-żmien, kienu rati ta' interessi li kienu sostanzjalment ogħla milli hemm illum.", "Matul iż-żmien, taħt id-diversi ftehim li saru naqsu, sabiex illum wasalna għal dak li qed nipproponu għall-konsiderazzjoni tagħkom.", "L-ewwel loan agreement - dak li ngħidulu l-Greek Loan Facility Agreement - ġie maqbul fit-8 ta' Mejju 2012.", "Dak iż-żmien kien il-qieraħ tal-kriżi finanzjarja u saru diversi laqgħat ta' emerġenza essenzjalment biex fuq livell Ewropew jikkonsultaw fuq il-problema Griega.", "Kienu saru l-istudji kollha bejn it-Troika u ġie maqbul ftehim li kien jikkomprendi ħafna riformi strutturali u miżuri sabiex iġibu taħt kontroll il-finanzi pubbliċi Griegi.", "Dak l-ewwel ftehim, kif diġà ġie spjegajt, kien ftehim ta' natura bilaterali fejn kull pajjiż kellu jagħti sehemu f'għajnuna lill-Greċja.", "Is-sehem ta' Malta kien ta' €74.5 miljun filwaqt l-intergovernmental agreements fuq livell Ewropew kienu ta' €80 biljun.", "Fil-fatt Malta ma ħallsitx l-€74.5 miljun kollha, imma ħallset xi ħaġa fuq il-€50 miljun.", "Issa ngħid għalxiex ma ħallasnihomx kollha u kif wasalna għal dak il-punt.", "Bażikament dan il-ftehim kien jagħti self għal ħames snin.", "Ir-rata ta' interessi kienu għall-ewwel tliet snin kien jara 300 basis points fuq il-Euribor, imbagħad ir-raba' u l-ħames sena kienu 400 basis points fuq il-Euribor.", "Mela fl-ewwel tliet snin 300, fis-sentejn ta' wara 400 u allura hekk ikopru l-ħames snin.", "Imbagħad f'dak il-ftehim, kien hemm ukoll perjodu li jsejħulu grace period, fejn il-pagamenti setgħu jsiru sa tliet snin wara l-għeluq tal-ewwel ftehim.", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Membri li dak il-ftehim bilaterali kien għadda minn dan il-Parlament fil-11 ta' Mejju, 2010, permezz tal-Att Nru. 3 tal-2010.", "Billi r-regolamenti tagħna ma kenux jantiċipaw dan it-tip ta' ftehim, il-parir legali li l-Avukat Ġenerali kien tana kien li għandna bżonn liġi ad hoc.", "U ftit wara li intlaħaq ftehim dwar il-Greċja, konna ressaqna liġi quddiem il-parlament, li ġiet approvata fil-11 ta' Mejju 2010.", "Imbagħad fl-14 ta' Ġunju, 2011 kien intlaħaq qbil dwar emenda għall-ftehim oriġinali.", "Bħal kull liġi oħra, kull meta jkun se jsir xi tibdil fl-Att Prinċipali, ridna nerġgħu niġu quddiem il-Parlament sabiex tiġi diskussa.", "U fuq livell Ewropew l-ewwel emenda kien sar qbil fuqha fl-14 ta' Ġunju, 2011, u Malta rratifikatha fit-18 ta' Ġunju, permezz tal-Att 18 tal-2011.", "Il-bdil li kien hemm kien fuq il-marġini tal-interessi fuq il-Euribor li minn 300 niżel għal 200 fuq l-ewwel tliet snin.", "Imbagħad fuq is-sentejn ta' wara minn 400 niżel għal 300.", "Li kien ġara hu li l-grace period twal minn tliet snin għal erba' snin u nofs u t-termini tal-loan minn ħames snin saru għal 10 snin.", "Fis-27 ta' Frar 2012, fuq livell Ewropew, kien hemm qbil li ssir it-tieni emenda.", "Malta rratifikat dan il-qbil fis-26 ta' Marzu, 2012 permezz tal-Att 3 tal-2012.", "F'din it-tieni emenda, it-termini tal-loan twal minn 7 snin u nofs għal 15-il sena u r-rata tal-imgħax minn 200 tnaqqset għal 150 basis points.", "Li ġara hu li filwaqt li fil-ftehim oriġinali u fl-ewwel emenda kien hemm distinzjoni bejn l-ewwel 3 snin u t-tieni sentejn tal-ftehim, f'dan il-każ tneħħa għal kollox.", "Għaldaqstant il-marġini tal-interessi fuq il-Euribor, issa ġew fuq it-terminu sħiħ tal-loan, indipendentament min-numru tas-snin u minn 200 tniżżel għal 150 basis points.", "Il-grace period twal ukoll minn 4 snin u nofs għal 10 snin.", "Taħt dan il-programm kien hemm aktar aġġustamenti.", "Sadanittant iddaħħal il-mekkaniżmu tal-European Financial Stability Facility (EFSF), li dan jaħdem abbażi ta' garanziji mogħtija mill-membri stati.", "Kien hemm it-tieni bailout tal-Greċja li kien jikkomprendi €130 biljun finanzjament ġdid, flimkien ma' dak li kien baqa' mill-ewwel bailout.", "Għaliex?", "Għaliex meta kien hemm it-tieni bailout tal-Greċja, il-flejjes li kienu maħsuba li ngħataw bħala għajnuna taħt l-ewwel bailout, ma kienux laħqu għaddew kollha, imma laħqu għaddew biss ammont sostanzjali minnhom.", "Li ġara hu li ngħataw €130 biljun ġodda, flimkien ma' li kien baqa' taħt l-ewwel arranġament li kien hemm mal-Greċja.", "U taħt l-EFSF, inqaleb kollox.", "Skont l-ewwel programm, Malta kellha tħallas €74.5 miljun, imma fil-fatt ħallset biss xi ħaġa fuq il-€50 miljun.", "Dan peress li ma lħaqniex għaddejna t-tranches kollha lill-Greċja, għaliex imbagħad skatta t-tieni bailout tal-Greċja.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu Marzu 2012 ....", "THE CHAIRMAN: Qed nifhem sew li sa Marzu 2012, kienu diġà tħallsu €50.6 miljun?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Hekk hu.", "F'din is-slide hawn il-breakdown tal-ammonti li ħallset Malta.", "Skont il-loan agreement, mill-€74.5 miljun li l-pajjiżi membri kellhom iħallsu lill-Greċja, kienu laħqu tħallsu eżattament €52.9 biljun.", "Fil-każ ta' Malta, konna lħaqna kkontribwixxejna €50.6 miljun.", "Fl-aħħar slide hawn l-ammonti u d-dati ta' meta għaddejna dawn il-flus lill-Greċja.", "Id-dati huma Mejju u Settembru 2010 u Jannar, Marzu, Lulju u Diċembru tal-2011.", "Bażikament l-ewwel pagament kien kważi €14.8 miljun, imbagħad kienu pagamenti iżgħar.", "Imma f'Marzu 2011 kellna pagament ieħor kbir li kien kważi €14-il miljun.", "Imbagħad fis-27 ta' Novembru 2012 - u hawnhekk hija l-emenda li trid tiġi kkonsidrata quddiem dan il-kumitat - il-Eurogroup reġa' naqqas il-marġini fuq is-self lill-Greċja minn 100 basis points għall-50 basis points.", "U dan kien japplika mill-15 ta' Diċembru 2012.", "Sadanittant kienu laħqu daħlu pajjiżi oħra f'bailout.", "Kien hemm l-Irlanda, il-Portugal u Spanja li ġiet iktar tard.", "Imma li ġara huwa li pajjiżi li kien f'bailout, ġew eżentati milli jaqilgħu daqqa oħra permezz ta' dan l-arranġament.", "It-terminu tal-loan minn 15-il sena ġiet estiża għal 30 sena u l-grace period baqgħet li kienet ta' għaxar snin.", "THE CHAIRMAN: Forsi mhux qed naraha, imma fil-presentation hemm li emendi tliet darbiet saru.", "Minn 300 basis points spiċċat niżlet għal 150 basis points fit-tielet emenda.", "Kif qed tgħid li fit-tielet emenda, minn 100 niżlet għal 50 basis points?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Minn 150 basis points niżel għal 50 basis points.", "THE CHAIRMAN: Niżel b'100 basis points.", "Niżel b'100 basis points.", "THE CHAIRMAN: It-tielet jew ir-raba' emenda?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fit-tielet emenda kien hemm bailout u emendi oħra.", "Mid-data ta' meta bdejna nagħtu l-loans lill-Greċja sal-15 ta' Frar 2012, billi l-interessi kienu għoljin aktar milli aħna ssellifna bihom - għax ma rridux ninsew li l-issue kollha qegħda li aħna qed nisselfu biex inkunu nistgħu nisilfu lill-Greċja, jiġifieri m'għandniex xi kaxxa x'imkien fejn qed ngħaddu il-flus lill-Greċja - bħala Gvern għamel qligħ ta' €847,706.", "Minn meta tniżżlet għal 50 basis points, imbagħad bdejna nagħmlu t-telf.", "Sal-15 ta' Marzu, 2013 għamilna telf ta' €43,000.", "Sa meta dan l-ftehim jiġi tterminat fl-2041, aħna qegħdin nipproġettaw - u din hija biss stima - qisu telf ta' €369,000 minn sena għal sena, fis-sena.", "Hawnhekk qegħdin nipproġettaw l-issue ta' Euribor, interessi u dawn l-affarijiet.", "Il-marġini biss li huwa fiss, il-bqija mhemm xejn fiss.", "Dan huwa bħala nuqqas ta' interessi mill-Greċja.", "Għaliex?", "Għax aħna s-self tagħna qed nieħduh b'rata ogħla milli se nkunu qegħdin nirċievuh mill-Greċja, jiġifieri dik hija l-issue kollha li għandna quddiemna.", "Dan dejjem sakemm ma jkunx hemm xi tibdil ieħor fl-arranġamenti li hemm mal-Greċja.", "THE CHAIRMAN: Is-self li ħadna bħala pajjiż, ħadnih b'rata fissa fuq il-Euribor ukoll jew kien hemm xi ftehim ieħor?", "X'inhija r-rata li ssellifna biha?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Jista' jwieġbek is-Sur Joe Farrugia, li jaħdem fid-Debt Management Office, id-Dipartiment tat-Teżor.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Malta biex imbagħad insellfu lill-Greċja kellha tirrikorri għas-suq.", "F'dan ir-rigward konna ħriġna liġi u meta għaddiet, ħriġna bond biex ikunu nistgħu nużaw il-flus minnha u nsellfuhom lill-Greċja.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Kien hemm diskussjoni fil-Public Debt Management Advisory Committee (PDMAC) u ddeċidejna x'inhu l-aħjar mod li wieħed jissellef biex aħna we mitigate our risks.", "Id-deċiżjoni li ħadna kienet li għandna nissellfu a floating rate note (FRN).", "Għaliex?", "Għax b'dan il-mod kien jipprovdi a natural hedge għal-loans li konna se nħallsu lill-Greċja.", "Id-deċiżjoni kienet li noħorġu FRN for a five year period għall-institutional investors.", "Meta imbagħad tagħlaq, we refinance that loan.", "Dak iż-żmien kellna a fixed 45 basis point over a six month Euribor.", "Issa l-Griegi kienu qegħdin iħallsuna bi three month Euribor, però kif kienet l-Ordinanza ma ppermettitx li l-Gvern jissellef bi three month Euribor imma tagħtu biss li jħallas l-interessi kull sitt xhur.", "Jiġifieri fl-Ordinanza ma kienx hemm provision li tista' tissellef u tħallas l-imgħaxijiet, kull tliet xhur.", "Allura d-Dipartiment tat-Teżor ħareġ FRNs simili għal tal-Greċja.", "Imma minflok l-interessi kienu jitħallsu kull tliet xhur, bdew jitħallsu kull sitt xhur.", "U b'hekk qisna ħriġna security li kienet qegħda back to back biex we mitigate the risks.", "THE CHAIRMAN: Imma fil-verità, l-effective rate kemm tiġi?", "Inti semmejt 45 basis points tal-Euribor, issa ġaladarba min-naħa tal-Greċja qed iħallsu 50 basis points, kif qed joħroġ dan it-telf?", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Le, għaliex fil-bidu l-Greċja kienu qegħdin jagħtuna bi 300 basis points.", "Kien hemm terminu ta' żmien - mingħalija xi 4 pagamenti - li kien min laħaq ħa bil-100 basis points.", "Imbagħad saret emenda u minn 300 niżlet għal 150 basis points.", "Din imbagħad bdiet tgħodd minn wara dawk l-erba' pagamenti li kienu laħqu saru.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Il-400 kienu jiskattaw fir-raba' sena.", "TONIO FENECH: Minn 3.5% għal 5%, biex nissimplifikaw.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Aħna konna qegħdin nissellfu bil-0.45% over a six month Euribor u l-Greċja tawna l-ewwel erba' pagamenti bi 3%.", "Imbagħad skattat it-tieni emenda.", "Għalhekk hemm dak l-element ta' profitt .....", "THE CHAIRMAN: Jien li ma nistax nifhem huwa kif, bejn wieħed u ieħor, Malta se tkun qed tagħmel telf ta' €370,000 fis-sena.", "Skont kif għidtu intom fil-preżentazzjoni.", "Fil-perjodu ta' meta bdiet il-loan, bejn it-18 ta' Mejju, 2010 sal-15 ta' Diċembru, 2012 kellna profitt globali ta' €847,746.", "Jiġifieri hemmhekk Malta kellha dik iċ-ċifra bħala qligħ.", "Meta aħna morna fuq is-suq, issellifna u ħallasna r-rati tal-imgħax lill-investituri, kien għad baqagħlna profitt ta' €0.847 million in that regard.", "Għaliex?", "Għax aħna f'dak il-perjodu konna qegħdin nirċievu 300 basis points over a three month Euribor u mbagħad irċevejna bil-150 basis points fuq il-Euribor.", "Jiġifieri fl-ewwel perjodu, kellna żewġ rati li bihom Malta rċeviet l-imgħax lura.", "EDWARD SCICLUNA: Jiġifieri fil-bidu, aħna morna għall-dejn ta' 5 snin, hux hekk?", "Issa, li nafu li huwa għal terminu ta' 30 sena, huwa l-każ li mmorru għal bond speċjali ta' 30 sena jew ta' 25 sena, biex ikun b'imgħax iktar baxx?", "Għax issa għandna rollover ....", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Jien naħseb li meta naslu għar-rollover, irridu nikkonsidrawha.", "Li jsir hu, li fil-PDMAC – li huwa bord intern li bażikament jikkomprendi lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, lit-Teżor u lill-Ministeru tal-Finanzi - nħarsu lejn is-suq kif inhu.", "Qabel kellna l-loan agreement tal-Greċja li kien għal 5 snin biss u issa nbidel u twal.", "Jiġifieri minn hemmhekk kien il-punt tat-tluq.", "Illum għandna scenario kompletament differenti.", "Meta imbagħad naslu għar-rollover, naraw kif ikun ix-scenario u jekk hux se jkun hemm xi żviluppi oħra.", "Għaliex wisq nissuspetta li s-sitwazzjoni fil-Greċja għada qed tiżviluppa.", "Irridu nieħdu deċiżjoni ta' x'se jkun jaqbel għalina bħala pajjiż, biex kemm jista' jkun innaqqsu l-ispejjeż tagħna u nimxu skont ir-rata ta' interessi li jkun hemm fis-suq. .", "THE CHAIRMAN: Qed nara li 45 sena jew 40 sena, huwa perjodu twil ħafna ...", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Qegħdin nitkellemu 29 jew 30 sena.", "THE CHAIRMAN: Allura ma tiġix ikkonsidrata - speċjalment għall-fatt li ovvjament qed ngħidu li huwa perjodu twil - li minflok FRN immorru għal ....", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Dak li qegħdin ngħidu, li meta niġu għar-rollover, irridu nħarsu lejn is-sitwazzjoni ta' kif tkun dak iż-żmien.", "Naraw kif inkunu fuq dan il-ftehim, u nippruvaw nimminimizaw kemm nistgħu t-telf li jista' jkollna fuq dan il-ftehim.", "MICHAEL FALZON: Anke fuq kalkolu ta' telf li jista' jkun hemm, it is very flimsy.", "Għax qed tqabbel xi ħaġa li hija short term ma' xi ħaġa li hija long term.", "Jiġifieri jekk intom semmejtu l-figura ta' €346,000 fis-sena, effettivament taf tkun anqas.", "Ejja ma nħarsux lejn in-negattiv, għax taf tkun iktar ukoll.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Dak kif qed narawha llum.", "MICHAEL FALZON: Għax aħna ġiet xi ħaġa li f'daqqa waħda ġiet \"imposta\" fuqna għal żmien twil.", "Għandna 30 sena.", "U aħna qed niffinanzjaw xi ħaġa, li hija very short term.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Ħalli nagħti spjegazzjoni ta' kif wasalna...", "MICHAEL FALZON: Mhux qed ngħid li l-metodu huwa ħażin.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Imma ma rridux ninsew, li fuq Floating Rate ir-rata tkun iffissatta għal kull sitt xhur.", "Il-ħsieb warajha kien li jekk ir-rata ta' three months Euribor se tinżel, normalment ir-rata ta' six months Euribor se tkun simili ħafna.", "Allura meta wasalna għall-costings għedna: ejjew nassumu li se niffinanzjaw b'FRN fejn ir-rati ivarjaw kull sitta jew tliet xhur.", "Mela jekk il-Greċja se jagħtuna 50 basis points, dik hija fissa u mhijiex se tinbidel.", "Jekk dejjem ma jsirx tibdil fit-Third Agreement.", "L-aħħar li morna fis-suq, u l-aħħar FRN li ħriġna ġegħelna nissellfu u nagħtu 110 basis points.", "Peress li aħna qegħdin insellfu bis-six month Euribor u nieħdu lura bit-three month Euribor, għedna aħjar inżidu 30 basis points oħra, li rridu noħorġu aktar sabiex nieħdu l-prudence concept tal-costings.", "Jiġifieri bażikament dak hu l-punt. ...", "TONIO FENECH: Filwaqt li huwa mportanti li nimminimizaw il-cost tat-transazzjoni nnifisha, nixtieq li s-Segretarju Permanenti jkun jista' jagħtina ftit background information fuqha din.", "Li meta kien sar l-assessment tad-debt sustainability tal-Greċja, irriżulta li kien hemm distakk fuq dik li kellha tkun is-sostenibilità.", "Id-domanda kienet min kien se jħallas għal dak id-distakk?", "Allura l-piż ma setgħetx tgħabbih waħedha l-Greċja - sakemm ma konniex se inħalluha tikkollassa - imma kien hemm qbil li jieħduh il-gvernijiet rispettivi li kienu qed jappoġġjaw lill-Greċja.", "Però f'dik id-diskussjoni, jekk niftakar sew, kien hemm commitment mill-ECB li kien se jibda jgħaddi xi elementi ta' profitti lil dawk il-banek ċentrali, li mbagħad kellhom jgħadduhom lill-gvernijiet sussegwenti, biex jiffinanzjaw dan it-telf.", "Dan l-arranġament fil-fatt kien ġie kkristalizzat?", "U għaldaqstant il-preokkupazzjoni tagħna rigward dan it-telf naqasx iktar?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Li nista' ngħid huwa li huma dejjem jorbtu kollox mad-debt sustainability analysis.", "U dejjem iħarsu 'l quddiem, bejn wieħed u ieħor, għall-2020.", "Jiġi mibni fuq mudell makro ekonomiku u għalhekk isiru ħafna assunzjonijiet bħal kemm se tikber l-ekonomija, kemm se jkunu r-rati tal-interessi.", "L-issue hi li mill-proġettazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru ta' kif se tikber l-ekonomija u mir-riżultati li jkunu qegħdin jiġu previsti għall-finanzi pubbliċi, meta jasal tmiem il-programm, il-pajjiż ikollu finanzi pubbliċi li jkunu sostenibbli u li d-dejn ikun fuq livell sostenibbli.", "L-issue hawnhekk kienet il-famuża 120% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż.", "Meta ġew biex jippruvaw jaslu li jċekknu the gap, sar arranġament biex jitnaqqsu l-interessi.", "Għaliex kien hemm qisu ċirku vizzju, fejn pajjiż qed jingħata ċertu għajnuna biex joħroġ mill-problemi finanzjarji u ekonomiċi li kellu, imma fl-istess ħin, ir-rati ta' interessi li ngħataw fl-ewwel self, ma kenux rata ta' interessi baxxi, imma pjuttost kienu kemm kemm għoljin.", "Allura kultant qisha tidher bħala kontradizzjoni.", "Għalhekk ir-rati tal-imgħax fuq is-self tal-Greċja, bdew jitnaqqsu.", "Is-sitwazzjoni hija kumplessa ħafna.", "Apparti hekk, sar arranġament, biex il-qliegħ kollu fuq bonds Griegi li kemm l-ECB kif ukoll il-Banek Ċentrali tal-membri stati kellhom, jingħaddu.", "Kien hemm diversi qliegħ u dak l-arranġament kien sar, u nikkonferma li għadu hemm.", "Hemm xi issues anke ta' natura legali marbuta miegħu.", "Dan għaliex f'diversi pajjiżi qam l-argument li meta ħadu l-pariri legali interni li dan huwa monetary financing - meta l-Bank Ċentrali jgħin lill-Gvern – kien hemm min ħallas u kien hemm min ma ħallasx.", "Pajjiżi bħal Ġermanja u l-Olanda jidhirli li ħallsu imma hemm pajjiżi oħra - fosthom aħna - li għadna ma għaddejnix dan it-tip ta' pagament lill-Greċja.", "Qegħdin factored fil-baġit tagħna, imma bħala pagament lill-Greċja, għadu ma għaddiex.", "EDWARD SCICLUNA: Mr Chairman nixtieq nagħmel xi kummenti, għaliex dawn l-affarijiet nitgħallmu minnhom issa u għal quddiem.", "Wara kollox, dan li qed nagħmlu huwa post mortem ta' stat ta' fatt, jiġifieri t-telf qiegħed hemm u ma nistgħux inġibuh lura.", "L-ewwel punt li rrid nagħmel huwa l-piż għal Malta.", "Ħafna drabi tkun mal-barranin, sew mal-Kummissjoni kif ukoll mal-European Investment Bank (EIB) eċċ u kollha jgħidu dwar il-piż li għandha l-Ġermanja, speċi dak li tgħid il-Ġermanja huwa ta' min jirrispettah.", "Nerġà ngħid, il-piż finanzjarju ta' pajjiżi żgħar fost l-iżgħar – bħalma hi Malta - mhu xejn differenti minn dak tal-Ġermanja.", "ONOR TONIO FENECH: Huwa proporzjonalment ogħla.", "EDWARD SCICLUNA: Hekk hu.", "Jiġifieri kien hemm indikaturi, li għal xi raġuni jew oħra, raw li ġie ogħla.", "Jiġifieri jekk hux €10 miljuni jew €12-il miljun telf, hemmhekk irridu ngħidu li nraħħsu, li nagħmlu discount ukoll il-future loses.", "Jinżlu inqas milli kemm taqbad tagħmel 30 u timmultiplika .… Dak huwa l-ewwel punt.", "It-tieni punt huwa li r-rapporti li qed joħorġu mill-IMF kif ukoll minn bnadi oħra qed jgħidu, li waħda mill-kawżiet tal-problema tal-Greċja kien minħabba d-dewmien biex tittieħed azzjoni u li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber, u kibret sakemm ma baqgħetx manageable.", "Issa veru kienet problema politika, u kemm l-IMF kif ukoll it-Troika riedu li jkun hemm għaqda politika qabel ma jagħtuhom loan.", "Imma qisu ħadd ma ried ikun responsabbli u jaqbel ma' dik il-programm, xi ħaga li ħadd ma seta jagħmilha.", "Però dan id-dewmien u anke issa bit-template l-ġdid tar-resolution anke fis-settur tal-bank, il-private sector telaq mill-Greċja, u min laħaq ħareġ bil-kapital, issa ma tistax taqbdu.", "Jiġifieri l-piż qed jispiċċa jġorru t-taxpayer Grieg, kif ukoll aħna li qegħdin nikkontribwixxu għal dik l-għajnuna.", "Jiġifieri d-dewmien ma għen lil ħadd.", "F'Ċipru ġara l-istess.", "Il-problema kibret, għax id-dewmien kiber u allura l-pjaga tikber ma' kull ġurnata.", "It-tielet punt ġara kemm fil-każ tal-Greċja u nistgħu ngħidu wkoll anke fil-każ ta' Ċipru.", "Il-projections - kif qal is-Segretarju Permanenti- kienu dejjem too optimistic.", "Ħadd qatt ma kien qed jobsor il-waqa' tal-GDP għal 3% jew 5%, għal 15% u iżjed.", "U l-istess għall-Ċipru, fejn il-projections waqgħu.", "Dawn huma żbalji.", "Irridu nammetuhom, aħna jew il-Kummissjoni.", "Forsi lanqas il-Kummissjoni ma tammettihom għax mhux kulħadd jammetti.", "Min jarahom oġġettivament, huma tliet punti li titgħallem minnhom speċjalment għal quddiem.", "THE CHAIRMAN: Mistoqsija biex nara jekk fhimtx sew.", "Fl-presentation hemm li bħala totali sa Marzu 2012 inkunu ħallasna €50.6-il miljun.", "Jiġifieri bħala totali xorta rridu nħallsu €74.5-il miljun, jew le?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Għaliex dak li kien hemm inqaleb fuq l-EFSF u issa fuq l-ESM.", "Aħna m'aħniex se noħorġu iktar loans bilaterali.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Bħala loan ġiet magħluqa.", "U l-kumplament ġie maqlub fuq l-EFSF.", "Jiġifieri li ħallasna, ħallasna.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri t-telf huwa fattur fid-differenza bejn li ħallasna u l-mekkaniżmu l-ġdid?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Le, le fuq li ħallasna.", "Jiġifieri aħna m'aħniex se nagħtu iktar flus kontanti lill-Greċja, mhux se nibgħatulhom aktar flus.", "EDWARD SCICLUNA: Però rrid inżid xi ħaġa li mhux qegħda fuq il-mejda u mhux liġi li trid tgħaddi mill-Parlament.", "Mod ieħor li aħna għinna lill-Greċja kien billi kellna bonds Griegi u ħfirna l-imgħax li s-Central Bank kien qed jistenna mingħandhom.", "Jekk tgħodd x'tajna lill-Greċja kien hemm ukoll il-faċilità ta' transfer of income, Agreement on Net Financial Assets (ANFA).", "Il-Bank Ċentrali kellu Greek Bonds li żammhom, u m'għamilx bħal banek oħrajn u kkommettejna ruħna li naħfru l-imgħax li stennejna fuqhom.", "Jiġifieri dik hija għajnuna li tajna lill-Greċja wkoll.", "THE CHAIRMAN: X'parti mid-dejn jagħmel, il-€50.6 miljun?", "Id-dejn tagħna jikkomprendi kollox.", "ONOR TONIO FENECH: Plus li trid iżżid il-garanziji li ngħataw u li ġew użati fuq it-tieni programm tal-Greċja, l-Irlanda u l-Portugal.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: L-aħħar li ċċekjajt kienet fuq it-3%.", "ONOR TONIO FENECH: Jiġifieri kieku tneħħi dak, qegħdin xi 69%.", "THE CHAIRMAN: Meta semmejna l-kwestjoni tal-GDP u l-kwestjoni tad-dejn.…", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Dak inneħħuh.", "TONIO FENECH: Mhux inneħħuh.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri l-120 li rridu nnaqsu, jiġi kkalkolat ukoll?", "TONIO FENECH: Le, mhux ikkalkolat.", "Jekk tara Malta fl-aħħar pubblikazzjoni tal-Eurostat qegħda 2.8%.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn skattaw xi garanziji oħrajn u tlajna 3%.", "(Interuzzjonijiet)", "Meta kellna l-issue u d-diskussjonijiet, ovvjament kien fl-interess tagħna li nagħmlu update taċ-ċifra sal-aħħar mument.", "Aħna nagħmlu update tagħha b'mod regolari.", "TONIO FENECH: Ta' min jinnota fuq din iċ-ċifra, li filwaqt li meta l-Kummissjoni tagħmel is-sustainability analysis ta' Malta ma tinkludihiex, għal dak li huwa l-livell illi suppost inkunu, imma sfortunatament r-rating agencies iħalluha hemm.", "Jiġifieri xorta huwa piż fuq il-pajjiż, irrespettivament.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Biex qbilna għal dan l-agreement, aħna għamilna kondizzjoni dwar it-trattament speċjali tad-dejn.", "Aħna ilna nagħmlu sottomissjonijiet dwar kif bħala l-iżgħar pajjiż proporzjonalment - mhux in absolute terms - l-iktar li qegħdin nintlaqtu, bħala żieda perċentwali.", "THE CHAIRMAN: L-iktar exposed, fil-fatt kif qiegħed jidher minn din iċ-chart.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Lura f'Novembru 2012, aħna żammejna dan l-agreement u għamilna kondizzjoni biex ningħataw trattament speċjali għal dan it-tip ta' dejn.", "Fil-fatt kien ġiet aċċettata, u kien hemm diskussjonijiet oħrajn tekniċi dwar kif se tiġi mplimentata.", "Għaliex filwaqt li kien hemm pajjiżi li qablu u qalu li mhijiex problema, imma meta ġibniha żewġ, kulħadd riedha għalih wkoll.", "Din tistenniha, li meta jkun hemm xi ħaġa pożittiva, kulħadd ikun irid ibil subajgħ fiha wkoll.", "TONIO FENECH: Dik konna domna ħafna fuqha sakemm aċċettajniha, imbagħad meta tawna r-written submission ....", "Però Sur Camilleri, wara li għamilt dak il-kumment off the cuff, issa trid tirrispondi formalment lil dan il-kumitat.", "X'inhi l-analiżi tat-Troika fuq id-debt sustainability tal-Greċja?", "Għaliex fuq din l-analiżi rridu nibbażaw id-deċizjoni tagħna jekk nirratifikawx dan il-kambjament jew le.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Qabel isiru l-pagamenti u t-tranches mill-Greċja, dejjem ikun hemm rapport mit-Troika u s'issa dejjem kien pożittiv.", "Jiġifieri aħna niddependu mir-rapporti tat-Troika.", "L-analiżi u d-diskussjoni li aċċennajt għaliha iktar kmieni, hija qisu evalwazzjoni ta' kif saru l-affarijiet.", "Għalkemm l-IMF waslet għal ċerti konklużjonijiet, imma l-Kummissjoni għandha perspettivi kemm kemm differenti u bdiet dibattitu pubbliku dwar ir-rapport tal-IMF.", "Biss s'issa m'hemm l-ebda rapport mit-Troika li abbażi tiegħu nżamm xi tranche lill-Greċja.", "It-tranches issa għaddew u jekk ikun hemm xi rapport, allura huwa fid-dover tagħna li niġbed l-attenzjoni tagħkom Sinjuri ta' dan il-kumitat.", "THE CHAIRMAN: Meta tgħid \"kienu pożittivi\" fis-sens \"tkabbir fil-Greċja\"?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Fis-sens li fil-komplessità tal-programm dak li l-Greċja qegħda tgħid li għandha twettaq bħala riformi u bħala miżuri, qed iħalli l-frott tiegħu.", "Dak li qed jgħid.", "Abbażi ta' dak ir-rapport, normalment tittieħed deċiżjoni mill-Eurogroup imbagħad mill-Kunsill tal-Ministri, li t-tranche li jmiss jgħaddi.", "Jiġifieri l-mument li jkun hemm rapport negattiv, bħala pajjiż, il-Ministru tal-Finanzi jagħmel il-pożizzjoni tagħna ċara.", "Imma s'issa ma kienx hemm dan it-tip ta' rapport.", "EDWARD SCICLUNA: Għaliex hemm benchmark u data li huma fissi u ma tistax tiċċaqlaq minnhom.", "Jekk pajjiż ma jilħaqhomx, allura tista' tgħid li huwa fin-negattiv.", "Imma jekk s'issa, pajjiż miexi u s-sitwazzjoni sejra għall-aħjar, anke akkost li l-120 titwal b'sentejn, kif ser issejħilha?", "Skont, għax hemm il-kondizzjonijiet.", "Imma mil-lat pożittiv, s'issa s-sitwazzjoni sejra għall-aħjar.", "Imma dan ma jfissirx li t-targets se jintlaħqu fid-dati, bil-figuri u l-persentaġġi li t-Troika għoġobha tagħmel u li ġew stabbiliti mill-bidu nett.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Kulħadd jaf li l-Greċja kellha diversi bondholders li kellhom telf sostanzjali.", "Id-dibattitu li għadu għaddej huwa dwar jekk dak it-telf kellux jittieħed iktar kmieni jew le.", "Imma dik mhux xi ħaġa li tolqot lilna hawnhekk madwar din il-mejda.", "Qegħdin insegwu din id-diskussjoni mill-qrib u ta' kuljum u skont iċ-ċirkostanzi, imbagħad anke bħala Gvern għandna nipproponu pożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Mil-lat prattiku, bħala flus – in absolute terms - li aħna tajna lill-Greċja, wara kemm snin hemm il-possibiltà li neħduhom?", "Imbagħad għandek il-grace period.", "2041 jidhirli kemm kemm iktar minn għaxar snin oħra .…", "THE CHAIRMAN: U għandek 10 grace period.", "IS-SUR JOE FARRUGIA: Imma l-ewwel pagament se jidħol fl-2020.", "TONIO FENECH: Kemm hemm pajjiżi li rratifikaw dan li aħna se nirratifikaw f'dawn il-ġranet li ġejjin?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Naħseb li kważi kollha.", "Aħna kellna ngħadduh sal-aħħar ta' Mejju.", "Aħna wieħed mill-aħħar pajjizi minħabba ċirkostanzi ....", "THE CHAIRMAN: Aħna l-iktar exposed ukoll.", "Jiġifieri jonqoshom iktar ...?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Qegħdin ngħidu 3%, mhux tal-Greċja biss.", "L-intergovernmental lending jinkludi l-EFSF u jinkludu wkoll il-garanziji.", "Għandek parti minnhom ġejjin mill-Irlanda u parti minnhom ġejjin mill-Portugal ukoll.", "TONIO FENECH: U parti minn Ċipru.", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Le, Ċipru le għaliex Ċipru ESM.", "Ma rridux ninsew li l-EFSF mhuwiex se jintuża aktar għal dawn it-tip ta' bailouts.", "Allura teknikament dak huwa vantaġġ.", "Aħna għandna shareholding fl-ESM, imma dak hu mekkaniżmu totalment differenti.", "MICHAEL FALZON: L-exposure jista' jiżdied taħt ir-regime l-ieħor?", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: L-ESM huwa totalment differenti ....", "TONIO FENECH: L-ESM qisu bank allura ma jidħolx id-dejn fuqu,", "IS-SUR ALFRED CAMILLERI: Kieku shareholding iva, imma mhux bħalma huwa l-mekkaniżmu tal-EFSF, li kull meta xi ħadd isarraflek garanzija għaddejtu fuqha.", "Aħna kultant żmien nirċievu li se jagħlqu l-garanziji u dejjem nagħmlu update.", "THE CHAIRMAN: Min-naħa tal-kumitat nirringrazzjak tal-prezentazzjoni li naħseb kienet tajba u utli għal dan il-kumitat u narawk għall-prezentazzjoni oħra.", "Grazzi ħafna.", "Fit3.37 pm ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130610_003d_fin1.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU 3", "ItTnejn, 10 ta' Ġunju 2013", "IlKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis2.37 p.m.", "Silvio Schembri, President talKumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: IlMinistru għallFinanzi lOnor.", "Edward Scicluna, lOnor.", "Kienu preżenti wkoll is-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti, is-Joseph Farrugia, Assistent Direttur, is-Sur Ivan-Carl Saliba, Direttur, u s-Sur James Mansueto, Finance Manager, fil-Ministeru għall-Finanzi.", "IlPresident talKumitat qal ittalba.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 2 li saret fit28 ta' Mejju 2013 kienu kkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI TA' KARTI", "IlPresident talKumitat ippreżenta u qiegħed firrecords talKumitat iddokument li ġej:", "Dokument 2 Ittra datata 24 ta' Mejju 2013 lill-Ispeaker Anġlu Farrugia mingħand lIspeaker Ċiprijott, is-Sur Yiannakis L. Omirou, dwar ir-rapporti ta' Deloitte u ta' Moneyval dwar is-sitwazzjoni f'Ċipru.", "ABBOZZ NRU 7 - ATT BIEX JEMENDA LATT DWAR SELF TALGVERN U LGĦOTI TA' SELF LIRREPUBBLIKA ELLENIKA LI LGĦAN TIEGĦU HUWA LI JINKORPORA TTIELET EMENDI GĦALLFTEHIM DWAR FAĊILITÀ TA' SELF MILĦUQ FI BRUSSELL FID19 TA' DIĊEMBRU 2012", "Dan l-Abbozz ġie riferut lillKumitat fillaqgħa talKumitat dwar ixXogħol talKamra tas27 ta' Mejju 2013 għallkonsiderazzjoni qabel ma jitressaq għattieni qari filKamra.", "Fillaqgħa saret preżentazzjoni misSegretarju Permanenti filMinisteru għallFinanzi dwar levoluzzjoni tasself lillGreċja u limplikazzjonijiet għal Malta tattielet emenda għallGreek Loan Facility Agreement.", "Wara lpreżentazzjoni lMembri għamlu lmistoqsijiet tagħhom lisSegretarju Permanenti.", "Fit3.37 pm ilKumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TALKUMITAT", "PRESIDENT TALKUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20130610_003m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 6 ta' Novembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 6 ta' Novembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 9 li saret fit-23 ta' Ottubru, 2013 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR PROPOSTI LEĠISLATTIVI TAL-UNJONI EWROPEA FIR-RIGWARD TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (KUMM(2013)627).", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (KUMM(2013)615) ; u", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi (KUMM(2013)620).", "THE CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne): Ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum dwar numru ta' proposti leġislattivi li waslu għandna mill-istituzzjonijiet Ewropej rigward jekk jissodisfawx jew le l-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "L-ewwel regolament li se niddiskutu huwa intitolat \"Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-Suq Uniku Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (KUMM(2013)627)\".", "Bil-permess tal-Kumitat xtaqt nistieden numru ta' persuni tekniċi sabiex jispjegawlna l-pożizzjoni tal-Ministeri differenti u jispjegawlna wkoll fuq xiex jitratta dan ir-regolament.", "U għalhekk nistieden lis-Sinj.", "Maria Buttigieg Scicluna, Direttur għall-Affarijiet Ewropej, u s-Sinj.", "Gail Demanuele t-tnejn mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar kif ukoll is-Sinj.", "Celia Falzon, Chief Officer External Relations, u s-Sur Ivan Bugeja, Manager External Relations, it-tnejn mal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Nirringrazzjakom talli lqajtu din l-istedina u nitlobkom sabiex tibdew tagħtuna spjegazzjoni - qabel ma nitkellmu fuq jekk għandniex nagħmlu opinjoni motivata jew le – fuq dan ir-regolament tal-Parlament Ewropew u kif dan se jaffettwa l-interessi tagħna.", "MARIA BUTTIGIEG SCICLUNA (Direttur għall-Affarijiet Ewropej, Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar): Sur President, jekk tippermettili xtaqt nibda billi nagħti a brief introduction dwar din il-proposta li ġiet launched u addottata mill-Kummissjoni f'Settembru li għadda.", "Din il-proposta qiegħda tmiss ma' ħafna iktar direttivi u fil-fatt dan huwa pakkett sħiħ li qiegħed imiss ħafna direttivi f'daqqa.", "Min-naħa tagħha l-Kummissjoni qiegħda tippressa fuq l-Istati Membri għall-addozzjoni ta' dan il-pakkett.", "F'diversi laqgħat dejjem qed jissemma dan il-pakkett u l-Kummissjoni tixtieq li sa April li ġej, qabel ixolji l-Parlament Ewropew, tkun għaddiet l-ewwel draft tiegħu.", "THE CHAIRPERSON: Tista' jekk jogħġbok tispjegalna ftit fuq xiex jitratta dan il-pakkett?", "MARIA BUTTIGIEG SCICLUNA: Dik il-parti se nħalliha f'idejn is-Sinj.", "Min-naħa tiegħi se nagħti the political background, fejn min-naħa tal-Kummissjoni qiegħda tippressa sabiex dan il-pakkett jiġi addottat mill-aktar fis possibbli.", "Mill-Istati Membri l-oħra li rajna s'issa nista' ngħid li hemm ftit tal-oġġezzjonijiet, l-aktar fuq din l-għaġġla partikolari.", "Issa se nħalli f'idejn is-Sinj.", "Celia Falzon sabiex tagħtina aktar dettalji dwar din il-proposta.", "CELIA FALZON (Chief Officer External Relations tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni): Nirringrazzjakom tal-istedina.", "Kif qalet is-Sinj.", "Maria Buttigieg Scicluna, dan huwa regolament li qed jakkompanja jew jikkumplimenta d-direttivi Ewropej eżistenti li għandna llum fis-suq tat-telekomunikazzjoni.", "Illum, hemm ħames direttivi li huma transposed fil-liġi Maltija flimkien ma' għadd ta' deċiżjonijiet u regolamenti oħra.", "Dan ir-regolament se jikkumplimenta dawk id-direttivi filwaqt li se jemendahom.", "In a nutshell, dan għandu tliet elementi partikolari.", "Qiegħed jipproponi li jkun hawn mekkaniżmu ta' awtorizzazzjoni unika fl-Ewropa.", "Mela jekk operatur jixtieq ikun preżenti f'numru ta' stati Ewropej, dan irid jagħti notifika darba fil-pajjiż fejn, skont dan ir-regolament, ikun qed jagħmel d-deċiżjonijiet tal-investimenti tiegħu u b'hekk ikun jista' jopera fl-Istati Membri l-oħra.", "Illum il-ġurnata d-differenza hi li operatur, bħal pereżempju l-Vodafone, irid jinnotifika f'kull pajjiż li se jopera fih u allura aħna rċevejna notifika mingħand il-Vodafone sabiex ikun jista' jopera hawn Malta.", "Hemm numru ta' regoli li jistabbilixxu kif se jaħdem dan il-mekkaniżmu.", "Imbagħad hemm sezzjoni sħiħa ta' dan ir-regolament li tittratta dak li l-Kummissjoni qiegħda ssejħilhom l-essential inputs.", "Dawn jinqasmu f'żewġ partijiet, b'parti minnhom hija dwar ir-radio spectrum.", "Kif nafu, biex jopera s-suq tat-telekomunikazzjoni, partikolarment is-settur tal-mobiles imma anke s-settur tal-fixed telephony, jużaw ir-radio spectrum.", "Ir-radio specturm huwa asset nazzjonali u huwa xi ħaġa fundamentali biex ikun jista' jopera dan is-settur.", "Għalhekk, il-Kummissjoni qiegħda ssejjaħlu an essential input u qiegħda tistabbilixxi numru ta' regoli dwar dan l-ispectrum.", "Il-Kummissjoni qiegħda tistabilixxi wkoll regoli fuq prodotti li operatur li għandu network f'pajjiż irid joffri lill-operaturi l-oħra biex ikunu jistgħu jaċċessaw in-network tiegħu.", "Bħala regolatur hawn Malta, jekk insibu li operatur għandu dak li ngħidulu significant market power f'suq partikolari, aħna nimponu fuqu l-obbligu li jagħti aċċess għan-network tiegħu.", "Illum il-ġurnata l-kumpanija GO għandha dan l-obbligu.", "Issa hawnhekk il-Kummissjoni qiegħda tiddefinixxi prodott li aħna, bħala regolatur, inkunu rridu nimponuh fuq l-operatur li jinsab li għandu dan is-significant market power.", "Jiġifieri, il-Kummissjoni ħolqot prodott ieħor ġdid li s'issa għadna qegħdin nipprovaw nifhmu eżattament x'inhu.", "Dan huwa a connectivity product fejn l-operatur jew il-business li jixtieq li jkollu aċċess għal network end to end connection, jiġifieri rrid nasal minn hawn Malta għall-Fillandja u rrid konnessjoni clean, biex ikun jista' jkollu aċċess għal dan il-prodott.", "Inkun onesta, kemm aħna hawn Malta u kemm regolaturi oħra għadna qegħdin nipprovaw nifhmu eżattament x'inhu dan il-prodott!", "Hemm ukoll sett ta' regolamenti oħra li jitrattaw l-end users.", "L-end users jinkludu l-utenti, is-subscribers u jestendu wkoll għal dawk li jużaw is-servizzi.", "Issa hemm numru ta' drittijiet li skont dan ir-regolament se jkunu d-drittijiet massimi tal-konsumaturi fl-Ewropa vis-à-vis is-suq tat-telefonija.", "Apparti dawn hemm provvedimenti oħra dwar in-net neutrality.", "Ma nafx jekk intomx familjari mad-dibattitu li jinsab għaddej fuq id-dritt li l-konsumatur għandu fil-pajjiżi li l-connections li jkollu għall-internet ikunu open.", "Illum hemm operaturi li ġieli jintervjenu jekk ikun hemm servizz li jkun qiegħed jikkompeti magħhom u l-iżjed wieħed ovvju huwa l-iSkype, fejn dawn l-operaturi jimblokkawh.", "Mela aħna xtrajna l-access to the internet imma l-iSkype ma nistgħux naċċessjawh.", "Hawn Malta, għall-grazzja tal-Bambin, ma kellniex din il-problema imma kien hemm istanzi fejn kellhom din il-problema partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Din għandha x'taqsam mar-rights tal-football?", "Din hija aktar kwestjoni ta' prinċipju għall-operaturi li jimmaniġġjaw l-internet u hija xi ħaġa li teknikament iridu jagħmluha biex jaraw li jkun hemm il-quality of service.", "Dik hi l-kwestjoni tan-net neutrality.", "Imbagħad hemm sezzjoni oħra fuq ir-roaming li qajmet furur kbir anke hawn Malta.", "L-intervent li sar fuq livell Ewropew dwar ir-roaming kien pożittiv għax it-tariffi tbaxxew.", "Is-sena l-oħra daħal fis-seħħ regolament ieħor fuq ir-roaming li jimponi fuq l-operaturi li joffru l-opportunità lil operatur ieħor, ġej minn fejn ġej, sabiex ikun jista' jaċċessa n-network tagħhom biex joffri servizzi ta' roaming.", "B'hekk, jekk jien subscriber tal-GO hawn Malta, inkun nista' nixtri r-roaming mingħand il-kumpanija Orange, li mhijiex preżenti f'Malta, u nkun nista' nżomm in-numru tat-telefon tiegħi.", "Mela, ikolli s-servizzi tat-telefonija domestika mingħand il-GO mentri jkolli s-servizzi tar-roaming mingħand l-Orange.", "All well and good, l-intenzjoni kienet li jkollna l-kompetizzjoni f'dan is-suq u l-operaturi lokali din qegħdin jinvestu fuqha biex ikunu jistgħu joffru dan l-obbligu.", "Dan l-obbligu qiegħed fuqhom u jridu jaħdmu fuqu.", "Issa l-Kummissjoni qiegħda tgħid li jekk l-operaturi jifthiemu bejniethom biex ineħħu r-roaming, il-prezz domestiku jiġi japplika meta nsiefru barra u allura dan l-obbligu li għandhom fuqhom ma jibqax japplika!", "Il-problema hi li dan ir-regolament mhuwiex fis-seħħ u fadallu biex jidħol fis-seħħ.", "Madankollu l-investiment qed isir bħalissa u hemm ċans li dak l-investiment ma jintuża qatt!", "Għalhekk din qiegħda tikkrea ċertu tħassib, aktar u aktar hawn Malta, għax il-Kummissjoni qiegħda tgħid li hemm interim phase fejn operatur jiddeċiedi li joffri r-roaming at a zero additional tariff, jiġifieri bir-rata domestika, jekk kemm-il darba jkun fi grupp ta' operaturi oħrajn li joffru din il-faċilità lil 70% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament pajjiżna fih daqs tikka u jekk l-operaturi se jibdew jifthiemu bejniethom, żgur li l-aħħar operaturi li se jiġu jħabbtulhom il-bieb tagħhom biex jidħlu f'dan il-club, se jkunu l-operaturi tagħna u hemmhekk allura għandek ċans li l-operaturi żgħar tagħna, jiġifieri qed nitkellmu fuq il-GO u fuq il-Melita - għax il-Vodafone huma grupp għalkemm xorta waħda esprimew it-tħassib tagħhom fuq din il-proposta - jafu jispiċċaw barra.", "Mela dawn ma jkunux jistgħu joffru dawn it-tariffi filwaqt li ħaddieħor ikun jista' joffrihom.", "U allura hemmhekk għandek nuqqas ta' level playing field.", "In a nutshell, naħseb li dawk huma l-proposti li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni.", "Forsi ta' min iżid erba' kelmiet fuq ir-raġuni għalfejn qiegħda tagħmilhom.", "Il-Kummissjoni qiegħda targumenta li l-ewwel nett, is-suq tat-telekomunikazzjoni fl-Ewropa qed jaqa' lura u m'għadux kompetittiv daqskemm huwa s-suq tat-telekomunikazzjoni fl-Amerika u fl-Asja.", "Allura qisha qiegħda tagħmel l-argument li dawn il-problemi ġejjin mill-fatt li r-regolaturi japplikaw id-direttivi eżisenti b'mod differenti f'kull pajjiż.", "Allura, biex tistabbilixxi l-armonizzazzjoni, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi regolamentazzjoni aktar milli emendi għad-direttivi.", "Dan għalina huwa ta' concern għax regulation hija aktar xi ħaġa ta' one size fits all.", "Fis-settur tat-telekomunikazzjoni hawn Malta għandna ftit ta' problema minħabba ċ-ċokon tagħna, madankollu aħna wieħed mill-istati membri li mmorru l-aħjar fl-Ewropa.", "Fil-fatt għandna tliet networks li jikkompetu ma' xulxin u l-prezzijiet tagħna huma kompetittivi meta tħares lejn dak li hemm fl-Ewropa.", "Veru li mhumiex l-irħas imma lanqas huma l-għola u dawn qegħdin niżlin.", "Bħala coverage, aħna għandna l-aħjar fl-Ewropa għax għandna 100 mbs ma' Malta kollha u l-ebda pajjiż ieħor, safejn naf jien u sal-aħħar statistika li kellna, m'għandhom dan il-coverage.", "Ovvjament, peress li aħna żgħar immorru tajjeb minn dak l-aspett.", "Imma mbagħad ma rridux li jkun hawn regolament li jistabbilixxi regoli li lilna ma jħalluniex inkomplu nkunu daqshekk kompetittivi f'dan is-suq.", "Ma nafx tridux li nidħlu fil-concerns li għandna mill-aspett ta' sussidjarjetà?", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li jkun tajjeb li jkollna preżentazzjoni ħafifa dwar kif qed tarawha intom mill-aspett ta' sussidjarjetà, għax il-focus tagħna huwa fuq is-sussidjarjetà u forsi tagħtuna daqxejn ta' distinzjoni bejn l-angolu tal-users minn dak tal-operaturi.", "Naħseb li l-concern tagħna fuq livell parlamentari għandu jkun jekk jintlaqtux b'mod ħażin il-users aktar milli jekk jintlaqtux ħażin l-operaturi, għax l-operaturi jagħmlu l-konsiderazzjonijiet kummerċjali tagħhom.", "Naħseb li taqbel miegħi li jekk hemm widespread interest fost users Maltin li jsiefru hi li naqtgħu mir-roaming.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jekk hemm sistema fil-pipeline biex ir-roaming jispiċċa, naħseb li dan ikun aħjar għall-users u allura forsi wieħed irid jaraha minn dak l-angolu.", "Kif qed tarawha mil-lat ta' sussidjarjetà u għandkom xi feedback minn regolaturi Ewropej dwar kif qed iħarsu huma lejn dan is-suġġett?", "CELIA FALZON: L-ewwel nett, naqbel miegħek u għandek raġun mija fil-mija dwar kif l-interess tagħna għandu jkun fuq il-konsumatur.", "Imma meta jkollok healthy operators u jkollok il-kompetizzjoni, għax dik hija l-aktar ħaġa importanti, normalment se jkun il-konsumatur li jgawdi.", "Fir-rigward tal-concerns li għandna min-naħa tas-sussidjarjetà, partikolarment fejn jidħlu l-konsumaturi, dan ir-regolament qed jistabbilixxi d-drittijiet massimmi li għandu konsumatur Ewropew fis-suq tat-telefonija.", "Mela, fis-suq tat-telephones għandek il-General Consumer Law li tibqa' tapplika u mbagħad għandna sector specific provisions li qegħdin fil-liġi tat-telefonija hawn Malta u tal-Ewropa kollha.", "Il-Kummissjoni se tabollixxi dawk il-proviżjonijiet u se tgħid li dan huwa l-livell massimu tad-drittijiet li għandu l-konsumatur fl-Ewropa vis-à-vis it-telecoms.", "L-inkwiet tagħna hu li dan se tistabbilixxih b'regolament u allura se japplika kif inhu f'Malta.", "Aħna nafu li s-suq tat-telecoms huwa wieħed dinamiku u hawn Malta jkollna każiijiet fejn mil-lum għal għada l-operaturi jivvintaw prattiċi li ma jkunux daqshekk idonei għall-konsumaturi u għalhekk aħna jkollna nintervjenu, kif ukoll il-Parlament Malti, billi jkollna provvedimenti speċifiċi li għamilnihom biex nindirizzaw kwestjonijiet li jinqalgħu hawn Malta.", "B'dan ir-regolament aħna qed naħsbu li din mhux se nkunu nistgħu nagħmluha.", "Pereżempju, fl-2011 hawn Malta addottajna r-regolamenti dwar l-email mobility.", "Mela, jekk jien kont subscriber mal-GO u tlaqt minn magħhom biex immur mal-Melita jew mal-Vodafone, inkun nista' inżomm l-email address tiegħi u kelli perjodu ta' sena.", "Dawk ir-regolamenti aħna ilhom in vigore mill-2011għax kien ikollna complaints mingħand il-konsumaturi u għalhekk indirizzajna din l-issue.", "Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li ddaħħalhom fis-seħħ fl-2014!", "Dik hi l-aktar data viċina possibbli.", "Jiġifieri aħna konna iżjed avvanzati fil-protezzjoni tal-konsumaturi fuq din il-kwestjoni.", "Każ ieħor huwa li hawn Malta s-subscribers fil-mobile telephony huma mdorrijin u jippretendu bil-kbir li jkollhom aċċess għat-telefonija minn ġod-djar tagħhom.", "Mhuwiex obbligu li s-signals bilfors iridu jippenetraw fid-djar u, fil-każ ta' Malta dan huwa aktar obbligu oneruż fuq l-operaturi peress li d-djar ta' Malta huma b'ħitan tal-ġebel ħoxnin u allura s-signal mhux dejjem jippenetra b'mod tajjeb.", "L-operaturi hawn Malta, riedu jew ma riedux, minħabba l-kompetizzjoni, jekk subscriber ma jkollux aċċess mid-dar, kellhom volontarjament iħalluh joħroġ mill-kuntratt.", "Hawn Malta għandna kundizzjonijiet – kif hemm f'kull pajjiż ieħor imma jkunu differenti minn pajjiżi għal ieħor - li huma speċifiċi vis-à-vis il-konsumatur.", "Għalhekk aħna ma nistgħux nifhmu s-sinifikat ta' dan ir-regolament għax jekk id-direttivi implimentati f'kull pajjiż mhumiex suffiċjenti, nistgħu nżiedu magħhom jew inkella nagħmluhom aktar speċifiċi, imma li taddotta regolament aħna naħsbu li huwa riskjuż.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Sur Curmi tista' tagħtina r-reazzjoni tiegħek?", "L-argumenti tas-Sinj.", "Falzon kienu validi ħafna imma naħseb li l-punt li kien qed jagħmel l-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kienu spjegati tajjeb ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Jien mhux ċert jekk japplikawx għall-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Sur Curmi, forsi tista' tgħidilna xi ħaġa f'dan ir-rigward peress li inti din studjajtha min-naħa tiegħek.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Fil-fatt konna qegħdin nitkellmu fuqha aktar qabel.", "Irrid ngħid li l-concerns tal-Onor.", "Zammit Dimech kienu validi fuq ir-roaming imma s-Sinjura Falzon indirizzathom b'mod tajjeb ukoll.", "Min-naħa tas-sussidjarjetà, kif għedna aktar qabel, jekk se nattakkaw dak il-punt, hemm il-kwestjoni li diġà hemm l-istrumenti leġislattivi eżistenti.", "L-ewwel argument huwa li se jikkreaw strument leġislattiv żejjed u għalhekk mhemmx għalfejn li jkun hemm azzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "It-tieni nett, kif kienet qiegħda tgħid hi stess, diġà kien hemm passi meħudin mill-Unjoni Ewropea u allura mhemmx għalfejn noħolqu regolamentazzjoni għax b'direttiva konna naslu għall-istess riżultat.", "CELIA FALZON: Aħna hekk jidhrilna.", "Illum hemm ħames direttivi u jekk hemm bżonn, dawn id-direttivi jistgħu jiġu emendati.", "Ta' min jgħid li l-Kummissjoni ħadmet fuq dan il-pakkett minn Marzu sa Settembru li għadda.", "Bħalma jsir is-soltu meta jiġi emendat il-framework tat-Telecoms, din id-darba ma kienx hemm konsultazzjoni pubblika u open u dan il-pakkett kellna biss a leaked version tiegħu.", "Fil-fatt, ħarġu madwar erba' leaked versions fil-ġimgħat ta' qabel ma ġie addottat f'Settembru.", "L-ewwel staqsejtni fuq ir-regolaturi u nsejt inwieġbek.", "Bħala Malta Communications Authority (MCA) aħna nifformaw parti minn istituzzjoni li jisimha Body of European Regulators for Electronic Communications jew inkella l-BEREC.", "Din l-istituzzjoni ħarġet bi ħġarha kontra dan il-pakkett, jiġifieri r-regolaturi kollha qablu li l-Kummissjoni, l-ewwel nett, ma identifikatx problemi reali u allura qabblet miżuri ma' problema li it did not prove.", "Mela, fil-verità bil-mod ta' kif qiegħda tagħmel il-Kummissjoni qiegħda tqis li tindirizza problemi li m'aħniex ċerti li jeżistu.", "Lanqas mhuwa ċar li dawn il-miżuri li qed tipproponi se jkollhom riżultat fuq livell Ewropew kif qiegħda tgħid il-Kummissjoni.", "Hemm riskju ta' burokrazija addizzjonali imma mhuwiex ċar jekk il-benefiċċju, li l-Kumissjoni qiegħda tgħid li se jkun hemm għax issa l-operaturi se jkunu jistgħu jaħdmu iżjed faċilment fil-pajjiżi kollha, huwiex se jimmaterjalizza.", "Fl-opinjoni tagħna l-value added ta' din il-proposta mhux qiegħed joħroġ ċar biżżejjed biex wieħed jieħu miżuri daqshekk drastiċi.", "Ma nafx nistgħux niddiskutuhom imma, pereżempju, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li jekk ikollok operatur li huwa preżenti f'aktar minn suq wieħed Ewropew u r-regolatur Malti jiddeċiedi li jimponi obbligu fuq dak l-operatur għax għandu a significant market power, lill-Kummissjoni rridu ninnotifikawlha dik l-intenzjoni tagħna.", "Issa dik diġà qed issir illum.", "Fil-fatt, jekk illum il-Kummissjoni jidhrilha li l-obbligu li se nimponu aħna fih xi ħaġa problematika, wara proċess twil, din tista' toħroġ rakkomandazzjoni u dik ir-rakkomandazzjoni aħna jkollna l-obbligu li nagħtuha the utmost account.", "Jekk ma nagħtux the utmost account, we would be infringing u jistgħu jimxu b'infringement proceedings kontra tagħna.", "Il-Kummissjoni qiegħda tgħid li dak mhuwiex biżżejjed, imma jrid ikollha wkoll veto power.", "Mela jekk jien nibgħat in-notifika imma l-Kummissjoni jidhrilha li din mhijiex in line with the European law jew inkella se jkollha mpatt ħażin fuq is-single market tista' toħroġ veto!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: X'maġġoranza hemm bżonn għal din id-direttiva?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: U x'inhi r-raġuni għalfejn ħarġet regolament minflok direttiva?", "Kif qiegħda tgħid tajjeb, kien hemm dawn id-direttivi u s-soltu l-linja ġenerali kienet tkun direttiva u kulħadd kien jaċċetta dik id-direttiva.", "Il-Kummissjoni tat spjegazzjoni għalfejn bidlet din il-linja u marret minn direttiva għal regolament meta taf li se jkun hemm aktar oġġezzjoni għaliha?", "CELIA FALZON: L-istatement li għamlet il-Kummissjoni fl-explanatory memorandum huwa li hi tħoss li d-direttivi xorta wasslu għal numru ta' diverġenzi fl-applikazzjoni tal-liġi Ewropea fl-istati membri u dawk id-diveġenzi jikkawżaw costs żejda fuq l-operaturi li jixtiequ jifirxu l-firxa tagħhom mal-Unjoni Ewropea.", "Il-quote hija s-segwenti;", "L-għidut huma ta' għaġġla politika għax it-term tal-Kummissjoni se jispiċċa dalwaqt u allura din hija the parting shot tal-Kummissarju … Kif għedt, id-direttivi naċċettawhom u nimplimentawhom imma jekk ikollna proposti li ma jkunux verament approprjati għal Malta, il-ħsara tista' tkun mhux biss f'settur wieħed imma fl-ekonomija kollha u fil-well being tagħna.", "Il-Kummissjoni is envisaging - u dan qaluh Membri Parlamentari fuq livell Ewropew – a few large operators operating all over Europe bħalma hemm fl-Istati Uniti.", "Għalina dik hija a nightmare scenario għax aħna niġu f'the rural areas of Europe!", "Illum aħna city state u għandna n-networks li hemm fis-cities.", "Issa jekk se niġu trattati b'dan il-mod, se niġu meqjusa bħala the rural areas of Europe u se nkunu l-aħħar post fejn jagtu kas li jinvestu jew fejn se jagħtu kas il-kwestjonijiet tal-konsumaturi lokali.", "Dik hija concern għalina.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se jkollha żgur impatt fuq l-ekonomija għax l-aċċessibilità tagħna hija marbuta ma' kull settur ekonomiku.", "CELIA FALZON: Hekk hu.", "THE CHAIRPERSON: Sur Curmi, trid tgħid xi ħaġa oħra f'dan ir-rigward?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Xtaqt nistaqsi xi ħaġa oħra li għandha x'taqsam mas-sussidjarjetà.", "L-għan tal-proposta, skont il-Kummissjoni, huwa li se żżid il-kompetizzjoni fis-suq u li se jkun hemm iktar għażla u allura nistaqsi jekk fuq skala ta' Unjoni Ewropea dan hux diġà qed jintlaħaq kif qegħdin jew inkella jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' din il-proposta?", "Ovvjament dan ma jneħħi xejn mill-argument li aħna forsi se nbatu bħala pajjiż imma xorta hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq is-sussidjarjetà fuq livell Ewropew u qed nitkellmu wkoll fuq livell ta' konsumaturi.", "CELIA FALZON: Hemm benefiċċju jekk ikollok operatur wieħed mifrux mal-Ewropa kollha għax dan se jkollu l-economies of scale.", "Mela, jekk għandu bżonn jixtri swiċċ dan se jixtri wieħed għal 500 miljun ruħ u allura hemm l-economies of scale, li jfisser li veru l-prezzijiet jistgħu jorħsu.", "Imma, jekk il-Kummissjoni tgħidilna li b'dawn il-proposti - li huma intenzjonati sabiex jikkonsolidaw is-suq tal-operaturi tat-Telecoms fl-Ewropa - se jkollna aktar kompetizzjoni, għalija dak huwa argument falz għax aktar m'għandek operaturi, aktar għandek kompetizzjoni.", "Hawn Malta naraw il-problemi bil-kompetizzjoni u għandna tliet kumpaniji biss tal-mobiles u tnejn tal-fixed line.", "Issa jekk ikollok ħamsa fl-Ewropa … Il-Kummissjoni kellha tintervjeni hi b'regolament ħalli taqta' il-kwestjoni tar-roaming għax il-mijiet ta' operaturi li hawn fl-Ewropa, fejn qablilhom ukoll ftiehmu bejniethom biex iżommu r-roaming charges m'ogħla s-sema.", "Jiġifieri aħseb u ara jekk ikollok ħamsa.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Skużani, imma l-Kummissjoni terġa' ssemmi li, pereżempju, fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, fejn il-markets huma kbar immens, l-operaturi huma ferm ftit u fil-fatt għandek xi erba' jew ħamsa għal pajjiż sħiħ.", "Allura bl-istess mod l-Unjoni Ewropea mhux ukoll jaqblilha li timxi fuq dan il-mudell?", "Qiegħed nagħmel din il-mistoqsija għax fil-kwestjoni tagħna, aħna għandna tlieta f'pajjiż daqs naqra meta mbagħad fiċ-Ċina u fl-Ewropa, fejn hemm ħafna miljuni ta' users, għandek ħames operaturi.", "CELIA FALZON: Bl-istess argument, hawn Malta għandna coverage aħjar u quality of service aħjar mill-Istati Uniti u għandna wkoll prezzijiet kompetittivi u fuq ċerti aspetti jkollna wkoll prezzijiet aħjar.", "Jiġifieri, mhux bilfors li l-argument li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni huwa daqshekk ...", "THE CHAIRPERSON: Sinjura Falzon, jekk qed nifhem sew l-ispirtu tal-Kumitat, naħseb li kkonvinċejtna fuq dan il-punt.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, aħna naqblu imma d-diffikultà tagħna hija waħda; intom rajtuh il-parir li se nibagħtu?", "Saret diskussjoni bejnietkom fuq il-kontenut tiegħu?", "CELIA FALZON: L-opinjoni motivata?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Eżatt, dik li se nibagħtu aħna.", "X'inhu propost li nibagħtu aħna, oriġinawh huma?", "(Interruzzjonijiet)", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur Bugeja, aħna nagħtu s-support tagħna u korretti fl-affarijiet …", "THE CHAIRPERSON: Tista' fi ftit minuti tispjegalna x'inhi u x'titratta l-RO?", "IS-SUR IVAN BUGEJA (Manager External Relations tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni): Il-kontenut tal-opinjoni motivata huwa l-argumenti li qajmet s-Sinjura Falzon.", "Għandek il-Kummissjoni …", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hemm xi punti oħra li inti elenkajt fl-opinjoni motivata li tressqet għall-konsiderazzjoni tagħna?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Naħseb li s-Sinjura Falzon semmiet l-argumenti kollha.", "THE CHAIRPERSON: Sur Bugeja, tista' tgħidilna malajr malajr x'inhuma r-raġunijiet ewlenin tar-reasoned opinion?", "IS-SUR IVAN BUGEJA: Kif għedtilkom, ħafna mill-affarijiet diġà semmiethom is-Sinj.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi ċerti provvedimenti li kemm lil Malta kif ukoll lir-regolatur qed ineħħulhom il-poter li jagħmlu ċerti deċiżjonijiet għall-konsumatur.", "Hemm punti oħrajn, bħal tar-roaming li qed ineħħu l-prevedibilità fir-regolazzjoni tal-Ewropa għax filli għandna regolament u filli f'daqqa waħda l-Kummissjoni tbiddel dak ir-regolament u dan jista' jimpatta fuq l-operaturi ż-żgħar u fuq pajjiżi fil-periferija.", "Qegħdin nargumentaw ukoll li bħala regolament, u mhux direttiva, qed jimponi livell massimu ta' drittijiet, speċjalment fuq il-konsumatur, li naħsbu li minflok regolament, il-Kummissjoni kellha tipproponi emendi fid-direttivi preżenti.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri intom qed tgħidu li għandu jkun hemm aktar proporzjonalità milli sussidjarjetà, hux hekk?", "Aħna qed nargumentaw li, peress li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi regolament, liema regolament jagħmel id-drittijiet massimi, kieku l-Kummissjoni pproponiet direttiva kienet se tħalli aktar flessibilità f'idejn l-istati membri biex jirregolaw is-suq ta' pajjiżhom.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Biex jirregolaw is-suq ta' pajjiżhom u fl-sitess ħin biex ikun hemm libertà ta' kummerċ tajjeb u mhux biex is-suq jinħonoq.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom kollha talli attendejtu u talli kontu daqshekk ċari fl-ispjegazzjoni tagħkom, anke meta nafu li din waslet għandkom b'short notice.", "Nassigurakom li l-interventi tagħkom kienu ta' għajnuna kbira għalina.", "Issa jekk qegħdin naqblu li għanda nressqu a reasoned opinion, ta' min jgħid li diġà hemm reasoned opinions mill-Awstrija, mill-Irlanda u mill-Iżvezja.", "Il-closing date biex nibagħtu r-reasoned opinion hija għada, jiġifieri x'aktarx li mhux se nilħqu imma se nagħmluha xorta waħda biex inkunu għamilniha.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandna nagħmluha …", "THE CHAIRPERSON: Jekk naqblu li għanda nagħmluha u naqblu mal-wording kif inhu nistgħu ngħadduha llum stess lill-House Business Committee ħalli għada filgħaxija … Din għandna deadline għaliha sa nofsillejl ta' għada, jiġifieri nistgħu nibagħtuha għada fis-7.00 p.m. Għada għandna seduta u għalhekk nistgħu npoġġuha fuq il-Mejda tal-Kamra għada.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Ikolli ngħid li ma tantx jien ċert fuq il-konklużjoni tagħha.", "Qiegħed nirriferi għat-tieni sentenza fejn qed jingħad hekk; \"Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi miżuri li jistgħu jaffetwaw negattivament ...\".", "Issa minflok il-kliem \"il-poter tal-Gvern Malti\" ma nafx jekk nistgħux ngħidu \"il-poteri tal-istati membri\" biex ma nagħmlux riferenza għall-gvern imma nagħmlu riferenza għall-istat membru.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hekk kellha tkun mill-bidu.", "THE CHAIRPERSON: Din hija d-draft copy jew inkella l-verżjoni finali?", "Issa jekk il-Kumitat jaqbel minflok il-kliem \"poter tal-Gvern Malti\" nistgħu ndaħħlu l-kliem \"poter tal-istati membri\".", "Tajjeb.", "Mela issa nistgħu ngħaddu għaż-żewġ dokumenti li jmiss.", "Dawn it-tnejn għalqu l-bieraħ imma xorta nistgħu nibagħtu l-kummenti tagħna bħalma ġieli għamilna.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nibagħtux …", "IS-SUR KENNETH CURMI: Jien hawnhekk nixtieq nikkonferma li dawn kienu lesti u ma kienx hemm breach fuqhom għax kieku kont navżakom minn qabel dwarhom.", "L-ewwel waħda hija r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (KUMM(2013)(615).", "Dawn huma short term financing system investment funds, fejn bażikament kumpaniji jistgħu jieħdu loan għal terminu żgħir ta' żmien biex, pereżempju, ikunu jistgħu jħallsu l-payroll.", "Mela, dawn għandhom bżonn il-flus malajr u għalhekk jużaw dawn it-tip ta' fondi, li jistgħu jintużaw għal affarijiet hekk biss, sakemm tiġi l-payroll l-oħra.", "Dawn huma investment funds u mhux loans normali ta' bank, għalkemm ħafna drabi jieħdu ħsiebhom l-isponsor, li normalment ikun xi bank.", "Dawn it-tip ta' fondi, peress li huma cross border u bażikament japplikaw għall-Unjoni Ewropea kollha, l-azzjoni se tittieħed fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "Bħala parlamenti oħra mid-dehra kien hemm qbil fuqha.", "Kien hemm id-Dutch Senate u xi żewġ parlamenti oħra, mingħalija dak tal-Portugall u ta' Spanja, li għalqu l-iskrutinju tagħhom u dawn mhux qed jaraw li hemm xi breach u fil-fatt l-ebda parlament ma indika li hemm xi ksur.", "Dawn huma uniform rules u l-uniformità tidħol permezz ta' azzjoni mill-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li qegħdin naqblu miegħek li din għandna ngħadduha bħala li mhemmx ksur ta' sussidjarjetà.", "Ngħaddu għar-regolament li jmiss.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Dan huwa r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi (KUMM(2013)620).", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq invasive alien species, jiġifieri kull tip ta' organiżmu jew annimal li jidħol f'xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea b'mod illegali.", "Dawn qishom l-immigranti llegali fir-renju tal-annimali, li jidħlu f'xi pajjiż jew permezz ta' trasport jew permezz ta' goods jew contaminated foods.", "Hawnhekk l-Ewropa qiegħda tipprova tieħu approach li ma jkunx limitat għal pajjiż wieħed għas-sempliċi raġuni li dan jekk jaffettwa pajjiż, faċilment jista' jaffettwa pajjiż ieħor, speċjalment f'continental Europe.", "L-uniku indikazzjoni ta' breach li kien hemm kien mill-Parlament Awstrijakk li tefa' reasoned opinion li lili ma togħġobni xejn u ma nafx x'iridu jgħidu biha!", "Article 10 jitkellem fuq 'Restrictions on the intentional release of invasive alien species of Member State concern', u li jekk tkun fuq skala nazzjonali biżżejjed li jieħu ħsiebha l-pajjiż membru.", "Jien din ma naqbilx magħha għax ovvjament xorta għandu jkun hemm liġijiet fuq livell ta' Unjoni Ewropea għax jekk tali pajjiż ma jieħux azzjoni, se jibilgħu pajjiż ieħor.", "Jien ma nara l-ebda problema li tkun Unjoni Ewropea li tirregola f'dan il-każ.", "THE CHAIRPERSON: Naqblu li ma jidhirx li hemm ksur ta' sussidjarjetà hawnhekk ukoll.", "Għalhekk naħseb li għandna ngħaddu ż-żewġ dokumenti.", "Issa ngħaddu għall-aħħar item fuq l-aġenda, fejn se nagħmel rapport fil-qosor dwar żewġ laqgħat li attendejt għalihom bħala President ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq ninformakom li l-ewwel laqgħa kienet dik tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COSAC) li saret il-ġimgħa l-oħra f'Vilnius fil-Litwanja.", "Għal din il-laqgħa kont akkumpanjat mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech għan-naħa tal-Oppożizjoni kif ukoll mis-Sur Kenneth Curmi u s-Sinj.", "Eleanor Scerri, research analysts mal-Parlament tagħna.", "Tajjeb ngħid hawnhekk li waqt din il-laqgħa s-Sur Curmi kien innominat bħala kandidat għall-pożizzjoni ta' permanent representative fuq il-COSAC.", "Apparti s-Sur Curmi kien hemm ukoll rappreżentanti minn Ċipru, l-Olanda u l-Belġju.", "L-interview saret mir-rappreżentanti tat-Troika, jiġifieri mill-Irlanda, Litwanja u l-Greċja kif ukoll mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.", "Jiena kont preżenti għal dan l-interview bħala osservatur u nista' ngħid li fl-opinjoni tiegħi s-Sur Curmi kien l-aħjar kandidat għal dan il-post.", "L-għażla kienet bejnu u bejn il-kandidata Ċiprijotta, u meta waslu għall-għażla, mingħajr ma nkun qed ngħid xi sigriet kbir, il-Griegi ffavorixxew liċ-Ċiprijotta, bħalma jiġri fil-Eurovision, u b'hekk intgħażlet iċ-Ċiprijota.", "Madankollu l-kummenti li kellna min-nies li kienu fuq il-bord internazzjonali tal-għażla kienu pożittivi ħafna u qalulna li s-Sur Curmi qata' figura tajba ħafna u għamel ġieħ lil dan il-Parlament.", "Aħna qed nieħdu pjaċir li baqa' magħna ħalli b'hekk ma nkunux tlifna s-servizzi tiegħu.", "Min-naħa tiegħi nawguralu għall-futur għax ħalla impressjoni tajba ħafna.", "Waqt din il-laqgħa tal-COSAC, fuq proposta tal-Parlamenti Malti, Taljan, Spanjol, Franċiż, Portugiż, Grieg u Ċiprijott iddaħħlet klawsola fid-dokument finali u din se naqraha malajr;", "Kif għedt din kienet klawsola li daħħalniha aħna, it-Taljani, l-iSpanjoli, il-Franċiżi, il-Portugiżi, il-Griegi u ċ-Ċiprijotti u qiegħda titkellem b'mod ċar li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu azzjoni fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran.", "Fil-fatt kien hemm diskussjoni ta' nofstanhar sħiħ fuq dan is-suġġett.", "It-tieni laqgħa li attendejt kienet Cluster Meeting on Free Movement & National Welfare Systems li ġiet organizzata mill-Parlament Daniż.", "Din hija l-ewwel laqgħa ta' dan it-tip u naħseb li huwa importanti li jsiru aktar minn dawn il-laqgħat u li aħna nappoġġjawhom.", "Forsi nistgħu naraw jekk nistgħux norganizzaw xi laqgħa simili f'pajjiżna fil-futur.", "Din kienet laqgħa fuq tema partikolari, jiġifieri, il-free movement tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea u kif din timpatta fuq il-welfare state nazzjonali.", "Kienet laqgħa interparlamentari, jiġifieri d-dimensjoni Ewropea daħlet l-aspett parlamentari, li probabilment huwa importanti ħafna għax jagħti iktar demokrazija lill-istituzzjonijiet Ewropej.", "Deherli li kien importanti li nattendi għal din il-laqgħa biex nagħtu s-support tagħna u naħseb li tkun idea tajba li 'l quddiem aħna wkoll nipproponu laqgħat ta' dan it-tip.", "CARMELO MIFSUD BONICI: Fuq dan l-item mhemmx, għax jien informat mill-Onor.", "Zammit Dimech li inti u hu mortu tajjeb fuq din il-laqgħa.", "Xtaqt niġbidlek l-attenzjoni li aħna konna ddiskutejna fuq kif għandna nġibu għad-diskussjoni l-adeżjoni ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm pajjiżi li għadna ma ddiskutejnihomx u jkun tajjeb li jkollna diskussjoni fuqhom.", "Lili kienet urtatni li kellna questionnaire u f'dak il-questionnaire aħna għedna li konna ddiskutejna … M'inix ċert jekk kenitx it-Turkija biss …", "THE CHAIRPERSON: Dakinhar konna ddiskutejna t-Turkija imma tkellimna wkoll fuq il-Montenegro.", "Dik kienet il-COSAC mhux ta' din il-Presidenza imma ta' dik preċedenti.", "Bħalma taf inti jkun hemm questionnaire għal kull presidenza.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fit-Turkija hemm ċerti żviluppi u allura forsi naraw jekk kemm-il darba nistgħux intellgħu pajjiż ieħor għad-diskussjoni.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nagħmluha.", "Pereżempju, jidher li qed ikun hemm ċerti movimenti fl-Albanija kif ukoll fis-Serbja.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dan ħalli ma nidhrux li m'aħniex niddiskutuhom.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma torbothiex dejjem hekk għax anke li niddiskutuha aħna hawnhekk tajjeb u mbagħad jekk ikun hemm ambaxxatur li jgħidilna x'inhi l-pożizjoni ta' dawn il-pajjiżi jkun tant aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Ma ninsewx ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin irridu nerġgħu nistiednu lil Dr Louis Galea, l-Awditur Ewropew.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Importanti li nagħmlu daqxejn planning ħalli jkolli l-Membri kollha miegħi.", "THE CHAIRPERSON: Diġà għandna data għal dik il-laqgħa?", "(Interruzzjonijiet) Mela tridx naqbdu u norganizzaw laqgħa?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nistgħu nagħmluha t-Tnejn jew l-Erbgħa?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Marthese Portelli qaltli li nhar ta' Erbgħa hi qatt ma tkun tista' tattendi.", "Forsi nagħmluha t-Tnejn?", "Ovvjament għad irridu niċċekkjaw ma' Dr Gelea biex naraw meta se jasal Malta.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130611_010d.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2013 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2013 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Kummenti/domandi mill-Membri tal-Kumitat dwar l-interventi li saru fl-aħħar laqgħa;", "Kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar id-direzzjoni tal-politika tal-Gvern fejn jirrigwarda l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp u l-involviment tal-istakeholders kollha f'din il-mixja – Interventi mill-persuni mistiedna għal-laqgħa u domandi/kummenti dwarhom mill-Membri tal-Kumitat; u", "Affarijiet oħra.", "20 ta' Ġunju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130617_002a_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 4", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju 2013 fil-5.30 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 19 ta' Ġunju 2013 fil-5.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet amministrattivi.", "Diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar:-", "l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li se jinżamm fil-Lussemburgu fl-24 Ġunju 2013;", "ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta għall-perjodu Settembru 2012 u Frar 2013 skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515); u", "uffiċjali Maltin f'missjonijiet militari u ċivili barra minn Malta.", "Affarijiet oħra.", "11 ta' Ġunju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130619_004a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 4", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 4", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-5.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 3, li saret nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2013, ġew ikkonfermati.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "THE CHAIRMAN (Onor. Chris Fearne): Fir-rigward ta' affarijiet amministrattivi, li nixtieq ngħid huwa li kelli nota mingħand l-Onor.", "Mifsud Bonnici biex f'dan il-Kumitat nistiednu wkoll lill-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Ewropej biex, minn żmien għal żmien, iżommna aġġornati dwar dak li jkun qed jiġri fil-General Affairs Committee u f'affarijiet oħrajn Ewropej.", "Fil-fatt, tlabt lis-Segretarju tal-Kumitat biex jikteb lill-Ministru ħalli naraw meta jkun konvenjenti għalih li jattendi għal dawn il-laqgħat.", "Punt numru 3 tal-aġenda huwa l-punt prinċipali tal-lum.", "Fil-fatt, hija diskussjoni mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella fuq tliet affarijiet importanti.", "L-ewwel punt huwa l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, li se jinżamm fil-Lussemburgu l-ġimgħa li ġejja.", "Fit-tieni punt se niddiskutu r-rapport tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "Imbagħad, il-Ministru se jispjegalna ftit fuq missjonijiet militari u ċivili li għandna f'pajjiżi oħrajn.", "Nistieden lill-Ministru George Vella biex nibdew id-diskussjoni.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR UFFIĊJALI MALTIN F'MISSJONIJIET MILITARI U ĊIVILI BARRA MINN MALTA", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Chairman, nixtieq naqleb daqsxejn l-aġenda, fis-sens li nixtieq nibda minn punt numru 3 li huwa dwar l-uffiċjali Maltin f'missjonijiet militari u ċivili barra minn Malta, għax dan huwa straight forward u huwa aktar suġġett ta' informazzjoni.", "Inċidentalment, irrid nagħmilha on record il-fatt li, bħalma tafu, mill-ewwel esprimejt id-dispożizzjoni, ix-xewqa li nibda nindirizza lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin lejliet kull kunsill li jkun se jinżamm.", "Naf li anke l-Prim Ministru għamel dak l-impenn mal-Kumitat, u rrid ngħid li jiena beħsiebni nżommu.", "Jekk tippermettili, se nibda mill-kwestjoni tal-missjonijiet militari li għandna barra mill-pajjiż.", "Dan qed nagħmlu għar-raġuni li, bħalma tafu, jiena minn dejjem emmint li għandu jkun hemm l-iskrutinju parlamentari fuq dawn l-affarijiet.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea stess u, b'mod partikolari, il-Kumitat li jiġbor fih il-Kumitati tal-Affarijiet Barranin – magħruf bħala l-COSAC – jagħmel enfasi enormi fuq dak li huwa skrutinju parlamentari, speċjalment fejn jidħlu affarijiet ta' difiża u ta' sigurtà.", "Dan qed nagħmlu ħalli kemm il-Membri tal-Kumitat, u anke min qed isegwina, kollha jkunu jafu x'inhuma l-impenji ta' pajjiżna barra minn xtutna.", "F'dan il-każ, irrid nagħmel dikjarazzjoni bil-quddiem, li dawn huma kollha missjonijiet fejn Malta qiegħda taġixxi fi ħdan il-Politika Komuni ta' Sigurtà u Difiża tal-Unjoni Ewropea, u l-ebda waħda minnhom ma tmur kontra l-impenn tagħna dwar in-newtralità ta' pajjiżna.", "Se nibda b'dawk li huma missjonijiet ċivili, għax hemm missjonijiet ċivili u missjonijiet militari.", "Bħalissa, għandna għaddejja l-missjoni fil-Libja, li kulħadd jaf f'liema stat qiegħda.", "L-Unjoni Ewropea qed tagħmel minn kollox biex tipprova tgħin ħalli tistabbilizza s-sitwazzjoni, u hemm din il-missjoni li hija intiża speċifikament ħalli tgħin lill-Libja tikkontrolla l-fruntieri tagħha, kemm tal-art, li jiġu n-naħa tan-nofsinhar tal-Libja, in-naħa tan-Niġer u ċ-Chad, u anke l-fruntiera marittima, li tiġi l-fruntiera fil-baħar Mediterran.", "Hemm min jgħidlek: dan x'jinteressana?", "Jinteressana b'mod partikolari għax dan jagħmel effett fuq l-ammont ta' immigranti illegali li jistgħu jispiċċaw anke f'pajjiżna, li jidħlu min-naħa t'isfel jew anke mill-ġnub tal-Libja – imma jidħlu l-aktar min-naħa t'isfel tal-Libja – jaqsmu d-deżert, eventwalment jitilqu mix-xtut tal-Mediterran, u biċċiet minnhom jispiċċaw f'pajjiżna.", "Għalhekk, irrid ngħid li bħalissa fil-EUBAM għandna tnejn min-nies li huma mill-Forzi Armati, u mhux se ndumu ma jkollna t-tielet wieħed.", "Dan l-aħħar kien hemm intervisti biex ikun hemm aktar personnel, u rrid ngħid li se jkun hemm xi ħadd li mhux se jkun qiegħed biss fuq l-aspett tal-art, imma se jkollna lil xi ħadd ukoll li ntgħażel ħalli jkun f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-fruntiera marittima.", "Minn hawnhekk irrid insellmilhom għall-kapaċitajiet tagħhom, għax intgħażlu minn fost numru ta' applikanti.", "Hawnhekk għandi nota li kien hemm numru li ġew nominati; imbagħad ġew maħturin tnejn.", "Fil-fatt, wieħed beda fil-21 ta' Ġunju, u l-ieħor għandu jibda fl-1 ta' Awwissu ta' din is-sena.", "Kellna diġà esperti fuq il-fruntiera marittima, u hemmhekk qegħdin nagħtu l-parteċipazzjoni tagħna.", "Imbagħad, hemm żewġ suldati ġewwa l-Kosovo.", "Wieħed minnhom qiegħed bħala border police u data system advisor, u l-ieħor qiegħed fuq il-kwestjoni tal-inventarju, loġistika eċċ. Dawn waslu biex jispiċċaw, għax għandhom hemm sal-11 ta' Lulju u sal-24 ta' Ottubru rispettivament.", "Għandna wkoll tnejn min-nies oħrajn fl-EU Monitoring Mission fil-Georġia.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-fruntiera mar-Russja, jiġifieri l-Georġia, l-Azerbajġan, u dik iż-żona.", "Dawn f'Gori, li huwa l-fruntiera bejn il-Georġia u South Ossetia.", "Min jaf dak ir-reġjun jifhem fejn qed ngħid.", "Dawn huma żewġ AFM monitors li biddlu lil oħrajn, u l-mandat tagħhom għandu sas-17 ta' Settembru.", "Imbagħad, għandna wkoll uffiċjal ieħor li huwa skjerat bħala Seconded National Expert għal tliet snin.", "Dan beda f'Mejju tas-sena 2011, u għandu sas-sena 2014.", "Niġu issa għal dawk li huma missjonijiet militari.", "Meta qed ngħidu missjonijiet militari, ma jfissirx li n-nies tagħna qed jiġġieldu hemmhekk, imma qed jgħinu f'missjoni li hija purament militari mhux ċivili.", "Pereżempju, f'Atlanta għandna membru tal-Forzi Armati fil-European Naval Force Somalia - Operation Atlanta, u l-interess ta' Malta f'din il-kwestjoni huwa li naħdmu flimkien ma' esperti Olandiżi li qegħdin jissorveljaw il-kosta tas-Somalja.", "Bħalma ħafna jafu, hemmhekk qed ikun hemm ħafna piraterija ta' vapuri, u hemmhekk anke aħna jkollna vapuri li jkunu għaddejjin f'dik iż-żona.", "Allura, l-interess tagħna huwa li naraw li ma jkollniex inċidenti bħalma kien ġara meta ġew maħtufa vapuri kemm merkantili, kif ukoll tankers, eċċ.", "Imbagħad hemm AFM Intelligence Officer li qiegħed ġewwa l-Headquarters ta' din l-operazzjoni militari ġewwa Northwood, l-Ingilterra, u hemm numru ta' nies li qegħdin fuq il-post.", "Jekk m'iniex sejjer żball, bħalissa mhemm ħadd għar-raġuni li hemm kien hemm xi 12-il suldat jieħdu t-taħriġ fuq vapur Olandiż għal erba' xhur, u issa se jitbiddlu.", "Imbagħad, kien hemm stakkament ieħor li kien qiegħed barra l-kosta tas-Somalja fuq vapur partikolari, mill-24 ta' Ottubru sal-4 ta' Diċembru tas-sena 2011.", "Issa ġew magħżulin 24 persuna, kollha fuq bażi volontarja, li se jkunu parti minn dak li jgħidulu Malta Special Duty Enhanced Boarding Team li, flimkien ma' dan il-programm EU NAVFOR Atalanta, se jkunu fil-Gulf ta' Aden fuq dan il-vapur Olandiż.", "Uħud minnhom għad iridu jmorru.", "Bħalissa għaddej perijodu ta' taħriġ, u wara se jmorru għal perijodu li jkun miftiehem bejniethom.", "Barra dan, hemm ukoll preparazzjonijiet biex ikun hemm 22 personnel tal-AFM li jkunu fuq Special Duties Enhancement Boarding Team, li diġà għamilt referenza għalih.", "Barra minn hekk, aktar 'l isfel għandna wkoll il-missjoni l-oħra tas-Somalja.", "Din bdiet f'Novembru tal-2009, u dak iż-żmien kien hemm ħames non-commissioned officers – tliet NCOs u żewġ infantry instructors.", "Hawnhekk, qed nitkellmu fuq numri żgħar, li huma biss rappreżentattivi tal- … Le, dawn ġew fi Frar tal-2013, kienu ilhom hemmhekk xahrejn u nofs.", "Irrid ngħid li ħafna mis-suldati esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li kellhom din l-esperjenza ta' ħidma mal-Olandiżi.", "Jien mhux qiegħed hawn tant biex nagħti l-figuri eżatti, imma aktar biex ikun ċar fejn qed nikkommettu ruħna, u li qed nagħtu xi forma ta' servizz bil-forzi militari tagħna.", "Dan huwa l-iskop tiegħi, u mhux tant id-dettal.", "Min jitlob id-dettall nistgħu nagħtuh il-figuri u d-dettalji eżatti, imma l-eżerċizzju li qed nagħmel huwa li nżomm il-Kumitat mgħarraf b'kull missjoni li jkun hemm.", "Jekk kemm-il darba jkun hemm xi talbiet għal missjonijiet oħrajn, allura niġu hawnhekk u niddiskutuh ħalli jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "It-tieni punt li rrid nagħmel – inħalli l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin għall-aħħar – huwa kumment fuq ...", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, trid niddiskutuhom wieħed wieħed?", "L-ewwel nett, nirringrazzjak tal-informazzjoni tiegħek, u naħseb huwa importanti ħafna li dan il-Kumitat jiddiskuti dan it-tip ta' missjonijiet.", "Għalkemm bħala numru mhumiex missjonijiet kbar, naħseb li s-sinjifikat tagħhom huwa importanti, anke vis-à-vis il-politika nazzjonali tagħna.", "Nixtieq nistaqsik fejn ikunu diskussi t-termini ta' referenza, speċjalment tal-missjonijiet militari.", "Meta nidħlu f'dan it-tip ta' missjonijiet, niddiskutuhom it-termini ta' referenza jew naċċettawhom kif jagħtuhomlna?", "GEORGE VELLA: Mhuwiex il-Ministeru tiegħi li jiddiskuti t-termini ta' referenza.", "Aħna li nagħmlu huwa li naqblu fil-prinċipju, jew li jkun hemm trattati u jkun hemm approvazzjoni li dan jista' jsir.", "Id-dettalji u l-ispeċifikazzjonijiet isiru mal-Ministeru għall-Intern, li huwa responsabbli mill-Armata u l-Pulizija.", "Ma ninsewx li jista' jkollok missjonijiet militari li mhux neċessarjament jinvolvu l-Armata, imma jistgħu jinvolvu wkoll lill-Pulizija.", "Dan bħalma kellhom l-Awstrija f'Rafah, u fil-fruntiera ma' Benghazi u l-Eġittu, fejn kellhom pulizija jipparteċipaw f'dak il-proġett.", "Jiġifieri, id-dettalji aktar tistgħu teħduhom mingħand il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali milli mingħandi.", "Għandi hawnhekk – u jekk wieħed irid joqgħod jaqra u jidħol fid-dettall, jara li hemm ħafna affarijiet – imma ma naħsibx li huwa l-każ.", "THE CHAIRMAN: Meta wieħed japprova – u jekk se jiġu quddiem dan il-Kumitat irridu niddiskutu, imbagħad nagħtu l-kummenti bħala Kumitat – it-termini ta' referenza, se jkun importanti ħafna biex tiddeċiedi x'tip ta' missjoni militari nistgħu nipparteċipaw fiha u x'tip ma nistgħux, anke vis-à-vis il-pożizzjoni tagħna u mal-partners tagħna fl-Ewropa.", "Huwa tajjeb li niddiskutuhom; imma forsi huwa tajjeb ukoll li nkunu nafu fuq liema termini ta' referenza nkunu qegħdin naħdmu.", "Hawnhekk – qed ngħid għall-futur – għal meta jkun hemm każijiet bħal dawn.", "Huwa importanti ħafna biex nkunu nistgħu nagħmlu deċiżjonijiet fuq Malta, dwar jekk għandniex nirrakkomandaw lill-Parlament li nipparteċipaw f'dawn il-missjonijiet, speċjalment missjonijiet militari.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, kif qed tara, dawk li semmejt huma kollha missjonijiet ta' ħarsien, aktar biex tilqa' kontra.", "Pereżempju, tas-Somalja, biex wieħed jevita kemm jista' jkun.", "Imma imbagħad, ikun hemm anke taħriġ lill-membri tal-Forzi Armati tagħna.", "Fil-fatt, flimkien mal-Olandiżi, kellhom taħriġ dwar kif tagħmel ship boarding u kif tilqa' kontra possibbiltà li xi elementi ta' piraterija jistgħu jattakkaw u jwaqqfulek il-passaġġ tal-vapuri.", "Fil-kwestjoni tal-Gjorġja, kienu sempliċement peace keepers.", "Kienu qegħdin hemmhekk wara li kien hemm ftit tal-inkwiet bejn South Ossetia, ir-Russja u l-Gjorġja fuq dawn l-affarijiet.", "Is-sitwazzjoni kkalmat, ġie kollox f'postu, u kien hemm missjoni militari mill-Unjoni Ewropea li fiha Malta bagħtet żewġ persuni bħala ġest biex turi li qed tipparteċipa wkoll.", "Fil-każ ta' Atalanta, ta' Northwood – fejn hemm l-Operational Headquarters – hemmhekk ikollok nies jitħarrġu fil-koordinazzjoni ta' operazzjonijiet militari.", "Fil-każ tal-Kosovo, huwa l-istess, kienu peace keepers wara li l-affarijiet issettiljaw.", "Illum nafu li s-sitwazzjoni fil-Kosovo m'għandha x'taqsam assolutament xejn ma' dik li kienet għaxar snin ilu.", "Kien hemm suċċessi kbar min-naħa ta' Catherine Ashton meta dan l-aħħar irnexxielha ġġib lill-Kosovo u lis-Serbja jikkooperaw flimkien, u kien suċċess kbir f'dawk li huma missjonijiet fi ħdan il-Balkani.", "Dawn huma l-essenza tagħhom, u għalhekk qsamthom f'dawk li huma ċivili u dawk li huma militari.", "Pereżempju, tal-Kosovo huwa ċivili għax hemmhekk għandna l-pulizija, mhux suldati.", "Fil-Gjorġja, f'Atalanta u fil-Libja għandna suldati, allura huma militari.", "Irrid ngħid ukoll li, mal-Libja, aktar 'il quddiem se jkun hemm anke programmi ta' kooperazzjoni, fosthom mal-Amerikani u pajjiżi oħrajn, fejn il-Forzi Armati u l-forzi tal-baħar tagħna se jaħdmu biex jitħarrġu flimkien dwar il-kontroll, jgħallmu lill-forzi navali tagħhom, jagħtuhom taħriġ aktar f'dak li huwa ħarsien tal-kosti tagħhom u ħarsien kontra d-dgħajjes illegali li jitilqu mix-xtut tagħhom.", "Dan apparti programm ieħor li jeżisti – imma dak huwa aktar fuq l-art – fejn numru ta' membri mill-Forzi Armati Libjani se jiġu hawnhekk biex jitgħallmu l-Ingliż, jitgħallmu ċerti snajja', u jitgħallmu b'koperazzjoni mal-MCAST.", "Jiġifieri, hemm din it-tip ta' għajnuna kollha fil-kontest ta' dak li qegħdin nippriedkaw, li aħna rridu li l-Libja, b'mod partikolari, nagħtuha s-saħħa biex tieqaf fuq saqajha u biex ikun hemm institution building.", "Sfortunatament, wara 40 sena taħt il-kontroll ta' Ghaddafi, il-Libja hija pajjiż li spiċċa vojt minn kollox, mhemmx istituzzjonijiet, mhemmx qrati, ma kienx hemm parlament u ma kienx hemm kostituzzjoni.", "Dan il-pajjiż qed jinbena bil-mod il-mod, u aħna, bħala pajjiż ġirien, qed nagħtu l-kontribut tagħna, flimkien mal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf ix-xogħol utli – u ta' min ikompli jfaħħru – li kien għamel il-Gvern preċedenti meta għen fl-evakwazzjoni ta' eluf ta' nies minn numru kbir ta' pajjiżi barranin, li għalih bqajna rringrazzjati minn ħafna minnhom.", "Imma, ma kienx biżżejjed: issa rridu ngħinu ħalli jkun hemm il-bini ta' dan il-pajjiż li, għall-anqas, jekk mhux b'rispett lejn dawn in-nies, b'rispett lejna nfusna għax, jekk mhux se jkun hemm stabbiltà f'dan il-pajjiż, pajjiżna ma jistax ikun moħħu mistrieħ li għandu l-kwiet madwaru, jiġifieri anke fl-interess tar-reġjun kollu.", "Mr Chairman, naqbel miegħek li kif ikun hemm xi proposti jew xi suġġerimenti, u Malta tkun f'pożizzjoni fejn tkun se tasal biex tieħu deċiżjonijiet ħalli tipparteċipa f'dawn il-missjonijiet, ikun id-dmir tiegħi li niġi hawnhekk u ninforma 'l-Kumitat mill-aktar fis possibbli.", "Dan safejn ikun possibbli, għax mhux dejjem ikun possibbli li jingħataw id-dettalji kollha minħabba li jkun hemm minnhom li jkunu ta' natura militari, għalkemm mhux militari bħal gwerer jew affarijiet bħal dawn.", "Imma l-kwestjoni hija li jingħata rendikont lill-Parlament, li jistħoqqlu r-rispett li jkun informat fuq dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, kulma nixtieq nagħmel huwa kumment, u ma nippretendi ebda reazzjoni mingħand il-Ministru.", "Anzi, irrid ngħid li napprezza ħafna li l-Ministru ġie hawnhekk biex jiddiskuti dan is-suġġett quddiem dan il-Kumitat.", "Naf li ma jkunx dejjem faċli biex tilħaq tiġi fil-ħin reali, għax l-ewwel joħorġu l-applikazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea, imbagħad ikun hemm in-nies li japplikaw għalihom, jew trid issib nies interessati li japplikaw għalihom, u wara jkun hemm il-proċess tal-għażla.", "Però, imbagħad ikun hemm nies li japplikaw għal ċerti pożizzjonijiet u ma jiġux magħżula min-naħa tal-Unjoni Ewropea għal raġunijiet varji.", "Ħadt pjaċir li l-Ministru semma diversi sitwazzjonijiet fejn Malta ħadet sehem.", "L-effett li kont inħoss min-naħa tal-Pulizija, jew meta kont niltaqa' man-nies tal-Armata, kien wieħed pożittiv, fis-sens li huma jħossu li qed tikber l-esperjenza tagħhom, u allura huma aktar ippreparati għall- eventwalitajiet, taħriġ jew stħarriġ li jista' jkollhom f'sitwazzjonijiet differenti.", "Allura, napprezza x-xewqa tal-Ministru li jiġi hawn b'pożizzjonijiet oħrajn.", "Però, irrid ngħidlu li napprezza, anke jekk kemm-il darba ma jiġix preċiż on time jew qabel ma tiġi aġġudikata jew wara li tiġi aġġudikata, għax naf id-diffikultajiet loġistiċi li huma nvoluti f'dan it-tip ta' missjonijiet.", "Nirringrazzjak.", "Forsi l-Ministru jkun irid ikompli bit-tieni punt tad-diskussjoni.", "DISKUSSJONI FUQ IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERIJODU SETTEMBRU 2012 U FRAR 2013, SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "GEORGE VELLA: Nixtieq li nagħmlu s-suġġett li għandu x'jaqsam mal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "L-ewwel nett, irrid niskuża ruħi li ġejt quddiem dan il-Kumitat daqshekk tard b'dan ir-rapport.", "Il-liġi tgħid li suppost kelli nasal hawnhekk f'Marzu; però, kulħadd jaf li f'Marzu konna qegħdin f'nofs l-elezzjonijiet.", "Stajt ġejt aktar kmieni; però, bla ma nitfa' dell fuq ħadd, irrid ngħid li, bħal kull ħaġa oħra, dan il-Kumitat kien għaddej minn dak li l-Ingliżi jgħidulu teething troubles.", "Iżda, għalkemm il-liġi kienet hemmhekk, l-interpretazzjoni kienet hemm, il-membri tal-Kumitat ġew nominati u bdew jaħdmu flimkien, meta ħadt ir-responsabbiltà jien sibt li, sfortunatament, kien hemm ħafna nuqqas ta' ftehim, u anke kien hemm xi elementi li forsi kien hemm xi personalitajiet – ħa nħalliha vaga hekk – li forsi ma setgħux kienu għadhom jafu kif se jitlaqqgħu flimkien.", "Jien sibt li kien ġie ppreparat ir-rapport li ħa npoġġu fuq il-Mejda tal-Kumitat ...", "THE CHAIRMAN: Qed nitkellmu dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, hux hekk?", "GEORGE VELLA: Iva, qed nagħti background ħalli nispjega għaliex dan qiegħed daqshekk tard bi ksur tal-liġi.", "Suppost ġejt bih f'Marzu, però kieku sibt l-affarijiet lesti kont ngħid li jien lest li naqbad l-affarijiet u npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kumitat kif titlob il-liġi, ħalli inti imbagħad tinforma … tajthom lill-iSkrivan tal-Kamra biex jagħtihom lis-Sinjurija tiegħek.", "Il-punt huwa li kull ma sibt jien kien ir-rapport tal-Konferenza li saret f'Settembru tal-2012, li kien ippubblikat, stampat u stacked fl-uffiċċju lest biex jitqassam.", "Jien deherli li dan ma kienx dak li titlob il-liġi, għaliex il-liġi titlob li jkun hemm rendikont tal-ħidma tal-Kunsill saż-żmien li fih jiġi ddepożitat ir-rapport biex jiġi għall-iskrutinju tal-Kumitat.", "Allura ridt li, barra dan, ikun hemm rapport dwar x'sar minn Settembru tal-2012 sa Marzu tal-2013.", "Dan sabiex ikun hemm is-sitt xhur koperti.", "Sfortunatament, hemmhekk inqala' ħafna nuqqas ta' qbil – ħalli ma nużax kelma aktar iebsa – għax ir-rapporti li saru ma kienux maqbulin, imbagħad intbagħtu bl-email u kien hemm min qal li dan mhux … Insomma, kelli ħafna … Fil-fatt, bħalma jaf il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Silvio Parnis, li kien mitlub mill-Prim Ministru – ħalli npoġġuha on record – li anke jiġi hemmhekk u jinteressa ruħu f'dan, kont ngħidlu biex ma jersaqx hemm għalissa għax ma kien se jifhem xejn, tant kemm kien għad kellhom diżgwid bejniethom!", "Irridu nkunu ċari li hawnhekk qed naqbdu nies minn ġol-Awstralja, minn ġol-Amerika, mill-Kanada, li għal dan iż-żmien kollu ma jkunux ikkomunikaw flimkien, u allura, meta ltaqgħu hawn Malta għal dawn il-konvenzjonijiet, kellhom opinjonijiet differenti.", "Li ġara kien – biex ma noqgħodx intawwal – li dan ir-rapport li kien hemm, inizjalment assolutament ma kienx aċċettat mir-rappreżentanti Maltin li hemm fuq il-Kumitat, speċjalment minn dawk tal-Awstralja.", "Allura, għamilt diversi laqgħat mal-ftit persuni li kienu qegħdin hawn Malta għall-vakanzi, eċċ. B'mod partikolari rrid nirringrazzja lis-Sur Lawrence Dimech u anke lis-Sur Gejtu Pace li kienu hawnhekk, u jekk miniex sejjer żball anke l-Professur Maurice Cauchi.", "Lil dawn laqqajthom mas-Segretarju u mad-Direttur, u hemmhekk bdejna niddefinixxu eżatt x'ihuwa l-irwol ta' kull wieħed.", "Minn hemm, ipprovajt inġibhom flimkien ħalli għall-anqas ikollna rapport.", "Ħalli ma jaqblux kollha miegħu, imma għall-anqas ikollna rapport wieħed, u mhux numru ta' rapporti li ma stajniex nagħmlu heads or tails għax ma nafux minn fejn ħa taqbad tibda.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ġiegħelthom jaslu li naqbdu rapport wieħed, u dan jiġi ċċirkolat mal-membri kollha biex min għandu xi jbiddel, ibiddel – permezz tal-internet illum din malajr tagħmilha – u eventwalment spiċċajna b'rapport wieħed.", "Ħa nkun ċar li mhux neċċessarjament dan huwa maqbul minn kulħadd, imma għall-anqas hemm rapport li, tajjeb jew ħażin, jirrapporta x'seta' ġara minn Settembru tal-2012 sas-sena 2013.", "Bla kritika ta' xejn lejn ħadd, qed ngħid biss li kien hemm dawn id-diffikultajiet sabiex isir dan ir-rapport.", "M'hemmx dubju li dawn in-nies għandhom ħeġġa kbira u r-rieda li jagħmlu ħafna affarijiet.", "Il-punt huwa li nibża' li, bil-ħeġġa li għandhom, kważi kważi wieħed irid joqgħod attent li ma jmorrux overboard, għax assolutament il-firxa tal-mandat tagħhom mhux daqshekk kbir.", "Barra minn hekk, anke d-Direttur – li proprjament m'għandux x'jaqsam mal-Kunsill, imma huwa l-amministratur, biex ngħid hekk, l-overseer ta' dan il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta – sibt li kellu termini ta referenza li ma jispiċċaw qatt.", "Ma nistax naċċetta u nifhem kif dan il-bniedem waħdu, mingħajr staff u b'xejn, jagħmel dan kollu!", "Ried l-istaff kollu li għandi l-Ministeru biex jibda jaħdem!", "Ħa nkun blunt, jien stajt nibqa' nżommu jagħmel dak li għandu imniżżel, u jekk ma jagħmlux ngħidlu biex jiltaq.", "Iżda jien ma ridtx nagħmel hekk, u minflok ġiegħeltu jifhem li t-termini ta' referenza kienu esaġerati.", "Ftehmna li nċekknuhom kemm nistgħu sabiex nagħmluhom aktar prattiċi, u jkun jista' jaħdem f'dawk il-parametri.", "Fil-fatt, hekk għamilna, u llum qiegħed aktar komdu u jaf aktar x'inhuma d-dmirijiet tiegħu.", "Naħseb li hemmhekk bdejna biex immexxu.", "Jekk wieħed jaqra r-rapport tal-Konferenza, jsib li dawn kienu r-rakkomandazzjonijiet li saru fil-Konferenza, u hawnhekk hawn follow-up żgħir ta' x'sar f'dawn is-sitt xhur.", "Issa, għandi l-ħsieb li, wara li dan jiġi aċċettat mill-Parlament, immorru biex nagħmlu video conference.", "Għalkemm waħda, imma għall-anqas issa nafu minn fejn se nibdew.", "Irridu nippreparaw minn issa għall-konferenza li jmiss, li se tkun f'Settembru tal-2013.", "Irrid ngħid li l-membri diġà bdew jippreparaw is-suġġetti li se jiddiskutu s-sena d-dieħla.", "Semmew xi ġurnata – m'għandix amment bħalissa – però naf li f'Settembru.", "Il-kwestjoni l-oħra hija li, bejn issa u dakinhar, irrid anke nipprova nissodisfa t-tieni parti tal-liġi, li titkellem fuq it-twaqqif ta' Ċentru Kulturali Malti.", "L-isfortuna hi li meta konna qed nagħmlu l-liġi mal-kollega, l-Onor.", "Tonio Borg – u naf il-ħsieb x'kien – kif inhi l-liġi ġiet tagħti xi indikazzjoni lil xi wħud li l-Kunsill Kulturali Malti kellu jkun taħt il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "Din hija miskonċezzjoni, dan huwa żball.", "Fehemthomlhom u għidtilhom ċar u tond li mhux hekk.", "Din qiegħda parti mil-liġi biex m'għamilniex żewġ liġijiet.", "Fil-fatt, jekk miniex żball qiegħda f'artiklu 7, li jgħid ċar li l-Ministru, b'konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli mill-kultura, iwaqqaf din l-istituzzjoni.", "Jien fehemthom li l-istituzzjoni, jiġifieri, il-kumitat li ħa jmexxi se jkun hawn Malta.", "Però, ovvjament, irridu naħdmu kif dawn il-membri li jirrappreżentaw lill-Maltin ta' barra se jikkooperaw ma' dan il-Kunsill tal-Kultura Maltija sabiex il-konċett ta' tixtrid tal-kultura Maltija madwar id-dinja jibda jitħaddem.", "Għamiltha ċara magħhom li, prattikament, kważi aktar inkunu interessati li tixxerred il-kultura fejn mhemmx Maltin, milli fejn hemm il-Maltin!", "Però, ovvjament, il-Maltin iridu jikkooperaw maċ-Ċentru Kulturali biex iżommu dak li huwa Malti u li jiddistingwina minn ħaddieħor.", "Mr Chairman, il-pożizzjoni s'issa qiegħda hawnhekk.", "Irrid nirringrazzja b'mod partikolari lis-Sur Lawrence Dimech, lis-Sur Gejtu Pace, lis-Sinjura Doris Zammit, u anke lid-Direttur, Dr Ray Xerri, li – tajjeb jew ħażin, b'argument u b'ieħor, u daqqa qbilna u daqqa ma qbilniex – imma almenu wasalna biex għall-anqas issa għandna fuq xiex nibdew naħdmu ħalli mmexxu din il-liġi 'l quddiem.", "Għadha fil-bidu, imma naħseb li 'l quddiem għandha prospetti li tagħti ħafna frott.", "Nirringrazzjak.", "Hawn kummenti?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, dan ir-rapport se jiġi diskuss u se nieħdu konjizzjoni tiegħu bħala membri?", "Naħseb li jimmerita ftit diskussjoni.", "THE CHAIRMAN: Dan ir-rapport kien imqassam, u nistgħu nieħdu xi kummenti dwaru issa.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mhux qed jitressaq lilna għall-approvazzjoni, hux hekk, Ministru?", "GEORGE VELLA: Le, il-liġi ma titlobx għall-approvazzjoni, imma għal informazzjoni.", "Il-Kunsill irid jagħmel rapport li jiġi … Jista' jiġi diskuss, għaliex le?", "Mhux qed ngħidu li mhuwiex se jiġi diskuss.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li f'dan l-istadju għandna nieqfu.", "Forsi imbagħad niddiskutu dan id-Direttorat jekk kemm-il darba għandniex niddiskutuh f'dan il-Kumitat, jew inkella f'xi fora oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li bil-liġi kif inhi, niddiskutuh f'dan il-Kumitat, u mbagħad iressaq rapport lill-Kamra dwar id-diskussjoni.", "GEORGE VELLA: Proprjament il-liġi tgħid hekk:", "\"7 (1) Sal-aħħar ta' Marzu tas-sena li tiġi minnufih wara s-sena tat-twaqqif tiegħu, il-Kunsill għandu jippubblika rapport tal-attivitajiet kollha tiegħu u ta' kull sena wara, u jibgħat kopja tar-rapport lill-iSkrivan tal-Kamra tad-Deputati, li għandu minnufih iqiegħed dak ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Iżda, jekk ma jkunx hemm sessjoni tal-Kamra, għaldaqstant dak ir-rapport għandu jitqiegħed fuq il-Mejda fi żmien erba' ġimgħat minn meta l-Kamra terġa' tkun f'sessjoni.", "(2) Ir-rapport imsemmi fis-subartikolu (1) għandu, fi żmien tmien ġimgħat mid-data meta kopja ta' dak ir-rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġi rreġistrat u diskuss mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra, jew minn kull kumitat ieħor li jidħol minfloku, u dak il-Kumitat għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti lill-Kamra fuq kull kwistjoni li toħroġ mir-rapport.\"", "Jiġifieri intom kulma tridu tagħmlu huwa li tiddiskutuh ...", "THE CHAIRMAN: Ktibna lill-iSpeaker tal-Kamra biex niddiskutu dan ir-rapport u nressquh.", "GEORGE VELLA: Kieku jien kont nagħmel sessjoni fuqu hawnhekk.", "Imbagħad nieħdu r-rakkomandazzjonijiet x'irid isir u x'ma jsirx dwaru.", "THE CHAIRMAN: Jekk tridu nagħmlu sessjoni f'seduta oħra, għalija tajjeb ukoll.", "GEORGE VELLA: Jekk nista' nagħmel suġġeriment huwa li, meta tiddiskutuh, jien naħseb li jkun xieraq li l-Kumitat jgħajjat lis-Segretarja li hija responsabbli mill-Kumitat.", "Dwar id-Direttur, hemm problema daqsxejn delikata għax id-Direttur mhuwiex parti mill-Kumitat.", "Id-Direttorat huwa responsabbli biex jorganizza d-Direttorat u jara l-funzjonament ġenerali tiegħu.", "Però, is-Segretarja suppost li tiġbor l-informazzjoni kollha mingħand il-membri, tikkoordina l-e-mails li joħorġu, u toħroġ ...", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ministru, naqblu li tiġi s-Segretarja Doris Zammit, u tagħtina ħarsa ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Jekk jirnexxilna, nistidnuha.", "Però, kif qal il-Ministru, lesti li niddiskutu dan ir-rapport f'aktar dettall.", "Aktar kummenti dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?", "Nistgħu issa ngħaddu għall-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-ġimgħa d-dieħla.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR L-AĠENDA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LI SE JINŻAMM FIL-LUSSEMBURGU FL-24 ĠUNJU 2013", "GEORGE VELLA: Irrid ngħid li minn issa għadu kmieni, għax l-aġenda taf titbiddel minn ġurnata għall-oħra skont iċ-ċirkostanzi.", "S'issa, għandha l-punti dwar:", "- it-tibdil fil-klima,", "- il-Balkani tal-Punent,", "- il-viġilanza tan-Nofsinhar,", "- il-Proċess tal-Paċi tal-Lvant Nofsani, u", "Dawn huma s-suġġetti li wieħed se jiddiskuti għalissa.", "Jien ma naħsibx li għandna għalfejn nirrepetu dak li rrepetejna kemm-il darba.", "It-tibdil fil-klima huwa horizontal topic li jidħol taħt l-affarijiet barranin għar-raġuni li illum qed nitkellmu anke fuq climate diplomacy.", "Hemm ċerti kuntatti u ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu meta wieħed ikun qed jiddiskuti.", "Imbagħad, hemm ukoll il-United Nations Framework Convention for Climate Change, flimkien ma' konferenzi oħrajn li saru.", "Għad irridu naraw il-papers li ħa joħorġu; għadhom ma ġewx għandi.", "Naf li għandi xi punti hawnhekk.", "L-iskop huwa wieħed, li l-pajjiżi flimkien jingħaqdu biex dan il-fenomenu jżommuh kemm jista' jkun f'limiti kontrollabbli.", "Ovvjament, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni u jħeġġu li l-pajjiżi jadattaw għall-bidliet li ma jistgħux jiġu evitati.", "Bħalma nafu, qed jiġru ħafna fenomeni tal-klima, li llum wieħed jispjegahom.", "Ftit ilu, kien hemm temperaturi ta' 20 jew 25 grad fiż-Żona Artika, u kien hemm għargħar ġewwa l-Ewropa.", "Jiġifieri, d-dinja qed titħawwad, m'hemmx dubju!", "Din hija xi ħaġa li ħa tiġi diskussa, u għad irrid nara x'inhi l-pożizzjoni.", "Malta ilha involuta f'dan sa mill-1988, fejn konna diġà qed naraw it-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet ta' madwarna, eċċ. Ovvjament, aħna se nkunu favur dak it-tibdil kollu li jista' jsir.", "Ma ninsewx li imbagħad irridu anke niġġieldu biex ikollna l-permessi meħtieġa għal dak it-tibdil.", "Pereżempju, hemm il-kwestjoni tal-Kyoto Protocol.", "Aħna mhux bilfors irridu naċċettaw dak li jaċċetta ħaddieħor, u fiċ-ċirkostanzi tagħna hemm limitazzjonijiet li jridu jiġu rispettati.", "Sinċerament, għadni ma nafx x'se jkun il-ġist.", "Ħafna drabi ma niskantax li dan ikun suġġett li Catherine Ashton sempliċement tagħmel referenza għalih fl-introduzzjoni, u tibqa' għaddejja fuq affarijiet oħrajn li huma ħafna aktar importanti, bħal pereżempju, il-kwestjoni tas-Southern Neighbourhood, li dejjem nirreferu għaliha bħala dak li qed jiġri fl-Afrika ta' Fuq.", "Dan huwa suġġett li għaddej il-ħin kollu.", "Il-bieraħ waranofsinhar, kont qiegħed Spanja f'diskussjoni mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Spanjol.", "Nista' ngħidilkom li kważi kważi bilkemm tkellimna fuq affarijiet bilaterali għax l-interess huwa dak li qed jiġri fil-Libja, fit-Tuneżija, fil-Marokk – ovvjament min-naħa tal-iSpanjoli – u anke ġewwa l-Eġittu.", "Is-Southern Neighbourhood naħseb li jkun suġġett li jieħu ħafna mill-ħin tal-Kumitat għax, ovvjament, fuq dan kulħadd jitkellem.", "Li qed jiġi studjat bħalissa huwa 'l hekk imsejħa European Neighbourhood Policy, jiġifieri, il-politika tal-viċinat għall-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq.", "Bħalma nafu, issa tbiddel il-ġist tagħha, mhux aktar bħala flus ippompjati lejn dawn il-pajjiżi, imma bħala programm ta' azzjoni li huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' more for more.", "Dan ifisser li, aktar ma tagħmel titjib fl-istituzzjonijiet tiegħek, aktar ma tersaq lejn id-demokrazija, lejn l-aċċettazzjoni għad-drittijiet tal-individwu, ir-rule of law, id-drittijiet tan-nisa, l-ekwità fit-trattamenti tal-minoritajiet, aktar ħa jkollok appoġġ min-naħa tal-Ewropa.", "Hemm ukoll l-importanza tal-kontabilità bejn l-Ewropa u s-sieħba tagħha, il-bżonn ta' partnerships – u dan importanti ħafna – mhux biss bejn il-gvernijiet, imma anke mas-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari, ir-rikonoxximent tal-irwol speċjali li għandha tingħata 'l-mara fit-tisħiħ mill-ġdid tal-politika, u anke tas-soċjetajiet ġodda li nixtiequ naraw li jkun hemm żviluppati.", "Din hija bbażata b'aktar flessibbiltà fil-framework li qed taħdem fih l-Ewropa.", "Dan mhux bħalma kienet qabel, fejn kellha programm li japplika għall-pajjiżi kollha tal-Mediterran.", "Illum għandek it-tailored responses, fejn tfassal il-libsa tiegħek skont iċ-ċirkostanzi li jitlob dak il-pajjiż partikolari, u anke billi tqabbel il-bżonnijiiet ta' dawk il-pajjiżi, il-progress li jkun għaddej, u anke n-natura ta' dawk it-talbiet li jagħmlu dawn il-pajjiżi mill-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri, hemm ħaġa aktar personalizzata fil-kontest ta' pajjiż.", "F'dan il-każ, il-pajjiżi kollha huma lesti li jieħdu parti f'dan it-tip ta' programm.", "Ovvjament, ikun hemm programmi ta' azzjoni ta' kull sena u anke deċiżjonijiet li jridu jittieħdu li, f'dan il-każ, mhux bl-unanimità imma b'maġġoranza ta' żewġ terzi, ħalli jkun hemm aktar possibbiltà li jistgħu jsiru.", "Imbagħad, ovvjament, wieħed jidħol fuq pajjiżi oħrajn, b'mod partikolari l-Libja.", "Irrid ngħid li dan l-aħħar dehru xi rapporti li xejn ma kienu sbieħ, fejn kien hemm min diġà qed jipprova jiddikjara 'l-Libja bħala failed state.", "Jien naħseb li dan huwa negattiv ħafna għax, huma kemm huma ħżiena l-affarijiet, wieħed dejjem għandu jżomm it-tama li se jipprova jirranġa s-sitwazzjoni.", "Huwa veru li għandek frammentazzjoni, kemm orizzontali, kif ukoll vertikali, kemm fil-livelli ta' amministrazzjoni nazzjonali, reġjonali, lokali, u anke fil-livell tat-toroq tal-irħula u tal-ibliet.", "Però, imbagħad hemm ukoll il-frammentazzjoni vertikali bejn l-awtorità, dik polizjeska, dik militari ċentrali, u dawk li huma fir-reġjonijiet u fl-ibliet differenti tal-pajjiż vast u enormi.", "Hemm min qed jipprova jgħaqqad flimkien, u hemm min qed jipprova jisfida din l-għaqda.", "Hemm oħrajn li huma awtonomi kompletament, u hawnhekk qed nitkellem fuq milizji li, għar-raġunijiet tagħhom partikolari u lokali, jidhrilhom li għandhom jibqgħu jżommu l-mandat li huma jiddefendu.", "Sfortunatament, dan l-aħħar ġewwa Benghazi rajna milizja lokali ddur għall-Libya shield – li hija forma ta' armata fil-bidu Libjana – qatlu 35 ruħ, u affarijiet oħrajn bħal dawn.", "Din hija xi ħaġa li rridu naraw.", "Jien nemmen li ħadd m'għandu jaqta' qalbu f'din is-sitwazzjoni għax, jekk wieħed iħares lejn kif kienu l-Balkani għaxar jew ħmistax-il sena ilu u jara fejn waslu llum, anke jekk wieħed jagħmel għaxra, ħmistax-il sena jaħdem fuq dan il-pajjiż bit-tama li fl-aħħar se jkun hemm pajjiż ċivilizzat, stabbli u produttiv, jien naħseb li huwa worth it.", "Fir-rigward tat-Tuneżija, hija l-istess ħaġa, iżda s-sitwazzjoni mhijiex daqshekk kerha.", "Hemmhekk hemm żviluppi politiċi li jistgħu jwasslu għal tibdil mhux ħażin, anke fit-tmexxija.", "Għall-grazzja t'Alla, hemmhekk m'hemmx il-kwestjoni tal-milizji, il-kwestjoni tal-qtil bl-addoċċ, u m'hemmx il-kwestjoni ta' biża'.", "Hija sempliċement kwestjoni ta' pajjiż li qed jipprova jsib saqajh politikament.", "Dejjem tibqa' ir-rabta u l-pressjoni ta' gruppi estremisti, bħas-Salafisti fuq il-Musulmani moderati, u bħal tal-al-Nahda li jridu jsibu l-balanċ tagħhom.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-Kostituzzjoni, li għad trid tiġi raffinata u tiġi aċċettata.", "Li hemm li huwa tajjeb huwa li l-pajjiż għandu ħafna nies li huma edukati, nies li huma kapaċi jaħdmu u lesti ħafna li jaċċettaw l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea.", "Bħalma huwa l-Marokk, wara kollox.", "Però, hemmhekk hemm il-periklu l-ieħor.", "Dan il-pajjiż għaddej mit-tieni għaddsa, għax l-ewwel kien hemm il-fatt li sparkjat ir-revoluzzjoni minħabba li kien hemm nuqqas ta' xogħol u affarijiet bħal dawn, u issa, minkejja li hemm ċertu livell ta' stabbiltà u nuqqas ta' ġlied, xorta hemm ferment sħiħ fil-popolazzjoni żagħżugħa għax, għalkemm hija kkwalifikata u edukata, xorta mhix qed issib ix-xogħol li fil-fatt iġġieldet għalih.", "Hemmhekk qed nerġgħu naraw li qisu ċ-ċirku dar dawra tond, u wieħed jitlob li ma jkunx hemm xrara li terġa' tiftaħ kollox.", "Fl-Eġittu hemm problemi pjuttost akbar minn tat-Tuneżija, speċjalment bil-mod kif qed iġib ruħu l-Gvern immexxi minn Morsi.", "Pereżempju, dan l-aħħar kien hemm il-kwestjoni rigward it-trażżin tal-NGOs.", "Ilkoll nafu li dawn huma parti essenzjali minn pajjiż demokratiku, u allura meta jkun hemm deċiżjoni ta' Gvern Eġizzjan li jilleġisla kontra tagħhom u ma jagħtihomx id-drittijiet tagħhom, hemmhekk qed naraw li jista' jkun hemm splużjoni oħra.", "Kien hemm min qal li ċ-ċirku qed idur, għax beda billi ċ-Ċivil ħa over l-Armata, l-Armata ħadet over fuq il-Muslim Brotherhood, u allura reġa' wasal iż-żmien li ċ-Ċivil jieħu over mingħand il-Muslim Brotherhood.", "Dawn huma teoriji li kulħadd jitkellem fuqhom; imma, kif għedna kemm-il darba, l-Eġittu huwa l-aktar pajjiż kbir, huwa l-king pin ta' dawn il-pajjiżi, u allaħares ikollok nuqqas ta' stabbiltà hemmhekk għax huwa l-uniku pajjiż, barra l-Ġordan, li għandu konnessjonijiet mal-Iżreal.", "Allura wieħed irid jara li jekk jista' jkun dawn l-affarijiet isiru aħjar.", "L-aktar pajjiż li kellu red hot potato huwa s-Sirja.", "Is-Sirja hija kaldarun u, sfortunatament, f'kull minuta aħna u nitkellmu, mijiet ta' nies, fosthom tfal u ommijiet, qed imutu bil-gwerra.", "Din hija sitwazzjoni umanitarja kbira enormi u, apparti l-lat militari, qed tagħmel ukoll pressjoni kbira fuq il-pajjiżi tal-madwar – il-Ġordan, it-Turkija u l-Libanu stess.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li, jekk toqgħod tħares lejhom, iwaħħxuk.", "Il-kwestjoni kollha hija li, wara li ntrebaħ mit-truppi ta' Assad – bl-għajnuna tal-Hezbollah – ir-reġjun ta' al-Qusayr, li jiġi fuq il-fruntiera tal-Libanu, infetaħ kuridur sabiex tkun aktar faċli li l-Hezbollah jgħaddu għal ġos-Sirja biex jgħinu lit-truppi ta' Assad, u ġara li din tat nifs ġdid lill-forzi ta' Assad u skoraġġiet mhux ħażin lir-revoluzzjonarji.", "Irridu ngħidu li r-revoluzzjonarji tħalltu sew dan l-aħħar, b'elementi estremisti bħal al-Nusra, al-Qaeda u nies li telgħu mil-Libja tan-naħa t'isfel biex jingħaqdu magħhom ħalli jiġġieldu lil Assad.", "Però, wieħed irid jirrealizza li, jekk kemm-il darba tittieħed il-belt ta' Aleppo, it-tieni l-aktar belt importanti wara Damasku, allura se jkun hemm in-naħa tal-Punent tas-Sirja kollha meħuda mit-truppi ta' Assad, li kwazi kwazi huma kollha Alawiti hemmhekk, u se jkun hemm problemi enormi.", "Dan minħabba li dawn se jingħaqdu mal-Hezbollah in-naħa t'isfel, 'l isfel minn Damasku, u anke postijiet bħal Quneitra u Darna li jiġu qrib il-Golan Heights.", "Allura, hemmhekk hemm anke l-kwestjoni tal-Iżreal, li qed jibża' li jfuru għal ġot-territorju Iżraelit, u hemmhekk wieħed irid joqgħod b'sebgħa għajnejn.", "S'issa, l-kwestjoni tal-Iran, għalkemm kien hemm xi rapporti li xi elementi mill-Iran anke tfaċċaw mal-Hezbollah, dawn mhumiex ikkonfermati.", "Però, l-elezzjoni ġol-Iran stess forsi tipprova twitti, jew tagħti xi naqra tama, li l-affarijiet jitbiddlu, għalkemm hemmhekk mhux il-President jiddeċiedi, imma l-Ayatollah.", "Żvilupp interessanti ovvjament huwa dwar it-tneħħija tal-embargo.", "Jien kelli ċans nispjega dan fil-Parlament; però, apparentement, hemm min ma fehem assolutament xejn.", "L-Ewropa ma birkitx l-għoti tal-armamenti lir-ribelli.", "L-Ewropa ma kenitx kapaċi terġa' ġġedded l-embargo li kien tqiegħed għal sena.", "Jiġifieri, l-ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, ma vvota biex ir-ribelli jingħataw l-armamenti.", "Li kien hemm kien embargo miftiehem unanimament, spiċċa fl-aħħar ta' Mejju, u ma kienx hemm qbil li jerġa' jiġġedded.", "Il-fatt li ma jiġġeddidx allura kien free for all. Min akkuża lil Malta li marret kontra n-newtralità għax kienet waħda mill-pajjiżi membri meta tneħħa l-embargo, m'hu veru xejn!", "L-embargo waqa' għax kien biss għal sena.", "Qed infiehem dan il-punt għax kien hemm min spjega u fehem ħażin is-sitwazzjoni.", "Ma kienx hemm qbil unanimu biex jerġa' jsir l-embargo.", "Allura, ladarba ma tistax terġa' tpoġġih, ovvjament se jibqa' miftuħ.", "Jekk miftuħ, il-pajjiżi li normalment jesportaw l-armi, bħall-Ingilterra u Franza, setgħu jekk riedu jesportaw l-armi.", "Minkejja d-diskors li għamel il-kollega tiegħi, William Hague, li kien wieħed mill-promoturi, irriżulta li meta mar ġol-Ingilterra biex jikkonvinċi lill-House of Commons biex jesportaw l-armi, hemmhekk ukoll sab qasma kbira, u sal-lum għad m'hemmx qbil jekk l-Ingilterrra tippermettix li wieħed jibgħat l-armi lir-ribelli.", "Min-naħa l-oħra, issa li tħabbret u wieħed qed jaħdem fuq l-konferenza ta' Ġinevra biex jipprova jlaqqa' l-players kollha f'din il-kwestjoni, ir-revoluzzjonarji qed jgħidu li jekk m'aħniex se nagħtuhom l-armamenti, ma jiġux għall-konferenza.", "Dan huwa aspett wieħed.", "Jekk hux se sseħħ il-konferenza, min se jiġi mgħajjat u min se jkun hemm hija storja twila.", "Imma hawnhekk huwa każ li wieħed jittama li l-affarijiet jitranġaw.", "Fuq din il-kwestjoni aħjar nieqaf għax nibqgħu għaddejjin, imma hija l-aktar waħda importanti li hemm, u m'għandix dubju li ...", "THE CHAIRMAN: Dan huwa punt importanti, u forsi anke jkollok l-okkażjoni li tiddiskutih il-ġimgħa d-dieħla.", "Jien wisq nibża' li l-affarijiet qed jaħarbu minn idejn l-Ewropa, għax l-Amerika qed jgħidu li se jibdew jissupplixxu l-armi lir-ribelli, u allura hemm il-periklu li jekk tidħol ir-Russja fuq in-naħa ta' Assad, inkunu qed nerġgħu nidħlu fl-era ta' gwerra bierda.", "Jien naħseb li anke bħala pożizzjoni tagħna bħala pajjiż, li qegħdin involuti ġeografikament u mhux daqstant bogħod mis-Sirja, irridu li fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin nagħmlu l-punt tagħna li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tkun aktar b'saħħitha f'din il-kwestjoni tas-Sirja, għax l-affarijiet jidhru li se jaħarbu minn idejna.", "Dan minħabba li, jekk l-Amerikani se jissupplixxu l-armi, imbagħad ir-Russja se jidħlu n-naħa l-oħra – embargo u mhux min-naħa tagħna – l-affarijiet se jkunu ġraw mingħajr ma jkollna kontroll fuqhom aħna.", "Ma nafx jekk hawnx kummenti?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien nirringrazzja lill-Ministru li ġie jinformana, għax naf x'jiġifieri li sal-aħħar mument jistgħu jinbidlu jew jidħlu affarijiet ġodda fuq l-aġenda.", "Jista' jkun li, waqt li l-Ministru jkun qiegħed fuq l-ajruplan sejjer għal din il-laqgħa, jsib li fuq l-aġenda daħħlulu affarijiet li huma kompletament differenti.", "Naħseb li lkoll naqblu li dawn huma kollha temi li, sa ċertu grad, huma rikorrenti.", "Allura huwa tajjeb, u napprezza ħafna li inti qed tiġi u tinformana.", "Irrid ngħid li bdejt dixxiplina tajba ħafna; però, hux ta' min naqbdu numru ta' punti li hawn u jkollna dibattitu ftit aktar miftuħ f'dan il-Kumitat fuq dawn id-diversi punti li jimmeritaw li mhux nieħdu pożizzjoni, imma li l-membri ta' dan il-Kumitat jkunu aktar esposti għal aktar fatti u għal aktar apprezzament tal-affarijiet?", "Il-kwestjoni ġos-Sirja hija volatili ħafna.", "Jiġifieri, x'se jiġri matul dan ix-xahar, x'se jiġri sal-Kunsill, u x'se jkun l-effett finali, il-Bambin biss jaf; però naħseb li punti, bħat-tibdil fil-klima, il-Balkani, l-Afganistan u, b'mod l-aktar partikolari, is-Southern Neighbourhood – li jiena nagħtih ħafna attenzjoni – għandna, kemm jista' jkun, naqbdu suġġett wieħed f'ġurnata minnhom u niddiskutuh.", "Niftehmu mal-Ministru, jekk huwa possibbli xi ħadd jagħmlilna paper fuqha, u niddiskutuha aktar fid-dettal.", "Però, nirringrazzjaw lill-Ministru ta' dan, u anke tal-fatt li f'sessjoni tal-Parlament għamel stqarrija ta' dak li ġara fil-Kunsill preċedenti.", "Nirringrazzjak.", "GEORGE VELLA: Sur President, bir-rispett kollu, mhuwiex konċepibbli li wieħed jiddetta x'tagħti l-Amerika.", "Minkejja r-rieda tajba kollha, l-Amerika mhux se tibda, għax l-Amerika diġà qiegħda tissuplixxi l-armamenti bil-miftuħ.", "Kulħadd jaf li r-ribelli jridu li jiġu fornuti bl-armamenti mill-Amerika.", "Naqbel miegħek li l-interessi tal-Unjoni Ewropea għandhom jiddistingwu ruħhom fuq ċerti aspetti – apparti ċerti kwestjoinijiet ewlenin – minn dawk li huma interessi tal-Istati Uniti tal-Amerika, u għandhom jaraw eye to eye f'dawk li huma ideali ta' paċi, ta' rule of law u ta' demokrazija.", "Però, naqblu żgur li rridu naċċettaw li hemm ċerti interessi differenti.", "Dan bħalma kienet il-kwestjoni tal-Lvant Nofsani – li se niġu għaliha minn hawn u ftit ieħor – fejn l-Unjoni Ewropea damet kważi sas-sena 1980 biex ħadet pożizzjoni konġunta u għamlet il-Venice Declaration.", "Ħaddieħor kien jgħid li hemm l-Amerika; issa tiġi l-Amerika … Forsi dan kien anke effett ta' dak li ġara wara t-Tieni Gwerra Dinjija, meta kulħadd stenna biex l-Amerika tfejjaq il-ġrieħi bil-famuż Marshall Aid u Marshall Plan tal-Ewropa.", "Fil-fatt, li ma kienx għalhekk, l-Italja u l-Ġermanja ma kenux jieħdu s-saħħa li ħadu.", "Hemmhekk, hemm anke dan l-approċċ psikoloġiku.", "Il-kwestjoni hija li fl-Unjoni Ewropea hemm 27 pajjiż – issa, mill-1 ta' Lulju, se jkunu 28 pajjiż – li kollha għandhom il-politika barranija tagħhom.", "Sfortunatament, il-politika barranija komuni ma teżistix.", "Hemm pajjiżi li huma impenjati għal ċerti pożizzjonijiet li, minkejja kollox, tispiċċa ħamsa favur, għaxra kontra, u l-oħrajn jittitubaw u ma jafux fejn qegħdin.", "Jien naqbel miegħek u nifhem x'qed tgħid inti; però, minkejja li nappellaw lill-Amerika biex ma tkomplix tforni l-armamenti, din hija xi ħaġa li dwarha nkunu qed naħlu l-ħin u d-diskors għalxejn, assolutament!", "Kif għedt inti, hija sitwazzjoni traġika u veru pjetuża.", "Min-naħa l-oħra, irridu bilfors li naraw li jkun hemm il-potenzi tas-saħħa tal-Istati Uniti tal-Amerika, u anke tar-Russja min-naħa l-oħra, li jridu jkunu konvinti – biggishly persuaded! – li jagħmlu minn kollox biex iġibu lil kull min huwa involut f'din il-kwestjoni kollha.", "Jien nifhem li dawn huma l-Hezbollah, l-Iran, it-Turkija, kien min kien, kollha madwar il-mejda biex jiddiskutu.", "Bħalissa hemm imbottatura mhux ħażin, hemm lobbying kbir biex niddikjaraw lill-Hezbollah bħala organizzazzjoni terroristika.", "S'issa għadna nżommu lura milli niddikjaraw din il-pożizzjoni tagħna, u r-raġunijiet huma ħafna.", "L-ewwel raġuni hija li, jekk se nibdew niddikjaraw min hu terroristiku f'dik iż-żona kollha, naħseb li nispiċċaw b'lista sħiħa, mhux waħda.", "It-tieni raġuni hija li, jekk kemm-il darba se niddikjaraw lill-Hezbollah bħala organizzazzjoni terroristika, se nkunu qed inxellfu l-mod kif nistgħu naħdmu mal-Gvern tal-Lebanon 'il quddiem.", "It-tielet raġuni hija li, meta tagħmel hekk, dawn qed tbarrihom milli jistgħu jkunu parti mill-proċess ta' paċi li jista' jiġi msejjaħ għada, pitgħada jew il-ġimgħa d-dieħla.", "Jien naħseb li, fejn s'issa dawn kienu hekk, inħallu kollox kif inhu, minkejja li, kemm l-Ingilterra kif ukoll l-Amerika, qed jimbottawna ħafna biex nieħdu din il-pożizzjoni.", "Wieħed ma jridx jaqbad biċċa waħda biss minn din l-imbierka jigsaw puzzle kbira, u jgħid li se jagħmel ġustizzja magħha, għax hekk tkun qisek mhu qed tagħmel assolutament xejn.", "Ma rridux nitilfu l-istampa l-kbira mill-fokus tagħna.", "Għalissa se nieqaf hawn, imma din hija xi ħaġa li se tqum ukoll fil-Kunsill għax kien hemm ħafna imbottar.", "Fil-fatt, sal-lum stess kelli żewġ approċċi biex nieħdu pożizzjoni differenti.", "Aħna qed ngħidu biss li aħna ma nkunux in-nies li nibqgħu waħedna jew li nimblokkaw il-qbil – we won't be the ones to spoil – però, jekk ikun hemm pajjiż wieħed li jieqaf fuq din il-kwestjoni, aħna se nieqfu miegħu.", "Dan fis-sens li, kemm jista' jkun, se nibqgħu nżommu sal-aħħar, bit-tama li sa dak iż-żmien wieħed jipprova jagħmel affarijiet oħrajn.", "Imbagħad hemm il-proċess tal-Lvant Nofsani.", "Dwar dan ma nafx għalfejn għandna nieħdu fit-tul, għax dan iddiskutejnih u nafu li għandna qbil fuqu.", "Kulħadd jaf x'inhu għaddej bħalissa.", "Sfortunatament, attentat wieħed wara l-ieħor, b'mod partikolari, fil-missjoni tal-Istat Amerikan, s'issa jidher li John Kerry m'għamel xejn.", "Però, jien għad għandi t-tama li, bħalma ġara ħafna drabi fl-istorja tal-politika internazzjonali, meta l-anqas li tkun qed tistenna li se jiġri progress għax tara imblokk, f'daqqa waħda jkollok wieħed mill-key players li jbiddel il-pożizzjoni tiegħu, u tinfetaħ opportunità fejn wieħed jista' jitkellem.", "Jien għandi tama li x-xogħol li qed jagħmel John Kerry jista' jagħti ċertu riżultat.", "Dan qed ngħidu għar-raġuni li wasalna fi żmien kritiku li jew tintilef għal dejjem l-opportunità ta' Two State solution, jew inkella jibdew isiru diskussjonijiet fuqha.", "Qed ngħid hekk għar-raġuni li l-kwestjonijiet tal-area E1 ta' Ġerusalemm, u anke tal-annessazzjoni tal-artijiet li qegħdin jibnu fuqhom, jekk se jkompli għaddej il-proċess, l-art li suppost hija l-Palestina se tinqasam f'biċċtejn.", "Allura l-argument jibqa': fuqhiex qed jiġġieldu?", "X'se jibqa' għall-Palestinjani?", "Dan hu argument li qed isir ħafna.", "Illum il-ġurnata hemm ħafna studji li qed jitkellmu fuq il-bżonn li l-Ewropa – hawnhekk jidħol dak li għamel referenza għalih l-Onor.", "Mifsud Bonnici – tieħu l-inizjattiva għax, meta wieħed iqis il-mod kif matul dawn is-snin kollha l-Ewropa – u nista' nmur lura anke għall-1980 – għamlet ħafna dikjarazzjonijiet, ħafna espressjonijiet ta' sogħba, ta' dispjaċir u kundanni, però fil-fatt, on the ground, miżuri politiċi m'għamlux.", "Kulħadd isemmi l-famuż każ meta, filwaqt li kien hemm l-operazzjoni Cast Lead tas-sena 2009 għaddejja fl-eqqel tagħha, kien hemm pajjiż Ewropew li, għax kien bil-presidenza u għax dejjem kien favur l-Iżreal, irrakkomanda l-upgrading tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea mal-Iżreal, proprju f'dak il-perijodu meta qed isir dak il-massakru ta' nies ċivili ġewwa Gaża.", "Dak ittieħed bħala każ fejn qalu li hemm bżonn li jħarsu sew fil-mera u jiddeċiedu li, wara kollox, l-Ewropa mhux – u hawn jidħol l-istess argument li qed insemmu fuq is-Sirja – tistenna x'se tagħmel l-Amerika, imma x'se tagħmel hi fejn kulħadd kien iżomm pass lura qabel ma jitkellem fuq miżuri ritaljatorji, fis-sens li se nħallu lil dan jibqa' jagħmel li jrid, jibqa' jibla l-art, nibqgħu ngħidu li huwa kontra r-regolamenti internazzjonali, li mhux sew li tibni f'territorju okkupat, imma fl-istess ħin ma nagħmlu xejn?", "Illum hemm ħafna studju biex jipprovaw jikkonvinċu u jimbottaw li jkun hemm xi azzjoni.", "Ovvjament, trid tibda b'azzjonijiet żgħar, però li jwasslu l-messaġġ li ma tistax tibqa' bl-affarijiet għaddejjin kif inhuma.", "Kulħadd jaf li ċ-ċavetta biex forsi wieħed isib xi ftit paċi f'din is-sitwazzjoni kollha l-ewwelnett hija l-kontroll tal-bini illegali fuq l-artijiet okkupati.", "Dik hija xi ħaġa li għaddejja bħalissa.", "Se nieqaf hawn fuq din il-kwestjoni, għax tkellimna ripetutament dwar dan, u kulħadd jafu.", "Mhemmx dubju li fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra għandna qbil perfett dwar x'nixtiequ u x'naħsbu li għandhom ikunu s-soluzzjonijiet ta' din il-parti tal-Lvant Nofsani, li issa ilha aktar miż-żejjed titkarkar.", "Hemm it-tamiet li, minħabba r-riżenja ta' Salam Fayyad u bil-ħatra tal-Prim Ministru l-ġdid, Rami Hamdallah, forsi jinfetħu xi toroq politiċi ġodda; però xorta tibqa' l-kwestjoni l-kbira ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Fatah u l-Hamas li, minkejja kull attentat li għamlu biex jingħaqdu flimkien ħalli jagħmlu reġistru komuni biex jagħmlu l-elezzjonijiet, kull darba jaslu sax-xifer, imma imbagħad ma jaslux biex jaqblu bejniethom.", "Jekk m'hemmx mistoqsijiet fuq dan, se nitkellem ftit fuq il-kwestjoni tal-Afganistan u fuq il-kwesjtoni tal-Eastern Partnership.", "Bħalma tafu, fl-Afganistan issa qed joqorbu l-elezzjonijiet tas-sena 2014.", "Hamid Karzai suppost li qiegħed jagħti l-impressjoni li hemm xi ftit ta' stabbiltà u, kif qed tgħid inti korrettament … telqu ċerti suldati li kienu qegħdin hemmhekk biex iżommu ċertu ordni, però xorta jibqa' reġjun diffiċli, bi storja twila ħafna ta' konflitt, qtil u tbatijiet.", "Ma nafx kemm suldati Amerikani tilfu ħajjithom hemmhekk fil-kwestjoni kollha.", "Però, jidher li l-impenn ta' dawn il-forzi tal-ordni u anke l-Unjoni Ewropea għenu biex l-Afganistan għadda minn dawk l-10 snin ta' bidla li nittamaw li issa se jwasslu għal bidla politika, bidla ekonomika u tmexxija soda u sostenibbli, f'qafas ta' ħarsien tal-liġijiet u drittijiet tal-bniedem.", "Dan huwa dejjem x'wieħed jittama, imbagħad wieħed irid jara x'se jkun ir-riżultat.", "Imbagħad, hemm il-kwestjoni tal-Eastern Partnership.", "Din hija l-politika tal-Unjoni Ewropea rigward il-Lvant tal-Ewropa.", "Bħalma kellna l-politika Mediterranja li tħares lejn il-pajjiżi tal-Mediterran, illum għandek il-politika li qed tħares lejn il-pajjiżi tan-naħa tal-Lvant tal-Ewropa.", "Dawn huma pajjiżi li qegħdin bejn morsa, bejn ir-Russja u bejn l-Unjoni Ewropea.", "Biċċiet minnhom kienu pajjiżi taħt ir-reġim Sovjetiku.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-Armenja, il-Gjorġja, il-Moldova, l-Azerbajġan, l-Ukraina u l-Belarus.", "Dawn huma numru ta' pajjiżi li l-Ewropa qegħda tipprova tirbaħ lejn in-naħa tagħha billi qed toffrilhom li jkollhom free trade area, u anke tagħtihom ċerti benefiċċji, filwaqt li r-Russja qed toffrilhom li jagħmlu customs union.", "L-Ewropa qed tgħidilhom ċar u tond li, jekk intom se jkollkom customs union mar-Russja, ma jistax ikollkom free trade area mal-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma pajjiżi li huma maqsumin.", "Pereżempju, l-Ukraina hija maqsuma fin-naħa tal-Lvant, li prattikament huwa Russu, u n-naħa tal-Punent, li prattikament huwa Ewropew.", "Dawn il-pajjiżi maqsumin fl-alleanza tagħhom, b'popli differenti u storja differenti.", "Jiġifieri, mhux lakemm wieħed jara li dawn niżlu … Dan huwa dak li għaddej bħalissa f'dik iż-żona.", "Huwa suġġett delikat ħafna, u aktar ma wieħed joffrilhom u jipprova jilliberalizza, pereżempju, moviment ta' ċittadini lejn l-Ewropa, it-tneħħija tal-visa … Hemm din il-politika ta' tqarrib ħalli wieħed jipprova jirbaħhom lejh.", "Ma ninsewx li, fl-essenza tagħhom, ħafna minnhom huma pajjiżi Ewropej b'kulturi Ewropej, ta' reliġjon Kattolika, Ortodossi jew oħrajn, li għal snin twal kienu maqtugħin u ma kenux parti mill-Ewropa.", "L-Ewropa llum qed tara li, jekk dawn il-postijiet tista' tkun kapaċi ġġibhom lura – qisha l-qroqqa tiġborhom taħtha – jaf ikunu ta' diffikultà għax jaf jerġgħu jmorrulek lura għal tmexxija li mhijiex daqshekk demokratika.", "L-Ukraina huwa wieħed mill-akbar pajjiżi li għandu potenzjal enormi.", "L-Azerbajġan nafu x'rikkezzi għandu.", "Il-Georgia huwa pajjiż li wieħed irid jara kif se jirbħu minn taħt l-influwenza tar-Russja.", "Nafu minn xiex għadda, u qed nitkellmu fuq missjonijiet biex jistabbilizzaw ir-relazzjonijiet tal-Georgia mar-Russja, għax anke ġol-Georgia stess għandek qasma ta' min hu favur ir-Russja, u min hu favur l-Ewropa.", "Prattikament dan huwa dak li qed jiġri.", "Dawn ikunu suġġetti li jiġu diskussi, jiddependi minn kemm jittieħed ħin fuq is-suġġetti l-oħrajn.", "Xi kultant issir referenza għalihom għax ikunu saru xi żviluppi, u allura trid tagħti rapport fuqhom; imma, jekk ikun hemm il-każ, isiru anke diskussjonijiet.", "Skużani tawwalt dan il-ħin kollu, imma l-aġenda kienet twila.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjaw lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin għal dan id-diskors u informazzjoni importanti ħafna.", "Hemm xi kummenti?", "Naġġornaw il-laqgħa tal-lum.", "Il-laqgħa li jmiss mhux se niffissaw data għaliha minn issa għax irridu naraw naqra meta l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej ikun komdu li jiltaqa' magħna.", "Nirringrazzjakom tal-attendenza.", "Fis-6.45 pm, il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130619_004d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fil-5:40 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Ryan Callus kien fuq xogħol parlamentari ieħor u l-Onor.", "Silvio Schembri kien imsiefer fuq xogħol parlamentari.", "ASSENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 3 li saret fil-5 ta' Ġunju, 2013 kienu konfermati.", "AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI", "Il-Kumitat qabel mal-proposta tal-President sabiex id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech, jiġi mistieden jindirizza lill-Kumitat dwar ix-xogħol tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ġenerali u fuq kwestjinijiet Ewropej.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR L-AĠENDA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LI KIEN SE JINŻAMM FIL-LUSSEMBURGU FL-24 ĠUNJU 2013", "Wara introduzzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin segwiet diskussjoni fuq it-temi li kienu jidhru fuq l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li kien se jsir fil-Lussemburgu fl-24 ta' Ġunju 2013, jiġifieri, fuq it-Tibdil fil-Klima; il-Balkani tal-Punent; il-Viċinanzi tan-Nofsinhar; l-Afghanistan; il-Proċess tal-Paċi tal-Lvant Nofsani flimkien mas-sitwazzjoni fis-Sirja u l-Eastern Partnership.", "DISKUSSJONI FUQ IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERJODU SETTEMBRU 2012 U FRAR 2013 SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin spjega li wara l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kunsill f'Settembru 2012 kien inħareġ ktejjeb bit-titlu 'Bidu Ġdid – Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta l-ewwel laqgħa – Settembru 2012' però skont l-att li waqqaf dan l-istess Kunsill kellu jsir ukoll rapport li jkopri l-perjodu ta' sitt xhur Settembru sa Frar 2013, liema rapport ma kienx ilu li tlesta u allura d-data sabiex jiġi diskuss dan ir-rapport ma ġietx rispettata anke għall-fatt li kien hemm l-elezzjoni ġenerali u li dan il-Kunsill kien għadu fil-bidu tiegħu mill-att ta' koordinament u organizzazzjoni.", "Il-Kumitat qabel li dan ir-rapport jiġi diskuss f'laqgħa oħra tal-Kumitat bil-parteċipazzjoni tas-Segretarja tal-Kunsill, s-Sinj.", "Dokument 36 Rapport għall-perjodu Settembru 2012 u Frar 2013 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "INFORMAZZJONI DWAR UFFIĊJALI MALTIN F'MISSJONIJIET MILITARI U ĊIVILI BARRA MINN MALTA", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Kumitat dwar uffiċjali Maltin li jinsabu fuq missjonijiet ċivili jew militari barra minn Malta, l-aktar f'operazzonijiet biex tinżamm il-paċi approvati mill-Unjoni Ewropea jew min-Nazzjonijiet Uniti jew f'dak li għandu x'jaqsam ma' institution building, fosthom, fil-Kosovo, fil-Libja, fil-Georgia, fis-Somalja u fuq l-ibħra barra s-Somalja u fiċ-ċentri ta' koodinament ġewwa Atlanta fl-Istati Uniti u f'Northwood fir-Renju Unit.", "Fis-6.45 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunitaki aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130619_004m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju 2013 fl-6.30p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 25 ta' Ġunju 2013 fl-6.30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "24 ta' Ġunju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130625_005a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.50 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Kienu preżenti wkoll l-Onor.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li għal din il-laqgħa l-Onor.", "Silvio Schembri kien se jissostitwixxi lill-Onor.", "SKUŻATI", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li peress li l-Onor.", "Deborah Schembri kienet imsiefra fuq xogħol parlamentari, kien se jissostitwixxiha l-Onor.", "Il-minuti tal-laqgħa Nru 4 li saret fit-3 ta' Ġunju, 2013 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li, bi qbil mal-Oppożizzjoni, il-Parlament kellu jiltaqa' kif indikat hawn taħt:-", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju, 2013 kellu jkun hemm żewġ seduti.", "L-ewwel seduta tibda fis-6.00p.m., bl-ewwel nofs siegħa mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari u immedjatament wara tibda d-diskussjoni fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Heritage Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena finanzjarja 2013, li kellha tieħu seduta waħda.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ta' din is-seduta jkun fit-8.00 p.m. u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Fit-8.30 p.m. tibda seduta oħra li fiha jiġu diskussi l-Estimi tal-Awtorità tat-Turiżmu għal Malta għas-sena 2013 bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fl-10.00 p.m. F'din is-seduta l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "L-Erbgħa, 26 ta' Ġunju, 2013 ikun hemm tliet seduti.", "L-ewwel seduta tibda fid-9.00 a.m. u fiha jibdew jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2013, bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fil-10.45 a.m. F'din is-seduta l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "It-tieni seduta tibda fil-11.15 a.m. u fiha ssir it-tieni parti tad-diskussjoni fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fis-1.00 p.m. u wara jittieħed l-aġġornament min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Il-ħin tal-mitoqsijiet ma jitteħidx.", "It-tielet seduta tibda fis-6.00 p.m. bl-ewwel nofs siegħa tkun għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Immedjatament wara ssir id-diskussjoni fuq l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fid-9.30 p.m. u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "Il-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 ikun hemm żewġ seduti.", "L-ewwel waħda tibda fid-9.00 a.m. u fiha jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interuzzjoni tax-xogħol ikun f'nofsinhar.", "F'din is-seduta l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "It-tieni seduta tibda fin-12.30 p.m. u fiha jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-3.00 p.m. u l-ħin tal-mistoqsijiet u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "Il-Ġimgħa, 28 ta' Ġunju 2013 ikun hemm seduta waħda li tibda fid-9.00 a.m. u li fiha jiġu diskussi l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2013.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fin-12.30 p.m. u wara jittieħed l-aġġornament min-naħa tal-Gvern.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet ma jitteħidx.", "L-Onor Carmelo Abela informa wkoll lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "1. fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 1 ta' Lulju 2013, tagħlaq id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Abbozz Nru 8;", "2. fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 2 ta' Lulju 2013, tibda d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa – Abbozz Nru 11; u", "3. fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2013, tibda d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Min Jiżvela Informazzjoni li tkun Protetta, il-Whistleblower Act, li kien għad irid jiġi ppubblikat.", "L-Onor.", "David Agius ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li peress li l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-qasam tas-saħħa, l-Onor.", "Joe Cassar, kellu jkun imsiefer nhar it-Tlieta, 2 ta' Luju 2013, ikun aħjar jekk id-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa – Abbozz Nru 11 – titħalla għal ġurnata oħra.", "Iż-żewġ Whips qablu li jiddiskutu bejniethom sabiex jaslu għal ftehim dwar meta tkun tista' ssir id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar xi ħsibijiet hemm għad-diskussjoni fuq l-abbozz ta' liġi mressaq mill-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li fuq dan is-suġġett kellha ssir laqgħa bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, u wara jkun jista' jinforma lill-Kumitat bl-eżitu ta' din il-laqgħa.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, kien se jagħmel żjara uffiċjali f'Malta u kien se jindirizza lill-Parlament f'seduta speċjali li se ssir nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013.", "Fis-seduta li tibda fit-3.30 p.m., issir introduzzjoni ta' madwar ħames minuti mill-iSpeaker, imbagħad isir id-diskors mill-President tal-Kunsill Ewropew, li jieħu madwar 15-il minuta, u fl-aħħar ikun hemm diskorsi ta' madwar għaxar minuti kull wieħed mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Meta tintemm is-seduta jkun hemm ħin li fih il-membri parlamentari jiltaqgħu mal-President Van Rompuy waqt riċeviment żgħir.", "Dakinhar ma jkunx hemm seduta fil-għaxija.", "Rigward il-mozzjoni biex jiġu emendati l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, l-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li din kellha titressaq fil-Parlament possibbilment matul l-ewwel ġimgħa ta' Lulju.", "Huwa wkoll ġab għall-attenzjoni tal-Kumitat proposti ta' emendi oħra għall-Ordnijiet Permanenti li kien beħsiebu jressaq il-Gvern u ċjoè li:-", "(a) l-Ordnijiet Permanenti jiġu emendati biex jirriflettu li l-ġranet tas-seduti parlamentari huma t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, u biex is-seduti jibdew fil-5.00 p.m. minflok fis-6.00 p.m., bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-8.00 p.m. u l-Aġġornament sat-8.30 p.m.;", "(b) l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jkunu jipprovdu wkoll għal ġranet allokati għall-Oppożizzjoni, fejn l-aġenda tkun iffissata mill-Oppożizzjoni stess, u dan b'żieda ma' dak li diġà jipprovdu l-Ordnijiet Permanenti għal mozzjonijiet ta' membri privati;", "(c) meta jkun hemm sejħa għal quorum is-sospensjoni tal-Kamra tkun ta' għoxrin minuta;", "(d) il-ħin li Membru jista' jdum jitkellem waqt diskussjoni fil-Kamra minn 40 minuta jinżel għal 30 minuta, il-ħin tal-estensjoni li jista' jingħata jkun ta' 15-il minuta minflok ta' 30 minuta, u l-ħin tad-diskors tal-introduzzjoni tal-Ministru għat-Tieni Qari ta' xi Abbozz ta' Liġi u r-replika tal-kelliem tal-Oppożizzjoni minn siegħa u nofs jitnaqqas għal siegħa;", "(e) meta l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi jkun qed jiddiskuti materja li jkollu interess fiha jew responsabbiltà għaliha Membru parlamentari li ma jkunx membru tal-kumitat, dan ikun jista' jissostitwixxi lil xi wieħed mill-membri tal-kumitat;", "(f) jitwaqqaf Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet bl-għan li jagħti fakultà lill-pubbliku li jippreżenta petizzjonijiet direttament lill-iSpeaker;", "(g) membri tal-eżekuttiv li jkunu msifrin fuq xogħol tal-Gvern ma jibqgħux jitniżżlu bħala assenti fil-minuti tas-seduti parlamentari, iżda jkunu jidhru taħt titlu li jindika li l-assenza tagħhom hija ġustifikata; u li", "(h) jidħol Ordni Permanenti ġdid li jipprovdi għal proċedura meta l-Qrati tiddkjara li xi liġi tkun tilledi l-Kostituzzjoni.", "Kopja ta' dawn il-proposti kellha tingħata lill-Oppożizzjoni għad-diskussjoni fi ħdan il-grupp parlamentari qabel ma jitressqu għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li kienet għaddiet komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar abbozz ta' mozzjoni ta' proċedura li tirregola l-votazzjonijiet fil-Kamra matul il-leġiżlatura preżenti, li l-Gvern kellu l-ħsieb li jressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra.", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li l-kuntratt ta' sitt xhur ta' Ms Pauline Abela bħala rappreżentant tal-parlament nazzjonali fi Brussell jiskadi fl-1 ta' Awwissu 2013, u li għaldaqstant il-Kumitat kellu jiddeċiedi jekk dan il-kuntratt għandux jiġġedded għal sitt xhur oħra.", "Iż-żewġ Whips qablu li jinformaw lill-Kumitat bid-deċiżjoni dwar dan fil-laqgħa li kien imiss.", "L-iSpeaker ippreżenta lill-membri tal-Kumitat:-", "11 - Kopja ta' rapport imħejji mill-Uffiċċju tal-iSpeaker u mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra b'referenza għall-bini tal-parlament il-ġdid intitolat \"Functionary Requirements of the Maltese Parliament\".", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kienu saru laqgħat mas-Sur John Formosa minn Network Publication, il-kuntrattur imqabbad mill-Bank of Valletta p.l.c. biex itella' l-wirja permanenti fil-bini tal-parlament il-ġdid.", "Fost il-punti li ġew diskussi kien hemm il-manteniment ta' din il-wirja u l-finanzjament ta' librerija tal-parlament.", "L-iSpeaker ippropona li l-Kumitat jiddedika ħin għal diskussjoni fuq dan l-iżvilupp u dwar materji konnessi mal-bini tal-parlament il-ġdid.", "L-iSpeaker ippreżenta lill-membri tal-Kumitat:", "12 - Kopja tal-brief li kien ingħata mill-Gvern lill-Grand Harbour Regeneration Corporation dwar il-bini tal-parlament il-ġdid, liema brief kien intalab mill-Onor.", "Carmelo Abela f'laqgħa numru 3 tas-27 ta' Mejju 2013.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li fil-31 ta' Mejju 2013, kien irċieva korrispondenza mill-Inter-Parliamentary Union fejn il-Parlament Malti ġie mitlub jikkommemora l-Jum Internazzjonali tad-Demokrazija 2013 li se jitfakkar fil-15 ta' Settembru.", "Il-Kumitat iddiskuta diversi suġġerimenti dwar kif tista' ssir din il-kommemorazzjoni fosthom permezz ta' artiklu fit-tieni ħarġa tal-pubblikazzjoni \"mill-Parlament\" kif ukoll permezz ta' attività li fiha jsir diskors tal-okkażjoni mill-iSpeaker u diskors minn kelliem tal-Gvern u ieħor minn kelliem tal-Oppożizzjoni.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li l-pubblikazzjoni \"mill-Parlament\" tinsab online u l-ewwel ħarġa tagħha kienet ġiet iċċirkolata lill-kunsilli lokali u lill-ambaxxati Maltin barra minn Malta.", "L-Onor.", "Carmelo Abela għamlu diversi suġġerimenti dwar dak li jista' jkun inkluż fil-ħarġiet li jmiss.", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li fil-laqgħa numru 3 tal-istess Kumitat kien intlaħaq qbil li fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadin isir dibattitu fis-Sala tal-Parlament fuq it-tema taċ-ċittadinanza bejn numru ta' membri parlamentari u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili msieħba fil-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC.", "Għal dan il-għan saret laqgħa ma' uffiċjali tal-MEUSAC fejn, minbarra li ġew esplorati areas fejn jista' jkun hemm kollaborazzjoni akbar bejn il-MEUSAC u l-Parlament, ġie deċiż li d-dibattitu fuq it-tema taċ-ċittadinanza jsir f'seduta apposta nhar is-Sibt, 23 ta' Novembru 2013.", "Din is-seduta għandha tkun parti mill-attivitajiet li jġibu fi tmiemhom is-Sena Ewropea taċ-Ċittadin 2013, liema attivitajiet se jsiru b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President.", "Dakinhar il-Kamra tad-Deputati u swali oħra fil-Palazz tal-President se jkunu miftuħa għal żjarat mill-pubbliku.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li fl-24 ta' Ġunju 2013, kellu laqgħa ma' membri tal-monitoring committee tal-Vote 16 Campaign.", "L-Onor.", "David Agius staqsa jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jitwaqqaf il-kumitat parlamentari, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, li jiffoka fuq l-immigrazzjoni, kif ukoll dwar il-grupp parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li kien se jressaq il-proposta għat-twaqqif mill-ġdid ta' sotto-kumitat dwar l-immigrazzjoni quddiem il-grupp parlamentari tal-Gvern.", "Huwa informa wkoll lill-membri li l-grupp parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura kien se jerġa' jitwaqqaf u li l-membri għan-naħa tal-Gvern kienu se jkunu l-Onor.", "Deo Debattista, li kellu jippresjedi l-kumitat, u l-Onor.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius, il-Kumitat qabel li biex tkompli tissaħħaħ l-awtonomija tal-Parlament kellha tiġi mistħarrġa l-possibilità li stqarrijiet għall-istampa dwar xogħol li jsir minn delegazzjonijiet parlamentari barra minn Malta jinħarġu mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra u mhux mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qajjem il-punt dwar il-ħtieġa li l-Parlament jagħmel inqas użu mill-karti u possibbilment il-flus li jiġu ffrankati mill-istampar ta' karti jiġu allokati għal apparat teknoloġiku għall-użu tal-membri parlamentari sabiex ikun faċilitat aktar l-aċċess għal dokumenti parlamentari.", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat f'diversi miżuri li kienu ttieħdu, fosthom li membri parlamentari ngħataw il-faċilità li jibbenefikaw minn apparat teknoloġiku sa valur massimu ta' €400; il-card parlamentari li tinħareġ lil kull deputat u anke lil dawk li servew fil-Parlament fil-leġiżlatura preċedenti, u l-ħruġ ta' passaport diplomatiku lil kull deputat parlamentari.", "Fid-8.43 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2013, fis-6.30 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130625_005m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "Il-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 fil-5 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 fil-5 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Palestinjan l-E.T. Riyad Malki.", "Affarijiet oħra.", "21 ta' Ġunju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130627_005a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 5", "Il-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 5", "Il-Ħamis, 27 ta' Ġunju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.40 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 4, li saret fid-19 ta' Ġunju 2013, ġew ikkonfermati.", "LAQGĦA MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN PALESTINJAN, L-E.T. RIYAD MALKI", "L-E.T. RIYAD MALKI: Thank you.", "Fit-3.24 pm, il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130627_005d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2:40 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 4 li saret fid-19 ta' Ġunju, 2013 kienu konfermati.", "LAQGĦA MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN PALESTINJAN L-E.T. RIYAD MALKI", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Palestinjan Riyad Malki kien akkumpanjat mill-E.T. Jubran Taweel, Ambaxxatur Palestinjan għal Malta, Dr Amal Jadou, s-Sur Fadi Hanania u s-Sur Ayman Alhila.", "Wara introduzzjoni mill-President tal-Kumitat segwiet diskussjoni fuq d-diversi aspetti tas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani partikolarment dwar il-fatt li l-bini ta' settlements fit-territorji okkupati qiegħed jipperikola s-soluzzjoni permanenti ta' żewġ Stati, dak Israeljan u dak Palestinjan, dwar il-qagħda politika interna bejn il-Palestijani u dwar il-bżonn li l-appoġġ politiku għall-kawża Palestinjana jinbidel f'azzjoni konkreta.", "Fuq livell bilaterali kien innotat il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta' Malta u tal-Palestina sabiex jibdew isiru laqgħat bejn iż-żewġ naħat bit-twaqqif ta' Joint Economic Cooperation Committee.", "Il-Ministru Palestinjan għamel stedina lill-Kumitat sabiex iżur il-Palestina, liema stedina kellha tiġi formalizzata aktar 'il quddiem.", "Fit-3:24 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130627_005m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 4", "It-Tlieta, 02 ta' Lulju, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 02 ta' Lulju, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Rapport miċ-Chairperson dwar issues relatati ma' rapporti u riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa", "Diskussjoni dwar il-Vjolenza Domestika", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130702_004a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 4", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 4", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.44 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 03 li saret nhar l-Erbgħa 29 ta' Mejju 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat;", "Email datata 01 ta' Ġunju, 2013 mibgħuta mis-Sinjura Myriam Vella fuq id-drafting tan-National Children's Policy fejn qiegħda tissuġġerixxi li t-tfal vittmi ta' żweġijiet imkissra għandhom jiġu mgħejjuna finanzjarjament hekk kif tingħata s-separazzjoni.", "Email datata 31 ta' Mejju, 2013 mibgħuta mis-Sinjur Alfred Farrugia rigward diskussjoni fuq ir-road safety.", "Is-Sur Farrugia qiegħed joffri wkoll l-għajnuna tiegħu jekk il-Kumitat ikun se jiddiskuti dan is-suġġett.", "Email datata 04 ta' Ġunju, 2013 mibgħuta mis-Sinjura Ruth Rose Sciberras (Intake and Protection Services Manager) fejn qiegħda tagħti lill-Kumitat lista ta' NGOs li l-Aġenzija Appoġġ taħdem magħhom.", "Ingħatat ukoll informazzjoni dwar il-vjolenza domestika kif ukoll tagħrif fuq is-servizzi li toffri din l-aġenzija flimkien ma' statistika dwar il-każijiet tal-vjolenza domestika.", "Kif qed taraw għandna email mingħand Miss Ruth Sciberras (Intake & Protection Services Manager) li fiha tatna l-istatistika fuq il-vjolenza domestika u fuq is-servizzi li jiġu offruti.", "Qaltilna wkoll li l-NGOs li jaħdmu magħhom huma Dar Qalb ta' Ġesu, Dar Merħba Bik, Victim Support u s-SOAR (Support Group for Victim Survivors and Violence in Intimate Relationships) li huwa support group ġdid.", "Miss Sciberras qaltilna li jekk ikollna bżonn nistgħu nikkuntattjawha.", "Fil-fatt imbagħad inkunu nistgħu nagħtu titwila lejn l-istatistiċi li tatna u jekk ikollna bżonn insejħu lil min jieħu ħsieb dawn is-servizzi biex inkellmuhom.", "Quddiemkom għandkom issibu kopja ta' dak kollu li bagħatitielna Miss Sciberras.", "Għandna wkoll ittra mingħand is-Sur Alfred Farrugia, fejn bagħat jistaqsina kemm-il darba ġiet diskussa l-issue tar-road safety fil-Plenarja f'dawn l-aħħar ħames snin u x'xogħol sar mill-amministrazzjoni preċedenti fuq dan is-suġġett partikolari.", "Qalilna li fl-opinjoni tiegħu għandu jkun hemm a national affair rigward ir-road safety u d-driver education.", "Qalilna li hu ġie inspirat minn xi artikolu li kien qiegħed jaqra dwar road safety week li kien qed jiffoka fuq il-pedestrian safety.", "Qalilna li l-Malta Automobile Club li qiegħed fil-proċess li jiġi fformat se jkun qed jagħti kontribuzzjonijiet rigward road safety u driver education fil-futur qarib.", "Min-naħa tiegħu jekk jista' ikun ta' servizz għalina, huwa lest li jagħtina dan is-servizz.", "Fil-fatt aħna diġa' tkellimna fuq data partikolari meta se niddiskutu dan is-suġġett.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Din il-korrispondenza tkun aċċessibbli għall-membri ta' dan il-Kumitat?", "Issa ngħaddulkom kopja.", "Irċevejna email mingħand is-Sinjura Miriam Vella fejn qiegħda turi l-concern tagħha rigward id-drafting tan-National Children's Policy.", "Is-Sinjura Vella qiegħda tgħidilna b'każ partikolari u qed tissuġġerixxi li jekk ikun hemm vittmi innoċenti ta' broken marriages, dawn għandhom jiġu meħudin in konsiderazzjoni u li rridu nagħtu kashom anke finanzjarjament mill-bidu wara s-separazzjoni.", "Naħseb li xi kultant is-Sinjura Miriam Vella qiegħda tirreferi għall-fatt li sakemm l-affarijiet jaslu l-Qorti, u jibda l-proċess, eċċ., ikun hemm interim period fejn it-tfal ma jkunux qegħdin jiġu mantnuti kif suppost, anke f'dak ix-xahar sakemm jinqata' l-ewwel digriet.", "Imbagħad qiegħda tgħidilna fuq is-sitwazzjoni tagħha.", "Dan ir-rapport nista' ngħaddilkom kopja tiegħu wkoll u fil-fatt diġa' għedt lis-Segretarju tal-Kumitat sabiex ngħaddu kopja lilkom ħalli tkunu tistgħu tarawh.", "Dan ir-rapport ġiew mwassal lilna mingħand l-iSpeaker tal-Kamra, l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Personalment nippreferi li nirċevih by email għax apparti milli niffrankaw milli nużaw ħafna karti, li lili ddejjaqni daqsxejn din il-ħela, naħseb li huwa iktar prattiku li jkollok kopja by email.", "Imma dejjem jekk huwa possibbli.", "THE CHAIRPERSON: Mhux problema, nistgħu ngħaddulkom kopja by email ukoll.", "Issa ngħaddu għad-diskussjoni tal-lum.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel item fuq l-aġenda tagħna huwa l-preżentazzjoni min-naħa tiegħi dwar ir-riżoluzzjonijiet li għaddew mill-Kunsill tal-Ewropa li għalih jiena kont preżenti matul din il-ġimgħa.", "Imma peress li magħna hawn is-Sinjura Josette Stensen mid-Dar Qalb ta' Ġesu, nippreferi li mmorru għad-diskussjoni fuq il-vjolenza domestika u mbagħad dan ir-rapport nagħmlu wara.", "Qabel xejn nirringrazzjak Sinjura Stensen talli għoġbok tkun magħna llum għal din id-diskussjoni.", "Aħna qegħdin nesploraw ftit l-issue tal-vjolenza domestika u hija relatata wkoll mal-istituzzjonijiet għax nixtiequ naraw is-servizzi li qegħdin jingħataw il-vittmi tal-vjolenza domestika u jekk dawn is-servizzi humiex up to the expectations ta' min qed ifittixhom.", "Aħna se nkunu qegħdin nisimgħu kemm lill-vittmi kif ukoll lin-nies li jieħdu ħsieb dawn l-istituzzjonijiet, inkluż lilkom.", "Nixtieq inkun naf xogħolkom x'inhu u mbagħad wara li tagħtina din il-preżentazzjoni qasira nkunu nistgħu nagħmlulek xi mistoqsijiet dwar is-servizz tagħkom.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN (Programme Manager Dar Qalb ta' Ġesu): Jiena nirrappreżenta lid-Dar Qalb ta' Ġesu, NGO, Second Stage Shelter ġewwa Sta.", "Il-programm tagħna huwa magħruf bħala \"Programm Sebħ\".", "Bħala proċess il-mara u t-tfal, once li jiġu megħjuna min-naħa tal-aġenzija Appoġġ, jiġu riferuti ġewwa first aid shelter, li f'dan il-każ huwa Dar Merħba Bik jew Għabex u wara ftit xhur li jkunu qegħdin jaħdmu fuq safety issues, is-social worker mill-aġenzija Appoġġ tirreferi lil dawn in-nies għandna.", "U għalhekk aħna niġu second stage.", "Fil-każ tagħna l-familji jdumu 18-il xahar għar-raġuni li l-programm tagħna, il-Programm Sebħ, iktar jibbaża fuq further independence, fejn ngħinuhom sabiex apparti jaħdmu fuq l-abbuż li jkunu għaddew minnu kemm l-omm kif ukoll it-tfal ngħinuhom – issa meta ngħid tfal aħna nieħdu from new borns to any age.", "Fil-fatt kellna teenagers u ġieli anke over 20s joqogħdu mal-omm – fuq issues oħra bħall-parenting, employment, alternative accommodation, legal support, u fuq dak kollu li l-mara jkollha bżonn sabiex eventwalment minn għandna tgħaddi lura fis-soċjetà.", "Naturalment dan mhux dejjem ikun faċli għax l-ewwelnett jista' jagħti l-każ li jkun hemm dak id-denial fase u ma jkunux ċerti x'se jagħmlu, if they go back to their partner who is the aggressor jew inkella jkomplux bil-proċess.", "Once li jiġu għandna jibdew ħerġin ħafna issues anke minħabba l-fatt li l-programm idum 18-il xahar.", "Kif għedtilkom jiena l-Programme Manager u nikkoordina x-shelter u nieħu ħsieb tat-team li jikkonsisti minn social workers.", "Aħna għandna nine flatlets fejn kull familja jkollha l-ispazju u l-privatezza tagħha, anke peress li aħna ngħinuhom in home management to cope with budgeting, etc… Għidt li I exclude t-trabi għax meta jkollna t-trabi ovvjament in-numru jikber.", "Dak bħala programm.", "Kif diġa' għidt kull familja tiġi assigned social worker fejn taħdem fuq care plan ma' dik il-familja fuq il-bżonnijiet kemm tal-mara kif ukoll tat-tfal.", "U fejn ikun hemm bżonn is-social worker imbagħad tirreferi għall-psychologial sessions.", "F'dak il-każ jew nirreferu għand l-aġenzija Appoġġ, li sfortunatament hemmhekk dejjem hemm il-waiting lists, jew inkella skont il-funds li jkollna bħala NGO naraw xi nkunu nistgħu nagħmlu bħala psychological sessions.", "Fil-fatt jiena nemmen li f'ċerti każijiet kemm l-omm kif ukoll it-tfal ma jkunux jistgħu jistennew u allura tkun trid tibda taħdem magħhom fil-pront.", "Is-social worker tagħmel xogħolha imma mbagħad, on the other hand nipprovaw inġibu wkoll external speakers, li jiġu u jgħinuhom billi jagħmlu ċerta talks.", "Apparti minn hekk norganizzaw ċerti social outings għax kollox huwa importanti bħala interraction.", "THE CHAIRPERSON: Probabilment il-vittmi li tkunu qed taħdmu magħhom se jkunu qegħdin ikellmukom fuq affarijiet varji, fosthom fuq problemi li forsi jkunu sabu mis-sistema waqt li huma jkunu pprovvaw jaċċessaw il-pulizija, l-isptar jew ma' xi istituzzjonijiet oħra.", "Intom ġieli kellkom jew għandkom xi nies li jieħdu ħsieb li jaraw li l-liaison mal-institutions tkun waħda smooth?", "Jew ġieli ġie xi ħadd jgħidilkom li għandu problema f'dan ir-rigward?", "Qed nistaqsi dan biex aħna nsiru nafu ftit il-problemi li normalment jiltaqgħu magħhom dawn in-nies u biex naraw fejn huma dawn l-intoppi u jekk min-naħa tagħkom għandkomx metodu ta' kif titrattaw dawn il-problemi u biex tipprovaw tgħinu lil dawn in-nies.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Jiena ilni f'dan il-qasam għal dawn l-aħħar 12-il sena u kambjamenti u diskussjonijiet rajt ħafna matul is-snin.", "Żewġ affarijiet li dejjem rajt fid-diskussjonijiet kienu l-assistenza tal-pulizija u l-aspett legali.", "Min-naħa tal-pulizija li nista' ngħid hu li kien hemm ħafna support anke mill-aġenzija Appoġġ stess, fejn social workers imorru u jagħmlulhom talks u anke fit-training tagħhom stess, jiġifieri meta jkunu qegħdin l-Università hemmhekk ikollhom ċerta preparazzjoni.", "Madankollu dejjem insibu nisa jilmentaw fuq l-imġieba u l-mod ta' kif ċerti individwi jħarsu lejn il-mara meta din tkun qiegħda tispjega s-sitwazzjoni tagħha.", "Jiġifieri dejjem kien hemm numru ta' complaints.", "Mill-aspett legali pjuttost ngħid li hemmhekk hemm aktar loopholes u affarijiet oħra li l-mara għandha biex tkun frustrata bihom, l-ewwel u qabel kollox id-dewmien.", "Għandek ukoll l-aspett tal-legal aid li ħafna nisa jkollhom jirrikorru għalih minħabba li ma jkunux jaffordjaw li jħallsu għal private lawyer.", "Hemm numru ta' avukati fil-lista tal-legal aid.", "Is-servizz mhuwiex wieħed li jagħti sapport lill-mara u jgħinha timxi għax għandek dewmien fit-tul u nuqqas ta' spjegazzjoni lill-mara fuq x'għandha tagħmel.", "Ċerti nisa ma jkunux jafu x'iridu jagħmlu meta jkunu qegħdin jispjegaw l-affarijiet lill-avukat għax tkun l-ewwel esperjenza tagħhom u allura hemmhekk hemm ħafna fuq xiex naħdmu u x'niddiskutu.", "Nista' ngħid li dejjem hekk kienet is-sitwazzjoni.", "Min-naħa tagħna biex nissapportjaw lin-nisa ġieli bgħattna lis-social worker stess takkumpanja lill-mara fil-meeting li jkollha mal-avukat u ġieli s-social workers stess jgħiduli li l-meeting kien wieħed pjuttost mgħaġġel, fejn xi kultant anke s-social worker stess tħossha daqsxejn intimidata!", "Sibna avukati li taw is-sapport tagħhom lill-mara u ġieli lanqas jitolbuhom ħlas biex jagħmlulhom kuraġġ, imma fil-maġġoranza l-mara hemmhekk teħel ftit.", "U din hija xi ħaġa li tiġri wkoll waqt shelters meetings li jkollna u hija frustrazzjoni ta' kull shelter.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien se nkun is-sostitut tal-Onor.", "Sammut u nirringrazzjakom talli għoġobkom tilqgħuni f'dan il-Kumitat.", "Sinjura Stensen inti bdejt titkellem b'mod li qisu n-nisa biss jiġu bżonn din it-tip ta' għajnuna imma naħseb li fis-soċjetà jista' ikun hemm kull tip ta' abbuż; kemm raġel li jabbuża mill-mara kif ukoll mara li tabbuża mir-raġel tagħha jew mit-tfal tagħha.", "Forsi mill-esperjenza tiegħek tista' tgħidilna li minħabba t-tip ta' kultura jew minħabba l-mod li forsi r-raġel ikun aktar ekonomikament indipendenti mill-mara jew minħabba diversi raġunijiet oħra li jġiegħlu li aktar il-mara tiġi abbużata.", "Imma jekk ikun hemm raġel li qed jiġi abbużat jista' ifittex l-għajnuna tagħkom?", "U intom tagħmlu rapporti ta' dawn l-esperjenzi li qed nitkellem fuqhom?", "Jekk tagħmlu rapporti, lil min tippreżentawhom?", "Jiġifieri jekk għandna problema li n-nisa forsi mhux qegħdin jieħdu ġustizzja minħabba l-fatt li m'għandhomx flus, ma jeżistux sistemi fejn jitqabbad l-avukat tal-fqar biex jgħin f'dawn il-każijiet?", "Intom tħejju rapporti fuq l-esperjenzi tagħkom?", "U jekk iva, lil min tagħtuhom?", "Dawn ir-rapporti jibqgħu fuq l-ixkaffa jew ikun hemm action plan biex dawn il-problemi jiġu indirizzati?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Huwa fatt li l-vjolenza domestika jista' jesperjenzaha kulħadd imma l-istatistiċi u r-riċerki juru li l-maġġoranza ta' ċerti abbużi jsiru fuq il-mara u fuq it-tfal minn aggressur li jista' ikun ir-raġel jew il-partner ta' dik il-mara.", "Is-sitwazzjoni qed tinbidel ukoll.", "Fil-fatt fix-shelter kelli każijiet ukoll ta' nisa li l-aggressur tagħhom tkun l-omm jew il-missier tagħha.", "U dik it-tip ta' vjolenza domestika jista' jesperjenzaha kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ tagħna le.", "Jiena f'dawn l-aħħar 12-il sena dejjem tajna s-sapport tagħna lin-nisa u lit-tfal.", "Ovvjament meta mbagħad tibda taħdem fuq l-istorja l-każ jibda jiċċara u tibda tara kif kienu l-affarijiet.", "Imma nista' ngħid li mill-esperjenza tiegħi l-abbuż dejjem sar fuq il-mara u fuq it-tfal.", "U aħna s-sapport u s-servizzi tagħna dejjem tajnihom lin-nisa u lit-tfal tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: Intom support services għan-nisa u t-tfal jew inkella għax inzertaw li l-vittmi li ġew għandkom kollha kienu nisa u tfal?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Biex inkun ċara, is-servizz aħna noffruh lin-nisa u lit-tfal u ġieli jkollna nisa mingħajr tfal, jiġifieri li jkunu single u li f'dak il-każ il-vjolenza tkun fuqhom mill-ġenituri tagħhom.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Il-bullying jidħol fix-xibka tal-abbużi li intom taħdmu fuqhom?", "Qed ngħid hekk għax meta tasal biex titlaq mid-dar tkun wasalt fl-aħħar stadju, fejn bħal f'kull ħaġa oħra inti għandek sellum li titla' għalih skaluna skaluna.", "Jiġifieri għandek il-bidu tal-abbuż, fejn forsi jibda jkun hemm il-problemi fir-relazzjoni u mbagħad jibqgħu jeskalaw l-affarijiet sakemm jaslu fl-aħħar stadju li jiġu mkeċċija mid-dar u dawn jispiċċaw għandkom.", "Meta ngħidu abbuż - għax hija kelma kbira - hemm xi ħaġa li tiddefinixxi x'inhi?", "Qiegħda ssir edukazzjoni mat-tfal tal-iskola, forsi fis-Sixth Form, dwar x'inhuma l-interrelationships u kif niżviluppawhom, dwar il-personal skills, x'inhuma d-drittijiet tagħna, kif tkun assertiv, eċċ?", "Jew intom tidħlu fl-aħħar stadju?", "Qiegħed nistaqsi għax nixtieq nitgħallem fuq dan is-suġġett.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Ħalli niċċara dak li qed tgħid inti imma qabel xejn ħalli nwieġeb il-mistoqsija fuq jekk ikunx hemm servizzi għal dawk l-irġiel li jiġu abbużati.", "L-aġenzija Appoġġ għandha l-men services li huwa unit fejn grupp ta' social workers jgħinu lill-irġiel li jkunu għaddew minn xi abbuż ta' vjolenza domestika.", "Issa bħala tagħlim u awareness, fiċ-ċert li l-iskejjel jieħdu parti mill-PSD sabiex jgħallmu lill-istudenti fuq anger management, conflict management u dawn l-affarijiet.", "Fis-sekondarja żgur li jidħlu f'dan id-dettall.", "Apparti minn hekk, min-naħa tal-aġenzija Appoġġ u min-naħa tad-Domestic Violence Unit imorru fl-iskejjel u jagħmlu talks lill-istudenti, speċjalment fil-livell sekondarju.", "U aħna ġieli ġejna mitluba mill-Università sabiex nagħmlu ċerta talks f'ċerti korsijiet differenti, anke fil-korsijiet tal-pulizija.", "Issa bħala definizzjoni ta' abbuż nafu għandek diversi abbużi, fosthom l-abbuż fiżiku, li huwa dak l-abbuż li jidher u li l-mara tista' tirrapporta għax hemm x'turi, imbagħad għandek l-abbuż finanzjarju li qiegħed jiżdied ukoll, għandek l-abbuż sesswali u għandek l-abbuż emozzjonali li għandu d-diffikultajiet tiegħu għax jista' iweġġa' daqs l-abbuż fiżiku.", "Fil-fatt il-mara tista' tgħaddi minn ħafna trawmi minħabba l-abbuż emozzjonali, fejn għandek ħafna tgħajjir u belittling.", "Dan narawh ukoll fuq it-tfal, fejn minkejja li ma jkunx hemm swat fuqhom, ikun hemm l-abbuż emozzjonali u psikoloġiku fuqhom.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk kienu diġa' saru studji mill-Kumitat preċedenti rigward il-vjolenza domestika imma aħna ddeċidejna li mmorru pass oltre, fejn allura, aktar milli niddiskutu l-vjolenza domestika u nieqfu hemmhekk, narawha in relationship mas-servizzi li jingħataw biex naraw jekk dawn humiex qegħdin jaqdu lill-vittmi u jekk hemmx x'nirranġaw.", "F'dan il-Kumitat m'aħniex interessati liema partit jew liema gvern għamel xi ħaġa jew m'għamilx.", "Li jinteressani hu li s-servizzi mil-lum 'il quddiem ikunu aħjar milli forsi kienu l-bieraħ.", "Nista' napprezza li l-isforzi jkunu saru.", "Xi ħaġa li daqqitli kienet meta inti semmejt li dawn il-vittmi jkollhom bżonn psychological sessions u li meta intom tirrikorru għall-aġenzija Appoġġ issibu waiting lists naqra kbar.", "Ovvjament qegħdin titrattaw f'kamp fejn nassumi li l-psychological sessions ikollkom bżonnhom mhux ħażin jekk trid tipprova terġa' iġġibha fuq saqajha lil dik il-persuna li tkun għaddiet minn dik l-esperjenza.", "Issa inti kif tkejjel is-servizz li jingħata mill-aġenzija Appoġġ fejn jidħol psychology?", "Għandhom servizzi relatati ma' vjolenza domestika fuq it-tfal u fuq nies adulti – fil-każ tagħkom huma nisa – li jkunu separati minn xulxin?", "Jiġifieri s-psychologists li intom tibagħtuhom għandhom huma specialised child psychologists?", "Qiegħda nistaqsi biex naraw jekk is-servizz li qed jingħata huwiex wieħed appropriate minbarra jekk huwiex qed jingħata on time.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Il-waiting list dejjem tkun preżenti għax id-demand hija kbira għax l-issues illum il-ġurnata ovvjament qed jiżdiedu.", "Jekk inti għandek omm u t-tfal li esperjenzaw vjolenza domestika u din forsi ħarġet mid-dar għal darba, tnejn, tlieta, - meta ngħid darba, tnejn, tlieta tmur first aid shelter, taqta' qalba u terġa' tmur lura d-dar – it-trawma tkun ikbar.", "Din ma tkunx xi ħaġa li ddeċidiet fuqha hekk u għamlitha imma tista' tkun ilha ġejja u sejra!", "U allura hemmhekk it-trawma tkun ikbar.", "Anke l-bżonnijiet ikunu differenti, jiġifieri jekk forsi fil-bidu daħlet bi problemi finanzjarji, jista' ikun li mbagħad l-abbuż emozzjonali tant jiżdied li din tkompli titkisser u magħha jitkissru wkoll it-tfal.", "Meta l-vittmi jidħlu f'emergency shelters normalment is-social workers dejjem jagħmlu referral għal psychological services tal-aġenzija Appoġġ.", "Madankollu hemm sitwazzjoni finanzjarja u b'hekk in-numru ta' phsychologists - jekk m'inix sejra żball - naqas fil-kamp tal-aġenzija Appoġġ.", "Allura meta għandek numru żgħir u l-finanzi mhumiex biżżejjed in-nies iridu jistennew, kemm in-nisa u kemm it-tfal.", "Meta jiġu għandna normalment ikun hemm każijiet fejn l-omm u t-tfal ikunu qegħdin fuq il-waiting list.", "Pereżempju jiena ġieli kelli każijiet fejn ikunu għaddew it-18-il xahar u s-servizz kien għadu ma ngħatax.", "Anke pereżempju wara ċertu xhur ir-referral jiġi considered u ġieli wkoll ikollna nerġgħu nikkonvinċu lill-mara sabiex tattendi s-sessions għax ikun għadda ċertu żmien ukoll.", "Għalhekk imbagħad bħala NGO aħna nipprovaw naħdmu fuq ċertu funds għax nemmen li f'sitwazzjonijiet bħal dawn ikollok ċerti każijiet li ma jistgħux jistennew.", "Għallinqas mill-esperjenza li qed naraw dan l-aħħar, apparti li jkun hemm domestic violence issues, qed niltaqgħu wkoll ma' mental health issues, jiġifieri li jmorru very much in hand.", "Meta inti għandek omm li għaddejja minn dipressjoni, inti trid li apparti tgħinha minħabba l-abbuż li tkun għaddiet minnu, tgħinha wkoll minħabba komplikazzjonijiet oħra li jkollha.", "U f'dak il-każ żgur li ma tistax tistenna.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ovvjament meta nitkellmu fuq is-servizz li qed tagħtu intom, ħafna drabi l-attenzjoni – u hekk huwa xieraq – taqa' fuq il-vittmi.", "Imma intom, bħala social workers x'inhi s-sitwazzjoni tagħkom bħalissa?", "Dan l-aħħar smajna wkoll li kien hemm uħud minnkom li ġew mhedda jew li nkella ġew abbużati!", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Pereżempju min-naħa tiegħi rrid noqgħod attenta fejn jidħol ix-shelter.", "Semmejt il-mental health issues, jiġifieri jien irrid noqgħod attenta lil min indaħħal u ma ndaħħalx.", "Mela jekk għandek omm li apparti l-issues ta' domestic violence għandha wkoll mental health issues u qiegħda fuq medikazzjoni, jiena rrid noqgħod attenta aktar.", "Pereżempju, waħda mill-policies tiegħi hija li l-medication needs to be self-administered għax aħna m'aħniex psychiatric social workers u ma nistax inżomm id-dictation fl-office.", "Kien hemm drabi fejn aċċettajna każijiet u l-affarijiet żvolġew b'mod tajjeb imma kien hemm iktar pressure fuq it-team u iktar ħsebijiet biex wieħed idur mal-każ.", "Illum il-ġurnata sirt naħsibha mod ieħor.", "Meta jkun hemm ċerta indikazzjoni li l-mara tkun għaddejja minn ċerti diffikultajiet ta' mard mentali, irid ikolli kuntatt minn qabel mal-psikjatra tagħha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex tagħti servizz tajjeb jiena nemmen li inti trid tħossok konfidenti.", "Issa m'għandix dubju mill-professjonalità tagħkom imma smajt ċerti concerns minn ċerti social workers dan l-aħħar.", "Intom qegħdin tħossuhom dawn?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Huwa fatt li s-safety m'għadhiex li kienet.", "Sitwazzjoni li qed naraw dan l-aħħar hija dik ta' imġieba aggressiva minn minuri.", "Fil-fatt ftit taż-żmien ilu kellna żewġ każijiet ta' eight year olds u nine year olds qegħdin ma' ommhom u jsawwtuha!", "U kważi kważi anke jerfgħu jdejhom fuq l-istaff!", "F'dak il-każ il-workers ikollhom is-superviżjoni magħhom u dik nesiġi fuqha.", "Però imbagħad, fejn ikun hemm dawn is-safety issues, aħna bħala shelters niddiskutuhom ukoll.", "Kif għidt niltaqgħu flimkien u niddiskutu.", "Ovvjament aħna naħdmu ħafna mal-aġenzija Appoġġ, jiġifieri fejn ikun hemm sitwazzjonijiet ta' sigurtà bħal dawn, naħdmu mal-aġenzija Appoġġ biex jekk ikun hemm bżonn il-familja timxi x'imkien ieħor.", "Jien ikolli responsabilità ta' numru ta' familji, jiġifieri ġieli jkollok sa 25 residenti jgħixu flimkien u għalhekk mhux se nħalli żewġt itfal jagħmluli ħerba.", "U allura jkollna nieħdu l-passi meħtieġa f'dak il-każ.", "Kif għedt naħdmu flimkien ħafna mal-aġenzija Appoġġ u xi kultant anke mal-pulizija.", "Fil-każ tagħna l-omm tkun responsabbli bħala adulta.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor Robert Cutajar.", "ROBERT CUTAJAR: Il-programm tagħkom jieħu 18-il xahar.", "Issa jekk matul dan il-proċess, il-persuni li jkunu qegħdin magħkom ma jkunux għamlu t-titjib meħtieġ jew inkella ma jkunx jidher li dawn imxew mal-pjanijiet tagħkom, jeżistu estensjonijiet ta' dawn il-programmi?", "Jew inkella kif jaqbżu t-18-il xahar tieqaf hemmhekk?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Dan l-aħħar qed nesiġu ħafna li l-programm ikun ta' 18-il xahar imma kelli każijiet fejn damu aktar.", "Fil-passat kelli każijiet li damu saħansitra tliet snin u erba' snin!", "Imma mbagħad tidħol il-problema tal- akkomodazzjoni alternattiva.", "Jien kelli familji li għamlu erba' snin fix-shelter imma mbagħad isiru istituzzjonalizzati u taħdem kontra wkoll.", "Allura kont nesiġi ħafna li jkolli relazzjoni tajba anke ma' tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Kien hemm snin fejn ħdimna tajjeb ħafna u ħafna familji ġew akkomodati.", "Imma naturalment ikollok ċerti limitazzjonijiet.", "Għalhekk nesiġi ħafna li iktar minn 18-il xahar familja m'għandhiex tibqa' f'shelter u nkunu rridu nibdew naħdmu fuq akkomodazzjoni alternattiva.", "Issa jekk ikun hemm issues fejn il-familja għandha bżonn iżjed żmien, hemmhekk we are flexible.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor Robert Cutajar.", "ROBERT CUTAJAR: Bħalissa għandkom nies li qegħdin jistennew akkomodazzjoni soċjali?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Fil-preżent għandi seba' familji li għadhom pjuttost friski u allura għadna rridu nibdew naħdmu magħhom.", "Imma kelli żewġ nisa li telqu fi Frar Marzu u marru f'akkomodazzjoni privata għax l-ewwelnett għalqilhom iż-żmien ta' 18-il xahar u jien kelli bżonn nakkomoda familji oħra mill-emengency stage.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li jekk jien se neħel, il-first stage, jiġifieri dak tal-emergency, se jeħel ukoll.", "U hemmhekk in-numru ta' sodod huwa iktar limitat.", "Allura jien imbagħad ikolli pressjoni biex immexxi ħalli ovvjament indaħħal familja oħra.", "Is-sitwazzjoni ta' dawn iż-żewġ familji; waħda bi tliet itfal u l-oħra b'tarbija ta' sentejn, daħlu f'akkomodazzjoni privata imma din hija xi ħaġa diffiċli.", "Jien ukoll nappoġġjahom b'impjieg u nesiġi ħafna li bil-benefiċċji soċjali biss mhumiex se jkampaw u li allura għandhom bżonn isibu mpjieg.", "Imbagħad jibqa' l-fatt taċ-child minding.", "Ħaġa ġġib lill-oħra.", "Meta inti għandek mara li qatt ma ħadmet u mhijiex daqshekk konxja tal-valur tal-flus, hemmhekk dejjem se jkollok daqxejn aktar intoppi biex tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Li jiġri mbagħad hu li meta joħorġu lura fis-soċjetà, jibdew jirrealizzaw li x-xogħol huwa importanti.", "Fil-fatt din il-mara, erba' xhur wara li kienet sabet tikri, hi stess bdiet tfittex ix-xogħol.", "Jien nemmen li mbagħad iċ-ċirkostanzi tal-ħajja jġiegħluhom jieħdu ċerta deċiżjonijiet mod ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda nassumi li ħafna drabi tkunu wkoll full complement, fis-sens li tant nisimgħu b'abbużi u bi vjolenza domestika li jagħtini x'naħseb li kull fejn hawn postijiet bħad-dar tagħkom, dawn ikunu dejjem mimlijin.", "Ma nafx jekk hux qiegħda nassumi tajjeb.", "Kemm ikun hemm nies li fil-fatt ikunu qed jistennew u jixtiequ jew għandhom bżonn li jidħlu fi djar bħal tagħkom imma għadna ma nistgħux naħsbu għalihom għax m'għandniex biżżejjed djar?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Bħala second stage shelter aħna l-uniku wieħed!", "Imbagħad bħala first stage hemm Merħba Bik u Għabex.", "Għandek ukoll Dar Tereża Spinelli imma dik aktar qiegħda għal dawk li huma homeless.", "U hemmhekk ikollhom ukoll numru ta' minuri.", "Is-social workers mid-Domestic Violence Unit tal-Appoġġ jappoġġjaw familji fil-komunità li jew ikunu qegħdin jistennew biex jidħlu fl-emergency shelter imma dan ikun mimli u allura ma jkunux jistgħu jmorru fih.", "F'dak il-każ jappoġġjawhom through the community.", "Huwa għalhekk li aħna nikkomunikaw bejnietna u jsiru l-assessments.", "Jekk inti għandek mara f'emergency shelter li meta qed tagħmel l-assessment b'xi mod jew ieħor tagħtik indikazzjoni li jew il-każ tagħha mhuwiex daqshekk ġenwin, jew li nkellha din għad ma tafx xi trid jew tkun taf li probabilment se terġa' tmur lura, hemmhekk is-social worker taħdem b'tali mod magħha sabiex jaslu għal deċiżjoni, speċjalment meta jkun hemm jistennew iktar każijiet li forsi jkunu aktar serji.", "Din il-kommunikazzjoni ssir bejn ix-shelters.", "Fil-każ tiegħi, peress li ż-żmien huwa itwal - m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq tliet xhur bħalma jdumu f'Għabex – is-social workers stess joqogħdu attenti lil min jirreferu għax aħna mbagħad, ladabra jiġu għandna, iridu jaħdmu fuq l-issues li diġa' semmejt.", "Meta jkollok mara li tkun għadha inċerta, hemm probabilità li din se tmur lura u allura, f'dak il-każ isir assessment differenti.", "THE CHAIRPERSON: Imma peress li qiegħda tgħid li bħala second stage intom biss hemm, ikun hemm nies li għandhom bżonn li jidħlu fis-second stage imma intom ma tkunux tistgħu takkomodawhom?", "Xi jsir minnhom dawn in-nies?", "Peress li hemm iktar djar fl-istadju tal-emerġenza, they have to dwindle down sakemm jaslu għandkom għax intom ma tistgħux takkomodaw daqshekk nies daqs kemm jifilħu fl-emerġenza.", "Mela biċċiet minnhom se jerġgħu lura għand is-sieħeb tagħhom, eċċ. U allura qed nistaqsi jekk ikunx hemm nies li jkollhom bżonn li mill-emergency imorru għas-second stage but you cannot cater for them għaliex tagħkom hija l-unika dar li teżisti.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Meta jiġri hekk normalment l-iktar dar flessibbli hija Dar Merħba Bik, fejn dawn itawwlu ż-żmien ta' min ikun qed jistenna.", "Qed insemmi aktar lil Dar Merħba Bik għax anke l-ambjent fiżiku iktar jippermetti mentri l-Għabex huwa iżgħar.", "Allura f'dak il-każ dawn in-nies idumu ftit aktar ġewwa Dar Merħba Bik, sakemm min-naħa tiegħi nipprepara lil min ikolli sabiex imur lura fis-soċjetà.", "Jiġifieri ssir din it-tip ta' komunikazzjoni.", "Kien hemm sentejn fejn aħna konna full u f'dak il-każ, nerġa' ngħid, Dar Merħba Bik qishom jeħlu.", "Imma mbagħad anke mill-emergency stage jistgħu jappoġġjawhom għall-akkomodazzjoni soċjali.", "THE CHAIRPERSON: Meta jkollkom nisa li qegħdin fid-dar tagħkom, dawn ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu?", "U jekk ikollhom tfal żgħar, intom għandkom xi servizz ta' inhouse child minding?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Ladabra jaslu għandna l-impjieg ikun xi ħaġa li tingħata prijorità.", "Imma mbagħad, kif diġa' għedt, meta jkun hemm tfal żgħar, mhux dejjem ikun possibbli li dawn joħorġu jaħdmu.", "Min-naħa tagħna, bħala Dar Qalb ta' Ġesu, ħdimna biex ikollna childcare centre u x-xogħol mexa għax dejjem rajna dan il-bżonn.", "L-idea kienet li niftħu anke x-shelters tal-emerġenza propjament għal dan l-għan biex in-nisa jkunu jistgħu joħorġu jaħdmu imma ovvjament is-sitwazzjoni hi dik li hi u issa weħilna ftit minħabba r-runing costs.", "Il-post u l-ambjent hemm qegħdin u għadna għaddejjin bin-negozjati.", "Kien hemm każijiet fejn irranġajna ma' childcare centres tal-Gvern.", "Fil-viċinanzi tagħna hemm ċentru li ħdima tajjeb ħafna magħhom u we placed three children biex il-mara tkun tista' toħroġ taħdem.", "Anke bħala taħriġ nemmen li jkollok ċerti nisa li trid toffrilhom l-ewwel taħriġ biex imbagħad ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Din qisek trid taraha fuq dawk iż-żewġ binarji.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Tista' tispjegalna ftit kif isiru l-projections tagħkom?", "Kien hemm fejn żdiedu t-trends u allura għandkom aktar bżonn għal dawn is-servizzi?", "Jekk hemm iktar bżonnijiet, qatt xi darba sar xi manpower planning biex taraw eżattament dawn il-bżonnijiet kif se tilqgħu għalihom?", "Kemm trid finanzi biex tilqa' għal dawk il-bżonnijiet ta' manpower planning biex inkunu nistgħu nissuplixxu t-talba?", "Għax kif qalet Dr Deborah Schembri fil-bidu, l-importanti hu li dawn is-servizzi jingħataw u mhux noqogħdu nitkellmu fl-ajru u nħallu lil kulħadd ibati.", "Issa intom ġieli għamiltu studji fejn tgħidu li mill-budget irridu dan l-ammont ta' flus biex inkunu nistgħu noffru dawn is-servizzi?", "Dan imbagħad ikun ibbażat kollox fuq tbassir.", "Rigward dak li għidt li l-programm tagħkom idum 18-il xahar; għaliex 18-il xahar u mhux sentejn jew sena?", "Fuq xiex ġiet ibbażata din?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Din hija xi ħaġa li ddiskutejniha fil-bord tagħna bħala shelter.", "Nemmen li qabel tibda ċertu xogħol irid ikun hemm dak l-appoġġ biex il-mara tistabilixxi ruħha u tgħaddi mit-transizzjoni ta' shelter għal ieħor.", "U żgur li din mhijiex kwestjoni li se tagħmilha f'xahar!", "Jien nemmen ukoll li sena tridha anke biex tibni relazzjoni mal-care worker tagħha.", "Tinsiex li t-18-il xahar li jagħmlu magħna ma jaħdmux fuq issue waħda imma jkollok ħafna.", "Meta fil-first stage l-issue hija s-sigurtà u l-mara tiddeċiedi jekk hux sejra lura mas-sieħeb tagħha jew inkella hux se tibqa' għaddejja bil-proċess minn emergency għal second stage u she files for seperation, dak l-istage huwa pjuttost qasir għax it's a matter of decision taking.", "Imma magħna hemm issues oħra.", "Issa jekk hux sena u nofs jew sentejn, dik hija deċiżjoni li ħadna aħna.", "Għandek sena żgur għax il-persuna tkun tridha biex tibni u tistabilixxi ruħha u mbagħad, l-aħħar sitt xhur biex ngħinuha timxi mix-shelter għas-soċjetà.", "Irraġunajniha b'dak il-mod.", "Imbagħad jekk tagħti aktar żmien għandek dak ir-riskju tad-dipendenza u din esperjenzajniha fil-passat.", "Bħala projections tal-bżonnijiet tagħna huma dawk li huma.", "Aħna bħala għaqda mhux governattiva niġu appoġġjati mill-Gvern f'dawk li huma pagi tal-professjonisti imma bħala the running of the home and the running of the shelter dawk irridu nġibuhom mill-fund raising li nagħmlu u mill-benefatturi tagħna.", "L-ispejjeż naturalment dejjem jiżdiedu!", "Biss biss semmejt li qed naraw iktar mental health issues.", "F'dak il-każ, meta jkollna nirreferu għas-psychological assistance, psikoloġista ta' 45 minuta jeħodlok bejn €35 u €40 u mhux se tagħmel sessjoni waħda jew tnejn għax jiddependi mill-bżonn tal-mara.", "Hawnhekk qiegħda neskludi t-tfal, jiġifieri hemmhekk għandek bżonn finanzi kbar.", "Mill-esperjenza qiegħda nara li tant l-abbuż emozzjonali jħalli ċerti feriti, - daqs kwalunkwe abbuż fiżiku – li r-riperkussjonijiet nibdew narawhom as we go along.", "Dawn tant ikollhom bżonn ta' terapija intensiva.… Għax is-social worker għandha l-limitu tagħha ta' kemm tista' taħdem ma' vittma u għalhekk, imbagħad il-psikoloġista jkollu jidħol fil-biċċa biex jaħdem fuq kwestjonijiet psikoloġiċi.", "U hemmhekk nemmen li rridu noffru servizz aħjar milli qegħdin noffru bħalissa.", "Xi ħaġa li qegħdin naraw hija l-aggressjoni u l-vjolenza fit-tfal li sfortunatament qiegħda tiżdied.", "Qed narawha wkoll fix-shelters, kif diġa' aċċennajt għaliha ftit ilu.", "Kien hemm każijiet simili fl-emergency shelter.", "Għandek tfal ta' disa' snin li jerfgħu jdejhom fuq l-adulti!", "U hemmhekk żgur li trid taħdem mal-psikologi.", "Kellna wkoll sitwazzjonijiet fejn tfal ġew esklużi mill-iskola minħabba l-imġieba tagħhom.", "L-ewwel l-Onor.", "Decelis semma' il-bullying imma jien dan aktar ngħidlu aggressive behaviour.", "U ma tlum lil ħadd li jilmenta.", "Kien hemm ċerti lmenti mingħand ġenituri fl-iskejjel u għalhekk dawn l-iskejjel kellhom jieħdu ċerta deċiżjonijiet, bħal pereżempju li jirrifjutaw lil dawn it-tfal milli jattendu l-iskola.", "Kien hemm tfal li attendew special schools.", "Pereżempju, dawn iż-żewġ subien li semmejtilkom kienu jiġu għalihom b'karozza x-shelter u joffrulhom dan it-tip ta' servizz.", "Naturalment il-bżonnijiet hemm qegħdin biex ninvestu iktar f'terapija.…", "THE CHAIRPERSON: Meta inti tkun qiegħed fis-second stage bħalma qegħdin intom, ikollkom nies li minħabba li jħossu li l-istituzzjonijiet fallew magħhom, dawn jispiċċaw jerġgħu jmorru lura għand l-aggressur tagħhom?", "Jiena avukata tal-familja u nisma' ħafna nies li jilmentaw fuq kif imxew magħhom il-pulizija jew li nkella s-servizz tal-Appoġġ ma kienx fil-ħin jew ma kienx tajjeb.", "Jiġifieri jkollok nies li jkollhom problemi varji ma' istituzzjonijiet varji.", "Issa intom ġieli lqtajtu ma' nies li s-sistema qatgħetilhom qalbhom and they went back to their partners and to the abuse sempliċement għax ħasbu li ħadd ma jista' jgħinhom?", "Jien mhux qiegħda ngħid li intom ma tkunux qed tgħinuhom imma li dawn iħossu li s-sistema falliet magħhom.", "Fi stadju li intom tkunu qegħdin tagħmlu dan is-servizz ġieli lqtajtu ma' nies bħal dawn?", "Jew inkella dawn in-nies jiġu dwindled, fejn forsi jkunu l-emergency services u forsi jħossu li l-emergency services ma kienux tajbin biżżejjed jew f'dak l-istadju meta kienu għadhom indeċiżi?", "Meta jaslu fis-second stage, at your stage, ikun hemm min iħoss li s-sistema falliet magħhom u allura jmorru lura fis-sitwazzjoni li jkunu fiha?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Fl-istage tagħna n-nisa - li huma ftit - li telqu mhux għax is-sistema falliet magħhom imma għax iddeċidew li jmorru lura.", "Kif spjegajt aktar qabel aħna għandna l-programm tagħna li jikkonsisti f'aktar self awareness u f'independence preparation.", "Issa fil-każ ta' emergency shelter, li esperjenzajna aħna l-professjonisti li naħdmu f'dan il-qasam hu li ċerti nisa - pereżempju f'Għabex – telqu meta daħlet l-idea li x-shelter jibda jakkomoda l-minuri.", "Dik kienet xi ħaġa li aħna s-social workers kollha ma konniex qbilna magħha imma kienet deċiżjoni li ttieħdet from high up.", "Jien ġieli jkolli telefonati biex indaħħal xi minuri għax ma jkollhomx post fejn iqiegħduhom....", "THE CHAIRPERSON: Dawn ikunu ġenituri minuri?", "Pereżempju jkollok 16 year old li jew ġiet imkeċċija minn ommha jew minn missierha due to her aggressive behaviour!", "Ma' din it-tfajla tkun saret ukoll il-vjolenza domestika mill-ġenituri tagħha.", "Ġieli jkolli telefonati biex nilqa' xi minuri imma ma naċċettax għax imbagħad nispiċċa ndaħħal polemiki oħra.", "Jew se nagħti appoġġ lill-ommijiet bit-tfal jew adulti, minn 18-il sena 'l fuq, jew inkella se jkolli żgħażagħ ta' 14 jew 15-il sena fix-shelter.", "U f'dak il-każ il-programm ma jaħdimx!", "Din hija sitwazzjoni li esperjenzaw l-emergency shelter Għabex.", "Qed nitkellem f'isimhom għax jiena kelli familji li ġew riferuti għandi għax kien wasal il-waqt li jidħlu għandi u lmentaw fuq din is-sitwazzjoni.", "Għandhom kull dritt li jilmentaw għax jekk inti għandek minuri ta' 14-il sena u se tagħmel laqgħa għar-residenti, għandek ommijiiet bl-issues tagħhom ta' ommijiet u mbagħad magħhom se jkollok żgħażagħ ta' 14 jew 15-il sena!", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri l-problema tkun li l-esiġenzi tagħhom mhumiex l-istess.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Eżatt.", "THE CHAIRPERSON: U allura għandek bżonn lil ħaddieħor sabiex jieħu ħsieb dak it-tip ta' bżonn.", "Aħna qegħdin nipprovaw nesploraw dawn is-sitwazzjonijiet u għalhekk qegħdin nistaqsu dawn il-mistoqsijiet.", "Mela dawn il-minuri li kien hemm abbuż fuqhom, jekk ma jkunux għand l-emergency shelter bħal Dar Merħba Bik jew Dar Għabex, għandna fejn inpoġġuhom ladarba ma jistgħux jiġu riferuti lilek?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Fil-preżent hija problema li x-shelters kollha qegħdin jiffaċċjaw.", "Kif diġa' għedt min-naħa tiegħi ma nistax noffri dak is-servizz lill-minuri għax inkun qiegħda ndaħħal f'sitwazzjoni lill-ommijiet u lit-tfal tagħhom.", "Ma nistax nieħu azzjoni b'dak il-mod!", "Dar Tereża Spinelli, li qegħdin fil-Belt, ikollhom minuri.", "Dar Merħba Bik ipprovawha imma raw li ma ħadmitx.", "Ma jistax ikollok żgħażagħ ta' 14-il sena ma' ommijiet bit-tfal li jridu jimxu b'ċertu moviment … (off mic) Iva.", "Hija mixed.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri għandek adulti u minuri.", "Dik inkunu nistgħu nistaqsuha lilhom imbagħad..…", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Rigward il-mistoqsija tiegħek ikolli ngħid li iva, hija problema.", "Dar Merħba Bik ipprovaw idaħħlu l-minuri imma llum qegħdin jaħsbuha mod ieħor.", "Fil-fatt fl-aħħar laqgħa li kellna, il-Head tal-Home għamlitha ċara li l-minuri jridu programm għalihom.", "Fil-fatt, Youth in Focus, li hija unit oħra mill-Appoġġ, jagħtu appoġġ lil dawn il-minuri.", "Imma meta jċempluli ngħidilhom li jien ma nistax naċċettha minuri miegħi.", "Jiddispjaċini għax jien nemmen li dawn il-persuni għandhom bżonn ta' ħafna appoġġ u huwa qafas li rridu nesplorawh iżjed.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor Robert Cutajar.", "ROBERT CUTAJAR: Jien għandi żewġ mistoqsijiet qosra.", "Fejn jidħol taħriġ, ikun hemm minnhom li ovvjament se jkunu qegħdin imissu d-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba.", "Issa f'dan il-każ teżisti sinerġija bejnkom u bejn l-ETC?", "Tibbenefikaw minn xi taħriġ?", "Semmejt ukoll l-issue tal-fondi għal childcare facility jew affarijiet relatati b'xi mod; qatt ipprovajtu tieħdu xi informazzjoni dwar programmi relatati ma' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Aħna naħdmu ħafna mal-ETC.", "Tant hu hekk li meta mara tidħol għandna, naraw li jkun hemm employment advisor biex ikellimha.", "Issa jew is-social worker takkumpanja lill-mara l-ETC jew inkella din l-advisor tiġi x-shelter, titkellem mal-mara u tagħmel l-assessment tagħha u tara x'taħriġ ikun hemm bżonn jew x'opportunitajiet ta' impjiegi jeżistu għaliha.", "Fil-każ ta' childcare, ngħiduha kif inhi, aħna qegħdin nipprovaw noffru ċ-childcare tagħna stess billi niftħu ċentru fid-dar tagħna.", "Ipprovajna niddiskutu mal-ETC imma xorta jibqa' l-fatt tal-problema tal-finanzi.", "Inti vera se tapplika għall-fondi u din ġiet diskussa wkoll bejn id-Direttur tad-dar tagħna u l-amministratur.", "U xi kultant qisek taqta' qalbek għall-fatt li we need to put forward a certain sum of euros u jrid isir ċertu ammont ta' xogħol.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor Robert Cutajar.", "ROBERT CUTAJAR: Imma l-għajnuna mill-MEUSAC u l-ko-finanzjament li intom tistgħu tapplikaw għalih… Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għax naf li dawn jistgħu jgħinukom biex tibdew tagħmlu l-ewwel pass.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Min-naħa tad-Direttur tagħna qegħdin jikkonsidraw dawn l-affarijiet imma l-fatt jibqa' li hemm limitazzjoni għal jekk hux għall-post jew għar-running costs.", "Ħafna drabi l-fondi ma jkunux għat-tmexxija tal-post.", "S'issa din hija t-tip ta' informazzjoni li ngħatajna aħna.", "Qisu min-naħa tagħna bħala servizz u bħala dar aktar ikollna bżonn għall-ispejjeż tal-amministrazzjoni.", "ROBERT CUTAJAR: Hemm skema oħra wkoll li jistgħu jibbenefikaw minnha l-NGOs kollha, fejn il-Gvern jissussidjalek persuna - jew tnejn jew tlieta, m'hemmx limitu – li taħdem fiċ-ċivil biex din tiġi taħdem magħkom u l-Gvern jagħmel tajjeb billi jħallsilha l-paga tagħha.", "Din hija xi ħaġa li tista' ttaffilkom ħafna mid-day to day running costs li jkun hemm.", "Intom din diġa' qed tibbenifikaw minnha?", "Teżisti skema għall-NGOs f'pajjiżna li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn inti tidentifika persuna mpjegata mal-Gvern li jidhirlek li hija valida għall-iskop tiegħek u din tiġi seconded u l-Gvern ikun jista' jħallas il-paga tagħha.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Minn fejn ħarġet din l-iskema?", "ROBERT CUTAJAR: Mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: M'iniex daqshekk aware ta' din l-iskema.", "Jista' jkun li d-Direttur jew l-Amministratur tad-dar kellhom xi laqgħa fuq hekk.", "ROBERT CUTAJAR: Hija skema tajba li tistgħu tibbenefikaw minnha.", "THE CHAIRPERSON: Intom bħala NGO, reġistrati mal-volontary services mal-Kummissjoni?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Safejn naf jien iva, għalkemm fis-snin mgħoddija kien hemm xi sitwazzjoni bejn id-Direttur, il-Knisja u l-Gvern minħabba l-NGO.", "Naf li kien hemm kwestjoni fuqha.", "Kif għedt inti aħna ningħataw appoġġ mill-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagi imma għall-kumplament… Anke d-Direttur għamilha ċara li għandna bżonn iktar fondi.", "THE CHAIRPERSON: Intom NGO tal-Knisja? (off mic)", "IS-SINURA JOSETTE STENSEN: Naf li kien hemm xi rapport u xi ftehim li kellu jiġi diskuss bejn il-Knisja u l-Istat.", "Hemmhekk weħilna għax ovvjament id-Direttur kien spjega x'inhi s-sitwazzjoni.", "Imma biex inkun onesta ma nafx kif qegħdin bħalissa.", "THE CHAIRPERSON: L-NGOs tal-Knisja mhumiex reġistati mal-Kummissjoni tal-Għaqdiet Volontarji għax hemm problema bejn il-Knisja u l-Istat f'dan ir-rigward imma xorta waħda jingħataw eżenzjonijiet biex jingħataw il-flus.", "U hemm diskussjonijiet dwar jekk għandhomx jingħataw dawn l-eżenzjonijiet ġaladarba mhumiex jimxu mar-regolamenti tal-Istat Malti.", "Però s'issa għad hemm qisu impasse u ilhom ħafna jipprovaw isolvuh.", "Issa ħalli nagħmillek mistoqsija oħra.", "Min-nies li taraw ovvjament tisimgħu minnhom li jgergru f'diversi stadji.", "Jien ġieli nisma' nies jgħidu li hawn Malta m'għandniex restraining orders mill-ewwel bħalma hemm f'pajjiżi barranin.", "Hemm affarijiet li intom tħossu meta tisimgħu lin-nies jitkellmu li l-liġi, aktar milli l-istituzzjoni bħal dik tal-pulizija, is failing them?", "Pereżempju, għadni kif kont qiegħda naqra ittra li rċieva dan il-Kumitat mibgħutha minn sinjura fejn qed tgħidilna li għandha problema bil-manteniment għax dan ma jingħatax mill-ewwel.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Kif qiegħda nisimgħek tagħmel din il-mistoqsija mal-ewwel mort għall-manteniment għax din hija frustrazzjoni kbira għal dawn in-nisa u jilmentaw ħafna fuqha.", "Is-sitwazzjoni hija din; l-aggressur, il-missier tat-tfal normalment jesiġi li jkollu d-dritt li jara lit-tfal.", "U normalment min-naħa tagħna, speċjalment meta jiġu second stage nipprovaw nissapportjawhom b'dik l-idea – irrilevanti r-rabja u l-frustrazzjoni li jkun hemm bejn il-koppja – għax f'għajnejn it-tfal xorta missierhom jibqa'.", "Imma mbagħad l-aktar rabja li tidħol fil-mara hija li hi trid taħseb għall-edukazzjoni tat-tfal u spejjeż oħra trid tipprova tlaħħaq magħhom mis-social benefits li jkollha.", "Imma l-missier f'dan il-każ qisu bil-kejl!", "Meta jiddeċiedi hu jew meta jaqbillu hu li t-tfal għandhom bżonn ċerti bżonnijiet tal-iskola jew whatever!", "U dik hija frustrazzjoni kbira għal dawn in-nisa u nħoss li jrid ikun hemm daqxejn aktar inforzar fuqha.", "Bħala responsabilità jew se tittieħed to the full jew bil-kejl, jiġifieri jekk il-missier irid ikun missier irrilevanti x'kien hemm bejn il-koppja u x'għajnuna għandhom bżonn huma għax f'għajnejn it-tfal huma l-ġenituri tagħhom.", "Qiegħda nitkellem b'dan il-mod għax nara u nisma l-frustrazzjonijiet tal-ommijiet.", "Jekk wasal il-ħin biex il-missier jara lit-tfal, irrilevanti l-omm kif qed tħossha, imma jekk ma teħodhomlux se tidher kerha hi, jista' jagħmlilha rapport u s-sitwazzjoni tiggrava fuqha.", "Allura f'dak il-każ din trid tikkoopera mal-liġi imma mbagħad fejn jidħlu responsabilitajiet tal-missier, donnu li hemmhekk hemm ċerti affarijiet li għadhom jixxejru!", "THE CHAIRPERSON: Qiegħda nassumi li inti qed tirreferi l-aktar għall-perjodu fejn ikun għad m'hemmx digrieti mill-Qorti, għax meta jkun hemm digriet mill-Qorti l-ordni tkun ingħatat.", "Jew inkella qiegħda tirreferi għall-perijodu meta jkun diġa' ingħata digriet mill-Qorti?", "Intom qed tħossu li dak mhuwiex biżżejjed?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Kien hemm każijiet miż-żewġ naħat.", "Meta ma jkunx hemm sitwazzjoni li tkun iktar gravi u meta jkun hemm din is-sitwazzjoni xorta jkun hemm dak il-ħafna tidwir ta' diskors.", "Jew jgħidlek li ma jistax jagħtik għax spiċċa bla xogħol u mbagħad trid toqgħod terġa' titla' il-Qorti.", "Jew inkella ma jikkooperax magħha fuq kif se jingħata l-manteniment.", "Dawn is-sitwazzjonijiet dejjem esperjenzajthom, kemm qabel ikun hemm id-digriet u kemm wara li jkun hemm.", "Għalhekk qed ngħid li naħseb li f'dan ir-rigward irid ikun hemm naqra iktar infurzar u monitoring ta' x'qiegħed jiġri.", "F'dawn l-aħħar 12-il sena li ilni f'dan ix-xogħol naħseb li tliet nisa biss irnexxielhom verament jieħdu xi ħaġa mingħand l-irġiel tagħhom bħala missirijiet!", "Mill-bqija dejjem sabuha iebsa biex jieħdu xi ħaġa.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura, mil-lat prattiku inti taraha l-ugwaljanza?", "Aħna nitkellmu ħafna fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi imma din trid tiġi fis-seħħ b'mod reali.", "Issa jekk ma tarax ugwaljanza, fejn huma l-areas li l-inqas li taraha l-ugwaljanza?", "Jiġifieri li r-raġel ikun iktar predominanti u allura forsi aħna wkoll nistgħu nimbuttaw biex indaħħlu iktar ugwaljanza f'dawk l-areas li intom tħossu li m'hemmx ugwaljanza fihom.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Personalment dejjem ngħid li l-priorità tiegħi hija l-edukazzjoni, jiġifieri nħoss li f'shared responsabilities jista' ikun li għad hemm iktar spazju fejn nistgħu naħdmu.", "Xi ħaġa li forsi hija ta' interess u li għandkom tkunu tafu hi li bħala awareness in regards to domestic violence, hi x'inhi, kampanja, diskussjoni fuq il-media, eċċ., qisu dejjem jaraw minn xiex tgħaddi l-mara u t-tfal bħala vjolenza domestika.", "Aħna li naħdmu fil-qasam tal-vjolenza domestika qegħdin nipprovaw nimbottaw lir-raġel fuq quddiem sabiex jitkellem fuq il-vjolenza.", "Fil-fatt m'ilux, min-naħa tal-American Embassy ġabu lil Rus Funk li jaħdem ġewwa l-Istati Uniti fil-grupp Menswork, fejn imexxi din l-għaqda u jagħmel kampanji biex ikun hemm iktar awareness fuq l-ugwaljanza u fuq il-vjolenza domestika u fuq il-vjolenza in ġenerali.", "Dan ra li kien hemm bżonn li jinvolvi aktar lill-irġiel u meta ġie Malta u tana dawn il-workshops interessanti ħafna, qisna għidna li b'xi mod jew ieħor irridu naraw kif inqajmu a core group b'dan il-mod.", "Fil-fatt jiena nagħmel parti minn dan il-grupp u bħalissa qegħdin fl-istadju fejn qegħdin nipprovaw ninkoraġġixxu lill-irġiel minn oqsma differenti, sports, media, whatever, li huma healthy men u mhux qegħdin jesperjenzaw vjolenza domestika huma.…", "ROBERT CUTAJAR: Dwar din li qiegħda ssemmi l-ġimgħa l-oħra rċevejt invit mis-Sależjani sabiex immur nitkellem fuq il-vjolenza domestika.", "Jekk m'inix sejjer żball mis-St.", "Patrick's irċevejtu dan l-invit.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Jista' ikun li dik saret mis-St.", "Patrick's imma min-naħa ta' St. Patrick's kien hemm persuna li kienet taħdem hemmhekk u li hija parti minn dan il-core group.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena past pupil tagħhom fil-verità għax kont immur Savio College.", "Staqt nistaqsik jekk ġewwa Dar Qalb ta' Ġesu hemmx irġiel jaħdmu?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Bħala social workers u professionals aħna naħdmu bin-nisa għar-raġuni li meta trid tagħmel one-to-one sessions in-nisa jħossuhom ftit intimidati jekk isibu raġel quddiemhom.", "Imma nemmen, speċjalment fejn jidħlu t-tfal, li they must see a male figure.", "Fil-fatt meta ġieli jkolli l-istudenti mis-psychology, jew mis-social work, jew mill-MCAST, li jridu jiġu jagħmlu placement, normalment iktar qisni nitlob irġiel minflok nisa biex nibbilanċja ftit.", "Imma rigward terapija u xogħol li jsir mal-familja nitlob li jkunu nisa.", "Anke shelters oħra hekk jagħmlu.", "Madankollu nerġa' ngħid li fejn nista' nakkomoda studenti, hemmhekk naċċetta li jkunu rġiel għax ma jkollhomx one-to-one sessions.", "Imma mbagħad bħala interraction, bħala games mat-tfal jew activities mal-adulti..…", "ROBERT CUTAJAR: U minn fejn toħroġ din li one-to-one female ma' female hija aħjar?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jekk m'inix sejjer żball hemm riċerka li turi li jekk ikun hemm female ma' male they tend to fall in love waqt li jkunu għaddejjin bil-programm u allura l-klijenta ma tkunx qiegħda tirċievi l-maximum benefit ta' dak li jista' joffri l-programm.", "Issa inti qiegħed hemmhekk biex tgħin lill-klijenta toħroġ minn dik is-sitwazzjoni u timxi 'l quddiem u mhux biex ikollha relazzjoni ma' min qed jagħtiha l-għajnuna.", "Din kont qrajtha x'imkien li tista' tasal f'din is-sitwazzjoni.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Hemm ethical issues marbutin ma' din is-sitwazzjoni imma aħna nagħmlu hekk aktar bħala safety precautions.", "Il-fatt li għandek numru ta' xhur sabiex tibni a good working relationship mas-service user, jiġifieri mal-mara jew mal-adoloxxent, aħna nħossu li jkun aħjar li nieħdu dak is-safety measurement.", "Imma mbagħad meta jkollna attivitajiet oħrajn nipprova kemm jista' ikun indaħħal iktar studenti rġiel fihom.", "THE CHAIRPERSON: Jiena bħala avukat li ilni madwar 12-il sena naħdem f'dan il-kamp inħoss li meta persuna tkun sofriet vjolenza domestika tibda tħares lejn irġiel li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dik il-vjolenza bħala rappreżentanti ta' dik il-persuna maskili li tkun għamlitilhom il-ħsara, u allura ma jkunux jistgħu jinfetħu ma' min ikun qed jipprova jgħinhom għas-sempliċi raġuni li jkunu qegħdin iħossu repulsion kbira.", "Allura jista' ikun li f'dak il-każ jekk tkun mara, it-terapija tkun tista' tirnexxi aktar għax ma jkunx hemm dik l-initial repulsive impulse.", "Naħseb dik hija waħda mill-affarijiet għalfejn isir hekk.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Jiena mbagħad nipprova nara li n-nisa jkollhom support group.", "Ġieli kellna sitwazzjonijiet fejn ikunu jikkoordinawhom a male and a female imma mhux meta jkunu on one-to-one basis.", "THE CHAIRPERSON: Inti kont qed tgħidilna li jekk ikun hemm nisa li għandhom nofs ħsieb li jerġgħu lura d-dar, intom bażikament tipprovaw ma taċċettawx lil dawk in-nisa imma taċċettaw nisa li aktar ikollhom l-intenzjoni li jibdew ħajja indipendenti.", "Jiġifieri ma naħsibx li jkollkom ħafna nisa li forsi l-partner tagħhom ikun hemm jagħmel xi perpetrators programme, peress li min ikun qed jagħmel dan il-programm normalment ikun qed jipprova jagħmel xi ħaġa biex jerġa' jingħaqad mal-familja tiegħu.", "Qiegħda nistaqsik biex nara jekk kellkomx esperjenzi ta' nisa li l-irġiel tagħhom ikunu għaddejjin minn perpetrators programme u x'kien l-eżitu ta' dak il-programm.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Biex niċċara xi ħaġa; meta jiġu referred il-familji, in-nisa u t-tfal, aktar għax is-social worker tieħu l-assessment li l-mara trid timxi bis-separazzjoni, jiġifieri dejjem jidħlu b'dik l-idea li huma jridu jisseparaw u jridu jmexxu ħajja indipendenti.", "F'każijiet li mara tiddeċiedi li titlaq as they go along huwa minħabba li l-partner jew ir-raġel tagħha jkun reġa' daħal fix-xena u allura dan jikkonfondi ftit lill-mara u mbagħad qisu li l-programm jew tibda tarah mhux tajjeb għalija jew inkella tibda tikkoopera inqas.", "Imma mbagħad hemmhekk trid tieħu deċiżjoni u aħna rridu nirrispettaw id-deċiżjoni li tieħu.", "Madankollu ftit huma l-każijiet fejn kelli nisa li kienu fix-shelter u l-irġiel tagħhom kienu f'perpetrators programme.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt dan il-perpetrators programme ilu mill-1999 u pprovajt infittex ftit statistiċi fuqu.", "Statistika fuq kemm attendew nies għalih teżisti imma m'hemmx statistika ta' kemm nies li kienu jmorru għal dan il-programm reġgħu kienu relapsers fis-sistema tal-vjolenza.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Fil-fatt fl-aħħar shelter's meeting li kellna rriżulta li qed iħossu l-bżonnn li jerġa' jiġi evalwat.", "Ma nafx issa jekk hux fuq livell ta' statistika kif qed tispjega inti, però dik hija xi ħaġa oħra wkoll li aħna naraw bħala professjonisti; it needs to be re-inforced ukoll.", "Hemm żewġ sitwazzjonijiet – jew l-aggressur ikun ordnat min-naħa tal-Qorti li jagħmel il-programm jew inkella jiddeċiedi li jagħmlu hu b'mod volontarju.", "Min-naħa tagħna naraw li fejn tidħol il-Qorti jrid ikun hemm daqxejn aktar infurzar.", "Ta' bilfors ma jaħdimx, jiġifieri ddur fejn iddur dejjem għandek l-imma, madankollu naħseb li jrid ikun hemm naqra iktar ħidma flimkien minn din l-area dwar dak li jiġi deċiż mill-Qorti fil-konfront tal-imġieba tal-aggressur u x'għandu bżonn hu bħala għajnuna.", "Meta inti għandek sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika kulħadd ibati.", "Il-mara se tbati mod, ir-raġel jew il-partner tagħha se jbati mod ieħor u t-tfal se jbatu mod ieħor.", "Fis-sitwazzjoni tagħna l-mara qed tieħu l-għajnuna u t-tfal b'xi mod jew ieħor qed jingħataw xi servizzi imma min-naħa tal-aggressur jista' ikun li għadna wisq lura u speċi nħalluh jiddeċiedi hu jekk iridx imur għall-programm, mentri xi kultant trid tiġi ftit iktar monitored u re-inforced din l-għajnuna, anke fejn tidħol is-psychological assistance.", "THE CHAIRPERSON: Jiena waħda minn dawk li nemmen li għandna nibdew serjament naħsbu biex ikollna programm nazzjonali fuq il-vjolenza domestika u rridu naraw li t-targets tagħna jkunu l-irġiel.", "Irridu nuruhom li meta tikkommetti atti vjolenti ma jagħmlikx powerful jew b'saħħtek imma aktar turi kemm inti dgħajjef!", "B'hekk tkun qiegħed tagħmel ftit reverse psychology fuq l-irġiel.", "U l-perpetrators programme naħseb li għandu jingħata kemm il-finanzi meħtieġa, kemm aktar importanza u rridu nużawh iktar.", "Dan għaliex issa ilna naħdmu man-nisa fuq aspetti varji u għalhekk issa naħseb li wasal iż-żmien li nibdew naħdmu kemm fuq il-prevenzjoni u kemm fuq l-after care biex naħdmu iktar fuq l-irġiel.", "Lili togħġobni ħafna l-idea li jkunu rġiel oħrajn - għalkemm mhux irġiel biss - li jgħaddu l-messaġġ li inti tkun suċċess billi tkun a good father and a good husband u mhux li tgħid int biss u li toqgħod issabbat saqajk għax trid kollox kif tgħid int.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Naqbel miegħek mija fil-mija.", "Fil-fatt is-sena l-oħra attendejt konferenza ġewwa Ċipru li kienet fuq il-vjolenza domestika in ġenerali u naħseb din kienet xi ħaġa li qiegħda tesperjenzaha l-Ewropa wkoll.", "Jiġifieri l-awareness dejjem kienet madwar il-mara u t-tfal, u għalhekk issa wasal iż-żmien li nagħtu aktar responsabilità u għajnuna lill-figura maskili biex b'xi mod jew ieħor tibbilanċja s-sitwazzjoni.", "Il-mara vittma u tgħaddi minn ċerti affarijiet imma once li mara tasal għandi jien nikkonsidraha bħala survivor, jiġifieri b'xi mod jew ieħor ma tridx tibqa' tittimbraha bħala vittma.", "Imma nerġa' ngħid li fuq l-irġiel u l-għajnuna li għandhom bżonn irridu naħdmu aktar.", "THE CHAIRPERSON: Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nixtieq ngħidilkom prosit għax verament qegħdin tagħtu servizz kbir u naħseb li lanqas tista' tagħti valur lis-servizz li qed toffru għax apparti l-pagi intom qegħdin tagħmlu ħafna xogħol volontarju.", "U għalhekk verament ħaqqkom prosit għax-xogħol kbir li qegħdin tagħmlu.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Il-bżonn hemmhekk qiegħed u meta tħares lejn il-vjolenza domestika u l-vjolenza in ġenerali, xi ħaġa li lili personali tinkwetani hija l-aggressjoni li qed nesperjenzaw fuq it-tfal.", "Dawn huma r-relazzjonijiet tal-futur.", "Jiġifieri meta aħna qed naraw minuri li b'xi mod jew ieħor qed jaġixxu b'dan il-mod, li qed jirraġunaw b'dan il-mod, ir-raġuni hi għax jista' ikun li fil-passat ma lħaqnihomx.", "U allura qisna qed naraw dan ir-riżultat.", "Hemm bżonn ta' aktar finanzi, hemm bżonn ta' aktar postijiet li jindirizzaw gruppi partikolari ta' nies, l-aktar fejn jidħlu l-minuri għax il-vjolenza u l-aggressjoni hija ħajja sew.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Issa aħna bħala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kif nistgħu nkunu ta' għajnuna għalikom?", "Inti ġejt hawnhekk u għedtilna li qiegħda tagħti l-għajnuna tiegħek lis-soċjetà u għedtilna kemm hemm bżonnijiet f'dan il-qasam imma aħna, kif nistgħu ngħinukom biex din il-laqgħa tal-lum ma tkunx ħela ta' ħin?", "Intom xi tridu minna?", "Aħna nistgħu nkunu pressure group fejn nimbuttaw 'il quddiem il-bżonnijiet tagħkom permezz taċ-Chairperson tagħna u permezz tagħna l-membri ta' dan il-Kumitat, li għandna grupp imħallat mhux ħażin?", "Intom x'tippretendu li aħna nistgħu nimbuttaw 'il quddiem?", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Kif diġa' semmejt l-edukazzjoni dejjem hija ċ-ċavetta, però jista' ikun li hemm ċerti workshops li fl-opinjoni tiegħi għandhom isiru iktar parti mill-kurrikulu, fejn forsi anke ċerti żgħażagħ ikollhom dik l-opportunità li jaqsmu ċerti ideat dwar kif qed iħarsu lejn ċerti sitwazzjonijiet.", "Ikun hemm każijiet fejn ċerti żgħażagħ ikunu ġejjin minn broken families u allura trid tipprova tara l-mod ta' kif dawn iż-żgħażagħ qed jirraġunaw u x'qed jesperjenzaw.", "Apparti minn hekk, l-edukazzjoni trid issib dak il-bilanċ bejn ir-responsabilitajiet miż-żewġ naħat, min-naħa tal-mara u min-naħa tar-raġel, u hemmhekk naħseb li l-edukazzjoni għandha tkun iċ-ċavetta.", "Min-naħa l-oħra bħala NGOs li qed nagħtu servizz, naħseb l-aspett legali jrid jiġi evalwat dwar dak li sar, dwar dak li qed isir u dwar x'nistgħu ntejbu, biex ċerti każijiet jimxu u kulħadd jieħu dak li qiegħed japplika għalih, kemm min-naħa tal-irġiel, kemm min-naħa tan-nisa u kemm min-naħa tat-tfal.", "Imbagħad għandek l-aspett ta' aktar finanzi għal terapija iktar profonda min-naħa tal-adult u min-naħa tat-tfal.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jien ukoll nixtieq nirringazzjak u niskuża liż-żewġ kollegi tiegħi li kellhom jitilqu imma l-Onor.", "Portelli kellha tagħmel l-intervent tagħha fil-Plenarja filwaqt li l-Onor.", "Buttigieg kellha mpenji oħrajn.", "Jiġifieri bla ebda disrispett li spiċċajt waħdi fuq din in-naħa.", "Min-naħa tiegħi, f'isem l-Oppożizzjoni li qegħdin ukoll nifformaw parti minn dan il-Kumitat nixtieq nirringrazzjak talli sibt il-ħin biex tiġi għal din il-laqgħa u nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kollegi tiegħek għax-xogħol li qegħdin tagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Jiena wkoll ningħaqad ma' sħabi sabiex nirringrazzjak tal-ħin u tal-impenn tagħkom.", "Fl-aħħarnett xtaqt nistaqsik jekk tistgħux tgħinuna sabiex niġu fid-dar tagħkom - forsi niġi jiena u s-segretarju tagħna – ħalli niltaqgħu mal-vittmi, naturalment bil-permess tagħhom, sabiex naraw huma bħala vittmi kif iħossu r-rapport tagħhom mal-istituzzjonijiet varji li kellhom x'jaqsmu magħhom.", "L-idea tiegħi kienet li ssir diskussjoni f'dan il-Kumitat u f'qasir żmien - għax ma nemminx li rapporti jridu jdumu għaddejjin sentejn biex isiru – nibdew niltaqgħu kemm nistgħu ma' vittmi u ma' istituzzjonijiet li jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dawn il-vittmi.", "U xtaqna nagħmlu hekk biex ikollna bilanċ.", "Issa naf li se jkun hemm vittmi li se jikkritikaw is-sistema u naf li se jkun hemm is-sistema li se tirribatti l-kritika imma fl-aħħar mill-aħħar dan ir-rapport irridu nagħmluh u fih irridu naraw x'rakkomandazzjonijiet nistgħu nagħmlu.", "Ovvjament il-pern ta' kollox huwa l-vittma u kif din qiegħda tħoss li qed jitrattawha l-istituzzjonijiet.", "Jiġifieri the more information we have the better our report u iktar aħna nkunu nistgħu nistaqsu mistoqsijiet pertinenti meta niġu ffaċċjati mill-istituzzjonijiet.", "Jien għandi rispett kbir lejn ix-shelters u jekk hemm institutions żgħar li ma tantx nisma' tgergir fuqhom huma proprju x-shelters għax huma l-aktar li qegħdin joffru l-assistenza tagħhom malajr.", "Imma għandna sitwazzjonijiet li għandhom bżonn bidliet kbar.", "Għalhekk ikun tajjeb li forsi jkun hemm rappreżentant jew rappreżentanti minn dan il-Kumitat li jiġu fid-dar tagħkom u bil-permess tar-residenti niltaqgħu magħhom u nkellmuhom.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Min-naħa tiegħi tistgħu tiġu bil-qalb kollha għax il-bieb tagħna dejjem miftuħ.", "Ovvjament irid ikun hemm il-kunsens tan-nisa residenti imma min-naħa tiegħi ma nsib l-ebda problema.", "Anzi xi kultant naħseb you will be empowering them to voice their situations u allura hija xi ħaġa li tista' tgħin lil kulħadd.", "Min-naħa tiegħi nirringrazzjakom ta' din l-opportunità għaliex huwa tajjeb li naqsmu s-sitwazzjoni kif inhi u fejn irridu mmorru.", "THE CHAIRPERSON: Din hija xi ħaġa li ovvjament irridu niddiskutuha bejnietna ħalli naraw meta nkunu nistgħu nagħmluha but I would be glad to do it.", "Inħoss ukoll li hija empowerment għal min ikun qed iħossu xi kultant let down mill-istituzzjonijiet differenti.", "Issa ovvjament jista' ikun hemm min ma jħossux hekk u jgħidlek li hu qed jieħu servizz tajjeb u jien hekk nieħu pjaċir.", "Naturalment jekk imbagħad se nibdlu xi ħaġa, ma rridux inbiddlu dak li huwa tajjeb ukoll.", "Aħna nixtiequ naraw kif nistgħu ntejbu imma dak li hu tajjeb irid jibqa' hemmhekk.", "Naħseb li it empowers ukoll lil min ikun vittma li jinduna li l-ikbar istituzzjoni fil-pajjiż, li huwa l-Parlament, u f'dan il-każ il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, huwa interessat fl-opinjoni tiegħu u mis-sitwazzjoni tiegħu.", "U naħseb li nagħmlu din il-laqgħa tkun qed tgħin għal dan il-għan ukoll.", "IS-SINJURA JOSETTE STENSEN: Naħseb il-fatt li joħroġ kemm il-pożittiv u kemm in-negattiv jgħin biex nieħdu l-istampa ċara imma naħseb li jkun tajjeb ukoll għal min qed jagħti s-servizz u nieħdu pjaċir jekk nisimgħu lin-nisa jgħidu li qegħdin jieħdu servizz.", "Però ovvjament dak li jrid jitranġa jiena ngħid li jrid joħroġ ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Eżattament.", "L-idea ta' dawn il-laqgħat mhux biex noqogħdu nippuntaw subgħajna lejn xi ħadd.", "Mhux dik l-idea tagħna.", "Nafu li hawn nies li huma fil-bżonn u kulħadd jirrealizza li s-servizzi qatt mhu se jkunu mija fil-mija, jiġifieri anke bi gvern ideali u whatever dejjem se jkollok affarijiet li jkollhom bżonn jitjiebu.", "U fil-fatt l-idea tagħna hi proprju li jekk hemm affarijiet li jistgħu jitranġaw, nirranġawhom.", "Dak hu l-animu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "RAPPORT MIĊ-CHAIRPERSON DWAR ISSUES RELATATI MA' RAPPORTI U RIŻOLUZZJONIJIET TAL-KUNSILL TAL-EWROPA", "THE CHAIRPERSON: Issa nistgħu ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-aġenda tagħna u ċioè r-rapport li nixtieq nagħmel jien dwar issues marbutin mal-Kunsilli tal-Ewropa.", "Xtaqt ninformakom ftit bħala Social Affairs Committee fuq xi affarijiet li ddiskutejna waqt il-part session tal-Kunsill tal-Ewropa li għandhom x'jaqsmu mal-affarijiet soċjali.", "Waħda mill-affarijiet li ddiskutejna kienet dwar il-bżonn - kien hemm preżentazzjoni minn Lilianne Maury Pasquier li kienet ir-rapporteur għall-Kummissjoni - li nwaqqfu l-isterilizations u l-castrations forzati mill-Istat.", "Għad hemm pajjiżi fl-Ewropa fejn sfortunatament l-isterilizzazzjoni tal-persuna hija rikjesta!", "Fl-antik kellek sitwazzjoni fejn ċerti nies fis-soċjetà kienu meqjusin inferjuri u allura ma kienux meqjusa li għandu jkollhom it-tfal.", "Ovvjament illum din hija xi ħaġa li nħarsu lejha b'mod totalment negattiv għax inti ma tistax titratta persuni b'dan il-mod.", "Illum ma tistax tgħid li t-tali persuna għandha diżabilità u allura għandu jsirilha castration jew sterilization biex ma jkollhiex tfal.", "Din kienet waħda mid-diskussjonijiet li saret f'dan il-forum.", "Importanti wkoll li ngħid li fl-Ewropa llum il-ġurnata l-isterilization tan-nies għadha b'rekwiżit fejn jidħlu nies transesswali u transgender.", "Għalkemm l-Ewropa mxiet 'il quddiem biex dawn il-forced sterilizations ma jibqgħux iseħħu, għad hemm policies in place fejn għandna nies li jiġu stereotyped u allura ngħidu li għandhom jiġu sterilizzati.", "U sfortunatament anke fil-liġi tagħna, li aħna meqjusin bħala pajjiż demokratiku avvanzat, għad għandna sitwazzjoni fejn biex persuna tingħata dritt – din tkellimna fuqha ftit ilu fil-Parlament tagħna - ta' ġeneru ta' sess li hi tħossha komda fih, trid bilfors tagħmel operazzjoni għax inkella dak id-dritt ma jingħatalhiex!", "U dik hija meqjusa bħala forced sterilization li ovvjament l-Ewropa qiegħda tħares down upon it għax hija xi ħaġa li tattakka l-vulnerabilità tal-persuni.", "Għalhekk hemm bżonn li din il-liġi tinbidel.", "Hemm prospetti għal din is-sena għal-liġijiet li se jibdlu dan kollu għax hawn Malta qegħdin nipprospettaw li jkollna a gender identity bill li jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Però din kienet fuq it-top agenda tal-Council of Europe.", "F'din id-diskussjoni kien hemm Mr Haugli bħala r-rapporteur ta' din il-preżentazzjoni interessanti ħafna, fejn tkellimna fuq id-drittijiet u d-dmirijiet ta' persuni LGBT.", "Konna qegħdin nitkellmu wkoll dwar ċerti preġudizzji li għadhom jeżistu f'ċerti nazzjonijiet, anke dawk membri tal-Kunsill tal-Ewropa kontra nies li huma lesbjani, gay, bisesswali jew transgender.", "U kien xokk għalija li nisma' pajjiżi bħar-Russja li filwaqt li aħna konna qegħdin niddiskutu rakkomandazzjonijiet biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni abbażi ta' sexual orientation u gender identity, dawn b'mod voċiferu bdew jgħidu li għandhom jitħallew!", "Jiġifieri għalkemm illum il-ġurnata din hija xi ħaġa li kważi hija ovvja li m'għandux ikollok diskriminazzjoni fuq din il-bażi, kien hemm ċerti pajjiżi li għadhom iridu li jsir hekk.", "Anzi dawn il-pajjiżi bħalissa għaddejjin b'liġijiet li huma iktar diskriminatorji milli qatt kienu qabel f'dan ir-rigward.", "Hemm liġi jgħidulha The homosexual propaganda, fejn min jagħmel propaganda rigward LGBT rights ikun qed jikser il-liġi tal-pajjiż!", "Fil-fatt hemm pajjiżi bħal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Moldova, The Russian Federation u l-Ukraina li għandhom dawn it-tip ta' liġijiet u qed jipprovaw joħolqu aktar liġijiet ta' dan it-tip.", "Din toħloq iktar preġudizzji lejn nies LGBT u hemm bżonn li dawn il-pajjiżi jirrealizzaw li f'pajjiżi demokratiċi, speċjalment membri tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn id-demokrazija, id-drittijiet umani u r-rule of law huma l-pern ta' din il-komunità ta' pajjiżi, dan mhuwiex aċċettabbli.", "Dak kien rapport ieħor importanti ħafna fejn jidħlu affarijiet li jinteressaw lil dan il-Kumitat u għalhekk ħassejt li għandi naġġornakom fuq dak li qed isir fil-Kunsill tal-Ewropa f'dan ir-rigward.", "Rigward ir-raba' item fuq l-aġenda tagħna u ċioè fuq Affarijiet Oħra nixtieq ninforma lill-Kumitat li dalgħodu kelli laqgħa mal-Professur Kenneth Wayne, li huwa l-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji.", "Din id-diskussjoni kienet waħda interessantissima u kienet fuq il-problemi li qed jiffaċċja dan is-settur.", "B'kumbinazzjoni tkellimna - bħalma qalet il-mistiedna tagħna llum – fuq il-problema rigward l-għaqdiet volontarji tal-Knisja għax kif inhi l-liġi llum, mhux kulħadd irid ikun iskritt mal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji.", "Hija fil-libertà ta' dak li jkun biex jara jekk iridx jidħol jew le.", "Bażikament il-problema li hemm bl-istituzzjonijiet reliġjużi f'dan ir-rigward hija minħabba li għalkemm dawn ma jridux jidħlu biex jagħmlu parti minn din is-sistema, fejn il-Gvern ikun jista' jiskrutinizza l-flejjes li jkunu qegħdin jinġabru, fl-istess ħin qegħdin jitolbu li jiġu eżenti minn dan l-obbligu u jieħdu xorta l-fondi mill-Istat.", "Allura qegħdin f'sitwazzjoni fejn mhumiex regolarizzati imma xorta waħda qegħdin jibbenefikaw.", "Din hija daqsxejn ta' problema għax qed ikun hemm ħafna exemptions.", "Anke fil-passat, il-Kummissarju qalli li fil-leġiżlatura li għaddiet, f'sena waħda kien hemm mad-90 eżenzjoni!", "U meta l-eżenzjoni tiġi r-regola tkun qed tistultifika l-proċess kollu.", "Il-Kummissarju qalli wkoll li kien hemm laqgħat bejn il-Gvern preċedenti u l-Knisja li ma tawx frott.", "Imma naħseb li ta' min - anke f'dan il-Kumitat - jinsisti li dawn it-taħdidiet jibqgħu mexjin ħalli dan l-impasse jiġi solvut.", "Ir-raġuni għalfejn qiegħda ngħid li għandna bżonn li bħala Kumitat naraw li xi ħaġa tissolva hija għaliex dan il-Kumitat – għal min forsi ma jafx – għandu wkoll ir-responsabilitajiet tiegħu fejn jidħol il-Kunsill tal-Għaqdiet Volontarji.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jiġi mgħoddi l-lista tal-persuni mingħand il-Ministru biex jiġu rakkomondati għal dan il-Kunsill.", "Huwa dan il-Kumitat ukoll li meta jkun hemm l-għażla tal-Kummissarju l-ġdid, japprova dik il-ħatra, jiġifieri hemm relazzjoni importanti.", "Xi ħaġa oħra li tkellimna fuqha u li forsi hija interessanti li tkunu tafu hija li l-Kummissarju jħoss li din is-sistema ta' kif jiġi appuntat dan il-Kunsill iġiegħel lil Kunsill iħossu li mhuwiex rappreżentant denju ta' dawk il-persuni li qiegħed jirrappreżenta.", "Dan għaliex mhumiex l-għaqdiet li jtellgħuh imma huwa l-Gvern, permezz tal-Ministru u permezz ta' dan il-Kumitat li they pin point min għandu jkun fuq il-Kunsill.", "Allura peress li dan il-Kunsill ma kienux in-nies li qed jirrappreżenta li eleġġewh, xi kultant iħossu antipatiku jirrappreżentahom.", "U għalhekk qiegħed jissuġġerixxi li jkun hemm bidla fil-mod ta' kif ikun elett dan il-Kunsill.", "Sa ċertu punt nifhem li l-proċess ikun iktar demokratiku u huwa importanti li jkun hemm proċess demokratiku fejn jidħol dan il-Kunsill.", "Jiena tkellimt ukoll mal-Kummissarju u dan qalli li huwa importanti li nilħqu bilanċ bejn il-Kunsill elett demokratikament u n-nies li qegħdin fuq dan il-Kumitat sabiex jagħtu l-input rigward in-nies.", "Ir-raġuni li tajtu kienet li xi kultant, meta jkollok kunsill rappreżentattiv, jekk ikollok nies jew entitajiet li jkunu ħafna kbar u b'saħħithom fis-settur, jista' jkun li jkollok rappreżentanti minnhom biss fuq il-Kunsill u min ikun istituzzjoni żgħira ma jkollux rappreżentanza.", "Ġieli rajna u kellna problemi fuq kunsilli jew kumitati fejn ikunu qed jirrappreżentaw lil xi ħadd fejn l-istakeholders l-iktar importanti jkunu rappreżentati u l-oħrajn le.", "Allura hemm bżonn li nilħqu dak il-bilanċ.", "Il-Kummissarju wera x-xewq li bħalma ġieli kien jagħmel qabel, jiġi quddiem dan il-Kumitat u jagħtina rendikont tal-ħidma tiegħu u tar-rakkomandazzjonijiet li jixtieq jagħmel kif ukoll ta' xi affarijiet li qegħdin fuq l-aġenda tiegħu biex isiru.", "Naħseb li din hija idea tajba.", "U naħseb li hija idea tajba wkoll li mhux biss jiġi hawnhekk u jgħidilna x'għamel, imma ġaladarba aħna wkoll imdaħħlin f'dan il-proċess, naraw kif nistgħu nimbottaw 'il quddiem din l-aġenda.", "Jiena domt ħafna nitkellem mal-Professur Kenneth Wayne u nista' ngħid li qed jagħmel ħafna u ħafna affarijiet sabiex l-għaqdiet volontarji jiġu up to scratch mal-istandards Ewoprej.", "Fil-fatt pajjiżna għadu ftit lura fejn jidħol dak l-istandard, anke meta mqabblin ma' pajjiżi barranin.", "Biex inkunu għedna kollox sar ħafna xogħol ukoll!", "Sar ħafna xogħol u għalhekk jixtieq li jiġi jkellimna f'dan il-Kumitat.", "Jiena għamiltlu invit sabiex malli nibdew is-sessjoni l-ġdida nistidnuh hawnhekk ħalli jkollna diskussjoni fuq dan is-suġġett u anke intom ikollkom l-opportunità li tkunu tafu x'qed jiġri f'dan il-kamp u anke sabiex tistaqsuh xi mistoqsijiet li jista' jkollkom.", "Jekk m'għandkomx aktar affarijiet li forsi tixtiequ żżidu mal-aġenda tagħna, nistgħu nieqfu hawnhekk għal-lum.", "Issa għada se jerġa' ikollna laqgħa oħra.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.24 p.m. il-Kumitat aġġorna għal għada, l-Erbgħa 03 ta' Lulju, 2013 fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20130702_004d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 4", "It-Tlieta, 02 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.44 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 03 li saret nhar l-Erbgħa 29 ta' Mejju 2013 ġew konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 004 Email datata 01 ta' Ġunju, 2013 mibgħuta mis-Sinjura Myriam Vella fuq id-drafting tan-National Children's Policy fejn qiegħda tissuġġerixxi li t-tfal vittmi ta' żweġijiet imkissra għandhom jiġu mgħejjuna finanzjarjament hekk kif tingħata s-separazzjoni.", "Dok 005 Email datata 31 ta' Mejju, 2013 mibgħuta mis-Sinjur Alfred Farrugia rigward diskussjoni fuq ir-road safety.", "Is-Sur Farrugia qiegħed joffri wkoll l-għajnuna tiegħu jekk il-Kumitat ikun se jiddiskuti dan is-suġġett.", "Dok 006 Email datata 04 ta' Ġunju, 2013 mibgħuta mis-Sinjura Ruth Rose Sciberras (Intake and Protection Services Manager) fejn qiegħda tagħti lill-Kumitat lista ta' NGOs li l-Aġenzija Appoġġ taħdem magħhom.", "Ingħatat ukoll informazzjoni dwar il-vjolenza domestika kif ukoll tagħrif fuq is-servizzi li toffri din l-aġenzija flimkien ma' statistika dwar il-każijiet tal-vjolenza domestika.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "Saret introduzzjoni minn Miss Josette Stensen (Programme Manager) dwar il-ħidma li ssir minn Dar Qalb ta' Ġesu mal-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Din id-dar tagħti l-għajnuna tagħha lin-nisa u lit-tfal vittmi tal-vjolenza domestika.", "Fost affarijiet oħra semmiet li din id-dar tilqa' għandha sa 30 persuna u li l-programm li jingħata lill-vittmi normalment idum 18-il xahar.", "Wara din l-introduzzjoni saru numru ta' mistoqsijiet mill-Membri Parlamentari dwar il-ħidma ta' din id-dar, dwar il-vittmi li jersqu għandha għall-għajnuna u dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom fit-tmexxija ta' din id-dar.", "RAPPORT MIĊ-CHAIRPERSON DWAR ISSUES RELATATI MA' RAPPORTI U RIŻOLUZZJONIJIET TAL-KUNSILL TAL-EWROPA", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri tat rendikont lill-Membri tal-Kumitat dwar ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet li ġew diskussi fil-Kunsill tal-Ewropa matul il-ġimgħa li għaddiet.", "Kien hemm dibattiti differenti fejn jidħlu social affairs, fosthom preżentazzjoni minn Liliane Maury Pasquier rapporteur għall-Kummissjoni, li tkellmet dwar il-bżonn li jitwaqqfu l-isterilisation u l-castrations forzati mill-Istat.", "Fil-fatt din semmiet kif għad hawn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għadhom jitolbu li jsiru dawn l-affarijiet.", "Semmiet ukoll liġi li teżisti f'ċerti pajjiżi, intitolata Homosexual Propoganda, fejn min jagħmel propaganda dwar l-LGBT rights ikun qed jikser il-liġi tal-pajjiż.", "Fost il-pajjiżi li għandhom dawn it-tip ta' liġijiet insibu l-Litwanja, ir-Repubblika tal-Moldova, ir-Russian Federation u l-Ukrajna.", "Dawn il-pajjiżi qegħdin ukoll jipprovaw jagħmlu aktar liġijiet ebsin f'dan ir-rigward.", "Fl-aħħarnett iċ-Chairperson informat lill-Kumitat li dakinhar stess filgħodu kellha laqgħa informali mal-Profs.", "Kenneth Wain (Commissioner for Volontary Organisations) rigward il-problemi li qed jiffaċċja dan is-settur.", "Għaldaqstant ġie deċiż li dan il-Kumitat jistieden lill-Profs.", "Kenneth Wain sabiex jiġi jagħmel preżentazzjoni wara l-vakanzi tas-sajf.", "Fit-8.24 p.m. il-Kumitat aġġorna għal għada, l-Erbgħa 03 ta' Lulju, 2013 fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130702_004m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 5", "L-Erbgħa, 03 ta' Lulju, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 03 ta' Lulju, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "L-Uniformijiet tal-Iskejjel – Follow Up", "Diskussjoni dwar il-Vjolenza Domestika", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130703_005a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 5", "L-Erbgħa, 3 ta' Lulju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 5", "L-Erbgħa, 3 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 04 li saret nhar it-Tlieta 02 ta' Lulju 2013 ġew konfermati.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt niċċara xi ħaġa dwar il-korrispondenza imma naħseb li aħjar inħalliha għal wara.", "Qiegħed nirriferi għal dokument 3, u ċioè il-kopja tar-rapport tal-GWU imma minħabba li diġa' għandna s-sinjuri hawnhekk nista' nagħmilha aktar tard.", "Naħseb li nieħu 20 minuta biex naġġustaw il-pożizzjoni tagħna bħala partit.", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu nħalluha għal wara.", "U allura nistgħu ngħaddu għall-ewwel item li għandna fuq l-aġenda tagħna u nsejjaħ lis-Sinjura Micheline Sciberras.", "L-UNIFORMIJIET TAL-ISKEJJEL – FOLLOW-UP", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak talli ġejt għal din il-laqgħa.", "Aħna konna qegħdin naraw daqsxejn x'kien sar mill-Kumitat preċedenti biex naraw jekk kienx hemm affarijiet li għadhom recurring u waħda mill-affarijiet li reġgħet qamet kienet din tal-uniformijiet.", "Aħna konna aċċennajna għall-fatt li diġa' kien sar rapport u allura m'hemmx għalfejn li jerġa' jsir rapport ieħor.", "Madankollu l-Membri tal-Kumitat xtaqu li ningħataw aġġornament fuq dan is-suġġett biex naraw jekk dawk ir-rakkomandazzjonijiet kienux ġew meħuda.", "U għalhekk sejjaħnilek biex naraw x'għandek xi tgħidilna.", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS (Director General for the Educational Services): Ikun tajjeb li wieħed jibda bl-istorja tal-policy tal-uniformijiet fl-iskejjel tagħna.", "Ovvjament jiena se nitkellem fuq l-iskejjel tal-Istat għax dawk jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-direttorat li mmexxi jiena.", "Tradizzjonalment, fis-snin passati, l-uniformi tal-iskejjel tal-Istat kienet l-istess għal kull skola, jiġifieri l-bajda u l-blu għall-iskejjel primarji u mbagħad, meta fis-snin tmenin inħolqu l-junior lyceums kien hemm l-uniformi l-ħadra li kienet ġiet iddisinjata għal dik l-iskola.", "Fis-snin disgħin, meta s-sistema edukattiva bdiet tersaq iktar lejn iċ-ċentralizzazzjoni, l-iskejjel ingħataw il-libertà li jiddisinjaw huma stess l-uniformijiet tagħhom u jaraw minn fejn se jiġu pprovduti l-uniformijiet li jagħżlu.", "U din kienet is-sitwazzjoni li writt jiena fis-sena 2007 meta ħadt ir-responsabilità ta' dan id-direttorat.", "Meta analizzajt is-sitwazzjoni rajt li l-ewwelnett qisu ma kienx hemm uniformità bejn l-items li kien hemm fl-uniformi.", "Jiġifieri jekk skola xtaqet iżżid ċerti items li forsi ma kienux daqshekk neċessarji, din setgħet tagħmel hekk bil-libertà kollha għax ma kien hemm l-ebda monitoring min-naħa taċ-ċentru.", "It-tieni ħaġa li sibt hi li l-maġġoranza tal-iskejjel tal-Istat ma kienux qegħdin jagħmlu sejħa formali ta' espressjoni biex il-providers ikunu jistgħu jitfgħu l-bid tagħhom imma kienu qegħdin jagħmlu kuntatti ma' providers individwali u din kellha bżonn li tiġi indirizzata biex ikun hemm ġustizzja for fair trade.", "U għalhekk, bil-ħolqien tal-kulleġġi xtaqna li noħolqu l-ethos tal-kulleġġ, jiġifieri l-identità tal-kulleġġ.", "Meta tara uniformi ta' skola partikolari f'pajjiżna, tal-Knisja jew Indipendenti, mill-ewwel tkun taf li hemm tradizzjoni u ċerta pride marbuta magħha.", "Mal-ħolqien tal-kulleġġi l-ħolma tagħna kienet li noħolqu a level playingfield fl-edukazzjoni.", "Anke fid-dehra kien importanti li jkun hemm a level playingfield u għalhekk riedna noħolqu uniformijiet smart imma fl-istess ħin komdi.", "B'hekk bdejna proċess fejn kulleġġ kulleġġ waqqaf grupp magħmul mill-kapijiet tal-iskejjel, xi ġenituri u forsi xi għalliema li kienu jifhmu fl-area.", "Aħna miċ-ċentru ddiskutejna flimkien mal-prinċipali kollha u għidna x'kienu l-oġġetti li jrid ikun hemm f'kull skola.", "Pereżempju neħħejna l-blazer mill-iskola primarja għax il-feedback li kellna mill-ġenituri kien li t-tfal iħossu l-bard fix-xitwa u li bil-blazer ma kienx komdu.", "U minflok daħħalna anorak li hija ħafna iktar komda.", "Aħna tajnihom l-items, tajnihom il-qafas biex ngħid hekk, u l-iskola rat id-disinnji u l-kwalità tal-uniformi għax hija xi ħaġa importanti li jkollok kwalità tajba.", "Imbagħad ħriġna l-expression of interest għall-kulleġġi kollha.", "Il-fatt li għandek numri kbar ta' studenti f'kull kulleġġ - fejn kulleġġ jista' ivarja bejn 2,000 u 4,000 student - għamlitha iktar attraenti sabiex il-providers ikunu jistgħu juru l-interess tagħhom.", "Fil-fatt kien hemm numru minnhom li wrew l-interess tagħhom u aħna, rajna min kien compliant mal-ispecifications li tlabna u kellu wkoll l-irħas prezzijiet u għażilna lilu.", "Però din ma teskludix lil xi ħaddieħor milli jipprovdi l-istess uniformi u din ġratilna f'kulleġġ partikolari.", "Min-naħa tagħna riedna s-serħan tal-moħħ li kif jasal Settembru se jkollna provider li se jipprovdi l-uniformi.", "Imma mbagħad jekk \"A\", \"B\" u \"C\" jixtiequ jipprovdu l-istess uniformi, basta tkun tal-istess kwalità, tal-istess għamla u kulur, l-iskola ma tagħmlilhiex differenza dwar minn fejn jixtru l-ġenituri.", "Din iddiskutejniha riċentement f'livell ta' ministeru biex naraw il-policy għandhiex tibqa' l-istess u d-direzzjoni li rċevejt jien hi li għandna nibqgħu mexjin f'din il-linja.", "Jiġifieri stajna faċilment immorru għal skejjel li ma jkollhomx uniformijiet imma l-feedback li kellna mill-ġenituri fuq din il-proposta kien li se tkun aktar ta' wġiegħ ta' ras għall-ġenituri biex joqogħdu jaraw x'se jlibbsuhom kull filgħodu u għandek ukoll l-ispejjeż biex tixtri ħwejjeġ differenti li tkun trid tlibbishom.", "U allura meta tiżen il-pros u l-cons għalissa ddeċidejna li jkollna a uniform policy u s-sistema li qegħdin nużaw u li ilna nużaw għal dawn l-aħħar ftit snin, se nibqgħu nużawha fis-snin li ġejjin.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Jiġifieri f'dawn l-iskejjel li sena jew sentejn ilu biddlu l-uniformijiet, hemm pjan għal kemm se jdumu bihom?", "Hemm almenu minimum ta' kemm għandha ddum skola bl-istess uniformi?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: L-ewwelnett xtaqt nippreċiża li aħna wżajna a phaze in approach, jiġifieri tfal li kienu diġa' bl-uniformi l-antika se jibqgħu jilbsu lilha.", "Fil-fatt l-uniformi l-ġdida qed indaħħluha għall-year 1s u għall-form 1s għax dawk xorta kienu se jixtru uniformi ġdida.", "Il-pjan hu li l-uniformijiet jibqgħu fit-tul u l-kuntratti huma għal tliet snin u ħames snin, skont l-ammont tal-estimi li jkun hemm ħalli nkunu wkoll within the contracts stipulation.", "Il-ħsieb hu żgur long term, jiġifieri meta rajna s-suġġeriment mir-rapport li jkunu għal għaxar snin, aħna favur dak is-suġġeriment u kemm l-amministrazzjoni preċedenti, kif ukoll dik preżenti, qegħdin naqblu fuqha.", "B'hekk wieħed aktar jitħajjar jinvesti wkoll għax ladarba dak li jkun jaf li l-uniformi mhux se tinbidel ikun jista' jistokkja numri akbar u jkun jista' jixtrihom ukoll bi prezz vantaġġjuż.", "Imma għalina, mill-aspett edukattiv huwa importanti li nibdew nagħrfu l-uniformi tal-Kulleġġ San Benedittu jew tal-Kulleġġ Santa Klara għax dak għalina jfisser li qiegħda tinbena l-ethos tal-kulleġġ partikolari, kif jiġri wara kollox fl-iskejjel li mhumiex tal-Istat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiena kelli l-impressjoni li fejn jidħlu uniformijiet kien hawn monopolju.", "Hija impressjoni tajba jew ħażina?", "Jiġifieri jien kont naħseb li l-ġenituri kollha jridu jmorru għand xi ħadd partikolari u m'hemmx kompetizzjoni u allura, il-prezz ikun jista' jilgħab bih kif irid dak is-supplier li jkun qed iforni l-uniformijiet.", "Issa jien m'għandi xejn kontra li xi ħadd waħdu jitħajjar biex jagħti dan is-servizz imma kelli l-impressjoni li dik kienet is-sitwazzjoni.", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Nerġa' nenfasizza li jiena nista' nitkellem fuq l-iskejjel tal-Istat u ma nixtieqx nikkummenta fuq l-iskejjel l-oħra.", "Dwar l-iskejjel tal-Istat m'hemmx monopolju għaliex aħna ħriġna expression of interest għall-kulleġġi kollha u kulħadd kien liberu li jikkompeti.", "Ovvjament aħna tajna l-ispecifications kollha, jiġifieri dħalna f'ħafna dettall, mhux biss fuq il-kulur u l-għamla, imma anke fuq il-kwalità, fuq il-composition tal-fabric, eċċ. Tajna l-ispecifications u kulħadd kien liberu li jitfa' il-bid tiegħu.", "Ovvjament intagħżel min kien compliant mal-ispecifications, kellu l-irħas prezzijiet u tana l-garanzija li jista' jipprovdi l-uniformijiet.", "Però diġa' ġratilna f'kulleġġ partikolari fejn provider ieħor beda joffri huwa wkoll l-uniformi u l-ġenituri huma liberi li jixtru mingħand min iridu.", "Id-direttorat li mmexxi jien iħares lejn il-kwalità ta' dak il-kuntrattur partikolari imma jekk il-ġenituri jkunu sodisfatti bil-kwalità tal-uniformi pprovduta minn xi ħaddieħor, għalina ma tagħmlilniex differenza, l-aqwa li hija l-istess uniformi.", "U llum il-ġurnata faċli biex dan isir għax kif appena toħroġ it-tender inti għandek l-ispecifications u ma' dawk l-ispecifications tista' tipproduċi kemm trid uniformijiet.", "Għaldaqstant ma nistax ngħid li fl-iskejjel tal-Istat hemm xi monopolju fuq l-uniformijiet.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Peress li l-ġenituri għandhom l-option li jekk iridu dawn jistgħu jixtru l-uniformi mingħand supplier differenti, – u mhux mingħand min rebaħ it-tender - jista' ikun li jkollok varjazzjoni fil-materjal u ġieli anke fil-kulur tal-uniformijiet.", "Ġieli jkun hemm slight variations imma dawn ikunu jidhru fuq it-tfal u fil-fatt ġieli tara tifel b'bermuda ta' kulur griż partikolari u tifel ieħor b'bermuda b'kulur differenti.", "X'jiġri f'dak il-każ?", "L-iskola tintervjeni?", "Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jintervjeni?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Peress li għandna uniform policy aħna nesiġu li l-uniformi tkun ta' kulħadd l-istess imma b'saqajna mal-art nafu li anke jekk tixtrihom mingħand l-istess provider, bejn ħasla u oħra u bejn familja u oħra l-kulur se jibda jitfi.", "U mhux il-kulur ta' kulħadd jitfi bl-istess mod.", "Għalhekk, sakemm il-varjazzjoni ma tkunx ta' barra minn hawn, din tiġi aċċettata mill-iskejjel u dik hija d-direzzjoni li tajt lill-prinċipali kollha.", "Issa jekk xi ħadd ikollu differenza kbira fil-kulur, aħna niġbdulu l-attenzjoni li dak l-item mhuwiex aċċettat bħala parti mill-uniformi.", "Bħala kwalità jekk jixtruha mingħand xi ħaddieħor li mhuwiex l-approved provider, dik hija responsabilità tal-ġenituri biex jaraw il-kwalità ta' dak li jkunu xtraw.", "MARTHESE PORTELLI: Xtaqt nagħmel mistoqsija wkoll fuq it-tendering process.", "Ġeneralment meta jkollok servizz ta' supply, min ikun qed jagħmel il-bidding jintrabat li jipprovdi jew ammont fi kwantità jew inkella ammont fi prezz, jiġifieri ġeneralment tkun either or liema minnhom jiskadi l-ewwel.", "Tista' forsi tgħidilna kif topera f'dan il-każ peress li l-ġenituri jistgħu jixtru wkoll mingħand supplier ieħor?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Forsi ma kontx ċara biżżejjed imma dan ma kienx tender imma expression of interest għax m'hemmx nefqa ta' fondi pubbliċi.", "Dwar din konna ħadna parir mingħand l-Avukat Ġenerali u d-direzzjoni li ngħatajna kienet li expression of interest hija biżżejjed u m'hemmx għalfejn li noħorġu tender.", "Ovvjament meta noħorġu l-ispecifications nikkalkulaw uniformi waħda fuq l-ammont ta' studenti li hemm f'dik is-sena partikolari u l-forecasts għas-sentejn, tlieta li jkunu ġejjin.", "Xi ħaġa li ġrat hi li ħafna ġenituri ma xtrawx uniformi waħda biss imma xtraw tnejn mingħand l-istess provider.", "Fil-fatt il-ġenituri jonfqu iktar flus għax ma jixtrux uniformi waħda u l-provider, għalkemm aħna ngħidulu li qegħdin nikkalkulaw li rridu 200 uniformi, jista' jagħti l-każ li jbiegħ 300 uniformi.", "Issa f'dak il-każ m'għandekx kontroll għax min-naħa tagħna ma nistgħux inkunu nafu minn qabel liema items il-ġenituri se jixtru aktar minn waħda.", "MARTHESE PORTELLI: Se nagħmel l-aħħar mistoqsija għax jinteressani ħafna l-proċess tal-procurement.", "F'każ li ġenitur jagħżel li jixtri l-uniformi mingħand supplier li ma kienx parti mill-expression of interest, kif jiġi nkwadrat il-prezz tal-uniformi?", "Jiġifieri l-ġenitur se jkun qed iħallas l-istess prezz li ġie sottomess fl-expression of interest?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Sinċerament ma nafx ngħidlek għax m'għandix kontroll fuqhom.", "Jiena ġibt miegħi informazzjoni – din konna ppreżentajniha f'mistoqsija parlamentari – dwar kemm l-approved supplier jista' jbiegħ l-uniformi u jekk jien nirċievi rapport fejn dan qed ibiegħha ogħla, hemmhekk nista' nintervjeni għax għandi kuntratt.", "Imma jekk imbagħad għandek providers oħrajn li m'għandhomx kuntratt magħna u jbiegħu bi prezzijiet oħra, id-direttorat m'għandux la dik l-informazzjoni u naħseb lanqas għandu say fuqhom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Aħna rajna r-rapport li ħareġ il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali preċedenti u allura, jien nixtieq inkun naf jekk f'dawn it-tliet xhur jew erba' xhur kienx hemm xi direzzjoni differenti jew inkella hux se jibqa' jiġi attwat dik li kien hemm miktub u forsi maqbul fl-istess dokument li ġie għall-attenzjoni tagħna?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Jiena staqsejt lis-superjuri tiegħi proprju fuq jekk id-direzzjoni hijiex se tibqa' l-istess u r-risposta li ngħatajt kienet dik li d-direzzjoni se tibqa' l-istess.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jekk ikun hemm familji li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jaffordjaw jixtru uniformi ġdida, hemm xi sistema li tista' tgħinhom?", "Jew inkella ma teżisti l-ebda għajnuna f'każijiet bħal dawn?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Teżisti u din inħalluha f'idejn l-iskejjel.", "Jiena nemmen bis-sħiħ li ħadd iktar mill-iskejjel ma jaf fuq it-tfal.", "Mill-uffiċċju tiegħi fil-Floriana mhux se nkun naf kull student imma l-iskejjel jafuhom sew lit-tfal u jkunu jafu wkoll lill-familji tagħhom.", "Li jsir hu li janalizzaw ftit il-ġenwinità tal-każ u s-sitwazzjoni.", "Għandna numru ta' persuni li jistaqsu għall-għajnuna li verament ikunu ġenwini.", "Ikollok każijiet ta' faqar u li allura verament ikollhom bżonn l-għajnuna.", "Imma jkollok ukoll lil min jipprova japprofitta mis-sitwazzjoni.", "Għalhekk il-kap tal-iskola janalizza t-talba u kull skola f'Malta u f'Għawdex għandha l-ischool fund li l-immaniġġjar ta' dan il-fond huwa l-parti l-kbira f'idejn l-iskola u f'idejn il-kunsill skolastiku.", "U allura numru ta' uniformijiet ikunu jistgħu jixtraw minn hemmhekk.", "Nixtieq nippreċiża li bħalissa l-kulleġġi huma fornuti minn żewġ providers li rebħu l-expression of interest, u mhux l-ewwel darba meta jkollna każ ġenwin, huma stess jagħtuna uniformijiet b'xejn biex inkunu nistgħu nagħtuhom lit-tfal.", "U nixtieq pubblikament nirringrazzjahom ta' din l-għajnuna.", "Apparti minn hekk, din is-sena d-direttorat kellu wkoll il-fondi sabiex ikun jista' jgħin bżonnijiet partikolari ta' każijiet ġenwini.", "Madankollu kull skola tgħin b'xi mod jew ieħor.", "Għandna wkoll sistema li aħna ninkoraġġixxu ħafna, fejn ġenituri ta' tfal li jkunu telqu mill-iskola jagħtu l-uniformijiet bħala donation.", "Il-prinċipju ta' recycling aħna bdejna ninkoraġġuh ħafna għax ħafna drabi dawn l-uniformijiet ikunu verament miżmumin tajjeb u għalhekk m'hemm xejn ħażin li tagħtihom ħasla tajba biex jerġgħu jintużaw minn tfal oħra.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien għandi l-impressjoni li l-bżonnijiet tal-istudenti huma differenti f'kull żona.", "Pereżempju, għandi ħbieb tiegħi li jgħallmu fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar u dawn jgħiduli kemm hemm studenti li ġejjin minn pajjiżi differenti.", "Fil-fatt f'din l-iskola hemm madwar 18-il lingwa differenti.", "Issa allura l-ischool fund jinħadem proporzjonalment għall-istudenti li jkollok jew inkella tidħol fil-bżonnijiet li jista' ikollhom dawn l-istudenti?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Dwar il-fondi tal-iskejjel hemm formola speċifika u tinħadem skont l-istudent population.", "Ovvjament skola żgħira tieħu fondi kapitali, fondi għall-materials and supplies u fondi għall-maintenance.", "L-ischool fund huwa ġġenerat mill-iskola stess, ħafna drabi permezz ta' fund raising, donations, sponsorships u anke minn xi bejgħ ta' kotba.", "Dan ix-xahar se nagħlaq għaxar snin fil-ministeru u tgħallimt ħafna fuq kif kull skola għandha l-bżonnijiet tagħha.", "U għalkemm għandek ċerti skejjel, bħal dik ta' San Pawl il-Baħar u oħrajn li forsi l-perċezzjoni hi li fihom hemm problemi soċjali, għandna ħafna mill-iskejjel tagħna li għandhom problemi serji.", "Għalhekk huwa importanti li l-iskola tindirizza l-bżonnijiet tal-iskola tagħha kif jaħsbu l-aħjar huma.", "Imma kif għidt qabel, din is-sena kien hemm ammont ta' flus fiċ-ċentru li jekk l-iskola ma tasalx mill-fondi tagħha, – għalkemm fl-aħħar snin qatt ma kelli skola li ma tistax tipprovdi uniformi - b'xi mod jew ieħor insibulhom is-soluzzjoni aħna.", "THE CHAIRPERSON: Mela ħalli nagħmillek l-aħħar mistoqsija.", "Intom ikollkom rendikont tal-iskejjel differenti jew kulleġġi differenti, kemm tiġi tiswa uniformi mill-bidu sal-aħħar u jekk dawn l-uniformijiet humiex qegħdin fl-istess ilma jew kemm huma bejn wieħed u ieħor?", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Iva, meta ħriġna l-expression of interest ġbarna item item.", "Għall-mistoqsija parlamentari 28211 konna tajna l-informazzjoni kulleġġ kulleġġ, subien u bniet.", "Hemm xi ftit varjazzjoni.", "Għandek l-irħas waħda hija €142 u l-ogħla hija €168.", "Hawnhekk qiegħda nitkellem fuq uniformi tas-sajf, uniformi tax-xitwa u l-uniformi tal-PE, inklużi t-tracksuit u l-blazer.", "THE CHAIRPERSON: Sett wieħed sħiħ.", "IS-SINJURA MICHELINE SCIBERRAS: Eżatt.", "Il-beritta, il-qmis, il-qalziet, id-dublett, il-jersey, l-ingravata, l-anorak f'każ tal-primarja, tracksuit u blazer.", "Mela s-sett kollu għal tifel jew tifla hija medja ta' €150.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Jiena nirringrazzjak ta' din l-ispjegazzjoni li tajtna fuq l-uniformijiet tal-iskejjel tal-Istat.", "Min-naħa tagħna nistgħu ngħaddu mill-ewwel għat-tieni item fuq l-aġenda u nsejjaħ lil Dr Roberta Leprè sabiex tieħu postha mal-mejda.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "THE CHAIRPERSON: Mela issa nistgħu nkomplu bid-diskussjoni tagħna marbuta mal-vjolenza domestika.", "U llum għandna magħna lil Dr Roberta Leprè.", "Aħna interessati u qegħdin nesploraw il-vittmi tal-vjolenza domestika kif jiġu trattati mill-istituzzjonijiet tagħna ħalli naraw fejn nistgħu ntejbu s-servizzi li diġa' jeżistu, inkluż il-Pulizija, l-Aġenzija Appoġġ, forsi l-isptar u xi istituzzjonijiet oħra governattivi.", "Ovvjament inti diġa' ikollok il-feedback tiegħek milli tisma' mingħand il-vittmi u aħna proprju dan li nixtiequ minn għandek, li tgħidilna fejn huma l-problemi fis-sistema tagħna.", "Imbagħad wara nkunu nistgħu nagħmlulek xi mistoqsijiet.", "Nixtieq ukoll li tgħdilina ftit x'servizzi tipprovdu intom biex aħna nkunu nafu x'tip ta' servizzi tipprovdu u lil min tipprovduhom?", "DR ROBERTA LEPRE (Director Victom Support Malta): L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina li għamiltuli.", "Aħna bħala NGO napprezzaw ħafna li tagħtuna leħen.", "Aħna nifformaw parti minn numru ta' NGOs żgħar li kollha naħdmu fiċ-ċokon tagħna imma nagħmlu dak kollu possibbli biex nimlew il-gaps fl-istrutturi.", "Il-Victim Support ġiet imwaqqfa bejn wieħed u ieħor fl-2006 u l-għan tagħha huwa li toffri support lill-vittmi tal-kriminalità kollha, jiġifieri mhux biss vittmi ta' vjolenza domestika.", "Din l-organizzazzjoni ġiet imwaqqfa mill-Organizzazzjoni mid-Dlam għad-Dawl li toffri servizz lill-offenders għaliex ħassew li ma kienx hemm xi forma ta' għajnuna għal min isofri l-crime.", "U allura nħolqot il-Victim Support.", "Illum dawn huma żewġ entitajiet kompletament separati u naħdmu indipendentement minn xulxin.", "Oriġinarjament l-idea kienet li jingħata forma ta' support pjuttost emozzjonali lill-vittmi kif ukoll support prattiku.", "Allura kien hemm bord ta' diretturi u sar recruitment ta' numru ta' voluntiera.", "Intuża qisu l-mudell li jintuża fl-Ingilterra, fejn is-servizz jingħata minn voluntiera li jingħataw taħriġ u jagħtu servizz anke fid-djar tal-vittmi, jiġifieri jmorru fid-djar tagħhom u joffrulhom is-servizz fi djarhom.", "Maż-żmien, anke meta bdiet tiżdied id-demand għas-servizz, ġiet impjegata part time coordinator, li evolviet għal full time u fl-2008 ġejt impjegata jiena bħala direttur fuq bażi part time.", "Id-demand għas-servizz kompliet tiżdied u meta dħalt jiena fl-organizzazzjoni, awtomatikament bdejt noffri wkoll servizz ta' pariri legali lill-vittmi għax kien ikollhom ħafna mistoqsijiet.", "L-aktar mistoqsijiet li jsiru kienu fuq jekk jien nagħmel rapport, x'jiġri minnu, x'inhuma d-drittijiet tiegħi, kif se nkun naf x'inhuma l-proċeduri, id-dritt ta' informazzjoni dwar jekk hemmx xi proprjetà li trid tiġi ritornata lura, jekk għandix dritt ta' kumpens u mistoqsijiet oħra li jkunu relatati direttament ma' dak il-każ.", "Hemm agreement mal-pulizija, jiġifieri hemm servizz ta' referral mal-pulizija stess imma dan ma jkoprix il-Vice Squad u ma jkoprix l-għases, fejn nafu li ħafna każijiet jiġu rrapportati fl-għases.", "L-aktar li hu dan l-agreement huwa mas-CID u allura aktar relatati ma' każijiet ta' serq.", "Il-każijiet ta' vjolenza domestika huma iktar dawk li aħna nsejħu self-referrals, jiġifieri nies ifittxu s-servizzi tagħna għaliex ikunu semgħu bina.", "Aħna noffrulhom servizz ta' awareness raising anke permezz tal-media u anke billi mmorru nagħmlu t-talks fil-komunitajiet, u allura n-nies isiru jafu bis-servizz tagħna u jibdew ifittxu l-għajnuna.", "Nista' ngħid li l-maġġoranza tal-każijiet li niddiljaw magħhom huma każijiet ta' vjolenza domestika jew inkella każijiet ta' problemi familjari li jkunu qegħdin on the border line tal-vjolenza domestika.", "S'issa l-approach tagħna kienet pjuttost waħda flessibbli, jiġifieri rari biex ma noffrux servizz u għalkemm formalment qegħdin hemmhekk biex nassistu l-vittmi ta' kriminalità, u dawn xi kultant ma jikkostitwixux reat, aħna xorta waħda jekk nistgħu nipprovdu s-servizz tagħna, dan se nipprovduh.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-vjolenza domestika per se.", "Hemm ħafna issues li jitqajjmu mill-vittmi u hemm ħafna gaps fis-sistemi u fl-istrutturi li għandna.", "Hemm xi gaps li maż-żmien bdew jiġu indirizzati.", "Ħafna mill-ilmenti - ma nixtieqx nipponta subgħajja lejn ħadd - huma rigward il-pulizija, mhux neċessarjament għax ikun hemm xi intenzjoni biex ma jagħtux servizz tajjeb imma anke minħabba forsi l-work loads kbar li jkollhom il-pulizija.", "Meta ġiet introdotta l-liġi ftit tas-snin ilu, jiġifieri fl-2006 u fis-snin ta' wara, kien hemm ukoll issue ta' attitude, jiġifieri l-attitudni mhux bilfors kienet li l-vjolenza domestika hija crime, u allura kważi kważi qisu kien hemm dik ir-reżistenza min-naħa tal-pulizija meta jiġu biex jindirizzaw dawn it-tip ta' każijiet.", "Nista' ngħid li kien hemm improvement tajjeb ħafna tul dawn l-aħħar snin imma ovvjament għad fadal ħafna xogħol xi jsir.", "Ħafna drabi nispiċċaw nippontaw subgħajna lejn il-pulizija għax huma jkunu their first port of call.", "Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika għamlet studju biex ikollna kejl ta' kemm hawn vjolenza domestika fis-soċjetà u permezz ta' dan l-istudju rriżulta li l-pulizija tkun the first port of call għall-għajnuna.", "Jiġifieri l-vittmi ma jfittxux il-Helpline 179 jew l-aġenzija Appoġġ imma jfittxu lill-pulizija.", "Għalhekk jista' ikun ukoll li ħafna nuqqasijiet jiġu identifikati min-naħa tal-pulizija għax huma jkunu l-ewwel kuntatt għall-vittmi.", "Bħala Victim Support ingħatajna l-opportunità li nagħtu taħriġ lill-pulizija għall-in service training, fejn lil dawk li attendew aħna tajnihom briefing dwar id-drittijiet tal-vittmi.", "Dak iż-żmien kien hemm framework decision fuq livell Ewropew dwar x'inhuma d-drittijiet tal-vittmi b'mod wiesa', jiġifieri mhux il-vittmi ta' vjolenza domestika biss.", "U mbagħad għamilna wkoll taħriġ dwar il-qafas legali b'mod speċifiku fuq il-vjolenza domestika u naf li dan it-taħriġ għadu ongoing.", "Naħseb ukoll li għadhom jagħtuh internament.", "Barra minn hekk, hemm nuqqasijiet fis-servizzi soċjali tal-Istat, again hawnhekk għandek work loads kbar u sfortunatament illum in-n-nies qegħdin jitpoġġew fuq il-waiting lists.", "Xi ħaġa li tissemma' ħafna hi l-fatt li m'hemmx support after hours, meta nafu li ħafna mill-inċidenti jinqalgħu wara l-5.00 p.m. jew fil-weekend jew fil-festi, meta ma jkunx hemm servizz.", "Ikun hemm xi calls fuq il-helpline 179 u ġieli jkollna xi telefonati aħna u nipprovaw nirranġaw bir-riżorsi limitati tagħna.", "Imma kif qegħdin jekk ikun hemm xi ħadd li b'mod volontarju jixtieq jagħti servizz wara l-ħin jew fil-weekend inkunu nistgħu nagħtu l-għajnuna imma jekk ma nsibu lil ħadd ma nkunux nistgħu ngħinu.", "Għalhekk bħala struttura dik hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata.", "Rigward il-qafas legali, ħafna drabi r-reazzjoni tal-vittmi tkun dik li m'hemmx liġi tajba biżżejjed sabiex tipproteġihom.", "Meta wieħed janalizza l-qafas legali li għandna jsib li dan jista' ikun tajjeb biżżejjed biex jindirizza l-bżonnijiet tal-vittmi.", "Naħseb li n-nuqqas li hemm hu dwar kif qiegħed jiġi implimentat, bħal pereżempju fejn hemm kwestjoni bejn il-mara u r-raġel dwar min se jibqa' fid-dar.", "Nafu li għandna restraining orders u protection orders li jistgħu jiġu wżati imma tant ikun għadda żmien li ħafna drabi dik il-miżura ma tkunx effettiva.", "Barra minn hekk, meta wieħed iħares lejn l-istatistika ma naħsibx li qed joħorġu ħafna restraining orders u protection orders.", "Allura għalkemm il-miżura teżisti, din mhijiex qiegħda tiġi implimentata biżżejjed.", "Rigward il-perijodu ta' żmien, li kieku f'każijiet ta' riskju għoli l-perpetrator jitressaq b'urġenza, – u l-pulizija diġa' għandha l-fakultà li tagħmilha din f'ċerti każijiet – ir-restraining order ikun jista' joħroġ fi żmien qasir u dik il-problema nsolvuha.", "Madankollu nafu li din ma tantx iseħħ spiss.", "Il-proċedura fejn bniedem jitressaq b'urġenza f'każijiet ta' vjolenza domestika huma ftit.", "Nuqqas ieħor li aħna identifikajna huwa l-fatt li ma jsirx risk assessment, kemm min-naħa tal-aġenziji soċjali.… Biex inkun fair ma nafx jekk jagħmlux risk assessment u jkun aħjar jekk dik l-informazzjoni jagħtuhilkom direttament huma, imma anke min-naħa tal-pulizija, ġieli smajna b'każijiet fejn ikun hemm numru ta' inċidenti li jkunu ġew rapportati, inċidenti li forsi narawhom żgħar ta' harassment jew ta' theddid, li mbagħad jeskalaw għal każijiet ħafna iktar gravi, fejn saħansitra anke kellna omiċidji jew attentati ta' omiċidji.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm struttura formali ta' risk assessment f'postha ħalli l-livell ta' riskju jiġi gradat.", "Barra minn Malta jintużaw għodod speċifiċi, f'forma ta' risk assessment tool, u din litteralment tkun qisha check list, biex wieħed ikun jista' jidentifika kemm hu gravi dak il-każ.", "U jekk il-każ ikun gravi, il-persuna tkun tista' titressaq il-Qorti b'urġenza u jiskattaw il-miżuri li għandna available.", "Meta l-miżuri jintużaw tard wisq, ovvjament ma jkollniex rimedju.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul li Malta hija firmatarja tagħha, fejn din tesiġi li nagħmlu ċertu tibdil, fosthom li nintroduċu dawn l-emergency barring orders li għamilt riferenza għalihom aktar qabel.", "Mela kemm jekk se nibqgħu nużaw il-mekkaniżmu li għandna preżenti u kemm jekk se noħolqu xi forma ta' mekkaniżmi ġodda, xi ħaġa bħal dik irridu nikkonsidrawha.", "Xi ħaġa oħra li forsi hija ta' inkwiet - ovvjament jiddependi minn liema lat tħares lejha imma llum il-Qorti għandha diskrezzjoni jekk tkomplix tisma każ jew le – hija meta vittma taħfer lill-aggressur tagħha.", "Din hija xi ħaġa li tismagħha b'mod regolari min-naħa tal-pulizija, fejn dawn jgħidulek li wara x-xogħol li jkunu ħadu biex iressqu t-tali persuna, il-vittma titla' il-Qorti u taħfrilha.", "B'hekk, ħafna drabi li jiġri hu li l-Qorti tiddikjara l-proċediment eżawrit u ma tkomplix tisma' l-każ.", "Il-Qorti għandha diskrezzjoni li, jekk hi trid, tkompli xorta tisimgħu dak il-każ, jiġifieri mhux twaqqa' l-każ awtomatikament.", "Aħna nixtiequ li fejn ikun hemm biżżejjed evidenza, il-Qorti tkompli tisma' l-każ.", "Qiegħda ngħid hekk għax inti jista' ikollok pressjonijiet fuq il-vittma sabiex taħfer jew iċċedi.", "Jista' jkun ukoll li minħabba d-dewmien il-vittma tkun qatgħet qalbha u allura titlef l-interess u jista' jkun hemm implikazzjonijiet finanzjarji għalfejn il-vittma ma tkunx tixtieq tkompli bil-każ.", "Allura nixtiequ li bħala forma ta' prevenzjoni, il-Qorti xorta tibqa' tisma' l-każ biex jekk ikun hemm lok li tordna pereżempju treatment order, dan toħorġu.", "Illum il-Qorti tista' tibgħat il-perpetrators għat-trattament.", "Din hija forma ta' prevenzjoni biex kemm jista' jkun lil dak il-perpetrator ma nerġgħux narawh quddiem il-Qorti u allura juża r-riżorsi tal-Istat, tal-pulizija, tal-qrati, tas-social workers eċċ. Naħseb li anke mil-lat finanzjarju jagħmel sens li dak il-każ ikompli jinstema'.", "Imbagħad għandek il-kwestjoni tal-perċezzjoni within society at large.", "Hemm bżonn li l-perċezzjoni tkun li verament għandna zero tollerance to domestic violence.", "Bħala policy ngħidu li għandna zero tollerance imma mbagħad x'jiġri fil-prattika mhux dejjem ikun jirrifletti dik il-policy.", "Irid ikun hemm iktar xogħol ħolistiku mingħajr ma nneħħu mill-imparzjalità u l-indipendenza tal-qrati.", "U allura jrid ikun hemm daqsxejn iktar sinerġija bejn l-entitajiet differenti biex kulħadd ikun qed jiġbed l-istess linja.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jien qiegħda nisimgħek b'ħafna interess għax dawn l-affarijiet li qiegħda ssemmi niltaqa' magħhom ħafna drabi fix-xogħol tiegħi.", "Napprezza wkoll li meta qegħdin nitkellmu hawnhekk fuq sitwazzjonijiet li mhumiex fl-aħjar stat tagħhom u fuq istituzzjonijiet li forsi mhumiex qegħdin jaħdmu fuq ir-rubini, dan jista' ikun minħabba li mhemmx manning biżżejjed tal-pulizija jew ta' istituzzjonijiet oħra.", "Issa jekk dik hija parti mill-problema wieħed irid jindirizzaha.", "Xi ħaġa li nismagħha bosta drabi hi li l-pulizija, meta jmur xi ħadd quddiemhom b'xi każ ta' vjolenza domestika, sfortunatament issir distinzjoni - għallinqas milli nisma' jien – bejn vittmi Maltin u vittmi barranin.", "Nixtieqek telabora ftit iktar fuq jekk din l-attitudni għadekx issibha inti peress li l-ewwel għedtilna li kien hemm xi tibdil.", "Min-naħa tiegħi għadni nismagħha kontinwament.", "DR ROBERTA LEPRE: Li kieku staqsejtni din il-mistoqsija tliet snin ilu naħseb li the general feedback kien ikun iktar negattiv.", "Illum m'għadnix nismagħha daqshekk spiss għalkemm xorta għadha tinstema', imma jiddependi ħafna mill-uffiċjal li jkun on duty dakinhar.", "Kultant tinserta xi ħadd li jkun on duty li jkun iktar sympathatic u allura dak il-personal training li jsir fil-korp ikun ħadem iktar miegħu.", "Imma mbagħad għandek persuni oħra li ma jkunux daqshekk sympathatic.", "Xi ħaġa interessanti wkoll hija li dan l-aħħar tkellimt ma' studenta tal-kriminoloġija, li qiegħda tagħmel it-teżi fuq il-prevalenza tal-vjolenza domestika fejn il-perpetrators ikunu uffiċjali tal-pulizija.", "Jidher li l-prevalenza hija ogħla minn dik tal-kumplament tas-soċjetà, jiġifieri jista' jkun li hemm ċerti attitudes jew beliefs li huma integrati fil-korp li għandhom jiġu indirizzati.", "It-training ma jistax ikun awareness biss, jiġifieri li nkunu nafu li l-vjolenza domestika hija crime u li teżisti liġi imma wieħed irid iħares daqsxejn iktar fil-fond lejn il-persuni u jara jekk hemmx issues personali li jista' jkun li qed iżommuhom lura milli jagħmlu xogħolhom aħjar.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt nistaqsik xi ħaġa fuq is-sitwazzjoni ta' kemm in-nies għandhom fiduċja fl-għassa u li meta jmorru hemmhekk se jinqdew.", "Ġieli nisimgħu nies - ovvjament mhux kulħadd l-istess – li dawn jilmentaw u li jgħidulek ta' xejn imorru l-għassa għax ma jinqdewx.", "Jew inkella jgħidulek li żgur mhux se jmorru f'dik l-għassa partikolari għax ir-raġel jaf lil kulħadd hemmhekk u allura mhux se jaqduni.", "Jew inkella jgħidulek li r-raġel tiegħi ex-pulizija u kulħadd jafu.", "X'inhi l-idea tiegħek fuq kemm hemm fiduċja fil-pulizija dwar kif se tinqeda u jekk hux se tinqeda sew, irrispettivament min jekk jafukx jew le?", "X'taħseb mill-każijiet li jkollok quddiemek?", "DR ROBERTA LEPRE: Naħseb li din hija issue li għandna bżonn naħdmu ħafna fuqha.", "Ħafna min-nies li jersqu lejna jew li jċemplulna għall-informazzjoni jkunu nies li lanqas biss irrapportaw il-każ tagħhom, jiġifieri għalkemm ikun hemm crime jew elementi ta' crime, dak il-crime ma jkunx ġie rrapportat.", "Hemm numru ta' issues għalfejn persuna ma tirrapportax ir-reat.", "Waħda minnhom tista' tkun li mhemmx fiduċja li se jkun hemm outcome pożittiv għaliha.", "Issa jekk huwiex għax il-pulizija forsi ma jagħmlux xogħolhom kif jixtiequ huma jew inkella għax is-sanzjonijiet fil-Qorti mhumiex ta' deterrent biżżejjed jew inkella d-dewmien tal-prosekuzzjoni biex il-każ jinstema', hemm numru ta' issues u ma nistax ngħid li hija l-pulizija biss.", "Imma iva, tista' tkun waħda mir-raġunijiet għalfejn persuna ma tagħmilx rapport.", "Ikun hemm ukoll ħafna allegazzjonijiet, fejn jgħidulek li r-raġel jaf lil dak jew li anke jxaħħam imma dawn qatt ma ġew sostanzjati, almenu quddiemi.", "THE CHAIRPERSON: Mhux l-ewwel darba li - ma nafx jekk sħabi ltaqgħux magħha - jiġu quddiemi nies u jagħmlu ċerti allegazzjonijiet.", "Il-problema ta' ftit nies iktar milli biex jissostanzjaw l-allegazzjoni hija l-biżgħa li jagħmluha għax jgħidulek li ma jridux jaqbdu mal-pulizija jew ikun hemm xi ħadd li jaħseb li qed jaqbdu mal-pulizija.", "Dawn in-nies jgħidulek li fl-aħħar mill-aħħar huma mill-pulizija jridu u allura jekk se jmorru jgħidu xi ħaġa kontrihom, l-ewwel darba li se jiġrilhom xi ħaġa huma se jkollhom imorru f'dik l-għassa u żgur li mhux se jiġu trattati tajjeb.", "Jista' jkun li n-nies li jaslu għandek u ma jirrapportawx ċerti affarijiet għax ikunu beżgħana f'dik is-sitwazzjoni?", "DR ROBERTA LEPRE: Jiena smajt ukoll kummenti identiċi, jiġifieri dak l-element żgur qiegħed hemmhekk.", "Biex naqbeż ftit għall-pulizija rrid ngħid li ġieli kont ikkritikajt pubblikament imma mhux nikkritika persuna individwali għax ħafna drabi jkunu l-istrutturi u l-mod ta' kif jitħaddmu.", "Nixtieq li l-pulizija jkollhom kondizzjonijiet aħjar.", "Nemmen li jekk huma jkunu iktar motivati u jħossuhom iktar apprezzati fix-xogħol tagħhom, awtomatikament jagħtu servizz aħjar.", "Meta tajt it-taħriġ lill-pulizija, kelli ċans nitkellem ma' ħafna minnhom u dawn jiġu jsibuk waħdek wara li tkun spiċċajt it-training biex jiftħu qalbhom miegħek.", "Jiġifieri dawn il-pulizija jitkellmu ħafna dwar il-limitazzjonijiet tagħhom u jħossu li m'għandhomx skills biżżejjed sabiex jindirizzaw ċerti każijiet.", "Apparti minn hekk iħossu li meta jħabbtuha ma' avukat difensur ma jistgħux jikkompetu fuq l-istess livell miegħu.", "Għalhekk jista' ikun hemm bżonn li jsir ftit iktar skills upgrade fil-pulizija.", "Anke l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom mhux dejjem iġiegħluhom ikunu motivati biex imorru għax-xogħol.", "Jekk nieħdu iktar ħsieb il-pulizija u anke l-impatt emozzjonali u psikoloġiku fuqhom minħabba x-xogħol li huma jagħmlu, nemmen li s-servizz li joffru lill-pubbliku jista' jkun aħjar.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena nixtieq nagħmillek numru ta' mistoqsijiet minħabba li inti tafhom sew dawn l-affarijiet.", "Kemm hu stmat li hu l-persentaġġ - ovvjament ma tistax tkun taf in-numru eżatt - tal-vjolenza domestika li ma tiġix reported?", "Pereżempju f'ċerti pajjiżi huwa stmat li ma' kull ħames każi wieħed biss jiġi rapportat.", "Hawn Malta għandna xi idea kemm hi?", "DR ROBERTA LEPRE: Rigward ċifri ta' under reporting m'għandniex imma għandna l-istudju ta' prevalenza li jgħidilna li hemm 26.5% tan-nisa tal-età ta' 59 sena li xi darba f'ħajjithom kienu vittmi ta' vjolenza domestika li nofshom, bejn wieħed u ieħor, kienu qegħdin isofru dik il-vjolenza domestika matul dawk l-aħħar snin.", "Imbagħad dik iċ-ċifra tista' tqabbilha mal-każijiet rapportati u b'hekk ikollok idea ċara ta' kemm huwa l-under reporting.", "ETIENNE GRECH: Il-vjolenza domestika dejjem inqisuha li ssir fuq in-nisa jew inkella anke l-irġiel jistgħu jgħaddu minnha?", "Ara, mil-lat ta' social work, l-aġenziji jħarsu lejn il-vjolenza domestika bħala raġel u mara.", "Dak jiġi meqjus bħala child abuse mil-lat ta' social work.", "ETIENNE GRECH: Bħala definition.", "DR ROBERTA LEPRE: Imma bħala legal definition.", "Ma nagħmlux distinzjoni jekk huwiex raġel jew mara, jew bejn jekk hijiex koppja etterosesswali jew koppja gay, jew jekk humiex bejn il-ġenituri u t-tfal.", "Ma ninsewx li jista' jkollok vjolenza fuq l-anzjani wkoll.", "Jiġifieri l-liġi tiddefenixxi min huma l-household members u l-vjolenza domestika sseħħ meta jkollok vjolenza bejn household member on another household member, li jfisser mhux neċessarjament raġel u mara.", "ETIENNE GRECH: Bħala statistika – kemm mix-xogħol ta' każijiet il-Qorti u kemm mix-xogħol li jagħmlu l-pulizija u l-NGOs - xi kemm hi bejn wieħed u ieħor ir-ratio bejn l-ilmenti tan-nisa u l-ilmenti tal-irġiel?", "DR ROBERTA LEPRE: Naħseb li over 90% tal-każijiet ikunu nisa.", "ETIENNE GRECH: Bħala definizzjoni tal-kelma \"vjolenza domestika\" hemm xi differenza jekk din.…", "DR ROBERTA LEPRE: Iva, għax id-definizzjoni legali hija mod u d-definizzjoni fil-prattika tas-social work hija mod ieħor.", "ETIENNE GRECH: U nimmaġina li d-definizzjoni qiegħda fil-Criminal Code?", "DR ROBERTA LEPRE: Qiegħda fid-Domestic Violence Act.", "ETIENNE GRECH: Issa jekk pereżempju xi ħadd ma jagħtix flus lill-mara tiegħu bħala manteniment, dik titqies bħala vjolenza domestika?", "Ejja ngħidu li dan ma refax idu fuq il-mara imma nafu li hemm modi oħra ta' kif tista' tagħmel harassment fuq persuna oħra.", "Naf b'każijiet fejn ir-raġel iżomm it-television bis-sound għoli kull filgħaxija u jżomm kullimkien bl-istorbju u l-mara tiegħu ma tiflaħx tissaporti aktar.", "Dik hija tip ta' harassment.", "Ħafna drabi, bħala medical practitioner, jiġu għandi ħafna nies li jkunu qalgħu xebgħa u jkunu jriduni nagħmlilhom ċertifikat mediku.", "Kif għedna ġeneralment ikunu nisa għalkemm ġieli kelli każijiet ta' rġiel bi grif.", "Issa kultant meta taqla' xebgħa jista' jkun li ma jkunx hemm marki fuq il-ġisem u meta n-nisa jmorru quddiem il-pulizija, dawn jgħidulhom biex imorru għand it-tabib tagħhom jew il-polyclinic sabiex jagħmlu ċertifikat mediku.", "Jekk ma jkunx hemm marki x'juru, - jekk taqbad bniedem minn xagħru u tmiegħku mal-art ma tħallilux marki sakemm ma tkunx qaċċatlu xagħru b'kollox - meta niġu biex nagħmlu ċ-ċertifikat ikollna niktbu this is to certify that I examined so and so and I have found no evidence of external injury.", "Meta dik il-mara se tmur b'dan iċ-ċertifikat għand il-pulizija, qisek qed tgħidilhom li m'għandha xejn u li ma ġara xejn!", "Jekk raġel tiġih tajba, jista' jkun li jagħmel att ta' vjolenza mingħajr ma jkun hemm provi ċari kontrih.", "Naf ħafna familji fejn l-irġiel ma jħallsu lanqas penny wieħed lill-mara tagħhom u din tista' tmut bil-ġuħ għax ma tistax tieħu relief!", "Pereżempju dawk li jkunu separati de facto, ir-raġel jista' jagħmel li jrid bil-mara!", "DR ROBERTA LEPRE: Naqbel miegħek li l-abbuż finanzjarju huwa mod ta' kif wieħed jiddomina lill-parti l-oħra għax fl-aħħar mill-aħħar il-vjolenza domestika hija d-dominanza ta' persuna fuq l-oħra.", "Nemmen ukoll li għandna lakuna fil-liġi, jiġifieri ċerti atti li jistgħu jikkostitwixxu harassment jew fear of violence li wieħed jista' jressaq abbażi ta' dawk iċ-charges imma mbagħad abbuż finanzjarju, għalkemm by definition huwa meqjus bħala vjolenza domestika, mhemmx charges x'wieħed jista' iressaq bħala vjolenza domestika.", "Jekk il-koppja tkun separata wieħed jista' jressaq charges minħabba nuqqas ta' manteniment imma kif qed tgħid tajjeb inti, ikun hemm ħafna diffikultajiet meta l-koppja tkun għadha flimkien.", "Qed tiġini f'moħħi persuna ta' 70 sena – naf mhux persuna waħda f'etajiet avvanzati li jsibu ruħhom f'dawn is-sitwazzjonijiet, fejn anke jikkonsidraw li jisseparaw ta' dik l-età imma huwa diffiċli ħafna li tissepara ta' età avvanzata.", "ETIENNE GRECH: Jekk mara tirrifjuta li jkollha l-att sesswali mar-raġel tagħha, biex tużaha bħala arma to get her way, dik tidħol fid-definizzjoni ta' vjolenza domestika?", "U d-definizzjoni min jagħmilha?", "Id-definizzjoni hemm qiegħda u tista' tkun wiesgħa kemm wieħed jista' jimmaġinaha, il-problema hi li jista' ma jkollokx charges fuq xiex wieħed iressaq.", "Għalkemm il-liġi tagħtina definizzjoni, sabiex il-pulizija tkun tista' tressaq persuna trid tressaqha abbażi ta' charge, jiġifieri jekk il-vjolenza ma tikkostitwix jew ġrieħi, jew harassment, jew theddid… It's debateable x'jikkostitwixxi l-vjolenza domestika u le, imma mbagħad tidħol fil-libertà tal-persuna u l-għażla jekk ikollokx relazzjoni sesswali jew le. (off mic)", "L-aġenzija tal-Istat li hija l-Appoġġ.", "Hemm id-Domestic Violence Unit li ġeneralment jieħdu referrals through helpline 179 u mbagħad jiġu referred għal dan il-unit li joffri s-social work.", "Imbagħad hemm ukoll numru ta' NGOs, bħal pereżempju Dar Merħba Bik li hija tas-sorijiet tal-Bon Pastur f'Ħal Balzan, is-SOAR li huma support group pjuttost ġdid u li huwa mmexxi minn persuni li kienu vittmi huma nfushom u xi NGOs żgħar oħra li forsi mhumiex daqshekk speċjalizzati fis-settur.", "Imma kif diġa' għedt bħala servizz speċjalizzat hemm l-Appoġġ.", "Xi kultant jirreferu każijiet lilna anke mix-shelters u aħna naħdmu flimkien, kultant anke mal-istess persuna għax mhux l-entitajiet kollha joffru l-istess spectrum ta' servizzi u allura nipprovaw nikkumplimentaw lil xuxlin.", "THE CHAIRPERSON: Inti l-ewwel għedt li l-pulizija jista' jkun li m'għandhomx l-għodda meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaħdmu eċċ. Issa dan il-Kumitat interessat li jkun jaf x'inhuma l-problemi li qegħdin isibu n-nies u kif l-istituzzjoni forsi mhux qiegħda tagħtihom dak li huma jixtiequ.", "Issa fejn hemm pockets li qegħdin jaħdmu sewwa we are equally wanting to know fejn qegħdin dawn biex wieħed ikun jista' ikompli jaħdem f'dik id-direzzjoni.", "Jien ma rridx nagħti stampa negattiva imma għalkemm qegħdin nagħmlu dan l-eżerċizzju biex intejbu l-affarijiet, aħna aktar se nħarsu lejn in-negattiv.", "Daqskemm nisimgħu lmenti dwar il-pulizija li huma the first port of call, daqshekk ieħor nisimgħu lmenti fuq l-aġenziji tal-gvern, namely l-Appoġġ, fejn jgħidulna li s-servizz ma jkunx dejjem kif mixtieq.", "L-ilmenti huma varji min-naħa tal-vittmi.", "Issa inti, min-naħa tiegħek, mill-vittmi li forsi tara jew inkella forsi tiltaqa' mal-istess ħaġa li niltaqa' magħha jiena, tista' tgħidilna x'inhuma dawn il-problemi biex wieħed ikun jista' jirranġahom?", "DR ROBERTA LEPRE: Ikollok sitwazzjonijiet fejn naħdmu tajjeb ħafna flimkien, jiġifieri s-social workers tal-Appoġġ u aħna, fejn nikkumplimentaw lil xulxin u naħseb dawk ikunu l-iktar każijiet li jagħtu riżultati.", "Fil-fatt fejn ikollok l-entitajiet kollha li jaħdmu flimkien ħolistikament u b'mod integrat, kważi kważi jkunu l-iktar każijiet fejn ikun hemm suċċess u fejn ikun hemm titjib fiċ-ċirkostanzi tal-vittma.", "Ikun hemm każijiet oħrajn li, sfortunatament, il-vittma ma tħossx li tkun ingħatat biżżejjed sapport.", "Jiena jkolli kuntatt frekwenti ma' social workers fl-Appoġġ u naf kemm huma committed lejn is-settur.", "Once again, inħoss li l-issue hija l-kwantità kbira ta' każijiet u jekk dawn humiex attrezzati biżżejjed biex jindirizzaw dik il-kwantità kbira ta' każijiet.", "THE CHAIRPERSON: Dr Lepre, qiegħda f'pożizzjoni li tidentifika liema huma dawk il-pockets li qed isibu diffikultajiet in-nies meta jmorru għal xi servizz li toffri l-aġenzija Appoġġ?", "Forsi s-servizz tal-psychologists?", "Xi ħadd qalli għas-psychologists hemm waiting list twila ħafna u allura min imur ifittex dak is-servizz mhux qed jingħatalu.", "Hemm xi pockets li inti tista' tidentifika fis-sistema fejn mhumiex qegħdin jaħdmu kif suppost?", "DR ROBERTA LEPRE: Bħala servizz ta' psychologist naf li dan bil-kemm qiegħed jaħdem għax il-waiting list hija kbira ħafna.", "Ġieli jkollna social workers li jċemplulna biex jaraw jekk aħna nistgħux noffru dak is-servizz.", "Rigward is-servizz tas-social work per se fi ħdan id-DVU jista' jkun li hemm il-bżonn li wieħed jikkonsidra jekk hemmx riżorsi biżżejjed biex ilaħħqu mal-każijiet kollha.", "THE CHAIRPERSON: Rigward is-support after working hours, jiġifieri wara l-5.00 p.m., jekk xi ħadd jissawwat jew ikun qiegħed ħażin wara dawk il-ħinijiet u jkollu bżonn xi ħaġa, - minbarra l-pulizija għax ovvjament dawn jaħdmu round the clock – lil min se jsib?", "Tinsiex li aħna naħdmu fuq bażi volontarja.", "Huma ftit il-każijiet fejn il-pulizija jċemplulna u aħna stajna noffru s-servizz tagħna u dan isir bil-bona volontà tal-istaff jew tal-volontiera tagħna li jiddeċiedu li joffru s-servizz tagħhom after hours.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiġifieri persuna li qiegħda ssofri minn vjolenza domestika wara l-5.00 p.m. tista' tmur l-għassa tal-pulizija u daqshekk?", "U jekk iċċempel il-179 x'jiġri?", "DR ROBERTA LEPRE: Il-179 jagħtuha l-contact details tas-servizz u din imbagħad iċċempel l-għada filgħodu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiġifieri dak il-ħin m'għandhiex soluzzjoni.", "Innotajt xi ħaġa oħra u qiegħda nieħu gost nisimgħek tispjegaha għax naħseb li waħda mill-ikbar problemi li nsib f'ħafna NGOs f'pajjiżna hi li hemm overlapping tax-xogħol imma milli jidher, fis-settur tagħkom qegħdin tagħmlu sforz biex ma jkunx hemm dan l-overlapping u allura qed tużaw ir-riżorsi tagħkom bl-aħjar mod.", "Fejn tħoss li għandkom overlapping u fejn tħoss li bħala NGOs għandkom issaħħu?", "Fl-aħħar mill-aħħar intom parti minn struttura importanti ħafna f'dan ir-rigward.", "DR ROBERTA LEPRE: Naħseb li hemm bżonn ħafna li nsaħħu l-aspett legali.", "Fil-fatt, punt li ma semmejtx u kelli notament dwaru huwa l-legal aid.", "Naf li fid-dokument li qed iħares lejn ir-riforma tal-ġustizzja din hija issue li se tiġi indirizzata imma hija issue importanti ħafna.", "Li persuna jkollha aċċess malajr għal-legal aid u li s-servizz ikun wieħed tajjeb hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Meta bdejna noffru s-servizz tal-għajnuna legali fuq livell ċkejken, id-demand u r-referrals minn aġenziji oħrajn kien mhux ħażin, jiġifieri jidher li hemm ħafna bżonn għal dan is-servizz, anke biex wieħed ikun jaf fejn qiegħed u jkun jista' jieħu deċiżjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-aħħar ħaġa li xtaqt nistaqsik torbot daqsxejn ma' kif forsi nistgħu ngħinu biex innaqqsu l-problema għax nistgħu noħolqu ħafna servizzi fil-pajjiż imma fl-aħħar mill-aħħar għandek dik il-kelma famuża \"empowerment\".", "Naħseb li minn dak li spjegajt inti, xorta għandna sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna li hija prevalentement nisa li, jew għad m'għandhomx il-kuraġġ jew għadhom ma rrealizzawx fiex deħlin eċċ. Naf li kontu bdejtu kampanja importanti ħafna – jiena wkoll kont involuta ftit fiha - sabiex it-tfajliet, b'mod partikolari, jagħrfu l-ewwel sinjali ta' vjolenza fil-boyfriend jew fil-partner tagħhom, f'relazzjonijiet mhux neċessarjament etterosesswali imma anke omosesswali.", "U allura naħseb li hawnhekk taqbel miegħi li din hija xi ħaġa li forsi rridu nerġgħu nibdew naħdmu fuqha.", "DR ROBERTA LEPRE: Naqbel ħafna miegħek fuq iż-żewġ aspetti.", "L-empowerment li semmejt tajjeb inti, hija fejn persuna tagħraf is-sitwazzjoni li tinsab fiha għax ħafna vittmi lanqas jirrealizzaw li s-sitwazzjoni tagħhom hija proprju waħda ta' vjolenza domestika, speċjalment meta l-abbuż ma jkunx wieħed fiżiku.", "It takes some time biex wieħed jagħraf dik is-sitwazzjoni bħala sitwazzjoni ta' vjolenza domestika.", "U mbagħad, li wieħed jibni l-iskills biex ikun jista' joħroġ minn dik is-sitwazzjoni jew biex itejjeb is-sitwazzjoni tiegħu.", "Xi ħaġa oħra li ridt ngħid hi li ħafna mill-vittmi, li kieku tagħtihom l-għażla ma jitilqux lill-partner tagħhom imma jkunu jridu li l-vjolenza tieqaf.", "Fil-fatt dawn jitilqu lill-partner tagħhom as a last resort.", "Mhuwiex faċli għal persuna biex titlaq lill-partner tagħha, speċjalment meta jkun hemm it-tfal fin-nofs jew jekk il-vittma ma jkollhiex riżorsi finanzjarji.", "Imbagħad hemm bżonn ta' ħafna prevention immirata mhux biss lejn it-tfajliet li jista' jkun li huma l-iktar suxxettibbli għall-vjolenza imma anke lejn is-subien, jiġifieri l-attitudni tagħhom lejn in-nisa u what constitutes a healthy relationship.", "Il-World Health Organisation, bħala forma ta' prevention l-iktar li tirrikmanda hija li jkun hemm programmi b'saħħithom ħafna ta' gender equality minn età żgħira ħafna u li dawn iridu jkunu delivered b'mod effettiv, jiġifieri mhux se tpoġġihom bilqiegħda u toqgħod tkellimhom imma trid tkun xi ħaġa interattiva u li twassal il-messaġġ b'ċerta mod.", "THE CHAIRPERSON: Meta qegħdin nitkellmu fuq vjolenza domestika l-ewwel nies li jiġu f'moħħok huma l-adulti bejniethom imma sfortunatament nafu li hawn ammont sostanzjali ta' vjolenza domestika kontra l-ulied.", "Meta l-vittma tkun minuri u l-persuna li qed tieħu ħsiebha hija l-perpetrator, x'jista' jagħmel fl-isfond tagħha l-minuri li jsib ruħu f'din is-sitwazzjoni?", "Il-liġijiet u l-istituzzjonijiet tagħna kif qegħdin jgħinuh?", "Fl-opinjoni tiegħi hemm lakuna konsiderevoli f'dan ir-rigward.", "DR ROBERTA LEPRE: Nixtieq nibda billi ngħid li aħna ma noffrux servizz lit-tfal, mhux għax ma nixtiequx imma tant dan is-settur huwa wieħed speċjalizzat, li bilfors trid persuna speċjalizzata.", "Apparti minn hekk jidħlu ħafna kwestjonijiet u implikazzjonijiet legali u burokratiċi fejn jidħol consent biex taħdem mat-tfal.", "Issa hemm iċ-child protection services fl-Appoġġ u meta niġu aware ta' każ ta' child abuse, aħna nagħmlu rapport liċ-child protection services.", "Rigward is-sistema jew l-istruttura naħseb li hemm lakuna, fis-sens li mhux neċessarjament hemm obbligazzjoni fuq terza persuna li tirraporta każ meta tiġi aware li hemm xi abbuż.", "Jidher li bħala prassi l-kamp mediku jirrapportaw imma ma jidhirlix li hemm bażi legali għaliha.", "L-istess l-għalliema u persuni oħra li jiġu f'kuntatt mat-tfal.", "Xi ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li nikkreaw obbligazzjoni fuq persuna li ssir aware li hemm abbuż li tirrapporta biex jiskattaw il-mekkaniżmi li għandna.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naf li lit-tfal jgħallmuhom biex iċemplu fuq il-179 jekk ikollhom xi problema.", "Pereżempju llum għadni kemm rajt lil xi ħadd li kienet qiegħda tibża' għax missierha qalilha li se joqtolha u din ma tafx fejn se taqbad tmur!", "Li kieku mhux għax ġiet ma' ommha seta' kien li ommha ma tkunx aware tas-sitwazzjoni jew inkella din tkun the silent accomplice.", "Naħseb li t-tfal jafu bil-179 u fil-fatt jien għandi tifel ta' seba' snin li jaf b'dan in-numru.", "Imma jekk qegħdin nitkellmu fuq il-179 wara l-5.00 p.m. ...", "DR ROBERTA LEPRE: Il-179 huwa 24 hours, jiġifieri dejjem se ssib persuna li tirrispondi t-telephone imma kulma jagħmel min se jieħu l-call huwa li jirriferik lil xi ħadd.", "U allura mhux se joffrilek servizz dak il-ħin.", "Imbagħad l-għada filgħodu ċċempel fejn suppost jew titniżżel fuq il-waiting list.", "THE CHAIRPERSON: Jien ma rridx nidħol fuq każijiet partikolari imma niftakar li darba kont jiena stess li ċempilt il-179 għax kienu għaddejjin żewġt itfal minn quddiem id-dar tiegħi u kienet għaddejja persuna magħhom u din bdiet tgħid lil wieħed mit-tfal li hekk kif jaslu d-dar kienet se tkisser injama fuqu bid-daqqiet li kienet se tagħtih!", "U ovvjament jiena għamilt rapport u mxejt wara din il-persuna biex nara fejn toqgħod.", "Imma l-ammont ta' mistoqsijiet speċifiċi li għamluli meta ċempilt dan is-servizz tal-179, lili għamluhili impossibbli biex nirrispondi u spiċċajt li ma ngħatajtx servizz għax ma tajthomx l-isem tal-persuna u fejn toqgħod din il-persuna!", "Il-burokrazija għamlitha impossibbli biex jien nagħmel rapport suret in-nies fuq xi ħaġa li rajtha sseħħ quddiem għajnejja.", "Kultant wisq nibża' li meta jkunu tfal li għandhom bżonn dan is-servizz, se jiġu put by the wayside mis-sistema.", "Issa nixtieq inkun naf jekk inti għandekx xi ideat li forsi jsiru f'pajjiżi oħra, li huma aktar child friendly u li jagħtu aktar riżultati?", "Ma nafx jekk intix aware minn xi sistemi differenti minn tagħna.", "ETIENNE GRECH: Wieħed irid joqgħod attent ukoll għax jista' jagħti l-każ li jekk dan is-servizz isir too friendly ikun hemm min jibda jabbuża minnu u jkun hemm tfal li għax pereżempju, ommhom qaltilhom li mhux se tħallihom imorru għall-futbol għax m'għamlux il-homework, dawn jużawh billi jċemplu l-179 biex ipattuha lill-ommhom!", "Imbagħad jekk jibdew l-investigazzjonijiet u jidħlu l-pulizija fuq familja innoċenti tista' tikkawża diżastru kbir.", "For the protection of the innocent wieħed irid joqgħod attent jekk jagħmilx l-affarijiet daqshekk faċli.", "Anke dak li semmejt inti Sinjura President, fejn qagħdu jistaqsuk ħafna mistoqsijiet, jista' jkun li għamlu hekk biex ikunu ċerti li l-każ huwa wieħed ġenwin u mhux xi ħadd li ried jabbuża mis-servizz.", "THE CHAIRPERSON: Is-servizz ma tieħdux!", "Is-servizz spiċċajt ma ħadtux, jiġifieri rajt dan l-inċident iseħħ quddiemi u s-servizz ma stajtx nieħdu.", "Naturalment nifhem li jrid jintlaħaq bilanċ, bħalma nifhem ukoll li jista' jkun hemm min forsi jabbuża mis-servizz, imma ma rridux bil-biża' li xi ħadd jista' jabbuża nħallu lil min qiegħed jiġi abbużat mingħajr l-ebda protezzjoni!", "DR ROBERTA LEPRE: Dwar il-proċeduri tal-179 ma nħossnix komda li nirrispondi jien, fis-sens li huma jistgħu jispjegaw aħjar għalfejn jaddottaw il-proċeduri li jaddottaw.", "Madankollu naqbel miegħek li mhux neċessarjament dan is-servizz ikun dejjem user friendly.", "Xi ħaġa mhux neċessarjament relatata direttament hija l-fatt li l-179, għalkemm jopera on a 24 hour basis, dan huwa linked mas-servizz tal-Appoġġ u huwa manned minn voluntiera, jiġifieri wieħed għandu jikkonsidra jekk huwiex xieraq li servizz bħal dak ikun manned by volunteers.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt, biex inkun onesta kont staqsejthom lil min qed inkellem - tant kienet frustranti l-biċċa xogħol li kieku kont qiegħda nitkellem ma' pulizija kont nitolbu n-numru tiegħu – imma dan qalli li mhux se jgħidli għax huwa volontier!", "Dan ifisser li jien lanqas nista' nkun naf min qed jgħini jew ma jgħinix.", "Barra minn Malta għandhom xi servizzi li huma differenti minn tagħna u li huma iktar child friendly?", "DR ROBERTA LEPRE: Hemm numru ta' pajjiżi li għandhom servizzi speċifiċi għat-tfal imma b'mod ġenerali hemm l-EU Crime Helpline li huwa l-116 u li f'Malta huwa abbinat – jekk m'iniex sejra żball - mal-179, imma mhux neċessarjament qed jopera bil-mod ta' kif huwa maħsub li jopera l-116, li huwa aktar focused on the information, rights, advice, eċċ u allura huwa iktar acquainted mas-sistema kriminali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Iktar kmieni semmejt li fl-NGOs hemm il-volontiera u issa semmejt tal-Appoġġ.", "L-NGOs iħarrġuhom lill-volontiera tagħhom f'dan ir-rigward?", "Meta kellna recruitment ta' volontiera dejjem offrejna t-taħriġ imma maż-żmien bdejna nagħrfu li għalkemm il-volontiera jiġu b'ħafna bona volontà, it-tip ta' każijiet li kien qed ikollna mhux dejjem kien qed ikun adegwat li jiġu dealt with by volunteers.", "Is-sistema li għandna bħalissa hija li l-co-ordinator tagħna, li huwa social worker, jieħu l-bulk tal-każijiet u mbagħad għandna żewġ trainee psychologists li joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi volontarja.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li semmejt inti u li naqbel miegħek hi li hemm problema meta każ ikun urġenti.", "F'dawn il-każijiet se jkollok ħafna li jkunu urġenti.", "Naqbel ħafna miegħek dwar kif m'hemmx risk assessment.", "Pereżempju nsib problema wkoll meta jkollok każ ta' vjolenza domestika, li xi kultant ikun każ lampanti, fejn il-vittmi jkunu fiżikament abbużati u l-pulizija x'ħin tmur fuq il-post lanqas biss tarresta lill-perpetrator.", "U allura meta inti għandek dar matrimonjali u ma tistax issakkarha għax hija tal-perpetrator daqs kemm hi tal-vittma, se tħalli lill-vittma u lill-perpetrator wara bout ta' abuse taħt l-istess saqaf!", "Dan ifisser li ħafna drabi tispiċċa jkollha toħroġ il-vittma mid-dar jekk trid tipproteġi lilha nfisha.", "Kemm hija frekwenti u kemm hija reali din il-ħaġa fejn għandek din il-lack of urgency għal dan is-servizz?", "DR ROBERTA LEPRE: Jien naħseb li bħala prassi ġenerali l-perpetrators ma jiġux arrestati u jkun hemm frustrazzjoni kbira.", "Anke jien personalment nirrabja meta nara li jekk ikun hemm uffiċjal tal-pulizija li jiġi mhedded il-persuna titressaq b'urġenza l-Qorti jew għax tifel seraq hand bag jitressaq b'urġenza u mbagħad meta jkollok raġel li jħalli lill-mara tiegħu mimlija demm, jitpoġġa fil-lista mal-oħrajn!", "Dik lili tirrabjani u għal darb'oħra ma tirriflettix il-policy tal-pajjiż taż-zero tollerence fuq vjolenza domestika.", "Għal darb'oħra, l-uffiċjal tal-pulizija għandu d-diskrezzjoni li jarresta lil dik il-persuna u jiena nixtieq li dik id-diskrezzjoni tibda tiġi wżata.", "Il-qafas legali u l-għodda hemm qegħdin.", "Il-mistoqsija hi; għaliex mhux qed jiġu wżati kif suppost?", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel inti semmejt l-Istanbul Convention li hija pjuttost konvenzjoni riċenti.", "Fil-fehma tiegħek biex aħna niġu in line ma' din il-konvenzjoni, - għax ma nistgħux nirratifikaw bħala pajjiż qabel ma nkunu għallinqas qrib il-likk – x'jonqosna nagħmlu jew kemm qegħdin 'il bogħod milli nagħmlu dan?", "DR ROBERTA LEPRE: Il-konvenzjoni ma tħarisx biss lejn il-vjolenza domestika imma tħares lejn kwalunkwe vjolenza kontra n-nisa, u għalhekk tħares lejn aspetti bħalma huma l-female genital mutilation u l-human trafficking.", "Naf li kien hemm xi emendi li ġew proposti fil-kodiċi kriminali u allura diġa' beda jsir xi xogħol.", "Xi provvedimenti fil-konvenzjoni li jidħlu mbagħad fil-prattika bħal pereżempju, li jingħata taħriġ, dawn jista' jkun li qed isiru.", "Li għandna bżonn aħna huwa li jkollna bażi legali biex dawk l-affarijiet naraw li dejjem jibqgħu jsiru.", "Għalhekk għandha tkun xi ħaġa li bħala poplu nesiġu mill-Istat.", "Hemm bżonn ta' daqsxejn drafting, biex ngħid hekk, imma naħseb li ħafna xogħol diġa' sar u ħafna affarijiet prattiċi diġa' qed isiru.", "THE CHAIRPERSON: Kumbinazzjoni l-bieraħ kont qiegħda nitkellem ma' Awstraljan li jaħdem fis-social work f'child centre fl-Awstralja.", "U dan kien qed jgħidli kif qisu f'dawn l-aħħar tliet snin għamlu din is-sistema fejn għandek il-pulizija, is-psychologist, eċċ li jiltaqgħu fl-istess binja li hija child friendly.", "Kien qed jgħidli kif bażikament kienu t-tfal stess li raw kif din il-binja tkun child friendly.", "U dan huwa l-post fejn inti tmur biex tagħmel rapport fuq abbuż u fejn inti tmur biex tieħu l-għajnuna psikoloġika, eċċ. Naf li hija diffiċli meta inti tipprova tgħaqqad is-sistemi f'daqqa u tibdel ftit is-sistema li għal snin twal tkun ilek taħdem taħtha.… Imma x'taħseb inti li kieku kellu jkun hemm dan iċ-ċentru?", "Jien ninsisti li għandu jkollna ċentri li ma jkunux bħall-għassa normali fejn persuna tkun tista' tmur tirrapporta li tkun ġiet abbużata.", "Jiena naqbel li dawn għandhom ikunu ċentri partikolari, fejn ikollok pulizija li huma mħarrġa fil-psikoloġija u fis-social work, jiġifieri jkunu a very specific police staff, li jitrattaw man-nisa u mat-tfal, fejn jieħdu rapporti aħjar.", "Jiena naf li hemm problema kbira fuq kif jittieħed ir-rapport u xi jħallu barra.", "X'taħseb inti fuq din l-idea?", "DR ROBERTA LEPRE: Naqbel perfettament.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għad-direttiva tal-2012 dwar id-drittijiet tal-vittmi, li telenka numru ta' affarijiet għall-vittmi kollha ta' reat u mhux għall-vittmi ta' vjolenza domestika jew ta' child abuse biss, fejn hawnhekk jissemmew b'mod partikolari l-vittmi vulnerabbli, fosthom it-tfal.", "Hawnhekk naraw forom ta' protezzjoni biex vittmi vulnerabbli, fosthom tfal, ma jiġux iktar esposti u rivittimizzati.", "Pereżempju li jkollok post akkoljenti b'mod xieraq fejn persuna tkun tista' tmur tagħmel ir-rapport tagħha u li min jieħu r-rapport ikollu l-ħiliet meħtieġa ta' kif jilqa' lil dik il-persuna partikolari li jkollu quddiemu.", "Imbagħad anke fil-fażi tas-smigħ tal-kawża għandu jkun hemm kmamar apposta fejn il-vittmi ma jkollhomx joqogħdu jiffaċċjaw lill-perpetrators, kemm jekk ikunu nisa kif ukoll jekk ikunu tfal.", "Għal dan il-għan irridu nagħmlu aktar użu minn affarijiet teknoloġiċi bħalma huma l-video conferencing.", "Jiġifieri l-għodda teżisti imma mhux qiegħda tintuża biżżejjed.", "Jekk inħarsu daqsxejn lejn din id-direttiva nkunu nistgħu nieħdu ħafna spunti ta' affarijiet li nistgħu nintroduċu.", "Miegħi għandi wkoll dokument tal-Victim Support Europe – li nkun nista' ngħaddilkom kopja tiegħu - li aħna, bħala Victim Support Malta membri tiegħu, u li dawn qegħdin jissuġerixxu kif il-pajjiżi membri jistgħu jimplementaw din id-direttiva fil-prattika.", "THE CHAIRPERSON: Rigward istituzzjonijiet mediċi - fejn għandek il-vittmi li se jħabbtu wiċċhom ma' tobba fil-polyclinics, sptarijiet jew fl-isptar mentali - ġieli jkollna problema għax ikollok vittma u l-pulizija jgħidilha biex tmur tagħmel checkup biex ikollha l-evidenza x'turi, u mhux l-ewwel darba li ġew għandi dawn in-nies u jgħiduli li marru għand it-tabib imma dan ma riedx jagħmlilhom iċ-checkup għax inkella jkollu jitla' l-Qorti.", "Jista' jieħu affidavit imma ġieli ma jkunx irid jieħu u allura jew jibagħthom l-polyclinic, eċċ. Ġieli ġie xi ħadd jidentifikalek xi problema ta' dan it-tip fis-settur tas-saħħa rigward vittmi tal-vjolenza?", "DR ROBERTA LEPRE: Dan huwa lment komuni.", "Fl-opinjoni tiegħi jikkostitwixxi ksur ta' etika min-naħa tat-tobba li jagħżlu li jaġixxu b'dan il-mod.", "Il-parir tiegħi kieku jkun li wieħed jagħmel ilment lill-Kunsill tat-Tobba.", "(Interruzzjonijiet) Jien naraha bħala ksur ta' etika professjonali.", "Having said that, nifhem li professjonist bħal tabib u bħal kull persuna oħra, se jkun jaf kif taħdem is-sistema tal-qrati tagħna, fejn tiġi mħarrek għal darba, tnejn, tlieta u min jaf kemm se taħli ħin u dak il-ħin mitluf jista' jkun li jirriżulta f'telf ta' introjtu għal dawn il-persuni.", "Għaldaqstant wieħed jista' jħares ukoll lejn kumpens adegwat li jingħata lix-xhieda fil-qrati.", "THE CHAIRPERSON: Ġieli jkollok ilmenti rigward is-settur mediku?", "Bħal pereżempju fuq is-sistema tal-polikliniċi jew fuq il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom?", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Bażikament it-tobba li jaħdmu fiċ-ċentru tas-saħħa għandhom il-faċilità li jużaw l-avukat u n-nutar tagħhom sabiex jagħmlu affidavit; dan ma jsirx għall-flus imma anke għas-servizz għax jekk inti għamilt nofs ta' nhar il-Qorti min jaf kemm kien hemm pazjenti li tħallew jistennew u tħassru appuntamenti!", "Dik tgħodd ukoll.", "Ovvjament it-tobba privati, jekk iħossu li m'għandhomx jagħmlu ċ-ċertfikat, ma jistgħux jgħidu li mhumiex se jagħmluh għax dik tiġi nuqqas ta' etika, però jistgħu jżommu l-prezz li għandhom iżommu f'każ bħal dan.", "Pereżempju jekk il-prezz taċ-ċertifikat huwa ta' €100 għandhom iżommu €100.", "Naturalment imbagħad tiġi nġusta għax ikollok nies li ma jaffordjawx iħallsu dawk il-prezzijiet.", "Però ħafna nies jaħsbu li ċ-ċertifikat ikun jiswa daqs vista normali ta' tabib li mhuwiex il-każ.", "DR ROBERTA LEPRE: Biex nillaċċja daqxejn ma' dak li qed tgħid inti wieħed għandu allura jikkonsidra wkoll il-kumpens li vittma għandha tingħata.", "Din hija xi ħaġa li d-direttiva tħares lejha wkoll.", "Il-vittma jista' jkun li jkollha tagħmel xi spejjeż biex tressaq il-każ tagħha quddiem il-Qorti.", "U kif qed tgħid tajjeb inti, jekk il-prezz taċ-ċertifikat għandu jiswa tant, il-vittma għandha dritt li titlob kumpens mingħand il-perpetrator.", "(Interruzzjonijiet) Mhux neċċessarjament, legalment iva imma de facto mhux bilfors.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt ridt nistaqsihilek din ukoll.", "Meta koppja ma tkunx separata u inti se tikkastiga legalment bil-Qorti lil xi ħadd minnhom; semmejt ir-restraining orders u dawn l-affarijiet, ovvjament se jbatu t-tfal u se tbati l-mara.", "DR ROBERTA LEPRE: Imma l-Qorti tqishom dawn l-affarijiet.", "Din mhux se tordna affarijiet bħal pereżempju ma tħallix lill-perpetrator imur għax-xogħol.", "Tista' tordnalu biex ma javviċinax lill-vittma jew lit-tfal jew lil xi xhieda oħra u f'każijiet rari anke li ma joħroġx mid-dar.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju fl-antik kienu jaħsbu li jekk raġel jagħmel is-sess mal-mara tiegħu u l-mara ma tkunx trid ifisser li l-mara qed tagħmel ħażin għax qiegħda tonqos mid-dmir konjugali tagħha.", "Illum naħsbuha totalment differenti u fil-fatt qed inqisuh bħala rape!", "Issa jien naħdem in-naħa tas-South ta' Malta u nara ħafna problemi soċjali.", "Probabilment dawn jeżistu f'kull parti ta' Malta.", "U meta tara ċerti familji u tara ċerti tfal u ssegwihom tara li dawn missierhom kien aggressiv, jgħajjat magħhom, jidgħi u anke jgħolli jdejh fuqhom.", "Naħseb li dawn it-tfal tant jikbru f'dik il-mentalità li meta huma jiżżewġu, jippretendu li r-raġel tagħhom irid ikun il-macho, u ma jkollhomx insight ta' x'inhuma d-drittijiet tal-persuna jew għarfien ta' x'inhi vjolenza domestika.", "Dawn l-irġiel anke jekk il-mara tkun on menstruation ikunu jridu jagħmlu s-sess magħha, trid jew ma tridx il-mara.", "U din tant tkun imdorrija f'ambjent ħażin li lanqas tkun taf x'inhuma d-drittijiet tagħha.", "Apparti l-intelligence quotient baxx, hemm ukoll it-trobbija u l-kultura tagħha.", "Aħna ovvjament irridu noħolqu qafas ta' edukazzjoni dwar dawn l-affarijiet kif ukoll irridu noħolqu awareness.", "U f'dan ir-rigward l-NGOs għandhom ħafna x'joffru.", "Nixtieq ngħid ukoll li hemm irġiel li l-vjolenza domestika jafu jilagħbu biha u hemm nisa li b'xi mod jew ieħor jaċċettaw din is-sitwazzjoni għax tant ikunu jħobbuha lill-persuna li jkunu magħha li anke jekk jaqilgħu s-swat xorta waħda jibqgħu magħha u ma jkunux iridu jitilquha.", "Minħabba f'hekk ir-raġel iżomm id-dominanza tiegħu fuq il-mara – din hija parti mid-definizzjoni tal-vjolenza domestika – billi l-ewwel jibda jagħmel l-atti vjolenti fuqha u jieħu over l-emozzjoni tagħha, u meta jara li din qiegħda toqrob biex tirrapportah jew biex tfittex l-għajnuna, jibagħtilha bukkett fjuri jew xi rigal ieħor.", "Ċerta nisa - ara kemm irridu ngħallmuhom lin-nies – jaqgħu għalih sakemm l-affari terġa' tirrepeti ruħha.", "U nibqgħu nduru dawra tond!", "THE CHAIRPERSON: Jiena xtaqt nistaqsik xi ħaġa fuq il-protection order.", "Naħseb li għalkemm din qiegħda fil-liġi hija xi ftit underused.", "Sfortunatament anke l-avukati, li misshom jużawha aktar, ma jużawhiex.", "Madankollu hemm istanzi fejn ma tkunx tista' tużaha mill-ewwel.", "Barra minn Malta għandek instances fejn meta jkollok att vjolenti tista' mill-ewwel titlob għar-restraining order u huwa l-pulizija stess li jkollu dak il-poter li joħroġ restraining order.", "Fis-sistema tagħna mhijiex hekk u għalhekk aħna għandna din il-lakuna!", "Sakemm inti tibda l-każ, il-protection order ikun għadu mhux hemm.", "Kif taraha inti din is-sitwazzjoni?", "Tista' tispjega daqxejn x'inhi protection order, meta tintuża u forsi fejn huma n-nuqqasijiet?", "DR ROBERTA LEPRE: Fis-sistema legali tagħna hemm żewġ tipi ta' orders li huma l-protection u t-treatment order.", "Id-differenza bejniethom hija li waħda tista' tinħareġ waqt is-smigħ tal-każ u l-oħra tista' tinħareġ mas-sentenza.", "Bażikament din tagħti lill-Qorti l-poter biex tordna lill-perpetrator biex ma jagħmilx numru ta' affarijiet u għandek lista twila u wiesa' ħafna.", "Prattikament il-Qorti tista' tordna kważi kważi li trid.", "Barra minn Malta jeżistu sitwazzjonijiet fejn il-pulizija stess ikollha l-poter li mar-rapport toħroġ hi stess lill-perpetrator mid-dar.", "Fost affarijiet oħra l-Qorti tista' tordna, permezz ta' restraining order, li l-perpetrator joħroġ mid-dar.", "Tista' tagħmel hekk imma ma rridx ngħid li din issir ta' spiss!", "F'ħafna pajjiżi għandek il-pulizija li jkollhom il-poter li din il-ħaġa jagħmluha huma stess.", "Imbagħad ovvjament ikun hemm proċedura fejn il-Qorti jew tikkonferma dik l-ordni jew inkella l-ordni taqa'.", "Imma bħala interim measure, bħala forma ta' protezzjoni, il-pulizija jkollha l-poter li tagħmel hekk hi stess.", "Meta tqabbel is-sistema legali tagħna, li kieku l-perpetrator jiġi arrestat, jitressaq b'urġenza fi żmien 48 siegħa u toħroġ restraining order mill-Qorti, issib li għandna l-istess sitwazzjoni.", "Effettivament għandna din il-miżura imma fil-prattika huwa numru żgħir ħafna ta' perpetrators li - naf bihom jien - jitressqu taħt arrest!", "Fil-prattika din il-miżura li għandhom ħafna pajjiżi oħrajn aħna għad m'għandniex.", "Nixtieq nagħmel riferenza għall-Istanbul Convention għaliex din tagħmel riferenza għal dawn l-orders, u allura aħna bħala firmatarji ta' din il-Konvenzjoni, meta niġu biex nirratifikawha, irridu aħna wkoll nintroduċu xi ħaġa simili.", "THE CHAIRPERSON: Hemm problemi dwar meta wieħed ikun qiegħed il-Qorti u l-kwestjoni tkun ċivili, allura bil-pulizija ma nkunux qegħdin insolvu l-problema għax l-arrest ma jkunx sar; għandek perijodu twil ta' preskrizzjoni li sfortunatament il-pulizija jibdew jagħtu n-notifiki fl-aħħar minflok ma jibdew jagħtu n-notifika fl-ewwel xahar.", "U allura jekk hemm sitt xhur preskrizzjoni, imorru jfittxu lill-persuna fil-ħames xahar u nofs, u jekk ma jsibuhiex dik il-preskrizzjoni tista' taqa'.", "Kemm-il darba jaqgħu u dik tista' tkun problema.", "Allura l-persuna jkollha tieħu l-inizjattiva li tmur fil-Qorti Ċivili u tipprova toħroġ lill-perpetrator permezz taċ-ċivil.", "Sfortunatament sakemm ma jkunx hemm swat li jkun evidenti ma tantx jinħarġu malajr il-perpetrators minn ġo djarhom.", "Irid altru xi ħadd ikun litteralment jidher li huwa mkisser biex din isseħħ.", "Problema oħra li nara hija l-mod ta' kif ninnotifikaw lill-perpetrators u lill-vittma dwar dak li jkun qed isir.", "Il-vittmi tal-vjolenza domestika normalment ikollhom numru sostanzjali ta' rapporti li jkunu saru fl-għassa.", "Meta jitilgħu l-Qorti huma jiġu avżati li telgħin bil-pulizija kontra l-perpetrator imma ma jgħidulhomx fuq liema każ.", "U allura l-vittma titla' il-Qorti mingħajr ma tkun taf għal liema każ qiegħda hemm!", "X'ħin titla' tixhed, ikun hemm vittmi li inti trid tistaqsihom x'ġara dakinhar u huma jridu jgħidulek id-data u l-ħin eżatt meta jkun hemm mal-20 rapport!", "Naħseb li xi ħaġa tista' ssir.", "Apparti minn hekk, l-avukat f'dik is-sitwazzjoni lanqas hu ma jkun raha, jekk ikun parte civile u qed jaġixxi għall-vittma, lanqas hu ma jkun ra l-akkużi li bihom qed jiġi akkużat il-perpetrator.", "Allura l-avukat li qed jidher għall-vittma jkun qed jara l-akkużi proprju dak il-ħin stess u lanqas ikollu ċans ikellem lill-vittma minn qabel.", "La għandu ċans jara jekk ix-xhieda telgħux kollha, eċċ. Issa ma nafx jekk inti ssibx din il-problema wkoll.", "Dan minbarra n-numru sostanzjali ta' żbalji li jkun hemm fiċ-charges, li jispiċċaw iwaqqgħu dik l-akkuża u l-vittma tkun very much depressed għax l-unika darba li jirnexxilha ssib il-kuraġġ u ttella' lill-perpetrator il-Qorti, il-pulizija tieħu żball u l-perpetrator joħroġ illiberat!", "Inti tiltaqa' mal-istess affarijiet u problemi?", "DR ROBERTA LEPRE: Fil-fatt qed jiġuni f'moħħi każijiet partikolari li huma kważi identiċi għal dawn iċ-ċirkostanzi li qed issemmi inti.", "Again, hawnhekk nirreferi għad-direttiva li fost affarijiet oħra timponi fuq l-istati membri li l-vittmi jingħataw informazzjoni dwar proċeduri legali.", "Pereżempju, rigward iċ-charges, biex inkun ġusta, meta jkollna vittma li tirċievi taħrika u ma tkunx taf għalxiex, jiena nċempel lill-ispettur ġo dik l-għassa u dejjem ningħata l-informazzjoni.", "Imma l-vittma kultant lanqas tkun taf li hi tista' ċċempel lill-ispettur biex titlob l-informazzjoni.", "Jista' jkun li meta l-pulizija titkellem mal-avukat l-attitudni tagħha tkun differenti milli meta tkun qed tkellem....", "THE CHAIRPERSON: Mhux l-ewwel darba li nċemplu lill-għases tal-pulizija u peress li ċ-charges joħorġu mid-Depot, l-ispettur ma jkunx jista' jgħidlek x'inhi ċ-charge.", "Iċ-charges tal-vjolenza domestika jaqgħu taħt il-familja, fejn hemm sezzjoni fid-Depot li toħroġ iċ-charges u allura ma jkunux jistgħu jgħidulek milll-ewwel din x'inhi.", "DR ROBERTA LEPRE: Però ma naħsibx li hemm struttura ċara ta' liema każijiet jibqgħu tad-distrett u liema każijiet jaqgħu taħt il-Qorti tal-Familja.", "Din hija xi ħaġa li ddiskutejniha anke fil-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, li jiena membru tagħha.", "Ma naħsibx li hemm xi policy ċara jew xi struttura ċara ta' kif jitqassmu l-każijiet.", "Jista' jkun li hemm imma jien ma lqtajtx magħhom.", "Dejjem ingħatajt l-informazzjoni imma mhux l-istess jista' jingħad mill-vittmi.", "Rigward il-kwestjoni taċ-charges li jinħarġu ħżiena naqbel miegħek u jiġri wkoll li xi kultant ir-rapport ma jitteħidx b'biżżejjed dettall.", "Kien hemm każijiet fejn vittma ddum xi siegħa sagħtejn tirrakkonta x'ġara u mbagħad joħroġ rapport ta' sitt linji!", "Imbagħad tiskanta għalfejn iċ-charges ma jkunux jirriflettu l-fatti!", "U kif qed tgħid inti l-każ jaqa'.", "THE CHAIRPERSON: Każ partikolari li għadni kemm semmejt huwa ta' din it-tifla partikolari li qalet lill-pulizija fl-għassa li hi qiegħda tibża' li missierha se jagħmlilha xi ħaġa għax heddidha li se joqtolha!", "Il-pulizija li ħa r-rapport tagħha niżżel l-affarijiet kollha minbarra din il-biċċa.", "U x'ħin l-omm qaltlu għalfejn ma niżżilx dik il-biċċa qalilha li dik tista' tgħidha l-Qorti!", "Imma din mhijiex l-istess ħaġa.", "U ħafna drabi lanqas biss jingħataw kopja tar-rapport u jgħidulek li trid tgħid lill-avukat tiegħek.", "Anke l-avukat idum ħafna jiġri wara l-ispettur biex jingħata dak ir-rapport.", "Problema oħra li ma nafx jekk inti tiltaqax magħha hija li meta xi ħadd imur jagħmel rapport l-għassa, - m'iniex se nazzarda ngħid x'inhuma r-raġunijiet li jagħmlu hekk – il-pulizija jibagħtuha tagħmel kwerela.", "Xi kultant dak ikun ifisser spejjeż żejda għall-vittma.", "Li kieku dik il-kwerela tkun neċċessarja nifimha imma ħafna drabi ma tkunx u allura b'dan il-mod tkun qiegħed taqta' qalb il-vittma għax ħafna minnhom ikunu in dire straits, speċjalment jekk din tkun diġa' għamlet numru ta' rapporti u ma tkunx tiflaħ tħallas aktar!", "B'hekk tispiċċa ma tagħmlux ir-rapport.", "DR ROBERTA LEPRE: Qed naraw li ħafna mill-issues li semmejna kollha jagħqdu ma' xulxin.", "U hawnhekk nixtieq nirriferi għal-legal aid.", "Li kieku l-vittma tkun eleġibbli għas-servizz tal-legal aid minn dak il-ħin li tkun għamlet ir-rapport, tkun tista' titlob lill-avukat tal-legal aid sabiex jagħmel il-kwerela.", "Jiġifieri naqbel miegħek.", "Huwa minnu li m'hemmx bżonn ta' kwerela imma l-fatt li jkollok kwerela se jgħin lill-pulizija biex toħroġ l-akkużi b'mod tajjeb.", "Jista' jkun li dak l-uffiċjal tal-pulizija jitlob kwerela biex forsi jevita sitwazzjoni fejn qabel għamel żball.", "Għal darb'oħra nerġa' nirreferi għal każ fejn il-pulizija stess ġieli jħossu li m'għandhomx ħiliet biżżejjed biex jieħdu ħsieb il-każijiet li jkollhom quddiemhom.", "U allura qed naraw kif kollox idur ma' xulxin.", "Mhux se nagħmlu differenza fuq il-vjolenza domestika billi nimplimentaw miżura waħda jew billi nagħmlu taħriġ ta' darba.", "Irid ikollna struttura sħiħa fejn kollox jgħaqqad ma' xulxin.", "Dik hija r-realtà.", "Naf li hija xi ħaġa kumplessa ħafna u mhux se ssir mil-lum għal għada imma dik hija l-verità.", "Biex nagħmlu d-differenza jrid ikollna struttura sħiħa u kulħadd irid ikun lest li jaħdem flimkien.", "THE CHAIRPERSON: Xtaqt nagħmillek l-aħħar mistoqsija.", "It-tendenza dejjem kienet li niffokaw ħafna fuq in-nisa u t-tfal bħala l-vittmi ta' vjolenza domestika.", "Ovvjament naf kemm huwa diffiċli xi kultant għall-irġiel sabiex jammettu li saret vjolenza domestika fuqhom għax iħossu li se jiġu redikolati minħabba l-istatus li għandu r-raġel fis-soċjetà.", "Imma xi ħaġa li tinteressani dwar l-irġiel hija t-tendenza li qegħdin nersqu lejha iktar fl-Ewropa fejn ikollna the perpetrator in the focus biex nevitaw il-vjolenza domestika.", "Fil-fatt issib il-perpetrator programmes.", "Kif għidt tajjeb inti għandek iktar proġetti fuq l-ugwaljanza, iktar proġetti fejn juru lill-perpetrator li b'dak li qed jagħmel mhux qed juri kemm hu macho imma qed juri kemm huwa coward.", "Hawn Malta ilna bil-perpetrator programme mill-1999 imma kemm qiegħed jaħdem dan?", "Taf tgħidilna xi ħaġa dwaru ħalli naraw jekk is-sistema tagħna tindirizzax din il-problema u biex naraw jekk il-perpetrators jirnexxilhomx jirriformaw ruħhom.", "Meta mort infittex xi statistika jgħidulek kemm kien hemm li marru għal dan il-programm imma ma jgħidulekx kemm minnhom reġgħu għamlu l-istess jew x'ġara minnhom.", "Inti għandek xi insight fuqha din?", "DR ROBERTA LEPRE: Bħala data m'għandix imma again hawnhekk tidħol il-kwestjoni tal-prevenzjoni.", "Ngħaqqad ukoll ma' dak li tkellem fuqu l-Onor.", "Grech dwar ir-role model, fejn ħafna subien jitgħallmu kif iġibu ruħhom bħala rġiel mir-role model tagħhom, li ħafna drabi jkun il-missier.", "L-istess it-tfajliet, fejn dawn jikbru f'ċerta sitwazzjonijiet u jitgħallmu jaċċettaw il-vjolenza minn dak li jkunu raw meta jkunu qegħdin jikbru.", "Naturalment mhux kollha!", "Ma rridx nagħti l-impressjoni li fejn ikun hemm vjolenza domestika jkunu kollha hekk imma dik it-trend narawha.", "U iva, importanti li nimplimentaw dawn il-programmi.", "L-importanti hu li l-irġiel ikunu nvoluti fihom dawn il-programmi.", "Il-vjolenza domestika mhijiex issue tan-nisa biss imma hija issue ta' kulħadd u mingħajr l-involviment tal-irġiel - fejn ikollna rġiel li jkunu role models tajbin għat-tfal tagħhom - mhux se naslu.", "Rigward il-perpetrators programme li nixtieq hu li jkollna aktar treatment orders, li l-Qorti ġġiegħel lin-nies imorru għall-perpetrators programme.", "Hemm imbagħad l-argument l-ieħor fejn jekk il-bniedem iġġiegħlu jmur għal xi ħaġa diġa' jurik li ma jridx imur.", "Imma jekk noqogħdu sejrin hekk wieħed jista' jagħmel l-istess argument għall-programmi ta' riabilitazzjoni kontra d-droga!", "Ikollok numru ta' persuni li jirriabilitaw lilhom infushom u dik tista' tgħin.", "Li naf li hemm nuqqas huwa meta jkollok sitwazzjonijiet fejn ikun hemm personality disorders jew kondizzjonijiet psikjatriċi li jkunu beyond il-kapaċità jew beyond il-limitu tal-perpetrators programme, anke minħabba d-dynamics ta' kif isir il-programm.", "U allura dawn m'hemmx servizz għalihom.", "Biex ngħid hekk ikunu iktar gravi min-normal u allura jkollhom bżonn intervent iktar speċifiku.", "Dak is-servizz ma jidhirlix li jeżisti.", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn bniedem jiġi ordnat li jagħmel il-perpetrators programme u mbagħad il-programm ma jaċċettahx.", "THE CHAIRPERSON: Dr Lepre nirringrazzjak ħafna tal-ħin tiegħek imma fadlilna l-aħħar żewġ mistoqsijiet x'nagħmlulek.", "ETIENNE GRECH: Hemm relazzjoni bejn it-tfal li jkunu bullies fl-iskola li ladarba jikbru dawn isiru perpetrators?", "Dawk it-tfal li għandhom il-hyperactivity disorder, ladarba jikbru jistgħu jsiru perpetrators?", "Aħna naħdmu b'team ħolistiku, fejn magħna hemm social workers li jifhmu wkoll fil-psikoloġija.", "Xi ħaġa li tissemma ħafna hija l-personality disorders, bħan-narcissism, li hija xi ħaġa li niltaqgħu magħha spiss u sfortunatament, milli naf jien, wieħed ma tantx ifiq mill-personality disorders.", "ETIENNE GRECH: Fil-fatt kont qiegħed naqra artiklu fuq l-obsessive compulsive disorder.", "Hemm xi nies li jkunu miżżewġin li jbatu biha, tant li jkunu jridu kollox perfett.", "Pereżempju, meta jidħol ir-raġel id-dar ikunu jriduh ineħħi ż-żarbun qabel jidħol u jekk se jiftaħ il-fridge jrid joqgħod attent li ma jmissx l-affarijiet u ma jistax imiss hemm jew ma jistax imiss hawn!", "U lil dak li jkun tispiċċa ġġennu.", "Ħafna drabi din il-kondizzjoni twassal għal separazzjoni sempliċi.", "Ovvjament din trid tkun trattata bħala mard mentali wkoll.", "Imbagħad għandek l-istalking, li llum saret xi ħaġa komuni wkoll.", "Din tidħol bħala vjolenza domestika?", "Jiena qrajt li l-istalker ħafna drabi jkun l-eks ta' dak li jkun.", "Jiġifieri meta xi ħadd jissepara imma jkun għadu ffissat fuq il-persuna l-oħra, dan jibqa' jiġri warajha, jissorveljaha, idejjaqha, iċemplilha u jaqta' t-telefon, joqgħod ifittex fuq il-kompjuter fuqha u jsegwiha, eċċ. Jiena naħseb li din ukoll hija forma ta' vjolenza domestika.", "DR ROBERTA LEPRE: Fil-fatt iċ-charges tal-harassment japplikaw ukoll għall-istalking u jaqgħu wkoll taħt il-fear of violence li huwa theddid iktar speċifiku.", "Dan iddaħħal meta daħal l-att dwar il-vjolenza domestika.", "Il-leġiżlatur kien jaf li dawn huma t-tattiċi li juża l-perpetrator.", "L-istalking jew il-harassment jista' jsir kemm biex wieħed ikompli jpoġġi biża' fuq dik il-persuna u juriha li għadu fil-kontroll għalkemm fiżikament dawn ikunu sseparaw minn ma' xulxin jew m'għadhomx jgħixu fl-istess dar, eċċ. Tista' tkun ukoll riżultat ta' morbid jealousy.", "Jien m'iniex psikologa imma huma affarijiet li ltqajt magħhom fix-xogħol tiegħi.", "Nista' ngħid li jkun hemm ħafna każijiet ta' din it-tip ta' għira li mhijiex normali u li hija unhealthy.", "ETIENNE GRECH: Għandha tkun trattata bħala marda jew legalment?", "DR ROBERTA LEPRE: Ma naħsibx li hi fil-kompetenza tiegħi jekk tiġix trattata bħala marda jew le però legalment hemm iċ-charge tal-harassment.", "THE CHAIRPERSON: Dottoressa hemm xi punti oħra li tixtieq tagħmel?", "DR ROBERTA LEPRE: Nixtieq infakkar li hemm il-vittmi anzjani li dawn ukoll huma vulnerabbli.", "Tkellimna dwar it-tfal imma l-anzjani ma semmejna xejn fuqhom.", "Naf li hawn ħafna abbuż fuq l-anzjani, sfortunatament l-aktar mill-familji tagħhom stess.", "Dan l-abbuż ħafna drabi jkun wieħed finanzjarju u li kif diġa' għedna huwa forma oħra ta' vjolenza domestika.", "Semmejna wkoll is-South u n-North u n-nies iktar edukati u n-nies inqas edukati.", "Iltqajna ma' kull tip ta' persuna u hemm persuni li lanqas biss timmaġina li jistgħu jkunu perpetrators.", "Fil-fatt jista' ikollok xi ħadd li jkun charmer.", "Jiena rajt perpetrators arrestati li kif ħareġ on bail il-pulizija ħadlu b'idu u qallu \"Allright buddy!\" u taptaplu tnejn fuq spalltu.", "Jiġifieri tant ikun allright li anke jagħmel ħbieb mal-pulizija li arrestawh.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna għax dawn they are deceiving people.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Aħna dejjem għandna dik l-istedina u allura jekk tkun taf b'xi vittma li jixtieq jiltaqa' magħna, we're open li nisimgħuh.", "Ovvjament aħna se nisimgħu kemm il-vittmi u kemm lin-nies mill-istituzzjonijiet biex ikollna bilanċ.", "Issa hemm ċerti pockets, bħal pereżempju l-anzjani fejn qiegħda nsibha diffiċli biex nidentifika nies li jistgħu jiġu jkellmuni fuq il-problemi speċifiċi tagħhom.", "Għalhekk jekk tkun taf b'xi ħadd li jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu, dan jista' jiġi jkellimna bil-qalb kollha.", "Once again nirringrazzjak tal-ħin u tal-informazzjoni li tajtna llum.", "Issa xtaqt niddiskuti xi ħaġa żgħira mal-Membri ta' dan il-Kumitat.", "Il-bieraħ kellna magħna lis-Sinjura Stensen mid-Dar Qalb ta' Ġesu.", "U l-bieraħ jiena għedt li kellna ċerti vittmi li kienu ġejjin ikellmuna fil-Kumitat imma dawn tant kienu mbeżżgħin li fl-aħħar iddeċidew li ma jiġux.", "U għalhekk offrejt li bħala Kumitat nagħmlu session fid-Dar Qalb ta' Ġesu ħalli we reach out u dak li jkun iħossu aktar komdu jitkellem b'mod informali milli kieku hawnhekk.", "Jien nista' nagħmel appuntament għax is-Sinjura Stensen qaltli li nistgħu nagħmlu din it-tip ta' laqgħa.", "Għalhekk se nestendi l-invit lilkom biex min irid jiġi jkun jista' jagħmel dan.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt għaddieli minn moħħi dan il-ħsieb għax naħseb li dan se jkun l-uniku mod ta' kif nistgħu nagħmlu din il-laqgħa.", "Fil-fatt naħseb li huwa diffiċli biex iġġib il-vittmi hawnhekk u tesponihom fuq il-cameras, eċċ, eċċ. Jiena hawnhekk qiegħda nitkellem mill-esperjenza tiegħi għaliex ġieli intervistajt nies li l-identità tagħhom kienet moħbija imma xorta waħda l-perpetrator ċempilli u hedded lili!", "Jiġifieri jien ma nixtieqx li biex nifhmu aħjar is-sitwazzjoni lil dawn in-nies ngħarrqulhom ħajjithom.", "Għaldaqstant naqbel miegħek u għandna nagħmlu din it-tip ta' laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni sabiex ninqala' u mmur imma min minnkom irid jattendi jista' jagħmel dan liberament.", "Jiena xtaqt biss inkun naf jekk taqblux ma' din il-proposta ħalli ma nkunx ħadt din id-deċiżjoni waħdi.", "Kif tafu l-mistednin li jkollna hawnhekk dejjem nistaqsihom dwar il-cameras u l-microphones biex jekk ma jkunux iridu we don't reveal them.", "Dawn għandhom kull dritt li jagħmlu hekk.", "Dik hija xi ħaġa li nistgħu nippjanaw magħhom.", "Il-ġimgħa d-dieħla għandna żewġ seduti oħra fejn se jkollna nies varji, fosthom vittmi ta' vjolenza domestika u nies li jaħdmu magħhom.", "U naħseb li bħalma qegħdin jiġu l-NGOs, hemm ċerta nies oħra bħalma huma ex membri tal-korp li they know the ropes u li jistgħu jgħidulna u jidentifikaw fejnhom il-problemi.", "B'hekk l-approach tagħna tista' tkun aktar ħolistika.", "Biex nagħtu l-aħjar servizzi li nistgħu nagħtu, kulmin għandu xi ħaġa f'dan ir-rigward aħna se nġibuh u se jkollna ftit tal-mistednin 'il quddiem.", "Xtaqt li kieku kien hawn preżenti l-Onor.", "Robert Cutajar biex jgħidilna dak li xtaq jgħid rigward ir-rapport li rċevejna mill-GWU.", "Li nista' nagħmel hu li bħala Minuti ngħadduhom kif inhuma imma nħallu riserva biex darb'oħra l-Onor.", "Cutajar ikun jista' jagħmel il-pożizzjoni tiegħu on behalf tal-Oppożizzjoni biex dak l-aspett ma ninjorawhx.", "Cutajar xtaq jitkellem fuq il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq dan ir-rapport.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2013 fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20130703_005d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 5", "L-Erbgħa, 03 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 04 li saret nhar it-Tlieta 02 ta' Lulju 2013 ġew konfermati.", "L-UNIFORMIJIET TAL-ISKEJJEL – FOLLOW-UP", "Micheline Sciberras (Director General for the Educational Services) spjegat fil-qosor l-istorja tal-policy tal-uniformijiet tal-iskejjel tal-Istat.", "Imbagħad tat spjegazzjoni lill-Kumitat dwar x'kienu l-iżviluppi li seħħew fuq l-uniformijiet minn wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-11-il leġislatura ntitolat \"L-Uniformijiet tal-Iskejjel\".", "Sciberras spjegat li bħala direttorat għandhom uniform policy li ilhom jużawha għal dawn l-aħħar snin u mid-direttivi li tawha se jibqgħu jużaw din il-policy fis-snin li ġejjin.", "Informat lill-Kumitat li bħala average uniformi tal-iskola, li tinkludi l-uniformi tas-sajf, l-uniformi tax-xitwa, it-tracksuit tal-isports u l-blazer tiġi tiswa bejn €142 u €168 għall-iskejjel tal-Istat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "Dr Roberta Leprè (Director) tat spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħidma li ssir mill-Victim Support Malta mal-vittmi tal-kriminalità u s-servizzi li jingħataw minn din l-għaqda.", "Spjegat li din l-NGO ilha mwaqqfa mill-2006 u l-iskop ewlieni tagħha huwa li tagħti support lill-vittmi tal-kriminalita kollha, u mhux biss lil dawk li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika.", "Spjegat kif id-domanda għas-servizzi tagħhom maż-żmien dejjem baqgħet tiżdied u li huma jmorru jagħtu wkoll is-servizzi tagħhom fid-djar tal-vittmi.", "Dr Leprè tat id-definizzjoni tal-vjolenza domestika hekk kif qiegħda fil-liġi u din hija; \"Any act of violence, even if only verbal, perpetrated by a household member on another household member.\".", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fl-aħħar nett Dr Leprè ippreżentat lill-Kumitat ;", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri informat lill-Kumitat kif fl-aħħar laqgħa kienet għamlet talba lil Miss Josette Stensen minn Dar Qalb ta' Ġesu sabiex bħala Kumitat issir session f'din id-dar u jsiru numru ta' mistoqsijiet lill-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Għalhekk se ssir talba biex issir din is-sessjoni u dawk il-Membri tal-Kumitat li jixtiequ jattendu jistgħu jagħmlu hekk.", "Il-Kumitat qabel ma' din it-talba.", "Fil-bidu tal-laqgħa l-Onor.", "Robert Cutajar xtaq jagħti l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar id-dokument li ġie ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali fil-laqgħa ta' nhar it-Tlieta, 02 ta' Lulju, 2013.", "Din il-kjarifika se tingħata f'laqgħa oħra.", "Fit-8.45 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 09 ta' Lulju, 2013 fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130703_005m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 7", "Il-Ħamis, 12 ta' Settembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 7", "Il-Ħamis, 12 ta' Settembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 6, li saret nhar il-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013, ġew ikkonfermati.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:-", "l-opinjoni motivata li ntbagħtet lill-Istituzzjonijiet Ewropej fid-29 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta leġislattiva KUMM(2013)296 dwar aċċess għas-suq ta' servizzi tal-portjiet u trasparenza finanzjarja tal-portijiet (Dok E u E1); u", "18–il rapport imħejjija mis-research analyst li fil-każ ta' żewġ proposti minnhom, i.e.", "KUMM(2013) 409 u 410 jidher li hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà (Dok F/F1 u Ġ/Ġ1 – rapporti u opinjonijiet motivati) – mehmuża wkoll hemm ir-rapporti li ma jindikawx ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà).", "THE CHAIRMAN (Onor. Chris Fearne): Sakemm tiġi l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ghana, se nibdew il-laqgħa mill-qiegħ b'item 4, fejn is-Sur Kenneth Curmi, ir-research analyst tagħna, se jispjegalna l-ewwel nett fuq il-proposta tal-Unjoni Ewropea li f'Lulju ta' din is-sena għamilna opinjoni motivata dwarha.", "Imbagħad ngħaddu għaż-żewġ rapporti li qegħdin għall-iskrutinju fejn għandna ċans nirrispondu għalihom sal-lum u sa għada.", "Nistgħu nibdew bl-ewwel waħda, jiġifieri l-proposta leġislattiva KUMM(2013)296.", "Jekk niddeċiedu li għandna rressqu a reasoned opinion (RO), il-House Business Committee diġà huwa avżat dwarha, kif inhu avżat ukoll id-Deputy Speaker, l-Onor.", "Ċensu Galea, biex jiġi jiffirma l-korrispondenza u nibagħtuhom lill-presidenti.", "Se nibdew billi nirrapportaw kif il-Working Group 1 għadda u bagħat a reasoned opinion dwar KUMM(2013)296.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Mr Chairman, mill-proposta COM(2013)296, l-aħħar darba ddiskutejnieha u għaddejna reasoned opinion fuqha.", "Din tittratta dwar is-servizzi fil-portijiet.", "Fil-qosor, din il-proposta qed tiftaħ is-suq tal-portijiet, u qisha qed tagħmel single market żgħir fil-qasam tal-portijiet.", "Fejn qabel is-suq kien jiffoka fuq prijoritajiet nazzjonali u jimxi fuq a national basis, issa qed jieħu dan l-element supranazzjonali, dejjem skont il-proposta.", "Malta, kif ukoll numru ta' pajjiżi oħrajn – kien hemm xi sebgħa oħra, imma dan in-numru mhux biżżejjed biex jiskatta l-mekkanżimu, imma kien hemm biżżejjed pajjiżi biex it validates our concerns – raw li ma kienx hemm bżonn ta' strument leġiżlattiv, jiġifieri kien hemm breach tas-sussidjarjetà.", "Ir-raġuni li ngħatat fl-RO li ktibna kienet li, l-ewwel nett, is-servizzi diġà huma miftuħin biżżejjed għax jingħataw permezz ta' tenders u expression of interest, u għalhekk l-argument hemmhekk huwa li ma kienx hemm bżonn ta' azzjoni mingħand l-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill-kriterji biex tissodisfa ...", "THE CHAIRMAN: Nissospendu l-laqgħa.", "Il-Laqgħa ġiet sospiża għal ftit minuti u, meta rriżumiet, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana, l-E.T. Hanna Serwaa Tetteh, ingħaqdet mal-Kumitat.", "LAQGĦA MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-GHANA, l-E.T. HANNA SERWAA TETTEH", "Il-Kumitat ġie sospiż għal ftit minuti.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ (KONT.):-", "THE CHAIRMAN: Mela, Kenneth, kont qed tispjegalna l-RO li bagħtna f'Lulju lill-Kummissjoni dwar is-Servizzi tal-Portijiet.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Iva, Sur President, kif konna qed ngħidu, l-RO kienet qed tattakka l-intervent tal-Unjoni Ewropea billi tgħid li mhemmx EU added value, li lanqas hemm bżonn li nżidu ma' dak li diġà hemm eżistenti, u li intervent fuq livell ta' Unjoni Ewropea se jkun ta' detriment għall-industrija tal-portijiet.", "Din kienet qed tgħid li market access huwa diġà aċċessibbli permezz ta' tenders u expression of interest, li l-kondizzjonijiet lokali jridu jiġu rispettati peress li hemm id-diversità ta' portijiet Ewropej, u allura ma tistax tieħu a one size fits all approach.", "Fi ftit kliem, qed tgħid li l-current legislative framework huwa biżżejjed, u mhemmx għalfejn inżidu jew inġeddu.", "Kif għedna, dan ikun detrimentali għall-kompetizzjoni fl-industrija.", "Intbagħtet l-RO imma l-mekkaniżmu ma ġiex triggered għax ma kienx hemm biżżejjed pajjiżi li qablu dwar dan.", "Fil-fatt, kien hemm xi seba' pajjiżi oħra li qablu.", "S'issa ma rċevejna xejn min-naħa tal-Kummissjoni, jiġifieri għadna ma rċevejniex risposta.", "THE CHAIRMAN: Nistennew li nirċievu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Qed nipproponu li napprovaw?", "THE CHAIRMAN: Din kienet diġà approvata mill-Working Group 1.", "Kenneth qed jirrapporta peress li din hija l-ewwel laqgħa tal-Kumtiat wara li bagħtna l-RO.", "Issa għandna żewġ ROs oħra li nixtiequ niddiskutu biex naraw jekk għandniex nibagħtuhom jew le.", "Dawn għandhom x'jaqsmu ma' żewġ proposti KUMM(2013) 409 u 410 dwar l-ajru u s-Single European Sky.", "Kenneth forsi jkun jista' jispjegalna ftit fuqhom.", "Id-deadline tagħhom hija waħda llum u l-oħra għada, jiġifieri għalhekk irridu nieħdu deċiżjoni fuqhom llum.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Kif qal il-President, il-KUMM(2013) 409 u 410 huma parti minn dan il-package tas-Single Euorpean Sky.", "Din l-inizjattiva l-ewwel bdiet fl-SES1, fejn qabel l-ispazju tal-ajru kien jimxi fuq national borders, u l-pjan kien – u hekk qed iseħħ bħalissa – li jittieħed fuq bażi reġjonali, jiġifieri jkollok ċerti blokok, il-Functional Air Space Blocks l-FABs, li jgħaqqdu ċerti pajjiżi biex ikun hemm koperazzjoni u biex l-ispazju jiġi mmaniġġjat aħjar.", "Fil-każ tagħna, aħna qegħdin Malta, l-Italja, il-Greċja kif ukoll l-Eġittu, it-Tuneżija, l-Albanija u l-Ġordan, jiġifieri għalkemm din hija proposta tal-Unjoni Ewropea, se tinkludi wkoll in-neighbourhood tal-Unjoni Ewropea.", "Din hija parti mill-SES2 fejn diġà ħarġet it-tieni fażi tal-inizjattiva.", "Din hija recast tal-proposta, jiġifieri kien hemm ċertu simplifikar, ċerti emendi u anke new additions.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq Single European Sky u ovvjament din il-proposta se tirrikjedi intervent fuq livell ta' Unjoni Ewropea u fil-fatt qabel ma kellniex oġġezzjoni għaliha.", "Fil-bidu, jien ma rajtx li kien hemm breach, imma mbagħad irċevejna mingħand il-Ministeru tal-European Affairs li raw li hemm każ ta' breach.", "Tajjeb li ngħidu li bħala parlamenti oħrajn, mill-informazzjoni li għandi, jidher li s'issa l-ebda parlament ieħor ma qal li hemm breach.", "Ħafna minnhom jew ma skrutinizzawhiex jew mhux ippjanat li jiskrutinizzawha; hekk jew b'hekk illum hemm id-deadline, jiġifieri x'aktarx l-istatus quo se jibqa'.", "Kien hemm erba' pajjiżi oħrajn, li huma Spanja, l-Ingilterra, il-Polonja u l-Olanda li qalu li mhemmx breach, jiġifieri huma skrutinizzawha u raw li mhemmx breach.", "L-argument tal-Ministeru huwa li dawn l-FABs diġà huma implimentati, u allura mhemmx għalfejn ikun hemm a new legislative instrument.", "Dawn ġew stabbiliti f'Diċembru tas-sena li għaddiet u ma kienx hemm ħin biżżejjed biex naraw kif qed jiffunzjonaw, jekk humiex biżżejjed jew jekk għandniex bżonn inżidu magħhom jew le.", "Allura ta' min nistennew biex l-ewwel nieħdu vantaġġ mil-leġiżlazzjoni preżenti, imbagħad wara naraw jekk hemmx bżonn inżidu magħha jew le.", "L-argument huwa li din hija azzjoni prematura.", "L-argument prinċipali fuq din il-proposta huwa li mhux se jkun hemm added value.", "Jista' jkun li l-proposta se tikkumplika l-affarijiet għax is-sistema eżistenti, anke fejn jidħlu national authorisation bodies, diġà qed tagħmel xogħol tajjeb u allura se ddaħħal kumplikazzjoni żejda għalxejn.", "Fir-rigward tal-FABs, hemm ftit ambigwità.", "Il-problema hija li l-FABs diġà huma implimentati mill-Unjoni Ewropea; din hija xi ħaġa ovvja għax, jekk se jkollok xi ħaġa supranazzjonali, bilfors għandek bżonn ta' body li huwa supranazzjonali bħall-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea qed tikkonferma li l-azzjoni hija tajba at a union level u m'għandhiex issir unilaterally mill-Istati Membri.", "Fl-istess ħin, l-argument tagħhom huwa li jekk se żżid dan mhux se jkun tajjeb, għax mhux se jkun hemm valur fil-proposta l-ġdida.", "M'iniex ċert jekk huwiex leċitu li tgħid li hemm breach tas-sussidjarjetà, anke jekk forsi ma taqbilx.", "Forsi tista' tgħid li, kif qed jgħidu pajjiżi oħrajn, jiġifieri anke l-Franċiżi, ...(Interruzzjonijiet) Il-Ministry for European Affairs bagħtu l-RO.", "THE CHAIRMAN: Il-European Affairs qed jgħidulna li hemm breach tas-sussidjarjetà.", "IS-SUR KENNETH CURMI: L-FABs, kif inhuma … (Interruzzjonijiet) Din il-proposta se żżid magħhom.", "Jien fil-bidu hekk għedt li mhemmx breach.", "Bażikament, jekk ma taqbilx li għandek iżżid mal-FABs, li huma diġà eżistenti, għandek tindirizzaha at working party level għax l-Unjoni Ewropea xorta qed taqbel li l-azzjoni għandha sseħħ fuq Union level.", "L-FABs xorta se jibqgħu hemmhekk; sempliċement m'għandekx tbiddilhom, u għandhom jibqgħu kif inhuma.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk fhimtek tajjeb, huwa preokkupanti li l-Parlament ta' Malta se jkun waħdu.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Dik ukoll, li se nkunu waħedna.", "THE CHAIRMAN: Il-Gvern qed jgħid li l-SES2 package bħala Ministeru – ma nafx jekk din hijiex ġejja mil-leġiżazzjoni ta' qabel – ma jaqbilx miegħu u allura ma jistax jaqbel ma' din il-proposta.", "Issa jekk hemmx breach jew le huwa argument ieħor.", "Il-Ministeru qed jgħid li ma jaqbilx mal-proposta tal-SES2 għax din se tbiddel sew il-funzjonament tal-FABs li suppost diġà qegħdin jaħdmu u li hemm liġi dwarhom.", "Dak huwa l-argument tal-Ministeru.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-fatt li mhemmx qbil mal-proposta ġej minn politika konsistenti mill-amministrazzjoni preċedenti għall-amministrazzjoni preżenti.", "Naħseb li d-diskussjoni, kważi kważi, hija strateġika f'dan il-livell.", "Jiġifieri, rridu nistaqsu: Fil-każ ta' Malta, il-fatt li jkun hemm il-proċedura ta' breach b'reasoned opinion mill-Parlament ta' Malta se tgħin, jew mhu se twassal għalxejn partikolari, apparti l-fatt li nkunu wisq waħedna?", "Naħseb li wieħed irid jiddiskuti dan il-punt fuq livell parlamentari.", "THE CHAIRMAN: Irridu niddeċiedu għax, kif għedna, id-deadline huwa llum għall-KUMM(2013) 409 u għada għall-KUMM(2013) 410.", "Niftakru li dejjem hemm il-problema tat-tmien ġimgħat sakemm ikollna l-memorandum mingħand il-Gvern, u li dejjem inkunu magħfusin bil-ħin.", "Għandna tliet għażliet: nistgħu ngħidu li mhemmx breach tas-sussidjarjetà u nieqfu hawnhekk; nistgħu nibagħtu reasoned opinion kif propost; jew nistgħu, bħal m'għamilna f'każi oħrajn, niktbu lill-Kummissjoni mingħajr ma nkunu bagħtna reasoned opinion.", "Ovvjament, din tal-aħħar se tkun qed tnaqqas is-saħħa tal-pożizzjoni tagħna.", "Jien naħseb li la għadna fil-ħin, għad għandna l-okkażjoni li nagħtu daqqa t'id lill-policy tal-Gvern.", "Ma jimpurtax jekk inkunu waħedna, imma naħseb li rridu nqajmu dan il-punt.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Irridu nissodaw idejn il-Gvern fl-affarijiet li qed jagħmel.", "Jekk hemm il-linja ministerjali li qed tgħid li din il-proposta se tnaqqsilna mis-saħħa tagħna, aħna m'għandna l-ebda interess li nnaqqsu mis-sustanza tal-argumenti.", "Imma rridu nżommu f'moħħna li, f'dawn iċ-ċirkostanzi, tajjeb li jkun hemm ftit aktar diskussjoni għax, meta niġu waħedna naħseb li l-argumenti li jridu jiġu sostnuti jridu jkunu ferm aktar imlaħħmin.", "Il-Parlament Malti huwa istituzzjoni separata u distinta u għalhekk għandu jkollu argumenti sodi fuq dak li jkun qed jgħid.", "THE CHAIRMAN: Naqblu mija fil-mija.", "Din hija waħda mill-affarijiet li ktibna 'l-COSAC dwarha.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin nagħfsu fuqha hija li meta nidħlu għall-affarijiet ta' sussidjarjetà, tmien ġimgħat mhux qed ikunu biżżejjed.", "Din mhijiex pożizzjoni li għandna aħna biss, imma hemm numru ta' parlamenti oħrajn li qed ikollhom l-istess problema.", "Tmien ġimgħat mhux qed ikunu biżżejjed biex nilħqu niddiskutu fid-dettall dawn il-proposti li huma kumplessi.", "Fil-fatt, jekk tara l-website tinduna li l-maġġoranza tal-parlamenti nazzjonali ma ddiskutewhomx u m'għandhomx pożizzjoni.", "Hemm xi erbgħa li qalu li mhemmx breach, imma l-maġġoranza lanqas biss għadhom iddiskutewhom għax, bħalma jiġri ħafna drabi lilna wkoll, ma jkollhomx ħin.", "Din hija xi ħaġa li naqbel dwarha, u naħseb li dan il-Kumitat irid iwassal messaġġ b'mod b'saħħtu lill-COSAC u lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan.", "Jien jidhirli li almenu hemm bżonn ta' xahar ieħor.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Biex inkun ċar, il-problema qiegħda fil-SES2; din hija recast, mhux il-proposta, għax l-inizjattiva hija aċċettata.", "Apparti minn hekk, l-argumenti ġew imtellgħin minn pajjiżi oħrajn, imma mhux minn parlamenti oħrajn.", "Pereżempju, fil-każ ta' Franza, il-Ministru Franċiż għat-Trasport qed jgħid l-istess affarijiet li qed jgħid il-Ministeru tagħna, jiġifieri se jkun hemm sapport fuq livell fejn qed jgħidu li l-FABs ma kellhomx żmien biżżejjed, u li hemm kondizzjonijiet lokali li jridu jiġu meħuda inkonsiderazzjoni.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se nagħmel punt ieħor ta' konfort.", "Aħna mhux l-ewwel darba li Malta, anke fis-snin li għaddew, tkun qed tagħmel argument fuq suġġett jew ieħor kważi waħedha, imbagħad ikollna l-konfort li niġu pprovati li għandna raġun.", "Każ reċenti u frisk huwa l-każ tat-transactions tax.", "Illum huwa indikat, anke fuq livell ġudizzjarju, li dik mhijiex sistema li taqbel mal-konċett tas-sovranità.", "Jekk l-opinjoni – u għalhekk għedt li din hija deċiżjoni strateġika – raġunata tagħna, u mibgħuta b'unanimità mill-Parlament ta' Malta tgħin anke mil-lat strateġiku l-pożizzjoni tal-Gvern ...… Nifhem li gvernijiet oħrajn qegħdin isostnu wkoll din il-linja.", "Allura għaliex ma nagħmluhiex?", "THE CHAIRMAN: Għandna xi kummenti oħrajn?", "Fil-każ, se nieħu li dan il-Kumitat qed jiddeċiedi li nibagħtu reasoned opinion fuq KUMM(2013)409 u 410 bħalma kellna diġà ċċirkolata, u peress li d-deadline huwa llum, diġà konna avżajna b'antiċipazzjoni lill-Membri tal-House Business Committee biex inkunu nistgħu mmexxu anke mad-Deputy Speaker biex jibgħat il-korrispondenza lill-Presidenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej.", "IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERJODU SETTEMBRU 2012 U FRAR 2013 SKONT IS-SUB-ARTIKLU (2) TAL-ARTIKLU 7 TAL-ATT DWAR KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA (KAP.", "THE CHAIRMAN: Illum l-aġenda qbadnieha minn wara minflok minn quddiem, imma dan għax kellna ċirkostanzi ftit differenti u allura, biex inkomplu bl-istess ordni li bdejna minn wara – jekk jaqblu l-Membri – peress li għandna numru ta' rappreżentanti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, nixtieq li mmorru għal dak l-item ħalli ma nżommux lin-nies jistennew.", "Mela, għandna magħna lil Dr Raymond Xerri, Miss Maria Calleja, Fr Vella u Miss Rivett, li nitlobhom jingħaqdu magħna fuq il-Mejda tal-Kumitat.", "Jidhirli li tnejn minnkom ġejjin mid-Direttorat u tnejn mill-Kunsill.", "Forsi tistgħu tagħtuna overview mhux fit-tul wisq dwar ir-rapport tal-Kunsill u x-xogħol tad-Direttorat fil-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex imbagħad inkunu nistgħu niddiskutu f'dan il-Kumitat.", "Ir-rapport huwa ongoing imma aħna għandna rapport minn Settembru 2012 sa Frar 2013.", "Jidhirli li se jkollkom il-laqgħa tagħkom fil-ġranet li ġejjin.", "DR RAYMOND XERRI (Kap tad-Direttorat għall-Maltin li jgħixu bara minn Malta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, fuq in-naħa tax-xellug tiegħi għandi lil Ms Maria Camilleri Calleja, li hija s-segretarja tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu Barra, u fuq in-naħa tal-lemin għandi żewġ membri tal-istess Kunsill, li huma Fr Vella mill-Kummissjoni Emigranti u Ms Rosalie Rivett mill-Ingilterra.", "Ir-rapporti tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ġew ippreżentati, flimkien mal-ktejjeb u r-rapport l-ieħor li ġie ppreżentat mill-koordinatur Dr Gejtu Pace.", "L-Att XX tal-2011, jipprovdi ċerta awtonomija bejn il-Kunsill u d-Direttorat.", "Id-Direttorat huwa l-fergħa li timplimenta x-xogħol li jiġi mitlub li jsir mill-Kunsill tal-Maltin ta' Barra.", "Tajjeb ngħidu li ċ-Chairperson huwa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Bil-liġi, dan il-Kunsill jiltaqa' darba f'sena hawn Malta.", "Il-laqgħa li jmiss, bħalma qal tajjeb Fr Vella, se ssir bejn it-3 u l-4 ta' Ottubru 2013, u jista' jkun hemm ukoll iċ-ċans li nagħmlu video conferencing tul is-sena.", "Minħabba d-distanzi, huwa tajjeb ukoll li nużaw it-teknoloġija.", "Id-Direttorat, min-naħa tiegħu, qed jimplimenta 40 proposta li kienu ħarġu anke minn Konvenzjonijiet li saru fis-snin 2000 u 2010 u, jekk kollox imur kif inhu ppjanat, fl-2015 se jkun hemm il-Konvenzjoni li jmiss.", "Aħna qed naħdmu fuq il-proposti li jiġu mressqa lill-Kunsill minn diversi reġjuni u diversi pajjiżi fid-dinja.", "Dawn jinkludu problemi li jkunu amministrattivi, ħafna drabi legali, fejn ikun hemm distakk bejn trattament għaċ-ċittadini tagħna li jiġu jżuruna minn barra, u ċ-ċittadini li jgħixu f'Malta.", "Ikun hemm problemi relatati mal-kultura, pereżempju, għalliema biex jgħallmu l-lingwa tal-Malti fl-Awstralja u l-Kanada, fejn għandna istituzzjonijiet stabbiliti u hemm għadd mhux ħażin ta' Maltin li qed jitgħallmu l-Malti.", "Dawn biex insemmi żewġ eżempji, għax hemm ħafna iżjed problemi, fosthom kif persuna twassal id-data biometrika tagħha sabiex ikun jista' joħroġilha passaport mingħajr ma jkollha bżonn tivvjaġġa ħafna u tonfoq flejjes kbar, dan minħabba li t-talba bilfors trid data biometrika biex jinħareġ passaport Malti ġdid.", "Id-Direttorat jaħdem ħafna ma' diversi Ministeri – kważi mal-Ministeri kollha – biex jinstabu s-soluzzjonijiet, u nista' ngħid li gradwalment qegħdin insolvu ħafna minn dawn il-problemi li niltaqgħu magħhom.", "Il-problemi dejjem ifaqqsu, kif ukoll jiġu mressqa proposti ġodda, u allura d-dinamika tad-Direttorat tkompli miexja skont il-ħtieġa u l-bżonn li jkun hemm.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ma nafx jekk min-naħa tal-Kunsill għandkomx xi kummenti.", "FR ALFRED VELLA: Sur President, bħalma qal Dr Xerri, din hija ħolqa li nħolqot biex il-Maltin ta' barra jkunu dejjem f'rabta mal-Maltin li jgħixu hawnhekk.", "L-atti tal-konferenza qegħdin hawnhekk fit-tul, imma issa wasslulna wkoll, pereżempju, proposti fuq xiri u akkwist ta' proprjetà tal-Maltin ta' barra.", "Din hija item ikkumplikata li qegħda fuq l-aġenda għad-diskussjoni.", "Din kienet preokkupazzjoni għal ħafna Maltin li jgħixu barra.", "Nafu li l-kwestjoni tal-biometric data issa se tiġi solvuta għax jidher li nxtraw, jew ġew ordnati, nurmu ta' portable apparata.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tal-assoċjazzjonijiet.", "Dan ukoll se jiġi diskuss, anke jekk fil-fatt kien diġà beda jiġi diskuss.", "Dawn huma kollha interessi tal-Maltin ta' barra.", "Nafu li l-ewwel ġenerazzjoni qed tonqos ħafna; it-tieni ġenerazzjoni hija interessata, imma rridu naraw kif se ninteressaw aktar lit-tielet ġenerazzjoni.", "Dawn huma kollha problemi, jew aħjar topics, li wieħed irid jara kif jiddiskutihom mal-membri preżenti tal-Kunsill u, għall-futur, anke mal-parlamentari tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MISS ROSALIE RIVETT: Sur President, m'għandix x'inżid ma' dak li qalu l-kollegi tiegħi, imma l-affarijiet li huma f'moħħi se niddiskutuhom fl-aġenda tal-Konferenza.", "Dr Xerri semma problemi legali li ħafna mill-membri tagħna jiltaqgħu magħhom barra minn Malta, fosthom diffikultajiet legali u anke personali.", "Pereżempju, waħda mill-affarijiet li tikkonċernani huwa l-pariri legali with bilateral jurisdictions għax il-liġi ta' ċerti pajjiżi mhux dejjem taqbel mal-liġi ta' Malta, u allura dawk in-nies li jkunu pereżempju se jiddivorzjaw jew wirtu affarijiet f'Malta, m'għandhomx l-istess claims u rights li jista' jkollhom fil-pajjiż.", "Kif tafu, jiena naħdem ħafna fid-diplomazija, ukoll ngħallem id-diplomazija, u wieħed mis-suġġerimenti tiegħi huwa li kull ambaxxata – jew għall-inqas kull regional embassy – jkollha a legal advisor li jkun espert kemm fil-liġi tal-home country u fil-liġi tal-host country għax dan inaqqas ħafna spejjeż għall-Maltin li jridu jieħdu pariri legali fuq l-affarijiet tagħhom.", "Hemm ċerti pajjiżi li qegħdin jagħmlu bħal National Citizens' Advice Bureau, fejn ikun hemm avukat li jżur dik l-ambaxxata tliet xhur fis-sena, u jkun available għal dawk li għandhom bżonn parir legali minn dak il-pajjiż.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar id-diskriminazzjoni, li diġà semma Dr Xerri, bejn il-Maltin ta' barra u l-Maltin ta' Malta li jgħixu kemm Malta kif ukoll barra minn Malta.", "Jiena bħala mara kelli – u sal-lum għad għandi – ħafna esperjenza ta' diskriminazzjoni kemm fuq bażi ta' razza u anke ta' sess.", "Aħna qegħdin naraw li l-Maltin ta' barra – din kienet anke esperjenza tiegħi personali – għandna tabella li aħna Maltin ta' barra.", "Nixtieq ngħid punt wieħed żgħir li forsi mhuwiex daqshekk uffiċjali: fir-rigward tal-gazzetti ta' Malta, li issa qegħdin joħorġu ħafna drabi for subscription biex tkun tista' tarahom online, il-Maltin ta' Malta m'għandhomx għalfejn din is-subscription biex jaraw il-gazzetta online, imma l-Maltin ta' barra, bħall-barranin kollha, jridu subscription biex jaqraw il-gazzetta Maltija.", "Ħafna gazzetti barranin qegħdin jaddottaw din il-prattika, li mhijiex xi ħaġa ġdida, imma ħafna minnhom qed jispiċċaw li jirtirawha għax qegħdin isibu li hija futile.", "Dan għaliex m'għandhomx iżjed riżorsi u dħul ta' finanzi minn din is-subscription.", "Dawn kienu l-punti li xtaqt irressaq, u għalhekk se nieqaf hawn.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, mhux se nieħu fit-tul għax l-aġenda hija twila.", "Jien xtaqt nagħti ftit informazzjoni mil-lat amministrativ.", "Meta tlajna fil-gvern, kien għadu lanqas ġie ppubblikat id-dokumentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' qabel u, sa Frar 2013, il-perijodu li qed ikopri dan ir-rapport, kien hemm perijodu ta' transizzjoni.", "Kellek Gvern qed jipprepara għall-elezzjoni, u wara Gvern ġdid li għadu dieħel għall-ħidma.", "Irrid ngħid li kien hemm l-impressjoni li kien hemm diżgwid enormi – biex inkun fair, kien diżgwid b'intenzjonijiet tajbin – għax kulħadd beda jaħseb li dan il-Kunsill tal-Maltin se jkollu poteri plenipotenzjarji, fejn jista' jagħmel kollox madwar id-dinja.", "Għalhekk aħna ridna to cut it down to size.", "Niftakar li kont kellimt lid-Direttur li, meta wrieni l-performances u l-ispecific tasks li kellu jagħmel, għedtlu li dan għandu bżonn ministeru sħiħ għalih għax kellu ħafna affarijiet fir-responsabbiltà tiegħu.", "Saħansitra kellu anke l-obbligu li, jekk titwieled Maltija x'imkien, irid iniżżilha f'xi reġistru u jirreġistraha – din hija xi ħaġa unthinkable!", "Għalhekk wasalna fi qbil li nkunu aktar prattiċi: fil-fatt, naqqasna ħafna mid-doveri li kellu dan id-Direttorat, għax ridna naraw li għall-bidu dan jiffunzjona b'saħħtu, u mbagħad inkomplu nibnu fuqu.", "Kellna wkoll diżgwid bejn il-membri għax, at one stage, meta ġejna biex naddottaw dan ir-rapport sempliċi, kelli xi seba' jew tmien verżjonijiet, fejn kulħadd beda' jgħid li ma jaqbilx ma' ħaġa jew m'oħra.", "Għalhekk aħna għedna li jkun aħjar li jkun hemm verżjoni waħda, niddiskutu din il-verżjoni, u niddeċiedu minn hemm 'il quddiem, kif fil-fatt għamilna.", "Sur President, kif għedt tajjeb inti, dan huwa rapport tas-Sur Gejtu Pace li qed jirrapreżenta lilu nnifsu u lill-Maltin li jgħixu fl-Awstralja u allura hawnhekk għall-inqas għandek lil xi ħadd bħala point of reference.", "Kien hemm diskussjonijiet – li mhux se nidħol fihom – dwar fejn jidħol id-Direttorat, fejn jispiċċa l-Kunsill u d-drittijiet tal-Kunsilliera u tad-Direttorat.", "Naħseb li llum irnexxielna nwittu xi ftit minn dawn id-diffikultajiet.", "Irrid insemmi li fil-fatt kien hemm bidla għax qabel kien hemm segretarja s-Sinj.", "Doris Zammit, li llum spiċċat.", "Kien hemm ukoll ċerti fatturi personali bejn il-Kunsilliera u anke s-segretarja li issa nispera li għaddew.", "Il-pożizzjoni li ninsabu fiha llum hija li qegħdin nifhmu li issa l-affarijiet se jibdew jimxu 'l quddiem; fil-fatt, għandna dan ir-rapport li qed jagħti idea ċara ħafna ta' dak li seħħ bejn il-Konvenzjoni u Frar 2013.", "Fir-rigward tal-Konvenzjoni, jekk wieħed jara r-rakkomandazzjonijiet li saru u x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu, issa nistenna li fil-Konvenzjoni li ġejja wieħed jeżamina x'ġie attwat u le.", "Biss rridu nifhmu li ħafna mill-aspirazzjonijiet tar-rappreżentanti – li irridu ngħidu li huma intenzjonijiet tajba – mhumiex possibbli.", "Insemmi, pereżempju, dak li għadha kemm semmiet is-Sinj.", "Rivett biex nibdew nipprovdu legal advice fuq problemi li jista' jkollhom.", "Dan mhux possibbli!", "Malta hija dik li hi, lanqas għandna biżżejjed riżorsi biex inżommu lill-ambaxxati li għandna, aħseb u ara biex ikollna legal adivsors ma' kullimkien.", "Forsi tgħidli, illum il-ġurnata bit-teknoloġija li għandna, wieħed jista' jagħmel ċentru fejn persuna tkun tista' tieħu l-pariri jew li jista' jkun li jkollok legal office f'Ministeru li hija idea tajba u wieħed jista' jiddiskutiha.", "Biss ma nistgħux nippretendu li jkun hemm xi ħadd fiżikament li jkun qiegħed hemmhekk biex jagħti l-pariri.", "Having said that, bħalma qal Fr Alfred Vella, diġà għandna l-aġenda – li kienet ukoll battikata biex naslu għaliha – għall-Konvenzjoni ta' Frar 2013 fejn kulħadd ried jitfa' l-ideat tiegħu.", "Issa aħna nifhmu li l-problemi li għandhom in-nies li llum jaħdmu f'istituzzjonijiet fl-Ewropa mhumiex l-istess problemi li għandhom in-nies li joqogħdu l-Awstralja, u għalhekk irridu nġibuhom flimkien.", "Irridu nifhmu li dan huwa esperiment li qed jevolvi u jiżviluppa; ma naħsibx li għandna xi mudell li nistgħu ngħidu nimxu eżatt fuqu, imma rridu nfassluh għalina, u se nipprovaw immexxu fuqu.", "Naħseb li se jkun hemm diskussjoni wkoll dwar il-fatt li l-Maltin ta' barra qed jippretendu li jkollhom il-vot fl-elezzjonijiet ġenerali f'Malta.", "Din hija kwestjoni li wieħed irid jiddiskutiha u jara t-tajjeb u l-ħażin tagħha.", "Fir-rigward tad-diskriminazzjoni li semmiet is-Sinj.", "Rivett, jiddispjaċini, ma nafx biha.", "Jekk inti forsi jdejqek il-fatt li ngħidulek Maltija ta' barra, ma nafx; imma anke dan il-Kumitat iġib l-isem tal-Maltin li Jgħixu Barra …", "ROSALIE RIVETT: Mhux minn dak il-lat.", "GEORGE VELLA: Jien nifhem id-diskriminazjzoni li saret meta wieħed iħallas il-flus fuq il-karozzi tal-linja.", "Imbagħad, hemm il-kwestjoni tal-uffiċċju li semma Fr Alfred Vella.", "Nifhem dan l-entużjażmu, u diġà tkellimt ma' ħafna mir-rappreżentanti; imma, ċerti affarijiet irridu naraw kif nistgħu naslu għalihom.", "Pereżempju, fir-rigward tal-uffiċċju, m'għandkomx bżonn ta' uffiċċju: aħna diġà għedna li jekk xi ħadd ikun qiegħed hawn Malta, pereżempju, s-Sinjura jew dalwaqt se jkun hawn Dr Stephen Gatt tal-Awstralja, u jkun irid jiltaqa' ma' xi ħadd, hemm l-uffiċċju tal-Ministeru u l-Pardo Hall isfel u għalhekk jista' jinformana u nagħtuh il-permess biex jiġi u jagħmel il-laqgħa hemmhekk.", "Biss ma jistax ikollna l-affarijiet kollha!", "Issemmew il-passaporti biometriċi: illum it-teknoloġija qed tipprovdilna apparat li jiżen ftit kilogrammi u għalhekk tista' tiġri bih fejn trid.", "Pereżempju, jien tkellimt man-nies ta' New Zealand dwar dan u idealment il-High Commissioner, jew xi ħadd ieħor, jista' jaqsam għal hemmhekk darba kull sitt xhur, u jekk xi ħadd ikun irid iġedded il-passaport illum bl-apparat tista' tagħmel dan, u mbagħad kemm idaħħal id-data fis-Central Visa Agency.", "Ħaġa li rrid ngħid u nieqaf biha hija l-kwestjoni tal-Istitut Kulturali Malti.", "Din kienet kwestjoni li konna ftehmna dwarha, flimkien ma' Dr Tonio Borg, li se tidħol fil-liġi, imma mhijiex parti mil-liġi.", "Din konna għamilnieha sempliċement għax kienet konvenjenti li nagħmluha hemmhekk.", "Qed ngħid dan għar-raġuni li l-Istitut Kulturali Malti mhux mansjoni tal-Maltin ta' barra.", "L-idea tiegħu – u din diġà ddiskutejnieha u żgur li se nidħlu fiha anke fil-Konvenzjoni – hija totalment differenti.", "Fl-aħħar parti tal-liġi naqraw li dan l-Istitut Kulturali Malti ma jorbotx bl-ebda mod mad-drittijiet tal-Maltin ta' barra.", "Il-konċett tiegħu huwa li jkollok Istitut Kulturali Malti li qiegħed biex jiġġestixxi l-kultura Maltija madwar id-dinja, mhux neċessarjament biss fejn hemm il-Maltin, anzi aktar u aktar fejn mhemmx il-Maltin.", "B'dan ma rridx infisser li l-Maltin ta' barra se jkunu maqtugħin mix-xogħol tiegħu.", "Fil-fatt, tkellimt dwar dan ma' Gejtu Pace u Lawrence Dimech li fehmu li dan l-Istitut Kulturali Malti mhuwiex hemm biex inġeddu, pereżempju, l-għana, li huma affarijiet tajbin, imma biex immorru oltre minn hekk.", "Irridu naraw, pereżempju, l-pitturi Maltin, l-artisti Maltin u l-performers Maltin fost l-oħrajn.", "Fil-fatt, diġà kelli diskussjonijiet kif titlob il-liġi mal-Ministru għall-Kultura, għax dan il-Ministeru diġà għandu żewġ istituzzjonijiet oħra li jieħdu ħsieb il-kultura Maltija u allura li jkolli żewġ istituzzjonijiet hemmhekk u istituzzjoni oħra separata hawnhekk ma jagħmilx sens.", "L-idea hija li norbtuhom flimkien u jekk hemm bżonn – mhux qed ngħid li se nagħmel hekk – jista' anke jitneħħa minn din il-liġi u jista' jkun ukoll li diġà ġiet emendata l-liġi ħalli nagħmlu istitut kulturali wieħed li jiġġestixxi l-kultura madwar id-dinja.", "B'hekk ikollok l-istess nies u l-istess kumitat bil-mansjonijiet u d-drittijiet li tagħtihom il-liġi.", "Dawn huma ftit mill-ħsebijiet tiegħi.", "Jien qed nistenna bil-ħerqa li jkollna din il-Konvenzjoni, fil-fatt tawwalna ż-żmien tal-Konvenzjoni għax din id-darba se tkun fuq jumejn skorruti.", "Naħseb li hemm qbil dwar l-aġenda, għax fil-bidu kien hemm min qed joġġezzjona u jien ma qbiltx li kellhom jidħlu ċerti opinjonijiet.", "Jien sostnejt li kull min irid jagħmel mozzjonijiet seta' jibgħathom, imbagħad aħna niddeċiedu x'ikun hemm fuq l-aġenda.", "Naħseb li għandna aġenda bilanċjata u qed nittama li se jkun hemm diskussjonijiet tajbin ħafna.", "Saru xi tibdiliet fil-pożizzjonijiet u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sur Rigu Bovingdon li ta l-kontribut tiegħu fuq il-Kumitat li, għal raġunijiet ta' saħħa, se jkollu jitlaq.", "Aħna pproponejna li jkun hemm Prof. Stephen Gatt, persuna magħrufa sew fl-Awstralja u anestetista ċelebri, li kien diġà attiv ħafna fil-bidu nett ta' dan il-Kunsill, wara l-ewwel Konvenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi kummenti oħrajn?", "Forsi tispjegaw kemm lili kif ukoll lill-Kumitat kif jinħatar il-Kunsill.", "Ċert li qiegħed x'imkien fil-liġi, imma forsi nispjegaw il-bażi jew il-kredenzjali demokratiċi ta' dan il-kunsill għax għadni m'inix ċert minnhom.", "GEORGE VELLA: Il-Kunsill huwa spjegat ċar fil-liġi.", "Apparti li l-liġi telenka x'inhuma d-doveri u x'jista' jagħmel il-Kunsill, hemm ukoll li l-Kunsill ikun kompost mill-Ministru, li jkun ex officio Chairman, u ħames membri li jiġu appuntati mill-Prim Ministru għal terminu ta' tliet snin wara li jikkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni – dawn ikunu Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom għarfien speċjali u esperjenza għall-bżonnijiet u l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra.", "Ħafna drabi jkunu anke għexu barra u ħadmu fost il-Maltin.", "Imbagħad, għandek għaxar membri li jkunu appuntati mill-Prim Ministru għal perijodu ta' tliet snin minn fost il-Maltese nationals li huma membri tal-kumitati tal-Maltin li jgħixu barra.", "Dawn huma l-overseas members, jiġifieri għandek għaxar membri li jirrappreżentaw ġeografikament lill-Maltin li jgħixu barra – kien eżerċizzju diffiċli ħafna biex ikollok membri mill-Awstralja, l-Amerika, l-Ewropa u postijiet oħra – u ħames membri li kienu appuntati mill-Prim Ministru minħabba l-oriġini u l-kuntatt li jista' jkollhom.", "Kif diġà semmejt, is-Sur Rigu Bovingdon ġie sostitwit mill-Prof.", "Stephen Gatt, li huwa wieħed minn dawn il-ħames membri appuntati mill-Prim Ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, ġew ippreżentati lili żewġ problemi li għandhom x'jaqsmu mal-Maltin ta' barra u li nixtieq nagħmilkom konxji tagħhom biex forsi nsibu soluzzjoni għalihom.", "Pereżempju, każ ta' xi ħadd li għandu dual citizenship u, għax ikun ħa d-divorzju, jew għax sempliċement jibdel il-kunjom, fl-Awstralja hija possibbli li tmur u tibdel kunjomok, waqt li hawn Malta dan mhuwiex rikonoxxut.", "Naf nies li ġew hawn Malta, marru r-Reġistru Pubbliku, qalulhom li dawn biddlu l-kunjom u fuq il-passaport Awstraljan għandhom kunjom ta' xebba, mentri hawn Malta għadhom bil-kunjom tagħhom ta' miżżewġin.", "Dawn in-nies għandhom dual citizenship, u għalhekk għandhom żewġ passaporti b'żewġ kunjomijiet differenti.", "Fil-fatt, qaluli li ġieli jkollhom bżonn isiefru u jieħdu ż-żewġ passaporti magħhom f'każ li jinqalgħalhom xi ħaġa b'wieħed minnhom, imma mbagħad ikollhom il-flight ticket taħt isem u passaport minnhom b'isem ieħor.", "Hawn Malta dan mhuwiex rikonoxxut għax ma jkunx b'sentenza ta' Qorti, meta barra sempliċement tmur u tirreġistra u hija xi ħaġa legali f'pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk, min għandu dual citizenship u jkun iddivorzja jew sempliċement biddel kunjomu – mhux neċessarjament għax iddivorzja – qed isib din il-problema.", "FR ALFRED VELLA: Fil-fatt, għal dak li qed tgħid l-Onor.", "Schembri, jien kelli każ ta' Malti li żżewweġ Finlandiża, u fil-Finlandja jaċċettaw li r-raġel, jekk huwa foreigner u jekk irid, jista' jibdel għal kunjom tal-mara li żżewweġ fil-Finlandja.", "Dan ir-raġel ġie f'dawn id-diffikultajiet li qed insemmu, mhux minħabba divorzju, imma minħabba l-fatt li biddel il-kunjom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Imbagħad, hemm sitwazzjoni oħra.", "Fil-liġi tagħna, nirrikonoxxu divorzju li ttieħed barra minn Malta minn Qorti.", "Hemm pajjiżi barranin li ma jkollhomx każi ta' tip estrem – għax aħna dejjem insemmu l-famuż \"talaq, talaq, talaq\" – imma li l-liġi tagħhom tippermetti li divorzju ma jitteħidx fil-Qorti, imma permezz ta' reġistru.", "Pereżempju, fit-Tajlandja għandhom reġistru partikolari li meta żewġ persuni jiddivorzjaw konsenswalment, mhux bil-ġlied, huwa ipprojbit li jieħdu d-divorzju f'Qorti.", "Jien naf persuna li mar il-Qorti u, għax kienu ftehmu bejniethom, il-Qorti qaltilhom li dak ma kienx il-post fejn riedu jmorru, imma riedu jirreġistraw dan id-divorzju fir-reġistru.", "Issa, peress li dan id-divorzju kien reġistrat permezz ta' reġistru u l-liġi tagħna tgħidlek li jrid ikun mogħti minn Qorti, f'Malta dak id-divorzju mhuwiex aċċettat bil-konsegwenza li dak iż-żwieġ kien irreġistrat hawn Malta u l-persuna hija ddivorzjata t-Tajlandja u, meta se tiġi biex tiżżewweġ lil xi ħaddieħor, dan ir-raġel, jekk jiġi hawn Malta forsi biex jara lill-ommu, se jkun bigamu li hija offiża kriminali.", "Din hija xi ħaġa serja ħafna, u naħseb li rridu nieħdu ħsiebha.", "GEORGE VELLA: Naħseb li dawn huma kollha punti validissimi; imma jekk se nidħlu fid-dettall ta' ċerti affarijiet, konvint li hemm ruxxmata ta' istanzi bħal dawn.", "Issa sta għal nies legali bħall-Onor.", "Schembri, li llum tinsab Membru tal-Parlament, biex toħroġhom u, jekk hemm bżonn, wieħed jipproponi emendi fil-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Nippretendi li tagħmel hekk.", "Dawn huma affarijiet li intom tesperjenzaw fil-professjoni tagħkom, għax lili każijiet bħal dawn żgur qatt mhu se jgħadduli mill-garigor ta' moħħi.", "Tajjeb li wieħed iressaq dawn it-tipi ta' emendi għal-liġi ħalli wieħed ikun jista' jiġi konformi.", "Dawn il-każijiet mhux neċessarjament jiġu mingħand ir-rappreżentanti tal-Maltin ta' barra, għax ħafna minnhom ma jiltaqgħux ma' dawn it-tipi ta' problemi, u għalhekk ma jitkellmux dwarhom.", "Kemm-il darba wieħed, fil-professjoni tiegħu, jinduna b'dawn in-nuqqasijiet, by all means għandu jġibhom għall-attenzjoni tagħna l-politiċi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb li nkunu konxji ta' dawn il-problemi biex persuna li hija ċittadina Maltija ma tispiċċax bigama f'pajjiżha meta hija legalment miżżewġa.", "Dan ma jfissirx li tkun qed takkomoda lil xi ħadd barrani, imma biex xi ħadd Malti li jgħix barra u għandu ċittadinanza doppja ma jkollux problemi bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Jekk ma jimpurtax, għalkemm dawn huma punti validi, ejja niddiskutu dan ir-rapport.", "Debattista nixtieq insemmilu l-fatt li kien hemm żmien meta ma kienx possibbli li persuna jkollha dual citizenship, fejn batew il-Maltin li kienu qegħdin l-Awstalja bħala wlied l-emigranti jew addirittura l-emigranti stess li kellhom jitilqu l-passaport tagħhom.", "Jekk ikun hemm bżonn, il-liġijiet għandna naddottawhom, sakemm mhux qed nagħmlu ħsara lilna nfusna, biex nakkomodaw l-interessi u l-bżonnijiet ta' min għandu bżonnhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, għalija din hija opportunità biex nerġa' nirringrazzja lill-membri preżenti, li kelli l-opportunità niltaqa' magħhom meta servejt bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Kif jenfasizza dan id-dokument li reġa' tqassam illum, u biex nirreferi għall-kummenti li saru qabel, dan kien bidu ġdid biex ma jkunx hemm mentalità ta' diskriminazzjoni.", "Għalija, l-aktar kelma importanti fit-titolu tal-Kunsill, fl-aħħar mill-aħħar, tibqa' l-kelma Maltin.", "Issa, jekk il-Maltin jgħixux hawn Malta jew barra minn Malta, jibqgħu Maltin u l-link tagħna magħhom trid tkun hemm.", "Niftakar ukoll id-diskussjoni li kont ipparteċipajt fiha meta ħadt sehem f'diskussjoni fl-Awstralja bħala parti minn delegazzjoni parlamentari fejn konna qed nantiċipaw l-iżviluppi legali li mbagħad ġraw.", "Dakinhar konna għedna li jrid ikun hemm networking f'livell parlamentari u allura d-diskussjoni li qed issir hawnhekk hija pożittiva.", "Naħseb li l-messaġġ għandu jibqa' jkun wieħed ta' ħajr u rikonoxximent tal-ħidma kbira tagħkom.", "Se naċċenna għal dak li ntqal rigward it-twaqqif tal-Istitut Kulturali Malti, għalija meta Malti qed jgħix barra minn Malta, għandu diffikultajiet addizzjonali.", "Għalhekk huwa importanti li jkollok aktar faċilità kif tafferma l-identità tiegħek u wieħed mill-aktar modi importanti kif tafferma dan huwa permezz tal-kultura, inkluż l-ilsien tal-pajjiż.", "Allura, ċentri kulturali speċjalment fejn għandna komunitajiet kbar ta' Maltin huma importanti ħafna għax tkun qed iżżomm dik ir-rabta ma' dak li l-aktar jagħtik l-identità.", "Dan jinħass l-aktar mhux tant fl-ewwel ġenerazzjoni li ġarrew il-kultura magħhom u għexuha, tkellmuha u esperjenzawha, imma meta tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, mill-ewwel għat-tieni u għat-tielet, ikun hemm diffikultà.", "Pereżempju, nisma' bid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-Maltin f'pajjiżi fejn għandek komunitajiet kbar ta' Maltin li ma jsibux biżżejjed materjal bil-Malti.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għall-pubblikazzjonijiet, għax fl-Awstralja kien hemm diffikultà dwar is-servizzi tar-radju bil-lingwa Maltija fejn ma tħallewx joperaw bl-istess mod bħalma kienu joperaw qabel.", "L-appell tiegħi – li m'għandi l-ebda dubju li jkun milqugħ anke mill-Gvern preżenti – huwa li jsir dak kollu possibbli biex dan ir-riżors uman enormi tagħna ta' pajjiż żgħir, fejn il-popolazzjoni Maltija hija ferm ikbar minn dik li għandna fil-konfini ta' Malta – għax, f'dan is-sens, xterdet ħafna lil hinn minnha – mhux biss naffermawh, imma nagħmlu dan b'apprezzament kbir lejn il-ħidma tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "MARIA CALLEJA: Sur President, nixtieq nallaċċa ma' dak li qalet l-Onor.", "Deborah Schembri dwar iż-żewġ każijiet ta' diffikultajiet li semmiet.", "Fil-fatt, nixtieq insemmi li l-ewwel diffikultà dwar t-tibdil tal-isem fuq il-passaport Malti se tkun waħda mill-items li se tkun diskussa fil-Konvenzjoni, fejn se jkun hemm ukoll diskussjoni dwar il-karta tal-identità.", "Dwar it-tieni diffikultà, din hija xi ħaġa li tilluminana u hija food for thought biex forsi l-membri tal-Kunsill ikunu jistgħu jipproponuha fil-Konvenzjoni li ġejja jew inkella fil-Konvenzjoni sussegwenti.", "GEORGE VELLA: Rigward iċ-ċentri kulturali Maltin, altru li mhu se nagħmlu xejn biex inħalluhom jeżistu.", "L-Istitut Kulturali Malti qed narah bħala dak li jorbot dawn iċ-ċentri kollha u jmur oltre minn hekk, jiġifieri, jien kont qed nipprova ngħid li dan mhux se jkun ċentru lokali li nitfgħuh f'Sidney, Melbourne, New York jew f'xi belt oħra, imma dan se jkun over and above.", "Iċ-ċentri kulturali Maltin se jibqgħu hemmhekk, anzi se jkollhom sinerġija ma' dan l-Istitut li se jkun the parent organisation.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Callus, kumment qasir għax il-ħin qed jagħfas.", "RYAN CALLUS: L-ewwel nett nirringrazzjakom tax-xogħol li għamiltu.", "Għandi mistoqsija waħda li forsi hija aktar diretta lejn il-Ministru milli lejn il-membri tal-Kunsill.", "Issemmiet il-kwestjoni tal-mobile unit tal-passaporti li hija xi ħaġa importanti fil-każ tal-Maltin li joqogħdu ħafna kilometri 'l bogħod mill-ambaxxata u d-distanza fl-Awstralja mhijiex bħal f'Malta.", "Forsi l-Ministru jista' jagħtina update ta' fejn wasalna fil-proċess ta' installazzjoni ta' dawn il-units f'numru ta' konsolati fl-Awstralja u pajjiżi oħrajn.", "X'inhu l-istate of play fir-rigward ta' din il-kwestjoni?", "GEORGE VELLA: Onor. Callus, din l-istorja għadha fil-bidu tagħha.", "Fil-fatt, għadna qegħdin inħarrġu n-nies anke permezz ta' korsijiet ħalli jkunu jafu kif iħaddmu l-makkinarju.", "Kull min qed imur fl-ambaxxati jew konsolati barra minn Malta qed nuruhom kif dan jitħaddem.", "Għalissa għad m'għandniex in-network in place u kif se nħaddmu din l-iskema.", "Meta jien kont qed nitkellem mal-Maltin ta' New Zealand għidt li ma nara xejn ħażin li, pereżempju, il-High Commissioner, jew min se jkun inkarigat, imur New Zealand darba kull tliet xhur jew kull sitt xhur għal min għandu bżonn iġedded il-passaport biex jiġi evitat li numru kbir ta' nies ikollhom imorru l-Awstralja biex jagħmlu dan.", "S'issa m'għandniex dan in-network lest peress li dan japplika għal ħafna postijiet.", "Pereżempju, fir-Russja hemm min li biex jagħmel visa biex jiġi hawn Malta jrid imur l-ewwel Moska fejn ikollu jtir aktar fit-tul milli kieku kellu jiġi hawn Malta.", "Għandna problema wkoll, pereżempju, fl-Ukrajna.", "Tajjeb li jkollna postijiet b'din il-faċilità fejn xi ħadd imur b'dan il-makkinarju; imma ovvjament ma tistax taqbad u tagħmel din is-sistema kollha mill-ewwel.", "L-apparat qiegħed hemmhekk, huwa available, il-prezz mhux sproporzjonat, l-apparat mhux bulky, jiġifieri wieħed jista' jġorru bħala hand luggage, biss ovvjament wieħed irid jidħol anke fis-sistema tal-Visa Facilitation System biex ikollok l-aċċertazzjoni li qed titfa' d-data fis-sistema biex ikollok ir-riżultati.", "Illum it-teknoloġija qed tavvanza, u dawn l-affarijiet jiffaċilitaw il-ħajja tan-nies.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Se jkollna nikkonkludu hawnhekk fuq dan l-item għax il-ħin qed jagħfas.", "Rivett u Fr Vella, nixitieq nirringrazzjakom ħafna tal-attendenza tagħkom.", "L-appell tiegħi huwa biex inkomplu nagħmlu dan ix-xogħol.", "Biex anke nallaċċa ma' dak li qal l-Onor.", "Zammit Dimech, din il-ħidma għandha tkun two-way, jiġifieri huwa importanti li intom twasslu l-problemi tal-Maltin ta' barra lill-Parlament Malti u lill-Ministeru, imma jista' jkun ukoll li għandna riżors kbir ta' nies kapaċissimi Maltin barra mill-pajjiż u forsi nistgħu naraw kif nużaw is-servizzi tagħhom.", "GEORGE VELLA: Jista' jkun item ieħor fuq l-aġenda.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom.", "Il-Kumitat ġie sospiż għal ftit minuti.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR:-", "Is-Sitwazzjoni fis-Sirja", "Il-laqgħa Informali tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin (Gymnich) - Vilnius, Litwanja, fis-6 u s-7 ta' Settembru 2013", "Laqgħa tas-16 ta' Settembru 2013 fi Brussell dwar is-Somalja bl-isem ta' 'A New Deal for Somalia'", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qabel ma jibda jitkellem il-Ministru, nixtieq niskuża ruħi miegħu u mal-Kumitat li se jkolli nwarrab dalwaqt għax ma kontx naf li l-laqgħa se ddum daqshekk u allura ffissajt xi affarijiet oħrajn.", "Qed ngħidlek li se jkolli nwarrab issa biex ma nwaqqfekx meta tkun bdejt.", "THE CHAIRMAN: Nafu li s-sitwazzjoni fis-Sirja qed tevolvi minn minuta għall-oħra, il-pożizzjoni li kien ħa l-Gvern f'Awwissu hija pubblika u probabbilment ġiet superseded.", "Forsi l-Ministru jkun jista' jagħtina l-aħħar żviluppi fuq il-kwestjoni tas-Sirja, imbagħad niftħu d-diskussjoni.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "GEORGE VELLA: Sur President, jekk trid, nikkonċentra fuq is-Sirja, imma ma ninsewx li kien hemm il-Gymnich meeting li kien aktar miftuħ minn hekk.", "Dwar is-Sirja, huwa interessanti li kien hemm il-parteċipazzjoni tas-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, li fit-tieni ġurnata ġie hemmhekk u għamilna dibattitu ta' kważi tliet sigħat miegħu.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn nirrepeti l-pożizzjoni ta' Malta għax diġà għandna d-dikjarazzjonijiet li saru.", "Biss, il-pożizzjoni ta' Malta hija essenzjalment ibbażata fuq numru ta' asserzjonijiet.", "L-ewwel nett, aħna assolutament ma naqblu bl-ebda mod mal-użu ta' armi krimiċi.", "It-tieni, li kull min jużahom għandu jinżamm responsabbli u b'dan nifhmu li, jekk hemm bżonn, għada pitgħada jiġi mressaq quddiem l-International Criminal Court.", "It-tielet, li sal-lum għadu diffiċli biex wieħed jgħid mija fil-mija li dawn l-armi kimiċi żgur intużaw mir-régime ta' Assad.", "Kif għedna fit-tieni dikjarazzjoni tagħna, wara li kien hemm d-dikjarazzjoni ta' John Kerry li elenkat b'mod ċar l-informazzjoni li, anke kif qal hu, kienet de-classified biex tasal għand il-poplu, kien hemm satellite imaging ta' rockets li ġew ittraċċjati li qegħdin jintelqu mill-area fejn hemm ir-régime ta' Assad u tniżżlu f'ċertu post minn fejn imbagħad, fi żmien ta' minuti, kellek social media li qalu li kien hemm attakk bl-armi kimiċi.", "Apparti l-fatt li hemm provi inkonfondibbli li r-ribelli m'għandhomx la l-faċilità u lanqas l-ammont, aħna wasalna għall-konklużjoni fejn, mingħajr ma għedna li dawk kienu ġejjin mit-tali post, għedna li din ix-xhieda tagħmel l-akkuża li r-régime ta' Assad wettaq dan l-attakk u li tiegħu irid jinżamm responsabbli bħala aktar plawsibbli u kredibbli.", "L-aktar issue importanti, li rrepetejt kemm fir-riżoluzzjonijiet kif ukoll fil-laqgħat kollha li kelli, kienet li aħna kontra kull intervent militari għar-raġuni sempliċi li intervent militari, żgħir kemm hu żgħir, qatt ma jista' jagħtik garanzija li ma jkunx ix-xrara li tixgħel ir-reġjun kollu u jkollok conflagration enormi li ħadd ma jkun jista' jikkontrolla.", "Jien m'iniex persuna teknika, ma nafx x'mezzi jeżistu, imma dawn kienu qegħdin jikkontemplaw intervent li huwa assolutament surgical.", "Il-pożizzjoni tagħna kienet li aħna kontra kull intervent militari.", "Dan kien dak li għedna qabel morna għall-Gymnich meeting.", "Fil-Gymnich, fl-ewwel ġurnata filgħaxija, kien hemm dibattitu dwar is-Sirja, imbagħad komplejna l-għada meta ġie John Kerry.", "Li rrid ngħid huwa li l-ħsieb madwar il-mejda – apparti l-Franċiżi li kienu rrappreżentati minn Laurent Fabius, li kien qiegħed jipprova jbigħ l-idea tagħhom – kien li l-maġġoranza kbira kienu kontra l-intervent militari.", "Ovvjament, William Hague, li kien ħdejja, ma setax jitkellem għax huwa marbut bil-leġiżlazzjoni li għamel il-Parlament Ingliż.", "Biss, kulħadd qed jibża' minn the day after, jiġifieri illum attakkajt, imma ma tafx x'se jiġri l-għada.", "Kulħadd għamel l-interventi tiegħu u jien ovvjament intervjenejt kemm-il darba fid-dibattitu, anke meta kien qed jitkellem John Kerry fejn iddiskutejna l-Middle East Peace Process.", "Il-punt tiegħi kien proprju dak li qegħdin ngħidu issa, li wieħed ma jistax ikun ċert x'se jiġri wara l-ewwel intervent.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Isvezja, Carl Bildt, qabel ma' dak li kont qed ngħid li wieħed ma jistax jibqa' b'din is-sitwazzjoni u ma jikkonsidrax li jagħmel approaches anke ma' pajjiżi bħall-Iran u organizzazzjonijiet bħall-Hezbollah biex wieħed jinvolvihom ukoll.", "It-teorija tagħna dejjem kienet li trid tipprova tasal biex iġġib lil dawn il-pajjiżi madwar mejda kif stabbilit f'Geneva 2, jiġifieri, irid ikollok il-partijiet kollha involuti preżenti f'dawn il-laqgħat.", "Bażikament, din kienet il-pożizzjoni tagħna, jiġifieri, kontra attakk militari u favur li jkun hemm diskussjonijiet diplomatiċi, kif ukoll kundanna assoluta għal min juża armi kimiċi.", "Kif konna qegħdin hemmhekk kienet għaddejja l-G20 minn fejn ma ħarġu l-ebda dikjarazzjonijiet.", "Imma, fil-margins tal-G20, iltaqgħu 11-il pajjiż, li huma l-Awstralja, il-Kanada, Franza, l-Italja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Arabja Sawdita, Spanja, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerika, li ħarġu stqarrija.", "Li ġara kien li din waslet għandna fl-aħħar siegħa tal-laqgħa tas-Sibt, fejn kien hemm John Kerry, u Catherine Ashton qalet li ma stajniex ma nagħtux kasha, imma bilfors we had to acknowledge it.", "Dawn kienu l-elementi importanti li kien hemm fid-dikjarazzjoni.", "Jien kelli riżerva waħda żgħira, dwar meta qed jgħidu: \"we call for a strong international response to this grave violation\".", "Għalhekk, avviċinajt lil Ministru Taljana Emma Bonino, li hija waħda mill-firmatarji, u sirt naf li l-Italja għamlu dikjarazzjoni ċara li huma kontra li jkun hemm intervent militari.", "M'għedthiex, imma qed ngħidha issa: naturalment, dejjem jekk kemm-il darba ma jkunx hemm il-green light mill-United Nations Security Council, għax imbagħad is-sitwazzjoni tinbidel kompletament.", "Emma Bonino assiguratni li qed ngħidu strong international response excluding military intervention, u allura ħassejtni komdu li I subscribe to it.", "Fil-fatt, din ħarġet anke f'xi media Amerikana fejn għamlu lista tal-pajjiżi li ħadu din il-pożizzjoni.", "Intqal ukoll li Catherine Ashton ma riditx li jkun hemm dikjarazzjoni finali, biss dan ma kienx il-każ għax, bħalma jafu sħabi, l-Gymnich huwa meeting informali.", "Din riedet tagħmel il-pożizzjoni tagħha ċara u qalet li trid tagħmel Press Statement – mhux bil-miktub – quddiem il-media biex tgħid fejn wasalna.", "Dan ġie diskuss hemmhekk ukoll, fejn inqata' dak kollu li kien kontenzjuż u ma kienx hemm qbil fuqu minn kulħadd.", "Il-Press Statement li ħareġ jirrepeti l-istess elementi li hawn hawnhekk, jiġifieri l-kundanna, li wieħed jibgħat għal soluzzjonijiet diplomatiċi, u oħrajn.", "Kif tafu, minn dakinhar 'l hawn, il-pożizzjonijiet tbiddlu għax kellek il-kwestjoni tar-Russja – ħalliha li l-Amerikani qegħdin jgħidu li kienet proposta li għamel John Kerry imma, biex inkun onest, meta tkellem magħna John Kerry, fl-ebda ħin ma ssemma l-kwestjoni tal-chemical material li għandhom.", "Kien min kien li ħareġ b'din il-proposta, għalija l-kwestjoni hija li llum għandek pożizzjoni fejn ir-Russja qed titkellem rigward li tipprova tikkonvinċi r-régime ta' Assad biex iċedi l-chemical weapons u allura hemmhekk hemm żvilupp li wieħed qed jammetti li Assad għandu chemical weapons, għax kieku ma kenux se jgħidu li se jġiegħluh iċedihom.", "Fiha nnfisha, din hija ammissjoni li għandu stock ta' chemical weapons, li jidher li huwa tunnellaġġ kbir.", "Min-naħa l-oħra, għandek il-Franċiżi li qegħdin jipprovaw jifformulaw riżoluzzjoni.", "L-Amerika mill-ewwel qalet li din għandha tkun studjata, imma daħħlu wkoll ir-rabta ma' Chapter 7 taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda.", "Dan x'ifisser?", "Jekk kemm-il darba jridu jagħmlu proviso li jekk ma jseħħx jew ma jkunx kif qed jippretendu skont ir-riżoluzzjoni li toħroġ mir-riżoluzzjoni li jridu jagħmlu fil-Ġnus Magħquda, allura jkun hemm id-dritt awtomatiku li jmorru għall-intervent militari.", "Kulħadd qed jgħid li r-Russja se taċċetta din ir-riżoluzzjoni.", "Nispera li din ma tkunx il-blokk li jkun hemm bejn iż-żewġ naħat għax, jekk kemm-il darba jkun hemm ir-riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda, sempliċement biss ikun l-obbligu u l-commitment tas-Security Council kollu li jġiegħel lir-régime ta' Assad li jpoġġi l-chemical weapons li għandu taħt kontroll immedjat tal-Ġnus Magħquda, u li dan eventwalment jiġi distrutt fi żmien qasir imma raġjonevoli.", "Jekk kemm-il darba jkun hemm din id-djalettika jekk humiex se jaċċettaw il-proviso Franċiż li jdaħħlu Chapter 7 fl-istorja kollha, naħseb li hemmhekk se jkollna l-problemi.", "Sa dalgħodu kienu għaddejjin diskussjonijiet informali bejn il-pajjiżi ħalli jaraw jekk immorrux quddiem is-Security Council bi proposta li tkun aċċettata minn kulħadd.", "Is-sitwazzjoni hija dik bħalissa imma, kif diġà għedt, qed tisvolġi minn mument għall-ieħor.", "Il-players prinċipali huma r-Russja, l-Amerika, Franza – l-Ingiltera qiegħda kważi barra mill-istorja kollha – u, fir-rigward tal-Unjoni Ewropea hemm il-pożizzjoni ta' Catherine Ashton li semmejt fid-dikjarazzjoni.", "Il-maġġoranza mhux qed tara li għandu jkun hemm attakk militari għax din mhijiex is-soluzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, kif qal sewwa l-Ministru, il-fatt li qed ikun hemm aċċettazzjoni li hemm maħżen ta' armi kimiċi hija xi ħaġa gravi għax m'għandux ikun hemm pajjiż li għandu armi kimiċi għad-dispożizzjoni tiegħu in vista tat-trattati kollha internazzjonali li għandna.", "Issa, il-fatt li daħlu f'dan il-mekkaniżmu, kif qal ġustament fil-bidu l-Ministru, għandu jkun hemm il-konsegwenza li l-International Criminal Court jidħol fix-xenarju.", "Irridu naraw għandux ikun hemm ftit aktar pressjoni fuq din il-linja, jiġifieri, mhux biss fuq ir-régime ta' Assad li qed jagħti raġun lil diversi pajjiżi li kienu qed jgħidu li sar dan l-attakk, imma issa hemm ammissjoni ċara, u allura hemm l-imbekkata ċara, li dan effettivament ġie użat.", "Naħseb li, jekk kemm-il darba tibqa' din il-linja internazzjonali li ma jkunx hemm intervent militari li fih 'il fuq u 'l isfel tiegħu, almenu jkun hemm ħruġ ta' ordni mill-International Criminal Court kontra Assad innifsu, jew kontra l-membri tar-régime militari tiegħu li għamlu użu minn dawn l-armi kimiċi.", "Għandu jkun hemm talba formali mill-International Criminal Court.", "Malta hija firmatarja tal-International Criminal Court u forsi tkun xi ħaġa tajba li wieħed jassenja tali investigazzjoni lill-International Criminal Court li bħalissa għadha għaddejja wkoll fuq il-kwestjoni Kenja.", "Niftakar li matul il-gwerra ċivili Libjana kellna talbiet mill-International Criminal Court biex jibdew proċeduri ta' investigazzjonijiet.", "Naħseb li f'din il-Qorti hemm aktar affermazzjoni tar-rule of law u, fl-istess ħin, ikun ċar li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru u għandu jkun hemm hemm xi forma ta' sanzjoni.", "Żgur li hemm affarijiet li wieħed jista' jmexxi 'l quddiem dwarhom.", "Dan huwa s-suġġeriment tiegħi u issa nħalli f'idejn il-Ministru.", "GEORGE VELLA: Li wieħed ikollu l-armi kimiċi mhijiex kawża li twasslu quddiem l-International Criminal Court, imma li użahom jew ipprova jużahom hija kwestjoni oħra.", "L-argument qiegħed hawn: ir-Russi kienu qegħdin jgħidu li hemm dan il-qbil mar-régime ta' Assad, imma qatt mhu se jammettu li dak ġie użat mir-régime ta' Assad, jiġifieri għad għandek din il-problema għaddejja.", "Naqbel mal-Onor.", "Mifsud Bonnici li, jekk ikun hemm xhieda rrefutabbli, jiġifieri mija fil-mija, li dan ġie minn hemmhekk, kif diġà għedt, aħna wasalna li ngħidu li din il-verżjoni hija aktar plawsibbli u probabbli.", "L-ewwel nett, aħna niddependu fuq l-intelliġenza tal-pajjiżi l-kbar, bħalma hi r-Russja, Franza, l-Ingilterra u l-Istati Uniti tal-Amerika, u meta John Kerry għamel dikjarazzjoni ta' erba' faċċati u beda jagħmel l-argumentazzjoni għaliex l-attakki ħarġu minn hemmhekk minħabba s-satellite imaging u ħaġa jew oħra, ikollok tibda taċċetta ċerti fatti li ma tistax tmerihom.", "Għalhekk, ma tistax tasal biex tgħid mela żgur ħarġu minn hemmhekk.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici huwa persuna legali, u jgħallimni li ma tistax tkun mija fil-mija ċert.", "L-għajta biex jiġu quddiem l-International Criminal Court issir meta jkollok xhieda rrefutabbli dwar l-attur ta' dak li ġara.", "Forsi wieħed jgħidli: Jekk għandu l-armi kimiċi, x'iżommhom jagħmel dan?", "Imma dan bħal meta nżomm pakkett sigaretti fuqi u ma npejjipx.", "Kif għedt, jien m'iniex persuna legali, u għalhekk mhux se nargumenta dwar dan.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ministru, id-distinzjoni li qed nipprova nagħmel hija li l-International Criminal Court għandu jibda jinvestiga biex jara l-affarijiet, għax hemm proċess ta' kif tistabbilixxi l-prova.", "Għalhekk, nissuġġerixxu lill-Gvern li jeħodha inkonsiderazzjoni bħala parti mil-linja tiegħu li l-International Criminal Court jibda dan il-proċess ta' investigazzjoni.", "M'iniex mija fil-mija ċert dwar jekk wieħed ikollu armi kimiċi hijiex xi ħaġa li hija sanzjonabbli.", "Il-Ministru għandu raġun fir-rigward ta' sa liema livell hija sanzjonabbli, jiġifieri jekk hijiex kwestjoni ta' ksur tad-dritt tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew inkella hijiex materja li tista' teħodha fuq livell ta' attentat għar-rigward tal-ksur ta' diversi dispożizzjonijiet li hemm fuq l-International Criminal Court.", "Naħseb li bid-dikjarazzjonijiet Russi li qed jgħidu li hemm dawn l-armi nukleari, hemm bżonn li jkun hemm dan il-kontroll u sussegwentament id-distruzzjoni tagħhom; għalhekk, ta' min jibda dan il-proċess ta' investigazzjoni.", "GEORGE VELLA: Il-Konvenzjoni m'għandhiex is-saħħa tal-enforcement biex, jekk ikun hemm ksur tal-Konvenzjoni, ikollok id-dritt li timponi sanzjonijiet u miżuri militari.", "Li forsi ma enfasizzajtx kemm fit-taħdidiet li kellna, kif ukoll fid-dikjarazzjoni tal-11-il membru tal-G20, huwa l-fatt ta' responsabilizzazzjoni tal-United Nations Security Council li parti mix-xogħol tiegħu huwa li jindaga li dawn l-allegazzjonijiet jiġu pprovati u allura minn hemmhekk toħroġ ir-responsabilità piena għall-fatti li jiġu stabbiliti.", "Nifhem illi kieku kellna provi rrefutabbli, mhemm xejn ħażin li wieħed jibda l-proċess, imma ma jistax jibdieh pajjiż li m'għandux il-fatti f'idejh bħalma għandhom pajjiżi kbar.", "Proprju għalhekk qed nagħmlu rikors għall-United Nations Security Council biex jerfa' r-responsabilitajiet tiegħu, jiġifieri qegħdin nirresponsabbilizzawh ħalli ma jdawwarx wiċċu n-naħa l-oħra.", "Il-fatt li ma nistgħux naqblu fuq azzjoni militari ma jfissirx li ma nistgħux naqblu fuq affarijiet oħrajn.", "Is-Security Council għandu r-responsabilitajiet tiegħu li jrid jerfagħhom.", "MARLENE FARRUGIA: Ir-Russja hija wieħed mill-pajjiżi li qed timblokka, meta issa hemm ammissjoni ċara li s-Sirja mhux biss għandhom il-chemical weapons, imma weapons arsenal.", "Jien nistaqsi: Kif jista' l-United Nations Security Council iżomm id-dinjità tiegħu quddiem il-komunità internazzjonali jekk qed jaċċetta li pajjiż bħar-Russja, li hija l-ikbar alleat li għandha s-Sirja, u li hija konxja li għandhom il-chemical weapons arsenal, qed iżomm milli jittieħdu passi biex jipproteġu lil dawk in-nies li potenzjalment jistgħu jmutu?", "Hawnhekk, għalija, il-United Nations Security Council tilef id-dinjità tiegħu.", "GEORGE VELLA: Dan joħloq l-argument li qam anke waqt id-diskussjonijiet dwar x'hemm differenti milli tarbija tmutlek iggassjata bis-sarin gas jew tmut b'bullet?", "Li jkollok 200,000 ruħ li nqatlu bil-bullets ma jimpurtax, imma għax inqatlu bil-kimika tqum l-għagħa.", "Hemm argumenti minħabba konvenzjonijiet, l-istorja u l-konnotazzjonijiet li hemm mal-użu tal-gass kimiku, jiġifieri hemm ċerta – jiddispjaċini se nuża l-kelma – ipokrezija.", "Se niċċaqlaq issa għax mietu 1,400 ruħ bil-gass, imma li mietu 200,000 ruħ qisu ma ġara xejn!", "Sfortunatament, din hija l-logħba politika li ilna naraw żmien twil.", "Nafu li hemm riżoluzzjonijiet oħrajn tal-Ġnus Magħquda li ġew maqbula 40, 50 u anke 60 sena ilu u li lanqas ġew imposti għax dejjem ikollok lil xi ħadd li jagħmel veto.", "Dan huwa l-mod kif jaħdem is-Security Council.", "Għalhekk, hemm dan id-drive biex il-mod ta' kif jaħdmu l-Ġnus Magħquda u s-Security Council jiġu mibdula u aġġornati, għax qegħdin nitkellmu fuq sistemi li ġejjin miż-żmien ta' wara l-Gwerra eżatt fejn ċerti pajjiżi għandhom ċerta saħħa u oħrajn m'għandhomx.", "Dan iwassal għal din is-sitwazzjoni redikola – kif qed tgħid ġustament l-Onor.", "Farrugia, u naqbel magħha – imma sfortunatament ma tistax tagħmel mod ieħor.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li nistgħu nagħmlu winding up fuq dan is-suġġett.", "Qed ngħidu li l-Kumitat qed jaqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern li, għalkemm nikkundannaw b'mod mill-aktar qawwi l-armi kimiċi u l-użu tal-armi kimiċi, ma nistgħux inkunu selettivi fil-kundanna tagħna ta' kif imutu n-nies, u allura ma nistgħux nirrispondu jew nagħtu l-kunsens tagħna li jkun hemm response militari għall-użu tal-armi kimiċi.", "GEORGE VELLA: X'tista' tagħmel aktar milli tikkundanna?", "Aħna m'aħniex super power li nistgħu nużaw il-politika tagħna biex nirranġaw sitwazzjoni de facto.", "Bħala pajjiż membru tal-komunità internazzjonali u tal-Ġnus Magħquda, l-aktar li nistgħu nagħmlu huwa li nikkundannaw, nippontaw subgħajna, nitolbu l-protezzjoni u nesiġu li min għandu responsabilità jrid jerfagħha.", "Imma aktar minn hekk ma nistgħu nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Naħseb li t-tieni punt dwar il-laqgħa ta' Vilnius iddiskutejnieh ukoll.", "Qed isir ħafna ħin, forsi l-Ministru jista' jallaċċja fuq il-meeting li ġej tas-Somalja, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nagħlqu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Forsi l-Ministru jkun jista' jagħaqqad iż-żewġ items f'daqqa.", "GEORGE VELLA: Sur President, li jkollok lil John Kerry quddiemek u tagħmel tliet sigħat tisimgħu jitkellem, mhijiex okkażjoni tas-soltu.", "Fil-fatt, ninforma lill-Kumitat li John Kerry għamel ħafna ħin jitkellem fuq il-Middle East Peace Process li lilna jinteressana għax huwa kruċjali fil-Lvant Nofsani.", "Fil-qosor, irrid ngħid li diġà kelli okkażjoni li nitkellem ma' John Kerry anke permezz ta' video conferencing qabel ma ltqajna personalment, u huwa qed ikun pożittiv ħafna fis-sens li qed tingħata l-impressjoni li l-affarijiet jinsabu mexjin.", "Kerry qed isemmi s-sagrifiċċju li qed jagħmel Il-President Palestinjan Abbas u s-sagrifiċċju li qed jagħmel il-Prim Ministru Israeljan Netanyahu.", "Hemm żewġ affarijiet li huma differenti mis-soltu: l-ewwel nett, Kerry irrepeta li huwa ma marx biex jaħlu ż-żmien jiddiskutu s-settlements għax qal li kieku għamel hekk kienu jispiċċaw bħal m'għamel George J Mitchell, fejn għamlu tliet snin ipaċpċu bla ma waslu mkien.", "Huwa qed jadotta l-approach li jitkellmu dwar il-borders għax, meta taqbel fuq il-borders, awtomatikament tkun solvejt il-problema tas-settlements, għax min hu ġewwa ġewwa u min hu barra barra.", "It-tieni, dwar l-akkuża li s-settlements baqgħu għaddejjin, hu qed jikkontendi li Netanyahu għandu pressjoni tremenda minn ġewwa, minn ċertu Uril Ariel li huwa nkarigat mis-settlements u li ma jemminx li m'għandhomx jieqfu s-settlements f'dawn il-partijiet okkupati, imma qed jipprova jbellgħalhom l-idea li, bi bniedem bħal Abbas, fi tmien snin ma mietx suldat wieħed Iżraelita mit-terroriżmu Palestinjan.", "Kerry qal li jekk nitilfu din l-okkażjoni, mhu se nsibuha qatt aktar.", "Il-fergħa l-oħra li qed jaħdem bis-serjetà fuqha huwa l-konċett ta' economic development għall-Middle East, li darba kien semmieh ukoll Shimon Peres.", "Fil-fatt, huwa għamel eloġju għax hemmhekk għandek cultural heritage, potenzjal ta' nies intelliġenti u teknoloġija fost l-oħrajn, jiġifieri dan kollu jista' jitħallat mar-riżorsi tal-art li huma kbar.", "Meta konna tkellimna permezz ta' video conferencing l-aħħar darba, kien qal li qabbdu team ta' esperti – fosthom nies bħalma huwa s-CEO tal-Coca Cola McKinsey - biex jagħmel rapport fuq l-economic prospects tal-Middle East.", "Huwa qal li din hija xi ħaġa parallel mad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa.", "Qal ukoll li, pereżempju, biex jipprovaw irattbu n-nies ta' Gaza, għamlu mezz biex ikun assigurat ammont ikbar ta' ilma li jissupplixxi lil Gaza – bħalma tafu, waħda mill-problemi hemmhekk hija l-iskarsezza tal-ilma.", "Huma kkonvinċew ukoll lill-Iżraeliti biex ma tantx jissikkaw fuq il-border controls biex ikunu jistgħu jdaħħlu l-building materials ħalli Gaza tieħu l-avvjament tagħha.", "Il-punt li għamilt jien, fost affarijiet oħrajn, kien li fid-diskors tiegħu nnotajt li huwa semma kemm hu tajjeb u kemm qed jaħdem Abbas, imma ma qalilniex jekk huwiex se jinvolvi lill-Hamas fl-istorja kollha.", "Se nkun onest li Kerry deher qisu miġbud u qal li l-Hamas issa mħarbtin għax tilfu l-appoġġ li kellhom tal-Muslim Brotherhood fl-Eġittu u aktar ma jkun hemm żvilupp ekonomiku, aktar qed isiru mhux popolari.", "To be fair, jien m'iniex sodisfatt bil-fatt li ma tinvolvihomx fid-diskussjonijiet, anzi għedtlu wkoll li, jekk hemm bżonn, ninvolvu anke lill-Hezbollah ħalli wieħed ikun jaf x'inhu għaddej.", "Rigward il-konferenza li ġejja tas-Somalja, din hija waħda mill-konferenzi li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel ħafna enfasi fuqha għar-raġuni li fl-EU Policy għall-Afrika għandek is-Central Africa fejn għandek il-Kongo, imma mbagħad għandek is-Somalja li kienet stat fallut u llum il-ġurnata, bħalma tafu, l-Unjoni Ewropea investiet ħafna biex tipprova tagħmel institution-building f'dan il-pajjiż.", "Ma ninsewx li s-Somalja hija maqsuma fi tliet partijiet: il-biċċa t'isfel, is-Somaliland u l-Puntland.", "Somaliland u Puntland jinsabu fi stat mhux ħażin, imma l-parti fis-Somalja fejn għandek il-kapitali Mogadishu għadha no man's land.", "Hemm Gvern li qed jgħid li għandu kontroll ta' din iż-żona, imma mbagħad hemm l-Al Shabaab li qegħdin kontinwament jisplodu 'l hemm u 'l hawn, kif anke rajna f'dawn l-aħħar ġranet.", "L-Unjoni Ewropea investiet ħafna f'missjonijiet ta' border control u anke biex tissorvelja l-piraterija li kien hemm max-xtut tal-Horn of Africa li, sa ċertu punt, dan ta ċerti riżutlati.", "Bħala Maltin aħna ninsabu involuti, flimkien mad-Daniżi, fuq vapuri ħalli jagħmlu dan it-tip ta' kontroll.", "Din il-konferenza qed issir ħalli wieħed jitkellem fuq x'hemm bżonn isir bħala institution-building ħalli nagħtu ċertu appoġġ lis-Somalja.", "Se jkun hemm ukoll Pledging Conference, fejn aħna, mill-ftit li għandna, se noffru €50,000 kull sena għal tliet snin.", "Din hija a pittance komparata ma' pajjiżi oħrajn, imma għalina tfisser li għall-inqas se nkunu qegħdin nagħmlu l-kontribut tagħna.", "L-iskop huwa li, l-ewwel nett, wieħed iwassal il-messaġġ li Europe cares.", "It-tieni, għalina din għandha importanza kbira għax, meta nirrealizzaw li għandek is-Somalja, apparti l-Etjopja u l-Eritrea, li through is-Sudan u l-Eġittu jiġu mal-fruntiera tal-Libja, minn hemmhekk qed jaslulna terz tal-immigranti illegali kollha tagħna.", "F'dawn l-aħħar snin, terz tal-immigranti illegali li ġew pajjiżna kienu kollha Somali.", "Proprju għalhekk huwa importanti li aħna jkollna preżenza f'din il-konferenza.", "Jiddispjaċini ngħid li ħafna pajjiżi mhux se jibagħtu l-Ministri għall-Affarijiet Barranin, imma se jibagħtu lill-funzjonarji.", "Għalina aktar ma naraw il-pajjiż jissaħħaħ demokratikament, u inqas ma jkollok fatturi li jkeċċu lin-nies mill-pajjiż, aktar se mmorru tajjeb.", "Barra minn hekk, dan jorbot ħafna mal-missjoni li għandha l-Unjoni Ewropea fl-Afrika, anke ġewwa l-Libja, magħrufa bħala EUBAM, li hija l-EU Border Assistance Mission.", "L-Unjoni Ewropea għandha programmi biex tgħin ħalli jissaħħu l-fruntieri.", "Ma ninsewx li meta kien hawn President Van Rompuy hawn Malta, aħna rnexxielna nġibu d-Deputat Prim Ministru Libjan Bir Rahman malajr hawn Malta fejn tkellmu bejniethom u d-diskors kien jikkomprendi proprju l-għajnuna li qegħdin jistennew il-Libjani mingħand l-Ewropa ħalli jsaħħu l-fruntieri tagħhom.", "Aħna m'għandniex refuġjati irregolari Libjani, imma għandna dawk ir-refuġjati irregolari miċ-Chad, min-Niġer, mill- Mali, mill-Etjopja u l-aktar mis-Somalja li qegħdin jidħlu fil-Libja biex joħorġu min-naħa l-oħra.", "Il-Libjan m'għandu l-ebda interess li jagħlaq il-fruntiera tal-baħar għax jibqa' kollox f'pajjiżu.", "Għall-kuntrarju, huwa għandu interess li jsaħħaħ il-fruntieri tal-madwar, ħalli anqas immigranti jidħlu fil-pajjiż.", "Għalhekk, l-għajnuna tal-Ewropa hija importanti ħafna.", "Dan japplika wkoll għas-Somalja fejn illum il-ġurnata qed isir institution-building u democratisation, u qed ikollhom għajnuna finanzjarja ħalli jkunu jistgħu jħajru foreign direct investment u, fl-istess ħin, ikun hemm il-kontroll ħalli dawn l-immigranti ma jibqgħux sejrin kullimkien.", "Fir-rigward tal-piraterija, hemm żewġ programmi tal-Unjoni Ewropea u aħna jimpurtana ħafna kif se jiżvolġu l-affarijiet.", "Dan ma jfissirx li se mmorru għal din il-konferenza u se nsolvu l-problema.", "Illum fl-Afrika ta' Fuq għandek t-terroriżmu internazzjonali, speċjalment fejn għandek il-Muslim Brotherhood u l-estremisti bħal al-Nusra u Al-Qaeda, li qegħdin kullimkien.", "Sfortunatament, ngħid ukoll li hemm pajjiżi, anke pajjiżi tal-Golf, li għandhom interess li jissovvenzjonaw l-inkwiet fil-pajjiżi.", "Ma nistax nifhem ir-raġuni għal dan, imma nafu li din is-sitwazzjoni hija reali.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, qed nieħu pjaċir nisma' li l-Ministru se jmur għal din il-laqgħa tas-Somalja.", "GEORGE VELLA: Se mmur Brussell mhux is-Somalja.", "Importanti li ma nagħtux din l-impressjoni żbaljata.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, bħala Oppożizzjoni, nixtieq nagħmel aktar pressjoni fuq il-Gvern, għax aħna nafu li s-Somalja hija determinanti biex tnaqqas ħafna mill-immigration flows fejn qed ikun hemm sfruttament enormi minn organizzazzjonijiet kriminali.", "Ilna nsegwu din is-sitwazzjoni fejn għandek massa kbira ta' persuni Somali li jiġu Malta li jingħataw rikonoxximent ta' status ta' protezzjoni.", "Forsi jista' jagħti l-każ li l-pakkett li l-Gvern Matli se jagħmel ikun ftit aktar multidixxiplinarju, b'aktar ministeri involuti minflok ma jkun sempliċement ħlas ta' ammont ta' flus.", "Nafu d-diffikultajiet li jeżistu, imma li tagħti €50,000 bħala ġest simboliku mhuwiex biżżejjed meta nafu bl-ammont ta' persuni li qegħdin jiġu minn dak il-pajjiż lejn pajjiżna.", "Forsi hemm il-possibilità li wieħed jgħin aktar.", "Il-Gvern li hemm, b'xi mod jew ieħor, irnexxilu jagħmel xi forma ta' survival.", "Fatt determinanti kien meta, madwar sentejn ilu, ma baqax aktar Mogadishu u al Shabaab.", "Issa hemm diversi żoni fis-Somalja, anke fil-belt kapitali, fejn qed isir żvilupp bil-mod u għandek return ukoll ta' ħafna gradwati Somali mill-Amerika u minn pajjiżi oħrajn li qed jerġgħu jipprovaw iqabbdu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Għalhekk, bħala pajjiż irridu naraw jekk kemm-il darba huwiex aħjar li nagħmlu aktar pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea għal cash payments, għal aktar għajnuna, jew li jkun hemm approach mal-Organizzazzjoni Palestinjana li qed issir mill-Unjoni Ewropea.", "It-tieni nett, li pajjiżna jidħol jagħmel pressjoni aktar qawwija biex numru ta' persuni li ġejjin mis-Somalja lejn pajjiżna u li jew għadhom Malta, jew iċċaqilqu f'pajjiżi oħrajn, jaraw il-possibilità li jerġgħu jmorru lura f'pajjiżhom, għax hemm partijiet mill-pajjiż li huma stabbli.", "Forsi dan huwa argument li diġà ġie diskuss, imma jien inħajjar lill-Ministru jagħmel aktar enfasi dwar dan il-punt għax nafu bl-istabbilità tal-parti ta' fuq tas-Somalja.", "Proprju għalhekk irridu naraw jekk għandniex nagħmlu aktar interaction sabiex titkabbar is-sigurtà ta' dak il-post biex jaċċettaw li jiġu ritornati persuni li huma mis-Somalja tal-parti t'isfel u jgħinuhom biex ikabbru l-kummerċ u n-negozju tagħhom.", "It's a long shot, imma nixtieq nirrimarka lill-Ministru li għalina huwa ta' prijorità kbira li l-Gvern jagħti importanza għall-istabbilità fis-Somalja għax b'hekk taqta' ħafna mill-isfruttament li qed isir u mid-diversi persuni li jitilfu ħajjithom meta jitilgħu mid-deżert u jispiċċaw fil-baħar.", "GEORGE VELLA: Naqbel miegħek mija fil-mija, imma mhux daqshekk faċli tgħid lil individwu li għadu kif wasal hawnhekk biex jirritorna lura.", "Bħalma taf, hemm il-voluntary return u l-forced return.", "Forced return lejn pajjiż li għadu mhux sod demokratikament ma tistax issir, filwaqt li ħafna ma jaċċettawx voluntary return.", "Forsi wieħed jista' jgħid li Somalu ma jmurx is-Somalja, imma jmur Somaliland: imma, bħalma taf, dawn ġeneralment jappartjenu lil ċerti tribujiet u drawwiet differenti, u għalih Somaliland u s-Somalja huma differenti daqskemm għalija huma differenti Malta u l-Amerika, jiġifieri hemm dik il-mentalità li diffiċli tbiddilha.", "Il-bqija naqbel miegħek li nagħtu l-kontribut tagħna kull fejn nistgħu.", "Jien kont se nżid ukoll li, jekk hemm bżonn, inkunu nistgħu noffru scholarships, bħal mhuma fil-MEDAC jew f'postijiet oħrajn, biex ngħinuhom b'dak il-mod.", "Dan huwa proċess fejn wieħed qed jara x'jista' jsir.", "Għalhekk, aħna għandna dan l-interess li nipparteċipaw f'din il-Konferenza li, wara kollox, jisimha New Deal for Somalia, jiġifieri se naraw kif nistgħu nittrattaw din ir-realtà b'mod differenti.", "THE CHAIRMAN: Ministru, nirringrazzjak ħafna tal-ħin, tal-kummenti u tal-mod kif aġġornajtna dwar ċerti deċiżjonijiet li qed jieħu l-Ministeru.", "Napprezzaw ħafna li mhux biss tirrapporta dak li kollu li jkun sar, imma, bħal fil-każ tal-meeting li se jsir il-ġimgħa d-dieħla fi Brussell, tiddiskuti magħna qabel ma jsir il-meeting.", "Nipproponi li naġġornaw din il-laqgħa hawnhekk.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, il-Membri qed isibu diffikultà biex ikunu jistgħu jattendu għal dan il-Kumitat.", "Jekk nistgħu niftehmu ftit, forsi nkunu nistgħu nagħmluha aktar faċli għal kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Illum bilfors kellna nagħmlu l-laqgħa matul dan il-ħin minħabba l-preżenza tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ghana.", "Il-laqgħa li jmiss se tkun wara li l-Parlament jerġa' jiltaqa' wara l-ferja tas-sajf u tkun filgħaxija.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jista' jkun, il-laqgħa ssir fit-tard biex il-Membri tal-Kumitat ikunu jistgħu jattendu.", "THE CHAIRMAN: Jiddependi, għax dakinhar irridu niltaqgħu mal-Avukat Ġenerali.", "Żgur li dejjem se jkun hemm xi ħadd li jsib il-ħin tal-laqgħa ta' inkonvenjent.", "Nipprovaw invarjaw ftit, biex forsi nagħtu okkażjoni lil kulħadd jattendi.", "GEORGE VELLA: Sur President, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra għall-informazzjoni tal-Membri l-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-missjonijiet tal-Common Security and Defence Policy, ħalli nżommkom aġġornati għax inħoss li huwa importanti li wieħed ikun jaf fejn qegħdin il-missjonijiet tagħna barra mill-pajjiż, u kopja tal-Memorandum of Understanding bejn il-missjoni ta' difiża tan-Netherlands u ta' Malta rigward il-kontinġent li hemm fuq in-NAVFOR, u dak li kont qed nitkellem fuqu fis-Somalja.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, żewġ laqgħat ilu konna approvajna questionnaire dwar jekk kemm-il darba konniex iddiskutejna l-applikazzjonijiet ta' numru ta' pajjiżi biex isiru membri tal-Unjoni Ewropea, u minnhom kien irriżulta li konna se niddiskutu l-applikazzjoni tal-Montenegro.", "Forsi nistgħu naraw jekk huwiex ta' min itella' pajjiż ieħor mill-applikanti biex niddiskutu fil-laqgħa li jmiss jew f'ta' warajha.", "Qed ngħid dan ħalli, meta jiġi questionnaire ieħor, almenu nkunu nistgħu nwieġbu li ddiskutejna.", "THE CHAIRMAN: Dak kien questionnaire għax qed isir stħarriġ fost il-parlamenti nazzjonali dwar il-kumitati nazzjonali; fil-fatt dakinhar konna għedna li ddiskutejna l-applikazzjoni tat-Turkija.", "Minn dakinhar 'l hawn iddiskutejna tal-Montenegro, u nistgħu nieħdu s-suġġeriment tal-Onor.", "Mifsud Bonnici biex 'il quddiem niddiskutu l-applikazzjoni tas-Serbja jew tal-Albanija.", "Nirringrazzjakom u naġġornaw.", "Fit-3.47 pm, il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130707_007d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:47 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1 li saret fit-3 ta' Ġunju 2013, ġew konfermati.", "KUMMENTI/DOMANDI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR L-INTERVENTI LI SARU FL-AĦĦAR LAQGĦA", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Illum l-ewwel se nisimgħu xi kummenti u domandi mill-Membri tal-Kumitat dwar l-interventi li saru fl-aħħar laqgħa, u wara, il-membri tal-pubbliku li hawn preżenti jkollhom ċans jintervjenu fuq xi suġġetti oħra li huma għal qalbhom.", "Wara li nlestu dan l-item, il-Kumitat se jgħaddi sabiex jiddiskuti ċirkolari li ġiet riferita lilu u li tirrigwarda policies li għandhom x'jaqsmu ma' u li jirregolaw iċ-ċertifikati ta' żvilupp skond il-permess.", "Preżenti għal din il-laqgħa hawn xi uffiċjali tal-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) li forsi jkunu jistgħu jispjegawlna fid-dettall l-implikazzjonijiet ta' dawn il-policies u wara niddeċiedu dati u ħinijiet għal aktar laqgħat ħalli dan il-Kumitat ikun jista' jħejji rapport għall-Kamra biex jiġi mgħoddi lis-Segretarju Parlamentari rilevanti.", "Nitlob issa lill-Onor.", "George Pullicino sabiex jibda jgħaddi l-kummenti tiegħu dwar dak li ntqal l-aħħar darba.", "Nixtieq navża li s-Sur Paul Buttigieg, is-Sindku tal-Qala, talabna niskużawh għax ma setax jattendi għal din il-laqgħa.", "GEORGE PULLICINO: Grazzi.", "Xtaqt nibda billi nagħmel xi mistoqsijiet liċ-Chairman tal-MEPA.", "Perit Cassar, l-aħħar darba inti rriferejt għall-qasma tal-MEPA f'parti li għandha x'taqsam mal-ippjanar fiżiku u oħra li għandha x'taqsam mal-ħarsien tal-ambjent.", "Xtaqt nistaqsik xi studju komparattiv għamlet il-MEPA sal-lum fid-dawl tal-esperjenzi u r-relazzjonijiet oħrajn tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ħalli nkunu nistgħu nifhmu aħjar il-konklużjoni tiegħek, u ċioè li jkun aħjar li jkun hemm diviżjoni bejn is-sezzjoni li għandha x'taqsam mal-ippjanar fiżiku u s-sezzjoni l-oħra li għandha x'taqsam mal-ħarsien tal-ambjent.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR (Chairman, MEPA): Safejn naf jien ma sarx studju komparattiv.", "Li qegħdin nagħmlu bħalissa huwa li qegħdin naraw kif id-diviżjoni tista' ssir u x'inhu l-aħjar mod li bih iż-żewġ awtoritajiet jistgħu jaħdmu flimkien, fis-sens li filwaqt li hemm il-parti tal-ippjanar, hemm ukoll il-parti tal-ambjent li wieħed irid jagħti kasha meta jkun qiegħed jagħmel il-projections jew il-pjanijiet għal-land use u allura wieħed irid ikun konxju wkoll mill-aspetti ambjentali f'dak is-sens.", "GEORGE PULLICINO: Ġaladarba għadek kemm għedt li ma sarx studju komparattiv, tista' forsi tispjega allura kif wasalt għall-konklużjoni tiegħek li jagħmel sens li jkun hemm tali diviżjoni?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: L-idea hija li l-ambjent se jkun qiegħed jaħdem aħjar mar-riżorsi.", "GEORGE PULLICINO: Mhux dik kienet il-mistoqsija tiegħi.", "Il-mistoqsija tiegħi kienet sempliċi ħafna: Ġaladarba ma sarx studju komparattiv tas-sistemi tat-tipi ta' governance f'Malta mqabbel mal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea u oħrajn, kif wasalt għall-konklużjoni li jagħmel sens li jkun aħjar li ssir tali diviżjoni?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: L-ewwel nett mhux neċessarjament irridu nimxu ma' dak li qiegħed isir fl-Ewropa għax kull pajjiż għandu l-karatteristiċi tiegħu u kull pajjiż huwa fil-libertà li jiddeċiedi hu jekk iridx iżomm l-affarijiet flimkien.", "Jien għalija jagħmel sens li jkun hemm iżjed integration bejn l-ambjent u r-riżorsi u allura f'dak l-qafas jidhirli li ż-żewġ oqsma, jiġifieri r-riżorsi u l-ambjent, u l-planning, jistgħu jaħdmu flimkien.", "Fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat jien kont għedt li għandu jkun hemm forum fejn dawn il-partijiet kollha jkunu qegħdin jitkellmu flimkien, mhux neċessarjament li jkunu qegħdin f'awtorità waħda.", "Lanqas ma jien qed ngħid li r-riżorsi u l-ambjent bilfors iridu jkunu flimkien, imma jekk at the top ta' dan kollu jkun hemm forum fejn dawn l-affarijiet kollha jkunu jistgħu jiġu diskussi, allura jkun jagħmel sens.", "GEORGE PULLICINO: Naqbel miegħek li kull pajjiż għandu l-karatteristiċi tiegħu, il-qies tiegħu, u l-istorja tiegħu inkwantu tal-governance li kull pajjiż ikun għadda minnha; hemm min beda s-sistema formali tal-ippjanar fil-bidu tas-snin ħamsin, hemm min beda fil-bidu tas-snin sebgħin, u fil-każ ta' pajjiżna bdejna għall-bidu tas-snin disgħin.", "Ġaladarba jeżistu dawn il-karatteristiċi, ma tħossx li kien jagħmel sens li qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, il-MEPA nnifisha tagħmel studju komparattiv ma' pajjiżi oħrajn – mhux bilfors ikunu membri tal-Unjoni Ewropea imma jistgħu jkunu pajjiżi tad-dimensjoni tagħna li jkollhom karatteristiċi ta' island state bħalna – biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar liema hi l-aħjar triq?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Ovvjament hemm il-programm elettorali li tela' bih il-Gvern preżenti.", "Jien naħseb li lanqas meta ttieħdet id-deċiżjoni biex l-ambjent u l-ippjanar jiġu flimkien ma sar ebda studju komparattiv kif qed issemmi inti.", "Dak iż-żmien iż-żewġ oqsma kienu separati minn ma' xulxin, ittieħdet id-deċiżjoni biex dawn jiġu flimkien, u llum qed jinħass li jkun aħjar li kieku dawn it-tnejn jinfirdu biex il-parti tal-planning tkun tista' tikkonċentra iżjed fuq il-parti tal-land use u tal-planning, u l-parti tal-ambjent tkun tista' tikkonċentra iżjed ukoll fuq il-parti tal-ambjent.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li t-tnejn ikunu separati daqstant minn xulxin li ma jitkellmux ma' xulxin, anzi waħda mill-affarijiet li qegħdin naraw, hija kif wieħed jista' jżomm id-djalogu li kien inħoloq matul dawn l-aħħar snin biex b'hekk iż-żewġ awtoritajiet ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp li hemm bżonn.", "GEORGE PULLICINO: Jiġifieri inti qed tgħid li ma tafx bi studji komparattivi oħrajn li saru?", "GEORGE PULLICINO: Ejjew ninsew l-istudju komparattiv ma' pajjiżi oħrajn.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' administrative capacity, tista' tgħidli sal-lum x'għamlet il-MEPA biex tifhem aħjar għandhiex l-administrative capacity neċessarja li titlob li jkun hemm u li tkun tista' ssostni tali separazzjoni?", "Il-Bord tal-MEPA huwa konxju li meta jkollok tali separazzjoni taf tiġi f'sitwazzjoni – m'iniex qed ngħid li se tiġi, imma taf tiġi – li jew f'partijiet ma jkollokx il-capacity li għandek bżonn jew addirittura tista' tiġi wkoll f'sitwazzjoni fejn ikollok overlap ta' personnel amministrattiv li jkun qed jaqdi iktar minn rwol wieħed u li mbagħad ġaladarba jkun hemm is-separazzjoni jkollok bżonn ta' persuni li jkunu ddedikati għall-unit separat jew units separati ġaladarba jkun hemm tali diviżjoni?", "U allura xi studju sar min-naħa tal-MEPA biex wieħed jifhem din t-tip ta' diffikultà jew dawn it-tip ta' diffikultajiet li jista' jkun hemm fuq administrative capacity u d-dual role ta' capacity?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Kif għedtlek, id-diskussjonijiet qegħdin isiru u l-issues li semmejt inti qegħdin jiġu ndirizzati.", "L-administrative support huwa kwestjoni ta' finanzi, jiġifieri financial unit, u kwestjoni ta' human resources, eċċ… Jista' jkun li hemmhekk ikun hemm bżonn li jiżdiedu l-human resources peress li se jkun hemm qasma, imma din hija xi ħaġa naturali jiġifieri m'għandha tkun tal-ebda xkiel għas-separazzjoni li qed insemmi.", "Jista' jkun ukoll li l-MEPA jkollha over resources min-naħa tal-administrative u għalhekk tkun tista' tgħaddi wkoll xi nies lill-parti tal-ambjent, imma dan kollu għadu qed jiġi diskuss.", "GEORGE PULLICINO: Tista' tgħidli min kien involut f'tali proċess?", "U ġaladarba qed tgħid li huwa naturali li jkollok human resources neqsin, ġaladarba kien hemm id-deċiżjoni minn dan il-Gvern li jnaqqas id-development permit fee (DPF), l-introjtu tal-MEPA se jkun jista' jsostni dan li inti sejjaħtlu \"żidiet b'mod naturali ta' human resources\" li jkollok bżonn?", "U jekk ir-revenue tal-MEPA mhux se jkun suffiċjenti, kif taħseb li se tkun ibbilanċjata tali rikjesta finanzjarja li se jkun hemm?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Id-deficit tal-MEPA, li llum huwa ta' madwar €22 miljun, beda jiżdied mis-sena 2007 'l quddiem, jiġfieri sal-2007 l-MEPA kienet qiegħda tibbilanċja bejn wieħed u ieħor il-finanzi tagħha.", "Meta imbagħad ġie l-ambjent magħha, u ma kien hemm l-ebda riżorsi finanzjarji li kienu ġejjin min-naħa tal-Gvern, id-deficit beda jispara 'l fuq sena wara l-oħra.", "Wara li ssir l-isplit u allura n-nies li hemm fl-environment imorru għalihom, il-Gvern irid jara minn fejn se jġib dawk il-fondi jew inkella jżid il-fees li hemm marbutin mal-kwestjoni ta' permessi tal-environment, li fl-opinjoni tiegħi huma baxxi, u allura d-deficit tal-MEPA jerġa' jibda jonqos u jista' jagħti l-kas li terġa' tiġi self-sufficient.", "Ma jfissirx li għax tnaqqas il-fees tal-permessi, id-dħul se jonqos.", "Fil-fatt, minn Marzu 'l hawn rajna li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-permessi żdied, u dan jista' jagħmel tajjeb għal dak in-nuqqas.", "GEORGE PULLICINO: Hija interessanti n-nota tiegħek li ż-żieda fin-nefqa tal-MEPA saret meta l-EPD ġiet integrata, għalkemm irrid infakkrek li l-EPD ġiet integrata qabel l-2007.", "Naqblu li l-ispiża prinċipali tal-MEPA żdiedet, mhux in kwantu ta' personnel fit-taqsima li għandha x'taqsam mal-ippjanar fiżiku, imma żdiedet minħabba x-shouldering ta' responsabilitajiet ambjentali ġodda li dan il-pajjiż kellu bilfors jerfa' ġaladarba sar membru tal-Unjoni Ewropea bir-reporting kollu meħtieġ, eċċ, eċċ. Jiġifieri qiegħed nifhem sew li inti għedt li fl-opinjoni tiegħek tali spiża, ġaladarba jseħħ dak li qed jingħad u ssir separazzjoni, ir-revenue għal dik il-parti tal-ambjent inti taraha bħala waħda mis-soluzzjonijiet li jiżdiedu ħlasijiet għall-permessi ambjentali?", "U l-aħħar mistoqsija li għandi hija marbuta ma' dak li għadek kemm għedt meta rriferejt għad-dħul tal-MEPA fl-aħħar xahrejn.", "Tista' tgħidli, mhux f'termini ta' numru ta' applikazzjonijiet imma f'termini ta' revenue, x'inhi d-differenza komparattiva bejn Marzu u l-aħħar ta' Ġunju 2013 meta kkomparat mal-istess xhur tas-sena ta' qabel?", "Jien ftit jinteressani kemm żdiedu l-applikazzjonijiet għax at the end of the day trid tibbilanċja dak li qiegħed tmexxi, inkella trid iddur fuq il-Ministeru għall-Finanzi ħalli minn flus in-nies li jħallsu t-taxxa tagħmel subvention akbar minn dak li kien qed jingħata sal-lum.", "MADAM CHAIR: Wara r-risposta tal-Perit Cassar, se nsejjaħ lill-Onor.", "Buhagiar biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Figuri ta' ammont ta' flus m'għandix, li naf hu li n-numru ta' applikazzjonijiet żdiedu.", "Jista' jkun li, kif qed tgħid int, ma jfissirx li għax jiżdied in-numru ta' applikazzjonijiet, jiżdied ir-revenue għax hemm ħafna fatturi oħra.", "Irrid ngħid li minn mindu daħal l-iscreening kien hemm ħafna applikazzjonijiet li għaddew minn dan il-proċess imma n-nies ħassew li ma kellhomx jagħmlu a full development application minħabba li l-fees kienu għoljin.", "Dan ifisser li minn mindu daħlet r-riforma, jiġifieri mill-2007, in-numru ta' applikazzjonijiet naqas u dan effettwa r-revenue tal-MEPA.", "GEORGE PULLICINO: Nispera li inti konxju li ż-żieda fil-fees tad-DPF ma saritx fl-2007.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Li qed ngħid jien huwa li minn wara l-2007 daħlet il-kwestjoni tal-iscreening u bħala perit kont trid tħallas biss dawk il-€50 biex tagħmel l-applikazzjoni tiegħek għall-iscreening.", "Wara li l-applikant ikun ħa l-iscreening letter, seta' joqgħod jaħsibha u jara jekk iridx jitfa' a full development application u joqgħod jikkunsidra wkoll il-finanzjament tiegħu.", "Qabel l-2007 ma kien hemm l-ebda screening, kont trid titfa' l-applikazzjoni u tħallas il-full development fee, mentri wara l-2007 ħafna mill-applikazzjonijiet li kien hemm għall-iscreening ma mxewx għall-full development permit.", "Jista' jkun li dawk in-nies li kellhom l-iscreening letter...", "GEORGE PULLICINO: Naħseb li dik kienet tajba għall-applikant.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Kienet tajba għall-applikant imma żgur li ma kenitx tajba għall-MEPA għax ir-revenue tal-MEPA naqas.", "Li qed ngħidlek jiena huwa li jista' jkun li hemm nies li kellhom f'idejhom l-iscreening letter u ma sarrfuhiex f'full development application u issa qegħdin issarfuha into a full development application ladarba l-fees naqsu.", "Dawn huma kollha fatturi li wieħed irid jeħodhom into consideration meta jkun qiegħed janalizza kif tkun qiegħda tiżvolġi s-sitwazzjoni.", "Jien ngħid li meta fl-2007 għolew il-fees, il-bażi tar-raġunament li kien hemm dak iż-żmien fuq kif il-fees għandhom jogħlew, kien wieħed daqsxejn żbaljat, fis-sens li ħadd ma ħa into consideration li ladarba tgħolli l-fees jista' jkun li jkollok a drop fin-numru tal-applikazzjonijiet.", "Id-deċiżjoni jidher li kienet ittieħdet li n-numru ta' applikazzjonijiet se jibqa' kif kien u allura tista' tagħmel l-equation u tgħid li trid \"daqshekk\" revenue, tagħmel division by \"daqstant\" u tibqa' l-istess, mentri fil-fatt ġara bil-kontra u d-deficit beda jeskala u tela' għal dak li huwa llum.", "MADAM CHAIR: Nitlob lill-Onor.", "Buhagiar sabiex jagħmel l-intervent tiegħu.", "Onor. Pullicino, naħseb li tajnik ħafna ħin u issa wasal iż-żmien li sħabna jagħmlu l-intervent tagħhom ukoll.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, ma rrispondiex għall-mistoqsija dwar dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas fuq environmental permitting.", "Perit Cassar, għandek xi ideat?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Fl-opinjoni tiegħi, il-ħlas fuq environmental permitting huwa baxx.", "Issa jekk il-Gvern jaqbilx miegħu jew le, hija ħaġa oħra.", "Hemm permessi li għalihom tħallas biss €5.", "Fejn tisma' llum li għal permess tħallas €5?!", "Jiġifieri wieħed irid jagħmel eżerċizzju u jara dawn il-permessi kemm qegħdin jiswew issa in human resources u wkoll fl-amministrazzjoni tal-parti ambjentali.", "Trid issir ukoll id-domanda jekk għadux jagħmel sens li nżommu dawk il-fees kif inhuma jew inkella irridux ngħolluhom, jew inkella mmorru għand il-Gvern u nitolbuh li għall-ambjent jagħmel subvention ta' \"tant\" eluf jew miljuni ta' ewro.", "Dawn l-affarijiet wieħed għad irid jiżinhom sew.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Xtaqt ngħaddi xi kummenti fuq id-diskussjoni kif żviluppat s'issa.", "L-ewwel nett nirriferi għal dak li qal l-Onor.", "Pullicino fejn qal li l-ippjanar f'dan il-pajjiż beda fid-disgħinijiet.", "Ma naħsibx li x-xemx telgħet fid-disgħinijiet għall-ippjanar, bħalma ma telgħetx għal affarijiet oħra; l-ippjanar kien ilu jsir ħafna minn qabel dawk iż-żmenijiet.", "Jien ili 34 sena perit prattikanti u naf x'sistemi konna nużaw fil-passat, għaddejna mill-Planning Area Permits Board (PAPB) meta kellna l-building schemes, imbagħad wara kellna l-Building Development Areas (BDA), imbagħad il-Planning Authority (PA), imbagħad il-MEPA.", "Jiġifieri kien hemm proċess sħiħ ta' żvilupp tas-sistema tal-ippjanar f'dan il-pajjiż.", "L-argument jekk l-ippjanar u l-ambjent għandhomx ikunu flimkien jew inkella jinfirdux… Meta saret il-Planning Authority l-ambjent kien dipartiment żgħir fi ħdan ministeru ieħor, imbagħad kienet ittieħdet deċiżjoni politika li l-ambjent jiddaħħal parti mill-Awtorità tal-Ippjanar, u ġiet il-MEPA.", "Però fir-realtà nafu li minkejja li għandna Direttorat tal-Ambjent fi ħdan il-MEPA kollox xorta waħda baqa' naqra ta' Cinderella.", "U dan rajnih anke bil-permessi għall-iżvilupp li nħarġu li bl-ebda mod ma jirrispekkjaw l-aspett ambjentali.", "U meta rajna illi awtorità waħda li tħaddan fiha kemm l-ambjent u l-ippjanar, ma ħadimx, il-pass li kien imiss kien li naraw x'se nagħmlu.", "U d-deċiżjoni politika kienet li hemm bżonn li l-ambjent jingħata l-istess weight daqs l-ippjanar billi jkun awtorità huwa wkoll; ikun hemm awtorità waħda għall-ippjanar u awtorità oħra għall-ambjent.", "Irrid infakkar ukoll li kienu ttieħdu diversi miżuri oħrajn biex l-ambjent jingħata s-saħħa, anke bil-mod kif ġew maħtura rappreżentanti ambjentali fuq il-bord tal-MEPA.", "Jiġifieri hemm diversi miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-aspett ambjentali b'deċiżjonijiet tal-ippjanar, u naħseb li d-deċiżjoni li l-ippjanar u l-ambjent jinfatmu minn xulxin u jkunu awtoritajiet it-tnejn b'saħħithom naħseb twassal biex l-ambjent forsi għall-ewwel darba fil-pajjiż jingħata verament is-saħħa li jixraqlu f'deċiżjonijiet li jittieħdu fuq l-ippjanar tal-iżvilupp.", "Rigward il-kwestjoni tal-fees naqbel mal-Perit Cassar.", "Naħseb li meta l-Gvern preċedenti rriveda l-fees, għamel dan bil-calculator; ra l-ammont ta' applications li kienu qed jidħlu dak iż-żmien, ra x'ried idaħħal minn dawn l-applications, ħadem b'lura u ffissa t-tariffi l-ġodda.", "Żgur li hekk inħadmu.", "Kif nafu, din ma ħadmitx, għall-fatt li ħafna min-nies bdew jaqtgħu qalbhom mill-fees.", "Jien nista' nitkellem mill-esperjenzi tiegħi personali fejn kelli klijent li rċieva kont ta' €210,000 biex idaħħal applikazzjoni.", "Jiġifieri t-tariffi kienu counter productive; ngħidu x'ngħidu din hija r-realtà.", "L-agħar ħaġa li kien hemm fil-fees qabel kienet li ma kenux capped, jiġifieri jekk inti tapplika u jkollok fee ta' €1 miljun trid tħallas €1 miljun, mentri qabel ma kienu riveduti t-tariffi, dawk il-fees kienu capped u issa reġgħu ġew capped meta reġgħu saru t-tariffi l-ġodda.", "Il-kwestjoni ta' jekk mill-fees riveduti, l-ippjanar u l-ambjent humiex se jkollhom biżżejjed fees biex jiġġeneraw lilhom b'mod sostenibbli, jien ngħid li l-ambjent huwa xi ħaġa li jeffettwa mhux biss lil min japplika għall-permessi imma jeffettwa lil kulħadd u ma nara xejn ħażin li l-Gvern jagħti subvention lill-awtorità tal-ambjent li trid titwaqqaf.", "Fl-aħħar mill-aħħar ma narax għalfejn l-iżviluppaturi biss għandhom iħallsu sabiex jitwettqu diversi funzjonijiet li jwettaq id-Direttorat tal-Ambjent.", "Jiġifieri dwar minn fejn se jiġu l-flus jekk nifirdu ż-żewġ oqsma minn xulxin, naħseb li rrisponda tajjeb ħafna l-Perit Cassar meta qal li l-Gvern irid jara issa kif se jiffinanzja l-ambjent.", "Probabbilment meta jinfirdu minn ma' xulxin jista' jagħti l-kas li l-fees li jiddaħħlu mill-applikazzjonijiet ikunu suffiċjenti biex iħallsu l-ispejjeż li jkollha l-awtoritá għall-ipjannar u l-iżvilupp sostenibbli.", "Naħseb li d-deċiżjoni li l-ippjanar jinfired mill-ambjent biex imbagħad l-ambjent jifforma awtorità għalih, hija deċiżjoni kuraġġuża u naħseb li twassal ukoll sabiex ikollna ħafna iktar attenzjoni fuq l-issues ambjentali meta jittieħdu deċiżjonijiet tal-ippjanar.", "Din hija importanti ħafna u li fil-passat ma saritx.", "Jekk wieħed iħares biss lejn il-mod kif saru, pereżempju, il-local plans matul id-darba li għaddiet fejn ġew riveduti l-local plans, wieħed isib li r-reviżjoni tal-local plans prattikament kienet tfisser biss x'artijiet ġodda se ninkludu fl-iskemi, rationalisation tal-boundaries.", "Jekk wieħed iħares lejn kif saret ir-rationalisation tal-boundaries isib li dak li sar kien li ddaħħlu artijiet ġodda għall-iżvilupp, u fl-ebda waħda mill-artijiet li ddaħħlu fl-iżvilupp m'hemm, pereżempju, pjazza għall-komunità.", "Iddaħħalu artijiet kemm trid imma ma ħsibniex biżżejjed kif nistgħu ndaħħlu ċerti faċilitajiet komunitarji li tgawdi minnhom il-komunità kollha; kulma daħħalna biss artijiet li huma żviluppabbli.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, safejn naf jien qegħdin fis-sezzjoni ta' mistoqsijiet...", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, naħseb li inti ħadt il-ħin tiegħek; tajjeb li issa jkolli ċans ngħid żewġ kelmiet jiena u l-Onor.", "Charlò Bonnici ħalli neżawrixxu l-aġenda kollha.", "Ma tgħidx li ma tajtekx ħin biex titkellem għax kellek ħafna ħin!", "Għamel l-intervent tiegħek fil-qosor, ħalli nkunu nistgħu nkomplu bil-laqgħa.", "GEORGE PULLICINO: Fil-pjani ta' razzjonalizzazzjoni li ġew diskussi ġo dan il-Parlament, li l-Onor.", "Buhagiar suppost li jaf x'inhuma, hemm imniżżel ċar u tond li jrid ikun hemm public open space kull fejn hemm aktar minn ħamest itmiem ta' żidiet.", "Ma rridx nibda polemika għax kieku ngħidlek li kieku smajna minnek u minn sħabek fuq l-ammont ta' artijiet li tlabt li jiżdiedu f'dak il-proċess u b'dawk ukoll li tlabt li joħorġu 'l barra konna nispiċċaw inżidu iktar artijiet milli fil-fatt għamilna.", "Irrid infakkrek ukoll li inti u sħabek...", "GEORGE PULLICINO: ...ġejtu miżmuma milli titkellmu fuq pjanta għal dak li għandu x'jaqsam ma' emendi fil-pjanti, sempliċement għax inti u min kellek miegħek kontu qegħdin titolbu aktar żidiet milli tnaqqis f'dawk il-pjanti.", "Mela ejjew ngħidu l-fatti.", "CHARLES BUHAGIAR: Forsi għandek memorja qasira għax il-fatti ma kenux eżatt hekk.", "Il-kritika li kienet qed issir dakinhar kienet li l-kriterji li ntużaw tant kienu miftuħa li prattikament stajt tinkludi Malta kollha, u aħna bdejna nistaqsu għalfejn \"din\" u mhux \"din\".", "Il-Gvern dakinhar, għal raġunijiet tiegħu, għażel \"din\" l-art minflok dik l-\"art\", imma t-tnejn kienu jikkwalifikaw skond il-kriterji li għażiltu biex tagħmlu rationalisation.", "Jiġifieri l-argument ma kienx li nżidu l-artijiet, imma l-kriterji li ntużaw fil-rationalisation ta' dakinhar kienu tant wesgħin li prattikament stajt tinkludi kollox.", "Nittama li din id-darba – u jien konvint li hekk se jsir – meta jsiru l-local plans il-ġodda nevitaw dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jien fil-fatt ridt inqajjem dan l-argument aktar 'il quddiem; nixtieq li l-Kumitat ikollu ċans jiddiskuti wkoll ir-revision tal-local plans.", "MADAM CHAIR: We make it a point li nagħmlu dan.", "L-Onor.", "CHARLÒ BONNICI: Aktar xtaqt nagħmel punt ta' kjarifika.", "Meta l-Perit Cassar kien qed iwieġeb lill-Onor.", "Pullicino dwar il-proċess tad-diviżjoni bejn l-ippjanar u l-ambjent fil-MEPA, ma deherlix li wieġeb dwar min kien involut s'issa fid-diskussjonijiet li qegħdin isiru dwar din il-qasma.", "Forsi jista' jelabora ftit.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Id-diskussjonijiet qegħdin isiru fuq ministerial level, jiġifieri jkun hemm l-Onor.", "Leo Brincat min-naħa politika, u min-naħa tal-MEPA jkun hemm jien u ċ-Chief Executive Officer (CEO), u jkun hemm ukoll iċ-Chief of Staff taż-żewġ Ministeri.", "Imbagħad għamilna sub committee li huwa rappreżentat miż-żewġ naħat biex jaraw ukoll affarijiet bħal kif se tinqasam il-parti amministrattiva, x'hemm bżonn fuq kull naħa, eċċ.", "CHARLÒ BONNICI: Però hemm il-ħsieb li jiġi nvolut ħaddieħor fil-proċess?", "Hemm il-ħsieb li ssir White Paper iktar tard?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Le, ma jidhirlix, s'issa ma tkellimniex f'dak is-sens.", "Hija xi ħaġa purament amministrattiva għalina li qed taqsam awtorità f'żewġ awtoritajiet separati u allura wieħed irid jara...", "CHARLÒ BONNICI: Jiġifieri s'issa tikkonferma li diskussjonijiet interni biss kien hemm.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Iva, però hemm ir-rappreżentanza ta' kulħadd, fis-sens li min-naħa tagħna hemm jien u hemm is-CEO...", "CHARLÒ BONNICI: Imma stakeholders oħrajn bħal NGOs...", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Le, ma jidhirlix li għandu għalfejn ikun hemm NGOs.", "CHARLÒ BONNICI: Forsi fi stadju iktar tard.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Lanqas fi stadju iżjed 'il quddiem ma jidhirli li hemm għalfejn ikun hemm NGOs involuti fil-proċess.", "(Interruzzjonijiet) Mhijiex kwestjoni ta' tajjeb, fis-sens li jekk m'inti se tnaqqas xejn… Illum teżisti struttura u issa qed naraw li dik l-istruttura tinqasam f'żewġ awtoritajiet separati.", "Sakemm m'intix qed toħloq xi ħaġa totalment differenti u qed tnaqqas ir-remit ta' waħda jew l-oħra, ma jidhirlix li hemm għalfejn ikun hemm NGOs involuti fil-proċess.", "MADAM CHAIR: Onor. Bonnici, għandek aktar mistoqsijiet?", "MADAM CHAIR: Biex nikkonkludu din il-parti tal-laqgħa tal-lejla, xtaqt nagħmel l-aħħar intervent jiena.", "Infakkar lil dawk preżenti li dan il-Gvern għandu mandat elettorali b'maġġoranza assoluta li jagħmel dak li diġà qed isir fir-rigward ta' kif topera l-MEPA.", "U biex il-Gvern Laburista wasal għal dik id-deċiżjoni, kien hemm diversi working groups u kien hemm ukoll pariri ta' kull NGO li xtaqet tagħti l-kontribut tagħha.", "Wasalna għal din il-konklużjoni għax il-MEPA, li issa ilha teżisti ormai 20 sena, għalkemm kellha t-tajjeb tagħha, jekk inħarsu daqsxejn madwarna naraw li kien hemm ukoll problemi kbar.", "Il-fatt li wara r-riforma tal-2007 id-deficit tal-MEPA tela' għal €22 miljun u tara x'kien ir-riżultat fuq l-industrija, mhux biss tal-kostruzzjoni imma anke tar-restawr… Għandek MEPA iktar midjuna u r-riżultat fil-pajjiż huwa negattiv.", "Kieku tgħid investejna u għandna riżultat iktar pożittiv, fis-sens li sar aktar restawr, aktar tisbiħ u aktar pjazez fejn konna ppjanajna li se jsir żvilupp… Jien nistieden lill-Ministru jmur sal-Qajjenza jew sa Buġibba ħalli jara fejn huma dawn il-pjazez li n-nies tant għandhom bżonn.", "Jiena naħseb li aktar milli noqogħdu niffukaw fuq is-separazzjoni…", "GEORGE PULLICINO: Dan sar minħabba r-rationalisation plan, jew b'deċiżjoni tal-ex Ministru Lorry Sant?", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, meta kont qed titkellem inti ħallejtek fil-libertà tiegħek, issa ħu paċenzja ħalli lili nitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Dak inti tkun qed titkellem fiction; tant drajt titkellem fiction li lanqas tinduna li qed titkellem fiction, imma ħaddieħor jinduna.", "(Interruzzjonijiet) Il-Qajjenza għadha qed tiżviluppa sal-ġurnata mqaddsa tal-lum, imma ejjew ma niddevjawx mill-punt.", "Meta tħares lejn ir-riżultati negattivi flimkien ma' riżultati oħrajn li kienu pożittivi tara li kien jitlob li ssir xi ħaġa fir-rigward tal-MEPA, u dak li l-working groups ta' qabel raw li kellu bżonn isir, qed jiġi implimentat in good time.", "U llum u fil-laqgħa li għaddiet stedinna lill-NGOs kollha – u se nibqgħu nistednuhom għal-laqgħat kollha – biex ikunu jistgħu l-kontribut tagħhom.", "Din kienet xi ħaġa unheard of.", "Jiġifieri nista' inserraħ moħħ l-Onor.", "Membri u moħħ kull min hawn preżenti li l-miżuri li qed jittieħdu biex il-MEPA tkun tista' tiffunzjona aħjar… Kulħadd qed isemmi l-kelma \"separazzjoni\".", "Jien ma narax separazzjoni, imma nara focus iktar fuq l-individual counterparts tal-MEPA li huma l-ambjent u l-ippjanar biex iż-żewġ partijiet jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom aħjar flimkien.", "Ma nara l-ebda separazzjoni, nara koordinament aħjar u aktar effiċjenza li jekk Alla jrid nibdew naraw u ngawdu l-frott tagħha mill-aktar fis possibbli.", "Nirringrazzja lill-Perit Cassar tal-informazzjoni siewja li tana u ngħaddi għall-item li jmiss fuq l-aġenda.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ID-DIREZZJONI TAL-POLITIKA TAL-GVERN FEJN JIRRIGWARDA L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP U L-INVOLVIMENT TAL-ISTAKEHOLDERS KOLLHA F'DIN IL-MIXJA – INTERVENTI MILL-PERSUNI MISTIEDNA GĦAL-LAQGĦA U DOMANDI/KUMMENTI DWARHOM MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, l-aħħar darba kien hawn seba' kelliema.", "MADAM CHAIR: Hekk hu, imma llum mhumiex qegħdin hawnhekk.", "GEORGE PULLICINO: Naħseb li kelli raġun l-aħħar darba ninsisti li, kif inhi n-norma f'kull Kumitat tal-Kamra, il-mistoqsijiet u l-kummenti jsiru...", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, biex ma jiġrix bħalma ġara l-aħħar darba fejn ħadtilna laqgħa sħiħa u ma ħallejt lil ħadd jgħid kelma, jiena spjegajtlek…", "GEORGE PULLICINO: Imma għandi dritt nitkellem!", "THE CHAIR: Ħadd ma qallek li m'għandekx dritt titkellem.", "GEORGE PULLICINO: Huwa evidenti li n-nies li ġew jindirizzaw lill-Kumitat l-aħħar darba u li reġgħu ġew mistiedna llum, mhumiex preżenti.", "Jien nitlob li dawk li għamlu intervent fl-aħħar laqgħa jkunu preżenti...", "MADAM CHAIR: Iġġibhom bilfors?", "GEORGE PULLICINO: Ta' bilfors kienu żmenijiet oħrajn!", "MADAM CHAIR: Kienu mistiedna, imma llum ma ġewx.", "GEORGE PULLICINO: Nitolbok tiġbed l-attenzjoni lill-persuni li ġew fil-laqgħa preċedenti li jien għandi xi mistoqsijiet li xtaqt nagħmlilhom.", "MADAM CHAIR: L-aħjar ħaġa li tagħmel hi li tara lil min trid tagħmel id-domandi u nistednuhom biex ikunu preżenti.", "GEORGE PULLICINO: Għandi domandi għal kull kelliem li kien hawn.", "MADAM CHAIR: Aħna nistednuhom u nieħdu s-suġġeriment tiegħek li jista' ikun kostruttiv.", "Jidher li hawn preżenti is-Sur Baldacchino li kien wieħed mill-persuni li għamel intervent fl-aħħar laqgħa.", "Għandek domandi għalih, Onor. Pullicino?", "MADAM CHAIR: Mela nistieden lis-Sur Baldacchino jingħaqad magħna madwar il-Mejda.", "Nitlobkom iżżommu fil-qosor ħalli jekk jista' jkun neżawrixxu l-aġenda li għandna llum.", "Is-Sur Alfred E. Baldacchino, ħa postu madwar il-Mejda.", "GEORGE PULLICINO: Sur Baldacchino, fl-intervent tiegħek fil-laqgħa preċedenti kont għamilt l-argument li r-responsabilità ta' żvilupp sostenibbli hija responsabilità ambjentali li jġorrha kulħadd, inkluż is-soċjetà ċivili.", "Tista', jekk jogħġbok, telabora iktar fuq kif is-soċjetà ċivili ġġorr dik ir-responsabilità għal żvilupp sostenibbli?", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Onorevoli, nixtieq nirringrazzjak għal din il-mistoqsija għax bir-risposta tiegħi xtaqt nibni fuq dawk il-mistoqsijiet li saru qabel.", "U nibda billi nispjega li din li qed tissejjaħ il-firda tal-ambjent mill-ippjanar, mhi firda xejn, sempliċement wieħed qiegħed jagħti – kif jiena nifhem, inħoss u naqbel – iktar attenzjoni lill-awtorità kompetenti fuq l-ambjent biex hi tkun tista' tidħol iktar fid-dettall u tmexxi kif kienet tagħmel qabel meta kien dipartiment.", "Biss hawnhekk nixtieq inżid ngħid – u niġi għall-mistoqsija tiegħek – li l-fatt li l-ambjent qed jingħad li se jmur f'awtorità separata minn kif qiegħed issa, ma jfissirx li r-responsabilità tal-ambjent taqa' fuq dik l-entità waħedha u fuq il-ministru li fil-portfolio tiegħu għandu din l-awtorità.", "Kif naħseb taf tajjeb inti mill-esperjenza tiegħek, ir-responsabilità tal-ambjent ma tieqafx fuq dik l-entità li tkun responsabbli minnha, imma kif spjegajt jien l-aħħar darba u kif għamilt tajjeb inti li rriferejt għall-kummenti tiegħi, ir-responsabilità tal-ambjent hija mifruxa mhux fuq il-ministru responsabbli mill-ambjent biss, imma hija mifruxa anke fuq il-ministru responsabbli mill-ippjanar.", "Ir-responsabilitajiet ambjentali huma responsabilitajiet nazzjonali, li kif spjegajt tajjeb int, ħafna minnhom jirriżultaw minn obbligi li l-pajjiż għandu wara li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea u l-obbligi mhumiex qegħdin fuq il-Ministru għall-Ambjent biss, imma qegħdin fuq il-pajjiż u l-ministeru, id-dipartiment u l-entitajiet uffiċjali pubbliċi kollha tal-pajjiż ukoll iridu jimxu ma' dawk l-obbligi.", "Jiġifieri r-responsabilità ambjentali mhijiex qiegħda tgħajjat biss lill-ministru jew inkella lill-entitajiet li jaqgħu taħtu fuq l-ambjent, imma qiegħda mifruxa fuq ministeri oħrajn u l-entitajiet li jaqgħu taħthom.", "L-aħħar darba għedt li l-Ministru għall-Edukazzjoni, il-Ministru għall-Finanzi, il-Ministru għas-Saħħa u l-Ministri l-oħra kollha wkoll għandhom responsabilità ambjentali.", "Jien ma naħsibx li min-naħa tiegħek hemm oġġezzjoni fejn qed ngħidu li r-responsabilità tinqasam fuq il-ministri kollha, imma ovvjament ikun hemm il-ministeru li huwa l-awtorità kompetenti.", "Fil-mistoqsija tiegħek, jekk fhimtek sew, int mort oltre minn hekk għax għedt is-soċjetà kollha.", "Jien ngħid li l-għaqdiet non-governattivi kollha għandhom responsabilità, mhux biss dawk li għandhom għanijiet ambjentali, imma anke dawk li m'għandhomx għanijiet ambjentali, għax l-attività tagħhom tista', mhux bilfors, ikollha impatt negattiv fuq l-ambjent.", "U l-ambjent huwa wiesa'; għandek l-ambjent soċjali u ambjent iktar ekonomiku.", "Pereżempju, għaliex l-entitajiet kummerċjali ma jġorrux ir-responsabilità ambjentali?", "Għaliex m'għandhomx ikunu konxji tal-obbligi li għandu l-pajjiż fil-qasam tal-ambjent, il-biodiversità – biex nużaw il-kelma li qed tintuża lllum – imma jinjorawh?", "Għaliex, pereżempju, għandek ministeru jew entità f'ministeru li tinjora l-obbligi ambjentali kollha li l-pajjiż għandu u jkollu jidħol il-ministru li huwa responsabbli mill-ambjent biex jirranġa s-sitwazzjoni?", "Għaliex il-Knisja, bħala entità soċjali, m'għandhiex tkun konxja mir-responsabilitajiet li għandu l-pajjiż f'dan il-qasam?", "U hawnhekk niġi għall-mistoqsija li għamilt inti lill-Perit Cassar.", "L-ambjent mhuwiex qasam li wieħed jaqla' l-flus minnu bħala entità, l-istess bħalma mhumiex l-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa.", "M'għandniex inqabblu l-awtorità tal-ambjent mal-awtorità tal-ippjanar u npoġġu prezz fuq l-applikazzjonijiet biex permezz tal-introjtu tagħhom tkun tista' tiġi amministrata dik l-entità.", "GEORGE PULLICINO: Dan il-punt indirizzah lill-Perit Cassar għax mhux jien għamiltu dan l-argument.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jien qed nirriferi għall-mistoqsija li għamilt inti, m'iniex qed ngħid li l-kumment għamiltu inti; skużani jekk b'xi mod tajt ad intendere li għamilt il-kumment inti.", "Issemmew il-flus li ddaħħal il-MEPA u li għandha deficit.", "Meta qed nitkellmu fuq awtorità tal-ambjent qisna qed nitkellmu fuq il-Pulizija.", "Mela l-Pulizija jdaħħlu l-flus biex jaraw li tiġi osservata l-liġi?", "Il-Ministeri għas-Saħħa u l-Edukazzjoni jdaħħlu l-flus biex jaraw li josservaw l-obbligi tas-saħħa u tal-edukazzjoni tal-pajjiż?", "U l-ambjent l-istess ħaġa; huwa servizz soċjali li l-poplu – u għalhekk l-aħħar darba enfasizzajt dwar l-entitajiet soċjali kollha – irid jikkontribwixxi għax meta l-ambjent jitmexxa b'mod professjonali u sostenibbli jkun ta' ġid għal kulħadd.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Jekk l-Onor.", "Pullicino jaħseb li rrispondejtu fil-mistoqsija tiegħu…", "GEORGE PULLICINO: Fuq l-ewwel mistoqsija, iva, imma għandi tliet mistoqsijiet oħra li xtaqt nagħmillek.", "Naqbel miegħek fuq l-argument tas-soċjetajiet kummerċjali u ma' dan jorbot il-prinċipju tal-polluter pays.", "Fl-opinjoni tiegħek, f'pajjiżna kif għandu jitħaddem aħjar dan il-prinċipju?", "Xtaqt nistaqsik ukoll kif taħseb li jista' jitħaddem dan il-prinċipju fejn għandek consumables li huma fi problema jew hemm periklu għalihom.", "Mistoqsija oħra li xtaqt nagħmillek hija fuq dak li għedt, ċioè li l-ambjent tippreferi li jkun separat.", "Ma nafx jekk intix konxju li meta dan il-Parlament fl-2002/2003 kien qed jiddiskuti t-twaqqif ta' awtorità għall-ambjent, il-partit li kien fl-oppożizzjoni kien stqarr, kelliemi wara l-ieħor, li m'għandux ikun hemm awtorità oħra, imma għandu jkun hemm integrazzjoni biex ma jkunx hemm jobs for the boys.", "Jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex niddiskuti jekk id-diviżjoni għandhiex issir jew le.", "L-iktar ħaġa li tolqotni hi kif tittieħed deċiżjoni mingħajr ma jkun hemm studju komparattiv, għax ġaladarba aħna ma ngħixux waħedna imma…", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, għandek xi mistoqsijiet oħrajn x'tagħmel?", "L-aħħar darba s-Sur Baldacchino qal li f'kull deċiżjoni għandu jkun hemm konsiderazzjonijiet ambjentali u għandu jkun hemm ukoll l-aspett soċjali daqs dawk ekonomiċi.", "Meta jkollok deċiżjonijiet li jimpattaw, pereżempju, il-produzzjoni tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-elettriku, taħseb li għandu jkun hemm cost benefit analysis ħalli mhux biss wieħed jieħu konjizzjoni tal-impatt ambjentali, imma wieħed ikun jista' jifhem tajjeb x'jista' jkun ukoll l-impatt ekonomiku u dak fiskali marbut miegħu?", "Bħala persuna li tħossok komdu ssejjaħ lilek innifsek struwit fil-qasam ambjentali, nixtieq l-opinjoni tiegħek dwar l-użu jew le ta' cost benefit analysis f'dan il-każ.", "L-aħħar mistoqsija hija dwar ir-reviżjoni tal-pjani lokali.", "Taħseb li għandu jkun hemm kriterji ċari li jkunu pre-stabbiliti?", "Taħseb li jista' ikollok reviżjoni tal-pjan lokali qabel ma jkun hemm ir-reviżjoni tal-pjan sħiħ ta' struttura?", "U taħseb li jista' jkollok il-każ li tagħmel reviżjoni, issa bil-leġiżlazzjoni Ewropea, tal-pjani lokali mingħajr ma tagħmel strategic environmental assessment (SEA)?", "Xtaqt l-opinjoni skjetta tiegħek fuq dawn il-mistoqsijiet.", "MADAM CHAIR: Sur Baldacchino, inti tista' twieġeb biss fuq dawk is-suġġetti li tħaddidt fuqhom l-aħħar darba, jiġifieri mhux bilfors għandek twieġeb l-aħħar mistoqsija fejn id-diskussjoni għad trid tibda f'sessjonijiet oħra.", "GEORGE PULLICINO: Ma nistgħux nistaqsu biex insiru nafu mingħandhom dwar x'jaħsbu?", "MADAM CHAIR: Iva, meta jkun il-waqt nerġgħu nistednuhom u nieħdu l-opinjoni tagħhom fuq dak is-suġġett.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: M'għandi l-ebda problema li nirrispondih.", "MADAM CHAIR: Mela għamel dak li tixtieq int.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Pullicino li jien ma jien qed nirrappreżenta lil ebda NGO u qatt m'għedt li jien naf ħafna; jien dejjem nitgħallem bħal kulħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "MADAM CHAIR: Huwa ambjentalist, għaliex le?", "Għandek xi oġġezzjoni li bniedem li jħoss li jista' jikkontribwixxi f'dan il-Kumitat jiġi u jikkontribwixxi?", "GEORGE PULLICINO: Le, m'għandi l-ebda oġġezzjoni.", "GEORGE PULLICINO: Mhux talli m'għandix oġġezzjoni, talli tant hi diskussjoni miftuħa li fl-opinjoni tiegħi f'dan il-Kumitat...", "MADAM CHAIR: Onor. Pullicino, qed turi biċ-ċar li l-intenzjoni tiegħek hi li taħli l-ħin ta' dan il-Kumitat.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, nitolbok tirtira dan id-diskors għax jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex naħli l-ħin ta' ħadd; għandi x'nagħmel bil-ħin tiegħi.", "Bħala Membru jien għandi dritt nagħmel mistoqsijiet pertinenti li jidhirli li huma ta' interess għal dan il-Kumitat ġaladarba fejn jidħol ir-remit tiegħu morna lil hinn minn dak li tistabbilixxi l-liġi.", "MADAM CHAIR: Sakemm tagħmel mistoqsijiet li huma rilevanti… Anke bħalissa qed taħli l-ħin tal-Kumitat.", "GEORGE PULLICINO: Id-domandi li qed nagħmel huma rilevanti ħafna.", "MADAM CHAIR: Jiena tajtek iċ-ċans li tagħmel il-mistoqsijiet tiegħek.", "GEORGE PULLICINO: Jien nitolbok tirtira d-diskors li jien qiegħed hawnhekk biex naħli l-ħin.", "MADAM CHAIR: Il-mod kif qiegħed iġġib ruħek u tintervjeni...", "GEORGE PULLICINO: Nitolbok tirtira dak id-diskors.", "MADAM CHAIR: Ma jien se nirtira l-ebda diskors għax inti qed tmur oltre dak li ġie diskuss l-aħħar darba u qiegħed anke, waqt li qed nintervjenu aħna, taqbeż fuq ħaddieħor, ħaġa li mhijiex permissibbli waqt dan il-Kumitat sakemm qed nippresjedih jien.", "Nitolbok twieġeb, Sur Baldacchino.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Nixtieq niċċara punt u ngħid li għalkemm jien ma jien qed nirrappreżenta l-ebda NGO partikolari, jien għandi kuntatt ma' NGOs; dawk li jixtiequ, jagħmlu kuntatt miegħi, imma dawk li ma jixtiequx ma nistax inġegħelhom.", "Nibda biex nirrispondi l-mistoqsijiet varji li għamiltli u se niġborhom fi tliet kelmiet, li naħseb li l-Onor.", "Membru mill-esperjenza li għandu, jifhimni tajjeb.", "Dawn it-tliet kelmiet joħorġu mill-Konvenzjoni tad-Diversità Bioloġika u huma: precautionary principle, sustainable use u externalities.", "Se nispjegahom waħda waħda, forsi aktar għall-udjenza għax naħseb li l-Onor.", "Membru huwa konxju tagħhom.", "Il-Biodiversity Convention li Malta hija membru tagħha – u l-Unjoni Ewropea għandha deċiżjoni biex il-pajjiżi msieħba jkunu membri tagħha – tispjega l-precautionary principle u tgħid li jekk tkun se tittieħed deċiżjoni fejn ma jkunx hemm biżżejjed raġunijiet xjentifiċi li jgħidu li mhux se jkun hemm impatt negattiv fuq il-biodiversità minħabba ċerti raġunijiet, allura hemm il-possibilità li din ma titteħidx.", "U din tirrispondi wħud mill-mistoqsijiet li għamilli l-Onor.", "L-externalities huwa kunċett ekonomiku u nġib eżempju fattwali biex ma jkunx fittizju.", "Nassumu li għandek ażjenda privata jew pubblika li għandha ċumnija li qed toħroġ l-emissions u l-emissions qegħdin jinfirxu u jġorrhom ir-riħ u dawk l-emissions qed jeffettwaw lis-soċjetà minn aspett ta' saħħa, u qed jeffettwaw l-ambjent bioloġiku minn aspett li mhuwiex pożittiv minħabba r-raġuni li min qiegħed juża dik iċ-ċumnija qiegħed imur for the cheapest price biex ikun jista' jħaddem il-makkinarju tiegħu.", "L-externalities huwa l-prezz li qed iħallsu s-soċjetà u l-ambjent, u huwa kunċett li joħroġ mill-Convention on Biological Diversity, li skont deċiżjoni tal-EU, il-membri msieħba jridu jaġġornaw u jimplimentaw.", "Din tirrispondi ħafna mill-mistoqsijiet li għamilli l-Onor.", "Pullicino, inkluż tal-ilma.", "Dwar l-ilma ma rridux naraw biss il-produzzjoni , imma anke l-użu.", "Jekk inti qed tipproduċi \"dan\" għal €100 imbagħad tħalli lil min jieħdu u jqassmu 'l hawn u 'l hinn, l-impatt min qed iħallsu?", "L-impatt qed iħallsuh l-ekoloġija u s-soċjetà.", "It-tielet kelma hija sustainable use li tfisser li meta inti għandek attività – hi x'inhi, kummerċjali, ambjentali, eċċ. – din tiffavorixxi ġeneralment l-aspett ekonomiku a dettriment tal-ambjent soċjali u l-ambjent ekoloġiku, l-istess kif spjegajt fil-każ taċ-ċumnija.", "GEORGE PULLICINO: Fl-opinjoni tiegħek għandu jkun hemm cost benefit analysis ta' proġetti bħal dawn li qed issemmi int?", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Kif tista' tikkunsidra l-aspett ekonomiku biss u ma tagħtix kas tal-impatt li se jkollu?", "Ovvjament l-externalities li semmejtlek se jħallsuhom dawn biex...", "MADAM CHAIR: Sur Baldacchino, nitolbok tikkonkludi, jekk l-Onor.", "Pullicino huwa sodisfatt bir-risposti.", "GEORGE PULLICINO: Sur Baldacchino, għamiltlek mistoqsija dwar l-SEA.", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Din hija marbuta ma' dak li diġà għedtlek.", "GEORGE PULLICINO: Jekk tagħmilx SEA jew le hija kwestjoni ta' proċedura mhux kwestjoni ta' opinjoni!", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Dawk joħorġu minn obbligi tal-Unjoni Ewropea, li aħna bħala membru msieħeb, obbligati li nosservaw.", "GEORGE PULLICINO: Jiġifieri li nagħmlu SEA.", "Hux hekk?", "IS-SUR ALFRED E. BALDACCHINO: Ma nafx min kien iffirma dik il-liġi li ħarġet, imma naħseb li hija liġi tal-pajjiż u wieħed irid jimxi magħha.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak, Sur Baldacchino.", "Infakkar li l-Kumitat se jistieden lil dawk l-individwi li għamlu intervent fl-aħħar laqgħa biex ikunu jistgħu jiġu hawnhekk u jiddiskutu mal-Membri.", "Hawn xi ħaddieħor li xtaq jagħmel xi intervent qabel ngħaddu għall-item li jmiss?", "L-INĠ.", "MARIO CREMONA (Malta Water Association): Grazzi tal-opportunità li tajtuni biex nitkellem f'dan il-Kumitat.", "Teoritikament suppost li m'iniex qiegħed hawnhekk għax jien se nitkellem fuq l-ilma, u r-remit tal-ilma jaqa' taħt ministeru ieħor, imma se nuża l-opportunità li qiegħed hawn, fejn hawn kemm Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll Membri tan-naħa tal-Gvern, sabiex nagħmel il-punti tiegħi li għandhom x'jaqsmu mal-ilma.", "L-ewwel nett nappella biex nippruvaw nelevaw id-diskussjoni fuq is-suġġett tal-ilma fil-Parlament.", "L-ilma jissemma essenzjalment meta nitkellmu fuq l-estimi tal-Water Services Corporation (WSC), fejn ħareġ li din il-korporazzjoni għandha deficit ta' €5 miljun u dejn ta' €100 miljun.", "Imma l-istampa sfortunatament ma tieqafx hemmhekk; id-deficit tal-ilma mhuwiex id-deficit tal-WSC.", "Id-deficit tal-ilma huwa l-20 miljun metru kubu li qed intellgħu fis-sena iktar minn dak li huwa sostenibbli u dan Alla jbierek ħadd ma jitfa' prezz fuqu.", "Apparti minn hekk, il-1.5 biljun metru kubu ta' ilma li kellna fl-aquifers u li għad hemm illum huwa kkontaminat.", "Illum, il-livell ta' nitrat fl-ilma, b'mod ġenerali fl-ilma tal-pjan kollu, qed jaqbeż il-50mg per litre li tfisser li l-ebda ilma mill-ilma tal-pjan li 40 sena ilu kien tajjeb għax-xorb, illum mhu tajjeb għax-xorb.", "Jiġifieri jekk nitfgħu figura ta' €1 per cubic metre għal kull valur ta' ilma li tlifna, naraw li għandna dejn ta' €1.5 biljun.", "Apparti mill-aspett ekonomiku, hemm ukoll l-aspett strateġiku tal-ilma tal-pjan.", "Ma ninsewx li madwar xahar ilu ħarġet storja fil-gazzetta fejn fil-kriżi tal-Libja kellna t-theddida li jekk il-Prim Ministru Gonzi ma jibgħatx dawk iż-żewġ ajruplani lura l-Libja, Gaddafi kellu pjan biex jibgħat vapuri biż-żejt fl-ibħra ta' Malta, u jiddisċarġja ż-żejt biex l-ewwel ħaġa li jagħmel iwaqqaf il-produzzjoni tal-ilma.", "Kif nafu, dan il-pajjiż kulma għandu mill-ilma tal-pjan huwa ħażna ta' jumejn, jiġifieri deħlin f'din is-sitwazzjoni fejn qed nittraskuraw l-ilma tal-pjan b'mod gradwali, u wasalna f'sitwazzjoni fejn l-ilma tal-pjan kollu llum huwa kkunsidrat second class water, għax kif inhu mhuwiex tajjeb għax-xorb, u strateġikament għadna deħlin f'dan l-isqaq.", "Kieku sta għalina nistgħu nagħmlu li rridu, imma aħna membri tal-EU u bħala membri tal-EU għandna obbligu, skont il-Water Framing Directive, li l-ilma tal-pjan inġibuh tajjeb sas-sena 2015.", "Jiġifieri dawn il-1.5 biljun metru kubu ta' ilma li kkontaminajna f'dawn l-aħħar 50 sena u li ġibna minn stadju ta' first class għal second class, issa għandna sentejn biex inġibuhom tajjeb, u m'hemm l-ebda ċans li nilħqu dan it-target.", "Il-Gvern Malti talab estensjoni sal-2027, u milli qed nara jien kif sejrin l-affarijiet lanqas dak it-target ma jista' jintlaħaq.", "Jekk se nagħmlu bħalma nagħmlu s-soltu u nħallu l-affarijiet jiddeterjoraw imbagħad immorru għal soluzzjoni teknoloġika biex innaddfu, għandna bżonn li l-produzzjoni tal-ilma nirduppjawha, jiġifieri rridu nibdew nipproduċu 16-il miljun metru kubu għall-konsum tal-poplu, u għandna bżonn nipproduċu daqshekk ieħor biex nitfgħuh taħt l-art ħalli nlaħilħu l-imbarazz li tfajna għal 47 sena.", "Jekk nikkalkulaw din l-ispiża nsibu li tiġi viċin it-€800 miljun.", "Is-sitwazzjoni kif inhi hija beyond prevention, issa it's a case of restoration; in-nitrat li telaq minn dik l-għalqa beda l-vjaġġ tiegħu u se jitfaċċa 40 sena oħra u m'hemm l-ebda mod fiżiku u teknoloġiku biex inwaqqfuh.", "Jiġifieri hija kwestjoni ta' restorazzjoni u adaptation iktar milli mitigation at this point in time.", "U meta qed ngħid li għandna bżonn ta' produzzjoni mir-reverse osmosis b'rata ta' 16-il miljun metru kubu għal 47 sena, dejjem qed nitkellem provided li ma nkomplux nikkontaminaw.", "Jiġifieri jien qed nitkellem fuq x'hemm bżonn isir biex il-pollution load li hemm illum nibblendjawh ma' ilma tajjeb biex nilħqu dawk it-targets tad-direttivi li għandna bżonn nilħqu with the proviso li ma nkomplux nikkontaminaw.", "Dan ifisser li rridu naraw x'nagħmlu bis-serjetà fejn tidħol l-agrikoltura f'pajjiżna u l-leakages mis-sistema tad-drenaġġ.", "F'pajjiżna għad m'għandniex figura ta’ kemm hemm leakage mis-sistema tad-drenaġġ, għandna bejn wieħed u ieħor idea ta’ kemm is-sistema tal-ilma tillijkja, imma l-leakage mis-sistema tad-drenaġġ mhuwiex imkejjel; l-estimi huma li bejn 30% u 40% tad-drenaġġ kollu li jintefa’ fis-sistema lanqas jasal sal-impjant.", "Aħna, il-Malta Water Association, konna proattivi, u malli t-tliet partiti kitbu, fil-manifest elettorali tagħhom, li hemm il-bżonn ta' pjan nazzjonali, bdejna naħdmu fuq terms of reference għall-pjan nazzjonali tal-ilma.", "Il-fatt li t-tliet partiti poġġewh fil-manifest elettorali tagħhom, ifisser li huma kommessi għal dan il-pjan nazzjonali.", "Għalhekk aħna xtaqna li nkunu proattivi biex inkunu qabel il-gvern tal-ġurnata, li seta' ikun min ikun, biex it-terms of reference joħorġu minn NGO li ovvjament m'għandhiex bażi partiġġjana.", "Dawn it-terms of reference ippreżentajnihom lill-ministru u lit-tliet partiti u qed nisperaw li jkun hemm consensus għax dan il-pjan nazzjonali jrid isir fuq medda ta' snin.", "It-targets nixtiequ nilħquhom sal-2027, u f'dan il-perjodu se jkun hemm amministrazzjonijiet differenti u allura nixtiequ li f'dan l-istadju jkun hemm consensus on the terms of reference.", "Jien naħseb li l-livell ta' diskussjoni fil-Parlament fejn jidħol is-suġġett tal-ilma huwa batut, naħseb li lanqas għadna bdejna niddiskutu l-issues li għandhom x'jaqsmu mal-ilma.", "U mmorru way beyond il-WSC għax il-WSC llum hija a minority provider tal-ilma f'dan il-pajjiż, il-parti kbira tal-ilma li qed jintuża f'pajjiżna llum lanqas jiġi mill-WSC.", "Jien ma nifhimx fl-amministrazzjoni tal-Parlament però nixtieq nipproponi li jkun hemm xi kumitat parlamentari fejn is-suġġett ikun esklussivament l-ilma.", "Nappella ukoll sabiex fuq livell ta' Kabinett… Ministru responsabbli mill-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma waħdu ma jistax isolvi l-problemi tal-ilma, għax bħalma semmejt, l-agrikolutura hija fattur importanti fil-qasam tal-ilma għax huwa l-ikbar konsumatur u huwa l-ikbar polluter tal-ilma.", "Aħna, bħala assoċjazzjoni, ilna ngħidu li ma jistax ikun hemm policy jew pjan nazzjonali tal-ilma li se jwassalna fejn irridu naslu qabel ma jkun hemm pjan nazzjonali għall-agrikoltura.", "Ma jistax ikollok pjan tal-agrikoltura mingħajr ilma, u ma jistax ikollok pjan tal-ilma li ma jindirizzax il-bżonnijiet tal-agrikoltura.", "Nispera li dan l-appell tiegħi jintlaqa', u jekk għandkom xi mistoqsijiet lest li nirrispondihom.", "MADAM CHAIR: Hawn mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li l-problema kbira li għandna fil-qasam tal-ilma hija li għandek ħafna stakeholders fih u huwa fframmentat.", "Ir-realtà hija li hemm ħafna nies u istituzzjonijiet involuti fih; id-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-WSC, il-Ministeru għall-Infrastruttura li jieħu ħsieb l-ilma fit-toroq, il-Works Department li jnaddfu l-valleys, u l-kunsilli lokali li jieħdu ħsieb il-culverts tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, li jrid isir, għalkemm mhux in line ma' dak li qed niddiskutu lum, hija a water authority li titratta s-suġġett ta' dan ir-riżors tant importanti li jien ukoll inħoss li għandna nittrattawh tajjeb.", "Xi kultant jittieħdu direzzjonijiet politiċi li jkunu żbaljati, bħad-deċiżjoni li nneħħu l-obbligu li kull dar ikollha bir u minflok iwaddbu dritt fid-drenaġġ, meta nafu li meta twaddab l-ilma tal-bjut fid-drenaġġ tkun qed tgħabbi lid-drenaġġ b'load li ma jiflaħx, u meta jkollna x-xita jkun hemm fawran tad-drenaġġ fit-toroq.", "Huwa veru li bħalissa għaddejjin bil-proġett tal-istorm water però dan żgur mhux se jindirizza l-problema tal-overflow tad-drenaġġ.", "Jiġifieri għalkemm għandna l-proġett tal-istorm water biex inneħħu l-flooding minn ċerti areas, il-problema tal-manholes li jitilgħu meta tagħmel ix-xita u jkun hemm l-overflows, mhix se tkun indirizzata.", "Allura rridu nħarsu b'mod ħolistiku lejn is-suġġett tal-ilma.", "Sur Cremona, inti smajtna nitkellmu hawnhekk dwar ir-reviżjoni tal-pjan lokali.", "Jien naħseb li anke f'dak il-livell iridu nagħtu kas dan ir-riżors importanti tal-ilma u rridu nħarsu lejh fil-mod kif nagħmlu l-ippjanar fiżiku ta' dan il-pajjiż.", "Xtaqt nisma' l-kummenti tiegħek dwar x'taħseb fuq kif għandna nittrattaw l-interface bejn il-pjan lokali u dan ir-riżors.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Jien naħseb li sfortunatament dan il-pajjiż jiffoka ħafna fuq proġetti u inqas fuq pjanijiet.", "Pereżempju bħalissa għaddejjin fuq applikazzjoni li tiswa €22 miljun biex nirkupraw l-ilma mid-drenaġġ.", "Din hija ħaġa tajba u jien ili nitbaqbaq għaliha żmien, imma s'issa, meta diġà ħarġu t-tenders, għadu mhux ċar kif se jintuża u minn min se jintuża dan l-ilma.", "Għax inti trid tkun taf min se juża dan l-ilma ħalli tara xi kwalità ta' ilma għandu bżonn.", "Saru diskussjonijiet ma' min se juża dan l-ilma biex naraw verament fejn għandu bżonn l-ilma u xi kwalità għandu bżonn, u jekk se nagħtuhom l-ilma aħniex se nagħmlulhom il-kundizzjoni li jridu jagħlqu l-borehole?", "Milli jidher, it-tender għall-impjant se jiġri ferm qabel ma jkun hemm il-fondi tad-distribuzzjoni, jiġifieri se nispiċċaw b'impjant li kapaċi jipproduċi 7 miljun metru kubu biex jibqa' fil-confines tal-impjant, għax id-demand has not been assessed.", "Anke fi proġetti ta' landscaping.", "Dan il-pajjiż jiflaħ jagħmel it-turf ma' kullimkien fil-kuntest tas-sitwazzjoni li semmejt?", "Jien ngħid li b'garanzija li kull qatra ilma li għaddejja fuq it-toroq tagħna bil-bowsers bħalissa mhijiex ġejja mill-ilma tax-xita, imma ġejja mill-ilma tal-pjan.", "U meta s-sitwazzjoni hija tali, jista' l-Gvern stess joħroġ kuntratti ta' landscaping?", "Fl-opinjoni tiegħi, dak l-landscaping extravaganti ma nifilħux għalih.", "Irridu ngħixu fil-kuntest ta' dan il-pajjiż li huwa miskin fejn jidħol l-ilma u għandna problemi kbar fejn jidħol dan ir-riżors.", "L-istess landscaping u l-istess facilities li nipprovdu lill-poplu have to take into account ir-realtà tas-sitwazzjoni li ngħixu fiha.", "Jiġifieri by all means li jrid ikun hemm l-interface bejn ir-regolamenti ta' kif nibnu, mal-ilma.", "Ma nafx jekk irrispondejtx il-mistoqsija tiegħek.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, irrispondejt forsi b'mod indirett.", "Id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu fil-passat fejn, pereżempju, is-sewage treatment plants poġġewhom fl-iktar postijiet speċjalment l-iktar waħda kbira tax-Xgħajra...", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Jien wieħed li ili 15-il sena nagħti s-soluzzjonijiet u għal ħafna drabi I have been proven right.", "Ma nixtieqx li nibqgħu nitkellmu fuq il-passat, imma nixtieq li dan il-pjan nazzjonali jagħmel stocktake tas-sitwazzjoni – għax lanqas stocktake bis-serjetà ma nistgħu nieħdu – u nimxu 'l quddiem.", "Għalhekk nappella sabiex fuq din l-issue ż-żewġ partiti jinsew il-passat, fejn saru affarijiet tajba u anke affarijiet ħżiena.", "Dwar il-kalkolazzjoni ta' kemm qed jittella' ilma mill-pjan we are working on estimates għax il-proċess tal-metering fuq il-boreholes reġistrati għadu ma wasalx għall-konklużjoni tiegħu, u daqskemm hemm boreholes reġistrati kapaċi hemm boreholes mhux reġistrati, jiġifieri lanqas biss nistgħu naraw l-istampa ċara.", "Qegħdin f'punt fejn lanqas biss stocktake tas-sitwazzjoni ma nistgħu nieħdu, aħseb u ara jekk għandniex enerġija x'naħlu biex noqogħdu nitkellmu dwar x'sar u ma sarx fil-passat.", "Dik hija s-sitwazzjoni llum u nappella sabiex inħarsu 'l quddiem.", "CHARLES BUHAGIAR: Inħarsu 'l quddiem kemm trid, imma l-fatt hu li d-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu fil-passat se nbatuhom 'il quddiem.", "Jiġifieri jekk inti għandek impjant li jitratta 60% tad-drenaġġ li qiegħed in-naħa tax-Xgħajra ta' Haż-Żabbar, fejn l-agrikoltura hija minima – għax fin-north u fil-west tal-pajjiż hemm l-akbar ammont ta' art agrikola – allura għandna problema għax jekk dan se nużawh għat-tisqija rridu ntellgħuh fejn għandna bżonnu.", "Għalhekk jien għedt li l-ippjanar huwa marbut ħafna mal-kwestjoni kollha tal-ilma.", "L-INĠ.", "Is-saqwi hija għalqa bil-ħamrija li saret saqwi għax għandha l-ilma.", "Jiġifieri fir-realtà allavolja d-demand għall-ilma lum fis-south għadha ma teżistix, once that water is available, dak l-ilma se jintuża.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma n-naħa t'isfel ta' Malta hija aktar urbana.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Naqbel miegħek, u jien kont wieħed li kont ktibt u għedt li rridu nħarsu lejn id-drenaġġ mhux bħala liability, jew bħala problema, imma bħala sors ta' ilma.", "Kieku ħarisna lejn id-drenaġġ bħala sors ta' ilma, wisq probabbli d-deċiżjonijiet ta' kemm ikollna impjanti, x'teknoloġija wżajna fl-impjanti u fejn poġġejna l-impjanti, kienu jkunu differenti.", "Imma issa dik hija s-sitwazzjoni, hemm dak il-potenzjal u rridu naraw kif dak l-ilma se nagħtuh valur u nqassmuh bl-iktar mod effiċjenti.", "Anke hawn, qabel ittieħdet id-deċiżjoni li dan l-ilma jmur għall-agrikoltura, sar cost benefit analysis?", "L-uniku rapport li rajt jien huwa rapport tal-2009 tal-WSC li jgħid li the most economic use tal-ilma mid-drenaġġ huwa li jintuża għax-xorb – u jien naqbel ma' dan on an economic basis – imma issa qed nisimgħu li dan l-ilma se jingħata għall-agrikoltura u mhux għax-xorb.", "Jiġifieri at some stage, bejn l-2009 u llum saret U-turn, u tfittex kemm tfittex, ma ssib xejn dwar għalfejn inbidlet id-deċiżjoni.", "Jiġifieri d-deċiżjoni li kienet ittieħdet fl-2009 has been overturned minn xi ħadd u minn x'imkien u dak il-cost benefit analysis li sar li jgħid li l-aħjar użu tal-ilma huwa għal dak il-għan, sfaxxa.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "CHARLÒ BONNICI: Xtaqt nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Inġ.", "Cremona kif ukoll lill-assoċjazzjoni tiegħu għall-ħidma ma taqta' xejn fuq dan il-qasam.", "Kif naħseb li anke l-Inġ.", "Cremona jirrikonoxxi, fl-aħħar snin ittieħdu passi fid-direzzjoni t-tajba, tant li l-Kummissjoni Ewropea ddiskriviet numru ta' azzjonijiet li ttieħdu bħala best practise fil-Mediterran f'dak li jirrigwarda dan il-qasam.", "Dan ifisser li minkejja li t-triq għadha twila u għad irid isir sforz kollettiv, m'aħniex se nibdew mix-xejn.", "Xtaqt allura, anke biex inkunu ġusti mal-verità, li l-Inġ.", "Cremona jgħidilna x'sar tajjeb fl-aħħar snin li nistgħu nibnu fuqu.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: L-ewwel nett li sar tajjeb hu li għandna tliet impjanti tad-drenaġġ li jwassluna sal-ewwel fażi tat-tisqija, jiġifieri li jkun tajjeb biex jintrema l-baħar, jiġifieri almenu hemm l-ewwel investiment.", "Dwar li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi lil Malta bħala a case of good practice jien nixtieq ngħid li fir-rapport li għamlet il-Kummissjoni dwar il-water catchment management plan li ħareġ f'Novembru 2012, għamlet domandi basiċi bħal, pereżempju, jekk hux qed isir ħlas fuq l-ilma tal-boreholes.", "U biex il-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet ma nafx x'tip ta' informazzjoni qed tingħata.", "Jien ma nixtieqx li jkun hemm verżjoni tal-affarijiet li jingħataw lill-Kummissjoni u li jiena nħoss il-bżonn li noħroġ mill-ħin tiegħi fejn suppost qed nagħmel affarijiet oħra biex nikteb lill-Kummissjoni u ngħidilha li l-istampa reali hija \"dik\" u mhux \"dik\" għax imbagħad niġi attakkat bħala traditur.", "Jiġifieri anke l-istess dikjarazzjonijiet ta' good practice u x'inhi good practice, irridu noqogħdu ftit attenti dwarha għax tiddependi fuq l-informazzjoni li tkun ingħatat il-Kummissjoni dwar dak is-suġġett partikolari.", "CHARLÒ BONNICI: Jiġifieri inti qed tgħid li qed tingħata informazzjoni żbaljata lill-Kummissjoni?", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Biex il-Kummissjoni tagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet verament bażiċi, bħal jekk hux qed isir ħlas għall-ilma tal-boreholes u jekk il-proċess tal-metering sarx… Issa ninsew il-Kummissjoni, għax għalija iktar importanti mill-Kummissjoni huwa aħna.", "Dan huwa l-iktar pajjiż li jinsab f'sitwazzjoni estrema fejn jidħol l-ilma.", "Pajjiżna huwa l-uniku wieħed mis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li huwa klassifikat mill-Kummissjoni Ewropea bħala absolute scarcity, u għalhekk jien inħoss li rridu nmorru oltre milli x'jgħidu d-direttivi għalkemm, kif diġà għedt, huwa mpossibbli li nilħqu t-target tad-direttiva tal-Kummissjoni.", "Jekk inħarsu lejn it-teknoloġiji naraw li dawn ma joħorġux mill-pajjiżi l-iktar żviluppati fid-dinja imma joħorġu mill-iktar pajjiżi li għandhom bżonn.", "Jiġifieri jekk tara liema huma dawk il-pajjiżi li huma avvanzati fil-qasam tal-ilma ssib li huma l-Iżrael, California u l-Awstralja, mhux il-Ġermanja jew l-Olanda; għalkemm l-Olanda huma magħrufin fil-qasam tal-ilma when it comes to the issue of water scarcity mhuwiex wieħed mil-leading countries.", "Jiġifieri l-punt li qed nagħmel jien huwa li nistgħu nieħdu ċertifikat mill-Kummissjoni li aħna case of best practice imma nistenna li nkunu case of best practice because it is intrinsic għax ninsabu fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha.", "Aħna ninsabu f'sitwazzjoni ta' emerġenza perpetwa, u l-aħjar ideat dwar riċiklaġġ ta' ilma u użu aħjar ta' ilma joħorġu minn dawn it-tip ta' pajjiżi.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Grazzi, Sinjura President.", "Inġ.", "Cremona, qabel xejn xtaqt nirringrazzjak għall-kontribut li tagħti fuq is-suġġett, u għalkemm mhux dejjem naqblu, napprezza l-input li tagħmel, b'mod anke ppassjonat, dwar is-suġġett.", "Jien naqbel miegħek li għandu jkun hemm sezzjoni, anke forsi fi ħdan dan il-Kumitat stess – u mhux neċessarjament tkun seduta waħda imma jistgħu jsiru numru ta' seduti – li tkun iddedikata biss għall-qasam tal-ilma.", "U dan jorbot mat-tieni punt li xtaqt nagħmel.", "Filwaqt li kif taf, l-Oppożizzjoni m'għandna xejn kontra li jkun hemm terms of reference għal pjan nazzjonali ieħor, min-naħa l-oħra rridu nirrikonoxxu bħala fatt li dan il-pajjiż għadda minn eżerċizzju biex sawwar pjan nazzjonali dwar l-ilma, liema pjan ġie ppubblikat f'Ġunju 2012; ġie abbozzat, ħareġ għall-konsultazzjoni pubblikata, wara l-konsultazzjoni pubblika ġie konkluż, sar SEA fuqu, imbagħad ġie konkluż b'mod totali.", "Jien ma nsib l-ebda diffikultà li jkun hemm reviżjoni ta' dak il-pjan, però xtaqt nistaqsik jekk ġaladarba hemm pjan li fih mill-inqas 55 miżura ta' azzjoni, fl-opinjoni tiegħek għandniex nistennew biex ikollna pjan nazzjonali ieħor sabiex nibdew nimplimentaw dawn il-miżuri li diġà għandu l-pjan nazzjonali li ġie diskuss ġo dan il-Parlament stess u li ma kien hemm l-ebda vot kontrih.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari fuq waħda minn dawn il-55 miżura, anzi fuq sub ta' waħda minnhom, fejn staqsejt meta l-pajjiż se jagħti lill-familji l-water conservation kits li ż-żewġ partiti fil-programm elettorali qalu li se jagħtu.", "U r-risposta li ngħatajt kienet li t-tweġiba tingħatali ġaladarba jkun hemm pjan nazzjonali dwar l-ilma f'pajjiżna.", "U allura filwaqt li jien favur li jkun hemm terms of reference maqbula, filwaqt li naqbel li jkun hemm proċess ta' reviżjoni nkluż li jiġi aċċettat li jsir SEA kif inhu obbligu tagħna li nagħmlu, min-naħa l-oħra jien u sħabi m'aħniex propensi li xi ħadd jistaħba wara proċess biex sadanittant il-miżuri ndikati fil-pjan li diġà għandu dan il-pajjiż jispiċċaw fuq l-ixkaffa.", "L-Oppożizzjoni, kif kellna l-opportunità ngħidu lill-assoċjazzjoni li inti tifforma parti minnha, filwaqt li hija favur pjan nazzjonali, trid li jkun hemm dikjarazzjoni ċarissima li ħadd mhu se jistaħba wara dan il-proċess ħalli l-miżuri li diġà huma elenkati fil-pjan nazzjonali jitpoġġew fuq l-ixkaffa u nittardjaw fi kwalunkwe azzjoni li jkun hemm.", "Punt ieħor li xtaqt nistaqsik dwaru huwa l-proġett ta' għajnuna ta' €22 miljun fondi tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm further polishing tal-ilma li sal-lum qed jiġi estratt mit-tliet sewage treatment plants.", "Naqbel miegħek fejn għedt li pajjiżna jrid jieħu– kif jien infurmat li diġà hemm, imma nittama li jkun implimentat – l-miżuri li hemm indikati fil-cost benefit analysis, jiġifieri li jkun hemm sistema ta' moratorium totali fuq spieri ġodda, li kull spiera tkun irreġistrata u jiġi stallat magħha meter, li l-ilma estratt fuq perjodu ta' sena jkun monitored, li jkun hemm kwota ta' estrazzjoni għal kull bidwi maħduma fuq il-qies tal-art u l-uċuħ li jkun se jkabbar u jekk itella' iktar minn dik il-kwota jkollu jħallas, u li jkun hemm ħlas fuq l-estrazzjoni tal-ilma għall-użu kummerċjali.", "Diġà kellna statements pubbliċi fejn politiċi, inkluż dak li llum huwa l-Prim Ministru, jgħidulna li m'għandu jkun hemm l-ebda ħlas fuq estrazzjoni ta' ilma anke għal użu kummerċjali.", "Jien xtaqt l-opinjoni tiegħek dwar dan.", "Kif jista' jkollok impenn li l-ilma li għandna mill-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ imur għal further polishing… Għax it-€22 miljun huma biss spiża kapitali; hemm imbagħad l-ispiża rikorrenti biex tħaddem dawk l-impjanti.", "Inġ.", "Cremona, inti taf daqsi li parti mill-problema li għandha l-WSC hija li mhux biss saret nefqa ta' jekk m'iniex sejjer żball €134 miljun biex għandna tliet impjanti, imma li hemm spiża għall-operazzjoni tal-istess impjanti u li xi ħadd irid iħallas għaliha.", "U għalhekk jien wieħed minn dawk li jien kritiku tal-wegħdiet li qegħdin isiru ta' tnaqqis fi ħlasijiet ġaladarba – biex nirriferi għal dak li qal is-Sur Baldacchino aktar kmieni – hemm il-ħlas tal-externalities.", "Xtaqt li jkolli l-opinjoni tiegħek dwar dan.", "Inġ.", "Cremona, nixtieq li tħares ftit lejn l-inizjattiva li ttieħdet biex isir pjan ta' informazzjoni lill-bdiewa fuq l-użu tan-nitrati u l-kontroll tal-użu tan-nitrati.", "Inti għandek raġun tgħid li ċ-ċiklu tal-ilma tal-pjan huwa minn tal-inqas 40 sena u peress li l-użu tan-nitrati huwa bl-addoċċ – biex nuża l-espressjoni Maltija – dan mhux biss qed jagħmel ħsara lill-ilma tal-pjan imma qed jagħmel ħsara lill-but tal-bidwi għax ma jafx jagħmel mod ieħor.", "Fil-fatt inġabu kważi €3 miljuni f'għajnuna biex isir dan il-pjan li nittama li jibqa' għaddej.", "Ħalli ngħaddi għar-raba' punt.", "Wara studju dettaljat li kienet għamlet il-British Geophysical Society kien ġie ddikjarat li pajjiżna jista' jkun f'pożizzjoni li jilħaq it-targets tad-direttiva tal-ilma sal-2027 – u biex jilħaq id-direttiva sal-2015 irridu b'mod immedjat, mhux illum imma kellna nieħdu din id-deċiżjoni madwar erba' snin ilu, li ngħidu lill-WSC biex ma ttella' lanqas metru kubu ta' ilma minn taħt l-art li jfisser li l-ilma kollu li nikkunsmaw irid jiġi ġġenerat mill-impjanti tar-reverse osmosis –… Jien nimmaġina li dawn l-istudji inti rajthom u dan ifisser li n-nies iridu jħallsu għalih.", "Fl-ideal kulħadd jaqbel ma' dan, imma ġaladarba għandna sitwazzjoni politika fejn anke qed isiru proposti biex jonqos il-ħlas tal-ilma anke fis-sitwazzjoni li għandna… Jien nixtieq l-opinjoni tiegħek ta' kif nistgħu mmorru biex nilħqu t-targets sal-2015; probabbilment irridu nagħmlu impjanti tar-reverse osmosis oħrajn.", "Jien ukoll inħossni appassjonat dwar dan is-suġġett u favur li dan il-Parlament jiddiskutih, imma rridu niddiskutu l-affarijiet iswed fuq l-abjad fejn kulħadd ikun jaf x'aħna ngħidu biex nieħdu d-deċiżjonijiet mhux fuq x'jaqbel illum għall-politika partiġġjana biex forsi niskurjaw fuq partit ieħor, imma fuq x'jaqbel għar-riżorsi ta' dan il-pajjiż u għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta' għada.", "Grazzi ħafna.", "MADAM CHAIR: L-Inġ.", "Cremona, fil-qosor kemm jista' jkun.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Ħalli nibda mill-aħħar mistoqsija.", "Meta d-deterjorazzjoni saret fuq 30, 40 sena ma tistax issolviha f'sentejn, tlieta, erbgħa, jew għaxar snin.", "Fil-fatt aħna qegħdin nitolbu li l-pjan nazzjonali jkun almenu fuq timeframe sal-2027.", "Inti semmejt li waħda mill-miżuri li setgħet ittieħdet biex naċċelleraw il-proċess ta' restawr hija li l-WSC tirdoppja l-produzzjoni mir-reverse osmosis u ma ttella' xejn mill-pjan, imma għalija dak mhuwiex fair fuq dawk li llum qed iħallsu għall-ilma tal-main għax ma ħaffrux borehole huma, għax nafu li hemm boreholes anke fi djar privati.", "Mela lil dawn se nbellgħulhom spiża doppja għax se nipproduċu biss ilma mir-reverse osmosis u l-oħrajn li qed jikkawżaw l-ikbar problema jkomplu jtellgħu b'xejn!", "Għalija this is a non starter bħala soluzzjoni, apparti li the intended result ma tilħqux.", "U l-proċess li tnaqqas l-estrazzjoni, il-WSC mhijiex qed tagħmlu b'għażla, għax f'10 snin il-produzzjoni tal-korporazzjoni mill-ilma tal-pjan naqqset minn 19-il miljun metru kubu għal 13-il miljun metru kubu.", "Meta xi tliet snin ilu jien għedt li l-ilma tal-pjan baqagħlu użu ekonomiku ta' 15-il sena, kien hemm min qalli li kont qed inkun sensazzjonali.", "Dak huwa kkalkulat fuq the decrease in production tal-WSC; jekk tħares lejn kemm qed tipproduċi ilma l-WSC u kemm qed testrapola tara li fi 15-il sena l-WSC ma tkun qed ittella' xejn mill-ilma tal-pjan, mhux b'deċiżjoni tagħha imma minħabba li l-kwalità sejra lura ħafna.", "GEORGE PULLICINO: Imma hemm raġuni għal dak.", "Il-WSC illum qed tipproduċi volum inqas mir-reverse osmosis għax investiet il-miljuni biex it-telf tal-ilma kuljum jonqos b'iktar mid-doppju u mhux għax xi ħadd qed jikkonsma inqas ilma.", "Permezz tal-investiment li sar fl-infrastruttura, l-ammont ta' telf ta' ilma kuljum, minn 4,000 metru kubu niżel għal 1,000 metru kubu.", "Jiġifieri ejjew ngħidu l-istampa sħiħa.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Veru, imma jekk tħares lejn il-konsum tal-WSC tara li dan naqas ukoll għax kien hemm min ħaffer il-boreholes.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li l-konsum naqas biss għax naqas it-telf mill-pajpjiet imma għax kien hemm min tħajjar iħaffer borehole.", "Dwar il-water policy, jien napprezza li għandna water policy u fiha miżuri tajbin, uħud minnhom marbutin b'timeframes.", "GEORGE PULLICINO: Imma taqbel li t-timeframes li hemm għandhom ikunu rispettati nkluż waqt li qed jiġi rivedut il-pjan?", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Iva, imma to be fair, aħna tajna preżentazzjoni lill-Ministru Konrad Mizzi u kellna diskussjonijiet miegħu u meta staqsa l-opinjoni tagħna dwar kemm għandu jieħu żmien il-pjan u aħna għednielu li nantiċipaw li biex tagħmel biċċa xogħol suret in-nies li tista' twassalna fejn irridu naslu sal-2027, hemm bżonn bejn wieħed u ieħor 18-il xahar, ir-reazzjoni tiegħu kienet \"bloody hell\" għax hu xtaqu li jsir fi żmien sitt xhur.", "Aħna għednilu biex ma jippruvax jagħmel dan il-pjan f'sitt xhur għax l-ewwel nett ħafna mill-informazzjoni li fuqha għandu jibbaża d-deċiżjoni lanqas biss teżisti u hemm proċess ta' ġbir ta' dik l-informazzjoni biex wieħed ikun jista' jieħu deċiżjoni infurmata.", "Għalkemm ir-reazzjoni tagħna kienet li nippreferu jsir kif għandu jsir bl-informazzjoni għax anke ċerti deċiżjonijiet iridu jittieħdu on the basis of assumptions, m'hemmx ħin biżżejjed biex noqogħdu nġibu l-informazzjoni li għandna bżonn biex nieħdu deċiżjoni \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\" and we have to work on estimates biex naslu għal deċiżjoni f'dak iż-żmien.", "Dwar il-private boreholes, ngħid għalija bħala prinċipju ħadd m'għandu dritt għal borehole privata; la bidwi, la kummerċjalment, u lanqas min għandu swimming pool.", "Dak huwa ilma pubbliku u għandu jamministrah il-pajjiż u jiddeċiedi fejn għandu jiġi allokat.", "Jiġifieri l-kontroll irid jieħdu l-Gvern imbagħad jiddeċiedi f'kuntest, inkluż cost benefit analysis, kif l-aħjar għandu jitqassam dak l-ilma.", "Per prinċipju ħadd m'għandu jiġi ppremjat talli ħaffer toqba llegali, ibbenefika minnha għal diversi snin, għadu jibbenefika minnha sal-lum imbagħad nitolbuh iħallas xi ħaġa talli għamel hekk, meta jekk niġi biex napplika jien għall-istess borehole ma jħallunix, lanqas jekk lest inħallas l-istess rata li ħallas dak li ilu jtella' l-ilma 30 sena.", "Allura jekk lili mhux se tagħtini l-permess biex inħaffer borehole, kif dak li jkun diġà bbenefika minn sitwazzjoni llegali għal 30 sena se nagħtih the benefit of first refusal jekk iħallas xi ħaġa għall-ilma?", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, jien nixtieq li niddiskutu dan il-punt meta jkollna ħafna iktar ħin għax għandi l-opinjoni tiegħi dwaru.", "Jien ma naqbel assolutament xejn li tpoġġi spiża fuq il-bidwi għal dak li għandu bżonn jekk ma tagħtihx alternattiva – jekk tagħtih alternattiva allura d-diskors jinbidel – meta llum, f'sitwazzjoni ta' suq liberu ta' prodotti, il-bidwi Malti, bil-prodott tiegħu jrid jikkompeti ma' prodott li ġej min-naħa ta' fuq tal-Italja, prezz bi prezz, meta t-Taljan m'għandux problema fuq użu ta' ilma għax taf daqsi li l-ilma tagħhom huwa b'xejn u huwa naturali.", "Jien lest li niddiskuti, li jdejjaqni hu li l-ewwel nett, jittieħdu deċiżjonijiet mingħajr lanqas biss isir cost benefit analysis.", "Veru li jista' jkun li l-cost benefit analysis ma jagħtikx ir-riżultati kollha biex tkun tista' tiddeċiedi, imma almenu ejjew nagħmlu l-eżerċizzju biex issir tali analiżi, mhux għax hemm deċiżjoni politika fuq mandat elettorali naqblu u nagħmluh dan mingħajr cost benefit analysis għax inkella l-pajjiż ikun qed jidħol għal deċiżjonijiet b'għajnejh magħluqa.", "Nittama li 'l quddiem niddedikaw laqgħa biex inkunu niddiskutu din il-materja.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Imma fl-istess waqt ejjew nikkompetu fejn kapaċi nikkompetu, jiġifieri ejjew ma nippruvawx inkabbru prodotti li jirrikjedu ħafna ilma u nikkompetu mal-istess prodott Taljan fejn l-ilma jiġi b'xejn u xxamplat.", "Għalhekk għedt li hemm bżonn pjan nazzjonali tal-agrikoltura qabel ma jista' jkun hemm pjan nazzjonali tal-ilma.", "L-aħħar mistoqsija kienet dwar in-nitrati.", "Irrid ngħid li sfortunatament, il-parir li jieħdu l-bdiewa fuq in-nitrati mhuwiex ġej from an independent advisory unit fi ħdan il-Gvern, imma ġej mis-suppliers, u s-supplier għandu interess li minflok xkora jbigħ tnejn u allura dik hija s-sitwazzjoni li qed twassal għal dan id-diżastru.", "Jiġifieri anke minn element ta' kompetizzjoni, il-bidwi qed jitfa' darbtejn, tliet darbiet iktar milli għandu bżonn, kultant anke jagħmel ħsara lill-istess prodott, u dan minħabba n-nuqqas ta' advisory unit tal-agrikoltura li jagħtih parir indipendenti.", "GEORGE PULLICINO: Safejn naf jien, illum teżisti advisory unit fejn hemm, jekk m'iniex sejjer żball, madwar tmienja jew 12-il persuna nvoluti fin-nitrates information programme li għalih ġibna €2 miljun jew €3 miljun.", "Dawn iridu jduru 3,800 bidwi biex jispjegawlhom l-użu tan-nitrati, kemm biex imur tajjeb hu għax ma jonfoqx aktar milli hemm bżonn, u anke biex tmur tajjeb il-komunità fuq żewġ aspetti, l-ewwel nett għax il-prodott li jixtri l-konsumatur ma jkollux livell għoli ta' nitrati fih, u anke għaliex innaqqsu l-volum ta' nitrati li qed nitfgħu fil-watertable tagħna.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Soluzzjoni oħra tista' tkun li bħalma nitkellmu fuq kwota għall-ilma, nitkellmu wkoll fuq kwota għall-fertilizzant li jkun proporzjon ta' dak li jkun se jkabbar il-bidwi.", "GEORGE PULLICINO: Tista' tkun ukoll.", "MADAM CHAIR: Xtaqt nagħmel xi ftit mistoqsijiet biex niċċara ftit dak li ntqal.", "Fhimt sew jien li l-water policy eżistenti hija bbażata fuq benchmarks fittizji?", "Il-water policy eżistenti trid tiġi riveduta, jew trid issir mill-ġdid?", "L-impressjoni li ħadt meta għedt li kellimtu lill-Ministru Mizzi kienet li tant ma jeżistux benchmarks li kważi qtajtu qalbkom li tistabbilixxu l-benchmarks kollha neċessarji biex ikollna pjan nazzjonali għall-ilma fit-tul.", "L-INĠ.", "MARCO CREMONA: Il-kritika prinċipali tiegħi għall-water policy hija li it is difficult to measure, jiġifieri jekk għandek miżura li, pereżempju, tgħidlek to encourage the conservation of water in homes, kif taf jekk hijiex effettiva jew le?", "Għax inkella wieħed jista' jagħmel billboard, jgħid li rawh għaxar min-nies allura he can tick it off.", "Għalija din mhijiex sodisfaċenti.", "MADAM CHAIR: Inġ.", "Cremona, fil-leġiżlatura l-oħra qatt kellek l-opportunità, inti jew l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta, tiġi f'Kumitat ta' din ix-xorta u jkollok interaction diretta mal-Membri tal-Kumitat biex tagħmel is-suġġerimenti tiegħek?", "L-INĠ.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri din hija l-ewwel darba.", "Nirringrazzjak.", "Ngħaddu issa għall-aħħar item li għandna fuq l-aġenda għal-lum.", "AFFARIJIET OĦRA – MEPA CIRCULAR 01/13", "MADAM CHAIR: Dan il-Kumitat ġie mitlub sabiex jiddiskuti policies li għandhom x'jaqsmu ma', u li jirregolaw iċ-ċertifikati ta' żvilupp skont il-permess, partikolarment MEPA ċirkolari 1 tal-2013.", "Din iċ-ċirkolari fiha erba' suġġetti u l-iktar li ġejna mitluba niddiskutu huma n-numri tnejn u tlieta li jitkellmu dwar enforcement policy, infringrements within parts of sites, extension of validity and resubmission periods, u compliance certification.", "Li se nagħmlu llum huwa li nisimgħu lill-uffiċjali tal-MEPA jgħidulna, fil-qosor kemm jista' jkun, x'jinvolvu dawn il-policies, imbagħad wara, aħna l-Membri bejnietna nkunu nistgħu nistabbilixxu d-dati, jekk jista' jkun din il-ġimgħa stess, u n-numru ta' laqgħat li għandna bżonn biex niddiskutu dawn l-items ħalli qabel ma jaġġorna l-Parlament inkunu tajna r-rapport tagħna lill-Parlament ħalli jkun jista' jiġi mgħoddi lill-Ministru.", "Nistieden lill-uffiċjali tal-MEPA sabiex jiġu jagħtuna l-ispjegazzjoni tagħhom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (CEO, MEPA): Sinjura President, din il-policy għamilniha minħabba li għandna numru ta' binjiet li huma illegali u li għandhom xi forma ta' permess.", "Din il-policy ma ġietx integrata biex dawn il-binjiet illegali nissanzjonawhom jew b'xi mod nagħtuhom il-green light li jistgħu jaħdmu mingħajr ma attwalment inkunu qegħdin nirregolaw b'mod iktar speċifiku l-attività li qed issir fuq il-post.", "Il-policy, per se, għandha tliet miri.", "L-ewwel waħda hija li l-MEPA tiġbor ammont ta' flus li permezz tagħhom tkun f'pożizzjoni li, f'każ li ma joħroġx il-permess, tkun tista' tmur tagħmel l-azzjoni hi jekk l-iżvilupp ma jitneħħiex, it-tieni mira hija li fejn hemm permess inħallu dik il-parti biss taħdem u fejn hemm l-illegalità din tiġi mbarrata, u t-tielet mira hija li f'każ li jkun hemm ksur ta' xi waħda mill-ordnijiet li tagħti l-MEPA rigward fejn hemm l-illegalità dak li jkun jeħel penali ta' €12,000 u jkollu jerġa' jżid il-garanzija bankarja.", "Il-garanzija bankarja nħadmet fuq rata ta' €200 kull metru kwadru ta' floor space, b'capping ta' €1 miljun.", "Meta ġiet biex tinħadem din ir-rata ġie kkunsidrat li jekk il-MEPA tiġi biex twaqqa', jkollha €100 x'jagħmel tajjeb għal kull kull metru kwadru.", "Dawk huma l-punti fuq fuq ta' x'tgħid Section 2 taċ-ċirkolari 1 tal-2013 .", "Rigward Section 3 rrid ngħid li sibna li ħafna familji qegħdin jispiċċaw jerġgħu jiġu jitolbu renewal tal-compliance certificate li huwa validu għal sitt ġimgħat u allura ħassejna l-ħtieġa li dak iċ-ċertifikat jiġi estiż għal 12-il ġimgħa.", "Fl-istess ħin qed ngħidu wkoll li meta bniedem idaħħal dokument u jkun jonqsu, pereżempju, fire safety ventilation report għax ma jkunx għamlu, minflok jitlef il-flus wara sitt ġimgħat, ikollu tliet xhur ċans biex iġib id-dokumenti ħalli nkunu nistgħu nerġgħu noħorġu compliance certificate.", "MADAM CHAIR: Grazzi.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG (Direttur, Taqsima tal-Infurzar, MEPA): Naħseb li s-CEO ddeskriva tajjeb the main objectives.", "Li nista' nżid huwa li din iċ-ċirkolari qed tkompli fuq żewġ ċirkolarijiet li ħarġu fl-1996 u fl-1998.", "Issa qed naraw li fejn hemm żvilupp li għandu same ownership u għandu parti legali u parti llegali, dik il-parti li tkun illegali, minbarra li ma tkunx tista' tintuża, se tkun marbuta b'garanzija bankarja pjuttost sostanzjali u b'kuntratt li jgħid li sa tliet snin, dik il-parti trid tkun, jew legalizzata, jew imneħħija mill-owner stess.", "F'każ li dan ma jsirx se jkun hemm il-flus diġà għand il-MEPA biex inkunu nistgħu nipproċedu ħalli nneħħu kollox aħna.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjakom.", "Issa rridu niddeċiedu kemm għandna bżonn laqgħat biex niddiskutu din il-materja.", "Jekk taqblu nissuġġerixxi li niltaqgħu nhar l-Erbgħa filgħaxija minħabba li l-Parlament se jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf fis-17 ta' Lulju.", "(Interruzzjonijiet) Jekk niddeċiedu llum, l-uffiċjali tal-MEPA jkunu jistgħu jikkonfermaw il-preżenza tagħhom u aħna nkunu nistgħu nistabbilixxu ħin biżżejjed ħalli neżawrixxu l-item u nkunu nistgħu nressqu r-rapport tagħna lill-Parlament.", "GEORGE PULLICINO: Għalija huwa tajjeb, però l-Onor.", "Toni Bezzina xtaq li jkun preżenti u qalli biex nikkomunika miegħu d-dati, jiġifieri ma nistax ngħidlek għalih jekk huwiex tajjeb jew le.", "Forsi nistgħu nitolbu lis-segretarja sabiex tiċċekkja mal-Membri li mhumiex preżenti ħalli naraw jekk id-data hijiex tajba għalihom.", "MADAM CHAIR: Jien ukoll nixtieq li l-Onor.", "Toni Bezzina jkun hawn għax jista' jkollu xi kummenti x'jagħmel.", "Nitlob lis-segretarja sabiex tikkomunika ftit miegħu ħalli biex naraw jekk jistax ikun magħna nhar l-Erbgħa.", "Bezzina huwa available nhar l-Erbgħa, għalhekk qed naġġorna l-Kumitat għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013, fis-6:30 p.m. Nirringrazzja lil kull min għoġbu jattendi għal din il-laqgħa.", "Fid-8:47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013 fis-6:30 p.m. b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar items 2 u 3 tal-MEPA Circular 01/13."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130708_002d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2013.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:47 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, l-Onor.", "Leo Brincat u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Onor.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 1 li saret fit-3 ta' Ġunju, 2013 kienu konfermati.", "KUMMENTI/DOMANDI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR L-INTERVENTI LI SARU FL-AĦĦAR LAQGĦA", "Il-Perit Vincent Cassar, Chairman tal-MEPA, u s-Sur Alfred E. Baldacchino, persuna nvoluta fil-qasam tal-ambjent, wieġbu għad-domandi li sarulhom mill-Membri tal-Kumitat dwar l-interventi li kienu għamlu fl-aħħar laqgħa.", "Peress li kien hemm xi Membri tal-Kumitat li xtaqu jagħmlu domandi lill-persuni l-oħra li kienu ħadu sehem fid-diskussjoni fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat, jiġifieri s-Sur Paul Buttigieg, il-Perit Philip Grech u s-Sinj.", "Astrid Vella, però li ma kenux preżenti għal-laqgħa tal-lum, iċ-Chairperson qalet li dawn għandhom jiġu mitluba jattendu f'xi laqgħa oħra tal-Kumitat sabiex jirrispondu għad-domandi li xtaqu jagħmlulhom l-Membri tal-Kumitat.", "KONTINWAZZJONI TAD-DISKUSSJONI DWAR ID-DIREZZJONI TAL-POLITIKA TAL-GVERN FEJN JIRRIGWARDA L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP U L-INVOLVIMENT TAL-ISTAKEHOLDERS KOLLHA F'DIN IL-MIXJA – INTERVENTI MILL-PERSUNI MISTIEDNA GĦAL-LAQGĦA U DOMANDI/KUMMENTI DWARHOM MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT", "L-Inġinier Mario Cremona, f'isem il-Malta Water Association, ħa sehem fid-diskussjoni u wieġeb ukoll għad-domandi li sarulu mill-Membri tal-Kumitat.", "Fid-diskussjoni kien hemm is-suġġeriment li l-Kumitat kellu jiddedika xi laqgħat sabiex diskussjoni l-kwestjoni tal-ilma aktar fit-tul u fid-dettall.", "AFFARIJIET OĦRA – MEPA CIRCULAR 01/13", "Iċ-Chairperson irriferiet għall-ittra datata 3 ta' Lulju 2013 li kienet irċeviet mingħand l-Onor.", "Michael Farrugia fejn fiha hemm riferenza għaċ-Cirkolari 01/13 tal-MEPA.", "Is-Sur Johann Buttigieg, Chief Executive Officer tal-MEPA u l-Perit Alexander Borg, Direttur fit-Taqsima tal-Infurzar tal-MEPA, ġew mistiedna sabiex jispjegaw lill-Kumitat fiex kienet tikkonsisti din iċ-ċirkolari u x'kien qed jiġi mitlub japprova jew xort'oħra l-Kumitat.", "Id-diskussjoni kienet interrotta u ġiet aġġornata.", "Fid-8:47 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013 fis-6:30 p.m. b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar items 2 u 3 tal-MEPA Circular 01/13.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130708_002m_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 6", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 6", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Merħba lil kulħadd.", "Niġu għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, għandha ssir emenda għall-Minuti, b'mod li tindika li lill-Ministru Louis Grech kien se jissostitwih l-Onor.", "Silvio Schembri, għax ir-raġuni mhux qiegħda mniżżla fil-Minuti.", "Dan għaliex il-Ministru kien imsiefer fuq xogħol tal-Gvern u m'hemmx imniżżel li kien hemm sostituzzjoni tiegħu.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 5 li saret fil-25 ta' Ġunju 2013, kif emendati, kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Illum bdejna l-Abbozz tal-Whistleblower; li dwaru kkomunikajna jien u l-Onor.", "David Agius matul il-ġimgħa li għaddiet, u jidher li għandna bżonn madwar tliet seduti, jiġifieri l-ħsieb tagħna hu li nieħdu s-seduta tal-lum, tal-Erbgħa filgħodu u tal-Erbgħa filgħaxija biex nkomplu niddiskutuh.", "B'hekk sa nhar l-Erbgħa filgħaxija suppost l-Abbozz tal-Whistleblower ikun għadda mill-istadju tat-Tieni Qari.", "Il-ġimgħa li għaddiet daħlet mozzjoni, fost oħrajn, li naħsbu li hija ta' importanza, fejn in-naħa tal-Oppożizzjoni qiegħda titlob emenda għal avviż legali li ġie tabled fil-11 ta' Ġunju dwar il-Bord ta' Appell, u dehrilna li din hija materja li l-Parlament għandu jiddiskuti malajr għax hija mozzjoni li titlob emenda ta' avviż legali.", "Il-ħsieb tagħna huwa li tiġi diskussa għada filgħaxija bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq għan-naħa tal-Oppożizzjoni, minħabba li kienet hi li ressqet din il-mozzjoni.", "Ix-xogħol ta' din il-ġimgħa huwa kif ġej: illejla se niddiskutu l-Abbozz tal-Whistleblower, għada se niddiskutu l-mozzjoni ppreżentata mill-Oppożizzjoni u l-Erbgħa filgħodu u l-Erbgħa filgħaxija se nkomplu niddiskutu l-Abbozz tal-Whistleblower li t-Tieni Qari tiegħu jagħlaq l-Erbgħa filgħaxija.", "Dwar iż-żjara minn Van Rompuy li kellha ssir fl-10 ta' dan ix-xahar, issa infurmati li ż-żjara se ssir fil-11 ta' Lulju, jiġifieri nhar il-Ħamis, bil-ħinijiet jibqgħu l-istess, bis-seduta tibda fit-15.30 p.m., iżda nitkellmu fuqha aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Għalissa kkonċentra fuq ix-xogħol tal-Kamra.", "DAVID AGIUS: Nirringrazzja lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Iva jiena tkellimt ukoll mal-grupp tan-naħa tagħna, inkluż mal-Onor.", "Li rrid inżid hu li s-seduta tal-Erbgħa filgħodu – just biex nirreġistrawha – tkun seduta normali, jiġifieri bil-ħin tal-mistoqsijiet fid-9.00 a.m. u bl-aġġornament ukoll.", "CARMELO ABELA: Qed nikkonferma dan, Mr Speaker.", "Din il-ġimgħa s-seduti kollha huma bil-ħin tal-mistoqsijiet fl-ewwel nofs siegħa u bl-aġġornament, sakemm naturalment ma jkunx hemm qbil mod ieħor dak il-ħin; pereżempju jekk ngħidu aħna l-Erbgħa filgħaxija naraw li forsi m'hemmx ċans li nagħlquha, imma n-normalità hi li jkun hemm ħin tal-mistoqsijiet u aġġornament anke fis-seduta tal-Erbgħa filgħodu.", "MR SPEAKER: Jiġifieri d-diskussjoni dwar l-Abbozz tal-Whistleblower jagħlaq l-Erbgħa.", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb hu li d-diskussjoni dwar l-Abbozz tal-Whistleblower tagħlaq nhar l-Erbgħa filgħaxija.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tagħna naqblu.", "CARMELO ABELA: Bħala prijoritajiet, għax naturalment qed noqorbu li – jekk il-Bambin irid – nieqfu ftit mill-Parlament għall-vaganzi tas-sajf, il-Gvern jixtieq li apparti l-Whistleblower Act jingħalaq ukoll l-abbozz ta' liġi li diġà inbeda dwar il-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari.", "Darba minnhom konna semmejna wkoll li jsir it-Tieni Qari l-Abbozz dwar is-Saħħa, però ma jkun ġara xejn jekk jinbeda u ma jiġix konkluż it-Tieni Qari tiegħu, fis-sens li mhux prijorità.", "Għalkemm konna tkellimna li kienet prijorità li jingħalaq it-Tieni Qari tal-Abbozz dwar is-Saħħa, mhux se tibqa' prijorità li jingħalaq; biss għandu jinbeda ħalli jitkompla wara l-vaganzi tas-sajf.", "Li nixtiequ, però, huwa li tal-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari tingħalaq ukoll, jiġifieri tgħaddi mill-istadji kollha parlamentari.", "DAVID AGIUS: Imma qed nifhem sew li Abbozz Nru 11 rigward il-Liġi tas-Saħħa, għallinqas tinfetaħ id-diskussjoni dwaru?", "CARMELO ABELA: Iva, jiġifieri jkun hemm il-Ministru jagħmel ir-rimarki tiegħu u x-shadow minister jagħmel ir-rimarki tiegħu u nibdew.", "MR SPEAKER: Għax l-aħħar darba kien hemm l-Onor.", "DAVID AGIUS: Hekk hu, imma naqblu li nibdew.", "CARMELO ABELA: M'hemmx għalfejn jingħalaq it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq il-ġimgħa d-dieħla hux hekk?", "Qed ngħidu li sa nhar l-Erbgħa nagħlqu l-Abbozz dwar il-Whistleblower.", "CARMELO ABELA: Il-fatt li l-Abbozz dwar il-Whistleblower jgħaddi mit-Tieni Qari ma jfissirx li l-istadju tal-Kumitat huwa lest u naturalment irridu naqblu wkoll fuq ġranet għall-Kumitat.", "Jekk jista' jkun isiru laqgħat tal-Kumitat forsi l-Ħamis jew il-Ġimgħa, naturalment jridu jikkoordinaw bejniethom il-Membri li jiġu maħtura.", "Inkun nista' nitkellem mal-Onor.", "MR SPEAKER: Trid tikkoordina maċ-Chairman.", "Imma fuq xogħol tal-Kamra plenarja qegħdin naqblu.", "Ejja niġu issa għax-xogħol tal-ġimgħa d-dieħla.", "CARMELO ABELA: Għandkom indikazzjoni ta' kemm għandkom bżonn kelliema min-naħa tagħkom fuq l-abbozz dwar il-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari?", "Li ġara s'issa hu li l-Onor.", "Bonnici beda l-introduzzjoni tiegħu u kulma ħa kwarta biss.", "Min-naħa tiegħi, apparti l-Onor.", "Bonnici, naħseb hemm żewġ kelliema oħra.", "Ejja ngħidu għandna bżonn seduta u nofs jew żewġ seduti.", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, sa nhar l-Erbgħa nkun nista' ngħidlek eżatt.", "MARIO DE MARCO: Il-ħsieb huwa hekk: forsi nistgħu ngħidu li t-Tnejn jew it-Tlieta nagħlqu tal-funzjonijiet tal-Parlamentari anke għal skopijiet forsi ta' vot li naħseb se jittieħed, u l-Erbgħa nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa.", "CARMELO ABELA: Nixtieq niċċara ftit li tal-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari, għalkemm ma jidhirx li l-Kumitat ħa jieħu fit-tul, nixtiequ wkoll nagħmlu Kumitat tagħha.", "Nistgħu forsi nitkellmu ftit aktar 'il quddiem biex naraw, imma l-intenzjoni hi li jgħaddi mill-istadji kollha.", "Nifhem li d-diskussjoni trid issir, naturalment kulħadd iżomm il-limitu tiegħu, però rridu nsibu daqsxejn spazju għall-Kumitat.", "Fil-Kumitat m'hemmx affarijiet ta' barra minn hawn, m'hemmx emendi x'jiġu suġġeriti u wisq probabbli jibqa' kollox kif inhu; ma naħsibx li l-Kumitat għandu jieħu fit-tul wisq.", "DAVID AGIUS: Qed nifhem li m'hemmx emendi apparti l-abbozz.", "CARMELO ABELA: Le, jien m'iniex informat li hemm emendi.", "DAVID AGIUS: Għax jekk hemm emendi l-proċess jimxi bil-mod.", "CARMELO ABELA: Fil-każ nista' nikkonfermalek wara, imma m'iniex infurmat li apparti dak li hemm fl-abbozz hemm xi emendi oħrajn.", "DAVID AGIUS: U l-istess għal dak li għandu x'jaqsam mal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Whistleblower.", "CARMELO ABELA: Hekk qed nifhem ukoll, iva.", "DAVID AGIUS: Fil-każ nixtieq li sa nhar l-Erbgħa l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Whistleblower nagħlquh.", "CARMELO ABELA: Jekk hemm xi emendi oħrajn ngħadduhomlkom qabel nhar l-Erbgħa.", "DAVID AGIUS: Preferibbilment qabel nhar l-Erbgħa.", "Rigward il-liġijiet l-oħrajn, għandna xi indikazzjonijiet jew se nħallu xi affarijiet pendenti għal wara li niġu lura?", "MARIO DE MARCO: Jekk qed nifhem sew, aħna se nagħlqu fis-17 ta' Lulju.", "DAVID AGIUS: Qed nimmiraw għal dik id-data?", "MR SPEAKER: Onor. Abela, tista' tikkonferma li fis-17 ta' Lulju?", "CARMELO ABELA: Ma nistax nikkonferma at this stage li se nagħlqu fis-17 ta' Lulju.", "Jista' jkun li nagħlqu f'dik il-ġimgħa, jista' jkun fis-17, fit-18 jew fid-19 ta' Lulju, imma l-mira hi li ngħaddu l-Whistleblower Act u tal-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari.", "Kif jgħaddu dawn nistgħu nieqfu.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri jidher li se nagħlqu f'dik il-ġimgħa.", "MR SPEAKER: Jekk qed nitkellmu dwar kif se jiġu ssettjati l-programmi matul din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla, jidher li sal-ġimgħa d-dieħla – kif qed jgħid l-Onor. de Marco – il-Gvern jagħlaq ix-xogħol qabel il-vaganzi tas-sajf.", "DAVID AGIUS: Għalhekk qed nistaqsi jekk hemmx xi ħsieb għall-oħrajn.", "CARMELO ABELA: Jekk nieħdu dak li għandna fl-Ordnijiet tal-Ġurnata u l-Mozzjonijiet: it-Tielet Qari tal-Kodiċi Ċivili għadda llum, tal-Protezzjoni tal-Informatur beda issa u jagħlaq sa nhar l-Erbgħa, ikollna seduta fejn isir il-ftuħ tal-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa tagħha però ma tiqafx hemmhekk, u nixtiequ li tal-Membri Parlamentari tgħaddi mill-istadji kollha.", "Bażikament dawk huma l-liġijiet li jkun fadal.", "Naturalment imbagħad hemm il-mozzjonijiet tal-abbozzi ta' liġi li għandna iktar 'l isfel; dawk wieħed jitkellem fuqhom maċ-Chairman fil-każ.", "Imbagħad fil-paġna ta' wara għandna tal-Bank Ċentrali li għadu mhux ippubblikat u mozzjoni sabiex jiġu emendati l-Ordnijiet Permanenti li se nipprovaw ngħadduha qabel noħorġu bil-vaganzi tas-sajf.", "MR SPEAKER: Fuq tal-Ordnijiet Permanenti nagħmillek osservazzjoni li kellek tiġi b'risposta, Onor. Abela.", "CARMELO ABELA: Hekk hu, issa ngħadduhom dawn.", "Imbagħad hemm il-private members' motions.", "DAVID AGIUS: Skużawni.", "Din il-mozzjoni meta se ngħadduha?", "CARMELO ABELA: Tal-Ordnijiet Permanenti?", "DAVID AGIUS: Iva, aħna favur, m'għandniex problema.", "CARMELO ABELA: Dik inpoġġuha fuq l-aġenda u ngħadduha, m'għandniex diffikultà, fil-każ nistgħu nagħmluha għada.", "Jekk mhux għada forsi nhar l-Erbgħa għax id-Deputat Prim Ministru … bejn għada u l-Erbgħa.", "DAVID AGIUS: M'għandniex problema.", "CARMELO ABELA: Imbagħad hemm il-private members' motion, Mozzjoni Nru 60.", "Nifhem li l-Onor.", "Agius qed jistaqsi fuq dik.", "Għada se nitkellmu fuqha.", "Imbagħad għandna l-Mozzjoni Nru 53 li kont diġà għidt li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni kellhom jitkellmu dwarha.", "Il-feedback li għandi huwa li se nagħtu xi data għal Settembru fuqha kif nidħlu lura fl-ewwel laqgħa wara l-vaganzi tas-sajf.", "MR SPEAKER: U fuq l-oħra?", "CARMELO ABELA: Fuq l-oħra m'għandix indikazzjoni.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri qed nifhem li Mozzjoni Nru 53 u Mozzjoni Nru 61 nagħmluhom wara li nidħlu lura mill-vaganzi tas-sajf.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, tikkonferma dan?", "CARMELO ABELA: Iva, Mr Speaker, nikkonferma.", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Fuq xogħol tal-Kamra jidher li l-programm huwa eżawrit.", "Ngħaddu issa għal affarijiet oħrajn u nibdew minn dak li staqsejt int Onor. Agius dwar il-korrezzjoni tal-Minuti fuq ir-Rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell, Ms Pauline Abela.", "Se nirrikapitola mill-aħħar laqgħa li kellna ta' dan il-Kumitat.", "Onor. Membri, jeħtieġ l-approvazzjoni ta' dan il-Kumitat biex jiġi mġedded il-kuntratt tar-Rappreżentant tal-Parlament Malti fi Brussell.", "Kif kont spjegajt din il-kundizzjoni kienet iddaħħlet peress li meta skada l-kuntratt tar-Rappreżentant preċedenti l-Parlament kien xolt u allura ma kellniex l-approvazzjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għal din il-ħatra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Dan biex jiġġedded għal sitt xhur oħra hux hekk?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "CARMELO ABELA: Min-naħa tal-Gvern m'għandniex oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: B'effett mill-1 ta' Frar, qegħdin fix-xahar ta' Ġunju issa.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: M'għandna l-ebda diffikultà.", "MR SPEAKER: Mela nistgħu ngħidu li l-kuntratt issa ġie approvat mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u allura nistgħu ngħaddu għal item ieħor.", "DAVID AGIUS: Biex inkunu ċari, sitt xhur minn dakinhar jew sitt xhur mil-lum?", "MR SPEAKER: Sitt xhur mill-1 ta' Frar skont id-dokument li għaddejtilkom.", "Onor. Agius, jekk għandek bżonn kopja ngħaddilek kopja oħra.", "Ovvjament dak iż-żmien bħala Speaker kien hemm l-Onor.", "Michael Frendo, imbagħad il-Parlament ġie xolt.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: M'għandniex diffikultà li jiġi estiż, però li xtaqt hu li forsi jkun hemm iktar aġġornament min-naħa tar-Rappreżentant lid-deputati ta' x'qed isir, għax naħseb li l-ħolqa bejn ir-Rappreżentant u d-deputati għandha bżonn tissaħħaħ.", "MR SPEAKER: Għadna kif għaddejna r-rapporti min-naħa ta' Ms Pauline Abela, però għamilt sew li qajjimtha.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Il-punt tal-Onor. de Marco hu li biex ikun hemm iktar sens fir-Rappreżentanza, irid ikun hemm komunikazzjoni aħjar bejn Brussell u l-Membri Parlamentari.", "MR SPEAKER: Huwa punt validu u se nsemmih ukoll fid-diskors tiegħi f'viżita li se jkun hawn.", "MARIO DE MARCO: Li qed nissuġġerixxi huwa li mhux biss ikun hemm preżentazzjoni ta' rapporti, però li jkun hemm ukoll il-human report, jiġifieri hemm bżonn il-kuntatt uman mad-Deputati.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Qegħdin nitkellmu fuq il-kuntratt ta' Ms Pauline Abela li se jkun qiegħed tajjeb minn Frar; issa sitt xhur minn Frar jiġi Awwissu meta din il-Kamra mhux se tkun qiegħda tiltaqa'.", "Jiġifieri issa minn Awwissu se nibdew.", "DAVID AGIUS: Aħna s-sitt xhur tajniehomlha minn Awwissu 'l quddiem.", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, jista' ikun li ma fhimtx il-pożizzjoni.", "(Interruzjonijiet) Nirringrazzjak tal-osservazzjoni.", "Ċara.", "Nistgħu ngħaddu għall-item li jmiss.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Għandna l-mozzjoni tal-Awditur u d-Deputat Awditur Ġenerali.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, tal-Awditur u d-Deputat Awditur hija importanti, iżda dik għadni ġej għaliha.", "Ħalli niġu għal-ewwel item li nixtieq inressaq, l-indirizz lill-Kamra mill-Eċċellenza Tiegħu l-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy.", "Deborah Schembri biex tagħtu aktar informazzjoni dwar din is-seduta li issa ġiet posposta għall-Ħamis, il-11 ta' Lulju.", "Aħna diġà għandna l-programm più o meno kif se jkun imma jekk tistgħu forsi tagħtu aktar informazzjoni.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Id-dettall, jew dak li tkellimna fuqu fil-laqgħa preċedenti, baqa' kollu l-istess, bl-eċċezzjoni tkun biss il-ġurnata.", "Dan il-posponiment sar min-naħa tal-uffiċċju tal-Eċċellenza Tiegħu Herman Van Rompuy, u r-raġuni kienet li l-Erbgħa kellu jkun Brussell għal raġunijiet oħra u l-uffiċċju tiegħu talbu li ż-żjara tiegħu hawn Malta tiġi posposta b'ġurnata, però bħala ħinijiet baqa' kollox l-istess.", "L-istess għal dak li tkellimna fuq indirizzi mill-iSpeaker, mill-Eċċellenza Tiegħu Herman Van Rompuy kif ukoll mill-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, u naturalment il-laqgħa tal-Membri Parlamentari ma' Herman Van Rompuy b'mod informali wara s-seduta; dawn baqgħu l-istess.", "Jiena li xtaqt nirrimarka, għax qed nara programm, li sa fejn naf jien il-preċedenza kienet li l-ewwel jitkellem il-Prim Ministru, imbagħad jitkellem il-Kap l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Din hija kif ħarġet min-naħa ....", "CARMELO ABELA: Jien kont informat li mhux hekk kien il-każ.", "Issa ma nafx x'ġara, forsi ma ġejtx informat sew jien, imma fil-fatt konna tkellimna fuqha anke fil-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra preċedenti.", "Li jkun hemm bżonn, biex nitkellmu ċar, huwa li d-diskorsi – li se jsiru bil-Malti – jgħaddu qabel minħabba t-translation.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jiena kont se nqajjem l-istess punt li qajjem l-Onor.", "Carmelo Abela li fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għidna li l-preċedenza kienet li l-ewwel jitkellem Eċċellenza Tiegħu Herman Van Rompuy, imbagħad jitkellem il-Prim Ministru ...", "MARIO DE MARCO: Skużani, Mr Speaker.", "L-ewwel nitkellem jien, imbagħad jitkellem il-President .....", "MARIO DE MARCO: … imbagħad jitkellem il-President, imbagħad jitkellem il-Prim Ministru, imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni, u fil-fatt hija riflessa wkoll fil-Minuti tal-aħħar laqgħa.", "MR SPEAKER: Dan huwa l-programm li aħna rċevejna min-naħa .....", "MARIO DE MARCO: U jidhirli li kien sar hekk ukoll meta kien ġie l-President tal-Kummissjoni Ewropea Barroso f'Malta.", "Abela stess kien ta din il-preċedenza.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, il-programm huwa tal-Parlament u jsir mill-Parlament u minn ħadd iktar.", "Jekk se nibdew inneħħu u nneżżgħu lil dan il-Parlament mill-awtorità li għandu li jimxi .....", "MR SPEAKER: Onor. Agius, hawnhekk fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra saret id-domanda u se tiġi riżolta.", "M'għandekx għalfejn teċita ruħek.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu l-programm flimkien.", "MARIO DE MARCO: Nirringrazzjak u napprezza, però naħseb li il-punt tal-Onor.", "Agius huwa minħabba l-punt li tqajjem mill-Iskrivan tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Dak li jiġi segwit irid ikun hemm raġuni għalih, se nara x'inhi r-raġuni; jiena qiegħed hawnhekk bħalek, qed nippresjedi u allura se nara l-affarijiet.", "Onor. de Marco, ħalli ma naħlux ħin fuqha.", "Din hija xi ħaġa minima.", "Ejja nħalluha sospiża għalissa sakemm niċċekkja xi programmi oħrajn.", "Din hija xi ħaġa li rrid nidħol fiha jien personalment għax din hija xi ħaġa tal-Parlament, però tajjeb li qajjimnieha.", "CARMELO ABELA: Ħaġa oħra li nixtieq insemmi marbuta ma' din is-seduta hi li din se tiġi mxandra live – naturalment jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet – fuq il-PBS.", "L-Onor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Kemm inżidu li m'għandniex diffikultà li stazzjonijiet oħrajn jieħdu feed mill-PBS bħalma nagħmlu s-soltu.", "MR SPEAKER: Bħalma sar dejjem.", "Mela dwar dan qed naqblu wkoll.", "Fuq il-programm inħalluha ftit pending.", "Ħalli ngħaddu għal item ieħor.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Bil-patt u l-kundizzjoni li jekk inħalluha miftuħa, biex naraw x'ġara fil-passat mhux biex inbiddlu minn dan.", "CARMELO ABELA: Qabel nispiċċaw dan il-Kumitat niddeċiduha.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco biex inkunu qegħdin niftiehmu, se niċċekkjaw x'order of precedence intużat fil-passat u ovvjament nimxu magħha.", "Ngħaddu għal item ieħor, it-tisħiħ tal-istrutturi parlamentari.", "Ninforma lill-Kumitat li wara eżerċizzju ta' capacity building li sar mill-uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra biex insaħħu dawk li ngħidulhom is-support services għall-Membri Parlamentari, nixtieq ninfurmakom li ħarġu sejħiet għall-applikazzjoni għal Assistent Skrivan, għal Committee Clerk u Research Analyst.", "U biex insaħħu s-sezzjoni tal-IT se nkunu qed nisponsorjaw uffiċjali biex ikomplu l-istudju tagħhom f'dan il-qasam.", "Dan għall-informazzjoni tagħkom biex tkunu tafu dwar it-tisħiħ tal-istaff u iktar riżorsi li għandu jkollu l-Parlament, jiġifieri għallinqas kellna dan l-iżvilupp.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Kif se nimxu f'din il-proċedura?", "Jiġifieri se jkun hemm call for applications?", "Se jkun hemm interviews min-naħa tal-Uffiċċju tal-Parlament?", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: U qed naqblu li jsir kif kien isir qabel li anke l-Bord tal-Għażla – sejjaħlu li trid – ikun maqbul bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Inti trid taqsamhom fi tnejn.", "Ejja niġu mill-ewwel għall-każ tar-research analysts.", "Hemmhekk qegħdin nistennew il-go-ahead tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex imbagħad ikun hemm nomina tal-parlamentari miż-żewġ naħat.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ir-Research Analyst lil min se tkun qed tassisti?", "Lill-Kumitat dwar il-Familja?", "MR SPEAKER: Ħalli jinformak l-Iskrivan tal-Kamra fuq din.", "MR RAY SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): Peress li kellna żieda fin-numru ta' kumitati ma rajnihiex prattika li nassenjaw research analyst ma' kumitat partikolari.", "Allura tlabna li jiġi kkreat il-post ta' Research Analyst mal-Parlament, se noħolqu pool li jkollhom speċjalizzazzjonijiet differenti u kull kumitat ikollu aċċess għal dak il-pool.", "MR SPEAKER: Jiġifieri se jkun hemm iktar minn research analyst wieħed?", "(Interruzzjonijiet) Ħamsa?", "Kulħadd bl-ispeċjalizzazzjoni tiegħu.", "MR RAY SCICLUNA: B'kollox ikun hemm ħamsa.", "MR SPEAKER: Ikun hemm pool ta' ħames research analysts.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ir-Research Analyst li għandi jiena fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali se tibqa' miegħi?", "MR RAY SCICLUNA: Però se nużawha … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Schembri, li kont naf li se tagħmilli din id-domanda kont nirrispondik mill-ewwel!", "Ejja ngħaddu għall-item li jmiss.", "U rigward l-oħrajn?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħalli ngħaddi għall-item ta' qabel dwar l-indirizz lill-Kamra mill-Eċċellenza Tiegħu Herman Van Rompuy.", "Dwar is-sekwenza kif se jitkellmu, ninsew dan il-programm.", "Naħseb li qegħdin naqblu li wara li ċċekkjajna meta ġie Ban Ki-moon, Barroso u oħrajn, l-order of precedence dejjem kienet hekk: l-iSpeaker, il-mistieden, f'dan il-każ se jkun l-Eċċellenza Tiegħu Herman Van Rompuy, imbagħad id-diskors tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Joseph Muscat, imbagħad jagħlaq id-diskors il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Simon Busuttil; jiġifieri hemmhekk iridu jinqalbu.", "Issa dawn se nerġgħu nipprintjawhom.", "L-Onor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "(Interruzzjonijiet) Fl-aħħar seduta tal-Parlament tal-ġimgħa l-oħra kien hemm l-understanding - għax ġie jkellimni l-Onor.", "George Vella, li mbagħad tkellem mal-Onor.", "Simon Busuttil - li kien se jkun hemm ħames minuti fil-ħin bejn l-4.00 p.m., jiġifieri meta jagħlaq id-diskors l-Onor.", "Simon Busuttil, u l-4.10 p.m. fejn l-iSpeaker jirringrazzja lill-President u jissospendi s-seduta; imbagħad hemmhekk kien se jkun hemm l-okkażjoni li jiltaqa' mal-Membri Parlamentari.", "Hemmhekk kien se jkun hemm kwarta, jiġifieri qed nitkellmu fuq nofs siegħa fejn hemm il-laqgħa mal-membri u minnha kienet se tonqos kwarta biex ikun hemm laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Tista' tinforma lill-Kumitat fuqha din?", "Biex inkunu ċari, din ġrat waqt li kont qiegħed nippresjedi fil-Kamra.", "CARMELO ABELA: Ma nistax ninfurmakom fuqha għax jien m'iniex infurmat dwarha.", "Il-programm huwa dan u fil-programm anzi ma naħsibx li s-soltu jidħlu laqgħat mal-Kap tal-Oppożizzjoni meta jkollna seduta tal-Parlament.", "Però naħseb li m'għandhiex tidħol.", "MR SPEAKER: Le, is-soltu ma jidħolx veru.", "Imma jidher li kien hemm xi arranġament biex ikun hemm laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "MARIO DE MARCO: Hemm żewġ issues, l-ewwel hijiex se ssir il-laqgħa jew le, u t-tieni jekk tidħolx fil-programm jew le; u l-issues huma separati u se ngħaqqduhom.", "Però l-issue hawnhekk hi jekk hux se jkollu laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, għax l-informazzjoni hi li suppost li l-laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet ikkonfermata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jiena nista' nitkellem fuq il-programm tal-Eċċellenza Tiegħu Herman Van Rompuy li ġej għal ftit sigħat hawn Malta.", "Proprjament l-għan taż-żjara tiegħu kien li jkollu working lunch mal-Prim Ministru, imbagħad evolviet li għallinqas ikun hemm seduta speċjali tal-Parlament u evolviet biċċa oħra fejn informalment jiltaqa' mal-Membri, kif sar meta kellna okkażjonijiet oħrajn, jiġifieri t-30 minuta ta' wara d-diskorsi kien ukoll żvilupp li ġie aċċettat anke mill-uffiċċju barra; iż-żjara tiegħu hija ta' ftit sigħat.", "Jien fejn kelli ftit x'naqsam huwa mal-parti parlamentari, jiġifieri ta' x'jiġri hawnhekk.", "Jekk kienx hemm spazju qabel jew wara … imma naħseb li t-30 minuta intiżi biex jiltaqa' informalment mal-Membri u xi mistiedna oħra li jista' jkun hawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Naħseb forsi l-Onor.", "Abela kulma jrid jagħmel huwa jitkellem ftit ukoll mal-Ministru George Vella, għax tkellimna wkoll fil-preżenza tiegħu.", "MR SPEAKER: Skużani ftit, Onor. Agius.", "Din ma tidħolx fil-programm.", "DAVID AGIUS: Imma naħseb għandu jkun jaf li ...", "MR SPEAKER: M'intix tifhem; tifhimnix ħażin.", "Jekk kien qed isir arranġament, wieħed jista' jiċċekkja.", "Imma għad-domanda li staqsa l-Onor. de Marco dwar jekk tidħolx fil-programm, dik ma tidħolx fil-programm.", "Però qed tagħmel sew li tqajjem din il-kwestjoni ħalli l-Onor.", "Carmelo Abela, kif nispiċċaw il-Kumitat, jista' mill-ewwel ikellem lill-Onor.", "George Vella u jindirizza din il-kwestjoni ħalli naraw jekk hux se jkun hemm laqgħa jew le.", "CARMELO ABELA: Jiena m'għandix problema li nkellem lill-Ministru George Vella, imma l-programm bħala programm taż-żjara tiegħu huwa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Jiġifieri f'siegħa u 20 minuta jsir kollox.", "CARMELO ABELA: Bl-intenzjoni li nbiddlu – kif qbilna diġà – l-ordni tad-diskorsi.", "MARIO DE MARCO: Qed naqblu fuq l-ordni tad-diskorsi.", "Issa hawn deċiżjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li l-preċedenza tkun kif ftehemna.", "CARMELO ABELA: Issa nieħu ħsieb ninforma dwar dan.", "MARIO DE MARCO: Irid japprezza li meta ssir żjara lill-Parlament, hu importanti li ssir laqgħa, qasira kemm hija qasira, mal-Kap tal-Oppożizzjoni, hu min hu.", "Hawnhekk is-suġġeriment huwa li, u dan fehmu l-Ministru Vella, ladarba qed issir żjara lill-Parlament, issir laqgħa ta' korteżija ta' ħames minuti mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament qabel ma ssir il-laqgħa mad-Deputati.", "Dak kulma qed ngħidu, jiġifieri l-laqgħa ta' nofs siegħa, minflok tkun ta' nofs siegħa, tkun ta' 25 minuta.", "MR SPEAKER: Din hija xi ħaġa li wieħed jerġa' jitkellem fuqha wara l-Kumitat.", "Niġu għall-item li jmiss.", "Għaddejtilkom korrispondenza li rċevejt illum stess mid-Deputat Chairman Albert Marshall.", "Dan ċempilli dalgħodu, u wara li smajtu tlabtu jagħmilli t-talba tiegħu dwar il-frekwenza tar-radju 106.6 bil-miktub.", "Onor. Agius, se nħallikom tagħtu r-reazzjoni tagħkom.", "Ser naqra l-ittra:", "\"Qed nirreferi għat-telefonata li kellna dalgħodu.", "Bħalissa se nipprovaw nagħtu ftit saħħa lill-frekwenza 106.6 fejn jixxandru s-seduti tal-Parlament.", "Dan għaliex f'kull survey li jsir, jirriżulta li ħadd ma jisma' dawn is-seduti.", "L-intenzjoni tagħna, biex inpattu għal dan, hija li ningħaqdu għall-audio stream tal-Kamra tad-Deputati u din tkun aċċessibbli fuq il-website tagħna Il-video stream tal-Kamra tad-Deputati jkun aċċessibbli wkoll fuq , ċerti video streaming ta' siltiet mis-seduti parlamentari jkunu jistgħu jixxandru fuq TVM2.", "Jekk tiġi aċċettata din l-alternattiva, allura l-frekwenza ta' Radju Malta 2 tkun tista' tibda tintuża għal programmazzjoni essenzjali kulturali biex b'hekk jimtela l-vojt fil-qasam tal-obbligi pubbliċi radjofoniċi tal-PBS.", "Grazzi bil-quddiem\" eċċ.", "Irċevejtha llum u ħassejt li għandi ngħaddihielkom b'mod immedjat.", "Irrid nagħmilha ċara li, anke kieku qegħdin naqblu, irridu nibdlu l-Ordnijiet Permanenti għax, kif tafu, Ordni Permanenti 173 jgħid:", "\"Is-seduti tal-Kamra tad-Deputati għandhom jixxandru sħaħ u diretti bir-radju mill-Public Broadcasting Services.", "L-iSpeaker jista' jordna ...\" eċċ.", "Mela, biex tgħid li ma jibqgħux jixxandru d-dibattiti politiċi li jixxandru mill-Parlament eċċ. fuq il-106.6 irridu nemendaw ukoll l-Ordnijiet Permanenti.", "Għad-diskussjoni.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, qed nara l-ittra issa.", "L-ewwel nett, min-naħa tal-Gvern, mhux aċċettabbli li l-Parlament ma jibqax jixxandar fuq ir-radju.", "Il-106.6 kienet il-frekwenza li ntgħażlet, wara li ftit snin ilu konna fuq il-frekwenza l-oħra, konna aċċettajna li mmorru fuq il-106.6; imma li radju pubbliku ma jibqax ixandar is-seduti tal-Parlament sħaħ kif għadek kemm għedt inti, Sur President, għal din in-naħa mhuwiex aċċettabbli.", "Ma narax problema li jkun hemm video streaming fuq il-website sakemm iġibu kollox, mhux jagħżlu x'ixandru jew ma jxandrux.", "Fuq it-tielet waħda, li jixxandru fuq TVM2, hemmhekk noqgħod daqsxejn pass lura għalissa minħabba li għadna ma bdejniex fuq it-televiżjoni u allura naħseb nistgħu noqogħdu ftit lura mix-xandir fuq TVM2.", "Jekk, biex jagħmlu kontenut ta' kultura eċċ. - nifhem li d-diskorsi parlamentari m'għandhomx xi livell ta' kultura; qed nitkellem għalija l-ewwel wieħed - fil-ħinijiet l-oħra meta ma jxandarx il-Parlament, dik il-frekwenza jistgħu liberament jużawha għal programmi; imma jafu li l-Parlament jiltaqa' - b'normalità kbira - it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa bejn is-6.00 p.m. u d-9.30 p.m. b'eċċezzjonijiet żgħar li ġieli jkun hemm seduti filgħodu jew anke fi ġranet l-oħra mhux normali tal-Parlament.", "Imma bħala prinċipju ma nħossx li għandna naqblu li l-frekwenza 106.6 jew xi frekwenza oħra pubblika li forsi jista' jkun hemm, ma xxandarx is-seduti parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, naħseb li nista' naqbel mal-ġist jew mat-thrust tal-intervent tal-Onor.", "Għandna nżommu l-frekwenza tar-radju.", "Jekk huma forsi qed iħossu li frekwenza dedikata biss għal-laqgħat tal-Parlament qiegħda ttelfilhom l-użu tal-frekwenza, wieħed jista' jara kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Abela li fil-ħinijiet fejn ma jiltaqax il-Parlament jużaw dik il-frekwenza għal affarijiet oħrajn; imma, again, mhux kull ħaġa oħra, imma fuq affarijiet li huma relatati strettament mal-qasam kulturali.", "Qed naqblu, imma qed ngħid għall-frekwenza tar-radju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettuli, pereżempju, nafu li programmi tat-televiżjoni jixxandru filgħodu wkoll sad-9.00 a.m. fuq il-106.6, imbagħad ħafna mill-ħin ikun dedikat għal mużika Maltija.", "Jekk iridu jagħmlu programmi ta' diskussjoni fuq kultura eċċ., naħseb li l-ħinijiet l-oħra jippermettu li dan isir.", "Naħseb qed naqblu li l-prinċipju huwa li l-Parlament għandu jibqa' jixxandar fuq frekwenza tar-radju għax inkella se mmorru lura minn dak li għedna llum.", "Hawnhekk qed jissemma dak li jgħidu s-surveys.", "Is-surveys jagħtuk stampa, imma naf li hemm persuni li jsegwu l-Parlament; jekk se nneħħu dik, dawn mhux se jsibuna fuq l-internet, għax ċerti persuni ta' ċerta età jsegwu r-radju iktar milli jsegwu mezzi oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, l-istess naħseb, ir-radju għandu jitkompla.", "Rigward il-video streaming, nafu li fil-kmamar tal-kumitati hawn il-faċilità ta' video streaming imma hemm l-istess faċilità fil-Kamra?", "Jekk se ngħidu li dan jiġi video streamed, irridu naraw ukoll l-implikazzjonijiet ta' xi tfisser.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, ma naħsibx li d-Deputat Chairman tal-PBS, Albert Marshall, qed joffrilna dan fuq platt.", "Qed jgħidu: \"l-intenzjoni tagħna hija biex inpattu\" jiġifieri jekk inneħħu waħda se jagħtina l-oħrajn.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, nista' nirrispondi fis-sens li qed joħroġ mid-dibattitu, li l-Kumitat iddeċieda li ma jaqbilx li l-frekwenza 106.6 tieqaf milli tkompli anke għar-raġuni li l-Ordnijiet Permanenti jirrikjedu hekk, imma naqblu li għandu jkun hemm dawn l-additionals.", "DAVID AGIUS: Naħseb li għandna nibdew taħditiet mal-PBS biex naraw kif dawn is-seduti jingħataw iktar pubbliċità.", "Pereżempju, qatt ma rajt riklam wieħed fuq it-TVM li jgħid li fis-6.00 p.m. il-frekwenza 106.6 ixxandar il-Parlament, imma hemm riklami fuq affarijiet u programmi oħrajn.", "L-istess, l-Onor.", "Carmelo Abela, għadu kif qal li jkun hemm programmi filgħodu fuq it-television, imbagħad jixxandru fuq 106.6 u jiġu riklamati.", "Naħseb li jekk qed iħossu li m'hemmx nies li qed isegwu din il-parti tal-106.6, hemm bżonn inpoġġu bilqiegħda mal-PBS u naraw x'hemm bżonn isir biex jekk hemm bżonn inżidu n-nies li jsegwu dawn is-seduti.", "Barra minn hekk, naħseb li xejn ma jżomm lill-PBS jew lit-TVM milli jagħmlu l-audio u l-video streaming aċċessibbli fuq TVM kif kien qed jgħid l-Onor.", "Abela sakemm iġibu kollox.", "Imbagħad, kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Schembri, jekk ċertu streaming ta' siltiet mis-seduti parlamentari għandhomx jixxandru fuq TVM2, naħseb dik trid diskussjoni għaliha u rridu naħsbu sew fuqha.", "MR SPEAKER: Qed naqblu, Onor. Carmelo Abela, Onor. David Agius, Onor. Mario de Marco u Onor. Deborah Schembri li, jekk huma preparati li barra li jħallu r-radju nżidu dawn.", "L-ewwel, għandna ninsistu li dik il-frekwenza għandha tibqa' u, se mai, separatament minn dik, għandha ssir diskussjoni fuq l-affarijiet l-oħrajn li hemm għax naħseb, to be fair, huwa importanti li wieħed jitkellem mal-gruppi parlamentari rispettivi fuq dawn is-suġġerimenti.", "L-ewwel nett, naħseb li mhux aċċettabbli li titneħħa l-frekwenza.", "It-tieni nett, ejja naraw kif wieħed jista' jippromwovi aħjar il-frekwenza u dak li jixxandar fuqha.", "It-tielet, fair enough, ejja niddiskutu l-issues ta' live streaming, eċċ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jekk ikun meħtieġ niddiskutu formalment mar-rappreżentanti tal-PBS jew min kiteb l-ittra u, jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni, jiġu hawnhekk u nitkellmu magħhom.", "MR SPEAKER: Din hija idea tajba ħafna.", "CARMELO ABELA: Sur President, jekk tippermettili, bħala punt ta' tweġiba għal din l-ittra, żgur li m'aħniex qegħdin naqblu li l-106.6 jew jekk ikun hemm frekwenza oħra … aħna konna fuq 93.7, imbagħad snin ilu ġejna fuq 106.6, jiġifieri l-Parlament diġà wera flessibilità, imma l-prinċipju ta' radju baqa' hemm.", "Jiena ħsibt li se jgħidilna kif se jsaħħaħ il-106.6 anke bħala frekwenza biex jinstema' minn kullimkien għax kultant trid tgħolli s-sound kollu u tisma'...", "MR SPEAKER: Eżawrejnieha tajjeb.", "Niġu għall-item li jmiss, id-dati għall-mozzjoni li semmejt inti Onor. Abela, dwar il-ħatra ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali.", "Il-parir legali li għandna huwa li għandu jerġa' jittieħed il-vot fuq il-mozzjoni li temenda l-mozzjoni dwar il-ħatra għax, kif taf int, l-artiklu 108 tal-Kostituzzjoni jiddetermina t-terminu ta' ħames snin għal tali ħatriet.", "Għandek xi informazzjoni x'tgħaddilna Onor. Abela?", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-fatt, li nixtieq inżid huwa dan li, kif taf inti u kif jafu l-kollegi tiegħi, diġà ttieħed vot kostituzzjonali fuq il-ħatra tal-Awditur u tad-Deputat Awditur Ġenerali.", "Fil-mozzjonijiet li ġew ippreżentati, sar żball fid-dati.", "MR SPEAKER: Għandek vacuum ta' tliet ġimgħat, vacuum ta' xahrejn.", "CARMELO ABELA: Għamlu min għamlu l-iżball, immaterjali at this point, u allura, filwaqt li ppruvajna nsibu l-iktar mod faċli għaliha, li se jiġri huwa li, il-Prim Ministru ffirma żewġ mozzjonijiet oħra, waħda għal ħatra ta' Awditur Ġenerali u l-oħra għal ħatra ta' Deputat Awditur Ġenerali, fejn jiġu emendati l-mozzjonijiet li diġà għaddew mill-Kamra.", "Però l-parir legali mingħand l-AG huwa li jerġa' jittieħed il-vot, anke fuq l-emendi tad-dati biex ma jkunx hemm ekwivoku fuq il-ħatra tagħhom.", "Il-vot kostituzzjonali ta' 44 u 45 Membru favur irid jerġa' jittieħed kif ittieħed fis-seduta preċedenti.", "Dawn nipprovaw ngħaqqduhom mal-ewwel okkażjoni li jkollna xi vot u naħseb li se jkollna xi vot; jekk ikun għada l-vot, neħduhom għada stess.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, f'idejk, int trid tgħidilna.", "Jekk tgħid għada, isir għada.", "CARMELO ABELA: Qed ngħid dan għax il-mozzjonijiet iridu jiġu ffirmati mill-Prim Ministru, jiġifieri mhux se jkun hemm it-tliet ijiem eċċ., allura bil-permess tan-naħa tal-Oppożizzjoni fuq din il-kwestjoni.", "DAVID AGIUS: Hawnhekk qegħdin nitkellmu biss fuq kwestjoni ta' dati.", "MR SPEAKER: Għax irid jittieħed il-vot, Onor. Agius.", "DAVID AGIUS: Il-korrezzjoni qiegħda fuq id-dati.", "MR SPEAKER: Iva, fuq id-dati.", "DAVID AGIUS: Biex inkunu ċari, il-persuni se jibqgħu l-istess, kollox l-istess, sempliċement id-dati.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, l-ismijiet huma l-istess ismijiet.", "MR SPEAKER: Il-vot diġà sar u kien hemm qbil.", "MARIO DE MARCO: M'hemmx oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Din se titla' għada?", "Tista' tipprepara għal għada, m'hemmx bżonn it-tliet ijiem la hemm il-qbil.", "Niġi għall-item li jmiss, il-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Ma nafx jekk in-naħa tal-Gvern hijiex pożizzjoni li tagħti xi informazzjoni lill-Kumitat dwar il-bini l-ġdid tal-Parlament.", "Diġà għaddejt ir-rapport tiegħi lill-partijiet xi tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat ilu.", "Qiegħed nagħti din l-informazzjoni ħalli l-Onor.", "David Agius ikunu aġġornati.", "Ejja nieħdu item wieħed minnhom, pereżempju: aħna ġejna avviċinati biex nagħtu l-veduti tagħna bħala Parlament dwar is-sistema ta' sigurtà li għandha tintuża fil-bini l-ġdid.", "Biex nagħti l-veduti tiegħi fuq is-sigurtà, irid ikolli indikazzjoni li effettivament il-Parlament ser imur fil-binja l-ġdida.", "Ma nafx jekk il-Membri għandhomx xi suġġeriment x'jagħmlu.", "Pereżempju, s'issa, għas-sigurtà dejjem konna nużaw il-Forzi Armati, jiġifieri dejjem kien hawn membri tal-Armata biex jieħdu ħsieb is-sigurtà; inkella, għażla oħa hi jekk għandhiex titqabbad kumpanija privata għas-sigurtà.", "Għad-diskussjoni qiegħda.", "DAVID AGIUS: Sur President, bħala risposta uffiċjali min-naħa tal-Gvern kellek?", "MR SPEAKER: S'issa, għaddej bid-diskussjonijiet.", "Ovvjament, jien qiegħed fil- Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u allura marbut li niġi hawn, kif fil-fatt għamilt anke reċentement, u tajt rapport dwar kif naħsbuha aħna dwar il-prestazzjoni tal-bini u l-Parlament innifsu u allura qed inħalliha għad-diskussjoni.", "Fid-diskussjoni hawnhekk għandi ż-żewġ gruppi, għandi l-Oppożizzjoni u għandi l-Gvern.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, għandi bżonn kopja għax kont imsiefra fuq xogħol tal-Parlament u m'għandix.", "MR SPEAKER: Mhijiex problema, ngħaddulek kopja.", "Hawnhekk qed nara rappreżentazzjoni tan-Network Publications, il-kuntrattur magħżul mill-Bank of Valletta għall-esibizzjoni permanenti tal-istorja parlamentari u kostituzzjonali; diġà għamlu l-preżentazzjoni tagħhom kif se tkun u allura qed nistaqsikom dwar il-proposta li huma diġà ssottomettew.", "Hemm ħafna domandi, jiġifieri, forsi nisimgħu r-reazzjoni Onor. Carmelo Abela.", "Jekk m'għandekx informazzjoni min-naħa tal-Gvern, mhijiex problema.", "CARMELO ABELA: Sur President, idealment titniżżel fuq l-aġenda.", "Jien ma ġejtx preparat biex nitkellmu la fuq il-bini u lanqas fuq affarijiet oħra marbuta mal-Parlament il-ġdid.", "Dak kien il-punt, Sur President, bl-ebda diżrispett lejk, anzi.", "MR SPEAKER: Qabel tkompli, mhux kwestjoni ta' diżrispett, għax għaddejt ir-rapport.", "Ir-rapport tajtu xi xahar ilu fejn kollha kemm intom tlabtuni r-rapport min-naħa tal-iSpeaker; dak għamiltu u għaddejtu.", "Skużani, Onor. Deborah Schembri, m'għandhiex kopja, imma nagħtihielek issa.", "Għaddejt kopja lil kulħadd.", "Irrid, għall-inqas, reazzjoni fuq dak ir-rapport.", "CARMELO ABELA: Ir-rapport li inti ġentilment għaddejtilna wara li ħdimtu fuqu, jittratta l-bżonnijiet u l-funzjonijiet tal-Parlament illum, l-attivitajiet li jsiru hawnhekk, in-numru tal-istaff eċċ. u dak kollu li hemm bżonn.", "Huwa rapport tajjeb, komprensiv li aħna nsibuh utli ħafna biex naraw x'qed jiġri f'din il-binja bħalissa.", "M'għandix informazzjoni oħra ta' x'se jiġri għada pitgħada u meta u jekk se jiċċaqlaq, u allura s-suġġeriment umli tiegħi jkun li, jekk fil-każ inħossu l-bżonn li niltaqgħu f'dan il-Kumitat apposta fuq hekk, isir dan, imma nkun irrid nikkonsulta ma' min qed jaħdem fuq dan il-proġett u naraw x'se jiġri.", "MARIO DE MARCO: Jekk qed nifhem sew lill-Onor.", "Abela; min-naħa tal-Gvern għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar jekk il-binja l-ġdida tal-Parlament hijiex se tintuża għal skopijiet ta' Parlament jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb għal dan.", "Li naf huwa dak li ntqal fil-pubbliku u anke dak li qal il-Prim Ministru, li binja minnhom fejn hemm iċ-Chamber ma tista' tintuża għall-ebda ħaġa oħra ħlief għall-Parlament.", "Il-mistoqsija hija x'jista' jsir minn spazji oħrajn bħal uffiċċji.", "Dak li ntqal pubblikament, imma at this point, illum, m'għandix informazzjoni, u għalhekk għamilt dak is-suġġeriment.", "MARIO DE MARCO: Sur President, m'għandix diffikultà li jkollna seduta ad hoc imma f'diskors ieħor kont fhimt li l-Prim Ministru xtaq li l-bini ma jkunx biss għall-Parlament u għall-parlamentari, imma jekk jista' jkun ikun miftuħ għall-pubbliku.", "Ma jfissirx li mhux se jkun Parlament, imma li kemm jista' jkun il-binja, li hu stess iddeskriva bħala masterpiece tal-Perit Renzo Piano, tkun tista' titgawda mhux biss mid-Deputati u l-funzjonarji imma anke mill-pubbliku in ġenerali, kif isir f'parlamenti oħrajn, u r-realtà hi kif isir f'din il-binja fejn filgħodu jiġu t-turisti u jaraw il-binja u filgħaxija nużawha għas-seduti.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, kif qed tgħid tajjeb inti, fir-rapport li għaddejtilkom min-naħa tiegħi, hemm ukoll dwar l-aċċessibilità hi idea tajba li nerġgħu niltaqgħu u nipprovaw nagħmlu laqgħa ad hoc fuq dan.", "MARIO DE MARCO: Sur President, min-naħa tal-grupp parlamentari tagħna, żgur nista' nikkonferma li aħna naqblu dwar l-użu ta' din il-binja għall-Parlament, u naqblu wkoll li l-binja tkun kemm jista' jkun aċċessibbli għall-pubbliku, jiġifieri m'għandna l-ebda diffikultà.", "M'għandna l-ebda diffikultà wkoll li l-foyers ta' din il-binja jintużaw mhux biss għal skop ta' storja tal-Parlament, imma anke għal skopijiet kulturali.", "Min għandu esperjenza ta' binjiet oħrajn parlamentari fl-Ewropa u pajjiżi oħrajn, jaf li ma jsirux biss esibizzjonijiet politiċi jew storiċi imma jista' jingħata wkoll spazju għall-artisti Maltin.", "Inti qajjimt ukoll l-issue tal-ftehim tal-Bank of Valletta u n-Network Publications.", "Jekk m'iniex sejjer żball, diġà kien sar ftehim iffirmat mill-President tal-Kamra, il-predeċessur tiegħek Dr Michael Frendo, flimkien mal-BOV, jiġifieri diġà hemm ftehim.", "Min-naħa tagħna m'għandna l-ebda diffikultà b'dan il-ftehim.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, ejja nieħdu dak li kont qed titkellem fuqu issa.", "Fir-rapport tiegħi, kemm fil-paġna 3 kif ukoll fil-paġna 4, hemm dwar l-użu tal-Parlament fejn irreferejt għalih bħala 'Non-parliamentary activities', ċjoè l-użu tal-Parlament, kif qal il-Prim Ministru, mill-pubbliku.", "Iva, dwar il-kwestjoni tal-kuntratt dwar l-esibizzjoni parlamentari, dak huwa kuntratt bejn is-soċjetà Network Publications u l-Bank of Valletta.", "Qegħdin hawn fil-Kumitat tal-Kamra biex minn issa 'l quddiem we endorse u niddeċiedu.", "Naqbel mal-Onor.", "Carmelo Abela li għandna jkollna data biex niddiskutu dan kollu.", "Il-ftehim li hemm bejn il-Bank of Valletta u n-Network Publications ma kellniex x'naqsmu miegħu, hija xi ħaġa bejn il-Bank of Valletta u n-Network Publications.", "Again, hija parti minn dan kollu li rridu niddeċiedu dwaru.", "Dwar data, naħseb li naqblu li għandna niltaqgħu bix nitkellmu fuq il-Parlament il-ġdid.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, jekk tippermettili, il-ftehim bejn il-Fondazzjoni li twaqqfet u l-Bank of Valletta huwa biex issir dik l-esibizzjoni, mhux fejn għandha ssir l-esibizzjoni.", "Dik diġà għamilnieha ċara.", "MR SPEAKER: Li ssir, u ssir fil-Parlament, qiegħda miktuba.", "CARMELO ABELA: Nafu li kellna preżentazzjoni hawnhekk tax-xogħol qed isir fuq il-wirja eċċ., imma niftakar li kont għamiltha ċara li sa issa m'hemm l-ebda deċiżjoni ta' fejn se ssir bħala sit, bħala post; hija reġistrata.", "MR SPEAKER: Il-ftehim li hemm bejn il-fondazzjoni u l-Bank of Valletta … Le, mhux kwestjoni ta' recording, hija kwestjoni ta' ftehim.", "Fil-ftehim hemm miktub li ssir fil-Parlament.", "CARMELO ABELA: Hemm ftehim li ssir preżentazzjoni, imma mhux fejn as such.", "MARIO DE MARCO: Sur President, mill-memorja tiegħi, jidhirli li kienet deskritta li se ssir fil-binja tal-Parlament il-ġdid.", "Tant hu hekk li, kien hemm anke floor plan tal-foyer tal-binja l-ġdida u jiddeskrivi wkoll fejn se ssir u mhux se ssir.", "Niftakar li kont rajt floor plan tal-area, jiġifieri kien ċar ħafna dak il-ftehim.", "MR SPEAKER: Dwar x'hemm miktub fil-kuntratt, kulħadd għandu kopja imma ħaġa żgħira ...", "MARIO DE MARCO: Li niftakar hi l-preżentazzjoni li kienet saritilna.", "CARMELO ABELA: Il-preżentazzjoni li kienet saritilna, kif ikkonfermalna l-Iskrivan, issir fil-Parlament.", "Il-Parlament qiegħed hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-Parlament, s'issa, qiegħed hawn.", "Jekk il-Parlament jiċċaqlaq, il-Parlament ma jibqax hawn, jiġifieri l-interpretazzjoni tal-kuntratt huwa Parlament.", "CARMELO ABELA: Ejja nieħdu li l-Parlament se jimxi minn hawn, il-post fejn tiġi magħmula jiġi indikat mhux minn min se jagħmel ir-rappreżentazzjoni imma mill-Fondazzjoni.", "Ejja ngħidu li se nimxu minn hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-Fondazzjoni diġà għamlet il-kuntratt.", "CARMELO ABELA: Naqbel miegħek.", "Aħna kellna preżentazzjoni li dik il-wirja se ssir f'din it-tali area imma l-area m'għandhiex tkun definita minn min se jagħmel il-wirja.", "MR SPEAKER: Il-wirja se tagħmilha in a vacuum?", "Il-wirja mhux fi spazju tagħmilha?", "DAVID AGIUS: Onor. Carmelo Abela, il-preżentazzjoni li ngħatatilna, ingħatatilna fil-Parlament il-ġdid.", "CARMELO ABELA: Forsi m'iniex qed nispjega ruħi tajjeb.", "Ejja ngħidu li se niċċaqalqu minn hawnhekk u se mmorru fis-sit tal-Parlament il-ġdid.", "Aħna kellna preżentazzjoni hawnhekk fejn intqalilna li din il-wirja se ssir taħt il-binja, jekk niftakar tajjeb, f'dan l-ispazju.", "DAVID AGIUS: Tal-Parlament il-ġdid.", "CARMELO ABELA: Imma jista' jkun hemm spazju ieħor fejn issir mhux f'dak il-post as such.", "Qed naqblu fuq din?", "DAVID AGIUS: Ma naħsibx.", "MR SPEAKER: Qed nipporva nsegwi l-argument tiegħek.", "Aħna qed nitkellmu fuq Parlament.", "CARMELO ABELA: Mela, din il-wirja se ssir fejn ikun hemm il-bini tal-Parlament.", "Jekk il-Parlament se jiċċaqlaq minn hawnhekk, il-post fejn issir din il-wirja irid jiġi indikat skont il-każ.", "DAVID AGIUS: Bir-rispett kollu, aħna għamilna sagħtejn preżentazzjoni, kieku saret f'din il-kamra, konna nifhmu li l-wirja se ssir f'din il-kamra u nafu li din il-kamra imma kellna preżentazzjoni, sa fejn niftakar tajjeb, li fiha visually rajna l-Parlament il-ġdid, rajna d-daħla tal-Parlament il-ġdid, qalulna fejn, kif u come u skont l-area li hemm.", "CARMELO ABELA: Min iddeċieda li ssir f'dik l-area?", "DAVID AGIUS: Ġiet deċiża mill-pjanti li dejjem kellna u li l-Parlament dejjem kellu jkollu dik l-area.", "MR SPEAKER: Ħaġa żgħira għax nagħmlu referenza għall-Minuti.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, l-ewwel nett, qegħdin nitkellmu fuq żewġ binjiet, binja fejn hemm iċ-Chamber u binja oħra fejn hemm l-uffiċċji.", "Din il-parti tal-esibizzjoni li qegħdin tgħidu hija fil-parti fejn hemm l-uffiċċji.", "Jekk lanqas għadu biss deċiż jekk dawn l-uffiċċji humiex se jintużaw għall-Parlament … il-parti tal-binja fejn hemm iċ-Chamber qed ngħidu li dik se tintuża bħala Parlament; jekk il-parti tal-uffiċċji lanqas għadu biss deċiż jekk humiex se jkunu parti mill-Parlament, allura aħna qegħdin ngħidu li dik il-parti tal-binja se jkun hemm fiha din il-wirja meta jista' jkun li dik il-binja mhux se tintuża għall-Parlament?", "Ma tistax tiġi deċiża fejn se tkun din il-wirja qabel ma jiġi deċiż x'se jsir minn dik il-parti tal-binja.", "MARIO DE MARCO: Sur President, bil-kunsens tal-Iskrivan tal-Kamra, qed nagħmel referenza għall-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Fondazzjoni u l-Bank of Valletta bħala trustee u jirreferi għal esibizzjoni li għandha tkun miftuħa fil-Parlament fejn ninsabu llum, imma ladarba jiċċaqlaq il-Parlament, l-esibizzjoni tiġi trasferita.", "Dwar l-ispazju, jekk qed nifhem sew, hemm referenza f'annex 1 għal Kumitat Eżekuttiv li fuqu jkollu rappreżentanti tal-BOV, il-President tal-Karma u l-Whips ta' kull naħa tal-Kamra; u waħda mill-funzjonijiet ta' dan il-Kumitat hija li jsib l-ispazju prominenti għal din l-esibizzjoni.", "CARMELO ABELA: L-Onor. de Marco qed jikkwota mill-kuntratt, dak li kont qed nipprova ngħid.", "MR SPEAKER: Waqqaftu lill-Onor. de Marco għax għedtli li kont qed tiftiehem.", "Onor. Carmelo Abela, Onor. Mario de Marco, naqblu li għandna nagħmlu data viċina ħalli anke inti, ġustament, tkun tista' tikkonsulta.", "L-uniku suġġeriment importanti li, l-ewwel nett, biex inkunu nafu l-way forward, jiġifieri jekk il-way forward hija li se jkun hemm il-Parlament il-ġdid, hemm bżonn li nkunu nafu sa meta huwa intiż li jsir iċ-ċaqliq.", "Għaliex?", "Insa aħna bħala Deputati, is-sinjuri warajna tan-Network Publications u tal-Bank of Valletta għandhom jippreparaw l-esibizzjoni biex ikunu adempjenti mal-kuntratt; mod jekk aħna se nibqgħu f'din il-binja għal tliet xhur oħra, mod jekk aħna se nibqgħu f'din il-binja għal sentejn oħra.", "Jekk se nibqgħu f'din il-binja għal ftit xhur oħra allura ma naħsibx li vale la pena li wieħed joqgħod jagħmel esibizzjoni għal spazju li se jerġa' jiċċaqlaq tliet xhur oħra, allura jaqbillek tiddisinja l-esibizzjoni għall-ispazju l-ġdid.", "Imma mill-banda l-oħra, jekk se nibqgħu hawnhekk għal perijodu mhux qasir, allura jagħmel sens li nidentifikaw spazju f'din il-binja fejn issir l-esibizzjoni fil-Parlament attwali, li eventwalment se tiċċaqlaq għall-Parlament il-ġdid.", "Wieħed irid ikun jaf it-timeframes.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor. de Marco.", "Dak li hu stess ikkwota mill-kuntratt jitkellem ukoll li, jekk il-wirja tkun lesta qabel u tkun hawnhekk, imbagħad se timxi għall-Parlament il-ġdid.", "Nifhem dak li qal dwar l-importanza tat-timeframes peress li nafu li x-xogħol fuq il-wirja għadu għaddej u ma naħsibx li se jkun lest fi żmien qasir; naħseb li għad fadal ammont sostanzjali ta' xogħol xi jsir fuq din il-wirja.", "Altru tliet xhur, altru sentejn, altru tliet snin.", "Għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li ngħid iktar milli naf.", "MR SPEAKER: Kelli laqgħat man-Network Publications li hawn ir-rappreżentanti tagħhom, laqgħat per konsegwenza tax-xogħol li kien diġà sar mill-ex Speaker Dr Michael Frendo.", "Ix-xogħol huwa avvanzat ħafna, anzi mill-aħħar laqgħa li kelli magħhom jidher li qegħdin f'pożizzjoni li tittieħed deċiżjoni dwar l-availability tal-ispazju eċċ. Naħseb li fuq l-istess suġġeriment tal-Onor.", "Carmelo Abela nagħmlu laqgħa ta' dan il-Kumitat u npoġġu fuq l-aġenda l-item tal-bini l-ġdid tal-Parlament, dak kollu li jinkwadra dwar l-użu tiegħu inkluż l-analiżi fuq ir-rapport li qed nistenna mingħandkom, naqblu fuq data li nagħmluha dan ix-xahar.", "Għiduli intom.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nippreċiża punt, għedt li x-xogħol għadu lura abbażi ta' dak li konna smajna fil-Kumitat, jiġifieri jekk issa kien hemm punti oħrajn ma nafx, forsi l-impressjoni tiegħi biss, f'dak is-sens; għax konna smajna, imma l-bqija ma nafx informazzjoni oħra.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Kumitat, hawn rappreżentant tan-Network Publications, jekk taqblu nressquh quddiem il-Kumitat biex isirulu l-mistoqsijiet dwar fejn wasal ix-xogħol.", "CARMELO ABELA: M'għandix problema.", "DAVID AGIUS: M'għandix problema.", "MR SPEAKER: Wieħed minnkom, jekk jogħġbu, jersaq mal-mejda.", "Ara, Sur Formosa, ħalli nistaqsik domanda jiena bħala President ta' dan il-Kumitat.", "Tista' tgħidilna fiex wasal ix-xogħol u jekk issir deċiżjoni dwar il-Parlament il-ġdid eċċ. intom bħala kumpanija li dħaltu fi ftehim mal-Bank of Valletta, fiex wasaltu u kemm tikkakolaw li tirrikjedu żmien jekk nagħtukom data.", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Ix-xogħol preparattiv kollu lest.", "Aħna, li qegħdin nagħmlu bħalissa huwa li nistennew il-go-ahead biex nixtru l-apparat u nqabbdu lis-software people biex jibdew jaħdmulna s-software.", "Għandna maximum sakemm jiġi l-apparat minn barra, ngħidu aħna tliet xhur mil-lum.", "Imma għandna bżonn xi tip ta' go-ahead.", "MR SPEAKER: Ejja ngħidu li l-Parlament jiġi trasferit għall-binja l-ġdida f'Novembru jew Diċembru li ġej, allura trid li jkollok deċiżjoni tal-inqas f'Awwissu.", "Biex inkunu nafu fejn qegħdin.", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Sal-aħħar ta' dan ix-xahar ikolli bżonn inkun naf għax irrid inkun naf fejn qiegħed.", "Ħafna minn dan l-apparat ġej mill-Italja u mill-Ingilterra.", "Allura jekk jirnexxieli nagħmel l-ordni qabel il-Ferragosto dejjem ikun aħjar biex nisperaw li x-xogħol jasal sa Settembru.", "Għax imbagħad ikollna ħafna u ħafna xogħol ta' software, operations, eċċ.", "MR SPEAKER: Ovvjament il-go-ahead mhux mingħandna tieħdu għax inti qiegħed b'kuntatt mal-BOV.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Mr Speaker irid jagħtina l-go-ahead biex nibdew ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Żewġ domandi: bħala kontenut tal-wirja huwa lest, hux hekk?", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Il-kontenut huwa kważi lest.", "Irid jiġi approvat minn Mr Speaker u l-Whips taż-żewħġ naħat.", "CARMELO ABELA: Qed nistaqsi dan għaliex kienet waħda mill-mistoqsijiet li kienu saru fil-preżentazzjoni tagħhom.", "Kienu ssemmew anke xi ismijiet li kellhom jiġu kkonsultati bħala persuni esperti.", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Qabel dan konna għamilna CD u għamilna wkoll ktieb għat-tfal, li kien ġie approvat mill-Whip tal-Oppożizzjoni u l-Whip tal-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Il-persuna li kien għinna ħafna kien il-Professur Henry Frendo.", "Ħafna mix-xogħol diġà sar.", "Ovvja, peress li l-esibizzjoni is a live exhibition, u fil-futur jistgħu jitbiddlu xi liġijiet bħall-Kostituzzjoni, żgur li jkollkom bżonn li terġgħu taraw il-kontenut kollu.", "Irid l-ewwel jiġi approvat minn Mr Speaker.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-apparat u s-software li tridu ġġibu minn barra xorta jrid jiġi, kemm jekk isir f'dan il-bini tal-Parlament kemm jekk isir fil-bini tal-Parlament il-ġdid.", "M'hemmx kwestjoni ta' meta se ngħidulkom li se mmorru fil-bini l-ġdid jew le.", "L-esibizzjoni issir fejn issir, se ssir.", "Mela jista' jinxtara.", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Ovvjament, peress li dan huwa apparat għali ħafna, għandna bżonn xi tip ta' approvazzjoni lill-Bank of Valletta biex jgħidilna li kollox sew, go ahead!", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Għalissa le, però fl-aħħar, fi żmien tlieta jew erba' xhur, tgħidulna ...", "DEBORAH SCHEMBRI: Imma biex tixtru dan l-apparat m'għandkomx bżonn tkun tafu jekk hux f'dan il-Parlament jew fil-Parlament il-ġdid.", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Le, m'hemmx għalfejn, le.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ejja ngħidu li ssir f'dan il-Parlament, għax s'issa għadhom mhux deċiżi t-time frames, eċċ., x'ikun hemm bżonn biex il-wirja ġġorrha minn hawn għall-Parlament il-ġdid?", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Irid jinqala' kollox.", "Forsi tieħu ġimgħa jew għaxart ijiem xogħol.", "DEBORAH SCHEMBRI: Grazzi.", "MR SPEAKER: L-ispejjeż biex tiċċaqlaq minn hawn ...", "IS-SUR JOHN FORMOSA: Biex immorru xi mkien ieħor, naħseb li l-Bank of Valletta jkopriha.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien nixtieq nenfasizza punt wieħed biss: li dak li kien miftiehem qabel jibqa' jiġi onorat.", "Kull ma ħa jidher f'din l-esibizzjoni min-naħa tagħna narawh u mmexxu fuqu.", "Dan ma jeħodlokx ġurnata lanqas.", "Trid tikkonsulta wkoll man-naħa tagħna kif għamilna qabel.", "L-esibizzjoni, kif jiena fhimt, ħa tkun interattiva.", "Naħseb li aħna nixtiequ nkunu nafu wkoll kif ħa taħdem, li mhux għall-argument ritratti ta' xi ħadd ikunu kbar u ta' ħaddieħor ikunu żgħar, għax ikollok il-problemi ma' min ħa jiġi biex jara din l-esibizzjoni, bħalma kellna problemi min jissemma jew lew fil-ktieb u min jidher jew le fil-video.", "Sa dak id-dettall daħlu!", "Din neħduha li hija xi ċajta, imma mhijiex ċajta!", "DAVID AGIUS: Meta rajna l-video kien hemm min ġibed l-attenzjoni li ma kienx hemm ismijiet taħt ċertu nies u taħt oħrajn kien hemm.", "Naħseb li bħala Parlament m'għandniex għalfejn ikollna dawn il-problemi minħabba dawn it-tip ta' affarijiet.", "Naħseb li l-interattività li ħa jkun fiha din it-tip ta' esibizzjoni rridu nagħmluha b'serjetà biex ħadd ma jaħseb li xi ħadd qed jiġi vvantaġġat fuq xi ħadd ieħor.", "Naħseb li m'għandniex problemi.", "Nistgħu niftiehmu fuq data?", "Ħa nissuġġerixxi data jekk ma jimpurtax.", "Inti l-ġimgħa d-dieħla taħseb li tajjeb?", "Allura nifhem li ħa niltaqgħu waqt ir-recess.", "Tajjeb?", "Niftiehmu fuq data iktar tard.", "Insibu data u nikkomunikawha lilkom?", "Illum it-8 ta' Lulju; jien qed nikkalkula li sad-29 ta' Lulju nkunu diġà ltqajna.", "DAVID AGIUS: Aħjar nagħmlu data.", "MR SPEAKER: Araw nistgħux niltaqgħu fit-23 ta' Lulju.", "DE MARCO: Huwa possibbli li nagħmluha fit-30 ta' Lulju?", "MR SPEAKER: It-30 ta' Lulju, tajjeb.", "Tard filgħodu?", "Għiduli intom.", "Dakinhar fl-10.00 a.m. għandi xi parlamentari mill-House of Commons.", "Forsi għandi nofs siegħa.", "Niltaqgħu għas-1.00 p.m.?", "Jekk jinqala' xi ħaġa sadanittant, ovvjament ninfurmakom.", "Tajjeb hekk?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Xtaqt tweġiba dwar dak li kien staqsa l-Onor.", "Agius fis-seduta ta' qabel fejn iddiskutejna l-issue tal-immigrazzjoni u staqsa jekk hemmx xi ħsieb li, kif ġara fil-Leġiżlatura li għaddiet, jerġa' jiġri din id-darba.", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb huwa l-istess.", "Bażikament, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ħa jinbidel f'kumitat dwar l-immigrazzjoni.", "Kif kien ġara fil-Leġiżlatura li għaddiet, u anke bl-istess terms of reference li kien hemm.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tagħna nista' nirrapporta li ż-żewġ rappreżentanti tagħna ħa jkunu l-Onor.", "Meta jridu, il-Kumitat jista' jibda.", "CARMELO ABELA: Kif kien isir fil-Leġiżlatura li għaddiet.", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali huwa ppresedut mill-Onor.", "Jista' jkun hemm xi tibdil tal-membri min-naħa tal-Gvern ukoll; pereżempju, il-Ministru li huwa responsabbli mill-immigrazzjoni mhuwiex membru tal-Kumitat.", "Allura jekk ħa jiġi diskuss dan is-suġġett, definittivament ikun membru f'dan il-Kumitat.", "DAVID AGIUS: It-terms of reference ta' qabel kienu li jkollok iċ-Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u jinħatru nies oħra, apparti mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, imbagħad il-Ministru jiġi fil-Kumitat u jirrispondi d-domandi u mhux ikun parti mill-Kumitat.", "Inkella ma jkunx hemm lok li inti tagħmel domanda lil min qiegħed fil-Kumitat stess.", "Ikunu membri oħrajn.", "Qed ngħidlek hekk għax kont membru jien ukoll.", "MR SPEAKER: Min-naħa tal-Oppożizzjoni nafu l-ismijiet.", "Għandek l-Onor.", "Onor. Deborah Schembri, il-Kumitat jibqa' l-istess imma jinbidlu l-Membri.", "Tajjeb?", "Hemm iktar items?", "Għaliex fil-Kumitat tiegħi bħalissa hemm tliet rappreżentanti tal-Oppożizzjoni u semmejtuli tnejn.", "Min se jinbidel?", "DAVID AGIUS: Il-Kumitat li jiffoka fuq l-immigrazzjoni irregolari kien magħmul minn nies differenti mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali proprja, biex il- Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jibqa' jaħdem b'mod.", "DEBORAH SCHEMBRI: Kemm għandu nies fih?", "DAVID AGIUS: Ħamsa konna d-darba l-oħra.", "Issa jekk tridu tbiddluh … Kien hemm iċ-Chairman ...", "MR SPEAKER: Jista' jkollok Membri li diġà jkunu parti minnu.", "Kellek xi ħaġa oħra?", "DAVID AGIUS: Konna ftehemna li inti tistħarreġ il-possibbiltà li stqarrijiet għall-istampa dwar xogħol li jsir - u nikkwota mill-Minuti - minn delegazzjonijiet parlamentari barra minn Malta jinħarġu mill-uffiċċju tiegħek, Mr Speaker, u mhux mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.", "Kellek xi ftit follow-up fuq din?", "Jew inkella nagħmluha fil-laqgħa li jmiss?", "Imma nixtiequ li naħdmu ftit fuqha jekk ma jimpurtax.", "MR SPEAKER: Minn dakinhar li qajjimtha, Onor. David Agius, jien ħadt l-inizjattiva li min-naħa tagħna jkun hemm kuntatt dirett mal-istampa.", "Però, biex nidħlu iktar fil-fond tal-proċedura ta' kif se naħdmu minn issa 'l quddiem, inqajmuha wkoll fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.", "B'hekk inkun nista' ngħidlek kif qed naħdmu u ma naħdmux.", "Tkun item fl-aġenda li jmiss.", "DAVID AGIUS: Biex tkun uffiċjali f'dan il-Kumitat nixtieq ninforma lil dan il-Kumitat - diġà għamilnieha b'mod elettroniku via e-mail - li l-membri tagħna min-naħa tal-Oppożizzjoni għall-Grupp Parlamentari dwar il-Kapitali Kulturali Ewropea ħa jkunu l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, li diġà huma infurmati.", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "Xi ħaġa oħra?", "Hemm xi items oħra?", "Nirringrazzjakom.", "Il-laqgħa tintemm issa.", "Fid-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Lulju 2013, fis-1.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130708_006_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.45 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Louis Grech, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Carmelo Abela, il-Kumitat qabel li f'paġna 1 tal-Minuti tal-Laqgħa Nru 5 li saret fil-25 ta' Ġunju, 2013, minnufih wara l-kliem \"u l-Onor.", "Silvio Schembri.\" kellu jidħol dan il-paragrafu li ġej:", "\"L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li għal din il-laqgħa l-Onor.", "Silvio Schembri kien se jissostitwixxi lill-Onor.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 5 li saret fil-25 ta' Ġunju, 2013, kif emendati, kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "1. d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Informatur - Abbozz Nru 12 – kellha tkompli fis-seduta ta' nhar it-Tnejn 8 ta' Lulju 2013, u tagħlaq fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa 10 ta' Lulju 2013, u li dan l-Abbozz ta' liġi kellu jgħaddi mill-istadji kollha tiegħu qabel ir-recess tas-sajf;", "2. fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 9 ta' Lulju 2013, kellha tiġi diskussa u titqiegħed għall-vot il-Mozzjoni Nru 60 imressqa mill-Onor.", "George Pullicino fl-4 ta' Lulju 2013 - Mozzjoni biex jiġi emendat Avviż Legali Nru. 155 tal-2013 taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497) Regolamenti tal-2013 dwar il-Bord tal-Appell għall-Akkwist tal-Enerġija u Karburanti;", "3. l-Mozzjoni Nru 49 ippreżentata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali fit-12 ta' Ġunju 2013 - Mozzjoni sabiex isiru emendi konsegwenzjali fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati wara l-introduzzjoni tal-Kumitati Magħżula – kellha titressaq għall-vot qabel ir-recess tas-sajf;", "4. fis-seduti ta' nhar it-Tnejn 15 ta' Lulju 2013 u ta' nhar it-Tlieta 16 ta' Lulju 2013 kellha titkompla u tagħlaq id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari – Abbozz Nru 9 - u li dan l-Abbozz ta' liġi kellu jgħaddi mill-istadji kollha tiegħu qabel ir-recess tas-sajf; u li", "5. fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Lulju 2013 kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa – Abbozz Nru 11.", "Il-Kumitat qabel mal-pjan tax-xogħol propost.", "Għal mistoqsija tal-Onor.", "David Agius dwar meta kellhom jiġu diskussi ż-żewġ private members bills imressqa mill-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li filwaqt li ma kienx f'pożizzjoni li jagħti data dwar il-Mozzjoni Nru. 61 imressqa mill-Onor.", "Jason Azzopardi fl-4 ta' Lulju 2013 - L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att tal-2013 li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta, fir-rigward tal-Mozzjoni Nru 53 ippreżentata mill-Onor.", "Claudette Buttigieg fl-20 ta' Ġunju 2013 - Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att tal-2013 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru.l) – il-ħsieb tal-Gvern kien li din tiġi diskussa meta l-Parlament jerġa' jiltaqa' wara r-recess tas-sajf.", "XOGĦOL IEĦOR", "Il-Kumitat qabel li l-kuntratt ta' sitt xhur ta' Ms Pauline Abela bħala rappreżentant tal-parlament nazzjonali fi Brussell li kien jiskadi fl-1 ta' Awwissu 2013, kellu jiġġedded għal sitt xhur oħra.", "L-Onor.", "Mario de Marco ssuġġerixxa li jiżdied il-kuntatt bejn ir-Rappreżentant tal-Parlament Malti u l-Membri Parlamentari.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech qabel ma' din il-proposta.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li peress li ż-żjara uffiċjali f'Malta mill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy kienet ġiet posposta b'ġurnata, l-indirizz tiegħu lill-Parlament Malti kien se jsir f'seduta speċjali nhar il-Ħamis, 11 ta' Lulju 2013 fit-3.30 p.m. Il-Kumitat qabel li l-arranġamenti l-oħra għal dik is-seduta, inkluż is-sekwenza tal-kelliema, jibqgħu kif kienu miftiehma fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat.", "L-iSpeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li bil-ħsieb li jitjieb il-livell ta' support lill-Membri Parlamentari, beda jiġi implimentat l-eżerċizzju ta' capacity building mill-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra bil-ħruġ ta' applikazzjonijiet għal Skrivan Assistent, Skrivani tal-Kumitati u Research Analysts.", "Huwa qal ukoll li kien qiegħed isir kull sforz biex tissaħħaħ is-sezzjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika pemezz ta' għajnuna biex uffiċjali f'dan il-qasam ikomplu bl-istudji tagħhom.", "L-iSpeaker Anġlu Farrugia ġab għall-attenzjoni tal-Kumitat korrispondenza li kien irċieva mid-Deputat Chairman tal-Public Broadcasting Services Ltd, is-Sur Albert Marshall dwar il-possibiltà li t-trasmissjoni tas-seduti parlamentari minflok li tibqa' ssir fuq ir-radju, tibda ssir fuq mezzi oħra ta' komunikazzjoni, bħall-internet u l-istazzjon televiżiv TVM2.", "Il-Kumitat qabel li għandha tintbagħat risposta fis-sens li filwaqt li t-trasmissjoni fuq il-frekwenza tar-radju 106.6 m'għandhiex titwaqqaf, għandu jsir kull sforz biex il-ħidma parlamentari tingħata iktar pubbliċità, anke permezz ta' wħud mill-proposti msemmija fl-ittra tas-Sur Marshall stess.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li kellhom jitressqu żewġ mozzjonijiet biex jemendaw il-mozzjonijiet Nri 44 u 45 dwar il-ħatra ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali, u li fuq parir tal-Avukat Ġenerali dawn il-mozzjonijiet kellhom bżonn l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Kamra ai termini tal-artikolu 108 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "L-Onor.", "David Agius qal li min-naħa tal-Oppożizzjoni ma kien hemm ebda oġġezzjoni.", "Il-Kumitat qabel li fil-laqgħa li jmiss il-Kumitat għandu jkompli d-diskussjoni dwar l-użu tal-bini tal-Parlament il-ġdid.", "Ġiet diskussa wkoll l-esibizzjoni dwar l-istorja parlamentari u kostituzzjonali li kienet qed titħejja minn Network Publications, il-kuntrattur li ntgħażel mill-Bank of Valletta li kien qiegħed jiffinanzja din l-esibizzjoni.", "Waqt id-diskussjoni ġie mistieden is-Sur John Formosa minn Network Publications biex jirrispondi għal xi domandi li saru mill-membri tal-Kumitat dwar din il-materja.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-Gvern kien beħsiebu jerġa' jwaqqaf l-istruttura li kellu l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali fil-leġiżlatura preċedenti biex ikun jista' jiffoka fuq il-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li n-naħa tal-Oppożizzjoni kienet qed tinnomina lill-Onor.", "Francis Zammit Dimech fuq il-grupp parlamentari dwar il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "Fid-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Lulju 2013, fis-1.00 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130708_006m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 3", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret fit-8 ta' Lulju 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Marlene Farrugia): Nagħti merħba lil kulħadd u ngħaddu mal-ewwel għall-item li għandna fuq l-aġenda llum.", "DISKUSSJONI DWAR ITEMS 2 U 3 TAL-MEPA CIRCULAR 01/13", "THE CHAIRPERSON: Insejjaħ lill-uffiċjali konċernati sabiex jingħaqdu magħna madwar il-Mejda ħalli jkunu jistgħu jipparteċipaw fid-diskussjoni.", "Il-Perit Vincent Cassar, is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Alexander Borg, Chairman, Chief Executive Officer u Kap tad-Direttorat tal-Enforcement, MEPA, rispettivament ingħaqdu madwar il-Mejda.", "THE CHAIRPERSON: Jien nixtieq li naqbdu item 2 taċ-ċirkolari, biċċa biċċa, nispjegawh lill-Membri, imbagħad il-Membri jkollhom iċ-ċans jagħmlu l-kummenti tagħhom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Sal-lum il-proċedura tal-compliance certificate hija regolata b'żewġ ċirkolari, PA Circular 2/96 u Ċirkolari 2/98.", "Is-Circular 2/96 prattikament fi ftit kliem tgħid li compliance certificate jista' joħroġ biss fejn l-iżvilupp huwa fl-intier tiegħu skont il-permess.", "Wara sentejn kienet inħasset il-ħtieġa li persuni li ma jkollhomx x'jaqsmu ma' dik l-illegalità, li ma jkollhomx kontroll fuq dik l-illegalità u li ma twaqqafx lill-Awtorità milli tneħħi dik l-illegalità, seta' jinħarġilhom compliance certificate.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri jiena qed nifhem li fi żvilupp li jappartjeni għal iktar minn persuna waħda, dawk in-nies li jkunu skont il-liġi jista' jinħarġilhom compliance certificate u dawk li mhumiex ma jinħarġilhomx imma ma jwaqqafx li joħroġ ta' dawk li huma compliant.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-fatt illum qed naraw sitwazzjonijiet fejn attwalment hemm żvilupp li huwa bil-permess, imma hemm biċċiet minnu mingħajr permess u s-sid hemmhekk ikollu kontroll fuq il-partijiet illegali.", "Stajna naraw il-ħtieġa ta' ċerti nies fejn jinħareġ il-compliance għal dik il-parti legali u qegħdin nipproponu f'din iċ-ċirkolari li dawk il-partijiet illegali jiġu ssiġillati u titħallas garanzija bankarja ta' €200 għal kull metru kwadru b'capping sa €1 miljun biex l-Awtorità ikollha l-flus diġà f'idejha biex f'każ li ma jitneħħiex l-iżvilupp sa massimu ta' tliet snin, l-Awtorità tkun tista' tneħħi dik l-illegalità hi.", "Forsi wieħed jistaqsi minn fejn ġiet is-somma ta' €200 għal kull metru kwadru.", "Mill-esperjenza li kellna tul dawn l-aħħar 15-il sena nafu li l-Awtorità tiswiha bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn €100 għal kull metru kwadru biex tneħħi llegalità u dawk jinkludu l-ispejjeż tal-MEPA, l-ispejjeż tal-pulizija u l-ispejjeż tal-kuntrattur.", "Allura f'din il-policy rduppjajna dak l-ammont biex inkunu ċerti li attwalment inkunu qed inkopru l-ispejjeż kollha u qed niġbru l-flus minn qabel biex inkunu nistgħu nneħħu l-illegalità f'każ li dak li jkun ma jkunx ġab il-permess fi żmien tliet snin.", "Bħalissa waħda mill-ikbar problemi li għandha l-MEPA hija fondi biex tagħmel numru ta' azzjonijiet.", "THE CHAIRPERSON: Ippermettili nwaqqfek ftit hawnhekk ħalli nistieden kummenti mill-Membri fuq safejn spjegajt s'issa.", "CLAUDIO GRECH: Madam Chairperson, xtaqt nistaqsi jekk aħniex se nimxu pass pass maċ-ċirkolari u nagħmlu d-domandi tagħna fuq kull parti jew jekk huwiex se jispjega li jidhirlu hu mill-partijiet taċ-ċirkolari.", "Qed ngħid hekk għax iċ-ċirkolari fiha ċertu dettall .…", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt qed nimxu maċ-ċirkolari u qed nitlob spjegazzjoni oltre minn dak li hemm miktub in black and white u proprju waqqaftu biex aħna nkunu nistgħu nikkummentaw fuq kull biċċa, għax inkella nibża' li nħallu barra xi dettall.", "Din il-biċċa li għadu kif spjega s-Sur Buttigieg hija l-parti kruċjali tagħha u nistieden li d-diskussjoni tibda imbagħad inkomplu minn hemmhekk.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk m'iniex żbaljat, bħalissa s-sistema, kif spjegaha s-Sur Buttigieg, qiegħda li meta għandek binja, pereżempju blokk ta' sitt appartamenti mibnijin u għandek wieħed minnhom li għandu xi ħaġa li mhijiex skont il-permess, il-ħamsa l-oħra jistgħu jingħataw compliance certificate jekk huma ta' different owners.", "Din kulma qed tagħmel huwa li f'każ meta mhumiex ta' different owners imma huma tal-istess owner, il-partijiet li huma legali se jingħataw compliance u l-parti li mhijiex legali jew li fiha illegalitajiet se tiġi blokkata.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nistgħu nieħdu eżempju prattiku.", "Illum, jekk għandek grupp ta' sitt appartamenti u għandek il-penthouse bla permess, jekk tkun is-sid tal-blokka kollha, jien ma nagħtik l-ebda compliance, mentri b'din iċ-ċirkolari issa qed ngħidu li nagħtik il-compliance għal dawk il-ħamsa li għandek bil-permess u għal dak il-wieħed li m'għandekx permess nissiġillahulek u barra minn hekk, trid tagħmel garanzija lill-Awtorità biex jiena jkolli l-flus diġà minn qabel biex inkun nista' inwaqqgħalek jekk inti ma tneħħix l-illegalità fi żmien tliet snin.", "CHARLES BUHAGIAR: Din tal-illegalità fil-Liġi tal-Planning tiftaħ ħafna affarijiet.", "Pereżempju klijent tiegħi għandu garaxx u fuqu għandu l-appartamenti mibnijin skont il-permess, imma qed juża l-garaxx biex jaħżen fih bħala warehouse.", "Din lanqas hi kwestjoni li tissiġillahulu għax il-garaxx bil-permess qiegħed.", "Jien naħseb li f'każijiet bħal dawn, il-multa hija ftit għolja.", "Jista' ikollok każ ieħor fejn għandek għall-argument blokk ta' appartamenti li huma mibnijin b'mod illegali, imma f'xi appartament minnhom għamlu xi alterations li mhumiex skont il-permess.", "Jekk dan huwa appartament ta' 130 metru qed tgħidu jrid jagħmel garanzija ta' €26,000 biex tagħtih il-permess.", "Naħseb li €200 għal kull metru kwadu f'każ li l-illegalità tkun tali li tfisser li se twaqqa' binja, tagħmel sens, imma f'każ li l-illegalità hija pereżempju minor infringement, naħseb li hija tassattiva ħafna.", "Apparti minn hekk, hemm l-issue ukoll li l-illegalità trid tkun tali li ma tippreġudikax, jekk inti tagħti l-compliance, il-partijiet l-oħrajn tal-binja li jistgħu jiġu sanzjonati.", "Jekk l-illegalità hija tali li ma tistax tiġi ssanzjonata, allura mbagħad x'jiġri?", "Pereżempju għandek garaxx mibni fuq 15-il filata meta suppost qiegħed mibni fuq 13-il filata u għandek il-binjiet fuqu.", "X'se tagħmel f'dak il-każ?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-fatt iċ-ċirkolari tagħti l-prerogattiva f'idejn l-Awtorità; hija l-Awtorità li tiddeċiedi jekk attwalment tistax taġixxi biex tneħħi dik l-illegalità u f'każ li hi tkun tista' taġixxi biex tneħħi dik l-illegalità, allura hemmhekk toħroġ il-compliance.", "Jekk hi ma tistax taġixxi biex tneħħi dik l-illegalità allura l-compliance għandha dritt li ma toħorġux u dik qiegħda wkoll bħala parti miċ-ċirkolari.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG (Kap tad-Direttorat tal-Enforcement): Xtaqt inżid xi ħaġa għad-domanda tal-Onor.", "Buhagiar dwar li ċ-ċifra ta' €200 għal kull metru kwadru għall-use of basement hija għolja.", "Kif diġà semmejna, il-biċċa illegali tiġi ssiġillata, jiġifieri jekk hemm xi użu llegali dan mhux se jiġi condoned, imma jrid jieqaf inkella jiġi ssiġillat.", "Jekk hemm internal alterations probabbli lanqas għandek bżonn xejn biex jgħaddu.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma li qed ngħid jien huwa li inti xorta tiċċarġja għax iċ-ċifra hija bbażata fuq il-fatt ta' jekk tiġi biex twaqqa', imma mhux kull illegalità titwaqqa', hemm illegalitajiet li tista' tindirizzahom b'modi oħrajn.", "Jiena naħseb li €200 għal kull metru kwadru hija ġusta meta qed nitkellmu fuq illegalitajiet li jinvolvu tneħħija ta' bini, imma meta jinvolvu illegalitajiet differenti, bħal pereżempju użu, jew inkella għamel kamra iktar milli għandu fil-permess, naħseb li hija ftit iebsa li timponilu dik is-somma fuq il-flat kollu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-€200 għal kull metru kwadru mhumiex fuq il-post kollu imma fuq dik il-parti li hija llegali.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jekk dan għandu appartament li fih għandu kamra żejda, mhux tissiġilla l-appartament trid kif qed tgħid inti?", "Jew fhimt ħażin jien?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Nistgħu nissiġillaw il-kamra.", "TONI BEZZINA: F'każ ta' illegalità pereżempju fi tromba ta' taraġ tiġi ssiġillata t-tromba tat-taraġ?", "Imbagħad kif se jaċċessa s-servizzi?", "Jien għandi każ ta' illegalità fuq tromba ta' taraġ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għalhekk hija fil-prerogattiva tal-Awtorità jekk għandhiex toħroġ il-compliance jew le.", "Jekk b'dik il-compliance li qed noħorġu jiena m'iniex nippreġudika lili nnifsi bħala Awtorità milli attwalment nista' inneħħi l-illegalità, allura m'hemmx raġuni għalfejn ma noħroġx il-compliance.", "Jekk hemm xi ħaġa li lili qed tipprekludini milli noħroġ dan il-compliance fil-futur, allura hemmhekk ma noħorġux.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura Chairperson, jiena xtaqt forsi qabel ma nibda d-domandi xi ħadd jispjegali jekk policy bħal din tkunx diġà daħlet fis-seħħ qabel ma ġiet hawnhekk.", "Jiġifieri din ġiet purament hawnhekk għall-informazzjoni tagħna u għal xi domandi tagħna, jew ġiet hawnhekk biex ikollha xi forma ta' clearance u jistgħu jsiru xi forma ta' emendi qabel ma tiġi fis-seħħ?", "Qed nistaqsi dan qabel ma nibda nagħmel id-domandi tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Policy bħal din ġiet riferuta lil dan il-Kumitat għad-diskussjoni u għall-input tagħna.", "Aħna mbagħad nagħmlu rapport lill-Parlament imbagħad jiġi kkunsidrat l-input tagħna biex imbagħad tiġi fis-seħħ.", "Jiġifieri biex nirrispondi għad-domanda tiegħek, le għadha ma daħlitx fis-seħħ.", "CHARLES BUHAGIAR: Aħna għandna dritt nemendawha, jiġifieri aħna għandna dritt li pereżempju €200 nagħmluha €50 għax għadha ma ġietx fis-seħħ.", "THE CHAIRPERSON: Jew inkella nemendawha mod ieħor.", "CLAUDIO GRECH: Għax jekk konna nagħmlu d-domandi sempliċement for information, kienet tkun differenti.", "Forsi ċ-Chairman tal-MEPA jista' jispjegalna ftit x'inhuma l-motivazzjonijiet ewlenin li l-Awtorità ħasset li għandha tbiddel din il-policy.", "Milli fhimt, din hija policy li ilha xi ftit li ġiet fis-seħħ.", "THE CHAIRPERSON: Mhijiex fis-seħħ, qed tinħema issa.", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nikkoreġi ruħi.", "Il-policy viġenti li hemm illum ilha fis-seħħ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Huwa requirement fil-liġi li attwalment jinħareġ compliance certificate.", "CLAUDIO GRECH: Hekk hu, fil-fatt f'articles 90 u 93.", "Jiġifieri qed naqblu, però d-domanda tiegħi hi x'kienu l-motivazzjonijiet li wasslu għaliha.", "Jidher li din ħadtuha bħala priorità kbira għax tista' tgħid hija waħda mill-ewwel affarijiet li saru.", "X'inhuma l-motivazzjonijiet – hawn iċ-Chairman forsi jista' jispjegalna hu – għaliex qed tressqu din il-policy u qed tressquha bil-metodoloġija li qed tressquha?", "Jien nimmaġina li saru studji u analiżi dettaljati.", "Pereżempju, l-Onor.", "L-ewwel domanda tiegħi hija x'inhi l-motivazzjoni u x'jimmotiva l-metodu ta' kif ġiet strutturata.", "Imbagħad ovvjament għandi aktar domandi speċifiċi fuq dak li qal is-Sur Buttigieg.", "IS-SUR VINCENT CASSAR (Chairman, MEPA): L-għan prinċipali warajha hu biex tipprova tnaqqas l-irregolaritajiet li qegħdin isiru fil-proċess tal-bini.", "Bħalma tafu, ikun hemm ħafna każijiet fejn ikollok il-permess imma l-owner li għandu l-permess ma jkunx qiegħed jimxi ma' dak il-permess u allura jkun qiegħed joħloq illegalità; jew iżid sular żejjed jew iżid kamra żejda jew addirittura ma jżommx mal-pjanti li jkunu sottomessi.", "Allura wieħed irid jindirizza dik il-parti l-ewwel nett li tipprova tnaqqas dawn l-irregolaritajiet biex ma jkollniex għalfejn noqogħdu nidħlu bl-enforcement kull darba.", "Lilna l-enforcement jiswielna l-flus, meta mmorru għad-direct action tiswielna l-flus ukoll u mbagħad biex nirkupraw dawk il-flus irridu noqogħdu mmorru l-qrati u niftħu l-kawżi bl-ispejjeż kollha li dan iġib miegħu.", "Il-kwestjoni tal-€200 għal kull metru kwadru hija bbażata fuq il-costs li qegħdin jiswew lilna bħala MEPA biex nagħmlu d-direct action.", "Jiġifieri hemmhekk qegħdin nikkalkulaw fuq il-past experience li għandna li minn dawk il-€200, jekk dan ma jadoperax ruħu u jġib il-permess, jew addirittura jekk ma jġibx il-permess iwaqqgħu hu u jkollna mmorru aħna għad-direct action, we are recovering the cost, fis-sens li m'għandniex għalfejn noqogħdu niġru warajh wara, imma għandna l-garanziji bankarji li qegħdin jagħmlu tajjeb għal dan.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk ma jimpurtax nixtieq inżid xi ħaġa fuq dak li qal iċ-Chairman.", "Bħalissa l-Awtorità għandha 'l fuq minn 5,000 każ għal direct action.", "Kieku jirnexxielna mqar inneħħu ftit minnhom, jew li dak li jkun jirregola ruħu, jew inkella nagħtu l-opportunità biex attwalment inkunu nistgħu nnaqqsu daqsxejn minn dak l-ammont, naħseb inkunu qed niffrankaw anke lil Malta stess.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri jekk fhimtek tajjeb, il-MEPA ħarġet il-permessi u l-owner bena u żied sular, għamel illegalità, kiser il-kundizzjonijiet tal-permess for all intents and purposes.", "U l-għan tagħkom hu li dawn il-5,000 li hemm illum jitnaqqsu billi dawk l-illegalitajiet b'xi mod jiġu sanzjonati.", "Dan huwa punt importanti ħafna għax inkella dan kollu li qed ngħidu hawnhekk .…", "MICHAEL FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): L-iskop huwa li jekk hu jkun irid japplika biex jissanzjona l-illegalità li għandu skont il-policies li jkunu jeżistu jew li eventwalment jista' ikun hemm fuq perjodu ta' tliet snin, allura għandu dik l-opportunità u dik il-parti li qabad u bniha jista' ikollu l-opportunità li jġibha in line.", "Jekk il-persuna ma tkunx ġabet sanctioning ta' dak li tkun bniet b'mod illegali fil-perjodu ta' tliet snin, allura hemmhekk imbagħad tkun tista' tittieħed l-azzjoni fuq dik l-illegalità li kien hemm.", "Jiġifieri għandek dik l-opportunità ta' dak it-three year period li jista' ikun li dan bena f'post li skont l-applikazzjoni tiegħu kienet tliet sulari fl-area fejn hemm il-possibilità li jtella' erba' sulari u qabad u tella' ir-raba' sular imma ma kellux permess, imma jekk dan japplika kapaċi jkollu dik l-opportunità, allura dan ikollu l-opportunità li japplika u eventwalment hemm il-possibilità li jkun jista' joħroġlu l-permess.", "Ovvjament jekk ikun qabeż u ma jkunx skont il-policies, etc., allura għandu tliet snin żmien biex jew iwaqqa' jew japplika biex jipprova jissanzjona dik l-illegalità li probabbilment ma toħroġlux għax tmur kontra l-policies u tmur kontra l-pjan lokali u tmur kontra kull leġiżlazzjoni oħra.", "F'dak il-każ ikollu żewġ options, jew ineħħi hu jew inkella jneħħulu.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri bażikament aħna qed ngħidu li kull min għamel xi forma ta' illegalità f'dak li għandu x'jaqsam ma' permessi li nħarġu sal-lum jew sa meta se tagħmlu l-cut-off date, dan jista' japplika biex jissanzjonahom u se jingħata a partial compliance certificate.", "Din hija d-differenza.", "MICHAEL FARRUGIA: Mhux fuq il-parti li hija llegali.", "CLAUDIO GRECH: Però fuq il-bqija jista' jingħata l-permess fejn sal-lum ma jingħatax.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawk il-5,000 każ li semmejt jien aktar qabel huma każijiet riferuti għad-direct action, jiġifieri din il-policy mhijiex intenzjonata għalihom biss.", "Illum l-Awtorità għandha 7,000 każ ta' enforcement u hemm numru ta' każijiet oħrajn li s'issa għadhom ma ġewx detected mill-enforcement.", "CLAUDIO GRECH: Din tapplika sa xi ġurnata partikolari jew għall-enforcements li se jidħlu fis-seħħ pereżempju l-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara jinħareġ enforcement ieħor?", "Dak l-enforcement imbagħad se jkun jista' jibbenefika wkoll minn this sort of partial amnesty?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, din bl-ebda mod mhi amnestija, kienet tkun amnestija kieku qed tħallas biex tiġi regolarizzata xi ħaġa.", "Din sempliċement qed tagħti ċ-ċans lil dak li jkun sabiex jirregola.", "Għandna numru ta' każijiet li ilhom 20 sena quddiem il-MEPA .....", "CLAUDIO GRECH: Imma hemm a significant departure minn dak li jiġri llum għax illum ma tingħatax il-compliance certificate fit-totalità tiegħu.", "Mhux hekk?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "CLAUDIO GRECH: Ma tistax tgħidli li mhux hekk, bilfors li hekk hu għax qed tagħmel xi ħaġa sinifikanti għax illum id-deterrent huwa – jekk nifhem tajjeb jien – li l-compliance certificate fuq l-operat kollu ma teħdux, biex inti ma jkollokx inċentiv li tagħmel biċċa mbagħad iġġibha sort of, de facto.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Din is-sistema diġà teżisti meta jkun hemm different owners.", "Jiġifieri meta hemm proprjetajiet ta' different owners li għandhom parti mill-proprjetà li hija legali they can get a compliance, l-owner proprju cannot get a compliance.", "Din issa qed nestenduha f'każ li proprjetà hija anke tal-owner proprju.", "Jien qed nifhem li din tgħin ukoll lid-developer, fis-sens li jekk dan se jmur iġib loan mill-bank, ikun jista' jieħu għax sal-lum fuq dawk il-partijiet li huma legali ma jistax iġib loan mill-bank fuqhom għax il-compliance ma kienx joħroġ.", "Kif nafu lkoll, biex jagħtuk loan mill-bank trid iġġib compliance fuq il-proprjetà kollha, issa jekk inti għandek xi ħaġa llegali fil-proprjetà ma jagħtukx il-compliance u ma ġġib xejn.", "Imma jekk minn seba' appartamenti għandek sitta li huma legali, kif qed nipproponu, dawk is-sitta jingħataw compliance u allura l-bank jista' jisilfek, allura qed tgħin developer jieħu faċilità.", "Jiġifieri din tista' ukoll ikollha dan l-effett.", "M'iniex qed nifhem għalfejn qed ngħidu li b'din se nissanzjonaw għax m'aħna fil-fatt se nissanzjonaw xejn; dak li huwa llegali se jibqa' illegali.", "Però naħseb li l-Onor.", "Grech għamel punt importanti dwar il-cut-off date.", "L-ewwel nett irridu nifhmu li llum diġà hemm sistema li jekk inti ma tibnix b'mod legali teħel daily fine, u ma naħsibx li din se tirriplejsja d-daily fine.", "Jiġifieri jekk inti tmur tibni llegali llum il-ġurnata wara Novembru 2012 teħel daily fine, jiġifieri din se tapplika minn issa b'lura mhux għal tal-quddiem.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Le, tista' tapplika u d-daily fine tibqa' għaddejja wkoll.", "CLAUDIO GRECH: Imma nixtieqkom nirrispondu id-domanda tal-cut-off date.", "CHARLES BUHAGIAR: Hekk hu, anke jien nixtieq li nkun naf, però jekk tippermettili xtaqt nistaqsi jekk din hijiex applikabbli għal każi outside development zone (ODZ).", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hija applikabbli kemm għal każijiet ODZ kif ukoll .......", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri anke għal każi ODZ applikabbli.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, li mhux applikabbli għal fejn jidħol illegalità li għandu x'jaqsam ma' irdim illegali.", "CHARLES BUHAGIAR: Allura iktar u iktar naħseb li l-multa għandha tkun ftit differenti f'każi ta' ODZ minn ta' f'każi oħra.", "Imma dwar dak nitkellmu aktar 'il quddiem.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għal dak li jirrigwarda l-cut-off date irrid ngħid li f'din m'hemmx cut-off date, jiġifieri jekk l-illegalità diġà saret u llum indunajt biha u toħroġli enforcement notice fuq il-post, hemm din il-proċedura biex ovvjament ..…", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri int qed tgħid li once li tidħol din il-policy, kull enforcement li se jkun hemm se jkollu perjodu ta' tliet snin li fih jista' jinġab xi forma ta' partial compliance, imbagħad is-sanctioning jiġi esegwit.", "Meta qrajtha l-ewwel darba jien kont qed nifhem li se tiġi indirizzata għal dan il-backlog li jeżisti, però issa inti qed tikkonferma li mhijiex hekk.", "Jekk tliet xhur oħra jew erba' xhur oħra ssir illegalità, dak ukoll se jkun qiegħed jibbenefika minn dawn l-istadji.", "Dan ifisser li min qed jagħmel l-illegalità jista' jkejjel l-illegalità li skont l-iżvilupp li jkollu, imbagħad jaf li se jieħu l-partial compliance fuq il-bqija tal-iżvilupp.", "Jiġifieri jekk ikollok ċirkostanza, kif semma l-Onor.", "Buhagiar li lanqas okkorrietli però bqajt naħseb ftit fuqha, fejn dak li jkun għandu illegalità fil-garaxx, tista' tipprova tagħlaqulu però mhux se twaqqa' il-garaxx għax tiġbed il-binja għal isfel.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu minn issa 'il quddiem this is going to be the policy li se nkunu qegħdin inħaddmu.", "Allura aktar u aktar nistaqsi x'immotiva din it-tip ta' rilaxxar fil-mod ta' kif se jsir l-enforcement.", "Jiġifieri l-policy motivation ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-policy motivation hija li aħna jkollna numru .....", "CLAUDIO GRECH: Għax jekk fhimt sew, iċ-Chairman qalli li dan qed isir għax hemm madwar 5,000 każ backlog.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-policy motivation hija biex prattikament l-Awtorità ikollha l-flus biex taġixxi.", "L-Awtorità m'għandhiex il-baġit biex taġixxi fuq illegalitajiet; għandha baġit ta' bejn wieħed u ieħor Lm100,000 fis-sena li huwa the average budget.", "CLAUDIO GRECH: Però għal-liema raġuni se tagħti aktar żmien?", "Għax kieku b'lura, nifhem li għandek argument, għalkemm nistgħu naqblu jew ma naqblux miegħu, però inti qed tgħid min se jagħmel illegalità tliet xhur oħra qed ngħidulu agħmel illegalità imbagħad …", "CLAUDIO GRECH: Hekk qed tgħidli!", "Mela għidli li se tieqaf sa ċertu punt.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Min qed jagħmel illegalità tliet xhur oħra għandu d-daily fine li mhijiex qed tiġi mneħħija b'din, xorta jista' jagħmel l-illegalità u xorta l-Awtorità m'għandhiex finanzi biex tneħħi dik l-illegalità.", "B'din qed ngħidu li d-daily fine se tiblagħha xorta, il-multa se tiblagħha xorta, f'każ li ġie sanzjonat għandek 10% from the total bank guarantee li se jibqa' għand l-Awtorità biex dak imur ġol-fond biex attwalment jitneħħew l-illegalitajiet u hemmhekk qed nagħti perjodu ta' massimu ta' tliet snin biex titneħħa l-illegalità, mhux kif qegħdin bħalissa għandna każijiet li ilhom 15, 16 u 20 sena li l-illegalitajiet għadhom hemmhekk.", "Dik hi d-differenza u għalhekk din il-policy.", "Jiġifieri l-motivazzjoni hija waħda purament finanzjarja.", "Hux hekk qed ngħidu?", "CLAUDIO GRECH: Għax l-ewwel għedna l-backlog imma issa ovvjament il-backlog se jiżdied peress li se nibdew nagħtu iktar ċans li fi żvilupp sħiħ iżżid biċċa llegali u dik il-biċċa llegali mbagħad taf li għandek l-option li tissanzjonaha.", "Għax il-wording tal-memo hawnhekk huwa tali li qed jgħidlek applika biex tissanzjonaha, irrispettivament minn x'tip ta' illegalità hi.", "Għax din imbagħad hija domanda oħra.", "Hawnhekk mhijiex qed issir distinzjoni fuq x'tip ta' illlegalità qed nitkellmu dwarha.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar xi ħadd, kif semma l-Onor.", "Buhagiar, li jkollu a minor issue forsi fi proprjetà tiegħu li grosso modo mhi se tagħmel differenza lil ħadd, però imbagħad jista' ikollok illegalitajiet ħafna ikbar, areas ħafna ikbar u jistgħu jkunu f'ODZ ukoll u qed ngħidu li se jiġu trattati bl-istess mod.", "X'inhi l-loġika wara li dawn jiġu trattati bl-istess mod?", "X'inhi l-loġika li l-bank guarantee li qed titlob hija bl-istess mod fuq iż-żewġ tipi ta' illegalitajiet?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Ħalli nispjega forsi b'mod iktar prattiku down to earth għax jien niltaqa' magħhom il-ħin kollu dawn l-affarijiet.", "X'għandu x'jiggwadanja xi ħadd li għandu illegalità jew forsi se jagħmel illegalità, għandu żvilupp għaddej bħalissa?", "Jekk hemm ċans li dan il-każ jista' eventwalment jiġi ssanzjonat, hemm forsi tgħidli għandu tieqa bħalissa b'din tat-tliet snin, allura qed nitkellmu fuq żvilupp li probabbli se joħroġ.", "Malli bdejna mill-ewwel għedna li €200 per square metre floor space u mhux footprint, jiġifieri jekk għandu tliet sulari, extension fuq it-tliet sulari kollha se jgħoddlu.", "Jekk xi ħadd mhux se joħroġlu l-permess m'għandux x'jirbaħ.", "Xi ħaġa li ma ssemmietx hi li meta se jsir dan kollu, fil-bidu nett irid isir kuntratt, il-kuntratt se jkun insinwat, jiġifieri kulħadd se jarah u waħda mir-requirements se tkun mhux just li titneħħa l-illegalità wara tliet snin, imma li jneħħiha hu stess u dik lili, bħala d-Direttur tal-Enforcement, diġà qed issolvili ħafna problemi li suppost l-obbligu huwa li jneħħih hu.", "Jekk ma jneħħihx hu se jkollna l-flus biex nagħmlu direction action u probabbli se jkollna aktar milli jkollna bżonn u d-differenza mhijiex se tiġi refunded, jiġifieri hu għandu deterrent qawwi għax b'€200 per square metre naċċertak li mhux se jkun hemm ħafna nies li se jeħduha għax it's on the high side.", "L-idea wara din ma kenitx li noqogħdu niftħu jew nagħtu amnestija, din mhix amnestija; hemm kuntratt u lil dak li jkun qed nagħtuh time window ta' tliet snin li forsi bħalissa m'għandux.", "F'dawk it-tliet snin l-iżvilupp illegali jrid ikun issiġillat u għamilniha b'mod ċar – qgħadt attent għal dan minn diversi esperjenzi li kelli qabel – li jrid ikun issiġillat b'mod li jaqbel miegħu l-Manager u d-Direttur, jiġifieri mhux just xi Enforcement Officer għamillu xi partition u għaddihulu, jiġifieri se jkun issiġillat b'mod robust, qiegħda miktuba wkoll, jiġifieri dan mhux se jużah.", "Allura x'se jiggwadanja mill-illegalità dan billi jagħmilha?", "Li forsi għandu x'jirbaħ min ikollu xi biċċa żvilupp fejn forsi baqa' sejjer iktar milli kellu bżonn li probabbli se jiġi sanzjonat.", "Imma jekk se jiġi sanzjonat għalfejn għandi mmur inwaqqagħhulu jiena?", "Għalfejn m'għandux ikollu dan it-three years period?", "Għax jekk xi ħadd se jitfa' application u m'għadditlux b'DNO u jappella, l-appell roughly se jdum tliet snin.", "Ħaġa oħra li ssemmiet l-ewwel hi li d-daily fine se tibqa' għaddejja, jiġifieri dak li jkun għandu deterrent.", "(Interruzzjonijiet) It-tliet snin mhux se jiġu ffrizati, se jibqgħu għaddejjin, jiġifieri ma jaqbillux idum.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għandek ukoll li kull darba li inti tkisser siġill tal-Awtorità, il-fee li se teħel hija ta' €12,000.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Dawn il-5,000 jew 7,000 każ ta' enforcement li hemm, kif se napplikawlhom biex jidħlu f'din is-sistema?", "Jiġifieri jekk din toħroġ u jibqgħu ma jagħmlu xejn imma jibqgħu bl-enforcement li għandhom, x'se tgħinna lill-Awtorità?", "M'aħniex se nibqgħu bl-istess sistema li qegħdin illum?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Primarjament jien iktar naraha li se tgħin il-każijiet li ġejjin.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħriġna s-CTBs u hemm diversi ...", "THE CHAIRPERSON: Jien qed naħseb li se ndaħħlu l-mentalità li tista' tagħmel illegalità imbagħad tissanzjonaha.", "IS-PERIT ALEXANDER BORG: Din mhijex idea ta' sanzjonar jew amnestija, din hija idea ta' kif se nittrattaw każijiet li ħafna minnhom se jkunu każijiet ġodda.", "Jekk xi ħadd issa għandu żvilupp illegali qadim, iċ-ċans kif qegħdin bħalissa huwa li ngħidulu jissiġġilla l-biċċa li għandu llegali, u mingħajr bank guarantee u xejn, inħalluh jopera jekk għandu diġà l-compliance.", "Issa jekk m'għandux compliance hawnhekk fejn forsi tidħol din.", "Imma ħafna drabi jekk għandek supermarket u ndunajna li għandu biċċa extension wara iktar milli kemm suppost għax baqa' sejjer tliet metri iktar, m'iniex se jgħidlu biex ma jużax is-supermarket.", "CLAUDIO GRECH: Però l-ikbar detterent illum li huwa b'saħħtu huwa l-compliance għax il-post ma jkunx jista' joperah.", "THE CHAIRPERSON: Jekk se nneħħu s-saħħa ta' dik se jkollna problema.", "CLUADIO GRECH: Issa li qed ngħidu hu – u li huwa iktar inkwetanti hu li qed tikkonferma int that this going forward is the policy – li ssir x'issir illegalità l-compliance fuq il-bqija li mexa skond .… Jiġifieri jekk hemm min għandu proġett sħiħ u 20% minnu ġie żviluppat b'mod illegali – imbagħad trid tara kif tikkalkulaha u kif se tagħmilha, bl-aċċessi għaliha u l-kumplikazzjonijiet kollha – qed ngħidulu li jista' jagħmlu dan għax għall-bqija tal-80% se nagħtuh il-compliance anyway imbagħad jipprova jġib il-permessi fuq medda ta' tliet snin u għamel il-bank guarantee li qed issemmi.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Il-compliance tkun temporanja għal tliet snin.", "CLAUDIO GRECH: Imma se tkun tajthielu rather milli se tistenna li dak li għandu jiġi ssanzjonat jiġi ssanzjonat.", "Il-bank guarantee, jekk trid tagħmel xi forma ta' emenda, inti tista' tiġborha at the outset mingħajr ma tagħti l-compliance jekk hu se japplika s-sanctioning.", "Jekk trid tbiddel ir-regolamenti tista' tagħmel li mal-applikazzjoni għas-sanctioning titlob il-bank guarantee, però l-compliance jibqa' addizzjonali.", "Meta qed tagħti l-compliance jien fl-opinjoni tiegħi li qed nagħmlu hu li qed nibagħtu l-messaġġ li jekk inti se tagħmel illegalità ta' ċertu persentaġġ dik l-illegalità għandek window effettiva li inti fiha tista' tirregolarizza la issa qed tikkonfermaw ukoll li din ma tapplikax biss għal dak li huwa b'lura però se tapplika wkoll minn issa 'l quddiem bħala l-policy tal-awtorità fuq dak li għandu x'jaqsam mal-enforcement.", "Jiġifieri tkun xi tkun l-illegalità, ħlief tad-dumping fil-garigue, se tibqa' hemmhekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qatt ma kienet l-intenzjoni li l-policy ovvjament tagħti għall-futur, fis-sens li nimpromwovu b'xi mod l-illegalità .… (Interruzzjonijiet) Jien m'għandi l-ebda problema li jkun hemm cut-off date.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk qegħdin hawnhekk niddiskutu biex niċċaraw ċerti affarijiet.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien m'għandi l-ebda problema – biex anke tkun ċara hawnhekk – biex nagħmlu cut-off date.", "Imma jekk se nagħmluha ma nagħmluhiex ta' meta ħarġet l-enforcement imma ta' meta sar l-illegalità għax għandna numru ta' każijiet hemm barra li sal-lum għad m'għandhomx enforcement notice għal diversi raġunjiet, jew għax ma ndunajniex bihom, jew għax qatt ma ġew irrappurtati.", "Naħseb li m'għandhiex tkun li jekk inti għax ġejt imħarrek tapplika għaliha u għax ma ġejtx imħarrek ma tapplikax għaliha.", "Jiġifieri naħseb li fil-cut-off date m'għandhiex tkun problema li attwalment ngħidu mil-lum jew mix-xahar d-dieħel jew mix-xahar ta' wara.", "Pjuttost li bil-policy kif inhi miktuba, kemm bħala rata kif ukoll bħala capping, proprju ma ridniex li ngħaddu dak il-messaġġ.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk qegħdin hawn, biex niddiskutu.", "L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jekk il-parti illegali ma tkunx sanzjonabbli l-partial compliance se joħroġ xorta?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Issa inti hawnhekk qed tgħidli biex nilgħab ir-role tal-bord tal-MEPA?!", "TONI BEZZINA: Ħalli nkunu ċari.", "Meta perit imur fuq il-post mal-ewwel jieħu idea jekk biċċa illegali tkunx tista' tiġi ssanzjonata jew le.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Biss ma nixtieqx norbotha ma' dak il-fatt għax imbagħad jibdew jinterpretaw li once li inti għandek partial compliance allura jfisser li inti qed tgħid li awtomatikament hija sanzjonabbli.", "TONI BEZZINA: Jien qed ngħid bil-kontra.", "Jekk prima facie tidher li mhijiex sanzjonabbli se noħorġuh xorta jew se nżommuh?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Tista' targumenta miż-żewġ naħat tal-munita, dak imbagħad huwa sta għall-bord ....", "CLAUDIO GRECH: Marbuta mad-domanda tal-Onor.", "Bezzina.", "Jekk kien hemm applikazzjoni għas-sanzjonar, ġiet screened u r-risposta kienet fin-negattiv, dawk ukoll jistgħu japplikaw għal tliet snin oħra?", "Għaliex le?", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nerġa' nispjega.", "Hemm illegalità u min għamilha applika biex tiġi sanzjonata u fl-iscreening intom għedtulu li mhijiex sanzjonabbli.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Awtorità bħalissa qiegħda ddur numru ta' policies, jiġifieri jista' jkun li fil-policy l-ġdida dan ikun jikkwalifika.", "TONI BEZZINA: Jien naħseb ikun aħjar jekk nagħti eżempju fuq li qed jgħid l-Onor.", "Pereżempju, kif qal l-Onor.", "Buhagiar, jien għandi garaxx f'residential area u bnejtu fuq 16-il filata li huwa daqs ta' commercial, li within scheme, ma jagħtikx.", "Il-flats ta' fuq ikunu mibnijin tajjeb però l-garaxx ikun qiegħed ħażin.", "Allura l-compliance għall-flats se joħroġ xorta?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-compliance għall-flats illum diġà jistgħu joħorġu.", "TONI BEZZINA: Imma l-problema hi, x'se tagħmel.", "Se tiġbed il-garaxx minn taħthom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, imma anke llum hemm dik il-problema.", "Jekk dan illum għamel trasferiment fuq persuna oħra, x'tagħmel?", "Din hija l-kwestjoni kollha tat-trasferiment.", "Jekk dan biegħ l-appartament anke lit-tifel tiegħu, għax dak ukoll huwa trasferiment, jien illum obbligat li noħroġlu l-compliance.", "Mhux hekk?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Onorevoli, bis-CTB sakemm m'għolliex l-overall height b'xi 1.2 metri xorta joħroġlu l-compliance.", "Issa hawnhek nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Qed inħoss li qisna qed naraw din bħala xi ħaġa li ma kenitx intenzjonata għal hekk.", "Jien kif qed naraha jekk ma nagħmluhiex se nitilfu opportunità, u qed nitkellem b'mod l-iktar open bħala Manager tal-Enforcement.", "Dan għalija huwa mod ta' kif inkunu aktar effettivi.", "Minflok inkunu kif qegħdin bħalissa f'dan il-baħar li darba ħriġna enforcement notice imbagħad se jgħaddi ż-żmien, l-backlog fuqna, ma nafux kif se nneħħu, m'għandniex il-flus, jekk se nneħħu xi ħaġa fis-sular ta' fuq hijiex se teffettwa s-sular ta' isfel, jew jekk għandu step ħierġa 'l barra minn fejn se taqtagħha u kif se tirfed eċċ… Dawn huma l-kumplikazzjonijiet kollha prattiċi li niltaqgħu magħhom.", "B'din is-sistema konna se nagħmlu mod kif nobbligaw lil dak li jkun sabiex ineħħiha hu stess; se nagħmlu bank guarantee biex insolvu l-issue tal-flus.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma nagħmluhiex jien naħseb li qed nitilfu opportunità.", "CLAUDIO GRECH: Madam Chair, huwa importanti li s-Sinjur jifhem li aħna qegħdin hawn biex nistaqsu u hu qiegħed hawn biex jirrispondi għad-domandi.", "Ma naħsibx li qegħdin niddeċiedu b'xi mod ....", "THE CHAIRPERSON: Onor. Grech, ma qalx hekk.", "CLAUDIO GRECH: Jien naħseb aħjar nużaw il-ħin issa biex id-domandi li għandna tirrisponduhom ħalli b'hekk ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, nassigurak li aħna qegħdin hawn biex jekk hemm b'xi mod li nistgħu nirranġaw il-policy b'mod li tkun aħjar, nagħmluha.", "Għalhekk tellajniha hawnhekk.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Jekk qed narawha b'mod diverġenti, ma jimpurtax, però importanti nifhmu l-end effect tagħha.", "Ġejna mistoqsija fuq il-motivazzjoni u jien m'iniex qed nikkritika għax hawn il-mistoqsijiet; ovvjament malli xi ħadd se jara xi ħaġa bħala din se jibdew il-mistoqsijiet.", "Aħna m'aħniex qegħdin hemm biex nippruvaw nillappazzaw jew biex inkunu easy ma' min qed jagħmel l-illegalitajiet.", "Jien qed ngħid, min-naħa tiegħi bħala Direttur tal-Enforcement u li I am hands on fuq dawn l-affarijiet, li jien qed nara dan bħala mod kif inkunu aktar effettivi.", "CLAUDIO GRECH: U aħna qegħdin nippruvaw naraw kif intejbuh.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Jekk intejbuh tant l-aħjar.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri qabel toħroġ il-partial compliance se ngħidulhom jippruvaw jissanzjonaw jew taqbad u toħroġha qabel iġġiegħlu jissanzjona?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kif inhi miktuba – u issa nduruhom waħda waħda ħalli taraw – inti mhux talli qiegħed tgħidlu biex jipprova jissanzjona għax inkella qed jitlef mit-terminu taż-żmien tiegħu, talli qed tgħidlu wkoll li jrid isir a contractual obligation.", "Jien naħseb li trid tkun miġnun jekk inti għamilt dik il-garanzija – li nassigurak li b'€200 kull metru kwadru se titlagħlek f'ammont mhux ħażin – biex ma tippruvax tuża l-ħin ħalli tagħmel dak kollu possibbli.", "Kieku jien nipprova nagħmel l-applikazzjoni qabel ma attwalment nagħmel il-contractual obligation biex jekk jista' jkun minflok tliet snin inġibha tliet snin u xahar!", "TONI BEZZINA: Għandkom ippjanata xi sistema kif se jiġi monitored li appena jiskattaw it-tliet snin tidħlu u tagħmlu l-enforcement?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Is-sistema se tkun b'tali mod li jkun hemm ir-reġistru li jkun għand id-Direttur tal-Enforcement għaliex hu jrid jawtorizza kif se jiġi ssiġillat il-post, kull kuntratt huwa available għax huwa kuntratt pubbliku, il-persuna se jkollu ċ-ċans sa massimu ta' tliet snin biex jirregolarizza ruħu u jekk wara tliet snin ma jkunx irregolarizza ruħu, hemmhekk l-Awtorità tista' tmur u tieħu l-passi.", "U l-kuntratt se jkun b'tali mod u manjiera li jfisser dawn l-affarijiet li hawn imniżżlin fiċ-ċirkolari.", "TONI BEZZINA: U qed nifhem li ser isiru inspections regolari biex jaraw li dawn is-siġilli ma jinqatgħux?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhux ovvju!", "U hija wkoll parti mill-10% li qed inżommu bħala over and above biex ikunu qegħdin jikkaverjaw dawk l-ispejjeż ukoll.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Fuq il-contractual obligation jien nifhem li se tkun insinwata din, jiġifieri meta jsiru r-riċerki jekk ikun se jinbiegħ post tinstab li hemm din il-contractual obligation.", "CLAUDIO GRECH: Fil-fatt din ma titlax meta jsiru r-riċerki.", "Jien m'iniex avukat imma l-ġimgħa l-oħra xi ħadd spjegali li meta jsiru r-riċerki dik ma titlax daqskemm ma jitilgħux dawn l-obbligi l-ġodda li qegħdin jidħlu fuq is-single ownership.", "Jien spjegali Henri Mizzi l-ġimgħa l-oħra li dawk ma jitilgħux.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li nistgħu nagħmlu biex jitilgħu żgur nagħmlu dak li jgħidulu inter vivos.", "THE CHAIRPERSON: Tista' tispjegali x'inhu inter vivos?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Inter vivos huwa prattikament notifika mill-Awtorità lir-Reġistrattur tal-Artijiet fejn jinnotifikah li attwalment hemmhekk hemm dejn pubbliku fuq il-proprjetà.", "CLAUDIO GRECH: Jien ma nafx tistax tikkonsidra li tagħmel xi forma ta' ipoteka fuq il-proprjetà għax dik titla' żgur.", "Jien ċert li għandkom legal advisors li jistgħu jsibu l-aħjar metodu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Però importanti li l-contractual obligation tkun tista' titla' f'każ li ssir riċeerka ħalli min ikun qed jixtri jkun jaf biha għax inkella se jkollna każi ta' informazzjoni żbaljata.", "Issa, ħalli nerġa' mmur ftit lura għall-punt li tqajjem l-ewwel fuq il-backlog.", "Jien mhu xejn ċar f'moħħi kif il-backlog se nittekkiljawh b'din il-miżura, jekk mhux se nagħmlu xi ħaġa li nġiegħlu lil min għandu enforcement li japplika u allura tajtu 36 xahar biex ikun jista' jirregolarizza ruħu.", "TONI BEZZINA: Għax jekk hemm każ ta' ħames snin ilu, jekk f'ħames snin ma rnexxilux iġib il-permess, se jġibu issa?", "CHARLES BUHAGIAR: Imma tagħtih tliet snin oħra, imma almenu japplika għax jekk mhux se japplika żgur li mhux se jġibu.", "Jiġifieri jien inħoss li għandha tidħol xi ħaġa b'mod li dawk li għandhom enforcement iġġegħelhom japplikaw, ħalli tapplika wkoll din issa għax inkella m'aħna se nindirizzaw xejn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onoreveli, jekk niġu f'sitwazzjoni li nkunu qed ninfurzaw tajjeb nassigurak li kull min ikollu illegalità se jkun jaf li l-Awtorità issa qed taġixxi bis-serjetà fuq dawk l-illegalitajiet u se jkun hu stess li minn jeddu se jiġi u attwalment jitlob li jissanzjona.", "Ovvjament ma tistax taqbad persuna minn minn għonqu imma mbagħad taqbad u tmur tneħħielu.", "CHARLES BUHAGIAR: Li tistgħu tagħmlu huwa ssibu mod kif tinfurmaw lil dawk kollha li għandhom notice ta' enforcement u direct action b'din is-sistema.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, dik nistgħu nagħmluha mingħajr problema ta' xejn, anzi once li din tkun lesta – u għalhekk għamilniha fil-forma ta' ċirkolari – se ninfurmaw lill-periti kollha biha għax attwalment huwa l-perit ta' dik il-persuna li tkun qed tagħmel l-illegalità li l-aktar li jista' jiggwida lill-klijent tieigħu; jekk immur jien fuq il-klijent u ngħidlu biex jagħmel \"hekk\" jibda jaħseb jekk iniex se ndaħħlu fl-ixkora, imma l-fatt li l-perit tiegħu stess qed jiggwidah hemmhekk naħseb li jkollu ħafna iktar onus li attwalment dan japplika.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nidħol fuq l-area li għalina hija importantissima ħafna from a political stand.", "Aħna nixtiequ naraw li jiddaħħlu xi forma ta' kategorizzazzjoni tal-każijiet li qed nitkellmu dwarhom u nemmen li anke l-Gvern – almenu milli qed nisma' lill-Onor.", "Ħalli ngħidlek xi rrid ngħid.", "Ħalli nieħu l-iktar każ li għalina huwa inkwetanti, il-każ fejn ikollok illegalità which is infringing on third party rights.", "Mela inti għandek nies tal-affari tagħhom joqogħdu fi triq – f'area residenzjali jew f'area ODZ, hi x'inhi – u fiha hemm xi ħadd li snin ilu ddeċieda li jagħmel garaxx, jew plant yard, jew reservoir taż-żjut jew whatever.", "Il-persuni li jkunu qed jiġu effettwati jkunu għamlu r-rapporti – ħafna drabi dawn ikunu jibżgħu għax ġeneralment in-nies li jkunu nvoluti ma jkunux l-iktar nies ġentili – u l-każijiet drag on and on and on. Jien nimmaġina li l-Perit Borg għandu a never ending list f'moħħu ta' każijiet simili.", "Jien naħseb li aħna kollettivament, bħala politiċi… Jien l-ewwel li ġieni f'moħħi meta rajt din u l-ewwel li nkwetajt, biex inkun onest, kien fuq dawn it-third party rights.", "Il-messaġġ li se nkunu qegħdin nibagħtu hawnhekk – almenu milli spjega s-Sur Buttigieg għalkemm mid-diskussjoni li kellna nifhem li mhijiex l-intenzjoni, ħalli nkun ċar – li dawn in-nies se jgħaddu minn tliet snin oħra ta' infern.", "Dan hu l-messaġġ li qed nibgħatulhom aħna.", "U jien naħseb li bħala l-ewwel punt – issa forsi nispjega daqsxejn il-kategoriji li jien għandi f'moħħi – lil dak iċ-ċittadin who is a decent person, iħallas it-taxxa, jobdi r-regolamentazzjoni kollha u ma jtellef lil ħadd f'ħajtu we cannot let him down issa u ngħidulu li jrid jagħmel tliet snin oħra f'infern sempliċement għax m'għandniex flus biex nenforzaw.", "Dik hija l-ewwel waħda.", "Naħseb li intom tafu fejn ikollkom dawn it-tip ta' każijiet għax ikollkom fuq il-files tagħkom u indubbjament tistgħu taslu li minn dawk il-5,000 tidentifikaw liema huma dawk which are infringing on third party rights.", "Jien għalija dik hija l-ewwel kategorija li fl-opinjoni tiegħi nħoss li żgur li m'għandhomx b'xi mod jibbenefikaw minn xi forma ta' extension ta' żmien li permezz tagħha jistgħu jibqgħu jgħaddu l-ħajja tan-nies minn infern.", "Jien nimmaġina li kulħadd deep down, anke intom, xi ħaġa bħal din fil-prinċipju tabqlu magħha because we cannot extend this kind of hardship.", "Imbagħad għandek kategorija oħra li huma wkoll nies individwali, mhumiex nies li qegħdin imdaħħlin fil-proprjetà jew żviluppaturi, li jkollhom infringements żgħar.", "M'għandix dubju li bejn it-tekniċi – jien m'iniex perit allura ma nistax nasal għal xi forma ta' formula – tistgħu tiddeterminaw x'inhi infringement minuri rather minn infringement li mhijiex minuri.", "Imbagħad hemm l-infringements l-oħrajn li naħseb irridu nħarsu lejhom bil-mod ta' kif aħna se nindirizzaw dan li ried jagħmel il-Perit Borg biex kemm jista' jkun xi darba tkunu tistgħu tieħdu d-direct action, u biex intom tkun tistgħu tagħmlu dan irid ikollhom il-flus biex tesegwixxu.", "Forsi hemmhekk imbagħad niddiskutu jekk tistax ukoll iżżid l-onus li inti qed toħroġ bih hawnhekk.", "Jien xtaqt nisma' l-idea tagħkom ta' kif nistgħu niddefendu d-drittijiet ta' dawn l-ewwel żewġ kategoriji li semmejt.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Ħalli mmur fuq l-ewwel waħda tat-third parties vis-à-vis din iċ-ċirkolari b'mod ġenerali.", "Jien naqbel miegħek mija fil-mija u naħseb li kulħadd jaqbel miegħek, però b'din iċ-ċirkolari ma jfissirx li jekk hemm xi ħaġa illegali issa se ssir legali.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħadd li għandu garaxx li qed jużah bħala mechanic b'mod illegali, bl-ebda mod mhu se jiggwadanja minn din il-policy.", "CLAUDIO GRECH: Imma se tagħtih ċans jissanzjona.", "(Interruzzjonijiet) Illum ukoll suppost qed timblokkahulu.", "U inti żgur li taf b'każijiet fejn suppost qed jiġi mblukkat u ma jiġix imblukkat għax forsi m'għandkomx il-ħiliet jew il-kompetenzi biex tagħmlu dan.", "Però illum m'għandek xejn xi jżommok milli timblukkah.", "Jekk illum għandek third party infringement fit-triq, m'għandek xejn xi jżommok milli timblukkah.", "Inti li se tagħmel hawnhekk hu li se terġa' tagħti ċans ieħor ta' sanzjonar lil min qed jagħmel l-illegalità, u jekk għandu xi parti bil-permess se tagħtih il-partial compliance, sopra corna bastonate.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Din qiegħda intenzjonata purament biex jekk għandu biċċa legali jista' jużaha, imma jekk għandu biċċa illegali trid tieqaf.", "Jekk dik ma taħdimx, titwaqqaf kollha.", "U għalhekk il-bank guarantee eċċ.", "CLAUDIO GRECH: Però ma rrispondejtx il-punt tiegħi.", "Inti qed teħodha mil-lat tekniku mentri jien qed neħodha mil-lat tan-nies.", "Għidli inti kif nistgħu aħna noħorġu hemm barra niddefendu l-fatt li aħna qed nagħtu tliet snin ċans ta' sanzjonar fuq xi ħaġa li seta' applika għaliha biex jissanzjonaha u erġajtu ma approvajtux.", "U aħna qed ngħidulhom li lil dak l-individwu li qed jagħmel dik l-illegalità, se nagħtuh a lease of life ta' tliet snin oħra minflok naqbdu u nagħmlu d-direct action li għandna nagħmlu b'mod immedjat biex dawk it-third party rights ma jibqgħux jiġu infringed.", "Issa jekk irid jibni, jerġa' japplika u jerġa' jibni.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux tagħlaqulu.", "Jekk inti wasalt għad-direct action tieħu d-direct action mhux terġa' tagħtih iċ-ċans biex jerġa' japplika biex jissanzjona.", "U in the meantime dawk in-nies ser jerġgħu jgħaddu tliet snin oħra f'infern.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Naqblu li sal-lum il-policy tal-MEPA dejjem kienet li ma tidħolx fuq kwestjoni ta' ownership?", "Naqblu li sal-ġurnata tal-lum il-MEPA qatt ma daħlet fil-kwestjoni ta' ownership?", "Naqblu li lum l-applikant irid jagħmel dikjarazzjoni jekk l-art hijiex tiegħu?", "Naqblu wkoll.", "Naqblu li l-ġurisdizzjoni ta' post hija f'idejn il-Qrati u mhux f'idejn il-MEPA?", "Mela sakemm hemm dawk l-affarijiet kollha u sakemm jien m'għandix il-prova li hemmhekk huwa ta' terza persuna, jien kif se nistabilixxi li dik hija tat-terza persuna u mhux ta' min għamel ir-reat?", "It-terza persuna għandu d-drittijiet kollha u l-faċilitajiet kollha fil-Qorti biex jagħmillu mandat ta' inibizzjoni u biex iġiegħlu jwaqqa' b'mod ċivili.", "M'għandux għalfejn juża lill-MEPA biex immur inwaqqgħulu dik l-illegalità.", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nwaqqfek ftit.", "Jekk inti ħriġt notifika ta' direct action, tista' tgħidli minn dak kollu li għadek kemm għedt xi jiżommok milli tesegwixxi dik id-direct action?", "Tgħidlix li l-flus.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħalli nkellmek ċar, inti illum qed tgħidli li hemm dan it-third party, mela jien obbligat bil-liġi li mhux talli mmur ineħħi lit-third party talli l-kont noħorġu fuq it-third party.", "CLAUDIO GRECH: Naħseb li m'aħniex niftehmu x'inhu third party.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Grech, spjega ruħek ftit aħjar għax m'intomx tiftehmu fuq x'inhu third party.", "CLAUDIO GRECH: Jien kont qed ngħidlek third party right, forsi ma ftehmniex fit-terminoloġija.", "Jien noqgħod din in-naħa tat-triq, għandi kollox in order, sieħbi għandu għalqa faċċata u f'din l-għalqa ddeċieda li jagħmel garaxx, qabad u bena u għamel garaxx kompletament illegali.", "Intom ħriġtu enforcement notice, ħriġtu direct action, dan applika biex issanzjona, m'għaddietx, reġa' applika u riċentement bl-iscreening process għedtulu li m'għandux għalfejn japplika.", "Lil dak aħna se nagħtuh tliet snin oħra ċans.", "In the meantime matul dawk it-tliet snin dan jekk qed jisprejja fit-triq f'dak il-garaxx se jibqa' jisprejja u aħna .… (Interruzzjonijiet) Illum tista' tagħlqu, jiġifieri m'għandekx għalfejn tagħti xi forma ta' sanzjonar.", "Jien qed ngħid li fejn hemm dawn l-infringement tad-drittijiet ta' terzi, jiġifieri fejn għandek individwi ..… (Interruzzjonijiet) X'jiġifieri?", "Mela d-dritt li tgħix f'darek mingħajr inkonvenjent, mhux dritt?!", "Kieku dak mhuwiex dritt kienu qegħdin ġungla.", "Dażgur li huwa dritt.", "U intom ikollkom dawn it-tip ta' claims ħafna drabi anonimi għax ħafna nies jibżgħu, ġieli jkollok claims b'rappreżentant legali u ġieli jsiru mill-persuni nfushom.", "Jiġifieri inti tista' telenka u tgħid kemm minn dawk il-5,000 hemm li qegħdin jimpinġu fuq id-drittijiet ta' terzi.", "U allura jien inħoss li we cannot condone this billi ngħidu li se nagħtuhom tliet snin oħra ħalli niġbru l-flus biex sadanittant tliet snin oħra nkunu nistgħu naġixxu.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk għadna fil-ħin li nistgħu nagħmlu dawn l-emendi, fejn jeżistu dawn il-każijiet, mhux għandna nagħtu xi forma ta' tieqa minn fejn jistgħu jissanzjonaw però l-MEPA għandha taġixxi mill-ewwel biex dak l-inkonvenjent se mai jieqaf.", "Issa jekk imbagħad dak li jkun ikun irid japplika mill-ġdid wara li l-MEPA tkun ħadet l-azzjoni, so be it.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien naqbel miegħek għar-rigward li l-Awtorità għandha tieħu azzjoni mill-ewwel ta' fejn dan jista' jkun qed jeffettwa t-third party, però rrid ngħid li din il-policy bl-ebda mod ma qiegħda hemm biex la tirregolarizza u lanqas tagħti ċans fejn qiegħda ssir l-illegalità, anzi pjuttost qiegħda li jrid jiġi issiġġilat fejn hemm dik l-illegalità.", "CLAUDIO GRECH: Imma suppost illum tagħmluha wkoll, jiġifieri m'għandekx bżonn din biex tagħmilha.", "M'għandekx għalfejn tagħtih tliet snin oħra ċans biex tagħmilha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma għall-istruttura li kif semmejt tajjeb inti faċċata tiegħu għandu garaxx li lilu qed idejjqu għax qed issir illegalità, hija kwestjoni differenti, għax hemmhekk issa qed iġegħelni nwaqqa'.", "CLAUDIO GRECH: Tieħu l-azzjonijiet bil-poter li tagħtik il-liġi.", "Il-liġi tagħtik dak il-poter.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: U sal-lum nerġa' ngħidlek għandna numru ta' każijiet fejn ilhom numru ta' snin, mhux tliet snin biss, li attwalment ma ħadniex passi fuqhom.", "U din qed nagħmluha biex lilna tgħinna sabiex attwalment nieħdu l-passi aktar malajr.", "CLAUDIO GRECH: Biex nagħmlu progress.", "Aħna qegħdin naqblu – hawn preżenti Membri min-naħa tal-Gvern u hawn anke s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-MEPA – li fejn jeżistu l-infringements tad-drittijiet ta' terzi bħal dawn il-każijiet li għadni kemm semmejt jiena – żgur li d-Direttur tal-Enforcement jista' jelenka lista ma tispiċċa qatt ta' dawn il-każijiet – dawn m'għandhomx jikkwalifikaw għal din it-tip ta' mekkaniżmu u għandhom jikkwalifikaw biss għal direct action?", "Hemm bżonn li ma nagħtux xi forma ta' indikazzjoni li aħna lesti li lil dawn in-nies li forsi ilhom ibatu.… Din m'iniex qed nagħmilha f'xi forma ta' argument politiku għax jekk ilhom ibatu, ilhom ibatu taħt il-Gvern preċedenti wkoll.", "Jien qed ngħid li aħna m'għandniex nibagħtu messaġġ lil min ilu jbati li hemm iċ-ċans li jibqa' jbati tliet snin oħra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, din il-policy qiegħda għal fejn hemm permess, mhux għal fejn m'hemmx permess.", "Għal fejn hemm permess inti tista' topera skond dak il-permess u għal fejn m'hemmx permess inti trid tissiġġilla u jieqaf l-użu.", "Jiġifieri dak kollu li qed tgħid inti għar-rigward tad-drittijiet tat-terza persuna, awtomatikament qed jiġi salvagwardjat bil-policy.", "CLAUDIO GRECH: Però għal fejn hemm permess, imma jekk hemm permess għal razzett u minn razzett sar sprayer…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dak ikun hemm bdil ta' użu.", "Jien m'iniex perit u m'iniex tekniku, però skond l-interpretazzjoni tiegħi tal-policy kif inhi, dik tapplika għalih.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Żgur li le.", "CLAUDIO GRECH: Mela trid tkun ċara.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Din tat-third parties fil-fatt hija l-iktar waħda mill-affarijiet li domna niddiskutu.", "Irrid nagħmilha ċara li l-agreement u l-kuntratt jgħid, jekk hemm bżonn tiġi ċċarata wkoll, li l-biċċa illegali ma tintużax.", "Jekk hemm bżonn nagħmluha li l-kuntratt jaqa' malli tintuża, apparti it-€12,000, skond xi jkun il-każ.", "Li qed nissuġġerixxu jien u s-CEO hija li fejn hemm \"in such cases MEPA may allow\", tiġi kwalifikata u l-\"may\" nagħtu iżjed enfasi għalfejn ikollha diskrezzjoni l-MEPA li jekk naraw li se jkun hemm impatt żejjed fuq third party jew environmental impact jkollna d-dritt li nirrifjutawh.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dejjem għandna d-dritt li nirrifjutawha.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Imma biex niċċarawha ħalli tkun ċara żgur.", "CLAUDIO GRECH: Id-diskrezzjoni tagħkom m'aħniex se nidħlu fiha aħna.", "Il-punt min-naħa tiegħi huwa li l-issue tat-third parties, fl-opinjoni tagħna, irid ikun clearly enshrined fil-policy minnha nnifisha.", "M'għandniex aħna nibagħtu xi forma ta' sinjal li jekk hemm third party li qed ibati minħabba illegalità u dan b'mod partikolari f'żoni residenzjali, li b'xi mod se tintuża din il-policy biex tiġġedded il-ħajja ta' dik l-illegalità.", "Jekk indaħħlu dik, naħseb li nkunu għamilna pass sinifikanti 'l quddiem.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Ejjew nieħdu każ fejn għandek garaxx u blokk appartamenti fuqu u kollox mibni bil-permess, imma dan qed jagħmel użu illegali tal-garaxx u qed jużah bħala sprayer u jdejjaq lill-ġirien kollha ta' fuqu.", "Illum intom għandkom l-obbligu li toħorġu enforcement notice, jista' jappellahielek u japplikalek għall-permess u jista' allura jġedded .....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ippermettili ftit ħalli nkunu qed nagħmluha ċara.", "L-użu għandi d-dritt inwaqqfu dak il-ħin.", "CHARLES BUHAGIAR: Għal hekk ġej, inti għandek dritt twaqqaf l-użu dak il-ħin, imma r-realtà mhijiex qed tkun hekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ir-realtà hija kompletament differenti minn dak li qed nitkellmu fuqu.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-realtà hi li japplika jew inkella jmurlek l-enforcement, imbagħad meta jitlaq ikompli, u ħafna kummiedji bħal dawn.", "Issa billi nagħmlu din, din fil-każ ta' użu mhux f'każ ta' binja ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Din il-policy mhijiex intenzjonata għall-użu.", "CHARLES BUHAGIAR: Anke l-argument li għamel l-Onor.", "Grech fuq l-użu kien, jiġifieri jekk m'aħniex se nindirizzaw l-użu ...", "CLAUDIO GRECH: L-iżvilupp isir għal użu.", "Jien naraha diffiċli ħafna li wieħed jiddistanzja l-użu ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Onorevoli, inti taf daqsi li meta tapplika għal compliance, 99.9% tad-drabi, l-użu lanqas biss ikun għadu nbeda, ġeneralment ikun għadu shell.", "Mela jien ħriġtlek il-compliance meta… (Interruzzjonijiet) Imma tkun għadek ma bdejtx.", "TONI BEZZINA: Sat-tabella bl-isem iġiegħlek twaħħal!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma fil-UCA.", "Jekk trid nagħtik in-numri tal-permessi.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Bezzina, kompli u wara li tispiċċa nagħmel ftit kummenti jien għax iddominajtu d-diskussjoni intom l-irġiel!", "TONI BEZZINA: F'każ li wara tliet snin japplika, ma joħroġlux, jappella u jibqa' ma joħorġlux, jidħol il-qorti, u l-proċess jittawwal b'iżjed minn tliet snin, kif jiskattaw it-tliet snin taqbdu u tagħmlu d-direct action?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Naqbdu u nagħmlu direct action.", "TONI BEZZINA: Il-liġi tagħtik li taqbad u tagħmel direct action?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk għandek fil-contractual obligation, iva.", "Ovvjament għandu dritt jagħmel mandat ta' inibizzjoni u sta għalija li niġġieled dak il-mandat ta' inibizzjoni.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Dan mhux se jbiddel il-liġi.", "TONI BEZZINA: Però id-differenza hija li jekk irrid id-dawl u l-ilma għax mingħajrhom ma nistax nopera, u jien fil-fatt għandi d-dawl u l-ilma, se nibqa' ntawwal u nġebbed.", "Issa jien perit u klienti għandi, imma jekk lil dan mhux se twaqqfu ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-compliance certificate se joħroġ għall-massimu ta' tliet snin.", "Sta imbagħad li aħna ninnotifikaw lill-Enemalta.", "Dan bħalma llum joħroġ il-partial compliance.", "Illum, dak il-partial compliance li noħorġu, wara sitt xhur, l-Enemalta tmur u tiċċekkja attwalment jekk hemmx compliance ieħor u jekk m'hemmx compliance ieħor tirtira l-meter.", "TONI BEZZINA: Naf b'każi fejn għaddew tmien snin mill-ħruġ ta' partial compliance u l-arloġġ għadu mwaħħal.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Grech, għandek xi domandi oħra?", "CLAUDIO GRECH: Biex forsi sserraħli moħħi, jiġifieri se tkunu qegħdin iddaħħlu provision fuq l-infringements ta' drittijiet ta' terzi, li fejn hemm dan it-tip ta' infringement mhux se tingħata xi forma ta' faċilità bħal din.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien ma fhimtx bħalek.", "CHARLES BUHAGIAR: Anzi jien fhimt bil-kontra għax l-infringements li qed issemmi inti huma kważi kollha relatati ma' użu u l-MEPA qed jgħidu – almenu kif fhimt jien – li din ma tapplikax għall-użu.", "CLAUDIO GRECH: Jien m'iniex se noqgħod nintilef fit-teknikalità.", "Li jinterressani huwa … (Interruzzjonijiet) Le, fl-użu, għax hu se jagħtih il-compliance biex ikompli jużah.", "Mhux hekk?", "CHARLES BUHAGIAR: Il-compliance mhux għal dak se jagħtihulu imma għal proprjetà oħra.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għall-parti legali.", "CLAUDIO GRECH: Però xorta se tagħtih l-elettriku.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: U l-parti legali hija wkoll l-użu legali.", "CLAUDIO GRECH: Però tkun wassalt is-servizzi on the border of the site, jiġifieri l-parti llegali imbagħad qed tgħid li se tissiġillaha.", "CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nerġgħu nieħdu l-eżempju ta' xi ħadd li għandu garaxx li fuqu hemm appartamenti tal-istess sid u dan il-garaxx suppost li jintuża biex idaħħal karozza u qed jużah bħala sprayer.", "Kif se tiġi proposta, l-appartamenti jistgħu jingħataw compliance imma l-garaxx le għax huwa llegali.", "MICHAEL FARRUGIA: Fil-kwestjoni fejn jidħol l-użu, jekk mhux qed jużah bħala garaxx imma qed jużah bħala sprayer, awtomatikament se jitwaqqaf milli jagħmel użu sakemm ma jitlobx li jkun hemm change of use.", "Jiġifieri mhijiex kwestjoni … (Interruzzjonijiet) Jekk se juża l-garaxx għall-ispraying se jittieħdu l-passi għax ma jistax jużah għal hekk.", "CLAUDIO GRECH: Ħalli nagħlaq dan il-punt li għalija huwa importantissimu.", "Li qed ngħid jien huwa li peress li każ li jintalab sanctioning tiegħu skont il-provvedimenti ta' din il-policy, jekk ikun hemm complaints ta' terzi – li qegħdin għandkom diġà u intom tafu għax huwa rreġistrat – għax qed jiġu infratti d-drittijiet tagħhom – issa mhijiex kwestjoni ta' jekk hux magħluq jew mhux magħluq imma ta' x'qed jiġri fil-verità u b'dak li intom tafu ovvjament ta' x'hemm on file għandkom – jien qed ngħid li intom m'għandkomx issibu diffikultà li dak il-każ partikolari teskluduh milli jibbenefika mill-provvedimenti ta' din il-policy.", "Skont li qed tgħidu intom dawn ma jeżistux u allura ma naħsibx li għandu jkun hemm xi forma ta' diffikultà f'dan is-sens.", "Mhux hekk?", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Diffikultà f'dak is-sens m'hemmx imma trid tara jekk dan il-garaxx li qed tgħid int li nbena fl-għalqa tal-faċċata huwiex legali jew le.", "CLAUDIO GRECH: Jekk qed japplika għall-sanctioning bilfors huwa llegali.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Jekk huwa garaxx li nbena legalment biex ipoġġi l-karozza ġo fih imma dan qed jużah għall-ispray painting, kull ma jrid isir huwa li l-MEPA twaqqfu milli jkompli jagħmel użu tiegħu għal spray painting.", "CLAUDIO GRECH: Imma taqbel miegħi li m'għandux japplika?", "Daqshekk biss qed ngħid jien!", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: M'għandux għalfejn japplika.", "CLAUDIO GRECH: Jien naħseb li l-kreattività li taraw intom ma jaraha ħadd.", "Jekk dan japplika, tistgħu intom tipprovdu li jekk ikun hemm applikazzjoni għal sanctioning fejn għandkom claims li qed jiġu infringed drittijiet ta' terzi, li dak ma jikkwalifikax taħt din il-mekkaniżmu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħalli mmur pass oltre.", "Jien m'għandi l-ebda problema biex mhux talli ma ndaħħalx lit-terzi persuni, imma li kwalunkwe użu ma jkunx suġġett għal din.", "Jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' third party jew mhux third party.", "Ma tapplikax għall-użu.", "M'għandi l-ebda problema!", "CLAUDIO GRECH: Dak il-każ partikolari ma jistax japplika għas-sanctioning.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'hemmx kwestjoni ta' third party rights għax aħna qed ngħidu li l-parti llegali ma nistgħux inħalluha topera.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-biċċa xogħol hija waħda.", "Jekk il-bini huwa legali u skont il-permess imma l-użu huwa differenti, allura mhijiex kwestjoni ta' legalità, imma hija kwestjoni ta' użu ħażin.", "Mela jien se nwaqqfu għall-użu ħażin.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Imma ma tistax timpedih milli japplika biex jagħmel change of use.", "MICHAEL FARRUGIA: Ikompli jużah bħala garaxx sakemm jitlob change of use, imbagħad jekk iġib iċ-change of use jista' jużah bħala sprayer or whatever.", "Imma din ma tapplikax għalih.", "THE CHAIRPERSON: Jien ħadt pjaċir nisma' ħafna d-diskussjoni.", "Għal dawk li huma żviluppi interni ġo dwellings interni li ma jdejqu lil ħadd u li qed igawdihom jew ibatihom min għamilhom, ma narax problema kbira, imma kull żvilupp ieħor li se jħalli impatt fuq il-streetscape jew il-landscape, dak għandu externalities.", "Jien immur oltre mit-third parties li semma l-Onor.", "L-ikbar ġerħa li għandu dan il-pajjiż, u Għawdex iktar minn Malta, huma l-unfinished buildings; ikun hemm xi problema jieqaf kollox u jibqa' jkerraħ l-ambjent eternament.", "Li għandu bżonn dan il-pajjiż huwa li s-saħħa li għandna biex dawn l-infringements ma jsirux, u sal-lum dan kien il-compliance certificate, inżuduha mhux innaqqsuha.", "Billi aħna qed intawlu ż-żmien b'mod li dawn f'moħħhom jaħsbu u min għandu l-flus can obtain it u min m'għandux cannot, se nkunu qed nagħmlu distinzjoni bejn il-klassi fejn jidħlu finanzi.", "Din hija diskrimatorja fejn tidħol is-saħħa finanzjarja ta' dak li jkun.", "Jien naħseb li filwaqt li m'għandniex intawlu ċ-ċans li din il-ġerħa fuq il-pajjiż tkompli tiżdied u li hemm inħalluh kif inhu, għandna naqbdu dak il-backlog, nikkategorizzaw il-każijiet kif issuġġerixxa l-Onor.", "Grech, dawk li nistgħu nissanzjonawhom għax forsi huma xi ħaġa fuq ġewwa, sanction them u mexxi, ħallihom jgħixu ħajjithom bil-kwiet u jeħilsu mill-inkwiet, dawk li huma totally unsanctionable bħal pereżempju jien ngħix fit-Torri tal-Kaptan il-Qrendi u ntella' washroom fuq il-balconies li għandi, xi ħaġa li żgur hija unsanctionable, jew twaqqa' jew inkella tgawdi mill-pieni li jeżistu sal-lum.", "L-oħrajn li huma in between, jinħatar kumitat għal tal-apposta, li jittrattahom fast track; lil min se nissanzjonaw, nissanzjonawh u lil min mhux se nissanzjonawh, neħħi.", "Din hija problema li minħabba n-natura tal-ikbar industrija li għandna f'pajjiżna, li hija l-industrija tat-turiżmu biex ma nsemmiex is-swied ta' qalb u l-impatt psikoloġiku, anke fuqna n-nies li ngħixu ġo l-irħula u min min iħobb il-kampanja, naħseb li għandha tiġi trattata immedjatament.", "Il-Gvern għandu jagħti sinjal li filwaqt li jekk kien hemm kwestjonijiet fejn is-sanctioning ma ngħatax għal ħmerija, irridu nkunu prattiċi u mmexxu, fejn mhuwiex sanzjonabbli, irid jitneħħa u ma nagħtux l-impressjoni li bil-flus dak li jkun jista' jixtri anke dak li mhux tajjeb għal pajjiżna.", "Intom għamiltu tajjeb ħafna li qed tindirizzaw din il-problema għax hija problema li trid tkun indirizzata immedjatament, li dak li huwa sanzjonabbli nissanzjonawh, dak li mhux sanzjonabbli ma nissanzjonawhx, imma l-potenzjal tal-infurzar rridu nnaqqsuh u mhux indaħħlu f'moħħ il-bniedem li inti tista', għax imbagħad tħallas, jgħaddu tliet snin, imbagħad ikun hemm l-elezzjoni u allura ntawlu naqra oħra – Gvern jinbidel u sfortunatament dejjem hemm interessi politiċi – u nibqgħu b'din il-ġerħa fuq il-pajjiż tagħna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, biex ninfurmak fuq dak li għadek kemm qed tgħid inti, qegħdin naħdmu wkoll fuqu.", "Nisperaw li jkollna l-opportunità li nerġgħu niġu hawnhekk b'policy differenti fejn inkunu qed niddiskutu proprju dan li qed issemmi inti.", "THE CHAIRPERSON: Allura issa rridu noqogħdu attenti li din il-policy li aħna se napprovaw jew mhux se napprovaw illum, ma tkunx qed iddgħajjef policy oħra li għad trid tiġi fil-futur għax jekk fil-każ nistennew il-policy l-oħra li se tiġi suġġerita u niddiskutuhom fid-dawl ta' xulxin.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nassigurak li mhumiex.", "Il-policy l-oħra, ovvjament minħabba li għandna ċerti requirements infrastrutturali fl-IT section tagħna li għandna bżonn nagħmlu ma stajniex nagħmluha ma' din però fil-fatt din il-ġimgħa se noħorġu t-tenders li hemm bżonn, biex imbagħad inkunu nistgħu nlaħħqu ma' dak li rridu nagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CHARLES BUĦAGIAR: Qed nifhem li se niltaqgħu darb'oħra fuq din?", "THE CHAIRPERSON: Iva, anke għax għandna item 3 taċ-ċirkolari li għadna lanqas biss bdejniha.", "Jien kont se nissuġerrixxi li nagħmluha għada wara s-Seduta ta' Van Rompuy.", "(Interruzzjonijiet) Jien jekk tridu nkomplu llum, aħjar ħalli forsi nispiċċawha.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien xorta għadni ngħid li l-garanzija bankarja ta' €200 kull metru kwadru m'għandhiex tkun applikabbli across the board l-istess għal kulħadd.", "Jekk xi ħadd li għandu aperturi ta' materjal differenti, bħal pereżempju aluminium gold fuq il-faċċata, u jkollu jagħmel garanzija bankarja ta' €200 għal kull metru kwadru tal-appartament tiegħu ara x'ammont se jitlagħlu!", "THE CHAIRPERSON: U jekk m'għandux għaxja ta' lejla, se titfgħu l-ħabs?", "Se nkunu Gvern li nitfgħu n-nies il-ħabs?", "Min mhux se jħallas, x'se jiġri?", "CLAUDIO GRECH: Kif qed tispjega Madam Chair, naħseb li jkun aħjar jekk kategorija minnhom nagħmlu rata u l-kategorija l-oħra nagħmlu r-rata li qed tissuġerixxu intom.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien nissuġġerixxi li għandu jkun hemm rati differenti.", "Bħalma qalet Madam Chair, ikun hemm ċerti każi fejn ikun hemm min għandu aperturi tal-aluminium fuq il-faċċata li ma jkunx jaffordjaw jagħmluhom tal-injam.", "Allura se tmur tagħmlilhom garanzija bankarja ta' ma nafx kemm-il elf ewro?", "Jien inħoss li meta jkunu minor infringements għandhom ikollhom kategorija mod ta' garanzija, filwaqt li meta jkunu infringements kbar, f'xi ODZ, ikunu aktar.", "It-tieni mhuwiex ċar f'moħħi kif se napplikaw din il-policy biex nindirizzaw il-backlog.", "Jien naħseb li għandna nieħdu l-opportunità biex b'din il-policy b'xi mod nippruvaw nindirizzaw il-backlog tal-enforcements.", "Tkellimna ftit fuqha, għedna li forsi dawn li għandhom l-enforcement bid-direct action, tinfurmahom bil-policy u tara ftit kif … Imma trid tagħmel xi ħaġa inkella se nibqgħu bil-backlog.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għar-rigward tal-minor infringements, illum teżisti l-kwestjoni tas-CTB, jiġifieri \"Category B\" fejn inti għandek sezzjoni tal-liġi li tippermetti li fejn għandek infringements żgħar, pereżempju għandek il-bitħa ftit iżgħar milli suppost, għandek tarġa taħt il-front garden ...", "THE CHAIRPERSON: Nafu li għandna numru ta' buildings li kellhom din il-problema ta' sanctioning.", "X'qed jiġri minnhom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għal dawk hemm avviż legali fejn attwalment jippermetti li jekk inti pereżempju għandek sa 65% tal-bitħa mhijiex mibnija, xorta tista' tapplika għal dak li jgħidulu concession, toħroġ il-concession, imbagħad il-compliance jista' joħroġ normali.", "THE CHAIRPERSON: U dawk li huma worse?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: S'issa dawk li huwa worse il-liġi ma tippermettix li jiġu regolarizzati.", "THE CHAIRPERSON: Mela rridu nindirizzawhom għax hemm ħafna bini li ma jistax jinbiegħ proprju għal dawn ir-raġunijiet.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nassigurak li qegħdin naħdmu fuq dan.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb ħafna.", "Ħalli nċaqilqu s-suq ukoll!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dik se nkunu qed naħdmu fuqha u nisperaw li sa qabel l-aħħar tas-sena se jkunu f'pożizzjoni to come back to this commitee dwar dan.", "CLAUDIO GRECH: Forsi l-Perit Borg jista' jagħtina ftit statistika dwar fuqxiex qegħdin nitkellmu?", "Jiġifieri f'ċifri, kemm mill-enforcements li hemm huma minor infringements?", "Kemm huma f'ODZs?", "Anke from a policy making stand point, anke għalina, forsi jekk aħna qed infettqu hawnhekk fuq numru żgħar mod ...", "THE CHAIRPERSON: Jien naħseb li kull każ irid jiġi diskuss on its own merits.", "Jista' jkun li għandek lil xi ħadd li se jagħmel agri-tourism project qiegħed ġo nofs il-Baħrija jew il-Bidnija li jagħmel sens għalkemm qiegħed f'ODZ u jistħoqqlu li jkollu l-permess għax se jsebbaħ l-ambjent, imma qiegħed miżmum għax hemm ċerti avviżi legali jew liġijiet li jipprekluduh.", "Jiġifieri, nerġa' ngħid li kull applikazzjoni trid tkun diskussa and weighed on its own merits.", "There has to be a specialised committee li jkun lest li jħaffef u jneħħi dan il-backlog mingħajr ma jpoġġi fil-periklu l-ambjent tal-pajjiż.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Qed naħdmu fuqha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nista' ninforma lill-Kamra li bħalissa qed nirrevedu xi tmien policies.", "Fil-fatt, il-Kamra tal-Periti ġew infurmati bil-policies li bħalissa qegħdin nirrevedu.", "THE CHAIRPERSON: U tawkom feedback il-Kamra tal-Periti?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: S'issa llum għalaqna l-ewwel policy u nisperaw li bejn għada u pitgħada nkunu qegħdin nibagħtuha lill-Kamra tal-Periti.", "THE CHAIRPERSON: Imma tlabtu l-input tagħhom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għal kull policy għamilna working group.", "Pereżempju, f'din il-policy li lestejna li hija l-ewwel waħda, li hija l-ODZ policy, qbadna l-policies kollha li kienu sparpaljati ma' kullimkien, ġbarnihom f'dokument wieħed biex ma jkollniex ħafna truf, għamilna conglomeration tagħhom, rajna x'għadu rilevanti u x'mhuwiex rilevanti u issa dan il-working group li huwa ffurmat minn għaxra min-nies, minn extreme greens għal mhux extreme greens, żewġ periti, rappreżentanti tal-agrikoltura u rappreżentanti tat-turiżmu, għamlu dan id-dokument u issa, wara li nkunu għamilna konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti, noħorġuh għall-public consultation.", "Wara li nirċievu l-feedback, jiġi diskuss mill-MEPA Board, imbagħad imur għand il-Gvern biex toħroġ il-policy l-ġdida.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri se nimxu fuq il-linja li ssuġġeriet Madam Chair.", "Jiġifieri se ssir il-kategorizzazzjoni u se tiġi emendata.", "THE CHAIRPERSON: Mid-dehra l-kummissjoni diġà nħolqot biex tara liema huma l-każijiet.", "CLAUDIO GRECH: Jekk fhimtu tajjeb, qed jgħid li dik hija xi ħaġa differenti, ma tapplikax għal din.", "Jiġifieri biex inkunu ċari ħalli naraw meta se nerġgħu narawha din.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk tridu li nistennew sakemm inlestu l-policy l-oħra, nistennew.", "THE CHAIRPERSON: Jekk hemm bżonn, nagħmlu hekk għax waħda trid tiġi studjata fid-dawl tal-oħra.", "Inutli ngħaddu din u jkollna oħra li it clashes magħha.", "THE CHAIRPERSON: … li jridu jiġu kategorizzati wkoll.", "CHARLES BUHAGIAR: Però as a first step, nistgħu nagħmlulhom bank guarantee differenti ħalli nagħrfu d-differenza bejniethom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nistgħu ngħidu, pereżempju, li dak li huwa within scheme nagħmluh €125, dak li huwa ODZ nagħmluh €200, dak li huwa within a protected area, jew ma nagħtuhx jew inkella nagħmluh €300.", "Din hija policy li qed tiddiskrimina.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, jien illum ma nistax immur taħt il-cost li jiġi għall-MEPA.", "THE CHAIRPERSON: Skużani, biex il-MEPA ma jkollhiex cost, we have to prevent these incidences.", "Jekk kellna Gvern qabel, bir-rispett kollu, li forsi kien laxk u hemm dan l-ammont kbir ta' każijiet li għandhom bżonn enforcement, it means that the policy was lacking.", "Issa aħna d-direzzjoni politika rridu nagħmluha b'tali mod li filwaqt li aħna lesti li nindirizzaw dawn il-problemi li jistgħu jieħdu sanctioning eċċ. biex inkunu nistgħu nkomplu nagħtu ħajja lil min forsi waqfitlu ħajtu minħabba dawn l-affarijiet u ma nkomplux inħallu dawk l-eyesores fil-kampanja u fl-irħula tagħna, fl-istess ħin ma rridux nagħtu l-messaġġ li you can infringe, ikkalkula kemm se tiġik il-multa u għall-oħrajn nagħtuk permess!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għalhekk, hemmhekk naqbel mal-Onor.", "Grech fejn qal li għandu jkun hemm cut-off date.", "THE CHAIRPERSON: Imma intom ma tajtuniex cut-off date.", "Intom għedtulna li din se tibqa' in vigore.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, qbilna li se ssir cut-off date.", "THE CHAIRPERSON: Mela la se jkollna cut-off date hija aċċettabbli.", "CHARLES BUAHAGIAR: Ippermettili, Madam Chair, mhux neċessarjament naqbel ma' dak li qed tgħid dwar min jaffordja u min ma jaffordjax għax min jibnilek kamra f'għalqa x'imkien u ma jkunx jaffordja xorta l-ambjent ibati, jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' min jaffordja u min ma jaffordjax.", "THE CHAIRPERSON: Mija fil-mija.", "Għalhekk il-punt tiegħi huwa li m'għandniex inħalluhom jagħmlu hekk.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, imma ejjew nitkellmu fuq dak li sar u mhux fuq dak li se jsir.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien nibqa' ngħid li għandna jkollna żewġ rati, waħda għall-ODZs u l-oħra għal within scheme.", "Biex nirrispondi għall-proposta li għamel is-Sur Buttigieg ngħid li għal within scheme naħseb li għandha tkun €100 u għal dawk li huma barra mill-iskema tkun €200.", "Imbagħad fil-protected areas m'għandhiex tapplika.", "TONI BEZZINA: U biex inkompli ma' dan li qed qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar, irridu nippruvaw nagħmlu distinzjoni bejn commercial u dwelling.", "Għandha ssir distinzjoni bejn min għandu dwelling … Din bħal tar-roħs fil-fees, għal min għandu dwelling hemm roħs ta' 38% u għall-commercial hemm roħs ta' 55%.", "Jien nemmen li għandhom ikunu bil-kontra; min issallab biex xtara xi flat ma nkomplux insallbuh, imma mbagħad min hu commercial hija storja totalment differenti.", "CLAUDIO GRECH: Għalhekk trid issir il-categorisation għax jekk se noħolqu – u jidher li hemm qbil bejnietna dwar dan – categorisation bejn dwellings with minor infringements, commercial u ODZ – u jien naqbel miegħek jekk hemmhekk trid iddaħħal provisions daqsxejn aktar b'saħħithom u sodi u żgur li se ssib l-appoġġ tagħna mija fil-mija – … Il-breaking points tagħna kienu l-cut-off date li din mhux issir kif qed tgħid Madam Chair li wieħed jista' jikkalkulaha fil-cost tal-proġett tiegħu, l-issue tat-third party rights li serraħtli moħħi li se nirriflettuha u t-tielet il-categorisation tat-tipi differenti ...", "THE CHAIRPERSON: … u li jiġu trattati minn kummissjoni apposta within a limited and definite timeframe għax inkella se nibqgħu ntawwlu u se nibqgħu bil-problemi.", "CLAUDIO GRECH: Sur Buttigieg, fejn għandek dwellings with minor infringements taf li m'intix se tieħu direct action, jiġifieri l-flus li se tiġbor, teknikament lanqas għandek bżonnhom għax jekk dan għandu infringements f'appartament fi blokka ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nassigurak li fejn hemm minor infringements nagħmlu minn kollox biex naraw kif nistgħu nissanzjonaw, jiġifieri we go at lengths biex nippruvaw innaqqsu l-burden lil dak li jkun għalkemm ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn wieħed ma jkunx jista' jagħmel mod ieħor.", "TONI BEZZINA: L-ikbar problema huma fejn hemm twieqi … Każ tipiku u l-iktar problematiku.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Jien naħseb li qegħdin niftħuha ftit.", "Aħna qed ngħidu li hemm żvilupp li biċċa huwa legali u biċċa huwa llegali.", "Jekk se nestenduha wkoll għat-twieqi, x'se nissiġġillaw?", "THE CHAIRPERSON: M'għandekx għalfejn tissiġġilla, ibdilha!", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Imma din partikolari qiegħda fejn għandek biċċa legali u biċċa llegali.", "THE CHAIRPERSON: Għandek id-dar legali u għandek it-twieqi illegali.", "Mhux għalhekk ma tagħmilx sens?", "CLAUDIO GRECH: Fil-5,000 backlog li semmejt, għandek minn dawn?", "Jekk hemm allura din se tapplika għalihom ukoll!", "THE CHAIRPERSON: Sealing off se toħloq eyesore fuq l-ambjent u fuq l-istreetscape, it does not make sense.", "X'se tagħmel?", "Tissiġillalu t-tieqa?", "Timbarraha bil-ġebel?", "Aħna għamilna dawk is-suġġerimenti għall-emendi, ħudu nota tagħhom ħalli meta terġgħu tiġu quddiemna, ikollna dak li naħseb ilkoll kemm aħna naqblu li għandu jsir.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Bezzina fejn qal li għandu jkun hemm żewġ rati differenti, waħda għar-residenzi u waħda għall-commercial within scheme.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Nista' nissuġġerixxi li jkun hemm ODZ għaliha, imbagħad DZ residential u DZ other.", "TONI BEZZINA: Fir-residential mhux se tmur twaqqa'; tagħmel fee minimina biex iġġiegħlu japplika għax iktar ikun worth it għal dak li jkun li japplika u jissanzjona milli joqgħod bla permess.", "THE CHAIRPERSON: L-interessi fuq il-multi kemm se jkunu?", "Biex ma jiġrilniex bħal tal-VAT.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Minħabba l-fatt li dan huwa compliance certificate, sakemm m'hemmx permess li qed jissanzjona dik l-illegalità, fejn hemm twieqi tal-aluminium, ma nistax noħroġlu compliance certificate because I would be going against the permit.", "Aħna llum qegħdin niddiskutu compliance.", "THE CHAIRPERSON: Jekk taqla' t-tieqa tkun tista' toħroġlu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, jekk naqla' t-tieqa nista' noħroġlu.", "THE CHAIRPERSON: Jien naħseb li wasal iż-żmien li intom flimkien ma' kull min hu interessat fl-estetika, fl-ambjent u fil-wirt storiku tagħna, taraw kemm hemm bżonn fondi biex kull tieqa tal-aluminium li hemm fil-Belt, fit-Three Cities u fil-qlub tal-irħula, jekk hemm bżonn, jinbidlu.", "Il-benefiċċju ta' dan mhux se jieħdu l-owner tal-post imma se jieħdu l-pajjiż kollu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chair, fil-fatt qegħdin naħdmu fuq skema li jisimha \"Investi f'Darek\" li kienet diġà ġiet issuġġerita fil-baġit li għadda u qegħdin naraw kif nerġgħu ntejbu fuqha biex persuna tkun tista' tieħu fondi sa €5,000 għal dan il-għan.", "Però ma nistax inħallat din il-policy li hija kwestjoni ta' compliance ma' xi ħaġa ta' sanctioning għax din mhijiex kwestjoni ta' sanctioning.", "THE CHAIRPERSON: Qed nifhmek u m'iniex qed nipprova nħallathom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dwar kwestjoni ta' appertura li hija tal-aluminium, sfortunatament b'din il-policy jien ma nista' nagħmel xejn.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk qegħdin nitkellmu, biex naraw jekk tinqala' dik l-inċidenza, kif se nittekiljawha; jew se nagħtuh loan mingħajr interessi jew inkella xi forma ta' fund.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri din qegħdin nindirizzawha wkoll.", "Għalhekk qegħdin niddiskutu hawnhekk, biex dawn l-irqaqat li jagħmlu differenza fil-ħajja ta' familja u fil-ħajja tat-triq kollha, nindirizzawhom.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li ma ftehemniex.", "Hemm blokk ta' appartamenti tal-istess sid u tnejn minnhom għandhom il-bieb tal-aluminium u l-oħrajn għadhom il-bieb tal-injam.", "Dawk li għandhom il-bieb tal-injam se tagħtihom il-complaince certificate, mentri lil dawk li għandhom il-bieb tal-aluminium le.", "THE CHAIRPERSON: Iva, tapplika, hekk qed ngħidu.", "CLAUDIO GRECH: Xtaqt sempliċement nagħmel kjarifika biex jekk se jsiru xi emendi, isiru at the outset.", "Sur Buttigieg, meta tirriferu għall-bank guarantee, qed nifhem li din tkun an incremental bank guarantee, jiġifieri jekk ikun hemm xi bank guarantee li hija diġà viġenti fuq is-site, din il-bank guarantee tkun over and above kull bank guarantee li diġà għandkom.", "It-tieni, meta qegħdin nitkellmu fuq dawn il-minor dwellings, la ssir l-emenda, nissuġġerixxi wkoll li ċ-ċifra ta' €3,000 titbaxxa għax €3,000 fuq flat ifisser 5% jew 6% ta' kemm jiswa l-post.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-idea hija biex ħadd ma jaħseb li din hija xi ħaġa ...", "THE CHAIRPERSON: Imma meta ma jkollhomx biex iħallsu, x'se tagħmel bihom?", "Se titfagħhom il-ħabs?", "X'se jiġri?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mhijiex kwestjoni ta' ħabs; ma joħroġx il-compliance certificate.", "THE CHAIRPERSON: Imma jekk ma joħroġx il-complaince certificate, dak li jkun se jibqa' bil-problema u se tbati minnha t-triq kollha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma mbagħad se jkun hemm l-iskema l-oħra li se niġu quddiemkom biha within the next six months fejn biha qed nisperaw li se nkunu qegħdin insolvu ħafna mill-problemi li għandu l-poplu.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb, qed isserraħli rasi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien naħseb li għall-ODZ għandha tibqa' €3,000.", "Jekk ikollok kamra f'għalqa għaxra b'għaxra, tiġi €2,000 u allura l-inqas għandha tkun €3,000.", "THE CHAIRPERSON: Sur Buttigieg, jekk taħseb li jekk se napprovaw din, we are going to clash mal-oħra, ngħadduhom flimkien.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, it-tnejn huma differenti.", "TONI BEZZINA: Pereżempju, fuq kamra f'għalqa għaxra b'għaxra, x'infringement taħseb li jista' jkun hemm?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk jiena bidwi, għandi kamra bil-permess u bnejt kamra oħra ħdejha – u għandna minnhom dawn – jew inkella għandi permess għal garaxx u bnejt tool room fejn nistrieħ bħala bidwi.", "CLAUDIO GRECH: Jekk inkella minflok għaxra b'għaxra, għamilha 15 bi 15.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għax hekk ma tkunx tista' tieħu action jew inkella trid tissiġġilla parti mill-kamra.", "CLAUDIO GRECH: Il-punt l-ieħor tiegħi kien jekk ħadtux parir legali fuq li l-bank guarantee se tikkonvertuha f'penali fl-aħħar tal-proċess.", "Dik tridu toqogħdu daqsxejn attenti minnha li ma tmurx tiġi interpretata li dik hija penali li permezz tagħha tkun awtomatikament qed tissanzjona.", "CLAUDIO GRECH: Mhux għal dik qed ngħid imma għall-aħħar paragrafu (l) fejn qed jingħad li \"the bank guarantee would be forfeited as a fine by MEPA\".", "Jien naħseb – imma aħjar tieħdu parir legali – li l-kliem \"as a fine\" jista' jiġik avukat bravu u jinterpretahielek li inti ħadt il-multa talli jien għamilt hekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nerġgħu niċċekkjaw, mhijiex problema.", "THE CHAIRPERSON: Nieħdu l-aħħar żewġ kummenti qabel ngħaddu għal item 3 taċ-ċirkolari.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għar-rigward tal-estetika minħabba s-siġilli rrid ngħid li l-MEPA għandha s-siġġilli tagħha, jiġifieri mhux bilfors nissiġillaw bil-bricks; għandna siġilli li huma tape, għandna siġilli li huma wire tal-ħadid …", "THE CHAIRPERSON: Nifhmek imma xorta jkerrah; an unfinished building is always an eyesore plus li jnqqas il-valur tal-proprjetà tan-nies l-oħra li diġà għandhom żvilupp.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma aħna li qed ngħidu huwa li the interior works ma jistgħux jiġu finished.", "THE CHAIRPERSON: Imma inti fuq barra mhux se tibqa' bla twieqi u bla xejn jew se tagħmlulha dan il-wire li qed tgħid.", "Jiġifieri xorta se tkun differenti mill-kumplament tal-iżvilupp.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Fuq dan il-punt forsi nistgħu nirranġaw għax aħna għandna \"only external interventions aimed at avoiding damage … may be allowed\".", "Imma mbagħad ma tridx tiġi interpretata li jekk tirranġa dak is-sular bilfors se nagħmlu s-sanctioning.", "Jiġifieri rridu nagħmluha ċara.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu ngħaddu għall-item 3 taċ-ċirkolari għax dalwaqt ikollna nagħlqu l-laqgħa minħabba li għandna division fil-plenarja.", "CLAUDIO GRECH: Nimmaġina li se nerġgħu niltaqgħu biex naraw l-aħħar verżjoni bl-emendi.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Tistgħu issa tispjegawlna item 3 taċ-ċirkolari, jekk jogħġobkom?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum kull complaince certificate huwa validu għal erba' ġimgħat.", "Kulma qegħdin nagħmlu f'din il-parti hija li qed nestendu l-validità ta' dak il-compliance certificate biex minn erba' ġimgħat nġibuh tliet xhur.", "Ir-raġuni hija li qed nispiċċaw b'ħafna compliance certificates jerġgħu jiġu lura, jerġgħu jħallsu €60, jerġgħu jmorru għand il-periti u jkun hemm ħafna spejjeż żejda.", "CLAUDIO GRECH: M'għandniex oġġezzjoni għal dan.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-parti l-oħra qed titkellem dwar dawk il-compliance certificates li nibagħtuhom lura għax ikollhom xi ħaġa nieqsa, jew għax ikollhom fire safety ventilation report, jew għax jiġi l-inspector u jsib apertura li mhijiex lesta, jekk ikun within the UCA.", "Issa, minflok sitt ġimgħat, qed nestenduha għal tliet xhur ukoll biex kemm jista' jkun innaqqsu l-burden minn fuq in-nies.", "THE CHAIRPERSON: Qed naqblu fuq din?", "THE CHAIRPERSON: Mela nistgħu naġġornaw għal nhar it-Tnejn.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Sa nhar it-Tnejn l-emendi jkunu lesti, anzi nippruvaw nibagħtuhomlkom qabel.", "THE CHAIRPERSON: Aħjar tibagħtuhomlna qabel għax inkunu rridu narawhom qabel.", "CLAUDIO GRECH: Madam Chair, jekk tista' forsi taġġorna għal xi data oħra aħjar għalija għax nhar it-Tnejn ma nistax.", "THE CHAIRPERSON: Meta tista', Onor. Grech?", "CLAUDIO GRECH: It-Tnejn biss ma nistax.", "THE CHAIRPERSON: Mela nagħmluh nhar it-Tlieta.", "Kulħadd jista' nhar it-Tlieta fis-6.30 p.m?", "Jidher li kulħadd jista'.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, nissuġġerixxi li in the meantime nilħqu nibagħtu l-emendi u jekk jista' jkun ikollna feedback fuqhom ħalli ħafna mix-xogħol ikun sar b'korrispondenza biex meta niġu hawnhekk ikollna biss il-finishing touches.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel mas-Segretarju Parlamentari li aktar kemm ikollna l-emendi malajr f'idejna, aktar inkunu nistgħu nissottomettu l-kummenti tagħna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nibagħtuhom lis-Segretarja?", "THE CHAIRPERSON: Iva, imbagħad tgħaddihomlna hi.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-laqgħa għal nhar it-Tlieta fis-6:30 p.m.", "Fid-8:44 p.m. il-Kumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130710_003d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Onor.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 2 li saret fit-8 ta' Lulju, 2013 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR ITEMS 2 U 3 TAL-MEPA CIRCULAR 01/13", "Il-Perit Vincent Cassar, is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Alexander Borg, Chairman, Chief Executive Officer u Direttur tal-Enforcement tal-MEPA rispettivament, wieġbu għad-domandi li sarulhom mill-Membri tal-Kumitat dwar din iċ-ċirkolari.", "Waqt id-diskussjoni saru diversi suġġerimenti mill-Membri tal-Kumitat għal tibdil fiċ-ċirkolari.", "Iċ-ċirkolari bl-emendi proposti kellha mbagħad terġa' tiġi mgħoddija lill-Membri tal-Kumitat qabel il-laqgħa li jmiss sabiex jagħtu l-feedback tagħhom dwarha.", "Fid-8:44 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2013 fis-6:30 p.m. b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni tal-MEPA Circular 01/13 kif emendata bis-suġġerimenti tal-Kumitat.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130710_003m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 6", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013 fis-6:45 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-E.T. Petras Zapolskas, Ambaxxatur tal-Litwanja, dwar il-Presidenza Litwana tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu Lulju sa Diċembru 2013.", "Affarijiet oħra.", "28 ta' Ġunju 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130710_006a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 6", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 6", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.30 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 5 li saret fis-27 ta' Ġunju, 2013 kienu kkonfermati.", "LAQGĦA MAL-E.T. PETRAS ZAPOLSKAS, AMBAXXATUR TAL-LITWANJA, DWAR IL-PRESIDENZA LITWANA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERJODU LULJU SA DIĊEMBRU 2013", "Fl-3:40 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130710_006d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2:30 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Robert Cutajar (sostitut tal-Onor.", "Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Neil Kerr, Kap tas-Segretarjat għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 5 li saret fis-27 ta' Ġunju, 2013 kienu konfermati.", "LAQGĦA MAL-E.T. PETRAS ZAPOLSKAS, AMBAXXATUR TAL-LITWANJA, DWAR IL-PRESIDENZA LITWANA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PERJODU LULJU SA DIĊEMBRU 2013", "L-Ambaxxatur tal-Litwanja għal Malta, l-E.T. Petras Zapolkas, għamel preżentazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-programm tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li għall-perjodu Lulju sa Diċembru 2013 tinsab f'idejn il-Litwanja fejn, fost affarijiet oħra, tkellem fuq il-bżonn ta' miżuri konkreti kontra l-qagħad fost iż-żgħażagħ, it-tkabbir ekonomiku inklużi r-riċerka u l-innovazzjoni, il-qasam tal-enerġija, il-politika fir-rigward ta' pajjiżi li qegħdin jaspiraw li jidħlu fl-Unjoni Ewropea, l-Eastern Partnership u l-European Neighbourhood Policy speċjalment ma' pajjiżi fil-Meditterran, is-sigurtà tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea u r-riforma tal-politika komuni tal-biedja u s-sajd.", "Wara kien hemm diskussjoni fuq firxa ta' kwestjonijiet fejn sar aċċenn fuq l-immigrazzjoni rregolari mill-Africa ta' Fuq li qegħda tolqot lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fil-Mediterran partikolarment Malta u l-Italja.", "Fl-3:40 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130710_006m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 6", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 6", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Ngħaddu biex nikkonfermaw il-Minuti tal-aħħar laqgħa u għalhekk nitlobkom tagħtuhom daqqa t'għajn.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Fil-bidu tal-aħħar laqgħa jiena kont għidt li xtaqt nagħmel il-pożizzjoni tagħna fuq dan ir-rapport.", "Aktar minn hekk nixtieq li jekk ikollna ċ-ċans - u hawnhekk qed nitkellem bil-permess tal-Onor.", "Claudette Buttigieg u tal-Onor.", "Marthese Portelli – nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara.", "Li ridt ngħid l-aħħar darba tgħodd għal-lum ukoll fuq il-fatt li jiġi dokument quddiemna biex inkunu nistgħu nitkellmu fuqu jew ngħaddu l-kummenti tagħna.", "Issa llum reġa' ġie dokument ieħor quddiemna imma m'għandniex ċans li nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara.", "Forsi jkun aktar jagħmel sens li dan jitpoġġa fuq l-aġenda.…", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar nirringrazzjak tal-osservazzjoni tiegħek.", "Fil-fatt jien ukoll għadni qiegħda nidra kif isiru l-affarijiet fil-Kumitat, u issa qiegħda ninduna li se jibdew jaslu quddiemna numru mhux ħażin minn dawn ir-rapporti.", "U allura naħseb li l-aħjar ħaġa hi li meta jasal dokument quddiemna, insibu slot fil-laqgħa ta' wara biex niddiskutuh u għalehkk ikollna jkollna ġimgħa ċans biex narawh ftit.", "Aħna llum qegħdin biss inniżżluh bħala korrispondenza li rċieva dan il-Kumitat u mbagħad ikollna ċans minn seduta għal oħra biex inkunu nistgħu nanalizzawh.", "Huwa ovvju li jekk dan id-dokument wasal għandna l-bieraħ dak li jkun ma jkunx laħaq rah.", "Fl-aħħar tas-seduta preċedenti jiena kont għedt – peress li kont għidtli li xtaqt tagħmel il-pożizzjoni tagħkom ċara fuq dan id-dokument – li ladarba inti kellek titlaq fl-aħħar parti tal-laqgħa u allura ma stajtx titkellem fuqu, jiena kont se nagħtik iċ-ċans f'seduta oħra biex tkun tista' tiċċara l-pożizzjoni tiegħek.", "Fl-opinjoni tiegħi nistgħu nagħmlu hekk biex kulħadd ikun jista' jgħid tiegħu.", "L-unika problema li għandi hi peress li issa se naġġornaw għall-vakanzi tas-sajf, taħsbux li għandniex nagħmlu laqgħa oħra biex niddiskutu dawn l-affarijiet li jkunu pendenti jew inkella għandniex inħalluhom għal wara s-sajf?", "Jiena lesta li jekk forsi tridu nagħmlu laqgħa qasira bejnietna għada stess u b'hekk nilħqu niddiskutu dawn iż-żewġ rapporti minflok inħalluhom għal Settembru.", "Jiena lesta li nagħmilha din il-laqgħa imma ma nafx intom kif taħsbuha.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt niġbed l-attenzjoni tagħkom li għada se jirriżenja l-Onor.", "Lawrence Gonzi u għalhekk min-naħa tagħna ma nkunux available.", "Issa rigward il-Minuti xtaqt ngħid li l-aħħar linja ma tirrispekkjax eżattament il-pożizzjoni li jien għamilt u għalhekk bħala korrezzjoni nixtieq li l-aħħar linja tiġi eliminata.", "Dan għaliex jien mhux il-pożizzjoni ridt inressaq imma ridt nagħmel kjarifika fuq dak l-argument.", "Mela l-aħħar linja fejn qed jingħad; \"Madankollu minħabba li l-Onor.", "Cutajar kellu jattendi fil-Plenarja biex jagħti d-diskors tiegħu ma laħaqx ressaq din il-pożizzjoni.\" għandha tinqata' għax jien mhux il-pożizzjoni ridt nagħmel imma kjarifika fuq dak li konna qed ngħidu.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela nitlob lis-Segretarju tagħna biex jagħmel din il-korrezzjoni.", "Issa taqblu li ssir laqgħa oħra biex niddiskutu dawn iż-żewġ rapporti?", "Ovvjament għada ma nistgħux niltaqgħu minħabba li se jirriżenja l-Onor.", "Gonzi u allura kulħadd se jkun qiegħed fil-Kamra.", "Imma taħsbu li nistgħu nagħmlu laqgħa oħra qabel Settembru biex nindirizzaw dawn ir-rapporti jew inkella nħalluhom għal Settembru?", "Jiena lesta li nakkomoda kwalunkwe deċiżjoni li nistgħu nieħdu.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Naħseb li l-punt tagħna kollu huwa li għalkemm hawnhekk kull wieħed u waħda minna għandu l-opinjoni tiegħu, aħna qegħdin hawnhekk bħala rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.", "U allura fuq suġġetti li huma ta' natura daqshekk importanti aħna nħossu li għandna niddiskutuhom mal-grupp parlamentari tagħna biex x'ħin joħroġ l-istatement ma jkunx l-istatement ta' Marthese Portelli bħala individwu imma jkun l-istatement tal-partit kollu.", "Dan kien il-punt li xtaq iressaq l-aħħar darba l-Onor.", "Aħna għandna l-pożizzjoni tagħna individwali imma hawnhekk m'aħniex qegħdin fil-kapaċità individwali tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Jien nista' nifhem dan il-punt.", "Li qiegħda nistaqsi hu jekk tixtiequx li at any point in time nagħmlu session biex intom tkunu tistgħu tagħmlu l-pożizzjoni tagħkom u aħna, min-naħa tagħna nagħmlu l-pożizzjoni tagħna jew inkella nħallux sa Settembru.", "Jien inkun nixtieq li kieku niċċaraha qabel Settembru.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Minbarra d-dokument tal-General Workers' Union, x'dokumenti oħra għandna quddiemna?", "Dan sar mill-General Workers' Union u ġie kkompilat mill-BDC Ltd.", "Illum magħna għandna lis-Sinjura Yana Mintoff Bland li se tkellimna fuq il-konsultazzjonijiet għall-Pjan Strateġiku Nazzjonali 2014-2024.", "Stidintha llum – u dwar dan bgħattnilkom email – b'short notice għaliex il-bieraħ iltqajt magħha u spjegatli r-raġuni ta' din il-laqgħa.", "Din l-istrateġija trid titfassal u qegħdin jaħdmu fuqha biex sa Settembru jkunu għamlu l-pjan, għalhekk ma stajtx inħalliha għall-ewwel ġimgħa ta' Settembru għax konna nkunu qegħdin impinġu wisq fuqhom sal-aħħar minuta.", "Ovvjament nistgħu nisimgħu x'għandha xi tgħid illum u nagħtu l-opinjoni tagħna.", "Imbagħad jekk ikun hemm bżonn li nagħmlu laqgħa oħra, nagħmluha imma tal-inqas Dr Mintoff ikollha l-ewwel reazzjonijiet tagħna at this point.", "Għalhekk xtaqt li ssir din il-laqgħa llum.", "Imbagħad kif diġa' għedtilkom nistgħu nagħmlu laqgħa oħra biex niddiskutu dawn it-tliet affarijiet u għalhekk nieħdu deċiżjoni ħalli nkunu nistgħu nkomplu.", "MARTHESE PORTELLI: Naħseb li aħna naqblu u allura jekk hemm lok ta' laqgħa, din għandha ssir.", "Ma naħsibx li nistgħu niffissaw il-ġurnata mil-lum imma nkunu nistgħu nikkomunikaw bejnietna permezz tal-email.", "THE CHAIRPERSON: Jien biex sempliċement naqblu dwar din il-laqgħa u mhux noqogħdu nistennew sa Settembru.", "Mela se ngħaddi għat-tielet item fuq l-aġenda tagħna u nsejjaħ lis-Sinjura Yana Mintoff Bland.", "AFFARIJIET OĦRA", "DR YANA MINTOFF BLAND: Din il-presentation li se nagħmel hija ntitolata \"Ningħaqdu kontra l-Faqar: Konsultazzjonijiet għall-Pjan Strateġiku Nazzjonali 2014-2024\".", "Bħalissa x-xahar ta' Lulju huwa ddedikat għall-konsultazzjonijiet pubbliċi.", "Fil-fatt diġa' iltqajna ma' aktar minn 120 NGO.", "Meta ngħid li ningħaqdu veru li rrid infisser li qed ningħaqdu u hemm tliet raġunijiet għalfejn qed nagħmlu hekk; l-ewwel raġuni hi li hemm 88,000 persuna li qegħdin f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali!", "It-tieni raġuni hi minħabba l-fatt li l-Gvern rebaħ u ġie elett għax kien hemm l-għatx għall-ġustizzja soċjali.", "U t-tielet raġuni hi minħabba li l-Kummissjoni Ewropea tixtieq ħafna li nagħmlu xi ħaġa dwar din il-problema.", "U minħabba dawn it-tliet raġunijiet inħoss li din għandha tkun ta' priorità f'kull ministeru u f'dan il-Kumitat ukoll.", "Jiena veru ħadt gost li stajt niġi hawnhekk biex nispjega ftit ix-xogħol li qed nagħmlu u sabiex nieħu s-suġġerimenti tagħkom.", "Fil-fatt qegħdin fuq il-fast track bħalissa għax irrid inlesti kollox sal-aħħar ta' Settembru.", "Huwa importanti ħafna li nisma' s-suġġerimenti u l-ideat tagħkom.", "Mela ħalli nibda bil-preżentazzjoni.", "L-iżbilanċ fis-soċjetà; ma tistax tifhem il-faqar jekk ma tarax l-iżbilanċ li hemm fis-soċjetà;", "\"Il-faqar huwa tip ta' vjolenza għax tkun qed tgħix bi ftit flus u b'piż ta' dejn, bi ftit riżorsi u mingħajr il-kapaċità li tista' toħroġ minn din is-sitwazzjoni kerha li tkun qed thedded kontinwament lil ħajtek.", "Minħabba dan il-fattur tal-faqar hemm riskju ikbar li persuna taqa' f'abbużi oħra bħad-diskriminazzjoni, vjolenza, abbuż emozzjonali, fiżiku u sesswali.", "\"Dar il-fqir ukoll tinsab f'qagħda kritika u din se tkompli żżid il-periklu f'ħajtu.\"", "Ngħid il-verità li meta kont qiegħda ndur l-ewwel u t-tieni distrett rajt ħafna u ħafna faqar!", "Fil-fatt rajt tarbija ta' teenage mother ġo familja li kien hemm il-vjolenza.", "Jien ipprovajt ngħinha lil din l-omm għax it-tarbija kienet qiegħda tiġi traskurata u kienet bil-ġuħ.", "Ftit wara mort il-funeral tat-tarbija!", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq affarijiet reali!", "\"Il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien!\"", "Hemm il-loan sharks, ir-rent sharks, l-użura u ħafna affarijiet li bihom il-batut jispiċċa vittma tal-predatur.", "In-Nassa tal-Faqar; meta bdejt inħares lejn l-istatistika ndunajt li jekk tkun bl-aktar dħul baxx.… Pereżempju 10% tal-familji Maltin u Għawdxin għandhom inqas minn €5,709 fis-sena u jipprovaw jgħixu b'dik iċ-ċuċata ta' flus!", "Imbagħad għandek 10% oħra li għandhom dħul inqas minn €7,122 fis-sena.", "Naraw li dawn m'għandhomx mobilità soċjali u li dawn in-nies huma l-aktar f'riskju li jimirdu u jmutu kmieni!", "Definizzjoni: Il-Faqar.", "Jiena ma sibtx definizzjoni fuq il-faqar u għalhekk nixtieq nitlobkom taħsbu x'inhuwa l-faqar ħalli flimkien infasslu xi ħaġa li tkun adattata għal Malta u Għawdex.", "\"In-nies qed jgħixu fil-faqar jekk il-kapaċità, id-dħul u r-riżorsi…", "- hawnhekk kelli ħafna suġġerimenti mingħand l-NGOs -", "....(materjali, kulturali, ambjentali, spiritwali u soċjali) tagħhom huma tant limitati li mhux qed tħallihom jgħixu ħajja diċenti.", "Ħajja li hija aċċettata fis-soċjetà ġenerali Maltija.", "Minħabba n-nuqqas ta' kapaċità, dħul u riżorsi, in-nies jistgħu jiġu mwarrba milli jieħdu sehem f'attivitajiet li huma meqjusa n-norma għall-bqija tan-nies fis-soċjetà.\"", "Imbagħad tidħol ġod-definizzjoni tal-esklużjoni soċjali.", "Il-Caritas għamlet l-istħarriġ tagħha fuq il-faqar u naħseb li intom tafu dwarha.", "Imma aħna bħala li qegħdin fl-Ewropa nużaw id-definizzjoni relattiva wkoll.", "Il-Caritas qiegħda tkompli bir-riċerka tagħha fuq l-absolute poverty.", "Importanti li nsegwu ż-żewġ affarijiet.", "Fil-fatt ir-riżultat kien l-istess.", "\"Il-Eurostat tiddefinixxi r-riskju tal-faqar jekk taqa' taħt is-60% tad-dħul medju (MEI), għal min kellu dħul taħt €6,517 għal persuna waħda u taħt €9,775 għal koppja fis-sena 2011.\"", "\"L-Esklużjoni Soċjali: L-esklużjoni soċjali nistgħu niddiskrivuha bħala emarġinazzjoni kumulattiva mill-produzzjoni (il-qgħad), mill-konsum (ħajja fqira), mill-għaqdiet soċjali (familji u komunitajiet), mid-deċiżjonijiet li nieħdu u mill-kwalità xierqa għal ħajja diċenti.\"", "Dan ifisser li ma tistax issib xogħol jew li nkella għandek low intensity work, bħal ngħidu aħna taħdem sagħtejn jew inqas kuljum!", "Naraw li hemm ħafna nies b'low intensity work li qegħdin fil-faqar!", "Hemm ħafna nies li jaħdmu iktar imma xorta qegħdin jgħixu fil-faqar.", "Għandek ix-xogħol prekarju li huwa wkoll problema.", "Tista' tkun eskluż soċjalment għax ma tistax tixtri l-affarijiet li għandek bżonn.", "Tisma' ħafna jgħidu li t-tfal ma jkollhomx x'jieklu meta jiġu lura mill-iskola jew li nkella ma jkunux jistgħu jixtrulhom l-uniformijiet jew bżonnijiet oħra.", "Tkun eskluż ukoll jekk ma tistax tidħol f'attivitajiet sportivi jew f'affarijiet oħra fis-soċjetà.", "\"Li tkun eskluż soċjalment ifisser li tkun batut, tinqata' waħdek u tispiċċa f'dipressjoni.", "Dan ifisser li ma tkunx tista' tieħu sehem fis-soċjetà.\"", "Irridu naħsbu għall-prevenzjoni għax iktar u iktar se jkollok bżonn tas-servizzi soċjali jekk inti se taqa' daqstant 'l isfel.", "Din hija analisi li saret dan l-aħħar mis-Sur Martin Ravallion u hija marbuta mal-bidu ta' din il-preżentazzjoni fejn kont qiegħda ngħid li ma tistax tifhem il-faqar jekk ma tarax l-istampa sħiħa tad-diżugwaljanza.", "Dan sab li f'pajjiżi fejn hemm aktar ugwaljanza jaqtgħu l-faqar aktar faċli u malajr milli f'pajjiżi fejn hemm distakk kbir bejn is-sinjur u l-fqir.", "U għandu ħafna statistiċi li juru dan.", "Xi problemi kbar li għandna min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.", "Dawn ħarġu b'dawn ir-rakkomandazzjonijiet għall-inklużjoni attiva f'Mejju ta' din is-sena u lil Malta poġġewha fi grupp D. Ovvjament aħna nixtiequ li nkunu fi grupp A. Għaliex?", "Din il-problema tal-faqar u l-esklużjoni soċjali l-Ewropa jarawha – u rajniha dan l-aħħar għaxar snin - minn tliet perspettivi differenti.", "L-ewwel perspettiva hija dik tax-xogħol, it-tieni fuq id-dħul bażiku u t-tielet fuq is-servizzi soċjali.", "Ħalli neħduhom waħda waħda;", "\"Is-suq tax-xogħol huwa maqsum f'segmenti, b'ħaddiema li qed jinqabdu fin-nassa ta' pagi baxxi kif ukoll f'rati baxxi ta' attivazzjoni.\"", "MARTHESE PORTELLI: X'inhuma r-rati baxxi ta' attivazzjoni?", "DR YANA MINTOFF BLAND: The activation rate tfisser li għandna bejn 40 u 60 li bilkemm joħorġu jaħdmu.", "Pereżempju dan l-aħħar daħħalna fl-IT u fil-finanzi imma dik il-kategorija ta' ħaddiema huma l-highflyers, jiġifieri li huma kapaċi f'dik il-linja akkademika.", "Is-segmenti l-oħra baqgħu fuq il-kostruzzjoni, fuq il-caring, eċċ. Naħseb li dawn il-punti nsibuhom ħafna fuq dak l-istudju dwar ix-xogħol prekarju.", "It's a very compressed wage spread u kważi m'hemm distinzjoni ta' xejn bejn dawk li għandhom degrees u marru l-iskola u dawk li ma marrux skola u m'għandhom l-ebda degree.", "Jiġifieri għandna d-difetti fis-suq tax-xogħol.", "MARTHESE PORTELLI: Hemm distinzjoni jew m'hemmx?", "DR YANA MINTOFF BLAND: M'hemmx ħafna distinzjoni għax qisu m'għandekx inċentivi biex tidħol fid-dinja tax-xogħol jew biex teduka ruħek hawn Malta.", "Tista' tmur barra u ħafna nies qegħdin imorru barra.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda naqra t-tielet punt li għandna f'din il-paġna u ċioè fejn qed jingħad hekk; \"L-aċċess għas-servizzi ta' childcare huwa baxx u hemm nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fis-servizzi ta' taħriġ.\".", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq nies li huma over the age li normalment ikun hemm l-ischooling jew qed nitkellmu fuq nies li għandhom 'il fuq minn 16-il sena?", "DR YANA MINTOFF BLAND: Din hija xi ħaġa in ġenerali.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Pereżempju fejn qed jingħad li l-aċċess għas-servizzi ta' childcare huwa baxx, kif wasaltu għal din il-konklużjoni?", "Qabbiltuha ma' pajjiżi oħrajn?", "Jekk sar hekk diġa' ħażin għax għandek pajjiżi li bdewha qabel din is-sistema!", "Jekk hemm pajjiżi li daħħlu ċ-childcare 20 sena ilu, ma nistgħux nitqabblu magħhom.", "DR YANA MINTOFF BLAND: Eżatt u ma naħsibx li għandna ninkwetaw dwar il-childcare għax diġa' hemm pjan u mexjin fuqu.", "THE CHAIRPERSON: Għalkemm nifhem il-punt tiegħek Onor. Portelli, fil-verità – u waħda mill-affarijiet hi li ma nużawx ħafna ċ-childcare - hawnhekk qed ngħidu li mhux qed nużaw dan is-servizz issa.", "Il-punt tiegħek nifhmu għax jekk aħna bdejna tard, se nkunu inqas propensi, u in all fairness jista' ikun hawn affarijiet oħra li qed jaffettwaw l-użu ta' dan is-servizz, fosthom in-nanniet li qegħdin jieħdu ħsieb tan-neputijiet sakemm il-ġenituri jkunu x-xogħol.", "M'iniex qiegħda ngħid li dan qed jirrifletti x-xenarju tagħna imma ta' min jistaqsi dawn il-mistoqsijiet.", "MARTHESE PORTELLI: In-numri huma dawk li huma; jiġifieri jekk nieħdu pajjiż li daħħal iċ-childcare 20 sena ilu u se nqabbluh ma' Malta, ovvjament se nieħdu qatgħa kbira għax se naraw distakk kbir.", "Issa meta bħala pajjiż se niġu biex nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħna.… U għalhekk li ġbidt l-attenzjoni fuq din il-biċċa għax nixtieq nifhem kif inġabret din id-data.", "Aħna ma rridux naraw kif pajjiżi oħra għandhom attività li hija t-tripplu jew erba' darbiet akbar minn ta' Malta imma rridu naraw kemm damu biex laħqu dawk il-livelli!", "B'hekk naraw jekk Malta tistax tilħaq dawk il-livelli fi żmien iqsar milli laħquh dawn il-pajjiżi.", "DR YANA MINTOFF BLAND: Importanti li nħarsu 'l quddiem bil-lenti Maltija u aħna nafu li l-familja u l-komunità huma s-sinsla tagħna.", "Jien ma rridx ngħid li rridu nagħmlu dawk l-affarijiet għax hekk qaltilna l-Kummissjoni Ewropea.", "Madankollu dawn jagħmlu studji interresanti u aħna nistgħu naraw jekk naqblux jew le.", "Jien qed nagħtikom il-fatti li qed naraw.", "Il-kwestjoni taċ-childcare hija importanti għal dawk in-nisa li jaħdmu.", "Illum għandek ħafna bl-edukazzjoni mill-Università u l-ħinijiet tal-iskola ma tantx huma addattati għalihom.", "Għalhekk forsi tista' issir xi ħaġa biex nespandu l-ħinijiet tal-iskejjel.", "Pereżempju l-aħħar skola li attendejt kien ikun hemm nofs l-istudenti li jibqgħu sas-6.00 p.m. u nista' ngħid li kienet xi ħaġa produttiva ħafna għax stajna nagħmlu ħafna affarijiet.", "Xi ħaġa oħra importanti ħafna f'dan it-tielet punt hija n-nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fis-servizzi ta' taħriġ.", "Hawnhekk għandek mismatch ta' job skills u għandek affarijiet li jaffettwaw lis-suq tax-xogħol b'mod dirett.", "Għandek il-kwestjoni tal-high school leavers rate, tal-ischool abseentism u tal-high illiteracy rates, fejn għandna bżonn li nimxu 'l quddiem fihom matul il-ħames snin li ġejjin.", "Forsi rridu wkoll nerġgħu nibdew naħsbu fuq l-iskejjel tas-snajja'.", "Fuq is-servizzi soċjali tista' tgħid ħafna.", "Nafu li nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex ma jkollniex waiting lists għas-servizzi tas-saħħa.", "U allura dan il-pjan irid ikun wieħed ħolistiku għax ma rridux inħarsu lejn settur wieħed jew tnejn imma rridu naraw din il-kwestjoni b'mod ħolistiku.", "THE CHAIRPERSON: Dr Mintoff ippermettili nagħmillek mistoqsija.", "Inti semmejt li jista' jkun li terġa' tibda xi forma ta' skola tas-snajja'.", "Qed nassumi li inti qiegħda tiltaqa' ma' ministeri tal-edukazzjoni varji fuq dawn il-punti, jiġifieri qabel ma toħroġ din il-policy se tkunu ddiskutejtuhom mal-ministeri varji biex taraw x'qegħdin naħsbu għax forsi li dik ma tkunx il-policy tal-Gvern.", "Qiegħda ngħid sew?", "DR YANA MINTOFF BLAND: Qabel ma noħorġu b'dan il-pjan irridu nagħmlu konsultazzjonijiet wesgħin kif fil-fatt qegħdin nagħmlu.", "Għalhekk l-istakeholders kollha jridu jkunu jafu x'inhu l-għan tagħna u ċioè li nnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali u li mhux biss naqblu fuq l-għanijiet imma li naħdmu flimkien.", "Issa ħalli mmorru għat-tieni punt li jgħid hekk;", "\"Kemm il-benefiċċji tal-qgħad huma baxxi kif ukoll l-inċentivi li toħroġ taħdem.\"", "Hawnhekk qisna qed ngħidu bil-kontra għax hija sitwazzjoni fejn ma tantx hemm differenza bejn il-paga tax-xogħol u l-benefiċċji tal-qgħad.", "THE CHAIRPERSON: Għalkemm tidher kontradittorja, kif qed nifhimha jien ma tantx hija kontradittorja u se ngħidlek għalfejn.", "Hemm benefiċċji tal-qgħad li huma baxxi u anke l-inċentivi biex toħroġ taħdem.", "Normalment jiġu nies jgħidulek li veru jistgħu joħorġu jaħdmu imma jafu li mhumiex se jaqilgħu ħafna għax ma jkollhomx skola u allura biex forsi jaqilgħu €50 iktar fil-ġimgħa, jippreferu li jibqgħu d-dar mat-tfal u jieħdu l-benefiċċji soċjali.", "Għalhekk id-distakk mhuwiex kbir u l-inċentiv li toħroġ taħdem mhuwiex kbir avolja l-benefiċċji soċjali mhumiex xi granche.", "U allura għalkemm din tinstema' qisha kontradizzjoni, fil-verità naħseb li hija aktar problema milli kontradizzjoni.", "Meta għandek il-pagi baxxi u l-benefiċċji baxxi wkoll, in-nies mhux se jkunu inċentivati biex joħorġu jaħdmu.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Mela x'qegħdin ngħidu hawnhekk?", "Qed ngħidu li rridu ngħollu l-benefiċċji kif ukoll l-inċentivi biex noħorġu naħdmu?!", "Jekk se ngħolluhom it-tnejn se nibqgħu status quo.", "Jiena naqbel ma' dak li qalet iċ-Chairperson li hawn numru ta' persuni li qegħdin jagħżlu li ma joħorġux jaħdmu għax l-ammont li jirċievu bħala benefiċċju soċjali huwa bejn wieħed u ieħor daqs il-paga li jaqbdu li kieku jkollhom joħorġu jaħdmu.", "Mela jekk se ngħollu l-benefiċċji soċjali u ma ngħollux il-pagi aktar se nżiedu l-ammont ta' nies li jistrieħu fuq il-benefiċċji soċjali u jekk se ngħolluhom it-tnejn se nibqgħu kif aħna.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq ngħaddi kumment u wara nagħti l-kelma lill-Onor.", "Jista' ikun ukoll li min ikun qed jieħu l-benefiċċji soċjali jkun qed jieħu mhux biss il-benefiċċji li ħaqqu jieħu imma jieħu wkoll li ma ħaqqux jieħu.", "Pereżempju, tiltaqa' ma' nies li jkunu qegħdin jieħdu s-single mothers benefit għax fuq iċ-ċertifikat tat-tarbija tagħhom ikunu niżżlu \"unknown father\" mentri lill-missier ikunu jafu min hu!", "Mela allura dak il-benefiċċju qed jeħduh meta mhux suppost jeħduh.", "U mbagħad meta tgħaqqad il-benefiċċji kollha li jieħdu ssib li dawn għandhom somma - għalkemm mhijiex fenomenali – li tkun tqarreb ħafna lejn is-somma li jieħdu li kieku jkunu qegħdin jaħdmu.", "Mela naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hu li nagħmlu eżerċizzju biex naraw min ma ħaqqux jieħu ċerti benefiċċji u din irid ikollok ir-rieda politika biex tagħmilha.", "Ġieli jkun hemm nies li taparsi jisseparaw biex ikollhom ċerti benefiċċji.", "U allura rridu naħdmu ħafna fuq min għandu dritt għal ċerti benefiċċji soċjali u min m'għandux dritt għalihom.", "Naħseb li mbagħad id-distakk ikun jidher aktar.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Dr Mintoff Bland xtaqt nagħmillek xi ftit mistoqsijiet fuq dak li għedt s'issa.", "Dan ir-rapport li qiegħda tippreżentalna llum hemm xi konċentrazzjoni f'xi żona partikolari ta' pajjiżna?", "Fil-bidu inti għedtilna li esperjenzajt l-ewwel u t-tieni distrett.", "Meta tieħu l-istampa kollha dan ir-rapport huwa aktar iffokat fuq dik iż-żona ta' pajjiżna jew inkella fuq il-pajjiż inġenerali?", "Semmejt ukoll l-uniformijiet u l-inizjattivi sportivi.", "Kultant ninkwieta għax anke l-amministrazzjoni preċedenti ma wasslitx il-programm u l-inizjattivi li ġew imnedija.", "Fil-fatt kemm fl-isports kif ukoll fl-uniformijiet jeżistu inċentivi li l-iskop tagħhom hu li jnaqqas mill-piż fuq il-familji li qegħdin viċin il-faqar.", "U naħseb li dan kollu jkompli jsaħħaħ l-argument li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta sabiex inwasslu dan il-messaġġ.", "Fi slide minnhom rajna li pajjiżna qiegħed ikklassifikat fi grupp D. Fuq liema kriterji ġejna kklassifikati f'dan il-grupp?", "Pereżempju ġew meqjusa l-family measures li għandna f'pajjiżna u li forsi f'ħafna pajjiżi fl-Ewropa ma joħolmuhomx?", "Fil-laqgħa li kellek inti ma' dawk il-120 NGO ħadd minnhom ma semmihom dawn?", "U x'ħareġ pożittiv f'din il-laqgħa mill-amministrazzjoni l-oħra?", "Il-punt tat-tluq tagħkom minn fejn ġie meħud?", "F'mument minnhom inti semmejt li fil-programm elettorali ta' dan il-Gvern hemm li se tiġi attakkata din il-problema.", "Imma x'sibtu tajjeb mill-amministrazzjoni preċedenti?", "Dawn il-120 NGO elenkawlkom il-punt tat-tluq minn fejn tlaqna u fejn qegħdin illum, inkluż l-edukazzjoni u l-early school leavers?", "Għamilna qabża kbira imma wasalna fejn xtaqna?", "Anke n-nisa fid-dinja tax-xogħol pajjiżna fost l-aktar pajjiż li mexa 'l quddiem f'dawn l-aħħar snin.", "L-istess fuq iż-żgħażagħ.", "Aħna ninsabu fir-raba' post fost l-iktar żgħażagħ li għandna jaħdmu.", "Allura dawn l-affarijiet semmewhom l-NGOs?", "Iċ-ċifri li qed naraw f'dan ir-rapport għal liema sena qed jirriferu?", "Naħseb li lkoll kemm aħna niftakru x'ġara fl-2012 fl-Ewropa.", "F'mument minnhom inti kkwotajt statistika tal-Unjoni Ewropea u fl-2012 rajna li l-maġġor parti tal-pajjiżi fl-Ewropa naqqsu s-servizzi soċjali u l-pagi mentri f'Malta żidna s-servizzi soċjali għalkemm dawn ma ġewx approvati fil-Budget minħabba li kien hemm vot kontra min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Imma nafu li kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta' servizzi soċjali.", "Allura dawk qegħdin jidhru fl-istampa li qegħdin naraw illejla jew le?", "Kulħadd jaf il-kriżi li kien hemm fl-2012 fil-Greċja, fl-Irlanda u fil-Portugall, bi tnaqqis drastriku fis-servizzi soċjali u fil-pagi!", "Inti dehert konvinta mill-mod ta' kif spjegajt lilek innifsek - inti bħala Chairperson ta' din il-Kummissjoni u anke bħala persuna li qiegħda taħdem f'ministeru tant importanti – u tidher li qiegħda taqbel li għandna nerġgħu mmorru għall-iskejjel tas-snajja'.", "Din inti għedtha.", "DR YANA MINTOFF BLAND: Ħalli nibda nirrispondi waħda waħda.", "L-ewwelnett jiena qiegħda nieħu stampa ġenerali għax il-faqar qiegħed kullimkien.", "Fil-fatt rajt żieda akbar fin-Northern Harbour Region u fin-naħa tal-Punent.", "Jiġifieri ma tistax tgħid li hemm il-faqar in a Harbour Region tas-South.", "Għandek il-faqar fil-Qawra, il-Balluta, eċċ, jiġifieri qiegħed kullimkien.", "U qiegħda nara li ħafna drabi l-istampa ġenerali hija moħbija.", "Dan l-aħħar għamilna erba' laqgħat oħra fit-toroq u għalihom kien hemm preżenti l-Onor.", "Ma nafx jekk tridx tkun taf eżatt il-persentaġġi ta' faqar li hemm fid-distretti?", "ROBERT CUTAJAR: Jien qed ngħid hekk biex tkunu ċerti li fil-homework li qed tagħmlu jkunu hemm dawn l-affarijiet.", "DR YANA MINTOFF BLAND: Le, kollha hemmhekk qegħdin.", "Fil-fatt pitgħada sejrin Buġibba u l-ġimgħa d-dieħla sejrin Għawdex.", "Għawdex mort mill-bidu u kelli wkoll laqgħa mal-Isqof.", "Aħna qegħdin nitkellmu ma' ħafna nies.", "Għamilt mat-tliet sigħat nitkellem mal-Caritas, jiġifieri jiena miftuħa għal kulħadd.", "Jiena ġejt minn barra u allura għandi perspettiva differenti.", "Ilni naħdem għal żmien twil fuq din il-linja tal-empowerment u nemmen ħafna fiha.", "Issa jiena qiegħda nara l-istampa l-kbira.", "Veru li ħafna nies ma jafux li jistgħu jieħdu ċerti sussidji fuq l-uniformijiet tat-tfal tagħhom għax dejjem se jkollok nuqqas ta' edukazzjoni u informazzjoni.", "Naqbel ħafna ma' dan il-mudell tal-aċċess u nħoss li dak kien pass 'il quddiem imma hemm xi difetti li rridu nirranġaw.", "Issa li għandek numru ta' servizzi f'post wieħed huwa importanti ħafna.", "Issa se nwieġbek fuq il-mistoqsija dwar x'għamiltu tajjeb bħala Gvernijiet Nazzjonalisti dan l-aħħar.", "Fl-aħħar tal-2008 il-COLA u l-pensjonijiet ġew marbutin ma' xulxin u tista' tinduna mill-ewwel li n-numru ta' anzjani f'dak li għandu x'jaqsam ma' faqar naqas.", "Tajjeb naraw ukoll li s'issa għandna aktar minn 800 NGO u għandna wkoll il-Kunsill tal-NGOs li jfisser li għamilna pass 'il quddiem ħafna għax nemmen li l-NGOs huma parti kbira mis-soluzzjoni.", "Dwar l-2012 m'għandix l-istatistika u lanqas nista' insemmiha għax għadni rrid naħdem fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Dr Mintoff se nipprova niġbor il-ħsebijiet tagħna f'dawn il-ftit minuti li fadlilna.", "Ma nafx jekk inti fadallekx aktar x'tispjegalna?", "DR YANA MINTOFF BLAND: Importanti li tkunu tafu li kważi 26% tat-tfal qegħdin jgħixu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali.", "F'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żieda kbira ta' 16% fin-numru tan-nies li qegħdin jgħixu f'riskju ta' faqar.", "\"Il-maġġoranza tal-Maltin u membri oħra tal-UE jaqblu li llum il-ġurnata d-differenza fid-dħul bejn il-poplu huwa bil-wisq akbar.", "86% tal-Maltin jemmnu li l-faqar huwa problema li trid tiġi trattata kemm jista' ikun malajr mill-Gvern.", "79% tal-Maltin jafdaw fl-azzjonijiet tal-NGOs u fl-istituzzjoni tal-karità biex jiġġieldu kontra l-faqar.\"", "Bħalissa qegħdin fil-proċess tal-konsultazzjonijiet.", "Għandna l-paġna tal-facebook tagħna \"Ningħaqdu kontra l-faqar\".", "Għandna wkoll dawk is-surveys fejn in-nies jistgħu jagħtuna l-kummenti tagħhom.", "U kif qed taraw fadlilna dawn l-erba' laqgħat f'lokalitajiet differenti.", "Se ngħid xi ħaġa dwar il-metodoloġija li qiegħda nuża'.", "Qiegħda nuża' l-value grounded report fis-soċjetà, il-perspettiva tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċirku tal-ħajja.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: S'issa dħaltu fl-aspett xjentifiku fir-riċerka tagħkom?", "Qed ngħid hekk għax minn din l-aħħar spjegazzjoni qisu li ħadt aktar l-aspett ta' x'qalet l-Unjoni Ewropea.", "Ħalli nagħmilha ċara; jiena ġejja minn żewġ distretti fejn bħalek rajt sitwazzjonijiet soċjali li jinkwetawni u allura naħseb li għandna taħlita ta' ħafna affarijiet.", "Nemmen li l-istampa li bdejt tgħid inti li mhijiex ċara ġejja mill-fatt li għandna ħafna nies li qegħdin jispustjaw ruħhom.", "Fit-12-il distrett żgur li għandna nies – u naħseb li s-Sinjura Chairperson tabqel miegħi hawnhekk – li qegħdin jiġu minn postijiet differenti għax qed isibu appartamenti bi prezz baxx.", "Jiena żort nies u għamilt minn kollox biex ngħinhom itejbu s-sitwazzjoni tagħhom.", "Naħseb l-iktar ħaġa li qbilt miegħek fuqha hija meta semmejt l-empowerment imma ħadt il-feeling li at the moment intom qed tipprovaw tieħdu l-istampa ta' dak li hemm u allura possible solutions will come at a later date.", "Qiegħda nifhem tajjeb?", "DR YANA MINTOFF BLAND: Mhux eżatt għax kif ikolli stampa iktar ċara dwar kull settur inkun nista' nikteb aktar imma kull darba jkolli bżonn nagħmel ħafna riċerka għax hemm ħafna letteratura u statistika.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għandi l-impressjoni - però ma dħaltx fiha sew u ma nafx jekk inti dħaltx fiha - li ġewwa l-Università ta' Malta hemm diversi studji fuq il-faqar f'Malta.", "Qiegħda ngħid sew?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: In-nies li għamlu dawn l-istudji qiegħda tinvolvihom?", "Qiegħda tiltaqa' magħhom?", "DR YANA MINTOFF BLAND: Iva qiegħda naħdem magħhom u huma qegħdin jaħdmu miegħi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Kollox sew għax bdejt nieħu dak il-feeling li.…", "DR YANA MINTOFF BLAND: Jien għandi Dottorat u naf x'inhu studju!", "L-iktar ħaġa li tinkwetani f'Malta hija li ħafna drabi persuna li tingħata l-inkarigu biex tagħmel biċċa xogħol bħal din, kważi kważi terġa' tibda kollox mill-bidu u allura jkun hemm ħela ta' riżorsi.", "Jista' ikun li ma taqbilx mal-metodi jew mar-riċerka li jkun għamel ħaddieħor imma jkun diġa' sar ċertu ammont ta' xogħol u nħoss li jkun hemm ammont ta' ħela meta nerġgħu nibdew l-affarijiet mill-bidu.", "L-iktar ħaġa li nixtieq nipproponi - biex nibdew nagħtu ftit ideat konkreti - hija l-empowerment.", "Ejjew nibdew minn hemm.", "Għandna nies li ma kenux jafu li tista' tieħu l-għajnuna biex tixtri l-uniformijiet tat-tfal u ma kenux jafu li ħafna skejjel għandhom il-bins fejn inti tista' tieħu uniformi ta' ħaddieħor.", "Pereżempju t-tifla tiegħi tmur fi skola tal-gvern - u din nagħmilha regolarment – u t-tfal f'din l-iskola għandhom il-faċilità li jieħdu l-uniformi li m'għadhiex tiġihom biex tingħata lil tfal oħra.", "Jiena ħadt ta' tfal oħra u tajt tiegħi lil oħrajn u din nagħmluha b'mod regolari.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija xi ħaġa importanti.", "Importanti wkoll din l-idea tal-ispostament għax torbot ukoll mad-diskussjoni li qed nagħmlu fuq il-vjolenza domestika.", "Torbot ukoll ma' issues ta' separazzjoni, ta' tfal li qegħdin jitwieldu barra miż-żwieġ b'dikjarazzjonijiet ta' unknown fathers, eċċ. Jiena naf b'każijiet fejn il-missier mhux veru jkun unknown, anzi dan ikun preżenti fid-dar imma ħwejġu jħallihom x'imkien ieħor!", "B'hekk x'ħin imorru l-inspectors biex jiċċekkjaw jaħsbu li dak ir-raġel mhux qed joqgħod hemm meta fil-fatt ikun jgħix hemmhekk.", "Mela għandna ammont ta' abbuż li minħabba fih min hu veru ġenwin qed jispiċċa jbati.", "Naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Marthese Portelli fejn irridu ninkoraġġixxu lil min qiegħed f'dawn is-sitwazzjonijiet ħalli jkunu jistgħu jitilgħu 'l fuq.", "Hawnhekk irrid norbot ma' xi ħaġa li qalet il-Ministru Coleiro Preca meta konna qegħdin niddiskutu s-suġġett tal-Housing – u din inkwetatni ħafna u staqsejtha l-mistoqsijiet u weġbitni – meta qalet li għandna faxxa ta' nies li se jibqgħu f'dik il-faxxa.", "L-importanti hu li aħna bħala politiċi naraw kif se noħorġu lil dawn in-nies minn din il-faxxa.", "Ma nistgħux ngħidu li disgħa minn kull għaxra se jibqgħu hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Buttigieg, ippermettili nwaqqfek ftit biex nara jekk il-Membri l-oħra għandhomx xi ħaġa xi jgħidu.", "Nixtieqkom iżżommu f'moħħkom li se nagħmlu laqgħa oħra qabel Settembru fejn se niddiskutu dawk iż-żewġ rapporti li tkellimna fuqhom fil-bidu u dan is-suġġett li qegħdin niddiskutu bħalissa.", "B'hekk ikollna ċ-ċans li ngħaddu l-proposti tagħna.", "Jiġifieri jiena m'inix qed nippretendi li nagħtu l-input tagħna llum.", "Ovvjament għandna l-mistiedna l-oħra li diġa' qiegħda magħna u għalhekk irridu ngħaddu għall-ewwel item fuq l-aġenda tagħna.", "Għaldaqstant minn hawn u ftit ieħor se jkolli nissospendi d-diskussjoni.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Dr Mintoff xtaqt nistaqsik x'inhuma t-timeframes li qiegħda taħdem fihom.", "Naf li hija strateġija kbira imma kollox irid ikun f'fażijiet.", "Il-pjan tiegħek x'inhu?", "DR YANA MINTOFF BLAND: Il-pjan kien li dan ix-xogħol ikun lest sal-aħħar ta' din is-sena minħabba li kellu jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea.", "Huwa diffiċli ħafna biex infassal pjan tajjeb daqshekk malajr u tlabt li jkolli estensjoni taż-żmien imma s'issa għadni ma nafx x'inhi r-risposta.", "Jiena qiegħda fit-time line li bejn l-aħħar ta' Settembru u l-bidu ta' Ottubru jkolli l-input tal-ewwel draft biex inkun nista' mmur quddiem il-Kabinett.", "Diffiċli ħafna imma sakemm naf li għandi l-extension, hekk irrid nasal.", "F'Settembru se nagħmlu laqgħa oħra mal-NGOs u se niltaqgħu mal-MCESD.", "Nixtieq li jkollna l-ownership ta' kull settur għax huwa importanti ħafna li kull settur jidħol f'din il-materja.", "Kemm jista' ikun irridu niltaqgħu ma' kull stakeholder malajr kemm jista' ikun.", "Qegħdin ukoll nagħmlu tliet laqgħat kuljum jien u l-assistent tiegħi u għandi l-għajnuna tal-kummissjonijiet, tal-familji u tat-tfal.", "Jiġifieri għandi ħafna għajnuna.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Dan huwa suġġett li qatt mhu se jispiċċa għax kuljum se tibqa' tiltaqa' mal-faqar.", "Issa jekk sa 50 sena ilu kont tara t-tallaba barra, illum dawn jinsabu moħbijin fi djarhom imma l-faqar xorta għadu jeżisti.", "U aktar ma jkun hawn ġid fil-pajjiż u aktar ma nħallu ċerta faxxa ta' nies li ma jistgħux jilħqu l-faxxa l-oħra, il-faqar se jibqa' dejjem jikber.", "Inti għandek nies li jistgħu joħorġu jieklu barra darba fil-ġimgħa u għandek oħrajn li ma jifilħux jagħmlu hekk.", "Għandek familji li għandhom kompjuter u għandek familji oħrajn li m'għandhomx.", "Għandek tfal fil-klassi fejn wieħed għandu iPad u l-ieħor m'għandux.", "Issa filwaqt li napprezza dan kollu, ilkoll kemm aħna nafu li dawn huma l-esperjenzi li niltaqgħu magħhom ta' kuljum.", "Issa x'irid jagħmel il-pajjiż?", "Aħna mhux se noqogħdu ngħidu li aħna ħdimna u l-oħrajn ma ħadmux.", "Nemmen li kull gvern ħadem sabiex inaqqas il-faqar f'pajjiżna.", "U qed nieħu pjaċir li l-impenn tal-Gvern Laburista, sa mill-bidu tiegħu – fil-fatt din kienet wegħda fil-programm elettorali tiegħu u naħseb li huwa suġġett għal qalbna lkoll – kien proprju li jaħdem fuq dan il-qasam.", "Kultant ikunu l-istituzzjonijiet il-kbar stess li jibdew iġibu dan il-faqar.", "Ħalli ngħid għalfejn qed ngħid hekk.", "Pereżempju diġa' tkellimt fuq l-uniformijiet imma nemmen li dawn huma pjaga għall-familji li m'għandhomx dħul.", "Fil-fatt diġa' bdew jersqu quddiemi nies biex jgħiduli kif ma jistgħux jonfqu €300 jew €400 mir-relief jew mill-benefiċċji soċjali tagħhom biex jixtru l-uniformijiet.", "Issa dawn jaqbdu biss €500 fix-xahar.", "Sar progress u tpoġġa rapport fuq dan is-suġġett imma jiena nemmen li issa wieħed irid ixammar il-kmiem u jaħdem.", "Ridt ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-ikel li jiġi mill-Ewropa.", "Ma naħsibx li dan issemma' fir-rapport.", "Waħda mill-affarijiet li ma naqbilx magħha hi li permezz ta' dan l-ikel inkunu qegħdin nidentifikaw min huma l-foqra għax dawn iridu jmorru jistennew wara l-bieb tal-kappillan.", "Ħaġa oħra li ddejjaqni hi li meta jkun se jitqassam dan l-ikel isiru l-avviżi fil-knejjes imma mbagħad l-immigranti jew dawk li m'għandhomx twemmin nisrani kif se jkunu jafu li qed jitqassam dan l-ikel?", "Min hu kattoliku u nisrani se jisma' l-avviżi li jagħmel il-kappillan waqt il-quddies imma mbagħad min mhuwiex kattoliku jew min ma jmurx quddies kif se jkun jaf?", "U allura dan il-ftit ġid – u nerġa' ngħid li jien ma naqbilx li għandna mmorru nittalbu wara l-bieb tal-kappillan imma għandu jkun hemm speċi ta' vouchers li jitqassmu lil min hu intitolat – għandna naraw li jitqassam kif suppost biex kulħadd, temmen jew ma temminx fir-reliġjon tagħna, b'ġilda samra jew b'ġilda bjonda, Malti jew barrani, ikollok l-istess drittijiet u tieħu dak li ħaqqek.", "THE CHAIRPERSON: Se nagħtikom l-aħħar kelma u mbagħad nagħlaq jiena din il-parti tad-diskussjoni.", "Nixtieq li nkunu fil-qosor minħabba li għandna l-mistiedna l-oħra qiegħda tistennina u mbagħad inkunu nistgħu niddiskutu kemm tridu meta jkollna l-laqgħa fuq dan ir-rapport.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Peress li r-rapport irid jiġi ppreżentat lill-Kabinett sal-aħħar ta' Ottubru, tista' tgħidilna meta se jkollna r-rakkmandazzjonijiet tagħkom?", "Qiegħda nagħmel din il-mistoqsija għaliex aħna nistgħu noħorġu b'rakkmandazzjonijiet imma nħoss li huwa aktar id-dover tagħna li niskrutinaw r-rakkmandazzjonijiet li jkunu se jsiru.", "Dik waħda mill-mistoqsijiet li xtaqt nagħmel.", "Issa mill-preżentazzjoni li tajt hawnhekk, filwaqt li nirringrazzjak talli ġejt hawnhekk biex titkellem magħna, jiena ħadt ħafna l-feeling li intom qegħdin tibbażaw ħafna l-konklużjonijiet tagħkom fuq dak li qed jgħid il-pubbliku.", "U lili din tinkwetani ħafna għax se jkollok numru ta' persuni li jistħu jersqu 'l quddiem biex jgħidu minn xiex qed ibatu.", "Fil-bidu tal-preżentazzjoni kien hemm slide li tgħid li dawn in-nies iħossuhom esklużi mis-soċjetà u għalhekk ninsab imħassba kemm verament min qiegħed jgħaddi minn dan il-faqar kollu se jħossu daqshekk komdu u liberu li jiġi f'attività aperta u jistqarr minn xiex għaddej.", "Ikun hemm minnhom li jiġu imma mhumiex se jiġu kollha.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li apparti milli niltaqgħu ma' min qiegħed f'dawn il-faxex u mal-NGOs, niltaqgħu wkoll u nagħtu importanza kbira lil min qiegħed jiġġenera l-ġid fil-pajjiż.", "Irridu nagħtu attenzjoni kbira lejn min iħaddem u lis-settur tan-negozju għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma n-nies li qegħdin iħallsu t-taxxi li minnhom joħorġu l-benefiċċji soċjali.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Dan il-Kumitat fejn se jmur minn issa 'l quddiem?", "Sal-aħħar ta' Ottubru l-Kabinett irid ikollu dan ir-rapport f'idejh.", "Aħna se nkunu ddiskutejnih u se nkunu tajna l-pożizzjoni tagħna sa Settembru imma qabel ma dan ir-rapport imur quddiem il-Kabinett se jerġa' jkollna ċ-ċans li niddiskutuh?", "U aħna fejn se nkunu featured, qabel u daqshekk jew se jkollna ċ-ċans li nerġgħu naraw dan ir-rapport qabel ma jiġi mpoġġi quddiem il-Kabinett?", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nwieġeb għal dik il-parti li nista' nirrispondi u mbagħad tkompli twieġeb Dr Mintoff.", "Kif għedt fil-bidu l-idea tiegħi hi li nlaqqgħu dan il-Kumitat biex inkunu nistgħu ngħaddulkom ir-rakkmandazzjonijiet tagħna bħala Kumitat.", "Ma nixtieqx li dan il-Kumitat jagħti il-pożizzjoni tiegħu f'Settembru għax f'Settembru nkunu viċin wisq biex imbagħad intom tkunu tistgħu toħorġu r-rakkmandazzjonijiet tagħkom.", "Jiġifieri jekk verament irridu li dak li ngħidulkom aħna jittieħed inkonsiderazzjoni, irridu nagħtukom dawn ir-rakkmandazzjonijiet minn qabel u allura aħna rridu niltaqgħu aktar kmieni.", "Togħġobni l-idea tal-Onor.", "Marthese Portelli li meta intom ikollkom l-iskeleton framework tar-rakkmandazzjonijiet tgħadduhomlna qabel ma tħejju r-rapport finali biex aħna nkunu nistgħu nagħtu l-ideat tagħna għax nistgħu nkunu tajna rakkmandazzjonijiet li you did not take them on board jew inkella jista' ikun hemm rakkmandazzjonijiet min-naħa tagħkom li aħna ma nkunux ħsibna fihom u li aħna nkunu nistgħu nagħtu kontribut lejhom.", "Il-Kummissjoni, qabel ma toħroġ ir-rapport finali tagħha, tkun disposta li tiddiskuti magħna r-rakkmandazzjonijiet li għandha f'moħħha biex forsi nagħtukom l-veduti tagħna?", "Issa jien mhux qiegħda nippretendi li nieħdu lill-Kumissjoni xi ħaġa li hija tagħha, fis-sens li intom tridu tagħmlu r-rakkmandazzjonijiet wara li tkunu smajtu lil kulħadd.", "Naturalment intom se jkollkom veduti iktar wiesgħa minn tagħna għax se tkunu smajtu iktar nies milli se nkunu smajna aħna.", "U m'iniex qiegħda nippretendi li aħna nkunu l-għarbiel għax intom tifformaw il-Kummissjoni.", "Madankollu jekk tkunu disposti nitolbok biex tgħaddulna kopja tar-rapport biex aħna narawh u niddiskutuh ukoll.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid huwa li ma naqbilx mal-Onor.", "Marthese Portelli fuq il-fatt li hi qiegħda titħasseb għax qegħdin imorru jitkellmu man-nies fit-toroq.", "Jiena naħseb li waħda mill-aktar affarijiet li togħġobni hija proprju dik li nisimgħu lin-nies.", "Huwa minnu li se jkun hemm min jibqa' id-dar u ma joħroġx jitkellem imma jekk lanqas min hu lest li joħroġ u jitkellem - naf li dawn il-laqgħat qed ikunu suċċess għax in-nies qed joħorġu jitkellmu - we don't reach out for them u nisimgħuhom, naħseb li jkollna ħolqa importanti nieqsa għax ma nkunux qegħdin nisimgħu lil min l-iktar li għandu bżonn jitkellem.", "Huwa minnu wkoll li forsi ma tkunx qed tisma' lil kulħadd imma huwa impossibbli li tisma' lil kulħadd.", "Almenu min iħoss li għandu xi ħaġa xi jgħid mhux se jkun qed iħossu li ma setax jitkellem għax se jkollu fejn imur u jitkellem.", "Napprezza ħafna dan il-ġest u I look forward li jkollna dan ir-rapport.", "DR YANA MINTOFF BLAND: L-ewwel nett ma naqbilx li għandna bżonn li dejjem ngħixu b'daqstant faqar!", "Naħseb li għalissa l-problema hija kbira wisq u hija kkomplikata u għalhekk hemm bżonn li ningħaqdu flimkien ħalli naraw x'nistgħu nagħmlu biex innaqqsu din il-problema.", "Nemmen li m'għandniex bżonn naraw daqstant tbatija u t-tbatija hemm qiegħda.", "Naqbel li hemm l-abbuż u għandna sezzjoni fil-Ministeru tagħna stess li hija attiva ħafna fuq dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-benefits fraud, li jkolli nammetti lanqas kont naf li teżisti.", "Dawn in-nies verament jaħdmu u jieħdu ħsieb flus il-poplu u napprezza x-xogħol tagħhom.", "Nemmen li bil-Whistle Blower's Act se jkun hemm aktar nies li ma jibqgħux jibżgħu joħorġu jgħidu fejn hemm l-abbuż.", "Jiena nara li l-abbuż qiegħed f'kull livell tal-ħajja.", "F'kull inħawi u f'kull klassi hemm dawk il-ħallelin imma naħseb li b'dawk iż-żewġ passi, jiġifieri tal-benefits fraud u b'tal-Whistle Blower's Act, se naslu aħjar biex nindirizzaw din il-problema.", "Is-suġġerimenti tagħkom napprezzahom ħafna.", "Dik il-kwestjoni tal-benefits u l-inċentivi biex toħroġ taħdem huma marbutin ħafna ma' xulxin.", "U għalhekk nitlobkom biex taħsbu dwarha għax mhijiex sempliċi biex naslu għas-soluzzjoni.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li jekk tridu tidħlu fihom miegħi napprezza ħafna.", "Jiena nagħmel il-costings ta' kull miżura u jrid ikolli indicators tajbin għall-well being, jiġifieri hemm ħafna affarijiet fin-nofs u napprezza ħafna l-interess tagħkom u nispera li naħdmu flimkien.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Jiena nixtieq nirringrazzjak talli ġejt hawnhekk biex tagħmlilna din il-preżentazzjoni u tal-ħin li qiegħda tieħu fuq dan is-settur.", "Min-naħa tagħna nistgħu ngħaddu mill-ewwel għall-ewwel item li għandna fuq l-aġenda u allura nkomplu niddiskutu s-suġġett tal-vjolenza domestika.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "THE CHAIRPERSON: Il-mistiedna tagħna għal din id-diskussjoni hija Miss Elaine Compagno, li se tagħtina preżentazzjoni fuq il-vjolenza domestika.", "Ma' Miss Compagno nixtieq niskuża ruħi tad-darba l-oħra imma kellna l-kwestjoni tal-immigranti irregolari, u allura bejn id-diskorsi tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni ma rnexxilniex inlaqqgħu l-Kumitat.", "Nirringrazzjak tal-paċenzja kbira li ħadt bina llum ukoll għax diskussjoni li suppost ħadet nofs siegħa ħadet siegħa u nofs imma ma stajtx inwaqqaf xi ħaġa f'nofsha.", "Miss Compagno ġejja mill-grupp SOAR li huwa \"Domestic Violence Support and Advocacy Group\" u se tagħtina preżentazzjoni dwar l-esperjenzi ta' nies differenti li għaddew minn din iċ-ċirkostanza.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Nirringrazzjakom talli stedintuni.", "Ma nafx jekk irridx nitkellem bilfors bil-Malti jew inkella nistax naqleb bl-Ingliż minħabba li l-preżentazzjoni qiegħda bl-Ingliż.", "THE CHAIRPERSON: Tista' titkellem b'liema lingwa trid għax it-tnejn li huma nużawhom hawnhekk.", "Issa qabel tibda nixtieq nispjegalek x'kien l-għan tagħna tal-istedina li għamilnilek.", "Bħalissa qegħdin nistiednu nies li għandhom x'jaqsmu mal-vittmi tal-vjolenza domestika u qegħdin nistiednu wkoll lill-vittmi nfushom.", "Imbagħad wara li nisimgħu lil dawn in-nies se nistiednu wkoll lill-istituzzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-issues relatati mal-vjolenza domestika.", "Ir-raġuni hi li nisimgħu ħafna lmenti min-naħa tal-vittmi għax ma jkunux qegħdin jinqdew tajjeb mill-istituzzjonijiet u għalina din hija ta' concern kbira.", "Nafu li l-vjolenza domestika qiegħda tikber.", "Ma xtaqtx li nkomplu noqogħdu biss fuq l-istudji dwar il-vjolenza domestika għax minn dawn għandna diġa' u għalhekk jiena xtaqt li mmorru pass oltre billi naraw kif nistgħu naqdu lill-vittmi tal-vjolenza domestika aħjar milli qegħdin jinqdew bħalissa.", "Xi ħaġa li dejjem nagħmel enfasi fuqha f'dan il-Kumitat hi li aħna ma jinteressaniex min kien fil-gvern jew min hu fil-gvern bħalissa.", "Mhijiex dik il-concern tagħna.", "Il-concern tagħna hija kif se ntejbu s-sistema biex minn issa 'l quddiem inkunu aħjar.", "L-issues diretti tagħna mhumiex marbutin ma' x'inhi l-vjolenza domestika imma huma marbutin mal-esperjenzi tal-vittmi meta dawn jiġu biex jużaw l-istituzzjonijiet tagħna.", "U huwa proprju hemmhekk fejn nixtiequk li tgħinna ftit.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Mela se nibda billi nispjega x'inhu s-SOAR u x'nagħmlu bħala grupp;", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt insemmi xi ħaġa li esperjenzajtha ftit tal-ġranet ilu.", "Naf omm li għaddejja mill-proċess ta' separazzjoni u qed nistaqsi għax f'dan il-mument forsi jista' jkun hemm xi tibdil fil-liġi.", "Mela din l-omm titla' l-Qorti fuq il-każ tagħha u f'żewġ okkażjonijiet il-pulizija li kellu jippreżenta r-rapport li kien sar f'għassa, baqa' ma telax.", "Issa dan li qed ngħid m'għandu x'jaqsam xejn mal-politika.", "Issa apparti l-ispiża finanzjarja li qed ikollha tgħaddi minnha din il-mara, fejn l-avukat se jeħodlok madwar €40, għandek l-issue taż-żmien ukoll għax din il-kawża ġiet diferita.", "F'dan il-każ partikolari l-pulizija ma telax f'żewġ okkażjonijiet u dan huwa uffiċjal pubbliku.", "Issa l-maġistrat tefa' l-każ għal Ottubru.", "Allura f'każijiet bħal dawn il-liġi ma tissalvagwardjax l-interessi tal-vittma?", "Il-liġi ta' Malta x'benefiċċji tagħti f'każ bħal dan?", "THE CHAIRPERSON: Ħa nwieġbek fil-qosor.", "M'hemmx kumpens għall-vittma f'dan il-każ u anke jekk forsi l-perpetrator ma jkunx tela'.", "Il-perpetrator jista' jingħata multa għax ma jkunx tela', dejjem jekk ikun innotifikat.", "U n-notifiki huma problema minnhom infushom għax ħafna drabi jipprovaw ifittxu lill-perpetrator biex jagħtuh in-notifika u jibqgħu ma jsibuhx.", "Issa jekk ma jsibuhx, il-vittma titla' l-Qorti xorta waħda għax ħadd ma jgħidilha li lill-perpetrator ma sabuhx!", "Mela titla' hemmhekk u taħli nofs ġurnata għalxejn.", "U dan lanqas multa ma jeħel u jkollok terġa' tmur darb'oħra.", "L-istess ħaġa meta ma jkunx jista' jitla' il-pulizija.", "Biex inkun fair f'każ fejn pulizija ma jkunx jista' jitla' il-Qorti, jista' imur pulizija ieħor minfloku imma ġieli ma jiġrix hekk ukoll.", "Il-problema hi li l-vittma, f'dan ix-xenarju kollu, ma tkunx ikkumpensata.", "U dawn huma l-problemi li qed naraw aħna.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Dawn is-slides li qed taraw hawnhekk u li għandhom il-font bir-roża huma l-vuċijiet tal-membri tagħna, li huma l-vittmi ta' vjolenza domestika.", "Waqt il-group therapy jiena nkun qed nieħu n-noti u dawn l-affarijiet joħorġu meta nkunu qegħdin niddiskutu ċerti aspetti.", "Rigward l-aspett legali għandna dawn il-kummenti;", "Il-biżgħa hija l-akbar ostaklu.", "Irridu naraw li meta jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, dawn ikunu realistiċi.", "Fil-fatt, meta din il-mara tmur id-dar u r-raġel xorta waħda għandu aċċess għad-dar avolja tkun marret il-Qorti u spjegat dak kollu li ġara bejniethom u turi l-biża' tagħha.… Issa ħa ngħaddi għat-tieni punt li huwa fuq il-pulizija.", "Dan huwa s-suġġett favorit tiegħi!", "For the record jiena sibt pulizija li għeni ħafna imma nisma' ħafna stejjer fuq rapporti that have gone wrong.", "\"Reports that are lacking in detail\"; meta ma jkollokx rapporti li għandhom id-dettalji kollha jkissrulek il-każ kollu.", "Ilni ħames snin nisma' nies jgħiduli biex ma nitkellmux quddiem it-tfal.", "Mela jiena noqgħod attenta xi ngħid quddiem it-tfal imma mbagħad irrid immur l-għassa u ngħid dak kollu li ġara fid-dettal li jridu fir-rapport quddiem it-tfal!", "Irid ikun hemm x'imkien ieħor fejn isir ir-rapport.", "Anke jekk jidħol xi ħadd jirreġistra dakinhar se jisma' dak kollu li qiegħda ngħid jien fuq x'għamilli r-raġel and this is degrading and undignifying.", "\"Lack of sensitivity from some policemen\"; naf li l-pulizija għandhom it-training u li dawn imorru għall-korsijiet apposta imma naf ukoll li dawk l-għaxra li jkollok fuq quddiem jagħtu kas filwaqt li l-20 l-oħra li jkollok fuq wara jilagħbu bil-mobile jkunu!", "THE CHAIRPERSON: Skużani ftit ħalli nistaqsik xi ħaġa.", "Meta tiġi ffaċċjata bi problema mal-pulizija u inti - anke aħna konna tkellimna fuqha ma' Dr Roberta Lepre proprju l-ġimgħa l-oħra – l-first port of call tiegħek huma proprju l-pulizija għax jien inħoss li dak huwa l-post fejn wieħed jista' jgħinek, – issa ma rridx naqbad mal-pulizija hawnhekk – hemmhekk l-affarijiet se jieqfu għal kollox.", "Issa meta qiegħda tgħidli lack of sensitivity from some policemen, inti jew forsi ħaddieħor mill-vittmi qalulek b'xi stejjer partikolari li lilna tista' tinformana bihom?", "MISS ELAINE COMPAGNO: Iva u dawn l-istejjer qegħdin fl-islide li jmiss.", "\"No or little information offered by police on duty about the process\"; inħoss li l-informazzjoni mingħand il-pulizija ma tingħatax.", "Jekk ir-raġel għadu kemm tak xebgħa jew għadu kif heddek b'arma tan-nar jew xi ħaġa oħra u inti tmur l-għassa biex tgħidilhom x'ġara, ovvjament għandek ċertu biża' fuqek u ma tafx x'se jiġri.", "Imma l-pulizija kulma jgħidulek hu biex tmur tkellem lill-avukat tiegħek!", "Allura l-pulizija lili ma jistax jagħtini l-informazzjoni on what is going to happen next?", "We are afraid u dak il-ħin lanqas tkun taf x'inti tagħmel.", "Mela l-pulizija għandu jkun a point of information.", "Naturalment dan mhux se jagħtik parir legali imma għandu jgħidlek x'se jiġri mir-rapport, jekk humiex se jċemplu lir-raġel u jekk humiex se jħalluh imur lura d-dar miegħek.", "We need to know these things ħalli sakemm iċemplu lir-raġel inti tilħaq tmur id-dar tippakkja l-ħwejjeġ u titlaq 'il barra.", "U mhux mingħalik li se jżommuh u mbagħad issibu ma' wiċċek!", "Illum smajt każ fejn mara rrapportat lir-raġel u talbet biex dan ineħħi l-armi mid-dar peress li kellu s-snieter imma meta ċemplu lill-perpetrator u dan mar l-għassa within the next shift, sab pulizija li huwa ħabib kbir tiegħu u l-pulizija ċempel lill-mara u qalilha li m'hemmx għalfejn li r-raġel tagħha jneħħi l-armi mid-dar għax mhux se jużahom!", "Dawn huma r-risposti li ħadu wħud mill-vittmi mingħand il-pulizija;", "Din hija storja ta' perpetrator li kellu ċ-ċavetta imma mhux suppost li kien jgħix f'dik id-dar.", "Kellu xi sustanza fuqu li qabad u telaqha fuq il-komodina tas-sodda u din il-mara ċemplet lill-pulizija.", "Il-pulizija lanqas riedu jmorru jaraw għax ma kienx każ ta' vjolenza domestika imma l-mara baqgħet tinsisti u għalhekk il-pulizija marru and they completely disregarded everything!", "Hemm ħafna stejjer oħra.", "Każ klassiku huwa fejn il-vittma tiġi mgħajjra, the perpetrator is being verbally and psychologically abusive over time, qed ikisser l-affarijiet, jagħtiha xi daqqtejn ukoll, iċarrtilha wiċċha, u hi f'ħin minnhom issabbat il-keyboard fuq il-mejda.", "Mela l-pulizija jagħmlu rapport kontrih u wara jagħmlu rapport kontra l-mara talli kissret keyboard!", "Darb'oħra r-raġel se joqgħod ibeżżagħha li issa dak li jkun kisser se jwaħħal fiha u ħafna affarijiet bħal dawn.", "Jekk l-affarijiet se jibqgħu sejrin hekk din mhux se tirrapporta.", "Każ ieħor kien ta' mara li għamlet rapport u l-pulizija marru d-dar imma nzerta li dan il-pulizija kien jaf lir-raġel tagħha.", "U allura minflok ħadilha r-rapport dar fuqha u qalilha; \"U ejja, issa morru orqdu u rranġaw dawn l-affarijiet fis-sodda!\"", "It-tielet punt huwa dak finanzjarju.", "Ftit ilu kontu qed titkellmu fuq iċ-child care u jien nista' ngħid, kemm mill-esperjenza tiegħi u kemm mill-esperjenza ta' sħabi, li ċ-childcare is not an option.", "B'paga waħda trid tgħajjex lilek u lit-tfal, trid tħallas il-kera u trid tħallas il-kontijiet.", "Kemm ħa jifdallek minn paga waħda biex titfa' tliet itfal ġo childcare?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Allura nies bħalek mhumiex intitolati għal sussidju jew għal xi tip ta' għajnuna ta' childcare?", "Jien għandi l-impressjoni li teżisti din l-għajnuna?", "MISS ELAINE COMPAGNO: Sentejn ilu, meta tkellimt mal-FES kienu qaluli li kien hemm skema imma minħabba li ma kienx hemm biżżejjed nies li applikaw għaliha, they dropped it.", "Madanakollu jiena bqajt ninsisti u ninsisti u li ġara kien hemm ċertu waħda Ruth Baldacchino fuq l-FES that I happened to know her.", "Ma kontx naf li taħdem hemm; u jiena tfaħt qalbi magħha u għidtilha li dawn iridu jagħmlu xi ħaġa u jbiddlu s-sistema.", "U minn hawn u minn hemm, ma nafx kif, aċċettat li jien inkun nista' nibgħat lit-tfal tiegħi b'xejn.", "Imma l-FES is quite restrictive, anke fejn jidħlu ħinijiet.", "Dawn iżommu t-tfal sal-5.00 p.m. jew sal-5.30 p.m. u jien qiegħda nistudja l-Università - liema opportunità ma stajtx neħohda mar-raġel - u l-kors tiegħi jibda fil-5.30 p.m. u jispiċċa fit-8.30 p.m. So I'm stuck!", "Jekk jien, min qed jeħodli ħsieb it-tfal jimrad jew tmut, għax hija n-nanna tiegħi u llum għandha 80 sena, jien ma nafx x'se nagħmel!", "Lanqas jeżisti childcare dak il-ħinijiet.", "Jien naf b'każ ta' raġel li huwa single parent who cannot afford childcare!", "Ktibna lill-FES u lanqas biss irċevejna risposta!", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien nixtieq nistaqsi xi ħaġa.", "Min-naħa tiegħi naf ħafna pulizija li jagħmlu xogħolhom imma dawn il-każijiet jinkwetawni ħafna għax meta jkollok grupp kbir ta' ħaddiema se ssib minn kollox.", "Anke forsi dawn mhumiex daqshekk imħarrġa fuq kif għandhom jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet, intom kellkom laqgħat mal-Kummissarju biex tispjegawlu dawn il-każijiet?", "Issuġġerejtu x'tip ta' taħriġ għandhom bżonn dawn il-pulizija?", "U jekk iva, x'kienu r-riżultati wara dawn il-laqgħat?", "MISS ELAINE COMPAGNO: Ix-xahar li għadda ltqajna mas-Supretendent Paul Vassallo, li qiegħed fuq il-Vice Squad.", "Is-Supretendent Vassallo ltaqa' magħna u mas-survivors u s-survivors waddbu ħafna weġgħat u lmenti li kellhom u hu semagħna.", "Kellna laqgħa miegħu wkoll fejn tkellimna fuq il-mod ta' kif isir ir-rapport.", "Dawn għandhom sistema li meta vittma tmur l-għassa biex tagħmel ir-rapport jista' ikun hemm ċertu tip ta' abbuż.", "Aħna nħossu li dik tista' tiġi rranġata biex tirrifletti aħjar dak li jkun seħħ.", "We are working with them però fejn jidħol taħriġ ma tkellimniex.", "Għadna ma wasalniex s'hemm.", "Żgur li se nerġgħu niltaqgħu mal-Ispettur Vassallo.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità sabiex pubblikament ngħid li s-Supretendent Vassallo huwa wieħed minn dawk in-nies li meta kelli bżonn tani l-għajnuna tiegħu u dejjem kien lest li jisma' u li jagħmel xi ħaġa.", "Hawnhekk nitkellmu fuq ħafna problemi imma nixtieq ngħid li din il-persuna, meta l-iktar li kelli bżonn l-għajnuna għal klijent partikolari, he was sensitive to the issue.", "Naħseb li huwa importanti li ġie jkellimkom u din xtaqt niċċaraha biex ma naħsbux li hawnhekk ingergru biss.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Fejn huwa ħażin dejjem inkun nixtieq li nirranġawh.", "Naħseb li jkun hemm ħafna ċirkostanzi fejn bniedem jasal biex iġib ruħu bil-mod ta' kif iġib ruħu.", "Illum, meta qegħdin nitkellmu f'era ta' multidisciplinary teams, ma taħsbux li dawn il-każijiet għandu jkun hemm multidisciplinary team biex jindirizzahom?", "Il-pulizija huwa the right place bħala pulizija waħdu fejn inti tmur bil-każ tiegħek?", "Jew inkella tipproponu sitwazzjonijiet oħra?", "Tajjeb li intom tipproponu dawn l-affarijiet.", "Għand min qegħdin twassluhom il-proposti tagħkom?", "Għandkom xi strateġija?", "MISS ELAINE COMPAGNO: Il-punt li qed tagħmel huwa tajjeb ħafna.", "Meta nkunu qed nagħmlu d-diskussjonijiet bejnietna dejjem naqblu li r-rapport m'għandux isir fl-għassa imma f'post apposta fejn ikun hemm social worker on duty u jkollok nies imħarrġa f'dawn il-każijiet, jiġifieri li jkollok a multidisciplinary team.", "Anke li jkollok tabib huwa tajjeb.", "Pereżempju huwa innaċċettabbli li you just have been raped, tmur l-għassa u għax jarawk titbissem jew whatever, ma jemmnukx because of your body language!", "Allura nħossu li iva, għandna bżonn li jkun hemm grupp ta' esperti f'post wieħed.", "Issa jekk tmurx l-għassa u l-għassa jwassluk f'dak il-post hija irrelevanti.", "Aħna tkellimna mas-Supretendet Vassallo u maċ-Chairperson Joanna Xuereb tad-Domestic Violence Commission fuq din il-kwestjoni.", "Naf li kien hemm xi affarijiet oħra in the pipeline li għandhom x'jaqsmu ma' ċerta convention imma ma nafx fejn waslu.", "THE CHAIRPERSON: Bħalissa fil-Kunsill tal-Ewropa – li jien nattendi dawn il-laqgħat - qegħdin jenfasizzaw ħafna fuq l-Istabul Convention.", "Fil-fatt aħna qegħdin nipprovaw niġu in line magħha u kien hemm ukoll suġġerimenti dwar liema liġijiet jonqosna ntejbu.", "U se jkun hemm ukoll private member's bill sabiex niġu in line ma' dik il-Konvenzjoni.", "Din ovvjament għandha x'taqsam mal-vjolenza kontra n-nisa.", "Jien ukoll ilni ħafna nagħmel din il-proposta li qegħdin tagħmlu intom ħalli jkun hemm a specialised police unit.", "Dan il-unit m'hemmx għalfejn li jkun hemm f'kull għassa imma forsi jkollna tlieta f'Malta u waħda f'Għawdex.", "Trid tkun magħmula minn nies li jkunu totalment dedikati fuq l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-familja.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Grazzi.", "Mela ħalli nkompli bil-punti li għandna f'din il-preżentazzjoni;", "Inti tista' tagħżel li ma tmurx id-dar u ma tmurx taħdem u ddaħħal €400 fix-xahar f'benefiċċji mingħand il-Gvern jew inkella toħroġ taħdem part time għax ma tistax taħdem aktar sigħat minħabba t-tfal u ddaħħal xorta waħda €400.", "Mela allura se tibqa' fejn qiegħda.", "Dan il-punt tqajjem fid-diskussjoni li kellkom aktar qabel.", "THE CHAIRPERSON: Meta qed tgħid grants u subsidies, għandek xi ħaġa partikolari f'moħħok?", "Pereżempju s-sussidju tal-kera għandek fee biex tapplika.", "Inti ma tistax tlaħħaq mal-kera u trid issib il-flus biex tħallas għall-applikazzjoni u mbagħad, trid tħallas il-kera xorta waħda - naħseb li jilħqu jgħaddu erba' xhur jew aktar qabel ma tingħata s-sussidju – biex imbagħad wara tieħu l-flus li jkunu ssussidjati mingħand il-Gvern.", "THE CHAIRPERSON: Mela jekk dan is-sussidju jkun japplika għalik, ma tieħdux mill-ewwel imma tieħdu b'lura.", "Issa jista' ma jkollokx flus biex tħallsu in the first place!", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ħalli nagħmel mistoqsija forsi daqsxejn taħt iċ-ċintorin; intom konxji ta' kemm hawn min jipprova jagħtikom image ħażina u jitkellem fuq l-abbużi li jsiru mill-benefiċċji soċjali u minn benefiċċji oħra.", "Intom kemm qegħdin taħdmu biex verament tidentifikaw min qiegħed jabbuża biex min verament ħaqqu jieħu, ikun jista' jieħu l-benefiċċji kollha?", "MISS ELAINE COMPAGNO: Ma nistax ngħidlek għax tant għandna fuq xiex niffokaw li ma nistgħux noqogħdu niffokaw fuq min qed jabbuża.", "Mhux qed ngħidlek li mhijiex problema tagħna imma naħseb li hija problema ta' ħaddieħor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Taf kemm huwa importanti l-image llum.", "Issa jkun hemm dawk li huma innoċenti u li jkollhom bżonn l-għajnuna imma ssib lil min jipprova jagħti label lil kulħadd u jibda jgħid li għandna ħafna single mothers li qegħdin jabbużaw mis-sistema jew inkella jgħidlek li huwa lest li jaċċetta mara li tgħid li ma tafx min hu l-missier tat-tarbija tagħha imma mhux meta tgħid li ma tafx min hu l-missier tal-erbat itfal tagħha!", "Taf kif isiru dawn l-affarijiet u din is-sitwazzjoni tinkwetani.", "Min veru għandu bżonn l-għajnuna jrid jiffaċċja dik il-label li jkunu waħħlu miegħu u naħseb li din hija sitwazzjoni nġusta doppjament.", "Inġusta għax tkun qiegħed verament fil-problema u nġusta għax trid taffaċċja din is-sitwazzjoni.", "U naħseb li għandkom tagħtu kas sabiex l-image tagħkom tiġi purifikata.", "Naħseb li ta' min taħlu ftit enerġija biex verament tagħmlu l-karti tagħkom fuq il-mejda u l-issues jiġu identifikati.", "MISS ELAINE COMPAGNO: L-affari hija daqsxejn sensittiva.", "Inti jista' jkollok vittmi ta' vjolenza li jkunu single mothers qabel ma saret il-vjolenza fuqhom.", "Issa min jabbuża mill-benefiċċji nafu li huwa ħażin.", "Pereżempju xi ħadd li huwa well-off jieħu l-benefiċċji u aħna qegħdin rock bottom, il-flus mhux qed iservuna because the coffers are emptying out.", "We feel it u nafu li hija xi ħaġa nġusta.", "Fil-fatt fil-preżentazzjoni hemm rimarka aktar 'il quddiem fuq kif tara nies imorrulek għall-ikel tal-Ewropa b'karozza Mercedes!", "Tħossha!", "Jien ngħix il-Marsa u nara nies jaħdmu llegalment.", "Pereżempju jien naf li l-karozza tiegħi jiġrilha l-ħsara darbtejn f'xahar u ħaddieħor li ilu jaħdem illegalment sena għandu karozza ħafna aħjar minn tiegħi and you start wondering how just is the world or how just is our country!", "Però fl-istess ħin, aħna tant aħna mdorrijin bil-labels li you have to rise above them!", "Tant ningħataw timbri li..… Aħna mhux fuq il-labels li naqilgħu rridu ninkwetaw, anzi we have to point out li dak li ġara lilna mhuwiex tort tagħna imma tort ta' ħaddieħor.", "Irridu nneħħu l-focus minn fuq il-vittma u nifgħuha fuq il-perpetrator għax huma li qed jagħmlu l-azzjoni ħażina.", "THE CHAIRPERSON: Bażikament jiena naħseb li intom għandkom tiffokaw fuq il-problema tagħkom.", "Veru li din hija problema li tolqotkom imma hemm l-awtoritajiet li għandhom jieħdu ħsiebhom dawn.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt jiena kont se ngħid l-istess ħaġa imma se nespandiha ftit.", "Naħseb li r-responsabilità hija tagħna bħala soċjetà u mhux tal-vittmi li għandhom pataflun ta' affarijiet fuq xiex jinkwetaw.", "L-aħħar ħaġa li jkollhom f'moħħhom hija kif se jiġu ġġudikati.", "Jiena naħseb li hija responsabilità tagħna bħala soċjetà u mhux tagħkom li naraw dawn l-affarijiet.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Hawnhekk tistgħu taraw eżempju ieħor;", "Naf li hemm xi ftit sigħat fil-ġimgħa li inti tista' taħdem imma dawn huma ftit wisq.", "Li kieku kien hemm sistema fejn in-nies ma jibqgħux jiddependu fuq il-benefiċċji għax ikun aktar jaqblilhom li joħorġu jaħdmu.… Għax jekk jien kull ma nista' naħdem huwa 20 siegħa fil-ġimgħa, m'iniex se mmur naħdem imma nibqa' id-dar.", "Issa fil-verità b'€400 m'intix se tgħix u jekk ir-raġel ma jagħtikx il-manteniment, li din tista' tkun miżerja, - fejn qed nitkellmu fuq €200 - inti m'intix se tgħix!", "THE CHAIRPERSON: Ħafna drabi, f'separazzjonijiet bonarji, li nista' ngħid li nara mhux ħażin minnhom, il-mara tkun lesta li taċċetta li ma tieħux il-manteniment mingħand ir-raġel għax inkella tispiċċa ma tagħmilx separazzjoni bonorja u jkollha toqgħod titla' il-Qorti.", "Mela din taċċetta li l-manteniment jeħduh it-tfal biss u hi tibqa' b'xejn.", "Ħafna drabi jkun hemm dawk il-ftit flus li mhumiex ħafna għax hawn Malta m'għandniex sistema li tikkomputa kemm tieħu skont kemm għandek paga.", "Il-bar tagħna hi skont kemm għandu bżonn min għandu jieħu u skont kemm jista' jagħti min għandu jagħti.", "M'hemmx rigla li nimxu magħha u allura l-porzjon li suppost imiss lilha lanqas tieħdu għax inkella taf li se tispiċċa l-Qorti u tagħmel xi tmien snin biex tieħu s-separazzjoni!", "MISS ELAINE COMPAGNO: Barra minn hekk, fejn jidħol l-abbuż il-problemi f'separazzjoni se jimmultiplikaw bosta drabi għax ir-raġel għandu l-poter u l-kontroll fuq kollox!", "U allura x'ħin il-mara se tmur quddiem il-medjatur se ddur fuq ir-raġel u se tgħidlu li jista' jieħu kollox minbarra t-tfal.", "Hekk se tgħidlu!", "\"Ħu d-dar u ħu kollox imma ħallili t-tfal.\".", "Barra minn hekk, jekk il-perpetrator jieqaf jaħdem, mhu se jagħtik xejn aktar.", "Jien iltqajt ma' avukati li qaluli li għandi nagħmel hekk, hekk u hekk!", "Dan jekk jitlaqlek mill-pajjiż jew jekk imur fuq l-unemployment benefits mhux se jagħtik sold!", "Il-punt li jmiss huwa dak tal-Housing fejn qed ngħidu hekk;", "Huwa nġust ħafna li din il-mara, bla dħul ta' xejn, trid tmur ġox-shelter u ma tafx x'se jiġri minnha meta r-raġel għandu d-dħul kollu, għandu l-impjieg u qiegħed paxxut id-dar!", "Il-mara titlaq mid-dar għax qiegħda tibża' għall-ħajjitha u wara sitt xhur jew.…", "THE CHAIRPERSON: Ir-regola hi li jekk inti jkollok dar matrimonjali – jew mhijiex imma f'dan il-każ hija dar matrimonjali – u tiġi biex tbiegħha, jekk tkun ilek toqgħod fiha tliet snin, ma tħallasx il-capital gains tax.", "U dik hija xi ħaġa tajba.", "Il-problema li tinqala' hu meta l-mara titlaq mid-dar.", "Jiġifieri din tkun ilha tliet snin toqgħod f'din id-dar u jkun ilha aktar minn sena li telqet, f'dak il-każ trid tħallas il-capital gains tax.", "U trid tħallas din it-taxxa l-mara biss!", "Il-porzjon tar-raġel ma jħallashiex għax hu jkun baqa' jgħix fid-dar, jiġifieri jkun ilu iktar minn tliet snin joqgħod hemm imma m'ilux sena li telaq minnha.", "Din hija xi ħaġa nġusta ħafna u hawnhekk naqbel miegħek.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Issa dawn huma l-vuċijiet tal-vittmi;", "Aħna għandna membri deħlin u ħerġin mix-shelters għax m'hemmx soluzzjoni oħra għalihom.", "Dawn imorru lura d-dar, terġa' tinqala' sitwazzjoni oħra u ma jkollhomx għażla oħra ħlief li jitilqu mid-dar u jerġgħu jispiċċaw f'shelter.", "Imbagħad wara li jgħaddi l-ħin terġa' tmur id-dar għax ma jkollhiex fejn tmur.", "Vera li mn'alla jkunu x-shelters imma dawn huma temporanji.", "Għandna bżonn is-soluzzjonijiet u għandna bżonnhom issa!", "Il-punt li jmiss huwa fuq it-tfal u hawnhekk qed ngħidu hekk;", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għat-terapija li joffru tal-Appoġġ.", "U tal-flus se nerġa' nirrepetiha għax qatt ma nirrepetiha biżżejjed.", "Mara li titlaq minn relazzjoni vjolenti, ħafna drabi ma jkollhiex penny fuqha!", "Jien naraha spiss ħafna din b'mod personali, fejn il-missier suppost li jiġi għat-tfal imma jibqa' ma jiġix.", "Din hija opportunità oħra biex ikollu poter u kontroll!", "And he can do this by harassing, stalking, money u billi ma jmurx għat-tfal meta suppost imur għalihom jew inkella jittardja biex imur għalihom.", "Għalkemm nista' nifhem il-punt tiegħek għax hija xi ħaġa irritanti għall-aħħar u nismagħha kemm-il darba, u hija xi ħaġa li psikoloġikament taffettwa lit-tfal, però ma naħsibx li huwa fl-aħjar interess tat-tfal li ġġiegħel lill-missier li ma jridx jiġi għat-tfal tiegħu, li jkollu jiġi xorta waħda.", "Naħseb li hemmhekk m'intix qed issolvi l-problema imma qiegħda titfa' l-problema minn fuq l-omm għal fuq it-tfal.", "Dawn se jkunu qegħdin ma' missier li kien għalih ma jmurx għalihom.", "Allura naħseb li s-soluzzjoni għal din il-kwestjoni mhijiex li ġġiegħel lill-missier imur għat-tfal imma li jekk hemm bżonn, tneħħilu l-aċċess ħalli t-tfal mhux joqogħdu jistennewh għal xejn.", "Imma mhux iġġiegħel lill-missier jew lill-omm, skond x'ikun il-każ, biex imur għat-tfal meta ma jridx imur għalihom.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiġifieri jekk missier ma jonorax l-aċċess għat-tfal, ma jiġix darba, darbtejn, m'hemmx limitu fejn inti tgħid..…", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel nett dan mhuwiex reat.", "Jekk ma jagħtix il-manteniment hemm penali kriminali imma jekk dan suppost ġie għat-tfal imma ma ġiex, ma jeżistux penali kriminali.", "Imma naħseb li m'hemmx penali kriminali proprju biex aħna ma nġiegħlux nies jieħdu t-tfal ta' bilfors għax inkella hemmhekk se jbatu t-tfal.", "Xorta naħseb li rridu nagħmlu xi ħaġa, avolja dejjem se tibqa' il-problema li rridu niftħu rikors.", "U rikors iqum il-flus u jdum biex jibda jinstema'.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma ladarba l-missier mhux qed juri interess fit-tfal - fl-aħħar mill-aħħar aħna se niġbru din l-informazzjoni u forsi nkunu nistgħu nagħmlu l-proposti tagħna – ma nistgħux noħorġu bi proposta fejn dan jitlef l-aċċess għat-tfal ladarba mhux qed juri....", "THE CHAIRPERSON: Tista', u anke llum tista' tagħmel rikors biex huwa jitlef l-aċċess.", "Issa kemm għandna policy li fil-fatt jitlef dak l-aċċess is questionable.", "Imma tista' tagħmel rikors.", "Il-problema hi li trid toqgħod tgħaddi mill-proċedura kollha, jiġifieri trid tagħmel rikors, ir-rikors irid jinstema', imbagħad x'ħin tagħmel ir-rikors irid jiġi nnotifikat lill-perpetrator u l-perpetrator irid jirrispondi..…", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Li qiegħda ngħid jien hu - forsi hija ħmerija għax ma nifhimx fil-liġi – li jekk missier jew omm qed juru nuqqas ta' interess fit-tfal, il-liġi għandha tasal f'punt fejn tgħid li ladarba inti kellek tant ammont ta' żmien biex tara lit-tfal u m'għandekx raġuni valida għalfejn ma mortx tiġbor lit-tfal tiegħek, dak l-aċċess li kellek għat-tfal se jaqa'.", "Imma mhux li l-vittmi jerġgħu jridu jidħlu fi spejjeż oħra.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt naħseb li trid tagħmel time frame għax li taqa' waħedha qisek qiegħda tieħu l-liġi f'idejk.", "Huwa diffiċli li fil-liġi tgħid li jekk dan ma jiġix għat-tfal tliet darbiet awtomatikament jaqa' id-dritt tal-aċċess għax xi ħadd irid jipprova li kien hemm tliet darbiet validi li dan ma ġiex għalihom.", "U allura dejjem se tispiċċa tidħol il-Qorti.", "Però nammetti li waħda mir-rakkomandazzjonijiet li għandha toħroġ minn dan il-Kumitat hija proprju dik li jkollna framework ta' meta din issir.", "Fin-nuqqas ta' framework, il-Qrati tagħna qegħdin iħalluhom jeħduhom xorta.", "DR ELAINE BIRMINGHAM (Research Analyst): Li nistgħu nagħmlu hu li nipprovaw noħolqu sistema, bħal dik li hemm taċ-children and young persons advisorary board, li tirregola l-aċċess tat-tfal għall-ġenituri biex jekk dan juri li għal darba wara l-oħra wara l-oħra baqa' ma marx għat-tfal, l-aċċess jieqaf.", "U jkun hemm xi tip ta' struttura fejn il-vittma ma jkollhiex għalfejn kull darba tagħmel rikors il-Qorti.", "Imbagħad jekk ir-raġel iħoss li għandu raġuni valida għalfejn ma marx għat-tfal tiegħu darba wara l-oħra wara l-oħra, - għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq li dan ma marx darba jew darbtejn għalihom - ikun jista' jagħmel rikors quddiem din l-istruttura, li mhux bilfors tkun il-Qorti, bħalma hemm l-istruttura tal-care orders, biex jerġa' jibda l-aċċess għat-tfal.", "THE CHAIRPERSON: Li qed ngħid hu li meta tkun ħa tneħħi dritt - u dan huwa dritt - tal-aċċess lill-missier, huwa diffiċli li arbitrarjament ikun hemm xi ħadd minnhom it-tnejn li jiddeċiedi jekk dawk it-tliet darbiet, erba' darbiet, kienux validly or not validly li ma marx.", "Allura dik se tkun daqxejn żgħira diffiċli.", "Imma naħseb li meta se nkunu qegħdin nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħna, ikun tajjeb li nidħlu fiha.", "Ma nafx kemm fadallek minn din il-preżentazzjoni but we need to wrap it up.", "Fil-faż nitolbok tħallilna l-preżentazzjoni tiegħek biex inkunu nistgħu narawha bil-kwiet għax se jkollna nieqfu minħabba li fil-Plenarja se jittieħed il-vot u allura l-Kamra tingħalaq.", "Bħala Kumitat nixtiequ nibdew nagħmlu żjajjar lill-vittmi f'dawn ix-shelters biex inkellmu lilhom direttament u b'hekk, bħalma għamiltu mas-Supretendent Vassallo, you dish out whatever you need to dish out!", "Din l-istedina hija miftuħa għalikom ukoll u nieħu pjaċir jekk tilqgħuha.", "Nistgħu niġu xi darba nagħmlu żjara ħalli jkollna kuntatt dirett mal-vittmi.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħidlek li din il-preżentazzjoni kienet interessantissima u very much to the point.", "MISS ELAINE COMPAGNO: Grazzi talli ħadtu l-paċenzja li tisimgħuni.", "Ma fadalx ħafna fuq l-islide u bażikament dak li fadal huma l-kummenti tal-vittmi.", "Għaldaqstant tkun interessanti ħafna jekk tarawha ftit.", "Jiena ġejt hawnhekk biex nitkellem fuq l-ostakli u wieħed mill-ikbar ostakli huwa meta nitħallew fil-biża'.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi Miss Compagno tal-preżentazzjoni tiegħek għax kienet interessanti ħafna.", "Nixtieq li meta niltaqgħu magħkom inkomplu din id-diskussjoni.", "Nista' nassigurak li dan il-Kumitat huwa sensittiv għall-issues tal-vittmi tal-vjolenza domestika u r-relazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet.", "U kien proprju għalhekk li għażilna dan bħala l-ewwel suġġett li qed niddiskutu fuqu bħala Kumitat ġdid.", "Nerġgħu narawk.", "Grazzi.", "Dan il-Kumitat se jerġa' jiltaqa' at a later date.", "Infakkarkom biss li għada filgħodu għandna laqgħa informali mal-vittmi ta' Dar Qalb ta' Ġesù.", "Grazzi.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20130713_006d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 4", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 4", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fl-10 ta' Lulju 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Marlene Farrugia): Ngħaddu għall-item li għandna fuq l-aġenda tal-lum.", "APPROVAZZJONI TAL-MEPA CIRCULAR 01/13 KIF EMENDATA BIS-SUĠĠERIMENTI TAL-KUMITAT", "THE CHAIRPERSON: Nitlob lill-mistednin li ġew jassistuna f'din il-laqgħa sabiex jieħdu posthom madwar il-mejda.", "Il-Perit Vincent Cassar, is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Alexander Borg, Chairman, Chief Executive Officer u Kap tad-Direttorat tal-Enforcement, MEPA, rispettivament ingħaqdu madwar il-Mejda.", "THE CHAIRPERSON: Tixtiequ li l-mistednin tagħna jerġgħu jispjegaw dawn l-emendi, jew forsi qrajtuhom diġà u tixtiequ li ngħaddu mill-ewwel għall-kummenti?", "Jidher li hawn qbil li nibdew nagħmlu l-kummenti dwar l-emendi.", "L-Onor.", "Huwa pożittiv li wieħed jinnota li kien hemm xi punti li ttieħdu in konsiderazzjoni fit-tieni draft li ovvjament hija aħjar mill-ewwel waħda.", "Però xorta waħda għad fadal oqsma li sħaqna fuqhom l-aħħar darba li jiena nixtieq li nara li jkunu emendati aktar minħabba l-importanza tagħhom u se nagħmel elenku tagħhom ħalli nħaffu l-proċess.", "L-ewwel nett hemm numru ta' stanzi li fihom qed tingħata diskrezzjoni qawwija u li tissemma fi tlett istanzi.", "Jien naħseb li jekk se ndaħħlu policy li se tkun ibbażata fuq id-diskrezzjoni, might as well ma ndaħħluha xejn.", "Għax id-diskrezzjoni li hemm – partikolarment meta l-awtorità taġixxi fi tlett istanzi – fl-opinjoni tiegħi hija wiesgħa ħafna.", "It-tieni punt huwa marbut mal-fatt li fejn qed issir riferenza f'2.1 (a) li hija marbuta mal-punt li qajjimt jiena dwar it-third party rights, qegħdin ukoll iddaħħlu termini li fl-opinjoni tiegħi se jagħtu lok kbir ta' interpretazzjoni ta' dak li \"manifestly negatively impinge on third parties\".", "Hemmhekk jiena nixtieq li jidħol ukoll il-kunċett ta' neighbours apparti t-third parties, però żgur li t-terminu \"manifestly\" ma naqbilx miegħu għax jekk inti qed timpatta lil terzi u dawn it-terzi jew neighbours għamlu r-rappreżentazzjoni tagħhom mal-awtorità, żgur li jiena ma narax raġuni għalfejn għandna nikkwalifikaw dak l-impatt fuq min joqgħod viċin dawn l-illegalitajiet.", "Ma ninsewx li hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq illegalitajiet.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed titlob li f'2.1(a) l-kelma \"manifestly\" titneħħa.", "CLAUDIO GRECH: Titneħħa u tidħol il-kelma \"neighbours\".", "THE CHAIRPERSON: Jekk trid nistgħu nbiddluha issa, imbagħad nibqgħu mexjin ħalli b'hekk naqblu fuq biċċa u mmexxu.", "CLAUDIO GRECH: Għandi punti oħrajn marbutin magħha.", "THE CHAIRPERSON: Mela lesti l-punti tiegħek, imbagħad inkomplu.", "CLAUDIO GRECH: Hemm l-issue li l-aħħar darba tkellimna dwarha fit-tul – però naħseb ma ftehemnix dwarha – fuq l-ODZ.", "L-ODZ għamlet ukoll riferenza għaliha fl-aħħar email li bagħtet Madam Chair.", "L-uniku ħaġa hija li fl-ODZ inżammew l-istess rati tal-bank guarantee, però xorta waħda qed tingħata l-fakultà li jsir dan is-sanctioning.", "Issa safejn naf jien żviluppi li saru minn Mejju 2008 'il hawn lanqas biss jistgħu japplikaw għas-sanctioning, let alone jingħata l-compliance.", "Safejn naf jien – aħfruli jekk jiena żbaljat għax f'dawn il-ftit jiem kelli nagħmel crash course tal-leġiżlazzjoni – is-sixth schedule tal-liġi tispeċifika b'mod ċar li lanqas tista' ssir application għal dak it-tip ta' sanctioning, jiġifieri jiena na nafx imbagħad kif dan jinkwadra hawnhekk.", "Għalija l-punt tal-ODZs huwa wieħed importantissimu u żgur, almenu fl-opinjoni tiegħi, m'għandux ikun trattat bl-istess mod li qed nitrattaw l-areas l-oħrajn.", "Issa li qed nagħmlu hawnhekk huwa li qegħdin nagħtu opportunità għal żvilupp li sar f'ODZ li jiġi ssanzjonat, whatever the case.", "Hawnhekk tant m'hawnx kwalifika tal-ODZ – jien deherli li l-aħħar darba konna se nikkwalifikaw b'mod sinifikanti – u tant huwa mod ġeneriku li hawnhekk huwa miftuħ għal kulħadd.", "Jien għandi domanda kbira li baqgħet tberren f'moħħi minn dakinhar, fis-sens li jekk aħna qegħdin ngħidu li din qed nagħmluha biex insibu xi forma ta' regolamentazzjoni, ma nafx għalfejn se nġiegħlu lin-nies li japplikaw li jagħmlu l-bank guarantees meta nafu li huwa inutli li japplikaw għaliex mhux se jiġu sanctioned in the first instance, partikolarment fi stanzi tal-ODZ.", "Fl-opinjoni tiegħi hemmhekk il-proċedura li hemm illum għandha tinżamm.", "Illum kulħadd jista' japplika għal sanctioning u m'għandux bżonn japplika din iċ-ċirkolari partikolari u allura aktar ma wieħed jaħseb dwar dan aktar joħroġ ċar li l-ODZ inħalluh barra minn dan it-tip ta' provision.", "Marbut ma' dan il-punt ukoll xtaqt forsi tkunu tistgħu tispjegawlna ftit x'consultations kien hemm mal-NGOs fejn tidħol partikolarment l-issue tal-ODZ, ma' min saru dawn il-consultations u jekk kienx hemm xi forma ta' consensus li tingħata din il-fakultà ukoll fl-ODZ għal dawn it-tip ta' agreements.", "Ir-raba' punt li għandi huwa marbut mal-fatt li donnu din iċ-ċirkolari qed tintuża wkoll biex tifforma l-proċedura li tiġi adottata fl-infurzar.", "Jiena naħseb li hawnhekk hawn ħafna kontenut, partikolarment f'2.1 (e) u f'2.1(j), li effettivament mhumiex materji li jolqtu biss il-każijiet li se jintlaqtu minn din iċ-ċirkolari, però huma materji li jolqtu lil kull każ ta' infurzar u allura ma nafx kemm hu għaqli li nwaqqgħuh taħt din jew ikun parti mill-mod ta' kif tagħmel l-enforcement il-MEPA, li jkun hemm guideline u proċedura ċarissima ta' kif qed tagħmel l-infurzar u dawn il-provisions ikunu japplikaw mhux għal dawn il-każijiet biss, però anke għall-mod kif il-MEPA taħdem fl-infurzar.", "Qed ngħid dan għax madwar xahar ilu jien kont għamilt domanda parlamentari fejn staqsejt dwar kif jaħdem il-proċess tal-infurzar u sfortunatament sal-lum il-Prim Ministru għadu ma rrispondinix fuq kif il-funzjoni tal-infurzar taħdem.", "U għalhekk qed ngħid li jekk għandna l-opportunità li dan il-proċess sħiħ jidħol f'guideline ta' kif il-MEPA tagħmel l-infurzar, ikun tant aħjar.", "Għax pereżempju jekk inħarsu lejn 2.1 (f) naraw li hemm il-frażi \"as per standard Protocol\" u meta ppruvajt infittex x'inhu dan il-Protocol ma sibtu mkien; minħabba li hu with a capital P ħsibtu li huwa definit x'imkien.", "Jien naħseb li jekk teżisti xi policy jew xi guideline jew xi proċedura ta' infurzar, tajjeb li kulħadd ikun jaf biha biex kulħadd jagħraf jirregola ruħu.", "Il-punt rigward il-pożizzjoni tagħna dwar il-multa, fejn naħseb li kien se jkollna problema għax setgħet tiġi mplikata minn xi żviluppatur li hija a sanctioning tool, naħseb li ttieħed għax ġiet commuted in a fee.", "Però aħna xorta waħda nemmnu li l-multa li tiġi applikata għandha tmur favur il-lokalità għax jekk kien hemm xi forma ta' żvilupp illegali, dik il-multa għandha tibbenefika minnha l-lokalità bl-istess mod kif il-lokalità tkun batiet il-konsegwenzi ta' dak l-iżvilupp.", "Il-punt li dawn it-tip ta' multi li jiġu applikati fejn hemm l-aspett ta' żvilupp illegali, imorru direttament għand il-lokalità biex ovvjament jintużaw għall-finijiet ta' improvements ta' public spaces kien issemma wkoll fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Madam Chair, dawn huma l-punti li għandi, imbagħad forsi tkun tista' tinkwadrahom fil-kuntest.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, intendi li naqbel mal-Onor.", "Il-MEPA diġà għandha policy dwar bad neighbourliness u naħseb li għandna nżommu magħha mhux indaħħlu ideat ġodda.", "Jiġifieri jien qed naħseb li minflok il-kliem \"do not manifestly negatively impinge on third parties\" indaħlu l-kliem \"do not cause bad neighbourliness\", għax hekk tkun qed tolqot in-neighbours kollha.", "Bad neighbourliness hija defined policy tal-MEPA u allura ma naħsibx li għandna noħolqu affarijiet ġodda jekk hemm diġà.", "THE CHAIRPERSON: Effett ħażin fuq il-komunità.", "CHARLES BUHAGIAR: Hekk hu.", "Jiġifieri naħseb li jekk nagħmlu \"bad neighbourliness\" inkunu qed insolvu din il-problema.", "Naqbel ukoll mal-Onor.", "Grech fejn qed jitkellem dwar proċeduri li hu qed jgħid li għandhom japplikaw għal każijiet tal-enforcement kollha.", "Jien naħseb li għandhom jibqgħu miktubin hawnhekk, imma nadottawhom għal kollox mhux għal hawnhekk biss għax jekk jagħmlu sens għal hawnhekk, jagħmlu sens għal policies oħrajn tal-enforcement.", "Jiġifieri ma naħsibx li għandna nneħħuhom minn hawnhekk, li għandna nagħmlu hu li nħalluhom fejn qegħdin, però napplikawhom across the board ladarba huma tajbin.", "Il-query li għandi fuq tal-multi hija differenti minn dak li semma l-Onor.", "Hawnhekk qed ngħidu li hemm capping ta' €1 miljun fuq il-bank guarantee. €1 miljun is a very hefty sum biex wieħed iħallasha u hawnhekk qiegħda b'tali mod li trid titħallas mill-ewwel biex iġġib il-compliance.", "Jien nixtieq li forsi wieħed jikkunsidra li up to a certain amount jitħallas mill-ewwel and the rest insibu sistema fejn jitħallsu over a period of time, ovvjament mhux three years għax three years jilħaq jgħaddi ż-żmien kollu, imma jekk pereżempju tkun trid titħallas is-somma ta' €300,000 – li ħafna nies ma jkollhomx dan l-ammont in cash – ngħidu li €100,000 titħallas mill-ewwel, imbagħad il-kumplament jitħallsu fuq perjodu ta' sitt xhur jew xi time limit ieħor.", "THE CHAIRPERSON: Però din se tintuża bħala deterrent, jiġifieri jekk se nagħmluha li tista' titħallas ftit ftit u l-MEPA żżomm id-dritt li it forfeits the amount ....", "THE CHAIRPERSON: L-iktar li nistgħu nagħmlu huwa li għallinqas titħallas nofsha u ngħidu li l-kumplament jitħallas b'tali mod u ngħidu kif mill-ewwel, biex ma jkunx hemm lok għal manuvrar.", "CHARLES BUHAGIAR: Nagħtu perjodu massimu ta' pereżempju sitt xhur.", "THE CHAIRPERSON: Jekk hawn qbil naqbdu u nistabilixxu kif se nagħmluha.", "(Interruzzjonijiet) Idealment ma jagħmlux l-infringement mill-ewwel, imma la jkun sar, sar.", "Jekk il-Kumitat jaqbel li għandna nagħmlu mod differenti kif jitħallsu li mhux mill-ewwel jitħallas il-€1 miljun, ......", "CLAUDIO GRECH: Nerġa' ngħid li din trid tinkwadra f'dak li se jiġri fil-kwestjonijiet tal-ODZ.", "Skond il-kalkoli tiegħi, €1 miljun jitla' fuq ħamest itmiem; min għandu irregolarità fuq ħamest itmiem se titlagħlu bank guarantee ta' €1 miljun.", "Jekk inti qed tgħid li għandek żvilupp illegali fuq 5,000 metru kwadru żgur li mhuwiex żvilupp żgħir meta l-concern tagħna kien prinċipalment fuq l-iżviluppi żgħar.", "Jien naħseb m'għandniex nibagħtu messaġġ li b'xi mod … Nerġa' ngħid li l-pożizzjoni tagħna hi li ma naqblux li din tiġi applikata fl-ODZs.", "Jekk id-deċiżjoni se tkun differenti, żgur li jekk issa se mmorru oltre u se ngħidu li se nagħtu payment terms … Ma rridux ninsew li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq pagament imma qed nitkellmu fuq bank guarantee.", "Minnu nnifsu, l-argument li tagħmel garanzija u taqsamha fi tnejn jew fi tlieta huwa falz għax inti tagħmel garanzija bħala deterrent għal xi forma ta' aġir li eventwalment se tagħmel.", "Mela allura dak li jkun ikun kiser il-liġijiet tal-iżvilupp – dejjem qed nitkellmu in an enormous magnitude għax nerġa' ngħid li 5,000 metru kwadru huwa magnitude kbir ħafna – u over and above il-fatt li qed nagħtuh ċans jirranġa, over and above jista' jagħmel il-garanzija bin-nifs.", "Jien naqbel ħafna mal-aħħar email li bagħtet Madam Chair fejn qalet li rridu nifhmu l-implikazzjonijiet ta' dak li qed nagħmlu.", "Meta tieqaf u taħseb tirrealizza li l-implikazzjonijiet u l-messaġġi li jistgħu jintbagħtu .… Jiena konvint li mhijiex l-intenzjoni, però l-implikazzjonijiet ta' kif jistgħu jiġu interpretati dan li qed nagħmlu hawnhekk, partikolarment meta hu evidenti li m'hemmx raġuni valida ħlief għall-każijiet żgħar, li naħseb li kieku forsi ħdimna ftit iktar u tejjibna s-sistema tas-CTBs konna nindirizzaw il-każijiet iż-żgħar.", "Jien naħseb li permezz ta' dan il-mekkaniżmu qegħdin nippruvaw nindirizzaw każijiet ħafna ikbar, fil-fatt għalhekk issemmew iċ-ċifri ta' €1 miljun.", "Jien nemmen li bħala Kumitat ma nistgħux ninjoraw l-implikazzjonijiet li dan jista' ikollu u għalhekk jien semmejt l-ewwel punt tiegħi dwar id-diskrezzjoni.", "Ħafna diskrezzjoni fl-opinjoni tiegħi jfisser li r-range li se jkollha l-awtorità ta' kif tapplika l-provisions li hawn hawnhekk se jkun wiesa' ħafna u dan l-iskrutinju kollu li qed nużaw hawnhekk will be an exercise in futility minħabba d-diskrezzjoni li se tinżamm u mhux se tkun, fl-opinjoni tiegħi, partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Fil-ħin li baqagħlna rridu nillimitaw dawk id-diskrezzjonijiet ħalli din iċ-ċirkolari titpoġġa għall-użu tal-periti u għall-użu tan-nazzjon fi stat tajjeb.", "Jekk kulħadd jagħmel is-suġġerimenti tiegħu u naqblu dwarhom, inkunu nistgħu noħorġu dokument finali li jħares lil pajjiżna.", "L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Dwar li qed jgħid l-Onor.", "Grech, l-unika ħaġa li nista' nimmaġina li tkun ODZ u tokkupa 5,000 metru kwadru hi xi barriera li tkun ġiet estiża llegalment.", "Għax ma rridux ninsew li biex japplika dan li hawn fiċ-ċirkolari jrid ikollok parti bil-permess; jekk tkun kollha mingħajr permess ma tapplikax.", "THE CHAIRPERSON: Jista' ikollok racecourse bħalma kellna f'Wied Qirda.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jekk ir-racecourse hija kollha bla permess, dan ma japplikax.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu, imma jista' ikollok parti bil-permess u parti bla permess u l-ħsara tkun saret.", "CLAUDIO GRECH: Onor. Buhagiar, jien naħseb li inti żbaljat fl-interpretazzjoni tiegħek.", "Inti jista' ikollok, almenu milli fhimt jien, żvilupp li sar, għad m'għandux permess u se jingħata l-permess fuq parti minn dak l-iżvilupp.", "LUCIANO BUSUTTIL: Kif fhimtha jien, hemm permess u min żviluppah ma żviluppahx skont il-permess u allura trid tagħmel l-agreement biex tagħmel l-affarijiet kif suppost skont il-permess.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri hemm permess u mhux żviluppat kollu skont il-permess.", "Jekk m'hemm permess xejn u tela' kollu b'mod illegali, dawn ma japplikawx.", "Tista' tiċċarahielna daqsxejn aħjar?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Il-proċedura hija li inti se tieħu compliance temporanju għal fejn huwa skont il-permess, fejn mhuwiex skont il-permess ma jistax jiġi covered, la b'din u bl-ebda mod ieħor u għalhekk fejn m'iniex qed naqbel miegħek għax dan mhuwiex xi forma ta' sanzjonar.", "Din iċ-ċirkolari mhi qed tissanzjona xejn, mhijiex bħal tas-CTB li qed tissanzjona xi ħaġa.", "Din kulma qed tagħti huwa li jekk għandek x'imkien bil-permess, tista' tingħata compliance temporanju biex dik il-parti li għandek bil-permess tista' tużaha.", "Pereżempju, kif semmejtu l-ewwel, jekk ikun hemm każ ta' barriera li parti minnha hija mingħajr permess, jien sal-lum ma nistax noħroġ compliance u allura s-servizz tad-dawl u l-ilma ma jingħatax.", "Minħabba f'hekk se jibqa' jintuża l-generator li se jkompli jniġġeż l-ambjent.", "Issa, b'din, jien nista' nagħtih is-servizz ta' compliance fuq il-generator room li hija bil-permess, nikkalkulalu l-parti li hija mingħajr permess u nagħtih l-opportunità biex jipprova jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu u jien sadanittant għandi flus biżżejjed biex jekk ma jsirx dan, inkun nista' nwaqqa'.", "THE CHAIRPERSON: U jekk ma tirregolarizzahiex għax il-biċċa l-oħra ma tkunx sanctionable, allura jaqa' kollox.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Qed nifhem sew li jekk għandi barriera bla permess u għandi l-generator room li hija bil-permess, jagħtuni l-compliance biex inħaddem .....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien għedt li jekk ikun hemm extension żgħira tal-barriera mingħajr permess.", "THE CHAIRPERSON: .… għax jien ukoll hekk bdejt nifhimha.", "CLAUDIO GRECH: Hawnhekk ma tagħmilx distinzjoni l-materjalità ta' kemm hu l-iżvilupp illegali.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li rridu nħallu daqsxejn diskrezzjoni f'idejn il-MEPA u ngħid għaliex.", "Jekk nieħdu l-każ tal-barriera, irregolarità tista' tkun jew għax kabbru iktar fil-wiesa' jew għax ħaffru aktar fil-fond, li skont il-MEPA t-tnejn huma rregolari.", "Meta tiġi għall-wisa' tal-barriera tista' tgħidlu li \"s'hawn\" jista' jħaffer, imma jekk ħaffer iktar fil-fond x'se tagħmel?", "Jiġifieri għandu jkun hemm daqsxejn ta' diskrezzjoni għax l-issues ta' planning mhumiex straight forward u ma nistgħux nagħmlu one solution which fits all.", "THE CHAIRPERSON: Skont kemm se jkun raġel – biex nuża frazi Maltija – min se jagħmel użu minn dik id-diskrezzjoni.", "L-Onor.", "LUCIANO BUSUTTIL: Nixtieq nagħmel punt speċjalment fejn tidħol enforcement u dan qed ngħidu minn każ ta' esperjenza personali ta' klijenti tiegħi.", "Kien hemm każ ta' persuna li applikat biex tiżviluppa fuq art li mhijiex tagħha u l-permess ħareġ għax ovvjament dejjem ikun hemm il-klawsola ta' save third party rights.", "Kieku l-klijent ma ndunax u m'għamilx appell biex iwaqqfu u dan beda jibni, ma kienx jista' jinfurzah għax huwa skont il-permess.", "F'dak il-każ xi jżomm lill-MEPA milli jdaħħlu proċedura li persuna li tapplika għallinqas tagħmel a proof of title tal-art li fuqha qiegħda tapplika ħalli tevita dawn iċ-ċirkostanzi?", "Għax eventwalment jirnexxilek twaqqaf lill-persuna imma tkun qed tinkorri spejjeż kbar.", "Ma naħsibx li bħalissa l-proof of title huwa requirement.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Sal-lum il-ġurnata dak li huwa rikjest hija dikjarazzjoni li inti l-owner tal-art.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma mill-persuna li qed tagħmel il-permess, jiġifieri jista' jagħmel din id-dikjarazzjoni ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Sal-lum id-deċiżjoni ta' min hu l-owner tal-art mhijiex f'idejn il-MEPA, imma f'idejn il-Qrati tagħna.", "LUCIANO BUSUTTIL: Appuntu, imma għallinqas persuna li qed tapplika ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta xi ħadd jiġbed l-attenzjoni lill-MEPA li hemm kwestjoni ta' ownership, f'dak il-każ ninnotifikaw lill-applikant u nitolbu l-proof of ownership.", "Fil-proċess ta' applikazzjoni normali, meta xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni li xi ħadd irid jikklejmja li l-art hi ta' terza persuna, f'dak il-każ aħna nitolbu li tingħata kopja tal-kuntratt tal-art in kwestjoni.", "THE CHAIRPERSON: Hawn iktar kummenti ħalli nibdew nikkonkludu?", "Issa nibdew naraw iċ-ċirkolari paragrafu paragrafu ħalli jekk għandna bżonn inbiddlu xi wording inbiddluh issa.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Rigward il-kwestjoni li qajjem l-Onor.", "Grech fuq l-ODZ, tajjeb li ngħidu li dan dejjem jiddepedendi fuq il-każ li jkun.", "Jekk hemm post li nbena mingħajr l-ebda permess f'ODZ u se jipprova japplika llum u jagħmel a full development application, se tiġi aġġudikata skont il-policies li għandna illum, jiġifieri dan mhux se jieħu l-permess.", "Imma jekk dan kellu permess biex jibni f'ODZ imma għamel xi ħaġa rregolari f'dak il-permess, għaliex m'intix qed tagħtih il-fakultà ...", "CLAUDIO GRECH: Mhux jien ma nagħtihx il-fakultà imma l-liġi ma tagħtihx.", "Is-Sixth Schedule tgħid ċar li dawk huma esklużi u ma jistgħux jiġu sanctioned, dejjem qed nitkellmu dwar dawk ta' wara Mejju 2008.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Għandek raġun, imma skont xi jkun l-infringement.", "CLAUDIO GRECH: Le, ma tagħmilx distinzjoni fuq infringements.", "CHARLES BUHAGIAR: Din tapplika anke għal ta' qabel Mejju 2008.", "L-argument tal-Onor.", "Grech huwa tajjeb u nifhem x'qed tgħid, jiġifieri wara l-2008 ma tistax tissanzjona ODZs, se mai trid twaqqa' u terġa' tibni.", "Dik hija l-liġi dwar każijiet ta' wara Mejju 2008 imma mbagħad hemm każijiet li jmorru qabel Mejju 2008.", "CLAUDIO GRECH: Jien għalhekk għedt dak li għedt.", "Minn Mejju 2008 'il hemm, jien nemmen li trid tiġi kkjarfikata li lanqas biss għandek għalfejn tilqa' applikazzjoni għax se tilqa' applikazzjoni, xi ħadd se jpoġġi garanzija bankarja meta inti taf li dik il-garanzija se teħodha biex tkun ħadthielu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemmhekk fejn ma naqbilx miegħek.", "Aħna qed noħorġu compliance għall-parti li hija legali mhux għall-parti li hija llegali.", "Jekk huwa ma jneħħix dik l-illegalità, jien ikolli l-flus biex jekk ma neħħihiex sa fi żmien tliet snin, se nneħħihilu.", "CLAUDIO GRECH: Però, bir-rispett kollu jien ma naħsibx li aħna nistgħu nikkontemplaw li naċċettaw li nagħmlu affarijiet sempliċement biex indaħħlu l-flus ħalli jkollna biex iwaqqgħulu!", "Bir-rispett kollu, dan huwa lloġiku.", "Irridu nkunu ċari ma' kulħadd u ngħidu li jekk dak li jkun għandu żvilupp, u ma tagħmilx differenza jekk għandux parti bil-permess jew le, wara Mejju 2008, dak l-iżvilupp ma tistax bil-liġi tagħna tissanzjonah.", "U aħna hawnhekk ma nistgħux b'xi mod nagħtu xi forma ta' indikazzjoni li dak jista' jiġi sanctioned, għax ma jistax fil-fatt jiġi sanctioned.", "(Interruzzjonijiet) Il-bidu ta' paragrafu 2.1 qed jgħid:", "Mela x'qed tipprova tgħid?", "Jiġifieri wara Mejju 2008, ngħidu x'ngħidu, is-sanctioning ma jistax isir, però lanqas l-applikazzjoni ma tista' tilqa'.", "MICHAEL FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Li nistgħu nagħmlu huwa li naraw jekk nistgħux nużaw kelma oħra minflok \"sanctioning\".", "Bażikament li qed ngħidu huwa li fuq perjodu ta' tliet snin dak li jkun għandu l-opportunità li jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi aċċettata – u mhijiex kwestjoni ta' sanctioning imma għax ikun hemm policies ġodda jew ikunu nbiddlu policies jew ħaġa jew oħra – huwa jkun qiegħed f'pożizzjoni li dak li kien bena llegalment, jista' jiġi aċċettat minħabba l-policy eżistenti.", "Jiġifieri forsi jkun tajjeb jekk naraw nistgħux insibu kelma aktar feliċi minflok il-kelma \"sanctioning\" għax il-kelma \"sanctioning\" tfisser li għandek xi ħaġa llegali, għadha llegali u ħallast il-multa u tajtek l-awtorizzazzjoni imma xorta għadha llegali.", "F'dan il-każ m'aħniex qegħdin nagħmlu xi ħaġa biex xi ħaġa li hija llegali, titħallas multa u ssir legali, imma li jrid isir huwa li dak li jkun irid jerġa' japplika u jekk ikun jaqa' fil-policy għax minn dakinhar li għamilha sal-lum il-policies inbiddlu – jista' jkun li l-illegalità għamiltha seba' snin, tmien snin ilu u minn dakinhar 'il hawn kienet inbidlet il-policy u allura dak li inti għamilt seba', tmien snin ilu llum m'għadux illegali – se nagħtuh l-opportunità biex fi tliet snin jara li jkollu sanctioning.", "Jien qed nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Grech u qed ngħid li bil-kelma \"sanctioning\" m'aħniex qed nifhmu li qed ngħidu li dak li jkun għamel xi ħaġa li hija llegali jista' jħallas il-multa u aħna nagħlqu għajnejna.", "Jekk ma taqax f'din il-policy allura xorta ma jiġix aċċettat, jiġifieri mhijiex kwestjoni ta' sanctioning.", "CLAUDIO GRECH: Onor. Farrugia, nifhem dak li qed tgħid, però, dak li qed tgħid m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan li hawn miktub.", "Hawn numru ta' istanzi – m'għandix kompjuter hawn għax kienu nkun nista' ngħoddhom – li jitkellmu ċarissimu.", "Diġà semmejt waħda u din hija oħra:", "Hawnhekk il-motivazzjoni ta' din iċ-ċirkolari hija li jsir is-sanctioning.", "MICHAEL FARRUGIA: Tkun kuntent jekk inneħħu l-kelma \"sanctioning\" u minflok nużaw il-kelma \"regularise\"?", "CLAUDIO GRECH: Jien ma naħsibx li dan huwa argument ta' kuntentizza imma huwa argument ta' xi rridu nagħmlu fis-sustanza.", "Jien għalija, nerġa' ngħid, fis-sustanza, l-ODZs għandna nħalluhom fil-proċess kif inhuma llum.", "Illum hemm proċess fejn jekk xi ħadd irid japplika għal sanctioning jista' japplika xorta waħda, u hemm proċess li wieħed jgħaddi minnu; xejn ma jżomm lil ħadd milli japplika.", "Li qed nagħmlu hawn huwa biss li qed nagħtu s-servizzi lill-parti li hija legali fi proġett li għandu partijiet minnu llegali.", "B'hekk qed ninkoraġġixxu li dak li jkun japplika għas-sanctioning, irrispettivament mit-tip ta' infringements li hemm fuq is-site, anke jekk kien hemm applikazzjoni li fil-proċess ta' screening intbagħtet lura.", "Hemmhekk ukoll, skont din il-policy u skont dak li ikkonfermajtu intom se jerġa' jingħata l-opportunità li … (Interruzzjonijiet) Dejjem jista' jagħmilha però l-motivazzjoni tal-policy, almenu kif fhimtha jien, hija intiża biex dawn l-eluf ta' każijiet – li kellkom iġġibu l-istatistika dwarhom però naħseb li bqajtu ma ċċirkolartuhiex - … L-aħħar darba għedtulna li hemm xi 5,000 jew 7,000 każ u jien tlabtkom statistika dwar it-tip u l-kategoriji differenti ta' enforcements li huma maqsuma fihom, però din ma ġietx iċċirkolata.", "Jiġifieri qed nagħmlu policy in a vacuum, mingħajr ma nafu s-sustanza tal-fatti x'inhuma.", "Għax kieku qed ngħidu li ODZs hawn 10, 20 jew 100 mill-5,000 jew 7,000 każ li hemm – l-aħħar darba ssemmew żewġ ċifri – … Imma ovvjament ma nafux għax m'għandniex id-data f'idejna.", "CHARLES BUHAGIAR: Illegali mhux biss dawk li għandhom enforcement notice fuqhom, jista' jkun hemm bini llegali u ma jkunx hemm enforcement fuqu.", "MICHAEL FARRUGIA: U jista' jagħti l-kas li nsiru nafu bihom attwalment meta dak li jkun jiġi biex jirregolarizza lilu nnifsu.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Ħudu paċenzja fehmuni ftit għax m'iniex qed nifhem sew.", "Jekk jien għandi kamra ta' 20 metru kwadru f'ODZ u qbadt u għamilt extension ta' 100 metru ieħor, tissiġġillali l-100 metru, toħroġli partial compliance fuq l-20 metru li kienu fuq il-permess biex jekk joħroġ il-permess imbagħad … Jien as such nifhimha li allura naqbad u nagħmel extension ta' dik il-kwalità u joħroġli partial compliance xorta.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-ewwel nett din il-policy qiegħda retro-attiva.", "TONI BEZZINA: Imma intom stess għedtu li hawn ħafna bini li lanqas biss ħareġ enforcement fuqu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, u għandna problema bihom u waħda mill-affarijiet li anke spjegajt id-darba l-oħra hija li aħna qed inqisu din bħala metodu kif niġġeranaw fondi sabiex attwalment immorru nneħħu iktar illegalitajiet li hemm hemm barra.", "MICHAEL FARRUGIA: Aħna kemm-il darba nisimgħu li għandna 'l fuq minn 70,000 post li mhumiex qed jiġu utilizzati.", "Jekk minn dawn pereżempju hemm 4,000 li huma imwaħħlin, jixtiequ jbigħuhom u ma jistgħux jagħmlu dan għax m'għandhomx compliance, imma li minħabba xi policies li ġew mibdula minn meta kienu applikaw oriġinarjament, illum jistgħu jieħdu l-permess u jiġu compliant u jkunu jistgħu jbigħuhom, allura nkunu qed intaffu parti mill-problema.", "TONI BEZZINA: Naħseb li kollha qegħdin naqblu li l-problema hawnhekk huma dawk tal-ODZ.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li post li għandu infringement żgħir m'għandekx tagħmillu sanctioning!", "Il-problema qiegħda fl-ODZ.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Segretarju Parlamentari, din iċ-ċirkolari hija preparazzjoni biex sakemm ikun hemm bidla f'ċerti policies li se jkunu jkopru ċerti każijiet li s'issa ma ingħatalhomx permess u taħt policies ġodda forsi jkunu eliġibbli għal permess?", "Għax dik tbiddel l-istampa kollha.", "Pereżempju l-liġijiet tas-sanità għandhom bżonn aġġornament għax hemm ħafna postijiet li m'għandhomx permess jew compliance għax mhumiex skont ħtiġijiet li wħud minnhom huma antikwati ħafna.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, jeżisti bini li ma nbeniex skont il-policies tal-bieraħ u qed nistennew il-policy tinbidel biex attwalment ikunu jistgħu japplikaw, imma jeżistu wkoll diversi binjiet li meta kienu nbnew kienu skont il-permess imbagħad għamlu xi ħaġa extra, li anke bil-policies eżistenti, jekk japplikaw jistgħu jieħdu l-permess.", "Wieħed irid jara kif eventwalment dawn jistgħu jibqgħu jużaw il-parti legali, tiġi siġġillata l-parti llegali, isiru l-ħlasijiet li għandhom isiru, eventwalment din tiġi compliant skont il-policy eżistenti u japplikaw għaliha u jkunu jistgħu joħorġuha fis-suq.", "Jeżistu postijiet li minħabba ċerti affarijiet li kienu għamlu rregolari, jista' jkollhom problemi meta jiġu biex japplikaw.", "Jista' jkun hemm policies oħrajn li jsiru fil-futur.", "Bħalissa qed nippruvaw li jkonna policy ġdida kull xahar f'diversi setturi.", "Hemm pereżempju policy fuq kmamar tan-nar u hemm diversi policies oħrajn li għandhom x'jaqsmu fuq ODZ, fuq is-settur tal-biedja, eċċ. Se nagħmlu wkoll il-bidla tal-policy tal-ODZ biex nibdew nippromwovu l-agri-turiżmu u naraw kif inkunu iktar speċifiċi dwar x'aħna nifhmu u lejn fejn aħna sejrin, jiġifieri għandek ħafna affarijiet li għaddej proċess dwarhom.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri t-tweġiba tiegħek hija iva, dawn it-tliet snin li qed jintalbu biex fihom ċerti postijiet li bil-policies tal-lum mhumiex sanctionable forsi se jkunu jistgħu jiġu rregolarizzati 'l quddiem għax wieħed qed jistenna li jkun hemm xi bidla ta' xi policies matul iż-żmien.", "MICHAEL FARRUGIA: Għandek policies li huma diġà eżistenti u jista' jkollok policies oħrajn li jiġu riveduti jew inkella ...", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri din iċ-ċirkolari trid tittieħed f'dak l-ispirtu għax tagħmel differenza.", "MICHAEL FARRUGIA: Eżattament.", "THE CHAIRPERSON: Dwar l-ODZ irridu naqblu jekk humiex se jkunu taħt l-umbrella tal-liġijiet li kellna s'issa jew jekk aħniex se ninkludhom ...", "MICHAEL FARRUGIA: Dwar tal-ODZ aħna se nkunu qed nersqu quddiem dan il-Kumitat, fejn eventwalment se nkunu qed niddiskutu l-bidliet kollha li qed nissuġerixxu biex minflok patafjun ta' paġni kollha policy, ikun hemm policy aktar simplifikata u ċara li ma tħalli l-ebda ekwivoċi fuq kif jiġu nterpretati ċerta partijiet.", "Imbagħad dan il-Kumitat jkun jista' jevalwa d-direzzjoni li aħna nkunu qed nissuġerixxu u eventwalment nittamaw li jkollna policy ta' madwar 36 paġna li jkun jista' jifhimha kulħadd u ma tħallix dubji jew ekwivoċi jew interpretazzjonijiet differenti tal-istess policy.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb, din iċ-ċirkolari nistgħu inqisuha bħala an interim measure biex sakemm ikun hemm policies li jirrendu aktar għall-pajjiż f'kull qasam u f'kull saff tal-iżvilupp tagħna, aħna nkunu nistgħu nibdew nittrattaw xi wħud minnhom.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħalli niċċara l-affarijiet.", "Ma jfissirx li kull min għandu xi żvilupp irregolari fl-ODZ se nkunu qed nirranġawhielu bil-policy l-ġdida.", "THE CHAIRPERSON: Dak huwa li ridt nisma' jien!", "IL-PERIT ALEXANDER BORG (Kap tad-Direttorat tal-Enforcement): Nixtieq nagħmel punt, Madam Chair.", "Jien ngħid li hemm motivazzjoni oħra.", "Jekk narawha fil-fatt on the ground kif suppost se taħdem, din hija miżura li tkun self-enforcing.", "Minflok il-MEPA tmur tinforza, dak li għandu illegalità, li għamel il-kuntratt jew l-agreement magħna, se jkun obbligat u għandu deterrent, għax għandu l-flus depożitati li jistgħu jinġibdu, biex l-irregolarità jneħħiha hu.", "THE CHAIRPERSON: Imma irid jersaq hu, m'intix se ġġiegħlu.", "Jekk hu jiddeċiedi li ma jersaqx u jħalli toqba fil-ħajt li qed iddejjaq lit-triq kollha jista' jagħmilha.", "Dik hija l-problema.", "S'issa qiegħda li jrid jersaq hu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ħa niġu f'sitwazzjonijiet fejn mhux se jibqa' jersaq hu imma awtomatikament se jkun hemm multi u affarijiet oħrajn biex awtomatikament jersqu.", "THE CHAIRPERSON: Jekk m'hawnx iktar kummenti, nistgħu naqbdu biċċa biċċa ħalli naraw jekk tridux inbiddlu xi ħaġa ħalli nkunu nistgħu nipproċedu.", "CLAUDIO GRECH: Jien nixtieq li titneħħa wkoll il-kelma \"significant\" qabel \"damage\".", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Però irridu nkunu ċari what causes bad neighbourliness.", "LUCIANO BUSUTTIL: Fil-liġi hemm definizzjoni ta' bad neighbourliness u tisgħtu timxu fuqha.", "THE CHAIRPERSON: Xorta mbagħad tidħol id-diskrezzjoni tal-bord.", "CLAUDIO GRECH: Jien l-aħħar darba speċifikajt li jekk hemm rapporti mingħand ġirien li jkunu matul iż-żmien irrappurtaw kontra xi operat marbut ma' dak is-sit, allura ma jistax jikkwalifika għal din il-policy.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma trid tara hijiex ġustifikata.", "Illum kelli każ ta' substation u t-third party li joqgħod 75 metru 'l bogħod qed joġġezzjona.", "CLAUDIO GRECH: Però, nerġa' ngħid, li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq applikazzjoni għal permess imma fuq illegalità.", "Jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħadd li qed japplika u xi ħadd ieħor biex jirrikattah qed jgħidlu li se jdaħħallu oġġezzjoni.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar xi ħadd li ħa l-permess u qed jabbuża u inti għandek on file, on record objection, qiegħda għandek, mhux se toħroġ issa.", "LUCIANO BUSUTTIL: Iva, però qegħdin nitkellmu fuq illegalità li wieħed jista' jirranġaha u li minħabba li hemm xi ħadd li għax forsi – nieħu każ estrem – għandu għalih sa minn meta kien żgħir u jagħmillu rapport ta' bad neighbourliness meta fil-fatt mhemmx oġġettivament bad neighbourliness, iżommu milli jkun jista' jibbenefika minn din il-klawsola.", "CLAUDIO GRECH: L-ewwel parti tas-sentenza tiegħek kienet li hemm żvilupp li jista' jiġi regolarizzat.", "Dik li jista' jiġi regolarizzat minn dak li smajna hawnhekk ma tapplikax.", "Mhux neċċessarjament jista' jiġi regolarizzat.", "Hawnhekk qed ngħidu anyone, jiġifieri kull min għandu illegalità, jista' japplika, minbarra dawn li hawn hawnhekk.", "LUCIANO BUSUTTIL: Appuntu, jiġifieri xi ħadd li għandu llegalità u hemm rapport ta' bad neighbourliness, anke jekk dan il-bad neighbourliness ma jeżistix, ma jistax jibbenefika.", "Jiġifieri jista' jkollok preġudizzju minħabba xi ħadd li qed jagħmel rapport u dan ir-rapport ġeneralment jittieħed fuq il-kelma.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti fuq id-definizzjoni tagħha.", "CHARLES BUHAGIAR: Bad neighbourliness toħroġ mill-policy tal-MEPA.", "Il-MEPA għandhom policy li tiddefinixxi x'inhi bad neighbourliness imbagħad l-interpretazzjoni hija fid-diskrezzjoni tal-Awtorità.", "Xtaqt nistaqsi jekk rigward din il-proċedura hux se jkun hemm bord ta' appell.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Minn kwalunkwe deċiżjoni hemm dritt ta' appell.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri jekk jien napplika skont din il-policy u l-MEPA tgħidli li ma tapplikax għalija, nista' nappella.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, inti tista' tappella minn kwalunkwe deċiżjoni.", "THE CHAIRPERSON: U fl-aħħar tat-tliet snin nista' nerġa' nappella?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, darba tista' tappella.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb, ħalli tkun ċara.", "CLAUDIO GRECH: Madam Chair, irrid nirreġistra li fuq din aħna xtaqna li bħala parti mill-illegalitajiet jiġu esklużi l-applikazzjonijiet fl-ODZ.", "For the record dik hija l-pożizzjoni tagħna.", "THE CHAIRPERSON: La naslu għaliha, naraw kif se nagħmlu l-wording tagħha.", "Ngħaddu għal 2.1.b.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dan il-paragrafu jgħid hekk:", "THE CHAIRPERSON: Ma jidhirx li hawn kummenti dwar dan il-paragrafu għalhekk nistgħu ngħaddu għal 2.1.c.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Hawnhekk l-istess, nixtieq nistaqsi fuq liema parametri se timxi l-MEPA.", "THE CHAIRPERSON: Kull bord ikollu d-diskrezzjoni tiegħu.", "CLAUDIO GRECH: Imma min se jiddeċidihom dawn?", "THE CHAIRPERSON: Jien nimmaġina li l-bord li se jinħatar biex jiddeċiedi dawn il-każijiet.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fejn ikollna dubju, bħala uffiċjali, dejjem nitilgħu quddiem il-bord.", "CLAUDIO GRECH: Imma d-domanda tiegħi mhijiex din.", "Jien qed nistaqsi min se jeżerċita d-diskrezzjoni.", "Din se tkun deċiżjoni tal-bord, jiġifieri tal-Environment and Planning Commission (EPC)?", "Ta' min se tkun id-deċiżjoni?", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nagħmlu definizzjoni ta' min se jiddeċiedi?", "Naħseb li tgħin jekk nagħmlu hekk.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nistgħu nagħmluha li għandha tkun għand il-MEPA board.", "Imbagħad il-MEPA board għandha d-diskrezzjoni tagħha.", "CLAUDIO GRECH: Qed nifhmu li dawn il-każijiet kollha se jitilgħu quddiem il-bord tal-MEPA.", "Hux hekk?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma l-MEPA għandha dritt tiddelega.", "CLAUDIO GRECH: Hawnhekk qed nitkellmu fuq min se jħaddem id-diskrezzjoni.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-MEPA tiddeċiedi.", "Jekk il-każ huwa importanti, tarah hi jew inkella tiddelga lill-EPC jew lill-uffiċjal, skond x'taħseb il-MEPA.", "CLAUDIO GRECH: Però, jekk niġu għal dak, allura m'għandna għalfejn nagħmlu xejn għax imbagħad il-MEPA tiddelega lil min jidhirlha kollox hi.", "Jiġifieri bl-argumentazzjoni tiegħek, m'hemmx għalfejn noqogħdu nagħmlu policies.", "Hemm strutturi u kumitati diversi fl-Awtorità u jien qed nistaqsi jekk huwiex wieħed minn dawn il-kumitati li se jiddeċiedi.", "Meta tidħol l-applikazzjoni skont din, biex jingħataw is-servizzi, min se jiddeċidiha?", "Ħa jiddeċidiha uffiċjal tal-MEPA jew se jkun hemm bord li se jieħu r-responsabilità għalihom.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Hemm il-bord tal-MEPA imbagħad hemm żewġ kummissjonijiet li huma bħala sub committees tal-MEPA u jiddeċiedu huma.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri se jiddeċiedu l-EPCs.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri kull applikazzjoni għal partial compliance se titla' quddiem l-EPC?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk tridu hekk!", "TONI BEZZINA: Le, jien sempliċement qed nistaqsi.", "THE CHAIRPERSON: Anzi jien naħseb li m'għandux ikun hekk għax il-bord tal-MEPA diġà hija mgħobbija ż-żejjed.", "Jekk ikun hemm bord għal tapposta u intom tiddefenixxu kif se jkun kostitwit dan il-bord issa, wieħed ikun moħħu mistrieħ li dak il-backlog enormi li se jintefa' fuq dan il-bord mhux se jtellef mix-xogħol normali tal-MEPA.", "Almenu jien hekk nifhimha.", "CLAUDIO GRECH: Irridu nifhmu li dan se jkollu implikazzjoni fuq il-permess li kien qed jiġi approvat mill-EPC jew mill-bord.", "Aħna qed ngħidu li s-servizzi se jiddeċiedi xi ħaddieħor minbarra dawn il-bordijiet li ġeneralment jiddeċiedu fuq l-issues ta' permessi.", "Jien naħseb li la hemm l-EPC jista' jiddeċiedi l-EPC għax hemm applikazzjoni ...", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Nixtieq nagħmilha ċara li każijiet ta' compliance qatt ma jmorru għand ebda bord.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma hawnhekk qed nitkellmu fuq compliance tal-parti li hija mibnija legali, mhux illegali.", "Jiġifieri l-compliance se tkun fuq il-parti legali.", "Jien nifhem il-punt tiegħek, però mhux kif qed tgħidu inti.", "Jekk nieħdu l-eżempju ta' garaxx mibni iktar għoli milli suppost – li semmejna aktar kmieni – u għandu l-bini fuqu, f'dak il-każ jekk tagħtih compliance se teffetwa l-planning policies.", "LUCIANO BUSUTTIL: Qed nitkellmu fuq żvilupp fejn għandek parti minnu li huwa legali u l-kumplament li huwa llegali, meta l-compliance certificate ħareġ, instema' l-proċess kollu quddiem il-bord tal-MEPA u ħareġ il-permess.", "Inti suppost li bnejt XYZ, għandek parti li hija XYZ imma għandek parti żgħira li mhijiex XYZ li mhijiex qiegħda fih.", "Il-compliance ħareġ fuq l-XYZ, però fuq il-parti l-oħra, biex tiġi fl-XYZ trid tagħmel ċerti xogħlijiet.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn tapplika għal permess ġdid għax il-permess ħariġlek.", "Allura lanqas hemm għalfejn jitla' bord biex jiġi deċiż għax diġà hemm deċizjoni.", "Kull ma trid tagħmel huwa li tirranġa x-xogħlijiet li hemm biex tirregolarizza ruħek biex tiġi skond id-deċiżjoni li diġà ttieħdet.", "Ma nafx jekk iniex qed nifhem tajjeb.", "MICHAEL FARRUGIA: Titla' quddiem bord jew EPC meta inti tapplika biex attwalment jiġi vverifikat jekk inti taqax within the policy within those three years, imma ladarba ersaqt 'il quddiem biex il-parti li hija skont il-permess u legali se tużaha, lill-MEPA qed tgħidilha biex tagħlaqlek il-parti li hija llegali ħalli sadanittant tieħu l-opportunità biex tipprova tirregolarizza.", "Imbagħad f'dawk it-tliet snin inti tapplika quddiem il-MEPA u quddiem l-EPC biex eventwalment ikollok il-permess maħruġ – noqgħod attent għall-kelma li nuża – fuq dik il-parti llegali.", "Jekk within those three years, il-permess ma ħariġlekx, allura inti liable biex tiġi nfurzat u jitneħħilek dak li kellek.", "TONI BEZZINA: U malli jiskadu t-tliet snin imur uffiċjal tal-MEPA jivverifika jekk dik l-irregolarità tneħħitx jew le.", "THE CHAIRPERSON: U jekk ma jneħħihiex hu l-MEPA se tuża l-garanzija bankarja biex tneħħiha hi.", "LUCIANO BUSUTTIL: Però dan f'każ li hemm parti li trid titneħħa, jiġifieri xorta trid tapplika għal permess ġdid.", "Nimmaġina li hemmhekk it-tliet snin ma japplikawx għax jekk inti għandek proċess li jdum tliet snin mill-MEPA ...", "THE CHAIRPERSON: Se jagħtuk tliet snin proprju biex tilħaq tapplika.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma jekk inti applikajt u biex ħariġlek il-permess, għal xi raġuni dam iktar minn tliet snin, se jkun liable ...?", "(Interruzzjonijiet) Anke meta jkun tort manifest tal-MEPA?", "THE CHAIRPERSON: Il-problema se tqum meta dawk il-partijiet li ma jistgħux jiġu regolarizzati, għal xi raġuni jew oħra ma tista' tagħmel xejn ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma ma tistax tħalliha hekk!", "Trid tpoġġi naqra ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Inti għandek dritt li tapplika għall-approval ...", "LUCIANO BUSUTTIL: Nifhem il-punt li jien diġà qiegħed fil-ħażin, imma jekk it-tliet snin ikunu qabżu minħabba ...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Illum jien ma nistax nirregola pereżempju t-tribunal kemm idum biex jirrevedi każ.", "LUCIANO BUSUTTIL: Iva, imma għallinqas jekk inti għandek każ quddiem tribunal …", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna għamilniha tliet snin għaliex dik hija n-norma u issa ġejna kkritikati għax għamilniha tliet snin!", "X'imkien trid taqta' linja!", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-ballun qiegħed fuq in-naħa tal-MEPA.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Grech, jekk fhimtek sewwa intom taqblu ma' kollox ħlief mal-parti fejn tidħol l-ODZ.", "Biex fil-każ immorru għal dik il-parti ...", "CLAUDIO GRECH: Jien semmejt numru ta' punti.", "THE CHAIRPERSON: X'inhuma l-punti l-oħra?", "CLAUDIO GRECH: Jekk pereżempju din ma tapplikax għas-sanctioning, allura nikkanċellaw kull fejn qed jirriferi għal sanctioning.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Xtaqt li qabel inkomplu niċċara xi punti.", "Fil-compliance certification il-każijiet qatt ma jitilgħu l-bord.", "Fil-fatt din is-sistema mhijiex xi ħaġa kompletament ġdida.", "Il-liġi tagħtik il-partial stop notice.", "Jekk għandek major project – ħalli nużaw major projects għalkemm tista' tinterpretaha għal ħafna aktar affarijiet – bħal pereżempju barriera li għandha biċċa llegali, normalment ninsistu li l-biċċa llegali ma tintużax, imma dawl u ilma fuq il-bqija nagħtu.", "Naħseb li kieku għandna l-barrieri kollha magħluqin!", "Din hija xi ħaġa li diġà qiegħda hemmhekk.", "Fejn qed nitkellmu fuq discretion, fil-fatt hija bil-maqlub.", "Jien ma nixtieqx li l-enforcement ikollha d-discretion la l-affarijiet ma jmorrux il-bord.", "F'2.1.b qed ngħidu li \"as a planning or other statutory requirement\" jiġifieri jekk pereżempju hemm farm li m'għamilx il-manure clamp li allura ngħidu li dan qed imur barra, dan mhux se naċċettawh, qed jagħmel impatt.", "Jekk min-naħa l-oħra l-planning requirement huwa pereżempju l-parking spaces, ma għamilx il-garaxx kif suppost, dak nistgħu nistennew sakemm jirranġa għax fl-aħħar mill-aħħar hija xi ħaġa li tista' titranġa.", "CLAUDIO GRECH: Inti qed tgħid li jekk l-illegalità hija a planning requirement jew requirement statutorju, int se żżomm id-diskrezzjoni li xorta tawtorizza.", "Għax irridu nkunu ċari fuqiex qegħdin nitkellmu għax hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq min se japprova kollox.", "Dak li staqsa l-Onor.", "Busuttil kien fuq każijiet ġenerali.", "Hawnhekk qed ngħidu li jekk l-aspett illegali tal-operat huwa, jew a planning requirement jew requirement bil-liġi, int se żżomm id-diskrezzjoni tiddeċidix jew le li tagħtih s-servizzi.", "Dak li qegħdin ngħidu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Li qed ngħidu huwa li jekk għandek requirement fil-liġi li kellek bżonn tagħmel xi ħaġa li ambjentalment hemm bżonn tagħmilha għax hija requirement, jiena bħala Awtorità m'iniex se nagħtik il-compliance qabel ma inti tagħmel dik ix-xi ħaġa.", "CLAUDIO GRECH: Imma hawnhekk mhux hekk qed tgħid imma qed tgħid li se żżomm id-diskrezzjoni, li hija differenti.", "Kieku mhux hekk ma kontx tgħid li se żżomm id-diskrezzjoni.", "Dak li qed tgħid naqbel miegħu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Safejn naf jien hawnhekk qed jingħad hekk:", "Jiġifieri jekk inti ma tagħmilhomx, m'iniex se nagħtik il-compliance.", "CLAUDIO GRECH: M'intix qed tgħid hekk imma qed tgħid \"will only be allowed at MEPA's discretion\".", "Għandha tkun \"will not be allowed\" u daqshekk.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Hawnhekk qed nifhem li hija fid-diskrezzjoni tal-MEPA li tgħidlek li l-parti legali tista' tużaha.", "Allura naħseb li rridu niċċaraw billi ngħidu li \"the temporary utilisation of the other legal parts within the permit\", fis-sens li d-diskrezzjoni tużaha biss fil-partijiet li huma legali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Id-diskrezzjoni dejjem irriduha fil-parti legali mhux fil-parti llegali.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Din kif inkitbet kienet li fl-enforcement l-affarijiet ma jitilgħux board biex kemm jista' jkun innaqqsu d-diskrezzjoni.", "Il-provisions kienu intenzjonati li japplikaw throughout, fejn qed ngħidu discretion qed inżommu l-leeway aħna li jekk hemm bżonn nirrifjutaw li napplikaw dawn il-provisions, jiġifieri ma nagħtux is-servizzi fuq it-temporary parts.", "Għalhekk qed nagħmlu l-exceptions fejn hemm impatt fuq l-ambjent.", "TONI BEZZINA: Allura lil min tagħtih u lil min ma tagħtihx?", "THE CHAIRPERSON: Diskrezzjoni hekk tfisser, imma trid tara l-każ kollu.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Fil-MEPA d-diskrezzjoni tintuża l-ħin kollu.", "TONI BEZZINA: Imma dak hu l-ħażin!", "THE CHAIRPERSON: Fil-MEPA tant ikun hemm każijiet varji u effetti ta' ħafna affarijiet li bilfors trid tintuża d-diskrezzjoni.", "CHARLES BUHAGIAR: Qed ninsew l-iktar ħaġa importanti f'din l-istorja, li dawn diġà qegħdin hekk meta l-proprjetà tkun maqsuma ma' terzi; terzi jistgħu japplikaw u jingħataw il-compliance filwaqt li l-owner ma jistgħux jagħtuh compliance fuq il-parti illegali.", "Jiġifieri din diġà teżisti, kulma qegħdin nagħmlu b'dan ir-regolament huwa li dak li s'issa konna nagħtu lill-terzi, se nagħtuh ukoll lill-owner li għandu dik il-proprjetà.", "Illum il-ġurnata, jekk hemm blokk appartamenti li erbgħa minnhom huma ta' terzi, dawk nagħtuhom compliance anke jekk hemm biċċa llegali.", "Li qed nagħmlu b'din huwa li jekk inzerta li l-blokka kollha hija ta' owner wieħed u l-minimu huwa tiegħu wkoll, dawk l-erbgħa li huma tiegħu nagħtuhomlu bħalma nagħtu lil ħaddieħor, jiġifieri qegħdin inneħħu d-diskriminazzjoni kontra l-owner.", "CLAUDIO GRECH: Il-problema mhijiex il-blokk ta' appartamenti.", "Il-problema hija li mhux qed ikun hemm distinzjoni fuq it-tip ta' każijiet li qed nitkellmu fuqhom.", "Li kieku kienet limitata speċifikament għal dawn it-tip ta' każijiet żgħar, ma kien ikollna problema ta' xejn u diġà għalaqniha.", "Il-problema hija li hawnhekk din tapplika għal kull forma ta' żvilupp, m'hawn esklużjoni ta' xejn.", "(Interruzzjonijiet) Imma kieku llum ma konniex se nidħlu fuq li nagħtu partial compliance, konna nħallu kollox kif inhu llum!", "THE CHAIRPERSON: Però fejn jidħlu l-ODZ, il-Ministru assigurana li se jkun hemm policies definiti li għad iridu jiġu diskussi anke f'dan il-Kumitat.", "CLAUDIO GRECH: Però llum din għandna ċerta quddiemna, ma nafux x'se tkun il-policy, jiġifieri se mai a good compromise would be li meta niġu biex nitkellmu fuq l-ODZ ta' din, la għandna ODZ policy coming up imminentement, il-provisions għal partial compliance fejn jidħol ODZ jiġi diskuss meta nkunu qegħdin niddiskutu l-ODZ policy għax hawnhekk qed nagħmlu l-karretun qabel iż-żiemel.", "Jekk verament irridu nindirizzaw dawn il-każijiet li qed isemmi l-Onor.", "Buhagiar li aħna naqblu mija fil-mija li għandna nindirizzawhom, anzi l-aħħar darba qbilna li nniżżlu l-bank guarantees mitlubin u ġiet aċċettata … Il-concern tagħna hija li din hija miftuħa wisq.", "U allura meta inti għandek din il-concern li din qed tinfetaħ daqshekk, bilfors se jkollna nipproponu – ovvjament aħna qegħdin f'minoranza – provisions li huma marbutin ma' dawn l-aspetti li nemmen li huma iżolatissimi.", "THE CHAIRPERSON: Hawn xi ħadd jixtieq jgħaddi xi kumment?", "Nerġgħu ngħaddu l-wording ta' 2.1.b?", "Is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Xtaqt ngħid ħaġa waħda.", "Hemm dawk il-każijiet li llum jistgħu japplikaw u nistgħu nirranġawlhom il-problemi tagħhom.", "Għandhom opportunità.", "Se ntellfuhielhom għal diversi xhur sakemm ikollna policies oħrajn li qed jirranġaw policies li jista' jkollhom ċertu ammont ta' difetti fihom?", "Aħna qegħdin nippruvaw nissimplifikaw il-proċeduri.", "L-ewwel nett, ma nixtieqx li jkollna proċeduri iktar ikkumplikati u burokratiċi milli diġà għandna.", "Irrid li nissimplifikaw il-proċeduri u għalhekk il-policies qegħdin nippruvaw nissimplifikawhom biex jifhimhom kulħadd.", "It-tieni, għaliex għandna nikkumplikaw u nagħmlu burokrazija fuq persuni li llum jistgħu jiġu in line u qegħdin intellfulhom din l-opportunità?", "CLAUDIO GRECH: Jekk dawn jistgħu jiġu in line, m'għandhmx bżonn din.", "Illum, jistgħu jiġu in line billi japplikaw b'mod normali u jieħdu li għandhom jieħdu.", "Jekk intom tridu tagħmlu fast tracking, m'hemm ħadd li qed joġġezzjona li jsir fast tracking ta' xi applikazzjonijiet għal sanctioning li hemm illum, dik il-proċedura teżisti, qiegħda hemmhekk.", "Hawnhekk qegħdin inżidu xi ħaġa, mhux argument ta' opportunità.", "L-unika opportunità li hawn hawnhekk hija li, min għandu illegalità se jingħata a partial compliance u se jingħata s-servizzi.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma din diġà teżisti.", "CLAUDIO GRECH: Mela għalfejn qegħdin nagħmluha?", "CHARLES BUHAGIAR: Għax qed nagħmluha għall-owners ukoll.", "S'issa teżisti għal third parties.", "Nerġa' nagħtik l-eżempju ta' blokk ta' appartamenti li f'parti minnu hemm illegalità, imma fil-kumplament tal-flats l-oħrajn li huma ta' terzi u m'hemmx illegalità, jagħtuhielhom.", "Illum, jekk dak il-blokk huwa ta' owner wieħed, ma jagħtihulux għall-ebda appartament allavolja hemm minnhom li huma legali.", "Jiġifieri li qed nagħmlu hawn huwa li qed nestendu xi ħaġa li diġà teżisti għal każijiet fejn l-owner tal-blokk kollu huwa l-istess persuna.", "CLAUDIO GRECH: Huwa l-eżempju li naqblu fuqu imma taf li mhux għal dak l-eżempju li qed nirriferu.", "THE CHAIRPERSON: Jiena li jserraħli rasi huwa li jekk hemm xi ħaġa ODZ li hija llegali totalment, din ma tgħoddx għalihom.", "Jekk hemm xi ħaġa li hija legali imma għandha parti minnha llegali, aħna qegħdin nitkellmu meta qegħdin niddiskutu din il-policy fuq il-parti legali biss, il-parti llegali għandhom it-tliet snin u jekk f'dak iż-żmien ma tilħaqx tkun sanctionable, din trid titlaq u jekk id-dipartiment sal-lum ma kellux il-mezzi biex ineħħiha, min se jkun, se jagħti l-mezzi hu stess meta se japplika biex jirregolarizza ruħu, sabiex titneħħa.", "Dik biss li lili sserraħli rasi.", "TONI BEZZINA: Jien nixtieq li xi ħadd jiggarantixxi li din li uffiċjali tal-MEPA jmorru jiċċekkjaw, se tibqa' mhux jgħaddu erbat ijiem oħra u nagħmluha li jkunu l-periti bħalma jiġri fil-compliance.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: F'din il-proċedura hija l-Awtorità li trid tmur tiċċekkja x-xogħlijiet on site.", "TONI BEZZINA: U se tkun hekk u se tibqa' hekk.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Madam Chair, nixtieq li niċċara xi ħaġa.", "Jien din komdu biha għax qegħdin nitkellmu fuq li se nħallu biċċa tintuża, il-biċċa li hija legali.", "Kieku xi ħadd ipprova jgħidli biex inħalli l-biċċa llegali tintuża, dik ma naċċettahiex.", "Però hawnhekk li qed inħallu tintuża hija l-biċċa legali, u sa ċertu żmien.", "TONI BEZZINA: Però jekk irridu nkunu reali rridu ngħidu li xorta hemm problema fuq kif se tikkontrolla l-parti li mhijiex legali.", "THE CHAIRPERSON: Imma din hija retroactive.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Meta nissiġġillaw bis-siġġilli tal-MEPA, ma tantx ibagħbsulna magħhom u terġa' hawnhekk żidt miżura oħra f'każ li jkun hemm xi ħadd li jipprova jbagħbas.", "THE CHAIRPERSON: Barra minn hekk, it is retroactive, jiġifieri jekk xi ħadd biex jagħmel użu minn din jgħid li se jaqbad u jibni għaxart ikmamar ma' biċċa legali, ma tgħoddx għax din se tkun tgħodd għal minn issa lura.", "Grech li hawn ħafna klawsoli li jistgħu jidħlu dejjem mhux għal dawn il-każijiet biss.", "Jiġifieri naħseb minn 2.1.c sa 2.1.f huma kollha applikabbli għal kull każ ta' enforcement.", "THE CHAIRPERSON: Fuq din qbilna fuq kif se nagħmlu l-wording ħalli nimxu?", "Dan il-paragrafu qed jgħid li:", "Jiġifieri s'issa jekk il-MEPA tiddeċiedi li dik il-parti tista' tibqa' tintuża, tintuża.", "LUCIANO BUSUTTIL: Naħseb li d-diskrezzjoni dejjem trid tkun hemm għax fin-nuqqas tagħha kull persuna li għandha llegalità għandha dritt għal compliance.", "Jekk tħalli l-MEPA discretion, qed tagħti ċans lill-MEPA li fl-iktar gravità tas-sitwazzjoni ma tagħtix compliance.", "THE CHAIRPERSON: Imma dejjem se titħalla fid-diskrezzjoni tal-MEPA.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jien nifhem il-preokupazzjoni tal-Onor.", "Grech imma jekk tħalli d-diskrezzjoni f'idejn il-MEPA, il-MEPA jekk tara l-gravità tas-sitwazzjoni, tista' tirrifjuta l-compliance.", "Jekk ma jkunx hemm diskrezzjoni, trid tagħtih bilfors.", "THE CHAIRPERSON: X'tissuġġerixxi bħala wording, Onor. Grech?", "CHARLES BUHAGIAR: Nista' nissuġġerixxi xi ħaġa?", "CHARLES BUHAGIAR: Biex ma tiġix miżinterpretata li qed neffettwawha għall-partijiet illegali wkoll.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Inti trid tara l-każijiet kif ikunu.", "Jista' jkun li għandek żvilupp, pereżempju, fejn fil-permess kellu biex jibni underground garage wieħed u għandu flats fuqu imma f'dak l-underground garage aħna konna tlabnih li jrid jagħmel, pereżempju, il-fire safety jew fire exits jew forsi ventilation system.", "U dan meta kien qed jibni, minflok għamel sular wieħed ta' underground garages għamel tnejn imma la għamel il-fire escapes u lanqas għamel il-ventilation system allura hemmhekk trid tkun id-diskrezzjoni tagħna jekk nistgħux inħalluh jopera dak il-garaxx jew le, dejjem dak li huwa mibni legalment, mhux is-sular żejjed.", "LUCIANO BUSUTTIL: Kieku m'hemmx din id-diskrezzjoni l-compliance trid tagħtihielu bilfors għal dik il-parti legali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għandna numru ta' każijiet, pereżempju, fejn għax kien obbligat li jħalli żewġ piedi u nofs u allura ma setax iqatta' kellu jitlef car park space u allura ġie b'shortfall tal-parking provision.", "Allura f'dak il-każ x'nagħmlu?", "THE CHAIRPESON: Nikkonkludu fuq din il-parti ħalli mmexxu.", "CLAUDIO GRECH: Stante li ndaħħlu tal-ODZ, I can live with this kif inhi, imma riżervata mal-issue tal-ODZ.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela nistgħu ngħaddu għal 2.1.c.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiġifieri l-Onor.", "Grech qed jgħid li f'ODZ, anke fuq il-parti legali, il-compliance certificate ma joħroġ qatt.", "Ma nafx jekk iniex qed nifhem tajjeb.", "CLAUDIO GRECH: Jien l-argument tiegħi huwa li, at this point, minħabba li, l-ewwel nett, hemm ODZ policy li għad trid tiġi quddiemna fil-ġimgħat li ġejjin u allura jekk hemm xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' xi forma ta' bidla fil-proċedura tal-ODZ niddiskutuha hemmhekk, u t-tieni, minħabba li din, kif inhi proposta, tidher li tista' tapplika għal kull forma ta' illegalità irrespettivament mill-materjalità tad-deviation, aħna nemmnu li għal finijiet li l-ODZ jistgħu jkunu każijiet sensittivi ħafna, m'għandhiex tapplika din il-policy għall-ODZ.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għal 2.1.c.", "THE CHAIRPERSON: Hawn kummenti?", "Jekk qed naqblu nistgħu ngħaddu għall-parti li jmiss li hija 2.1.d.", "LUCIANO BUSUTTIL: F'dan il-paragrafu qed jingħad li \"it is the owner's responsibility\" filwaqt li f'paragrafi oħrajn hemm \"the occupier\".", "Għaliex qed nitfgħu l-onus fuq l-owner meta jista' jkun hemm l-occupier?", "THE CHAIRPERSON: Dan huwa post vojt; ġie ssiġġillat, jiġifieri mhux se jkun hemm occupiers.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma trid tara occupier x'definition għandha għax jista' jkun xi ħadd li qiegħed b'kera u għandu titlu lokatizju.", "CHARLES BUHAGIAR: L-onus fuq l-owner qiegħed, jista' jkun hemm occupier imma l-onus fuq l-owner qiegħed.", "LUCIANO BUSUTTIL: L-occupier ma jfissirx li jkun qiegħed hemmhekk fiżikament, imma jista' jkollu titolu ta' pussess.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Naqbel li ndaħħluha.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien ukoll naqbel li ndaħħluha għax jekk ladarba l-parti li hija legali għandha compliance, dak li jkun jista' jkun krih lil xi ħadd.", "CHARLES BUHAGIAR: Il-garanzija min se jagħmilha?", "L-owner jew l-occupier?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Infittxu lil min jagħmilha.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jekk jagħmilha l-owner … L-onus qiegħed kollu fuq l-owner.", "TONI BEZZINA: Kif qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar, jekk l-occupier ikisser is-seal, l-owner jgħidlek li mhux hu kissru u ma tistax twaħħal lilu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk tħarsu lejn paragrafu 2.1.h issibu li legal agreement jista' jsir bejn owner/occupier.", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk tagħmel occupier jew owner, se jkollok kwestjonijiet li jispiċċaw il-Qorti li jieħdu snin sħaħ biex jiġu riżolti.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma jekk il-persuna hija l-occupier …", "MICHAEL FARRUGIA: Min għamel l-iżball ta' bini llegali kien l-owner u allura l-onus għandu jibqa' l-ħin kollu fuq l-owner.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiddependi x'titlu fiha l-ownership.", "THE CHAIRPERSON: Se nagħmluha l-owner biss?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Kellna każijiet fejn, pereżempju hemm sular imwilli lil xi ħadd u dan għandu biċċa llegali.", "F'dak il-każ l-owner kif se joqgħod jara jekk is-siġġilli humiex miksura?", "CHARLES BUHAGIAR: Dik hija problema tiegħu mhux tagħkom.", "TONI BEZZINA: Jekk ikisser is-siġġill, l-owner se jkollu jħallas l-ispejjeż.", "Din bħal maintenance ta' post.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għal 2.1.e.", "Nimmaġina li fil-preżenza tal-owner.", "Hux hekk?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, dażgur.", "TONI BEZZINA: Fil-każ fejn qed ngħidu li \"except in cases of emergency such as fire\" nistgħu ndaħħlu li kif jinqala' każ, il-MEPA tiġi avvzata mill-ewwel?", "CHARLES BUHAGIAR: Jien qed nifhem li dan jista' jiġri f'każ ta' nar f'post u biex joħorġu minnu jkissru s-siġill biex joħorġu.", "X'jagħmlu?", "Jistennew biex javżaw lill-MEPA?", "TONI BEZZINA: Jien m'iniex qed ngħid li javżaw dak il-ħin imma ġimgħa jew xahar wara javza għax dan jista' jaqbad ikisser is-siġill, imbagħad jekk jiġu tal-MEPA jgħid li kienet inqalgħet emerġenza.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Min imissli s-siġill mill-ewwel inkun irrid inkun naf, mhux tliet ijiem wara.", "Iċemplilna malli tgħaddi l-emerġenza ħalli mmorru.", "Mela nistgħu nagħmluha hekk:", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-paragrafu li jmiss li huwa 2.1.f.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Dwar dan l-Onor.", "Grech aktar kmieni kien staqsa għalfejn Protokoll with a capital P. Hemm protokoll approvat mill-MEPA b'mod uffiċjali dwar meta nistgħu noħorġu notice, meta nistgħu nagħtu ċans għal kemm żmien lil dak li jkun japplika qabel ma noħorġu notice eċċ. Jiġifieri għalhekk huwa with a capital P. Fil-kas inkunu nistgħu ngħaddulkom kopja tiegħu kif approvat u aġġornat mill-MEPA.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela nistgħu ngħaddu għal paragarafu 2.1.g.", "TONI BEZZINA: Li nagħmluha occupier naħseb li naqblu.", "CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li aħjar inbiddlu l-kelma \"sanctioning\" biex ma nagħtux l-idea li sanctioning...", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Jien kieku kont nagħmel \"regularise\".", "CLAUDIO GRECH: Fl-opinjoni tiegħi aħjar nagħmlu \"are expected to regularise their position\" u daqshekk.", "Dejjem jekk qed naqblu li l-intenzjoni mhijiex li ninkoraġixxu s-sanctioning.", "TONI BEZZINA: Jiġifieri se nikkoreġu kull fejn hemm \"owner and/or occupier\" u nagħmluha \"owner\"?", "CHARLES BUHAGIAR: F'dan il-każ le għax f'dan il-każ japplika l-occupier ukoll għax l-applikazzjoni jista' jagħmilha kemm l-owner kif ukoll l-occupier.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Ngħaddu għall-paragrafu li jmiss li huwa 2.1.h.", "TONI BEZZINA: Id-darba l-oħra konna għedna li jekk ikun se jsir xi deed dan ikun jidher.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Iva, fil-fatt dak il-line daħal wara li kellimna lill-avukati tagħna.", "CLAUDIO GRECH: Fejn hemm ir-riferenza għall-fines, kif inhi ma tagħmilx sens għax qed tgħid hekk: \"and pay any imposed sanctioning or accumultaed daily fines\".", "Kif inhi qiegħda tfisser li jew tħallas is-sanctioning fines jew inkella d-daily fines.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Fil-fatt, jekk għandek sanctioning and daily fines, bil-liġi tħallas l-ogħla waħda.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma xorta kopert, imbagħad naraw il-fines xi jkunu f'kull każ.", "(Interruzzjonijiet)", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Bl-argumenti li tajna l-ewwel, il-legal agreement ikun mal-owner mhux mal-occupier.", "Inkella kull fejn inbidlu owner/occupier, nagħmluha għal min qed jagħmel il-garanzija.", "CLAUDIO GRECH: Naħseb li għandu jkun l-applikant għax l-applikant se jibbenefika.", "CLAUDIO GRECH: Jien naħseb li din irid jerġa' jdurha avukat għax hemm ħafna terminoloġiji.", "Xalata se jkollhom l-avukati biha din!", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Però din mhijiex legal notice.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-paragrafu li jmiss li huwa 2.1.i.", "CHARLES BUHAGIAR: Hawnhekk qed nitkellmu dejjem fuq square meterage.", "F'każ ta' bidwi li dawwar għalqa b'ħajt li parti minnu mhux tas-sejjieħ, x'tieħu bħala kejl?", "L-għalqa?", "CHARLES BUHAGIAR: Imma ħu dan il-każ li qed ngħidlek jien.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Il-ħajt.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma rridu nispeċifikawha din għax nispiċċaw nieħdu l-għalqa bħala l-kejl.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Floorspace għax jekk għandek tliet sulari, nagħmluha times three.", "Jekk nagħmluha footprint tkun times one.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma rridu niċċarawha.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Din fl-aħħar mill-aħħar hija circular mhijiex legal notice.", "Jiġifieri hija kollha amministrattiva.", "TONI BEZZINA: Imma rridu nżommu quddiem għajnejna li se jkun hemm case officers u allura tkun subject to interpretation.", "I-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dawn se jarawhom nies minn direttur 'il fuq.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma jkun aħjar jekk nikkjarifikaw x'qegħdin ngħidu.", "CLAUDIO GRECH: Trid issir definizzjoni ta' floorspace constituting/comprising infringements.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-kelma \"floorspace\" diġà hija definita.", "TONI BEZZINA: Nistgħu nagħmlu kwalifika, speċi ta' glossarju żgħir għal fejn hemm dawn id-diffikultajiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Fil-kas nagħmlu floor space/area.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Ġieli nagħmlu FAQs u norbtu lil kulħadd bihom.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk se tagħmel \"floorspace/area\", area of what?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma x'imkien dejjem se teħel.", "Jekk trid tinterpreta ..…", "CLAUDIO GRECH: Once li inti se tibda tiddefinixxi, anke jekk tieħu l-eżempju tal-għalqa, jekk inti tellajt boundary wall minflok ħajt tas-sejjieħ daqs dinja, tiġix tgħidli li l-boundary wall huwa l-illegalità.", "L-illegalità f'dak il-każ hija l-għalqa.", "Il-PERIT ALEXANDER BORG: Dan l-eżempju ma naħsibx li japplika hawnhekk.", "Għax jien x'se nissiġillalu?", "Il-ħajt?", "Jekk m'hemmx x'nissiġilla ma jgħoddx.", "CLAUDIO GRECH: Jekk ġew ippjantati numru ta' siġar li mhux suppost kienu ppjantati, x'inhi l-illegalità?", "Tieħu l-area tal-għalqa.", "Mhux hekk?", "Naħseb li trid guideline bis-serjetà għalihom dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Fl-opinjoni tiegħi se niftħu ħafna loopholes biex kulħadd ikun jista' joħroġ minnha.", "Jekk se nagħmlu xi ħaġa biex inkunu għamilniha allura aħjar ma nagħmlu xejn; ma rridx inkun parti minnha jien.", "Jew se niddefinixxuha bis-serjetà .… Għax jekk dan tella' ħajt ta' sular u tiġi tgħidli li l-ħajt biss huwa llegali, bir-rispett kollu .....", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Jien naħseb li għandha titħalla kif inhi, imbagħad issir interpretazzjoni tagħha.", "Issa l-enforcement officers ikollhom id-direzzjoni kif jieħdu ċerti affarijiet.", "Li qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar naqbel miegħu, jiġifieri jekk huwa ħajt ta' għalqa li minflok bnih bis-sejjieħ bnih tal-kantun, tieħu l-area li tikkaverja dak il-ħajt.", "Imma ma naqbilx mal-Onor.", "Grech fis-sens li tgħid li hija l-għalqa kollha.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ġieli jkollna każijiet fejn jintefa' concrete fuq il-ħajt tas-sejjieħ.", "Jiġifieri se nieħdu t-toroq tal-Gvern, jiġi biex japplika għall-compliance u se ngħidlu .....?", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu għaddu għall-paragrafu li jmiss li huwa 2.1.j.", "LUCIANO BUSUTTIL: Għalkemm din hemm il-ħsieb tagħha, naħseb li hija Drakonjana, fis-sens li jista' jkun jiġri li jkun hemm xi ħadd li jien għandi għalih, jekk inkun naf li dan għandu seal, nagħmillu tampering mas-seals u nwaħħlu €12,000.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija anti-Kostituzzjonali għax jekk ma tagħtix iċ-ċans lil dak li jkun li jsemma leħnu tista' tiġi attakkata.", "Trid tagħti ċ-ċans mhux sempliċement qtajtha mill-ewwel, trid tisma' il-każ.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-fatt waħda mill-affarijiet li għamilna iktar 'il fuq hija li s-siġilli kemm jista' ikun isiru b'mod solidu.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Mill-esperjenza nista' ngħid li fil-każi li jkollna fejn għandek iktar minn persuna waħda li jistgħu jidħlu, l-ewwel nett tfajna l-onus fuq is-sid jew min qed japplika għax inkella dejjem mhux huma jkunu jgħidu, dejjem għax daħlilhom xi ħadd, u għalhekk ukoll qed ninsistu, apparti kollox, kif qal is-Sur Buttigieg li nagħmlu xi ħaġa robusta għax partition faċli jifqagħhulek u daħallek imma jekk għandu ħajt tal-kantun mhux daqshekk faċli tħottu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiddependi x'tip ta' seal ikun.", "X'inhi d-definizzjoni tas-seal?", "Il-ħajt?", "Jekk se jkun hemm xi seal, se jkun bħala siġill?", "Se jkun hemm katnazz?", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Jekk ikun hemm ħajt probabilment nisprejjaw fuqu li dak huwa s-seal tal-MEPA.", "Ikun hemm każi oħra fejn ikollna nużaw … (Interruzzjonijiet) Għax dak huwa l-iktar seal effettiv.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma għandhom dritt tal-appell.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma dak li jkun awtomatikament jeħel €12,000.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma mbagħad jista' jagħmel appell kontra tagħha.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma l-onus tal-prova hawnhekk ....", "THE CHAIRPERSON: X'se nagħmlu?", "Inħalluha barra?", "Issuġġerielna kif se nirranġaw, Onor.Busuttil.", "F'idejk, inti l-avukat!", "LUCIANO BUSUTTIL: Le, inħalluha barra ma naħsibx li nistgħu.", "Irridu nagħtu lok għal fair hearing.", "TONI BEZZINA: Jien naħseb li jekk dan marlu s-seal għandu javża lill-MEPA mill-ewwel li marlu s-seal.", "Dak l-imma ta' kollox.", "Ma jistax joqgħod jistenna biex meta tiġi l-MEPA tara s-seal jgħidilha għax inkisirlu!", "Nagħtu perjodu li fih jekk inqalgħalu xi ħaġa fis-seal javża lill-MEPA li marlu s-seal.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma kif inhi ħadd mhu se jirrapporta għax malli jirrapporta għandu multa ta' €12,000!", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Nagħmluha li jekk jagħmel self-declaration li xi ħadd bagħbaslu mas-siġilli, hemmhekk mhux ...…", "TONI BEZZINA: Bħal fil-każ tal-arloġġi tad-dawl u l-ilma, f'każ li jmurlek is-seal tavża mill-ewwel u jiġu jaraw.", "CLAUDIO GRECH: Din il-provision m'għandha x'taqsam xejn mal-motivazzjoni taċ-ċirkolari.", "Din il-provision hija kif il-MEPA tħaddem l-infurzar tagħha.", "Assolutament qed nikkumplikaw din iċ-ċirkolari meta dan huwa l-mod ta' kif tħaddem l-operat tiegħek bħala infurzar.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Naħseb li l-prinċipju kollu ta' din huwa li inti ma tkunx tista' tuża l-biċċa illegali.", "CLAUDIO GRECH: Però mhux għal din biss imma għal kollha.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Li tampering with MEPA seals huma €12,000 toħroġ minn legal notice oħra li għaddiet is-sajf li għadda.", "CLAUDIO GRECH: Hija iktar il-metodoloġija tal-infurzar milli marbuta speċifikament mal-issue tal-compliance.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ma ninsewx li din hija ċirkolari għall-periti biex anke l-periti jifhmu x'inhuma l-konsegwenzi ħalli b'hekk huma jkunu jistgħu jagħtu direzzjoni lill-klijenti tagħhom.", "CLAUDIO GRECH: Jien naqbel ma' kif inhi artikolata, però jekk toħorġu guideline jew ċirkolari oħra ta' kif intom qed toperaw l-infurzar, naħseb li anke l-periti jkunu jistgħu jedukaw direttament lill-klijenti tagħhom.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Tampering of seals għalina hija xi ħaġa serja ħafna.", "Fil-fatt din tat-€12,000 diġà qiegħda f'legal notice.", "Jekk hemm bżonn, għax forsi jkollu dritt ta' appell, jekk jinfurmana hu stess .…", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk jinfurmana naħseb li għandna nerġgħu napplikaw is-seals għas-spejjeż tiegħu, jiġifieri xorta nistgħu niċċarġjawh tal-ispejjeż.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Jien kont naħseb nagħmilha jekk jinfurmana hu, jġibilna xi tip ta' prova li m'għamilhiex hu u m'użahx ġewwa.", "Inkella jaqilgħu imbagħad jiġi jgħidlek li qalgħuhulu.", "TONI BEZZINA: Imma għandu jaqbad u javżak.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk insibuh maqlugħ aħna mingħajr ma jkun avżana, hemmhekk .…", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Xorta jista' jgħidlek li qalgħuhulu.", "TONI BEZZINA: M'hemmx dritt ta' appell.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb, nistgħu issa ngħaddu għall-paragrafu li jmiss li huwa 2.1.k.", "CLAUDIO GRECH: Madam Chairperson, il-proposta tagħna hi li dawk l-10% ma jmorrux għand il-MEPA imma jmorru għand il-kunsill lokali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Madam Chairperson, aħna nixtiequ li dawn tibqa' tirċevihom il-MEPA biex inkunu nistgħu ninfurzaw għand min ma jirregolarizzax il-pożizzjoni tiegħu.", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-kunsill lokali ma jkun sofra ebda preġudizzju f'dak il-każ.", "THE CHAIRPERSON: Jista' jkun hemm multi oħra li jkunu jistgħu jmorru għand il-kunsilli lokali.", "Illum qabel ma tapplika għal xi forma ta' żvilupp tkun diġà tajt donazzjoni lill-kunsill lokali.", "(Interruzzjonijiet) Imma parti sew minnhom imorru għand il-kunsill lokali.", "Nistgħu ngħaddu għall-paragrafu li jmiss li huwa 2.1.k.", "TONI BEZZINA: Nistgħu ndaħħlu li mhux appellabbli jew li appena jgħaddu 36 xahar ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dan huwa kuntratt.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Naħseb li qed jgħid l-Onor.", "Bezzina huwa li mhux dak li jkun jibqa' juża l-biċċa llegali.", "LUCIANO BUSUTTIL: Imma jekk kif għedt aktar qabel jien, il-MEPA damet biex toħroġ il-compliance, jekk applikajt fil-parti llegali biex ..…", "TONI BEZZINA: Aħna qed ngħidu li kif jgħaddu s-36 xahar jekk il-parti llegali ma tkunx ġibtilha l-permess, anke l-parti li hija legali se tneħħilha l-compliance.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-compliance jiġi rtirat.", "TONI BEZZINA: Għal kollox?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "CLAUDIO GRECH: Ħadtu parir legali dwar x'se jiġri meta tmur biex taqta' s-servizz tal-elettriku wara li tkunu tajtu t-temporary provision?", "Jista' jkun hemm xi ċirkostanzi li se tinżammu milli .… Għax ma rridux ninsew li għandek il-parti legali u l-parti llegali, issa aħna qed ngħidu li se jingħata l-elettriku lill-parti legali, però jekk il-parti llegali ma tiġix sanzjonata, il-proġett kollu se jiġi mneħħi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għalhekk huwa legal agreement.", "Qed niftehmu fuq a contractual obligation u allura jien u int qed naqblu għall-istess affarijiet, inti imbagaħd ma tistax tfittixni għal dak li qbilna fuqu.", "CHARLES BUHAGIAR: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li f'każijiet fejn ħarġu diġà compliance certificates f'binjiet li partijiet minnhom huma llegali imma ħarġu compliance fuq partijiet legali din mhijiex se tapplika?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Din se tapplika għal min se japplika taħt din il-proċedura.", "CHARLES BUHAGIAR: Nerġa' immur lura għall-istess eżempju li dejjem insemmi.", "Jiġifieri jekk ikun ta' different owners ma tapplikax u jekk ikun tal-istess owners tapplika.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Inkella rridu nirtiraw il-PA Circular 2/98 u nħallu din biss.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li għandha tkun waħda għal kulħadd l-istess.", "M'għandhiex tkun waħda għal applikant mod u għall-ieħor differenti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'għandix problema b'dan.", "CLAUDIO GRECH: Jekk l-owner se jkun għamel trasferimenti li se jiġri hu li f'din il-parti int mhux se tkun tista' tinfurzaha, jiġifieri se jkollok problemi kbar biex tinfurzaha.", "Għaliex jekk kien hemm illegalità, dan ittrasferixxa partijiet minnu ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hemm it-2.1.h fejn jgħid li inti trid tirreġistra bilfors mar-Reġistru Pubbliku.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jekk jitilgħu mir-riċerki.", "CLAUDIO GRECH: Jien hekk għedtilhom l-aħħar darba, li ma nafx kemm jitilgħu fir-riċerki.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Skont il-parir legali li ħadna, dawn jitilgħu.", "CLAUDIO GRECH: Però we could be misleading individwi li se jixtru proprjetà u se jispiċċaw bi problema kbira għax imbagħad se mmorru biex inwaqqgħulhom.", "Jiġifieri se mai jekk se nagħmlu legal agreement, fih indaħħlu obbligu li ma jsirux trasferimenti biex tipproteġi lil min jixtri għax inkella fl-opinjoni tiegħi we're going to shortchange people.", "LUCIANO BUSUTTIL: Tagħmillu obbligu bil-penali.", "CLAUDIO GRECH: Tkun parti mill-bank guarantee.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-konvenju diġà qiegħed hemm.", "TONI BEZZINA: Tistgħu jekk jogħġobkom tiċarawli jekk meta dak li jkun imur jagħmel kuntratt, din hijiex se titla'?", "Għax staqsejtha l-ewwel għedtuli iva u f'daqqa waħda erġajna ħloqna dubju.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Skont il-parir legali li għandha l-Awtorità, din se tidher.", "Forsi biex inserraħlek rasek, nistgħu inżidu li awtomatikament jidħol it-title transfer notice mill-Public Registry.", "CLAUDIO GRECH: Però jekk nimpedixxu t-transfer u se jkollok il-bank guarantee kontriha, dik il-bank guarantee għall-inqas tista' tuża biex tissalvagwardja d-dritt ta' min se jixtri.", "TONI BEZZINA: Jien iktar naqbel kif qed jgħid l-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jiġifieri fil-paragrafu 2.1.l qed ngħidu li se jidħol li se jobbliga ruħu li ma jittrasferixxix.", "IL-PERIT ALEXANDER BORG: Hekk hu.", "CLAUDIO GRECH: Nispera li din qed jaraha xi avukat min-naħa tagħkom.", "THE CHAIRPERSON: Hawn iktar kummenti?", "Ma jidhirx li hawn iktar kummenti, għalhekk nistgħu nagħlqu din il-laqgħa tal-lum.", "CLAUDIO GRECH: Madam Chair, fuq l-issue tal-ODZ.", "Jidher li hawn consensus fuq kollox ħlief fuq l-issue tal-ODZ li jekk nilħqu xi forma ta' ftehim dwaru, tista' tidħol fil-paragrafu 2.1.a.", "Kif nistgħu nikkwalifikaw l-ODZ hawnhekk?", "CHARLES BUHAGIAR: Nistgħu ngħidu li ma japplikax ukoll f'każ ta' scheduled sites?", "Għax jista' jkun hemm każi ta' ODZ li jkunu infringements żgħar.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Pereżempju l-Magħtab hija ODZ.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "U jista' jkollok pereżempju żewġ stables u jgħaqqduhom.", "Nagħmluha scheduled sites?", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk qed nifhem tajjeb lill-Onor.", "Grech, hu ma jixtieqx li ssir ħsara ambjentali.", "THE CHAIRPERSON: Exactly, u din naħseb naqblu fuqha lkoll.", "L-għan ta' dan l-intervent huwa li ħadd ma jrid li ssir aktar ħsara ambjentali.", "Taqblu jekk nagħmluha scheduled sites?", "LUCIANO BUSUTTIL: Il-premessa hi li jekk ħareġ permess fl-ODZ – u jien wieħed minn dawk li ngħid li m'għandu joħroġ qatt permess fuq ODZ – allura diġà hemm premessa ta' permess u allura jekk hemm legalità u wieħed jista' l-illegalità jirranġaha b'xi mod, ...", "THE CHAIRPERSON: Imma skont kemm tkun.", "LUCIANO BUSUTTIL: Jiena wieħed minn dawk li naħseb li ODZ qatt m'għandu joħroġ permess fih, imma jekk diġà ħareġ permess irridu nimxu fit-terminu ta' dak il-permess biex ma noħolqux diskriminazzjoni ma' xi ħadd li mhuwiex f'ODZ.", "THE CHAIRPERSON: Imma l-kelma \"skedat\", kif ġibdilna l-attenzjoni l-Onor.", "Claudio Grech, tfisser xi ħaġa oħra wkoll.", "Kif se nsibu kompromess għal din id-definizzjoni?", "CLAUDIO GRECH: Kompromess possibbli li nistgħu niddiskutu hu li ndaħħlu l-element ta' deviation li hemm mill-permess, fis-sens li jekk inti għandek 100 square metres permess u d-deviation fejn għandek l-illegalità hija waħda marġinali, allura aħna qed naqblu li għandha taqa' taħt din.", "Jiġifieri jekk qed ngħidu 5% deviation l-għalqa li semmejt inti, il-ħajt li semmejt inti, m'għandniex insallbu lil xi ħadd fuq il-ħajt, m'għandniex insallbu lill-bidwi fuq pump room, però jekk aħna mbagħad qed ngħidu li kellek iktar minn dan il-5%, jew iċ-ċifra li naqblu fuqha, allura mbagħad hemmhekk se tmur oltre dak li naħseb hija l-motivazzjoni.", "Għax il-motivazzjoni hawnhekk mhijiex li nissanzjonaw.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu nindirizzaw dan il-backlog li hemm u the marginal deviations li hemm.", "Però punt importanti li nemmen li għandna ndaħħlu ta' Mejju 2008 ta' schedule VI biex ma niżgwidawx lin-nies li jistgħu jittentaw iġibu sanctioning fuq żvilupp li sar f'ODZ wara Mejju 2008, jien nemmen li dak għandu jidħol għax dak huwa xi ħaġa li jekk aħna se nġiegħlu lil xi ħadd iħallas bank guarantee biex sempliċement imbagħad jeħduhielu, jien naħseb li mhijiex fair li bniedem imur iħallas bank guarantee għax ikollu xi forma ta' tama li b'xi mod dan jista' ....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Mela allura l-aħjar hu li ndaħħlu schedule VI kif inhu stabbilit fil-liġi u hekk inkopru l-affarijiet kollha.", "THE CHAIRPERSON: Naqblu fuq hekk?", "IL-PERIT ALEXENDER BORG: Però xorta hemm tal-garigue.", "THE CHAIRPERSON: Dik ħaġa oħra, dik ħalliha.", "Qed neħodha li qbilna fuq kollox.", "THE CHAIRPERSON: Le le, aħna għalhekk qegħdin hawnhekk.", "Jiena nixtieq li jkollna consensus fuq kollox.", "CLAUDIO GRECH: Ħu paċenzja bija għax dan huwa punt importantissimu.", "Schedule VI tħares biss lejn Mejju 2008 'il quddiem.", "Li ġara qabel Mejju 2008 mhuwiex ix-schedule.", "Jien li qed ngħid hu li għall-provisions ta' qabel Mejju 2008 ikun hemm l-argument tad-deviation.", "Jekk l-infringement huwa ta' ċerta magnitude relatat mad-daqs tas-site, hemmhekk irid ikollna safeguard li din ma tapplikax.", "Dak huwa l-ispirtu li intom ġejtu biha fil-policy.", "IL-PERIT VINCENT CASSAR: Imma ma tridx tagħti lanqas lok li jekk tkun qiegħed below that …", "THE CHAIRPERSON: … tista' tagħmel li trid.", "Il-PERIT VINCENT CASSAR: Mhux tagħmel li trid biss imma kważi kważi qed torbot lill-bord li jagħti l-permess.", "THE CHAIRPERSON: Tiddependi fuq kif nagħmlu l-wording.", "CHARLES BUHAGIAR: Xi kultant 5% deviation tagħmel ħafna aktar ħsara minn 50% deviation għax jiddependi xi tkun.", "CLAUDIO GRECH: Fl-opinjoni tiegħi din għandha tibqa' barra.", "Jekk se tillimita għal 5%, jekk kellek ħsara li kienet up to 100% .… Kif qiegħda llum anke jekk għandek 90% jew 95% of the site xorta se tapplika għaliha.", "THE CHAIRPERSON: Jien naħseb li din għandna nħalluha għad-diskrezzjoni tal-bord għax trid tkun xi ħaġa li min għandu kuxjenza fuq il-bord, ikun kapaċi jieħu deċiżjoni fuqha.", "Indaħħlu ta' schedule VI which is very important u din li qed jgħid l-Onor.", "Grech trid tissemma ċara u tonda li ċerti infringements li qegħdin jagħmlu impatt negattiv jew ħsara irriversibbli ma jikkwalifikawx biex ikunu jistgħu jużaw din is-sistema li qed nippromwovu.", "Jekk nagħmlu hekk taħseb li naslu x'imkien, Onor. Grech?", "Nixtieq li jkun hawn consensus.", "CLAUDIO GRECH: Li qed ngħidu hu li mhu se jinbidel xejn, jiġifieri għall-ODZ infringement ta' 95% jiġi kkontemplat li jingħata l-compliance.", "THE CHAIRPERSON: Dawn kollha se jkunu ta' diskussjoni ta' bord li hemm rappreżentanza ta' kulħadd.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma xi kultant ikun hemm anke 5% infringement u jagħmel ħsara, jiġifieri skont xi jkun infringement.", "Fl-ODZ xi kultant, ftit żgħira tagħmel ħafna iktar ħsara minn biċċa kbira.", "THE CHAIRPERSON: Tista' pereżempju tkisser biċċa minn xi ħaġa u tkun 1% infringement imma xorta tagħmel ħsara irriversibbli.", "CLAUDIO GRECH: Imma hawnhekk qed ngħidu l-biċċa kollha, jiġifieri m'aħniex qed nippruvaw nillimitaw.", "Inti trid dejjem tipprova tillimita.", "THE CHAIRPERSON: Imma naħseb li trid tħalliha diskrezzjonali għax kif diġà għedt jistgħu jkunu jkissru biċċa fil-ħajt li tkun tammonta għal 0.5% tas-site imma ssir irriversible damage.", "CHARLES BUHAGIAR: Tkun pereżempju xi ħaġa arkeoloġika.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Grech, issuġġerixxi wording u nippruvaw naqblu fuqu.", "CLAUDIO GRECH: Jien għalhekk qed ngħid li l-ODZ għandha titħalla barra kompletament, imbagħad narawha meta l-Ministru jġib il-policy tal-ODZ.", "THE CHAIRPERSON: Imma aħna nistgħu nagħtu clear guidelines issa li mbagħad 'il quddiem se jiġu iktar iċċarati bil-policies li ġejjin, biex għallinqas jekk hemm xi infringements li jistgħu jiġu regolarizzati li n-natura tagħhom jekk jitħallew qed tkerrah l-ambjent u dawn nistgħu nirranġawhom, inkunu nistgħu nirranġawhom.", "Dak il-punt biss jikkonvinċini biex nagħmlu dawn il-limitazzjonijiet.", "Barra minn hekk din hija biss ċirkolari lanqas ma hija legal notice għax il-policy għad trid issir fuq l-ODZ u l-MEPA assigurawna li din il-policy se tiġi diskussa hawnhekk, mhux se jmorru biha fil-Parlament.", "Nissuġġerixxu wording ħalli nagħlqu?", "CLAUDIO GRECH: Il-concern tiegħi elenkajtu u pproponejt a compromise solution on the extent of deviation, iktar minn hekk ma nistax nagħmel.", "(Interruzzjonijiet) Però biex naslu għall-kunsens irridu nżidu biċċa oħra.", "(Interruzzjonijiet) Yes, suggest it in architectural terms, in your professional terms.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk se nidħlu fuq deviations, .....", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien kieku nħalliha kif inhi f'schedule VI għax hemmhekk hija ċara.", "THE CHAIRPERSON: Inħallu schedule VI u nimxu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għax wara kollox qegħdin nitkellmu fuq parti li hija legali mhux fuq parti illegali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma dan mhux qed jindirizza l-illegalitajiet, dan qed jindirizza l-compliances fuq dawk il-partijiet li huma legali mhux fuq partijiet illegali.", "Compliance huwa fuq parti legali, jiġifieri hemm differenza skjetta.", "THE CHAIRPERSON: Jiena nifhmek, imma tista' tkun inċentiva li jekk wieħed jirranġa l-affarijiet tiegħu u noħorġu l-pożittiv minnha din iċ-ċirkolari, ikun aħjar.", "CHARLES BUHAGIAR: In any case, within 36 months trid tneħħihom l-illegalitajiet.", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu, trid tneħħihom kollha.", "Mela se nħallu schedule VI u nieqfu hemmhekk?", "Jidher li hekk hu.", "Jiena xtaqt li din tgħaddi b'consensus, imma jkollna ngħaddu għall-vot.", "Il-mistoqsija hi fuq l-aħħar emenda li hija għal 2.1.a għax fuq l-oħrajn jidher li hemm qbil.", "L-emenda għaddiet.", "Jien se nirrapporta lill-Parlament b'dak li ġara fil-Kumitat.", "Fid-8:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130716_004d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2013.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:43 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Onor.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3 li saret fl-10 ta' Lulju, 2013 kienu konfermati.", "APPROVAZZJONI TAL-MEPA CIRCULAR 01/13 KIF EMENDATA BIS-SUĠĠERIMENTI TAL-KUMITAT", "Il-Perit Vincent Cassar, is-Sur Johann Buttigieg u l-Perit Alexander Borg, Chairman, Chief Executive Officer u Direttur tal-Enforcement tal-MEPA rispettivament, ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Kopja taċ-ċirkolari kif emendata mill-uffiċjali tal-MEPA wara d-diskussjoni li saret fl-aħħar laqgħa, kienet diġà ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kumitat.", "Wara li l-Membri tal-Kumitat għamlu l-interventi tagħhom u esprimew il-veduti tagħhom dwar iċ-ċirkolari kif emendata kien deċiż li ċ-ċirkolari tkompli tiġi emendata kif ġej:", "\"A\" Fil-paragarfu 2.1 (a) il-kelma \"significant\" kellha tiġi mħassra.", "\"C\" Fil-paragarfu 2.1 (a) wara l-kliem \"bad neighbourliness\" li kellhom jidħlu bl-emenda \"B\" kellhom jidħlu l-kliem \"and do not qualify under schedule 6 of Act 10 of 2010\".", "\"D\" Fil-paragrafu 2.1 (b) minflok il-kliem \"the other parts\" għandhom jidħlu l-kliem \"the legal parts\".", "\"I\" Fil-paragrafu 2.1 (h) minflok il-kliem \"imposed sanctioning or accumulated daily fines (where applicable) għandhom jidħlu l-kliem \"fines due\".", "\"J\" Fil-paragrafu 2.1 (i) minflok il-kliem \"floorspace constituting/comprising infringements\" għandhom jidħlu l-kliem \"floorspace/surface area of the illegality\".", "\"K\" Fil-paragrafu 2.1 (k) minflok il-kliem \"imposed sanctioning or accumulated daily fines\" għandhom jidħlu l-kliem \"fines due\".", "\"M\" Fil-partijiet kollha taċ-ċirkolari, kull fejn hemm il-kliem \"owner and/or occupier\" għandha tidħol il-kelma \"applicant\".", "Il-proposta tal-Onor.", "Claudio Grech li l-10% tal-garanzija bankarja li hemm imsemmija fil-paragrafu 2.1. (k) imorru għand il-kunsilli lokali minflok għand il-MEPA ma ġietx maqbula mill-Kumitat.", "L-emendi kollha kienu maqbula b'mod unanimu mill-Kumitat ħlief għal emenda \"C\" li għaddiet bi tliet voti favur u tnejn kontra.", "Fid-8:51 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20130716_004m_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 6", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 05 li saret nhar l-Erbgħa 03 ta' Lulju 2013 ma ġewx konfermati.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "AFFARIJIET OĦRA", "Dr Yana Mintoff Bland ippreżentat lill-Kumitat ir-rapport intitolat \"Ningħaqdu kontra l-Faqar: Konsultazzjonijiet għall-Pjan Strateġiku Nazzjonali 2014-2024\" .", "Dr Mintoff Bland tat spjegazzjoni fuq ix-xogħol u r-riċerka li qiegħda ssir fuq dan is-suġġett u talbet li tisma' s-suġġerimenti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali qabel dan ir-rapport jitressaq quddiem il-Kabinett.", "Il-Membri tal-Kumitat qablu li jerġgħu jagħmlu laqgħa qabel Settembru sabiex jiddiskutu dan ir-rapport u sabiex jagħtu s-suġġerimenti tagħhom.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "DISKUSSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA", "Miss Elaine Compagno mill-NGO SOAR (Domestic Violence Support and Advocacy Group) ressqet preżentazzjoni dwar l-esperjenzi ta' nies differenti li għaddew mill-vjolenza domestika.", "Fost affarijiet oħra semmiet il-problemi li jiltaqgħu magħhom dawn il-vittmi meta jkollhom x'jaqsmu ma' istituzzjonijiet governattivi u oħrajn biex jingħataw l-għajnuna li jkollhom bżonn.", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri informat lill-Miss Elaine Compagno li l-Kumitat huwa interessat li jisma' personalment lill-vittmi u li jekk ikun hemm xi vittmi li jixtiequ jitkellmu mal-Kumitat, tkun tista' ssir laqgħha apposta magħhom.", "Fl-aħħarnett iċ-Chairperson fakkret lill-Membri li għada, l-Erbgħa, 17 ta' Lulju kienet se ssir laqgħa informali mal-vittmi residenti fid-Dar Qalb ta' Ġesu.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.50 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130716_006m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Awwissu 2013 fis-1.00p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar Il-Ġimgħa, 9 ta' Awwissu 2013 fis-1.00p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "8 ta' Awwissu 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130809_007a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 7", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Awwissu 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 7", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Awwissu 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1.39 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 6 li saret it-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2013 ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ngħaddu għax-xogħol tal-Kamra li qed jiġi mfassal biex jista' jkun diskuss.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Dak sa nhar it-Tlieta.", "Hemm ukoll il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "L-ewwel punt: nissuġġerixxu li jingħataw żewġ laqgħat biex wieħed jiddiskuti l-proċedura dwar ix-xhieda li se jtellgħu ż-żewġ naħat; allura se jkun hemm bżonn iktar minn laqgħa waħda.", "It-tieni punt: qed nissuġġerixxu wkoll illi kull min se jittella' bħala xhud ma jifformax parti mill-Kumitat u nagħtu ċans biex kull min hu interessat ikollu ħin biżżejjed biex jipprepara.", "Allura qed nissuġġerixxu biex l-ewwel laqgħa uffiċjali ma tkunx iktar tard mill-ġimgħa li tibda fis-26 ta' Awwissu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Min-naħa tagħna nafu li hawn il-laqgħa li se ssir fit-13 tax-xahar, jiġifieri nhar it-Tlieta.", "M'għandix dubju li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi għandu l-interess kollu biex jagħmel il-laqgħat kemm jista' ikun malajr, ovvjament bil-ħin neċessarju biex isir l-eżami tax-xhieda, eċċ. Jiena ma jidhirlix li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandu jirrestrinġi jekk għandhomx isiru żewġ laqgħat, tlieta jew laqgħa waħda.", "Jiġifieri ġeneralment ikun il-Kumitat stess li jirregola l-proċedura u n-numru ta' laqgħat tiegħu.", "Jiena kont nimmaġina li fl-ewwel laqgħa preliminari li se ssir fit-13 ta' Awwissu, il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi stess, jiġifieri l-membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni bejniethom, jara kemm hemm bżonn xhieda, imbagħad skont l-ammont ta' xhieda jiddeċiedu kemm għandhom bżonn laqgħat.", "Ma naħsibx li għandha tkun il-funzjoni tagħna bħala Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex nillimitaw in-numru ta' laqgħat.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, jekk għandek l-Ordnijiet Permanenti, sib l-artikolu 120(ċ), paragrafu (b) fejn jingħad li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandu s-setgħa li apparti jqassam ix-xogħol, eċċ., jiddeċiedi l-għadd ta' seduti li għandhom jiġu allokati għad-diskussjoni fuq abbozz ta' liġi minn kumitat permanenti, ċjoè jalloka xogħol għal kull seduta għall-Kumitat Permanenti.", "Sakemm ikun hemm ftehim, kif qed tgħid inti, il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra m'għandux għalfejn jalloka hu; imbagħad dan il-Kumitat irid jirregola x-xogħol, jekk ikun hemm il-ftehim ovvjament.", "LOUIS GRECH: Aħna m'għandniex problema nħallu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jiddeċiedi n-numru ta' laqgħat u anke l-proċedura.", "Però, l-importanti għalina hu li fil-ġimgħa tas-26 ta' Awwissu jibdew il-proċeduri proprji, jiġifieri l-groundwork kollu jkun lest sa dak iż-żmien.", "Ejja ngħidu niffissaw data li nibdew fil-ġimgħa li tibda fis-26 ta' Awwissu.", "MARIO DE MARCO: Kważi kważi 'mhux aktar tard minn'.", "LOUIS GRECH: Imma ejja nagħmluha fis-26, għax għandek tagħti ċans lil kulħadd.", "MR SPEAKER: Onor. Grech, il-cut off date hija 26.", "LOUIS GRECH: Aħna qed ngħidu li jekk wieħed jara l-affarijiet li hemm bżonn isiru, wieħed jinduna li għandek bżonn ġimagħtejn jew tliet ġimgħat mil-lum, allura wieħed jista' jikkalkula li l-ġimgħa li tibda fis-26 ta' Awwissu tkun data tajba.", "MARIO DE MARCO: Nerġa' ngħid, ma naħsibx li għandna nkunu aħna, għax fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, li niddeċiedu għall-membri li jikkomponu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li ngħidulhom li għandhom jiltaqgħu fil-ġimgħa tas-26 għaliex jekk il-membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jidhrilhom li jistgħu jiltaqgħu qabel is-26, naħseb għandhom ikollhom il-libertà assoluta li jiltaqgħu qabel.", "Jiġifieri se mai li għandna bżonn nagħmlu huwa", "li forsi nagħmlulhom appell biex jagħlqu", "l-laqgħat mhux aktar tard mill-ġimgħa li tibda fis-26 ta' Awwissu, però jekk il-membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jidhrilhom li jistgħu jiltaqgħu qabel is-26, ma naħsibx li għandna nxekkluhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett id-Deputat Prim Ministru bl-ebda mod mhu qed jirrestrinġi n-numru ta' laqgħat, biex nagħmluha ċara.", "It-tieni punt huwa li għandek żewġ stadji li fihom il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiddiskuti din l-issue: l-ewwel stadju huwa li jistabbilixxi l-proċedura.", "Fil-fatt għandna e-mail mingħand iċ-Chairman fejn qed jgħid x'inhi l-aġenda għall-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar it-Tlieta.", "Naħseb ilkoll nistgħu nassumu – anke kif fil-fatt assuma d-Deputat Prim Ministru – li jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' laqgħa oħra ta' dan l-istess Kumitat, biex pereżempju wieħed jiffinalizza l-lista tax-xhieda.", "Ejja ngħidu ż-żewġ partijiet se jmorru bil-listi tagħhom; jista' jkun hemm forsi opinjonijiet differenti u l-Kumitat irid jiddiskuti u forsi jieqaf ftit; jekk hux ġurnata jew tnejn jaraw huma.", "U allura dak kien il-ħsieb li esprima d-Deputat Prim Ministru meta qal li jaħseb li jista' ikun hemm laqgħa oħra fejn tirregola l-proċedura.", "Naturalment il-Kumitat għandu jirregola lilu nnifsu, għalkemm l-Ordnijiet Permanenti jagħtu is-setgħa wkoll lil dan il-Kumitat li jirregola lil kull kumitat permanenti ieħor.", "Jiġifieri s-setgħa qiegħda hemmhekk, nistgħu nużawha, nistgħu ma nużawhiex.", "Naħseb l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm qbil, anke jekk il-qbil isir hawnhekk ikun hemm qbil, jiġifieri aħseb u ara jekk isir hemmhekk.", "Dak huwa l-ewwel punt dwar il-proċedura.", "Imbagħad għandek il-kumplament tal-laqgħa li se tiffoka fuq il-kontenut tar-rapport fih innifsu.", "Allura naħseb li wara li tiġi maqbula l-proċedura mill-membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, imbagħad se jmorru fuq is-sustanza tar-rapport fejn hemmhekk jitilgħu x-xhieda u jaraw huma kif se jaħdmu.", "Jien naħseb bejn meta tiġi stabbilita u maqbula l-proċedura għal meta effettivament tibda l-ewwel laqgħa – għax naħseb ikun hemm laqgħa oħra sussegwenti – forsi jkun hemm bżonn ta' ftit jiem – u allura dan jistgħu jiddeċiduh anke l-Kumitst dwar il-Konetijiet Pubbliċi stess – ta' preparazzjoni biex imbagħad jibdew fuq il-kontenut.", "U allura l-ħsieb li esprima d-Deputat Prim Ministru li għall-inqas il-mira tkun li fil-ġimgħa li tibda fis-26 jibdew fuq il-kontenut, jiġifieri jkun lest il-perijodu ta' diskussjoni fuq il-proċedura u forsi l-listi jkunu maqbula, eċċ., imbagħad ikun hemm perijodu żgħir ta' preparazzjoni.", "Imma l-mira hi li għall-inqas week beginning 26th, dak li kien esprima ....", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sakemm il-week 26th hija biss indikattiva, ..… Il-punt tiegħi huwa dan: jekk il-membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jidhrilhom li jistgħu u b'osservazzjoni tar-regolamenti ta' kemm għandek bżonn ġranet biex tħarrek xhud, eċċ. jiltaqgħu qabel, jien inħalli lilhom jiddeċiedu.", "Qed ngħidu l-istess ħaġa.", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li hemm wisq differenza.", "Qed ngħidu biss li aħna qed nagħtu linji gwida x'jidhrilna.", "Aħna qed ngħidu li fl-ewwel parti wieħed irid jipprepara u jara liema se jkunu x-xhieda neċessarji u l-affarijiet amministrattivi, imbagħad tgħaddi għall-kontenut.", "U aħna qed ngħidu li l-kontenut irid jibda u jitlesta.", "MARIO DE MARCO: Però bil-caveat li jekk jiddeċiedu li jridu jiltaqgħu qabel, jistgħu jiltaqgħu qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Grech qed jgħid li l-problema iktar milli l-membri tal-Kumitat, li se jmorru hemmhekk u se jisimgħu, tkun għal min irid jipprepara bħala xhud.", "MR SPEAKER: Sempliċement biex nagħmel osservazzjoni għax issemmew ix-xhieda.", "Kif tafu intom, diġà kien hawn guidelines dwar ix-xhieda li jiġu msejħa quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li kienu saru f'Ottubru 2011 wara li ġew diskussi fit-tul minn dan il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Hemm referenza għal-liġi nnifisha, il-Kap.", "9, il-Kap.", "12 u l-Kap.", "16 tal-Liġijiet ta' Malta u hemm referenza għal-liġijiet oħra konnessi, inkluż ukoll diversi rulings li kien ta l-iSpeaker ta' dak iż-żmien Michael Frendo, u ovvjament inkluż referenza għall-Erskine May fuq dan il-punt, jiġifieri dwar kif għandha titmexxa l-proċedura ta' tressiq ta' xhieda quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, eċċ. Nifhem li kulħadd għandu kopja tagħhom.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Xtaqt ngħaddi għat-tieni punt li qajjem id-Deputat Prim Ministru dwar membri tal-Kumitat li jistgħu jkunu xhieda.", "Jekk m'iniex sejjer żball, f'intervent li għamel f'kumment li ta l-Prim Ministru lill-mezzi tax-xandir, huwa ssuġġerixxa – naħseb b'mod speċifiku – li kemm l-Onor.", "Tonio Fenech kif ukoll il-Ministru Konrad Mizzi ma jifformawx parti mill-Kumitat minħabba l-potenzjal li huma jistgħu jintalbu jagħtu x-xhieda quddiem il-Kumitat.", "Aħna min-naħa tagħna m'għandna assolutament xejn kontra, kif jien kont tajt kummenti lill-mezzi tax-xandir fl-istess ġurnata, fejn għidt li nilqgħu dan is-suġġeriment b'ġieħ ukoll lejn it-trasparenza u l-proċedura tal-Kumitat.", "Jiġifieri m'għandniex diffikultà li kemm il-Ministru Konrad Mizzi kif ukoll l-Onor.", "Tonio Fenech jiġu sostitwiti billi hemm potenzjal li dawn jittellgħu bħala xhieda quddiem l-istess Kumitat.", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li hemm wisq differenza, lanqas bejn il-pożizzjonijiet tagħna.", "L-unika ħaġa li minflok insemmu l-ismijiet individwali, ngħidu li kull min se jkun xhud m'għandux jifforma parti mill-Kumitat; m'għandux sempliċement jissemma' individwu jew ieħor, però ngħidu li kull min se jkun xhud għandu jiġi eskluż awtomatikament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jiena semmejt individwi għaliex issemmew mill-Prim Ministru, jiġifieri ma ħadtx il-libertà jiena li nsemmi l-isem tal-Onor.", "Tonio Fenech u tal-Ministru Konrad Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: B'żieda ma' dak li qal l-Onor. de Marco, aħna nafu li meta nibdlu membru ta' kumitat bħalma hu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, meta jkollna seduta normali nirreferu lejk, Mr Speaker, u inti fil-plenarja tagħmel it-tibdil, pereżempju l-Onor.", "Tonio Fenech se jiġi mibdul mill-Onor.", "F'każ li llum il-Parlament, kif nafu, huwa wieqaf bil-vaganzi tas-sajf, xi proċedura se nużaw?", "Se nagħmlu proċedura fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, allura kif qed jgħid l-Onor. de Marco ngħidu dawn huma l-persuni li se jinbidlu, u noffru s-soluzzjoni?", "Ħalli nirrispondik b'mod immedjat.", "Qed tagħmel sew li qed tqajjimha għaliex fil-fatt kont qed naraha ġejja din il-problema.", "Meta l-plenarja tkun in recess kemm tinformaw lili jew lill-Iskrivan tal-Kamra, dik hija l-proċedura; ovvjament jekk ma ssibux lili, issibu lill-Iskrivan tal-Kamra, imbagħad hekk ikun hemm is-sostituzzjoni.", "DAVID AGIUS: Anke f'każ fejn hemm laqgħa li se ssir f'ġurnata partikolari u xi ħadd ikun ma jiflaħx, jew xi ħadd li għandu bżonn jiġi mibdul, mhux qed nitkellmu biss speċifikament għal dawn iż-żewġ persuni li semmejna.", "MR SPEAKER: Biex nagħlaq il-punt li qajjem l-Onor. de Marco – li semma' l-Prim Ministru u li semmejt inti – anke kieku ma tkellimx il-Prim Ministru, il-proċedura qiegħda ċara li meta jkollok membru fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li se jkollu interess ta' xhieda – qed niċċita l-Erskine May, biex inkunu korretti, l-aħħar edizzjoni, paġna 808 u 809 – hu stess irid '… stand aside from the committee proceedings relating to it', jiġifieri kemm jekk ikun chairman, jekk ikun membru, eċċ. Se nikkwota mill-Erskine May fejn jingħad hekk:", "Din hija l-proċedura li baqgħet tiġi segwita anke b'deċiżjoni tal-10 ta' Frar 2004.", "Hawn il-ftehim li se jkun hawn il-laqgħa fit-13.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Il-laqgħa ta' nhar it-Tlieta qed nifhmu li se tkun ippreseduta mill-Onor.", "Tonio Fenech għax għadha se tibda l-proċedura.", "MR SPEAKER: Bilfors trid tiġi hawnhekk.", "CARMELO ABELA: Biex nagħmlu ċara, nhar it-Tlieta s-seduta tista' tkun ippreseduta mill-Onor.", "MARIO DE MARCO: U tista' tkun ukoll ippreseduta minn ħaddieħor.", "Jiġi sostitwit l-Onor.", "CARMELO ABELA: Naturalment qed ngħidu li fl-ewwel laqgħa li se tiġi diskussa l-proċedura, fejn se jiġu ppreżentati l-listi u affarijiet oħrajn.", "Qed inqajmu dan il-punt biex inkunu ċari anke f'dan il-Kumitat.", "CARMELO ABELA: Le m'hemmx problema li jkun qed jippresjediha hu.", "MR SPEAKER: L-ewwel waħda jrid jibdiha hu, imbagħad hu jrid jiddikjara l-interessi u tiskatta minn hemmhekk.", "Imbagħad jekk ikun hemm tibdil fl-ismijiet, inkluż iċ-chairman, informaw lili jew lill-Iskrivan tal-Kamra dwar min se jippresjedi.", "Dak huwa l-ftehim u nifhem li diġà ftehemna fuqha din.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Però nixtiequ nirriżervaw il-fakultà li jista' jkun li ċ-chairperson, jiġifieri l-Onor.", "MR SPEAKER: Kemm-il darba hemm dak il-ftehim, sempliċement ikun hemm ftehim bejn il-partijiet.", "MARIO DE MARCO: Nistgħu nibdluh minn issa.", "MR SPEAKER: Jekk hemm dak il-ftehim li se jkun diġà sostitwit iċ-chairman, no problem, hemm il-ftehim u tinformawna.", "CARMELO ABELA: Qiegħed inqajjima għall-fatt li minħabba li anke l-iSpeaker ikkwota u ta d-direzzjoni fuq hekk, ngħid li għall-ewwel laqgħa m'hemmx diffikultà li jkun proprju l-Onor.", "Tonio Fenech minħabba li qed nitkellmu fuq proċedura u li se jiġu ppreżentati .… Li semmejt hu li għal nhar it-Tlieta .....", "MR SPEAKER: Mhux importanti li jkun hemm is-sostitut, però jekk ikun hemm ftehim qabel ...", "MARIO DE MARCO: Jekk nhar it-Tlieta jiltaqgħu u jiddeċiedu tliet seduti u jiddeċiedu li l-ewwel seduta se tkun fit-tali ġurnata, imbagħad jiġi ċ-chairman il-ġdid ...", "CARMELO ABELA: Dawn ikunu preżenti waqt il-laqgħa stess.", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, qed nifhmu li jista' jkun li żewġ membri ta' dan il-Kumitat ikunu sostituti.", "LOUIS GRECH: Aħna m'għandniex oġġezzjoni, nistgħu mmexxu fuq dik il-bażi.", "MR SPEAKER: Mela qed niftiehmu li jista' jkun li l-Onor.", "Tonio Fenech ma jippresjedix l-ewwel seduta tat-13 ta' Awwissu għax ikun hemm diġà ftehim li se jkun hemm chairman ieħor li se jissostitwih.", "Ovvjament qabel tridu tinformaw lili.", "Issa li l-Parlament qiegħed fil-vaganzi tas-sajf, il-ftehim huwa li tridu tinformaw lili, u jekk ma ssibux lili ssibu lill-Iskrivan tal-Kamra, b'kull tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kumitat, imma jien hawnhekk se nkun.", "DAVID AGIUS: Il-laqgħa ta' nhar it-Tlieta se tibqa' bil-ħin u d-data kif proposta mill-Onor.", "Jekk m'iniex sejjer żball, il-ħin qiegħed fl-10.00 a.m. Jekk nipprovaw nagħmluha fl-10.30 a.m. issibu diffikultà?", "Naf li nofs siegħa bissa imma qed nissuġġerixxi dan biex dak li jkun joħroġ aġenda suret in-nies.", "Mela dan il-punt magħluq.", "Biex nagħmel replika malajr, fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, konna ddiskutejna ittra li kien bagħatli s-Sur Albert Marshall, fejn minħabba ċ-ċirkostanzi talab il-possibbiltà li t-trażmissjoni tal-Parlament bir-radju li tiġi sostitwita b'xi ħaġa oħra.", "Wara din il-laqgħa jiena kelli laqgħa mal-bord tal-Public Broadcasting Services Ltd fejn qablu li jiltaqgħu ma' dan il-Kumitat – infasslu l-laqgħa iktar 'il quddiem, jekk hemm bżonn m'hemmx għalfejn il-Kumitat kollu, imma jkun hemm il-Whips, jekk taqblu, minn kull naħa, jiġifieri l-Whips tal-Gvern u l-Whips tal-Oppożizzjoni – biex niddiskutu kif nistgħu ntejbu, mhux innaqqsu, ix-xandir fir-rappurtaġġ tas-seduti parlamentari, inkluż dawn tal-kumitati u minn hemmhekk nimxu 'l quddiem dwar ix-xandir tas-seduti b'mod pubbliku.", "Jiena tajthom il-kelma u għaddejtilhom kopja tal-Minuti tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra fejn għidna li lesti nżommu l-frekwenza tar-radju u għidna wkoll li lesti nagħmlu taħditiet mal-PBS, kif ftehimna waqt il-Kumitat, biex naraw kif nistgħu ntejbu u nkabbru t-trażmissjoni u mhux innaqqsuha.", "Ma nafx jekk hawnx xi kummenti dwar dan.", "Mela jidher li qed naqblu fuqha wkoll.", "DAVID AGIUS: L-ewwel ħaġa nirringrazzjawk talli mxejt fuq dan il-punt u saħħaħt il-punt li għamel il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Jiġifieri issa hemm pjan li fil-ġranet li ġejjin niltaqgħu, u ma' min se niltaqgħu?", "U jekk fil-każ, xi pjan hemm?", "MR SPEAKER: Wara l-laqgħa li kelli li kienet pjuttost twila jidher li mhux lesti li jiltaqgħu fix-xahar ta' Awwissu.", "Naraw imbagħad ix-xahar ta' Settembru, preferibbilment qabel jiltaqa' l-parlament fit-30 ta' Settembru, insibu data li tkun komda għaż-żewġ naħat u jkollna l-ewwel laqgħa hemmhekk, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Imma l-fatt li jridu jiltaqgħu mal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra wara li jien spjegajt lill-bord kollu l-pożizzjoni li konna ħadna aħna fil- Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra hija xi ħaġa pożittiva.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam mal-Parlament il-ġdid, bgħatt risposta lil kulħadd.", "Jekk m'hawnx affarijiet oħrajn b'mod formali, nixtieq li nagħlaq, però xtaqtkom tibqgħu hawnhekk għaliex xtaqt niddiskuti xi ħaġa b'mod informali.", "Nistgħu nkomplu b'mod informali.", "Fis-2.13 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130809_007d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 9 ta' Awwissu 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-1.39 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Louis Grech, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Kien preżenti wkoll l-Onor Ċensu Galea.", "Il-Minuti tal-laqgħa nru.", "6 li saret nhar it-Tnejn 8 ta' Lulju 2013 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali informa lill-Kumitat li rigward il-laqgħat li kellhom isiru mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jiddiskuti r-rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat \"An Analysis of the Effectiveness of Enemalta Corporation's Fuel Procurement\" datat Lulju 2013, il-ħsieb tal-Gvern kien li:", "(a) jiġu allokati żewġ laqgħat biex tiġi diskussa l-proċedura li l-Kumitat kellu jimxi biha għas-sejħa u s-smigħ tax-xhieda;", "(b) kull min ikun se jittella' bħala xhud ma jkunx jifforma parti mill-Kumitat; u li", "(c) l-ewwel laqgħa ta' diskussjoni fuq ir-rapport imsemmi ma ssirx aktar tard mill-ġimgħa li tibda fis-26 ta' Awwissu 2013.", "Wara diskussjoni li fiha ħadu sehem il-membri kollha, il-Kumitat qabel li:", "(a) għandu jkun il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi nnifsu li jiddeċiedi kemm jinħtieġu seduti sabiex jiġu ppreżentati l-listi tax-xhieda li se jkunu msejħa biex jidhru quddiem il-Kumitat u jistabbilixxi l-proċedura li se jimxi biha matul id-diskussjoni;", "(b) kull min ikun se jittella' bħala xhud ma jkunx jifforma parti mill-Kumitat u li għaldaqstant ikun hemm il-fakultà li l-laqgħa li se ssir nhar it-Tlieta, 13 ta' Awwissu 2013, ma tkunx preseduta mill-Onor.", "(c) li kull sostituzzjoni ta' membri trid tiġi notifikata minn qabel lill-iSpeaker jew lill-Iskrivan tal-Kamra;", "(c) l-ewwel laqgħa ta' diskussjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi fuq ir-rapport imsemmi ssir sa mhux aktar tard mis-26 ta' Awwissu 2013; u li", "(d) l-laqgħa ta' nhar it-Tlieta, 13 ta' Awwissu 2013, tibda fl-10.30 a.m. u mhux fl-10.00 a.m. kif kien imħabbar qabel.", "Mr Speaker informa lill-Kumitat li wara li fl-aħħar laqgħa kienet ġiet diskussa l-proposta li kienet saret mid-Deputat Chairman tal-Public Broadcasting Services Ltd, is-Sur Albert Marshall, dwar it-trasmissjoni tas-seduti parlamentari, huwa kien iltaqa' mal-bord tal-PBS u għaddielu kopja tal-Minuti tal-aħħar laqgħa tal-Kumitat.", "F'dik il-laqgħa kien ġie miftiehem li 'l quddiem kellha ssir laqgħa bejn il-bord u l-Whips taż-żewġ gruppi parlamentari sabiex jiġu diskussi possibbiltajiet ta' tisħiħ u titjib ta' dawn it-trasmissjonijiet.", "Fis-2.13 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130809_007m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 7", "Il-Ħamis, 12 ta' Settembru 2013 fis-1:30 pm", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 12 ta' Settembru 2013 fis-1:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin dwar:-", "il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin (Gymnich) - Vilnius, il-Litwanja, fis-6 u s-7 ta' Settembru 2013;", "laqgħa tas-16 ta' Settembru 2013 fi Brussell dwar is-Somalja; u", "ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta għall-perjodu Settembru 2012 u Frar 2013 skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta (Kap. 515).", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà - l-opinjoni motivata li ntbagħtet lill-Istituzzjonijiet Ewropej fid-29 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta leġislattiva KUMM(2013)296 dwar aċċess għas-suq ta' servizzi tal-portjiet u trasparenza finanzjarja tal-portijiet; u", "Affarijiet oħra.", "ta' Settembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130912_007a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 12 ta' Settembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1:45 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 6 li saret fl-10 ta' Lulju, 2013 kienu konfermati.", "LAQGĦA MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-GHANA, L-E.T. HANNA SERWAA TETTEH", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana, l-E.T. Hanna Serwaa Tetteh, li kienet akkumpanjata mill-Kummissarju Għoli għal Malta l-E.T. Kodjo Hodari-Okae, mid-Deputat Direttur għall-Affarijiet Ewropej is-Sur Senalor Yawlui, l-Assistent Personali s-Sinj.", "Francisca Twintoh u mill-Kap tal-Kanċellerija s-Sur Emanuel Enos.", "Wara introduzzjoni qasira mill-President tal-Kumitat u interventi mill-Membri tal-Kumitat, il-Ministru tal-Affarijiet tal-Ghana, fost affarijiet oħra, għamlet dawn l-istqarrijiet:-", "il-Ghana kienet għaddejja minn perjodu ta' stabbiltà politika li kien qed iġib miegħu tkabbir ekonomiku u dan kellu jkun ta' eżempju għall-pajjiżi l-oħra tar-reġjun li l-istabbiltà u l-paċi jagħtu l-frott;", "il-Ghana kienet se tċaqlaq l-ambaxxata tagħha mil-Libja għal Malta u dak il-fatt flimkien mat-twaqqif ta' Joint Commission skont il-ftehim li ffirmat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Malta, għandhom l-għan li jsaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, l-aktar fis-settur tas-sevizzi, kif ukoll li jiftħu opportunitajiet ġodda għall-Ghana fl-Unjoni Ewropa, li magħha diġà tagħmel 40% tal-kummerċ tagħha, u għal Malta fil-Punent tal-Afrika; u", "l-immigranti li jiġu mill-Ghana mhumiex refuġjati politiċi għax f'pajjiżha hemm stabbiltà politika u l-paċi imma huma immigranti ekonomiċi u awgurat li dawn jonqsu bħala riżultat tat-titjib ekonomiku fil-Ghana u li tkompli l-koperazzjoni li diġà kien hemm fir-ripatrijazzjoni ta' immigranti ekonomiċi.", "DISKUSSJONI MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR:-", "Is-Sitwazzjoni fis-Sirja", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin spjega l-pożizzjoni ta' Malta fuq is-sitwazzjoni fis-Sirja fejn għamel referenza partikolari għall-istqarrija li l-ministeru kien ħareġ fil-31 ta' Awwissu 2013 li kienet tgħid hekk:-", "B'żieda mal-istqarrija maħruġa fit 28 ta' Awwissu 2013, il-Gvern Malti permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jixtieq jiddikjara li filwaqt li fl-imsemmija stqarrija kien intqal \"li għalkemm sa issa ma hemm ebda prova mija fil-mija li dawn il-veleni ntużaw mir-reġim ta' Assad, ix-xhieda ċirkostanzjali kollha tipponta f'dik id-direzzjoni\", wieħed irid jinnota li l-bieraħ is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, f'dikjarazzjoni li għamel, ta informazzjoni konvinċenti, meta stqarr li hemm xhieda minn sistema ta' moniteraġġ bis-satellita, li juri li rockets sparati minn postijiet ikkontrollati mir-regime (ta' Assad), deheru jaqgħu fi kwartieri fejn huwa rrapurtat li seħħew attakki bl-armi kimiċi.", "Din ix-xhieda tagħmel aktar plawsibbli u aktar kredibbli l-akkuża li r-regime ta' Assad kien dak li wettaq u dak li huwa responsabbli għal dawn l-atti faħxija.", "Il-Gvern Malti jikkundanna bla ebda riserva dawk li wettqu dawn l-atti faħxija, u jtenni t-twemmin sod tiegħu li atti atroċi bħal dawn ma jistgħux jibqgħu għaddejjin bla ma ħadd iħallas għal għemilu, u li dawk responsabbli jridu eventwalment jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom skont il-liġi nternazzjonali.", "Il-Gvern Malti jesprimi ir-riservi qawwija tiegħu kontra kull intervent militari ta' ritaljazzjoni kontra r-regime ta' Assad.", "Din il-pożizzjoni kontra kull azzjoni militari hija bbażata fuq il-fatt li kull azzjoni militari, żgħira kemm tkun żgħira, f'reġjun daqshekk sensittiv u mifni bi problemi, twassal biex aktar iva milli le tqabbad ir-reġjun kollu, u twassal għal eskalazzjoni ta' ġlied li ħadd ma jkollu aktar kontroll fuqu.", "Il-Gvern Malti għal darba oħra jappella lill-Kommunità Internazzjonali, u lill-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti, biex ikunu huma li jwasslu lejn soluzzjonijiet diplomatiċi, u biex tissejjaħ mill-aktar fis il-konferenza magħrufa bħala Geneva II.", "Wara kien hemm diskuzzjoni.", "Il-laqgħa Informali tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin (Gymnich) - Vilnius, Litwanja, fis-6 u s-7 ta' Settembru 2013", "Rigward din il-laqgħa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin aċċenna l-aktar fuq is-sitwazzjoni fis-Sirja u nforma lill-Kumitat li waqt din il-laqgħa saret diskussjoni u kien hemm qbil ġenerali dwar il-joint statement fuq is-Sirja li ħareġ mil-laqgħa tal-G20 f'St Petersburg fir-Russja.", "Il-Ministru ddikjara li Malta ma kellha ebda diffikultà li taqbel din l-istqarrija li kienet tgħid hekk:-", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin stqarr li s-sitwazzjoni fis-Sirja kienet qegħda tiżviluppa kontinwament filwaqt li saħaq fuq ir-rwol ċentrali li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kellu f'din il-kwestjoni kemm billi jinvestiga u kemm fl-azzjonijet li setgħu jittieħdu.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Laqgħa tas-16 ta' Settembru 2013 fi Brussell dwar is-Somalja bl-isem ta' 'A New Deal for Somalia'", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin fakkar li s-sitwazzjoni fis-Somalja, li għal ħafna snin kienet meqjusa bħala stat fallut, kienet ta' ċerta importanza għal Malta għax minn hemm kienu ġejjin kważi terz tal-immigranti rregolari kif ukoll minħabba l-piraterija barra mill-kosta tagħha fuq vapuri merkantili.", "Huwa spjega li din il-konferenza kellha dawn l-għanijiet prinċipali:-", "li s-Somalja tingħata l-assistenza biex tkompli bil-proċess demokratiku anke permezz ta' għajunua fit-twaqqif tal-istituzzjonijiet;", "li jitjiebu l-kontroll fuq il-fruntieri u s-sigurtà fl-ibħra tas-Somalja; u", "li jsiru wegħdiet ta' għajnuna finanzjarja għall-bini mill-ġdid tas-Somalja, ħaġa li diġà bdiet, u fejn Malta diġà qablet li tagħti €50,000 fis-sena.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin għadda għall-informazzjoni tal-Kumitat dawn id-dokumenti:-", "Dok 37 Kopja tal-memorandum of understanding iffirmat fl-24 ta' Lulju 2013 minn rappreżentanti tal-Ministeru għad-Difiża tal-Olanda u tal-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ta' Malta dwar is-sehem ta' Maltin fl-operazzjoni militari magħrufa bħala European Union Naval Force Somalia Operation ATALANTA skont ir-riżoluzzjonijiet 1814, 1816, 1838, 1846 u 1851 adottati fl-2008 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; u", "Dok 38 Tagħrif dwar uffiċċjali Maltin li kienu qegħdin iservu f'missjonijiet taħt il-Common Security and Defence Policy.", "Ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għall-perjodu Settembru 2012 u Frar 2013 skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (kap.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "Dok 39 Ir-rapport intitolat 'Bidu Ġdid' tal-Ewwel Laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu barra minn Malta li saret f'Malta f'Settembru 2012; u", "Dok 40 Rapport ippreparat minn Dr Gejtu Pace u approvat mill-Kunsill bħala estensjoni tar-rapport intitolat 'Bidu Ġdid'.", "Skont l-Artiklu 7 (2) tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515), il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej:-", "ikkonsidra r-rapport tal-ewwel laqgħa ta' dan il-Kunsill li saret f'Malta f'Settembru 2012 intitolat 'Bidu Ġdid' kif ukoll rapport addizjonali tal-istess Kunsill li jkopri l-perjodu Settembru 2012 u Frar 2013 li għandhom jittieħdu bħala rapport wieħed;", "sema' dak li kellhom xi jgħidu l-Kap tad-Direttorat responsabbli għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta Dr Ray Xerri, is-Segretarja tal-Kunsill is-Sinj.", "Maria Calleja, u l-Membri tal-Kunsill s-Sinj.", "Rosalie Rivett u Fr Alfred Vella li kienu preżenti għal din il-laqgħa tal-Kumitat;", "innota l-punti mqajma fir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li tgħix barra minn Malta, fosthom, it-tagħlim tal-Malti, l-ismijiet fuq il-passaporti, il-ħruġ ta' passaporti biometriċi u l-karta tal-identità, il-pensjonijiet, iċ-ċittadinanza, il-liġijiet dwar proprjetà u suċċessjoni, il-Healthcard tal-Ewropa u d-dritt għall-vot għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta; u", "iddiskuta r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan ir-rapport, jiġifieri, li:-", "għandu jkun hemm Direttorat responsabbli għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta;", "għandu jkun hemm sit elettroniku li jkollu kemm informazzjoni ta' interess ġenerali għall-Maltin li jgħixu barra, bħal, liġijiet dwar ċittadinanza u servizzi soċjali u proċeduri amministrattivi u kemm parti aċċessibbli biss għall-Membri tal-Kunsill biex jikkomunikaw bejniethom u biex jaqsmu u jipproponu l-opinjonijiet u l-ideat tagħhom;", "l-Att XX 2011, li permezz tiegħu twaqqaf il-Kunsill, jintbagħat lid-dipartimenti kollha tal-Gvern biex dawn jikkonsultaw u jitolbu l-pariri tal-Maltin li jgħixu barra meta jkun qed isir xi abbozz ta' liġi li jolqothom direttatment jew indirettament;", "l-ambaxxati għandhom jipprovdu informazzjoni lil dawk il-Maltin tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni li huma interessati li jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija;", "isir reġistru ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi mwaqqfa barra minn Malta involuti fil-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi tal-Maltin li jgħixu barra u reġistru ieħor ta' Maltin li jgħixu barra li ddistingwew ruħhom;", "jitwaqqfu gruppi reġjonali fid-diversi pajjiżi b'istatut għalihom appovat mill-Kunsill;", "minn sena għall-oħra jsir dokument bi proposti li jiġi approvat u ċirkolat ma' kulħadd fejn il-membri kollha jagħtu feedback, liema dokument jibqa' jiġi aġġornat biex iwassal għall-Konvenzjoni għall-Maltin ta' Barra li għandha ssir kull ħames snin;", "jiġu pprovduti mobile units fil-konsolati u ambaxxati Maltin ħalli ċ-ċittadini Maltin ikunu moqdija aħjar fil-ħruġ ta' passaporti biometriċi;", "fir-rigward tat-twaqqif tal-Istitut Kulturali Malti kienu qegħdin jiġu diskussi diversi emendi għall-abbozz ta' avviż legali propost;", "tiġi mistħarrġa l-possibilità ta' użu ta' fondi Ewropej għal proġetti li jistgħu jsiru fil-komunitajiet Maltin li jinsabu barra minn Malta u l-possibilità ta' parteċipazzjoni fis-Sena taċ-Ċittadinanza Ewropea 2013; u", "li għax-xogħol tal-Kunsill bejn laqgħa u oħra temporanjament isir użu minn uffiċċju fil-binja tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin sakemm isiru arranġamenti fuq bażi aktar permanenti;", "(e) innota wkoll dawn ir-rimarki tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, li huwa ex-officio chairman ta' dan il-Kunsill:-", "id-direttorat fl-fatt ġie mwaqqaf;", "għal-laqgħat tiegħu il-Kunsill se jingħata l-faċilitajiet fil-Ministeru għall-Affarijiet Baranin, e.g. il-'Pardo Hall';", "inxtraw numru ta' mobile units biex jinħarġu l-passaporti biometriċi u qed isir it-taħriġ għal min se jkun qiegħed iħaddimhom kif ukoll studju dwar l-aħjar użu tagħhom biex jinqdew il-ħtiġijiet tal-Maltin li jgħixu barra;", "minflok espert legali f'kull ambaxxata/konsulat qed tiġi mistħarrġa l-proposta li jkun hemm post ċentrali, e.g. fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, biex jagħti pariri legali lill-Komunità Maltija li tgħix barra minn Malta; u", "hemm il-ħsieb li flimkien mal-ministeru responsabbli mill-kultura jitwaqqaf Istitut Kulturali Malti wieħed sabiex jippromwovi l-kultura Maltija barra minn Malta u għal dan il-għan jista' jkun hemm il-ħtieġa li jiġi emendat l-Att XX tal-2011 u dan filwaqt li ċ-ċentri kulturali ezistenti fil-komunitajiet Maltin li jgħixu barra jibqgħu jiġu sostnuti.", "Il-Kumitat, konxju li dan il-Kunsill kien ilu mwaqqaf biss ftit xhur, fehem li l-Kunsill kien għadu fil-bidu tal-ħidma tiegħu fuq kwestjonijiet li wħud minnhom jistgħu jiġu ttrattati f'ċertu tul ta' żmien filwaqt li oħrajn kienu aktar kumplessi u jieħdu aktar żmien u allura ħafna mir-rakkomandazzjojijiet għandhom jitqiesu bħala work in progress.", "Il-Kumitat qabel li fir-rigward ta' dan l-ewwel rapport, il-President tal-Kumitat jirrapporta lill-Kamra fejn jirrakkomanda li l-ministeri konċernati għandhom jikkonsidraw attivament ir-rakkomandazzjonijiet imressqa minn dan il-Kunsill bil-għan li jittieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jittaffew jew saħansitra jingħelbu d-diffikultajiet, jiġu mħarsa d-drittijiet u tiġi msaħħa l-identità tal-Maltin li tgħix barra minn Malta.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:-", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (KUMM(2013)296)", "Il-President tal-Kumitat ippreżenta formalment l-opinjoni motivata li kienet intbagħtet lill-Istituzzjonijiet Ewropej fid-29 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta leġislattiva KUMM(2013)296 dwar aċċess għas-suq ta' servizzi tal-portjiet u trasparenza finanzjarja tal-portijiet u dan wara li kienet saret id-diskussjoni dovuta fil-Grupp ta' Ħimda I u wara li r-rakkomandazzjoni kienet ġiet għall-attenzjoni u għall-approvazzjoni ta' dan il-Kumitat u tal-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra permezz tas-silent procedure.", "Dok 41 Opinjoni motivata li kienet intbagħtet lill-Istituzzjonijiet Ewropej fid-29 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta leġislattiva KUMM(2013)296 dwar aċċess għas-suq ta' servizzi tal-portjiet u trasparenza finanzjarja tal-portijiet.", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex temenda ir-Regolament(KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (KUMM (2013) 409) u", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-ajru uniku ewropew (riformulazzjoni) (KUMM (2013) 410)", "Fir-rigward ta' dawn iż-żewġ proposti, il-Kumitat ikkonsidra dawn id-dokumenti:-", "Dok 42 u 43 Il-memoranda imħejjija mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura dwar", "il-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-proposti KUMM(2013)409 u 410; u", "Dok 44 u 45 Abbozz ta' opinjonijiet motivati fuq il-proposti KUMM(2013)409 u 410.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel unanimament li jadotta l-abbozz ta' opinjoni motivata fir-rigward ta' dawn iż-żewġ proposti leġislattivi u għaldaqstant awtorizza lill-President tal-Kumitat sabiex jikkomunika lill-iSpeaker ir-rakkomandazzjoni li dawn iż-żewġ opinjonijiet motivati għandhom jintbagħtu lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "16–il Rapport imħejjija mir-research analyst dwar jekk daqstant proposti leġislattivi jikkonfomawx mal-prinċipju tas-sussidjarjetà", "Il-Kumitat, filwaqt li mir-rapporti nnota li prima facie l-ebda waħda mill-proposti li ġejjin ma kienet tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, ippropona li dawn jiġu eżaminati f'aktar dettal mill-Grupp ta' Ħidma I:-", "Fit-3:47 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130912_007m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 8", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Settembru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 8", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Settembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.44 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 7 li saret fid-9 ta' Awwissu 2013, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia):", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif inti u l-kollegi tagħna tafu, il-Parlament aġġorna għat-30 ta' Settembru u allura fit-30 ta' Settembru se jkollna l-ewwel seduta wara l-waqfa tas-sajf.", "Il-ħsieb tan-naħa tal-Gvern huwa li nibdew bl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali, li diġà sar l-Ewwel Qari tiegħu.", "Infurmat li l-liġi suppost se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.", "Naturalment aħna konxji mis-sebat ijiem, jiġifieri nserraħ ras l-Oppożizzjoni li se nirrispettaw is-sebat ijiem jekk ma jkunx ippubblikat illum.", "Li naf ukoll hu li ftit tax-xhur ilu l-Ministru tal-Finanzi kien tkellem ukoll max-shadow minister dwar il-finanzi min-naħa tal-Oppożizzjoni, fejn – naf għax qed jitkellmu bejniethom – spjegalu l-kontenut; però minkejja kollox is-sebat ijiem mill-pubblikazzjoni għad-diskussjoni fil-Parlament se jinżammu.", "MR SPEAKER: Se jiġu ppubblikati mill-Bank Ċentrali ....", "CARMELO ABELA: Imma jiena staqsejt u infurmat li kellu jiġi ppubblikat illum.", "Għadni ma vverifikajtx jekk illum ġiex ippubblikat jew le, però in any case is-sebat ijiem iridu jiġu rispettati, u hekk se jiġri.", "Apparti li kien hemm briefing mal-Ministru, imma dak ma jgħoddx.", "Huwa importanti li sar il-briefing bejn il-Ministru tal-Finanzi u x-shadow tiegħu, imma huwa importanti wkoll li jkun ippubblikat u rispettati s-sebat ijiem.", "Il-liġijiet li se nsemmi huma liġijiet li l-Gvern jixtieq li jiġu diskussi fil-perijodu mit-30 ta' Settembru sa qabel nidħlu fil-jiem tal-baġit.", "U allura għandna l-Att dwar il-Bank Ċentrali u tal-unjonijiet ċivili, li għalkemm sar l-Ewwel Qari ta' din tal-aħħar tagħha għadha ma ġietx ippubblikata.", "MR SPEAKER: Sar ukoll l-Ewwel Qari tal-Bank Ċentrali?", "CARMELO ABELA: Le, l-Ewwel Qari ma sarx lanqas.", "MR SPEAKER: Mela tal-unjoniet ċivili ma sarx.", "Għad irid isir l-Ewwel Qari.", "CARMELO ABELA: Għandna l-abbozz dwar il-liġi tas-saħħa li diġà beda d-diskussjoni fuqu.", "MR SPEAKER: Il-Mozzjoni Nru 32.", "U hemm liġi oħra tal-VAT – li hija pjuttost teknika – li tagħti diskrezzjoni lill-Kummissarju tal-VAT biex ikun jista' jemenda l-liġi tal-VAT mingħajr ma noqogħdu kull darba niġu … Hemm speċifikat x'inhuma, jiġifieri mhux qed nispjega l-kontenut bl-eżatt.", "Però dawn huma l-erba' liġijiet li bħala Gvern nixtiequ li ngħaddu qabel ma nidħlu fid-dibattitu tal-baġit.", "Hemm żewġ liġijiet oħra li għalkemm għadhom ftit lura nittama li wkoll jidħlu fl-aġenda parlamentari jekk inlaħħqu – però at this point għadu kmieni – imma tajjeb li l-Kumitat ikun jaf li jista' jkun hemm żewġ liġijiet oħra li għadhom lanqas għaddew mill-Kabinett imma jista' jkunu ta' prijorità.", "Hemm ukoll diskussjoni fuq ir-rapport fuq il-qasam tal-ġustizzja, allura jiddependi naturalment minn meta l-kummissjoni indipendenti li nħatret tippubblika r-rapport finali tagħha.", "Jekk jilħaq isir dak, allura ssir diskussjoni fuq dan ir-rapport, imbagħad wieħed jitkellem f'aktar dettall.", "Jien qed ngħid li d-diskussjoni tista' ssir ukoll qabel nidħlu għall-baġit.", "Barra minn hekk, nafu li għandna private members' motion ippreżentata mill-Oppożizzjoni li hija Emenda Nru 1 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Il-ħsieb huwa li wara li tgħaddi l-liġi tal-unjoniet ċivili mmorru għad-diskussjoni fuq l-emenda kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jiena nixtieq niġbed l-attenzjoni li kellna ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, li l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ l-Att tal-2013 li jemenda l-Kostituzzjoni jiġi fuq nett tal-aġenda malli nibdew.", "Din mhux qed naraha – mhux qiegħda hemmhekk.", "(Interruzzjoni) Imma m'għidtilniex biha!", "Inti semmejt xi tmien affarijiet, imma jekk se nimxu skont l-ordni: tal-Bank Ċentrali, tal-unjonijiet ċivili, tal-liġi tas-saħħa, tal-VAT u ħafna affarijiet, mela spjegali ....", "CARMELO ABELA: Wara tal-unjonijiet ċivili se tkun diskussa ....", "DAVID AGIUS: Ma kienx hekk il-ftehim.", "Il-ftehim kien li kif nidħlu mill-vaganzi tas-sajf, l-ewwel item fuq l-aġenda, jekk mhux l-ewwel, it-tieni, top priority tkun l-emenda għall-Kostituzzjoni u aħna aċċettajna li ma nagħmluhiex qabel jagħlaq għas-sajf u ftehimna li nagħmluha kif nibdew wara r-recess.", "Mhux qed ngħid li tkun l-ewwel item, imma hemm il-ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li jkun l-ewwel jew it-tieni.", "Qed ngħidu din il-liġi l-ewwel tgħaddi mingħajr lanqas biss għadna rajnieha, imbagħad min jaf meta se tiġi ppubblikata, imbagħad irridu naraw x'inhi; jiġifieri naħseb irridu nirrispettaw dak li kien hemm miftiehem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Filwaqt li nifhem li l-Gvern jista' ovvjament jagħti sens u prijorità lill-liġijiet tiegħu, wieħed għandu jirrispetta d-diskussjonijiet li jkunu saru bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "U filwaqt li nifhem ukoll l-importanza li jkun hemm il-liġi dwar l-unjonijiet ċivili, ma naħsibx li qed ngħidu li għandha tistenna, però ovvjament l-għażla bejn abbozz ta' liġi li huwa ppubblikat u abbozz ta' liġi li għadu mhux ippubblikat u lanqas mgħoddi mill-Kabinett … naħseb li biex inkunu prattiċi m'hemm xejn ħażin li … (Interruzzjonijiet) Għaddiet il-liġi dwar l-unjonijiet ċivili?", "Però għadha mhux ippubblikata.", "DAVID AGIUS: Imma aħna bħala Oppożizzjoni għad m'għandniex kopja tagħha.", "MARIO DE MARCO: Skużani, ma fhimtx sewwa.", "Però, to be fair, m'iniex neċessarjament qed nara r-rabta bejn l-emenda tal-Kostituzzjoni li qed tiġi proposta minna u l-liġi dwar l-unjoniijiet ċivili, fis-sens li ma narax għaliex waħda trid tistenna l-oħra; mhumiex marbutin waħda mal-oħra.", "L-appell tagħna bħala Oppożizzjoni lill-Gvern huwa li ovvjament qabel xejn nirrispettaw id-diskussjonijiet li kienu saru bejn il-kapijiet rispettivi tal-partiti tagħna, jiġifieri bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "It-tieni nett, nistgħux nagħtu iktar prijorità lill-emenda tal-Kostituzzjoni kif kien miftiehem li jsir, ladarba diġà hija ppubblikata u jidher li hemm ftehim ukoll bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwarha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nifhem il-kummenti tal-Oppożizzjoni.", "Nikkonferma li m'hemmx rabta bejn il-liġi tal-unjonijiet ċivili u l-emenda li qed tipproponi l-Onor.", "Buttigieg, jiġifieri mhux qegħdin f'din l-ordni minħabba li hemm rabta bejn is-suġġetti.", "Però, bħala prijorità tal-Gvern nixtiequ li jkollna .… Jien semmejt il-lista kollha, forsi għalhekk ftehimt li waqgħet lura din.", "Però wara tal-Bank Ċentrali u tal-unjonijiet ċivili se niddiskutu l-emenda tal-Kostituzzjoni, jiġifieri qed ngħidu li tkun it-tielet.", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, anke fit-30 aħna se nibdew niddiskutu l-abbozz dwar il-Bank Ċentrali li sal-lum għadna lanqas għandna f'idejna kopja; dan ifisser kważi inqas minn seba' ġimgħat.", "Tal-unjonijiet ċivili lanqas biss qiegħda f'idejna u għandna liġi li qiegħda f'idejna li kien hemm ftehim li ssir fl-ewwel ġimgħa jew fl-ewwel ġranet tal-Parlament u mhux qed ningħataw il-konferma li għall-inqas fl-ewwel ġimgħa.....", "MR SPEAKER: Ejja nimxu mis-seduta li se nibdew biha, tat-30 ta' Settembru.", "DAVID AGIUS: Lanqas nista' nikkonfermalek tat-30 għax jekk llum ma jkunx ippubblikat l-abbozz dwar il-Bank Ċentrali mill-Ministeru tal-Finanzi, ikollna problema.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: U meta għandna liġijiet oħra bħalma hi l-private members' motion ....", "MR SPEAKER: Hawnhekk tiġi d-domanda li qed jagħmel l-Onor.", "Jekk għal xi raġuni ma ssirx il-pubblikazzjoni, fit-30 biex se nibdew?", "CARMELO ABELA: Fil-każ nibdew b'tas-saħħa għax dik ...", "MR SPEAKER: Ħalli niddikjarawha.", "DAVID AGIUS: Se nerġgħu nitfgħu liġi oħra qabel l-emenda kostituzzjonali u issa ser tiġi r-raba' item.", "DAVID AGIUS: Mela nagħtu konferma lil dan il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li fl-ewwel ġimgħa, jiġri x'jiġri, l-emenda kostituzzjonali tiġi diskussa.", "CARMELO ABELA: Le, ma nistax nagħtiha dik.", "DAVID AGIUS: Mela allura qed inkissru l-ftehim li kien hemm bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "CARMELO ABELA: M'aħniex inkissru l-ebda ftehim.", "DAVID AGIUS: Għednieh fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ukoll li fl-ewwel ġranet, fl-ewwel seduti parlamentari, ikollna l-emenda kostituzzjonali tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Ħalli naraw il-Minuti tal-aħħar Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "CARMELO ABELA: Aħna qegħdin ngħidu li din se tkun diskussa fl-ewwel seduti wara l-waqfa tas-sajf, jiġifieri qed ngħidu l-istess ħaġa.", "Inti qed tgħidli se tkun diskussa fl-ewwel ġimgħa.", "Aħna qed ngħidu fl-ewwel seduti.", "Jiena qiegħed nara li fl-ewwel ġimagħtejn wara li nibdew se tkun diskussa, jiġifieri mhux qed inħoss li dawn se ndumu wisq fuqhom.", "Minflok ngħidu li se tibda fit-tielet seduta, se tibda fir-raba' jew fil-ħames seduta wara l-waqfa tas-sajf.", "Mhux qed nara li hemm xi differenza bejn iż-żewġ naħat.", "Fl-ordni li semmejthom jiena hija t-tielet waħda.", "MR SPEAKER: Għall-korrettezza ta' dak li ntqal, għax l-Onor.", "David Agius ovvjament għamel referenza għal dak il-ftehim, u jien għall-korrettezza se mmur għall-Minuti.", "Fil-Minuti ta' waħda mill-aħħar laqgħat tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra hemm miktub hekk:", "\"Dwar l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2013 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, Emenda Nru 1\", il-ħsieb tal-Gvern kien li din tiġi diskussa meta l-Parlament jerġa' jiltaqa' wara r-recess tas-sajf.\"", "Proprjament għadna se nibdew ir-recess tas-sajf.", "L-importanti hu li jkun hawn il-ftehim mill-iktar fis possibbli, mhux tiġi b'xi mod mtawla; jekk mhux fl-ewwel ġimgħa, mit-tieni ġimgħa jkun hemm dan l-abbozz.", "Biex inkunu qegħdin ċari, ma kien hemm l-ebda target date, però kien hemm il-ftehim li jkun wara r-recess.", "CARMELO ABELA: Il-ftehim ikun li waħda minn tal-bidu wara r-recess tas-sajf; u hija waħda minn tal-bidu.", "MR SPEAKER: Ejja niftiehmu kif se naħdmu fl-ewwel ġimgħa tat-30 ta' Settembru, id-data meta se nibdew.", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb huwa li nibdew b'tal-Bank Ċentrali, il-proviso hu li tkun ippubblikata u jkun hemm is-sebat ijiem – naturalment dejjem – u wara titla' tal-unjonijiet ċivili, u warajha l-emenda kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: Qegħdin f'din l-ordni.", "CARMELO ABELA: Dan dejjem subject li jkun hemm is-sebat ijiem u tkun ippubblikata.", "MR SPEAKER: Se nagħmel domanda bil-permess tal-Membri kollha.", "L-emenda kostituzzjonali titla' mill-ewwel għad-diskussjoni jekk l-oħrajn ma jkunux għadhom ippubblikati?", "CARMELO ABELA: Jekk tal-Bank Ċentrali u tal-unjonijiet ċivili ma jkunux ippubblikati, nibdew b'tas-saħħa, imbagħad ikolli nagħti feedback lura lill-Kumitat jew inkella lill-Oppożizzjoni fuq dan il-punt.", "Ma nistax nagħti risposta issa, imma nżommha in konsiderazzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, ejja nkunu ċari.", "Jiġifieri aħna qegħdin ngħidu li se nibdew b'tal-Bank Ċentrali, ....", "CARMELO ABELA: … tal-unjonijiet ċivili u l-emenda kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: Se tiġi rreġistrata illi qiegħed hekk il-ftehim.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri l-importanti hu li jiġi rreġistrat.", "Tas-saħħa jew tal-Bank Ċentrali, tal-unjonijiet ċivili u l-emenda kostituzzjonali; mela qed naqblu.", "Jekk tal-Bank Ċentrali ma jiġix ippubblikat, se jkollna tas-saħħa, li mbagħad ifisser li jkollna tas-saħħa, tal-Bank Ċentrali, tal-unjonijiet ċivili u l-emenda kostituzzjonali?", "CARMELO ABELA: Le, fil-każ immorru għal tal-unjonijiet ċivili u għall-emenda kostituzzjonali.", "MARIO DE MARCO: Imbagħad se mai tal-Bank Ċentrali jiġi wara l-emenda kostituzzjonali.", "Dan li xtaqt ngħid.", "MR SPEAKER: Mela l-ftehim huwa ċar.", "Għandkom idea kemm se nieħdu seduti?", "Inti ma tistax tgħid għax m'għandekx il-pubblikazzjoni.", "CARMELO ABELA: Jekk il-Kumitat jagħtina l-permess, jien u l-Whip tal-Oppożizzjoni nikkomunikaw flimkien dwar in-numru ta' kelliema biex wieħed jara ftit kemm hemm bżonn seduti fuq tal-Bank Ċentrali, fuq tal-unjonijiet ċivili, eċċ.", "MR SPEAKER; U l-istess fuq l-emenda kostituzzjonali.", "DAVID AGIUS: Minbarra dik, in-naħa tal-Oppożizzjoni għandna private members' motion oħra, Nru 61, li nixtieq ukoll indikazzjoni jekk hemmx xi data partikolari għaliha fil-ħsieb tal-Gvern.", "CARMELO ABELA: S'issa għad m'hemmx dati partikolari għal dan.", "Naf li din ilha hemmhekk.", "DAVID AGIUS: Nistgħu għall-inqas ngħidu li qabel il-baġit tiġi diskussa wkoll mal-oħrajn?", "CARMELO ABELA: Jiddispjaċini, ma nistax ngħidlek.", "MR SPEAKER: Tista' tivverifika ftit?", "CARMELO ABELA: S'issa m'hemmx data u konxji minnha, imma m'hemmx data speċifika għall-private members' motion tal-Onor.", "DAVID AGIUS: Aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni nixtiequ li fil-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jmiss, jew barra mill-Kumitat, .....", "MR SPEAKER; Illum l-Onor.", "Carmelo Abela mhux f'pożizzjoni li jgħid ....", "CARMELO ABELA: B'dak li l-Gvern jixtieq qabel nidħlu fil-jiem tal-baġit, b'mod realistiku ma jidhirx li nistgħu niddiskutuha qabel il-baġit, jista' jkun li forsi niddiskutuha at a later stage, imma ma naħsibx li qabel il-baġit.", "MR SPEAKER; Qabel tagħmel dan l-istatement, jista' wieħed jiddiskutiha?", "Forsi hawn il-possibbiltà li din ...", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Billi qed issir referenza kostanti għall-baġit, għalkemm forsi huwa ftit kmieni, hemm indikazzjoni f'dan l-istadju ta' meta huwa mbassar li jiġi ppreżentat il-baġit?", "MR SPEAKER; L-Onor.", "CARMELO ABELA: Kif qal l-Onor. de Marco, għadu ftit kmieni, però ma jidhirx li se jiġi ppreżentat f'Ottubru, jiġifieri probabilment ikun f'Novembru.", "DAVID AGIUS: Aħna bħala Oppożizzjoni dejjem nistgħu nitolbu li private members' motion tmur fil-ġurnata tal-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn noqogħdu nistennew il-baġit sakemm mozzjoni tal-Oppożizzjoni tiġi diskussa, għax għandna ġranet apposta għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, il-proċedura qiegħda hemm.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, imma qegħdin fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u jekk nistgħu naslu li nagħmluha bi qbil.", "DAVID AGIUS: Jiena nixtieq li min-naħa tal-Gvern sa laqgħa oħra tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jkollna għall-inqas indikazzjoni ta' data meta dan il-Kumitat ikun jista' jkun ċert li l-private members' motion se tiġi diskussa.", "MR SPEAKER: Se jieħu nota tagħha u sal-laqgħa li jmiss forsi jkun jista' jinforma lill-Kumitat dwar dan.", "CARMELO ABELA: Bħala programm ta' xogħol huwa dak.", "MR SPEAKER: Hemm xi ħaġa oħra xi trid tgħid fuq ix-xogħol?", "CARMELO ABELA: As such, jekk nista' nagħmilha issa, xtaqt li kif konna diġà tlabna forsi b'mod informali – imma forsi nifformalizzaw ftit hawnhekk – huwa dwar il-ħin tas-seduti jekk ma jimpurtax.", "Qabel ma nkomplu Onor. David Agius u Onor. Mario de Marco rigward ix-xogħol tal-Kamra kif ippreżentat mill-Gvern u dwar dak li ftehimna?", "DAVID AGIUS: Nota żgħira kemm nikkonfermaw l-aġġornament.", "MR SPEAKER: Mela le, niċċekjalek issa stess qabel tkompli, ħalli nikklerjawha din.", "DAVID AGIUS: Sa fejn niftakar jien, l-aħħar aġġornament kien tal-Gvern.", "CARMELO ABELA: Mingħalija tal-Oppożizzjoni kien.", "(Interruzzjonijiet) L-aġġornament għat-30 ta' Settembru qiegħed għan-naħa tal-Gvern.", "Mela nista' nagħlaq fuq ix-xogħol tal-Kamra?", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Konna diġà tkellimna ftit fuq il-proposta jew xewqa li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li seduta fil-ġimgħa bejn Settembru u Diċembru nibdewha fil-5.00 p.m. u nispiċċawha", "fit-8.30 p.m., naturalment bħala prova.", "Nafu li kien hemm diskussjonijiet għaddejjin fil-gruppi rispettivi fuq l-issue tal-ħinijiet, eċċ. Din mhix kwestjoni ta' Gvern u Oppożizzjoni, hija kwestjoni ta' Membri Parlamentari.", "U allura bħala suġġeriment xtaqna li l-Oppożizzjoni tindikalna ġurnata, seduta fil-ġimgħa, li fiha minn issa sa Diċembru – sakemm forsi nieqfu għall-vaganzi tal-Milied – bi prova, seduta minnhom tibda fil-5.00 p.m. u tispiċċa fit-8.30 p.m., jiġifieri mill-5.00 p.m. sal-5.30 p.m. isiru l-mistoqsijiet parlamentari, imbagħad ikollna l-aġenda, imbagħad mit-8.00 p.m. sat-8.30 p.m. ikun hemm l-aġġornament.", "MR SPEAKER: Nersqu siegħa.", "CARMELO ABELA: L-istess, però nersqu siegħa.", "Forsi jekk f'xi mument ieħor l-Oppożizzjoni tkun f'pożizzjoni li tikkomunika dan, minn tliet seduti fil-ġimgħa tnejn ikunu normali fis-6.00 p.m. u waħda tkun fil-5.00 p.m. biex wieħed jara ftit l-andament.", "MR SPEAKER: Dak il-punt diġà ġie mqajjem waqt diskussjoni li saret.", "Però min-naħa tal-Gvern qed jiġi ssuġġerit li jsir ftehim li jkun hemm waħda ....", "CARMELO ABELA: In-naħa tal-Gvern mhijiex marbuta mal-ebda seduta jekk hux it-Tnejn, it-Tlieta jew l-Erbgħa; jiġifieri l-Oppożizzjoni tara ftit l-esiġenzi tagħha.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tagħna nitkellmuha fil-grupp parlamentari u niġu lura fil-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jmiss.", "MR SPEAKER: Hawnhekk għandi r-rapport tal-Working Group tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li, kif tafu, intom, huwa chaired mill-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Ray Scicluna, u fih hemm iż-żewġ Whips tal-Kamra, l-Onor.", "David Agius, liema rapport huwa endorsed miż-żewġ Whips u mill-Iskrivan tal-Kamra, u għal diversi raġunijiet xtaqt li dan jiġi approvat mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra; waħda biex nimxu 'l quddiem – għax ma nistgħux nibqgħu nitkellmu u niddiskutu biss, imma issa li qegħdin naqblu fuqu nistgħu nimxu – u wkoll biex it-target dates tax-xogħol li qed isir fil-Parlament il-ġdid ikunu qegħdin jiġu milħuqa, speċjalment meta għandek il-kuntratturi, u għandek diversi nies involuti, u allura mhux sew li jduru fuqna.", "Allura jien irrid li llum f'dan il-Kumitat napprovaw dan ir-rapport; ovvjament dan huwa l-ewwel wieħed għax jista' jkun hemm rapporti oħrajn, però at this stage hemm ħafna punti saljenti f'dan ir-rapport u hemm inklużi wkoll magħhom xi pjanti dwar kif se tkun l-assemblea parlamentari, eċċ. Ma nafx jekk hawnx kummenti.", "Nifhem li ż-żewġ Whips diġà ddiskutew mal-gruppi rispettivi, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Fl-aħħar ġranet kellna diskussjoni wkoll fuq il-kwestjoni tat-tqassim tas-seating eċċ. u għandna ftehim miż-żewġ naħat.", "Però ovvjament jien irrid niġi hawnhekk għad-deċiżjoni u l-approvazzjoni tagħkom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif spjegajt inti, iltqajna bħala Working Group u hawnhekk hawn spjegat x'sar u ma sarx.", "Iltqajna wkoll mal-GHRC u mal-periti responsabbli, jiġifieri l-istorja qiegħda miktuba hawnhekk.", "Individwajna ċerti issues li tlabna biex ikollna feedback dwarhom u ovvjament wara li ngħaddulhom dan ir-rapport, jekk ikun hawn qbil fil-Kumitat, inkunu qed nistennew li l-GHRC, li huma responsabbli mill-proġett, jagħtuna daqsxejn indikazzjoni ta' x'inhu possibbli li jsir issa u x'diffikultajiet jistgħu jaraw f'ċertu proposti tagħna.", "L-ewwel indikazzjonijiet huma li l-proposti li għamilna biex nipprovaw nimmitigaw ftit id-diffikultajiet li rajna bħala Kumitat, imbagħad anke bħala Working Group fejn imxejna fuq id-direzzjoni li ssemmiet hawnhekk, jiġifieri kif semmew l-Onor.", "Mario de Marco li semmew id-diffikultajiet li jeżistu primarjament fin-nuqqas ta' spazju u kif nistgħu, b'xi mod jew ieħor, naraw li l-Membri Parlamentari, il-kumitati, eċċ. jiffunzjonaw aħjar fil-Parlament il-ġdid.", "Allura hawn numru ta' proposti li qed nagħmlu biex ikollna feedback min-naħa tal-GHRC.", "Forsi waħda mill-issues li l-iktar qed tippressa hija kemm se jkun hemm seats fiċ-Chamber innifisha u naħseb dik hija l-iktar waħda li qegħdin jistennew risposta dwarha, għalkemm anke fuq l-affarijiet l-oħrajn huma jridu jagħtuna feedback dwar il-possibbiltajiet li hemm.", "Jiġifieri f'dan il-Kumitat aħna konna qbilna wkoll li ċertu affarijiet m'għandhomx iżommu lura milli x-xogħol jibqa' miexi, ħalli l-Parlament jimxi minn hawn għan-naħa l-oħra.", "Jiġifieri hemm ċertu issues li m'għandhomx iżommuna milli xorta waħda nimxu fil-binja, però hemm affarijiet oħrajn li huma pressing, fosthom kemm ikollha seats fiċ-Chamber, eċċ. Mingħajr ma noqgħod nidħol f'paġna 3, il-konklużjonijiet huma bażikament għaxra; għandek sebgħa, imbagħad tlieta iktar 'l isfel li qed nistennew feedback min-naħa tagħhom dwarhom, dejjem jekk ikun hemm il-go-ahead min-naħa tal-Kumitat li dawn ngħadduhomlhom kif inhuma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, l-ewwel ħaġa niftakru li l-aħħar laqgħa fuq dan is-suġġett kienet informali, jiġifieri llum qisna qed nagħmlu naqra l-affarijiet formali, anke għalina bejnietna nkunu nafu fejn qegħdin.", "U naħseb li l-irġulija bejnietna kienet .…", "MR SPEAKER: Naħseb nistgħu nimxu ....", "DAVID AGIUS: Dan li ġara kien kollu in camera.", "CARMELO ABELA: Għall-Working Group qed tirreferi hux hekk?", "DAVID AGIUS: X'għidna fil-Working Group, x'għidna fil-Kumitat, kien kollu in camera.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri dak kollu li sar sal-lum kien bejnietna.", "MR SPEAKER: Jiena ħassejt li għandi nġibha b'mod formali biex nendorsjaw ix-xogħol li għamiltu.", "DAVID AGIUS: Nirringrazzjak Mr Speaker.", "Nixtieq ngħid li aħna l-Whips ħdimna tajjeb ħafna mal-Iskrivan tal-Kamra biex wasalna għal dan ir-rapport u naħseb anke sibna kollaborazzjoni meta morna site visits u anke meta tkellimna u ġew hawnhekk rappreżentanti ta' dawk li bħalissa qegħdin jagħmlu x-xogħol.", "Ovvjament qed nistennew il-feedback, kif qal l-Onor.", "Carmelo Abela, fuq diversi punti, però aħna min-naħa tagħna tajniehom kif aħna naħsbu li l-aħjar ikunu l-affarijiet.", "Ladarba jkollna l-feedback lura rridu nkomplu x-xogħol.", "Jiġifieri kif il-GHRC jagħtuna l-feedback irridu nerġgħu nikkonsultaw u nkunu nistgħu nibqgħu mexjin.", "Rigward li s-seating layout ma jkunx confrontational imma jkun hemicylce kif ġie suġġerit min-naħa tal-Kumitat, naħseb hija xi ħaġa li dan il-Kumitat irid japprova għax naħseb hija l-iktar 'spiża' li jista' ikun hemm minn dak li qegħdin nipproponu, jekk hi spiża.", "Il-bqija naħseb li l-punti l-oħrajn imxejna ħafna dwarhom u naħseb li m'għandux ikun hemm diffikultà li naslu għal konklużjoni.", "MR SPEAKER: Ir-rapport li għandi quddiemi, bħalma għandek int u għandu kulħadd, hu dak li għamiltu flimkien.", "Qegħdin tendorsjawh u nistgħu ngħaddu għal deċiżjoni?", "MR SPEAKER: Mela tiffirmawh it-tnejn li intom u l-Iskrivan tal-Kamra u fil-Minuti nniżżlu li għadda b'mod unanimu mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u li l-Kumitat qed japprova l-kontenut ta' dan ir-rapport.", "CARMELO ABELA: Naturalment nikkonferma dak li qal l-Onor.", "Ma jfissirx li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra mhux se jibqa' jiġi aġġornat.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "Diġà semmejt li hemm rapport ieħor.", "CARMELO ABELA: Bħala Working Group nibqgħu għaddejjin bil-feedback li nirċievu mingħand il-GHRC.", "MR SPEAKER; Dalgħodu rċevejt e-mail, kif irċieva kulħadd, mingħand iċ-chairperson tal-GHRC, is-Sur Stefan Zrinzo Azzopardi, fejn qed jistenna li dan ir-rapport jiġi endorsed biex nimxu 'l quddiem.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira.", "Kemm se jiġu kbar dawn, għax ma jidhirlix li kienu kbar ħafna?", "DAVID AGIUS: Fir-realtà kienu kbar, huma kbar; meta tnaqqas il-Prim Ministru li għandu l-uffiċċju tiegħu, meta tnaqqas il-ministri li għandhom l-uffiċini tagħhom u meta tnaqqas kmamar oħrajn, konna qegħdin ngħidu li jiġu madwar għaxar deputati li m'għandhomx uffiċċju tagħhom jew jistgħu jużaw uffiċċju.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa differenti, mhux fuq il-hot desks.", "DAVID AGIUS: L-Opposition Room u l-Government Room huma kbar, allura ddeċidejna li nieħdu biċċa minnhom b'mod li kull chairperson ikollu iktar fejn joqgħod.", "Għax jiena ħsibt illi l-kmamar li kien hemm għaċ-chairpersons se jinqasmu.", "DAVID AGIUS: Mill-kamra l-kbira ħriġna żewġ uffiċini.", "MR SPEAKER: Jekk tara r-rapport issib li kollox huwa spjegat.", "CARMELO ABELA: Li tlabna hu li jkun hemm partitions biex ikollna l-flessibilità li l-kmamar li kienu għall-użu ġenerali ....", "MR SPEAKER: Jiena nixtieq nirringrazzja kemm lill-Onor.", "Carmelo, lill-Onor.", "David Agius u lill-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Ray Scicluna, li għamlu xogħol tajjeb ħafna u taw ħafna ħin biex wasalna għal dan ir-rapport.", "U għalhekk nirringrazzjahom pubblikament f'dan il-Kumitat u nixtieq li din tiġi reġistrata fil-Minuti.", "U nirringrazzjakom ukoll li taqblu li dan ir-rapport għandu jiġi aċċettat u endorsed b'mod unanimu minn dan il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, qed nifhem li għandna nistennew feedback min-naħa tal-GHRC u li l-feedback ikun jinkludi l-iscope of works u t-timeframe ta' x'passi se nieħdu, mhux hekk?", "DAVID AGIUS: In the coming days se jagħtuna liema jistgħu jsiru u liema ma jistgħux u x'inhu t-timeframe biex dawn kollha jsiru.", "MR SPEAKER: Naqblu u r-risposta għandha tkun hekk.", "Nistgħu ngħaddu għal xi ħaġa oħra?", "Illum – kif forsi qrajtu anke mill-press release li ħarġet mid-DOI – ġie ppreżentat lili kif isir is-soltu fix-xahar ta' Settembru l-Ombudsplan mill-Uffiċċju tal-Ombudsman fejn kienu preżenti l-Ombudsman u membri tal-uffiċċju tiegħu, u li għaddejtilkom kopja tiegħu.", "Kif tafu, skont il-proċedura dan irid jiġi diskuss fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, imbagħad wara li jiġi diskuss u jiġi approvat minn hawnhekk, irid jiġi approvat ukoll mill-plenarja.", "Il-liġi titkellem ċar fuq din il-proċedura.", "Jien irċevejtu llum u allura qed inġibu għall-attenzjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex illum niftiehmu ġurnata meta se niddiskutuh.", "Ovvjament mhux qed nippretendi li se niddiskutuh illum għax wieħed irid jaqrah, u hawn ħafna x'wieħed jara.", "CARMELO ABELA: Irid jiġi hawnhekk l-Ombudsman.", "MR SPEAKER: Ovvjament irid jiġi hawnhekk l-Ombudsman, imma rridu niftiehmu data.", "Kif qed jgħidli l-Iskrivan tal-Kamra, u naħseb din hija proċedura li għalkemm mhijiex qiegħda stabbilita però dejjem imxejna hekk, peress li dan jitlob li wieħed jistudjah sew bi preparazzjoni għad-diskussjoni, dejjem sar li ż-żewġ gruppi jistgħu jaħtru membru jew membri ad hoc, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, biex huma jidħlu f'dan ir-rapport u mbagħad ikunu preżenti hawnhekk ħalli jieħdu sehem fid-diskussjoni ta' dan l-Ombudsplan tal-2014 li jkopri minn Jannar sa Diċembru 2014.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Nassumi li rridu nsibu data, imbagħad 'il quddiem bħas-soltu.", "MR SPEAKER: Illum qed ninfurmakom bih biex imbagħad ovvjament niġu għad-data.", "Nixtieq nagħmel din l-osservazzjoni għal kull bon fini, però ovvjament kulħadd jaf li l-ġimgħa d-dieħla jien se mmexxi delegazzjoni għall-istituzzjonijiet Ewropej, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament – fejn uħud minnkom se tkunu preżenti –naċċertak Onor. de Marco li kont qed tħares 'il quddiem meta għidt li jkun hemm ukoll membri tal-istaff tal-Parlament.", "Se jkollna delegazzjoni ta' 20 persuna, 12-il Membru Parlamentari, sitta min-naħa tal-Gvern u sitta min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Għandna timetable li ġiet diskussa proprju l-bieraħ f'laqgħa apposta mar-rappreżentant tal-Kummissjoni hawn Malta.", "Ser ikollna ħafna preżentazzjonijiet importanti kemm dwar kif jaħdmu l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, dwar employment, eċċ. Se jkollna wkoll laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Malti, Dr Tonio Borg, li hija laqgħa importanti għad-delegazzjoni Maltija.", "Se jkollna wkoll laqgħat mar-rappreżentanza li għandna f'Dar Malta fi Brussell.", "Għandna two full days u naħseb din hija esperjenza tajba, speċjalment għal dawk il-Membri Parlamentari l-ġodda, għalkemm diġà għaddew sitt xhur minn fuqhom, imma hu importanti li jkollhom ukoll esperjenza Ewropea, li għalkemm uħud minna diġà kellhom hemm ħafna oħrajn li ma kellhomx.", "Naħseb din għandha tkun an added value għax-xogħol tagħna parlamentari.", "L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Ma nafx hux il-lok fejn nagħmel kumment.", "Matul ix-xhur tas-sajf, kif ukoll illum, kellna ħafna laqgħat tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Jien illum l-ewwel darba li attendejt laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u llejla għandna laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi wkoll.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni rigward il-parking.", "Nifhem li m'għandux ikollna xi aċċess speċjali li x'ħin naslu nsibu fejn nipparkjaw, però naħseb huwa importanti li jekk niġu hawnhekk mhux nipparkjaw fejn Dar il-Mediterran għall-inqas.", "MR SPEAKER; Għandek raġun Onor. Agius.", "Din irrimarkali xi ħaddieħor fuqha u se nieħu nota biex l-Iskrivan tal-Kamra jaqbad mas-Supretendent tal-Belt biex meta jkun hemm is-seduta tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ikun riżervat l-ispazju.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Forsi anke fil-preżenza tal-Onor.", "Tista' l-Onor.", "Deborah Schembri tgħid jekk għandhiex indikazzjoni jekk il-kumitat tal-immigrazzjoni huwiex se jiltaqa' jew le?", "MR SPEAKER; L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Se nlaqqgħu fil-ġranet li ġejjin imma ridt nara li ma jaħbatlix ma' dawn iż-żjarat li ser ikolli barra minn Malta u, ovvjament navża lill-Oppożizzjoni, u nlaqqgħu matul is-sajf biex nerġgħu nibdew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: B'żieda ma' dak li qed tgħid Onor. Schembri, filwaqt li l-Membri tal-Oppożizzjoni kienu magħrufa diġà, kelli nistenna biex naħtru formalment Membri min-naħa tal-Gvern, issa dan tlesta u l-Kumitat jista' jitlaqqa'.", "Meta l-Kumitat jiltaqa' fuq l-immigrazzjoni il-Membri min-naħa tal-Gvern, apparti l-Onor.", "Deborah Schembri bħala Chairperson, huma l-Onor.", "MR SPEAKER: Huwa ffurmat b'mod totali.", "Nistgħu niftiehmu fuq data għal-laqgħa li jmiss?", "Se nagħmel tentative date.", "Jekk nagħmluha fl-14 ta' Ottubru?", "Fil-15 tkun imsiefer?", "Jien qed nassumi li l-aġenda tal-ewwel ġimagħtejn tal-Parlament se tkun mimlija hux hekk?", "Hekk qed neħodha Onor. Abela.", "Allura t-tieni ġimgħa tkun tal-14, jekk mhux se niltaqgħu fl-14, mill-14 sas-17 jidher li se jkun hemm items fuq l-aġenda.", "Mela nistgħu nagħmluha għas-17?", "DEBORAH SCHEMBRI: Fil-bidu ta' Ottubru jiena se nkun imsiefra.", "MR SPEAKER: Qed titkellem għat-2 ta' Ottubru.", "Imma nkunu qed niltaqgħu għalxejn għax ma jkunx hemm żvilupp ta' xejn.", "Is-17 ta' Ottubru naħseb ikun tajjeb Onor. de Marco.", "Jiena nkun hawnhekk il-ħin kollu, jiġifieri intom tafu l-ħin.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għalija aħjar kmieni milli tard.", "MR SPEAKER: Fis-17 ta' Ottubru se jkollna l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u dakinhar, jekk hu possibbli, ejjew b'data biex nippreparaw għall-Ombudsplan.", "DAVID AGIUS: Is-17 ta' Ottubru fis-13.30 p.m. u dakinhar ma jkollniex l-Ombudsplan.", "MR SPEAKER: Le, imma dakinhar iġġibuli d-data.", "Fit-3.27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ħamis, 17 ta' Ottubru 2013, fis-1.00 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20130920_008d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Settembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-2.44 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Kien preżenti wkoll l-Onor.", "Chris Agius bħala sostitut tal-Onor.", "Louis Grech, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 7 li saret fid-9 ta' Awwissu 2013 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela, Whip tal-Gvern, informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li meta jerġa' jibda jiltaqa' l-Parlament wara r-recess tas-sajf, fit-30 ta' Settembru 2013, il-Kamra tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, liema Abbozz kellu jiġi ppubblikat fil-jiem ta' wara.", "Meta tintemm id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dak l-Abbozz ta' Liġi l-Kamra kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili, liema abbozz kien għadu mhux ippubblikat.", "Minnufih wara kellha tibda d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi ppreżentat mill-Onor.", "Claudette Buttigieg bħala Mozzjoni Nru 53.", "Huwa assigura lill-Kumitat li f'kull każ il-Gvern kien se jirrispetta l-ftehim li kien hemm mal-Oppożizzjoni li jgħaddilha kopja ta' kull abbozz ta' liġi tal-inqas sebat ijiem qabel ma jitressaq fil-Parlament għad-diskussjoni.", "L-Onor Abela żied jgħid li qabel jibda d-dibattitu dwar l-Estimi Ġenerali għas-sena 2014 kellu jitressaq ukoll għad-diskussjoni Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, żewġ Abbozzi ta' Liġi oħrajn li kienu għad iridu jgħaddu mill-Kabinett, kif ukoll kellha ssir diskussjoni fil-Kamra dwar ir-rapport finali tal-kummissjoni indipendenti maħtura mill-Gvern dwar il-qasam tal-ġustizzja.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius, Whip tal-Oppożizzjoni, u l-Onor.", "Mario De Marco, dwar meta kellu jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni msemmi aktar 'il fuq fid-dawl ta' dak li ġie miftiehem bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll tal-ftehim milħuq fl-istess Kumitat qabel ir-recess tas-Sajf, l-Onor.", "Abela qal li bħala priorità il-Gvern kellu ħsieb li dan ikun it-tielet Abbozz li jiġi diskuss.", "Huwa qal ukoll li f'każ li ma jilħqux jiġu pubblikati dawk l-abbozzi ta' liġi senjati għad-diskussjoni qabel l-Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Onor Buttigieg, il-Kamra kellha tkompli bid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Saħħa, però dan mingħajr effett fuq il-priorità indikata aktar qabel għar-rigward tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni.", "Il-Kumitat qabel li l-Gvern u l-Oppożizzjoni kellhom jikkomunikaw bejniethom dwar in-numru ta' kelliema indikati għal kull Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "David Agius ippropona li l-Mozzjoni nru 61 ippreżentata mill-Onor.", "Jason Azzopardi għall-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att tal-2013 li jemenda l-Kodiċi Kriminali, kellha tittella' fuq l-aġenda tal-Kamra qabel l-Estimi Ġenerali għas-sena 2014.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li f'dan l-istadju n-naħa tal-Gvern ma setgħetx tagħti data ta' meta kellu jibda jiġi kkonsidrat dan l-abbozz ta' liġi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kamra li kien qed jiġi propost li, bħala prova, seduta waħda fil-ġimgħa bejn Settembru u Diċembru tkun tibda fil-5.00 p.m. u tispiċċa fit-8.30 p.m., u talab lill-Oppożizzjoni tindika liema ġurnata tal-ġimgħa tissuġġerixxi.", "L-Onor.", "David Agius kellu jikkomunika s-suġġeriment tal-Oppożizzjoni wara li jirreferi l-proposta lill-Grupp Parlamentari tan-naħa tiegħu.", "L-Ispeaker irrifera għar-rapport imħejji mill-Working Group kompost mill-Whips taż-żewġ naħat u mill-Iskrivan tal-Kamra dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid, u li kien ġie mwaqqaf mill-istess Kumitat.", "L-Onor.", "David Agius informaw lill-Kumitat dwar ix-xogħol li kien wettaq il-Working Group u dwar numru ta' proposti li r-rapport kien qiegħed iressaq għall-approvazzjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-Kumitat approva unanimament ir-rapport u qabel li għandu jiġi ppreżentat lill-Grand Harbour Regeneration Committee (GHRC).", "L-Ispeaker, f'ismu u f'isem il-Kumitat, irringrazzja lill-Working Group għax-xogħol tajjeb li kien wettaq u awgura li l-Kumitat jibqa' jiġi informat bil-progress li jkun qed isir f'dan ir-rigward.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li:", "(a) kien irċieva l-Ombudsplan għas-sena 2014 li kellu jiġi diskuss mill-Kumitat fil-preżenza tal-Ombudsman stess f'data li tkun konvenjenti għal kulħadd; u li", "(b) il-ġimgħa ta' wara kien se jmexxi delegazzjoni komposta minn 12-il Membru Parlamentari u numru ta' impjegati tal-uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra fi żjara lill-istituzzjonijiet Ewropej, li matulha kellha ssir laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Malti Dr Tonio Borg u żjara lir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta f'Dar Malta fi Brussell.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Chris Agius dwar diffikultajiet li qed isibu Membri Parlamentari biex jipparkjaw fil-Belt meta jiġu biex jattendu laqgħat tal-Kumitati, bħall-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li matul is-sajf żamm għadd ta' laqgħat, l-Ispeaker ta struzzjonijiet biex l-Iskrivan tal-Kamra jikkomunika mal-Pulizija sabiex jiġi assigurat li jkunu riżervati spazji għall-parkeġġ meta jkunu skedati laqgħat tal-Kumitati.", "Għall-mistoqsija tal-Onor.", "David Agius dwar meta se jiltaqa' l-Kumitat Parlamentari dwar l-Immigrazzjoni, l-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-istess kumitat, qalet li l-kumitat kien għadu ma tlaqqax minħabba impenji ta' safar u li kien se jiltaqa' fil-ġranet li ġejjin.", "Fuq dan il-punt, l-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-membri tan-naħa tal-Gvern fuq il-kumitat dwar l-immigrazzjoni kienu l-Onor.", "Deborah Schembri bħala president, l-Onor.", "Fit-3.27 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ħamis, 17 ta' Ottubru, 2013, fis-1.00 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130920_008m_xog(1).docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 8", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 8", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, f'12.08 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 7, li saret nhar il-Ħamis, 12 ta' Settembru 2013, ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK IL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL DWAR IT-TWAQQIF TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW (KUMM(2013)534) TISSODISFAX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Jekk naqblu, naħseb li aħjar nitolbu l-opinjoni tal-esperti fuq din il-ħaġa għax mhemmx dubju li hemm kwestjonijiet ta' sussidjarjetà fiha.", "Naħseb li min-naħa tagħna aħjar ikollna legal advice indipendenti.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, dan il-proposal għadu fil-bidu u, barra minn hekk, jista' jkun li billi hemm l-unanimità ma jaslu qatt.", "Jekk Malta ma taqbilx, jibqa' ma jgħaddix.", "THE CHAIRMAN: Sat-28 ta' Ottubru 2013, irridu nagħtu reasoned opinion fuq dan il-proposal u allura jien kont se nipproponi li nitolbu legal advice biex imbagħad nerġgħu niddiskutuha f'laqgħa oħra tal-Kumitat.", "Issuġġerewli lill-Prof.", "JUSTYNE CARUANA: Inqabbdu lill-esperti tal-Università.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li qed niġru ħafna għax din il-proposal għadha lura.", "THE CHAIRMAN: Imma, sal-aħħar ta' dan ix-xahar irridu nagħtu reasoned opinion.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fl-opinjoni tiegħi, dik għandha tkun l-istess reasoned opinion tal-Gvern.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IL-MONITORAĠĠ, IR-RAPPURTAR U L-VERIFIKA TAL-EMISSJONIJIET TAD-DIOSSIDU TAL-KARBONJU MIT-TRASPORT MARITTIMU U LI JEMENDA R-REGOLAMENT (UE) NRU 525/2013 (KUMM (2013) 480) TISSODISFAX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ.", "THE CHAIRMAN: Din hija proposta tal-Parlament Ewropew biex jagħmel monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' carbon dioxide minn vapuri li joħorġu mill-portijiet u li jbaħħru fl-ibħra ta' madwar l-Ewropa.", "Kellna notifika min-naħa tal-ministeru konċernat li jista' jkun hemm ksur tas-sussidjarjetà: imma, kif se jispjegalna s-Sur Kenneth Curmi, m'aħniex qed naqblu mija fil-mija li hemm ksur tas-sussidjarjetà.", "Id-deadline tagħha diġà għalaq, imma tajjeb li niddiskutuha u, jekk jidhrilna li hemm ksur, xorta nistgħu niktbu lill-Kummissjoni kif għamilna f'okkażjonijiet imgħoddija.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst mal-Kumitat): Din l-inizjattiva ddaħħal l-Emission Trading Scheme (ETS), kif hemm diġà fl-avjazzjoni, fil-qasam marittimu.", "Il-pożizzjoni tal-Gvern hija waħda konsistenti ma' kif kienet minn dejjem, jiġifieri, li din l-inizjattiva se tkun ta' detriment għall-industrija Ewropea kollha għax se titfa' ċerti burdens fuq il-maritime industry Ewropea, u li mhux se jkun hemm equal counterpart tagħhom fuq livell globali, għax l-iskema se tkun fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministeru bagħtilna opinjoni motivata fejn qed jgħid li din l-inizjattiva se jkollha impatt fuqna.", "Hawnhekk, anke jien naqbel li din il-pożizzjoni hija ġusta għax din l-inizjattiva se timpatta fuq l-industrija tal-Unjoni Ewropea u mhux biss ta' Malta.", "Biss, m'inix ċert dwar jekk il-konċett ta' sussidjarjetà japplikax għal din il-proposta.", "Wieħed jista' ma jaqbilx ma' proposta, imma mhux fuq il-kwestjoni ta' sussidjarjetà.", "Għaliex?", "Il-Ministeru mhux qed jgħid li l-azzjoni m'għandhiex isseħħ min-naħa tal-Unjoni Ewropea fuq livell ta' Unjoni Ewropea, imma li għandha sseħħ fuq livell internazzjonali għax huwa impossibbli li tagħmel skema ta' suq ta' emissjonijiet f'pajjiż wieħed imma bilfors trid tapplika għal pajjiżi oħrajn.", "Li qed jingħad huwa li m'għandhiex isseħħ fuq livell ta' Unjoni Ewropea, imma fuq livell globali permezz tal-International Maritime Organisation (IMO).", "Proprju għalhekk ma nafx kemm tidħol fiha s-sussidjarjetà.", "Il-punt huwa li, jekk din il-proposta tal-Unjoni Ewropea għandha sseħħ, fuq liema livell għandha ssir?", "Jekk naqblu mal-proposta, allura jien nara li bilfors trid issir fuq livell ta' Unjoni Ewropea, u allura ma tibqax kwestjoni ta' sussidjarjetà.", "Kif qal iċ-Chairman, issa għadda ż-żmien biex tintbagħat opinjoni motivata u, barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda pajjiż ieħor li rrapporta breach of subsidiarity, għalkemm kien hemm xi pajjiżi li għamlu xi oġġezzjonijiet għal din il-proposta.", "Pereżempju, is-Senat tar-Repubblika tal-Polonja għamlu l-kummenti tagħhom, imma ma għamlux breach of subsidiarity.", "Għalija, aħna għandna nagħmlu l-istess ħaġa billi nibagħtu l-kummenti tagħna biex ngħinu l-pożizzjoni ta' Malta li minn dejjem kienet konsistenti, jiġifieri, li din l-inizjattiva għandha ssir fuq livell globali.", "THE CHAIRMAN: Personalment jien naqbel ma' din il-pożizzjoni.", "Inħoss li l-kwestjoni ta' climate change hija xi ħaġa importanti, u għalhekk m'għandniex nipprovaw inwaqqfu inizjattiva bħal din, anke jekk inhi Ewropea.", "Biss, jien nifhem ukoll li l-pożizzjoni tal-Gvern li jkun aħjar jekk din l-inizjattiva ssir fuq livell globali milli fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "Għalhekk naħseb li għandna niktbu f'dan is-sens, mhux għax hemm ksur tas-sussidjarjetà, imma biex ngħidu li aħna, filwaqt li naqblu ma' dan il-pass, nemmnu li din għandha tkun mhux biss inizjattiva Ewropea imma inizjattiva globali.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandna nieħdu din il-linja biex nagħtu sostenn lill-Gvern ta' Malta, għax huwa fl-interess tar-Reġistru Merkantili tagħna, li huwa parti mill-interess nazzjonali ta' pajjiżna, li jsir hekk.", "THE CHAIRMAN: Jekk naqblu, niktbu ittra u nibagħtuha lill-President tal-Kummissjoni.", "IR-RAPPORT LILL-KAMRA DWAR ID-DISKUSSJONI LI SARET FIL-KUMITAT FUQ IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦAL MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERIJODU SETTEMBRU 2012 SA FRAR 2013", "THE CHAIRMAN: L-aħħar item fuq l-agenda huwa r-rapport tas-sena li għaddiet li rrid nagħti lill-Kamra dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra li se rressqu quddiem il-Kamra l-ġimgħa li ġejja.", "(Interruzzjonijiet)", "Ir-rapport bagħtnihulkom b'email u xogħolkom kien li taqrawh.", "Bir-rispett kollu, kontu tafu li qiegħed fuq l-aġenda.", "Jekk hemm xi kummenti nagħmluhom illum, għax jien ninsab obbligat bil-liġi li rressqu fil-Kamra.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jimporta taqra r-rapport ħalli nkunu nafu x'fih?", "Nitlob lill-iskrivan tal-Kumitat sabiex jaqra r-rapport.", "IS-SUR JOHN VELLA (Skrivan tal-Kumitat): \"Skont l-Artiklu 7 (2) tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515), nirrapporta li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' nhar il-Ħamis 12 ta' Settembru 2013, fejn kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu r-rapport intitolat 'Bidu Ġdid' tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, li saret f'Malta f'Settembru 2012, u r-rapport ippreparat minn Dr Gejtu Pace u approvat mill-Kunsill bħala estensjoni tar-rapport intitolat 'Bidu Ġdid'.", "Il-Kumitat innota l-preżentazzjonijiet li saru mill-Membri tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta dwar problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-Maltin li jgħixu barra, kif ukoll il-proposti li saru, u l-kwestjonijiet prinċipali li tqajmu kienu dawn li ġejjin:", "Tagħlim tal-Malti: Il-Membri tal-Kunsill qablu li għandu jkun hemm referenza aktar frekwenti għal-lingwa Maltija, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-regolamenti tal-Istitut Kulturali Malti, għaliex din għandha sehem importanti ħafna f'dak li jirrigwarda it-tkattir u l-promozzjoni tal-identità Maltija.", "Hemm tħassib dwar is-sitwazzjoni mwiergħa tat-tagħlim tal-lingwa Maltija fl-Awstralja fejn, fis-sena 2012, hemm il-probabilità li ma tintlaħaqx il-kwota neċessarja ta' studenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matrikola.", "Huwa utli li l-assoċjazzjonijiet li qed jaħdmu f'dan ir-rigward ikollhom aktar aċċess għal kotba għat-tagħlim tal-Malti u preżentazzjonijiet elettroniċi.", "Il-membri tal-Kunsill qablu li wasal iż-żmien li jsir stħarriġ serju ta' kif u jekk jistgħux jinkisbu fondi mill-UE għat-tagħlim u l-priservazzjoni tal-Malti fil-pajjiżi barra miż-żona Ewropea biex it-tagħlim tal-lingwa jsir aktar mifrux u aċċessibli.", "Ismijiet fuq il-Passaporti: Preokkupazzjoni oħra tal-membri tal-Kunsill kienet dwar l-ismijiet fuq il-passaporti li huma differenti minn dawk li hemm fuq dokumenti oħra maħruġa qabel.", "Dan qed iwassal biex ħafna ċittadini Maltin residenti barra ma jużawx il-passaport Malti tagħhom, għaliex ikun aktar ta' xkiel milli ta' għajnuna.", "F'intervent li għamlet is-Sinj.", "Ermelinda Zahra, Direttur tar-Reġistru Pubbliku, rreferiet għal-liġi li ġiet emendata fl-24 ta' Lulju 2012 li tgħid li, jekk hija sempliċiment kwestjoni ta' traduzzjoni tal-isem fuq passaport, hemm formola li tista' timtela' u tiġi approvata mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, wara li jiġi kkonfermat li jkun diġà nħareġ passaport fuq dak l-isem biex b'hekk jiġu ssimplifikati l-affarijiet.", "Dan jgħodd biss għall-isem u mhux għall-kunjom.", "B'hekk ikun jista' jsir bdil fl-att tat-twelid, kif ukoll fl-atti ċivili kollha, kif speċifikat mill-applikant fuq il-formola li jkun issottometta.", "Il-Gvern se jagħti aktar pubbliċità għal din l-emenda fil-liġi.", "Il-Passaporti Biometriċi: Jidher li bis-sistema preżenti, l-applikant qed ikollu jmur l-ambaxxata partikolari fejn, ħafna drabi, l-lokalità tkun siegħat 'il bogħod mill-belt fejn ikun joqgħod l-applikant, u allura tinvolvi spejjeż kbar.", "Fejn hu possibbli għandu jkun hemm l-apparat biex tkun tista' tiġi pproċessata l-informazzjoni biometrika fil-konsolati.", "Is-Sur Gaetano Vella, Direttur tal-Passaporti, qal li d-diffikultajiet li hemm bħalissa jirrigwardaw is-sigurtà tal-informazzjoni biometrika, iżda d-Dipartiment qiegħed fi stat avvanzat biex idaħħal il-mobile units.", "Healthcard tal-Ewropa: Il-vantaġġ tal-healthcard huwa li biha, ċittadin ta' pajjiż tal-Unjoni Ewropea jibbenefika mill-istess servizzi jew tariffi, fejn applikabbli, bħal ċittadini ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, dejjem jekk iħallas jew kien ħallas il-bolla tas-Sigurtà Soċjali f'pajjiż fl-Unjoni.", "Dan ma jfissirx li s-servizz neċessarjament jingħata b'xejn, imma l-istess drittijiet u tariffi jkunu applikabbli bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn jintalab is-servizz.", "Karta tal-Identità: Il-karta tal-identità tingħata biss lil dawk residenti f'Malta.", "Ġiet imressqa proposta li lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta tinħarġilhom karta tal-identità temporajna waqt li jkunu qegħdin f'Malta.", "Pensjonijiet: Iċ-Chairperson (jiġifieri l-Ministru għall-Affarijiet Barranin) ilu għal diversi snin jitlob sabiex tiġi ċċarata l-problema fir-rigward tal-ftehim bilaterali fuq il-kwestjoni tal-pensjonijiet bejn Malta u l-Istati Uniti tal-Amerika.", "F'komunitajiet oħra Maltin, il-Gvern jipprova jilħaq Social Security Agreements mal-Gvern ikkonċernat bħal, pereżempju, fil-każ ta' New Zealand.", "Għandu jkun hemm reviżjoni ta' liġijiet fiskali li jiddiskriminaw kontra Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "Ċittadinanza: Il-Membri tal-Kunsill esprimew sodisfazzjoni għall-progress sostanzjali li sar fil-qasam taċ-ċittadinanza doppja.", "Mill-banda l-oħra, esprimew ix-xewqa li jiġi mħaffef il-proċess tal-applikazzjonijiet, u li ma jintalbux dokumenti darbtejn.", "Il-Kunsill ġie informat li dokumenti li ġew aċċettati għal skop ta' għoti taċ-ċittadinanza Maltija għandhom iservu, bla ebda formalità oħra, sabiex wieħed jakkwista passaport Malti.", "Sar ukoll aċċenn dwar ċittadinanza għal tfal adottati.", "Iċ-Chairperson fisser kif dan id-dewmien huwa dovut għall-eluf ta' applikazzjonijiet li qed jidħlu sabiex persuni ta' dixxendenza Maltija jkunu jistgħu jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija.", "Però, jibqa' l-fatt li għandu jsir sforz biex jitneħħa l-backlog.", "Liġijiet fuq Proprjetà u Suċċessjoni: Fl-interventi tagħhom, diversi membri semmew ukoll il-problemi li jiffaċċjaw speċjalment fejn jidħlu kwestjonijiet ta' proprjetà, wirt u testmenti, kif ukoll tagħrif legali dwarhom.", "Diversi membri ilmentaw li dawn ma jkollhom lil ħadd li jinformahom fuq id-drittijiet tagħhom fil-pajjiż fejn ikunu residenti, u l-avukati li jsibu jkunu familjari biss mal-liġijiet ta' pajjiżhom.", "Ġie suġġerit ukoll li l-Gvern Malti jkattar ħafna aktar l-informazzjoni lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta dwar il-liġijiet Maltin u d-drittijiet tagħhom.", "Dritt għall-Vot: ...", "THE CHAIRMAN: Sur Vella, nitolbok tieqaf għax, jiddispjaċini ngħid li l-ewwel kellna talba biex jinqara r-rapport, u l-Membru li għamilli t-talba issa ħalla l-kamra.", "Ma nistax nifhimhom dawn l-affarijiet!", "Nipproponi li dan ir-rapport jittieħed bħala moqri.", "Jekk intkom preżenti taqblu mar-rapport, allura dan se jiġi ppreżentat lill-Kamra fil-ġranet li ġejjin.", "Jidher li mhawnx aktar kummenti u allura l-Kumitat huwa aġġornat għal data u b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-1.33 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20130927008d.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 8", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru 2013 f'12 p.m. (Nofsinhar)", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru 2013 f'12 p.m. (nofsinhar) fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar jekk il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Kumm(2013)534) tissodisfax il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Affarijiet oħra.", "17 ta' Settembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130927_008a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fn-12:08 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja l-Onor.", "Justyne Caruana (sostitut tal-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Silvio Schembri kienu msiefra fuq xogħol parlamentari.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 7 li saret fit-12 ta' Settembru, 2013 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK IL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL DWAR IT-TWAQQIF TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW (KUMM(2013)534) TISSODISFAX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ.", "Fid-diskussjoni ħadu sehem Dr Peter Grech, Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech, Deputat Avukat Ġenerali, u Ms Alexandra Jour-Schroeder, Rappreżentanta tal-Kummissjoni Ewropea.", "Ms Alexandra Jour-Schroeder għamlet preżentazzjoni fil-qosor dwar il-punti ewlenin ta' din il-proposta, fosthom:-", "Artiklu 86 tat-Trattat kien diġà jipprovdi għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għaldaqstant din il-proposta kienet tikkonċerna l-funzjonijiet, poteri u l-mod kif jopera dan l-Uffiċċju;", "Dan l-Uffiċċju għandu jinvestiga u jressaq każi ta' frodi kontra l-interessi tal-Unjoni Ewropea - uffiċċjalment dan it-tip ta' frodi jlaħħaq mal-€500 miljun però fil-fatt huwa stmat ferm aktar - u affarijiet relatati filwaqt li każijiet oħra jaqgħu taħt il-Europol u l-Eurojust;", "Ikun hemm tal-anqas prosekutur wieħed f'kull stat membru li, għall-fini ta' independenza, iwieġeb lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew;", "il-prosekutur jimxi fuq il-liġijiet u jossorva s-salvagwardji tal-istat membru li jopera fih u l-prosekuzzjoni ssir fil-qrati tal-istat membru; u", "l-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Ewropew għandu jikkoordina x-xogħol tal-prosekuturi fl-istati membri u anke każijiet li jinvolvu aktar minn stat membru wieħed kif ukoll iżomm database tal-każi.", "Dr Peter Grech, fost affarijiet oħra, spjega li skont din il-proposta dan l-Uffiċċju se jitmexxa fuq il-mudell kontinentali u allura fil-każ ta' Malta din il-proposta ġġib magħha emendi għall-Kostituzzjoni u għall-Kodiċi Kriminali fejn għandhom x'jaqsmu l-poteri u l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali u tal-Pulizija.", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja kkonkluda li Malta hija kommessa li taħdem favur il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea imma fl-istess ħin tħoss li jista' jkun hemm modi oħra kif jista' jintlaħaq dan l-għan mingħajr il-ħtieġa ta' struttura supranazzjonali kif qiegħed jiġi propost.", "Il-Kumitat qabel li hemm bżonn ta' aktar diskussjoni mal-partijiet konċernati qabel ma jasal għall-konklużjoni jekk din il-proposta tiksirx il-prinċipju tas-sussidjarjetà u allura tintbagħat opinjoni motivata inkella jkunx hemm biss il-bżonn li wieħed jikkomunika lill-Kummissjoni t-tħassib tal-Parlament Malti.", "Dok 46 Memorandum imħejji mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar il-pożizzjoni preliminari tal-Gvern fuq il-proposta KUMM(2013)534.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IL-MONITORAĠĠ, IR-RAPPURTAR U L-VERIFIKA TAL-EMISSJONIJIET TAD-DIOSSIDU TAL-KARBONJU MIT-TRASPORT MARITTIMU U LI JEMENDA R-REGOLAMENT (UE) NRU 525/2013 (KUMM (2013) 480) TISSODISFAX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Dok 47 Memorandum imħejji mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima dwar il-pożizzjoni preliminari tal-Gvern fuq il-proposta KUMM(2013)480.", "Il-Kumitat iddiskuta, bis-sehem tas-Sur Kenneth Curmi (research analyst), il-proposta leġislattiva KUMM(2013)480 u l-memorandum inħejji mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima fejn ħarġu dawn il-punti prinċipali:-", "kulħadd jaqbel ma' miżuri favur tnaqqis fit-tniġġiż tal-ambjent, li anke jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, però azzjoni f'dan ir-rigward tkun aktar effettiva jekk tittieħed fuq livell Ewropew jew globali milli minn stati individwali;", "il-proposta ġġib magħha aktar spejjes fuq l-istati membri tal-Unjoni Ewropea u allura tirrendihom anqas kompettitivi fil-konfront ta' pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea li ma jkunux marbuta b'dawn ir-regoli;", "Malta għandha wieħed mill-akbar reġistri tal-vapuri u allura din il-proposta toldotha b'mod negattiv; u", "ikun aħjar kieku dawn il-miżuri jittieħdu mill-International Maritime Organisation (IMO) għax hekk ikunu japplikaw fuq skala globali u allura, minbarra li jkunu aktar effettivi, ikun hemm level playing field.", "Għaldaqstant, il-Kumitat qabel li ma tintbagħatx opinjoni motivata imma tintbagħat komunikazzjoni lill-Kummissjoni fejn il-Parlament jispjega t-tħassib ta' Malta u jgħaddi r-rakkomandazzjoni li dawn il-miżuri għandhom jittieħdu u jkunu applikabbli fuq skala globali u mhux limitati għalll-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "RAPPORT LILL-KAMRA DWAR ID-DISKUSSJONI LI SARET FIL-KUMITAT FUQ IR-RAPPORT TAL-KUNSILL GĦAL MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA GĦALL-PERJODU SETTEMBRU 2012 SA FRAR 2013.", "Il-Kumitat ikkonsidra l-abbozz ta' rapport imressaq mill-President tal-Kumitat fir-rigward tad-diskussjoni li kienet saret fil-laqgħa tat-12 ta' Settembru 2013 tal-istess Kumitat fuq ir-rapport tal-Kunsill għal Maltin li jgħixu barra minn Malta għall-perjodu Settembru 2012 sa Frar 2013.", "Il-Kumitat adotta r-rapport kif imressaq mill-President u qabel li jippreżentah lill-Kamra għall-fini tal-Artiklu 7 (2) tal-Att XX tal-2011 li waqqaf il-Kunsill għal Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "Dok 48 Rapport lill-Kamra fuq ir-rapport tal-Kunsill għal Maltin li jgħixu barra minn Malta għall-perjodu Settembru 2012 sa Frar 2013 skont l-Artiklu 7 (2) tal-Att XX tal-2011.", "Fis-1:33 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20130927_008m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 15 ta' Ottubru 2013 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 15 ta' Ottubru, 2013 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Ir-Rwol Ċentrali tal-Anzjani fil-Familja Maltija u l-Ħidma tal-Gvern f'dan is-Settur", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131015_002a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 15 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 15 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "THE CHAIRMAN (Onor. Anthony Agius Decelis): Nirringrazzjakom talli qegħdin hawnhekk għal din il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja.", "Illum bħala mistieden speċjali għandna lill-Onor.", "Franco Mercieca, li huwa responsabbli mill-familja, l-anzjani u min-nies bi bżonnijiet speċjali.", "Aħna tlabnih jiġi hawnhekk sabiex jagħtina overview ta' x'inhu jagħmel dan il-Gvern vis-à-vis dawn l-oqsma tant importanti.", "Kull membru fil-familja huwa importanti u daqstant ieħor huma importanti l-anzjani u n-nies bi bżonnijiet speċjali.", "Nixtieq li qabel ma napprovaw il-Minuti tagħtuhom ftit daqqa t'għajn.", "Ilum magħna hawn ukoll l-Onor.", "Mario Galea li kien ukoll segretarju parlamentari għal diversi snin f'dan is-settur u li llum se jkun qiegħed jagħmel ix-shadowing tas-Segretarju Parlamentari.", "Ma nafx jekk hemmx xi oġġezzjonijiet għall-Minuti?", "Jiena rajthom u jidhru li huma korretti.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Xtaqt niġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa dwar il-Minuti li għandna quddiemna.", "Jiena l-aħħar darba kont tlabt permess sabiex niġi eżentata minħabba li kelli nagħti d-diskors tiegħi fil-Plenarja imma m'iniex qed naraha mniżżla fil-Minuti.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Nieħdu nota ta' dan u nitlob lis-Segretarju sabiex jikkoreġihom.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "01 li saret nhar l-Erbgħa 05 ta' Ġunju 2013, ġew konfermati.", "Ir-Rwol Ċentrali tal-Anzjani fil-Familja Maltija u l-Ħidma tal-Gvern f'dan is-Settur", "THE CHAIRMAN: Mela se nħalli f'idejn l-Onor.", "Mercieca sabiex ikellimna fuq l-anzjani u jekk irid jista' jitkellem ukoll fuq in-nies bi bżonnijiet speċjali.", "Naturalment dan il-Kumitat mhuwiex fuq l-anzjani imma huwa fuq il-familja u jiena naf biċ-ċert li fil-familja Maltija, kemm l-anzjani kif ukoll in-nies bi bżonnijiet speċjali għandhom post speċjali u jagħmlu minn kollox sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizzi u l-aqwa kura liż-żewġ setturi fil-familja tagħna.", "FRANCO MERCIECA (Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): L-ewwelnett nirringrazzjakom talli tlabtuni niġi hawnhekk biex naqsam magħkom il-ħsebijiet ta' dan il-Gvern fuq dan il-qasam li huwa interessanti ħafna kif ukoll taxing ħafna għax jitratta nies vulnerabbli.", "Nafu li d-demografija qiegħda tinbidel; l-anzjani qed jiżdiedu u l-mediċini qed iħallu aktar u aktar suċċess.", "Għaldaqstant in-nies qed tgħix aktar u minħabba f'hekk il-persentaġġ ta' anzjani fis-soċjetà qiegħed dejjem jikber.", "Nista' ngħid li kwart tal-popolazzjoni Maltija - jiġifieri mal-100,000 - huma anzjani li għandhom 'il fuq minn 60 sena.", "U għalhekk din hija sfida kbira, sfida kemm soċjali kif ukoll ekonomika.", "Hija sfida soċjali minħabba li dawn in-nies se jibqgħu fis-soċjetà tagħna u allura hemm bżonn li jibqgħu jipparteċipaw fis-soċjetà tagħna għaliex hemm ovvjament l-isfidi fuq is-servizzi soċjali tagħna, li kulma jmur dejjem qed jiżdiedu.", "Bażikament aħna nixtiequ li l-anzjani tagħna jibqgħu jgawdu l-ħajja tagħhom fil-komunità tagħhom.", "Dak huwa l-impetus tagħna u ċjoè dik li ngħidulha ageing in place, fejn l-anzjani jibqgħu jgħixu fi djarhom.", "U jekk mhux fi djarhom jgħixu mal-qraba tagħhom jew inkella f'xi dar tal-anzjani fil-komunità tagħhom.", "Imma l-għan tagħna huwa l-ageing in place u għalhekk aħna qegħdin nagħmlu sforz biex is-sevizzi fil-komunità jiżdiedu u mhux inħallu ċertu ammont ta' backlog u waiting lists, kif sibna meta ħadna f'idejna dan is-settur.", "Biss biss hemm il-Home Help li għalih hemm waiting list twila ħafna.", "U għalhekk għandna kuntratt li ħiereġ dalwaqt sabiex inżidu l-Home Help għas-settur privat minn 600 siegħa għal 1,800 siegħa fil-ġimgħa.", "Għandek ukoll is-sitwazzjoni tal-meals on wheels, li huwa servizz tajjeb ħafna imma għandek ukoll il-problema tal-waiting list.", "Fil-fatt hemm domanda li hija kważi daqs l-istess ammont li qed jiġi pprovdut bħalissa!", "Mela jekk hemm 300 ikla kuljum li qed tiġi pprovduta, hemm mat-300 applikant ieħor li qed jistennew li jirċievu dan is-servizz.", "Il-problemi marbutin ma' dan is-servizz huma tnejn; li l-provision tal-ikel huwa limitat minħabba li qed jiġi prodott fil-kċina ta' San Vinċenz.", "Dan qed isir b'ħafna dedikazzjoni mill-kokijiet li jidħlu kmieni ħafna, fl-4.00 a.m. jew fil-5.00 a.m. u sas-7.00 a.m. l-ikliet ikunu kollha lesti imma mbagħad jitqassmu għall-12.00 a.m. jew is-13.00 p.m. Il-problema qiegħda fil-mod ta' kif jiġi mqassam l-ikel minħabba s-sigurtà tiegħu.", "Nirringrazzjaw lill-Bambin s'issa għadu qatt ma kellna minn dawn il-problemi imma dejjem jibqa' il-fatt li jekk dan is-servizz jiġi eżaminat se jkun hemm question marks fuqu minħabba l-health and safety.", "Fil-fatt jekk ikla tiġi msajra fis-7.00 a.m. u ma titpoġġix f'ċertu refrigeration ħalli tibqa' tajba u titwassal għand dak li jkun ġo vann fix-xemx, fis-13.00 p.m., dejjem se jkollok question mark fuq il-vijabilità u s-safety ta' dak l-ikel.", "Dan huwa servizz li rridu nsaħħuħ u rridu li ma jkunx hemm waiting lists għalih għax nemmnu li servizzi bħal dawn iżommu l-anzjani fil-kumdità u jibqgħu jgħixu b'ċerta indipendenza.", "Aħna nafu li hemm nies li qed jitolbu għal residenza fil-home għar-raġuni li m'għandhomx ċerti servizzi provduti u għalhekk m'għandux ikollna l-ebda skuża li dawn is-servizzi ma jiġux ipprovduti.", "Dan se jkun l-impetus tagħna fix-xhur li ġejjin u fil-budget li se jitħabbar.", "Hemm is-sitwazzjoni tat-Telecare li hija sistema tajba ħafna għax tagħmel lill-anzjani jħossuhom safe at home.", "Madankollu aħna naħsbu li din is-sistema issa hija waħda antikwata għax ilha hemmhekk għal dawn l-aħħar 22 sena.", "U għalhekk wasal iż-żmien li nużaw it-teknoloġija moderna u li f'dawn l-aħħar 20 sena avvanzat ħafna.", "Mela wasal iż-żmien li t-Telecare ntejbuh u nitfgħuh fuq pjattaforma aħjar sabiex tkun tista' tindirizza servizzi varji li jġiegħlu lill-anzjani tagħna jħossuhom b'moħħhom mistrieħ fi djarhom.", "Għandek il-handyman service li nafu li huwa servizz tajjeb għalkemm forsi mhuwiex daqshekk użat.", "Naturalment dan is-servizz se jibqa' għaddej normali.", "Ovvjament irridu nnaqqsu d-dewmien għas-servizzi ta' careers u ta' nursing backup fil-komunità tagħna għaliex dawn huma servizzi importantissimi sabiex l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità tagħhom.", "Barra minn hekk, minbarra s-servizzi fid-djar tagħhom aħna rridu wkoll insaħħu s-servizzi fil-komunità, bħal pereżempju s-servizz \"Inżommuhom Attivi\".", "Għadna kif lestejna l-Active Aging Strategy u din se tiġi launched fl-aħħar ta' Novembru.", "Jien kont ħabbart li - għax kont daqsxejn ħerqan - din se tiġi launched fil-bidu ta' Ottubru imma malajr tgħallimt x'inhi l-politika u għalhekk issa ħabbarna li d-data se tkun f'Novembru imma dik id-data hija waħda definittiva.", "Fiha ovvjament inkludejna ħafna modi ta' kif nistgħu nżommu attivi lill-anzjani tagħna billi nħalluhom jipparteċipaw fix-xogħol, billi jipparteċipaw fis-soċjetà u billi jibqgħu indipendenti kemm jista' jkun.", "Qegħdin ukoll insaħħu l-Università tat-Tielet Età.", "Fil-fatt ftaħna branka oħra fil-Kottonera u ninsabu għaddejjin bid-diskussjonijiet mal-Università sabiex niftħu branka oħra fil-Mosta.", "Dawn ovvjament huma ftit mill-affarijiet li bihom lill-anzjani tagħna nżommuhom attivi għaliex nemmnu li l-edukazzjoni hija importanti ħafna sabiex l-anzjani jibqgħu jħossuhom integrati u inklużi fis-soċjetà.", "U għalhekk ma jintelqux u ma jħossuhomx ta' piż għas-soċjetà tagħna.", "Dan l-aħħar nidejna wkoll il-korsijiet għall-ICT.", "Fil-fatt għamilna korsijiet ta' 20 siegħa fi 12-il lokalità differenti u dawn huma korsijiet importanti ħafna sabiex l-anzjani jħossuhom parti mis-soċjetà.", "Huwa importanti li jkunu fid-digital era u mhux iħossuhom li ma jistgħux jibagħtu email jew jidħlu facebook jew inkella li ma jistgħux jidħlu fuq skype sabiex jitkellmu mal-qraba tagħhom forsi fl-Awstralja, fil-Kanada jew fi kwalunkwe parti oħra tad-dinja.", "Dawn huma skills li forsi għat-tfal tagħna huma sempliċi ħafna imma għall-anzjani huma importanti wkoll biex iħossuhom integrati fis-soċjetà tagħna.", "Dawn huma ftit mill-affarijiet li qed nagħmlu.", "Tkellimna wkoll fuq il-Kummissarju tal-Anzjani għaliex lil dan irridu nsaħħuħ biex nagħtuh vuċi u biex jiddefendi d-drittijiet tal-anzjani tagħna.", "Fil-fatt diġa' qiegħed nitkellem fuq dan l-ambitu biex inkunu nistgħu nimxu f'dik it-triq.", "Imma ovvjament nagħmlu x'nagħmlu, xorta se jkollna domanda kbira għall-anzjani sabiex jidħlu fid-djar tal-anzjani.", "Għal dan il-għan l-ewwel ħaġa li konna għamilna kienet analiżi tas-sitwazzjoni, fejn rajna x'inhi d-domanda u x'inhi s-supply ta' sodod li għandna fil-komunità.", "U ftit mill-affarijiet li sibna kien li ma kellniex xi waiting list partikolari fejn stajna ngħidu li hemm lista ta' nies miktubin u li nafu min huma, fejn huma eċċ, u għalhekk qed naħdmu fuq dan l-ambitu biex ikollna lista proprja.", "U għalkemm għandna numru li dejjem qed jinbidel imma m'għandniex numru eżatt.", "Forsi waħda mir-raġunijiet ukoll li n-numru jinbidel għaliex dan huwa settur attiv, fis-sens li anzjan filli qiegħed fil-komunità, filli jispiċċa l-isptar, u mbagħad mill-isptar jispiċċa ġo home.", "U allura għandek ċertu mobilità.", "Madankollu xorta importanti li jkollna numru biex inkunu nistgħu naraw x'inhi l-problema u nkunu nistgħu noffru s-servizzi accordingly.", "Sibna wkoll li l-mudell tal-public private partnership huwa l-aħjar mudell.", "Dan huwa l-aktar mudell ekonomiku u l-aktar mudell effiċjenti li nistgħu nużaw sabiex inkunu nistgħu nipprovdu dawn is-sodod.", "U għalhekk ħriġna l-expression of interest f'Awwissu li għadda u għandna adjudicating board li ġie maħtur għal dan il-għan u fil-fatt qiegħed fi stadju li janalizza dawn l-expressions of interest.", "Mill-informazzjoni li għandi - għaliex aħna m'aħniex involuti f'dan il-bord – hu li dawn qassmuhom fi tliet branki; dawk li jistgħu jipprovdu sodod malajr, dawk li jistgħu jipprovdu sodod in the intermediate phase u dawk li jistgħu jipprovdu sodod in the long term.", "Ġew mistoqsija kemm jistgħu jipprovdu sodod dawn kollha u f'liema l-iqsar żmien possibbli.", "Issa qed jiġi analizzat dan il-proċess u milli qed jgħiduli wasal fi tmiemu.", "Għalhekk se jkunu jistgħu javviċinaw lill-bidders biex naraw eżatt kif se mmexxu 'l quddiem.", "Ovvjament dan il-proċess jieħu ċertu żmien għaliex irid ikun trasparenti u għalhekk se jidħlu d-Dipartiment tal-Kuntratti flimkien ma' dan il-bord.", "Imma nista' ngħid li għamilna progress kbir.", "Nafu wkoll li hemm bejn wieħed u ieħor bżonn ta' 200 u 300 sodda fis-sena biex inkunu nistgħu nkopru d-domanda li hemm.", "Nisperaw li bit-tisħiħ tal-community services din id-domanda tonqos.", "Però nafu li l-waiting list hija ta' 1,700 u allura għandi d-dubji tiegħi kemm se tonqos malajr fil-futur immedjat.", "Bdilna wkoll il-metodu ta' kif jiġu analizzati l-applikazzjonijiet.", "Qabel biex anzjan jidħol f'dar tal-anzjani ried jimla' l-formola u jibgħatha ċ-Ċentru Ħidma Soċjali, fejn imbagħad minn hemmhekk jibagħtu social worker għand dak l-anzjan sabiex jiġi assessed.", "Imbagħad timtela' formola oħra li tintbagħat għand l-Admissions Board u dan il-bord kien jiltaqa' u jiddeċiedu skond il-formola li jkollhom quddiemhom.", "Issa aħna ħsiebna li l-aħjar mod huwa li l-bord irid jara lill-pazjent qabel jieħu deċiżjoni u mhux kemm jara l-formola.", "Għalhekk bdilna s-sistema fejn l-anzjan japplika xorta waħda imma wara li japplika jiġi mgħajjat Karen Grech Hospital sabiex jarawh a multi-disciplenary team.", "Dan it-team ikun kompost minn geriatrition, social worker, nurse, pshyioterapist u occupational therapist li jassessjaw il-bżonnijiet ta' dak li jkun.", "Aħna ma nixtiequx li nimxu skond fejn dak li jkun jixtieq imur, fis-sens li jekk jiena ngħid li rrid immur fit-tali home mhux bilfors li dik il-home partikolari hija tajba għalija.", "Mhux bilfors li dik il-home tipprovdi s-servizzi li inti għandek bżonn għax jista' jkun li anzjan għandu ċerta dipendenza u mhuwiex tajjeb biex imur f'ċertu home.", "Għalhekk nemmnu li għandu jkun hemm ċerta direzzjoni minn dan il-multi-disciplenary team sabiex ikun jista' jagħti l-aħjar parir lil dawn l-applikanti għal-long term care.", "Barra minn dawn l-affarijiet li għamilna, ħdima wkoll fuq l-active aging strategy li semmejt ftit ilu.", "Ħtarna focal point għad-dimensia li huwa Dr Charles Scerri.", "Fil-fatt din kienet l-istess persuna li l-Onor.", "Mario Galea kien ħatar sabiex tagħmel l-istrateġija għad-dimensia.", "Dan huwa bniedem validissimu u aħna kuntenti ħafna bix-xogħol li qed jagħmel.", "Wiegħedna li se jirrevedi d-dimensia strategy li sfortunatament sibniha f'kexxun tiġbor it-trab!", "Kienet ilha sentejn hemmhekk u ma ttieħdet l-ebda azzjoni fuqha, u għalhekk Dr Scerri qalli li għandu bżonn tal-inqas sena sabiex jirrevediha minħabba li l-affarijiet inbidlu.", "Għalhekk forsi nkunu nistgħu nimplimentaw parti minnha fis-snin li ġejjin.", "Barra minn hekk kellna wkoll l-istandards tal-homes li ma kenux implimentati, jiġifieri kull min irid japplika biex jibni home llum il-ġurnata m'għandux standards li magħhom irid jimxi u li huma legally binding.", "Issa aħna nemmnu li dawn huma importanti u għalhekk għandna grupp ta' nies li qed jaħdmu mal-istandards tal-Health Department sabiex isiru the minimum standards għal dawn il-homes.", "Dawn se jkunu f'idejna fil-bidu ta' Diċembru u mbagħad beħsiebna nagħmlu White Paper u Public Consultation biex imbagħad inkunu nistgħu nattwawhom.", "Barra minn hekk nixtiequ mhux biss li nagħmlu dawn il-minimum standards għall-homes kollha imma nagħmlu standards ukoll għal dawk li huma l-assisted living homes, in-nursing homes, id-dimentia wards u għal kull tip ieħor ta' elderly care.", "Barra minn hekk nistgħu nagħmlu wkoll tip ta' star levels skond il-livell ta' kura li dak li jkun jista' jagħti skond il-home li jkollu.", "Qegħdin naħdmu wkoll fuq l-elder abuse legislation għax irridu nsaħħuha u b'hekk inkunu nistgħu nipproteġu l-anzjani tagħna mill-abbuż, li ovvjament jista' jkun mhux biss fiżiku imma anke finanzjarju, soċjali u kull tip ta' abbuż ieħor li wieħed jista' jimmaġina.", "Hemm min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet?", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna ta' din l-overview li tajtna.", "Naħseb li kienu sitt xhur ta' ħidma kbira sabiex qiegħed tħares lejn dawn l-affarijiet kollha.", "Nitlob lill-Membri tal-Kumitat sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet jew il-kummenti tagħhom f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: L-ewwelnett grazzi talli għoġbok tiġi għal din il-laqgħa u tidher li għaddej fuq ħafna proġetti.", "Għalhekk il-kumment tiegħek \"issa naf x'jiġifieri l-politika\" nifhmu għax qegħdin taħdmu fuq aspetti differenti fuq il-qasam tal-anzjani.", "Issa inti għedtilna li bħalissa fil-homes m'hemmx minimum standard requirements.", "Li nixtieq nistaqsik huwa fuq standards differenti u etiċi ta' kif wieħed jikkomporta ruħu meta jkun jaħdem f'dawn id-djar.", "Jiġifieri jeżistux code of ethics li min jaħdem fil-homes - speċjalment dawk tal-Gvern għaliex wieħed għallinqas għandu jibda minn hemm peress li l-Gvern suppost li huwa the model employer – irid jimxi magħhom?", "FRANCO MERCIECA: Rigward il-kodiċi ta' etika ovvjament din teżisti f'kull professjoni.", "Fil-fatt għandek il-kodiċi ta' etika għat-tobba, għan-nursing care u anke għall-carers.", "Qiegħed nifhem għalfejn qiegħda tagħmel din il-mistoqsija għax meta inti għandek istituzzjoni kif inhi preżenti, b'ħafna mill-carers ġejjin mis-settur privat, allura dejjem għandek ir-riskju li m'għandekx daqshekk accountability.", "Issa din l-istituzzjoni qegħdin nipprovaw nindirizzawha b'mod ħolistiku, mhux biss fuq il-code of ethics imma anke bħala l-pakkett finanzjarju tagħhom u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom għax dawn l-affarijiet ovvjament jinfluwenzaw pożittivament fuq il-mod ta' kif jaġixxu, fuq kemm ikunu kuntenti fuq ix-xogħol u fuq kemm jagħtu servizz tajjeb lill- anzjani tagħna u li jittrattawhom b'ċertu dinjità.", "Għalhekk nerġa' ngħid li qiegħed nifhem ir-raġuni wara l-mistoqsija tiegħek u nista' ngħid li hija mistoqsija validissima ħafna.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa punt li rridu nkomplu nagħfsu fuqu u nista' ngħidlek li qegħdin naħdmu fuqu b'mod ħolistiku.", "DEBORAH SCHEMBRI: Niftakar li darba meta kont għadni kif iggradwajt kont iddeċidejt li mmur id-day care centre ta' San Pawl il-Baħar biex nitkellem mal-anzjani residenti hemmhekk fuq xi problemi jistgħu jiltaqgħu magħhom dwar pereżempju prokuri u problemi oħra simili.", "Hija forsi xi ħaġa sempliċi imma hemm bżonn li lil dawn in-nies ngħallmuhom fuq fejn jista' jkun hemm il-periklu ħalli ma jaqgħux fih.", "Qiegħda nsemmi din tal-prokuri għax hija waħda mill-affarijiet li bħala avukat tal-familja kemm-il darba ltqajt magħha u nħoss li l-anzjani qegħdin jaqgħu f'din ix-xibka u mbagħad jiġu għandi u jgħiduli li minn mindu taw il-prokura lit-tifel tagħhom, dan ma baqax imur jarahom aktar u mhux jagħti kashom!", "Issa biex tneħħi prokura hija diffiċli għax illum il-ġurnata trid tavża lin-nutara kollha ta' Malta u għalhekk tirrikjedi ħafna flus, xi ħaġa li dawn l-anzjani ma jkollhomx.", "Għalhekk xtaqt nara ftit jekk hemmx xi ħsieb fil-futur li jkun xi ftit inizjattivi ta' tagħlim fejn dawn il-persuni anzjani jkunu jistgħu jistaqsu u jsiru jafu aktar fuq dawn il-pit falls li jistgħu jaqgħu fihom.", "FRANCO MERCIECA: Iva, nista' nassigurak li d-day care centres aħna ma narawhomx bħal każin tat-tombla, kif qegħdin bħalissa, imma narawhom bħala postijiet fejn dak li jkun ikollu ċertu entertainment imma jkollu wkoll it-tagħlim.", "Nemmnu li dawn iċ-ċentri huma parti mill-active aging strategy li se nħaddnu u fil-fatt – għax insejt insemmiha - qegħdin fil-proċess li naħtru manager għall-active aging units.", "U waħda mir-rwoli ta' dan il-manager, minbarra l-attivitajiet kulturali eċċ, se jara li jkun hemm tagħlim fuq dan il-livell biex dak li jkun tiftaħlu moħħu għal ċerti perikli li jista' jkollok minn min forsi jkun daqxejn aktar makakk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "JOSEPH SAMMUT: La qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett xtaqt nagħmel aċċenn għal sitwazzjoni li kont involut fiha jiena stess.", "X'possibilità hemm li l-anzjani jkunu attwalment protetti minn dawn l-affarijiet?", "Kif kulħadd jaf aktar mal-bniedem jikber fiż-żmien, aktar jibda jibża' u inqas jibda jieħu deċiżjonijiet.", "Allura nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollok anzjani li jispiċċaw priġunieri ta' min ikun qed jieħu ħsiebhom jew ta' min b'xi mod jew ieħor jista' jeżerċita xi awtorità fuqhom.", "Allura nispiċċaw f'sitwazzjonijiet fejn ikollok tibdil kontinwu ta' testmenti u b'eredi telgħin u neżlin ħdejn is-sodda tagħhom sabiex jirranġaw it-testmenti.", "Kif kont qed ngħid jien kont involut f'każ – u kont irriferejtu lill-Onor.", "Mario Galea – u konna spiċċajna morna għand il-Kummissarju tal-Pulizija fuqu imma sal-lum għadu ma ġara xejn.", "Għalkemm dan il-kljient tiegħi llum mejjet, jien kelli l-kunsens tiegħu biex nimbuttah fejn nista'.", "Prattikament dawn kienu jgħixu ħajja ta' miljunarji għax kien hemm trust barranija li kienet qiegħda tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tagħhom.", "Imma meta min kien qiegħed jirrapreżenta t-trust hawn Malta rrealizza li dawn kienu xtraw xi proprjetajiet għalihom matul is-snin, spiċċa għamlilhom ħajjithom infern.", "Tant hu hekk li l-mara - u qiegħed ngħidha b'responsabilità - ġiet kostretta tipproċedi biex tissepara minn mar-raġel tagħha!", "Din il-mara avolja trid tkellmek ma tistax tagħmel dan għax tinsab imwerwra.", "X'possibilità hemm li nibdew minn issa - u dan qed ngħidu fid-dawl ta' każi li rajna barra minn Malta fejn anzjani ġew imsawta u misruqa ġo dawn il-homes – ħalli naraw li waħda mill-policies tagħna tkun proprju dik li nipprevjenu sitwazzjonijiet simili?", "Dawn il-każijiet diġa' qegħdin magħna u hawnhekk nerġa' nsemmi l-każ li spiċċa f'ħoġor il-Kummissarju tal-Pulizija.", "Nispera li l-Kummissarju tal-Pulizija preżenti jkompli fuq dak il-każ biex dawn is-sitwazzjoni nipprevenuhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: Naħseb li ċertu abbuż mhu se taqtgħu qatt u allura dejjem se jkollok dik is-sitwazzjoni ta' anzjani - minħabba d-dimentia jew minħabba mard mentali ieħor li jista' jkun assoċjat mal-età – li jkollhom ċerta vulnerabilità.", "Però nemmen li kif għedt qabel, il-Kummissarju tal-Anzjani għandu jissaħħaħ biex ikollu vuċi ħalli jkun jista' jipproteġihom u rridu nilleġislaw għall-elder abuse biex inkopru dawn is-sitwazzjonijiet.", "Dan qiegħed f'idejn il-legal advisers tagħna, li diġà tajnihom il-kompitu li jaħdmu fuq dan l-ambitu u mhux suppost li se ndumu biex nemendaw il-liġi ħalli nipproteġu lill-anzjani tagħna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Nirringrazzja lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Franco Merciera, tal-preżentazzjoni li għadu kif għamel.", "Jekk fhimtu sew qal li fil-każ tal-home help se tagħmlu forma ta' PPP kif konna għamilna aħna biex isiru s-sigħat u għalhekk xtaqtu li jiċċara ftit fuqha din.", "Meta kont responsabbli jien il-Meals on Wheels kien isir mill-privat u mbagħad, over the weekend, at a very short notice dan kitbilna u qalilna li ma kienx se jkompli jipprovdi dan is-servizz tal-Meals on Wheels.", "Ir-raġuni tiegħu kienet li hu kien sema' li aħna konna qed naħsbu biex nagħtu dan is-servizz lill-isptar San Vinċenż u f'kwestjoni ta' ġimgħa qalilna li ma kienx se jipprovdih aktar.", "U b'hekk kellna bilfors insibu soluzzjoni.", "Sa dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda idea li dawn jibdew isiru San Vinċenz u mbagħad, il-kok li jmexxi l-kċina ta' San Vinċenż, is-Sur Karmenu Ellul, offra li jibda jagħmilhom hu.", "Jiena naqbel mal-Onor.", "Mercieca li dan ix-xogħol isir bi sforz kbir mill-ħaddiema tal-kċina, fejn dawn jidħlu kmieni ħafna u jirnexxilhom jagħmlu l-mirakli biex ilestu dak l-ammont ta' ikel.", "Ir-realtà hi li kemm ilu li dan is-servizz bed jsir f'San Vinċenż, il-kwalità tjiebet u anke x-xelta tal-ikel żdiedet ukoll.", "Irridu ngħidu wkoll li anke d-domanda kibret ħafna minn mindu beda dan is-servizz, jiġifieri jekk tara minn meta kien isir mill-privat u minn meta beda jsir f'San Vinċenż, kien hemm qabża fid-domanda.", "Naqbel ukoll dwar il-problema tat-trasport tal-ikel għax din mhijiex xi waħda ideali.", "Imma fhimt sew li l-Gvern għandu f'moħħu li joħroġ tender għall-privat?", "FRANCO MERCIECA: Fuq il-home help kulma se nagħmlu hija estenzjoni.", "L-idea tagħna tal-Home Help għall-long term hija li ċertu servizzi tal-komunità jiġu devolved anke lil non profit organisations fil-komunità.", "Dik hija l-idea in the long term imma ovvjament irridu niżviluppawha u mhijiex xi ħaġa li tagħmilha faċilment.", "Li se nagħmlu għalissa hija estensjoni tal-kuntratt li kontu bdejtu intom u allura minn 600 hours a week se nitilgħu għal 1800 hours a week.", "U suppost li b'hekk inkunu nistgħu nkopru d-domanda li hemm bħalissa.", "Fuq il-Meals on Wheels hemm żewġ issues; l-issue tas-supply għaliex hemm nuqqas ta' supply u aħna ma nistgħux nibqgħu ċassi quddiem din il-problema ta' anzjani li qed jidħlu fil-homes għax m'għandhomx ikel ipprovdut lilhom.", "Nerġa' ngħid li ma nistgħux nibqgħu ċassi u nistennew li l-bajtra taqa' f'ħalqna u żgur li rridu nagħmlu xi ħaġa.", "MARIO GALEA: Qabel l-elezzjoni konna żidna vann imma ma kienx biżżejjed għax id-domanda kompliet tikber.", "FRANCO MERCIECA: It-trasport mhuwiex il-limiting factor imma hija l-produzzjoni tal-ikel.", "Il-kċina hija l-limiting factor u għalhekk irridu nindirizzaw dik l-issue.", "MARIO GALEA: Ippermettili ħalli nwaqqfek ftit.", "Lill-kċina m'għejntuhiex meta naqqastu lin-nies.", "Jiena nformat li hemm talba sabiex jiżdiedu n-nies li ġew nieqsa mill-kċina u probabbilment l-Onor.", "Meta tqis l-ammont ta' ikel li jrid isir minn din il-kċina nappella sabiex tipprovaw iżżidu lin-nies li naqsu minn hemmhekk.", "Naf li hemm talba pendenti għal xi erbgħa min-nies.", "U allura s-sitwazzjoni marret għall-agħar bin-nuqqas ta' dawn il-ħaddiema.", "FRANCO MERCIECA: Jiena ma nistax ngħidlek li m'hemmx nuqqas ta' ħaddiema għax hemm nuqqas imma nista' ngħidlek ukoll li b'dawn l-erba' ħaddiema mhux se nkopru s-servizz kollu meta dan irdoppjat id-domanda tiegħu.", "Jiġifieri dik mhijiex l-issue li qiegħda twassal għan-nuqqas fis-servizz.", "L-issue l-oħra tal-Meals on Wheels hija l-kwalità tal-ikel li jasal għand l-anzjan.", "Ma jistax ikun li l-ikel nibqgħu nittrasportawh ġo vannijiet normali mingħajr refrigeration ta' xejn u l-ikel li qed jiġi msajjar fis-7.00 a.m. jasal għand il-klijent fis-13.00!", "Dan żgur li mhuwiex aċċettabbli fl-2013.", "MARIO GALEA: Xtaqt nagħmel kumment tal-aħħar fuq il-Meals on Wheels.", "Dment li kont hemm jien ma kenitx il-problema li jagħmlu iktar ammonti ta' ikel fil-kċina ta' San Vinċenż.", "Il-problema dak iż-żmien kienet - ma nafx inbidlitx għax ma nafx kemm huwa n-numru tal-waiting list – minħabba li ma kellniex biżżejjed vannijiet li jittrasportaw l-ikel.", "Imbagħad ġibna vann ieħor biex intaffu ftit mid-domanda imma nassumi li l-waiting list kompliet tiżdied minn wara l-elezzjoni lil hawn kif kienet qiegħda tiżdied dan l-aħħar.", "FRANCO MERCIECA: Id-domanda hija d-doppju ta' li kien hemm qabel.", "Jiġifieri jekk qed ngħidu li qabel kienu jipprovdu 300 ikla, illum id-domanda telgħet għal 600 u allura hemm 300 ruħ li qed jistennew biex jirċievu l-ikla.", "Issa ma naħsibx li dik il-qabża saret f'sitt xhur!", "THE CHAIRMAN: Sinjal li jsajru tajjeb mela!", "FRANCO MERCIECA: Fl-opinjoni tiegħi jsajru tajjeb ħafna.", "MARIO GALEA: Rigward it-Telecare service xtaqt nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk kellux xi laqgħat mal-privat għaliex kif ħallejt is-sitwazzjoni jien kien jidher li hemm interess mill-privat li jinvestu.", "Ovvjament dawn riedu ċerta security għall-investiment li kienu se jagħmlu għax kif għedt inti wkoll dik is-sistema hija waħda antikwata u għalhekk riedu jagħmlu investiment kbir fis-sistema.", "Is-sistema tal-lum għandek problema anke biex issib il-parts għaliha għax kif tafu llum fl-IT dejjem joħorġu affarijiet ġodda.", "U allura filli għandek xi ħaġa ġdida u filli wara ftit snin għandek xi ħaġa obsolete.", "Kien hemm interess mill-privat li jagħmel investiment qawwi u kien hemm diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tal-Anzjani u dan il-kuntrattur partikolari.", "Fil-fatt kienu waslu għal xi forma ta' ftehim u kienu qaluli biex niffirma dan il-ftehim qabel l-elezzjoni.", "Madankollu jiena deherli li ma kellix norbot lil min se jiġi warajja, ikun min ikun, u għalhekk għedtilhom li dan il-ftehim jiffirmawh wara l-elezzjoni għaliex ma ħassejtx li kien ġust li niffirma dakinhar.", "(Interruzzjonijiet) Mill-Go kienu qed jiġru warajna biex niffirmaw u tista' tikkonferma dak li qed ngħid ma' Dr Xuereb imma jiena għedtilha li ma naħsibx li huwa fair li niffirmawh dakinhar.", "Għalhekk xtaqt nistaqsi x'ġara minnu dak il-ftehim.", "FRANCO MERCIECA: Mela ħalli nirrispondik.", "Qiegħed nieħu gost nisimgħek titkellem fuq it-Telecare u allura qiegħed taqbel magħna li s-sistema hija waħda antikwata u ma tistax tibqa' kif inhi.", "Fil-fatt din ilha 22 sena u kif qed tgħid inti hija problema biex issib il-parts u allura hija kważi aktar problema biex tagħmel it-tiswijiet milli biex tagħti servizz mill-ġdid.", "Aħna tkellimna ma' ħafna nies li jridu jinvestu f'dan il-qasam u bħalissa s-service provider huwa l-Go, li għandhom il-universal service obligation u ovvjament tkellimna magħhom ukoll.", "Qegħdin nesploraw il-possibilitajiet differenti u naħseb li għandna proposta tajba li nistgħu naċċettaw.", "Naturalment din għad trid titla' quddiem il-Kabinett qabel niddeċiedu x'direzzjoni se nieħdu.", "MARIO GALEA: Li nista' ngħid hu li kien hemm talba mill-privat - mingħajr ma nsemmi ismijiet - biex jekk dawn jagħmlu l-investiment idaħħlu kondizzjoni – u din jien m'aċċettajthiex – fejn huma jibqgħu jipprovdu b'xejn is-servizzi lil min huwa diġa' abbonat imma dawk l-abbonati l-ġodda jkollhom jieħdu dan is-servizz at a payment.", "ETIENNE GRECH: Abbonamenti ġodda f'liema sens?", "MARIO GALEA: Is-subscribers il-ġodda jibdew iħallsu għaliex dawn riedu ovvjament return fuq l-investiment li jagħmlu.", "Is-subscribers tat-Telecare jħallsu.", "MARIO GALEA: Iva, iħallsu imma għandhom rata sussidjata.", "Issa dawn iridu jagħmlu rata ġdida li hija ferm ogħla.", "U għalhekk importanti li nħarsu lejn dan is-servizz tat-Telecare bħala aspett soċjali.", "Rigward il-long term beds nixtieq nagħmel din il-kritika b'mod kostruttiv għax ninsab imħasseb bis-serjetà dwar il-fatt li dan il-Gvern issa ilu seba' xhur fit-tmexxija u ma jistax joqgħod jgħid x'sab imma jrid jibda jgħid x'se jagħmel!", "Hemm problema kbira ta' long term beds u hemm rapport intern li jgħid li l-Gvern irid jipprovdi mill-inqas 150 sodda kull sena.", "Is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li n-numru huwa akbar u wisq probabbli hekk hu.", "Fl-amministrazzjoni li għaddiet, minkejja li kien hemm wieħed mill-kollegi tiegħek, l-Onor.", "Chris Fearne li fil-Parlament qal li aħna m'għamilna xejn, żiedna 963 sodda f'ħames snin.", "Dawn għandi breakdown tagħhom imma mhux qiegħda fuqi imma din l-informazzjoni kont tajtha fil-Parlament.", "Konna żiedna wkoll numru ta' nursing beds għax bħalma taf inti llum, il-problema mhux biss li toffri hospital hotel facilities lill-anzjani imma hemm minnhom li jkollhom bżonn nursing beds aktar milli hotel facilities.", "Qed ngħid dan għax il-pressure għadha se tibda ġejja.", "Kif tibda toqrob ix-xitwa - ovvjament inti taf iktar minni – jibda riesaq l-istaġun tal-influwenza u jibdew iċ-chest infections.", "Issa nafu li dawn l-affarijiet jolqtu l-aktar lill-anzjani u minn Mater Dei jibda jkun hemm numru ta' anzjani li mill-acute phase ma jkollhomx għalfejn jibqgħu hemmhekk.", "Madankollu meta jiġu discharged ma jkollhomx fejn imorru u jibqgħu fl-isptar Mater Dei jokkupaw sodod akuti!", "Imbagħad tibda l-pressure - għallinqas jien għextha f'ħames snin u konvint li l-kollega tiegħi se jgħixha wkoll - minn Mater Dei hekk kif toqrob ix-xitwa sabiex teħdilhom dawn l-anzjani.", "Niftakar li hekk kif kien jaqleb is-sajf tibda l-pressure minn Mater Dei sabiex teħdilhom is-sodod u kif tidħol ix-xitwa l-affari tikkomplika ruħha.", "U li dan il-Gvern f'seba' xhur għadu ma żiedx sodda waħda għall-anzjani naħseb li huwa żball u nappellalu sabiex jagħmel xi ħaġa.", "Din norbot magħha l-istandards.", "Jiena naf li kien hemm standards li nħaddmu mis-sovrintendenza tal-public health u dawk l-istandards rajthom u kulmin kien jiġi għandna biex jiftaħ dar tal-anzjani, konna ngħidulu x'inhuma dawn l-istandards.", "Jekk tfittex illum hemm barra se ssib djar tal-anzjani li lesti li joffru s-sodod illejla stess.", "Jiena niftakar li kien hemm in-nies tad-diviżjoni, fosthom Dr Xuereb u Jackie Camilleri, li kienu jmorru jaraw il-faċilitajiet li hemm u mbagħad kienu jagħtuna parir li ċerti djar tal-anzjani m'għandniex nixtru s-sodod mingħandhom minħabba li ma kenux ta' ċertu standard.", "Nispera li din l-amministrazzjoni tibqa' tosserva dawn it-tip ta' pariri għax mhux is-sodod kollha li hemm available hemm barra huma tajbin u jekk il-Gvern jixtrihom ikun qed isolvi l-problema għal ftit ġranet imma mbagħad il-problema se terġa' iddur fuqu għax jibdew it-telefonati biex jgħidulek li dik id-dar mhijiex tajba u li ma jridux ikomplu joqogħdu hemmhekk.", "Konnessa ma' din għandna wkoll il-problema kbira li d-djar tal-anzjani qegħdin kważi kollha n-naħa ta' fuq ta' Malta.", "U allura meta jiġi xi ħadd miż-Zejtun, mill-Kottonera jew minn Raħal Ġdid u tpoġġih il-Mosta se jkollok problema għax biex imorru jżuruh it-tfal se jgħidulek li jkollhom jaqbdu żewġ karozzi.", "Għalhekk din tal-long term beds nixtieq ngħidlek b'mod kostruttiv li diġa' qegħdin tard u tridu tibdew tagħmlu xi ħaġa fuqha mill-ewwel.", "U rrid ngħidlek ukoll li mhux kull dar jew sodda li hemm available huma tajbin.", "Xtaqt nistaqsi wkoll xi ħaġa oħra fuq il-long term beds għax kien hemm żewġ pjanijiet għal żewġ djar oħra.", "Fil-fatt kien hemm biċċa art B'Kara li konna qed nitħaddtu mal-Kunsill Lokali ta' B'Kara fuqha.", "U allura xtaqt inkun naf jekk dan il-pjan għadkomx qed tikkonsidrawh.", "It-tieni pjan kien għal dar tal-anzjani f'Raħal Ġdid.", "Hemmhekk kien hemm proprjetà jisimha Casa Flamini, li hija dar kbira, u jiena kont tkellimt mal-Onor.", "Jason Azzopardi u kien irnexxielna neħduha.", "Din kienet għand familja anzjana li kienet qiegħda tgħix fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa u kienet aċċettat li tagħtiha lura lill-gvern biex issir dar tal-anzjani.", "Hemm il-ħsieb li tkomplu mexjin fuqha din ukoll?", "FRANCO MERCIECA: Il-pjanijiet tagħna kienu li noħorġu EOI għal public private partnerships u m'għandna l-ebda ħsieb li l-Gvern jidħol sabiex jibni hu.", "Eżaminajna x'joffri s-suq u kien hemm 49 bidders li offrew dawn is-servizzi.", "Hemm 11 minnhom li lesti joffru s-servizzi tagħhom in the immediate future, jiġifieri fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin u għalhekk ninsab konvint li se nipprovdu s-sodod meħtieġa.", "U hawnhekk nista' inserraħlek moħħok.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk jien naf li s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll m'għandix għalfejn ninkwieta.", "Nerġa' ngħidlek biex isserraħ moħħok għax is-sodod se nipprovduhom.", "Hawnhekk naqbel miegħek dwar l-istandards għax dawn mhumiex universali għal kulħadd.", "Fil-fatt x'ħin nippubblikaw il- minimum standards aħna lesti li nagħmlu ċerti time frames biex il-homes preżenti jiġu konformi magħhom.", "Dr Miriam Azzopardi li hija l-Head tal-Istandards Department qiegħda wkoll fl-Evaluation Board u se tkun inkarigata biex tara l-istandards tas-sodod.", "Hemm ukoll l-Geriatrician Stephen Abela li żgur jaf x'inhi d-domanda għas-sodod u jaf li għandna bżonn high dependency beds.", "U kien proprju għalhekk li ħtarjna lil dawn iż-żewġ persuni f'dan il-bord ħalli jkunu jistgħu jmexxuna fuq x'hemm bżonn ħalli nkunu nistgħu nieħdu s-sodod li hemm bżonn.", "U m'aħnix se naċċettaw sodod jew kmamar li mhumiex aċċettabli jew li mhumiex abitabbli għall-anzjani tagħna.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mercieca xtaqtek tispjega ftit x'kien ir-razzjonal li mbotta lejn din id-direzzjoni li l-Gvern qed joħroġ sejħa ħalli jkun hemm sodod mill-privat u mhux ikun hu stess li jipprovdihom?", "FRANCO MERCIECA: Aħna għamilna analiżi tal-costings u sibna li s-sodod fil-government homes jew f'Karen Grech huma aktar expensive minn dawk tal-PPP's. Din kienet ukoll il-policy tagħkom u għalhekk iddeċiedejna li nimxu lejn din id-direzzjoni.", "Barra minn hekk għandek fatturi oħra ta' union measures, ta' staff, eċċ., li jekk timxi mal-PPP dawn is-sitwazzjonijiet qed teliminahom.", "Pereżempju nista' ngħidlek li sodda Mater Dei tiswa €280, f'Karen Grech tiswa €120 u f'San Vinċenz tiswa €85.", "Believe it or not iż-żewġ swali li kontu ftaħtu intom f'Mount Carmel jiena ma nafx jekk kontx nieħu dik id-deċiżjoni.", "Minħabba l-istigma li hemm f'dan il-post, l-anzjani tagħna li jispiċċaw Mount Carmel qed isibu diversi problemi, fejn kważi m'għandhomx servizzi ta' day centre u lanqas għandhom servizzi ta' outings.", "Jiġifieri qegħdin hemmhekk kważi idle u din hija sfida għalina li rridu negħlbuha.", "U sodda f'Mount Carmel tiswa €100.", "Mela s-sodod li ġew iġġenerati mill-Gvern huma expensive ħafna meta tqis li tista' tipprovdi l-istess sodda b'€35 għal kull ġurnata.", "Għalhekk ħsibna li l-aħjar mod għall-but tat-taxpayer huwa l-nimxu għal PPP.", "B'hekk ħriġna l-EOI u l-PPP biex tkun taf kemm se jiġuk dawk is-sodod għal ċertu żmien.", "Dak kien l-eżerċizzju li għamilna u wasalna għal dik id-deċiżjoni li nimxu għall-PPP.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Fil-fatt meta jien kont sirt segretarju parlamentari kellna 35 sodda bil-PPP u meta tlaqna dawn telgħu għal 450.", "The way foward f'dawn l-aħħar ħames snin kienet li nixtru bil-PPP.", "Fuq St Jeanne Antide kien hemm il-ħsieb li dawk il-pazjenti li jiġu discharged minn Mater Dei jmorru hemmhekk sakemm jitbattal post ieħor x'imkien.", "Imma mbagħad dawn il-pazjenti jilħqu jidraw hemmhekk u jidraw ukoll l-istaff, u allura meta tiġi biex tneħħihom jew tittrasferihom jgħidulek biex tħallihom hemmhekk.", "Qed nieħu gost li llum, gvern immexxi mill-Partit Laburista qiegħed jemmen fil-PPP's. Qed ngħid dan għax aħna għamilna ħames snin – issa mhux qed ngħid għalik Onor. Mercieca jew għall-Onor.", "Decelis jew għall-Onor.", "Schembri - naqilgħu fuq rasna għax riedu jgħidu li konna qed nagħmlu l-PPP's biex naqdu lil xi ħadd partikolari!", "Li ma kenux jgħidu hu li kien hemm dar tal-anzjani ta' ex-segretarju parlamentari tal-Partit Laburista li aħna konna nixtru kważi s-sodod kollha mid-dar tiegħu għax dan kien joffri servizz tajjeb.", "Naqbel li that is the way foward għax fir-realtà llum hemm suq ġdid fil-privat li qed jispeċjalizzaw fil-kura tal-anzjani.", "Problema li kont niltaqa' magħha jien hija li kienu jiġu ħafna nies biex jiftħu djar tal-anzjani imma meta tgħidilhom li għandna bżonn ta' nursing beds iktar milli ta' xi ħaġa oħra, kulħadd kien joqgħod lura minħabba l-costs li dawn jinvolvu.", "Fuq id-dimentia wards irrid ngħid li jien kont bdejt is-sistema sabiex is-swali ġodda tal-anzjani li jirranġa l-Gvern iridu jiġu dimentia friendly wards.", "Din kienet ħarġet minn dimentia strategy għax illum jien nista' nidħol f'dar tal-anzjani mingħajr din il-kondizzjoni tad-dimentia imma wara ħames snin forsi taqbadni.", "U allura ma jkunx hemm għalfejn li ċċaqlaqni mill-post fejn inkun għax is-swali kollha jkunu dimentia friendly.", "Għalhekk konna bdejna naħdmu b'din is-sistema.", "Fil-fatt is-swali f'St Jeanne Antide huma dimentia friendly.", "Ta' San Vinċenz, taż-Żejtun u tal-Mellieħa wkoll u nispera li dan ix-xogħol jitkompla.", "Semmejt ukoll ir-riforma fil-qasam tal-admissions.", "Kif għedt inti qabel kienet timtela' formola mill-anzjani jew mill-familjari u kien hemm parti oħra li kienet timtela' mit-tabib kuranti.", "Imbagħad kienet tmur is-social worker li kienet tagħmel is-social worker report u fl-aħħar jarawh il-bord u jiddeċiedu huma.", "Issa inti għedt li hemm tim multi-dixxiplinarju f'Karen Grech.", "Dan diġa' beda jaħdem?", "U f'każ li jkun hemm anzjani li għalihom tkun problema biex imorru Karen Grech, se tibdew tagħmlu wkoll il-home visits?", "FRANCO MERCIECA: Dan it-tim multi-dixxiplinarju beda jaħdem fl-1 ta' Ġunju li għadda u huwa mmexxi minn Dr Stephen Abela.", "Issa l-geriatricians kollha li qed jieħdu sehem f'dan il-proċess illum il-ġurnata jaraw lil dawn l-anzjani bħala out-patients, jiġifieri jsejħulhom u jmorru bħala out-patients.", "Min ikun bed bound jew house bound u ma jistax joħroġ nibagħtu social worker u ġieli nibagħtu wkoll il-geriatricians ħalli jaraw l-elderly fil-komunità.", "Il-proċess miexi tajjeb.", "Jien kuntent ħafna għax dawn qed jagħmlu assessment mhux biss fuq kemm għandna pazjenti imma anke minn fejn huma u x'livelli ta' kura għandhom bżonn.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw xi bżonnijiet għandna nipprovdu.", "Dan huwa eżerċizzju li dan qed jagħmel sabiex titħejja statistika importanti biex inkunu nistgħu nippjanaw fit-tul.", "Jiena dejjem ħassejt li huwa aħjar li teżamina lill-pazjent milli teżamina l-karta.", "Pereżempju konna nsibu li s-social worker tmur tara lill-pazjent imma l-qraba jinfluwixxu b'tali mod li kulħadd jispiċċa urġenti u allura ma tkunx taf min huwa urġenti u min mhuwiex.", "Għalhekk jekk jarawh il-multi-disciplinary team se jkollok aktar gradation tal- bżonnijiet skond il-veru urġenza ta' dak li jkun.", "U din ma naħsibx li kienet idea ħażina.", "MARIO GALEA: Għandek idea kemm ra anzjani s'issa dan il-bord?", "FRANCO MERCIECA: Ir-rata żdiedet dan l-aħħar.", "Fil-fatt mill-aħħar statistika li rċevejna dawn raw 400 anzjan ġewwa Karen Grech.", "Imbagħad għandna l-geriatricians li jieħdu l-multi-disciplinary team tagħhom sabiex jaraw l-anzjani ġewwa Karen Grech u ġewwa Mater Dei bħala in-patients.", "Mela għandek il-geriatricians f'Mater Dei wkoll li qed jagħmlu dawn l-assessments.", "MARIO GALEA: Fuq il-famuża dimentia strategy ikolli ngħid li nħossni insulentat dwar il-mod kif tkellimt għax qed turi li jew tawk l-informazzjoni ħażina jew inkella inti, out of your own choice, m'intix tgħaddi l-informazzjoni t-tajba!", "Fuq id-dimentia strategy jiena kont qabbadt tim immexxi minn Dr Charles Scerri, jiġifieri dan li qed ngħid tista' tikkonfermah miegħu.", "Dr Charles Scerri huwa bniedem committed ħafna u huwa bniedem professjonali.", "Apparti minn hekk għandu passjoni għall-persuni bid-dimentia.", "Jiena kont ħadtu wkoll f'konferenza internazzjonali dwar id-dimentia.", "Nerġa' ngħid li huwa bniedem committed u kapaċi jaħdem b'passjoni.", "FRANCO MERCIECA: Naqbel miegħek mija fil-mija dwar Dr Scerri.", "U din il-konferenza li qed issemmi kienet hawn ukoll il-weekend li għadda.", "MARIO GALEA: Jiena kont qabbadt lilu flimkien ma' numru ta' professjonisti oħra sabiex jagħmlu din l-istrateġija.", "Fil-fatt dawn kienu għamlu konsultazzjoni wiesgħa ħafna u kellmu lil diversi persuni.", "Ma niftakarx kemm kien eżatt in-numru imma Dr Scerri jaf żgur kemm intervistaw nies.", "U mbagħad kienu kitbu l-istrateġija.", "Din l-istrateġija ġiet għandna u aħna ressaqniha quddiem id-Diviżjoni tas-Saħħa, fejn qalulna li filwaqt li jaqblu mal-istrateġija, huma dehrilhom li kellha bżonn li terġa' tinkiteb mill-ġdid biex tiġi f'forma ta' strateġija.", "U hekk sar.", "Kien hemm Dr Natasha Muscat Azzopardi - nista' nsemmihom għax mhu qed ngħid xejn ħażin fuqhom – u persuna oħra li reġgħu kitbu din l-istrateġija mill-ġdid flimkien ma' Dr Charles Scerri.", "Għalhekk Dr Charles Scerri kien on board kompletament.", "Imbagħad għamlulna suġġeriment għax kif tafu Franza kienet ħadet diversi inizjattivi fuq ir-riċerka tal-Alzheimer, fosthom billi ġew allokati xi flus għal din ir-riċerka peress li l-President Sarkozi kien jinteressaħ ħafna dan is-suġġett.", "Il-Maltin li kitbu l-istrateġija, b'Dr Charles Scerri on board, bagħtuha lil dawn l-esperti Franċiżi biex jgħidulhom x'jaħsbu fuqha.", "Fil-fatt dawn raw l-istrateġija li ktibna aħna u allura altru milli damet sentejn ġo kexxun b'ħadd ma jagħti kasha.", "Din marret Franza biex jarawha dawn l-esperti Franċiżi li tajjeb ngħidu wkoll li kienu ġew hawn Malta.", "U jien, flimkien ma' Dr Scerri kellna laqgħa magħhom fejn tawna l-opinjoni tagħhom fuq din l-istrateġija.", "Fil-fatt qablu magħha u rranġajna xi affarijiet żgħar minnha.", "Imbagħad marret għand tal-Finanzi biex isiru l-costings tagħha u biex jiġu vvotati l-flus għaliha.", "Imbagħad marret l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Policy Unit, fejn kienu jmorru l-istrateġiji dak iż-żmien biex jarawhom min-naħa tagħhom.", "Mela aktar milli rqadna fuqha u ħallejniha ġol-kexxun, aħna bdejna nattwaw ir-rakkmandazzjonijiet tal-istrateġija.", "Għamilna l-iswali tal-anzjani dimentia friendly, ħriġna żewġ kotba wieħed intitolat \"In-Nannu nesa' x'jisimni\" u l-ieħor fuq l-anzjani u l-mediċini lill-pazjenti tad-dimentia.", "Dawn kollha kienu rakkmandazzjonijiet mill-istrateġija.", "U allura, minkejja li ma kenitx telgħet quddiem il-kabinett biex tiġi diskussa, aħna konna diġa' bdejna nattwawha.", "Dr Charles Scerri - and you can quote me – kien qalli ftit qabel l-elezzjoni, jiġifieri kwestjoni ta' ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni, li għandi nippubblika din l-istrateġija għax jista' jiġi ħaddieħor warajja u jagħmilha tiegħu u jgħid li għamilha hu!", "Kien qalli ppubblikaha għax se jiġi xi ħadd warajk, jagħmilha tiegħu u jgħid li għamilha hu.", "Imbagħad dħalt inti l-uffiċċju u għedt li din l-istrateġija se terġa' tiktibha mill-ġdid.", "U qabbadt lil Dr Charles Scerri sabiex jagħmel reviżjoni tax-xogħol li kien għamel hu u li kien dam jaħdem fuqu flimkien ma' esperti oħrajn!", "Jien l-appell tiegħi hu li minflok toqgħod terġa' tagħmel reviżjoni tagħha, aqbad u ibda għamel ir-rakkmandazzjonijiet li fiha.", "L-ewwelnett jekk trid ittejjibha dejjem se ssib x'ittejjeb fiha.", "Jekk tiġi sena oħra bi strateġija, tista' terġa' tagħmel reviżjoni tagħha wkoll għax dejjem se ssib lil xi ħadd li jista' jtejjeb fuqha għax il-perfezzjoni ma teżistix f'din id-dinja.", "Imma dik l-istrateġija kienet tajba biżżejjed, kif jaf Dr Scerri, u jien l-appell tiegħi hu li minflok noqogħdu nargumentaw u nagħmlu l-Alzheimer jew id-dimentia ballun politiku, ibda ħu r-rakkmandazzjonijiet li għamilna għax hemm rakkmandazzjonijiet validi.", "Intom ma ħadtux miżura waħda favur il-pazjenti bid-dimentia f'seba' xhur bl-iskuża li din l-istrateġija trid terġa' tiġi revised għax min għamilha jrid jerġa' jirrevediha.", "Jien għandi l-impressjoni – forsi se nkun xi ftit żatat - li l-prodott wara sena se jkun jixbaħ ħafna l-istrateġija li ħallejt jien!", "U jien għandi kopja tagħha.", "Nerġa' ngħid li jien għandi l-impressjoni li din se tkun tixbaħ ħafna dik li konna għamilna aħna.", "Fl-opinjoni tiegħi din is-sena għandkom tibdew tieħdu r-rakkmandazzjonijiet għax bl-iskuża li se terġgħu tagħmlu revision tagħha, f'dawn is-seba' xhur ma ħadtu l-ebda miżura favur il-pazjenti bl-Alzheimer.", "Inti taf li f'dawn il-ħames snin, jekk irridu nkunu onesti ma' xulxin, aħna tajna d-dimentia high priority fil-qasam tal-kura tal-anzjani u mhux veru li ħallejna din l-istrateġija sentejn fil-kexxun.", "Dan li għedtlek tista' tikkonfermah ma' Dr Charles Scerri u konvint li hu jista' jikkonfermalek dak li għedt jien.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: Onor. Galea ma naħsibx li inti korrett jekk tgħid li jiena għedt li inti m'għamilt xejn fuq id-dimentia.", "U lanqas għedt li aħna qed nagħmlu l-istrateġija mill-bidu.", "Li għamilna hu li ħtarna lill-istess persuna li kitbet l-istrateġija, jiġifieri lil Dr Charles Scerri, li speċifikament qalilna li din ġiet out dated illum.", "Issa ma nafx jekk huwiex qed jigdeb illum jew kienx qed jigdeb qabel imma ma naħsibx għax jien nafu bħala persuna validissima.", "U Dr Scerri qalli li din l-istrateġija issa għadda ż-żmien minnfuqha u għalhekk ma nistgħux nippubblikawha kif inhi imma hemm bżonn li tiġi riveduta.", "Issa jien m'iniex l-espert fuq id-dimentia u jekk Dr Charles Scerri qed jgħidli li hemm bżonn li nirriveduha, mhux se ngħidlu le għax irridu nippubblikawha malajr kemm jista' ikun biex ngħidu li ppubblikajniha.", "Dan qalli li hemm bżonn li nirreveduha u qalli li hemm bżonn minn tal-inqas sena biex nirriveduha għax hemm ħafna affarijiet ġodda li rridu ninkluduhom.", "U żgur li ma nistax immerih għax huwa l-espert, u aħna rridu nieħdu l-parir tiegħu għax fuq kollox għalhekk ħtarnih bħala l-focal point.", "Aħna ma mornix għal persuna differenti.", "Huwa ħa x-xogħol li għamel hu stess u qegħdin nimxu mal-parir tiegħu.", "Issa jiena lilek x'għedtlek?", "Għedtlek li l-istrateġija kienet lesta imma tħalliet fil-kexxun.", "Issa llum qed tgħidli fuq l-esperti Franċiżi imma lili ma tajtnix hand over biex inkun naf bihom dawn id-dettalji!", "Jiena sibt din l-istrateġija ġol-kexxun.", "Anzi ġie Dr Charles Scerri fuqi u qalli li kienu qegħdin jaħdmu fuq din l-istrateġija u qalli jekk irridx nieħu azzjoni fuqha.", "Ovvjament qiegħed nieħu azzjoni fuqha.", "Issa nirrikonoxxi x-xogħol li għamilt inti f'dan il-qasam.", "Nirrikonoxxi d-dimentia friendly wards li għamilt f'San Vinċenz u l-active ageing unit dimentia friendly li għamilt f'San Vinċenz.", "Jiġifieri m'iniex ngħid li inti m'għamilt xejn.", "Imma min-naħa l-oħra lanqas nistgħu ngħidu li l-istrateġija kienet ippubblikata.", "Ma naħsibx li l-pubbliku ra din l-istrateġija għax lanqas kien hemm konsultazzjoni pubblika fuqha.", "MARIO GALEA: Kien hemm konsultazzjoni pubblika fuqha u kien proprju l-istess Dr Scerri li mexxiha.", "FRANCO MERCIECA: Mela għalfejn ma ppubblikajthiex?", "MARIO GALEA: Jiena għħedtlek li din marret għand tal-Finanzi biex jagħmlu l-costings tagħha u kienet għadha ma telgħetx quddiem il-Kabinett.", "Fi żmienna s-sistema kienet li l-ewwel trid tibagħatha lill-Ministru tal-Finanzi biex jivvotalek il-flus għaliha u mbagħad wara tita' quddiem il-Kabinett.", "FRANCO MERCIECA: Kienet ilha sentejn!", "Kien hemm il-Franċiżi li ġew hawn Malta riċentement għalkemm ma nafx id-data bl-eżatt.", "FRANCO MERCIECA: Kien ilha sentejn.", "Kieku mhux hekk Dr Scerri ma kienx se jgħidli li rridu nirriveduha.", "MARIO GALEA: Rigward dak li għedtli għax ma tajtekx handover nista' ngħidlek li l-istess nies li ħadmu fuq l-istateġija, jiġifieri Dr Charles Scerri u Dr Natasha Muscat Azzopardi kienu hemm u tista' tikkonferma magħhom.", "Issa intom lanqas ridtu kontinwità għax l-ewwel ħaġa li għamiltu kienet dik li tajjartu lill-Permanent Secretary li kien hemm fil-qasam tas-saħħa.", "Li kieku ħallejtuh hemm kien ikun jista' jagħtikom handover għax kien jaf x'inhu jiġri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mercieca m'għandux l-istess dekasteru li kien hemm qabel għax l-istruttura kif inhu mqassam il-ministeru llum huwa differenti.", "S'hemmhekk nasal grazzi!", "Il-Permanent Secretary kien involut ukoll - hawnhekk qed ngħid għal Dr Kenneth Grech - u seta' jgħidilkom x'konna qed nagħmlu.", "Issa inti għedt tliet affarijiet li jien m'għedthomx.", "Jien m'għedtlekx li inti għedtli li m'għamilt xejn u ma naħsibx li qegħdin hawnhekk biex jien ngħidlek x'għamilt jien u biex tgħidli x'għamilt inti.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna għasafar tal-passa, jiġifieri ħames snin jgħaddu u dak li nagħmlu nħalluh hemm.", "Dwar l-istrateġija jiena qed ngħid li Dr Charles Scerri lili qalli biex nippubblikaha qabel l-elezzjoni u mhux li hemm bżonn li tiġi revised.", "L-appell tiegħi hu li għandkom tibdew twettqu r-rakkmandazzjonijiet.", "FRANCO MERCIECA: U xahrejn wara lili qalli biex nagħmlu reviżjoni tagħha!", "Mela allura meta trid nistgħu nġibu lil Dr Charles Scerri hawnhekk u nistaqsuh għalfejn talabni biex jagħmel reviżjoni tagħha.", "Sinjal li kien ilha.", "Kienu rawha l-Franċiżi.", "Inti għandek aċċess għaliha u tista' tibagħtha lil Dr Muscat Azzopardi ħalli tgħidlek meta kienu ġew hawn Malta l-Franċiżi.", "Dawn konna ltqajna magħhom flimkien mal-Onor.", "Joe Cassar peress li hu kien il-Ministru.", "FRANCO MERCIECA: Onor. Galea, li kieku jiġi Dr Charles Scerri u jgħidlek li hemm bżonn li tagħmel reviżjoni tagħha, inti x'kont tagħmel?", "MARIO GALEA: Jiena qed ngħidlek li fiha rakkmandazzjonijiet li tistgħu twettqu.", "Issa jekk trid tagħmel revision tagħha, dejjem tista' tipperfezzjona fuqha imma trid tibda tattwa r-rakkmandazzjonijiet.", "Pereżempju aħna konna ppubblikajna żewġ kotba li huma mezz effettiv kif tilħaq lil ċerti nies.", "Sfortunatament nafu li bħal mard ieħor mentali, għandek ċerta stigma mal-pazjenti bid-dimentia għax fl-aħħar mill-aħħar din ukoll hija problema ta' saħħa mentali.", "Jiġifieri konna ppubblikajna dawn iż-żewġ kotba għax kien hemm moviment ta' awareness.", "Jiena sinċerament naħseb li tista' tkompli twettaq ir-rakkmandazzjonijiet li fiha din l-istrateġija u ma toqgħodx tistenna li jkollok il-prodott finali lest.", "Rigward l-elderly abuse fi żmieni kien hemm – u dan jaqa' taħtek ukoll - is-Supretendent tal-isptar, Dr Ronald Fiorentino, li kien qed jaħdem fuq l-abuse policy.", "Jiena nixtieqek li tikkonsulta miegħu ħalli tara fiex wasal għaliex hawnhekk naqbel ma' dak li kien qed jitkellem fuqu l-Onor.", "Sammut, u ċioè li hemm bżonn li jkun hemm iktar qafas legali dwar l-abbuż fuq l-anzjani.", "Kif għedna dawn huma nies vulnerabbli u fil-fatt, sa din il-ġimgħa stess kien hemm każ il-Qorti ta' financial abuse.", "Jiġifieri dawn iseħħu u jien kont niltaqa' magħhom u konna ninformaw lill-pulizija dwarhom.", "Kelli wkoll każ ta' sexual abuse fuq l-anzjani f'San Vinċenz!", "Sfortunatament, kif għedt inti stess, tagħmel kemm tagħmel biex tikkontrolla l-abbużi …", "Tista' tara Dr Fiorentino fiex wasal f'dik l-istrateġija u hawnhekk naqbel.", "Ħalli nagħmel l-aħħar kumment u nieqaf hawn.", "L-ewwelnett nirringrazzja lill-Kumitat ta' din l-opportunità sabiex nagħmlu dan l-iżblokk.", "U sinċerament nagħmel dan l-appell biex il-qasam tal-anzjani ma nagħmluhx ballun politiku.", "Naħseb li nkunu qegħdin nonqsu u nagħtu disservizz jekk nipprovaw nużaw il-qasam tal-anzjani sabiex niskurjaw xi punti politiċi.", "Naħseb li iktar ma jkollna żblokki bħal dawn bejnietna aktar ikun aħjar.", "Jiena jekk tridu I'm available u naħseb li iktar ma naqblu fuq affarijiet aktar ikun aħjar għax fl-aħħar mill-aħħar inkunu qed inwasslu messaġġ ta' maturità u żgur li fl-aħħar mill-aħħar igawdu dawk li jiġu bżonn is-servizzi tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jekk l-Onor.", "Galea ma fadallux aktar kummenti nitlob lill-Onor.", "Mercieca sabiex jagħmel il-konklużjoni tiegħu.", "FRANCO MERCIECA: Nirringrazzja lilkom ta' din l-opportunità.", "Iva naqbel li l-elder abuse hija xi ħaġa importanti ħafna u fil-fatt qegħdin fil-proċess li nagħmlu emenda fil-liġi biex inkunu nistgħu nsaħħu d-drittijiet tal-anzjani tagħna.", "Huwa importanti li nnaqqsu l-abbuż kemm jista' jkun imma ovvjament kif għedt inti aktar qabel, huwa impossibbli li naqtgħu l-abbuż mija fil-mija għax sfortunatament aktar ma tikber fl-età iktar tiġi vulnerabbli.", "Jiena nirringrazzja lill-Onor.", "Mario Galea għaliex naħseb li ħadem ħafna fis-settur u aħna komplejna fuq it-tajjeb li għamel hu u qegħdin nagħmlu wkoll affarijiet ġodda.", "Naħseb li għandu jifhem ukoll li aħna għandna l-policies tagħna u dawn qed nagħmluhom biex ma jkunx hemm waiting lists għall-community services għax jiena għaliha naraha daqsxejn inaċċettabbli li jkollok waiting list għall-Home Help, waiting list għall-Meals on Wheels u waiting list għal ħafna servizzi oħra fil-komunità meta nafu li dawn is-servizzi qed iżommu lill-anzjani tagħna fid-djar tagħhom.", "Għalhekk qegħdin nagħmlu sforz biex nagħtu dawn is-servizzi mingħajr limitu u b'hekk l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità tagħhom.", "Rigward id-dimentia napprezza li kontu tajtuha l-priorità però jekk l-espert ġie jgħidli li hemm bżonn li ssir reviżjoni tal-istrateġija, jien mhux se ngħidlu biex ma jagħmel xejn ħalli nippubblikawha mill-iktar fis possibbli għax lill-Onor.", "Galea hekk kont għedtlu.", "Ovvjament jiena segwejt il-parir li tani Dr Charles Scerri, fejn dan qalli li sal-aħħar tas-sena se nagħmlu r-reviżjoni tagħha.", "U qalli wkoll biex nagħmlu public consultation.", "(Interruzzjonijiet) Skużani ma kontx naf li diġa' għamilt public consultation.", "Issa se nagħmlu public consultation aħna ħalli mbagħad inkunu nistgħu nippubblikawha fl-2014.", "Irridu nkomplu naħdmu id f'id għax wara kollox l-għan tagħna huwa li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mercieca nirringrazzjak talli sibt il-ħin tiġi għal dan il-Kumitat għaliex naf li għandek skeda impenjata ħafna.", "Naħseb li dan is-suġġett eżawrejnih u għalhekk niddikjara din il-laqgħa magħluqa.", "U jekk il-bambin irid niltaqgħu darb'oħra.", "Nirringrazzjak.", "Fit-7:57 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20131015_002d_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 02", "It-Tlieta, 15 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 01 li saret nhar l-Erbgħa, 05 ta' Ġunju 2013 ġew konfermati.", "Ir-Rwol Ċentrali tal-Anzjani fil-Familja Maltija u l-Ħidma tal-Gvern f'dan is-Settur", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, introduċa l-mistieden għal din il-laqgħa, l-Onor.", "Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva sabiex jagħti overview ta' x'inhu jagħmel dan il-Gvern vis-à-vis dawn iż-żewġ oqsma importanti ħafna.", "Is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca semma fost l-oħrajn kif id-demografija qiegħda tinbidel u kif bis-saħħa tal-mediċini li kulma jmur aktar qed ikunu ta' suċċess il-bniedem qiegħed jgħix dejjem aktar u b'hekk qed naraw li l-persentaġġ tal-anzjani fis-soċjetà tagħna dejjem qed jikber.", "Fil-fatt għandna kwart tal-popolazzjoni Maltija li huma anzjani li għandhom 'il fuq minn 60 sena.", "Naturalment għall-pajjiż din hija sfida kbira kemm soċjali u ekonomika għall-pajjiż.", "L-għan tal-Gvern huwa li dawn l-anzjani jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom, dik li tissejjaħ Ageing in Place.", "Għal dan il-għan qiegħed isir sforz biex is-servizzi fil-komunità jiżdiedu.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fid-7:57 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131015_002m_fam.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 7", "L-Erbgħa, 16 ta' Ottubru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Ottubru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat dwar żewġ rapporti ippreżentati mill-GWU.", "Diskussjoni dwar l-ittra mibgħuta lill-Kumitat mill-Onor.", "Toni Bezzina fuq l-inċidenti bil-karozzi fit-toroq ta' pajjiżna.", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131016_007a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 7", "L-Erbgħa, 16 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 7", "L-Erbgħa, 16 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.38 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 05 li saret nhar l-Erbgħa 03 ta' Lulju 2013 ġew konfermati, u", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 06 li saret nhar it-Tlieta 16 ta' Lulju 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Nixtieq ninforma lill-Membri ta' dan il-Kumitat li fil-bidu tal-vakanzi tas-sajf kellna laqgħa - kif kien miftiehem minn dan il-Kumitat – ġewwa Dar Qalb ta' Ġesu u għaliha konna preżenti jiena u l-Onor.", "Kif qed taraw dawn huma l-Minuti ta' din il-laqgħa informali u se ngħaddulkom kopja tagħhom biex tkunu tafu x'intqal mill-vittmi f'dik il-laqgħa partikolari.", "U qed ngħaddulkom ukoll CD bir-recording tal-laqgħa biex min jixtieq jisma' x'intqal, ikun jista' jagħmel dan ukoll.", "Qabel nibdew bit-tieni item fuq l-agenda tagħna li hija d-diskussjoni fuq iż-żewġ rapporti mibgħutha mill-GWU u li l-Onor.", "Cutajar xtaq jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward, nixtieq ngħaddi xi kummenti għax naħseb li kien hemm xi misunderstanding dwar kif għandu jimxi dan il-Kumitat.", "Għalhekk biex żgur inkun ċara dwar kif se nkunu qegħdin immexxu aħjar li nirrepeti ftit dak li konna qbilna dwaru fil-bidu.", "Meta ftiehmna fil-bidu x'kors se nieħdu f'dan il-Kumitat, konna għedna li se jkollna ftit topics li se jkunu t-topics maġġuri, b'wieħed minnhom ikun proprju dak dwar kif qed jiġu trattati l-vittmi tal-vjolenza domestika min-naħa tal-istituzzjonijiet Maltin.", "Ġie maqbul li l-Kumitat ikollu tliet laqgħat fix-xahar li fihom jistieden mistednin fuq dak is-suġġett partikolari u jħalli laqgħa waħda fix-xahar biex fiha jiddiskuti suġġetti qosra jew xi suġġett partikolari bejn il-Membri tal-Kumitat.", "Fil-fatt fit-tieni laqgħa ta' dan il-Kumitat, li saret l-Erbgħa, 22 ta' Mejju konna għedna li se nibdew naħdmu b'dan il-mod u bdejna nitkellmu fuq kif l-istituzzjonijiet jitrattaw lill-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Meta tkellimna l-aħħar darba konna għamilna ftit stock ta' dak l-argument u peress li kellna rapport dwar il-faqar u ma kellniex nies dakinhar biex jitkellmu magħna, - għax min kien ġej ma setax jiġi – konna daħħalna lilu biex ma naħlux ħin.", "Imma fin-norma l-affarijiet se jimxu b'dan il-mod li għadni kif semmejt.", "Il-laqgħa tal-lum hija waħda minn dawk il-laqgħat fejn se jiġu diskussi l-affarijiet l-oħra u mhux is-suġġett partikolari li nkunu qegħdin niddiskutu.", "Jiġifieri aħna se niddiskutu llum dawn iż-żewġ rapporti mhux għax it-topic li bdejna niddiskutu ġie magħluq.", "Dak ridt nagħmel aċċenn għalih.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Veru li jien kont għedt hekk imma d-dokument ma kienx f'idejna!", "Fil-fatt id-dokument wasal għandna nhar it-Tnejn wara nofsinhar...", "IS-SUR STEPHEN GRECH (Segretarju tal-Kumitat): Kopja tar-rapporti kienet intbagħtet lill-Membri tal-Kumitat qabel ir-recess tas-sajf permezz tal-email.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq niċċara li d-dokument kien intbagħat lilna f'dik il-laqgħa fejn ġie mniżżel bħala korrispondenza.", "ROBERT CUTAJAR: Mela hemmhekk nikkoreġi lili nnifsi imma mmissjajt dik l-email partikolari.", "Ovvjament meta ridt nagħmel dak l-intervent għax kont għadni ma rajtx id-dokument u mhux biex nidħol fid-dettal tiegħu.", "Issa bil-permess tiegħek Sinjura President u bil-permess tal-kollegi nixtieq inkun naf f'liema laqgħa ddeċidejna li nagħlqu s-suġġett tal-vjolenza domestika.", "Qed nistaqsi dan għax kif tafu kien hemm korrispondenza li għaddiet bejni u bejn l-Onor.", "Schembri, liema korrispondenza kienet għad-dispożizzjoni ta' kulħadd u għalhekk kulħadd jaf għal liema rapport qiegħed nirriferi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak tal-mistoqsija tiegħek għax naħseb li hemmhekk kien il-misunderstanding.", "Fil-fatt is-suġġett tal-vjolenza domestika għadna m'għalaqnihx.", "Aħna qegħdin nagħmlu tliet ġimgħat niddiskutu s-suġġett tal-vjolenza domestika mil-lat ta' kif jiġu trattati l-vittmi mill-istituzzjonijiet, jiġifieri mhux qed niddiskutu l-vjolenza domestika inġenerali għax dak is-suġġett kien ġie diskuss madwar sentejn ilu f'dan il-Kumitat, u allura m'aħniex se nerġgħu niftħu dak is-suġġett li hu daqshekk vast.", "Imbagħad se nagħmlu one week biex naraw l-affarijiet l-oħrajn so we could keep abreast ma' xi korrispondenza jew rapporti li nkunu rċevejna bħal dik l-ittra li rċevejna mingħand l-Onor.", "Toni Bezzina.", "U mbagħad inkomplu fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett speċifiku tal-vjolenza domestika li qegħdin niddiskutu bħalissa.", "Għad jonqos il-mistiedna biex jiġu jkellmuna hawnhekk u anke aħna fadlilna postijiet fejn irridu mmorru.", "Imbagħad wara jsir ir-rapport imma dak is-suġġett għadu ma ġiex konkluż.", "Li nixtieq niċċara hu li dak ir-rapport tal-Malta Girl Guides, li tkellimna fuqu u li kulħadd irċieva l-korrispondenza dwaru fl-emails, kien rapport li lili tani x'nifhem li huwa rapport inġenerali.", "Li għedt hu li rapporti inġenerali, bħar-rapport li għandi quddiemi tal-GWU, mhux se noqgħod inġib lill-GWU biex niddiskutu dan ir-rapport imma se niddiskutuh bejnietna bħala Kumitat.", "Hija impossibbli li kull rapport li jiġi quddiemna niddiskutuh billi nġibu n-nies quddiemna.", "Fit-tieni email tiegħi għedt ukoll li jekk dak ir-rapport tal-Girl Guides fuq il-vjolenza domestika għandu xi parti minnu - għax jien għadni ma rajtux - li tkun speċifikament dwar kif l-istituzzjonijiet jitrattaw lill-vittmi tal-vjolenza domestika, allura ma niddejjaq xejn li nġib hawnhekk lill-Girl Guides waqt laqgħa fuq il-vjolenza domestika.", "It won't bother me li nagħmlu hekk għax inkunu qegħdin nitkellmu fuq suġġett speċifiku imma biex jippreżentaw ir-rapport sħiħ fuq il-vjolenza domestika naħseb li se nispiċċaw ma nilħqux dawk l-affarijiet li għandna in line.", "The shear number of things li għandna tbeżżagħni għax se nispiċċaw ma nikkonkludu qatt is-suġġett li jkollna quddiemna.", "Fl-email li rċevejna mingħand l-Onor.", "Cutajar kien hemm li dan ir-rapport tal-Precarious Employment in Malta ngħata lilna mill-iSpeaker tal-Kamra u mhux bħar-rapport tal-Girl Guides li jridu jgħadduh huma stess.", "F'dan ir-rigward nixtieq ngħid li fir-remit tagħna għandna li niddisktuu rapporti li jitressqu quddiemna mill-iSpeaker tal-Kamra.", "Issa jekk hemm xi ħaġa oħra li wieħed irid jikkonkludi biha....", "ROBERT CUTAJAR: Se nikkonkludi b'dan il-ħsieb; dan ir-rapport li għamilt riferenza għalih fil-korrispondenza tiegħi għandu partijiet minnu li huma rilevanti mas-suġġett li qed niddiskutu.", "Jien hawnhekk ġibt kopja ta' dan ir-rapport u bil-permess tiegħek se nippreżentah lil dan il-Kumitat.", "Dan ir-rapport kien ukoll fil-media, jiġifieri mhu qed ngħid l-ebda sigrieti imma partijiet minnu huma definittivament rilevanti għad-diskussjonijiet li kellna u possibilment li jista' jkollna.", "THE CHAIRPERSON: Naċċertak li dan ir-rapport nistgħu nħarsu kollha lejh.", "Jien se nagħtih titwila u jekk insib dawn l-affarijiet nistieden lill-Girl Guides sabiex jiġu f'waħda mil-laqgħat li jmiss, mhux bħal tal-lum fejn qed niddiskutu suġġetti mixxelleni imma f'laqgħa li tkun speċifikament fuq il-vjolenza domestika ħalli jkollna kollox miġbur f'postu.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-fatt jiena u l-Onor.", "Cutajar flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltqajna mar-rappreżentanti tal-Girl Guides.", "Dan ir-rapport fih issues li jorbtu ma' dak li konna semmejna fuq meta persuna tmur għand il-pulizija x'tip ta' għajnuna qiegħda ssib, fuq jekk il-pulizija humiex preparati jew le għal dawn is-sitwazzjonijiet u hemm sezzjoni ddedikata fuq hekk.", "Apparti minn hekk – u naħseb li din hija importanti ħafna - dawn għandhom pjan għall-futur.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li jiġu mistiedna hawnhekk.", "Dawn qegħdin jagħmlu workshops mat-tfal - huma wkoll affiljati ma' assoċjazzjoni internazzjonali – fejn għandhom tool kit apposta biex lit-tfal jgħinuhom jibdew jaraw is-sinjali tal-vjolenza domestika minn kmieni.", "Nerġa' ngħid li dan ir-rapport jorbot tajjeb ħafna ma' aspetti li ddiskutejna hawnhekk u għalhekk naħseb li ladarba wrew dan l-interess, ikun tajjeb li nisimgħuhom.", "THE CHAIRPERSON: M'għandix dubju u jekk dawn ħadu l-interess li jħarsu lejn dan l-aspett, I'm only happy li nġibuhom hawnhekk sabiex jitkellmu waqt laqgħa relatata mal-vjolenza domestika.", "At the end of the day l-għan ta' dan il-Kumitat huwa li naraw aspetti varji ta' min qed jipprova joffri soluzzjonijiet biex nintegrawhom flimkien fir-rapport tagħna.", "Ġaladarba s-suġġett ikollu x'jaqsam ma nsibx problemi.", "Jiena li ma xtaqtx li niddiskutu huma statistiċi inġenerali u peress li ma kontx għadni rajt dan ir-rapport u ma kontx naf x'fih, ma xtaqtx li niddiskutu statistiċi ġenerali fuq il-vjolenza domestika meta s-suġġett tagħna huwa preċiż.", "Għalhekk issa naraw meta nkunu nistgħu nġibu lil dawn in-nies f'laqgħa ta' dan il-Kumitat.", "Naħseb li dan is-suġġett eżawrejnih u nistgħu ngħaddu għall-item li jmiss fuq l-agenda.", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat dwar żewġ rapporti ippreżentati mill-GWU.", "THE CHAIRPERSON: Nistgħu nduru għall-ewwel rapport li għandna quddiemna u li jismu \"Precarious Employement in Malta; Research and Recommendations\", liema rapport kien ikkummissjonat mill-General Workers Union.", "Kont qiegħda naqra partijiet minn dan ir-rapport fejn kienu qed jgħidu u jagħtu l-ewwel espożizzjoni ta' x'instab fir-rapport u mbagħad kien hemm ir-rakkmandazzjonijiet tal-istess GWU.", "Li nixtieq li joħroġ minn dan il-Kumitat huwa li l-ewwel nagħmlu diskussjoni fuq il-prekarjat għax naħseb li din hija problema kbira f'pajjiżna.", "Personalment u anke fil-ħajja professjonali tiegħi ltqajt kemm-il darba ma' nies li jaqgħu fil-prekarjat.", "Qiegħda ngħid \"jaqgħu\" għax inħoss li ħafna drabi nistgħu nikkonsidrawhom bħala vittmi taċ-ċirkostanzi għax dan ħadd mhu se jidħol għall-prekarjat għax jixtieq jagħmel xogħol prekarju imma għax jispiċċa f'dik is-sitwazzjoni.", "U allura rridu naraw kif se nipprovaw nindirizzaw dan is-suġġett.", "Ħafna drabi d-diffikultà tal-prekarjat tkun dik ta' kif wieħed jiddeskrivih għax dan huwa suġġett li jista' jilludik peress li jista' ikollok xogħol li jkun fuq bażi temporanja u ma jkunx xogħol prekarju għax dak li jkun ikun imħallas sew ta' dak ix-xogħol u jaf li dak ix-xogħol se jibda u jispiċċa wara ammont ta' żmien.", "Imbagħad hemm instances fejn dak li jkun ikollu affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-prekarjat minħabba t-tul taż-żmien u għax l-affarijiet l-oħra ma jkunux jikkonċidu.", "Jiena ħadt pjaċir nara li l-International Labour Organisation fl-2011 iddefinit il-prekarajt hekk;", "Imbagħad għandek ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2010 fejn qiegħda tagħti lista ta' affarijiet li huma jħossu li huma karatteristiċi tal-prekarjat.", "U jiena fuq dan nixtieq nibda u mbagħad inwessgħu d-diskussjoni tagħna fuq ir-rakkmandazzjonijiet, biex naraw jekk naqblux ma' dawn ir-rakkmandazzjonijiet u forsi jekk nistgħux nagħmluhom tagħna biex nimbuttawhom bħala rakkmandazzjonijiet ta' dan il-Kumitat.", "Nixtieq nibda minn din in-naħa tal-Mejda u mbagħad nimxu wieħed wara l-ieħor sakemm kulħadd ikun għamel il-kummenti tiegħu fuq x'jaħseb fuq dawn it-termini tal-prekarjat u fuq il-prekarjat inġenerali.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sinjura President, inti kkwotajt żewġ definizzjonijiet u naħseb li nagħmlu tajjeb li bħala Kumitat insibu definizzjoni li torbot dawn id-definizzjonijiet flimkien għax naħseb li, ħafna drabi, meta niġu biex nitkellmu fuq il-prekarjat, kulħadd jagħtih interpretazzjoni differenti.", "Jekk nieħdu l-argument tad-definite contract nista' ngħid li jiena ġejja mis-settur tal-media u kważi dejjem ħdimt b'definite contract.", "Mela kważi kważi nista' ngħid li jiena ħdimt fil-prekarjat.", "Issa bl-ebda mod ma rrid ninstema' leġġera fuq din il-biċċa għax nafu li jeżistu nies li għandhom problemi serji ta' prekarajt.", "Dan is-suġġett norbtu wkoll mad-diskussjoni li kellna l-bieraħ fil-plenarja meta konna qed niddiskutu t-traffikar ta' persuni li jidħlu f'ċirku ta' xogħol li ma xtaqux jidħlu fih.", "Għalhekk għandna nkunu ċari fuqha.", "Naħseb li għandna l-obbligu li nidħlu fuq l-issue tad-dinjità fix-xogħol.", "Issa hawnhekk ukoll irridu noqogħdu attenti għax dak li mhux dinjituż għalija jista' jkun dinjituż għal ħaddieħor.", "U hemm min jaħseb li kiber u allura jibda jara affarijiet li huma utli ħafna fil-ħajja bħala affarijiet li mhumiex dinjitużi.", "Naħseb li hawnhekk qed niftiehmu x'qiegħda ngħid.", "Meta m'aħniex qegħdin nirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u x-xogħol, minflok ikun is-salmura tal-ġisem ikun il-kawża ta' problemi ta' saħħa, speċjalment mentali… Hawnhekk jekk irridu nidħlu iktar fiha naħseb li r-Richmond Foundation tkun tista' tagħtina l-għajnuna tagħha f'dan ir-rigward għax kienet għamlet studju serju ħafna fuq l-effett tax-xogħol fuq il-ħajja tal-bniedem.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nitfgħux lil kulħadd f'keffa waħda.", "Għalfejn qiegħda ngħid hekk?", "Fost il-ħafna laqgħat li qed ikolli min-naħa tax-xogħol tiegħi bħala x-shadow spokesperson fuq dan is-suġġett nista' ngħid li ltqajt ma' diversi unions u rappreżentanti ta' min iħaddem u hawnhekk fejn għandna diżgwid serju.", "Fil-fatt, f'rapporti li ħarġu min-naħa tal-persuni tal-assoċjazzjoni ta' min iħaddem naraw li wieħed mill-argumenti kbar li għandhom, speċjalment mal-GWU, huwa fuq id-definizzjoni għax mhux qed naqblu fuq definizzjoni waħda.", "Fuq livell ta' Parlament għandna nimxu biex insibu din id-definizzjoni għax ladarba nsibu d-definizzjoni nkunu nistgħu nibdew nikkwantifikaw għax dak li huwa ħafna għalija, għal ħaddieħor jista' ikun ftit.", "M'għandix dubju li hemm nies li mhumiex qed jaħdmu f'kondizzjonijiet xierqa imma importanti li nkunu nafu x'inhuma dawn il-kondizzjonijiet u jekk jiġux definiti bħala prekarjat jew le għax imbagħad inkunu nistgħu nibdew nitkellmu mhux biss fuq x'inhuma dawk iċ-ċifri imma anke x'ifissru.", "Din il-ġimgħa smajna b'dak il-każ ta' immigrant irregolari li spiċċa jaqla' €0.25 kuljum!", "Din hija xi ħaġa allarmanti ħafna għax bl-iskuża li qed ngħinu immigrant biex jaqla' xi ħaġa, qegħdin nispiċċaw nabbużaw minnhom!", "Għalhekk irid ikollna definizzjoni ċara li mbagħad tinfirex fis-soċjetà ħalli nifhmu aħjar fuqiex qegħdin nitkellmu.", "THE CHAIRPERSON: X'jidhirlek mid-definizzjoni li ngħatat mill-European Parliament fejn għamlet din il-lista?", "Naħseb li diffiċli ħafna to pin point bl-eżatt u tagħti definizzjoni ċarissima ta' x'inhu prekarjat imma ma nistax ngħid li m'għoġbitnix din il-lista.", "Pereżempju meta ma jkollokx job security minħabba li jkun hemm lack of permanence fix-xogħol tiegħek jew inkella għax ikun ta' casual nature.", "Imbagħad għandek remunerazzjoni li tkun baxxa jew inkella tista' tkun ukoll remunerazzjoni li ma tkunx ċara u fejn il-protections soċjali tad-drittijiet tal-impjiegi ma tkunx teżisti u ma jkollokx protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni.", "Għandek prospetti ta' advancement li jkunu kważi non-existent u lanqas ikollok collective representation.", "Jien naħseb li l-fatt li taw din il-lista kollha...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk minix sejra żball din tpoġġiet fl-ambitu ta' kemm irid ikollok minn dawn il-kriterji li qed naraw fil-lista.", "Din l-istess bħad-definizzjoni tal-faqar, fejn għandek lista ta' affarijiet li jekk inti għandek numru minn dawn il-kriterji, allura taqa' fil-faqar.", "L-istess ħaġa…", "THE CHAIRPERSON: Inti taħseb li se naslu għal definizzjoni...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Inti semmejtli żewġ affarijiet li għalija ma jfissrux prekarjat.", "Li għandek xogħol u ma tafx jekk dan huwiex se jiġġedded jew le dak mhux prekarjat.", "Jiena ħdimt b'dan il-mod għomri kollu.", "Dejjem ħdimt disa' xhur, disa' xhur għax dik hija n-natura tax-xogħol tiegħi.", "Imma ma nistax ngħid li ħdimt fil-prekarjat.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk waħedha ma tistax tagħmilha imma għandek combination ta' affarijiet.", "Qiegħda ngħidlek li jrid ikun hemm a combination and a number...", "THE CHAIRPERSON: Taqbel mal-fatt li dawn huma kkombinati?", "THE CHAIRPERSON: Huwa diffiċli li naslu għal a clean cut definition.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Qegħdin naqblu mija fil-mija.", "Li qiegħda ngħid hu li mhux nieħdu punt wieħed waħdu imma jrid ikun hemm a combination, jiġifieri rridu ngħidu li jekk għandek tlieta minn dawn il-fatturi, allura inti qed taħdem fil-prekarjat.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena xtaqt inżid xi ħaġa ma' dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg biex inkompli nsaħħaħ il-punt li iva, huwa importanti li ma nieħdux punt wieħed in isolation imma għandu jkun hemm numru ta' fatturi.", "Pereżempju, jekk naqbdu l-punt tal-job security u neħduh in isolation, fejn ngħidu li jekk m'għandekx job security allura qiegħed fuq il-prekarjat, nistgħu nkunu qed nagħmlu xi ħaġa a detriment tal-ħaddiem.", "Jekk il-ħaddiem se jkollu job security totali u assolut, allura hemmhekk nistgħu indirettament inkunu qegħdin ngħidulu li l-professional advancement tiegħu mhuwiex daqshekk importanti għax javvanza jew ma javvanzaw professjonalment, il-job tiegħu se jibqa' dejjem hemmhekk.", "Għalhekk importanti li jkun hemm kumbinazzjoni ta' diversi aspetti.", "Jekk naraw il-job security mal-potenzjal li wieħed għandu biex javvanza, hemmhekk iva, wieħed qed jara waħda mhux a skapitu tal-oħra u allura l-impjegat se jkollu, l-ewwel nett l-inċentiv biex hu jkompli javvanza u jitgħallem iktar filwaqt li jkollu serħan il-moħħ li min qed iħaddmu mhuwiex se jaqbad u jkeċċih 'il barra mil-lum għal għada.", "Hawnhekk jidħol l-obbligu min-naħa tal-Gvern biex jara li hemm biżżejjed faċilitajiet u opportunitajiet biex l-employers jiġu assistiti ħalli huma stess jgħinu fil-professional development tal-impjegati tagħhom.", "Naqbel ħafna dwar li rridu noqogħdu attenti kif qegħdin niddeskrivu l-kelma \"prekarjat\".", "Ma nistgħux nitkellmu b'mod li kull min qiegħed - kif qalet tajjeb l-Onor.", "Buttigieg - fuq definite contract jgħid li qiegħed jaħdem fil-prekarjat.", "Hawn min qiegħed fuq definite contract u jaqla' l-belli liri mentri hawn min mhuwiex qiegħed fuq definite contract u jaqla' paga miżera.", "U xi kultant ikollok ċirkostanzi fejn min mhux qiegħed fuq definite contract ikun f'ċirkostanzi ta' prekarjat.", "Dan huwa li rridu noqogħdu attenti minnu għax jekk ħafna nies se jaħsbu li huma qegħdin jaħdmu fil-prekarjat, se nkunu aħna stess li qegħdin niddiżinċentivaw lin-nies sabiex joħorġu jaħdmu jekk se nagħtuhom din il-misconception li għax għandek definite contract allura qegħdin bil-prekarjat.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel magħkom perfettament għax naħseb li minn hemmhekk ħadt il-punt ta' tluq.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Qabel ma naqsam magħkom ftit ħsebijiet xtaqt nagħmel mistoqsija; x'data jġib dan ir-rapport?", "Ma jidhirlix li rajt id-data tiegħu fil-paġna ta' quddiem.", "THE CHAIRPERSON: Jekk mhux sejra żball Ġunju.", "Dan intbagħat kif tlesta u wasal għandna għal ħabta ta' Ġunju.", "ROBERT CUTAJAR: Fl-introduzzjoni ta' dan ir-rapport qed jelenka li f'pajjiżna hawn nuqqas ta' informazzjoni dwar it-tifsira tal-prekarjat.", "Naħseb jien li rridu naraw minn fejn tlaqna, fejn qegħdin illum, x'sar f'dan il-proċess u fejn irridu mmorru.", "Naħseb li l-punt kardinali hawnhekk - apparti li l-kondizzjonijiet huma importanti - huwa d-dinjità tal-bniedem u din nagħmilha underlined.", "Il-fatt li qegħdin nitkellmu fuq ix-xogħol u l-kondizzjonijiet marbuta max-xogħol, irridu wkoll naħsbu fuq id-dinjità tal-bniedem.", "Hawnhekk nasal biex naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg għax illum il-job mobility jilgħab logħba importanti u allura jkun hawn min jabbuża.", "Min jgħid li ma jeżistix il-prekarjat f'pajjiżna naħseb li jkun qed jaħrab mir-realtà.", "Persuna li għandha ċerta bażi ta' edukazzjoni mhux se jimportaha daqshekk għax għaliha jkun faċli li tibdel minn xogħol għal ieħor.", "Imma dawk in-nies li forsi ma waslux f'livell terzjarju jew f'livell post sekondaraju jistgħu jsibu min jabbuża minnhom.", "Wieħed irid jara wkoll fejn tidħol il-union għax xi kultant nibża' li dan is-suġġett – mhux se noqgħod nidħol fuq ta' min huwa t-tort għax ma naħsibx li huwa kompitu tiegħi f'din il-fora – użajnih bħala ballun politiku u tlifna l-ħin li stajna wżajnih biex verament niddiskutu s-sinifikat veru tax-xogħol prekarju.", "Il-konklużjonijiet, taqbel jew ma taqbilx magħhom …", "Kien tajjeb li dan ir-rapport jitla' fuq l-aġenda politika.", "Biss issa nistennew li nkunu konsistenti mal-argumenti li se nkunu qegħdin niddiskutu u allura li madwar il-mejda jkun hawn il-partijiet kollha nvoluti.", "Naqbel ukoll mal-Onor Buttigieg meta qalet li dawn huma mumenti fejn ma tistax togħġob lill-Alla u lix-xitan imma trid tasal biex tieħu d-deċiżjonjiet meħtieġa.", "U filwaqt li l-istabilità tal-impjieg illum ma tantx hija daqshekk ta' priorità, nemmen li r-rispett lejn il-bniedem għandu jiġi miftiehem b'mod ċar u dan għandu jkun il-punt tat-tluq tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: L-argumenti kollha qed iġorru ħafna piż imma naħseb li jrid ikollna platform sabiex nibnu fuqha.", "Id-dilemma sseħħ f'ħafna sferi differenti imma rridu naraw jekk għandniex nimportaw xi ħaġa minn barra u mbagħad naraw dik l-idea kif tapplika għalina fil-kontest tagħna jew inkella jekk għandniex noħorġu bl-idea u l-filosofijia tagħna dwar il-prekarjat.", "Naħseb li għandu jkollna gwidi minn organizzazzjonijiet Ewropej u anke dinjin u mbagħad aħna naraw kif dawn japplikaw fil-kontest soċjo-kulturali u edukattiv tagħna.", "Naħseb li rridu nkunu aħna li niddeċiedu liema hi l-aħjar definizzjoni għalina.", "U mbagħad għandu jkun it-tluq tax-xogħol kollu li rridu nagħmlu sabiex naraw min jaqa' f'dik il-kategorija u min ma jaqax.", "Meta nitkellem fuq prekarjat, qisu bla ma rrid naħseb fuq l-abbuż, fuq nies vulnerabbli u fuq nies li m'għandhomx għażla u allura jsir l-abbuż fuqhom.", "Ovvjament jekk insibu research li diġa' saret minn barra u aħna nkomplu nibnu fuqha, l-ewwel nett inkunu qegħdin niffrankaw ir-riżorsi u l-ħin għax żgur li min ħareġ b'definizzjoni ħela r-riżorsi.", "B'hekk dak il-gap nistgħu naqbżuh billi naddottaw u nagħmlu tagħna xi ħaġa li diġa' wasal għaliha ħaddieħor.", "Naħseb li dik id-defenition hija waħda b'saħħitha biżżejjed u li nistgħu nibnu fuqha.", "Naturalment din trid tadottaha għas-sistema u għall-kultura tagħna.", "Din id-definizzjoni tista' tkun xi ħaġa li tinbidel maż-żmien għax il-kondizzjonijiet tax-xogħol jinbidlu wkoll.", "Iktar ma jkun hawn ħaddiema li qed ifittxu x-xogħol inqas dawk il-ħaddiema jistgħu jitolbu għad-drittijiet tagħhom għax is-suq hekk jaħdem.", "Aktar ma jkun hawn supply ta' ħaddiema, inqas il-ħaddiema li qed jaħdmu jistgħu jitolbu għad-drittijiet.", "Allura jekk jinħoloq ix-xogħol u jkun hawn inqas nies li jfittxu x-xogħol din tista' tinbidel.", "B'hekk din tista' tkun xi ħaġa ħajja għax id-definition tagħna trid tinbidel minn żmien għal żmien.", "U naħseb li għamel sew l-Onor.", "Cutajar meta staqsa kemm ilu li ħareġ dan id-dokument għax din tista' tkun xi ħaġa li trid tinbidel skont is-socio-ecomonic situation li nkunu qegħdin ngħixu fiha.", "Imma naħseb li għandna punt tajjeb fuqiex nistgħu nibdew.", "THE CHAIRPERSON: Waqt li kont qiegħda nħares lejn dan id-dokument rajt li f'paġna 7 hemm miktub li ddeċidew li jagħmluh f'April 2013.", "Issa aħna rċevenjih qabel ma ħriġna bil-holidays tas-sajf, jiġifieri għal ħabta ta' Lulju.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Nista' ngħid li dan huwa rapport interessanti ħafna u kelli ċans insegwih meta rċevejna kopja tiegħu.", "J'alla jkollna aktar rapporti bħal dan għax fuq il-prekarjat ilna s-snin nisimgħu.", "Tkellmu l-partiti politiċi u tkellmu l-unions.", "Issa meta qegħdin nitkellmu fuq prekarjat irridu ndaħħlu fid-diskussjoni d-dinjità ta' min qiegħed jiġi abbużat b'salarji ta' prekarjat.", "Jien ipprovajt nidħol fil-fond ta' din il-kwestjoni.", "X'għamilna jew x'qegħdin nagħmlu bħala gvern biex neqirdu l-prekarjat?", "Jidhirli li ftit tax-xhur ilu l-Caritas kienet ħarġet dokument dwar il-paga minima u kemm din il-paga għandha tibqa' kif nafuha llum?", "Kważi kważi lil min qed iħaddem qed nagħmluhilhom - ma rridx nitfa' lil kulħadd f'keffa waħda – easy u biex neqirdu l-prekarjat irridu ninvestigaw eżattament x'qiegħed isir.", "Hemm bżonn li din il-kwestjoni verament neħduha bis-serjetà.", "Issib lil xi ħadd li jeħodlok kuntratt fejn għal kull siegħa xogħol idaħħal €8 u lill- ħaddiem jagħtih €5.", "Jekk il-paga minima se tibqa' li hi se jibqa' jkun hemm dan l-abbuż fuq il-prekarjat?", "Ilna nitkellmu ħafna imma issa rridu nieħdu azzjoni.", "Meta ngħidu prekarjat qed nitkellmu biss fuq prekarjat għall-ħaddiema Maltin jew inkella qed ngħidu wkoll għall-ħaddiema barranin?", "Illum irridu nilqgħu wkoll għal sfida oħra dwar dawk in-nies li għandhom kulur tal-ġilda differenti, fejn dawn in-nies minħabba li jridu jdaħħlu l-flus biex ikollhom saqaf fuq rashom u biex jieklu qegħdin jispiċċaw fi skjavitù aktar milli fi prekarjat għax dawn qed iħaddmuhom mingħajr l-ebda kondizzjonijiet.", "Għalhekk anke f'dan il-Kumitat hemm bżonn li nitkellmu fuq l-immigranti llegali għax din hija sfida li ninsabu fiha.", "Għax x'qiegħed jiġri?", "Il-Malti bilfors ikollu jaċċetta li jaħdem f'dawk il-kondizzjonijiet għax inkella jtajjruh 'il barra u hawnhekk huwa importanti li l-unions iqumu naqra fuq tagħhom sabiex jiddefendu lill-ħaddiema.", "Naturalment ħafna minnhom hekk jagħmlu.", "Irridu nsibu l-ħin ukoll sabiex nitkellmu hawnhekk fuq dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg fejn semmiet sfida li qegħdin jiltaqgħu magħha ħafna nies u ċioè dik li jaħdmu bil-kuntratt.", "Jekk jien immur naħdem bil-kuntratt jew xi ħaddieħor li n-nies ikunu jafuna, u mmur nissellef il-flus biex nixtri dar, mhux se nsib problemi għax jien Silvio Parnis.", "Imma min qiegħed jaħdem bil-kuntratt, it-tifel ta' Ċikka ħalli nuża d-diskors tal-popolin, dawk se jagħtuhom iċ-ċans li jieħdu loan?", "Din qed insemmiha biex niftħu d-diskussjoni.", "Fix-xhur li ġejjin nistgħu niddiskutuha din għax imbagħad qed indaħħlu prekarjat ieħor – u ilni nitkellem fuqha din – li huwa ta' dawk il-koppji żgħar li jridu jiżżewġu, imorru biex jisselfu loan ħalli jixtru dar u jgħidulhom li la qegħdin bil-kuntratt ma jistgħux jagħtuhom loan tal-Gvern.", "Jiġifieri hemm ukoll prekarjat ieħor.", "Dawn imbagħad imorru f'dawn il-furnished flats li qegħdin jinkrew u m'għandhom bżonn l-ebda garanzija mingħand xi bank u jispiċċaw ikollhom iħallsu aktar.", "Fil-fatt li kieku jkollhom jixtru u jissellfu mingħand il-banek ikollhom bżonn iħallsu għall-argument €250 jew €260 fix-xahar bħala loan, imma peress li jaħdmu bil-kuntratt dik il-loan ma tiġix approvata u jkollhom imorru għand il-privat u jispiċċaw iħallsu €300 jew €350 f'kirja fix-xahar biex ikollhom shelter fuq rashom!", "Dawk, għax m'għandhomx bżonn tal-approvazzjoni tal-bank imexxu.", "X'qed nipprova ngħid?", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li dak li qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg insibu l-ħin biex niddiskutuh għaliex il-prekarjat mhuwiex biss li tħallas paga baxxa imma hemm ħafna tipi ta' prekarjat.", "U għalhekk forsi jkollna ċ-ċans li nagħmlu lista biex naraw x'nifhmu meta ngħidu prekarjat.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Parnis imma kien hemm punt minnhom li lili laqatni ħafna u dan kien fuq x'inhuma l-konsegwenzi tal-prekarjat.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li l-iktar qiegħdha tolqot lil dawn in-nies hija l-kwestjoni tal-loans.", "Hemm ukoll riperkussjonijiet oħra li semma l-Onor.", "Parnis u naqbel miegħu perfettament għax narahom jien ukoll isiru, fejn forsi dak li jkun jiddobba l-flus minn fuq l-idejn u allura jidħol fil-problema tal-użura.", "Sfortunatament dawn l-affarijiet imorru flimkien għaliex ġieli jekk ma jkollokx biex tħallas għal ċerti utilitajiet, mediċini jew operazzjonijiet.… Jien niftakar kif - meta kont qiegħda nagħmel xi home visits waqt l-elezzjoni - bqajt impressjonatha b'dak li qaluli familja li huma kostitwenti tiegħi.", "Il-missier qalli li hu jaħdem f'kwalunkwe tip ta' xogħol, basta jaħdem.", "Qalli kif darba minnhom bagħtuh ġo lukanda u din il-lukanda esiġiet li jaħsel il-kmamar tal-banju mingħajr detergents u mingħajr ingwanti.", "U dan il-missier ħass li kien se jpoġġi lill-familja tiegħu f'riskju akbar għax kien se jimtela' bil-mard jekk jibqa' jagħmel dak ix-xogħol.", "Qalli li hu għamel nofs ta' nhar u ma riedx ikompli aktar.", "Dan il-missier qalli li għandu tfal morda u ma riedx iġorr aktar mard lejn id-dar.", "Imbagħad kompla jgħidli – u din veru impressjonatni – li fi żmien il-Milied kien qiegħed jerġa' ifittex ix-xogħol u sab xogħol għal tliet xhur iqassam il-pakketti tal-Milied.", "Min ħaddmu qallu li x'aktarx kien se jġeddidlu x-xogħol wara li jgħaddu t-tliet xhur imma kif għadda ż-żmien ma ġeddidlu xejn.", "Fiż-żmien li għamel jaħdem kien qed jidher bħallikieku kien self-employed u ħallas bolla ta' self-employed.", "Kien qed jitħallas bil-€4.10 fis-siegħa u spiċċa jħallas tliet kwarti minnhom f'bolol!", "Qalli li wara tliet xhur ma ġeddewlux ix-xogħol u allura spiċċa jitlef anke l-flus tal-benefiċċji soċjali.", "Fil-fatt meta tkun self-employed u tieqaf taħdem inti titlef sitt xhur benefiċċji soċjali.", "U qalli li l-ammont ta' benefeċċji soċjali li tilef kien jissupera bil-kbir - avolja ma tantx ikunu ħafna dawn il-flus – il-flus li daħħal biex b'hekk il-familja tiegħu spiċċat bin-nieqes għax ħadem f'dawk t-tliet xhur!", "Il-mara tiegħu ma tistax taħdem għax għandhom tifla b'marda serja u allura kellhom jispiċċaw jorqdu mal-ġenituri tagħhom.", "Qalbek tingħafas meta tisma' dawn l-affarijiet!", "U lili dawn l-affarijiet l-aktar li jinkwetawni u kważi kważi tiġi f'dilemma għax għandek nies li tant qegħdin f'sitwazzjoni ħażina li kważi kważi tagħtihom x'tagħtihom bħala paga dawn se jiġu jaħdmu f'kull kondizzjoni.", "Fl-istess ħin, meta nkunu qed nagħmlu hekk, jista' jkun li dawn se jerġgħu jeħluha mill-banda l-oħra għax dawn jaħsbu li forsi huwa xogħol aktar fiss avolja b'inqas flus imma mbagħad isibu li dan ma jkunx applikabbli għalihom.", "Jien għalija din hija dilemma kbira!", "Imorru jagħmlu l-flus u lill-familja li tant għandha bżonn jagħtuha l-iċken ammont jew inkella ma jmorrux għax dak huwa prekarjat?", "Allura min jimpjega fil-prekarjat jaf li qiegħed jimpjega nies vulnerabbli u qiegħed proprju jagħmel dan għax jaf li se jsibhom daharhom mal-ħajt!", "Mela l-ġlieda tagħna u ta' dan il-Gvern inħoss li għandha tkun diretta kemm jista' jkun lejn dawn it-tip ta' employers u għandu jkun hemm pwieni stretti.", "Jiena nħoss li għandu jkun hemm pwieni għax inti qiegħed tagħfas fuq il-vulnerabilità ta' persuni li verament għandhom bżonn.", "Għandu jkun hemm aktar kontrolli biex dak li jkun ikollu paga aħjar u l-kuntratt tax-xogħol li jkollu, għalkemm forsi jkun on a definite period, ikun imħallas aħjar u allura tiġi worth it li ħadem sitt xhur u mbagħad forsi tilef il-benefiċċji għax spiċċa bla xogħol.", "Li nixtieq inżid ma' din hija l-importanza li nħeġġu sabiex nies li jiġu mpjegati b'dawn it-tip ta' kuntratti ma jiġux imġiegħlha jidhru bħala self-employed għax din tkompli żżid f'ħafna instances il-prekarjat.", "Fil-fatt din taffettwa mhux biss lil dawk li ma jkollhomx edukazzjoni.", "Darba minnhom kont qiegħda nisma' rakkont ta' xi ħadd li jaħdem fl-avukatura; avukat żgħir għadu jilħaq beda jaħdem ma' law firm.", "Din il-law firm esiġiet li dan l-avukat ikun self-employed u allura jħallas il-bolla kollha hu.", "U peress li kellu kondizzjonijiet bħal dawk ta' self-employed dan ma setax ma jmurx għax-xogħol jew imur għax-xogħol meta jrid hu minkejja li self-employed għax inkella din il-law firm ma tagħtihx xogħol.", "Apparti minn hekk kellu kondizzjonijiet kbar għax ġiegħluh iħallas parti mill-kont tad-dawl u tal-ilma kif ukoll tal-utilitajiet, tal-internet, eċċ!", "B'hekk dan l-avukat spiċċa with next to nothing.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq prekarjat għal min ma jaqla' xejn imma hawn forom differenti ta' prekarjat li jinkludu wkoll ċerti livelli.", "Jien naqbel li f'dan il-Kumitat irridu nipprovaw naslu biex naraw jekk għandniex nadottaw din id-definizzjoni tal-International Labour Organisation jew inkella għandniex nagħtu xejra differenti.", "Naqbel ħafna ma' kull min issuġġerixxa li għandna ndaħħlu l-element ta' dinjità f'din id-definizzjoni għaliex din tagħmel differenza kbira wkoll.", "U din nadottawha bħala dik id-definizzjoni li aħna nixtiequ nimxu magħha.", "Imbagħad naraw naqblux mar-rakkmandazzjonijiet.", "ANTONY AGIUS DECELIS: Jien naħseb li din is-sitwazzjoni għandha dik li nsejħulha d-dominos effect.", "Jekk se jkollok nies li mhux se jkollhom kondizzjonijiet ta' xogħol tajbin se jwassal biex huma u l-maħbubin tagħhom mhux se jkunu jistgħu jiġu esposti għat-tagħlim.", "Għaliex?", "Għax jekk naraw x'inhuma l-basic needs li kull wieħed u waħda minna għandu se naraw li dawn in-nies mhux se jkunu f'pożizzjoni finanzjarja b'saħħitha sabiex lill-uliedhom jibagħtuhom pereżempju għall-privat f'dawk is-suġġetti li jkunu batuti fihom fl-iskola.", "Mela qed naraw kif ħaġa taffettwa lill-oħra.", "L-istandard of living tagħhom se jiġi affettwat minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li se tolqot spectrum kbir ta' side effects biex insejħulhom hekk li semmejtu kemm inti, Sinjura President, kif ukoll l-Onor.", "Għalhekk din nistgħu niftħuha ftit aktar ħalli naraw is-side effects li x-xogħol prekarju jġib miegħu u norbtuha man-nies unemployed u ma' dawk li huma low wage earners.", "Jista' jkun hemm affarijiet komuni u għalhekk, biex ma noqogħdux noħolqu sitwazzjonijiet differenti, naħseb li nistgħu niġbru ċerti affarijiet f'kategorija waħda.", "Nixtieq li mbagħad nidħlu fil-fond u nanalizzaw il-makkinarju li se jagħmel is-sorveljanza għax ikun kollu ta' xejn li noqogħdu nagħmlu ħafna dokumenti fuq xi jfisser xogħol prekarju meta mbagħad ma jkollokx il-body li jrid imur on the spot u jiċċekkja jekk dawn il-ħaddiema humiex qed jiġu abbużati u jekk humiex qed jingħataw id-drittijiet tagħhom.", "Dan il-makkinarju jrid ikun armat biex jagħmel dan ix-xogħol u dawk il-players li jaqblu magħna fis-soċjetà iridu jieħdu l-istand li qegħdin nimbuttaw aħna.", "B'hekk ikun hemm aktar saħħa u dak li qegħdin nitkellmu fuqu ma jibqax biss linka fuq il-karta imma jkun jista' jiġi attwat.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena xtaqt nagħmel tliet mistoqsijiet; x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern tal-ġurnata fir-rigward tal-prekarjat?", "Jeżisti xi studju ieħor?", "Pereżempju naf li l-MEA ħarġet il-pożizzjoni tagħha fuq il-prekarjat.", "Jekk ikollna dawn ir-rapporti f'idejna jkollna stampa aktar ċara u nkunu nistgħu nimirħu iktar fid-diskussjoni tagħna.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jien se nipprova nagħmel summary qasira.", "L-ewwel nett qegħdin naqblu lkoll kemm aħna li l-prekarjat irid jiġi miġġieled u qegħdin naqblu wkoll li huwa importanti ħafna li jkollna definizzjoni ċara ta' x'inhu l-prekarjat.", "Qegħdin naqblu wkoll li jrid ikun hemm il-konkorrenza ta' diversi fatturi sabiex jistabilixxu x'inhu l-prekarjat.", "Jiena naħseb li d-definizzjoni biss, għalkemm hija pass 'il quddiem xorta mhijiex biżżejjed.", "U hawnhekk se nieħu l-eżempju li semmejt inti Sinjura President, ta' dak l-individwu li ngħata xogħol ġewwa lukanda u ma ngħatax l-ingwanti u d-deterġenti biex inaddaf.", "Dik is-sitwazzjoni ma taqax taħt il-liġi tal-prekarjat imma taqa' taħt il-liġi tal-Health and Safety u allura huwa proprju hawnhekk fejn l-awtoritaijiet iridu jaħdmu flimkien.", "Il-fatt li lil dak is-sinjur offrewlu xogħol imma ma tawhx l-ingwanti u d-deterġenti biex jaħsel ma jikkostitwix prekarjat imma jsarraf f'nuqqas min-naħa ta' min kien qiegħed iħaddmu fejn jidħlu l-health and safety.", "Naħseb li din l-awtorità responsabbli mill-health and safety hija waħda mill-awtoritajiet li hemm bżonn li toħroġ hemm barra u tibda tagħmel spot checks kif suppost u mhux randomly u fuq min jidhrilha biss.", "Dan għaliex ħafna mill-issues li qegħdin jiġu indirizzati min-nies li qegħdin iħossuhom li qed jaħdmu bil-prekarjat huma issues li suppost diġa' indirizzathom il-Health and Safety.", "Pereżempju taħt il-Health and Safety Regulations jintalbu r-risk assessments u dawn mhumiex xi ħaġa li ssir darba u daqshekk imma jridu jiġu kontinwament updated.", "L-impjegati jridu jiġu mgħarrfa x'hemm fir-risk assessment u jridu jingħataw il-health and safety training.", "Jiġifieri li kieku naraw kif nistgħu ninvolvu iktar lill-entitajiet kollha, awtomatikament parti mill-problema li n-nies qegħdin jiddefenuha - anke llum f'dan il-Kumitat - bħala prekarjat, nindirizzawha.", "Jekk se nitkellmu biss dwar id-definizzjoni xorta l-problema se tibqa' hemm u din tiġi solvuta jekk ninvolvu lid-diversi entitajiet responsabbli, primarjament tal-Health and Safety Authority.", "THE CHAIRPERSON: Meta kont qiegħda nsemmi dik l-istorja ta' dan ir-raġel li sab xogħol f'lukanda kont qed nagħmilha bħala preambolu għal dak ix-xogħol li jien kont se nsejjaħlu prekarjat u mhux għax kont qiegħda naħseb li dak ix-xogħol huwa fih innifsu prekarjat.", "Li nissuġġerixxi u nitlob biex nara intom x'taħsbu hu li wara li nlestu din id-diskussjoni, tinkiteb paper żgħira fuq dak li qegħdin ngħidu aħna.", "Issa ma naħsibx li għandna nagħmlu xi rapport b'miljun paġna imma just insemmu dak li ddiskutejna u forsi mmorru ftit oltre minn ċerti affarijiet li jinsabu fid-dokument.", "U issa li wasal il-mument fejn se nitkellmu fuq il-proposti u r-rakkmandazzjonijiet li hawn, nistgħu naraw jekk aħna naqblux magħhom jew le jew inkella jekk irridux inżidu xi ħaġa oħra.", "Jista' jagħti l-każ li bħalma għedna li rridu nżidu mad-definizzjoni, jista' jkun li għandna affarijiet oħra x'nistgħu nżidu mar-rakkmandazzjonijiet.", "Kif inlestu din il-paper nippreżentawha lill-iSpeaker għax kien hu li għaddielna dan ir-rapport u konsegwentement lill-Kamra biex aħna nuru wkoll x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Meta bdejt dan il-Kumitat l-ewwel ħaġa li kont għedt hu li jien ma nixtieqx li aħna niġu hawnhekk biex nitkellmu u mbagħad noħorġu minn hawnhekk naħsbu li għamilna xogħolna u daqshekk.", "Jien nippreferi li nagħmlu rapport concise, precise u li jkun ta' sugu milli noqogħdu nintilfu f'ħafna paġni.", "L-importanti li nwasslu l-messaġġ lil min għandu r-responsabilità ta' dawn l-affarijiet, inkluż lill-Membri tal-Kabinett, dwar il-pożizzjoni ta' dan il-Kumitat u li allura nixtiequ li ssir xi ħaġa on the lines li aħna nkunu qegħdin insemmu.", "Issa jekk issirx eżatt kif irridu aħna jew le m'għandhiex tkun diskussjoni limitata biss f'dan il-Kumitat u mbagħad wara nitfgħu d-dwal u nserrħu moħħna li kollox lest.", "Jien ma nafx intom x'taħsbu imma jien naħseb li għandna nħejju paper żgħira fuq dak li ddiskutejna u fuq ir-rakkmandazzjonijiet u ndaħħlu wkoll ir-rakkmandazzjonijiet tagħna jekk naħsbu li rridu nżidu xi ħaġa.", "ROBERT CUTAJAR: Xtaqt nerġa' nafferma dak li għedt aktar qabel u ċioè li qabel ma noħorġu l-pożizzjoni tagħna minn hawn ġew naħseb li jkun tajjeb li jkollna f'idejna dokumenti oħra relatati ma' dan is-suġġett, fosthom il-pożizzjoni tal-MEA li tidher li diġa' hija pubblika.", "U jekk hemm ukoll xi unions oħra li forsi ma ħadux l-interess li ħadet il-GWU li bagħtitilna kopja tar-rapport tagħha, naraw li dawn ikunu għad-dispożizzjoni tagħna ħalli narawhom ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Naqbel miegħek u jiddispjaċini li ma indirizzajtx dan il-punt li semmejtilna avolja ħadt nota tiegħu.", "Naħseb li għandu jkollna dan ir-rapport kif ukoll rapporti oħra f'idejna ladarba wasalna fil-punt li nieħdu pożizzjoni.", "Għalhekk naħseb li r-rakkmandazzjonijiet tagħna għandna noħorġuhom wara li nkunu rajna r-rapporti l-oħra biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu speċi ta' mish mesh ta' x'għandhom ikunu r-rakkmandazzjonijiet.", "ROBERT CUTAJAR: Forsi tajjeb li nibqgħu fuq is-suġġett għaliex anke waqt l-ewwel ftit minuti ta' din id-diskussjoni fuq dawn id-dokumenti, tkellimna dwar l-issue tal-faqar u peress li aħna diġa' kellna preżentazzjoni fuq dan is-suġġett qed nimmaġina li għandna nagħtuh aktar ħin f'sezzjonijiet oħra u allura forsi ma nħalltux iż-żewġ issues ma' xulxin għax inkunu qegħdin nagħmlu overlapping ta' suġġett ma' ieħor u b'hekk l-istampa ma nkunux qegħdin nagħtuha kollha kif suppost.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid li m'għandniex inħalltuhom flimkien jew li għandna nħalltuhom?", "ROBERT CUTAJAR: Aħna se noħorġu l-pożizzjoni tagħna wara li nkunu ddiskutejna s-suġġett tal-faqar jew qabel?", "Qed nistaqsi fuq dan peress li matul din id-diskussjoni ssemmiet l-issue tal-faqar.", "Allura aħna se noħorġu din il-pożizzjoni wara li nkunu rajna d-dokument li għamiltlek riferenza għalih dwar l-abbozz li ħareġ il-Gvern jew inkella dak ir-rapport se nħalluh għalih u noħorġu l-ewwel ir-rakkmandazzjonijiet tagħna fuq il-prekarjat u mbagħad wara noħorġu l-ieħor dwar il-faqar?", "THE CHAIRPERSON: X'inhi l-opinjoni tiegħek?", "Li noħorġuhom wara li nkunu rajnihom it-tnejn ...", "ROBERT CUTAJAR: Jien naħseb li hekk jagħmel sens għax b'xi mod dawn huma relatati ma' xulxin.", "Issa ma nafx x'jaħsbu l-kollegi tiegħi.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jien naħseb li hemm rabta bejnithom għax punt li sar l-ewwel mill-Onor.", "Parnis, speċjalment fuq il-loans… Ma ninsewx li min qed jgħix fuq is-servizzi soċjali – l-Ingliżi jgħidu li beggers can't be choosers – se jagħmel l-ewwel biċċa xogħol li se tiġi għal idejh u mhux se joqgħod jagħti kas tal-affarijiet l-oħra.", "Ovvjament inti se tara l-ġid tal-familja tiegħek l-ewwel għax fl-aħħar mill-aħħar dawk huma l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja.", "SILVIO PARNIS: Dan is-suġġett tal-prekarjat u din il-kwestjoni tal-kuntratti lili tinkwetani għax għandek dawn in-nies li aktar ma jkunu dgħajfa, aktar se jiddgħajfu b'dawn l-affarijiet.", "Filwaqt li kważi qbilna lkoll kemm aħna fuq x'inhi d-definizzjoni tal-prekarjat, li nixtieq hu li jkollna ċans li nitkellmu dwar dan is-suġġett u mhux biss li nitkellmuh imma li naraw li l-affarijiet jibdew jitwettqu.", "Naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Agius Decelis li mhux kollox jibqa' fuq il-karta għax jekk isir hekk inkunu qegħdin naħlu l-ħin ta' kulħadd.", "Meta nitkellmu fuq is-self ta' loans irridu nagħmlu diskussjoni wiesgħa u jekk hemm bżonn niltaqgħu ma' min huwa nkarigat f'dawn il-banek biex inwasslulhom din il-pjaga li għandna f'pajjiżna.", "U anke l-banek privati jridu jifhmu din l-isfida li hawn illum għax dawn il-familji li qed ikollhom iħallsu €300 kważi b'mod illegali għax ma jidher xejn …", "THE CHAIRPERSON: Onor. Parnis naħseb li fhimtni ħażin jew jien ma spjegajtx ruħi sew.", "Taħseb li meta se niddiskutu u noħorġu rapport żgħir fuq il-prekarjat se nkunu qegħdin nagħmlu dan wara li nisimgħu x'ħareġ mir-rapport fuq il-faqar biex b'hekk ngħaqqdu ż-żewġ affarijiet ma' xulxin peress li huma llaċċjati?", "Mill-Oppożizzjoni qegħdin jgħidu li aħjar naraw ir-rapporti flimkien, jiġifieri tal-prekarjat u tal-faqar u mbagħad ngħaqqdu kollox f'wieħed u jsir rapport ftit iktar miftuħ fuq dawn iż-żewġ affarijiet imma b'aktar enfasi fuq il-prekarjat.", "Jien naħseb li naqbel ma' dik il-pożizzjoni.", "ROBERT CUTAJAR: Jista' jkollna l-abbozz tad-dokument li ppreżenta l-Gvern dwar il-faqar?", "Fil-fatt saret press conference l-ġimgħa li għaddiet dwar dan.", "Anke r-rapport li kienet ippreżentat Dr Yana Mintoff m'għandniex kopja tiegħu.", "Issa dan li ġie ppreżentat ma nafx jekk huwiex l-istess wieħed li konna ddiskutejna aħna.", "THE CHAIRPERSON: Meta aħna konna tkellimna ma' Dr Yana Mintoff Bland konna għednilha – but I stand to be corrected - li meta jitlesta dan ir-rapport se nerġgħu nistednuha hawnhekk biex niddiskutu dan ir-rapport magħha.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena niftakar li meta kien hawn Dr Mintoff Bland kienet qaltilna li f'Settembru kien se jiġi ppreżentat u allura awtomatikament qiegħda nassumi li l-press conference li saret mill-Ministru kienet preċiżament fuq dan ir-rapport.", "Fil-fatt ħdejn il-Ministru, waqt l-istess press conference kien hemm preżenti Dr Yana Mintoff Bland u dik il-konferenza kienet fuq dak id-dokument.", "Naħseb li wara li ġiet hawnhekk u ddiskutejna magħha, u onestament ftehmna li kellha tieħu l-feedback tagħna, bħala Kumitat għandu jkollna kopja ta' dan ir-rapport biex inkunu nistgħu niddiskutuh u mbagħad ngħaqqdu kollox flimkien.", "Nitlob lis-Segretarju tagħna sabiex iċempel lil Dr Yana Mintoff Bland ħalli jerġa' jistedinha f'dan il-Kumitat u tagħtina update ta' dak li ħareġ minn dan ir-rapport.", "Għandha tingħata kopja ta' dan ir-rapport lill-membri ta' dan il-Kumitat biex ikollna żmien biżżejjed biex naqrawh u nassessjawh.", "Jekk hu ppreżentat m'għandniex għalfejn indumu biex nirċevuh.", "Irridu naraw ukoll id-dokument maħruġ mill-MEA li aċċenna għalih l-Onor.", "Cutajar fuq il-prekarjat …", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ir-rapport tal-MEA mhuwiex fuq il-prekarjat però jindirizza s-sitwazzjoni għaliex proprju waħda mill-isfidi tiegħu hija dik fejn qed jgħid li m'għandniex definizzjoni ċara tal-prekarjat.", "Veru għandu x'jaqsam ma' dak li konna qed ngħidu hawnhekk illum imma mhuwiex fuq il-prekarjat per se għax l-argument tagħhom huwa li ma tistax tiddiskutih jekk m'għandekx definizzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Jekk huwa possibbli li jkollna dak ir-rapport f'idejna nkunu nistgħu ngħaqqdu kollox f'daqqa.", "Din kienet waħda mill-affarijiet li aħna tkellimna fuqha fil-ġurnata li għedna li dan il-Kumitat se jiltaqa' biex jiddiskuti affarijiet mixxelleni imma ovvjament naħseb li ladarbda qegħdin fuq is-suġġett, qabel ma nkomplu għaddejjin bid-diskussjonijiet l-oħra u ġaladarba qbadna r-ritmu fuq dan is-suġġett, il-ġimgħa d-dieħla nkomplu niddiskutuh biex forsi nagħlquh u nagħtu wkoll ċans lis-Sinjura Burmingham biex tħejji dan il-mini report biex imbagħad mhux nispiċċaw b'żewġ rapporti f'daqqa.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Issa jekk Dr Bland ma tkunx tista' tiġi nhar l-Erbgħa nistgħu nkomplu fuq xi ħaġa oħra?", "THE CHAIRPERSON: Imbagħad ikollna nkomplu bis-suġġett l-ieħor u l-ewwel darba li tkun tista' tiġi nlaqqgħu l-Kumitat.", "Bħalma tafu jien il-Kumitat dejjem nipprova nlaqqgħu nhar ta' Erbgħa biex kemm jista' ikun inżommuh fl-istess ġurnata.", "ROBERT CUTAJAR: Inkun korrett jekk ngħid li llum kellu jkun hawn ukoll il-Ministru Joe Mizzi?", "THE CHAIRPERSON: Imma l-Ministru Joe Mizzi qiegħed fuq l-item l-ieħor tal-aġenda tagħna.", "ROBERT CUTAJAR: Imma peress li qed nitkellmu dwar l-aġenda tal-ġimgħa d-dieħla u inti jidhirli li tkellimt mal-Onor.", "Toni Bezzina fejn għedtlu li l-Ministru se jkun imsiefer u għalhekk …", "Bezzina diġa' avżajtu l-bieraħ ...", "ROBERT CUTAJAR: Allura din l-issue, ladarba m'aħniex se niddiskutuha llum ma nistgħux inpoġġuha fuq l-aġenda tal-ġimgħa d-dieħla?", "THE CHAIRPERSON: Jekk il-Ministru Mizzi jkun jista' jiġi l-ġimgħa d-dieħla nagħmluha dakinhar għax issa din l-issue ilha pending u ma nixtieqx li tibqa' hemmhekk.", "Il-Ministru Mizzi kellu jsiefer fuq xogħol u avżana wara li ħarġet l-aġenda u għalhekk ma stajtx nagħmel mod ieħor.", "Mela fuq il-ġimgħa d-dieħla basically it is settled.", "Mela ddeċidejna li niddiskutu r-rakkmandazzjonijiet li hemm f'dan ir-rapport meta jkollna r-rapporti l-oħra f'idejna biex inkunu nistgħu nagħmlu ġabra sħiħa fuq x'naħsbu aħna li għandhom ikunu r-rakkmandazzjonijiet tagħna.", "Issa d-diskussjoni tagħna fuq dan ir-rapport huwa konkluż għal-lum u għalhekk nistgħu ngħaddu għar-rapport l-ieħor li ġie ppreżentat lilna mill-GWU.", "Aħna rċevejnih mingħand is-Sur Michael Parnis u ġie mgħoddi lilna mill-iSpeaker tal-Kamra.", "Aktar kmieni llum għedtilkom li parti mir-remit tagħna huwa li niddiskutu d-dokumenti li jibgħatilna l-iSpeaker tal-Kamra.", "Nixtieq niftaħ ftit id-diskussjoni b'mod ġenerali fuq il-fattur tal-early school leaving u mbagħad nkomplu nitkellmu fuq l-istrateġija.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Meta l-ewwel bdejt ngħid li hemm ħafna side effects meta jkollok income baxx dieħel ġo familja, din kienet waħda mis-side effects li nara jien għax it-tfal ikunu aktar inkoraġġuti – b'mod indirett – biex joħorġu jaħdmu minflok ikomplu bl-iskola.", "Dan iseħħ għax il-bżonnijiet tagħhom might not be catered for u allura meta jibda jkollhom il-peer pressure … Ejjew ma ninsewx li l-ischool leavers ikunu f'età vulnerabbli – bejn it-13 u s-17-il sena - għax il-peer pressure li jkollhom fuqhom huwa wieħed kbir.", "Allura meta dawn jibdew jaraw lil sħabhom kollha bil-ħwejjeġ tad-ditta u meta jibdew jiffrekwentaw ċerti postijiet li biex tidħol fihom irid ikollok ċerta finanzi u dawn ma jkollhomx, jibdew iħossu iktar il-pressure fuqhom, liema pressure jibdew iwaddbuha wkoll fuq il-ġenituri tagħhom.", "Dawn il-ġenituri li jkollhom income baxx jibdew mingħajr ma jkunu jafu jitfgħu pressjoni fuq uliedhom biex jitilqu mill-iskola u jibdew jaħdmu.", "Din iċ-ċaqliqa minn fuq il-bank tal-iskola għat-tfittxija tax-xogħol hija marbuta b'mod indirett max-xogħol prekarju.", "Meta tara l-istatistika l-aktar żgħażagħ li jdumu jfittxu x-xogħol huma proprju dawk iż-żgħażagħ li għandhom l-inqas skills.", "Mela dawn se jibqgħu jbatu tul ħajjithom kollha għax jekk inti se toħroġ mill-iskola minħabba l-pressures finanzjarji li jkollok u se tipprova ssib xogħol, se ssib xogħol li forsi l-kondizzjonijiet tiegħu ma jkunux tajbin.", "Madankollu peress li dan ikun l-ewwel xogħol tiegħek u anke għax tibda ddaħħal xi ħaġa tal-flus se tħossok aħjar għax se tibda tlaħħaq mal-peer pressures li jkollok f'dik l-età taż-żgħożija.", "Imma meta jgħaddi dak il-perjodu u tiġi biex tiffaċċja d-dinja tax-xogħol mingħajr l-ebda ċertifikati u mingħajr l-ebda speċjalizzazzjoni, se tispiċċa fi sqaq dejjaq quddiemek u mhux se jkollok l-għażla ta' xogħolijiet li ħaddieħor li jkun tgħallem l-iskola se jkollu quddiemu.", "Issa forsi l-GWU ħadet dawn is-suġġetti separati għax l-ispeċjalizzazzjoni mbagħad tagħmlek iktar perfett fuq dak l-oġġett u aktar ma tispeċjalizza aktar tkun tista' tiffoka fuq dak l-oġġett partikolari.", "Madankollu naħseb li ma nistgħux nifirduhom minn xulxin għax it-tluq minn kmieni mis-sistema edukattiva in the long run se twassal sabiex dak l-individwu li jagħmel dan il-pass se jibqa' jbati ħajtu kollha.", "L-istatistika turi li dawk in-nies kollha li tul ħajjithom kienu limitati finanzjarjament se jispiċċaw anzjani foqra.", "Jekk jien għext ħajti kollha ngħaddi bil-kemm kemm, kif insir anzjan u nispiċċa bil-pensjoni żgur li se nispiċċa f'sitwazzjoni agħar għax id-dħul tiegħi se jonqosli.", "Għalhekk importanti li dawn in-nies ikollhom bidu tajjeb u hawnhekk naraw kemm kien sinjur il-manifest elettorali tal-Partit Laburista meta għedna li rridu li dawk iż-żgħażagħ li ma jkunux qegħdin jaħdmu, nibqgħu nagħtuhom it-taħriġ meħtieġ u ngħallmuhom skills ġodda.", "Għaliex?", "L-ewwel minħabba l-workforce mobility għax jekk inti ma jkollokx workforce mħarrġa se tkun ristrett x'tip ta' investiment jista' jiġi lejn il-pajjiż.", "U allura aktar mhu se jkollna workforce mħarrġa, edukata u b'ħafna skills differenti, aktar se nkunu nistgħu nattiraw xogħolijiet differenti għaliex nafu li l-workforce tagħna se tkun tista' tkun mobile u tiċċaqlaq minn settur għal ieħor mingħajr ma tgħaddi minn perjodu ta' unemployment.", "Jekk aħna verament irridu l-ġid lil dan il-pajjiż, irridu li jkollna sistema edukattiva b'saħħitha, li niġru wara n-nagħġa l-mitlufa – jiddispjaċini nsejħilha hekk imma ridt nagħti paragun – ħalli nerġgħu nkomplu nedukawha sabiex indaħħluha f'sistema fejn ikollha iktar skills biex hi ssir iktar tajba u hi stess ma tispiċċax tbati.", "Ovvjament inqas ma jkollok skills aktar se tbati.", "Jekk veru rridu li nagħmlu xi ħaġa u aħna nħossuna li wara li jgħaddi dan kollu tajna kontribut siewi, naħseb li rridu nkomplu nħeġġu lill-Gvern sabiex kemm jista' jkun isaħħaħ is-sistema edukattiva u li kemm jista' jkun jaħdem ħalli jara x'inhi l-problema li qiegħda ġġiegħel liż-żgħażagħ jitilqu kmieni mill-iskola.", "Hemm raġuni għalfejn qed jiġri hekk u rridu naqbdu l-barri minn qrunu sabiex nindirizzaw il-problema għax jekk se norqdu fuqha se jkun hemm repercussions mhux biss fuqna bħala nies li rridu li dan il-pajjiż imur 'il quddiem, mhux biss fuqna li bħala nies irridu niġru wara l-investiment sabiex dan jiġi f'pajjiżna, imma anke fuq l-individwu.", "U l-iktar li jbati huwa dak l-individwu li jkun telaq kmieni mill-iskola.", "Illum anke jekk ma tkunx taf tħaddem it-teknoloġija se jkollok diżabilità, aħseb u ara jekk ma jkollokx il-basic skills li għandek bżonn f'kull post tax-xogħol.", "Naħseb li dan huwa suġġett importanti u li jekk nistgħu nagħmlu ftit pressure fuqu, naħseb li nkunu qed nagħmlu sew kif qed nagħmlu fuq affarijiet oħra.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: F'dinja li qiegħda tinbidel, jekk il-ġenituri mhux se jsostnu lit-tfal tagħhom, bilfors li se jkollna problema f'dan il-pajjiż.", "Għandek ġenituri li jifilħu jsostnu lit-tfal tagħhom meta dawn jispiċċaw mill-iskola u b'hekk dawn ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom.", "Imbagħad hemm familji oħra li m'għandhomx biżżejjed income biex isostnu lill-uliedhom u għalhekk dawn bilfors ikollhom joħorġu jaħdmu.", "Bħalissa għaddejja minn quddiem għajnejja storja li smajt meta kont qiegħed indur id-djar tan-nies.", "Kien hemm ġuvni li kien kapaċi ħafna fl-iskola u kien jipprometti ħafna mir-riżultati li kien iġib.", "Madankollu dan ma setax ikompli l-iskola għax kellu joħroġ jaħdem bilfors biex jgħajjex lill-ommu minħabba li missieru kienu telaqhom u ma tahom l-ebda manteniment minkejja li l-Qorti qatgħet il-kawża kontrih.", "Għaldaqstant jiena ngħid li dan ir-rapport huwa wieħed validu u ta' min wieħed jaħdem fuqu.", "Irridu naraw li lit-tfal tagħna nimbuttawhom, nixprunawhom, ngħinuhom, nfiehmuhom u ngħallmuhom dwar l-importanza tal-edukazzjoni u dwar l-importanza li ma jitilqux kmieni mill-iskola.", "U jekk il-ġenituri mhumiex kapaċi juru dan lit-tfal tagħhom irid ikun hemm għalliema li jgħallmuhom lit-tfal.", "Għandek tfal li bilfors ikollhom joħorġu mill-iskola biex jgħinu lill-familja tagħhom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Rigward din l-istrateġija rrid ngħid li ż-żewġ partiti jaqblu li l-early school leaving strategy hija importanti u rridu nkomplu nsusu warajha.", "Min-naħa tagħna, bħala Partit Nazzjonalista dejjem ħdimna fuqha apparti r-riżultati pożittivi li nkisbu s'issa.", "Jekk inqabblu lill-Malta ma' pajjiżi oħrajn naraw li Malta għadha lura imma wieħed irid jara wkoll l-avvanzi kbar li saru matul is-snin u li dawn huma prova ċara dwar kif l-istrateġija kienet strateġija tajba għaliex l-ammont ta' early school leavers naqas b'mod ħafna ikbar milli naqas f'pajjiżi Ewropej oħrajn.", "Xtaqt nikkjarifika wkoll l-istrateġija tal-early school leaving li ġiet ippreżentata mill-Ministru Evarist Bartolo għaliex din kienet strateġija li kien ħadem fuqha l-Gvern preċedenti imma minħabba li kien għad fadal diversi diskussjonijiet għaddejjin ma' diversi unions din ma kenitx ġiet ippubblikata.", "Naqblu li l-peer pressure taffettwa lill-early school leavers u huwa minnu li parti mill-fatt li l-istudenti jitilqu milli jkomplu jistudjaw huwa proprju minħabba l-peer pressure.", "U hawnhekk naqbel mal-punti validi li għamel l-Onor.", "L-Onor.", "Silvio Parnis għamel ukoll diversi punti validi, fosthom meta qal li minħabba l-esiġenza finanzjarja tal-familja dak li jkun ikollu joħroġ jaħdem.", "Madankollu dawn mhumiex il-maġġoranza tal-każi.", "Naħseb li l-maġġoranza tal-każijiet għalfejn l-istudenti qegħdin jieqfu mill-istudji tagħhom huwa minħabba l-fatt li għadhom ma jafux kemm huwa importanti li jkomplu bl-istudji tagħhom.", "L-ewwel nett naħseb li jrid isir iktar investiment fl-għalliema mhux biss tal-PSD, mhux biss fil-guidance teachers imma anke fl-għalliema li jgħallmu s-suġġetti bħall-matematika, ix-xjenza, l-Ingliż, eċċ, ħalli filwaqt li jkunu qegħdin jgħallmu s-suġġett partikolari jedukaw ukoll lill-istudent dwar l-importanza li jkomplu bl-istudji tagħhom.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li tingħata l-edukazzjoni lill-ġenituri nfushom.", "Jiena konvinta li intom bħali meta tagħmlu l-house visits tagħkom tiltaqgħu ma' ġenituri li minflok iħajru lit-tfal tagħhom sabiex ikomplu jistudjaw, jagħmlulhom il-pressure jew aħjar jagħtuhom il-parir biex joħorġu jaħdmu.", "Fil-fatt lit-tfal tagħhom jgħidulhom li jkun aħjar li jibdew joħorġu jaħdmu minn issa biex jibdew jaqilgħu l-flus minn kmieni.", "Għalhekk huwa importanti li meta naħsbu fuq l-early school leaving strategy naħsbu mhux biss fuq l-istudent per se imma rridu ninvestu wkoll fuq il-ġenituri tiegħu jew fuq min ikun qiegħed irabbih.", "Jekk il-ġenituri ma kellhomx l-opportunità li jistudjaw u jkomplu jistudjaw huma stess, jista' ikun li dawn il-ġenituri se jagħrfu inqas l-importanza li wieħed ikompli jistudja.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa punt importanti ħafna biex inkomplu nżommu r-ritmu tajjeb li konna qbadna bħala persentaġġi ta' early school leavers.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li jkun tajjeb li quddiem dan il-Kumitat ikollna l-aħħar verżjoni ta' din l-istrateġija li ġiet ippreżentata ħalli wieħed ikun jista' jiddiskuti u jara wkoll il-veduti ta' dan id-dokument li qed niddiskutu llum li ġie ppreżentat lilna mill-GWU proprju biex inkunu nistgħu naraw l-istampa kollha.", "Tajjeb li nfakkru wkoll li dan id-dokument - kif qalet l-Onor.", "Marthese Portelli - uffiċjalment kien ġie ppreżentat fl-2012 u kien jindika minn fejn tlaqna.", "Fil-fatt ir-rata li kien qed jokkupa pajjiżna fl-2001 kienet ta' 54% u t-target li kellna nilħqu sal-2020 irnexxielna nġibuh fl-ewwel terz ta' din is-sena.", "Fil-fatt waqajna fil-livell ta' 22.6%.", "Naħseb li jekk wieħed jara jekk kienux għaqlin id-deċiżjonijiet li ttieħdu f'dawn l-aħħar 11-il sena, isib li r-riżultati jitkellmu waħedhom.", "Il-fatt li minn 54% waqajna għal kważi 22.6% naħseb li xi ħaġa tajba kien hemm.", "Id-direzzjoni li ngħatat u d-deċiżjonijiet li ttieħdu naħseb li kienu passi fid-direzzjoni t-tajba għaliex iċ-ċifri jitkellmu waħedhom.", "Issa fuq jekk għamilnix biżżejjed jew le naħseb li bħal kollox fil-ħajja, dejjem hemm bżonn li nkomplu naħdmu u naġġornaw għal dawk li naħsbu li huma l-aħjar azzjonijiet.", "Sinjura President, xtaqt nistaqsi kemm huma l-azzjonijiet ta' strateġija li hemm fid-dokument li ġie ppreżentat?", "Naf li fl-2012 kien hemm 22 azzjoni strateġika li l-Gvern ta' dakinhar kien qiegħed jimmira li jieħu fid-dokument ippreżentat.", "Ma nafx jekk kienx hemm varjazzjoni minn dawk li kienu ġew ippreżentati f'dak id-dokument għal dak li għandna quddiemna llum.", "Bħal dejjem, meta nitkellmu fuq suġġett bħalma huwa l-edukazzjoni, naħseb li nkunu qegħdin niżbaljaw jekk b'xi mod nipprovaw niskurjaw xi punti f'dan is-suġġett għax fl-aħħar mill-aħħar iż-żewġ partiti naqblu li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta ta' pajjiżna li biha rridu nħarsu 'il quddiem.", "U naħseb li tajjeb ngħidu li dak li kien tajjeb kien tajjeb u fejn kien hemm nuqqasijiet ejjew nirrikonoxxuhom.", "Imma naħseb li fl-aħħar mill-aħħar dan għandu jkun il-punt tat-tluq tagħna; li naraw fejn stajna morna aħjar biex ir-riżultati ma jonqsux.", "Nerġa' intenni li r-riżultati tal-ħidma li ġiet ippjanata fl-aħħar għaxar snin tat ir-riżultati u naħseb li l-bażi qiegħda hemmhekk.", "Issa ejjew inħarsu 'l quddiem biex inkomplu nibnu fuq dak li sibna.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nixtieq ngħid li nieħu pjaċir kull meta f'dan il-Kumitat nitkellmu kważi kważi b'vuċi waħda.", "Jiena nħoss li dan il-Kumitat għandu importanza kbira fuq dawk l-affarijiet li jolqtu lil kulħadd fis-soċjetà tagħna għax is-social policy tippenetra kull aspett tal-ħajja.", "U meta jkun hemm xi ħaġa importanti li wieħed irid imexxiha 'l quddiem, iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom - bħalma qegħdin nagħmlu fuq dan is-suġġett - ikunu favur azzjoni dejjem iktar.", "Jiena wkoll naqbel ma' dak li qalu l-membri tal-Oppożizzjoni u ċioè li saru affarijiet mill-gvern preċedenti.", "Jiena nħoss li konna qegħdin fi stat ħafna agħar ftit tas-snin ilu u nħoss li kien hemm bidliet pożittivi.", "Naqbel ukoll li dan huwa suġġett li qatt ma tispiċċa taħdem fih għax qatt mhu se jkollok 100% u allura trid dejjem tipprova tinkoraġġixxi.", "Xi ħaġa li forsi ngħidha ta' spiss wisq imma jien ma tantx jinteressani min ikun kitibhom jew min ikun ħasibhom l-affarijiet.", "Li jinteressani hu x'se jsir meta mill-karta naslu għall-azzjoni.", "Tajjeb li dak li jkunu għamlu gvernijiet preċedenti nirrikonoxxuh u tajjeb li jekk tkun saret xi fażi ta' studju u issa rridu ngħaddu għall-azzjoni, dik l-azzjoni tittieħed ħalli naslu.", "Meta kont qiegħda naħseb ftit fuq dan is-suġġett jiena nabbina ħafna l-early school leaving mal-kunċett tal-life-long learning.", "Jiena naqbel ħafna ma' dak li qalet l-Onor.", "Portelli li inti għandek nies li mhux neċessarjament jitilqu mill-iskola għax ikunu kostretti mill-familja tagħhom.", "Veru li hemm min jiġrilu hekk u dik hija aktar gravi għax qiegħda tmur kontra x-xewqa tal-istess student imma għandna problema ta' studenti li mhumiex jagħrfu kemm huwa importanti li jkollok aktar knowledge u aktar livell għoli ta' edukazzjoni.", "Jiena nħoss li din għandha tingħaqad mal-kunċett tal-life-long learning għax huwa kunċett li nemmen fih u li nipprattikah.", "Qiegħda ngħid hekk għas-sempliċi raġuni li jekk xi ħadd, meta kien żgħir m'għarafx l-importanza tal-istudju imma wara li jgħaddi ammont ta' snin u beda jaħdem irrealizza li mingħajr kwalifiċi ma tagħmel xejn, imbagħad għandu jkollu dik l-opportunità li kienet skappatlu meta kien iżgħar.", "U jista' ikun li jkollok dawk li jissejħu late developers.", "Għaldaqstant naħseb li ż-żewġ kunċetti għandhom jingħaqdu flimkien.", "Jinkwetani wkoll is-suġġett ta' għalfejn dawn it-tfal qegħdin jitilqu mill-iskola u ma naħsibx li huwa biss jew limitat għall-fatt li mhumiex qegħdin jirrealizzaw x'qegħdin jitilfu.", "Naħseb li għandna nħarsu lejn il-problema billi mmorru żewġ passi lura biex narawha b'mod aktar wiesgħa.", "Jiena naħdem fil-kamp tal-familja u taż-żweġijiet imkissrin u mingħajr ma nixtieq nara ħafna studenti u tfal ta' koppji li ż-żwieġ tagħhom spiċċa fix-xejn li jidħlu part and parcel fil-problema li tkun inħolqot mill-ġenituri tagħhom u ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' stress ħafna ikbar minn dak li suppost ilaħħqu miegħu ta' dik l-età.", "Sal-bieraħ stess kont qiegħda nitkellem ma koppja li t-tnejn jaħdmu bix-shift u b'shifts differenti.", "Waqt li konna qegħdin nitkellmu bdejna nirrealizzaw li din il-koppja malli se jinfirdu, it-tfal strettament matul ċerti ġranet ikollhom joqogħdu mal-misser filwaqt li f'ċerti ġranet oħra se jkollhom joqogħdu mal-omm.", "Imbagħad kien se jkun hemm ġranet oħra fejn in-night shift taż-żewġ ġenituri se jkunu jikkonċidu ma' xulxin u allura dawn it-tfal se jkollhom imorru għand in-nanniet tagħhom.", "U allura għandek tfal li se jkunu qegħdin jiġġerew bil-lejl ukoll minn post għal ieħor mingħajr stabilità u dan se jnaqqas mill-konċentrazzjoni li jista' jkollhom fl-iskola.", "Għalkemm dan huwa kunċett wiesgħa ż-żejjed meta tħares lejh xorta nemmen li rridu nagħmlu xi ħaġa għall-familji tagħna biex ikollna iktar stabilità fil-familji.", "Meta kont għaddejja bil-kampanja tad-divorzju kien hemm xi ħaġa li jiena dejjem sħaqt fuqha u veru nħoss li din kienet xi ħaġa kbira u ta' importanza għax inħoss ħafna li l-familji tagħna, to a certain extent ir-relationship ta' bejniethom ġiet kważi kważi neglected.", "Jiena nħoss li bħala Gvern - mhux il-Knisja għax il-Knisja m'għandhiex x'taqsam maż-żweġijiet tal-Istat - għandna nagħmlu xi ħaġa biex lil min jiżżewweġ bl-Istat, nagħtuh bażi tad-dmirijiet bażiċi lejn l-ulied, lejn il-mara jew lejn ir-raġel tagħhom biex iż-żwieġ tagħhom ikun wieħed sod.", "Xi ħaġa oħra li dejjem nisħaq fuqha u naħseb għajjejt nitkellem fuqha hija li meta l-ġenituri jiġu biex jisseparaw għandha tingħata ftit edukazzjoni lill-ġenituri fuq kif għandhom jaġixxu mal-ulied u bejniethom wara s-separazzjoni.", "Dan għaliex ħafna drabi jibqa' ħafna konflitt u dak il-konflitt qed joħloq trawmiet kbar fit-tfal li mingħalihom ikunu ħelsu mill-problemi mentri fil-fatt ma jkunu ħelsu xejn minnhom.", "Issa tgħiduli din x'għandha x'taqsam mal-early school leavers?", "Jiena ngħid li għandha x'taqsam għax il-problema qiegħda tkun ukoll minħabba n-nuqqas ta' stabilità li qed ikun hemm fil-familji.", "Min-naħa tiegħi nħoss li għandna ħafna tfal li għandhom bżonn li jkunu taken care of għax meta mbagħad ikunu indokrati u jħossuhom aktar stabbli, dawn se jkunu jistgħu jistudjaw fil-kwiet.", "Jiena naf persuna adulta li llum qiegħda fix-xena tal-media li qaltli li hi tmur fuq it-televiżjoni u tidher qiegħda tidħak imma meta mbagħad tmur id-dar, avolja llum kibret, ħlief tara lill-ommha u l-missierha jiġġieldu ma tarax u lanqas tkun tista' tikkonċentra.", "Jiġifieri jekk din hija xi ħaġa li taffettwa lill-kbar, aħseb u ara kemm se taffettwa aktar liż-żgħar.", "Naħseb li għandna nagħfsu fuq din l-istrateġija u naraw li din tiġi implimentata.", "Hawnhekk il-GWU f'dan ir-rapport insistew li jkun hemm an individual student monitoring unit u għalkemm din hija xi ħaġa li tirrikjedi ammont sostanzjali ta' flus biex issir, ma naħsibx li hija xi ħaġa ħażina.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien ma nistax nipproponi li jkun hemm żvilupp fil-guidance teacher?", "Minflok noqogħdu noħolqu xi ħaġa oħra ġdida naraw li jkun hemm żvilupp fuq dak li diġa' hemm ħafna esperjeza fiha?", "THE CHAIRPERSON: U li jkunu qegħdin jitrattaw ukoll l-istudenti ...", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Għax dak hu l-irwol tal-guidance teacher u ċioè li jagħti pariri, li jkun qrib tal-istudenti u li jkun jaf min huma l-istudenti.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb huwa tajjeb li minflok inħallu sitwazzjoni fejn student irid iħoss li għandu bżonn li jmur għand il-guidance teacher biex imur għandu, forsi jista' ikun li l-guidance teacher - biex jaġixxi bħala individual student monitor - imur għand l-istudent anke jekk ma jħossx li għandu bżonn.", "U r-raġuni għandha tkun li xi kultant it-tfal ma jurukx dak li verament ikunu għaddejjin minnu u allura.…", "ANTHONY AGIUS DECELIS: L-Università qiegħda torganizza degrees fil-youth work imma l-youth worker mhux qiegħed jiġi utilizzat biżżejjed fis-sistema edukattiva.", "Il-youth worker huwa an informal educator, jiġifieri jeduka liż-żgħażagħ skont il-bżonnijiet edukattivi tagħhom.", "Jiena naħseb li dan il-unit, minflok guidance teacher għandna nissuġġerixxu li jkun hemm youth worker li jkun parti mis-sistema edukattiva biex filwaqt li għandek a formal education ikollok ukoll an informal educator li qiegħed jaħdem fis-sistema biex ikompli jsaħħaħ fejn ikun hemm bżonn ħalli fl-aħħar mill-aħħar l-edukazzjoni tingħata b'mod aktar ħolistiku.", "THE CHAIRPERSON: Imma x'taħsbu rigward din il-biċċa xogħol tal-guidance teacher li jaġixxi ...", "ROBERT CUTAJAR: Jiena m'għandix kopja tal-istrateġija u ma nafx jekk hijiex inkluża fl-istrateġija li ppreżenta l-Ministru Evarist Bartolo.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-Aġenzija Żgħażagħ, sa mit-twaqqif tagħha mpjegat numru ta' youth workers li qegħdin jikkontribwixxu wkoll fil-komunitajiet tagħna, inkluż fil-kunsilli lokali.", "Tgħiduli se terġa' ssemmi l-kunsilli lokali?", "Iva se nerġa' nsemmihom għaliex nemmen li dawn huma partners importanti fil-mixja ta' dan il-pajjiż u kien għalhekk li twaqqfu l-kunsilli lokali.", "Naħseb li llum kważi kull kunsill lokali taż-żgħażagħ li twaqqaf f'kull lokalità għandu abbinat miegħu youth worker li qed jiġi mpjegat mill-Aġenzija Żgħażagħ u naħseb li dawn qegħdin jagħtu kontribut.", "Issa jekk humiex qegħdin jagħtu biżżejjed se nerġgħu lura to square one għax nistgħu nagħtu ħafna iktar.", "Imma sinċerament ma nafx jekk dak li semma' l-Onor.", "Agius Decelis huwiex qiegħed inkluż f'din l-istrateġija jew le.", "Jiġifieri l-guidance teachers qegħdin fl-istrateġija li ġiet ippreżentata?", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa li nistgħu naraw għaliex jien m'għandix il-kopja oriġinali tal-istrateġija ...", "MARTHESE PORTELLI: Jiena naħseb li għandna nagħmlu eżerċizzju sempliċi fejn nagħmlu tabella maqsuma f'żewġ partijiet; naħa bl-istrateġija l-antika u naħa oħra bl-istrateġija l-ġdida.", "B'hekk naraw jekk hemmx xi punti li kienu f'rapport iżda mhumiex fl-ieħor u naraw jekk nistgħux inżidu wkoll xi punti oħra.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Naħseb li jekk nitolbu kopja lill-Ministeru tal-Edukazzjoni dawn ikunu jistgħu jgħadduhilna.", "Jien li ma nixtieqx hu li nagħmlu dan l-eżerċizzju sempliċement biex naraw x'kien hemm qabel u x'hemm illum.", "MARTHESE PORTELLI: Le mhux għalhekk irridu nagħmluh.", "Hawnhekk qegħdin seba' min-nies u jista' ikun li aħna nkunu kapaċi nelenkaw affarijiet li mhumiex fl-istrateġija li ġiet ippreżentata u nistgħu wkoll nimmissjaw xi punti li qabel kienu hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: L-importanti hu li naraw l-istrateġija li hemm illum għax jekk jien se nqabbad lir-research analyst biex tagħmlilna distinction bejn …", "MARTHESE PORTELLI: Ħalli nikkjarifika lili nnifsi; jien mhux qed ngħid li għandna nagħmlu distinction bejn strateġija u oħra.", "L-istrateġiji kienu joffru diversi soluzzjonijiet, fosthom waħda minnhom għadu kif semmiha l-Onor.", "THE CHAIRPERSON: Inti qed tgħid li setgħu kienu soluzzjonijiet differenti?", "MARTHESE PORTELLI: Iva setgħu kienu soluzzjonijiet differenti li forsi aħna bħala Kumitat inħossu li wħud mis-soluzzjonijiet jistgħu jikkumplimentaw dak li diġa' ġie propost.", "THE CHAIRPERSON: Għax biex ngħidilha tagħmilli analiżi tat-tnejn li huma ...", "MARTHESE PORTELLI: Le mhux hekk għax dik tiġi ħela ta' ħin.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien ħadt l-impressjoni li l-ewwel l-Onor.", "Portelli qalet li din l-istrateġija li ġiet ippubblikata issa kien beda x-xogħol fuqha minn qabel.", "MARTHESE PORTELLI: Hekk hu u din l-istrateġija ġiet ippreżentata lill-unions ukoll imma ma ġietx ippubblikata minħabba li – m'iniex ċerta imma niċċekkja fuqha – kien hemm xi union li kienet għadha trid tagħti l-feedback tagħha jew inkella għax ma kenitx qiegħda taqbel dwar numru ta' punti.", "Li qiegħda ngħid jien hu li għandna żewġ strateġiji li kien hemm diversi mħuħ li ħadmu fuqha u dak ix-xogħol li kien diġa' sar nixtarruh aħna bħala Kumitat u jekk naraw xi ħaġa tajba nżiduha ma' dak li diġa' hemm.", "THE CHAIRPERSON: Ma nafx jekk taqblux miegħi li fil-ġurnata li aħna nħallu għall-affarijiet mixxelleni nħallu dan bħala s-suġġett tagħna, fejn naraw x'kienu l-istrateġiji li ovvjament kienu qed jiġu adopted u jekk kien hemm strateġiji fir-rapport ta' qabel li kienu differenti, by all means għandna narawhom ukoll biex jekk kien hemm xi ftit minnhom li ġew discarded u aħna naħsbu li dawn ma kellhomx jiġu discarded, allura nkunu nistgħu ngħidu li aħna nippreferu ċertu tip ta' strateġija milli oħra.", "Naħseb li ma fiha xejn ħażin.", "Jiena waħda minn dawk li nemmen li veru li l-Gvern ikun għaddej bil-ħidma tiegħu u l-ministri jkunu għaddejjin bix-xogħol tagħhom, imma aħna għandna rwol ukoll bħala Membri fil-Parlament li jista' ikun li jikkumplimenta jew iżid dak ix-xogħol li jkun diġa' sar.", "U jekk dan il-Kumitat iħoss – fuq kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nagħtu l-kontribut tagħna fuq dawn l-affarijiet ukoll għax li kieku ma kienx hekk ma kienx ikun hemm il-bżonn li jinħoloq dan il-kumitat – li forsi kien hemm affarijiet li huma over and above li forsi ma sarux, aħna nagħmlu r-request tagħna u ngħidu li dawn kellhom jiġu diskussi.", "ROBERT CUTAJAR: F'Mejju li għadda jidher li l-ammont ta' strateġiji baqgħu 32 u allura l-mistoqsija tiegħi hija din; ir-rakkmandazzjonijiet huma l-istess 32 jew inkella nbidlu?", "Fuq in-numru qed naqblu għax kemm fl-istrateġija tal-2012 u kemm f'dik tal-2013 in-numru ta' rakkmandazzjonijiet baqgħu l-istess.", "Issa jien nixtieq inkun naf jekk dawn humiex l-istess jew le.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Xtaqt inżid xi ħaġa ma' dan il-punt; nieħu pjaċir meta nisma' diskors bħal dan għax ma jfissirx li kif jinbidel il-gvern qisha x-xemx tkun telgħet minn dakinhar.", "Jiġifieri x-xogħol irid jibqa' għaddej b'mod kontinwu, iktar u iktar fuq xi ħaġa bħal din.", "Jien għalija l-edukazzjoni u s-saħħa m'għandhom qatt ikunu ballun politiku f'saqajn xi ħadd.", "Żgur li fejn hemm it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna ma nistgħux noqogħdu nilagħbu bihom u nesperimentaw qishom guinea pigs!", "Jien naħseb li dan is-suġġett nistgħu nibdew nagħlquh.", "Id-darba li jmiss li nitkellmu fuq affarijiet mixxeleni rridu naraw li jkollna r-rapport li ħareġ il-Gvern u nagħmlu eżerċizzju żgħir biex naraw dawn it-32 strateġija jekk kienux differenti minn dawk li ħareġ bihom il-Gvern preċedenti.", "Imbagħad naraw jekk għandniex inżidu magħhom u jiena ċerta li nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna.", "Irridu naraw jekk id-diskussjoni dwar l-ittra tal-Onor.", "Toni Bezzina nistgħux nagħmluha l-ġimgħa d-dieħla u tkun l-ewwel item fuq l-aġenda ħalli neħilsuha għax ma nistgħux inħalluha aktar pending.", "Imbagħad fl-istess laqgħa nistiednu wkoll lil Dr Yana Mintoff Bland.", "Nixtieq ngħidilkom li jiena attendejt laqgħa f'Dublin rigward it-trasport u nista' ngħid li kienet laqgħa interessanti ħafna.", "Din il-laqgħa saret fil-bidu tas-sajf u damet għaddejja madwar tliet ijiem.", "F'din il-laqgħa ħareġ il-mod innovattiv kif l-Irlanda kienet qiegħda titratta l-kwestjoni tat-trasport u sar ħafna xogħol f'dawn l-aħħar tliet snin biex is-sigurtà tal-passiġġiera tiġi mħarsa.", "L-Irlandiżi għamlu ħafna affarijiet innovattivi, bħal pereżempju li jkollok bħall-bar code ma' kull taxi biex inti tkun tista' tgħaddi l-ismart phone minn fuqha ħalli tkun taf min suppost huwa t-taxi driver li qiegħed iwasslek fil-post li tixtieq u x'registration number għandu.", "Għandek ukoll buttuna li tista' tagħfasha biex xi ħadd li huwa qarib tiegħek ikun jaf f'liema taxi qiegħda f'dak il-ħin partikolari.", "Din diġa' qiegħda taħdem għax malli dħalt fl-ewwel taxi ċċekkjajt mat-taxi driver biex nara kif taħdem.", "Għamlu wkoll affarijiet oħra fis-sistema tat-trasport tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' buses u trains, fejn qegħdin jużaw ħafna t-teknoloġija biex itejbu s-sistema tagħhom.", "Nixtieq ninforma wkoll lil dan il-Kumitat li jiena ġejt mistiedna bħala ċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Aktar tard matul dan ix-xahar se mmur Londra fejn ġejt mistiedna biex flimkien ma' sħabi minn stati membri oħra nagħmlu diskussjonijiet rigward id-drug policy.", "Naturalment meta nerġa' lura ninforma lil dan il-Kumitat xi jkun intqal.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Irrid niġbed l-attenzjoni ta' dan il-Kumitat li proprju f'dawn l-aħħar jumejn irċevejna stedina għal sessjoni ta' konsultazzjoni li se ssir mill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali b'rabta mal-istrateġija tat-tfal.", "Dan l-invit irċevejnih permezz tal-email però qatt ma ddiskutejnih.", "Apparti minn hekk jien m'għandi l-ebda dokument f'idejja dwar dan.", "Din is-sessjoni se ssir għada, naf li kienet on short notice però jien m'għandix dan id-dokument għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Il-Ħamis 17 ta' Ottubru se ssir session mill-05.30 p.m sas-07.30 p.m. u se jkollna siegħa allokata mal-Ministru biex naqsmu l-ħsebijiet tagħna.", "Issa anke jekk se mmur jien m'għandix id-dokument f'idi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak talli ġbidtli l-attenzjoni.", "Ma nafx għalfejn jien ma rċevejt xejn.", "Li nista' ngħid – u din mhijiex problema tal-Kumitat imma problema tiegħi - hu li ddubbajt virus fuq l-e-mail tiegħi u tħarbtitli s-sistema tal-e-mails.", "Ilni madwar xahar għaddejja bil-problema u ma nistax insolviha.", "ROBERT CUTAJAR: Din l-istedina ġiet mingħand is-Sinjura Dorothy Vassallo li nimmaġina hija uffiċjal f'dan il-ministeru.", "THE CHAIRPERSON: X'inhu s-suġġett?", "ROBERT CUTAJAR: Is-suġġett huwa d-Draft taċ-Children's Act, phase I. Ġejna mistiedna bħala Membri ta' dan il-Kumitat.", "THE CHAIRPERSON: Mela se nipprova nkellem lill-Ministru biex nipposponu din il-laqgħa għaliex ma jagħmilx sens li aħna ma nkunux iddiskutejnih bejnietna qabel.", "ROBERT CUTAJAR: Qegħdin niġu mistiedna u lanqas għadna ddiskutejnih.", "THE CHAIRPERSON: Għandek raġun.", "Jiena assumejt li jekk ikun hemm xi ħaġa għall-Kumitat se tgħaddi mingħand is-Segretarju tal-Kumitat.", "Mela issa niċċekkjaw ftit ħalli naraw.", "Jiena naqbel perfettament miegħek li ma nistgħux niddiskutu jew immorru ngħidu l-pożizzjoni tagħna bħala Kumitat jekk mhux se nkunu ddiskutejnih bejnietna qabel.", "Jien se nipprova ngħid lill-Ministru biex jew tallokalna ħin ieħor u anke jekk ikun hemm diskussjoni pubblika, issir diskussjoni ma' dan il-Kumitat at a later stage u jekk hemm xi dokumenti li jridu jgħaddulna, jgħadduh ħalli aħna nkunu nistgħu niddiskutuh.", "Naqbel mal-Onor.", "Robert Cutajar li aħna, jekk se nieħdu stand bħala Kumitat, irridu nkunu ddiskutejnih l-ewwel fil-Kumitat.", "Individually jista' imur kulħadd imma min sejjer jirrappreżenta lil dan il-Kumitat irid imur b'ideat li jkunu ġew diskussi fil-Kumitat.", "Is-Sur Stephen Grech qed jiġbidli l-attenzjoni li bħala Social Affairs Committee għandna r-remit ukoll li niddiskutu l-issue tal-immigrazzjoni rregolari.", "Madankollu fuq dan is-suġġett hemm membri oħra, sija min-naħa tal-Gvern u sija min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Meta kont imsiefra l-ġimgħa l-oħra tawni l-lista tal-membri li se jkunu qegħdin fuq dan il-kumitat u allura hekk kif wasalt lura ħassejt li għandi nlaqqa' dan il-kumitat.", "Fil-fatt l-ewwel laqgħa se tkun nhar it-Tlieta.", "Inġibditli l-attenzjoni biex ngħarrafkom dwarha biex ma tmorrux taħsbu li ma kontux mistiedna għal xi laqgħa partikolari imma għax kif għedtilkom il-membri fuq dan il-kumitat se jkunu differenti.", "Mela għal-lum naħseb li nistgħu nieqfu hawnhekk u aħna nerġgħu niltaqgħu nhar l-Erbgħa, 23 ta' Ottubru, fis-06.30 p.m. Grazzi.", "Fit-08.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20131016_007d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 7", "L-Erbgħa, 16 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.38 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 05 li saret nhar l-Erbgħa 03 ta' Lulju 2013 ġew konfermati, u", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 06 li saret nhar it-Tlieta 16 ta' Lulju 2013 ġew konfermati.", "L-Onor.", "Robert Cutajar qiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat kopja ta' rapport maħruġ mill-Malta Girl Guides dwar il-Vjolenza Domestika.", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat dwar żewġ rapporti ippreżentati mill-GWU.", "Il-Membri ddiskutew il-problema tal-prekarjat f'pajjiżna u dwar dawk in-nies li jispiċċaw ibatu mill-konsegwenzi ta' dan it-tip ta' xogħol.", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri ssuġġerit li wara li titlesta din id-diskussjoni tinkiteb paper żgħira mir-Research Analyst fuq dak li ġie diskuss u fuq ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kumitat.", "U din il-paper tiġi ppreżentatha wkoll lill-iSpeaker tal-Kamra.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Il-Membri tal-Kumitat tkellmu dwar il-fattur tal-early school leaving kif ukoll dwar l-istrateġija li għandu jaddotta l-Gvern dwar it-tfal li jitilqu mill-iskola ta' età żgħira.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131016_007m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 9", "Il-Ħamis, 17 ta' Ottubru 2013 fis-1.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 17 ta' Ottubru 2013 fis-1.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "15 ta' Ottubru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131017_009a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 9", "Il-Ħamis, 17 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 9", "Il-Ħamis, 17 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-1.02 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Merħba lil kulħadd għal din il-laqgħa tal-Kumitat.", "Ngħaddu għall-konferma tal-Minuti.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: M'iniex mija fil-mija ċert, imma sa fejn naf jien fl-aħħar paġna 3, bid-dovut rispett, naħseb għandha tkun l-Onor.", "Chris Agius u mhux jiena, għalkemm naqbel miegħu.", "MR SPEAKER: Fuq il-punt imqajjem dwar il-parking?", "DAVID AGIUS: Naħseb li kien l-Onor.", "Jiena naqbel ma' dak li qal, imma naħseb li għandu jidher li kien l-Onor.", "MR SPEAKER: Fil-każ indaħħluha.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Iskrivan tal-Kamra għall-punt imqajjem mill-Onor.", "DAVID AGIUS: Niċċekkjawha ftit.", "MR SPEAKER: Fil-fatt l-Onor.", "DAVID AGIUS: Iva kien preżenti u biex ngħidu l-verità naħseb li kien qajjimha hu, għax hu kien ukoll fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 8 li saret fl-20 ta' Settembru 2013, kif emendati, kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għax-xogħol tal-Kamra.", "Naħseb kollha għandkom l-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Bħala l-ewwel item għas-seduta ta' nhar it-Tnejn għandna l-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili, Abbozz Nru 20, imbagħad jidħol – kif ftehemna fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra – l-abbozz ta' liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, Abbozz Nru 18, li qiegħed it-tieni item.", "Louis Grech biex, jekk jogħġbu, jgħidilna kif se naħdmu.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Skont kif ħareġ ukoll mill-aġġornament tal-bieraħ, ħa nibdew id-dibattitu fuq l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili u naraw kemm għandu bżonn jieħu seduti, imbagħad immedjatament wara tibda d-diskussjoni fuq l-emenda kostituzzjonali.", "Imbagħad nixtiequ wkoll li ngħaddu għat-Tieni Qari tal-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti, Abbozz Nru 21, liema abbozz huwa mressaq mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura.", "Dak huwa l-pjan li għandna indikat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, kif taf, l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili għadu kemm wasal għand l-Oppożizzjoni ftit tas-sigħat ilu u aħna bdejna d-diskussjoni dwaru anke fil-grupp parlamentari, però għadna ma spiċċajniex.", "Aħna m'aħniex f'pożizzjoni li nhar it-Tnejn nibdew din il-liġi.", "Ovvjament tifhem li dan huwa abbozz importanti u naħseb li l-grupp parlamentari għandu jkollu ż-żmien neċessarju biex ikun jista' jitkellem dwar dan l-abbozz.", "Barra minn hekk kif tista' tara anke mill-Minuti, aħna kellna nibdew l-emenda kostituzzjonali fl-ewwel ġimagħtejn u minnufih kellu jkollna d-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi kif kien miftiehem.", "Jiġifieri bħala aġenda aħna m'għandniex diffikultà li nibdew mit-tieni item minflok mill-ewwel item li qed jipproponi d-Deputat Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "LOUIS GRECH: Jiena naħseb li l-abbozz kien qiegħed għandkom aktar minn ftit sigħat ilu.", "Qed nifhem li kien nhar it-Tnejn li għadda.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jgħid li se jkollhom bżonn iktar żmien … aħna naraw li ħafna emendi jistgħu jiġu diskussi fil-Kumitat.", "Aħna qed nifhmu wkoll li se jkun hemm qbil ġenerali fuq il-prinċipju, allura nifhmu li meta jkun hemm xi emendi wieħed irid iħares lejhom f'dettall iktar profond; però nemmen ukoll li fil-prinċipju se jkun hemm qbil, allura jekk hemm xi emendi li jistgħu jsiru jew jekk hemm xi osservazzjonijiet jew tibdil, dan jista' jsir fl-istadju ta' Kumitat.", "Però, jekk qed jgħidu li jridu aktar żmien biex jixtarru dan l-abbozz, allura aħna wkoll lesti nikkunsidraw xi proposta oħra fejn ngħidu li nhar it-Tnejn inkomplu għaddejjin bix-xogħol fuq l-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika u se nindirizzaw ukoll iż-żewġ liġijiet tal-finanzi, waħda fuq il-VAT u l-oħra fuq il-provvediment tas-servizzi.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Grech.", "Ħalli nara jekk hux qed nifhem sew biex inkunu nistgħu naslu fi ftehim dwar ix-xogħol.", "L-Onor.", "David Agius qed jgħid illi l-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni għandu bżonn iktar żmien biex apparti li jieħu pożizzjoni jkun jista' jara wkoll kemm u min se jkollu kelliema eċċ. Il-Gvern jidher dispost li għalkemm din qiegħda fil-ħidma tax-xogħol nhar it-Tnejn, ma tiġix intavolata fl-aġenda u mmorru mill-ewwel fuq dak li diġà beda d-dibattitu dwaru, ċjoè l-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika.", "Onor. Agius, il-grupp parlamentari meta se jiddiskutiha din?", "Tista' tinforma lill-Kumitat?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, bdejna niddiskutuha lbieraħ stess, ma spiċċajniex id-diskussjoni dwarha, allura ma stajniex nieħdu pożizzjoni dwar dan l-abbozz.", "Se nkomplu żgur nhar l-Erbgħa li ġej, imma jista' jkun ukoll li jkun hemm xi laqgħat interni qabel.", "Però nhar l-Erbgħa l-grupp żgur jerġa' jiltaqa' fuq din il-materja.", "MR SPEAKER: Ħalli nara jekk hux qed nifhem tajjeb biex inkun nista' nistrada lil kulħadd.", "Preferibbilment din ma titlax sa nhar l-Erbgħa għad-dibattitu.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Onor. Grech, jien qed nipprova nieħu l-idea min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nhar it-Tnejn żgur se jitla' l-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika.", "U wara x'għandek hemmhekk?", "LOUIS GRECH: Aħna għedna li l-ewwel nagħmlu l-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika, imbagħad hemm żewġ liġijiet tal-finanzi, waħda fuq il-VAT u l-oħra fuq il-provvediment tas-servizzi lil kumpaniji.", "MR SPEAKER: Dak huwa li diġà bdejna t-Tieni Qari tiegħu, hux veru?", "LOUIS GRECH: Hemm l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti, Abbozz Nru 21, li għadda għat-Tieni Qari; imbagħad konna qed nikkunsidraw li jkun hemm biżżejjed żmien biex nhar l-Erbgħa mmorru għall-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili.", "MR SPEAKER: Hemm il-possibbiltà.", "L-Onor.", "Agius qed jeskludi l-Erbgħa, jiġifieri l-Erbgħa tistgħu taslu li ...", "LOUIS GRECH: Qed jeskludi li l-Erbgħa tibda, imbagħad tkompli t-Tnejn u t-Tlieta ta' wara?", "MR SPEAKER: It-Tnejn u t-Tlieta se nimxu ...", "DAVID AGIUS: Jiena naħseb jekk nevitaw il-ġimgħa d-dieħla jkun għaqli ħafna.", "Irridu npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Il-Gvern kellu seba' xhur biex wassal din quddiem il-Parlament u aħna kellna sebat ijiem.", "Qed ngħidu li jkollna iktar minn hekk.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, il-pubblikazzjoni saret nhar it-Tnejn; illum il-Ħamis bdiet diskussjoni interna fil-grupp parlamentari min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nifhem li d-Deputat Prim Ministru fehem li intom għaddejjin bid-diskussjonijiet, allura ġentilment hu stess qed joffri li nhar it-Tnejn ma nibdewx biha għalkemm qiegħda aġġornata għal dakinhar.", "Se titkompla l-kontinwazzjoni tal-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika.", "Hemm żewġ items oħra finanzjarji: tal-VAT...", "LOUIS GRECH: U l-provvediment tas-servizzi lill-kumpaniji.", "Hemm ukoll l-abbozz ta' Liġi dwar il-Periti, imbagħad il-ġimgħa ta' wara jekk nibdew...", "MR SPEAKER: Jiġifieri jekk naqbżu l-ġimgħa d-dieħla, allura l-ġimgħa ta' wara nistgħu nimxu fuq l-oħra.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jien qed ngħid li l-ġimgħa d-dieħla nkunu f'pożizzjoni aktar ċara minn din il-ġimgħa.", "LOUIS GRECH: Imbagħad irridu niddeċiedu biex ngħidu li sal-ġimgħa d-dieħla ..…", "DAVID AGIUS: Nitkellmu fil-grupp parlamentari; kif toħroġ pożizzjoni mill-grupp parlamentari, inkomplu niddiskutuha fil-Parlament.", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni hija pożizzjoni.", "Il-ġimgħa d-dieħla se tkun illi ...", "DAVID AGIUS: Ma tistax tintrabat, ngħidu aħna, bil-ġimgħa d-dieħla biss għax ma nistax nintrabat x'deċiżjoni se jieħu l-grupp parlamentari.", "Jekk il-grupp parlamentari jagħlaq id-diskussjoni u jkollna pożizzjoni ċara li nistgħu niddibattuha fil-Parlament, jew niġu hawnhekk jew nitkellem mal-Gvern u ngħidu li dak id-dibattitu jista' jibda.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, aħna qbilna meta ġiet it-talba mingħand l-Onor.", "Agius; nistgħu nifhmu li għandhom bżonn aktar żmien.", "Hu qalli li diġà kienu se jagħmlu xi diskussjonijiet interni u li kienu se jkomplu l-Erbgħa għax diġà kienu bdew.", "Aħna jidhrilna li jekk naqbżu l-ġimgħa d-dieħla, imbagħad il-pożizzjoni trid tittieħed il-ġimgħa d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Ma nixtieqx ninftiehmu qisna qegħdin nipprovaw nipproktastinaw id-dibattitu, anything but.", "Mr Speaker, nitolbok tapprezza l-fatt illi qabelxejn aħna ma ġejniex mitlubin inkunu parti mill-kumitat konsultattiv fejn ġie diskuss dan l-abbozz ta' liġi.", "L-ewwel darba li ġie ppreżentat lilna dan l-abbozz ta' liġi kien meta ġie ppubblikat il-ġimgħa l-oħra.", "Għalhekk nitlobkom tapprezzaw il-pożizzjoni tagħna.", "Dan l-abbozz ta' liġi aħna rajnieh għall-ewwel darba erbat ijiem ilu.", "Jiġifieri tapprezzaw li meta kontu fl-oppożizzjoni kien ikollkom tikkonsultaw il-grupp parlamentari tagħkom, u aħna rridu nagħmlu l-istess ħaġa.", "Intom għandkom il-vantaġġ li l-abbozz ta' liġi tkunu rajtuh qabel, issa ġie ppubblikat l-ewwel darba t-Tnejn filgħaxija, u aħna mill-ewwel bdejna niddiskutuh u nittamaw – u hekk għandu jkun – li sal-ġimgħa d-dieħla nkunu għalaqna d-diskussjoni.", "Però wieħed japprezza li d-diskussjoni bilfors trid issir fuq kull abbozz ta' liġi normali, jiġifieri kif kontu tiddiskutu intom kull abbozz ta' liġi li konna nressqu.", "Għal min qed jismagħna ma nixtieqx jaħseb li għandna xi interess jew ma rridux niddiskutuha, anything but!", "M'għandna l-ebda problema li niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, barra minn hekk qed ninnota li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta mhux qiegħed .…", "LOUIS GRECH: Naħseb diġà semmejtha.", "Immedjatament kif nispiċċaw id-dibattitu fuq l-unjonijiet ċivili, nibdew fuq l-emenda Kostituzzjonali.", "DAVID AGIUS: Però Mr Speaker, inti taf li f'dan il-Kumitat u anke skont il-Minuti mhuwiex dak il-ftehim li kellna.", "Jekk tieħu kemm it-transcript kif ukoll il-Minuti tal-aħħar laqgħa il-ftehim li kellna kien li, hija ċara, li dan l-abbozz ta' liġi kellu jkun it-tielet abbozz li jiġi diskuss bħala prijorità tal-Gvern.", "Naf li ċedejna li l-ewwel jiġu diskussi tal-Bank Ċentrali, il-liġi tas-saħħa, tal-VAT u l-Kodiċi tal-Kriminali; naħseb, ikun importanti li nagħtuh importanza wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Naħseb fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien hemm intendiment ċar li jkun it-tielet item fuq l-aġenda.", "U jiena mhux b'sens ta' kurżità, imma nixtieq nifhem jekk hemmx raġuni partikolari, u nitlobkom tispjegawhielna ħalli forsi ....", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, għall-korrettezza.", "Jien inkun irrid nara l-Minuti.", "Jekk naraw paġna 2 tal-Minuti fit-tieni paragrafu fejn l-Onor.", "Carmelo Abela kien qed jispjega x'se tkun il-prijorità tal-Gvern u x'beħsiebu jressaq għad-diskussjoni.", "Huwa qal li f'każ li ma jilħqux jiġu ppubblikati dawk l-abbozzi ta' liġi senjati għad-diskussjoni qabel l-abbozz ta' liġi mressaq mill-Onor.", "Buttigieg, ċjoè fil-mankanza tal-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili, jiġi l-ewwel fil-lista l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Kostituzzjoni.", "L-Onor.", "Agius qed jgħid korrettement li kellu jitla' l-abbozz li jemenda l-Kostituzzjoni jekk ma jkunx hemm il-pubblikazzjoni tal-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili.", "Fil-fatt il-pubblikazzjoni saret u qiegħed it-tieni item, però qed ngħid dan għall-korrettezza.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, il-laqgħa saret fl-20 ta' Settembru.", "Jiena kont qed nitkellem skont l-indikazzjonijiet li kelli f'dak il-perijodu, jiġifieri fl-20 ta' Settembru qabel komplejna bl-ewwel seduta wara l-waqfa tas-sajf.", "L-indikazzjoni kienet li l-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili kien wasal biex jiġi ppubblikat u allura jiena stajt liberament ngħid li l-ewwel se ssir diskussjoni, kif anke hemm il-ftehim, fuq l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili, imbagħad issir id-diskussjoni fuq l-emenda kostituzzjonali u se ssir f'dan il-perijodu, jiġifieri kien hemm il-qbil li dawn iż-żewġ abbozzi se jiġu diskussi bejn il-perijodu li bdejna wara l-waqfa tas-sajf sa qabel nerġgħu nieqfu.", "Ġara li kien hemm ftit dewmien fil-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili, dak huwa stat ta' fatt; issa dan ħareġ.", "Però, l-intenzjoni tal-Gvern sa mill-20 ta' Settembru u anke meta kien hemm diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, dejjem kienet li l-ewwel jiġi diskuss l-abbozz tal-unjonijiet ċivili, imbagħad immedjatament warajh tiġi diskussa l-emenda kostituzzjonali.", "Dik hija l-ordni li n-naħa tal-Gvern tixtieq li żżomm.", "Dik hija r-raġuni.", "LOUIS GRECH: Speċjalment la l-abbozz laħaq ħareġ.", "CARMELO ABELA: L-abbozz qed jiġi ppubblikat .…", "MARIO DE MARCO: Aħna biex inkunu prattiċi.", "Ladarba għidna li għandna bżonn ġimgħa biex nagħlqu d-diskussjoni interna fuq l-abbozz tal-unjonijiet ċivili hemm xi diffikultà li l-emenda kostituzzjonali tiġi posposta għall-ġimgħa d-dieħla?", "CARMELO ABELA: Naħseb wieħed irid japprezza wkoll il-punt li semma d-Deputat Prim Ministru.", "Jiġifieri l-issue tal-unjonijiet ċivili bħala issue ma qamitx issa.", "Wieħed jgħid li d-dettall tal-liġi - jew kif iħobbu jgħidu the devil is in the detail - jista' jiddiskutih mitt darba u elf, però jiena naħseb bħala prinċipju pożizzjoni diġà jkun hemm naħa u oħra.", "It-Tieni Qari huwa l-prinċipju; jekk imbagħad naqblux fid-dettalji fuq emendi oħrajn, hemm lok anke fi stadju ta' Kumitat, kif kulħadd jaf, li jistgħu jsiru dawn l-emendi, allura hemm iktar żmien ukoll anke għall-Oppożizzjoni biex wieħed jixtarr f'ċertu dettall.", "Kif nafu, it-Tieni Qari huwa l-prinċipju tal-liġi.", "Il-Gvern jixtieq li nimxu b'din l-ordni, l-ewwel l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili u immedjatament wara ngħaddu għall-abbozz ta' liġi tal-emenda kostituzzjonali.", "Jiġifieri dik hija l-proposta u x-xewqa tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Dan mhux dak li ntqal u kien miftiehem fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qal dawn il-preċiżi kelmiet u se nikkwota verbatim: \"Ngħidu fl-ewwel seduti, fl-ewwel ġimagħtejn wara li nibdew se tkun diskussa\".", "U qed jirreferi ovvjament għal dak li għandu x'jaqsam mal-emenda kostituzzjonali.", "\"Minflok ngħidu se tibda fit-tielet seduta, se tibda fir-raba' jew fil-ħames seduta wara l-waqfa tas-sajf.", "Mhux qed nara li hemm xi differenza bejn iż-żewġ naħat.\"", "L-ordni li semmejthom jien, hija t-tielet waħda.", "Diġà għamilna xi erba' jew ħames liġijiet mingħajr diffikultà min-naħa tal-Oppożizzjoni u kkooperajna bla problemi ta' xejn.", "Kif għadu kemm qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Mario de Marco, m'aħniex naraw x'għandu x'jaqsam abbozz ma' ieħor għax l-emenda kostituzzjonali u l-liġi tal-unjonijiet ċivili huma tnejn separati.", "Ma nafx għalfejn il-Gvern qed jikser dan il-ftehim u fl-istess ħin qed jgħid l-ewwel waħda mbagħad l-oħra.", "Hawn ftehim ċar x'qal l-Onor.", "Mr Speaker, ma nixtieqx li ma naslux għal ftehim għaliex il-ftehim kien ċar kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni li fl-ewwel ġranet wara li nidħlu mir-recess issir debate fuq l-emenda kostituzzjonali, it-tieni, qatt ma kien hemm ftehim li dawn ikunu wieħed wara l-ieħor, it-tielet, anke fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien ċar illi sal-ewwel ġimagħtejn inkunu ddiskutejnieha u issa lanqas biss qiegħda bħala waħda mill-ewwel żewġ items.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ma naqbilx ma' ċerti affarijiet li qal l-Onor.", "Fl-intervent ta' qabel diġà spjegajt li dakinhar tal-20 ta' Settembru kollox kien jindika li l-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili kien se jkun appena ppubblikat u għalhekk jien kont komdu ħafna ngħid dak id-diskors, għax l-indikazzjonijiet kollha li kelli jien kienu li dak l-abbozz se jkun ippubblikat.", "CARMELO ABELA: Hekk hu, jiġifieri dik ma nistgħux ninjorawha.", "Naturalment jien waqt li kont qed ngħid dak id-diskors fl-20 ta' Settembru ma kellix dik l-indikazzjoni li setgħu ma jkunux ippubblikati u allura ma stajtx ngħid mod ieħor.", "Però mhu qed jiġi miksur l-ebda ftehim.", "L-ewwel nett għidna li se jiġi diskuss wara li nidħlu mill-waqfa tas-sajf u wara, mhux bilfors immedjatament fl-ewwel seduta.", "U fil-ftehim li hemm bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru ma jidhirlix li tkellmu … Jiena ma kontx magħhom, qed ngħid minn dak li ġie rrappurtat lili min-naħa tal-Gvern.", "Imma l-ordni li ġiet indikata lili u li jiena fhimt li kienet l-ordni maqbula anke bejn iż-żewġ mexxejja, kienet li niddiskutu l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili u ngħaddu mill-ewwel għall-emenda kostituzzjonali.", "U dak iż-żmien fl-20 ta' Settembru l-indikazzjonijiet kollha kienu li se jkun ippubblikat b'mod immedjat u għalhekk jien għidt dak id-diskors għax kont ikkonfortat b'dak.", "Inqalgħu xi diffikultajiet, imma ma nistax niġi akkużat jekk jinqala' xi ħaġa wara mill-20 ta' Settembru 'l hawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Insa jekk kienx hemm ftehim jew le, għax fl-aħħar mill-aħħar kollha, u m'għandix dubju li xi ħadd .… Ħalli naraw jekk kienx hemm ftehim jew le.", "Nipprova nara l-affarijiet mill-aspett prattiku.", "Hemm il-private members' bill tal-Onor.", "Claudette Buttigieg li essenzjalment ma naħsibx li hemm xi naħa tal-Kamra li qed tgħid li għandha bżonn iktar żmien biex tistudjaha u lanqas ma naħseb li hemm xi kontroversja dwaru.", "Jiġifieri hemm abbozz ta' liġi li jista' jmur immedjatament għad-diskussjoni.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin kollha naqblu dwarha.", "CARMELO ABELA: Ippermettili intermezzo biss li ngħid li n-naħa tal-Gvern tellgħet l-Ewwel Qari tiegħu, jiġifieri aħna diġà wrejna ...", "MARIO DE MARCO: Jien kulma qed ngħid huwa dan.", "Għandna abbozz ta' liġi qasir, li jidher li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li jista' imur immedjatament għad-diskussjoni, u li naħseb ukoll huwa importanti mill-aspett tas-soċjetà Maltija.", "Naħseb ilkoll kemm aħna qed naqblu li l-proposta tal-emenda kostituzzjonali hija xi ħaġa li kulħadd iridha.", "Hemm imbagħad abbozz ta' liġi li mhux qed ngħid li xi naħa jew oħra ma tridux.", "Kulma qed ngħid hu li billi ġie ppubblikat biss it-Tnejn a kuntrarju tal-abbozz ta' liġi dwar l-emenda kostituzzjonali li ilha li ġiet pubblikata minn qabel is-sajf, għandek xi ħaġa li tista' tiġi diskussa teknikament illejla stess li kieku konna se niltaqgħu, a kuntrarju ta' xi ħaġa li in vista tal-fatt li għadha kemm ġiet pubblikata biss tlieta, erba' ġranet ilu, u allura ovvjament il-grupp parlamentari bilfors għandu bżonn iż-żmien biex jeżaminaha u jiddiskutiha.", "Kulma qed ngħidu huwa li ladarba ż-żewġ liġijiet huma wkoll importanti għas-soċjetà Maltija, almenu waħda diġà nistgħu nibdew niddiskutuha minn issa u l-oħra nistgħu niddiskutuha ġimgħa oħra, ħadd mhu qed jipprova jtawwal id-diskussjoni hawnhekk.", "Jiena kulma għandi kurżità nipprova nifhem biss il-loġika ta' għaliex qisu hemm xi ħtieġa li l-emenda kostituzzjonali bilfors għandha tiġi diskussa wara l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili, għax jien s'issa l-loġika ma nistax nifhimha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, dwar l-abozz għal bidla żgħira fil-Kostituzzjoni, għalkemm hija bidla żgħira, però hemm ukoll diskussjonijiet anke min-naħa tagħna xi jridu jsiru u aħna wkoll fil-grupp parlamentari tellajnieha u fadal xi affarijiet żgħar li għadhom pending, fis-sens li kien hemm nies fostna li għadhom iridu jiddiskutu.", "Jiġifieri għalkemm tidher liġi żgħira u bidla żgħira, hemm ukoll ftit affarijiet li aħna għad jonqosna niddiskutu.", "Jiġifieri mhijiex xi ħaġa li kieku titla' llejla nistgħu niddiskutuha.", "Forsi tidher hekk, imma mhux neċessarjament hekk.", "Din bħall-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili; għalkemm mhijiex xi liġi straordinarjament kbira, mhux qegħdin indaħħlu xi company law jew xi affarijiet hekk, hija relattivament żgħira, però nirrispettaw ukoll il-fatt li n-naħa tal-Oppożizzjoni għandha bżonn iż-żmien tagħha.", "Jiġifieri kulħadd jieħu ż-żmien li għandu bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: B'żieda ma' dak li qed tgħid l-Onor.", "Schembri, nixtieq ngħid ukoll li jien infurmat anke mill-ministeru li huwa inkarigat minn dawn l-issues li huma min-naħa tagħhom qed jistennew ukoll parir legali.", "U forsi għalhekk il-ħtieġa li abbozz jgħaddi qabel jew jiġi diskuss qabel, jiġifieri l-informazzjoni li għandi sa nhar it-Tlieta li għadda kienet li qed jintalab parir legali fuq issues li jistgħu jqumu u għalhekk tlabt li idealment ikollhom parir legali mingħand l-Avukat Ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Tinsulentawx l-intelliġenza tagħna, fis-sens li kieku kien hemm diskussjoni fil-grupp parlamentari tagħkom dwar il-private members' bill, jiena nassumi li kontu tqajmuha fl-20 ta' Settembru.", "Li kieku kontu għadkom qed tistennew parir legali, jiena nassumi, Onor. Abela, li kont se tqajjimha fl-20 ta' Settembru, mentri fl-20 ta' Settembru li kieku l-abbozz ta' liġi dwar il-Bank Ċentrali u l-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili ma ġewx ippubblikati, dan il-Kumitat kien lest illi titla' għad-diskussjoni l-private members' bill dwar l-emenda kostituzzjonali.", "Qatt ma kien hemm riżerva li d-deputati Laburisti għad għandhom x'jiddiskutu u l-ministeru għad għandu bżonn jieħu parir legali.", "Jiena kont nippretendi – bir-rispett kollu lejna – li jekk qatt kien hemm dawn l-affarijiet, dakinhar kontu tinformawna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel punt sempliċi.", "L-Onor. de Marco qed jorbot kollox mal-20 ta' Settembru.", "Ma jfissirx li sa dak iż-żmien konna ddiskutejnieha diġà u ma jfissirx lanqas li l-ministeru ra din l-issue sa dakinhar.", "Jiġifieri dawn l-issues qamu wara l-laqgħa tal-20 ta' Settembru.", "MR SPEAKER: Ħalli nagħmluha ċara.", "L-item tal-emenda kostituzzjonali mtella' fil-private members' bill tal-Onor.", "Claudette Buttigieg se tibqa' immedjatament wara l-item tal-unjonjiet ċivili.", "Jiġifieri dak kien il-ftehim jekk jiġu pubblikati.", "Issa dan huwa pubblikat.", "Qed niftiehmu wkoll – biex inkunu ċari – li l-ġimgħa d-dieħla nħallu li jkun hemm il-konsultazzjoni u l-ftehim fil-gruppi; ikun hemm abbokkament bejnietkom biex naraw jekk għandhiex titla' jew le l-ġimgħa ta' wara.", "Qed naqblu hawnhekk?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, għar-rigward l-abbozz dwar l-unjonijiet ċivili ċari aħna.", "Aħna mhux qed norbtu, kif qed jagħmel il-Gvern, l-unjonijiet ċivili mal-emenda kostituzzjonali.", "Imma mhux qed nifhmu l-emenda kostituzzjonali tagħna ....", "MR SPEAKER: Onor. Agius, ħu paċenzja.", "Għalhekk ħallejt id-dibattitu u kulħadd tkellem.", "Jiġifieri jekk kien baqa' xi ħaddieħor li kellu xi ħaġa xi jżid … Qed nifhem ukoll li min-naħa tal-Gvern mhux kollox ċar.", "Hawn l-Onor.", "Deborah Schembri qiegħda tgħid illi mill-grupp parlamentari baqa' xi affarijiet li jridu jiġu cleared u hawn l-Onor.", "Carmelo Abela – jekk qed nifhmu tajjeb – qed jgħid li qed jistenna parir legali, jiġifieri not all clear min-naħa tal-Gvern.", "Għalhekk isir il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex kulħadd ikun jista' jagħmel il-pożizzjoni tiegħu, imbagħad nifhmu li għandna nieħdu d-deċiżjoni.", "Fi ftit kliem rigward din l-emenda kostituzzjonali min-naħa tal-Gvern żgur ma jistax itellagħha għax għad mhux kollox iċċarat.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Ejja nagħmlu rikapitolazzjoni malajr ħalli mmorru għall-items l-oħrajn.", "Għal nhar it-Tnejn se jkun hemm il-kontinwazzjoni tal-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika, imbagħad jitla' l-abbozz li jemenda l-Att dwar il-Periti.", "LOUIS GRECH: Le, imbagħad l-Att dwar it-taxxa.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, anke rigward tal-periti, din ġiet ippubblikata l-bieraħ.", "Għandna nies fil-grupp tagħna li diġà talbuni jitkellmuha fil-grupp.", "Irridu nifhmu li fil-grupp parlamentari għandek numru ta' sigħat ristretti.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri tippreferu li tiġi posposta?", "DAVID AGIUS: Mhux il-ġimgħa d-dieħla żgur għax għad irridu nitkellmuha.", "Mela nistgħu nimxu.", "Onor. Deputat Prim Ministru, mela għandek l-abbozz dwar Ġieħ ir-Repubblika, imbagħad għandek l-emenda tal-VAT, imbagħad tal-kumpaniji.", "Qed nara s-sinjuri hawnhekk; nifhem li d-diskussjoni dwar il-Parlament ġiet posposta għal darb'oħra.", "LOUIS GRECH: Iva, ġiet posposta.", "MR SPEAKER: Għandkom dritt tibqgħu u tistgħu toqogħdu hawnhekk kemm tridu, imma l-item tal-Parlament mhux se tiġi diskussa llum għaliex ġiet posposta.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena xtaqt nitkellem dwar l-aġenda għax għadni m'iniex lest.", "MR SPEAKER: Mela le, għidli!", "DAVID AGIUS: Skont il-Minuti l-Gvern kellu jiġi lura għandna rigward il-Mozzjoni Nru 61 tal-Onor.", "MR SPEAKER: Iva, għandek raġun.", "DAVID AGIUS: U allura xtaqt daqsxejn feedback min-naħa tal-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Aħna qed ngħidu li dik se nibdew il-proċess tal-Ewwel Qari fuqha immedjatament u fl-ewwel okkażjoni tibda d-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, qed ngħidu li dak huwa l-Ewwel Qari tal-abbozz li jemenda l-Kodiċi Kriminali hux hekk?", "LOUIS GRECH: Aħna nistgħu nagħmluh il-ġimgħa d-dieħla l-Ewwel Qari.", "DAVID AGIUS: Imma bħala debate għandna xi indikazzjonijiet ta' xi ġranet partikolari?", "LOUIS GRECH: Le, s'issa m'għandniex.", "MR SPEAKER: Imma jsir l-Ewwel Qari il-ġimgħa d-dieħla.", "CARMELO ABELA: Jekk hu possibbli jkollna indikazzjoni ta' kemm hemm bżonn ħin fuqha din tal-Onor.", "Azzopardi, u naraw kif indaħħluha wkoll max-xogħol.", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li kif isir l-Ewwel Qari min-naħa tal-Gvern, m'għandux bżonn iktar ħin, jiġifieri tista' tiġi diskussa l-ġimgħa d-dieħla wkoll?", "CARMELO ABELA: Il-ġimgħa d-dieħla nibdew il-proċess biex ikun hemm l-Ewwel Qari tiegħu, imbagħad l-Iskrivan tal-Kamra jippubblikah – kif għamel diġà b'abbozz ieħor – u jitla' fuq l-aġenda.", "Jiġifieri se jkun fuq l-aġenda u l-ewwel opportunità li nistgħu nsibu – u naturalment naqblu ftit ukoll dwar kemm għandhom bżonn ħin fuqha – inkunu nistgħu ndaħħluha fix-xogħol tal-Kamra.", "DAVID AGIUS: Min-naħa tagħna m'għandniex bżonn iktar minn massimu ta' sagħtejn.", "CARMELO ABELA: Biex inkunu nistgħu ninfilsawha ma' prijoritajiet oħrajn ta' liġijiet.", "MR SPEAKER: Hemm xi ħaġa oħra Onor. Agius qabel ma ngħaddu għat-tieni item?", "DAVID AGIUS: Rigward din l-aġenda jew xi affarijiet oħrajn?", "MR SPEAKER: Le, affarijiet oħrajn għad irrid niġi għalihom.", "Għax issa se nimxu mal-aġenda li għandi quddiemi.", "Jekk għandek xi ħaġa oħra fuq ix-xogħol tal-Kamra...", "LOUIS GRECH: Fuq il-kwestjoni tal-baġit, huwa skedat li l-baġit jinqara fl-4 ta' Novembru u jispiċċa fid-19 ta' Novembru.", "Qed nikkunsidraw li nagħmlu ħamest ijiem bi tliet seduti biex kemm jista' ikun ngħaġġluh dan il-proċess.", "MR SPEAKER: Mela jibda fl-4 ta' Novembru ....", "LOUIS GRECH: Dawn indikattivi s'issa.", "MR SPEAKER: Mhumiex konklużi dawn id-dati.", "Qed naħsbu li dawk se jkunu d-dati tal-baġit.", "Il-baġit se jitressaq fl-4 ta' Novembru u jagħlaq fid-19 ta' Novembru.", "Fil-11 ta' Novembru jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni u fit-12 ta' Novembru jirrispondih il-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: U fit-13 ta' Novembru jibda mill-ewwel id-dibattitu ministeru ministeru hux hekk?", "LOUIS GRECH: Hekk hu, imbagħad ikollok ħamest ijiem fejn se jkollok tliet seduti f'kull ġurnata.", "DAVID AGIUS: Jien m'għandix diffikultà li nagħmel anke għaxra kull ġurnata però naħseb li għall-ħaddiema ta' hawn ġew u għall-kredibilità tal-baġit naħseb li rridu noqogħdu attenti kif naqsmu s-seduti.", "LOUIS GRECH: Is-seduti se naqsmuhom fid-9.00 a.m., fis-2.00 p.m. u fis-6.00 p.m. u naħseb li għal kulħadd aħjar, fis-sens li nkunu ħafna aktar effiċjenti milli kieku ntawluh.", "DAVID AGIUS: Jista' jkun li jkollok seduti li għandek bżonn aktar mill-ammont ta' ħin rikjest mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m.", "LOUIS GRECH: Imma normalment trid tistabbilixxi ħin, u dejjem jiġi stabbilit ħin, inkella jibqa' sejjer ad aeternum.", "CARMELO ABELA: Jekk nista' ngħaddi kumment – se ngħidha b'ċajta –ġejna kkritikati li għandna ħafna ministeri.", "Il-fatt li għandek numru ta' ministeri jfisser li se jkollok kelliema li huma mferrxa fuq 15-il ministeru.", "Meta jkollok inqas ministeri wieħed jifhem li jkollok seduti itwal għax għandek aktar kelliema.", "Naħseb din id-darba l-fatt li għandna 15-il ministeru m'għandniex bżonn tul ta' seduti esaġerat; ovvjament, il-ħin jinqasam indaqs bħalma dejjem jinqasam u l-kelliema jistgħu jinfiltraw ruħhom fuq dawn il-ministeri.", "Jekk ikun hemm xi ministeru partikolari li jiġi indikat li forsi hemm bżonn ftit minuti aktar għalih, naħseb ...", "MR SPEAKER: Naħseb daqskemm jista' jinfurmana d-Deputat Prim Ministru ....", "LOUIS GRECH: Ma naħsibx li hi kwestjoni li ministeru jieħu iktar, dik dejjem wieħed jista' jikkonsidraha; imma wieħed irid jistabbilixxi ħinijiet.", "Nemmen li hemm ħinijiet li qed jagħtu biżżejjed spazju u ħin għal kull ministeru u nemmen li iktar ma nagħmluh b'mod effiċjenti u b'mod qasir iktar se jkun effettiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: X'se jkunu l-ħinijiet tas-seduti?", "LOUIS GRECH: Fid-9.00 a.m. fis-2.00 p.m. u fis-6.00 p.m., tliet sigħat kull seduta.", "MARIO DE MARCO: Għandek siegħa u nofs kull naħa.", "DAVID AGIUS: Li mhux biżżejjed!", "Nassigurah li għandek ċertu tip ta' ministeri li fil-passat ħadna ħafna iktar minn siegħa u nofs kull naħa.", "Suġġett huwa suġġett, jekk għandek is-saħħa dejjem jibqa' saħħa.", "MARIO DE MARCO: L-appell tiegħi fl-aħħar mill-aħħar huwa l-baġit tal-Gvern ....", "DAVID AGIUS: Apparti minn hekk għandek il-mistoqsijiet parlamentari u l-aġġornamenti wara kull seduta.", "Irridu niftiehmu dwarhom.", "Jien illum għandi d-dritt li nitlob għall-mistoqsijiet parlamentari u aġġornament ta' kull seduta.", "Jiġifieri jekk għandek tliet sigħat trid taqta' siegħa minnhom mistoqsijiet parlamentari u aġġornamenti, u jifdallek sagħtejn.", "CARMELO ABELA: Tliet sigħat huma d-debating time, ma jinkludux mistoqsijiet parlamentari u aġġornamenti.", "Agius fil-passat dejjem kien hemm ftehim fuq x'jiġri mill-mistoqsijiet parlamentari u x'jiġri mill-aġġornament.", "DAVID AGUIS: Diġà qed nipprevedi u qed ngħid li jekk se naħdmu b'dawn il-ħinijiet ma jistax ikun hemm ftehim.", "CARMELO ABELA: Din indikazzjoni ta' dibattitu.", "DAVID AGIUS: Indikazzjoni wkoll li bil-mistoqsijiet parlamentari u bl-aġġornamenti wara kull seduta, għandek bżonn erba' sigħat mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m., mis-2.00 p.m. sal-5.00 p.m.", "CARMELO ABELA: Fuq il-mistoqsijiet parlamentari u l-aġġornamenti nistgħu nitkellmu x'jista' jiġri.", "Hemmhekk flessibbli.", "DAVID AGIUS: Mhix kwestjoni ta' flessibilità.", "CARMELO ABELA: Però jaf ukoll x'ġara fil-passat, fejn nafu li ġieli ma tteħdux il-mistoqsijiet parlamentari, u ġieli saru, u nafu wkoll li ġieli kien hemm arranġamenti li l-aġġornament ma jitteħidx.", "MR SPEAKER: Jekk nimxu fuq x'inhi l-prassi meta jiġi dibattut il-baġit dejjem kien ikun hemm dejjem ftehim li l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari u tal-aġġornament ma jitteħdux.", "DAVID AGIUS: Jien qed ngħidlek biex taħsibha li kif inhuma l-ħinijiet tat-tliet seduti dawn l-affarijiet huma diffiċli li jsiru.", "MARIO DE MARCO: Jien l-appell tiegħi huwa wieħed ta' buon sens, ejja nkunu flessibbli, la rridu ntawlu ż-żmien però lanqas m'għandna nkunu żbrigattivi żżejjed b'rispett lejn il-baġit tal-Gvern.", "Jiġifieri filwaqt li m'għandix diffikultà li ma ntawlux iżżejjed fuq il-baġit, qisu the be all and end all ta' kollox, id-diskussjoni tal-baġit hija importanti għax fl-aħħar mill-aħħar il-baġit se jagħti direzzjoni ekonomika tal-pajjiż għas-sena li ġejja u ta' warajha.", "Naħseb li mingħajr ma hemm bżonn li wieħed itawwal iżżejjed, ejja nkunu konxji li hemm ċerti ministeri fejn forsi diskussjoni ta' siegħa u nofs għal kull naħa tal-Kamra mhuwiex biżżejjed.", "MR SPEAKER: Ħalli nissuġġerixxi ħaġa.", "Fuq dak li għadek kif qed tgħid issa u li anke jidher li huwa rifless f'dak li qal l-Onor.", "Jekk hemm xi ministeri li l-Oppożizzjoni jidhrilha li għandu jkollha aktar ħin, tikkomunika mill-ewwel man-naħa tal-Gvern ħalli din tiġi kkunsidrata.", "Tajjeb hekk?", "(Interruzzjonijiet) Mhux issa.", "Jien qed nieħu dak li qed tgħidu intom.", "Onor. David Agius ara daqsxejn min-naħa tal-Oppożizzjoni, kif qegħdin ġustament tissuġġerixxu, jekk hemm xi ministeri li taħsbu li għandu jkollhom aktar ħin għad-dibattitu min-naħa tal-Oppożizzjoni allura għidulna liema huma dawn l-ministeri.", "DAVID AGUIS: Sur President, mhux biss kwestjoni ta' ministeri u ħinijiet imma anke li umanament taħdem b'dawn it-tip ta' arranġamenti, kemm għalija personali bħala Whip, u kemm għan-nies ta' hawn ġew bħala ħaddiema; għax li tiġi titkellem ħames minuti u titlaq ma ġara xejn, u tiġi tagħmel ministeru wieħed u titlaq ma ġara xejn, imma hi ħaġa oħra li tagħmel il-baġit kollu, 15-il ministeru, mhux sempliċement … U jekk nieħdu l-vot wara kull ministeru?", "Se nikkalkulawh dak il-ħin?", "MR SPEAKER: Illum staqsejt lill-Viċi Prim Ministru jistax jagħtina indikazzjoni meta se jibda l-baġit u d-dibattitu.", "U prova jagħmel ...", "LOUIS GRECH: U aħna tajniek skeda indikattiva.", "MR SPEAKER: Dik hija skeda indikattiva però nifhem ukoll li minn dan id-dibattitu ħareġ ukoll li hemm xi ministeri li l-Oppożizzjoni ġustament tixtieq li jkollha aktar ħin għalihom u ovvjament tajjeb li wieħed jipprova jissupera dawn l-affarijiet.", "MARIO DE MARCO: Sur President, l-appell tagħna hu li l-Gvern jikkonsidra żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, li jista' jkun hemm ministeri li jkollhom bżonn iktar minn tliet sigħat, jew siegħa u nofs kull naħa, biex jiddiskutihom; min-naħa tagħna forsi hemmhekk aħna nistgħu nindikaw liema huma l-ministeri li hemm bżonn iktar minn hekk.", "It-tieni nett, hemm il-konsiderazzjoni mill-aspett ta' ħinijiet għan-nies li korrettament għandhom ikunu hawnhekk minn filgħodu sa filgħaxija, kif ukoll il-ħaddiema tal-Parlament li għandhom ikunu hawnhekk il-ħin kollu; wieħed għandu jieħu in konsiderazzjoni l-ħinijiet għalihom.", "L-Onor.", "Agius forsi għandu raġun dwar il-kelliema li jidħlu u jagħmlu l-intervent tagħhom u jerġgħu joħorġu, mhix se tagħmel differenza għalihom.", "Għall-Ministri, li fl-aħħar mill-aħħar se jidħlu jippreżentaw l-estimi tagħhom u jerġgħu jitilqu ma tagħmilx differenza.", "Hemm nies bħall-Onor.", "Agius li għandhom jassiguraw li kulħadd ikun preżenti u kulħadd għandu jagħmel l-intervent tiegħu, hemm in-nies li qegħdin hawnhekk li jkunu qed jagħmel t-traskrizzjonijiet eċċ., li ovvjament għandhom ikunu hawnhekk il-ħin kollu.", "Ejja mingħajr ma noħolqu ostakli lil xulxin, nieħdu in konsiderazzjoni dawn iż-żewġ punti.", "LOUIS GRECH: Jien smajt lill-Onor.", "Aħna lesti li naraw xi proposti għandhom u nikkunsidrawhom.", "Aħna qed nifhmu u ħadniehom in konsiderazzjoni qabel dawn, iżda dehrilna li jkun iktar effiċjenti li wieħed jispiċċa fi żmien iqsar; però jekk intom għandkom xi proposti x'tagħmlu, aħna lesti li nikkunsidrawhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien nifhem il-concern rigward il-ħinijiet.", "Li ma nistax nifhem hija għalfejn meta qed ngħidu li għandna tliet seduti bi tliet sigħat, qisu kien hemm indikazzjoni li ma jistax ikun hemm qbil li ma jkunx hemm mistoqsijiet parlamentari u affarijiet oħra, għax dak qisu qiegħed insabbat saqajja.", "MR SPEAKER: Ħalli nagħmel dan is-suġġeriment, ovvjament issa mbagħad l-Onor.", "Deborah Schembri jkunu jistgħu..… Onor. De Marco bħala prassi rarament ikun hemm seduta filgħodu, wara nofsinhar, u filgħaxija.", "Mhux għal ħamest ijiem.", "MR SPEAKER: Kien hemm, mhux qed ngħid li ma kienx hemm, anzi qed inkun ġust għax fejn tidħol proċedura nkun preċiż.", "Wieħed jista' jasal ukoll li s-seduta flok f'12.00 p.m tispiċċa fis-2.00 p.m. u titkompla l-oħra fl-5.00 p.m., jiġifieri jkun hemm waqfa ta' tliet sigħat.", "Dak huwa l-mod li kien ikun segwit b'mod regolari u dan qed ngħidu biex wieħed jikkonsidrah ukoll u biex naslu fi ftehim dwar dan.", "Naħseb li nistgħu nimxu.", "Nirringrazzjak talli tajtna l-informazzjoni dwar meta più o meno jinqara l-baġit u kif se naħdmu.", "Nixtieq nimxi għall-item li jmiss.", "Irċevejt korrispondenza importanti ħafna min-naħa tal-Kummissarju Elettorali, is-Sur Salvu Gauci dwar proposta leġiżlattiva dwar l-elezzjonijiet – għaddejtilkom kopja – indirizzata lili, lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Ovvjament hija materja li jien irrid inressaqha mill-ewwel fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għall-attenzjoni; ovvjament mhux se niddeċiedu llum, però rridu naħdmu fuqha.", "Nafu li l-elezzjonijiet li jmiss huma l-elezzjonijiet tal-Ewropa fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla u l-proposta hija li l-persuni li jkunu fid-djar tax-xjuħ, kemm dawk tal-Gvern, dawk tal-Knisja u dawk privati, ikunu jistgħu jivvutaw fil-post fejn ikunu qegħdin huma.", "Hija proposta li tinkludi l-opinjoni tal-Kummissjoni Elettorali li ovvjament tgħid li għandu jkun hemm dawk li huma consequential amendments għall-European Elections Act u wkoll għall-General Elections Act, il-Kap.", "Jien mhux qed nistenna li jsir ebda dibattitu issa.", "Din hija ittra li għaddejtilkom issa però xtaqt li għal-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li jmiss tkun ġiet diskussa fil-gruppi parlamentari rispettivi, kemm min-naħa tal-Gvern u kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni biex inkunu nistgħu nitkellmu fuqha.", "Jien diġà kelli laqgħat ukoll f'dan is-sens anke mal-partijiet.", "Ċertament jien inkludejt ukoll estratt mir-rapport uffiċjali tas-seduti li saru f'Settembru 2007 fejn kien hemm emenda għal klawsola ġdida nru 5 u nħalliha hekk għalissa.", "Qed insemmiha biex kulħadd ikun jaf għalfejn qajjimtha.", "L-item li jmiss huwa t-tlaqqigħ tal-Kumitat dwar il-Privileġġi.", "Wara li ġiet diskussa l-Mozzjoni Nru 72 li kkontestat ir-ruling li tajt fl-1 ta' Ottubru 2013 liema mozzjoni m'għaddietx, allura issa rrid bilfors – u għalhekk qed inqajjimha issa fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra – inlaqqa' l-Kumitat dwar il-Privileġġi biex naraw dwar il-kompożizzjoni tiegħu.", "Għalkemm il-kompożizzjoni tiegħu diġà stabbilita, peress li l-Onor.", "Simon Busuttil, il-Kap tal-Oppożizzjoni, huwa fil-fatt il-persuna nnifisha li jrid jiġi quddiem dan il-Kumitat minħabba li hemm l-prima facie ksur ta' privileġġ min-naħa tiegħu huwa wieħed mill-membri tal-Kumitat dwar il-Privileġġi, naħseb ġustament għandi nistaqsi dwar is-sostituzzjoni tiegħu.", "Nixtieq li llum naqblu wkoll dwar id-data biex inlaqqgħu dan il-Kumitat biex naraw il-proċedura ta' kif se naħdmu u ma naħdmux.", "Dik tkun l-ewwel laqgħa, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Xtaqt il-kummenti tagħkom qabel ma nimxi; ma nafx min-naħa tal-Oppożizzjoni hemmx xi kumment.", "DAVID AGIUS: Naraw id-dati min-naħa tagħna u min-naħa tal-Gvern.", "Ovvjament dwar il-pożizzjoni tal-Onor.", "Busuttil nagħtukom informazzjoni fil-Kumitat.", "MR SPEAKER: Jien semmejtha biex inkunu korretti.", "Onor. Carmel Abela, nistgħu nimxu fuq id-data?", "CARMELO ABELA: L-Ordinanza dwar il-Privileġġi tagħti l-poter lill-iSpeaker li jlaqqa' dan il-kumitat.", "MR SPEAKER: Iva, imma jien nixtieq li kemm jista' jkun naqblu.", "Jien nista' ngħidlek li se nlaqqgħu nhar it-Tnejn jew it-Tlieta, imma jien xtaqt ...", "CARMELO ABELA: Napprezza.", "Jekk inti għandek xi proposta ta' meta tista' tlaqqgħu naraw ftit.", "Inti taf ukoll ix-xogħol li għandha l-Kamra quddiemha, biex nikkunsidraw kollox.", "Il-bqija naraw is-suġġeriment min-naħa tiegħek.", "MR SPEAKER: Jekk nimxu hekk: kif dejjem isir l-ewwel seduta tkun biex nadottaw il-proċedura kif se naħdmu.", "Irridu naraw ukoll min se jissostitwixxi lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat.", "Il-persuna li trid twieġeb huwa l-istess Kap tal-Oppożizzjoni u peress li l-kompożizzjoni tiegħu tinkludi l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Onor.", "David Agius, allura l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jiġi sostitwit.", "Jien kont qed nissuġġerixxi li l-ewwel laqgħa ssir fil-31 ta' Ottubru fis-1.00 p.m., imbagħad minn hemmhekk nimxu kif għandna nimxu; il-ġurnata tkun il-Ħamis.", "Jekk hemm xi problema tgħiduli.", "CARMELO ABELA: Tajjeb li naraw l-aġenda tad-Deputat Prim Ministru imma għalija m'għandix problema.", "DAVID AGIUS: Jekk ma tkunx fil-31 ta' Ottubru, tkun ġurnata qabel, ma mmorrux aktar tard mill-1 ta' Novembru.", "MR SPEAKER: Jien ma xtaqtx li tkun fil-ġranet tal-Parlament peress li qed niċċerja jien.", "Fl-ewwel laqgħa nitkellmu fuq il-proċedura.", "Mela, wara li l-Mozzjoni Nru 72 li tressqet wara r-ruling li tajt fl-1 ta' Ottubru m'għaddietx, il-Kumitat dwar il-Privileġġi, se jiltaqa' fil-31 ta' Ottubru fis-1.00 p.m.", "L-item li jmiss huwa l-ħatra tal-kumitat magħżul tal-Kamra dwar l-istandards u l-etika u l-imġiba xierqa fil-ħajja pubblika.", "Il-kompożizzjoni tiegħu issa hija magħrufa.", "Min-naħa tal-Gvern il-Membri huma l-Onor.", "Justyne Caruana u min-naħa tal-Oppożizzjoni huma l-Onor.", "Ryan Callus, u jiena ser inkun iċ-Chairperson.", "L-istess nixtieq li naslu f'ġurnata biex niltaqgħu u nagħmlu l-ewwel seduta ħalli nkunu nistgħu naraw x'proċedura ser jaħdem biha dan il-kumitat.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, xtaqt li niċċara ftit l-ineżattezzi li qed jingħadu fil-media fuq il-ħatra ta' dan il-kumitat magħżul.", "Dan mhux kumitat tal-etika kif ġie rrappurtat anke fil-media, imma huwa kumitat li se jiltaqa' biex jagħmel rapport, kompost kif diġà għidt tajjeb inti, biex naslu li jkollna kummissarju u li jkollna kumitat permanenti dwar l-imġiba, etika u .....Qed jiġi rrapportat li huwa kumitat tal-etika.", "MR SPEAKER: Peress li qegħdin live streamed u peress li żgur ikun hawn min qed isegwi allura se naqra eżatt ir-raġuni li għaliha twaqqaf dan il-kumitat magħżul li huwa maqbul miż-żewġ gruppi, kemm min-naħa tal-Gvern u kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "\"Il-Kamra tad-Deputati qiegħda tirrisolvi li taħtar kumitat magħżul minn fost il-membri tagħha bl-għan li dan jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament fuq il-materja msemmija f'din ir-riżoluzzjoni tal-15 ta' Diċembru 2013 u dan billi jħejji rapport dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-Istandards, l-Etika u l-Imġiba Xierqa fil-ħajja pubblika u tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar l-Istandards, l-Etika u l-Imġiba Xierqa fil-ħajja pubblika.\"", "Biex min qiegħed jismagħna u anke l-press ikunu ċari.", "Jien qed nistaqsi biex niftiehmu fuq data.", "Jien se nissuġġerixxi data wkoll, jekk intom m'għandkomx data.", "DAVID AGIUS: Importanti li sal-15 ta' Diċembru tlestu r-rapport.", "MR SPEAKER: Jien kont se nissuġġerixxi li d-data tkun it-30 ta' Ottubru 2013 fit-8.00 p.m.", "ONOR CARMELO ABELA: L-ideali hu li forsi l-Iskrivan tal-Kamra jikkomunika mal-Membri li huma msemmija fil-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Sakemm jiċċekkja nistgħu nimxu fuq item ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Mela t-30 ta' Ottubru out of question.", "Niltaqgħu fit-23 ta' Ottubru fit-8.00 p.m., jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla.", "Tajjeb?", "Onor. Abela taqbad mal-Onor.", "Xtaqt ukoll nimxi għall-item li jmiss.", "Kif tafu intom fis-seduta tat-2 ta' Ottubru 2013, proprju l-għada li jien tajt ir-ruling fil-konfront tal-Onor.", "Simon Busuttil, kont ġbidt l-attenzjoni tal-media fil-Parlament li ma jistgħux jittieħdu ritratti u filmati mingħajr il-permess tal-istess Kamra.", "U qajjimt il-punt peress li f'l-Orizzont deher ritratt tal-Kamra waqt is-seduta tal-ġurnata ta' qabel, l-1 ta' Ottubru 2013, fejn ittieħed ritratt mingħajr il-permess tal-Kamra – li jien ippreżentajtu u għandkom kopja tiegħu – li juri l-bankijiet tal-Oppożizzjoni vojta wara l-walkout.", "Jien għedt li peress li din hija xi ħaġa li ma kellhiex isir, ma kellhomx jittieħdu ritratti mingħajr il-permess tas-Sedja, se nressaqha għad-diskussjoni quddiem dan il-Kumitat biex naraw x'passi jistgħu jittieħdu f'dan ir-rigward.", "Sadanittant biex intom tkun tafu wkoll għamilt riċerka mal-parlamentari nazzjonali oħra jekk jistgħux jintużaw forom ta' apparat tar-ritratti jew jew mobiles, whatever, min-nies li jkunu fl-istrangers gallery jew mill-persuni li jkunu fin-naħa tal-press.", "Fost oħrajn sibt li pereżempju l-Belġju, fejn għandna s-sede tal-Parlament Ewropew u l-parlament nazzjonali, dan mhuwiex permess.", "Sibt li fi Franza dan mhuwiex permess, fil-Greċja mhuwiex permess, fil-Latvja mhuwiex permess; imbagħad hemm xi pajjiżi oħra fejn il-press, kemm-il darba tkun fl-istrangers gallery tista' tieħu ritratti, però m'għandix indikazzjoni eżatta jekk hemmx bżonn il-permess tas-Sedja.", "Jien ħassejt li din kienet xi ħaġa li jien tajt il-kelma li ser nġibha għall-attenzjoni tagħkom u issa nħalliha għad-dibattitu.", "Biex ninfurmakom li f'ismi l-Iskrivan tal-Kamra kiteb ukoll lill-Editur u qallu hekk:", "Ittra li ntbagħtet fil-3 ta' Ottubru, 2013 lis-Sur Josef Caruana, l-Editur ta' l-Orizzont fejn intqal lilu:", "\"Qed ngħaddilek estratt tat-traskrizzjoni tas-seduta tal-bieraħ tat-2 ta' Ottubru 2013 fejn is-Sedja ġibdet l-attenzjoni li ma jistgħux jittieħdu ritratti u filmati mingħajr il-permess tal-istess Kamra.", "Nitolbok tinnota li s-Sedja rrimarkat li kienet se tqajjem dan il-punt wara li fil-ħarġa ta' l-Orizzont tal-bieraħ deher ritratt meħud waqt is-seduta tal-istess ġurnata wara l-walkout tal-Oppożizzjoni.", "Bħalma taf dan mhux permess u għalhekk qiegħed tiġi infurmat li dan il-każ se jiġi diskuss fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Dan biex tagħraf timxi fiċ-ċirkostanzi.\"", "DAVID AGIUS: Kellek risposta mingħand l-Orizzont fuq din l-email?", "MR SPEAKER: Le, ninfurmak li dan lanqas biss weġibni; però ovvjament għamiltha ċara jiena fis-seduta li kulma kelli acknowledgement però ma weġibx dwar dak li hemm.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Skużani, Mr Speaker, forsi għadni ġdida u nixtieq inkun naf.", "Minn fejn toħroġ li dawn ma jistgħux jieħdu ritratti, hija prassi ta' dan il-Parlament?", "MR SPEAKER: Għandek raġun tistaqsiha għax missni spjegajtha.", "Hemm Ordni Permanenti dwar il-PBS, fejn hu biss jingħata d-dritt li jxandar kollox fuq ir-radju.", "Fil-fatt reċentement tqajmet meta rċevejna dik l-ittra mingħand il-Viċi Chairman tal-PBS, fejn talab ukol li lanqas inxandru, imma dik hija xi ħaġa li diġà ddibattejna u m'għandix għalfejn nerġa' nqajjem xi ħaġa li lesta.", "Hija s-Sedja biss li tista' tagħti l-permess, fil-fatt jien kull meta ndaħħal il-press jew inkella fotografi speċjalment f'okkażjonijiet partikolari dan nagħmlu b'konsultazzjoni mal-partijiet, imma dik hija diskrezzjoni tas-Sedja.", "L-iSpeaker għandu l-poter li joħroġ minn diversi prassi u toħroġ ukoll mill-proċedura li nużaw fil-Commonwealth, fil-House of Commons, eċċ. Inti taf li in the silence tal-Ordnijiet Permanenti nimxu dejjem mal-proċedura tal-House of Commons.", "Jien għall-eżattezza għamilt ukoll riċerka mal-parlamenti nazzjonali u fil-parlamenti ewlenin Franza, Belgium, Latvja – li huwa pajjiż żgħir bħalna – l-ebda ġurnalist u l-ebda ħadd m'għandu dritt, lanqas b'rispett lejn is-Sedja, jidħol hemmhekk u jieħu r-ritratti.", "DEBORAH SCHEMBRI: Peress li fl-istrangers gallery jistgħu jidħlu persuni li mhumiex tal-press fil-verità, qed inwessa' dak li hawn hawnhekk, jista' jkun hemm indikazzjoni xi mkien viżibbli li ma jistgħux jittieħdu ritratti.", "Jista' jkollok persuna li b'kull buon fini ma tafx li ma tistax tieħu ritratt.", "Għall-grazzja tal-argument aħna u għaddejjin mill-kuritur hemm senjalat li ma tistax tieħu ritratti hemmhekk, però ġewwa m'hemmx senjalat.", "MR SPEAKER: Għamilt osservazzjoni interessanti u tajjeb.", "Jien ma kellix ir-reazzjoni mill-editur ta' l-Orizzont, is-Sur Josef Caruana, wara li ktibtlu, li r-ritratt għaddihulu xi ħadd mill-istrangers gallery.", "CARMELO ABELA: Fir-riċerka li għamilt f'dawk il-każi speċjalment dawk li aħna nimxu fuqhom, f'każ li jiġri dak li ġara hawnhekk, x'passi jittieħdu?", "MR SPEAKER: Jien m'iniex qed nara l-ebda raġuni għalfejn għandi ntawwal dan l-inċident, anzi jien sempliċement ħassejtni fid-dover, naħseb li għamilt sew, għax din illum kienet l-Orizzont u għada tista' tkun ġurnal ieħor u għall-korrettezza għandha tkun dejjem għaż-żewġ gruppi.", "Wieħed jifhem li meta s-Sedja ġibdet l-attenzjoni, ġibditu b'mod korrett, li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni min-naħa tal-ġurnal l-Orizzont li jippubblika ritratt mingħajr il-permess tas-Sejda.", "U naħseb li din tista' tieqaf hawn imma nerġa' nikteb lill-Editur fejn ngħidlu li din ġiet diskussa u jekk tirrepeti ruħha mbagħad bilfors ikolli nieħu pożizzjoni differenti.", "Nimxu hekk?", "DAVID AGIUS: Forsi li nżid magħha hija li l-istess nota li tibgħat lil dan il-ġurnal, tintbagħat lill-gazzetti l-oħrajn jew media oħra biex jagħrfu jimxu ħalli ħadd ma jgħid li ma kienx infurmat.", "MR SPEAKER: Għal dak li ġibdet l-attenzjoni l-Onor.", "Deborah Schembri, kollha kemm huma jafu li għandu jkun hemm il-permess tal-Kamra, għaliex il-press are well aware.", "DEBORAH SCHEMBRI: Peress li fil-kuritur hemm signs li ma jistgħux jieħdu ritratti, jekk ikun hemm xi ħadd fl-istrangers gallery li jidħol fil-Kamra minn dan il-kuritur, hemmhekk isib is-signs li ma jistax jieħu ritratt u ġewwa ma jsibhomx, jista' jassumi li hemm ġew jista' jieħu ritratti.", "Biex nevitaw anke fil-futur li xi ħadd iġib dik l-iskuża, nistgħu nagħmlu naqra ta' sinjal hemm ġew.", "MR SPEAKER: Punt tajjeb ħafna.", "Nimxu għall-item li jmiss, il-Kumitat dwar l-affarijiet Soċjali kif diversament kostitwit biex jikkonsidra materji dwar l-immigrazzjoni irregolari.", "Nifhem li dan il-Kumitat huwa kompost kollu, iċ-Chairperson hija l-Onor.", "Deborah Schembri, min-naħa tal-Gvern hemm l-Onor.", "Chris Fearne u min-naħa tal-Oppożizzjoni hemm l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Jien għaddejtilkom ukoll it-terms of reference ta' dan il-Kumitat li kienu diġà ġew maqbula f'laqgħa tal-2009.", "Forsi tridu tgħaddu xi kumment dwar kif se jiltaqa' dan il-Kumitat?", "CARMELO ABELA: Biex inkunu 100% ċerti li qed naqblu, għax diġà kellna l-approvazzjoni ta' dan il-Kumitat ...", "MR SPEAKER: Mhux aħjar nerġgħu nagħmluha illum?", "CARMELO ABELA: … nikkonfermaw li dawk huma l-Membri min-naħa tal-Gvern, min-naħa tiegħi għall-inqas, però nikkonferma wkoll li kif konna qbilna f'xi laqgħa oħra tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, it-terms of reference li kienu diġà ġew maqbula fil-Leġiżlatura li għaddiet, qed jerġgħu jiġu carried forward – ħa ngħidu hekk – għall-ħidma ta' dan il-Kumitat Soċjali meta jiddiskutu l-materja tal-immigrazzjoni.", "L-Iskrivan tal-Kamra ġustament qed jiġbed l-attenzjoni li dawk it-terms of reference, li kienu ġew approvati f'Marzu 2009, kienu jagħmlu referenza għal ittra li kienet mibgħuta mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern ta' dak iż-żmien, u għall-interventi li kienu saru mill-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien f'dibattitu li kien sar fuq l-immigrazzjoni illegali fis-16 u s-17 ta' Marzu 2009 fuq dan is-suġġett.", "Allura, qed tagħmel referenza għad-diskussjoni u d-deċiżjonili kellna fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, imma s-sustanza tat-terms of reference hija l-istess.", "MR SPEAKER: Jien għalhekk għaddejtilkom kollox, biex ikollkom kollox hemmhekk.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, kemm ninforma lil dan il-Kumitat li l-bieraħ intbagħtet email lill-membri li ħa jiffurmaw parti minn dan il-Kumitat u lill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra li dan il-Kumitat se jitlaqqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Ottubru 2013 u f'din il-laqgħa se jkun mistieden il-Ministru l-Onor.", "Emanuel Mallia biex ikellimna dwar l-immigration and detention policy.", "MR SPEAKER: Grazzi tal-informazzjoni, però peress li l-Leġiżlatura l-oħra ovvjament spiċċat, il-Minuti ta' dik il-Leġiżlatura flimkien ma' dawn id-dokumenti, jidħlu fil-Minuti ta' din is-seduta.", "Tajjeb?", "Ħalli nkunu korretti f'kollox.", "Qed naqblu li l-Kumitat huwa kompost u l-Membri huma dawk, u issa hemm ukoll id-data meta ħa tlaqqgħu l-Onor.", "Issa xtaqt ukoll inqajjem punt proċedurali però ovvjament irrid insolvih; kif tafu intom Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi m'hemmx one u two; Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi hemm wieħed.", "Minħabba li dwar ċertu materja ma setax ikun chairman iċ-Chairperson, li huwa l-Onor.", "Dan meta tkun qed tiġi diskussa l-kwestjoni tal-procurement taż-żejt.", "Iżda dan ma jfissirx li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jrid jieqaf mix-xogħol tiegħu!", "Allura, il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jrid ikompli bix-xogħol tiegħu, però ovvjament irid ikun hemm il-buon sens ukoll.", "Il-Membri huma l-Membri, u kulħadd irid jifhem li jrid ikun hemm ftehim kemm fuq il-ġranet u l-ħin.", "Jidher li kultant l-affarijiet ma jkunux qegħdin mexjin bi ftehim u allura jien qed inqajjem din illum biex intom, kif qegħdin preżenti, kemm l-Onor.", "David Agius bħala Whip tal-Oppożizzjoni kif ukoll l-Onor.", "Carmelo Abela bħala Whip min-naħa tal-Gvern li ladarba … jien nifhem li l-Onor.", "Tonio Fenech f'xi ħin irid ilaqggħu, għax għandu materji x'jiddiskuti.", "Nifhem li l-Onor.", "Jason Azzopardi wkoll għandu l-Kumitat li qed jiġi mlaqqa' b'mod regolari minħabba n-numru kbir ta' xhieda li jridu jinstemgħu fil-kwestjoni tal-procurement taż-żejt.", "Però nifhem ukoll li jekk dan jagħmel sitt xhur, seba' xhur, ma jfissirx li l-ieħor irid joqgħod jistenna l-eżitu.", "Jien, li qed ngħid huwa li nappella għall-buon sens.", "L-Onor.", "Tonio Fenech qed jgħid li irid ilaqqgħu nhar it-Tlieta li ġejjin, fit-22 ta' Ottubru.", "Tajjeb li ngħidilkom x'inhija l-proċedura: hija d-diskrezzjoni taċ-chairperson, li huwa l-President tal-Kumitat, meta jiltaqa' Kumitat.", "Ovvjament, il-prassi hija li jkun hemm ftehim bejn il-Membri biex ikun hemm il-ġurnata u l-ħin.", "Il-parir li tajt diġà fit-2 ta' Ottubru f'emails li ġew skambjati hija li kemm jista' jkun ikun hemm ftehim bejn il-Membri.", "Ma nara l-ebda problema jekk ikun hemm ftehim bejn il-Membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jiltaqa' f'ġurnata, jekk jista' jkun anke oħra, jekk mhux it-Tlieta, biex jiġi ffissat ix-xogħol taħt il-presidenza tal-Onor.", "L-Onor.", "Tonio Fenech irid ilaqqa' l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Jien qed nistedinkom biex nippruvaw naslu fi ftehim dwar li jiltaqa' l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Ma jfissirx li għax il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi qed jiġi ppresedut fuq kwestjoni partikolari, jieqaf jiffunzjona.", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi huwa Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi wieħed u m'hemmx nomenklatura oħra!", "Inħalli f'idejkom.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Fil-fatt anke kieku għall-grazzja tal-argument, il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, fil-każ li qed jinstema' bħalissa meta kien ippresedut mill-Onor.", "Tonio Fenech, m'hemm xejn li jwaqqaf il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi milli jkompli jiddiskuti żewġ suġġetti f'ħin differenti.", "Ma nistax nifhem x'inhi l-problema li jiltaqa' l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ma jibdiex diskussjoni fuq ħaġa u qabel ma jagħlaq dak is-suġġett ma jistax jiddiskuti ħaġa oħra!", "Bħal kumitati oħrajn tal-Parlament.", "Hija totalment diskrezzjoni taċ-chairman li jlaqqa' u jasal għal ftehim fuq id-diskussjoni.", "L-appell tiegħek, Sur President, li jintlaħaq ftehim huwa importanti, però fl-aħħar mill-aħħar, jekk ma jintlaħaqx ftehim hemm id-diskrezzjoni taċ-chairman.", "MR SPEAKER: L-Ordni Permanenti 126 tgħid hekk:", "\"Avviż tal-laqgħat tal-kumitati permanenti u tal-kumitati magħżula għandu jingħata lill-Iskrivan tal-Kamra qabel is-1.00 p.m. tal-ġurnata ta' qabel dik maħtura għal-laqgħa mill-president tal-Kumitat.\"", "Però għalkemm wieħed jifhem li kemm jista' jkun wieħed irid jasal għal ftehim, hija fid-diskrezzjoni totali taċ-chairperson.", "Imma jien ħassejt li llum għadna nippruvaw naslu fi ftehim.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzjak Mr Speaker.", "Huwa dover tiegħi li niġbed l-attenzjoni f'dan il-Kumitat ukoll.", "Naqbel miegħek 100%.", "M'hemm xejn li ma nistax ma naqbilx miegħu f'dak li għidt inti.", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi qed jiltaqa', mhuwiex kumitat li mhuwiex jiltaqa', ilu jiltaqa' mis-sajf, u kif għidt inti korrettament Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi hemm wieħed, m'hemmx Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi 1 ta' dak iċ-chairman u Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2 taċ-chairman l-ieħor, la ċ-ċirkostanzi ġew li ċ-Chairman proprju rrikuża ruħu għal raġunijiet li huwa msejjaħ bħala wieħed mix-xhieda.", "Hemm Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi wieħed, u l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi qed jiltaqa'.", "Min-naħa tal-Membri tal-Gvern, il-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa oħra tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, mhux fuq is-suġġett tar-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq iż-żejt.", "Jien ħadt ħsieb li nbiddel il-Membri kollha min-naħa tal-Gvern, la stajt nagħmel dan, għax kien suġġett ta' natura soċjali u allura kelli membri li stajt indaħħal minflokhom.", "Diġà sar sforz min-naħa tal-Gvern biex minkejja li fil-bidu kien hemm oġġezzjoni – ħa ngħid hekk – minħabba li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi diġà qed jiltaqa', però biddilt il-Membri kollha li stajt inbiddel.", "Il-ġimgħa d-dieħla hemm talba li ssir laqgħa oħra tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar it-Tlieta.", "Però, irrid infakkar ukoll li t-Tnejn u l-Erbgħa diġà hemm żewġ laqgħat oħra tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li se jkomplu jittrattaw l-issue tal-Awditur Ġenerali vis-à-vis ix-xiri taż-żejt.", "Il-ġimgħa d-dieħla huwa case in point fejn jien ma nistax nerġa' nbiddel il-Membri kollha, anke għax is-suġġett huwa differenti, għax dawk huma l-Membri li ħtarna fuq il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi min-naħa tal-Gvern.", "Allura, jien li nista' nagħmel hu li nappella għas-sens komun.", "Nifhem ir-regoli kif inhuma jagħtu diskrezzjoni liċ-Chairman, imma l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi effettivament qed jiltaqa' u, għalkemm hemm anke ruling tal-ex Speaker Michael Frendo, naħseb bid-diskrezzjoni b'xi mod jew ieħor ixellifha xi ftit … Imma dak forsi dibattitu ieħor.", "MR SPEAKER: Ir-ruling tal-ex Speaker Frendo jgħid li ċ-chairman għandu, apparti affarijiet oħra għax kulma qed nikkwota huwa paragrafu żgħir; imma s-sentenza saljenti li qed nagħmel referenza għaliha tgħid li \"iċ-chairman għandu responsabbiltà jara li l-kumitat jiltaqa' u jagħmel il-ħidma tiegħu u ma' din ir-responsabbiltà jġorr ukoll ir-responsabbiltà għall-ħruġ tal-aġenda.", "Għalhekk iċ-chairman jidher li għandu l-fakultà li joħroġ l-aġenda tal-kumitat li jippresjedi, u naturalment huwa għaqli li ċ-chairman dejjem ifittex consensus, li fiha jista' jinkludi items li xi membru tal-kumitat ikun talab biex jiġu diskussi\".", "Imma kien qed jitkellem fuq l-items tal-aġenda u mhux fuq l-iffissar tal-ħin.", "CARMELO ABELA: Kif jien għidt diġà l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ltaqa', mhux mhuwiex qed jiltaqa'.", "Kieku tgħid li hemm xi oġġezzjoni biex il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jiltaqa' ngħid li nifhimha, imma l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ilu mis-sajf jiltaqa'!", "MR SPEAKER: Jien ma nixtieqx li naslu fil-punt li jingħata ruling dwar dan.", "Jien qed nipprova nagħmel mezz li intom taslu fi ftehim.", "CARMELO ABELA: Iva, għas-sens komun biss qed nappella!", "Xejn iktar!", "L-aħħar kumment li nixtieq nagħmel u li kont se nagħmel ftit ilu kien li filwaqt li jidher li hija d-diskrezzjoni taċ-chairman li jlaqqgħu, però nfakkar ukoll li qabel ma waqafna għas-sajf kien hemm erba' ċirkostanzi fejn il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien imsejjaħ u unilateralment iċ-Chairman innifsu ħassru minkejja li kellna preżenti n-nies li se jagħtu x-xhieda, u minkejja li l-Membri kienu kollha hawnhekk.", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, fuq dak l-inċident inti taf li ...", "CARMELO ABELA: Imma dawn, konvenjentament iċ-Chairman attwali ma jsemmihomx!", "MR SPEAKER: Jien mhux se nerġa' niddiskuti dak l-inċident.", "Fuq dak l-inċident inti taf li jien ħadt passi u taf ukoll li jien rajt l-affarijiet u ma tiġġustifikax il-fatt li jien innaqqas il-poteri li għandu chairperson!", "Jien qed ngħid, bl-iktar mod ordnat u bl-iktar mod bonarju, li wieħed jipprova jasal li fejn il-Membri allura ma jistgħux ikunu preżenti, se mai jkun hemm is-sostituzzjoni tagħhom.", "Jien qed nagħmilha biex inkunu qegħdin nitkellmu b'mod ċar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien naqbel ukoll ma' dak li qed jingħad.", "Imma stante li kemm it-Tnejn u kemm l-Erbgħa se jiltaqa' l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, u t-Tlieta u anke l-Erbgħa se jiltaqa' l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, ħa jkun hemm anke Membri oħrajn li se jkunu qegħdin f'kumitati oħrajn.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker jien naħseb li hemm żewġ soluzzjonijiet; jew li niftiehmu li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jagħmel timetable sura ta' nies li tkun tinkludi fiha kemm items relatati max-xiri taż-żejt u l-Enemalta u kemm suġġetti oħrajn.", "Naħseb li jekk il-Membri jpoġġu kwarta qabel ma tibda l-laqgħa u jagħmlu timetable, ma niġux f'din id-diffikultà.", "Imma rridu nżommu f'moħħna li jridu jagħtu timetable.", "Ma jistax ikun li aħna, in-naħa tal-Oppożizzjoni, li għandha 30 membru nsibu n-nies; in-naħa tal-Gvern qegħdin 39 u ssib id-diffikultà.", "Kif qed tgħid inti, is-sostituti jistgħu jsiru dejjem, u timetable tista' ssir ukoll.", "MR SPEAKER: It-timetable li rrefera għaliha l-Onor.", "Qegħdin naqblu hawnhekk.", "Jien kont se nissuġġerixxi din: jidher li x-xogħol tal-Kamra għall-ġimgħa d-dieħla huwa wkoll abbondanti, fis-sens li l-kumitati kollha qegħdin hawn.", "Min-naħa l-oħra jista' jsir abbokkament min-naħa tal-grupp parlamentari tagħkom, min-naħa tal-Onor.", "Tonio Fenech, biex forsi wieħed jasal fi ftehim dwar id-data.", "DAVID AGIUS: Imma l-problema hija li l-kunċett min-naħa tal-Gvern qiegħed li ladarba qed niddiskutu x-xiri taż-żejt ma niddiskutu xejn iktar!", "Hekk kien hemm miktub min-nies tal-Membri ta' dan il-Kumitat, mitkuba f'email.", "MARIO DE MARCO: Però qed jagħmilha ċara li ma jaqbilx magħha!", "MR SPEAKER: Imma jien diġà għamiltha ċara li hawnhekk m'għandniex Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi 1 u 2!", "Kummenti fil-gazzetti qrajt ukoll.", "Serraħ moħħok li s-Sedja taqra kollox!", "Hawnhekk niġi biex nagħti direzzjoni!", "Jien qed ngħid, u għalhekk qajjimtha hawn, li qed inkun very fair li niddiskutuha.", "Is-suġġeriment tiegħek u tal-Onor.", "Carmelo Abela li għandu jkun hemm programm, timetable dwar dan, huwa ċar, però nifhem ukoll li ma nistgħux niġu f'pożizzjoni fejn ma nistgħux nimxu!", "Mela l-pożizzjoni hija, ħa nagħmluha ċara: l-Onor.", "Tonio Fenech, li huwa ċ-Chairperson tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li għalkemm fil-każ tar-rapport tal-Awditur Ġenerali rrikuża ruħu minħabba li ovvjament kien hemm din iċ-ċirkostanza, ma jfissirx li llum m'għandux dritt isejjaħ il-Kumitat tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, anzi, għandu dritt u huwa obbligat li jsejħu bl-Ordni Permanenti 126.", "Li qed ngħid jien huwa, biex ma jkunx hemm dan it-tiġbid 'l hawn u 'l hemm, u qed nagħmilha ċara għal kulħadd, anke għaċ-chairperson li qed jippresjedi l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, li għandu jkun hemm ukoll abbokkament bejn il-partijiet biex ikun hemm ftehim.", "Jien qed nissuġġerixxi – mingħajr ma nieħu pożizzjoni – kemm lilek Onor. Carmelo Abela min-naħa tal-grupp tiegħek u kemm lilek Onor. David Agius, min-naħa tal-grupp tiegħek, inkluż ukoll ovvjament li l-Onor.", "Tonio Fenech peress li huwa parti mill-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni, inkluż ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi, biex kemm jista' jkun sa nhar it-Tnejn ikun hemm ftehim dwar data li tkun komda għal kulħadd; mingħajr ma nibda nneħħi r-responsabbiltà taċ-chairperson.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili, jien nerġa' ntenni li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi qed jiltaqa'.", "Naqbel li jkun hemm xi tip ta' diskussjoni l-ewwel nett bejn iż-żewġ chairpersons, li naħseb jien ma kienx hemm diskussjoni bejniethom kif nimmaġina jien, nista' jkun żbaljat, biex jikkoordinaw ix-xogħol, għax Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi wieħed hemm!", "Il-ġimgħa li għaddiet tkellimt anke maċ-Chairperson l-Onor.", "Tonio Fenech u għedtlu bid-diffikultà tan-naħa tal-Gvern; però għedtlu wkoll li se nagħmel ħilti biex fuq is-suġġett li kien ta' natura soċjali nsib il-Membri, kif fil-fatt għamilt, u sibt Membri oħrajn li biddlu kompletament il-kompożizzjoni tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi min-naħa tal-Gvern.", "Naturalment mhux se nidħol fl-ambitu tan-naħa tal-Oppożizzjoni għax mhux ir-rwol tiegħi, però, jien għandi erba' Membri.", "Hemm kumitati oħrajn, għax wieħed jgħid: isma', 39 Membru!", "Faċli ħafna tgħidhom l-affarijiet!", "Naturalment hemm safar barra minn Malta tal-Eżekuttiv, jien kemm jista' jkun Membri … Imma forsi jien żbaljat, imma dik hija l-għażla tiegħi, nipprova ma jkollix ħafna membri tal-Eżekuttiv fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi imma nipprova li nuża kemm jista' jkun backbenchers.", "Din hija għażla li għamilt jien bħala Whip tal-grupp parlamentari tan-naħa tal-Gvern, għalkemm il-ġimgħa li għaddiet kelli nserraħ ukoll fuq Ministru meta kien qiegħed jiddiskuti l-qasam soċjali.", "Jekk il-grupp parlamentari tan-naħa tiegħi għoġbu jaħtar dawk l-erba' Membri, kemm jista' jkun ikunu dawk l-erba' Membri.", "MR SPEAKER: Naħseb li kont ċar Onor. Abela!", "M'hemmx għalfejn nirrepetu.", "CARMELO ABELA: Il-buon sens jirbaħ dejjem; diġà wrejnieh il-ġimgħa mill-Membri kollha; naqbel mal-Onor.", "Agius li għandu jkun hemm ftehim, l-ewwel nett bejn iż-żewġ chairpersons meta jiltaqa' u naturalment li jkun hemm pjan ta' ħidma.", "MR SPEAKER: Il-buon sens jitlob x'għandu jsir!", "Jien mhux se ngħid x'għandu jsir, ovvjament għaliex hija diskrezzjoni dejjem tal-president li jippresedji.", "Però, naħseb li kont ċar biżżejjed.", "Hemm xi affarijiet oħra fuq l-aġenda li tistgħu tqajmu?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, xtaqt inqajjem punt ieħor, ħalli ma jkollniex diffikultajiet meta jkollna quddiemna stqarrijiet ministerjali.", "Meta jkollna stqarrija ministerjali quddiem din il-Kamra, naħseb li jekk forsi npoġġu ftit bilqiegħda u ntellgħuha bħala item biex kemm il-persuni li jitkellmu u anke inti bħala President tal-Kamra, ikunu ordnati u ma jkollniex diffikultajiet.", "Sal-lum, inti tant tajjeb għidt: isma', jkun hemm stqarrija ministerjali, tinqara f'mhux iktar minn għaxar minuti, imbagħad tweġiba ta' għaxar minuti, eċċ. Jien qed ngħid li jekk inpoġġu madwar mejda u naraw insibux qbil – jien għandi ideat, imma ovvjament irridu naqblu fuqhom – li jkollok numru minimu ta' persuni li forsi ma jkollhomx ħin marbut magħhom u l-kumplament ikollhom il-ħin marbut magħhom.", "Nistgħu npoġġu bilqiegħda u niddiskutuha ftit din, naraw insibux soluzzjoni bejnietna biex għalik bħala Speaker tkun taf kif għandna nimxu, li għalina bħala Oppożizzjoni nkunu nafu mill-kelliema tagħna min u kif għandu jitkellem, u anke għan-naħa tal-Gvern biex tirregola lilha nnifisha.", "Għandi ideat tiegħi!", "Qsamthom ftit mal-Whip tal-Gvern, fis-sens li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma norbtuhomx b'ammont ta' ħin, ix-shadow ministers u l-ministru kkonċernat lanqas, u jkollok il-kumplament li jkollhom ħames minuti.", "Allura hekk inkunu nafu fejn qegħdin.", "Imma nistgħu niddiskutuha.", "MR SPEAKER: Qed tagħmel referenza għall-istqarrijiet ministerjali.", "Dak huwa ruling li tajt; ir-ruling qiegħed ċar!", "Jekk kemm-il darba jsir eżerċizzju fuq l-Ordnijiet Permanenti li għandu jsir, nifhem li rridu nitkellmu fuq ħafna … pereżempju anke fuq għandhiex tibqa' din tal-40 minuta.", "Hemm ħafna xi tgħid.", "Pereżempju, jekk tara kif jaħdmu parlamenti oħrajn, aħna, inkluż l-Iskrivan tal-Kamra, immorru l-iSpeakers' Conference, fejn ovvjament ma mmorrux biex inħarsu imma naraw kif għandu jittejjeb ix-xogħol tal-Parlament.", "Fil-fatt, f'Jannar li ġej għandna l-iSpeakers' Conference tal-Commonwealth u se nkunu jien u l-Iskrivan tal-Kamra, għaliex qed isiru workshops apposta, biex naraw problemi ta' parlamenti oħrajn, u x'jista' jsir biex il-ħin jiġi razzjonalizzat u tingħata l-opportunità.", "Fil-fatt dakinhar irringrazzjajt lill-Kamra għaliex kien hemm tlettax-il intervent u x-xogħol tal-Kamra ma ġiex disturbat!", "Tista' tagħmel referenza għal dak li jsir f'dawk il-parlamenti li ilhom jgħixu f'demokrazija parlamentari; huwa ċar xi jsir fl-Ingilterra, il-House of Commons, li hija l-omm tad-demokraziji, fejn il-front bencher tal-Oppożizzjoni, pereżempju jitkellem il-Prim Ministru, m'għandux idum iktar minn 10 minuti, u dakinhar meta kien hemm l-istqarrija tal-Prim Ministru, wara li jien staqsejtu qabel ma beda jitkellem, ikkonferma li kien hemm ftehim fuq il-ħin.", "Imma fin-nuqqas ta' ftehim, irid ikun hemm għaxar minuti, l-iktar li jista' jdum biex jirrispondi l-Membru li jista' jkun flok il-Kap tal-Oppożizzjoni hija ħames minuti u bid-diskrezzjoni tagħtih l-istess ħin tal-ministru.", "Jien fl-aħħar waħda lill-Onor.", "Simon Busuttil tajtu l-għaxar minuti kollha.", "DAVID AGIUS: Mhux qed noġġezzjona għal dak li għidt inti!", "Assolutament mhux il-każ!", "Għall-way forward?", "MR SPEAKER: Il-way forward hija li hemm ħafna xi tgħid fuq il-ħinijiet.", "Mhux fuq l-istqarrijiet biss, imma hemm tal-40 minuta, għandna l-kwestjoni ta' kemm tista' ddum biex tagħmel domanda fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, kemm għandu dritt il-ministru jew is-segretarju parlamentari jagħti risposta għal mistoqsija parlamentari: hemm ħafna!", "Naħseb li dak huwa suġġett li nistgħu niddiskutuh.", "Xtaqt inqajjem il-punt tal-Onor.", "Fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, jekk ma jimpurtax, kien ippropona li seduta waħda fil-ġimgħa tibda fil-5.00 p.m. bil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-8.00 p.m. Min-naħa tal-Oppożizzjoni jidhirli li kien hemm l-understanding li ħa tiġu biex taraw kif se naħdmu dwar din il-proposta.", "Għandkom xi reazzjoni jekk jogħġobkom?", "MARIO DE MARCO: Min-naħa tagħna tkellimnieha daqsxejn.", "Hemm xi diffikultajiet u hemm problema prattika, li naħseb, nerġa' ngħid, filwaqt li wieħed jifhem x'hemm warajha l-idea li nagħmlu prova ta' darba, però ħa nkunu ċari: min jaħdem fil-privat minimament ħa jispiċċa fil-5.00 p.m. u allura huwa impossibbli biex ikun hawnhekk fil-ħin li jibda l-Parlament!", "Biex inkun ċar, għax l-aħħar darba qisni anke ġejt rrappurtat u ninftiehem li qisna qed ngħidu li d-Deputati ma jridux jaħdmu fil-Parlament.", "Mhijiex kwestjoni li ma jridux jaħdmu iktar, jekk jibdiex fil-5.00 p.m. jew fis-6.00 p.m. is-sigħat tal-Parlament ħa jkunu l-istess, għax jekk jibda fis-6.00 p.m. jispiċċa fid-9.00 p.m. u jekk jibda fil-5.00 p.m. jispiċċa fit-8.00 p.m. Imbagħad għandek l-aġġornament kull darba.", "Però, id-diffikultà hija li kif nafu, is-sistema tagħna hija waħda ta' Deputati part-time.", "Eventwalment se jkollna dibattitu dwar jekk id-Deputat għandux ikun full-time jew part-time, però r-realtà tal-lum hija li huma part-timers għax is-sistema tagħna mhux għax Deputat qed jevita x-xogħol tiegħu ta' Deputat, imma għax aħna kellna sistema fejn ix-xogħol fil-Parlament minkejja l-ħafna ħin li joħdilna huwa part-time, allura kull Deputat imbagħad għandu l-ħajja tiegħu ta' xogħol separata.", "Din mhijiex kwestjoni ta' xi ħadd qed jikser xi regola, imma hija r-realtà parlamentari tagħna kif kienet għal dawn l-aħħar għexieren ta' snin!", "F'dan il-kuntest reali huwa vera li min huwa fis-servizz pubbliku jista' jilħaq arranġament biex jitlaq kmieni biex jiġi l-Parlament, però, se jkun diffiċli ħafna għal min qiegħed fil-privat, li għandu problema!", "Hija diffiċli biex tagħmilha!", "Se toħloq pressjonijiet lil dak id-Deputat li huwa fil-privat ma' min iħaddmu.", "Din hija sistema li ħadmet għal dawn is-snin kollha!", "L-Ingliżi għandhom l-espressjoni li tgħid: if it ain't broke, don't fix it!", "Ħadmet, kulħadd adatta s-sistema ta' xogħol tiegħu madwarha, kulħadd qed jagħti kontribut u s-sehem tiegħu over and above, naħseb, lejn ix-xogħol tiegħu fil-Parlament!", "Ma naħsibx li din ħa taffettwa x-xogħol parlamentari nibdewx fil-5.00 p.m. jew fis-6.00 p.m. Kull ma se tagħmel huwa li tagħmilha daqsxejn diffiċli lil min huwa impjegat jew lil min għandu xogħol tiegħu separat li s'issa rnexxielu jibbilanċja t-tnejn.", "Li noqogħdu noħolqu l-problemi għad-Deputati tagħna meta diġà għandhom ħafna problemi … Onestament, iddiskutejnieha.", "MR SPEAKER: Staqsejtkom għaliex saret proposta, u ovvjament dik hija reazzjoni tan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Bħala kumment min-naħa tagħna, spjegajna r-raġunijiet għalfejn għamilna din il-proposta.", "Xtaqna li nagħmluha bħala prova iktar milli nibqgħu biss fuq x'naħsbu u x'ma naħsbux, imma npoġġuha fil-prattika għal seduta waħda fil-ġimgħa sa Diċembru 2013, biex naraw kif immorru.", "Naturalment nifhem id-diffikultajiet ta' kulħadd, mhux biss ta' min huwa impjegat, imma anke ta' min għandu l-professjoni tiegħu.", "Kienet proposta li fittixna li jkun hemm qbil dwarha biex nagħmluha bħala prova, kemm għalina, li rajnieha bħala family-friendly measure mhux biss għall-Membri Parlamentari, imma anke għall-impjegati tal-Parlament, li forsi tal-inqas darba fil-ġimgħa jmorru d-dar ħin naqra iktar deċenti.", "Però, jekk ma jkunx hemm qbil nibqgħu kif aħna issa.", "MR SPEAKER: Ovvjament jidher li m'hawnx qbil.", "Nimxu għal data.", "Kif semmejtilkom l-aħħar darba l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jrid jikkunsidra l-Ombudsplan tal-2014.", "Kellna niffissaw data.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ma nistax nagħtik data llum għax għadni qed nistenna mingħand iż-żewġ Membri tagħna meta ħa jkunu available.", "Nistgħu nħalluha għal-laqgħa li jmiss?", "MR SPEAKER: Però, fil-laqgħa li jmiss ikollna data?", "MR SPEAKER: Ħa nagħmilha ċara fil-Minuti.", "DAVID AGIUS: Ċertament!", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Hawn xi ħaġa oħra fuq l-aġenda?", "DAVID AGIUS: Xtaqt nifhem, għax l-ewwel ma fhimtx x'ġara fuq il-Parlament il-ġdid.", "MR SPEAKER: Sempliċi.", "L-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "Allura peress li xtaq li jkun preżenti, nagħmluha darba oħra.", "Naġġornaw għal data oħra?", "Jien nixtieq li nagħmel laqgħa kemm jista' jkun malajr (Interruzzjoni off mic) L-Iskrivan tal-Kamra qed jirrimarkali mhux għal ġimgħa d-dieħla, imma ta' wara, nifhem li tal-unjonijiet ċivili ħa jitla'.", "Hux hekk?", "Ħa nkun ċar.", "Ħa jkollna ġimagħtejn, għandna din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla.", "Hux hekk?", "DAVID AGIUS: Il-ġimgħa għaddiet Mr Speaker!", "Il-ġimgħa d-dieħla niltaqgħu u kif ikolli pożizzjoni uffiċjali ħa nkellem lil ...", "MR SPEAKER: Mela, ejja niffissaw ġurnata għall-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-ġimgħa d-dieħla għandna d-delegazzjoni miċ-Ċina li għandha tliet ijiem hawnhekk.", "Kemm l-Onor.", "Carmelo Abela ħa tkunu preżenti waqt it-taħditiet mad-delegazzjoni miċ-Ċina.", "(Interruzzjonijiet) Qed naħdmu fuqu.", "Illum kelli l-ambaxxata.", "Prattikament il-Ġimgħa ser inkunu fil-25 ta' Ottubru.", "Jien xtaqt li kemm il-Whips u anke l-Assistant Whips ikunu preżenti.", "Nistgħu nagħmlu Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra t-Tnejn, 28 ta' Ottubru?", "Filgħaxija, għal xi s-7.00 p.m.?", "MR SPEAKER: Fid-29 se tkun imsiefra wkoll?", "DEBORAH SCHEMBRI: Għandi sal-31 ta' Ottubru filgħodu.", "MR SPEAKER: Imma xtaqt inlaqqgħu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mhux qed ngħid tlaqqgħux.", "MR SPEAKER: Nagħmluh fit-30 ta' Ottubru filgħaxija.", "CARMELO ABELA: Naturalment nikkomunikaw malajr id-data mad-Deputat Prim Ministru.", "Jekk id-Deputat Prim Ministru jkun jista' jattendi ...", "Grazzi.", "Fis-2.39 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013, fis-6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131017_009d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 17 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-1.02 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali l-Onor.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius, il-Kumitat qabel li f'paġna 3 tal-Minuti, minflok il-kliem minn \"Fuq punt imqajjem mill-Onor David Agius dwar diffikultajiet li qed isibu Membri Parlamentari biex jipparkjaw fil-Belt\" għandhom jidħlu l-kliem \"Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "Chris Agius dwar diffikultajiet li qed isibu Membri Parlamentari biex jipparkjaw fil-Belt\".", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 8 li saret fl-20 ta' Settembru 2013, kif emendati, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech, informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "(1) fis-seduta tat-Tnejn, 21 ta' Ottubru, il-Kamra tibda bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili, Abbozz Nru 20;", "(2) minnufih wara l-Kamra kellha tgħaddi biex tibda tiddibatti fl-istadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, Abbozz Nru 18; u li", "(3) meta tintemm id-diskussjoni fuq dawk l-Abbozzi ta' Liġi, il-Kamra kellha tibda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti, Abbozz Nru 21.", "L-Onor.", "David Agius, Whip tal-Oppożizzjoni, talab li peress li l-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni kien għadu qed jiddiskuti internament l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili, Abbozz Nru 20, id-diskussjoni fil-Kamra fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ma kellhiex tibda fil-21 ta' Ottubru.", "Żied jgħid li kien se jikkomunika mal-Gvern malli l-Grupp Parlamentari jkun ħa pożizzjoni dwaru.", "Huwa ssuġġerixxa wkoll li fid-dawl ta' dak li kien intqal fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat, il-Kamra kellha tibda bid-diskussjoni fuq it-tieni item indikat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, u ċjoè l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, Abbozz Nru 18, minflok l-ewwel item.", "Wara dibattitu li fih ħadu sehem il-membri kollha tal-Kumitat, kien deċiż li fil-ġimgħa li tibda t-Tnejn, 21 ta' Ottubru 2013, ix-xogħol tal-Kamra kellu jsegwi din il-prijorità:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Ġieh ir-Repubblika – Abbozz Nru 17 – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud – Abbozz Nru 14 – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Provdituri ta' Servizz lil Kumpanniji – Abbozz Nru 13 – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili – Abbozz Nru 20 – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz Nru 18 – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti – Abbozz Nru 21 – Tieni Qari.", "Għall-mistoqsija tal-Onor.", "David Agius dwar meta huwa maħsub li jibda jiġi kkonsidrat il-Private Member's Bill tal-Onor.", "Jason Azzopardi, Mozzjoni Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – l-Onor.", "Louis Grech informa lill-Kumitat li l-Ewwel Qari kellu jsir f'seduta matul il-ġimgħa ta' wara bl-Abbozz ta' Liġi jiġi ppubblikat minnufih wara ħalli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tiegħu tiġi nfilsata fil-prijoritajiet ġà indikati.", "L-Onor.", "Louis Grech ta din l-iskeda indikattiva għas-seduti konnessi mal-Estimi Ġenerali għas-sena 2014:-", "(1) nhar it-Tnejn, 4 ta' Novembru, isir il-qari tal-Budget għas-sena 2014;", "(2) fil-11 u t-12 ta' Novembru jkun hemm id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u d-diskors tal-Prim Ministru rispettivament; u li", "(3) id-diskussjoni fuq kull ministeru tkun mifruxa fuq ħamest ijiem bejn it-13 u d-19 ta' Novembru, b'mod li jkun hemm tliet seduti kuljum li jibdew fid-9.00a.m.; fis-2.00p.m. u fis-6.00p.m. rispettivament.", "Wara diskussjoni dwar din l-iskeda indikattiva, il-Kumitat qabel li għandu jkun hemm komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat sabiex possibbilment jintlaħaq ftehim dwar l-iskeda definita.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva komunikazzjoni mingħand il-Kummissarju Elettorali Ewlieni datata 4 ta' Ottubru 2013 dwar proposta biex isiru emendi fil-Kostituzzjoni, fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354 u fl-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Kap. 467.", "Huwa għadda kopja tal-ittra lill-membri tal-Kumitat sabiex wara li l-proposta tiġi diskussa fil-Gruppi Parlamentari rispettivi, din il-materja tkun trattata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.", "Fuq proposta tal-Ispeaker, il-Kumitat qabel li l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi li se jiddiskuti l-każ ta' prima facie ksur ta' privileġġ mill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Prim Ministru ssir nhar il-Ħamis, 31 ta' Ottubru 2013, fis-1.00p.m.", "L-Ispeaker ippropona li, wara li permezz ta' riżoluzzjoni 77 tas-16 ta' Ottubru 2013, kien twaqqaf Kumitat Magħżul bl-inkarigu li sal-15 ta' Diċembru 2013 jħejji rapport dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju ta' Kummissarju u ta' Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar 1-istandards, 1-etika u 1-imġiba xierqa fil-ħajja pubblika, l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat Magħżul possibbilment issir fit-23 ta' Ottubru.", "Il-Kumitat qabel mal-proposta.", "L-Ispeaker fakkar lill-Kumitat li fis-seduta tat-2 ta' Ottubru 2013, huwa kien ġibed l-attenzjoni tal-media li fil-Parlament ma jistgħux jittieħdu ritratti jew filmati u dan wara li fil-ħarġa tal-ġurnal \"l-Orizzont\" ta' dakinhar kien deher ritratt li kien ittieħed bla permess u li kien juri l-bankijiet vojta tal-Oppożizzjoni wara li kien sar walk-out.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li fit-3 ta' Ottubru 2013 kienet intbagħtet ittra lill-Editur tal-ġurnal imsemmi fejn intalab jinnota li r-ritratt in kwestjoni kien ittieħed bla permess u li din il-materja kienet se tiġi diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Huwa informa wkoll lill-Kumitat li minn riċerka li kienet saret, jirriżulta li fil-maġġoranza tal-parlamenti nazzjonali tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-House of Commons, mhux permess li jittieħdu ritratti waqt li tkun għaddejja seduta tal-Parlament, jekk mhux bl-awtorizzazzjoni tas-Sedja.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, issuġġeriet li għandhom jitpoġġew avviżi li ma jistgħux jittieħdu ritratti u/jew filmati waqt seduti tal-Parlamenti u l-Onor David Agius issuġġerixxa li dan l-avviż għandu wkoll jintbagħat lill-media kollha.", "Wara li fil-laqgħat tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-8 ta' Lulju 2013 u tal-20 ta' Settembru 2013 ġie maqbul li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għandu jiddiskuti l-problema tal-immigrazzjoni irregolari f'Malta, ġie kkonfermat li t-terms of reference ta' dan il-Kumitat kif diversament kostitwit biex jiddiskuti din il-materja għandhom fis-sustanza jkunu dawk li ġew adottati fil-11-il leġiżlatura u ċjoè li:", "Fil-qadi ta' dan il-mandat il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali jkollu l-inkarigu li jifli u jgħarbel:", "Il-problema fuq imsemmija mill-aspetti kollha tagħha, u fil-kuntest tas-sigurtà nazzjonali, inklużi kwestjonijiet bħal, ix-xejra tal-istess problema f'Malta, il-mod kif jaslu l-immigranti f'Malta, il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Maltin dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fiż-żona Maltija ta' salvataġġ u tfittxija u x-xibka ta' kriminalità organizzata wara l-wasla ta' immigranti f'pajjiżna;", "Il-kwestjoni tal-politika ta' detenzjoni, il-vantaġġi u żvantaġġi tagħha, jekk din hix effikaċi u effiċjenti, kif ukoll il-problemi konnessi magħha; il-kondizzjonijiet ta' detenzjoni fiċ-ċentri magħluqa, u l-ambjent fiċ-ċentri miftuħa, kif dawn jistgħu jitjiebu, u miżuri li jiggarantixxu li l-immigranti jiġu trattati b'mod dinjituż;", "Il-garanzija eżistenti, u dawk ġodda li jistgħu jiġu introdotti sabiex min ħaqqu protezzjoni din tingħatalu fl-iqsar żmien possibbli;", "Is-sitwazzjoni attwali ta' ripatriju lejn pajjiżhom ta' persuni li ma jgawdux protezzjoni skond il-liġi u daħlu Malta illegalment;", "L-isforzi li qed isiru, u oħrajn ġodda li jistgħu jiġu introdotti sabiex ikun hemm iktar solidarjetà mill-Istati membri tal-Unjoni Ewropea, kemm f'dak li hu finanzjament kif ukoll dak ta' tqassim u rilokazzjoni ta' persuni protetti barra minn Malta.", "Dan il-Kumitat ikollu d-dritt li jagħmel żjarat fil-postijiet li jidhirlu hu u li jikkomunika ma' kull persuna li l-Kumitat jidhirlu li għandu bżonn ikellem.", "Kull rapport imħejji mill-Kumitat għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Meta jiltaqa' biex jiddiskuti l-immigrazzjoni irregolari, il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali għandu jkun kompost kif ġej:", "Membri: L-Onor.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Schembri informat lill-membri li kienet se tlaqqa' dan il-kumitat nhar it-Tlieta, 22 ta' Ottubru 2013, u li għal din l-ewwel laqgħa kien se jkun mistieden il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li kien se jagħmel preżentazzjoni dwar il-politika tal-immigrazzjoni u d-detenzjoni.", "L-Ispeaker ġibed l-attenzjoni tal-Kumitat li kien hemm nuqqas ta' qbil fuq dati skedati għal-laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Il-kwestjoni qamet peress li filwaqt li preżentement il-kumitat kien qed jiltaqa' b'mod regolari taħt il-presidenza tal-Onor.", "Jason Azzopardi, li ġie nominat bħala president tal-kumitat minflok l-Onor.", "Tonio Fenech xtaq li fil-frattemp jibqa' jlaqqa' l-kumitat biex ikompli jiddiskuti l-aġenda li l-istess kumitat kellu quddiemu qabel bdiet id-diskussjoni dwar il-fuel procurement fl-Enemalta.", "F'dan il-kontest, filwaqt li nnota li hija r-responsabbiltà taċ-chairpersons tal-kumitati li jistabbilixxu d-data tal-laqgħat tal-kumitati rispettivi tagħhom, l-Ispeaker appella għall-bonsens u ħeġġeġ ukoll lill-Whips taż-żewġ naħat sabiex permezz ta' abbokkamenti fi ħdan il-Gruppi Parlamentari rispettivi tagħhom, jintlaħaq ftehim dwar skeda ta' laqgħat li tkun konvenjenti għal kulħadd.", "Fuq punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar il-ħin allokat għal interventi waqt l-istqarrijiet ministerjali, l-Ispeaker Farrugia rrimarka li dwar din il-materja s-Sedja kienet diġa tat ruling fil-Kamra.", "L-Ispeaker Farrugia żied jgħid li jekk kemm-il darba jsir eżerċizzju fuq l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, hemm affarijiet oħra li jistgħu jiġu diskussi bħal, per eżempju, ir-regola tal-40 minuta għad-diskorsi kif ukoll it-tul tal-interventi waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.", "L-iSpeaker staqsa għal rimarki dwar il-proposta min-naħa tal-Gvern imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela matul l-aħħar laqgħa tal-Kumitat, li bħala prova, seduta waħda fil-ġimgħa bejn Settembru u Diċembru tibda fil-5.00 p.m. u tispiċċa fit-8.30 p.m. L-Onor.", "Mario De Marco informa lill-Kumitat li l-Oppożizzjoni ma kenitx qiegħda taqbel ma' din il-proposta.", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li kien qed jistenna li ż-żewġ naħat jindikaw data li fiha l-Kumitat ikun jista' jiddiskuti l-Ombudsplan għas-sena 2014.", "Fis-2.39 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013, fis-6.45 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131017_009m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 8", "It-Tlieta, 22 ta' Ottubru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Ottubru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni mal-Ministru Emanuel Mallia dwar l-Immigration Policy u d-Detetion Policy.", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131022_008a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 8", "It-Tlieta, 22 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 8", "It-Tlieta, 22 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.02 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 07 li saret nhar il-Erbgħa, 16 ta' Ottubru 2013, ġew konfermati.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Din hija l-ewwel laqgħa tas-Social Affairs Committee li għandu r-remit li jiddiskuti l-immigrazzjoni irregolari.", "Jiena se nkun qiegħda mmexxi dan il-Kumitat bħala ċ-Chairperson tas-Social Affairs Committee filwaqt li l-Membri tal-lum huma differenti.", "Ovvjament dan qed isir skont ftehim li kien intlaħaq fil-leġiżlatura l-oħra u li reġa' ġie mġedded fil-House Business Committee ftit tal-jiem ilu.", "Nixtieq navża lil kull min qiegħed hawnhekk li dan il-Kumitat se jkun qiegħed jiġi streamed live fuq il-websajt tal-Parlament u għalhekk jekk hawn xi oġġezzjoni nitlobkom tgħiduli issa.", "Ministru din il-laqgħa hija waħda li trid iddaħħalna daqsxejn fl-ispirtu ta' dak li se nkunu qegħdin niddiskutu fix-xhur li ġejjin fuq l-immigrazzjoni irregolari.", "Dr Elaine Birmingham li hija r-riċerkatriċi tagħna għadha kemm għaddietli kopja tad-dokument \"Irregular Immigrants; Refugees and Integration Policy Document\", liema dokument imur lura għas-sena 2005.", "Naħseb li wasal iż-żmien li dokument bħal dan jiġi revised anke minħabba l-fatt li dak iż-żmien konna għadna kif dħalna fl-Ewropa u llum l-affarijiet inbidlu.", "U allura l-mistoqsija tiegħi tal-bidu se tkun fuq x'inhi l-pożizzjoni, jekk hemmx ħsieb li tiġi mġedda din it-tip ta' policy tal-Gvern peress li ġieli kellna problemi meta konna barra minn Malta sabiex ngħidu x'inhi l-policy Maltija, u jekk hemmx l-idea li fil-fatt ikollna a written policy li hija iktar aġġornata biex f'din il-leġiżlatura nkunu nistgħu nimxu fuqha.", "EMANUEL MALLIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ir-risposta tiegħi hi li jkollna politika li tkun dejjem speċifikata u li wieħed ikun jaf x'inhi hija ħaġa ideali imma meta titkellem fuq suġġett bħal dan, apparti dokument li jista' jagħtik statistika, nafu li s-sitwazzjonijiet jistgħu jinbidlu u allura jista' jkollok dokument li huwa validu llum imma ma jibqax validu għada.", "Kif konna qegħdin ngħidu qabel ma bdejna din il-laqgħa dan is-suġġett huwa wieħed vast.", "Pereżempju jista' jibda mill-kunċett ta' meta l-individwu ddeċieda li jitlaq mill-art tal-oriġini tiegħu, li ħafna drabi tkun art twelidu u allura għandek l-istudju ta' x'iġiegħel lil dak li jkun biex jitlaq minn hemmhekk.", "Ovvjament ir-raġunijiet jistgħu jkunu varji.", "Imbagħad minn hemmhekk jista' jkompli l-vjaġġ tiegħu u allura għandek l-indaġini fuq kif isir dan il-vjaġġ, fejn ħafna drabi dawn jispiċċaw il-Libya, u jekk hemmx organizzazzjonijiet li qed jieħdu ħsieb dan il-vjaġġ anke fuq l-art.", "Imbagħad għandek is-sitwazzjoni l-oħra li għandha x'taqsam mal-problema tal-fruntieri li għandha l-Libya, liema fruntieri huma vasti u milli jidher huma kompletament miftuħa minħabba s-sitwazzjoni attwali.", "Għalhekk wieħed irid jara s-sitwazzjoni tal-ġar tagħna l-Libya għax anke huma għandhom il-problema tal-immigranti irregolari.", "Imbagħad għandek is-sitwazzjoni tal-immigrant irregolari li jiddeċiedi li jieħu dan ir-riskju biex isib grupp kriminali llegali li jorganizza t-tluq tiegħu fuq dawn id-dgħajjes, bl-iskop ħafna drabi jkun dak li jmur l-Italja.", "Wieħed irid jidħol iktar fil-fond u naħseb li hawnhekk fejn il-Kummissjoni tal-Unjoni Eworpea qiegħda tonqos.", "Inħoss li ħafna drabi dawn l-organizzazzjonijiet kriminali ma jkunux jeżistu biss fil-Libya imma jkollhom il-branki tagħhom x'aktarx anke f'pajjiżi Ewropej.", "U allura forsi għadna ma dħalniex bħala Kummissjoni, bħala Unjoni Ewropea, biex insibu x'inhuma dawn l-attivitajiet u allura għandek bżonn tal-intelligence biex wieħed jipprova jara kif dawn qed imorru b'ċerti dgħajjes.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din; min huma l-iskippers ta' dawn id-dgħajjes?", "Huma parti mill-ekwipaġġ?", "Qed jagħtuhom dgħajsa biex imexxuha huma jew inkella dawn l-organizzazzjonijiet kriminali qed jagħtuhom ukoll kaptan biex imexxi d-dgħajsa?", "Għandek imbagħad il-problemi l-oħra kollha li tista' tidħol fihom bħal pereżempju, il-liġi internazzjonali għax qegħdin fuq il-baħar u allura għandek il-kunċett tas-search and rescue u ż-żoni tas-search and rescue tiegħek.", "Għandek regoli oħra internazzjonali ta' x'inhu distress u meta inti obbligat li tgħin lil dik il-biċċa tal-baħar li fuqha għandek dawn in-nies.", "Jekk il-mutur tad-dgħajsa qiegħed jaħdem u allura m'għandhom l-ebda problemi għandek għalfejn tintervjeni?", "Dak huwa distress jew mhux distress?", "Imbagħad ladarba jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, fejn pereżempju jkunu waslu Malta, nafu li Malta hija firmatarja ta' diversi obbligazzjonijiet internazzjonali, speċjalment fejn jidħol l-ażil, u allura dawn in-nies għandhom id-dritt fi żmien stipulat mil-liġi li japplikaw għall-ażil.", "U naħseb li hawn Malta għandna sistema verament skont il-liġi u r-regoli internazzjonali, fejn għandna l-Kummissjoni tar-Refuġjati li qegħdin jilqgħu dawn l-applikazzjonijiet li qed jinstemgħu fi żmien relattivament raġonevoli għax huwa inqas minn sitt xhur.", "Imbagħad għandek id-dritt tal-appell.", "Qabel kien hemm żewġ tribunali tal-appell imma jiena deherli bħala Ministru li biex żgur ma jkollix backlog f'dawn l-appelli - għax iżjed ma dawn il-każijiet jinqatgħu malajr aktar ikun aħjar – żidt dak in-numru għal sitta.", "Ovvjament mhux qed inżid xi spejjes għax in-nies li qegħdin fihom jitħallsu skont is-seduti li jattendu.", "Kien hemm l-avukati tal-għajnuna legali li dawn in-nies għandhom dritt għalihom.", "Dawn kien hemm sebgħa u issa se ntellgħuhom għal 14.", "Ħafna drabi jkunu avukati li għadhom jibdew il-prattika tagħhom u jkunu kapaċi fis-suġġett.", "Hawnhekk ukoll ma żidniex l-ispiża għax dawn jitħallsu skont kemm-il każ jingħatalhom u allura qegħdin b'dan il-mod naraw kif il-proċess ta' din l-applikazzjoni kemm jista' jkun tiġi deċiża malajr.", "Dan ma jfissirx li hawnhekk spiċċajna mill-problema.", "Jekk naraw it-tifsira u l-interpretazzjoni wiesgħa ta' dan il-kunċett tal-immigrazzjoni irregolari, nibdew naraw li dawk li l-applikazzjoni tagħhom tiġi aċċettata, u allura għandhom il-protezzjoni, ifisser li rridu naraw l-ammonti li fil-fatt għandna fit-territorju tagħna.", "Dan il-Gvern ilu jisħaq li ġeografikament u demografikament in-numru dejjem qed jikber u għandna studju tal-Kummissjoni stess li tgħid x'inhuwa n-numru ideali ta' immigranti irregolari li jista' jkollna kull sena kif ukoll ta' x'inhuwa n-numru ideali ta' kemm għandu jkollna at any given moment in time.", "U hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq numru pjuttost żgħir!", "Mela issa x'se nagħmlu bl-oħrajn?", "Hemm min jgħidlek li dawn għandhom jintegraw fis-soċjetà lokali imma anke hawnhekk, għalina jinħolqu ċerti problemi.", "L-ewwel nett kollox jiddependi mill-kunċett tal-immigrant irregolari nniffsu, li jrid jifhem li l-integrazzjoni tfisser li huwa għandu jirrispetta l-liġijiet, l-użanzi u l-kultura tal-pajjiż li qed jospitah.", "Jista' jkollok żoni anke f'Malta fejn dan mhux qed isir u allura jkollok diversi nies Maltin u Għawdxin li jġibu 'l quddiem ċerti lmenti.", "Dawn l-ilmenti ma jkunux kontra l-fatt li dawn jistgħu jintegraw imma għax dawn l-immigranti ma jkunux qegħdin isegwu l-kunċett ta' rispett lejn dak li huwa bażiku fl-integrazzjoni li huwa li tirrispetta l-kultura u l-użanzi u l-liġijiet ta' dak il-pajjiż li qed jospitak.", "Imbagħad nidħlu fil-kwestjoni ta' rilokazzjoni.", "Aħna nemmnu li la aħna bħala pajjiż nistgħu nieħdu biss numru ferm żgħir ta' persuni li jistgħu jiġu integrati, il-bqija għandhom jittieħdu mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom jassumu r-responsabilità tagħhom.", "Hawnhekk jien mhux biss ngħid li dan huwa burden sharing imma huwa burden responsibility li kull stat membru għandu l-obbligu li jerfa' il-parti tiegħu skont id-daqs tal-pajjiż li għandu.", "Ilkoll nafu li preżentement il-kunċett huwa wieħed ta' burden sharing volontarju, jiġifieri jekk stat membru jrid jieħu u jirriloka numru ta' persuni jista' jagħmlu b'mod volontarju għax m'hemm l-ebda obbligu legali sabiex jagħmel dan.", "Dan is-suġġett qiegħed jinfetaħ bħalissa fl-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq nirrapporta lil dan il-Kumitat li fl-ewwel laqgħa li kelli mal-Kummissarju Cecilia Malstrom, konna ftiehmna li fil-laqgħa tal-Ministri ta' wara kien se jkollna laqgħa formali u bilaterali.", "Naħseb li f'dik il-laqgħa domna ħafna niddiskutu s-suġġett, u l-istess Kummissarju esprimiet is-sitwazzjoni li peress li l-istati membri m'għandhom l-ebda obbligu sabiex jieħdu u jirrilokaw numru minn dawn il-persuni, qisu li hi ma tista' tagħmel xejn!", "Il-Gvern Malti dehrlu li m'għandniex nagħlquh il-bieb għax fin-negozjati dejjem tajjeb li tħalli l-bieb imbexxaq biex mhux tkun għalaqt is-suġġett għal kollox imma dejjem tista' tkompli tiddiskuti.", "U wara ċerta pressjoni staqsejna x'kien qiegħed jiġri hawnhekk.", "Kif ngħidu bil-Latin \"ad impossibilia nemo tenetur\", jiġifieri jekk inti qiegħed f'sitwazzjoni impossibbli allura m'intix tenut?", "Mhux qed ngħidu hekk imma x'inhi s-soluzzjoni?", "Konna qbilna li jkun hemm forum fuq is-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari u dan sar fil-25 ta' Settembru.", "Il-Gvern bagħat żewġ esperti għal dan il-forum li fl-opinjoni tiegħi huma bravissimi f'dan il-kamp.", "Waħda hija avukat u l-ieħor huwa espert, u t-tnejn ilhom jaħdmu fil-Ministeru f'dan il-kamp għal diversi snin.", "Ilkoll nafu li kellna żewġ traġedji li donnu kienu l-wake up call u lkoll nafu l-istand li qiegħda tieħu Malta fejn qed tgħid li m'għandniex għalfejn nistennew dawn iż-żmenijiet biex nittrattaw dan is-suġġett.", "Fl-aħħar Kunsill tal-Ministri, kemm aħna kif ukoll l-Italja – fejn jien kelli laqgħat mal-Ministru Taljan Alfano - konna ddeċidejna fuq ċerta strateġija li kellha tittieħed.", "U peress li kienet għadha kif seħħet dik it-traġedja f'Lampedusa, iċ-Chairman ta' dak il-Kumitat talab lill-Ministru Taljan sabiex jitkellem l-ewwel wieħed u mbagħad aħna tkellimna eżattament warajh.", "U hemmhekk konna qbilna dwar l-idea ta' task force biex din it-task force tipprova kemm jista' jkun issib soluzzjonijiet ħalli meta jiltaqa' is-summit tal-Prim Ministri li se jitlaqqa' nhar il-Ġimgħa, wieħed ikun ippreparat u jkollu ċerta stands.", "Dan li qed ngħid huwa fuq meta dawn in-nies jingħataw il-protezzjoni.", "Issa mbagħad għandek nies oħra li ma jingħatawx din il-protezzjoni, jiġifieri l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda.", "Teknikament dawn nistgħu nsejħulhom immigranti illegali għax daħlu f'pajjiżna, applikaw skont ir-regolamenti u skont il-liġi, liema applikazzjoni ġiet irrifjutata, kellhom dritt għall-appell, ġew rifjutati u allura issa qegħdin f'Malta fi stat ta' illegalità.", "Dan il-kunċett tant huwa wiesgħa li dawn in-nies li jkunu hawn ħafna drabi ma jistgħux jintbagħtu lura għax ma jkollhomx dokumentazzjoni fuqhom.", "Aħna bħala Gvern irridu naraw kunċetti kif se nipprovaw naslu biex insolvu din is-sitwazzjoni.", "Hawnhekk għamilna s-suġġerimenti tagħna u konvint li l-Prim Ministru se jidħol fihom ukoll nhar il-Ġimgħa.", "Irridu nsibu mezz kif insolvu din is-sitwazzjoni.", "Pereżempju hawnhekk l-iżjed li għandna huma immigranti irregolari mis-Somalja u mill-Eritrea imma mbagħad għandek ukoll oħrajn mill-Ghana u min-Niġerja.", "Jekk taħt il-kappa tal-Unjoni Ewropea jkollna rappreżentant hawn Matla minn dawn il-pajjiżi nkunu nistgħu nsolvu ħafna affarijiet.", "L-ewwel nett, meta jiġu immigranti irregolari fil-bidu jistgħu jgħidulek li ġejjin minn Timbuktu jew mis-Somalja għax inti ma tistax tivverifika minn fejn ġejjin.", "Mela allura jkollok rappreżentant b'mod formali sabiex jagħmillek check-in ta' dak l-individwu u mbagħad jekk dan ikun rappreżentant tal-pajjiż, ikun jista' jgħin biex ikollok id-dokumentazzjoni li tiġi faċilitata.", "Issa jekk dan jibqa' jirrifjuta jista' jkun hemm ċerti diffikultajiet imma żgur li aħna rridu naraw kif dawk li qegħdin hawn Malta illegalment jiġu ripatrijati lura f'pajjiżhom.", "Ħalli nerġa' immur lura għad-diffikultajiet li jgħaddu minnhom dawn in-nies li qed jaqsmu mil-Libya u jissograw ħajjithom.", "Jien u l-Onor.", "Azzopardi konna fi programm il-ġimgħa l-oħra u magħna kien hemm neurosurgeon, li jekk minix sejjer żball kien jismu Dr Mason.", "Dan qalilna li hu kien Sirjan u li tar b'mod legali għall-Eġittu u mbagħad minn hemmhekk qabad karozza u daħal il-Libya.", "Meta wasal il-Libja mar fl-ambaxxata tal-Isvezja u talab biex japplika għall-ażil.", "Ir-risposta tagħhom, skont dan in-neurosurgeon kienet li biex inti tapplika trid tkun fil-pajjiż.", "Bir-raġun kollu dan in-neurosurgeon argumenta li dawn kienu qed jgħidulu li biex imur l-Isvezja biex japplika, irid imur illegalment!", "Dan qal li huwa tilef lill-martu u lit-tliet uliedu u li kieku dawn aċċettaw l-applikazzjoni at soruce, hu la kien ikollu għalfejn imur għand l-organizzazzjoni kriminali fejn ħallashom US$1,200 kull wieħed u t-tfal US$500 biex jaqsam u jissogra ħajtu u kien ikun jaf jekk l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil hijiex se tiġi aċċettata jew le.", "U qal li kien ikun jaf il-futur u d-destin tiegħu x'kien se jkun.", "Din hija xi ħaġa li, bl-ikbar rispett lejn Dr Mason, aħna bħala Gvern ma qgħadniex nistennew din it-teżi imma minn qabel għamilna dan l-argument fejn għedna li jekk aħna nieħdu r-relazzjonijiet tajba li jidher li għandna mal-Gvern Libjan preżenti, l-Unjoni Ewropea tista' tkompli bit-taħdidiet tagħha mal-Gvern Libjan biex taħt l-awspiċi tal-Unjoni Ewropea jkun hemm ċentru fejn jiġu milqugħha dawn l-applikazzjonijiet.", "B'hekk tkun kissirt ir-racket kriminali għax ma jkollokx bżonnhom aktar lil dawn l-organizzazzjonijiet li qed isiru miljunarji minn fuq dawn in-nies.", "Mela dan qed jgħid li ħallas US$1,200 u fuq dgħajsa jkollok mat-350 ippakkjati qishom sardines fl-istivi, tant li meta tegħreq id-dgħajsa lanqas biss ikollok ċans tgħid ammen!", "Jekk tagħmel hekk tkissirhom lil dawn l-organizzazzjonijiet.", "Allura dawn huma proposti li aħna qegħdin nagħmlu għaliex filwaqt li lkoll naqblu li l-ħajja hija l-aktar ħaġa prezzjuża għall-bniedem, u dwar dan m'għandna l-ebda dubju u alla ħares madwar din il-mejda jew bħala Gvern jew xi ħadd fil-Parlament jazzarda jgħid – u jkun miġnun jekk jgħid hekk - li aħna niġu naqgħu u nqumu mill-ħajja ta' dawn in-nies li qed jivjaġġaw u ma napprezzawx it-tbatijiet tagħhom, għalfejn telqu minn pajjiżhom, l-aspetti soċjali tagħhom, eċċ. Dawn l-affarijiet irridu narawhom kollha.", "Jien kburi li ngħid li aħna dejjem, bil-limitazzjonijiet tagħna, salvajna l-ħajja tan-nies u dejjem tajna każ tal-ħajja ta' dawn in-nies.", "Imma b'daqshekk ma jfissirx li l-problema eliminajniha.", "Pereżempju, għandna wkoll il-kunċett tal-Frontex.", "Ħafna nies jaħsbu li dawn għandhom id-dgħajjes tagħhom jew il-patrol boats tagħhom jew il-helicopters u ajruplani tagħhom imma fil-verità dawn m'għandhom xejn!", "Dawn jikkoordinaw l-affarijiet biex meta jaraw inti x'għandek bżonn, iduru fuq l-istati l-oħra u jgħidulhom li mingħandek irrid helicopter, mingħandek irrid żewġ patrol boats u mingħandek irrid hekk, biex jien inkun nista' nikkoordina din l-operazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Iva imma qabel ma jkun hemm il-beefing tal-Frontex irridu naraw ukoll bħala pajjiż - għax tinsiex li għandna l-interess nazzjonali tagħna - xi jfisser meta nkunu qed naċċettaw xi ħaġa bħal din.", "Dan ifisser li meta dawn isibu lin-nies jaqbdu u jdaħħluhom fil-port tagħna?", "Pereżempju aħna wżajna l-kunċett tad-dritt internazzjonali fil-każ tal-vapur Salamis, jiġifieri jekk issalva lil xi ħadd fis-search and rescue zone, inti trid tieħu lil dak li jkun fis-safe and nearest port.", "Dak id-dritt internazzjonali se jibqa' japplika?", "Kien għalhekk li f'dak il-każ aġixxejna b'dak il-mod għax dak il-vapur kien għadu kif ħiereġ mil-Libja, salva lil dawn in-nies, tellagħhom fuq il-vapur u għal skopijiet kummerċjali ma riedx jerġa' jdur lejn il-Libja imma baqa' għaddej u ddeċieda li jwaddabhom Malta.", "Aħna deherilna li dan kien qed jikser id-dritt internazzjonali u allura ma tajnihx permess jidħol fl-ibħra territorjali tagħna.", "Nieħu gost nisma' li llum hemm qbil li dan il-Gvern ħa deċiżjoni saġġa fuq dak il-każ.", "Issa biex niġi lura għall-kwestjoni tal-Frontex jien nixtieq nara l-Frontex taġixxi fuq l-obbligazzjonijiet tagħha.", "Pereżempju dawn għandhom l-obbligu li dawk in-nies li jiġu dikjarati bħala immigranti illegali, jipprovdulhom ajruplan biex jeħduhom lura.", "Jien irrid nara li jidħlu fis-seħħ regolamenti fejn ikun hemm anke timelines minn meta bniedem ġiet miċħuda l-applikazzjoni tiegħu sa kemm tista' iddum il-Frontex biex tiġi b'ajruplan ħalli tieħu lura lil dik il-persuna u jekk din m'għandhiex dokumentazzjoni nesegwixxu dak li fil-fatt diġa' hemm u joħroġ jekk hemm bżonn passaport Ewropew.", "Il-kunċett tant huwa vast li jien konvint li għalkemm qed nipprova nolqot diversi aspetti minnu, xorta se nħalli ċertu vojt.", "Fil-bidu għedt li l-policy hija importanti imma ovvjament il-politika hija dinamika bħalma hija l-liġi.", "Il-bieraħ seta' kellek sitwazzjoni mod u llum għandek sitwazzjoni mod ieħor.", "Il-politika għallmitni - avolja jien għadni novizz ħdejn il-maġġor parti tas-sinjuri li għandi quddiemi - li s-sitwazzjonijiet u l-esiġenzi tal-istati jinbidlu.", "Inti jista' jkollok pajjiż li jidher li mhux qed jaqbel ma' pajjiż ieħor fuq xi ħaġa imma dawn imbagħad jiftiehmu fuq xi ħaġa oħra perfettament u jkun hemm raġuni oħra għalfejn ikunu qed jifthiemu.", "Il-politika hija xi ħaġa dinamika, bħalma hi l-liġi.", "U allura s-sitwazzjonijiet jinbidlu.", "Hawnhekk naqbel miegħek Sinjura Chairperson, li dak ir-rapport li sar fl-2005, wasal iż-żmien li almenu naslu biex innisslu l-politika tagħna, u aktar minn hekk, jien nixtieq li jkun hemm għaqda fuq dan il-kunċett.", "Jien konvint li lkoll naqblu li meta wieħed imur f'dawn il-Kunsilli tal-Ministri - apparti ovvjament l-aura li jkollok il-ministri li jiltaqgħu ma' xulxin – ma jistax jippretendi li jkollok ħafna kliem li ma jsarraf f'xejn, fejn ikollok ħafna kliem imma mbagħad ma jkollokx fatti, fejn ħafna nies juru s-simpatija miegħek u jgħidulek kemm qed jiddispjaċihom bl-imwiet li qed iseħħu imma jibqħu ma jagħmlu xejn b'mod konkret biex isolvu din is-sitwazzjoni.", "Jiena pprovajt nagħti lil dan il-Kumitat a bird's eye view tas-sitwazzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Napprezza ħafna l-intervent tiegħek għax kont verament konċiż compared mal-kobor ta' dan is-suġġett.", "L-intenzjoni tiegħi matul dawn il-ġimgħat huwa li naqbdu l-iter li jgħaddu minnu dawn in-nies at different stages u l-problemi differenti li jista' jkollhom at different stages u niddiskutuhom biċċa biċċa f'seduti differenti.", "Żgur li f'siegħa ma tistax tiddiskuti s-suġġett kollu.", "Ovvjament, peress li għadna nibdew, it was a good start li aħna jkollna din l-introduzzjoni.", "Li se nipprova nagħmel hu li se ngħaddi round mal-mejda biex naraw x'mistoqsijiet jista' ikun hemm miż-żewġ naħat.", "Nitlob lil min qiegħed hawn ġew sabiex kemm jista' jkun - stante li din hija l-ewwel ġurnata fejn qed niltaqgħu mal-Ministru u qegħdin nitkellmu fuq affarijiet ġenerali - ma nkunux daqshekk speċifiċi fil-mistoqsijiet li nagħmlu.", "Għad jiġi ż-żmien li niddiskutuhom ukoll u se jkun hawn nies oħra li nistgħu niddiskutu magħhom.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, nirringrazzjak tal-kelma u nirringrazzja lilek ukoll Ministru tal-espożizzjoni tiegħek.", "Min-naħa tiegħi se nipprova nkun telegrafiku u mbagħad inkunu nistgħu nidħlu f'aktar dettall f'laqgħat oħrajn.", "Se niġbor numru ta' mistoqsijiet f'daqqa imma qabel xejn, jien u sħabi ta' din in-naħa qegħdin nersqu lejn dan il-Kumitat b'sens kbir ta' għarfien dwar is-sens li għandu jipprevali ta' x'inhu dejjem fl-interess nazzjonali u ta' dak li huwa sewwa moralment u sewwa skont il-liġi, kemm dik Maltija kif ukoll dik internazzjonali.", "Għalhekk, altru milli nixtiequ li jkun hemm u li jiġi msawwar dak is-sens li għandu dejjem jipprevali fl-interess nazzjonali lil hinn minn kwalunkwe konsiderazzjoni oħra.", "Dak huwa l-formamentis li bih jien u sħabi definittivament qegħdin nersqu lejn dan il-Kumitat.", "Ministru qegħdin ftit ġranet biss 'il bogħod minn laqgħa importanti ħafna, li se ssir nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, liema laqgħa se jkun qiegħed jirrappreżenta lill-pajjiż il-Prim Ministru Malti.", "Il-Ġimgħa hemm item importanti dwar l-immigrazzjoni.", "Smajna u qrajna dwar l-aspettattiva li qiegħda tinbena, mhux biss f'Malta imma anke f'pajjiżi oħrajn dwar l-importanza ta' dan is-summit.", "B'mod konkret x'inhu l-għan finali u għalxiex qed jimmira l-Gvern Malti bħala riżultat jew soluzzjoni li tkun ġusta, konkreta u raġjonevoli għal pajjiżna?", "Minn Marzu lil hawn, kemm ilek fil-kariga, kien hemm min avviċinak fuq is-search and rescue area tagħna?", "Qed nistaqsi dan mhux għax nawspika li hekk isir, anzi meta aħna konna fil-Gvern dejjem għamilniha ċara li s-search and rescue area ta' Malta hija vasta imma li bl-ebda mod ma konna lesti li nċedu pulzier minnha!", "Inti taf li jkun hemm min jipprova jagħmel l-argument – mhux neċċessarjament minn Malta - li aħna għandna din ir-responsabilità kbira għax għandna search and rescue area kbira u allura jgħidilina li għandna nnaqqsuha biex innaqqsu mir-responsabilità tagħna.", "Jien kontra dan ir-raġunament u n-naħa tal-Oppożizzjoni kontra wkoll.", "Imma kien hemm xi darba fejn il-Gvern formalment jew informalment ġie avviċinat b'xi tip ta' proposta simili?", "Jekk xi ħadd xi darba jagħmel tali avvanz, x'inhi fil-fehma tiegħek il-pożizzjoni tagħna?", "Nerġa' ngħid li jien għamiltha ċara li m'għandna qatt inċedu s-search and rescue area ta' pajjiżna, kbira kemm hi kbira!", "Kif tħares lejn il-proposta ta' task force u kif din tikkombaċa mad-disembarcation rule?", "Bħalma taf hemm proposta ta' task force li testendi minn naħa sa oħra tal-Mediterran imma mbagħad kif jgħid il-Malti, kollox idur ma' min se jwaħħal il-ġonġol ma' għonq il-qattus!", "Fl-aħħar mill-aħħar dawk il-persuni li jkunu salvati f'liema port se jiġu żbarkati?", "U allura hawnhekk tidħol il-famuża Dublin 2.", "Nitolbok biex tħossok liberu fuq jekk tridx tirrispondi jew le għax naf li din hija l-ewwel laqgħa u l-issue ta' Dublin 2 hija waħda vasta ħafna.", "Jiġifieri jekk trid tirrispondini f'seduta oħra ma nsibx diffikultà.", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet biex nifhem x'inhi l-fehma tal-Gvern fuq dawn il-punti.", "Ġustament inti semmejt dak il-programm li konna fuqu u lkoll missitna mill-viċin din l-esperjenza ta' dan it-tabib li tilef il-familja tiegħu jew li jidher li tilifha, jien nittama li mhux hekk.", "Imma dwar dawn l-aħħar traġedji li kellna x'inhu jagħmel il-Gvern biex jiffaċilita t-tlaqqigħ tal-familji li ġew mifruda minn dawn it-traġedji, fejn uħud minnhom qegħdin l-Italja u oħrajna qegħdin f'pajjiżna?", "Smajna wkoll fil-media, anke dik Maltija, li huma qegħdin – issa jekk hux ġustament jew le ma nistax ngħaddi ġudizzju - iħossu ċertu tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-awtoritajiet Taljani.", "Imma x'qed jagħmel il-Gvern biex jissoleċita n-naħa l-oħra ħalli dak li għandu jseħħ iseħħ u jekk huwa possibbli dawn il-familji jerġgħu jiltaqgħu flimkien wara li ġew mifruda sforz dawn it-traġedji hekk kbar?", "Għalissa se nieqaf hawn biex nagħti spazju lill-sħabi li jixtiequ jitkellmu.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: L-ewwel nett Ministru nixtieq nirringrazzjak tad-dispożizzjoni tiegħek u ta' din l-introduzzjoni li għamiltilna.", "Kif diġa' għedtu intom dan huwa suġġett li jiftaħ ħafna u fih ħafna punti.", "Jien xtaqt insemmi żewġ punti partikolari.", "Sinċerament nemmen li huwa impossibbli li wara dawn it-traġitti m'hemmx interess ekonomiku u li bilfors la tkun organizzata b'dan il-mod hemm xi interess ekonomiku.", "Naħseb li hemm qbil li din hija attività kummerċjali.", "X'qed isir differenti forsi minn din l-amministrazzjoni jew minn mindu ħadt it-tmexxija inti u minn dak li kien isir qabel?", "Dan anke għaliex fejn tidħol l-immigrazzjoni irregolari nisimgħu ħafna affarijiet, dokumenti, laqgħat, konferenzi, eċċ u fejn forsi naqblu fuq ċerti punti imma fil-verità meta mbagħad tmur biex tmiss ir-riżultati n-nies hemm barra qed iħossu li finalment dawn mhumiex qed jaslu.", "Jien sinċerament naħseb li fejn jidħol ir-razziżmu u l-estremitajiet, dan qed ikun riżultat ta' biża', fis-sens li hemm nies hemm barra li qegħdin jaraw li l-awtoritajiet qegħdin ifallu fuq din il-problema u li minkejja li ntqalu ħafna affarijiet matul dawn l-aħħar snin, - għax din il-problema ma ġietx magħna llum imma ilha numru ta' snin magħna - fil-verità il-problema aktar qiegħda tiggrava milli tissolva!", "Wisq nibża' li meta mbagħad in-nies tibda tara dan ir-riżultat, se żżid il-problema tar-razziżmu għax jirrikorru għall-biża' u jipprovaw jieħdu l-liġi b'idejhom għaliex ikunu tilfu l-fiduċja fl-awtoritajiet.", "U għalhekk nixtieq li forsi ssemmi daqsxejn iktar – b'mod ħafif għax imbagħad ikollna ċans nidħlu fil-fond f'laqgħat oħra - dwar x'qiegħed isir differenti minn din l-amministrazzjoni għax jekk qed isir kollox l-istess il-problema se tibqa' kif inhi.", "Fil-fatt mir-riżultati li qed naraw u mis-soluzzjonijiet li kienu offruti fil-passat jidher li dawn ma tawx ir-riżultati meħtieġa u allura bilfors li jrid ikun hemm soluzzjonijiet differenti.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jiena m'inix membru ta' dan il-Kumitat imma qiegħed nissostitwixxi membru ieħor, però ġaladarba jiena membru ta' din il-Kamra nixtieq nagħmel rimarka li forsi seta' kien ikun aħjar li kieku dan il-Kumitat tlaqqa' iktar kmieni.", "Din hija awtokritika anke fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew fil-baħar Mediterranju u anke fid-dawl tas-summit li qed isir u li se jsir din il-ġimgħa, fejn ovvjament huwa summit importanti ħafna għaliex qegħdin nissolevaw dan is-suġġett mill-Kunsill tal-Ministri sabiex jiġi diskuss fuq l-ogħla livell li huwa s-summit u fejn id-diskussjoni mbagħad taqa' f'idejn il-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea u li fl-aħħar mill-aħħar huma l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet f'isimna.", "Min-naħa tiegħi se nkun konċiż biex ma nieħux ħafna ħin.", "Il-Ministru għamel riferenza għall-interpretazzjoni tal-liġijiet internazzjonali ta' salvataġġ u ma tantx jidher li hawn xi diżgwid fl-interpretazzjoni ta' dawn il-liġijiet miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-Ministru semma' l-każ tal-vapur Salamis imma kien hemm każ ieħor qabel ukoll u li jekk m'inix sejjer żball dan seħħ fl-2009 u kellu x'jaqsam mal-vapur MV Pinar del Rio.", "Dakinhar il-Gvern Malti ħass li l-vapur kellu jsalpa lejn l-iktar port viċin u sigur għaliex dak kien fl-aħjar interess tal-persuni li kienu ġew salvati.", "U naħseb li dan huwa punt importanti ħafna għaliex aħna għandna nkunu pajjiż li ma niddejqu qatt u m'għandna qatt noqogħdu lura milli nerfgħu r-responsabilitajiet tagħna internazzjonali.", "Fejn imiss lilna li nsalvaw lin-nies għandna nagħmluh u m'għandna qatt nonqsu minn dak l-aspett.", "Imma fejn hi responsabilità ta' stati membri oħra u anke ta' pajjiżi terzi li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea, hemmhekk għandna nżommu sod għaliex huwa importanti li bħalma nemmnu li r-responsabilità tagħna għandna nerfgħuha, għandna nesiġu wkoll li dan isir minn pajjiżi oħra li ovvjament huma ħafna ikbar minna u għandhom ħafna riżorsi aktar minna.", "Se nagħmel ftit mistoqsijiet fil-qosor lill-Ministru.", "Jekk m'inix sejjer żball, dan l-aħħar kellna f'Malta lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ghana u dan kien iltaqa' mal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin.", "Ministru x'ħareġ minn din il-laqgħa?", "Il-Ghana huwa pajjiż ta' oriġinu u forsi huwa wkoll pajjiż ta' tranżizzjoni … (Interruzzjonijiet) Naqblu li aktar jiġu nies mill-Eritrea u mis-Somalja.", "Imma naħseb li huwa interessanti jekk forsi tirrapporta lil dan il-Kumitat bl-eżitu tad-diskussjonijiet li inti kellek mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ghana.", "X'ħareġ b'mod konkret mil-laqgħat bilaterali li saru fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti?", "Naf li l-Prim Ministru kellu numru ta' laqgħat u issa għadda xahar minn mindu saru dawk il-laqgħat.", "Allura x'azzjonijiet konkreti jew xi ftehim sar li se jwassal sabiex pajjiżna jkompli jtaffi mill-isfida li għandu?", "Fl-aħħar mill-aħħar kif iħares il-Ministru lejn id-diskussjonijiet fuq livell Ewropew sabiex nidħlu fi trattati ma' pajjiżi ta' oriġinu u anke ma' pajjiżi ta' tranżitu?", "Naħseb li s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, jekk xejn ippermettitielna nissollevaw l-istatura ta' pajjiżna.", "U li kieku kellna nidħlu f'diskussjonijiet ma' dawn il-pajjiżi, wisq probabbli naslu f'konklużjonijiet ħafna inqas milli kieku dawn id-diskussjonijiet isiru fuq livell Ewropew.", "Ir-raġuni hi li l-Unjoni Ewropea, meta tiddiskuti, permezz tar-rappreżentanta għolja Catherine Ashton li qiegħda titkellem f'isem l-Unjoni Ewropea, qiegħda tagħmel dan f'isem it-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea.", "Id-determinazzjoni tiegħek Ministru li tagħfas fuq dan il-punt biex l-Unjoni Ewropea tkompli tisħaq - għax naħseb li s'issa m'għamlitx biżżejjed fid-diskussjonijiet tagħha – mal-pajjiżi ta' oriġinu u ta' tranżitu.", "Li tgħallimt jien hu li ħafna drabi nħarsu lejn dawn il-pajjiżi li għandhom diffikultà għax uħud minnhom mhumiex demokratiċi u allura l-isfida biex tinnegozja hija ikbar għax qed titkellem ma' persuna li mhijiex eletta b'mod leġittimu mill-poplu.", "L-importanza wkoll li mhux biss nibagħtu lura lil dawn in-nies - u hawnhekk qed nitkellem fuq persuni li nstabu li qegħdin jgħixu f'pajjiżna jew li daħlu fl-Unjoni Ewropea b'mod illegali – imma li eventwalment inħarsu lejn il-long term objective u li allura l-Unjoni Ewropea tinvesti f'dawn il-pajjiżi.", "Nafu li wħud minn dawn in-nies li jkunu waslu fil-konfini Ewropej b'mod illegali, uħud minnhom ikunu għamlu dan għal skopijiet ekonomiċi.", "U jekk irridu ntejbu l-ħajja ta' dawn il-persuni fil-pajjiżi tagħhom, irridu ninvestu u nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tagħfas ħafna iktar fuq dan il-punt.", "U pajjiżna, fiċ-ċokon tiegħu, għandu jkompli jisfrutta mill-isħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa l-ħin li fadal se nħallih għall-Ministru biex iwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu.", "Imma qabel se nirrispondi mistoqsija żgħira dwar ir-raġuni li tlaqqa l-Kumitat issa u mhux aktar qabel.", "Biex jitlaqqa' dan il-Kumitat ovvjament kien hemm bżonn żewġ affarijiet; l-ewwelnett li n-nies li se jifformaw dan il-Kumitat ikunu magħrufa minni bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "U ħaġa oħra li kien hemm bżonn hi li peress li dan il-Kumitat mhuwiex magħmul bi standing order partikolari imma kien maħluq fil-leġiżlatura preċedenti bi qbil bejn il-partijiet waqt laqgħa fil-House Business Committee u allura, li kieku ma reġax ġie mtella' fil-House Business Committee biex il-membri jaqblu li se jkun hemm l-istess terms of reference għal din il-leġiżlatura, dan il-Kumitat ma kienx jeżisti.", "Fil-fatt l-ewwel darba li tela' fil-House Business Committee u kien hemm agreement li dan jerġa' jibda jitlaqqa', - fil-fatt dan seħħ il-ġimgħa l-oħra – jien mill-ewwel informajt lill-Membri maħtura sabiex inlaqqa' l-Kumitat minnufih.", "EMANUEL MALLIA: Il-punti li saru mill-Onor.", "Membri kollha huma ta' interess imma kif qal l-Onor.", "Michael Falzon wieħed ikun jista' jidħol fil-fond tagħhom waqt laqgħat oħra għax huwa impossibbli li nwieġeb għall-mistoqsijiet kollha li saruli f'din l-aħħar kwarta.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi staqsa dwar x'qiegħed jimmira għalih dan il-Gvern.", "Ovvjament l-Onor.", "Azzopardi kien ministru huwa wkoll u għandu esperjenza tal-Kunsill tal-Ministri.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li għandna bżonn nagħmlu u li meta nagħmluha m'għandhiex titpoġġa fl-istaffa tal-arroganza, hi li wieħed f'dawn il-Kunsilli tal-Ministri jitkellem b'mod ċar fuq il-pożizzjoni tagħna u jekk ikun qed isir biss kliem u xejn fatti, dan allura ngħiduh.", "Din ma nsejħilhiex arroganza imma bħala ministru, – u jien hekk għamilt s'issa meta attendejt – b'mod diplomatiku u b'mod li nwassal il-messaġġ tiegħi ma noħroġx mil-laqgħa jekk ma nkunx sodisfatt.", "Pereżempju jista' ikollok suġġett – din innotajtha u mhux neċessarjament Malta - importanti ħafna għal pajjiż partikolari imma bil-mod ta' kif tiġi stradata din il-konferenza jpoġġulek dan is-suġġett bħala l-aħħar wieħed fuq l-aġenda.", "U allura kulħadd ikun kważi telaq għax ħafna minnhom ikunu jridu jaqbdu l-ajruplan u dak li jkun isib ruħu li fi kwestjoni ta' ħames minuti jrid jiddiskuti dak is-suġġett daqshekk importanti għalih.", "Jekk għandna punt li bħala pajjiż għandna bżonn niddiskutu, aħna se niddiskutuh u jekk wieħed joħroġ minn hemmhekk, irid joħroġ bil-premura li n-negozjati jridu jitkomplu, li l-bibien mhux qed jiġu magħluqa u li wieħed lives another day to fight his national interests.", "Li hu interessanti wkoll hu li aħna qegħdin nipprovaw – din forsi nista' norbotha ma' dak li staqsieni l-Onor.", "Schembri – naraw – din kienet ukoll ħolma ta' politiku fil-passat – li filwaqt li għandek pajjiżi tan-Nord, li meta jkun hemm suġġett interessanti li jolqot lilhom, dawn jiltaqgħu qabel u jkollhom kumitati minn qabel biex meta jiġu għall-Kunsill tal-Ministri jkollhom vuċi waħda u jagħmlu ċertu lobbying, - għandek ukoll l-Eastern countries fejn l-Unjoni Ewropea qiegħda wkoll tisdenihom bħala osservaturi – isir l-istess mill-pajjiżi tal-Mediterran, fosthom il-Portugall, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Greċja u Malta.", "Huwa importanti li nibdew naħsbu f'dan is-sens għax il-problema tal-immigrazzjoni irregolari ma tolqotx lilna biss.", "Proprju l-bieraħ kien hawn il-Prim Ministru Grieg li qal kif din il-problema qiegħda taffettwa ħafna lil pajjiżu.", "U meta ngħidu għalxiex qed nimmiraw, il-kelma \"timmira\" f'dawn il-laqgħat ma tantx hija daqshekk dik il-kelma li wieħed għandu juża imma aktar għandna ngħidu wieħed x'jaspira li jasal għalih.", "Aħna qegħdin nipprovaw naraw din is-sitwazzjoni.", "Pereżempju, kemm ilni Ministru jidher li kien hemm diversi pajjiżi u ambaxxaturi li kkritikawna fuq is-sitwazzjoni tad-detenzjoni tagħna u li aħna nużaw is-sistema tad-detenzjoni għall-immigranti li jidħlu f'pajjiżna.", "Jiena ngħid Allaħres m'għandniex din is-sistema!", "Jiena bħala Ministru responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.", "U mela jien naf min huma dawn in-nies li qed jidħlu f'pajjiżna llegalment?", "Dawn li jiġu f'pajjiżna bla dokumentazzjoni inti taf jekk fosthom għandekx xi membri ta' ċelloli terroristiċi?", "U dawn jippretendu li aħna ma nagħmlux detenzjoni biex nistħarrġu fuq dawn in-nies u li mill-ewwel nitfgħuhom fit-toroq u fil-pjazez tagħna!", "Jiena nixtieq nara bħala Ministru aktar sistema ta' intelligence biex naraw x'tip ta' nies qegħdin jiġuna hawnhekk, min huma n-nies li qegħdin jibqgħu f'pajjiżna, x'kuntatti jista' ikollhom, x'qiegħed jiġri u fejn qed ikunu.", "Irridu naraw ukoll dan l-aspett.", "Issa jkun hemm min jgħid li l-Unjoni Ewropea tatna l-miljuni tal-ewro fuq din il-kwestjoni.", "Imma jien ngħid li din mhux qed tagħtina l-karità.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd imma min joħroġ jgħid hekk l-ewwelnett jiena ngħidlu li mhux ġibna imma dawn ħadnihom bi dritt.", "Hekk jonqos ukoll!", "Mela għandek din is-sitwazzjoni, qiegħed tgħaddi minn dan kollu u ma tingħatax fondi tal-Unjoni Ewropea!", "Anzi jiena ngħid kif qal il-Prim Ministru Grieg il-bieraħ u ċioè li jekk inti verament tieħu n-nitty gritty tas-sitwazzjoni, issib li aħna nitilfu qegħdin u mhux niggwadanjaw.", "Pereżempju l-patrol boats tagħna on the go 24/7, mela din jekk suppost isservik tant snin se tispiċċa sservik inqas.", "Dan apparti l-fuel li qed jintuża u mbagħad għandek l-ajruplan li qed jittajjar biex nagħmlu s-sorveljanza.", "Din l-istess ħaġa bħal meta bniedem jitkellem fuq ix-xogħol; ix-xogħol huwa dritt tal-bniedem u jekk jien ipprovdejtlu x-xogħol għamilt dak li huwa fid-dover tiegħi li nagħmel.", "L-istess ħaġa hawnhekk.", "Jekk dawn jagħtuna l-fondi, qed jagħtuhomlna bi dritt u mhux b'xi kapaċità ta' xi ħadd.", "Pereżempju, meta tkellimt mal-Kummissarju Malmstrom qaltli li hemm dawn il-fondi li nistgħu nużawhom u fil-fatt ħadna €2.5 miljun.", "Imma l-kwestjoni mhijiex waħda finanzjarja għax bil-finanzi mhux se ssolvi l-problema li għandna.", "Imbagħad l-Onor.", "Azzopardi staqsa – din kienet mistoqsija pertinenti ħafna - dwar il-kwestjoni tat-tlaqqiegħ tal-familji.", "Jien sal-lum stess rajt kif jintbagħat note verbal permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Esteri biex wieħed jipprova jħaffef kemm jista' ikun din is-sitwazzjoni.", "F'din is-sitwazzjoni għandek nies li salvaw l-Italja u għandek nies oħra li qegħdin f'pajjiżna u ħadd ma jaf x'ġara minn xulxin.", "It-trawma li għaddew minnha dawn in-nies hija kbira u għalhekk irridu nipprovaw naraw x'nagħmlu biex nispinġu lill-awtoritajiet Taljani ħalli jaċċelleraw dan il-proċess.", "L-Onor.", "Azzopardi staqsieni wkoll fuq id-Dublin II.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Falzon naħseb li għandna bżonn seduta sħiħa biex niddiskutu din l-issue.", "L-Onor.", "Schembri qal – u jien naqbel miegħu – li din hija attività kummerċjali.", "Ngħid ukoll li din mhijiex biss problema ta' Malta, l-Italja u l-pajjiżi fil-Mediterran u lanqas hija problema biss tal-Unjoni Ewropea imma ngħid li hija problema anke tal-United Nations għaliex hemm ħafna pajjiżi li għandhom ċerta għajnuna li jagħtu lil dawn il-pajjiżi minn fejn joriġinaw dawn in-nies u għallinqas, jista' ikun hemm affjatament biex jekk wieħed għandu bżonn li joħroġ dokumentazzjoni jew jaċċetta lura l-immigranti illegali, dawn għandhom jgħinu u jkunu kooperattivi.", "L-Onor.", "Callus staqsa dwar il-Ghana.", "Milli jidher ma tantx għandna persuni mill-Ghana u naħseb li jekk wieħed jiġi miċħud mill-protezzjoni m'hemmx diffikultà sabiex jintbagħat lura.", "U filwaqt li t-taħdidiet kienu mal-Ministeru tal-Affarijiet Esteri, peress li l-problema mhijiex hemm ma deherlix li għandi għalfejn nidħol fiha.", "Imma l-Prim Ministru, meta kien għal-laqgħa tal-United Nations iltaqa' u bdew it-taħdidiet mas-Somalja, liema taħditiet ovvjament irridu nkompluhom.", "Għandek parti mis-Somalja li għadha f'ċerti diffikultajiet mentri s-sitwazzjoni fis-Somaliland hija daqsxejn aħjar, però irridu dejjem naraw li sakemm persuna qiegħda tapplika għall-ażil, u allura għall-protezzjoni, inti ma tistax tagħti tagħrif dwarha għax inkella tkun qiegħed tipperikolaha.", "Huwa biss jekk l-applikazzjoni tagħha għall-ażil tiġi aċċettata li inti tista' tibda tagħmel xi ħaġa mal-pajjiż partikolari għax inkella tkun qed tikser id-drittijiet fondamentali ta' dik il-persuna.", "L-Onor.", "Schembri semma' kif iħossu l-Malti u l-Għawdxi f'din is-sitwazzjoni.", "Jiena naf li għandek ċerti żoni fejn għandhom ċerti problemi u filwaqt li wieħed irid jirrispetta l-protezzjoni li għandu jkollhom dawn in-nies, jiena nappella lil dawn in-nies sabiex josservaw il-liġijiet tagħna.", "Kull persuna li tgħix f'dan it-territorju għandha tosserva l-liġi, hi min hi u ngħatatx jew le l-protezzjoni.", "Fejn hemm ksur tal-liġi jiena nħoss li m'għandniex naħsbuha darbtejn biex nipprovaw inġibu l-ordni.", "Għal-lum naħseb li ttrattajna dan is-suġġett.", "Issa nitlobkom tgħiduli għall-futur liema huma s-suġġetti speċifiċi li tixtiequ tiddiskutu ħalli niġi ppreparat u jekk ikun hemm bżonn anke nġib xi statistika jew data oħra.", "THE CHAIRPERSON: Ministru nirringrazzjak ħafna tal-ħin tiegħek.", "Naħseb li issa nistgħu ngħaddu għal affarijiet oħra.", "Kulma għandna hija korrispondenza waħda li hija ittra mibgħutha mingħand Dr Emy Bezzina.", "Għandkom kopja quddiemkom biex tkunu tistgħu tarawha bil-kwiet.", "JASON AZZOPARDI: Peress li din l-ittra hija ta' Dr Emy Bezzina u allura tirrikjedi ċertu ħsieb, nistgħu ningħataw iż-żmien biex inkunu nistgħu neżaminawha fid-dettall?", "THE CHAIRPERSON: Bil-qalb kollha.", "Fil-fatt hekk kont se nissuġġerixxi.", "Ovvjament għamiltilkom kopja kollha biex tkunu tistgħu tarawha.", "Li nissuġġerixxi li nagħmel, ġaladarba qegħdin hawnhekk - għalkemm hawn żewġ membri li huma sostituti ta' membri oħra – hu li nipprovaw naraw f'liema data se niltaqgħu biex forsi ma jkollniex daqshekk diżgwid fuq il-ġurnata magħżula.", "Li nissuġġerixxi li nagħmlu fis-seduta li jmiss huwa sempliċement lista tas-suġġetti li se nkunu qegħdin niddiskutu waqt dawn il-laqgħat.", "Peress li s-suġġett huwa vast ħafna rridu nagħżlu minn dik il-lista liema huma l-ikbar prioritajiet li għandna nibdew bihom.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li għandek raġun.", "Issa jekk hemm membri ta' dan il-Kumitat li jkollhom ideat fuq xi affarijiet li jridu jniżżlu fl-aġendi futuri, jgħadduhomli ħalli meta nippjana l-meeting li jmiss inkun nista' indaħħalhom.", "Feel free li tagħtu l-ideat tagħkom anke qabel il-Kumitat.", "Jiena l-kumitati tiegħi hekk inħobb immexxihom u nirringrazzja lil kull membru li attenda llum.", "Ma nixtieqx li nippolitiċizzaw dan is-suġġett għax l-immigrazzjoni irregolari sfortunatament hija pjaga li teżisti f'kull pajjiż u hija xi ħaġa li taffettwa lilna lkoll.", "Din hija plight ta' nies li huma verament fil-bżonn u allura nixtieq li nibqgħu nitrattawhom b'dan il-mod.", "Nipprovaw naraw jekk hemmx data oħra fil-qrib li nistgħu naħsbu fuqha.", "Grazzi.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, qabel xejn nirringrazzjak.", "L-uniku diffikultà li għandi biex nikkommetti ruħi għal data hija ċ-chairmanship li qed ikolli nagħmel tal-Public Accounts Committee, fejn nittama li jkun hemm ċerta tqarrib ta' konklużjoni biex inkun tfajtha b'mod diplomatiku ħafna imma naħseb li fadlilna ftit għaddejjin.", "Kieku idealment niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla kif qalet l-Onor.", "Marlene Farrugia biex ikollna postmortem tal-Council.", "Imma l-ġimgħa d-dieħla, jekk m'inix sejjer żball għandna PAC it-Tnejn u l-Erbgħa.", "THE CHAIRPERSON: L-unika problema bil-ġimgħa d-dieħla hi li se nkun qiegħda Londra għax ġejt mistiedna bħala ċ-Chairperson tas-Social Affairs Committee fuq drug policy.", "Għalhekk it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa tad-dieħla mhux se nkun Malta.", "JASON AZZOPARDI: Imbagħad il-ġimgħa ta' wara se jkun jum il-budget u allura dik il-ġimgħa out of the question.", "L-Erbgħa 6 ta' Novembru hemm il-PAC imma rigward it-Tlieta ma nafx jekk hemmx xi ħaġa.", "Sinjura President, inti l-ġimgħa d-dieħla se tkun imsiefra t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa?", "Imma ma niddejjaq xejn li kieku kellna niltaqgħu fi ġranet li mhumiex tal-Parlament.", "Madankollu naf li ħafna minna jkunu mpenjati b'affarijiet oħra.", "JASON AZZOPARDI: Mela l-aħjar nistennew sakemm tiġi inti lura u mbagħad la tirritorna lura nagħmlu ftit ta' abbokkament biex naraw meta nistgħu niltaqgħu.", "THE CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Mela għal-lum nistgħu nieqfu hawnhekk u naġġorna din il-laqgħa.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-8.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20131022_008d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 8", "It-Tlieta, 22 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.02 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Ryan Callus (sostitut) u l-Onor.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Diskussjoni mal-Ministru Emanuel Mallia dwar l-Immigration Policy u d-Detetion Policy.", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor Deborah Schembri, semmiet kif għal darb'oħra dan il-Kumitat ingħata r-remit li jiddiskuti l-immigrazzjoni irregolari.", "Semmiet kif id-dokument \"Irregular Immigrants; Refugees and Integration Policy Document\" imur lura għas-sena 2005 u għalhekk kien wasal iż-żmien sabiex dan jiġi rivedut.", "Għaldaqstant staqsiet lill-Ministru Mallia dwar jekk hemmx ħsieb li tiġi mġedda l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Il-Ministru Emanuel Mallia ressaq il-preżentazzjoni tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Fost affarijiet oħra ta rendikont ta' dak li jgħaddu minnu dawn in-nies meta jiddeċiedu li jitilqu minn pajjiżhom.", "Semma' kif hemm organizzazzjonijiet kriminali li ma jeżistux biss fil-Libja, minn fejn jitilqu l-maġġoranza ta' dawn in-nies, imma li dawn l-organizzazzjonijiet jeżistu wkoll fl-Ewropa.", "U għalhekk il-bżonn li jiġu meqruda dawn iċ-ċrieki.", "Il-Ministru saħaq ukoll fuq il-burden sharing u l-burden responsibility mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ħalli jgħinu lil dawk il-pajjiżi li qed jidħlu għandhom dawn ir-refuġjati rregolari.", "Il-Membri preżenti għal din il-laqgħa għamlu numru ta' mistoqsijiet lill-Ministru Mallia, li min-naħa tiegħu wieġeb għall-mistqosijiet li sarulu.", "Fl-aħħarnett iċ-Chairperson talbet lill-Membri tal-Kumitat sabiex fil-laqgħa li jmiss kulħadd jagħmel lista tas-suġġetti li se jkunu qegħdin jiddiskutu fil-laqgħat sussegwenti.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha titħabbar aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131022_008m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 9", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 23 ta' Ottubru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar l-ittra mibgħuta lill-Kumitat mill-Onor.", "Toni Bezzina fuq l-inċidenti bil-karozzi fit-toroq ta' pajjiżna.", "Diskussjoni mill-Membri tal-Kumitat dwar ir-rapport tal-GWU fuq il-Prekarjat – Kontinwazzjoni.", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131023_009a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 9", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 9", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, f'12.08 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 8, li saret nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru 2013, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Chris Fearne): Għandna żewġ items ta' korispondenza.", "L-ewwel waħda hija mill-iSpeaker tal-Parlament, li għaddielna ittra mingħand l-iSpeaker tal-Parlament Sirjan fejn qed jipprova jispjega s-sitwazzjoni li għaddejja fis-Sirja min-naħa tal-Gvern, u talabna biex nifhmu li din hija kriżi umanitarja.", "Qed insemmiha hawnhekk mhux biex nagħtu appoġġ lill-Gvern Sirjan, għax aħna diġà ddikjarajna li nemmnu li r-ribelli huma r-rappreżentanza xierqa tal-poplu Sirjan.", "Imma, ladarba kellna din il-korrispondenza, irrid insemmiha.", "Għandna wkoll ittra datata 18 ta' Settembru 2013 u email datata 23 ta' Settembru 2013, fejn il-Viċi President tal-Kummissjoni qed jgħarrafna li l-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew se jibdew jirċievu dokumenti li s'issa ma kenux qegħdin jirċievu, imma li kienu jintbagħtu biss lill-Gvernijiet.", "Dawn id-dokumenti ma jkunux dokumenti klassifikati.", "Dan se jżidilna x-xogħol għal Working Group 1 għax aktar se jkollna x'niddiskutu, imma dejjem tajjeb li deċiżjonijiet u regolamenti tal-Kummissjoni jkunu miftuħin għall-iskrutinju tal-parlamenti nazzjonali.", "Jekk m'għandniex xi ngħidu fuq dawn iż-żewġ items ta' korrispondenza, nistgħu niġu għall-item prinċipali tal-lum, li huwa diskussjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK IL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL DWAR IT-TWAQQIF TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW (KUMM(2013)534) TISSODISFAX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "THE CHAIRMAN: Din il-proposta diġà ddiskutejnieha darbtejn.", "L-ewwel darba konna ddiskutejnieha f'dan il-Kumitat, fejn kien hawn preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, ir-rappreżentanta tal-Kummissjoni li ġiet minn Brussell biex tispjegalna l-pożizzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Avukat Ġenerali li spjegalna l-pożizzjoni tiegħu.", "Din il-proposta ddiskutejnieha wkoll fil-Working Group 1, liema kumitat jifli d-dokumenti tal-Unjoni Ewropea rigward is-sussidjarjetà.", "Id-deċiżjoni tal-Working Group 1 kienet li għandna mmorru għal reasoned opinion li għandha tiġi diskussa u approvata minn dan il-Kumitat peress li hija ta' ċerta portata.", "Fil-fatt, illum, għalhekk qed niltaqgħu.", "Bagħtnielkom kopja tad-draft aħħari tar-reasoned opinion, u jekk tippermettuli, se nagħmel sommarju ta' dak li ddiskutejna fl-aħħar żewġ laqgħat, anke għall-benefiċċju ta' min ma kienx preżenti fl-aħħar żewġ laqgħat.", "F'Lulju ta' din is-sena, il-Kummissjoni ressqet proposta rigward il-European Public Prosecutor's Office, l-EPPO, minħabba li dan l-uffiċċju huwa statutorju skont it-Trattat ta' Lisbona.", "Bħala pajjiż, diġà ntrabatna li naċċettaw li jkun hemm dan l-EPPO.", "Dan l-uffiċċju huwa bżonnjuż għax se jkun qed isaħħaħ idejn il-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u kontra kull reat li jista' jkollu interess finanzjarju tal-Unjoni.", "Din il-funzjoni mhux neċessarjament jistgħu jagħmluha b'mod qawwi l-Istati Membri u li, għalissa, għall-prosekuzzjoni ta' reati ta' frodi, anke kontra l-Unjoni Ewropea nnifisha, dan huwa l-kompitu tal-Istati Membri individwalment.", "Għalkemm l-OLAF tista' tagħmel l-investigazzjoni, ma tistax tressaq prosekuzzjoni, għax il-prosekuzzjoni jressquha l-Istati Membri.", "B'din il-proposta tal-EPPO, il-Kummissjoni se jkollha iżjed saħħa li tkun tista' mhux biss tinvestiga b'mod amministrattiv, imma anke b'mod aktar profond u tressaq il-Qorti individwi u kumpaniji.", "Kif spjegalna l-Avukat Ġenerali, din il-proposta se toħloq problemi lil Malta – u aħna fuq Malta qegħdin nitkellmu – mhux għax ma naqblux mal-Uffiċċju tal-EPPO, imma għax se jkun hemm problemi kostituzzjonali.", "Dan għaliex, skont il-Kostituzzjoni, ma jista' jkun hemm ħadd fuq l-awtorità tal-Avukat Ġenerali, inkluż ebda uffiċjal inkarigat mill-Kummissjoni.", "F'Malta, il-prassi u l-liġijiet dejjem inbnew billi l-Pulizija tinvestiga u tiftaħ il-proċeduri – intom kollha avukati u għalhekk tgħallmuni – imbagħad l-Avukat Ġenerali għandu d-dritt li li jkompli, iwaqqaf jew ibiddel il-mod kif issir prosekuzzjoni.", "B'din il-proposta, fejn jidħlu affarijiet ta' frodi fuq skala Ewropea, kemm l-investigazzjoni kif ukoll il-prosekuzzjoni se tkun qed issir minn dan l-uffiċċju tal-EPPO, u allura se tbiddel il-prassi li ssir hawn Malta.", "Aħna ddiskutejna dan fil-Working Group 1, u qegħdin nipproponu reasoned opinion li tgħid li, filwaqt li naqblu mat-twaqqif ta' Uffiċċju għall-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ma nħossux li l-mod kif qed jiġi implimentat huwa l-inqas mod intrussiv.", "Meta niġu għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, dan il-punt huwa importanti, u għalhekk qed ngħidu li din il-proposta tista' ssir b'mod li ma jmissx daqshekk il-liġijiet u l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Fil-fatt, f'din ir-reasoned opinion qed insemmu li hemm proposti minn gvernijiet oħrajn, pereżempju mill-gvernijiet Ġermaniż u Franċiż, li qegħdin jissuġġerixxu twaqqif tal-EPPO imma b'mod differenti, fejn, minflok b'mod vertikali, jkun iżjed orizzontali biex is-setgħat tal-pajjiżi membri individwali jibqgħu mhux mittiefsa, kif se jkunu mittiefsa b'din il-proposta.", "Hawnhekk nixtieq niftaħ id-diskussjoni biex jekk għandna xi kummenti jew proposti differenti milli hemm fid-draft reasoned opinion, nitlobkom tressquhom ħalli nkunu nistgħu nieħdu deċiżjoni.", "Nixtieq li nieħdu deċiżjoni llum, għax id-deadline biex nippreżentaw din ir-reasoned opinion lill-Kummisjoni huwa nhar it-Tnejn li ġej, 28 ta' Ottubru 2013.", "Jekk illum naqblu fuq ir-reasoned opinion, inkun irrid nirrapporta lill-Kamra llum stess, biex imbagħad l-iSpeaker ikun jista' jippreżentaha nhar it-Tnejn li ġej.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nixtieq li nagħmel xi kummenti fil-qosor.", "Jien m'għandix diffikultà mal-konklużjoni finali ta' din l-opinjoni, u wisq inqas li nagħlqu llum għax konxju anke mir-responsabilitajiet tat-termini f'ħaġa importanti bħal din.", "M'iniex għalkollox konvint għalfejn qed nagħmlu din l-enfasi kollha fuq ir-raġunament tal-Kostituzzjoni ta' Malta, għax nassumi li l-Uffiċċju ta' Avukat Ġenerali f'ħafna pajjiżi fl-Ewropa – biex inkun eżatt, m'għandix dan l-istudju komparattiv – ħafna drabi huwa meqjus bħala enti indipendenti.", "Għalhekk, meta qed nibbażaw ir-reasoned opinion fuq il-kwestjoni tal-Kostituzzjoni biss, naħseb li mhux l-aktar mod konvinċenti kif irressqu l-argument tagħna.", "It-tieni nett, jekk qed nifhem tajjeb, fil-konklużjoni qed nenfasizzaw – u jien naqbel ma' din l-enfasi – li aħna m'aħniex kontra t-twaqqif tal-EPPO per se, imma m'aħniex naqblu mal-istruttura u l-kompetenza ta' dan l-uffiċċju.", "Jekk għandna l-ħin biex xi ħadd jerġa' jifformula din ir-reasoned opinion u jitfa' d-dawl mill-ewwel fuq dan il-punt tas-sussidjarjetà – li jfisser li kull pajjiż membru, bl-istruttura orizzontali minflok vertikali, ikun qed jipparteċipa aħjar anke fil-funzjonament – naħseb li nkunu aktar konvinċenti.", "Mill-bqija, m'għandix problema li nagħti l-appoġġ tiegħi għal din ir-reasoned opinion.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita u Tkabbir Ekonomiku): Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija ta' kjarifika u qed nagħmilha lilek, fl-assenza tal-Avukat Ġenerali.", "Fit-tieni paragrafu tal-konklużjoni qed jintqal li qed naqblu mal-European Public Prosecutor per se, imma għandu jkun hemm struttura ta' kolleġjalità: dan qed jirreferi għall-kolleġjalità li jkun hemm il-Public Prosecutor fuq livell Ewropew, imbagħad l-Avukat Ġenerali ta' kull stat membru li jiltaqa' b'mod kolleġjali u jiddeċiedu dwarha, jew qed ngħidu li nneħħu l-European Public Prosecutor, u l-public prosecutors ta' kull stat membru jiltaqgħu bejniethom b'mod kolleġjali?", "Ma nafx jekk l-Avukat Ġenerali spjegax dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Aħna ma dħalniex f'dan il-punt għax iddiskutejna l-proposta kif inhi, u mhux x'inhuma l-alternattivi tagħha.", "Forsi s-Sur Kenneth Curmi jista' jilluminana dwar dan.", "Hemm proposta oħra mill-gvernijiet Grieg u Franċiż li ngħaqdu flimkien u qegħdin jipproponu alternattiva.", "Meta aħna rajna din il-proposta, dehrilna li tagħmel iżjed sens minn din il-proposta.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Għalkemm jien m'iniex espert legali, safejn nista' nifhem jien, skont il-proposta, l-istruttura li tal-EPPO se tkun kolleġjali, jiġifieri se jkun hemm l-EPPO u l-awtoritajiet min-naħa tal-pajjiżi membri, li bejniethom se jifformaw din l-istruttura kolleġjali.", "Huma se jkollhom id-dritt tal-inizjattiva, għax l-EPPO se jkun the Prosecutor's Office.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb li niddiskutu dawn l-affarijiet, imma l-iżjed ħaġa importanti hija li naraw jekk din il-proposta tmissx is-sussidjarjetà jew le.", "Aħna mhux neċessarjament irridu noffru alternattiva.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: L-iskop, jekk qed nifhem sew, huwa li jkun hemm din l-istruttura tal-European Public Prosecutor, imma f'forma mhux ġerarkika, jiġifieri l-European Public Prosecutor, imbagħad il-Public Prosecutor tagħna fil-figura tal-Avukat Ġenerali, li jkun taħt il-European Public Prosecutor.", "THE CHAIRMAN: Mhux hekk qegħdin jipproponu.", "Huma qegħdin jipproponu li jkun hemm Public Prosecutor appuntat mill-Kummissjoni; imbagħad, f'kull pajjiż ikun hemm a delegate prosecutor li jkun impjegat u jkun hu responsabbli, jiġifieri lanqas mhu se jkun l-Avukat Ġenerali tagħna.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jien rajt l-inkartament fejn huma qegħdin jipproponu li l-European Public Prosecutor, on his own initiative, jista' jinvestiga fejn isibu frodi li għandu x'jaqsam, pereżempju, ma' fondi Ewropej, f'pajjiżi membri.", "Jekk qed nifhem sew il-konklużjoni – u jien nabbraċċaha – aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm koordinament u sens ta' kolleġjalità fejn kemm il-European Public Prosecutor, u l-prosecutor tagħna, flimkien mal-prosecutors tal-Istati Membri, ikunu pari.", "Jekk dan huwa l-każ, min-naħa tiegħi, naqbel ma' dik il-konklużjoni.", "Nixtieq nirreferi wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Zammit Dimech, fejn semma l-motivazzjonijiet tagħna dwar ir-raġuni għalfejn se nopponu.", "Naqbel miegħu li r-raġuni ewlenija m'għandhiex tkun li hemm xi tip ta' infrazzjoni tal-Kostituzzjoni ta' Malta minħabba l-irwol tal-Avukat Ġenerali.", "Naħseb li l-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa importanti u għandu jitqies fuq l-istess livell għax, l-ewwel nett, huwa prinċipju li nabbraċċaw, u huwa prinċipju fundamentali tal-istess Unjoni Ewropea li aħna, bħala pajjiż membru, dejjem sħaqna fuqu kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi, din għandha tkun il-motivazzjoni ewlenija ta' din ir-reasoned opinion.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Forsi nistgħu nagħmlu re-wording f'dan is-sens: m'hemmx għalfejn li din ir-reasoned opinion terġa' tiġi quddiem dan il-Kumitat kemm-il darba qed naqblu dwar dawn il-parametri.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li xorta għandna nsemmu l-Kostituzzjoni tagħna.", "MICHAEL FALZON: Il-pożizzjoni tagħna għandha tibqa' l-istess.", "Naħseb li għandna nagħmlu enfasi fuq il-konċett u l-prinċipju tas-sussidjarjetà, għax b'hekk il-motivazzjoni tkun aktar fuq saqajn soda.", "Ma ninsewx li l-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa prinċipju fundamentali.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-opinjoni motivata rridu nagħmluha abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għax inkella mhemmx proċedura ta' opinjoni motivata.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Sur President, forsi nista' nagħti suġġeriment dwar ir-re-wording ta' din ir-reasoned opinion.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex inneħħu l-enfasi żejda li hemm fuq il-Kostituzzjoni, imma fl-istess ħin, xorta nsemmu l-Kostituzzjoni, naħseb li nistgħu nneħħu l-paragrafu li jibda \"madankollu l-Parlament...\" sal-\"Kostituzzjoni ta' Malta\", fejn hemm l-enfasi rigward il-problemi li jistgħu jiġu kkreati, kif issuġġerixxa l-Onor.", "Imbagħad, inħallu li \"l-Kostituzzjoni nazzjonali tagħna tesiġi li fl-eżeċizzju ...\" għax hemmhekk l-enfasi qiegħed fuq li din il-proposta ma tonorax il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u li r-relazzjoni għandha dejjem tinżamm qrib tal-livell nazzjonali.", "Naħseb li t-tieni parti hija in line ma' dan li qed naqblu fuqu.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jekk tippermettuli, din hija aktar kwestjoni ta' struttura, jiġifieri meta qed ngħidu f'\"2..2 - Miżuri fil-proposta\" u hemmhekk bdejna l-paragrafu b'\"Madankollu\" u bdejna bir-raġunar, hemmhekk nistgħu bħala point 1 jew point (a) nidħlu fil-prinċipju tas-sussidjarjetà għax, jekk il-motivazzjoni tagħna tkun ibbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, li huwa prinċipju tal-istess Unjoni Ewropea, għalhekk se jinftiehem mill-ewwel anke mill-Kummissjoni Ewropea.", "Wara li nidħlu fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, f'point 2 inkomplu fuq il-Kostituzzjoni, jiġifieri jkollna tip ta' struttura ta' motivazzjoni fejn nagħtu importanza lil dan il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Mhemmx għalfejn nerġgħu nivvintaw ir-rota, hawn qed naqbel mal-Onor.", "L-unika ħaġa li kont nagħmel f'2.3 tal-konklużjoni, fejn qed insemmu l-istruttura ta' kulleġġ, kien li kont nispjegaha aħjar, jiġifieri nuru ċar x'qed nifhmu bħala kulleġġ u min għandu jpoġġi f'dan il-kulleġġ, biex nagħmluha ċara li l-European Public Prosecutor u l-prosekutur tagħna, li fil-liġi tagħna huwa l-Avukat Ġenerali, qed jitqiegħdu pari passu bħala saħħa u poter.", "Fi kliem ieħor, qed nitlob kjarifika fuq dan il-punt.", "MICHAEL FALZON: Effettivament, qed ngħidu li jitneħħa l-konċett ta' ġerarkija bejn il-prosekutur fuq livell ta' EPPO u l-prosekutur fuq livell nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, qed naraw l-aħjar wording ta' kif se nagħmlu l-RO, u kollha qed naqblu mas-suġġeriment tal-Onor.", "Zammit Dimech li dak li jidher l-iżjed importanti għalina bħala parlament nazzjonali mhux neċessarjament se jkun l-iżjed li se jimpressjona lill-Kummissjoni.", "Għalhekk, forsi ta' min ngħafsu l-iżjed fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà milli fuq il-fatt li lilna jagħmlilna problemi kostituzjonali.", "Jekk tippermettuli, flimkien mas-Sur Kenneth Curmi u ma xi ħadd li jifhem f'din il-materja, se nirranġaw il-kliem, biex imbagħad nibgħatilkom email fil-ġranet li ġejjin ħalli nkunu nistgħu nirrapportaw lill-Kamra u mmexxu.", "Qed neħodha li hawn qbil li bit-tibdil fil-wording f'dan is-sens, se nkunu nistgħu noħorġu din l-RO lill-Kummissjoni.", "Tajjeb li ngħid li jidher li diġà hemm biżżejjed ROs minn pajjiżi differenti biex toħroġ yellow card fuq din il-proposta imma huwa tajjeb li bħala pajjiż, aħna wkoll nagħtu l-opinjoni tagħna.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat issa għandu l-20 proposta leġislattiva indikati hawn taħt maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea flimkien mar-rapporti li saru fuqhom mir-research analyst tal-Kumitat li fir-rigward tagħhom ma jirriżultax li kien hemm ksur tal-prinċipju dwar is-sussidjarjetà:", "Fir-rigward tal-proposta li ġejja l-Kumitat talab aktar informazzjoni dwar il-pożizzjoni li kienu qegħdin jieħdu Stati Membri oħra u allura d-dokument kellu jinżamm fuq l-aġenda ta' Grupp ta' Ħidma I:-", "Is-soltu meta jkun ilu ma jiltaqa' l-Working Group 1 u jinġema' naqra xogħol, dawn nagħtuhom daqqa t'għajn f'dan il-Kumitat u jew ngħadduhom inkella nibagħtuhom lill-Working Group 1 biex jgħaddu hemmhekk.", "Onor. Mifsud Bonnici, tixtieq iżżid xi ħaġa oħra?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Kif ftehmna, se nerġgħu nibdew pari passu maż-żmien tad-deadline.", "Jekk dawn se jerġgħu jmorru quddiem Working Group 1 allura se nsibuha diffiċli biex inżommu mad-deadline.", "Nissuġġerixxi li ladarba d-deadline huwa t-28 ta' Ottubru 2013, nistgħu narawhom fuq fuq għax ma narax li hemm breach u nagħdduhom.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li rridu nagħtu ftit aktar attenzjoni fuq COM(2013)560 dwar il-Financial allocation for certain Member States for the European Social Fund (EFS).", "IS-SUR KENNETH CURMI: Din il-proposta qed iżżid commitment għal tliet pajjiżi, li huma Franza, l-Italja u Spanja.", "Kien hemm negozjati fil-Multi-annual Financial Framework li jistabbilixxu kif se jqassmu ċerti flus għall-perijodu 2014 sal-2020, fejn ġie konkluż li għandhom jiżdiedu l-allokazzjonijiet lil dawn it-tliet pajjiżi għax ġew affettwati ħażin.", "Ma nafx nidħol fiha teknikament, imma nista' nifhem li, pereżempju Spanja, ġiet affettwata ħażin ħafna mill-kriżi, fejn hemm problemi kbar ta' unemployment.", "L-istess japplika għal Franza u l-Italja.", "Għandek tliet pajjjiżi kbar li għandhom bżonn ta' aktar additional commitment.", "Issa, għalkemm din l-inizjattiva se tkun interessanti fir-rigward ta' skrutinju, fuq in-naħa ta' sussidjarjetà, din hija azzjoni neċessarja li trid tittieħed mill-Unjoni Ewropea, li ma tistax tbiddel Multi-annual Financial Framework mod ieħor għax l-ebda pajjiż ma jista' unilaterally jiddeċiedi li se jżid jew inaqqas l-allokazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, minn dan il-lat, mhemmx subsidiarity breach.", "THE CHAIRMAN: Kenneth, ikkoreġini jekk żbaljat: din hija l-istess proposta fejn qegħdin jgħidu li se jingħataw fondi f'timeframe iqsar?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Le, naħseb inti qed tirreferi għal xi ħaġa oħra simili, imma differenti.", "Fil-fatt, dawk kienu pajjiżi oħrajn.", "Din hija żieda għal dawn it-tliet pajjiżi: Franza, l-Italja u Spanja.", "Fil-fatt, iddeċidew li għandha tkun budgetary solution, i.e. mill-budget tal-Unjoni Ewropea stess, jiġifieri mill-ESF, għax ma tistax tittieħed minn imkien ieħor.", "THE CHAIRMAN: Għandna xi kummenti oħrajn?", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed jolqotni l-fatt li hawn numru ta' parlamenti li bdew l-iskrutinju biex jaraw għandhomx jopponu.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Fil-fatt, il-Parlament Spanjol lesta dan l-iskrutinju u ma sabx breach.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma nippretendix li se jara breach meta se jkollu allokazzjoni ikbar!", "Kieku kienet bil-maqlub, naħseb li kien jara breach.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Li nista' nagħmel f'dan il-każ huwa li, peress li d-deadline hija l-5 ta' Novembru 2013, nista' niċċekkja biex naraw il-pożizzjoni tal-pajjiżi u l-updates li jkun hemm matul dan iż-żmien.", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu nżommu din l-aġenda miftuħa u nerġgħu rressquha quddiem il-Working Group 1.", "Din mhux nhar it-Tnejn se tagħlaq?", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Le, id-deadline hija l-5 ta' Novembru 2013.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'għandniex aktar xi nżidu, bil-permess tagħkom, jien u s-Sur-Kenneth Curmi nagħmlu r-rewording tal-RO, imbagħad nibagħtulkom email għada.", "S'issa, m'għandniex data għal laqgħa oħra.", "Nirringrazzjakom.", "Fis-7.20 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131023_009d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 9", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 9", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-06.45 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 07 li saret nhar l-Erbgħa 16 ta' Ottubru, 2013 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ITTRA MIBGĦUTA LILL-KUMITAT MILL-ONOR.", "TONI BEZZINA FUQ L-INĊIDENTI BIL-KAROZZI FIT-TOROQ TA' PAJJIŻNA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Illum se niddiskutu l-ittra mibgħuta lill-Kumitat mill-Onor.", "Toni Bezzina dwar l-inċidenti bil-karozzi fit-toroq ta' pajjiżna.", "Se ngħaddi kopja ta' din l-ittra lill-Ministru Mizzi u biex niffriska ftit il-memorja tagħna se nerġa' naqra din l-ittra.", "Din l-ittra tgħid hekk;", "\"Għażiż Chairman,", "B'riferenza għall-accident fatali li seħħ fit-Triq tal-Barrani, Żejtun nhar l-Erbgħa 22 ta' Mejju 2013, u diversi aċċidenti oħra fit-toroq ta' pajjiżna, flimkien mal-fatt li qed ikun hemm dewmien u kjuwijiet sħaħ ta' karozzi f'diversi ħinijiet tal-ġurnata fit-toroq, fejn ukoll qed tinħass in-nuqqas ta' preżenza tal-Pulizija fit-toroq tagħna, qiegħed ġentilment nitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali sabiex idaħħal fl-aġenda u konsegwentement jiġi diskuss fid-dettall it-tħaris tas-saħħa tan-nies fit-toroq tagħna u kif pajjiżna jista' itejjeb is-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Nitolbok ukoll biex issejjaħ quddiem il-Kumitat lil kull min jidhirlek xieraq biex jitkellem dwar dan is-suġġett.", "Dan qed nagħmlu f'isem l-Oppożizzjoni għax nemmnu li hemm bżonn l-impenn ta' kulħadd biex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex tali aċċidenti jiġu evitati u jinħoloq mekkaniżmu ħalli tali perikli jiġu mneħħija mit-toroq tagħna fl-iqsar żmien possibbli.\".", "Aħna ddeċidejna li nitrattaw din il-materja b'mod konċiż għax mhijiex waħda mill-materji li ddeċidejna li għandna nagħmlu serje ta' laqgħat fuqhom f'dan il-Kumitat.", "Ovvjament jien ma rrid ninjora l-ebda ittra li tasal quddiemna u għalhekk stedinna lilek Ministru, biex forsi tkun tista' tilluminana ftit dwar is-sitwazzjoni ta' dawn it-toroq f'pajjiżna.", "Qed ikun hemm wisq inċidenti?", "Kibret l-inċidenza tal-inċidenti?", "Jew inkella għandna xi postijiet partikolari fejn qed ikun hemm iktar inċidenti mis-soltu u li allura wieħed għandu għalfejn jinkwieta u jrid jagħmel xi tibdiliet minn dak li kien hemm qabel?", "JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Naħseb li jkun aħjar li l-ewwel nisma' jekk hemmx xi proposti fuq kif wieħed jista' itejjeb is-sigurtà fit-toroq u biex innaqqsu l-imwiet!", "Imbagħad nitkellem minn hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Jiena bħala l-persuna li qiegħda nippresjedi dan il-Kumitat stedint ukoll lill-Onor.", "Bezzina sabiex ipoġġi madwar il-mejda magħna peress li hu kien l-awtur tal-ittra u għalhekk ma niddejjaq xejn milli nistaqsih fuq jekk hemmx xi affarijiet li hu jħoss li għandu jaqsam magħna ħalli mbagħad ikun jista' jirreaġixxi l-Ministru.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Bħalma jaf kulħadd Transport Malta hija l-awtorità responsabbli mis-sigurtà tat-toroq kif ukoll tar-road users f'pajjiżna.", "Min-naħa tiegħi ħassejt li għandi nikteb din l-ittra għas-sempiċi raġuni li rajt li qed jinqalgħu ċerti inċidenti u anke bdejt nara traffic lights mitfijin.", "F'dan il-każ għandek problema għax l-ewwelnett se tiġġammja triq sħiħa u t-tieni nett għandek nies li qed jissograw meta jipprovaw joħorġu minn dik it-triq.", "U huwa hemmhekk fejn jistgħu jinqalgħu ċerti inċidenti.", "Jinkwetani l-fatt ukoll li f'dan il-każ partikolari, għalkemm il-lights kienu mitfijin għal aktar minn 24 siegħa, dawn sfortunatament baqgħu mitfijin.", "X'kienet ir-raġuni li wara li għaddew 24 siegħa, il-ħsara baqgħet ma ssewwitx?", "Kif ukoll x'passi qed jittieħdu biex tali ħsarat jiġu identifikati, irrapportati u konsegwentement irranġati fl-iqsar żmien possibbli?", "U meta jinqalgħu dawn l-inċidenti min se jkun qiegħed iġorr ir-responsabilità?", "Jiena nemmen li l-iskop mhuwiex dak li noqogħdu nagħmlu l-battibekki bejnietna fuq punti politiċi imma naħseb li huwa d-dmir taż-żewġ naħat tal-Kamra li fejn ikun hemm ċerti problemi ta' dan it-tip, l-ewwelnett isir l-istudju meħtieġ u jekk ikun hemm bżonn, jiġu nvoluti ċerti esperti sabiex jagħtu l-pariri tagħhom f'dan ir-rigward.", "U fil-futur qarib għandna naraw li tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq tagħna biex dawn ma jkunux ta' detriment la għal dawk li jkunu qegħdin isuqu l-karozzi u lanqas għal dawk li jistgħu jkunu għaddejjin minn xi toroq partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Ministru Mizzi.", "JOE MIZZI: Għalhekk li jien tlabt biex nisma' is-suġġerimenti.", "Jien irrid is-suġġerimenti u fejn hemm xi problemi li wieħed jista' jirranġahom, dawn isiru u anke biex nisma' xi opinjonijiet.", "Naħseb li aktar kostruttiv minn hekk ma stajtx inkun.", "Ir-risposta li ngħatajt jien hi sempliċement fuq mistoqsija parlamentari li tqajjmet u li diġa' tkellimt fuqha u spjegajtha.", "Madankollu m'għandi l-ebda diffikultà biex nerġa' nispjegaha.", "Fl-opinjoni tiegħi se nkun qiegħed naħli l-ħin għax b'daqshekk mhux se ntejjeb is-sigurtà!", "Aktar kont nippreferi li niddiskutu proposti biex fejn wieħed jista' itejjeb l-affarijiet, itejjibhom.", "Jiena dejjem lest li nilqa' l-proposti li jsiru biex wieħed itejjeb l-affarijiet.", "Imma ħalli nibda nwieġeb fuq it-traffic lights u nispjega s-sitwazzjoni x'inhi.", "Is-sitwazzjoni tat-traffic lights inkwetatni mill-ewwel ġranet li ħadt ir-responsabilità ta' dan is-settur.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax sibt li f'numru sostanzjali ta' traffic lights kien hemm problemi kbar.", "Hemm problemi fil-cable ta' taħt l-art u anke biex tirranġa x-xogħol… Jiġifieri dawn il-problemi hemm kienu u mhux issa saru.", "Hemm nuqqas ta' spare parts u hemm minnhom li huma antikwati u li s-sistema tagħhom spiċċat.", "Din hi s-sitwazzjoni li writt.", "Ir-realtà hi li jekk m'għandekx spare parts u tmurlek traffic light ma tistax tirranġaha.", "Sibt każi li biex jibdlu bozza kienu qed jaqilgħu bozza minn traffic lights oħrajn fejn in-nies ma tantx jagħtu kas!", "Kienu qegħdin jaqilgħu lampi minn oħrajn għax ma kienx hawn biżżejjed lampi!", "Jiġifieri s-sitwazzjoni hi dik li hi u dik hi s-sitwazzjoni li sibt.", "Min-naħa tiegħi dħalt nara xi kwestjoni kien hemm fuq l-ispare parts li kien hemm u affarijiet bħal dawn.", "Ovvjament biex tixtri sistemi ġodda trid il-flus u biex iġġib il-flus trid tagħmel sistema ta' tenders.", "Kien hemm sistema ta' tenders li kienet qiegħda tieħu fit-tul u kienet għadha lanqas ġiet aġġudikata meta lħaqt jien.", "Fiż-żmien meta jiena lħaqt Ministru u ġiet biex tiġi aġġudikata, irriżulta li din kienet tailor-made għal xi ħadd partikolari u allura l-bord iddeċieda li ma jikkonsidrax dik it-tender.", "Għalhekk għandha terġa' toħroġ tender oħra.", "Din is-sitwazzjoni għadha għaddejja imma issa waslet fil-final biex tiġi evalwata.", "In the meantime jiena xorta tajt l-approvazzjoni biex ċerti spare parts jinxtraw mill-ewwel b'direct order għax ma tistax toqgħod tistenna.", "Jien għandi limit għax ma nistax nagħmel li rrid u nkun marbut mar-regolamenti imma fejn stajna mmexxu mexxejna.", "Fejn wieħed jista' isewwi, isewwi, imma fejn wieħed ma jistax isewwi - mhux se noqgħod indur mal-lewża - hemm problema.", "S'issa nagħmel ħafna affarijiet imma mirakli qatt m'għamilthom!", "U ma naħsibx li nista' nagħmilhom.", "Nerġa' ngħid li dik hi s-sitwazzjoni li writt imma mhux għax iwritt dik is-sitwazzjoni jien bqajt b'idejja fuq żaqqi.", "Qed nagħmel minn kollox u fejn nistgħu nsibu spare parts inġibuhom malajr.", "Issa lanqas issibhom malajr għax l-affarijiet mhux faċli li ssibhom.", "Imma din hi s-sitwazzjoni.", "Għandna persentaġġ għoli ta' traffic lights li huma problematiċi u antikwati u issa qed naraw x'hemm bżonn li jsir biex nibdew ix-xogħol.", "Hemm xogħol li jirrikjedi li taqla' it-toroq u għalhekk trid toqgħod attent ukoll għax trid tara kif se tmexxi l-affarijiet.", "Din hi s-sitwazzjoni imma fejn nistgħu nirranġaw malajr qegħdin nagħmlu l-aħjar li nistgħu.", "Kont għedt ukoll li apparti li hemm unit li se jibda jagħmel il-monitoring u li fil-fatt dan diġa' beda jinforma fejn jara ċerti affarijiet.… Imma mhux imbilli jinformana li hemm il-lampi maqtugħin għax jekk m'għandekx spare parts xorta hemm se tibqa' il-problema!", "Jiġifieri hemm problema ta' spare parts.", "Jien avżajt ukoll u għedt li se nibdew nagħmlu t-telephone numbers mat-traffic lights – inutli nagħmluhom issa għax irid ikollna l-affarijiet f'posthom - biex wieħed ikun jista' iċempel meta jara xi ħsarat.", "Għalkemm hemm sistema li tinforma malajr, jien kont wegħedt li biex inkunu aktar effiċjenti għandna nagħmlu dik is-sistema u allura se nagħmilha.", "Aħna qed naraw biex ikollna traffic lights iktar moderni u minbarra li jkunu iktar moderni, dawn ikunu jaħdmu wkoll b'sistema ta' batteries ħalli jekk imur id-dawl dawn jibqgħu jaħdmu.", "Kif inhuma bħalissa jekk imur id-dawl, avolja jkunu ġodda, mhu se jixgħel xejn u tispiċċa f'konfużjoni.", "Aħna qegħdin naħsbu għall-quddiem fejn is-sistema tat-traffic lights li se nibdew nagħmlu jkunu jaħdmu bil-batteries u jiċċarġjaw bil-fotovoltaic.", "Bdejna nħarsu lejn dawn l-affarijiet u bdejna nagħmluhom.", "Jiġifieri qegħdin inħarsu 'l quddiem.", "Imma nerġa' ngħid li dik hi s-sitwazzjoni li writt u dik hi r-raġuni bil-problema tat-traffic lights.", "THE CHAIRPERSON: Ministru inti għedt li kien hemm sistema ta' tendering li ħadet fit-tul ħafna.", "JOE MIZZI: Eżatt ħadet fit-tul.", "THE CHAIRPERSON: Imma bħala proċedura ta' tendering, jekk il-proċedura nnifisha hija waħda tawwalija, hemm xi tibdiliet li se tagħmlu biex tkunu iktar effiċjenti?", "JOE MIZZI: Dażgur.", "U mhux hekk biss.", "Bdejna nagħmlu t-tibdil imma l-kwestjoni hi li din żammet kollox għax it-tender kien ivvizzjat!", "Kienet tailor made għal xi ħadd speċifiku.", "Il-bord iddeċieda li dik hija tailor made għal xi ħadd.", "Jien naħseb li f'pajjiż demokratiku u f'pajjiż trasparenti dawn m'għandhomx jitħallew għaddejjin.", "Nerġa' ngħid li l-bord iddediċieda li kien hemm provi biżżejjed li juru li dan it-tender kien ivvizzjat u għalhekk twaqqaf il-proċess.", "Ovvjament kellu jerġa' jibda mill-bidu.", "ANTOINE BORG: Jekk tippermettili se niddipartixxi ftit mill-issue tat-traffic lights.", "Kumbinazzjoni llum kien irrapportat fil-gazzetti li fl-ewwel tliet kwarti tas-sena mietu sitta minn nies f'pajjiżna b'inċidenti tat-traffiku.", "Dawn ovvjament ikomplu ma' numru ta' fatalitajiet u inċidenti gravi oħrajn li kellna fl-aħħar snin.", "Inċidentalment il-Kumitat illum qed jiltaqa' proprju fl-istess ġurnata li ngħatat l-aħħar tislima lill-aħħar vittma li tilfet ħajjitha fit-toroq tagħna u hawnhekk qiegħda nirriferi għal Kristy Vassallo.", "Jien persważ li Transport Malta żżomm statistika – nittama li dan isir - ta' fejn huma l-punti li fihom isiru l-inċidenti fatali u f'liema ċirkostanzi dawn l-inċidenti jkunu saru, kemm fl-aspett ta' lokalità u location, liema kantuniera, liema roundabout, liema triq u anke f'liema dati jkun hemm it-tendenza li jsiru dawn l-inċidenti.", "Jien nixtieq inkun naf jekk l-istrateġiji ta' Transport Malta jaħsbux sabiex jilqgħu għaċ-ċirkostanzi li fihom statistikament isiru l-inċidenti, kemm mill-aspett ta' post li jkun sinonimu ma' ċerti inċidenti kif ukoll maż-żmenijiet partikolari tas-sena li fihom isiru dawn l-inċidenti.", "Qabel dħalna għal dan il-Kumitat kellna sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet mal-Ministru Emanuel Mallia li tkellem dwar il-forzi tal-ordni u dwar l-utilità tal-Korp tal-Pulizija.", "X'inhuma d-diskussjonijiet li qegħdin isiru bejn il-ministeri biex naraw li l-forzi tal-ordni jissaħħu fl-aktar postijiet kruċjali?", "JOE MIZZI: Nafu li s-sitwazzjoni hija gravi f'pajjiżna u ilha ħafna hekk.", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamilt bħala Ministru kienet dik li nitlob lill-persuna inkarigata sabiex tħejji a Road Safety Strategy.", "Minn din l-istrateġija se joħroġ ir-Road Safety Council.", "Fih se jkun hemm miġbur kollox; l-istatisika li turi fejn huma l-black spots, l-imwiet kif kienu, f'liema toroq kienu, f'liema sena kienu, ta' liema etajiet kienu l-persuni li kienu nvoluti fl-inċidenti, x'tip ta' inċidenti kienu, eċċ. Se jkun hemm l-informazzjoni kollha biex imbagħad wieħed ikun jista' jibbaża l-affarijiet u jmexxi fuqha.", "Din ħadniha mill-ewwel bis-serjetà.", "Ir-Road Safety Council se jkollu wkoll sotto-kumitati fih li se jiġbru s-setturi kollha, bħal pereżempju tar-roti, tal-muturi, tal-bhejjem, eċċ. Kif diġa' għedt se naraw kollox għax jiġru ħafna tipi ta' inċidenti.", "Se jkollna kif jiġru l-inċidenti, l-etajiet ta' dawk involuti u l-ħinijiet li fihom isiru l-inċidenti biex wieħed ikun jista' jmexxi l-affarijiet 'il quddiem.", "L-Onor.", "Bezzina semma l-koordinament mal-Pulizija u hawnhekk tajjeb ngħid li qabel kien hemm task force li kienet taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u x-xogħol tagħha kien li tikkontrolla t-traffiku meta kien hemm il-kwestjoni tal-karozzi tal-linja.", "Il-Kabinett kien iddeċieda li bħala traffic management ir-responsabilità tkun taħti bħala Ministru u nista' ngħid li jkolli laqgħat mal-Ministru tal-Intern kif ukoll mal-Pulizija.", "Flimkien mal-Pulizija għandi kumitat biex naraw it-traffic management.", "Hemm ukoll l-esperti ta' Transport Malta u bejn wieħed u ieħor niltaqgħu ġimgħa iva u ġimgħa le.", "Naraw l-istrateġija x'għandha tkun, x'qed jikkawża l-affarijiet u jekk ikun hemm xi problemi, nipprovaw insolvuhom ħalli mmexxu 'l quddiem.", "Minn hemmhekk issa ħriġna u hemm lista sħiħa ta' xogħlijiet li jridu jsiru sabiex innaqqsu mhux l-inċidenti biss imma anke t-traffiku.", "Qegħdin fid-diskussjoni u wasalna biex dawn nagħmluhom immedjatament u hemm xi passi oħrajn li nistgħu nieħdu biex innaqqsu kemm jista' ikun dawn l-affarijiet.", "Madankollu qed jirriżultaw diversi problemi, fosthom li s-sitwazzjoni biex tissolva trid tieħu ħafna żmien.", "Għandek ċertu tip ta' infrastruttura li l-pajjiż għandu bżonnha, kemm b'mod immedjatament kif ukoll għall-futur.", "U din qiegħda tiġi mħejjija.", "Dawk it-tibdiliet li għandhom isiru mmedjatament u li jistgħu jsiru qed nippjanawhom u mexjin fuqhom.", "Ċerti deċiżjonijiet qed jittieħdu biex inaqqsu l-inċidenti u t-traffiku li dawn jikkawżaw.", "Pereżempju hemm kwestjoni fuq il-bhejjem biex wieħed jara jistax jikkontrolla meta dawn joħorġu fit-toroq arterjali u f'ċerti ħinijiet jew le.", "Jiġifieri għaddejjin diversi affarijiet għax l-ewwel trid tirrikonoxxi li hemm problema u mbagħad, ladarba tirrikonoxxi li hemm problema trid tara kif se tindirizzaha biex tipprova ssalva l-ħajja tan-nies.", "Dawn huma affarijiet importanti.", "Nerġa' ngħid li bħala traffic management niltaqgħu ġimgħa iva u ġimgħa le biex naraw kif nistgħu nikkoordinaw mal-Pulizija u ma' entitajiet oħra meta jkun hemm bżonn li mmexxu 'l quddiem.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Ħalli nagħmel żewġ mistoqsijiet żgħar.", "Onor. Mizzi, wara li ilek seba' xhur Ministru għat-Trasport f'Malta, x'sar biex tiġi solvuta....", "THE CHAIRPERSON: Ippermettili ftit Onor. Bezzina.", "Inti bgħatt ittra u jiena ġentilment ħallejtek - bi pjaċir tiegħi u naħseb bi pjaċir tal-Kumitat kollu - tpoġġi madwar il-mejda sabiex tagħmel l-ewwel mistoqsija lill-Ministru.", "Imma issa nixtieq inħalli l-mistoqsijiet aktar dettaljati lill-Membri tal-Kumitat.", "Jekk għandek mistoqsijiet dwar l-ittra li bgħatt, I don't mind li tagħmilhom.", "TONI BEZZINA: Jekk traffic light damet aktar minn 24 siegħa mitfija u l-Ministru qed jgħid li dan sar minħabba nuqqas ta' spare parts, jien qed nistaqsih x'sar wara seba' xhur fuq din il-problema tal-parts biex dawn jiġu akkwistati!", "Issa l-Ministru qal li kien hemm tender ivvizjat.", "Jista' jgħidilna x'passi ħa dwar dan?", "Għaddew seba' xhur u jekk fhimt sewwa.… (Interruzzjonijiet) Jien qed nipprova nagħmel il-punti tiegħi għax inkella inutli qegħdin hawnhekk!", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu la jien membru ta' dan il-Kumitat u lanqas inti!", "U ma kien hemm l-ebda mozzjoni fil-Parlament - l-istanding orders nafhom sew jien – li tgħid li inti qiegħed tissosstitwixxi lil xi ħadd.", "Jiġifieri m'għandek l-ebda dritt, bħalma jien m'għandi l-ebda dritt, biex nagħmililek ċara imma xorta waħda ma nsib l-ebda oġġezzjoni!", "Jekk inti ridt tkun kostruttiv u tipproponi x'nistgħu nagħmlu fuq road safety, kont titkellem, tipproponi u tgħidli x'hemm ħażin.", "Mhux hekk għandu jkun!", "Imma inti ġejt biex tagħmel il-mistoqsijiet.", "Agħmel mistoqsijiet kemm trid, kun politiku kemm trid imma anke jien naf inkun politiku imma mhux se nkun politiku!", "TONI BEZZINA: Anzi mhux qed inkun politiku!", "(Interruzzjonijiet) Irrid nagħmillek is-suġġerimenti jiena?!", "JOE MIZZI: X'suġġeriment huma?", "TONI BEZZINA: Imma l-esperti miegħi qegħdin jew miegħek?!", "THE CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom.", "TONI BEZZINA: Jekk jien għandi problema u ressaqtha 'l quddiem permezz ta' din l-ittra, naħseb li għandi d-dritt nikkjarifika ċerti affarijiet, anke biex nipprova nifhem jien stess!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Bezzina, se nagħtik id-dritt tiegħek sabiex tagħmel mistoqsija oħra relatata ma' dan is-suġġett.", "JOE MIZZI: Jimporta nirrispondi u mbagħad jagħmilli kemm irid mistoqsijiet?", "THE CHAIRPERSON: Ministru tista' twieġeb u mbagħad wara ngħaddi għall-membri l-oħra.", "ROBERT CUTAJAR: Il-Ministru mdorri u mhux se jiddejjaq.", "JOE MIZZI: Sinjura President, jiena naf kif jiffunzjonaw il-kumitati u naħseb li għandi esperjenza biżżejjed.", "Hawnhekk ma ġejtx quddiem xi Qorti imma ma jimportax.", "Dwar l-ispare parts jiena tajt ordni immedjatament biex inġibu dak li nistgħu nġibu.", "Fil-fatt dak li kien hemm available ġibnih imma dan mhux biżżejjed għax trid miljuni kbar biex iġġibhom u l-miljuni bit-tender trid toħroġhom.", "It-tender li għedt li kien ivvizzjat mhux jien għedt hekk bħala Ministru imma kien il-Bord ta' Transport Malta li ddeċieda li dan it-tender kien tailor made.", "Jien m'għandi l-ebda dritt li nżommhom imma l-bord iddeċieda hekk wara li ra l-affarijiet.", "Kien hemm xi ħadd li ressaq complaint u meta l-Bord ta' Transport Malta għamel l-investigazzjonijiet tiegħu sab li min ressaq il-complaint kellu raġun.", "U mbagħad ħareġ tender ieħor.", "TONI BEZZINA: Min għamilha tailor made ma ttieħdu l-ebda passi kontrih?", "JOE MIZZI: Safejn naf jien twaqqaf it-tender għax hekk kienu jagħmlu qabel f'każijiet bħal dawn u allura hekk qegħdin jagħmlu bħalissa.", "Skont il-liġijiet ma jidhirlix li wieħed jista' jagħmel xi ħaġa.", "Tista' biss twaqqagħha kif kien jiġri qabel.", "Meta kien hemm kwestjonijiet darba fuq xi ħaġa li kienet tailor made, waqqgħuhom.", "Issa l-bord sab li dan it-tender kien tailor made u waqqgħuh.", "Imma jien ma nindaħalx u lanqas nista' nindaħal.", "Fejn stajna solvejna l-problema solvejniha.", "U ġieli jkun hemm koinċidenza kif iseħħu l-affarijiet għax filwaqt li inti tkun irranġajt il-ħsarat li jkun hemm fit-traffic lights, ikun hemm xi ħadd li reġa' kisser u qata' il-cable.", "Imbagħad waqt li l-cable kien maqtugħ kien hemm kunsill li ried iċaqlaqhom minn hemm u kien hemm problema biex iġibu l-meter tad-dawl.", "Wara kien hemm problema fuq min se jħallas il-meter tad-dawl u din il-kwestjoni damet il-ġimgħat.", "Din hija burokrazija li trid tinqata' ukoll.", "Kien hemm każi fejn it-traffic lights kienu ilhom ħafna ma jixgħelu.", "Kien hemm problema li kienet ilha x-xhur u jien biex irranġajtha ħadt xi xahar ieħor għax riedu jaqilgħu t-triq kollha.", "Dawn l-affarijiet kienu hemm min qabel ilħaqt ministru.", "Jekk hemm problema hemm problema u wieħed irid jara kif se jirranġaha.", "Imma jien mhux se noqgħod indoqq it-trombi u ngħid li dik ilha tliet xhur jew għalfejn ma saritx qabel u mhux wara.", "Il-kwestjoni hi li s-sitwazzjoni tat-traffic lights hi dik li hi u rridu naraw kif se nsolvuha.", "TONI BEZZINA: Fuq traffic lights ta' main roads qed nitkellem jien u mhux fuq traffic lights f'nofs lokalità!", "Qed ngħid għal Tal-Barrani.", "JOE MIZZI: Skont l-istatistika li għandi jien, it-traffic lights li hemm Tal-Barrani xebgħet tinqata' qabel is-sitt xhur li għaddew u kienet iddum maqtugħha wkoll!", "Jekk trid tkun taf l-informazzjoni qed ngħaddihilek!", "Din mhux darba nqatgħet u mhux 24 siegħa kienet iddum!", "Ġieli damet 30 siegħa u anke 36 siegħa!", "Imma jien ma naqbilx magħha u ma jfissirx li għax damet daqshekk, se noqgħod inħares lejha u daqshekk.", "Jekk jista' ikun, it-traffic lights iridu jiġu f'sitwazzjoni li jekk imur id-dawl dawn jibqgħu mixgħulin.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Ministru nirringrazzjak tat-tweġiba li tajtna.", "Issa nixtieq infaħħar l-inizjattiva – kienet ta' min kienet din l-inizjattiva u sinċerament ma nafx jekk saritx mill-Gvern preċedenti jew mill-Gvern preżenti – tajba ta' dawk it-tabelli li twaħħlu fit-toroq tagħna fejn qed javżaw li \"speed kills\".", "Fil-fatt waħda mill-kawżi tal-inċidenti tat-traffiku huwa proprju meta n-nies ikunu qegħdin isuqu l-karozzi tagħhom b'veloċità eċċessiva.", "U allura dawk il-billboards kienu tajbin.", "Issa jiena noqgħod fis-South ta' Malta u meta niġi biex immur lejn in-naħa tan-North ta' Malta jew inkun irrid niġi hawnhekk fil-Belt, ikolli ngħaddi mill-Marsa li huwa l-bottleneck li jżomm fih ħafna traffiku.", "U ninnota li ħafna drabi meta jiġri xi inċident tat-traffiku jkun proprju l-inċident tat-traffiku li jwaqqaf il-karozzi.", "Ftit tal-ġranet ilu kien proprju żiemel li waqqaf it-traffiku f'dawk in-naħat.", "Allura hemm xi mezz biex fir-rush hours - u anke f'ħinijiet oħra għax tista' tgħid li f'kull ħin qed ikun hemm dawn il-konġestjonijiet f'dawn it-toroq - il-pulizija jissettiljaw kemm jista' ikun malajr ħabta li tkun seħħet f'dik it-triq?", "Jekk dawn il-karozzi maħbutin idumu siegħa jistennew sakemm jiġi l-pulizija se jimblokkaw lil kulħadd.", "Mela hemm xi mezz biex nsolvuhom malajr l-inċidenti tat-traffiku li jsiru u nwarrbu l-karozzi minn nofs ħalli nikklerjaw it-toroq?", "JOE MIZZI: Ħalli nsemmilek inċident li sar dan l-aħħar u li fih kien involut żiemel.", "Issa jekk ikun hemm żiemel involut f'inċident tat-traffiku, ħadd ma jista' imissu jekk ma jiġix veterinarju.", "Mela sakemm jiġi l-veterinarju t-triq se jkollha tibqa' magħluqa.", "L-ironija hi li Veterinarju tal-Gvern ma setax jiġi!", "ANTOINE BORG: Imma għax sab it-traffiku?", "Ma setax jiġi għax hekk qiegħda fil-liġi!", "Veterinarju tal-Gvern ma jistax imur.", "Jiġifieri jien sibt din is-sitwazzjoni.", "Dan il-veterinarju ma riedx jiġi u ma ġiex!", "Issa qed nirranġaw is-sitwazzjoni u tkellimt mas-Segretarju Parlamentari biex nirranġawha u se nirranġawha.", "Hemm ħafna affarijiet li jridu jitranġaw.", "THE CHAIRPERSON: Li ġġib veterinarju kien l-obbligu f'każi bħal dawn għax iż-żiemel ma jistax jintmiss.", "Imma mbagħad il-Veterinarju tal-Gvern ma jistax jiġi.", "U dan kien żewġ passi 'l bogħod.", "Din il-biċċa se nirranġawha wkoll permezz ta' avviż legali.", "Imma qed nikkonsidraw ukoll fuq kif se joħorġu ż-żwiemel fit-toroq, x'ħinijiet għandhom joħorġu u f'liema toroq arterjali jistgħu jgħaddu minnhom.", "Qegħdin niċċekkjaw kollox u qegħdin nikkonsultaw ma' kulħadd, inkluż mas-sidien taż-żwiemel.", "Issa fejn huma l-pulizija?", "Diġa' għedt li qegħdin niltaqgħu bejn wieħed u ieħor ġimgħa iva u ġimgħa le sabiex niddiskutu fejn qed ikollna l-bottlenecks biex nindirizzawhom.", "Apparti x-xogħol li se jsir għax hemm xi xogħol infrastrutturali żgħir li jrid isir biex inkunu nistgħu nevitaw xi bottlenecks, hemm ukoll it-traffic lights fejn wieħed jista' jikkontrolla l-ħinijiet tagħhom.", "Din għamilniha f'ċerti postijiet.", "Jidher ċar, speċjalment fi Triq Aldo Moro l-Marsa, li jekk jiġri inċident hemmhekk, it-traffiku tan-naħa t'isfel ta' Malta u anke tan-naħa ta' fuq jieqaf totalment.", "Jien kont konxju tagħha mill-ewwel din il-ħaġa u għalhekk ridna nagħmlu xi ħaġa.", "Hemmhekk, apparti din il-kwestjoni li jekk ikollok inċident jista' jiġrilek kif ġara u diġa' għandna esperjenza ta' hekk, allura jien irid ikolli pjan ta' kontinġenza biex jekk jiġri xi ħaġa simili nkunu nafu kif għandna ntaffu l-affarijiet.", "Pjan minnhom kienet it-triq tal-Marsa Shipbuilding, li din issa trid tagħti r-riżultati.", "Issa f'daqqa waħda n-nies ġew konxji u qed jużawha ħafna din it-triq li ddevjat ħafna mit-traffiku minn fejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "U għedna li wieħed għandu juża' dawn it-toroq biex imur lejn il-Belt jew in-naħa t'isfel ta' Malta biex nevitaw inqas konġestjoni f'dawk in-naħat.", "Imbagħad żidna t-timing min-naħa li jinżel minn Ħal Tarxien u Santa Luċija għal quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata biex dawk ikollhom ċans jibqgħu għaddejjin u ma jiġġamjawx it-toroq.", "Dik ħadmet bil-provi għax qed nimmoniterjaw kollox.", "Kellna problema għax xi ħadd daħħal f'ras in-nies li jekk tgħaddi minn hemm m'intix kopert bl-assikurazzjoni.", "Hemm il-liġi li tgħid kif inhuma l-affarijiet u issa n-nies reġgħu bdew jgħaddu minn din it-triq.", "Bħalissa għaddej xogħol fi Triq Diċembru 13 u f'postijiet oħrajn għax ma stajniex nevitawhom.", "Għaliex?", "Konna se nitilfu l-flus tal-Unjoni Ewropea kollha peress li dawn marbutin b'timeframe!", "Dawn kienu bdew tard u għal xi raġuni kienu waqfu u għalhekk kelli nieħu deċiżjoni bilfors li jew ma nżommx il-problema u nħalli x-xogħol nofs lejħa u nitilfu l-fondi tal-Unjoni Ewropea jew inkella nieħu d-deċiżjoni li mmexxu ħalli nikklerjaw dak ix-xogħol u nlestuhom.", "U d-deċiżjoni li ħadt kienet li dawn iridu jsiru bilfors u għalhekk irridu nagħmluhom.", "Sfortunatament inzertawli ħafna truf f'daqqa imma jekk ma nagħmluhomx konna se nitilfu l-fondi.", "U allura xorta kien se jkolli l-problemi.", "Mela x'għamilna?", "Studjajna t-traffic management kif għandna nikkontrollawh f'din is-sitwazzjoni, u fejn qabel kien ikun fuq il-karta biss, din id-darba jien ridt immur nara l-affarijiet fil-prattika għax hemm differenza bejn dak li tara fuq il-karti u dak li tara fil-verità.", "U fil-prattika sibt affarijiet differenti u li kienu qed joħolqu konfużjoni.", "Issa qegħdin naraw l-affarijiet kif inhuma fil-prattika.", "Mela s-sitwazzjoni li hemm hi li ċertu xogħol kellu jsir bilfors għax kieku waqa' lura konna nitilfu l-fondi tal-Unjoni Ewropea u xorta x-xogħol kien irid isir biex nevitaw ċerti problemi.", "Fl-istess ħin ħadna in konsiderazzjoni li l-Marsa Shipbuilding isservi biex tiddevja t-traffiku minn dawk in-naħat.", "F'postijiet oħrajn qed naraw xi traffic lights li rridu nċaqilquhom u qed naraw it-timing tat-traffic lights kif ukoll roundabout partikolari kif nistgħu nirranġawha.", "Dawn huma affarijiet temporanji li jkunu jistgħu jsiru malajr u qegħdin fi stadju li nagħmluhom imma jridu jarawhom l-esperti biex jagħtu l-go ahead tagħhom minħabba sigurtà u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin isiru.", "L-infrastruttura li għandna bħalissa għall-ammont ta' karozzi li għandna llum fil-pajjiż trid titjib.", "L-infrastruttura li għandna diġa' fiha l-problemi u allura rridu naħsbu għaż-żmenijiet tal-lum u rridu naħsbu għall-futur.", "Inti għandek diversi fatturi.", "Kif se tagħmel biex tnaqqas il-vetturi mit-toroq?", "Waħda minnhom hija li jkollok trasport pubbliku effiċjenti ħalli jibdew jużawh in-nies u b'hekk jonqsu l-karozzi privati fit-toroq.", "Trid li ċerti areas fejn jiltaqgħu l-karozzi minn diversi rotot… Is-sistema kif inhi llum fejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata mhijiex tenibbli.", "Mela x'qed jiġri?", "Saru pjanijiet għal dik l-area - u diġa' hemm il-pjanti lesti – biex min ikun ġej min-naħa ta' Raħal Ġdid u jrid imur lejn Ħal Luqa jista' jibqa' sejjer dritt u ma jmiss ma' ħadd.", "L-istess jekk inti ġej min-naħa taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u trid tibqa' sejjer lejn il-Belt Valletta jew lejn Ħaż-Żebbuġ tista' tibqa' sejjer dritt u ma ddejjaq lil ħadd.", "Bis-sistema kif inhi ppjanata inti dejjem se tibqa' għaddej dritt u ma teħilx fit-traffic.", "Ovvjament dan huwa investiment kbir, li jinvolvi miljuni kbar ta' ewro u se jsir bil-fondi tal-Unjoni Ewropea imma bilfors irridu nagħmluh.", "Wieħed mill-punti li talbuni nispeċifika u tlajt apposta kien fuq il-kwestjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-infrastruttura tat-toroq.", "Ir-raġuni kienet li t-TEN-T, jiġifieri t-toroq li jqabbdu mal-Ewropa kollha, l-airports u l-ports ikunu aċċessibbli għal kulħadd mill-Ewropa kollha, biex inti jkun faċli għalik biex iddaħħal il-cargo u affarijiet bħal dawn.", "U dawn bdew jgħidu li l-fondi li se jagħtu huma kienu iktar fuq trains u affarijiet bħal dawn.", "Imma aħna m'għandniex trains.", "Imbagħad qalulna li lesti li jagħtu fondi fejn hemm bottlenecks u għalhekk ġibt il-provi billi għedtilhom li meta sempliċement seħħ inċident b'żiemel it-traffiku waqaf kollu.", "Mela t-triq għall-airport li suppost dejjem tkun aċċessibbli ma kenitx aċċessibbli u t-triq għall-port ma kenitx aċċessibbli wkoll!", "Mela dan kien każ speċifiku li għalih aħna qed nitolbu l-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Il-koordinatur għaraf dan il-każ u fil-fatt iddeċieda, wara stedina li għamilnilu, li jiġi Malta biex jaraha.", "Jiġifieri għamilna l-parti tagħna għax irridu l-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Issa apparti l-konġestjoni tat-traffiku wieħed inaqqas ukoll l-inċidenti għax dawn l-affarijiet jikkawżaw ukoll l-inċidenti.", "Din hi s-sitwazzjoni f'dawn is-seba' xhur.", "THE CHAIRPERSON: Ministru se nagħmlulek xi mistoqsijiet oħra.", "Li se nagħmel hu li se nieħu round ta' mistoqsijiet u mbagħad wieġeb wara.", "Min-naħa tiegħi nixtieq nagħmillek mistoqsija żgħira; jien m'inix min-naħa t'isfel ta' Malta imma min-naħa ta' fuq u ovvjament anke hemmhekk għandna congested places, fosthom in-naħa tal-Imsida, fejn ir-roundabout tal-gass u postijiet oħrajn.", "Minbarra dan il-post li inti semmejt maġenb iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, hemm xi bottlenecks oħra li intom identifikajtu u li se jsir xi proġett....", "JOE MIZZI: Dażgur.", "Aħna rajna li fejn hemm it-TEN-T diġa' lesti għax l-Unjoni Ewropea tat il-fondi għalihom skoprejna li hemm xi bottlenecks oħrajn li rridu narawhom.", "Pereżempju, il-Kappara waħda minnhom li se nagħmlu u se nibdewha s-sena d-dieħla.", "Se nibdewha s-sena d-dieħla għax se jkollna Triq Diċembru 13 li se tkun lesta u se jkollna postijiet oħra bħal tal-flooding li se jkunu lesti wkoll.", "B'hekk mhux se niġi f'sitwazzjoni fejn se jkolli kullimkien miftuħ.", "Dawn qed jiġu programmati u se jsiru bil-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Din id-darba m'għandniex il-biża' li nitilfu l-fondi għax qegħdin fil-ħin.", "U bħal tal-Kappara hemm diversi oħrajn.", "Ovvjament irridu naraw x'inhuma l-prioritajiet għax l-Unjoni Ewropea mhux tagħtik kemm titlob.", "Hemm ħafna bottlenecks, l-iktar li hemm in-naħa ta' fuq huma żgħar u nistgħu nirranġawhom u se nagħmluhom.", "Dawn qegħdin fil-lista u qed jarawhom l-esperti bħalissa biex jaraw x'għandu jsir.", "Pereżempju l-Imsida se ssir b'mod immedjat għax hija waħda minn tal-bidu.", "Tkellimt dwar in-naħa t'isfel ta' Malta għax dik l-unika waħda li hemm hekk imma mbagħad hemm maħsub ukoll xi proġetti oħrajn jekk ikollna l-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Minn Kordin għan-naħa ta' Belt il-Ħażna se ngħaqqduhom permezz ta' bridge fuq il-baħar.", "Dik qegħdin immexxu fuqha wkoll imma niddependu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Minn hemmhekk tista' tespandi t-toroq għal Tas-Sliema u anke jekk ikollok xi inċident kif semmejna fi Triq Aldo Moro ma tispiċċax b'Malta kollha wieqfa.", "THE CHAIRPERSON: Issa għandi xi mistoqsijiet mill-Onor.", "Silvio Parnis u mill-Onor.", "Issa jekk ikun hemm xi ħaddieħor li jixtieq jagħmel mistoqsijiet oħra, inkunu nistgħu neħduhom wara.", "L-Onor.", "ANTOINE BORG: Jien ġej mir-Rabat u sa disa' ġimgħat ilu kont parti mill-kunsill lokali tar-Rabat.", "Aħna r-Rabat għandna fost l-iktar toroq kontroversjali li hawn f'Malta; Triq George Borg Olivier, il-famuża Buskett Road li hija soġġetta għal ħafna istanzi ta' inċidenti tat-traffiku, mhux tant ħabtiet imma ta' pedestrians li jintlaqtu minħabba li dik it-triq hija two-way, jgħaddu ħafna karozzi minnha u hija pjuttost dejqa għall-ammont ta' karozzi li jgħaddu minnha.", "Apparti minn hekk jintlaqtu wkoll il-gallariji tar-residenzi li hemm minħabba l-vetturi kbar li jgħaddu minn din it-triq.", "Jien qatt ma fhimt - lanqas fil-leġislatura preċedenti, jiġifieri mhux qed indaħħal politika fiha l-biċċa - għalfejn Trasport Malta dejjem tinsisti li jitneħħew il-u-bars u l-bollards li jitwaħħlu fuq il-bankini f'dik it-triq!", "Dawn iservu biex jillimitaw il-kapaċità tal-karozzi li jitilgħu fuq il-bankini u li b'konsegwenza ta' hekk jiġu f'kuntatt mar-residenzi.", "L-esperjenza li għandi jien hi li din it-tip ta' infrastruttura dejjem tinqala' mill-postijiet fejn titwaħħal u dejjem bl-ispejjeż għall-kunsill.", "Ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni għalfejn jiġri hekk!", "Naħseb li dawn huma strumenti li jistgħu jillimitaw l-inċidenti.", "Forsi tista' tispjega inti għalfejn dan it-tip ta' apparat jinqalgħu minn dawn il-postijiet?", "JOE MIZZI: Jiena ilni hemmhekk seba' xhur.", "Issa x'kien jiġri qabel u x'jiġri llum mhuwiex tort tiegħi għalkemm illum jien responsabbli.", "ANTOINE BORG: Le din mhijiex kwestjoni ta' tort imma rridu noħolqu l-aktar ambjent sigur għan-nies.", "JOE MIZZI: Dan li qed jgħid il-kollega se nieħu nota tiegħu.", "Jien ma nistax nifhem għax jien inħoss li fejn għandhom isiru l-bollards minħabba s-safety tan-nies, dawn għandhom isiru.", "Meta wasluli l-ilmenti dejjem nibgħat ħa nara x'inhu jiġri u nistaqsi biex nara x'inhi r-raġuni.", "Imma naċċertak li l-ilmenti u r-raġunijiet li wasluli mingħand il-kunsill - għax jien għamilt konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha – rajthom u kellimthom biex ngħidilhom x'jaqa' u ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "Għedtilhom li l-pjan tal-Gvern huwa għal ħames snin u li dak li kienu qed jgħiduli jien kont nieħdu on board mal-pjanijiet tiegħi.", "Ma jfissirx li kulma kellu l-kunsill seta' jitfgħu fuqi biex nagħmlu jien għax jista' ikun li jkun hemm affarijiet li huma responsabilità tiegħu.", "Tajjeb ngħidu li issa kulħadd ġej bix-shopping list!", "Jien fejn nista' ngħin, ngħin imma ma nistax nagħmel kollox.", "Issa m'għadhomx jitolbuni imma qed jagħmluli l-kondizzjonijiet.", "Imma affarijiet bħal dawn nagħti kashom u naċċertak li se ngħaddihom lil Transport Malta biex tara r-raġunijiet.", "Li kieku kelli miegħi l-persuna li kienet responsabbli kienet tagħtik l-informazzjoni issa imma ma setgħetx tiġi għal din il-laqgħa peress li qiegħda Brussels minħabba l-kwestjoni li hemm fuq il-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "U żgur mhux se nieħu ċ-ċans biex nitlef il-fondi.", "Fil-fatt qed nagħmel minn kollox biex inġibu dawn il-fondi.", "Issa kif din il-persuna tiġi lura nistaqsiha.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Dan huwa suġġett interessanti ħafna għax naħseb li jolqot lil kulħadd.", "Jiena li għandi ħafna għal qalbi n-naħa t'isfel ta' Malta naħseb li hija xi ħaġa pożittiva li l-Ministru ġej ukoll min-naħa t'isfel ta' Malta għax ikun jista' iħoss aktar u jifhem l-isfidi li kellhom in-nies ta' dawn l-akkwati.", "Jiena dejjem nitkellem fuq il-problemi kbar li wieħed isib biex joħroġ min-naħa tal-Marsa u għalhekk naħseb li kienet inizjattiva verament tajba li nfetħet it-triq minn fejn tal-Marsovin għax taffiet xi ftit mit-traffiku.", "JOE MIZZI: Taffiet ħafna.", "Jien qed ikolli statistika ta' kuljum tan-numru ta' vetturi li qed jidħlu u n-numru ta' vetturi li għaddew f'dawn il-ġranet hija xi ħaġa li tagħmel kambjament kbir fuq dik l-arterja.", "Jiġifieri qiegħda tintuża u m'hemmx traffic jams.", "U issa waħda torbot mal-oħra u taffettwa anke l-akkwati ta' fuq għax meta mhux qed ikun hemm konġestjoni fejn Garibaldi u fi Triq Aldo Moro, allura se jkollok inqas konġestjonijiet f'postijiet oħra wkoll.", "Imma pereżempju għad għandna problema ġo Ħ'Attard u f'dawk l-akkwati li qegħdin nindirizzawhom.", "Kellna problema għax meta ġejna biex nagħmlu devjazzjoni hemmhekk il-kunsill lokali ma riedx.", "Meta pprovajna naraw kemm jgħaddu karozzi minn hawn u kemm jgħaddu karozzi minn hemm sibna li jekk it-traffic lights indawwruhom se jkun hemm kambjament imma ma riedux.", "Qed nipprovaw naraw kif se naslu u se nagħmlu tibdiliet oħra biex meta joħorġu l-karozzi minn Ħ'Attard u jkunu sejrin lejn ir-Rabat, - għax hemmhekk qed jiġġamjaw – mhux sempliċement ikun hemm persuna li tikkontrolla t-traffiku imma se nipprovaw nikkontrollaw minn fuq u se nipprovaw inwessgħu l-lane biex nillimitaw dik il-konġestjoni li hemm f'dawk in-naħat.", "Issa din l-esperti jridu jagħmluha u mhux jien imma hija waħda mill-problemi li qed nindirizzaw.", "SILVIO PARNIS: Ħassejt li għandi ngħidlek prosit fuq din il-biċċa għax kienet inizjattiva verament tajba u li qiegħda ttaffi ħafna mit-traffiku.", "Nixtieq nagħmel suġġeriment biex forsi naraw jekk jistgħux jinfetħu xi arterji minn dik it-triq li tagħti għal Albertown il-Marsa ħalli nsolvu l-problema tat-traffiku.", "JOE MIZZI: Suppost li Triq Diċembru 13 kellha tkun lesta bejn Frar u Marzu imma fuq parti minnha qed nesiġi li tkun lesta qabel.", "Fil-fatt se nipprovaw niftħuha sal-aħħar ta' din is-sena.", "Dik il-Marsa se taffettwaha meta tkun lesta u naħseb li sa Diċembru se tkun miftuħa.", "Imbagħad il-parti l-oħra titkompla u titlesta fiż-żmien jew forsi xi daqxejn qabel ukoll.", "Min-naħa l-oħra fi Triq Aldo Moro, li bħalissa għaddejjin bil-proġett tal-għargħar kellna niddevjaw it-traffiku xi ftit.", "Aħna dejjem inħallu numru ta' karreġġjati miftuħin u x-xogħol qed isir.", "Jiena tajt ordni biex naħdmu 24 siegħa ħalli nipprovaw innaqqsu kemm nistgħu l-inkonvenjent.", "Il-problema li ma bdewx jaħdmu 24 siegħa għalissa hu minħabba li sabu xi problemi bis-servizzi u allura l-ewwel iridu jiġu rranġati s-servizzi biex imbagħad ikunu jistgħu ikomplu bix-xogħol.", "Allura ma kienx worth it li taħdem 24 siegħa minn issa.", "Mela qed naraw li jsiru s-servizzi biex imbagħad inkomplu bix-xogħol u jkunu jistgħu jaħdmu 24 siegħa ħalli b'hekk nieħdu l-iqsar żmien possibbli.", "SILVIO PARNIS: Dik hija xi ħaġa pożittiva u napprezza x-xogħol li qed isir.", "Fi żmien l-imgħoddi ntqal li kien se jsir xi ħaġa biex ittaffi t-traffiku u hawnhekk qed nirriferi għal fejn kien hemm il-cranes ta' Bezzina.", "Ma nafx jekk dak il-proġett għadux bil-ħsieb li jsir.", "Naf li huwa proġett jaħraq u jien dejjem għedt li se tagħlaq arterja importanti imma persważ li xejn mhu impossibbli u li kollox jista' isir.", "Nikkonkludi billi ngħid xi ħaġa fuq it-trasport tal-Arriva.", "Naf li bħala Ministru qiegħed taħdem ħafna fuq din il-kwestjoni.", "Jiena nemmen ħafna li biex innaqqsu t-traffiku kbir - u t-traffiku dan l-aħħar żdied għax in-nies tilfu l-fiduċja fit-trasport pubbliku li qed toffri l-Arriva - li għandna rridu naraw li jkollna trasport pubbliku adegwat.", "Naf li qed issir riforma u naf li din mhijiex riforma faċli.", "Naf li qed tiswa lill-Gvern eluf kbar ta' ewro biex tneħħew il-bendy buses imma x-xewqa tiegħi hi li - fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin naħdmu fuqha din - kemm jista' ikun in-nies jerġgħu jibnu l-fiduċja fl-Arriva u dan jista' isir permezz ta' reklami biex in-nies juru l-fiduċja tagħhom fl-Arriva.", "Barra minn hekk huwa importanti li n-nies iħallu l-karozzi tagħhom id-dar għax dan jiswa għall-ambjent ukoll biex mhux il-ħin kollu bl-exhaust.", "Mhuwiex faċli imma nemmen li jekk niġbdu ħabel wieħed naslu fejn irridu.", "U dan ikun tajjeb għall-flow tat-traffiku u anke biex in-nies ma jitilfux il-paċenzja.", "Jien nara minni meta nagħmel xi siegħa jew aktar imwaħħal fit-traffiku nitlef il-paċenzja u mbagħad ma naħdimx tajjeb tul il-ġurnata.", "Jiena nemmen li aktar ma jkun hemm servizz tajjeb ta' trasport pubbliku aktar in-nies se tkabbar il-fiduċja tagħha fl-Arriva u allura jibdew iħallu l-karozzi privati ġewwa biex jużaw it-trasport pubbliku.", "Fl-aħħarnett nirringrazzja lill-Ministru tal-ħidma u tax-xogħol li qed iwettaq.", "JOE MIZZI: Dak hu d-dover tiegħi.", "Il-proġett li qed nirreferi għalih jibda minn fejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u jibqa' sejjer safejn tas-Sulfarini, jiġifieri mhuwiex proġett żgħir imma għandna dik il-kwestjoni li semmejt aktar qabel u li mbagħad immexxu minn hemmhekk.", "Rigward it-trasport pubbliku tal-Arriva ma nixtieqx li nikkumenta f'dan l-istadju peress li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "L-importanti hu li rridu naslu f'sitwazzjoni fejn ir-rotot ikunu qegħdin jaqdu lil kulħadd u fejn hemm rotot li ma jkun hemm ħadd fihom dawn m'għandhomx jibqgħu għax ikunu ħela ta' flus.", "Min-naħa l-oħra ma jistax ikun li nibqgħu sejrin f'din is-sitwazzjoni fejn ċerti rotot ma jsirux, oħrajn jaslu tard waqt li oħrajn jaslu mimlijin u jħallu n-nies l-art.", "Is-sitwazzjoni hi li hemm bżonn ammont ta' karozzi oħra.", "Ir-rotot inħaddmu fuq dak li qal il-poplu Malti u Għawdxi kollu u fuq dak li qalu l-kunsilli lokali, jiġifieri l-bżonnijiet ħarġu b'mod ċar.", "Dawn aħna ssottomettejnihom lill-Arriva.", "Issa ovvjament nafu li jekk taqbeż ċertu kilometraġġ minn dak li kien stabbilit trid tħallas għalih u dak qiegħed fl-agreement.", "Issa qegħdin nistennew il-feedback biex naraw x'jista' isir.", "ROBERT CUTAJAR: Ħadt gost li semmejt li qed tipprova tara li fil-ġranet li ġejjin jibda x-xogħol 24 siegħa.", "Naħseb li wasal iż-żmien li x-xogħol jibda jsir b'dan il-mod u din qed ngħidha b'responsabilità.", "JOE MIZZI: Il-problema hi li ma stajniex nibdew qabel.", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li kulħadd isiefer u ġieli rajtu x-xogħol għaddej fis-1.00 a.m. u fis-2.00 a.m. Irrid ninnota wkoll b'sodisfazzjon li minn mistoqsija parlamentari li kien hemm fuq il-bypass ta' San Pawl il-Baħar rigward id-dawl li kien ilu hemmhekk ix-xhur, inti ħadt azzjoni – u ta' dan nirringrazzjak - u proprju within days minn meta saret il-mistoqsija parlamentari sar ix-xogħol meħtieġ.", "L-Onor.", "Deborah Schembri naħseb li tgħaddi minn hemmhekk ukoll.", "JOE MIZZI: Jien il-kritika nagħmilha lili wkoll.", "ROBERT CUTAJAR: Se nikkritika xi affarijiet oħra imma li hu tiegħek, tiegħek.", "JOE MIZZI: Tajjeb li tkun taf x'joħorġu minn dawk l-affarijiet.", "Hemm field officers ta' Transport Malta li suppost jieħdu ħsieb li t-toroq li huma responsabilità ta' Transport Malta jkunu mixgħulin.", "U jekk ikun hemm bozoz maqtugħin jirrapportawhom ħalli jinbidlu.", "Sfortunatament dawn mhumiex effiċjenti u din ipprovajtha jiena stess.", "Kienu rrapportawli li hemm id-dwal li kienu ilhom mixgħulin madwar erbat ijiem u għalhekk irrapportajt.", "Ċempilt biex nara għalfejn kienu mixgħulin u dawn qaluli li baqgħu mixgħulin f'dik il-ġurnata biss.", "U jien għedtilhom li dan mhux minnu għax kienu rrapportawli n-nies xi ġranet qabel u dawn baqgħu mixgħulin.", "Għalhekk mhumiex effiċjenti.", "Jien rajt li jkolli sistema fid-dipartiment li se tibda tiffunzjona sew meta jkun hemm iż-żoni kif għandhom ikunu u l-affarijiet li qed nistennew li jsiru biex jirrapportaw in-nuqqasijiet li qabel kienu tal-Public Works.", "Imma issa jien għamiltha ċara li d-dekasteru li jaqa' taħti qed jimmoniterjawh kollu u allura mhux se noqgħod niddupplika l-affarijiet.", "Mela dawk in-nies nistgħu nutilizzawhom x'imkien ieħor u se nara li jiġu utilizzati x'imkien ieħor biex inkunu nistgħu ntejbu s-servizz u ma jkollniex ripetizzjoni.", "ROBERT CUTAJAR: Qed ngħidlek hekk għax ngħaddi kuljum minn hemm.", "Ħalli nagħmillek xi mistoqsijiet oħra.", "Jiena ngħid li kien hemm dan in-nuqqas għax min-naħa tal-Ministru Mizzi kien hemm dan id-diżgwid - jien kont għamilt mistoqsija parlamentari fuq hekk – fejn wieħed beda jwaddabha fuq l-ieħor.… (Interruzzjonijiet) Iva u qed ngħidlek prosit u grazzi.", "B'rabta mat-toroq ejjew nirrikonoxxu li jekk titlaq minn Ħal Far u tibqa' sejjer sa San Lawrenz, Għawdex, naħseb li bit-TEN-T u proġetti oħra tal-Unjoni Ewropea sar ix-xogħol u.…", "JOE MIZZI: Jien m'għedtx li ma sarx ix-xogħol imma għaż-żmenijiet tal-lum, u fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, bl-ammont ta' vetturi li għandna fil-pajjiż l-infrastruttura ma tiflaħx għalihom.", "Jien mhu qed nikkritika lil ħadd u dik hija r-realtà.", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li sar ħafna xogħol ta' toroq.", "JOE MIZZI: Jien m'għedtlekx li ma sarx xogħol imma dik hi r-realtà.", "Ir-realtà hi li l-infrastruttura li għandna fil-pajjiż ma tiflaħx għal dan l-ammont ta' vetturi.", "Mela x'irridu nagħmlu?", "Irridu nsibu metodu biex jonqsu l-ammont ta' vetturi mit-toroq.", "Jekk wieħed ikollu servizz ta' trasport pubbliku se tgħin imma trid affarijiet oħra wkoll.", "Apparti minn hekk trid taħseb għall-infrastruttura tal-lum u anke tal-futur.", "Jiġifieri meta tippjana trid tippjana għal 15-il sena jew għal 20 sena oħra wkoll.", "U aħna qegħdin fi stadju li rridu nagħmlu dawk l-affarijiet.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru inti semmejt każ li jien nesperjenzah kuljum u għalhekk naħseb li din id-deċiżjoni trid tidħol malajr kemm jista' ikun għax għandek is-safety fin-nofs.", "Jiena ngħaddi kuljum minn Ħal Qormi biex immur ix-xogħol u nara b'mod regolari tfal jitilqu minn Ħal Qormi b'saqajhom barra mill-kaxxa tal-vann u jżommu żiemel permezz ta' ħabel f'idejhom!", "U dawn ikunu għaddejjin fit-traffiku.", "Jien naħseb li kull ġurnata li tgħaddi ngħidu l-Bambin illiberana minn xi diżgrazzja.", "U allura naħseb li filwaqt li kollox huwa importanti, din il-ħaġa trid tingħata priorità.", "Immaġina dan iż-żiemel jisfratta bit-tifel ikollu l-ħabel imdawwar ma' idejh u jispiċċa jiġbdu miegħu!", "Ara xi straġi jkun hemm!", "Din rajtha b'għajnejja għax ngħaddi minn Ħal Qormi.", "JOE MIZZI: Jiena wkoll narah tiġri din u fil-fatt fil-bidu ta' din il-laqgħa tkellimt fuqha u għedt li qegħdin nindirizzawha.", "ROBERT CUTAJAR: Iva smajtek kif kont dieħel għal-laqgħa.", "JOE MIZZI: Se nagħmlu wkoll avviżi legali imma rridu nitkellmu wkoll mas-sidien ta' dawn l-annimali għax ma nistgħux naqbdu u nagħmlu sarima ma' dawn id-dilettanti u ngħidulhom li ma jistgħux joħorġu aktar fit-toroq.", "Irridu nieħdu ħsieb ta' kollox u żgur li se nagħmlu konsultazzjonijiet ma' dawk ikkonċernati.", "Ġibtli idea tajba wkoll għaliex waħda mill-affarijiet li rrealizzajna kienet proprju din li se nsemmi u li stqarrejtha barra wkoll.", "Veru li l-ħbit bejn il-karozzi jikkawżaw traffic jams imma hemm affarijiet oħra wkoll.", "Imma ma nistax nifhem kif meta jkun hemm konġestjoni niskopru li trakk tal-ġebel waqaf il-Marsa, trakk tal-ġebel waqaf taħt il-mina ta' Sta.", "Venera u container waqaf viċin Ħal Luqa fl-istess ħin.", "Meta jkun hemm problema bħal din qiegħda twaqqaf kullimkien!", "U allura jien tkellimt ma' Transport Malta biex meta jieqaf trakk, wara li jitlaq minn hemmhekk idaħħluh għall-VRT ħalli jiċċekkjawh u jekk dan ma jkunx tajjeb għat-triq, ma jitħallix fit-triq ħalli ma joħloqx dawn il-problemi kollha.", "Issa jekk dan it-trakk kien tajjeb għat-triq u waqaf, ikun tajjeb li wieħed jara għalfejn waqaf.", "Dawn il-koinċidenzi wieħed ma jinnotahomx imma min ikun responsabbli jarahom.", "Għalhekk għamiltha ċara ma' Transport Malta biex tmexxi ħalli tara li meta jkun hemm kwestjonijiet bħal dawn tibda ttella' il-vetturi għall-VRT.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, l-espert li kellha Transport Malta qabel id-9 ta' Marzu hija l-istess persuna li hemm illum?", "JOE MIZZI: Waħda mill-esperti iva hija l-istess.", "ROBERT CUTAJAR: Allura kien hemm punti validi li qed jingħataw illum mill-istess dipartiment?", "Naħseb jien li għad hemm l-istess nies għalkemm forsi żdiedu xi tnejn.", "Hawnhekk skorrett.", "Il-persuna li hemm illum kienet imwarrba.", "Qed ngħid il-verità u mhux bil-paroli!", "ROBERT CUTAJAR: Il-problemi li kelli ġol-Mellieħa.… Ma naħsibx li kienet imwarrba!", "JOE MIZZI: Il-kariga ta' manager issa ħaditha.", "Kienet tajba u għadha tajba u saret responsabbli u hija kkwalifikata.", "ROBERT CUTAJAR: M'aħniex qed niġġieldu Ministru.", "JOE MIZZI: Mhux għalik qed ngħid.", "Din il-persuna hija kkwalifikata u hija kapaċissima u kulħadd jaf li hija kapaċissima.", "ROBERT CUTAJAR: Imma l-pariri għaliex illum huma tajbin u qabel ma kienux tajbin jew viċi versa?!", "Nerġa' ngħid li din ma kenitx imwarrba.", "THE CHAIRPERSON: Agħtu ċans lill-Ministru jirrispondi.", "JOE MIZZI: Mhijiex kwestjoni ta' pariri tajbin illum u ta' pariri ħżiena qabel.", "Jien m'għedtx li tat pariri differenti qabel imma kien hemm parir li qabel kien differenti u hawnhekk qed nirriferi għall-parir li ngħata fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja.", "Hemmhekk hemm il-parir tagħha - għax fittixt id-dokumenti kollha - fejn din qalet li s-sistema mhux se taħdem.", "Qaltilhom hi bħala esperta li s-sistema tat-trasport pubbliku kif qed jipproponuha mhijiex se taħdem!", "U din qiegħda bil-miktub.", "Tathom spjegazzjoni bl-istatistika u b'kollox.", "ROBERT CUTAJAR: Jekk għandha mertu tajjeb li taħdem.", "JOE MIZZI: Għalhekk għidtlek li l-oħra kienet differenti.", "Fuq l-oħrajn jien mhux qed nikkontesta li hemm xi ħaġa.… Jien fis-sitwazzjoni tal-lum qed nara li kif inhi l-istruttura preżenti, bilfors irridu nħarsu 'l quddiem.", "Imma ma jfissirx li kien hemm xi ħaġa differenti għax l-istruttura li kien hemm għad hemm.", "Jien qed ngħid li wieħed irid iħares 'il quddiem.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, se nipprova nikkonkludi.", "Se nagħmillek tliet mistoqsijiet u nieqaf.", "Għandek żewġ kontradizzjonijiet għax fi Triq Diċembru 13 kellu jsir fis-sajf minħabba l-pillars u din hija xi ħaġa teknika imma ċċekkjajt fuqha.", "Jien il-Ministru responsabbli u dħalt biex nara l-affarijiet u mhu veru xejn.", "Rajt l-istatistika ta' kemm kien hemm xita...", "ROBERT CUTAJAR: Imma ħadd ma jkun jaf kemm se tagħmel xita!", "JOE MIZZI: Mela allura jmissni nieqaf għax issa żmien ix-xita!", "ROBERT CUTAJAR: Agħtini ċans nispiċċa u mbagħad irrispondini wara.", "THE CHAIRPERSON: Ministru, agħtih ċans jagħmillek il-mistoqsijiet u mbagħad irrispondi kollox f'daqqa.", "JOE MIZZI: Dawn mhumiex mistoqsijiet biex inżidu s-sigurtà fit-toroq tagħna!", "ROBERT CUTAJAR: U mbagħad għandek il-kontradizzjoni l-oħra fejn f' Birkirkara qed isir issa x-xogħol fiha.", "Għandek dak ix-xogħol li għaddej bħalissa fil-Wied ta' Birkirkara u allaħares tagħmel ix-xita!", "Naħseb li l-Bambin ħabbna f'dan il-każ.", "JOE MIZZI: Mhux diġa' tajtkom ir-raġuni għaliex?", "Imma ħalli nerġa' inwieġbek.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru kemm nagħmillek l-aħħar mistoqsija u daqshekk.", "Meta se jkun lest ir-road safety strategy?", "Meta se tkun pubblika?", "Smajtek issemmi d-diversion road li hemm fejn il-baċir u inti għidt li dak li ħareġ rigward l-insurance kienet gidba.", "JOE MIZZI: Qed nagħti garanzija.", "ROBERT CUTAJAR: Imma qiegħda bil-miktub din il-garanzija?", "JOE MIZZI: Tajtha jien pubblikament fuq it-television!", "Jiġifieri jistgħu jikkwotawni.", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri għidtha inti fuq it-television?", "JOE MIZZI: Għidtha jien u għidtha waqt mistoqsija parlamentari.", "THE CHAIRPERSON: U qiegħed jerġa' jgħidha hawnhekk.", "ROBERT CUTAJAR: Matul din il-ġimgħa kellna kontroversja - u semmejtha dalgħodu fi press conference viċin pajjiżek fil-Cottonera – dwar deċiżjoni totalment żbaljata li laqtet ammont ta' familji u sportivi.", "B'din id-deċiżjoni żbaljata qegħdin nurtaw lin-nies tal-akkwati tal-Pixxina Nazzjonali.", "Tgħiduli din x'għandha x'taqsam mas-suġġett tal-lum?", "Għandha x'taqsam għax tinvolvi t-traffiku u l-parkeġġ.", "Jgħid x'jgħid l-Onor.", "Kollega dan ħa deċiżjoni żbaljata.", "Immaġina bl-istess argument tal-Onor.", "Buontempo jiddeċiedi li jagħmel dan il-pass żbaljat fid-distrett tiegħu!", "Jgħid x'jgħid mhux se jipprova jgħatti xturu għax dak kien pass mgħaġġel u żbaljat.", "Dan huwa Segretarju Parlamentari u nistenna li l-Ministru jew il-Prim Ministru jitolbuh idawwar id-deċiżjoni.", "Jien għadni ġej mill-kumpless tal-Cottonera fejn hemm l-istess tip ta' parkeġġ u jkun hemm il-monti fl-istess viċinanzi.", "Huwa qal li dan il-pass ittieħed minħabba s-sigurtà.", "Immaġina l-Onor.", "Buontempo, li ġej minn dak id-distrett, jieħu l-istess deċiżjoni żbaljata li ħa fil-Pixxina Nazzjonali ħalli jara x'chaos ikollu fid-distrett tiegħu!", "Hemmhekk ħoloq inkonvenjent kbir għan-nies għax hemm madwar 60 karozza li m'għandhomx fejn jipparkjaw fit-toroq tal-madwar u issa qed ifittxu fejn jipparkjaw.", "Naħseb li bħala Ministru responsabbli mit-trasport u anke fejn jidħol parkeġġ, veru parking ġo post pubbliku imma in the long run qed jaffettwa l-parking tar-residenti għax dħaltu f'parking schemes tar-residenti u ddeċidejtu li twaqqfuh.", "Għalhekk nitolbok b'responsabilità Ministru biex lil hinn mill-politika u lil hinn mill-goals politiċi tieħdu azzjoni biex tgħidu lill-Onor.", "Buontempo ħalli jibdel dik id-deċiżjoni żbaljata li ħa!", "Suppost ġejtu hawnhekk biex tagħtuni s-suġġerimenti tagħkom.…", "ROBERT CUTAJAR: Imma naf li m'intix se tiddejjaq tweġibni u fuq kollox hawnhekk fuq traffiku qed nitkellmu.", "Għamilt press conference dalgħodu u ma kellekx għalfejn terġa' tagħmel press conference llejla f'din il-laqgħa!", "Jien ukoll naf nagħmilhom il-press conferences.", "U jekk irrid mhux waħda jew tnejn nagħmel!", "ROBERT CUTAJAR: Weġibni jekk tista' Ministru.", "JOE MIZZI: Dażgur li se nwieġbek.", "Ir-riżultat hu li l-parking hemmhekk żdied.", "Mhux dak kien ir-riżultat?!", "ROBERT CUTAJAR: Fejn il-Pixxina?", "Dik hija xi ħaġa privata u m'għandhiex x'taqsam mad-dekasteru tiegħi.", "ROBERT CUTAJAR: Privata tal-Kunsill Malti għall-Isport?!", "JOE MIZZI: Hija xi ħaġa li mhijiex fil-kontroll tal-ministeru tiegħi.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru inti parti mill-Gvern u l-parking ta' barra jaqa' taħt ir-responsabilità tiegħek.", "JOE MIZZI: Il-parking ta' barra telaq?", "ROBERT CUTAJAR: Hemm problema kbira fejn se jipparkjaw in-nies.", "JOE MIZZI: X'qed nagħmlu aħna fuq il-parking?", "Ħalli ngħidlek x'qegħdin nagħmlu.", "ROBERT CUTAJAR: Se tnaqqsu tal-Pixxina!", "Jien naħseb li tkunu qegħdin fil-qamar għax ma tkunux tafu x'qegħdin nagħmlu!", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, jien fil-Parlament qiegħed!", "JOE MIZZI: Mela ħalli ngħidlek x'għidt jien.", "THE CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom m'hemmx cross debates.", "Onor. Cutajar issa għamilt il-mistoqsijiet tiegħek u għalhekk nitolbok biex tħalli lill-Ministru jirrispondi.", "JOE MIZZI: Jiena għedt li fil-pajjiż qed nagħmlu pjan komprensiv f'kull żona fuq il-parkeġġi u mxejna sew fuqu.", "Issa meta jkun lest nippubblikawh.", "Mela allura ħu paċenzja ftit ieħor ħalli mbagħad tara dan il-pjan komprensiv li għandna fuq il-parkeġġi.", "ROBERT CUTAJAR: Għadek ma weġibtnix.", "JOE MIZZI: Dażgur li weġibtek.", "ROBERT CUTAJAR: Kienet żbaljata d-deċiżjoni tal-Onor.", "JOE MIZZI: Mela weġibni inti wkoll fuq jekk kontx żbaljat inti meta għedt tkellimt fuq Triq Diċembru 13 u l-kwestjoni tal-għargħar!", "ROBERT CUTAJAR: Weġibni int u nwieġeb warajk.", "JOE MIZZI: Rigward il-parkeġġ hemm pjan komprensiv u meta dan ikun lest tieħu risposta.", "ROBERT CUTAJAR: Kummiedja sħiħa!", "JOE MIZZI: Il-kummiedji taf liema huma?", "Ħalli ngħidlek jien liema huma l-kummiedji.", "Meta tgħidli għal Triq Diċembru 13 li komplejna biex jagħmlu l-pillars minħabba x-xita dawn reċti.", "Intom waqaftu minn dak ix-xogħol peress li kienet waslet l-elezzjoni!", "Jien għandi kollox u ma jirriżultax dak li qegħdin tgħidu intom.", "Waqqaftuhom għax kien hemm pressure biex ma jkunx hemm traffic jam minħabba l-elezzjoni, bil-konsegwenza li kien hemm il-periklu li nitilfu l-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Mela x'ġara?", "Mela l-ewwel tgħidu li dan il-proġett bdejtuh intom u allura kien tajjeb.", "Meta mbagħad qed tgħidu li waqajtu lura u li allura bilfors trid tkomplih għax inkella titlef il-fondi tal-Unjoni Ewropea, hemmhekk twaddbuha fuqna!", "Mela issa ħu kollox.", "Trid tkun ipokrita biex tgħid li għamiltuhom intom u mbagħad għax qed inkomplu x-xogħol u qed jinħoloq it-traffic congestions qed twaħħlu fina.", "Trid tkun ipokrita biex tgħid li għamiltuhom intom imma issa għax qed joħolqu t-traffic congestions allura issa tort tagħna.", "Trid tkun ipokrita biex tgħid hekk!", "Il-verità hi li kellna nkompluhom għax konna se nitilfu l-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Imma nerġa' ngħid li dawn mhumiex argumenti li stennejt mill-Oppożizzjoni llejla fuq kif għandna nżiedu s-sigurtà fit-toroq ħalli ma jmutux nies.", "Ara aħna meta kien meħtieġ għedna li kellu jsir xi ħaġa fl-Imrieħel biex nevitaw l-imwiet.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru għadek ma weġibtnix.", "JOE MIZZI: Jien mhux se noqgħod inwieġeb għall-ħmerijiet li qed tgħid inti!", "Jiena nwieġeb b'mod serju u nagħti l-informazzjoni meħtieġa u fil-fatt fuq il-parkeġġ diġa' informajtek li għandna pjan komprensiv.", "Nerġa' ngħid li għall-parkeġġi għandna pjan komprensiv f'kull area!", "Tajtilek ir-risposta issa.", "Nerġa' ngħid li meta kienet mietet persuna aħna konna għedna li rridu nagħmlu xi ħaġa imma min kien qabel responsabbli ġie jaqa' u jqum!", "Għalina l-ħajja hija imprezzabbli u diġa' ħadna l-passi.", "Aħna wegħedna fil-manifest elettorali u se nagħmlu xi ħaġa biex in-nies jaqsmu għan-naħa l-oħra tal-Imrieħel mingħajr ma jkunu fil-periklu.", "THE CHAIRPERSON: Ministru għandi l-aħħar mistoqsija żgħira u mbagħad ngħaddi għall-Onor.", "Marthese Portelli li wkoll tixtieq tagħmillek xi mistoqsijiet.", "Nitlob lill-Membri biex ma jagħmlux cross debates.", "(Interruzzjonijiet)", "MARTHESE PORTELLI: Jiena se nżomm mas-suġġett.", "Min jafni jaf li ġeneralment inżomm fil-qosor.", "Anzi għandi problema biex intawwal.", "Jien nixtieq nitkellem ftit dwar il-ħajja imprezzabbli tan-nies kemm tal-pubbliku kif ukoll tan-nies li hemm ma' Transport Malta u tan-nies li huma nvoluti fix-xogħol relatat ma' proġetti ta' Transport Malta.", "Fil-fatt se mmiss tliet punti.", "L-ewwel punt huwa dwar il-health & safety.", "It-tieni punt huwa dwar il-contingencies li hemm bżonn li jittieħdu jekk s'issa għadhom ma ttieħdux u t-tielet punt huwa dwar l-insurances li għandu jkun hemm meta jkun għaddejjin xi proġetti.", "Se nibda l-ewwel fuq il-health & safety.", "Skont il-liġi tal-Health & Safety Transport Malta għandu jkollha Health & Safety Officer li mhux biss ikun qiegħed hemmhekk biex jindirizza l-health & safety tal-individwi li jaħdmu ma' Transport Malta imma jrid ikun qiegħed iħares ukoll il-health & safety tal-individwi ta' Transport Malta li jaħdmu fuq barra u jissorvelja wkoll il-proġetti kollha li tkun qed tagħmel l-istess Transport Malta tramite kuntratturi.", "Skont il-liġi tal-Health & Safety mhuwiex biżżejjed li l-kuntrattur ikollu l-Health & Safety Officer tiegħu u d-dokumentazzjoni kollha f'postha.", "Fil-fatt jiena nformatha li Transport Malta, ftit tax-xhur ilu ħarġet quotation għal health & safety services.", "Illum hemm persuna jew kumpanija – m'għandix għalfejn insemmi l-isem - li l-kuntratt tagħha skadilha.", "Fil-frattemp jiena nformatha wkoll li ttieħdet deċiżjoni.", "Jista' il-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu jew le?", "Jekk il-kuntratt tal-persuna li kienet għaddejja bil-kuntratt qabel l-elezzjoni għadu għaddej sal-lum, għalfejn allura kien hemm il-bżonn li joħroġ tender ieħor?", "Jiena qed nassumi li l-kuntratt ta' din il-persuna skada u suppost li qiegħed jiġi mġedded biex ikun in line.", "It-tieni punt huwa dwar il-contingencies.", "X'tip ta' contingencies qegħdin jittieħdu fejn jidħol it-trasport pubbliku?", "Kulħadd ikun fit-toroq u kulħadd jaf li l-problemi tat-trasport pubbliku għadhom hemmhekk.", "Anzi l-problemi tat-trasport pubbliku żdiedu u dik ukoll qiegħda toħloq problema akbar ta' health & safety għaliex il-karozzi fit-toroq qegħdin jiżdiedu.", "It-tielet u l-aħħar punt huwa dwar l-insurances.", "Jiena nixtieq li bħala Kumitat ikollna konferma li kull proġett li jkun qiegħed jittieħed minn Trasport Malta, inkluż id-diversion routes, huma koperti.", "Għalfejn qiegħda nsemmi d-diversion routes?", "Qiegħda nsemmihom għax dawn ġeneralment isiru f'qasir żmien u mingħajr ma jkollok il-ħin li tippjana sew għalihom.", "Nixtieq li jkollna konferma li anke fil-każ ta' dawn id-diversion routes dawn huma kollha koperti bl-insurances li għandhom Transport Malta.", "JOE MIZZI: Rigward tal-health & safety, jekk kien hemm prattika ħażina qabel u din għadha hemmhekk sal-lum....", "MARTHESE PORTELLI: Ħalli nikkoreġik Ministru.", "Il-mistoqsija tiegħi mhux dik kienet!", "Il-prattika ta' qabel kienet li kien hemm kuntratt validu u meta tela' il-Partit Laburista fil-Gvern dan il-kuntratt skada.", "Mela l-prattika żbaljata fi żmienek qiegħda Ministru!", "THE CHAIRPERSON: Jekk jogħġbok Onor. Portelli m'hemmx cross debates!", "JOE MIZZI: Inti bdejt tgħid li ma jieħdux ħsieb tal-ħaddiema, li ma jieħdux ħsieb ta' ħaġa jew oħra imma jekk kien hemm prattika ħażina qabel u din għadha hemm jien ma naqbilx magħha u wieħed irid jara l-affarijiet.", "Jekk inti trid tkun taf dawk id-dettalji li qiegħda ssemmi … (off mic)", "Rigward it-trasport pubbliku, l-Arriva rriżultalha li bħala bejgħ ta' biljetti baqgħet l-istess jew żdieded, jiġifieri hemm kontradizzjoni bejn dak li qiegħda tgħid inti u dak li qed tgħid l-Arriva.", "MARTHESE PORTELLI: Il-mistoqsija tiegħi mhux dwar l-Arriva kienet!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Portelli nitolbok tagħti ċans lill-Ministru ħalli jirrispondi.", "JOE MIZZI: Il-kwestjoni kollha hi li intom, kif għidtu fir-rapport li sar wara t-telfa dwar fejn tellajtu l-aspettattiva u fejn għamiltu l-iżbalji, jien flejthom kollha biex nitgħallem minnhom u mmexxi 'l quddiem.", "U wieħed mill-iżbalji li għamiltu kien fuq ir-rotot li tajtuhomlhom intom lill-Arriva u dawn ħadmu fuq ir-rotot tagħkom.", "Hemmhekk jidher biċ-ċar li hemm problemi kbar.", "Il-problemi kbar huma fejn karozzi li suppost ikunu frekwenti filgħodu għax l-aktar li se jġorru nies jispiċċaw ma jkunux frekwenti.", "Jew inkella rotot li jitilqu minn post biex jiġbru n-nies minn fuq l-istages imma jkunu full-up mill-ewwel u allura jibqgħu għaddejjin.", "Din is-sitwazzjoni ilha sejra.", "Apparti minn hekk, dawk ir-rotot li kienu tħabbru fl-aħħar u kienu tbiddlu ma kellhomx biżżejjed karozzi.", "Fil-fatt meta aħna ħdimna r-rotot ħsibna li rridu aktar karozzi u anke l-Arriva kkonfermat dan.", "Dawn ir-rotot ġodda li għamilna saru fuq dak li qalilna l-poplu Malti u Għawdxi kollu u fuq dak li qalulna l-kunsilli lokali.", "Nista' ngħid li kulħadd ġie kkonsultat fuq ir-rotot li se jgħaddu lill-Arriva.", "Issa skont il-kuntratt li hemm dawk il-kilometri żejda rridu nkunu nafu kemm se nħallsu għalihom u mbagħad iridu jiġu fis-seħħ u rridu naraw kemm hemm bżonn aktar karozzi biex dawn ir-rotot jitħaddmu fil-prattika.", "Is-sitwazzjoni kif kienet ma stajtx tvarja jekk ma żżidx il-karozzi u tbiddel ir-rotot.", "U r-rotot ma tistax tbiddilhom jekk m'għandekx karozzi.", "Mela meta jiġu l-karozzi u nbiddlu r-rotot inkunu f'sitwazzjoni li naslu fejn irridu biex imbagħad in-nies jibda jkollhom il-fiduċja f'dan is-servizz u jibdew jużawh.", "Imbagħad semmejt l-assikurazzjoni fuq il-proġetti.", "Inti taf li skont il-liġi, jekk Transport Malta tiddikjara li dik hija triq li qed tintuża, allura mela dik koperta.", "Imma jekk trid aktar informazzjoni nitolbok tagħmilli mistoqsija parlamentari ħalli nara liema huma d-diversions u nkun nista' inwieġbek fuqhom.", "M'għandix problema.", "Ngħid lil Transport Malta biex tgħaddili l-informazzjoni u ngħaddilek tali informazzjoni.", "M'hemm xejn x'naħbi!", "MARTHESE PORTELLI: Jiena ma ġejtx hawnhekk biex nagħmel il-mistoqsijiet parlamentari u lanqas staqsejtek biex tgħidli jekk kull diversion hijiex koperta jew le.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu s-suġġerimenti tagħna u s-suġġeriment tiegħi kien li huwa importanti li d-diversions kollha jkunu koperti.", "JOE MIZZI: Naqbel miegħek.", "MARTHESE PORTELLI: Imma dwar il-contingency bqajt ma weġibtnix.", "JOE MIZZI: Diġa' għidtlek biex tagħmilli mistoqsija u nagħtik ir-risposti kollha.", "MARTHESE PORTELLI: Mela se noqogħdu nagħmlu l-mistoqsijiet parlamentari mis-Social Affairs Committee?!", "JOE MIZZI: Mela allura tippretendi li jien niġi hawnhekk u nkun naf kollox!", "Mela jien infallibbli u bl-amment se niftakar kollox!", "MARTHESE PORTELLI: Imma bħala contingency għandek tkun taf!", "JOE MIZZI: Sakemm ma tinġibidx l-attenzjoni fuq xi ħaġa li mhux suppost jien ma nistax inkun naf kollox.", "Għalhekk għedtlek biex tagħmilli mistoqsija parlamentari ħalli niċċekkja u ngħidlek.", "MARTHESE PORTELLI: Fil-programm elettorali kontu għidtu kemm-il darba ċar u tond li għandkom ir-road map.", "Veru li din qalha l-Onor.", "Joseph Sammut u mhux inti u jista' ikun li għalhekk li ma tridx tgħidli x'inhi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Skużawni!", "Tfejtilkom il-microphones.", "Issa tistgħu tikkalmaw ftit?!", "MARTHESE PORTELLI: Jiena nippretendi li jekk għandna Ministru quddiemna, se jkun qiegħed hawn biex niddjalogaw miegħu!", "JOE MIZZI: Inti llum suppost kellek tiġi b'xi proposti fuq kif se ntejbu s-sigurtà fit-toroq!", "MARTHESE PORTELLI: Jiena ġejt bil-proposti!", "Mela ħalli nerġa' ngħidhomlok.", "Se nerġa' nagħmel il-proposti tiegħi.", "JOE MIZZI: Naf li għamilthom għax smajtek u ħadt nota tagħhom.", "MARTHESE PORTELLI: Mela qed tikkonferma li għamilthom!", "Grazzi Ministru.", "JOE MIZZI: Bil-proposti li għamilt qed tinsinwa affarijiet li għadek ma tafhomx u kif nagħtik ir-risposti se ssib li dak li pprovajt tinsinwa m'intix korretta!", "MARTHESE PORTELLI: Ministru, jiena ġejt u tajt il-proposti tiegħi u inti issa għadek kemm ikkonfermajt dan.", "(Interruzzjonijiet)", "JOE MIZZI: M'għandix diffikultà.", "THE CHAIRPERSON: Erġajt tfejtilkom il-microphones.", "JOE MIZZI: Fid-dettall nagħtihomlok.", "L-ewwel ma nibda huwa bit-triq tal-Marsa Shipbuilding ħalli nurik kif …", "MARTHESE PORTELLI: Ministru, jiena ma semmejtx tax-Shipbuilding!", "JOE MIZZI: Għax inti semmejtli n-naħa tal-Gvern u jien semmejtlek in-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena kont qed nitkellem fuq id-diversions inġenerali ma' Malta u Għawdex kollu.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk ġejna biex nitkellmu fuq il-health & safety.", "Konna qegħdin nitkellmu fuq il-conversions u għalhekk l-affarijiet l-oħra nħalluhom għal xi ġurnata oħra jew inkellha nagħmlu mistoqsijiet parlamentari fuqhom għax naħseb li llum eżawrejnih dan is-suġġett.", "Għandna wkoll impenji oħra fil-Plenarja u għalhekk se jkolli naġġorna l-laqgħa għal ġurnata oħra.", "Onor. Bezzina nitolbok tkun fil-qosor għax ma fadalx ħin.", "TONI BEZZINA: Peress li kif bdejna l-Ministru staqsini jekk għandix xi suġġerimenti x'nagħmel nixtieq ngħidlu li jekk irid nista' niltaqa' miegħu jew mal-esperti tiegħu forsi nkun nista' ngħinhom b'xi mod jew ieħor.", "Naħseb li n-numru tal-mobajl tiegħi għandkom, ċempluli u fejn nista' nagħti daqqa t'id nagħti daqqa t'id.", "JOE MIZZI: Min-naħa tiegħi jekk għandek xi suġġerimenti ibgħathomli ħalli jarawhom l-esperti u mbagħad nikkonsulta miegħek.", "Anzi mhux miegħek biss imma ma' kulħadd għax ma nsib l-ebda diffikultà biex nagħmel dan.", "Imma toqgħodx tistenna lili.", "Li kieku nemmen li nista' insalva ħajja jien ma kontx noqgħod nistenna din il-laqgħa imma kont nibagħthom qabel is-suġġerimenti!", "TONI BEZZINA: Ministru għamilthom u bgħatthom diġa'!", "U n-nies tiegħek jafuh dan!", "Għamilt suġġeriment u ġbidt ukoll l-attenzjoni fuq dawk it-traffic lights mitfija.", "JOE MIZZI: Aħna t-talba ta' kulħadd nikkonsidraw.", "Ara jien meta kont nagħmel suġġerimenti kienu jipprovaw jgħaddu ż-żufjett bija imma xorta tgħallimt minnha għax kienu mietu n-nies meta ma ħaduhomx dawk is-suġġerimenti li kont ressaqt!", "Allura jien ma rridx li jkun hemm xi suġġerimenti li ma ngħaddihomx lill-esperti biex jarawhom u jiġri l-istess lili.", "THE CHAIRPERSON: Min iħoss li għandu jagħmel xi suġġeriment, jista' jgħaddih lill-Ministru.", "Illum se jkollna nagħlqu l-laqgħa għax għandna doveri oħrajn.", "Jiena kont se nkun imsiefra l-ġimgħa d-dieħla imma peress li tħassar kollox se nkun nista' inlaqqa' il-Kumitat bħal-lum ġimgħa kif nagħmlu s-soltu.", "Naturalment l-aġenda tkunu informati biha mingħand is-Segretarju tagħna.", "Illum kellna xi afarijiet oħra fuq l-aġenda imma mhux se jkollna ċans narawhom għax din il-parti tas-seduta ħadet iktar ħin milli ħsibt.", "Għalhekk mhux se nilħqu niddiskutu r-rapport tal-GWU dwar il-prekarjat u se jkollna nħalluha għal darb'oħra.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:01 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013 fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131023_009d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:52 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita u Tkabbir Ekonomiku l-Onor.", "Edward Zammit Lewis (sostitut tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin), l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Luciano Busuttil kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 8 li saret fit-27 ta' Settembru, 2013 kienu konfermati.", "Il-President għarraf lill-Kumitat b'din il-korrispondenza:-", "Dok 49 komunikat (No. 997) datat l-1 ta' Ottubru 2013 mibgħut mill-President tal-Parlament Sirjan li l-iSpeaker għadda lill-Kumitat fejn fih qiegħda ssir sejħa għal waqfien mill-ġlied u għal soluzzjoni politika għall-kriżi Sirjana u fejn saret referenza għall-kriżi umanitarja li nħolqot b'tant refuġjati jħallu l-pajjiż; u", "Dok 50 email bid-data tal-lum tat-23 ta' Settembru 2013 u ittra datata t-18 ta' Settembru 2013, fejn il-Viċi Presient tal-Kummissjoni, Marcos Sefcovic, għarraf li minn issa 'il quddiem il-Kummissjoni kienet se tibgħat lill-Parlamenti Nazzjonali u lill-Parlament Ewropew dokumenti li sa dak inhar, għalkemm pubbliċi, kienet qegħda tibgħathom biss lill-Gvernijiet Nazzjonali – dan jibqa' ma jgħoddx għal dokumenti klassifikati.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK IL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL DWAR IT-TWAQQIF TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW (KUMM(2013)534) TISSODISFAX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ.", "Il-Kumitat iddiskuta l-abbozz ta' opinjoni motivata dwar din il-proposta li kien diġà tqassam lill-Membri u, wara li ġew introdotti xi emendi, rrakkomanda lill-Parlament biex jibgħatha lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew.", "Il-President informa lill-Kumitat li l-indikazzjonijiet kienu li se jitlaħaq il-minimu ta' 14-il vot meħtieġa sabiex din il-proposta tiġi riveduta kif provdut fl-Art.", "7 (2) ta' Protokoll 2 li hemm mat-Trattat.", "Dok 51 Opinjoni motivata maqbula mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej rigward il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Kumm(2013)534).", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI FIR-RIGWARD TAL-OSSERVANZA TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Il-Kumitat ikkonsidra l-20 proposta leġislattiva indikati hawn taħt maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea flimkien mar-rapporti li saru fuqhom mir-research analyst tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u qabel li ma jirriżultax li kien hemm ksur tal-prinċipju dwar is-sussidjarjetà:-", "Fir-rigward tal-proposta li ġejja l-Kumitat talab aktar informazzjoni dwar il-pożizzjoni li kienu qegħdin jieħdu Stati Membri oħra u allura d-dokument kellu jinżamm fuq l-aġenda ta' Grupp ta' Ħidma I:-", "Fis-7:20 pm il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131023_009m_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 9", "L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Mistednin għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor Toni Bezzina.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 07 li saret nhar l-Erbgħa 16 ta' Ottubru 2013 ġew konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR L-ITTRA MIBGĦUTA LILL-KUMITAT MILL-ONOR TONI BEZZINA FUQ L-INĊIDENTI BIL-KAROZZI FIT-TOROQ TA' PAJJIŻNA", "L-Onor.", "Toni Bezzina ta spjegazzjoni fuq l-ittra li kien ippreżenta lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, liema ittra kienet qiegħda tirriferi għal diversi aċċidenti bil-karozzi fit-toroq tagħna.", "L-Onor Bezzina talab lill-Kumitat sabiex jiddiskuti fid-dettall it-tħaris tas-saħħa tan-nies fit-toroq tagħna u fuq kif pajjiżna jista' jtejjeb is-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Min-naħa tiegħu l-Ministru Joe Mizzi spjega kif hu ta struzzjonijiet lil Transport Malta sabiex jikkompilaw a road safety strategy li għandha sservi ta' bażi għal kif għandu jopera r-Road Safety Council.", "Dan il-Kunsill se jkun qiegħed jimmaniġġja r-road traffic strategy ta' pajjiżna.", "Il-Ministru semma' kif hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet short-term kif ukoll long-term fuq dan il-qasam, inkluż fuq l-użu tat-toroq miż-żwiemel u fuq aktar koordinazzjoni mal-pulizija.", "Semma' kif inċident li fih kien involut żiemel fin-naħa t'isfel ta' Malta pparalizza t-traffiku kollu ta' dawk in-naħat u li dan iż-żiemel ħadd ma' seta' jmissu ħlief il-veterinarju tal-Gvern.", "Apparti minn hekk dan il-veterinarju ma setax imur jasissti liż-żiemel.", "Aspett ieħor li ssemma' mill-Ministru kien il-bżonn ta' inqas karrozzi fit-toroq tagħna.", "Waħda mis-soluzzjonijiet għal dan il-għan hija l-upgrade tas-sistema tat-trasport, fejn bl-użu ta' fondi mill-Unjoni Ewropea għandha tiġi mtejba l-infrastruttura tat-toroq tagħna permezz tat-Ten-T network.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:01 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013 fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131023_009m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TALKAMRA TADDEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 4", "LErbgħa, 30 ta' Ottubru fis6.30 p.m.", "Silvio Schembri, President talKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar lErbgħa, 30 ta' Ottubru fis6.30 p.m. filKamra talKumitati filPalazz, ilBelt, b'din laġenda:", "Proposta għal Regolament talParlament Ewropew u talKunsill dwar laċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għassuq intern talakkwist pubbliku talUnjoni u lproċeduri li jappoġġjaw innegozjati marbuta malaċċess talprodotti u sservizzi talUnjoni għasswieq talakkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20131030_004a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 4", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru 4", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:29 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 3, li saret fl-10 ta' Ġunju 2013, ġew ikkonfermati.", "SKRUTINJU TA' PROPOSTI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda, li huwa \"Skrutinju ta' Proposti mill-Kummissjoni Ewropea: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozji marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi.\"", "CHRIS FEARNE: Mr Chairman, nipproponi li naqbżu għat-tielet item fuq l-aġenda, sabiex ma nħallux lill-mistieden jistenna sakemm niddiskutu dan l-item.", "THE CHAIRMAN: Bażikament m'għandniex wisq x'niddiskutu, u naħseb ħames minuti oħra neħilsu.", "Mela, kif konna qed ngħidu, dan id-dokument ġie riferut lilna mill-Grupp ta' Ħidma I, meta kien hemm qbil li jgħaddi dan id-dokument lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji sabiex jikkonsidra t-tħassib tal-ministeru konċernat fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-liberalizzazzjoni għas-suq produttiv f'Malta, u fuq kwestjonijiet ta' proporzjonalità.", "Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, flimkien mal-pożizzjoni tal-Gvern u r-rapport tar-Research Analyst, diġà ġew imqassma lilkom.", "Apparti hekk, sar kuntatt mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex ikollna aġġornament għal din il-proposta speċjalment fid-dawl ta' tħassib u fuq il-konklużjonijiet tar-Research Analyst.", "Fil-fatt, il-Grupp ta' Ħidma I irrefera dan ir-rapport lilna sabiex nagħmlu analiżi aktar fil-fond dwar x'impatt jista' jkollu l-liberalizzazzjoni tas-swieq f'dak li għandu x'jaqsam mal-public procurement.", "Jidher li x-xogħol fuq din il-proposta jinsab wieqaf fuq livell Ewropew, u għalhekk, jekk intom taqblu wkoll, nissuġġerixxi li nikkomunikaw dan il-fatt lill-Grupp ta' Ħidma I, u fl-istess ħin inkomplu nsegwu din il-proposta u naraw jekk ikunx hemm xi żviluppi oħra dwarha.", "Kif tistgħu taraw mid-dokument, fuq livell Ewropew din il-proposta oriġinat f'Marzu tal-2012, u għadha miżmuma s'issa u għadu ma sarx xogħol fuqha.", "Din il-proposta qed tipproponi li jkun hemm aċċess għall-public procurement ta' goods and services lil pajjiżi terzi fejn ma jkunx hemm ftehim magħhom.", "Fil-każ tagħna, dawn il-pajjiżi huma ċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja, jekk miniex sejjer żball.", "Il-proposta hija sikkina taqta' minn żewġ naħat.", "Hemm il-fatt li tista' tkun qed tiftaħ suq li jista' jagħti aċċess għall-prodott li huwa iktar low in cost, però li jkun low in quality ukoll.", "Min-naħa l-oħra, tkun qegħda tieħu mis-suq Ewropew.", "Aħna min-naħa tagħna m'għandniex daqshekk suq kbir li nistgħu forsi nibbenefikaw b'mod dirett.", "Sinċerament, wara li anke tkellimt man-nies li ħadmu fuq din il-proposta, qaluli li l-probabbilità kbira hi li din kemm tissemma biss, imbagħad, meta tasal fuq livell ta' Parlament Ewropew u ta' Kummissjoni, tieqaf.", "Jiġifieri, jekk intom taqblu, aħna nerġgħu nirreferu l-proposta lura lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u ninfurmawhom bil-pożizzjoni tagħna.", "Ma nafx jekk għandkomx aktar kummenti fuqha?", "CHARLES BUHAGIAR: Kemm nistaqsi domanda, għall-informazzjoni l-aktar: inti fir-rapport tiegħek għedt li l-proposta tista' twassal biex ċertu prodotti ta' low cost u ta' kwalità baxxa ma jitħallewx jidħlu fis-suq?", "THE CHAIRMAN: Le, jekk tgħaddi din il-proposta, dawn il-prodotti se jkunu qegħdin jidħlu fis-suq.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk dan se jkun il-każ – għax safejn naf jiena l-Unjoni Ewropea għandha standards għal kollox prattikament – jekk prodott ma jirrispettax l-istandards, ma jidħolx.", "THE CHAIRMAN: Bħalissa din hija biss imressqa bħala proposta.", "Għad ma kienx hemm diskussjoni fid-dettall, u ma daħlux fin-nitty gritty tagħha.", "Jien għalissa naħseb anke għall-fatt li, fuq livell Ewropew, għadhom ma ddiskutewhiex u ma daħlux iktar fid-dettall, ma naħsibx li għandna nkunu aħna li nidħlu fiha.", "Jiġifieri, dment, biex ngħid hekk, qisha mhijiex se titkompla tittieħed b'aktar serjetà, naħseb aħna m'għandniex għalfejn inkomplu niftħu aktar fuqha.", "Fil-fatt, aħna se nkunu qed insegwu xi żviluppi li jistgħu jseħħu, u jekk imbagħad, ġaladarba naraw li se tkun qegħda timxi aktar 'l quddiem, nerġgħu ntellgħuha fuq l-aġenda u niddiskutuha aktar fil-fond.", "KRISTY DEBONO: Fil-fatt, fl-2012 – fil-leġislatura preċedenti – il-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien kien oppona għal ħafna mill-punti li hemm fil-proposta.", "Hekk għamlu ukoll ħafna pajjiżi tal-Mediterran – speċjalment dawk li għandhom developed economies – li wassal biex għalissa din twaqqfet u, kif jgħidu, put on the shelf.", "THE CHAIRMAN: Fil-fatt, nikkonferma dak li għadek kemm għedt inti, li apparti Malta hemm pajjiżi oħra wkoll li mhux qegħdin jaqblu magħha din.", "Nistgħu mmexxu hekk, mela?", "Tajjeb.", "Nieħdu nota sabiex ninfurmaw lill-Kumitat tal-Affarijiet Barrranin u Ewropej bir-rakkomandazzjonijiet tagħna fuq il-proposta.", "Ngħaddu għall-punt li jmiss fuq l-aġenda.", "Għalhekk, nistieden lis-Sur Clyde Caruana sabiex jagħmel preżentazzjoni rigward rapport magħmul mill-Unjoni Ħaddiema Magħqudin bl-isem ta' The Next Leap – From Labour Market Programmes To Active Labour Market Policies.", "Nitlob lis-Sur Clyde Caruana, wieħed mill-awturi tar-rapport, sabiex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu.", "Wara l-membri jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "RAPPORT TAL-UĦM THE NEXT LEAP – FROM LABOUR MARKET PROGRAMMES TO ACTIVE LABOUR MARKET POLICY", "IS-SUR CLYDE CARUANA (Unjoni Ħaddiema Magħqudin): Għalfejn hemm bżonn li l-produttività f'pajjiżna tiżdied?", "Għandha bżonn tiżdied għaliex bla dubju rridu nżidu s-saħħa tal-pagi tagħna.", "Jekk wieħed iħares kif żdiedu l-pagi b'mod reali – jiġifieri s-saħħa tal-pagi fl-Unjoni Ewropea – dawn żdiedu b'rata doppja ta' kemm żdiedu hawn Malta.", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li biex Malta tikkonverġi mal-bqija tal-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' għajxien – u issa se nkun qiegħed naċċenna għal dak il-fatt ukoll – neħtieġu numru kbir ta' snin.", "Hawnhekk qed inqabbel mal-medja tal-Unjoni Ewropea, mhux mal-pajjiżi tal-Punent.", "Għax jekk tikkonverġi mal-pajjiżi tal-Punent bħall-Ingilterra, l-Italja u l-pajjiżi li huma l-iktar żviluppati, in-numru ta' snin li wieħed jeħtieġ huma bil-ħafna iktar.", "Allura kif nistgħu nżiduha l-produttività?", "Qabel ma ngħaddi għal \"kif\", hawnhekk se nqabbel il-produttività ma' proxy tal-ħiliet tal-ħaddiema tagħna.", "Il-ħiliet tal-ħaddiema tagħna kif jitkejlu?", "Dawn jitkejlu billi naraw il-livell ta' edukazzjoni u l-livell ta' taħriġ tagħhom.", "Joħroġ bl-aktar mod ċar li, biex tabilħaqq irridu li jkollna produttività aktar għolja, jeħtieġ li l-ħaddiema tagħna jkunu mħarrġin iktar.", "Għalkemm mhux qiegħed inkluż f'dan ir-rapport, però mir-riċerka li qegħda ssir bħalissa joħroġ li f'pajjiżna, minn kull 100 żagħżugħ ta' 24 sena li joħorġu mill-iskola, hemm 33 li l-ogħla livell ta' edukazzjoni tagħhom mhuwiex aktar minn School Leaving Certificate.", "Jiġifieri, bażikament qed ngħidu sal-Edukazzjoni Sekondarja.", "Hemm 33 oħra li jirnexxielhom itemmu b'suċċess il-livell post-sekondarju jew inkella l-MCAST, u 33 oħra li jirnexxielhom jiggradwaw b'suċċess mill-Università.", "Jekk inqabblu din l-istatistika mar-Repubblika Ċeka, pajjiż ċentrali fl-Unjoni Ewropea, naraw li n-numru ta' żgħażagħ Ċeki li jirnexxielhom itemmu l-livell post-sekondarju jew f'livell ta' MCAST ta' pajjiżhom huwa 70%.", "Dan ifisser li jekk tabilħaqq irridu nikkompetu ma' dawn il-pajjiżi, hemm bżonn li l-istudenti tagħna jimxu aktar lejn il-livell post-sekondarju jew dak vokazzjonali.", "Jekk se nibqgħu bl-istess rata tal-lum, allura l-catching up process se jkun aktar diffiċli għal pajjiżna.", "Fil-fatt, bir-ritmu li għaddejjin bih bħalissa, huwa mbassar li sabiex naslu mal-average u nikkonverġu mal-medja tal-Unjoni Ewropea, jeħtiġielna madwar 35 sena oħra, li huwa perijodu twil mhux ħażin.", "U għalhekk hemm il-ħtieġa li ninvestu aktar fil-ħaddiema tagħna u fl-edukazzjoni.", "Mhux neċessarjament fi flus, imma anke fi kwalità, speċjalment fejn tidħol l-edukazzjoni tagħna.", "Allura x'nistgħu nagħmlu sabiex dan il-proċess naċċellerawh?", "Bażikament, billi l-Gvern, jew il-partiti politiċi, jħarsu iktar lejn politika li tindirizza s-supply milli d-domanda tal-labour market tagħna.", "Il-gvernijiet, wieħed wara l-ieħor, dejjem ikunu nklinati biex jistimulaw l-attività ekonomika billi jagħtu miżuri li jagħtu iktar disposable income lill-familji tagħna.", "Minnha nnifisha m'hemm xejn ħażin; però, din twassal sabiex ikollna politika li aktar tħares lejn is-short-term milli lejn il-long-term, għax tkun qed tistimula d-domanda u mhux tistimula l-produzzjoni.", "Sabiex din il-konverġenza nakkwistawha fl-inqas żmien, u mmorru iktar lejn il-long-term, hemm bżonn li nħarsu lejn il-miżuri hekk imsejħa active labour market policies.", "Għaliex dawn itejbu l-employability tan-nies u jżidu l-produttività.", "Kif nistgħu nagħmlu dan?", "Dan nistgħu nagħmluh billi istituzzjonijiet, fosthom l-Employment and Training Corporation (ETC), tissaħħaħ permezz ta' servizzi, speċjalment fejn jidħol il-Personal Employment Services.", "X'ikunu dawn is-servizzi?", "In-nies li jkunu qegħda, jew li jkunu qed ifittxu xogħol alternattiv, jagħmlu kuntatt mal-Employment Advisors sabiex jgħinuhom isibu xogħol.", "Illum il-ġurnata, bħala full-time equivalent, l-ETC kulma għandha huma 18-il persuna.", "U kull impjegat qed jispiċċa b'workload ta' bejn wieħed u ieħor 350 jew 400 persuna.", "B'dan il-mod,ma tistax toffri servizz li jkun ta' kwalità.", "Għaldaqstant, waħda mill-miżuri li d-dokument qiegħed jissuġġerixxi – u li naf li qiegħed isir xogħol fuqu – hu li jkun imsaħħaħ il-Personal Employment Services tal-Korporazzjoni billi jiġu reklutati nies addizzjonali.", "It-tieni miżura li tista' ssir b'mod iktar koerenti hija bl-Employment Assistance.", "Permezz tal-Employment Aid Programme, il-Gvern preċedenti kien qiegħed iwettaq din l-inizjattiva; però, hemm bżonn li nkunu aktar koerenti u nħarsu iktar lejn long-term.", "Fil-perijodu li għadda, l-Employment Aid Programme tħaddem fuq 3 snin u mbagħad, meta spiċċaw il-fondi, waqaf.", "Imma l-ħteġijiet tal-ekonomija ma jieqfux; għalhekk irridu nirrazzjonalizzaw aktar r-riżorsi, biex skemi bħal dawn ikunu available għall-ekonomija tagħna fuq perijodu twil u mhux għal perijodu qasir.", "Min-naħa l-oħra, wkoll hemm il-ħtieġa – u dan inħoss li huwa punt mportanti ħafna – tal-Making Work Pay.", "Pajjiżna għandu madwar 18,000 persuna li huma jew fuq il-benefiċċji soċjali jew fuq għajnuna soċjali, li tingħata jew lil nisa li jkunu legalment separati, jew single parents, jew persuni hekk imsejħa not fit for work imma mhumiex invalidi, u dawk li huma long-term unemployed.", "Minn dawn it-18,000 persuna, 9,000 minnhom huma taħt l-40 sena.", "Naħseb li jkollna 9,000 persuna taħt l-40 sena li jibqgħu hemmhekk għal 25 sena li ġejjin, sakemm jiġu biex jirtiraw bil-pensjoni – għaliex dawn ikollhom il-pensjoni non-kontributorja – huwa minnu nnifsu ħela ta' riżorsi.", "Ħela ta' riżorsi umani, kif ukoll ħela għall-istess persuna!", "Nemmen li qed nagħmlu disservizz għal dik il-persuna, għaliex biex tgħix bil-benefiċċji soċjali biss qiegħda fil-periklu li taqa' fir-riskju ta' faqar.", "Għaldaqstant, l-inizjattiva Making Work Pay fiha diversi miżuri li ta' min wieħed jesplora.", "Biex nagħtikom eżempju, ikun hemm persuna qiegħda fuq il-benefiċċju soċjali u tagħżel li tibda taħdem.", "Il-benefiċċji ma jinqatgħuliex mal-ewwel, imma jkun hemm perijodu tranżitorju fejn tingħata biżżejjed nifs sabiex tintegra ruħha fid-dinja tax-xogħol.", "Ir-raba' fattur huwa l-Human Capital Investment.", "Sfortunatament, pajjiżna sar wisq dipendenti fuq il-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "L-employers – u nerġa' ngħidha b'mod sfortunat – dejjem jistennew li jkun hemm dawn l-fondi.", "Mhux għax il-fondi mhumiex tajbin, imma ma jistax ikun li nibqgħu dipendenti biss fuqhom.", "Jeħtieġ li mill-baġit nazzjonali ikun hemm aktar investiment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapital uman.", "B'hekk biss nistgħu naċċelleraw il-proċess ta' konverġenza mal-Unjoni Ewropea.", "Allura, l-qabża fil-kwalità li jmiss trid tħares lejn il-long-term u ssir b'mod strateġiku.", "Hemm bżonn li jissaħħu aktar il-ħiliet tal-ħaddiema tagħna sabiex verament ikollna riżultati tanġibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' produttività.", "Jekk ikun hemm aktar produttività, bl-ebda dubju dan iwassal sabiex ikun hemm żieda fil-profitti, li jwasslu għal żieda fil-pagi għall-ħaddiema tagħna.", "Kif spjegajt qabel, jekk din iż-żieda fil-produttività ma ssirx, il-pagi jibqgħu ma jiżdiedux, kif fil-fatt qed isir illum.", "Ikun hemm żieda biss minħabba l-inflazzjoni; imma dak ma jfissirx li l-poter tal-akkwist tal-familji jkun qiegħed jiżdied.", "Bla dubju, aħna m'aħniex qed nivvintaw ir-rota, għax dan diġà esperjenzawha diversi pajjiżi oħra.", "Il-benefiċċju tagħha kien li wassal għal aktar tkabbir ekonomiku, li wassal għal iktar dħul għall-familji.", "Il-ħtieġa ta' dan kollu hija minħabba li d-demografija tagħna dejjem qiegħda tonqos.", "Aktarx li minn hawn u 15-il sena oħra, ma nkunux qegħdin nitkellmu fuq kemm qed jiżdiedu nies fil-labour force tagħna, imma pjuttost kemm qegħdin jonqsu.", "Dan minħabba l-fattur li l-popolazzjoni tagħna qiegħda tixjieħ.", "Fil-fatt, fil-25 sena li jmiss, huwa mistenni li l-workforce tagħna jonqos b'20,000 persuna.", "Jiġifieri dawk in-nies kollha li huma kapaċi jirrendu s-servizzi tagħhom fis-suq tax-xogħol mistennija jonqsu b'20,000.", "U dan minħabba l-fattur demografiku tagħna li ta' kull sena mal-5,000 persuna qed jispiċċaw mix-xogħol, meta qed jibdew jaħdmu biss mal-4,000 jew inqas.", "Dan il-fattur huwa minħabba li fil-passat il-familji kellhom inqas tfal.", "(Interruzzjoni)", "Parti mill-employment ratio se tkun qiegħda togħla.", "Kif tiġi kkalkulata l-employment ratio?", "Il-ħaddiema fuq kemm għandek nies available għax-xogħol: dawn se jkunu qegħdin jonqsu.", "(Interruzzjoni)", "La l-workforce jkun qiegħed jonqos, bla ebda dubju se tiġi impattata l-labour force tagħna u dawk li jkunu available li jagħtu x-xogħol.", "Il-workforce se tkun qegħda tonqos b'20,000 persuna, mhux il-labour force.", "Jiġifieri hemm differenza.", "Il-labour force se tkun qed tiġi impattata għaliex tonqos b'ammont ta' 20,000.", "Il-labour force mhux se tibqa' tielgħa bl-ammont li tiela' llum.", "Jiġifieri dan huwa fattur demografiku li ma tistax tegħlbu.", "Sakemm ma jkollniex aktar tfal, jew inkella niftħu l-bibien tagħna għall-immigrazzjoni.", "Bħala fatturi konkreti, x'tista' tattwa u x'tista' tiddiskuti?", "Illum l-ogħla rata ta' tassazzjoni li għandna f'pajjiżna hija ta' 35%, anke għal dawk li jaqilgħu aktar minn €60,000.", "Jekk persuna li tkun fuq il-benefiċċju soċjali tiddeċiedi li toħroġ taħdem, dak il-ħin li toħroġ taħdem, se titlef il-benefiċċju tagħha u saħansitra jkollha tħallas il-bolla.", "Mela mil-lat finanzjarju r-rata ta' taxxa – dik li nsejħulha l-marginal effective tax rate ta' kemm qed jiġi ntaxxat permezz tal-bolla u kemm qed jitlef fil-benefiċċju – tiġi ekwivalenti għal 110%.", "L-ogħla rata fuq l-impjegat hija ta' 35%.", "Jiġifieri mhux ta' b'xejn li min ikun fuq il-benefiċċji soċjali jaraha tassattiva u li ma jaqbillux li joħroġ jaħdem.", "Apparti li l-gap hija żgħira, l-effett psikoloġiku ta' kemm qiegħed titlef huwa qawwi ħafna.", "Fl-2007, il-Gvern preċedenti kien ikkummissjona rapport permezz tal-ETC fejn ħafna min-nisa li kienu għadhom ta' età żgħira u li ġew intervistati qalu li lesti li joħorġu jaħdmu, imma l-fatt li l-benefiċċju jieqaf mill-ewwel ġurnata, jiskoraġġihom milli jagħmlu dan.", "Dan għaliex jekk jitilfu x-xogħol, kienu ser jispiċċaw lampa stampa, u ma jkollhomx fuq xiex jaqgħu.", "Għalhekk jagħmel sens – u nerġa' nirrepeti, mhux se nivvintaw ir-rota – li nesploraw u nagħmlu t-tapering kif għamlu diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew tal-OECD.", "Tapering huwa l-mod kif nistgħu nagħtu nifs lil dawn in-nies sabiex jagħmlu dik il-qabża għad-dinja tax-xogħol wara diversi xhur jew snin ma jaħdmux.", "Jekk pajjiżna verament irid li jinċentiva lil dawn in-nisa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għandu jesplora inċentivi li jagħtu pajjiżi barranin, u naraw kif jistgħu jiġu nkwadrati fil-qafas tagħna.", "Apparti minn hekk, pajjiżna rrid jieħu bis-serjetà l-investiment fil-ħiliet tal-ħaddiema tagħna.", "Nitkellmu ħafna fuq il-politika fil-qasam tax-xogħol, però l-investiment huwa dgħajjef.", "Hemm bżonn li mmorru lil hinn minn sempliċement korsijiet qosra tal-ETC, u nagħtu iktar impetus fl-investiment tal-ħiliet tal-ħaddiema tagħna.", "Għalkemm għandna nagħtu importanza lill-employability, imma mil-lum 'l quddiem, jeħtieġ li nsiru aktar produttivi mill-workforce eżistenti.", "B'hekk biss l-ekonomija ta' pajjiżna tista' tikber.", "Hemm limitu ta' kemm tista' ddaħħal nies fid-dinja tax-xogħol, mhux minħabba limitazzjoni ta' opportunitajiet tax-xogħol li jistgħu jinħolqu, imma rridu nħarsu kif, mill-istess nies, nikkreaw iktar ġid.", "Bażikament, dik kienet il-preżentazzjoni għad-dokument li kien tħejja u li kienet saret diskussjoni aktar dwaru.", "Ma nafx jekk hemmx domandi min-naħa tagħkom.", "THE CHAIRMAN: Qabel xejn nirringrazzjak tal-preżentazzjoni interessanti li tajtna.", "Issa ngħaddu għall-mistoqsijiet min-naħa tal-membri.", "Jien min-naħa tiegħi għandi xi punti żgħar, imbagħad tkun tista' tirrispondihom kollha wara.", "F'ħin minnhom inti semmejt kif inkejlu t-taħriġ: forsi tista' tgħidilna kif jista' jitkejjel?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: It-taħriġ jitkejjel billi kull ħames snin il-Eurofound – permezz tal-European Working Conditions Observatory – tiġbor kemm ikunu qegħdin jonfqu l-kumpaniji fuq it-taħriġ tal-impjegati.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri jitkejjel bħala money spent?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Bħala nefqa.", "Ikun imkejjel kemm il-kumpaniji qegħdin jonfqu bħala persentaġġ tal-GDP.", "THE CHAIRMAN: Mhux bħala numru ta' sigħat?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Bħala nefqa.", "Malta qegħda kemxejn lura, għax saħansitra hemm pajjiżi miċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea li għaddewna.", "THE CHAIRMAN: F'ħin minnhom semmejt li l-Employment Aid Programme twaqqaf.", "X'kienet ir-raġuni prinċipali li twaqqaf?", "Ta' fondi?", "X'effett kellu mil-lat kwantifikabbli?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Ir-raġuni li twaqqaf l-Employment Aid Programme kienet waħda pożittiva.", "Meta dan il-programm infetaħ, kien inħataf kollu f'daqqa, u għalkemm ma kienx hemm limitu, il-fondi ġew assorbiti kollha.", "Fil-fatt, meta kont qed niddiskuti dan il-punt fil-kumitat mal-imsieħba soċjali, kien hemm qbil li, jekk dan il-programm jerġa' jinfetaħ mingħajr limitu ta' kwota, nispiċċaw li fi żmien tliet snin se jkun eżawrit, bir-riżultat li ma jkun hemm xejn għas-snin sussegwenti.", "Għaldaqstant, hemm bżonn li jkun hemm targeting għal min jista' jattendi l-Employment Aid Programme.", "Qed ngħid hekk għaliex sezzjoni li setgħu bbenefikaw minn dan il-programm kienu persuni li għad m'għandhomx esperjenza ta' xogħol.", "Imma ġara li bbenefikaw ukoll studenti Universitarji.", "Fil-fatt, minn analiżi li saret, ħareġ li l-accountants l-aktar li bbenefikaw.", "Ma naħsibx li huwa l-aktar mod idoneu kif għandu jintuża dan il-fond sabiex jiġu megħjuna l-accountants.", "Naħseb li hemm iktar nies li għandhom bżonn din l-għajnuna, u kif jistgħu jiġu ggwidati għal dawn il-flus.", "THE CHAIRMAN: Ġie kkwantifikat kemm kien ta' għajnuna dan il-programm?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Iva, fil-fatt l-aħħar ċifri jindikaw li kien hemm bejn wieħed u ieħor 'l fuq minn 2,200 persuna li sabu xogħol.", "Irridu nagħtu ftit ċans ieħor biex naraw kemm minnhom għadhom attwalment fid-dinja tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: L-aħħar punt min-naħa tiegħi.", "Semmejt il-Human Capital Investment.", "Jiġifieri qatt ma kien hemm allokazzjoni għalih min-national funds?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Il-problema hi li llum il-ġurnata l-programmi ta' taħriġ tal-ETC huma kollha ffinanzjati mill-ESF.", "Jekk ikun hemm xi ħaġa urġenti – pereżempju, kumpanija għandha bżonn taħriġ għal ċertu mpjegati speċifiċi – mhemmx flus allokati.", "L-allokazzjoni finanzjarja nazzjonali għall-ETC tkopri biss il-pagi.", "ONOR STEPHEN SPITERI: Jiġifieri, qed titkellem fuq is-settur privat u li jkun hemm inċentiv għall-apprendistat anke min-naħa ta' kumpaniji privati?", "Naħseb dak ikun punt li jista' jwassal għal aktar taħriġ u jkun targeted għax-xogħol ...", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Fil-fatt, fuq dan il-punt, il-Ministeru qiegħed jistudja r-riforma fl-apprendistat biex ikun aktar relevanti għad-dinja tal-lum.", "Fuq il-JobsPlus, intbagħtet e-mail lill-employers kollha f'pajjiżna li jimpjegaw iktar minn 50 persuna.", "Wara saru one to one visits lill-employers li esprimew interess li joffru opportunitajiet jew ta' apprendistat, jew ta' traineeship, jew ta' work exposure.", "Kien hemm numru sabiħ li kienu interessati, imma issa rridu naraw kemm konkretament se jaċċettaw.", "Kif neżawrixxu din il-lista ta' kumpaniji kbar, imbagħad immorru għal kumpaniji li huma iżgħar.", "Importanti li jkollna database ta' dawn il-kumpaniji sabiex Early School Leavers, jew persuni li huma avvanzati fl-età imma għandhom bżonn work placement ieħor, inkunu nistgħu nirreferuhom b'dawn il-kuntatti bl-aktar mod faċli possibbli.", "STEPHEN SPITERI: Punt ieħor huwa kif dejjem ikun hemm ċertu reżistenza minn settur ta' individwi li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol, u li, kif semmejt inti, toffrilhom x'toffrilhom, qishom qatt ma jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-leġislatura ta' qabel, konna anke offrejna kors ta' taħriġ fejn persuni jħallsu €100 fix-xahar, saħansitra anke lil dawk li jaħdmu b'paga minima, imma applikaw minimu ta' individwi.", "Jiġifieri jidher li ma kienx hemm stimulu.", "Jien naħseb li rridu nippruvaw ninċentivaw potential workers, għax minn x'imkien irid jiġi il-ħaddiem, mhux se jiġi mill-qamar.", "Kif diġà għidt, aktar qed ikun hemm ħaddiema li qed jitilqu mid-dinja tax-xogħol milli jidħlu.", "Jiġifieri l-ħaddiema żgur iridu jiġu minn dan il-pool ta' nies li huma inactive.", "Hawnhekk irid isir il-brainstorming.", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Dik l-iskema li semmejt kienet għall-Minimum Wage Earners.", "Ir-raġuni prinċipali għalfejn ma kienx hemm konkorrenza qawwija ta' nies, allavolja kienet qed toffri taħriġ, kien għaliex wara l-ħin tax-xogħol tagħhom kienu jippreferu jagħmlu xi part-time job.", "Mill-baġit li jmiss tal-Unjoni Ewropea, din l-iskema se nagħmluha aħjar billi se nħallsu lill-ħaddiema rata iktar attraenti għal kull siegħa taħriġ li jieħdu.", "Din se tkun qed tinvolvi aktar riżorsi, imma bilfors trid tagħmel hekk biex tħarreġ lil dawn in-nies.", "Nixtieq nikkummenta dwar dawk in-nies li, toffrilhom x'toffrilhom, xorta ma joħorġux fid-dinja tax-xogħol.", "Parti mir-riċerka li qed nagħmlu bħalissa hija dwar x'qiegħed jiġri fil-low skill employment.", "Jirriżulta li, bejn is-snin 2007 u l-2013, il-maġġor parti tal-jobs li nħolqu li għandhom x'jaqsmu ma' cleaners, receptionists u waiters, ittieħdu kollha mill-barranin.", "Il-livell ta' ħaddiema Maltin kważi waqa'.", "Fil-fatt, fis-sena 2007 jew 2006 kien hemm xi 170 barrani, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm 2,470.", "CHRIS FEARNE: Jien miniex xi ekonomista, imma inti għidt li 70% taż-żgħażagħ fir-Repubblika Ċeka huma l-Università.", "Safrattant qegħda kważi l-aħħar ...", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Għaliex din il-graph tirrappreżenta l-istock attwali tal-pajjiż.", "Ħa nieħu eżempju b'Malta.", "Il-ħiliet ta' nofs il-ħaddiema tagħna hu ta' School Leaving Certificate jew inqas mill-ħaddiema kollha eżistenti.", "Però, kif kont qed nispjega l-ewwel, jekk nieħdu l-ġenerazzjoni li ħierġa issa, 33% biss huma livell ta' School Leaving Certificate, jew anqas.", "Jiġifieri, fil-graph qed nirreferi għall-ħaddiema kollha tal-pajjiżi li hemm.", "Meta rreferejt għas-70%, il-ġenerazzjoni l-ġdida li ħierġa.", "CHRIS FEARNE: X'irnexxielhom jagħmlu r-Repubblika Ċeka biex, minn skill level daqshekk baxx, qabżu għal 70%?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Is-sigriet huwa kemm tilħaq studenti fl-ewwel snin tal-edukazzjoni tagħhom.", "Huwa ppruvat li persuni li jintilfu minn edukazzjoni fil-primarja ma ġġibhomx lura fis-snin tas-sekondarja, u wisq aktar iktar tard matul iż-żmien.", "Għalhekk fil-bidu għedt li mhux bilfors ifisser li jkunu interventi monetarji, imma interventi li jridu jsiru fl-ewwel snin tal-iskola.", "CHRIS FEARNE: Sena ilu, kienet ħarġet statistika li f'Malta hawn rata għolja ta' job vacancies.", "Din kienet ġiet spinjata – bir-rispett kollu – mill-Partit Nazzjonalista li kien fil-gvern dakinhar bħala xi ħaġa tajba, imma fil-fatt naħseb li kienet xi ħaġa ħażina.", "Fil-fatt, naħseb li kienet problema għax ma kellniex biżżejjed skill management għal job opportunities.", "Però, din mhix problema biss ta' Malta.", "Il-gazzetta The Financial Times kienet qed tilmenta fuq l-istess ħaġa, imma fuq bażi Ewropea.", "Hawn xi figuri jew xi statistika li turi liema huma x-xogħlijiet li mhux qed insibu ħaddiema għalihom, u x'nistgħu nagħmlu dwarhom?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Din il-problema hija simili ħafna għall-problema li għandhom l-Ingilterra.", "Fil-fatt, hija definita bħala hourglass economy.", "Hourglass economy hi fejn il-biċċa ta' fuq u l-biċċa t'isfel huma kbar ħafna, imma fin-nofs ikun dejjaq.", "L-analoġija hi li, fil-biċċa ta' fuq, hemm ħafna high-skill jobs, imma li mhumiex qegħdin jimtlew.", "Pereżempju, riċentement kelli laqgħa mal-kumpanija Betsson u stqarrew li mhumiex qegħdin isibu ħaddiema kwalifikati biżżejjed sabiex jaħdmu magħhom.", "Huma kienu lesti li jimpjegaw tant ħaddiema kieku kellhom it-taħriġ ipprovdut, filwaqt li, kieku jsibu n-nies mħarrġa, lesti li jimpjegawhom anke mill-għada.", "Imma bħalissa m'hemmx dawn il-ħiliet.", "CHRIS FEARNE: X'kategorija kienu qed jitkellmu, IT, finanzi ...?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Kienu qegħdin jitkellmu dwar nies li għandhom background fil-maths u fl-istatistics.", "Issa, mill-Università huma biss il-veru ftit li joħorġu b'dawn ir-rekwiżiti.", "Jiġifieri, f'Malta hawn problema ta' ħaddiema li huma high-skilled.", "Min-naħa l-oħra hemm problema wkoll fil-kategoriji ta' ħaddiema li huma low-skilled.", "Employers lokali mhumiex isibu biżżejjed nies Maltin biex jagħmlu xogħol li hu low-skilled.", "Mhux ta' b'xejn li l-ETC ma jistgħux ilaħħqu mal-work permits!", "Fil-fatt, xhieda ta' dan hemm in-numru ta' ħaddiema barranin li qed naraw madwarna u li qegħdin jaħdmu dan it-tip ta' xogħlijiet, li mhemmx għalfejn statistika.", "Biss biss, jekk tmur f'ċerti restaurants, trid tkun taf titkellem bl-Ingliż, għax inkella ma tinqediex.", "Issa din il-problema, kif beħsiebna ...", "STEPHEN SPITERI: Din mhux f'Malta biss.", "X'qiegħed isir biex speċjalment nilħqu dawk il-ħaddiema li qegħdin fil-klassi ta' fuq?", "Mis-sena d-dieħla se jibda jsir an Employability Indicator.", "Dan bażikament hu biex naraw fejn qegħdin imorru jaħdmu ż-żgħażagħ li joħorġu mill-istituzzjonijiet edukattivi tagħna.", "Il-ħsieb mhuwiex biex nagħlqu l-korsijiet.", "Xejn minn dan.", "Il-ħsieb kollu hu biex nidentifikaw fejn huma l-problemi sabiex jittieħdu aktar miżuri u inizjattivi, u l-employability ta' dawn iż-żgħażagħ tmur għall- aħjar.", "Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, dawn kollha investew biex ikollhom rendiment.", "CHRIS FEARNE: Jidhirli li hemm xi proġett – kif qed issemmi inti – fejn kull kors għandu index ta' x'inhu ċ-ċans li ssib xogħol jekk tieħu dak il-kors.", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Dan il-proġett se jkun qed isir f'dak l-ambitu; però ma jfissirx li ma' kull kors se jkun hemm ippubblikat l-employment index tiegħu.", "Għax inkella tkun qed tgħid lin-nies tmorrux hemmhekk, u tkun qed twassal messaġġ ħażin.", "U anke forsi toqtol l-Università jew partijiet minnha, li mhuwiex assolutament dak il-ħsieb.", "L-aħħar slide tagħti ħafna risposti, għaliex hemm cluster kbir ta' pajjiżi li qegħdin mill-120 'l fuq.", "Issa, jekk taqta' lil Ċipru mill-cluster – minħabba li għandu popolazzjoni relattivament żgħira, u minħabba l-impatt tal-financial services – l-element komuni bejn il-bqija tal-pajjiżi huwa li għandhom knowledge economy b'saħħitha ħafna.", "Jiġifieri, fir-realtà dak kollu li inti tkellimt fuqu naħseb li jrid jiġi komplementat bi strateġija aktar b'saħħitha marbuta ma' knowledge economy.", "Sfortunatament, illum ħafna żgħażagħ qed joħorġu mis-sistema edukattiva bl-impressjoni li jistgħu jaħdmu.", "Kieku dak li għedt inti tinterpretah u tpoġġih f'terminoloġija li tinftiehem iktar u li ma tkunx teknika, tara li iktar ma jgħaddi ż-żmien, inqas se jkun hemm opportunità ta' xogħol li joffri outcome produttiv għal żgħażagħ li joħorġu mill-iskola, u forsi jagħmlu foundation course fl-MCAST, u li jkun mingħalihom li għamlu xi Dottorat.", "Naħseb li f'dan il-proċess kollu tal-active labour market, policy irridu, għax donnu d-demand side qed tkun bħala kważi konsegwenzjali għal dak li qed jiġri.", "Tara pajjiżi li nvestew ħafna fl-infrastruttura tagħhom billi taw prijorità lin-Knowledge Economy.", "Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Nordiċi qegħdin hemmhekk.", "Għaliex?", "Għax taw enfasi kbira fuq l-aspett tal-innovazzjoni.", "Meta naraw x'inhu jiġri llum f'Malta fis-settur tat-teknoloġija, naraw li l-ikbar problema li teżisti biex dan is-settur ikompli jikber hija d-defiċjenza fil-matematika.", "Illum, l-istudenti li joħorġu mill-iskola jagħżlu the path of least resistance – li tkun dik tan-networking jew tal-hardware – fejn jispiċċaw jirranġaw basic devices li aħna f'Malta qatt ma nistgħu nkunu kompetittivi fihom.", "Jiġifieri, dawn in-nies mingħalihom li qed jersqu lejn l-industrija tal-IT, però fir-realtà aħna mhux industrija tal-IT tal-kaxxi għandna bżonn, imma għandna bżonn the knowledge economy.", "Jiġifieri kif iżżid dik il-produttività.", "U għaliex għandna nżiduha dik il-produttività?", "Għaliex qed iżżid il-valur mal-prodott li qiegħed tagħmel.", "Però, hemm nuqqas kbir ta' element importanti li qatt ma jissemma, anke waqt diskussjonijiet li huwa l-argument tal-value added.", "Huwa inutli li aħna nibqgħu nħarsu biss lejn dawk il-partijiet u industriji li, come what may, 10 snin oħra xorta mhux se jżidulna l-valur bħala risposta biex aħna nibdew telgħin fuq dik iċ-chart.", "Jekk, għall-grazzja tal-argument, jinħolqu 10,000 job minn the very low end tal-aspett tat-tessuti, żgur li fuq dik iċ-chart jew se nibqgħu fejn aħna jew se ninżlu aktar 'l isfel.", "Jiġifieri, l-istrateġija trid tkun, kif aħna – u inti għedt punt tajjeb ħafna li rridu nibdew mill-iskola primarja – nistgħu nagħmlu differenza u kif tista' ssir din id-differenza biex, fuq perijodu ta' għaxar, ħmistax-il sena, inkunu nistgħu nitilgħu l-iskaluni tal-value added.", "Semmejt il-Betsson.", "Jekk nieħdu l-kumpaniji tal-gaming kollha f'Malta, naraw li l-jobs ta' ċertu valur huma kollha mimlija minn barranin.", "Illum, l-aħħar statistika tal-impjegati – l-Onor Kristy Debono tista' tikkonferma – hi li 70% jew 65% tal-impjegati huma nies barranin.", "Għaliex ġejjin mill-aspett ta' Knowledge Economy.", "In-Knowledge Economy mhux biss l-IT jew il-computing, imma huwa l-aspetti kollha marbutin mal-oqsma tal-għerf.", "Jekk kollettivament mhux ser jirnexxielna ndaħħlu din il-mentalità fl-iskejjel, u li jkun hemm apprezzament aħjar ta' liema oqsma fil-karriera are going to ultimately pay, jien naħseb li m'aħniex se naslu.", "Jiena niftakar meta konna tajna dik l-imbuttatura biex ħafna nies jersqu lejn l-industrija tal-IT, imma llum xorta għad għandna problema kbira li ħafna żgħażagħ qed jagħżlu r-rotta tal-hardware fl-IT.", "Ir-rotta tas-software fl-Università ftit jagħżluha, għax fis-sena joħorġu bejn 100 u 110 gradwati biss.", "Dan għaliex ir-rotta tas-software hija kollha kemm hi bbażata fuq il-matematika.", "U l-matematika hu suġġett li ħafna miż-żgħażagħ Maltin għandhom antipatija kbira lejh.", "Jekk forsi tkunu tistgħu tidħlu f'aspett aktar dettaljat tal-value added, u kif aħna bħala pajjiż nistgħu nibdew nitilgħu l-iskaluni tal-value added, jien nemmen li dak ikun ħafna aħjar.", "U ngħid għaliex: billi norbtu mal-punt li semmejt qabel tal-EAP.", "Il-EAP kien programm li, meta tarah on the top line, vera kien suċċess.", "Issa jien hawn mhux se noqgħod nitkellem jekk sarx taħt il-Gvern Nazzjonalista, dak mhux l-argument hawnhekk.", "Għamlu min għamlu: fil-fatt finalment kienet għamlitu l-ETC.", "L-EAP intuża bħala skema biex employer jieħu l-impjegati bl-irħis.", "Meta spiċċa l-EAP, l-impjegati spiċċaw barra.", "Jiena naħseb li jekk aħna se nerġgħu naqbdu dan it-tip ta' programmi, we're throwing good money away; but if we invest in value added u jinħolqu il-jobs fil-value added, jew jinħolqu l-jobs fil-gaming b'riżultat li jiġu mpjegati 100 ruħ, ma' dawk il-100 ruħ żgur se jiġu mpjegati 5 segretarji, 4 drivers u 2 messaġġiera.", "THE CHAIRMAN: Ħalli nieħdu d-domandi kollha.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Ħalli nkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Madanakollu naħseb li rridu nkunu wkoll ftit realistiċi.", "Il-qasam tal-gaming huwa settur dinamiku ħafna, li l-ispan tiegħu kienet għal dawn l-aħħar disa' snin.", "Jiġifieri, l-Gvern ta' dak iż-żmien kien ħataf dik l-opportunità, din l-industrija.", "U fil-fatt ħalliet il-frott, b'miljuni ta' ewro f'taxxi u ħafna impjiegi li żiedu l-value added għax dawn in-nies qed jgħixu u jonfqu f'Malta, u relattivament għandhom pagi għoljin ħafna.", "Dak iż-żmien madanakollu ma kontx issib impjegati li kellhom dak it-tip ta' skills f'Malta.", "Għaliex?", "Għax, għalkemm din l-opportunità ħtafniha u ġibniha f'Malta, u kemm jista' jkun we maximized the opportunity, madanakollu 10 snin ilu – għax issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fis-snin disgħin – ma kienx hemm din il-viżjoni li jkollna korsijiet fuq dawn is-suġġetti.", "Illum hawn korsijiet ta' odds betting pereżempju, odds computation, u affarijiet bħal binary vision li huma affarijiet tekniċi.", "Jew inkella li tgħallem il-lingwa Svediża jew dik Fillandiża.", "Il-lingwi huma li l-iktar hemm mismatches fis-settur tal-gaming.", "Hemm kumpaniji Svediżi li għandhom mal-100 ruħ jaħdmu fis-sezzjoni tal-Customer Care, u dawn iridu jikkomunikaw ma' nies f'pajjiżi bħall-Isvezja jew in-Northern Countries oħrajn.", "Issa qed nindunaw bid-domanda u bil-bżonnijiet li dan is-settur għandu bżonn, meta dan qed iħalli l-frott.", "Jekk ikun hemm opportunità, trid taħtafha u tinvesti fiha.", "Imma wara kulħadd bravu u tgħid li hemm bżonn dan it-tip ta' korsijiet.", "Fil-fatt, illum hemm korsijiet tal-gaming li qed jiġu mgħallma fl-Università.", "Għalkemm issa mhux daqshekk tard, imma sakemm il-mismatch tonqos u jkun hemm biżżejjed supply minn studenti Maltin, ovvjament we have to depend on foreigners.", "Din hija xi ħaġa li, tagħmel kemm tagħmel, qatt mhu ser jirnexxielek tissuperaha, għax settur dinamiku bħall-gaming u l-IT qiegħed dejjem jiżviluppa.", "Kif qal l-Onor.", "Claudio Grech, studenti bdew imorru għall-hardware għax 10 snin ilu l-iktar li kien fih potenzjal.", "Imma issa s-settur qed jinbidel, u llum mhux se ssib xi ħadd speċjalizzat b'software u jkun daqshekk avvanzat li ħiereġ mill-Università dak il-ħin u tagħtih dak it-top job.", "Fil-fatt, il-Gvern preċedenti kien ħareġ bl-inizjattiva ta' High Net Worth Individuals li jkunu nies b'salarju ta' aktar minn €70,000 li, biex tattirahom li jiġu jaħdmu f'Malta, kellhom inċentivi kbar mhux ħażin.", "Dawn jidher li qed jirnexxu, kemm fil-gaming, fil-financial services, kif ukoll ma' Transport Malta.", "Il-Gvern preċedenti kellu wkoll l-isfida biex jinkoraġġixxi lin-nisa joħorġu mid-dar u jġibhom lura fil-labour force, u kien ukoll iffaċċjat bil-problema tal-ageing population, li semmejt inti wkoll.", "F'dawn iż-żewġ oqsma, nemmen li l-Gvern preċedenti rnexxielu jegħleb dawn iż-żewġ sfidi, kif fil-fatt ukoll għandek fir-rapport li ppreżentajt, fejn urejtna li l-parteċipazzjoni tan-nisa żdiedet ħafna u anke laħqet il-medja Ewropea.", "U dan minħabba bosta inċentivi, bħal pereżempju, il-Government Tax Incentives biex in-nisa jmorru lura fid-dinja tax-xogħol, u anke Family Friendly Measures.", "Rigward l-ageing population, kien hemm tax incentives biex, wara li jkunu għalqu l-età tal-pensjoni, l-anzjani jibqgħu jaħdmu u jżommu l-pensjoni sħiħa.", "Jidher imma li l-isfida fuq dawk in-nies li huma inattivi, nies li ma jarawx il-bżonn jew inkella l-ħtieġa jew inkella l-inċentiv biex jaħdmu, għadha hemm.", "Allura biex negħlbu wkoll din it-tielet sfida – tnejn minnhom għelebnihom, issa fadal sfida oħra – x'inhu dak li inti qed tipproponi?", "Tax holiday, pereżempju?", "Li ma jitħallsux Nis, meta wkoll irridu nżommu f'moħħna l-problema kbira li hemm tal-ageing population, li hemm question mark kbira fis-sitwazzjoni tal-pensjonijiet li se tkun kważi impossibbli?", "Mistoqsija oħra: fir-rapport ipproponejt il-ħatra ta' Skills Council biex ikun hemm koordinazzjoni bejn s-settur edukattiv u anke żvilupp industrijali tal-futur.", "Nixtieq nistaqsi x'qed isir minnu, u wkoll dwar il-fondi li semma l-Onor.", "Schembri fejn semmejna li ħafna skemi huma tal-Unjoni Ewropea u dawn, ladarba jiġu exhausted, f'daqqa waħda qisu kollox jaqa' inoperattiv?", "F'dan il-każ, inti semmejt ukoll li hemm 0.15% tal-GDP li huwa dovut għall-active labour market policy.", "Dan huwa strettament il-baġit tal-ETC?", "U l-proposta tiegħek li dan jikber għal 0.7% tal-gross domestiku?", "CHARLES BUHAGIAR: Hemm ħaddiema li, minkejja li jaħdmu, imma l-paga li jaqilgħu mhux biżżejjed.", "Kif qed taħsbu li għandna nindirizzawha din is-sitwazzjoni?", "Hemm fenomenu ieħor ta' nies, li huma past retirement age, imma xorta jibqgħu jaħdmu għax bil-pensjoni ma jkampawx.", "Ma nafx jekk għandkomx statistika.", "Filwaqt li qed nitkellmu dwar il-bżonn li ngħollu l-iskills tagħna, però xorta waħda għandna faxex kbar ta' nies li qed jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-pensjoni.", "U dawn qed jagħmlu xogħol li qed jirrendilhom biex jgħixu, mhux komda, imma ħajja diċenti.", "B'din is-sistema, kif se nindirizzaw lil dawn in-nies?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Ħalli nkun telegrafiku, u nwieġeb għall-mistoqsijiet kollha kemm jista' jkun malajr.", "Dak kollu li beda jsemmi l-Onor.", "Grech għandu x'jaqsam ma' supply side economics.", "Jiġifieri, l-fatt li għandna nindirizzaw in-Knowledge Economy bla dubju ikun qiegħed jaċċenna għall-valur miżjud, u għal dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ekonomija min-naħa tas-supply side.", "Niġi għall-aħħar żewġ punti, ħalli mbagħad namplifika aktar fuq il-punti l-oħra: il-pensjonanti li qegħdin jaħdmu għax il-pensjoni tagħhom mhijiex biżżejjed u mhux qed ilaħħqu mal-ħajja.", "Żgur u mhux forsi li, fil-futur prevedibbli, se jkollna aktar minn dawn in-nies.", "U din għal raġuni sempliċi.", "Pajjiżna huwa l-uniku pajjiż li għadu jiddependi biss mill-ewwel pilastru tal-pensjonijiet, għalkemm issa veru qed nisimgħu bit-tielet pilastru.", "Però, li hu żgur biex ikun hemm biżżejjed flus akkumulati għall-individwu fit-tielet pilastru, iridu jgħaddu numru ta' snin.", "Il-fatt li pajjiżna għandu din il-problema hi attribwita għax, fis-snin imgħoddija, qatt ma ġiegħlna lill-ħaddiema tagħna ifaddlu iktar.", "F'dan il-każ, l-uniku rimedju hu li l-pensjonanti jkomplu jaħdmu iktar jekk m'għandhomx tfaddil personali.", "Qed ngħid hekk mill-punto di vista ta' ekonomista, u ukoll l-opinjoni tiegħi.", "Huwa impossibbli li l-Gvern jispiċċa joħroġ aktar flus biex iżid il-pensjoni, speċjalment minħabba d-defiċit li għandna fil-pensjonijiet.", "CHARLES BUHAGIAR: Allura la nafu kif se tkun is-sitwazzjoni fil-futur qarib, naħseb li l-Gvern se jkun tenut illi jilqa' għal din l-isfida.", "Pereżempju, aħna nafu li jekk tibqa' taħdem wara ċertu żmien, il-bolla ma tibqax tħallasha.", "Forsi jistgħu jittieħdu ċertu miżuri biex jiġu ffaċilitati ċeru affarijiet.", "Minn rapport li kien ikkummissjona l-Gvern preċedenti, is-saħħa tal-pensjonijiet ser ikompli jiddgħajjef maż-żmien li ġej, anke minkejja li kienet saret r-riforma fil-valur tal-pensjonijiet fl-2007.", "Kemm nagħtikom eżempju: il-pensjoni medja fl-2010 kellha valur ta' 55% tal-paga medja.", "Fis-snin li ġejjin, dawk il-55% mistennija jinżlu għal 45%.", "Jiġifieri l-poter tal-akkwist tal-pensjoni bla dubju se jkompli jinżel.", "Ħa ngħaqqad l-argument tal-making work pay ma' li qalet l-Onor.", "Debono dwar kif nistgħu ninċentivaw iktar nies li huma fuq il-benefiċċji soċjali biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Pajjiżi barranin għandhom dak li jissejjaħ in-work benefits.", "Is-sistema ta' benefiċċji f'pajjiżna tagħti kollox lil kulħadd, sakemm mhux qiegħed jaħdem!", "Huwa propju l-fenonemu tal-working poor.", "Aħna m'għandna xejn li jgħin lil dawk in-nies li huma fuq il-paga minima.", "Nies li jaħdmu huma kompletament esklużi minn kull benefiċċju!", "Pereżempju, nsemmi l-benefiċċju għad-dawl jew benefiċċju għall-kera, li huma b'rati ħafna inqas vantaġġużi.", "Is-sistema tal-welfare tagħna hija kompletament irrankata illi tgħinek jekk ma taħdimx!", "Allura dawk in-nies li huma working poor, jew biex inħajjru lill-inattivi joħorġu jaħdmu, hemm bżonn li jkollna sistema ta' in- work benefits.", "Ma jfissirx li niffrankawlhom kompletament il-bolla, jew li ma jħallsuha qatt, imma jeħtieġ li jkun hemm xi forma ta' benefiċċji li, għal tal-inqas for the short and medium term, dawn in-nies jiġu mħeġġa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Ma jistax ikun li jekk tkun fuq il-benefiċċji nagħtuk kollox, imbagħad malli toħroġ taħdem ma nagħtuk xejn!", "Is-sistema ma taħdimx b'dak il-mod.", "Biex nindirizza l-aħħar ftit punti li qajjmet l-Onorevoli Debono.", "L-ispiża li kienet aċċennata fid-dokument hija l-ispiża li wieħed jixtieq li jkun hemm sabiex nilħqu l-livell medju tal-Unjoni Ewropea.", "Għalissa, dak il-commitment tal-ispiża għadu mhux hemm.", "Ma nafx iniex qed inwieġeb għan-numru li rreferejt.", "(Interruzzjonijiet)", "KRISTY DEBONO: Skont ir-rapport, preżenti huwa 0.15% tal-GDP, filwaqt li r-rapport qed jipproponi li jitla' għal 0.7%.", "Jiġifieri, l-0.15% huwa l-baġit tal-ETC?", "IS-SUR CLYDE CARUANA: Iva, flimkien ma' inizjattivi oħra ta' disbursement li jkun hemm mill-ESM, kif ukoll ma' fondi addizzjonali oħra.", "Speċjalment għal dawn is-seba' snin li ġejjin, għandu jkun hemm iktar focus fuq min għandu jingħata l-għajnuna fil-programm tal-EAP.", "Għandu xi ħadd li ggradwa bħala accountant u li diġà għandu l-kuntratt tiegħu lest mit-tieni sena tal-Università, jiggwadanja mill-EAP?", "Ħaġa oħra huma l-fondi.", "Il-fondi qegħdin hemmhekk għal seba' snin.", "Allura rridu naraw li, jekk ikun hemm bżonn, ikun hemm quotas ta' flus għal kull sena.", "B'hekk nassiguraw li mhux jinħataf kollox fl-ewwel tliet snin, imbagħad għall-erba' snin ta' wara ma jibqa' xejn!", "Nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat u, fejn nistgħu, nirranġaw sabiex nimmassimizzaw l-utilità tal-flus li għandna għaż-żmien li ġej.", "Nirringrazzjakom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna, Sur Caruana.", "Min-naħa tagħna, eżawrejna l-mistoqsijiet u eżawrejna l-ħin ukoll.", "Din il-laqgħa għalhekk hija konkluża.", "Ninfurmakom bid-data u bl-aġenda għal-laqgħa li jmiss iktar 'l quddiem.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.30 pm, il-Kumitat aġġorna għal data li tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20131030_004d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU 4", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.29 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: l-Onor.", "Edward Scicluna, Ministru għall-Finanzi), l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 3 li saret fl-10 ta' Ġunju 2013 kienu kkonfermati.", "SKRUTINJU TA' PROPOSTI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA", "Il-Kumitat ħa nota tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi li ġiet referuta lilu mill-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Minn kuntatti li saru mal-Ministeru tal-Finanzi rriżulta illi d-diskussjonijiet fuq din il-proposta fuq il-livell Ewropew jinsabu wieqfa.", "Il-Kumitat għalhekk qabel li jinforma lill-Grupp ta' Ħidma I dwar dan u ddeċieda wkoll li jkompli jsegwi żviluppi li jista' jkun hemm, u meta opportun jerġa jtella' din il-proposta fuq l-aġenda tal-Kumitat għad-diskussjoni.", "RAPPORT TAL-UĦM THE NEXT LEAP – FROM LABOUR MARKET PROGRAMMES TO ACTIVE LABOUR MARKET POLICY", "Il-President tal-Kumitat stieden lis-Sur Clyde Caruana, f'isem il-Union Ħaddiema Magħqudin, biex jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu dwar ir-rapport The Next Leap – From Labour Market Programmes to Active Labour Market Policy, liema rapport kien ġie ppreżentat lill-Ispeaker tal-Kamra waqt laqgħa li huwa kellu ma' uffiċjali tal-Union Ħaddiema Magħqudin.", "Wara l-preżentazzjoni, il-Membri għamlu l-mistoqsijiet tagħhom lis-Sur Caruana.", "Fit-8.30 pm il-Kumitat aġġorna għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20131030_004m_fin.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013 fis-6.45 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "28 ta' Ottubru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131030_010a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 9 li saret fis-17 ta' Ottubru 2013 kienu kkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Ejja mmorru mill-ewwel għas-suġġett tal-laqgħa tal-lum.", "Nixtieq nistieden lin-naħa tal-Gvern biex immorru mill-ewwel fuq l-iskeda tal-baġit u naraw jekk hemmx xi ftehim dwar meta għandhom jittieħdu l-votazzjonijiet.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Sur President, naħseb kull Membru għandu kopja tal-iskeda tal-baġit li qed nipproponu.", "Kif qed nifhem jien, jidher li hemm qbil fuq id-dati.", "Fejn qabel kien se jispiċċa t-Tlieta 19 ta' Novembru issa se jispiċċa fil-21 ta' Novembru.", "Jidher li hemm qbil ukoll fuq il-ġranet ta' meta jkollna seduti filgħodu u filgħaxija u anke meta se jkollna waranofsinhar.", "Punt li probabbilment rridu niċċaraw huwa meta għandu jittieħed il-vot.", "Issa qed ngħidu li l-proposta tagħna hija li nistgħu niġbruhom, però hemm proposta oħra li forsi nagħmluhom filgħaxija wara li tispiċċa s-sessjoni ta' filgħaxija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jidher li dejjem nistgħu nieħdu vot filgħaxija u jekk ikun il-każ, anke niftiehmu mal-Gvern li niġbru xi numru ta' seduti oħrajn, u hemm il-probabbiltà wkoll li ma jkunux kull filgħaxija.", "LOUIS GRECH: Fuq dik il-bażi naħseb li hawn ftehim.", "MR SPEAKER: Jiġifieri hawn ftehim?", "DAVID AGIUS: Fl-iskeda għandna wkoll – għax naħseb tajjeb nivverbalizzawha – li mhux dejjem għandna l-mistoqsijiet parlamentari u mhux dejjem għandna l-aġġornamenti.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: Jew inkella jkollna l-mistoqsijiet parlamentari imma jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, ma neħdux il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari; u wkoll naqblu ż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: Araw jekk naqblux fuq id-dati.", "Ovvjament meta jinqara l-baġit hemm il-mistoqsijiet parlamentari, jiġifieri l-4 ta' Novembru.", "DAVID AGIUS: Nistgħu naqblu fuq l-iskeda li għandna quddiemna.", "LOUIS GRECH: L-iskeda tirrifletti kollox.", "MR SPEAKER: Kollox sew, l-iskeda tirrifletti kollox.", "DAVID AGIUS: Ippermettuli punt wieħed.", "Hawnhekk qed ngħidu li mill-Erbgħa 13 ta' Novembru sal-Ħamis 21 ta' Novembru ma neħdux l-aġġornamenti.", "(Interruzzjonijiet) Le, il-5 u 6 ta' Novembru qabel, u dawk kollox sew.", "MR SPEAKER: Bejn it-13 ta' Novembru u l-21 ta' Novembru qatt ma jkun hemm aġġornament.", "DAVID AGIUS: Eżatt iżda ppermettuli li jekk ikollna bżonn ta' aġġornament wieħed f'dawk il-ħmistax, allura jittieħed wieħed jew wieħed kull naħa.", "Jista' jkun li ma jkunx il-każ.", "Imma qed ngħidu wieħed.", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu b'riżerva ta' aġġornament wieħed.", "LOUIS GRECH: Wieħed għal kull naħa.", "MR SPEAKER: Iva, wieħed għal kull naħa.", "DAVID AGIUS: Jekk ikun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: Hekk hu, jekk ikun il-każ.", "LOUIS GRECH: Iva, jekk ikun meħtieġ.", "Naħseb li nistgħu nagħlquh.", "MR SPEAKER: Jekk hawn qbil m'hemmx għalfejn nagħmlu mozzjoni.", "Se nagħmluha ċara ħalli tkun minuted kif qed jgħid l-Onor.", "Hawn qbil u la hawn qbil m'hemmx għalfejn issir mozzjoni.", "Jiġifieri jekk ikun il-każ ikun hemm aġġornament wieħed għall-Oppożizzjoni u jekk ikun il-każ aġġornament ieħor għan-naħa tal-Gvern.", "DAVID AGIUS: M'għandna l-ebda diffikultà.", "MR SPEAKER: U l-istess ħaġa għad-division hux hekk?", "MR SPEAKER: Importanti din għax irrid nirreġistraha.", "DAVID AGIUS: Hekk hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Kif qed nifhem qed ngħidu li maximum ikun hemm vot fis-seduta ta' filgħaxija kuljum però jista' jkun li jkun hemm aġġustamenti oħrajn.", "DAVID AGIUS: Hekk hu, naqblu.", "MR SPEAKER: Jiġifieri hemm ftehim anke fuq id-division.", "DAVID AGIUS: Iva, u jekk il-Gvern iħoss li jrid iressaq din il-mozzjoni llejla wara li nagħtuha daqqa t'għajn, naqrawha sew, biex ma neħdux il-ħin tal-Kumitat minn issa sa xħin jidhirlu li jrid iressaqha, naraw li taqbel ma' din l-iskeda u nistgħu nagħtu l-approvazzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni biex issir illejla.", "MR SPEAKER: Tajjeb ħafna.", "Issa jekk ma jimpurtax immexxu għax bdejna tard u nixtieq li nimxu.", "Kulħadd ikollu l-impenji.", "Nixtieq li jkun hemm preavviż imma mhux dejjem ikun possibbli.", "Mela l-ewwel item kien fuq l-iskeda tal-baġit.", "Issa rrid nimxi għal item ieħor ukoll fuq il-baġit biex nara jekk hemmx qbil – bħas-soltu imma din hija xi ħaġa li rrid nagħmilha bilfors – dwar il-preżenza ta' fotografi u camera persons fil-Kamra għall-ewwel tliet seduti, jiġifieri meta jinqara l-baġit fl-4 ta' Novembru, ir-risposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni u dik tal-Prim Ministru.", "Dan biex naraw li l-arranġamenti jkunu fis-seħħ kif għamilna fis-seduti tal-baġit fis-snin ta' qabel.", "Jiġifieri naraw li primarjament ikun hemm dik li ngħidulha clean feed tal-PBS biex meta l-media titlob għal dan ikun hemm aċċess, li tingħata wkoll clean feed tal-PBS biex is-seduti jkunu anke video streamed minn fuq websites ta' gazzetti eċċ. u t-tielet, il-preżenza ta' fotografi u camera persons fil-Kamra għandha tkun limitata għall-ewwel ftit minuti, dejjem fl-ewwel parti.", "DAVID AGIUS: Ippermettili dwar l-ewwel biċċa.", "MR SPEAKER: Qsamtu fit-tlieta jien.", "DAVID AGIUS: Hemm il-feed...", "MR SPEAKER: Il-PBS toħroġ link biex inti tqabbad magħha, li jgħidulha clean feed.", "MR SPEAKER: Iva, lill kull media li titlob.", "Jiġifieri n-NET, is-Super One eċċ.", "DAVID AGIUS: Imbagħad għamilt distinzjoni għal...", "MR SPEAKER: Ovvjament.", "Kelli nagħmilha għax għandek clean feed għal...", "DAVID AGIUS: Jiġifieri dak mhux mill-istess wieħed jittieħed?", "MR SPEAKER: Kelli nidħol fiha.", "Jien m'iniex tekniku Onor Agius, imma hawnhekk ikollok tidħol f'ħafna affarijiet!", "Allura ridt inkun korrett ukoll kif ngħidha u fil-fatt ktibtha biex inkun preċiż għaliex il-clean feed hija kemm biex tittrasmetti b'mod televiżiv kif ukoll għall-video streaming minn fuq websites tal-gazzetti.", "Imbagħad għandek ukoll it-tielet waħda li hija l-prassi li jkun hemm il-preżenza tal-camera persons tat-televiżjonijiet li jkunu preżenti.", "Dawn ikunu hemm għall-ftit minuti meta jkun hemm il-qari tal-baġit, fir-risposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Prim Ministru.", "Fuq dawn qegħdin naqblu?", "MR SPEAKER: Kollox sew, hawn qbil.", "Mela issa ngħaddi għat-tielet item li wkoll huwa fuq il-baġit.", "Irrid nara li tiġi adottata s-sistema – u qed nagħmel riferenza diretta għaż-żewġ Whips għax aħjar nitkellem mal-Whips f'dan ir-rigward – li ntużat fis-snin preċedenti fejn iż-żewġ naħat jingħataw mitt biljett kull wieħed għall-istrangers gallery.", "(Interruzzjonijiet) Nagħtihomlok b'xejn toqgħodx tinkwieta, imma nimxu bi proċedura tajba ħalli ma jkollniex problemi.", "DAVID AGIUS: Qed nirreferu għall kull seduta b'mod ugwali hux hekk?", "MR SPEAKER: Iva, għal kull seduta b'mod ugwali, però dejjem qed nagħmlu riferenza – qed jgħidli l-Iskrivan tal-Kamra – għal dawn it-tliet seduti, jiġifieri tal-4 ta' Novembru, tat-Tnejn meta jkun hemm id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-għada, it-Tlieta, meta jkun hemm id-diskors tal-Prim Ministru.", "Mela fuq dik qbilna wkoll.", "Issa nixtieq li tittieħed deċiżjoni miż-żewġ gruppi dwar fejn se jsiru l-press conferences.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Kellna abbokkament żgħir jien u l-Onor.", "Jien se nkellem persuni inkarigati mill-organizzazzjoni tal-press conferences min-naħa tal-Gvern biex inkun nista' nitkellem anke mal-Oppożizzjoni biex mhux biss niftiehmu fejn se jsiru imma anke l-ħinijiet tagħhom, kemm ikunu twal, biex wieħed ma jtellifx lill-ieħor u kulħadd ikollu l-ispazju tiegħu.", "MR SPEAKER: Jiġifieri hemm ftehim fuq kif se taħdmu.", "Se jkun hemm dan il-ftehim.", "Għada naħseb insibu s-soluzzjoni għat-tliet seduti partikolari, kemm ta' nhar it-Tnejn, kemm tat-Tnejn ta' wara kif ukoll tat-Tlieta.", "Mela hawnhekk nistgħu mmexxu wkoll.", "DAVID AGIUS: Fejn ma naslux niġu għandek!", "MR SPEAKER: Iva, imma jekk ikun hawn ftehim fuq dan aħjar.", "Issa nixtieq ninforma lil dan il-Kumitat li jien ħadt deċiżjoni li rrid niddiskutiha magħkom u naħseb li hija xi ħaġa li għandkom taraw jekk taqblux magħha jew le.", "Imma dik hija deċiżjoni li nifhem li kelli nieħu.", "Għal tliet seduti, jiġifieri meta jinqara l-baġit, meta jkun hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni u meta jkun hemm il-Prim Ministru, jien se nara li jkun hemm press room f'waħda mill-kmamar tal-Kumitati – din se ssir l-ewwel darba, hija innovattiva u naħseb għandi nimxi dwarha – fejn il-membri tal-press kollha jingħataw ugwalment il-faċilità li jsegwu dak li jkun għaddej fil-Kamra filwaqt li jkollhom il-faċilitajiet ta' wi-fi b'saħħtu biżżejjed biex jagħmlu l-loading u l-uploading biex jikkomunikaw direttament mal-press rooms rispettivi tagħhom, jiġifieri Super One, Net eċċ. u dan is-servizz se nħabbru uffiċjalment.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Dan minflok li l-ġurnalisti jkunu fil-Kamra jew plus li jkunu fil-Kamra?", "MR SPEAKER: Din hija xi ħaġa innovattiva.", "Ser ikun hemm press room.", "Bħalma jsir f'fora oħrajn.", "DAVID AGIUS: Il-ġurnalist li ġie llum jsegwi fil-Kamra u qagħad fil-bankijiet fejn illum hemm il-ġurnalisti, dik jista' jibqa' jagħmilha; però jekk minflok jaħdem hemm irid jaħdem ġo dik il-kamra li se tipprovdi fil-Parlament, għandu dik il-faċilità wkoll.", "MR SPEAKER: Iva, dik jista' jibqa' jagħmilha iżda se jkollu wkoll il-faċilità li dak il-ħin jista' jagħmel il-loading fuq il-websajt eċċ. Se jkun hawn press room.", "Min ħadem barra jaf.", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Fil-Parlament Ewropew din hija xi ħaġa permanenti.", "Jiġifieri se jkollna press room ġol-bini tal-Parlament.", "Dan l-eżerċizzju se nagħmlu għat-tliet seduti.", "Se nagħti faċilità lil kull min irid.", "Il-wi-fi se jkun b'saħħtu biżżejjed għax kif tafu jekk ma jkunx b'saħħtu ma tkunx tista' tagħmel il-loading dak il-ħin u joħroġ.", "DAVID AGIUS: U qed niftiehmu li din il-faċilità se tkun għall-4, 11 u 12 ta' Novembru u mbagħad tieqaf.", "Ridt nara li l-Kumitat jaqbel ma' dan is-servizz għaliex dan se jitħabbar uffiċjalment, se jkun hemm press call, u nistieden minn issa l-Whips tal-gruppi parlamentari biex ikunu miegħi meta nagħmlu din it-tħabbira.", "Mela fuq din hawn qbil ukoll.", "Nirringrazzjakom.", "DAVID AGIUS: Xtaqt nagħmel żewġ domandi żgħar.", "Ovvjament l-4 ta' Novembru huwa nhar it-Tnejn u l-5 u s-6 ta' Novembru huma ġranet parlamentari normali.", "MR SPEAKER: Iva, minħabba x-xogħol.", "LOUIS GRECH: Aħna qed nissuġġerixxu li nibqgħu għaddejjin b'taċ-ċittadinanza fil-5 ta' Novembru u fis-6...", "DAVID AGIUS: Iva, imma għandkom xi liġi urġenti li tkellimna fuqha u trid tgħadduha, jew le?", "CARMELO ABELA: Naturalment jiddependi minn kemm ikun fadal kelliema fuq taċ-ċittadinanza.", "CARMELO ABELA: F'dak il-każ jista' jkun hemm bżonn li nagħmlu xi seduta filgħodu jew fil-5 ta' Novembru jew fis-6 ta' Novembru jekk naraw li se ttawwal.", "Jidher li hemm bżonn xi tliet seduti skorruti għan-naħa tal-Oppożizzjoni, hux hekk?", "Però qed nitolbu wkoll li l-Kumitat tagħha jsir fil-Plenarja.", "CARMELO ABELA: Iva, dik it-talba saret illejla u ma nistgħux inweġbuha għax irridu niddiskutuha fil-grupp parlamentari.", "DAVID AGIUS: Eżatt.", "CARMELO ABELA: Però fil-5 ta' Novembru jew fis-6 ta' Novembru hemm il-possibbiltà li niltaqgħu filgħodu u filgħaxija fuq taċ-ċittadinanza.", "DAVID AGIUS: Mela issa tkellmu u għidulna.", "LOUIS GRECH: Skont kemm jaħsbu li se jkollhom bżonn seduti.", "CARMELO ABELA: Biex nakkomodaw lill-kelliema kollha.", "LOUIS GRECH: Intom taħsbu li f'żewġ sessjonijiet nispiċċaw il-kelliema kollha?", "MARIO DE MARCO: Kważi.", "CARMELO ABELA: Sur President, aħna qed ngħidu sat-Tieni Qari.", "Napprezza l-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Agius però dan tqajjem illejla u allura ma nistgħux nagħtu risposta għax trid issir diskussjoni fi ħdan il-grupp parlamentari tal-Gvern fuq il-kwestjoni ta' Kumitat.", "Aħna qed naslu biss sat-Tieni Qari, jiġifieri li fil-5 jew fis-6 ta' Novembru naslu għall-konklużjoni tat-Tieni Qari.", "LOUIS GRECH: U qed nassumu li mbagħad kulma jkun hemm bżonn huma tliet sessjonijiet.", "CARMELO ABELA: Fuq il-kwestjoni tal-Kumitat we have to come back wara diskussjoni fil-grupp parlamentari.", "MR SPEAKER: Jiġifieri x'se jsir fil-5 u s-6 ta' Novembru?", "CARMELO ABELA: Aħna qed nippruvaw naraw jekk naslux biż-żewġ seduti ta' filgħaxija biss jew inkella jkollniex inżidu xi seduta jew tnejn filgħodu, fil-5 jew fis-6 ta' Novembru, biex il-kelliema kollha li jkun għad fadal jiġu akkomodati biex jitkellmu.", "CARMELO ABELA: Jekk ngħidu li hemm tliet seduti biss, allura jsiru fil-5 u s-6 ta' Novembru filgħaxija plus seduta waħda t-Tlieta jew l-Erbgħa, anke skont kif tindikalna l-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Staqsejt hekk biex ma jmurx hemm xi liġi urġenti u toħdilna mill-ħin ta' din u allura mbagħad niġu li għandna bżonn...", "CARMELO ABELA: Le, il-liġijiet ta' wara mbagħad bħal tal-provvdituri ta' servizzi lil kumpaniji ovvjament se jkun hemm anke abbokkament mal-Oppożizzjoni fuqha minħabba li hija ta' natura finanzjarja.", "Mid-dehra hemm xi infringement tal-Unjoni Ewropea fuqha li ilu ġej mhux ħażin, però mhux li hemm bżonn jgħaddi daqshekk malajr.", "CARMELO ABELA: Mhuwiex imperattiv li jgħaddi l-ġimgħa d-dieħla.", "Għall-inqas hekk infurmat.", "CARMELO ABELA: Imbagħad immorru għall-aħħar ġimgħa ta' Novembru, wara l-baġit.", "Il-25 ta' Novembru.", "DAVID AGIUS: Iva u għandek ukoll l-abbozz ta' liġi dwar il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Jiġifieri mhux se nilħqu ngħadduh.", "CARMELO ABELA: Għal wara.", "MR SPEAKER: Għall-5 u s-6 ta' Novembru allura nistgħu nimxu fuq il-ftehim li għandna, jiġifieri naħdmu filgħaxija, però hemm il-possibbiltà li jkun hemm seduta filgħodu.", "LOUIS GRECH: Seduta jew tnejn filgħodu.", "CARMELO ABELA: Napprezza li jkollna daqsxejn indikazzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni fuq dan biex naraw jekk żewġ seduti hux se jkunu biżżejjed biex nagħlqu t-Tieni Qari biss.", "Aħna għandna kelliem wieħed se jitkellem illejla, kelliem ieħor u winding up.", "Jiġifieri teknikament nistgħu ngħidulek tnejn.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qegħdin ngħidu li hemm il-possibbiltà li l-Erbgħa, 6 ta' Novembru, tingħalaq il-liġi taċ-ċittadinanza.", "CARMELO ABELA: Hemm il-possibbiltà li sas-6 ta' Novembru nagħlqu t-Tieni Qari tagħha.", "Fuq il-kwestjoni l-oħra tal-Kumitat we have to come back fuqha.", "MR SPEAKER: Tajjeb hekk?", "Mela fuq il-5 u s-6 ta' Novembru qbilna wkoll.", "Issa xtaqt ngħid ukoll li bħas-snin ta' qabel, il-Parlament, meta jinqara l-baġit, jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni u jitkellem il-Prim Ministru, jieħu ħsieb li dawn jiġu mxandra wkoll bil-lingwa tas-sinjali għall-persuni li huma neqsin mis-smigħ.", "Naħseb li fuq din naqblu wkoll.", "L-aħħar darba kont daqsxejn mgħaġġel u allura ma ddiskutejniex il-Parlament il-ġdid.", "Illum mgħaġġel imma rrid ninforma lil dan il-Kumitat li jien iltqajt mal-Perit Belvedere, li huwa mill-uffiċċju ta' Renzo Piano.", "Kellna laqgħa fl-uffiċċju tiegħi, kien hemm preżenti l-Iskrivan tal-Kamra u ċ-Chairman tal-GHRC Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, u l-proposta kienet biex parti mis-sotterran tal-Parlament il-ġdid, fejn kien hemm l-ex stazzjon tal-ferrovija, tintuża bħala area minn fejn jgħaddu t-turisti.", "Aħna oġġezzjonajna għaliex għal konna diġà għamilna s-suġġerimenti tagħna b'mod dettaljat dwar kif għandu jinqasam hemmhekk.", "Aħna oġġezzjonajna għal dan u għamilna komunikazzjoni fis-sens li din l-area hija indikata għal erba' għanijiet.", "Waħda, għandek l-arkivji tad-dokumenti parlamentari, il-librerija tar-referenza, area fejn jista' jiltaqa' r-raba' kumitat, u mbagħad għandek open space għall-pool ta' research analysts li se jiġu ingaġġati aktar tard din is-sena.", "Fil-fatt se jiġu ingaġġati bejn tnejn u tliet research analysts oħra.", "Aħna dan spjegajnieh lill-Perit Belvedere imma dan qabad din il-wisgħa, kellu kollox maqsum eżatt u qabad il-lapes u beda jgħid li hawn jgħaddu t-turisti – qed nagħmel hekk biex nurikom kif għamel hu – hawnhekk noħorġu l-imwejjed, eċċ. Qed jipproponi li parti minn din l-area… Hemm isfel jiġi l-bokka tat-tunnel.", "Hemmhekk, apparti li tibża' tgħaddi kif inhu bħalissa, imma ejja ngħidu li meta jitlesta jkun aħjar, huwa parti mill-Parlament li se nokkupaw.", "Hu qed jgħid li storikament għandu valur – kollox għandu valur, il-Belt kollha għandha valur – u li hemmhekk allura t-turisti għandhom ikollhom aċċess; joqogħdu jaraw lilna naħdmu, jgħaddu mill-qalb il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet)", "Le, ma jagħmluhiex u semmejthielu u se nikkwota x'għamilt.", "Onor. Carmelo Abela, kellna ritratt tal-Parlament Taljan peress li ħafna minna kellna l-vantaġġ li morna hemmhekk, u għedtlu li hemm imwejjed fejn jiltaqgħu l-Parlamentari biex waqt li qed tieħu kafè u titkellem ma' parlamentari ieħor, tista' taħdem ukoll, bħal librerija.", "Dan ir-ritratt tajthulu u għoġbu.", "Għedtlu: jiġifieri intkom l-Italja għandkom u lili trid titfagħli t-turisti waqt li għandi l-impjegati jagħmlu r-riċerka hemmhekk!", "Qed ngħidilkom biex tkunu tafu l-pożizzjoni.", "Għandi email li se ngħaddilkom kopja tagħha li bgħatna fid-29 ta' Ottubru, wara l-laqgħa, u għedtlu li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ser jerġa' jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 30 ta' Ottubru u hu se jiġi lura bil-proposta.", "Kellna informazzjoni li Renzo Piano se jiġi personalment hawn Malta.", "Se jiltaqa' miegħi u magħkom fuq din, u fuq kollox, għaliex le?", "Jien nieħu pjaċir li jisma' lilna wkoll.", "Il-laqgħa se ssir is-Sibt, 9 ta' Novembru bejn l-10.30 a.m. u l-11.00 a.m. Nixtieq li kull min jista' jkun preżenti jkun preżenti fl-uffiċċju tiegħi.", "Dak huwa l-uniku ħin li tana.", "Naħseb li nifhmu li għandu jkollna dak li diġà ftehemna li se jsir imma m'għandux ikollna dik il-bużullotta.", "It-turisti se jkollhom minn fejn jaraw ħafna affarijiet, m'għandhomx għalfejn jinżlu fil-bokka tat-tunnel ukoll.", "CARMELO ABELA: Aħna nafu li hemmhekk kien hemm ippjanat li jsir restaurant imma mbagħad spiċċa kollox u qalu li mhu se jsir xejn.", "Issa għax issuġġerejna xi ħaġa bħala kumitat parlamentari se joħorġu bis-suġġerimenti huma?", "Hemmhekk jew huwa Parlament u jiddeċiedi l-Parlament, inkella nikkunsidraw kollox.", "MR SPEAKER: Tajna l-qisien li għandu jkollna.", "Issa dan l-inqas possibbli.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li inti bqajt miexi ma' dak ir-rapport li għamilna bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien mal-Iskrivan tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Mhux hekk!", "Mela jien se mmur kontra l-parametri tar-rapport li ddiskutejna hawn!", "Mhux ovvja.", "MARIO DE MARCO: Int se jkollok areas tal-Parlament li se jkunu dejjem miftuħin u aċċessibbli għall-pubbliku.", "Jien nista' nifhem l-argument tal-Perit, jiġifieri li dan it-tunnel għandu sens storiku u jekk wieħed jista' jara l-kuntest tat-tunnel, li essenzjalment hija l-aħħar parti tal-ferrovija tagħna, għandu ċertu valuri kulturali storiku.", "Forsi wieħed jista' jiftiehem li jkun hemm ġranet fis-sena fejn ovvjament ikun hemm aċċess.", "MR SPEAKER: Jien għaddejtilkom kopja tal-email li jien u l-Iskrivan tal-Kamra ħassejna li għandna nirrispondu fiċ-ċirkostanzi.", "F'dan il-mument xtaqt li ninforma lil-Kumitat anke biż-żjara ta' Renzo Piano li ġej il-Ġimgħa, imma se jkun qiegħed hawn is-Sibt u tana nofs siegħa, niltaqgħu miegħu u nimxu minn hemm.", "LOUIS GRECH: Naħseb li lkoll naqblu li l-gwidi li għandu jkun hemm huma dawk li aħna konna ftehemna hawnhekk.", "MR SPEAKER: Iva, mela qegħdin naqblu li nimxu ma' dak ir-rapport konġunt.", "DAVID AGIUS: Issa, Sur President, jekk tħoss li għandna bżonn nagħmlu xi follow-up fuq dak bil-qbil taż-żewġ naħat u tiegħek, jew naġġustawh, niltaqgħu, nagħmlulu addenda u fejn ikun hemm bżonn isir.", "MR SPEAKER: Kollox sew, fuq dik ftehemna wkoll.", "Issa xtaqt ir-reazzjoni mill-grupp parlamentari fuq l-ittra li għaddejtilkom l-aħħar darba mingħand il-Kummissarju Elettorali Ewlieni dwar proposta biex isiru emendi fil-Kostituzzjoni, fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354 u fl-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Kap. 467 biex ir-residenti tad-djar tal-anzjani, anke dawk privati, ikunu jistgħu jivvutaw mill-istess residenzi.", "Kellkom tagħtuni r-reazzjoni tagħkom.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Naħseb hemmhekk il-Kummissarju Elettorali Ewlieni qed jissuġġerixxi żewġ tipi ta' emendi.", "Waħda naħseb tista' ssolviha l-Kummissjoni Elettorali, m'hemmx għalfejn jintervjeni l-Parlament.", "It-tieni waħda hija ta' natura fejn il-partiti jridu jidħlu f'diskussjoni għax hija fuq proċess aktar milli fuq tibdil fil-liġi.", "It-tibdil fil-liġi, se mai, jiġi wara li jkun hemm qbil fuq il-proċess.", "Kif nafu, il-partiti dejjem tkellmu fuq il-proċess bejniethom – mhux qed nirreferi biss għall-partiti rappreżentanti fil-Parlament imma għall-partiti kollha – u jekk ikun hemm qbil fuq il-proċess li jista' jwassal għal ċerta tibdil… Jiġifieri ma nistgħux niġu fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u nissuġġerixxu xi tibdil.", "Li nistgħu nissuġġerixxu hu li jkun hemm diskussjonijiet bejn il-partiti fuq il-proċess elettorali bejn nies esperti miż-żewġ partiti, jew il-partiti kollha, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Aħna ħadna nota tal-ittra u naħseb li l-ittra hija maqsuma fuq żewġ livelli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, kif taf, l-ittra hija indirizzata kemm lilek, kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Jien infurmat li l-Kap tal-Oppożizzjoni se jikteb ittra uffiċjali bil-pożizzjoni tal-grupp tagħna u se tintbagħat lill-Kummissjoni Elettorali.", "MR SPEAKER: Ovvjament jikkopja lili.", "Grazzi ħafna.", "Ma nixtieqx indum ħafna imma għandi bżonn data għal meta dan il-Kumitat se jikkunsidra l-Ombudsplan għas-sena 2014.", "L-Onor.", "Min-naħa tagħna l-Membri huma l-istess Membri li qegħdin fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Jista' jkun li jkun hemm replacement tad-Deputat Prim Ministru, però m'għandniex xi data partikolari.", "Li rridu hu li nsibu data adattata minħabba l-aġenda.", "MR SPEAKER: Insib data jien u nikkomunika magħkom?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien tkellimt maż-żewġ kollegi tiegħi li qegħdin jaqrawh u jarawh.", "Għandhom bżonn ftit aktar ħin għax għaddejjin b'affarijiet oħrajn imma naħseb li jekk nagħmlu data aħjar għax jekk tagħtihom target aħjar.", "MR SPEAKER: Mela ejja naqblu fuq data.", "DAVID AGIUS: Naqblu fuq data imma nikkonsultaw ftit bejnietna ħalli nikkonsulta ma' dawn iż-żewġ Membri partikolari.", "MR SPEAKER: Nikkomunika data lilkom it-tnejn u nimxu minn hekk.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Skużani, żewġ affarijiet żgħar ħafna.", "Xtaqt nipproponi li meta jkollna stqarrija ministerjali – qajjimtha d-darba l-oħra u qed nerġa' nqajjimha ħalli meta nkunu fil-Kamra kulħadd ikollu rasu mistrieħa dwar x'se nagħmlu – il-persuna li tkun qed tagħmel l-istqarrija flimkien max-shadow minister tagħha ma jkunux marbuta b'ħin.", "U lanqas il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Imbagħad, il-kelliema l-oħra li jridu jagħmlu xi mistoqsijiet ikollhom ħames minuti kif qed nagħmlu llum.", "Qed ngħid hekk għax li jkollok il-Prim Ministru jew il-Kap tal-Oppożizzjoni jew il-Ministru jew shadow minister li qed jitkellmu fuq suġġett bħal tal-immigrazzjoni jew tas-summit li kellna dan l-aħħar u nirristrinġu, hemm barra qed nidhru li ma nixtiqux nagħtu l-verżjonijiet taż-żewġ naħat iżda mhux il-każ.", "Forsi l-Gvern joħroġ bil-pożizzjoni tiegħu u anke int, Sur President, forsi naqblu ftit dwarha.", "Jien ma nistax immur kontra r-rulings li writt jew rulings li bbażajt fuq dak li writt jew rulings li addirittura jkunu ġew mogħtija minn dis-Sedja fuq dal-punt.", "Il-proċedura parlamentari dwar l-istqarrijiet ministerjali hija ċara ħafna.", "Fil-fatt qabel l-istqarrija li għamel il-Prim Ministru din il-ġimgħa jien bgħattlu messaġġ mal-Iskrivan tal-Kamra biex ngħidlu li jekk se jaqbeż l-għaxar minuti rrid nara li se jkun hemm ftehim u fil-fatt għamel disa' minuti u ftit sekondi.", "L-għaxar minuti ma qabiżhomx.", "Tinsewx li meta jkun hemm stqarrija ministerjali jridu jsiru domandi mhux diskorsi jew isir dibattitu għax jekk inti trid tagħmel dibattitu, Onor. Agius, hemm il-proċedura tal-mozzjoni.", "Jiġifieri xi ħadd iressaq mozzjoni, jista' jressaqha Membru Parlamentari jew il-Kap tal-Oppożizzjoni eċċ., imbagħad hemmhekk isir dibattitu fuq il-mozzjoni imma din mhijiex mozzjoni, hija stqarrija ministerjali u l-proċedura parlamentari hija ċara ħafna; isiru d-domandi li m'għandhomx jaqbżu l-ħames minuti.", "Issa jien lill-Kap tal-Oppożizzjoni waqqaftu għax kien se jaqbeż il-ħin imma xħin qalli li hemm ftehim, anke mal-Prim Ministru, ħallejtu għaddej għal 15 minuta u xi ħaġa fuqhom.", "Issa jekk trid tibdlu l-Ordnijiet Permanenti hemm ħafna fuq x'wieħed jitkellem dwar il-kwestjoni tal-ħin, pereżempju fuq l-40 minuta, is-siegħa u nofs, eċċ. Jien naħseb li hija tajba għax jien fir-ruling tiegħi għedt li jekk ikun ftehim, allura din il-kwestjoni tal-ħin ma tkunx daqshekk ristretta u naħseb imxejna tajjeb għaliex meta l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ħassew il-bżonn li l-ħin ikun itwal, anke ż-żewġ Whips … allura la hemm ftehim hemm ftehim.", "Madankollu tridu tapprezzaw li jien għandi r-responsabbiltà li nara li x-xogħol ma jeħilx, ix-xogħol jimxi fil-Kamra, għaliex inkella nkun qed nagħmel disservice lil dan il-Parlament.", "Min-naħa l-oħra jien ma nsib ebda oġġezzjoni, jekk ikun hemm ftehim, tkun xi tkun l-okkażjoni.", "Jekk hemm ftehim, allura hemm ftehim.", "Jien bħala Sedja rrid nirrispetta l-ftehim tal-partijiet imma in the absence of, meta jkollna stqarrija fejn il-Prim Ministru stess jgħid li m'għandux bżonn aktar minn għaxar minuti jien ma nistax niftaħ il-ħin.", "Qiegħda ċara li stqarrija ministerjali m'għandhiex tkun itwal minn għaxar minuti u din hija a standard procedure.", "Mhux se noqgħod ngħid dak u l-ieħor imma ġieli damu 45 minuta u mbagħad issir id-domanda fl-aħħar.", "L-Oppożizzjoni u l-Gvern, huma min huma, għandhom jagħmlu domandi fuq l-istqarrija ministerjali u mhux diskorsi.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Waqt li aħna nemmnu li għandna nagħtu l-flessibilità kollha neċessarja, u naħseb li għandu jkun hemm qbil on an ad hoc basis.", "Nifhem il-pożizzjoni li qed tgħid int u aħna għandna nkunu nafu li qed ninterpretaw l-Ordnijiet Permanenti b'mod korrett u mhux qed inneħħu l-iskop oriġinali.", "Aħna, però, fl-istess ħin nixtiequ li meta jkun hemm il-bżonn u l-ħtieġa, lill-Kap tal-Oppożizzjoni nagħtuh il-ħin kollu meħtieġ.", "MR SPEAKER: Onor. David Agius u Onor Mario de Marco, min se jkunu l-membri min-naħa tagħkom fuq l-Ombudsplan?", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li se jkunu l-Onor.", "Il-punt l-ieħor li ridt nagħmel huwa dwar l-ilbies ta' min jidħol fil-Parlament.", "Mhux tagħna d-Deputati imma ta' min jiġi mistieden biex jiġi ġo dan il-Parlament.", "Naħseb ikun xieraq li nżommu l-livell ta' din l-istituzzjoni u naħseb nies li jidħlu ġo dan il-Parlament iridu jkunu lebsin b'mod xieraq.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nagħti eżempji imma nixtieq li nżommu ċerta livell.", "MR SPEAKER: Qed nieħu pjaċir li qed tgħidli.", "Ilbieraħ stess jien tajt istruzzjonijiet biex tnejn min-nies joħorġu barra mill-Parlament.", "DAVID AGIUS: Naqbel miegħek, Sur President.", "Naħseb konna qed naraw l-istess nies.", "MR SPEAKER: Grazzi talli osservajtha imma qed nieħdu azzjoni min-naħa tagħna.", "DAVID AGIUS: Iva, imma naħseb li anke n-nies li qegħdin isfel jew is-suldati m'għandhomx iħalluhom jidħlu fil-Parlament.", "Jew inkella min stedinhom jinżel hu.", "Stajt stedinthom jien jew anyone.", "MR SPEAKER: Għamilt sew li qajjimtha Onor. Agius.", "Xi ħaġa oħra?", "Grazzi ħafna.", "Fit-8.18 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131030_010d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 10", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 09 li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Mejju 2013 ġew konfermati", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Se nqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 25 ta' Ottubru, 2013 mibgħuta mill-Kummissarju għat-Tfal, fejn qiegħda tistieden lill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex jattendu għal attività li se tiġi organizzata fil-Jum Dinji għat-Tfal.", "Email datata 29 ta' Ottubru, 2013 mibgħuta mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u hija marbuta ma' konsultazzjoni pubblika dwar iċ-Children's Act Phase Out of Home Care.", "DISKUSSJONI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR IR-RAPPORT TAL-GWU FUQ IL-PREKARJAT - KONTINWAZZJONI", "THE CHAIRPERSON: Illum se nkomplu niddiskutu r-rapport tal-General Workers Union.", "Imma qabel xejn nixtieq nirringrazzja lil Dr Elaine Birmingham talli ħejjiet ir-rapport li se joħroġ dan il-Kumitat fuq il-prekarjat biex b'hekk aħna nkunu nistgħu noħorġu l-pożizzjoni tagħna iktar ċara permezz ta' dan il-mini report.", "Issa fejn naraw li ma naqblux nistgħu niddiskutuh u nagħmlu wkoll xi emendi għalih.", "Dan ir-rapport li għandna quddiemna ovvjament għadu fi stadju ta' abbozz u nistgħu nirranġaw xi partijiet minnu.", "Issa naħseb li l-aħjar li nagħmel hu li naqrah malajr malajr biex flimkien naraw jekk hemmx xi oġġezzjonijiet għal xi partijiet minnu jew inkella rridux inżidu xi materjal ieħor ħalli nkunu nistgħu nagħlqu din il-materja.", "Mela ħalli nibda naqra;", "\"Rapport dwar il-Prekarjat mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali – Ottubru 2013.", "Fi stqarrija li ħarġet fis-6 ta' Ġunju 2013, id-Deputat Prim Ministru qal li sabiex wieħed ikun jista' jiġġieled il-prekarjat, jeħtieġ l-ewwel nett li jkun hemm definizzjoni ta' dan it-terminu.", "Hu żied jgħid li \"mhux ġust li min jabbuża jinħeba taħt definizzjonijiet skaduti u liġijiet qodma\" u li dan għandu jitwaqqaf sabiex il-ħaddiem ma jibqax ibati.", "Fl-istess stqarrija d-Deputat Prim Ministru qal li dan is-suġġett diġa' ġie diskuss fil-Kabinett u li fiż-żmien li ġej se tiġi ppreżentata liġi.", "In-nuqqas ta' definizzjoni ċara hija waħda mill-problemi ewlenin fil-kwestjoni tal-prekarjat.", "Dan anke fuq livell lokali għax m'hawnx definizzjoni waħda li tissodisfa lil kulħadd.", "Fis-27 ta' Awwissu 2013, il-Parlament Ewropew, meta mistoqsi mill-Membru Parlamentari Ewropew Claudette Abela Baldacchino sabiex jagħti definizzjoni legali ta' xogħol prekarju, wieġeb li \"Precarious work is not a legal concept.", "L-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, f'rapport li ħarġet, tat numru ta' kriterji li jistgħu jikkostitwixxu xogħol prekarju, fosthom:", "Xogħol part-time:", "Kuntratti għal perjodu definit;", "Xogħolijiet bil-paga minima jew inqas;", "Kondizzjonijiet ħżiena fuq il-post tax-xogħol;", "Nuqqas ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;", "Ħaddiema li mhumeix irrappreżentati minn union.", "Waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), id-Direttur tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali, f'diskors li għamel, qal li xogħol prekarju jista' jiġi deskritt bħala impjieg \"atypical\" li ma jkunx imħallas biżżejjed, ma jipprovdix sigurtà u protezzjoni, u fejn il-ħaddiema ma jkunux irrappreżentati minn Union.", "Kompla jispjega li mhux kull impjieg \"atypical\" ikun prekarju.", "Id-definizzjoni tal-prekarjat ġiet diskussa mill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali u rriżulta li ma tistax taqbad kondizzjoni waħda mil-lista u tgħid li minħabba fiha x-xogħol huwa prekarju, iżda jrid ikun hemm iktar minn kriterju wieħed preżenti.", "Dan għax jista' jkollok min qed jaħdem f'ċertu kondizzjonijiet (bħal impjieg part-time) b'mod volontarju.", "Intqal ukoll li hemm ħaddiema li jsibu ruħhom fil-prekarjat għax m'għandhom l-ebda għażla oħra u l-Gvern għandu jindirizza lil min iħaddem nies vulnerabbli sabiex ma jħallix li dawn il-ħaddiema jiġu sfruttati għax ikunu daharhom mal-ħajt.", "Sabiex dan it-tip ta' sfruttament jieqaf, fil-Kumitat ingħad li għandu jkun hemm iktar infurzar tal-liġijiet u pieni iktar ħorox.", "Punt importanti ieħor huwa r-rispett lejn id-dinjità tal-ħaddiem.", "Ix-xogħol ma jistax jitqies biss bħala mezz li jipprovdi finanzi għall-għajxien.", "Meta wieħed jitkellem fuq xogħol u kondizzjonijiet marbuta miegħu, irid iqis ukoll li l-kondizzjoniijiet għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem.", "Wieħed isib ħafna rapporti minn entitajiet lokali u barranin fuq dan is-suġġett u f'kull rapport issib rakkmandazzjonijiet sabiex wieħed jiġġieled lill-fenomenu tal-prekarjat.", "Il-General Workers Union qed tipproponi li titwaqqaf Kummissjoni għall-Kwalità tax-Xogħol li tkun responsabbli għal Enforcement Unit effiċjenti, ikollha l-poter li tinvestiga l-każijiet, tifli t-tenders pubbliċi u tipproponi azzjonijiet konkreti.", "Fir-rapport tagħha semmiet ukoll li għandu jsir titjieb fil-liġijiet preżenti, iktar kontroll fuq il-public procurement u kampanja nazzjonali li tippromwovi kondizzjonijiet tax-xogħol diċenti.", "L-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, min-naħa tagħha, ħarġet b'numru ta' proposti mqassmin skont is-settur - il-Gvern, il-unions u min iħaddem.", "Fost il-proposti tagħha, l-Assoċjazzjoni tgħid li għandu jkun hemm iktar spezzjonijiet u infurzar tal-liġi, djalogu bejn il-Gvern u l-unions, u applikar tas-Service Charter tal-istess Assoċjazzjoni.", "Il-Federazzjoni Ewropea għall-Ikel, l-Agrikoltura u t-Turiżmu u Trejdunjonistiku (EFFAT) tipprovdi lista ta' rakkmandazzjonijiet li jinqasmu bejn dawk li japplikaw għal min iħaddem u dawk li jolqtu aktar lil policy makers.", "Jissemmew l-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, l-importanza tal-ftehim kollettiv, l-implimentazzjoni ta' direttivi tal-Unjoni Ewropea, skemi ta' taħriġ għall-impjegati, standards soċjali minimi għall-ħaddiema fl-Ewropa, monitoraġġ u infurzar, fost ħafna oħrajn.", "Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali kkonsidra numru ta' dokumenti u artikli li jitrattaw dan is-suġġett u filwaqt li jaqbel mal-bżonn li tinsab definizzjoni ta' xogħol prekarju, jifhem li definizzjoni bħal din ma tista' qatt tkun waħda riġida iżda waħda flessibbli u msawra minn kumulazzjoni ta' kriterji bl-intendiment ċar li l-istess definizzjoni għandha teskludi xogħolijiet li għalkemm ikollhom kriterji simili għal dawk misjuba fid-definizzjoni, f'aspetti oħra dan ix-xebħ jinġieb fix-xejn tant li jkun jidher biċ-ċar li x-xogħol in kwestjoni ma jistax jidħol fil-kategorija tal-prekarjat.", "Eżempju ta' dan jista' jkun xogħol b'kuntratt għal perjodu definit li jkun imħallas b'salarju li jkun jissupera sew il-paga minima.", "Filwaqt li l-Kumitat jaqbel mar-rakkmandazzjonijiet li ssemmew iktar 'il fuq f'dan ir-rapport u jara b'sodisfazzjon li mill-1 ta' Lulju 2013, kull tender li jingħata mill-Gvern se jkollu numru ta' kondizzjonijiet ġodda sabiex jiġi evitat li jingħataw kuntratti li jwasslu għal xogħol prekarju.", "Il-Kumitat jissuġġerixxi wkoll li jkun hemm sistema ta' kollaborazzjoni bejn numru ta' entitajiet li jistgħu jiġġieldu l-fenomenu tal-prekarjat, fosthom l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-unions u l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem sabiex ikun hemm ġlieda ħolistika kontra dan il-fenomenu u sabiex il-ħaddiema jingħataw kondizzjonijiet xierqa u u dinjitużi fuq il-post tax-xogħol.\"", "Naħseb li dan huwa rapport redatt tajjeb ħafna.", "Kien hemm xi tibdiliet żgħar li għamilnihom as we went along imma naħseb li ħareġ rapport tajjeb.", "Issa jekk hemm xi affarijiet li intom tħossu li għandna nelaboraw fuqhom jew inkella hemm xi oġġezzjonijiet fuqhom dan hu l-mument propizju biex niddiskutuhom.", "Għalhekk se nibda nieħu l-kummenti ta' kull wieħed u waħda minnkom.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Prosit ħafna.", "Naħseb li huwa rapport li jagħti veduta tajba ħafna dwar ix-xogħol prekarju u fl-opinjoni tiegħi għandna mmexxu fuqu mingħajr ma nagħmlu xi emendi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Ir-rapport jidher tajjeb imma jista' jkun li mmissjajt xi ħaġa minnu.", "Jekk m'iniex sejjer żball ma jidhirx li hemm xi suġġerimenti biex il-ħlas ta' dawn il-ħaddiema tiżdied?", "M'hemmx suġġeriment fuq il-ħlas tal-ħaddiema.", "ETIENNE GRECH: Hemm diversi aspetti li jbatu minnhom il-ħaddiema tal-prekarjat u waħda minnhom hija l-pagi baxxi.", "Xi ħaġa oħra li smajt hija li meta dawn ikollhom l-overtime ma jitħallsux bir-rati tal-overtime u jsibu diffikultà kbira biex jieħdu l-leave u s-sick leave.", "Hemm xi affarijiet - minn dak li nisma' mingħand in-nies - li l-ħaddiema fil-prekarjat dejjem isemmu.", "Issa hemm ħaddiema tal-prekarjat li jaqilgħu ċerta paga u ħaddiema li jkunu stabbiliti mal-Gvern jaqilgħu paga aħjar minnhom.", "U ħafna drabi l-ħaddiema tal-prekarjat jiġu bullied minn ħaddiema simili li jkunu mal-Gvern.", "Għandek pereżempju l-Health Nursing Aids li xi kultant ħaddiema oħra jbellgħulhom ix-xogħol u jiġu bullied minnhom ukoll.", "Għad hemm ukoll dik l-istigma li jekk inti ma' kumpanija għandek taħdem iktar milli jekk inti qiegħed mal-Gvern.", "Allura xtaqt nara f'dan ir-rapport xi ħaġa li tissuġġerixxi żieda fil-paga jew inkella ċerti rati minimi għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil-prekarjat.", "THE CHAIRPERSON: Rigward din iż-żieda kien hemm il-veduta tad-Direttur tad-DIER li tkellem waqt il-laqgħa tal-MCESD.", "Elaine tista' jekk jogħġbok tgħidilna ftit x'qal id-Direttur fuq dik il-proposta li kienet saret biex jiżdied the minimum amount of money li jieħdu l-ħaddiema.", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst): Kien hemm xi suġġerimenti sabiex togħla l-minimum hourly rate li biha jitħallsu dawn il-ħaddiema u d-Direttur tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali f'dan id-diskors li għamel waqt laqgħa tal-MCESD kien qal hekk;", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jiġifieri hemm daqsxejn ta' pros and cons u apparently meta twieżen il-pros and cons xorta li kieku din tittieħed bħala xi way out mill-prekarjat mhijiex se ssolvi l-problemi daqskemm naħsbu u allura hemm bżonn li tittieħed a more holistic approach.", "Jiena konxja wkoll li hemm ċerti postijiet tax-xogħol, fosthom dawk li jaħdmu ħafna iktar fis-sajf minħabba d-domanda li jkun hemm dak iż-żmien, bħal postijiet turistiċi fejn għalkemm il-paga mhijiex għolja daqskemm semmew fid-dokument, fil-fatt dawn il-ħaddiema jitħallsu ħafna overtime u r-rata tal-overtime tittieħed bħala rata tajba.", "U dan iseħħ għaliex għandek parti sostanzjali mis-sena fejn this will happen mentri fil-kumplament tas-sena ma jkunx hekk.", "U li kieku jkun hemm paga iktar għolja matul is-sena kollha, min qed jimpjega ma jkunx jista' jsostni dak l-impjieg la fis-sajf u lanqas fix-xitwa.", "Dwar il-prekarjat naħseb li rridu noqogħdu attenti għax din hija sikkina li kważi kważi taqta' miż-żewġ naħat, kemm għall-employer kif ukoll għall-employee.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li barra mill-ammont ta' kemm jitħallas dak li jkun, irridu nħarsu wkoll lejn affarijiet oħra.", "Inti semmejt ħafna punti validi u naħseb li għandna nżiduhom f'dan ir-rapport.", "Fil-fatt nistgħu ndaħħluhom ma' dak il-punt \"Kondizzjonijiet ħżiena fuq il-post tax-xogħol\" billi nagħmlu elaborazzjoni żgħira fuqha.", "L-Onor.", "Etienne Grech tkellem ukoll fuq li l-overtime ma jitħallasx jew ma jitħallsux għalih bir-rati li suppost u li s-sick leave ma jitħallsux għalih.", "Naf ukoll li hemm diffikultà biex dawn il-ħaddiema jieħdu ġranet ta' leave.", "Jiena aware wkoll minn problema oħra li turi mill-ewwel li hemm problema b'dan it-tip ta' impjieg.", "Qed ikollna ċerti kumpaniji li jinqassmu taħt żewġ kumpaniji u minflok iħaddmu l-ħaddiema b'main job wieħed u jagħtuhom l-overtime, iħaddmuhom part-time ma' żewġ kumpaniji li jkunu taħt l-istess mother company jew inkella jgħidulhom biex jidhru bħala self employed!", "Meta tindaga ftit aktar fil-fond tirrealizza li din qed jagħmluha biss biex min għandu bżonn ix-xogħol ikollu jaċċetta dan it-tip ta' xogħol għax żgur li mhijiex ta' vantaġġ għall-ħaddiem.", "U għalhekk naħseb li għandu jidħol paragrafu żgħir fejn aħna, bħala Kumitat ngħidu x'naħsbu fuq dawn il-problemi li semma l-Onor.", "ETIENNE GRECH: Nixtieq insemmi forma oħra ta' prekarjat li hija realtà tal-lum u hawnhekk qed nirriferi għax-xogħol illegali li jsir ħafna drabi mill-immigranti li jingħataw l-istatus ta' refuġjati u li allura jkunu jistgħu jaħdmu.", "Dawn ħafna drabi jaħdmu taħt kondizzjonijiet ta' prekarjat, speċjalment fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Il-fatt li ma jitħallsux pagi minimi jkunu qegħdin jagħmlu unfair competition mal-ħaddiema Maltin li jaħdmu fil-construction ukoll imma li jkunu jridu jħallsu t-taxxi u li biex ikollhom ħajja iktar deċenti, iżommu prezzijiet iktar għoljin minn dawn il-ħaddiema.", "THE CHAIRPERSON: Inti qed issemmi prekarjat li għandu kondizzjonijiet bħal dawk li semmejna imma fejn il-vittma jkollu status ta' refuġjat u li din għandha domino effect fuq aspetti oħra għax ix-xogħol li suppost jittieħed minn xi ħadd, mhux se ngħid Malti, imma minn xi ħadd li jitħallas aktar, ikun hemm din il-kompetizzjoni …", "ETIENNE GRECH: Hawnhekk mhux qed nirreferi għall-employees għax hemmhekk … Anzi ħafna drabi r-refuġjati jsibu xogħolijiet fil-kostruzzjoni, fil-kċejjen u f'dawk il-postijiet tipiċi fejn hemm il-prekarjat.", "Jien qiegħed nirriferi għal dawk li jkunu self employed li jistaqsu għal prezzijiet baxxi ħafna …", "THE CHAIRPERSON: Ma naħsibx li din tidħol taħt prekarjat għax m'intix iġġiegħel lil dak li jkun biex jagħmel hekk, fis-sens li m'għandekx employer-employee situation.", "Dawn mhumiex qegħdin jaħdmu ma' kumpanija imma l-kumpanija ġġiegħlhom jidhru bħala self employed biex ma tħallashomx sick leave, leave u overtime.", "Hemmhekk għandek problema għax qiegħed taħdem ma' kumpanija imma tidher bħala self employed u dik ukoll hija forma ta' prekarjat.", "Ovvjament mhux dejjem ikun prekarjat imma naħseb li dak li qed tirreferi għalih inti, la ma jkunx hemm employer-employee situation u dak li jkun mill-buona volontà tiegħu jiddeċiedi li jżomm prezzijiet baxxi biex dak li jkun iqabbdu x-xogħol, ma naħsibx li nistgħu nsejħulu prekarjat.", "ETIENNE GRECH: Ejja nieħdu dawn it-turnkey companies li jagħmlu kull tip ta' xogħol ta' kostruzzjoni u repairs fid-djar.", "Jekk dawn iħaddmu ħaddiema - speċjalment li jkunu immigranti – u jabbużaw minnhom għax iħallsuhom bix-xejn, ovvjament il-pagi tagħhom se jkunu baxxi.", "Issa kulħadd se jieħu pjaċir bil-prezzijiet baxxi u allura n-nies se jqabbdu lilhom.", "Mela hemmhekk għandek unfair competition ma' dawk il-Maltin li forsi jaħdmu fl-istess tip ta' xogħol u jkunu self employed għax dawn jeħdulhom ix-xogħol minħabba li l-prezzijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jbaxxuhom bħal dawk li jħaddmu l-ħaddiema b'dawn il-kondizzjonijiet.", "THE CHAIRPERSON: Il-punt fhimtu u naħseb li għandek raġun fuq ħafna punti.", "Irridu noqogħdu attenti biss li biex ikun xogħol prekarjat irid dejjem ikollok relazzjoni ta' employer-employee situation għax jekk ma jkunx hekk, ma tistax issejjaħlu prekarjat.", "Aħna li qegħdin ngħidu hu li meta jkollok employee li jidher self employed huwa ħażin għax fil-fatt dan ikun impjegat u normalment ikollu kuntratt mal-employer, mela għandek obbligi kuntrattwali imma tidher li inti self employed!", "Mela l-employer-employee relationship qiegħda hemm avolja inti tidher bħala self employed.", "Jekk dawn in-nies li qegħdin jaħdmu fil-kostruzzjoni jkunu refuġjati u anke nies oħra, dawn qegħdin b'din it-tip ta' relazzjoni u allura mhumiex veru qegħdin jaħdmu bħala self employed.", "Mela dik ukoll hija kwestjoni ta' prekarjat.", "ETIENNE GRECH: Il-prekarjat iħalli effett fuq id-dinja tal-kompetizzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Dik dejjem u naħseb li hawnhekk irridu noqogħdu attenti irrispettivament minn jekk l-employees ikunux refuġjati jew le għax naħseb li meta nkunu qegħdin nitkellmu fuq it-tenders li jingħataw fuq dak l-unfair advantage.… Dan għaliex meta jkollok nies li qegħdin jitħaddmu b'ammont żgħir ta' flus u allura l-employer jista' joħroġ it-tender irħisa, that is an unfair advantage minħabba li qed iħallas bl-irħis.", "Naħseb li suġġeriment li jista' joħroġ minn dan il-Kumitat hu li meta jkun hemm tendering - u hawnhekk naqbel mad-Direttur tad-DIER - irridu noqogħdu u niċċekkjaw l-ammont li qed jiġi rikjest minn min qed jitfa' it-tender u naraw għalfejn qed jitfa' dak il-prezz.", "Naħseb li dik hija importanti.", "ETIENNE GRECH: Jew ikollu xi tip ta' plan.", "THE CHAIRPERSON: Irid ikun hemm l-overtime rates għax għalkemm fuq il-karta din issir, irridu naraw li verament tiġi mħarsa.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Ħarġet ċirkolari mill-Principle Permanent Secretary – hemm riferenza għaliha fir-rapport - fejn ingħatat lista ta' affarijiet li min jieħu ħsieb it-tenders tal-Gvern irid jara li jkunu osservati minn min jieħu ħsieb dawn it-tenders.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt naqbel magħha għax naħseb li hija verament importanti.", "Aħna li qegħdin ngħidu hu li din ir-rakkmandazzjoni li saret fl-1 ta' Lulju tal-2013 hija tremendement importanti għax jekk min qed jittenderja qiegħed jonfoq inqas f'ċerti oġġetti u mbagħad lin-nies li qed iħaddem, qed iħaddimhom kważi bix-xejn jista' joħloq an unfair advantage fuq ħaddieħor.", "U b'dan il-mod tkun qiegħda ssir mhux biss ħsara lit-tenderers l-oħra li forsi l-prodott tagħhom ikun aħjar imma jkun hemm żvantaġġ żleali lejn min qed iħaddem.", "Naħseb li huwa tajjeb li ħarġet din ir-rakkmandazzjoni u li qiegħda titħaddem b'dan il-mod.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ma nafx jekk hemmx xi studji dwar il-ħaddiema li jaħdmu fil-prekarjat vis-à-vis il-participation tagħhom f'xi union.", "Nixtieq inkun naf jekk humiex il-ħaddiema kollha li jkunu esposti għal ċertu xogħol ta' dan it-tip jew inkella humiex dawk il-ħaddiema biss li mhumiex membri f'xi union.", "Ma nafx jekk għandkomx xi studju bħal dan.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Bħala studji partikolari ma nafx li hemm imma f'kull rapport li rajt jidher b'mod ċar li dawk li mhumiex rappreżentati f'union, b'mod partikolari jekk ma jħalluhomx ikunu parti minn union, tista' tagħti lok għall-prekarjat għax ovvjament għandek il-ħaddiema li qed tagħtihom ċerta kondizzjonijiet mingħajr il-possibilità li dawn jiġu difiżi minn xi union.", "THE CHAIRPERSON: Irridu noqogħdu attenti għax meta jkollok sitwazzjoni bħal din, taf tkun qiegħda tmur ukoll kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "SILVIO PARNIS: Min-naħa tiegħi nista' ngħid li dan huwa rapport interessanti ħafna imma xi ħaġa li forsi ma semmejniex hija meta ħaddiem ikun qed jaħdem mal-privat u wara ftit taż-żmien dan jinduna li ma jkunux ħallsulu l-bolol jispiċċa f'ħafna problemi u b'pensjoni miżera!", "Li qed ngħid jien hu li l-ħaddiem ikun ħallas għall-bolol imma min ikun qed iħaddmu ma jkun ħallashomlu xejn.", "Forsi wieħed jara fejn jista' idaħħalha din biex dak li jkun ikun jista' jieħu azzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li nistgħu nagħmlu riferenza għaliha taħt il-punt \"Kondizzjonijiet ħżiena fuq il-post tax-xogħol\" għax din ukoll hija problema.", "Jekk qed tħallas għall-bolol biex min qed iħaddmek iħallashom… Dawn il-flus jitnaqqsu mill-paga tiegħek biex jiġu mħallsa l-bolol u mbagħad l-employer tiegħek ma jħallas xejn il-bolol.", "Mela allura qed jiġi jħallsek b'rata inqas baxxa minn dik li suppost qed iħallsek …", "Parnis għandu raġun għax din tiġi double negative fuq il-ħaddiema għax qegħdin jaqtgħulhom il-flus mill-paga u ma jħallsulhomx il-bolol.", "U ħafna drabi jindunaw meta it is too late in the day għax jindunaw meta jixjieħu u jmorru jiċċekkjaw il-pensjoni tagħhom!", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nirrikapitola ftit għall-benefiċċji ta' dawk li għadhom kemm ingħaqdu magħna.", "Aħna qegħdin naraw ir-rapport dwar il-prekarjat li ħejjiet Dr Elaine Burmingham.", "Qegħdin naraw jekk hemmx xi adjustments li dan il-Kumitat iħoss li għandhom isiru qabel ma jiġi ffinalizzat dan ir-rapport.", "Konna qegħdin ngħidu li aħna naħsbu li taħt il-punt \"Kondizzjonijiet ħżiena fuq il-post tax-xogħol\" għandu jkun hemm an added paragraph fejn nagħtu idea ta' x'jistgħu jkunu dawn il-kondizzjonijiet u fil-fatt semmejna overtime li ma jitħallasx bir-rata tal-overtime, sick leave li ma jitħallasx għalih u li jista' jkun hemm kumpaniji li jiftħu żewġ branches taħt l-istess kumpanija biex iħaddmu lin-nies on a part-time basis ħalli ma jingħatawx il-benefiċċji tal-full-time.", "Jiena kont qiegħda ndur lil kulħadd li hawn madwar il-mejda biex nara jekk hemmx xi affarijiet li min-naħa tagħkom tridu żżidu jew inkella biex nara jekk għandkomx oġġezzjoni għal dak li ntqal fir-rapport biex inkunu nistgħu nagħlquh.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn jitterminawlhom il-kuntratt tagħhom u mbagħad jerġgħu jġedduhulhom u dan jiġi indefinit mar-raba' sena.", "Imbagħad kif tibda r-raba' sena jitterminawlhom il-kuntratt.…", "THE CHAIRPERSON: Konna qegħdin ngħidu li huwa importanti li għalkemm għandna din il-lista ta' affarijiet, - li qegħdin inżidu jew nirfinaw fiha - ma jfissirx li għax jaf ikollok kondizzjoni waħda minn din il-lista allura jfisser li dak ix-xogħol huwa xogħol prekarju.", "Fid-definizzjoni jrid ikun hemm indikazzjoni li din hija flessibbli u akkumulattiva, jiġifieri jrid ikollok iktar minn waħda minn dawn l-affarijiet biex tista' tgħid li għandek xogħol prekarju.", "U dak li qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg l-aħħar darba jien semmejtha fil-paragrafu ta' qabel tal-aħħar fejn qed jingħad li \"Eżempju ta' dan jista' jkun xogħol b'kuntratt għal perjodu definit li jkun imħallas b'salarju li jkun jissupera sew il-paga minima\".", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Li xtaqt ngħid hu li rċevejt rapport ieħor interessanti ħafna – naf li rridu nikkonkludu għax inkella nibqgħu sejrin – mingħand is-Sur Gejtu Vella li dan għamel żmien twil fil-qasam tal-unions u naħseb li ta kontribut interessanti ħafna.", "Dan ir-rapport jismu \"Defining Precarious Work and the Way Forward\" u huwa xogħol interessanti.", "THE CHAIRPERSON: Irnexxilek tagħti daqqa t'għajn lil dan ir-rapport biex tara jekk hemmx affarijiet li diġa' iddiskutejnihom?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-issue tad-definizzjoni tissemma wkoll f'dan ir-rapport u hemm affarijiet oħra.", "Li xtaqt ngħid hu kemm hu sabiħ meta Kumitat bħal dan jiddiskuti dan xi suġġett u hemm barra tiġri l-kelma u tara nies ta' valur li javviċinawk.", "THE CHAIRPERSON: Fir-rapport tal-GWU kien hemm rakkmandazzjoni sabiex jitwaqqaf enforcement unit fi ħdan il-Kummissjoni għall-Kwalità tax-Xogħol.", "Ma nafx jekk f'dan ir-rapport kienx hemm xi rakkmandazzjoni partikolari imma ladarba dan ġie quddiemna fil-ħin ma nsib l-ebda diffikultà biex indaħħluh fir-rapport tagħna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk tridu nista' ngħidilkom fuq fuq xi ħaġa mil-lista ta' rakkmandazzjonijiet li nsibu hawnhekk.", "Fil-fatt qed jgħid hekk;", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, jien nipproponi li dawn id-dokumenti kollha nagħmluhom fir-reference tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Iva nistgħu nżiduh.", "Naħseb li xi ħaġa li forsi ma ħarġitx daqshekk bħala rakkmandazzjoni minn x'imkien ieħor hija li jekk ikun a short term contract than a certain timeframe, dan irid ikun approved.", "Naħseb li din ma ħarġet mill-ebda rapport ieħor u hija quite a good recommendation għaliex veru jista' ikun li kuntratt li jkun iqsar ma jkollu xejn ħażin fih imma naħseb li jekk ikun hemm ftit infurzar u fl-istess ħin ikun hemm speċi ta' hurdle għal min irid jagħmilha … Nixtieq nara x'taħsbu intom dwar dan.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Xi ħaġa preokkupanti li niltaqa' magħha jiena hija li meta għandek persuna li qiegħda taħdem b'dawn il-kondizzjonijiet, xi ftit jew wisq issibha diffiċli biex tirrapporta lill-employer tagħha stess għax din se tgħidlek kif nista' niċċekkja jekk l-employer huwiex iħallasli l-bolla meta nista' ninkixef li qiegħda nitkixxef fuqu?!", "U allura jirtiraw lura milli jagħmlu xi forma ta' complaint kontra l-employer tagħhom.", "Naħseb li fil-prattiċità nkunu iktar prattiċi aħna stess u anke d-dipartiment billi nsibu l-mod kif lill-employee nagħtuh is-sapport ħalli jagħmel ir-rapporti tiegħu biex jissalvagwardja l-pożizzjoni tiegħu waqt li jkun qed jaħdem.", "U dan għaliex xi kultant ikun aktar diffiċli biex wara tirkupra dak li tlift.", "Għalhekk naħseb li aktar milli tinbidel il-liġi jrid ikun hemm l-inforzar tagħha favur l-impjegat …", "SILVIO PARNIS: Kumbinazzjoni kelli każ dalgħodu fejn wieħed għax mar jiċċekkja jekk l-employer tiegħu kienx qed iħallaslu l-bolol, dan itterminalu l-impjieg tiegħu!", "Naħseb li dan huwa punt importanti u għalhekk nissuġġerixxi li jkun hemm unit apposta …", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb żewġ affarijiet; enforcement and empowerment.", "L-empowerment meta lill-ħaddiema tedukahom fuq x'inhuma d-drittijiet tagħhom mill-bidu nett ħalli dawn juru lill-employer tagħhom li huma konxji tad-drittijiet tagħhom meta jmorru għal dak l-impjieg.", "Veru li mbagħad trid tgħid kollox għax meta dawn in-nies ma jkollhomx għażla, ikunu jippreferu jaqilgħu xi ħaġa milli ma jaqilgħu xejn.", "THE CHAIRPERSON: Iktar ma jkunu vulnerabbli iktar agħar.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Min-naħa l-oħra li inti tkun taf li inti vulnerabbli jistgħu jitrattawk b'dan il-mod u dan huwa inġust u illegali.", "Allura anke min qed jabbuża jaħsibha darbtejn.", "Hawnhekk xi ħaġa li wieħed għandu jirrikmanda hija li jkun hemm kampanja edukattiva across the board.", "Naħseb li aktar man-nies ikunu jafu b'dawn l-affarijiet aktar ikun aħjar għax inħoss…", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Li nixtieq nissuġġerixxi hu li jekk se jkun hemm kampanja kontra l-prekarjat, u naf li hemm ir-rieda politika li jkun hemm din il-kampanja kontra l-prekarjat, id-dipartiment li jirċievi l-ħlasijiet tal-bolla għandu jkun hu li javża liċ-ċittadin kemm tħallsitlu bolla dik is-sena bħalma jibagħtulek l-islip biex jgħidulek kemm ħadt benefiċċji.", "Jiġifieri tkun xi ħaġa simili tal-P3.", "Id-dipartiment għandu javża lil kull individwu li qiegħed fuq il-linja tax-xogħol kemm tħallsitlu bolla biex nipproteġu lil dawk li huma vulnerabbli.", "Meta bniedem ikun informat we are empowering him għax inkunu tajnih l-informazzjoni f'idejh mingħajr ma jkun talabha u allura jekk ikun hemm xi queries għandek dawk il-units li tista' tirriferi għalihom.", "Mela hemmhekk tkun a step further għax jien inkun bgħattlek l-informazzjoni id-dar bħalma tirċievi l-P3.", "Forsi dak li jkun jibża' jitkellem għax ikun f'pożizzjoni vulnerabbli ħafna.", "U allura dik tkun a step further sabiex il-ħaddiem jiċċekkja mingħajr ma nġiegħluh jidħol fi clashes mal-employer tiegħu għax ikun il-Gvern stess li jkun ħa step forward fuqha.", "Mhuwiex ġust – kif qal l-Onor.", "Silvio Parnis – li dak li jkun kif ikollu 60 sena jinduna li l-imgħallem ma ħallaslux il-bolla għal 30 sena sħaħ!", "U din tkun xi ħaġa li żviluppat minn hawnhekk.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Jekk se nirrakkmandaw xi ħaġa bħal din … U r-raġuni hi li jekk tmur għand il-PSS u titlobhom il-bolla li tħallsitlek, dawn se jagħtuk karta bl-informazzjoni imma kemm se tifhimha hija kwestjoni oħra.", "Huma għandhom is-sistema tagħhom fejn tinħariġlek print out tal-bolol imma jekk ma tkunx taf kif taħdem is-sistema, dik l-informazjoni se tkun għandek ta' xejn.", "Għalhekk l-informazzjoni li tingħata, trid tingħata b'tali mod li dak li jkun jifimha.", "Jekk se tara ħafna numri ta' ħafna snin m'intix se tkun taf fil-verità jekk ħallastx biżżejjed u jekk b'dak li ħallast hux se jwasslek għall-pensjoni.", "THE CHAIRPERSON: Imma għallinqas tkun qed tevita li trid tikkonfronta lill-employer tiegħek.", "Hawnhekk fejn wieħed jista' jmur jiċċekkja għax għandek l-Employment Relations, jiġifieri għandek l-għodda li tista' tuża' f'każijiet bħal dawn.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ma nafx kemm aħna aware u jekk hemmx riċerka fuqha din imma naħseb li sakemm in-nies ma jiġux miżgħuda bis-servizz, sakemm ma jgħaddilek l-ebda dubju minn moħħok li dan mhux qed iħallashielek, inti mhux se toqgħod tiċċekkja.", "THE CHAIRPERSON: Jien naqbel miegħek, jiġifieri li għandu jibgħathielek mid-dipartiment.", "Li qed ngħid ukoll hu li kkomplikata kemm hi kkomplikata, għallinqas l-informazzjoni qiegħda għandek.", "Imbagħad ħalli tmur għand xi ħadd u jgħidlek hu x'fiha.", "U jekk issir kampanja edukattiva ħolistika biex l-employee jkun jaf xi drittijiet għandu …", "PAULA MIFSUD BONNICI: Dik isservi ta' deterrent għax l-employer jaf li se tirċievi l-informazzjoni u allura jevita milli jagħmel affarijiet bħal dawn.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma nafx għandniex nirrakkomandaw mezzi oħrajn, fis-sens li tirċievi slip qed ikun hemm produzzjoni ta' aktar karti imma mbagħad, min-naħa l-oħra mhux kulħadd għandu aċċess għall-internet jew huwa daqshekk internet friendly.", "Imma forsi nistgħu nipprovaw insibu l-option fejn inti tagħżel kif tixtieq tirċievi din l-informazzjoni.", "Kważi kważi jekk ikun hemm programm fejn inti ddaħħal l-identity card number tiegħek, bħalma hija l-EID, u tidħol fis-sistema tkun tista' tivverifika dawn l-affarijiet b'mod elettroniku.", "Jekk m'għandekx internet jew m'għandekx in-knowledge ta' kif tidħol fis-sistema żgur li se ssib lil xi ħadd mill-familja li jkun jista' jgħinek.", "U b'hekk nevitaw milli nikkomplikaw il-ħajja u nżiedu l-burokrazija u l-ħela tal-karti.", "THE CHAIRPERSON: Xi ħaġa oħra li xtaqt naqsam ma' dan il-Kumitat hi meta għandek probation period li matulu inti titwaqqaf mix-xogħol mingħajr l-ebda raġuni valida.", "Jiena hawnhekk mhux qiegħda ngħid li m'għandux ikun hemm probation period, xejn minn dan, imma tinkwetani ftit li dak li jkun bla ebda raġuni valida jitterminalek l-impjieg.", "Pereżempju ġieli ġew ikellmuni nies u meta ngħidilhom biex jagħtuni l-kuntratt tax-xogħol tagħhom biex narah jgħiduli li m'għandhomx kopja tiegħu.", "U meta nistaqsihom x'suppost qegħdin jagħmlu jgħiduli li ma jafux għax ħadd ma jkun qalilhom eżattament fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom.", "Wieħed qalli li għax ma marx jimposta ittra għax hu mhux messaġġier imma xufier, l-imgħallem tiegħu kien se jitfgħu 'l barra.", "Jiġifieri kultant, jekk dak li jkun ikun fiż-żmien tal- probation, l-employer lanqas għandu għalfejn jgħidlu għala qiegħed ikeċċih.", "Naħseb li ħafna drabi jista' jkun li jekk ikun hemm tkeċċija, din ma ssirx fuq affarijiet raġunati imma għaliex l-employer jinduna li jekk ma' dak l-employee mhux se jimxi bir-rigla se jkollu l-problemi.", "U allura aktar ma jkollok employee li jkun empowered, iktar dan se jispiċċa barra fiż-żmien tal-probation.", "U lanqas għandu għalfejn jagħti raġuni lil dak il-ħaddiem għax għalkemm l-employers ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet tal-ħaddiema tagħhom u ma jgħiduhulhomx, id-drittijiet tagħhom ikunu jafuhom ukoll.", "Ma rridx inpoġġi dell ikrah fuq l-employers kollha imma qiegħda nirriferi għal dawk l-employers li jħaddmu n-nies b'dan il-mod.", "Dawn jafu li jekk tagħti raġuni għalfejn qed iwaqqfu lit-tali ħaddiem waqt il-probation period, dik ir-raġuni trid tkun waħda valida.", "Għalhekk ma jagħtu l-ebda raġuni għax kien hemm anke kawżi l-Qorti fejn ingħatat raġuni u mbagħad la tingħata raġuni, dik ir-raġuni trid tkun waħda valida għax jekk ma tkunx valida, dak li jkun ma tistax tkeċċih.", "Naf li dan huwa threading on thin ice imma naħseb li kultant irridu nagħtu kas tal-probation period u forsi jasal iż-żmien fejn aħna nħarsu – f'xi rapport ieħor addattat – lejn għandux ikun hemm reason giving waqt il-probation.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ma nafx jekk hemmx riċerka li turi l-background edukattiv ta' dawn il-ħaddiema u mil-liema strata soċjo-ekonomika ġejjin dawn in-nies li jiġu sfruttati u abused.", "B'hekk jekk niġu biex nitkellmu dwar is-soluzzjonijiet tal-problema nkunu nistgħu nieħdu approach differenti.", "Jekk dawn huma kollha llitterati u m'għandhomx mezzi biex javviċinaw għall-informazzjoni se jkun kollu għalxejn dan li qed ngħidu għax ma' dawn in-nies ma tistax titkellem magħhom fuq e-government u internet.", "Dan l-approach sħiħ irid ikun tailor made skont it-tip ta' klijenti li aħna se navviċinaw.", "Jekk dawn huma kollha middle upper class li qegħdin jiġu abbużati, allura l-approach trid tkun mod ieħor.", "U allura r-riċerka hija importanti biex turina n-nies li qed jiġu abbużati x'tip ta' background edukattiv u soċjo-ekonomiku għandhom.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Minn ħafna rapporti li rajt jidher li piż fuq il-prekarjat l-iktar li jiffoka huwa fuq is-settur tal-biedja, tal-ikel u tat-turiżmu b'mod ġenerali.", "Ħafna rapporti jagħmlu riferenza għal dawn it-tliet setturi.", "THE CHAIRPERSON: M'hemmx riferenza għal min qed jiġi sfruttat x'background għandu.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Li rajt jiena ma kienux speċifiċi imma ovvjament aħna konna qegħdin nitkellmu fuq mini report u għalhekk ma bqajtx inkabbar l-isfera.", "THE CHAIRPERSON: U li naħseb huwa diffiċli ħafna biex ikollok dan it-tip ta' studju meta ħadd għadu ma ħareġ b'definition.", "Għalhekk mingħajr definizzjoni ma tistax tagħmel studju.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Anke fl-aħħar laqgħa li kellna kien intqal li jista' ikollok ħaddiema li forsi mhumiex ta' ċertu skola u jista' ikollok ukoll avukati li qed jiġu mpjegati bħala self employed mentri ma jkunux.", "Għalhekk l-isfera hija waħda aktar wiesa'.", "THE CHAIRPERSON: Għandek spectrum wiesa' ta' nies u din mhijiex xi ħaġa li għandha x'taqsam biss ma' kemm wieħed jitħallas imma għandek ukoll it-tip ta' xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol offrut, eċċ.", "ETIENNE GRECH: Jien għadni kemm smajt iktar kmieni f'din il-laqgħa li dak l-espert issuġġerixxa li mhux neċessarjament billi tagħmel il-minimum rates ta' ħlas se ssolvi l-problema tal-prekarjat imma wieħed irid iqis ukoll li hawn kwantità kbira ta' prekarjat … Kont qed nitkellem mal-Ministru tas-Saħħa u dan qalli kemm il-budgets tal-Ministeru tas-Saħħa qegħdin jiżdiedu.", "Fil-fatt inti għandek il-mediċina li dejjem qiegħda tavvanza u l-popolazzjoni dejjem qiegħda tgħix aktar u għalhekk l-ispejjeż f'dan il-qasam dejjem jiżdiedu.", "Li kieku kellna ngħidu li se ngħollu l-pagi jew li nkella nagħmlu xi liġi, bħalma ġiet issuġġeritha, wieħed irid jistudja wkoll l-impatt ta' jekk il-ħaddiema kollha li jeżistu f'pajjiżna li qed jaħdmu bil-prekarjat kemm se jkollu bżonn aktar flus il-Gvern biex iħallas lil dawn il-ħaddiema.", "Veru wieħed jgħid li l-ewwel il-ħaddiema imma mbagħad wieħed irid iqis ukoll l-impatt ta' dik l-ispiża.", "Għax jekk inkunu rridu €80 miljun aktar kull sena, dawk ovvjament iridu jiġu mit-taxxi.", "THE CHAIRPERSON: Jekk se nitilqu mill-punt li the end justifies the means naħseb li se nkunu qegħdin naqbduha naqra minn sieqha!", "Għax jekk qed tgħid li biex il-Gvern ma jħallasx tant ...", "ETIENNE GRECH: Jien mhux qed ngħid li m'għandhiex togħla l-paga.", "Dażgur li nixtieq li togħla l-paga.", "Mela mhux kulħadd jixtieq hekk.", "Imma li qed ngħid jien hu li rridu naraw kemm ikun dan l-impatt.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Imma naħseb li l-istudju jrid ikun wieħed ħolistiku għax anke meta tgħid li hemm ħafna li qegħdin fuq il-prekarjat, meta inti qed tgħid hekk xi trid tfisser bil-kelma \"ħafna\"?", "Il-fatt li kont naħdem hemmhekk naħseb li tista' tiċċomba l-anomalija.", "Anke fir-rapport tal-GWU jissemmew, b'mod partikolari fis-settur tal-carers u tal-cleaners u dak huwa settur privat.", "U huwa hemmhekk fejn iridu jsiru l-investigazzjonijiet.", "Irridu noqogħdu attenti għax ma nistgħux nagħmlu statement ta' \"ħafna\" jew \"ftit\".", "Jista' ikun li għandek raġun u jien għandi idea żbaljata imma until somebody actually sits down to do a proper study fuq dan is-settur we will not know il-\"ħafna\" u l-\"ftit\" x'inhuma.", "U qiegħda ngħid hekk għax dak li huwa forsi ħafna għalik jista' ikun ftit għalija u viċi versa.", "Imma kemm jekk huwa ħafna u kemm jekk huwa ftit irridu nagħmlu xi ħaġa.", "ETIENNE GRECH: My point is li l-budgets huma tight bħalma dejjem kienu …", "U mbagħad trid tiddeċiedi x'inhuma l-prioritajiet tiegħek.", "Meta inti jkollok budget dan qisu għandek budget ta' familja.", "Anke meta tkellimna fuq il-faqar u fuq il-vjolenza domestika dejjem ħareġ dan l-aspett.", "Fil-ħajja għandek il-prioritajiet.", "Pereżempju jien nagħżel li ma nagħmilx id-dwiefer imma nagħżel li nixtri aktar frott u ħaxix għall-familja tiegħi.", "Dik hija l-għażla u l-Gvern għandu jagħmilha din l-għażla għaqlija abbażi ta' studju.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiena naqbel perfettament ma' dak li kienet qed tgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Claudette Buttigieg għaliex kollox huwa bbażat fuq il-valuri u l-prinċipji tagħna.", "Issa jekk aħna tlifna l-valuri u l-prinċipji u se noqogħdu nħarsu biss x'jaqblilna b'mod finanzjarju, allura mhux kulħadd se jaqbel fuq kif għandna mmexxu.", "Jiena naħseb li kollox għandu jkun research based għax illum ma tistax titlaq minn punt li qed titkellem fuq xi ħaġa xi tħoss jew x'taħseb inti imma jrid ikollna studji bażiċi xjentifikament biex inkunu nistgħu nikkwantifikaw fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "U l-policies li rridu nagħmlu jridu jkunu policies ibbażati fuq it-twemmin u fuq il-manifest elettorali – ikun min ikun fil-gvern – għax fl-aħħar mill-aħħar huwa dak li n-nies ikunu vvotaw għalih u li aħna nkunu mbuttajna 'l quddiem.", "ETIENNE GRECH: Veru li l-ewwel ma trid tara huma l-valuri u l-familji u li n-nies ma jbatux.", "Hawnhekk jiena qed nitkellem fuq is-settur tal-health imma hemm ħafna setturi oħra li jħaddmu bil-prekarjat, inkluż fl-airport.", "(Interruzzjonijiet) Jekk pereżempju għandna problema ta' mediċini out of stock li rridu nsolvuha jew inkella għandna problema ta' nuqqas ta' nurses u rridu nġibu aktar, jekk inti se tagħti aktar flus lill-cleaners jew inkella jekk ma jkollokx biżżejjed flus biex tħallas lill-kumpaniji tal-cleaners se tispiċċa bi sptar maħmuġ, eċċ. Dan bħal familja, dejjem aħjar tgħid aktar ma nagħti aktar aħjar imma mbagħad wieħed irid jara l-impatt ta' dik il-miżura billi tara kemm se tiġi tiswik.", "THE CHAIRPERSON: Jien għalkemm nista' nifhem li jista' ikun hemm problemi meta inti tagħti lill-ħaddiem dak li ħaqqu, irridu nitilqu mill-punt li l-Gvern għandu dejjem ikun the model employer.", "Jekk aħna rridu lill-privat jitratta lill-ħaddiem sew u jagħtih id-dinjità li tixraqlu, hu x'inhu x-xogħol li qed jagħmel, ma jistax ikun li l-Gvern stess joqgħod jixxaħħaħ mal-ħaddiem.", "Imma ma naħsibx li ma tagħtix lill-ħaddiem dak li verament ħaqqu u meta ngħidu li nagħtuh dak li ħaqqu trid issir equation, liema equation m'għandhiex tkun ibbażata fuq jekk għandniex bżonn iktar tobba minn cleaners.", "L-equation trid tkun ibbażata fuq x'għandek bżonn biex tgħix ħajja diċenti llum, biex tkun tista' tiekol u tilbes, u mhux titbażwar bix-xogħol biex forsi tlaħħaq u li jkollok ħin għall-familja tiegħek.", "Hemm minimum u għalhekk toħroġ il-minimum wage, eċċ. L-għan irid ikun biex inti tgħix ħajja diċenti u dinjituża.", "U għalkemm forsi x-xogħol tiegħek ma jitħallasx ħafna imma kemm hu l-inqas li dak ix-xogħol jista' jitħallas biex inti tista' tgħid li qed tagħmel dak ix-xogħol u m'intix qiegħed tiġi sfruttat?", "Naħseb iktar milli nħarsu lejn xi ħaġa oħra, meta nkunu qed naraw il-ħaddiem kemm għandu jitħallas, għandna nħarsu lejn dak li għadni kif semmejt.", "Jiena nifhem li l-concerns tiegħek huma concerns validi ħafna.", "ETIENNE GRECH: Sinjura President, jien ma rridx nidher qisni xi bniedem mingħajr kuxjenza soċjali, xejn minn dan.", "Li rrid ngħid jien hu li jekk inti tqabbel dak li jaqilgħu l-carers fl-isptar li jkunu ma' kumpanija privata ma' ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern, nursing aides, tara li d-differenza bejniethom hija kważi tad-doppju!", "Meta niġu biex ngħollu l-pagi tagħhom dawn, minkejja dak li qal id-Direttur tad-DIER jiena naħseb li wieħed irid joqgħod attent kemm għandu jiftaħ idejh biex iżid il-pagi tal-ħaddiema.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: B'żieda ma' dak li qal l-Onor.", "Etienne Grech irrid ngħid li kollox huwa marbut mal-kuntratt li jkun għamel il-Gvern.", "Jekk il-Gvern lill-kuntrattur jagħtih €8 is-siegħa ta' kull ħaddiem li għandu, żgur li l-kuntrattur ma jistax iħallas lill-ħaddiema bit-€10 is-siegħa.", "Issa wara li dan se jaqta' l-ispejjeż u l-affarijiet l-oħra bilfors li dik is-somma se tonqos u allura trid tmur lura għall-prinċipju bażiku; il-Gvern huwa role model jew mhuwiex?", "Jekk il-Gvern huwa role model, li jrid li s-settur privat isegwi l-passi tiegħu, ma jistax ikun li jagħmel kuntratti biex imbagħad il-ħaddiem jispiċċa under payed tax-xogħol li qed jagħmel.", "ETIENNE GRECH: Imma inti taqbel li meta jiġu biex joħorġu t-tenders jagħmlu statements bħala parti mit-tender documents fejn jgħidu kemm għandhom jaqilgħu l-ħaddiema?", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq din tal-prekarjat u tat-tenders għax fejn jidħlu tenders irridu noqogħdu attenti.", "Meta jkollok kumpanija li tkun qiegħda titfa' il-bidding tagħha, ġieli jkollok kumpaniji li biex jidħlu fis-suq jiddeċiedu li l-ewwel biċċa xogħol jagħmluha jew break even jew inkella bit-telf.", "Din tiġri across the board, jiġifieri mhux biss fejn hemm services contracts ta' nies imma anke meta jkun hemm servizzi oħrajn li mhux neċessarjament jinvolvu nies.", "U allura naħseb li huwa importanti li min ikun se jirbaħ it-tender jiġi marbut u jieħu d-dikjarazzjonijiet li hemm bżonn, li minkejja l-prezz li jkun tefa' fit-tender, xorta waħda se jħallas lill-ħaddiema tiegħu mhux inqas mill-minimum wage u jiddikjara wkoll kemm se jkun qiegħed iħallashom.", "Jiġifieri l-crux kollu hemmhekk qiegħed.", "Nafu li kien hemm tenders li ntrebħu above the minimum wage u fil-frattemp il-kuntrattur xorta kien qiegħed jagħti lill-impjegati tiegħu taħt il-minimum wage.", "(Interruzzjonijiet) Hemm differenza bejn il-klawsola li kien hemm qabel u l-klawsola li hemm bħalissa.", "Jekk m'inix sejra żball dik kienet daħlet f'Lulju tal-2012.", "Hemm formola li jisimha statement of conditions of employment fejn kull tenderer kien jorbot ruħu li mhux se jkun qiegħed iħaddem bil-prekarjat u li inti se tkun qiegħed titratta lill-impjegati tiegħek u tagħtihom il-paga li jixirqilhom.", "Illum il-klawsola li hemm hija differenti u kif inhi worded tfisser li kumpanija ma tistax tagħmel sub-contracting tas-servizzi.", "Jiġifieri jekk għall-grazzja tal-argument Company A tixtieq timplimenta soluzzjoni u għandha bżonn parti minnha tan-nies u parti minnha servizzi through kumpanija oħra, permezz ta' din il-klawsola li daħlet issa ma tistax tagħmel hekk.", "U dak huwa wieħed mill-fatturi li joħloq il-business biex jibqa' għaddej.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent ħafna għaliex għalkemm il-klawsola ddaħħlet b'intenzjoni tajba, fil-verità meta taqraha u tara xi tgħid issib li tfisser totalment bil-kontra u qiegħda toħnoq il-fair competition bejn il-kompetituri li hemm fis-suq.", "Li jrid isir hu li min jirbaħ it-tender irid jiddikjara bl-iktar mod apert u jekk hemm bżonn anke jieħu ġurament li lill-impjegati qed iħallashom il-paga li jixirqilhom.", "Tista' tirbaħ tender over and above the minimum wage imma jekk il-kuntrattur jiddeċiedi li se jagħtihom ...", "THE CHAIRPERSON: Jekk inti tkun qed tagħmel sub-contracting allura li jrid isir hu li dak l-agreement u dik il-wegħda li inti lil min se tqabbad se jitħallas paga tajba, allura trid tintrabat biha ...", "Il-prime contractor dejjem responsabbli għal dak li jagħmel is-sub-contractor tiegħu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Kont se nagħti eżempju li lanqas jaqa' taħt il-prekarjat u se nsemmi importatur tal-pannelli solari.", "Ħafna drabi l-importatur ma jkollux lil min iwaħħal dawn il-pannelli u allura jqabbad sub-contractor.", "U dawn it-tip ta' kumpaniji li huma SMEs they are mushrooming u huma essenzjali għall-pajjiżna għax dawn huma nies li għandhom skills differenti u jaħdmu flimkien bħala team u b'hekk qed joħolqu x-xogħol f'katina.", "Jiġifieri l-mument li inti tiddeċiedi li s-sub-contracting ma jistax isir, mela dan ifisser li l-kumpaniji ż-żgħar qatt mhuma se jieħdu xejn.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiena naħseb li dan huwa sintomu ta' pajjiż li ma jagħmilx re-evaluation tal-affarijiet li jkun qed jagħmel.", "Jien ma niddejjaq xejn li xi ħadd jgħid li għamilna t-tali ħaġa imma issa hemm bżonn li dik ix-xi ħaġa tiġi improved.", "Jiġifieri once li nibdew naraw x'inhuma t-targets tagħna, li nipprovaw nagħmlu xi ħaġa u dawk it-targets ma nilħquhomx, mela rridu nerġgħu nagħmlu re-evaluation tagħhom biex naraw xi jrid jinbidel ħalli nkomplu nikbru u nitgħallmu mill-iżbalji tagħna.", "Jien se nsemmi xi ħaġa differenti li qatt ma kien hemm re-evalutation tagħha u hawnhekk qed nirriferi għall-home help.", "L-anzjani għandhom is-servizz tal-home help li l-iskop tiegħu kien sabiex l-anzjan jibqa' jgħix fil-komunità – kif nixtiequ li kulħadd jibqa' fil-komunità sakemm ikun b'saħħtu – u inti tibgħatlu helper biex jgħinu jkompli jgħix il-ħajja tiegħu b'mod normali.", "Imma l-helpers tal-home help minflok baqgħu helpers spiċċaw cleaners u maids li żgur ma kienx dak l-iskop oriġinali tagħhom.", "Li kieku along the way xi ħadd għamel re-evaluation ta' x'kien l-iskop oriġinali u fejn wasalna, allura seta' isuq u jdawwar ir-rotta għal dak l-iskop oriġinali.", "Forsi wkoll mill-esperjenza tinduna li l-iskop oriġinali ma kienx daqshekk tajjeb u allura tbiddel ukoll l-iskop oriġinali biex tara x'inhu l-aħjar.", "Imma hemm bżonn li ndaħħlu din il-kultura u anke aħna, bħala Kumitat forsi nistgħu nissuġġerixxu li jkun hemm re-evaluation tas-sitwazzjoni kultant żmien - għax dik hija healthy - biex aħna nkunu nistgħu naraw fejn irridu naslu bit-targets tagħna u naraw jekk il-makkinarju li qed nużaw huwiex adegwat jew le.", "B'hekk ikun hemm an ongoing re-evaluation tal-affarijiet u nkunu nistgħu naġġustaw it-targets u l-għodda tagħna.", "B'hekk inkunu nistgħu aktar …", "THE CHAIRPERSON: Iddiskutejna xi ftit punti oħra u li se nżiduhom ma' dan ir-rapport ħalli nkunu nistgħu nagħlquh.", "Ma nħossx li għandna nagħmlu seduta oħra biex nerġgħu naraw jekk f'dan ir-rapport hemmx kollox redatt fih.", "Li se nagħmel hu li se nqabbad lil Dr Burmingham, li ġentilment ħejjiet dan ir-rapport, sabiex meta tlesti mir-rakkmandazzjonijiet li għaddejnilha, terġa' tgħaddih lil kulħadd ħalli fil-laqgħa li jmiss, qabel ma ngħaddu għal suġġett ieħor sempliċement ngħadduh u napprovawh.", "Jiġifieri jekk ikun hemm xi changes żgħar li intom tħossu li għandhom isiru f'dan ir-rapport ilħqu għadduhomlha minn qabel ħalli kemm jista' ikun, id-darba li jmiss napprovawh u mmexxu.", "Naf li dan huwa suġġett li ma tispiċċah qatt jekk tibda …", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Wara hawnhekk x'se jiġri?", "Just se nkunu għamilna biss ir-rapport?", "THE CHAIRPERSON: Aħna se ngħaddu r-rapport lill-Ministri konċernati għaliex f'dan il-każ hemm iktar minn persuna waħda interessata u l-Gvern, ovvjament huwa impenjat li jiġġieled il-prekarjat.", "Allura min-naħa tagħna se ngħaddu dan ir-rapport u mbagħad se naraw that something is done about it.", "Bħalma ftit ilu rajna x'sar fuq ir-rapport tal-uniformijiet li kien ħareġ mill-Kumitat preċedenti, aħna mbagħad irridu naraw aktar 'il quddiem jekk ikunx sar xi ħaġa fuq dan ir-rapport li ħejjejna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma rridx niddevja mis-suġġett li qed niddiskutu llum imma ladarba semmejt l-uniformijiet nixtieq insemmi xi ħaġa.", "It-tifla tiegħi tmur fi skola tal-gvern u għadna kemm irċevejna karta biex jistaqsuna jekk irridux inbiddlu l-uniformi!", "Modestament xi ħaġa bħal din tħawwad lit-tfal kollha.", "It-tifla tiegħi taf taqra u malli rċeviet din il-karta qabadha paniku sħiħ.", "Fil-fatt staqsewha jekk tixtieqx tbiddel l-isem tal-kulleġġ, jekk hijiex kuntenta li l-kulleġġ tagħha ma jibqax magħmul minn dawn iċ-ċerti postijiet …", "THE CHAIRPERSON: Imma staqsew lill-ġenituri hux hekk?", "Il-karta tawha lilhom biex jagħtuha lill-ġenituri imma t-tifla għandha għaxar snin u taf taqra u ġriet il-kelma mal-kulleġġ li se jinbidel l-isem tal-iskola u li se tinbidel l-uniformi u nqala' ħafna paniku.", "ETIENNE GRECH: Kien forsi sempliċement eżerċizzju biex jaraw ...", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk trid li l-ġenituri jagħmlu analiżi tgħaddi dan il-kwestjonarju direttament lilhom u tagħtihulhom magħluq u mhux tagħtihom karta miftuħa!", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk m'għandekx intenzjoni li tagħmilhom dawn l-affarijiet għalfejn għaddejthom lit-tfal?", "Nerġa' ngħid li qam paniku sħiħ.", "Jiġifieri mmaġina li l-Kulleġġ Maria Reġina li hu magħmul minn Naxxar, il-Mosta, il-Mellieħa, l-Imġarr u San Pawl il-Baħar imorru jgħidulhom li jinbidel l-isem u se jsir Santa Clara u se jkun magħmul minn Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, in-Naxxar, il-Mellieħa u l-Floriana.", "THE CHAIRPERSON: Min qalilhom hekk?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Hekk hemm fuq il-karta.", "Taħwid kbir.", "Inħoss li dan il-Kumitat għandu jiġbed daqxejn l-attenzjoni fuqha u għandna niddiskutuha għaliex hija assurda li inti titfagħha hekk u f'daqqa waħda fil-bidu tas-sena, meta kulħadd għadu kemm nefaq il-flus fuq l-uniformi tmur tistaqsih jekk iridx ibiddel l-uniformi!", "Il-mistoqsija kienet hekk; \"Trid tibdel l-uniformi li għandek, iżżomm li għandek jew inkella tibda tiġi liebsa casual?\"", "THE CHAIRPERSON: Kumbinazzjoni din il-karta qiegħda fuqi għax qabel ma nibgħatha rrid nistaqsi xi ħaġa lill-Education peress li hemm xi ħaġa li ridt inkun ċerta fuqha.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Inti wkoll għandek tfal li jattendu ġewwa l-iskola Maria Reġina.", "Jiġifieri la hemm fuq Santa Clara u xejn.", "MARTHESE PORTELLI: Forsi skont l-etajiet differenti?", "THE CHAIRPERSON: Imma din l-informazzjoni lili ma waslitlix u jiena fl-istess kulleġġ.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Dawn il-mistoqsijiet qegħdin fuq recycled paper u dawn huma l-mistoqsijiet li tawhom: \"Jogħġbok l-isem tal-Kulleġġ?", "Għandek xi suġġeriment dwar l-isem tal-kulleġġ?", "Qiegħed ikun propost li l-livell primarju ta' dan il-kulleġġ ikun ifformat kif ġej: Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Gżira, Naxxar, Mellieħa u Floriana.", "Għandek xi suġġeriment ieħor?", "L-uniformijiet tal-iskola għandhom jibqgħu kif inhuma, jiġu simplifikati jew jitneħħew?\".", "U kienet karta miftuħa biex tingħata lill-ġenituri.", "THE CHAIRPERSON: Li nistgħu nagħmlu ladarba aħna konna ddiskutejna l-uniformijiet ...", "MARTHESE PORTELLI: Stramba din meta qed nitkellmu fuq l-istess skola.", "THE CHAIRPERSON: Naf li qed niddevjaw ftit mis-suġġett tagħna imma naħseb li it's worth a five minute notice la jien ma rċevejtx l-istess ħaġa u għandi t-tifel fl-istess kulleġġ.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Fil-każ niċċirkola kopja tagħha.", "Sakemm forsi dawk se jibqgħu ġewwa l-Kulleġġ Maria Reġina u allura ma kienx hemm bżonn li jistaqsuhom l-istess mistoqsijiet li staqsew lit-tfal l-oħra.", "THE CHAIRPERSON: Jista' ikun li għalhekk imma nistgħu nistaqsu lil min hu konċernat sabiex jiġi jkellimna hawnhekk.", "Ma nixtieqx nerġa' nagħmel xi session oħra fuq l-uniformijiet imma nistgħu nikkonċedu 15-il minuta biex niċċaraw dan il-punt.", "(Interruzzjonijiet) Le mhux għalhekk għaliex aħna diġa' iddiskutejna dan is-suġġett tal-uniformijiet.", "Dan il-Kumitat diġa' iddiskuta l-uniformijiet u jiena nħoss li la ddiskutejnih qabel … Issa mhux qiegħda ngħid li b'kull ħaġa li jagħmel il-Ministeru għandu jinformana imma għallinqas fuq ix-xogħol li sar għandna nkunu nafu x'qed jiġri.", "Din is-sena stess ġibna n-nies hawnhekk li qalulna li s-sistema qiegħda titħaddem u allura naħseb li għandna nkunu nafu x'qed jiġri.", "Avolja dan huwa rapport li sar f'leġislatura differenti, xorta naħseb li għandna kull dritt li naraw x'qed jiġri.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Anke b'riferenza għall-fatt li fir-rapport l-ieħor kien sar qbil mad-Direttorat tal-Edukazzjoni li l-uniformi mhijiex se tinbidel għal perijodu minimu ta' għaxar snin.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk qiegħda ngħid għax jiena niftakru dak ir-rapport.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Hija stramba li ssir il-mistoqsija fuq jekk tridx li l-uniformi titneħħa jew tinbidel!", "THE CHAIRPERSON: Jiena ma nħossx li f'dan il-Kumitat għandi nimxi b'għamad quddiem għajnejja given li issa l-gvern huwa magħmul minn Gvern Laburista.", "Din għedtha kemm-il darba.", "Ma naħsibx li għandna nimxu hekk, qatt ma mxejt hekk u m'għandi l-ebda intenzjoni li nimxi hekk.", "Jiena mhux qed ngħid li qed nieħu xi deċiżjoni jew li qed nieħu xi istanza fuq xi ħaġa li għadni ma staqsejtx fuqha, però għallinqas jekk kien hemm dak l-agreement, naħseb ta' min jara f'dan il-Kumitat għalfejn issa hemm xi ħaġa differenti.", "L-iktar ħaġa li nista' nagħmel …", "ETIENNE GRECH: Li qed jagħmlu bħalissa huwa public consultation.", "Il-Kumitat t'issa u ta' qabel kien għamel public consultation jew iltaqa' sempliċement mal-uffiċjali?", "THE CHAIRPERSON: Il-kwestjoni kollha kienet li kien hemm agreement fuq ten years.", "Naħseb li huwa fid-dover tagħna li jekk kien hemm agreement fuq għaxar snin, irridu naraw jekk dak l-agreement għadux validu jew le u jekk le, x'inhi r-raġuni għalfejn m'għadux.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Altru tibdel xi ħaġa u altru terġa' tibdel l-uniformi kollha.", "Jien is-suġġeriment tiegħi għamiltu u bl-ikbar onestà inħoss li għandna nżommu l-PE Kit għax dejjem ikun hemm bżonn li t-tfal jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku u minflok kont inneħħi ċ-ċoff, l-ingravata, il-qmis u dawk l-affarijiet li t-tfal jissikkahom u ma jħallihomx jiċċaqilqu.", "Fl-aħħar mill-aħħar jiena ngħatajt dak il-kwestjonarju u mlejtu u ddiskutejtu mat-tifla tiegħi biex tagħmel id-deċiżjonijiet hi.", "Anke tisma' it-tfal u r-reazzjonijiet tagħhom … (Interruzzjonijiet) Nixtieqek tisma' il-paniku tal-ġenituri kif semgħu b'din il-biċċa.", "THE CHAIRPERSON: Għandna nipposponu din id-diskussjoni għal darb'oħra għas-sempliċi raġuni li din hija diskussjoni ħafna iktar wiesa' minn dak li kellu dan il-Kumitat aktar qabel.", "Jekk din id-diskussjoni wiesa' tagħti frott differenti minn dak li ovvjament iddeċidejna aħna, mela allura forsi dik hija raġuni valida.", "Naħseb li biex inkunu nafu eżatt x'inhi rridu nistaqsu lil min qiegħed jagħmlu.", "ETIENNE GRECH: Sinjura President, nista' nerġa' nistaqsi xi ħaġa fuq is-suġġett tal-prekarjat?", "THE CHAIRPERSON: Dak is-suġġett issa għalaqnih u għalhekk se jkolli ngħidlek le għax inkella m'aħniex se nispiċċaw.", "Issa jekk għandek xi ħaġa nitolbok tibagħtha lil Dr Burmingham permezz ta' email ħalli aħna ngħaddu għall-item li jmiss.", "Suppost li rċevejtu korrispondenza mingħand il-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjura Helen D'Amato, sabiex nattendu għal attività li se tiġi organizzata fis-26 u fis-27 ta' Novembru ġewwa l-Palazz tal-Verdala mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. Naħseb li tkun idea sabiħa ħafna li kieku nattendu.", "Issa personalment għalija fis-26 ta' Novembru out of the question għax imballata bl-affarijiet li għandi imma fis-27 ta' Novembru nista' nattendi.", "Hemm xi ċans li x-xewqa tkun mitfugħa għas-27 ta' Novembru biex forsi nkunu nistgħu mmorru flimkien?", "SILVIO PARNIS: Nistgħu nagħżlu ħin partikolari jew se mmorru bħala grupp?", "THE CHAIRPERSON: Naħseb jekk nagħżlu ħin ikun aħjar.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri nagħżlu l-ħin tagħna?", "THE CHAIRPERSON: Hekk hu.", "Jekk hu possibbli dejjem.", "Normalment nispiċċaw immorru jien u l-Onor.", "Claudette Buttigieg imma jien ma nsib l-ebda problema biex nagħmlu hekk.", "Hawn xi ħaddieħor li jista' jattendi fis-27 ta' Novembru fil-11.00 a.m.?", "MARTHESE PORTELLI: Jien se nagħmilha tentative imma m'inix ċerta.", "THE CHAIRPERSON: Biex inkun mija fil-mija rrid niċċekkja d-diary imma suppost li dik id-data ħallejtha free.", "Imma verament xtaqt li jkun hemm membri minn dan il-Kumitat li jattendu għal din l-attività.", "Fil-fatt din kellna mmorru madwar ġimgħa u nofs ilu imma ma konniex informati in time peress li l-invit intbagħat lilna individwalment minflok lis-Segretarju tagħna.", "Jiena ħassejt li kellu jkollna mqar session waħda biex niddiskutu din l-issue.", "Jiena kont kellimtha u qaltli li tixtieq li bħala rappreżentanti ta' dan il-Kumitat immorru nitkellmu dwar il-veduti tagħna bħala Kumitat.", "L-unika problema hi li rrid insib data, preferibilment some time this week irrid immur inkellimha bħala rappreżentanta ta' dan il-Kumitat.", "Issa jiena staqsejt dwar iċ-Children's Act u fuq fejn qiegħda tingħata l-aktar enfasi.", "Fil-fatt lilna ma waslitilniex kopja ta' xi draft taċ-Children's Act imma meta staqsejt x'inhuma l-iktar affarijiet li qegħdin jiddiskutu qaluli li hemm xi changes li kienu mixtieqa fil-Care Orders Act u dik naħseb li hija importanti ħafna.", "U jekk hemm xi tibdiliet oħra li nħossu li għandhom isiru f'din il-liġi fuq it-tfal, fil-fehma tiegħi għandna niddiskutuhom bejnietna.", "Ovvjament il-problema hi meta se niddiskutuhom?", "Intbagħtet din il-ġimgħa imma konna nafu li rridu nagħmluha.", "Ħaddieħor li ma jistax jifhem hu li aħna ma nistgħux ngħidu li se niltaqgħu mil-lum għall-għada biex niddiskutu xi ħaġa.", "Għalkemm kien hemm perijodu relattivament diċenti fejn stajna għamilna din id-diskussjoni, aħna kellna diġa' affarijiet oħra fuq l-aġenda tagħna u għalhekk ma stajniex indaħħlu dan is-suġġett.", "Taħsbu li għallinqas nistgħu forsi niltaqgħu bħala rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra u mbagħad niddiskutuha ma' sħabna in a more of an informal way?", "Għax nixtieq li nagħtu l-views ta' dan il-Kumitat fuq din il-ħaġa.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Taħseb li aħna se jkollna xi tip ta' draft tagħha?", "Għax inutli li mmorru nitkellmu fuq x'naħsbu u x'ma naħsbux.", "Iċ-Children's Act hija wiesgħa ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt ma naħsibx li ħarġet draft.", "Iċ-Children's Act hija wiesgħa ħafna.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiġifieri l-idea tiegħek hi li mmorru nisimgħu x'għandhom xi jgħidu?", "THE CHAIRPERSON: At this point mhux nisimgħu rridu imma li jekk hemm affarijiet that scream out for change nsemmuhom u nagħtu l-opinjoni tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Iva, naqbel miegħek.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien attendejt għal din il-public consultation fejn għaliha kien hemm ħafna ġenituri li bdew jitkellmu fuq id-diffikultajiet u n-nuqqas ta' support li jsibu mill-aġenzija Sapport u entitajiet oħrajn.", "Allura iktar kienet public consultation biex jieħdu feedback dwar fejn għandhom jagħmlu fine tuning tas-servizzi li diġa' jeżistu.", "Issa jekk huma jitolbu xi ħaġa oħra differenti minna ...", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk qiegħda tgħid on the new Children's Act, jiġifieri qiegħda nassumi li se jkun hemm Children's Act.", "Issa żmien ilu kien hemm l-intenzjoni li ssir din iċ-Children's Act u fil-fatt kienet saret draft imma qatt ma ġiet implimentata.", "Sfortunatament, għal xi ħaġa jew oħra din qatt ma ġiet implimentata u m'iniex se noqgħod nidħol f'dan il-Kumitat biex nara għalfejn ma saritx.", "Kienu saru individual stand alone acts li lanqas ħadu eżattament dak li kien hemm miktub fiċ-Children's Act u they were different.", "Fil-Family Law dejjem kienet tinħass il-ħtieġa taċ-Children's Act imma għalfejn qatt ma saret hija beyond me.", "Madankollu issa qiegħda tinħass il-ħtieġa li ssir finalment.", "Jiena nħoss li hemm affarijiet li huma ovvji li jridu jinbidlu u naħseb li aħna nistgħu nagħtu kontribut.", "Il-kontribut li nistgħu nagħtu huwa framed within the time limit li għandna.", "Suppost li kellna ftit taż-żmien biex naħsbu fuq xi affarijiet għax konna mistednin qabel għal din il-konsultazzjoni imma ma morniex għax ma stajniex nikkonsultaw bejnietna.", "Jiena naħseb li għandna mmorru membru minn kull naħa tal-Kamra - naf li mhuwiex normali li jiena noqgħod inqassam f'dan il-mod imma naf li jkollna ideat differenti minn xulxin – għax it would be easier li inti tikkonsulta ma' tlieta jew ma' erba' min-nies u jien nikkonsulta ma' erba' oħra.", "X'taħseb?", "DR ELAINE BURMINGHAM: Fl-opinjoni tiegħi s-suġġett huwa vast u għadna fil-bidu tiegħu.", "Nispera li ma tkunx biss qisha l-konklużjoni tagħna għax fl-aħħar mill-aħħar ...", "Qiegħda ssir public consultation ħafna iktar wiesgħa imma aħna ġejna ġentilment mitlubin li jekk għandna xi affarijiet x'ngħidu ngħiduhom.", "Suppost kellna nkunu parti minn din il-konsultazzjoni f'dawk il-ġranet li ngħataw lilna imma aħna ma morniex minħabba li kien hemm a technical administrative error u min stedinna, stedinna individwalment.", "Peress li konna mistednin individually as members of the Social Affairs Committee, jiena ħassejt li jekk qed niġu mistiedna bħala membri tas-Social Affairs Committee, kellna għallinqas niddiskutuha bejnietna bħala Kumitat u nagħmlu lista ta' affarijiet jew rakkmandazzjonijiet tagħna.", "Issa kemm huwa possibbli li in the very near future nagħtu our best u nipprovaw nagħtu dawn ir-rakkmandazzjonijiet ...", "MARTHESE PORTELLI: Jiena naqbel magħkom għax is-suġġett huwa too wide to absorb in a short time.", "U qiegħda nibża' li se nagħtu l-impressjoni hemm barra li lilna jistgħu javżawna fl-aħħar mumenti għax xorta nagħtuhom xi ħaġa!", "L-ewwelnett it is not the way li kollha kemm aħna nixtiequ naħdmu u naħseb li din tista' tirrifletti ikrah fuqna għax minflok jarawha bħala inizjattiva min-naħa tagħna biex nipprovaw nakkomodawhom, se jarawha bħala xi ħaġa fejn aħna qisna qbadna u tfajna xi ħaġa biex neħilsuha.", "Imma din mhijiex xi ħaġa li tiddeċidiha malajr.", "THE CHAIRPERSON: Se nissuġġerixxi xi ħaġa imma ma nafx jekk intomx se taqblu miegħi.", "Ladarba ġejna mistednin qabel, avolja ġejna mistednin individually u allura ħassejna li ma kellniex immorru għax ma kellniex sett ta' rakkmandazzjonijiet ...", "MARTHESE PORTELLI: Fil-fatt jien għaddejtha lill-kelliem ewlieni min-naħa tagħna li qiegħed fuq dak il-qasam.", "U x'ħin rajtha staqsejt lili nnifsi kif bagħtuha lili għax jiena l-kelliema ewlenija fuq il-Ministru Louis Grech.", "Lanqas għaddieli minn moħħi li rċevejtha bħala Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett jien għandi Kumitat hawnhekk u ma nistax niddeċidi waħdi imma jekk il-maġġor parti tal-Membri jħossu li se tkun diffiċli li aħna nagħmlu rakkmandazzjonijiet kif suppost in the given period of time, allura nistgħu għallinqas ngħidu li bħala Kumitat ma nistgħux naħdmu f'dan il-framework.", "Issa jekk individwalment hemm xi opinjonijiet fuq kif għandhom isiru xi affarijiet, ma naħsibx li tkun xi ħaġa ħażina li ngħadduhom.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li inti, bħala l-persuna li tippresjedi dan il-Kumitat, għandek titlob li ningħataw xi tip ta' ideat, almenu fuq l-iktar affarijiet saljenti li qed jipprovaw jimmiraw għalihom ħalli aħna nkunu nafu fuqiex nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Imma xorta se ngħidilhom li sat-8 ta' Novembru huwa impossibbli li niltaqgħu.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Eżattament huwa impossibbli għalina, anke għaliex se jkollna d-diskussjonijiet fuq il-Budget ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Jiena kelli l-intenzjoni qabel ma ġejt hawnhekk li nibagħtilhom biex jagħtuna l-punti fuqiex għandna niddiskutu imma għedt aħjar li niddiskutiha magħkom l-ewwel peress li konna se niltaqgħu llum stess.", "Jien kellimt lill-Ministru - biex inkun għidt kollox – u għeditlha li kien impossibbli għalina li nitkellmu fuq dan is-suġġett fi żmien daqshekk qasir għax diġa' kellna affarijiet oħra fuq l-aġenda u li ħadulna ħafna żmien.", "U l-Ministru qaltli li nistgħu nieħdu ż-żmien kollu li rridu.", "Issa Miss Katia Una mhijiex il-Ministru imma hi bagħatitli u ma nafx jekk hijiex aware ta' dak li qaltli l-Ministru.", "Ovvjament jien mhux se nwaqqaf ministeru sħiħ għax irrid nieħu sitt xhur biex noħroġ bi proposti imma naħseb li jekk ġentilment nibgħat ngħidilha li kien hemm xi affarijiet oħra fuq l-aġenda tagħna u li ż-żmien kien veru wieħed qasir u li għandna bżonn ftit punti ħalli nkunu nafu x'se niddiskutu, aħna nkunu nistgħu nagħmlu data biex niltaqgħu.", "Jiena ma nħobbx inkun diffiċli, la ma' ebda ministru, la magħkom u la ma ħadd imma naħseb li fl-ispirtu li aħna rridu naħdmu bis-serjetà, jekk aħna għandna diġa' aġenda mimlija for the coming number of weeks, se jkollna nagħmlu a specific extra effort for one day biex niltaqgħu u niddiskutu dan is-suġġett.", "Jekk jirnexxieli nagħmel dan kemm taħsbu li għandkom bżonn żmien biex taħsbu fuq ftit punti li nistgħu niddiskutu wara li jagħtuna l-lista?", "Jiġifieri jekk għada niġi bil-lista kemm se ddumu biex tikkonsultaw ma' ħaddieħor qabel ma terġgħu tkellmuni?", "Ġimgħa biżżejjed.", "Tajjeb.", "Mela jiena se ngħidilha li the sooner you send it, the better għax aħna għandna bżonn ta' ġimgħa biex dak li jkun jikkonsulta ma' min għandu jikkonsulta u nagħmlu l-punti tagħna.", "Imbagħad jien insib ġurnata li fiha nkunu nistgħu niltaqgħu.", "Hopefully ikun hawn ħafna minnkom imma jekk le, nispera li jkun hawn l-Onor.", "Buttigieg peress li hi tagħmel ix-shadowing ta' dan il-ministeru.", "Clyde Puli u mhux jien.", "Clyde Puli biex naraw fejn se mmorru b'dan u biex għallinqas ikun hemm xi ħadd li jaqsam miegħu l-ħsebijiet tiegħu ħalli jien imbagħad inkun nista' inlaqqa' l-Kumitat.", "Se jkolli nagħmel laqgħa extra għax inkella se neħlu.", "Nitlob lis-Segretarju sabiex jieħu nota biex għall-ġimgħa d-dieħla naraw min imiss bħala mistednin li jixtiequ jitkellmu magħna.", "Safejn naf jien hemm is-Sinjura Pamela Cuschieri minn Dar Merħba Bik li se titkellem fuq il-vjolenza domestika.", "U proprju fuq dan is-suġġett għandna ftit tal-ġimgħat oħra niddiskutuh u mbagħad inkunu nistgħu nagħlquh.", "Is-suġġeriment tiegħi – kif diġa' għidt lil Dr Elaine Burmingham – hu li Dr Burmingham tagħmel ftit round up tal-liġijiet barra minn Malta fuq is-suġġett tal-vjolenza domestika.", "Wara li nkunu lestejna min-nies li se jiġu jkellmuna hawnhekk, Dr Burmingham tkun l-aħħar persuna li titkellem fl-aħħar session qabel ma nagħmlu r-rapport biex tinforma lill-Kumitat dwar x'hemm barra minn Malta u aħna nkunu nistgħu niddiskutu liema naħa rridu nxaqilbu l-policy tagħna.", "U mbagħad fl-aħħar tħejjilna r-rapport.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Novembru fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20131030_010d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 10", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.55 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Onor.", "Robert Cutajar kien skużat minħabba xogħol parlamentari.", "Dr Elaine Birmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 09 li saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Mejju 2013 ġew konfermati;", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 10 Ittra datata 25 ta' Ottubru, 2013 mibgħuta mill-Kummissarju għat-Tfal, fejn qiegħda tistieden lill-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sabiex jattendu għal attività li se tiġi organizzata fil-Jum Dinji għat-Tfal.", "Dok 11 Email datata 29 ta' Ottubru, 2013 mibgħuta mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u hija marbuta ma' konsultazzjoni pubblika dwar iċ-Children's Act Phase Out of Home Care.", "DISKUSSJONI MILL-MEMBRI TAL-KUMITAT DWAR IR-RAPPORT TAL-GWU FUQ IL-PREKARJAT - KONTINWAZZJONI", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri qrat ir-rapport intitolat \"Rapport dwar il-Prekarjat mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali – Ottubru 2013\" li sar mir-Research Analyst tal-Kumitat, Dr Elaine Burmingham.", "Wara l-Membri taw is-suġġerimenti tagħhom dwar x'jista' jiġi nkluż f'dan ir-rapport.", "Ġie deċiż li fil-laqgħa li jmiss, wara li jsiru l-emendi meħtieġa, dan ir-rapport jiġi approvat mill-Membri tal-Kumitat.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-8.35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131030_010m_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.55 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 9 li saret fis-17 ta' Ottubru 2013, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech, għadda lill-membri tal-Kumitat din l-iskeda dwar is-seduti konnessi mal-Estimi Ġenerali 2014, li dwarha kien ġà hemm ftehim mal-Oppożizzjoni:", "Il-Kumitat qabel li fir-rigward tas-seduti konnessi mal-approvazzjoni tal-Estimi Ġenerali 2014:", "(a) għandha tiġi segwita l-iskeda ta' seduti kif ippreżentata lill-Kumitat;", "(b) il-votazzjonijiet li jintalbu jkunu jistgħu jittieħdu fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduti ta' filgħaxija, sakemm ma jintlaħaqx xi ftehim ieħor;", "(c) minkejja li fl-iskeda hemm indikat li fis-seduti kollha l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx, jista' jintlaħaq qbil biex, jekk jinħass il-bżonn, kull naħa tingħata ħin għal Aġġornament wieħed;", "(d) il-Gvern jingħata l-permess li jressaq il-mozzjoni ta' proċedura relattiva fil-Kamra wara li tintemm il-laqgħa tal-Kumitat;", "(e) bħalma sar fis-snin preċedenti, is-seduti li fihom isir id-Diskors tal-Budget għas-sena 2014, id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u d-diskors tal-Prim Ministru, li se jsiru fl-4, fil-11 u fit-12 ta' Novembru rispettivament, jiġu mxandra dirett mill-Public Broadcasting Services (PBS) li min-naħa tagħha tagħti clean feed lil mezzi oħrajn tal-media li jitolbu li jxandru dawn is-seduti anke permezz ta' live streaming fuq l-internet, u li photographers u camera persons jitħallew jiġbdu ritratti u filmati għall-ewwel ftit minuti tad-diskorsi;", "(g) bħalma sar fis-snin preċedenti, l-istess tliet seduti msemmija f'paragrafu (e) jiġu mxandra bil-lingwa tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ; u li", "(f) tiġi addottata s-sistema li ntużat fis-snin preċedenti fejn iż-żewġ Whips jingħataw 100 biljett kull wieħed għad-dħul fl-iStrangers' Gallery għal kull waħda mit-tliet seduti msemmija f'paragrafu (e).", "L-Onor.", "Carmelo Abela, Whip tal-Gvern, informa lill-Kumitat li kellu jikkomunika mal-Onor.", "David Agius, Whip tal-Oppożizzjoni, sabiex jintlaħaq ftehim dwar arranġamenti għall-konferenzi stampa, inkluż dwar il-ħin li dawn se jieħdu.", "L-Ispeaker ippropona li għall-ewwel tliet seduti tal-budget, l-istampa tingħata l-faċilità ta' press room minn fejn il-ġurnalisti jkunu jistgħu jsewgu dak li jkun għaddej fil-Kamra u li permezz ta' wifi network ikunu jistgħu jżommu l-kmamar tal-aħbarijiet tagħhom aġġornati b'dak li jkun għaddej.", "Il-Kumitat qabel ma' din il-proposta.", "Għall-punt imqajjem mill-Onor.", "David Agius dwar is-seduti tal-5 u s-6 ta' Novembru, l-Onor.", "Louis Grech informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Kamra tkompli bid-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza ta' Malta, Abbozz Nru. 19.", "Peress li ġie indikat li l-Oppożizzjoni kien għad fadlilha għadd ta' kelliema fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, l-Onor.", "Carmelo Abela qal li kien hemm il-possibbiltà li tiżdied seduta oħra filgħodu fil-5 jew fis-6 ta' Novembru.", "Huwa informa lill-Kumitat li l-grupp parlamentari tal-Gvern kellu jiddiskuti t-talba tal-Oppożizzjoni sabiex l-istadju tal-kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi konsidrat minn Kumitat tal-Kamra kollha u mhux mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet.", "L-Ispeaker informa lill-Kumitat li kellu laqgħa mal-Perit Francesco Belvedere mill-uffiċċju tal-Perit Renzo Piano, fil-preżenza taċ-Chairman tal-Grand Harbour Regeneration Committee (GHRC) u l-Iskrivan tal-Kamra.", "Fil-laqgħa kienet saret proposta mill-Perit Belvedere biex tittieħed parti mill-area li, skont ir-rapport imħejji mill-Working Group maħtur mill-Kumitat biex jagħmel il-proposti dwar il-bini tal-Parlament il-ġdid, kienet ġiet indikata bħala area li se tintuża għall-arkivji parlamentari, għal librerija ta' referenza, għar-raba' kumitat tal-Kamra u għall-uffiċċji tar-research analysts impjegati mal-Parlament, li aktar tard din is-sena kienu se jiżdiedu bi tnejn jew tlieta oħra.", "L-Ispeaker żied jgħid li l-proposta, li kienet qed issir sabiex il-bokka tal-mina li kienet parti mill-istazzjon tal-ferrovija tinfetaħ għat-turisti, ma kenitx aċċettabbli għall-Parlament.", "Il-Kumitat qabel li għandhom jinżammu dawk il-gwidi li dwarhom intlaħaq qbil fl-istess Kumitat.", "L-Ispeaker stieden lill-membri tal-Kumitat sabiex ikunu preżenti għal-laqgħa li kellha ssir mal-Perit Renzo Piano fl-uffiċċju tal-Ispeaker stess nhar is-Sibt, 9 ta' Novembru bejn l-10.30a.m. u l-11.00a.m.", "L-Ispeaker Farrugia irrefera għal ittra datata 4 ta' Ottubru 2013 li kien irċieva mingħand il-Kummissarju Elettorali Ewlieni dwar proposti biex isiru emendi fil-Kostituzzjoni, fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354, u fl-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Kap. 467, liema ittra kienet tqassmet lill-Onor Membri fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qal li filwaqt li emenda minn dawk proposti kienet materja li tista' ssolviha l-Kummissjoni Elettorali, l-emenda l-oħra kienet tittratta l-proċess elettorali, materja li normalment tiġi diskussa bejn il-partiti politiċi.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien se jibgħat ittra uffiċjali lill-Kummissjoni Elettorali li fiha jindika l-pożizzjoni tal-grupp parlamentari.", "Rigward data li fiha l-Kumitat jibda jiddiskuti l-Ombudsplan 2014, il-Kumitat qabel li l-Ispeaker kellu jissuġġerixxi data li mbagħad tiġi komunikata lill-membri l-oħra li se jipparteċipaw f'dik id-diskussjoni.", "L-Onor.", "David Agius informa lill-Kumitat li għan-naħa tal-Oppożizzjoni l-membri kienu se jkunu l-Onor.", "L-Onor.", "David Agius reġa' qajjem il-punt dwar il-ħin allokat għal interventi waqt l-istqarrijiet ministerjali, u ssuġġerixxa li l-Prim Ministru jew il-Ministru li jkun qed jagħmel l-istqarrija kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni jew ix-shadow minister ma jkunux marbuta bil-ħin, filwaqt li l-interventi l-oħrajn kollha li jsiru in konnessjoni ma' dik l-istqarrija jkunu ta' massimu ta' ħames minuti.", "L-Ispeaker reġa' fakkar li dwar din il-materja diġà kien hemm ruling tas-Sedja u li hija responsabbiltà tas-Sedja li tara li x-xogħol parlamentari jibqa' miexi.", "Huwa żied jgħid li f'ċerti każijiet, bi ftehim, il-ħin stabbilit xorta waħda jista' jiġi estiż, kif fil-fatt kien sar dik il-ġimgħa waqt stqarrija mill-Prim Ministru.", "Għall-osservazzjoni tal-Onor.", "David Agius li ġieli jidħlu nies fil-Parlament li ma jkunux lebsin b'mod xieraq, l-Ispeaker qal li kien se jieħu l-miżuri neċessarji biex dan in-nuqqas jiġi ndirizzat.", "Fit-8.18 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131030_010m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 1", "Il-Ħamis, 31 ta' Ottubru 2013 fis-1.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar Il-Ħamis, 31 ta' Ottubru 2013 fis-1.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni - proċedura li se tiġi segwita mill-kumitat", "28 ta' Ottubru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131031_001a_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 1", "IlĦamis, 31 ta' Ottubru, 2013", "Stampat flUffiċċju talIskrivan", "Prezz € 2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR ILPRIVILEĠĠI", "Laqgħa Nru 1", "IlĦamis, 31 ta' Ottubru, 2013", "IlKumitat iltaqa' filPalazz, ilBelt Valletta, fis1:08 p.m.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kulħadd.", "Qabel nibdew illaqgħa tallum nixtieq ninforma lillKumitat li għandna talba biex membri talmedia jidħlu hawnhekk u bħassoltu jieħdu xi filmati u ritratti.", "Ilpermess ingħata.", "MR SPEAKER: Ninforma wkoll lillKumitat li lOnor.", "Chris Said qiegħed preżenti hawnhekk għaliex, kif ħabbart ilbieraħ filplenarja, qed jissostitwixxi lillOnor.", "Simon Busuttil li huwa wieħed millmembri ta' dan ilKumitat maħtur b'mozzjoni numru 19 li għaddiet millKamra fit18 ta' April, 2013.", "Dan ilKumitat m'huwiex kumitat li jiltaqa' għal xejn, imma jiltaqa' għal raġuni.", "Irraġuni li għaliha qed jiltaqa' llum hija sempliċement għaliex kien ingħata ruling li hemm prima facie każ ta' ksur ta' privileġġ filkonfront talKap talOppożizzjoni, lOnor.", "Dan ilkaż kien tqajjem fisseduta tat30 ta' Settembru ta' din issena millPrim Ministru, lOnor.", "Dwar dan ilkaż isSedja tat iddeċiżjoni tagħha fl1 ta' Ottubru, fejn sabet li parti middiskors li kien qal lOnor.", "Simon Busuttil kien jikkostitwixxi prima facie ksur ta' privileġġ.", "U proprju għaliex hemm dan irruling qegħdin hawnhekk illum.", "Nibda biex ngħid li lfunzjoni ta' dan ilKumitat mhijiex li jagħti xi deċiżjoni; filfatt ma jistax jagħti deċiżjoni.", "Dan ilKumitat huwa marbut statutorjament li jagħmel rakkomandazzjoni, jekk jasal għal rakkomandazzjoni.", "Għax ovvjament hemm diversi stadji sakemm jasal s'hemm, kif nafu minn każijiet preċedenti li kkonsidra dan ilKumitat.", "Però if we go to the final stage, naraw li hemm tliet rakkomandazzjonijiet li jistgħu jsiru.", "Waħda minn dawn irrakkomandazzjonijiet hi li f'xi stadju jista' jintlaħaq kompromess, fissens illi ssir dikjarazzjoni li tkun aċċettabbli għallpartijiet kollha.", "Hawnhekk ilpartijiet, primarjament, huma lPrim Ministru, lOnor.", "Joseph Muscat, u lKap talOppożizzjoni, lOnor.", "Jekk naslu għal dan, aħna bħala Kumitat talPrivileġġi mbagħad nirrakkomandaw lillKamra li lkaż huwa kkonsidrat magħluq.", "Dak huwa xenarju li huwa possibbli, anzi nista' ngħid li dan hu xxenarju li s'issa dejjem wasalna għalih.", "Qed ngħid hekk għax dan jirriżulta kemm mirriċerka li għamilt, kif ukoll minn dak li rajt wara li kemmil darba kont involut direttament fuq naħa jew oħra ta' dan ilKumitat talPrivileġġi.", "Però hemm żewġ xenarji oħrajn li dan ilKumitat jista' jasal għalihom jekk wara li ssmigħ jieħu lkors kollu tiegħu ma naslux għallewwel rakkomandazzjoni li semmejt.", "Jien bħala chairman ta' dan ilKumitat dejjem nipprova nara li nwassal lillpartijiet għallewwel xenarju li semmejt, dak ta' xi forma ta' kompromess.", "Jekk ma naslux għal dan imbagħad hemm ixxenarju lieħor, dak li lKumitat jirrakkomanda lillKamra li din ilkwestjoni tista' tiġi solvuta permezz ta' dik li aħna ngħidulha admonition, twissija.", "Dik irrakkomandazzjoni wkoll trid issir lillParlament għax huwa lParlament li finalment irid jiddeċiedi fuq dik irrakkomandazzjoni.", "Ittielet xenarju huwa liktar wieħed serju, għaliex huwa dak fejn dan ilKumitat jista' jirrakkomanda – u nenfasizza li jista' biss jirrakkomanda – lillParlament biex jiddeċiedi jekk ilkaż għandux imur ilqorti, f'liema każ imbagħad filqorti jsir dak li aħna ngħidulu lproċess kriminali.", "Jekk naslu f'dan ixxenarju, allura mbagħad ilpulizija tipproċedi kontra lpersuna – f'dan ilkaż qed nitkellmu fuq ilKap talOppożizzjoni – u tkun ilqorti li tiddeċiedi jekk hemmx reat previst jew le.", "Jien semmejt ilpossibbiltajiet kollha għaliex hawn xi membri li ġieli kienu membri talKumitat talPrivileġġi u hawn oħrajn li qegħdin f'dan ilKumitat għallewwel darba u allura jien, bħala Speaker, fiddover li nispjega xxenarji kollha li għandna quddiemna.", "Rigward laħħar żewġ rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet – għax ovvjament irrakkomandazzjoni hija opinjoni li tkun qed tiġi riferuta lillKamra – hija lKamra kollha li trid tiddeċiedi.", "Jiġifieri kemm filkaż ta' admonition, kif ukoll filkaż ta' possible criminal proceedings filqorti, qatt ma jkun ilKumitat li jiddeċiedi imma wara li dan ilKumitat jirrapporta lillParlament, imbagħad ikun ilParlament kollu kemm hu li jieħu ddeċiżjoni finali.", "Irrid ngħid li s'issa qatt ma wasalna għal dan ittip ta' rakkomandazzjoni għax finalment dejjem konna maturi biżżejjed; ovvjament ilmaturità għandha ħafna kwalifiki wkoll!", "Sadanittant, dan ilKumitat għandu ddritt, anke skont diversi deċiżjonijiet li ngħataw fissnin preċedenti, li jkun assistit millAvukat Ġenerali.", "Mhux qed ngħid għallaqgħa tallum, għax illum iltqajna biex nitkellmu fuq ilproċedura li se nimxu biha.", "Imma fillaqgħat li se jkollna dwar dan ilkaż aħna, bħala Kumitat dwar ilPrivileġġi, għandna ddritt li jkollna lpreżenza talAvukat Ġenerali biex jgħin lillKumitat flandament tiegħu u jipparteċipa meta msejjaħ biex jagħmel hekk millmembri.", "Naħseb li jkun tajjeb li f'dan ilKumitat jintlaħaq qbil lewwel nett dwar ilproċedura li se nimxu biha.", "Se nibda b'punt li bilfors irridu niftiehmu fuqu.", "F'dan ilkaż aħna għandna żewġ partijiet, ilparti li talbet irruling, jiġifieri lPrim Ministru, u lparti li filkonfront tagħha huwa indirizzat irruling, li huwa lKap talOppożizzjoni.", "Irridu naslu għal qbil – hemm direzzjonijiet dwar dan f'rulings preċedenti dwar jekk dawn għandhomx ikollhom iddritt li jattendu għallaqgħat talKumitat anke jekk ma jkunux qed jixhdu huma.", "Hawnhekk se jkollna lpersuna … Mhijiex persuna akkużata, għaliex ilKumitat ma jkollux quddiemu persuna akkużata, imma persuna suġġetta għal dawn ilproċeduri.", "Hemm differenza bejn li tkun akkużat u li tkun subject to procedures.", "Din qisha kompilazzjoni istruttorja; min jaħdem bħala avukat jifhimni millewwel.", "Listruttorju ma jistax jiddeċiedi hemmx ħtija filkonfront ta' persuna jew le, imma jikkompila lprovi.", "Però meta persuna tkun suġġett ta' kompilazzjoni filqorti, dik ilpersuna tkun assistita.", "Issa aħna rridu naraw jekk naslux għal qbil li lOnor.", "Simon Busuttil ikollu ddritt li jkun preżenti meta jkunu qed jinstemgħu xxhieda quddiem dan ilKumitat.", "Jiġifieri jistax ikun preżenti anke meta ma jkunx qed jixhed hu.", "Se nkun qed inqajjem dawn ilpunti biex niċċarawhom millewwel.", "Niġi għal punt ieħor.", "F'dan ilkaż, kif ġà għedt, għandna lcomplainant u rrespondent, jiġifieri lPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni.", "Imbagħad jista' jkun hemm xhieda oħrajn li jistgħu jkunu parti minn dan ilKumitat, jiġifieri xhieda li jistgħu jkunu fillista talPrim Ministru u oħrajn li jistgħu jkunu fillista talKap talOppożizzjoni.", "Irridu niddeċiedu fuq tliet affarijiet.", "Lewwel nett irridu naraw jekk lOnor.", "Simon Busuttil għandux ikollu ddritt li jkun preżenti waqt li qed jinstemgħu xxhieda quddiem dan ilKumitat.", "Dan jgħodd anke għallPrim Ministru għax dawn ittnejn huma parti minn din ilproċedura.", "Jiġifieri rridu naqblu dwar jekk għandhomx ikollhom iddritt li jkunu preżenti waqt ssmigħ taxxhieda.", "Jistgħu ma jiġux, sta għallpersuna li tagħżel jekk tkunx preżenti, imma rridu naraw jekk għandhomx ikollhom dan iddritt.", "Punt ieħor li rridu niddeċiedu fuqu huwa jekk dawn iżżewġ persuni, lOnor.", "Joseph Muscat, għandhomx ikollhom iddritt li jkunu assistiti minn avukat.", "Ittielet issue li rridu niddeċiedu fuqha hija jekk kull xhud li jiġi msejjaħ għandux ikollu dritt li jkun assistit minn avukat.", "Dawn huma ttliet punti li rridu niftiehmu fuqhom.", "LIskrivan talKamra qed ifakkarni fi proċedura partikolari li kienet intużat – u għamel sew li fakkarhieli – filkaż ta' ksur ta' privileġġ li kien tqajjem millOnor.", "Wara li firruling tiegħu lIspeaker Louis Galea kien sab li hemm prima facie ksur ta' privileġġ filkonfront talOnor.", "Austin Gatt, ilkaż resaq quddiem ilKumitat talPrivileġġi.", "Dak iżżmien jien kont membru ta' dak ilkumitat u probabbilment xi ħadd minnkom ukoll kien fuq dak ilKumitat.", "Jien għaddejt kopja taddokumentazzjoni relatata ma' dak ilkaż biex tkun ta' għajnuna għallKumitat meta jiġi biex jieħu dawn iddeċiżjonijiet għax ikollna quddiemna proċedura li ġà ntużat.", "Dak iżżmien meta lKumitat kien qed jiddiskuti lproċedura, kien tqajjem ilpunt jekk matul dawn ilproċeduri lOnor.", "Alfred Sant – jiġifieri lpersuna li qajmet ilkaż ta' ksur ta' privileġġ; filkaż tagħna huwa lOnor.", "Joseph Muscat – għandux ikollu ddritt li jkun assistit minn avukat.", "Wara li saret iddiskussjoni filkumitat u ġew skambjati anke ħsibijiet legali – kif ġà għedt, dak iżżmien filkumitat kien hemm jiena, lOnor.", "Tonio Borg u oħrajn – kien ġie deċiż li kemm lOnor.", "Sant, li kien ilcomplainant, biex ngħid hekk, kif ukoll lOnor.", "Austin Gatt kellhom jingħataw iddritt li jkunu assistiti minn avukat.", "Qed ngħid dan biex inkun tajt ixxenarju ta' dak ilkaż.", "Dawn huma deċiżjonijiet li bilfors irridu nieħdu qabel ma ngħaddu għallaqgħat li fihom nibdew nisimgħu xxhieda.", "Naħseb li issa jkun tajjeb li nibdew biddiskussjoni.", "CHRIS SAID: Ilpożizzjoni tagħna hi li rrespondent, jiġifieri lKap talOppożizzjoni għandu jkollu ddritt li jkun preżenti waqt issmigħ taxxhieda u għandu jkollu ddritt li jkun assistit minn avukat.", "M'għandna lebda oġġezzjoni li anke lcomplainant – f'dan ilkaż ilPrim Ministru – ikollu ddritt li jkun assistit minn avukat u jkun preżenti waqt issmigħ taxxhieda.", "Mhux qed ngħid biss għal meta jagħtu xxhieda tagħhom – jekk jagħtu xxhieda tagħhom imma anke matul ilproċeduri kollha.", "Ilpożizzjoni tagħna hi li żżewġ partijiet għandhom ikollhom iddritt li jkunu preżenti imbagħad jagħżlu huma jkunux preżenti jew le u ddritt li jkunu assistiti minn avukat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali): Nifhem li meta qed ngħidu li jkollhom iddritt li jkunu preżenti, qed infissru li jkunu preżenti mingħajr ma jipparteċipaw, hux hekk?", "Ikunu qed jipparteċipaw waqt iddibattitu jew ikunu preżenti biss?", "MR SPEAKER: Tajjeb li għamilt din losservazzjoni.", "Jekk jingħataw dan iddritt ikunu preżenti u jkunu jistgħu jiġbdu lattenzjoni ta' membru talKumitat jew talIspeaker f'każ li jkunu jridu jagħmlu xi domandi.", "Għax li tkun preżenti biss … Ħalli nispjega aħjar.", "Filkaż li semmejt, lOnor.", "Alfred Sant u lOnor.", "Austin Gatt kellhom iddritt li jkunu preżenti filproċeduri u kellhom iddritt li jipparteċipaw ukoll f'xi domandi.", "Issa kif se naħdmu f'dan ilkaż hija xi ħaġa .… Inti qed tistaqsi jekk iżżewġ partijiet hux se jingħataw iddritt biss li jkunu preżenti, just a silent presence.", "Limportanti hu li jkun hemm ilqbil talKumitat.", "LOUIS GRECH: Jien qed nitlob kjarifika biex ma jkunx hemm dubju fuq ilproċedura iktar tard.", "CHRIS SAID: Flaħħar parti tarruling tat13 ta' Jannar, 2009 li għamilt referenza għalih inti, Mr Speaker, hemm ħames bullet points li jidħlu fiddettall ta' kif għandhom jimxu lpartijiet u lavukati tagħhom fejn ikun hemm lassistenza legali – kif ukoll fejn u b'liema mod jistgħu jintervjenu.", "MR SPEAKER: Dak kien laħħar ruling, Onor. Said.", "Ilproċedura hija mħollija totalment għal dan ilKumitat.", "Jiġifieri jekk aħna naqblu li lKap talOppożizzjoni, lOnor.", "Joseph Muscat, għandhom ikollhom iddritt li jkunu preżenti waqt li qed jixhed Anġlu Farrugia – biex nagħti eżempju – u jekk jidhrilhom li jridu jistaqsuni xi ħaġa, ikunu jistgħu jistaqsuni, allura nimxu hekk.", "Imma tridu taqblu fuq din ilproċedura.", "Jekk ma taqblux, bilfors ikolli nagħti ruling jien.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri aħna se nimxu marruling li kien ingħata u naqblu li kemm ilKap talOppożizzjoni kif ukoll ilPrim Ministru jistgħu jipparteċipaw b'dak ilmod u jkollhom iddritt li jġibu assistenza legali.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa fuq ilkompożizzjoni talKumitat.", "Aħna qed niftiehmu li lkompożizzjoni talKumitat hi din li hi llum mingħajr ma nneħħu ddritt ta' sostituzzjoni, jekk ikun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "CHRIS SAID: Ilkompożizzjoni talKumitat hija din, imbagħad ovvjament ikun hemm iddritt ta' sostituzzjoni bħal f'kull kumitat ieħor.", "MR SPEAKER: Onor. Louis Grech, ilmembri talKumitat li ġie maħtur permezz ta' mozzjoni nru.", "19 mgħoddija millParlament fisseduta tat18 ta' April, huma inti, lOnor.", "Deborah Schembri, ilKap talOppożizzjoni, lOnor.", "David Agius, taħt ilpresidenza tiegħi.", "CHRIS SAID: Huwa ovvju għaliex kellna nagħmlu ssostituzzjoni!", "LOUIS GRECH: Iva, imma xtaqt li laffarijiet jiġu ppreċiżati.", "MR SPEAKER: Għamilt sew.", "IlKap talOppożizzjoni ġie sostitwit millOnor.", "Chris Said għax hija parti millproċedura … Però jekk waqt li jkunu qegħdin jinstemgħu xxhieda, jinħass ilbżonn li jiġi sostitwit xi membru, dan ikun jista' jsir bħalma jsir f'kumitati oħrajn.", "CARMELO ABELA: Ħalli forsi niċċaraw aktar laffarijiet.", "Ovvjament jien m'iniex se nindaħal lillOppożizzjoni lil min taħtar, imma ssostituzzjoni li saret kienet għal din illaqgħa għax kieku kien ridna nagħmlu sostituzzjoni fuq bażi aktar permanenti kien ikollna bżonn inressqu mozzjoni f'dan issens.", "MR SPEAKER: Ma jidhirx li se jkun ilkaż.", "CARMELO ABELA: Kulma saret kienet sostituzzjoni ad hoc għal dan ilkaż.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li għandna problema fuq dan.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ħalli nipprova nifhem sew.", "Inti, Mr Speaker, għadek kemm għedt illi jekk ikun hawn preżenti lPrim Ministru jew ilKap talOppożizzjoni, jew lassistenti legali tagħhom, dawn ikollhom iddritt li jkellmu lilna, bħala membri, jew lilek bħala sSedja.", "Però rruling tat13 ta' Jannar 2009, kien jipprojbixxi li jkellmu lillmembri; riedu jkellmu direttament lisSedja.", "MR SPEAKER: Iddomandi jridu jiġu indirizzati lili.", "Filfatt ilmistoqsija tagħhom iridu jindirizzawha lillPresident talKumitat.", "Qegħdin naqblu li kemm ilPrim Ministru kif ukoll ilKap talOppożizzjoni – u din fuq għażla tagħhom jistgħu jgħidu li m'għandhomx bżonn ta' avukat, imma ddritt li jistgħu jkunu assistiti minn persuna legali talfiduċja tagħhom għandna nagħtuh.", "Għandhom ikollhom ukoll iddritt li jkunu preżenti waqt issmigħ taxxhieda f'dan ilkaż u li jekk iridu jagħmlu xi domandi għandhom jindirizzawhom lili bħala president talKumitat, biex imbagħad jien inkun nista' nintavola ddomandi lixxhud.", "Nifhem ukoll li qed naqblu li apparti lpartijiet prinċipali – qed nirriferi għallcomplainant u rrespondent, kif sejjaħnielhom s'issa – ixxhieda loħrajn m'għandhomx ikollhom iddritt li jkunu assistiti minn avukat, imma jkunu xhieda ordinarji.", "Naħseb li fuq hekk ridt titkellem, Onor. Said.", "CHRIS SAID: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Ħalli nerġa' niċċara dawn ilpunti.", "Li se jkollhom dritt għallavukat magħhom huma lPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni, li jkollhom ukoll iddritt li jkunu preżenti waqt issmigħ taxxhieda loħrajn.", "Ixxhieda loħrajn mhumiex se jkollhom iddritt li jkollhom lassistenza talavukat.", "Jekk qed naqblu, nistgħu nimxu fuq din ilproċedura.", "Jekk ma naqblux, ovvjament ikolli nieħu pożizzjoni jien.", "LOUIS GRECH: Qed nifhmu wkoll li jekk ma jkunx hawn ilPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni, xorta jista' jkun hawn lavukati tagħhom?", "MR SPEAKER: Iva, jekk ilKap talOppożizzjoni jew ilPrim Ministru ma jkunux jistgħu jkunu preżenti għal raġunijiet ta' safar, pereżempju, xorta waħda jkollhom iddritt li jkollhom lavukat tagħhom preżenti biex isegwi lproċeduri.", "Rigward ixxhieda loħrajn … Ma rridux ninsew li dan ilKumitat għandu poteri li anke jordna mandat ta' arrest jekk xhud jirrifjuta li jitla' jixhed.", "Però xxhud li jkun qed jiddeponi quddiem dan ilKumitat ikollu ddrittijiet tiegħu, li naturalment se jiġu salvagwardjati, ngħidu aħna fejn b'dak li jgħid ikun se jinkrimina ruħu.", "Imma dwar dak niddeċiedi jien waqt ilproċeduri.", "Però qed naqblu li lil dawn ixxhieda loħrajn m'aħniex se nagħtuhom iddritt li jkunu assistiti minn avukat?", "MR SPEAKER: Qed ngħid hekk għaliex kumitati oħrajn, bħallPublic Accounts Committee u lForeign Affairs Committee, pereżempju, jagħtu lixxhieda ddritt għallassistenza ta' avukat.", "Imma f'dan ilKumitat talPrivileġġi qegħdin naqblu li xhieda oħrajn m'għandhomx ikunu assistiti legalment.", "Qabel ma nagħlqu dan ilpunt xtaqt nitkellem ukoll fuq lAvukat Ġenerali.", "Aħna nitolbu li lAvukat Ġenerali jkun preżenti.", "MR SPEAKER: Filfatt għamilt sew li qajjimt dan ilpunt, għaliex f'dan irrigward se nimxu fuq ruling preċedenti, fissens li waqt ilproċeduri kollha jkollna lpreżenza talAvukat Ġenerali.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, aħna m'għandniex oġġezzjoni, anzi nixtiequ li lAvukat Ġenerali jkun preżenti.", "MR SPEAKER: Dawn huma punti saljenti ta' proċedura li issa ġew iċċarati.", "Nirringrazzjakom talkoperazzjoni tagħkom għax ma kellniex għalfejn nidħlu f'ħafna diskussjonijiet legali li finalment iwassluna għallistess deċiżjoni.", "Issa nixtieq li nimxu biċċa oħra dwar isseduta li jmiss, u min se jkun li jibda jiddeponi.", "CHRIS SAID: Dawn huma proċeduri fejn sar complaint, isSedja tat iddeċiżjoni tagħha filParlament fejn iddikjarat li hemm prima facie każ ta' ksur ta' privileġġ u allura aħna nsostnu li għandha tkun ilpersuna li għamlet lilment li tibda tressaq ilprovi tagħha; tibda u tagħlaq ilprovi tagħha.", "Imbagħad irrespondent, min qed jirrispondi għal dan lilment – f'dan ilkaż ilKap talOppożizzjoni ikollu ddritt li jġib, jekk ikun ilkaż, ixxhieda tiegħu.", "Prattikament qed nimxu blistess proċedura talqorti.", "MR SPEAKER: Flaħħar każ li kellna u li ġà semmejt, fejn lOnor.", "Alfred Sant kien ilcomplainant, kien hu lewwel li ddepona għaliex kien hu li beda lproċeduri.", "Qed ngħid dan biex kulħadd ikun jaf x'ġara, imma din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, jekk ilprassi normali hija dik, aħna m'għandniex problema fuqha.", "MR SPEAKER: IlKumitat jistabbilixxi lproċedura hu, imma qed ngħidu li flaħħar każ li kellna kien ġie deċiż li lewwel jixhed lOnor.", "Alfred Sant, kif tistgħu taraw minn paġna 2 tattranscript li għandkom quddiemkom.", "Mela jekk taqblu, flewwel seduta jitla' jixhed ilPrim Ministru.", "MR SPEAKER: Mela qegħdin naqblu li fisseduta li jmiss jixhed lewwel ilPrim Ministru.", "Huwa importanti li nimxu b'dan ilmod: Lewwel jixhed ilPrim Ministru filkonfront ta' dak li qed jippreżenta hu bħala complaint li wassal għal dan irruling.", "Jekk huwa jħoss li għandu wkoll itella' xi xhieda oħrajn, ladarba jkun qed jixhed hu ovvjament ikollu ddritt illi jeħles mixxhieda kollha.", "Imbagħad meta jagħlaq hu jibda lKap talOppożizzjoni.", "Jekk qegħdin naqblu dwar dan, din se tiġi reġistrata filMinuti.", "Nixtieq li minnaħa tagħkom, Onor. Said u Onor. Agius, tikkonfermawli dan kollu.", "CHRIS SAID: Aħna li rridu nżidu hu li wara li jixhed ilPrim Ministru u jtella' dawk ixxhieda li jħoss li għandu jtella' u jiġi ddikjarat li xxhieda talcomplainant hija magħluqa ....", "MR SPEAKER: Jiġifieri lPrim Ministru jgħid li minnaħa tiegħu ma baqagħlux iktar xhieda xi jtella'.", "LOUIS GRECH: Le, aħna mhux hekk qegħdin ngħidu.", "Qed ngħidu li hu jista' jtella' xhieda ....", "CHRIS SAID: LIspeaker hekk qed jgħid.", "LOUIS GRECH: Però aħna qed ngħidu li hu jista' jirriżerva ddritt li jtella' xhieda oħrajn.", "MR SPEAKER: Ħalli ma noqogħdux naħlu ħin fuq iddettall.", "Wara li lPrim Ministru jitla' jixhed u warajh jitilgħu jixhdu wkoll dawk ixxhieda li jkun xtaq itella' hu, ngħidu aħna 'A', 'B' u 'Ċ', ovvjament imbagħad ilproċess jibqa' għaddej.", "Jista' jkun li at some stage ilKap talOppożizzjoni jgħid li jixtieq li terġa' titla' persuna li diġà nstemgħet biex isirulha domandi oħrajn.", "CHRIS SAID: Jiena qed insostni li hawnhekk m'aħniex f'qorti, imma hemm akkuża li wieħed irid jirrispondi għaliha.", "F'dawn ittip ta' proċeduri huwa dejjem min qed jagħmel lilment li jrid jipprova lilment u jressaq lewwel ilprovi tiegħu.", "Min ikun qed iwieġeb għal dik lakkuża mbagħad ikollu ddritt li jġib ixxhieda tiegħu.", "Dawn huma lproċeduri normali f'dan ittip ta' proċessi.", "Issa jekk tridu li naqilbu dan ittip ta' proċess u nagħmlu xi tip ta' proċess fejn intellgħu xhud, ngħidu li għalaq, imbagħad nerġgħu nżommu xhieda oħrajn biex ..… Għandna proċess ċar li nistgħu nsegwu.", "MR SPEAKER: Idealment nimxu kif qed tgħid inti.", "Aħna m'għandniex insegwu ta' bilfors ilproċedura ta' qorti għax hawnhekk m'aħniex se nsibu ħtija; aħna nagħmlu biss rakkomandazzjoni.", "Però idealment naħseb li, kif qed tgħid int, għandna nimxu b'mod li kemm jista' ikun wieħed jagħlaq ixxhieda tiegħu u mbagħad jibda lieħor.", "LOUIS GRECH: Però wieħed xorta għandu jirriżerva ddritt … Din hija kompilazzjoni, jiġifieri ġbir ta' evidenza u allura mhux se tittieħed deċiżjoni finali.", "Naħseb li għandu jkun hemm ċertu flessibbiltà.", "MR SPEAKER: Dawn huma dettalji ta' kif għandna nimxu.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk fhimtx tajjeb linnaħa talOppożizzjoni.", "Kif qed tgħid inti, Mr Speaker, lewwel jixhed ilPrim Ministru u fuq dan jidher li hemm qbil – imbagħad jixhed ilKap talOppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Le, aħna qed ngħidu li se jixhed ilPrim Ministru biex jissostanzja ċertu dettall u jekk irid jista' jieqaf hemmhekk.", "Naħseb li fuq dan ilkoll qegħdin naqblu.", "CARMELO ABELA: Fuq min se jixhed lewwel hemm qbil.", "Jidher li fuq lordni ta' min se jixhed wara li għadna m'aħniex deċiżi.", "MR SPEAKER: IlPrim Ministru jista' jkollu lista ta' xhieda li jrid itella'.", "CARMELO ABELA: Bħalma jista' jkollu lKap talOppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Mhux ovvja!", "CARMELO ABELA: Aħna hawnhekk mhux se nitkellmu bħallqorti, fuq akkuża u mhux akkuża.", "Però jekk se nidħlu f'dak iddettall, lakkuża li wasslet għarruling li tat isSedja, saret fuq ilpersuna talPrim Ministru millKap talOppożizzjoni.", "Imbagħad ilPrim Ministru uża ddritt tiegħu talksur ta' privileġġ u kien hemm iddeċiżjoni talIspeaker.", "Imma se mai lakkuża saret minnaħa talKap talOppożizzjoni fuq ilpersuna talPrim Ministru.", "Jiena naħseb li, kif qed nifhem jien bħala lay person u fiddawl talfatt li hawnhekk m'aħniex qorti, huwa lKap talOppożizzjoni li jrid, b'xi mod, jissustanzja lakkuża tiegħu.", "MR SPEAKER: Dak huwa argument li naqblu dwaru.", "(Interrruzzjonijiet) Onor. Said, lOnor.", "Abela qed jindirizza lisSedja u naħseb li għandi nwieġbu jien.", "Ilpunt tiegħek huwa korrett, imma ladarba hemm irruling fissens li kien hemm prima facie ksur ta' privileġġ, ilkaż ġie quddiem dan ilKumitat talPrivileġġi ħalli nerġgħu nibdew ilkaż kollu millbidu.", "Dak hu li għedt jien firruling, li għandu jibda lkaż quddiem dan ilKumitat u huwa dan ilKumitat li jrid jasal għal xi tip ta' rakkomandazzjoni.", "Issa waħda minn dawk irrakkomandazzjonijiet li semmejt filbidu hi li jridu jinstemgħu lprovi, jiġifieri li wieħed irid jisma' xxhieda.", "Tant hu hekk li dan huwa kumitat li għandu lpoter li jagħti lġurament.", "Filproċess quddiem dan ilKumitat trid tibda qisek ma qrajtx irruling.", "Irruling sempliċement wassal biex ilKumitat jibda jisma', imma jrid jibda kollox from scratch.", "Jiġifieri lPrim Ministru issa se jiġi hawnhekk u jista' jerġa' jgħid listess ħaġa ma nafx x'se jgħid, dik hija għażla tiegħu – li qal qabel.", "Jista' jibda jispjega u jirrakkonta, imbagħad isiru ddomandi.", "Nafu li filParlament sar dibattitu, tqajjem ilksur ta' privileġġ millPrim Ministru, kif kellu kull dritt li jagħmel, imbagħad kien hemm irrisposta talKap talOppożizzjoni, u at some stage jien ġejt mitlub li nagħti rruling.", "Ilfatt li ngħata rruling li bih ilkaż ta' ksur ta' privileġġ wasal sa hawnhekk ma jfissirx li nistgħu naqraw irruling u nimxu, imma rridu nerġgħu nibdew kollox millbidu.", "LOUIS GRECH: Issekwenza li nirrakkomanda jien hi li jitkellem lewwel ilPrim Ministru u jagħti xxhieda tiegħu.", "Jekk ikollu xhieda oħrajn xi jtella' nisimgħuhom, imbagħad jitkellem ilKap talOppożizzjoni u jagħti xxhieda tiegħu.", "Però dawn xorta jirriżervaw iddritt li jġibu xhieda oħrajn skont ilbżonn.", "MR SPEAKER: Irriżerva tkun għattnejn.", "Onor. Chris Said, naħseb li lOnor.", "Louis Grech għandu punt.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk ilKap talOppożizzjoni wara li jtella' tant xhieda ...", "MR SPEAKER: … f'xi stadju jgħid li jixtieq itella', pereżempju lil Deborah Schembri bħala xhud, dak ixxhud irid jinstema' għaliex biex ilKumitat jasal għarrakkomandazzjonijiet 'l hemm jew 'l hawn, irid jisma' lil kulħadd.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, din hija sekwenza ġusta u naħseb li tagħmel sens għal kulħadd.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, lewwel nett naħseb li naqbel massuġġeriment talOnor.", "Louis Grech għassempliċi fatt li hawnhekk m'aħniex qegħdin ilqorti u liktar ħaġa importanti f'din logħla istituzzjoni talpajjiż hi li toħroġ ilverità.", "Ittieni nett nixtieq nagħmel domanda, forsi għax qatt ma kont parti minn dan ilKumitat.", "Meta kont qed insegwi ddibattitu li fih tqajjem ilkaż li għandna quddiemna jiena kont qiegħda filKamra – kien hemm instance fejn ilPrim Ministru qal: Jew tirtira dak li għedt, jew inkella jkun hemm ksur ta' privileġġ.", "Dak ilħin ilKap talOppożizzjoni kellu jiddeċiedi jekk jirtirax ilkliem jew le.", "Allura issa lKap talOppożizzjoni se jingħata lfakultà li jissustanzja dak li ma ssustanzjax dakinhhar?", "Ma naħsibx li hawnhekk huwa llok biex dak li ma ssustanzjax dakinhar, jissustanzjah illum.", "CHRIS SAID: Dażgur li għandu ddritt.", "Għandu ddritt jissustanzjah hawnhekk, għandu ddritt jissustanzjah filQorti Kostituzzjonali u għandu ddritt … U hekk se nagħmlu, se nissustanzjaw.", "Għalhekk qegħdin hawnhekk biex nissustanzjaw (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Deborah Schembri, għamilt sew li għamilt iddomanda għax hija domanda plawsibbli.", "Jekk se nimxu ttriq kollha u noqogħdu nisimgħu xxhieda kollha, dan ilKumitat irid jasal f'mument fejn jgħid: Issa, wara li smajt ixxhieda, dak li qal ilKap talOppożizzjoni xorta għadu jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ?", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, iddomanda tiegħi hija din: IlKap talOppożizzjoni dakinhar ħa pożizzjoni.", "Ilpożizzjoni tiegħu kienet li ma ssustanzjax dak li qal.", "Allura ddritt tiegħu li jissustanzja dak li qal biex naraw jekk kienx hemm ksur ta' privileġġ jew le waqaf dakinhar, at that point.", "Qed inqajjem dan ilpunt biex nipprova nifhem.", "MR SPEAKER: Le, ħalli nispjega ftit.", "Issa fhimt iddomanda tiegħek.", "Jiena nista' nagħżel any forum biex ..…", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, ħalli niċċara punt.", "Jien m'iniex qed ngħid li nixtieq li jsir hekk jew li ma nistgħux naqblu mod ieħor.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "Ħassejt li kellek tagħmel din iddomanda u jien se nirrispondik b'mod immedjat.", "Jiena nista' nagħżel fejn irrid li nġib ilprovi għax nista' ngħid li at this stage ma rridx nissustanzja ddiskors u se nissustanzjah at some other stage.", "Liskop tarruling talIspeaker mhuwiex li jsib ħtija o meno talpersuna, imma li jistabbilixxi jekk prima facie s'hemmhekk, safejn ġara linċident filParlament, kienx hemm – u issa dak irruling huwa lest – prima facie ksur ta' privileġġ.", "Issa dan ilKumitat li huwa regolat b'liġi u għandu poteri ċari stabbiliti b'liġi, għandu ddritt u dan irid jagħmlu – li jisma' bilġurament lillpartijiet kollha, lillPrim Ministru, lillKap talOppożizzjoni u xhieda oħra minn kull parti, imbagħad jasal biex jikkonkludi rrakkomandazzjoni jekk naslu sa dak listadju li xorta hemm ksur ta' privileġġ jew li m'hemmx ksur ta' privileġġ.", "Kif għedt, din lanqas aħna ma niddeċiduha, għaliex imbagħad tiddeċiedi lKamra meta tagħmel dibattitu dwar irrakkomandazzjoni talKumitat.", "Jekk qed naqblu ma' dak li qed jgħid lOnor.", "Louis Grech, għallprattiċità naħseb li nistgħu nimxu.", "MR SPEAKER: Fuq xiex m'intix qed taqbel, Onor. Said?", "CHRIS SAID: Se nagħmel punt fuq dak li qalet lOnor.", "Deborah Schembri, imbagħad niġi għal dak li qal lOnor.", "Fuq dak li qalet lOnor.", "Deborah Schembri rrid ngħid li ovvjament ilKap talOppożizzjoni ma setax iġib ixxhieda bilġurament dakinhar, waqt isseduta.", "Hawnhekk huwa lforum fejn jista' jġib ixxhieda.", "Fuq lissue ta' proċedura u kif se nimxu, qed naqblu li lewwel li għandu jixhed – jekk jagħżel li jixhed – hu min qed jagħmel lilment.", "Qed naqblu li jrid jiddikjara llista taxxhieda u jinġiebu dawk ixxhieda li jrid iressaq ilcomplainant, f'dan ilkaż ilPrim Ministru.", "M'aħniex qed naqblu li jkun jista' jtella' xhieda wara dak listadju.", "Jiġifieri meta jibda listadju taxxhieda tarrespondent, f'dan ilkaż talKap talOppożizzjoni, minn hemmhekk 'il quddiem ikun ingħalaq ilkapitlu taxxhieda talcomplainant.", "Din hija lproċedura li tipprovdi lliġi tagħna f'kull każ, kemm filQrati Kriminali kif ukoll filQrati Ċivili, fejn min ikun qed jagħmel lilment jew ilkawża filQrati Ċivili, min ikun ilprosekuzzjoni jew ilcomplainant filkaż ta' kawżi kriminali, irid jixhed lewwel hu, jagħlaq listadju talprovi tiegħu, imbagħad jibda min qed jirrispondi għal dik lakkuża jew inkella għal dak lilment jew talba li qed jinġiebu, skont x'tip ta' forum ikun.", "Però f'kull qorti u f'kull tribunal ilproċeduri li jaħsbu għalihom illiġijiet ta' pajjiżna huma dejjem f'dan issens.", "Jekk aħna nħallu lproċess miftuħ b'mod li kulħadd x'ħin irid jista' jġib aktar xhieda, naħseb li ma nkunux qed nimxu bi proċess ...", "MR SPEAKER: Mhux hekk qed jingħad.", "CHRIS SAID: Qed jingħad li jinżamm iddritt li jinġiebu xhieda oħrajn.", "MR SPEAKER: Qed jiġi suġġertit li jkun hemm riżerva għallpartijiet.", "CHRIS SAID: Hekk tfisser.", "Li tirriżerva kontroeżami, li tirriżerva li inti minn seduta għal oħra trid tiċċekkja laffarijiet għax ....", "MR SPEAKER: Dik issir ukoll filQorti.", "CHRIS SAID: Dwar dik m'hemmx problema u naqblu fuqha.", "Imma li inti tgħid: Mela jien flewwel fażi se nġib tliet xhieda, imbagħad nirriżerva li wara li lKap talOppożizzjoni jagħlaq ilfażi taxxhieda tiegħu, jekk ikun hemm bżonn inġib xhieda oħrajn …", "MR SPEAKER: Jiena dejjem nipprova nasal fi qbil.", "Wara kollox hawnhekk aħna lkoll parti minn dan ilKumitat.", "Ħalli nikkwota artikolu 4 talOrdinanza dwar ilPrivileġġu u sSetgħat talKamra tadDeputati, lartikolu li jittratta ssetgħa talKumitat.", "Artikolu 4 jgħid li at any stage ilKamra 'tista' tordna ddehra quddiemha ta' xhieda u anke periti biex jagħtu xxhieda'.", "Ejja ngħidu li lKap talOppożizzjoni jkun xehed, lesta xxhieda tiegħu u qal: Jiena ma baqagħlix iktar provi, m'għandix għalfejn intella' xhieda oħrajn.", "Jekk f'dak listadju dan ilKumitat iħoss ilħtieġa li jerġa' jisma' xhud ieħor, jista' jordna li jitla' xhud ieħor.", "Jien qed ngħid hekk biex ma noqogħdux ninħlew fuq dan iddettall, għax ilKamra fi kwalunkwe stadju, anke flaħħar, tista' tgħid: Jien irrid nerġa' nisma' lillKap talOppożizzjoni.", "U allavolja lKap talOppożizzjoni jkun qal li huwa lest, irid jerġa' jiġi jixhed hawnhekk.", "Għax dan ilKumitat għandu lpoteri billiġi li jordna lillKap talOppożizzjoni jew lillPrim Ministru jerġa' jiġi hawn biex jagħmillu domandi oħrajn.", "U jista' jagħmel hekk at any stage.", "Onor. Said, jien qed nifhem li lproċedura idealment tkun bħal dik talQorti, jiġifieri tlesti parti, tlesti lparti loħra, imbagħad ikun hemm iddeliberazzjonijiet u ttrattazzjoni.", "Imma hawnhekk ilproċedura hija sui generis.", "Kemm jista' jkun nipprovaw naqblu … Jien nifhem li kemm ilPrim Ministru kif ukoll ilKap talOppożizzjoni meta jlestu xxhieda, probabbilment ikunu għalqu .", "Imma ma rridux naqtgħu barra totalment ilpossibbiltà li din ilKamra terġa' tordna li jinstemgħu xhieda oħra.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, inħallu f'idejk.", "LOUIS GRECH: Għandu joħroġ ċar li hawnhekk mhux qorti.", "Dan huwa kumitat li għandu remit differenti, struttura differenti u raġunijiet differenti.", "Allura finalment wieħed ma jistax jikkompara.", "Liskop tagħna hu li nagħmlu lkompilazzjoni u kemm jista' jkun naslu għallverità.", "Allura jekk inħossu li jkun hemm bżonn li jinstemgħu xhieda oħra anke wara li jkunu lestew mixxhieda tagħhom ilPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni, insejħulhom ukoll.", "MR SPEAKER: Limportanti huwa li din ilKamra, bi ħsieb profond imma ċar, tagħmel dak li għandha tagħmel flinteress pubbliku.", "Dan huwa lħsieb talliġi, li jsir dak li għandu jsir flinteress pubbliku.", "Jidhirli li meta darba konna qed niddiskutu dawn ilproċeduri lOnor.", "Tonio Borg kien qal – u naħseb li għandu raġun – li lKamra tista' twassal għal proċeduri filqorti, imma tista' ma twassalx għal proċeduri filqorti.", "M'għandniex għalfejn nidħlu f'dettall ta' proċedura … Jien qed nifhem ilpunt talOnor.", "Said, li kemm jista' jkun min jibda jagħlaq u mhux lewwel jgħid li se jtella' tliet xhieda, imbagħad itella' tlieta oħra fi stadju ieħor.", "Imma lKamra dejjem għandha lpoter li terġa' ssejjaħ lil xi ħadd biex jixhed.", "Jidher li lproċedura eżawrejnieha.", "Jekk hemm xi ħaġa oħra għiduli u niddiskutuha millewwel.", "Però jekk iqum xi punt proċedurali meta nkunu qed nittrattaw ilkaż, ma jkun ġara xejn, niddiskutuh as we go along.", "Niftiehmu fuq data biex jitla' jixhed ilPrim Ministru?", "Nitlob liżżewġ naħat biex jikkomunikaw miegħi millaktar fis dwar data meta nkunu nistgħu nibdew ...", "DAVID AGIUS: Naħseb li jkun aħjar jekk nikkomunikaw bejnietna qabel ma nikkomunikaw masSedja, minħabba ċerti deċiżjonijiet oħrajn li jridu jittieħdu.", "MR SPEAKER: Tajjeb.", "Mela lWhips jikkomunikaw bejniethom u jinformawni.", "DAVID AGIUS: Irridu nsibu data meta jkunu hawn kemm ilPrim Ministru kif ukoll ilKap talOppożizzjoni.", "CHRIS SAID: Ilproblema hi li ftit ġranet oħra jibda lproċess talBaġit.", "MR SPEAKER: Jiena mhux qed nara li dan ilKumitat jiltaqa' waqt iddiskussjoni talBaġit.", "Ovvjament hija deċiżjoni tiegħi meta nlaqqa' lKumitat imma, kif tafu, inħalli f'idejn ilWhips biex isibu data konvenjenti għal kulħadd.", "Grazzi lil kulħadd.", "IlKumitat huwa aġġornat għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "Fis1.54 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees priv", "source": "Extracted from 20131031_001d_pri.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 31 ta' Ottubru, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi ltaqa' fil-Palazz, il-Belt, Valletta fis-1.08 pm.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, l-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mingħand mezzi tal-media biex jingħataw permess jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li peress li l-Onor.", "Simon Busuttil, wieħed mill-membri tal-Kumitat skont il-mozzjoni numru 19 mgħoddija mill-Kamra fit-18 ta' April 2013, huwa parti fil-każ li l-Kumitat kellu quddiemu, l-Onor.", "Busuttil kien qed jiġi sostitwit mill-Onor.", "Chris Said, skont kif kienet ġà informata l-Kamra fis-seduta 69 tat-30 ta' Ottubru 2013.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ FIL-KONFRONT TAL-PRIM MINISTRU L-ONOR.", "JOSEPH MUSCAT MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI L-ONOR.", "Il-Kumitat iltaqa' sabiex jiddiskuti l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru, l-Onor Joseph Muscat, fis-Seduta Nru. 55 tat-30 ta' Settembru, 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "L-iSpeaker spjega li l-funzjoni tal-Kumitat hija biss dik li jagħmel rakkomandazzjonijiet, li jistgħu jkunu:", "(i) li l-partijiet jiftiehmu li jipprovaw jaslu għal xi forma ta' kompromess;", "(ii) li l-Kamra tagħti twissija; u", "(iii) li l-Kamra tirriferi l-każ lill-Qorti.", "Il-Kumitat qabel li fit-trattazzjoni ta' dan il-każ l-Avukat Ġenerali għandu jintalab jattendi l-laqgħat kollha.", "Il-Kumitat qabel ukoll li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni:", "(i) ikollhom id-dritt li jkunu preżenti waqt is-smigħ tax-xhieda;", "(ii) ikollhom id-dritt għall-assistenza legali;", "(iii) jkunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda permezz tal-iSpeaker; u li", "(iv) xhieda oħra li jistgħu jittellgħu m'għandhomx ikollhom dritt għal assistenza legali.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel ukoll li jibda billi l-ewwel jixhed il-Prim Ministru li jkollu d-dritt isejjaħ ix-xhieda tiegħu, u mbagħad jixhed il-Kap tal-Oppożizzjoni li wkoll ikollu d-dritt isejjaħ ix-xhieda tiegħu.", "Il-Kumitat ikollu d-dritt li jsejjaħ xhieda f'kull stadju.", "Fis-1.54 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131031_001m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ RIVEDUT", "Laqgħa Nru. 10", "L-Erbgħa, 6 ta' Novembru 2013 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Novembru 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar jekk il-proposti leġislattivi li ġejjin jissodisfax il-prinċipju tas-sussidjarjetà:-", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (KUMM(2013)627);", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju; u", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi.", "Rapport mill-President tal-Kumitat dwar (a) il-laqgħa tal-COSAC li saret f'Vilnius il-Litwanja bejn is-27 u d-29 ta' Ottubru 2013 u (b) fuq il-Cluster Meeting on Free Movement & National Welfare Systems li saret f'Copenhagen id-Danimarka fil-21 ta' Ottubru 2013.", "Affarijiet oħra.", "4 ta' Novembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131106_010a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 6 ta' Novembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:45 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Carmelo Abela (sostitut tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin), l-Onor.", "Deo Debattista (sostitut tal-Onor.", "SKUŻATI: L-Onor.", "Luciano Busuttil kien fuq xogħol parlamentari ieħor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 9 li saret fit-23 ta' Ottubru, 2013 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI DWAR PROPOSTI LEĠISLATTIVI TAL-UNJONI EWROPEA FIR-RIGWARD TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (KUMM(2013)627).", "Minbarra l-proposta nnifisha u r-rapport dwarha tar-research analyst, il-Kumitat kellu għall-kosiderazzjoni tiegħu wkoll:-", "Dok 52 Abbozz ta' opinjoni motivata li kienet tirrifletti wkoll il-pożizzjoni tal-gvern fuq din il-proposta.", "Fid-diskussjoni ħadu sehem ukoll s-Sinj.", "Maria Buttigieg Scicluna, Direttur għall-Affarijiet Ewropej, u Sinj.", "Gail Demanuele mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, kif ukoll is-Sinj.", "Celia Falzon, Chief Officer External Relations, u s-Sur Ivan Bugeja, Manager External Relations, tal-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Fid-diskussjoni, fost punti oħrajn, ħareġ dan li ġej:", "il-Kummissjoni setgħat laħqet l-għanijiet tagħha billi temenda d-direttivi eżistenti u b'hekk l-istati membri jżommu l-poter li jintervjenu fis-suq domestiku tagħhom milli tipproponi regolament li jkun jorbot lill-istati membri kollha;", "fis-suq domestiku Malti kien hemm tlett operaturi f'dan is-settur u dan kien qed jipprovdi element ta' kompetizzjoni, kwalità tajba ta' servizz u tariffi kompetittivi; u", "jekk l-għan tal-miżura kien li jkun hemm ftit operaturi fis-suq Ewropew, kif, pereżempju kien hemm fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, jista' jagħti l-każ li Malta tibda tiġi pprovduta b'servizz ekwivalenti għal dak applikabbli għal postijiet rurali minflok servizz applikabbli għall-ibliet, kif inhu f'Malta fil-preżent, u dak ikun ifisser kwalità ta' servizz inferjuri u limitat.", "Il-Kumitat qabel unanimament mal-abbozz ta' opinjoni motivata u rrakkomanda li l-Parlament jadottaha u jibgħatha lill-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew.", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (KUMM(2013)615) ; u", "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi (KUMM(2013)620).", "Fir-rigward ta' dawn iż-żewġ proposti l-Kumitat qabel li ma jirriżultax ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Il-President tal-Kumitat informa lill-Membri dwar żewġ laqgħat li huwa attenda għalihom barra minn Malta, jiġifieri, (i) tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COSAC) li saret f'Vilnius il-Litwanja bejn is-27 u d-29 ta' Ottubru 2013 u (ii) il-Cluster Meeting on Free Movement & National Welfare Systems li saret f'Copenhagen id-Danimarka fil-21 ta' Ottubru 2013.", "Fis-7:35 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131106_010m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 06 ta' Novembru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 06 ta' Novembru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Approvazzjoni tar-Rapport Dwar il-Prekarjat mill-Kumitat Permanenti Dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Vjolenza Domestika – Preżentazzjoni mir-Rappreżentanti ta' Dar Merħba Bik.", "Affarijiet Oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131106_011a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 6 ta' Novembru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 11", "L-Erbgħa, 6 ta' Novembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.38 p.m.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Nixtieq nagħti merħba lill-mistednin li għandna magħna llum u nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna.", "Qabel ma nibdew id-diskussjoni magħkom irridu napprovaw rapport malajr imma ġaladarba qegħdin bilqiegħda magħna nixtieq ninformakom li dawn il-laqgħat normalment ikunu recorded kemm bħala audio kif ukoll bħala video u jiġu mxandra permezz tal-internet.", "Is-Segretarju qiegħed jinformani li llum se niġu recorded biss bl-audio u għalhekk l-uċuh mhux se jkunu qegħdin jidhru.", "Imma jekk xi ħadd minnkom jixtieq li ma jiġix imxandar b'dan il-mod kemm jgħidli u niftu l-audio.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 10 li saret nhar l-Erbgħa 30 ta' Ottubru, 2013 ġew konfermati.", "APPROVAZZJONI TAR-RAPPORT DWAR IL-PREKARJAT MILL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "THE CHAIRPERSON: Kif għedtilkom għandna r-rapport li ġie mħejji minn Dr Elaine Burmingham u li konna tlabna lill-Membri tal-Kumitat sabiex jekk ikun hemm xi emendi, jgħadduhom lilha matul il-ġimgħa ħalli llum ikollna kollox lest biex inkunu nistgħu napprovawh.", "L-Onor.", "Robert Cutajar qed jgħidli li bagħat xi emendi imma dawn bagħathom issa.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena ma kontx hawnhekk minħabba li kont qiegħed fuq xogħol barra.", "Imma hawnhekk ġie deċiż li fil-laqgħa li jmiss, wara li jsiru l-emendi meħtieġa, dan ir-rapport jiġi approvat.", "L-emendi meħtieġa għaddejthom lilha ftit tal-ħin ilu.", "Jien qiegħed nagħmel riferenza għall-Minuti kif ġew approvati.", "M'hemmx affarijiet kbar.", "THE CHAIRPERSON: Jekk m'inix sejra żball, waqt is-seduta tal-ġimgħa l-oħra konna għedna li l-emendi għandhom jingħataw kemm jista' ikun malajr biex illum ikollna r-rapport lest ħalli napprovawh.", "Jiġifieri jekk xejn iridu jiġu korretti l-Minuti aktar milli the other way round għax inkella mhu se nispiċċawh qatt dan ir-rapport.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena tkellimt wara li ġew approvati l-Minuti!", "Hekk kif ġew approvati l-Minuti jiena tkellimt u fil-Minuti hawn miktub li \"Ġie deċiż li fil-laqgħa li jmiss, wara li jsiru l-emendi meħtieġa ...\".", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda ngħidlek li f'dik is-session - li fiha kien hemm iktar dettall minn dak li qiegħed jiġi moqri hawnhekk – konna għedna speċifikament li għandhom jintbagħtu l-emendi early on in the day ħalli llum napprovaw ir-rapport.", "Jekk inti tgħidli li m'hemmx approvazzjoni ta' kif inhu dan, allura that is another issue.", "ROBERT CUTAJAR: Mhux qed ngħid fuq l-approvazzjoni imma just to add.", "Jien mhu se nbiddel xejn milli hemm imma just to add.", "THE CHAIRPERSON: Fair enough imma ż-żmien li tajna biex inkunu nistgħu nagħmlu l-emendi sfortunatament skada.", "Ma rridx ninstema antipatika imma x'imkien irrid naqta' linja għax inkella se nispiċċaw ma noħorġux rapport wieħed minn dan il-Kumitat!", "ROBERT CUTAJAR: Jiena qrajt il-Minuti kif ġew ippreżentati u issa kkonfermajt ukoll li hawnhekk hawn li fil-laqgħa li jmiss.… Jiġifieri x'ġie deċiż mil-laqgħa huwa dan.", "Jien ma tkellimtx qabel għalkemm ġbidt l-attenzjoni u informajtek imma l-verità hi li l-Minuti ġew approvati!", "Imma issa mhux se nerġgħu mmorru lura biex nagħmlu l-corrections tal-Minuti!", "THE CHAIRPERSON: M'għandix għalfejn nagħmel corrections tal-Minuti.", "Dan li qiegħda nipprova ngħidlek.", "Corrections tal-Minuti m'għandix għalfejn nagħmel imma s-session tad-darba l-oħra kienet qiegħda online wkoll, jiġifieri wieħed seta' isegwi online dak kollu li ntqal.", "ROBERT CUTAJAR: Il-Minuti huma uffiċjali hux hekk?", "Jien qed nimxi mal-Minuti u mhux qed immur kontra l-prassi u r-regolamenti.", "Jien kont imsiefer fuq xogħol u ma qgħadtx nara l-laqgħa online u lanqas meta ġejt lura imma naħseb li qiegħda ċara.", "Jiena nitlob lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Claudette Buttigieg u anke lis-sinjuri … Se nerġa' nirrepeti just for the records; jien qed nagħmel riferenza għall-Minuti kif approvati u naħseb li dan jagħtini d-dritt, li ntqal x'intqal fil-laqgħa, – bir-rispett lejn kulħadd u lejn il-laqgħa li għaddiet – jekk aħna approvajna dawn il-Minuti, huma dawn il-Minuti uffiċjali!", "Hawnhekk hawn miktub hekk; \"Ġie deċiż li fil-laqgħa li jmiss, - u allura din – wara li jsiru l-emendi meħtieġa...\" u jien qed nitlob li bil-permess tal-Kumitat isiru l-emendi meħtieġa.", "Qed nikkwota mill-Minuti u mhux x'intqal il-ġimgħa l-oħra.", "Il-Minuti ġew approvati ftit tal-minuti ilu u qed nikkwota x'hawn fil-Minuti.", "U naħseb għandi ningħata d-dritt f'isem l-Oppożizzjoni li nressaq dawn l-emendi.", "Jien mhux qed ngħid biex tbiddel ir-rapport, mhu se nbiddel xejn imma just to add.", "Nerġa' ngħid li jien qed nikkwota mill-Minuti approvati.", "THE CHAIRPERSON: Il-Minuti fin-natura tagħhom huma Minuti, jiġifieri fihom mhux se jkun hemm l-affarijiet kollha kif iddeċidejnihom waqt is-seduta, fid-dettalji kollha tagħhom.", "Jiġifieri hawnhekk se jkun hawn il-punti prinċipali.", "Issa jekk dak il-punt waqt is-seduta ġie żviluppat aktar, kif ovvjament kien għax biex aħna nkunu nistgħu napprovaw ir-rapport illum ried ikollna a clean copy għax kieku din ma tagħmilx sens lanqas!", "Ma nistgħux niġu bl-emendi meħtieġa u napprovawhom illum.", "ROBERT CUTAJAR: Imma hekk hawn miktub!", "THE CHAIRPERSON: Imma jien qed ngħidlek li dan ir-rapport kellhom jintbagħtu l-emendi għalih aktar kmieni ħalli r-rapport jiġi approvat illum mill-Membri tal-Kumitat.", "Jiena qiegħda ngħid dak li kien ġie deċiż.", "Jekk kellek lil xi ħadd li ġie hawnhekk minflokok meta inti ma kontx hawnhekk, dan seta' jgħaddilek l-informazzjoni.", "Jiena mhux qed ngħid li l-Minuti m'għandniex noqogħdu fuqhom imma li qiegħda ngħid hu li l-Minuti mhumiex jikkuntrastaw ma' dak li ddeċidejna għas-sempliċi raġuni li dak li ddeċidejna waqt il-laqgħa kien iktar ampju.", "Dak kulma qiegħda ngħid, jiġifieri m'hemmx diverġenza bejniethom.", "Dik hi d-deċiżjoni li jiena qiegħda nieħu bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat.", "Issa jekk hemm xi problema li dan jiġi approvat kif inhu, għandek kull dritt biex ma tapprovahx.", "ROBERT CUTAJAR: Din mhijiex kwestjoni li nieħdu vot.", "Jekk tridu li nieħdu vot nieħdu vot, kif qed nagħmlu f'postijiet oħra fil-Kamra fejn nieħdu vot biex tgħaddi ta' min għandha tgħaddi!", "Jiena kont f'kumitati mitt elf darba u li xi ħadd jiġi jgħidli li l-Minuti, statement ċar, sentenza, ġie deċiż, jiġifieri ntqal x'intqal fil-laqgħa naħseb li dan huwa ċar għax fil-Minuti jitniżżlu l-iktar punti importanti.", "Il-punti li mhumiex importanti ma jitniżżlux għax kieku kien ikollna patafjun ta' karti.", "Imma nerġa' nirrepeti u nikkwota x'hawn fil-Minuti; \"Ġie deċiż li fil-laqgħa li jmiss, wara li jsiru l-emendi meħtieġa ...\".", "Jiġifieri mhux niġu fil-laqgħa rubber stamp u ngħaddu dak ir-rapport!", "Hawnhekk qiegħda ċara u huwa dan li jgħodd.", "Issa x'intqal sinjal li ma kienx importanti.", "Huwa dak l-iktar importanti bħal f'kull laqgħa.", "Allaħares dak li jrid jiġi deċiż fuq l-aġenda, fuq il-Minuti xi ħadd jiddeċiedi li jbiddilhom għax allura jista' ma jsir l-ebda kumitat imkien!", "Naħseb li qed inkun ċar biex wieħed jifhimni u qiegħed nirrepeti.", "Forsi lil dawn is-sinjuri diġa' dejjaqthom nirrepeti imma qed nagħmel hekk biex inkun ċar.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda nissolleva li jekk hemm xi problema fuq deċiżjoni tiegħi, hemm problema fuq deċiżjoni tiegħi imma d-deċiżjoni tiegħi hija din; aħna se napprovaw dan ir-rapport u m'iniex qiegħda mmur kontra dak li ġie deċiż fil-Kamra waqt li konna qegħdin f'din is-session.", "Il-Minuti huma Minuti, huma punti saljenti …", "ROBERT CUTAJAR: Dawn huma l-uffiċjali.", "THE CHAIRPERSON: Allura inti trid tgħid li niġu hawnhekk, nagħmlu erba' punti, jitniżżlu fil-Minuti u nitilqu 'l barra!", "Ma jistax ikun li jitniżżel kollox fil-Minuti.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, ma naħsibx li qiegħda tkun ġusta mal-prassi ta' kif jaħdem kwalunkwe kumitat, aħseb u ara fl-ogħla istituzzjoni!", "Allaħares aħna approvajna Minuti… Jien qed immur għal dan li hawn miktub u qed ngħidlek li nirrispetta dak li ġie approvat.", "Ma tistax tiġi int u tgħidli li kien hemm sentenzi oħra mhux miktuba.", "Dawn huma l-uffiċjali.", "Meta għada nispiċċaw minn hawnhekk, jien, inti u kulħadd u tgħaddi sena, sentejn, dawn se jkunu approvati u mhux l-audio li hemm irrekordjat.", "Jiġifieri qiegħed nerġa' ngħidha b'rispett, issa x'iddeċidejt inti jiena nbaxxi rasi u nirrispettaha imma ma nistax napprova dak ir-rapport meta qed imur kontra l-Minuti.", "Qiegħda ċara hawnhekk; \"wara li jsiru l-emendi meħtieġa\"!", "Mela kif tiġi tgħidli li m'għandix dritt nagħmel l-emendi?", "Jiena mhux qed ngħidlek se nagħmel emendi imma se nżid ma' dak li diġa' hemm.", "Mhux qed ngħidlek biex tħassar parti minn dak ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: Fhimtu l-punt tiegħek.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Li kont se ngħid hu li s-suġġerimenti li qed jagħmel l-Onor.", "Cutajar ma jbiddlu xejn mill-ħsieb tar-rapport.", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qed inkunu daqsxejn tekniċi u - anke bir-rispett lejn is-sinjuri li għandna quddiemna - fil-fehma tiegħi nixtieq nirrakkomanda li dawn jiżdiedu u nerġgħu niċċirkolawh.", "Ma naħsibx li qed nitkellmu fuq affarijiet ta' barra minn hawn, jiġifieri veru għall-punt u naf kemm veru xtaq li jikkontribwixxi għal dan id-dokument.", "Jiġifieri m'hawn xejn ta' barra minn hawn.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena nista' ngħid x'inhuma dawn il-punti, m'għandix problema.", "Il-punt tiegħi hu biex ir-rapport ikun wieħed bilanċjat, jiġifieri l-punti li nixtieq inżid f'isem il-kollegi tiegħi u f'isem l-Onor.", "Portelli li mhijiex qiegħda hawnhekk hu li prattikament dan jagħti stampa ċara ta' dak li qed ngħidu fuq il-prekarjat.", "To cut a long story short ma naħsibx li l-prekarjat beda jiġi diskuss proprju minn fuq din il-mejda jew f'rapporti li ġew ippreżentati.", "U allura hemm ħames punti li qed nitlob li jittieħdu in konsiderazzjoni u jekk tagħtini l-permess naqrahom malajr.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar għandek il-permess.", "ROBERT CUTAJAR: Grazzi.", "Il-ħames punti li jien qed inressaq quddiem dan il-Kumitat biex jiġu inklużi fir-rapport huma dawn;", "\"L-amministrazzjoni preċedenti ħadmet u ħadet passi intenzjonati sabiex jiġi miġġieled il-prekarjat;", "40 avviż legali bi qbil mal-Imsieħba Soċjali,", "Avviż legali dwar il-part-time jobs li kien jinkudi benefiċċju pro-rata fuq kull impjieg part-time,", "Avviż legali dwar Self-Employed,", "Fuq kuntratti tal-Gvern iddaħħlet klawsola li f'kull kuntratt jidħlu kondizzjonijiet li jekk jinkisru l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema, l-istess kuntratt jiġi terminat,", "Matul l-aħħar leġislatura twaqqaf kuntratt ta' kuntrattur li nstab li kiser il-Liġi tax-Xogħol mill-Qorti.\"", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna tal-punti li għamilt.", "Issa jiena kemm-il darba għedt f'dan il-Kumitat – u għalhekk se nerġa' nagħmilha ċara – li l-Kumitat tagħna mhux qiegħed hawn biex joqgħod jgħid x'għamel il-Partit Nazzjonalista jew il-Partit Laburista fi żmenijiet differenti, f'leġiżlaturi differenti to try and score points.", "Mhijiex dik l-intenzjoni tagħna u mhuwiex dak il-mod ta' kif jien se mmexxi dan il-Kumitat.", "Jiena lanqas biss rajthom dawn l-emendi, jiġifieri ma nafx jekk bgħatthomx lil Dr Elaine Burmingham biss jew inkella ċċirkolajthomx mal-Membri l-oħra għax jien ma rajthomx.", "ROBERT CUTAJAR: Bgħatthomlha qabel bdejna l-laqgħa.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri nista' nassigura lil kulħadd li jiena ma kontx naf eżattament x'fihom.", "ROBERT CUTAJAR: Imxejt ma' dak li hawn fuq l-Aġenda u fuq il-Minuti.", "THE CHAIRPESON: U jiena mxejt ma' dak li ddeċidejna.", "Hawnhekk kien hawn xi ħadd li kien qiegħed jirrappreżentak u d-deċiżjonijiet ħadnihom.", "Kellna qbil li dan ir-rapport irridu nagħmlu a stop to it għax inkella nibqgħu għaddejjin.", "Iddeċidejna li nagħmluh illum u hekk se nagħmel.", "Minn hawnhekk ma jistgħux isiru l-verifiki tal-affarijiet li qed issemmi u anke li kieku nista' ma nixtieqx li dan …", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri qiegħda tgħid li dan li qed ngħid jien mhuwiex minnu?!", "THE CHAIRPERSON: Jiena qed ngħid li rrispettivament minn dawk l-emendi x'kienu, id-deċiżjoni kienet meħuda u li jien lanqas biss kont naf x'inhuma għas-sempliċi fatt li t-timing li aħna konna semmejna għandu jiġi rispettat.", "Illum irridu napprovaw dan ir-rapport biex inkunu nistgħu mmexxu fuq affarijiet oħrajn.", "Jiġifieri dik id-deċiżjoni ttieħdet fuq dak il-punt biss.", "Inti xtaqt li tagħmilhom dawn l-emendi u jiena, biex inkun ġusta miegħek u anke biex jiġu recorded permezz tal-audio għal min għal posterità irid jisimgħu, ħallejtek tagħmilhom u tajtek il-permess kollu sabiex taqrahom.", "Imma ma naħsibx li għandna ndaħħluhom f'dan ir-rapport.", "Jekk dawk jiġu inseriti hemmhekk, jien ukoll bħala Chairperson ta' dan il-Kumitat, meta mill-ewwel ġurnata stess li bdejt immexxi dan il-Kumitat għedtilkom li jiena ma nixtieqx li fil-Kumitat u fir-rapporti tagħna nkunu politiċi b'dan il-mod, tipo x'għamel wieħed, x'għamel l-ieħor to try and score points, u għalhekk I do not accept it.", "Dik hija xi ħaġa kompletament differenti minn dak li bdejna bih u cioè li kien hemm ħin biżżejjed sabiex illum niġu with a clean copy u nagħmlu dak li għandna nagħmlu.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Fuq dan li qed tgħid inti se nikkwota l-ewwel paragrafu tar-rapport li se tippreżenta u li skont inti, jien mhux qed naċċetta dak li qed tgħid inti għax jien hawnhekk nimxi mal-Minuti!", "U jekk ikun hemm bżonn nitlob lill-iSpeaker tal-Kamra sabiex jintervjeni!", "Se nikkwota għall-benefiċċju ta' min qed isegwi - għaliex inti qiegħda tgħid li hawnhekk mhux min jiskorja l-punti - l-ewwel paragrafu ta' dan ir-rapport.", "Hawnhekk qed jingħad hekk;", "\"Fi stqarrija li ħarġet fis-6 ta' Ġunju, 2013 id-Deputat Prim Ministru qal li sabiex wieħed ikun jista' jiġġieled il-prekarjat, jeħtieġ l-ewwelnett li jkun hemm definizzjoni ta' dan it-terminu.", "Hu żied jgħid li \"mhux ġust li min jabbuża jinħeba taħt definizzjonijiet skaduti u liġijiet qodma\" u li dan għandu jitwaqqaf sabiex il-ħaddiem ma jibqax ibati.", "Fl-istess stqarrija d-Deputat Prim Ministru qal li dan is-suġġett diġa' ġie diskuss fil-Kabinett u li fiż-żmien li ġej se tiġi ppreżentata liġi.\".", "Fil-paragrafu ta' wara inti ssemmi wkoll x'qalet f'mistoqsija parlamentari fil-Parlament Ewropej f'isem il-Partit Laburista fi Brussell Claudette Abela Baldacchino!", "Jiġifieri jekk inti tiġi llum u tgħidli li dan huwa bilanċjat jiena ngħidlek li naħseb li huwa żbilanċjat għax inti hawnhekk, filwaqt li f'nifs wieħed qiegħda tgħid li ma tridx li jkun hemm pożizzjonijiet biex ma jkunx hemm scores politiċi, fil-verità fl-ewwel żewġ paragrafi għandek x'qal id-Deputat Prim Ministru - bħallikieku f'Ġunju bdejna nitkellmu dwar il-prekarjat f'pajjiżna - u x'qalet l-Onor.", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, tista' tisma' ir-recording ta' dak li għedt jiena għax jien m'għedtlikx li l-affarijiet li qed isiru issa jew f'din il-leġiżlatura jew xi ħaġa li aħna rridu nimxu fuqha, m'aħniex qegħdin nimxu fuqha.", "Jiena ma rridx u ma ridtx li jidħlu affarijiet li jkunu seħħew f'leġiżlaturi passati biex niskurjaw punti min-naħa jew minn oħra.", "Din hija leġiżlatura li ...", "Din hi l-leġiżlatura li qegħdin fiha.", "Dan hu dak li aħna qegħdin nagħmlu issa.", "Dak kulma qiegħda ngħidlek.", "ROBERT CUTAJAR: Skużani imma jkolli ngħidlek li m'intix qiegħda tkun ġusta.", "THE CHAIRPERSON: Ma naħsibx li m'inix qed inkun ġusta.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Nixtieq infakkar li l-ġimgħa li għaddiet jien ukoll kelli xi ħaġa x'nikkontribwixxi lejn dan ir-rapport imma peress li kien laħaq għalaq il-ħin tad-diskussjoni kelli noqgħod mingħajr ma nsemmiha.", "Issa l-Minuti tal-lum ma jsemmux li nistgħu nżidu affarijiet oħra f'din is-seduta u kulma jingħad hu li jkun hawn biss l-approvazzjoni tar-rapport dwar il-prekarjat mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Kien miftiehem li min irid jibgħat lil Dr Burmingham jista' jagħmel dan permezz tal-email u Dr Burmingham qiegħda tgħid li ma rċeviet xejn.", "Barra minn hekk l-Aġenda tal-lum tgħid li ma nistgħux niddiskutuh imma sempliċement li napprovawh.", "Jiġifieri l-fatti huma ċari.", "Għalhekk nistaqsi jekk nistgħux nieħdu vot fuq din.", "THE CHAIRPERSON: At this point inħoss li kulmin kellu jgħid xi ħaġa seta' jgħidha u eżawrejna s-suġġett u għandna bżonn ngħaddu kemm biex …", "ETIENNE GRECH: Jew inkella ngħaddu l-vot fuq ir-rapport kif emendat jew kif inhu ...", "ROBERT CUTAJAR: Onor. Grech, din mhijiex kwestjoni ta' vot.", "Dawn huma li jgħoddu; il-Minuti!", "ETIENNE GRECH: Fil-Kumitat tista' tieħu vot jew kif emendat jew inkella fuq ir-rapport kif inhu.", "ROBERT CUTAJAR: X'hawn miktub fil-Minuti jgħodd.", "ETIENNE GRECH: Imma hawn l-Aġenda wkoll.", "ROBERT CUTAJAR: Fejn hi l-Aġenda?", "ETIENNE GRECH: M'intix tara li hemm miktub l-approvazzjoni?!", "THE CHAIRPERSON: Nitlob biex ma jkunx hawn cross debating.", "ROBERT CUTAJAR: B'kull rispett lejn is-sinjuri li għandna quddiemna imma l-punt tiegħi rrid nagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Għamiltu.", "Għax li tgħaddi gaffa minn fuq dan il-Kumitat …", "THE CHAIRPERSON: Din li kulmin jieħu deċiżjoni jgħaddi gaffa ...", "Dak li qed jiġri hemm barra u l-istess qed jiġri hawnhekk!", "THE CHAIRPERSON: Il-punt tiegħek għamiltu u ħallejtek tagħmlu.", "Issa jmiss lill-Onor.", "Claudette Buttigieg u se nagħlaq biex nieħdu vot jekk hemm bżonn li nieħdu vot.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li s'issa f'dan il-Kumitat imxejna b'mod differenti ħafna u nixtieq li naslu għal ftehim għax s'issa dejjem kellna kollaborazzjoni tajba bejnietna.", "U naħseb li dawn is-sinjuri qed jieħdu impressjoni verament differenti ta' kif jimxi dan il-Kumitat.", "Fl-emendi li għamel l-Onor.", "Cutajar hemm riferenzi għal-liġijiet li forsi aħna ħallejnihom barra u ma naħsibx li jagħmel ħażin li wieħed jinkludihom.", "Hemm liġijiet li min se jara dan ir-rapport se jgħid; \"Mela dawk il-liġijiet ma kienux jafu li diġa' saru?\".", "U dan irrispettivament minn min għamilhom għax mhuwiex dak il-punt.", "U allura min irid jaħdem fuq dan ir-rapport se jara li aħna ħallejna barra xi ħaġa importanti ħafna.", "Hemm liġijiet li ħallejnihom barra u naħseb li dak il-punt biss huwa validissimu jekk aħna, fl-aħħar mill-aħħar irridu li jkollna rapport li jirrifletti tajjeb dak li aħna bħala team, kollha kemm aħna, konna aware ta' x'sar u x'qed isir.", "Fl-aħħar mill-aħħar inutli tipprova toħloq ir-rota mill-ġdid jekk imbagħad issib li din diġa' inħolqot qabel.", "THE CHAIRPERSON: Biex inkun ġusta ma' kulħadd hawnhekk ingħad li hemm xi proposti ġodda jew emendi li jridu jidħlu f'dan ir-rapport.", "L-emendi smajnihom u jiena se nieħu vot fuq jekk għandhomx jidħlu dawn l-emendi jew le f'dan ir-rapport.", "Wara li nlesti minn dak il-vot fuq l-emendi se ngħaddi biex nara jekk hawnx l-approvazzjoni ta' dan ir-rapport.", "Dak li se nagħmel.", "Naħseb li kulħadd semagħhom l-emendi.", "Ma nafx x'għamel l-Onor.", "Agius Decelis li għadu kemm daħal issa.", "ROBERT CUTAJAR: Mhuwiex aċċettabbli u se nkun qed immur għal pass oltre li tagħtini wkoll id-dritt bħala deputat u rappreżentant fuq dan il-Kumitat biex nara l-pass li jmiss u se nkun qed nieħu parir fuq dan il-każ within the next five minutes!", "Apparti minn hekk għandna membru min-naħa tagħna li qiegħda f'kumitat ieħor next door.", "Jien se nkun qiegħed inressaq dan il-każ ...", "THE CHAIRPERSON: Se ngħaddi biex nieħu vot.", "Hawnhekk għandna quorum u minbarra li għandna quorum, għandna wkoll fl-istanding orders ta' dan il-Parlament li min ma jkunx se jattendi għall-Kumitat għandu jkollu sostitut.", "Din qiegħda fl-istanding orders ta' dan il-Parlament.", "Min qiegħed hawnhekk qiegħed hawnhekk għax jaf u rċieva l-aġenda.", "Issa min mhux qiegħed hawnhekk irċieva l-aġenda wkoll u seta' liberalment jagħmel is-sostituzzjoni skont l-istanding orders ta' dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini imma ma jistax ikun li hawn ġew nagħmlu rapporti u nieħdu deċiżjonijiet u nispiċċaw ma nagħmlu xejn!", "ETIENNE GRECH: Dik hija l-prassi.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwel se ngħaddi għall-emendi biex nara jekk humiex se jiġu approvati jew le.", "Imbagħad ngħaddi għall-vot fuq ir-rapport kif inhu.", "Jiġifieri żewġ voti se jittieħdu.", "THE CHAIRPERSON: La kulħadd qiegħed hawnhekk nixtieq li nkomplu.", "Jiena qiegħda ngħid li se nieħdu vot għax hawn min ma jaqbilx mal-emendi, ibda mis-sottoskritta.", "Jiena qiegħda ngħid li se nieħdu vot fuq jekk l-emendi għandhomx jidħlu fir-rapport jew le.", "Għalfejn għandna bżonn li nieħdu vot?", "Għaliex hawn min ma jaqbilx magħhom.", "(Interruzzjonijiet) Issa rrid nara li jekk hawn il-maġġoranza tan-nies f'dan il-Kumitat li jridu li dawn l-emendi jidħlu fir-rapport, allura mbagħad indaħħalhom.", "Se nieħdu wkoll vot fuq ir-rapport u mbagħad Dr Elaine Burmingham iddaħħalhom meta niffirmawh.", "That's all. Li jien ma naqbilx hu li ma jitteħidx vot fuq dawn l-emendi għax mhux kulħadd qiegħed jaqbel magħhom.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena se nerġa' nappella għall-fatt li dan ir-rapport għandu xi ħaġa li forsi nnotaha l-Onor.", "Cutajar u fl-aħħar mill-aħħar għada pitgħada, ħadd mhu se jimpurtah minn dawn l-argumenti ta' bejnietna, imma hemm nuqqas ta' riferenza għal-liġijiet eżistenti, irrispettivament minn min daħħal dawk il-liġijiet.", "Jiġifieri l-argument li qed nagħmel jien hu sabiex nirraġunaw sewwa l-affarijiet.", "Inti qiegħda tgħid ħaġa u l-Onor.", "Cutajar qed jgħid ħaġa oħra, imma fl-aħħar mill-aħħar will this make the report of this Committee a stronger one?", "Allura għalfejn se noqogħdu nagħmlu dan il-battibekk?", "THE CHAIRPERSON: Jekk hawn xi ħaddieħor li jrid jagħmel argument favur l-emendi, se nagħtih ċans sabiex iressaq issa l-argument tiegħu.", "Se nagħti ċans lil min għandu argument kontra dawn l-emendi sabiex jagħmlu issa u mbagħad se ngħaddu biex nieħdu vot fuq jekk l-emendi għandhomx jidħlu fir-rapport jew le.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, qiegħed nifhmek sew li inti qiegħda tgħid li ma taqbilx ma' dawn l-emendi?", "Ma taqbilx ma' dak li hemm miktub, jiġifieri li saru numru ta' avviżi legali bi qbil mal-imsieħba soċjali?", "Li matul l-aħħar leġiżlatura twaqqaf kuntratt ta' kuntrattur li nstab li kiser il-liġi?", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, se jkolli nwaqqfek!", "Allura għidilna biex tikkonvinċi lil min għandek tikkonvinċi għalfejn għandna ngħadduhom, plain and simple ħalli mbagħad ngħaddi għal min hu kontra.", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb il-fatt li hemm punti legali – u inti taf iktar minni għax inti avukat – li mhumiex inklużi.", "Però inti qiegħda tikkonstata l-fatt jew b'xi mod qiegħda tmur kontra dan li qed ngħid jien?", "Il-Membri kollha li qegħdin preżenti hawnhekk se jiċħdu li kien hemm deċiżjoni mill-Qorti li waqqfet kuntratt ta' kuntrattur b'rabta mal-prekarjat?", "Mhux qed taqbel ukoll li kien hemm avviż legali li jitratta dan is-suġġett?", "Hemm differenza bejn li jiġu verifikati jew xi ħadd li mhux qed jaqbel magħhom u allura hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żewġ punti totalment differenti.", "Jekk xi ħadd jgħidli li jrid jivverifika, m'għandi l-ebda problema dwar dan imma żgur li kulħadd jiftakar li kien hemm kuntrattur li twaqqaf minħabba l-prekarjat b'deċiżjoni mill-Qorti.", "Jekk mhux qed naqblu li din saret, allura għandna problema serja!", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Dan huwa rapport fuq il-prekarjat biex naraw kif se nimxu 'l quddiem u fuq kif din is-sitwazzjoni tista' tiġi ameljorata.", "Irridu nieħdu stock ta' x'hemm illum biex inkunu nistgħu nevalwaw dak li huwa tajjeb jew le u nimxu fuq il-proposti tagħna.", "Huwa għalhekk li jiena naqbel li jidħlu s-suġġerimenti li għamel l-Onor.", "M'inix se nidħol fil-kwestjoni ta' jekk għandhomx jidħlu jew le per se għax tressqu llum imma dawk huma fatti li se jgħinuna nibnu l-każ tagħna aħjar.", "Għaliex?", "Għaliex diġa' huma eżistenti.", "Mela allura biex noħorġu bi proposti li huma validi u biex noħorġu bi proposti aħjar milli hemm illum irid ikollna l-history kollu ta' x'diġa' hemm eżistenti llum.", "Dak huwa l-punt li xtaqt nagħmel.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ma nafx jekk hawnx xi ħaddieħor li jrid jitkellem.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Id-dokument jekk irridu nistgħu nagħmluh f'forma ta' ktieb jekk kull wieħed joqgħod iżid.", "Jiena xtaqt inżid xi ħaġa l-ġimgħa li għaddiet imma ma stajtx għax kien skada l-ħin u dik aċċettajtha.", "Li kieku kelli nerġa' nagħmel iktar riċerka u noqgħod insemmi x'se jsir fix-xhur u fis-snin li ġejjin fuq il-prekarjat għax hemm pjanijiet li jridu jsiru, allura nispiċċaw nagħmlu ġimgħa wara l-oħra u neħlu fuq l-istess suġġett.", "Jiena jidhirli li l-każ irid jingħalaq permezz ta' vot.", "THE CHAIRPERSON: Prattikament il-ġimgħa li għaddiet, qabel ma kellna l-aħħar seduta, dan ir-rapport, bl-emendi li kienu neqsin u li żidnihom fis-seduta li għaddiet, għadda quddiem dan il-Kumitat u kulħadd kellu ċ-ċans li jressaq l-emendi tiegħu.", "Waqt il-laqgħa erġajna tajna ċans lil min irid jagħmel l-emendi tiegħu u qabel ma spiċċajna l-Kumitat għaddejna biex ngħidu li biex żgur jekk ikun hemm xi emendi oħra li nkunu nistgħu napprovawhom jew le bħala rapport jew għalihom, ngħadduhom lil Dr Elaine Burmingham malajr kemm jista' ikun imma mhux dakinhar li dan ir-rapport kien se jiġi diskuss.", "Sal-bieraħ Dr Burmingham ma rċeviet xejn.", "Illum ma nafx jekk irċevietx xi ħaġa u l-Onor.", "Cutajar qed jgħidilna li l-emendi tiegħu bagħathom qabel ma bdiet din il-laqgħa.", "Mela kien hemm ample time biex jekk kien hemm xi ħaġa li xi ħadd ried iressaq iressaqha.", "U d-darba l-oħra għidna li xi darba rridu nagħlquh dan ir-rapport.", "Ma nistgħux nibqgħu niġu meta wieħed kellu ċans għal darba, tnejn, tlieta biex jagħmel l-emendi u ma jagħmilhomx.", "Biex inkun fair ma' kulħadd, meta jkun hemm emendi jridu jiġu approvati, dawn l-emendi jien xorta se nagħti ċans biex jiġu approvati jew le.", "U m'inix se naqbad u napprova jew le dan ir-rapport imma l-ewwel se napprovaw jew le l-emendi u mbagħad jekk jiġu approvati l-emendi, dan ir-rapport jiġi approvat bl-emendi b'kollox.", "Imma jekk ma jiġux approvati l-emendi, ikollna ngħaddu biex napprovaw dan ir-rapport kif inhu u b'hekk, fil-fehma tiegħi nkunu solvejna l-problema.", "Għaliex?", "Għaliex jekk nagħtu ċans sal-ġimgħa d-dieħla l-istess ħaġa se nagħmlu u ċioè rridu napprovaw l-emendi u allura m'aħniex se nkunu f'pożizzjoni differenti.", "Għaldaqstant nixtieq li din nagħlquha llum kif kienet l-intenzjoni ta' dan il-Kumitat.", "Nixtieq nagħlaq dan is-suġġett għax il-ġimgħa l-oħra kelli l-istess problema mal-Onor.", "Dan il-ġiri kollu biex tagħlaq ir-rapport huwa …", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, se ngħaddu biex napprovaw jew le l-emendi ...", "ROBERT CUTAJAR: Jiġifieri min hu l-aqwa jħawwel se tirraġuna inti?!", "THE CHAIRPERSON: Jekk inti trid li meta jkollok opinjoni differenti minn tal-maġġoranza tan-nies hawn ġew tgħaddi tiegħek, allura mbagħad il-biċċa tkun iktar gravi!", "ROBERT CUTAJAR: M'għandix dubju.", "Hemm differenza bejn li ddaħħal emenda li hija fuq stat ta' fatt u emenda li se terġa' tiftaħ id-dibattitu.", "Jekk aħna se noqogħdu noġġezzjonaw jidħolx avviż legali jew le f'dan id-dokument, meta wara kollox dan l-avviż legali diġa' huwa wieħed pubbliku, allura hemmhekk iva, we are missing the wood for the trees.", "Naqbel miegħek li kieku hemm xi punt fejn irridu niddiskutu kif l-aħjar li jiġi implimentat imma hawnhekk għandna fatt. Mela għaliex din l-oġġezzjoni biex jidħol fatt?", "THE CHAIRPERSON: L-aħħar kumment mingħand l-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jien il-punt kollu narah hawnhekk; il-ġimgħa l-oħra lill-Onor.", "Etienne Grech ma ħallejnihx iressaq l-emendi tiegħu għax kien skada l-ħin tad-diskussjoni fuq ir-rapport u dakinhar kulħadd qabel.", "Imma xorta waħda kien hemm ċans li min irid jibgħat email jibgħatha u kellna ċans ġimgħa oħra.", "Issa ma noqogħdux niġu llum u ngħidu għax il-minoranza u dittatorjat u li tirrombla għax dan kollu paroli!", "Il-ġimgħa l-oħra ma smajniex dawn l-affarijiet.", "Onor. Cutajar dan kien il-punt li ħareġ il-ġimgħa l-oħra; kien hawn membru f'dan il-Kumitat li ried jagħmel xi amendments u għidnielu li skada l-ħin.", "Issa llum hawn membru ieħor li jixtieq jagħmel l-istess.", "Issa jekk il-ġimgħa l-oħra kien skada l-ħin, kif din il-ġimgħa ma skadiex?", "Din loġika ħafifa!", "THE CHAIRPERSON: Skużawni.", "Se jkolli nagħlaq dan id-dibattitu.", "Tista' issejjaħlu li trid!", "ROBERT CUTAJAR: Però mhux sewwa li jagħmel statement mhux korrett u nieqfu hemmhekk!", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nikkoreġih jien.", "L-Onor.", "Etienne Grech ried jagħmel punt, x'kien dak il-punt ma nafx għax konna għidna li se nieqfu niddiskutu s-suġġett u konna għidna wkoll li min irid jista' jibgħat l-emendi tiegħu lil Dr Elaine Burmingham u rrispettivament mil-liema naħa tal-Kamra ġej, aħna għidna li rridu nimxu għat-tieni item u l-istess ħaġa se nagħmel illum.", "Ma jistax ikun li xi ħaġa nibqgħu niddiskutuha tliet sigħat meta suppost kienet xi ħaġa ċara u tonda.", "Li kieku jiena m'inix se nagħti ċans lil dan il-Kumitat japprova jew le l-emendi tal-Onor.", "Cutajar, ngħid saħħa imma se nagħti dan id-dritt.", "Issa jekk hawn xi ħadd li ma togħġbux is-sistema demokratika jista' imur f'sistema dittatorjali u forsi jimxi naqra aħjar!", "Imma jien nippreferi s-sistema demokratika u hekk se jiġri llum.", "Biex inkun ġusta għal min ma kienx hawnhekk waqt li nqraw dawn l-emendi se nerġa' nitlob lill-Onor.", "Cutajar sabiex jaqra l-emendi u eżattament wara, mingħajr interventi oħra, se nieħdu vot fuq jekk dawn l-emendi għandhomx jiddaħħlu fir-rapport jew le.", "Jekk jiddaħħlu fir-rapport wara ngħaddu biex napprovaw ir-rapport bl-emendi b'kollox u jekk ma jidħlux fir-rapport ngħaddu biex nagħmlu l-finalizzazzjoni tagħna biex napprovaw ir-rapport kif inhu.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jiena qed ngħid dak li ġie approvat fil-Minuti u fil-Minuti qed ngħidu li; \"Ġie deċiż li fil-laqgħa li jmiss, wara li jsiru l-emendi meħtieġa, ...\"", "THE CHAIRPERSON: Tista' tagħmilhom issa l-emendi Onor. Cutajar.", "Jimporta tagħmilhom?", "ROBERT CUTAJAR: Imma weġibni jekk jogħġbok.", "ETIENNE GRECH: Għax kien hemm consensus mill-Membri.", "THE CHAIRPERSON: Jiena qiegħda nasal biex inqarreb lejn il-pożizzjoni tiegħek ħalli nikkuntentak!", "Issa jekk lanqas dik ma togħġbok jiddispjaċini!", "ROBERT CUTAJAR: Inti m'intix qiegħda hawnhekk biex tikkuntentani!", "It-tfal jimxu hekk, fejn nagħtuhom xi ħaġa biex nikkuntentawhom!", "THE CHAIRPERSON: Ħu paċenzja, trid taqrahom jew le?", "Diġa' qrajthom.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex nikkuntentaw lin-nies.", "Hawnhekk niġu biex nirrispettaw lin-nies u mhux biex min jiflaħ iħawwel iħawwel!", "Intom hekk drajtu tagħmlu u allura ma neskludix li anke hawnhekk timxi bl-istess mod!", "THE CHAIRPERSON: Onor. Cutajar, jekk ma jimportax aqra l-emendi ħalli ngħaddu biex napprovawhom jew le.", "ROBERT CUTAJAR: B'rispett lejn il-Kumitat se nkun qed naqrahom;", "\"L-amministrazzjoni preċedenti ħadmet u ħadet passi intenzjonati sabiex jiġi miġġieled il-prekarjat;", "40 avviż legali bi qbil mal-Imsieħba Soċjali,", "Avviż legali dwar il-part-time jobs li kien jinkudi benefiċċju pro-rata fuq kull impjieg part-time,", "Avviż legali dwar Self-Employed,", "Fuq kuntratti tal-Gvern iddaħħlet klawsola li f'kull kuntratt jidħlu kondizzjonijiet li jekk jinkisru l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema, l-istess kuntratt jiġi terminat,", "Matul l-aħħar leġislatura twaqqaf kuntratt ta' kuntrattur li nstab li kiser il-Liġi tax-Xogħol mill-Qorti.\"", "THE CHAIRPERSON: Se ngħaddu biex nieħdu vot fuq l-emendi li għadu kif ressaq l-Onor.", "Nitlob lil kulħadd sabiex jirreġistra l-vot tiegħu.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena favur li jiddaħħlu l-emendi fir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena favur li jiddaħħlu fir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Favur li jiddaħħlu fir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Per principio u allura peress li l-ġimgħa l-oħra ma ħallejnix lill-Onor.", "Etienne Grech iressaq l-emendi li ried jagħmel, jiena se nivvota kontra li jiddaħħlu dawn l-emendi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Kontra li jiddaħħlu dawn l-emendi.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Kontra li jiddaħħlu dawn l-emendi.", "THE CHAIRPERSON: Il-vot tiegħi huwa kontra li jiddaħħlu dawn l-emendi.", "Din l-emenda m'għaddietx.", "Ngħaddu issa biex nivvotaw fuq jekk għandniex napprovaw ir-rapport kif inhu.", "U nerġgħu nimxu fuq l-istess proċedura li għamilna fuq l-emendi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Peress li aħna, min-naħa tagħna naqblu li l-issue tal-prekarjat għandha tiġi indirizzata, u minkejja dak li huwa ben fatt ma ddaħħalx fir-rapport, jiena xorta se nivvota favur ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Bħall-kollega tiegħi, għalkemm nemmen li kellna ndaħħlu dawk l-emendi għaliex dawk il-liġijiet suppost inkludejnihom, xorta waħda nivvota favur dan ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: L-istess jien, b'riżerva ovvjament tal-fatt li dawn l-emendi ma ddaħħlux fir-rapport.", "Nivvota favur dan ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Favur ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena wkoll jiddispjaċini li kelli xi kontribuzzjonijiet li stajt għamilthom il-ġimgħa li għaddiet imma peress li kien għadda l-ħin ma lħaqtx għamilthom u għalhekk jiena nivvota wkoll favur dan ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: Min-naħa tiegħi favur dan ir-rapport u għalhekk ir-rapport ġie aċċettat unanimament.", "Għaldaqstant ir-rapport li għandna quddiemna ġie approvat.", "Nirringrazzjakom ħafna tal-kontribuzzjonijiet tagħkom.", "Jiddispjaċini li kien hawn xi affarijiet li forsi ma qbilniex dwarhom imma fortunatament jew sfortunatament ngħixu f'demokrazija u dan kien vot demokratiku kif kellu jkun.", "Grazzi.", "VJOLENZA DOMESTIKA – PREŻENTAZZJONI MIR-RAPPREŻENTANTI TA' DAR MERĦBA BIK", "THE CHAIRPERSON: Issa se ngħaddu minnufih għat-tielet item fuq l-Aġenda tagħna u ċioè id-diskussjoni fuq il-vjolenza domestika, fejn illum għandna preżentazzjoni mir-rappreżentanti ta' Dar Merħba Bik.", "L-ewwelnett nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa sabiex tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom.", "Jiddispjaċini li kellna nħallukom tistennew minħabba din id-diskussjoni forsi inutilment imqanqla.", "Se nagħtikom idea ħafifa ta' x'kien qiegħed jagħmel dan il-Kumitat rigward il-vjolenza domestika.", "Snin ilu meta kien hawn dan il-Kumitat taħt leġiżlatura differenti, kien ġie diskuss is-suġġett tal-vjolenza domestika.", "Illum m'aħniex se niddiskutu l-vjolenza domestika bħala statistika, eċċ. imma se niddiskutu kif l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna jitrattaw ma' vittmi ta' vjolenza domestika.", "Diġa' ġew ikellmuna vittmi, nies minn NGOs u minn shelters dwar l-esperjenza tagħhom u minn aspetti differenti dwar kif il-pajjiż, bl-istituzzjonijiet tiegħu, bħall-pulizija, sptarijiet, eċċ. jimxu magħhom meta jirrikorru għall-għajnuna.", "U qegħdin nagħmlu dan proprju biex naraw jekk hemmx affarijiet li għandhom jitranġaw, u jekk hemm affarijiet li għandhom jitranġaw, x'inhuma dawn l-affarijiet, li jistgħu jkunu sistemi jew atitudnijiet biex ovvjament dejjem nimxu pass 'il quddiem f'affarijiet prattiċi u mhux teoretiċi biss.", "Se nitlob lis-Sinj.", "Pamela Cuschieri minn Dar Merħba Bik sabiex tagħtina overview ħafifa fuq jekk ikunx hemm complaints rigward l-istituzzjonijiet tagħna u l-mod ta' kif l-istituzzjonijiet jimxu mal-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Il-kontribut li tista' tagħtina inti se jkun apprezzat għax tista' tgħidilna ħafna iktar minn forsi nies partikolari.", "Imbagħad wara nduru għas-sinjuri l-oħra.", "Naturalment jekk hemm xi ħadd li ma jixtieqx jidentifika ruħu jista' jagħmel dan ukoll.", "PAMELA CUSCHIERI (Koordinatriċi ta' Dar Merħba Bik): Dar Merħba Bik hija NGO mmexxija mis-sorijiet tal-Bonpastur imma llejla ma setgħux jiġu magħna minħabba li ħafna mis-sorijiet illum il-ġurnata huma anzjani u ma felħux jattendu.", "In-numru tas-sorijiet naqas u għalhekk we rely on the staff u mhux aktar fuq is-sorijiet.", "Dar Merħba Bik ilha miftuħa iktar minn 30 sena.", "Illum ġibt miegħi lir-residenti tagħna, li kienu jgħixu magħna jew li għadhom magħna u dan għamilnih għaliex nemmnu li huma l-esperti f'dan il-qasam u mhux aħna bħala l-professjonisti.", "Ix-xogħol tagħna magħhom mhuwiex li nagħtuhom l-għajnuna għax l-għajnuna hija ġo fihom stess, dak li jissejjaħ empowerment.", "Aħna ma nagħtu l-ebda empowerment għax dan jinsab fil-mara stess.", "Nemmnu li n-nisa inqas ma jkunu fix-shelter tagħna, aktar aħjar.", "Ovvjament il-liġi qiegħda hemmhekk u qiegħda tgħin imma nemmen li wasal iż-żmien li jsiru xi emendi.", "Nixtieq li forsi d-definition tagħha tkun xi ftit aktar speċifika għax kif inhi llum hija vaga.", "Ħafna problemi li jiltaqgħu magħhom ir-residenti tagħna fis-sistema se jippreżentawhom huma stess.", "Aħna ġewwa Dar Merħba Bik ma naħdmux waħedna u għalkemm aħna indipendenti naħdmu mal-Aġenzija Appoġġ mid-Domestic Violence Unit fejn ikollhom social worker minn tagħhom biex isir assessment professjonali.", "Aħna naċċettaw referrals minn kullimkien imma nenfasizzaw sabiex ikun hemm standardisation fuq l- assessment li jsir mis-social worker tad-DVU.", "Hemmhekk hemm network li nħoloq biż-żmien u fil-fatt niltaqgħu on a regular basis bejnietna u mas-social workers tal-Aġenzija Appoġġ u Djar oħra, bħad-Dar Qalb ta' Ġesu, Għabex u Dar Thereża Spinelli.", "Niltaqgħu kull tliet xhur biex naraw id-diffikultajiet tan-nisa u biex naraw kif nistgħu nsaħħu s-sistema.", "Issa se ngħaddi l-kelma lill-mistednin tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nistieden lis-sinjuri biex jaraw min minnhom jixtieq jitkellem l-ewwel.", "ABIGAIL COLOMBO (Ex-Residenti fid-Dar Merħba Bik): Nixtieq nagħti l-opinjoni tiegħi rigward il-manteniment, speċjalment f'dawk il-każijiet ta' tfajliet li joħorġu tqal meta jkunu għadhom taħt it-18-il sena.", "Fl-opinjoni tiegħi nixtieq li jsir l-eżami tad-DNA għax li jiddikjaraw it-tfal unknown mhijiex fair fuq it-tfal, speċjalment jekk il-missier ikun adult u jkun jista' jikkontribwixxi l-manteniment għat-tfal.", "Rigward pulizija nixtieq ngħid li jekk tfajla toħroġ tqila ta' 16-il sena wara li tkun ġiet abbużata mill-partner tagħha.… Mhux biss ħarġet tqila taħt it-18-il sena imma t-tifla speċifika ġiet bħala rape!", "Peress li din it-tfajla ma kellhiex biżżejjed saħħa sabiex titkellem għax ma kellhiex daqshekk indipendenza u lanqas kellha saqaf fuq rasha, kellha tibqa' tgħix miegħu u reġgħet ħarġet tqila bit-tieni tarbija.", "Meta marret biex tavviċina lill-pulizija u tinformahom bil-każ tar-rape tat-tifla l-kbira tagħha, il-pulizija qalulha li r-raġel jista' jeħel sentenza sospiża!", "Fir-realtà huwa worth it li dan jeħel sentenza sospiża?", "Ara kemm hawn tfajliet taħt it-18-il sena li ħarġu tqal u l-irġiel jibqgħu bandiera bajda!", "THE CHAIRPERSON: Ippermettili nwaqqfek daqsxejn għax nixtieq nistaqsik xi ħaġa.", "Dan li qiegħda tgħid ovvjament jinteressana ħafna għaliex għadek kif semmejt xi ħaġa li tolqot ħafna l-istituzzjonijiet u cioè il-mod ta' kif il-pulizija jaġixxu fuq ċerti aħbarijiet li jwasslulhom il-vittmi.", "Jiena qiegħda nħoss li l-opinjoni li jista' jagħti pulizija tista' tagħmel differenza kbira meta xi ħadd jiġi biex jagħżel jekk imurx jissalvagwardja d-drittijiet tiegħu u jmur il-Qorti minħabba f'hekk jew le.", "Tista' tagħtina idea ta' jekk inti għandekx forsi xi esperjenzi meta ġejt biex titkellem mal-pulizija u jekk tħossx li dawn għenukx biżżejjed?", "Jiġifieri l-mod ta' kif jilqgħu lill-vittma hija tajba jew ħażina?", "Jekk hemm xi affarijiet pożittivi nixtiequ nkunu nafuhom ukoll imma dan il-punt naħseb li huwa punt interessanti ħafna.", "ABIGAIL COLOMBO: Rigward il-pulizija nista' ngħid li għamilt diversi rapporti.", "Ftit minnhom tniżżlu u oħrajn ġew imniżżla fuq biċċa karta u ma ttieħed xejn!", "Jiena hawnhekk qiegħda nitkellem fuq l-esperjenza personali tiegħi.", "Jiena tlajt il-Qorti bi tmien xhur tqala.", "Il-pulizija jgħid li jiena kemm-il darba ħfirtlu imma x'għażla kelli?", "Jien saqaf fuq rasi ma kellix u jekk immur id-dar naf li se naqlagħha u allura bilfors kelli naħfirlu.", "Bħala pulizija, meta darba sibt surġent li ħsibt li hu tal-affari tiegħu u għidtlu kollox, mill-A saż-Ż, inkluż bir-rape tat-tifla tiegħi, dan is-surġent ħalla t-tieqa miftuħa biex missier it-tfal seta' joqgħod jissemma' minn taħt it-tieqa!", "Dik hija s-serjetà fil-Korp tal-Pulizija?!", "Jiena qiegħda membru fis-SOAR u meta tkellimt mas-Supretendent Vassallo ħassejt li dan għenni.", "Kien ukoll għaddieni mal-kollega tiegħu l-Ispettura Silvana li qiegħda mal-Vice Squad u t-tnejn rajthom li semgħuni ħafna.", "Imma kif diġa' għedt l-ewwel, kif jista' dan jeħel sentenza sospiża għax għandu kondotta nadifa?!", "Jiena li ma narahiex ġusta hi li lili fottieli ħajti!", "Maż-żmien nista' nerġa' inqum fuq saqajja imma dan kollu huwa ġust fuq it-tfal tiegħi?!", "Jiena qiegħda nbati u din it-tbatija se tgħaddi awtomatikament fuq it-tfal.", "Nerġa' ngħid li jiena tlajt bi tmien xhur tqala l-Qorti u qlajt ħafna tagħjir u għax dakinhar ma sawwatniex m'għaddietx li hi domestic violence.", "Naħseb li s-swat bit-tagħjir huwa iktar gravi mis-swat bid-daqqiet għax meta ġie jipprova jsawwatni wara ftit għaddieli imma t-tagħjir li kien jgħajjarni bqajt inħossu u għadni nħossu sal-lum wara erba' xhur li ilni nieqsa mid-dar!", "Għandek ukoll il-kontroll kbir li perpetrator ikollu fuq il-mara għax għalkemm issa m'għadux isawwatni, xorta waħda jindaħħalli fejn immur u jindaħal lit-tfal lil min ikellmu.", "Rigward kustodja xtaqt ngħid li meta mara tmur ġo shelter għandu jkun hemm assessment - bħalma qalet Pamela - fuq l-omm u fuq it-tfal.", "Jiena tal-opinjoni li jekk l-omm tkun fi stat tajjeb u t-tfal tista' tieħu ħsiebhom hi, il-kura u l-kustodja għandha tingħata lill-omm.", "Il-missier ma qagħadx jagħti kas li t-tfal tiegħu spiċċaw ġo home, mela allura għalfejn il-kura u l-kustodja għandha tiġi konġunta miegħu?!", "Jien għandi problema għax it-tifla l-kbira tiegħi għandha bżonn it-terapija imma l-missier ma ffirmax.", "Għandi wkoll it-tifla ż-żgħira tiegħi li għadha ma ġietx mgħammda - għandha erba' xhur issa - għax ma ffirmalix!", "THE CHAIRPERSON: Xi kultant ikun hemm ċerti liġijiet imma biex inti tieħu dak li huwa d-dritt tiegħek il-proċess huwa twil u jista' ikun li jiġi jiswik il-flus.", "Jista' ikun li jkollok bżonn il-legal aid u ma nafx jekk qattx użajt dan is-servizz.", "Jekk iva tista' forsi tgħidilna x'inhi l-esperjenza tiegħek fuq il-legal aid għax dik ukoll hija importanti u rridu nħarsu lejha biex naraw jekk hemmx xi sistema li nistgħu nagħmluha inqas incumbent fuq il-vittma u biex tasal għal ċerti risposti u deċiżjonijiet bħalma qiegħda ssemmi inti, jiġifieri fuq kura u kustodja.", "ABIGAIL COLOMBO: Bħala legal aid jiena ġieli kellimt lil Dr Malcolm Mifsud imma kemm ilni li dħalt ġod-Dar Merħba Bik qiegħda taħt Dr Lara Dimitrivec.", "Jiena sibtha tajba ħafna għax qiegħda fuq id-domestic violence biss u ħassejtni ħafna aħjar minn mindu qiegħda taħt idejha.", "Issa mhux qiegħda ngħid li tal-legal aid huma ħżiena imma l-missier dejjem avukati ebsin ikollu.", "Tal-legal aid jgħinu imma ħassejt li għandi nqabbad lil Dr Lara Dimitrivec peress li hu għandu ċerta power u kontroll fuqi.", "Minħabba ċertu biża' bilfors li kelli nqabbad avukat.", "(Interruzzjonijiet) Le mhux tal-legal aid imma ħassejt li dak hu l-bżonn tiegħi.", "Ma nistax nibqa' fuq tal-legal aid u ċerti bżonnijiet tagħna jintesew.", "Dr Dimitrivec tiġġieled ħafna għad-domestic violence.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Wara li għaddejt minn din l-esperjenza kollha ħassejt li hemm support biżżejjed?", "Li għandi f'moħħi hu li l-Università ta' Malta qiegħda tħarreġ dawk li jgħidulhom youth workers.", "Għalkemm aħna qegħdin ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna u f'nies oħra biex jagħmlu dan il-kors tal-youth workers, ma tantx qegħdin jiġu involuti dawn iż-żgħażagħ f'dan it-tip ta' xogħol.", "Min-naħa tiegħi nara bħala xogħol primarju ta' kull youth work li għandu jagħmel huwa proprju li jinforma liż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni.", "Punt ieħor li xtaqtek tgħidilna xi ħaġa fuqu huwa jekk tħossx li s-sistema edukatttiva tagħna ħarrġitekx b'mod tajjeb fuq sexual education?", "Jiena naħseb li rridu narmaw liż-żgħażagħ tagħna aktar permezz tal-edukazzjoni sesswali, anke fid-dawl li r-riċerka kollha qiegħda turi li the first penetrative sexual intercourse taż-żgħażagħ tagħna huwa ta' 13-il sena u allura, jekk aħna nkomplu nedukaw iktar liż-żgħażagħ tagħna, din se tkun ta' għajnuna għalihom.", "U allura nixtieqek titfa' ftit dawl fuq din ħalli mbagħad, meta niġu biex nagħmlu s-suġġerimenti tagħna nkunu nistgħu nissuġġerixxu li hemm bżonn ta' aktar sapport għax l-ewwelnett inti qiegħda tgħid li tħossok waħdek u t-tieni għax il-moħħ kollox.", "Mela jekk inti mentalment tkun ippreparata għax tkun ingħatajt it-training fl-iskola sekondarja u tkun taf it-toroq li tista' tuża biex inti tipproteġi lilek innifsek mhux biss minn pregnancies imma anke minn mard infettiv li jista' ikun trasmess sesswalment.", "Fil-fatt dan li kont qiegħda miegħu inti u li kien qed jabbuża minnek jista' ikun li kif għamel lilek għamel hekk ukoll lil ħaddieħor u forsi laqqat xi marda infettiva mingħand ħaddieħor.", "Jien qiegħed nara dawn iż-żewġ binarji li rridu nipproponu b'saħħa kbira sabiex jidħlu fis-sistema edukattiva tagħna.", "ABIGAIL COLOMBO: Jiena tal-opinjoni li jekk forsi huwa possibbli għandu jkun hemm iktar talks fl-iskejjel fuq dawn l-affarijiet, irrilevanti l-età.", "Illum il-ġurnata jkollhom l-ewwel esperjenza tagħhom ta' 13-il sena bejn wieħed u ieħor.", "Jiena ħadt is-sexual education tiegħi meta kelli madwar 15-il sena u ta' 16-il sena ħriġt pregnant mill-iskola.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi dawn il-korsijiet għandhom jibdew minn Form 1.", "Nies bħali li huma mġarrbin, jekk hu possibbli, għandhom ikunu huma li jitkellmu mat-tfal għax inutli tmur counsellor biex tagħti l-opinjonijiet tagħha.… Jiena naħseb li min hu mġarrab l-iktar li jista' jitkellem.", "Pereżempju jiena kont nitkellem ma' counsellors imma ma kontx ngħidilhom l-istorja mija fil-mija peress li kont nibża' mill-partner tiegħi.", "Jiena nemmen li min hu mġarrab l-iktar li jista' jitkellem għaliex jista' jagħti l-esperjenza tiegħu u jgħid lil dawn it-tfal li m'għandhomx jafdaw u li mhux għax jaraw l-ewwel raġel li jista' jagħtihom naqra attenzjoni allura jgħaddi kollox għalihom.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet; waħda minnhom indirizzata lilek u l-oħra lis-sinjura ta' ħdejk.", "Qabel xejn irrid ngħidlek prosit talli sibt il-kuraġġ illejla li tiġi quddiemna biex titkellem mingħajr ma tafna.", "Naħseb li l-kuraġġ tiegħek ifisser li inti qiegħda hawnhekk mhux biss għalik imma għaliex tixtieq twassal messaġġ ċar biex min għaddej mill-istess problemi tiegħek, inkunu b'xi mod nistgħu ngħinuh ukoll.", "Jiena fhimt sew dak li għidt inti li kien hemm okkażjonijiet fejn mort tagħmel rapport l-għassa u r-rapport tiegħek ma ġiex aċċettat?", "ABIGAIL COLOMBO: Ir-rapport jitniżżel fuq karta bħal din u mbagħad immur l-għada.… Jien ma kontx naf li nista' nitlob il-file number imma sirt naf b'din il-biċċa minn meta mort Dar Merħba Bik.", "U sibt li kien hemm diversi rapporti li qatt ma saru jew li nkella tniżżlu skont kif deherilhom huma.", "ROBERT CUTAJAR: Bla dubju dan il-fatt huwa wieħed inkwetanti.", "Il-każ ta' din is-sinjorina li għandna quddiemna huwa xi ħaġa li tiġri spiss jew inkella huwa l-eċċezzjoni?", "Dan li qed tgħid li tmur tagħmel rapport u dan ma jinstabx l-għada jew xi ġranet wara hija xi ħaġa li tiġri b'mod ripetut?", "PAMELA CUSCHIERI: Kull każ huwa differenti.", "Meta aħna nistaqsu fuq il-feedback li jieħdu l-klijenti tagħna nista' ngħid fuq il-maġġoranza imma ovvjament jiddependi lil min isibu l-għassa.", "Naf li l-pulizija kollha mħarrġin fuq vjolenza domestika imma xi ħaġa li nisma' ta' spiss hi kemm hu diffiċli għall-klijenti tagħna biex imorru l-għassa quddiem diversi pulizija rġiel - speċjalment bil-lejl – biex jagħmlu r-rapport.", "Imbagħad għandek l-issue tal-privatezza fl-għassa għax huwa diffiċli biex tagħmel rapport f'għassa meta jkun hemm nies oħra fl-għassa u li qegħdin jisimgħu dak kollu li qiegħda tgħid.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: L-ewwel ħaġa nixtieq nesprimi solidarjetà mas-sinjorina li ġiet hawnhekk tkellimna u naħseb li din mhijiex l-ewwel waħda li għaddiet minn din l-esperjenza iebsa.", "Meta tisma' esperjenza bħal din ikollok tikkonkludi u tgħid li l-ħajja darba tiġi imma quddiem din l-esperjenza kollha tista' tgħidilna x'għajnuna psikoloġika ħadt?", "Tħoss li kien hemm servizz ta' għajnuna psikoloġika fuq dak kollu li għaddejt minnu?", "Tkellimna wkoll fuq is-servizz ta' avukat li anke hawnhekk, minn dan il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali wieħed irid jenfasizza u jara x'jista' jagħmel meta wieħed ikollu din l-esperjenza.", "Mill-esperjenza ta' ħafna nies u anke mid-diskors li għamlet is-sinjorina hawnhekk, jidher li ma tantx kienet sodisfatta mis-servizz tal-avukat tal-fqar.", "Tista' tgħaddilna xi proposti li wieħed jista' jagħmel dwar dan is-suġġett?", "U fl-aħħar mill-aħħar x'tistenna mill-Istat u mill-NGOs biex toħroġ minn din it-trawma?", "Is-servizzi li jingħataw kienu biżżejjed jew tħoss li għandu jkun hemm aktar servizzi?", "B'hekk aħna wkoll minn dan il-Kumitat inkomplu naħdmu biex naraw li nies bħalek, li jkunu għaddew minn din l-esperjenza daqstant iebsa, ikollhom is-servizz mixtieq ħalli joħorġu mit-trawma li jkunu għaddew minnha.", "ABIGAIL COLOMBO: Jien qiegħda mmur għand Dr Felice imma ma mmurx għandu regolarment.", "Qiegħda mmur ukoll għand Mrs Martins li hija clinical psychologist.", "Qiegħda nipprova noħroġ minn din it-trawma li dħalt fiha u t-tifla tiegħi nixtieq li tibda tirċievi s-servizz ta' child therapy għax inħoss li t-trawma qiegħda iktar fuqha milli qiegħda fuqi.", "(Interruzzjonijiet) Ma nistax minħabba l-kura u l-kustodja.", "Mhux qed ngħid li l-ħarsien tal-mara mhuwiex importanti imma huwa aktar importanti l-ħarsien tat-tfal.", "THE CHAIRPERSON: Inti m'għandekx permess biex tieħu t-tifla għand child therapist għax m'għandekx ovvjament il-permess ta' missierha.", "Inti pprovajt tressaq rikors il-Qorti biex dan il-permess iġġibu mill-Qorti jew ma tafx li tista' tagħmel hekk?", "ABIGAIL COLOMBO: Rigward ir-rikors ma nafx li nista' nitfa' rikors il-Qorti biex nieħu lit-tifla tiegħi għand child therapist.", "Imma l-istess biex nitfa' rikors u sakemm ir-rikors jgħaddi hemm ħafna dewmien.", "U dan mhux sewwa fuq it-tfal.", "Se jilħqu jgħaddu erba' xhur żgur u mbagħad trid tgħaddi mis-CDAU u hawnhekk għandek waiting list ta' sentejn.", "Il-problema mhijiex l-aktar fuqna imma fuq it-tfal li għada pitgħada dawn se jkunu l-futur ta' pajjiżna.", "Jekk din it-tifla qiegħda tara issa l-vjolenza domestika taf terġa' tgħaddi minnha la tikber.", "U għalhekk nixtieq li t-tifla tiegħi tiġi riferuta għand child therapist.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom tal-attendenza tagħkom u tal-kuraġġ tagħkom.", "Aħna nittamaw li nużaw id-doveri u d-dmirijiet tagħna sabiex nipprovaw nirranġaw l-affarijiet li intom stess qegħdin titkellmu fuqhom u li qegħdin tgħaddu minnhom.", "Inti fil-bidu semmejt l-unknown father u hawnhekk irrid ngħid li hemm ħafna tfajliet u nisa mhux miżżewġin li jkollhom it-tfal u lil dawn iniżżluhom bħala unknown father.", "Ovvjament dan jagħmluh bi skop għax huwa diffiċli biex inti ma tkunx taf ma' min mort imma jagħmluha biex ikunu jistgħu jieħdu ċerti benefiċċji.", "Imma din imbagħad it back fires għax jekk forsi jmorru għand l-avukat biex jipprovaw jieħdu l-manteniment mingħand il-missier, peress li dan ikun imniżżel bħala unknown father ma jkunux jistgħu jieħdu l-manteniment u jkollhom jiftħu kawża fil-Qorti.", "It-tfajliet stess li jkollhom it-tfal żgħar u ma jkunux miżżewġin iridu jieħdu pariri siewja.", "Jiena tabib tal-familja u ġieli ġew għandi tfajliet li jgħiduli li kienu rċevew parir biex lit-tarbija jniżżluha b'unknown father minħabba l-benefiċċji soċjali.", "Fil-fatt ħafna social workers jgħidulhom biex jagħmlu hekk imma ovvjament dan jista' ikun parir żbaljat għax imbagħad ma jkunux jistgħu japplikaw għall-manteniment.", "Jiena qed naqra ċerti ġurnali u ċerti updates tal-psikoloġija għaliex huwa suġġett li nħobb naqra ħafna fuqu fl-ispare time tiegħi u t-trend tal-lum hi li kemm jista' ikun it-tfal jipprovaw jagħrfu kemm lill-missierhom kif ukoll lill-ommhom.", "Ovvjament f'każijiet fejn il-missier huwa vjolenti t-tfal ma jistgħux jiffaċċjaw lil dak il-missier li huwa vjolenti jew li jista' jagħmlilhom il-ħsara.", "Imma inti tarah li huwa bżonn li t-tfal tiegħek iqattgħu ċertu ħin ma' missierhom u li jagħrfu min huwa jew inkella trid li trabbihom inti mingħajr ma jkunu jafu min hu missierhom?", "Xi ħaġa oħra li ridt insemmi hija fuq l-età tas-sexual consent hawn Malta għaliex hawn Malta għandna daqsxejn ta' problema f'dan ir-rigward.", "Intom semmejtu li ta' 13-il sena ħafna tfajliet ikunu diġa' bdew ikunu attivi sesswalment.", "Imma ta' min jinnota li hawn Malta l-età li suppost tista' tagħmel is-sess għadha ta' 18-il sena sakemm din ma ġietx riveduta dan l-aħħar.", "Sewwa qed ngħid?", "ANTHONY AGIUS DECELIS: F'riċerka żgħira li kont għamilt għall-istudji tiegħi li wasslu għal B.A. kont sibt li kien hemm ħafna żgħażagħ anke hawn Malta li their first penetrated sexual intercourse kien ta' 13-il sena.", "Il-problema hi li forsi aħna ma naċċettawhiex din ir-realtà.", "Issa mhux qed ngħid li kulħadd jagħmel hekk għax ma nistgħux niġġeneralizzaw.", "Għandna ħafna familji tajbin u l-fatt li ż-żgħażagħ tagħna ma jmorrux il-college barra mir-raħal tagħhom hija xi ħaġa li qed iżżomm aktar għaqda fil-familja u tipprevjeni milli jsiru dawn l-affarijiet.", "Imma rridu naraw x'inhu dan il-persentaġġ ħalli jekk hemm bżonn ta' aktar sexual education nagħtuha.", "Din hija problema li taqta' minn żewġ naħat.", "Aħna ma naċċettawx li t-tfal tagħna jkollhom sexual intercourse ma' xi ħaddieħor u allura ma nagħtuhomx sexual education … (Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: M'għandhomx contraceptives.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Ma nużawx contraceptives.", "Allaħares il-ġenituri jsibu lis-subien tagħhom b'xi contraceptive fil-but għax jagħmlulhom storbju!", "THE CHAIRPERSON: Għalkemm is-suġġett huwa interessanti fil-vastezza tiegħu u għalkemm ma jimpurtax li forsi jkollna punti ta' informazzjoni imma s-suġġett li qed niddiskutu huwa speċifikament fuq kif il-vittmi tal-vjolenza domestika jirrelataw mal-istituzzjonijiet u għalhekk nixtieq li l-mistoqsijiet tagħna - biex anke nisimgħu aktar lis-sinjuri kollha li għandna magħna hawnhekk ħalli ma nkunux ġibna lil ħadd għal xejn - ikunu relatati kemm jista' ikun direttament ma' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' istituzzjonijiet.", "Issa mhux qiegħda ngħid li points of information ma nistgħux nagħmluhom.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex inkompli mal-ispirtu tiegħek mhu se nistaqsi xejn imma se nisma' biss għaliex naħseb li hemm bżonn li nisimgħuhom iktar.", "THE CHAIRPERSON: Jiena li nixtieq u li qiegħda nieħu gost nisma' huma l-punti fejn hemm problemi.", "Issa taħsibx li kien hemm xi punti fejn l-istituzzjonijiet kienu pożittivi, semmejt pereżempju lis-Supretendent Vassallo, u kif kienu pożittivi ħalli jekk isiru tibdiliet, ma jsirux tibdiliet fuq dawk il-punti li intom issibu pożittivi.", "ABIGAIL COLOMBO: Dwar is-Supretendent nista' ngħid li meta kellimtu tani raġun.", "Fil-fatt meta spjegajtlu l-każ kif inhu staqsini kemm kelli żmien meta seħħ il-każ u x'ħin għedtlu li kelli 16-il sena qalli li l-età biżżejjed u li jien kelli raġun.", "Imma mbagħad meta mort nitkellem mal-Ispettura u staqsejtha dan x'jista' jeħel bħala piena qaltli mill-ewwel li kulma jeħel hija sentenza sospiża!", "Dan għalih sentenza sospiża mhi xejn mentri lili switli ħajti.", "Dik mhijiex fair għax jien spiċċajt mgħobbija b'żewġt itfal u hu bandiera bajda!", "Jien ma nistax immur naħdem u jien m'inix persuna li rrid nibbaża ruħi fuq ir-relief.", "Jien irrid nistudja u nagħti futur lill-uliedi imma f'dawn iċ-ċirkostanzi ma nistax nagħmel hekk.", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak ħafna talli qsamt magħna din l-esperjenza u napprezza ħafna kemm il-kuraġġ tiegħek kif ukoll l-importanza li xi ħadd bħalek - u anke ta' nies oħra ta' etajiet differenti - jagħti l-kontribut tiegħu biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu xi ħaġa favur il-vittmi u nagħtukom protezzjoni li tħossuha u mhux li tkun biss fuq il-karta.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena l-ewwelnett xtaqt ningħaqad mal-kollegi sħabi u nifirħilkom għall-fatt li ġejtu hawnhekk u tħossukom komdi li titkellmu.", "Għalija dik tfisser li intom diġa' qbiżtu hurdle kbir ħafna.", "Nirringrazzjawkom talli qegħdin taqsmu l-esperjenza tagħkom magħna u kif diġa' għedtilkom dan ifisser li l-biża' li kellkom qabel b'xi mod jew ieħor qegħdin tegħlbuh.", "Jien kont qed nisma' lilek u nitolbok tikkoreġini jekk ma fhimtx sew imma ħadt l-impressjoni li din hija a matter of people għax taf tmur ġo għassa u ssib persuna li tkun ħelwa miegħek u tgħinek u taf tmur l-għada ġol-istess għassa u tara differenza kbira.", "U din qiegħda tiġri across the board.", "Qisu l-problema qiegħda mhux fl-istituzzjoni per se imma aktar fl-atteġġjament tan-nies li intom tmorru biex tkellmu.", "U nixtieq li kieku tgħiduli jekk huwiex dan il-każ.", "Is-sinjorina semmiet ħafna nies li ħassitha komda titkellem magħhom.", "Ħasset ukoll li kien hemm min qisu pprova jingannaha, fosthom dak l-ispettur li ħalla t-tieqa miftuħa biex ir-raġel tagħha jisma' dak kollu li kienet qiegħda tirrakkonta.", "B'dan il-mod inti twerirt u bdejt tgħid li xi ħaġa bħal din tista' terġa' tiġrilek fil-futur u allura ma terġax tmur l-għassa.", "THE CHAIRPERSON: Il-ġist ta' dak li qegħdin nagħmlu ovvjament qegħdin tindunaw x'inhu.", "Jien nixtieq li s-sinjura tirrakkontalna dak li għandha xi tgħid.", "Issa jien kien ilni ħames xhur ġewwa Dar Merħba Bik u erġajt lura d-dar tiegħi l-ġimgħa l-oħra għax ir-raġel li kelli ġie żgumbrat mid-dar permezz tal-Qorti.", "Biex ħareġ mid-dar kelli mmur l-għassa kemm-il darba għax suppost li ħareġ mid-dar fis-7 tax-xahar u spiċċa ħareġ bejn il-21 u t-22!", "Kif qiegħda tgħid il-ħabiba tiegħi, mill-għassa tgħidilhom mod fuq każ serju mmens u huma jiktbu mod ieħor.", "Kelli wkoll niffaċċja surġent tal-pulizija għax kiteb statement differenti minn dak li għedtlu jiena u minn fuq dan irrispondini \"Int mhux xorta għalik?\"", "F'dan il-każ kien hemm imdaħħla tifla ta' tmien snin u hawnhekk qiegħda nsemmi l-każ personali tiegħi.", "Ir-raġel tiegħi kien fis-sakra f'għeluq snin it-tifla fis-26 ta' Mejju u għal xi raġuni ried jeħodha fil-garage waħedha biex ikantalha l-happy birthday u jiena ma ridtux.", "Għalhekk ċempilt l-għassa u għedt lis-surġent b'dak li ġara imma meta mort biex niġbor l-istatement sibt li s-surġent kiteb li jien ċaħħadt lir-raġel milli jara t-tifla!", "Fil-verità ma kienx hekk għax it-tifla kienet ħdejja fil-kċina u kienet qiegħda fuq il-computer.", "Għalhekk seta' jaraha x'ħin irid.", "Jien li ċaħħadtu kien milli jieħu lit-tifla fil-garage waħdu fi stat ta' sokor.", "Issa mill-pulizija sibt ħafna għajnuna u sibt ukoll lil min m'għeniex ħafna.", "Riċentement kont għadni residenti ġewwa Dar Merħba Bik u kelli nitla' id-dar biex nieħu xi affarijiet għax meta kont tlaqt mid-dar kont ħriġt b'ta' fuqi senduqi.", "Kemm-il darba mort l-għassa biex jiġi miegħi pulizija d-dar imma qatt ma ġew miegħi.", "L-aħħar li mort ir-raġel kien diġa' ġie żgumbrat imma xorta waħda kien għadu hemmhekk.", "Dakinhar mort fid-9.00 p.m. għax kont għadni ġejja mingħand l-avukat tiegħi biex navżah li r-raġel kien għadu ma ħariġx mid-dar.", "Fil-fatt kont qiegħda mmur kważi kuljum f'ħinijiet differenti biex nara jekk ħariġx.", "U peress li mort fid-9.00 p.m. għidt li jkun aħjar li ma mmurx waħdi għax kont ukoll bit-tifla miegħi imma l-pulizija ma ried jiġi b'xejn.", "Għalhekk issograjt u mort waħdi.", "Dan kien għadu hemm għax x'ħin mort biex inġib xi affarijiet minn tiegħi sakkarni fil-parapett.", "Pulizija mara qaltli \"Imma sakkrek sakkrek?\" jiġifieri riedet tgħidli sakkrek biċ-ċavetta?", "Ma sakkarnix biċ-ċavetta imma meta għalaqli l-karozza fil-parapett xorta waħda sakkarni għax ma stajtx noħroġ.", "Mill-pulizija nista' ngħid li kien hemm min għeni …", "THE CHAIRPERSON: Sinjura, ħalli nistaqsik xi ħaġa.", "Meta inti tidħol fl-għassa biex tagħmel ir-rapport tiegħek kif issibu l-ambjent tal-għassa?", "Hawnhekk qiegħda nirriferi għall-fatt li ma tkunx secluded biex tagħmel ir-rapport.", "Din lilek iddejqek jew ma tagħmillekx differenza?", "ALEXANDRA GERADA: Lili tagħmilli differenza kbira għax ġieli jkun hemm nies li tkun tafhom għax ikunu mir-raħal tiegħek stess.", "Issib pulizija li jagħlqu l-bieb warajk imma jkun hemm min iħallih miftuħ.", "Pereżempju f'każ minnhom l-ex raġel li kelli taptap fuq dahar is-surġent u qallu \"Int raġel!\"", "Dan kien l-istess surġent li qiegħda nsemmi li għamel dak ir-rapport.", "THE CHAIRPERSON: Qatt xi darba xi ħadd qalilkom x'inhuma d-drittijiet tagħkom jew le?", "Intom as such bħala forsi charter tad-drittijiet ta' min jagħmel rapport …", "ALEXANDRA GERADA: Fil-fatt mort niġbor rapport dalgħodu.", "Jien għalkemm dħalt ġo dari kelli ħafna affarijiet neqsin, fosthom l-unika bedroom li kelli tat-tifla!", "Dan ħa l-għamara, jiġifieri l-gwardarobba u ż-żewġ gradenzi tal-kamra tas-sodda tat-tifla li kienet għażlitha hi stess għax meta xtrajtilha ħadtha miegħi biex tagħżilha hi.", "Jiġifieri tistgħu timmaġinaw x-xokk ħadet meta daħlet f'kamritha u ssib il-bedroom vojta bi ħwejjiġha mal-art!", "Lit-tifla tiegħi qiegħda neħodha għas-psychotherapy.", "Peress li t-tifla ma kenitx imniżżla mill-Qorti għall-manteniment ir-raġel abbuża mis-sitwazzjoni u ilu ma jagħtini flus mis-6 ta' Awwissu.", "Kelli nirrikorri għand il-Community Chest Fund għall-għajnuna peress li mill-Aġenzija Appoġġ hemm lista twila.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Il-fatt li ma takx manteniment inti biex se tgħix?", "Din niltaqa' magħha ta' spiss.", "Il-Qorti tiddeċiedi li jagħtik il-manteniment imma dan dejjem b'xi skuża.", "Issa biex tgħix id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jagħtik sostenn?", "Jew inkella minħabba li l-liġi tgħidlek li r-raġel qed jagħtik il-manteniment, inti tibqa' b'xejn u jkollok toqgħod tittallab u tħabbat il-bibien tal-NGOs u tal-għaqdiet?", "Xtaqt nitkellem fuqha din hawnhekk għax naf li tgħaddu minn esperjenza iebsa.", "U minkejja li hemm il-liġijiet dawn xorta ma jagħtukomx wens biex ikollkom x'tieklu u biex tmantnu lill-uliedkom.", "Nixtieq li titkellem fuqha din il-biċċa.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Smajt żewġ stejjer li jkexkxuk.", "Hawn ħafna nisa li qegħdin ibatu fis-silenzju u ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Ovvjament huwa fid-dmir tagħna l-professjonisti u anke l-politiċi li nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biex intejbu l-affarijiet u biex nagħmlu l-ħajja aħjar.", "Interessatni l-importanza li t-tfal ikunu protetti.", "Taħseb li t-tfal għandhom jinżammu minn persuna waħda jew inkella mit-tnejn f'każ ta' koppja li tkun separata?", "ALEXANDRA GERADA: Fil-każ tiegħi t-tifla ma tridx taf b'missierha.", "Lili ratni bid-demm għax faqa' il-bieb tal-ħġieġ fuqi u tgħidx kemm werżqet.", "Apparti minn hekk it-tifla tiegħi hija adopted u ilha ħames snin miegħi imma din ma tridx taf bih.", "Fil-fatt il-Qorti iddikjarat li hu jrid jaraha fil-preżenza ta' supervisor.", "ETIENNE GRECH: Imma jekk il-Qorti tiddeċiedi li l-missier bilfors irid jaraha darba fil-ġimgħa?", "ALEXANDRA GERADA: Fil-fatt hu suppost jaraha darbtejn fil-ġimgħa għal sagħtejn taħt supervision imma ġieli ma rahiex.", "Issa ilu ma jaraha mill-5 tax-xahar li għadda għax dejjem iġib ħafna skużi.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri hemm każijiet fejn il-ġenitur l-ieħor ikollu d-dmir li jara t-tifla under supervision u ma jarahiex imma mbagħad issib każijiet fejn in-naħa l-oħra tkun tixtieq tara lit-tfal u ma tkunx tista' għax il-kustodja tat-tfal tkun intrebħet mill-parti l-oħra.", "ALEXANDRA GERADA: Fil-każ tar-raġel tiegħi ma jidhirx li hemm interess fuq it-tifla.", "Fil-fatt kien jgħidli li addotta t-tifla biex issallabni u mhux għax veru ried it-tfal!", "Jiġifieri dan uża tarbija ta' tlett snin u nofs għall-iskopijiet tiegħu.", "Issa llum it-tifla għandha tmien snin.", "THE CHAIRPERSON: Rigward it-tifla nassumi li ġieli titkellem magħha fuq din is-sitwazzjoni.", "Issa t-tifla tħoss li għandha titkellem fil-Qorti?", "Jew inkella tħoss li m'għandhiex tidħol fiha?", "Ġieli tkellimtu fuqha?", "Qiegħda nistaqsik biex ovvjament naraw l-istituzzjoni tal-Qorti kemm qiegħda tagħti leħen lit-tfal li jkunu għaddejjin minn din il-problema flimkien mal-ġenituri tagħhom.", "ALEXANDRA GERADA: Pjuttost ngħidlek li lanqas taf x'inhi Qorti imma jien spjegajtilha.", "Pereżempju kien hemm supervisor minnhom li kienet toqgħod tgħidilha biex toqgħod kwieta għax inkella tuġżaha lill-Aġenzija Appoġġ.", "U darba minnhom x'ħin ħarġet minn hemm ġiet fuqi u staqsitni x'inhi l-Appoġġ?", "Meta staqsejt lit-tifla għalfejn qiegħda tistaqsini din il-mistoqsija qaltli x'kienet qaltilha s-supervisor.", "Meta ffaċċjajthom dawn ċaħdu u bdew igiddbu lit-tifla.", "Darb'oħra t-tifla tgħid lil supervisor oħra biex iċċempel lili u din tgħidilha li issa ħin missierha u talbitha toqgħod kwieta għax inkella ċċempel lill-pulizija.", "Inkellimhom u jgħiduli li t-tifla ma qagħditx brava jew inkella jgħiduli li huma għalliema u għandhom klassi bi 30 tifel u tifla.", "Imma dan skont xi tfal ikollok fil-klassi.", "Għandhom tfal bħat-tifla tiegħi li għaddiet minn ċerti trawmiet?!", "Għandhom tfal bħal tiegħi li rat lill-missierha dieħel kuljum fis-sakra jkisser l-affarijiet?!", "Dawk it-tip ta' tfal ikollhom fil-klassi?", "THE CHAIRPERSON: Inti semmejt is-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ u din ovvjament tagħmel parti minn din is-sensiela ta' istituzzjonijiet.", "X'għandek xi tgħidilna fuq l-Aġenzija Appoġġ u fuq is-servizzi li toffri?", "Inti wżajthom dawn is-servizzi jew ġew imposti fuqek?", "U mort tajjeb magħhom jew kien hemm xi problemi?", "Tista' tispjegali daqsxejn x'inhi s-sitwazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ?", "ALEXANDRA GERADA: As such problemi magħhom qatt ma kelli ħlief dawn l-affarijiet żgħar fuq is-supervision għax jgħidu li t-tifla ma toqgħodx waqt is-supervision.", "Darba minnhom ħarbitilhom it-tifla u kont jien stess li kont se ntajjarha bil-karozza għax kienet ix-xita u ddeċidejt li mmur kwarta qabel biex jekk ikun hemm it-traffiku ma nasalx tard u nsib lit-tifla mwerwra fuq il-bankina!", "Imbagħad nara lir-raġel u lis-supervisor li kellu miegħu … Darb'oħra toħroġ it-tifla mis-supervision u qaltli \"Taf kemm għandha żmien il-girl?\"", "Kienet qiegħda tirriferi għas-supervisor li kellha dakinhar u li din kienet tfajla ta' 22 sena.", "It-tifla tiegħi bidlet madwar tmien supervisors fi 15-il visit!", "Jien staqsejtha kif taf kemm għandha żmien is-supervisor u t-tifla qaltli li taf għax missierha beda jistaqsiha!", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Nixtieq nistaqsi lis-sinjura jekk qattx xi darba rrapportat dawn is-sitwazzjonijiet lil xi awtorità partikolari u x'kienet ir-reazzjoni ta' din l-awtorità?", "U sibt protezzjoni fejn għamilt ir-rapport?", "ALEXANDRA GERADA: L-Aġenzija Appoġġ jafu bihom għax ċerti affarijiet jgħiduhomli huma u mhux ngħidhomlhom jien.", "Fil-fatt waqt il-visits ma nkunx naf jekk it-tifla qagħditx kwieta jew le.", "THE CHAIRPERSON: Minbarra l-Aġenzija Appoġġ u l-pulizija ġieli kellek bżonn xi istituzzjoni oħra bħal pereżempju l-isptar jew poliklinika?", "U jekk iva kif ġejt trattata minn dawn l-istituzzjonijiet?", "Hemm xi affarijiet li jistgħu jitranġaw u hemm affarijiet li huma tajbin?", "ALEXANDRA GERADA: Il-poliklinika ġieli mort u ħaduli ċ-ċertifikati fuq kif rawni.", "Pereżempju l-aħħar li mort kien minħabba li r-raġel kien daħħalli żewġ ħġiġiet hawnhekk meta faqa' bieb fuqi!", "Il-Ministru tas-Saħħa preżenti, l-Onor.", "Godfrey Farrugia kien dak iż-żmien it-tabib personali tiegħi u għandi ċertifikati tiegħu wkoll.", "Li nista' ngħid hu li dejjem inqdejt kemm mill-poliklinika u kemm mit-tabib privat tiegħi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna sinjura.", "Issa ngħaddi għas-sinjura li jmiss.", "IS-SINJURA SIMONE VASSALLO: Jiena ilni ngħix ħames xhur mal-Aġenzija Appoġġ u nista' ngħid li sibt għajnuna kbira min-naħa ta' din l-aġenzija.", "Il-problemi tiegħi kienu fuq paroli għax bil-mod ta' kif kien ikellimni kien iweġġagħni.", "Darba kont għadni għarusa u kien refa' idu fuqi u darb'oħra meta kont miżżewġa imma qatt ma mort l-għassa biex nagħmel rapport.", "Imbagħad meta l-affarijiet bdew jiggravaw u nagħmel x'nagħmel dejjem naqlagħha bil-paroli qisni bdejt inqum fuq tiegħi.", "Meta darba spiċċajt b'overdose għax kien dejjem jaħseb ħażin fija l-professur stess induna b'dak li kien qed jiġri u staqsa lir-raġel x'kien qiegħed iġġiegħlu jaħseb ħażin.", "Jiġifieri l-professur jaf x'inhi t-trawma u qallu li hu kellu bżonn il-kura imma r-raġel qatt m'aċċettaha l-kura.", "Fl-aħħar mill-aħħar min għadu jbati?", "Min baqa' ibati?", "Kont jien li bqajt inbati u għamilt 27 sena żwieġ norqod u nqum miegħu u nibqa' naqla' it-tgħajjir.", "U t-tgħajjir kien isir anke fuq it-tfal.", "Darba minnhom meta mort nimla' il-karta taċ-children's allowance u r-raġel kien miegħi, l-iskrivan staqsih jekk għandux tfal u r-raġel qallu li hu m'għandux imma l-mara għandha.", "Għalhekk l-iskrivan qallu li daqskemm huma tal-mara huma tiegħu wkoll imma l-għaref tar-raġel tiegħi qallu li daqskemm taf il-mara ma' min marret żgur li mhux se jkun jaf hu!", "Personalment dak il-ħin għalaqt ħalqi imma x'ħin mort id-dar għidtlu li kieku kelli l-flus kont nagħmlilhom it-test tad-DNA u nbellagħhomlu!", "Minflok m'għalaq ħalqu dar fuqi u qalli \"Għandek xi dubju?!\"", "Kif jista' joqgħod kwiet il-moħħ?", "Mill-pulizija ma nistax ingerger, anzi pjuttost ma tantx għandi xi ngħid għax qatt ma kelli każijiet magħhom.", "Imma mort nakkumpanja lil ħaddieħor u ma naqbilx li għandek titkellem fuq il-problema tiegħek quddiem tlett pulizija.", "Imbagħad tispiċċa li waqt li qiegħda titkellem dawn jibdew iħarsu lejn xulxin u mill-ħarsa t'għajnejhom aktar tibda tħossok down.", "Fuq dik xtaqt niġbed l-attenzjoni fuqha imma mill-bqija ma nista' ngħid xejn għax s'issa qatt ma kelli bżonn u j'Alla ma niġix bżonn.", "THE CHAIRPERSON: Inti għidtilna li għaddejt minn 27 sena ta' vjolenza verbali u psikoloġika.", "Imma qatt ma ħassejt li għandek tirrapporta għax forsi inti stess ma kontx taf li din hija gravi daqs kemm hi l-vjolenza fiżika jew inkella kienet għażla tiegħek?", "SIMONE VASSALLO: Qatt ma kont naf li jeżistu dawn il-homes.", "Li xtaqt ngħid ukoll – avolja din ma tidħlux fiha intom - hija fuq il-korsijiet ta' Kana li jagħmlu qabel iż-żwieġ.", "Jien nixtieq li dawn il-korsijiet jinbidlu u minflok juruk kif - bir-rispett kollu - għandek tuża t-temperatura, juruk kif għandek iġġib ruħek bejn il-koppja.", "SIMONE VASSALLO: Dik hi l-kelma eżatta.", "Jiena m'inix ikkwalifikata daqshekk u nitkellem kif inħossha… Jiena ma kontx naf bl-Aġenzija Appoġġ u b'dawn l-affarijiet u sirt naf bihom għaxar snin ilu meta pprovajt nagħmel l-overdose u meta kont l-isptar ġew ikellmuni tal-Aġenzija Appoġġ.", "Ir-raġel tiegħi ma ħax pjaċir għax qal dawk qegħdin hemmhekk biex ikissru l-familji u mhux biex jgħinu ħalli jirranġaw.", "U beda jgħid li l-affarijiet ta' bejnietna aħna rridu nirranġawhom.", "B'hekk għaddew 27 sena żwieġ għax daqs għaxar snin ilu erġajt ipprovajt nirranġa u qgħadt għall-kumplament.", "Apparti minn hekk kelli t-tfal għadhom żgħar, bit-tifla l-kbira dak iż-żmien kien għad għandha 16-il sena, aħseb u ara t-tieni waħda u ż-żgħir.", "Illum il-kbira għandha 26 sena u allura maturi biżżejjed.", "Għalhekk wasalt biex nieħu d-deċiżjoni li ħadt u ma jiddispjaċinix li ħadtha.", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena xi kultant ikellmuni nisa miżżewġin u din l-istorja li semmejtilna hija simili għal dak li jgħiduli.", "Inti ilek mal-istess persuna għal 27 sena.", "Issa mara - għax ħafna drabi l-vittmi tal-vjolenza domestika jkunu nisa – xi kultant xorta tibqa' tħobb lil dik il-persuna li tkun vjolenti magħha, u ġieli jkun hemm irġiel li l-ewwel ikunu vjolenti man-nisa tagħhom u mbagħad, l-għada jew wara ġimgħa jagħtuha xi ħaġa sabiħa biex jipprovaw jirbħuha lura.", "Imbagħad wara ftit jerġgħu jkunu vjolenti u jibqgħu għaddejjin b'din is-sistema għal żmien twil.", "Taħsbu li din hija realtà?", "X'taħsbu li tista' tagħmel mara f'sitwazzjoni bħal din?", "Pereżempju inti semmejtli li tixtieq taħdem imma qisu m'għandekx l-opportunità.", "X'tixtiequ li jkun hemm?", "Fost l-oħrajn xtaqtu li jkun hemm childcare centres.", "Tixtiequ li jkun hemm iktar xogħol u inċentivi għan-nisa biex dawn joħorġu jaħdmu?", "ABIGAIL COLOMBO: Jien għandi t-tifla ż-żgħira li għandha tlett xhur u xtaqt indaħħalha ġo day care centre biex inkun nista' nistudja imma l-missier ma ffirmalix.", "U dik hi l-problema u għalhekk li l-ewwel semmejt il-kura u l-kustodja.", "Meta jkun hemm dawn il-problemi għandu jkun hemm assessment mis-social workers ħalli l-omm tkun tista' tieħu l-kura u l-kustodja f'idejha.", "It-tifla ż-żgħira lanqas mhi mgħammda għax ir-raġel ma ffirmalix.", "U dan qiegħed juża lit-tifla biex ikollu kontroll fuqi.", "Anke fuq is-social services.", "Jiena nieħu ċ-children's allowance tat-tifla l-kbira biss għax fuq taż-żgħira rrid nieħu l-karta li qed imantnini.", "Issa jekk dan mhux qed imantnini taż-żgħira, kif nista' nieħu l-karta miegħi?!", "Hemm ħafna logħob.", "Hemm min jabbuża bis-social services imma ma' min qed jabbuża qed jeħel it-tajjeb ukoll!", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Aktar milli mistoqsija jiena xbart ftit punti minn dak li għidtu intom biex b'mod konkret nara jekk jien u l-kollegi tiegħi hawnhekk aħniex qegħdin nifhmukom sew.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-idea hi li aħna nitgħallmu minn għandkom u nimxu 'l quddiem.", "Bla dubju ta' xejn din hija logħba kerha tal-poter u dawn l-irġiel qegħdin jikkontrollawlkom ħajjitkom.", "Anke meta nqtajtu minn magħhom u ħadtu l-passi li kellkom tieħdu, xorta għad hemm il-biża', in-nuqqas ta' sigurtà u għad hemm ħafna mistoqsijiet.", "L-ewwel issemmiet l-empowerment u naħseb li hija xi ħaġa importanti ħafna li intom tingħataw iktar għodda u tkunu tafu ħafna iktar informazzjoni fuq x'tistgħu tagħmlu u għandna bżonn ta' iktar flessibilità.", "Dwar l-issue taċ-childcare li xtaqt inkun naf hu jekk Dar Merħba Bik biex joħorġu n-nisa jaħdmu joffrux l-għajnuna biex iżommu lit-tfal, eċċ?", "Naħseb waħda mill-affarijiet li qed nisma' in komuni anke mal-vittmi l-oħra li ltqajna magħhom meta żorna Dar Qalb ta' Ġesu hi li għandna bżonn li nidħlu fit-taħriġ tal-pulizija.", "Il-pulizija għandhom bżonn li jkunu mħarrġa fuq kif għandhom jaġixxu magħkom u din hija xi ħaġa komuni wkoll.", "Trid tinħoloq xi tip ta' formola għal dawn il-każijiet għax ma tistax tinkiteb fuq sempliċi karta.", "Dawn in-nies għandhom bżonn jaraw heading jew timbru tal-pulizija li jgħid dan ir-rapport huwa fuq vjolenza domestika.", "Qiegħda ngħid sew?", "THE CHAIRPERSON: Just bħala punt ta' informazzjoni, is-sinjorina qiegħda tgħid li r-rapport sar fuq karta mhux għax suppost isir fuq karta imma jsir fuq karta biex ma jittieħdux passi.", "Qabel kien hemm il-ktieb tal-okkorrenzi u llum isir type written fil-peers.", "Jiġifieri suppost dan isir through an official way u mbagħad jittieħed ir-rapport.", "Imma li jiġri hu – din nismagħha kemm-il darba – li r-rapport ma jitteħidx kif suppost imma jittieħed fuq karta biex fuq l-affarijiet oriġinali, fejn suppost jidhru r-rapporti, ma jidhirx u dak li jkun ma jitlax il-Qorti.", "As such hemmhekk il-pulizija ma tkunx għamlet xogħolha.", "Dan qiegħda ngħidu just bħala punt ta' informazzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Grazzi tal-informazzjoni.", "Pass ieħor li naħseb li tgħallimt minn għandkom u mingħand oħrajn hi n-nuqqas ta' protezzjoni li intom tħossu.", "Kważi kważi għalkemm is-sinjura ma marritx għand il-pulizija, din ma marritx għax ma ħassitx il-bżonn jew għax ma kellhiex il-fiduċja li tmur l-għassa?", "Xi ħaġa oħra li qiegħda ninnota ħafna fil-każijiet li qed niltaqgħu magħhom hi li l-perpetrators, jiġifieri dawk il-persuni li jkunu vjolenti magħkom, għandhom ħbiberija mal-pulizija!", "Din hija komuni wisq għax smajniha wisq f'dan il-Kumitat u naħseb li hija xi ħaġa serjissima.", "U allura intom tħossukom żvantaġġjati meta taraw hekk għax wieħed ħalla t-tieqa miftuħa, l-ieħor dar fuq ir-raġel u qallu \"int raġel\", eċċ.", "Rigward il-korsijiet ta' Kana jiena kont attendejt konferenza ftit tas-snin ilu u fiha kien issemma' il-fatt li fuq livell nazzjonali u fuq livell ta' stat għandna nibdew nagħmlu korsijiet ta' formazzjoni.", "Dawn m'għandhomx x'jaqsmu ma' dawk li tagħmel il-Knisja għax illum 'il ġurnata, bir-rispett kollu, għandna realtajiet differenti.", "Fil-fatt illum qegħdin niddiskutu l-unjoni ċivili u għandna ż-żwieġ ċivili, jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar ikun tajjeb li nieħdu dan il-pass.", "Fl-aħħarnett Abigail veru ammirajtek illejla u impressjonajtni ħafna!", "Issa jiena m'iniex xi waħda li nimpressjona ruħi malajr bin-nies.", "L-iktar ħaġa li mpressjonatni fik kienet li inti qed toffri biex nies bħalek imorru jitkellmu fl-iskejjel mat-tfal.", "Naħseb li dik hija l-isbaħ ħaġa li stajt tgħid għax meta qiegħda titkellem inti fuq dak li ġarrabt se tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "PAMELA CUSCHIERI: Fuq ta' Kana naf fiċ-ċert li ssir sezzjoni fejn jippreparaw lill-koppja fuq il-vjolenza domestika.", "Li jkollna ftit problemi huma fuq dawk il-persuni li jiżżewġu biċ-ċivil jew li nkella ma jiżżewġux.", "Imma f'ta' Kana ssir lezzjoni waħda żgur imma din naturalment mhijiex biżżejjed.", "Fuq child care centres sfortunatament m'għandniex faċilità għaliex kulma jkun hemm hija care worker 24 hours 7 days a week u din trid tieħu ħsieb x'jiġri mat-telephone, il-paper work u r-residenti u t-tfal tagħhom.", "Arma oħra kbira minbarra l-poter u l- kontroll hija l-intimidazzjoni.", "Ħafna nies jafu li hemm il-liġi u jibżgħu imma l-intimidazzjoni qiegħda hemmhekk u qegħdin inħossuha bħala realtà.", "Ħafna minn nisa tagħna ma jemmnux li setgħu jiġu llum jitkellmu u ħafna oħrajn ma ġewx għax jibżgħu li se jiksru l-liġi u se jmorru l-ħabs!", "Huwa diffiċli biex inżomm l-istaff jaħdem f'Dar Merbħa Bik għaliex dawn qegħdin hemmhekk bħala kważi xhud ukoll għax iridu jirrapportaw kulma jiġri.", "Dawn ħafna drabi jitilgħu l-Qorti u jekk ikunu semgħu xi theddid iċemplu l-għassa tal-pulizija għax dak huwa d-dmir tagħhom, dawn għandhom il-familji tagħhom ukoll u m'hemmx protezzjoni għall-istaff.", "Insibu ħsarat fil-karozzi tagħna u jkun hemm ukoll theddid.… Meta tkun ħierġa waħdek minn Dar Merħba Bik m'għandek l-ebda protezzjoni u ħafna mill-istaff isibuha diffiċli biex jibqgħu jaħdmu hemmhekk.", "THE CHAIRPERSON: Bħalma tafu jiena naħdem f'dan il-kamp u allura bħas-sinjuri sfortunatament nisma' ħafna iktar milli nixtieq minn dawn il-problemi.", "Realtà kbira li qiegħda tgħid inti hi li ħafna drabi l-persuna ma tkunx qalet lir-raġel tagħha fejn sejra imma hawn Malta bażikament kulħadd jaf fejn huma dawn id-djar.", "U safejn naf jien, bħalma qiegħda tgħid inti, lanqas pulizija għassa fuq barra ma jkun hemm u allura intom u l-vittmi tridu tiffaċċjaw waħedkom lil dawn il-persuni.", "Ħaġa oħra li niltaqa' magħha spiss hi li meta l-ġenitur l-ieħor ikollhom il-visit mat-tfal ikun hemm theddid serju fuq it-tfal biex jgħidulhom fejn qegħdin joqogħdu.", "Jiġifieri jkun hemm intimidazzjoni kbira.", "U xi kultant inħoss nuqqas ta' kompassjoni kemm min-naħa tal-pulizija kif ukoll mill-Aġenzija Appoġġ.", "Għandek il-psychological services li għandna bżonn ħafna iktar nies li joffruh għax hemm lista twila li għadhom qed jistennew u nħoss li t-tfal, xi kultant mingħajr ma jridu qegħdin ikunu f'din is-sitwazzjoni.", "Issa kif nafu l-ġenitur jista' jitkellem iktar mit-tfal u bħalma qalet is-sinjorina, jekk ma jkollokx l-awtorità tal-ġenitur l-ieħor ma tistax tieħu lit-tfal għand psikologu u allura t-tfal ma tantx jinstemgħu imma jiġu intimidati minn din is-sitwazzjoni.", "Nixtieq nisma' mingħandkom suġġerimenti fuq kif l-aħjar li tistgħu tiġu protetti, kemm intom bħala vittmi u kemm bħala staff.", "PAMELA CUSCHIERI: L-intimidazzjoni qiegħda nsibha ħafna, anke fuq it-tfal.", "Rigward it-tfal jista' ikun hemm ħafna core degrees dwar aċċess u dwar mantiment li ma jmorrux flimkien imma dawn għat-tfal mhuma xejn għax dak li jkun xorta jibqa' missierhom għalihom.", "U l-omm tibqa' l-omm, anke jekk kien hemm il-vjolenza.", "Jiena nemmen li idealment irid ikun hemm il-kuntatt mat-tnejn għax dik hija xi ħaġa healthy.", "Imma mbagħad għandek każijiet - li huma ftit - fejn ikun hemm abbuż fiżiku jew sesswali u allura hemmhekk jidħlu s-social workers u t-team professjonali tal-Aġenzija Appoġġ.", "Issemmew l-intimidazzjoni u x-xogħol u jiena nemmen li l-mara tista' tagħmel suċċess meta toħroġ taħdem għax hemmhekk tieħu l-empowerment tagħha.", "Minn studji li saru anke fl-Istati Uniti – u forsi aħna għadna ftit 'il bogħod minnu - irriżulta li hemm bżonn li tħarreġ lill-employers għax jekk inti tkun employer u tibda tara r-raġel qed jintimida lill-mara u forsi anke jaqla' it-trouble, ovvjament se jaqta' qalbu – l-aktar jekk il-mara tkun għadha on probation – milli jimpjega lil din il-mara miegħu.", "Aħna issa drajniha l-intimidazzjoni imma xi ħadd li ma jafx x'inhi l-vjolenza domestika.… U ġieli jkun hemm min iħawwad bejn domestic violence u marital conflict.", "Ovvjament dawn huma differenti minn xulxin għax f'waħda għandek il-biża' u l-kontroll fuq il-persuna l-oħra mentri fl-oħra għandek argumenti bejn il-koppja imma m'hemmx biża' u kontroll.", "Basically iktar ma jkun hawn awareness – u dik hija ċ-ċavetta – inqas in-nisa se joqogħdu fix-shelters tagħna u se jsibu ruħhom fis-soċjetà mingħajr biża'.", "Rigward il-legal aid mhux aħna qed ngħidu li l-legal aid mhux qed jilħaq lir-residenti tagħna, anzi kollha qed jinqdew.", "Imma l-ideal hu li jkun hemm xi ħadd speċjalizzat fuq id-domestic violence li jkun jifhem l-intimidazzjoni għax mhux kulħadd jifhem li l-mara veru tibża' tmur il-Qorti u mhux kulħadd jifhem x'jista' jiġri wara.", "U meta xi ħadd ġie abbużat b'mod fiżiku tista' tipprovaha.", "Issa rigward theddid il-vjolenza domestika hija subtle ħafna, hemm ċerti mossi, anke meta nkunu qed nistennew, li jkun diffiċli ħafna li tipprovahom.", "Għandek ċerti codes kif jitkellmu li l-mara tinduna bihom għax hi tkun tafu lir-raġel tagħha.", "THE CHAIRPERSON: Xi kultant niltaqa' ma' nies li jkunu vittmi ta' vjolenza domestika li meta jmorru l-Qorti u jkun hemm ħafna nies u ħafna każijiet wieħed wara l-ieħor iħossu li l-Imħallfin li jkunu qegħdin jippresjedu u jaqtgħu dawn is-sentenzi fil-Qorti tal-Familja, ma jifhmuhomx biżżejjed, daqqa għax forsi jħossu li l-proċess huwa mgħaġġel wisq u daqqa għax iħossu li forsi l-Imħallef ikollu idea mod ta' kif tkun vittma u kif ikun perpetrator u li forsi ma jagħmlux daqshekk distinzjonijiet bejn wieħed u ieħor.", "Xi kultant jiġu quddiemi nies li jgħiduli li huma ħassew li l-każ tagħhom ma kienx qisu speċifiku għalihom imma qisu ttieħdet deċiżjoni..… Ma nafx jekk tħossuhiex din.", "X'taħsbu li kieku minflok Imħallef biss fuq il-Qorti tal-Familja jkun hemm Imħallef u psikologu li jisimgħu lin-nies u l-kawżi fl-istess ħin?", "L-ewwelnett qattx esperjenzajtu dan li qiegħda nsemmi u jekk taħsbux li tkun idea tajba li kieku kellna nagħmlu hekk.", "ABIGAIL COLOMBO: Bħalma għedtilkom l-ewwel jien kelli diversi rapporti li ma ttieħdux u kien hemm rapport minnhom li fih ma tniżżilx dak kollu li għidtlu jien.", "Kont b'erba' xhur pregnancy bit-tifla ż-żgħira u min-naħa tal-missier bdew jgħidu li t-tarbija ma kenitx tagħhom.", "Missieru ġie jimbuttani u meta mort l-għassa u għidtilhom x'ġara r-rapport ma tniżżilx kif għidt jien, anzi min kien qed iniżżel ir-rapport dawwarli l-monitor tal-computer biex żgur ma narax x'kien qiegħed jittajpja.", "Meta tlajt il-Qorti s-surġent li kien hemm dakinhar ma telax.", "Żball li naħseb li għamilt kien meta ħadt parir mingħand surġent dwar x'avukat għandi nagħżel għax jiena ma kontx naf x'avukat għandi ntella' peress li missier it-tfal tiegħi kien kważi mar għand l-avukati kollha peress li kellu ħafna każijiet fuq xogħol, eċċ., u kont għażilt l-avukat li tani l-parir hu.", "Fil-fatt meta mort quddiem dan l-avukat biex nitkellem miegħu ġurnata qabel ma kelli nidher quddiem il-Qorti kont għedtlu li hu kien deher darba f'isem ir-raġel imma hu qalli li ma jimportax għax x'ħin jitla' quddiem l-Imħallef jagħmilha li taparsi ma kienx jaf li hu l-avukat tiegħu.", "L-għada tlajt il-Qorti bi tmien xhur pregnancy imma lanqas ħaqq l-istrapazz għax l-Imħallef, minflok beda jgħajjat miegħi għax l-avukat li għażilli dan is-surġent ħalef u għamel affidavit li jien m'għedtlux li xi darba kien deher għar-raġel tiegħi, dan beda jgħajjat miegħi u qalli li jrid jixħetni l-ħabs.", "Meta fetaħ il-karti l-Imħallef beda jgħajjat \"Din domestic violence?\"!", "Jekk is-surġent li kien hemm dakinhar ma kitibx li r-raġel imbuttani u huma kienu tlieta mentri jiena kont waħdi u allura l-kelma tagħhom ġiet kontra l-kelma tiegħi u baqgħu jinsistu li mhux veru bdew jgħidu li t-tarbija mhijiex tagħhom!", "THE CHAIRPERSON: Taħseb li tħossok aktar komda li kieku jkun hemm psikologu li jippresjedi mal-Imħallef biex forsi jifhem aħjar lil dak li jkun?", "ABIGAIL COLOMBO: Naħseb li għandu jkun hemm għax hemm differenza bejn persuna li tgħid li hija vittma ta' vjolenza domestika u persuna li veru tkun għaddiet minn vjolenza domestika.", "Il-psikologu iktar jifhem minn xiex qiegħda tgħaddi dik il-persuna.", "L-Imħallef ikollu ruxxmata każijiet quddiemu u allura jibda jara ħafna minn nies dubbien.", "Jiena meta tlajt quddiem l-Imħallef bi tmien xhur tqala beda jgħajjat: \"Ara ma narakomx hawnhekk għax xahrejn ħabs inwaħħalkom.\".", "Jiena lanqas rispett ma rajt li kont se nwelled, apparti l-istrapazz li għaddejt minnu għax dan ma tax widen tal-kelma tiegħi.", "Fil-fatt il-kawża kienet waqgħet meta jien ridt nagħmel garanzija fuqi.", "Jien minn hemmhekk bdejt inqum fuq saqajja.", "Dak iż-żmien lanqas kont nara lill-Mrs.", "Martin għax kieku stajt intella' lill-Mrs.", "Imma jkun tajjeb li jkun hemm psikologu.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "ALEXANDRA GERADA: Naqbel ħafna miegħek.", "Jien għandi l-Qorti nhar it-Tnejn li ġejjin u tiddejjaq li jkun hemm nies mir-raħal tiegħek stess li jiġu hemmhekk bilqiegħda biex joqogħdu jisimgħu.", "Dik iddejjaqni ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Jiġifieri inti tixtieq li jkun hemm iktar privatezza anke meta jkunu qed jinstemgħu dawn it-tip ta' kawżi fil-Qorti?", "ALEXANDRA GERADA: Iva dik hi x-xewqa tiegħi.", "SIMONE VASSALLO: Sinjura President, inti staqsejtni rigward il-pulizija u għalfejn jiena ma mortx nagħmel rapport l-għassa.", "Jiena żżewwiġt ta' 19-il sena u nofs u ta' dak iż-żmien ma kontx naf x'toffri l-ħajja.", "Dan apparti t-trobbija u t-trawmiet li tkun għaddejt fi tfulitek.", "Jiena ridt mir-raġel biex iwassalni l-għassa għaliex noqogħdu fl-imwarrab.", "Jiena ridt kollox minnu u lanqas kienet l-intenzjoni tiegħi li mmur l-għassa biex nagħmillu r-rapport.", "Meta refa' idejh fuqi meta kelli t-tifla, qbadtha u ħriġt biha 'l barra imma jekk kellek tistaqsini fejn se mmur kont ngħidlek li ma nafx.", "Jiena nemmen li hemm bżonn tat-tagħlim fuq dawn l-affarijiet, li pereżempju jibdew mill-Form 1 sal-Form 5.", "Iridu jedukawhom kif iġibu ruħhom fl-għerusija u juruhom x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "Jiġifieri din tat-tagħlim fl-iskejjel naqbel magħha.", "THE CHAIRPERSON: Sinjura ġieli kellek esperjenza ta' Qorti?", "SIMONE VASSALLO: Le, f'ħajti qatt ma kelli nitla' imma llum 'il ġurnata, meta qiegħda noqrob lejn l-aħħar ta' xjuħiti kelli mmiss l-għatba tal-Qorti.", "U din qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi u lanqas kont naħseb li se nitlaq mid-dar.", "B'hekk domt nissaporti 27 sena għax jien dħalt għaż-żwieġ biex nagħmel familja, biex nara l-familja magħquda u biex inrabbi l-familja.", "Madankollu kemm se ddum tissaporti u mill-ħażin tmur għall-agħar?", "THE CHAIRPERSON: Fil-preżent kellek esperjenza li tidħol f'awla quddiem Imħallef?", "SIMONE VASSALLO: Peress li issa qiegħda nissepara u ħarġet il-karta tas-separazzjoni, qegħdin il-Qorti tal-Familja u nista' ngħid li mhijiex esperjenza sabiħa għalija għax qatt ma rrealizzajt li se nasal s'hemmhekk.", "Madankollu kelli nagħmel dan il-pass u bilfors ridt nagħmlu għax il-liġijiet qegħdin hemmhekk u jekk ir-raġel ma jridx jisma' bis-sewwa, allura jkollu jisma' bid-dnewwa.", "Ma tistax il-mara tbati l-konsegwenzi tagħha, biżżejjed batiet f'27 sena żwieġ.", "Le mhijiex esperjenza sabiħa li tidħol il-Qorti imma allaħares ma jkunx hekk biex il-mara tkun tista' tqum fuq saqajha.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Naħseb qbilna fuq diversi affarijiet bħala suġġerimenti li saru, l-ewwelnett huwa importanti li jkun hemm iktar edukazzjoni u l-edukazzjoni tibda minn etajiet żgħar minħabba r-realtajiet tal-lum.", "Illum it-tfal qegħdin jiġu esposti għar-realtajiet minn età żgħira u allura dak naħseb li huwa punt li lkoll kemm aħna, bħala kelliema, qbilna fuqu.", "Jiena nnotajt ċerti affarijiet oħra wkoll.", "Jista' ikun li ħareġ dan il-punt għax illum għandna nisa li huma vittmi, però x'ħin smajtkom titkellmu ħassejt li intom ġejtu vittimizzati u għandkom ċerta terrur ġo fikom, speċjalment meta tmorru għall-għajnuna.", "U dan għaliex min suppost jagħtikom l-għajnuna m'intomx tħossukom sikuri miegħu.", "Jien m'għandix dubju minn dak li għedtu intom, minn dak li qalet Abigail, u nħoss li forsi għandu jsir profiling tan-nies li qegħdin jiġu in kuntatt magħkom.", "Ħalli nerġgħu mmorru lura għall-pulizija.", "Kif ħareġ ċar mid-diskussjonijiet li kellna hemm pulizija li għenukom u hemm oħrajn li jidhru li jistgħu jkunu qegħdin f'konfoffa ma' min qed jagħmlilkom il-ħsara.", "Din ma tiġrix biss fil-pulizija imma tiġri kullimkien imma fil-każ tagħkom naħseb li huwa importanti li tkunu protetti u dan jista' iseħħ biss billi min ikun jaħdem f'dan il-qasam jgħaddi minn screening kull tant żmien.", "Intom stess tkellimtu fuq l-empowerment u l-facilitation u naħseb li aħna hawnhekk qegħdin naqblu magħkom.", "Qabel nagħlaq il-punt tiegħi xtaqt naqbad ma' punt li għamlet is-Sinjura Pamela Cuschieri.", "Pamela semmiet kif l-employers għandhom jingħataw it-training biex l-ewwelnett jifhmu ċ-ċirkostanza tagħkom u biex jgħinukom aktar imma jiena naħseb li rridu mmorru pass oltre.", "Ta' min wieħed jikkonsidra li jagħti inċentiv lil dak l-employer li jħaddem miegħu nies li jkunu għaddejjin mill-istess sitwazzjoni tagħkom u se ngħid għala naħseb li hemm bżonn li jkun hemm inċentiv.", "At the end of the day kull min iħaddem irid jara li n-negozju tiegħu jimxi 'l quddiem, jiġifieri l-verità hi li xi ftit jew wisq dan se jkun qed jara l-paga li se jkun qed jagħti lilkom u kemm intom se tkunu produttivi.", "Jista' ikun li minħabba ċirkostanzi u tbatija li tkunu għaddejjin minnha, intom ma tkunux f'sitwazzjoni li tagħtu daqskemm jagħti mpjegat li ma jkunx għaddej minn dak li tkunu għaddejjin minnu intom.", "U bħalma kien hemm fil-passat u għad hemm illum fil-preżent skemi li jgħinu lin-nisa li għandhom it-tfal sabiex dawn joħorġu jaħdmu, skemi għal min kien ilu ma joħroġ jaħdem sabiex dan jerġa' jibda jaħdem u bħalissa hemm ukoll l-iskema għaddejja li jekk inti tħaddem lil min ikun unemployed tingħata lura nofs il-paga tiegħu bħala employer, naħseb li bħala Kumitat għandna nressqu wkoll dawn it-tip ta' proposti biex min iħaddem nies li jkunu għaddejjin miċ-ċirkostanzi tagħkom jingħata lura parti mill-paga li jkun qiegħed jagħti lilkom.", "B'hekk l-employer mhux biss jara kemm qed joħroġ bħala paga u intom x'intom tagħtuh lura imma jkun qiegħed iżomm f'moħħu li apparti li qiegħed jgħin lis-soċjetà, il-Gvern se jkun qiegħed jgħin lilu wkoll billi jtaffilu parti mill-piż li jkun qiegħed iġorr.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiena nixtieq nirringrazzjakom ħafna talli kontu onesti.", "Inħoss li intom għandkom rwol kbir x'tagħtu, rwol edukattiv u li permezz tagħkom aħna tgħallimna ħafna u nħoss li wara din il-laqgħa jien se noħroġ minn hawnhekk bħala persuna differenti.", "U naħseb li jekk inkomplu ngħaqqdu din l-enerġija pożittiva bejnietna, inkunu nistgħu nikbru aktar u dawk in-nies li forsi llum qed iħossuhom waħedhom, jekk jisimgħu lil xi ħadd bħalkom, li diġa' għadda minn din l-esperjenza, se jkun jista' jilluminah u jagħmlu aktar konxju fuq kif għandu jġib ruħu f'ċirkostanzi simili.", "Grazzi ħafna talli kontu onesti u talli ftaħtu qalbkom magħna fuq dawn is-suġġetti daqshekk delikati.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Jiena nixtieq nirringrazzja lil kull min attenda għal din il-laqgħa.", "Qabel nagħlaq il-laqgħa tal-lum xtaqt nagħmel punt żgħir fuq dak li kienet qiegħda tissuġġerixxi l-Onor.", "Xi kultant inħoss li jekk il-perpetrator qiegħed iġiegħel lilkom telgħin u neżlin il-Qorti u intom qegħdin tieħdu l-leave u ma tistgħux tlaħħqu, eċċ., għandu jkun il-perpetrator li jiġi mġiegħel iħallas għall-ġranet kollha li intom titilfu mix-xogħol u mhux il-Gvern.", "Qiegħda ngħid dan mhux għax il-Gvern m'għandux rwol imma naħseb li tkun ukoll ta' diżinċentiv għall-perpetrator milli joqgħod itella' u jniżżel lill-persuna ta' xejn il-Qorti.", "U allura naħseb li tista' tinstab soluzzjoni imma naħseb li din għandha tkun parti minn dik it-tagħbija added li għandu jingħata xi ħadd li qiegħed ipoġġikom f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Għalkemm jiena naħdem f'dan il-kamp u nisma' nies bħalkom il-ħin kollu naħseb li kull esperjenza ġġib xi ħaġa magħha u nħoss li anke llum tgħallimt ħafna minn għandkom.", "U meta niġu biex nagħmlu dan ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tagħna naħseb li għandkom tkunu proud li intom tajtu s-sehem tagħkom biex dan ikun jista' isir, anke għall-benefiċċju ta' nies oħra bħalkom.", "Nirringrazzjakom ħafna talli ġejtu taqsmu l-ħsebijiet tagħkom magħna u nirringrazzja lilek Pamela għax naf kemm tagħmel xogħol siewi u kemm inti diliġenti, anke meta tiġi l-Qorti biex tkun ċerta li tipproteġi lin-nies li tkun qiegħda tieħu ħsieb.", "U ta' dan nirringrazzjak.", "Qabel nagħlqu nixtieq ninformakom li rċevejna invit mill-Anti-Povertry Forum Malta rigward konferenza li se ssir dwar it-tfal fil-faqar fid-dinja tal-lum u din il-konferenza se ssir nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Novembru ġewwa Mount St. Joseph Retreat House fil-Mosta.", "Min-naħa tiegħi nista' nattendi għall-ewwel parti ta' din il-konferenza imma min minnkom jixtieq jattendi you're more than welcome li tagħmlu dan.", "Il-ġimgħa l-oħra kellna stedina għal laqgħa mill-Kummissarju għat-Tfal u ddeċidejna li mmorru on Wednesday 27th filgħodu.", "Jiena nipproponi li dan il-Kumitat jitlaqqa' l-Erbgħa, 27 ta' Novembru sabiex inkomplu niddiskutu l-vjolenza domestika.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131106_011d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 11", "L-Erbgħa, 06 ta' Novembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.40 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 10 li saret nhar l-Erbgħa 30 ta' Ottubru 2013 ġew konfermati.", "Approvazzjoni tar-Rapport Dwar il-Prekarjat mill-Kumitat Permanenti Dwar l-Affarijiet SoĊjali", "L-Onor.", "Robert Cutajar ressaq ħames punti li talab li jiġu nklużi fir-rapport dwar il-Prekarjat li ġie redatt mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "Iċ-Chairperson qalet li l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Membri fl-aħħar laqgħa li saret kien li min kellu jressaq xi emendi jew proposti kellu jibagħthom permezz ta' email lir-Research Analyst mill-aktar fis possibbli ħalli jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-rapport u b'hekk f'din il-laqgħa ssir biss l-approvazzjoni tar-rapport.", "L-Onor.", "Robert Cutajar semma' kif hu kellu d-dritt li jressaq dawn il-proposti għaliex hu kien qiegħed jimxi mal-Minuti li kienu għadhom kemm ġew ikkonfermati.", "Għaldaqstant iċ-Chairperson talbet li jittieħdu żewġ votazzjonijiet; waħda fuq il-proposti li ressaq l-Onor.", "Cutajar u l-votazzjoni l-oħra dwar l-approvazzjoni tar-rapport.", "L-ewwel mistoqsija kienet fuq jekk il-proposti tal-Onor.", "Cutajar għandhomx jiddaħħlu fir-rapport.", "Il-proposta tal-Onor.", "Robert Cutajar m'għaddietx.", "It-tieni mistoqsija kienet fuq l-approvazzjoni tar-rapport kif inhu.", "Ir-Rapport dwar il-Prekarjat mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ġie approvat nem.com", "Vjolenza Domestika – Preżentazzjoni mir-Rappreżentanti ta' Dar Merħba Bik", "Iċ-Chairperson introduċiet lill-mistiedna minn Dar Merħba Bik u spjegat x'inhi l-intenzjoni tal-Kumitat u x'inhu jistenna li jisma' min-naħa tagħhom.", "Pamela Cuschieri, Koordinatriċi ta' Dar Merħba Bik għamlet introduzzjoni qasira dwar ix-xogħol li twettaq din id-dar.", "Qalet kif huma ma jagħtu l-ebda empowerment lin-nisa għax dan jinsab fin-nisa stess.", "Semmiet kif il-liġi qiegħda hemm imma li issa kien wasal iż-żmien li jsiru xi emendi għall-Att dwar il-Vjolenza Domestika.", "Il-mistiedna l-oħra kienu s-Sinj.", "Simone Vassallo, is-Sinj.", "Abigail Colombo - residenti u ex residenti ta' Dar Merħba Bik.", "Dawn tkellmu fuq l-esperjenzi personali tagħhom u l-mod ta' kif ġew trattati mill-aġenziji u entitajiet tal-Istat, fosthom mill-pulizija fl-għases u mill-avukati tal-legal aid.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-9.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131106_011m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ RIVEDUT", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tlieta, 19 ta' Novembru 2013 fis-7.30 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Novembru 2013 fis-7.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni skont l-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea fuq ħames ftehim dwar l-avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri mal-Kanada, Georgia, l-Ġordan, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Moldova li Malta se tirratifika.", "Affarijiet oħra.", "14 ta' Novembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131119_011a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 19 ta' Novembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:40 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Ryan Callus, l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 10 li saret fis-6 ta' Novembru, 2013 kienu konfermati.", "Ittra ta' invit datata l-15 ta' Novembru 2013 miċ-Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej Ċiprijott għall-laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti tan-naħa t'isfel tal-Unjoni Ewropea f'Jannar 2014 qabel ma' tinżamm il-laqgħa tal-COSAC li kien imiss: Iċ-Chairman spjega li waqt l-aħħar laqgħa tal-COSAC kienet saret proposta li l-Presidenti tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Istati Membri tan-naħa t'isfel tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, Italja, Franza, Spanja, Greċja, Portugall, Ċipru u Malta, jibdew jiltaqgħu qabel kull laqgħa sabiex jieħdu pożizzjoni komuni fuq kwestjonijiet li jolqtu r-reġjun tan-nofinhar tal-Unjoni Ewropea kif fil-fatt jagħmlu blokki ta' pajjiżi fin-naħa ta' fuq u fil-lvant tal-Ewropa.", "Il-Kumitat qabel li ċ-Chairman jattendi dawn it-tip ta' laqgħat.", "Ittra mill-President tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Rumen dwar id-Dħul fiż-Żona Schengen fejn qiegħed jintalab l-appoġġ tal-Parlament Malti għad-dħul tar-Rumanija fiż-Żona Schengen, liema ittra ġiet mgħoddija lill-Kumitat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fit-8 ta' Novembru 2013: Iċ-Chairman informa lill-Kumitat li skont background note datata l-15 ta' Novembru 2013 tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, ir-Rumanija kienet teknikament ippreparata biex tissieħeb fiż-Żona Schengen u allura fil-laqgħa tal-Kunsill ta' Diċembru 2013 Malta kienet se tiffavorixxi kunsens sabiex id-dħul tar-Rumanija u l-Bulgarija ma jerġax jiġi pospost.", "Il-Kumitat qabel li għandha tintbagħat ittra fejn jintwera appoġġ għad-dħul tar-Rumanija fiż-Żona Schengen filwaqt li tkompli bil-progress li qegħda tagħmel f'dan il-qasam.", "Ittra ta' risposta mill-Kummissjoni datata t-12 ta' Novembru 2013 fir-rigward tal-proposta leġislattiva fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Kumm(2013)534) fejn kien intlaħaq in-numru ta' voti meħtieġ (opinjonijiet motivitati, fosthom, dik tal-Parlament Malti) sabiex il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk iżżommx, timmodifikax jew tirtirax din il-proposta.", "Ittra datata t-8 ta' Novembru 2013 fejn il-Kummissjoni kkomunikat il-ġustifikazzjonijiet tagħha għall-proposta tagħha dwar aċċess għas-suq għas-servizzi portwali (Kumm(2013)296): Iċ-Chairman fakkar li l-Parlament Malti kien bagħat opinjoni motivita fid-29 ta' Lulju 2013 imma ma kienx intlaħaq in-numru ta' voti meħtieġ biex tiġi riveduta.", "Iċ-Chairman informa lill-Membri li fis-7 ta' Novembru 2013 il-Parlament kien bagħat opinjoni motivata dwar miżuri biex jitlesta s-Suq Uniku Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Kumm(2013)627) kif kien irrakkomanda l-Kumitat fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Novembru 2013 imma ma kienx intlaħaq in-numru ta' voti meħtieġ biex din tiġi riveduta.", "DISKUSSJONI SKONT L-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ ĦAMES FTEHIM DWAR L-AVJAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI MAL-KANADA, GEORGIA, ĠORDAN, STATI UNITI TAL-AMERIKA U MOLDOVA LI MALTA SE TIRRATIFIKA.", "Il-Kumitat kellu għall-konsiderazzjoni tiegħu dawn id-dokumenti:-", "Dok 53 Memorandum tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura approvat mill-Kabinett fid-9 ta' Lulju 2013 dwar il-ħames ftehim imsemmija hawn taħt;", "Dok 54 Ftehim dwar Area Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri u Georgia, iffirmat fit-2 ta' Diċembru 2010;", "Dok 55 Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri u l-Ġordan iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2010;", "Dok 56 Protokoll biex jemenda l-Ftehim dwar Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Membri u l-Istati Uniti tal-Amerika ffirmat fl-24 ta' Ġunju 2010;", "Dok 57 Ftehim dwar Area Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri u Moldova ffirmat fis-26 ta' Ġunju 2012; u", "Dok 58 Ftehim dwar Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Membri u l-Kanada ffirmat fit-30 ta' Novembru 2009.", "Fid-diskussjoni ħadu sehem ukoll is-Sur Joseph Callus, Segretarju Permanenti, u s-Sinj.", "Lucienne Meilak, Direttur għall-Affarijiet Ewropej, fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura.", "Il-Kumitat, wara li kkonsidra d-dokumenti li kellu quddiemu, sema' l-ispjegazzjonijiet li taw ir-rappreżentati tal-ministeru kkonċernat u wara li nnota li Malta diġa' ffirmat dawn il-ħames ftehim, ikkonkluda li Malta kellha biss x'tibbenefika minn dawn il-ħames ftehim u għaldaqstant il-Kumitat unanimament qabel mar-ratifika tagħhom.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK PROPOSTI LEĠISLATTIVI JISSODISFAWX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Il-Kumitat ikkonsidra r-rapporti mħejjija mir-research analyst fir-rigward tat-tliet proposti leġislattivi li ġejjin u qabel li fir-rigward tagħhom ma kienx hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà:-", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart (Kumm(2013)516);", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (Kumm(2013)554); u", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità talflotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (Kumm(2013)621).", "Il-Kumitat qabel li ż-żewġ proposti leġislattivi li ġejjin għandhom jerġgħu jidhru fuq l-aġenda għal aktar konsiderazzjoni:", "Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga (Kumm(2013)618); u", "Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda (Kumm(2013)619).", "Fit-8:20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131119_011m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131127_012a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 12", "L-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.42 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 11 li saret nhar l-Erbgħa 6 ta' Novembru 2013 ġew konfermati.", "VJOLENZA DOMESTIKA - Diskussjoni ma' DR lARA DIMITRIVEC MILL-FONDAZZJONI DRITTIJIET TAN-NISA", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Mela nistgħu nibdew bid-diskussjoni tagħna għal-lum u għalhekk nistieden lil Dr Dimitrivec sabiex tieħu postha madwar il-mejda.", "Nixtieq navżak Dotoressa li dawn is-seduti jiġu screened live permezz tal-internet u għalhekk jekk għandek xi oġġezzjoni tista' tgħidilna u aħna nwaqqfu r-recording.", "Jekk m'għandekx oġġezzjonijiet nistgħu nibdew bil-laqgħa tagħna.", "L-ewwelnett nirringrazzjak talli qiegħda tattendi din il-laqgħa at such short notice imma ovvjament, la sirna nafu bik ma stajniex inħalluk barra!", "Nitolbok biex tagħtina preżentazzjoni qasira fuq min qiegħda tirrapreżenta u mbagħad inkunu nistgħu nagħmlulek xi mistoqsijiet.", "L-għan ta' dawn id-diskussjonijiet huwa proprju sabiex niddiskutu kif l-istituzzjonijiet Maltin jitrattaw lill-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Fil-fatt fuq is-suġġett tal-vjolenza domestika smajna naqra mhux ħażin u għandna wkoll xi studji imma issa aktar jinteressana kif jiġu trattati l-vittmi mill-istituzzjonijiet.", "Dan il-Gvern qiegħed jipprova jirratifika kemm jista' jkun malajr l-Istanbul Convention u allura, dan il-Kumitat qiegħed jipprova jagħmel ukoll tħejjijiet minħabba dan il-fatt.", "DR LARA DIMITRIVEC (Fondazzjoni Drittijiet tan-Nisa): Il-fondazzjoni jisimha Fondazzjoni Drittijiet tan-Nisa u l-għan tagħha huwa biex nipprovdu informazzjoni legali kif ukoll rappreżentazzjoni legali fil-qrati tagħna kemm-il darba jkun hemm każijiet ta' vjolenza domestika, ta' abbuż sesswali u ta' human trafficking.", "L-idea ġiet għaliex aħna ħassejna li hemm ħafna nuqqas u anke miżinformazzjoni għal dawn il-vittmi u għalhekk riedna nipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jafu bid-drittijiet tagħhom u biex ikunu jafu x'se jiġri kemm-il darba jibdew il-proċeduri, x'se jippretendu, x'għandhom jagħmlu u fejn għandhom imorru biex tingħatalhom l-assistenza.", "THE CHAIRPERSON: Dwar il-persuni li jiġu għandkom u n-nies li tirrapreżentaw intom, kif ukoll bħala avukata nassumi li fil-Qrati tal-Familja għandek esperjenza wkoll barra mill-fondazzjoni; allura tista' tgħidilna jew turina għallinqas jekk hemmx xi affarijiet li normalment ikollok complaints fuqhom rigward l-istituzzjonijiet?", "L-iktar li qegħdin nitkellmu hawnhekk - għalkemm mhux limitati għalhekk biss – huwa fuq il-Pulizija, fuq l-aġenziji bħalma hi l-Appoġġ, ix-shelters, l-isptarijiet, il-policlinics, il-legal aid, eċċ. Tista' tgħidilna xi ħaġa fuqhom jekk jogħġbok?", "DR LARA DIMITRIVEC: Ħalli nibda bil-pulizija.", "Jiġuni ħafna u ħafna complaints min-naħa tal-vittmi fuq kif jiġu trattati mill-Pulizija u fuq kif jiddaħħlu r-rapporti tagħhom.", "Fuq l-għassa jekk inti sejra tagħmel rapport fuq abbuż sesswali jew minħabba li ġejt vjolentata mir-raġel, il-fatt li x'ħin tidħol ġol-għassa kulma għandek bank bin-nies deħlin u ħerġin, żgur li ma jagħtikx dik il-privatezza li għandek bżonn.", "Jien mort għax kien hemm ċerti każijiet fejn kelli mmur personalment ma' klijent.", "Anke meta jidħol rapport jgħidulek; \"allright… iva, eħe, ġralek hekk?", "Mela stenna ftit ħa nara fis-sistema.\"", "Jidher li għandhom lista ta' tipi differenti ta' vjolenza domestika u inti trid tagħżel waħda!", "Il-pulizija jistaqsik jekk kellekx vjolenza fiżika, emozzjonali, psikoloġika jew verbali.", "U inti trid tagħżel waħda!", "X'jiġifieri rrid nagħżel waħda?", "Meta nitkellmu fuq vjolenza domestika x'aktarx li tkun ġejt ivvjolentata fiżikament, żgur emozzjonalment u anke psikoloġikament.", "U kważi dejjem verbalment!", "Anke bil-mod ta' kif qegħdin jidħlu r-rapporti, kemm-il darba nisimgħu ċerti lmenti mill-vittmi, fosthom li jmorru l-għassa u min ikun bix-shift dak il-ħin jgħidilhom; \"u iva, mhux għax qed tisseparaw bħalissa!", "Issa jgħaddilu!\".", "Jew inkella; \"dak għax qam b'burdata ħażina, erġa' mur id-dar.", "Mhux aħjar tipprova tgħaqqad il-familja.\".", "Dawn il-kummenti huma assolutament inaċettabbli!", "U hawn nuqqas ta' sensittività f'dawn il-każijiet.", "Anke kien hemm xi klijenti li marru diversi drabi jagħmlu rapporti u kellna nintervjenu aħna b'mod iktar aggressiv, partikolarment f'każijiet ta' stalking.", "Ħa nsemmi każ wieħed tal-eks raġel ta' klijenta.", "Dan l-ammont ta' telefonati kontinwi li kien jagħmel kien iġennek!", "Dan kien jagħmel iktar minn 60 telefonata f'minuta!", "Aħseb u ara ġurnata sħiħa kontinwament iċempel fuq il-post tax-xogħol u saħansitra jammetti li qed jieħu r-ritratti minn ġol-letter box tar-residenza tagħha!", "U jsuq warajha b'mod kontinwu.", "Dan kien stalking b'mod aggressiv ħafna.", "Imbagħad isir ir-rapport u l-pulizija jgħid lill-vittma; \"u iva, bħalissa qiegħed b'dik il-burdata.\"!", "Again din hija inaċċettabbli!", "L-istalking għandu jiġi rikonoxxut ukoll bħala att ta' vjolenza domestika.", "Fuq il-pulizija hemm ħafna xi tgħid imma naf li limitati bil-ħin u għalhekk se ndur fuq affarijiet oħra.", "Dan is-servizz għandu jidħol awtomatikament f'każ ta' vjolenza domestika, partikolarment meta l-vittma trid tiġi rappreżentata fil-qrati kriminali, fejn inti bħala xhud ma tikkwalifikax għall-għajnuna legali għal kuntrarju tal-akkużat, fejn dan għandu d-dritt tal-għajnuna legali.", "Mhux l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-vittma.", "Diġa' huwa pass enormi l-fatt li l-vittma marret tagħmel ir-rapport tagħha!", "Mela din għamlet ir-rapport u spiċċat tistenna x-xhur.", "Din ukoll hija problema oħra li trid tiġi indirizzata; li meta jidħol rapport qed idumu tlieta, erba' u anke sitt xhur sabiex jitressqu l-Qorti.", "Li l-vittma tkun daħlet fl-ambjent tal-Qorti għaliha diġa' huwa intimidanti; fejn tkun qiegħda ġo kamra mal-istess persuna li tkun ivvjolentatha u jkollha tixhed quddiemu f'dak l-ambjent tal-awla tal-Qorti.", "Apparti minn hekk lanqas biss ikollha lil xi ħadd biex jiggwidaha u forsi jagħmel il-mistoqsijiet kemm-il darba l-akkużat jitla' biex jixhed.", "THE CHAIRPERSON: Skużani ftit għax nixtieq nenfasizza l-punt għal min qiegħed jismagħna u mhuwiex daqshekk midħla tal-liġi; hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq meta l-vittma – inti għedtha wkoll – tkun xhud u mhux meta tkun hi l-vittma u attwalment għandha bżonn lill-pulizija f'dak l-istadju li tkun marret tagħmel ir-rapport.", "Kien hemm rapporti fil-gazzetta dwar dan - u għalhekk xtaqt nenfasizza fuqha - u ma ġietx magħmulha distinzjoni għal dak li aħna nsibuh bħala l-parte civile.… U allura kien hemm min ċempilli għax ħaseb li mhux se jibqa' jiġi rappreżentat.", "Tista' tkompli.", "Grazzi.", "DR LARA DIMITRIVEC: Dejjem nikkjarifika li hawnhekk qed nitkellmu fuq każijiet kriminali u mhux fuq każijiet ċivili jew fuq każijiet ta' separazzjoni fil-Qorti tal-Familja.", "Imma anke hemmhekk hemm xi ngħidu.", "Kemm-il darba persuna applikat – dejjem qegħdin nitkellmu f'ambitu ta' vjolenza domestika – għall-għajnuna legali dawn qed isibu li biex jiġu appuntati avukat tal-għajnuna legali qed idumu l-ġimgħat.", "Ġieli għadda għall-widnejja li dan idum bejn wieħed u ieħor erba' jew ħames ġimgħat biex jiġi appuntat.", "Anke kemm-il darba jingħata avukat tal-għajnuna legali qed isibuha diffiċli wkoll sabiex jagħmlu kuntatt mal-avukat.", "U jħossu li hemm nuqqas ta' sensittività għall-każ partikoli tagħhom jew inkella saħansitra lanqas jitla' l-avukat meta jkollhom il-Qorti u l-vittma jkollha tidher mingħajr l-avukat.", "Din hija problema kbira speċjalment meta jkunu fi proċeduri ta' medjazzjoni; fejn inti qiegħda f'kamra żgħira mal-aggressur u wisq probabli mal-avukat tiegħu, u li dawn ikunu kollha ppreparati mentri inti, bħala vittma, issib ruħek f'dak l-ambjent fejn qed tħoss li kulħadd qiegħed jaqbeż fuqek!", "Jien ukoll nappella sabiex ladarba japplikaw għall-għajnuna legali, din tingħata b'mod awtomatiku u kemm jista' jkun malajr u li tittieħed bis-serjetà daqs li kieku kien kwalunkwe klijent ieħor.", "Kont qiegħda nsemmi x-xhieda, partikolarment f'dawk il-każijiet kriminali u fuq is-sistema tal-video conferencing.", "Jiena naħseb li kemm jista' jkun, jekk kemm-il darba l-vittma jkollha tixhed f'każijiet kriminali, għandu jintuża l-video conferencing.", "Din hija sistema li diġa' qiegħda in place u għalhekk għandha tintuża.", "Din mhijiex xi ħaġa li għandek tistaqsi għaliha, anzi pjuttost għandha tkun bil-kontra; il-parti għandha tagħżel jekk hijiex se tixhed bil-video conferencing jew le.", "U f'dawk il-każijiet fejn minħabba l-investigazzjonijiet li jkunu saru u jkun hemm biżżejjed provi biex il-vittma ma tixhidx, allura din m'għandhiex tiġi mġiegħla tixhed.", "Il-liġi tagħna bħalissa ssemmi każijiet partikolari bħal pereżempju l-mara tista' ma tixhidx kontra r-raġel.", "Issa meta qed nitkellmu fuq vjolenza domestika m'aħniex qed nitkellmu biss fuq koppji miżżewġin imma hemm ukoll każijiet fejn persuna jkollha relazzjoni intima ma' persuna oħra u jkollok il-vjolenza domestika.", "F'dak il-każ ma tistax ...", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nistaqsik mistoqsija.", "Mill-esperjenza tiegħek, meta jkollok każijiet ta' vjolenza domestika u x-xhud l-aktar importanti li hija l-vittma se tħalliha barra mill-equation ma taħsibx li qed ikun hemm nuqqas gravi tal-iktar prova skjaċċanti kontra l-imputat?", "Kif se ssolviha din jekk il-vittma mhux se tixhed?", "DR LARA DIMITRIVEC: Skont l-investigazzjonijiet li jkunu saru dejjem għandek il-provi u l-każ.", "Wieħed irid jara dak dejjem.", "Jekk għas-saħħa tal-argument qed ngħidu li kien hemm vjolenza domestika fis-sens ta' stalking qawwi, kif semmejt aktar qabel permezz tat-telephone jew forsi permezz ta' xi ritratti jew screen shots tat-triq jew saħansitra kien hemm xi aggressjoni fiżika, allura għandek iċ-ċertifikat mediku, naħseb li f'dak il-każ diġa' għandek ħafna fuqiex tmexxi.", "Forsi jista' jiġi suġġerit ukoll li l-vittma tkun diġa' tat ix-xhieda tagħha minn qabel, jiġifieri x-xhieda tagħha tkun diġa' ġiet recorded minn qabel.", "Imbagħad il-kontro-eżami jekk xejn isir - għaliex nifhem li hemm id-dritt tal-kontro-eżami - bil-video conferencing.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk qiegħda nifhmek sew li qiegħda tissuġġerixxi inti huwa li jitnaqqas il-konfront fil-Qorti bejn il-vittma u l-perpetrator fl-istess ħin.", "DR LARA DIMITRIVEC: Iva għax f'dak l-ambjent il-perpetrator jista' jagħmel ħafna u ħafna ħsara fuq il-vittma.", "F'dan il-kuntest ukoll aħna qegħdin nissuġġerixxu li kemm jista' jkun il-vittma u l-perpetrator ma jinżammux fl-istess waiting room imma jkunu separati.", "Dan għaliex f'dawn il-każijiet naħseb li ssir ħafna pressjoni fuq il-vittma waqt li jkunu qed jistennew sabiex jinstema' il-każ tagħhom.", "ETIENNE GRECH: Anke fl-għases m'għandhomx ikunu fl-istess waiting room.", "DR LARA DIMITRIVEC: Hekk hu.", "Fl-għases ukoll m'għandhomx ikunu fl-istess waiting room imma l-ewwel jibagħtu għal parti u mbagħad jibagħtu għall-parti l-oħra.", "THE CHAIRPERSON: Inti kont qiegħda tgħid li l-vittmi m'għandhomx jiġu mġiegħla jixhdu.", "Meta qiegħda tgħid li jiġu mġiegħla jixhdu, as such minn min jiġu mġiegħla?", "DR LARA DIMITRIVEC: Kif semmejt il-liġi tagħti lok għal ċerti persuni biex ma jixhdux kontra l-parti l-oħra.", "U hawnhekk nerġa' ngħid li aħna qegħdin nitkellmu fuq vjolenza domestika, fejn mara tista' tagħżel biex ma tixhidx kontra r-raġel.", "Hemmhekk diġa' għandek kuntest ta' għażla, fejn il-persuna tista' tagħżel hi jekk tixhidx jew le.", "Dak għandu japplika wkoll għal sitwazzjonijiet oħra fejn għandek vjolenza domestika f'relazzjoni intima bejn żewġ partijiet.", "Setgħet ma kenitx relazzjoni intima imma setgħet kienet a one off u mbagħad eventwalment il-biċċa eskalat fi vjolenza domestika fis-sens tal-liġi tagħna.", "Jien għal dawk il-każijiet kont qiegħda nirreferi.", "Ma nafx jekk irrispondejtx il-mistoqsija tiegħek.", "THE CHAIRPERSON: Qed nifhem il-punt.", "Filwaqt li fil-verità meta ngħidu għall-grazzja tal-argument li għandek mara u din ma tixhedx kontra r-raġel tagħha għax il-prosekuzzjoni tkun estranja, din ma tkunx qiegħda għall-mara li hija l-vittma u allura trid iġġiegħel lil xi ħadd jixhed għax huwa għall-benefiċċju tal-vittma.", "Imma meta hemm il-prosekuzzjoni li hija l-Pulizija u għandha l-vittma, din tista' tiddeċiedi li dik il-vittma ma tixhedx.", "Li naqbel miegħek hu li din tista' tkun ta' trawma għaliha u jista' jkun li jkun hemm xi każijiet fejn m'għandekx bżonn.", "U forsi li nistgħu nissuġġerixxu hu li mhux ma tiġix imġiegħla tixhed għax ma nħossx li hija mġiegħla at that point imma li jekk ma tixhedx ma jkunx hemm a negative inference li hi ma tatx ix-xhieda tagħha.", "Ma nafx jekk aħniex qegħdin niftiehmu?", "DR LARA DIMITRIVEC: Li jkun hemm negative inference żgur li naqbel miegħek però anke min-naħa tal-prosekuzzjoni tismagħha ħafna li għax ma titlax tixhed il-vittma, allura daqs li kieku l-każ waqa'.", "U din l-attitudni għandha tinbidel.", "Mhux għax il-vittma għażlet biex ma tixhedx, allura inti m'għandekx iktar fuqiex tmexxi.", "Dak huwa l-punt tiegħi.", "Jekk kemm-il darba l-każ tiegħek qiegħed iħoll u jorbot max-xhieda tal-vittma, hemmhekk ovvja li trid titla' imma jekk inti għandek biżżejjed fuqiex tmexxi, allura mhux għall-prosekuzzjoni daqshekk, spiċċa kollox!", "Xtaqt ngħid ukoll li għalina bħala Fondazzjoni għad-Drittijet tan-Nisa nixtiequ li tidħol il-protection order.", "Kif inhi s-sistema bħalissa l-ordni tal-protezzjoni tingħata fil-kamp kriminali u tista' titlobha fil-kamp ċivili, mill-Qorti tal-Familja meta jkollok il-bidu ta' proċeduri f'każ ta' separazzjoni.", "Aħna nħossu li din hija daqxejn diskriminatorja.", "L-ewwel ħaġa anke koppji li mhumiex miżżewġin imma għandhom it-tfal jista' jkun li jkollok il-vjolenza domestika.", "U allura jekk dawn bdew il-proċeduri biex jiġu regolati l-aċċess, il-manteniment, il-kura u l-kustodja tat-tfal tagħhom, u hemm il-vjolenza domestika, sa ċertu punt dawn ma jistgħux japplikaw għall-protection order.", "Jiena mhux qed ngħid li din ma saritx imma l-liġi kif inhi tgħid speċifikament f'każijiet ta' separazzjoni.", "Għalhekk inħossu li l-liġi għandha tiġi regolata aktar f'dan is-sens.", "Il-protection order f'każijiet ta' vjolenza domestika jew ta' abbuż sesswali aħna nħossu li għandha tiġi b'forma ta' application li tagħmel il-vittma u li din tkun bla ħlas u kemm sempliċement tapplika għaliha u tinħareġ awtomatikament.", "Imbagħad jiġi appuntat il-każ sabiex il-Qorti tara jekk hemmx lok għalih jew le.", "Jiġifieri s-sistema tinqaleb bil-kontra u allura mhux li jien nagħmel applikazzjoni, jinstema' l-każ u mbagħad tiddeċiedi l-Qorti imma tinħareġ awtomatikament u mbagħad il-Qorti tara jekk hemmx lok għalih jew le.", "Din tiġi bħall-każijiet ta' mandati ta' inibizzjoni jew fil-mandati.", "Aħna nemmnu li jekk kemm-il darba l-vittma jkollha dik l-ordni ta' protezzjoni, hi aktar se tħossha safe u aktar se jkollha kuraġġ biex tmexxi, b'mod partikolari fuq dawk il-każijiet fejn hemm involuti l-minuri.", "F'dan il-kuntest ikun hemm inqas biża'.", "Mill-każijiet li rajna aħna ħassejna li s-saħħa li tagħti lill-mara hija enormi.", "Ifhimni, jekk hu se jasal biex iweġġa' lill-mara, xorta se jweġġagħha, bl-ordni ta' protezzjoni jew le!", "Imma l-kuraġġ li tagħti lill-mara huwa enormi!", "Dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-qrati, kemm avukati, ħaddiema li jaħdmu l-Qorti, eċċ aħna nemmnu li għandu jkun hemm sensitivity training b'mod regolari għal kulmin ikollu kuntatt ma' dawn it-tip ta' każijiet.", "Inħossu wkoll li anke meta niġu f'kuntest ta' talba dwar aċċess, kura u kustodja tal-minuri, din għandha tiġi dejjem meqjusa fuq jekk hemmx vjolenza domestika jew le.", "F'ħafna mill-każijiet kemm-il darba bdew il-proċeduri ta' separazzjoni jew il-proċeduri legali biex jiġu regolati l-kura u l-kustodja u l-aċċess u l-manteniment tal-minuri, f'dawk il-każijiet fejn il-koppja mhumiex miżżewwġa, kemm-il darba kien hemm vjolenza domestika u kif appena bdew il-proċeduri din se tiskala għax dak li jkun se jirrabja għax ma jkollux aktar dak il-kontroll li kellu qabel.", "Inħossu li f'ħafna minn dawn il-każijiet jibdew jintużaw it-tfal sabiex jikkontrollaw u jweġġgħu lill-vittma; li f'dan il-każ hija l-mara.", "Għalhekk aħna qegħdin nappellaw sabiex f'dawn iċ-ċirkostanzi l-Qorti żżomm dejjem għajnejha fuq x'inhuwa l-aħjar interess.", "L-ewwelnett il-kura u l-kustodja matul il-proċeduri se tiġi fdata f'idejn dik il-parti li tkun soġġetta għall-vjolenza domestika u li l-aċċess isir regolat.", "Li jiġri kemm-il darba hu li t-tfal jispiċċaw f'dawn il-mind games u jibdew idawwruhom kontra l-omm!", "B'hekk jispiċċaw b'riperkussjonijiet gravi ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Li qed tgħid inti naqbel miegħu imma frankament naħseb li huma l-Qrati li jridu jieħdu dik il-pożizzjoni.", "Dan għaliex jiddependi ħafna mill-Imħallef li jiddeċiedi accordingly.", "M'hemm xejn fil-liġi li effettivament tissalvagwardja dejjem l-interessi tat-tfal u allura dejjem trid tħallih f'idejn il-Qrati.", "X'se nagħmlu biex il-Qrati tagħna jkunu qegħdin jieħdu din il-pożizzjoni?", "Kif tara li din tista' tissolva?", "Dejjem għandu jkollhom taħriġ aġġornat.", "Anke jekk forsi tista' tidħol xi dispożizzjoni f'dan is-sens fid-Domestic Violence Act.", "Jiena nemmen li bħala Domestic Violence Act għandha definizzjoni ta' x'inhi vjolenza domestika.", "U għalkemm titkellem fuq dak li huwa fiżiku u morali, nemmen li dan mhuwiex biżżejjed.", "Għandna bżonn ninkludu wkoll il-kontroll finanzjarju bħala forma oħra ta' vjolenza domestika.", "U kemm-il darba dawn jiġu ċari fid-dispożizzjoni tal-liġi, allura naħseb li anke l-Qrati jkollhom iktar gwida.", "F'każijiet ta' vjolenza domestika, jekk kemm-il darba l-Qorti tkun sodisfatta li veru hemm vjolenza domestika, l-aċċess għandu jsir taħt superviżjoni u l-kura u l-kustodja għandha tiġi fdata f'idejn l-omm.", "THE CHAIRPERSON: Peress li ovvjament inti qed tgħidilna b'dawn is-suġġerimenti u qiegħda napprezzahom għax ħafna minnhom naqbel magħhom u nsemmihom jiena wkoll imma fir-riforma li qiegħda ssir tal-Qrati tagħna u fil-leġiżlazzjoni li tirrigwardja dawn l-affarijiet, il-fondazzjoni tagħkom tat l-input tagħha sabiex ikun hemm dawn it-tibdiliet?", "Qiegħda nistaqsi biex inkun naf x'qed isir ukoll min-naħa tagħkom.", "DR LARA DIMITRIVEC: Biex inkun onesta bħala fondazzjoni aħna ġejna reġistrati uffiċjalment fil-11 ta' Novembru 2013 u allura bħala fondazzjoni għadna pjuttost ġodda.", "Imma iva, konna diġa' bagħatna l-komunika tagħna lill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Ġustizzja.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi ladarba qed nitkellmu fuq it-tfal huwa fuq il-manteniment.", "Fuq il-manteniment qed insibu ħafna diffikultajiet għax qed ikun hemm każijiet fejn dan ma jitħallasx.", "Din għalina wkoll hija forma oħra ta' vjolenza domestika u qed ikun hemm id-diffikultajiet fil-konfront tal-vittma.", "Mela jridu jsiru r-rapporti u jinħarġu l-akkużi kriminali.", "Din l-omm - li bi tliet itfal fl-aħħar sabet xogħol - trid tieħu ġurnata leave biex titla' l-Qorti u r-raġel jispiċċa ma jitlax!", "Aħna qegħdin nissuġerixxu li titwaqqaf iċ-Child Support Agency, fejn ikun il-Gvern li jħallas u mbagħad din l-aġenzija ddur fuq il-persuna li għandha tħallas u tieħu l-passi hi kontra tagħha.", "Dan għaliex f'ħafna mill-każijiet li rajna, meta niġu għall-manteniment, qed insibu ħafna din id-diffikultà.", "Peress li l-aggressur ikun jaf li l-vittma ħadet ġurnata leave biex titla' l-Qorti, u forsi jkunu jafu li ma fadlilhiex aktar leave, jaraw kif jagħmlu biex jew ma jidhrux il-Qorti jew inkella biex ma jiġux notifikati.", "Biex tiġi evitata din is-sitwazzjoni u anke biex forsi jkollna ftit aktar pressjoni fuq l-aggressur għandha tkun l-aġenzija li tħallas lill-vittma u mbagħad l-aggressur ikollu jagħti lil din l-aġenzija.", "U allura jkun hemm aktar serjetà f'dan is-sens.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Taħseb li l-liġijiet dwar l-istalking huma biżżejjed jew inkella rridu nagħrfu dan il-fenomenu ġdid?", "X'tissuġġerixxi?", "Jien għandi żewġ kostitwenti tiegħi li huma nisa u li għandhom każijiet differenti minn xulxin u huma ta' etajiet differenti.", "Dawn l-irġiel tagħhom kienu abbużivi u vjolenti magħhom u jixtiequ jisseparaw minn mal-irġiel rispettivi tagħhom.", "Madankollu m'għandhomx fejn imorru.", "Peress li r-raġel ma jridx jissepara u m'għandix dubju li kieku r-raġel ukoll ried jissepara din kienet tkun bonarja u l-affarijiet kienu jimxu b'mod differenti imma bħalissa dawn in-nisa qegħdin f'sitwazzjoni fejn ma jieħdux relief mingħand il-Gvern għax l-irġiel tagħhom qed jagħmlu minn kollox kontrihom; ma jitilgħux il-Qorti, eċċ u lanqas jagħtuhom xi ħaġa biex jgħixu!", "U allura prattikament dawn in-nisa qed jgħixu bix-xejn.", "Kif tista' taħdem is-sistema tas-sigurtà soċjali f'dan il-pajjiż biex nisa bħal dawn, li jkunu qegħdin f'din is-sitwazzjoni, ikollhom imqar sostenn bħala relief?", "X'taħseb li jista' jsir f'każijiet bħal dawn?", "DR LARA DIMITRIVEC: Semmejtli li dawn in-nisa ma jiedħux relief imma jiena qiegħda nassumi li ma jikkwalifikawx għar-relief għax għadhom jgħixu taħt l-istess saqaf hux hekk?", "ETIENNE GRECH: Hekk hu.", "U jibqgħu hemm għax m'għandhomx fejn imorru.", "DR LARA DIMITRIVEC: Iva, din hemm bżonn li tiġi indirizzata kemm jista' ikun malajr għax hemm ħafna minn dawn il-każijiet.", "Kemm-il darba jkun hemm biżżejjed prova għas-sigurtà soċjali u fil-fatt din hija s-sitwazzjoni f'każijiet ta' vjolenza domestika għax ikollok kontroll finanzjarju minn parti fuq oħra, allura l-vittma għandha tibda tikkwalifika għas-social relief.", "Rigward l-istalking ikolli ngħid li sfortunatament il-liġi ma ssemmi xejn!", "Li ġeneralment jiġri hu li meta jinħarġu l-akkużi, dawn jinħarġu taħt fastidju imma din hija xi ħaġa vaga ħafna.", "U għalhekk l-ewwel għedt li anke d-definizzjoni tal-vjolenza domestika għandha bżonn li tiġi dettaljata aktar ħalli tkun tirrifletti aktar ir-realtà tal-lum.", "Jiġifieri mhux biss kif rajna l-bieraħ fejn kien hemm ħafna diskors fuq l-Istanbul Convention li Malta ffirmat imma anke d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għandha tifforma parti mil-liġi tagħna sal-2015.", "L-istalking hija realtà kbira u dan isir mhux biss bit-telefon imma llum għandek ukoll is-cyber stalking bl-użu tal-Facebook, bl-emails, bil-Hi5 u ma nafx x'hemm iktar.", "U għalhekk iva hemm bżonn li din tidħol fil-liġi wkoll.", "ETIENNE GRECH: Jekk inti pereżempju mara u għandek ir-raġel tiegħek - issa din taffettwa mhux biss lill-miżżewġin imma anke lill-għarajjes – li qiegħed jiġri warajk il-ħin kollu.", "Jekk inti tmur għand il-pulizija u tgħidilhom li hemm xi ħadd li qed jiġri warajk il-ħin kollu, kif inhi s-sitwazzjoni tal-lum f'dawn il-każijiet?", "Il-Pulizija jagħrfu jieħdu passi kontrih?", "DR LARA DIMITRIVEC: Kien hemm każijiet fejn le, il-Pulizija ma rrikonoxxewx din is-sitwazzjoni u lill-vittma qalulha li ladarba mhux qed ikellimha u mhux qiegħed imur fuqha fiżikament allura mhijiex problema.", "U għalhekk kien hemm bżonn tal-intervent tagħna.", "Naħseb li l-istalking, għalkemm mhuwiex fiżiku, jista' jfarrkek psikoloġikament daqs li kieku tak daqqa ta' ponn u ħallik taħtha!", "THE CHAIRPERSON: Dottoressa xtaqt nerġa' immur lura għall-istituzzjonijiet għax min-natura tiegħu dan is-suġġett tant għandu faċċati li faċilment nispiċċaw nitkellmu fuq ħafna aspetti tiegħu, li huma kollha importanti imma jiena l-aktar li xtaqt niffoka huma proprju fuq l-istituzzjonijiet.", "Nixtieq inkun naf - peress li kellimtna fuq il-Pulizija u l-legal aid – jekk hemmx xi complaints li bħala fondazzjoni smajtu bihom jew anke mill-esperjenza tiegħek bħala avukat fejn jidħlu polyclinics jew tobba u rigward jekk inti taqbilx li jkun hemm ċentri apposta li jkunu all inclusive.", "DR LARA DIMITRIVEC: Mhux dejjem però kien hemm ċertu każijiet ta' stupru li ltqajt magħhom jien personalment fejn meta l-vittma marret l-isptar kellha tagħmel ir-rape kit.", "Issa wara dak kollu li tkun għaddiet minnu l-vittma tkun diġa' tilfet id-dinjità kollha tagħha, aħseb u ara mbagħad ikollha terġa' tgħaddi minn dak l-aspett mediku sabiex isirulha t-testijiet.", "U aħna ħassejna li fuq dan il-każ partikolari kien hemm nuqqas ta' sensittività.", "Aħna nemmnu li iva, għandu jkun hemm rape crisis unit jew xi unit ieħor sabiex jilqa' fih lill-vittma, fejn hemmhekk ikollok ukoll social worker li se tkun aktar sensittiva mal-vittma u jkollok ukoll psychologist.", "Hemm bżonn ħafna li jiġi introdott l-aspett psikoloġiku f'kull qasam.", "Fejn tidħol vjolenza domestika jew abbuż sesswali hemm bżonn li jkun hemm is-psychologists u forsi jkunu anke fil-Qrati.", "Il-waiting lists huma ħafna u jiena nħoss, anke mill-esperjenza tiegħi, li meta jkolli każijiet ta' domestic violence u naf li hemm social worker u psikologu, mela naf li l-klijenta għandha iktar fuq min iddur, għandha iktar għajnuna u allura se tkun iktar b'saħħitha.", "Jien dejjem ngħidilhom li nista' niġġieled għalihom imma ma nistax nagħmel nofs battalja!", "U għalhekk għandi bżonn lill-vittma sabiex tgħinni niġġieled!", "Allura jekk ikun hemm din l-għajnuna, il-vittma aktar se tkun b'saħħitha.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak.", "Hemm xi mostoqsijiet oħra?", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Bħala fondazzjoni, jekk jiġu persuni quddiemek – li ġeneralment aktar ikunu nisa – li m'għandhomx il-kuraġġ li jirrapportaw din il-vjolenza domestika li jkunu qed jissubixxu, x'tagħmlu intom biex jekk jista' jkun tikkonvinċu lil dik il-persuna?", "Jekk tibqa' din ma tridx tirraporta u l-fatt li inti tkun taf bil-każ, tieħdu xi forma ta' azzjoni min-naħa tagħkom?", "DR LARA DIMITRIVEC: Kemm-il darba jkollna każi simili aħna nemmnu li ġaladarba huma ġew biex ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet legali tagħhom, diġa' qed jagħmlu pass enormi.", "Jekk huma jkunu għadhom mhux deċiżi jekk humiex se jmexxu jew le bil-proċeduri, aħna dejjem ngħidulhom sabiex imorru l-Appoġġ, u jekk ma jixtiequx imorru l-Appoġġ, imbagħad hemm social workers oħra li nistgħu nikkomunikaw magħhom ħalli jitkellmu magħhom.", "Jiġifieri aħna nibqgħu naħdmu magħhom imma qatt ma nistgħu nikkonvinċuhom.", "Hija xi ħaġa li trid tiġi min-naħa tagħhom.", "Aħna nemmnu li biex tagħtihom is-saħħa u l-poter trid tagħtihom l-informazzjoni.", "U għalhekk nibqgħu naħdmu magħhom kemm-il darba jiddeċiedu li jridu jagħmlu dak il-pass - għax huwa pass kbir ħafna - jew le.", "THE CHAIRPERSON: Dottoressa nirringrazzjak ħafna ta' din il-preżentazzjoni.", "Issa nistgħu ngħaddu għall-mistiedna l-oħra u nsejjaħ lis-Sinjura Grace Gatt sabiex tingħaqad magħna madwar il-mejda.", "VJOLENZA DOMESTIKA – Diskussjoni MAS-SINJURA GRACE GATT", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak Sinjura Gatt talli lqajt l-istedina tagħna.", "Naf li ilna ftit li tkellimna u kont għidtlek li se nistiednek għax għoġbitni l-proposta li kellek.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li s-Sinjura hija wkoll eks pulizija u b'hekk għandna aspett ieħor li tista' tidhol fih.", "Inti tagħmel ukoll xi investigazzjonijiet privati.", "Tista' tintroduċi ftit ruħek?", "IS-SINJURA GRACE GATT (EKS PULIZIJA U COUNCELor): Illum il-ġurnata ggradwajt fil-counselling.", "Kont nagħmel private investigations u kont ukoll eks pulizija.", "Illum ġejt hawnhekk għalija personali u mhux biex ingerger fuq dak jew fuq l-ieħor.", "Anzi se nipprova nkun newtrali kemm jista' jkun.", "Imma bħala eks pulizija u anke f'isem il-vittmi li ltqajt magħhom maż-żmien nixtieq inwassal messaġġ u nittama li wara tant snin forsi jsir xi ħaġa.", "L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid hi li jiena ilni 22 sena niltaqa' ma' persuni li għandhom bżonn l-għajnuna u għajnuna minn kull aspett.", "Semmejna r-rape u se ngħid xi ħaġa li għandha twassalni għalxiex irrid nitkellem fuqu llum.", "Ikkoreġuni jekk forsi llum il-ġurnata ċerti affarijiet ġew upgraded imma xorta nemmen li għadna lura.", "Tkellimna fuq rape.", "Mela għandek mara li ġiet raped, normalment f'St George's Bay jew f'dawk l-akkwati, wara xi xarba, eċċ u din forsi tispiċċa tmur l-għassa u fl-għassa jkollok is-surġent li jew ikun għadu xogħol barra jew ikun fuq xi xogħol ieħor.", "Imbagħad mill-għassa jgħidulha li se jeħduha l-isptar.", "L-isptar forsi jċemplu lill-Vice Squad, li ma jaħdmux 24/7 u l-isptar tagħmel is-sigħat tistenna għax għalkemm it's a police case xorta trid tistenna għax jaf ikollok pazjenti aktar urġenti, bħal xi ċesarja.", "Mela din trid toqgħod tistenna hemm wara li ġiet raped!", "God only knows kif qiegħda stripped u qiegħda hemm mal-pulizija, bil-pulizija li jew ħareġ barra jpejjep sigarett jew ħaġa jew oħra.", "In the mean time daħlet ġewwa u sar it-test li għandu jsir, ittieħdu sett ta' ritratti wkoll għax minbarra li jrid isir forma ta' smear test biex jieħdu l-iswaps, iridu wkoll jieħdulek sett ritatti.", "Minn hemm, in the middle of the night - għax normalment bil-lejl isiru dawn għalkemm jistgħu jsiru wkoll matul il-ġurnata – terġa' tispiċċa l-għassa.", "Mill-għassa jiddeċiedu li jieħduk id-Depot il-Furjana, u l-Vice Squad jieħdu l-istatement tiegħek, b'min dieħel u min ħiereġ u inti għadek hemm, bħal ħmar trid toqgħod tagħti l-istatement tiegħek.", "Wara li tlesti l-istatement trid tmur post ieħor ġod-Depot biex tagħmel l-identification photo kit u mbagħad fl-aħħar, wara forsi xi sitt sigħat tkun tista' tmur id-dar!", "Dak każ wieħed.", "Fejn jidħol swat u vjolenza domestika naħseb li smajtu biżżejjed.", "Imma hawnhekk għandek ukoll il-problema tat-tobba li semmietha Dr Dimitrivec qabli.", "Mela daħal każ ta' swat, mort l-għassa u ssib is-surġent quddiemek għax as such mhux il-pulizija.… Ngħidu kontra l-pulizija imma - mhux għax jien kont pulizija qiegħda ngħid hekk - xi kultant dan vera povru għax irid ilaħħaq mas-serq, mal-ġlied tal-ġirien, ma' xi festa, ma' xi mass meeting u ma' kull ħaġa oħra u mbagħad tmur inti u tgħidlu li sawwtek ir-raġel!", "Mela dak inkorlat fuq il-każijiet li għandu quddiemu, forsi qed jarresta lil xi ħadd jew ħarablu xi wieħed jew fuq kull ħaġa oħra li jista' ikollu dik il-ġurnata u tmur inti tgħidlu li sawwtek ir-raġel u dik ikun jonqsu!", "Qegħdin tifhmu?", "Surġent irid ilaħħaq mad-distrett kollu!", "Ara kif jista' jkun surġent wieħed ilaħħaq mad-distrett!", "Kull distrett fih tiegħu u mhux għax dak jew l-ieħor, kollha huma busy u kollha hemm bżonn li jkun hemm aktar minn surġent wieħed sabiex jieħdu r-rapporti.", "Jista' ikun li mort f'nofs ta' lejl l-għassa u l-pulizija jistaqsik jekk tridx tmexxi bil-każ.", "U kif tgħidlu li trid tmexxi jgħidlek biex tmur il-policlinic ħalli tagħmel ċertifikat mediku.", "X'ħin tasal hemm taf issib xi tabib jibża' biża' ma ngħidlekx biex joħroġlok ċertifikat suret in-nies u minflok iniżżel li għandek slight injury meta inti tkun imbenġla kullimkien!", "Tmur l-għassa u ma ssibx is-surġent li sibt l-ewwel darba għax ikun inbidel ix-shift u s-surġent li ssib jeħodħlok id-dettalji u jagħmillek ir-rapport u daqshekk.", "Imbagħad x'se tagħmel inti?", "Għax dak il-ħin mhux se jsiblek fejn tmur.", "La f'Dar Merħba Bik u mkien.", "U inti bħaċ-ċuċ tispiċċa d-dar.", "Forsi jarrestaw lill-aggressur jew jagħtuh warning imma mbagħad jibagħtuh lura għax forsi l-lock-up mimli jew m'hemmx fejn iqiegħduh ġoċ-ċella.", "Jekk ma jgħidulekx ukoll biex taħfirlu!", "Ħalli nsemmi xi ħaġa oħra li qatt ma nsemmuha.", "F'dawn it-22 sena li ilni naħdem għiduli ftit kemm kien hemm tfal, ta' kwalunkwe età, li rifsu l-għatba tal-għassa biex jirrapportaw their concerns?", "Fuq child sexual abuse normalment isiru għax jissemmew waqt xi talks li l-Appoġġ jagħmlu fl-iskejjel!", "U veru nkun ferħana jekk issemmuli mqar każ wieħed ta' tifla li kellha l-kuraġġ tmur l-għassa u tirraporta jew li kellha l-kuraġġ iċċempel!", "Issa ssemmulix n-numru tat-telefon 179!", "Ċempel fis-2.00 a.m jew fit-3.00 a.m lill-179 u tara jekk jibagħtulekx għajnuna!", "Jeħdulek id-dettalji biex imbagħad iċċempillek is-social worker.", "Wara forsi ġimgħa, fejn inti tkun insejt li għamilt ir-rapport, iċċempillek is-social worker biex tgħidlek li tista' tarak xahar ieħor għax ma tistax tlaħħaq bix-xogħol!", "Mela tajjeb, inti għandek problema – nagħmlu l-advertising over and over again tan-numru 179 - u mhux qed issib l-għajnuna li għandek bżonn!", "Xi ngħidu mbagħad fuq l-irġiel li jkunu vittmi?!", "Aħna dejjem nitkellmu fuq in-nisa msawwta imma possibbli li ħadd ma jsemmihom lill-irġiel?", "THE CHAIRPERSON: Proprju llum għandna magħna rappreżentant dwar id-drittijiet tal-irġiel.", "IS-SINJURA GRACE GATT: Għiduli kemm hawn irġiel li jrabbu lit-tfal waħedhom għax il-mara telqet mid-dar biex tmur mal-partner minflok tibqa' mal-familja?!", "Jew inkella għax il-mara ppreferiet aktar il-hobbies tagħha!", "Kemm għandna rġiel f'din is-sitwazzjoni?", "Jien nista' insemmihom wieħed wieħed u jekk tridu anke hawnhekk inġibhom.", "Raġel bi tliet itfal u qed irabbihom waħdu!", "Lanqas jaf x'se jagħmel u fuq ċerti affarijiet jistħi u jċempel lili biex ngħidlu x'għandu jagħmel!", "THE CHAIRPERSON: Aħna kif taf qegħdin niddiskutu l-istituzzjonijiet; as such tagħmel xi differenza jekk ikunx raġel jew mara li marru għall-għajnuna?", "Li jmur raġel għall-għajnuna huwa differenti milli kieku tmur mara?", "Qiegħda nistaqsik dawn il-mistoqsijiet biex niffokaw u nistradaw kollox fuq l-istituzzjonijiet.", "IS-SINJURA GRACE GATT: Jien min-naħa tiegħi qiegħda nsemmi s-sections kollha tal-familja, ir-raġel, it-tfal u l-mara.", "Issa peress li normalment in-nisa jmorru jirrapportaw qiegħda nħallihom għall-aħħar.", "Mara għandha kuraġġ biex taqbad u tmur tirrapporta.", "Allura jien għalxiex ġejt hawnhekk illum?", "Illum ġejt hawnhekk għax ilna s-snin nagħmlu d-diskussjonijiet.", "Qablek kien hawn l-Onor.", "Issa jiena mhux qiegħda ngerger mil-lat ta' politika imma ejjew ħalli nibdew nagħmlu xi ħaġa suret in-nies!", "Bħalissa għandna l-police headquarters u għandna l-għases.", "Għandna l-Appoġġ u s-CDAU għall-ispecial needs u ċerti tfal imqarrbin.", "U għandna wkoll il-Qorti tal-Familja.", "Imbagħad forsi għandna l-avukati tat-tfal.", "Jiena qed nitlob xi ħaġa li diġa' teżisti f'pajjiżi oħra madwarna.", "Hawnhekk qiegħda ngħid li għandha ssir unit apposta u meta vvintajtha dak iż-żmien kont semmejtha ċ-Child Protection Unit.", "Imma llum insemmiha l-Family Protection Unit għax tant qed jiżdiedu l-affarijiet li ma bqajniex fuq tfal biss!", "Il-problemi żdiedu ħafna!", "Mela x'jien ngħid hawnhekk?", "Jien qed ngħid li l-ministeri kollha li għandna, tal-Pulizija, tas-social workers, tal-mediċina, eċċ, jaħtru nies professjonali li jaħdmu id f'id flimkien f'entità waħda u mhux kulħadd għal rasu kif qegħdin illum.", "Ejjew nibdew mid-distretti.", "Għandna 11-il distrett.", "Għandu jkun hemm din il-Family Protection Unit, li hija tip ta' għassa apposta għal tal-familja.", "Mela jekk inti mort l-għassa u għedt lill-pulizija li għandek kwestjoni fuq familja dan se jgħidlek biex tmur f'dak id-distrett.", "U inti se tidħol f'ambjent ta' dar, li tilqek u mhux dħalt u ssib is-surġent qed jarresta lil xi ħadd jew il-pulizija qiegħed jiġġieled ma xi ħadd biex ilibbislu l-manetti.", "Le, inti dħalt f'ambjent ta' family protection unit.", "l-ispettur u s-social worker jilqgħu lill-vittma f'din il-Family Protection Unit u jilqgħuha quddiem il-bieb.", "L-ispettur ikun assistit mis-social worker biex jekk huwa każ ta' rape jew kwalunkwe każ ieħor u jkun irid jillarga ftit biex jiċċekkja ċertu clerical work jew ried jiċċekkja liġi jew inkella ried ikellem lill-Maġistrat, hemm ix-social worker li baqgħet tappoġġja lill-vittma, baqgħet tagħtiha l-handouts ta' x'se jiġri fuq il-każ tagħha.", "B'hekk, meta jinqala' każ ta' rape jew ikun hemm bżonn ta' ċertifikati mediċi, anke f'każ ta' tfal, għandek dan il-grupp ta' tobba u esperti tal-Qorti li jkunu qegħdin jaħdmu 24/7 flimkien mas-social worker u l-pulizija f'entità waħda.", "U t-tabib ma jibżax joħroġ ċertifikat mediku imma joħroġ ċertifikat dettaljat u fuq kollox.", "Dak iż-żmien, qegħdin ngħidu fl-1993, jiena kont sibt dar apposta ġol-Imtarfa, liema dar kienet ideali għal din il-biċċa tax-xogħol.", "Issa bħal din id-dar nistgħu nsibu oħrajn.", "Din id-dar kienet mikrija biss lira Maltija fis-sena.", "Il-mod ta' kif kienet imqassma din id-dar kienet se tippermetti sabiex kulħadd ikollu l-uffiċini tiegħu.", "Seta' ikun hemm interrogation rooms bil-cameras kif ukoll clinics fl-istess area.", "Fis-sular ta' fuq seta' ikun hemm dik li ngħidulha safe house, fejn inti bil-lejl minflok ma toqgħod tqajjem lis-sorijiet u lil kulħadd biex issib post fejn tista' torqod din il-vittma, hi min hi l-vittma, sew jekk hi raġel u sew jekk hi mara, ikun hemm din it-tip ta' safe house fejn traqqad lill-vittma għal dak il-lejl.", "U kif kienet imqassma d-dar seta' ikollok sezzjoni tal-irġiel u sezzjoni għan-nisa.", "Issa xi jkun ix-xogħol ta' dawn l-ispetturi, social workers u ta' dawn in-nies li jkunu qegħdin jaħdmu fl-ambitu tal-Family Protection Unit?", "Dawn xogħolhom, minbarra li jieħdu ħsieb lill-vittma u ovvjament li jaġġornaw il-liġi bejniethom, isiru wkoll talks fuq is-suġġett.", "Xi kultant jaqbadni d-daħk nara t-television!", "Tara programmi u ssib grupp ta' tfal ma' mara u mbagħad jiġi l-pulizija jew social worker u jitkellmu qishom qegħdin jitkellmu mal-kbar.", "Hemm bżonn nibdew nagħmlu xi cartoons edukazzjonali sabiex ngħallmu lit-tfal how to say no u mhux nitkellmu biss fuq id-drogi.", "Anke l-prevenzjoni u spjegazzjoni fuq kif issib l-għajnuna u jkollok customer care fejn jgħidulhom min huwa l-pulizija, min huwa s-social worker; kif għandek issib l-għajnuna, li hemm dan il-Family Protection Unit fejn tista' tmur u tfittex l-għajnuna li għandek bżonn.", "Kemm għandna tfal dejjem waħedhom id-dar jew ħaġa jew oħra?", "Dejjem jafu li 24/7 se jsibu l-għajnuna u dak il-ħin stess!", "Issa tgħiduli kif jien ċerta li din se taħdem?", "Iva, ċertissima li taħdem!", "Jekk tiċċekkjaw ir-records fil-Pulizija, fi żmien is-Sur Jimmy Abela u Dr Anġlu Farrugia li llum huma l-iSpeaker tal-Kamra, fl-1991 għamilna l-isbaħ perijodu ta' żmien l-għassa ta' Tas-Sliema fejn ipprovajna nagħmlu test.", "Tant hu hekk li ċertu spettur kien għamel it-teżi tiegħu fuq ir-rati ta' kif ħdimna aħna - kemm inqalgħu każijiet ta' child abuse, kemm salvanja prostituti mit-triq u kemm salvajna drogati mit-triq – u kif qegħdin jaħdmu bħalissa.", "THE CHAIRPERSON: Sinjura Gatt, x'kontu qegħdin tagħmlu as such fl-għassa għax l-għassa mhijiex il-post kif qiegħda tiddeskriviha inti?", "IS-SINJURA GRACE GATT: Fl-għassa ta' Tas-Sliema konna għamilna fis-sular ta' fuq sezzjoni apposta – fi żmien is-Supretendent Jimmy Abela u konna ħdimna taħt il-Ministru Louis Galea – fejn ipprovajna naqtgħu l-prostituzzjoni u ċerti drogi.", "Imbagħad spiċċajna daħħalna ċ-child abuse u naqra naqra beda dieħel kollox!", "Lill-prostituti, minbarra li jitressqu l-Qorti u jieħdu s-sentenza li ħaqqhom, bdejna ngħinuhom u nuruhom li hemm triq oħra għalihom.", "Naf li tafu xi tfisser imma aħna ħadna aspett ieħor tagħha għax din mhux għall-flus biss tagħmel li tagħmel.", "Kemm hawn nisa tad-dar li għax ir-raġel jilagħbhom spiċċat f'dik it-triq sabiex tipprova tlaħħaq mad-dejn li jkollhom fuq l-idejn!", "Għandek tfal li jkunu xebgħu jaraw lill-ġenituri tagħhom jagħmluha ta' prostituti u allura għalihom dik hija xi ħaġa komuni.", "Meta inti qed turihom ħajja differenti, tagħtihom anke safeguarding, medical help, eċċ ...", "Anke d-drogati jgħidulek \"jien għalxiex qed ngħix?", "Ommi ma' dak, missieri ma' dik u jien mela għalxiex qed ngħix?\"", "Imma li inti arrestajtu u offrejtlu biċċa ħobż u tistaqsih għalfejn waqa' f'dik it-triq ukoll taf tagħmel differenza.", "Hawnhekk jiena ġibtilkom mill-Amerika kif pulizija jista' jkun social worker ukoll.", "Ma jfissirx li pulizija qed jikser il-liġi għax he is safeguarding drogat biex iqum fuq saqajh!", "Kelma ta' wens mingħandek tgħin ħafna!", "Qegħdin fl-2013 u nixtieq li ssir xi ħaġa u ma nibqgħux inkaxkru - tifhimniex ħażin – mingħajr qatt ma naslu.", "It-tfal li qegħdin il-ħabs huma t-tfal tagħna wkoll!", "Ħafna minnhom mhux għax huma tfal ta' nies li mhumiex edukati imma huma tfal tagħna li forsi b'nuqqas ta' ċertu mġieba min-naħa tagħna għax aħna busy u għax ħaġa jew oħra, m'aħniex qed ngħinuhom isibu triq aħjar!", "Fuq il-bullying; kemm hawn bullying?", "Għalfejn hemm bżonn section tal-bullying?", "M'għandekx għalfejn!", "Għandha tinfetaħ din is-section u kull distrett ikollu josserva l-iskejjel u jħares ukoll lejn il-manteniment, lejn ir-relief u lejn kull ħaġa oħra li taqa' taħt din il-kappa.", "Jiena naqbel ukoll li l-Qorti tal-Familja tiġi f'kull distrett.", "X'jiġifieri fis-separazzjoni raġel iħallas €800 lill-mara?!", "M'aħniex qed insemmu l-estrem l-ieħor fejn issib li jieħdu ħmerija imma qed nitkellmu fuq €800 fix-xahar u mbagħad il-mara tonfoqhom fuq kollox minbarra fuq it-tfal!", "U r-raġel jaħdem 24/7 biex ilaħħaq mat-€800 li jrid jagħti lill-mara, mal-kera tal-post fejn qed jgħix għax kellu jitlaq mid-dar matrimonjali u qisu t-tort ħadu hu meta għadu lanqas biss ingħata ċ-ċans jispjega ruħu fuq x'ġara u x'ma ġarax!", "Anke l-monitoraġġ tal-manteniment kif qed isir hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa.", "THE CHAIRPERSON: Ħa niffoka ftit fuq il-proġett li ovvjament inti għandek ħafna għal qalbek.", "Inti qiegħda tissuġġerixxi li jkun hemm pulizija, social worker, psychologist u forma ta' night shelter f'post wieħed.", "THE CHAIRPERSON: Ridt ngħid night shelter għal bil-lejl.", "B'hekk l-għada, is-social worker – skużani waqqaftek imma qed ngħid safe house biex inkunu mat-termini ta' pajjiżi oħrajn jekk irridu maż-żmien ningħaqdu flimkien ma' pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżi oħrajn, mhux fl-Ewropa, imma fl-Amerika, in-naħa tal-Asja u n-naħa tal-Afrika għax ġol-Ewropa ma ssibx Family Protection Unit bħal din li qiegħda nsemmi.", "Issa mhux għax tiegħi tajba imma kif nixtieq nipproponiha jiena hija intiża ħafna.", "U għandna nkunu ta' eżempju!", "Anke din tal-abduction; mhux għax kont fiha jien imma x'jiġifieri hawn dawn il-mixed marriages kollha u m'aħniex qegħdin nedukaw bħalma ta' Kana jagħmlu l-kors taż-żwieġ?!", "M'aħniex qed nedukaw lill-mara jew lir-raġel li qed jiżżewġu partner barrani biex ikunu jafu għalxiex deħlin?", "Għandek it-tradizzjonijiet u l-family laws ta' dak il-pajjiż.", "Pereżempju Malti ma' Franċiża, Maltija ma' Ingliż, Malti ma' Taljana, li kollha għandhom il-family laws ta' bejniethom.", "Hemm bżonn li ngħallmu fuq dawn l-affarijiet.", "Imbagħad noqogħdu ngħidu għax insterqu t-tfal!", "Taf li inti tmur mara ġo għassa u tgħidilhom li serqulha t-tifel x'risposta tingħata?", "Jgħidulha; \"Ħeqq!", "Imma aħna ma nistgħux ngħinuk.\"!", "Bil-Malti qishom iridu jgħidulha \"mhux inti, għax iżżewwiġt barrani?\"!", "Hekk ikun jonqos li jgħidulha!", "X'tagħmel hi hija affari tagħha imma bħala Gvern, irid jgħin lil dawn in-nies billi jurihom x'inhuma l-liġijiet u t-tradizzjonijiet ta' dak il-pajjiż.", "THE CHAIRPERSON: Ħalli nieħu ftit mistoqsijiet min-naħa tal-Membri ħalli nibdew nikkonkludu.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Bla dubju ta' xejn naħseb li din kienet waħda mill-iktar preżentazzjonijiet b'passjoni li qatt kellna f'dan il-Kumitat!", "U huwa sabiħ li nisimgħu b'kontribuzzjonijiet daqshekk ċari.", "Ovvjament irridu nibqgħu daqsxejn b'saqajna mal-art imma ma narax għalfejn m'għandniex naħdmu kollettivament sabiex nimxu lejn din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Laqatni wkoll dak li kont qiegħda tgħid issa fuq li jsiru korsijiet apposta ta' qabel iż-żwieġ.", "Personalment nemmen fuq il-formazzjoni ta' qabel iż-żwieġ u wisq nibża' li qed inħallu wisq f'idejn l-istituzzjoni tal-Knisja!", "Naturalment il-Knisja qiegħda tagħmel biċċa xogħol tajba imma nemmen ukoll li jekk irridu nieħdu ħsieb ċerti sitwazzjonijiet ikkomplikati li qed nidħlu fihom, l-Istat għandu jibda jagħmel ammont żgħir ta' sessions.", "Jiena kont attendejt kors xi ftit tas-snin ilu u li dan kien ironikament organizzat mill-Knisja Maltija imma kienu ġabu rappreżentanta mir-Renju Unit fejn kienu joffru dan it-tip ta' servizz.", "U skoprew li meta toffri dan it-tip ta' servizz, fl-aħħar mill-aħħar se tgħin lin-nies fl-għażliet li jridu jagħmlu.", "Bħalissa qegħdin niddiskutu wkoll l-unjoni ċivili u naħseb li għandna bżonn nedukaw fuq x'inhuma dawn il-forom ta' relazzjonijiet, fejn se jwasslu, eċċ. Dik naħseb li hija l-aħjar forma ta' prevenzjoni u wieħed mill-aħjar suġġerimenti li qiegħda tagħmlilna inti llum.", "Issa dak li qiegħda tgħid mhuwiex xi ħaġa iżolata.", "Aktar kmieni smajna kif lill-vittmi qegħdin nesponuhom għal iktar uġiegħ li mhuwiex neċċessarju u għalhekk fadlilna ħafna x'nagħmlu.", "Aktar kmieni meta konna qegħdin niddiskutu fil-Parlament u qam proprju dan l-aspett, ġbidna l-attenzjoni tal-Ministru fuq kemm huwa importanti li l-pulizija jkunu iktar sensittivi f'dan ir-rigward.", "U nerġa' ngħid li hemm ħafna u ħafna xi jsir.", "Ovvjament aħna qegħdin naraw l-affarijiet hawn ġew mill-aspett soċjali u mill-aspett tal-vittmi imma mhux kulħadd jara l-affarijiet minn din il-lenti.", "U hemm komplessitajiet li rridu nifmuhom.", "Madankollu rrid ngħid li veru apprezzajt il-preżentazzjoni li għamiltilna.", "IS-SINJURA GRACE GATT: Nixtieq ngħid li meta dħalt pulizija ma konniex mgħallmin how to be caring.", "Kien hemm ċerta dixxiplina u nixtieq li kieku din terġa' titrawwem fil-Korp.", "Aħna konna mgħallmin li hemm dawk il-liġijiet li trid tosserva għax inkella taqlaqgħha fuq rasek.", "Ma tippretendix li tiġi l-vittma u se tkun caring magħha għax imbagħad fl-istess ħin trid tbiddel it-ton x'ħin se tidher quddiem l-aggressur biex tarresstah.", "Għalhekk biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija, minbarra l-O levels, maż-żmien jingħataw ċerti korsijiet, bħalma jiena bqajt nitgħallem fi xjuħiti.", "Aħna bqajna nitgħallmu dwar dak li hemm quddiemek x'inhu, kif għandek tkellmu u ma tkellmux u li ma tħallatx l-affarijiet tal-familja ma' tad-distrett.", "Għalija nħossni li huwa importantissimu għax hemm bżonn li nevitaw ħafna żbalji!", "Jien nista' nagħtikom lista ta' nies li għadhom għaddejjin bl-affarijiet tagħhom u ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk!", "L-Onor.", "Paula Mifsud Bonnici u mbagħad warajha l-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Żewġ kummenti żgħar se nagħmel.", "Bħala proġett naqbel miegħu u huwa proġett ambizzjuż imma naħseb li għandek bżonn ħafna u ħafna riżorsi sabiex tattwah.", "Li forsi tbeżżani ftit huwa l-fatt li dan irridu nagħmluh aktar faċli.", "Issa mhux qiegħda ngħid li s-sistema tal-lum hija tajba imma jekk għandek vittma li trid tirrapporta l-abbużi li qiegħda tissubixxi, jien irrid nagħmililha faċli biex din tmur tirrapporta fil-lokalità tagħha.", "Jista' ikun li forsi hemm sitwazzjonijiet fejn mara ħarbet u f'nofs ta' lejl marret tagħmel ir-rapport.", "Irridu nsibu dak il-link tajjeb fejn il-persuna xorta waħda jkollha l-post aċċessibbli għaliha f'dak il-ħin u f'dak il-mument partikolari.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Jiena ħadt pjaċir nisma' lis-Sinjura Gatt għaliex għamlet ħafna punti u suġġerimenti tajbin.", "Għamlet ukoll kritika tajba dwar is-sistema li tintuża llum għal dak li għandu x'jaqsam mal-abbuż fiżiku, emozzjonali u psikoloġiku tal-lum.", "L-argumenti tiegħek kienu tajbin ħafna u fuq uħud minnhom, li kieku nagħmlu lobbying tagħhom aħna stess inkunu nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet realtà.", "Imma wieħed irid iqis ċertu affarijiet ukoll.", "Pereżempju dan bħal meta xi ħadd imur l-emerġenza u jagħmel sitt sigħat jistenna u aħna ngħidu ejja naraw x'se nagħmlu biex minflok dawk is-sigħat kollha, dak li jkun jeħles f'siegħa.", "Imma din ma ssibha fl-ebda pajjiż għax meta xi ħadd imur l-emerġenza jkun irid forsi jieħu x-ray, ikun irid jarah it-tabib, eċċ. Inti semmejt dik il-vittma ta' rape u kemm iddum tintbagħat minn post għal ieħor sakemm fl-aħħar tkun tista' tmur lura d-dar.", "Naqbel miegħek li r-rape victims għandhom jingħataw prijorità f'dawn l-affarijiet.", "Inti semmejt il-ġinekologu bil-lejl li jista' jkun qiegħed jopera.", "Ovvjament fi sptar bil-lejl wieħed jew tnejn l-iktar li se jkollok ġinekologi.", "Imma tkun idea tajba li vittma ta' rape tingħata prijorità.", "Meta kont naħdem l-isptar, kemm-il darba sejjaħt l-orthopedic surgeon għal xi ħaġa u dan idum biex jiġi għax ikun qiegħed x'imkien ieħor.", "Madankollu l-punt tiegħek huwa wieħed tajjeb.", "Semmejt ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-injury li huwa importanti ħafna għaliex ġieli jkun hemm nisa li pereżempju jaqilgħu xeba' u r-raġel jaqbadhom minn xagħarhom u jkaxkarhom mal-kuridur kollu.", "Fil-fatt għamilt mistoqsija parlamentari llejla stess fuq din il-kwestjoni.", "Jekk xi ħadd qabad lil xi ħadd minn xagħaru u kaxkru, meta tabib se jeżamina lil dik il-vittma mhux se jsibilha tbenġil - sakemm ma jkunx ċarrat xi biċċa mill-ġilda – u allura r-rapport tat-tabib aktar se jkun ta' dannu għax x'ħin tmur bih għand il-pulizija dan se jgħidilha li m'għandha xejn!", "Inti kkummentajt ukoll fuq id-dettall tal-injury reports.", "Veru li t-tobba għandhom jiġu edukati ħalli jagħrfu aħjar it-tipi ta' vjolenza imma aħna dejjem konna mgħallmin biex ma nużawx ħafna kliem mediku biex iċ-ċertifikat mediku jifhmuh fil-Qrati u jifhmuh il-pulizija.", "U ħafna drabi l-injuries ikunu maqsumin f'minuri jew gravi.", "Semmejt ukoll dawk in-nisa jew irġiel li jagħżlu li jiżżewġu lil xi ħadd barrani u kemm hu importanti li jkunu jafu bil-liġijiet barranin.", "Imma allura wieħed irid joqgħod jgħidilhom x'liġijiet għandhom il-Franċiżi, l-Amerikani u l-Għarab?", "Veru li wieħed irid ikun ippreparat imma jiena naħseb li dan għandu jkun fl-interess tal-individwu li jsir jaf bihom.", "Semmejna wkoll il-Knisja imma dawn mhux bilfors li jkunu se jiżżewġu bil-Knisja.", "Jekk pereżempju xi ħadd se jiżżewweġ Musulman, żgur li mhux se jiżżewweġ bil-Knisja.", "Allura l-Knisja mhux se tgħallimhom ċerti affarijiet meta dawn se jiżżewġu biċ-Ċivil.", "Din naraha diffiċli jien.", "Jekk inti se tgħid lil xi ħadd li lil min se jiżżewweġ ġej minn pajjiż dubjuż u ma tatihx parir li jiżżewweġ magħha, inti tkun qed ittellef ...", "THE CHAIRPERSON: Sinjura Gatt nitolbok tikkonkludi.", "IS-SINJURA GRACE GATT: Aħna bħalissa għandna l-AŻDA u l-Appoġġ.", "Issa dawn mhux se jidħlu fi spejjeż oħra għax dawn l-affarijiet diġa' qed isiru.", "Fil-preżent diġa' hemm surġent on duty u diġa' hemm social worker on duty.", "Mela minflok inħallu s-surġent on duty ġo għassa u s-social worker on duty l-Appoġġ, insibu kamra x'imkien – hawn tant djar magħluqa - u npoġġuhom flimkien minflok kulħadd jaħdem separatament.", "Mela inti se jsirlek ir-rapport tal-pulizija u l-medical check-up fl-istess post u se jkollok ukoll is-social worker li jkun diġa' evalwa l-każ tiegħek u jkun diġa' jaf bit-trawma li tkun għaddejt minnha.", "Veru li jkun hemm il-ġbid tax-xagħar imma għandek ukoll irġiel li jistħu jmorru għand il-pulizija biex jgħidulhom li qalgħu daqqa ta' sikkina żgħira!", "Naf b'wieħed li qala' daqqa ta' sikkina żgħira taħt sidru u morna għand espert mediku u din id-daqqa għadha tidher sal-lum!", "Imma dan ma tkellimx għax staħa!", "Dawn in-nies nista' nġibhom hawnhekk biex jitkellmu.", "Issa li kieku aħna ħdimniha flimkien, pulizija u social worker, mara jew raġel skont il-gender x'ikun, meta naslu biex immorru għand it-tabib, dak li jkun mhux se jistħi jitkellem għax ikun diġa' straħ meta tkellem mas-social worker.", "U allura ċ-ċertifikat se joħroġ kif għandu joħroġ.", "U dak hu l-kunċett ta' kollox.", "ETIENNE GRECH: Illum hemm ir-ritratti wkoll.", "IS-SINJURA GRACE GATT: Veru imma fuq ritratt se tara mod mentri meta tmur għand l-espert mediku se jgħidlek dik il-ferita kemm hi fonda u se jgħidlek kif inhuma ċerti injuries.", "Dawn huma family cases; rape fiż-żwieġ jew rape barra ż-żwieġ huma family issues.", "Is-sexual abuse xorta huwa family issue; mela nitlobkom tikkonsidraw li jsir dan il-unit li jkun jilqa' kollox ġo fih.", "Maż-żmien, bid-direzzjoni tan-nies b'kompiti differenti, - nista' niġi kemm-il darba biex nispjega kif għandha ssir din – kollox jaqa' fit-terminu tiegħu.", "Imma tiġux tgħiduli għax flus flus flus!", "Sibna ħafna flus għal affarijiet oħra!", "Issa għall-familja meta se nsibuhom dawn il-flus?!", "Meta se nagħmlu xi ħaġa suret in-nies?", "Is-social workers hemm qegħdin!", "L-istess il-pulizija.", "Għandek duty officer id-Depot u allura, dan minflok ma jkun qiegħed fil-control room, inpoġġuh mas-social worker f'din il-kamra apposta.", "Ħa nħallilkom kopja ta' din il-preżentazzjoni biex tieħdu kopja.", "THE CHAIRPERSON: Sinjura Gatt nirringrazzjak tal-preżentazzjoni li tajtna llejla.", "Jiena ġibtek hawn bil-qalb kollha għaliex ilni naħseb fuq xi ħaġa on the same lines ta' dak li semmejt inti.", "Niftakat li meta tkellimna kont ħadt pjaċir li inti kont daqshekk ippreparata on the same lines fuq dan is-suġġett.", "Għalhekk, anke bl-esperjenza li kellek inti fil-Korp u anke bħala investigatur u councellor, stajt tgħaqqad l-affarijiet minn lati differenti.", "Jiena nassigurak li fir-rakkomandazzjonijiet tagħna, għallinqas min-naħa tiegħi, se nkun qiegħda nimbotta li jkun hemm rakkomondazzjonijiet on these lines.", "Nista' nassigurak ukoll li ħajra biex issir xi ħaġa, għallinqas biex il-Gvern ikun open li jara x'jista' jsir fid-domestic violence, żgur li hemm għaliex jiena wkoll tkellimt ma' sħabi l-Membri Parlamentari kif ukoll mal-Prim Ministru.", "U se naraw ir-rakkomondazzjonijiet kollha ta' dan il-Kumitat x'se jkunu.", "Jiena ma xtaqtx li mmur b'idea tiegħi jew b'idea tiegħek meta għandi Kumitat u għalhekk l-ewwel irrid nisma' u nagħġen x'se joħroġ minn dan il-Kumitat.", "Hawnhekk għandna nies miż-żewġ naħat tal-Kamra u naħseb li qegħdin naħdmu lkoll flimkien biex nipprovaw nimbottaw xi ħaġa li tagħmel sens.", "Hopefully ma ndumux ma naraw l-affarijiet jinbidlu ftit.", "IS-SINJURA GRACE GATT: Jimporta ngħaddi kumment off air?", "(Off mic) Mela nirringrazzja ħafna lil kulħadd għal din il-laqgħa li kellna llejla.", "Nirringrazzja lill-kelliema kollha, kif ukoll lis-Sinjur li qagħad jismagħna, naf li se jitkellem f'laqgħa oħra.", "Il-laqgħa li jmiss se tkun nhar it-Tnejn li ġej fl-istess ħin biex inkomplu ovvjament il-programm tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Fl-aħħar laqgħa tagħna kellna xi vittmi li tkellmu fuq il-każijiet tagħhom ta' vjolenza domestika.", "Bħala prassi jiena ngħid lill-mistednin sabiex jekk iridu jidentifikaw ruħhom, jistgħu jagħmlu dan.", "Issa wasalli lment fuq dik il-laqgħa li s-Sinjura li kienet qiegħda titkellem kienet qiegħda tgħid dak li ġara lilha u l-partner jew ir-raġel tagħha lmenta li aħna smajna biss naħa waħda tal-istorja.", "Just biex nagħmilha ċara rrid ngħid li waqt l-aħħar seduta tagħna, u f'kull seduta oħra, jiena nipprova li kemm jista' jkun nistrada lil kull min ikun qiegħed jitkellem hawnhekk sabiex jitkellem fuq l-istituzzjonijiet u fuq kif dawn jitrattaw il-vittmi li jiġu quddiemhom.", "Nipprova kemm jista' jkun nistradahom imma xi kultant in-nies jitilqu at a tangent.", "Allura biex inkun ġusta ma' kulħadd irrid ngħid li l-ebda intervista li saret hawnhekk ma saret bl-intenzjoni li xi ħadd jagħmel xi akkużi fuq xi ħadd ieħor.", "Nixtieq ngħid li kull ma ntqal hawn ġew u dak li jirrigwarda lilna huwa proprju fuq is-suġġett tagħna, u cioè fuq kif l-istituzzjonijiet jitrattaw lill-vittmi.", "Aħna m'għandna l-ebda interess f'xi settur partikolari li nisimgħu kull persuna x'ġaralha.", "Għalhekk jekk kien hemm affarijiet li nftiehmu mod ieħor, nagħmel apoloġija, kemm f'ismi u kemm f'isem il-Kumitat li qiegħda mmexxi għax ma kenitx intiża b'dak il-mod.", "Nirrepeti li kull ma nqtal hawnhekk minn parti waħda tibqa' dejjem dak li nqtal minn dik il-parti.", "L-interess ta' dan il-Kumitat kien proprju biex naraw kif jiġu trattati l-vittmi; xejn inqas u xejn iktar.", "Hemm xi kummenti?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jekk tippermettili nixtieq nagħmillek rakkomandazzjoni, fejn wara dik id-diskussjoni li kellna llum fil-Parlament, minħabba l-mistoqsijiet parlamentari li semmejna, naħseb li jkun għaqli jekk forsi titkellem daqsxejn inti f'isem dan il-Kumitat mal-Ministru Mallia fuq dak li qed niddiskutu hawnhekk, speċjalment fejn tidħol il-pulizija għax naħseb li m'għandniex inħallu sal-aħħar.", "Naħseb li qed inkunu daqsxejn ta' disservice għal dawn il-vittmi jekk inħallu sal-aħħar.", "Jien ġbitlu l-attenzjoni fuq każijiet li smajna hawnhekk, fejn anke perpetrators kienu mifthemin mal-pulizija, almenu hekk smajna aħna hawnhekk.", "Issa jista' jkun li ma kienx hekk lanqas.", "Imma naħseb li nagħmlu tajjeb li ma nistennewx sakemm nagħmlu l-konklużjonijiet tagħna sabiex nagħmlu lill-Ministru aware tal-ilmenti li smajna fuq is-servizz tal-Pulizija.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naqbel miegħek.", "Fil-fatt dan l-aħħar hekk ħassejt ukoll.", "U l-bieraħ kont qiegħda nitkellem ma' ministri sħabi sabiex naraw nagħmlux press conference, anke minħabba li hija l-ġimgħa internazzjonali dwar il-vjolenza domestika, ħalli dak li s'issa nafu ngħadduh lill-pubbliku u kif qiegħda tgħid inti, ngħadduh ukoll lil diversi ministri li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-suġġett ħalli they will be made aware safejn aħna wasalna s'issa u x'inhuma l-intenzjonijiet tagħna.", "Jiġifieri naqbel perfettament miegħek u nirringrazzjak talli fakkartni għax qiegħda nipprova niġbor lil dawn in-nies flimkien biex nagħmlu din il-press conference.", "Ovvjament fil-każ nindirizzaha jien f'isem dan il-Kumitat.", "Naħseb li hemm bżonn li l-ministri tagħna jkunu aware ta' x'qed isir hawn ġew u m'għandniex għalfejn nistennew sakemm jitlesta r-rapport biex ninformawhom.", "Apparti minn hekk naħseb li din hija l-ġimgħa idoneja sabiex nagħmluha.", "Nixtieq ngħid ukoll li llum mort il-Verdala flimkien ma' Dr Elaine Burmingham għaliex kif tafu konna mistednin mill-Kummissarju għat-Tfal għal din l-attività partikolari.", "Kien hemm ħafna tfal mill-iskola u kienu qegħdin jitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal u kulħadd ħa xi dritt partikolari u beda jitkellem fuqu.", "Jiġifieri kien hemm session tajba ħafna.", "Kien hemm ukoll session tat-teachers, li filwaqt li kienet qiegħda ssir session tat-tfal kienu qiegħdin jagħmlulhom session dwar l-internet u kif jistgħu jgħallmu lit-tfal fuq safety meta jkunu qegħdin jużaw l-internet u anke biex it-tfal ikunu jafu x'qegħdin jagħmlu.", "U għalhekk xtaqt nirrapporta l-eżitu ta' dak il-meeting li kelli magħhom.", "Jiena naħseb li aktar ġabuhom aware fuq id-drittijiet tagħhom – u jien għamilt punt fuqha din – milli fuq id-dmirijiet.", "Fil-fatt ġieli nisma' ilmenti mingħand il-ġenituri fuq kif xi kultant it-tfal jafu wisq x'inhuma d-drittijiet tagħhom imma mbagħad qegħdin jinsew id-dmirijiet tagħhom!", "Naħseb li ma fadlilna xejn iktar għal-lum u għalhekk nistgħu nieqfu hawn.", "Aħna nerġgħu niltaqgħu nhar it-Tnejn li ġej.", "Grazzi ħafna.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Diċembru fis-6.30 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20131127_012d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 12", "L-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.42 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "L-Onor.", "Robert Cutajar kienu skużati għaliex kienu fuq xogħol ieħor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 11 li saret nhar l-Erbgħa 06 ta' Novembru 2013 ġew konfermati;", "VJOLENZA DOMESTIKA - Diskussjoni ma' DR lARA DIMITRIVEC MILL-FONDAZZJONI DRITTIJIET TAN-NISA", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor Deborah Schembri, introduċiet lill-mistiedna tal-Kumitat, Dr Lara Dimitrivec mill-Fondazzjoni Drittijiet tan-Nisa.", "L-għan ta' din il-fondazzjoni hu li toffri rappreżentazzjoni legali fil-Qrati meta jkun hemm każijiet ta' vjolenza domestika, abbuż sesswali u human trafficking.", "Fost affarijiet oħra Dr Dimitrivec semmiet il-pulizija u kif isiru r-rapporti min-naħa tagħhom fuq dawn il-każijiet.", "Semmiet ukoll kif l-istalking għandu jiġi rikonoxxut bħala forma oħra ta' vjolenza domestika.", "Rigward il-legal aid qalet kif il-vittmi jdumu bejn erba' u ħames ġimgħat sabiex jiġu assenjati avukat tal-legal aid.", "Tkellmet ukoll dwar il-bżonn li jitwaqqaf Rape Crisis Unit.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "VJOLENZA DOMESTIKA – Diskussjoni MAS-SINJURA GRACE GATT EX PULIZIJA U COUNCELoR", "Is-Sinjura Grace Gatt, li hija ex pulizija u hija ggradwata wkoll fil-councelling semmiet kif ilha kważi 22 sena tiltaqa' ma' nies li għandhom bżonn l-għajnuna minn kull aspett.", "Fost affarijiet oħra semmiet x'jiġri f'każ ta' rape u x'tgħaddi minnu l-vittma biex tagħmel ir-rapport tal-każ.", "Irrakkontat kif f'każi bħal dawn, sakemm il-vittma tgħaddi mill-proċeduri kollha taf iddum mas-sitt sigħat.", "Semmiet kif ir-rapporti tal-pulizija jittieħdu minn pulizija wieħed fl-għases u jekk vittma tintbagħat il-clinic biex iġġib ċertifikat mediku u ddum ftit, taf x'ħin terġa' tmur l-għassa ssib pulizija differenti li jkomplilha r-rapport għax ikun inbidel ix-shift.", "Semmiet ukoll kif il-Helpline 179 mhuwiex effiċjenti għax wieħed isib ċerta diffikultajiet sabiex jingħata l-għajnuna minn dan is-servizz.", "Is-Sinjura Gatt saħqet fuq il-bżonn li titwaqqaf Family Protection Unit fejn dawn il-każijiet ta' vjolenza domestika, swat, rape u abbuż ieħor jiġu milqugħa f'din il-binja u l-vittma jsib kollox hemmhekk u mhux joqgħod jiġri minn post għall-ieħor.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Iċ-Chairperson, l-Onor.", "Deborah Schembri ġibdet l-attenzjoni dwar l-aħħar laqgħa tal-Kumitat, fejn xi mistiedna preżenti, li kienu vittmi ta' vjolenza domestika tkellmu fuq il-każ personali tagħhom u li r-raġel ta' waħda minnhom ilmenta li l-Kumitat sema' biss naħa waħda tal-istorja.", "Iċ-Chairperson għamlitha ċara li l-Kumitat jipprova jistrada d-diskussjoni fuq l-istituzzjonijiet u kif dawn jitrattaw mal-vittmi tal-vjolenza domestika imma xi kultant in-nies isemmu l-każijiet tagħhom.", "Imma l-ebda mistieden tal-Kumitat ma ġie bl-intenzjoni li jagħmel xi akkużi fuq xi ħadd u li l-Kumitat jinteressah biss dak li għandu x'jaqsam mas-suġġett li jkun qiegħed jiġi diskuss f'dak il-mument partikolari.", "Fl-aħħarnett iċ-Chairperson semmiet l-attività tal-World Children's Day li ġiet imtella' mill-Kummissarju għat-Tfal bejn is-26 u s-27 ta' Novembru fil-Palazz tal-Verdala.", "Għal din l-attività attendiet iċ-Chairperson flimkien mar-Research Analyst Dr Elaine Burmingham.", "Fit-8.10 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 02 ta' Diċembru fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131127_012m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 11", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013 fis-7.00 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013 fis-7.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra", "2 ta' Diċembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131202_011a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 11", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 11", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.47 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 10, li saret fit-30 ta' Ottubru 2013, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kulħadd f'din il-laqgħa tal-lum.", "Qabel ma nibda għal xi xogħol li nixtieq nagħmel referenza għalih jien, ngħaddu mill-ewwel għax-xogħol tal-Kamra.", "Nista' nsejjaħ lilek, Deputat Prim Ministru, jekk jogħġbok.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Illum se nkomplu għaddejjin bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar Ġieħ ir-Repubblika.", "Għada huwa intiż li niddiskutu l-emendi tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Provdituri ta' Servizzi lil Kumpanniji.", "Fl-4 ta' Diċembru, se niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5).", "Imbagħad, hemm ukoll id-dibattitu fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Genital Mutilation.", "It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, qed nipproponu li nkomplu b'dawk l-items li kellna qabel; però, huwa ppjanat ukoll li niddiskutu l-emenda għall-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 3), l-emenda għall-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 4), kif ukoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).", "Minn hemmhekk imbagħad naraw fejn naslu, għax naħseb li għandna aġenda mimlija.", "MR SPEAKER: Għandna ħjiel meta se nieqfu għall-vaganzi tal-Milied?", "LOUIS GRECH: Fit-18 ta' Diċembru.", "MR SPEAKER: Jiġifieri l-programm tax-xogħol irid jibqa' sejjer żgur sat-18 ta' Diċembru.", "Fid-9 ta' Diċembru, fil-lukanda Excelsior, għall-ħabta tal-4.00 p.m., hemm ukoll l-istate visit tal-President tal-Ukrajna.", "Naf li għandu jumejn intensivi.", "Jiena xtaqt ninforma lilek, Onor. David Agius, u kif ukoll lilek, Onor. Carmelo Abela, li jiena se jkolli laqgħa mal-President, u xtaqt li jkun hemm iż-żewġ Whips miegħi, xi Membri Parlamentari oħrajn u l-Iskrivan tal-Kamra, jiġifieri jkun hemm rappreżentanti kemm mill-amministrazzjoni tal-Parlament, kif ukoll mill-gruppi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien m'għandix problema fuq dan.", "Inti però kont qed taħseb li jista' jkun hemm xi clash bejn iż-żjara u s-seduta parlamentari fid-9 ta' Diċembru?", "MR SPEAKER: Min-naħa tiegħi, bħala President, għandi programm li rċevejtu biex inkun nista' naħdem mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u anke mal-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru; pero' dan niddiskutih mal-Onor.", "Ċensu Galea bħala Deputy Speaker.", "CARMELO ABELA: Jekk ma jkunx hemm problemi bejnek u bejn id-Deputy Speaker, is-seduta tista' ssir xorta, hux hekk?", "MR SPEAKER: Dażgur.", "Ċensu Galea.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ara l-affarijiet tiegħek.", "Fil-każ nitkellmu, u jekk ikun hemm xi problemi, nakkomodaw.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Mela dak li kellna dwar ix-xogħol tal-Kamra.", "Sakemm jiġi l-Onor. de Marco, nistgħu ngħaddu għal xi ħaġa oħra, imbagħad jidħol fid-dibattitu l-Onor. de Marco, jekk ikun hemm il-ħtieġa.", "Jiena ġejt a konoxxenza ta' tliet rapporti li ntbagħtu liċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi – u se naqrahom b'mod kronoloġiku, biex wieħed ikun jista' jifhem is-sekwenza.", "(Interruzzjonijiet) Inti għandek tad-29 ta' Novembru, Onor. Agius?", "(Interruzzjonijiet) Mela, se nibda naqra l-ewwel l-ittra tad-29 ta' Novembru.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ħu paċenzja bija.", "X'inhi r-raġuni li se niddiskutu ittri li ntbagħtu liċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi f'dan il-kumitat?", "MR SPEAKER: Jiena, bħala Speaker, ġejt a konoxxenza ta' dawn it-tliet ittri li ntbagħtu liċ-Chairman, u poġġejtha fl-aġenda peress li bagħatli e-mail l-Onor.", "Carmelo Abela, u nifhem li jrid iqajjimha.", "Jiena ħassejt il-ħtieġa li, minbarra l-ittra tad-29 ta' Novembru, indaħħal it-tnejn l-oħra għaliex issa qed nitkellmu mhux fuq waħda, imma fuq tliet denunzji liċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "DAVID AGIUS: Fhimtek, Mr Speaker; imma x'inhi r-raġuni li f'dan il-kumitat għandna niddiskutu ittri li jintbagħtu lil kumitat ieħor?", "Din se tibda tkun xi prassi jew inkella hemm xi raġuni warajha?", "MR SPEAKER: Ħalli niftehmu: inti taf daqsi, Onor. Agius, li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra huwa l-kumitat li jorganizza x-xogħol tal-Kamra, inkluż tal-kumitati.", "MR SPEAKER: Jekk ma taqbilx, għidli.", "DAVID AGIUS: Kemm ili fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-kumitati dejjem ħadmu indipendentement mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Jekk ikun hemm kumitat li jitlob kjarifika jew ruling mingħandek nagħtuhielu; però, jien ma jidhirlix li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi talab xi kjarifika minn dan il-Kumitat.", "MR SPEAKER: Inti għandek punt importanti u qed nirrikonoxxih.", "Inti taf li kien ingħata ruling f'dan ir-rigward.", "Issa, jiena mhux qed nitkellem fuq rulings għax ma tantx inħobb noqgħod nikkwota rulings, imma sew għamilt li qajjimt dan il-punt ta' kjarifika.", "Il-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra għandu mhux id-dritt, iżda d-dover li jara li jkun hemm l-ismooth running tax-xogħol tal-Kamra.", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, inti għandek xi informazzjoni li m'hemmx smooth running fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi?", "MR SPEAKER: Jiena qajjimt dan il-punt f' dan il-kumitat ħalli kemm jista' jkun kollox jimxi kif għandu jimxi.", "Dak hu l-iskop tiegħi.", "Mhuwiex l-iskop li jkun hemm xi over ruling ta' xi ħadd.", "Jiena kelli talba mill-Onor.", "Carmelo Abela biex niddiskutu dak li ġie propost li jsir fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, peress li kien hemm data ffissata għal għada t-Tlieta mill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi fuq ittra tad-29 ta' Novembru, li ntbagħtet lill-istess Kumitat dwar il-proposta ...", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jiena ma nixtieqx li nidħlu f'dawn l-ittri li jintbagħtu lil kumitati oħra.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma ġrat f'dan il-Parlament.", "Ħalli nesprimi lili nnifsi aħjar.", "Jekk hemm xi problema min-naħa tal-Kumitat, jew minn xi membru ta' dan il-Kumitat, jgħidilna li hemm problemi fil-Kumitat, mela le!", "Bil-qalb kollha narawha.", "Imma jiena, sal-lum, sa dan il-mument li qegħdin nitkellmu, m'għandi l-ebda – u jekk inti jew xi ħaddieħor għandkom, għiduli – oġġezzjoni għall-ebda aġenda.", "Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għal ebda ittra li ntbagħtet lill-ebda kumitat f'dan il-Parlament.", "Jien ma nħossx li għandna niddiskutu xi ħaġa li ma kienx hemm problema dwarha.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, jien mhux qed neħodha li kien hemm problema dwar x'jiġi diskuss mill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, assolutament.", "Jiena sempliċement kelli talba min-naħa tal-Whip tal-Gvern, l-Onor.", "Carmelo Abela, fejn xtaq li naraw kif se titħaddem il-proċedura fil-każ tal-ittra li ntbagħtet fid-29 ta' Novembru min-naħa tal-grupp tal-Oppożizzjoni biex tiġi diskussa materja – hi x'inhi – fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Wara kollox, hekk sar dwar il-każ tal-Awditur Ġenerali.", "MR SPEAKER: Jekk ma taqbilx, aħna qegħdin hawnhekk biex niddiskutu.", "DAVID AGIUS: Għalhekk qed niddiskuti.", "Kieku dan il-Kumitat se jqabbad lill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jagħmel xi ħaġa iva, niftehmu bejnietna kif għandu jaħdem dak il-kumitat.", "Imma din hija xi ħaġa li ntbagħtet lil kumitat ieħor, u m'hemmx problema dwarha, u allura, jekk niddiskutuha hawnhekk, inkunu qegħdin nidħlu f'remit li jidhirli li dan il-kumitat m'għandux jidħol fih.", "LOUIS GRECH: L-interpretazzjoni tal-Onor Agius ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-iSpeaker.", "Li qed jgħid l-Onor.", "Agius mhijiex neċessarjament interpretazzjoni korretta.", "Aħna qed nassumu li, jekk inti se tirregola x-xogħol tal-Kamra, allura tista' tirregola anke x-xogħol tal-kumitati.", "Mela, mingħajr ma jidħol fuqhom, wieħed ikun qed jirregolahom.", "Aħna m'aħniex qed nidħlu fuq l-issues, fuq l-aġenda li se jkollhom; aħna qed ngħidu fuq kif wieħed jirregola x-xogħol tal-kumitat.", "DAVID AGIUS: Onor. Grech, allaħares nibdew nagħmlu hekk.", "Allaħares jiena nibda lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ngħidlu: Fuq dik il-materja trid iddum tiddiskuti siegħa, sagħtejn, ġimgħa jew ġimagħtejn!", "MR SPEAKER: Onor. Agius, m'għandniex għalfejn nagħmlu hekk ...", "DAVID AGIUS: Allaħares nibdew nidħlu fiha!", "MR SPEAKER: Mhuwiex il-każ.", "LOUIS GRECH: Mhux qed ngħid, 'Allaħares'!", "MR SPEAKER: Ejja nibdew dwar l-irwol tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra ma jindaħalx dwar ix-xogħol li hemm quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, imma huwa marbut li, jekk issue titla' fuq l-aġenda, jiddiskutiha.", "F'dan il-każ, telgħet għax l-Onor.", "Carmelo Abela talab lili biex niddiskutu l-ittra.", "Mhux se niddiskutu l-kontenut, jew għaliex tela' dan il-każ, jew għaliex sejjer quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, imma sempliċement how we're going to go along.", "DAVID AGIUS: Imma, Mr Speaker, jekk nibdew nimxu b'din il-mentalità, se nkissru dak kollu li nbena f'dan il-Parlament.", "Mr Speaker, ħu paċenzja bija għax din hija issue ta' prinċipju importanti.", "Jekk ikollok kumitat li jiġi quddiem dan il-Kumitat u jgħid li għandu problema għax il-membri mhux qed jaqblu, iva.", "Jekk hemm bżonn, aħna nidħlu u niddiskutu u Mr Speaker jagħti ruling jekk hemm bżonn, u aħna nidħlu bħala Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Imma mhux għadu lanqas hemm problema min-naħa tal-kumitat, u diġà aħna se ngħidulhom kif għandhom jaħdmu l-membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi!", "Allaħares nidħlu fuq dawn l-affarijiet għax inkissru l-indipendenza ta' dan il-kumitat.", "MR SPEAKER: Fl-ebda mument il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra mhu se jidħol fil-funzjoni u fuq kif għandu jmexxi l-Public Accounts Committee.", "Il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandu d-dover li kull Membru fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra – tista' tkun inti, Onor. de Marco – jgħidli: Dak is-suġġett li tela' fuq il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kif se nistradawh?", "Nistradawh, u mhux wieħed jindaħal dwar kif jaħdem.", "Hemm ruling ta' Michael Frendo fuq dan, imma mhux se nidħol fuqu.", "L-Ordni Permanenti nru.", "21(1) jitkellem ċar li, ħlief kif ipprovdut xort'oħra fil-Kostituzzjoni, il-kwestjonijiet kollha – jiġifieri ta' dan il-Parlament u l-kumitati kollha – għandhom jiġu deċiżi bil-maġġoranza tal-membri preżenti u li jivvotaw.", "Jekk ikun hemm kwestjoni dwar how we are going to go about it, din nistgħu niddeċiduha hawn, għax il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra huwa the executive arm tal-Parlament.", "Inti qed tipprova tispjega l-affarijiet, u jien qed naqbel miegħek.", "Hawnhekk ħadd mhu qed jgħid li dan il-kumitat se jindaħal fix-xogħol tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "U ibqa' ċert li jien se nipproteġi dak li qed tipprova tgħid inti.", "Imma jiena wkoll marbut li, jekk jiktibli xi ħadd, bħalma kitibli l-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, tista' l-ewwel tgħidilna x'kiteb l-Onor.", "Abela, għax lanqas dik ma nafu?", "Mhux l-ittra l-ewwel, x'kiteb l-Onor.", "MR SPEAKER: Mela, ħalli nagħti l-kelma lill-Onor.", "Carmelo Abela għax, ovvjament, hija l-istess e-mail li bagħatli hu.", "Importanti li nibqgħu fuq is-suġġett.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt, ippruvajt infittex l-email, però ma sibthiex hawnhekk, u lanqas għandi kopja printed.", "Però, il-gist tal-e-mail kien li – over the weekend, allajbierek! – irċevejna l-aġenda għal-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi fuq ittra li ġiet ippubblikata ġurnata qabel.", "Over the weekend issejħet laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Mhux se nidħol fil-kontenut assolutament ...", "MR SPEAKER: Mhux se nħallik tidħol, għax jiena se nipproteġi dejjem id-dritt tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "CARMELO ABELA: Imma rrid nispjega ftit għalfejn.", "L-ewwel nett, naħseb li l-membri tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandhom dritt jissuġġerixxu x'jitla' fuq l-aġenda għad-diskussjoni.", "Imbagħad, sta għalik, Sur President, li tgħid din titla' jew ma titlax.", "Però, naħseb li, bħala stat ta' fatt, kull membru tal-Kumitat jista' jissuġġerixxi xi ħaġa li titla' fuq l-aġenda.", "CARMELO ABELA: L-Ordnijiet Permanenti wkoll jagħtu poter lil dan il-kumitat li huwa fuq kull kumitat ieħor.", "MR SPEAKER: Dik aċċettajtha wkoll.", "Ma nidħlux fiha.", "CARMELO ABELA: It-tielet hija marbuta mal-ittra li rċevejna u l-aġenda li tħabbret għal għada – over the weekend dan kollu.", "Mingħajr ma nidħol fis-sustanza, se nagħmel l-affarijiet ċari mill-bidu.", "In-naħa tal-Gvern m'għandha l-ebda problema li dan is-suġġett jiġi diskuss, biex tkun ċara mija fil-mija.", "L-issue hija li dan mhuwiex xi rapport tal-Awditur Ġenerali, mela nafu kif se nitkellmu fuqu u kif se nimxu fuqu: imma hawnhekk għandna talba biex jiġi diskuss dan is-suġġett.", "Dan il-kumitat irid jagħti daqsxejn linji gwida kif għamilna fuq tal-fuel procurement, imbagħad jiddeċiedu l-membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Però, irrid niġbed ukoll l-attenzjoni tas-Sedja li l-membri tal-kumitat fuq in-naħa tal-Gvern ma ġewx ikkonsultati minn membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jekk jistgħux li għada ssir din il-laqgħa, u ma ttieħed xejn in consideration dwar jekk over the weekend xi ħadd jistax jipprepara biex tiġi diskussa din l-issue.", "Qed ngħid dan mingħajr ma nidħol fuq il-mertu.", "MR SPEAKER: Issa l-każ huwa iktar spjegat.", "CARMELO ABELA: U x'inhi l-urġenza tagħha?", "DAVID AGIUS: Assolutament ma naqblu xejn mal-Gvern li jgħidilna li dan il-kumitat jagħti linja gwida lil kumitat ieħor.", "Qatt ma saret f'dan il-kumitat, u allaħares nibdewha.", "Fil-każ tal-fuel procurement, hekk iva, imma ...", "MR SPEAKER: Onor. Agius, ma nagħmlux kontra attakki.", "Ħalli nikkoreġi daqsxejn il-pożizzjoni – mhux legali, imma proċedurali – ta' dan il-Parlament u skont l-iStanding Orders.", "Teknikament, qiegħed daqsxejn mhux korrett, u ngħidlek għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, imma ħalli nimxu bil-proċedura.", "X'inhu x-xogħol ta' dan il-kumitat, il-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, li huwa l-executive arm ta' kollox?", "L-Ordni Permanenti 120C jgħid li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jista' jiddeċiedi l-għadd ta' seduti li nagħmlu.", "Mela l-Ministru Louis Grech qed jgħid li għandna bżonn dawk is-seduti għal dik il-liġi; imbagħad jista' – jekk jiġi mitlub u jekk jiġi biex jiddiskuti – anke jalloka x-xogħol għal kull seduta ta' kull kumitat permanenti.", "DAVID AGIUS: Imma mhux jagħti linja gwida fuq xi ħaġa li aħna ma tajnihx jagħmel.", "Allaħares nidħlu fuq din il-ħaġa.", "Jien mhux qed ngħidlek li xi ħadd jindaħal x'għandu jiddiskuti.", "DAVID AGIUS: Jalla mhux qed nagħmlu hekk.", "Mela ejja nħallu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jidħol u jiddeċiedi, imbagħad immexxu.", "MR SPEAKER: Ħalli nagħlquha din.", "Jien qed nifhem tajjeb, Onor. Abela, li għaliex kien hemm data viċina l-membri tan-naħa tal-Gvern ma setgħux jippreparaw, u forsi trid iktar ħin?", "Jien dak li qed nipprova nifhem.", "DAVID AGIUS: Imma linja gwida mhux hekk tfisser, Mr Speaker.", "Ejja naraw x'ġara eżattament ħalli nkunu korretti anke mal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Intbagħtet informazzjoni lil kull membru ta' dak il-kumitat li ċ-Chairman irċieva dik l-ittra.", "Intbagħtet ukoll l-intenzjoni li jkun hemm laqgħa nhar it-Tlieta li ġej, u ħadd mill-membri m'oġġezzjona u ħadd mill-membri ma qal le.", "Kif se nidħlu aħna bħala Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u ngħidulhom x'għandhom jagħmlu?", "Ejja nħallu 'l-kumitat jiltaqa' għada għax sal-lum l-ebda membru ta' dan il-kumitat ma qal li ma jistax jattendi jew inkella li it's too early jew too late.", "Ħadd ma qal xejn.", "Jekk hemm xi ħaġa bil-miktub li kiteb liċ-Chairman issa jgħidilna; però, sal-mument li jiena dħalt f'din il-laqgħa, vverifikajt maċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jekk kienx hemm xi oġġezzjoni għal-laqgħa ta' għada, u ma kien hemm xejn.", "Jiena bħala President tal-Kamra rċevejt e-mail mingħand il-Whip.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, l-affarijiet mhux hekk isiru!", "L-affarijiet isiru billi jiġi infurmat iċ-Chairman tal-kumitat.", "MR SPEAKER: Imma issa ejja nsolvu din il-problema.", "Ix-xogħol tal-Kamra jrid jimxi, u għalhekk niltaqgħu hawnhekk.", "DAVID AGIUS: Għalhekk inħalluh jimxi, Mr Speaker.", "Jekk jinqalgħu l-problemi, nidħlu fihom; imma mhux nidħlu fil-problemi meta għadhom ma nqalgħux!", "MR SPEAKER: Qabel ma titkellem inti, Onor. Abela, ħu paċenzja agħtini ċans nispjega dan il-punt.", "Dalwaqt nagħtik il-kelma.", "Iċ-Chairman ta' kull kumitat – u hemm ir-rulings fuqha, u jiena diġà tajt direzzjoni fuqha – qabel ma jistabbilixxi data, jrid mhux biss jimposta b'ittra elettronika d-dokument, iżda jrid jiddiskuti mal-membri biex ikun hemm l-armonija dwar kif se jiltaqa' u dwar kif se jaħdmu.", "Jiġifieri, jekk dan ma sarx, allura … (Interruzzjonijiet) Qed nistaqsi jien, għax jekk sar ma nafx, imma jekk dan ma sarx ...", "DAVID AGIUS: Sab żewġ e-mails.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, l-ewwel nett, naħseb huwa ċar li l-korteżija trid tiġi min-naħa ta' kulħadd, inkluż ta' kull Chairman tal-kumitat li jiddiskuti mal-membri jekk il-membri jistgħux jew le.", "Hawnhekk, qed ngħidu li, over the weekend, il-Ġimgħa, ġiet ippubblikata din l-ittra, u s-Sibt tintbagħat l-aġenda.", "DAVID AGIUS: Le, mhux korrett.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili, Mr Speaker, nixtieq inkompli ftit ieħor.", "CARMELO ABELA: Għax issemma li ħadd mill-membri ma oġġezzjona.", "LOUIS GRECH: Oġġezzjonaw magħna.", "CARMELO ABELA: (Interruzzjonijiet) Nista' nitkellem jew le?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ħallu lill-Onor.", "Carmelo Abela jispiċċa.", "Kulħadd se jkollu dritt jitkellem.", "CARMELO ABELA: Il-membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi tan-naħa tal-Gvern għamlu l-oġġezzjonijiet tagħhom miegħi.", "DAVID AGIUS: Ħażin.", "CARMELO ABELA: Skużi, mela inti tiddetta kif jaħdem il-Grupp Parlamentari Laburista?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, m'għandniex għalfejn nemozzjonaw rwieħna fuq din.", "DAVID AGIUS: F'dan il-Parlament, membru ta' kumitat mhux mal-Whip tiegħu jrid joġġezzjona, imma maċ-Chairman.", "MR SPEAKER: Ma ġara xejn.", "Imma ejja ħalli nistradawha din.", "CARMELO ABELA: Lanqas biss iħalluna nitkellmu.", "MR SPEAKER: Jekk hemm problema, mill-ewwel se nistradaha.", "CARMELO ABELA: Kif jaħdem il-grupp parlamentari Laburista, bir-rispett kollu, ma tiddeċidihx in-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Dawn oġġezzjonaw miegħi.", "Bħala stat ta' fatt, lanqas għaddew ftit sigħat, bagħat l-e-mail –rawha jew ma rawhiex il-membri ma nafux, għax over the weekend kienet – imbagħad, fil-weekend stess, is-Sibt stess jekk bagħatha filgħodu, wara nofsinhar intbagħtet l-aġenda.", "Ma nafx il-ħinijiet meta ntbagħtet għax ma pprintjajthomx.", "Jiena sirt naf meta ħarġet l-aġenda uffiċjali għax irċevejtha mingħand l-iskrivan responsabbli mill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Ma naħsibx li hija proċedura suret in-nies li xi ħaġa li mhix daqshekk ta' urġenza jkollha notice daqshekk qasir.", "Imbagħad għandi punt ieħor, imma bil-permess tiegħek iktar tard.", "MR SPEAKER: Forsi nagħlquha din.", "Fil-kas nagħlaqha jien għax għandek direzzjoni hawn.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Bħala sens prattiku, insa kif jimxi kull grupp parlamentari.", "Almenu lili l-prattiċità tgħidli li, jekk għall-grazzja tal-argument, l-Onor.", "Silvio Schembri jagħmel laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, jibagħtilna – il-Clerk jew l-assistent tiegħu jikkomunika magħna – u, jekk jiena għandi problema għal-laqgħa, ma noqgħodx naqbad mal-Onor.", "David Agius bħala l-Whip tagħna, però nikkomunika direttament maċ-Chairman ta' dak il-Kumitat.", "Dan mhux għax iddiskutejna fil-grupp parlamentari li hekk għandna nagħmlu, imma għaliex il-loġika tgħidli li hekk għandi nagħmel jekk jikkomunika miegħi chairman ta' kumitat.", "MR SPEAKER: Issa ejja nagħlquha.", "MARIO DE MARCO: Il-prattiċità issa, mingħajr ma nidħlu fi kwestjonijiet ta' gruppi parlamentari.", "Però, insa onestament, Sur President, għaliex naħseb iktar tagħmel sens li għandek reference point li huwa ċ-chairperson ta' dak il-kumitat.", "Jien m'għandix dubju li, probabbilment, jekk il-membri tan-naħa tal-Gvern kellhom problema bil-laqgħa ta' nhar it-Tlieta u infurmaw liċ-Chairperson tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, kien se jipprova jara kif jista' jasal għal soluzzjoni.", "Ejja ngħidu li kien hemm misunderstanding.", "MR SPEAKER: Però jidher li hemm problema għal għada hux hekk?", "MARIO DE MARCO: Bir-rispett kollu – anke for future reference – jekk xi ħadd għandu problema ta' data, importanti li wieħed jikkomunika ...", "CARMELO ABELA: Ejja ma nintilfux fuq din.", "Issa nibda nagħti istruzzjonijiet lill-Membri biex, jekk ma jistgħux, joġġezzjonaw dak il-ħin.", "Ejja naraw meta kien hemm diffikultà x'kienet id-direzzjoni ta' dan il-Parlament.", "Fil-passat riċenti, meta kien hemm diżgwid kif jaħdem ċertu kumitat, l-iSpeaker – jidhirli Michael Frendo – kien ta direzzjoni li meta ċ-chairman jikkomunika l-aġenda lill-membri, irid jara li għandu consensus.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, hawnhekk qed nimmiżlijdjaw lin-nies.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jekk l-Onor.", "Agius se joqgħod jintervjeni hekk, se nintervjeni hekk jien ukoll.", "MR SPEAKER: Jimporta, għax lili ma ħallejtnix nispiċċa!", "DAVID AGIUS: Mis-Sibt għas-Sibt intbagħtu l-affarijiet: mhu veru xejn!", "Il-Ġimgħa fis-1.00 p.m. ħarġet, u fl-4.00 p.m. l-Onor.", "Tonio Fenech kiteb lill-Membri u qalilhom li kien qed jipproponi li din il-materja titpoġġa fuq l-aġenda.", "Il-Ġimgħa fl-4.00 p.m. Mill-Ġimgħa għas-Sibt ħadd ma qal xejn.", "Mela mhux mis-Sibt għas-Sibt.", "MR SPEAKER: Iċ-chairman irid jara li jkollu consensus.", "Issa, jekk il-consensus huwa sempliċement għax tibgħat e-mail u tieqaf hemmhekk … Jiena narah iktar minn hekk, imma Dr Michael Frendo ma qalx hekk biss.", "L-Onor.", "Michael Frendo qal li jrid ifittex consensus biex jara li l-aġenda qiegħda tiġi miftehma, u jgħid ukoll li għandu jinkludi, wara diskussjoni, dawk l-items li xi membru tal-kumitat ikun jitlob kif għandhom jiġu diskussi.", "Jekk dik tfisser li, sempliċement għax tibgħat e-mail … (Interruzzjonijiet) … Jiena fuq din ma naqbilx miegħek, però ma ġara xejn!", "Li qed nifhem biha hu li jkun hemm mhux kuntatt ta' e-mail biss, illi ċ-Chairman – hu min hu, mhux tal-Kumitat dwar Il-Kontijiet Pubbliċi biss, jiġifieri any chairman – meta jibgħat aġenda, jagħmel komunikazzjoni mal-persuni.", "Dan kulma għandu ħames membri, m'għandux 69 membru.", "Aħna nibagħtu aġenda għad-69 membru.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kumitat, u l-kumitat trid tagħmlu workable u mhux timponi.", "Trid tagħmel kumitat li jiffunzjona.", "Jien hawnhekk irrid li l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jaħdem b'ċerta armonija.", "Lanqas hu sew, pereżempju, li tagħmel data u tħassarha fl-aħħar.", "Jiġifieri wieħed irid jaħdem b'sistema fejn ikun hemm l-armonija fost il-membri, għax inkella x-xogħol ma jsirx u ma jkunx hemm riżultati.", "Issa ejja ma nagħmlux stejjer, Onor. de Marco.", "Tonio Fenech – qal: 'Qed nipproponi d-data', jiġifieri qed jipproponi, u d-data ma ġietx imposta.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, ejja ngħidu issa hemm proċedura li ma ħadmitx.", "Mela issa nafu li n-naħa tal-Gvern qed joġġezzjonaw għad-data għal għada.", "Issa żgur nafu li qed joġġezzjonaw.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, aħna mkien m'għandna miktub, la l-kumitat u lanqas jien u lanqas l-Onor. de Marco, ma għandna quddiemna li xi ħadd qed joġġezzjona għad-data u għall-aġenda.", "X'jiġifieri niġu f'dan il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u qed ngħidu għal kumitat ieħor jekk jiltaqgħax jew le?", "MR SPEAKER: Jiġifieri jien m'għandix nieħu l-kelma tal-Onor.", "Carmelo Abela li hemm l-oġġezzjoni?", "Għandi l-e-mail ukoll.", "DAVID AGIUS: Le, x'rispett hu lejn il-Kumitat?", "MARIO DE MARCO: Sur President, nista' nagħmel suġġeriment?", "MARIO DE MARCO: Forsi nibbilanċja bejn iż-żewġ naħat.", "Il-punt tal-Onor.", "David Agius huwa – korrettement – li, jekk xi ħadd għandu problema bid-data, kif ġeneralment dejjem isir, jikkomunika maċ-chairperson ta' dak il-kumitat.", "Ħalli ngħid li kien hemm misunderstanding, ħalli ngħid whatever, kulħadd ġie żgwidat.", "Jiena naħseb li dan il-Kumitat … (Interruzzjonijiet)", "DAVID AGIUS: Jiena ġejt hawnhekk b'avviż filgħodu għal filgħaxija, aħseb u ara mill-Ġimgħa għas-Sibt u għat-Tlieta!", "MR SPEAKER: Jien sejjaħtu, u ħassejt li għandu jiltaqa' llum.", "DAVID AGIUS: Allura wara erbat ijiem qed narawha bi kbira?", "Aħna wara erba' sigħat ġejna hawnhekk!", "MR SPEAKER: Jiena, bħala President tal-Kamra, ma nistax inħalli problemi għaddejjin.", "DAVID AGIUS: Ma kien hemm l-ebda problema għaddejja.", "Lili ma qalli ħadd li kien hemm problema, u kieku kien hemm problema, konna nsolvuha.", "Lanqas lill-Onor.", "Tonio Fenech ma qalulu li kien hemm problema, għax l-affarijiet tagħna rridu nagħmluhom ċari.", "MARIO DE MARCO: Jiena naħseb li dan il-Kumitat għandu jkun the instrument of last resort biex jintervjeni f'dik li hi t-tmexxija tax-xogħol tal-kumitati.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa ejja nħallu lill-Membri jitkellmu maċ-Chairperson tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Naħseb li huwa importanti li, jekk huwa possibbli, jiltaqgħu din il-ġimgħa għax, jekk ma jistgħux jiltaqgħu nhar it-Tlieta, din il-ġimgħa jistgħu jiltaqgħu.", "Però, lanqas għandna nkunu aħna li nissuġġerixxu.", "Il-parir tiegħi huwa li jkun iċ-Chairperson tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, flimkien mal-Membri, li, jekk hemm din il-problema, isibu data alternattiva.", "Abela stess qed jikkonferma li l-Gvern m'għandu l-ebda problema biex jiddiskuti din il-materja.", "LOUIS GRECH: Nikkonferma li m'hemm l-ebda problema.", "MARIO DE MARCO: Qed naqblu li m'hemmx din il-problema.", "Allura mhux se jkun hemm problema biex isibu data għad-diskussjoni.", "Jiġifieri, ħadd m'għandu interess li d-diskussjoni tiġi mġedda.", "Jekk iċ-Chairperson u l-membri ma jilħqux ftehim bejniethom, imbagħad nidħlu aħna.", "LOUIS GRECH: Naħseb li qbilna u nistgħu mmexxu.", "DAVID AGIUS: Dak l-ewwel argument li għamilt jien fil-bidu ta' din il-laqgħa.", "(Interruzzjonijiet) Mela darb'oħra, jekk ma jkunx hemm qbil, ikkonfermaw maċ-Chairman jew miegħi, Onor. Abela, u mhux intellgħuha hawnhekk fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Inutli qegħdin tagħmlu argument.", "DAVID AGIUS: Mela l-affarijiet kif isiru s-soltu?", "Mela x'tagħmel?", "Mela niftehmu fuq kollox, u affarijiet bħal dawn intellgħuhom quddiem l-iSpeaker!", "Mela aħna taż-żejjed u n-nieqes hawn ġew?!", "MR SPEAKER: Imma ħu paċenzja, dan mhuwiex komportament.", "DAVID AGIUS: U għalhekk nirrabja għax mhux komportament, Mr Speaker!", "CARMELO ABELA: Nista' nispjega dan il-punt għalfejn bgħatt lilek, Mr Speaker?", "Jiena naf li chairman ta' kumitat jista' jibgħat l-aġenda; imma, kif bagħat l-aġenda, la bagħat l-aġenda formali, ma min tridni noġġezzjona?", "Miegħek?", "DAVID AGIUS: Mela ma tafx li jien inkellem lill-Onor.", "Tonio Fenech u nirranġaw l-affarijiet, kif dejjem irranġajna?", "Mela jiena, jekk intellagħha formalment għad-diskussjoni, ma nistax, filwaqt li inti …", "DAVID AGIUS: Mela agħmel hekk.", "Normalment jien irrid nirribatti.", "MR SPEAKER: Il-bonsens jirbaħ.", "Nistgħu ngħaddu għal xi ħaġa oħra fuq l-aġenda, jekk jogħġobkom?", "Jiġifieri hemm il-ftehim li se jkun hemm ...", "MARIO DE MARCO: L-importanti li jikkomunikaw illejla stess.", "CARMELO ABELA: Jikkomunikaw bejniethom.", "Hemm is-Segretarja tal-Kumitat, fil-każ tikkomunikalhom u jagħmluha bejniethom.", "MR SPEAKER: Tistgħu teħduha intom, Onor. Carmelo Abela u Onor. David Agius?", "DAVID AGIUS: Jiena mhux se nidħol fiha, Mr Speaker, għax issa la għaffġuha, jkomplu jgħaffġuha waħedhom.", "CARMELO ABELA: Nirrifjuta li jingħad li għaffiġna xi ħaġa!", "DAVID AGIUS: U ejja, mela dawn l-affarijiet isiru hekk!", "CARMELO ABELA: Jekk hemm xi ħadd li għaffeġ xi ħaġa, kien iċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li għaffiġha.", "DAVID AGIUS: Le, mhux iċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Għaffġuha n-naħa tal-Gvern li ma mxewx mal-proċeduri kif is-soltu nimxu.", "MR SPEAKER: Kollox sew, qed naġġorna l-Kumitat għal data li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.18 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131202_011d_hbd.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-7.07 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 10 li saret fit-30 ta' Ottubru 2013, kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, l-Onor.", "Louis Grech, informa lill-Kumitat li:", "(a) dakinhar kellha titkompla d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Ġieħ ir-Repubblika – Abbozz Nru 17;", "(b) l-għada t-Tlieta, 3 ta' Diċembru kellha tkompli d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Abbozz Nru 21 – u tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Provdituri ta' Servizzi lil Kumpanniji – Abbozz 13;", "(c) nhar l-Erbgħa, 4 ta' Diċembru kellha tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5) – Abbozz Nru 25 – imressaq mill-Onor Jason Azzopardi u l-Abbozz ta' liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 6) imressaq mill-Onor Chris Fearne; u", "(d) nhar it-Tnejn, 9 ta' Diċembru kellha titkompla d-diskussjoni fuq l-Abbozzi ta' Liġi msemmija qabel, iżda kien ippjanat li mbagħad tibda wkoll id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 3) – Abbozz Nru 22; fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 4) – Abbozz Nru 23 - u fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) – Abbozz Nru 24.", "Id-Deputat Prim Ministru żied jinforma lill-Kumitat li l-Parlament kien se jieqaf għall-vaganzi tal-Milied fit-18 ta' Diċembru 2013 u jerġa' jiltaqa' fit-13 ta' Jannar 2014.", "AFFARIJIET OĦRA", "L-Ispeaker Anġlu Farrugia rrefera għaż-żjara statali li kellu jagħmel il-President tal-Ukrajna l-Eċċellenza Tiegħu Viktor Yanukovych f'Malta fid-9 ta' Diċembru u stieden lill-whips taż-żewġ naħat tal-Kamra biex jakkumpanjawh waqt il-laqgħa uffiċjali li kien se jkollu mal-President tal-Ukrajna.", "L-Ispeaker Farrugia informa lill-Kumitat li huwa kien ġie a konoxxenza ta' tliet ittri li ntbagħtu lill-President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex l-istess Kumitat jiddiskuti t-tliet materji separati ttrattati f'dawn l-ittri:", "(a) ittra datata 29 ta' Novembru 2013 mibgħuta mill-Onor.", "Ryan Callus dwar il-kuntratt iffirmat bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Malta Ship Building datat 20 ta' Awwissu 1979 li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet għadda lill-Malta Ship Building b'enfitewsi perpetwa tliet biċċiet art fil-limiti ta' Pembroke u St Andrews magħrufa bħala Junior Ratings Club, Cook House u l-Australia Hall;", "(b) ittra datata 30 ta' Novembru 2013 mibgħuta mill-Onor.", "Konrad Mizzi u mill-Onor.", "Chris Agius dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppreżentat fil-Kamra tad-Deputati fis-26 ta' Novembru 2013 dwar il-mod kif tmexxa l-fond tal-lotterji nazzjonali għall-kawżi ġusti; u", "(c) ittra datata 30 ta' Novembru 2013 mibgħuta mill-Onor.", "Konrad Mizzi u mill-Onor.", "Chris Agius dwar għoti ta' artijiet tal-Gvern b'encroachment bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013.", "L-Ispeaker Farrugia informa lill-Kumitat li kellu talba mill-Onor.", "Carmelo Abela biex il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jiddiskuti kif se jaħdem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi dwar l-ewwel talba, jiġifieri dik tad-29 ta' Novembru 2013, iżda s-Sedja ħasset li d-diskussjoni setgħet ukoll tinkludi ż-żewġ talbiet l-oħra li saru lill-President tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Fid-dibattitu mqanqal li segwa fil-Kumitat, ħarġu dawn il-punti:-", "(a) In-naħa tal-Gvern, filwaqt li ma kellha l-ebda problema li jiġi diskuss is-suġġett in kwestjoni, kienet qed toġġezzjoni għall-mod kif inħarġet l-aġenda għal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "L-Onor Carmelo Abela informa lill-Kumitat li t-talba li kienet saret liċ-Chairperson tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi fid-29 ta' Novembru ġiet imtellgħa mill-ewwel fuq l-aġenda li ntbgħatet lill-Membri l-għada, is-Sibt 30 ta' Novembru, biex il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jiltaqa' t-Tlieta 3 ta' Diċembru.", "Żied jgħid li għaldaqstant il-Membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ma ġewx ikkonsultati dwar jekk jistgħux jiddiskutu l-materja fil-laqgħa tat-3 ta' Diċembru.", "L-Onor.", "Louis Grech informaw lill-Kumitat li kienu huma li rċevew l-oġġezzjoni għal-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u kien għalhekk li saret talba lill-Ispeaker sabiex dan is-suġġett jiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "L-Onor Abela emfasizza li fl-ebda mument ma talab li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jidħol fil-kontenut tat-talba li saret liċ-Chairperson tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "(b) In-naħa tal-Oppożizzjoni kienet qed toġġezzjoni li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra jagħti linja gwida lil kumitat ieħor meta ma kien hemm ebda talba għal dan minn xi kumitat u meta l-materja in kwestjoni kienet għadha lanqas ġiet diskussa f'xi kumitat.", "L-Onor.", "Agius informa lill-Kumitat li l-Membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi kienu ġew notifikati bl-intenzjoni li fit-3 ta' Diċembru kellha tiġi diskussa l-materja in kwestjoni fid-29 ta' Novembru u wara li ħadd ma oġġezzjona, kienet intbagħtet l-aġenda ta' dik il-laqgħa.", "In-naħa tal-Oppozizzjoni kienet tal-fehma li jekk ikun hemm oġġezzjonijiet għal xi laqgħa ta' kumitat li tkun qed tiġi skedata, dawn l-oġġezzjonijiet kellhom jintbagħtu lill-president tal-kumitat relattiv u li rikors għal intervent mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra għandu jkun l-aħħar rimedju.", "L-Onor.", "Mario de Marco ssuġġerixxa li fid-dawl ta' nuqqas ta' qbil dwar id-data tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, kellu jsir tentattiv biex tinstab data alternattiva għal din il-laqgħa.", "(c) L-Ispeaker ikkwota l-Ordni Permanenti 120Ċ(1)(b)(ii) li jgħid li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jista' jalloka x-xogħol għal kull seduta ta' kull kumitat permanenti, u rrefera wkoll għal ruling tal-ex Speaker Michael Frendo mogħti fis-seduta 260 tal-11 ta' Ottubru 2010 fejn kien intqal li:", "\"huwa għaqli li kull Chairman dejjem ifittex consensus fuq tali aġenda, li fiha jista' jinkludi wkoll anki items li xi membru tal-Kumitat ikun talab li jiġu diskussi.\"", "L-Ispeaker Farrugia ssuġġerixxa li biex il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jkun jista' jaħdem b'armonija, għandha tinstab sistema li biha jiġu evitati diffikultajiet simili għal dak li nqala' f'dan il-każ.", "Fit-7.44 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131202_011m_xog.docx"} {"text": ["Laqgħa Nru. 11", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013 fis-6.45 p.m.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:", "Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Budget għas-Sena Finanzjarja 2012 u l-Ħidma tal-Membru Malti ta' din il-Qorti.", "19 ta' Novembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131202_012a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 12", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI DWAR IL-BAĠIT GĦAS-SENA", "FINANZJARJA 2012 U L-ĦIDMA TAL-MEMBRU MALTI TA' DIN IL-QORTI", "THE CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne): Nirringrazzjakom tal-attendenza tagħkom.", "Infakkarkom li l-laqgħa tal-lum hija waħda konġunta bejn il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Infakkarkom ukoll li din il-laqgħa se tkun streamed live u għandna wkoll talba mill-PBS sabiex jittieħdu xi rittrati jew filmati waqt l-ewwel parti ta' din il-laqgħa.", "Għalhekk nitlob il-permess tagħkom sabiex inħallu lill-PBS jiġbdu l-filmati tagħhom.", "Tajjeb.", "Jien qiegħed neħodha li hawn kunsens sabiex il-PBS jieħdu xi ritratti jew filmati ta' din il-laqgħa.", "Nilqgħu fostna lil Dr Louis Galea li huwa Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu fuq ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Budget għas-sena finazjarja 2012 u fuq il-ħidma tiegħu f'din il-Qorti.", "Magħna għanda wkoll lis-Sur Jacques Sciberras, membru tas-segretarjat ta' Dr Galea.", "Nifhem li l-format ta' din il-laqgħa se jkun dak li Dr Galea jagħmel introduzzjoni ta' madwar 15 jew 20 minuta u mbagħad il-Membri taż-żewġ Kumitati jkunu jistgħu jagħmlu l-osservazzjonijiet jew il-mistoqsijiet tagħhom.", "Għalhekk nitlob lil Dr Galea u lis-Sur Sciberras sabiex jingħaqdu magħna ħalli nibdew din il-preżentazzjoni.", "DR LOUIS GALEA (Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll Membru fuq il-Kumitat Amministrattiv u d-Dean ta' Chamber IV): Huwa dejjem ta' pjaċir għalija li niltaqa' ma' ex-kollegi ta' din il-Kamra imma llum għandi pjaċir akbar li niltaqa' wiċċ imb'wiċċ ma' ħafna deputati li qegħdin fil-Parlament għall-ewwel darba u għalhekk irrid nieħu l-opportunità sabiex mhux biss nifirħilkom imma nawguralkom ħidma fejjieda b'risq il-poplu u ħidma li tagħtikom sodisfazzjon.", "Irrid nirringrazzjakom talli sibtu l-ħin biex nagħmlu din il-laqgħa.", "Fi ftit kliem jien se mmiss erba' punti prinċipali.", "L-ewwel se nagħti l-kontest taż-żjara tiegħi hawnhekk.", "It-tieni se niffoka fuq ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri.", "It-tielet se nitkellem ftit fuq dak li qed nagħmel fil-Qorti tal-Awdituri u fl-aħħar se nagħlaq billi mmiss fil-qosor xi żviluppi li qegħdin iseħħu fl-Unjoni Ewropea bħal pereżempju r-rispons għall-kriżi finanzjarja u ekonomika u kif dan kollu jista' jkollu mpatt fuq il-proċess ta' kontabilità u ta' verifika, u b'mod partikolari fuq l-obbligu tagħkom bħala Parlamentari li tagħmlu l-iskrutinju tagħkom li huwa l-bażi tal-leġittimità demokratika.", "Intom tafu bħali li t-Trattat ta' Lisbona u l-ewwel protokoll li hemm mehmuż miegħu dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea taw funzjoni importanti ħafna lill-parlamenti nazzjonali biex dawn jissieħbu fil-proċess leġislattiv u fl-iskrutinju tal-programmi u ta' proposti tal-Kummissjoni u tal-Unjoni Ewropea bħala bażi ħalli din il-leġittimità demokratika tkun tista' tinħass fil-pajjiżi membri u fost iċ-ċittadini tagħhom.", "Fost il-provvedimenti li jipprovdi dan il-qafas li daħal fis-seħħ tliet snin ilu hemm li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri trid iżżomm lill-parlamenti nazzjonali informati bil-ħidma tagħha u bir-rapport annwali tagħha.", "Il-budget tal-2012 - bħalma jiġri hawn Malta għax aħna wkoll naħdmu b'sena lura - jiġi eżaminat mill-Qorti tal-Awdituri u hawnhekk tajjeb ngħidu li qegħdin neżaminaw dħul li jaqbeż il-€139 biljun u ħruġ li jilħaq l-€138.6 biljun.", "Biex inpoġġu ftit l-affarijiet fil-perspettiva, bejn wieħed u ieħor dan il-budget jirrappreżenta 1% tad-dħul nazzjonali gross tal-pajjiżi membri stati.", "U l-budget tal-istati membri, bejn wieħed u ieħor jammontaw għal 50% ta' dan il-GNI tal-Unjoni Ewropea.", "Bħal kull budget ieħor, id-dħul u l-ħruġ ġejjin minn għejjun differenti u ddedikati għal programmi differenti.", "Fin-nota ta' informazzjoni li tajnikom, f'paġna 36 u 37 issibu tabelli li jispjegaw dan li qed ngħid b'mod mill-aktar ċar.", "Meta l-Qorti Ewropea tal-Awdituri - li hija waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - tiġi biex tagħmel il-verifika tagħha, din tagħmel verifika fuq landscape li huwa kompless għax l-awditjar tagħna mhuwiex awditjar sempliċi tal-fondi tal-Unjoni Ewropea imma jiddependi minn parti importanti ħafna mis-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll intern li għandhom l-istati membri.", "Nafu li hemm ċerta komplessità f'oqsma bħalma huma dawk tal-koeżjoni u nafu wkoll li xi kultant niltaqgħu ma' sitt saffi differenti ta' regoli meta tiġi biex tara kif qed jiġu applikati dawn il-fondi!", "Jekk wieħed jara l-livelli ta' verifika jsib li għandek il-verifika li ssir mill-mekkaniżmi interni ta' audit u investigazzjoni, li fil-każ ta' Malta huma l-Internal Investigations and Audit Department fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u n-National Audit Office.", "Għandek ukoll diversi setturi pubbliċi li qed jiġu verifikati u awditjati minn awdituri indipendenti esterni.", "Imbagħad għandek l-internal audit tal-Kummissjoni u l-audit tal-Qorti Ewropea.", "U allura għandek din is-sitwazzjoni ftit komplessa.", "It-trattat jobbliga lill-Qorti tagħna sabiex nagħmlu din il-verifika tal-korretezza tal-kontijiet tal-Unjoni Ewropea biex naraw jekk dawn humiex qegħdin jintefqu b'mod legali u b'mod regolari.", "Irridu nidħlu wkoll f'issues tal-budgets biex naraw jekk hux qegħdin jintefqu b'mod ekonomiku, effiċjenti u effettiv, jiġifieri biex naraw is-sound financial management tagħhom għax dan huwa importanti u qed isir dejjem ħafna aktar importanti.", "Il-boxla tagħna biex nagħmlu dan hija l-istandards internazzjonali li ġew imħaddna u endorsed mill-awtoritajiet Ewropej.", "Ikun hemm xi applikazzjonijiet partikolari fuq livelli differenti imma ġeneralment dawk huma l-istandards li nsegwu u aħna naħdmu ħafna b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' audit tal-pajjiżi membri.", "Meta nkunu qegħdin nagħmlu audit fuq Malta, il-findings tagħna, dawk li ngħidulhom il-preliminary findings, ngħadduhom lill-awtoritajiet Maltin tramite n-National Audit Office u r-risposta nirċevuha tramite dak l-uffiċċju ta' verifika.", "Aħna nirrapportaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u nagħtu r-rakkmandazzjonijiet kif jidhrilna li jkun l-aħjar għat-titjib tal-ħwejjeġ li jkunu qegħdin isiru.", "Dan huwa settur li aktar kemm jgħaddi żmien, aktar qed isir importanti u aktar qed isir sensittiv.", "Qed ngħixu fi żmenijiet li huma ekonomikament diffiċli u ma jistax jonqos li dan qed iġib miegħu problemi fil-qasam soċjali, fil-qasam tax-xogħol, fil-livell tal-għixien, u allura, f'dawn iċ-ċirkostanzi jsir dejjem iktar fundamentali li l-katina ta' kontabilità, ta' skrutinju u ta' trasparenza - li hija l-katina li fuqha tibni l-fiduċja tal-poplu fl-istituzzjonijiet - tkun kemm jista' jkun b'saħħitha.", "Meta nħarsu lejn x'ġara fir-rigward tas-sena finanzjarja 2012, insibu li għal darb'oħra x-xogħol tal-audit li għamlet il-Qorti wassal sabiex setgħu jiġu ċċertifikati l-kontijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Ilna mill-2007 nivvalidaw il-kontijiet, jiġifieri nsibu li l-kontijiet tal-Unjoni Ewropea jirriflettu b'manjiera ġusta u tajba l-pożizzjoni finanzjarja kif tkun teżisti fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena partikolari.", "Naħseb li waħda mir-raġunijiet għaliex mill-2007 lil hawn il-kontijiet tal-Unjoni Ewropea bdew jieħdu dan iċ-ċertifikat pożittiv kien għax fl-2005 l-Unjoni Ewropea qalbet is-sistemi ta' kif iżżomm il-kontijiet tagħha fuq sistema ta' accruels based.", "Din ġabet magħha l-possibilità li jkun hemm iktar manjiera ta' kif tikkontrolla u ta' kif iżżomm ir-rendikonti u nafu wkoll li f'dan l-istess perjodu ttieħdu diversi miżuri.", "Il-Kummissjoni ilha tistinka u taħdem, u rrid ngħid li l-Kummissjoni taħdem ħafna biex tipprova tara li l-budget tal-Unjoni Ewropea jiġi minfuq u applikat b'mod tajjeb.", "Pereżempju, qabel kien hemm kwantità ta' kontijiet differenti u li issa ħafna minnhom ġew konsolidati biex wieħed ikun jista' jislet stampa ħafna aktar sħiħa tal-investimenti tal-Unjoni Ewropea.", "Xi ħaġa li ma kenitx issir qabel imma bdiet issir issa hi li bdew jidħlu fil-kontijiet il-pożizzjoni netta tal-obbligazzjonijiet u l-liabilities differenti finanzjarji li jkun hemm.", "Pereżempju, minħabba l-pay-as-you-go tas-sistema tal-pensjonijiet, hemm liabilities li qabel ma kienux jidhru fil-kontijiet u issa qegħdin jidhru.", "B'hekk tista' tieħu stampa aħjar.", "Il-kontijiet qegħdin jirriflettu wkoll kemm l-Unjoni Ewropea, fil-budget tagħha qiegħda tkun esposta għal ċerti riskji minħabba l-mekkaniżmi ta' appoġġ finanzjarju li tagħti favur l-istati membri li jistgħu jkunu fil-bżonn.", "Dawn jinkludu wkoll il-long term commitments, li xi kultant mhux bilfors jirriflettu ruħhom f'sena partikolari imma li tkun trid iżżommhom quddiem għajnejk għax huwa importanti li ma jiġux maqbuża l-approprjazzjonijiet annwali.", "Dan fuq ir-reliability tal-accounts.", "Meta niġu biex nistaqsu kif qed jintefqu dawn il-flus u jekk il-kontijiet humiex qegħdin jiġu miżmuma tajjeb u skont ir-regoli naraw li s-sitwazzjoni hija differenti.", "Fil-fatt għal kważi 19-il darba l-Qorti ma kenitx fil-pożizzjoni li tista' tiċċertifika u tagħti dik li ngħidulha d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet finanzjarji.", "Hawnhekk insibu li l-mira ilha li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament, u allura l-mira hi dik li kemm jista' ikun l-iżbalji f'dan il-kamp tal-legalità u r-regolarità ma jaqbiżx ir-rata ta' 2% tat-transazzjonijiet involuti.", "Matul din is-sena qed naraw li qed insibu rata ta' żbalji f'oqsma differenti, li fl-intier tal-budget kollu tammonta għal bejn wieħed u ieħor 4.8%.", "Din hija rata li għal dawn l-aħħar tliet snin, sena fuq oħra, żdiedet xi ftit.", "Qabel konna qed nosservaw trend fejn ir-rata ta' żbalji kienet qiegħda tonqos mentri issa din it-trend reġgħet inbidlet.", "F'din id-dikjarazzjoni li qed nagħmlu għall-budget kollu – aħna ma nagħmlux dikjarazzjonijiet differenti għal oqsma differenti imma nagħmlu dikjarazzjoni waħda għal budget kollu – qed ngħidu li din qabżet ir-rata permessibbli ta' żbalji.", "L-iżbalji huma f'oqsma differenti u dan tistgħu tarawh mid-diagrammi li qegħdin f'paġna 7 u 9 tan-nota ta' informazzjoni.", "Għandek oqsma fejn mhemm xejn żbalji fihom u fil-fatt ir-rata tal-iżbalji hija ta' 0% fl-ispiża amministrattiva u mbagħad għandek oqsma oħra fejn ir-rata ta' żbalji li ġew osservati tvarja minn 3% għal 4% bħalma huma l-oqsma tal-agrikoltura, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, ir-riċerka, il-qasam tar-relazzjonijiet esteri, l-external action service tal-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad għandek oqsma oħfa fejn ir-rata ta' żbalji jitilgħu sostanzjalment u dawn huma fl-oqsma tal-politika reġjonali, tal-enerġija, tat-trasport, tal-iżvilupp rurali, tal-ambjent, tas-sajd u tas-saħħa, fejn hemmhekk nibdew immissu r-rata ta' 7% u 8%!", "Tajjeb ngħid, kif fuq kollox il-Qorti tagħmilha ċara ma' kulħadd, li meta nitkellmu fuq rata ta' żbalji fir-rigward tal-legalità u l-irregolarità, ma jfissirx li dawn l-iżbalji huma żbalji li neċessarjament iwasslu għal xi frodi jew għal xi ħela.", "Jista' jkollok miljuni ta' ewro li qed jintefqu skont il-liġi u skont il-proċeduri imma l-outcomes tagħhom xorta waħda jkunu fqar.", "U allura għandek regolarità sħiħa imma ftit li xejn għandek value added.", "Ma rridux inħalltu r-rata tal-iżbalji kif inhi mifhmuha fl-istandards internazzjonali tal-audit ma' ħwejjeġ oħra għaliex aħna, jekk niltaqgħu ma' suspetti ta' frodi, għandna proċedura ta' kif immexxu u allura f'dak il-każ mill-ewwel nirrapportaw lill-uffiċċju li jinvestiga l-frodi, l-OLAF.", "Il-findings tagħna, li jkunu dettaljati u xi kultant anke voluminużi, nikkomunikawhom lill-awtoritajiet tal-pajjiżi membri biex huma jkunu jistgħu jinnotawhom u jagħtu r-risposti tagħhom kif ukoll sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa.", "Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji jsiru għax ma jiġux segwiti l-liġijiet u r-regolamenti tal-procurement, jiġifieri ta' kif awtorità, gvern jew dipartiment jixtri affarijiet, jakkwista servizzi jew inkella jagħti kuntratti.", "Għandek 29% tal-iżbalji li huma f'dan is-settur tal-procurement.", "Diagram 5 juri dak li qed ngħid b'mod ċar.", "Imbagħad hemm żewġ tipi ta' żbalji; jew il-benefiċċjarju jew il-proġett jew l-attività tkun ineliġibbli, jiġifieri gvern jew awtorità tissottometti programm li b'xi mod jasal ħalli jibbenefika minn fondi Ewropej imma wara jiġi skopert li dan il-proġett ma kienx jista' jibbenefika skont it-termini tar-riferenza ta' dak il-programm partikolari jew inkella jkun jista' jidħol għal dawk il-fondi imma fit-talba għall-pagamenti jidħlu spejjes li ma jkunux ġustifikati u li aħna ngħidulhom li huma ineliġibbli.", "Fl-ewwel kategorija hemm 22% u fit-tieni kategorija hemm 21%.", "17% tal-iżbalji jiġu mill-qasam tal-agrikoltura minħabba dikjarazzjonijiet żbaljati li jkunu saru.", "Imbagħad għandek 11% tal-iżbalji li jsiru f'oqsma differenti oħra.", "Il-problema li tara l-Qorti - mhux biss dan in-nuqqas li aħna nqisuh serju tat-tħaris tar-regolamenti – hu li qed nikkalkulaw li hemm aktar min-nofs tal-iżbalji tal-kampjun kollu li nkunu rajna, huma żbalji li b'attenzjoni l-awtoritajiet tal-pajjiżi membri li jkunu qegħdin jimmaniġġjaw dawn il-fondi, setgħu jindunaw bihom, setgħu jiskopruhom, setgħu jikkoreġuhom u setgħu jagħmlu dan qabel ma jkunu ssottomettew it-talbiet tagħhom tal-pagamenti jew anke jkunu tħallsu!", "Dan ifisser li r-responsabilità tal-istati membri, għall-finijiet tar-rata ta' żbalji ta' illegalità u ta' irregolarità, hija waħda kbira.", "Dan għaliex 80% tal-budget huwa mmaniġġjat bejn l-istati membri u l-Kummissjoni.", "Pereżempju, dik in-nefqa tal-budget li għaliha hija responsabbli l-Kummissjoni waħedha, ir-rata ta' żbalji hija ta' żero.", "L-istess għall-ispiża amministrattiva, din hija żero għax ma jagħmlux kważi żball wieħed fl-ispejjes amministrattivi, fosthom fin-nefqa ta' kuntratti, fix-xiri ta' servizzi, salarji, benefiċċji soċjali, pensjonijiet, bini, eċċ. Dawn huma kollha spejjes amministrattivi u spejjes ta' ċerta entità.", "Hemmhekk, għax qiegħda tmexxi l-Kummissjoni waħedha, ir-rata ta' żbalji ta' illegalità u ta' irregolarità hija kważi fil-livell ta' perfezzjoni.", "Kif il-Kummissjoni tidħol fil-qasam fejn ir-responsabilità għan-nefqa hija waħda ko-diviża, hemmhekk jiffaċċjaw il-problemi għax is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tad-diversi pajjiżi membri, ħafna minnhom ikunu sistemi li jiġu ċertifkati mill-awdituri tagħna bħala parzjalment effettivi.", "Ma nistgħux ngħidu li dawn huma żbalji li jsiru f'xi pajjiżi partikolari.", "Insibu żbalji fil-pajjiżi kollha kemm huma.", "Bħalma lanqas nistgħu ngħidu li l-iżbalji huma biss f'xi oqsma partikolari.", "Veru li hemm oqsma fejn l-iżbalji jiddistingwu ruħhom u lanqas huma żbalji li nistgħu ngħidu li kollha huma żbalji f'dik il-parti tal-budget li hija mmaniġġjata b'mod konġunt bejn il-Kummissjoni u l-istati membri.", "Hemm oqsma oħrajn fejn insibu wkoll ċerti żbalji.", "Din hija l-illegalità u l-irregolarità għax imbagħad hemm il-kwestjoni li qiegħda ssir dejjem aktar importanti, u ċjoè, it-tweġiba għall-mistoqsija fuq jekk dawn il-flus humiex qed iħallu value for money.", "X'inhu l-valur miżjud?", "Hemm tmexxija għaqlija u soda ta' dawn il-finanzi hekk kif inhu mifhum fil-prinċipji bażiċi ta' meta tkun se tonfoq flus pubbliċi?", "Hawnhekk qegħdin nifhmu b'mod partikolari li inti trid tassigura li qed tonfoqhom bl-aħjar mod ekonomiku possibbli, li jilħqu l-aqwa effiċjenza u li jkunu tal-akbar effettività.", "Dawn huma ħwejjeġ li japplikaw fuq livell ta' kull impriża, anke ta' għaqda volontarja, u japplikaw iktar fuq livell ta' stat membru, ta' gvern, ta' pajjiż, u japplikaw ukoll fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "Mis-sena l-oħra lil hawn beda jiġi implimentat l-Artiklu 318 tat-Trattat.", "Għall-ewwel darba t-Trattat tal-Unjoni Ewropea qed itlob lill-Kummissjoni sabiex tippubblika rapport annwali u li fih tagħmel assessment fuq dan li qegħdin ngħidu u tistaqsi lilha nnifisha x'qed ikun l-outcome min-nefqa ta' dan il-budget ta' kważi €140 biljun.", "U din bdiet tagħmel rapport.", "Skond it-Trattat aħna mitlubin li dak ir-rapport nivverifkawh u nistudjawh biex naraw jekk ikunx qed jagħmel sens u kemm għandu bażi.", "Wieħed itejjeb il-prodott hekk kif jakkwista l-esperjenza.", "Sal-lum, miż-żewġ rapporti li rajna, kemm dak tas-sena l-oħra kif ukoll ta' din is-sena, aħna qed ngħidu li dan r-rapport ta' evalwazzjoni li toħroġ il-Kummissjonii jonqsu ingredjenti mill-aktar essenzjali.", "Dan għaliex għadna ma wasalniex biex ikollna fuqxiex inkejlu l-ħidma tagħna.", "Fil-fatt, biex inti tkejjel il-ħidma tiegħek trid tkun taf x'inhuma l-objettivi.", "Jekk għamilt liġi, jekk għamilt programm, jekk għamilt proġett, jew jekk qiegħed talloka fondi, għal liema objettiv qed taspira?", "Ma jistgħux ikunu objettivi fl-arja imma jridu jkunu dawk li ngħidulhom smart objectives, li huma speċifiċii, rilevanti, li tista' tilħaqhom, li tista' tkejjilhom u li għandhom qafas ta' żmien.", "Wadħa mill-problemi li qegħdin niffaċċjaw u li issa ġejja aktar to the forefront fl-Unjoni Ewropea hija din l-issue li wieħed qed jitfa' iktar taħt lenti jekk hux qed ikun hemm dawn l-objettivi u jekk ir-riżultati jistgħux jitkejlu.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Diġà hemm pressjoni mill-Parlament Ewropew - anke fir-rapporti kollha tagħna u fl-ispecial reports aħna din ilna ngħiduha mhux ħażin – fejn qed jinsistu li huwa tajjeb li aħna jkollna min jagħmel il-verifika fuq jekk il-kontijiet humiex f'posthom u biex naraw jekk dawn il-flejjes humiex qed jintefqu skont il-liġi u skont ir-regolamenti, imma finalment iċ-ċittadin jinteressah minn x'se jieħu mit-taxxi tiegħu.", "Allura, mill-€140 biljun f'taxxi li l-Unjoni Ewropea qiegħda tonfoq, x'inhu jieħu minnhom iċ-ċittadin?", "X'inhu l-valur li qed jieħu minnhom?", "Fl-istrateġija Ewropa 2020, fil-qafas finanzjarju multi-annwali u f'ċerti affarijiet oħra li qed isiru bħalissa, qegħdin naraw dan ix-shift minn orjentament ta' budgets li huma mibnija fuq l-input li qed tagħmel għal budgets li huma mibnija fuq l-outputs u fuq ir-riżultati.", "Aktar kemm dan jidħol fis-seħħ, aktar se tinbidel il-landscape ta' kif isir l-audit, ta' kif isir l-iskrutinju u ta' kif se jaħdmu l-parlamenti.", "Fl-aħħar analiżi, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur huwa għodda f'idejn il-parlament u huwa għajn ta' protezzjoni għall-interessi finanzjarji pubbliċi imma fl-aħħar mill-aħħar huwa l-parlament li jrid isarraf din il-kontabilità sabiex ikun jista' jiġġustifika l-leġittimità demokratika tiegħu.", "F'ċertu sens dawk huma d-diversi aspetti li qanqalna fir-rapport annwali tagħna.", "Issa se ndur malajr malajr fuq il-ħidma tiegħi.", "Il-ħidma tiegħi f'dawn l-aħħar sentejn żdiedet ħafna minħabba li issa ġejt mgħobbi bir-responsabilità li mmexxi r-raba' Kamra tal-Qorti u li għandha portafoll ta' domains u ta' policies varjati ħafna.", "Fil-fatt, dawn ivarjaw minn riċerka għal dawk li ngħidulhom internal policies fejn jidħlu l-edukazzjoni, il-kultura, is-sigurtà u l-ġustizzja, l-ispiża amministrativa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kollha u tal-aġenziji, fejn illum fl-Unjoni Ewropea għandna 40 aġenzija.", "Issa qegħdin iffokati wisq iktar fuq policies, leġiżlazzjoni u mekkaniżmi li qed jinħolqu biex jindirizzaw il-qasam tal-iggvernar finanzjarju u ekonomiku.", "L-ewwel sentejn tiegħi kienu esperjenza bħala reporting member, fejn irrapportajt fuq diversi affarijiet u dan l-aħħar, minbarra li għadni a reporting member fuq diversi affarijiet, għandi wkoll ir-responsabilità li mmexxi din il-Kamrra li fiha sebgħa mit-tmiena u għoxrin Membru tal-Qorti, fejn naraw li l-programm qiegħed miexi sew.", "Jiena wkoll Membru ex-officio tal-Kunsill Amministrattiv tal-Qorti li tmexxi l-istituzzjoni kollha.", "Issa se nagħmel ftit riflessjonijiet u kummenti fuq il-kontest wiesa' li fih isir il-budget.", "Il-budget tal-Unjoni Ewropea, kif inhu l-budget ta' pajjiżna, mhuwiex skop fih innifsu imma huwa biss ħolqa f'katina ta' miżuri u ta' strateġiji sabiex wieħed ikun jista' jwettaq żvilupp ekonomiku u soċjali.", "Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma tqisx il-kontabilità biss mill-punto di vista tal-flus imma aħna nsostnu li hemm accountability dovuta minn min ifassal il-policies, minn min jgħaddi l-liġijiet u minn min jiddisinja l-programmi.", "Il-verifika tal-ġabra u n-nefqa tal-budget hija dik ordinarja imma wieħed irid jifhem li barra mill-fondi nazzjonali involuti, hemm ukoll il-fondi involuti fi proġetti u f'policies li ġejjin jew mis-settur privat, jew minn partners internazjonali u li qed jiġu mobilizzati biex ikunu jistgħu jitwettqu proġetti u policies li qed jiġu maqbula fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Hemm ukoll din l-issue ta' kif wieħed se jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tkejjel ir-riżultati u ta' kif wieħed se jirrispondi għar-riskji sistematiċi fil-qasam finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u tal-istati membri.", "Meta wieħed iħares lejn dawn il-ħwejjeġ irid jistaqsi x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dawn l-affarijiet għall-Parlament Ewropew u għall-parlamenti nazzjonali.", "X'inhuma dawn l-implikazzjonijiet għall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri?", "Jekk wieħed iħares lejn il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-2014/2020 li se jibda fl-1 ta' Jannar li ġej insibu li l-budget ta' kull sena huwa ħolqa f'dan il-programm ta' seba' snin.", "Dan il-programm ta' seba' snin minnu nnifsu huwa influwenzat u direzzjonat mill-istrateġija Ewropea 2020 li ġiet adottata xi ftit taż-żmien ilu.", "Din l-istrateġija hija in parti ffinanzjata mill-budget tal-Unjoni Ewropea imma fil-parti l-kbira tagħha hija implimentata mill-istati membri b'fondi tagħhom li jgħaddu mill-budgets ta' dawn l-istati membri u fondi li ġejjin ukoll minn għejjun oħra għax jiġu leveraged b'finanzi privati u finanzi internazzjonali oħra.", "Aħna nivverifikaw il-budget tal-Unjoni Ewropea.", "Il-parlamenti nazzjonali suppost li qegħdin iħarsu lejn din il-parti li qed tiġi ffinanzjata mill-flus nazzjonali jew mill-flus li qegħdin jiġu leveraged mil-livell nazzjonali imma li qed jiġu applikati għal policies fuq livell Ewropew.", "Aħna qed insibu li l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tal-Unjoni Ewropea, qiegħda tieħu deċiżjonijiet ta' liġijiet, ta' programmi, ta' direttivi u ta' miżuri imma toħroġx ewro għalihom minħabba li l-pajjiżi membri - ġeneralment aktar taż-żona Euro u jidħlu pajjiżi oħrajn ukoll – jaqblu li jsiru direttivi tal-Unjoni Ewropea imma li dawn ikunu finanzjati bil-flus tal-pajjiż.", "Għalhekk, ix-xogħol tal-Foreign and European Affairs Committee sar għandu valur kbir għax il-Parlament, mingħajr il-ħidma ta' dak il-Kumitat, se jkun sprovvist.", "Dak il-kumiat u l-Public Accounts Committee jridu jaħdmu u jissapportjaw lil xulxin f'dan il-kamp għax inkella se nispiċċaw f'sitwazzjoni fragmentata.", "Diġà hawn din id-diffikultà ta' kif għandek fondi differenti li sejrin f'postijiet differenti, inkluż ħafna fondi li ġejjin mil-livell nazzjonali imma li l-iskrutinju tagħhom qed issir biċċa mill-Parlament Ewropew u biċċa mill-pajjiżi membri u allura ma toħroġx stampa sħiħa.", "Jekk għaddiet din id-direttiva, x'inhu l-impatt tagħha?", "Inti tara l-biċċa tiegħek u dak se jara l-biċċa tiegħu, imma l-istampa sħiħa ma jirnexxilniex insiru nafuha u allura hawn fejn il-Parlament Ewropew qed jinsisti li mhux beħsiebu jibqa' jittollera proposti li ma jkollhomx objettivi ċari u li għalihom ma tinkisibx statistika kredibbli u tajba.", "Hawnhekk tidħol ukoll il-funzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Barra l-istrateġija Ewropea 2020, għanda l-multi-annual financial framework li diġà qed idaħħal din il-linja ġdida ta' kontabilità, mhux aktar fuq jekk tonfoqx il-flus legalment u regolarment, imma skont ir-riżultati li qiegħed tikseb.", "Qiegħed tilħaqhom l-objettivi?", "X'inhu l-impatt fuq is-soċjetà?", "Imbagħad hemm ukoll il-liġi finanzjarja ġdida li għaddiet l-Unjoni Ewropea u li se tibda taħdem fl-1 ta' Jannar, 2014.", "Din hija liġi li bil-mod il-mod se jkollha mpatt kbir fuq kull pajjiż membru.", "L-ewwel nett qed ikun hemm iċ-ċirku dejjem jissikka biex l-Unjoni Ewropea jkollha d-dikjarazzjonijiet tal-management authorities u tal-audit authorities ta' kull pajjiż membru.", "Sal-lum, il-pajjiżi membri qed jiġu nkoraġġiti li jagħmlu dik li qed tissejjaħ dikjarazzjoni nazzjonali li tkun iffirmata f'livell xieraq u li jassumi responsabilità għad-dikjarazzjonijiet tal-management authorities u tal-audit authorities.", "Naħseb li l-Kumitati li qed nindirizza, f'xi mument iridu jsibu l-ħin sabiex jifhmu ftit x'diffikultajiet tista' tikkonsidra li għandha Malta biex tagħmel id-dikjarazzjoni nazzjonali tagħha.", "S'issa kien hemm erba' pajjiżi li jagħmluha din u dawn kienu d-Danimarka, l-Isvezja, ir-Renju Unit u l-Olanda.", "Nemmen li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun hemm insistenza sabiex issir din id-dikjarazzjoni.", "Il-Parlament Ewropew qed jitlobha din mentri l-Kunsill Ewropew qed iżomm lura imma kif ngħidu; \"tardare si, scappare no\", jiġifieri tajjeb li wieħed jifhem ftit li qegħdin ngħaddu minn dawn id-dikjarazzjonijiet u li rridu ngħaddu minn proċedura ta' akkreditazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll intern li għandu l-pajjiż u li din hija importanti ħafna.", "Ma naħsibx li pajjiż għandu jaħli ħafna iktar żmien mingħajr ma jaħseb fuqha sew u, fl-opinjoni tiegħi, m'għandniex ngħidu li għandna nagħmluha għax l-Unjoni Ewropea qiegħda tissikka fuqha, imma għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jagħtu livell għoli ta' kwalità, ta' serjetà, ta' trasparenza u ta' kontabilità.", "Kollha huma ħwejjeġ li jekk jirnexxielna nġibuhom, se nkunu qegħdin intejbu u nsaħħu r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Jekk tagħti din lill-investitur lokali u barrani, tkun qed tagħtih kważi dak li għandu bżonn u allura wieħed irid iħares lejha mhux bħala xi ħaġa li qed nirrispondu għaliha għax hija esiġenza tal-Unjoni Ewropea imma rridu ngħidu li aħna pajjiż ċkejken u għalhekk għandna nisfruttaw iċ-ċokon tagħna.", "Aħna m'għandniex ħafna livelli, reġjuni, provinċji, eċċ., imma aħna pajjiż ċkejken u allura dan il-mudell, jekk veru ninsistu - veru trid iżżid ir-riżorsi għax hemm ċerti spejjes li trid tagħmilhom - m'għandix dubju li dak li nakkwistaw minn din is-serjetà se nkunu nistgħu npattu għal kwalunkwe spiża li nistgħu nagħmlu.", "Meta niġi għar-rispons dwar il-kriżi finanzjarja, s'issa qed ngħid li jekk naqbdu flimkien l-istrateġija Ewropea 2020 u l-qafas finanzjarju multi-annwali li se jeħodna mill-1 ta' Jannar li ġej, naraw li dawn diġà fihom ingranaġġ li ġie maqbul bejn il-pajjiżi membri u li se jimpatta fuq kif jaħdem il-Foreign and European Affairs Committee, fuq kif jaħdem il-Public Accounts Committee, fuq kif jaħdem il-Parlament kollu u fuq kif se jaħdmu tan-National Audit Office u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Din is-sena diġà rajna n-National Audit Office jiġi mitlub mill-Gvern sabiex jipprovdi a letter of comfort fuq l-estimi u fuq ċerti affarijiet oħra.", "Naħseb li eventwlament din se tibda tintrabat aktar u se jkun hemm aktar kontro-bilanċ bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Għalhekk it-tnejn li huma jridu jkunu equipped għax jekk ma jkunux, apparti kwestjonijiet ta' skrutinju u ta' kontabilità, se jkollok ukoll kwestjonijiet li se nibdew nitilfuhom u dawn ikunu importanti.", "Dan se jsir aktar reali minħabba r-response li l-Unjoni Ewropea qiegħda toffri għall-kriżi finanzjarja u ekonomika.", "Kif tafu din hija kriżi kkaratterizzata minn enormità ta' riżorsi pubbliċi li ntefqu.", "Kienu l-banek li fallew imma biex dawn il-banek ġew miżmuma f'posthom kellhom jagħmlu tajjeb il-kaxex tal-finanzi nazzjonali li ovvjament jimtlew bit-taxxi tal-poplu.", "Nafu li kien hemm popli li għaddew mill-aktar awsterità severa immaġinabbli għal ma nafx kemm żmien u t-tbatija għadha sseħħ f'ħafna pajjiżi.", "S'issa Malta, għalkemm dejjem qisna biċċa sufra fil-wiċċ tal-ilma, irnexxielna nżommu.", "Hemm problema tal-pożizzjoni fiskali dgħajfa ta' diversi stati membri u wieħed irid iżomm ftit f'rasu li rridu noħorġu mis-syndrome li aħna qegħdin mhux ħażin, għax mhux imbilli inti mhux ħażin, jekk se jmorrulek affarijiet żmerċ f'pajjiż viċin tiegħek, dan se jkollu dak li ngħidulu d-domino effect u allura aħna għandna interess li l-ewwel we put our house in order u nassiguraw li tibqa' in order u mbagħad għandna wkoll l-interess li naraw li d-dar ta' ħaddieħor hija in order għax illum dik jista' ikollha mpatt fuqi.", "Fir-rigward tal-kwestjoni tas-sostennibilità tad-djun nazzjonali naf li hawnhekk aħna qegħdin attenti ħafna għaliha.", "Dawn huma kollha kwestjonijiet li skussaw ir-reputazzjoni tal-gvernijiet u tal-fiduċja taċ-ċittadini kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-gvernijiet nazzjonali.", "Biżżejjed naraw kif qed jespandi l-lemin estrem li huwa forza - li fl-opinjoni umli tiegħi u li forsi mhux suppost ngħidha - destabbilizzanti għall-affarijiet imma lkoll kemm aħna għandna d-dmir li naraw li hawn din l-istabilità.", "Irridu naraw li nifhmu dawn id-diversi miżuri li qegħdin joħorġu, liema miżuri huma maqsumin fi tliet oqsma li se nsemmihom mingħajr ma nidħol fid-detall tagħhom.", "Hemm dik li hija l-kooperazzjoni u s-sorveljanza ekonomika li din tolqotna l-ħin kollu, b'mod partikolari fiż-Żona Euro għandek is-semestru Ewropew li fih batterija ta' programmi biex iġibu l-pajjiżi flimkien, għandek standards Ewropej ta' kontabilità għas-settur pubbliku li jistgħu jsiru vinkolanti ma jdumux.", "L-akronomu tagħhom huwa l-European Public Sector Accounting Standards (EPSAS).", "Meta kont qed nisma' l-budget, ħadt gost nara li l-Gvern qed jisforza biex jimplimenta dan il-patt fiskali f'Malta.", "Il-budget fih diversi proposti għar-riforma tal-qafas fiskali li tinkludi l-integrazzjoni tar-regoli u l-parametri fiskali fil-liġi Maltija biex jiġu żgurati budgets bilanċjati.", "L-istabbiliment ta' istituzzjoni fiskali indipendenti fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verififka biex tipprovdi aċċertament dwar il-finanzi tal-Gvern u hemm proposti għal approach mhux ta' budget kull sena imma ta' budget pluriannali, li jkollu qafas ta' numru ta' snin bħalma għandha l-Unjoni Ewropea li jimmira għal zero budgeting u li bil-mod il-mod naslu għal sistema ta' żamma ta' kontijiet mibnija fuq l-accruels system.", "Dik hija s-sorveljanza ekonomika u fiskali.", "Hanwhekk ukoll ninsabu ingranati u qegħdin fit-tren li tinsab miexja u aħna rridu nżommu tajjeb billi nibnu l-capacity tagħna u tan-nies li jridu jħaddmu dawn is-sistemi.", "It-tieni għandek is-sorveljanza bankarja u finanzjarja.", "Dan huwa settur verament kumpless.", "Nafu x'kien ifisser il-falliment tal-banek u r-riskju sistemiku li wasslet - l-Onor.", "Tonio Fenech kien preżenti f'dawn il-kunsilli kollha – lill-Unjoni Ewropea sabiex tpoġġi fuq il-mejda €5 triljun għad-dispożizzjoni li minnhom, f'dawn l-aħħar sentejn tlieta, intużaw €1 triljun!", "Lanqas naf kemm-il budget tagħmel bi €1 triljun li kollha marru sabiex insoddu t-toqob ta' dan il-falliment!", "Dan ġab miegħu r-reazzjoni ta' sorveljanza bankarja u finanzjarja biex wieħed jilqa' għal dan ir-riskju sistemiku u għal dan iċ-ċirku vizzjuż.", "Ilna nisimgħu b'akronomi diversi, fosthom l-EFSF, l-ESRB, l-EBA, l-ESMA, l-EOPA, eċċ. Bil-mod il-mod dawn iridu jwasslu għal din l-unjoni bankarja.", "Fl-aħħar nett hemm dawn il-mekkaniżmi ta' solidarjetà li jassistu lil stati membri li jkunu f'diffikultà.", "Għandek mekkaniżmi li nħolqu fi ħdan il-qafas tal-Unjoni Ewropea bħalma huwa l-programm tal-balance of payment, il-European Financial Stabilisation Mechanism, u l-iState Aid li aċċelleraw l-applikazzjonijiet tal-istati membri biex jagħtu state aid finanzjarju.", "Imma l-ikbar miżuri nħolqu barra dan il-qafas, li huma l-Intergovernmental Agreements, it-Treaty on Stability Co-ordination and Governance, u mbagħad kellek każ speċifiku famuż li huwa l-Greek Loan Facility, il-European Financial Stability Facility u l-European Stability Mechanism li għandu sa €500 biljun li qegħdin hemm biex jintużaw.", "Qed insemmu biljuni u biljuni u tistordi tisma' b'dawn in-numri imma f'din il-firxa trid tistaqsi l-mistoqsija dwar minn fejn qegħdin jiġu dawn il-flejjes.", "Ir-risposta hija li dawn ġejjin mit-taxxi tal-popli tal-istati membri.", "U fejn qed imorru?", "Min qed isegwihom?", "X'qed jiġri minnhom?", "Hawnhekk hawn kakofanija sħiħa, b'biċċa fil-Bank Ċentrali u b'biċċa żgħira oħra tagħmilha l-Qorti tal-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-European Stability Mechanism, il-board of governors u l-board of auditors, kulħadd jiġi nominat a titolo personale.", "Aħna ninnominaw wieħed imma dan lanqas jirrapporta lilna għax mhuwiex membru tal-European Court of Auditors imma just nominated by.", "Imbagħad għandek oħrajn li għamlu kumpanija privata fil-Lussemburgu u għandhom l-awdituri privati esterni tagħhom.", "Issa rrid ngħid li aħna m'aħniex naive u konxji ta' liema terremot kbir kien għaddej minnu u l-fire fighting … Meta inti pumpier tan-nar u trid titfi n-nar, abbli meta qed titfi n-nar qed tolqot affarijiet oħra.", "Dan nifhmuh imma qed insemmih għax issa beda għaddej iż-żmien u forsi l-affarijiet qed jibdew jikkalmaw xi ftit, u wieħed irid jistaqsi l-mistoqsijiet u jirrifletti fuq kif se nerġgħu nġibu s-sitwazjoni on an even keel.", "Il-funzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija dik li hi u aħna nagħmlu ħilitna kollha imma naħseb li r-responsabilità fuq il-parlamenti nazzjonali żdiedet ħafna iktar milli żdiedet fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Il-parlamenti nazzjonali u l-gvernijiet iridu jkunu ppreparati għaliha biex ma jkollniex xi sorpriża li tkun ta' dannu.", "Jien illum nixtieq li l-esperjenza li ksibt f'dawn l-aħħar tliet snin, b'xi mod ksibtha qabel ma' dħalt fil-politika għax naħseb kieku kont nagħti servizz aħjar lill-pajjiż.", "Imma żgur li t-trasparenza u l-leġittimità huma kruċjali u dawn il-Parlament biss jista' jagħtihom.", "Il-Gvern irid jiffaċilitahom u jrid jemmen fihom.", "Il-Gvern irid ikun hu ta' eżempju - imma quis custodiet ipsos custodes – u huwa l-Parlament li jrid jagħti dawn ir-riżultati bl-iskrutinju tiegħu.", "Diġà hija sfida kbira biex il-Parlament jitfa' ħarstu fuq it-territorju tiegħu, imma minħabba li t-territorju tagħna ma nistgħux nibnulu ħajt madwaru li ma jiġix ippenetrat minn xejn iktar, il-Parlament irid ikollu antennae li jkunu qed jaraw affarijiet f'pajjiżi u f'istituzzjonijiet oħra Ewropej li jistgħu jaffettwaw il-futur tagħna.", "Dan jirrikjedi ħafna kooperazzjoni bejn il-Parlamentari.", "Hawn bżonn ta' miżura kbira ta' consensus fil-pajjiż fuq dawn l-issues li huma ta' qofol, li jridu ż-żmien, li huma sensittivi u li huma delikati.", "Dawn il-mekkaniżmi ma jistgħux jinbnew b'manjiera mhux maħsuba u trid ċertu żmien u ċertu għaqal, trid il-kooperazzjoni u l-Parlament nazzjonali jrid ikollu kooperazzjoni ma' parlamenti oħrajn, kemm nazzjonali kif ukoll fi ħdan il-Parlament Ewropew.", "Grazzi ħafna tal-attenzjoni tagħkom.", "TONIO FENECH: L-ewwel nett nixtieq nibda biex nirringrazzja lilek Dr Galea ta' din l-espożizzjoni estensiva li tajtna.", "Żgur li hemm numru ta' issues, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell lokali, li qegħdin jolqtuna anke fuq livell ta' dak li jrid isir f'pajjiżna u żgur li hemm diversi issues li nkunu nixtiequ nisimgħu l-ħsebijiet tiegħek dwarhom u forsi niddiskutu wkoll il-perspettiva tal-Qorti tal-Awdituri dwar dak li qiegħed jiġri.", "Issa huwa l-mument li aħna l-Membri nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna u jiena xtaqt nibda fuq l-aħħar kwestjoni li qbadt għax naħseb li kif għedt inti, din hija kwestjoni mwielda minn kriżi internazzjonali li laqtet lill-Ewropa u li allura l-Ewropa kellha tirrispondi għaliha billi tibni strutturi u istituzzjonijiet li huma uniċi fihom infushom.", "Dan għaliex dawn lanqas huma mibnijin kollha fuq trattati li huma ffirmati mis-27 pajjiż.", "Pereżempju, il-qafas il-ġdid huwa ffirmat minn 25 pajjiż mentri l-Ingilterra u r-Repubblika Ċeka ma daħlux fl-istruttura u allura dan joħloq sfidi partikolari fih innifsu.", "Inti spjegajt tajjeb li l-European Stability Mechanism huwa istituzzjoni finanzjarja, u li kieku kelli nagħtih isem dan narah bħala l-IMF tal-Ewropa.", "Din l-istituzzjoni hija mwaqqfa fil-Lussemburgu u l-verifika tagħha hija dipendenti fuq il-liġijiet tal-Lussemburgu imma, kif għedt tajjeb inti wkoll, l-istati membri daħlu l-kapital tagħhom u qed jagħtu l-garanziji tagħhom, u min qed ikejjel l-outcomes ta' kemm effettivament qed jintlaħqu …", "Naf li kwestjoni partikolari hija meta niġu għall-effettività tal-programmi li qed jiġu implimentati fil-pajjiżi.", "Bħala pajjiżi suppost qegħdin nibqgħu ngħinu lil pajjiżi b'kundizzjoni li huma jilħqu r-riżultati, imma min qiegħed jiddeċiedi jekk dawk ir-riżultati ntlaħqux jew le?", "Huma l-istrutturi semi-politiċi, il-Kummissjoni, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew li għandhom il-pressjonijiet tagħhom għax iridu jaslu għar-riżultat minħabba l-istabilità finanzjarja?", "Nifhem li l-Qorti tal-Awdituri bħalissa m'għandhiex ir-remit biex tidħol f'dawn it-tip ta' issues għax mhijiex istituzzjoni li fit-trattat tikkontempla li l-finanzi huma tal-Kummissjoni, għax dawn mhumiex tal-Kummissjoni.", "Inti semmejt tajjeb li qisu l-Qorti tal-Awdituri qiegħda tqajjem din l-issue, għax qabel kulħadd kien qisu qed joħloq dawn l-istituzzjonijiet imma ħadd ma kien qed jara kif se nivverifikaw dan kollu!", "Allura x'pożizzjoni qiegħda tieħu l-Qorti tal-Awdituri?", "X'widen qiegħda ssib mill-Kummissjoni u mill-istati membri?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Min-naħa tiegħi se ningħaqad mal-Onor.", "Tonio Fenech billi l-ewwel nett nirringrazzjak tal-preżentazzjoni tiegħek.", "Jiena naħseb li l-akbar concern tagħna hija x'widen qed jingħata mill-istati membri għal dak li qed tgħidu intom.", "U intom tinsabu sodisfatti mill-istrutturi interni tagħkom?", "Qegħdin tlaħħqu max-xogħol daqshekk ampju li l-Qorti hija ffaċċjata bih biex tagħmlu s-sindikar meħtieġ?", "Meta qegħdin insemmu dawn iċ-ċifri u dawn il-proġetti kollha, u meta nafu wkoll li across the board għandek sitwazzjonijiet ta' illegalitajiet, falsifikazzjonijiet, frodi u nuqqasijiet ta' dikjarazzjonijiet tajbin li jitolbu linji ta' speċjalizzazzjoni, il-Qorti għandha strutturi biżżejjed u hija mqassma tajjeb biex tkun tista' verament tasal għal dawn l-affarijiet?", "X'inhi l-opinjoni oġġettiva tiegħek wara li ilek hemmhekk dak iż-żmien kollu u jekk taħsibx li l-istati membri u l-Kummissjoni humiex f'pożizzjoni li verament jilħqu dawn l-ismart objectives?", "Kultant meta wieħed jipprova jħares u jikkwantifika regolamenti jew direttivi tal-Unjoni Ewropea, altru dak li jara fil-parti inizjali u altru dak li jiġi b'effett akkumulattiv aktar 'il quddiem!", "Filwaqt li nirringrazzjak talli ġejt u tal-preżentazzjoni tajba li għamiltilna, ikun tajjeb li nerġgħu niltaqgħu miegħek biex forsi naqbdu aspett partikolari u niddiskutuh bejn iż-żewġ Kumitati.", "THE CHAIRPERSON: Jiena se nagħmel ftit kummenti li mhumiex f'xi ordni partikolari.", "Inti semmejt numru ta' żbalji - naħseb li b'mod umoristiku sejjaħtilhom hekk - imma nimmaġina li wħud minnhom huma żbalji ġenwini filwaqt li oħrajn huma żbalji apposta.", "Fil-fatt inti semmejt kważi 5% across the board tal-budget li fihom żbalji.", "X'konsegwenzi jirriżultaw mill-fatt li intom tirrapportaw dawn l-iżbalji?", "Jew inkella tiġbdu l-attenzjoni biss u mbagħad qisu ma ġara xejn?", "Jidhirli daqs ħmistax ilu kien ġie approvat il-budget il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-seba' snin li ġejjin.", "Bit-Tratatt ta' Lisbona, intom f'liema stadju tidħlu fih?", "Qabel ma jiġi approvat ikollkom input fuqu jew inkella wara li jiġi implimentat?", "Tistgħu tkunu proattivi u taraw minn qabel jekk hux se jinqalgħu xi problemi jew le?", "Xtaqt nistaqsi wkoll fuq jekk għandkomx ġurisdizzjoni jew le fuq id-deċiżjonijiet tal- tal-European Central Bank (ECB), għax milli qrajt hawnhekk mhuwiex daqshekk ċar.", "Naħseb importanti – u din semmejtha inti wkoll - li meta aħna niġu fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex niflu d-dokumenti u l-proposti Ewropej dwar jekk japplikawx mar-regoli tas-sussidjarjetà jew le, rari jekk mhux qatt li nidħlu f'konsiderazzjonijiet finanzjarji għax ma jidhirlix, almenu s'issa, li kellna l-opinjoni li l-affarijiet finanzjarji jistgħu jaqgħu taħt il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Jekk fhimtek sew, inti semmejt li din hija xi ħaġa importanti wkoll.", "Tista' tagħtina parir dwar kif nistgħu nqajmu ksur ta' sussidjarjetà jekk ikun hemm xi miżuri li se jkollhom impatt finanzjarju fuq il-pajjiż?", "L-aħħar punt li xtaqt nistaqsi huwa dwar id-deficit demokratiku li qed jinħass fl-istituzzjonijiet Ewropej.", "Bħala Qorti tal-Awdituri, kif qegħdin tgħinu biex iċ-ċittadini jħossu li l-istituzzjonijiet Ewropej huma iktar accountable lejhom u lejn il-parlamenti nazzjonali?", "KONRAD MIZZI: L-ewwel nett nixtieq nifraħilkom tax-xogħol li tagħmlu għax qegħdin tagħmlu xogħol fenomenali.", "You are best in class f'dak li għandu x'jaqsam ma' awditjar, proċessi u improvements ta' procurements.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li nitgħallmu minn dak li jsir fil-Qorti tal-Awdituri.", "L-unika osservazzjoni li kelli kienet f'paġna 37 fejn hemm fuq xiex jintefqu l-flus, fejn wieħed jista' jinnota li apparti l-programmi, in-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea tlaħħaq is-7% jew bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn €10 biljun!", "Dan huwa ammont qawwi ħafna.", "Veru ma tantx jagħmlu żbalji fil-procurement tagħhom imma ma tħossux li qed nonfqu wisq fuq l-amministrazzjoni minflok fuq il-programmi?", "Meta tqabbilha, is-7% hija kważi daqskemm nonfqu fuq l-impjiegi u l-affarijiet soċjali jew inkella daqs kemm nonfqu fuq riċerka u politika interna.", "It is a very hefty fee fuq l-amministrazzjoni u fuq il-programme management.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: Jiena nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet oħra.", "Dr Galea, inti tkellimt dwar il-qafas finanzjarju u r-responsabilitajiet ġodda skont it-trattat ta' diversi pajjiżi.", "Xtaqt il-kumment tiegħek fuq li Malta trid tagħmel ukoll l-independent fiscal authority tagħha.", "Jidher li l-indikazzjoni li poġġa l-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea hi li din qed iħares lejha bħala l-funzjoni li jaqdi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Din hi l-esperjenza li qed taraw intom f'pajjiżi oħrajn?", "Meta kien hemm id-diskussjoni jiena deherli li aktar kellha tkun istituzzjoni indipendenti f'terminu ta' ekonomisti li jkunu qishom f'kunsill u li dawn jisfidaw lill-gvern fuq dik li hija politika ekonomika u finanzjarja.", "Issa qed tgħidli li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jista' jibni dik il-kapaċità, imma l-prassi hijiex dik li jkun hemm istituzzjoni apparti jew inkella hux se tkun imdaħħla f'din it-tip ta' struttura fiha nfisha?", "Qegħdin tidħlu fuq l-istate of readiness tal-pajjiżi skont dan it-trattat?", "Qegħdin tidħlu f'koordinament man-National Audit Office?", "Naħseb li hawnhekk jilgħab rwol il-Public Accounts Committee tad-diversi pajjiżi biex naraw kemm dak li hemm fit-trattat huwiex qed jiġi implimentat f'kull pajjiż.", "Kif spjegajt tajjeb inti, in-nuqqas ta' pajjiż li ma jimplimentax se jaffettwa lilna wkoll mela jekk, pereżempju, l-Italja tiddeċiedi li trid tkaxkar saqajha fuq l-implimentazzjoni tagħha, il-konsegwenzi u l-kont se nħallsuh aħna wkoll.", "Il-Qorti tal-Awdituri qiegħda ssegwi biex tara jekk dan huwiex qed iseħħ?", "Rigward il-kwestjoni tal-outcomes, din hija aktar issue prattika.", "Jiena nsib li l-awdituri f'kull livell - u jien ġej mill-professjoni tal-awdituri - huwa eħfef għalihom li jivverifikaw fattwalment jekk żammewx mar-regola jew jekk kisrux parti mir-regolamenti aktar milli joqogħdu jkejlu l-outcome ta' dak li jkunu laħqu.", "Inti spjegajt ukoll li anke l-Kummissjoni tidher li qed issibha diffiċli biex toħroġ b'dawk li huma smart objectives li tista' tkejjilhom.", "Biex nagħti eżempju ħafif li nkunu nistgħu nkejlu mhux kemm infaqna fit-toroq, imma kemm il-kilometru ta' toroq għamilna bil-budget li ppjanajna biex hekk naraw jekk l-outcomes ilħaqnihomx jew le.", "Il-Qorti qiegħda tipprova b'xi mod tgħin sabiex twassal lill-Kummissjoni għal dawk li jistgħu jkunu aktar outcomes prattiċi u li jistgħu jittraduċu ruħhom kemm fi programmi Ewropej u kemm f'budgets nazzjonali.", "THE CHAIRPERSON: Mela jekk mhawnx aktar mistoqsijiet nitlob lil Dr Galea sabiex jibda jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu.", "DR LOUIS GALEA: Dawn kienu kollha mistoqsijiet rilevanti u interessanti, u se neħodhom fl-ordni li saru, għalkemm jista' jkun li nikkombina xi mistoqsijiet mat-tweġibiet li nkun qed nagħti.", "L-ewwel mistoqsija kienet fuq kif il-Qorti qiegħda tħejji ruħha biex tiffaċċja dawn is-sitwazzjonijiet ta' diffikultà u ta' komplessità li qed jinqalgħu.", "Irrid ngħid li kemm is-Sur Jacques Sciberras kif ukoll jien sibna ruħna minn rasna sa saqajna f'din il-kwestjoni kollha għax sentejn u nofs ilu ġejt imqiegħed fost grupp ta' erbgħa biex infasslu l-istrateġija tal-Qorti għas-snin 2013-2017, jiġifieri għall-erba' snin li ġejjin u meta poġġejna bilqiegħda bilfors ridna nieħdu konjizzjoni ta' dan l-iżvilup li kien qed isir.", "Sentejn u nofs, tliet snin ilu, il-kriżi finanzjarja kienet fl-għeqqel tagħha u kienet qiegħda tħarbat lil kulħadd u filli ssolvi biċċa u filli tinqala' xi ħaġa oħra.", "U diġà kien hemm il-mistoqsija fuq x'qiegħda tipprova tagħmel il-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex nilluminaw ftit fuq is-sitwazzjoni.", "Minħabba f'hekk, il-Qorti mhux biss addottat strateġija bi skopijiet li iktar iħarsu lejn kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni imma qed nipprovaw ngħinu biex jekk jista' jkun, kemm aħna, bħala Unjoni Ewropea, u anke l-istati membri, ikunu jistgħu jibnu dak li wieħed jista' jiddeskrivih bħala radar tas-sitwazzjoni li tkun qiegħda temerġi.", "Ix-xogħol tagħna hu li nsaħħu l-capacity.", "Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qatt ma kienet esperta fuq it-tip ta' kriżijiet finanzjarji li ġew fuqna u fuq dawk l-affarijiet trid il-kapaċità.", "Jekk qed tgħid li trid tagħmel macro prudential protection, inti trid lil min jifhem fil-kamp tal-macro.", "Jekk qed tidħol f'issues micro, trid lil min jifhem f'dawn l-affarijiet u mhux faċli li ssib lil dawn in-nies, speċjalment bħalissa.", "Il-Qorti fasslet l-istrateġija u qiegħda tagħmel programm ta' implimentazzjoni biex issaħħaħ il-capacity tagħha u tiżnella lilha nnifisha, jiġifieri, irridu nnaqqsu ż-żmien li fih inlestu rapport speċjali, li r-rapport annwali li qegħdin nippreżentaw bħalissa jkollu informazzjoni aħjar, li tkun aktar rilevanti, li tkun ippreżentata b'mod differenti, li jekk ix-shift qiegħda tersaq lejn outcomes allura aħna wkoll nibdew nersqu biex nidentifikaw dawn l-outcomes, biex il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jkollhom … U li r-rakkomandazzjonijiet li nkunu qegħdin nagħmlu jkunu rakkomandazzjonijiet maħsuba u li jista' ikollhom impatt u valur miżjud.", "Is-Sur Jacques Sciberras huwa l-kap tal-uffiċċju tiegħi imma matul din l-aħħar sena tliftu mill-uffiċċju tiegħi għax ħaditu l-Qorti u għamlitu team leader biex jipproduċu dan ir-rapport li qed insejħulu prodott ġdid.", "Bħalissa qegħdin nagħmlu żewġ landscape reviews, waħda li qed jieħu ħsiebha s-Sur Sciberras u l-oħra li qed jieħu ħsiebha ħaddieħor.", "Is-Sur Sciberras qed jieħu ħsieb imexxi dan ir-review li eżamina kull ħaġa li nafu biha fl-Unjoni Ewropea u li jitfa' dawl fuq l-ispazju ta' kontabilità u audit f'dak li għandu x'jaqsam mal-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill-issues li eżamina hija l-issue tar-remit għax it-tendenza - jien insejħilha ftit kawta u tradizzjonali – hi li jekk hemm l-ewro x'imkien nidħlu u jekk mhemmx ewro ma nidħlux biex nivverifikaw l-affarijiet.", "Imma aħna bdejna ngħidu li l-aktar affarijiet importanti li qed jiġru bħalissa mhumiex ħwejjeġ li qed jiġru bl-ewro li jista' joħroġ mill-budget tal-Unjoni Ewropea imma huma ħwejjeġ li qed jiġru bid-deċiżjonijiet li qed jieħdu stati membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea, xi kultant b'manjiera inter-govermentali u li qed ikollhom impatt kbir fuq id-diversi stati membri, inkluż l-involviment ta' flejjes kbar li ġejjin mill-budgets nazzjonali.", "Naħseb li la nirritorna lura se jkun hemm l-ewwel diskussjoni fuq dan ix-xogħol li tlesta.", "L-ieħor huwa aktar konkret għax huwa landscape review fuq ir-riskji li jeżistu għall-budget innifsu tal-Unjoni Ewropea biex ikollna stampa ċara.", "Dawn huma żewġ affarijiet li żgur li jinfluwenzaw ftit iktar il-mod ta' kif se naħdmu.", "Il-ħaġa l-oħra hija li, b'inizjattiva tiegħi, waqqafna taqsima ġdida fil-Qorti li qed tieħu ħsieb li tosserva l-iggvernar finanzjarju u ekonomiku.", "Jien għamilt proposta u naħseb li kienet waħda mill-proposti li l-aktar għaddiet a tamburo battente.", "Sal-1 ta' Jannar ħafna mill-awdituri diġà se jkunu qegħdin f'posthom.", "Dawn għaddew mill-fażi ta' taħriġ u fl-1 ta' Jannar se jibdew jaħdmu fuq ċerti audits.", "Inti staqsejt x'widen qed jingħata u jiena naħseb li malli tgħid li ġej l-awditur biex jara ftit il-proċedura tal-excessive deficit u kif il-Kummissjoni u d-direttorati ġenerali responsabbli qegħdin jimplimentaw … Jekk inti se tgħid li issa għaddew sentejn jew ftit aktar u allura tixtieq tagħmel studju fuq il-Greek loan facility biex naraw kif mexxejtuha peress li issa qed toqorbu biex tagħmlu Greek loan oħra .…", "Bħalissa qegħdin naħdmu biex noħorġu rapport fuq il-European Banking Authority.", "Hemm ukoll il-ħsieb li nidħlu fuq il-kontribut tal-GNI u fuq kif tinżamm l-istatistika biex wieħed ikun jista' jikkalkula l-kontribut tal-istati membri għall-budget tal-Unjoni Ewropea.", "Din l-attività bniet ukoll ċerta concern, u jien nifhimha din il-concern, għax qed teżamina affarijiet li qed joqrob biex jingħalaq iċ-ċiklu tagħhom imma fl-istess ħin se jiftaħ ċiklu ieħor.", "Fil-fatt fit-18 ta' Diċembru għandi laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni, Olli Rehn, fejn se niddiskutu ftit fuq dawn l-affarijiet.", "L-istrutturi fi ħdan il-Qorti qegħdin jinħolqu u l-Qorti qiegħda tieħu l-miżuri biex hi stess tkun qiegħda tipprattika sound financial management.", "Aħna se nkunu naqqasna 5% mill-ispiża tagħna, kif ġie deċiż li rridu nagħmlu.", "Naħseb li din se tkun l-ewwel istituzzjoni li se tnaqqas din l-ispiża, xi ħaġa li qanqal il-Ministru Konrad Mizzi wkoll.", "Qegħdin naħdmu biex kemm jista' jkun anke n-nies tal-uffiċċji tagħna ma jagħmlux biss xogħol bħala membri imma jagħmlu wkoll xogħol ta' awditjar ta' qorti.", "Diġa għedtilkom x'inhu jagħmel is-Sur Sciberras u anke s-Sur Ray Cachia Zammit imur audits biex inkunu nistgħu naħdmu tajjeb.", "Il-funzjoni tal-awditjar u tal-kontabilità hija fuq nett tal-aġenda.", "Il-Parlament Ewropew qed joqmos u ġieli joqmos b'mod li jifhem x'qiegħda tagħmel il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u ġieli jistenna ħafna iktar u lil hinn minn dak li we can deliver.", "Aħna ma nistgħux ngħaddu ġudizzji fuq stati membri ħlief jekk jirriżultalna mill-verifika li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Aħna ma nistgħux ngħaddu ġudizzji bl-addoċċ fuq il-politika li tkun qiegħda tiġi segwita.", "Dak huwa x-xogħol tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill tal-Ministri u huwa x-xogħol tal-parlamentari.", "L-Onor.", "Fenech staqsini fuq jekk aħna nagħtux l-ideat tagħna u ħafna drabi aħna ma nagħtux għas-sempliċi raġuni li ma jitolbuniex nagħtu.", "Pereżempju, ma jgħidulniex x'naħsbu fuq il-budget multi-annwali finanzjarju.", "Aħna mhux hekk, aħna tiġi liġi finanzjarja u ngħidulhom mill-punto di vista ta' kif nifhmu l-affarijiet jekk din hijiex tagħmel sens jew le, u ngħidulhom jekk hijiex xi ħaġa li tista' titħaddem.", "Aħna nibdew nistaqsu għall-objettivi u ġieli nissuġġerixxu x'objettivi għandu jkollhom.", "Iva hemm djalogu għax il-laqgħat tagħna mal-Kummissarju huma spissi u anke l-laqgħat tagħna mal-Membri Parlamentari huma spissi.", "Ġeneralment dawn il-laqgħat ikunu kostruttivi wkoll imma bħalissa hemm ċerta turbolenza fuq kull kamp.", "Fuq l-outcomes, il-Qorti tgħin meta tiġi mitluba li tagħti opinjoni biex teżamina proposta jew programm.", "Pereżempju, jiena eżaminajt il-proposti dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi.", "Eżaminajt ir-regolamenti li ħarġu meta kienu qed jitkellmu fuq ir-riżorsa umana li tħaddem il-Kummissjoni u aħna tajna l-pariri tagħna fuq kif din tista' tintuża u tkun ippreparata aħjar.", "Eżaminajt il-proposti fuq l-uffiċċju li jinvestiga l-frodi, fuq il-Eurostat, fuq il-kredibilità u l-affidabilità tal-istatistika.", "Dawn aħna nidħlu fihom imma bejn ir-rakkomandazzjoni li tagħti l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u kif din tintlaqa' …", "Pereżempju, aħna tajna opinjoni fuq ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-programmi tal-agrikoltura u naturalment dawn ma niżlux tajjeb ma' diversi ministri li jħaddmu programmi tal-agrikoltura.", "Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qalet li dawn il-fondi li qed tonfqu ma jagħtux value for money, imma f'dawk iċ-ċirkostanzi ta' pajjiż partikolari, il-ministru se jgħidlek li mhux dik irid jisma' imma jrid jisma' affarijiet oħrajn!", "Aħna nagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Sur President, inti staqsejt fuq il-Bank Ċentrali u hemmhekk nista' ngħidlek li aħna ma nidħlux fuq id-deċiżjonijiet tal-Bank.", "Id-deċiżjonijiet u l-politika monetarja hija out of bounds għalina u m'għandniex dik il-kapaċità.", "Dawn huma kompletament indipendenti.", "Aħna neżaminaw il-management u l-operat tal-Bank Ċentrali.", "Jiġifieri, jekk qegħdin jibnu headquarters ġodda, aħna naraw kif qed jimplimentaw ċerti policies u affarijiet oħra bħal dawn.", "X'jiġri meta ngħidu li kien hemm stima ta' 4.8% rata ta' żbalji?", "Aħna m'aħniex in-nies responsabbli biex nieħdu l-passi imma ngħidu li kien hemm dawn l-iżbalji f'dawn l-oqsma u nagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Il-Kummissjoni ma titrattax hekk għax meta l-Kummissjoni ssir taf li hemm żbalji ta' dan it-tip, titlob korrezzjonijiet u ħafna drabi tieħu lura l-flus li tkun tat.", "Il-Kummissjoni għadha kif għamlet rapport fuq il-financial corrections and recoveries fejn hemm ħafna dettalji u aħna nagħtu kas tiegħu.", "Jidher biċ-ċar li meta jsiru dawn l-iżbalji, li jiswew miljuni kbar ta' flus, ħafna drabi r-recovery ma tbatihiex il-persuna li tkun iggwadanjat minnha, jiġifieri dak li ngħidulu l-benefiċċjarju aħħari, imma jbatiha l-istat.", "Għall-argument, jekk Malta tkun instabet li trid tirritorna l-flus għax ma ġewx minfuqa kif suppost, dawk il-flus toħroġhom il-kaxxa ta' Malta għax ikun diffiċli biex tirkuprahom mingħand l-għaqda jew l-impriża jew l-individwi li jkunu gawdew minnhom.", "Rigward ix-xogħol li għandu l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej naf li ma jiġix kollox quddiemkom għax intom titrattaw l-aktar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-leġiżlazzjoni.", "Imma naħseb li issa, il-Parlament nazzjonali, li juża l-kanal tal-Foreign and European Affairs Committee, irid iżomm quddiem għajnejh ix-xena aktar wiesgħa u xejn ma jżomm lil dan il-Kumitat millli jagħmel pożizzjonijiet f'forma ta' paper, f'forma ta' riflessjoni li jista' jibagħtha lill-Gvern u lill-Parlament Ewropew, li jiċċirkolaha u li forsi fejn wieħed iħoss li hemm issues sensittivi u li huma ta' interess għalina u għall-Unjoni Ewropea jkun tajjeb li wieħed iqanqal kuxjenza dwarhom.", "Veru li l-ispiża amministrattiva tammonta għal 7% imma hemm sforz minn kulħadd sabiex din titnaqqas.", "Kull istituzzjoni trid tnaqqas 5% mill-ispżia tagħha.", "Fil-fatt fuq l-istaff regulations u r-regolamenti finanzjarji kien hemm azzjonijiet industrijali mill-impjegati tal-Unjoni li għadhom għaddejjin għax lil dawn żidulhom in-numru ta' sigħat li jridu jaħdmu fil-ġimgħa u ma jistax ikollhom il-flessibilità li kellhom qabel u lanqas qegħdin jieħdu żidiet.", "Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll li l-Kunsill Ewropew jista' jiddeċiedi li jiffriża ż-żidiet u ma jagħtihomx.", "Mela, qed isir dan l-isforz.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh in-natura tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Mhawn l-ebda istituzzjonijiet, ħlief il-United Nations, li jridu jittraduċu d-dokumenti kollha tagħhom fi 23 lingwa.", "Aħna m'għandniex is-sitwazzjoni fejn għandek parlament li jrid jiltaqa' daqqa Strasbourg, daqqa Luxembourg u daqqa Brussels.", "Il-parlamentari stess qegħdin jiddeċiedu imma Franza qed tgħid: le, minn Strasbourg ma titilqux, għax dik hija xi ħaġa fit-trattat.", "Jiġifieri hemm dawn l-affarijiet li huma l-kumulu ta' kif seħħew matul iż-żmenijiet.", "Rigward l-opinjoni tiegħi fuq l-independent fiscal authority irrid ngħid li l-enfasi għandha tkun fuq l-indipendenza.", "Tkunx fin-National Audit Office jew inkella ssirx awtorità apposta, l-issue hija l-indipendenza u l-capacity.", "Inutli tpoġġiha taħt il-mantell tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika biex tittieħed jew tissellef mingħandhom il-fama, ir-reputazzjoni ta' indipendenza u imparzjalità, jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika m'għandux l-esperti inkella se tinqabad għax dawn in-nies se jkollhom jiffaċċjaw l-ultra esperti tal-Kummissjoni!", "Din mhijiex xi ħaġa li tista' tinħeba wara subgħajk għax inti se titratta ma' nies li huma kkwalifikati, li huma esperti u li għandhom esperjenza.", "Għalhekk inti jrid ikollok il-minimu ta' dak li huwa meħtieġ.", "Kemm qed jiġu implimentati l-affarijiet?", "Nerġa' ngħid li aħna nduru fuq id-direttorati ġenerali, u f'dan il-każ induru fuq id-direttorat ġenerali tal-ECFIN biex naraw kif qiegħed jaħdem.", "Issa bil-permess tagħkom nixtieq li s-Sur Sciberras ikompli jżid fuq xi wħud mill-punti li tqanqlu.", "IS-SUR JACQUES SCIBERRAS (Membru fis-Segretarjat ta' Dr Galea): Tnejn jew tliet mistoqsijiet kienu jirrelataw ma' punt importanti u ċjoè min qed jara u jevalwa dawn l-intergovernmental instruments, x'qed taraw fuq l-istate of readiness fil-fiscal compact u x'qed jiġri fl-independent fiscal authority?", "Din hija sfida għall-expectations tal-istituzzjonijiet Ewropej u sfida għalina għax jekk il-conferral of power mhijiex hemm, you have a big challenge in terms of audit.", "Meta tiġi biex tistaqsi lill-Ġermanja kif qiegħda tirrapporta, din se ddur fuqek u tistaqsik: \"inti x'remit għandek?\"", "U inti se tgħidilha: \"għax fil-European semester se tiddiskutu din il-ħaġa\" u allura we always follow the conferral of power, even of an intergovernmental agreement to a specific EU institution.", "Avolja l-bażi mhijiex it-trattat, aħna normalment insegwu l-ERA fil-budget li qiegħda taħt it-trattat, u permezz ta' involviment ta' istituzzjoni aħna nistgħu naraw - pereżempju, jekk il-Kummissjoni, fl-ESM, li qiegħda parti mit-Trojka u tuża d-DG ECFIN biex tagħmel l-evaluations tagħha fuq id-deċiżjonijiet li huma l-aktar aspetti importanti tal-ESM, mhux il-flus, imma d-deċiżjonijiet fuq il-programmi - x'qed tagħmel id-DG ECFIN.", "Imma mbagħad hemm l-ECB u l-IMF li aħna ma narawx.", "Is-seat of governance tal-ESM huwa l-board of governors li, mingħalija huma l-ministry of finance tal-pajjiżi u allura l-accountability jaqa' fil-pajjiż.", "Hemmhekk li jiġri hu li kull ministru se jgħidlek li hu għandu vot wieħed minn 26 u allura mhux se jinfluwenza the ultimate decision u l-parlamenti jħossu li għandhom a democratic deficit.", "TONIO FENECH: Il-pajjiżi membri xejn ma jżommhom, u hawn trid tidħol il-pressjoni li trid issir fuq il-Kunsill tal-Ministri, li jgħidu li avolja huwa trattat bejn l-istati membri, xorta jridu li l-Court of Auditors jkollu remit ta' verifika.", "Dan huwa l-messaġġ li se nagħtu għada f'dan is-seminar.", "Imbagħad kien hemm mistoqsija oħra fuq l-ECB.", "Kellna dibattiu sħiħ fuq is-Single Supervisory Mechanism li ġie assenjat lill-ECB.", "Hemmhekk hemm sfida kbira għalina għax filwaqt li qed ngħidu li we are encroaching to audit how the European semester is managed and how is the DG ECFIN performing, il-flus mhumiex l-issue għax hawnhekk m'għandekx expenditure programme u d-DG ECFIN qatt ma kienet imdorrija tradizzjonalment li tiġi audited mill-Court of Auditors għax din tonfoq biss għas-salarji u għall-kafè.", "Il-valur tagħha huwa on economic governace u hawnhekk hawn sfida enormi anke għall-Qorti dwar kif tikkonfronta r-remit tagħha mas-suġġett tal-audit.", "Dak huwa tricky ħafna.", "Pereżempju, fir-revenue aħna niddependu fuq l-istatistika.", "DR LOUIS GALEA: Ħalli nagħmel l-aħħar kelmiet tiegħi, filwaqt li nirringrazzjakom tal-ħin prezzjuż li estendejtulna.", "Jekk tridu nista' nibgħat lis-segretarju tal-Kumitat l-istatement dettaljat li ppreparajtilkom u li ma qgħadtx naqrah.", "Jien inkun sodisfatt jekk iż-żewġ Kumitati żżommu ftit taħt il-konsiderazzjoni tagħkom il-capacity building li għandu bżonn il-pajjiż biex jiffaċċja din l-evoluzzjoni ġdida ta' sistema ta' ggvernar.", "Biex pajjiż ikun jista' jiffaċċja dak kollu li għandu x'jaqsam mal-European Semester u ma' dawn il-miżuri kollha jrid jara x'għandu bżonn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u x'għandu bżonn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Irid jara x'hemm bżonn li jsir fid-dipartiment tal-internal audit and investigation.", "Dawn huma t-tliet leverages li jridu jiġbdu lill-managing authorities u lill-audit authorities li jeżistu f'diversi oqsma oħrajn.", "Jien, l-ewwel u qabel kollox, għandi l-interess li pajjiżna jkun il-ħin kollu ppreparat fuq il-kontinġenza biex nassiguraw li f'dan il-kamp inkunu nafu x'qed jiġri għax xi kultant iseħħu affarijiet u ma nkunux qed nindunaw bihom.", "Għalhekk ikun tajjeb li nkunu nafu x'qed jiġri, xi jfisser dak li jkun qed iseħħ u li nkunu nafu x'suppost għandna nagħmlu.", "THE CHAIRPERSON: Dr Galea, filwaqt li nirringrazzjawk, aħna nassigurawk li dawn ir-rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti li tajtna mhux biss se neħduhom imma se nirrapportawhom lill-Kamra kollha.", "Grazzi.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131202_012d.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 2 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippresieda.", "PREŻENTI: L-Onor Ryan Callus, l-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Peress li din kienet laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien hemm preżenti wkoll: L-Onor.", "Konrad Mizzi.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI DWAR IL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2012 U L-ĦIDMA TAL-MEMBRU MALTI TA' DIN IL-QORTI.", "Dr Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll Membru fuq il-Kumitat Amministrattiv u d-Dean ta' Chamber IV inkarigata mid-dħul, riċerka u politika interna, u mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea, għamel preżentazzjoni b'ċertu dettall kemm fuq ir-rapport annwali dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2012 kif ukoll fuq ir-rwol tiegħu fi ħdan din l-istituzzjoni u l-isfidi li din qiegħda tiffaċċja.", "Dr Galea kien akkumpanjat mis-Sur Jacques Sciberras, membru tas-segretarjat tiegħu.", "Dr Galea qajjem ħafna punti u għamel aċċenn partikolari fuq dan li ġej:-", "din il-Qorti għadha tagħmel il-compliance audit, jiġifieri, li tivverifika li l-Kummissjoni qegħda tagħmel ix-xiri u l-pagamenti tagħha skont ir-regolamenti u l-proċeduri stabbiliti, biss f'dawn l-aħħar snin, primarjament bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja, aktar enfasi qegħda ssir fuq l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba mill-infiq li jsir mill-Kummissjoni, jiġifieri, x'qiegħed jieħu lura ċ-ċittadin Ewropew mit-taxxi li jħallas;", "il-value-for-money audit huwa eżerċizzju kumpless li jrid jidħol anke fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-policies u għaldaqstant huwa essenzjali li wieħed ikollu riżorsi umani kwalifikati u adekwati; u", "il-Qorti Ewropea tal-Awdituri taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar u tal-istatistika tal-Istati Membri u allura huwa importanti li dawn l-uffiċċji jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom li qegħdin isiru aktar onerużi anke fid-dawl tat-twaqqif ta' mekkamiżmi ġodda, bħal European Stability Mechanism (ESM), sabiex tiġi evitata kriżi finanzjarja oħra;", "it-tħabbir fil-baġit ta' Malta għas-sena 2014 tat-twaqqif ta' Istituzzjoni Fiskali Indipendenti kienet miżura fid-direzzjoni t-tajba u hawnhekk l-enfasi għandha tkun fuq l-indipendenza ta' din l-istituzzjoni.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8:30 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131202_012m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 13", "It-Tnejn, 02 ta' Diċembru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 02 ta' Diċembru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Vjolenza Domestika – Preżentazzjoni mis-Sinj.", "Marjoe Abela dwar rapport maħruġ mill-Girl Guides", "Preżentazzjoni mis-Sur Charles Aquilina mill-Association for Men's Rights", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131202_013a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 67", "It-Tlieta, 20 ta' Settembru 2016", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 67", "It-Tlieta, 20 ta' Settembru 2016", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-2.06 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 66 li saret nhar l-Erbgħa, 27 ta' Lulju 2016 ġew ikkonfermati.", "DISKUSSJONI DWAR IL-MORNING AFTER PILL – KONTINWAZZJONI", "Ikompli minn nhar l-Erbgħa, 27 ta' Lulju 2016.", "THE CHAIRPERSON (Onor. Godfrey Farrugia): Illum se nkomplu d-diskussjoni tagħna dwar il-Morning After Pill.", "Qabel xejn nixtieq niskuża ruħi talli m'hawnx il-Membri kollha ta' dan il-Kumitat preżenti imma ħafna minnhom innotifikawna minn qabel li ma kenux se jattendu.", "L-aġenda tal-lum bażikament tkopri żewġ suġġetti; l-ewwel il-preżentazzjoni min-naħa tal-Medical Council u mbagħad wara se nagħtu ħarsa lejn ir-rapport li ġie mħejji minn dan il-Kumitat fuq l-istess suġġett.", "Naturalment dan għadu biss draft report u għalhekk mhux se jiġi approvat f'din il-laqgħa.", "Fil-fatt għad irridu ndaħħlu fih il-fehmiet tal-Medical Council u jista' ikun li ndaħħlu wkoll xi korrezzjonijiet jew xi punti oħra li għad iridu jitqajmu.", "Għaldaqstant qed nipprevedu li jkollna laqgħa oħra li fiha napprovaw ir-rapport finali u mbagħad, fl-10 ta' Ottubru, hekk kif jiftaħ il-Parlament, inressqu r-rapport finali fil-Plenarja.", "Mela nistgħu nibdew mill-ewwel u għalhekk insejjaħ lir-rappreżentanti tal-Medical Council sabiex jersqu mal-Mejda.", "Il-kelliema ewlieni min-naħa tal-Medical Council hija Dr Doreen Cassar.", "Preżenti wkoll hawn Dr Llona Debono, is-Sur Philip Borg u s-Sur Frederick Cutajar.", "Dr Cassar tista' tibda bil-preżentazzjoni tiegħek.", "Grazzi.", "DR DOREEN CASSAR (Member Medical Council): Dan il-Kumitat talabna nagħtu l-input tagħna fuq dan is-suġġett u aħna nirringrazzjawkom ta' din l-istedina.", "Min-naħa tiegħi se nitkellem bl-Ingliż peress li l-preżentazzjoni għamilnieha bl-Ingliż.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Medical Council fuq il-Morning After Pill?", "Għalfejn ġejna hawnhekk?", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom tal-preżentazzjoni.", "Issa nitlob lill-Membri tal-Kumitat sabiex jagħmlu r-rimarki jew il-mistoqsijiet tagħhom.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH (Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa): Jien qed nifhem li jekk niġu f'sitwazzjoni fejn il-MAP tkun permessa f'pajjiżna, jista' jkun hemm tabib li għax huwa conscientious objector, jirrifjuta milli jagħtiha.", "Innutajt li fil-preżentazzjoni tagħkom m'intomx tagħtu parir fuq jekk il-MAP għandhiex tingħata jew le.", "Dan ifisser li ma ħadtux pożizzjoni dwarha?", "DR DOREEN CASSAR: Aħna mxejna mar-remit li tagħtina l-liġi!", "Tajjeb.", "THE CHAIRPERSON: Hawnhekk se jkolli nikkoreġik għax proprjament jgħidu li life starts from pregnancy.", "DR DOREEN CASSAR: Onor. Grech din ġiet meħuda verbatim mil-Liġi ta' Malta, Kap. 496 Artiklu 10, Section J. Din mhux aħna vvintajnieha!", "ETIENNE GRECH: Hawnhekk issuġġerejtu li l-MAP must only be prescribed by a medical doctor għar-raġunijiet li semmejtu.", "Min-naħa tiegħi naqbel ma' dan li għedtu, għalkemm hemm xi pajjiżi li jistgħu jixtruha mingħand spiżjar.", "Issa emergency contraception għandek timeframe ta' madwar 48 siegħa …", "DR DOREEN CASSAR: Skużani ftit imma se jkolli nikkoreġik ftit.", "Hawnhekk għandek forom differenti ta' MAPs.", "Għandek forma waħda li taħdem fi żmien 72 siegħa imma tista' tieħu żewġ dożi u allura għandek perjodu ta' 120 siegħa jew ħamest ijiem.", "Hawnhekk nifhem li t-tabib għandu responsabilitajiet u drittijiet, u l-pazjenta għandha drittijiet u responsabilitajiet.", "Xi tfisser emerġenza?", "Naħseb li meta qed ngħidu li din għandha time window qasira, qed nitkellmu fuq sigħat mentri dawn għandhom jiem; minn tlieta sa ħamest ijiem.", "ETIENNE GRECH: U dak huwa perjodu biżżejjed biex isibu tabib.", "DR DOREEN CASSAR: Fi gżira żgħira li naqsmuha fi tliet kwarti massimu naħseb li huwa biżżejjed.", "CHRISTOPHER FEARNE (Ministru għas-Saħħa): Nirringrazzja lil Dr Cassar għal din il-preżentazzjoni matura ħafna.", "Rigward jekk il-MAP għandhiex tingħata biss bil-preskrizzjoni ta' tabib jew tistax tiġi akkwistata over the counter hemm raġunijiet favur u kontra.", "Inti semmejt ir-raġunijiet għalfejn għandha tkun preskritta minn tabib.", "L-Onor.", "Grech semma waħda mir-raġunijiet li iżjed ma tintuża malajr, iżjed għandek ċansijiet li taħdem u li jkollha effett kontraċettiv.", "Il-pożizzjoni tagħkom li din trid tiġi bilfors preskritta minn tabib ġiet minn opinjoni jew minn xi pożizzjoni legali?", "DR DOREEN CASSAR: Fuq dik l-islide fejn qed ngħidu li din hija t-tip of the iceberg kien hemm biċċa dwar l-autonomy and competance.", "Ħa nieħdu dik biss għalissa.", "Jekk din tkun over the counter jien nista' nixtriha?", "Is-Sur Philip Borg, li qiegħed bilqiegħda madwar din il-mejda, jista' jixtiriha?", "Mela jekk jixtriha raġel, l-awtonomija u l-kompetenza lil min qegħdin nipproteġu; lill-mara jew lir-raġel?", "Jekk din tkun over the counter, se tkun over the counter għal kulħadd.", "CHRISTOPHER FEARNE: Mhux neċessarjament no age limit għax jista' jkun li l-ispiżjar ikollu struzzjonijiet mod ieħor.", "DR DOREEN CASSAR: Jekk ma neżaminawx il-kompetenza ta' min se jeħodha biex naraw li qed jifhem u li qed jagħraf x'inhuma s-side effects tagħha, kif se jimmaniġġjahom!?", "Jekk tkun ażmatiku kroniku u tieħu l-MAP se jkollok il-problemi.", "Jekk tkun epileptic u tieħu l-MAP, your epilepsy will go wrong.", "CHRISTOPHER FEARNE: Dawn mhux qed ngħidu li huma prescribed għax pereżempju l-aspirina tista' tixtriha over the counter.", "DR DOREEN CASSAR: Skużani, imma dan l-aħħar il-Ministeru għas-Saħħa u l-Public Health ħarġu regoli ċari dwar kif it-tobba, fil-prattika tagħhom għandhom jaġixxu.", "U jekk qabel in-nies kienu jmorru jixtru ċerti affarijiet, illum kollha qed imorru għand it-tabib tagħhom għar-riċetta għax l-ispiżjar ma jtihomx il-mediċina li jitolbu mingħajr riċetta!", "CHRISTOPHER FEARNE: Hekk hu.", "DR DOREEN CASSAR: Allura, din li għandha konsegwenzi … Ejjew ma nibqgħux fuq il-maġġoranza biss imma naraw ukoll lil min veru għandu bżonn … (Interruzzjonijiet)", "CHRISTOPHER FEARNE: Il-mistoqsija tiegħi mhijiex dwar jekk għandhiex tkun over the counter jew le.", "Fuq dik hemm argumenti favur u oħrajn kontra, li ġew diskussi wkoll f'dan il-Kumitat.", "Li xtaqt inkun naf jien hu jekk il-pożizzjoni tagħkom hijiex ġejja minn opinjoni jew inkella hux minn xi standing legali.", "U jekk inhu hekk, għal liema liġi qegħdin tirriferu?", "DR DOREEN CASSAR: Le, mhijiex opinjoni!", "Din ġejja minn diskussjoni infurmata fil-Kunsill.", "CHRISTOPHER FEARNE: Mela hija l-opinjoni tal-Kunsill.", "Mhux qed tiġi kkwotata xi liġi li tgħid li din bilfors trid tkun preskritta minn tabib.", "DR DOREEN CASSAR: Ġejja minn evidenza medika.", "CHRISTOPHER FEARNE: Ġustament.", "Jien ridt inkun ċert.", "DR LLONA DEBONO (President, Medical Council): Il-liġi dwar il-MAP għadha se tidħol.", "Però, bħala punt ta' tluq nixtieq ngħid li ċerti mediċini ta' ċerta portata, bħalma hi l-MAP, il-pożizzjoni hi li għandha tiġi preskritta minn tabib mediku.", "DR DOREEN CASSAR: Il-pożizzjoni tal-Kunsill Mediku ġejja wkoll mill-fatt li r-regoli tagħha jagħtuha s-saħħa sabiex taġixxi for the patient's safety.", "Meta nitkellmu fuq sigurtà tal-pazjent, irridu naraw li s-sigurtà tal-pazjent tkun across board, anke ta' dawk li huma vulnerabbli!", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Nirringrazzja lil Dr Cassar u lill-Kunsill Mediku tal-preżentazzjoni tagħhom.", "Naqbel miegħek 100% dwar li l-preskrizzjoni għandha ssir mit-tabib.", "Din mhijiex xi paracetamol li għandek tagħtiha over the counter.", "Kif għidt inti, jekk dawn ikollhom side effects, naħseb li għallinqas irid ikollok xi tip ta' history tal-pazjenta biex tara jekk kellhiex xi mard jew hijiex qed tieħu xi mediċini oħra minħabba xi interactions li jista' jkun hemm.", "Dan għedtu wkoll f'laqgħat oħra.", "Li ma qbiltx magħkom fil-preżentazzjoni hu fuq meta semmejt it-transmission of disease.", "Veru li jista' jiġri hekk imma allura anke bil-contraceptive pill, bil-Mirena, etc., jista' jkollok transmittion of desease.", "Allura m'hemmx għalfejn tikkonsidra l-MAP biss.", "Issa x'inhi l-pożizzjoni tal-Kunsill Mediku dwar il-preskrizzjoni tal-MAP illum, meta għad m'hemmx liġi eżistenti?", "DR DOREEN CASSAR: Ħalli nibda bl-aħħar mistoqsija.", "Il-Kunsill Mediku jitratta ma' kwalunkwe issue li tiġi ppreżentata lilu.", "Meta inti qed tgħid fuq l-użu llum, inti taf b'dan l-użu?", "Għandek evidenza?", "Għamilt rapport mal-Kunsill Mediku biex il-Kunsill jagħmel xogħlu?", "Sal-lum aħna qatt ma kellna rapport fuq dak li qed tgħid inti!", "Rigward it-transmission of disease, bħala tabib u tabib tajjeb, inti taf li meta titkellem ma' kull mara fuq contraception, ma titkellimx magħha biss fuq contraception imma titkellem magħha wkoll fuq it-trasmissjoni tal-mard.", "Jeżisti - dak li suppost nedukaw il-pazjenti tagħna fuqu - d-double dodge, fejn inti mhux biss ikollok contraception ħalli ma tinqabadx pregnant imma tuża contraception ukoll biex ma xxerridx l-infezzjonijiet.", "Meta pazjenta tiġi quddiemek u tgħidlek li lbieraħ x'aktarx li għaxxqitha, mela din ma kellha l-ebda double dodge!", "MICHAEL GONZI: Naqbel, imma mhux li nirriferu għaliha biss fuq il-MAP.", "DR DOREEN CASSAR: Le, imma hija parti magħha.", "Naħseb li għalhekk il-MAP hija t-tip of the iceberg!", "Hemm ħafna iktar xi jrid isir!", "Mhijiex fir-remit tagħna u ma nixtieqx nidħol fiha, imma intom kollha tobba hawnhekk u allura nixtieq nagħmlilkom din il-mistoqsija; meta tidħol il-MAP x'irid ikun hemm bħala backing għaliha?", "Jekk tistaqsuna niġu ppreparati fuqha wkoll imma llum mhuwiex lok li nirrispondu għax ma ġejniex mistoqsijin fuqha.", "ETIENNE GRECH: Veru li qatt ma kellkom rapporti dwar l-użu tagħha, imma at this point in time, li kieku tabib Malti jippreskrivi l-MAP - għalkemm din ma teżistix f'pajjiżna imma kulħadd jaf li tista' tagħmel taħlita ta' mediċina oħra biex isservi bħall-MAP – u għal xi raġuni jew oħra dan jiġi rrappurtat lill-Kunsill Mediku, dak ifisser li se jiġi fl-inkwiet?", "DR DOREEN CASSAR: Iva, għax mhuwiex protett b'xi liġi!", "Din diġà għamiltuha fuq l-Embryo Act, fejn hemmhekk daħħaltu l-klawsola tal-conscientious objector.", "U f'din trid tidħol ukoll.", "THE CHAIRPERSON: Nixtieq nistaqsi lil kulħadd preżenti, inkluż lilek Dr Cassar; kif qed nirraġunaw issa u kif qiegħda tiżvolġi d-diskussoni, mhux qed taraw li din hija sempliċement li min-naħa tal-Awtorità tal-Mediċini li they just have to authorise a licence for the MAP to be issued?", "Inti qed taraha mill-aspett tal-Kunsill Mediku u li rridu mmorru oltre minn hekk u li allura rridu nibdlu xi partijiet tal-liġi tagħna?", "Qiegħed nifhem sew?", "DR DOREEN CASSAR: Li qed ngħid jien hu li l-Awtorità tal-Mediċini tista' tagħmilha, però jekk aħna nirrispettaw lin-nazzjon tagħna, il-Kunsill Mediku jidhirlu li magħha jrid ikun hemm struttura li tipproteġi aktar lill-pazjent u lit-tabib!", "Tajjeb qed ngħid?", "Basically the substance is already approved by the European Union u allura l-kumpaniji qegħdin jinżammu milli jdaħħluha f'pajjiżna mill-Awtorità tal-Mediċini.", "DR DOREEN CASSAR: Dr Llona Debono hija avukat u tista' tikkoreġini u tkompli fuq dak li se ngħid.", "Veru li hemm il-liġi tal-Unjoni Ewropea imma l-liġi lokali ta' nazzjon hija l-aktar importanti u li l-liġi lokali tiġi qabel dik tal-Unjoni Ewropea.", "The EU law is a framework but national law … (Interruzzjonijiet) Iridu jaħdmu flimkien.", "CHRISTOPHER FEARNE: Ma rridx noqgħod nidħol f'argumenti filosofiċi, però l-liġi tal-pajjiż tagħti l-awtorità lill-Medicines Authority sabiex tapprova jew le għal ħafna mediċini.", "Hemm ħafna aktar mediċini li jista' jkollhom side effects serji mill-MAP.", "Il-Medicines Authority, b'responsabilità kbira, trid tiddeċiedi jekk għandhomx jidħlu jew le fis-suq tagħna.", "(Interruzzjonijiet) U dan tagħmlu skont il-liġi eżistenti.", "Jien mhux qed nara li l-eżerċizzju li qegħdin fih illum huwa biex inbiddlu l-liġi, imma qegħdin hawn biex naraw jekk il-MAP, fl-opinjoni ta' dan il-Kumitat Konġunt, għandhiex tiġi liċenzjata jew le għas-suq lokali.", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari f'dak li qegħdin nagħmlu.", "DR LLONA DEBONO: Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħtu l-opinjoni tagħna skont ir-remit tal-Kunsill Mediku.", "U fuq jekk tidħolx jew le l-MAP, il-pożizzjoni tagħna hija ċara.", "Issa ġie punt bażiku; jekk l-Awtorità tal-Mediċini se tawtorizza li tidħol il-MAP, u tabib jipperskriviha, x'inhu l-kompitu tal-Kunsill Mediku jekk ikun hemm rapport?", "DR LLONA DEBONO: Jiddependi fuq jekk hijiex awtorizzata jew le sabiex tintuża hawnhekk.", "Ovvjament il-Kunsill Mediku se jonora l-liġi Maltija.", "CHRISTOPHER FEARNE: Ma rridx ninterpreta dak li qed tgħidu, imma jekk fhimt sew intom qed tgħidu li l-Kunsill Mediku llum joġġezzjona jekk xi ħadd jipperskriviha għax din mhijiex liċenzjata.", "Fhimt tajjeb?", "U allura jekk tkun liċenzjata, niġu bħall-mediċini l-oħra kollha.", "DR DOREEN CASSAR: Però aħna ġejna hawnhekk sabiex ngħidu li jekk tiġi liċenzjata, u tabib ma jħossux komdu li jagħtiha, dan għandu jiġi protett!", "Dik li jixtieq il-Kunsill Mediku.", "IS-SUR FREDERICK CUTAJAR (Membru, Medical Council): Inħoss li għandi nitkellem fuq din għax jien ma kontx preżenti …", "DR DOREEN CASSAR: Il-vot ittieħed diġà u ġie nnutat!", "IS-SUR FREDERICK CUTAJAR: Allura m'għandix dritt nitkellem?!", "THE CHAIRPERSON: Issa tkun tista' titkellem aktar tard.", "Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Jien mhux tabiba u għalhekk ikkumpatuni jekk m'iniex se nidħol fuq il-kwestjoni professjonali.", "Dwar il-liġi qiegħda nifhem li konna qegħdin niddiskutu din is-sitwazzjoni proprju minħabba f'hekk!", "Inti għandek l-Awtorità tal-Mediċini li toħroġ il-liċenzji.", "Issa ovvjament l-Awtorità tal-Mediċini ma tistax tmur kontra l-liġi Maltija.", "L-issue hi jekk din l-imbierka pillola hijiex abortiva jew le!", "Dik hi s-sitwazzjoni kollha.", "Din qed neħodha li għandu jkun it-tabib li jagħti l-informazzjoni meħtieġa u li ovvjament id-deċiżjoni tiegħu tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li għandu.", "Imma t-tabib kif se jaċċerta ruħu li l-informazzjoni li għandu hija waħda fattwali?", "Jekk l-informazzjoni ma tkunx fattwali, x'inhi l-pożizzjoni tat-tabib?", "Jekk deċiżjoni ta' tabib tkun qiegħda tittieħed fuq l-informazzjoni li tagħtih il-pazjenta, jista' jkun li dik tkun informazzjoni żbaljata.", "Pereżempju l-pazjenta tista' tkun qiegħda taħbi ċerti affarijiet mit-tabib tagħha.", "Allura t-tabib se jieħu deċiżjoni li fl-opinjoni tiegħu tkun l-aħjar waħda abbażi ta' dak li tkun qaltlu l-pazjenta.", "Imma jekk jiġri xi ħaġa, kif se jiġi affettwat it-tabib?", "Qiegħda nifhem sew li l-argument li qed tagħmlu intom bħala Kunsill hu li għandu bżonn li jkun hemm iktar protezzjoni lejn it-tabib?", "DR DOREEN CASSAR: Il-Kunsill Mediku għandu l-ethical standards tiegħu u għandek ukoll il-liġijiet.", "Pereżempju jekk pazjenta lbieraħ kellha d-diarrhea jew irremettiet, jien kif se nkun naf jekk dan kienx minnu?", "Mhux se noqgħod magħha u allura ċertu ammont ta' fiduċja fir-relazzjoni ta' bejn it-tabib u l-pazjent irid ikun hemm.", "Issa xi ħaġa li tipproteġi lit-tabib hija d-dokumentazzjoni.", "Għalhekk, bħala Kunsill Mediku, ninsistu li kull tabib għandu jżomm dokumentazzjoni fuq il-pazjenti tiegħu għax imbagħad, meta niġu għas-si u n-no, aħna se naraw dik id-dokumentazzjoni.", "U din tiġri.", "Kemm il-pazjent jiġi jgħidlek li għandu uġigħ f'dahru?", "Din narawha fil-bordijiet tas-Servizzi Soċjali.", "Narawhom dawn il-kummiedji!", "U sħabi li qegħdin madwar din il-mejda jafuhom dawn l-affarijiet.", "Ġieli tara lil xi ħadd dieħel izappap u mbagħad toħroġ barra u tarah għaddej jiġri fit-triq!", "Din hi l-ħajja ta' kuljum ta' tabib u għalhekk irid jipproteġi lilu nnifsu billi jżomm noti dettaljati.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Allura jekk tmur mara għand tabib li mhuwiex it-tabib normali tagħha, u din se tgħidlu li lbieraħ kellha rapport sesswali u qed tibża' li tista' toħroġ tqila, x'se tkun il-pożizzjoni tat-tabib f'dak il-każ?", "DR DOREEN CASSAR: L-ewwel nett għalhekk aħna bħala Kunsill Mediku qed ngħidu li għandek bżonn tieħu history tajba.", "Bħala tobba mgħallmin fuq kif nieħdu history tajba.", "Onor. Mifsud Bonnici, inti avukat u meta tkun il-Qorti tgħarbel u tagħmel kontro eżaminazzjoni biex tipprova tara l-verità x'inhi.", "L-istess ħaġa t-tabib.", "Dan għandu l-ħiliet meħtieġa biex jara jekk il-pazjenta hijiex sinċiera jew le.", "Issa tgħiduli din hija 100% safe?", "Le, mhijiex u qatt ma tkun.", "But, if you are a conscientious objector, you have to be clear at the outset u mhux lill-pazjenta tgħaddiha minn kollox biex imbagħad tgħidilha le!", "ETIENNE GRECH: F'paġna 8 tal-preżentazzjoni qed titkellmu fuq il-factual information.", "F'dan il-Kumitat ġejna ppreżentati b'ħafna studji fuq kif taħdem il-MAP.", "Hemm li jgħidulek li din ma tikkawżax l-abort u hemm min jgħidlek li tikkawża l-abort.", "Hemm min jgħidlek li din ma taffetwax l-embrijun, anke jekk teħodha wara.", "Hemm ħafna dokumenti xjentifiċi differenti.", "Issa ma nafx liema huma dawk xjentifiċi.", "Ma nafx liema huma peer reviewed documents u liema le.", "Min se jkun responsabbli li jgħid x'inhi factual information meta hemm daqstant verżjonijiet?", "DR DOREEN CASSAR: Ħa nibdew bl-ewwel slide li għandkom.", "Il-liġi tgħid li tabib irid ikun indipendenti fl-opinjoni u fil-prattika tiegħu.", "Għalhekk imbagħad hemm il-klawsola l-oħra li tgħid that I cannot cause any physical or mental harm, u li dak li ngħid, ngħidu b'mod professjonali u fl-indipendenza tiegħi.", "ETIENNE GRECH: U meta niġu biex niddeċiedu bħala politiċi?", "DR DOREEN CASSAR: Naħseb li hemmhekk tridu tkunu wise biżżejjed li tagħrfu x'hemm u li bħala tabib, inti dejjem taħdem fl-inċertezza u bħala politikant you have to err on the side of caution.", "ETIENNE GRECH: Grazzi.", "MICHAEL GONZI: Bħala Kunsill Mediku ħadt l-impressjoni li intom qegħdin toqogħdu attenti ħafna u qiskom qegħdin tibżgħu mill-MAP.", "DR DOREEN CASSAR: Ma naħsibx li qed nibżgħu imma qegħdin inżommu within our remit.", "MICHAEL GONZI: Ħa niġi għaliha.", "Imma li kieku din kienet Paracetamol jew xi ħaġa oħra simili ma kontux tieħdu din il-pożizzjoni.", "Jekk tiġi licensed, intom tissuġġerixxu li jkun hemm hemm xi ħaġa extra mar-riċetta?", "Pereżempju jekk jien niġi biex nikteb ir-Ritalin, irrid noħroġ schedule four.", "Allura intom qed tissuġġerixxu li jkun hemm xi ħaġa simili?", "DR DOREEN CASSAR: Ħalli nirrispondik b'fatt; għandna tobba li ġew irrappurtati lill-Kunsill Mediku għax fl-opinjoni tagħhom ir-Ritalin huwa an unsafe drug.", "MICHAEL GONZI: Bħala Kunsill Mediku ħadtu xi pożizzjoni fuq mediċini oħrajn apparti l-MAP?", "DR DOREEN CASSAR: Nista' nerġa' insemmilek ir-Ritalin, li semmejt inti.", "Ikollna diversi kawżi li mhux se nxandarhom f'dan il-Kumitat, fejn tabib jiġi rrappurtat minħabba li jkun ta droga partikolari u mhux oħra mingħajr ma jkun spjega fid-dettall is-side effects, eċċ. Il-Kunsill Mediku dejjem żamm the patient's interests while safeguarding the doctors and the professionals.", "Aħna dejjem ngħidu li inti trid tagħti l-factual information.", "Imbagħad sta għall-pazjent li jiddeċiedi, li llum id-deċiżjoni tibqa' tiegħu!", "Però it-tabib ma jistax jiġi sfurzat!", "THE CHAIRPERSON: Tkellimna wkoll fuq il-professionalism, fuq l-awtonomija, fuq l-ethics code u fuq in-knowledge.", "It-tabib se jkun iffaċċjat f'ċirkostanzi fejn mhux pazjent wieħed se jkollu quddiemu imma jista' jkollu tnejn!", "Il-Kunsill Mediku qiegħed jgħid li l-ħajja tibda from conception till death.", "(Interruzzjonijiet)", "DR DOREEN CASSAR: Il-liġi tgħid hekk u mhux il-Kunsill Mediku!", "THE CHAIRPERSON: Għandek raġun.", "Skużani.", "Mela jekk din il-parti tal-liġi mhux se tinbidel u l-MAP can be prescribed by a doctor, depending on his own conscience, and there is a doctor who does prescribe it, inti jista' jagħti l-każ li t-tabib se jkollu quddiemu żewġ pazjenti, il-mara u l-bidu tal-ħajja fil-ġuf tagħha.", "Il-Kunsill Mediku kif jaraha din il-biċċa tax-xogħol?", "Ma naħsbux li bħala Kunsill Mediku nistgħu ngħidu meta jibda l-konċepiment.", "Se mai, dik hija xi ħaġa tal-Bioethics Committee.", "Aħna qed nisħqu li fl-isfont ta' din id-diversità ta' studji li hemm, it-tabib, fil-professjonalità tiegħu, kif qalet sewwa Dr Cassar, jiddeċiedi minn qabel jekk jaqbilx jew le li tiġi prescribed il-MAP.", "Għalhekk qed nisħqu u nagħtu l-parir għax dak li jista' jagħmel il-Kunsill Mediku, u ċjoè li jkun hemm f'postha s-sistema ta' conscientious objector.", "THE CHAIRPERSON: Fil-fatt għal din kont ġej.", "Illum nafu mir-riċerka li hemm xelta dwar il-MAP, u hemm parti minnha li toħloq dubju serju li fil-fatt hija abortiva!", "Jien kont qed nirreferi b'mod partikolari għal dak il-każ fejn tabib jista' juża din il-mediċina u mhux l-aktar waħda prekarja, li tkun abortiva.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, meta l-Kunsill Mediku għandu din ir-regola … Qiegħed nifhem ir-risposta tiegħek imma – this is a hypothetical question – jekk fix-xhur li ġejjin tingħata l-liċenzja, il-Kunsill Mediku stess jista' jkollu diffikultajiet li forsi wieħed ukoll ikun irid jirrifletti fuqhom għall-mod kif inhuma stipulati r-regolamenti fil-liġi?", "DR LLONA DEBONO: Nifhmu d-diffikultà li għandu l-leġiżlatur hawnhekk.", "Aħna qed nikkwotaw hawnhekk mill-Professional and Ethical Standards li huma taħt il-Healthcare Professions Act.", "Madankollu wieħed ma jistax jinsa l-liġi kriminali dwar l-abort.", "Ma nixtiqux nidħlu f'din il-kontroversja għax mhijiex fil-mertu tagħna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Nirringrazzja lill-Kunsill Mediku tal-preżentazzjoni u d-diskussjoni tagħhom fuq dan is-suġġett.", "Issa ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda tagħna.", "Grazzi.", "DISKUSSJONI DWAR IR-RAPPORT INTITOLAT \"IL-KONTRAĊEZZJONI TA' EMERĠENZA\"", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għar-rapport innifsu.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-istaff tal-Parlament għax-xogħol siewi li għamlu fix-xahar ta' Awwissu.", "Nirringrazzjahom ukoll għall-mod ta' kif dan id-draft report tqassam lilna ġimgħa qabel din il-laqgħa u b'hekk stajna naqrawh u nifluh bil-kwiet.", "L-għan tal-lum mhuwiex li napprovaw ir-rapport imma li jekk hemm xi punti li jidhrilna li ma tqajmux fir-rapport, jew jekk inkella hemm xi punti li jidhrilna li għandhom jiżdiedu jew jiġu mibdula fir-rapport, inkunu nistgħu nagħmluhom illum.", "B'hekk dan ir-rapport ikun jirrifletti l-fehmiet ta' dawn it-tliet Kumitati konġunti.", "Li kont se nagħmel hu li ndur lil kull wieħed u waħda minna biex nara jekk hemmx xi diffikultajiet fuq kif inhu mħejji dan ir-rapport u biex naraw x'differenzi hemm.", "L-Onor.", "MICHAEL GONZI: Milli qrajt, kollox aċċettajt.", "M'hemmx affarijiet kbar.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Id-dokumenti li ġew ippreżentati lilna kollha ttieħdu in konsiderazzjoni?", "DR ELAINE BURMINGHAM (Research Analyst mal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Id-dokumenti rajniehom kollha imma tapprezza li jien ukoll m'iniex persuna medika u għalhekk kelli xi ftit tal-limitazzjonijiet minħabba li r-rapporti daħlu f'ħafna teknikalitajiet.", "Imma d-dokumenti kollha ġew ikkunsidrati.", "THE CHAIRPERSON: Min-naħa tiegħi nixtieq nagħmel żewġ punti ta' kjarezza, mhux fuq il-kontenut imma fuq il-mod ta' kif inhuma miktubin għaliex naħseb li mhumiex daqshekk ċari għall-pubbliku.", "Għalhekk xtaqt li jkunu definiti aħjar biex ikollna rapport aktar komplut.", "L-ewwel waħda hija fuq dik li tkellimna fuqha issa u ċjoè li l-MAP is an umbrella, li jfisser li hemm diversi mediċini li jaħdmu b'mod differenti mentri fir-rapport qisna qed ngħidu li dawn il-mediċini kollha jaħdmu bl-istess mod.", "Hawnhekk intqal ukoll li hemm mediċina minnhom li għandha l-istess kimika li jużaw fl-abort u għalhekk hemm id-dubju fuq jekk hijiex abortiva jew le.", "Jiena nemmen li meta niddiskrivu l-MAP irridu nkunu ċari li jeżistu diversi modi ta' kif din l-mediċina taħdem u l-effett tagħha x'inhu.", "U fuq din xtaqt inkun ċar.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Hawnhekk niżżilt il-levonorgestrel u l-Ulipristal għax dawk kienu ż-żewġ forom ta' emergency contraception.", "THE CHAIRPERSON: L-IUCD semmejtu wkoll?", "Ippruvajt inżomm ma' dak li ntqal hawnhekk.", "Ovvjament, jekk hemm forom oħra, bħalma ntqal u li ssemmew każijiet ta' pajjiżi differenti, jien ma dħaltx fihom.", "THE CHAIRPERSON: Għalhekk.", "Jien qed nirreferi għal dawk it-tnejn.", "Id-differenza tagħhom fuq kif jaħdmu mhijiex ċara fir-rapport.", "F'dan il-Kumitat ġew spjegati b'mod aktar ċar u allura forsi tkun xi ħaġa tajba li din is-sentenza tiġi miktuba bi stil li tiċċara aktar x'inhuma.", "U meta qrajt ir-rapport qisu ma ħarġitx ċara wkoll id-differenza bejn meta tibda t-tqala u d-differenza bejn meta tibda l-ħajja.", "Fl-opinjoni tiegħi dik id-differenza għandha tiġi definita b'mod ċar.", "MICHAEL GONZI: Qiegħed nara li r-riferenzi fuq wara qisu qed joħroġhom il-Kumitat u mhux in-nies li ġew ikellmuna.", "DR ELAINE BURMINGHAM: Dawk huma d-dokumenti kollha li ġew ippreżentati lill-Kumitat.", "MICHAEL GONZI: Nitolbok biex jew tniżżel li r-riferenzi ġew ippreżentati lill-Kumitat jew inkella ssemmi min ippreżentahom lilna.", "ETIENNE GRECH: Id-diskors tal-lum tal-Kunsill Mediku qed ngħidu li se jiġi anness mar-rapport.", "Issa hawnhekk tkellmu wkoll fuq jekk għandhiex tkun bi preskrizzjoni tat-tabib jew inkella over the counter.", "Qed nimmaġina li din se tkun inkluża wkoll.", "CHRISTOPHER FEARNE: Jien qiegħed nitħawwad ftit fuq ir-rakkmandazzjonijiet għax mhux qed narahom.", "ETIENNE GRECH: Le, dawk għad irridu nagħmluhom.", "CHRISTOPHER FEARNE: Mela mhux illum se nagħmluhom?", "ETIENNE GRECH: Tar-rakkmandazzjonijiet għadha vojta.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRPERSON: Jien jidhirli li l-ewwel għandu jkollna rapport b'mod komplet u mbagħad wara naslu għar-rakkmandazzjonijiet.", "Jekk jidhrilna li għandna nimxu mod ieħor minn kif konna nagħmlu qabel … Aħna dejjem hekk ħadnieha; l-ewwel ikollna full report u mbagħad wara nimxu għar-rakkmandazzjonijiet.", "Naf li dan se jfisser li l-proċess se jitwal u li se jkollna nagħmlu laqgħa oħra imma xorta l-mira se tibqa' dik li sal-10 ta' Ottubru dan ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Parlament.", "Dik id-data mhijiex se tinbidel.", "Dan ifisser li nkunu rridu niltaqgħu hawnhekk minn qabel biex l-affarijiet jitħejjew kif suppost.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-3.06 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ottubru fis-7.00 p.m. b'aġenda li għandha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees soc", "source": "Extracted from 20160920_067d_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Immigrazzjoni Irregolari – Diskussjoni bejn il-Membri tal-Kumitat", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131210_014a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 14", "It-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 8 li saret nhar it-Tlieta 22 ta' Novembru 2013 ġew konfermati.", "IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI – dISKUSSJONI BEJN IL-MEMBRI TAL-KUMITAT", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Nagħti merħba lil kulħadd għal-laqgħa tal-lum, li se tkun waħda qaira imma fejn irridu nagħmlu lista ta' suġġetti li nixtiequ li jiġu diskussi f'dan il-Kumitat.", "Imbagħad kif ikollna din il-lista nkunu nistgħu nibdew niltaqgħu ftit iktar regolarment sabiex niddiskutu s-suġġetti li għandna niddiskutu.", "Is-Segretarju tal-Kumitat, is-Sur Stephen Grech, bagħatilkom sabiex illum nipprovaw nagħmlu lista bejnietna ta' dawk is-suġġetti li naħsbu li huma importanti li niddiskutu.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, xtaqt niġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa żgħira dwar il-Minuti tal-aħħar laqgħa.", "Jiena naħseb li kien hemm diversi deputati miż-żewġ naħat li għamlu numru ta' mistoqsijiet lill-Ministru Mallia imma dan il-punt ma ħariġx fil-Minuti.", "Kulma qed nissuġġerixxi hu li jitniżżel li kien hemm diversi deputati li ressqu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Ministru Mallia.", "Daqshekk biss.", "THE CHAIRPERSON: Mhux problema biex inniżżlu dan is-suġġeriment.", "Grazzi.", "Qabel ma nibdew nagħmlu din il-lista nixtieq ninforma lill-Kumitat li s-Segretarju tal-Kumitat, ġentilment ikkomunika mas-Sur Mario Schembri, li huwa l-Head of Operations tad-Detention Centre ta' Ħal Safi sabiex inkunu nistgħu mmorru nagħmlu żjara hemmhekk.", "Fil-fatt Stephen iċċirkola data li dehret tajba għall-maġġor parti tal-Membri li jifformaw parti minn dan il-Kumitat u din id-data hija l-Ħamis 12 ta' Diċembru fid-9.00 a.m. Is-Sur Schembri nformah li se jagħmlilna information talk qasira ħafna fil-bidu taż-żjara u mbagħad inkunu nistgħu nduru maċ-ċentru ta' detenzjoni.", "Jiena nixtieq nieħu dan l-ispunt sabiex min-naħa tiegħi nsemmi ftit punti żgħar li nixtieq li jiġu diskussi ħafna iktar f'dan il-Kumitat.", "Fil-fehma tiegħi, biex nibdew minn dak li hu iktar urġenti, irridu nibdew b'dak li jolqotna direttament bħalissa u dak li qiegħed magħna bħalissa.", "U għalhekk huwa importanti li fl-ispirtu li aħna sejrin bih fiċ-ċentru ta' detenzjoni, naħseb li rridu nesploraw lin-nies li diġà qegħdin hawn Malta u naraw xi problemi qegħdin jiltaqgħu magħhom u xi drittijiet għandu jkollhom u li forsi m'għandhomx biżżejjed.", "Naħseb li dik hija l-aktar ħaġa urġenti bħalissa ġaladarba dawn in-nies diġà qegħdin magħna.", "Wara li għedt dan irrid ngħid ukoll li għandek il-problema ta' meta dawn in-nies jidħlu f'pajjiżna b'mod irregolari.", "Din hija problema - kif stajna naraw meta tkellem il-Ministru Mallia – li l-istorja tagħha tibda minn ħafna qabel ma jaslu f'pajjiżna.", "U allura hemm diversi punti li aħna nistgħu niddiskutu f'dan il-Kumitat.", "Bħalma nagħmel is-soltu se nitlob biex nara għallinqas jekk il-Membri ta' dan il-Kumitat jaqblux li jsir hekk jew le jew inkella jekk hemmx xi ideat oħra li jiena lesta li niddiskutihom.", "U allura għandniex nieħdu suġġett suġġett biex ma nibdewx kollox f'xulxin għax jekk nibdew miljun tarf nispiċċaw indumu biex inlestu suġġett partikolari.", "Jien inħoss li l-aktar urġenti hija li naraw is-sitwazzjoni fiċ-ċentri ta' detenzjoni u d-drittijiet fundamentali ta' dawn in-nies ħalli naraw jekk dawn humiex qed jiġu mħarsa sew u biex naraw jekk nistgħux nagħmlu affarijiet differenti ħalli s-sitwazzjoni tagħhom tkun aħjar.", "Imbagħad wara dik id-diskussjoni u wara li nħejju rapport fuq dik id-diskussjoni nkunu nistgħu niftħu naqra oħra fuq suġġetti oħrajn.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, jiena se jkolli nkun fil-qosor ħafna għax fis-7.15 p.m. se jkolli nippresjedi l-Public Accounts Committee.", "Hawnhekk naqbel miegħek u se nkun qiegħed nistenna b'ħerqa din iż-żjara li se nagħmlu flimkien il-Ħamis li ġej.", "Issa xi punti li xtaqt li dan il-Kumitat jiddiskuti fil-ġimgħat jew fix-xhur li ġejjin huma dawn li se nsemmi.", "L-ewwel punt naħseb li jkun tajjeb li nirrelataw u nsiru nafu aktar dwar l-istat li fihom jinżammu ċ-ċentri ta' detenzjoni li għandna f'pajjiżna, sija dawk magħluqin u sija dawk miftuħin.", "It-tieni punt li jiġini f'rasi li huwa ta' ċerta attwalità huwa dwar ir-relazzjoni li hemm bejn il-Gvern u l-Frontex.", "X'qiegħda tagħmel il-Frontex?", "U kif inhi l-interazzjoni tal-Gvern mal-Frontex?", "It-tielet punt li naħseb huwa importanti ħafna huwa l-istate of play tar-ripatriations.", "F'dan ir-rigward naħseb li għandna nisimgħu ftit aktar - minn min huwa nkarigat fil-Korp tal-Pulizija mill-Uffiċċju tar-Ripatriju, li jekk m'inix sejjer żball huwa l-Assistent Kummissarju Andrew Seychell - fuq kif qiegħda taħdem is-sistema tar-ripatriju u kemm ġew ripatrijati immigranti fl-aħħar żmenijiet.", "Ir-raba' punt huwa fuq kif qiegħed jaħdem l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati.", "Tajjeb li nisimgħu from the horse's mouth l-ammont ta' każijiet li ddeċieda, x'hemm każijiet pendenti u minn fejn huma dawn il-każijiet li għadhom pendenti.", "Il-ħames punt li qed jiġini f'rasi wkoll u li huwa importanti hu li jkollna snap shot tal-migration flows.", "Dan l-aħħar nafu li daħal fattur ieħor li madwar ħames snin ilu ma kienx hemmhekk u ċioè is-Sirja.", "Hemm pajjiżi oħra wkoll għax din hija xi ħaġa dinamika, li tinbidel mal-mogħdija taż-żmien imma jekk ikollna preżentazzjoni mill-persuni konċernati, b'mod partikolari mill-Armata, li jiġu hawnhekk u jgħidulna kif qegħdin jarawh jiżviluppa l-migration flow lejn Malta naħseb li tgħinna ħafna.", "Jiena xtaqt nieqaf hawnhekk għaliex naħseb li dawn huma affarijiet li għalija personalment, imma anke għall-pajjiż, huma punti oġġettivi u ta' ċertu importanza.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak ħafna tal-lista li tajtna u naturalment f'dan is-suġġett qatt ma tista' tkun exhaustive għax għandna ħafna fuqiex nistgħu naħdmu.", "Li forsi nistgħu naqblu dwaru hu li s-sitwazzjoni li qed issemmi inti dwar x'inhuma l-migration flows nistgħu nabbinawha ma' dak li se nkunu qegħdin nagħmlu jekk se nibdew biċ-ċentri ta' detenzjoni għaliex qishom dawk huma żewġ affarijiet qrib ta' xulxin ħafna.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Biex inkun prattika għażilt tliet affarijiet li nixtieq li niffukaw fuqhom.", "L-ewwel waħda hija t-tfal fid-detenzjoni u li wħud minnhom ilhom Malta għal ammont ta' żmien.", "Naħseb li rridu nħarsu lejn ir-realtà ta' dawn it-tfal bħala priorità assoluta.", "Jista' ikun li qed jinkisrulhom xi drittijiet li lanqas biss nafu bihom, waħda minnhom żgur li hija li tgħix ħajja kuntenta.", "Naħseb li dik hija importanti.", "Bħala omm din tolqotni fil-laħam il-ħaj u allura bilfors li nibda nistaqsi x'aħna nagħmlu għal dawn it-tfal.", "Forsi nistgħu nidħlu wkoll fuq affarijiet oħra.", "Naf li l-Onor.", "Coleiro Preca qiegħda tipprepara l-policy tagħha fuq it-tfal u allura forsi nistgħu naraw jekk dawn humiex se jkunu affettwati minn affarijiet bħalma huma l-fostering, l-addozzjoni u jekk hemmx xi tip ta' support services għal dawn il-ġenituri li qegħdin hawnhekk fid-detenzjoni biex jieħdu ħsieb ta' dawn it-tfal.", "Rwol importanti ħafna huwa dak tal-NGOs.", "Naħseb li f'pajjiżna għandna NGOs li huma esperti u jiena kelli diversi okkażżjonijiet fejn iltqajt magħhom.", "Naf li dawn l-NGOs ħolqu network bejniethom u llum il-ġurnata jipprovaw ma jirfsux fl-area ta' xulxin.", "Naħseb li din hija importanti u għandna x'nitgħallmu mingħand dawn in-nies.", "L-ispeċjalizzazzjoni ta' wħud minn dawn in-nies hija fuq l-integrazzjoni tal-immigranti filwaqt li oħrajn jagħtuhom il-pariri legali.", "Oħrajn qed joffru servizzi ta' edukazzjoni, jiġifieri naħseb li għandna bżonn nagħmlu sessions tajbin mar-rappreżentanti tal-NGOs li diġà qegħdin imiddu jdejhom f'din il-biċċa tax-xogħol.", "Uħud minnhom ġabu wkoll fondi mill-Unjoni Ewropea u naħseb li nagħmlu tajjeb li naħdmu magħhom.", "It-tielet kategorija ta' nies li naħseb li għandna naħdmu magħhom mill-qrib huma dawk li darba forsi kienu immigranti irregolari u li llum saru immigranti regolari jew li żżewġu mal-Maltin.", "Pereżempju din rajniha fil-każ tas-Sirjani.", "Kienu s-Sirjani ċittadini Maltin li għenu sabiex nifhmu daqsxejn aħjar x'qed jiġri b'dawn l-immigranti li ġejjin mis-Sirja.", "Allura bħalma għamilna ma' dawn in-nies nistgħu nagħmlu ma' ħaddieħor.", "Bħalissa għandna diskussjonijiet għaddejjin fuq ir-realtajiet għax mhux dejjem nifhmu r-realtà ta' dawn in-nies u nkunu minn tal-ewwel biex niġġudikaw.", "Naħseb li għandna responsabilità kbira li lin-nies hemm barra verament nispjegawlhom x'inhi r-realtà ta' dawn in-nies u naraw b'liema mod nistgħu nwasslu din ir-realtà mhux biss f'pajjiżna imma anke 'l bogħod minn pajjiżna biex forsi dik l-għajnuna li għandna bżonn minn entitajiet ferm ikbar minn pajjiżna, jirnexxilna niksbuha wkoll.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Min-naħa tiegħi nixtieq nagħmel żewġ kummenti qosra.", "M'hemmx x'wieħed jara għax dawn li ssemmew huma kollha suġġetti rilevanti.", "Forsi li xtaqt niċċara biss huwa fuq dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg dwar it-tfal immigranti.", "Dawn it-tfal ma jinżammux fid-detenzjoni u dik hija policy li ilha fis-seħħ.", "Issa naqbel li jista' ikun hemm ħafna drittijiet li qed jinkisrulhom lil dawn it-tfal imma ridt niċċara dak il-punt.", "Pajjiżna qatt ma żamm f'detenzjoni familji, persuni vulnerabbli u tfal.", "Jien mhux qed ngħid li dawn jiġu regolarizzati mill-bidu jew affarijiet oħra imma ma jinżammux f'detenzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Allura la mhumiex qegħdin fid-detenzjoni, kif fl-open centre għandna area fejn jilagħbu t-tfal?", "MICHAEL FALZON: Għax open centre mhuwiex detenzjoni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Qiegħda nistaqsi għax naf li hemm NGOs li huma konċernati ħafna fuqha din.", "MICHAEL FALZON: Hemm diversi NGOs u naqbel miegħek imma tajjeb li tingħad on record li meta jkunu tfal jew nies vulnerabbli jew familji, f'dawn l-aħħar snin il-policy dejjem kienet li ma jinżammux f'detenzjoni imma f'ċentri miftuħa.", "Il-kumplament bħala suġġetti huma multifaceted ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Hemm xi suġġett partikolari li nistgħu niddiskutu li għadu ma ġiex imsemmi?", "Naħseb li s-suġġetti huma eżawrenti biżżejjed u naħseb li l-kwestjoni tal-irwol tal-Frontex u l-irwol ta' pajjiżna fir-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa topika ħafna matul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur u naħseb li se tkun topika wkoll quddiem dan il-Kumitat.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb – u naraw jekk nistgħux naqblu fuq hekk – li nistgħu nieħdu spunti kemm minn dak li għedt jien issa u kemm minn dak li għedtu intom biex l-ewwel suġġett tagħna jkun naqra wiesa' u jinkorpora fih xi affarijiet milli semmejna.", "U bażikament nistgħu nibdew mill-migration flows biex naraw min qed jiġi u minn fejn qed jiġu, kif qed jinżammu hawn Malta fiċ-ċentri ta' detenzjoni u fiċ-ċentri miftuħa u naraw ukoll dawk l-immigranti li qegħdin barra u li issa huma regolarizzati.", "B'hekk nieħdu l-istampa kollha u niddiskutuha.", "Dan se jkun proċess twil u affarijiet oħra se jkollhom jiġu wara imma naħseb li għandna bżonn li nieħdu din l-istampa.", "Issa mbagħad niftiehmu bejnietna lil min se nġibu.", "MICHAEL FALZON: Waħda mill-iktar affarijiet li rridu nagħmlu huwa eżerċizzju – li diġà sar qabel imma trid tibqa' taġġorna ruħek – fejn naraw ir-records ta' wasliet, ir-records ta' protezzjoni li ngħataw u r-records ta' x'tip ta' protezzjoni ngħatat.", "Ta' min jgħid li pajjiżna għandu record tajjeb ħafna ta' subsidiary protection.", "U mbagħad għandek affarijiet oħra – forsi hawnhekk qed nitkellem mill-esperjenza ta' dawn l-aħħar seba' snin – fejn jidħlu ċerti records ta' min hemm hemm barra fis-soċjetà tagħna li mhumiex daqshekk available.", "Jiġifieri sakemm qed nitkellmu fuq detenzjonijiet naħseb li hemm flow u wieħed irid jaraha, anke bħala modus operandi, fejn kien hemm diversi programmi ta' ripatrijazzjoni, li jekk niftakar sew parti kbira minnhom kienu finanzjati bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea, imma mbagħad meta niġu għal dawk li ħarġu fis-soċjetà naħseb li l-Kumitat għandu jkun jaf li l-informazzjoni mhijiex daqshekk easily available.", "Nitlobkom tiskużawni għall-viżita li se nagħmlu fit-12 ta' Diċembru imma jien ma nistax niġi magħkom għax hemm il-Kumitat tal-Affarijiet Legali tal-Kunsill tal-Ewropa li jien membru fih u għalhekk se jkolli nattendi hemmhekk.", "Grazzi.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjakom.", "Naf li din il-laqgħa kienet xi daqxejn qasira imma naħseb li kellna bżonn naraw x'se nagħmlu.", "Jiena normalment inlaqqa' is-Social Affairs Committee kull ġimgħa imma dan il-Kumitat ma naħsibx li se nkun nista' inlaqqgħu kull ġimgħa għax huwa xi ftit jew wisq impossibbli.", "Min-naħa l-oħra ma nixtieqx li ndumu xi xahar biex niltaqgħu għax imbagħad nispiċċaw li x-xogħol ikun diffiċli biex isir u biex nagħmlu rapport jeħdilna fit-tul wisq.", "Naħseb li l-ġimgħa d-dieħla se jkun l-aħħar li jiltaqa' il-Parlament u allura mbagħad nerġgħu nibdew f'Jannar.", "Għalhekk nixtieq li naqblu fuq data f'Jannar li fiha nkunu nistgħu nlaqqgħu l-Kumitat.", "Normalment kull nhar ta' Erbgħa jkolli s-Social Affairs Committee, jiġifieri rridu nsibu xi darba li jkun it-Tnejn jew it-Tlieta.", "Onor. Falzon, tkun tista' fl-14 ta' Jannar?", "MICHAEL FALZON: Le, dik il-ġurnata ma nkunx hawnhekk.", "THE CHAIRPERSON: Mela nagħmluha fil-21?", "Onor. Buttigieg, tajjeb għalik dakinhar?", "THE CHAIRPERSON: Mela rridu navżaw lill-oħrajn.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, jekk nibdew fis-7.00 p.m. tajjeb?", "THE CHAIRPERSON: Iva, tajjeb dak il-ħin.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li l-Onor.", "Christopher Fearne qalli biex ikun skużat minħabba li għandu jitkellem fil-Plenarja.", "Mela nistgħu niltaqgħu fil-21 ta' Jannar.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ma nafx nistax nagħmel suġġeriment għal-laqgħa li jmiss sabiex nibdew nagħtu l-frott mill-ewwel.", "Nistgħu forsi nistiednu lil xi NGO li taħdem f'dan il-qasam?", "THE CHAIRPERSON: Naħseb l-aħjar li nibdew huwa billi naraw l-istatistiċi ħalli naraw daqsxejn il-flows x'inhuma.", "Hemm naqra xogħol mhux ħażin x'nagħmlu sa Jannar.", "Illum Dr Elaine Burmingham li hija r-riċerkatriċi tagħna mhijiex preżenti imma tagħmel ħafna xogħol siewi minn darba sa oħra u għalhekk żgur li tkun tista' tagħtina l-għajnuna tagħha.", "Imbagħad nagħmlu lista ta' NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam u ngħadduha lil xulxin.", "Li rrid ngħid ukoll – jiddispjaċini li m'hawnx l-Onor.", "Azzopardi imma xorta waħda nistgħu ngħidulu – hu li bħalma sejrin fid-Detention Centre ta' Ħal Safi, irridu mmorru wkoll fiċ-ċentri ta' detenzjoni l-oħra.", "Peress li minn dawn m'għandniex ħafna ma nixtieqx li aħna nieħdu sempliċement kampjun tagħhom imma nixtieq li mmorru f'kollha għax fl-aħħar mill-aħħar b'hekk ikollna stampa iktar ċara tas-sitwazzjoni.", "Nirringrazzjakom u niltaqgħu fil-21 ta' Jannar.", "Grazzi.", "Fit-7.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 11 ta' Diċembru, 2013 fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131210_014d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 14", "It-Tlieta, 10 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.00 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "L-Onor.", "Chris Fearne kien skużat għaliex kellu jagħmel diskors fil-Plenarja.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 08 li saret nhar it-Tlieta 22 ta' Novembru 2013 ġew konfermati;", "IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI – dISKUSSJONI BEJN IL-MEMBRI TAL-KUMITAT", "Iċ-Chairperson Deborah Schembri semmiet kif fil-laqgħa tal-lum kellha titħejja lista bis-suġġetti li l-Membri kellhom jiddiskutu fil-Kumitat.", "Fakkret ukoll lill-Membri li nhar il-Ħamis, 12 ta' Diċembru fid-9.00 a.m. il-Kumitat kellu jagħmel żjara fil-closed centre ta' Ħal Safi.", "Iċ-Chairperson issuġġeriet li biex il-Kumitat jibda jindirizza s-suġġetti l-aktar urġenti għandu jibda jindirizza dak li jolqotna direttament bħalissa u għalhekk importanti li hekk kif il-Kumitat se jkun qiegħed jagħmel din iż-żjara fid-detention centre, il-Membri għandhom jesploraw dawk in-nies li diġa' qegħdin hawn Malta u jaraw xi problemi qegħdin jiltaqgħu magħhom, xi drittijiet għandhom u xi drittijiet għandu jkollhom u li forsi m'għandhomx.", "L-ewwel punt li l-Onor.", "Jason Azzopardi xtaq li dan il-Kumitat jiddiskuti huwa l-istat li fihom jinżammu d-detention centres f'pajjiżna, kemm dawk magħluqin kif ukoll dawk miftuħin.", "It-tieni punt huwa fuq ir-relazzjoni li hemm bejn il-Gvern Malti u l-Frontex.", "Ir-raba' punt huwa fuq kif qed jaħdem l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati.", "U l-aħħar punt huwa li l-Kumitat ikollu snapshot tal-migration flows.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg għażlet 3 suġġetti li xtaqet li l-Kumitat jiddiskuti.", "L-ewwel suġġett huwa t-tfal fid-detenzjoni u li nħarsu lejn ir-realtà tagħhom bħala priorità assoluta.", "It-tieni suġġett huwa li jsiru sessions mar-rappreżentanti tal-NGOs li jaħdmu mal-immigranti irregolari.", "U t-tielet suġġett hu dak li jsiru laqgħat mal-immigranti irregolari li llum 'il ġurnata integraw ruħhom fil-kultura tagħna.", "L-Onor.", "Michael Falzon semma' kif is-suġġetti msemmija mill-kollegi kienu suġġetti eżawrenti ħafna.", "Spjega wkoll kif it-tfal ma jinżammux fid-detenzjoni.", "Semma' wkoll kif pajjiżna għandu rekord tajjeb ħafna ta' protezzjoni.", "Fl-aħħarnett l-Onor.", "Michael Falzon skuża ruħu talli mhux se jkun jista' jattendi għaż-żjara li se ssir fil-closed centre ta' Ħal Safi minħabba li hu kellu jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-Membri tal-Kumitat qablu li l-laqgħa li jmiss għandha ssir it-Tlieta, 21 ta' Diċembru fis-6.30 p.m.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-7.20 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa 11 ta' Diċembru fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131210_014m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ RIVEDUT", "Laqgħa Nru. 13", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013 fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-E.T. Alexandros Rallis, Ambaxxatur tal-Greċja għal Malta, dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Griega tal-Unjoni Ewropea.", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-prinċipju tas-sussidjarjetà:-", "9 ta' Diċembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131211_013a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.50 p.m.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri 11 u 12, li saru fid-19 ta' Novembru 2013 u fit-2 ta' Diċembru 2013, ġew ikkonfermati.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. ALEXANDROS RALLIS, AMBAXXATUR TAL-GREĊJA GĦAL MALTA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA GRIEGA TAL-UNJONI EWROPEA", "THE CHAIRPERSON: Mela issa se nressaq din il-korrispondenza li rċevejna:", "- Ittra datata 3 ta' Diċembru 2013 fejn il-Kummissjoni kkomunikat il-ġustifikazzjonijiet tagħha għall-proposta tagħha Kumm(2013)265 dwar regoli fuq is-saħħa u l-benessri tal-annimali u pjanti li fir-rigward tagħha l-Kumitat kien bagħat il-kummenti tiegħu fis-16 ta' Lulju 2013, mhux fuq is-sussidjarjetà imma fuq kwestjoni ta' proporzjonalità.", "- Ittra ta' risposta mill-Kummissjoni Ewropea, datata s-27 ta' Novembru 2013, fir-rigward tal-proposta leġiżlattiva fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Kumm(2013)534) fejn sostniet li, minkejja l-opinjonijiet motivitati li kienu ntbagħtu, il-Kummissjoni ddeċiediet li din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u allura kienet se żżommha kif inhi.", "- Email mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej dwar iż-żjara li l-Viċi President tal-Kummissjoni, Maros Sefcovic, se jagħmel f'Malta bejn id-29 u l-31 ta' Jannar 2014, u li ntlaqgħet it-talba sabiex ssir laqgħa mal-Kumitat.", "Kif tistgħu taraw, l-ewwel waħda hija komunikazzjoni minn Brussell – b'Malti tal-Google, u suppost biex jikkjarifikaw, imma l-Malti tiegħu huwa ftit diffiċli biex tifhmu – fejn bażikament hija reazzjoni għal nota li kien bagħat dan il-Kumitat f'Ġunju ta' din is-sena lill-Kummissjoni.", "Din ma kenitx reasoned opinion imma ittra dwar komunikat li kellu x'jaqsam mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali u pjanti, u dawn bagħtulna nota biex jispjegaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni.", "Nerġa' ngħid li din ma kenitx reasoned opinion, imma aħna sempliċement ġbidna l-attenzjoni tagħhom fuq il-kwestjoni tal-proporzjonalità.", "Għalhekk din ma kellha x'taqsam xejn mal-yellow card.", "Għandna nota oħra mill-Kummissjoni dwar ir-reasoned opinion li bagħatna fuq il-European Public Prosecutor's Office.", "Tiftakru li aktar kmieni din is-sena konna bagħatna reasoned opinion u, flimkien ma' numru ta' parlamenti oħra – b'kollox konna 14 – bagħatna reasoned opinion, u allura kienet qabżet it-threshold tal-yellow card.", "Il-Kummissjoni kienet bagħtet tgħidilna li se tikkonsidra tirrivedix l-opinjoni tagħna, imma issa reġgħet kitbet lill-parlamenti kollha lura u qaltilna hekk:", "F'kelma waħda, l-Kummissjoni qed tgħid li minkejja l-yellow card li tajniha aħna, flimkien ma' 13-il parlament ieħor, huma se jibqgħu għaddejjin bil-proposta tal-EPPO, tal-European Public Prosecutor's Office.", "Din l-ittra li rċevejna nistgħu ngħadduha lill-Membri kollha.", "Il-bieraħ filgħaxija rċevejna komunikazzjoni fejn qalulna li għada wara nofsinhar biss se jkun hawn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, u talbuna jekk nistgħux insibu ftit tal-ħin biex niltaqgħu miegħu.", "Il-ħin li nistgħu nidentifikaw u li fih se jkun disponibbli – għax irid jiltaqa' mal-iSpeaker u mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin – huwa bejn is-6.00 p.m. u s-7.00 p.m., għax imbagħad fis-7.00 p.m. għandu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Naf li diffiċli, imma dak hu l-uniku ħin li jista' jiltaqa' magħna.", "Kmieni wara nofsinhar, personalment ma nistax.", "Aħna tlabnih biex niltaqgħu għall-5.00 p.m., imma ma setax.", "Naf li din hija xi ħaġa li waslet għandna fuq short notice, imma anke għalina hekk kienet ukoll.", "Suppost li għaddejnilkom is-CV tiegħu.", "- Email mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej dwar iż-żjara li l-Viċi President tal-Kummissjoni, Maros Sefcovic, se jagħmel f'Malta bejn id-29 u l-31 ta' Jannar 2014, u li ntlaqgħet it-talba sabiex ssir laqgħa mal-Kumitat.", "Sirna nafu wkoll li f'Jannar ġej Malta l-Viċi President tal-Kummissjoni, Maros Sefcovic, u għalhekk tlabna li ssir laqgħa miegħu.", "Dan se jkun f'pajjiżna bejn id-29 u l-31 ta' Jannar.", "Ovvjament, għadu kmieni wisq biex ngħidu issa, imma jekk tistgħu żommu f'moħħkom dawn id-dati biex forsi nsibu ftit tal-ħin u niltaqgħu ma' wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni.", "Issuġġerewlna l-Ħamis 30 ta' Jannar, imma rridu niftehmu ħin biex niltaqgħu miegħu.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠIŻLATTIVI TAL-UNJONI EWROPEA FIL-KUNTEST TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "THE CHAIRPERSON: Fuq l-aġenda għanda numru ta' proposti u regolamenti li rridu narawhom minħabba l-kwestjoni tas-sussidjarjetà.", "Bil-permess tagħkom, xtaqt li minflok noqogħdu naraw kull dokument u niddiskutuh hawnhekk, niċċirkolaw il-proposti u regolamenti minn qabel, u mbagħad, jekk ikun hemm xi ħaġa li nkunu rridu aktar kjarifikazzjoni fuqha, is-Sur Kenneth Curmi jkun disponibbli sabiex jagħtina l-informazzjoni meħtieġa.", "Jiena xtaqt li forsi nagħżlu dokument jew tnejn minn dawn l-għexieren li jkollna u nidħlu fihom aktar fid-dettall, milli naraw 20 dokument u nagħmlu minuta waħda fuq kull wieħed mingħajr ma nkunu nafu x'aħna qegħdin niddiskutu.", "Uħud minnhom diġà għalqu, filwaqt li hemm oħrajn li se jagħlqu għada stess, filwaqt li oħrajn li jagħlqu f'Jannar.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dawk li għalqu għalqu, ma nistgħu nagħmlu xejn fuqhom.", "Issa fuq dawk li se jagħlqu għada, hemm xi ħaġa urġenti li rridu narawha llum?", "THE CHAIRPERSON: Xi kultant anke meta jkunu għalqu nkunu nistgħu nibagħtu nota, bħalma ġieli għamilna.", "Jiena u Kenneth tajnihom daqqa t'għajn dawn li għandna hawnhekk u sibna li anke minn parlamenti oħra diġà għamlu moviment fuqha kienet fuq komunikazzjoni Com(2013)721, li għandha x'taqsam mas-sistema tal-VAT.", "Jekk intom taqblu, naħseb li nistgħu nibdew naddottaw din il-prassi f'dan il-Kumitat u allura, minflok naraw id-dokumenti kollha, dawn jiġu ċċirkolati minn qabel ħalli jekk ikun hemm xi ħadd li jrid jaqbad ma' xi waħda partikolari, inkunu nistgħu niddiskutu lilha, u mbagħad naqbdu waħda jew tnejn u niddiskutuhom fid-dettall.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: M'għandix diffikultà, imma naħseb li rridu nagħmlu l-affarijiet ftit aktar strutturati, u allura jekk tista' tgħidilna x'hemm f'kull waħda jkun aħjar.", "At this stage, is-Sur Curmi jinsab waħdu u, apparti s-sussidjarjetà, għandu wkoll l-iskrutinju, jiġifieri qed ikollu mal-100 dokument fix-xahar, u ma jistax ikun li jagħmilhom sew waħdu u lanqas aħna.", "Jekk nidentifikaw erbgħa jew ħamsa, u ngħidu dan ix-xahar se nikkonċentraw fuqhom, u jekk ikun hemm bżonn inġibu l-esperti li jkunu jistgħu jkellmuna fuqhom u niskrutinizzawhom aħjar.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ejjew naqbdu l-ewwel waħda u nitlob lis-Sur Curmi sabiex jiddireġina fil-qosor fuqha.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Mela, ħalli nserrħilkom raskom: min-naħa tiegħi rajthom kollha l-proposti, u din id-darba ma kienx hemm każi jaħarqu fejn naħsbu li kien hemm xi breach.", "Qabel ma nitkellmu fuq il-proposta Com(2013)721, se ngħid xi ħaġa fuq dawn il-proposti.", "Ħafna minnhom kienu fuq kwestjoni ta' emenda ta' liġi eżistenti u fuq kwestjonijiet ta' prassi leġislattiva, fejn kien hemm waħda li kellha tiġi emendata biex tirrifletti ċerti tibdiliet fil-Lisbon Treaty.", "Daħħlu d-Delegated Acts, mentri qabel kien hemm proċedura oħra u allura din bilfors trid tinbidel.", "F'dan l-istadju ta' sussidjarjetà, kulma rridu naraw hija l-azzjoni fejn għandha tittieħed u, ovvjament, fil-kwestjonijiet ta' emendi għal-liġi Ewropea, bilfors trid temendaha l-Unjoni Ewropea.", "L-ebda stat membru – u hekk għandu jkun – m'għandu l-poter li jaqbad u jagħmel emenda għal leġislazzjoni Ewropea.", "Proposta Com(2013)721 għandha x'taqsam mal-VAT return.", "Qabel xejn, nixtieq nikkwota tliet linji mill-explanatory memorandum, fejn qed jgħidu hekk:", "Dan huwa punt li nitlobkom iżżommuh f'moħħkom għax se nerġa' immur għalih aktar tard, u huwa punt importanti, speċjalment l-aħħar biċċa.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu għal meta għandek a cross border company u din trid tissottometti l-VAT return f'pajjiżi differenti.", "Mela, għandek il-VAT return li l-businesses iridu jirritornaw, u din il-proposta se tagħmel formola standardised across the EU.", "Għalhekk m'għandekx fejn titfixkel.", "Bħala pożizzjoni li ħadu l-parlamenti, apparti tal-Ġermanja, kien hemm iż-żewġt iKmamar tal-Polonja u tad-Danimarka li lestew l-iskrutinju tagħhom u ma sabux breach.", "L-oħrajn kienu bdew l-iskrutinju, imma ħadd ma wera li hemm breach.", "Kien hemm il-Ġermaniżi u warajhom il-Franċiżi – imma l-pożizzjoni Franċiża kienet aktar vaga minn dik Ġermaniża – li wrew li kien hemm breach.", "Personalment, jien ma naqbilx mar-reasoned opinion Ġermaniża u ktibt fid-dettall fil-konklużjoni tiegħi għaliex mhux qed naqbel mal-pożizzjoni Ġermaniża.", "L-ewwel nett, huma qed jgħidu minħabba l-uniformità.", "Jekk tridu ssegwu, f'paġna 3 l-aħħar paragrafu, huma qed jgħidu li din mhijiex uniformi biżżejjed u allura ma tistax issejħilha standard.", "Il-proposta qed tgħid li hemm items ta' informazzjoni li businesses iridu jniżżlu, u hemm ħafna minnhom li huma optional.", "Qed nispjega l-konklużjoni tiegħi f'paġna 3 tar-rapport li għamilt u li jirrifletti l-opinjoni tal-Bundestag.", "Il-formola se jkun fiha diversi options, u għandek il-business li jrid jagħżel fields minnhom u jniżżel fihom, bħal meta jkollna formola li trid tniżżel l-isem, l-indirizz, eċċ. Dawn huma affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat tal-business.", "Il-member states se jkollhom il-flessibilità li jagħtu l-fields u jgħidu li dawn għandhom jitniżżlu, filwaqt li ħaddieħor jista' jiddeċiedi fuq oħrajn.", "Din il-Ġermaniżi qed joġġezzjonaw fuqha, imma jew ma qrawhiex tajjeb jew ma nafx, imma l-proposta qed tgħid li hemm ħames fields li se jkunu compulsory, jiġifieri l-element ta' standardisation diġà qiegħed hemmhekk għax dawk il-ħamsa se jkunu kollha l-istess.", "Imbagħad hemm option oħra – imma dik xi ħaġa oħra – li qed taġevola s-sistema ta' kull stat membru.", "Dik hija xi ħaġa pożittiva u mhux negattiva u, se mai, naħseb li se tgħin il-każ tas-sussidjarjetà u mhux tmur kontrih.", "Barra minn hekk, hemm xi ħaġa oħra li naħseb ma fehmux l-iskop tal-proposta għax din aktar qiegħda indirizzata mhux għall-istat membru u għall-amministrazzjoni tal-istat membru, iżda biex tiffaċilita x-xogħol tal-businesses li jiffaċċjaw amministrazzjonijiet differenti, kif qrajtilkom mill-Commission explanatory memorandum.", "Għalihom xorta se tkun forma standardised għax business, peress li għandu the same five compulsory fields, quddiem wiċċu se jsib l-istess forma u jista' jimla dawn il-ħames fields across the EU, u allura għalih diġà hemm value added li hija waħda mill-pre-rekwiżiti biex tiġġustifika azzjoni min-naħa tal-EU.", "Dak huwa argument li, personalment, nara li ma jreġix min-naħa tal-Ġermaniżi għax member states cannot exempt dawk il-ħames fields li semmejt.", "Issa, mill-oħrajn jistgħu, u allura xorta hemm element ta' standardisation.", "Wara, qalu xi ħaġa oħra interessanti u torbot ma' dak li ntqal fl-EPPO.", "Ta' min jgħid li fil-komunikat tal-EPPO, l-Kummissjoni tinnota li aħna konna indirizzajna l-element ta' sussidjarjetà b'mod tajjeb.", "U kien hemm sentenza li timplika li aħna, flimkien ma' parlament ieħor, konna qed nifformolaw argument tajjeb, filwaqt li ħafna parlamenti oħrajn ma kenux għax kienu qegħdin jindirizzaw affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sussidjarjetà.", "Naħseb li din hija l-problema tal-Bundestag f'din l-opinion għax, kif qal iċ-Chairman, dawn qed jgħidu li kellhom sistema aħjar.", "U, kif qalet il-Kummissjoni meta tkellmet fuq l-EPPO, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma jitkellimx fuq l-effiċjenza ta' pajjiż membru wieħed u s-sistema Ewropea, imma titkellem fuq is-sistema Ewropea mas-sistemi inġenerali tal-istati membri.", "Jekk tista' tiġġeneralizza u tgħid li l-istati membri mhumiex kapaċi jlaħħqu jew iwasslu għall-oġġettivi msemmijin just through their action, mela dak huwa każ sod biex l-Unjoni Ewropea tintervjeni, irrispettivament minn kif pajjiż wieħed … Pereżempju, l-Isvezja jew il-Ġermanja għandhom sistema tajba, imma xorta waħda din hija kwestjoni ta' Unjoni.", "Dan qisu f'pajjiżna għandek kunsill wieħed li qiegħed jiddilja sew ma' problema, imma xorta waħda dan ma jfissirx li m'għandniex nagħmlu liġi biex tkopri l-kunsilli l-oħra.", "Jiġifieri inti trid tħares lejn il-pajjiż as a whole.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fl-aħħar artiklu tar-reasoned opinion tal-Ġermaniżi qed jingħad hekk:", "Inti qed tara din is-sitwazzjoni barra minn dan il-kontest?", "X'inhi t-take tiegħek fuqha?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Naħseb li l-kwestjoni ta' sussidjarjetà fil-fatt ma tantx hija f'lokha, imma hija aktar kwestjoni ta' skrutinju.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Bundestag qed jipprova jibgħat messaġġ hawnhekk lill-Kummissjoni?", "X'inhi l-evalwazzjoni tiegħek?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Ovvjament qed jibgħat messaġġ għax qed jikteb reasoned opinion.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Apparti dik, hemm xi ħaġa oħra fiha li mhux qed narawha?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Ovvjament qed jagħmel dan il-punt ukoll.", "Din hija kwestjoni tal-ministeru.", "Din mhijiex xi ħaġa daqshekk ċara bħala kwestjoni ta' sussidjarjetà, u hija dibattibbli.", "Fil-fatt, huma qed jgħidu li se żżid, mentri l-oħrajn qed jgħidu li mhux se żżid.", "U għalhekk hemm bżonn li tidħol f'aktar dettall.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandna sat-2 ta' Jannar.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Għalhekk nistgħu mmexxuha billi nikkonsultaw mal-Gvern fuqha.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dan l-istadju inti ma ndagajtx fuq x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern u kif se tolqot …", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fir-rapport m'għandekx aktar informazzjoni fuqha?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Le, m'għandix.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għad m'hemmx pożizzjoni fuqha?", "IS-SUR KENNETH CURMI: Le, m'hemmx pożizzjoni.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Forsi wieħed jista' jipposponi ftit biex naraw x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-ħmistax li ġejjin, u qabel id-deadline dan il-Kumitat jikkonsidra dik il-pożizzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Il-Pollakki wkoll qed jgħidu li m'hemmx breach.", "FRANCIS ZAMMIT DIEMCH: Ma nistax nimmaġina l-Membri tan-naħa tal-Gvern li ma jaqblux ma' din il-proposta.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Il-Pollakki kkonkludew l-iskrutinju tagħhom u qalu li m'hemmx.", "Il-Franċiżi kellhom xi punti wkoll.", "THE CHAIRPERSON: Naħseb li f'dan l-istadju għandna nieħdu l-punti li għamlu ż-żewġ kelliema tal-Oppożizzjoni, u naraw x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern.", "Għalhekk, din il-proposta se nħalluha pending u mbagħad, jekk ikun hemm xi problemi, nerġgħu niddiskutuha.", "Naħseb li fuq il-proposti l-oħra, jekk ma tixtiqux li niddiskutu xi waħda partikolari, nistgħu neħduhom kollha bħala proposti li mhumiex qegħdin jiksru l-prinċipju tas-sussidjarjetà, u allura nistgħu mmexxu fuqhom.", "Fuq il-proposta Com(2013)721, se nħallu f'idejn is-Sur Curmi sabiex jara x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern u, jekk ikun hemm bżonn, nerġgħu nressquha quddiem dan il-Kumitat.", "Jekk m'għandniex aktar x'niddiskutu nistgħu naġġornaw il-laqgħa għal għada fis-6.00 p.m. Nirringrazzjakom.", "Fit-7.57 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131211_013d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:50 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joseph Sammut (sostitut tal-Onor.", "Karmenu Vella (sostitut tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin) u l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor Ryan Callus u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri.", "11 u12 li saru fid-19 ta' Novembru u t-2 ta' Diċembru, 2013 kienu konfermati.", "Ittra ta' risposta mill-Kummissjoni Ewropea datata s-27 ta' Novembru 2013 fir-rigward tal-proposta leġislattiva fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Kumm(2013)534) fejn sostniet li minkejja l-opinjonijiet motivitati li kienu ntagħbtu, l-Kummissjoni ddeċiediet li din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u allura kienet se żżommha kif inhi.", "Ittra datata t-3 ta' Diċembru 2013 fejn il-Kummissjoni kkumunikat il-ġustifikazzjonijiet tagħha għall-proposta tagħha Kumm(2013)265 dwar regoli fuq is-saħħa u l-benessri tal-annimali u pjanti, li fir-rigward tagħha l-Kumitat kien bagħat il-kummenti tiegħu fis-16 ta' Lulju 2013 mhux fuq is-sussidjarjetà imma fuq kwestjoni ta' proporzjonalità.", "Email mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej dwar iż-żjara li l-Viċi President tal-Kummissjoni, Maros Sefcovic, se jagħmel f'Malta bejn id-29 u l-31 ta' Jannar 2014 u li nlaqgħet it-talba sabiex ssir laqgħa mal-Kumitat.", "PREŻENTAZZJONI MILL-E.T. ALEXANDROS RALLIS, AMBAXXATUR TAL-GREĊJA GĦAL MALTA, DWAR IL-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA GRIEGA TAL-UNJONI EWROPEA", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ambaxxatur Alexandros Rallis għamel referenza partikolari għal dawn il-prijoritajiet:-", "Il-Kriżi Ekonomika u Finanzjarja: jittieħdu miżuri għas-salvagwardja tal-istabilità tal-Ewro billi tissaħħaħ l-Unjoni Monetarja Ewropea (EMU) u jintlaħaq ftehim fuq l-unjoni bankarja.", "Il-Qagħad u r-Riċessjoni: fil-kuntest tal-Compact for Growth and Jobs jiġi faċilitat il-kreditu għall-SMEs, tiżdied il-mobilità tal-ħaddiema u jsiru free trade agreements mal-Istati Uniti u sħab strateġiċi oħra.", "Il-Migrazzjoni: jitnaqqas jew, saħansitra, jitwaqqaf l-influss ta' immigranti rregolari, mingħajr ma jintrifsu d-drittijiet umani; jinħoloq spazju għall-migrazzjoni legali; tiżdied l-għajnuna lill-pajjiżi terzi biex jikkumbattu l-migrazzjoni illegali u tiżdied l-għajnuna għall-Istati Membri li huma l-aktar affettwati mill-immigrazzjoni rregolari; titwaqqaf Task Force għall-Mediterran sabiex, fost affarijiet oħra, tkisser iċ-ċrieki kriminali involuti fit-traffikar ta' persuni.", "Is-Settur Marittimu: tingħata spinta lill-politika marittima tal-Unjoni Ewropea li tinkludi t-trasport bil-baħar, l-ispatial planning, seabed mapping, sorsi ta' enerġija mill-baħar u promozzjoni ta' turiżmu fil-lokalitajiet kostali tal-Unjoni Ewropea.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "KONSIDERAZZJONI TA' PROPOSTI LEĠISLATTIVI TAL-UNJONI EWROPEA FIL-KUNTEST TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "Il-Kumitat ikkonsidra r-rapporti mħejjija mir-research analyst fir-rigward tal-ħdax-il proposta leġislattiva li ġejjin u qabel li fir-rigward tagħhom ma kienx hemm ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà:-", "Il-Kumitat qabel li l-proposta Kumm(2013)721 għandha terġa' tidher fuq l-aġenda sabiex jiġi ċċarat jekk fil-każ ta' Malta din il-proposta ddgħajjifx il-ġlieda kontra l-evażjoni tal-VAT bil-konsegwenza li jkun hemm anqas dħul għall-istat, kif qiegħda ssostni l-Ġermanja fl-aħħar paragrafu tal-opinjoni motivata tagħha.", "Fis-7.57 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131211_013m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2013", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Vjolenza Domestika – Diskussjoni mal-Aġenzija Appoġġ u l-Aġenzija Sapport.", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131211_015a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 15", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.39 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 13 li saret it-Tnejn, 02 ta' Diċembru ġew konfermati.", "Vjolenza Domestika – Diskussjoni mal-Aġenzija Appoġġ u l-Aġenzija Sapport", "THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Ngħaddu mal-ewwel għad-diskussjoni tal-lum u nirringrazzja lill-mistednin preżenti.", "Qabel xejn se jkolli nitlob lill-Onor.", "Silvio Parnis sabiex illum joqgħod bħala Viċi President ta' dan il-Kumitat minħabba li għandi nagħmel diskors fil-Plenarja.", "Jiddispjaċini li mhux se nkun qiegħda hawnhekk imma ovvjament wara l-laqgħa se nisma' r-recording biex inkun naf xi tkunu għedtu.", "Importanti ngħidilkom li din il-laqgħa se tkun recorded biss bħala audio għax f'din il-Kamra għad m'hawnx cameras.", "Imma jekk għandkom xi problema dwar dan u ma tixtiequx li tiġu recorded għiduli ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Kif tafu aħna qegħdin niddiskutu s-suġġett tal-vjolenza domestika mil-lat ta' kif l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna jitrattaw mal-vittmi u qegħdin naraw ukoll l-aċċess għall-ġustizzja kemm qed jimxi sew jew le.", "Issa se nħalli t-tmexxija tal-Kumitat f'idejn l-Onor.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Silvio Parnis): Nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna kif ukoll għax-xogħol li tagħtu fil-komunità.", "Bħalma tafu llum se niddiskutu l-vjolenza domestika u stedinna rappreżentanti kemm min-naħa tal-Aġenzija Appoġġ kif ukoll mill-Aġenzija Support.", "Li nixtiequ nisimgħu min-naħa tagħkom huwa kif tħossu li qegħdin taħdmu u kif tirċievu għandkom lil dawk in-nies li taħdmu magħhom.", "Ovvjament ħossukom liberi sabiex tgħidu dak li tħossu imma żgur li dak li se tgħidu se jkun utli ħafna għal dan il-Kumitat.", "DOREEN CAMILLERI (Service Area Leader tat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ): Id-Domestic Violence Services jikkonsistu mid-Domestic Violence Unit fejn naħdmu mal-vittmi u mill-Perpetrator Services fejn noffru servizz għall-aggressur.", "Aħna naħdmu mal-adulti, jiġifieri l-vittma trid tkun adulta u normalment ninkoraġġixxu li jiġu huma għall-għajnuna għax huma adulti u allura tkun l-għażla tagħhom li jagħmlu kuntatt magħna.", "U skont dak li jkunu jridu aħna nimxu magħhom.", "Naħseb li on average ikollna madwar 500 każ ġdid jew li - referrals ikun hemm iżjed fis-sena – jerġgħu jiġu re-activated filwaqt li min-naħa tal-Mens Services forsi jkun hemm madwar 60 biss fis-sena u minnhom forsi jkun hemm 12 li jagħmlu l-programm.", "Kif qed taraw ir-rispons għal dan il-programm huwa daqxejn batut.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Għalfejn ikun daqshekk batut?", "DOREEN CAMILLERI: Għal ħafna affarijiet.", "L-ewwelnett dan il-programm għadu volontarju wisq u fl-opinjoni tagħna għandu jkun aktar court mandated l-attendenza għal dan il-programm.", "Qabel kien ikollna ftit li jiġu għax ikunu court mandated imma issa kważi mhu qed ikollna xejn.", "Kultant kulma jkunu jridu huwa li jiġu s'hemm għax imbagħad ladarba tibda taħdem magħhom jibdew jaraw ċerti affarijiet.", "Min-naħa tal-vittma aħna nimxu skont xi tkun trid il-vittma u aħna, meta qegħdin niddiljaw man-nies naraw ħafna sitwazzjonijiet differenti.", "L-iktar problemi li jiltaqgħu magħhom in-nisa tagħna huma fuq id-dewmien biex jinstema' każ il-Qorti għax fil-frattemp dawn jistgħu jkunu qegħdin imwaħħlin ġo shelter mingħajr il-kura u l-kustodja tat-tfal, mingħajr il-manteniment u mingħajr il-possibilità li jagħmlu t-trasferiment tat-tfal tagħhom minn skola għal oħra għax ikunu jridu l-firma tal-missier.", "Jekk it-tfal ikollhom traits ta' suicide, etc u allura naraw li jkollhom bżonn li jaraw pschyologist, mingħajr il-firma tar-raġel din ma tistax issir!", "Ikun hemm ħafna piki u allura jispiċċaw li ma jiffirmawlhomx għal dawn l-affarijiet.", "Aħna mmorru l-Qorti meta jkun hemm każi ta' vjolenza domestika.", "U għalkemm il-liġi tgħid li ladarba r-rapport jiġi lodged ġol-għassa dan irid jitmexxa għall-Qorti, once li jaslu għall-Qorti qabel ma jibda jinstema' il-każ joħorġu jgħajjtu; \"Min se jaħfer illum?\"", "Anke jekk din il-mara qiegħda hemmhekk u tinsab imwerwra mir-raġel u forsi jkun hemm ukoll il-familjari tiegħu miegħu u li jibdew jagħmlulhom l-pressjoni fuqha, din se tibża' u… Din aħna narawha u luckily l-Imħallef jaraha wkoll most of the time.…", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Intom qatt intervjenejtu?", "Min-naħa tagħkom bħala social workers qatt għedtu li din il-manuvra mhijiex f'lokha?", "DOREEN CAMILLERI: Il-verità hi li we are a very small team u nimxu ħafna kontra l-kurrent.", "It-training fuq il-vjolenza domestika huwa wieħed speċjalizzat imma meta noffru t-training jew is-seminars dejjem jiġu l-istess nies!", "Qisu ħadd ma jrid jitgħallem.", "Sal-lum stess kelli każ ta' mara li ġiet qaltli li marret tagħmel ir-rapport u tawha ċans ġimgħa u nofs biex terġa' taħsibha!", "Qalulha aħsibha sew qabel tagħmel ir-rapport għax se ttelliflu x-xogħol …", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Min jgħid hekk?", "DOREEN CAMILLERI: Il-pulizija għalkemm mhumiex kollha hekk.", "Jiġifieri ma rridx niġġeneralizza imma can you imagine li din il-mara ssib lil min jgħidilha hekk wara li tkun mwerwra u tkun għamlet sagrifiċċju kbir biex tmur titlob l-għajnuna!", "ETIENNE GRECH: Meta l-marixxall joħroġ jgħid min hu lest li jaħfer il-każ xorta waħda jinstema'?", "SARAH DEBONO (Social Worker mal-Aġenzija Appoġġ): Imma ma jinstemax il-każ kollu.", "(Interruzzjonijiet)", "DOREEN CAMILLERI: Jiena qiegħda ngħid għal meta n-nisa jmorru jagħmlu r-rapport l-għassa.", "The whole system ma tissapportjahomx lil dawn in-nisa għax anke minn meta jagħmlu r-rapport sakemm jinstema' il-każ tagħhom il-Qorti jsibu ħafna ostakoli.", "Mela l-ewwel ma jitlax il-Qorti l-aggressur, imbagħad il-kawża tiġi diferita u fil-frattemp din il-mara u t-tfal tagħha jinsabu bla flus.", "It-tfal mhux imorru l-iskola u f'ċerti każijiet qed nitkellmu fuq xhur.", "Imbagħad safejn naf jien fl-ebda pajjiż fid-dinja ma teżisti l-mediation f'każijiet ta' vjolenza domestika.", "(Interruzzjonijiet) Hawn Malta ssir il-mediation f'każijiet ta' domestic violence!", "Bħala Aġenzija Appoġġ ġieli ħallasna għall-police escort biex jitilgħu man-nisa tagħna għall-mediation.", "(Interruzzjonijiet) Din għadni qatt ma ltqajt magħha.", "SARAH DEBONO: Fil-każijiet kollha li jibdew il-proċeduri ssir din u qiegħda tieħu t-tul, jiġifieri jibqgħu għaddejjin biha ...", "DOREEN CAMILLERI: Apparti l-biża' li jkun hemm.", "Kellna każijiet fejn ir-raġel kisrilha saqajha u din kienet bil-police escort!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-Qorti normali?", "Jiġifieri m'hemmx xi qorti apposta?", "U din mhijiex daqshekk trattata bħala a criminal act.", "Imma issa Sarah tkun tista' titkellem aktar fil-fond fuq din il-kwestjoni.", "Li nista' ngħid hu li hemm ħafna shortcomings għal dawn in-nisa u kważi kważi nħoss li l-messaġġ li qed jingħataw dawn in-nisa huwa go back to it u oqgħod hemm għax inkella …", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Trid tħallas għal dak li ...", "DOREEN CAMILLERI: U mbagħad għandek il-legal aid - anzi m'għadhomx idumu daqskemm kienu qabel – li dawn idumu …", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Naħseb li ħafna minnhom li huma legal aids li …", "DOREEN CAMILLERI: Problema oħra dik.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-legal aid jagħtu servizz ...", "DOREEN CAMILLERI: Mhux kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din nismagħha regolarment u ċioè li tal-legal aid qishom tal-karità …", "DOREEN CAMILLERI: Mhux kollha.", "SARAH DEBONO: U anke meta nitkellmu fuq il-legal aid, in-nisa meta jagħmlu rapport u jkun se jsir il-każ kontra r-raġel, qishom jgħidulek li m'hemmx bżonn tal-avukat minħabba li huma mhumiex l-akkużati.", "SARAH DEBONO: Fil-verità aħna nħossu ħafna l-bżonn li dawn ikollhom l-avukat għax jekk il-każ tagħhom se jitla' l-Qorti, min se jitkellem għalihom u jagħtihom is-sapport?", "Issa ħafna mill-vittmi m'għandhomx finanzi biex iqabbdu avukat privat u għalhekk ikollhom jirrikorru għal-legal aid.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Meta n-nisa jitilgħu l-Qorti u jmorru jgħidulhom biex jaħfru lill-aggressur tagħhom, jerġa' ikun hemm ripetizzjoni tal-vjolenza li jkunu għaddew minnha?", "SARAH DEBONO: Dażgur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: F'dak il-każ jerġgħu jgħidulhom biex jaħfru?", "Jew il-Maġistrat jieħu in konsiderazzjoni li diġa' …", "DOREEN CAMILLERI: Il-Maġistrat jagħti ħafna konsiderazzjoni.", "Fil-fatt meta ma jħossux komdu jgħidilna biex immorru nkellmuhom aħna u biex nipprovaw nagħmlu kuntatt magħhom imma dawn mhux dejjem ikunu jridu għax la ma tkunx ordni mill-Qorti mhijiex xi ħaġa ta' bilfors.", "Hemmhekk at least qed nagħmlu dak id-daqsxejn ta' ħoss.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri jagħmluha darba u jerġgħu jagħmluha darb'oħra.", "DOREEN CAMILLERI: La jkun perpetrator ma tantx jieqaf malajr, if anything il-vjolenza se tiżdied u mhux tonqos.", "Imbagħad hemm l-element ta' dik id-dipendenza u l-biża' li jkun hemm.… Xi kultant niskanta kif dawn il-każijiet qatt ma jkunu fil-media għax l-istejjer li nisimgħu jkunu serji ħafna.", "ETIENNE GRECH: Dawn li jitilgħu l-Qorti ħafna drabi jkunu miżżewġin jew inkella separati?", "DOREEN CAMILLERI: Mit-tnejn ikunu.", "ETIENNE GRECH: U dawk li jkunu miżżewġin isibuha diffiċli biex jisseparaw?", "ETIENNE GRECH: Għax mhux dejjem isibu post fejn joqogħdu u minħabba l-flus nimmaġina?", "DOREEN CAMILLERI: Minħabba ħafna raġunijiet; flus, biżgħa, theddid, kura u kustodja tat-tfal, skola u l-bżonnijiet bażiċi li dawn kollha jkunu jiddependu minnu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U jekk tieħu statistika tagħhom dawn in-nies, taħseb li aktar ikunu nies li ma jkunux miżżewġin jew li jkunu qed jgħixu flimkien?", "Hemm xi statistika fuq dan?", "Għax tajjeb li nkunu nafu jekk dawn ikunux ilhom 20 sena miżżewġin u mbagħad ġara li ġara jew inkella ma jkunux miżżewġin imma jkunu jgħixu flimkien jew inkella jkunux għadhom kif iżżewġu.", "Min l-aktar li jbati mill-vjolenza domestika?", "DOREEN CAMILLERI: Imma naħseb l-aktar li naraw huma fost il-miżżewġin għax qabel ma jiżżewġu ma jkunx hemm minn dawn l-affarijiet.", "SARAH DEBONO: Il-mod ta' kif jaġixxu jkunu forsi daqsxejn iktar sottili.", "DOREEN CAMILLERI: Imma f'ħafna mill-każi jkunu jew fil-honeymoon jew inkella fil-first pregnancy.", "Din tiġri ħafna fil-first pregnancy, fejn ikollhok ħafna miscarriages li lanqas biss ikunu recorded għax ma jgħiduhomx l-affarijiet!", "Ikollna ħafna każi fejn jgħidulek li tilfu t-tarbija tagħhom bix-xeba' li jkun tahom ir-raġel.", "Imbagħad obviously meta jmorru ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U allura qisu qatt ma kien xejn?!", "DOREEN CAMILLERI: Qisu ma ġara xejn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aħna nitkellmu tant fuq l-abort u mbagħad dawn jibqgħu għaddejjin!", "Mela dan mhux qisu abort sa ċertu punt?!", "DOREEN CAMILLERI: Hemm ħafna krudeltajiet li jgħaddu minnhom …", "ETIENNE GRECH: Nimmaġina li t-tobba tal-isptar jarawh it-tbenġil fuqhom?", "Pereżempju daqqiet fir-ras ma jidhrux.", "ETIENNE GRECH: Imma jekk taqla' daqqa fuq rasek ma jfissirx li se titlef il-baby.", "Qatt sar studju hawn Malta min-naħa tagħkom jew inkella tafu b'xi studju ieħor dwar kemm hemm persentaġġ ta' nisa miżżewġin li jgħaddu minn dawn l-affarijiet?", "DOREEN CAMILLERI: Minn studju li sar erba' snin ilu rriżulta li mara minn kull erbgħa tgħaddi minn vjolenza domestika f'ħajjitha.", "ETIENNE GRECH: U fil-każ tal-irġiel?", "Nimmaġina li n-numru jkun ħafna inqas.", "DOREEN CAMILLERI: Ħafna inqas.", "Jiena f'dan is-servizz ilni kważi 14-il sena u f'dan iż-żmien kollu jekk kien hemm tliet każijiet ta' irġiel li kienu ġenwini qiegħda ngħid ħafna.", "U anke meta jiġu għandna l-każijiet tagħhom ikunu differenti u għalhekk huwa żbaljat meta tagħti messaġġ li każ ta' raġel se titrattah fl-istess mod li titratta każ ta' mara għax it's never the same and it's almost a non-existent reality fl-irġiel.", "Se jkun hemm tgħajjir u ġlied bejn il-koppja but that is not domestic violence.", "Jekk il-mara forsi għajjritu għax għandha lsienha twil, dik hija problema fiż-żwieġ jew għax il-mara tkun antipatka.", "Issa fil-każ tal-vjolenza domestika se jkollok power control assolut fuq flus, x'tilbes jekk toħroġ barra, fuq it-telephone, eċċ. Ikun hemm anke min jimmarka l-vażetti tal-ikel biex jaraw kemm tkun ħadet minnu!", "ETIENNE GRECH: Anke l-istalking u li joqogħdu jissorveljawhom fejn joħorġu u li jgħidulhom hemmhekk ma tistax tmur u hemmhekk lanqas …", "DOREEN CAMILLERI: Pereżempju jgħidulhom li ma jistgħux joħorġu fil-gallerija jew li nkella ma jistgħux jitilgħu fuq il-bejt biex jonxru l-ħwejjeġ!", "ETIENNE GRECH: Minn dawn il-koppji fejn il-mara tkun qiegħda tbati mill-vjolenza domestika kemm minnhom jispiċċaw biex jisseparaw?", "DOREEN CAMILLERI: Ma nafx jekk għandniex statistika dwar dan imma ma naħsibx li għandna.", "ETIENNE GRECH: Imma off hand taħseb li jkun hemm nofshom li jirnexxielhom jisseparaw jew inkella ħafna drabi, minħabba dawk ir-raġunijiet li semmejt ikollhom jibqgħu jsofru fis-silenzju?", "DOREEN CAMILLERI: Jiena dejjem ngħid li jiddependi ħafna mill-persuna inkwestjoni u skont is-support li ssib u skont x'jiġri.", "Pereżempju r-riċerka turik li l-mara ma nafx kemm-il darba titlaq mid-dar u terġa' lura għax she's not ready to leave everything.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Għax forsi tittama li se tgħaqqad il-familja.", "Jiġu jgħidulek aħna x'nistgħu nagħmlulhom jew kif nistgħu ngħinuhom biex dak li qed jiġri lilhom jieqaf.", "U aħna ngħidulhom li r-responsabilità hija ta' min qed jagħmel dawk l-affarijiet.", "ETIENNE GRECH: Li ma jkunx irid jissepara imma sempliċement ikun irid jirranġa s-sitwazzjoni.", "DOREEN CAMILLERI: Anke jekk ikollu l-għajnuna.", "Għandna każijiet fejn jieħu nisa oħra d-dar u l-mara trid toqgħod hemm u ma tista' tagħmel xejn!", "ETIENNE GRECH: Għax forsi jkollu wkoll il-ħabiba.", "DOREEN CAMILLERI: Ikollu waħda, tnejn u tlieta u din tkun torqod hemm u tiekol hemm!", "ETIENNE GRECH: Veru hawn min hu hekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-fatt li qegħdin nitkellmu fuq vjolenza domestika, intom tirċievu l-każijiet tan-nisa biss jew anke tal-irġiel?", "Għax hawn ukoll irġiel li jbatu minn vjolenza domestika.", "ETIENNE GRECH: Naħseb li r-rata hija inqas.", "SARAH DEBONO: Forsi jkollna tlieta jew erba' u mhux dejjem ikunu każijiet ġenwini.", "DOREEN CAMILLERI: Le ma jkunux ġenwini.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri meta ma jkunux ġenwini ma jkollokx każ.", "U allura n-nisa huma l-aktar li jbatu minn din is-sitwazzjoni.", "DOREEN CAMILLERI: Bħalma għedt qabel f'14-il sena forsi rajt tliet każijiet li kienu ġenwini.", "Pereżempju ħarġet l-istatistika li turi li r-rapporti għand il-pulizija żdiedu.", "Huwa ovvja li żdiedu r-rapporti!", "Kemm ilha li ħarġet il-liġi tal-vjolenza domestika u allura kulħadd għandu d-dritt li jirrapporta beda jiġri li kif il-mara tmur tagħmel rapport l-għassa, ir-raġel tagħhom imur jagħmel huwa wkoll rapport kontra l-mara tiegħu!", "U allura kważi l-każijiet kollha tal-Qorti jkunu A versus B and B versus A!", "Mela allura mhux bilfors li żdiedu r-rapporti min-naħa tal-irġiel?", "Imma dawn ma jkunux każijiet ġenwini.", "ETIENNE GRECH: Milli nara jien hu li meta jmorru l-għassa lill-pulizija jgħidulhom li ġew aggrediti u l-pulizija jgħidulhom li għandhom bżonn ċertifikat mediku.", "DOREEN CAMILLERI: Hekk hu imma dik mhux qiegħda fil-liġi.", "ETIENNE GRECH: Imma l-pulizija hekk jitolbu.", "Fil-fatt fuq din kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Emanuel Mallia.", "DOREEN CAMILLERI: U anke jgħidulhom biex imorru għand l-avukat biex iġibu kwerela ħalli jeħdulhom ir-rapport.", "Jew inkella jekk jaqilgħu xeba' l-Mosta u dawn jirniexxielhom imorru għand xi ħadd Raħal Ġdid u jidħlu l-għassa ta' hemmhekk, mill-għassa se jgħidulhom biex imorru l-Mosta.", "U dik mhijiex minnha.", "Għalhekk dawn in-nisa ħlief bsaten fir-roti ma jsibux.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U kemm ilha li daħlet il-liġi tad-divorzju naqsu dawn il-każijiet jew żdiedu?", "DOREEN CAMILLERI: M'għamlitx differenza għax il-biża' l-istess se tibqa'.", "Naħseb li l-aktar diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom meta jidħlu l-qrati u meta jmissu mal-pulizija hu li qisu l-proċess huwa wieħed twil ħafna.", "ETIENNE GRECH: Intom bħala Aġenzija Appoġġ għandkom biżżejjed riżorsi biex tlaħħqu mad-domanda li jkollkom?", "X'inhuma s-servizzi li toffru intom?", "SARAH DEBONO: Bħala social workers fid-Domestic Violence Unit qegħdin 6 full-timers u waħda part-timer li jridu jlaħħqu ma' Malta u Għawdex kollu.", "ETIENNE GRECH: Imma regarding domestic violence qed ngħid u mhux minn drug abuse jew xi ħaġa oħra.", "DOREEN CAMILLERI: Imma domestic violence ara kemm għandek każijiet meta qed ngħidu li one in four women tgħaddi minn xi tip ta' vjolenza domestika f'ħajjitha.", "ETIENNE GRECH: Il-bulk tax-xogħol tagħkom huwa fuq domestic violence?", "DOREEN CAMILLERI: Il-unit tagħna hija fuq domestic violence biss.", "Imma kif diġa' għedt għandna 500 referral fis-sena u turnover of cases ta' aktar minn 680.", "ETIENNE GRECH: U l-unit tagħkom huwa parti kbira mill-Aġenzija Appoġġ?", "DOREEN CAMILLERI: Le parti żgħira ħafna għax il-units l-oħra kollha jikbru mentri tagħna tibqa' kif inhi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U għalfejn ma tikbrux?", "DOREEN CAMILLERI: Naħseb li r-raġuni hi li ma tmissx daqshekk il-qalb ta' dak li jkun bħalma tmiss meta ssemmi t-tfal.", "Nistħi ngħid li sa ftit ilu kellna 100 każ fuq il-waiting list!", "Ara fuq domestic violence jistax ikollok waiting lists!", "ETIENNE GRECH: Avukati u psychologists għandkom magħkom?", "DOREEN CAMILLERI: Għandna avukata għall-aġenzija kollha.", "SARAH DEBONO: Din l-avukata tagħti free consultation.", "Għandna wkoll is-psychological services imma għal dan is-servizz hemm lista twila ħafna.", "Fejn jidħlu t-tfal hija daqxejn problema għax jekk dawn it-tfal jiġu allokati għal mal-psikoloġista, dan ma jkunx jista' jibda jaħdem magħhom għax ikunu jridu firma tal-missier.", "ETIENNE GRECH: U intom mis-sezzjoni tad-domestic violence fl-Aġenzija Appoġġ apparti milli jkollkom aktar manpower, x'tipproponu bħala tibdil biex tkunu tistgħu toffru servizz aħjar?", "Li tinbidel il-liġi?", "DOREEN CAMILLERI: Mhux li tinbidel il-liġi għax din diġa' qiegħda in place imma li jkun hemm aktar enforcement.", "L-ewwel ħaġa jekk ikun hemm rapport irid isir xi ħaġa dwar is-safety tal-mara u pereżempju r-raġel irid jinħareġ mill-ewwel mid-dar għax hawn Malta jista' jinħareġ ir-raġel permezz tal-Qorti biss.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri dik imbagħad mill-pulizija trid tiġi hux hekk?", "DOREEN CAMILLERI: Naħseb li mil-liġi trid tiġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri meta tmur l-għassa tirrapporta, kemm idum biex joħroġ ir-rapport?", "SARAH DEBONO: Ir-rapport idum u biex jidhru quddiem il-Qorti ġieli ħadu three months u anke aktar.", "ETIENNE GRECH: Dawn l-affarijiet semmejtuhom bħala Aġenzija Appoġġ? (off mic)", "DOREEN CAMILLERI: Eżatt.", "U huwa d-dmir tal-pulizija li jinvestigaw.", "Jiġifieri aktar se jpoġġuha f'perikolu lil din il-mara jekk se jċemplu lir-raġel jew inkella se jmorru jkellmuh biex jinvestigaw.", "ETIENNE GRECH: F'dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm riforma fis-sistema tal-ġustizzja.", "Mortu titkellmu mal-awtoritajiet konċernati?", "ETIENNE GRECH: Ħareġ ktieb minn April lil hawn fejn qiegħda ssir diskussjoni mal-pubbliku u anke mal-aġenziji dwar ir-riforma fis-sistema ġudizzjarja.", "SARAH DEBONO: Għadna ma ġejniex ikkonsultati aħna.", "ETIENNE GRECH: Imma anyone can participate għax konsultazzjoni pubblika.", "Avolja issa għaddiet.", "RUTH SCIBERRAS (Operations Director Aġenzija Appoġġ): Dwar ir-riforma tal-ġustizzja naħseb li rridu nagħtu feedback dwar dawn l-issues.", "ETIENNE GRECH: Ovvjament tridu tikkonsultaw mal-Ministeru tal-Ġustizzja.", "Imma naħseb li diġa' ġiet konkluża għax il-bieraħ irċevejna l-ktieb.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri intom ma kontux tafu b'din il-konsultazzjoni?", "RUTH SCIBERRAS: Konna f'xi diskussjonijiet anke mal-Kummissarju tal-Pulizija, jiġifieri naħseb li aktar konna qegħdin ngħaddu l-feedback lilu dirett milli bħala riforma tal-ġustizzja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri l-problemi u dawn l-issues għaddejtuhom intom.", "RUTH SCIBERRAS: Iva għaddejnihom.", "Għandek pereżempju l-issue tal-mediation.", "ETIENNE GRECH: U fejn tidħol protection tan-nisa ssibuha min-naħa tal-pulizija?", "DOREEN CAMILLERI: Pereżempju jekk ċempel xi ħadd u ried joħroġ mid-dar dak il-ħin stess, aħna nieħdu ħsieb li mmorru.", "Ġieli jkollna bżonn il-pulizija magħna u nipprovaw inċemplu l-għassa.", "Ġeneralment immorru għalihom aħna l-pulizija bil-karozza tagħna għax ma jkollhomx il-karozza tagħhom u mbagħad il-pulizija jgħidulek li ma jistgħux joħorġu għax qegħdin barra mid-distrett tagħhom.", "U b'hekk aħna nitħallew waħedna.", "Hemm problemi kbar!", "ETIENNE GRECH: Anke naħseb rigward postijiet għal dawn il-persuni.", "Jiena kelli każi – u ovvjament irriferejthom għand l-awtoritajiet kompetenti – ta' persuni li juru x-xewqa li jitilqu mid-dar għax ma jkunux jifilħu aktar lir-raġel tagħhom għax dan dejjem isawwathom u jgħajjarhom.", "U allura jkunu jridu jmorru x'imkien imma ma jkollhomx fejn imorru.", "DOREEN CAMILLERI: Fil-fatt jeżistu x-shelters.", "ETIENNE GRECH: Kollox sew hemm ix-shelters imma hemm biżżejjed minnhom dawn?", "Jew inkella biex tidħol f'shelter għandek il-waiting list ukoll?", "DOREEN CAMILLERI: Meta ġiet mara tistaqsi bil-biża' għax ma tridx tmur lura d-dar aħna qatt ma bagħtniha lura d-dar.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri m'hemmx waiting list?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U kemm jistgħu jdumu f'dawn ix-shelters għax jekk m'inix sejjer żball dawn marbutin biż-żmien?", "RUTH SCIBERRAS: Imma kemm aħna kif ukoll Dar Merħba Bik nagħmlu l-eċċezzjonijiet.", "Suppost li f'Għabex idumu tliet xhur imma għandna ġieli damu 'l fuq minn sena.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U rigward ikel taħsbulhom intom għalih għax nimmaġina li dawn lanqas flus ma jkollhom?", "RUTH SCIBERRAS: L-ikel nipprovduh aħna u mbagħad huma suppost li jagħtu xi ħaġa lura billi…", "ETIENNE GRECH: Ovvjament you help them psychologically u naħseb tgħallmuhom ukoll kif ikunu self sustaining.", "DOREEN CAMILLERI: Skont xi jkollhom bżonn.", "Ma jfissirx li għax qegħdin hemmhekk they are lacking in these skills.", "It doesn't mean li għax inti dħalt ġo shelter your'e lacking in budgeting skills or in parenting skills, it just means that you need support għax hemm xi ħadd li qiegħed jintimidak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Meta dawn in-nisa jkunu ġox-shelter u jibżgħu jmorru d-dar jew inkella m'għandhomx fejn imorru, min-naħa tal-Housing Department jagħtuhom post alternattiv?", "Jekk mhux se jagħtuhom post se jkollhom problema għax dawn ikunu jridu fejn joqogħdu.", "Issibu problema mal-Housing Department biex jagħtukom postijiet għal dawn in-nies?", "U jekk jingħataw djar kemm jingħataw?", "Ġieli kellna każijiet veru gravi u dawn jingħataw post malajr imma dawn huma rari ħafna u mhux in-norma.", "Ikollhom xi punti iżjed għax ikun każ ta' vjolenza domestika u allura bħala priority jitilgħu aktar 'il fuq imma dan ma jfissirx li se jingħataw post malajr.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri meta jgħaddi ż-żmien fejn jerġgħu jmorru dawn in-nisa?", "RUTH SCIBERRAS: Ħafna minnhom imorru lura d-dar.", "ETIENNE GRECH: Fl-istess dar fejn ikun hemm ir-raġel?", "DOREEN CAMILLERI: Jew jikru jew inkella jmorru għand xi ħadd minn tal-familja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma kif jikru meta m'għandhomx flus?", "RUTH SCIBERRAS: Għax ikunu qegħdin jieħdu s-social benefits.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma biex tikri post trid mill-inqas €350!", "ETIENNE GRECH: Imma issa se jiżdiedu s-social benefits.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jien dejjem ngħid li din żgur li ma tkunx qiegħda tgħix waħedha u li jkun hemm xi ħadd li qed isostniha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma allura dawn minn fejn iġibuhom il-flus?", "Jien ikolli l-programmi u hekk nibda ngħid.", "Mela taqla' €500 fix-xahar u tħallas €300 f'kera u mbagħad ikollhom l-internet, il-mobile.…", "RUTH SCIBERRAS: Ma naħsibx li hu hekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma jkolli minn dawn.", "Allura forsi dawk li jirrikorru għandkom ma jkunux ta' dan it-tip?", "DOREEN CAMILLERI: Aħna mhux qed ngħidu li ma niltaqgħux ma' każijiet hekk imma żgur li mhumiex il-maġġoranza tal-każijiet tagħna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma xorta jikru bi €300.", "Allura mbagħad kif jgħixu b'€200?", "RUTH SCIBERRAS: U huma mbagħad dejjem jipprovaw isibu xi xogħol....", "ETIENNE GRECH: Hemm nies li mhumiex għaddejjin minn vjolenza domestika u jgħixu fuq ir-relief u dawn qegħdin f'dar tal-Housing u b'xi mod jew ieħor....", "DOREEN CAMILLERI: Dawn li qed jikru ħafna minnhom ma jikrux mingħand il-Housing.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma jikru bi €300 fix-xahar.", "ETIENNE GRECH: Naf nies li qegħdin fuq ir-relief u....", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma dawn ma jmorrux fuq vjolenza domestika mbagħad imma huma differenti għax min diġa' qiegħed issettiljat id-dar u qiegħed ġo post tal-gvern u qed jaqbad €300..… Dak x'għandu u x'm'għandux hija affari tiegħu.", "ETIENNE GRECH: Dawn f'kelma waħda żgur li se jaqgħu taħt il-linja tal-faqar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Faqar kbir.", "ETIENNE GRECH: U bħala prospetti ta' xogħol ikun diffiċli għalihom psikoloġikament.", "DOREEN CAMILLERI: Ikun hemm ħafna affarijiet; tfal, skejjel u ġieli lanqas uniformi ma jkollhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-uniformijiet mhux jidobbawhom?", "RUTH SCIBERRAS: Aħna għandna ċ-Children's Fund biex inkunu nistgħu ngħinuhom minnu rigward l-uniformijiet.", "Is-social worker tagħmel request għat-tfal tagħhom u ngħinuhom miċ-Children's Fund tal-Aġenzija Appoġġ.", "DOREEN CAMILLERI: Ħafna drabi hekk ngħinuhom aħna.", "RUTH SCIBERRAS: Nixtrulhom l-uniformi u kollox.", "Ġieli minħabba safety issues ikollok bżonn li tagħmlilhom transfer tal-iskola għax il-missier jista' imur l-iskola wkoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Forsi anke tagħmluha bil-moħbi biex il-missier ma jkunx jaf fejn qed imorru skola t-tfal.", "DOREEN CAMILLERI: Jekk ma jkollux kura u kustodja tagħhom.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju jekk mara li sabet l-għajnuna tagħkom u din marret ġewwa l-Għabex imma xorta tibqa' tiġi ppersegwitata mir-raġel tagħha u fl-istess ħin dan ir-raġel diġa' ikollu xi mara oħra.", "Jiena tabib tal-familja u ġieli nisma' b'dawn il-każijiet.", "Imma minkejja li jkollu mara oħra xorta jibqa' jaħseb li l-mara hija tiegħu u jibqa' jiddominaha.", "F'dan il-każ kif tipprovaw tgħinuhom lil dawn in-nisa?", "Permezz tal-pulizija?", "DOREEN CAMILLERI: L-iktar ħaġa biex mara żżommha milli timxi 'l quddiem hija permezz tal-biża'.", "ETIENNE GRECH: Għandek il-garanzija tal-pulizija?", "DOREEN CAMILLERI: Eżatt imma m'hemmx.", "Ġieli anke meta toħroġ garanzija dan jagħtiha xi xeba' u kważi kważi jqisuh bħala a new case!", "Ara ma taħsibx li se jinġabar u jintefa' il-ħabs mill-ewwel!", "ETIENNE GRECH: L-irġiel li huma perpetrators ħafna drabi jkunu minn ċerti social classes għax biex tkun isseparajt minn mal-mara tiegħek u xorta tibqa' tagħmel dawn l-affarijiet ma naħsibx li se tkun xi teacher jew nurse …", "SARAH DEBONO: Ma tagħmilx differenza għax jista' ikun minn kull faxxa tas-soċjetà.", "ETIENNE GRECH: Jekk pereżempju dan ikun nurse, professjonist, tabib, avukat, għalliem jew pulizija aktar se jibża' minn bniedem li m'għandu xejn x'jitlef.", "Pereżempju aħna jkollna ħafna nisa ta' pulizija.", "U jkollna wkoll nies minn kull professjoni li semmejt.", "RUTH SCIBERRAS: Anke nisa li għandhom il-proprjetà tagħhom, jiġifieri nisa li ma jkunux ħafjin.", "DOREEN CAMILLERI: U ġieli jkollhom id-dar tagħhom, joħorġu minnha u jidħlu ġo shelter għax at the end of the day il-biża'…", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk mortu għal xi ħadd għax din tkun ċemplitilkom u qaltilkom li qiegħda tiġi msawta, naħseb li l-pulizija tkunu tridu ġġibuh mill-għassa.", "Issa dawn il-pulizija ma jkunux mgħallmin biex jitrattaw dawn il-każijiet.", "U allura naħseb li wasal iż-żmien li l-Gvern joffri pulizija jew skwadra apposta li jkunu studjaw fuq dan il-qasam.", "Kien hemm training li tajnih lill-Korp tal-Pulizija kollu.", "U anke Għawdex morna.", "Jiġifieri t-training sar.", "Din iddiskutejniha wkoll mal-Kummissarju at his level għax qisu hemm il-ħsieb ta' xi college.", "L-Akkademja tal-Pulizija qisha qiegħda taħseb għal xi tip ta' training f'dan ir-rigward.", "Il-feedback tagħna kien li meta kienu jmorru jagħtu t-training - u ġieli mort jien personali – kien ikollok kamra bi 300 ruħ!", "Għidli x'se tieħu b'dan il-mod!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma m'għandux ikun hemm pulizija apposta u intom ikollkom il-fakultà ...", "DOREEN CAMILLERI: Hemm il-Vice Squad li allaħares ma jkunux huma għax jgħinuna ħafna imma kif diġa' għedt il-Vice Squad hija tim żgħir ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U magħkom ix-xogħol m'hemmx pulizija u allura meta jkollkom bżonn wieħed iċċemplu għalih?", "DOREEN CAMILLERI: Eżatt m'hemmx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U qatt tlabtu jew ħassejtu l-bżonn li jkollkom pulizija tagħkom u li dawn ikunu mgħallmin apposta?", "B'hekk anke x'ħin toħorġu intom ikollkom is-security.", "DOREEN CAMILLERI: Fil-fatt tagħmel ħafna differenza meta mara tiġi tgħid – din tiġri ħafna wkoll, jiġifieri rridu ngħidu kollox - li sabet pulizija jgħinha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U kieku tkun pulizija mara naħseb li tkun aħjar milli pulizija raġel naħseb.", "ETIENNE GRECH: Ġieli ma jagħtux kashom il-pulizija?", "DOREEN CAMILLERI: Ġieli jkun hemm każi fejn ir-rapport ma tantx jieħduh jew jintilef jew inkella qatt ma jasal.", "Fil-fatt aħna ninkoraġġixxu lin-nisa sabiex ir-rapport jagħmluh lill-Vice Squad meta jkun każ ta' mara ta' pulizija.", "SARAH DEBONO: Tifhimha għax f'dak il-każ qishom se jinvestigaw lil sħabhom stess.", "ETIENNE GRECH: Perpetrators li jbatu minn kondizzjonijiet mentali - mhux għad-depression qed ngħid għax dik il-kondizzjoni aktar qisu tidħol fik innifsek – bħal pereżempju morbid jealousy, personality disorder, obsessive compulsive disorder, etc huma xi ħaġa komuni fihom jew le?", "(Interruzzjonijiet) Ġeneralment anke l-mara tgħidlek ċerti affarijiet imma xi kultant dawn jinħbew warajhom ukoll għax jekk inti qed tbati mid-depression ma jfissirx li għandek tkun vjolenti mal-partner tiegħek!", "ETIENNE GRECH: Anke n-nisa mbagħad jispiċċaw jgħaddu minn depression huma stess.", "DOREEN CAMILLERI: Dażgur u dik tiġri ħafna.", "ETIENNE GRECH: Ġieli tkun the other way round u jkun hemm nisa li jilagħbuha tal-vittmi?", "ETIENNE GRECH: Xi ħaġa li sseħħ fiċ-child abuse hija meta mara u raġel ikunu qed jisseparaw – u jien naraha ta' spiss meta niġi biex nagħmel ir-rapport tat- tabib - għax meta waħda tgħid li dak sawwat lit-tifel, wara jiġi l-misseri u jgħid l-istess.", "Jiġifieri jidħlu ħafna piki.", "DOREEN CAMILLERI: Imma fil-każ tagħna s-swat ma jkunx fuq it-tfal imma jkun fuq l-adulti għax aħna ma' dawk naħdmu.", "Fuq it-tfal hemm units oħra.", "RUTH SCIBERRAS: Dik taqa' taħt iċ-child protection.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Meta t-tfal ikunu ġol-homes tagħkom, l-ommijiet ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu?", "RUTH SCIBERRAS: Jekk ma jkunx hemm xi safety issues galore jkunu jistgħu jmorru jaħdmu.", "Ma ninsewx li meta l-mara tkun għadha kif titlaq tkun fl-aktar fażi ta' perikolu għax ir-raġel ikun tilef il-kontroll kollu fuqha u allura jkun irid jara x'se jagħmel għax ma jkollu xejn x'jitlef.", "ETIENNE GRECH: Nixtieq li xi darba ssir xi tip ta' liġi fuq l-istalking.", "ETIENNE GRECH: X'jgħidulha dik?", "(Interruzzjonijiet)", "SARAH DEBONO: Hija tip ta' harassment.", "I'm not a lawyer imma nimmaġina li hekk hu.", "ETIENNE GRECH: Imma l-istalking hija xi ħaġa li ilha li ġiet rikonoxxuta matul dawn l-aħħar snin biss bħala fenomenu.", "U l-istalking ma jseħħx biss fost il-miżżewġin imma anke fost l-għarajjes.", "SARAH DEBONO: U tiġri f'ħafna każijiet meta jibdew il-proċess ta' separazzjoni.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju ġieli jkun hemm għarajjes li ħassru r-relazzjoni tagħhom imma dak li jkun jibqa' jiġri wara l-għarusa tiegħu.", "Anke fost il-miżżewġin isseħħ din.", "SARAH DEBONO: Naħseb li hemmhekk issir aktar komuni meta ma jkunux baqgħu flimkien.", "DOREEN CAMILLERI: Jekk jibqgħu flimkien tkun qed turi li taċċetta dak li qed jagħmillek u allura jibqa' bil-kontroll fuqek.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel joqgħod jipprova jibki u jagħmel il-promises biex jerġa' iġibha lura u mbagħad …", "ETIENNE GRECH: Meta n-nisa li jkunu vittmi jsibu l-familja tagħhom li tkun b'saħħitha, dik se tgħinhom hux?", "DOREEN CAMILLERI: Ovvjament tal-familja jkunu jibżgħu wkoll.", "ETIENNE GRECH: Imma jekk pereżempju tkun familja li dawn ma jkunux beżżiegħa … Għax ħafna drabi l-irġiel jgħidu lill-mara li se jagħtuha xeba' u mbagħad se jagħtu xeba' lill-ommha u lill-missierha ...", "ETIENNE GRECH: Imma jekk l-omm u l-missier ikunu nies ta' ċerta saħħa ...", "DOREEN CAMILLERI: Dik tagħmel differenza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ġeneralment min jiġi għandkom għax ma jkollux familja fuq min idur nimmaġina.", "DOREEN CAMILLERI: Imma hawnhekk qed nidħlu fuq l-exceptions għax qisna qed nitkellmu fuq il-law of the jungle.", "Jekk jien ħadd ma jiflaħ għalija mela orrajt imma dik hija l-liġi tal-ġungla.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma ħafna minnhom jiġu għandkom għax il-familjari tagħhom ikunu nies kwieti u mhux kapaċi jiddefendu lit-tifla tagħhom.", "DOREEN CAMILLERI: Għax ir-raġel ikun aktar dominanti minnhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri hu jkun 'il fuq minn kulħadd.", "DOREEN CAMILLERI: That is part of the control, meta hu jikkontrollalha anke l-ħsebijiet tagħha, fejn il-mara tibda taħseb li ħadd ma jista' għar-raġel tagħha għax huwa above everything and everyone.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Kapaċi ma jkunx hekk imma hi tibda tarah hekk.", "DOREEN CAMILLERI: Imbagħad meta tmur tagħmel rapport jew titla' il-Qorti ma tantx l-affarijiet jiġu favur tagħha u allura aktar tibda temmen li r-raġel tagħha ma jista' għalih ħadd.", "Jekk m'inix sejra żball is-sena l-oħra kellna ħames omiċidji fuq domestic violence!", "U żgur li dan mhuwiex numru żgħir.", "SARAH DEBONO: Kien hemm tlieta żgur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Omiċidji?", "DOREEN CAMILLERI: Iva u kollha relatati mal-vjolenza domestika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U dawn seħħew is-sena l-oħra?", "Imma ħafna mill-każijiet ma jiġux rapportati bħala vjolenza domestika imma jgħidu li kien hemm argument bejn mara u raġel!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jien naħseb li bħala statistika hija waħda għolja għal pajjiżna.", "ETIENNE GRECH: Anke l-Amerka għolja.", "DOREEN CAMILLERI: Hija daqs pajjiżi oħrajn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Min jiġi għandkom jiġi għax ikun ilu jissaporti u ma jkunx jiflaħ aktar jew inkella jiġi għandkom mill-ewwel?", "RUTH SCIBERRAS: Qisu l-pattern li qed naraw qed jitbiddel ftit minn qabel.", "Fil-fatt qabel konna naraw aktar nisa maturi fix-shelters tagħna għax il-mara kienet iddum iktar tissaporti lir-raġel tagħha mentri llum qed naraw etajiet ħafna iżgħar.", "Pereżempju qed ikollna ta' 19-il sena, ta' 20 sena u oħrajn li jkollhom 'il fuq minn 20 sena.", "Illum biex ikollok waħda ta' 40 sena ġox-shelter hija aktar rari milli kif konna qabel.", "ETIENNE GRECH: Din naħseb tirrifletti anke l-kultura għax qabel jekk inti miżżewġa trid tipprova toqgħod għaż-żwieġ u ssalva ż-żwieġ tiegħek.", "Mentri llum ħadd ma joqgħod għas-swat ...", "RUTH SCIBERRAS: Qisu meta bdejna nitkellmu ma' Dar Merħba Bik u staqsejnihom x'inhi t-trend tagħhom, dawn qalulna li anke huma qed ikollhom nisa iżgħar fl-età.", "U allura din ħolqot iktar problemi għax meta jkollok xi ħadd żgħir li qed isofri l-vjolenza domestika għandek ukoll il-baggage ta' dik il-persuna li jista' ikun li tkun għaddiet minn xi abbuż anke meta kienet żgħira.", "B'hekk il-biċċa tikkomplika ruħha.", "Ikun hemm ukoll tfal żgħar magħhom.", "DOREEN CAMILLERI: Fid-Domestic Violence Unit issib ta' kull età.", "ETIENNE GRECH: Il-perpetrators kif ukoll il-vittmi ssibu xi ħaġa striking fit-trobbija tagħhom?", "Jiġifieri dawn ikunu ġejjin minn familji sew jew hemm it-tendenza li dawn ikunu ġejjin minn familji fejn kien hemm il-vjolenza domestika?", "DOREEN CAMILLERI: Minn kull strata jkollna.", "Pereżempju kellna perpetrators ġejjin minn familja fejn kienu vittmi bħala tfal għax rawha sseħħ quddiemhom imma ħafna rġiel li raw chose not to be perpetrators.", "Madankollu nafu li r-role modelling tiegħek, kif il-missier ikun jitratta l-ommok se teħodha ġo fik u dik se tħalli effett.", "ETIENNE GRECH: Darba smajt psikologu jgħid li ż-żiemel biex tkun tista' tirkbu jrid iħallik tirkbu.", "U din tapplika wkoll għall-bullying fl-iskejjel naħseb għax vittma ta' bullying li kieku jkun jaf x'għandu jagħmel to repel them, ikun aħjar għalih.", "Issa intom lin-nisa tagħtuhom xi forma ta' training jew pariri dwar kif għandhom jaġixxu f'sitwazzjonijiet bħal dawn?", "DOREEN CAMILLERI: Aħna nissapportjawhom ħafna u nagħmlu ħafna safety planning magħhom.", "Ngħinuhom jikkuntattjaw certain resources kif ukoll …", "ETIENNE GRECH: Anke kif jitkellmu mal-pulizija meta jkunu qegħdin jagħmlu r-rapport?", "DOREEN CAMILLERI: Iva, ngħidulhom biex jitolbu l-file number tar-rapport.", "ETIENNE GRECH: U li pereżempju jridu jmorru l-polyclinic biex jagħmlu r-rapport.", "RUTH SCIBERRAS: Apparti minn hekk fid-DV Unit jaħdmu ħafna fuq is-self-esteem tal-mara.", "Fil-fatt meta mara tiġi għandna tgħidilna kif ir-raġel dejjem jgħajjarha li hi kerha, li hi ħoxna u li ħadd ma jridha jew iħobbha.", "U qisu aħna lill-mara nipprovaw nerġgħu ngħollulha d-dinjità tagħha billi ngħidulha li dawk l-affarijiet li qed jgħid ir-raġel mhumiex minnhom.", "Nuruha l-potenzjal tagħha ħalli terġa' tgħollilha s-self-esteem tagħha.", "U inti minn hemm trid tibda.", "Jekk il-mara m'għandhiex is-self-esteem f'postu mhux se ssib il-kuraġġ li tmur il-polyclinic, li tmur l-għassa eċċ.", "DOREEN CAMILLERI: Eżatt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Tkun qiegħda tħossha a looser.", "DOREEN CAMILLERI: Jew li ħadd mhu se jemminha għax hekk jgħidilha r-raġel tagħha.", "ETIENNE GRECH: Jien naħseb li huwa importanti wkoll kif tiddilja mal-pulizija, speċi jekk inti tkun mferfxa, tgerfex u bil-panic li jkollok ma tagħmilx ir-rapport kif suppost se tiġi kontrik.", "Issa intom tgħidulhom li meta jmorru jagħmlu rapport għandhom jużaw il-wording tajjeb għax din naħseb tgħinhom ħafna?", "SARAH DEBONO: Skont għax naħseb li jekk se jmorru f'dak il-mument tal-kriżi, żgur li mhux se joqogħdu attenti fuq x'qed jgħidu.", "DOREEN CAMILLERI: Dak il-ħin żgur li mhux se joqogħdu jħarsu lejn dawn l-affarijiet.", "Meta jkunu qegħdin f'dik il-kriżi …", "ETIENNE GRECH: Din hija sitwazzjoni mhux li ġrat f'daqqa imma ħafna drabi tkun repeated, jiġifieri tkun taf minn fejn għandek tgħaddi, tkun taf id-diskors kif għandek tgħidu, tkun taf x'inhuma r-rights tiegħek ...", "DOREEN CAMILLERI: Aħna ngħidulhom x'inhuma d-drittijiet tagħhom u ngħidulhom biex jistaqsu għan-numru tar-rapport, biex jaraw in-numru tal-pulizija li jkun qiegħed jeħdilhom ir-rapport, biex iżommu l-ħin, eċċ.", "RUTH SCIBERRAS: U anke biex jieħdu kopja taċ-ċertifikat mediku.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-każijiet li jkollkom minn liema lokalitajiet l-aktar li jiġu?", "Din tinteressani minħabba s-South ta' Malta.", "Issibu każijiet minn Malta kollha jew forsi jkun hemm iktar każijiet minn ċerti naħiet ta' Malta?", "SARAH DEBONO: Ikollna minn kullimkien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jiġifieri m'hemm xejn x'jindika li aktar ikun hemm każijiet min-naħa tan-North jew hekk?", "DOREEN CAMILLERI: Naħseb li l-Aġenzija Appoġġ iżżomm statistika imma x'inhi ma nafx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Napprezzaw li kieku tgħidulna x'inhi biex naraw l-isfidi soċjali jekk humiex qegħdin l-aktar ...", "ETIENNE GRECH: Dik tista' tagħmilha bħala mistoqsija parlamentari.", "DOREEN CAMILLERI: Jiena li jbeżżgħuni ftit huma dawn l-affarijiet għax anke when you ask about the profession u minn liema areas ikunu ġejjin …", "ETIENNE GRECH: Għax imbagħad ikun hemm l-istigmatisation.", "ETIENNE GRECH: Ħalli nagħtik eżempju b'dak li qed nipprova ngħid.", "Jekk dan huwa professjonist jew inkella għandu n-negozju tiegħu, jekk se jkun perpetrator u n-nies issir taf b'dak li għamel nimmaġina li se jagħmel ħsara lill-karriera tiegħu.", "DOREEN CAMILLERI: Ma naħsibx li se jagħmel ħsara lin-nies li jkun qed jaħdem magħhom because the honest truth is li dawn in-nies ma jkunux jafu li he's a perpetrator.", "Hekk huma l-affarijiet.", "ETIENNE GRECH: Għax iżomm kollox sigriet.", "DOREEN CAMILLERI: U għax ikollu iktar knowhow ta' minn fejn għandu jgħaddi, speċjalment jekk ikollu xi avukat li jkun jaf eżatt kif għandu jgħaddi.", "ETIENNE GRECH: Jiġifieri dawk in-nies ġeneralment li jkunu aktar intelliġenti aktar jgħadduha lixxa.", "ETIENNE GRECH: U dawk li huma inqas intelliġenti ħafna drabi jużaw il-vjolenza fiżika mentri dawk li huma intelliġenti aktar jużaw affarijiet biex jikkontrollaw lin-nisa tagħhom.", "Din naħseb li tarawha intom.", "DOREEN CAMILLERI: U anke n-nisa jkunu jafu għax jgħidulek li ħadd mhu se jemminhom meta r-raġel tagħhom huwa …", "SARAH DEBONO: Għax man-nies ikun jidher mod u forsi jkun well known mentri mal-mara jimxi totalment differenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U naħseb li xhieda fil-Qorti ħadd minnhom ma jġib għax ħadd ma jkun irid jitla' jixhed minħabba li jkun jibża'?", "Jiġifieri jekk xi ħadd ikun ra lil xi ħadd isawwat mhux se jitla' jixhed.", "DOREEN CAMILLERI: Imma dawn mhux se jagħmluha quddiem in-nies.", "RUTH SCIBERRAS: Forsi jagħmluha quddiem it-tfal li jkunu daqxejn kbar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U jekk ikunu raw is-swat u min jaf kemm ilhom għaddejjin f'din is-sitwazzjoni ...", "Bħala vjolenza fiżika jew psikoloġika?", "ETIENNE GRECH: Jekk mara ma tkunx taħdem u dan ma jagħtiha xejn, intom tieħdu ħsiebha wkoll?", "DOREEN CAMILLERI: Aħna nistgħu nissapportjawha però the honest truth is li mill-Qorti jrid joħroġ kollox u mhux minn għandna.", "ETIENNE GRECH: Pereżempju jekk raġel jaqla' il-paga u jagħmel account għalih u jitfa' il-flus ġo fih ...", "ETIENNE GRECH: U jagħtiha pereżempju €50 fil-ġimgħa.", "SARAH DEBONO: U jekk jagħtiha xi ħaġa joqgħod jiċċekkja kif tonfoqhom.", "ETIENNE GRECH: Imma l-Qorti x'tista' tagħmel?", "Tista' tgħidlu li jrid jagħti l-flus lill-mara?", "DOREEN CAMILLERI: Il-Qorti nnifisha għandha l-għażla; tista' titlob biex jinħareġ il-manteniment mill-paga tiegħu jew inkella.…", "ETIENNE GRECH: Anke jekk ikunu miżżewġin?", "Ġeneralment ikun hemm ħafna problemi u mhux tkun dik biss.", "Hemm nisa li litteralment x-xirja jagħmilha r-raġel, iħallas kollox hu u huma ma jkollhom x'jaqsmu ma' xejn.", "SARAH DEBONO: Jiżolawhom kompletament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Lanqas jagħtuhom id-dinjità ta' mara.", "Anke l-private things tagħhom li jkollhom bżonn iridu jistaqsu lir-raġel għalihom!", "ETIENNE GRECH: Jekk mara ma tkunx trid tagħmel l-att taż-żwieġ mar-raġel tagħha b'mod ripetut, dik titqies bħala domestic violence?", "Jekk hemm il-problemi fiż-żwieġ ifittxu l-għajnuna jew inkella they opt out imma int ma tista' qatt iġġiegħel lil xi ħadd ikollu x'jaqsam miegħek just because she is your wife.", "ETIENNE GRECH: U jekk ma taħsilx il-ħwejjeġ jew ma taħsilx id-dar u tħalli l-ħmieġ fid-dar?", "DOREEN CAMILLERI: Dak ifisser li għandhom problema fiż-żwieġ imma it's not a reason biex issawwat lill-mara.", "ETIENNE GRECH: Le mhux qed ngħid hekk.", "DOREEN CAMILLERI: Hemm problemi fiż-żwieġ.", "ETIENNE GRECH: Aħna għedna li vjolenza tista' tkun psikoloġika.", "Mela jekk raġel ma ħallasx lill-mara dik titqies bħala domestic violence imma jekk mara m'għamlitx id-duties tagħha dik ma titqiesx ukoll bħala vjolenza domestika?", "DOREEN CAMILLERI: Dak jiġi neglect.", "L-ewwel ħaġa l-flus huma tagħhom it-tnejn.", "Hi min-naħa tagħha jekk l-arranġament kien li hu jaħdem fuq barra u hi taħdem fid-dar u mhijiex qiegħda tieħu ħsieb it-tfal u mhijiex tagħmel l-affarijiet li għandha tagħmel bħala mara tad-dar allura hemmhekk għandek problemi kbar.", "Madankollu f'din is-sitwazzjoni m'għandekx kontroll u biżgħa minn xi ħadd fuq xi ħaddieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "Ġieli ltqajt ma' każijiet ta' nisa li pereżempju meta jkunu jridu li l-affarijiet jgħaddu tagħhom, inkluż fuq affarijiet trivjali bħal safar, kif se jonqfu l-flus, kif se jippjanaw il-familja, eċċ, jispiċċaw ma jkellmux lir-raġel tagħhom għal tul ta' żmien?", "Din tista' tiġri bil-kontra wkoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma dik mhijiex vjolenza domestika.", "ETIENNE GRECH: Ġieli ma jkellmux lir-raġel tagħhom għal erba' ġimgħat sħaħ.", "DOREEN CAMILLERI: Għandhom problemi fiż-żwieġ imma mhijiex vjolenza domestika għax hemmhekk ħadd mhu qed iżomm lil ħadd milli jitlaq!", "ETIENNE GRECH: Imma allura f'dak il-każ il-mara mhux qiegħda tipprova tikkontrolla lir-raġel tagħha?", "DOREEN CAMILLERI: Dak il-ħin tkiddek u tkissrek but the honest truth is li inti tista' titlaq mid-dar għax ħadd mhu qed iżżommok milli tiekol, milli taqbad telefon, milli toħroġ u milli tgħix.", "Fil-fatt dawk huma t-tip ta' rġiel li jiġu għandna bħala vittmi but their situation is totally different.", "Ħafna mill-irġiel li jiġu għax il-mara tgħajjarhom, tiksirhom quddiem in-nies u l-biżgħa tagħhom hi li xi darba taqbżilhom u jagħtuha xi waħda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Fil-bidu hekk ikun imma kapaċi tkun ilek tissapporti u mbagħad dik is-sitwazzjoni tista' twassal għall-vjolenza domestika.", "ETIENNE GRECH: Ma tistax biex tirbaħ argument … (Interruzzjonijiet) Qatt ma tista' tagħmel hekk biex tirbaħ argument.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma r-raġel ikun ilu jissapporti u mbagħad minħabba f'hekk fl-aħħar taqbiżlu u ssir il-vjolenza domestika.", "X'qed nipprova ngħid?", "Il-provokazzjoni tidħol ħafna hawnhekk naħseb.", "Huwa importanti li f'każijiet bħal dawn, kif bdejt tgħid inti, trid tilqa' minn issa u tgħid li dan iż-żwieġ ma jistax ikompli b'dan il-mod għax jista' jagħti l-każ li dawn se jiggravaw.", "RUTH SCIBERRAS: Ġieli kellna każijiet fejn hu jagħtiha u hi tagħtih ukoll, fis-sens li ma jkunx hemm il-power of control minn naħa waħda imma żgur li jkollhom il-problemi bejn il-koppja.", "(Interruzzjonijiet)", "DOREEN CAMILLERI: Semmejt il-provokazzjoni.", "F'dan il-każ ir-raġel għandu l-għażla għax jekk iħossu pprovokat …", "ETIENNE GRECH: Pereżempju pprovokat għax ma ssajjarlux, ma taħsillux, eċċ.", "DOREEN CAMILLERI: Le, aħna qegħdin ngħidu li għandu għażla għax jista' jagħżel li jkun vjolenti jew jagħżel li jitlaq.", "Jekk jien qiegħda fit-triq u għadda raġel fit-triq u pprovokani, x'saħħa għandi jien biex neħodha kontrih?", "ETIENNE GRECH: Meta jkunu miżżewġin u l-każijiet tagħhom ikunu għadhom fil-bidu tagħtuhom pariri biex jinfirdu jew kemm jista' jkun dejjem tipprovaw tippreservaw il-familja?", "DOREEN CAMILLERI: Aħna ma naħdmux mal-mara u r-raġel flimkien.", "Imma lilha tagħtuha parir li titlaq?", "DOREEN CAMILLERI: Le għaliex aħna ma nagħtux pariri.", "Aħna ngħinuha tesplora l-options li jkun hemm u mbagħad hi tara s-sitwazzjoni tagħha.", "ETIENNE GRECH: Jekk hi għarusa u l-boyfriend tagħha qed jgħajjarha li għandha widnejjha kbar, li għandha mneħirha kbir u li għandha hips kbar biex jipprova jiddominaha minn kmieni, u din tiġi għandkom għall-għajnuna, intom tgħallmuha kif għandha tieħu deċiżjoni jew le?", "DOREEN CAMILLERI: Ngħinuha tara s-sitwazzjoni tagħha.", "ETIENNE GRECH: Għax id-deċiżjonijiet ma jaqbillek qatt li teħodhom inti hux hekk?", "DOREEN CAMILLERI: Pereżempju jiġu ħafna nisa li tant ikunu brainwashed jew controlled mentalment li lanqas ikunu jafu li qegħdin jiġu abbużati.", "ETIENNE GRECH: Għax tant ikunu draw f'dik il-pożizzjoni, forsi anke mill-ġenituri tagħhom stess.", "Jien għandi pazjenti li għandhom 'il fuq minn 90 sena li qegħdin fis-sodda u jgħiduli – ir-raġel tagħhom ilu mejjet xi għaxar snin – kemm kellhom raġel kattiv għax qatt ma ħa ħsiebhom u dejjem trattahom ħażin.", "Imma xorta waħda baqgħu miżżewġin sal-aħħar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma dak kien żmien ieħor, fejn in-nies kienu jibżgħu.", "Illum għandek id-drittijiet tiegħek…", "ETIENNE GRECH: Pereżempju hemm min jgħidlek li għat-tfal jippreferi jżomm il-familja magħquda milli jaqbad u jinfired.", "Ikunu jippreferu jaqilgħu s-swat u t-tfal jibqgħu magħquda!", "DOREEN CAMILLERI: It-tfal ikunu jafu li ommhom qiegħda taqla' s-swat u t-tfal jistgħu jew ikunu bullies meta jmorru l-iskola jew inkella jingħalqu fihom infushom u ma jkunux iridu jmorru l-iskola.", "Il-biċċa hija komplessa ħafna.", "ETIENNE GRECH: Ħa nkun onest, bħalma qal l-Onor.", "Parnis jien ukoll kont naħdem f'kunsill lokali snin ilu u l-pulizija mhux dejjem jiġu meta ċċemplilhom.", "Pereżempju tara d-droga ġo ġnien pubbliku u ċċempel lill-pulizija, dawn se jiġu u l-problema solvuta.", "Jew pereżempju hemm xi ħadd li qed iħalli l-karozza tal-linja barra bil-lejl, li hija kontra l-liġi, u inti ċċempel biex tagħmel ir-rapport … (Interruzzjonijiet)", "DOREEN CAMILLERI: Huma għandhom il-limitations tagħhom ukoll.", "(Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: Il-pulizija speċi ma jistgħux jagħmlu ġudizzju.", "Pereżempju ċemplet mara u qalet li sawwatha r-raġel u marret l-għassa.", "DOREEN CAMILLERI: Ma tistax tgħidlu li mhux se neħodlok ir-rapport sakemm iġġibli medical certificate.", "Imbagħad hu x'jista' jgħid lir-raġel?", "Pereżempju jista' jgħidlu biex jitlaq mid-dar?", "Lanqas jista' jgħidlu hekk naħseb?", "DOREEN CAMILLERI: Jekk m'inix sejra żball, jekk jara li it's very unsafe jista' jgħidlu hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: Bħal meta jkun hemm każijiet ta' nies li jgħixu ġo djar mikrijin u ma jkollhomx flus biex iħallsu l-kera u sid il-proprjetà jilmenta mal-pulizija dwar dan imma l-pulizija ma jistax imur f'dik id-dar u jgħid lil min qed jikri biex joħroġ 'il barra.", "Li jista' jgħidlu hu biex imur għand avukat u jmur il-Qorti.", "Qed ngħid li l-pulizija ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li suppost teħodhom il-Qorti.", "DOREEN CAMILLERI: Jekk ikun hemm is-swat jew veru jkun każ serju u gravi jistgħu jmexxuh b'urġenza imma rarissimu jiġri hekk.", "ETIENNE GRECH: Irid ikun hemm xi abusive bodily harm għax dawn ħafna drabi minor injuries ikollhom.", "RUTH SCIBERRAS: Ikollna nisa li jiġu hospitalized bid-daqqiet.", "Kien hemm waħda li kellha puncture wound għax sabha fil-festa u lagħbilha!", "ETIENNE GRECH: Ġieli taqla' xebgħa u ma jkollokx marki, jiġifieri li bniedem jaqbdek u jkaxkrek mal-art se tweġġa' ħafna imma mbagħad m'għandekx marki x'turi.", "DOREEN CAMILLERI: Kellna ħafna jbatu b'daharhom minħabba d-daqqiet li qalgħu u kien hemm anke min ibati minn għajnejh!", "Imbagħad hemm ħaġa oħra; il-liġi tgħid li jekk koppja miżżewġa jagħmlu d-dejn or otherwise both of them are responsible.", "Mela jekk iġġiegħelni niffirma …", "THE DEPUTY CHAIRMAN: X'tagħmel?", "Tiffirma u tiġi parti minn dak id-dejn ukoll?", "ETIENNE GRECH: Hemm min jagħmilha apposta, jiġifieri jagħmel id-dejn qabel ma jissepara.", "DOREEN CAMILLERI: Imma din lanqas tkun taf bid-dejn!", "ETIENNE GRECH: Mhux dejjem għandha bżonn tiffirma hi.", "Pereżempju r-raġel jista' jmur jissellef €60,000 mill-bank u jagħmel id-dejn fuq il-koppja.", "DOREEN CAMILLERI: Dażgur li tiġri.", "Anke xtraw karozza mingħajr il-firma tal-mara imma din mhux suppost li ssir.", "ETIENNE GRECH: Imma jagħmilha l-bank din.", "DOREEN CAMILLERI: Suppost li l-bank jitlob iż-żewġ firem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sakemm inti miżżewweġ iż-żewġ firem għandek bżonn.", "(Interruzzjonijiet)", "ETIENNE GRECH: Mela jien miżżewweġ u mmur nixtri karozza.", "Hemmhekk m'għandix bżonn li tiġi l-mara miegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Imma fuq karozza.", "ETIENNE GRECH: Imma mhux dejn ukoll?", "Nagħmlu mod nixtri karozza ta' €30,000 ...", "SARAH DEBONO: Suppost tiġi l-mara miegħek.", "ETIENNE GRECH: Jien waħdi xtrajtha l-karozza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Naħseb għandek raġun fiha din.", "Jien pereżempju l-karozza tiegħi żgur li ma ffirmatx l-mara għaliha.", "ETIENNE GRECH: Tant hu hekk li meta inti tixtriha second hand ...", "ETIENNE GRECH: Jekk ikun hemm il-kambjali, trid il-firma tat-tnejn għalihom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Inti mort ħadt karozza, il-bank isellfek il-flus… Għandek raġun fiha din.", "ETIENNE GRECH: Nistgħu ngħidu li tgħallimna llum minn din id-diskussjoni u aħna ovvjament front liners fuq kif għandna naġixxu man-nisa tagħna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Napprezza x-xogħol tagħkom, nafu li x-xogħol tagħkom huwa diffiċli wkoll.", "DOREEN CAMILLERI: Xi ħaġa li nixtieq insemmi għax ma semmejnihiex hija l-multi-disciplinary team.", "Huwa tajjeb li jkun hemm multi-disciplinary team biex jaraw dawn il-każijiet u b'hekk meta mara tkun vera fil-perikolu jaraw kif jistgħu verament jgħinuha sabiex toħroġ mill-problema.", "Ma niftakarx bl-eżatt imma kull każ li jkun hemm tinduna li f'dik is-sitwazzjoni kien hemm il-vjolenza domestika.", "ETIENNE GRECH: U jkun hemm ċerti sitwazzjonijiet li you have to take them seriously.", "Dan bħall-każijiet ta' suwiċidju fejn ikollok ċerti każijiet li jgħidulek li se jmorru jaqbżu u ma jkunux daqshekk gravi imma mbagħad ikun hemm affarijiet oħra li you have to take them very seriously.", "Ovvjament hemmhekk tista' tasal biex tqabbadhom ma' psikjatra.", "Issa inti qed tgħid li meta mara tkun għaddejja minn domestic violence r-raġel tagħha jkun vera wasal biex jagħtiha xi xeba' tajba, jiġifieri he is going to injure her very badly, f'dak il-każ x'tista' tagħmel?", "DOREEN CAMILLERI: Mhux hi x'tista' tagħmel imma l-Istat x'irid jagħmel sabiex jipproteġi lilha u lill-familja tagħha.", "ETIENNE GRECH: Din is-sitwazzjoni ffaċċjajtha jiena wkoll f'sitwazzjonijiet ta' abbuż ta' alkoħol.", "Ikollok xi ħadd li jkun litteralment qiegħed joqtol lilu nnifsu bix-xorb imma l-Istat ma jistax jaqbad u jgħidlu biex jieqaf jew inkella jġiegħlu jibda programm ta' riabilitazzjoni.", "Ara fejn tidħol id-droga bilfors se jgħidlek biex tieqaf jew inkella jdaħħlek fi programm imma fuq l-alkoħol tista' tgħidlu biss bil-kelma t-tajba.", "Meta jkun hemm raġel li jista' jkun se jwettaq att kriminali għax se jagħtiha xeba' kbira lill-mara jew ikun se joqtolha, ma tistax takkużah li wettaq crime li għadu m'għamilx.", "DOREEN CAMILLERI: Imma jekk ikun diġa' heddidha qabel jew inkellha jkun diġa' sawwatha qabel diġa' qed iwettaq att kriminali u jekk ikollok team ta' professjonisti li jkunu capable enough to assess the situation, inti tkun taf f'liema sitwazzjoni qiegħda dik il-mara.", "ETIENNE GRECH: Imbagħad x'jistgħu jagħmlu?", "DOREEN CAMILLERI: Hemm ħafna affarijiet x'tista' tagħmel.", "Pereżempju għandek it-treatment order.", "ETIENNE GRECH: Imma t-treatment order mhux for mental illness qiegħed?", "DOREEN CAMILLERI: Le, it-treatment order qiegħed għalhekk ukoll.", "Hemm ħafna affarijiet.", "Pereżempju jien inħoss li l-pulizija u bħalna għandna mmorru aktar flimkien.", "RUTH SCIBERRAS: It-treatment order mhux fis-sens mediku imma dan joħroġ mill-Qorti u aħna għandna l-man's programme fejn nagħmlu bħal challenge fuq l-attitudes u l-beliefs tagħhom.", "Dan il-programm idum tlieta jew sitt xhur.", "Imma t-treatment order kif għedt inti jrid jiġi deċiż minn Maġistrat u ma nimmaġinax li l-każ isir daqshekk malajr.", "DOREEN CAMILLERI: Dażgur dik ħaġa oħra għax kollox jieħu fit-tul.", "ETIENNE GRECH: Hija waħda mid-draw backs li jekk hemm xi ħaġa urġenti li mara jista' jweġġagħha r-raġel tagħha ...", "ETIENNE GRECH: Jekk ma jkollokx riżorsi ta' pulizija plus jekk is-sistema ma tippermettilekx ...", "RUTH SCIBERRAS: Aħna nkunu preżenti fil-Qorti għax għandna arranġament mal-Maġistrat.", "ETIENNE GRECH: Jistgħu jsiru urġenti dawn l-affarijiet?", "RUTH SCIBERRAS: Huwa għandu l-backlog tiegħu u jerġa' qiegħed waħdu b'lista twila mmens.", "ETIENNE GRECH: Anke fuq l-aħbarijiet kien hawn il-Commissioner for Reformation of Justice.", "RUTH SCIBERRAS: Għalhekk għedt l-ewwel li anke mal-pulizija speċi qed isiru protocols magħhom, jiġifieri bħala aġenzija qegħdin nidentifikaw l-issues fejn aħna għandna bżonn li naħdmu flimkien mal-pulzija biex isiru protocols kif huma jistgħu jgħinu lilna u kif aħna nistgħu ngħinu lilhom.", "ETIENNE GRECH: Anke f'każijiet ta' urġenza.", "U at high level mal-Kummissarju se jkun hemm diskussjonijiet għaddejjin dwar kif l-aħjar nistgħu ntejbu s-sistema.", "ETIENNE GRECH: Għandkom riżorsi biżżejjed biex twettqu numru kbir ta' treatment orders jew hemm limitu?", "RUTH SCIBERRAS: Le, rari jiġru.", "DOREEN CAMILLERI: 1.5 hemm jaħdmu mal-irġiel which at the moment is enough għax jekk nibdew bit-treatment order kif suppost … Il-problema qiegħda fil-unit biex jaħdmu man-nisa.", "Dik il-problema.", "ETIENNE GRECH: U l-lista tar-riżorsi tagħkom fiex tikkonsisti?", "SARAH DEBONO: Aħna qegħdin six full-timers u waħda part-timer.", "DOREEN CAMILLERI: U jiena bħala l-leader filwaqt li għall-men's services għandek 1 full-timer u oħra part-timer.", "Imbagħad għandek l-Għabex li jservi bħala shelter.", "ETIENNE GRECH: U intom tistgħu tagħmlu użu minn social workers oħra?", "DOREEN CAMILLERI: In-nisa kollha li jidħlu ġo shelters huma klijenti tagħna kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk tiġu bżonn psychologist tridu tużaw ...", "SARAH DEBONO: Nistgħu nirreferu għall-Appoġġ stess imma hemm waiting list ukoll.", "DOREEN CAMILLERI: Din tal-Għabex ġieli kellna niftħu sodda f'kuridur!", "Ġieli għamilniha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: U l-Għawdxin iridu jiġu hawn Malta bilfors jew inkella għandhom xi unit apposta f'Għawdex stess?", "ETIENNE GRECH: U r-referrals mingħand min l-iktar li tirċevuhom?", "Jew mingħand tobba?", "Ġieli nirċievu mingħand it-tobba imma jekk il-mara mhijiex lesta biex tiġi ...", "SARAH DEBONO: Is-servizz huwa wieħed volontarju.", "ETIENNE GRECH: Iż-Żejtun wara l-Knisja hemm dar li kienet ta' Fr Edgar.", "Dik qiegħda għall-vittmi tal-vjolenza domestika jew in ġenerali?", "DOREEN CAMILLERI: Dawk jaraw każijiet ġenerali u mbagħad jirreferu għandna.", "Bħala specialised unit aħna biss hemm għal Malta u Għawdex.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Veru interessanti ħafna kienet din il-laqgħa tal-lum.", "Min-naħa tiegħi nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna.", "Prosit tax-xogħol li tagħmlu għaliex żgur li tħabbtu wiċċkom ma' stejjer xejn sbieħ.", "DOREEN CAMILLERI: Aħna ma naraw xejn sabiħ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hekk hu.", "Nerġa' ngħidilkom grazzi talli ġejtu.", "Għal-lum nistgħu nieqfu hawn u naġġornaw għal darb'oħra.", "Fit-8.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Diċembru fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131211_015d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 15", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.39 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Dr Elaine Burmingham, Research Analyst mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, kienet preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 13 li saret nhar it-Tlieta 02 ta' Diċembru 2013 ġew konfermati;", "L-Onor.", "Silvio Parnis ippressjeda l-kumplament tal-laqgħa minħabba li l-Onor.", "Deborah Schembri kellha tassenti ruħha sabiex tagħmel diskors fil-Plenarja.", "Vjolenza Domestika – DISKUSSJONI MAL-aĠENZIJA APPOĠĠ U L-AĠENZIJA SAPPORT", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sinjura Doreen Camilleri, is-Sinjura Sarah Debono u s-Sinjura Ruth Sciberras mill-Aġenzija Appoġġ.", "Għalkemm ġew mistiedna wkoll ir-rappreżentanti tal-Aġenzija Sapport dawn m'attendewx għal-laqgħa.", "Is-Sinjura Doreen Camilleri, Service Area Leader mill-Aġenzija Appoġġ, semmiet kif id-domestic violence services jikkonsistu mid-Domestic Violence Unit li jaħdmu mal-vittmi u mill-perpetrator services li joffru servizz għall-aggressuri.", "Semmiet kif huma jkollhom jaħdmu on average mal-500 każ fis-sena fid-Domestic Violence Unit u mas-60 każ min-naħa tal-Men's Services.", "Is-Sinjura Camilleri qalet kif mara minn kull erbgħa tgħaddi minn xi forma ta' vjolenza domestika f'ħajjitha u li ħafna min-nisa jfittxu l-għajnuna biex jirranġaw l-affarijiet u mhux biex jitilqu mid-dar.", "Semmiet ukoll kif fid-DVU hemm 6 full-timers u part-timer filwaqt li fil-Men's Services hemm full-timer u part-timer.", "Rigward Pulizija ntqal li l-Vice Squad tagħti ħafna għajnuna f'każijiet ta' vjolenza domestika u li tagħmel differenza kbira meta mara ssib l-għajnuna mill-pulizija.", "Meta perpetrator ikun pulizija ġieli kien hemm każijiet fejn ir-rapporti ma jsirux jew saħansitra jintilfu.", "Fil-fatt min-naħa tal-Appoġġ, meta jkun hemm każ ta' vittma li tkun mara ta' pulizija, iħeġġuha biex ir-rapport tmur tagħmlu direttament għand il-Vice Squad.", "L-Aġenzija Appoġġ għandha ċ-Children's Funds li, fost affarijiet oħra, jintuża sabiex jinxtraw l-uniformijiet tal-iskola lit-tfal tal-vittmi u t-talba għall-uniformi ġeneralment issir permezz tas-social worker.", "L-aktar mument ta' perikolu għall-mara huwa meta din titlaq mid-dar tagħha għax hemmhekk ir-raġel ikun tilef il-kontroll li jkollu fuqha u allura jkun irid jara x'se jagħmel.", "Intqal ukoll li matul is-sena li għaddiet kien hemm 5 omiċidji li kienu marbuta mal-vjolenza domestika.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fit-8.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tnejn, 02 ta' Diċembru fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131211_015m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 14", "Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru 2013 fis-6.00 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 12 ta' Diċembru 2013 fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa mal-E.T. Enver Hoxhaj, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kosovo.", "11 ta' Diċembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131212_014a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 14", "Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 14", "Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "LAQGĦA MAL-E.T. ENVER HOXHAJ, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-KOSOVO", "Fis-6.46 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131212_014d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 12 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:11 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: L-Onor.", "ASSENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "LAQGĦA MAL-E.T. ENVER HOXHAJ, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-KOSOVO.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech, fost affarijiet oħra, għamlu dawn il-kummenti:-", "Il-Kosovo ddikjara l-indipendenza tiegħu fis-17 ta' Frar 2008 u Malta formalment irrikonoxxiet l-indipendenza tal-Kosovo fil-21 ta' Awwissu tal-istess sena u għalhekk kienet waħda minn tal-ewwel li għamlet dan;", "Malta kkontribwiet b'diversi modi biex titjieb is-sitwazzjoni fil-Kosovo, fosthom, b'żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija fil-EULEX, li hija forza internazzjonali biex iżżomm il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Kosovo;", "Malta tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni Ewropea;", "Malta tista' tkompli tgħin lil Kosovo f'diversi oqsma speċjalment biex twaqqaf l-istituzzjonijiet tagħha u tibni l-kapaċità amministrattiva, pereżempju, permezz ta' taħriġ fl-akkademja tad-diplomazija (MEDAC) u fl-Istitut Internazzjonali dwar il-Liġi Marittima (IMLI) kif ukoll fit-tagħlim tal-lingwa Ngliża;", "Il-ftehim kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi ffirmat fit-12 ta' Novembru 2012, il-ftehim biex il-Kosovo jieħu lura persuni li jkunu f'Malta b'mod irregolari kif ukoll il-memorandum of understanding li kien se jiġi ffirmat waqt din iż-żjara kienu se jkomplu jqarrbu ż-żewġ popli flimkien kif ukoll juru kemm ir-relazzjonijiet bilaterali qegħdin jiżviluppaw; u", "Malta dejjem lesta tappoġġja l-aspirazzjonijiet leġittimi ta' poplu biex ikun ħieles u indipendendi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kosovo rrimarka li:-", "il-Kosovo ilu jeżisti bħala pajjiż mill-2008 u fost l-akbar sfidi li għandu quddiemu hemm it-twaqqif tal-istituzzjonijiet biex isostnu stat demokratiku;", "aktar minn 90% tal-popolazzjoni tal-Kosovo hija Albaniża bil-bqija minoranzi ta' Serbi, Bosnijaċi, Roma u oħrajn imma l-minoranzi huma integrati kif ukoll hemm arranġamenti sabiex il-minoranzi jkunu rappreżentati u biex ikollhom sehem mill-poter;", "f'April 2013 sar ftehim bejn il-Kosovo u s-Serbja sabiex jiġu normalizzati r-relazzjonijiet fil-livell politiku kif ukoll saru ftehim oħra dwar il-moviment ħieles ta' persuni u kummerċ permezz ta' sitt inter-state border channels u l-aħħar ostaklu li baqa' kien ir-rikonoxximent reċiproku;", "is-sitwazzjoni kurrenti fil-Bosnia kif ukoll in-nuqqas ta' ftehim bejn il-Greċja u l-Maċedonja kienu kwestjonijiet ta' tħassib għar-reġjun tal-Balkani;", "l-Unjoni Ewropea qablet li f'Mejju 2014 jibdew in-negozzjati mal-Kosovo fuq il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Kosovo se jkun sieħeb tajjeb u ta' min joqgħod fuqu;", "il-Kosovo kien grat ħafna għal dak kollu li Malta diġà għamlet u jħares lejn Malta bħala mudell tajjeb kemm mil-lat politiku u dak ekonomiku; u", "dawn l-iżviluppi seħħew relattivament f'qasir żmien u dan juri l-impenn min-naħa tal-Kosovo li jinsa l-passat u jħares 'il quddiem speċjalment fir-relazzjonijiet mal-ġirien tiegħu u dan għandu jkun ta' eżempju għal stati oħra fir-reġjun.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kosovo stqarr li kien se jħeġġeġ lill-Parlament joħroġ invit sabiex delegazzjoni mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iżżur il-Kosovo.", "Fis-6.46 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131212_014m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 12", "It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2013 fis-6.30 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2013 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Xogħol tal-Kamra;", "Affarijiet oħra", "9 ta' Diċembru 2013 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131217_012a_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 12", "It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 12", "It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.38 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 11, li saret fit-2 ta' Diċembru 2013, ġew ikkonfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, kif diġà huwa infurmat anke l-Kumitat, hawn il-ħsieb li l-Parlament jaġġorna għada, 18 ta' Diċembru, u jerġa' jibda fit-13 ta' Jannar 2014.", "Ix-xogħol tal-Kamra ta' dawn il-jumejn huwa magħruf ukoll għax diġà kien ġie diskuss f'dan il-Kumitat u anke maqbul b'mod informali bejn iż-żewġ Whips f'dawn l-aħħar ġranet.", "Illum se nkomplu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5), ippreżentat mill-Onor.", "Jason Azzopardi, u dan hu mistenni li jiġi konkluż.", "Għada mbagħad nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 3).", "Jekk dan jitlesta għax ma jkunx hemm biżżejjed kelliema, allura nibdew l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 4).", "Dawn iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi huma marbutin mal-istess suġġett.", "Bażikament, it-tnejn jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u se jiġu ppreżentati mis-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici.", "Mela, dak huwa x-xogħol tal-Kamra vis-à-vis dawn iż-żewġ seduti.", "Nista' ngħid ukoll li hemm mozzjoni ppreżentata mill-Onor.", "Claudio Grech dwar it-twaqqif ta' kumitat permanenti ġdid.", "Jiena diġà infurmajt lin-naħa tal-Oppożizzjoni b'mod informali – però nixtieq ngħid b'mod uffiċjali f'dan il-Kumitat – li l-ħsieb huwa li d-diskussjoni dwar din il-mozzjoni ssir f'Jannar.", "Aħna nidħlu lura fit-13 ta' Jannar u, jekk forsi ma ssirx fl-ewwel tliet seduti, tista' ssir fit-tieni ġimgħa li nidħlu.", "Jiġifieri, m'hemmx data fissa, imma l-ħsieb tal-Gvern hu li tiġi diskussa f'Jannar.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, tista' tikkonferma dan li qed jgħid?", "Nafu li jista' jkun hemm affarijiet u liġijiet oħrajn fil-bidu ta' Jannar, u m'għandniex problema li din tkun waħda mill-items għax-xahar ta' Jannar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: L-Iskrivan tal-Kamra semma l-kwestjoni tal-Awditur, u jien qed nifhem li qed jirreferi għall-kwestjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Id-Deputat Prim Ministru, li huwa wkoll membru u l-President ta' dan il-Kumitat hekk kif maħtur fl-ewwel laqgħa, se jippreżenta r-rapport maqbul b'mod unanimu f'dak il-kumitat.", "Għada se jiġi u jippreżentah fil-Kamra.", "Naturalment, dan se jsir għall-formalità, għax huwa rapport maqbul.", "MR SPEAKER: Imma dik hija l-proċedura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, qabelxejn nixtieq nirringrazzja lilek u lill-erba' Deputati li kellek miegħek għar-rapport li għamiltu dwar it-twaqqif ta' uffiċċju ta' kummissarju u ta' kumitat permanenti tal-Kamra dwar l-istandards, l-etika u l-imġiba xierqa fil-ħajja pubblika, liema rapport qiegħed quddiemna.", "In the meantime, fuq l-aġenda għandna wkoll il-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u, jekk isir studju bejnietna u naraw li dak l-Abbozz ta' Liġi nistgħu nipproponuh f'dan il-Parlament, allura mbagħad inkunu nistgħu niddeċiedu liema se nagħmlu biex dan il-Parlament ma jagħmilx xogħol doppju.", "Xi ħaġa oħra li rrid ngħid hija dwar il-Mozzjoni nru 78 ippreżentata mis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja dwar il-Ftehim dwar Qorti dwar Privattivi Industrijali Unifikati.", "Ma jidhirx li hemm problema dwarha u, jekk trid, nitkellmuha.", "MR SPEAKER: Jekk mhijiex daqshekk urġenti, naħseb ...", "DAVID AGIUS: Le, jidher li s-Segretarju Parlamentari jrid jgħaddiha.", "Però, ara inti u mbagħad nitkellmu.", "Dwar ir-rapport li għadek kif semmejt, Onor. Agius, irrid ngħid li skont il-mozzjoni aħna kellna nippreżentawh sa nofs ix-xahar ta' Diċembru, u għalhekk ġie ppreżentat fil-ħin.", "Issa hemm l-Abbozz ta' Liġi, u jiddependi miż-żewġ naħat tal-Kamra jekk dan jerġax jiġi fil-Kumitat jew inkella jmurx fil-Plenarja.", "Jiddependi minn kif se naħdmu.", "Idealment, nerġgħu nduruh fil-Kumitat biex imbagħad ikun rapport finali.", "Fil-fatt, jien għalhekk għamiltu interim u mhux għax ma konniex qed naqblu, għax fir-realtà qbilna f'kollox.", "Però, jien għamiltu interim għax mhuwiex konkluż: tant hu hekk li, meta l-Avukat Ġenerali ppreżentahulna, qal li jixtieq kummenti min-naħa tal-Membri tal-Kumitat.", "Għandna rapport li kulħadd jaf il-punti saljenti li qegħdin naqblu fuqhom, kif ukoll il-parametri u kif għandu jkun il-qafas tal-Abbozz ta' Liġi.", "Ovvjament, issa jiddependi mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni, u forsi jkun hemm abbokkament bejniethom, biex imbagħad, wara r-recess tal-Milied, jew nergġħu niġu fil-Kumitat jew inkella dan jiġi ppreżentat fil-Plenarja.", "Dik hija xi ħaġa li ma niddeċidihiex jien, iżda l-Gvern u l-Oppożizzjoni flimkien.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq ningħaqad mal-Onor.", "Agius u nirringrazzja lilek u lill-Membri tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra – hawn l-Onor.", "Callus, preżenti li kien wieħed minnhom – li għamiltu xogħol tajjeb flimkien.", "Nixtieq ukoll li dak l-interim report, apparti li jkun diskuss bejn il-Membri kif tixtieq is-Sedja, ikun diskuss ukoll mill-gruppi rispettivi biex, jekk ikun hemm xi ideat oħrajn minn Membri Parlamentari oħrajn, jiġu taken on board.", "Forsi f'dan iż-żmien tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, jkun hemm daqsxejn diskussjoni informali bejn iż-żewġ naħat.", "Jien u l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Huwa semma l-mozzjoni ppreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, u allura forsi nistgħu naraw x'se jiġri minnha u kif se nipproċedu.", "Naħseb li xi affarijiet, wara daqsxejn diskussjonijiet b'mod informali, nistgħu naslu għalihom u nsibu l-aħjar soluzzjoni għad-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi, Onor. Abela.", "Kif għedt inti, jien fir-rapport indikajt li għandu jkun hemm ċans biex il-Membri Parlamentari jikkontribwixxu f'dak li huwa naturali li jiddiskutu l-gruppi parlamentari.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Dalgħodu, f'dan il-Parlament, kellna s-seduta tal-Parlament tan-Nanniet u, jekk fhimt sew, ġiet ippreżentata mozzjoni, hux hekk?", "MR SPEAKER: Iva, f'din is-sessjoni speċjali – għaliha kienu preżenti diversi Membri Parlamentari, inkluż l-Onor.", "Carmelo Abela – ġiet ippreżentata mozzjoni sabiex it-tieni Ħadd ta' Ottubru jiġi ddedikat għan-nanniet.", "Diġà saret mistoqsija parlamentari fil-Parlament Ewropew ħalli dan il-jum ikun rikonoxxut anke fl-Ewropa.", "Bħalissa Jum in-Nanniet jiġi ċċelebrat f'xi tnejn jew tliet pajjiżi Ewropej biss, u allura Malta qed tieħu l-inizjattiva li tippromwovi dan il-jum, u allura huwa ovvju li aħna rridu nkunu minn ta' quddiem li nkunu rrikonoxxejna dan il-jum.", "DAVID AGIUS: Aħna fil-Parlament irridu nagħmlu diskussjoni dwar din il-mozzjoni?", "MR SPEAKER: Din kienet sessjoni attiva ħafna, u l-Parlament kien mimli daqs bajda: qatt ma narawh hekk ħlief meta jkollna l-Baġit u affarijiet simili!", "Huma li jixtiequ hu li l-Gvern u l-Oppożizzjoni b'mod kollettiv iressqu mozzjoni fil-Parlament biex il-Parlament jirrikonoxxi din id-data.", "Nistgħu nimxu?", "XOGĦOL IEĦOR", "MR SPEAKER: Se ngħaddi għal ittra li rċevejt mingħand is-Sur John Formosa ta' Network Publications.", "Kif tafu, hemm kuntratt bejn in-Network Publications u l-Bank of Valletta biex tittella' wirja dwar l-istorja kostituzzjonali ta' Malta fil-bini tal-Parlament.", "Fl-ittra qed jitlob biex aħna, bħala House Business Committee, nibagħtu komunikazzjoni lill-Bank of Valletta biex il-finanzjament ta' din il-wirja jibqa' għaddej.", "Jiġifieri, aħna rridu nagħtu l-go ahead lill-Bank of Valletta biex jerġa' jattiva l-finanzjament ta' din il-wirja permanenti sakemm tasal għall-fażi finali tagħha.", "Dan sabiex il-flus oriġinarjament allokati mill-Bank of Valletta – għax bank ikollu l-Baġit tiegħu – jerġgħu jiġu vvotati għal dan il-għan.", "Għaldaqstant, se naqra l-ittra ħalli wieħed ikun jista' jifhem.", "Din tgħid hekk:", "Mela l-flus li kien hemm ftehim dwarhom għal din il-wirja permanenti issa rridu naraw li jibqgħu hemm.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, dan il-ftehim huwa bejn il-Fondazzjoni tal-Parlament u l-Bank of Valletta, u għadu hemm, jiġifieri, ma ċċaqlaq xejn minn dak li kien ġie miftiehem.", "Dan huwa ftehim iffirmat u għadu hemmhekk, u allura l-flus li l-Bank of Valletta jridu jallokaw għal din l-esibizzjoni jridu jibqgħu hemmhekk ukoll.", "Jien l-oġġezzjoni li għandi għal din l-ittra mhijiex vis-à-vis il-ftehim, imma vis-à-vis żewġ punti li jinsabu fit-tieni paragrafu.", "F'waħda mill-ewwel laqgħat tal-House Business Committee, konna għedna li dak li jiġi ppreżentat f'din l-esibizzjoni jrid ikun approvat minn hawnhekk, u ma jidhirlix li s'issa dawn ġew approvati.", "It-tieni, dwar il-post u s-sit identifikat.", "Ovvjament, is-sit huwa l-bini tal-Parlament, imma għadna ma nafux il-post eżatt fejn se ssir din l-esibizzjoni.", "Il-ftehim qiegħed hemmhekk, imma ma jfissirx li nafu eżatt il-post fejn se ssir u l-visuals tal-esibizzjoni.", "Jiġifieri, fuq dawk it-tnejn jien għandi r-riżervi tiegħi, imma mill-bqija m'għandix problemi.", "Fuq l-ewwel punt, naħseb illi għandek raġun.", "Kienet saret il-preżentazzjoni, imma la għedna iva u lanqas le.", "Jiġifieri, fuq dan qed naqblu perfettament.", "Dwar is-sit irrid ngħid li, wara l-laqgħa li kellna ma' Renzo Piano, fejn intom kollha kontu preżenti, u kienu wkoll preżenti dawk li qed jieħdu ħsieb ix-xogħol, inkluż is-Sur Chris Paris, iċ-Chairman u s-Sur Zrinzo Azzopardi, jien kelli follow-up u, xi ġimgħatejn ilu, ġiet identifikata l-area għall-esibizzjonijiet.", "Din se tkun fuq il-parti ta' wara tal-ground floor.", "Għall-inqas, hemm 99% ċans li hemm se tkun.", "Irrid ninforma lill-Kumitat li aħna pprovajna nieħdu wkoll it-tunnel ta' isfel.", "Kien hemm insistenza li parti minnu tittieħed biex tkun area miftuħa u jkun hemm ristorant u affarijiet oħrajn, iżda aħna opponejna.", "Tafu li ġejt hawnhekk u ħadt deċiżjoni minn hawnhekk, u issa dak it-tunnel ħadnieh kollu biex ikollna aktar spazju għar-Research Analysts u biex ikollna kmamar oħrajn għall-kumitati, u allura jkun hemm verament tħaddim aħjar tal-Parlament.", "Mela, jien qed naqbel mal-Onor.", "Abela li ma ħadniex deċiżjoni, u aħna żgur li rridu li l-flus ikunu hemmhekk.", "Għalhekk, aħna nistgħu sempliċement nibagħtu note verbale lill-Bank of Valletta b'referenza għall-kuntratt li hemm, u ngħidulhom li dak li ġie indikat fil-ftehim għadu hemm, u allura, meta jiġu biex jikkonkludu l-baġit tal-bank, il-flus dejjem għandhom jibqgħu mwarrbin.", "Naħseb li m'għandux ikollna problema dwar dan.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien naqbel perfettament.", "Kulma rrid li nżidu huwa li any visuals li se jkun hemm iridu jikkonsultaw mal-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Iva, ikun hemm il-ftehim tal-Kumitat, kif dejjem ġara fil-passat.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien naħseb li jridu jintbagħtu żewġ ittri, waħda lill-bank fejn aħna ngħidulhom biex iżommu l-allokazzjoni tal-fondi, għaliex ovvjament il-kuntratt għadu tajjeb; u oħra lis-Sur John Formosa biex ngħidulu li aħna informajna lill-bank – anke per cortesia – u li dik il-parti fejn hu qed jgħid illi diġà miftehmin fuq l-affarijiet l-oħrajn mhijiex eżatta, u rridu nikkonsultawh.", "Naħseb hekk l-aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Punt żgħir.", "L-agreement tal-Parlament fir-realtà huwa mal-bank.", "Teknikament, mela, aħna m'għandniex relazzjoni legali man-Network Publications.", "MR SPEAKER: Le, m'għandniex.", "MARIO DE MARCO: Nirrikonoxxi l-interess tagħhom, għax fl-aħħar mill-aħħar huma ltaqgħu magħna u dan kollu.", "Schembri li aktar milli niktbu direttament lil Network Publications, importanti li niktbu direttament lill-bank u nikkonfermaw l-interess tagħna biex inkomplu b'dan il-ftehim, ħalli mbagħad nikkupjaw lil Network Pubblications, u forsi nagħmlu referenza għall-ittra.", "MR SPEAKER: Qegħdin naqblu.", "Kif qed tgħid int, aħna m'għandniex relazzjoni legali ma' din il-kumpanija; però l-Bank of Valletta li għandu magħna, għandu magħhom ukoll.", "L-istorja hija hybrid u allura bilfors irridu nsibu soluzzjoni għaliha.", "Tajjeb, ngħaddu issa għall-Ombudsplan.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Kumitat, nistieden lill-Kummissarji u 'l-Ombudsman biex jersqu madwar il-Mejda biex inkunu nistgħu niddiskutu l-Ombudsplan 2014.", "Qabelxejn, nixtieq ninforma lill-Kumitat li llum irċevejt ittra mingħand is-Sur Michael Sant, u ġaladarba fiha qed jagħmel referenza għall-Ombudsplan, ħassejt li għandi naqraha hawnhekk.", "Is-Sur Sant għamel referenza għall-paragrafu 3.17 li jinsab f'paġna 16 tal-Ombudsplan, u qed jallega li dan qed jirreferi għalih, u dak li qed jingħad mhuwiex korrett.", "Talab li dak li qed jingħad f'dan il-paragrafu jitneħħa minn fuq il-websajt tal-Parlament – għax, kif tafu, dan jidħol mill-ewwel fuq il-websajt tal-Parlament – kemm jista' jkun malajr.", "Jekk għandu raġun, dan għandu jitneħħa, u jekk m'għandux raġun, m'għandux raġun.", "Għaldaqstant, se naqra l-ittra ħalli niċċarawha mill-ewwel.", "Din l-ittra rċevejtha dalgħodu bil-posta, hija datata 14 ta' Diċembru 2013, u qed tgħid hekk:", "Qed nikteb din l-ittra biex niġbed l-attenzjoni tiegħek għad-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti xi żmien ilu, u li jidher ukoll fuq il-websajt tal-Parlament.", "Qed nirreferi għall-Ombudsplan 2014, li jġib id-data ta' Settembru 2013, u li jidher fuq il-websajt bħala Paper Laid No. 1129.", "F'paragrafu 3.17 f'paġna 16 ta' dan id-dokument, hemm dan li ġej:", "\"Wara li ġie abolit il-post ta' Manager Corporate Affairs, il-persuna li kienet tokkupah għażlet li ma tkomplix isservi fl-Uffiċċju meta għalqet il-65 sena.\"", "(Kopja mehmuża)", "Din is-sentenza qed tirreferi għalija għax kont jien li, sas-17 ta' Ġunju ta' din is-sena, okkupajt il-kariga ta' Manager Corporate Affairs fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Nieħu din l-okkażjoni biex ninformak li dak li ntqal fuqi f'din is-sentenza mhux korrett, u mhu xejn għajr gidba u ineżattezza fil-konfront tiegħi li jiena nirriżenti u, għal din ir-raġuni, qed nitlob li tittieħed azzjoni neċessarja biex titneħħa din ir-referenza għalija minn fuq il-websajt tal-Parlament malajr kemm jista' jkun.", "Xejn ma hu minnu li jien għażilt li ma nkomplix inservi fl-Uffiċċju tal-Ombudsman meta għalaqt il-65 sena.", "Biex l-affarijiet ikunu ċari, nippreċiża li jien twelidt fis-7 ta' Frar 1949, u dan ifisser, allura, li meta waqaft mill-kariga li jien kelli fl-Uffiċċju tal-Ombudsman fid-data msemmija, kelli 64 sena.", "Dak li hemm miktub b'referenza għalija fl-Ombudsplan għaldaqstant mhuwiex minnu u preċiż.", "Nieħu din l-okkażjoni wkoll biex nippreċiża li jien għażilt li ma nkomplix inservi fl-Uffiċċju tal-Ombudsman għax ma kontx ippreparat li nkompli naħdem f'istituzzjoni fejn, minkejja li għal bosta drabi f'dawn l-aħħar snin quddiem ix-xhieda, kont wissejt b'mod mill-aktar ċar lill-Ombudsman innifsu bl-abbuż li kien qed isir minn fondi pubbliċi li kien proprjetà tal-Uffiċċju, madanakollu l-Ombudsman dejjem injorani u qatt ma ħa ebda azzjoni biex iwaqqaf dan l-abbuż, bir-riżultat li dan is-serq baqa' għaddej.", "Ma kontx lest li nkompli naħdem f'istituzzjoni fejn – bil-provi – kien hemm is-serq u l-abbuż ta' fondi pubbliċi li, għalkemm jien stess għarraft bihom lill-awtoritajiet konċernati, madanakollu ħadd ma ndenja ruħu jieħu passi neċessarji biex dan l-abbuż jieqaf u biex min kien ħati jġorr ir-responsabilità tiegħu.", "Lanqas ma kont lest inkompli naħdem f'istituzzjoni li suppost iġġib 'il quddiem il-kontabilità, iżda min imexxiha għażel minflok li jagħlaq għajnejh għall-abbuż sfaċċat ta' riżorsi pubbliċi li kien ġie mwissi bosta drabi dwaru.", "Għaldaqstant, jien hawnhekk intenni t-talba tiegħi li, jekk jogħġbok, jittieħdu passi neċessarji biex l-istqarrija fil-konfront tiegħi li tidher fl-Ombudsplan 2014 titneħħa minn fuq il-websajt tal-Parlament malajr kemm jista' jkun.", "Għoddni dejjem tiegħek,", "Ovvjament jien qrajtha din l-ittra għax irċevejtha llum, u ħassejt li, ladarba qed niddiskutu l-Ombudsplan, għandi nibda biha.", "Ma nafx jekk forsi l-Ombudsman jistax jagħmel referenza għaliha mill-ewwel.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO (Ombudsman): Sur President, l-interess tiegħi huwa li l-uffiċċju jimxi 'l quddiem u nimxu fuq l-Ombudsplan ta' din is-sena, u naraw x'se nagħmlu sena oħra.", "Ovvjament, jekk hemm ilment minn xi ħadd, wieħed jarah.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan l-ilment ma messux sar issa, imma messu sar meta konna naħdmu flimkien fl-uffiċċju.", "Jekk is-Sur Sant jixtieq ineħħi sentenza, għalija mhux se tagħmel differenza għall-kumplament tal-Ombudsplan.", "Jekk hu mhux kuntent biha, mhux kuntent, u allura nakkomodah u nneħħi s-sentenza u nibqgħu mexjin.", "Ovvjament, ma naqbel xejn ma' dak li qed jgħid fl-ittra tiegħu: però, hawnhekk mhux il-lok li niddiskuti l-ittra ta' impjegat mal-prinċipal tiegħu.", "MR SPEAKER: Se ngħaddi kopja tal-ittra lill-Membri, u nagħtuhom ċans jaqrawha u we thrash it out mill-ewwel ħalli nimxu fuq ix-xogħol.", "Imma jien ħassejt li għandi naqraha għax ovvjament irċevejtha llum.", "MR SPEAKER: Proprjament, irċevejtha ftit qabel ma dħalt hawnhekk.", "Jidher li fiha kkopja lill-Whips ukoll, però ma rċevewhiex.", "Jista' jagħti l-każ li jirċevuha mal-posta ta' għada jew aktar tard, imma issa xorta għandhom kopja tagħha.", "Se nagħti ftit ħin biex tagħtuha daqqa t'għajn, u nimxu fuqha mill-ewwel.", "(Interruzzjonjiet) Din ma ġietx through l-Iskrivan tal-Kamra, iżda ġiet bil-posta direttament għandi.", "DAVID AGIUS: Għax bħala 'cc' hemm l-Iskrivan tal-Kamra, il-Whip tal-Gvern u l-Whip tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Imma ma rċevihiex.", "DAVID AGIUS: Kollox sew, jiġifieri lanqas hu.", "MR SPEAKER: Ma rċevihiex.", "Jien irċevejtha f'envelope abjad.", "Ma naħsibx li għandna ndumu ħafna fuqha din.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Jien, bħall-Onor.", "Agius, s'issa għadni ma rċevejthiex, għalkemm qiegħda 'cc' lill-Whip tal-grupp parlamentari tal-Gvern.", "Madankollu, naħseb li l-kontenut tal-ittra ma jistax jgħaddi inosservat.", "Jien avukat m'iniex, imma fl-opinjoni tiegħi naħseb hawn akkuża serja, speċjalment fl-aħħar paragrafu tal-ewwel faċċata, li jgħid hekk:", "\"Ma kontx ippreparat li nkompli naħdem f'istituzzjoni fejn, minkejja li għal bosta drabi f'dawn l-aħħar snin quddiem ix-xhieda, kont wissejt b'mod mill-aktar ċar lill-Ombudsman innifsu bl-abbuż li kien qed isir minn fondi pubbliċi li kien proprjetà tal-uffiċċju, madanakollu l-Ombudsman dejjem injorani u qatt ma ħa ebda azzjoni biex iwaqqaf dan l-abbuż, bir-riżultat li dan is-serq baqa' għaddej.\"", "Jien hawnhekk mhux qed niġġudika, iżda sempliċement qrajt x'hemm fl-ittra, u naħseb li hemm akkuża pjuttost serja li ma tistax tibqa' għaddejja hekk, anke għaliex dan qed jgħid li wissa kemm-il darba, u dan ilu għaddej is-snin.", "Jiġifieri, din mhix kwestjoni li qamet darba jew qamet issa.", "Huwa qal li tkellem mal-Ombudsman, u allura forsi l-Ombudsman jista' jikkonferma li tkellem miegħu u forsi jagħtina tweġiba għal dan.", "Mhux faċli tħalliha għaddejja din.", "MR SPEAKER: L-ittra titkellem fuq hekk, imma primarjament qed tgħid li jrid jitneħħa dak il-paragrafu, u fil-fatt reġa' spiċċa biha din.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Hija kumbinazzjoni li l-iSpeaker rċieva l-ittra llum, u għandna l-Ombudsman illum.", "(Interruzzjonijiet) Il-punt tiegħi huwa li rċevejnieha llum.", "Il-President tal-Kamra rċivieha llum, u l-Whips li huma kkupjati ma rċevewhiex, għalkemm presumabbilment intbagħtet fl-istess ġurnata.", "(Interruzzjonijiet) Għandna l-opportunità, imma llum id-diskussjoni hija fuq l-Ombudsplan 2014.", "Jekk kemm-il darba nirrendu lilna nfusna qisna xi kumitat ta' inkjesta, naħseb li tkun fair li nagħtu opportunità lill-Ombudsman li qiegħed hawnhekk biex jagħti l-kummenti tiegħu.", "MR SPEAKER: Ovvjament!", "L-ittra hi dik li hi.", "MARIO DE MARCO: Jekk hemm bżonn li l-Ombudsman iwieġeb, anke bil-miktub, jista' jagħmel hekk ukoll.", "MR SPEAKER: Però l-ittra nkitbet primarjament minħabba li hu qed jagħmel oġġezzjoni fuq il-websajt tal-Parlament.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Sur President, l-ittra b'kumbinazzjoni ma ġietx ikkopjata lili wkoll u ma nafx għaliex, għax jien suppost nirrispondi għall-akkużi li hawn hawnhekk.", "Jien m'għandix diffikultà li f'mument ieħor, kif tkun trid il-Kamra, nagħti spjegazzjonijiet fuq din l-ittra.", "Għalissa niċħad kulma hawn hawnhekk.", "Din il-persuna kienet responsabbli għad-dixxiplina u għall-organizzazzjoni maniġerjali fl-uffiċċju tiegħi, u jien ngħid li m'għamilx xogħlu kif suppost tul is-snin.", "Imma dik ħalliha, ma nidħolx fiha jien għax m'għandix il-persuna quddiemi, u lanqas jinteressani.", "Jien jinteressani biss li l-affarijiet fl-uffiċċju tiegħi jimxu sew; però, jekk il-Kamra trid li tingħata spjegazzjoni dettaljata għal dak li qiegħed jiġi allegat hawnhekk, jien lest nagħti r-risposti.", "Offruli l-opportunità, u nagħmel dossier kif nixtieq.", "Jien m'iniex whistleblower, jiġifieri l-fatti nagħtihom kif inhuma, dokumentati u kif suppost.", "Però, m'hemm xejn veru minn dan li ntqal.", "Nissuġġerixxi li l-Kumitat jara l-business of the day, għax għalhekk ġejna llum.", "Imbagħad, jekk jixtieq li jingħata spjegazzjoni, jien nagħtiha volontarjament.", "MR SPEAKER: L-aktar ħaġa importanti at this stage hija t-talba tas-Sur Michael Sant biex dak li qed jidher fil-websajt tal-Parlament, u allura dik il-parti fejn qed jingħad: \"Wara li ġie abolit il-post ta' Manager Corporate Affairs, il-persuna li kienet tokkupah għażlet li ma tkomplix isservi fl-uffiċċju meta għalqet il-65 sena,\" titneħħa minn hemmhekk.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Dik hija t-talba tas-Sur Sant.", "Issa aħna li nistgħu nagħmlu hu li niġbdu l-attenzjoni tal-Ombudsman għal din it-talba – u ovvjament għall-akkużi – però, imbagħad ikun l-Ombudsman li jiddeċiedi.", "Nixtieq li nkunu ċari li, fl-aħħar mill-aħħar, l-għażla jekk jinżammx dan il-paragrafu jew le hija tal-Ombudsman.", "Irridu nirrikonoxxu li l-għażla hija tal-Ombudsman.", "MR SPEAKER: Hekk hu.", "L-Ombudsman qed jagħmilha ċara li, jekk kemm-il darba ma jsibx oġġezzjoni, il-paragrafu jitneħħa.", "Issa, biex paper laid titneħħa, irid jiġi ppreżentat dokument fejn issir dik il-korrezzjoni biex titneħħa.", "Dik hija l-proċedura, u allura jien bilfors irrid nittraxxjaha mill-ewwel din, għalhekk qlajtha.", "Fuq l-affarijiet l-oħrajn, wieħed jista' jitkellem.", "Però, illum għandna l-Ombudsplan.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Fl-ewwel kumment li għamel, l-Ombudsman qal li hu ma jsibx oġġezzjoni.", "Dan hu rapport tiegħu, u allura jien naqbel li jkun hu li jara jemendahx jew le.", "Fir-rigward tal-kontenut tal-ittra, nifhem li l-Ombudsman forsi għandu bżonn aktar ħin biex jipprepara tweġiba; però, jkun tajjeb li meta dan ir-rapport ikun lest, iwieġeb għal dak li hawn hawnhekk.", "Ikun tajjeb ukoll jekk nitolbu lis-Sur Michael Sant biex jissostanzja ftit, jew inkella jagħtih ftit aktar laħam, dak li qed jgħid.", "MR SPEAKER: To be fair, fl-ittra s-Sur Sant qed joġġezzjona għal dak li qed jidher fil-websajt tal-Parlament, u qed jitlob li dan jitneħħa.", "Id-deċiżjoni li rridu nieħdu issa – u naħseb m'għandniex problema biex neħduha, anke fuq suġġeriment tal-istess Ombudsman – hi li jsir dokument ieħor mill-istess Ombudsman biex, fl-ewwel opportunità – li hija għada – dik il-parti ta' dak id-dokument titneħħa, u mbagħad we follow up from there.", "Fuq il-bqija tal-kontenut, l-Ombudsman lest jirrispondi u qed jiċħad kollox, u allura naħseb li, bħal f'kull ħaġa oħra, għandna nagħtu din l-opportunità.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Fuq dan il-każ, kulma se nżid huwa li fil-verità s-Sur Sant kien impjegat u ma qabilx mar-ristrutturar, u dak wassal għal din it-tip ta' sitwazzjoni ta' konflitt.", "Għażel li ma jibqax magħna, u allura kampanja fil-gazzetti biex jgħid affarijiet li kien imissu qalhom meta kien manager tagħna.", "MR SPEAKER: Imma m'hemmx għalfejn nidħlu fiha issa din.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Illum żgur li le.", "Illum m'għandniex nidħlu fiha din.", "Qegħdin naqblu li, kif qed jiġi ssuġġerit mill-istess Ombudsman, sa għada jien ningħata dokument uffiċjali min-naħa tiegħu sabiex għada nkun nista' npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, biex imbagħad issir il-korrezzjoni.", "Niġu issa għall-Ombudsplan.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Sur President, bħalma għamilt f'dawn l-aħħar seba' snin, illum mhux se nagħmel diskors twil, iżda se nagħmel biss erba' punti biex imbagħad forsi jkun hemm lok ta' diskussjoni, għax jien aktar jinteressani li jkun hemm skambju ta' ideat bejn il-Parlament u l-Uffiċċju tiegħi, anke biex naraw x'sar is-sena l-oħra u kif għandu jiżviluppa l-Uffiċċju fis-sena jew fis-sentejn li ġejjin.", "Nassumi li tajtuh daqqa t'għajn l-Ombudsplan, u allura mhux se nirrepeti dak li hemm.", "Essenzjalment, aħna nqisu s-sena li għaddiet bħala sena ta' tranżizzjoni għal diversi raġunijiet, imma prinċipalment għax kien hemm tibdil fl-amministrazzjoni, u allura kien hemm tibdil ta' ministri u ta' ministeri.", "Kien hemm ukoll Elezzjoni Ġenerali fin-nofs, u dan huwa fattur importanti għax-xogħol tagħna.", "Minbarra li kien hemm tranżizzjoni fl-amministrazzjoni, kien hemm ukoll tranżizzjoni f'dik li hija struttura tal-Uffiċċju.", "Kienet l-ewwel sena li fiha ġew fis-seħħ l-emendi tal-2010, u għalhekk illum għandi maġenbi l-Kummissarju għas-Saħħa u l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar.", "Dawn huma ż-żewġ akkolti tiegħi u huma nies mill-aħjar.", "Skont dan ir-rapport, dawn kienu hemmhekk għal tliet xhur biss, u allura wieħed għandu l-ewwel indikazzjoni ta' kif kien qed jaħdem l-uffiċċju tagħna f'dawn it-tliet xhur.", "Anke mad-daqqa t'għajn, wieħed jinduna kemm dan l-eżerċizzju kien wieħed benefiku u kemm qed iħalli effetti pożittivi fl-oqsma partikolari tal-ġuriżdizzjoni tagħhom.", "Biex wieħed jagħti indikazzjoni ta' kif isir ix-xogħol, nista' ngħid li, għalkemm huma jaħdmu mill-Uffiċċju tiegħi, huma kompletament awtonomi fid-deċiżjoni teknika tagħhom.", "Jien nindaħal biss fejn ikun hemm konflitti, jew nuqqas ta' qbil jew ta' opinjonijiet fuq punti ta' liġi, jew fejn inħoss li hemm nuqqas fil-mod kif l-investigazzjoni tkun qed issir.", "Imma, meta ma jkunx hemm dawn iċ-ċirkostanzi, huma awtonomi u jaħdmu kif jixtiequ huma.", "Effettivament, l-unika ċirkostanza fejn jeħtieġu l-approvazzjoni tiegħi hija meta jagħmlu own initative reports.", "Meta jagħmlu own initative reports, dawk jagħmluhom b'konsultazzjoni u bi qbil miegħi.", "Il-bqija, l-investigazzjonijiet isiru bit-termini tal-liġi li għandna aħna, bl-istess mod u bl-istess servizzi li għandna ta' investigating officers u tas-segretarjat, u hemm uffiċċju unifikat.", "Għalhekk, inħoss illi t-twaqqif tal-kummissarji kien wieħed benefiku ħafna, u nifhem li għad hemm lok fejn dak l-esperiment jiġi estiż.", "Din is-sena li qegħdin fiha, ħdimna għal sena sħiħa taħt din l-istruttura, u naħseb li diffiċilment wieħed jgħid li hemm xi nuqqasijiet minn dak il-lat.", "L-unika nuqqas li hemm, fl-opinjoni tiegħi, hu li m'għandniex biżżejjed exposure tal-Kummissarji fil-postijiet tal-ġuriżdizzjoni tagħhom.", "Għaldaqstant, inħoss li s-sena li ġejja waħda mill-affarijiet li rridu bilfors nattakkaw hija l-kuntatt tal-uffiċjali u l-kummissarji mal-postijiet fejn għandhom ġuriżdizzjoni, eżempju l-Kummissarju għas-Saħħa mal-isptarijiet, u l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar mal-MEPA.", "Irid ikun hemm ukoll kuntatt mal-postijiet fiżiċi.", "Il-vantaġġ kbir tagħhom huwa li jistgħu jiffokaw fuq problemi speċifiċi.", "Fuq inizjattiva tagħhom stess, jistgħu jmorru jaraw għaliex hemm problema, u joħorġu rapport u soluzzjoni.", "Naħseb li hawnhekk hawn ħafna x'wieħed jaħdem fuqu, u wieħed jittama li s-sena d-dieħla jkun hemm żviluppi f'dan is-sens.", "Jekk tinnotaw, din is-sena tajnikom l-annual report tas-sena l-oħra li huwa komplementari għal dan l-Ombudsplan, għax ħafna mill-informazzjoni hija overlapping.", "Għall-ewwel darba wkoll, dak qed isir bl-Ingliż u bil-Malti, u qed nagħmlu l-case notes li s-soltu kienu jkunu flimkien mal-Ombudsplan, jiġifieri dawn għamilniehom f'volum għalihom, u qed isiru bl-Ingliż u bil-Malti wkoll.", "Dawk huma firsts għalija, u nispera li nkompli fuq din it-triq.", "Kif tafu, ix-xogħol tagħna jinqasam fi tnejn.", "L-ewwel nett, għandna x-xogħol tal-ilmenti individwali, u hemmhekk hemm l-issue ta' jekk għandux ikun hemm kumment, għax l-ammont ta' każijiet naqas minn sena għall-oħra.", "Veru li l-istatistika kultant turi li jkun hemm nuqqas; però trid tara x'inhi r-raġuni għal dak in-nuqqas.", "Fl-opinjoni tiegħi, kien hemm żewġ raġunijiet prinċipali s-sena l-oħra, u l-ewwel waħda hija li kien hemm elezzjoni fin-nofs, u allura fl-ewwel tliet xhur wieħed ikun qed jittama li l-Gvern li jkun hemm jagħti liċ-ċittadin aktar attenzjoni u għalhekk jipprova jieħu dak li ħaqqu mingħand il-Gvern.", "U ġeneralment jirnexxielu, għax ikun viċin l-elezzjoni.", "It-tieni raġuni hija li, meta mbagħad jinbidel il-Gvern, wieħed jipprova jara jekk l-ilment tiegħu jintlaqax mill-Gvern il-ġdid.", "Għaldaqstant, ikun hemm dik iċ-ċerta lull, imma mbagħad, wara li tgħaddi dik il-lull, nerġgħu niġu għal-livell ta' każijiet ta' qabel.", "Madankollu, f'dak li għandu x'jaqsam mal-intake ta' lmenti ġodda, jien inħoss li veru, hemm bżonn li l-preżenza tagħna tkun aktar sentita fid-diversi attivitajiet soċjali.", "Raġuni oħra għaliex kien hemm nuqqas ta' lmenti hija li l-Uffiċċju f'dawn l-aħħar sentejn jew tliet snin – u anke forsi ftit iżjed – ħa l-linja li, fejn naraw li hemm problema fi lment li tolqot ħafna nies, nipprovaw nattakkaw dik il-problema u nipprovaw noħolqu xi sistema dipartimentali ta' kif wieħed jista' jevita li jkun hemm ripetizzjoni ta' dak l-ilment.", "B'dan il-mod, ħafna lmenti jiġu eliminati.", "Dan ix-xogħol ma jidhirx fir-rapporti tagħna – illum sar ix-xogħol primarju tal-Uffiċċju – però fih hemm il-vantaġġ li l-Uffiċċju jkun qiegħed jgħin lill-amministrazzjoni biex ittejjeb ċerti prattiċi li ma jkunux korretti, u fl-istess ħin jissodisfa l-klijenti qabel ma jagħmlu l-ilment.", "Naħseb dan huwa wieħed mill-aspetti li għandu jiġi evolut fl-Uffiċċju tagħna għaliex din mhix biss kwestjoni li inti tgħin liċ-ċittadin biex tagħmillu tajjeb għall-inġustizzja li jkun sofra, imma hija wkoll kwestjoni li tevita li ssir inġustizzja, u ħafna drabi dan tagħmlu billi toħloq sitwazzjoni fejn l-inġustizzja ma sseħħx.", "Sur President, mill-Ombudsplan tidher il-kwalità u t-tip ta' lmenti li kellna.", "Veru li għandna amministrazzjoni ġdida, u allura dik toħloq ċerti sitwazzjonijiet fejn wieħed irid joqgħod attent li l-amministrazzjoni tkun verament qed tifhem, għax ħafna drabi – u l-amministrazzjoni tapprezzah dan – ikun hemm pockets fejn wieħed ma jkunx qed japprezza l-funzjoni tal-Uffiċċju x'inhi.", "Hawnhekk naħseb li hemm bżonn ikun hemm aktar affjatament mad-diversi Dipartimenti biex jifhmu eżatt l-uffiċċju tagħna għalfejn qiegħed.", "Iridu jifhmu li aħna m'aħniex f'konfrontazzjoni magħhom.", "Il-konfrontazzjoni mhix parti mill-eżerċizzju tagħna.", "Aħna qegħdin hemmhekk biex ngħinu liċ-ċittadin, kif ukoll lid-Dipartiment; però mhux dejjem ikun hemm dak l-apprezzament.", "Aħna sodisfatti bil-livell ta' aċċettazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħna.", "Tibqa' dejjem il-kwestjoni perenni ta' kemm ir-rapporti tagħna għandhom ikunu enforceable, jiġifieri sa liema punt; però, tajjeb ngħid li, f'dawn l-aħħar xahrejn jew tliet xhur, aħna rċevejna mingħand id-Deputat Prim Ministru talba biex nagħmlu suġġerimenti dwar kif l-Uffiċċju tagħna jista' jissaħħaħ iżjed.", "Fil-verità, aħna qegħdin nagħmlu paper f'dan is-sens, u sal-aħħar tas-sena tkun lesta.", "F'din il-paper se nkunu qed nissuġġerixxu kif l-uffiċċju għandu jiġi msaħħaħ f'diversi livelli, u d-diversi livelli jinkludu l-Kostituzzjoni, l-istruttura interna tal-Uffiċċju, u r-relazzjonijiet tagħna mal-Parlament.", "Fir-rigward din tal-aħħar jeħtieġ li jkun hemm evoluzzjoni u naraw sa liema punt l-Uffiċċju għandu jiġi rikonoxxut biex jagħmel audit tal-atti amministrattivi.", "Jien naħseb li l-evoluzzjoni naturali tal-Uffiċċju tiegħi għandha tkun li jsir il-mezz ewlieni ta' kif l-aġir amministrattiv tal-Gvern jiġi awditjat, l-istess kif isir mil-lat finanzjarju mill-Awditur Ġenerali.", "Dak ikun ifisser, però, li l-istanding fil-Kostituzzjoni tal-Ombudsman u tal-Awditur Ġenerali għandhom ikunu ewkiparati, bl-istess poteri u bl-istess funzjonijiet, u jimxu fuq l-istess linji.", "Dan jeħtieġ studju.", "Aħna intenzjonati li din il-paper inlestuha sal-aħħar tas-sena, u se nagħtuha lid-Deputat Prim Ministru, biex imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Il-bqija aħna disposti nwieġbu għall-mistoqsijiet li jkun hemm bżonn.", "L-unika ħaġa li nista' ngħid hija li l-affarijiet li għandhom il-Kummissarji llum huma dawk li ġew approvati sal-lum.", "M'hemm xejn xi jżomm lil dan l-Uffiċċju milli jitlob, jekk ikun hemm il-ħtieġa jew jekk ikun hemm it-talba, li jkun hemm Kummissarji f'linji oħrajn.", "Naturalment, hemmhekk jeħtieġ li jsir studju biex naraw il-Kummissarju jkunx jiflaħ il-load u jekk ikunx economically viable, imma dan oġġett li wieħed jistudjah.", "Kien hemm is-suġġeriment li jkollna kummissarju għall-kunsilli lokali.", "Fil-programm elettorali tal-Gvern stess, hemm diversi ombudsmen li fuqhom ġejna mitluba nagħtu opinjoni dwar jekk għandhomx ikunu parti mill-uffiċċju jew le, jiġifieri the whole subject is open for discussion, u naħseb li issa huwa l-mument ġust li wieħed jistudjah sew u jieħu d-deċiżjonijiet ġusti.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Grazzi, Sur President, u nirringrazzja wkoll lill-Ombudsman għal dan ir-rapport.", "Nixtieq inħares ftit 'il quddiem.", "L-Ombudsman għadu kif semma l-ħatra ta' kummissarji oħrajn.", "Meta kien hemm il-proposta li jkollna kummissarju għall-kunsilli lokali fi ħdan l-uffiċċju tiegħu, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali pubblikament qal li jikkonsidra din it-talba favorevolment.", "Għaldaqstant, jien nixtieq li nagħmlu ftit studju u forsi nagħmlu working group mal-Ombudsman u naraw kif għandna nagħmlu din it-talba ħalli nkunu nistgħu naraw, l-ewwel nett, jekk iċ-ċittadin komuni li jagħmel talba lill-kunsill lokali u jdum biex ikollu risposta jistax ikollu rimedju bl-għajnuna tal-kummissarju u, jekk kunsilli lokali jistaqsu għal informazzjoni mingħand xi dipartiment u jdumu ma jkollhom tweġiba, jistgħux ikollhom rimedju wkoll.", "Illum jeżisti bord ta' governanza li, però, ma jidħolx f'ċerti oqsma, u allura rridu naraw jekk ikunx hemm duplikazzjoni ta' xogħol jew le.", "Illum, il-kunsilli lokali huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna u allura, jekk ikollna fi ħdan l-Ombudsman kummissarju għall-kunsilli lokali li janalizza x'sar, x'qed isir u l-affarijiet li jistgħu jsiru aħjar, filwaqt li ċ-ċittadin, il-kunsilliera u anke l-kunsilli lokali per se jirreferu lejh, irridu naraw kemm se jkun il-work load u x'jista' jsir.", "Jien lest li naħdmu flimkien is-sena d-dieħla, u forsi dan jidħol fil-Business Plan tagħna tas-sena d-dieħla u jkun ukoll parti mill-Business Plan tal-Ombudsman.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili): Grazzi tar-rapport.", "Bħala kumment ġenerali, nista' ngħid li fil-kuntest tan-numru dejjem nieżel ta' lmenti li kelli l-opportunità nelenka f'laqgħat oħra fi snin oħra, irrid ngħid li sibt partijiet ta' dan id-dokument li ma tantx huma ta' min joqgħod fuqhom.", "Se nagħti eżempju.", "Wara li ssir taf iż-żmien medju biex l-Ombudsman jikkonkludi investigazzjoni, fl-Ombudsplan issib referenza \"għall-ħtieġa li r-ritmu li bih jiġu pproċessati l-ilmenti jinżamm\".", "Ma naħsibx li jrid jinżamm dak ir-ritmu.", "Indikatur li jagħti stampa preċiża tal-effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Ombudsman hu ż-żmien medju biex l-Ombudsman jikkonkludi l-investigazzjoni.", "F'paġna 14 fl-Operations Review tal-Uffiċċju tal-Ombudsman li jissemma fl-Ombudsplan, hemm it-tabella li turi li the average number of days to conclude each case bejn l-2005 u l-2011 kien kif ġej:", "Dawn il-figuri jfissru li, minkejja li qed ngħidu li lment bħala medja jdum bejn 50 jum u 60 jum biex jiġi investigat u konkluż, dan it-target inqabeż bi kważi tliet darbiet fl-2009 u fl-2010, filwaqt li fis-snin l-oħra nqabżet darbtejn.", "Naturalment, dan ma jirriflettix tajjeb fuq l-istat li fih tħalliet topera għal snin il-fergħa investigattiva tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Fil-kuntest tad-domanda li qiegħda dejjem tonqos għas-servizz mogħti mill-Ombudsman, iż-żmien medju biex dawn l-ilmenti jiġu investigati flok jiqsar qiegħed jiżdied, u qiegħed jiżdied sew għax fejn għandek it-triplu, u fejn għandek d-doppju tal-ħin, u dan għad-detriment ta' min jagħmel l-ilment.", "Mhijiex xi ħaġa tajba li, għal snin sħaħ, dan l-Uffiċċju ma laħaqx il-miri li stabbilixxa hu stess, u li kien wiegħed bil-miktub lill-poplu skont iċ-Charter.", "Għalhekk, jien qed ngħid li ma jagħmilx sens li tgħid f'dan ir-rapport li r-ritmu li bih jiġu pproċessati l-ilmenti jinżamm.", "Allaħares jinżamm dan ir-ritmu!", "Issa rrid nagħmel kumment fuq is-sistema tal-Liaison Officers.", "Dawn il-Liaison Officers suppost huma l-ħolqa bejn l-Ombusdman u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħthom.", "Fl-Ombudsplan hemm parti fuqhom, u hemm miktub li dan il-grupp jeħtieġ li jkun riorganizzat u msaħħaħ.", "Jitkellem ukoll dwar it-tisħiħ tan-network tal-Liaison Officers li sal-lum ipprovda għajnuna imprezzabbli fir-riżoluzzjoni tal-ilmenti.", "Għal darb'oħra, qed nara kuntrast.", "Dan jikkuntrasta ma' dak li fil-fatt ġara f'dawn l-aħħar snin.", "Jien l-informazzjoni li għandi hi li din is-sistema, li kienet taħdem tajjeb fil-passat, f'dawn l-aħħar snin iżżarmat kważi għalkollox, tant li kważi ġie fix-xejn il-kuntatt regolari tal-Liaison Officers mal-Ombudsman u, għal żmien twil, ma saru l-ebda laqgħat formali ta' tagħrif u ta' taħriġ lil-Liaison Officers, u s-sistema tilfet ħafna mis-siwi tagħha.", "Il-Liaison Officers, fejn jeżistu, spiċċaw bla point of reference.", "Barra minn hekk, minkejja t-talbiet biex ikun hemm laqgħat regolari ma' dawn il-Liaison Officers, dawn il-laqgħat baqgħu ma sarux u, bħala riżultat, is-sistema kważi ġiet fix-xejn.", "Qed nieħdu gost li issa jidher li qed jingħaraf is-siwi ta' din is-sistema, u li qed tkun rikonoxxuta l-ħtieġa li titpoġġa mill-ġdid fuq saqajha wara snin ta' telqa.", "Filwaqt li hu sew li l-Liaison Officers jerġgħu jagħtu sehemhom biex l-Uffiċċju tal-Ombudsman iwettaq il-funzjonijiet tiegħu bis-serjetà, kien hemm għalfejn is-sistema titħalla kważi titfarrak qabel ġie deċiż li tingħata nifs ġdid?", "Għalija dan ma jagħmilx sens.", "Ngħaddi issa għal punt ieħor.", "F'paġna 4 tal-Ombudsplan, l-Ombudsman innifsu tkellem dwar in-nuqqas ta' każijiet ġodda minħabba l-kampanja elettorali.", "Hawnhekk għamel resumé, u n-nuqqas ta' każijiet ġodda fl-ewwel tmien xhur tal-2013 qed jiġi attribwit għall-kampanja elettorali u għat-tibdil fl-amministrazzjoni.", "Again, hawnhekk jien għandi diffikultà, għaliex it-tnaqqis fl-ilmenti ġodda fl-ewwel tmien xhur tas-sena mhuwiex xi fenomenu ġdid jew xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel, u allura kif ngħidu li r-raġuni kienet li kien hemm il-kampanja elettorali u l-bidla fl-amministrazzjoni?", "Id-data turina li bosta drabi fl-ewwel tmien xhur tas-sena naqsu sew l-ilmenti ġodda, anke jekk wieħed jieħu mill-2007 sal-2013.", "Dak li hemm miktub fl-Ombudsplan mhuwiex korrett.", "Ma tistax xjentifikament tattribwixxi raġuni għal xi ħaġa li fil-fatt kienet ilha tiġri.", "Ma tistax tgħid li din ġrat għaliex kien hemm kampanja elettorali, meta din is-sitwazzjoni kienet ilha tiġri.", "M'hemm l-ebda prova li din is-sena l-ilmenti naqsu minħabba l-kampanja elettorali jew minħabba amministrazzjoni ġdida, u dak li qed jingħad mhux ikkonfermat mill-figuri.", "Jekk wieħed iħares lejn l-2010, isib li kien hemm tnaqqis ta' 19%, u issa fl-2013 kellna tnaqqis ta' 21%, jiġifieri more or less dejjem kien hemm dak it-tnaqqis u m'hemmx xi diskrepanzi kbar.", "It-tnaqqis fl-ilmenti ġodda fl-ewwel tmien xhur tas-sena ilu jiġri għal ħafna snin, u jien ngħid li ma nkunux korretti li norbtu t-tnaqqis ta' din is-sena mal-Elezzjoni Ġenerali.", "Ma naqbilx ukoll mad-dikjarazzjoni li dan ifisser li n-nuqqas fin-numru ta' lmenti lil dan l-Uffiċċju f'dawn l-ewwel xhur ta' din is-sena huwa wieħed temporanju, u li allura hu mistenni li eventwalment is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u n-numru ta' lmenti jsib il-livell soltu tiegħu.", "Jien għalija din l-analisi mhix tajba.", "Kif se jiġi lura għan-normal meta qegħdin ngħidu li kien hemm tnaqqis ta' 21% u 19%?", "Ma jagħmilx sens.", "It-tnaqqis fl-ilmenti ġodda fl-ewwel tmien xhur tas-sena ilu jiġri għal ħafna snin, u jien ngħid li ma nkunux korretti li norbtu t-tnaqqis ta' din is-sena mal-Elezzjoni Ġenerali.", "Ma nħossx li hu sew li dan il-Kumitat jingħata dikjarazzjonijiet jew impressjonijiet daqslikieku huma fatti meta, minn analisi sempliċi li għamilt, joħorġu konklużjonijiet differenti.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-proposta f'paġna 15 li titwaqqaf in-National Human Rights Institution li tinkorpora organizzazzjonijiet involuti f'dan il-qasam, u li din tkun presjeduta mill-Ombudsman parlamentari.", "Għal snin sħaħ dak li sar minn dan l-Uffiċċju fuq din il-proposta kien dokument ippreparat mill-istess Uffiċċju, u daqqa jiġi ppreżentat lil dak il-Ministru, u mbagħad lill-Ministru l-ieħor, u dan is-suġġeriment baqa' ma mexiex 'il quddiem.", "Jidher li l-Ombudsman qatt ma ngħata ebda tweġiba mill-Gvern ta' qabel fuq din l-inizjattiva, u jista' jkun ukoll li dan il-ħsieb ma tmexxiex 'il quddiem b'saħħa jew b'konvinzjoni biżżejjed.", "Ma nafx x'seta' ġara, imma ta' min jgħid ukoll li, sena wara l-oħra, f'kull rapport annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, issib xi paġna jew tnejn fuq din il-proposta.", "Imma baqa' qatt ma sar xejn.", "Hemm fatt ieħor li jikkonferma li ma kienx hemm pjan serju għat-twaqqif ta' din l-istituzzjoni.", "Għalkemm l-Ombudsman kellu l-ħsieb iressaq abbozz ta' liġi għat-twaqqif ta' din l-istituzzjoni, reġgħu għaddew is-snin, u hawn ukoll ma sar xejn tant li l-ebda abbozz ta' liġi ma jidher fil-ktejjeb li ħareġ ftit ilu.", "Biex tmexxi proposta bis-serjetà ma tistax timxi b'dan il-mod, u għalhekk inħoss li dan huwa too little, too late.", "Bħala Ministru għal-Libertajiet Ċivili, li jinkludu d-drittijiet tal-bniedem, jidhirli li m'għandniex nistennew iżjed biex inwaqqfu din in-National Institution for Human Rights.", "Għalhekk, kif tħabbar fid-Diskors tal-Baġit tal-2014, il-Gvern ħa d-deċiżjoni li s-sena li ġejja jwessa' r-remit tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza biex issir Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza.", "U aħna qegħdin naħdmu fuq dan.", "L-Onor.", "Agius semma t-twaqqif ta' ombudsmen settorjali ġodda.", "F'paġna 15, l-Ombudsman qed jipproponi li jsir eżami biex jiġi determinat jekk ombudsmen li huma maħsuba li jsiru għal setturi differenti skont il-programm elettorali tal-amministrazzjoni preżenti jistgħux – u għandhomx – jiffunzjonaw bħala kummissarji fl-Uffiċċju tal-Ombudsman parlamentari.", "Hija ħaġa ċara, iżjed u iżjed f'pajjiż żgħir bħal tagħna, li r-riżorsi għandna kemm jista' jkun nirrazzjonalizzawhom u mhux nisparpaljawhom.", "Għalhekk, tkun ħaġa tajba li ngħaqqdu flimkien, possibbilment taħt saqaf wieħed, id-diversi mekkaniżmi ta' skrutinju li diġà għandna jew li għad nistgħu noħolqu.", "Sakemm ma tinbidilx is-sitwazzjoni preżenti fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, u sakemm ma jogħliex sew il-profil pubbliku, inħoss li l-fiduċja li jgawdi fost il-poplu u l-għarfien tal-irwol tal-Ombudsman bl-istat li jinsabu fih bħalissa ma nafx kemm dan l-Uffiċċju jista' jippreżenta ruħu bħala platform kredibbli fejn jistgħu jiffunzjonaw mekkaniżmi oħra ta' skrutinju, bħall-ombudsman għas-servizzi finanzjarji, hekk kif hemm imwiegħed fil-manifest elettorali.", "Bosta fatti – m'għandix il-ħin insemmihom kollha – jikkonfermaw li bħalissa l-Uffiċċju tal-Ombudsman parlamentari m'għandux il-kredenzjali meħtieġa biex iwessa' aktar il-mandat tiegħu.", "Nafu bħala fatt li taħt l-amministrazzjoni preċedenti fallew l-attentati biex l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Uffiċċju għall-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data jibdew jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Ombudsman parlamentari.", "Jiġifieri, diġà kien hemm dawn l-isforzi iżda ma rnexxewx, u allura qed inpoġġi d-dubji tiegħi dwar kemm huwa possibbli li nkomplu niftħu aktar.", "Dan l-aħħar twaqqfu bordjiet apposta biex jisimgħu l-ilmenti ta' ħaddiema fil-Korporazzjoni Enemalta u ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta, filwaqt li ftit ilu smajna wkoll bil-proposta li jiġi appuntat ombudsman għall-kunsilli lokali.", "Dan jista' jkun li qed jiġri għaliex l-istituzzjoni tal-Ombudsman tagħna naqqset mill-fiduċja li tgawdi fost il-poplu.", "Jeħtieġ, għalhekk, li din il-fiduċja tinkiseb lura qabel naħsbu biex inwessgħu r-remit ta' dan l-Uffiċċju.", "Xi żmien ilu l-Ombudsman kien issuġġerixxa t-twaqqif ta' dan l-Istitut, u din hija proposta ta' min jinkoraġġiha.", "Qrajna dwarha fl-Annual Report tal-2011 u fl-Ombudsplan tal-2012, iżda ma ssemmietx aktar.", "Għalhekk, nistaqsi jekk hemmx tassew interess ġenwin f'din il-proposta.", "X'ġara minnha?", "Għadha fuq l-aġenda tal-Uffiċċju tal-Ombudsman?", "Sar progress fuq din l-inizjattiva?", "Saru diskussjonijiet dwarha mal-Fakultà tal-Liġi u mad-Dipartiment tal-Public Policy tal-Università, kif kien intqal li se jsir?", "Hemm xi istituzzjoni akkademika barranija jew xi għaqda internazzjonali jew reġjonali tal-Ombudsman li wriet interess f'dan il-proġett?", "Ikun interessanti li nsiru nafu aktar dwar din il-proposta tajba ħafna.", "Xtaqt nagħmel ukoll xi punti dwar konflitti ta' interess f'din l-istituzzjoni li ma ġewx indirizzati.", "Nibda b'dak li kien ħareġ fil-pubbliku fl-2012 minn mistoqsija parlamentari li kont ressaqt jien stess.", "Dakinhar kien ġie żvelat li Senior Investigating Officer fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, li xogħlu kien li jistħarreġ ilmenti kontra l-Gvern, kien inħatar mill-Gvern ta' dak iż-żmien bħala Chairman tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs.", "Dan l-istess uffiċjal kien ġie nominat mill-istess Gvern bħala r-rappreżentant Malti fuq il-European Committee for the Prevention of Torture and Inhuman or Degrading Treatment or Punishment tal-Kunsill tal-Ewropa għal bejn l-2011 u l-2015 ukoll.", "Impjegat li għandu rabtiet mal-Gvern u li allura ma jistax ma jħossx ċerti obbligi lejh ladarba nnominah għal dawn il-karigi, kif jista' jinvestiga lmenti kontra l-istess Gvern?", "Hemm imbagħad il-każ tal-Ombudsman stess rigward ix-xogħol li jagħmel ta' arbitru.", "L-iSpeaker preċedenti kien widdeb b'mod ċar li din l-attività kellha tieqaf minnufih; però, qed nifhem li llum, sena wara dik it-twissija, dawn l-arbitraġġi xorta għadhom sejrin.", "Hemm ukoll il-każ ta' Dr Farrugia Sacco, u s'issa l-plea preliminari tal-Ombudsman li ma jistgħux jinfetħu proċeduri kriminali u ċivili kontrih għax hu bagħat l-ittra fil-kariga tiegħu ta' Ombudsman ġiet miċħuda mill-Qorti għax, skont il-liġi, l-Ombudsman ma jistax jippronunzja ruħu fuq ħwejjeġ li jikkonċernaw il-Ġudikatura.", "Skont il-Maġistrat li sema' l-plea preliminari, Dr Said Pullicino ma setax kiteb l-ittra bħala Ombudsman, u għalhekk l-immunità f'dan il-każ ma tapplikax.", "Naturalment, għadna qegħdin nistennew id-deċiżjoni finali.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq is-serq ta' fondi pubbliċi fl-Uffiċċju tal-Ombudsman li ħareġ ftit ilu minn tagħrif li deher fil-pubbliku.", "Dan kompla jnawwar lil din l-istituzzjoni.", "Dan l-abbuż, dokumentat u li deher fil-ġurnali, ma ġiex miċħud mill-Uffiċċju tal-Ombudsman li suppost jaħdem favur it-trasparenza u l-kontabilità, u qed jiskrutinja l-amministrazzjoni pubblika.", "Is-skiet dwar dan kollu qed ikompli jpoġġi lil din l-istituzzjoni f'dawl ikrah.", "Nista' nobsor, Sur President, l-impressjoni li ħadu n-nies dwar dan.", "Għaldaqstant, ikun xieraq li nitolbu li dan l-abbuż jiġi investigat u li jittieħdu l-passi kollha li suppost jittieħdu.", "Kien hemm abbuż ieħor ta' xi 13,000 kilometru fl-arloġġ ta' karozza uffiċjali ta' dan l-Uffiċċju.", "Persuna tressqet quddiem Bord ta' Dixxiplina u nstabet ħatja; però, nafu li kien hemm ħafna tkaxkir tas-saqajn biex sar ir-rapport.", "Nafu wkoll li l-Bord dam żmien twil wieqaf, u kompla bix-xogħol tiegħu biss meta nbidel il-Gvern.", "Nifhem li f'kull organizzazzjoni se ssib xi tuffieħa mħassra, imma nippretendu, speċjalment minn din l-istituzzjoni, li jkun hemm aktar trasparenza.", "Ma nemminx li hu sew li, biex jiġi ġustifikat is-skiet dwar ċerti abbużi, ssib min jgħid li l-Uffiċċju tal-Ombudsman hu awtonomu u ma jista' jindaħallu ħadd.", "Dan mhuwiex argument validu: l-awtonomija li tgawdi din l-istituzzjoni testendi fuq l-evalwazzjoni tal-ilmenti li jitressqu quddiemha u fil-mod kif jiġu ġġudikati l-ilmenti.", "F'dan il-qasam, ovvjament, ħadd m'għandu jindaħal lill-Ombudsman, u hekk għandu jkun.", "Imma naħseb li jkun żball jekk ngħidu li din l-awtonomija tagħti xi dritt jew xi awtorità lill-Ombudsman li, pereżempju, iħalli li jibqgħu għaddejjin abbużi minn fondi pubbliċi, jew li jkompli jsir.", "Użu ħażin u mhux leġittimu ta' fondi pubbliċi huwa dejjem abbuż, isir fejn isir u jsir minn min isir.", "Min ikun jaf bih ma jistax jagħlaq għajnejh.", "Għalhekk, nemmen li għandna ningħataw spjegazzjoni ta' dawn l-istanzi sabiex naslu fil-qiegħ tagħhom.", "Punt tal-aħħar li xtaqt nagħmel hu dwar in-nuqqas ta' outreach mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "F'dawn l-aħħar snin, kien hemm assenza totali ta' programmi regolari u inizjattivi ta' outreach bl-iskop li jintlaħqu n-nies.", "Jien nemmen li kull ombudsman għandu d-dmir jagħti pubbliċità lix-xogħol tiegħu favur iċ-ċittadini permezz ta' programmi ta' outreach iddisinjati apposta biex jilħqu lill-poplu.", "Dan, Sur President, jgħodd l-iżjed għall-faxex vulnerabbli tas-soċjetà li waħedhom mhumiex kapaċi jieqfu għad-drittijiet tagħhom vis-à-vis l-amministrazzjoni pubblika.", "Ma tantx qed nara li saru affarijiet f'dan il-qasam, u lil dawn in-nies ma tajniex kashom, u dan mhuwiex sew.", "Ikun tajjeb li jkun hemm outreach fuq il-gazzetti, fuq ir-radju, fuq it-televixin, fuq is-social media, kif ukoll li jkun hemm laqgħat bl-għajnuna tal-kunsilli lokali biex jispjegaw lin-nies l-irwol tagħhom u tal-istituzzjoni tal-Ombudsman, flimkien ma' laqgħat ma' NGOs u assoċjazzjonijiet ta' persuni vulnerabbli, u li anke jkellmu lin-nies f'ċentri soċjali jew fi premises ta' xi għaqda volontarja u jfehmuhom kif l-Uffiċċju tal-Ombudsman jista' jgħinhom fi kwestjonijiet li jistgħu jinqalgħulhom mal-amministrazzjoni pubblika.", "Jien naħseb li huwa essenzjali li ċ-ċittadini jkollhom dan it-tip ta' outreach fejn jifhmu li, jekk ikollhom xi problemi mal-amministrazzjoni, hemm min jiggwidahom u hemm min jiddefendihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, l-ewwel nett, irrid nirrikonoxxi l-irwol tal-Uffiċċju tal-Ombudsman u taż-żewġ kummissarji li qegħdin jassistuh.", "Qrajt il-Minuti tal-aħħar laqgħa li kellna dwar l-Ombudsplan 2013 – jiġifieri, dak ta' din is-sena – u nista' ngħid li, meta wieħed jikkompara l-Uffiċċju tal-Ombudsman mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u n-numru ta' każijiet li dawn iż-żewġ uffiċċji jikkonsidraw bl-istaff tagħhom, jara li, minkejja ċ-ċirkostanzi limitati f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsa umana, il-performance tal-Uffiċċju tal-Ombudsman hija notevoli.", "Dan huwa punt li bħala Membru Parlamentari nħoss li għandi nirrikonoxxi fil-bidu ta' dan l-intervent tiegħi.", "Ovvjament, jien qiegħed hawnhekk biex nagħmel xi punti dwar affarijiet li nħoss li jistgħu jitjiebu fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Jien qrajt ir-rapport fid-dettall u, b'mod ġenerali, laqatni l-fatt li m'hemmx kultura ta' konfrontazzjoni, u naħseb li din hija importanti, anke fid-dawl tal-fatt li r-remit tagħhom huwa r-rakkomandazzjoni.", "Minkejja li jkollhom każijiet fejn jaslu għall-konklużjoni li saret inġustizzja u jitolbu rimedju, mhuwiex f'idejhom b'mod totali dik ir-rakkomandazzjoni tintlaqgħax jew le.", "Naħseb li din il-kultura li mhumiex uffiċċju ta' konfrontazzjoni iżda uffiċċju li jrid isib kunsens ma' min għandu jimplimenta r-rakkomandazzjoni tagħhom hija ġusta ħafna.", "Naħseb li dan huwa mod matur ta' kif dan l-Uffiċċju tal-Ombudsman għandu jopera.", "Fir-rigward tar-rapport li ppreżentawlna, nixtieq nagħmel numru ta' punti li forsi l-Ombudsman ikollu ċ-ċans jagħti r-reazzjonijiet tiegħu dwarhom.", "Pereżempju, jekk immorru f'paġna 26 - Tabella 1, wieħed jista' jinnota li kien hemm numru ta' każijiet pendenti fil-każ tal-Ombudsman parlamentari li, ovvjament, jingħaddu mal-lista ta' każijiet li daħlu matul din is-sena.", "L-istess fil-każ tal-Ombudsman tal-Università, u tal-Kummissarju għas-Saħħa u tal-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar.", "Għalhekk, jien xtaqt elenku – mhux ta' kull każ, però b'mod ġenerali – ta' dawk il-każijiet li jmorru lura s-snin.", "Jien m'iniex espert f'dan is-settur – forsi tista' tidderiġini inti – però xtaqt li ningħata ħarsa dwar każijiet li forsi dawn wirtu minn qabel u li diffiċli tasal għal soluzzjoni dwarhom.", "Xtaqt inkun naf ukoll jekk każijiet bħal dawk jibqgħux każijiet miftuħa u mingħajr konklużjoni.", "Ikun hemm numru ta' kwestjonijiet li żgur jistgħu jagħtuni naqra indikazzjoni dwarhom.", "Bħalma forsi tafu, jien nirrappreżenta lill-Oppożizzjoni fuq il-bord tal-MEPA, u qed ninnota li kien hemm numru ta' każijiet li żdiedu fil-qasam tal-ambjent u l-ippjanar, dejjem jekk qiegħed ninterpreta l-istatistika tajjeb.", "Għaldaqstant, forsi l-Kummissarju jista' jelenka fejn kienu dawn iż-żidiet, u x'jaħseb li kienet ir-raġuni ġenerali għal dawn iż-żidiet.", "Jekk immorru f'paġna 28, paragrafu 7.9, insibu li l-Università laqgħet wieħed mis-suġġerimenti tal-Uffiċċju tal-Ombudsman biex, meta jkun hemm ilmenti b'mod dirett dwar xi istituzzjoni, dawn ma jmorrux mal-ewwel għand l-Ombudsman.", "Dan wassal biex l-Università, l-MCAST u l-ITS waqqfu numru ta' bordijiet fi ħdanhom biex jistħarrġu dawn il-każijiet, bil-konsegwenza li naqas in-numru ta' każijiet li waslu għandu l-Ombudsman.", "Dan huwa punt tajjeb; però, jista' jkun li min hu involut f'dawn il-każijiet, ġaladarba jaf li hemm dawn il-bordijiet u jkun hemm każijiet li ma jintlaqgħux, forsi ma jafx li l-Ombudsman għadu supremi fuq dawk il-bordijiet li twaqqfu.", "Jista' jkun li din kienet ir-raġuni li naqas n-numru ta' każijiet relatati ma' dawn l-istituzzjonijiet edukattivi?", "Fl-istess paġna 28, iżda f'paragrafu 7.10, qed jingħad li kien hemm każijiet fejn instab li l-awtoritaijiet tas-Saħħa stabbilixxew protokolli li jiċħdu d-dritt tal-pazjent konċernat għall-mediċini b'xejn.", "Nixtieq li l-Kummissarju għas-Saħħa jidħol fih dan il-punt.", "Lili, bħala rappreżentant tal-poplu, din hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna, u nixtieq li l-Kummissarju għas-Saħħa jgħidilna kif ġew indirizzati każijiet bħal dawn, kif ukoll l-eżitu tagħhom, jew inkella kienx hemm xi żviluppi li tejbu din is-sitwazzjoni.", "Jekk immur imbagħad għal paġna 30 - Tabella 2, fil-parti fejn hemm l-Ombudsman tal-Università, ngħid li, fil-kolonna Jannar/Awwissu 2013, jidher li 62% tal-każijiet għandhom x'jaqsmu ma' trattament mhux ġust jew diskriminatorju.", "Għalfejn il-maġġoranza tal-każijiet jaqgħu taħt din il-parti?", "Din hija indikazzjoni ta' kif qed topera jew qed joperaw l-istrutturi edukattivi tagħna?", "Jidher li xi ħaġa għandha tinbidel f'din il-kolonna li taqa' taħt l-Ombudsman tal-Università.", "Mhux qed ngħid li jrid jinbidel l-Uffiċċju tal-Ombudsman; qed ngħid li forsi dan il-persentaġġ ta' każi qed jindika prattiċi li qed isiru f'dawn l-istituzzjonijiet edukattivi, jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS.", "Forsi hemm xi analisi, u forsi mill-istudji tagħhom toħroġ xi kultura li qiegħda tiġi adottata f'dawn l-istituzzjonijiet.", "F'paġna 35, paragrafu 7.18, insibu hekk:", "\"Kien hemm żieda marġinali fl-ilmenti li ngħataw raġun għaliex kien hemm nuqqas biex tingħata jew titwassal l-informazzjoni.\"", "Hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija kategorika lit-tliet uffiċjali: fil-każijiet li jkollkom, issibu diffikultà meta titolbu l-informazzjoni mill-istrutturi?", "Jien nispera li dan mhux il-każ.", "Nemmen li l-informazzjoni li intom titolbu għandha tingħata u għandha tiġi pprovduta malajr.", "U din hija t-tieni mistoqsija tiegħi: jien kapaċi nagħtik l-informazzjoni, però jekk indum, m'iniex qed ngħinek bħala Ombudsman biex tasal għall-konklużjoni tal-każ tiegħek.", "Dak għalija wkoll mhux aċċettabbli.", "Nixtieq li l-Kummissarju tas-Saħħa u l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar jagħtuni ftit il-feedback tagħkom, anke pereżempju, jekk kenitx faċli li jottjenu informazzjoni min-naħa tal-MEPA.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fil-Minuti qrajt li, minn mindu laħaq CEO Ian Stafrace, kien hemm żieda fid-disponibilità li tingħata l-informazzjoni.", "Għaldaqstant, nixtieq inkun naf jekk, minn wara li spiċċa Ian Stafrace sal-lum, din it-trend inżammitx jew iddeterjoratx.", "Wieħed mill-poteri tal-Ombudsman huwa l-own initiative.", "L-Ombudsman għandu dritt li jieħu azzjoni hu stess, jifġieri mhux bilfors xi ħadd irid jagħmel ilment miegħu biex jieħu azzjoni.", "Mingħalija kien hemm rapport dwar il-waiting lists, però nixtieq inkun naf x'inizjattivi oħrajn ħa l-Ombudsman u l-Kummissarji b'dan il-poter li huma jistgħu jeżerċitaw.", "Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar: fid-dawl tal-qasma tal-MEPA, inti se tibqa' responsabbli – qed naħseb li iva jien, però xtaqt xorta nagħmel din il-mistoqsija għax nixtieq risposta – kemm mill-ambjent, kif ukoll mill-ippjanar?", "Din il-qasma kif se tbiddillek l-irwol tiegħek jew l-investigazzjonijiet tiegħek għaliex issa, f'daqqa waħda, minn awtorità waħda se jkollok żewġ awtoritajiet?", "Uħud mid-deċiżjonijiet li se tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar waħedha se jkunu bbażati fuq rakkomandazzjonijiet mill-Awtorità tal-Ambjent; però, qed nistaqsi għax jista' jkun li mhux dejjem ikun faċli li inti tasal għal konklużjoni, u mhux dejjem ikun ċar min qed jieħu d-deċiżjonijiet u, jekk kien hemm inġustizzji, fejn saru.", "I stand to be corrected, però ma jidhirlix li hemm żmien definit biex jinqata' każ quddiem l-Ombudsman.", "Għandna nħarsu lejha din il-ħaġa?", "Il-MEPA, mill-aħħar riforma tal-2010, illum biex toħroġ permess għandha d-deadlines.", "Jiġifieri, minn mindu inti ddaħħal applikazzjoni sa dakinhar għandu jsir l-screening, sa dakinhar għandha tingħata l-ewwel feedback, imbagħad joħroġ il-permess, jinstema' quddiem il-Bord eċċ. Jien mhux se naqbad u nipproponi din il-ħaġa fl-Uffiċċju tagħkom, imma għandu l-Uffiċċju tal-Ombudsman iħares lejn dan ix-xenarju?", "Jekk iva, qed nimmaġina li dan kapaċi jwassal biex il-każijiet jinqatgħu f'perijodu iqsar, imma żgur li mbagħad ikun hemm bżonn żieda fir-riżorsi umani tagħkom, u eventwalment żieda fil-finanzi li l-Uffiċċju jkollu bżonn.", "Jekk m'iniex sejjer żball, dan il-punt ġie wkoll rakkomandat fir-rapport tal-PricewaterhouseCoopers, fejn ġie ssuġġerit li għandu jkun hemm żmien definit biex jinqatgħu l-każijiet.", "Se nagħmel l-aħħar ftit punti, u nibda billi nistaqsi x'inhi l-possibilità li l-Uffiċċju tal-Ombudsman jibda jkopri każijiet li ġejjin mis-settur privat.", "Qed nitfagħha għad-diskussjoni din, u żgur li l-Ombudsman jista' jiftaħli għajnejja dwar l-isfidi ġodda li kapaċi jiffaċċja l-Uffiċċju tiegħu; però, ħaddiem fis-settur privat illum fejn jista' jirrikorri?", "Jekk nitkellmu fuq drittijiet ugwali għal kulħadd, allura dawk li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku llum huma f'sitwazzjoni privileġġjata għax, jekk iħossu li saret inġustizzja magħhom, jistgħu jirrikorru għand l-Uffiċċju tal-Ombudsman, mentri impjegati fis-settur privat m'għandhomx fejn jirrikorru għal rimedju f'każ li jħossu li tkun saret inġustizzja magħhom.", "L-aħħar punt: jien ma qbiltx mal-Onor.", "Dalli meta qalet li m'hemmx kredenzjali biex isiru r-riformi li wieħed jistenna li għandhom isiru.", "M'iniex konvint lanqas li naqset il-fiduċja tal-Ombudsman.", "Jien rari nisma' li kien hemm ilment … jew inkella li b'xi mod il-fiduċja fl-Ombudsman naqset.", "Naħseb m'għandniex ninsew li l-Ombudsman huwa persuna maħtura b'żewġ terzi tal-Kamra.", "L-Ombudsman għandu l-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-Kamra tad-Deputati, u naħseb li din il-fiduċja li ngħatat dakinhar biex l-Ombudsman jaqdi dmiru għandha tikompla, anke issa li nbidel il-Gvern.", "Irrispettivament mill-ilmenti li jsiru, huwa importanti li din il-fiduċja li għandu jkollna fl-Ombudsman ma tiġi mittiefsa qatt u lanqas tonqos, għax inkella minn din l-ogħla istituzzjoni nkunu – nerġa' ngħid, jien m'iniex espert f'dan il-qasam – qed innaqqsu l-importanza ta' dan l-Uffiċċju u l-imparzjalità tiegħu mill-istituzzjonijiet kollha li għandna f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, ħafna mill-affarijiet li xtaqt ngħid qalithom qabli l-Onor.", "Dalli, imma hemm xi ftit affarijiet li għandi mistoqsijiet fuqhom.", "Għandna referenza għal-Liaison Officers u, f'dan ir-rigward, irrid ngħid li jien naraha xi ħaġa tajba ħafna li jkollok Liaison Officer – u anke milli qrajt u milli nista' nobsor – għax, jekk ikollok Liaison Officer tajjeb, jista' jkun li jkollok aktar każijiet li jispiċċaw qabel ma jibdew, għax lanqas investigazzjoni ma jkollok bżonn.", "F'dan ir-rapport li sar f'Settembru, qed jingħad li dawn għandhom ikunu in place sal-aħħar tas-sena.", "Naf li hemm tliet xhur avarija, imma l-aħħar tas-sena issa wasal, u nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni fuqhom issa.", "F'paġna 7 hemm li l-Kummissarju għas-Saħħa ħass li kellu jinvestiga di sua sponte numru ta' issues, u nixtieq inkun naf x'kienu dawn l-issues.", "Imbagħad, f'paġna 10, paragrafu 2.27, hemm miktub li r-ristrutturar tal-Uffiċċju kellu jsir sal-aħħar tas-sena, u nixtieq inkun naf f'liema pożizzjoni qegħdin issa f'dan ir-ristrutturar.", "Punt ieħor huwa fir-rigward tan-National Human Rights Institution.", "Jien naqbel magħha, u din hija xi ħaġa li kien imissu ilha li saret.", "Fil-fatt, nixtieq inkun naf x'kienu l-intoppi s'issa biex din għadha ma saritx, biex naraw jekk kenux validi jew le.", "Jien kont f'wieħed mill-kumitati dwar id-drittijiet umani fil-Council of Europe, u hemmhekk ukoll iddiskutejna fuq kemm huwa importanti li jkollok din it-tip ta' istituzzjoni fl-Ombudsman.", "Irrid insemmi wkoll il-każijiet pendenti.", "Fit-Tabella 1, f'paġna 26, insibu li l-Ombudsman Parlamentari fl-2012 kellu 238 każ mis-sena ta' qabel, u fis-sena 2013 kellu 266 każ mis-sena ta' qabel.", "Fil-fehma tiegħi, din il-load ta' każijiet pendenti hija load sostanzjali meta tikkonsidra li n-numru ta' każijiet li ngħalqu u n-numru ta' każijiet li waslu huma kważi indaqs, u daqs il-każijiet li jkunu għadhom għaddejjin mis-sena ta' qabel.", "Għaldaqstant, nixtieq inkun naf il-każijiet l-aktar antiki u li għadhom ma nqatgħux kemm ilhom hemmhekk.", "Ngħaddi għat-Tabella 2 f'paġna 30.", "Hawnhekk għandna kategorija ta' diskriminazzjoni improprja taħt l-Ombudsman Parlamentari, u nixtieq inkun naf x'tip ta' diskriminazzjoni improprja qed nitkellmu fuqha, għax kien hawn naqra mhux ħażin, speċjalment bejn Jannar u Awwissu tal-2012.", "Nixtieq li l-Ombudsman jilluminani ftit għax id-diskriminazzjonijiet huma varji.", "Fit-Tabella 3, li tinsab f'paġna 33, insibu n-numru ta' każijiet investigati u kemm minnhom instabu li kienu ġustifikati, u kemm minnhom instabu li ma kenux ġustifikati.", "Fir-rigward tal-Ombudsman Parlamentari fis-sena 2012, kellna 19-il każ ġustifikat u 36 mhux ġustifikat, filwaqt li fis-sena 2013, kellna 25 ġustifikati imma 59 mhux ġustifikati.", "X'jaħseb l-Ombudsman li qed tkun il-problema biex qed jersqu daqshekk każijiet li mbagħad jinstab li m'hemmx ġustifikazzjoni għalihom?", "Forsi n-nies ma jafux biżżejjed x'inhu l-irwol tagħhom, għalkemm kieku naħseb lanqas jikklassifikaw taħt ġustifikati jew le, kieku jiġu bħala li mhuwiex ir-remit tagħkom.", "Nixtieq inkun naf jekk jistax jgħidli kif daqshekk każijiet qed jispiċċaw ikunu mhux ġustifikati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Mingħajr ma nagħmel inġustizzja mal-uffiċċju, ngħid li mhux possibbli li nirrispondi għall-mistoqsijiet kollha li saru.", "Huma mistoqsijiet utli, u ħafna minnhom ġustifikati u hemm tweġiba għalihom; imma wieħed irid jieħu ż-żmien tiegħu biex jagħti risposta.", "Għaldaqstant kont se nitlob lill-Kamra biex ningħata l-opportunità li nagħti r-risposti fuq kull punt hekk kif ikolli t-test.", "L-intervent tal-Onor.", "Dalli ma ssorprendinix, fis-sens li dak li smajt mingħand l-Onor.", "Dalli huwa dak li jien kont ġejt rinfaċċat bih meta l-Corporate Manager tagħna ddeċieda li ma jibqax magħna.", "Jiġifieri, nifhimha dik, u mhux qed ngħid li dak li qalet l-Onor.", "Dalli mhuwiex korrett, jew li m'hemmx spjega għalih, imma I have to reply accordingly.", "Ma nistax inħalli l-affarijiet għaddejjin qishom ma ntqalux.", "Dan huwa każ fejn wieħed irid jagħti spjegazzjoni.", "Madankollu, ma nistax ma ngħidx li dan huwa indikattiv tal-kampanja li saret kif spiċċa mix-xogħol is-Sur Sant.", "Għamel kampanja medjatika biex joskura lill-Uffiċċju.", "Ir-raġuni u mhux raġuni narawha meta nagħti risposta, imma din ma stajtx ma ngħidhiex.", "Affarijiet oħrajn nixtieq nirrispondihom biż-żmien, u għalissa nixtieq ngħid żewġ affarijiet li forsi ma jkunx hemm ċans għalihom u aħjar ngħidhom issa.", "Waħda minnhom hija fuq in-National Human Rights Institution.", "Dan l-Uffiċċju m'għandu l-ebda diffikultà li l-NHRI ssir skont kif jidhirlu l-Gvern, sakemm il-kriterji u l-istruttura li elenkajt f'dak id-dokument ikunu rispettati biex Malta jkollha l-opportunità li tiġi kklassifikata A1 mal-organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tikklassifika dawn l-organizzazzjonijiet.", "Naħseb li l-Uffiċċju tagħna huwa l-aktar wieħed idoneu għal dan it-tip ta' xogħol: però, m'għandniex esklussività fuq dan is-suġġett.", "L-NHRI ma saritx qabel mhux għax l-Uffiċċju tagħna naqas, imma għax min-naħa politika ma kienx hemm il-volontà dak iż-żmien.", "Aħna konna ilna ninsistu għal sitta jew seba' snin biex din issir, u meta – fl-aħħar – l-amministrazzjoni li għaddiet kienet qalet li iva, konna wasalna fi stat li nistgħu nikkonsidrawha din u qalulna biex nagħmlu proposta formali, ġiet elezzjoni u ma saritx fiż-żmien.", "Però, n-nuqqas ta' volonta kien ġej min-naħa politika u mhux mill-uffiċċju tagħna.", "L-Uffiċċju tagħna kien virtwalment rikonoxxut bħala NHRI f'Malta.", "Kull min jiġi minn barra biex jagħmel investigazzjonijiet fuq Malta kien jiġi l-Uffiċċju tagħna, u aħna kellna l-istanding ta' hekk.", "Dak iż-żmien il-Gvern deherlu li ma kienx hemm lokha għax kien jaħseb li l-protezzjoni għad-drittijiet fundamentali kienet biżżejjed kif kienet.", "Dik kienet id-deċiżjoni politika ta' dak iż-żmien, u aħna ma nidħlux fiha.", "Inħoss li hija ħaġa tajba li l-Gvern tal-lum iddeċieda li jagħmilha, u nispera u nawgura li ssir u ssir sewwa.", "Jekk issir sew, jien ma jkolli l-ebda diffikultà; wara kollox, l-Uffiċċju tagħna m'għandu ebda monopolju fuq dawn l-affarijiet.", "Jidhirli, però, li l-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari, li llum huwa awtorità kostituzzjonali, għandu jiġi mogħti l-piż tiegħu meta jgħid xi ħaġa, u għall-inqas jirċievi acknowledgement li d-dokument ikun sar u ġie ppreżentat.", "Jien għamilt dokument, preżentajtu u ppubblikajtu, u sal-lum l-Uffiċċju tiegħi għadu ma rċieva xejn miż-żewġ naħat politiċi, la rċieva iva, la le, la tajjeb u lanqas ħażin, u dak hu ħażin.", "It-tieni ħaġa li rrid ngħid hija dwar kemm idumu l-każijiet.", "L-istatistika f'dan ix-xogħol ma tistax toqgħod fuqha bħala statistika.", "Inkunu kompletament żbaljati jekk nagħmlu hekk.", "Meta wieħed jagħmel investigazzjonijiet tax-xorta tagħna fejn il-każ ma jispiċċax f'sentenza imma jispiċċa b'rakkomandazzjoni, ix-xogħol li jittieħed ma jkunx ir-riżultat tal-investigazzjoni, imma biex wieħed jipprova jidentifika l-inġustizzja u jikkonvinċi l-awtorità li hemm inġustizzja u jfittex rimedju.", "Dak jieħu ż-żmien, u allura ċerti każijiet idumu jkaxkru mhux għax l-Uffiċċju jrid ikaxkarhom, imma għax id-dipartimenti ma jkunux waslu magħna għall- konklużjoni.", "Din hija xi ħaġa min-natura tax-xogħol, u mhijiex kwestjoni ta' statistika.", "L-istatistika ma tiswa assolutament xejn.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex il-każijiet jinżlu hi li l-Gvern ikun ipprivatizza essential service.", "Jekk il-Gvern jipprivatizza l-Posta, il-każijiet tal-Posta ma jiġux iżjed għandna.", "Jekk jipprivatizza xi ħaġa oħra, l-każijiet tagħhom ma jiġux iżjed għandna, u allura jonqos l-intake.", "Jekk aħna nagħmlu xogħol biex l-ilment ma jiġix għandna, u dan huwa għal benefiċċju tal-amministrazzjoni, il-każijiet nitilfuhom.", "L-istess tvarja l-istatistika dwar id-dewmien.", "Jekk qed nagħmlu investigazzjoni fuq l-Armata, u jkollna 120 ilment, u fl-aħħar tinstab soluzzjoni biex il-promozzjonijiet isiru b'ċertu mod u din tkun aċċettabbli għall-Armata u aċċettabbli għall-Gvern, dik l-investigazzjoni se tieħu tliet snin jew erba' snin, imma mhux kull każ idum tliet snin jew erba' snin.", "Jiġifieri, meta wieħed jagħmel statistika, jrid joqgħod attent kif jinterpretaha.", "Għalissa se nieqaf hawn, u nixtieq li niġi dirett mis-Sedja dwar kif għandi nirrispondi għall-mistoqsijiet li saru.", "MR SPEAKER: Qed nifhem li trid aktar ħin biex tkun tista' tirrispondi.", "Mela jkollna nimxu għas-sena d-dieħla biex jiġi approvat.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Bil-permess tas-Sedja, jien dispost li ċerti mistoqsijiet nirrispondihom bil-miktub biex nevita u naqta' ħafna mid-diskors, u mbagħad niġu għall-kjarifiki.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, sa fejn naf jien, l-Onor.", "Carmelo Abela kellu xi mistoqsijiet ukoll, però bħalissa qiegħed fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Iva, fil-fatt l-Onor.", "Carmelo Abela kellu joħroġ għax irid jitkellem fil-Plenarja.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, u allura forsi jkun jista' jagħmilhom bil-miktub?", "MR SPEAKER: Ejja nkomplu nitkellmu, u sadanittant forsi jilħaq jiġi.", "DEBORAH SCHEMBRI: Nixtieq nistaqsi dwar dak li għadu kemm qal l-Ombudsman.", "Huwa qal li l-istatistika mhux dejjem se turina r-realtà tal-oġġett għax jista' jkollok affarijiet li, as they go along, tkun qed issolvihom, avolja jkunu jidhru fit-tul.", "Peress li dawn huma rakkomandazzjonijiet, jista' jkun li, għalkemm hawnhekk jingħad li ngħatat ir-rakkomandazzjoni, il-każ xorta ma jkunx ingħalaq għall-persuna, għaliex forsi dik ir-rakkomandazzjoni ma tkun wasslet għal imkien.", "Għalhekk, nissuġġerixxi li jkun hawn tabella tal-affarijiet li fil-verità spiċċaw sabu their end in a good result.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Il-biċċa l-kbira tax-xogħol tagħna ma jasalx b'riżultat ta' rapport li hu definit.", "Ħafna mix-xogħol tagħna jfisser li tinnegozja waqt li qed tinvestiga, issolviha l-ħaġa u l-każ imut.", "Jiġifieri, ma jkunx hemm rapport u ma jkunx hemm rakkomandazzjoni, imma x-xogħol ikun sar.", "U dawk huma ħafna mill-każijiet tagħna, u dak huwa ta' ġid.", "Bir-rispett kollu, in-nuqqas ta' fiduċja fl-Uffiċċju tagħna ma narahx, qatt ma rajtu, u lanqas qatt ma missejtu.", "Dispost li nkun open biex nara min se jikkonvinċini li hekk hu, imma mir-reazzjoni li ħadt mill-pubbliku inġenerali – mhux qed ngħid għall-ittri li nirċievu għax dawk ma jiswewx, u jiswew ħafna – jien qatt ma missejt b'idejja nuqqas ta' fiduċja fl-Uffiċċju.", "U x-xogħol jitla' u jinżel skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż u skont ix-xogħol.", "Jien nemmen li hemm lok biex wieħed imur on the spot u l-Uffiċċju jagħmlu aktar aċċessibbli, imma f'dan kollu ma nara l-ebda nuqqas ta' fiduċja; anzi, ħlief nies jgħidu kemm huwa utli li jiġu għandna għax jieħdu s-sodisfazzjon u jkunu jistgħu jaraw il-file u jkunu naf x'inhu jiġri ma narawx aħna.", "Però, naturalment, imbagħad kulħadd jieħu l-istand tiegħu.", "Aħna mhux qegħdin hawnhekk biex niddefendu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, aħna għasafar tal-passa, jgħaddu sentejn, u nkunu spiċċajna.", "Jien għandi għal qalbi din l-istituzzjoni – u mhux qed ngħid għall-Onor.", "Dalli tagħmel ix-xogħol tagħha, u tagħmlu sew – u ma narax għalfejn wieħed, għax ikollu diżgwid fl-Uffiċċju, għandu jagħmel il-ħsara lill-istituzzjoni li ħadem magħha għal madwar 20 sena.", "HELENA DALLI: Jien għamilt ix-xogħol tiegħi, tajt id-data xjentifika u interpretajt dik id-data.", "Jiġifieri jien tajt il-ħsebijiet tiegħi u dik kienet il-kritika tiegħi.", "Huwa xogħolna li nikkritikaw.", "Qed ngħid hekk għax imbagħad l-Ombudsman, fl-istess sentenza, kompla fuq xi ħaddieħor.", "Nixtieq li ma jagħmilx hekk.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Jien kont ċar ħafna.", "Ix-xogħol tal-Ministru mhux biss napprezzah, anzi, naħseb li hu korrett u naħseb li din hija l-ewwel darba kemm ilni niġi quddiem dan il-Kumitat li l-affarijiet rajniehom b'ċertu reqqa, għax is-soltu konna niġu hawnhekk, ngħidu erba' kelmiet u daqshekk.", "Jiġifieri, jien bl-ebda mod mhu qed nikkritika.", "HELENA DALLI: Ippermettili għax forsi insejt, darb'oħra meta kont hawnhekk u tkellimt, għedtli l-istess ħaġa.", "Jiġifieri din mhijiex l-ewwel darba.", "Jekk tiftakar, għedtli kemm għamilt ix-xogħol tiegħi bir-reqqa u kemm studjajt eċċ. Meta jqabbduni nagħmel dan l-eżami tal-Uffiċċju tiegħek, jien nidħol għalih bis-serjetà.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela wkoll ried jagħti l-input tiegħu.", "Nistgħu niċċekkjaw daqsxejn kemm baqagħlu fil-Kamra?", "(Pawsa) Għadu qed jitkellem.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nipproponi li llum nieqfu hawn, u sadanittant jingħata t-transcript ta' dan kollu.", "Jiġifieri, l-laqgħa ma tkunx konkluża u nerġgħu niltaqgħu darb'oħra.", "Il-kollegi jilħqu jagħmlu mistoqsijiet oħrajn fil-laqgħa li jmiss, imma in the meantime jista' jagħti t-tweġibiet …", "MR SPEAKER: Nistgħu nibagħtulek it-transcript, biex imbagħad tindirizza dawk il-punti saljenti li saru kemm mill-Ministru Helena Dalli, kif ukoll mill-Membri l-oħra tal-Kumitat.", "Jew forsi tippreferi tirrispondi bil-miktub?", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Kulma nixtieq jien huwa t-transcript u li nirrispondi l-punti prinċipali biex inkun nistgħu niggwidaw ruħna aħjar …", "MR SPEAKER: Iva; però mbagħad, fil-laqgħa li jmiss, nagħtu l-opportunità lill-Onor.", "DAVID AGIUS: Jista' jkun li tkun preżenti wkoll l-Onor.", "Claudette Buttigieg, għax illum kienet indisposta.", "MR SPEAKER: Jista' jkun ukoll.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, jien mhux rigward dan il-punt ta' meta jirrispondi l-mistoqsijiet se nitkellem – he can do it at his leisure – imma fuq il-biċċa xogħol li ħarġet kemm mill-ittra ta' dak is-Sinjur, kif ukoll mill-punti li għamlet l-Onor.", "F'dan il-Parlament għandna l-Public Accounts Committee, u naħseb li dan il-Kumitat għandu jgħaddi din l-ittra u xi kummenti oħra li jkunu saru biex il-Public Accounts Committee jagħmel xogħlu u jara l-akkużi u, jekk f'dak li għandu x'jaqsam mal-fondi pubbliċi ta' dan l-Uffiċċju, kienx hemm affarijiet ħżiena jew le.", "Jien bl-ebda mod mhu qed ngħid li sar jew ma sarx dan, imma meta ssir investigazzjoni, wieħed ikun jista' jistrieħ fuq il-fatt li ħarġu l-fatti kollha u ma nstab xejn.", "Jiġifieri, this to do justice on both ways, għat-trasparenza u għal kollox.", "MR SPEAKER: Naħseb dwar din l-ittra diġà ddeċidejna li l-ewwel nagħtu l-opportunità lill-Ombudsman li jirrispondi.", "Kont hawn mill-bidu.", "DEBORAH SCHEMBRI: Iva, kont hawn mill-bidu.", "MR SPEAKER: Ma jżomm xejn milli d-69 Membru Parlamentari li hemm jagħmlu mozzjoni.", "M'hemm xejn li jżomm milli wieħed juża dik il-proċedura.", "Il-liġi li tistabbilixxi l-Ombudsman hija ċara.", "DR JOSEPH SAID PULLICINO: Sur President, fi kwalunkwe forma ta' verifika aħna kontabbli bħal ħaddieħor, u m'għandniex għalfejn noqogħdu nistaħbew wara xejn.", "Però, ma nixtieqx li jsiru xi azzjonijiet li b'xi mod inaqqsu l-fiduċja fl-istituzzjoni.", "Dik biss, mhux għaliex m'għandux jiġi investigat kollox, imma għax għandu jkun hemm ukoll raġuni għaliex l-investigazzjoni ssir.", "MR SPEAKER: Se naħdmu hekk: sakemm niġu għal-laqgħa li jmiss, l-Ombudsman se jkollu t-transcript biex, fuq għażla tiegħu, jirrispondi bil-miktub.", "Fil-laqgħa li jmiss, nagħtu l-opportunità lill-Onor.", "Carmelo Abela jitkellem, u mbagħad nimxu fuq l-Ombudsplan 2014.", "Fuq dak li qed tissuġġerixxi l-Onor.", "Deborah Schembri, hemm il-proċedura stabbilita, jiġifieri m'hemm xejn xi jżomm lil xi ħadd milli jmexxi.", "Nixtieq li niffissaw data għal li jmiss, imma wara t-13 ta' Jannar żgur.", "DAVID AGIUS: Naħseb li d-data aħjar nagħmluha meta jkun hawn l-Onor.", "Abela, għax forsi jkun irid jikkonsulta mad-Deputat Prim Ministru wkoll għax, minbarra l-House Buisiness Committee tal-Ombudsman, ikollna wkoll ix-xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-ewwel ġimgħa meta jiltaqa' l-Parlament imma.", "DAVID AGIUS: Anke qabel, jekk hemm bżonn, mhijiex problema.", "Taf li aħna flessibbli.", "MR SPEAKER: Kollox sew, nikkonsultaw mad-Deputat Prim Ministru.", "Grazzi.", "Fit-8.25 p.m., id-diskussjoni ġiet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li tiġi kkomunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20131217_012d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.38 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa nru.", "11 li saret fit-2 ta' Diċembru 2013 kienu konfermati.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "L-Onor.", "Carmelo Abela fakkar lill-Kumitat li l-Parlament kellu jieqaf għall-vaganzi tal-Milied fit-18 ta' Diċembru 2013 u jerġa' jibda jiltaqa' fit-13 ta' Jannar 2013.", "Huwa informa lill-Kumitat li:", "(a) dakinhar kellha titkompla d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5) – Abbozz Nru 25 – u jekk tagħlaq tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 3) – Abbozz Nru 22;", "(b) l-għada, l-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2013, kellha titressaq il-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-estimi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kif approvati mill-Kumitat dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika; u li", "(c) wara li jerġa' jibda jiltaqa' l-Parlament f'Jannar 2014, kellha tibda d-diskussjoni dwar il-Mozzjoni Nru 88 ippreżentata mill-Onor.", "Claudio Grech dwar it-twaqqif ta' Kumitat Permanenti għas-Saħħa.", "L-Onor.", "David Agius irrifera għall-Mozzjoni numru 78 li tirrigwarda l-Ftehim dwar Unified Patent Court (UPC) (Qorti dwar Privattivi Industrijali Unifikati) u informa lill-Kumitat li jekk is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja jkun irid iressaqha fil-Kamra, l-Oppożizzjoni ma kellha ebda problema dwarha.", "L-Onor.", "Agius irringrazzja lis-Sedja u lill-membri l-oħra tal-Kumitat Magħżul għar-rapport li kienu ħejjew dwar ittwaqqif ta' uffiċċju ta' kummissarju u ta' kumitat permanenti talKamra dwar 1istandards, 1etika u limġiba xierqa filħajja pubblika.", "Fuq l-istess suġġett, l-iSpeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li filwaqt li kienet inżammet id-data stipulata fil-mozzjoni sabiex jitħejja rapport mill-Kumitat Magħżul, ir-rapport kien sar f'forma interim sabiex iż-żewġ naħat tal-Kamra jingħataw żmien biżżejjed ħalli jkunu jistgħu jgħarblu l-abbozz ta' liġi mħejji mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jagħtu l-feedback tagħhom.", "Ir-rapport finali tal-Kumitat Magħżul ikun jista' jitressaq quddiem il-Kamra wara li l-abbozz ta' liġi jiġi diskuss fil-Kumitat Magħżul.", "L-Onor.", "Carmelo Abela ingħaqad mal-Whip tal-Oppożizzjoni fir-ringrazzjament tiegħu għax-xogħol li sar mill-Kumitat Magħżul u wera x-xewqa li l-abbozz ta' liġi jkun diskuss mill-Gruppi Parlamentari ħalli mbagħad ikunu jistgħu jsiru abbokkamenti informali bejn il-Whips sabiex jiġi deċiż kif ikun l-aħjar mod li bih jipproċedu dwar din il-materja.", "Għat-talba tal-Onor.", "David Agius għal tagħrif dwar il-mozzjoni mressqa waqt is-seduta tal-parlament tan-nanniet li kienet saret aktar kmieni dakinhar, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-mozzjoni li kienet għaddiet unanimament f'dik is-sessjoni speċjali kellha tinġieb għall-attenzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex it-tieni Ħadd ta' Ottubru jibda jiġi rrikonoxxut bħala Jum in-Nanniet f'Malta u sabiex issir ħidma minn pajjiżna ħalli dan il-jum ikun rikonoxxut anke fl-Ewropa.", "XOGĦOL IEĦOR", "L-iSpeaker Anġlu Farrugia informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva ittra mingħand is-Sur John Formosa ta' Network Publications datata 9 ta' Diċembru 2013, li huwa l-kuntrattur li ġie mqabbad mill-Bank of Valletta biex itella' l-wirja permanenti dwar l-istorja kostituzzjonali ta' Malta fil-bini tal-Parlament.", "Fl-ittra tiegħu s-Sur Formosa rrefera għall-ftehim li kien sar bejn il-Fondazzjoni Parlament ta' Malta u l-Bank of Valletta dwar din il-wirja u staqsa dwar il-possibbiltà li fid-dawl tal-fatt li bħalissa l-Bank of Valletta kien jinsab fl-istadju li jiffinalizza l-estimi tiegħu, tintbagħat komunikazzjoni uffiċjali lill-bank li tindika li l-approvazzjoni biex tittella' l-wirja msemmija waslet fil-fażi finali tagħha, u li għaldaqstant il-flus oriġinarjament allokati mill-Bank of Valletta kellhom jerġgħu jiġu vvotati għal dak il-għan.", "Il-Kumitat qabel li għandha tintbagħat ittra f'dan is-sens lill-Bank of Valletta u fiha jiġi ċċarat ukoll li filwaqt li s-sit fejn se tittella' din il-wirja kellu jkun il-bini tal-Parlament il-ġdid, kien għad irid jintlaħaq qbil dwar il-post eżatt fejn kellha tiġi sitwata l-wirja u dwar il-kontenut, f'dak li hu test u viżwali, tal-istess wirja.", "Il-Kumitat stieden lill-Imħallef Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, Ombudsman, kif ukoll lill-Perit David Pace, Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, u lis-Sur Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa, sabiex jieħdu parti fid-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2014 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fit-30 ta' Settembru 2013.", "L-iSpeaker qara ittra li kien irċieva dakinhar stess mingħand is-Sur Michael Sant, datata 14 ta' Diċembru 2013, u qassam kopja tagħha lill-membri tal-Kumitat.", "Fl-ittra tiegħu s-Sur Sant kien qiegħed jallega li dak li jingħad f'paragrafu 3.17 li jinsab f'paġna 16 tal-Ombudsplan jirriferi għalih u huwa skorrett.", "Għaldaqstant hu kien qiegħed jitlob li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex dik il-parti titneħħa minn fuq il-websajt tal-Parlament.", "Iż-żewġ Whips informaw lill-Kumitat li għalkemm kien jidher li kienet intbagħtitilhom kopja tal-istess ittra, huma ma kinux irċevewha.", "L-Ombudsman iddikjara li ma jsib l-ebda oġġezzjoni li mill-Ombudsplan titneħħa l-parti msemmija fl-ittra u għaldaqstant l-iSpeaker talab li tiġi ppreżentata kopja emendata tal-Ombudsplan li titqiegħed mill-ġdid fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għall-mistoqsija tal-Onor.", "Carmelo Abela, l-Ombudsman filwaqt li ċaħad l-allegazzjonijiet kontenuti fl-ittra, talab li jingħata żmien biżżejjed biex iħejji t-tweġiba tiegħu.", "Il-Kumitat imbagħad għadda għad-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2014 li fiha ħadu sehem l-Onor.", "Deborah Schembri u l-Onor.", "L-Ombudsman wieġeb għal numru ta' punti li tqanqlu u talab lill-Kumitat biex jingħata aktar żmien biex ikun f'pożizzjoni aħjar li jwieġeb għal xi mistoqsijiet li sarulu.", "Il-Kumitat qabel li kopja tat-traskrizzjoni tal-laqgħa tal-Kumitat tintbagħat lill-Ombudsman.", "Fit-8.25 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tkun komunikata aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131217_012m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-familja", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2013 fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 18 ta' Diċembru, 2013 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Il-Pjanijiet tal-Gvern dwar Persuni b'Diżabilità – Ħadd mhu għar-Rimi.", "Diskussjoni mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131218_003a_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru, 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Laqgħa Nru 3", "L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.39 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nr.", "02 li saret nhar it-Tlieta 15 ta' Ottubru 2013, ġew konfermati.", "IL-PJANIJIET TAL-GVERN DWAR PERSUNI B'DIŻABILITÀ – ĦADD MHU GĦAR-RIMI.", "DISKUSSJONI MAS-sEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA", "Franco Mercieca, fil-kapaċità tiegħu ta' Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva ħalli din id-darba jkellimna fuq il-pjanijiet tal-Gvern fuq il-persuni b'diżabilità.", "Dan qegħdin nagħmluh biex nieħdu approach ħolistiku bħala Kumitat vis-à-vis l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-familja.", "Nafu kemm il-familji Maltin għandhom għal qalbhom il-persuni li jkollhom bżonnijiet speċjali, u għalhekk huwa importanti ħafna li l-politika tagħna tissodisfa x-xewqat u l-aspirazzjonijiet ta' dawn il-familji li jkollhom lil xi ħadd bi bżonnijiet speċjali.", "Onor. Mercieca nirringrazzjak talli sibt il-ħin li tiġi f'dan il-Kumitat u issa se nħalli l-kelma f'idejk ħalli tagħtina l-preżentazzjoni tiegħek.", "Imbagħad wara niftħu d-diskussjoni għall-Membri ta' dan il-Kumitat biex min ikun irid jistaqsik xi ħaġa dwar xi punti relatati mas-suġġett, ikun jista' jagħmel dan.", "FRANCO MERCIECA (Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u l-Anzjanità Attiva): Nirringrazzjakom tal-istedina.", "Bażikament li se nagħmel hu li se nsemmi s-setturi kollha li għandna fil-qasam tad-diżabilità u mbagħad se ngħidilkom x'sibna u x'beħsiebna nagħmlu ħalli nagħtikom feedback ta' dak li ġie ppjanat u li parti minnu diġà bdejna nagħmluh mentri l-parti l-oħra għad irridu nwettquha.", "L-istess bħall-qasam tal-anzjani, il-holy grail tal-qasam tad-diżabilità huwa li nżommu l-persuni b'diżabilità jgħixu fil-komunità jew idealment jgħixu fid-djar tagħhom.", "Ovvjament l-importanti hu li nsaħħu s-servizzi fil-komunità li jiġu mogħtija min-naħa tas-Support.", "Għandna l-Independent Living Fund li jiġi mqassam lil dawn il-persuni ħalli jkunu jistgħu jgħixu fid-djar tagħhom.", "F'dan il-fond għandna s-somma ta' ftit aktar minn €380,000, li bażikament, x'ħin analizzajnih sibna li huwa on a named person basis.", "Mela għandek l-ismijiet tan-nies imniżżlin li qed jieħdu minn dan il-fond u kulma hemm disponibbli biex nżidu fis-servizzi huwa biss €30,000 għax il-bqija kollha diġà ġew allokati għal dawn il-persuni.", "U bħalma tafu intom trid tibda tagħti dan is-servizz meta persuna jkollha bejn 15 u 20 sena u għandek l-isbaħ 40, 50 sena għaddej tagħti dak l-ammont ta' flus fuq bażi regolari.", "Imbagħad l-ammont ta' flus irid jibqa' jikber biex tkopri servizzi oħra.", "Għalhekk aħna kommessi sabiex dan l-Independent Living Fund nkomplu nżiduh ħalli nkopru aktar nies.", "Is-settur tad-diżabilità impressjonani fuq żewġ affarijiet; l-ewwelnett li hemm ħafna fragmentation ta' NGOs, tant li ma taqbadx art who is who u ma tantx hemm għaqda bejnithom.", "It-tieni hu li s-servizzi eżistenti jkopru ftit wisq nies.", "Fil-fatt jekk għandek 27,000 persuna b'diżabilità, is-servizzi eżistenti jkopru biss 900 ruħ.", "Għalhekk aħna rridu nifirxu dawn is-servizzi u l-fondi li għandna biex inkopru aktar nies, b'mod partikolari lil dawk li għandhom bżonn.", "Aħna għamilna re-engineering ta' ċerti fondi, parti minnhom ġejjin minn dan l-Independent Living Fund li kien ta' €180,000 u li kien allokat għal ħames persuni li għandhom profound multiple disorder u jkunu wheelchair bound u bilkemm jagħmlu ċerti funzjonjiet.", "Issa permezz ta' dan ir-re-engineering, fejn bażikament għaddejna dan is-servizz lil NGO partikolari, bl-istess ammont ta' flus irnexxielna nkopru għaxar persuni b'diżabilità profonda.", "Dan huwa t-25 Star Program li rnexxa ħafna u li huwa mmexxi mill-Inspire.", "Irridu nimxu b'dan il-mod, fejn inkabbru s-servizzi billi naraw x'għandna u billi naraw kif nistgħu ntejbu biex nagħtu servizz aħjar.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Other Training Centres u għad-day centres għall-persuni b'diżabilità.", "Fil-fatt dalgħodu għadni kemm mort fiċ-ċentru ta' Santa Venera u x'ħin dħalt rajt l-istil ta' istituzzjoni taż-żmien 40, 50 sena ilu, bl-għamara kollha - ma nafx jekk ġiliex dħaltu hemmhekk - kważi ta' żmien l-Inġliżi!", "Jiġifieri żgur ma nistgħux inħallu dawn is-sitwazzjonijiet kif inhuma u għal dan il-għan, fil-budget allokajna ammont ta' flus biex intejbu s-servizzi u s-sitwazzjoni ta' dawn id-day centres u r-residenzi.", "Dan il-committment qegħdin nagħmluh mhux biss biex intejbu kif jidher id-day centre imma anke biex intejbu l-kwalità tal-attivitajiet li jagħmlu.", "Bħalissa qegħdin fil-proċess li dan il-kunċett inġibuh aktar fis-sod ħalli nkunu nistgħu nagħmlu pjan fit-tul biex dawn l-affarijiet inwettquhom.", "Matul din is-sena aħna kommessi li nżidu l-allokazzjoni tal-persuni b'diżabilità f'dan il-qasam.", "Bħalissa qed inkopru 400 persuna u sal-aħħar tas-sena d-dieħla, jekk il-Bambin irid, se nkunu nistgħu nżiduh għal madwar 600 persuna.", "Mela għandna committment li nżidu l-allokazzjoni b'200 persuna b'diżabilità għax għandna waiting list twila ta' persuni b'diżabilità li qed jistennew biex joħorġu mid-djar tagħhom u jmorru f'dawn id-day centres biex jimlew il-ġurnata tagħhom.", "Ovvjament mhuwiex importanti biss li joħorġu imma li jkollhom servizzi ta' kwalità, fejn ikunu jistgħu jużaw il-multi sensory room, il-pool u l-gym fost affarijiet oħra.", "Importanti li dawn ikollhom dawn l-attivitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Waħda mill-isfidi li sibna kienet dik li m'għandniex statistika ċara ta' kemm għandna persuni b'diżabilità.", "Għandna ċ-ċifra ta' 27,400 li ħarġet mill-NSO imma m'għandniex reġistru għall-persuni b'diżabilità.", "Il-KNPD għandha reġistru bħalma għandhom l-ETC u d-dipartiment tas-social security imma aħna m'għandniex reġistru biex inkunu nafu eżatt x'inhi s-sitwazzjoni.", "Naħseb li biex inkunu nistgħu nippjanaw fit-tul huwa importanti li jkollna n-numri f'idejna biex inkunu nistgħu naraw x'għandhom bżonn issa dawn in-nies.", "Ovvjament jekk inkunu nafu x'tip ta' diżabilità għandhom u l-gravità tagħha aħna nkunu nistgħu nippjanaw fit-tul għax inkunu nafu x'servizzi se jkollhom bżonn għada pitgħada.", "Dan huwa l-commitment tagħna u fil-fatt għandna l-fondi mill-ESF li ġew allokati mal-programm LEAP li tħabbar il-ġimgħa l-oħra, fejn se nkunu nistgħu nagħmlu dan ir-reġistru tant importanti biex inkunu nistgħu nippjanaw għal għada pitgħada.", "Għedna kemm 'il darba li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità se tiġi ristrutturata u fil-fatt ma tantx ħadu gost min-naħa tal-Oppożizzjoni bil-kriterju li kien hemm għaliex qalu li aħna naqqasna l-budget tal-Kummissjoni meta fir-realtà aħna żiedna dan il-budget b'€20,000.", "Jiġifieri ma nistax nifhem kif qalu hekk.", "Apparti dan is-servizzi se noħorġuhom mill-Kummissjoni għaliex aħna committed li bħalma għandna dmirijiet u drittijiet mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-persuni b'diżabilità, għandna wkoll id-dmir sabiex ma nħallux il-Kummissjoni, li hija r-regolatur, tibqa' toffri s-servizzi kif inhi bħalissa.", "Ovvjament inti ma tistax tkun ir-referee fuq servizz li qiegħed toffri inti stess!", "Għalhekk dawn is-servizzi se jiġu mainstreamed u bħalissa qegħdin f'diskussjonijiet intensi mal-KNPD.", "Sfortunatament bħalissa hemm ċaqliq fil-KNPD għax iċ-Chairman wasal biex jirtira u diġà wera x-xewqa li jirtira.", "Madankollu rnexxilna nikkonvinċuh sabiex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu on a part-time basis.", "Aħna kommessi wkoll li nwettqu l-Guardianship Act u fil-fatt qegħdin fil-proċess li noħorġu call għal registrar peress li dan se jkun il-fulkru tal-Guardianship Board.", "Il-persuni li se jkunu fuq il-bord, kemm bħala judge u kemm bħala rappreżentanti tal-mental health u tal-persuni b'diżabilità diġà ġew identifikati.", "Fadlilna xi fine tuning x'nagħmlu biex inkunu aċċertati li l-għaqdiet qed jaċċettaw dawn il-persuni imma bażikament il-bord diġà qiegħed hemm u qed nistennew li jkollna dan ir-registrar biex inkunu nistgħu nibdew nattwaw dan is-servizz tant importanti u fejn qabel kienu jiġu interdicted u incapacitated, għalhekk importanti li jkollna dan il-gwardjan għal dawn il-persuni biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.", "In parallel mar-registrar tal-Guardianship Board qegħdin naħdmu wkoll sabiex ikollna persuna – u ħarġet is-sejħa għaliha wkoll għax kienet rikjesta mill-United Nations – li se tieħu ħsieb li tagħmel ir-rapporti fuq is-servizzi li jingħataw lill-persuni b'diżabilità.", "Nisperaw li fil-bidu tas-sena d-dieħla din il-persuna nkunu ħtarniha.", "Għandek imbagħad ir-residenzi li huma l-aktar ħaġa importanti u li qegħdin naħdmu fuqhom ukoll.", "Nista' ngħidilkom li bħala residenzi bħalissa qegħdin inkopru biss 47 individwu u l-ispiża għalihom hija ta' €2.6 miljun.", "Mela biex nagħtikom eżempju nista' ngħidilkom li 47 anzjan highly dependent jiġu jiswew bejn €0.6 u €0.7 miljun biex tieħu ħsiebhom mentri l-ispiża għall-istess ammont ta' persuni b'diżabilità l-ispiża qiegħda tiġina kważi erba' darbiet aktar.", "Għalhekk qegħdin naħdmu fuq l-istandards tar-residenzi, li hija xi ħaġa importanti għaliex ma nistgħux nibdew nikkreaw dawn ir-residenzi mingħajr ma jkollna the minimum standard requirements.", "Din kienet lakuna li sibna fil-qasam tal-anzjani u wasalna biex għamilna l-ewwel draft tal-istandards għalihom.", "Issa rridu nagħmlu l-istess ħaġa għall-persuni b'diżabilità.", "Il-qasam tad-diżabilità huwa simili ħafna għall-qasam tal-anzjani u għalhekk qed nipprovaw nitgħallmu mill-iżbalji li saru fil-qasam tal-anzjani biex ma nirrepetuhomx fil-qasam tad-diżabilità.", "In parallel diġà qegħdin avvanzati ħafna sabiex inniedu l-idea tat-trusts ħalli nsaħħu l-idea tat-trust għall-persuni b'diżabilità.", "Imma barra minn hekk qegħdin fi stadju avvanzat sabiex noħolqu fondazzjoni ħalli l-persuni b'diżabilità li jkollhom patrimonju limitat ikunu jistgħu jgawdu minn dawn is-servizzi ta' protezzjoni.", "B'hekk il-ġenituri tagħhom ikollhom moħħhom mistrieħ li b'dak li se jħallu lill-uliedhom, dawn se jiġi well cared for.", "Ovvjament dan se jkun in parallel mal-kreazzjoni ta' iktar residenzi għall-persuni b'diżabilità.", "Qegħdin nippjanaw biex nagħmlu residenzi żgħar fil-komunità u bħalissa qegħdin naħsbu biex nagħmlu erbgħa.", "Għandna grupp ta' persuni li qed jaħdmu fuq dawn il-pjanijiet u fil-fatt għandna applikazzjoni sabiex nakkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea ħalli nkunu nistgħu nwettqu dan il-proġett.", "Qegħdin naħsbu wkoll fuq il-possibilità li nagħmlu semi independent living concept, speċi ta' studio flats jew double studio flats armati b'kitchenette, bathroom etc biex dak li jkun ikun jista' jgħix ħajja kważi indipendenti f'dan il-kumpless ta' ċertu kalibru.", "Mill-kalkoli li għamilna nistgħu ngħidu li hemm bżonn bejn wieħed u ieħor ta' 1,300 allokazzjoni għal residenzi imma ma nistgħux ngħidu bl-eżatt għax m'għandniex reġistru.", "Issa jekk dan huwa n-numru reali ma nistgħux nikkreaw djar żgħar fi żmien daqshekk qasir imma huwa importanti ħafna li jkollok dan it-tip ta' proġett.", "Barra minn hekk għandna working group sabiex insaħħu s-service agreements li għandna mal-NGOs u b'hekk inkunu nistgħu nagħtuhom serħan il-moħħ fuq ix-xogħol tagħhom.", "Qegħdin naħdmu fuq public social partnerships, fejn qegħdin nanalizzaw il-grants kollha li kienu jittieħdu qabel biex inkunu nistgħu nagħmlu service agreements proprja u b'hekk dawn ikollhom serħan il-moħħ biex jippjanaw fit-tul u jtejbu s-servizzi tagħhom.", "Issa naħseb li nista' inħalli f'idejkom biex tagħmluli l-mistoqsijiet li tixtiequ.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mercieca grazzi tal-preżentazzjoni li għadek kif tajtna.", "Issa nħalli f'idejn il-Membri ta' dan il-Kumitat biex jagħmlulek il-mistoqsijiet tagħhom.", "L-Onor.", "JOE CASSAR: Jiena għandi żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel mistoqsija hija relatata mal-kunċett ta' dawk li għandhom diżabilità fiżika kif ukoll mentali, b'mod speċjali dawk li għandhom global intellectual disfunction u li huma dipendenti fuq il-ġenituri tagħhom u li ma jistgħux jintegraw fis-soċjetà.", "Ovvjament bħali taf kif il-ġenituri ta' dawn it-tfal jinsabu nkwetati fuq il-futur ta' uliedhom għax hemm lista twila ta' nies li qed jistennew residenza.", "Kif għedt tajjeb inti għar-residential care għal dawn in-nies għandek bżonn ħafna riżorsi umani u riżorsi finanzjarji.", "Waħda mill-affarijiet li xtaqt nistaqsi huwa fuq jekk intomx qegħdin taħsbu fuq kunċett li qiegħed jidħol ukoll fuq livell ta' anzjani u ċioè fuq id-disability care in the home?", "Dan ifisser li l-ġenituri jkollhom carers - mhux biex jgħinuhom inaddfu d-dar - speċjalizzati li jgħinuhom fil-ħarsien ta' dawn it-tfal, li llum saru żgħażagħ u għandek uħud minnhom li huma wkoll middle aged ħalli dawn jibqgħu ġod-dar sakemm l-aħħar ġenitur jew l-aħħar wild minn ħuthom imut.", "U mbagħad f'dak il-kuntest wieħed ikun jista' jara x'jagħmel imma ovvjament tkun tista' żżid in-numru ta' snin li dawn il-persuni b'diżabilità jibqgħu fid-djar tagħhom.", "Ovvjament trid ukoll r-riżorsi umani imma ma tridx l-istruttura li xi kultant ma tkunx daqshekk faċli biex issibha.", "It-tieni mistoqsija għandha x'taqsam max-xogħol.", "Nafu li din hija sfida kbira ħafna.", "Inti tkellimt fuq il-programm LEAP u naf ukoll li l-Unjoni Ewropea qiegħda taħdem ħafna fuq din l-issue.", "Naf li anke bħala Gvern qegħdin tipprovaw timxu fuq dawn il-proġetti imma ovvjament hemm inkwiet kbir fuq l-edukazzjoni li trid tingħata lill-employers f'pajjiżna ħalli dawn jibdew jintegraw lill-persuni b'diżabilità fil-post tax-xogħol tagħhom.", "Naħseb li din hija a culture change li għandna bżonn u li xtaqt inkun naf huwa fuq jekk is-segretarjat għandux xi ideat dwar ix-xogħol?", "Kif taf tajjeb inti wkoll hemm lista twila ta' stennija biex dawn il-persuni jidħlu fl-adult training centres imma anke dawn l-adult training centres huwa xogħol, kważi kważi virtwali.", "Ir-realtà tagħhom għandha tkun ġo postijiet tax-xogħol reali u b'dan il-mod tnaqqas ukoll id-dipendenza fuq l-Istat.", "X'ideat hemm bħala Segretarjat fuq dan il-kuntest?", "FRANCO MERCIECA: Rigward l-ewwel mistoqsija dwar dawn il-persuni biex jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom semmejt hawnhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi kif il-holy grail tagħna huwa li l-persuni b'diżabilità ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom jew fil-komunità tagħhom, u għalhekk hemm dan l-Independent Living Fund li rridu nkomplu nsaħħuħ biex ovvjament inkunu nistgħu nkopru aktar persuni.", "Ovvjament biex nagħmlu dan irridu nżiedu l-finanzi.", "Il-finanzi huma li huma u aħna qegħdin taħt excess deficit procedure u għalhekk ma nistgħux nitripplikaw il-fondi mingħajr ma niġġustifikaw minn fejn ġejjin u kif se nonfquhom.", "Għalhekk nemmen li huwa importanti li naħdmu fuq dan il-qasam.", "Issa ħalli nagħtikom eżempju; persuna li hija house bound u li għandha 24/7 carer service.", "Lil din inkoprulha parzjalment l-ispejjeż tagħha mill-Independent Living Fund u din lilna tiġi tiwsilna €75,000 fis-sena!", "Dawn huma r-realtajiet li rridu niffaċċjaw imma rridu nżiedu aktar is-servizzi li noffru avolja jeżistu limitazzjonijiet ovvji.", "Barra minn hekk, biex inserrħu moħħ il-ġenituri qegħdin naħdmu wkoll fuq il-Fondazzjoni u naħseb li din se tkun ta' suċċess.", "Fil-fatt il-beni li jkollhom dawn il-persuni jistgħu jiġu salvagwardjati minn din il-Fondazzjoni, fejn ikollok protector fiha li jiġi mqabbad mill-Gvern.", "Ovvjament ikun hemm involut ukoll il-gwardjan li se jkun il-protettur tal-patrominju ta' dawn in-nies u fl-opinjoni tiegħi dawn iridu jimxu id f'id.", "U għalhekk qegħdin naħdmu fuq dan il-qasam.", "Rigward ix-xogħol skużani li ma semmejt xejn imma qabel ma ġejt għal din il-laqgħa kelli laqgħa ma' speċjalista barrani fuq dan il-qasam, ċertu Michael Evans, li ġej mill-European Supported Employment Association u flimkien qegħdin naħdmu biex inkunu nistgħu nżidu s-supported employment.", "Kull tip ta' employment għall-persuni b'diżabilità jiswa l-flus, jiġifieri fl-aħħar tal-ġurnata kollox pence, shillings and pounds imma aħna għandna l-fondi, kif fil-fatt semma' il-Prim Ministru fil-budget speech sabiex noħolqu x-sheltered employment.", "Aħna nemmnu li x-sheltered employment u s-support employment jistgħu jimxu id f'id.", "Għal dan il-għan diġà identifikajna skola li qed nagħmlulha r-refurbishment li hemm bżonn biex inkunu nistgħu nagħmlu dan ix-sheltered employment u b'hekk nallokaw ċertu ammont ta' xogħol għal dawn il-persuni.", "Se jkollna tutors u job coaches li se jieħdu ħsieb lil dawn in-nies u se jagħmlu ċertu xogħol.", "Diġà qegħdin nagħmlu l-kuntatti ma' azjendi differenti biex inkunu nistgħu nġibuhom.", "Nemmnu wkoll li x'ħin ikollok dawn il-persuni b'diżabilità f'dan ix-sheltered employment environment, il-job coaches tagħhom jistgħu jiddentifikaw dawk il-persuni li jistgħu jiġu mainstreamed u b'hekk dawn joħorġu mix-sheltered employment u jmorru għas-supported employment.", "U jekk ikun hemm bżonn anke ma jibqgħux jiġu supported aktar imma jiġu totalment mainstreamed.", "Prattikament dik hi l-idea tagħna.", "JOE CASSAR: Ma nafx jekk f'dan l-ambitu hemmx xi pjan sabiex issir applikazzjoni speċifika għall-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea sabiex ngħinu l-mainstream employment u b'hekk dawn il-persuni jiġu integrati fil-mainstream employment permezz ta' għajnuniet speċjali.", "Ovvjament wieħed għandu bżonn il-flus għall-job coaches u għat-training per se.", "FRANCO MERCIECA: Dawn mhux se jkunu mill-fondi strutturali imma se jkunu mill-ESF Funds, li minnhom diġà ġibna €1.6 miljun li se nallokawhom sabiex nagħmlu dan ix-sheltered employment project.", "L-importanti hu li nagħmluh sostenibbli kemm jista' jkun għaliex saru ħafna tentattivi qabel, bħal \"Me 2!", "Cooperative\", li ħadmu għal ċertu żmien imma mbagħad wara ftit xhur sfaxxaw fix-xejn.", "Aħna nixtiequ li l-proċess li se nibdew, nibdewh sew u aħjar nibdewh sena oħra milli nibdewh issa u mbagħad wara ftit jieqaf.", "Aħna rriduh li jkun long lasting kemm jista' jkun u għalhekk se nagħmlu x-sheltered employment li minnu se joħorġu l-persuni li jistgħu jmorru għas-supported employment u aktar 'il quddiem anke joħorġu għall-mainstream employment.", "Għandna proċess għaddej fl-ETC li huwa \"Bridging the Gap\" fejn għandek erba' persuni li qed jieħdu ħsieb sitt persuni sabiex dawn ikunu jistgħu jmorru fl-employment.", "Madankollu ma naħsbux li huwa biżżejjed li jkollok erba' min-nies jieħdu ħsieb sitt persuni biss għax again hawnhekk l-ispiża hija ta' kważi €8,000 għal kull persuna.", "Issa ovvjament jekk dawn minflok ikollhom sitt persuni jkollhom 20 persuna l-ispiża se tonqos u tkun aktar sostennibbli u effettiva.", "Bħalissa qegħdin nanalizzaw il-cost effectiveness tal-miżuri eżistenti.", "Pereżempju għandna agreement ma' żewġ NGOs partikolari li jieħdu s-somma ta' €180,000 fis-sena bejniethom u dawn jingħataw €2,900 per individual to train them biex jidħlu f'impjieg imma mbagħad jieħdu biss €150 aktar jekk dak li jkun jieħu mpjieg.", "Għalhekk il-karrotta hija żgħir wisq u allura dawn qed jagħtuhom it-taħriġ imma m'hemmx dak il-committment sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Dan huwa kuntratt li sar għal tliet snin u aħna marbutin bih, jiġifieri ma nistgħux nibdluh.", "Ovvjament aħna rridu nibnu fuq it-tajjeb li sar imma rridu nitgħallmu mill-iżbalji ta' qabilna wkoll.", "Nafu wkoll li t-2% tal-employment għal kull azjenda mhijiex inforzata u mhux beħsiebna ninforzawha imma se nagħmlu lin-nies aktar konxji tagħha biex jieħdu daqsxejn aktar fuqhom dak li ngħidulu l-corporate social responsability.", "Pereżempju din il-Fondazzjoni li qed naħdmu fuqha se tkun bħala corporate social responsabilty u għalhekk aħna se nkunu nistgħu mmexxu b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "PAULA MIFSUD BONNICI: Se nagħmel żewġ mistoqsijiet żgħar.", "L-ewwel waħda fuq l-aċċessibbilità.", "Naf li din hija għadma iebsa, fis-sens li naf li binjiet ġodda, anke skejjel, ġew ristruttati b'tali mod li saru aktar aċċessibbli.", "Madankollu naf li fadal postijiet li mhumiex aċċessibbli u għalhekk għandek persuni b'diżabilità li ma jistgħux jattendu dawn il-postijiet.", "Naf li l-KNPD taħdem ħafna f'dan ir-rigward u anke l-MEPA imma intom, bħala Segretarjat, hemm xi pjan biex jekk jista' jkun kull post ikun aċċessibbli għal kulħadd?", "It-tieni mistoqsija tiegħi hija fuq dawk il-familji ta' persuni b'diżabilità li għandhom bżonn l-għajnuna fid-dar.", "Din semmejtha inti aktar qabel imma nixtieq inkun naf jekk hijiex kull persuna li tapplika għal dan is-servizz li jingħatalha?", "Jiġifieri jekk hijiex kwestjoni ta' waiting list li hemm ħafna nies li qegħdin jitolbu dan is-servizz u għalhekk m'aħniex inlaħħqu miegħu jew inkella hemmx xi forma ta' skrutinju jew criteria ta' kif persuna tieħu dan is-servizz id-dar?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "FRANCO MERCIECA: Se nibda bl-aħħar mistoqsija, fejn fil-fatt, għall-Independent Living Fund hemm bord li jagħmel l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet kollha.", "Parti minn dan il-bord huwa fformat mill-KNPD.", "Ovvjament xogħolhom huwa dak li janalizzaw l-applikazzjonijiet kollha, u mill-ftit fondi li hemm jipprovaw ikopru kemm jista' jkun persuni.", "Imma kif għedt aktar qabel hemm limitazzjoni għax il-budget hu li hu.", "Issa aħna rridu nżiduh biex inkunu nistgħu nkopru aktar nies.", "U iva hemm waiting list għal ċerti servizzi u nemmnu wkoll li għandu jsir ċertu tip ta' assessment ta' min huma dawn il-persuni biex inkunu nistgħu ngħinu lil min l-aktar li għandu bżonn.", "Ovvjament hemmhekk irridu nżidu aktar il-fondi biex inkunu nistgħu nkopru aktar nies.", "Rigward l-aċċessibilità tiskanta kif inbnew ċerti binjiet dan l-aħħar li ma kenux aċċessibbli avolja kellna l-KNPD u kellna l-isforzi kollha biex nagħmlu n-nies aktar konxji dwar din il-ħtieġa.", "Imma l-problemi li hemm f'ċerti strutturi huma inkredibbli.", "Is-Sur Joe Camilleri li huwa ċ-Chairman tal-KNPD ħadem ħafna fuq dan il-qasam.", "Fil-fatt dan qiegħed fuq it-Test of Reasonableness Board u beħsiebna nżommuh fuqu ħalli jkun jista' ikompli jaħdem f'dan il-qasam għax huwa qasam għal qalbu ħafna u rridu nżidu l-awareness tan-nies.", "Għandna ħsebijiet biex inbiddlu daqsxejn aktar is-sistema imma dan kollu għadu ħsieb.", "Qegħdin f'kuntatt mal-MEPA u mal-KNPD biex dak li jkun ma nwaqqfuhx milli jibni imma jkollu jpoġġi grant ta' ċertu ammont ta' flus li jitlifha jekk ma jagħmilx il-post aċċessibbli.", "L-ammont ta' flus irid ikun aktar ogħla milli kieku nefaq biex għamel il-post aċċessibbli.", "Dawn il-flus se jmorru ġo fond biex inkunu nistgħu nagħmlu l-postijiet aktar aċċessibbli.", "Dak huwa wieħed mill-ħsebijiet tagħna.", "Barra minn hekk irridu ntejbu l-livell tal-periti sabiex dawn ikunu konxji minn dan il-qasam għax qed insibu ftit periti li huma konxji tal-kunċett tal-aċċessibilità.", "Fil-fatt diġà qegħdin f'diskussjoni mal-KNPD biex inkunu nistgħu nagħmlu ċerti korsijiet ħalli jkun hemm aktar periti ikkwalifikati f'dan il-qasam.", "Barra minn hekk hemm il-ħsieb ukoll li nniedu kompetizzjoni fuq livelli ta' kunsilli lokali għal min se jkun l-aktar kunsill li jagħmel il-lokal tiegħu aċċessibbli.", "Hija kompetizzjoni reali biex inkunu nistgħu ndaħħlu aktar l-idea u nagħmlu aktar postijiet aċċessibbli, mhux biss għall-persuni b'diżabilità imma anke għall-anzjani għaliex wisq probabbli l-anzjanità hija l-aktar disabling condition komuni li hawn fid-dinja.", "Dawk huma l-ħsebijiet li għaddejjin bħalissa, fejn qegħdin naħdmu id f'id mal-MEPA u mal-KNPD sabiex inkunu nistgħu ninforzaw aktar dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "La qegħdin nitkellmu fuq dan kollu, għandek xi time-frame li tixtieq tkellimna dwaru?", "FRANCO MERCIECA: Kieku għalina nagħmlu kollox għada imma l-problema f'dan il-qasam - jien għadni ġdid fil-politika – hi li inti jkollok ħafna ideat imma mbagħad, x'ħin tiġi biex twettaqhom issib quddiemek ċerta burokrazija li xi ftit jew wisq ixxekklek milli tattwa dak li trid mill-iktar fis possibbli.", "Ċerti miżuri ma jqumux flus u oħrajn iwasslu biex tiffranka l-flus imma xorta għandek il-burokrazija tas-civil service li trid tgħaddi minnha.", "Min-naħa tagħna nieħdu ħafna deċiżjonijiet u nkunu rridu nwettquhom malajr però x'ħin tiġi biex tattwa ssib ħajt quddiemek.", "U allura ovvjament hemmhekk trid taħdem.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Etienne Grech sabiex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "ETIENNE GRECH: Onor. Mercieca l-ewwel semmejt il-Guardianship Act.", "Din il-liġi għad m'għaddietx imma se ssir hux hekk?", "FRANCO MERCIECA: Il-liġi għaddiet f'Novembru li għadda mill-gvern preċedenti imma l-bord għadu ma ġiex maħtur.", "Ir-raġuni kienet li għaddiet il-liġi imma ma kienx hemm allokazzjoni ta' budget għaliha.", "Issa fil-budget li għadda allokajna ammont ta' flus biex inkunu nistgħu noħolqu dan il-bord.", "ETIENNE GRECH: Issa biex ma jsirux abbużi u fil-fatt din kienet parti mill-programm elettorali tal-Partit Laburista qed ngħidu li anzjani kif ukoll persuni b'diżabilità, meta jiġu biex jagħmlu kuntratti ta' wirt, eċċ, iridu jkunu protetti min-nies li jkunu jridu jabbużaw minnhom, fejn xi kultant dawn ikunu jiġu minnhom stess!", "Se ssir xi liġi jew xi emendi għal-liġijiet tagħna biex dawn in-nies ikunu protetti?", "Pereżempju jista' ikollok persuna b'diżabilità li tiret sitt proprjetajiet u din issib lil xi ħadd li joffrilha valur żgħir għall-proprjetà tagħha.", "Allura peress li l-persuni b'diżabilità jkunu easy prey, speċjalment għal dawk il-businessmen li jkunu wise ż-żejjed fuq dawn l-affarijiet, se tingħata protezzjoni għal dawn in-nies ħalli ma jiġux abbużati f'każijiet simili?", "Inti l-ewwel semmejt iċ-ċifra ta' 47 persuna li jgħixu ġo residenza u li dawn jiġu jiswew €2.6 miljun u mbagħad semmejt 400 persuna oħra.", "Dawn tal-aħħar jgħixu ġo xi istituzzjoni?", "FRANCO MERCIECA: Dawk l-400 persuna jmorru l-ATCs u d-day centres, jiġifieri jmorru fid-9:00 a.m u jitilqu lura lejn id-dar fit-3:00 p.m.", "ETIENNE GRECH: Issa bejn wieħed u ieħor kemm hemm persuni anzjani li huma b'diżabilità li joqogħdu ġo xi istituzzjoni tal-Istat?", "FRANCO MERCIECA: Għandek 47 li joqogħdu fid-djar tal-persuni b'diżabilità u li dawn jiswewlna €2.6 miljun u mbagħad għandna 34 oħra li qegħdin ġo Dar Pirotta, Dar il-Wens u l-Arka.", "ETIENNE GRECH: Dar Vairita x'tiġi?", "FRANCO MERCIECA: Dar Vairita hija tal-Gvern.", "Fil-fatt għandek Vairita 1 u Vairita 2.", "ETIENNE GRECH: Kemm jgħixu nies ġo dawn ir-residenzi?", "FRANCO MERCIECA: Ġo Vairita 1 għandek 14-il persuna mentri ġo Vairita 2 għandek 12-il persuna.", "Imbagħad għandek 100 persuna ġo Dar tal-Providenza, 3 ġo Dar l-Akwarell u għandek xi oħrajn żgħar 'l hawn u 'l hemm.", "Imbagħad għandek Dar Dun Anġ Seychell u għandek persuni b'diżabilità ...", "ETIENNE GRECH: U l-iskema tal-KIDS għat-tfal b'diżabilità fejn dawn imorru joqogħdu ġo din id-dar matul il-ġranet tal-ġimgħa u mbagħad imorru lura mal-ġenituri fil-weekends ...", "FRANCO MERCIECA: M'iniex ċert fuqha dik għax wisq probabbli qiegħda fil-qasam tat-tfal.", "Li nista' ngħidlek hu li apparti dawk li semmejtlek hemm ukoll persuni b'diżabilità oħra li qegħdin allokati f'San Vinċenz, fi djar oħra tal-anzjani jew f'Monte Carmeli.", "Bejn wieħed u ieħor aħna nikkalkolaw li hemm madwar 400 persuna b'diżabilità li qegħdin allokati x'imkien.", "Ovvjament dawk idealment noħorġuhom minn hemmhekk biex ikunu fis-soċjetà kemm jista' ikun.", "ETIENNE GRECH: Ħalli nagħmillek l-aħħar mistoqsija.", "Persuni li għandhom l-ispecial ID card li tingħata lilhom mill-KNPD, ħafna darbi aħna t-tobba nimlewlhom parti mill-formoli biex ikunu jistgħu jieħdu din l-ID card.", "Issa dawk in-nies li jbatu minn xi heart failure jew minn xi stroke jiġu meqjusa bħala persuni b'diżabilità wkoll?", "FRANCO MERCIECA: Iva dawk jitqiesu bħala persuni b'diżabilità imma jaqgħu taħt branka oħra u mhux tal-persuni b'diżabilità kif nifhmuhom aħna.", "Imma iva dawk ukoll jistgħu japplikaw biex jieħdu l-blue badge biex ikunu jistgħu jipparkjaw, eċċ.", "ETIENNE GRECH: Kif għedt inti l-anzjanità hija waħda mill-kawżi tad-diżabilità għax meta tikber jibdew jaqbduk ċerta kondizzjonijiet bħall-arthritis, il-qalb issir dgħajfa, u dawn ikunu intitolati …", "FRANCO MERCIECA: Ċert li l-anzjanità hija l-aktar disabling condition komuni.", "Għandna s-Servizzi għal Għajnuniet Speċjali li huma over subscribed!", "Dawn huma servizzi għal persuni vulnerabbli u li jkollhom bżonn xi air mattress, xi hoist jew wheelchair, scooter, hearing aid, eċċ. Dawn japplikaw għal kollox u l-aktar li japplikaw huma l-anzjani.", "Bħalissa kif qiegħed dan is-servizz qegħdin nixtrulhom l-affarijiet li għandhom bżonn imma aħna qed naħsbu biex nagħmlu agreement ma' kumpanniji biex inkunu nistgħu nagħmlu leasing agreements minflok nixtru l-oġġett.", "U din irridu nagħmluha għax meta tixtri hoist forsi tużah sitt xhur imma mbagħad x'se tagħmel bih?!", "Mela qed jintefqu ħafna flus meta minflok nistgħu nagħmlu leasing agreements biex inħallsu inqas u b'hekk nużaw il-flus li jkollna aħjar.", "ETIENNE GRECH: Rigward l-ewwel mistoqsija tiegħi fuq li għandna nipproteġu lil dawn il-persuni b'diżabilità minn min ikun irid jabbuża mill-finanzi tagħhom, jekk m'iniex sejjer żball fl-Ingilterra għandhom xi custodian li jieħu ħsieb l-affarijiet tagħhom.", "FRANCO MERCIECA: Il-Guardianship Board ...", "PAULA MIFSUD BONNICI: Ovvjament jiddependi minn jekk il-persuna b'diżabilità hijiex interdetta jew inkapaċitata, fis-sens li l-Qorti stess tista' tipproteġik b'tali mod li jekk għandek persuna b'diżilità din irid ikollha l-prokuratur tagħha, xi ħadd tal-fiduċja tagħha jew inkella jinstab xi ħadd mill-Qorti biex jirrapreżentaha.", "Meta tkun inkapaċitata tkun bl-assistenza, jiġifieri jkollok il-persuna b'diżabilità li tkun assistita minn persuna oħra.", "U jekk il-persuna tkun interdetta awtomatikament ma tista' tagħmel xejn ħlief li tkun rappreżentata minn dik il-persuna li tkun ġiet innominata minnha.", "Imbagħad għandek il-kwestjoni l-oħra ta' meta persuna tmur biex tagħmel testment.", "Nagħtu każ għandek persuna li qed tieħu ħsieb lil din il-persuna b'diżabilità u teħodha għand in-nutar biex tagħmel testment.", "In-nutar huwa obbligat li jara li l-persuna li għandu quddiemu għandha l-kwalitajiet kollha biex tagħmel dak it-testment.", "Jekk jara li dik il-persuna m'għandhiex il-kwalitajiet rikjesti jitlob ċertifikat tat-tabib li jiddikjara dik il-persuna …", "THE CHAIRMAN: Issa jekk persuna b'diżabilità li mhijiex interdetta tiret ħames proprjetajiet jew wirtet somma ta' flus, x'tista' tagħmel din biex ma jkunx hemm min jabbuża minnha?", "FRANCO MERCIECA: Trid taħseb minn qabel u għalhekk hemm it-trustees, it-trusts u l-Foundation.", "Biex il-ġenituri ta' dik il-persuna b'diżabilità jipprevenu din is-sitwazzjoni jistgħu jitfgħu dak il-patrimonju f'idejn it-trust.", "Dawn it-trusts diġà jeżistu u jistgħu jsiru anke mill-banek jew minn legal practices legali.", "Imma aħna beħsiebna nsaħħuhom aktar u fil-fatt bdejna b'ċerti miżuri fil-budget li għadda, fosthom il-miżura tat-transfer tax li se tiġi mneħħija mill-wirt biex inkunu nistgħu naġevolaw dawn is-sitwazzjonijiet.", "ETIENNE GRECH: Jekk persuna b'diżabilità wirtet ħames proprjetajiet se jfisser li ma titħallasx taxxa fuqhom kollha?", "Jiġifieri din l-iskema li qed issemmi mhux fuq id-dar tar-residenza biss tgħodd?", "FRANCO MERCIECA: M'iniex eżatt fuqha din imma l-wegħda fil-budget kienet proprju fuq li dawn jiġu eżentati mit-transfer tax kompletament.", "THE CHAIRMAN: Peress li inti responsabbli mill-anzjani u mill-persuni b'diżabilità nixtieqek tagħtina ftit overview ta' fejn dawn iż-żewġ setturi jiġu overlapped.", "Pereżempju se tidħol l-idea li jkun hemm semi-independent living centres li hija xi ħaġa tajba u tfisser pass ieħor sabiex l-anzjani ma jkunux institutionalised imma jkunu f'post li qed jagħtihom is-support imma li fl-istess ħin you are giving them empowerment, li jibqgħu jċekċku xi ħaġa żgħira, isajru għalihom u jmorru jixtru wkoll.", "Imma jafu li jekk jiġri xi ħaġa għandhom fall back position.", "Issa inti fejn tara li dawn iż-żewġ oqsma they will overlap u kif se taħdem b'mod ħolistiku biex tolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda?", "FRANCO MERCIECA: Fil-fatt naħseb li min ħoloq dan is-segretarjat kien jaf x'inhu jagħmel għax il-qasam tal-anzjani u l-qasam tad-diżabilità jkopru l-aktar sezzjoni vulnerabbli tal-komunità tagħna.", "Apparti minn hekk ħafna mill-bżonnijiet tagħhom huma komuni għal xulxin u ħafna mis-servizzi li għandhom bżonn huma komuni wkoll.", "Għalhekk l-ideat li hemm fil-qasam tal-anzjani, li huwa qasam aktar strutturat u avvanzat fis-servizzi, aħna nistgħu nittrasferixxuhom għall-qasam tad-diżabilità li għadu jibda u li miexi bil-mod ħafna aktar milli għandu jimxi.", "Nista' ngħid li hemm ħafna overlapping u għalhekk jagħmel ħafna sens li jkun hemm l-istess persuna li tieħu ħsieb dawn l-affarijiet għax b'hekk tkun qed tkopri dawn iż-żewġ setturi.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Li xtaqt nistaqsi jien huwa fuq jekk tarax li għandu jkun hemm intergenerational solidarity bejn nies bi bżonnijiet speċjali u anzjani għaliex nafu li meta jkun hemm intergenerational solidarity bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani, ikun hemm ċerta enerġija trażmessa.", "FRANCO MERCIECA: L-intergenerational solidarity u l-equity huma importanti dejjem, kemm f'min hu b'diżabilità u kemm f'min mhuwiex.", "Anzjani jew żgħażagħ importanti li jkollok il-koeżjoni soċjali.", "Biex nagħlaq irrid ngħid li l-qasam tad-diżabilità għadu żgħir u għad irid jikber.", "Min-naħa tagħna rridu naraw li nkopru d-drittijiet ta' dawn il-persuni u mhux nibqgħu naħdmu bil-karità.", "Bħalissa dejjem tisma' li l-Arka qiegħda tiġbor, li d-Dar tal-Providenza qiegħda tiġbor u li l-Inspire qegħdin jiġbru.", "Kull NGO tiġbor il-flus għax il-qasam tad-diżabilità ...", "THE CHAIRMAN: X'budget qed tipproġetta biex tkun tista' tkopri dan kollu?", "FRANCO MERCIECA: Mhux kemm jagħtuna!", "Aktar ma nagħmlu l-argumenti tagħna sodi, aktar nieħdu.", "Fil-fatt fil-qasam tad-diżabilità ħadna mhux ħażin din id-darba għax għandna allokazzjoni mhux ħażin kemm għas-Support u kemm għall-KNPD biex inkunu nistgħu ntejbu dak li għandna.", "Imma jiena nemmen li l-ewwel irridu ntejbu dak li għandna.", "Meta nidħol f'day centre u nara dik l-għamara antika ma tantx tagħtini gost.", "Issa naf li dawn il-persuni b'diżabilità mhux se jgergru għax ma jafux kif għandu jkun sufan modern jew sufan antik.", "U allura jekk ma nkunux aħna li nagħmlu dan il-kambjament għalihom, dawn mhux se jkunu jafu bid-differenza.", "Dawn huma nies vulnerabbli, huma nies li intellettwalment għandhom diżabilità u għalhekk mhux se jkunu jafu x'inhu l-aħjar għalihom.", "Għalhekk aħna għandna l-kompitu biex naraw li d-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa u rridu nimxu 'l bogħod mill-karità.", "Ma rridux nibqgħu nistrieħu fuq il-karità f'dan is-settur imma għandna obbligu li lil dawn ħutna nagħtuhom l-aħjar ħajja possibbli, li nagħtuhom l-aħjar ħajja dinjituża possibbli biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja normali daqs kull persuna oħra f'Malta u Għawdex.", "THE CHAIRMAN: Onor. Mercieca nirringrazzjak tal-ħin tiegħek u nawguralek suċċess fix-xogħol tiegħek.", "Grazzi talli erġajt sibt il-ħin sabiex taqsam magħna dawn l-ideat.", "Fl-aħħarnett nixtieq il-festi t-tajba lil kulħadd u j'Alla jkollkom festi mimlija mħabba u li tieħdu dak kollu li tixtieq qalbkom.", "Nawgura lilkom u lill-maħbubin tagħkom.", "Jekk Alla jrid aħna nerġgħu niltaqgħu s-sena d-dieħla biex inkomplu bix-xogħol tagħna.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-7:31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fam", "source": "Extracted from 20131218_003d_fac.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET tal-Familja", "LAQGĦA NRU 03", "L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2013", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:39 p.m.", "L-Onor.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Joseph Cassar u l-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 02 li saret nhar it-Tlieta 15 ta' Ottubru 2013, ġew konfermati.", "IL-PJANIJIET TAL-GVERN DWAR PERSUNI B'DIŻABILITÀ – ĦADD MHU GĦAR-RIMI.", "DISKUSSJONI MAS-sEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA", "Iċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, introduċa l-mistieden għal din il-laqgħa, l-Onor.", "Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva sabiex jagħti rendikont tal-pjanijiet tal-Gvern fuq il-persuni b'diżabilità.", "Is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca semma fost l-oħrajn is-setturi kollha li hemm fil-qasam tad-diżabilità u semma' x'sab dan il-Gvern kif ukoll x'beħsiebu jagħmel f'dan il-qasam.", "Fi kliem is-Segretarju Parlamentari l-holy grail tal-qasam tad-diżabilità huwa li jżommu lill-persuni b'diżabilità jgħixu fil-komunità u li jissaħħu s-servizzi fil-komunità li jingħataw min-naħa tas-Sapport.", "Semma' kif jeżisti l-Independent Living Fund biex jiġu mqassma l-fondi għal dawn il-persuni ħalli jkunu jistgħu jgħixu fid-djar tagħhom.", "Kompla jgħid kif hemm ħafna fragmantation ta' NGOs u li ma tantx hemm għaqda bejniethom u li s-servizzi li jeżistu jkopru ftit wisq nies.", "Tant li jekk hemm 2,700 persuna b'diżabilità, dawn is-servizzi jkopru biss 900 persuna.", "Fil-budget ġiet allokata somma ta' flus biex jitjiebu d-day centres u r-residenzi.", "Il-Gvern huwa kommess biex matul is-sena d-dieħla tiżdied l-allokazzjoni tal-persuni b'diżabilità b'200 persuna oħra.", "Dan il-Gvern huwa kommess li jwettaq il-Guardianship Act u fil-fatt qegħdin fil-proċess li tinħareġ call for a registrar peress li dan huwa l-fulcrum tal-Guardianship Board.", "Il-Gvern qiegħed jaħdem ukoll fuq ir-residenzi, fejn bħalissa qed jiġu koperti 47 persuna biss u li l-ispiża tagħhom titla' għal €2.6 miljun fis-sena.", "Wara din il-preżentazzjoni l-Membri tal-Kumitat taw il-veduti tagħhom kif ukoll għamlu l-mistoqsijiet tagħhom lis-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "Fis-7:31 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha titħabbar iktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20131218_003m_fam.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 11", "It-Tlieta, 19 ta' Novembru 2013", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 11", "It-Tlieta, 19 ta' Novembru, 2013", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 10, li saret nhar il-Erbgħa, 6 ta' Novembru 2013, ġew ikkonfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Chris Fearne): Qed nippreżenta lill-Kumitat din il-korrispondenza:", "Ittra ta' invit datata l-15 ta' Novembru 2013 miċ-Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej Ċiprijott għal laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti tan-Naħa t'Isfel tal-Unjoni Ewropea f'Jannar 2014, qabel ma' tinżamm il-laqgħa tal-COSAC li kien imiss.", "Ħalli nagħti daqsxejn ta' background fuqha din.", "Madwar ħmistax ilu kellna l-aħħar laqgħa tal-COSAC, u f'din il-laqgħa deher – speċjalment meta ġejna għall-kwestjoni li tqajjmet minna u mid-delegazjoni Taljana dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran – li mhux il-parlamenti kollha qegħdin jagħtu l-istess importanza għas-soluzzjoni tal-problema fuq l-immigrazzjoni irregolari.", "Filwaqt li kulħadd iħoss li din hija traġedja umanitarja, mhux kulħadd qed jara li s-soluzzjoni għandha tkun dik li qegħdin nipproponu aħna tan-Naħa t'Isfel tal-Ewropa u tal-Mediterran.", "U allura, fuq inizjattiva tal-President tal-Kumitat tal-Affarijiet Ewropej Ċiprjott, u b'laqgħat bilaterali li kien hemm waqt din il-laqgħa tal-COSAC, jidher li hemm qbil informali li l-pajjiżi tan-Naħa t'Isfel tal-Ewropa u li huma fil-COSAC, jiġifieri, Franza, Spanja, l-Italja, il-Greċja, Malta, Ċipru u l-Portugall – għalkemm din mhijiex qiegħda fil-Mediterran, xorta ngħaqdet magħna – nibdew niltaqgħu qabel kull laqgħa tal-COSAC b'mod informali ħalli nikkordinaw il-ħidma ta' bejnietna.", "Fuq kollox, dan diġà qiegħed isir minn pajjiżi tan-naħa ta' Fuq tal-Ewropa u tan-naħa tal-Lvant tal-Ewropa, u allura ħassejna li ma tkunx idea ħażina li nibdew niltaqgħu b'dan il-mod.", "L-ewwel laqgħa se ssir f'Ċipru, u din se tkun ġurnata qabel iċ-Chairpersons' Meeting li jmiss.", "Għalkemm ħassejt li din kienet inizjattiva tajba, irrid il-permess ta' dan il-Kumitat qabel ma naċċetta l-istedina taċ-Chairperson Ċiprijott.", "La mhawnx kummenti kontra, jien qed neħodha li l-Kumitat qiegħed jaqbel ma' din il-proposta.", "Issa se nippreżenta wkoll lill-Kumitat it-tieni ittra:", "Ittra mill-President tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Rumen dwar id-Dħul fiż-Żona Schengen, fejn qiegħed jintalab l-appoġġ tal-Parlament Malti għad-dħul tar-Rumanija fiż-Żona Schengen, liema ittra ġiet mgħoddija lill-Kumitat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fit-8 ta' Novembru 2013.", "Rigward din it-talba mingħand il-President tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Rumen, irrid ngħid li min-naħa tagħna tkellimna mar-rappreżentanti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u jidher li r-Rumanija hija lesta sabiex tissieħeb fiż-Żona Schengen, u li Malta – jew il-Gvern Matli – se jiffavorixxi kunsens sabiex id-dħul tar-Rumanija u tal-Bulgarija ma jerġax jiġi pospost.", "Qabel ma nirrispondi lill-Kumitat Speċjali tal-Parlament Rumen, xtaqt ukoll il-permess tagħkom biex ngħidlu li aħna nilqgħu l-inizjattiva tal-Parlament Rumen u nappoġġjaw lir-Rumanija biex din ma jkollhiex aktar xkiel sabiex tidħol fiż-Żona Schengen u, jekk jixtiequ li delegazzjoni minn dan il-Kumitat jew mill-Parlament Malti jmorru r-Rumanija ħalli jifhmu aħjar is-sitwazzjoni teknika tagħhom, aħna lesti li nilqgħu tali stedina.", "La mhawnx kummenti kontra, jien qed neħodha li l-Kumitat qiegħed jaqbel.", "Issa ngħaddi biex nippreżenta lill-Kumitat it-tielet ittra:", "Ittra ta' risposta mill-Kummissjoni, datata t-12 ta' Novembru 2013, fir-rigward tal-proposta leġiżlattiva fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) (Kumm(2013)534) fejn kien intlaħaq in-numru ta' voti meħtieġ (opinjonijiet motivitati, fosthom dik tal-Parlament Malti) sabiex il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk iżżommx, timmodifikax jew tirtirax din il-proposta.", "Aħna konna qegħdin ngħidu li, għalkemm naqblu mal-EPPO, ma naqblux mal-mod ta' kif kellu jiġi implimentat.", "Fil-fatt, il-Kummissjoni qiegħda tgħid li ntlaħaq in-numru ta' voti mill-parlamenti nazzjonali Ewropej, fejn b'kollox kien hemm 14-il parlament li bagħtu r-reasoned opinion tagħhom, u li dan wassal għal dik li jgħidulha l-yellow card għall-Kummissjoni fuq din il-proposta.", "Il-Kummissjoni, kif inhi dovuta li tagħmel anke bit-Trattat ta' Lisbona, kitbet lura lil dan il-Kumitat sabiex tgħidilna jekk kenitx se tirrevedi jew iżżomm jew inkella tirtirax din il-proposta.", "Il-Kummissjoni mhijiex obbligata li tirtiraha jew li timmodifikaha, imma hija obbligata li terġa' tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha, kif fil-fatt se tkun qiegħda tagħmel.", "Għalhekk, aħna se nkunu qegħdin nistennew korrispondenza oħra mingħandha fil-ġimgħat jew fix-xhur li ġejjin.", "Issa se nippreżenta r-raba' ittra:", "Ittra datata t-8 ta' Novembru 2013 fejn il-Kummissjoni kkomunikat il-ġustifikazzjonijiet tagħha għall-proposta tagħha dwar Aċċess għas-Suq għas-Servizzi Portwali (Kumm(2013)296).", "Din ma laħqitx it-threshold għall-yellow card, jiġifieri aħna u xi tliet pajjiżi oħra biss konna bagħtna r-reasoned opinion fuqha, u għalhekk il-Kummissjoni kitbitilna lura biex tgħidilna li hi semgħet il-pożizzjoni tagħna u tat il-ġustifikazzjoni tagħha għalfejn se tibqa' ssostni l-komunikat li kienet ħarġet.", "Xtaqt ninforma wkoll lill-Kumitat li fis-7 ta' Novembru 2013 dan il-Parlament bagħat opinjoni motivata dwar is-Suq Uniku Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Kumm(2013)627), kif kien ġie rrakkomandat minn dan il-Kumitat.", "DISKUSSJONI SKONT L-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ ĦAMES FTEHIMIET DWAR L-AVJAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI MAL-KANADA, GEORGIA, IL-ĠORDAN, L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA U L-MOLDOVA, LI MALTA SE TIRRATIFIKA", "THE CHAIRMAN: Mela nistgħu ngħaddu għall-item li jmiss li hija diskussjoni skont l-Artiklu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea fuq ir-ratifika minn Malta ta' ħames ftehimiet differenti dwar l-avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-istati membri mal-Kanada, Georgia, il-Ġordan, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Moldova.", "Peress li dan huwa item tekniku, ħassejt li kellna nistiednu rappreżentanti mill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura ħalli jispjegawlna l-ġist ta' din ir-ratifikazzjoni.", "Għaldaqstant, nixtieq nistieden magħna lis-Sur Joseph Callus, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, u lis-Sinj.", "Lucienne Meilak, Direttur għall-Affarijiet Ewropej fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura.", "Ma nafx min minnkom jixtieq jieħu l-kelma, imma, bejn wieħed u ieħor, se nagħtikom bejn għaxar minuti u kwarta biex tagħmlu l-preżentazzjoni tagħkom, u mbagħad inħallu madwar għaxar minuti oħra għall-mistoqsijiet li nistgħu nagħmlulkom.", "LUCIENNE MEILAK (Direttur għall-Affarijiet Ewropej fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Hawnhekk qegħdin niddiskutu l-proċess ta' ratifika.", "Dawn l-agreements diġà ġew diskussi f'diversi laqgħat tal-working parties tal-COREPER u fil-Kunsill tat-Transport, Telecommunications and Energy (TTE), u diġà hemm qbil għall-konklużjoni ta' kull wieħed minn dawn l-agreements li l-EU kkonkludiet permezz tal-Kummissjoni, bil-mandat li tawha l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta.", "Għalhekk aħna diġà qbilna mal-kontenut ta' dawn id-diversi agreements u r-raġuni prinċipali naħseb li hija li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ndunaw bil-vantaġġi li ta s-single market lil dan is-settur.", "Fil-fatt, tant ta vantaġġ lil dan is-settur li dan kiber f'kull mod u anke tbiddel fil-qafas tiegħu.", "Il-qafas ekonomiku tas-settur tal-avjazzjoni nbidel minħabba r-regoli tas-suq uniku.", "Pereżempju, r-right of access tal-airlines għall-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kien ta' suċċess fi ħdan l-Unjoni Ewropea għax ir-rotot żdiedu, l-airlines żdiedu wkoll u tjiebet il-kwalità tas-servizz.", "Apparti minn hekk, fis-settur tal-avjazzjoni għandek affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' safety, mal-ambjent u mas-sigurezza.", "Dawn huma kollha punti importanti ħafna f'dan il-qasam u l-Unjoni Ewropea ħasset il-bżonn li l-istess għandu jsir man-neighbourhood states kif ukoll ma' stati oħra li huma aktar 'il bogħod.", "Ma' dawk li jmissu magħha tista' tagħmel ħafna iktar minn hekk għax, pereżempju, il-kunċett tas-single sky jista' jkabbar l-air traffic mal-pajjiżi li qed imissu magħha fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Mediterran.", "Imbagħad, ma' pajjiżi akbar bħal, pereżempju, il-Kanada u l-Istati Uniti, ir-relazzjoni tkun xi ftit differenti għax tkun ibbażata aktar fuq il-kummerċ.", "F'dawn l-agreements għandek mix bejn affarijiet bħal aċċess għas-swieq.", "Qegħdin jibdlu wkoll fejn kien hemm bilateral agreements bejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea individwali u l-pajjiż terz.", "Qabel bdejna bl-Unjoni Ewropea, biex linja tal-ajru tagħmel rotta minn 'A' sa 'B', il-pajjiż kellu jagħmel a bilateral agreement.", "Illum dan spiċċa bejn il-pajjiżi membri u wasal il-waqt li jispiċċa wkoll ma' pajjiżi terzi.", "Imbagħad kien hemm grupp ieħor, dak tal-open skies, fejn diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea daħlu fi ftehim mal-Istati Uniti li ma kienx eżattament in line mal-acquis tal-Unjoni Ewropea u allura kien hemm bżonn li jiġu riveduti dawn il-bilateral Air Services Agreements.", "Għandek mudelli differenti, għandek dawk li huma common aviation agreements, fejn il-pajjiż ikun adjacent state u ma jkunx potenza kbira bħall-Kanada jew l-Istati Uniti.", "Fil-każ tal-Kanada u l-Istati Uniti, tkun aktar on a bilateral agreement, imma blokk ma' blokk, jiġifieri l-Unjoni Ewropea mal-Kanada jew l-Unjoni Ewropea mal-Istati Uniti.", "Fil-każ tal-Ġordan aktar għandek a common aviation agreement.", "F'dawn l-agreements hemm inklużi affarijiet mhux biss ta' skambju ta' drittijiet għal-linji tal-ajru u aċċess reċiproku tas-swieq tagħhom, imma anke affarijiet oħra bħal, pereżempju, sigurezza, il-kunċett tas-single sky, it-tħaris tal-ambjent billi jitnaqqsu l-emissjonijiet u affarijiet simili.", "Malta ffirmathom ġaladarba ma kellniex oġġezzjonijiet għal dawn il-ftehimiet individwali meta ġew diskussi u issa wasal il-waqt li nirratifikawhom u, fil-fatt, il-Kummissjoni qiegħda tħeġġiġna sabiex issir dan il-pass.", "Sakemm jiġi l-waqt li kulħadd jirratifika, hemm il-possibilità li jiġu provisionally applicable biex wieħed ikun jista' jibda jgawdi mill-frott ta' ħafna ħidma li saret mill-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant, aħna qegħdin nirrakkomandaw a favourable decision for ratification.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Qabel ma' nitlob lill-Membri preżenti sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom, xtaqt nistaqsi ftit mistoqsijiet.", "Dawn l-agreements ma' dawn il-pajjiżi huma l-ewwel tat-tip tagħhom jew, pereżempju, diġà kien hemm agreement simili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u allura this agreement is going to supersede it?", "LUCIENNE MEILAK: Fil-każ tal-Istati Uniti kien hemm u fil-fatt li qed nagħmlu huwa emenda għall-agreement li kien hemm diġà.", "F'ħafna każi ma kienx hemm imma li se jsir hu li it will be superseding the bilateral agreements li kull pajjiż membru seta' kellu u għal dawk li ma kellhomx, issa se jkollhom dan l-agreement.", "THE CHAIRMAN: Dawn għandhom xi time limits?", "LUCIENNE MEILAK: Le, huma indefinit, imma xorta għandek a termination clause, a dispute resolution clause u standard clauses oħra li jkun hemm f'bilateral agreements ta' din ix-xorta.", "THE CHAIRMAN: Żewġ affarijiet żgħar oħra.", "Hawnhekk jidħlu xi tariffi jew hemm xi agreements fuq tariffi?", "Dawn l-agreements jistgħu jkunu restrittivi wkoll, jiġifieri, jistgħu ma jħallux ċerti linji tal-ajru jew ma jħallux ċerti rotot jew lil ċerti pajjiiżi milli joperaw?", "Hemm xi klawsoli ta' dan it-tip?", "L-għan tagħhom huwa li jipprovdu a level playing field, jiġifieri, il-linji tal-ajru stabbiliti fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u stabbiliti fil-pajjiż konċernat ikollhom a reciprocal freedom of access.", "IS-SUR JOE CALLUS (Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina u min-naħa tiegħi se nkompli ma' dak li qalet il-kollega tiegħi.", "Wieħed irid jifhem li dan is-suq huwa globalment ikkontrollat minn regoli kemm ta' sigurtà kif ukoll mill-International Civil Aviation Organisation.", "Mela, għandek standards madwar id-dinja u allura wieħed mhemmx għalfejn ikun concerned.", "L-Unjoni Ewropea l-ewwel kellha dak li jgħidulu s-Single European Sky u l-Eurocontrol, u mbagħad daħħlet package ġdid.", "Kif qalet tajjeb il-kollega tiegħi, l-Unjoni Ewropea qiegħda tipprova tarmonizza s-settur within the European Union.", "Bħalma jiġri f'setturi oħrajn, fejn jidħlu third countries l-Unjoni Ewropea qiegħda titlob li jkun hemm ċerta armonizzazzjoni għal mar-regoli tagħha.", "Fil-fatt, issemma l-każ tal-Kanada, fejn il-Kanada tgħidx kemm għaddiet minn affarijiet sakemm laħqet l-istandards Ewropej li huma ferm għola.", "L-Unjoni Ewropea għalhekk qiegħda tħeġġiġna biex nagħmlu dawn it-tip ta' agreements u nirratifikawhom għax jidhrilha li dawn l-pajjiżi laħqu dawn l-istandards.", "Għalhekk m'għandniex inkwiet f'dak ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nitlob lill-Membri sabiex jagħmlu l-mistoqsijiet jew il-kummenti tagħhom.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jiena se nagħmel mistoqsija żgħira.", "L-ewwel nett, naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva mhux biss għas-settur innifsu imma anke għal min isiefer.", "Liema huma dawk l-Istati Membri, apparti Malta, li għadhom ma rratifikawx dawn l-agreements?", "LUCIENNE MEILAK: L-informazzjoni li għandi f'dan ir-rigward hija xi ftit outdated għax id-dokument li kont bgħatt mal-memo nħareġ mill-Kummissjoni f'Marzu tal-2011 ........… Dan huwa l-ewwel lott imma hemm ħafna iktar minnhom li qegħdin in the pipeline.", "Għal xi pajjiżi jidher li huwa faċli biex issir ir-ratifika, pereżempju, għall-Ungerija u għall-Isvezja fil-każ tal-Kanada.", "Fil-każ tal-Moldova hemm l-Awstrija u l-Bulgarija li rratifikaw.", "Dan spiss jiddependi mill-interess li jkun hemm mill-pajjiż membru.", "F'każ wieħed kien hemm Malta biss li ma rratifikatx f'dak il-punt partikolari li ħarġet l-informazzjoni li għandi imma aħna ma nsibux oġġezzjoni li dan isir.", "La aħna qbilna u ffirmajnihom, naħseb li ta' min wieħed jirratifikahom biex nieħu l-benefiċċji tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: X'konna se nitilfu li kieku ma ffirmajniex u ma nirratifikawhomx?", "X'vantaġġi se tieħu Malta?", "LUCIENNNE MEILAK: S'issa ma ħadna assolutament xejn għax iffirmajna biss u lanqas ifisser li bilfors se nieħdu xi ħaġa minn kull ftehim li nirratifikaw.", "Pereżempju, il-linja tal-ajru tagħna forsi mhux se jkollha interaction mal-Kanada, mentri mal-Ġordan, minħabba li qegħdin fil-Blue Med Functional Airspace Block tas-Single Sky, nafu li fis-snin l-imgħoddija l-Ġordan kellu interess li jissieħeb fil-parti tagħna tas-Single Sky u allura hemm għandek l-għan li żżid is-sigurezza u ttejjeb l-istandards f'dan is-settur.", "Hemm ukoll affarijiet oħra bħal, pereżempju, li linja tal-ajru bbażata Malta tkun trid landing rights u jekk mhemmx ftehim bilaterali ma' dak il-pajjiż, permezz ta' dan il-qafas mhemmx għalfejn li l-gvern joqgħod jagħmel ftehim bilaterali.", "IS-SUR JOE CALLUS: Dawn huma bilateral service agreements li jew għandna bżonnhom bħalissa jew inkella li m'għandniex bżonnhom imma huwa importanti li jkollna għax nafu niġu bżonnhom.", "Apparti minn hekk, mhu se nitilfu xejn minnhom, anzi pjuttost nistgħu niggwadanjaw jekk aħna niftħu xi rotta oħra.", "Safejn naf jien, m'għandniex ajruplani li jmorru sal-Kanada, imma b'daqshekk mhemmx telf b'dan il-ftehim.", "Biex inkompli ma' dak li qalet il-kollega tiegħi, aħna qegħdin fi proċess li jgħidulu Blue Med, fejn aħna qegħdin nipprovaw nidħlu f'kollaborazzjoni ma' pajjiżi min-North Africa, inkluża l-Libja, li magħhom diġà qed nagħmlu kooperazzjoni ta' training fuq safety u affarijiet simili.", "Aħna għandna l-partikolarità tagħna fis-sens li l-area tagħna tmiss ma' third countries u dan żgur mhux se jkun l-uniku każ li niġu quddiemkom għal din it-tip ta' ratifika.", "Aħna ġejna nispjegaw ħalli meta 'l quddiem intom tarawhom tkunu tafu għalxiex qed iservu.", "Li nista' ngħid li żgur li mhemmx telf minnhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jekk m'għandniex aktar kummenti fuq dan is-suġġett, nirringrazzja lis-Sur Callus u lis-Sinj.", "Meilak tal-interventi tagħhom.", "Nassigurakom li dawn l-interventi kienu ta' utilità għalina.", "Għaldaqstant, ir-rakkomandazzjoni tagħna se tkun li l-Parlament jirratifika dawn id-dokumenti.", "Issa nistgħu ngħaddu għas-suġġett li jmiss.", "DISKUSSJONI DWAR JEKK PROPOSTI LEĠIŻLATTIVI JISSODISFAWX IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-aħħar item li għandna fuq l-aġenda tagħna, li hija diskussjoni dwar is-sussidjarjetà fuq numru ta' proposti leġislattivi.", "Din forsi hija xi ħaġa differenti minn kif kien jaħdem dan il-Kumitat f'leġiżlazzjonijiet oħra peress li d-dokumenti dwar sussidjarjetà kienu jiġu diskussi l-aktar fil-Working Group 1.", "Dik il-prassi se nżommuha, speċjalment fejn jidħlu affarijiet ta' skrutinju aktar milli fuq sussidjarjetà.", "Imma, biex inżommu up-to-date mas-sussidjarjetà li, kif tafu intom, għadha deadline ta' tmien ġimgħat minn meta proposta toħroġ mill-Kummissjoni, meta jkollna proposti li jkunu waslu biex jiskadu u ma tkunx envisaged laqgħa ta' Working Group 1, aħna se nkunu qegħdin indaħħluhom fl-aħħar parti tal-aġenda tagħna biex inżommu mal-iskadenza ta' tmien ġimgħat.", "Illum għandna ħames proposti li r-Research Analyst tagħna qiegħed jinformani li mhumiex problematiċi.", "Għalhekk, nitolbu sabiex jgħaddihomlna ħalli, jekk il-Kumitat jaqbel, inkunu nistgħu niddeċiedu jekk hemmx xi breach tas-sussidjarjetà jew le.", "IS-SUR KENNETH CURMI (Research Analyst): Nistgħu nibdew mill-ewwel waħda li hija proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi tal-iskart (Kumm(2013)516).", "Kif tistgħu taraw, din tittratta x-shipments of waste, fejn allura għandek pajjiż li jkun il-culprit u għandek pajjiż li huwa at the receiving end.", "Bażikament, din hija a cross-border issue, għax għandek pajjiż li minnu se joħroġ il-waste, u allura għandek dawn il-kriterji li, skont ir-regolamentazzjoni tal-Kummissjoni, you have to adhere by them, u għandek pajjiż li se jirċievi l-waste mingħand pajjiż ieħor.", "Ovvjament, meta dak il-waste se jasal fil-pajjiż l-ieħor, se jsir il-problema ta' dak il-pajjiż.", "Mela, jekk għandek waste li huwa llegali jew ma kienx ittrattat kif suppost, se jkollok il-problema li dan il-waste mar oltre l-konfini.", "Fil-fatt, il-parlamenti kollha li lestew l-iskrutinju ta' dan ir-regolament – skont l-IPEX, kienu l-Bundesrat, the Italian Chamber of Deputies, is-Senat Pollakk, l-Assemblea Portugiża, ir-Romanian Chamber of Deputies u l-Parlament Spanjol - ma rrapportaw l-ebda breach fih.", "Jien ukoll tal-idea li mhemmx breach, anzi, jekk ikun hemm azzjoni – apparti din il-problema li għadni kemm semmejt – din se tkun azzjoni unilaterali fuq skala nazzjonali minħabba l-possibilità ta' port hopping fejn bniedem jagħżel fejn jaqbillu.", "U żgur li dik mhijiex xi ħaġa tajba.", "THE CHAIRMAN: Naħseb li din hija importanti, speċjalment fid-dawl ta' dak li ħareġ f'dawn l-aħħar xhur fil-qrati Taljani dwar l-azzjoni ta' gruppi kriminali Taljani – dan kien ħareġ ukoll fil-ktieb ta' Saviano – li kienu qed jeħilsu mill-iskart tossiku b'mod illegali.", "MARTHESE PORTELLI: Min-naħa tiegħi, xtaqt nagħmel żewġ kummenti u forsi s-Sur Curmi jkun jista' jagħtina kjarifika fuqhom.", "Din se tkun qiegħda tirregola l-mod ta' kif isir it-trattament tal-iskart?", "Meta dan l-iskart jiġi shipped għandek proċess sħiħ.", "Issa, biex dak l-iskart jiġi approvat biex ikun shipped irid ikollu ċ-ċertifkati li ġie ttrattat kif suppost?", "Mistoqsija oħra hija din: Jista' jkun li se naslu f'fażi fejn ikun hemm single permit, bħalma hemm f'aspetti oħra, pereżempju, fil-gaming industry, fejn l-EU qiegħda timbotta sabiex ikun hemm is-single authorisation?", "Fil-każ tal-waste, se jkollna xi ħaġa simili?", "IS-SUR KENNETH CURMI: L-ewwel mistoqsija kważi tista' tgħid li rrispondejtha inti stess għax fil-fatt diġà hemm regoli apposta.", "Din hija emenda ta' leġiżlazzjoni eżistenti, jiġifieri, kif qed tgħid inti stess dak il-proċess diġà jeżisti u din se tkun qiegħda temenda aktar kif għandhom jispezzjonaw u x'inhuma l-kriterji li għandhom jimxu fuqhom u mhux fuq il-proċess per se.", "Rigward it-tieni mistoqsija, onestament ma nafx xi ngħidlek għax m'inix tekniku fuq is-suġġett u mhux qed insegwi dan is-suġġett biss.", "Li nista' nagħmel hu li niċċekkja ftit mal-Ministeru ħalli naraw kif qed jimxu d-diskussjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Jidher li mhemmx breach tas-sussidjarjetà u allura nistgħu ngħadduha mill-iskrutinju f' dan ir-rigward.", "Ngħaddu issa għal Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (Kumm(2013)554).", "Fir-rapport tiegħek qed tgħid li għad m'għandniex il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern.", "Taf meta se tagħlaq?", "Jekk qed nara sew, id-deadline tagħha diġà għalaq u allura ma tantx għandna x'niddiskutu min-naħa tas-sussidjarjetà.", "IS-SUR KENNETH CURMI: Il-Gvern se jibgħat il-pożizzjoni tiegħu, għax is-sussidjarjetà aħna nirċevuha mill-ewwel, jiġifieri qabel il-pożizzjoni tal-Gvern … Ħafna drabi we call on him biex jibgħatilna l-pożizzjoni, imma din ma' tkunx dik uffiċjali.", "Issa hawnhekk għandna proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.", "Din hija emenda tar-regolamentazzjoni eżistenti u hija emenda bżonnjuża biex tkun tista' tagħmel dawk iż-żewġ affarijiet li għandkom miktuba fil-konklużjoni.", "Jekk tmorru mill-ewwel għall-konklużjoni taraw li din hija twofold, jiġifieri, se ġġib compliance bejn il-UPC Agreement u l-Brussels I Regulation - ir-recast, li hija r-regulation li qed temenda - u wkoll it addresses issues li għandhom x'jaqsmu ma' ġurisdizzjoni vis-à-vis dependencies li mhumiex nazzjonali ta' stat membru.", "Fl-ewwel istanza, qed tirrikonoxxi żewġ qrati, il-Unified Patent Court u l-Benelux Court of Justice, u qiegħda toffri proċedura ta' kif dawn jistgħu jaħdmu meta jkollhom każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' patents.", "Din hija bżonnjuża u, aktar minn hekk, fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà hija bżonnjuża l-azzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea għas-sempliċi raġuni li biex ikollok din il-koordinazjoni bejn dawn il-qrati, bilfors irid ikun hemm intervent li jgħaqqad.", "Kull pajjiż ma jistax jarmonizza l-Unjoni Ewropea sħiħa u għaldaqstant mhemmx breach tas-sussidjarjetà.", "Fil-fatt, il-parlamenti li skrutinizzaw u lestew l-iskrutinju tagħhom għal darb'oħra ma rrapportawx li kien hemm xi breach.", "Il-Kummissjoni stess lanqas daħlet daqshekk fil-mertu tas-sussidjarjetà minħabba li hija pjuttost xi ħaġa straightforward.", "THE CHAIRMAN: Tajjeb.", "Mela, ngħaddu għal li jmiss, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda (Kumm(2013)619).", "IS-SUR KENNETH CURMI: Il-proposti Kumm(2013)618 u 619 nistgħu niddiskutuhom flimkien.", "L-ewwel waħda hija proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/GAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali, u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi u t-tieni waħda (Kumm(2013)619) hija proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda.", "Mela, dawn huma sustanzi ġodda li qed jieħdu post drogi eżistenti, inkluż l-LSD.", "Dawn huma sustanzi legali bħalissa għax huma ġodda u mhumiex bħall-controlled drugs, tipo l-ecstasy jew l-LSD.", "Għaldaqstant, tista' tixtrihom faċilment, anke permezz tal-Internet!", "Dawn is-sustanzi huma deskritti bħala li huma the legal high, u qed jaraw li għandhom l-effetti bħal tad-drogi, u għalhekk hemm bżonn li nirregolaw is-settur.", "Il-punt ta' din id-direttiva huwa li tirregola s-settur u hawnhekk se niddiskutu fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "Ir-raġuni, skont il-Kummissjoni, hija li, jekk kull pajjiż jaddotta r-regoli tiegħu, se jkun hemm problemi kbar anke fejn jidħlu l-online sales.", "L-uniku pajjiż li offra l-RO tiegħu kienet l-Ingilterra, il-House of Commons u l-House of Lords, u, skont huma, il-Kummissjoni ma tiġġustifikax biżżejjed il-bżonn – anke fl-impact assessment tagħha – ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, kemm għax m'għandhiex data biżżejjed dwar il-bejgħ u anke dwar is-sustanzi nfushom.", "Din hija xi ħaġa li l-Kummissjoni tammetti, u għaldaqstant huma jemmnu li aħjar li jkun settur regolat min-naħa tal-pajjiżi, peress li għad mhemmx informazjoni dettaljata u peress li għandek ħafna diverġenzi fil-pajjiżi.", "I'm not particularly proud of the methodology adopted meta ġejt biex nagħżel, imma given the limited resources, kelli nagħmel għażla bejn żewġ argumenti.", "L-ewwel nett, ma rajt l-ebda parlament ieħor li offra xi reżistenza għaliha din; u, it-tieni nett, għalkemm hemm argumenti validi fl-RO tal-Ingliżi, min-naħa l-oħra l-Kummissjoni qiegħda toffri argumenti b'saħħithom ukoll, speċjalment fejn jidħol il-fatt li din hija issue ta' cross-border u, fejn jidħlu l-online sales, li it stands to reason li se jkun hemm żgur problemi jekk ikunu miżuri nazzjonali biss.", "U anke għaliex din qiegħda testendi leġiżlazzjoni diġà eżistenti fuq drogi eżistenti, jiġifieri qiegħda ddaħħal dawn is-sustanzi fl-iskop tal-framework decisions li diġà qegħdin hemm.", "Fuq il-Com(2013)619, jekk tmorru fuq paġna 5 tar-rapport tiegħi, taraw paragrafu li ħadtu direttament mill-Commission reasoning, fejn din qiegħda titkellem fuq national restriction measures.", "Insejt ngħidilkom li din qiegħda tirregola wkoll l-użu legali ta' wħud minn dawn is-sustanzi, għax hemm minnhom użati għal raġunijiet ta' mediċina u għal żvilupp xjentifiku.", "F'dak il-każ, ikun hemm problemi minħabba l-frammentazzjoni u minħabba an uneven playing field fil-bejgħ ta' dawn l-illegal substances.", "Dan huwa argument sod ieħor, għax jista' ikun hemm impatt fuq l-operaturi fi swieq differenti.", "Issa xorta waħda ma kenitx se tintlaħaq il-kwota biex jiskatta l-mekkaniżmu, u allura nista' ngħid li mhemmx breach ta' sussidjarjetà.", "THE CHAIRMAN: Tista' tgħidilna xi ħaġa ta' malajr fuq l-aħħar direttiva?", "IS-SUR KENNETH CURMI: L-aħħar waħda hija proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport fuq l-ilma interni (Kumm(2013)621).", "Din ma tantx hemm xi tgħid fuqha.", "Is-sitwazzjoni hawnhekk hija fuq meta jkollok żewġ pajjiżi li qegħdin ħdejn xulxin u li allura se jkun hemm xi effett fuq l-istream tagħhom.", "B'din il-proposta qiegħda tipprova tirranġa l-capacity services tal-inland waterway transport.", "Din hija xi ħaġa li lilna mhux se taffetwana bil-wisq u ħadd m'oġġezzjona għaliha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marthese Portelli għaddietli rimarka u se nieħu s-suġġeriment tagħha.", "Minkejja li l-proposti Com(2013)618 u 619 skadew id-deadlines tas-sussidjarjetà, xorta għad għandna l-possibilità li niktbu lill-President tal-Kummissjoni Ewropea fuq dan is-suġġett.", "Għaldaqstant, nistgħu nerġgħu nġibu dawn il-proposti bħala item fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss ta' dan il-Kumitat, jew inkella niddeċiedu jekk nistgħux indaħħluhom bħala item fuq l-aġenda tal-Working Group 1, biex nerġgħu niddiskutuhom aktar fit-tul u naraw kif se jaffettwawna?", "Illum qbilna fuq l-ewwel tliet proposti u għedna li ma sibniex breach tas-sussidjarjetà fihom u, fir-rigward tal-proposti Com(2013)618 u 619 se nirriżervaw il-pożizzjoni tagħna sabiex niddiskutuhom f'dan il-Kumitat darb'oħra, jew inkella fil-Working Group 1.", "Fl-aħħar nett, nixtieq ninformakom li nhar it-Tnejn, 2 ta' Diċembru, se jkollna laqgħa konġunta mal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, fejn se jiġi jindirizzana l-Awditur Ewropew, Dr Louis Galea.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8:20 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20131911_011d.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 15", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2014 fis-6.45 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Jannar 2014 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni skont l-Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea fuq il-proposta tal-Gvern li jirratifika ftehim interim li għandu jwassal għal ftehim dwar sħubija ekonomika bejn il-Komunità Ewropea, u l-Istati Membri tagħha, u l-Kamerun.", "Preżentazzjoni mill-Onor.", "George Vella, Ministru għall-Affarijiet Barranin, dwar il-ħidma tiegħu, fosthom:-", "i. l-ASEM (U.E - Asja) Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin;", "ii. il-Laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat u Gvern tal-Commonwealth (CHOGM);", "iii. il-Kunsill tal-Ministri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE);", "iv. is-Summit li nżamm f'Vilnius il-Litwanja;", "v. il-Kunsill tal-Ministri ta' Diċembru 2013;", "vi. l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri ta' Jannar 2014;", "vii il-Politka tat-Tkabbir tal-Unjoni Ewropea.", "Affarijiet oħra.", "7 ta' Jannar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140114_015a_barfull.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 15", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 15", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.58 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħat Nri.", "13 u 14, li saru fil-11 u fit-12 ta' Diċembru 2013, kienu kkonfermati.", "DISKUSSJONI SKONT L-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ IL-PROPOSTA TAL-GVERN LI JIRRATIFIKA FTEHIM INTERIM LI GĦANDU JWASSAL GĦAL FTEHIM DWAR SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, U PARTI TAL-AFRIKA ĊENTRALI (IL-KAMERUN)", "THE CHAIRPERSON (Onor. Chris Fearne): Mela issa se niddiskutu l-Artiklu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea fuq il-proposta tal-Gvern li jirratifika ftehim interim li għandu jwassal għal ftehim dwar sħubija ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-istati membri tagħha, u parti tal-Afrika Ċentrali (Il-Kamerun).", "Għalhekk nistieden mill-ewwel lis-Sur David Sammut, Direttur International Economic Relations fil-Ministeru għall-Finanzi, sabiex jagħtina spjegazzjoni ta' dan il-ftehim, biex imbagħad niddiskutuh bejnietna.", "Nifhem li l-Kabinett diġà approva sabiex dan il-ftehim ikun irratifikat u allura huwa importanti li, aħna bħala Kumitat Parlamentari, niddiskutuh u mbagħad inkunu nistgħu nissuġġerixxu lill-Kamra sabiex jiġi rratifikat.", "Sur Sammut, nitolbok tagħtina l-veduti tiegħek fuq dan il-ftehim.", "IS-SUR DAVID SAMMUT (Direttur International Economic Relations fil-Ministeru għall-Finanzi): Sur President, dan il-ftehim huwa wieħed ta' natura kummerċjali, jiġifieri huwa a free trade agreement.", "Economic Partnership Agreement huwa tip ta' free trade agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-ACP countries, l-African Caribbean and Pacific countries.", "Hemm 69 pajjiż li magħhom l-Unjoni Ewropea nnegozjat qbil, u qabel ma nnegozjat dan il-qbil kien hemm ċertu livell ta' preferenza li l-Unjoni kienet tagħti lil dawn il-pajjiżi taħt il-Lomé Convention, li ilhom in vigore mill-1975.", "Madankollu, l-Unjoni qatt ma ppretendiet li tingħata lura l-ebda preferenza taħt il-Lomé Convention.", "Fis-sena 2000, ġie ffirmat il-Cotonou Agreement li fih kien hemm qbil li jsiru negozjati ġodda, u jsiru wkoll economic partnership agreements.", "Irrid nispeċifika wkoll li kien hemm issue żgħira minħabba li l-Unjoni kienet qiegħda tagħti preferenza lil ċerti pajjiżi, filwaqt li ma kenitx qiegħda tagħti preferenza lil ċerti pajjiżi oħra li kienu qegħdin fl-istess sitwazzjoni tagħha in termini ta' żvilupp, u kellha titlob għal waiver fid-WTO.", "Id-WTO tirregola l-multi-lateral trading system u tissorvelja l-agreements li hemm taħtha, fosthom il-General Agreement on Tariffs and Trade (GATT).", "F'dan il-każ partikolari, kien hemm breach tal-artiklu 24 tal-GATT.", "U sar qbil mal-Kamerun, u l-Kamerun, fil-15 ta' Jannar 2009 – għadha ma rratifikatx – kienet iffirmat dak li jgħidulu interim economic partnership agreement.", "Ma' ħafna pajjiżi, bħal dawk fil-CARIFORUM, jiġifieri tal-Karibew, intlaħaq qbil fuq agreement in full, jiġifieri agreement li jkopri goods and services; imma mal-pajjiżi l-oħra għadu ma ntlaħaqx dan it-tip ta' qbil.", "Intlaħaq qbil fuq il-goods part ma' ċerti pajjiżi u mhux ma' kollha, imma mal-Kamerun irridu nispeċifikaw li ntlaħaq qbil fuq il-goods part, mentri fuq is-services part in-negozjati għadhom għaddejjin.", "F'dan kollu rridu nżommu f'moħħna l-Common Commercial Policy tal-EU li aħna parti minn fin is-sistema.", "L-intenzjoni tal-Economic Partnership Agreements kienet li ġew innegozjati biex ikomplu jagħtu inċentiva lil dawn il-pajjiżi ħalli jiżviluppaw iktar.", "Min-naħa tal-ACP countries, f'dan il-każ min-naħa tal-Kamerun, xorta se tibbenefika minn ċerta assimetrija jew ċerti preferenzi min-naħa tal-EU vis-à-vis dan l-agreement.", "L-agreement jispeċifika li l-EU se tagħti tariff liberalisation fuq kull settur tal-imports mill-Kamerun, imma min-naħa l-oħra il-Kamerun m'għandhiex għalfejn tagħmel dan.", "Il-Kamerun tat 80% mit-tariff lines u se tiftaħ dawn is-setturi kollha wara 16-il sena, jiġifieri hemm perijodu ta' dismantling ta' tariffs f'dan l-agreement.", "Irridu ngħidu wkoll li l-arranġamenti li hemm mal-Kamerun qegħdin jiġu ddettati mill-market access regulation, jiġifieri l-EU xorta qiegħda tagħti preferenzi lill-Kamerun u, min-naħa l-oħra, il-Kamerun mhi qiegħda tagħti xejn lill-EU.", "Din hija ftit importanti għalina anke bħala exporters għax, jekk it-tariffi tal-Kamerun jinżlu, aħna se nispiċċaw nibbenefikaw minn dak il-lat.", "Aħna nibbenefikaw ukoll għax, jekk nimportaw oġġett mill-Kamerun u jkollu inqas tariffi, ovvjament il-konsumatur tagħna se jibbenefika wkoll.", "Naħseb li dik hija summary ta' x'fih dan l-agreement.", "THE CHAIRPERSON: Sur Sammut, id-deċiżjoni rridu neħduha aħna, imma tista' tgħidilna x'inhi r-rakkomandazzjoni tiegħek?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Ir-rakkomandazzjoni tiegħi hi li napprovaw dan l-agreement abbażi ta' żewġ affarijiet: l-ewwel nett, l-interess ekonomiku tagħna li huwa importanti.", "Issa hawnhekk m'hawnx xi flows enormi, anzi pjuttost huma żgħar.", "Fil-fatt, il-perċentwali nsibu li bħala exports globally għas-sena 2012 kienu jlaħħqu l-0.16%, u għalhekk huwa ammont pjuttost żgħir.", "Bħala imports hija iktar baxxa, u din tlaħħaq biss ż-0.1%.", "Imma mbagħad, apparti dak li se niggwadanjaw aħna, hemm l-element ta' żvilupp li naħseb huwa importanti wkoll, għalkemm id-deċiżjoni tagħna trid tkun abbażi taż-żewġ lati tagħha.", "THE CHAIRPERSON: Sur Sammut, nirringrazzjak ħafna ta' din l-ispjegazzjoni.", "Jidhirli li huwa fl-interess tagħna li pajjiżi fl-Afrika, bħalma huwa l-Kamerun, iżidu l-kummerċ tagħhom u jistagħnew.", "Dan isarraf f'ġid għalina wkoll għax aħna ngħaddu minn problemi ta' immigrazzjoni minn dawn il-pajjiżi tas-Sub-Saharan Africa u l-West Africa inġenerali.", "Nixtieq nistaqsi issa lill-Membri ta' dan il-Kumitat jekk għandhomx xi mistoqsijiet jew xi kummenti li jixtiequ jagħmlu, biex imbagħad is-Sur Sammut ikun jista' jirrispondi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Kif inhuma t-trade relations tagħna?", "Se jiġu affettwati?", "M'għandniex dubju fuq li dan għandu jiġi approvat, imma x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa?", "Kif nistgħu nibbenefikaw minnu jekk kemm-il darba m'hemmx trade relations għaddejjin ma' dawn il-pajjiżi?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Naħseb li se tkun pożittiva.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: It-trade relations li hemm ma' pajjiżi Ewropej oħrajn f'liema linja qegħdin?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Ma nistax ngħid eżattament fuq il-pajjiżi l-oħra.", "Min-naħa tagħna, it-trade flows bħala imports għandna artikli ta' injam, wood charcoal, u kien hemm żmien fejn anke importajna ħafna mineral fuels.", "U, bħala exports, qisu kien hemm tliet kapitli li kienu ftit iktar rilevanti.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Inti ġej mill-Ministeru tat-Trade?", "IS-SUR DAVID SAMMUT: Proprjament ġej min-naħa tal-Finanzi.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Qegħdin isiru xi sforzi f'din id-direzzjoni ħalli jiġu enhanced it-trade relations magħhom jew le?", "U, wara li dan jiġi approvat, x'se jkun il-follow-up tiegħu?", "Hemm ħsieb ta' follow-up fuqu, jew jekk m'hemmx, nista' nissuġġerixxi li jkun hemm follow-up tiegħu fil-Ministeru għall-Finanzi biex naraw x'potenzjal hemm għan-negozjant Malti biex jużufruwixxi mill-Afrika?", "Inti sewwa għedt li huwa possibbli għall-futur li jkun hemm gwadann, għaliex jien ukoll naħseb li huwa suq għall-futur.", "Għalhekk nissuġġerilek li tgħaddi dan is-suġġeriment lill-Permanent Secretary tal-Finanzi ħalli jkun hemm Unit żgħir ta' nies li jaħsbu fuq kif tista' tagħmel enhancement tat-trade relations u dwar kif tista' tużah għall-benefiċċju ta' pajjiżna, u dan indipendentement minn kwestjonijiet oħra.", "GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Jekk tippermettili, nixtieq ngħid li l-kwestjoni tal-ACP u l-Cotonou Agreement jiena narah mhux mil-lat ta' kummerċ – avolja dak huwa importanti – imma din kienet xi ħaġa li bdiha l-Onor.", "Michael Frendo, li kien ipponta lejn relazzjoni ta' għajnuna għall-iżvilupp u l-ħarsien ta' dawn il-pajjiżi fuq id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll fuq il-kooperazzjoni dwar ir-readmission tal-immigranti.", "Jiena naħseb li, jekk hemm bżonn, 'il quddiem wieħed anke jagħfas fuq din il-kwestjoni li jekk dawn il-pajjiżi li qegħdin iduru lejn l-Ewropa biex jieħdu ċerta għajnuna … Issa hawnhekk mhux qed nitkellem fuq għajnuna għall-iżvilupp, avolja dik hija essenzjali u m'hemmx argumenti fuqha.", "Jiena qed ngħid għal għajnuna oħra li wieħed jista' jużaha bħala lever jekk kemm-il darba dawn il-pajjiżi ma jikkooperawx meta għandek immigranti irregolari li ġew minn dawk il-pajjiżi u ma jkunux iridu jaċċettaw li jiġu readmitted.", "Naħseb li hemmhekk dak l-aspett irridu nżommuh f'moħħna, għax dak qiegħed fil-Cotonou Agreement.", "Niftakar li dik kien indikaha l-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li fuq dan m'hemmx dubju għax, jekk wieħed jara l-Cotonou Agreement u mbagħad jara l-interim agreement u mbagħad jara dan, se jsib li kien hemm improvement minn diversi pajjiżi li kienu parti f'dak li għandu x'jaqsam mar-readmission ta' nies li kienu irregolari biex joħorġu dokumenti u biex jidentifikaw lin-nies li għandhom bżonn jerġgħu jiġu ripatrijati lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom.", "Naħseb li l-Artiklu 38 tal-Cotonou Agreement ħadem.", "THE CHAIRPERSON: Jekk m'hawnx aktar rimarki, nagħlqu din il-parti tad-diskussjoni.", "Sur Sammut, nirringrazzjak ħafna tal-intervent tiegħek.", "Issa, nistaqsi lill-Membri tal-Kumitat fuq jekk hawnx qbil li naraw li l-pożizzjoni tal-Parlament tkun waħda fejn il-Gvern jirratifika dan il-ftehim.", "Jidher li hawn qbil unanimu favur din ir-ratifika, u għaldaqstant għada stess inkun nista' nirrapporta lill-Kamra f'dan is-sens.", "Grazzi ħafna.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR.", "GEORGE VELLA, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR", "l-ASEM (U.E - Asja) Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin;", "il-Laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern tal-Commonwealth (CHOGM);", "il-Kunsill tal-Ministri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE);", "iv. is-Summit li nżamm f'Vilnius, il-Litwanja;", "il-Kunsill tal-Ministri ta' Diċembru 2013;", "l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri ta' Jannar 2014;", "l-Politka tat-Tkabbir tal-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-item li jmiss, li huwa pjuttost wieħed impenjattiv.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George Vella, dwar numru ta' laqgħat u inizjattivi li ħa sehem fihom.", "Kif qed taraw, għandna lista twila għax, matul dawn l-aħħar laqgħat, għal xi raġuni jew oħra, ma konniex qegħdin inżommu abreast ma' dawn l-iżviluppi.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru Vella sabiex ġentilment jagħtina l-preżentazzjoni tiegħu fuq dawn l-items kollha, u mbagħad wara nkunu nistgħu nieħdu l-kummenti mingħand il-Membri l-oħra tal-Kumitat.", "GEORGE VELLA: Sur President, se nipprova nżomm mat-talba li għamiltli u nipprova nirrestrinġi ruħi għal nofs siegħa, avolja hawnhekk għandna ħafna materjal.", "Mela, l-ewwel waħda hija l-konferenza tal-ASEM li saret fil-11 u t-12 ta' Novembru; imbagħad il-laqgħa taċ-CHOGM, il-Commonwealth Heads of Government Meeting li saret fil-15, 16 u 17 ta' Novembru; is-Summit ta' Vilnius fil-Litwanja, li sar fid-29 ta' Novembru; il-laqgħa tal-OSCE, li saret fil-5 u s-6 ta' Diċembru ġewwa Kiev; u mbagħad kien hemm il-laqgħa tal-Foreign Affairs Council f'Diċembru, u hemm ipprospettat laqgħa oħra fl-20 ta' Jannar tal-Foreign Affairs Council.", "Jekk tippermettuli, se nagħmel xi kummenti mhux daqshekk fid-dettall fuq kull wieħed minn dawn l-items u, jekk xi ħadd ikun irid aktar informazzjoni, inkun nista' nagħtikom aktar informazzjoni.", "L-ASEM hija laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin bejn l-Unjoni Ewropea u l-Asja.", "Dan huwa djalogu politiku fejn isir attentat ta' kooperazzjoni fl-oqsma l-oħra kollha.", "It-titlu tal-laqgħa ta' New Delhi fl-Indja kien \"Bridge to Partnership for Growth and Development\".", "U għal din il-laqgħa kien hemm preżenti 49 stat membru.", "Issa, biex nagħti ftit perspettiva, tajjeb ngħidilkom li dawn il-pajjiżi bejniethom jirrappreżentaw 60% tal-popolazzjoni dinjija, 52% tal-global GDP u 62% tal-world trade, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq korp ta' pajjiżi li għandhom ċerta portata.", "Is-suġġetti kienu varji ħafna.", "Pereżempju, kien hemm suġġetti maġġuri, bħall-kwestjoni tas-South China Sea, is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-problema tan-nukleari tal-Iran, u l-issue tal-Afganistan.", "L-istatement taċ-Chairman għamel ħafna enfasi fuq il-kooperazzjoni f'dak li huwa l-Green Climate Fund, fuq is-sitwazzjoni tal-peninsula Koreana, il-programm nukleari tal-Korea ta' Fuq flimkien ma' issues oħra tan-North East Asia, u bla dubju, l-Middle East Peace Process u l-Afrika ta' Fuq.", "L-istatement taċ-Chairman huwa twil ħafna, fih ħafna materjal u jolqot ħafna suġġetti li, jekk tgħidli x'inhi r-relazzjoni bejniethom, ikolli ngħidlek li huwa daqsxejn diffiċli biex torbothom flimkien.", "L-aktar ħaġa importanti f'dan il-każ kienet l-enfasi fuq l-ekonomija, u dawk l-hekk imsejħa non-traditional security challenges, jiġifieri mhux l-armamenti jew il-militari, imma sfidi li mhumiex tradizzjonali.", "Għall-ewwel darba f'dan it-tip ta' forum, bħalma jagħmlu fiċ-CHOGM, kien hemm dak li jgħidulu r-retreat, fejn wieħed ikun qiegħed – mingħajr il-preżenza tal-media – ġo a free-for-all meeting, li fih wieħed jista' jitkellem fuq affarijiet internazzjonali, reġjonali jew fuq xi topic ieħor li jixtieq jitkellem dwaru.", "Ovvjament, tifhmu li jekk qed jitkellem tal-Ġappun, u jekk se jitkellem xi ħadd min-naħa tal-Mediterran, ta' New Zealand jew tal-Awstralja, dawn kollha se jitkellmu fuq suġġetti totalment differenti.", "L-ewwel intervent li għamilt jien kien fil-Working Session, u dan kien fuq l-importanza tal-ilma, tal-enerġija, l-iżbilanċi demografiċi u sfidi oħra.", "Hemmhekk, l-aktar topics li qamu kienu fuq security concerns, terroriżmu, political revolutions, riżorsi naturali li dejjem qegħdin isiru skarsi, cyber crime, climate change u suġġetti oħra simili.", "Meta tkellimt – apparti li għamilt kummenti fuq dawn l-issues biex nuri kemm pajjiżna qed ikun attiv f'dik li hija ġlieda kontra t-terroriżmu – tajt is-sitwazzjoni kif kienet dak iż-żmien tat-twaqqif tal-Istitut tal-Ġustizzja u tar-Rule of Law li se nwaqqfu hawn Malta.", "U issa deċiż mija fil-mija li se jkun permanenti hawn Malta.", "Tkellimt ukoll fuq it-trasport marittimu u t-theddid li għandu pajjiżna mis-sigurtà marittima f'dawk li huma spills ta' baħar eċċ., kif ukoll fuq il-bżonn tal-protezzjoni tal-vapuri minn atti ta' piraterija.", "Semmejt kif Malta qiegħda tieħu parti fl-Atlanta Operation fl-Oċean Indjan u l-kosta tas-Somalja, u tkellimt ukoll fuq issues ta' insigurtà, bħalma huma l-kwestjoni ta' tkabbir ekonomiku imnaqqas ħafna, u l-instabilità politika li jistgħu jwasslu għal konflitti interni fil-pajjiżi.", "Meta konna fir-retreat, peress li s-suġġett huwa iktar miftuħ u liberu, ikkonċentrajt fuq in-naħa tad-dinja tal-Mediterran, fuq id-dinja Għarbija u fuq il-Lvant Nofsani.", "Tkellimt fuq il-Proċess tal-Paċi tal-Lvant Nofsani bir-rimarki li nagħmlu s-soltu fir-rigward li aħna kontra li jkomplu l-insedjamenti tal-Iżrael fl-Art Okkupata.", "Il-pożizzjoni ta' Malta fuq il-Lvant Nofsani hija dik tat-two-state solution.", "Tkellimt ukoll fuq il-kwestjoni tal-fruntieri ta' qabel l-1967, l-Arab Peace Initiative, u mbagħad kelli ċans nagħmel ftit kummenti oħra fuq dak li għaddej fid-dinja Għarbija tal-Afrika ta' Fuq.", "Waqt li kont hemmhekk, wieħed mill-meetings interessanti ħafna kien dak li kelli mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Indja, Salman Khurshid, qabel ma bdiet il-laqgħa, fejn hemmhekk iffirmajna ftehim fuq il-visa waiver għall-passaporti diplomatiċi.", "Dan wera l-gratitudni tiegħu għal dak li għamel il-Gvern preċedenti fl-evakwazzjoni ta' ċittadini Indjani mil-Libja.", "U din hija xi ħaġa li kollha jibqgħu jsemmu, u tieħu gost li dawn ikunu rikonoxxenti għal dak li pajjiżna għamel magħhom.", "Hemmhekk, introduċejt ukoll il-Commissioner il-ġdid ta' Malta għall-Indja, is-Sur John Aquilina, li bħalma tafu kien politiku Malti fl-Awstralja li għamel isem għalih hemmhekk.", "Imbagħad, kelli laqgħa oħra mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Indonesja – jiena ħassejt li m'għandix għalfejn noqgħod naħli ħin niltaqa' ma' tal-Awstralja – dawn huma nies li, speċjalment mal-Indonesja, xtaqna li nerġgħu nqanqlu r-relazzjonijiet bilaterali li kien hemm u li kienu reqdin għal żmien twil għax, minkejja li għandna diplomatic relations, mill-1979 lil hawn issib li m'hemm xejn.", "Ftehmna li nibagħtu tip ta' aide-memoire lil xulxin fuq fejn naħsbu li jista' jkollna oqsma ta' interess komuni ħalli nipprovaw inqanqlu l-affarijiet bejnietna.", "Bla ma wieħed jistagħġeb, id-diskussjoni kkonċentrat fuq x'qed jiġri fil-Mediterran, u hemmhekk issib li kulħadd għandu għatx enormi biex ikun jaf kif aħna qed naraw is-sitwazzjoni mill-baħar u qrib pajjiżi bħal Libja u s-Sirja, kif ukoll il-problema li għandna bl-immigrazzjoni irregolari.", "Tinsewx li s-suġġett kien intitolat \"Bridge to Partnership for Growth and Development\"; imma, kif qed ngħid, l-ASEM huwa forum wiesa' ħafna u jidher li ħa svolta ġdida, għax kien hemm żmien meta kien daqsxejn kajman.", "Innotajt li kien hemm parteċipazzjoni qawwija ħafna, u saħansitra Catherine Ashton kienet hemm.", "Kellek ħafna foreign ministers, u ma rridx ninsa ngħid li ħafna mill-ħin, sfortunatament, kulħadd għamel referenza għal dak li kien għadu kemm ġara fil-Filippini, u allura kulħadd beda jitkellem fuq x'se joffri u ma joffrix.", "Imbagħad, fis-16 u 17 mort l-iSri Lanka fejn kien qed isir is-Summit taċ-CHOGM.", "Bħalma tafu, ċ-CHOGM kienet imgeżwra f'diskussjoni u kontroversja dwar jekk humiex se jattendu l-pajjiżi, speċjalment il-Kanada, li kienet qiegħda tagħmel ħafna lobbying biex tipprova tħarbat l-attendenza.", "Fil-fatt, kien hemm pajjiżi li kienu rappreżentati f'livell baxx, fis-sens li mhux at head of government level.", "Il-Kanadiżi kienu hemm ukoll, u għamlu minn kollox biex ikunu negattivi għal kulma kien qed jiġi propost.", "Dan qed ngħidu mhux biex nikkritika 'l-Kanada, imma biex wieħed ikun jaf kif tintlagħab din il-logħba minkejja li suppost li tkun qiegħda hemmhekk biex tagħmel xi ħaġa aktar minn hekk.", "Bħalma tafu, fil-bidu tal-laqgħa fil-Mauritius, li suppost kienu qegħdin mistennija li se jagħmlu ċ-CHOGM li jmiss, iddikjaraw li mhumiex interessati li jkomplu.", "Imbagħad, filli dehru li huma interessati l-Ingliżi, u jiena kellimt lil William Hague li qalli li jekk kemm-il darba jkun hemm xi ħadd ieħor interessat, huma mhux se jinsistu.", "Minn hemmhekk il-focus għadda fuq pajjiż Afrikan, għax il-pajjiżi Afrikani riedu li jkun hemm pajjiż Afrikan; imma dawn, l-istess, fl-aħħar ċedew.", "Għalhekk ġejna avviċinati mis-Segretarju Ġenerali biex jaraw jekk aħniex lesti li nagħmluha aħna, imma għednielu li jekk ikun hemm qbil unanimu nikkonsidraw din it-talba, imma ma konniex se nagħmlu sottomissjoni aħna – kif fil-fatt ġara – u eventwalment aċċettajna.", "Rigward il-komunikat taċ-CHOGM, irrid ngħid li dan ikun twil mhux ħażin u tedjuż.", "Niddejjaq ngħid, imma ħafna drabi l-għan aħħari taċ-CHOGM sar qisu biex ikollok dan l-imbierek komunikat li mbagħad lanqas tkun taf x'sar minnu.", "Qed nitkellem sinċerament u bl-aktar mod prattiku.", "Dan il-communiqué jieħu sigħat twal u ġranet sħaħ ta' diskussjoni, l-ewwel mir-rappreżentanti tal-pajjiżi, bħalma huma l-High Commissioners u l-esperti, imbagħad dawn iħallu ruxxmata ta' square brackets li jgħadduhom lill-ministri, u l-laqgħa tal-ministri tibqa' sejra sat-3.00 a.m. u l-4.00 a.m., jitkellmu fuq jekk tbiddilx \"conference welcomes\" jew \"conference notes\"!", "Dan qed ngħidu b'sens ta' kritika kostruttiva, għax hemm ħafna iktar x'wieħed jista' jiddiskuti b'saħħa f'dawn it-tip ta' laqgħat – li għaliha jkollok 53 pajjiż qed jipparteċipaw u fuq 25% tal-membri tal-Ġnus Magħquda – milli noqogħdu naħlu ż-żmien fuq dawn l-affarijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemmhekk hemm bżonn ta' riforma ħalli wieħed jara x'jista' jagħmel għall-aħjar.", "Tinsewx li għandek maġġoranza enormi ta' pajjiżi li kollha huma stati żgħar, u hemmhekk għandna l-interessi tagħna għax ħafna minnhom huma small states, u minbarra li huma small states huma wkoll island small states, u allura nifhmu aktar lil xulxin u għandna aktar komprensjoni tagħhom.", "Fil-fatt, il-communiqué tkellmet fuq developing states li huma small islands, fuq non-state terrorism, arms trade treaty, arms control, sexual violence, eċċ., u allura tistgħu taraw kemm jaqbeż minn ħaġa għal oħra – edukazzjoni, saħħa, general social development, human rights, democracy and rule of law.", "Dawn qishom iridu jiġbru kollox ta' sentejn f'communiqué wieħed, li naħseb jitlef il-focus tiegħu għax ma tistax tiffoka fuq suġġett partikolari u fl-istess ħin iddaħħal kollox.", "Kien hemm il-Colombo Declaration on Sustainable, Inclusive and Equitable Development, u mbagħad kellek il-Kotte Statement on International Trade Investment.", "Dawn huma dikjarazzjonijiet li jkunu ilhom jaħdmu fuqhom ix-xhur, bil-burokratiċi jilagħbu bil-punt u l-virgula, imma fl-aħħar mill-aħħar il-messaġġ jasal.", "Veru għandek dan in-numru ta' pajjiżi jaħdmu flimkien: imma, what is the message?", "Fl-opinjoni tiegħi, dan jisfoka.", "Li kien hemm interessanti huwa li kien hemm il-Kotte Statement on International Trade Investment li diġà konna tkellimna fuqu mas-Segretarju Ġenerali fi New York meta konna hemmhekk għall-UN General Assembly f'Settembru, u aħna pproponejna li din l-istituzzjoni tiġi reġistrata Malta u ssir organizzazzjoni kummerċjali b'investiment u parteċipazzjoni.", "Din kienet idea li kien diġà aċċetta s-Segretarju Ġenerali, imma jidher li probabbilment kellu jew oġġezzjonijiet jew kellu lil min ma kompliex jimbottah, u meta ġejna għas-si u n-no, minkejja li hu stess talabni biex waqt il-laqgħa tal-ministri nagħmel l-emendi meħtieġa, wara li għamilthom kien hemm min għolla jdejh u qal li mhux qed jaqbel!", "U allura, peress li jkun hemm consensus, ikollok tieqaf mill-ewwel.", "Kien hemm ukoll dik li jgħidulha l-pre-CHOGM Foreign Ministers' Meeting, fejn ikun hemm diskussjonijiet oħra, u li – interessanti ngħid hawnhekk li kien hemm l-idea li imbottajniha aħna stess – sabiex jitwaqqaf Ċentru ta' Eċċellenza għall-ismall states.", "X'kien l-iskop tiegħu?", "Hemm ħafna pajjiżi żgħar li jkollhom problema li tniżżilhom għarkopptejhom, u hemmhekk jidħol il-kunċett ta' vulnerabilità u ta' flessibilità.", "L-idea kienet li jkollok ċentru li jagħmel analiżi ħolistika ta' pajjiż żgħir, u li allura qiegħed within reach għax ma jkollux ekonomija enormi u ma jkollux popolazzjoni kbira.", "U, minn dik l-analiżi, tipprova tagħmel djanjożi bil-quddiem biex tara jekk hemmx l-ewwel sinjali ta' turbolenza jew ta' nuqqas ta' stabbilità f'dik li hija ekonomija, eċċ. L-argument huwa biex ma tistenniex li titfaċċa l-marda biex tipprova tagħmel xi ħaġa, imma għandek tagħmel it-testijiet bil-quddiem fuq dawn l-ekonomiji żgħar – għandna esperti li kapaċi jagħmluhom dawn l-affarijiet – biex naraw bil-quddiem fejn l-affarijiet ikunu sejrin ħażin.", "Jekk jista' ikun, trid tagħmel djanjożi qabel jaslu l-problemi.", "Barra minn hekk, kelli laqgħat oħra by the side.", "Ikollok dak li jgħidulu Meeting between Organisations u Meeting with Other Organs, li jkunu bħas-civil society.", "Din hija farsa, u qed ngħidha bl-akbar responsabilità!", "Ħalli ngħid għalfejn qed ngħid hekk: mela jkollok 53 pajjiż, u jkun hemm organisations ta' xi 30 jew 40 minnhom, tlaqqagħhom kollha f'sala waħda, u tgħidilhom li għandhom laqgħa ta' nofs siegħa!", "X'ħin tisma' dan, jaqbdek id-daħk.", "Jien kont l-ewwel wieħed li qomt ngħid liċ-Chairman tal-laqgħa li din ma kenitx realistika.", "Għedtlu dawn in-nies ġew minn madwar id-dinja kollha u li, jekk kollha se jgħidu \"Hello\", lanqas se sservihom dik in-nofs siegħa!", "U kelli ħafna appoġġ għal dak li għedt għax kien jagħmel sens.", "U darb'oħra jrid ikollhom aktar ħin biex ikollhom aktar ċans jitkellmu.", "Fil-fatt, dakinhar ħadna iktar minn nofs siegħa għax ħassu skomdu jwaqqaf il-laqgħa, imma din hija xi ħaġa li wieħed irid jirranġaha.", "U naħseb li jkollna ċans nagħmluha meta jkollna l-organizzazzjoni taċ-CHOGM.", "Il-Meeting with Other Organs, bħalma hija s-CPA u s-Civil Society, ħadu forma aktar strutturata minn taż-Żgħażagħ, imma lil dawn ma tkunx qed tagħmlilhom kumpliment meta ġġibhom hemmhekk biex jitkellmu, u mbagħad tagħtihom nofs siegħa biss bejn dawk in-nies kollha!", "Meta tagħmel hekk qisek qed tgħid li se tagħmilha għall-isem biss.", "Madankollu, xorta jibqa' forum interessanti u rridu nikkoltivawh.", "Fid-29 ta' Novembru, kien hemm il-Vilnius Summit, u fuq dan nistgħu nagħmlu sagħtejn inpaċpċu fuqu.", "Naħseb li kollha qrajtu fuq il-Vilnius Summit u lkoll tafu x'ġara u ma ġarax.", "Dan is-Summit sar f'Vilnius, u hemmhekk suppost kellu jiġi ffirmat l-Eastern Partnership bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Moldova, il-Georgia, l-Ukrajna u l-Belarus.", "Dan huwa proċess li kien beda fi Praga, u mbagħad it-tieni laqgħa saret f'Warsaw fil-Polonja fl-2011, imma dan il-proċess partikolari kellu jwassal biex ikun hemm free trade agreement and deeper comprehensive trade agreement mal-ikbar pajjiż fosthom, u allura mal-Ukrajna li għandu popolazzjoni ta' 46 miljun ruħ, b'ekonomija li għadha mhux żviluppata, u li għandhom qasma ta' kważi min-nofs ta' dawk li huma pro-Russia u dawk li huma pro-West.", "Jiena kelli vantaġġ għax xi xhur qabel konna morna hemmhekk u ltqajna mal-President Yanukovych, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Leonid Kozhara, u mal-Prim Ministru Mykola Azarov.", "Imbagħad wara kelli ċans nagħmel round mal-partiti prinċipali, fosthom il-Party of the Regions, il-Fatherland ta' Tymoshenko, il-UDAR ta' Vitali Klitschko, u l-iSvoboda Party.", "Dawn kollha jokorbulna biex naraw kif nagħmlu u nivvotawlhom ħalli jidħlu f'dan l-imbierek agreement.", "They are all willing, minkejja li kien hemm tal-Fatherland inkwetati għax Tymoshenko għadha l-ħabs, u l-oħrajn minħabba li huma pro-Russia.", "Meta dak iż-żmien kien hemm an impounding ta' trade fuq il-fruntiera bejnhom u bejn ir-Russja, u jiena staqsejt kif se jirreaġixxu, qaluli li mhumiex se jirreaġixxu, imma jridu li dak il-bieb jibqa' miftuħ, u li jiftħu bieb ieħor għall-Ewropa, li hija xi ħaġa li tagħmel ħafna sens.", "Dan kien il-feeling li riedu.", "Li ġara kien li, as we went along, anke matul il-laqgħat tal-Kunsill li konna nagħmlu kull xahar fi Brussell, kien ikollna laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Kozhara bħala Friends of Ukraine, u hemmhekk konna naqsmu l-ħsebijiet u nassigurawhom mill-appoġġ tagħna.", "Meta bdew joqorbu l-affarijiet, kien hemm shift għax qabel kien hemm il-kwestjoni li, jekk Tymoshenko mhux se tiġi meħlusa mill-ħabs, speċjalment il-Ġermanja, l-iSvezja, u pajjiżi oħrajn, qalu li mhux se jmexxu.", "Imbagħad, wara ċertu żmien irrealizzaw li ma tistax torbot il-kunċett kollu ta' selective justice ma' persuna waħda.", "U, jekk wieħed jaqra x'inhuma l-akkużi u l-affarijiet li hemm, bla ma jikkundanna jsib li dawn mhumiex affarijiet żgħar.", "U l-pajjiżi tal-Ewropa they moved away milli jorbtu selective justice magħha.", "Eventwalment, kien hemm ir-rapport ta' Pat Cox u ta' Aleksander Kwasniewski li indikaw tliet affarijiet partikolari – is-selective justice, l-uffiċċju tal-Prosekutur, u suġġett ieħor li bħalissa ma nistax nifakar x'kien – u qalu li jekk jaħdmu fuq dawn it-tlieta jistgħu jimxu.", "Kulħadd kien kważi lest li kif jasal il-Vilnius Summit se nimxu biex naraw l-Ukrajna tiffirma.", "Li ġara kienet sorpriża għax, xi ftit tal-ġranet qabel, kien ġie mħabbar li Yanukovych iddeċieda – imma strettament, meta tgħid Yanukovych jaħtfuk, u jgħidulek li mhux Yanukovych, imma l-Gvern ta' Azarov li ddeċieda – li kienu għadhom mhumiex lesti għal dan id-deep and comprehensive free trade area u l-Association Agreement.", "Biex naqta' fil-qasir, li ġara kien li kulħadd beda jissuspetta li Yanukovych had pulled a fast one, għax dik l-espressjoni li nbniet.", "Jien kont qiegħed hemmhekk mal-Prim Ministru u dan kien across the table, u tarah jgħidlek b'ċerta konvinzjoni, b'għajnejh ġo għajnejk, li le, dan iridu jiffirmawh eventwalment u biex nagħtuhom ftit taċ-ċans ieħor.", "Ovvjament, saru diskussjonijiet, kemm f'lunches informali u kemm fil-kuriduri, u kulħadd baqa' skantat b'din it-turn of events f'daqqa waħda.", "Kien summit pulit ħafna, u ma kien hemm l-ebda kliem iebes kontra Yanukovych, ħlief forsi għal Angela Merkel li kienet daqsxejn soda f'dak li kienet qiegħda tgħid.", "Imma l-biċċa l-kbira kienu qed jgħidu li jifhmu l-problemi tagħhom, li l-bieb għadu miftuħ u li, jekk xi darba jiddeċiedu, jgħidulhom ħalli jkomplu.", "Aħna kellna problema partikolari għax kellna diġà lined up l-istate visit ta' Yanukovych il-ġimgħa ta' wara u li, fil-kontest ta' qabel, kienet se tkun mezz ta' kif niftħu mal-Ukrajna – aħna konna l-aħħar pajjiż li ffirmajna d-double taxation agreement magħhom – l-kuntatti ta' trade u ta' turiżmu biex naraw kif se noħorġu il-visas għalihom, u dawn l-affarijiet kollha.", "Il-problema li ffaċċjajna immedjatament kienet x'se nagħmlu f'din is-sitwazzjoni.", "Avviċinajt mill-ewwel lil Catherine Ashton, u l-Prim Ministru tkellem ma' Van Rompuy, u meta qabbilna n-notes sibna li konna qed ngħidu l-istess ħaġa.", "U dawn qalulna li we can carry on basta nkunu l-ewwel pajjiż tal-Unjoni Ewropea li se nwasslu l-messaġġ lil dan il-pajjiż li, minkejja kollox, huma jridu jżommu l-bibien tagħhom miftuħin ħa jitkellmu magħna.", "Eventwalment, bħalma tafu anke dik tħassret għax inqala' dak li nqala'.", "Yanukovych mar iċ-Ċina, u minn hemmhekk ġie b'investiment għal port partikolari fl-Ukrajna, u mbagħad mar ir-Russja, fejn minn hemmhekk ġab madwar €15-il biljun u l-promessa li jkollu kontijiet tal-enerġija aktar baxxi.", "Tinsewx li l-Ukrajna hija very power-hungry għaliex tuża' ammonti enormi ta' enerġija għall-industriji tagħha.", "Fil-fatt, Kozhara qalli li s-600 miljun ewro li wegħduhom għal tliet snin kienu jitilfuhom fl-ewwel xahrejn minħabba l-prezzijiet tal-enerġija!", "Il-mistoqsija li tiġi b'mod awtomatiku hija din: \"Allura dan ma kkalkulajtuhx?", "Ma kontux tafu fejn mexjin?\"", "Kulħadd beda jagħmilha, jiġifieri konna qegħdin lejliet is-Summit, u kien diġà magħruf li mhux se jiffirmaw.", "U, apparti din il-kwestjoni, kellek ukoll dawn il-mistoqsijiet, u minn hemmhekk kien hemm l-iffirmar tal-Association Agreement mal-Georgia u l-Moldova, u kien hemm ukoll l-iffirmar ta' Association Agreement mal-Ukrajna li ma seħħx.", "Il-kwestjoni baqgħet kif kienet, u ġara dak li ġara.", "Eventwalment kien hemm is-Summit tal-OSCE f'Kiev l-Ukrajna mid-29 ta' Novembru.", "Imbagħad, fil-5 ta' Diċembru kont qiegħed Kiev għall-OSCE, għax l-Ukrajna kienet fil-presidenza, u allura kellek lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Kozhara li kien qiegħed jagħmilha ta' Chair, u l-affarijiet bdew jiżviluppaw as they went along.", "Il-kwestjoni hi li hemmhekk bdew id-dimostrazzjonijiet ġewwa Maidan Square, u l-pajjiż inqasam.", "Meta kont hemm, ħadt l-okkażjoni u nżilt il-pjazza għax xtaqna nesperjenzaw il-feeling tan-nies.", "Fil-fatt, kont tista' tara din il-massa ta' nies, filwaqt li l-belt normalissima u kollox jiffunzjona; ħwienet, teatri, restoranti, eċċ. u mbagħad tidħol wara l-barrikadi u tara lil dawn in-nies f'dik il-kesħa, bit-tankijiet jaqbdu biex iżommu sħan.", "Dak huwa feeling li, ladarba tkun esperjenzajtha, taf toħroġ b'ċerta dwejjaq għal dawn in-nies li, veru qegħdin jitolbu li jirranġaw pajjiżhom, imma sadanittant qegħdin jirrappreżentaw biss parti mill-pajjiż, għax fl-istess ħin għandek iċ-Chamber of Commerce li qiegħda titlob lil Yanukovych sabiex ma jmurx għall-Association Agreement għax kien se jkissirhom, peress li l-ekonomija kienet għadha mhijiex …", "Meta ddiskutejt fit-tul mal-Ministru Kozhara, dan qalli li huma kienu qegħdin jistennew li jkollhom xi solljev mill-IMF, imma dan spiċċa ħasadhom.", "Fil-fatt, Kozhara jsostni li Azarov iddeċieda jumejn wara li rċieva r-rapport tal-IMF, u qalilhom li kellhom l-ewwel inaqqsu l-capital expenditure, l-impjiegi minn mal-gvern, iwaqqfu s-sussidju tal-agrikoltura, u li jifflowtjaw il-currency.", "U dan kien ifisser falliment totali, u l-Ukrajna kienet se tiġi bankrupt.", "Għalhekk, dak ma setgħux jagħmluh.", "Imbagħad, kellek il-master stroke tar-Russja li at the right moment, għal darb'oħra, lagħbet il-pawn tagħha biex issalva s-sitwazzjoni.", "Sadanittant, l-OSCE mxiet b'mod normali u ma kien hemm l-ebda problemi.", "Fil-fatt, kellek rappreżentanza tajba ħafna.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq 53, u kien hemm dibatittu interessanti ħafna.", "Din għandha format ta' dikjarazzjonijiet, fejn ir- rappreżentanti jagħmlu d-dikjarazzjoni tagħhom.", "Interessanti li kien hemm il-Partners for Co-operation Mediterranji u dawk Asjatiċi li they took the floor u tkellmu fuq il-problemi tagħhom.", "Fl-istatement tagħna, pprovajt inġedded il-commitment tal-Gvern lejn is-soltu affarijiet, bħalma huma l-human rights, rule of law, democracy u anke l-multilateral system, il-bżonn li niffokaw b'mod kollettiv fuq it-theddid il-ġdid tal-lum u l-viżjoni tas-sigurtà għal dimensjoni Ewro-Mediterranja.", "Jien għamilt il-punt li din mhux biss għandha tkopri minn Vancouver għal Vladivostok, imma li tinżel 'l isfel għal Valletta wkoll.", "Tkellimt fuq il-bżonn li l-Mediterranean Partners for Co-operation ikollhom aċċess għal working methods u għall-istrutturi tal-OSCE.", "Issuġġerejna li għandu jkun hemm – kelli messaġġ, kemm mingħand il-Prim Ministru, kif ukoll mingħand id-Deputat Prim Ministru Abdulrahman, li xtaqu li joqorbu lejn l-OSCE – l-integrazzjoni tal-Libja mal-Mediterranean Partners for Co-operation, imma mhux kulħadd qabel ma' dan is-suġġeriment.", "Kien hemm min qal li din għalissa m'għandhiex issir.", "Għamilt il-punt li kieku l-OSCE, l-istituzzjonijeit demokratiċi tagħha, l-mod kif ħadmet fl-Ewropa kienet fil-ħin biex testendi sal-Mediterran, jaf forsi ċerti affarijiet kienu jiġu evitati.", "Il-problema tal-human trafficking u l-prevenzjoni tagħha, li wieħed jindirizza frozen conflicts, bħal m'għandek ta' Ċipru, tas-South Ossetia u oħrajn.", "Imbagħad, kelli laqgħat peress li Malta se tkun iċ-Chairperson tal-Forum for Security and Co-Operation fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, u allura kelli laqgħat mal-Presidenza Svizzera tal-OSCE fejn iddiskutejna s-suġġetti.", "Aħna se nkunu mal-Moldova u ma' Monaco, u għamilt il-punt li nixtieq li l-aċċent tagħna jkun fuq is-suġġett ta' democratic control of the armed forces.", "Din hija xi ħaġa li fil-COSAC fis-snin li għaddew kien hemm ħafna attenzjoni fuqha, ħafna diskussjoni fuq li l-forzi ta' dixxiplina, il-forzi tal-ordni għandhom ikunu mhux immexxijin imma għandhom ikunu taħt is-sorvelja, u jkun hemm skrutinju tad-demokrazija, jiġifieri tal-parlament li huwa elett mill-poplu.", "Imbagħad, il-ħelsien tal-media speċjalment fis-cyber space li qegħdin ngħixu fih illum.", "Semmejt iċ-Chairmanship tal-Forum for Security and Co-Operation li se jsir nhar il-Ġimgħa, u jien se nkun qiegħed Vjenna biex nindirizza l-ftuħ ta' dan il-forum.", "Imbagħad, kelli wkoll laqgħat oħra ma' ħafna ministri, fosthom ma' tal-Georgia, ma' tal-Moldova u ma' tal-Ukrajna, li diġà semmejt li rabbejna ċerta relazzjoni u ħassejt li kien qiegħed ikun onest ħafna miegħi għax, at one stage, qalli li hu kien qiegħed jieħu ħsieb il-konferenza, meta min-naħa l-oħra għaddejjin affarijiet fil-parlament li hu kien qed isir jaf bihom biss mill-internet, u li dawn l-affarijiet kienu qegħdin jiżvolġu minn ħin għall-ieħor.", "Kien hemm ukoll il-laqgħat tal-Foreign Affairs Council f'Diċembru fejn ġew diskussi s-suġġetti tas-soltu, fosthom is-Sirja, l-Iran u l-Eastern Partnership.", "Ovvjament, kien hemm ukoll analiżi ta' dak li ġara f'Vilnius, il-Lebanon, l-effetti tal-over-spill mis-Sirja, u s-Central African Republic, li kull ma jmur qed tieħu ċerta importanza.", "Imbagħad, xi ħaġa importanti ħafna kienet li f'Diċembru kellna wkoll working lunch mal-Foreign Minister Russu Lavrov.", "Nista' ngħidilkom li he is a pleasure to listen to għaliex huwa bniedem li whatever you throw at him, it comes back with a bang, għax ma jħalli xejn għaddej.", "U kien hemm analiżi interessanti ħafna ta' x'ġara fuq il-Vilnius Summit.", "Lavrov was talking from a position of strength, għax kienu huma li salvaw il-kwestjoni tas-Sirja biex l-Amerika ma tattakkax minħabba li ħarġu bil-proposta tal-chemical weapons.", "U hawnhekk, għalija għamlu t-tieni mossa politika interessanti ħafna fejn lil Yanukovych ġiegħluh, tajjeb jew ħażin … Hawnhekk irrid nirrimarka li Yanukovych ma ffirma l-ebda customs union mar-Russja, bħalma għamlu l-Armenja.", "Nista' ngħidilkom li l-highlight tal-Council ta' Diċembru kien dan id-dibattitu interessanti immens ta' kważi sagħtejn ma' Lavrov, li fl-aħħar ħareġ bil-mistoqsija li ma rrisponditx Catherine Ashton, għax baqgħet blank-faced quddiemu!", "Fil-fatt, dan qalilhom li huma xebgħu jgħidulhom sabiex jagħmlu tripartite meetings bejn l-Ukrajna, ir-Russja u l-Unjoni Ewropea.", "Kompla jgħidilhom li hu qed jifhem li, jekk kemm-il darba qegħdin jiddiskutu association agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna, ma tidħolx ir-Russja.", "Imma jekk se jiddiskutu x'se jkun il-futur tal-Ukrajna, meta dan huwa pajjiż li għandu relazzjonijiet tant fit-tul mar-Russja u għandu 25% tal-popolazzjoni ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika qabel, żgur li ma fiha xejn ħażin li jiltaqgħu t-tlieta u jitkellmu bejniethom!", "U, fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa loġika ħafna, u ma nara xejn ħażin fiha.", "To be fair, iċ-Chief Representative Catherine Ashton, ma kkommetitx ruħha; imma qed naqra li, minn dakinhar lil hawn, anke f'ċerti postijiet, qiegħda tiġi mitfugħha bil-mod il-mod l-idea li jkun hemm dawn il-laqgħat bejn it-tlieta.", "Wara kollox dan huwa pajjiż li, bħalma għedt fil-bidu, irid iżomm il-bibien tiegħu miftuħin mar-Russja, imma jrid jiftaħ il-bibien tiegħu anke għall-Unjoni Ewropea.", "Kif nara jien, li jrid isir hu li ma tridx tmur with a bang fuq free trade u affarijiet bħal dawn, imma trid tibda tiffaċilita l-flow, speċjalment taż-żgħażagħ, mill-Ukrajna għall-Ewropa, u allura jrid ikollok il-visa facilitation, u dawn l-affarijiet kollha ħalli tibda tbiegħ l-Ewropa lil dan il-pajjiż.", "Ma rridux ninsew li dan kien argument li sar kemm meta kont qiegħed Kiev … Dawk il-protesti li qegħdin naraw qed isiru minn dawk leaning towards the West.", "Imma rridu naraw ukoll lil dawk li huma leaning towards the East, għax inti għandek pajjiż maqsum min-nofs. through the middle, fifty-fifty.", "Dan kien il-Council ta' Diċembru.", "Jekk nistgħu ngħidu x'se jkun hemm fil-meeting li se mmur għalih f'Jannar, nistgħu ngħidu li dawn se jirrepetu l-istess suġġetti, fosthom fuq is-Southern Neighbourhood, fejn din id-darba se jkun hemm aċċenn fuq it-Tuneżija, bl-aħħar żviluppi li kien hemm fir-rigward tar-riżenja tal-Prim Ministru u l-ħatra tal-wise men sabiex jagħmlu l-kostituzzjoni.", "Għandek l-implikazzjonijiet tal-kriżi tas-Sirja fejn, għalkemm il-kwestjoni tal-chemical weapons twarrbet min-nofs, nafu wkoll li din ikkomplikat ruħha beyond control.", "Illum il-ġurnata se naslu – u hawn il-punt li għalija qiegħed niddejjaq fuqu – f'punt li fejn qabel konna ngħidu li kulħadd kien kontra Assad, illum il-forzi l-kbar qegħdin jistaqsu min hu l-aħjar li jibqa'.", "Lil Assad jew inkella 'l ISIS jew lil Al Qaida?", "Jien qiegħed nara biċċa kriżi kbira dwar jekk tgħinx lil wieħed jew lil ieħor, għax li qed jiġri bħalissa hu li Assad qegħdin gallerija, mentri l-oħrajn qegħdin jitqatlu bejniethom fuq min se jieħu t-tmexxija tal-pajjiż.", "L-argument l-antik tal-Ingliżi u l-Franċiżi li ngħinu biex nibagħtu l-armamenti għax b'hekk tkun qiegħed iżżomm traċċa u tkun taf fejn marru m'għadux ireġi għaliex nafu li, minkejja kollox, l-Iran xorta baqa' dieħel minn ġewwa r-Russja sabiex jgħin lill-Assad.", "Nafu bl-involviment tas-Sawdi biex jimbuttaw lis-Sunni li qegħdin f'din it-taħwida kollha, u l-problema kkomplikat ruħha bl-aktar mod esaġerat, fis-sens li għandek żewġ aspetti kbar, bl-Iran u l-Hezbollah li se jibqgħu xorta hemmhekk u li qegħdin jitqatlu bejniethom, għax issa hija kwestjoni ta' estremisti reliġjużi aktar milli ta' territorju.", "U l-fatt li l-Iran, b'xi mod, qed jagħmel xi avvanzi fil-kuntatti mal-Istati Uniti u mal-pajjiżi l-oħra, qed iġiegħel lis-Sawdi sabiex jiġu mnaffra għax qed jaraw li l-Istati Uniti qiegħda tagħti importanza lill-Iran, u allura qed jibżgħu li se tonqsilhom l-influwenza tagħhom fuq is-Sunni.", "U kulħadd jaf li l-Arabja Sawdija qiegħda tagħtihom il-flus u għajnuna oħra.", "Il-Qatar b'xi mod inqata' xi ftit, u issa minflokom daħlet l-Arabja Sawdija.", "Għalhekk wieħed irid jara kif se tiżviluppa din il-kwestjoni kollha.", "At one stage, kont qed niddiskuti ma' xi ministri u ma' xi ħbieb u għedtilhom li soluzzjoni waħda qiegħed nara f'din il-kwestjoni kollha, u din mhi xejn aktar ħlief li jkun hemm ceasefire.", "L-ewwel trid twaqqaf l-isparar, u mbagħad trid tagħmel analiżi.", "Għalkemm qegħdin nisimgħu li hemm attentati anke mill-Amerikani sabiex jipprovaw li jkollhom pockets ta' ceasefires ħalli tkun tista' tidħol l-għajnuna umanitarja … Fil-fatt, l-akbar traġedja mhijiex ta' dawk in-nies li mietu bl-armi kimiċi – għalkemm dik ukoll hija traġedja – imma l-akbar traġedja hija ta' dawk li għadhom qegħdin imutu bil-mod il-mod, mhux biss bl-armamenti konvenzjonali, imma bil-ġuħ!", "Issa qegħdin nisimgħu li, għallinqas Assad – u nifhem li dan jaġixxi taħt l-imbuttar tar-Russja – se jaċċetta li f'ċerti postijiet iħalli jidħlu l-provvisti biex in-nies ma jmutux bil-ġuħ.", "Hemmhekk qed naraw xi ħaġa li qatt ma rajniha qabel.", "Se jkun hemm ukoll il-Middle East Peace Process fuq l-aġenda, u wieħed jista' jistenna li we are neither here nor there, anzi naħseb li we are nowhere, għax se nibqgħu li kull darba li noħorġu 20 priġunier mill-ħabs, ngħidu li se nibnu 1,200 settlement ieħor!", "L-element estrem qed jissemma ħafna iktar, u issa reġa' għandek Lieberman bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, u għandek nies, bħalma huwa Bennett, li qed jgħidu affarijiet xejn sbieħ.", "Mal-Iran, l-affarijiet jidhru mexjin, u kien kolp interessanti ħafna dak ta' Catherine Ashton – li ta' min jikkongratulaha għall-coup li għamlet – meta rnexxielha ġġib qbil bejn is-Serbja u l-Kosovo li, bħalma qalilkom il-Ministru tal-Affarijiet Barranin meta kien qiegħed hawnhekk, il-mod ta' kif Ashton irnexxielha, flimkien ma' Štefan Füle, li ġġibhom flimkien biex jitkellmu, verament kienet xi ħaġa ta' min ifaħħarha.", "Din lagħbet rwol importanti ħafna fl-Iran, u kelli l-pjaċir nisma' lil Lavrov stess jirringrazzjaha u jgħidilha li kieku ma kenitx hi, ma kienux jaslu biex jagħmlu dan il-pass.", "Dak huwa l-ikbar kumpliment li seta' jkollha din il-bniedma li hija very unassuming, imma li pprovat tagħmel dan il-pass.", "Meta din bdiet, ma tantx kien hemm tamiet fiha; imma llum il-ġurnata kulħadd jgħid kemm hija diplomatika tajba u tal-affari tagħha.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel hu li nhar it-Tnejn mistenni li jkun hemm diskussjoni fuq EU-Russia Summit, li se jseħħ fis-27 u fit-28 ta' dan ix-xahar.", "Ovvjament, ir-Russja, li llum kemm l-Unjoni Ewropea u kemm l-Istati Uniti qegħdin iħarsu lejha b'lenti differenti minħabba dak kollu li ġara, bil-kooperazzjoni u x-xogħol li għamlu flimkien, kemm John Kerry u kemm Lavrov fil-kwestjoni tas-Sirja u kemm fil-kwestjoni tal-Iran … Niskuża ruħi li ħadtilkom aktar ħin.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak, Ministru.", "Kellna item li l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien issuġġerixxa li npoġġu fuq l-aġenda u dan kien li niddiskutu l-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, u allura għedna li forsi xi darba nistiednu lil xi esperti biex jgħinuna nagħmlu dan.", "Ovvjament, dan is-suġġett mhux se nagħmluh illum ħalli nkunu nistgħu niddiskutuh aktar fil-fond.", "GEORGE VELLA: Ma ninsewx li t-tkabbir huwa kkonċentrat fuq il-Western Balkans, fejn għandek pajjiżi bħall-Montenegro, l-Albanija, il-Kosovo, is-Serbja u l-Bożnija-Ħerzegovina, li kollha qegħdin jimbottaw ħalli kemm jista' jkun jaslu.", "Imbagħad magħhom għandek l-Iżlanda, li baqgħet bħala kandidata, imma fuqha m'hemmx qbil, u għandek ukoll ir-Repubblika tal-Maċedonja, u fuq nett tal-lista hemm it-Turkija.", "THE CHAIRPERSON: Dan nistgħu niddiskutuh u nikkonċentraw fuqu.", "Issa, xtaqt nistaqsik xi ħaġa, Ministru.", "L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzjak tax-xogħol li qed tagħmel, kif ukoll talli sibt il-ħin biex tiddiskuti x-xogħol li qiegħed tagħmel magħna.", "Fuq nota personali, jiena mmexxi d-delegazzjoni tal-Parliamentary Assembly tal-OSCE u, bħalma għedt inti, bħal fil-każ taċ-CHOGM, inqattgħu ġranet sħaħ niddiskutu l-punt u l-virgula, mentri l-iskop tagħna hu li dawn id-dokumenti li niftiehmu fuqhom jersqu quddiem il-laqgħa tal-Ministri tal-OSCE.", "Inti li kont preżenti għal din il-laqgħa: tagħtu kasu dan ir-rapport, jew inkella lanqas jersaq quddiemkom?", "GEORGE VELLA: Jiddispjaċini li forsi mhux qed inkun diplomatiku meta nitkellem b'dan il-mod, imma tant ikollhom dokumenti vasti u tant ikopru materjal li fl-aħħar mill-aħħar tispiċċa titlef il-focus.", "Jien nippreferi jkolli dokument li se jikkonċentra għal din is-sena fuq tliet suġġetti, erba', u nitfa' l-attenzjoni tiegħi fuq dawk is-suġġetti partikolari, milli toqgħod issemmili kull ħaġa li hemm under the sun, għax imbagħad li se jiġri hu li se jkollok dokument diluted!", "Ara fir-rigward il-laqgħat tal-Foreign Affairs Council tal-Unjoni Ewropea, jaħdmu b'mod differenti għax ikollok erba', ħames suġġetti u lilhom biss jiddiskutu, anke jekk ikun hemm xi ħaġa kurrenti għaddejja dak il-ħin.", "Inti ma tistax tiġbor is-suġġetti kollha li seħħew f'sena f'daqqa.", "Għalhekk għedtlek mill-bidu – u għedtha b'responsabilità – li l-communiqué, jekk taqrah bħal xi ħadd li qed jagħmel studju, jew inkella bħal xi ħadd li għada pitgħada se jqabbel x'ġara u ma ġarax, se jarah sabiħ u interessanti; imma, bħala dokument politiku, x'jiġri minnu?", "Se jitqiegħed hemmhekk mal-oħrajn, jew inkella se taqrah fuq diska u tħallih hemm!", "THE CHAIRPERSON: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-ewwel nett, nirringrazzjak talli poġġejt fuq l-aġenda l-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.", "Jiena xtaqt li fil-laqgħat li jmiss nikkonċentraw fuq pajjiż partikolari u niddiskutuh.", "Jiena xtaqt li jkollna wkoll xi uffiċjali min-naħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin – mela mhux bilfors li jkun hawn il-Ministru preżenti – u niddiskutu magħhom x'qed jiġri, ħalli nkunu ppreparati – għax xi kultant jiġu l-ministri u mhux dejjem inkunu ppreparati biżżejjed.", "B'hekk ikollna dak it-thinking time fuq l-affarijiet li jkunu qed iseħħu.", "Jekk tippermettili, Ministru, nixtieq nirringrazzjak talli għamiltilna din il-preżentazzjoni dwar il-vjaġġi li għamilt, u nista' nimmaġina kemm kien diffiċli għalik biex tmur minn post għal ieħor.", "Xtaqt inqajjem xi punti żgħar jekk kemm-il darba huwa possibbli.", "Jidher li tqajmet ħafna l-kwestjoni tas-cyber crime f'diversi laqgħat, fosthom fl-Asian Summit, fiċ-CHOGM, u anke fl-OSCE.", "Fejn tara li nistgħu mmorru aktar fuq is-cyber space?", "Bħalma taf, sentejn ilu għamilna r-ratifika tal-konvenzjoni li kienet saret bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħrajn, bħall-Amerika u l-Kanada.", "Tista' tgħidilna jekk kemm-il darba kienx hemm ċaqliq f'din id-direzzjoni daqshekk diffiċli tas-cyber crime u tas-cyber space?", "It-tieni ħaġa li xtaqt nistaqsik fuqha hija l-Istitut tal-Ġustizzja.", "Xtaqt nistaqsik fejn beħsibkom tagħmluh bħala post dan l-Istitut tal-Ġustizzja.", "U t-tielet ħaġa hi li, fl-anness tal-ASCM, insibu liema huma l-areas of tangible co-operation, u fiha hemm ukoll il-postijiet fejn Malta wriet li għandha interess.", "Hemmhekk hemm efficient and sustainable water management, renewable energy mitigation adaptation, etc. Xtaqt nistaqsi jekk kemm-il darba kienx hemm il-ħsieb li nidħlu fil-higher education u fl-ewwel item li huwa fuq disaster management and mitigation.", "Ninnota li ċerti pajjiżi, bħall-Iżvizzera, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Greċja, daħlu fiha wkoll.", "Hawnhekk forsi hemm lezzjonijiet x'wieħed jitgħallem, jiġifieri ma ninsewx li aħna wkoll parti minn żona siżmika, u allura hemm ċerti lezzjonijiet li wieħed jista' jidħol għalihom.", "GEORGE VELLA: Għal liema settur qed tirreferi?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fuq id-disaster management, jiġifieri jekk nista' nissuġġerixxi, forsi nistgħu nuru interess kemm fis-settur tal-higher education, kif ukoll f'dak tal-ASCM.", "Fir-rigward tal-Commonwealth, naqbel miegħek li dan id-dokument huwa komprensiv ħafna, u qisu jgħid xi ħaġa fuq kollox, u għalhekk forsi f'xi mument niddiskutu l-istrateġija ta' pajjiżna għar-rigward tal-Commonwealth, u flimkien naraw x'viżjoni għandna f'dan ir-rigward.", "Naħseb li għandna nipprovaw inġibu d-diversi punti li rnexxielna nilħqu fl-Unjoni Ewropea ħalli nipprovaw nibnu l-istess framework ta' liġijiet.", "Ħadt pjaċir nisimgħek titkellem fuq l-iSmall States Centre of Excellence li aħna offrejna li nagħmlu.", "Xtaqt inqajjem ukoll il-kwestjoni tas-Segretarjat taċ-CHOGM.", "Aħna lkoll nafu li wieħed mill-kontestanti kien proprju pajjiżna, u l-persuna li kienet fis-Segretarjat kienet waħda mir-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tal-Kanada.", "Dan għaliex fost affarijiet oħra kien hemm li dan il-pajjiż jidher li neħħa l-Prim Imħallef ta' pajjiżu, u allura kien hemm kwestjoni fuq jekk kemm-il darba kienx hemm aderenza għar-rule of law, u jekk kemm-il darba s-Segretarju kienx leali biżżejjed biex ressaq 'il quddiem għall-konsiderazzjoni ta' kulħadd li kienet qiegħda ssir din il-ħaġa.", "Hemm diversi affarijiet oħra li jieħdu ċerta ammont ta' ħin għad-diskussjoni, imma wieħed ma jistax ma jirrimarkax li hija xi ħaġa tajba li, wara li ġew diskussi dawn ir-relazzjonijiet mal-Marokk … Qiegħed nitkellem għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru.", "Mhux beħsiebni ndum ħafna, għalkemm hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq dak li sar, imma naħseb li aħna pożittivi u għandna nibqgħu naħdmu biex ikollna kollaborazzjoni unita fuq l-affarijiet barranin.", "Naħseb li kull item li miss il-Ministru jimmerita li jkollna focal point fuqu, speċjalment in vista tal-fatt li ċ-CHOGM se jkun qiegħed hawn jiġi mtella' f'pajjiżna.", "Ovvjament ma nippretendux li se norganizzaw l-affarijiet, imma fl-istess ħin nixtiequ li nkunu b'xi mod parteċipi u li nagħtu xi ideat fuq x'wieħed jista' jdaħħal fiċ-CHOGM u kif wieħed jista' jindirizza ċ-CHOGM.", "Naħseb li aħna għandna interess bħal Ċipru u l-Ingilterra, għax it-tlieta li aħna qegħdin fl-Unjoni Ewropea u fil-Commonwealth.", "Naħseb li din it-three position għandna nipprovaw nutilizzawha għall-użu aħjar ta' pajjiżna.", "THE CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "Mela nsejjaħ lill-Ministru sabiex jirrispondi l-mistoqsijiet li sarulu.", "GEORGE VELLA: Ikolli nammetti li m'inix espert fuq kollox.", "Nirringrazzja 'l-Bambin, dan l-aħħar tgħallimt nuża' xi ftit il-computer biex inkun nista' nibgħat xi emails u naċċessja l-internet.", "Din qed ngħidha b'nofs ċajta.", "Imma fuq cyber space u fuq dak kollu li jista' jiġri bis-cyber space nista' nitkellem biss minn fuq dak li naqra.", "U f'dan il-qasam ma ngħidx li space is the limit, imma ngħid li the sky is the limit, għax biżżejjed naraw x'ġara fi kwestjonijiet bħal ta' Snowden fejn, bla ma trid, l-aktar postijiet siguri u sigrieti ġew ippenetrati u kkawża dak it-taqlib kollu u problemi legali, problemi etiċi u problemi ta' sigurtà.", "Ħadd qatt ma ħaseb fihom dawn l-affarijiet, u naħseb li fl-ebda ktieb tal-liġi, minn ħames snin, sitt snin lil hawn, qatt ma semma dawn l-affarijiet.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hemm xi ċaqliq?", "Napprezza jekk tista' tgħidilna kienx hemm xi follow-up għal din il-Konvenzjoni biex jagħmlu pass ieħor 'il quddiem fuq il-kwestjoni tas-cyber space control.", "Jekk ikollok l-opportunità, forsi tkun tista' tgħidilna ftit jekk kienx hemm xi ċaqliq f'dan ir-rigward.", "GEORGE VELLA: Sal-lum ma naf li kien hemm l-ebda inizjattiva partikolari.", "Wieħed jista' iqabbad l-esperti fuq dawn l-affarijiet biex insegwu dak li jkun qed jiġri.", "M'hemmx dubju li pajjiżna, żgħir kemm hu żgħir, xorta jrid iżomm il-pass minħabba li ħafna mill-industrija tagħna llum, bħalma hi l-e-gaming, hija bbażata fuq il-kompjuters u s-cyber space inġenerali.", "Rigward l-Istitut tal-Ġustizzja u r-Rule of Law, nista' ngħid li dawn huwa episodju li jien ferħan ħafna bih u sodisfattissimu għax, bi ftit negozjati u rieda tajba miż-żewġ naħat, wasalna fejn ridna.", "Dan l-Istitut jirrappreżenta 40 pajjiż minn madwar id-dinja, apparti l-Unjoni Ewropea – għandek l-Istati Uniti, ir-Russja u t-Turkija.", "Din hija xi ħaġa li nnegozjajna fuqha għax fil-bidu riedu li dan aħna nospitawh b'mod temporanju.", "Jien ħadt il-briga mill-bidu li nirrifjuta tali offerta għax ma ridtx xi ħaġa temporanja, li tiġi hemm biex tużani u mbagħad titlaqli 'l hemm bi ftit kliem ħelu!", "Għalhekk ġejna assigurati li tal-inqas se jkollna terminu ta' ħames snin ħalli ma nagħmlux l-investiment għal xejn.", "Minn ħames snin, bdejna nuru interess u wrejna li aħna kompetenti, u li għandna nies kapaċi.", "U minn hawnhekk nixtieq insellem lin-nies tal-Ministeru u l-esperti li għandna li diġà bdew jaħsbu għal dawk li huma l-agreements li kien hemm bżonn, kemm mil-lat legali, kif ukoll mil-lat diplomatiku.", "Meta kont qiegħed New York, wasalli messaġġ li riedu jkellmuni xi nies mill-iState Department f'lukanda partikolari.", "Għalhekk mort hemmhekk, u dawn ħabbruli huma stess – wara li l-ewwel qagħdu jinvestigaw u jistaqsuni kif u x'fatta, u x'għandna f'rasna u x'nistgħu nagħmlu u ma nagħmlux – li lilna qed jarawna committed, u li qed joffrulna din l-offerta fuq bażi perpetwa.", "Interessanti li dan kien fil-25 ta' Settembru.", "Fis-26 kellna ikla fejn kien hemm preżenti s-Segretarju tal-Istat Amerikan Kerry, u tkellimna miegħu fuq affarijiet żgħar, imma ma semmejna assolutament xejn fuqha.", "Imbagħad, fis-27, Kerry, f'laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi membri tal-Global Anti-Terrorism Forum, ħabbrilhom there and then li Malta kienet intgħażlet sabiex tkun il-bażi permanenti ta' dan l-istitut!", "Xi ħaġa aktar sabiħa kienet li xi ħmistax wara, f'laqgħa li kellu l-President Amerikan Obama mar-Re tal-Marokk, li f'ħin minnhom dan qallu, \"Why don't you join the Malta-based Institute for Justice and Rule of Law?\".", "Għalina, bħala Maltin, dan jagħtina ċerta sodisfazzjon.", "U nista' ngħid li qegħdin naħdmu fuqu bis-serjetà u b'ċertu commitment.", "L-Amerikani dan jafuh għax huma qegħdin jirrappreżentaw lill-membri l-oħrajn kollha.", "S'issa identifikajna żewġ postijiet, wieħed se jkun temporanju biex jibdew bih għax, min-nofs Frar, probabbilment se nkunu nistgħu mmexxu.", "Huma riedu post il-Belt u rajna xi proprjetajiet li ma kienux kif wieħed jixtieq.", "Imbagħad, tefgħu għajnejhom u aħna qbilna magħhom – hawnhekk irrid nirringrazzja lis-Sindku tal-Birgu li kien kooperattiv ħafna fil-kwestjoni kollha – fuq l-Auberge d'Angleterre, li hija berġa żgħira, bi tliet swali kbar mhux ħażin fuq, u b'xi kmamar oħra isfel.", "Ovvjament, il-Birgu llum sar post attraenti ħafna, u dawn iġġennu fuqu.", "Illum, dan il-post ġie cleared bil-kooperazzjoni tas-Sindku tal-Kunsill tal-Birgu biex ikunu jistgħu jibdew minn hemmhekk.", "Imbagħad, għandhom għajnejhom ukoll fuq l-Armerija, li tiġi fuq in-Knightshall tal-Birgu, u naħseb li dak huwa l-uniku spazju fil-Birgu li għandek parking area quddiemu magħluqa għal 20 karozza.", "Għalhekk, bħalissa qabbdu xi periti biex jagħmlulhom stima ta' kemm jinvolvu spejjeż biex jirrijabilitaw dan il-post.", "Huma wegħduna li aħna mhux se noħorġu sitt ħabbiet għax għandhom fond apposta li se jutilizzawh għalih.", "Jekk kemm-il darba l-ispiża se tkun within their reach, dan se jkun ġojjell u se jġib miegħu coming and going ta' nies esperti fil-liġi, avukati u mħallfin.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Armerija hija kbira ħafna.", "L-Auberge d'Angleterre bħalissa hija librerija, u din ġiet żvojtata.", "GEORGE VELLA: Proprjament, din ġiet trasferita x'mkien ieħor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-importanti li jiġi utilizzat il-post.", "GEORGE VELLA: Ovvjament.", "Il-kobor qegħdin jarawh u qegħdin jagħmlu assessment fuq kemm jiswa biex tirrijabilita l-post.", "Dawn għandhom ideat ta' seminars fil-post, ta' laqgħat minn imħuħ legali rigward ir-rule of law, u ta' imħallfin li jkunu qegħdin jagħtu l-istess sentenzi across the board u jkun hemm tqabbil ta' kompetenzi, u se jkun hemm ukoll opportunità enormi għan-nies, kemm politiċi Maltin, kemm legali Maltin, u kemm għall-ġudikatura Maltija, biex tikkoopera.", "Din mhux se tkun xi ħaġa li se jiġu minn barra, imma se jkun ġestit mill-klassi legali Maltija.", "Rigward il-lista li indikajtli fuq fejn hemm tangible co-operation, se nkun onest, għax anke jien, meta rajt il-lista – aħna f'ċerti setturi m'aħniex hemm – staqsejt u qed nistenna li jagħtuni risposta.", "Ma nafx jekk kienx hemm limitazzjoni li tkun qiegħed fi tnejn jew tlieta minnhom.", "Jista' jkun li kien hemm dik il-kwestjoni, u naqbel miegħek li pereżempju – mhux fuq id-disaster management – imma għandek il-water management li aħna għamilnih, kif ukoll l-SME co-operation u r-renewable energy li għamilna, l-energy-efficient technologies, u l-education and human resources development nagħmluhom ukoll.", "Jiena ngħidlek li kieku nista' immur fihom kollha, imma qed inkun onest u ma nafx nirrispondik, għax qegħdin f'dawk it-tlieta u mhux qegħdin ukoll fl-oħrajn.", "Imma beħsiebni nistaqsi għaliex.", "L-aħħar ħaġa li semmejt huwa fuq is-segretarjat taċ-CHOGM, imma tista' terġa' tgħidli x'kienet il-mistoqsija?", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk għandniex ħsieb għas-Segretarjat taċ-CHOGM jew le.", "Jekk m'inix sejjer żball, din waslet biex terġa' tiġi.", "GEORGE VELLA: Tinsiex li dan suppost idur.", "Kien hemm xi tmien snin fil-Karibew, u xi għaxar snin fis-South East Asia.", "Dawn l-aħħar jumejn irċevejt dokument li jindika li issa hija t-turn tal-Mediterran, imma m'hemm xejn li huwa cast in stone.", "Hemm indikat minn dan id-dokument, li ġie mingħand persuna li hija attiva ħafna fis-Segretarjat u viċin ħafna taċ-CHOGM, imma għalissa għadu ftit kmieni.", "Bħalma taf inti, jsir lobbying tremend u hemm interessi kbar.", "Meta kien hemm il-kontestazzjoni tal-kollega tagħna, Michael Frendo, ma' tal-Indja, ma rebħux il-kwalitajiet tal-individwi, imma l-importanza tal-pajjiż, peress li l-Indja hija kontinent ta' ċertu piż.", "Wieħed irid joqgħod attent għax mhux tant kemm ikollok persuna kapaċi, imma kemm the politics of it iwassluk għaliha!", "THE CHAIRPERSON: Ministru, nirringrazzjak ta' dan l-intervent, u nirringrazzja wkoll lill-Membri ta' dan il-Kumitat għax veru kellna diskussjoni interessanti.", "Qabel nagħlaq il-laqgħa, nixteq navża li l-laqgħa li jmiss ta' dan il-Kumtiat se tkun il-Ħamis, 30 ta' Jannar fl-4.30 p.m., u se niltaqgħu mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič, li se jkun qiegħed Malta, u naħseb li jkun interessanti ħafna li niltaqgħu miegħu.", "Fil-karti li għandkom quddiemkom se ssibu l-aġenda ta' din il-laqgħa, kif ukoll kopja tar-rapport mir-rappreżentant tagħna fil-Parlament Ewropew, is-Sinj.", "Pauline Abela, dwar il-laqgħa li kellha mar-rappreżentanti l-oħra tal-parlamenti tal-Unjoni Ewropea mas-Sur Šefčovič, fejn fost affarijiet oħra ddiskutew – u naħseb importanti li nkunu ppreparati dwarha – il-kwestjoni tal-yellow card li konna tajna, flimkien ma' parlamenti oħrajn fuq l-EPPO, il-European Public Prosecutor's Office, li wara kollox din imbagħad ġiet injorata.", "Naħseb li din se tkun xi ħaġa li għandna nqajmu ma' Šefčovič.", "Nirringrazzjakom.", "Fit-8.14 p.m., il-Kumitat aġġorna għal nhar il-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014, fl-4.30 p.m., meta se ssir laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140114_015d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:58 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħat Nri.", "13 u 14 li saru fil-11 u t-12 ta' Diċembru, 2013 kienu konfermati.", "DISKUSSJONI SKONT L-ART.", "4 (2) TAL-ATT DWAR L-UNJONI EWROPEA FUQ IL-PROPOSTA TAL-GVERN LI JIRRATIFIKA FTEHIM INTERIM LI GĦANDU JWASSAL GĦAL FTEHIM DWAR SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA, U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, U PARTI TAL-AFRIKA ĊENTRALI (IL-KAMERUN)", "Fid-diskussjoni ħa sehem is-Sur David Sammut, Direttur International Economics Relations fil-Ministeru għall-Finanzi, li, fost affarijiet oħra, spjega li:-", "l-Unjoni Ewropea tagħmel Economic Partnershp Agreements ma' diversi pajjiżi fil-Karibew, l-Afrika u l-Paċifiku bl-għan prinċipali li tgħin l-iżvilupp ekonomiku ta' dawn il-pajjiżi.", "F'dawn il-każi, l-Unjoni Ewropea tbaxxi jew tneħħi t-tariffi fuq l-importazzjoni ta' affarijiet mingħand dawn il-pajjiżi mingħajr ma tesiġi li dawn jagħmlu l-istess fir-rigward ta' importazzjoni ta' affarijiet mill-U.E; u", "dawn it-tip ta' ftehim iġibu żieda fil-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet u dan ikun ta' benefiċċju għaż-żewġ partijiet kif ukoll għal Malta, minkejja li preżentement il-volum ta' kummerċ mal-Kamerun huwa wieħed modest.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika ta' dan il-ftehim.", "PREŻENTAZZJONI MILL-ONOR.", "GEORGE VELLA, MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DWAR:-", "ASEM (U.E - Asja) Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li saret fil-11 u t-12 ta' Novembru 2013 fi New Delhi, l-Indja;", "il-Laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat u Gvern tal-Commonwealth (CHOGM) li nżammet bejn il-15 u s-17 ta Novembru 2013 fi Sri Lanka;", "iii. il-Kunsill tal-Ministri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-", "iv. is-Summit tal-U.E. li nżamm f'Vilnius il-Litwanja fit-28 u d-29 ta' Novembru 2013;", "v. il-Kunsill tal-Ministri tas-16 ta' Diċembru 2013 fi Brussell;", "vi. l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri tal-20 ta' Jannar 2014; u", "vii. il-Politka tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tkabbir.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin għamel preżentazzjoni fuq kull waħda minn dawn it-temi u, fost affarijiet oħra, għamel aċċenn partikolari għal dan li ġej:-", "fir-rigward taċ-CHOGM, Malta kienet se torganizza l-laqgħa li jmiss wara li l-Mauritius stqarr li ma kienx f'pożizzjoni li jorgnazzaha u wara li kien hemm qbil unanimu;", "mill-24 ta' Jannar 2014, Malta kienet se tippresjedi l-Forum for Security Cooperation tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE); u", "b'sodisfazzjon kbir Malta ntgħażlet biex tospita l-International Institute on Justice and the Rule of Law u dan bl-appoġġ sħiħ tal-Istati Uniti.", "Hemm il-ħsieb li jiġi restawrat bini fil-Birgu, magħruf bħala 'l-Armerija', sabiex iservi ta' kwartier għal dan l-istitut.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin wieġeb għall-mistoqsijiet tal-Membri.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici ppropona li 'l quddiem il-Kumitat jiddiskuti, anke ma' esperti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, dawk il-pajjiżi li jinsabu fil-mixja tagħhom sabiex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Fit-8.14 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014 fl-4.30 pm bil-laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maros Sefcovic.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140114_015m_bar.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 5", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar fis-6.30 p.m.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Affarijiet oħra."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140115_005a_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 4 li saret fit-30 ta' Ottubru, 2013 ġew konfermati.", "THE CHAIRMAN (Onor. Silvio Schembri): Nistgħu ngħaddu għall-ewwel item fuq l-aġenda li huwa \"Central Bank of Malta's conclusions on lending rates by banks in Malta,\" preżentazzjoni mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Prof.", "Nistieden lilu u liż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta biex jingħaqdu magħna mal-mejda.", "Qabelxejn nixtieq nirringrazzja lilek, Prof. Bonnici, u liż-żewġ Deputati Gvernaturi, is-Sur Alfred DeMarco u s-Sur Alexander Demarco, kif ukoll lill-kumplament tad-delegazzjoni mill-Bank Ċentrali, delegazzjoni pjuttost kbira u allura nuru wkoll apprezzament akbar min-naħa tagħna.", "Nawgura lis-Sur Alexander Demarco għall-kariga l-ġdida tiegħu li għadha kemm tħabbret ilbieraħ.", "Naħseb li m'għandniex għalfejn nitilfu aktar ħin u nistgħu nibdew mill-ewwel bil-preżentazzjoni.", "Prof. Bonnici, tista' tibda bil-preżentazzjoni u mbagħad il-mistoqsijiet inkunu nistgħu neħduhom f'daqqa wara l-preżentazzjoni ħalli tkun tista' tirrispondi.", "JOSEF BONNICI (Gvernatur tal-Bank Ċentrali): Grazzi.", "Din hija forma ta' preżentazzjoni li ppreżentajt parti minnha fil-policy speech li għamilt fl-Institute of Financial Services tard is-sena li għaddiet.", "Ilni għaddej b'diskussjonijiet mal-banek fuq diversi punti.", "Kemm il-Bank Ċentrali kif ukoll l-MFSA niltaqgħu b'mod regolari mal-Malta Bankers Association u ta' spiss ikollna skambju ta' ideat dwar diversi kwestjonijiet, inkluż dan li se ngħid illum.", "Wieħed mill-aspetti li huma relevanti ħafna għall-ekonomija huwa l-abilità li jkollok finanzjament tas-sistema ekonomika għax mingħajr finanzjament malajr ikollok ċertu tnaqqis jew inkella restrizzjoni għat-tkattir ekonomiku.", "Jekk wieħed iħares lejn iċ-chart li turi r-rati tal-imgħax jinnota – u hawnhekk qed niffokaw fuq dawk ta' inqas minn €1 miljun u primarjament qed nirreferu għall-core banks, jiġifieri għall-BOV, l-HSBC, l-APS, il-Lombard Bank u l-Banif Bank li huma l-core banks fis-sens li l-bulk tad-depożiti tal-Maltin qegħdin hemmhekk u s-self li jsir lill-ekonomija jsir minnhom għax is-settur internazzjonali mhuwiex daqshekk linked mas-sistema ekonomika – li r-rata tal-imgħax li hija applikata għan-Non-Financial Corporations (NFCs) Maltin hija on the high side.", "Fil-fatt, hija l-ħames l-ogħla f'din iċ-chart u hija well above the Euro Zone average.", "Ta' min jinnota wkoll li pajjiżi bħal Spanja u l-Italja, li għandhom stressed economies, għandhom rati inqas minn dawk ta' Malta.", "Dan joħroġ bl-aktar mod ċar u interessanti l-fatt li l-Lussemburgu, li bħala daqs huwa simili tagħna, għandu l-inqas rata f'din it-tabella.", "Chart oħra li hija relevanti ħafna hija dwar l-Main Refinancing Operations (MRO) rate li tistabbilixxi l-ECB.", "Din hija r-rata li l-banek jistgħu jissellfu biha jekk ikollhom bżonn u allura hija tieqa minn fejn is-sistema bankarja jista' jkollha aċċess għal fondi billi tpoġġi colateral – bħall-bonds tal-Gvern jekk trid – u tkun tista' tissellef.", "Hawnhekk wieħed jista' jara kif ir-rata mill-2008 naqset maż-żmien filwaqt li l-NFCs lending rates baqgħu elevati.", "Fejn il-gap kien ta' madwar 2.8% fl-2008/2009, issa qiegħed madwar 4.8%.", "Jiġifieri huwa ċar li r-rata li l-banek jiċċarġjaw lill-kumpaniji, speċjalment dawk ta' daqs żgħir għax qegħdin nitkellmu fuq NFCs li l-parti l-kbira tagħhom huma SMEs, ma nbidlitx wisq mill-2009 ʼl hawn.", "F'din iċ-chart aħna daħħalna wkoll l-ammont tal-Lussemburgu u interessanti l-fatt li l-Lussemburgu segwa l-MRO rate tagħna b'mod pjuttost relevanti, meta niżlet niżlet u l-gap bejn it-tnejn baqa' kważi l-istess.", "Chart oħra turi r-rata tal-imgħax f'setturi differenti u l-aktar rata għolja hija fil-kostruzzjoni.", "Fil-fatt, ix-share tas-settur tal-kostruzzjoni hija madwar 5.5% imma għandu l-aktar rata għolja.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-rati l-oħrajn isib li l-inqas li hawn f'din it-tabella huma tas-settur tal-information and communication u mbagħad tas-settur tal-financial and insurance activities imma r-rati tar-Real Estate activities, tal-Wholesale & Retail, tal-Professional, Scientific & Technical u tal-Accomodation & Food u tal-Manufacturing huma pjuttost ogħla minn 5.2%, 5.3%.", "Ir-rata tas-settur tal-Accomodation & Food, li jikkomprendi l-lukandi, u tas-settur tal-Manifattura mhijiex wisq inqas minn dik tal-kostruzzjoni.", "Dan huwa punt interessanti li ħafna drabi ma jkunx daqshekk apprezzat.", "Issa għandi żewġ charts oħra, waħda fuq id-deposits u waħda fuq il-loans.", "L-ewwel chart qed turi d-deposit rates tal-Euro area u d-deposit rates tal-core banks ta' Malta.", "Fl-aħħar ftit tal-2003 wieħed jista' jara li l-gap infetaħ ftit, jiġifieri d-deposit rates tal-Euro area naqsu ftit, imma by and large wieħed jista' jikkonkludi li d-deposit rates tagħna huma pjuttost in line ma' dawk li nsibu fil-Euro area.", "Għall-kuntrarju, fil-loans is-sitwazzjoni tidher li hija differenti.", "Il-loans fil-Euro area ħadu triq differenti u kien hemm gap persistenti, speċjalment fl-aħħar snin.", "Forsi wieħed irid jipprova jesplora x'inhi l-ġustifikazzjoni tiegħu dan il-gap.", "Issa għandi chart oħra li tkompli fuq l-istess tema u turi l-interest rate margins.", "Hawnhekk qegħdin nieħdu d-differenza bejn il-lending u l-borrowing.", "Ir-rata għall-Euro area qiegħda taħt it-2% u dik ta' Malta qiegħda fluctuating bejn it-3%.", "Fir-rigward tal-loans – hawnhekk ukoll we are dealing with loans up to €1 million – għandna l-istess ħaġa imma minflok ħadna l-average tal-Euro area ħadna r-rati ta' pajjiżna u ta' tliet pajjiżi oħra biss, il-Belġju, l-Awstrija u l-Finlandja.", "Dawn mhumiex pajjiżi kbar iżda wieħed jista' jara kif ir-rata ta' Malta hija pjuttost ogħla.", "(Interruzzjonijiet)", "TONIO FENECH: Kien hemm xi raġuni għaliex għażiltu dawn it-tlieta?", "JOSEF BONNICI: Biex ma nagħmlux ħafna linji.", "Stajna daħħalna l-Lussemburgu wkoll u ma kenitx se tagħmel wisq differenza però ma tridx tinkludi pajjiżi kbar u ngħidilkom il-verità pprovajt nevita l-pajjiżi stressed għaliex pajjiż stressed nifhem għaliex ikollu rata aktar għolja u fil-fatt l-Awstrija u l-Belġju mhumiex stressed.", "Hemm min jargumenta li l-banek tagħna għandhom kompetizzjoni – speċjalment il-core banks – minn banek li qegħdin jiġbru l-flus u jinvestu barra.", "Dawn qegħdin dejjem joffru rata ta' imgħax aktar għolja u allura l-core banks iridu jibqgħu f'kompetizzjoni magħhom.", "Issa meta wieħed iħares lejn iċ-chart dwar id-deposit funding isib li l-bulk tas-savings qiegħed fil-core banks, in-non-core banks l-aktar li ppenetraw huwa fid-depożiti li huma over three years.", "Dan ifisser li fl-over three years il-core banks għandhom aktar kompetizzjoni imma fl-areas l-oħra għandhom il-bulk tad-depożiti f'pajjiżna.", "Veru li hemm l-argument tal-kompetizzjoni u allura l-argument li jridu jżommu r-rati daqsxejn aktar għoljin minħabba li għandhom din il-kompetizzjoni imma forsi din qed turi li dak l-argument mhuwiex daqshekk b'saħħtu fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Għaliex għandna ninkwetaw fuq kif qed jiżviluppaw iċ-ċirkostanzi?", "Waħda mill-issues li ħarġet dan l-aħħar hija dwar it-tkabbir fil-lending tal-banek.", "Jekk wieħed iħares lejn il-growth in bank lending jara li it's been on a declining path since 2009 u issa wasal għal zero growth u fiċ-chart li jmiss din se niftaħha in the various sectors.", "Veru li r-rata tal-Euro area hija negattiva imma l-verità hi li din hija l-ewwel darba f'ħafna snin li l-growth fil-credit qiegħed joqrob rata ta' żero.", "THE CHAIRMAN: Meta tgħid growth jiġifieri year on year?", "Jekk tqabbel iż-żieda fil-growth fl-aħħar tal-2013 mas-sena ta' qabel issib li huwa żero.", "Veru li dan qed jidher negattiv imma huwa negattiv minħabba l-istressed countries, jiġifieri l-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Portugall, l-Italja u l-Irlanda.", "L-average growth tal-pajjiżi unstressed, fosthom il-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja, aħna ġieli konna ħafna ogħla minnu imma bħalissa qegħdin taħtu.", "Din il-kwestjoni hija of some concern għaliex in-nuqqas ta' growth in lending jista' jaffettwa t-tkabbir tal-ekonomija.", "Issa għandna chart oħra li tħares lejn growth in loans to NFCs in Malta.", "Hawnhekk ukoll morna fin-negattiv u fil-fatt, fl-2013 lħaqna ċ-ċifra ta' -10%.", "Hemm diversi kategoriji ta' kumpaniji u ċ-chart li jmiss taqsam dan bejn il-kostruzzjoni u setturi oħra ewlenin.", "Wieħed jifhem għaliex fil-kostruzzjoni l-growth niżlet.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn in-non-performing loans tal-banek isib li l-bulk qegħdin fil-kostruzzjoni u allura qegħdin isellfu inqas lill-kostruzzjoni però hawnhekk ma rridux ngħidu mortgages, hawnhekk qed ngħidu kostruzzjoni għal business property development.", "Madankollu jekk wieħed jara the other sectors, jiġiferi l-bqija tal-kumpaniji fl-kummerċ, isib li wkoll qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-growth huwa negattiv.", "Argument ieħor li ġieli jintuża huwa li dan qed ikun negattiv għax id-domanda tal-loans hija batuta u jeżisti dan l-element.", "Meta l-ekonomiji inġenerali ma jkunux qed jikbru ħafna, l-investiment ikun inqas u allura jkollok inqas domanda għall-investiment.", "Din iċ-chart hija bbażata fuq bank lending survey fejn kienu qegħdin jistaqsu jekk id-domanda tal-loans kenitx qed tiżdied jew tonqos.", "Hawnhekk wieħed jista' jara li lejn l-aħħar tal-2013 kien hemm increase.", "Li kieku kien d-domanda kienet negattiva kont ngħid li hemm element bħalma kien hemm f'postijiet oħra, pereżempju fl-2012 wieħed jista' jgħid li d-domanda għal-loans kienet fjakka, però hawnhekk ma jidhirx li huwa l-każ.", "Sadanittant kien hemm ukoll ir-riżultat interessanti tal-BOV.", "Meta ħareġ il-programm JEREMIE dan ittieħed kollu u kellu jiġi estiż.", "U dak huwa suċċess u juri li there is some demand.", "Jiġifieri mhix kwestjoni li d-domanda hija fjakka u għalhekk mhux qegħdin isellfu.", "Argument ieħor li kultant jintuża huwa li forsi d-dejn tas-settur privat huwa għoli ħafna u qed ikollna correction.", "Iċ-chart li jmiss veru turi li għanda 150% tal-GDP private debt imma dan huwa simili għall-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk, u anke minn surveys oħra li saru dwar il-ġid tal-households, ma jidhrix li għandna households li tant huma midjunin li għandna problema.", "Niġi issa għall-argument dwar ir-return tal-banek; il-profitti.", "Hawnhekk wieħed jista' juża żewġ miżuri.", "L-ewwel nett għandna r-return on assets u Malta hija t-tieni wara l-Estonja li għandha l-ogħla return on assets.", "Naturalment il-pajjiżi stressed bħal Ċipru, is-Slovenja, il-Portugall, l-Irlanda u sa ċertu punt anke l-Italja, qegħdin at the other end of the scale għax dawn ikollhom ipattu għall-bad loans li jkunu għamlu u allura jkunu qegħdin jassorbu ħafna losses u r-return on assets ikun negattiv ukoll.", "Fiċ-chart li jmiss għandna ċifra impressjonanti ħafna.", "Ir-return on equity – jiġiferi r-return on investments mix-shareholders – ta' pajjiżna hija l-ogħla.", "Jista' jkun li hawn tendenza li ma jkunx hemm equity biżżejjed, is-soltu storja, u dan jolqot xi ftit anke lill-banek li forsi jridu jsaħħu, – għax jiżdied id-denominator, ir-return on equity – jiġiferi jekk ikun hemm aktar shareholders funds jissaħħu aktar.", "Fil-fatt aħna ilna żmien – u anke l-predeċessur tiegħi s-Sur Michael Bonello – nagħtu l-parir li l-banek għandhom jagħmlu aktar provisions, għandhom iqassmu inqas profitti u jsaħħu aktar il-bażi kapitali tagħhom imma in any case, ir-return on profits qiegħed ʼl fuq minn 20% and that is pretty healthy.", "Fl-asset quality review dawn l-affarijiet huma pożittivi u se jgħinu lis-sistema.", "Mela l-konklużjonijiet tagħna huma dawn li ġejjin.", "L-ewwel nett ir-rati tal-imgħax fuq il-loans to NFCs huma ogħla mill-medja tal-Euro area u ma jidhirx li dawn huma ġustifikati minħabba xi differenzi fid-deposit rates anzi, pjuttost jidhru in line ma' dawk ta' pajjiżi oħra tal-Euro area.", "Il-margins fuq l-NFC loans jidhru ʼl fuq minn dawk tal-Euro area.", "Il-credit growth f'Malta naqas u laħaq iż-żero u anke jekk wieħed ineħħi s-settur tal-kostruzzjoni, it-tkabbir tal-credit xorta huwa baxx ħafna, fil-fatt overall qiegħed -10%.", "L-evidenza mill-bank lending survey ma tissapportjax it-teżi li hemm xi slowdown fid-domanda għall-credit.", "Il-profitabilità tal-banek turi li hemm lok biex il-lending rates ikunu aktar baxxi u aħna ilna għaddejjin b'diskussjonijiet f'dan ir-rigward.", "Il-BOV iċċaqlaq xi ftit u jista' jkun ikun hemm xi ċaqliq xi mkien ieħor imma forsi hemm skop fejn ikun hemm aktar.", "Wieħed jista' jgħid li Malta tant għandna excess liquidity li ma naċċessawx l-ECB funds u allura meta tonqos l-MRO rate tal-ECB dawn ma jraħħsuhx.", "Min-naħa l-oħra, il-Lussemburgu, li wkoll għandhom ħafna likwidità, ir-rati tagħhom jinżlu b'mod konsistenti kif rajna f'waħda miċ-charts, probabbli għax hemm aktar kompetizzjoni minħabba li għandhom il-Ġermanja, il-Belġju, u l-Franza madwarhom però r-rati tagħhom jorħsu.", "L-ECB qed jagħti forward guidance u wieħed jrid jieħu kont tiegħu.", "Fl-aħħar press conference Mario Draghi qal li r-rati mhumiex se jitilgħu qabel ma jkunu żguri li l-ekonomija qed terġa' tibda tikber b'ritmu sostenibbli u qawwi.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni hija li hemm xi jsir u huwa importanti li l-banek tagħna jaraw aktar medium to long term.", "Dejjem se jkun hemm id-dilemma bejn maximising shareholders returns against supporting further growth which increases returns in the future u jien nifhem li din is-sena l-banek għandhom ħafna sfidi bħal, pereżempju, l-Asset Quality Review.", "Kif tafu f'Jannar tas-sena li għaddiet twaqqaf Joint Financial Stability Board u issa qiegħed fil-liġi tas-Central Bank u aħna f'dan il-Bord kellna diskussjonijiet biex insaħħu l-buffers tal-banek.", "Fil-fatt, fl-aħħar ta' Diċembru ġiet riveduta l-banking rule nru 9 li tipprovdi kif il-banek għandhom jittrattaw aħjar fin-non-performing loans b'aktar evalwazzjonijiet spissi u billi jipprovdu ċerti buffers fejn ikun il-każ u b'hekk isaħħu l-pożizzjoni tagħhom għax din kienet parti mill-kritika li għamlu l-IMF u l-Kummissjoni dwar il-banek tagħna, ċjoè li mhux qed jagħmlu provisions biżżejjed għal meta jkollhom loans li jkunu non-performing.", "Veru l-banek għandhom dawn l-isfidi imma naħseb li jridu jżommu wkoll mal-punt li l-ekonomija tagħna trid tikber u biex tikber trid tiġi ffinanzjata u dan jirrikjedi li wieħed inaqqas il-cost tal-borrowing biex b'hekk inaqqas il-piż li jiffaċċjaw il-businesses tagħna u allura jkunu aktar kompetittivi mal-counterparts tagħhom li għandhom costs of credit li jidhru li huma inqas.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna tal-preżentazzjoni tiegħek u talli żammejt mal-ħin.", "Ngħaddu għal round ta' mistoqsijiet u rimarki u mbagħad tkun tista' tirrispondihom kollha f'daqqa.", "L-Onor.", "TONIO FENECH: L-ewwel nett nirringrazzjak tal-preżentazzjoni dettaljata li tajtna dwar is-sitwazzjoni, kif qed jaraha l-Bank Ċentrali, f'dik li hija d-domanda u dawk li huma realtajiet tas-settur bankarju f'pajjiżna.", "Wieħed irid jirrikonoxxi li s-settur bankarju huwa b'saħħtu.", "Naħseb li dan huwa pożittiv, anke għaliex għen biex l-ekonomija tagħna baqgħet stabbli anke meta pajjiżi oħrajn kienu fi kriżijiet ikbar.", "Ħafna kienu jgħidu għaliex il-banek kienu dejjem konservattivi u dan iwassalni għall-mistoqsija tiegħi.", "Kif qed tara l-banek jirreaġixxu għar-regoli ġodda li deħlin u kif qed japplikawhom internament?", "Il-fatt li qed naraw inqas attività ta' self, il-Bank Ċentrali minn fejn qed jaraha ġejja?", "Jista' jkun l-banek qegħdin joqogħdu lura minħabba ċerti regoli li hemm?", "Jista' jkun li biex isaħħu l-kapital tagħhom qegħdin joqogħdu aktar attenti fuq il-livell tas-self?", "Jien rajtha ftit stramba li l-credit growth prattikament ġie żero, speċjalment f'din l-aħħar sena, u s-survey qed juri li hemm propensità ta' nies li jridu jissellfu.", "Wieħed huwa survey u l-ieħor qed nifhem li huwa fattwalment x'qed jirrapportaw il-banek li qed ikollhom bħal domanda għal self ġdid u għaldaqstant xtaqt li forsi telabora ftit aktar għax jekk iridu jisselfu għaliex mhumiex qegħdin jersqu lejn il-banek?", "Kif qed tħares lejha din is-sitwazzjoni jekk tibqa' tippersisti?", "X'impatt jista' jkun hemm fuq l-ekonomija tagħna jekk id-domanda ta' self mill-banek se tibqa' fuq dan il-livell ta' tkabbir u kważi ta' contraction?", "Ma nafx jekk sarx aktar assessment fuq kif il-banek qegħdin jassessjaw ir-risk profile tagħhom però jien kont ftit sorpriż bit-tabella dwar il-lending rates.", "Nifhem li l-banek qed ikunu kawti ħafna biex isellfu lis-settur tal-proprjetà, mhux daqshekk lil min irid jixtri għax dak donnu l-banek baqgħu jaġixxu b'mod normali u jikkompetu fis-suq anke b'ċerti rati biex iħajru n-nies jixtru, imma aktar lil min irid jagħmel investiment ġdid ta' proġetti ta' ċerta portata, però kont sorpriż li meta tqabbel ma' setturi oħrajn ir-rata ftit tvarja.", "Qisu qed jiġi assessed li kollha għandhom l-istess riskju bħala setturi ekonomiċi.", "Ma nafx tistax telabora ftit min-naħa tiegħek f'dan is-sens.", "Int semmejt il-forward guidance li qed jagħti l-ECB.", "Hija xi ħaġa naqra ġdida li l-ECB jagħti forward guidance.", "Hija xi ħaġa tajba fl-opinjoni tiegħi, imma hija xi ħaġa li preċedentement l-ECB kien iżommha ħafna aktar għalih innifsu, kien jgħid se jċaqlaq ir-rata meta jiddeċiedi li jċaqlaqha, qatt ma kien jgħid: Qabel ma nara l-ekonomija tirpilja mhux se nċaqlaq ir-rata tiegħi.", "Però f'din il-pożizzjoni u anke l-pożizzjoni li qed jieħu l-Federal Reserve Amerikan, – fejn bħalissa nafu li għaddej dibattitu sħiħ fuq il-quantitative easing li qed jagħmel ta' kważi €85 biljun fix-xahar, suppost għandu jibda jnaqqas €10 biljun fix-xahar imma s-sitwazzjoni donnu li qed tipprolonga u kull skuża qed tinstab biex effettivament dan ma jsirx – fit-tul x'impatt qed taraw fuq l-ekonomija dinjija u eventwalment x'impatt jista' jkollu fuq pajjiżna?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "JOSEF BONNICI: M'hemmx dubju li l-banek tagħna huma b'saħħithom però jibqa' l-fatt li ilna żmien ninkoraġġuhom biex isaħħu l-kapital tagħhom billi meta jiġu biex jagħmlu d-distribution tal-profitti tagħhom, jitfgħu aktar buffers.", "Dan ġej anke minn kritika li kienet qed issir għax meta wieħed iqabbel ma' x'jiġri barra minn Malta jara li jiddependu ħafna fuq il-collateral u jagħtu haircuts fuq il-collateral u dan huwa veru għax il-proprjetà tagħna hija the main collateral li jkollhom.", "Hemm ċerti riskji minħabba l-concentration li hemm għax wara kollox is-suq tal-proprjetà hu li hu u jekk inti jkollok bejgħ li jrid isir f'daqqa, il-prezz jiġi affetwat u għalhekk, il-parir tal-IMF, tal-Kummissjoni, tagħna u tal-MFSA huwa li għandhom isaħħu l-pożizzjoni tagħhom.", "Naturalment dan ifisser li jkollhom inqas xi jqassmu meta jiġu biex iqassmu l-profitti tagħhom.", "Kultant kienu qed jirbħu wisq l-aspetti to increase shareholder value u ma kienx qed ikun hemm biżżejjed investiment.", "Din il-problema mhux fil-banek biss, hija problema ġenerali li l-kumpaniji f'Malta ma jridux jagħmlu ħafna kapital u jridu jużaw flus li jissellfu u naturalment dan iġib ċerti perikli wkoll.", "X'qed iġegħelhom inaqqsu?", "Huwa veru li ġej dan l-Asset Quality Review u se jsir tip ta' sampling tal-loans li għandhom minn esperti, anke esterni, li mbagħad jagħmlu evalwazzjoni ta' dawk il-loans u jaraw jekk humiex ideali u jekk il-banek wara 90 jum humiex jagħmlu biżżejjed ammonti… Ir-regola li għaddejna hija proprju biex innaqqsu din il-kritika imma naturalment xi ftit concerns ikollhom u jista' jkun li għalhekk hemm dan l-element li qed ikunu kawti.", "Min-naħa l-oħra, l-ekonomija tagħna trid tiġi finanzjata u jien konċernat li l-growth fil-credits qiegħed daqshekk baxx.", "Jekk qed jiġri hekk għax forsi qed jippreparaw għal dak li ġej nifhem però ma nafx hux dan il-każ kollu u għalhekk qegħdin nipprovaw ninkoraġġixxu l-banek biex inaqqsu r-rata.", "Meta jkollok excess ta' xi ħaġa, u l-banek għandhom excess liquidity, normalment il-prezz jonqos, f'dan il-każ hija r-rata li tonqos imma qed ikun reżistenza biex dan isir.", "Aħna qegħdin f'sitwazzjoni partikolari fejn we are self-funding il-likwidità tagħna biżżejjed għas-settur privat, għas-settur pubbliku u għal ta' barra wkoll u allura dawn il-flus kultant aktar joqogħdu reqdin meta forsi jistgħu jintużaw aħjar.", "Jiġifieri xi domanda li mhijiex qed tiġi milqugħa naħseb hemm.", "Qatt ma tista' tkun taf preċiż imma l-bank lending survey juri li hemm dan il-pickup.", "Kumment li sar huwa li meta tħares lejn is-setturi differenti tara li r-rata mhijiex daqshekk differenti u dan huwa preokkupanti.", "M'għedtiex b'mod ċar din però r-rata tal-mortgages tagħna titqabbel tajjeb ħafna mal-pajjiżi tal-Ewropa.", "Jiġifieri aħna għandna sitwazzjoni fejn meta jiġu biex isellfu l-households jagħtuhom rata komparabbli għax hemmhekk iħossu li għandhom inqas riskju, però meta jiġu biex isellfu lill-businesses, speċjalment l-SMEs, qed japplikaw rata ferm aktar għolja.", "Għalhekk, l-assessment tagħhom qed ikun ta' riskju aktar u forsi din hija xi ħaġa li wieħed għandu jipprova jifhem aħjar.", "Rigward il-forward guidance rrid ngħid li fil-verità li qed jiġri hu li l-ECB qed jipprova jiddistakka ruħu kemm jista' jkun minn dak li qed isir l-Amerka.", "Dan għaliex ir-recovery fil-Euro zone mhijiex qawwija daqs tal-Amerka.", "It-tendenza hi li kif il-Federal Reserve jwaqqaf jew inaqqas ix-xiri ta' dawn il-bonds li semmejt, fil-fatt beda jnaqqas b'€10 biljun, jibda jsaħħaħ il-forward guidance u kważi l-politika monetarja ġiet aktar akkomodattiva.", "Jiġifieri għalkemm naqqas b'€10 biljun żied l-ammont u hemm l-indikazzjoni li se jżomm ir-rata tal-imgħax… (Interruzzjonijiet)", "Waħda mill-fatturi ewlenin wara dan kollu hija r-rata tal-kambju u lil pajjiżna tinteressah ħafna.", "Kważi kważi l-impatt fuq l-ekonomija huwa akbar mill-impatt bir-rata tal-imgħax skont l-istudji ekonomettriċi li għamilna.", "Naturalment, jekk fl-Amerka se jogħlew ir-rati tal-imgħax dan se jwassal biex xi ftit id-Dollaru jissaħħaħ però jekk inti ddgħajjef għax tgħid li fil-futur se tkompli żżomm easy monterary policy, se jkollok a counter reaction.", "Għalhekk, l-ECB iddeċieda li jagħti l-messaġġ li aħna għandna forward guidance wkoll u l-forward guidance tagħna hija bbażata fuq l-economic recovery fil-Euro zone u l-inflazzjoni li hija taħt il-1% u allura ftit ʼil bogħod mill-ideal li huwa close to but around 2%.", "Mela bħalissa hemm dan l-element li wieħed isegwi mill-qrib x'qed jiġri mill-Amerika u jipprova kemm jista' jkun jiddistakka dak li qed jiġri fuq ir-rata tal-imgħax fl-Amerika minn dak li qed jiġri fl-Ewropa.", "Sadanittant però, huwa interessanti li fl-aħħar tas-sena li għaddiet u l-bidu ta' din is-sena r-rati tal-imgħax tal-periferija naqsu b'mod sostanzjali, l-ispread mal-core countries naqset sew.", "Pereżempju l-Italja qed toħroġ two year bonds b'rata ta' imgħax ta' inqas minn 1%.", "Din hija bidla radikali u li tagħti boost lil dawn il-pajjiżi biex jirkupraw l-ekonomija.", "Jiġifieri dan huwa sinjal pożittiv u qed ikompli jsaħħaħ il-bidliet li hemm.", "Spanja wkoll li qed turi diversi elementi ta' recovery, il-Ġermanja baqgħet għaddejja at a strong pace u Franza hija daqsxejn kajmana però l-volatilità li kellna qabel prattikament ġiet lura għal-livelli li kellna qabel l-2008.", "Hemm indiċi li jkejjel il-volatilità u huwa impressjonanti kif dan – u ħadu ħafna fatturi – qed juri li l-volatilità reġgħet lura għal-livell pre-crises.", "Jibqa' l-fatt li l-ECB huwa konċernat li l-SMEs inġenerali mhux qed isibu sors ta' funding biżżejjed, bħalma qed nargumenta jien u l-istess qed jagħmlu l-kollegi tiegħi madwar il-governing council li meta jħarsu lejn pajjiżhom huma konċernati li l-SMEs qed ikollhom problemi biex jiffinanzjaw xi proġetti tagħhom, inqas joħorġu bonds fil-capital market għax ikunu għadhom żgħar u allura jispiċċaw constrain fuq it-tkabbir ekonomiku.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Għalkemm dan l-eżerċizzju primarjament qiegħed biex jara l-behaviour tal-core banks Maltin vis-à-vis dawk barranin f'dawk li huma profitti, ir-rati tal-imgħax li jsellfu bihom, id-distanza jew il-margins bejn id-depożiti u l-loans eċċ. ma tistax ma tarax ukoll l-ekonomija ta' Malta.", "Huwa interessanti li għal dawn l-aħħar ħames snin, minn qabel l-2009, jiġifieri kważi mal-kriżi tal-2008, it-tkabbir fil-loans beda jmajna.", "Għall-bidu kien b'saħħtu u kien qed jiżdied bi 13%, wara sena waqa' għal 10%, wara xi sentejn u nofs waqa' għal 5% u baqa' sakemm waqa' għal 0%.", "Hawnhekk qed nirreferi għaż-żewġ charts li jidhru f'paġna 6.", "Aħna nafu li r-rata ta' investiment qiegħda verament baxxa, fis-sens li għadna ma rkuprajniex minn din ir-rata ta' investiment vis-à-vis il-GDP.", "Meta konna għadna studenti kienet fit-35 level u issa mingħalija qiegħda xi 15% jew 16%.", "Jiġifieri dan jaffettwa l-loans mal-investiment?", "It-tieni, qed nara ħafna graphs però xi ġimgħa ilu rċevejt l-aħħar month monetary report mingħandkom u jekk m'iniex sejjer żball ġie rapportat li għal dak ix-xahar – ma nafx għal-liema xahar kien – it turned positive, meta teskludi l-Gvern.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu, \"credit\" imma credit lil min?", "F'paġna 7, pereżempju, għandna s-settur tal-kostruzzjoni u other sectors imma għall-NFCs qegħdin ngħidu, jiġifieri qed neskludu l-mortgages u qed neskludu l-Gvern.", "Ejja ninjoraw ftit il-Gvern għax il-private sector huwa l-private sector u huwa interessanti.", "Hawnhekk m'għandniex iċ-charts tal-private sector li sa fejn naf jien beda jmajna f'dawn l-aħħar ħames snin, niżel negative fil-bidu tal-2013 u fl-aħħar xahar li intom irrapportajtu it turned positive.", "Dan sa fejn naf jien jekk ninkludu l-mortgages miegħu għax hija attività ekonomika wkoll.", "It-tielet xtaqt nistaqsi għaliex taħseb li l-kumpaniji, speċjalment dawk naqra akbar mill-micro u forsi anke barranin, ma marrux barra meta hemm tant rati kompetittivi?", "Aħna mhux qegħdin f'banking union imma fl-Unjoni Ewropea u allura għandhom kull ċans imorru barra, m'hemmx exchange control reasons biex ma jmorrux barra.", "Tħossu li setgħu marru barra, jew forsi marru barra jew għad hemm diffikultajiet?", "L-aħħar punt tiegħi huwa dwar il-landscape Ewropew finanzjarju.", "Dan qed jinbidel u bil-banking union se jinbidel żgur.", "Il-fatt li se jsir l-Asset Quality Review mill-ewwel jibgħat sinjali lill-banek biex jieħdu ċerti azzjonijiet.", "Qegħdin tinnutaw response f'dik li hija aspettattiva għal li jista' jinqala'?", "Biss biss qegħdin ninnegozjaw is-single resolution fund jew inkella l-intergovernmental agreement – dan irid jgħaddi mill-Parlament ta' Malta biex jiġi approvat – u l-banek iridu jikkontribwixxu għalih.", "Għalhekk, qegħdin tinnutaw xi ċaqliq jew inkella xi manuvrar jew reazzjoni minn dawn il-banek jew taħsbu li għadu kmieni wisq biex forsi wieħed jista' jgħid biċ-ċar li l-banek qegħdin jirrispondu għal din l-aspettattiva?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-investiment veru li huwa at a lower rate u naturalment dan jista' jfisser li jkollok inqas domanda, però it is the usual issue.", "Bħala kontributuri ewlenin tal-investiment għandek il-foreign owned companies, li ħafna drabi jkunu qed jiffinanzjaw anke mir-retained earnings tagħhom, u għandek ukoll is-settur tal-kostruzzjoni fejn ċertament kien hemm slow down, speċjalment fil-property development; mhux però fil-loans tal-mortgages.", "Il-loans tal-mortgages bażikament huwa l-uniku komponent li baqa' jikber b'mod kostanti at a very decent rate ta' xi 3% jew 4% jew 5%.", "Jiġifieri din il-growth li qed tara hija ġejja kważi kompletament mill-mortgages u din hija xi ħaġa tajba għall-ekonomija però bħala abilità li tipproduċi aktar u tesporta aktar, naturalment hemm limitazzjonijiet.", "Niġi għall-aħħar punt li semmejt dwar jekk il-banek humiex qed ikunu kawti żżejjed.", "Il-banek tagħna, speċjalment the major banks, għandhom livelli ta' profitti li huma pjuttost sinifikanti; qed nitkellmu fuq €100 miljun eċċ. Jekk wieħed ipoġġi xi €2 miljun jew €3 miljun aktar buffers ma jfissirx li dawn…", "Jekk għandek sitwazzjoni fejn l-ekonomija qiegħda tikber b'ċerta rata u għandha bżonn aktar sapport, u fejn għandek ċerti regulatory changes biex isaħħu l-banek, finalment dawk ikunu qed isaħħu l-pożizzjoni tax-shareholders ukoll għax jidħlu f'xibka aktar protettiva fejn ikollhom inqas perikli, però jista' jkun li l-behaviour irid jiġi aġġustat.", "Wieħed ma jistax jistenna li sena wara sena l-profitti jiżdiedu in double digits.", "Fl-aħħar mill-aħħar, hawnhekk jista' jkollok aspettattivi li huma għoljin u allura jkun tajjeb li jsir daqsxejn reality check.", "Kultant wieħed irid jieħu pożizzjoni u jgħid x'inhu fl-aħjar interess tax-share holders u tal-ekonomija inġenerali għal-long term.", "Għalhekk il-Bank Ċentrali qed jieħu daqsxejn din il-pożizzjoni, għalhekk il-Bank Ċentrali qed iħoss li għandu bżonn isir aktar.", "Fil-lending rates hemm inklużi wkoll iċ-charges li l-banek jittrattaw.", "Jiddispjaċini ngħid li meta mqabbla ma' x'jiġri fil-Lussemburgu, pereżempju, li huwa ċentru finanzjarju ieħor u hemm ħafna kompetizzjoni, iċ-charges tagħna jidhru li kultant ikunu a bit out of line u naħseb li ħafna miċ-charges qed jikkontribwixxu forsi għall-profitt ukoll.", "Il-Ministru għamel punt importanti u staqsa għaliex l-operaturi ma jissellfux minn barra.", "Sfortunatament, saret ħafna fragmentation fis-settur finanzjarju u li wieħed imur f'bank barrani li jaf ftit fuq is-sistema tiegħu u jieħu loan minn hemmhekk, saret diffiċli.", "Għall-kuntrarju, jien naf kumpaniji li huma kbar u qed jissellfu minn Malta.", "Il-banek tagħna jkunu kawti, hija tradizzjoni li jkunu kawti, però l-kwestjoni hija jekk f'ċirkostanzi bħalma aħna qegħdin fihom wieħed għandux forsi jirrikonsidra the old formulas li kienu jintużaw dwar xi profitti wieħed għandu jagħmel, kif iqassam u jekk għandux jagħti aktar spazju u anke jieħu into account l-credit risk, filwaqt li jkun hemm sitwazzjoni fejn naraw aktar tkabbir in the productive part of the economy li bħalissa jidher li qiegħed f'livelli negattiva li naħseb ilna ma naraw bħalhom, jekk qatt rajna.", "Dan huwa parti mir-raġuni għalfejn jien qed ngħid li hemm bżonn ikun hemm reconsideration min-naħa tal-banek.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Jien għandi xi mistoqsijiet ukoll.", "Innutajt li f'ċerti charts il-banek qed ipoġġu lill-SMEs, b'mod partikolari, mal-PIGS jew mal-pajjiżi stressed u hawnhekk qed jiċċarġjaw rati ta interessi ħafna aktar għoljin però mbagħad fiċ-chart fejn il-private debt ikkomparajtu mal-GDP qed nikkomparaw ruħna ma' the best performing countries.", "Jista' jkun li għandna sitwazzjoni fejn il-banek Maltin qed jaraw lill-SMEs li qishom qegħdin f'pożizzjoni ħażina u allura qed ipoġġuhom mal-istressed countries iżda mbagħad is-sitwazzjoni tal-pajjiż qed jarawha b'mod differenti u għalhekk qed jitolbu rati ta' ħlas differenti?", "Tista' tgħidilna għaliex hemm dik id-differenza kbira?", "Inkun korrett jekk ngħid li l-gap u l-ispread bejn il-loans u d-depożiti prattikament qed imur kollu profitt jew hemm xi raġunijiet oħra?", "Apparti minn hekk, fil-graph dwar il-loans li tinsab f'paġna 3, wieħed jista' jinnota li qisu għandna range ta' 100 basis points u hemm fluctuation u prattikament il-core banks qishom kuntenti b'dawk ir-rati.", "Għaldaqstant nazzarda nistaqsi jekk hemmx xi forma ta' cartel, ovvjament mhux uffiċjali, bejn il-core banks biex ikun hemm non-price competition aktar milli kompetizzjoni bir-rati ta' interess.", "Tul dawn l-aħħar ħames snin jew sitt snin ma kienx hemm dik il-kompetizzjoni biex tgħid li t-trend, sena wara sena, kienet tmur fl-istess direzzjoni; qisu dejjem tiela' u niżel, tiela' u niżel, u allura nistaqsi jekk hemmx tip ta' ftehim.", "X'inhi r-raġuni li l-SMEs Maltin ma jmorrux barra minn Malta?", "Diġà rrispondejt parti minnha u kumbinazzjoni semmejt il-bank charges, però jista' jkun li r-raġuni hija li ċ-charges u l-kundizzjonijiet li qegħdin jiġu imposti fuq in-negozjanti Maltin mill-banek Maltin huma għoljin biżżejjed, jew fihom ħafna restrizzjonijiet, li allura qishom jagħmlu barrier to exit?", "Jista' jkun li jagħmluha daqshekk diffiċli biex forsi jorbtu ċertu collateral u jmorrulek f'bank barra minn Malta?", "Xi ħaġa oħra li naħseb kienet tkun interessanti – ma staqsejtekx biex tanalizzaha u forsi jkollna okkażjonijiet oħra – huma proprju l-bank charges.", "Ta' min jidħol daqsxejn fiha, forsi anke through l-MFSA, u nanalizzaw iċ-charges li qed jitolbu l-banek Maltin u allura naraw ir-real cost of credit u forsi naraw id-diffikultajiet li qed isibu l-SMEs sabiex ikun hemm dak il-moviment minn bank għal ieħor.", "JOSEF BONNICI: Qajjimt diversi punti interessanti ferm.", "Minn studji li għamilna joħroġ ċar li hemm ċerta propensità fil-businesses tagħna li jiddependu aktar fuq l-overdrafts, jiġifieri minflok ma joħorġu loan ikabbru l-overdraft.", "Kulħadd jaf li l-overdrafts huma aktar expensive.", "Din hija xi ħaġa li qed ninvestigaw però tista' tkun parti mir-raġuni għaliex dawn il-lending rates qed jidhru aktar għolja.", "Forsi wieħed jistaqsi: Għaliex kumpanija tiddependi daqshekk fuq overdraft u ma toħroġx loan?", "Jista' jkun li jkollha l-collateral diġà marbut u allura tkun daqsxejn marbuta.", "Dan bħal konsumatur, imurlek fuq credit cards biex jissellef minflok ma jmur għand il-bank u jagħmel pakkett ta' loan li jkollu rata inqas u tkun aktar sostenibbli.", "Din aħna nnutajnieha.", "Hemm element ta' utilizzazzjoni ta' overdrafts li essenzjalment qegħdin iżidu l-cost tal-operazzjoni u jżidu l-profitti tal-banek meta l-banek, jekk jinnegozjaw pakkett, forsi jkollhom profitti inqas però tkun xi ħaġa aktar sostenibbli.", "Punt ieħor li l-banek dejjem isemmu, u naħseb għandhom biċċa raġun, huwa li meta jkun hemm każ fejn loan tfalli, il-proċess biex wieħed jirkupra u jirriżolviha fil-qrati tagħna tant huwa twil li chairman ta' bank jiġi għandi u jgħidli: Illum kellna loan li qegħdin nikkontestaw biex nieħdu l-proprjetà u dan kull darba ma jiġix.", "U din iddum għaddejja sena wara sena.", "Is-sistema mhijiex adattata jew faċli biżżejjed biex tirriżolvi dawn is-sitwazzjonijiet.", "Essenzjalment dan ifisser li l-banek ikunu aktar kawti għaliex jafu li jekk ikollhom bżonn jillikwidaw proprjetà, il-proċess se jieħu s-snin tant li kważi kważi jinqabdu biha u ma jkunx hemm riżoluzzjoni għaliha.", "Dak kien wieħed mill-punti li kien qajjem il-World Bank fil-fatt u kien punt tajjeb ħafna.", "Naħseb li għandu jkollna sistema li tkun effiċjenti u aktar effettiva.", "Easier said than done, naf, imma diversi chairmen ta' banek jirriflettu dan l-aspett li qed iwassal biex ikunu ferm u aktar kawti bil-konsegwenza li, sfortunatament, ikollhom bias favur il-kbar u kontra ż-żgħar għaliex il-kbar ikollhom assets ħafna akbar u ma jiġux f'daqshekk pożizzjoni fejn ikollhom jaħtfuhom huma però jkunu jistgħu jillimitaw l-operazzjonijiet tagħhom.", "Dak huwa mod ta' kif jissalvagwardaw xi ftit l-interessi tagħhom.", "Anke l-collateral kif inhuwa tied eċċ. huwa importanti.", "Dwar il-profitti tagħhom jien naħseb li jrid isir studju intens fuq iċ-charges tal-banek.", "Mill-esperjenza tiegħi naf li biex tittrasferixxi flus fiż-Żona Ewro hija kważi bla charge sa €5,000 imma mhuwiex il-każ f'Malta.", "Jien kont ngħix fil-Lussemburgu u hemmhekk jekk tittrasferixxi sa €5,000 ma tħallasx, tagħmilha bl-internet.", "Kritika oħra li għandi hija fir-rigward taċ-cheques.", "Hemm moviment biex wieħed inaqqas l-użu taċ-cheques.", "Dawn għandhom ċerti costs magħhom u inti, Sur President, semmejt ukoll il-kompetittività tagħhom u ċ-cheques jagħmluhom inqas kompetittivi għaliex huma an old technology process which requires man power, ikun irid isir checking u jekk tmur biex issarraf cheque joqogħdu jaraw il-firma eċċ. Il-mod modern huwa li tuża l-internet u l-internet banking però trid tinkoraġġih dan.", "Jekk inti tagħmel charges li huma projbittivi jien, pereżempju, nippreferi nikteb cheque u nibagħtu u nħalli lilhom iġorru l-cost.", "Aħna m'aħniex ninnutaw reception biżżejjed għal dan l-aspett ta' bidliet.", "Jista' jkun li parti mill-cost structures tagħhom is artificially high għax forsi għadhom ma daħħlux u ma inkoraġġixxewx sistemi li huma aktar effiċjenti.", "Peress li 80% tal-banek tagħna bażikament jinkludi ż-żewġ banek prinċipali u l-funding qiegħed kważi kollu għandhom, hija kruċjali li dawn iż-żewġ banek ikunu aktar innovattivi u jimbottaw is-sistemi ʼl quddiem.", "Naturalment, kieku jkollok ħafna banek żgħar forsi jkollok aktar tendenza li l-bidliet jiġru aktar malajr imma hemm dan l-aspett li naħseb li huwa relevanti.", "Kif għedt, aħna niltaqgħu regolarment mal-banek u jkollna exchanges on these things.", "Għaldaqstant nista' ngħid li hemm bidliet li qed isiru però wisq nibża' li kultant il-pass ta' dawn il-bidliet huwa kajman u kultant ma jarawx il-long return process biżżejjed.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq nagħmillek mistoqsija, aktar u aktar la qed tgħidli li 80% tal-banek jinkludi żewġ banek, – li ovvjament huma l-BOV u l-HSBC – però ma nafx jekk intix komdu li twieġeb, jekk le mhix problema.", "Taħseb li huma komdi bis-sitwazzjoni u allura hemm tip ta' ftehim li jibqgħu hekk?", "JOSEF BONNICI: Ma nistax ngħid hekk għaliex hemm kompetizzjoni bejniethom.", "THE CHAIRMAN: Imma d-differenza tar-rata ta' interess… Għaliex kompetizzjoni tkun wieħed fuq ieħor.", "JOSEF BONNICI: Hemm pakketti differenti però meta aħna naggregawhom joħroġ dan ir-riżultat li għandna rati aktar għolja milli għandhom kompetituri tagħna f'pajjiżi oħra.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri price competition xorta tara li hemm?", "JOSEF BONNICI: Iva, għalkemm naħseb li hemm lok fejn they sharpen their pencils u jkunu aktar kompetittivi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "KRISTY DEBONO: L-ewwel nett ningħaqad mal-Onor.", "Tonio Fenech u nirringrazzjak tal-preżentazzjoni, Prof. Bonnici.", "Kont qiegħda fuq il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, u fil-fatt dalwaqt se jkolli nerġa' mmur, u ma nafx jekk spjegajtx fid-dettall però inti għedt li kien hemm slow down fil-credits growth u li fl-2013 the better performing countries outperformed Malta u fil-fatt, fl-islide ta' wara kien hemm li niżel b'10%, imbagħad f'paġna 8 għedt li dan mhux neċessarjament demand driven.", "Tista' tispjega naqra aktar dwar x'jista' jkun li qed jiġri?", "Hemm xi projections jew din kienet sempliċement a one off?", "JOSEF BONNICI: Hija ftit diffiċli għax jekk tħares lejn il-graph maqsuma bejn il-kostruzzjoni u l-other sectors tara li trend ċara toħroġ fil-kostruzzjoni.", "Mill-2012 tara li t-trend li l-lending tal-kostruzzjoni...", "KRISTY DEBONO: Qisha d-drop xorta qed tiġi aktar sharp in recent months.", "JOSEF BONNICI: Hekk hu, u din tidher anke mill-permessi li toħroġ il-MEPA għax hemm indikazzjoni li dawn naqsu wkoll.", "SUR ALFRED DEMARCO (Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali): L-IMF ta parir biex inaqqsu l-concentration tal-lending lill-kostruzzjoni.", "Billi n-non-performing loans huma aktar għolja f'dak is-settur, ovvjament iridu jnaqqsu l-exposure tagħhom u allura d-drop fil-kostruzzjoni.", "Huma qed joqogħdu lura biex inaqqsu x-share tal-kostruzzjoni mit-total loans tagħhom.", "JOSEF BONNICI: Jekk tara the other sectors issib li għamilna żmien konna close to 5% u issa jidher li mill-ewwel jew mit-tieni kwart tal-2013 it is going up.", "Hawnhekk għandna s-settur tat-turiżmu, is-settur tar-restoranti, is-settur tal-wholesale u tar-retail eċċ. u f'dawn kollha kien hemm tnaqqis fir-rata ta' loans li qed jingħataw.", "Mid-diskussjonijiet li jkollna maċ-Chamber u ma' diversi organizzazzjonijiet ma jidhirx li m'hemmx domanda, speċjalment fis-settur tat-turiżmu fejn qed ikollna aktar numri u aktar dħul.", "Huwa importanti li niftakru li l-kompetituri tagħna, bħal Spanja, il-Portugall u anke l-Greċja, qed ikollhom wage reductions.", "Jiġifieri dawn qegħdin iżidu l-kompetittività tagħhom, qisu għandhom devalwazzjoni billi jnaqqsu l-core structures tagħhom.", "Aħna, biex inkomplu nżommu r-ritmu għaddej irridu nikkonsolidaw u nsaħħu r-restructuring tagħna biex nagħmlu l-prodott tagħna aktar kompettitiv.", "Normalment dan ifisser aktar investiment bħal, pereżempju, upgrading ta' hotels biex wieħed itejjeb il-prodott.", "F'dan l-istadju s-settur tal-loans jidher kajman, nispera li mhumiex jirreaġixxu żżejjed għax se jsir l-Asset Qualitive Review.", "Huma mhux qed jgħidu hekk, qed jgħidu li m'hemmx biżżejjed domanda u li l-proġetti li qed imorru bihom qed ikunu daqsxejn aktar riskjużi però aħna naħsbu li jrid ikun hemm ir-rieda li fiċ-ċirkostanzi tal-islowdown ekonomiku inġenerali li qed niffaċċjaw madwarna, – għalkemm hemm recovery bil-mod, an incipient recovery – wieħed ma jistax iżomm l-element ta' profitt at the highest levels qisu ma ġara xejn.", "Din hija waħda mill-affarijiet li kultant aħna nindirizzaw fid-diskussjonijiet li jkollna.", "ANTOINE BORG: Jeżisti stock ta' kapital – il-funding – li jinsab għand il-banek għax mhumiex isellfu?", "Naf li mir-rendikont finanzjarju tal-bank dan joħroġ imma x'inhu dak il-kapital li huwa speċifikament redundant għax mhux qiegħed jiffaċċja talba mis-suq biex jiġi misluf?", "JOSEF BONNICI: Jekk tħares lejn diversi ratios tagħhom, bħal-liquidity ratio, tara li huma għoljin sew.", "Jien naħseb li l-banek, speċjalment meta kellna l-kriżi, kultant they play safe.", "Kien hemm banek li ħadu t-three year LTROs li ħareġ l-ECB , mijiet ta' miljuni, biex ipparkjawhom magħna.", "Jiġifieri kienu lesti li jkollhom aċċess għall-fondi minkejja li kienu qed iħallsu xi ħaġa fuqhom u meta mbagħad iddepożitawhom magħna huma kienu qed jieħdu inqas.", "Issa ma jieħdu xejn prattikament.", "Iċ-ċifri preċiżi mhumiex faċli.", "Aħna naraw it-tranżazzjonijiet li jgħaddu mingħandna għal mal-ECB eċċ. u kultant il-core banks ikollhom trattattivi ma' kumpaniji internazzjonali u jiddepożitawlek mijiet ta' miljuni magħhom u mbagħad jumejn wara jkunu jriduhom lura!", "Jiġifieri jkunu qegħdin jiġu pparkjati temporanjament u dan jirrikjedi ċertu ammont ta' likwidità.", "Mhijiex xi ħaġa daqshekk faċli li wieħed jgħid kemm huwa l-ammont ta' likwidità però huwa veru li l-banek tagħna għandhom likwidità tajba ħafna meta paragunata mal-banek ta' madwarna.", "Meta kien hemm il-kriżi ta' Ċipru, waħda mid-diskussjonijiet li kellna fil-Governing Council tal-ECB kienet dwar il-kwestjoni ta' Malta, kif qed tidher eċċ. u kumment interessanti kien dwar il-likwidità tal-banek tagħna.", "Il-profitabilità tal-banek tagħna tant hija għolja li hija buffer ta' konfidenza u ta' strength li fil-fatt ipproteġietna.", "Wieħed irid jifhem li fiċ-ċirkostanzi dan kellu valur enormi u għad għandu valur għaliex iċ-ċirkostanzi qed jitjiebu imma hemm frammentazzjoni, mhux biss bejn il-pajjiżi imma anke bejn l-istituzzjonijiet infushom li ma jsellfux lil xuxlin.", "Għalhekk, bħala banek ċentrali aħna nsibu li jippreferu jiddepożitaw magħna milli jsellfu at a higher rate lil banek oħra, anke overnight.", "Wieħed jispera li s-sitwazzjoni tirpilja bil-mod il-mod, anke b'dawn il-miżuri li qed jieħdu gvernijiet biex jagħmlu s-sistema bankarja ferm aktar b'saħħitha u ferm aktar safe u reżiljenti għal xi impatti li jista' jkun hemm.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Jidher li m'għandniex aktar kummenti.", "Nixtieq nirringrazzjak ta' din il-preżentazzjoni ferm utli għal dan il-Kumitat.", "Nassigurak li d-diskussjoni fuq dan is-suġġett żgur mhux se tieqaf hawn għaliex anke tajtna food for thought dwar kif ngħinu sabiex wieħed ikun jista' jespandi daqsxejn aktar.", "Żgur li fil-futur qarib se nkunu qegħdin nerġgħu nistednuk quddiem dan il-Kumitat sabiex tagħtina aktar preżentazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Nieħu l-okkażjoni biex f'isem sħabi tal-Kumitat nirringrazzja lill-Gvernatur għal din l-informazzjoni u għall-mod kif ġiet ippreżentata kif ukoll għall-ħin.", "Jien naf li kien hemm riċerka kbira u għalhekk, nirringrazzja wkoll lin-nies mill-Bank Ċentrali li kienu involuti f'din ir-riċerka għax-xogħol utli u interessanti li qed jagħmlu.", "Irrid ngħid li dan is-suġġett inqala' għax il-Gvernatur ta preżentazzjoni fil-pubbliku u aħna ridna nibnu fuqha però fl-istess ħin jien, permezz tal-baġit, urejt ix-xewqa tal-Gvern li jindaga iżjed fuq dan is-suġġett.", "Fil-fatt hija xi ħaġa pubblika li jien tlabt lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni kif ukoll lill-MFSA biex jagħmlu rapport fuq dan is-suġġett, mhux biss fuq ir-rati imma anke fuq iċ-charges fost oħrajn, u biħsiebna niltaqgħu ħalli forsi jkun hemm aktar ċarezza dwar x'qed jistenna l-Gvern minnhom.", "Madankollu ma tistax ma tkunx diżappuntat li Kumitat ġdid bħal dan jittratta suġġett daqshekk sofistikat u ta' interess għal min qajmu u min qajmu ma kienx preżenti għal din il-preżentazzjoni.", "Pereżempju dan qajmuh l-għaqdiet ta' min iħaddem, jiġifieri tan-negozju.", "Hawnhekk diġà tfajna dawl fuq dan is-suġġett kif ra min kien preżenti.", "L-istess dawk l-istituzzjonijiet li ġew mitluba biex jindagaw.", "Hawnhekk setgħu jaraw l-ewwel fażi tar-riċerka, li għamel il-Bank Ċentrali b'mod indipendenti, fiex qiegħda ħalli mbagħad ikunu jistgħu jibnu fuqha jew inkella jidħlu f'areas oħrajn u jkunu jistgħu jikkoperaw.", "Jien naf li barra minn dan il-Kumitat nistgħu niltaqgħu u nitkellmu però wieħed kien jistenna li wieħed jagħmel kuraġġ u jattendi għal-laqgħat ta' Kumitat tal-Parlament, Kumitat ta' istituzzjoni importanti bħal din, għaliex dan huwa mod kif iżomm ruħu aġġornat b'mod xjentifiku u ta' ġid għalih.", "Però nkunu pożittivi u nisperaw li darb'oħra narawhom hawnhekk.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Filwaqt li naqbel perfettament mal-kumment tiegħek, Ministru, tajjeb li ngħidu li stedina uffiċjali lil għaqdiet oħra ma saritx.", "Madankollu ninnota li l-aġenda hija pubblika, dan l-item kien ċar u allura kif qed tgħid inti, naħseb li kull min għandu interess u kellu interessi anke bid-diversi artikli li kien hemm fil-gazzetti, seta' jattendi għaliex l-aġenda tkun pubblika u kienet ilha fuq il-websajt għal diversi jiem.", "(Onor. Membri: Le) Naħseb li l-aġenda hija eżawrita.", "Għalhekk, naġġorna l-Kumitat għal-laqgħa li jmiss.", "Grazzi tal-preżenza tagħkom.", "Fit-7.55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi komunikata aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees fin", "source": "Extracted from 20140115_005d_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:40 pm.", "L-Onor.", "Silvio Schembri, President tal-Kumitat, ippresjeda.", "PREŻENTI", "Kien hemm preżenti wkoll l-Onor Antoine Borg.", "Il-President tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fit-30 ta' Ottubru, 2013 kienu konfermati.", "Il-Kumitat stieden lill-Professur Josef Bonnici, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta biex jagħti preżentazzjoni fuq is-suġġett.", "Il-Kumitat stieden ukoll lis-Sur Alfred DeMarco u lis-Sir Alexander Demarco, Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Il-Prof Bonnici ta' preżentazzjoni intitolata", "Waqt il-preżentazzjoni tiegħu, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, semma fost l-oħrajn is-self b'rata għolja lill-NCFs, il-credit growth, id-domanda għolja għal-loans mill-Banek u l-profitti għolja tal-banek lokali.", "Wara kien hemm diskussjoni fejn il-membri preżenti staqsew il-mistoqsijiet tagħhom lill-Prof Bonnici.", "Kien hemm preżenti wkoll is-Sur Victor Busuttil, s-Sinja Philomena Meli u s-Sur Mr Peter Baldacchino, membri tal-Bord tad-Diretturi u s-Sur Anthony P Cortis, Director, Statistics and Risk Management Department.", "Fit-7:55 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140115_005m_fin.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 13", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.47 p.m.", "PERMESS LILL-MEDIA", "MR SPEAKER: Nagħti merħba lil kulħadd f'din il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Qabelxejn, hawn talba biex membri tal-media jingħataw il-permess jidħlu fil-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 12, li saret fis-17 ta' Diċembru 2013, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-Minuti qed jirreferu għal ittra li ntbagħtet mis-Sur Sant liż-żewġ Whips.", "Dakinhar kont għedt li ma rċevejthiex; però, kif mort id-dar, sibtha fil-posta, jiġifieri kienet intbagħtet.", "Qed ngħid dan għall-korrettezza.", "MR SPEAKER: Onor. Agius, inti rċevejtha wkoll?", "DAVID AGIUS: Iva, Mr Speaker, irċevejtha.", "MR SPEAKER: Mela l-ittra li bagħat dakinhar, għall-korrettezza tal-Minuti, irċevejtha kemm inti, Onor. Abela, kif ukoll inti, Onor. Agius.", "Ngħaddu issa għax-Xogħol tal-Kamra.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Mr Speaker, aħna qed nipproponu din l-aġenda għas-sessjonijiet li jmiss: nhar it-Tnejn, 20 ta' Jannar 2014, se nkomplu niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ, Abbozz nru.", "It-Tlieta, 21 ta' Jannar, se nagħmlu mozzjoni dwar patents, li se tkun immexxija mis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, u mbagħad, ikollna Abbozz ta' Liġi dwar Patents.", "Imbagħad, ikollna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Emenda nru 3, li jiġi Abbozz nru 22 – it-Tieni Qari.", "Imbagħad, hemm l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Emenda nru 4, Abbozz nru.", "23, fl-istadju tat-Tieni Qari; kif ukoll l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Abbozz nru 31 – it-Tieni Qari.", "Dik hija l-aġenda tat-Tlieta, 21 ta' Jannar.", "L-Erbgħa nipproponu li jkun hemm Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet tal-Komunikazzonijiet, Abbozz nru.", "DAVID AGIUS: Ministru, ħu paċenzja bija: tat-Tnejn fhimtha li qed ngħidu li se nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ ...", "LOUIS GRECH: Qed ngħidu li t-Tnejn se jkun hemm Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ; imbagħad, it-Tlieta nagħmlu l-mozzjoni dwar patents.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, qed ngħidu għall-Mozzjoni 78, hux hekk?", "LOUIS GRECH: Hekk hu.", "Imbagħad se jkollna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Emenda nru.", "3, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Emenda nru.", "4, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Abbozz nru.", "MR SPEAKER: Mela, dik il-ġurnata tat-Tlieta.", "LOUIS GRECH: Hekk hu.", "Għall-Erbgħa, 22 ta' Jannar, se jkollna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet tal-Komunikazzjonijiet, Abbozz Numru 33,.", "MARIO DE MARCO: L-Erbgħa se jkollna dak biss?", "LOUIS GRECH: Jista' jagħti l-każ li jkun hemm il-kontinwazzjoni tal-oħra.", "CARMELO ABELA: L-intenzjoni hi li l-Erbgħa, 22 ta' Jannar, nibdew bl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjoni.", "Jekk jitlesta matul is-seduta, immorru fuq xi abbozz ta' liġi li ma jkunx tlesta mill-ġurnata ta' qabel.", "LOUIS GRECH: Għat-Tnejn, 27 ta' Jannar aħna qed nissuġġerixxu li jkun hemm il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa.", "MR SPEAKER: Kien hemm mozzjoni tal-Onor.", "LOUIS GRECH: Hekk hu.", "F'dik il-ġimgħa għandu jkun hemm ukoll diskussjoni fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-IIP.", "MR SPEAKER: Hawnhekk għandu raġun l-Onor.", "David Agius li qed jistaqsi: it-Tnejn se nibdew bil-mozzjoni tal-Onor.", "LOUIS GRECH: Dawn huma l-proposti tagħna.", "MR SPEAKER: Ħalli nibdew biċċa biċċa.", "Intom min-naħa tagħkom, Onor. de Marco u Onor. Agius, kemm għandkom bżonn?", "DAVID AGIUS: Seduta waħda biżżejjed.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri, għal dik għandhom bżonn seduta waħda.", "DAVID AGIUS: Biżżejjed seduta waħda li tkun maqsuma bejn iż-żewġ naħat.", "Il-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: Mela t-Tnejn tiġi eżawrita dik il-mozzjoni.", "Mela nistgħu ngħaddu għat-Tlieta, 28 ta' Jannar, fejn hemm mozzjoni oħra tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Dwar il-mozzjoni tas-Saħħa, informalment tkellimna bejn Gvern u Oppożizzjoni, jiġifieri sa dakinhar forsi tajjeb li nkomplu nitkellmu ftit ieħor informalment fuqha biex naraw kif nistgħu naslu.", "Però, id-dibattitu jrid isir.", "MR SPEAKER: Id-dibattitu huwa stradat għal nhar it-Tnejn, 20 ta' Jannar, u għandna bżonn ta' seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat.", "Ngħaddu għall-ġurnata tat-Tlieta, fejn hemm il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-IIP.", "LOUIS GRECH: Aħna qed nissuġġerixxu li jkun hemm żewġ seduti.", "DAVID AGIUS: Jiena naħseb li jekk naqilbuhom ikun aħjar għaliex, fit-28 ta' Jannar – jekk m'inix sejjer żball – jidher li ngħatat data partikolari għal kumitat partikolari.", "MR SPEAKER: Iva, fil-fatt kont se niġi għaliha.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, it-Tnejn nibdew tal-IIP, u t-Tlieta nagħmlu tas-Saħħa.", "Imbagħad, l-Erbgħa nkomplu tal-IIP.", "MR SPEAKER: Hemmhekk għandek punt għax, fil-fatt, hemm id-data tal-Kumitat dwar il-Privileġġi, li xtaqt inkomplih on the 28th.", "Nitlobkom titfu daqsxejn il-microphone.", "Onor. Grech u Onor. de Marco, naħseb nistgħu nirrikapitolaw hekk.", "It-Tnejn se mmorru għall-mozzjoni mhux tal-Onor.", "Claudio Grech, imma għall-mozzjoni l-oħra.", "It-Tlieta se mmorru għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni tal-Onor.", "Qed neħodha li t-Tlieta wkoll se jkollna l-Kumitat dwar il-Privileġġi, ħalli ninformaw lill-Prim Ministru bħala l-ewwel xhud, biex jagħti x-xhieda tiegħu dakinhar fil-każ tal-Ksur ta' Privileġġ prima facie tal-Onor.", "U l-Erbgħa nkomplu bil-mozzjoni … (Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Se nieħu naqra feedback mingħand il-Membri li se jitkellmu min-naħa tagħna.", "Issa, imbagħad araw intom kemm għandkom bżonn.", "F'massimu ta' tliet seduti naħseb li ndaħħal lil kulħadd min-naħa tagħna; imbagħad intom araw kemm għandkom bżonn.", "LOUIS GRECH: Din ta' tliet seduti naraha daqsxejn esaġerata fiha għax mhux l-ewwel darba li ġiet diskussa b'mod dettaljat.", "MR SPEAKER: Ejja nkunu daqsxejn raġjonevoli.", "LOUIS GRECH: L-ewwel għedna żewġ seduti, u issa qed ngħidu nagħmlu tliet seduti.", "Jiena naħseb li se ntawlu u jkun hemm repetizzjoni.", "Naħseb li t-talba ta' tliet seduti mhijiex ġustifikata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Il-Legal Notice per se hija l-ewwel darba li se tiġi diskussa fil-Parlament.", "Ma ninsewx li din il-mozzjoni hija dwar avviż legali, u l-Avviż Legali qatt ma ġie diskuss fil-Parlament.", "Id-dibattitu li sar fil-Parlament kien biss limitat għall-emendi tal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza.", "Din se tkun l-ewwel opportunità li niddiskutu d-dettall, u d-dettall huwa fl-Avviż Legali.", "Mingħajr ma nidħol fil-kwestjoni tad-dibattitu li qed isir bħalissa jew illum, jew li qed isir band'oħra, dan huwa suġġett sensittiv ġewwa pajjiżna, u naħseb li, jekk irridu nkunu sensittivi, almenu għal dan is-suġġett – li huwa suġġett importanti ħafna – u meta wieħed qed jikkonsidra li qed nitkellmu dwar l-Avviż Legali li, fl-aħħar mill-aħħar, qed iġib f'effett l-emendi li aħna ddiskutejna fil-Parlament, u l-qofol ta' din l-iskema huwa fid-dettall tal-iskema iktar milli fil-prinċipji li tkellimna dwarhom ukoll qabel il-Milied.", "Jiena naħseb li dan huwa dibattitu li ma jistħoqqlux li jiġi ttrattat bi proċedura ta' giljottina.", "Jiena ma rridx nidħol fil-mertu ta' kemm jixtiequ ħin il-kelliema tan-naħa tal-Gvern, però aħna qed naħsbu li fi tliet seduti min-naħa tagħna bħala kelliema tal-Oppożizzjoni jkunu biżżejjed.", "Jekk intom qed taħsbu li seduta għalikom hija biżżejjed … (Interruzzjonijiet) Jiena ma nistax nikkontrolla kemm il-Gvern jixtieq li jkollu kelliema.", "Nista' nitkellem biss għalija nnifsi.", "Aħna qed ngħidu tliet seduti għall-kelliema tal-Oppożizzjoni fuq avviż legali daqshekk importanti, jiġifieri ħadd mhu qed jesaġera.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, qabel ma nimxu mill-ewwel għat-tliet seduti, jista' wieħed jikkonsulta biex forsi jgħid kemm għandu bżonn eżatt?", "Jiena qed ngħid hekk biex nipprovaw nersqu daqsxejn.", "LOUIS GRECH: Naqbel mal-iSpeaker.", "Barra minn hekk, nixtieq nikkoreġi xi ħaġa.", "Aħna ma semmejna l-ebda proċedura ta' giljottina.", "MARIO DE MARCO: Le, mhux qed ngħidlek li semmejtu.", "LOUIS GRECH: U lanqas qed ngħid li m'aħniex sensittivi għal din l-issue.", "Assumejna li fi tliet seduti għandna neżawrixxu s-suġġett.", "MARIO DE MARCO: Mr Speaker, jiena nista' nissuġġerixxi – jiġifieri qed nieħu l-linja ta' kompromess li qed tipproponi s-Sedja – li forsi almenu nibdew b'erba' seduti.", "Inti, Sur President, qed tgħid biex naraw daqsxejn kemm jista' ikun hemm kelliema, u pproponejt tliet seduti biex inkunu on the safe side.", "Jiena naħseb li b'erba', jekk se nitkellmu fuq żewġ seduti kull wieħed, inkunu nafu ħafna aħjar.", "Allura, provviżorjament, qed nitkellmu dwar erba'.", "Però, mingħajr m'aħna qed ngħidu li … (Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: Nixtieq nisma' dwar x'għandu xi jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela fuq dan il-punt.", "Jien, ovvjament, qed nagħti ħin biex forsi wieħed jasal.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, l-ewwel nett, il-Gvern huwa konxju li dan is-suġġett huwa ta' interess nazzjonali.", "Mhux il-lok li niddibattu hawnhekk fuq is-sustanza tiegħu u kif wasalna s'hawn; imma l-prassi hi li fuq mozzjonijiet ta' dan it-tip normalment nieħdu seduta waħda.", "Fil-fatt, qbilna ż-żewġ naħat tal-Kamra li fuq tas-Saħħa se nieħdu seduta waħda, għax normalment dejjem hekk kienet il-prassi.", "Fuq din l-issue aħna stess ġejna bi proposta li ma nagħmlux seduta waħda biss, imma nagħmlu tnejn bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni għax – nassigura lill-kollegi tan-naħa l-oħra – il-Gvern għandu numru ta' kelliema wkoll.", "Mhux qed nirrestrinġu n-numru ta' kelliema, imma rridu nkunu dixxiplinati fil-ħin.", "Dak li se jiġri.", "Issa, mhux se taqa' d-dinja jekk intawlu, u minflok żewġ seduti nagħmlu tlieta, bil-ħin jinqasam indaqs.", "Min-naħa tagħna lesti nikkonsidrawha.", "Imma, li ngħidu żewġ seduti kull wieħed hija ftit esaġerata meta tqis li dan is-suġġett ġie diskuss sew u eżawrejnieh.", "Aħna naħsbu li l-ħin li qed nissuġġerixxu huwa ħin adegwat.", "Kull membru jista' jitkellem: però, għandna nirregolaw il-ħin kemm kull membru jitkellem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Qed ngħidu li min-naħa tagħna rridu tliet seduti, għax dawn jagħmlu seba' sigħat u nofs, li jekk taqsamhom bejn 15-il deputat għandek nofs siegħa kull wieħed.", "Qed ngħidlek nofs il-grupp parlamentari, meta dwar din il-materja diġà kelli request biex jitkellmu aktar minn 15-il membru.", "Jiena nifhem x'qed jipproponi l-Gvern; però l-Gvern irid jifhem lilna wkoll.", "Jien għandi numru ta' kelliema diġà ppreparati li jridu jitkellmu, u llum kellna laqgħa tal-Grupp Parlamentari fejn fiha wkoll jiena ħadt il-feedback tal-grupp tagħna.", "Jiġifieri, wasalna għal dak l-ammont bi ħsieb ġenwin ibbażat fuq in-numru ta' nies li jridu jitkellmu.", "MARIO DE MARCO: Qegħdin seduta 'l bogħod minn xulxin.", "LOUIS GRECH: L-Onor.", "Agius semma li jitkellmu għal nofs siegħa.", "Jiena qed ngħid forsi wieħed jagħmilha inqas minn nofs siegħa.", "Anke min-naħa tagħna, se nkunu dixxiplinati.", "Imma nsomma, xi darba jrid isir l-eżerċizzju li ...", "LOUIS GRECH: Għax imbagħad ikollok repetizzjoni.", "Wieħed irid ikun prattiku wkoll.", "Nissuġġerixxi li l-Whips jitkellmu bejniethom dwar dan.", "MR SPEAKER: Jidher li hemm qbil min-naħa tal-Gvern li jkun hemm tliet seduti żgur.", "LOUIS GRECH: Jekk hemm bżonn, nużaw ukoll il-Ħamis.", "MR SPEAKER: Jiġifieri qegħdin hemmhekk, Onor. de Marco.", "LOUIS GRECH: Però, ejja naraw x'se jkun hemm bżonn ta' kelliema miż-żewġ naħat, u naraw kif jista' jinqasam il-ħin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nitlobkom tapprezzaw li se nkunu qegħdin niddiskutu għall-ewwel darba d-dettall tal-Avviż Legali.", "Id-diskussjoni preċedenti kienet dwar l-Att dwar iċ-Ċittadinanza u l-emendi li kienu saru.", "L-Avviż Legali qatt ma ġie diskuss, jiġifieri m'aħniex se nkunu qegħdin nirrepetu d-diskussjoni.", "CARMELO ABELA: Inti għamilt referenza għal dibattitu ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li qed jieħdu 20 minuta, jieħdu tliet minuti kull wieħed.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħidlek nagħmlu l-istess, imma nistgħu nkunu aktar dixxiplinati fil-ħin.", "MARIO DE MARCO: Kieku l-iStanding Orders tagħna kienu l-istess, konna nagħmlu l-istess.", "MR SPEAKER: Ħalli nipprova nistrada l-affarijiet.", "Fuq il-mozzjoni li ressaq l-Onor.", "Jason Azzopardi biex il-Kamra tirrevoka u tannulla l-Avviż Legali 450 tal-2013 li tirrigwarda l-IIP, żgur qegħdin niftehmu li għandu jkun hemm tliet seduti.", "Ikun hemm seduta t-Tnejn – għax it-Tlieta mhux se jkun hemm din il-mozzjoni, u se jkun hemm il-mozzjoni tal-Onor.", "Claudio Grech – l-Erbgħa se jkun hemm il-mozzjoni fuq l-IIP, u l-Ħamis jerġa' ikun hemm seduta fil-Parlament biex tkompli tiġi diskussa din il-mozzjoni.", "Jiena nissuġġerixxi li jkun hemm abbokkament bejn il-partijiet biex wieħed jipprova jasal dwar in-numru ta' kelliema, eċċ. Mill-bqija nistgħu nibqgħu mexjin bl-aġenda?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ħalli nagħmilha ċara, din mhux finali minn naħa tagħna.", "MR SPEAKER: Le, jien ma ħadthiex li hija finali.", "DAVID AGIUS: Fil-ġranet li ġejjin, se nkomplu niddiskutu bejnietna.", "LOUIS GRECH: Dan huwa s-suġġeriment li eventwalment wieħed irid jara jekk hux se jaċċettah, kemm min-naħa tagħkom u kemm min-naħa tagħna.", "U nafu wkoll li jrid ikun hemm qbil qabel ma nibdew.", "MR SPEAKER: Li hu żgur hu li aħna qegħdin nitkellmu li, fis-seduta tat-Tnejn, 27 ta' Jannar, fis-seduta tal-Erbgħa, 29 ta' Jannar, u fis-Seduta tal-Ħamis, 30 ta' Jannar, se tiġi diskussa din il-mozzjoni dwar l-IIP.", "Se nimxi daqsxejn, għax għandna ħafna xogħol hawnhekk.", "Fuq ix-xogħol tal-Kamra, naħseb li għamilna programm ta' ġimagħtejn, u allura nistgħu nimxu fuq punti oħrajn.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Ħalli niġi mill-ewwel fuq l-Ombudsplan tal-2014, kif rivedut wara l-aħħar laqgħa li, kif tafu intom, tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn li għadda.", "Ovvjament, għad trid tinsab data li fiha nkomplu u nikkonkludu d-diskussjoni dwar dan l-Ombudsplan biex tkun tista' titressaq mozzjoni relattiva fil-Parlament.", "Nissuġġerixxu lill-partijiet biex niftehmu fuq data, jekk jogħġobkom.", "DAVID AGIUS: Safejn niftakar jiena, kellna nistaqsu lill-Onor.", "Abela jekk kienx se jagħmel iktar domandi.", "CARMELO ABELA: Li ġara hu li l-aħħar seduta kelli mmur nitkellem fil-Kamra.", "DAVID AGIUS: Onor. Abela, għalhekk qed inqajjem l-argument.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, tista' tissuġġerixxi data inti meta jkun konvenjenti?", "DAVID AGIUS: Biex nifhem ftit, inti għad għandek id-domandi?", "Għax hu kien ġej ippreparat jagħti r-risposti.", "Jiġifieri, aħna qed naqblu li tagħmel id-domandi tiegħek, hu jirrispondi, u mbagħad jekk ikun fadal x'jirrispondi jew nagħmlu seduta oħra jew inkella jirrispondi dak il-ħin.", "CARMELO ABELA: Il-mistoqsijiet tiegħi mhumiex ta' barra minn hawn.", "Ikun jista' iweġibhom dak il-ħin, m'hemmx għalfejn issir seduta oħra biex iweġibhom.", "DAVID AGIUS: Għax hu qal li se jipprepara ruħu, imbagħad jirrispondi.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk il-Ministru Dalli kellhiex mistoqsijiet oħrajn x'tagħmel.", "MR SPEAKER: Jidher li l-Ministru Dalli eżawriet id-domandi kollha.", "DAVID AGIUS: Anke min-naħa tagħna eżawrejnihom.", "MR SPEAKER: Però l-Ombudsman wiegħed li, fis-seduta li jmiss, jagħti r-risposti tiegħu, anke bil-miktub.", "Jaf ukoll li inti kellek tagħmel xi domandi, u ġentilment se nħallu seduta oħra biex inti tkun tista' tagħmel id-domandi tiegħek.", "Jekk ovvjament ikun hemm l-opportunità li ħaddieħor jagħmel id-domandi, jiġifieri by all means.", "Diġà poġġejna l-ġurnata tat-28 ta' Jannar għal-laqgħa dwar il-Privileġġi li żgur ma nistgħux inpoġġu xogħol ieħor magħha.", "Fid-29 ta' Jannar, naf żgur li għandna l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, imma ma nafx il-programm li għandi miegħu, jiġifieri dik il-ġurnata rridu naqbżuha.", "DEBORAH SCHEMBRI: U jien, Mr Speaker, ikolli l-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali.", "MR SPEAKER: Mela fil-każ inħalluha għall-ġimgħa ta' wara.", "Nissuġġerixxi li l-ewwel okkażjoni tkun it-Tnejn, 3 ta' Frar.", "Araw tistgħux intom.", "Tajjeb għalik, Onor. Schembri?", "DEBORAH SCHEMBRI: Tajjeb, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-ħin nagħmluh għall-ħabta tas-6.45 p.m. Mela, fit-3 ta' Frar inkomplu l-Ombudsplan 2014.", "Il-Kumitat dwar il-Privileġġi jiltaqa' fit-28 ta' Jannar fis-6.45 p.m, diġà ftehemna fuqu.", "Tajjeb fis-6.45 p.m. biex ninformaw lill-Prim Ministru?", "LOUIS GRECH: Tajjeb, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, qed nifhem li l-Kumitat dwar il-Privileġġi ta' dakinhar se jkollu biss lill-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Kif ftehmna fl-aħħar seduta, Onor. David Agius, li l-ewwel xhud għandu jkun il-Prim Ministru.", "DAVID AGIUS: U l-uniku wieħed u daqshekk; imbagħad m'aħniex se nġibu xhieda oħra?", "MR SPEAKER: Le, le, naħseb se jkollna.", "DAVID AGIUS: Imma qed naqblu li se jkun hemm il-Prim Ministru biss għal dik is-seduta.", "CARMELO ABELA: Fl-ewwel laqgħa konna qbilna li l-ewwel xhud se jkun il-Prim Ministru.", "DAVID AGIUS: Hu biss se jkun?", "MR SPEAKER: U ovvjament isiru d-domandi.", "CARMELO ABELA: Ma jfissirx li se jkun l-uniku xhud, imma … (Interruzzjonijiet)", "Jiena diġà informajt lill-Kamra li kelli korrispondenza mill-Onor.", "Kulħadd għandu kopja tal-ittra, u din kienet anke fil-media.", "Nixtieq ukoll li niftehmu fuq data biex jiltaqa' il-Kumitat Magħżul biex ikompli jiddiskuti u jiffinalizza dak l-abbozz ta' liġi – li kulħadd għandu kopja tiegħu – li waqqaf il-Kummissarju dwar l-iStandards, kif ukoll il-Kumitat Permanenti dwar l-iStandards, l-Etika u l-Imġiba Xierqa fil-Ħajja Pubblika.", "Bħalma diġà għedt fir-rapport interim li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Diċembru tas-sena l-oħra – dan poġġejnih in time għax kellna npoġġuh sa nofs ix-xahar – ovvjament irridu nilqgħu kull suġġeriment fuq dan l-abbozz.", "Però, irridu niftehmu dwar data għal dan il-kumitat.", "Mela, għat-3 ta' Frar għall-Ombusplan kollox sew, hux hekk?", "Nistgħu niltaqgħu dik il-ġimgħa?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, naħseb ikun aħjar jekk l-ewwel nitkellmu ftit mal-membri konċernati.", "Jiena nixtieq li timxi kemm jista' ikun malajr.", "DAVID AGIUS: Fl-4 ta' Frar tista'?", "MR SPEAKER: Fl-4 ta' Frar mhux problema.", "DAVID AGIUS: Wisq probabbli li l-Onor.", "Zammit Dimech ikollu xi ħaġa.", "DEBORAH SCHEMBRI: Fl-4 ta' Frar ukoll aħjar għalik.", "MR SPEAKER: Se nipprovaw fl-4 ta' Frar.", "F'dan il-każ, hemm l-Onor.", "Justyne Caruana u l-Onor.", "George Vella; imbagħad hemm l-Onor.", "DAVID AGIUS: Naħseb li aħjar fl-4 ta' Frar.", "MR SPEAKER: Mela, ħalli nipprovaw għall-4 ta' Frar.", "Naraw jekk l-Onor.", "George Vella jew l-Onor.", "Justyne Caruana għandhomx xi safar.", "Il-ħin dejjem nagħmluh wara l-ħin tal-mistoqsijiet fil-Plenarja.", "Jiġifieri, fis-6.45 p.m. ikun tajjeb.", "Nirreferi wkoll għar-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-21 ta' Novembru 2005.", "Kif tafu intom, kien ġie ddikjarat li s-27 ta' Jannar hija l-ġurnata li tikkommemora l-vittmi tal-Olokawst.", "Din id-data se tkun it-Tnejn, 27 ta' Jannar.", "Jekk taqblu, il-kommemorazzjoni nistgħu nagħmluha dakinhar stess.", "Normalment, kif tafu intom, isiru interventi qosra miż-żewġ naħat tal-Kamra – persuna waħda minn kull naħa – imbagħad jiena nagħmel l-intervent tiegħi, u ssir minuta silenzju.", "CARMELO ABELA: Jiena naqbel li għandha ssir il-kommemorazzjoni.", "Forsi nistgħu nikkonsidraw li ssir qabel il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Din ġeneralment ma ddumx aktar minn ħames minuti.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri jkun hemm kelliem minn kull naħa, flimkien mal-iSpeaker.", "Nistgħu nibdew fis-6.00 p.m., nagħmlu l-ħin tal-mistoqsijiet sas-6.15 p.m. jew sas-6.20 p.m., imbagħad nieħdu l-aħħar għaxar minuti għal din il-kommemorazzjoni.", "Nixtieq niġi wkoll għar-Rappreżentant li għandna tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew.", "Kif tafu intom, hemmhekk għandna lis-sinjorina Pauline Abela.", "Is-Sedja qed tipproponi li s-sinjorina Pauline Abela jittawlilha t-terminu tal-kuntratt tagħha b'xahrejn.", "Dan għaliex, kif tafu intom – u l-Onor.", "Louis Grech jista' jgħallimni aktar – il-Parlament Ewropew preżenti jxolji minħabba l-elezzjonijiet.", "Abbażi ta' ftehim li kien intlaħaq f'dan il-Kumitat fil-leġislatura l-oħra, meta għall-ewwel darba ġie maħtur dan ir-rappreżentant, għandu jkun hemm sistema ta' rotazzjoni minn fost l-uffiċjali tal-Parlament.", "Il-kuntratt jiskadi fi Frar, u allura jien qed ngħid li din tagħmel hemmhekk up to round about April.", "Qed nitkellmu fuq estensjoni ta' xahrejn sa April, għax imbagħad għandek l-elezzjonijiet, u qabel Lulju ma jerġax jiġi convened il-Parlament Ewropew.", "Ovvjament, irrid il-barka ta' dan il-Kumitat biex it-terminu tal-kuntratt tas-sinjorina Pauline Abela jiġi estiż.", "Nista' ngħidilkom li hemm diġà l-persuna mill-Parlament, is-Sur Kenneth Curmi, li huwa Research Analyst, li huwa interessat li jitla'.", "Jiena diġà informajt lil min kelli ninforma li nixtieq li s-sinjorina Pauline Abela tibqa' hemmhekk imqar for the next months.", "Hawn qbil?", "MR SPEAKER: Il-Clerk of the House għandu raġun, anzi rrid nagħmilha ċara li hawnhekk konna ftehmna li r-rappreżentanti tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew ikunu nies li għallinqas ikunu fil-grad ta' research analyst biex ikollna nies li qed jagħmlu x-xogħol u li jkun hemm il-produzzjoni.", "Din diġà ddiskutejniha, imma nixtieq nerġa' nikkonfermaha.", "Issa araw intom, imma jiena naħseb li hekk għandu jkun, jiġifieri jkun hemm persuna li għallinqas ikollha ċertu livell.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, jista' jkun li jkun hemm nies li jkunu wkoll ta' kwalità u bi kwalifiċi tajbin li jistgħu jagħmlu x-xogħol, u li ma jkollhomx it-titlu ta' research analyst.", "Jiġifieri, naħseb li nkunu kważi qegħdin nillimitaw lilna nfusna rather milli niftħu l-pool ta' nies li jistgħu jkunu tajbin għax-xogħol jekk ngħidu li għandhom ikunu bilfors research analyst.", "Ma naħsibx li naqbel li għandhom ikunu neċessarjament b'dak it-titolu.", "MR SPEAKER: Ma kienx fil-perijodu tiegħi meta kien hemm id-deċiżjoni.", "Il-Clerk of the House qed jgħidli li, fl-2011, jiġifieri fi żmien l-iSpeaker Michael Frendo, kien hemm qbil f'dak il-Kumitat li jkun hemm rotazzjoni minn fost ir-research analysts: però, ovvjament, dan kien suġġeriment.", "Għalissa nħalluha kif inhi, imbagħad wieħed jara.", "Ovvjament, għandu jkun uffiċjal mill-Parlament, jiġifieri mhux xi ħadd li jirrappreżenta lill-Parlament u ma jkunx uffiċjal tal-Parlament.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Xtaqt nistaqsi sempliċement b'kurżità.", "Kif tiġi appuntata l-persuna li se tissostitwixxi lis-Sinjorina Pauline Abela?", "Jiġifieri, ssir sejħa mill-uffiċċju?", "MR SPEAKER: Il-proċedura hija li l-persuna turi interess li tixtieq tmur, u aħna rridu niddeċiedu.", "Imma ssir sejħa interna?", "MR SPEAKER: Ovvjament, sejħa interna fost l-uffiċjali tal-Parlament.", "LOUIS GRECH: Hemm proċedura stabbilita fuqha.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb qed jistaqsi jekk hux se jkun hemm sejħa interna.", "IS-SUR RAY SCICLUNA (Skrivan tal-Kamra): L-unika persuna li wriet interess huwa s-Sur Curmi.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, jiena s'issa fil-presidenza tiegħi ma kienx hemm ħatra simili.", "Jiena sibt dak li hemm; però, għamilt sew li qajjimt il-punt ħalli nkunu nistgħu nimxu ma' proċedura stabbilita.", "Ikun hemm call għal kulħadd.", "LOUIS GRECH: U l-punt l-ieħor li semmiet l-Onor.", "Schembri jagħmel sens, għax tajjeb li jkollok pre-rekwiżiti mingħajr ma teskludi, għax jista' jkun hemm nies interessati li ma jkunux research analysts.", "MR SPEAKER: Mela fuq id-deċiżjoni li jkun hemm l-estensjoni tas-Sinjorina Pauline Abela naqblu, hux hekk?", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF LINO FARRUGIA SACCO", "MR SPEAKER: Issa niġi għar-rapport tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar l-Imħallef Lino Farrugia Sacco.", "Jien għaddejtilkom estratt ta' dak li ntqal fis-seduta nru 106, fejn kien hemm intervent kemm mill-Prim Ministru, kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li, wara dawn l-interventi u sakemm jien ġejt għal din il-laqgħa, illum waslet korrispondenza datata 15 ta' Jannar, mibgħuta mill-avukati tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco fl-uffiċċju tagħna, u li hija indirizzata lill-Iskrivan tal-Kamra, li jien se naqra.", "Din l-ittra tgħid hekk:", "\"15 ta' Jannar 2014", "Lill-Iskrivan tal-Kamra", "Kamra tar-Rappreżentanti,", "Il-Palazz,", "Qed niktbulek għan-nom tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco a tenur tal-artikolu 175 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Nirreferu għar-Rapport tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, riferibbli għall-Imħallef Lino Farrugia Sacco.", "Ninformak li la hu u lanqas aħna qatt ma rċevejna kopja tar-Rapport, u kulma nafu huwa mill-media.", "Għalhekk, nitolbu li jkollna kopja tiegħu.", "In oltre xtaqna nirrilevaw li, fil-fehma umli tagħna, f'dan l-istadju, il-mozzjoni ta' Dr. Gonzi wara l-elezzjoni ġenerali tad-9 ta' Marzu 2013 u l-fatti kollha sussegwenti, m'għadhiex aktar fis-seħħ meta hemm Parlament ġdid, mandat ġdid mill-poplu, Prim Ministru ġdid, xort'oħra minn dak ta' qablu li kien ressaq il-mozzjoni, u meta Dr. Gonzi m'għadux membru tal-Kamra.", "In oltre nitolbuk li ġġib għall-attenzjoni tal-iSpeaker li hemm rikors Kostituzzjonali pendenti u li l-eżitu tiegħu jista' jimpinġi fuq deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "Inselli għalik.", "Il-firma fuq Stephen Farrugia Sacco ma tidhirx, jiġifieri hemm tliet firmatarji.", "Din hija l-ittra li rċevejt illum.", "Issa se nikkummenta fuq l-ewwel parti.", "Fl-ewwel parti qed jingħad li huma għadhom ma rċevewx ir-Rapport tal-Kummissjoni.", "Jien lill-Clerk of the House tajtu struzzjonijiet fejn bagħatna kopja uffiċjali lill-Imħallef ta' li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, ovvjament bagħatnihielu issa stess biex tasallu.", "Illum nifhem li b'xi mod se tasallu.", "Din l-ittra ntbagħtet bil-mail normali.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma weġibtux.", "Għandek l-ewwel parti tal-ittra fejn qed jgħid li hu sal-lum għadu ma rċeviex ir-Rapport tal-Kummissjoni, multo magis li rċieva l-inkartament, jiġifieri la l-inkartament u lanqas ir-rapport.", "Aħna bagħatna dak li huwa pubbliku.", "Jiena li għamilt fis-seduta ta' nhar it-Tnejn issa bgħattulu.", "Jien nixtieq niġbed l-attenzjoni dwar korrispondenza li ġiet mibgħuta llum, bid-data tal-lum stess, f'isem l-Imħallef Farrugia Sacco mill-avukati li qed jirrimarkaw fuq żewġ punti.", "Ovvjament, din se nitfagħha għad-diskussjoni.", "Dan huwa l-iktar punt saljenti, aktar minn kull ħaġa oħra.", "Dan il-punt huwa dwar jekk il-mozzjoni tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi għadhiex fis-seħħ.", "Imbagħad għandek il-punt l-ieħor, ċjoè li hemm proċeduri fil-Qorti dwar rikors Kostituzzjonali pendenti li ovvjament l-eżitu tiegħu qed jgħidu li jista' jimpinġi fuq l-istess deċiżjoni tal-kompożizzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Dawn huma ż-żewġ punti: l-ewwel wieħed naħseb li, f'dan l-istadju huwa aktar importanti għalissa mit-tieni waħda, għaliex għaddejja għad-diskussjoni min-naħa tagħkom.", "Allura, jien nixtieq nisma' kemm min-naħa tal-Gvern, u anke min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li s-Sedja dawn il-punti daħlet fihom sew.", "Jiena, f'dan l-istadju, nixtieq nisma' lilkom.", "Irrid ngħid ukoll li dak li jiġi deċiż minn dan il-Kumitat, jekk se tieħdu deċiżjoni, ovvjament dik tkun id-deċiżjoni.", "Però, fin-nuqqas ta' deċiżjoni, jew fin-nuqqas ta' ċertezza dwar fejn se niġbdu l-proċedura, għax hawnhekk qed nitkellmu fuq proċedura u fuq l-ammissibilità ta' xi ħaġa biex inti timxi, hija xi ħaġa li ovvjament trid tiġi diskussa hawnhekk.", "Irrid ngħid ukoll, mingħajr ma ninfluwenza lil ħadd – ovvjament jien qiegħed hawnhekk biex niċċerja – illi naħseb li tal-ewwel niddiskutu.", "Però, kull parti, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni – u anke s-Sedja – inħossu li għandna nikkonsultaw, jew naraw biex inkunu nistgħu nikkonsultaw, b'mod profond legali din l-issue għax, ovvjament, wieħed irid jaraha wkoll għad-diskussjoni.", "Issa f'idejkom.", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Jien għalissa se nagħmel żewġ kummenti qosra.", "L-ewwel nett, jiena naqbel li aħna rridu nieħdu parir legali, għax nafu li l-Parlament ....", "MR SPEAKER: Intom bħala Gvern?", "LOUIS GRECH: Le, qed nitkellem aħna bħala Kumitat li għandu jkollu bażi legali, u jkun jaf perfettament dawn iż-żewġ punti mressqa u li jkollna an expert advice legali fuqhom.", "Jien nemmen li mbagħad minn hemmhekk nimxu u naraw il-proċedura li għandha tittieħed.", "Però, naqbel miegħek perfettament li wieħed irid ikun jaf preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-Parlament; imbagħad, eventwalment, skont il-kummenti legali li jkollna u l-pariri legali, aħna nimxu.", "It-tieni punt li rrid insemmi li m'għandux x'jaqsam ma' din l-ittra li semmejt int, Mr Speaker, hu li għalina wkoll kien inaċċettabbli li l-media kellha, b'xi mod jew ieħor, informazzjoni qabel ma kellek int, qabel ma kellu l-Prim Ministru, u qabel ma kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni, meta din hija xi ħaġa daqshekk sensittiva.", "Għalhekk nixtiequ nirreġistraw id-diżappunt tagħna.", "MR SPEAKER: Dwar l-aħħar punt, nista' ngħidlek illi l-media kienet taf affarijiet ċertament li ma kontx naf jien, għaliex jien kelli nkun l-ewwel persuna li nkun a konjizzjoni ta' dan ir-rapport.", "Fil-fatt, jien marbut mal-istess kapitolu tal-liġi nru.", "369, li d-denunzja l-ewwel issir lill-iSpeaker, imbagħad l-iSpeaker, fl-ewwel opportunità li jkollu, jinforma lill-Kamra.", "Jien kont sorpriż ukoll illi sakemm irċevejt ir-rapport kien hemm min mill-media li anke pprova jkellem lili fuq ir-rapport, meta r-rapport lanqas biss kien qiegħed f'idejja.", "Din hija xi ħaġa inaċċettabbli, u verament … Jien din qed ngħidha għax għamilt sew li qajjimtha, u naħseb li anke min-naħa tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Simon Busuttil, l-istess ħaġa, meta għamel ir-reazzjoni tiegħu, l-ewwel li sema' bir-rapport kien dakinhar li poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "U l-Prim Ministru kien korrett li rreġistra li hu qed jarah issa, u għamilha ċara li l-korrezzjoni tal-proċedura hija li l-iSpeaker jinforma lill-Parlament, kif fil-fatt jien għamilt fil-ġurnata tat-Tnejn, il-ġurnata meta ltaqa' il-Parlament.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nista' nikkonferma li, anke min-naħa tagħna, jien rajt dak ir-rapport l-ewwel darba meta ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hija ħaġa skomda li rapporti hekk sensittivi, l-informazzjoni dwarhom tingħata lill-media: però ovvjament, naħseb li din hija xi ħaġa li forsi wieħed jista' jqajjimha kemm mal- President tal-Kamra, u forsi mal-Kummissjoni stess, li tgħid li huwa importanti ...", "MR SPEAKER: Onor. Mario de Marco, ibqa' ċert li din mhux se tieqaf hawnhekk min-naħa tiegħi.", "Nirringrazzjak.", "MARIO DE MARCO: Għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ punti sollevati, forsi m'inix konvint li għandna bżonn parir legali fuq żewġ affarijiet, għaliex fir-realtà forsi huwa l-ewwel punt li huwa ta' rilevanza legali, fis-sens li l-issue dwar jekk il-mozzjoni oriġinali hijiex valida jew le, allavolja ma narax x'differenza se tagħmel.", "Jekk wieħed jara x'qal il-Prim Ministru, isib li dan qal hekk:", "\"Il-Kummissjoni tat id-deċiżjoni tagħha u jien, b'mod immedjat, se nkun qed nara li l-proċess ta' impeachment jitkompla mingħajr dewmien.\"", "Kliem il-Prim Ministru ma kienx li se jippreżenta mozzjoni ġdida, iżda li se jkompli l-proċess ta' impeachment, liema proċess ovvjament beda bil-mozzjoni li ġiet ippreżentata mill-Prim Ministru, dak iż-żmien Dr. Lawrence Gonzi.", "Wieħed ma tantx jista' jmur lura fuq preċedenti; però naħseb li l-aħħar preċedent kienet il-mozzjoni ta' impeachment li kienet ġiet ippreżentata dwar l-Imħallef Anton Depasquale dak iż-żmien.", "Jekk m'inix sejjer żball, dak iż-żmien kien intlaħaq ftehim fil-House Business Committee li dik il-mozzjoni, allavolja kien hemm leġiżlatura ġdida bejn il-mozzjoni u t-tkomplija tas-smigħ ta' dik il-mozzjoni ...", "MR SPEAKER: Onor. Mario de Marco, bil-permess tal-Kumitat, biex nistradaw id-diskussjoni.", "Jien ippreparajt il-proċedura li ntużat fil-każ tal-Imħallef Depasquale, u se ngħaddi kopja tagħha lil kulħadd.", "Ħalli nissospendi l-laqgħa għal ftit ħin u nagħmel kopja lil kulħadd.", "MARIO DE MARCO: Sur President, qabelxejn ippermettili ftit.", "Jekk fhimt sew kliem il-Prim Ministru korrettement, id-differenza f'dan il-legaliżmu, sa ċertu punt, huwa bejn jew li nkomplu l-proċess bl-istess mozzjoni li ġiet ippreżentata, jew inkella, jekk hemm argument legali dwar il-mozzjoni preċedenti, nifhem li l-Prim Ministru se jippreżenta mozzjoni ġdida, kif hu qal, sabiex jitkompla l-proċess ta' impeachment mingħajr dewmien.", "Jiġifieri, hawnhekk m'aħniex qegħdin ngħidu li l-proċess se jieqaf għaliex il-mozzjoni preċedenti m'għadhiex aktar valida għaliex kien hemm bidla fl-eżekuttiv u fil-leġiżlatura.", "Jekk qed nifhem sew, il-kwestjoni hawnhekk kollha hija li jew se nkomplu bl-istess mozzjoni, jew se tiġi ppreżentata mozzjoni ġdida mill-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru ma tax indikazzjoni li hu qed jgħid: Le, mhux se nkompli.", "Anzi, naħseb il-kliem tiegħu kien ċarissimu meta qal: Jien b'mod immedjat se nkun qed nara li l-proċess tal-impeachment jitkompla mingħajr dewmien.", "Aktar ċar minn hekk ma naħsibx li seta' jkun il-Prim Ministru.", "Jiġifieri, hawnhekk qed nitkellmu dwar teknikalità dwar jekk nistgħux inkomplu bl-istess mozzjoni, jew hemmx bżonn li ssir mozzjoni ġdida.", "Naħseb hawnhekk, fair enough, min-naħa tagħna m'hemmx diffikultà li inti bħala Sedja tieħu l-parir legali neċessarju dwar x'inhu l-aħjar proċess bil-għan li l-proċess tal-impeachment jitkompla kif espress fi kliem il-Prim Ministru.", "Naħseb li qed naqblu.", "Però mbagħad, dwar il-kwestjoni l-oħra li hemm rikors kostituzzjonali pendenti, hawnhekk ma tantx naħseb li hija kwestjoni ta' parir legali.", "L-istat ta' fatt huwa, assumendo, li dak li jgħid l-avukat ...", "MR SPEAKER: Ejja nispostja d-domanda, għax forsi ma spjegajtx ruħi biżżejjed dwar it-tieni waħda.", "MR SPEAKER: Il-Kumitat qiegħed jidħol fuq il-punt jekk jistenniex l-eżitu tal-kawża jew le.", "Dak li qed jgħid.", "Il-Kummissjoni stess ma waqqfitx il-proċess tagħha.", "Il-Kummissjoni kellha l-istess kwestjoni quddiemha.", "Il-Kummissjoni meta qed tisma' dan il-proċess, sar rikors kostituzzjonali.", "L-istess ħaġa, il-Kummissjoni setgħet tieħu l-pożizzjoni li tgħid: Mela ladarba ġie ppreżentat rikors kostituzzjonali, jien għandi nissospendi l-proċess sakemm jiġi determinat ir-rikors kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: Imma insa x'għamlet il-Kummissjoni; x'se jagħmel il-Parlament issa!", "Imma l-Kummissjoni għamlet hekk, baqgħet għaddejja u waslet għall-ġudizzju tagħha u ppreżentatulna r-rapport.", "Aħna llum il-ġurnata għandna rapport ippreżentat quddiemna.", "Ma naħsibx li aħna f'dan l-istadju nistgħu ninjoraw dan ir-rapport għaliex hemm rikors kostituzzjonali, anke fi kliem testwalment tal-Prim Ministru meta qal li se jkompli – b'mod immedjat – jara li l-proċess tal-impeachment se jitkompla mingħajr dewmien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru qed jgħid li l-proċedura għandha titkompla mingħajr dewmien; però, ovvjament, issa hawn dawn l-issues li jridu jiġu diskussi.", "LOUIS GRECH: Jien nemmen li dak li esponejt inti, Onor. de Marco, probabbilment huwa korrett legalment; qed tgħidilna għaliex m'hemmx kwestjoni legali fiha.", "Però aħna nippreferu li, jekk mhux problema għan-naħa tagħkom, aħna jkollna kjarifika fuq iż-żewġ punti mill-aspett legali.", "Dan li qed tgħid int probabbilment huwa korrett.", "Però nixtieq li l-parir legali li se nitolbu jgħid dawn l-affarijiet.", "Forsi jekk huma korretti, kif qed tgħidhom int, jiġu mingħand dan l-espert legali li s-Sedja se tagħmel.", "Mhux għax m'għandix fiduċja, imma ħalli jkollna xi ħaġa li hija oġġettiva fis-sens li lanqas ...", "MARIO DE MARCO: Ministru, min-naħa tiegħi, fl-aħħar mill-aħħar m'għandniex diffikultà jekk il-President tal-Kamra jixtieq li jkollu … Jien kważi kważi ...", "LOUIS GRECH: Il-Kamra kollha tixtieq li jkollna ...", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, naħseb li f'dan il-Kumitat aħna diġà kellna xi ħaġa simili ta' din.", "Naħseb li jekk naraw x'ġara fil-passat u x'deċiżjoni ħa dan il-House Business Committee, m'għandniex għalfejn nitfixklu.", "Il-House Business Committee, meta kellu każ kif għandna quddiemna issa – il-proċedura li ntużat fil-każ tal-Imħallef Depasquale – f'żewġ leġiżlaturi li ġew maqbuża – mis-seba' leġiżlatura, il-mozzjoni għaddiet għad-disa' leġiżlatura – dak il-House Business Committee kien iddeċieda li dik il-mozzjoni tibqa' fis-seħħ għax kien hemm rapport tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Jien ma jidhirlix li dan il-Kumitat għandu jagħmel xi ħaġa differenti minn kumitati oħrajn qablu meta l-każ huwa simili u l-istess.", "MR SPEAKER: Mhux biex nikkoreġik ...", "Imma hemm punti li nixtieq nagħmel referenza għalihom.", "DAVID AGIUS: Jekk aħna nieħdu parir legali jew le dwar x'se nagħmlu llum, jekk din il-mozzjoni quddiemna hijiex xi ħaġa li dan il-Kumitat jista' jimxi fuqha jew le, hija l-istess ħaġa li kien hemm fil-każ tal-Imħallef Depasquale.", "MR SPEAKER: Bħala Sedja ma naqbilx miegħek.", "Ħu paċenzja.", "Naħseb li l-Onor. de Marco kien korrett sa ċertu punt, u naħseb li għamel sew li … Meta kien hemm il-mozzjoni tal-Imħallef Depasquale – jekk tara l-kronoloġija – ssib li l-mozzjoni saret fis-seba' leġiżlatura, u ovvjament ġiet referuta lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Mela, din saret fil-15 ta' Mejju 1995, ġiet referuta fis-17 ta' Mejju 1995, ir-rapport ġie konkluż u ntbagħat fis-16 ta' Ġunju 1995 – jiġifieri xahar wara – u fil-25 ta' Settembru 1995, il-mozzjoni ddaħħlet fil-ktieb tal-mozzjonijiet.", "Aħna dejjem qed nitkellmu fuq dik il-mozzjoni.", "Mela, kienet iddaħħlet fil-ktieb tal-mozzjonijiet … Issa rrid ngħid ukoll, għall-korrettezza tal-proċedura, li mozzjoni ta' dan it-tip m'għandhiex għalfejn tiġi riattivata kull xahrejn, bħal meta tippreżenta mozzjoni inti, pereżempju, jew jippreżenta mozzjoni xi ħadd.", "Mozzjoni ta' dan it-tip m'għandhiex għalfejn tiġi riattivata.", "Din il-mozzjoni, meta sar ir-rapport tal-Kummissjoni, ddaħħlet fil-ktieb tal-mozzjonijiet.", "Fil-każ in eżami, għandna mozzjoni li kienet ġiet intavolata, jidhirli fil-15 ta' Diċembru 2012 – qed nitkellem fuq il-mozzjoni tal-Imħallef Farrugia Sacco – jiġifieri fil-leġiżlatura l-oħra.", "Ir-rapport ġie konkluż riċentement, f'dawn il-ġranet, u ppreżentajtu nhar it-Tnejn, u l-mozzjoni ma kenitx għadha ġiet imdaħħla fil-ktieb tal-mozzjonijiet.", "Mela, għandna xogħol u xenarju differenti, dak li qal fl-ittra li trid tiġi indirizzata, li l-mozzjoni tal-Imħallef Depasquale dak iż-żmien kien ippreżentaha Dr. Eddie Fenech Adami.", "Allura, meta kien hemm il-leġiżlatura ta' wara u ta' wara, meta ġiet għad-diskussjoni fl-2001, whatever, il-kronoloġija qiegħda hemmhekk, kien l-istess Dr. Eddie Fenech Adami li ressaq il-mozzjoni.", "Fil-każ in eżami, Onor. David Agius – għalhekk qed ngħidlek li għandna xenarju li wieħed irid jindirizzah legalment, proċeduralment qiegħed hemmhekk – kellek lill-Onor.", "Lawrence Gonzi li ressaq il-mozzjoni, illum m'għadux membru tal-Parlament – kif hemm indikat fl-ittra – u, ovvjament, lanqas għadu Prim Ministru u lanqas membru tal-Parlament, u allura d-domanda hija: tista' dik il-mozzjoni terġa' tiġi ssanata?", "Din qed nagħmilha għad-diskussjoni.", "Naħseb li għandu punt importanti.", "L-Onor. de Marco qed jgħid li ovvjament wieħed irid jara dan ix-xenarju, u jrid jidħol b'mod aktar profond legalment dwar il-proċedura parlamentari kif għandha tiġi segwita.", "Jekk kemm-il darba dik il-mozzjoni tal-Onor.", "Gonzi – qed jgħid l-Onor.", "De Marco – ma tistax tiġi ssanata, allura kif qal il-Prim Ministru, la hu ddikjara li kemm jista' jkun dan il-proċess jibqa' miexi, ovvjament irid iressaqha l-Prim Ministru.", "Dan huwa x-xenarju.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Però l-issue mhijiex tant jekk għandekx Prim Ministru ġdid jew le.", "L-issue hija jekk, meta jispiċċa Parlament, il-mozzjoni tispiċċax jew le.", "Fil-fatt, hemm argument ukoll li l-unika mozzjoni li fil-fatt tissoppravvivi bidla fil-leġiżlatura hija mozzjoni ta' impeachment.", "MR SPEAKER: Minn fejn toħroġ din?", "MARIO DE MARCO: Għaliex min-natura tagħha hija mozzjoni differenti.", "MR SPEAKER: Minn fejn toħroġ din?", "MARIO DE MARCO: Issa niġi għaliha.", "MR SPEAKER: Staqsejtek biex inkun naf.", "MARIO DE MARCO: Qed nitkellem mill-impressjoni li għandi.", "MARIO DE MARCO: Però l-impeachment, min-natura tiegħu, huwa differenti minħabba ċ-ċirkostanzi tiegħu.", "Però, nerġa' ngħid, jien m'għandix diffikultà li wieħed, jekk irid iħossu komdu … Jien naħseb li ħadt il-kliem tal-Prim Ministru bħala kliem li qisu, bi qbil fil-Kumitat, wieħed jista' jkompli bl-istess mozzjoni.", "Jien ma fhimtx li l-Prim Ministru kellu f'moħħu … Jekk aħna ż-żewġ naħat tal-Kamra f'dan il-House Business Committee qed naqblu li dan il-proċess għandu jitkompla … Għax imbagħad tiġi kwestjoni li jekk se tiġi ppreżentata mozzjoni ġdida, se tiġi abbozzata b'mod differenti?", "Se jkun hemm raġunijiet differenti?", "(Interruzzjonijiet) Ma nikkumplikawx il-ħajja għalxejn b'xejn!", "Ir-rapport li sar mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja sar abbażi ta' mozzjoni li ġiet ippreżentata.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux kumplikazzjonijiet legali għalxejn b'xejn billi naqbdu … Mela, għandek mozzjoni, għandek rapport, ir-rapport ġie ppreżentat wara l-bidla fil-leġiżlatura, fil-kors ta' leġiżlatura ġdida, u għandek dikjarazzjoni tal-Prim Ministru ġdid f'leġiżlatura ġdida li qed jgħid li huwa jrid ikompli l-proċess ta' impeachment.", "Irridu noqogħdu attenti għaliex, fil-fehma tiegħi, l-aktar ħaġa prattika li naħseb li nistgħu nagħmlu hija li ż-żewġ naħat tal-Kamra f'dan il-House Business Committee, biex nagħtu effett għall-kliem tal-Prim Ministru, huwa li naqblu li dik il-mozzjoni għadha valida, kif kien il-House Business Committee qabel, u ta estensjoni lill-mozzjoni fil-każ tal-impeachment tal-Imħallef Depasquale.", "Hemmhekk kellek qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li dik il-mozzjoni, minkejja l-varji bidliet fil-leġiżlatura, tibqa' fis-seħħ.", "Jien naħseb li nistgħu nagħmlu l-istess ħaġa għaliex inkella, jekk se tiġi ppreżentata mozzjoni ġdida, se jkollok komplikazzjonijiet oħrajn legali li jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "Jien hekk naħseb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: L-ewwel kummenti tal-Onor. de Marco kienu li fil-fatt fl-ewwel punt jara li jista' jkun hemm raġuni għaliex is-Sedja għandha titlob parir legali.", "Fuq it-tieni punt, ma kienx qed jaraha daqshekk.", "Issa qed jgħid li, anke mingħajr dak il-parir legali, aħna kulma qed nistaqsu, anke f'din id-diskussjoni, opinjonijiet hemm.", "Aħna nħossuna aktar komdi bħala Kumitat kieku ngħidu: Isma', għandna nieħdu dawn iż-żewġ punti li qamu għand esperti legali … għax anke hawn, anke jekk se nagħti opinjoni, ma nafx jekk jien għandix il-pożizzjoni legali tiegħi korretta, speċjalment il-fatt li jien m'iniex avukat.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm xi analiżi oġġettiva, li fil-fatt tmur oltre.", "Il-Parlament irid ikollu ċerta kumdità li jkun jaf li l-parir legali li għandu jista' jmexxi b'dik it-tip ta' proċedura.", "Ma naħsibx li aħna nkunu qed nitilfu xi ħaġa jekk ngħidu li nemmnu u naqblu li għandha tkun immedjata l-proċedura li anke ssemmiet mill-Prim Ministru lbieraħ; però aħna qed ngħidu wkoll li tkun aktar pożizzjoni b'saħħitha jekk ikollna l-kumdità li jkollna parir legali li jkun oġġettiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, naħseb li hawnhekk għandna żewġ issues.", "L-issue politika jew l-issue ta' direzzjoni, kif issolleva anke l-Onor.", "Mario de Marco, mhi titqiegħed f'dubju minn ħadd.", "Ħadd mhu jgħid li għandna nieqfu jew m'għandniex nieqfu.", "Dik hija ċara.", "L-issue hija purament fuq dik li nistgħu nsejħulha bħala proċedura ta' kif se nipproċedu.", "Jien se nikkwota anke dak li qal il-Prim Ministru fl-aħħar paragrafu tiegħu, fejn talab lill-Kap tal-Kamra sabiex, bħalma sar u għandu jsir f'każijiet dħal dawn, il-materja tgħaddi għand il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex flimkien, iż-żewġ naħat, jistradaw il-proċess 'il quddiem skont kif tgħid il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta' pajjiżna.", "Jiġifieri, dan il-Kumitat irid jitkellem u jiddeċiedi fuq proċedura biex nimxu.", "Dak huwa l-ewwel punt rigward id-direzzjoni.", "Fejn għandna mmorru nafuh u kkwotajtu inti, Onor. de Marco; però, rridu nimxu mill-aspett ta' proċedura.", "Issa jiena, bħala membru ta' dan il-Kumitat u bħala membru tal-Kamra, jien personalment inħoss li għandi nkun konfortat li, filwaqt li nafu fejn irridu mmorru, il-proċedura biex naslu hemm irrid inkun ċert, anke mill-bażi legali, li hija proċedura korretta fiċ-ċirkostanzi li għandna quddiemna la għandna mozzjoni ffirmata minn persuna li llum lanqas għadu membru tal-Kamra.", "Issa jien m'għandix il-bażi legali.", "Naħseb anke kieku kont avukat – għax jekk tistaqsi avukati differenti, kulħadd jagħti l-opinjoni tiegħu jew ma nafx fuqiex tkun ibbażata.", "Għalhekk, naħseb li tkun idea tajba – u qed ngħid li nħossni aktar komdu, anke bħala membru tal-Kamra u bħala membru ta' dan il-Kumitat, li ngħatajna l-inkarigu, kif ġara fil-passat, naturalment ukoll li dan il-Kumitat jiddeċiedi – li, minn aspett ta' proċedura, inkunu korretti anke minħabba r-raġuni li – se ngħidha – il-Parlament ikun qed jissogra li d-deċiżjoni li jkun ħa, anke b'mod unanimu, tiġi sindikata f'xi qorti.", "Irridu noqogħdu attenti minnha.", "Jien irrid inserraħ rasi bħala membru tal-Kamra għall-inqas li mill-aspett ta' proċedura nimxu.", "Nafu fejn irridu mmorru, kif spjega l-Onor. de Marco u kkwota lill-Prim Ministru, imma mill-aspett ta' proċedura ejja nkunu ċerti li mexjin b'mod korrett, filwaqt li nafu fejn irridu naslu.", "Dak biss li qed ngħid.", "Jien naħseb li s-Sedja, kif esprimiet ruħha wkoll, wara li rċeviet din l-ittra, li kienet indirizzata lill-Iskrivan tal-Kamra … Diġà hemm issues imqajma.", "Jien naqbel li l-issue kostituzzjonali ma nafx kemm għandna nidħlu fiha aħna, sinċerament.", "Imma fuq l-issue l-oħra tal-validità jew le tal-mozzjoni, fid-dawl li l-mozzjoni iffirmata minn persuna li mhijiex membru tal-Kamra, naħseb li jkun tajjeb li jkollok parir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nista' nissuġġerixxi xi ħaġa?", "Jien nifhem li ovvjament is-Sedja trid tieħu parir legali, ġeneralment mill-konsulent legali tal-Parlament, u hekk għandu jibqa'.", "Naħseb se mai hija kollha kwestjoni ta' x'se jintalab bħala parir.", "Jien naħseb li kważi kważi jkun utli jekk is-Sedja tieħu l-konfort legali tagħha.", "Ħa niftehmu, meta aħna nitolbu li s-Sedja tagħti ruling ma noqogħdux niddiskutu jekk is-Sedja teħux il-parir legali tagħha ...", "Inti taf li, fin-nuqqas ta' qbil tal-Kumitat, is-Sedja trid tagħti direzzjoni tal-proċedura.", "Dik hija l-ewwel ħaġa.", "It-tieni ħaġa hija li jien ma nsib l-ebda problema, biex nagħmilha ċara.", "MARIO DE MARCO: Biex ma jkollniex il-preċedent li jista' jiġi avukat hawnhekk biex lilna jagħtina parir legali.", "MARIO DE MARCO: Jekk is-Sedja trid tieħu … (Interruzzjonijiet) Jien naħseb li s-Sedja għandha kull fakultà … (Interruzzjonijiet) Jien ma nistax nindaħal lis-Sedja x'parir legali tixtieq tieħu, qed tifhimni?", "Meta s-Sedja tinterrompi biex tagħti ruling fil-Kamra ...", "MR SPEAKER: Is-Sedja bilfors trid tagħti ruling, għax inkella … (Interruzzjonijiet)", "Meta s-Sedja tiġi biex tagħti ruling … (Interruzzjonijiet) Aħna ma nindaħlux jekk is-Sedja teħux parir legali jew le.", "Nafu li mhux l-ewwel darba li l-Professur Refalo jew whoever jintalab l-opinjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' ruling.", "Biex ma nifformalizzawx il-ħaġa beyond necessary formalities.", "Jien naħseb li, fil-fehma tiegħi, s-Sedja trid tieħu l-konfort tagħha.", "Biex ma nikkumplikawx il-ħajja, li kieku ż-żewġ naħat tal-Kamra kellhom jiftehmu li jirrikonoxxu l-validità tal-mozzjoni preċedenti, inkunu qed naqblu fuq xi ħaġa li hija invalida jew le?", "Jien naħseb li the easiest option hija li jkompli għaddej b'mozzjoni, u naħseb li għandha tara s-Sedja hu dan: jekk dan isir bi qbil taż-żewġ naħat, inkunux qed nagħmlu xi ħaġa legalment korretta jew le.", "Naqblu perfettament.", "MARIO DE MARCO: Naħseb li l-punt ta' partenza għandu jkun li, jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li jkomplu għaddejjin bil-mozzjoni preċedenti, il-qbil qed jagħti ħajja b'mod legali għal xi ħaġa jew le?", "LOUIS GRECH: Il-mozzjoni tibqa' valida ...", "MARIO DE MARCO: Il-mozzjoni tibqa' valida minħabba l-fatt li hemm il-qbil?", "Jew inkella, minkejja l-qbil, xorta waħda tibqa' invalida, allura hemm bżonn li ssir mozzjoni ġdida?", "MARIO DE MARCO: Din hija xi ħaġa li inti għandek issib il-konfort tiegħek dwarha.", "Dwar it-tieni ħaġa, naħseb li t-tieni punt huwa xi ħaġa li għandna nerfgħu aħna.", "Ma naħsibx li hija kwestjoni … (Interruzzjonijiet) Ippermettili, imma, mingħajr ma rrid … Dan bħal meta quddiem il-qorti jkun hemm kawża u jkun hemm rikors kostituzzjonali fuq punt ieħor.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-imħallef għandu jerfa' jekk għandhiex tibqa' l-kawża jew … Naħseb li tifhimni l-qorti.", "MR SPEAKER: Fhimtek ħafna.", "L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jien naħseb li l-iktar ħaġa importanti hija l-ewwel waħda, għaliex eventwalment it-tieni waħda tiddependi fuq x'se nagħmlu fl-ewwel waħda.", "Inkella, kważi kważi, ma jkunx hemm għalfejn tiddeċiedi fuq it-tieni waħda.", "Jiddependi mill-interpretazzjoni.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa li aħna, iktar milli biex noqogħdu attenti li d-deċiżjoni tagħna ma tiġix jew tiġi issindikata f'xi qorti, irridu naraw li l-perkors tal-ġustizzja fil-fatt isir.", "At the end of the day, dik hija l-iktar ħaġa importanti, li l-ġustizzja ssir.", "Għalkemm għal ħafna jidher li dak li huwa sustantiv huwa importanti, u dak li huwa proċedurali forsi jkun naqra inqas, fil-perkors tal-ġustizzja t-tnejn iridu jmorru f'daqqa.", "Fejn sejrin, kważi kważi, m'hemmx dubju dwaru, bħalma qal il-Prim Ministru; li rridu nkunu ċerti hu li l-perkors tal-ġustizzja jkun sar kemm fuq is-sustantiv u kemm fuq il-proċedurali.", "Allura, ma naħsibx li hemm xejn ħazin li fil-verità dan il-punt … U naqbel li l-mistoqsija għandha tkun inkwadrata fit-termini li qal l-Onor.", "De Marco, għaliex fil-fatt dak li huwa – jekk aħna nibqgħu għaddejjin b'dak li diġà kien hemm fil-mozzjoni, inkunu legalment sani?", "Il-proċedura tagħna tkun inkisret jew le?", "DEBORAH SCHEMBRI: Jekk aħna nagħmlu dan, ma naħsibx li għandu jkun hemm problemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, xtaqtek tikkunsidra wkoll punt ieħor fejn il-Commission for the Administration of Justice Act - Kap 369.95 - tgħid li, meta l-Kummissjoni tkun għamlet rapport u tkun instabet persuna prima facie ħatja, it shall be taken up for consideration by the House.", "Il-mozzjoni – jekk se nisimgħu ftit u noqgħodu attenti x'jgħid dan – irridu nimxu magħha.", "Allura, naħseb li dan kollu li qed ngħidu rridu ninkwadrawh fid-dawl ta' dan.", "Il-mozzjoni f'dan is-sens, wara li jkollok deċiżjoni, hija deċiża.", "Allura, inti għandek dak ir-rapport u l-Kamra trid tikkunsidra dak ir-rapport li tkun għamlet il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Inkella, jekk se jiġri hekk, u aħna ma nikkunsidrawx għal xi raġuni jew oħra dak ir-rapport, inkunu wkoll qed niksru l-liġi aħna bħala Kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Mr Speaker, nista' nasal biex naqbel li hemm dik il-klawsola, imma wieħed irid ukoll joqgħod attent għaliex, jekk dak li sabet il-Kummissjoni tal-Ġustizzja has to be taken up by the House, imma m'hemmx mozzjoni li imbagħad trid timxi fuqha għall-impeachment tal-imħallef, allura imbagħad it would have been taken up by the House for nothing!", "MR SPEAKER: Irid ikun hemm il-complement tal-mozzjoni.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Is-suġġeriment tiegħi huwa dan: iktar milli l-House Business Committee jieħu parir legali, jiena naħseb li jkun għaqli li s-Sedja tagħmel il-konsultazzjoni li tixtieq tagħmel, and we take it from there, mingħajr ma jkun hemm … Però naħseb li in vista tad-direzzjoni ċara tal-Prim Ministru, naħseb li ma nistgħux nidhru li din il-Kamra qiegħda tittratjeni!", "LOUIS GRECH: Naħseb li dak la huwa dak li tixtiequ intom, u lanqas aħna, iktar u iktar li aħna qed nittratjenu.", "Kieku ħaġa li qamet meta Mr Speaker qal 'Isma', nixtieq li niċċara punt is-Sedja', naħseb li diġà semmejtu u qbilt miegħu inti.", "Anke aħna, bħala membri, għalkemm mhux se nieħdu l-inizjattiva aħna, naħseb li kull wieħed minna jkun irid ikun jaf li għandu l-konfort li dik hija deċiżjoni kwadrata, kif għidt inti qabel, jekk ikun hemm qbil din hijiex kontra, allura naħseb il-konklużjoni għandha tkun – għax inkella se ntawlu d-diskussjoni għalxejn – li s-Sedja tagħmel ir-riċerki li għandha tagħmel, issib il-parir li għandha bżonn, tirrapporta lilha, imbagħad niġu għal deċiżjoni fuq il-proċedura darb'oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jien naħseb li kull parti tista' tieħu l-parir li tixtieq.", "Naħseb li dan qed ngħidu.", "LOUIS GRECH: Imma aħna li qed niddeċiedu li s-Sedja tieħu l-pariri hi ...", "MARIO DE MARCO: U m'hemm xejn iwaqqaf lilna jew lilkom milli tieħdu l-pariri neċessarji li hemm bżonn!", "MR SPEAKER: Finalment, il-pariri legali teħodhom kull parti.", "Finalment, id-direzzjoni u d-deċiżjoni tkun dejjem tal- ...", "MARIO DE MARCO: Però jien qed ngħid li naħseb li huwa importanti ...", "LOUIS GRECH: Fhimnik aħna, Onor. De Marco, x'qed tipprova tgħid!", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, jekk immorru lura għal-laqgħa 42 tal-4 ta' Lulju 2001, li saret fid-disa' Parlament, dwar it-tneħħija ta' imħallef b'mozzjoni mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali, insibu li dan kien ta ċar u tond x'għandu jiġri u x'għandu jsir.", "Jien naħseb li, jekk verament irridu l-kliem tal-Prim Ministru nagħmluh attwali, irridu nimxu bl-istess metodu jew simili għal dak li mxejna bih fil-passat.", "Jekk aħna ħa noqogħdu nivvintaw ir-rota ġdida, naħseb li dak il-kliem tal-Prim Ministru mhux se nagħtuh il-kredibilità tiegħu.", "MR SPEAKER: Ħadd ma huwa qed jgħid hekk!", "LOUIS GRECH: … parir legali nkwadrata fuq dak il-bażi u prinċipju li għidna issa.", "Naħseb li dik hija l-konklużjoni, u mhux għax qed nippruvaw nivvintaw ir-rota.", "DAVID AGIUS: Għaliex naħseb li biex immexxu dwar dan il-każ – li huwa serju ħafna – irid ikollna mozzjoni min-naħa tal-Gvern!", "Mozzjoni mhux biss ta' kif se nimxu, imma anke x'proċedura ħa nużaw ġo dan il-Parlament!", "Mozzjoni formali fis-sens li ngħidu l-proċedura x'se tkun.", "Once li jkollna dik, x'se nagħmlu?", "Once li jkollna parir, x'se nagħmlu bih?", "Min se jipproponi dik il-proċedura?", "MR SPEAKER: Ejja ma nagħmlux cross debate!", "Ħalli nħallu l-perspettiva kif żvolġiet id-diskussjoni.", "L-issue hija ovvjament żgur dwar jekk il-mozzjoni tal-15 ta' Diċembru 2012, li kienet ġiet ippreżentata mill-Onor.", "Gonzi, tistax tiġi sanata jew le.", "Naħseb li naqblu fuqha.", "Id-diskussjoni saret.", "Jekk fadal li xi ħadd li jrid jgħid xi ħaġa oħra, by all means, u s-Sedja trid tara u tieħu konfort jekk hemmx mod kif tiġi sanata u, jekk le, allura x'irid isir.", "Jekk ma naqblux, għiduli fejn ma naqblux.", "B'hekk, fil-House Business Committee li jmiss – issa nagħmlu data – is-Sedja se tiġi ppreparata bil-parir professjonali kif għandna nimxu.", "Imbagħad, id-deċiżjoni hija tagħkom.", "Jekk intom ma taqblux, jien ikolli nieħu deċiżjoni.", "Jekk intom tgħiduli aħna xorta m'aħniex naqblu u nitolbu lis-Sedja tagħti d-deċiżjoni, jien imbagħad hemmhekk irrid nagħti deċiżjoni kif se nimxu.", "In the absence of that, intom tistgħu tieħdu deċiżjoni.", "Tajjeb? … Il-House Business Committee.", "Dan qed nagħmlu l-istess kif ġara fil-każ ta' Depasquale.", "F'ta' Depasquale, il-Kumitat iddeċieda.", "L-iSpeaker ma ddeċieda xejn.", "L-iSpeaker qagħad fuq li ddeċidew il-House Business Committee, u ovvjament imxew minn hemmhekk.", "Ma saret l-ebda deċiżjoni, u ma hemm l-ebda ruling, u lanqas ma hemm l-ebda preċedent dwar din il-kwestjoni.", "Li hemm huwa li, fis-seduta li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "David Agius – u għamiltha apposta kronoloġikament kif saru l-affarijiet – kien li, fis-seduta tal-House Business Committee dakinhar tal-2001, iddeċidew il-grupp.", "Dak iż-żmien, kien hemm l-Onor.", "George Vella u l-istess Onor. Gonzi, li kien Viċi Prim Ministru, li ssanaw dik il-mozzjoni, li tmur lura għall-1995.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jiġifieri, għandna preċedent fejn kellek kumitat li bi qbil issana l-proċedura.", "MR SPEAKER: Kien hemm xi mument fejn ma għidniex hekk aħna?", "Il-punt tiegħi huwa: Nistgħu nagħmlu hekk?", "LOUIS GRECH: Onor. De Marco, se nerġgħu nirrepetu u nerġgħu niftħuha.", "Inti kont għidt li s-Sedja tistaqsi l-mistoqsija fil-kuntest li jekk hemm iż-żewġ partijiet li jaqblu li jkomplu bl-istess mozzjoni, hemm bażi legali li jkomplu fuqha?", "Dik kienet kif fhimt jien, il-ġist li għidt int. Naħseb li kienet ir-rakkomandazzjoni tiegħek u dik il-proposta li qed naqblu magħha.", "MR SPEAKER: To be fair tlaqna minnha wkoll fil-korrespondenza li rċeviet is-Sedja llum stess mill-avukati tal-istess imħallef, fejn tqajjem dan il-punt.", "Allura rridu nindirizzawha.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nerġa' ngħid, jekk is-Sedja tixtieq tieħu l-konfort legali tagħha, tieħdu kemm trid.", "Jekk in-naħa l-oħra qed jgħidu ...", "MR SPEAKER: Onor. De Marco, jekk illejla stess intom tiddeċiedu li dik hija valida, jien m'għandi għalfejn nieħu konfort ta' ħadd!", "Jien hawnhekk qed nitkellmu li l-Kumitat jirregola d-deċiżjoni hu.", "Jekk il-Kumitat imma ma jiħux id-deċiżjoni, jien imbagħad irrid nagħti r-ruling, irrid nintalab biex nagħti d-direzzjoni.", "Jien qiegħed hawn biex nagħti l-proċedura stabbilita.", "Jien konfort nieħdu jekk nintalab.", "Jekk kemm-il darba hawnhekk m'aħniex qegħdin ċari fuq dan il-punt li wieħed jista' jasal bi qbil jew b'deċiżjoni, fair enough ...", "MARIO DE MARCO: Allura, jekk il-mod ta' kif dan is-suġġett, forsi għax huwa sensittiv – m'hemmx bżonn li nkunu irritabbli lejn ħadd – u jirrikjedi l-kawtela u s-sensitività kollha fil-mod ta' kif jiġi diskuss … Din mhijiex kwestjoni li se niddiskutu l-impeachments tal-imħallfin kuljum.", "Dan huwa suġġett delikat; però – jekk allura qed nifhem sew – hija n-naħa tal-Gvern li qiegħda tħoss li tixtieq … (Interruzzjonijiet) Ippermettili, Onor. Grech ...", "DAVID AGIUS: Jien konvint li aħna nieħdu deċiżjoni hawn!", "Jekk issa inti m'intiex konvint...", "MR SPEAKER: Ħudu paċenżja, kif qal l-Onor.", "De Marco, li jkun hemm reazzjoni ta' dan it-tip.", "Aħna hawnhekk qegħdin f'diskussjoni fuq punt interessanti u punt importanti, anke għall-istess amministrazzjoni tal-ġustizzja ...", "MARIO DE MARCO: Nerġa' ngħid, fejn is-soltu l-Onor.", "Grech ikun paċjenzuż ħafna, imma illum ...", "LOUIS GRECH: Qbilna mal-proposta tiegħek, issa f'daqqa waħda qed nerġgħu mmorru lura!", "MARIO DE MARCO: Għax għall-ewwel jien bdejt naħseb li huwa l-iSpeaker li xtaq il-parir legali.", "Però, issa qed nifhem li qisu donnu l-iSpeaker, li kieku aħna ż-żewġ naħat niftehmu, m'hemmx bżonn li jieħu parir legali.", "Għalhekk, jien qed ngħid li allura – skużani – qed inbiddel daqsxejn l-istand tiegħi!", "Jien għall-ewwel ħsibt li kienet deċiżjoni tal-Kamra li xtaqet tieħu l-parir legali; però issa nifhem li jekk iż-żewġ naħat niftehmu, is-Sedja toqgħod fuq dak li nifthemu, jekk issa qed nifhmek sew, Sur President.", "Ħa nwieġbek mingħajr ebda problema!", "LOUIS GRECH: Però, il-punt tiegħek mhux dak kien, Onor. De Marco!", "Inti għidt li aħna jkollna bażi legali b'saħħitha jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li jkomplu bil-mozzjoni.", "Għax dik li ridt tkun taf.", "Hija dik li aħna ridna nkunu nafu, u dik ukoll li s-Sedja riedet tkun taf.", "Aħna minn hemm bdejna.", "Għidt li, jekk aħna naqblu li l-mozzjoni hija valida, legalment għandha standing jew le?", "Naħseb li kienet il-mistoqsija leġittima tiegħek, u dik naħseb li s-Sedja staqsiet, u dik li aħna naqblu magħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Sur President, jien ma kontx membru ta' din il-Kamra meta ttieħdet id-deċiżjoni fi żmien l-Imħallef Depasquale.", "Dak iż-żmien qegħdin ngħidu li kien hemm qbil bejn il-membri hawnhekk, ma tteħidx parir legali.", "Jien irrid inkun moralment konvinta li l-ġustizzja qed issir kemm fis-sustantiv u kemm fil-proċedura.", "Jekk dan il-parir jittieħed, inkun iktar moralment konvinta li l-affarijiet qed isiru sew.", "Jiena f'dan il-Kumitat ninsab.", "Naħseb li qegħdin naqblu ma' dak li kontu qegħdin tgħidu intom; imma, fl-istess ħin, biex jien inkun moralment konvinta li qed nagħmel the right thing, u jien f'dan il-Kumitat qiegħda, tkun aħjar li kieku nkunu konfortati b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nista' nipproponi suġġeriment li forsi jista' – nittama – jirrisolvi dan il-impasse?", "Nistgħu nipposponu din id-deċiżjoni tal-lum għal seduta fil-qrib, għax naħseb li n-natura taċ-ċirkostanza tirrikjedi – u jekk hemm bżonn tkun biss fuq din il-ħaġa u mhux għal ħaġa oħra – fil-frattemp kull naħa, biex ma noqogħdux nifformalizzaw u noqgħodu ndawru opinjonijiet legali, bir-rispett kollu, tista' tieħu l-konfort legali li tixtieq.", "Għandna ittra li tqajjem punt, u naħseb li korrettament Dr Schembri qajmet il-punt li … Jekk in-naħa tal-Gvern, jekk aħna l-Oppożizzjoni, kulħadd jagħti ż-żmien lis-Sede, li għadha kif irċeviet din l-ittra, li jekk ikollha tagħti ruling bejnietna se tieħu l-konfort legali, in-naħa tal-Gvern li se tiddeċiedi jekk hijiex se taqbel mal-Oppożizzjoni biex nerġgħu nagħtu validità lill-mozzjoni jekk tistax tagħmilha jew le.", "Kulħadd jieħu l-pariri legali li għandu bżonn jieħu, nerġgħu niġu hawnhekk, and we decide on the way forward.", "MARIO DE MARCO: Mingħajr ma noqogħdu nifformalizzaw il-pariri legali li kull parti forsi setgħet tirċievi.", "MR SPEAKER: Però, biex niċċara punt li qajjimt int, Onor. De Marco, is-Sedja qalet li dak li jiġi deċiż f'dan il-Kumitat jorbot.", "Fin-nuqqas ta' qbil, jien nista' niġi mitlub li nagħti d-direzzjoni.", "Dak li ridt ngħid.", "Biex inkun ċar.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ħaġa oħra importanti.", "Fejn m'hemm xejn li jirregola lil din il-Kamra, hija l-Kamra li tirregola ruħha, u l-ebda parir legali.", "Aħna, il-membri ta' din il-Kamra, li niddeċiedu fejn m'hemmx affarijiet oħra fil-passat li ddeċidew diġà għalina jew jekk irridu nibdlu dawk kif kien deċiż dakinhar.", "Il-parir legali jrid jiġi a bażi ta' dan il-Kumitat x'se jiddeċiedi!", "Il-Kumitat se jiddeċiedi dejjem!", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Notwithstanding kull parir legali li jista' jkun hawn, aħna nistgħu niddeċiedu bil-maqlub bħala membri.", "Imma, jekk ikollna xi ħaġa ...", "Il-konfort kollox!", "Niftehmu fuq data?", "Onor. David Agius, fuq l-iStanding Order hemm ukoll xi tgħid.", "Issa mhux se nidħlu fuq l-iStanding Order.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, ħalli ma nerġgħux niftħu d-diskussjoni.", "Nippruvaw nagħmlu data.", "Jiena għandi l-iSpeakers' Conference.", "Nasal fil-25 jew fis-26.", "Fis-27 għandna l-Parlament, 28th għandna tal-Privileġġi.", "29th x'għandna?", "(Interruzzjonijiet) Kif nistgħu nagħmluh qabel?", "Bir-rispett kollu, meta niltaqgħu?", "Agħtini data inti, Onor. de Marco.", "(Interruzzjonijiet) Mhux is-Sedja trid tkun preżenti?", "Jien irrid inkun preżenti jekk għandi l-iSpeakers' Conference!", "CARMELO ABELA: Qabel il-Kumitat tal-Privileġġi, nistgħu niltaqgħu fit-28th?", "MR SPEAKER: Nistgħu niltaqgħu fit-28th stess.", "MR SPEAKER: Għada.", "MARIO DE MARCO: Għada se ssiefer.", "Meta tiġi lura?", "Nistgħu nagħmluha on the 28th stess.", "On the 28th qabel tal-Privileġġi?", "Ara d-data hijiex tajba għalik, Onor. de Marco.", "Fi x'ħin nagħmluha?", "Tal-Privileġġi fis-6.45 p.m. Nagħmluha kmieni.", "Nagħmluha fil-5.00 p.m.?", "LOUIS GRECH: Anke fuq il-kwestjoni l-oħra, niltaqgħu …", "MR SPEAKER: Għalija mhijiex problema.", "Għalija, fit-27th tajjeb ukoll, jekk ma jinqala' xejn … (Interruzzjonijiet) 27 tajjeb ukoll.", "Fis-27 fis-6.45 p.m. Ikun Monday 27 January.", "CARMELO ABELA: Għalija mhijiex problema.", "MR SPEAKER: Kollox sew, imma importanti li jkunu kollha l-Membri.", "Hemm affarijiet oħra?", "L-Onor.", "XOGĦOL IEĦOR", "CARMELO ABELA: Sur President, quddiem il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet għandna fost l-oħrajn il-liġi dwar is-Civil Union.", "Min-naħa tal-Gvern, jekk ikun hemm ftehim min-naħa tal-Oppożizzjoni, nixtiequ li, qabel il-Kumitat ikompli bix-xogħol normali tiegħu ta' skrutinju klawsola klawsola bl-approvazzjoni tal-Abbozz ta' Liġi tas-Civil Union fl-istadju ta' Kumitat, l-istess Kumitat ta' Abbozzi ta' Liġijiet, taħt il-presidenza tal-Onor.", "Luciano Busutil, u l-Membri li ż-żewġ naħat tal-Kamra jappuntaw għall-konsiderazjoni ta' dan l-istess Abbozz ta' Liġi, issir seduta fejn tkun miftuħa għall-pubbliku, speċjalment għal dawn l-għaqdiet u individwi li diġà tkellmu, urew interess u forsi juru interess, li jixtiequ juru u jesprimu ruħhom fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, forma ta' hearing fejn il-Membri tal-Kumitat ...", "MR SPEAKER: Waqt il-Kumitat tal-Abbozzi tal-Liġi?", "CARMELO ABELA: Il-Membri tal-Kumitat jisimgħu dak li għandhom xi jgħidu, jiġifieri f'dan il-każ ikun hemm sejħa biex ikun hemm dan il-hearing, u jkun hemm data stabbilita; imbagħad, wara li jisma' dan kollu, il-Kumitat jiddeċiedi darb'oħra meta jiltaqa' u jitkompla l-proċess fl-istadju ta' kumitat.", "Il-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet, qabel jibda dan l-istadju tal-kumitat, qegħdin nissuġġerixxu li jkun hemm din is-seduta ta' hearing.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, din hija xi ħaġa ġdida li qatt ma ġiet quddiem il-Parlament.", "Agħtuna żmien nikkonsidrawha, nitkellmu fil-Grupp, u niġu lura bid-deċiżjoni tagħna.", "LOUIS GRECH: Hija xi ħaġa komuni anke f'parlamenti oħrajn, jiġifieri din, anke jekk ma kenitx prassi qabel, ta' min jibda ...", "MR SPEAKER: Kif qed jgħid l-Onor.", "David Agius, mhijiex prassi għax issir f'ħafna kumitati, imma hawn qed jitkellem fuq il-Kumitat tal-Abbozzi.", "DAVID AGIUS: Ma jidhirlix li r-remit tal-Kumitat tal-Abbozzi huwa dak, imma hemm kumitati oħrajn li jistgħu.", "Niddiskutuha; jiena la għandi naħa u lanqas oħra fuqha.", "Qatt ma tkellimna dwarha din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Sur President, aħna nafu li dan il-Kumitat jista' jagħti biċċa xogħol lil kumitat ieħor.", "Issa l-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet kif kompost …", "MR SPEAKER: Proċeduralment, qegħdin korretti.", "Li qed jgħid l-Onor.", "David Agius huwa li jixtieq jara ċerti affarijiet, u jsir avviċinament min-naħa tiegħu.", "Nistennew risposta, jiġifieri li min-naħa tagħkom tistennew risposta min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, fuq suġġetti differenti.", "Bħall-bieraħ, kellna stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru.", "Ma nħossx li mxejna fair maż-żewġ naħat tal-Kamra, u naħseb aħjar nagħmlu proċedura ta' kif se nibdew nimxu għax, safejn naf jien, konna qbilna li l-ewwel kelliem – kemm il-Prim Ministru, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni – ma jkollhomx l-ebda limitu ta' ħin, meta fil-fatt ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizjoni kellu limitu ta' ħin.", "Fil-fatt, inti tlabtu għal darba, darbtejn biex jikkonkludi d-diskors tiegħu.", "Naħseb li rridu nagħmlu proċedura ta' kif se naħdmu meta jkollna dawn l-istqarrijiet ministerjali.", "MR SPEAKER: Hemm diġà ruling fuqha, u r-ruling li tajt huwa ruling li, meta jkun hemm stqarrijiet ministerjali, il-Ministru, jew f'dan il-każ, il-Prim Ministru, li jagħmel l-istqarrija ministerjali, l-istqarrija trid tkun fir-remit ta' għaxar minuti.", "Il-persuna li tagħmel id-domandi jew tagħmel l-osservazzjonijiet, il-main spokesman, f'dan il-każ, il-Kap tal-Oppożizzjoni, jieħu mhux iktar minn ħames minuti.", "F'dan il-każ, għamilt l-osservazzjoni lill-Onor.", "Simon Busutil ilbieraħ meta kien fl-istadju li wasal fis-seba' minuti, u fil-fatt għamel kważi 11-il minuta.", "B'xi mod għamel dak il-perijodu.", "Jiena mxejt ħafna iktar minn fair.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien qed nitlob li din il-Kamra nidderieġu lilek billi ...", "DAVID AGIUS: Nistgħu nibdlu r-ruling billi din il-Kamra tiddeċiedi, billi dan il-Kumitat jiddeċiedi …", "MR SPEAKER: Reviżjoni tal-iStanding Orders trid issir.", "Impossibbli li l-Parlament ma jkollux direzzjoni mis-Sedja biex ix-xogħol isir.", "Immaġina – bħalma ġara, u inti taf għax kont kellimtek fuqha – li jkollok parlamentari li jagħmel domanda, idum tliet kwarti jdur jagħmel l-argumentazzjoni tagħha – xi ħaġa li kienet issir u m'għadhiex issir – imma lbieraħ il-Prim Ministru ħa 13-il minuta, u l-Kap tal-Oppożizzjoni ħa 11-il minuta jew viċin il-11-il minuta.", "Kont ħafna raġjonevoli meta tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Jiena stajt, wara ħames minuti, ngħidlu … (Interruzzjonijiet) Onor. David Agius, inti bdejt bil-premessa li s-Sedja ma mxietx sew.", "Is-Sedja mxiet ħafna sew, anzi mxejt b'mod korrettissimu ma' dak li jien stess iddeċidejt.", "DAVID AGIUS: Jien qed ngħid li l-mod kif imxiet il-Kamra lbieraħ, is-Sedja, hemm bżonn li nirreveduh.", "Qed inqajjem dan il-punt f'din il-Kamra biex naqblu li l-ewwel kelliem, ikun min ikun, min-naħa tal-Gvern, u l-ewwel kelliem, ikun min ikun, min-naħa tal-Oppożizzjoni – li ġeneralment ikunu l-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizjoni, Ministru jew Shadow Minister tiegħu – ma jkunux soġġetti għal limitazzjoni.", "MR SPEAKER: Jiddispjaċini ma naqbilx miegħek, u m'inix se naċċettaha.", "Tajt deċiżjoni fis-Seduta 27 tas-6 ta' Ġunju u għamiltha ċara.", "Dan huwa ruling, u ruling irid jibqa' hemmhekk u ma jistax jiġi kontestat, sakemm ma jkunx hemm bidliet fl-iStanding Orders.", "Ħu paċenzja, Onor. de Marco, ħa nagħmluha ċara din, fejn għedt hekk:", "\"Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra fuq li nqala' proprju f'dan il-ħin tal-mistoqisijiet u rimarki dwar l-istqarrija, il-proċedura tal-Parlament, skont deċiżjoni 13 tas-Seduta 233 tal-25 ta' Frar 1985, kienet li, meta ssir stqarrija ministerjali, isiru domandi biss.", "Veru li hemm il-custom li wieħed jagħmel mistoqsijiet u jagħmel argument magħha.", "Tajjeb ngħid ukoll li, għall-benefiċċju ta' kulħadd li, skont il-proċedura kif aħna nimxu taħt l-Ordnijiet Permanenti 197 ta' proċedura, hija li, in the absence ta' dak li huwa mod dettaljat fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, nimxu ma' dak li jgħidilna l-Erskine May.", "L-Erskine May jagħmilha ċara li statement ta' ministru kemm jista' jkun ikun konċiż u ma jkunx itwal minn għaxar minuti.", "Replika tal-Oppożizzjoni għal kull membru ma tkunx iktar minn ħames minuti.", "Qed ngħid dan mhux biex nimxu fuqhom b'mod strett, imma qed ngħid dan biex kemm jista' jkun nagħtu spazju lil kulħadd.\"", "Dak kien ir-ruling.", "Issa, ovvjament, il-Kamra f'xi mument, f'xi ħin, trid tirregola, imma allaħares il-proposta tiegħek li jqum il-Prim Ministru u jgħid li jrid jagħmel sagħtejn, u l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel sagħtejn, u allura s-seduta, sakemm ikun hemm qbil … Ġieli kien hemm qbil.", "Pereżempju, kien hemm stqarrija – mingħalija tal-Prim Ministru fuq il-kwestjoni tal-immigrazzjoni – fejn kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li kemm il-Prim Ministru, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizjoni, jieħdu ċertu ħin.", "Hemmhekk hemm il-qbil.", "Meta ma jkunx hemm il-qbil, bir-rispett kollu, jien irrid nimxi fuq ir-ruling li għandna.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, fl-assenza ta' qbil bejn iż-żewġ naħat, mhux qegħdin nitkellmu li hemm bżonn li jinbidel l-iStanding Order.", "Jekk il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ...", "MR SPEAKER: Jekk tbiddlu l-iStanding Order, nimxu mal-iStanding Order.", "MARIO DE MARCO: Jekk jinbidlu l-iStanding Orders, jinbidel kollox, ovvja; imma jiena qed ngħid li fl-assenza ta' bdil fl-iStanding Orders ...", "MARIO DE MARCO: Jekk ikun hemm qbil bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ...", "MR SPEAKER: Dik m'hemmx problema fil-Kamra.", "Meta jkun hemm qbil, jiġi ddikjarat, kif fil-fatt ġieli ġie ddikjarat.", "DAVID AGIUS: Qed nipprova nsib qbil fil-House Business biex ma jkollniex għalfejn, qabel kull stqarrija ministerjali, nagħmlu dan il-qbil.", "Niddikjarawh hawn ġew.", "MR SPEAKER: Bir-rispett kollu, ma tistax fuq l-istqarrija.", "Naħseb li, jekk iż-żewġ naħat jaqblu li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, jew il-kelliem minfloku, jista' jkollhom iktar minn għaxar minuti kull darba li l-Prim Ministru se jagħmel stqarrija ministerjali, niffrankaw li noqogħdu nidħlu fil-kwestjoni kollha tal-iStanding Orders u l-kwestjoni kollha tar-ruling.", "Fl-assenza ta' qbil, japplika r-ruling.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, meta jkun hemm qbil m'hemmx problema.", "Jekk il-Prim Ministru, qabel ma jibda jagħmel l-istqarrija, jgħid … (Interruzzjonijiet) Jiena dejjem nibgħat osservazzjoni li m'għandux jaqbeż l-għaxar minuti, il-Prim Ministru hu min hu, jien qiegħed hemmhekk biex immexxi l-Kamra.", "MARIO DE MARCO: Sur President, qed naqblu.", "Kulma qed jitlob l-Onor.", "Agius huwa li, minflok noqogħdu nagħmlu qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra f'kull udjenza, nagħmlu l-qbil hawnhekk.", "Dan li qed jgħid l-Onor.", "MR SPEAKER: Prattiku, imma dak arawh intom.", "Meta jkun hemm il-qbil fil-Kamra, hemm qbil.", "Jekk, qabel ma jibda stqarrija, ministru jgħid: 'Jien se nieħu iktar minn għaxar minuti', ovvjament ikun hemm qbil li l-parti l-oħra tista' tieħu iktar minn ħames minuti.", "Imma, meta m'hemmx qbil, ir-ruling huwa ruling.", "Inkella x-xogħol tal-Kamra ma jsirx.", "(Interruzzjonijiet) Onor. de Marco, meta ma nforzajtx ir-ruling, ħlejna seduta nisimgħu d-domandi, u x-xogħol tal-Kamra mar lura b'żewġ seduti.", "Hawn iktar rimarki jew xi ħaġa oħra?", "Mela nirringrazzjakom.", "Fit-8.52 p.m., il-Kumitat aġġorna għat-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014, fis-6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140115_013d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-6.47 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali l-Onor Louis Grech, l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 12 li saret fis-17 ta' Diċembru 2013 kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li kien irċieva talba mill-media għall-permess biex jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "L-Onor.", "David Agius informaw lill-Kumitat li l-ittra mibgħuta lilhom mis-Sur Michael Sant, datata 14 ta' Diċembru 2013, u li sal-laqgħa preċedenti tal-Kumitat kienet għadha ma waslitx għandhom, fil-fatt irċevewha dakinhar stess, is-17 ta' Diċembru 2013.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li:", "(a) it-Tnejn, 20 ta' Jannar 2014 il-Kamra tibda tiddiskuti fl-istadju tat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ – Abbozz Nru 30;", "(b) it-Tlieta, 21 ta' Jannar 2014 il-Kamra kellha tiddiskuti l-approvazzjoni tar-Riżoluzzjoni għar-Ratifika tal-Ftehim dwar Qorti dwar Privattivi Industrijali Unifikati (Unified Patent Court) (UPC) – Mozzjoni 78, u wara l-Kamra tgħaddi għal xogħol ieħor f'din l-ordni: titkompla d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 3) – Abbozz Nru 22; tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 4) – Abbozz Nru 23, u tibda d-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Abbozz Nru 31;", "(c) l-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2014 l-ewwel item fuq l-aġenda jkun it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet tal-Komunikazzjonijiet – Abbozz Nru 33;", "(d) it-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014 il-Kamra tiddiskuti l-mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Claudio Grech għat-twaqqif ta' Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa – Mozzjoni Nru 88; u", "(e) it-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014 tibda d-diskussjoni fuq il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni għat-tħassir ta' Avviż Legali 450 tal-2013 dwar il-Programm tal-Investitur Individwali – Mozzjoni Nru 93.", "L-Onor.", "David Agius, filwaqt li informa lill-Kumitat li seduta waħda tkun biżżejjed għad-diskussjoni dwar il-mozzjoni Nru 88, indika li minħabba impenji oħrajn ikun aħjar jekk din il-mozzjoni titressaq għad-diskussjoni t-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014, filwaqt li d-dibattitu fuq mozzjoni Nru 93 jibda fis-seduta tat-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014 u jkompli l-Erbgħa, 29 ta' Jannar.", "Huwa żied li għal dan id-dibattitu l-kelliema tal-Oppożizzjoni kienu jinħtieġu madwar tliet seduti.", "Wara diskussjoni, il-Kumitat qabel li t-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014 tibda d-diskussjoni fuq mozzjoni Nru 93, li tieħu tliet seduti, bil-Parlament jiltaqa' wkoll il-Ħamis 30 ta' Jannar.", "Il-possibiltà ta' allokazzjoni ta' aktar seduti għal din il-mozzjoni kellha tiġi diskussa aktar 'il quddiem.", "Intlaħaq ukoll qbil li d-dibattitu fuq mozzjoni Nru 88 kellu jsir f'seduta waħda t-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014.", "Fuq proposti tal-iSpeaker, il-Kumitat qabel li:", "(a) il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li fiha tissokta d-diskussjoni dwar l-Ombudsplan 2014 fil-preżenza tal-Ombudsman, kellha ssir it-Tnejn, 3 ta' Frar, 2014 fis-6.45 p.m.;", "(b) il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi li fiha tinstema' x-xhieda tal-Prim Ministru ssir nhar it-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014, fis-6.45 p.m.;", "(c) il-Kumitat Magħżul inkarigat mit-tħejjija ta' rapport dwar it-twaqqif ta' Kumitat Permanenti dwar l-istandards, l-etika u l-imġiba xierqa fil-ħajja pubblika għandu jerġa' jiltaqa' t-Tlieta, 4 ta' Frar 2014, fis-6.45 p.m;", "(d) fis-seduta tat-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014, il-Kamra tikkommemora l-vittmi tal-Olokawst, skont ir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-21 ta' Novembru, 2005, billi jsir intervent qasir minn Membru minn kull naħa tal-Kamra segwiti minn minuta silenzju; u li", "(e) it-terminu tal-kuntratt tas-Sinjorina Pauline Abela bħala rappreżentant permanenti tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew jiġi estiż b'xahrejn, sa April 2014, meta l-Parlament Ewropew jasal biex jiġi xolt qabel ma jsiru l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej.", "Fuq l-istess punt, l-iSpeaker informa lill-Kumitat li s-Sur Kenneth Curmi, Research Analyst, kien wera interess li jintgħażel għall-kariga ta' rappreżentant permanenti tal-Parlament Malti fil-Parlament Ewropew għat-terminu li jkun imiss.", "Il-Kumitat qabel li l-għażla tal-persuna f'din il-kariga ssir wara sejħa interna għal applikazzjonijiet miftuħa għal uffiċjali tal-Parlament.", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF LINO FARRUGIA SACCO", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 13 ta' Jannar 2014, huwa kien qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kummmissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar l-Imħallef Lino Farrugia Sacco, u sussegwentement wara saru interventi qosra mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva korrispondenza mingħand l-avukati tal-istess Imħallef datata 15 ta' Jannar 2014, u qara din l-ittra lill-Kumitat.", "L-iSpeaker żied jinforma lill-Kumitat li dakinhar stess hu kien bagħat lill-Imħallef kopja uffiċjali tar-rapport tal-Kummissjoni.", "Il-Kumitat qabel mar-rimarka tad-Deputat Prim Ministru li qal li xtaq jirreġistra li huwa inaċċettabbli li l-media bdiet toħroġ informazzjoni dwar ir-rapport qabel ma dan intbagħat lill-iSpeaker, lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-Kumitat iddiskuta l-punti mqajma fl-ittra u ċjoè:", "(a) il-mozzjoni ppreżentata minn Dr Gonzi m'għadhiex aktar fis-seħħ peress li hemm \"Parlament ġdid, mandat ġdid mill-poplu, Prim Ministru ġdid, xort'oħra minn dak ta' qablu li kien ressaq il-mozzjoni u meta Dr Gonzi m'għadux membru tal-Kamra\"; u li", "(b) hemm rikors Kostituzzjonali pendenti li l-eżitu tiegħu jista' jimpinġi fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "Il-Kumitat qabel li sal-laqgħa li jmiss, li kellha ssir it-Tnejn, 27 ta' Jannar, fis-6.45 p.m., kemm is-Sedja kif ukoll il-membri tal-Kumitat miż-żewġ naħat tal-Kamra jitolbu parir legali dwar il-punti msemmija f'paragrafi (a) u (b) hawn fuq, u li mbagħad ikun il-Kumitat li jieħu d-deċiżjoni finali.", "XOGĦOL IEĦOR", "L-Onor.", "Carmelo Abela informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern huwa li meta l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jiltaqa' biex jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili – Abbozz Nru 20 – il-laqgħa tieħu forma ta' public hearing.", "L-Onor.", "David Agius kellu jikkonsulta lill-Grupp Parlamentari tiegħu u jikkomunika d-deċiżjoni lill-Kumitat.", "L-Onor.", "David Agius qajjem il-punt dwar il-ħin allokat għall-interventi waqt stqarrijiet ministerjali.", "L-iSpeaker qal li fin-nuqqas ta' reviżjoni tal-Ordnijiet Permanenti f'dan ir-rigward hemm bżonn li l-Parlament ikollu direzzjoni mis-Sedja biex ix-xogħol tal-Kamra jsir u allura għandu jibqa' japplika r-ruling mogħti minnu f'seduta 27 tas-6 ta' Ġunju 2013, dwar din il-materja.", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li kif diġà ġara fil-passat, jekk f'ċerti każijiet ikun hemm ftehim xort'oħra, il-ħin stabbilit jista' jiġi estiż.", "Fit-8.52 p.m. il-Kumitat aġġorna għat-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014, fis-6.45 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140115_013m_xog.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 14", "It-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Laqgħa Nru 14", "It-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7.21 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 13, li saret fil-15 ta' Jannar 2014, ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kull min qiegħed preżenti għal din il-laqgħa tal-Kumitat.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk għandna li l-laqgħa fuq l-Ombudsplan se ssir nhar it-Tnejn, 3 ta' Frar 2014, fis-6.45 p.m. Kemm hu possibbli tinbidel dik id-data?", "Jiġifieri, l-Ombudsman ġie avżat diġà?", "MR SPEAKER: Hu ġie avżat, imma jekk hemm xi problema fuq id-data ...", "CARMELO ABELA: Nistgħu, pereżempju, minflok it-Tnejn, 3 ta' Frar, issir it-Tlieta, 4 ta' Frar, jew l-Erbgħa, 5 ta' Frar, jekk m'hemmx diffikultà min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Dawk huma d-dati li konna qbilna fuqhom.", "CARMELO ABELA: Għandek raġun.", "Kienet oversight min-naħa tiegħi.", "MR SPEAKER: Min-naħa tiegħi m'hemm l-ebda oġġezzjoni.", "Ovvjament, mhux minni biss jiddependi.", "CARMELO ABELA: Jekk hemm possibbiltà li tinbidel ...", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, sakemm il-Membri tagħna jkunu jistgħu jiġu fid-data li se niftehmu fuqha, id-data tista' tinbidel.", "Jekk ma tkunx dik id-data, tkun data oħra iktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: Kollox sew, mela nagħmlu hekk.", "Sadanittant ninformaw lill-Ombudsman li mhux se tkun dik id-data li fiha se niltaqgħu, u jekk hemm qbil fuq id-dati l-oħra, ninformawh.", "Jekk qed naqblu, nipprovaw niltaqgħu fil-5 ta' Frar.", "Ngħaddu għax-xogħol tal-Kamra u nistieden lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali): Mr Speaker, qed nipproponi li x-xogħol tal-Kamra għal din il-ġimgħa jkun jikkonsisti f'dawn l-Abbozzi:", "- Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ – Abbozz Nru 30 – it-Tieni Qari Kontinwazzjoni, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazjoni, Żgħażagħ u Sport;", "- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Komunikazzjoni – Abbozz Nru 33 – it-Tieni Qari, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku; u", "- Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' Estimi – Abbozz Nru 26 – it-Tieni Qari Kontinwazzjoni, Ministru għall-Finanzi.", "Qed nipproponu wkoll li l-ġimgħa d-dieħla nikkonsidraw li niddibattu l-Mozzjoni dwar il-Kumitat għas-Saħħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: M'għandniex diffikultà.", "Rigward l-Abbozz ta' Liġi Nru 24 tal-Care Orders, naf li min-naħa tal-Gvern kienu qed jistennew lilna; imma, meta tridu, nistgħu niddiskutuh.", "MR SPEAKER: Nixtieq nagħmel referenza għall-mozzjoni Nru 93 tal-Onor.", "Jason Azzopardi dwar l-Avviż Legali 450 tal-Individual Investment Programme.", "Dik għandna d-dati għaliha?", "Tinsewx li dik għandha l-iskadenza tagħha taħt artiklu 11.", "Qed ngħid dan għall-korrettezza.", "Hemm il-proċedura u rridu nimxu magħha.", "Skont artiklu 11 tal-Att dwar l-Interpretazzjoni, il-Kamra trid tkun ħadet deċiżjoni dwar din il-mozzjoni, jiġifieri fi żmien 28 ġurnata minn meta tqiegħed l-Avviż Legali fuq il-Mejda, u allura mhux aktar tard mit-3 ta' Frar.", "Hemm din il-proċedura li tiskatta.", "Dan bħall-appelli fil-Qorti, il-ġranet jiġru, u jekk titlef iċ-ċans, tkun tliftu għal kollox.", "Artiklu 11 (1) jgħid hekk:", "\"Meta Att tal-Parlament jew Att ieħor mgħoddi mil-Leġislatura ta' Malta jew Ordinanza tagħti setgħa għall-għemil ta' regoli jew regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta' din ix-xorta, kull leġislazzjoni bħal dik li ssir bis-saħħa ta' dawk is-setgħat wara l-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk fi żmien tmienja u għoxrin jum wara li hekk titqiegħed, il-Kamra tirriżolvi li għandha tiġi annullata jew emendata, din għandha minnufih tieqaf mis-seħħ jew tiġi hekk emendata, skont il-każ, iżda bla ħsara għall-validità ta' kull ħaġa li qabel tkun saret bis-saħħa tagħha jew għall-għemil ta' regoli, regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta' dik ix-xorta.\"", "Jiġifieri, jiskattaw it-tmienja u għoxrin jum.", "Hemm tmienja u għoxrin jum li fihom tista' ssir mozzjoni, u \"the House has to resolve\".", "Ladarba l-Kamra trid tirriżolvi, dan ifisser li l-mozzjoni trid tiġi diskussa.", "CARMELO ABELA: Fit-13 ta' Jannar.", "MR SPEAKER: Jiena bħala data għandi li mhux aktar tard mit-3 ta' Frar.", "(Interruzzjonijiet) Imma huma running days, 18 + 10 jiġu t-3 ta' Frar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Ma nafx jekk hux qed ngħodd sew, imma ma jiġux it-3 ta' Frar.", "DAVID AGIUS: Naħseb li jkun id-9 ta' Frar.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri, tibda f'dik id-data, jew inkella trid tirriżolvi ruħha.", "MR SPEAKER: Tiġi diskussa u jkun hemm vot.", "LOUIS GRECH: Jiġifieri fid-9 ta' Frar irid ikun hemm vot.", "MR SPEAKER: Hekk hu, għax jew tiġi annullata jew tibqa' fis-seħħ.", "Biex tiġi annullata jfisser li jkun hemm maġġoranza li vvotat favur il-mozzjoni, jew vice versa.", "Irridu nsibu data biex il-proċedura tkun safe, għax din mhijiex xi ħaġa …", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Irrid ngħid ukoll li hemm numru ta' kelliema dwarha, kif għedt id-darba l-oħra.", "MR SPEAKER: Fl-aħħar seduta konna wasalna fi tliet seduti, u konna qegħdin nargumentaw fuq seduta waħda … (Interruzzjoni) Fil-liġi hemm ċar li l-Kamra trid tirriżolvi, u allura dak ifisser li l-mozzjoni trid tiġi diskussa.", "Jekk ma sarx hekk … Jiena qed nimxi mal-liġi.", "Dik l-interpetazzjoni diġà ħadtha, naf xi tgħid, u allura m'iniex se … (Interruzzjoni) Ma jimpurtax!", "L-Onor.", "Deborah Schembri għamlet sew li kkoreġietni, għax jien fil-matematika qatt ma kont tajjeb!", "Jekk ngħoddu 28 jum, jiġu d-9 ta' Frar.", "DEBORAH SCHEMBRI: Jiena l-10 ta' Frar qed inġibhom.", "MR SPEAKER: Imma dakinhar taħbat il-festa ta' San Pawl, festa pubblika, u allura tiskadi.", "Tinsiex li qed nitkellmu fuq running days.", "DEBORAH SCHEMBRI: Għallinqas meta nkunu qegħdin inpoġġu l-atti l-Qorti, jekk il-ġurnata tal-iskadenza tkun vaganza, inti tieħu l-għada mhux il-ġurnata ta' qabel.", "Ma nafx fuq din nimxux bl-istess mod.", "MR SPEAKER: Fuq tal-qorti għandek raġun.", "Fil-fatt, konna nieħdu gost għax b'hekk ikollok ġurnata oħra!", "LOUIS GRECH: Jiġifieri inti qed tgħid li dawn huma continuous days, mhux working days.", "Fil-liġi la hemm li huma working days, u lanqas li mhumiex.", "MR SPEAKER: Fis-silenzju tal-liġi ma tistax tinterpretaha mod ieħor.", "Naħseb li jkun aħjar jekk insibu d-dati.", "Fil-każ, sakemm insibu d-dati nimxu għal suġġett ieħor, imma din ma rridux ninsewha.", "Ngħaddu għal xogħol ieħor.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Minn dak li qal id-Deputat Prim Ministru, qed nifhem tajjeb li llum, jekk tispiċċa d-diskussjoni fuq l-Abbozz taż-żgħażagħ, għada se niddiskutu dak tal-Komunikazzjoni, u mbagħad ngħaddu għall-Abbozz dwar il-Miżuri tal-Estimi?", "Jiġifieri, f'dawn it-tlett ijiem se naħdmu fuq dawn?", "LOUIS GRECH: Hekk hu.", "DAVID AGIUS: U l-mozzjoni dwar is-saħħa meta għedna li se ssir?", "LOUIS GRECH: Il-ġimgħa d-dieħla.", "DAVID AGIUS: Hemm xi ġurnata partikolari jew se nħalluha hekk għalissa, u mbagħad niftehmu?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u l-Kunsilli Lokali, Abbozz Nru 85 u Abbozz Nru 86, ippreżentati fil-15 ta' Novembru, ġewx ippubblikati jew sarx biss l-Ewwel Qari tagħhom.", "LOUIS GRECH: Le, għadhom mhux ippubblikati.", "MR SPEAKER: Il-ftehim li kien hemm fl-aħħar laqgħa kien li d-diskussjoni fuq il-mozzjoni Nru 88 dwar it-twaqqif ta' kumitat permanenti dwar is-saħħa kellha ssir f'seduta waħda, it-Tlieta.", "CARMELO ABELA: Kif spjega anke d-Deputat Prim Ministru, m'għamilnihiex din il-ġimgħa għax il-Ministru għas-Saħħa jinsab imsiefer.", "Imma, nistgħu nagħmluha l-ġimgħa d-dieħla; seduta minnhom tkun iddedikata għal hekk.", "MR SPEAKER: Qed nistaqsi għax konna ftehemna ...", "CARMELO ABELA: Konna qbilna li se nagħmluha f'seduta waħda.", "Għall-ġimgħa d-dieħla hemm xi ġurnata indikata?", "LOUIS GRECH: Imbagħad niftehmu bejnietna.", "Tkun jew it-Tlieta jew l-Erbgħa.", "MARIO DE MARCO: Però naħseb illi issa kollox jiddependi fuq il-mozzjoni.", "LOUIS GRECH: Il-mozzjoni tal-IIP.", "MR SPEAKER: L-importanti hu li jiġu stabbiliti dawn iż-żewġ punti: l-ewwel wieħed fuq il-mozzjoni tal-Onor.", "Jason Azzopardi, li għadni kif irreferejt għaliha, u li għandha proċedura li tiskatta … Jien għedtilkom, issa araw intom.", "Il-parir tiegħi huwa li sad-9 ta' Frar tiġi diskussa u tingħalaq, 'l hemm jew 'l hawn.", "Fl-aħħar laqgħa, nifhem li kien hemm problema dwar kemm se nieħdu seduti.", "Issa ma nafx jekk intlaħaqx xi ftehim.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Aħna fil-laqgħa konna semmejna tliet seduti: però, wara l-laqgħa, ssuġġerejna li mmorru għal erba' seduti bil-ħin jinqasam indaqs, jiġifieri żewġ seduti għal kull naħa.", "Jista' forsi ma jitteħidx il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari jew l-Aġġornament u nestendu biċċa, imma jkunu erba' seduti.", "Jekk ikollna risposta f'dan ir-rigward, naraw kif nindikaw il-ġranet.", "DAVID AGIUS: Iva, nistgħu mmexxu.", "Mr Speaker, sal-lum stess kellmuni l-Membri li jridu jitkellmu fuq din il-mozzjoni, u jidher li żgur se jkun hemm bejn 20 u 25 deputat li se jitkellmu.", "Se nipprova nirrestrinġi l-ħin, imma nkunu naqra – kif dejjem konna – flessibbli ma' xulxin biex ma nħallu lil ħadd barra.", "Mill-bqija, m'għandix diffikultà.", "Jekk tridu li nagħmlu erba' seduti, nagħmlu erba' seduti, tnejn kull naħa, jinqasmu ndaqs.", "Qed nifhem li hawn ftehim li jkun hawn erba' seduti bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Issa rridu nistabbilixxu d-dati.", "MR SPEAKER: Mela, ħalli ngħaddu għal xi ħaġa oħra.", "Niġi għall-mozzjoni dwar l-impeachment tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF LINO FARRUGIA SACCO", "MR SPEAKER: Kif jaf kulħadd, jien għaddejtilkom xi dokumenti.", "Fl-aħħar laqgħa ta' dan il-Kumitat, kien hemm qbil li l-partijiet kollha kellhom jitolbu parir legali dwar żewġ punti mqajma f'ittra li ntbagħtet mill-avukati tal-Imħallef Farrugia Sacco tal-15 ta' Jannar 2014 – issa niġi wkoll għal ittra oħra li kien hemm – liema punti kienu dawn: jekk il-mozzjoni ppreżentata matul l-aħħar leġislatura għadhiex fis-seħħ, u jekk l-eżitu tar-rikors kostituzzjonali pendenti jistax jimpinġi fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "Fuq it-tieni waħda, illum kien hemm id-deċiżjoni, jiġifieri dik hija sorvolata.", "Ninforma lill-Kumitat li llum stess irċevejt ittra oħra mingħand l-avukati tal-Imħallef Farrugia Sacco.", "Jien għaddejtilkom kopja tal-ittra datata 27 ta' Jannar, imma xtaqt naqraha, u wara nitlob għal xi rimarki.", "Din l-ittra, li ntbagħtet lill-Iskrivan tal-Kamra llum stess, tgħid hekk:", "Qegħdin nitkbulek għan-nom tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco a tenur tal-artikolu 175 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.", "Nibdew billi nirringrazzjawk tal-kopja li bgħattilna tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Umilment xtaqna nsostnu li l-mozzjoni msemmija m'għadhiex aktar fis-seħħ, oltre għar-raġunijiet imsemmija preċedentement, għar-raġunijiet hawn taħt indikati, ossia:", "b'referenza għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati – artikoli 38 u 33;", "għal dak li ntqal mill-Erskine May – Edizzjoni 21, paġna 314, para 7;", "għar-ruling meħud minn Madam Speaker fl-24 ta' April 1997, pġ.", "għall-fatt li, fil-każ tal-Maġistrat Peralta, meta ġie xolt il-Parlament fl-1992, il-mozzjoni waqgħet wara li l-Onorevoli Dr. Wenzu Mintoff ma baqax membru tal-Parlament;", "Inoltre, mingħajr preġudizzju għas-su espost, jiġi sottomess li l-każ tal-Imħallef Anton Depasquale, il-proponent (ossia l-Onor.", "Dr. E Fenech Adami) kien u baqa' membru parlamentari bejn leġiżlatura oħra.", "Tant għandna unur nissottomettu,", "Insellu għalik,\"", "Din hija l-ittra li rċevejt illum u li se ngħaddihielkom mill-ewwel.", "Ovvjament, jekk hemm xi rimarki x'nagħmlu, nistgħu nagħmlu dan.", "Fin-nuqqas ta' din l-ittra, l-Kumitat irid jieħu pożizzjoni dwar il-kwestjoni li baqa' … Għax fuq l-oħra ma naħsibx li hemm għalfejn niddiskutu l-eżitu tal-kawża issa li l-appell ġie deċiż.", "Jiena qed nitkellem dwar l-eżitu tar-rikors kostituzzjonali li ngħatat sentenza dwaru.", "LOUIS GRECH: Tibqa' biss il-kwestjoni tal-validità ...", "MR SPEAKER: Qed nitkellmu fuq il-validità, cioè jekk għadhiex fis-seħħ jew le.", "Dik hija l-pożizzjoni.", "Is-Sedja ħadet il-parir tagħha – jekk tistaqsuni x'inhu l-parir tiegħi, ngħidulkom immedjatament – imma ovvjament tridu taraw intom.", "Jiena ma nagħmel l-ebda preġudizzju fuq il-pożizzjoni min-naħa tal-partijiet.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li diġà hemm preċedent; hemm ruling tal-Ispeaker tal-21 ta' April 1996 li jittratta preċiżament kwestjoni, fost affarijiet oħrajn, dwar jekk mozzjoni ta' impeachment tibqax valida wara t-tmiem ta' leġislatura.", "F'dak ir-ruling jingħad bl-iktar mod ċar illi mozzjoni ta' impeachment hija l-unika eċċezzjoni għall-mozzjonijiet għax tibqa' fis-seħħ minkejja tibdil f'leġiżlatura.", "F'dik il-mozzjoni hemm ukoll referenza għall-Erskine May – jekk m'iniex sejjer żball, il-21 Edizzjoni, paġna 60 – fejn hemm bl-iktar mod ċar li, filwaqt li veru li mozzjonijiet soltu jitterminaw meta tinbidel il-leġislatura, l-unika eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-mozzjonijiet tal-impeaachment.", "Jiena ovvjament nixtieq nagħmel referenza għal dan ir-ruling li ħoloq – u li joħloq – preċedent f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Hawn xi rimarki min-naħa tal-Gvern?", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Aħna nixtiequ li tirreleva x'inhi l-opinjoni legali li kellha s-Sedja, għax ovvjament jista' jkun hemm argumenti favur u kontra.", "Aħna, preċiżament kif għedna l-aħħar darba, li nixtiequ hu li jkun hemm ċarezza fuq il-bażi legali.", "Aħna għadna nixtiequ nieħdu l-proċess li jkun immedjat; però nixtiequ li qabel ikollna kjarifikazzjoni fuq l-opinjoni legali.", "MR SPEAKER: Qabel ma nagħmel il-kummenti tiegħi, tista', jekk jogħġbok, tgħidli liema hu dak ir-ruling, Onor. de Marco?", "MARIO DE MARCO: Ruling li ngħata mis-Sedja fil-21 ta' April 1996, preċiżament f'dan il-kumitat, il-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Fuq liema suġġett kien jittratta?", "MARIO DE MARCO: Preċiżament fuq il-proċedura li għandha tiġi adottata meta jkun hemm mozzjoni ta' impeachment, u wkoll dwar il-validità ta' mozzjoni meta tinbidel il-leġislatura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Fis-seduta l-oħra aħna konna qed ngħidu li jista' ikun hemm argumenti favur u kontra; però, aħna ddeċidejna li ż-żewġ naħat għandhom iġibu l-parir legali tagħhom, u mbagħad is-Sedja kellha tagħti l-opinjoni legali tagħha wara li tirreferi għand il-konsulenti legali.", "Aħna dak li konna ftehemna, u naħseb li għandna nibqgħu ma' dik il-proċedura llum.", "MR SPEAKER: Jien ovvjament għandi r-referenzi tiegħi, u għandi l-parir legali fuq dan il-punt.", "Jekk tridu, nista' nagħti r-ruling jew l-opinjoni … Iddeċiedu intom.", "Jekk tħossu li għandkom tiddeċiedu intom, niġi bl-opinjoni legali li għandi biex imbagħad tiddeċiedu intom.", "DEBORAH SCHEMBRI: Safejn naf jien, konna ddeċidejna li l-ewwel nisimgħu l-opinjoni legali.", "MR SPEAKER: Jien qed nifhem li tridu l-opinjoni.", "Mela se nagħti l-opinjoni miktuba.", "MARIO DE MARCO: L-aħħar darba, l-appell tal-President ta' dan il-Kumitat kien li naslu bi ftehim, mingħajr ma jkollu bżonn jagħti ruling.", "Jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jiftehmu li l-mozzjoni għadha valida, ma jkunx hemm bżonn li s-Sedja tagħti r-ruling tagħha.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, il-Clerk of the House qed jgħidli li inti qed tagħmel referenza għal dak li ntqal fil-21 ta' April 1996.", "Jidher li hemmhekk ma ngħata l-ebda ruling.", "Jekk sar ftehim fil-Kamra, dik mhijiex … Safejn naf jien, qatt ma kien hemm ruling fuq dan il-punt.", "Dak rajtu, u dak mhux ruling.", "Dik kienet opinjoni li kien qed jagħti Dr Gonzi.", "Dik diġà dħalna fiha.", "MARIO DE MARCO: Jekk m'iniex sejjer żball, kien ġie kkonfermat ukoll minn Dr. Anthony Borg Barthet, dak iż-żmien AG, u kien abbażi ta' dan il-memorandum li ż-żewġ naħat tal-Kamra ...", "Inti qed titkellem fuq dak il-memo li kien sar.", "Ħsibt li hemm xi ruling ieħor.", "MARIO DE MARCO: F'dak is-sens qed ngħid.", "MR SPEAKER: Dak diġà rajtu, u hemm ħafna xi tgħid dwaru.", "Però, qatt ma ngħata ruling.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Hemm preċedent fis-sens illi, abbażi ta' dak il-memorandum – mhux ta' deputat, imma tal-iSpeaker ta' dak iż-żmien – iż-żewġ naħat tal-Kamra kienu ftehmu li l-mozzjoni kienet għadha valida.", "MR SPEAKER: Bi ftehim kollox huwa possibbli.", "Imma issa qed nitkellmu fuq il-validità, għaliex għandna ittra legali – għal waħda, tnejn – fejn qed tiġi kkontestata l-mozzjoni.", "Il-kwestjoni kollha hija li l-aħħar ftehim li kien hawn f'dan il-Kumitat kien li kulħadd jiġbor l-opinjoni legali tiegħu, imbagħad tiddeċiedu.", "Jiena l-opinjoni li għandi sal-lum ...", "L-Onor.", "LOUIS GRECH: Biex inkunu aktar preċiżi, aħna l-aħħar darba konna ftehemna li, jekk iż-żewġ naħat jaqblu, imma xorta l-opinjoni ma tkunx legali, ma jkollhiex bażi legali, kellna nġibu r-risposta dwar hemmx validità legali għall-mozzjoni.", "Dak li kien ġie diskuss dakinhar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Aħna semmejna li d-direzzjoni ta' fejn irridu naslu nafuha u ġiet mistqarra diġà fil-Kamra.", "Biex naslu għal dik id-direzzjoni, għedna li rridu mmorru bi proċedura ċara li ma tkunx sindakata għada pitgħada minn xi qorti.", "U allura, biex naraw kif naslu, tlabna lis-Sedja tagħti l-parir tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: F'dan l-istadju, ejjew ninsew il-legaliżmi dwar jekk kienx hemm ruling jew le.", "Żgur li l-memorandum li jien għamilt referenza għalih ġie ffirmat mill-iSpeaker, u ladarba l-iSpeaker ta l-firma tiegħu għal dak il-memorandum, naħseb illi nistgħu neħduha bħala stat ta' fatt illi kien qed jaqbel ma' dik l-opinjoni.", "Dan ifisser li kieku l-iSpeaker li ta l-firma tiegħu għal dak il-memorandum kellu jagħti ruling għal kull buon fini, ir-ruling kienet se tkun il-pożizzjoni espressa mill-President tal-Kamra f'dak il-memorandum.", "MR SPEAKER: Iċ-ċirkostanzi li kellha quddiemha ...", "F'dak il-memorandum huwa ċarissimu – kif qed neħodha jien – li l-validità tal-mozzjoni għadha hemm, u hija bbażata wkoll fuq opinjoni legali, jekk jiena dejjem qed nifhem sew.", "Fil-fatt, jiena stess xtaqt nagħmel referenza għall-Erskine May li jgħid li l-mozzjoni tal-impeachment hija eċċezzjoni għax, filwaqt li qed naqblu li l-mozzjonijiet ġeneralment jispiċċaw meta tispiċċa leġislatura, dik tal-impeachment hija eċċezzjoni.", "Però, dak huwa l-parir legali li aħna ngħatajna.", "Issa, jekk intom ingħatajtu parir legali ieħor ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Il-pożizzjoni naħseb li kienet waħda.", "Aħna konna ddeċidejna, fuq proposta tan-naħa tal-Oppożizzjoni, li jekk ikun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat dwar jekk hix valida l-mozzjoni jew le … Premess dan il-fatt, kellna naraw jekk l-opinjoni legali li se jkun hemm tirrendix il-mozzjoni valida jew le.", "Dak huwa l-ġist tal-argument li kellna dakinhar, u dak huwa li aħna rridu li jkollna llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li rigward din il-biċċa xogħol tal-memorandum irridu niftakru li, fl-aħħar mill-aħħar, huwa ruling li jorbot, u mhux il-ħsieb li seta' kellu jew jista' jkollu xi speaker tal-Kamra.", "Jekk dan ma jirriżolvix ruħu f'ruling, ma jorbotx, u naħseb dak huwa fuq dak il-lat ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jista' dan il-memorandum jiġi ċċirkolat lill-membri?", "Il-memorandum li qed tirreferi għalih inti s-Sedja ratu.", "Għalhekk bdejt naħseb jekk hux ...", "Apparti li jiġi ċċirkolat lill-membri, jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq il-pożizzjoni espressa f'dak il-memorandum, allura ma jkunx hemm bżonn ta' dan ir-ruling għax iż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu qablu, kif indika Dr. Louis Grech.", "LOUIS GRECH: Però, aħna xorta għadna nixtiequ nisimgħu l-opinjoni legali.", "L-argument kollu tagħna kien li ....", "MR SPEAKER: Tridx naqtgħuha?", "Jien għandi l-opinjoni legali wara li kkonsultajt b'mod legali … (Interruzzjonijiet) Jekk hawn xi rimarki, neħodhom; imma smajt lill-Onor.", "Mario de Marco, smajt lill-partijiet kollha u issa, jekk intom taqblu, nista' ngħaddi … L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Mingħajr ħadd ma jieħu għalih, m'iniex qed naqbel mal-interpretazzjoni li qed tingħata hawn ġew dwar dak li qbilna dwaru fis-seduta preċedenti.", "Għax fil-Minuti stess jingħad li ż-żewġ naħat tal-Kamra kellhom jitolbu \"parir legali dwar il-punti msemmija f'paragrafi (a) u (b) hawn fuq\", u li mbagħad ikun il-Kumitat li jieħu d-deċiżjoni finali.", "Fl-ebda ħin m'għedna li mingħajr ħadd ma jgħid x'inhi l-pożizzjoni legali tiegħu, is-Sedja tgħid x'inhi l-pożizzjoni legali tagħha.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, jekk il-Kumitat f'dan il-mument ma jistax jieħu deċiżjoni, kif se naslu?", "MARIO DE MARCO: Jiena nixtieq nifhem x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern, għax nimmaġina li ħadtu parir legali.", "Jiġifieri, il-pożizzjoni tagħkom x'inhi, mozzjoni li għadha valida jew le?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Il-pożizzjoni tagħna hi li aħna għedna li se nistaqsu lis-Sedja, u s-Sedja xtaqet – għax hekk bdiet … (Interruzzjonijiet) Il-pożizzjoni tagħna issa ngħiduhielek.", "Is-Sedja kellha tikkjarifika jekk il-mozzjoni hijiex valida jew le.", "Mhux hekk kienet?", "Fil-każ naraw it-transcript.", "MARIO DE MARCO: Il-Gvern ma jixtieqx jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tiegħu?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "CARMELO ABELA: Ejja ma nitfixklux.", "Aħna t-tnejn nafu fejn irridu naslu, u kemm-il darba sħaqna li l-proċedura li nadottaw biex naslu għall-goal finali – biex ngħid hekk – trid tkun ċara u ma tħalli l-ebda lok għall-ebda interpretazzjoni u għal ebda ħaġa oħra li tista' tiġri wara li l-Parlament ikun iddeċieda.", "Id-Deputat Prim Ministru diġà semma li, indipendentement minn jekk aħna ż-żewġ naħat naqblux jew le, irridu nkunu moħħna mistrieħ li, anke jekk aħna naqblu, iż-żewġ naħat tal-Kamra, il-mod kif se nimxu bħala aspett ta' proċedura jkun ċar u korrett jekk jista' ikun mija fil-mija, jekk teżisti l-perfezzjoni fid-dinja.", "Fl-aħħar laqgħa tal-House Business Committee, għedna jew tlabna li s-Sedja ġġib il-parir legali tagħha u li ż-żewġ naħat tal-Kamra jistgħu jieħdu wkoll il-pariri legali tagħhom.", "Nimmaġina li l-Oppożizzjoni ħadet il-pariri tagħha, in-naħa tal-Gvern ħa l-pariri tiegħu, imma naħseb l-iktar ħaġa li nixtiequ nisimgħu hi l-parir tas-Sedja mogħti … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja!", "Tridu tisimgħu l-parir legali li għandi jien?", "MR SPEAKER: Onor. De Marco, naħseb li għandkom tisimgħu wkoll.", "Ma nafx jekk taqbilx inti, il-parir legali ...", "ONOR MARIO DE MARCO: Jien m'għandix diffikultà.", "Huwa tajjeb li nisimgħu l-parir legali tiegħek, imma – bir-rispett kollu – jekk hemm bżonn, agħti ruling.", "Għaliex din mhijiex kwestjoni li wieħed jisma' l-parir legali tiegħek jew le.", "Naħseb li mhux hekk kien il-ftehim l-aħħar darba.", "L-aħħar darba l-ftehim kien … Anzi s-Sedja għamlitilna appell fl-aħħar biex naslu għal ftehim bejnietna għaliex, dak li wieħed jista' jasal għalih bi ftehim, ma jkunx hemm bżonn l-involviment tas-Sedja dwaru.", "Niftakar sew l-appell li inti għamilt.", "Allura kull naħa kellha tieħu l-parir legali tagħha biex naraw nistgħux naslu għal pożizzjoni.", "Però, jidher ċar li m'aħniex se naslu għal pożizzjoni!", "Allura se mai se jkun hemm bżonn ir-ruling tas-Sedja.", "LOUIS GRECH: Qabelxejn, nistgħu nisimgħu l-opinjoni legali tas-Sedja?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jien ma nsib l-ebda diffikultà li, jekk il-Kumitat jitlobni nagħti ruling fuq dan il-punt, jien nipprepara ruling u għada naqrah.", "Mhux se nieħu ħafna ħin.", "Għada naqra r-ruling.", "Issa, jekk tridu l-parir legali biex intom taslu għal deċiżjoni mingħajr il-bżonn li nasal għal ruling jien, lest li nagħmel hekk ukoll.", "Iddeċiedu intom.", "Mhijiex problema għalija!", "Dak li għadek kif għamilt referenza għalih inti, Onor. de Marco, il-memo ta' Dr Gonzi, qrajtu.", "Ovvjament, qrajt ħafna affarijiet oħra, u meta kont barra minn Malta, kkonsultajt ma' parlamenti oħra fuq każi ta' impeachment.", "Pereżempju, meta konna qegħdin l-Awstralja nattendu l-iSpeakers' Conference tal-Commonwealth, kif jista' jikkonferma l-Clerk, din il-materja ġiet diskussa wkoll ma' 50 speaker tal-Commonwealth, u naċċertak li dak li għandi hawnhekk huwa rifless ta' kif wieħed għandu jittratta f'każijiet bħal dawn.", "Mhijiex kwestjoni ta' x'taħseb jew iċ-ċirkostanzi; hawnhekk qed nitkellmu fuq impeachment, li hija ħaġa serja ħafna għax tittratta t-tneħħija ta' mħallef taħt artiklu 79 tal-Kostituzzjoni.", "Jekk tridu, araw intom.", "Jien naf x'għedt l-aħħar darba.", "Jekk tridu tkunu tafu l-opinjoni legali li għandi jien s'issa, nista' naqraha.", "LOUIS GRECH: Aħna nesiġu li nisimgħu l-opinjoni legali li kellek, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Ħalli nara daqsxejn l-Onor.", "David Agius … Fil-każ, nimxu għall-parir legali u naqrah.", "DEBORAH SCHEMBRI: Safejn naf jien, hekk konna ftehma l-aħħar darba wkoll, biex imbagħad wara naraw jekk nistgħux naslu.", "Imma l-ewwel għandna bżonn ...", "Ma kienx hekk il-ftehim.", "Il-ftehim kien li kull naħa tieħu l-parir legali tagħha.", "Jien qed ngħid x'inhi l-pożizzjoni tagħna.", "(Interruzzjoni) Kollox sew, iva.", "Però s-Sedja kellha tieħu parir legali just in case li ż-żewġ naħat tal-Kamra ma jaslux għal ftehim.", "MR SPEAKER: Jien għalija mhux problema.", "ONOR MARIO DE MARCO: Jien qed ngħid x'inhija l-pożizzjoni tal-parir li ħadna aħna.", "S'issa, l-pożizzjoni tal-Gvern għadni ma nafx x'inhi.", "Nibdew minn hekk: jekk intom ħadtu parir legali fis-sens li l-mozzjoni għadha valida … (Interruzzjoni) Aħna għandna parir li l-mozzjoni għadha valida għax hija mozzjoni ta' impeachment.", "MR SPEAKER: Il-memo li kien għamel Dr Gonzi fuq l-impeachment ta' Depasquale ...", "ONOR MARIO DE MARCO: Ikkwotajt x'jgħid l-Erskine May ukoll.", "Dak huwa l-parir tagħna.", "Jista' jkun żbaljat.", "LOUIS GRECH: Il-parir li kellna aħna huwa li mhijiex valida.", "Allura qed tgħidu li l-parir tagħna huwa l-oppost għal tagħkom.", "Intom qegħdin tgħidu li l-parir tagħkom huwa li l-mozzjoni m'għadhiex valida.", "Allura, f'pożizzjoni fejn aħna għandna parir mod, u intom għandkom parir mod ieħor, naħseb li f'dan l-istadju sta għas-Sedja biex tagħti r-ruling tagħha.", "LOUIS GRECH: Le, l-opinjoni tagħha rridu nisimgħu f'dan l-istadju.", "Imbagħad naraw ...", "MR SPEAKER: Jekk intom titolbuni ruling, jien nagħti ruling.", "LOUIS GRECH: Jien nitlob li nisimgħu l-opinjoni legali li kellha s-Sedja, mhux li tagħti ruling.", "L-ewwel nixtiequ li aħna naċċertaw il-pożizzjoni li inti l-aħħar għidt li xtaqt li jkollok.", "MR SPEAKER: Ara, ħa nimxi mill-ewwel: imbagħad, jekk intom xorta ma tkunux qed taqblu, imbagħad ovvjament irrid inlesti għal ruling, tajjeb?", "Il-parir legali dwar il-mozzjoni għar-rimozzjoni tal-Onor.", "Imħallef Lino Farrugia Sacco huwa dan:", "\"Nagħmel riferenza għall-mozzjoni hawn fuq imsemmija.", "Inti tlabtni parir dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Kamra fir-rigward ta' din il-mozzjoni u, in partikolari, dwar l-istat preżenti ta' din il-mozzjoni in vista tal-kambjamenti li saru fil-Kamra.", "Naħseb li għandi nagħmel ċar il-qafas f'liema jiena qiegħed niġi mistoqsi nagħti dan il-parir tiegħi.", "Nibda biex nenfasizza li mozzjoni għar-rimozzjoni ta' Imħallef mill-kariga tiegħu għandha implikazzjonijiet kostituzzjonali serji, u għalhekk huwa imperattiv li l-liġi fir-rigward tiġi segwita b'mod rigoruż u preċiż.", "L-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni jipprovdi li l-imħallef jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-President ta' Malta wara indirizz tal-Kamra tad-Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri tagħha, u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba inkapaċità ppruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, kemm jekk għal mard korporali jew mentali, jew għal xi raġuni oħra jew imġiba ħażina ppruvata.", "Għalhekk, il-Kostituzzjoni ma tiddixiplinax b'mod partikolari din il-mozzjoni, imma tħalliha, fl-assenza ta' dispożizzjonijiet speċifiċi, biex tiġi regolata skond il-proċedura tal-Kamra.", "Fis-subartikolu tlieta tal-istess artikolu, jingħad li,", "\"(3) Il-Parlament jista' b'liġi jirregola l-proċedura għall-preżentata ta' indirizz u għall-investigazzjoni u prova dwar l-inkapaċità jew imġiba ħażina ta' mħallef tal-Qrati Superjuri skont id-disposizzjonijiet tal-aħħar subartikolu qabel dan.\"", "Fil-fatt, għal ħafna snin din il-proċedura ma kenitx speċifikatament regolata.", "Ġiet regolata bl-Att XI tal-1994, l-Att dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Issa, dan l-Att iżjed jirregola l-proċedura li għandha tiġi segwita quddiem il-Kummissjoni u r-rapport li għandu jsir mill-istess Kummissjoni meta jkun hemm mozzjoni għat-tneħħija ta' Imħallef mill-kariga tiegħu.", "Imma l-Att ma jirregolax ut sic il-proċedura quddiem il-Parlament, ħlief fis-sens li l-mozzjoni ma tistax timxi 'l quddiem jekk ma jkunx hemm qabel il-parir favorevoli għal mozzjoni tal-Kummissjoni.", "L-Att jgħid li, wara li l-Kummissjoni tagħti l-parir tagħha favorevoli, il-mozzjoni tiġi mbagħad diskussa u deċiża mill-Kamra.", "Għalhekk huwa evidenti li l-Att ma huwa qiegħed joħloq l-ebda regola speċjali għal din il-mozzjoni, u li dik il-mozzjoni għandha titqies bħall-mozzjonijiet oħra li jitressqu fil-Kamra.", "Issa huwa sinjifikativ ħafna li l-istess liġi tikkontempla li l-membru li jkun ressaq il-mozzjoni jkun jista' jattendi l-laqgħat tal-Kummissjoni, u jkun jista' jkun assistit minn avukat magħżul minnu.", "Dan fil-fatt hekk ġara anke fil-każ preżenti għaliex il-membru ddelega lill-avukat tiegħu biex jattendi l-laqgħat tal-Kummissjoni.", "Għalhekk huwa evidenti li fil-liġi hemm irbit tal-mozzjoni mal-membru.", "Issa, skont l-Ordni Permanenti tal-Kamra l-Ordni 38, il-membru tal-Kamra li jkun ressaq mozzjoni jrid ikun preżenti meta din tiġi diskussa, u jekk huwa ma jkunx preżenti jrid ikun hemm membru delegat minn dak il-membru biex iressaq dik il-mozzjoni.", "Inoltre hija wkoll il-prassi tal-Parlament Ingliż li, max-xoljiment jew proroga ta' parlament, il-mozzjonijiet kollha jispiċċaw.", "Issa, fil-każ preżenti mhux biss wara li saret il-mozzjoni l-Parlament kien ġie xolt, imma l-membru tal-Parlament li kien ressaq dik il-mozzjoni ma għadux membru tal-Parlament.", "Għalhekk huwa l-parir tiegħi li dik il-mozzjoni mietet.", "Huwa importanti li wieħed jiddistingwi l-każ minn fejn ingħata ruling li din il-mozzjoni ma kellhiex għalfejn tiġġedded minn sessjoni għall-oħra; dan naturalment huwa rifless loġiku ta' dak li jiddisponi l-Ordni 42 marbut mal-Ordni 34.", "Imma f'dak il-każ ma kenitx intervjeniet ix-xoljiment tal-Kamra.", "Naturalment, fil-każ tal-Imħallef Depasquale, intervjena x-xoljiment imma l-membru li kien ressaq il-mozzjoni kien reġa' ġie rielett membru tal-Kamra u kien għadu membru meta ġiet biex tiġi dibattuta l-mozzjoni; għalhekk iċ-ċirkostanzi mhux komparabbli.", "Inoltre ma jidhirx li kien hemm deċiżjoni formali tas-Sedja f'dak il-każ, għalkemm kien hemm l-espressjoni ta' opinjonijiet fir-rigward.", "Wieħed jifhem li forsi ma jkunx desiderabbli li l-materja tiġi regolata b'dak il-mod, imma f'dak il-każ inkun qiegħed nidħol fil-kwestjoni tad-desiderabilità o meno ta' emenda lil-liġi jew lill-Ordnijiet Permanenti li mhijiex il-funzjoni tiegħi.", "Naturalment il-Kamra tista' bi qbil tirriavviva l-mozzjoni, imma tali proċedura tkun ekwivalenti għall-introduzzjoni ta' mozzjoni ġdida u tkun tirrikjedi li l-proċedura kontemplata mil-liġi terġa' tiġi mill-ġdid segwita.\"", "Dan huwa l-parir legali.", "Ovvjament, għandi iktar pariri fuq il-kwestjoni, imma dan huwa l-parir legali wara l-aħħar seduta tal-Kumitat Permanenti.", "Dan huwa punt saljenti ħafna, u għall-korrettezza jrid ikun preċiż.", "Nista' nagħtikom kopja tal-parir.", "Issa araw intom, u nimxu minn hemmhekk.", "L-Onor.", "ONOR MARIO DE MARCO: Jien xorta waħda nitlob li s-Sedja tagħti ruling f'dan is-sens, imbagħad a bażi tar-ruling tas-Sedja ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Min-naħa tagħna, Sur President, deher ċar li qal li l-mozzjoni mietet.", "Però aħna lesti li nippreżentaw – anke jekk il-mozzjoni mietet u mhux valida – mozzjoni oħra f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jiġifieri, jien qed nifhem li l-Gvern se jimxi fuq dan il-parir li ngħata lill-iSpeaker, jew inkella, jekk se tagħmlu mozzjoni ġdida, allura qed taqblu mar-rapport li kien hemm diġà mill-Kummissjoni?", "Jew lanqas dak m'aħna se nżommu ħaj?", "DAVID AGIUS: It is an issue għaliex, jekk qed nimxu skont dan il-parir, jidher li aħna rridu nimxu skont dak li toffri l-liġi wara li tiġi l-mozzjoni l-ġdida, jiġifieri li terġa' tmur għand il-Kummissjoni biex terġa' tanalizza l-każ.", "Qed naqblu jew mhux qed naqblu?", "Qed nifhem sew jew mhux qed nifhem sew?", "MR SPEAKER: Id-domanda qed tagħmilha lis-Sedja?", "Nista' nirrispondiha mill-ewwel.", "Fuq il-proċedura, ladarba l-mozzjoni mietet, trid tiġi ppreżentata mozzjoni ġdida.", "Tirriattivaha billi ssir mozzjoni ġdida.", "Il-parir qiegħed ċar.", "Kif tiġi ppreżentata l-mozzjoni l-ġdida, rridu nimxu mal-proċedura kif stabbilita fil-liġi.", "Il-liġi hija ċara li l-mozzjoni trid tiġi introdotta bħala mozzjoni ġdida, u ovvjament hemm il-proċedura stabbilita bil-liġi.", "DAVID AGIUS: Id-domanda ċara tiegħi hi: Dan il-Parlament irid jerġa' jmur quddiem il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni ġdida?", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif qal id-Deputat Prim Ministru, wara dan il-parir li inti ġibt u li se tqassmilna, aħna mill-ewwel se nippreżentaw mozzjoni f'dan is-sens.", "Dwar x'tgħid il-liġi u proċedura, jiena mhux ...", "MR SPEAKER: Il-liġi trid tiġi segwita.", "Il-proċedura hija dik.", "Mhux mal-liġi trid timxi?!", "DAVID AGIUS: Ma naqbilx mal-mod kif mexjin!", "Nagħmilha ċarissima li ma naqbilx assolutament!", "DAVID AGIUS: Jien ma naqbilx li għandha ssir mozzjoni ġdida għaliex il-parir legali li għandna aħna hija li dik il-mozzjoni għadha valida.", "Intom m'għandkomx l-istess parir.", "Issa aħna qed nagħmluha ċara għal darba oħra li l-mozzjoni, skont aħna, għadha valida u jekk se nimxu fuq dak li qalu l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni – u t-tnejn li huma qablu li jimxu fuq dak ir-rapport – … Jiena naħseb li qegħdin immorru kontra dak li ntqal mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru fil-Parlament!", "MR SPEAKER: Jiddispjaċini, imma fuq dan il-punt ma naqbilx għax qegħdin nitkellmu fuq proċedura ...", "DAVID AGIUS: Le, din mhux proċedura, Mr Speaker!", "Aħna nafu x'qal il-Prim Ministru u x'qal il-Kap tal-Oppożizzjoni wara li inti ppreżentajt ir-rapport tal-Kummissjoni.", "It-tnejn qalu ċar u tond li bl-iktar speditezza jridu jmexxu dik il-mozzjoni attwali.", "DAVID AGIUS: Imma mhux hekk qed isir!", "Totalment mhux hekk qed isir!", "Irrid nagħmel l-oġġezzjoni ...", "MR SPEAKER: Ħu paċenzja, inti qed tindirizza s-Sedja.", "DAVID AGIUS: Lill-Kumitat qed nindirizza, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Iva, imma jien Chairman tal-Kumitat, u din hija xi ħaġa li ċertament taqa' taħt ir-remit tiegħi bħala proċedura.", "Biex mozzjoni timxi 'l quddiem trid tkun mozzjoni li għadha valida skont il-proċedura.", "Dak kien li qed jiġi diskuss.", "Hawnhekk jien għadni ma tajt l-ebda pożizzjoni.", "Jekk intom tieħdu pożizzjoni, dik hija pożizzjoni tagħkom!", "Diġà għamiltha ċara!", "ONOR MARIO DE MARCO: Fl-aħħar mill-aħħar, parir legali jibqa' parir legali.", "F'kawża jista' jkollok rapport ta' perit legali, però l-imħallef mhux marbut ma' dak ir-rapport tal-perit legali.", "L-istess inti bħala Sedja, inti għandek parir legali, però fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni mhux tal-avukat li jagħtik il-parir, id-deċiżjoni hija tiegħek!", "MR SPEAKER: Ċert!", "ONOR MARIO DE MARCO: Jekk ma jimpurtax, naħseb li jkun utli li l-memorandum tal-21 ta' April 1996 jiġi ċċirkolat lill-membri ta' dan il-Kumitat.", "Wara li jiġi ċċirkolat dak il-memorandum, flimkien ma' dan il-parir legali li inti għadek kif għaddejtilna … Il-parir legali diġà qiegħed f'idejna, però s'issa għad m'għandniex f'idejna l-memorandum tal-21 ta' April 1996, u napprezza li jkun f'idejna biex forsi anke n-naħa tal-Gvern tkun tista' tagħti kas tiegħu.", "MR SPEAKER: Onor. de Marco, issa stess se nordna li jkollok kopja!", "Wara, naħseb li jkun aħjar ...", "CARMELO ABELA: Kif diġà għidna, il-parir legali li għandu l-Gvern mhuwiex l-istess parir legali li għandha l-Oppożizzjoni.", "Issa, kif qbilna l-aħħar darba u kif hawn fil-Minuti, is-Sedja ġabet il-parir tagħha.", "Kif qal diġà d-Deputat Prim Ministru, in konformi ma' dak li qal il-Prim Ministru li l-proċess għandu jibqa' għaddej b'mod imgħaġġel, aħna llum stess lesti li nippreżentaw mozzjoni oħra, ġaladarba dik il-mozzjoni m'għadhiex valida, kif ingħata l-parir l-iSpeaker u kif ingħatajna parir aħna wkoll.", "Aħna, b'mod immedjat, lesti li nippreżentaw mozzjoni oħra.", "Nista' ngħaddiha lill-iSpeaker issa!", "MR SPEAKER: Il-punt jibqa' li l-Oppożizzjoni qed titlob ruling min-naħa tas-Sedja.", "Qed ngħid tajjeb, Onor. De Marco?", "ONOR MARIO DE MARCO: Iva, hekk hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Ma nistax nifhem, Sur President, kif ikollok parir legali li jgħid li mozzjoni mietet, u qisu mhuwa xejn!", "Il-parir legali tagħna kien li l-mozzjoni mhux valida.", "Inti qrajtilna parir legali li jgħid – mingħalija dan kien il-kliem testwali – li l-mozzjoni mietet.", "Allura, ma nistgħux aħna f'dan il-Kumitat sempliċement we override it.", "Ma naħsibx li dik tista' issir!", "Aħna rridu nimxu skont il-proċedura, imma qed ngħidu li, biex żgur dan il-proċess ma jiqafx imma jibqa' għaddej bir-ritmu mgħaġġel li konna għaddejjin bih, aħna lesti li nippreżentaw mozzjoni ġdida kif titlob il-proċedura.", "ONOR MARIO DE MARCO: Din mhijiex kwestjoni li wieħed jinjora parir legali jew le, imma hija kwestjoni li nikkristalizzaw u nifformalizzaw il-proċedura, anke għal min jiġi warajna.", "Nerġa' ngħid, hemm opinjoni li forsi tikkuntrasta ma' din tal-Professur Refalo li għadha kif ġiet ċċirkolata.", "(Interruzzjoni) Ippermettili ftit.", "Il-memo, li huwa wieħed studjat milli nista' nifhem, u mhijiex sempliċement qiegħda hekk … Jien m'iniex qed ngħid li wieħed għandu raġun jew le.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jidher li hemm qbil li wieħed irid jasal.", "Kif għidt jien l-aħħar darba, fl-aħħar mill-aħħar dan huwa forsi eżerċizzju akkademiku.", "Issa tkunx il-mozzjoni mressqa preċedentement jew mozzjoni ġdida, jidher li hemm ftehim minn dan il-Parlament li l-proċess għandu jkompli għaddej.", "Però naħseb – bl-ebda diżrispett lejn ħadd, u mhux għax irridu ninjoraw parir legali – li peress li hemm pożizzjonijiet daqsxejn kuntrastanti – il-pożizzjoni espressa f'memorandum u l-pożizzjoni espressa mill-Professur Refalo – jkun utli li jingħata ruling mis-Sedja.", "Qed ngħid dan għall-ebda raġuni oħra!", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, il-mozzjoni ma tistax tinqara.", "Il-mozzjoni ma tistax tingħata pubbliċità, skont il-liġi, qabel ma jkun hemm ir-rapport.", "DAVID AGIUS: Imma, jekk kemm-il darba l-Gvern se jressaq mozzjoni oħra, jekk ma tistax tiġi ppubblikata, għallinqas l-Oppożizzjoni għandha titħalla taraha biex tkun taf x'se jressaq il-Gvern!", "MR SPEAKER: Bejnietkom tistgħu taraw li għandkom taraw.", "Jien qed ngħidilkom li dik ma tista' tingħata l-ebda pubbliċità!", "Din hija mozzjoni partikolari u lanqas biss tista' tinqara.", "(Interruzzjoni) Ħalli nkunu ċari, jekk qed jintalab ruling, jien mal-ewwel opportunità, li hija għada stess, nagħti r-ruling, imbagħad intom irregolaw il-pożizzjoni b'mod li nkunu korretti mal-proċedura.", "M'hemmx għalfejn ikun hemm qbil li għandu jingħata ruling jew le.", "Jekk membru jqum u jitlob ruling, jien irrid nimxi ma' dik it-talba.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Nifhem li, jekk jintalab ruling, naturalment irid jingħata.", "Però, safejn naf jien, l-istqarrija tad-Deputat Prim Ministru li se nippreżentaw mozzjoni ġdida saret qabel it-talba għal ruling.", "MR SPEAKER: Imma għadha għaddejja diskussjoni dwar jekk il-mozzjoni għadhiex ħajja jew le.", "Jien il-ħin kollu nipprova nara li jkun hawn ftehim.", "La ma wasalniex għal ftehim, se jingħata ruling.", "CARMELO ABELA: Nerġa' ngħid li hemm qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni dwar fejn irridu naslu.", "Dak diġà ġie mistqarr.", "MR SPEAKER: M'hemmx dubju fuq dik!", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-uniku punt fejn qed nimxu ftit differenti huwa li aħna rridu naċċertaw li l-proċedura li se nużaw biex naslu fejn irridu naslu ...", "MR SPEAKER: Tkun il-waħda korretta!", "CARMELO ABELA: Preċiżament, tkun il-waħda korretta.", "Min qed jgħid ħaġa u min qed jgħid oħra; però aħna rridu nimxu bl-iktar proċedura korretta biex nevitaw problemi!", "MR SPEAKER: U hekk se jsir!", "CARMELO ABELA: Dik hija d-differenza li qed nara.", "MR SPEAKER: Hekk se jsir!", "Qed jintalab ruling mill-Onor.", "Mario de Marco fuq il-kwestjoni dwar il-mozzjoni li kienet ġiet ippreżentata fil-leġiżlatura l-oħra mill-Onor.", "Lawrence Gonzi għadhiex ħajja jew le biex ikun jista' jiġi diskuss ir-rapport li sar mill-Kummissjoni.", "Is-Sedja twiegħed li tagħti dan ir-ruling mill-iktar fis possibbli, biex inkunu nistgħu mmexxu x-xogħol tal-Kamra.", "(Interruzzjoni) Tista' tgħid li, nonostante li se jingħata ruling, intom għandkom mozzjoni li se tippreżentaw.", "Dik diġà għidtuha, and it's on record!", "Se tiġi minuted.", "AFFARIJIET OĦRA", "MR SPEAKER: Niġi issa għal affarijiet oħra.", "Matul l-aħħar laqgħa saret proposta min-naħa tal-Gvern biex il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, li se jikkonsidra l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjoni Ċivili, jagħmel laqgħa f'forma ta' public hearing.", "Jidhirli li l-Onor.", "David Agius kellu xi risposta dwar dan.", "DAVID AGIUS: Diġà tkellimna ftit mal-Gvern.", "Għidnielhom li ma narawx li dan huwa Kumitat li għandu jagħmel dan it-tip ta' hearings.", "Il-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet ma jagħmilx dan it-tip ta' hearings.", "Jekk irridu nagħmlu hearing, nagħmluh, imma mhux f'dan il-Kumitat.", "U jridu jgħidulna wkoll il-proċedura x'se tkun.", "Jekk fil-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġi niftħu klawsola klawsola għal kulħadd, se noħolqu preċedent.", "Irridu nifhmu eżatt x'għandu f'moħħu l-Gvern.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Mr Speaker.", "Fil-fatt, wara l-laqgħa tal-House Business Committee, konna anke tkellimna informalment jien u l-Onor.", "Dan il-punt semmieh u kkunsidrajna li nistgħu nużaw proċedura li diġà ntużat fil-leġiżlatura li għaddiet.", "Qed nirreferi għal dak li kien ġara rigward il-Guardianship Act, fejn il-Kumitat beda jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi, u madwar il-mejda kien hemm persuni esperti.", "Tgħidli: Dan mhux kif jiġri s-soltu, fejn il-Gvern dejjem iġib l-esperti tiegħu?", "Però dakinhar, kemm il-Gvern, kif ukoll l-Oppożizzjoni kellhom – biex ngħid hekk – l-esperti tagħhom, jew inkella persuni li kienu interessati f'dak l-Abbozz ta' Liġi.", "Allura nistgħu nużaw l-istess formula.", "Jiġifieri, bdilt daqsxejn il-verżjoni tiegħi minn hearing kif kont esprimejt dakinhar, anke wara d-diskussjoni informali li kelli mal-Onor.", "Agius, fis-sens ż-żewġ naħat tal-Kamra naturalment jistgħu jissuġġerixxu għaqdiet jew persuni interessati biex imbagħad jiġu mistiedna mill-Iskrivana tal-Kumitat ħalli jattendu għall-ewwel laqgħa ta' dak il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "Però, se jkun f'forma daqsxejn differenti minn kif esprimejt ruħi fil-House Business Committee tal-aħħar darba, u dan wara li konna tkellimna ftit jien u l-Onor.", "Nistgħu nimxu b'dan il-mod.", "Naturalment, il-Gvern għandu numru ta' persuni jew għaqdiet li jixtieq jistieden jew jinformahom bil-laqgħa.", "Nifhem li l-istess jista' jkun hemm għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Naturalment, inżommu quddiem għajnejna li tkun xi ħaġa raġjonevoli, fis-sens li mhux nagħmlu qisu sejħa, u kull min irid jiġi jiġi.", "Dan mhux suq, imma huwa Kumitat tekniku, li naturalment se jitkellem fuq it-teknikalità tal-Abbozz ta' Liġi li għandu quddiemu l-Parlament biex jiddiskuti.", "Wieħed jagħmel diskussjoni fuq klawsola klawsola kif jimxi l-Kumitat.", "Ovvjament, bil-permess tal-Kamra, kif anke ġara fil-Guardianship Act, dawn il-persuni jkunu jistgħu jitkellmu fuq dik il-klawsola partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jien qed nifhem li mhux public hearing fejn kull min jixtieq jiġi jiġi, hux hekk?", "Jiġifieri, ċittadin jew individwu li jixtieq jiġi għal dan il-Kumitat u ma jkunx mistieden minn xi membru tan-naħa ta' Gvern u Oppożizzjoni, ma jistax jattendi.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "Kif kien ġara fil-kwestjoni tal-Guardianship Act.", "MR SPEAKER: Hekk qed nifhimha jien ukoll.", "Ma jistax jipparteċipa kull min irid.", "Jattendi jista' dejjem, iżda.", "DAVID AGIUS: Ħalli nkunu ċari.", "Aħna qed nifhmu li se tibda d-diskussjoni fuq klawsola 2, u dawk kollha li jkunu mistiednin jew qegħdin fil-kamra, bil-permess taż-żewġ naħat tal-Kamra, jistgħu jitkellmu?", "CARMELO ABELA: Jistgħu jagħtu l-input tagħhom.", "Mhux dawk kollha … Naturalment, jekk hemm min huwa favur u min huwa kontra, ma nimmaġinax li se jitkellmu, pereżempju, sitta jew sebgħa li huma favur u sitta jew sebgħa li huma kontra.", "L-argument se jkun l-istess.", "MR SPEAKER: Għalhekk irridu niftehmu.", "Isir ftehim, kif sar, fuq kif se jkun l-andament tal-laqgħa, u fuq il-parteċipazzjoni ta' dawk li huma mistiedna.", "CARMELO ABELA: Hekk hu, Mr Speaker.", "Għalhekk għedt li ż-żewġ naħat se jagħtu lista ta' persuni jew għaqdiet – forsi għaqdiet aħjar minn persuni – li jridu jistiednu, ħalli l-Committee Clerk tibgħat tinforma lil dawn l-għaqdiet meta se ssir il-laqgħa, jgħidu min se jiġi min-naħa tagħhom, ikun hemm forma ta' reġistrazzjoni biex inkunu nafu li minn għaqda A se jiġu wieħed jew tnejn, minn għaqda B se jiġi wieħed ...", "DAVID AGIUS: Nista' nifhem li, qabel din il-laqgħa, ż-żewġ naħat se jpoġġu madwar mejda u jistiednu flimkien?", "Ħalli nkunu ċerti li ma jkollniex mistednin doppji, eċċ.", "CARMELO ABELA: M'hemmx diffikultà.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li għandu jkun hemm problema.", "Anzi aħjar, ħalli tiġi stabbilita anke proċedura.", "DAVID AGIUS: Mill-esperjenza ta' ħames snin f'kumitat bħal dan naħseb li nista' ngħid li rridu noqogħdu attenti safejn irridu naslu.", "Aħna qed ngħidu li kull min ikun mistieden se jkun jista' jipproponi u jagħti parir tiegħu, u l-Ministru jew id-deputat isaqsih biex jagħti l-veduta tiegħu?", "Jew qed ngħidu li dan min irid jgħolli idejh, jgħid li jixtieq jitkellem fuq dik il-klawsola, u jitkellem?", "Għax tagħmel differenza kbira kif immexxu dan il-Kumitat f'kemm ilu ...", "MR SPEAKER: Imma din naħseb li tista' tiġi sollevata bejn il-partijiet kif se timxu ...", "DAVID AGIUS: Imma aħjar nirregolaw, għax inkella ...", "CARMELO ABELA: Jien fil-fatt għalhekk semmejt l-eżempju ta' meta ddiskutejna l-Guardianship Act, għax hemmhekk kien hemm persuni ta' għaqdiet differenti marbuta mad-diżabilità, kien hemm il-Kummissjoni, kien hemm l-Avukat Ġenerali, naturalment bħala espert tal-Gvern – dejjem ikun preżenti, normalment ikun hemm rappreżentant tiegħu minn dan l-Uffiċċju – u l-eżerċizzju mexa.", "Naturalment, tgħidli li forsi dak is-suġġett ma kienx daqshekk kontroversjali.", "Kien hemm il-kontroversji wkoll f'dak l-Abbozz ta' Liġi, però mxejna u mxejna b'mod tajjeb.", "Jien naf għax kont preżenti dak iż-żmien għan-naħa tal-Oppożizzjoni, u ma kienx xi proċess li … Però wieħed irid jirregola b'mod tajjeb.", "Jien m'għandix diffikultà li npoġġu flimkien u nitkellmu ħalli jkollna lista ta' mistednin li jiġu mistiedna.", "MR SPEAKER: Aħjar hekk.", "Tajjeb.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, li xtaqt ngħid ukoll huwa li idealment – ma nafx kemm huwa possibbli jew le – il-Kumitat jibda jiltaqa' l-ġimgħa d-dieħla, it-Tlieta, 4 ta' Frar.", "Għandna ġimgħa ċans.", "M'għandix problema.", "CARMELO ABELA: Jien għada għandu jkolli lista ta' persuni li tista' tindika ...", "DAVID AGIUS: Forsi żewġ membri bejniethom, ngħinuhom aħna, u mmexxu.", "CARMELO ABELA: Hekk hu.", "MR SPEAKER: Dwar l-Ombudsplan diġà ftehemna li se naslu għal data oħra, u ma tibqax għat-3 ta' Frar.", "Il-Kumitat dwar it-twaqqif ta' Kummissarju u Kumitat Permanenti tal-Etika li għadek kif semmejt inti, Onor. Carmelo Abela, se tkompli d-diskussjoni fuq l-abbozz li ġie ppreżentat mar-rapport, u se titkompla fl-4 ta' Frar, it-Tlieta.", "Hemm il-kwestjoni tal-Karnival ...", "DAVID AGIUS: Naħseb li qabel il-Karnival irridu niddiskutu meta se tersaq il-mozzjoni tagħna dwar il-Legal Notice.", "Għad m'għandniex data.", "MR SPEAKER: Iva, dik għadha pendenti.", "Hekk hu.", "Importanti li taħsbu fid-dati.", "DAVID AGIUS: Naħseb li aħjar nagħmluha fil-Kamra.", "ONOR MARIO DE MARCO: Għandna bżonn ikollna data, jekk se nitkellmu għall-ġimgħa d-dieħla, ladarba tiskadi, anke biex norganizzaw il-kelliema.", "CARMELO ABELA: B'kull rispett lejn il-Kumitat u lejk, Mr Speaker, nixtieq li nara ftit l-affarijiet, għax jien m'iniex konvint minn dak li għidna fil-bidu.", "Jekk naraw x'ġara fil-passat, u jekk naraw anke … Ma nafx jekk kienx hemm xi rulings f'dan is-sens ukoll.", "Għadni m'iniex konvint li t-28 ġurnata japplikaw minn meta jitpoġġa l-avviż legali.", "Fl-opinjoni u l-interpretazzjoni tiegħi, japplikaw għal meta tista' tiġi ppreżentata l-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Imma dik hija l-pożizzjoni tas-Sedja!", "ONOR MARIO DE MARCO: Bħal f'opinjonijiet legali, nistgħu naqblu u ma naqblux; però, fl-aħħar mill-aħħar, il-proċedura hija dik regolata mill-iSpeaker.", "(Interruzzjoni)", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, jien rajt x'ġara fil-passat, rajt li anke kien hemm ċertu affarijiet li ma kenux in regola.", "Imma jien ma nistax nitkellem fuq dak li ġara.", "Jien irrid nimxi ma' dak li tgħid il-liġi.", "In ogni caso, irridu niftehmu fuq id-dati.", "ONOR MARIO DE MARCO: Naħseb li dan jiskatta fid-9 ta' Frar.", "Qed nitkellmu essenzjalment fuq il-ġimgħa d-dieħla, jekk se jkollna erba' seduti, kif hemm ftehim fil-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "LOUIS GRECH: Mr Speaker, aħna rridu naraw ċertu affarijiet, anke fuq il-klawsola li qrajt inti, imbagħad nitkellmu mal-Oppożizzjoni għada, u jekk ikun hemm qbil, dan il-Kumitat … (Interruzzjoni)", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Però, jekk ma jkunx hemm qbil miż-żewġ naħat, nitolbu li jkun hemm House Business Committee urġenti!", "LOUIS GRECH: Tajjeb.", "MR SPEAKER: La semmejt il-Karnival, nispiċċaw bil-Karnival.", "(Interruzzjoni) Iva, Onor. Louis Grech, imma nzerta jolqot lill-Parlament.", "Il-Kumitat Festi Nazzjonali ssottometta talba biex fit-3 u l-4 ta' Marzu, li jkunu ġranet meta jiltaqa' l-Parlament, il-Parlament ma jiltaqax għax il-Karnival se jinżamm fi Pjazza San Ġorġ.", "Jien għandi l-korrispondenza mibgħuta mis-Sur Anton Miceli lill-Iskrivan, li tgħid hekk:", "\"Għażiż Sur Scicluna,", "Ġentilment infakkrek fin-nota tiegħi tal-15 ta' Novembru 2013, fejn tlabna biex fil-jiem tal-Karnival, cioè mill-Ġimgħa 22 ta' Frar sat-Tlieta 4 ta' Marzu 2014, ma jkunx hemm seduti tal-Parlament peress li l-ġranet se jkunu attivitajiet tal-Karnival fi Pjazza San Ġorġ.", "Huwa maħsub li l-Ħadd, 23 ta' Frar, isiru l-provi.", "Però, f'każ ta' maltemp, dawk ikollhom isiru fl-24 jew il-25 ta' Frar.\"", "Ovvjament, intom tridu tiddeċiedu.", "L-Onor.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq it-3 u l-4 ta' Marzu?", "CARMELO ABELA: Jekk qed nitkellmu fuq dawn iż-żewġ dati – għax fid-dati tal-provi jirregolaw mod ieħor – nistgħu ngħidu li 'l quddiem nikkonsidraw jekk it-Tnejn, 3 ta' Marzu, u t-Tlieta, 4 ta' Marzu, jkunx hawn Parlament.", "Fuq meta jsiru l-provi, dawk jagħmlu arranġamenti oħra.", "MR SPEAKER: Nagħmlu data għall-House Business Committee?", "Kif qal l-Onor.", "David Agius, jekk ma jkunx hemm ftehim fuq is-seduti, niltaqgħu qabel.", "Sadanittant, jien qed nipproponi li niltaqgħu fil-11 jew 12 ta' Frar.", "LOUIS GRECH: Tajjeb.", "(Interruzzjoni)", "MR SPEAKER: Mela l-Kumitat huwa aġġornat għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Frar 2014, fis-6.45 p.m. Grazzi.", "Fit-8.38 p.m., il-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa, 12 ta' Frar 2014, fis-6.45 p.m."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees hbc", "source": "Extracted from 20140127_014d_hbc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "LAQGĦA NRU.", "It-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta,", "fis-7.21 p.m.", "L-iSpeaker, l-Onor Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali Louis Grech, l-Onor.", "Il-Minuti tal-laqgħa numru 13 li saret fil-15 ta' Jannar 2014 kienu kkonfermati.", "B'referenza għall-ftehim milħuq fil-laqgħa preċedenti tal-Kumitat sabiex it-Tnejn, 3 ta' Frar 2014, issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li fiha jkompli jiġi diskuss l-Ombudsplan 2014, l-Onor.", "Carmelo Abela talab li possibbilment din issir f'data oħra.", "Il-Kumitat qabel li dik il-laqgħa tiġi posposta għal data li tiġi komunikata aktar tard.", "XOGĦOL TAL-KAMRA", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali informa lill-Kumitat li l-ħsieb tal-Gvern kien li għall-ġimgħa li tibda t-Tnejn, 27 ta' Jannar 2014, l-aġenda parlamentari li għandha tiġi segwita tkun kif ġej:-", "(i) Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ – Abbozz Nru 30 – Tieni Qari Kont.;", "(ii) Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet ta' Komunikazzjoni – Abbozz Nru 33 – Tieni Qari; u", "(iii) Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 26 – Tieni Qari;", "u li matul il-ġimgħa ta' wara tiġi allokata seduta għad-diskussjoni dwar il-Mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Claudio Grech għat-twaqqif ta' Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa – Mozzjoni Nru 88.", "L-iSpeaker fakkar lill-Kumitat li l-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni għat-tħassir ta' Avviż Legali 450 tal-2013 dwar il-Programm tal-Investitur Individwali – Mozzjoni Nru 93 – kellha data ta' skadenza ai termini tal-Att dwar l-Interpretazzjoni, Kap. 249.", "Saret diskussjoni dwar dan il-punt.", "Il-Kumitat qabel li kellhom jiġi allokati erba' seduti li jinqasmu ndaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-possibbiltà li f'dawk is-seduti ma jitteħidx il-ħin tal-mistoqsijiet u/jew tal-Aġġornament.", "Il-ġranet għal dawn is-seduti kellhom jiġu miftiehma bejn il-Whips.", "MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF LINO FARRUGIA SACCO", "Saret referenza għall-korrispondenza li s-Sedja kienet irċeviet mingħand l-avukati tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco u li kienet ġiet diskussa fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat fejn tqajmu żewġ punti li kienu jirrigwardaw il-validità tal-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef Farrugia Sacco li kienet tressqet mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-15 ta' Diċembru 2012 u r-rikors Kostituzzjonali pendenti relatat ma' dan il-każ.", "Il-Kumitat qabel li peress li wara l-aħħar laqgħa tal-Kumitat, l-eżitu tar-rikors Kostituzzjonali kien sar magħruf, dak il-punt kien konkluż.", "Għaldaqstant il-punt li fadal jiġi deċiż mill-Kumitat kien dwar jekk il-mozzjoni għadhiex valida.", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li l-Iskrivan tal-Kamra kien irċieva korrispondenza oħra mingħand l-avukati tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco datata 27 ta' Jannar 2014, u qara din l-ittra lill-Kumitat.", "Kopja ta' din l-ittra tqassmet lill-Onorevoli Membri.", "L-Onor.", "Mario De Marco rrefera għal memorandum proċedurali li kien tħejja mill-iSpeaker Lawrence Gonzi fit-22 ta' April 1996 dwar mozzjoni ai termini tal-artikolu 97(2) tal-Kostituzzjoni u talab li l-Kumitat jingħata kopja ta' dan il-memorandum.", "Kopja ta' dan il-memorandum tqassmet lill-membri tal-Kumitat.", "L-Onor.", "Mario De Marco informa lill-Kumitat li l-parir li kellha l-Oppożizzjoni kien li l-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef Farrugia Sacco kienet għadha valida.", "Wara li ma kienx hemm qbil dwar din il-pożizzjoni huwa talab lis-Sedja biex tagħti ruling fuq dan il-punt.", "L-Onor.", "Louis Grech informa lill-Kumitat li l-parir legali li kellu l-Gvern kien li l-mozzjoni inkwestjoni ma kinitx valida u talab lis-Sedja biex tinforma lill-Kumitat dwar x'kien il-parir legali li hija kellha dwar din il-materja.", "Is-Sedja qrat il-parir legali li kienet ottjeniet mingħand il-konsulent legali tagħha l-Professur Ian Refalo, dwar il-kwestjoni, liema parir kien jikkonkludi li l-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco kienet mietet u li l-Kamra setgħet bi qbil tirriavviva l-mozzjoni imma li tali proċedura tkun ekwivalenti għall-introduzzjoni ta' mozzjoni ġdida li tkun tirrikjedi li l-proċedura komtemplata mil-liġi terġa' tiġi segwita mill-ġdid.", "Wara dibattitu fil-Kumitat l-Onor.", "Mario De Marco reġa' talab li jingħata ruling mis-Sedja sabiex il-kwestjoni tiġi riżolta.", "Is-Sedja informat lill-Kumitat li kienet se tagħti ruling l-għada stess.", "L-Onor.", "Louis Grech irreġistra l-punt li l-Gvern kien lest li jippreżenta mozzjoni ġdida skont il-proċedura sabiex il-proċess ma jiqafx.", "XOGĦOL IEĦOR", "Rigward il-proposta li kienet saret mill-Onor.", "Carmelo Abela fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat sabiex il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li fiha jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili – Abbozz Nru 20 – tieħu forma ta' public hearing, l-Onor.", "Abela informa lill-Kumitat li wara li kien iddiskuta l-proposta informalment mal-Whip tal-Oppożizzjoni, kien qed jiġi kkonsidrat li tiġi segwita l-istess proċedura li kienet intużat fil-leġiżlatura preċedenti waqt id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u l-Kodiċi Ċivili u sabiex jipprovdi għal Tutela (Guardianship Bill) – Abbozz Nru 109.", "B'dan il-mod kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni jkollhom il-fakultà li jġibu l-esperti tagħhom biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat.", "Il-Kumitat qabel li ż-żewġ naħat iħejju lista ta' esperti li jixtiequ jistiednu għal dawn il-laqgħat u l-Whips jikkomunikaw bejniethom sabiex it-Tlieta, l-4 ta' Frar 2014 tkun tista' tibda d-diskussjoni fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Wara li l-Onor.", "David Agius reġa' qajjem il-punt dwar l-iskadenza tal-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni għat-tħassir ta' Avviż Legali 450 tal-2013 dwar il-Programm tal-Investitur Individwali – Mozzjoni Nru 93 – diskuss aktar kmieni fil-Kumitat, il-Kumitat qabel li dan il-punt legali jiġi eżaminat aktar fid-dettall u li ż-żewġ naħat jipprovaw jaslu għal qbil dwar meta l-Kamra kellha tiddibatti din il-mozzjoni.", "Fin-nuqqas ta' qbil bħal dan, il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kellu jiltaqa' b'urġenza sabiex tittieħed deċiżjoni finali fuq din il-materja.", "L-iSpeaker ġibed l-attenzjoni tal-membri tal-Kumitat li f'email mibgħuta lill-Iskrivan tal-Kamra, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti kien talab li bejn il-Ġimgħa, 22 ta' Frar u t-Tlieta, l-4 ta' Marzu 2014, ma jsirux seduti tal-Parlament minħabba l-attivitajiet konnessi mal-karnival ippjanati li jsiru fi Pjazza San Ġorġ.", "Fit-8.38 p.m. il-Kumitat aġġorna għall-Erbgħa, 12 ta' Frar 2014, fis-6.45 p.m.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140127_014m_xog.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 2", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014 fis-6.45 p.m.", "L-iSpeaker, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014 fis-6.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt, b'din l-aġenda:", "Konsiderazzjoni tal-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru 55 tat-30 ta' Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni", "23 ta' Jannar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140128_002a_priv.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz € 2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "Laqgħa Nru 2", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.58 p.m.", "IlMinuti talLaqgħa Nru 1 li saret ilĦamis 31 ta' Ottubru 2013 ġew ikkonfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn talba biex membri talmedia jieħdu xi filmati flewwel minuti tallaqgħa.", "Hawn xi oġġezzjoni?", "Ilpermess ingħata.", "MR SPEAKER: Nitlob lillmembri talmedia biex jidħlu filKamra talKumitat biex ikunu jistgħu jieħdu xi filmati għallewwel ftit minuti tallaqgħa.", "Wara li ġew ikkonfermati lMinuti nista' ngħid li lKumitat iltaqa' illum sabiex jikkonsidra lkaż ta' ksur ta' privileġġ imqajjem millPrim Ministru fisseduta 55 tat30 ta' Settembru 2013 filkonfront talKap talOppożizzjoni, fejn fisseduta 56 tal1 ta' Ottubru sSedja kienet tat ruling li jgħid li lkaż imqajjem millPrim Ministru jammonta għal prima facie ksur ta' privileġġ u għaldaqstant dan ilkaż qiegħed quddiem dan ilKumitat.", "Kif jaf ilKumitat, ilKap talOppożizzjoni kien ukoll ressaq mozzjoni biex jiġi rivedut dan irruling, liema mozzjoni kienet ġiet diskussa qed ngħid dan biex ikun hawn ilkronoloġija kollha fisseduta 60 tad9 ta' Ottubru 2013, fejn ilmozzjoni m'għaddietx.", "Allura hawnhekk tiskatta lproċedura li aħna ddiskutejna flaħħar seduta, fejn intlaħaq qbil dwar kif se naħdmu, ċjoè dwar kif se jinqasam ixxogħol: li kemm ilPrim Ministru kif ukoll ilKap talOppożizzjoni jkollhom iddritt li jkunu preżenti waqt issmigħ taxxhieda, ikollhom ukoll dritt għallassistenza legali, ikunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lil min ikun qed jixhed permezz talIspeaker – jiġifieri jagħmlu ddomanda u jien ngħaddiha lillpersuna li tkun qed tixhed – u li jistgħu jittellgħu xhieda oħra, apparti lKap talOppożizzjoni u lPrim Ministru.", "Xhieda oħra li jittellgħu – dan skont qbil li sar – m'għandhomx ikollhom iddritt għallassistenza legali.", "Dan huwa lftehim li kien sar flaħħar seduta.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieqek tiċċara min jista' jistaqsi lmistoqsijiet.", "MR SPEAKER: Ilproċedura li ftehemna dwarha hija illi ddomandi jsiru, imma jsiru lillIspeaker u lIspeaker imbagħad jgħaddi ddomanda.", "Iddomandi jsiru biss millmembri talKumitat dwar ilPrivileġġi.", "(Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax, Onor. Carmelo Abela, inti staqsejtni u issa qed nirrispondik.", "Iddomandi jsiru millmembri talKumitat talPrivileġġi u lmembri interessati, f'dan ilkaż ilPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni, jagħmlu ddomanda lili. u viċiversa.", "Issa jekk jekk tħossu li m'għandniex nimxu b'din ilproċedura, irregolaw intom.", "LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali): Diġà kien hemm qbil fuq din ilproċedura u naħseb li għandna nkomplu għaddejjin biha.", "MR SPEAKER: Jiena ħsibt li m'għandniex problema.", "Ilftehim li sar flaħħar laqgħa kien li filkumitat tallum jinbeda ssmigħ taxxhieda.", "Mela llum se nibdew issmigħ taxxhieda.", "U flaħħar laqgħa konna miftehmin dwar ilġbir talevidenza li għandna bżonn sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni minn dan ilkumitat.", "Għallaqgħa tallum hawn preżenti lPrim Ministru.", "Jekk m'hemmx oġġezzjoni, nista' ngħaddi millewwel biex nagħti lkelma lillPrim Ministru, li jkun fuq ilmicrophone ħalli jagħti ddepożizzjoni tiegħu, u nisimgħu rraġunijiet li tqajmu filkaż kontra lKap talOppożizzjoni.", "IlPrim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Grazzi ħafna, Sur President, u sinjuri membri talKumitat.", "Naħseb li laħjar mod kif nistrada ttestimonjanza tiegħi – u se nkun qed nagħmilha bilmiktub – huwa billi nispjega dak li ta lok għal dawn ilproċeduri, jiġifieri għaliex jien ressaqt talba ta' ksur ta' privileġġ dwar limġiba talKap talOppożizzjoni fisseduta 55 tat30 ta' Settembru 2013.", "Din ittalba għassejbien ta' ksur ta' privileġġ mhijiex ibbażata fuq ilfatt illi lKap talOppożizzjoni jikkritika lillGvern.", "Jiena kont Kap talOppożizzjoni u naf li lOnor.", "Busuttil huwa fiddover li jagħmel ilkritika tiegħu.", "Tista' tgħid li f'demokrazija waħda millfunzjonijiet kostituzzjonali ewlenin tiegħu hija proprju li jagħmel hekk; nirrisponduh politikament u ħadd m'għandu jgħidlu xejn talli jikkritika lillGvern, anke jekk jagħmel kritika goffa u inpreċiża u żgwidata.", "Dak xogħlu u jiddeċiedi hu kif jagħmlu.", "Flaħħar millaħħar ma niġġudikahx jien, jiġġudikah ilpoplu u forsi jiġġudikawh ilmembri talpartit tiegħu li jien ovvjament ma nappartjenix għalih għax hekk taħdem iddemokrazija.", "Però, fisseduta tat30 ta' Settembru 2013 ġara li lKap talOppożizzjoni, wara li jien għamilt stqarrija dwar żjara li kont għamilt fuq xogħol uffiċjali barra minn Malta, għażel li minflok ma jistaqsini fuq ilkontenut talistqarrija, jagħmel numru ta' domandi sarkastiċi.", "Hawnhekk għedt ukoll li mhijiex serjetà, filfehma tiegħi.", "Huwa liberu li jagħmel hekk u jiġġudikah min qed jisimgħu.", "Però, f'din lokkażjoni lKap talOppożizzjoni għażel li jagħmel asserzjoni, li jgħid ħaġa bħala fatt, u meta mitlub jissostanzjaha – kif hu obbligat mirregoli talproċedura talParlament – ma ssostanzjaha blebda mod.", "Wieħed jistaqsi: Prim Ministru, għalfejn ħassejt li għandek tqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ?", "Ċertament ma tistax tgħid, Sur President, li kull darba li lKap talOppożizzjoni qed jgħid xi ħaġa li mhijiex eżatta li sfortunatament qed tibda ssir ta' spiss u b'mod regolari jien nitlob dikjarazzjoni ta' ksur ta' privileġġ.", "Kieku kont nagħmel hekk, minflok ma niġu quddiem dan ilKumitat darba fill, niġu kuljum.", "Iżda lasserzjoni ta' fatt li għamel ilKap talOppożizzjoni din iddarba kienet waħda serja, waħda li tallega aġir minnaħa tiegħi li jmur kontra lliġi.", "Huwa filfatt qal hekk:", "'Qalulek li f'pajjiżhom jindaħlu politikament lillKummissarju talPulizija sabiex ma jiħux azzjoni kontra nies kif għamiltu intom lillKummissarju talPulizija fuq ilkaż ta' John Dalli?'", "Busuttil għamel domanda, imma din iddomanda fiha wkoll stqarrija ta' fatt. Jiġifieri hawnhekk qed issir domanda biss inkwantu li huwa mistoqsi dwar x'qaluli filpajjiżi li żort, iżda huwa meħud bħala fatt li filkaż ta' John Dalli ndħalt politikament lillKummissarju talPulizija biex ma jiħux passi kontra persuna.", "Din lallegazzjoni, Sur President, hija serja għaliex skont ilKodiċi Kriminali tagħna huwa lKummissarju talPulizija li jiddeċiedi jekk jibdiex passi kriminali jew le, u dan filkażijiet kollha.", "Illiġi tqiegħed ilpiż taddeċiżjoni fuq ilKummissarju talPulizija u fuq lebda uffiċjal ieħor.", "Huwa lKummissarju li jiddeċiedi skont illiġi.", "U jien bħala Prim Ministru ta' dan ilpajjiż ninsisti li f'kull stadju ta' kull deċiżjoni – anke linqas waħda – inbaxxu rasna għal dak li tgħid illiġi.", "Għalhekk meta lKap talOppożizzjoni qed jgħid bħala fatt li lKummissarju ħa deċiżjoni – f'dan ilkaż li ma jaġixxix – għax indħaltlu jien, jew biex inkun korrett fi kliem ilKap talOppożizzjoni indħalnielu aħna, allura inkluż jien, filfatt ilKap talOppożizzjoni qed jgħid illi seħħ ksur ta' liġi, u ksur ta' liġi f'qasam delikat ħafna, dak talprosekuzzjonijiet.", "U allura huwa naturali, huwa minn ewl iddinja li għal asserzjoni tant serja, tant qawwija, tant importanti, jien bħala Prim Ministru responsabbli minn dan ilpajjiż inqum minn posti u nitlob lillKap talOppożizzjoni biex jagħmel xi ħaġa sempliċi ħafna.", "Ma tlabtu xejn ta' barra minn hawn, tlabtu biss jissostanzja din listqarrija ta' fatt, mhux mistoqsija li għamel.", "M'għandniex xi ngħidu li meta staqsejtu biex jissostanzja din listqarrija huwa baqa' ma ssostanzjaha blebda mod.", "Jekk wieħed jara lMinuti tasseduta 55, isib li wara li ġie mitlub jissostanzja, ilKap talOppożizzjoni ta xejn inqas minn erba' verżjonijiet: Lewwel qal li din ilu jissostanzjaha fittaħditiet tiegħu barra millKamra mingħajr ma qal kif u mingħajr ma għallinqas onorana b'sommarju ta' dak li kien qed jgħid barra millKamra.", "Wara għadda biex jikkwota dak li qal lex Kummissarju talPulizija filQorti.", "Issa ironikament irrid ngħid illi listess ex Kummissarju talPulizija filQorti qal li kien isib pressjoni – nikkwotah – millParlament flaħħar leġiżlatura, u sostna li lasserzjoni tiegħu hija lunika konklużjoni loġika, u għalhekk qed jgħid li hija fatt. Wara lKap talOppożizzjoni qal li lKummissarju talPulizija leali lejja u mhux lejn ilpajjiż.", "U flaħħar qal li hu kien qed jiġbed ġudizzju politiku.", "Però – u din hija lperò kollha – flistess nifs qal li qed iħalli kollox kif inhu.", "Jiġifieri hawnhekk, Sur President, għandna sitwazzjoni fejn ilKap talOppożizzjoni ma naqqas xejn minn dak li qal inizjalment u allura jien bilfors kelli ninsisti li hu jissostanzja lfatt li allega.", "Sintendi, fatti hu ma ġab xejn, iżda kompla jispekula.", "Wara rruling oriġinali tiegħek, Mr Speaker, ilKap talOppożizzjoni ressaq mozzjoni fejn qal illi dak li qal fisseduta 55 kienet konklużjoni politika.", "Iżda dan mhuwiex korrett; kienet stqarrija ta' fatt u mhux konklużjoni politika u jien għandi kull dritt u obbligu nitlob li tiġi ssostanzjata biex niddefendi ddrittijiet u rreputazzjoni tiegħi u talGvern, kif filfatt tipprovdi lKonvenzjoni Ewropea għadDrittijiet talBniedem.", "Ħadd, Sur President, ibda minni u spiċċa b'kull Membru ieħor, ma jista' jiġi filKamra u jispara diskors mhux ipprovat li jattakka ssisien tassaltna taddritt, issistema talprosekuzzjonijiet tagħna u flaħħar millaħħar iddemokrazija f'pajjiżna, u jistenna li ma jkunx mitlub jissostanzja.", "La rreferejt għaddrittijiet talbniedem irrid niċċara – anke għallbenefiċċju talmembri talmedia – li dawn ilproċeduri ma jimponu lebda sanzjoni fuq ilKap talOppożizzjoni.", "Lartikolu 2 talOrdinanza dwar ilPrivileġġi u sSetgħat talKamra tadDeputati dan jagħmluh ċar.", "Li qed ninfurzaw hawnhekk mhumiex xi sanzjonijiet, iżda rregoli ta' proċedura talKamra li jesiġu li ebda Onor. Membru m'għandu jgħid fatti fuq membru ieħor mingħajr ma jissostanzjahom.", "Ġudizzju politiku wieħed jista' jagħmlu, iżda għandu jgħid millewwel li huwa ġudizzju politiku u li huwa kumment politiku tiegħu, mhux jgħid laffarijiet ex cathedra bħala fatt assolut, imbagħad joqgħod jilgħab wara dellu u flistess ħin jibqa' jsostni lpożizzjoni tiegħu bħala li qed jagħti rendikont ta' fatt. Jien inħoss li dan huwa lispirtu talOrdni Permanenti nru 60 talOrdnijiet Permanenti talKamra u talartikolu 11, subinċiż 4(b) talOrdinanza dwar ilPrivileġġi u li għalhekk dawn ilproċeduri li kellhom isiru huma ġustifikati biex tiġi protetta lintegrità talParlament bħala logħla istituzzjoni demokratika talpajjiż.", "Se nkun ċar, Sur President, biex intemm hawnhekk.", "Lewwel nett: Jien ma ndħalt blebda mod lillKummissarju talPulizija u dak li qed jgħid u ma ssostanzjax ilKap talOppożizzjoni mhuwiex minnu.", "Ittieni: Għalhekk qed nitlob millġdid li din lallegazzjoni mhux sostanzjata tiġi rtirata.", "Ittielet: Jekk ma kenitx lintenzjoni talKap talOppożizzjoni li jallega dan kollu, għandu jgħid dan mingħajr ekwivoki, imbagħad jagħmel ilkritika politika li jidhirlu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Said, jekk jogħġbok indirizza ddomandi lili, ilPrim Ministru jkun qed jismagħhom.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, m'iniex se nidħol filclichés politiċi li ssemmew fiddepożizzjoni, għaliex ħafna minnhom kienu affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu malkaż.", "Però ħalli nagħmel ilmistoqsijiet.", "Lewwel mistoqsija li nixtieq nagħmel lillPrim Ministru hi: Jekk ġiex informat li m'hemmx każ kontra John Dalli u jekk ġie infurmat, meta ġie infurmat u minn min ġie infurmat?", "MR SPEAKER: IlPrim Ministru.", "CHRIS SAID: Jiġifieri lKummissarju talPulizija qatt ma kkomunika miegħu dwar dan ilkaż?", "JOSEPH MUSCAT: IlKummissarju talPulizija ma jikkomunikax miegħi, la dwar dan ilkaż u lanqas dwar ebda każ ieħor.", "CHRIS SAID: Inti kont taf bilpożizzjoni talinvestigating team li kien iffurmat millex Kummissarju John Rizzo, lex Spettur Angelo Gafà u lex Assistent Kummissarju Michael Cassar?", "CHRIS SAID: Meta sirt taf b'din ilpożizzjoni?", "JOSEPH MUSCAT: Millmezzi taxxandir.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti sirt taf li m'hemmx każ kriminali kontra John Dalli ...", "MR SPEAKER: Onor. Said, inti ddomanda trid tagħmilha hekk: Jiġifieri lPrim Ministru qed jgħid … għax inti qed tindirizza lili.", "Għallkorrettezza, Onor. Said, tagħmilx mistoqsijiet diretti lillPrim Ministru.", "CHRIS SAID: Mr Speaker, jiena lmistoqsijiet lilek qed nindirizzahom.", "MR SPEAKER: Kollox sew, jien qed neħodha li lmistoqsijiet qed tagħmilhom lili.", "CHRIS SAID: Filfatt qed inħares lejk biex nagħmilhom diretti.", "CHRIS SAID: Ilmistoqsija li jmiss, Mr Speaker, hija: Fejn sar jaf li lkaż kontra John Dalli huwa case closed?", "U kien abbażi ta' dak li ntqal filmedia li sejjaħ lil John Dalli biex jaħtru konsulent filMinisteru tasSaħħa?", "JOSEPH MUSCAT: LisSur Dalli jien kellimtu dwar ilħatra tiegħu li offrejtlu jien wara li lpunti li qed issemmi ħarġu filmezzi taxxandir.", "Nirrepeti, jien qatt ma kelli lebda komunikazzjoni malKummissarju talPulizija, la dwar dan ilkaż u lanqas dwar ebda każ ieħor.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti qgħadt fuq dak li qalu lmezzi taxxandir.", "MR SPEAKER: IlPrim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Nassumi li kif għamlu prim ministri oħrajn qabli, ma jkunx hemm komunikazzjoni malKummissarju talPulizija dwar każi speċifiċi.", "Din hija regola li kont, għadni u nibqa' nsegwiha.", "CHRIS SAID: Jiġifieri fuq dan ilkaż inti sirt taf millmedia li huwa case closed u hemmhekk iddeċidejt li taħtar lil John Dalli bħala konsulent filMinisteru tasSaħħa ftit talġranet wara.", "JOSEPH MUSCAT: Jekk tara ttimeline, hekk hu.", "CHRIS SAID: U qgħadt fuq dak li qalet ilmedia?", "CHRIS SAID: U ma staqsejtx x'kienet ilpożizzjoni qabel ...", "JOSEPH MUSCAT: Sa fejn naf jien ilmedia kienet qed tikkwota lillKummissarju talPulizija.", "CHRIS SAID: Kienet qed tikkwota … Allura ma staqsejtx x'kien ilkaż qabel, jekk kienx hemm każ, jekk kienx hemm affarijiet għadhom pendent?", "JOSEPH MUSCAT: Għaliex għandi?", "CHRIS SAID: Għax sussegwentement ilKummissarju talPulizija qalilna li lkaż ma ngħalaqx, għadu qed jiġi investigat.", "JOSEPH MUSCAT: Birrispett kollu, mhuwiex iddmir ta' prim ministru li jindaħal lillKummissarju talPulizija u joqgħod jistaqsih dwar każi speċifiċi.", "Nassumi li dak kien jiġri, jiġifieri ma jkunx hemm indħil f'leġiżlaturi oħra, u jien inżomm din ilprassi.", "CHRIS SAID: Allura lPrim Ministru ta' pajjiżna, li f'dan ilkaż huwa inti, kellek sitwazzjoni fejn kont taf millmedia li kien hemm persuna li qed tiġi investigata fuq allegat attentat ta' frodi, millmedia ssir taf li dak huwa case closed skont kummissarju li nħatar millGvern tiegħek ftit talġimgħat qabel, u abbażi ta' dak kollu li qalet ilmedia taħtar lil din ilpersuna konsulent filMinisteru għasSaħħa.", "JOSEPH MUSCAT: Inti qed tagħmel dik lassumption.", "Jien li qed ngħidlek huwa li jien sirt naf blaffarijiet kollha li kien hemm ippubblikati millmezzi taxxandir, u lmezzi taxxandir kienu qegħdin jikkwotaw lillKummissarju.", "Sa fejn naf jien – jikkorreġini lħabib tiegħi lOnor.", "Said – hawnhekk mhux qegħdin niddiskutu lħatra ta' John Dalli, għalkemm jekk trid niddiskutuha m'għandix problema li niddiskutuha, imma qegħdin niddiskutu … Jien m'għamiltx ksur ta' privileġġ għax ilkollega tiegħi lKap talOppożizzjoni qal li jien ħtart lisSur Dalli bħala konsulent.", "Ilpunt tiegħi huwa wieħed: illi lKap talOppożizzjoni qal li jien indħalt lillKummissarju.", "U din hija xi ħaġa li jien nirrifjuta blaktar mod kategoriku.", "CHRIS SAID: Onor. Prim Ministru, inti qed tgħid li jien għamilt assumptions, però lassumptions tiegħi ma kkontradixxejthom blebda mod f'dak li għadek kemm għedt.", "Ħalli nerġgħu mmorru pass lura.", "Jiġifieri li lex Kummissarju talUnjoni Ewropea John Dalli kien qed jiġi investigat fuq allegazzjoni ta' frodi, kont tafha millmedia.", "MR SPEAKER: Onor. Prim Ministru qabel ma tkompli ħu paċenzja.", "Ma rridx rimarki waqt li qed isiru ddomandi.", "JOSEPH MUSCAT: Se nkun ċar u preċiż.", "Fuq ilkwestjoni ta' frodi jew mhux frodi, jien sirt naf millmezzi taxxandir.", "Dwar ilkaż John Dalli jien sirt naf dakinhar tarriżenja tiegħu millKummissjoni Ewropea, fejn ċempilli, qalli li kien għadu kif ċempel lillPrim Ministru ta' dakinhar Lawrence Gonzi; qalli wkoll li ħassu fiddover li jċempel lili eżatt wara li ċempel lil Lawrence Gonzi biex jinfurmah li għadu kif kellu laqgħa malPresident talKummissjoni Ewropea Barroso u li kien se jittenderja rriżenja tiegħu.", "Qal li din se tkun qiegħda toħroġ bħala stqarrija filmezzi taxxandir fi ftit talminuti oħra u ħass li għandu jikkuntattja lillPrim Ministru ta' dak iżżmien u lili.", "CHRIS SAID: Infurmak li kien se jirriżenja.", "CHRIS SAID: Però ma infurmakx fuq xiex, x'kien ilkaż.", "JOSEPH MUSCAT: Le, ma dħalniex.", "CHRIS SAID: Allura lasserzjoni tiegħi kienet u nifhem li int ikkonfermajtha – li sussegwentement sirt taf x'kien ilkaż – minn dak li qalu lmezzi taxxandir, bħalma sirt taf li huwa case closed, u qed nikkwota lillKummissarju attwali Peter Paul Zammit, ukoll millmezzi taxxandir.", "JOSEPH MUSCAT: Iva, ma nafx jekk hux isSibt filgħaxija fuq ilPBS jew inkella lĦadd filgħodu fuq ilMaltaToday, imma naf li jew rajtu fuq ittelevision jew fuq ilgazzetta.", "Ma nafx min kien qed jikkwota lil min.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti kellek dan ittimeline: ilKummissarju jinfurmak li kien se jirriżenja ...", "JOSEPH MUSCAT: … ħafna żmien qabel.", "CHRIS SAID: Sussegwentement issir taf millmedia x'kien ilkaż.", "Sussegwentement jinħatar Kummissarju talPulizija li ftit jiem wara jgħid li huwa case closed u inti, sitt ijiem wara, taħtar lil din ilpersuna konsulent tassaħħa talGvern tiegħek.", "JOSEPH MUSCAT: Iva, jien għandi problema waħda b'dak li jingħata bħala raġunament, u dik hija lproblema bażika li għandi fuq dak kollu li qal ilKap talOppożizzjoni.", "Li kieku lKap talOppożizzjoni għamel stqarrija kif għamel anke meta konna qegħdin nitkellmu dwar ilmozzjoni li tikkontesta rruling fejn biddel iddikjarazzjoni li kien għamel … U jien nistieden lillKap talOppożizzjoni jsib dak li qal.", "Hemmhekk kien għamel dikjarazzjoni politika u jien m'għandix problema b'dikjarazzjonijiet politiċi.", "Jekk irid, nista' nikkwotahielu minn hawn u ftit talħin ieħor, jekk ikun hemm bżonn.", "Minnaħa loħra, dakinhar kien qal li lunika konklużjoni loġika li jista' jsib meta kien hemm Kummissarju talPulizija li qal li kien hemm każ kontra sSur Dalli u Kummissarju ieħor talPulizija li qal li ma kienx hemm każ kontra sSur Dalli, hi li jien indħalt lillKummissarju talPulizija preżenti.", "Jiddispjaċini, blistess loġika wieħed jista' jassumi li lPrim Ministru preċedenti kien indaħal lillKummissarju talPulizija preċedenti u jien ma ndħaltx, għax hija listess tip ta' loġika.", "Jekk żewġ kummissarji għamlu ġudizzji differenti, b'liema mod jikkonkludi lKap talOppożizzjoni li jien indħalt lillKummissarju?", "Blistess piż ta' loġika nista' nikkonkludi – m'iniex qed nikkonkludi hekk jien – li kien hemm indħil millPrim Ministru preċedenti malKummissarju preċedenti.", "Ilpunt tiegħi huwa wieħed sempliċi ħafna.", "Jien hawnhekk mhux qed nikkontesta ddritt talebda persuna f'dan ilpajjiż li tikkritika laġir talebda wieħed, lewwel wieħed tiegħi.", "Li nikkontesta hija dikjarazzjoni ċara u skjetta millKap talOppożizzjoni li jgħid li jien indħalt lillKummissarju talPulizija biex jiddeċiedi mod u mhux ieħor.", "CHRIS SAID: M'iniex qed nikkoreġik għax kull darba qed tgħid li qal 'li jien indħalt'.", "Ma qalx li inti ndħalt, qal 'intom indħaltu', però dik hija kwestjoni li nittrattawha iktar tard.", "JOSEPH MUSCAT: Qed jinkludi lili.", "Naħseb ...", "CHRIS SAID: Intom indħaltu, però biex inkunu korretti.", "JOSEPH MUSCAT: Ma qalx kulħadd minbarra lPrim Ministru lanqas.", "CHRIS SAID: Intom indħaltu, però dik hija issue oħra.", "Ilpożizzjoni talinvestigating team oriġinali li kien iffurmat minn John Rizzo, Angelo Gafà u Michael Cassar, meta sirt taf biha u kif sirt taf biha?", "JOSEPH MUSCAT: Millmezzi taxxandir.", "CHRIS SAID: Laħħar mistoqsija.", "Taf li kien hemm parir, issemma ħafna lparir talAG.", "Dan inti rajtu?", "CHRIS SAID: Għandek oġġezzjoni li jiġi ppubblikat ilparir talAG?", "JOSEPH MUSCAT: Naħseb li jekk kemmil darba ma jfixkilx linvestigazzjonijiet, minnaħa talGvern jien m'għandi lebda problema, imma naħseb li lewwel nett wieħed irid ifittex parir legali minnaħa talAvukat Ġenerali.", "CHRIS SAID: Dan laħħar għadek kemm ippubblikajt parir talAG fuq xi ħaġa oħra.", "JOSEPH MUSCAT: Ma naħsibx li lprosekuzzjoni ta' persuna għandha tiġi mħallta ma' affarijiet ta' natura kummerċjali.", "CHRIS SAID: Imma dan huwa case closed hux hekk?", "JOSEPH MUSCAT: Tistaqsix lili jekk hux case closed jew le għax jien dak kollu li naf, nafu millmezzi taxxandir.", "CHRIS SAID: Nistaqsi lilek għax inti sitt ijiem wara li kien dikjarat bħala case closed ħtartu konsulent tassaħħa filGvern tiegħek, allura għalik case closed.", "Għalik case closed?", "JOSEPH MUSCAT: Jien hawnhekk m'iniex ilprosekutur.", "Jien għandi oġġezzjoni waħda u mhix kwestjoni jekk hux każ magħluq jew le.", "Għandi oġġezzjoni waħda li punt li ttieħed bħala fatt millKap talOppożizzjoni huwa liktar punt imbiegħed millverità.", "Ilpunt li jien indħalt lillKummissarju talPulizija, jew f'dan ilkaż jew fi kwalunkwe każ ieħor, mhuwiex veritier.", "Jiddispjaċini.", "CHRIS SAID: Dak diġà għedtulna, però jien mhux dik ilmistoqsija qed nagħmillek.", "CHRIS SAID: Dwar lissue issa jiddeċiedi lKumitat meta joħorġu lfatti kollha.", "Però lmistoqsija f'dan listadju hija din: Inti filġurnata li ħtart lillex Kummissarju talUnjoni Ewropea John Dalli bħala konsulent tiegħek fuq issaħħa, għalik linvestigazzjoni kienet magħluqa?", "JOSEPH MUSCAT: Dr Said, jien hawnhekk ilparti leża, m'iniex lakkużat u hawnhekk lanqas qegħdin ilQorti.", "CHRIS SAID: Qiegħed xhud.", "JOSEPH MUSCAT: Le le, jiddispjaċini, imma lanqas qegħdin ilQorti.", "Ilpunt kollu hu li jien m'għamiltx ilksur ta' privileġġ għax ilKap talOppożizzjoni qal li jien għamilt lil John Dalli bħala konsulent tiegħi.", "Dik hija deċiżjoni politika tiegħi li qiegħda hemmhekk u jista' jikkritikaha kulħadd u m'għandi lebda problema li jkun hemm dik ilkritika.", "Ilpunt kollu huwa li lKap talOppożizzjoni għamel statement li mhuwiex veritier.", "CHRIS SAID: Ma weġibtnix għallmistoqsija li għamiltlek.", "Jekk ma tridx tweġibha għandek dritt ma tweġibhiex … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, qed tagħmel rimarka kull darba.", "CHRIS SAID: Jien qed nagħmel ilmistoqsija … (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "DAVID AGIUS: Għandek kull dritt tagħmillu ddomandi.", "DAVID AGIUS: U lanqas lilu!", "MR SPEAKER: Jien qed nikkontrolla lKamra.", "Jekk jogħġobkom.", "Lewwel ħaġa li rrid ngħid hi li lmembri talKamra li qegħdin hawnhekk u ġew josservaw mhumiex ilmembri talKumitat.", "Simon Busuttil għandu dritt joqgħod hawnhekk għaliex huwa lkaż tiegħu.", "Hawn ukoll ilPrim Ministru.", "Intom tridu tagħtu leżempju li waqt li qegħdin isiru ddomandi u rrisposti tridu tħallu llibertà lil dak li jkun anke biex jagħmel iddiskors tiegħu b'mod ħieles u mhux ikun hemm linfluwenza jew minnaħa jew oħra.", "Ma ndejqu lil ħadd.", "CHRIS SAID: Se nirrepeti lmistoqsija għax ma kellix risposta diretta għaliha.", "Filġurnata li inti ħtart lil John Dalli bħala konsulent talGvern tiegħek fuq ilqasam tassaħħa li kien ftit ġranet biss – sitt ijiem, jekk m'iniex sejjer żball – wara li lKummissarju qal li kien case closed, għalik linvestigazzjonijiet qisthom li kienu magħluqa?", "JOSEPH MUSCAT: Jiena dakinhar kont naf dak li ntqal filmezzi taxxandir.", "Ilpunt kollu huwa dan: mhux jien niġġudika jekk linvestigazzjonijiet humiex magħluqa jew le, ma naħsibx li lliġi tagħtini dak ilpoter.", "Ngħid ukoll li jekk wieħed jirrevedi wkoll dak li qal ilKap talOppożizzjoni … Hawnhekk qegħdin nitkellmu bħala nies filpolitika.", "Jien għallinqas rajt nuance fiddiskors talKap talOppożizzjoni, għax filwaqt li dakinhar qal mod – issa filpolitika ġieli laffarijiet jaħarbu minn idejn dak li jkun – fiddiskors li għamel waqt ilkontestazzjoni tarruling iddikjarazzjoni tiegħu nbidlet.", "CHRIS SAID: Onor. Prim Ministru, m'iniex qed nistaqsik fuq hekk.", "MR SPEAKER: Onor. Said, ilPrim Ministru għandu dritt jispjega largument għax hija parti mirrisposta.", "JOSEPH MUSCAT: Jien, sakemm ikun ġudizzju politiku li jgħid li hu jemmen dak li jemmen m'għandix problema.", "Li jgħid bħala stat ta' fatt, li jien indħalt lillKummissarju talPulizija għandi problema!", "CHRIS SAID: Però mhux fuq hekk qed nistaqsik.", "Dik irrepetejtha u qed tirrepetiha għal kull mistoqsija li għamiltlek!", "Għandek kull dritt, però...", "JOSEPH MUSCAT: Qed tirrepeti listess mistoqsijiet!", "CHRIS SAID: Għax m'intix tweġibni!", "Jiġifieri filġurnata li inti ħtart lil John Dalli bħala konsulent talGvern tiegħek għallqasam tassaħħa, inti, għalik, qist li lkaż huwa magħluq?", "Qed ngħid għalik.", "Xi ħsibt inti personalment f'dik ilġurnata u f'dak ilħin?", "Iddomanda qed tagħmilha f'dak issens.", "JOSEPH MUSCAT: Jien, nerġa' nirrepeti dak li għedt.", "Nixtieq inżid, Sur President, li hawnhekk għandi ttranscript quddiemi ta' dak li ntqal millOnor.", "Kap talOppożizzjoni meta konna qegħdin niddibattu rruling tiegħek.", "Għamel numru ta' fatti hawnhekk, jew dawk li qal li huma fatti.", "Qed nikkwota minn paġna 3 tattranscript, unedited ta' seduta nru 60.", "IlKap talOppożizzjoni qal hekk:", "'Fatt ieħor, ilKummissarju lġdid jieħu ddeċiżjoni waħdu li John Dalli m'għandux jitressaq ilQorti ...'", "Dikjarazzjoni bħal dik m'għandix problema dwarha.", "Jekk ilKap talOppożizzjoni issetilja li dik hija lverżjoni tiegħu jien naċċettaha, m'għandix problema.", "MR SPEAKER: Naħseb li jkun hemm mument fejn ilKap talOppożizzjoni jkun jista' jgħid ilpożizzjoni tiegħu u forsi wieħed jasal fi ftehim biex kemm jista' jkun … Kompli.", "JOSEPH MUSCAT: Le, imma dik hija xi ħaġa li qed inpoġġi hawnhekk bħala rieda tajba!", "Jekk ilKap talOppożizzjoni.", "Qed nikkwota lilu, mhux ...", "Mhux qed nagħmel parafrażi tiegħu, jista' jmur jisma' rrecording!", "Naħseb li għandna nipproċedu bilproċeduri.", "CHRIS SAID: Hekk qed nagħmlu!", "MR SPEAKER: S'issa għadna flistadju … Onor. Louis Grech, f'dawn ilproċeduri paċenzja trid tieħu!", "Inti baqagħlek xi domandi, Onor. Chris Said?", "CHRIS SAID: Iva, għax għadni ma ħadtx risposta għallmistoqsijiet tiegħi.", "MR SPEAKER: Mela mexxi biddomandi ħalli nibqgħu mexjin!", "CHRIS SAID: Kull ma jrid jirrispondi huwa iva jew le!", "MR SPEAKER: Irrisposta talPrim Ministru hija dik li ta.", "Imbagħad ara inti b'liema domandi trid issegwi.", "Anzi, għandek lesperjenza, taf x'jien ngħid...", "CHRIS SAID: Hekk qed nagħmel!", "CHRIS SAID: Prim Ministru, filġurnata li inti ħtart lil John Dalli bħala konsulent talGvern tiegħek għallqasam tassaħħa, inti, dakinhar, miegħek innifsek kont konvint li lkaż huwa magħluq?", "Kont taf li kien hemm investigazzjoni; kont taf li linvestigazzjoni kienet fuq xi ħaġa serja ħafna, tant li wasslet għal riżenja minn Kummissarju talKummissjoni Ewropea; kont taf li lKummissarju ftit taljiem qabel qal li case closed.", "Allura int, meta ħtartu bħala konsulent tiegħek, x'kienet ilpożizzjoni tiegħek?", "Għalik ilkaż kien magħluq?", "JOSEPH MUSCAT: Ilpożizzjoni tiegħi kienet li kont naf b'dak li hemm millmezzi taxxandir.", "Sa dik ilġurnata kien hemm dawk iddikjarazzjonijiet u dik kienet ilpożizzjoni tiegħi f'dak ilmument.", "CHRIS SAID: Jiġifieri inti bħala Prim Ministru ma ħassejtx li għandek tindaga iżjed biex tkun taf x'kien wara dan kollu; jekk kienx hemm investigazzjonijiet oħra għaddejjin?", "MR SPEAKER: Diġà rrispondiek fuqha din.", "Ħu paċenzja!", "JOSEPH MUSCAT: Jien ma nitlob informazzjoni dwar lebda investigazzjoni.", "Ma nitlobx informazzjoni dwar investigazzjonijiet!", "CHRIS SAID: Inti għedtilna li John Dalli kkomunika miegħek dakinhar li se jitfa' rriżenja tiegħu u ħass li kellu jinfurmak ...", "Minn dakinhar sa meta ħtartu bħala konsulent tiegħek, tkellimt ma' John Dalli?", "JOSEPH MUSCAT: Naħseb li iva.", "Kien hemm każ wieħed fejn ċempilli.", "JOSEPH MUSCAT: M'għandix recollection fuq hekk.", "CHRIS SAID: Wara li rriżenja.", "CHRIS SAID: X'kien ilġist ta' dak li ntqal?", "JOSEPH MUSCAT: Naħseb li f'dawk iljiem kien hemm sitwazzjoni fejn kienu qed iċempluli ħafna nies, inkluż millPartit Nazzjonalista, biex ngħinu biex Tonio Borg isir Kummissarju Ewropew.", "Ma nistax niftakar eżatt.", "Ma kinitx xi diskursata biex ...", "CHRIS SAID: Qallek biex tgħin lil Tonio Borg isir Kummissarju?", "JOSEPH MUSCAT: Ma naħsibx li kienet diskursata … Naħseb li kien hemm min minnaħa tiegħek li kien qed jgħidli hekk u kien hemm min jgħidli biex infixkel ukoll!", "CHRIS SAID: Għidilna min, Sur Prim Ministru!", "JOSEPH MUSCAT: Ma naħsibx li konverżazzjoni ...", "CHRIS SAID: Għax biex titfa' ttajn faċli!", "(Interruzzjonijiet) IlPrim Ministru għamel allegazzjoni u jien għandi dritt nistaqsih fuqha!", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, jekk jogħġbok ...", "Carmelo Abela qal li qed nagħmel farsa!", "Jien hawnhekk qed nagħmel dmiri; nitlob ilprotezzjoni tiegħek u nitolbu jirtiraha!", "MR SPEAKER: Ħa jkollok ilprotezzjoni!", "Se tibqa' miexi?", "CHRIS SAID: Jien nitlob li tiġi irtirata!", "CARMELO ABELA: Jien ma għidthiex on mic!", "MR SPEAKER: Jiġifieri rtirajtha.", "Daqshekk.", "Jekk mhux ser jirtiraha, jien nitlaq 'il barra!", "Għaliex flaħħar millaħħar...", "MR SPEAKER: Hawnhekk kulħadd qiegħed għaxxogħol tiegħu!", "CHRIS SAID: Jien smajtu jgħid li jien qed nagħmel farsa ...", "MR SPEAKER: M'hemmx għalfejn intellgħu ttemperatura … Konna mexjin.", "CARMELO ABELA: Jien nixtieq li nibqgħu massuġġett u mhux niftħu ...", "Irrimarka li semma lOnor.", "CARMELO ABELA: Ilmod kif għamel ilmistoqsijiet tiegħu, mhux qed ngħid … (Interruzzjonijiet)", "Inti dik irrimarka lest li tirtiraha?", "CARMELO ABELA: Meta jirtiraw ċerti allegazzjonijiet, nirtiraha.", "MR SPEAKER: M'intix lest li tirtiraha?", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, mhux aċċettabbli dawn laffarijiet!", "Mhux aċċettabbli!", "DAVID AGIUS: Jew se tgħidlu jirtiraha jew inkella ħa jkollna nieħdu lazzjonijiet tagħna!", "CARMELO ABELA: Jien m'għandix problema li nirtirahielu, jekk ħa għalih!", "MR SPEAKER: Daqshekk!", "Irtirajtha u nkomplu.", "M'għandu jieħu għalih ħadd għax hawn ġejna għaxxogħol!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Chris Said, ibqa' għaddej biddomandi, jekk jogħġbok.", "Jekk ilPrim Ministru qed jgħid xi ħaġa li mhux qed togħġbok, ma ġara xejn, għandek iddomanda ta' wara.", "Hekk qed nagħmel.", "Ma' John Dalli inti tkellimt, qed tgħidilna, darba waħda biss minn meta qallek li ħa jirriżenja u kont qed tgħidilna dwar xiex kellmek.", "JOSEPH MUSCAT: Jidhirli li kienet in the aftermath, biex jgħidli dwar kif kien hu u li ħadha bi kbira dwar dak li ġara … Nimmaġina li kien hemm konverżazzjonijiet simili wkoll malPrim Ministru.", "Sa fejn naf jien ma naħsibx li qiegħed niżvela xi ħaġa ta' barra minn hawn – skont linformazzjoni li għandi, anke lex Prim Ministru kellu konverżazzjonijiet miegħu!", "MR SPEAKER: Onor. Chris Said, nixtieqek li tistrada ddomandi fuq dak li għandna filksur ta' privileġġ ħalli ma naħlu ħin ta' ħadd.", "CHRIS SAID: Dak huwa ssuġġett.", "DAVID AGIUS: Hekk qed nagħmlu, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: Jien qed ngħid hekk biex nimxu u nagħmlu iktar progress.", "CHRIS SAID: Laħħar mistoqsija, Mr Speaker.", "Kont inti li bgħatt għal John Dalli biex taħtru konsulent?", "Inti ċempiltlu?", "Kellimtu biex jiġi jkellmek?", "JOSEPH MUSCAT: Le, kien proċess fejn ilMinistru għasSaħħa qalli li huwa jemmen li anke wara kif żviluppaw laffarijiet, John Dalli jista' jkun ta' għajnuna kbira f'dak ilqasam.", "Qalli wkoll li huwa jixtieq li jiġi avviċinat John Dalli u filfatt imbagħad, through ilMinistru għasSaħħa, ġie avviċinat listess John Dalli.", "CHRIS SAID: Le, f'dan listadju daqshekk.", "LOUIS GRECH: Domanda waħda se nagħmel.", "Barra minnarrativa irrelevanti għassuġġett li kellna llum millOnor.", "DAVID AGIUS: Mr Speaker, ma jistax jgħid li laffarijiet huma irrelevanti!", "DAVID AGIUS: (Interruzzjonijiet) Ma jistax, Mr Speaker!", "Inti tgħid humiex relevanti jew le!", "Lebda membru f'dan ilKumitat ...", "MR SPEAKER: Onor. David Agius, jekk jogħġbok!", "DAVID AGIUS: Ma jistax jgħid li laffarijiet tagħna huma irrelevanti!", "(Interruzzjonijiet) Nieqfu biex nisimgħu x'għedt!", "Jien naf x'għedt!", "MR SPEAKER: Hawnhekk qed naqtgħu figura ħażina ħafna ma' min qed jismagħna u m'għandux ikun hekk!", "Inżommu sserjetà f'dan ilParlament!", "(Interruzzjonijiet) Dak li huwa irrevelanti ibqgħu ċerti li se narah!", "Ejja għaddomanda, Onor. Grech.", "Għandek iddomanda miktuba quddiemek!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Louis Grech, agħmel iddomanda!", "LOUIS GRECH: Qegħdin hawn illum biex naraw jekk filverità lkliem 'indħil politiku' kienx suġġett li lPrim Ministru sab oġġezzjoni għalih, u biex nippruvaw jekk kienx hemm indħil politiku.", "Dak huwa ssuġġett kollu!", "U mhux jekk kienx hemm ilħatra ta' John Dalli u diskussjonijiet oħra.", "Jien qed nistaqsi lillPrim Ministru jekk qattx indaħal lillKummissarju talPulizija fuq ilkaż ta' John Dalli?", "MR SPEAKER: IlPrim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: La fuq ilkaż ta' John Dalli, u lanqas fuq ebda każ ieħor!", "DEBORAH SCHEMBRI: Prim Ministru, meta inti smajt dak li qal lOnor.", "Simon Busuttil waqt li kien qed jitkellem, inti ħassejt li kien qed jirreferi għalik?", "MR SPEAKER: IlPrim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Strettament kien qiegħed jistaqsi mistoqsija għal stqarrija ministerjali tiegħu, allura bilfors li kien qed jindirizza lili.", "DEBORAH SCHEMBRI: Meta inti tlabtu biex jissostanzja dak li qal hu, inti tħoss li dak li qal hu kien filfatt issustanzjah?", "Filwaqt li dejjem inkluda lili, anke meta tlabtu biex jirtira dak kollu, over and above, filfehma tiegħi ma ssostanzja lebda parti millclaims tiegħu.", "Hawnhekk nixtieq nissottolinja li jien nara differenza enormi u ċara ħafna bejn ġudizzju politiku u stat ta' fatt. IlKap talOppożizzjoni ma jistax jgħid li assumption politika li għamel hija stat ta' fatt!", "Dik hija loġġezzjoni tiegħi.", "Li kieku nuża listess kejl talKap talOppożizzjoni nista' nasal, anke jien – u stajt wasalt għal dan fissnin li għaddew – għal ħafna konklużjonijiet li ma tistax tasal għalihom bħala stat ta' fatt. Nerġa' ngħid, u nagħti dan leżempju: għandna każ ta' żewġ kummissarji talpulizija li waslu – jidher – għal żewġ konklużjonijiet differenti.", "IlKap talOppożizzjoni għoġbu jasserixxi li jekk kien hemm żewġ konklużjonijiet differenti, bilfors li Joseph Muscat indaħal lillKummissarju talPulizija.", "Jien, kieku nuża listess loġika talKap talOppożizzjoni nista' ngħid: mela lPrim Ministru ta' qabel indaħal lillKummissarju talPulizija ta' qabel u għalhekk kien hemm konklużjonijiet differenti.", "Imma jien dan m'iniex qed nagħmlu.", "MR SPEAKER: Iktar mistoqsijiet?", "DEBORAH SCHEMBRI: Lewwel għidna li lKap talOppożizzjoni bilkelma 'intom' kien qiegħed jirreferi għalik ukoll, flimkien ma' oħrajn.", "Qal ukoll, u nikkwota minn dak li qalet isSedja li kienet qiegħda tikkwota lillKap talOppożizzjoni:", "'Le, ma nirranġa xejn għax naf x'qed ngħid u rrepetejtu darba, tnejn.", "Għandna Kummissarju talPulizija li waqqaf għarraġunijiet politiċi, minħabba llealtà politika li għandu lejn min ħatru, u ħatru lMinistru għallIntern, u ħatru lPrim Ministru.'", "Inti tħoss li minbarra li inti kont pinpointed bħala parti mill'intom', kont ukoll pinpointed direttament u implikat millKap talOppożizzjoni?", "JOSEPH MUSCAT: Lanqas hemm dubju li bilmod ta' kif imbagħad żviluppa ddiskors, ilKap talOppożizzjoni kien qed jidentifika lili.", "DEBORAH SCHEMBRI: Xejn iktar.", "Grazzi.", "CHRIS SAID: Żewġ domandi, Mr Speaker.", "Prim Ministru, lillKummissarju Peter Paul Zammit inti għażiltu?", "JOSEPH MUSCAT: Iva, nieħu rresponsabbiltà li lillKummissarju talPulizija, jien għażiltu.", "CHRIS SAID: LillKummissarju John Rizzo inti neħħejtu?", "JOSEPH MUSCAT: LilllKummissarju talPulizija John Rizzo, iva jien.", "CHRIS SAID: Grazzi.", "JOSEPH MUSCAT: X'għandu x'jaqsam?", "CHRIS SAID: M'għandix dritt nagħmel mistoqsijiet?", "JOSEPH MUSCAT: Iva, imam, birrispett kollu, hija mistoqsija stupida!!", "MR SPEAKER: Hemm iktar domandi għallPrim Ministru?", "DEBORAH SCHEMBRI: Kien filkompitu tiegħek bħala Prim Ministru li taħtar lillKummissarju preżenti?", "JOSEPH MUSCAT: Ovvjament li huwa firresponsabbiltà tiegħi li nagħmel din ilħatra.", "Jiddispjaċini li dak li qed tipprova timplika lOppożizzjoni jimmina listituzzjonijiet ta' dan lIstat!", "Jien meta kont flOppożizzjoni, anke meta kelli riżervi tiegħi dwar ilpersuna li kienet Kummissarju u persuni oħra, qgħadt attent ħafna kif nitkellem.", "DEBORAH SCHEMBRI: LillKummissarju uxxenti, isSur John Rizzo, kien filkompitu tiegħek bħala Prim Ministru li tneħħih?", "JOSEPH MUSCAT: Jien ħassejt li wara numru ta' snin ilKummissarju talPulizija uxxenti kellu jagħmel spazju għal ħaddieħor.", "Żgur li rajt li jintużaw labilitajiet tiegħu billi llum qiegħed ilKap tatTaqsima talProtezzjoni Ċivili.", "MR SPEAKER: Jekk m'hemmx iktar domandi, nirringrazzja lillPrim Ministru u jista' jirtira għalkemm għandu ddritt li jibqa' preżenti.", "Grazzi, Onor. Prim Ministru.", "Illaqgħa tallum kienet maħsuba biex nisimgħu ddepożizzjoni talPrim Ministru u jsirulu ddomandi.", "Sa seduta oħra lPrim Ministru jrid jgħidilna jekk għandux xhieda oħra, għaliex ilftehim kien li lPrim Ministru jlesti xxhieda tiegħu, imbagħad jibda lKap talOppożizzjoni bixxhieda tiegħu.", "Allura, jien irrid nara minnaħa talPrim Ministru jekk hemmx xhieda oħrajn.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nista' nistaqsi jekk lAvukat talPrim Ministru jistax jikkummenta bilpermess talKumitat?", "MR SPEAKER: Ilproċedura mhijiex daqshekk stretta.", "Laħħar darba ftehemna – ikkoreġuni jekk inkun qiegħed niżbalja – li jixhed ilPrim Ministru, jekk ikun hemm xi xhieda li jixtieq itella' lPrim Ministru, itellagħhom – ovvjament mhux illum għax isseduta talllum kienet għalih – u jagħlaq.", "Imbagħad jibda jixhed ilKap talOppożizzjoni li mbagħad itella' xxhieda tiegħu u jagħlaq.", "Ovvjament ma hemm lebda rabta li jekk wieħed irid jerġa' itella' xhud … Dik għamilnieha ċara!", "Jekk ilPrim Ministru għandu xi xhieda oħra, isseduta li jmiss se tkun għalhekk.", "Finnuqqas, imbagħad jibda lKap talOppożizzjoni.", "Jekk ilPrim Ministru ma jkunx se jtella' xhieda oħra, jinforma lillIskrivan talKamra biex javża lillKap talOppożizzjoni ħalli jitla' jixhed hu u hekk ma naħlux isseduta.", "Naġġornaw għal nhar lErbgħa, 19 ta' Frar 2014.", "Grazzi ħafna.", "Fis7.49 p.m. ilKumitat aġġorna."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees priv", "source": "Extracted from 20140128_002d_pri.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PRIVILEĠĠI", "LAQGĦA NRU 2", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi ltaqa' fil-Palazz, il-Belt, Valletta fis-6.58 p.m.", "Anġlu Farrugia, ippresieda.", "PREŻENTI", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u tTwettiq talManifest Elettorali, l-Onor.", "Għal-laqgħa kienu preżenti wkoll id-Deputat Avukat Ġenerali, Dr Donatella Frendo Dimech u l-konsulent legali tal-Prim Ministru, Dr Paul Lia.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 1 li saret fil-31 ta' Ottubru 2014 kienu kkonfermati.", "PERMESS LILL-MEDIA", "L-iSpeaker informa lill-Kumitat li huwa kien irċieva talba mingħand mezzi tal-media biex jingħataw permess jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat.", "Il-permess ingħata.", "KAŻ TA' KSUR TA' PRIVILEĠĠ IMRESSAQ MILL-PRIM MINISTRU L-ONOR.", "JOSEPH MUSCAT FIL-KONFRONT TAL-OPPOŻIZZJONI L-ONOR.", "Il-Kumitat dwar il-Privileġġi ġie mlaqqa', hekk kif maqbul fl-ewwel laqgħa, sabiex jisma' x-xhieda tal-Onor.", "Prim Ministru fil-każ imqajjem minnu kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni f'seduta numru 55 tat-30 ta' Settembru 2013.", "L-iSpeaker fakkar il-punti li ntlaħaq qbil dwarhom fl-ewwel laqgħa, ċjoè li:", "il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jkollhom id-dritt ikunu preżenti waqt is-smigħ tax-xhieda;", "il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ikollhom dritt għall-assistenza legali;", "mistoqsijiet lix-xhieda jistgħu jsiru permezz tal-iSpeaker; u", "ix-xhieda m'għandhomx ikollhom id-dritt għall-assistenza legali.", "Huwa ġibed l-attenzjoni wkoll li l-mistoqsijiet għandhom isiru mill-membri tal-Kumitat dwar il-Privileġġi u mill-partijiet interessati biss.", "Il-Prim Ministru ta x-xhieda tiegħu u wieġeb mistoqsijiet li saru lilu mill-Membri tal-Kumitat.", "In-naħa tal-Gvern ġiet mitluba sabiex tinnotifika lill-Iskrivan tal-Kamra dwar jekk il-Prim Ministru kienx se jtella' xi xhieda min-naħa tiegħu għal-laqgħa li jmiss.", "F'każ li ma jiġux indikati xhieda min-naħa tal-Prim Ministru, il-Kumitat qabel li mil-laqgħa li jmiss jibda jisma' lill-Kap tal-Oppożizzjoni u x-xhieda tiegħu.", "Fis-7.49 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar 2014.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140128_002m_pri.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014 fis-6.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Vjolenza Domestika – Diskussjoni mal-Kummissarju tal-Pulizija", "Affarijiet Oħra"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140128_016a_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Laqgħa Nru 16", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.42 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 15 li saret l-Erbgħa, 11 ta' Diċembru 2013 ġew konfermati.", "Vjolenza Domestika – DISKUSSJONI MAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA", "THE CHAIRPERSON: L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak Sur Kummissarju talli għoġbok tilqa' l-istedina tagħna sabiex tiġi f'dan il-Kumitat.", "Bħalma taf aħna qegħdin niddiskutu l-kwestjoni tal-vjolenza domestika mil-lat tal-istituzzjonijiet Maltin u kif dawn jitrattaw lill-vittmi.", "Just biex nagħtik overview ta' dak li ddiskutejna s'issa; kellna hawnhekk vittmi li ġew minn shelters u minn entitajiet oħra u kollha tawna overview ta' dawk li jaħsbu li huma l-loopholes jew il-problemi li hemm f'dawn l-istituzzjonijiet.", "Ovvjament ma kenitx l-ewwel darba li ssemmiet il-Pulizija f'dan il-Kumitat.", "Ir-raġuni bażika għalfejn tissemma' il-Pulizija hija ovvjament minħabba l-fatt li l-Pulizija hija the first point of contact ta' ħafna nies li jgħaddu minn vjolenza domestika.", "Kien hemm min qalilna affarijiet pożittivi u kien hemm min qalilna affarijiet inqas pożittivi fuq il-Pulizija.", "Għalhekk bix-xieraq li tkun hawnhekk inti ħalli tirrispondi għal ċerti mistoqsijiet li għandu dan il-Kumitat.", "Sfortunatament illum għandi kumitat ieħor u għalhekk mhux se jkun possibbli għalija li nippresjedi dan il-Kumitat.", "Madankollu jekk nispiċċa kmieni nibqa' ġejja hawnhekk.", "U għalhekk illum se jippresjedi minfloki l-Onor.", "Mela nistgħu ngħaddu minnufih għas-suġġett tal-lum.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Qabel nibdew xtaqt nagħmel punt ta' kjarifika peress li fl-aħħar laqgħa jiena kont skużat u minfloki kellha tattendi l-Onor.", "Madankollu nqalgħet xi laqgħa oħra dak il-ħin u lanqas l-Onor.", "Jien ma nafx jekk l-Onor.", "Marthese Portelli kienux preżenti għal din il-laqgħa però jien kont skużat.", "Fil-fatt konna informajna wkoll lil-Ispeaker li kienet se tattendi minfloki l-Onor.", "Issa nieħdu nota ta' dan li għadek kif għedtilna.", "Sur Kummissarju nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek.", "Kif qaltlek iċ-Chairperson, aħna xtaqnik li tiġi hawnhekk biex bħala l-leader tal-Korp tal-Pulizija, tagħtina l-veduti u l-ħsebijiet tiegħek fuq din l-issue.", "Aħna nemmnu li intom għandkom rwol importanti fis-soċjetà tagħna u għalhekk xtaqnik li tagħtina l-veduti tiegħek ħalli l-jigsaw puzzle tkun tista' tingħalaq aħjar.", "Nerġa' nirringrazzjak talli sibt il-ħin biex tingħaqad magħna.", "IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA (Is-Sur Peter Paul Zammit): Il-kwestjoni tal-vjolenza domestika mhijiex xi fenomenu ġdid imma sfortunatament ilha fis-soċjetà umana kważi kważi sa mill-bidu nett tal-ħolqien tagħha.", "Sfortunatament dan huwa aġir ta' nuqqas ta' komprensjoni minn parti jew oħra u li sfortunatament tispiċċa f'diversi forom ta' vjolenza.", "Fil-fatt din ma tkunx biss vjolenza fiżika imma tista' tkun ukoll vjolenza mentali, fejn il-partijiet konċernati - again din mhijiex kwestjoni li tolqot biss lill-miżżewġin imma tista' tkun ukoll intra-familjari - jispiċċaw jixtiequ d-deni lill-parti l-oħra.", "Sfortunatament fis-soċjetà tagħna dan il-fenomenu, minbarra li forsi laħaq livelli għoljin, laħaq ukoll ċerta kwalità, fejn il-kumplament tas-soċjetà qiegħda tiddisassoċja ruħha minnu għal raġunijiet ovvji.", "F'dan il-kuntest jidħol id-dritt tas-soċjetà li tħares lilha nnifisha minn din it-tip ta' vjolenza u l-obbligu tas-soċjetà li tgħin lill-partijiet konċernati sabiex isibu s-soluzzjoni u fejn hemm bżonn tippunixxi lil min għamel il-ħażin.", "Fil-parti l-kbira tal-każijiet il-Pulizija jkunu fil-forefront għax kif ingħad tajjeb aħna nkunu l-ewwel post ta' refuġju għal dawn in-nies li jkunu qegħdin isofru minn din il-vjolenza.", "L-informazzjoni kif kienet - nerġa' ngħid kif kienet għaliex il-forma tinbidel – normalment il-persuna tmur fl-eqreb għassa u tagħmel ir-rapport.", "Issa llum, bil-mezzi ta' telekomunikazzjoni li għandna, fosthom il-mobajl, dak li jkun jista' jaqbad u jċempel l-għassa u jitlob għall-għajnuna b'mod immedjat, jiġifieri jkun għadu lanqas biss ħareġ mid-dar jew mill-post fejn ikun qiegħed isofri minn dik il-vjolenza.", "Għalhekk filwaqt li l-Pulizija qed tkun mgħarrfa aħjar, f'ċirkostanzi partikolari l-Pulizija tkun qiegħda tidħol fid-dar tal-persuna kważi kważi waqt li jkun qed iseħħ l-att ta' vjolenza.", "Din hija l-esperjenza tan-nies tiegħi fil-control room li jirrispondu n-numri tal-emerġenza, fejn ikollhom jisimgħu dak li jkun għaddej fid-dar f'dawk iċ-ċirkostanzi partikolari waqt tkun għaddejja l-vjolenza domestika.", "U minħabba kif inhi s-sistema dawn it-telefonati jkunu rrekordjati u kellna każijiet fejn ġew ukoll esebiti fil-Qorti.", "Il-problema mhijiex sempliċement fil-fatt li waslet l-informazzjoni imma fil-mod ta' kif se tirrispondi għaliha, x'għajnuna se tagħti u x'azzjoni se tittieħed min-naħa tal-Pulizija.", "Hemm kwestjonijiet li ħarġu ċari f'ċerti sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' preparament ta' tagħlim lill-pulizija li jkunu front liners għax ikunu qed jirrispondu dawn it-telefonati.", "Hawnhekk qed infittxu u nħarsu lejn tagħlim speċjalizzat.", "Kellna wkoll laqgħat ma' min jieħu ħsieb il-Helpline 179 peress li dawn sfortunatament ma joperawx bit-24/7 bħalna l-Pulizija u f'ċerti każijiet ma nkunux nistgħu ngħaddu t-telefonati lil min jista' jagħti l-assistenza neċessarja dak il-ħin u allura, ħafna drabi jkollna naraw kif se nirrimdjaw aħna l-Pulizija.", "Għalhekk qed nipprovaw nersqu lejn xulxin biex ċertu tagħlim speċjalizzat, bħal pereżempju kif se tirrispondi, x'għajnuna se tagħti, xi jkun rikjest minnek u x'informazzjoni tintalab, inkunu iktar prattiċi u idonei biex nassistu lil min qed jitlob dik l-għajnuna.", "Fit-tieni lok l-operat tal-Pulizija jkun jeħtieġlu li jmur fuq il-post, speċjalment fejn ikollok każijiet ripetuti u każijiet ta' vjolenza fiżika, u iktar u iktar fejn ikollok involuti l-minuri jew b'xi mod jew ieħor ikunu soġġetti għal din il-vjolenza domestika.", "Fil-każ tal-minuri l-emendi li kienu daħlu fis-sena 2000 jagħtu lok lill-Pulizija sabiex jagħmlu anke arrest ħalli jipproteġu lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "U f'dawn iċ-ċirkostanzi l-liġi ssemmi l-minuri u l-azzjoni tal-Pulizija f'dawn il-każi trid tkun immedjata.", "Għal darb'oħra bi sfortuna ngħid li ħafna mill-Pulizija mhumiex attrezzati psikoloġikament u lanqas b'mezzi oħra sabiex jagħtu dik il-kura neċessarja, tant li ħafna drabi jkollhom jaqgħu fuq l-esperjenzi personali sabiex jattwaw dak il-bżonn li jkun għaddej.", "Qed ngħid dan b'uġigħ ta' qalb għax il-kwestjoni mhijiex xi ħaġa li tista' tiġi riżolta malajr peress li dan it-tip ta' taħriġ mhuwiex komunament available u lanqas mhu xi ħaġa li tista' ssir ta' malajr.", "Fil-fatt dan it-taħriġ jirrikjedi ċertu ammont ta' ħin, speċjalment sabiex tħarreġ lil madwar 2,000 pulizija li hemm fil-Korp.", "Tgħiduli l-Korp kollu għandu bżonn it-taħriġ?", "Iva l-Korp kollu għaliex ir-responsabilità qiegħda fuq kull pulizija għax il-liġi ma tiddistingwix minn pulizija li qiegħed f'xi sezzjoni partikolari għal pulizija li qiegħed f'xi sezzjoni oħra.", "Mela jekk inti qiegħed stazzjonat fis-sezzjoni ta' kontra d-droga, jekk tara kontravenzjoni mhux sejjer ma tagħtix kasha.", "Il-pulizija huwa pulizija 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, 52 ġimgħa fis-sena u kull ħażin li jiltaqa' miegħu huwa obbligat li jirreaġixxi għalih.", "Barra minn hekk, dawn it-tip ta' istanzi ta' vjolenza domestika minn natura tagħhom ma jagħmlux distinzjoni la bejn il-pulizija, la meta jseħħu u lanqas fejn u f'liema ċirkostanza jseħħu.", "U allura jiena nħoss li kull pulizija għandu jkollu l-informazzjoni u l-għodda bażika sabiex ikun kapaċi jitratta din it-tip ta' inċidenza.", "U qed ngħid inċidenza għax l-aktar ħaġa importanti f'dan l-istadju hija s-salvagwardja tal-vittmi għax huma proprju l-aktar nies li għandhom bżonn tal-assistenza f'dawn il-każijiet.", "Ħafna drabi l-vittma f'dan il-każ jkollha bżonn l-għajnuna mmedjata u li l-aggressur jiġi b'xi mod allontanat.", "U għalkemm l-arrest huwa wieħed mill-iktar għodod b'saħħithom li tingħata l-Pulizija sabiex tneħħi l-persuna konċernata mill-post, din mhijiex l-għodda propizja għax it-terminu tiegħu huwa qasir ferm u fil-mument li l-persuna terġa' tiġi liberata, din se terġa' tmur lura fl-istess sitwazzjoni.", "Pajjiżi oħra ssorvolaw din is-sitwazzjoni billi korpi kostitwiti, Pulizija jew ġudikatura ngħataw id-dritt legali sabiex jinforzaw b'mod immedjat l-ordni ta' tneħħija.", "Ovvjament dan isir wara li jkun hemm investigazzjoni preliminari u immedjata fuq il-każ li jkun seħħ.", "L-isfortuna hi li s-sistema ġudizzjarja tagħna ddum ħafna sabiex każijiet bħal dawn jitilgħu quddiemha, kemm fil-kamp kriminali u sfortunatament iktar u iktar fil-kamp ċivili.", "Sfortunatament hemm diversi raġunijiet li huma marbutin mal-mod ta' kif aħna mdorrijin nesegwixxu l-ordnijiet tal-Qorti u l-proċedura hija kemm xejn twila, għandek in-neċessità tan-notifika, in-nuqqas ta' korrettezza tan-notifika u ħafna rqaqat u intriċċi li ħafna drabi jinsabu fil-proċeduri, li bi ftit konoxxenza tal-proċeduri l-aggressur jew l-aggressura jsibuha faċli li jtawwlu l-proċess u f'dan l-istadju jibqgħu fil-libertà li jkomplu jipperpetraw tali vjolenza.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-Pulizija jkollha tieħu ċerti azzjonijiet, li kultant ikunu wkoll drastiċi, fis-sens li l-persuna kkonċernata titressaq b'arrest quddiem il-Qorti.", "Il-proċedura ta' arrest quddiem il-Qorti fil-każijiet li ex-natura huma sommarji, jeħtieġu l-immedjatezza tax-xhieda fil-Qorti u hawnhekk insibu ruħna - ħafna drabi - sprovvisti mix-xhieda neċessarja billi l-vittma tkun rat kif għamlet biex taħrab dik it-tip ta' aggressjoni.", "Għalkemm il-Pulizija għandha l-faċilità merament legali sabiex tassisti lil dawn in-nies, fattwali m'hemmx din il-possibilità, m'hemmx safe house f'idejn il-Pulizija u m'hemmx mezzi biex neħduhom f'xi post partikolari, anke minħabba l-fatt li l-ftit postijiet li normalment joffru l-kura huma limitati u jkunu diġa' fully booked bin-nies.", "Għalhekk ikun diffiċli ħafna għalihom li jaċċettaw persuni oħra.", "Kellna każ ta' tliet itfal li ma stajniex insibulhom post alternattiv ħalli nbiegħduhom minn sitwazzjoni ta' periklu mill-ġenituri tagħhom stess għax il-postijiet kienu kollha mimlijin!", "L-unika alternattiva kienet dik li nifirduhom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq tliet itfal li l-età tagħhom kienet ta' sitt snin, tmien snin u għaxar snin.", "U once li tifridhom minn xulxin, wara l-inċidenti li kienu sofrew, il-parir psikjatriku kien li se noħolqulhom trawma akbar u li dan ma kienx il-mod ta' kif għandhom jiġu trattati.", "Il-każijiet ta' vjolenza domestika, bil-komplikazzjonijiet tagħhom, f'soċjetà iktar konoxxenti ta' dawn il-fatti, naħseb li għandhom jiġu trattati, anke legalment, bi struttura iktar propizja lejn in-natura sensittiva tagħhom u lejn il-bżonn tal-immedjatezza tal-azzjoni aktar milli l-bżonn li min għamel il-ħażin jiġi punit b'xi mod sever.", "Anzi mill-esperjenza li għandi f'dan il-kamp inħoss li aktar ikun propizju - anke għall-istess soċjetà - li l-ordnijiet ta' kura u l-ordnijiet tal-allontanament li huma diġa' eżistenti jingħataw aktar saħħa, mhux biss legali imma anke fil-prattika billi jkun hemm is-servizzi neċessarji biex il-persuni li jkollhom dawn il-problemi jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn.", "U hawnhekk qiegħed nirriferi għaż-żewġ naħat; min-naħa biex il-vittma ma tibqax taħt il-madmad u l-biża' li ġiet maħkuma minnha u min-naħa l-oħra biex min qiegħed jagħmel il-ħażin jagħraf il-ħażin tiegħu u jieqaf minn dak li qed jagħmel.", "Inħoss li r-riabilitazzjoni f'dan il-każ, anke għas-soċjetà stess, ikollha l-ikbar benefiċċju, ħafna iżjed milli persuna tintbagħat il-ħabs, fejn anke l-istigma tal-ħabs toħloq problemi ulterjuri għall-istess familja.", "Din hija ftit mill-esperjenza personali f'dan il-kamp u l-kontribut partikolari tiegħi b'mod ġeneriku lejn dak li l-Korp tal-Pulizija jixtieq li jara li nimxu 'l quddiem f'dan il-kamp.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ħalli nieħdu round mistoqsijiet mingħand il-Membri.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: L-ewwelnett xtaqt nirringrazzja lill-Kummissarju talli għoġbu jiltaqa' magħna llejla.", "Jiena xtaqt nitkellem ftit abbażi ta' dak li smajna mingħand diversi persuni li ġew ikellmuna hawnhekk.", "L-ewwelnett nirreġistra u ngħid li l-Kummissarju m'għandux dubju li l-Korp tal-Pulizija as a whole jagħmel dmiru u jagħmlu tajjeb imma nixtieq niġbed l-attenzjoni għal xi punti li stqarrew diversi persuni li ġew ikellmuna meta bdejna nitrattaw dan is-suġġett tal-vjolenza domestika.", "Dawn it-tfajliet ġew jitkellmu magħna fuq l-esperjenzi tagħhom u spjegaw li meta mara tmur tirrapporta fuq vjolenza domestika, din f'ċerti każijiet tittieħed - m'inix qiegħda ngħid dan across the board – b'mod leġġer.", "Kellna rakkont mingħand waħda mit-tfajliet fejn din speċifikament irrakkontat il-każ tagħha u qalet li meta marret tirrapporta x'ġara, il-pulizija li kien in charge dakinhar litteralment ma tax kas ta' dak li kienet qiegħda tgħidlu!", "Mill-banda l-oħra l-irġiel iħossu li meta jirrapportaw każ ta' vjolenza domestika l-Pulizija aktar tieħu azzjoni konkreta.", "Ovvjament kien hemm ukoll nisa li qalu li meta ċemplu fl-għases konċernati sabu l-għajnuna kollha neċessarja mingħand il-pulizija li sabu stazzjonati dakinhar.", "Jiena nixtieq naraw x'jista' isir sabiex in-nuqqas ta' pulizija partikolari ma jirriflettix ikrah fuq ix-xogħol tajjeb li jkunu qegħdin jagħmlu l-pulizija l-oħra.", "Kien hemm ukoll punt ieħor li ġie mqajjem minn diversi persuni li ltqajna magħhom, fejn dawn qalu li meta l-perpetrator ikun pulizija, aktar ikun diffiċli sabiex jittieħdu passi kontrih.", "X'nistgħu nagħmlu biex dan jiġi salvagwardjat?", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Kummissarju.", "IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA: Naqbel mal-Onor.", "Portelli għaliex dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet sfortunatament jeżistu.", "Mill-konoxxenza tiegħi kemm mill-Korp u kemm fl-erba' snin li għamilt fil-prattika privata kelli esperjenzi personali ta' dawn iż-żewġ istanzi partikolari.", "Sfortunatament il-mentalità mażokistika - ta' macho jew għidilha li trid - ta' ċerti rġiel hija xi ħaġa li teżisti across the board fis-soċjetà Maltija.", "U l-pulizija m'huma xejn inqas minn rappreżentazzjoni tal-Korp li ġejjin minn kull aspett, minn kull raħal, minn kull grad u minn kull tip ta' familja.", "L-isfortuna hi li iva, dawn se nsibuhom u mhuwiex faċli li wieħed jirregolarizza din is-sitwazzjoni.", "Kif diġa' indikajt fid-diskors qasir tiegħi, sfortunatament sabiex tneħħi dan it-tip ta' aġir tirrikjedi li jkollok training partikolari u li jkollok sforz intensiv, speċjalment minn dawk il-persuni li għandhom din it-tip ta' mentalità li għax huma rġiel, allura għandhom xi ħaġa partikolari u ma jqisux li n-nisa huma ugwali għalihom fil-kamp tal-ħajja ta' kuljum.", "Kif indikajna tajjeb ukoll, hemm oħrajn li sfortunatament ma tantx jinstemgħu u ngħid li hemm ħafna iktar li jagħtu l-għajnuna meħtieġa u jagħmlu dak kollu neċessarju għal raġuni waħda partikolari; li l-maġġor parti tal-pulizija fl-opinjoni tiegħi huma korretti u jħarsu lejn il-vittma bħala parti mill-familja tagħhom.", "U dik hija r-raġuni għaliex il-pulizija huwa pulizija, li hu qiegħed hemm biex jgħin lil dawk li huma fil-bżonn.", "Bħalma t-tabib imur għand il-marid u ma jmurx jinvista lil min hu b'saħħtu, hekk ukoll il-pulizija qiegħed hemmhekk għal min l-aktar li għandu bżonn.", "Sfortunatament fit-tieni każ hemm pulizija li anke huma jaqgħu fl-istess żball.", "F'dan il-każ id-diffikultà hija wkoll waħda kbira sabiex jitmexxew l-affarijiet u dan jiġri bħal meta bniedem jargumenta ma' membru ta' familja oħra u tispiċċa familja kontra familja.", "Fil-Pulizija nista' ngħid li hemm dan l-esprit de corp - u hawnhek se nkun ċar - imma internament jistmerr lil dak li għamel il-ħażin filwaqt li esternament jipprova jipproteġih.", "Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi sorvolata hemm żewġ proċeduri partikolari li jiena nħobb u nitlob li jiġu wżati.", "Fil-fatt jista' isir ir-rapport formali u li biex isir dan m'għandekx għalfejn tmur l-għassa għax tista' tpoġġi bilqiegħda u tikteb l-ittra inti stess u ġġib, jekk trid, complaint form u tgħaddiha.", "Għal dawk li kapaċi jużaw l-internet hemm l-OPRES, l-online reporting system tal-pulizija, li permezz tagħha huwa faċli ħafna sabiex tagħmel ir-rapport tiegħek u jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji.", "Jiena nara medja ta' żewġ rapporti kuljum li jidħlu permezz ta' dan il-mezz elettroniku u li jindikaw xi nuqqas ta' pulizija, li jista' ikun wieħed partikolari jew inkella ġeneriku.", "U ġieli jkunu wkoll talbiet għall-preżenza tal-pulizija f'ċerti sitwazzjonijiet jew li l-pulizija tintervjeni minħabba xi illegalità li tkun qiegħda tiġi kommessa x'imkien bil-moħbi.", "Dawn mhumiex affarijiet ġodda u qegħdin hemm u jintużaw frekwentament.", "Forsi nistgħu nilħqu aktar il-pubbliku, kif fil-fatt jidher li qed nagħmlu permezz tal-facebook, fejn min juża' il-facebook ikun jista' jiġi indirizzat għall-OPRES fuq l-istess sistema ħalli b'hekk ikun jista' jagħmel ir-rapport.", "Fil-każ ta' rapporti fuq pulizija li jkunu perpetrators, dawk ir-rapporti jgħaddu kollha għand l-internal affairs li issa ġiet imsaħħa biż-żieda ta' żewġ maġġuri u spettur kemm ilni hemmhekk jien.", "Dawn qed jieħdu ħsieb dawn in-nuqqasijiet, fejn minbarra li jagħmlu ħsara lill-pulizija, jagħmlu wkoll ħsara lis-soċjetà in ġenerali.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ħalli mmur lura għal dak li għedt inti fil-bidu Sur Kummissarju, meta bdejt tgħid li kważi kważi l-problema tat-taħriġ hija waħda abbundanti għax trid tħarreġ mal-2,000 pulizija.", "In the meantime tista' forsi tispjegalna xi pjanijiet għandek - nafu li ma jistax ikun li dan tagħmlu f'radda ta' salib – biex isiru xi tip ta' taħriġ bħalissa għal xi units speċjalizzati li diġa' jeżistu fil-Korp?", "Tista' tagħtina l-punto di vista tiegħek f'dan ir-rigward?", "Se nkompli daqsxejn ukoll fuq dak li qalet l-Onor.", "Marthese Portelli meta semmiet ix-xhieda tan-nies li ġew hawnhekk quddiemna.", "Fil-fatt hawnhekk smajna b'każ partikolari fejn il-vittma qaltilna li l-aggressur kien ħabib sew mal-pulizija u waqt li hi kienet qiegħda tagħti x-xhieda tagħha nnotat li l-pulizija mar jiftaħ it-tieqa.", "Hi ħasbet li għamel hekk biex tidħol l-arja imma fil-fatt dan fetaħ it-tieqa biex l-aggressur ikun jista' jisma' dak li qed jingħad minn taħt it-tieqa!", "U dawn l-istejjer jixxukkjawni.", "Bħalma qalet tajjeb ħafna hi wkoll, lanqas irrid nitfa' lill-pulizija kollha fl-istess keffa.", "Jiena nħobb nagħti l-eżempju li meta fil-karriera tiegħi ġejt bżonn il-pulizija, sija fil-ħidma tiegħi biex inkun nista' nagħti messaġġ pożittiv permezz tax-xandir u sija fuq livell personali, qatt ma sibt problemi ta' dan it-tip.", "Din norbotha ma' dak li għedt ftit ilu meta għedt li n-nies jistgħu kważi kważi jmorru online u jagħmlu r-rapport tagħhom.", "Imma meta jkollok dik it-trawma daqshekk kbira fuqek naħseb li l-inqas ħaġa li tgħaddilek minn moħħok hi li tpoġġi bilqiegħda u tagħmel rapport.", "Uħud mill-vittmi li ġew hawnhekk qalulna li l-pulizija kitbulhom ir-rapport fuq biċċa karta u li kienu ċerti li wara li telqu 'l barra, dik il-karta ntremiet għax lanqas biss kienet karta uffiċjali!", "Jiġifieri l-vittmi – almenu dawk li ġew quddiemna hawnhekk u naħseb li nistgħu ngħiduha across the board – kellhom dan is-sens ta' sfiduċja fil-pulizija u naħseb li din hija ħasra kbira.", "Jiena meta qrajt fuq dan is-suġġett – u jidher li dan huwa fenomenu internazzjonali – sibt li miegħu hemm marbut dak is-sens ta' omertà, anke minn min qed jisma' bil-vjolenza għaddejja u mill-ġirien, li qisu kulħadd joqgħod lura għax ma jkunx irid jinvolvi ruħu f'dawk l-affarijiet.", "Għalhekk nixtieq nisma' minn għandek x'inhuma l-opinjonijiet tiegħek fuq kif se jimxi 'l quddiem il-Korp tal-Pulizija taħt it-tmexxija tiegħek.", "IS-SUR PETER PAUL ZAMMIT: Il-problema tat-taħriġ żviluppat f'dawn l-aħħar snin għal diversi raġunijiet li mhux ta' min jidħol fihom hawnhekk, l-importanti li naraw x'se jsir 'il quddiem.", "L-iktar ħaġa importanti mhux li tipprepara l-lectures imma li jkollok fejn tagħtihom.", "L-isfortuna tal-Korp tal-Pulizija hi li għal żmien konsiderevoli l-Korp kien mingħajr post adattat sabiex isiru dawn il-lectures.", "Wara li l-Pulizija kellha tirrilaxxa l-fond ta' Sant'Iermu u ngħata bidu għall-akkademja l-ġdida f'Awwissu tal-2012, konna għadna ħafna lura fil-kostruzzjoni tal-akkademja sa Mejju tal-2013.", "Temporanjament konna qegħdin fl-ex skola Umberto Colosso, li teknikament kien bini dikjarat perikoluż imma li kienet qiegħda ssir xorta waħda.", "Il-bżonn ta' taħriġ speċjalizzat ilu ħafna jinħass f'dan il-kamp u għal diversi raġunijiet jidher li ma sarx sforz mid-diversi entitajiet konċernati sabiex naslu għal tagħlim speċjalizzat fil-kamp.", "Għalkemm nista' ngħid li fil-kors tad-dħul tar-rekluti hemm bejn erba' u tmien sigħat ta' taħriġ fuq awareness tas-sitwazzjoni, ovvjament dan mhuwiex biżżejjed.", "Hemm bżonn ta' tagħlim iktar sod sabiex tikkumbatti din it-tip ta' realtà.", "L-intenzjoni hi li jiġu msaħħa s-social studies u kif għandek tirreaġixxi f'dawn it-tip ta' inċidenzi.", "Dan l-istudju se jiġi msaħħaħ mhux biss għar-rekluti li fi ftit ġimgħat oħra se jibdew fl-akkademja l-ġdida imma se jingħata wkoll bħala parti integrali minn ad hoc courses li se jiġu mwaqqfa sabiex iħarsu lejn sitwazzjoni legalistika partikolari.", "Dawn se jkunu korsijiet ta' ġimagħtejn, fejn se ndaħħlu lill-pulizija kollha for one or two weeks training u fi żmien sena nkunu għaddejna l-Korp kollu.", "Hemm diversi tipi ta' korsijiet li se jsiru u fil-frattemp qed isiru wkoll questionnaires sabiex naraw il-feel fid-distrett għax dak huwa l-iktar post li jkun hemm primary physical contact ma' dawn in-nies u allura biex naraw x'se jsir.", "Fi ftit ġimgħat għandha titqassam questionnaire partikolari biex wieħed iħares lejn dan is-suġġett.", "L-isfortuna fin-nuqqas tal-pulizija wieħed irid iħares lejha b'mod ħolistiku u jrid jagħmel il-parti tiegħu sabiex dan in-nuqqas mill-pulizija jiġi eradikat kemm jista' ikun malajr.", "Il-problema tar-rapport hija verament problema apparenti, u għalkemm bi tbissima ngħid li l-karta li nkitbet fuqha r-rapport titqatta', dan ma jfissirx li se tkun the end of the story.", "Issa għalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax illum, morna lejn paperless office u allura r-rapport mhuwiex dik il-karta imma dan jidħol b'mod elettroniku fuq is-sistema tal-PEERS.", "Li jiġri hu li ħafna min-nies huma mdorrijin bis-sistema l-antika, fejn inti tidħol tagħmel ir-rapport li jitniżżel fuq ktieb li konna ngħidulu l-commissioner's occurers book jew l-istation diary u dak kien ir-rough format tar-rapport.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Jiena naħseb li l-vittmi ħadd mhu jispjegalhom dan il-punt li qed issemmi u allura, jekk jien nara lil xi ħadd iħarbex fuq biċċa karta, li inti stess għadek kemm għedt li probabilment tintrema', u rightly so la qed tiġi mdaħħla fis-sistema elettronika, imma lill-vittma trid tgħidilha li bħalissa qed tniżżel ir-rapport tagħha fuq il-karta imma mbagħad l-informazzjoni se tniżżilha fis-sistema elettronika.", "U mhux tagħtiha l-impressjoni li l-ewwel biċċa karta li ġiet f'idejk użajtha u li qisu ejja ħa mmorru.", "Qed tifhmu l-punt tiegħi?", "IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA: Hekk hu u hemmhekk naqbel miegħek għax mhux x'tagħmel jgħodd imma kif tagħmlu.", "U dan huwa l-punt kardinali li jien inħobb nippriedkah ħafna mal-pulizija għax lill-pubbliku trid tagħtih is-sodisfazzjon neċessarju ta' dak li tkun qed tagħmel.", "Dan huwa wkoll wieħed mill-modi ta' kif tiġbor dik il-fiduċja li inti għandek bżonn mill-parti l-oħra.", "Sfortunatament l-għases tagħna huma antiki ħafna u għadhom kif inbnew oriġinarjament.", "Fil-fatt dawn l-għases ma bnewx biex iservu għal dan il-għan imma ħafna minnhom kienu djar antiki li fi żmenijiet 'il bogħod ħafna ttieħdu għal dawn l-għanijiet.", "Huma biss ftit dawk li ġew modernizzati biex is-servizz tal-pulizija jingħata bl-iktar mod konfidenzjali u bl-iktar mod apert.", "Fis-sistema li tiġi mħaddma fid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali dak li jkun qed jingħad jiddaħħal dak il-ħin stess fuq il-kompjuter u quddiem il-persuna li tkun qiegħda tagħti l-informazzjoni.", "Imma d-Dipartiment tas-CID inbena apposta u allura kien hemm diġa' l-ħsebijiet li jkun hemm dan l-apparat teknoloġiku.", "L-għases fid-distretti huma kmamar, ħafna drabi djar żgħar li ġew rekwiżizzjonati għall-għanijiet tal-Pulizija.", "Bdejna nagħmlu riċerka fuq kull għassa – imma jonqos ftit xogħol mhux ħażin għax kull għassa għandha l-kostruzzjoni partikolari tagħha - sabiex tinħoloq dik il-kamra għall-kwiet fejn dak li jkun, bil-kalma kollha jkun jista' jidħol hemmhekk biex jagħmel ir-rapport tiegħu.", "Il-confidence room hija ta' importanza kbira sabiex il-pubbliku jħossu komdu jgħid dak kollu li għandu jgħid mingħajr ma jkun hemm xi istanzi ta' xi tieqa miftuħa ħalli xi ħadd jissemma' dak li jkun qed jingħad kif ġie indikat li sar f'dak il-każ li ssemma'.", "Dan huwa parti mix-xogħol ta' refurbishment li għaddej bħalissa imma f'sens ta' ideoloġija u fuq kif għandha tkun l-għassa.", "Imbagħad qegħdin immorru l-għases u qegħdin nerġgħu nduruhom biex naraw nistgħux noħolqu dan l-ambjent partikolari.", "Illum m'għadux iż-żmien li tidħol l-għassa u ssib desk għoli li trid tgħawweġ għonqok biex tara lis-surġent jew lill-kuntistabbli, qisu xi god almighty li se jagħtik is-soluzzjoni.", "Illum irridu mmorru lejn soċjetà li nħarsu wiċċ imb'wiċċ lejn xulxin u nitkellmu b'mod apert biex dak li jkun iħossu komdu jagħmel l-affarijiet.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur Kummissarju, jiena ningħaqad mal-kumplament ta' sħabi sabiex nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek kif ukoll tal-preżentazzjoni li għamiltilna llum.", "U proprju xtaqt nieħu ftit punti minn dak li għedtilna.", "Forsi se nkun qed nirrepeti xi ħsebijiet li diġa' ġew imnissla fuq din il-mejda imma jkun tajjeb li wieħed jerġa' jelenkahom mill-ġdid.", "Prattikament issa ilna madwar tmien xhur niddiskutu s-suġġett tal-vjolenza domestika f'dan il-kumitat partikolari u naħseb li hija x-xewqa ta' kull wieħed u waħda minna hawnhekk li meta nippreżentaw dan ir-rapport quddiem il-Plenarja, verament ikollu xi ħaġa konkreta għax jekk ma joħroġ xejn mill-ħin li għamilna hawnhekk, allura nkunu fallejna fil-ħsieb tagħna u nkunu ħlejna numru ta' xhur li stajna wżajna biex niddiskutu affarijiet oħra fuq l-aġenda tagħna.", "Madankollu nemmen li nistgħu nagħtu kontribut.", "Issa se nibda mill-ewwel bl-aħħar parti ta' dak li għandu x'jaqsam mar-rapport.", "Nixtieq inkun naf jekk wasalx iż-żmien li n-nies li jagħmlu r-rapporti tagħhom quddiem il-Pulizija, ikunux jistgħu jingħataw kopja ta' dak ir-rapport wara li dan jiddaħħal fis-sistema u b'hekk inżidu l-fiduċja fil-Pulizija għax bil-mod biex tibni l-fiduċja filwaqt li huwa faċli biex titlifha.", "U naħseb li l-pulizija, kif qegħdin naqblu madwar din il-mejda, jilgħab rwol importanti f'din l-istorja.", "Anke rigward dak il-punt li semmejt inti Sur Kummissarju, il-fatt li vittma daħlet fl-għassa u forsi sabet nies oħra qed jistennew hemmhekk u kulħadd qiegħed jismagħha titkellem mal-pulizija, ma tantx huwa xenerju idoneu.", "U għalhekk wieħed hemmhekk irid jifhem x'inhuma l-issues ta' dan ix-xenarju partikolari tal-vjolenza domestika, li tajjeb li jkun hemm spazju apposta biex min qed iressaq ir-rapport iħossu f'post sigur biex jitkellem.", "Rigward it-taħriġ irrid ngħid li l-edukazzjoni u t-taħriġ huma parti mis-suċċess u nemmen ukoll – issa qed ngħid hekk mhux biex nikkontesta l-kumment tiegħek Sur Kummissarju – li sakemm m'hemmx post fl-għases tal-pulizija biex isiru l-korsijiet, illum wieħed jista' imur f'lukanda jew f'entitajiet oħra tal-Gvern, fosthom fis-swali li jeżistu f'diversi komunitajiet f'pajjiżna u jagħmel hemmhekk dawn il-korsijiet.", "Hawnhekk norbot suġġett għażiż ħafna għalija u qed nirriferi għall-kunsilli lokali.", "Jiena ġej minn ħames snin esperjenza ta' sindku f'lokalità partikolari u niftakar li l-pulizija, spettur jew supretendent, huma obbligati li b'mod regolari jkollhom laqgħat mal-kunsilli lokali.", "U din hija xi ħaġa li esperjenzajtha personalment u nista' ngħid li ħdimna tajjeb ħafna fil-lokalità tiegħi.", "Imma forsi għad m'hemmx dak l-aċċenn anke mal-istaff tal-kunsilli u mal-kunsilliera nfushom sabiex jinħoloq dan il-kuntatt.", "Anke fuq issues ta' droga jkun hemm laqgħat regolari, però dan il-unit speċjalizzat, li forsi jista' permezz tiegħek Sur Kummissarju, li fid-distrett ikun hemm persuni li jingħataw it-taħriġ meħtieġ - forsi wieħed ikun jista' jidentifika gruppi żgħar minn kull distrett - biex ikun jista' jitwassal dan il-ħsieb.", "Nagħlaq fuq l-issue tal-PR.", "Bil-Malti ngħidu li l-għajta hija nofs il-bejgħ u allura nixtieq inkun naf jekk wasalx iż-żmien li l-Korp tal-Pulizija – forsi tgħidli li l-vot tagħkom huwa wieħed limitat - jkollu vot apposta.", "Intom toħorġu wkoll magazine u li dan forsi aktar jinteressa lill-membri tal-Korp imma forsi wasal iż-żmien li fuq it-televiżjoni lokali u anke fuq il-ġurnali jkun hemm vot allokat sabiex tibagħtu messaġġi fuq suġġetti partikolari, bħal dan is-suġġett tal-vjolenza domestika li qegħdin niddiskutu bħalissa, li għalkemm mhijiex xi ħaġa li tolqot lill-poplu Malti kollu, żgur li din ir-realtà qiegħda tikber b'rata allarmanti.", "B'hekk forsi l-vittmi jħossuhom aktar sikuri li l-pulizija verament qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom biex noħolqu aktar kuxjenza u viżibilità, li l-pulizija qegħdin hemmhekk biex inti tmur b'sens ta' fiduċja u tagħmel ir-rapport tiegħek.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Kummissarju.", "IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA: Ħalli nibda bl-aħħar kumment ħalli wieħed ikun jista' jiċċara aktar din is-sitwazzjoni partikolari.", "Indikajt li l-istatistika tikber b'mod allarmanti imma jekk wieħed joqgħod fuq l-istatistika, jiddispjaċini ngħid li jkun qiegħed jiżbalja jekk ma jagħtix każ tal-mod kif inġabret tali statistika, għalfejn inġabret, min ġabarha u jekk hijiex realistika li tħares lejn dak li verament qiegħed iseħħ.", "Ir-rapporti qed jiżdiedu - jekk dan huwiex allarmanti jew le wieħed jiddeċiedi wara - għal żewġ raġunijiet partikolari; raġuni minnhom hija minħabba l-fatt li l-Pulizija hija iktar konoxxenti tas-sitwazzjoni u allura qiegħda tieħu ħsieb tagħmel aktar dak li hemm bżonn li jsir.", "Min-naħa l-oħra s-soċjetà qiegħda ssir aktar aware tad-drittijiet tagħha u allura aktar qiegħda tirrapporta dawn il-każijiet.", "Hawnhekk għandek żewġ influssi partikolari li jisplodu l-istatistika 'l fuq.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ma jfissirx li l-vjolenza domestika per se qiegħda tisplodi 'l fuq.", "Li qiegħed jisplodi huwa l-awareness tas-soċjetà fuq din il-problema u allura l-vittma qiegħda toħroġ aktar biex tagħmel ir-rapporti.", "Il-Pulizija qiegħda tkun iktar receptive u minflok tarmi l-karta u ma tagħmel xejn, qiegħda ddaħħal ir-rapport u hekk l-istatistika awtomatikament tiżdied u tiżdied b'mod allarmanti.", "Din mhijiex xi logħba tal-istatistika imma huwa fatt magħruf fl-istatistika li meta tesponi sitwazzjoni partikolari pubblikament, speċjalment tramite l-media, inti se jkollok rush ta' rapporti fuq dik l-istess sitwazzjoni.", "Il-klassika kienet meta kien hemm il-ħsara b'mod aċċidentali n-naħa tal-Cottonera minħabba li kien hemm xi spray u xi xogħol allegatament difettuż fix-Shipyard.", "F'dak il-każ sploda r-reat ta' ħsara involontarja, fejn kien hemm madwar 1,000 u ma nafx kemm-il każ f'salt wieħed!", "Imma dan kien inċident wieħed li laqat lil ħafna nies.", "Issa x'se ngħidulu; rapport wieħed jew 1,000 rapport fuq inċident wieħed?", "L-istatistika wieħed irid iħares lejha b'mod iktar dedikat u b'iktar studju partikolari.", "F'dak li huwa public relations huwa importanti mmens li l-media taħdem mal-Pulizija.", "Jekk il-media ma taħdimx mal-Pulizija se jkollna sitwazzjoni fejn it-tajjeb tal-press se jiżvinta fix-xejn u daqshekk ieħor se jiżvinta fix-xejn it-tajjeb tal-Pulizija.", "F'dan il-kuntest jiena - li forsi jien magħruf li m'inix konformi ma' dak li jkun għaddej normali - bdejt billi ħriġt idejja għall-media u stedinthom għandi, iltqajt magħhom, iddiskutejt magħhom u bdejna sensiela ta' laqgħat sabiex ngħinu lil xulxin f'dan il-proċess, speċjalment fejn ikun hemm bżonn li nqajmu xi tip ta' awareness.", "Aktar minn hekk ifformolajt unit ġdid, il-Video Unit fi ħdan is-CMRU (Community & Media Relations Unit), fejn dawn bdew sensiela ta' clips qosra dwar ix-xogħol tal-Pulizija.", "Fiż-żmien ta' qabel il-Milied immirajna lejn it-texting u l-alkoħol waqt is-sewqan u l-kummenti kienu favorevoli ħafna.", "Anke x-shares u l-likes li kien hemm għalija kienu sors ta' aspirazzjoni, tant li tlabt lill-istess unit sabiex jibqgħu jiżviluppaw ċertu tagħlim tramite short videos.", "L-istess facebook link tagħna hija wkoll marbuta ma' diversi video clips li saru minn pulizija barranin u li effettivament jirrelataw mal-vjolenza domestika.", "Hemm minnhom ta' qsim il-qalb u hemm warning attached magħhom fejn jgħid li l-kontenut tal-video huwa wiehed b'saħħtu.", "Dan se jwassal sabiex aktar nies joħorġu fil-beraħ u jirrapportaw il-każ taghhom u ovvjament se jwassal sabiex ikun hemm statistika ikbar.", "L-istatistika li nixtieq nara jien hija l-istatistika tal-clearing up rate, xi ħaġa li sfortunatament is-sistemi tagħna llum mhumiex geared għaliha.", "U bdejna naħdmu fuqha ghax finalment inti mhux kemm irċevejt rapporti jgħodd imma kemm solvejt u x'kien il-każ u l-eżitu ta' dik is-sitwazzjoni.", "Hemmhekk qed naħdmu biex ma nimxux biss fuq il-parametri tas-sentenzi tal-Qorti imma anke fuq azzjonijiet neċessarji biex ngħinu b'mod partikolari lill-vittma għax ħafna drabi l-clearing up rate mhijiex sempliċement għax ressaqt persuna quddiem il-Qorti imma għax il-vittma tkun ingħatat l-għajnuna li jkollha bżonn.", "F'dawk li huma l-kunsilli lokali, kif għedt tajjeb inti hemm l-obbligu legali fuq il-Pulizija sabiex isiru l-laqgħat u dak huwa format li jiena ninsisti fuqu.", "Fil-fatt isir rapport kull xahar mill-għases kollha imma l-isfortuna hi li ftit huma dawk il-kunsilli lokali li jipprovdu xi forma ta' tagħlim f'dan il-kuntest ta' vjolenza domestika.", "Anzi kienu huma li talbu lilna permezz tan-nies mill-unit tagħna tal-Vice Squad u tal-Community & Media Relations Unit sabiex imorru jagħtu t-tagħlim fl-iskejjel u l-kunsilli lokali, xi ħaġa li bi pjaċir dejjem morna u għamilna.", "Imma sabiex tilħaq lill-Korp kollu mhuwiex sempliċement kwestjoni li tiddobba sala darba jew li tuża l-kunsill lokali darba imma għandek bżonn programm serju u li bil-logistika tiegħu taf fejn se jwasslek.", "Bil-pezzi u l-bukkuni nraqqgħu l-pannu bil-qara aħmar nkunu u sfortunatament inħoss li f'dawk iċ-ċirkostanzi, minbarra li nkunu qegħdin naħlu l-flus u l-ħin tan-nies, ma nkunux qed nilħqu l-għanijiet tagħna.", "It-tagħlim għandu jkun strutturat u r-raġuni hija sempliċi; ix-xogħol tal-pulizija minnu nnifsu jikkaġuna l-istress u jekk ma jkollokx a receptive audience se tkun qiegħed titfa' il-melħ fil-ferita u tkabbar il-problemi.", "It-taħriġ huwa neċessarjissimu imma jrid isir b'mod serju biex ikollu l-effett mixtieq.", "Għal dan il-għan, kif diġa' indikajt, hemm proġetti maħsubin flimkien mal-aġenzija Appoġġ u ma' diversi istituzzjonijiet governattivi li jekk il-Bambin irid, se nibdew naħdmu lkoll flimkien fi żmien qasir ħafna.", "Il-kwestjoni ta' privacy li l-persuna jkollha dik il-faċilità fejn tħossha komda tagħmel rapport qiegħda tiġi indirizzata bl-istudji li qegħdin isiru sabiex naraw kif nistgħu nirranġaw l-għases tagħna ħalli dawn ikunu more user friendly, b'sistemi kompjuterizzati li jagħtu l-faċilità lill-persuna sabiex tkun hi stess li ddaħħal ir-rapport b'mod dirett.", "Il-kwestjoni li tingħata kopja tar-rapport per principio ma nsib l-ebda oġġezzjoni għaliha.", "Però jekk wieħed jikkonsidra li hemm 57 għassa, jekk ikollna nagħmlu computer u printer fihom kollha u ngħammruhom bil-mezzi kollha neċessarji, there is a cost which is quite high biex imbagħad indaħħlu rapport kultant żmien.", "Issa dan ikun possibbli li kieku dan nagħmluh fi 15-il għassa li jien qiegħed neħodhom bħala l-principle central regions.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu cost effective għax b'dan il-mod ikollok għassa ż-Żurrieq li miegħu għandek ukoll Ħal Safi, Ħal Kirkop, Mqabba u Qrendi.", "F'kelma waħda qiegħed tiġbor ħames irħula f'għassa waħda meta qabel kellek għassa f'kull raħal.", "Mela issa se tagħmel żewġ computers bil-printers f'għassa waħda u allura se tkun qiegħed tagħmel cost cutting exercise filwaqt li l-pubbliku qed jinqeda xorta waħda u ovvjament se jkun jista' jingħata print out tar-rapport dak il-ħin stess.", "Dawn huma parti mis-sistema li qiegħda tiġi riorganizzata bit-teknoloġija moderna li wieħed irid iħares lejha.", "U jrid iħares lejha bis-serjetà għaliex wieħed mhux qed iħares biss lejn il-computer u l-printer hawnhekk imma qed iħares lejn il-connectivity, mela għandek il-cost tagħha, kif ukoll il-liċenzji li jridu jitħallsu jekk tuża kwalunkwe programm u t-taħriġ li trid tagħti.", "Meta jien għamilt l-ewwel kalkoli tiegħi sibt li sabiex iżżomm għassa miftuħa 24 siegħa kuljum, b'pulizija wieħed bil-computer u bit-telephone preżenti, se tqumlek madwar €200,000 fis-sena u dan huwa cost pjuttost projbittiv.", "Il-punt hu li €200,000 għal kull għassa hija somma projbittiva għall-pajjiż, speċjalment illum meta inti għandek il-mezzi ta' telekomunikazzjoni li huma daqstant avvanzati.", "Li wieħed qiegħed iħares lejh ovvjament huwa li fejn hemm il-mezz elettroniku, u sar ir-rapport, il-persuna għandha l-kopja neċessarja diġa' ta' dak li ssottomettiet għax l-OPRES tagħtik numru li huwa r-riferenza tar-rapport u allura faċilment bis-sistema elettronika titlob update tal-każ biex tkun taf fejn wasalna.", "Hemm il-ħsieb li nintegraw is-sitwazzjoni tas-sistemi tal-IT għax sfortunatament għadna bit-tlett sistemi li qegħdin jaħdmu concurrently u allura jridu jiġu f'sistema waħda ħalli b'hekk ikollok bżonn computer wieħed, printer wieħed u sistema waħda sabiex taħdem u tkun qed tagħmel cost cutting exercise li finalment jagħtina ċ-ċans li nkunu nistgħu naqdu lill-pubbliku aħjar u mill-iktar fis possibbli f'dawk iċ-ċirkostanzi.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hemm xi mistoqsijiet oħra mill-Membri?", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jien napprezza ħafna l-investiment li hemm bżonn li jsir fl-infrastruttura tal-IT però naħseb li l-punt kardinali mhuwiex biss li jkollok il-computer u l-printer għax illum f'ċertu għases diġa' hemm il-computer u l-printer.", "Fil-bidu konna qegħdin nitkellmu li llum il-pulizija għad m'għandhomx il-voglia li jdaħħlu r-rapport b'mod dirett fis-sistema imma għadhom qegħdin jiktbu r-rapport fuq il-karta u mbagħad, kumdità tagħhom idaħħluh fis-sistema.", "Apparti l-investiment fl-infrastruttura naħseb li l-ikbar hurdle li se jkun hemm u li wieħed irid jindirizza huwa l-bidla fil-formamentis tal-pulizija llum.", "Issa forsi mhumiex qegħdin jimlew ir-rapport mill-ewwel għax forsi hemm min jgħid li jkun hemm xi ħadd ieħor fuq il-computer.", "Mill-esperjenza li għandi the biggest hurdle qatt ma tkun li tibdel is-sistema imma li tbiddel il-fehma tan-nies li jkunu mdorrijin b'dik il-mentalità.", "U allura naħseb li wieħed irid jibda l-ewwel minn hemmhekk għax sal-lum uħud mill-pulizija għadhom jippreferu jiktbu r-rapport fuq karta, u l-verità hi li ħadd ma jista' jara jekk hux vera li dak li nkiteb fuq il-karta daħal fuq is-sistema wkoll.", "Forsi jkun ukoll utli ladarba wieħed qed jikkonsidra li jsir upgrade fis-sistema, li jieħu konjizzjoni tal-fatt li jekk rapport daħal illum mingħand il-persuna u l-pulizija kkonċernata ddaħħal l-informazzjoni l-għada, is-sistema tallertjak mill-ewwel.", "Hemmhekk, min ikun qiegħed jimmaniġja l-pulizija ta' taħtu jkun jaf li pulizija ABC 123 mhux qiegħed idaħħal ir-rapport mill-ewwel imma qiegħed jiktbu fuq il-karta.", "Għalfejn qiegħda nibqa' ninsisti li għandhom jittieħdu mill-ewwel ir-rapporti?", "L-ewwelnett jekk id-dettalji mhumiex se jittieħdu mill-ewwel, u forsi l-pulizija konċernat se jdaħħlu l-għada jew il-pitgħada, jekk min għamel ir-rapport se jmur l-għassa biex jiġbor kopja tar-rapport se jsib il-problemi għax se jgħidulu li għadu mhux qiegħed fis-sistema.", "Apparti minn hekk, il-pulizija se jkun nesa x'qallu l-individwu li mar jagħmel ir-rapport mentri jekk iddaħħlu fis-sistema mill-ewwel aktar se jibqa' fidil ma' dak li ntqal lilu.", "Is-sistema għandha tkun ukoll self alerting biex dak li jkun idaħħal id-dettalji kollha.", "U għandu jurih ukoll lil min għamel ir-rapport biex dak li jkun jivverifika dak li nkiteb.", "Jiġifieri s-sinjuri li ġew quddiemna u qasmu magħna dak li kienu għaddejjin minnu qalu wkoll li wħud minn dawn ir-rapporti kien fihom żbalji li meta mbagħad ġew quddiem il-Qorti, il-kawża waqgħet fuq dettalji żgħar li għalihom kellhom riperkussjonijiet kbar.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Sur Kummissarju, nitolbok tagħti l-kummenti tiegħek u nitolbok biex tkun fil-qasir peress li qed isir il-ħin.", "Jien ħadt pjaċir nisimgħek ħafna u tidher li inti konxju mis-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija.", "Fil-fatt tkellimt fuq il-viżjoni u l-evoluzzjoni li trid tagħmel fil-Korp.", "Jekk nitkellmu fuq timeframes, kemm taħseb li trid biex timplimenta dan li qed tgħid?", "Taħseb li nistgħu ngħidu li within the next few months or years jista' jkollna dan il-Korp modern li jkun ħareġ minn din l-era u qiegħed jiffaċċja s-sitwazzjonijiet bl-iktar mod modern u trasparenti?", "Grazzi.", "IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA: It-timeframes li tlabtni huma dejjem soġġetti għall-ikbar problema tal-bniedem li jibqa' jagħmel reżistenza għall-bidla.", "Change happens imma l-problema hi li trid tadatta ruħek biex dawk it-tibdiliet tużahom għall-vantaġġ tiegħek u għall-vantaġġ ta' kulħadd.", "Jien niftakar meta daħħalna l-kompjuter fil-Korp tal-Pulizija.", "Hemmhekk kont wieħed mill-ewwel nies involut fl-istorja u dan għal diversi raġunijiet imma kien hemm reżistenza għal dan il-kompjuter.", "U fost il-kummenti kien hemm min beda jistaqsi x'tagħmel din il-kaxxa maġika!", "Biex idderri lin-nies l-użu ta' xi ħaġa ġdida trid iż-żmien.", "L-isfortuna hi li ħafna drabi għadna mill-bank tal-iskola nagħmlu r-rough notes u mbagħad immorru d-dar u nerġgħu niktbuhom pulit.", "Ħafna drabi għadna mill-bank tal-iskola inżommu l-computer lura fid-direct entry issue.", "Mhux għal kulħadd hekk imma jien qiegħed nitkellem fuq il-ġenerazzjoni li s'issa għandi fil-Pulizija.", "Naturalment hemm minnhom li huma verament IT conscious u jafu bil-proċedura li r-rapport irid jidħol immedjatament.", "U dak li indikat l-Onor.", "Portelli verament iseħħ.", "Ir-rapport għandu diversi dati, fosthom id-data u l-ħin ta' meta qed jiddaħħal, id-data u l-ħin ta' meta seħħ l-inċident u d-data u l-ħin ta' meta sar ir-rapport.", "Dawn it-tlett dati huma ta' importanza vitali.", "L-isfortuna hi li fis-setup tal-programm meta tagħmel printout dawn id-dati jiġu taħt xulxin u jekk ma tagħtix l-attenzjoni partikolari jsiru l-iżbalji li rreferiet għalihom l-Onor.", "Anke jaslu sal-Qorti u sfortunatament jindikaw is-sitwazzjoni ħażina minflok dik korretta proprju għax ikun hemm tfixkil bejn dawn it-tlett dati.", "Din hija parti mis-sistema li nbniet piecemeal matul iż-żmien.", "Illum qegħdin fit-tieni ġenerazzjoni tal-PEERS u għad fadlilha x'tiżviluppa f'dan il-kuntest u hija waħda mill-affarijiet li huma neċċessarji li jiġu implimentati biex dawn id-difetti fis-sistema jinbidlu.", "Jien naqbel perfettament mal-Onor.", "Portelli li r-rapport għandu jidħol dak il-ħin.", "Is-sistema legali Maltija tgħallimna li n-notamenti a tempo vergine huma l-iktar notamenti importanti.", "Kellna każijiet serjissimi li serrħu fuq in-notamenti li l-pulizjott ħa dak il-ħin tal-inċident.", "Dawn huma l-iktar affarijiet importanti li jistgħu jagħtu saħħa lil dak kollu li jkun hemm bżonn isir fil-kamp penali u anke f'dak ċivilistiku għaliex jirriflettu dak li verament seħħ dak il-ħin.", "Jien dejjem insistejt li r-rapport għandu jidħol immedjatament dak il-ħin, bi kliem il-persuna li qed tagħmel ir-rapport u mhux bil-police jargon.", "Sfortunatament mhux kulħadd huwa suxxettibbli sabiex ibiddel malajr u din hija sitwazzjoni ongoing li tirrikjedi continuous training u retraining.", "Rigward timeframes li nista' nagħti bħalissa huwa li fi ftit ġimgħat oħra se tibda forma ta' evaluation ta' kif il-Pulizija jħarsu lejn id-domestic violence.", "Sar questionnaire li ġie miftiehem bejnietna, Sedqa, Appoġġ kif ukoll xi kummissjoni u d-Dipartiment tas-Social Services sabiex naraw il-livelli diversi li għandna fi ħdan il-Korp.", "Ġew magħżulin randomly sa ċertu istanza fl-għases imma kkonċentrati l-aktar fejn jidher li li għandna l-aktar rapporti ta' dan it-tip biex naraw il-proċess kollu.", "U fuq dak li se joħroġ minn din l-evalwazzjoni se nifformolaw programm ta' tagħlim biex nimlew in-nuqqasijiet li jidher li hemm fis-sistema kollha.", "Ovvjament diġa' iddiskutejna bejnietna u indikajt li hemm nuqqasijiet li nixtieq li nara li jkunu indirizzati f'dik li hija leġiżlazzjoni ħalli din tagħti iktar għodod ta' immedjatezza sabiex il-problema tingħata l-kura kemm jista' jkun malajr.", "Din hija mediċina li ma tantx hija sabiħa li teħodha xhur wara.", "Bl-istess mod qiegħed nipprova ngħaġġel il-proċess sabiex ikollna kemm jista' jkun riżultati malajr u wieħed jibda jimplimenta l-bżonnijiet.", "S'issa għad m'għandix risposta xjentifika għall-bżonnijiet kollha imma għandi risposta biex ngħid hekk fuq ħafna ideat sfużi.", "Issa nixtieq niġborhom b'mod iktar ħolistiku biex il-programm li jitfassal ikun iżjed indirizzat lejn dawn il-problemi.", "Ovvjament kwalunkwe rapport li dan il-Kumitat jista' ikollu fuq x'nistgħu nagħmlu jkun apprezzat għaliex jgħinna biex infasslu l-programm tagħna.", "Il-programm m'għandux idum li jibda u jien qiegħed nimmira li nibda f'Ġunju ta' din is-sena.", "Ir-raġuni li qed insemmi dan ix-xahar għax ovvjament il-Pulizija għandha l-commitments tagħha, fosthom l-MEP election li se jsiru ftit xhur oħra u bin-nuqqasijiet li hemm fil-Korp huwa impossibbli għalija li nlaħħaq ma' żewġ commitments ta' dik l-entità f'daqqa u ma nixtieqx li nħarbat il-programm kollu.", "Ikollok ukoll il-festi matul is-sajf imma llum il-festi għandna kalendarju li bejn wieħed u ieħor huwa fiss u allura nafu x'se jeħdulna l-festi.", "Allura wieħed jista' jaħdem u kif dejjem ġara bil-Korp we work around the problem u nimxu 'l quddiem.", "Nispera li bejn Ġunju u l-aħħar tas-sena, bidu tas-sena d-dieħla nkunu għaddejna l-parti l-kbira tal-Korp minn dan il-kors li qed nipproġettaw li jsir f'courses ad hoc.", "THE DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi Sur Kummissarju.", "Issa nerġa' nitlob lill-Onor.", "Schembri sabiex tieħu ċ-chairmanship ta' dan il-Kumitat f'idejha.", "Grazzi ħafna tal-ħin tiegħek u nista' ngħid li kienet diskussjoni interessanti ħafna.", "THE CHAIRPERSON: Jiddispjaċini li ma kontx hawn x'ħin kont qed titkellem Sur Kummissarju għax kont nagħmillek xi ftit mistoqsijiet.", "Imma ma nħossx li għandi nagħmilhomlok jekk għaddiet id-diskussjoni u ovvjament la ma kontx hawn ma nafx jekk irrispondejthomx diġa'.", "Issa jekk ikolli xi mistoqsijiet ikolli noqgħod indejqek ftit fil-futur u nistaqsihomlok.", "Nirringrazzjak ħafna talli kont magħna u talli kkjarifikajt il-punti li kellu dan il-Kumitat.", "Minn hawn inwiegħdek li se nibagħtulek kopja tar-rapport li beħsibna nagħmlu ħalli jkun jista' jgħinek fil-ħidmiet tiegħek meta tkun qed tagħmel il-programm għall-pulizija, liema programm naħseb li kulħadd jaf li huwa bżonnjuż ħafna għall-membri tal-pulizija biex ikunu aktar sensibilizzati għall-problema tal-vjolenza domestika, li minnha nfisha hija waħda verament partikolari u li tolqot ħafna iktar nies milli naħsbu fis-soċjetà tagħna.", "Nirringrazzjak.", "Fl-aħħarnett għandna xi korrispondenza li rridu nsemmuha.", "Mela nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Rapport Annwali 2012 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Hawnhekk nitlob lis-Segretarju tal-Kumitat sabiex ikellem lill-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji ħalli nsibu data li fiha jkun jista' jiġi l-Kummissarju.", "Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Email datata 21 ta' Jannar 2014 mibgħuta mis-Sur Francis Ghirxi Segretarju Privat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva dwar il-ħatra tal-membri tal-Guardianship Board kif rikjest mill-liġi.", "Ħalli naqralkom malajr din l-ittra;", "\"Chair \"Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Ninsab inkarigat mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Franco Mercieca sabiex ninfurmak li għoġbu jaħtar il-Membri tal-Guardianship Board hekk kif rikjest mil-liġi.", "Il-bord se jkollu bħala President lill-Imħallef Emeritus Geoffrey Valenzia u lil Miss Alison Bezzina mill-qasam tal-Persuni b'Diżabilità u lill-Professur J. Cacciattolo mill-qasam tal-Persuni bi Problemi Mentali.", "Sostituti tagħhom se jkunu Ms Marthese Mugliett u l-Professur Angela Abela rispettivament.", "Nieħu l-opportunità biex ninformak ukoll li l-Imħallef Emeritus Franco Depasquale aċċetta li jservi ta' President fil-kaz li jinħass il-bżonn li jitwaqqaf Guardianship Board ieħor.", "Nitolbok li tressaq dan quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali biex ikun jista' jitkompla l-proċess rikjest bit-twaqqif tal-bord.", "Nirringrazzjak tal-kooperazzjoni u nawguralek saħħa.\"", "Aħna rridu naraw jekk napprovawx lill-membri ta' dan il-bord u nibagħtu ittra kemm lill-Onor.", "Franco Mercieca kif ukoll lill-Prim Ministru dwar x'inhuma l-ħsebijiet tagħna dwar il-membri ta' dan il-bord.", "Għalhekk nistaqsi jekk hawnx xi oġġezzjonijiet għall-persuni msemmija f'dan il-bord?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Għalkemm uħud mill-persuni li ssemmew naf min huma, però hemm oħrajn li m'għandix idea tagħhom.", "U allura ma nafx jekk huwiex possibbli li ningħataw xi tip ta' CV qasir fuqhom ħalli nkunu nafu min huma aħjar.", "THE CHAIRPERSON: L-aħjar li nagħmlu hu li nitolbu lill-Onor.", "Franco Mercieca sabiex jgħaddilna bijografija żgħira fuq dawn in-nies ħalli nkunu nistgħu narawha mingħajr ħafna problemi.", "Forsi nistgħu nagħmluha by email ħalli mbagħad hawnhekk kemm naqblu fuqhom u nagħtu l-go ahead tagħna sakemm ma jkunx hemm problemi fuq xi persuna partikolari.", "Issa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar korrispondenza li hija;", "Qed tiġi mehmuża wkoll il-pożizzjoni tal-Gvern, il-komunikazzjoni nnifisha u r-rapport tar-Research Analyst.", "L-ittra li rċevejna tgħid hekk;", "\"Fl-eżami tiegħu ta' din il-komunikazzjoni l-working group 1 ħass li għandu jibgħat dan id-dokument għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali in vista tas-suġġett li jitratta.", "Qed nehmez il-pożizzjoni tal-Gvern, il-komunikazzjoni nnifisha u r-rapport tar-Research Analyst.\"", "Mela ħalli ngħidilkom x'nagħmlu.", "Ovvjament id-dokument fih ħafna affarijiet u allura l-aħjar li nagħmlu hu li nagħtuh titwila u mbagħad niddiskutuh ftit fil-laqgħa li jmiss.", "Issa l-ġimgħa d-dieħla m'għandniex mistednin partikolari.", "Issa jekk ma fadal ħadd biex jiġi jkellimna nkun nista' ngħid lir-Research Analyst sabiex tagħtina l-pożizzjoni tagħha ħalli nibdew nagħlqu.", "Imma għandi feeling li xorta jonqosna lil xi ħadd.", "Iva kellu jkun hawn xi ħadd mill-Ministeru tas-Saħħa.", "U naħseb li hemm bżonn li nkellmu lil xi ħadd fuq dak l-aspett u fil-każ nagħmlu din il-laqgħa l-ġimgħa ta' wara.", "Jekk sal-ġimgħa d-dieħla ma jkollniex persuna partikolari lil min inkellmu nagħmlu dik is-session li konna qegħdin nagħmlu ta' darba fix-xahar fejn nitrattaw suġġetti oħrajn li ma jkunux relatati mas-suġġett prinċipali.", "Naħseb li ormai rridu nitkellmu ftit fuq din tal-organizzazzjonijiet volontarji kif ukoll affarijiet oħra u b'hekk ma naħlux session.", "Tajjeb hekk?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Naħseb li aspett li forsi ma dħalniex daqshekk fuqu hija s-sitwazzjoni tat-tfal fil-vjolenza domestika.", "U allura ma nafx għandniex nindirizzaw dik il-parti wkoll.", "Bħalissa jiġuni f'moħħi l-aġenzija Appoġġ.", "Naħseb li llum aċċenna għaliha wkoll il-Kummissarju meta qal li kellu sitwazzjoni ta' tliet itfal li minħabba s-sitwazzjoni tagħhom ta' vjolenza domestika kellu jisseparahom għax ma kellux fejn ipoġġihom flimkien.", "Naħseb li t-tfal għandna bzonn nagħtuhom daqsxejn iktar attenzjoni.", "THE CHAIRPERSON: Nirringrazzjak talli qed issemmi dan il-punt.", "Il-problema li sibna - u pprovajt jien kif ukoll Elaine u Stephen – hu li ma sibniex lil min jiġi jitkellem fuq l-abbuż u l-vjolenza domestika fuq l-anzjani.", "Jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla nistgħu nħalluha għall-affarijiet li għandna bżonn nagħmlu li mhumiex marbutin mal-main topic tagħna u mbagħad il-ġimgħa ta' wara nipprovaw inkomplu b'dan is-suġġett.", "In the meantime nistgħu nitkellmu daqsxejn bejnietna fuq min huma l-iktar nies idonei sabiex jiġu jitkellmu f'dan il-Kumitat.", "Jien nixtieq li by the end of February inkunu għalaqna dan is-suġġett biex Elaine tkun tista' taħdem u toħroġ ir-rapport.", "Naf li d-diskussjoni ħadet fit-tul imma naħseb li l-ebda persuna li ġiet titkellem hawn ma kienet superfluwa u naħseb li s-suġġett minnu nnifsu kien jitlob daqsxejn ta' dettall mhux ħażin.", "Imma nipprovaw biex sal-aħħar ta' Frar nkunu lesti u nkunu nistgħu noħorġu r-rapport li fl-opinjoni tiegħi se jkun wieħed dettaljat mhux ħażin.", "Jien m'għandi xejn iktar għall-lum u għalhekk nistgħu nagħlqu hawnhekk.", "Niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla fl-istess ħin.", "Fit-8.04 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 4 ta' Frar fl-istess ħin."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140128_016d_soc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "LAQGĦA NRU 16", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.42 p.m.", "L-Onor.", "Deborah Schembri, President tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI: L-Onor.", "Il-President tal-Kumitat qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 15 li saret nhar l-Erbgħa 11 ta' Diċembru 2013 ġew konfermati.", "L-Onor.", "Anthony Agius Decelis kompla jippressjedi l-laqgħa minħabba li l-Onor.", "Deborah Schembri kellha tkun preżenti f'Kumitat ieħor.", "Iċ-Chairperson poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dok 13 - Rapport Annwali 2012 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall- Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Dok 14 – Email datata 21 ta' Jannar 2014 mibgħuta mis-Sur Francis Ghirxi Segretarju Privat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva dwar il-ħatra tal-membri tal-Guardianship Board kif rikjest mill-liġi.", "Qed tiġi mehmuża wkoll il-pożizzjoni tal-Gvern, il-komunikazzjoni nnifisha u r-rapport tar-Research Analyst.", "Vjolenza Domestika – DISKUSSJONI MAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA", "Il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Peter Paul Zammit ressaq lill-Kumitat preżentazzjoni qasira dwar dan is-suġġett.", "Fost affarijiet oħra semma' kif il-vjolenza domestika mhijiex xi fenomenu ġdid imma ilha sseħħ fis-soċjetà umana mill-bidu nett tal-ħolqien tagħha.", "F'dan il-kuntest jidħol id-dritt tas-soċjetà li tħares lilha nnifisha minn din it-tip ta' vjolenza u l-obbligu li tgħin lill-partijiet konċernati sabiex isibu s-soluzzjoni u fejn hemm bżonn li tikkastiga lill-aggressur.", "Il-Kummissarju kompla jgħid li fil-maġġoranza tal-każijiet il-pulizija jkunu fuq quddiem nett għax l-ewwel post ta' refuġju u ta' informazzjoni huma proprju l-pulizija.", "Il-problema mhijiex sempliċement fuq il-fatt li tasal l-informazzjoni imma fil-mod ta' kif tirrispondi għaliha; x'għajnuna se tagħti u x'azzjoni se tittieħed min-naħa tal-pulizija.", "Waħda mill-akbar preokupazzjonijiet f'dawn il-każijiet hija li l-pulizija li jkunu front liners ma jkollhomx it-taħriġ meħtieġ biex jindirizzaw kif suppost is-sitwazzjoni li jkollhom quddiemhom.", "U fil-fatt il-Korp qed iħares biex jagħti tagħlim speċjalizzat.", "Dawn il-problemi qegħdin jiġu indirizzati permezz ta' diskussjonijiet ma' entitajiet governattivi, fosthom Sedqa, Appoġġ u s-Supportline 179.", "F'każijiet ta' vjolenza domestika fejn ikun hemm involuti l-minuri l-emendi li kienu daħlu fis-sena 2000 jagħtu s-saħħa lill-pulizija sabiex jagħmlu wkoll l-arrest ħalli jipproteġu lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "U proprju f'dawn il-każijiet l-azzjoni tal-pulizija trid tkun waħda mmedjata.", "Għal darb'oħra ħafna mill-pulizija mhumiex la attrezzati psikoloġikament u lanqas b'mezzi oħra sabiex jagħtu dik il-kura neċessarja.", "U ħafna drabi jkollhom jaqgħu fuq esperjenzi personali sabiex jattwaw dak li jkun irid isir f'dik iċ-ċirkostanza.", "Għalkemm l-arrest huwa wieħed mill-aktar għodod b'saħħithom li tingħata l-pulizija sabiex tneħħi l-persuna konċernata mill-post fejn tkun seħħet il-vjolenza domestika, dan mhuwiex l-għodda propizja għax it-terminu tiegħu huwa qasir u għalhekk kif l-aggressur jerġa' jiġi liberat, dan se jerġa' jirritorna fl-istess dar fejn ikun hemm il-vittma.", "F'dawn il-każijiet l-aktar ħaġa ta' benefiċċju hija r-riabilitazzjoni u l-kura neċessarja.", "Wara kien hemm diskussjoni.", "L-Onor Robert Cutajar talab li jiġi skużat peress li kellu xi mpenji oħra fil-Plenarja.", "L-Onor Deborah Schembri, President tal-Kumitat, reġgħet ħadet it-tmexxija tal-Kumitat.", "Iċ-Chairperson ippromettiet li tibgħat kopja tar-rapport li kien se joħroġ il-Kumitat dwar il-vjolenza domestika lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikun jista' jservi ta' għajnuna meta jkunu qed jitfasslu l-programmi ta' taħriġ għall-pulizija.", "Fit-8.04 p.m. il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 04 ta' Frar fl-istess ħin.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees docx", "source": "Extracted from 20140128_016m_soc.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 2014 fis-6:30 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, tavża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 2014 fis-6:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Informazzjoni dwar policies tal-MEPA li qed jiġu aġġornati.", "22 ta' Jannar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140129_005a_dpc.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 2014", "Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Laqgħa Nru. 5", "L-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:19 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fis-16 ta' Lulju, 2013 ġew konfermati.", "MADAM CHAIR (Onor. Marlene Farrugia): Ninforma lill-Kumitat li rċevejt din il-korrispondenza:", "Email datata 17 ta' Awwissu 2013 mibgħuta mis-Sur Lino Farrugia, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, b'talba biex il-Federazzjoni tagħmel laqgħa mal-Kumitat fejn jiġi diskuss kif il-funzjoni tal-istess Kumitat tista' tolqot lill-kaċċaturi u n-nassaba mseħbin mal-Federazzjoni;", "Xtaqt nistaqsi jekk għandkomx xi oġġezzjoni li l-Kumitat jiltaqa' mas-Sur Lino Farrugia.", "Ma jidhirx li hawn oġġezzjoni allura the next step would be li niktbu lis-Sur Lino Farrugia u navżawh bid-data tal-laqgħa.", "It-tieni item ta' korrispondenza li rċevejt hija:", "Email datata 22 ta' Jannar 2014 mibgħuta mill-Onor.", "George Pullicino b'talba sabiex il-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ikollu l-opportunità jagħmel mistoqsijiet u kummenti fuq l-EIA li tħejja għall-impjant tal-ħażna tal-LNG u l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-LNG ġewwa Delimara, lit-tekniċi nvoluti.", "L-istess kif għamilt fil-korrispondenza ta' qabel se nistaqsi lill-Membri tal-Kumitat jekk għandniex nilqgħu it-talba tal-Onor.", "George Pullicino ħalli fil-kas niktbu lill-Ministru involut sabiex nissettjaw data għal din il-laqgħa.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien m'għandix oġġezzjoni, però qabel naħseb li għandha ssir preżentazzjoni mill-Ministru.", "MADAM CHAIR: Jekk il-Kumitat jaqbel li nimxu fuq dak li talab l-Onor.", "Pullicino, aħna niktbu lill-Ministru Konrad Mizzi sabiex hu jkun jista' jagħmlilna din il-preżentazzjoni li talab l-Onor.", "Jidher li hawn qbil li jsir hekk u għalhekk nistgħu ngħaddu għall-korrispondenza li jmiss li hija:", "Ittra datata 17 ta' Jannar 2014 mibgħuta mis-Sinj.", "Fil-fehma tiegħi għandu jkun hemm laqgħa fejn ikun hawn preżenti rappreżentanti ta' Din l-Art Ħelwa fejn niddiskutu proprju dak li ntalab f'din il-korrispondenza.", "Jekk intom taqblu jien inkun nista' nikteb lir-rappreżentanti ta' Din l-Art Ħelwa sabiex nagħmlu data speċifika sabiex niddiskutu dawn il-policies.", "CHARLES BUHAGIAR: Jekk fhimt tajjeb, huma jridu jiddiskutu l-iSPED.", "MADAM CHAIR: Fil-fatt, in vista ta' hekk jien ħadt l-inkarigu biex għal din il-laqgħa tal-lum, nitlob sabiex ikun hawn preżenti uffiċjali tal-MEPA u tas-Segretarjat sabiex jaġġornawna dwar fiex waslu l-policies li qed jiġu moħmija fil-mument ħalli mbagħad aħna nkunu ppreparati għal dak li se niddiskutu fil-laqgħa, li jekk il-Kumitat jaqbel, se ssir speċifikament mar-rappreżentanti ta' Din l-Art Ħelwa.", "Jidher li hawn qbil, allura jien se nikteb lil Din l-Art Ħelwa u lir-rappreżentanti tas-Segretarjat u tal-MEPA sabiex niddiskutu speċifikament dak li ntalab f'din il-korrispondenza.", "Ngħaddu issa għat-tielet item fuq l-aġenda.", "INFORMAZZJONI DWAR POLICIES TAL-MEPA LI QED JIĠU AĠĠORNATI", "MADAM CHAIR: Kif kulħadd seta' jsegwi, qed ikun hemm diversi żviluppi u diversi konsultazzjonijiet pubbliċi u aħna xtaqna li f'din il-laqgħa tal-lum niġu updated b'dak li sar s'issa.", "Nistgħu nagħtu bidu għal din il-preżentazzjoni billi nitlob lir-rappreżentanti tal-MEPA sabiex jiġu mal-mejda ħalli nkunu nistgħu nisimgħu l-preżentazzjoni tagħhom.", "Is-Sur Johann Buttigieg u s-Sur Joseph Gauci, Chief Executive Officer u Unit Manager tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar rispettivament, ħadu posthom madwar il-Mejda.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, jien nixtieq li għal darb'oħra, meta fuq l-aġenda jkollna l-policies tal-MEPA, il-Membri tal-Kumitat ikunu nfurmati liema policies preċiżi se niddiskutu għax b'hekk, il-Membri jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom aħjar.", "MADAM CHAIR: Napprezza ħafna l-punt tiegħek; kieku għamiltuli qabel, konna nagħmlu hekk.", "Ma ġara xejn, nagħmluha darb'oħra.", "Nikbru u nitgħallmu!", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, forsi li nistgħu nagħmlu wkoll huwa li ngħidu li mhux neċessarjament id-diskussjoni se tagħlaq illum.", "Jien nixtieq inżomm id-dritt li fuq ċerti policies, anke jekk ikun hemm reazzjoni fuqhom illum, nerġgħu nsejħu lill-istess nies biex inkunu nistgħu nagħmlu mistoqsijiet ulterjuri, anke f'seduta oħra.", "MADAM CHAIR: Dak id-dritt huwa dejjem tiegħek.", "Fil-fatt il-pjan huwa li llum nisimgħu l-preżentazzjonijiet, u jekk ikun hemm ħin nisimgħu anke mistoqsijiet, kemm mill-Membri tal-Kumitat, u anke mir-rappreżentanti tan-non-governmental organisations (NGOs) preżenti, u jekk ma jibqax ħin, dawn id-domandi jiġu risposti f'laqgħa oħra.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, qabel ma nibdew, jistgħu jgħidulna fuq liema policies se jkunu qegħdin jitkellmu?", "MADAM CHAIR: Issa jagħmel l-introduzzjoni; nifhem li ma nistgħux niddiskutu l-policies kollha.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Fl-ewwel laqgħa ta' dan il-Kumitat jien kont insistejt li dan il-Kumitat jimxi mal-liġi li waqqfitu u niddiskutu biss dawk il-policies li jaqgħu fil-konfini stabbiliti fl-istess liġi.", "Dakinhar il-Kumitat ma kienx qabel mal-proposta tiegħi u f'ruling li kien ta, l-iSpeaker qal li dan il-Kumitat jista' jmur oltre dak li hemm fil-liġi li tistabbilixxi dan il-Kumitat.", "Ġaladarba dan il-Kumitat ma qagħadx mal-parir oriġinali tan-naħa tagħna, u ċioè li dan il-Kumitat ikun esklussiv fuq dak li jagħmel il-Kumitat, u ġaladarba kien hemm ir-ruling tal-iSpeaker, issa dan il-Kumitat mhuwiex f'pożizzjoni li jillimita ruħu biss għal dawk il-policies kif espressi fil-liġi, u allura dan il-Kumitat jista' jiddiskuti kwalunkwe policy li jidhirlu li għandu jiddiskuti.", "Li ma jistax jagħmel dan il-Kumitat huwa li jiddelibera u jiddeċiedi hu fuq policies li ma tiddefinixxix il-liġi.", "Dik se tkun il-pożizzjoni tagħna bħala Oppożizzjoni f'dan il-Kumitat ġaladarba l-pożizzjoni oriġinali tagħna ma ġietx aċċettata u kien hemm direzzjoni permezz ta' ruling min-naħa tal-iSpeaker.", "MADAM CHAIR: Nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor.", "Pullicino, jiġifieri li kien hemm ruling li jgħid li dak li jkun fl-ispirtu tal-liġi jista' jiġi diskuss, però nfakkar lill-Onor.", "Pullicino li dan jista' jsir biss bil-kunsens tal-Membri tal-Kumitat, jiġifieri aħna xorta waħda rridu niddeċiedu dak li se niddiskutu.", "L-idea tal-laqgħa tal-lum kienet li peress li minn żmien għal żmien qed nisimgħu li diversi policies qed jiġu aġġornati skont il-bżonnijiet jew ir-realtajiet tal-lum, xtaqna li jkollna preżentazzjoni ċara ta' liema policies qegħdin jiġu aġġornati, kif qed jiġu aġġornati, u fejn wieħed jistenna li jasal b'dawn il-policies biex meta niġu għad-diskussjoni ma' Din l-Art Ħelwa, inkunu on a sound footing u nkunu nistgħu niddiskutu b'mod iktar infurmat.", "Jekk m'għandkomx oġġezzjoni nitlob lis-Sur Johann Buttigieg ħalli jibda l-preżentazzjoni tiegħu u nitolbu biex l-ewwel nett jgħidilna x'wassal biex dawn il-policies jiġu aġġornati fid-direzzjoni li se jgħidilna.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chief Executive Officer, MEPA): Nirringrazzjak.", "Nibda biex ngħid li aħna rċevejna l-oġġettivi mingħand il-Gvern sabiex nirrevedu numru ta' policies, liema policies ġew ippublikati fil-website tal-MEPA u anke saret press conference għal kull waħda li qegħdin nirrevedu.", "Il-Gvern ta numru ta' oġġettivi għal kull policy, u dawk l-oġġettivi ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika għal ġimgħatejn, kif titlob il-liġi, u qegħdin fi stadji differenti.", "Preżenti għal din il-laqgħa hawn iċ-chairperson ta' kull working group li ġie maħtur għal dawn il-policies.", "Barra minn hekk għandna policies oħra li bħalissa ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika u li diġà bdejna nirċievu l-feedback dwarhom.", "L-unika policy li ġiet approvata s'issa f'dan l-istadju mill-Bord tal-MEPA u li għad trid titla' quddiem dan il-Kumitat għad-diskussjoni u wara imbagħad isir l-istrategic environmental assessment (SEA) screening dwarha hija l-outside development zone (ODZ) policy.", "Rigward l-iSPED, li saret riferenza għalih, irrid ngħid li dan kien drafted fil-forma tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti, u wara li kien hemm bidla fl-amministrazzjoni saru laqgħat mal-Gvern biex ovvjament naraw jekk dan huwiex in line mal-linji gwida tal-Gvern, biddilna xi affarijiet biex niġu in line mal-linji gwida li għandu l-Gvern preżenti, u issa għandna draft policy li qiegħda għand il-Gvern.", "Il-Gvern għamel numru ta' domandi li aħna tajna t-tweġibiet għalihom, u wara li l-Gvern japprova l-ewwel abbozz, dan joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika, biex imbagħad isir l-SEA fuqu.", "Wara li naraw id-direzzjoni li jkun ta l-Gvern fl-iSPED, nibdew naħdmu fuq il-pjanijiet lokali ħalli dawn ikunu jirriflettu dak li qed jgħid l-iSPED.", "MADAM CHAIR: Jiġifieri jekk qed nifhem sewwa, l-ebda policy s'issa m'għadha ġiet konkluża, kollox għadu fi stadju ta' konsultazzjoni, l-iktar li tinsab fi stadju avvanzat hija l-ODZ policy, però xorta waħda għadha ma ġietx konkluża għax għad trid tiġi approvata minn dan il-Kumitat.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Hekk hu.", "MADAM CHAIR: Għaldaqstant, kollox għadu għaddej f'mument, biex insejħulu hekk, likwidu, għax għad trid issir konsultazzjoni mal-istakeholders kollha, u għad iridu jgħaddu mill-għarbiel xjentifiku tal-uffiċjali tal-MEPA Board rilevanti.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Eżatt.", "Għar-rigward legal notices irrid ngħid li ġew approvati tnejn; waħda hija l-legal notice li tirregola l-ħlasijiet ta' applikazzjonijiet, u hemm legal notice oħra li tinsab għand il-Prim Ministru għall-firma tiegħu.", "MADAM CHAIR: Naħseb li jekk irridu nkunu nafu eżattament fejn waslu dawn il-policies, x'inhuma l-oġġettivi u għalfejn qed nimxu f'dik id-direzzjoni, ikun aħjar jekk nibdew nisimgħu il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitat u tal-NGOs u l-pubbliku preżenti għax b'hekk naħseb li iktar ikun jista' jkollna direzzjoni.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, it-talba ta' Din l-Art Ħelwa mhijiex tant biex niddiskutu kull policy li hija delineata fil-lista li hemm fl-ittra li bagħtu.", "MADAM CHAIR: It-talba ta' Din l-Art Ħelwa se tiġi diskussa f'laqgħa speċifika.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, fhimtek, imma ġaladarba dan il-Kumitat qiegħed jipprepara ruħu għad-diskussjoni kif mitluba minn Din l-Art Ħelwa, f'dan l-istadju rrid ngħid lis-CEO li l-punt prinċipali huwa l-kwestjoni ta' proċedura, jiġifieri kwestjoni ta' x'jiġi l-ewwel u x'jiġi wara dak li għandu jkun l-ewwel.", "Il-punt mhuwiex il-kontenut ta' kull policy rispettiva imma huwa – u aħna bħala Membri ta' dan il-Kumitat irridu nifhmu dan – li kif stabbilit mil-liġi l-ewwel irid ikollok id-direzzjoni mogħtija mill-iSPED.", "L-ewwel trid tmur fil-livell strutturali, biex qabel xejn tieħu l-indikazzjonijiet ta' x'għandek u tkun taf ukoll x'inhuma l-prijoritajiet li trid tindirizza, abbażi tal-informazzjoni miksuba fil-proċess.", "Wara, jekk isiru tibdiliet fil-policies jew fi pjani sussidjarji, dawk iridu jkunu kollha stradati fil-prijoritajiet indikati mill-iSPED.", "Naħseb li ma jien qed ngħid xejn ġdid; kollox huwa ovvju, li mhuwiex ovvju għalija huwa t-timeline.", "Għalhekk jiena, bħala Membru, nixtieq inkun naf meta huwa maħsub li jkun magħluq l-iSPED.", "Imbagħad nistenna li l-pjani l-oħrajn, jew pjani sussidjarji jew policies, jidħlu kollha fid-dawl ta' dak li jkun indika l-iSPED.", "U allura l-iktar punt importanti li nistenna li jiġi spjegat illum min-naħa tal-uffiċjali tal-MEPA huwa x'inhu dan it-timeline, għax filwaqt li s'issa kellna dikjarazzjonijiet fil-pubbliku fuq dawn il-policies individwali, min-naħa l-oħra ma nafux, jew ma kellniex indikazzjoni dwar meta se jkun magħluq l-iSPED.", "Jien naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu huwa li npoġġu ż-żiemel qabel il-karru.", "Huwa importanti li llum bħala Kumitat nistabilixxu kif il-MEPA qed tħares lejn it-timeline ta' dan il-proċess kollu.", "Defenittivament hemm bżonn li jkun hemm reviżjoni ta' policies, anke għax il-policies tal-lum iridu jirriflettu r-realtajiet ekonomiċi, soċjali u fiżiċi ta' pajjiżna, li definittivament huma differenti minn dak li pajjiżna kellu 10 jew 20 sena ilu.", "Bħala Membru tal-Kumitat nistenna li wieħed jindikalna dan it-timeline u dak li huwa maħsub li tagħmel il-MEPA fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-pjan ta' struttura li għandna, sal-lum għadu validu, għadu ma ġiex waived, u l-pjanijiet li għandna llum u l-policies li qed nirrevedu llum żgur li mhumiex in conflict mal-istess pjan.", "Barra minn hekk, biex inserraħ ukoll moħħ l-Onor.", "Pullicino, irrid ngħid li d-direzzjoni li għandna hija li għall-aħħar ta' Frar jew bidu ta' Marzu, il-Gvern se jkun ta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-iSPED li mbagħad toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika u wara jibda l-proċess tal-SEA.", "Min-naħa tagħna, ħafna mill-proċessi li għandhom x'jaqsmu mal-iSPED diġà huma geared biex kemm jista' jkun jintlaħqu t-timeframes.", "Hemmhekk imbagħad jibdew jippariġġjaw it-timelines li għandna, kemm ta' dawn il-policies kif ukoll tal-policies l-oħra.", "MADAM CHAIR: It-timeframes jinteressanwi u huma importantissimi, però naħseb li l-iktar ħaġa importanti li nistabilixxu hija x'instigakom biex tagħmlu r-reviżjoni li qed tagħmlu u fejn irridu naslu, għax il-policies l-oħra se jaqgħu bejn dawn iż-żewġ elementi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Id-direzzjoni mingħand il-Gvern kienet li l-ewwel nett aħna nissimplifikaw il-proċeduri tagħna, nagħmlu streamlining tal-policies kollha fejn nirriflettu r-realtajiet tal-lum.", "Għal dawk it-tliet għanijiet il-Gvern tana numru ta' oġġettivi, u l-policies li ppreparajna kienu in line ma' dawk l-oġġettivi li kienu wkoll ħarġu għall-konsultazzjoni pubblika.", "MADAM CHAIR: Tista' tispjegali ftit x'tifhem meta tgħid \"ir-realtajiet tal-lum\"?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Pereżempju, jekk qed nitkellmu fuq ODZ policy, ir-realtajiet huma dak li għandhom bżonn il-bdiewa, il-policy tal-agrituriżmu, u policies oħra rigward x'għandu jiġi regolarizzat jew le.", "Dak huwa primarjament fejn jirrigwarda l-ODZ policy.", "Imbagħad għandek policies oħra bħal, pereżempju, il-fireworks factories fejn ir-realtajiet illum huma li hemm numru ta' liċenzji li huma available imma m'hemmx kmamar tan-nar, jew għaliex spiċċaw jew għax ma jistgħux isiru.", "F'dan il-każ twaqqaf kumitat apposta, magħmul mill-MEPA u minn diversi esperti nkluż il-Pulizija, l-Armata, u nies min-naħa tal-ambjent biex prattikament nindirizzaw l-issue li hemm illum.", "Hemm imbagħad il-policies tal-fuel stations u tax-shooting ranges.", "Il-lista tal-policies inkun nista' ngħaddihielkom flimkien mal-oġġettivi kif ħarġu mingħand il-Gvern u kif dawn ġew approvati.", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: X'inhi d-data ta' skadenza tal-pjan ta' struttura?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-2012.", "GEORGE PULLICINO: Ladarba skada, iktar u iktar wieħed irid jistenna li jkun hemm il-konklużjoni tal-iSPED, jiġifieri żgur li kwalunkwe policy trid tiġi mħejjija fuq l-indikazzjonijiet tal-iSPED.", "M'iniex qed ngħid, biex ma niġix mifhum ħażin, li fl-istess ħin ma jistax ikollok a parellel process fejn wieħed ikun qed jitfa' fl-ieħor u wieħed qed jieħu mingħand l-ieħor, però li hu żgur hu li mhuwiex aċċettabbli li jkollok sitwazzjoni fejn qed tibda proċess ta' reviżjoni ta' policies mingħajr m'għandek almenu l-abbozz tal-iSPED in the public knowledge biex wieħed ikun jaf x'inhuma l-indikazzjonijiet prinċipali u ġenerali, għax abbażi tagħhom trid tibni l-policy tiegħek.", "Peress li n-nies hemm barra huma ovvjament ħafna inqas infurmati fuq dan il-proċess ta' ippjanar – li f'pajjiżna huwa relattivament modern għall-istorja politika tiegħu; m'aħniex pajjiż li beda l-proċess ta' pjanifikazzjoni tiegħu 70 jew 90 sena ilu bħal pajjiżi oħra – iktar u iktar irridu nistradaw l-affarijiet b'mod li n-nies jifhmu li hemm proċess li jimxi pass wara l-ieħor.", "Allura jien naħseb li għall-mument ikun jagħmel ħafna iktar sens li l-proċess dwar ir-reviżjoni ta' policies jintefa' fuq il-back burner sakemm almenu wieħed ikollu l-indikazzjonijiet ġenerali tal-iSPED.", "Hemm bżonn li n-nies ikunu nfurmati għalfejn illum hemm il-ħtieġa ta' SPED, differentement mill-proċess preċedenti tal-liġi li għad għandna sal-lum, jew li kellna, tal-pjan ta' struttura.", "Naħseb li l-komunità Maltija trid tiġi nfurmata anke b'din id-differenza biex imbagħad in-nies, u jien ngħid anke l-komunità ta' nies li jipprattikaw, li ovvjament huma l-periti, ikunu jafu x'inhu l-proċess naturali.", "U naħseb li t-talba li għamlet Din l-Art Ħelwa hija fid-dawl li s'issa mill-MEPA kellna ħafna aċċenn dwar il-policies individwali u xi jridu jottjenu, imma anke jekk dak li qed jiġi miksub huwa tajjeb fih innifsu, mhuwiex spjegat bħala riżultat ta' dak li qed jgħid li għandu jiġi miksub l-iSPED.", "Allura hemm bżonn li verament inpoġġu ż-żiemel qabel il-karru, għax sal-lum l-indikazzjoni hemm barra hi li qed niddiskutu l-bigħa li se nġorru fuq il-karru mingħajr m'aħna niddiskutu ż-żiemel!", "Naħseb li l-proċess qiegħed jiġi indikat b'mod ħażin u hemm bżonn li l-Membri jkunu iktar infurmati biex naraw li verament iż-żiemel qed jitpoġġa qabel il-karru.", "Nixtieq li jiġi spjegat lilna t-timeline, mhux li wieħed jgħid biss li sal-aħħar ta' Frar jew bidu ta' Marzu se jkollna l-ewwel abbozz tal-iSPED, imma kif imbagħad se jsiru dawn iż-żewġ proċessi.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "CHARLES BUHAGIAR: Madam Chair, ma naħsibx li għandna niġġeraliżżaw b'dan il-mod.", "Hemm ċerti policies, bħal pereżempju policies ta' ħlasijiet u tal-użu, li l-iSPED mhux se jeffetwahom, għax l-iSPED jirrifletti dak li qed jipprevedi l-Gvern li se jkun l-iżvilupp fil-pajjiż għall-għaxar snin li ġejjin.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-iSPED huwa dak li qed jara l-Gvern li se jsir fis-snin li ġejjin, li mbagħad jiġi konvertit f'policies ta' ippjanar.", "U d-direzzjoni tal-iSPED ma tiġix mill-MEPA; huwa l-Gvern li jagħti l-indikazzjonijiet ta' x'inhuma l-prijoritajiet kif jarahom hu u l-MEPA tirriflettihom f'policies.", "Jiġifieri sa ċertu punt lanqas mhu totalment f'idejn il-MEPA meta jitlesta l-iSPED għax jiddependi wkoll mir-reazzjonijiet li jkollha mingħand il-Gvern u mingħand id-dipartimenti konċernati.", "MADAM CHAIR: Onor. Buhagiar, naqbel miegħek, però aħna bħala Membri tal-Kumitat, kif ukoll in-nies li qegħdin jitħaddtu bejniethom u jitolbuna informazzjoni, li nixtiequ nafu hija x'inhi l-viżjoni tal-Gvern f'dan is-settur.", "Huwa għalhekk li qegħdin jitolbu li l-iSPED ikun ifformulat qabel ma ċerti policies ikunu mitmuma.", "Però, kif infurmana s-Sur Buttigieg, il-policies bħalissa qed jiġu mistħarrġa, qed ikun hemm konsultazzjoni pubblika dwarhom u qegħdin jiġu moħmija, jiġifieri m'hemm xejn mitmum.", "Dwar l-iSPED, li kif għedt tajjeb inti, hija l-viżjoni aħħarija tal-Gvern, se jkun magħruf fi żmien kemm jista' jkun malajr biex aħna nkunu nistgħu nifhmu fejn irridu naslu.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma d-domanda ma tridx issir lis-CEO imma lis-Segretarju Parlamentari.", "MADAM CHAIR: Hekk hu.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva): Meta l-Gvern ikun irid jagħmel policy, għandu żewġ options, jew jiddeċiedi li jagħmel il-policy hu stess, jew inkella jitlob lill-MEPA biex attwalment tagħmilha hi.", "L-iSPED huwa bbażat fuq id-direzzjoni li l-Gvern tal-ġurnata se jkun sejjer fiha.", "Ħalli nagħti ftit background.", "Meta jien dħalt fil-kariga sibt SPED li ma kienx imsejjes fuq il-politika tal-Gvern preżenti, li hija differenti mill-politika tal-Gvern preċedenti.", "Għalhekk, kellna nerġgħu nagħmlu review sħiħ tiegħu fejn kull ministeru u kull dipartiment ġie kkuntattjat biex jagħti l-veduti tiegħu.", "Meta min-naħa tiegħi nitlob lill-MEPA biex tagħmel policies, l-ewwel ħaġa li nagħmel hija li nagħtiha direzzjoni dwar fejn irid imur il-Gvern, il-MEPA toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika dawk il-parametri li fuqhom tkun se tiġi diskussa l-policy, tirċievi l-kummenti tal-pubbliku in ġenerali, u eventwalment il-kumitat jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu u jipprepara l-ewwel draft, li jerġa' jmur għall-konsultazzjoni pubblika.", "Wara t-tieni konsultazzjoni pubblika, ir-rapport jerġa' jmur quddiem il-kumitat fejn jerġa' jiġi diskuss u jkun hemm preżentazzjoni fil-Bord tal-MEPA qabel ma jkun riferut lill-Gvern biex jiddeċiedi fuq il-pariri li jkun ingħata.", "Irrid ngħid li hemm numru ta' policies li rridu niġu bihom quddiem dan il-Kumitat biex niddiskutuhom qabel mal-Gvern jieħu l-aħħar deċiżjoni.", "Din hija l-proċedura normali.", "Tajjeb li ngħid li jien m'għandix għalfejn immur quddiem il-Bord tal-MEPA biex noħroġ policy; nista' attwalment naqbad u nagħmel il-policy jien stess.", "Jekk għedt xi ħaġa li mhijiex f'postha nitlobkom tikkoreġuni.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Madam Chair, ħadt nota ta' dak li għadu kif qal is-Segretarju Parlamentari, u naħseb li għalkemm għandu raġun jgħid, kif qal ukoll l-Onor.", "Buhagiar, li l-Gvern huwa dak li jagħti d-direzzjoni fuq l-iSPED, hu ma jistax jagħmel dan f'vacuum.", "Il-Gvern jagħti d-direzzjoni tiegħu fuq l-iSPED wara li l-MEPA, flimkien ma' awtoritajiet oħrajn stabbiliti fil-liġi Maltija, bħan-National Statistics Office (NSO), ikunu għamlu analiżi tal-fiżjonomija ekonomika, soċjali u ġenerali tal-pajjiż, u jieħdu shots ta' dik ir-realtà.", "Imbagħad ikun sta għall-Gvern li jinterpreta dawk ix-shots u jgħid \"din\" hija s-sitwazzjoni, u jixtieq li, pereżempju, jagħfas aktar fuq l-ekonomija bbażata fuq is-servizzi.", "Illum għandna 20% tal-prodott domestiku gross tagħna ġej mill-gaming u l-ICT u forsi l-Gvern ikun irid li sa 10 snin oħra dan il-persentaġġ jitla' għal 25%.", "Li però ma jkunx jagħmel sens huwa li l-Gvern jagħti direzzjonijiet li jkunu kontro-produċenti ta' dawn l-istampi.", "Pereżempju, il-Gvern ma jistax jgħid li għandu stampa li s-soċjetà Maltija, iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tixjieħ, u hu jiddeċiedi li jagħti direzzjoni biex jinbnew aktar skejjel primarji.", "Jista' jagħmel dan kemm irid, imma mbagħad jerfa' r-responsabilità ta' dik id-deċiżjoni li tkun kontro-produċenti għal dak li jkun qed jindika l-iSPED.", "Għalhekk qed ngħid li f'dan l-istadju dak li huwa importanti hu li almenu jkollna l-indikazzjonijiet ġenerali tal-iSPED.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Buhagiar li mhux neċessarjament li l-policies li qed tadotta, jew beħsieba tadotta, il-MEPA huma policies li jenħtieġu d-direzzjoni tal-iSPED, imma definittavament nixtieq inkun naf x'inhi l-istampa tal-iSPED għas-settur agrikolu – jien għamilt 10 snin ministru responsabbli mill-agrikoltura u naf x'inhuma l-indikazzjonijiet – qabel ma mmorru biex niddeċiedu fuq il-policy tal-ODZ.", "Sur Buttigieg, kif kelli darba l-opportunità ngħidlek, jien wieħed min-nies ikkonċernati li l-policy kif indikata għall-irziezet, mhux talli mhijiex se tissalvagwardja dik l-attività, talli se tħeġġeġ biex taċċellera l-għeluq ta' irziezet li jrabbu l-bhejjem f'pajjiżna.", "Allura, jien irrid inkun naf l-iSPED x'qed tindikali hawnhekk u l-Gvern fejn beħsiebu jieħu s-settur tal-agrikoltura.", "Għax jista' jkun li l-Gvern jgħid – u m'iniex qed ngħid li dan il-Gvern se jieħu dik il-pożizzjoni – kif kien hemm min ġieli qal u kiteb, li s-settur tat-trobbija tal-annimali huwa tqil ħafna fuq l-ambjent ta' pajjiżna u allura jiddeċiedi li għall-produzzjoni tal-ikel tagħna jippreferi li jnaqqas l-impatt tal-irziezet f'pajjiżna u joqgħod fuq l-importazzjoni.", "Jekk il-Gvern jiddeċiedi hekk, u jista' jkun li anke jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu, jien irrid inkun naf minn fejn telaq u fejn irid imur il-Gvern, biex imbagħad il-policy tal-ODZ neħodha f'dak l-ispirtu u mhux f'daqqa waħda nara l-policy tal-ODZ detached minn fejn irridu nieħdu l-attività agrikola fil-pajjiż.", "Dan huwa l-appell li nifhem li qed tagħmel Din l-Art Ħelwa fl-ittra tagħha; biex ikun hemm proċess li anke jekk huwa parallel, ikun proċess ta' dovetailing fejn iż-żewġ proċessi jkunu feeding wieħed ġol-ieħor, anke jekk huwa kontemporarju, mhux naraw proċess detached mill-kumplament.", "Allura nixtieq li dan il-Kumitat ikun mogħti l-comfort ta' 'il fejn se nimxu għax wisq nibża' li s'issa l-istatements li saru mhumiex jagħtu l-aħjar interpretazzjoni, anke jekk ix-xewqat huma pożittivi.", "Dan hu li nixtieq li sserħilna rasna dwaru.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI (Unit Manager, MEPA): Nixtieq nispjega ftit il-proċess tal-iSPED.", "Aħna bdejna naħdmu fuq l-iSPED fi Frar 2011 wara li kellna direzzjoni mill-Kabinett biex nagħmlu dan.", "L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li ħarisna lejn policies nazzjonali, ekonomiċi, soċjali u anke ambjentali, biex ovvjament nieħdu d-direzzjoni li għandhom dawn il-policies minħabba li dawn għandhom riflessjoni fuq kif nużaw l-ispazju.", "Kien hemm numru konsiderevoli ta' dokumenti oħra li kellna nikkunsidraw, bħal pereżempju, policies settorali, inkluż ir-rural development plan, il-pre-budget documents, eċċ.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Bdejna naħdmu fuqu fl-2011.", "Minn dan kollu ħadna dak li aħna sejjaħna issues li rridu nirrispondu għalihom.", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar dawn il-pjanijiet kollha taw direzzjoni, u r-rwol tagħna kien li aħna nsarrfu dik id-direzzjoni ta' kif se nużaw l-ispazju tagħna biex nilħqu l-għanijiet tal-amministrazzjoni.", "Fi Frar 2012 ġew ippubblikati l-issues paper, jiġifieri l-affarijiet li ġew indikati fil-pjanijiet li huma l-isfidi u proposti ta' kif aħna nistgħu, b'mod strateġiku imma fl-istess ħin li qed jagħti direzzjoni, nipproċedu.", "Ħriġna dokument għall-konsultazzjoni pubblika, u wara l-konsultazzjoni pubblika bdejna nħejju policies iktar dettaljati.", "MADAM CHAIR: U dan, nerġa' ngħid, sar fl-2011.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Issa konna wasalna għal Frar 2012.", "Konna ħejjejna abbozz ta' policies dettaljati u f'Novembru tal-2012 tajnih lill-Gvern.", "Il-pass li kellu jsir wara kien li dan jitqassam lill-ministeri biex il-ministeri jaraw kif aħna żvolġejna l-policies u biex naraw li ovvjament dawn ikunu skont il-politika tal-Gvern.", "Ovvjament minħabba li kien hemm il-bidla fl-amministrazzjoni, is-Segretarju Parlamentari ried jara x-xogħol li konna għamilna fuq l-iSPED u qalilna li dan kellu jiġi aġġornat sabiex jiġi jirrifletti l-pożizzjoni tal-amministrazzjoni preżenti.", "Farrugia, bdejna proċess li konna diġà għaddejna minnu, fejn dorna l-ministeri kollha, identifikajna fejn il-politika ta' kull ministeru setgħet inbidlet, u rriflettejniha fl-abbozz li ħejjejna.", "Bħalissa ninsabu fil-proċess fejn kien hemm skambju tal-feedback li rċevejna mid-diversi ministeri lill-Gvern b'tali mod li l-Gvern jagħtina direzzjoni ta' jekk dak li pproduċejna s'issa hux aċċettabbli għalih u allura nistgħu nimxu 'l quddiem, jew inkella jekk hemmx bżonn isir tibdil.", "Jiġifieri bħalissa qegħdin fl-istadju li qed nistennew il-feedback mingħand il-Gvern.", "MADAM CHAIR: Nirringrazzjak.", "Hawn permess sabiex ikun jista' jintervjeni l-Onor.", "Il-permess ingħata.", "RYAN CALLUS: Nirringrazzja lill-Kumitat talli tani l-permess nagħmel dan l-intervent.", "Id-diskussjoni li għandna quddiemna llum hija waħda importanti ħafna.", "Bħalma jafu l-Membri li hawn madwar din il-mejda, jien Membru tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-MEPA u diġà għamilt l-appell tiegħi lill-Bord tal-MEPA, saħansittra nhar il-Ħamis li għadda stess, dwar x'inhi r-raġuni għalfejn ma nbediex l-ewwel il-proċess ta' reviżjoni tal-iSPED, u r-risposta li ngħatajt ma kkonvinċietni assolutament xejn għax kien hemm min qalli li mhux se jkun hemm kunflitt bejn il-policies li qed jiġu riveduti llum, u li wħud minnhom waslu fit-terminu tar-reviżjoni tal-proċeduri tagħhom, u l-iSPED li għad irid jiġi ffinalizzat.", "Però, lil hinn minn dan kollu, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ippjanar għaqli u l-ewwel ma rridu nistaqsu huwa x'għandu jsir l-ewwel.", "U dan mhux biss fejn jidħlu l-liġijiet tal-ippjanar imma f'kull ħaġa; jekk se twaqqaf kumpanija, l-ewwel ma tagħmel hu li tfassal strateġija biex tara x'għandhom ikunu your main goals, imbagħad tibda nieżel 'l isfel għax mill-istrateġija joħroġ li tkun qed tħoss li għandek tinvesti f'dak is-settur.", "U kollox jimxi pass wara pass; l-ewwel titlaq mill-istrateġija, imbagħad tibda' nieżel 'l isfel biex tfassal, fiċ-ċirkostanza li qegħdin nitkellmu llum, il-local plan u iktar tard il-policies.", "U l-kritika tiegħi mhijiex eżattament lejn il-MEPA, għax kif qal l-Onor.", "Farrugia, hija deċiżjoni tal-Gvern li jibda r-reviżjoni tal-iSPED, però daqstant ieħor hija deċiżjoni tal-Gvern li jindika lill-MEPA li għandha tibda r-reviżjoni fuq uħud mill-policies, u daqstant ieħor hija deċiżjoni tal-Gvern li jindika lill-MEPA liema policies għandhom jiġu riveduti jew inkella x'policies ġodda għandhom jiddaħħlu.", "Jiġifieri l-kritika tiegħi llum hija lejn id-direzzjoni politika, li fl-opinjoni tal-Oppożizzjoni hija żbaljata, għax mhux talli, kif qal l-Onor.", "Pullicino, qed inpoġġu l-karru qabel iż-żiemel, talli naħseb li qegħdin inpoġġu t-tram sħiħ qabel iż-żiemel għax bdejna mill-iktar affarijiet taħt nett kif inhuma stabbiliti fil-liġi tal-ippjanar u l-ambjent, u mexjin b'lura.", "Sinjura President, fid-dawl ta' dan naħseb li t-talba ta' Din l-Art Ħelwa, li hija ssekondata minn numru sostanzjali ta' għaqdiet ambjentali, hija ġustifikata.", "U l-kritika tiegħi u ta' kull min qiegħed iħares lejn gvernar għaqli, kif kollha mwegħdin, hija li Gvern għaqli ma jagħmilx l-affarijiet b'lura.", "L-għaqdiet ambjentali qed jgħidu lill-Gvern li dan mhuwiex gvernar għaqli.", "X'kienet ir-raġuni li għaliha l-Gvern ta direzzjoni politika lill-MEPA biex l-ewwel titlaq fuq proċess sħiħ ta' reviżjonijiet ta' numru ta' policies u policies ġodda li għandhom isiru, qabel ma taha d-direzzjoni politika biex jiġi rivedut l-iSPED?", "Din id-domanda jien għamiltha numru ta' drabi u r-risposta għaliha għadha qatt ma ngħatat.", "Ejjew nieħdu l-policy tal-ODZ.", "Għalkemm din il-policy għadha ma ġietx konkuża, l-opportunità tal-għaqdiet ambjentali u tal-pubbliku in ġenerali sabiex jagħti l-proposti tiegħu, għaddiet għax il-konsultazzjoni pubblika għalqet.", "Allura ma kienx ikun aktar għaqli li kieku l-Gvern ta direzzjoni lill-għaqdiet ambjentali tagħna u jgħid fejn qed jara lill-pajjiżna sejjer fis-snin li ġejjin f'dawn is-setturi?", "Fil-każ tal-ODZ jien kont nistenna li jkun hemm direzzjoni strateġika li tista' toħroġ biss mill-iSPED fir-rigward ta' x'operazzjonijiet għandhom jimirħu fihom ir-raħħala u l-bdiewa tagħna fis-snin li ġejjin.", "Fid-diskussjonijiet li kellna, semmejna l-fatt li għalqu wħud mill-irziezet tal-majjali.", "X'inhi issa d-direzzjoni li għandna nagħtu lir-raħħala u lill-bdiewa tagħna dwar fiex għandhom jinvestu?", "Dan ma setax isir billi nwaqqfu kumitat, kif ġara, u nibdew infajjru l-policies 'l hemm u 'l hawn!", "L-ewwel li ried isir hija evalwazzjoni sħiħa u serja ta' fejn dan il-pajjiż irid imur.", "L-appell ġenwin tiegħi lill-Gvern huwa li kif għadu fiċ-ċans, għax ħafna mill-policies għadhom ma ġewx konklużi… L-appell ta' Din l-Art Ħelwa lill-Gvern, u li huwa ssekondat minn ħafna għaqdiet ambjentali, huwa biex l-ewwel jikkonkludi l-iSPED ħalli kulħadd ikun jista' jara fejn irid imur il-pajjiż.", "U għadna biċ-ċans li nagħmlu dan.", "Jien nieħu pjaċir nara li hemm numru ta' policies li l-Gvern ħa l-inkarigu u qed juri l-enerġija li jirrevedihom u oħrajn li qed isiru ġodda, u diġà tkellimt favur uħud minnhom, però d-diffikultà tiegħi hija – u din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn ma stajtx nivvota favur il-policy tal-ODZ – li dawn ma sarux f'qafas ta' studju serju.", "Jien ħassejt li konna qisna qegħdin nagħmlu patch work; qisek waqajt fuq għarkobbtejk, qattajt biċċa mil-libsa, u minflok għamilt libsa ġdida, qgħadt toqgħod issewwi 'l hemm u 'l hawn.", "L-appell tiegħi ġenwin huwa – u l-Onor.", "Farrugia jaf li fejn kien hemm bżonn nitkellem favur il-ħidma li għamel il-Gvern, jien għamilt dan – sabiex nagħtu ċans sakemm jiġi konkluż l-iSPED qabel inkomplu f'dawn il-policies.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-MEPA għandha tagħlaq kollox, għax hemm uħud mill-affarijiet li m'hemmx għalfejn jistennew l-iSPED – jien m'iniex perit, però l-punti li għamlu l-Onor.", "Pullicino huma pożittivi – imma mbagħad hemm affarijiet oħra li jirrikjedu direzzjoni strateġika ħafna li mingħajrha jista' jkun li dawn il-policies li qed nagħmlu illum… Illum kważi kkonkludejna l-policy tal-ODZ.", "Issa x'jiġri jekk joħroġ li l-iSPED imur kontra din il-policy?", "Jien nittama li fl-istudju tal-iSPED, minflok ma naraw x'għandu bżonn pajjiżna, noqogħdu naraw x'niżżilna fil-policy tal-ODZ ħalli naraw li jkunu jaqblu!", "Dak huwa gvernar ħażin mhux ippjanar għaqli.", "U allura dan huwa l-appell sinċier li qed nagħmel jien illum.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Madam Chair, bil-permess tal-Kumitat nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet lill-uffiċjali tal-MEPA.", "Inkun qed ngħid ħażin jekk ngħid li l-Gvern jista' jagħmel il-policies u jressaqhom hu min-naħa tiegħu?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Il-Gvern għandu kull dritt jagħmel dan.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm xi ħaġa li lili bilfors tibgħatni għand il-MEPA biex inkun nista' nagħmel il-policies?", "MICHAEL FARRUGIA: Jekk tqabblu l-oġġettivi li tirċievu mingħand il-Gvern ma' dawk li ntbagħtu mill-ministeri, taraw li huma fuq l-istess linja li fuqha qed jinħadem l-iSPED?", "MICHAEL FARRUGIA: Dawn ir-risposti jirrispondu kollox.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Filwaqt li nikkondividi dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Farrugia, jiġifieri li l-Gvern jista' jagħti policy lill-MEPA biex tikkonsidraha – dak huwa proċess li ġie stabbilit fl-emendi tal-liġi tal-ippjanar tal-iżvilupp li sar fl-2004 – wieħed irid jiftakar li fl-istess liġi hemm aktar minn sitt artikli li jistipulaw x'inhu l-proċess.", "Il-Gvern għandu kull dritt li jgħaddi policy lill-MEPA għall-konsiderazzjoni tagħha, imma hemm proċess li l-istess Gvern u l-MEPA jridu jsegwu.", "Jiġifieri għalkemm il-Gvern għandu dritt li jagħti policy lill-MEPA, m'għandux il-poter li jgħid lill-MEPA: \"Din\" hija l-policy, ħudha u adottaha!", "Anke jekk finalment il-Gvern irid jiddeċiedi abbażi ta' dak li jkun abbozza, hemm proċess sħiħ li jrid jgħaddi minnu.", "Issa għandi xi domandi x'nagħmel.", "Xtaqt nistaqsi jekk l-ispatial planning ta' pajjiżna hux se jieħu konsiderazzjoni wkoll, pereżempju, tal-maritime spatial planning.", "Għax bi kritika għall-pjan ta' struttura – u dan kont nagħmlu anke meta kont għadni Ministru – irrid ngħid li kif inhu, għalkemm jitkellem primarjament fuq ippjanar ta' art, ma daħalx biżżejjed fuq materja ta' marine spatial planning u allura ma tistax tistabbilixxi biżżejjed l-attività fuq l-art jekk m'intix qiegħed tikkunsidra l-attività marittima ta' pajjiżek.", "U meta llum għandna parti sostanzjali mill-GDP tagħna li huwa, jew ġej minn ekonomija ġġenerata minn attività marittima, jew attività ekonomika, bħat-turiżmu, li għandu impatt sostanzjali fuq il-kosta tagħna, wieħed ma jistax jiddifferixxi l-physical spatial planning mill-marine spatial planning.", "Jien nixtieq inkun naf jekk dan hux qiegħed jittieħed into consideration, anke għax jidhirli – ikkorreġuni jekk jiena żbaljat – li wieħed mill-Ministri tal-Gvern preżenti kien tkellem dwar in-neċessità li wieħed jidħol iktar fil-marine spatial planning.", "Nispera li ma nagħmlux l-iżball li mmorru għall-iSPED u nibqgħu datached mill-marine spatial planning li għandna bżonn.", "Nispera wkoll li nafu li llum hemm direttivi tal-Unjoni Ewropea li jorbtu li fuq il-proċess tal-iSPED isir SEA.", "Dan għax ovvjament irid ikun dovetailed fit-timeline li għandu l-Gvern.", "Jien illum kont qed nażżarda ninterpreta dak li qalet Din l-Art Ħelwa fl-ittra tagħha, u għalhekk nittama li fil-laqgħa li jmiss, l-uffiċjali ta' Din l-Art Ħelwa jkollhom ċans jagħtu l-interpretazzjoni huma ta' dak li kitbu.", "Jista' jkun li jien qed nagħmel interpretazzjoni żbaljata ta' dak li qalet Din l-Art Ħelwa, imma mill-istqarrijiet li għamlet din l-NGO stess nażżarda ngħid li jien korrett fl-interpretazzjoni tiegħi.", "Madam Chair, peress li jien ma nafx jekk iniex qed inkun korrett totalment fl-interpretazzjoni tiegħi, nitlob li dan il-Kumitat jaqbel li fil-laqgħa li jmiss l-uffiċjali ta' Din l-Art Ħelwa jkunu huma li jagħmlu preżentazzjoni fuq l-intenzjonijiet tal-ittra tagħhom u jgħidu għalfejn kitbu dak li kitbu.", "MADAM CHAIR: Mhux talli naqblu, talli hekk għandu jsir.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Issemmew ħafna l-eNGOs.", "Jien xtaqt nistaqsi lill-uffiċjali tal-MEPA jekk meta ressqu għall-konsultazzjoni pubblika, l-eNGOs bagħtux ir-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar jekk jaqblu jew ma jaqblux mal-policy, u jekk irrikkmandawx xi tibdil jew għamlux xi kummenti oħrajn.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Madam Chair, nixtieq nistaqsi lis-Sur Buttigieg x'inhi d-diffikultà tal-MEPA biex sakemm titlesta r-reviżjoni tal-iSPED, twaqqaf dawn ir-reviżjonijiet tal-policies.", "Jista' jkun li qed nagħmel id-domanda lill-persuna ħażina, però s-CEO forsi għandu xi opinjoni dwar dan.", "MADAM CHAIR: Sur Buttigieg, qabel ma twieġeb, nixtieq nistieden lir-rappreżentanti tal-NGOs li hawn preżenti sabiex jekk għandhom xi mistoqsija, jingħaqdu magħna madwar il-Mejda ħalli jkunu jistgħu jagħmlu d-domandi li jixtiequ lill-uffiċjali li hawn preżenti.", "Dak li ma nilħqux inwieġbu llum inwieġbuh darba oħra.", "Fir-rigward ta' Din l-Art Ħelwa se jkun hemm sessjoni partikolari biex niddiskutu l-korrispondenza li bagħtu.", "Hawn min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet illum?", "SIMONE MIZZI (Kap Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa): L-ewwel nett nirringrazzja lill-Kumitat talli laqa' t-talba tagħna li jisma' l-punt li għamilna dwar jekk il-policies għandhomx jiġu mfassla qabel l-iSPED jew jekk l-iSPED għandux ikollu l-impatt fuq il-policies.", "Nirringrazzjakom talli qed tiddiskutu dan il-punt apertament u talli għad tridu terġgħu tiddiskutuh.", "Dwar it-timing tkellimtu u tridu terġgħu tiddiskutu.", "Fuq l-istudji li għandhom jippreċedu bħala punt ta' good governance lill-Gvern li għandu l-viżjoni li jagħti ordnijiet jew rakkmmandazzjonijiet lill-MEPA biex ifasslu jew jaġġornaw ċerti policies, li hija ħaġa tajba, aħna nixtiequ nagħmlu l-punt li l-viżjoni tal-Gvern m'għandhiex bżonn tkun iddettata bħala dogma, imma għandha tkun spjegata lill-pubbliku.", "Aħna l-NGOs, bħala pubbliku, għandna dritt għall-informazzjoni, speċjalment dwar l-ambjent.", "Mhijiex Din l-Art Ħelwa biss, imma huma l-NGOs kollha, flimkien mal-Kummissjoni tal-Knisja li qalu l-istess ħaġa.", "Għandu jkun spjegat lill-pubbliku r-raġuni għalfejn irid ikun hemm SPED, il-viżjoni tal-Gvern ibbażata fuq studji, statistika ta' land use, statistika ta' kemm hemm art agrikola, u kemm-il art agrikola se tiġi mpattata b'dawn il-policies fejn hemm il-catchment tal-ilma.", "Dawn huma studji li aħna għadna qatt ma kellna l-opportunità li nistudjaw.", "Interessani ħafna dak li qal is-Sur Joseph Gauci, meta qal li fl-2012 kien hemm Paper li elenkat u identifikat l-issues.", "Forsi aħna ma konniex nafu biha, imma nixtiequ nkunu nafu b'dawn l-issues.", "Jinteressana wkoll il-marine spatial plan.", "Naf li bħala pajjiż – u mhux pajjiżna biss – għadna lura f'dan il-qasam, imma nixtiequ nisimgħu iżjed fuq dan, speċjalment fuq il-viżjoni tal-Gvern dwarha, għax ma tistax tkun viżjoni li tgħid li għandna bżonn sitt gżejjer oħra u allura se nagħmlu land reclamation; trid tara kif se timpatta fuq il-pajjiż, fuq il-kosta, fuq it-turiżmu u anke jekk hemmx verament bżonn dak il-proġett u x'hemm warajh.", "Irridu nistaqsu lilna nfusna jekk hemmx bżonn ta' iżjed djar residenzjali jew jekk hemmx bżonn mixed use.", "Irridu nkunu nafu fiex jinsabu dawn l-istudji.", "Dwar l-impatt kumulattiv ta' dawn l-għaxar policies irrid ngħid li meta jsir dak li ngħidulu \"salami slicing\", ma jkunx hemm bżonn ta' SEA għax taqa' taħt it-threshold, imma meta dawn tgħodduhom kollha flimkien tara li se jkun hemm impatt sostanzjali fuq l-użu tal-art u l-użu tal-baħar.", "Aħna għalhekk nixtiequ li l-iSPED tiġi imfassla qabel ma jsiru dawn l-għaxar policies, li minnhom hemm li huma tajbin, u hemm ukoll oħrajn li aħna forsi ma naqblux għal kollox magħhom, u fejn kellna l-opportunità bgħatna l-istudji tagħna lill-MEPA biex tikkunsidrahom.", "Aħna nixtiequ nkunu nafu l-cumulative impact ta' dawn il-policies fuq l-art tagħna u kif l-art tagħna se tiġi mpattata wara.", "Dawn l-istudji jridu jsiru qabel mhux wara.", "Fl-2013 l-NSO ippubblika l-istudji tiegħu imma ma nkludiex l-impatt tal-land use.", "Din l-istatistika ilha ħafna snin ma toħroġ.", "Jien nixtieq li jkollna din l-istatistika dwar kemm il-bini qiegħed jimpatta fuq il-land use; naħseb li din l-informazzjoni għandha toħroġ kull sena.", "L-Onor.", "Callus qal li l-iSPED trid tiġi mfassla mill-MEPA u nixtieq nistaqsi jekk hijiex il-MEPA li tfassal l-iSPED jew jekk huwiex il-ministeru responsabbli mill-ambjent li jrid jgħin biex ifassal l-iSPED.", "(Interruzzjonijiet) Imma mbagħad min huwa responsabbli?", "Nirringrazzjakom.", "MADAM CHAIR: Hawn aktar domandi?", "Aħjar l-ewwel isiru d-domandi ħalli mbagħad ikunu jistgħu jiġu mwieġba.", "Li ma nlaħħqux inwieġbu llum, nagħmluh darb'oħra; il-konsultazzjoni pubblika se tibqa' sal-aħħar.", "Kif qal l-Onor.", "Callus diġà saru konsultazzjonijiet, però meta dawn il-policies jersqu quddiem dan il-Kumitat, l-NGOs se jiġu mistiedna biex jagħtu l-fehemiet tagħhom.", "IS-SUR JOSEPH AGIUS (f'isem ir-Ramblers' Association): Dwar id-domanda li għamel l-Onor.", "Farrugia, nixtieq nitlob lis-Sur Buttigieg jgħid min kienu l-NGOs li għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom dwar l-ODZ policy u kif dawn effettwaw id-diskussjoni li saret mill-MEPA Board.", "Kien hemm xi tibdil sostanzjali mill-ewwel abbozz għal dik finali?", "Nirringrazzjakom.", "MADAM CHAIR: Hemm xi ħaddieħor li jixtieq jagħmel domandi?", "Ma jidhirx li hawn għalhekk nistieden lis-Sur Buttigieg sabiex jirrispondi.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-ewwel nett irrid ngħid li dawn huma sectoral policies, mhumiex national policies, għax national policies jinkludu the economic, social and environmental aspects.", "Rigward dak li qal l-Onor.", "Pullicino, il-MEPA mhijiex obbligata tieħu on board dak li jimponilha l-Gvern.", "Il-MEPA għandha kull dritt li tirrifjuta jekk ma taqbilx mal-policy tal-Gvern, u għandha l-mezzi tagħha biex tagħmel position statement u tgħaddih lill-Gvern, imma fl-aħħar mill-aħħar il-MEPA hija obbligata timxi ma' dak li jgħid il-Gvern.", "Rigward il-marine spatial plan, nista' ngħid li l-iSPED se jkun qed jieħu into consideration dan il-pjan u se jkun qed jikkunsidra sa 25 mil nawtiku.", "Rigward l-SEA, kif għedt fl-intervent li għamilt qabel, kemm dwar il-policy tal-ODZ kif ukoll dwar l-iSPED, l-ewwel irid isir l-SEA screening, imbagħad minnu joħroġ jekk ikunx hemm bżonn isir SEA.", "Din tapplika għal kull policy.", "Kien hemm xi domanda oħra dwar l-eNGOs, imma ma nistax niftakar x'kienet.", "MADAM CHAIR: Ġejt mistoqsi dwar il-partiċepizzjoni li kien hemm fil-konsultazzjonijiet pubbliċi li għamiltu.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva, nista' ngħid li kien hemm eNGOs li pparteċipaw.", "MADAM CHAIR: Tista' tgħid min huma?", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: M'għandix din l-informazzjoni hawnhekk, però nkun nista' nagħtikom din l-informazzjoni fil-laqgħa li jmiss.", "MADAM CHAIR: Ġejt mistoqsi wkoll jekk kienx hemm impatt fuq id-draft finali.", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: B'kollox kien hemm 99 sottomissjoni.", "Kien hemm: Genista Research Foundation, Munxar Local Council, Xewkija Local Council, Żminijietna; Permaculture Research Foundation Malta, Marine Services Malta, numru ta' periti li jirrapreżentaw lilI-klijenti tagħhom jew anke b'mod personali, Alternattiva Demokratika, Malta Resources Authority, Koperattiva Produtturi tal-Ħalib, Din l-Art Ħelwa, Assoċjazzjoni tal-Bdiewa, Farmers' Central Cooperative Society Ltd., Vitimalta, Guardian for Future Generations, Malta Chamber of Planners, u Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent.", "Bħala late submission kien hemm ir-Ramblers' Association Malta, li minkejja li waslet tard xorta ħadniha into consideration.", "MADAM CHAIR: Is-Sur Portelli qed jgħidilna li kien hemm grupp ta' NGOs li ssottomettew...", "IS-SUR JOHANN BUTTIGIEG: Niċċekkjaw għal li jista' jkun, u jekk fil-kas nikkoreġu l-lista.", "Saret ukoll il-mistoqsija ta' għalfejn għandna nistennew.", "Ma ninsewx li l-policies per se huma in line mad-direzzjoni li qed jagħtina l-Gvern.", "Il-Gvern għandu l-iSPED li qiegħed quddiemu, jaf eżattament x'fih, jaf eżattament fejn irid jasal u ta direzzjoni lill-MEPA flimkien mal-oġġettivi.", "Kif għedtilkom, dawn huma sectoral policies, u allura huma in line ma' dak li l-Gvern qiegħed jgħidilna, jew se jkun qiegħed jgħidilna, fl-iSPED.", "Kif għedt ukoll, iridu jsiru numru oħra ta' assessments.", "Kieku ridna aħna stajna għamilna SEA issa, imbagħad konna niġu hawnhekk, nerġgħu niddiskutu, u nerġgħu ngħadduh għall-proċess tal-SEA, imma aħna ddeċidejna li jkun aħjar jekk l-ewwel jiġi diskuss hawnhekk, imbagħad isir SEA fuq l-aħħar abbozz li jkun hemm biex ma jkunx hemm min jgħidilna li nbiddlu l-affarijiet wara.", "MADAM CHAIR: Imma naħseb li l-ikbar issue li għandu dan il-Kumitat hija li rridu nkunu nafu in actual fact fejn irid jasal il-Gvern, għalfejn irid jasal hemm u fuq liema studji bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jasal hemm.", "Naħseb li din hija issue li qed naqblu fuqha kollha, inkluż in-nies li qegħdin jikkontribwixxu fid-diskussjoni llum.", "Ftit tal-ħin ilu s-Sur Gauci nfurmana li fl-2011 kienu saru diversi studji li minnhom intom tlaqtu biex tifformulaw l-iSPED, u meta nbiddlet l-amministrazzjoni kien hemm ir-realiżżazzjoni li dak l-iSPED kellu bżonn jinbidel.", "Allura l-mistoqsija pertinenti li rrid nagħmel hija: Kien hemm studji oħra li wrew f'liema direzzjoni għandu jinbidel l-iSPED?", "Tistgħu tinfurmawna xi studji huma u fejn trid twassalna l-viżjoni tal-Gvern?", "L-Onor.", "GEORGE PULLICINO: Sinjura President, kważi qrajtli moħħi għax kont se nagħmel preċiżament dawk id-domandi!", "Bir-rispett kollu, jien ma sserraħlix moħħi jekk tgħidli li l-indikazzjonijiet li qed jagħti l-Gvern huma in line mal-iSPED.", "Inkun nista' nasal għall-istess konklużjoni tiegħek, jew ma nasalx, kieku llum jien, jew kwalunkwe persuna oħra jew NGO, għandna f'idejna l-abbozz tal-iSPED, imma jien ma nistax noqgħod fuq il-konfort tal-istatement tiegħek li l-Gvern jaf fejn irid imur u li dak li qed jgħid huwa in line!", "Jista' jkun li meta l-Gvern joħroġ l-abbozz naslu għall-konklużjoni li dak li l-Gvern ta fis-sectorial policies huwa in line mal-iSPED, imma anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti x'aħna nagħmlu għax ma tistax tiġi tgħidili li għandek sectorial policy u allura se tiddiskutiha.", "Kull settur irid jiġi ndirizzat fil-qafas tal-umbrella sħiħa.", "Jekk iġġibhomli biċċa biċċa, waħda waħda, u ma narax l-ispatial planning sħiħ tal-pajjiż fejn għandu jkun abbażi tar-ritratti – għax l-iSPED mhuwiex biss xi jrid il-Gvern imma xi jrid il-Gvern fid-dawl ta' dak li nstab –… Allura, l-ewwel trid tgħidli xi nstab, tgħidli abbażi ta' dak li nstab x'inhuma l-options li jippreferi l-Gvern, imbagħad timxi bil-kumplament, mhux bil-kontra!", "U dan hu l-punt kruċjali.", "Jien ma nistax nara settur spezzettat mill-kumplament.", "Meta jien kont Ministru, ġieli smajt uħud mill-esponenti tal-NGOs f'laqgħat li kien ikolli, jgħiduli li tant hemm impatt fl-attività tal-irziezet li l-Gvern għandu jikkunsidra li ma jkollux irziezet tal-bhejjem.", "Jien qatt ma stajt naċċetta dan, anke biss mil-lat ta' food security.", "U qed nagħmel dan l-argument għax jien ma nistax nara a sectorial policy detached mill-kumplament.", "Jista' jkun li dan il-Gvern irid – u jien għalhekk irid nara l-iSPED – jagħmel ħafna aktar enfasi fuq dak li għandu x'jaqsam ma' tkabbir ta' produzzjoni primarja, inkluż li jkollna iktar irziezet għax ikun jagħmel sens għal dak li għandu x'jaqsam ma' food security u jkun jagħmel sens għal dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp ekonomiku.", "Imma imbagħad dawk irid narahom ukoll fid-dawl ta' impatti oħrajn, bħall-impatt fuq il-water table, u xi prekawzjonijiet wieħed jista' jieħu biex ma jkunx hemm impatti simili.", "Din hija d-diskussjoni li nistenna li jkun hemm u mhux naraw settur spezzettat mill-kumplament!", "Jista' jkun, pereżempju, li l-Gvern jgħid li ma jridx li s-settur tat-turiżmu jikber iktar għax aktar turisti jfisser iktar piż fuq l-infrastruttura tal-pajjiż.", "Jiġifieri anke hemmhekk irridu niddeċiedu.", "Jien, pereżempju, kritiku ta' ċerti aspetti tal-policy tal-ODZ in kwantu ta' meta nitkellmu fuq agrituriżmu għax għar-realtà tal-qies ta' pajjiżna, l-uniku agrituriżmu li jagħmel sens f'dan il-pajjiż huwa dak… Meta kont Ministru kelli nies jiġu jgħiduli li għandhom razzett tal-ħnieżer ġewwa Għawdex u riedu jagħmlu proġett ta' agrituriżmu billi jneħħu r-razzett u jagħmlu 11-il villetta, imbagħad jiffirmaw kuntratt ma' min jipproduċi biex min joqgħod ġol-villetti jieħdu hemmhekk.", "Jien wisq nibża' li għalkemm jista' jkun li ż-żewġ naħat qed naqblu li għandu jkun hemm stimolu tal-agrituriżmu, irridu l-ewwel nett niddefinixxu x'inhu l-agrituriżmu ideali għal pajjiżna.", "Jekk il-policy li ħarġet in kwantu tal-irziezet tal-bhejjem se tibqa' kif inhi, il-previżjoni tiegħi hi li l-irziezet jispiċċaw jagħlqu.", "Lil dawk li għandhom l-irziezet irridu ngħidulhom li huma ngħataw il-permess fil-kampanja minħabba l-fatt li l-impatt tar-razzett kien jitlob dan, u allura issa m'għandhomx ikollhom il-pretensjoni li jingħataw il-permess sabiex jaqilbu dik l-attività f'attività oħra sempliċement għax se tħallilhom aktar flus.", "Jekk il-policy tibqa’ kif inhi – u naf x’qed ngħid għax dawn in-nies iffaċċjajthom – se nispiċċaw biex ikollna r-raħħala kollha jżarmaw għax ikollhom attività iktar lukrittiva minn dik li diġà għandhom, u b’hekk dan il-pajjiż ikun tilef il-food security li għad għandu, to a certain extent, illum.", "Jien ma naħsibx li huwa xieraq li jiġri hekk u għalhekk qed ngħid – u jien qed ninterpreta dak li talbu l-NGOs – li l-ewwel irridu naraw l-affarijiet fil-qafas nazzjonali, imbagħad immorru għal dak li huwa settorjali.", "Għax jista’ jkun li jkun hemm xi ħadd li jgħid li s-settur agrikolu se jibqa’ biss is-settur agrikolu ta’ dawk li għandhom attività oħra u jaħdmu l-art bħala part-timers, u allura l-focus prinċipali tagħna għandu jkun fuq l-attività tal-part-timers.", "Jekk irridu nsostnu l-attività tal-full timers, wisq nibża li rridu nindirizzawha differenti mill-mod kif ġiet indirizzata fl-ODZ policy.", "Imma l-ewwel trid tittieħed id-deċiżjoni dwar x’se jkunu, fuq bażi nazzjonali, il-prijoritajiet tal-attività ekonomika, imbagħad immorru għall-policy settorjali.", "Jien m’iniex qiegħed hawn biex nagħmel lectures, imma naħseb li rridu nkunu nafu fejn se mmorru minn hawn.", "MADAM CHAIR: Naħseb li punt ieħor li għandna nistabbilixxu wkoll huwa li rridu naraw l-affarijiet fid-dawl tal-isfreġu ambjentali li sar fl-aħħar 20 sena, għax minkejja li kienu jeżistu pjani strutturali, minħabba li ħafna mid-deċiżjonijiet kienu spezzettati, seħħ sfreġju ambjentali.", "Taħt dan il-Gvern ġdid li ma rridux hu li din l-istorja terġa' tirrepeti ruħha għax pajjiżna ma jaffordjax jitlef iktar mill-karattru ambjentali tiegħu u lanqas ma nistgħu naffordjaw li ekonomikament u soċjalment indagħjfu lil pajjiżna minħabba deċiżjonijiet ħżiena li jittieħdu, jew ġo dan il-Kumitat jew barra minnu.", "Għaldaqstant nappella li nħarsu lejn l-issue prinċipali tal-lum, li hija li naraw x'inhi l-viżjoni ta' dan il-Gvern u li nkunu nafu kif se naslu għaliha u anke x'wassal għal dik il-viżjoni.", "Għalhekk nistaqsi lill-uffiċjali jekk iridux jagħmlu iktar sottomissjonijiet biex inkunu nistgħu naħdmu id f'id flimkien mal-NGOs biex ikollna l-aħjar policies għal pajjiżna.", "Is-Sur Agius jixtieq jagħmel intervent ieħor, imbagħad wara jirrispondi l-Onor.", "IS-SUR JOSEPH AGIUS: Jien xtaqt nirrepeti t-tieni parti tad-domanda tiegħi, u ċioè li aħna għamilna s-sottomissjonijiet tagħna, NGOs oħra għamlu wkoll s-sottomissjonijiet tagħhom fit-tul u nixtieq inkun naf x'impatt ħallew dawn fuq l-istruttura finali u jekk kienx hemm almenu punt wieħed sinifikattiv li nrexxilna nbiddlu.", "MADAM CHAIR: L-istruttura finali għadha mhijiex konkluża.", "IS-SUR JOSEPH AGIUS: Veru li mhijiex konkluża imma nixtieq inkun naf jekk fil-proċess ġewx aċċettati xi rakkmandazzjonijiet li għamlu l-NGOs kollha, mhux biss l-għaqda tagħna.", "Nirringrazzjak.", "IS-SUR JOSEPH GAUCI: Madam Chair, ħalli nirrispondi d-domanda tiegħek dwar kif aħna aġġornajna l-istudji tagħna.", "Meta aħna jkollna sors ta' informazzjoni u pjanijiet nazzjonali u settorali, ovvjament ma jkunx hemm il-ħtieġa li aħna nagħmlu studji dettaljati bħal, pereżempju, kif konna għamilna fis-sena 2000 meta konna bdejna nagħmlu r-reviżjonijiet ta' pjan ta' struttura, fejn minħabba li ma kienx hemm pjanijiet li aħna stajna ninterpretaw allura kellna nagħmlu policies ta' kif għandna nużaw l-art tagħna għal kull settur, żviluppajnihom fid-dettall u damu mhux ħażin biex ġew approvati.", "F'dan il-każ partikolari, anke minħabba li issa għandna numru ta' policies u ta' pjanijiet nazzjonali u settorali, mix-xejn qlibna għan-naħa l-oħra.", "Meta ġejna fl-2011 biex nippreparaw x'kienu l-issues li aħna rridu finalment nirrispondu għalihom, kellna numru kbir ta' policies, pjanijiet u ta' sorsi ta' informazzjoni li ridna nużaw.", "Staqsejtni wkoll kif aġġornajna l-iSPED minħabba l-bidla li kien hemm fl-amministrazzjoni.", "F'April 2013 ħareġ in-National Reform Programme (NRP), li huwa s-social-economic plan tal-pajjiż a fini tal-Unjoni Ewropea sal-2020, u aħna rajna li l-oġġettivi li konna rriflettejna fl-NRP għadhom hemm.", "Kien hemm il-pre-budget document, kien hemm il-budget, kien hemm il-programm elettorali ta' din l-amministrazzjoni, li ovvjament huwa wkoll policy ta' x'jixtieq jara l-Gvern għall-ħames snin li ġejjin, u ħarġu wkoll policies settorali ġodda, bħall-waste and energy, li ovvjament kellna nirriflettuhom fl-iSPED il-ġdid.", "Tajjeb ngħidu wkoll li minn żmien għal żmien isiru policies u pjanijiet minħabba r-responsabilitajiet li għandha Malta vis-à-vis l-environment acquis tal-Unjoni Ewropea, li wkoll irridu nirriflettuhom fl-iSPED.", "Jiġifieri meta aħna aġġornajna l-iSPED, aġġornajnih kemm jista' jkun għall-pożizzjoni li hemm illum.", "MADAM CHAIR: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li aktar 'il quddiem tajjeb li nitkellmu wkoll dwar policies tal-ODZ u ngħidu wkoll what has been taken on board.", "Nista' ngħid li jien tajt struzzjonijiet verbali lill-bord li għandu x'jaqsam mal-ODZ sabiex nikkjarifika d-direzzjoni li jrid jieħu l-Gvern, fosthom li biex tiġi kkunsidrata applikazzjoni għal agrituriżmu, kemm jekk diġà huwa raħħal jew bidwi, u anke jekk ikun hemm żviluppatur li jrid jagħmel dan, irid ikollhom 60 tomna.", "Din hija xi ħaġa li kienet nieqsa fl-ewwel draft tal-policy.", "Nista' ngħid ukoll li anke min-naħa tal-Gvern kien hemm ċerti proposti verbali u kien hemm anke diskussjonijiet oħrajn f'laqgħat li kelli mar-Ramblers' Association dwar il-possibilità li jkun hemm ċerti postijiet riżervati għall-mixi fil-kampanja.", "Fil-laqgħat li jkolli mal-NGOs jien nisma', u f'ċerti każi nwassal il-messaġġ jekk nara li jkunu neqsin fil-policy; l-uffiċjali tal-MEPA jkunu jistgħu jinfurmaw lill-Kumitat bit-talbiet li kien hemm min-naħa tal-NGOs u kemm minnhom ġew aċċettati.", "Naturalment it-talbiet iridu jaqgħu fl-oġġettivi tal-Gvern għax jista' jkun hemm suġġerimenti li jmorru kontra l-oġġettivi tal-Gvern u allura, ovvjament il-kumitat ma jkunx jista' jmur kontra l-oġġettivi ssettjati mill-Gvern, għax huwa l-Gvern stess li huwa d-driving force wara l-iSPED u huwa l-Gvern li qed jagħti direzzjoni lejn fejn irid imur il-pajjiż.", "Mhijiex il-MEPA li tiddeċiedi id-direzzjoni tal-pajjiż, għalkemm tiġi kkonsultata, u jekk ikun hemm opinjonijiet li jkunu validi, wieħed jagħti kashom, imma jekk dawn ikunu jmorru kuntrarju għall-politika tal-Gvern, l-Awtorità ma tistax teħodhom on board għax ma tistax tmur kuntrarju għad-direzzjoni tal-Gvern, inkella jkollna stat fi Stat.", "Safejn naf jien aħna Stat wieħed għandna, u li sejjer f'direzzjoni waħda.", "Jista' jkun hemm, bħalma qal l-Onor.", "Pullicino, min ma jkunx jaqbel mal-agrituriżmu, però jekk il-Gvern jixtieq li s-settur tal-agrituriżmu jimxi 'l quddiem, allura se jagħmel proposti biex jirregolah.", "Wieħed faċilment jista' jgħid li ma jridx agrituriżmu, jew jgħid li jaqbel mal-agrituriżmu, imma huwa finalment il-Gvern li jiddeċiedi jekk għandux ikun hemm jew le.", "L-oġġettivi jiġu ssettjati mill-Gvern biex attwalment jagħti d-direzzjoni, l-istess bħalma ġara fid-diskussjonijiet dwar l-iSPED.", "Nerġa' ngħid li l-Gvern m'għandux bżonn kumitati biex jagħmel il-policies tiegħu, il-Gvern jista' jagħmel il-policies waħdu mingħajr ebda konsultazzjoni, imma dan il-Gvern miexi bil-politika li f'kull każ idaħħal lill-MEPA li eventwalment tagħmel l-evalwazzjoni tagħha fuq il-linja gwida li jissettja l-Gvern.", "Jekk ikun hemm proposti li jmorru kontra l-linja li qed jieħu l-Gvern, allura mhux bilfors li l-Gvern jaċċettahom.", "Jiġifieri l-aħħar say ta' kull policy lanqas hija tal-MEPA, imma hija tal-Gvern; il-MEPA tista' tressaqli policy u jien narmiha u mmur kompletament kontra r-rakkmandazzjonijiet li tkun għamlet.", "Pereżempju, li kieku fid-draft finali tal-ODZ policy ma tteħidx in konsiderazzjoni li għall-agrituriżmu bilfors irid ikollok 60 tomna, minkejja li r-rapport aħħari li kien jiġi għandi kien ikun jgħid mod ieħor, jien kont naqbad u nagħmilha 60 tomna għax dik hija d-direzzjoni li jrid jieħu l-Gvern.", "Jiġifieri rridu nitilqu mill-kunċett ta' x'inhuma jirriflettu attwalment il-policies, jekk humiex qed jirriflettu direzzjoni jew inkella humiex qed jirreflettu direzzjoni tal-Gvern.", "Għalhekk hemm l-oġġettivi.", "Fil-fatt l-ewwel li joħorġu għall-konsultazzjoni pubblika huma proprju l-oġġettivi fejn lill-poplu in ġenerali nistaqsuh jekk ikunx qed jaqbel mal-oġġettivi tad-direzzjoni li sejrin fiha, u għalkemm jistgħu jgħidu li jaqblu, jew li ma jaqblux, jew li jixtiequ li l-pajjiż imur f'direzzjoni differenti, fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern irid jiddeċiedi.", "Li nista' nassigura li kulħadd hu li l-oġġettivi kollha li tressqu huma l-istess oġġettivi li huwa mibni fuqhom l-iSPED.", "Bħalma għadu kif intqal, kulħadd jista' jipparteċipa f'kull parti tal-konsultazzjoni, imma fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni aħħarija tkun tal-Gvern.", "Bħalma għadu kif qal is-Sur Gauci – li oriġinarjament kien qed jaħdem fuq l-iSPED u nista' ngħid li għamel xogħol sostanzjali u nirringrazzjah ta' dak kollu li qed jagħmel – huwa kellu jerġa' jirrevedi kollox mill-ġdid u kellu jerġa' jagħmel il-konsultazzjonijiet kollha mill-ġdid, għax l-iSPED mhux xi vanġelu imma huwa d-direzzjoni tal-Gvern tal-ġurnata.", "Meta jien rajt l-ewwel paġni tal-iSPED kont għedtlu li dik ma kenitx id-direzzjoni tal-Gvern u li kellna nerġgħu nibdew kollox from scratch.", "U fil-fatt hekk sar għax id-direzzjoni ta' dan il-Gvern hija differenti mid-direzzjoni li kellu l-Gvern preċedenti; il-Gvern inbidel u d-direzzjoni tiegħu hija differenti minn dik ta' qablu.", "Nirringrazzjak.", "MADAM CHAIR: Jidher li hawn diversi membri li jridu jintervjenu, però peress li sar il-ħin se naġġornaw il-laqgħa.", "Il-konklużjoni tibqa' li l-Gvern qiegħed hemm biex jiggverna, però li nixtiequ nkunu nafu aħna huwa: Jekk hemm oġġettivi ġodda x'wassal biex jiġu addottati dawk l-oġġettivi, xi studji saru biex aħna naddottaw dawk l-oġġettivi, u fejn irid iwassalna l-pjan jew il-viżjoni in ġenerali.", "Meta nkunu nafu dan imbagħad ilkoll kemm aħna nkunu nistgħu nikkontribwixxu aħjar biex dak il-pjan jintlaħaq, u jintlaħaq f'time line raġjonevoli.", "Nirringrazzjakom u naġġorna l-Kumitat għal data li tiġi mħabbra aktar tard.", "Fid-9:02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140129_005d_dev.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "LAQGĦA NRU.", "L-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 2014.", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-7:19 p.m.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia, Chairperson tal-Kumitat, ippresediet.", "PREŻENTI", "L-Onor.", "Toni Bezzina, l-Onor.", "Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Onor.", "Ryan Callus u bil-permess tal-Kumitat ħadu sehem fid-diskussjoni.", "Għal din il-laqgħa ġew mistiedna jattendu rappreżentanti tal-NGOs.", "Iċ-Chairperson qalet it-talba.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fis-16 ta' Lulju, 2013 kienu konfermati.", "Iċ-Chairperson infurmat lill-Kumitat li mill-aħħar laqgħa kienet irċeviet din il-korrispondenza:", "Email datata 17 ta' Awwissu 2013 mibgħuta mis-Sur Lino Farrugia, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, b'talba biex il-Federazzjoni tagħmel laqgħa mal-Kumitat fejn jiġi diskuss kif il-funzjoni tal-istess Kumitat tista' tolqot lill-kaċċaturi u n-nassaba mseħbin mal-Federazzjoni;", "Ittra datata 17 ta' Jannar 2014 mibgħuta mis-Sinj.", "Email datata 22 ta' Jannar 2014 mibgħuta mill-Onor.", "George Pullicino b'talba sabiex il-Kumitat Permamenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ikollu l-opportunità jagħmel mistoqsijiet u kummenti fuq l-EIA li tħejja għall-impjant tal-ħażna tal-LNG u l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-LNG ġewwa Delimara, lit-tekniċi nvoluti.", "Dwar l-ewwel item ta' korrispondenza ġie deċiż li l-Kumitat jagħmel laqgħa mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti.", "Id-data u l-ħin tal-laqgħa kellhom jiġu kkomunikati lill-Federazzjoni fil-ħin opportun.", "Dwar it-tieni item ta' korrispondenza ġie deċiż li għandha ssir laqgħa li għaliha jkunu mistiedna jattendu r-rappreżentanti ta' Din l-Art Ħelwa fejn jiġi diskuss proprju dak li ġie mitlub fil-korrispondenza.", "Id-data ta' din il-laqgħa kellha tiġi komunikata aktar tard.", "Dwar it-tielet item ta' korrispondenza ġie deċiż li l-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma, jew rappreżentant tiegħu, jagħmlu preżentazzjoni, kif ġie mitlub, f'laqgħa li d-data għaliha kienet għadha trid tiġi stabbilita.", "INFORMAZZJONI DWAR POLICIES TAL-MEPA LI QED JIĠU AĠĠORNATI", "Is-Sur Johann Buttigieg u s-Sur Joseph Gauci, Chief Executive Officer u Unit Manager tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rispettivament, ġew mitluba jieħdu parti fil-Kumitat.", "Huma spjegaw dwar policies tal-MEPA u anke rrispondew għad-domandi tal-Membri tal-Kumitat.", "Simone Mizzi, rappreżentanta ta' Din l-Art Ħelwa, u s-Sur Joseph Agius, rappreżentant tar-Ramblers' Association, intervjenew fid-diskussjoni u anke għamlu xi domandi lir-rappreżentanti tal-MEPA.", "Fid-9:02 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVANA TAL-KUMITAT", "CHAIRPERSON TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees dev", "source": "Extracted from 20140129_005m_dev.docx"} {"text": ["KUMITATI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "AVVIŻ", "Laqgħa Nru. 16", "Il-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014 fil-5.45 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014 fil-5.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-", "Laqgħa ma' Dr Maros Sefcovic, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u responsabbli wkoll mill-amministrazzjoni u relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet.", "Affarijiet oħra.", "24 ta' Jannar 2014 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140130_016a_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Laqgħa Nru 16", "Il-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Laqgħa Nru 16", "Il-Ħamis, 30 ta' Jannar, 2014", "Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Il-Minuti tal-Laqgħa Nru 15, li saret nhar it-Tlieta, 14 ta' Jannar 2014, ġew ikkonfermati.", "LAQGĦA MA' DR MAROŠ ŠEFČOVIČ, VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U RESPONSABBLI WKOLL MILL-AMMINISTRAZZJONI U R-RELAZZJONIJIET BEJN L-ISTITUZZJONIJIET", "Fis-7.00 p.m., il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu kkomunikati aktar tard."], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140130_016d_bar.docx"} {"text": ["KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "LAQGĦA NRU.", "Il-Ħamis, 30 ta' Jannar 2014", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6:00 p.m.", "L-Onor.", "Christopher Fearne, President tal-Kumitat, ippreseda.", "PREŻENTI: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali (sostitut tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin), l-Onor.", "ASSENTI: L-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qal it-talba.", "Il-Minuti tal-laqgħa Nru 15 li saret fl-14 ta' Jannar, 2014 kienu konfermati.", "LAQGĦA MA' DR MAROS SEFCOVIC, VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U RESPONSABBLI WKOLL MILL-AMMINISTRAZZJONI U RELAZZJONIJIET BEJN L-ISTITUZZJONIJIET", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Dr Maros Sefcovic, kien akkumpanjat mis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, u Ms Gabriela Keckesova, membru tal-cabinet.", "Wara introduzjoni qasira miċ-Chairman, segwiet diskussjoni fejn il-Viċi President tal-Kummissjoni, Dr Maros Sefcovic, wieġeb għall-mistoqsijiet tal-Membri.", "Il-punti ewlenin li tkellem fuqhom il-Viċi President kienu dawn li ġejjin:-", "il-mekkaniżmu tal-'yellow card' fil-proċess tal-iskrutinju ta' proposti leġislattivi mil-lat ta' sussidjarjetà huwa wieħed pjuttost reattiv però dan għandu jitqies bħala bidu ta' proċess li għad irid ikompli jiżviluppa dwar konsultazzjoni aktar wiesa' bejn il-Kummissjoni u l-Parlamenti Nazzjonali;", "il-Kummissjoni qiegħda taħdem biex tneħħi l-perċezzjoni li l-Kummissjoni qegħda hemm biex timponi fuq l-Istati Membri u għaldaqstant hija tagħraf li l-aħjar mod biex tagħmel dan u biex tkun aktar qrib taċ-ċittadini huwa billi tikkonsulta kemm tista' mal-Parlamenti Nazzjonali biex b'hekk il-proposti tal-Kummissjoni jagħmluhom tagħhom ukoll;", "mod kif il-Parlamenti Nazzjonali jistgħu jkunu proattivi huwa li jinvolvu ruħhom fi stat bikri tal-proċess leġislattiv, jiġifieri billi jibagħtu rakkomandazzjonijiet fuq white u green papers li l-Kummissjoni toħroġ bħala dokumenti ta' konsultazzjoni;", "dawn l-aħħar ftit snin il-medja ta' opinjonijiet motivati li ntbagħtu mill-Parlamenti Nazzjonali kien ta' 600 fis-sena, bil-maġġoranza tal-proposti jattiraw opinjoni motivata waħda jew tnejn apparti dik dwar il-Prosekutur Ewropew (Kumm(2013)594) u r-Regolament Monti II (Kumm(2012)130) fejn kienu ntbagħtu opinjonijiet motivati biżżejjed sabiex tiskatta l-'yellow card'.", "F'numru ta' każi jirriżulta li l-Parlamenti Nazzjonali jibagħtu opinjoni motivata mhux fuq kwestjoni ta' sussidjarjetà imma għal għanijiet politiċi jew għax ma jaqblux magħhom, però minnu nnifsu dan juri li l-Parlamenti Nazzjonali fil-fatt qegħdin jinvolvu ruħhom fil-proċess leġislattiv tal-Unjoni Ewropea;", "il-perjodu ta' 8 ġimgħat biex tintbagħat opinjoni motivata joħroġ mit-trattat u allura ma jistax jinbidel, però jibqa' l-fatt li dan il-perjodu jibda minn meta l-proposta tkun inqalbet fil-lingwi kollha;", "f'dawn l-aħħar ftit snin żdied l-interess fix-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni Ewropea u dan anke minħabba l-effetti u l-miżuri li kellhom jittieħdu f'livell Ewropew fid-dawl tal-kriżi finanzjarja;", "l-għaġġla biex jitressaq ir-regolament għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew kienet ġustifikata billi dan kien diġà nkluż fit-trattat, bil-bżonn li jkun hemm sistema Ewropea biex tara li s-sistemi tal-Istati Membri jkunu effiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi ta' fondi Ewropej u fil-ġbir tal-fondi dovuti, ħaġa li s'issa ma kenitx tant li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri spiss tqajjem din il-kwestjoni mal-Kummissjoni.", "Għalkemm kien hemm numru ta' Parlamenti Nazzjonali li ma qablux ma' din il-proposta, fid-diskussjonijiet li segwew irriżulta li kien hemm numru ta' Parlamenti Nazzjonali oħra li qablu u fl-assenza ta' anonimità kien se jsir użu mill-proċedura ta' 'enhanced co-operation';", "il-pożizzjoni ġeografika ta' Malta tesponiha għall-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari aktar u aktar minħabba l-instabbilità fl-Afrika ta' Fuq u s-sitwazzjoni f'numru ta' pajjiżi Afrikani.", "Il-Kummissjoni tagħraf li din hija problema tal-Unjoni Ewropea kollha, hija konxja li l-Istati Membri mhux qegħdin jaqsmu dan il-piż mal-istati l-aktar milquta, inkluża Malta, però wieħed kellu jifhem li dik deċiżjoni tal-Istati Membri li ma tistax tiġi mposta fuqhom.", "Il-Kummissjoni tista' tgħin billi, pereżempju, jiżdiedu l-assets ta' Frontex biex tissorvelja l-ibħra, tiġi żviluppata politika komuni Ewropea ta' ażil u billi taħdem ma' pajjiżi terzi li minnhom jiġu u/jew jgħaddu l-immigranti rregolari;", "il-persentaġġ qawwi ta' Maltin li jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew huwa sinjal tajjeb u juri l-interess li għandhom fl-affarijiet Ewropej.", "Wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru f'Mejju 2014 kien mistenni li tiżdied il-preżenza tal-partiti estremi tax-xellug u tal-lemin; u", "kien hemm lok li l-format tal-laqgħat tal-COSAC, jew ta' wħud minnhom, jinbidel billi jiġu diskussi suġġetti tematiċi bil-parteċipazzjoni ta' esperti mill-Kummissjoni.", "Fis-7.00 p.m. il-Kumitat aġġorna għal data u b'aġenda li kellhom jiġu komunikati aktar tard.", "SKRIVAN TAL-KUMITAT", "PRESIDENT TAL-KUMITAT"], "category": "Parliament", "subcategory": "parliamentary committees, politics, law", "note": "Proceedings, agenda, minutes and transcripts of the parliamentary committees bar", "source": "Extracted from 20140130_016m_bar.docx"}